{"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/minn-daqs-dawk-nies/", "date": "2021-11-07 20:02:33", "category": "blog, politics, government", "text": ["Qed nissoponi li kien hemm xi ħsieb tattiku wara n-nomina ta' Franco Debono mill-Kap tal-Oppożizzjoni għat-tmexxija tal-Awtorità tax-Xandir.", "X'nistgħu nsejħulu?", "Rikonċiljazzjoni?", "Persważjoni?", "Dilka bix-xemgħa?", "Jafu jkunu dawn kollha.", "X'aktarx hemm ċerti votanti li jixtiequ jaraw lill-PN jidher li rranġa r-relazzjoni tiegħu ma' Franco Debono.", "Naħseb li l-uniku mod korrett li wieħed jista' jiġġudika dan il-ġest huwa billi wieħed jemmen li Bernard Grech innomina persuna idonea.", "Iżda hi nomina li mhi idonea xejn.", "Iċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir suppost għandu jmexxi din l-entità 'l hinn mill-interessi li jkunu qed jikkompetu quddiemu.", "Ikun mistenni minnu li jkattar il-qbil meta t-tilwim ikun l-eħfef triq.", "Ikun mistenni minnu li jgħolli l-livelli ta' mġiba u jippromwovi l-ġid komuni fuq l-interessi partiġġjani jew individwali.", "Fin-nuqqas, ma jkunx l-ewwel Chairman tal-Awtorità tax-Xandir li jkun naqas f'din il-missjoni.", "Biċċa mit-tort li d-demokrazija tagħna qed tilħaq il-qiegħ tinsab fil-fatt li l-Awtorità tax-Xandir għandha tmexxija dgħajfa.", "Imma ftit huma l-persuni pubbliċi Maltin li huma anqas idonei għal din il-kariga minn Franco Debono.", "Il-fatt li hu kien irribella kontra l-gvern ta' Gonzi m'għandu x'jaqsam xejn.", "Kif ta' sikwit iħobb ifakkarna, ftit mill-argumenti li kien ġab dak iż-żmien kienu validi u xi oħrajn saħansitra kienu profetiċi.", "Li rrid ngħid hu Franco Debono m'għandu ebda sens ta' servizz pubbliku.", "La għandu impenn lejn ħaddieħor ħlief lejh innifsu u lanqas m'għandu lealtà lejn il-komunità li jservi.", "L-interessi u l-fehmiet tiegħu, l-istqarrijiet li jagħmel u d-deċiżjonijiet li jieħu huma msejsin esklussivament biex iservu l-ego li għandu.", "Imġiba bħal din hi familjari għal kull min jaqra l-stqarrijiet li jagħmel biex jipprova jġiegħel lil ħaddieħor jara kollox mil-lenti ristretta tiegħu.", "Li ssorprendieni huwa n-nuqqas ta' għaqal fil-ġudizzju ta' Bernard Grech.", "Li kieku l-unika kwalifika għal ħatra bħal din kienet biss l-idoneità, din in-nomina tirrifletti ħażin fuq il-ġudizzju ta' Bernard Grech aktar milli tirrifletti ħażin fuq dak ta' Franco Debono.", "Mhux biss.", "L-imħuħ ikomplu jitħawdu meta wieħed jintebaħ li ż-żewġ persuni l-oħra li ġew nominati minn Bernard Grech għandhom il-kwalifiki kollha għal ħatra bħal din.", "Ma tista' qatt tqiegħed lil Franco Debono fl-istess keffa taż-żewġ persuni l-oħra.", "Dawn ċertament ma jistħoqqilhomx li jitqiegħdu fl-istess livell miegħu u bħallikieku ġew nominati biex jagħtu xi vantaġġ tattiku lil Bernard Grech jew lill-PN.", "Żewġ nomini tajbin u waħda ħażina ma jiffurmawx lista pjuttost tajba, meta isem Franco Debono jkun ukoll fil-lista.", "Bħallikieku biex wieħed jilħaq Papa, innomina lil żewġ kardinali tajbin u lili.", "Biex inkun għidt kollox, ħadd ma ħaqqu jkun fuq lista li fuqha jkun hemm isem Franco Debono.", "Ikun partit li jkun tilef il-memorja, biex ma nsemmix in-nuqqas kważi totali ta' ġudizzju għaqli, dak li jkun mingħalih li b'Franco Debono bit-tmun f'idejh jista' jtejjeb l-affarijiet.", "Aħseb u ara kemm jista' jtejjeb ir-regoli tax-xandir f'Malta li huma diġà mnawrin minn ġewwa.", "Previous: Owen qed jitħajjar li jġorr? .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: L-Interpol tħassar notifika biex jiġi arrestat ir-raġel ta' Efimova minħabba \"kuntest politiku ċar\" .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://markcamilleri.org/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["2 tat-Times fil-marina.", "Ghajnejhom fuq id-dghajsa."]} {"url": "https://markcamilleri.org/page/4/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Draft Amendment to Counter SLAPP Lawsuits against the Media FKC Legal Rationale Anti-SLAPP Amendment PR FKC Anti-SLAPP Amendment Stqarrija – Front kontra ċ-Ċensura – 1 ta’ Ġunju 2018 Proposta għal emenda fil-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama b’rabta ma’ kawżi ta’ malafama deċiżi minn Qrati kompetenti barra minn Malta Il-Front kontra ċ-Ċensura qed jipproponi emenda fil-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama, b’rabta mat-theddida li jġibu magħhom kawżi SLAPP għall-vijabilità finanzjarja tal-midja Maltija.", "Il-Liġi tal-Istampa dan l-aħħar kienet sostitwita mil-liġi l-ġdida dwar il-Midja u l-Malafama.", "Il-Front kontra ċ-Ċensura kien innegozja l-inklużjoni ta’ għadd kbir ta’ emendi fil-liġi oriġinali dwar il-Midja u l-Malafama, liema emendi l-Gvern kien aċċetta.", "Il-Front jemmen li r-riżultat ta’ dan kien liġi li kienet tixhed pass kbir ’il quddiem biex tkun salvagwardjata l-libertà tal-istampa f’Malta.", "Ftit wara li ġew konklużi n-negozjati bejn il-Gvern u l-Front, inħolqot problema ġdida minħabba l-prospett ta’ kawżi SLAPP kontra ġurnalisti Maltin.", "Il-Front xtarr sewwa l-emenda għal-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama proposta mill-Oppożizzjoni meta l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Midja u l-Malafama kien qed jiġi diskuss fil-Parlament.", "Din l-emenda kienet tmur kontra l-Brussels I Regulation, għaliex kienet tiċħad a priori l-ġuriżdizzjoni ta’ Qrati fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea meta l-konvenut f’kawża ta’ malafama jkun jgħix f’Malta.", "L-użu tal-eċċezzjoni tal-policy pubblika li tinsab fil-Brussels I Regulation kien joħloq is-sogru li l-liġi tkun annullata mill-ECJ jew fi proċeduri oħra imposti kontra Malta.", "Il-Front jemmen li l-problema li nħolqot tista’ tkun solvuta permezz ta’ direttiva mifruxa fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Sadanittant, il-Front qed jipproponi forma ta’ protezzjoni għall-midja Maltija li xorta waħda hija konformi mal-Brussels I Regulation.", "Filwaqt li ma jiċħadx il-ġuriżdizzjoni ta’ Qrati fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea biex jisimgħu kawżi ta’ defamazzjoni fejn il-konvenut ikun jgħix f’Malta, il-Front qed jipproponi li l-Qrati Maltin jikkunsidraw numru ta’ aspetti qabel ma jiddeċiedu jekk deċiżjoni minn Qorti barranija għandhiex tiġi infurzata jew le.", "Fil-qosor, l-emendi jiggwidaw lill-Qrati Maltin biex jikkunsidraw jekk il-konvenut ingħatax drittijiet indaqs fil-Qorti barranija, jekk il-ħlas ta’ danni impost mill-Qorti barranija jwassalx għall-falliment finanzjarju tal-ġurnal inkwistjoni jew jikkompromettix l-operat tiegħu, u jekk id-deċiżjoni hix se xxekkel il-libertà ġurnalistika jew il-libertà tal-espressjoni ta’ dak il-ġurnal.", "Aħna nemmnu li din il-protezzjoni hija kompatibbli mal-eċċezzjoni tal-policy pubblika tal-Brussels I Regulation, kif spjegat fin-noti legali provduti mal-emenda.", "Dan ikun ifisser li l-ġuriżdizzjoni ta’ Qrati barranin ma tkunx eskluża a priori, u li s-sentenzi mogħtija minn Qrati barranin ikunu jistgħu jiġu infurzati f’Malta sakemm ma jiksrux id-drittijiet imsemmijin hawn fuq.", "Ta’ min jinnota li l-ammont massimu ta’ danni li jista’ jintrebaħ f’kawża ta’ malafama taħt il-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama huwa ta’ €11,640 .", "Din iċ-ċifra tirrifletti d-danni massimu għal artiklu wieħed biss.", "Dan l-ammont massimu speċifikat fil-liġi għal kull storja jirrifletti l-qagħda ekonomika tal-midja Maltija.", "Dan ifisser li l-ammont ta’ €11,640 hu meqjus bħala deterrent sinifikanti għall-pubblikazzjoni ta’ materjal defamatorju, u jekk jinqabeż, il-libertà tal-istampa tkun imrażżna.", "L-eżistenza ta’ midja ħielsa hija benefiċċju pubbliku li għandu jiġi mħares.", "Dawn l-emendi jipprovdu protezzjoni kontra sentenzi minn Qrati barranin li jistgħu jikkawżaw falliment finanzjarju u li ma jirrispettawx ir-realtajiet ekonomiċi tal-midja lokali.", "Fl-istess waqt l-emendi huma konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.", "Permezz ta’ dawn l-emendi, il-midja lokali tkun tista’ tkompli taqdi l-funzjoni essenzjali tagħha sakemm tiġi introdotta direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-kawżi SLAPP."]} {"url": "https://markcamilleri.org/page/5/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Stqarrija Stampa – Front Kontra ċ-Ċensura – 15/11/2017 Il-Front Kontra ċ-Ċensura jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern aċċetta l-maġġoranza tal-proposti tiegħu dwar l-Abbozz ta' Ligi dwar il-Midja u l-Malfama.", "Meta fi Frar li għadda l-Gvern ħareġ A bbozz ta' L iġi sabiex jemenda il-Liġi tal-Istampa, i l-Front Kontra ċ-Ċensura kien irreaġixxa billi oppona dan l-abbozz fuq diversi punti.", "Minn Marzu li għadda l-Gvern beda diskussjonijiet intensivi mal-Front Kotnra ċ-Ċensura bil-għan li jinltaħaq ftehim fuq l-abbozz.", "Illum nistgħu ngħidu b'sodisfazzjon li dawn id-diskussjonijiet u x-xogħol estensiv li għamel il-Front f'dan ir-rigward sarraf fil-qbil tal-Gvern mal -maġġoranza tal-proposti tal-Front.", "Il-proposti tal-Front li ġew aċċettati u li sejrin jidhru fl-abbozz il-ġdid huma dawn li ġejjin:", "It-tneħħija tal-Libell Kriminali u l-Inġurja Kriminali.", "Każijiet ta' Libell u Inġurja sejrin jibdew jinstemgħu biss f'Qorti Ċivili.", "Id-danni li jistgħu jintrebħu waqt Libell Ċivili sejrin jibqgħu €11,646.87 minflok jirduppjaw għal €20,000.", "It-tneħħija tal-Libell Oxxen, li sejjer iġib fi tmiemu ir-reġim ta' ċensura artistika.", "Regola ta' Pubblikazzjoni Waħdanija – storja waħda issa sejra toħloq kawża ta' libell waħda biss.", "Protezzjoni tas-Sors Universali – l-awturi kollha issa sejrin igawdu mill-protezzjoni tas-sorsi.", "Mhux sejrin jingħataw mandati ta' sekwestru fejn jidħlu kawżi ta' Libell u Inġurja.", "Il-Liġi dwar l-Użu Mhux Xieraq ta' Apparat Elettroniku mhux sejra tapplika aktar fejn jidħlu l-kawżi ta' Libell u Inġurja.", "Ir-Reġistrazzjoni tas-siti mhux sejra tkun obbligatorja.", "Il-kritika lejn il-President mhux sejra tibqa’ offiża kriminali.", "Aġġornament tal-Liġijiet Kolonjali tas-Sedizzjoni.", "Dawn ir-riformi huma p ass kbir ‘il quddiem, għa liex ikompl u jżarmaw u jtaffu l-liġijiet ta’ ċensura f’pajjiżna, b’mod speċjali fejn jidħlu il-liġijiet tal-libell.", "Il-Front Kontra ċ-Ċensura jaqbel li l-liġijiet tal-libell għandhom ikunu anqas ħorox għaliex ħafna drabi dawn huma arma b’saħħitha li tintuża minn politiċi u negozjanti kbar kontra dawk il-ġurnalisti li jikxfu l-imġieba ħażina tagħhom.", "Minkejja din ir-riforma importanti fejn jidħlu dawn il-liġijiet ripressivi, il-Front iwiegħed li sejjer jibqa’ attent għal kull theddid ieħor lejn il-liberta’ tal-espressjoni li tista’ titfaċċa fil-ġejjieni."]} {"url": "https://markcamilleri.org/page/6/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["There will come a time when freedom of speech will no longer be constantly under siege from petty and touchy politicians, but until then we need to keep pushing back against this onslaught. https://lovinmalta.com/opinion/analysis/how-not-to-cross-the-7-000-line-of-not-so-free-speech L-Abbozz dwar il-Midja u l-Malafama jaqbeż numru ta' linji ħomor Il-Front Kontra ċ-Ċensura qiegħed jerġa' jiġi kostitwit wara li l-Gvern ħareġ b'abbozz li jaqbeż numru ta' linji ħomor fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni.", "Għalkemm l-Abbozz dwar il-Midja u l-Malafama jagħmel xi titjib fejn tidħol is-sitwazzjoni tal-lum, dan qiegħed jagħmel ukoll numru ta’ passi lura.", "Il-Gvern qiegħed jimponi tibdil li jmur kontra l-ispirtu tal-manifest elettorali tiegħu fejn tidħol it-tneħħija taċ-ċensura.", "Waqt li l-Front jilqa’ t-tneħħija tal-libell oxxen u t-tneħħija tas-sekwestri fil-każijiet ta’ libell, jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fid-danni għal-libell ċivili u l-fatt li dan l-abbozz falla għal kollox milli jimplementa t-tneħħija tal-libell kriminali.", "Il-Front mhuwiex kuntent lanqas dwar ir-reġistrazzjoni tas-servizzi tal-aħbarijiet, ir-restrizzjonijiet il-ġodda fuq il-protezzjoni tas-sorsi, u l-fatt li ma tne ħħewx il-liġijiet li jipproteġu l-President minn kull kritika .", "Il-ħsibijiet dettaljati tal-Front dwar dawn il-kwistjonijiet jidhru aktar ‘l isfel f’din l-istqarrija.", "Il-Front jixtieq iħabbar ukoll li qiegħed jilqa’ l-fatt li l-Gvern jidher li lest isewwi dan l-abbozz, iżda fl-istess ħin irid ifakkar lill-Gvern li l-Front mhux lest jagħmel kompromessi fuq punti ta’ prinċipju.", "Il-Ħsibijiet tal-Front dwar l-Abbozz 1) Il-Front jilqa’ b’sodisfazzjon it-tneħħija tal-libell oxxen (artikolu 7 tal-Ligi tal-Istampa).", "Taħt din il-liġi, min jinstab ħati li kiteb ħwejjeġ li joffendu l-morali pubblika jew id-deċenza seta’ jiġi immultat jew jispiċċa saħansitra tliet xhur ħabs.", "Minħabba l-ambigwità tagħha, din il-liġi ġiet użata fil-passat bħala mezz ta’ repressjoni artistika u għaldaqstant it-tneħħija tagħha hija pass pożittiv.", "Dan jingħaqad ma’ passi siewja li diġà ttieħdu u li kien saħaq fuqhom il-Front, bħat-tneħħija taċ-ċensura fuq it-teatru, it-tneħħija tal-liġi kontra l-vilifikazzjoni tar-reliġjon u l-bidla tal-liġi kontra l-pornografija ġħal waħda kontra l-pornografija estrema.", "Wieħed jista’ jgħid li b’dan ġie żarmat ir-reġim taċ-ċensura artistika.", "2) Il-Front jilqa’ ukoll b’sodisfazzjoni it-tneħħija tal-mandati ta’ sekwestru fejn huma involuti d-danni li jistgħu jintrebħu f’każ ta’ libell (artikolu 26, subartikolu 6 tal-abbozz).", "Fil-fehma tal-Front, din il-miżura kienet forma ta’ abbuż legali għaliex is-sekwestru seta’ jintuża bħala forma ta’ theddida fuq l-għajxien ta’ kull ġurnalist, u dan mingħajr ma tkun ġiet aċċertata l-ħtija tal-ġurnalist stess.", "F’din l-għamla s-sekwestru ma seta’ jkollu l-ebda effett ieħor ħlief li jnissel il-biża’ fil-ġurnalisti li jirrappurtaw ċertu aħbarijiet, bi ħsara kbira fuq ir-rwol li għandha l-istampa biex tiżgura l-kontabbilità ta’ min qiegħed f’pożizzjoni ta’ poter.", "3) Il-Front jikkundanna l-fatt li d-danni fejn jidħol il-libell ċivili sejrin jitilgħu minn €11,646.87 għal €20,000 (artikolu 9 tal-abbozz).", "Il-Front iħoss li dawn id-danni huma eżaġerati u li l-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ individwu li jisfa’ fil-mira tal-istampa irid jiġi dejjem bilanċjat mal-ġid pubbliku li joħroġ minn stampa ħielsa.", "L-ammont ta’ dawn id-danni jista’ mhux biss iwassal sabiex il-gazzetti jibqgħu lura milli jippubblikaw ċertu aħbarijiet, iżda sabiex issir ħsara finanzjarja kbira lill-istampa indipendenti b’tali mod li din ikollha tagħlaq il-bibien tagħha b’detriment għall-pubbliku.", "Il-Front jinnota li meta żdiedu l-ammonti tad-danni ma sar l-ebda sforz sabiex dawn ikunu proporzjonali mal-mezzi tal-organu tal-istampa fil-kwistjoni.", "Għaldaqstant din il-liġi hija waħda klassista li sejra twassal sabiex il-libertà tal-espressjoni ssir il-privileġġ esklussiv ta’ dawk l-organi li huma ffinanzjati tajjeb u li jifilħu jaqilgħu dawn il-ġrieħi, għad-detriment tal-pluraliżmu u d-demokrazija.", "Il-Front iqis ukoll li ma ntwera bl-ebda mod li l-qliegh tal-istampa f’dawn l-aħħar snin żdied b’mod proporzjonali ma’ din iż-żieda fid-danni.", "Minghajr dan ma jiġi pruvat, l-argument li hemm bżonn ‘aġġornament’ fil-valur tad-danni ma jagħmel l-ebda sens, sakemm l-intenzjoni m’hix dik li l-liġi tiħrax aktar minn qabel.", "Il-Front iqis ukoll li l-aħħar parti tal-artikolu 9 tal-abbozz — fejn jingħad li jistgħu jingħataw ukoll \"danni taħt kwalunkwe liġi li tkun fis-seħħ fir-rigward ta’ telf reali inkluż telf ta’ qligħ\" — hija waħda perikoluża.", "Fil-fehma tagħna l-għan ta’ dan il-provvediment mhux ċar.", "Il-fatt li ġie inkluż taħt subartikolu 9 jindika li l-għan tiegħu huwa differenti minn dak tal-libell kummerċjali, u huwa intiż sabiex jagħti danni li jmorru lil hinn minn dawk għad-diffamazzjoni nnifisha.", "Tajjeb li wieħed jgħid li t-\"telf ta’ qligħ\" huwa biss telf potenzjali u li fil-verità la jista’ jiġi kwantifikat u lanqas attribwit b’xi ċertezza għad-diffamazzjoni nnifisha – xi ħaġa li tista’ twassal għall-abbuż.", "Fuq kollox iżda, mhux ċar għalfejn dan kollu qiegħed jissemma f’artikolu 9 tal-abbozz, ladarba imbagħad tissemma li dawn id-danni jingħataw taħt liġijiet oħra.", "4) Il-Front m’hu xejn sodisfatt bir-riforma fil- libell kriminali.", "Dan għaliex l-artikolu li jirregola d-diffamazzjoni kriminali (artikolu 252 tal-Kodiċi Kriminali) mhux sejjer jitneħħa.", "Minflok dan qiegħed jiġi emendat b’mod konfuż għall-aħħar (artikolu 25, subartikolu (d) tal-abbozz).", "L-ewwel osservazzjoni tal-Front hija li dan ir-reat sejjer jibqa’ japplika fis-sustanza tiegħu, u min jinstab ħati jista’ xorta waħda jiġi immultat u jeħel sa tliet xhur ħabs.", "It-tieni osservazzjoni hi li għalkemm l-emenda tneħħi ir-reat ta’ diffamazzjoni meta dan isir bil-\"kitba, dinsinji jew xi mod ieħor\", din sejra tħallih meta dan isir bi \"kliem, b’ġesti, b’insulti jew xi mod ieħor\".", "Jekk l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li jneħħi dan ir-reat meta jsir bil-kitba u jżommu meta jsir bil-fomm, dan ma rnexxiex fl-intenzjoni tiegħu ghaliex b’ \"xi mod ieħor\" tinkludi ukoll diffamazjoni meta din issir permess tal-istampa.", "It-tielet osservazzjoni hi li b it-tibdil li qiegħed jiġi propost, il-leġiżlatur qiegħed ukoll imur lil hinn mil-liġi kif inhi llum.", "Dan qiegħed isir billi tiġi inkluża il-kelma ‘insulti’ fil-modi li jridu jiġu ikkunsidrati meta l-Maġistrat jew l-Imħallef iqis jekk saritx id-diffamazzjoni kriminali.", "Tajjeb li wieħed jinnota li ‘insulti’ huma ‘kliem’ ukoll, u li din iż-żieda kienet tkun żejda li kieku i-leġiżlatur ma riedx jagħti importanza speċjali lil dan il-mod kif tista’ titwettaq diffamazzjoni kriminali.", "Il-Front jemmen li din iż-żieda kienet waħda żgwidata u sejra twassal sabiex ir-reat ta’ diffamazzjoni kriminali jibda japplika għall-forom ġodda ta’ espressjoni li ma kienux jaqgħu taħt ir-reat li għandna llum.", "Il-Front jixtieq itemm dwar din il-kwistjoni billi jgħid li ma jara ebda sens fl-idea li l-libelli fl-istampa jiġu trattati ċivilment waqt li tintuża liġi kriminali meta d-diffamazzjoni ssir bil-fomm.", "Dan l-arranġament mhux konsistenti u huwa kkumplikat iżżejjed, u jista’ jiġi simplifikat billi jkun hemm liġi waħda ta’ diffamazzjoni ċivili li tiġbor iż-żewġ każijiet taħtha.", "5) Il-Front ma jaqbilx ukoll mal-fatt li l-edituri ta’ siti elettroniċi għandhom jirreġistraw mal-Gvern (artikolu 29, subartikolu 2 tal-abbozz).", "Dan minħabba l-fatt li id-definizzjoni ta’ sit elettroniku hija ambigwa u wiesgħa wisq.", "Infatti din tinkludi ukoll \"kwaluknwe servizz ieħor relatat mal-aħbarijiet jew ġrajjiet kurrenti\", u b’hekk tista’ twassal sabiex individwi b’sit elettroniku li jaqsmu l-opinjoni tagħhom fuq l-internet jispiċċaw jiġu mmultati sa €1,000 ghaliex dawn ma rreġistrawx ruħhom.", "Huwa diffiċli temmen li l-leġiżlatur kellu din l-intenzjoni, u wieħed għandu joqgħod attent li ma jispiċċax ipoġġi tfixkil finanzjarju għad-dritt tal-espressjoni ħielsa fuq l-Internet.", "Il-Front ma jaqbilx ukoll mal-fatt li l-protezzjoni tas-sorsi għandha tapplika biss għal servizzi ta’ aħbarijiet li jirreġistraw ruħhom u għall-ġurnalisti li abitwalment jipprattikaw din il-professjoni fuq bażi full-time jew part-time (artikolu (21) subartikolu (2)).", "Għal dan inħossu li hemm tliet raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija li l-użu ta’ sorsi jista’ ikun importanti għall-kategoriji ta’ nies oħra barra dawk imsemmija – ngħidu aħna attivisti jew ġurnalisti-ċittadini.", "It-tieni, il-mod kif qiegħed jiġi mrażżan dan id-dritt mhux konsistenti mal-importanza u l-protezzjoni li qiegħda tingħata lilu minn artikolu (21) subartikolu (1) tal-abbozz.", "It-tielet raġuni hija li l-Qrati taw definizzjoni wiesgħa ħafna ta’ min jikwalifika bħala ġurnalist u fl-opinjoni tagħna hawnhekk qiegħed isir attentat żgwidat sabiex jiżdiedu r-restrizzjonijiet fuq dan id-dritt.", "6) Il-Front jinnota li l-artikolu 72 tal-Kodiċi Kriminali, li jikkastiga lil min juri nuqqas ta’ qima lejn il-President qiegħed jiġi mibdul minn dan l-abbozz (artiklu 25, sub artiklu (b)).", "Il-Front ma jistax jifhem għala ma ttieħdetx din l-opportunità sabiex dan ir-reat jitneħħa għal kollox.", "Anki fil-forma aktar mansa li qiegħed jipproponi dan l-abbozz, dan ir-reat jibqa’ anakroniżmu li mhux kompatibbli mal-liberta’ tal-espressjoni.", "Ma jistax ikun li persuna għadha tista’ tiġi mmultata jew mibgħuta bejn xahar u tliet xhur ħabs sempliċement għaliex ma tapprovax għemil il-President.", "F’Repubblika fejn iċ-ċittadini huma kollha l-istess quddiem il-liġi.", "Il-President ma jista’ jistenna l-ebda protezzjoni mill-kritika, speċjalment la darba dan huwa ħieles li jieħu pożizzjonijiet politiċi u jmexxi ‘il quddiem kawżi li jsibu l-favur tiegħu."]} {"url": "https://markcamilleri.org/page/9/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Din ġiet ppubblikata xi snin ilu meta sħabi u jiena konna għadna qed nesperimentaw bil-gazzetta studenteska ‘Ir-Realta’.", "Sal-lum din il-poeżija għadha togħġobni ħafna.", "Mill-Gazzetta ta’ Sunday Charlie Poeżija ta’ Charlie Grima Tpinġija ta’ Noel Tanti Il-Belt: magħrufin għall-knejjes, it-toroq kollha", "jinfdu għal ġol-bieb kbir tas-sebgħat semgħat", "b’żewġ arloġġi ta’ talb u mat-talb tas-serduk,", "filgħodu tisma’ mill-kampnar", "is-serena t’Alla idoqq ħelu ħelu fuq.", "L-imħadda: il-vizzju tal-Beltin jew dak ta’ dar il-Belt.", "Familja fiha żewġ psikoloġiji: il-missier", "iħalli t-tifel liberu jagħżel il-lasta tal-football", "jinstab ġol-knisja u l-logħba kienet tintlab fil-quddies.", "Jiena tifel żgħir libsuli l-ispellizza,", "dublett, qmis irrakmata naqra wiesa biex tkompli", "mad-dublett u mant iswed li jintrabat b’kurkett m’għonqok.", "Kienet tejatrali l-ħaġa.", "Qabel il-purtiera għadni niftakar", "anġlu żgħir tal-ġebel b’ilsienu barra", "fejn kien ikun hemm l-ilma imbierek", "u l-qassis kien iffittet subgħajh,", "u mal-ħoss tal-qanpiena żgħira,", "u minn ġol-knisja kont tara qisha playing field.", "In-nies picnic fuq siġġu u joħolmu", "fil-borma qamel li sajjar ħaddieħor,", "l-operetta tal-anġli imweħħlin mal-koppla.", "Dawn supporters barra t-terf u l-qassis", "jgħolli idejh u n-nies iqumu u xemgħat jitbaxxew.", "Bdejna logħba nofs siegħa,", "‘Ħa ddum il-quddiesa.’", "Fil-quddies kien hemm il-karta safra u l-karta ħamra.", "Ix-xogħol tal-abbati huwa li jkun ball boy, bell boy jew pool boy.", "Kont nibża’ meta l-qassis bħal-dentist jgħidlek ‘iftaħ ħalqek’", "u fuq ilsienek ipoġġilek il-pillola ta’ Kristu li tfejjaqlek il-mard.", "Spiċċat il-quddiesa u kunu sportivi fil-ġrajja tagħkom,", "u żżidux l-inbid mal-ilma."]} {"url": "https://markcamilleri.org/2012/09/27/mill-gazzetta-ta-sunday-charlie/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Kif id-dinja qiegħda fiż-żifna li tpinġi l-karikaturi ta' Mawmettu, nixtieq naqsam magħkom din il-poeżija ta' Charlie Grima li tiġi b'karikatura ta' Kristu ta' Noel Tanti.", "Din ġiet ppubblikata xi snin ilu meta sħabi u jiena konna għadna qed nesperimentaw bil-gazzetta studenteska 'Ir-Realta'.", "Sal-lum din il-poeżija għadha togħġobni ħafna.", "Mill-Gazzetta ta' Sunday Charlie Poeżija ta' Charlie Grima Tpinġija ta' Noel Tanti Il-Belt: magħrufin għall-knejjes, it-toroq kollha", "jinfdu għal ġol-bieb kbir tas-sebgħat semgħat", "b'żewġ arloġġi ta' talb u mat-talb tas-serduk,", "filgħodu tisma' mill-kampnar", "is-serena t'Alla idoqq ħelu ħelu fuq.", "L-imħadda: il-vizzju tal-Beltin jew dak ta' dar il-Belt.", "Familja fiha żewġ psikoloġiji: il-missier", "iħalli t-tifel liberu jagħżel il-lasta tal-football", "jinstab ġol-knisja u l-logħba kienet tintlab fil-quddies.", "Jiena tifel żgħir libsuli l-ispellizza,", "dublett, qmis irrakmata naqra wiesa biex tkompli", "mad-dublett u mant iswed li jintrabat b'kurkett m'għonqok.", "Kienet tejatrali l-ħaġa.", "Qabel il-purtiera għadni niftakar", "anġlu żgħir tal-ġebel b'ilsienu barra", "fejn kien ikun hemm l-ilma imbierek", "u l-qassis kien iffittet subgħajh,", "u mal-ħoss tal-qanpiena żgħira,", "u minn ġol-knisja kont tara qisha playing field.", "In-nies picnic fuq siġġu u joħolmu", "fil-borma qamel li sajjar ħaddieħor,", "l-operetta tal-anġli imweħħlin mal-koppla.", "Dawn supporters barra t-terf u l-qassis", "jgħolli idejh u n-nies iqumu u xemgħat jitbaxxew.", "Bdejna logħba nofs siegħa,", "'Ħa ddum il-quddiesa.'", "Fil-quddies kien hemm il-karta safra u l-karta ħamra.", "Ix-xogħol tal-abbati huwa li jkun ball boy, bell boy jew pool boy.", "Kont nibża' meta l-qassis bħal-dentist jgħidlek 'iftaħ ħalqek'", "u fuq ilsienek ipoġġilek il-pillola ta' Kristu li tfejjaqlek il-mard.", "Spiċċat il-quddiesa u kunu sportivi fil-ġrajja tagħkom,", "u żżidux l-inbid mal-ilma."]} {"url": "https://markcamilleri.org/tag/slapp/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Draft Amendment to Counter SLAPP Lawsuits against the Media FKC Legal Rationale Anti-SLAPP Amendment PR FKC Anti-SLAPP Amendment Stqarrija – Front kontra ċ-Ċensura – 1 ta' Ġunju 2018 Proposta għal emenda fil-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama b'rabta ma' kawżi ta' malafama deċiżi minn Qrati kompetenti barra minn Malta Il-Front kontra ċ-Ċensura qed jipproponi emenda fil-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama, b'rabta mat-theddida li jġibu magħhom kawżi SLAPP għall-vijabilità finanzjarja tal-midja Maltija.", "Il-Liġi tal-Istampa dan l-aħħar kienet sostitwita mil-liġi l-ġdida dwar il-Midja u l-Malafama.", "Il-Front kontra ċ-Ċensura kien innegozja l-inklużjoni ta' għadd kbir ta' emendi fil-liġi oriġinali dwar il-Midja u l-Malafama, liema emendi l-Gvern kien aċċetta.", "Il-Front jemmen li r-riżultat ta' dan kien liġi li kienet tixhed pass kbir 'il quddiem biex tkun salvagwardjata l-libertà tal-istampa f'Malta.", "Ftit wara li ġew konklużi n-negozjati bejn il-Gvern u l-Front, inħolqot problema ġdida minħabba l-prospett ta' kawżi SLAPP kontra ġurnalisti Maltin.", "Il-Front xtarr sewwa l-emenda għal-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama proposta mill-Oppożizzjoni meta l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Midja u l-Malafama kien qed jiġi diskuss fil-Parlament.", "Din l-emenda kienet tmur kontra l-Brussels I Regulation, għaliex kienet tiċħad a priori l-ġuriżdizzjoni ta' Qrati fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea meta l-konvenut f'kawża ta' malafama jkun jgħix f'Malta.", "L-użu tal-eċċezzjoni tal-policy pubblika li tinsab fil-Brussels I Regulation kien joħloq is-sogru li l-liġi tkun annullata mill-ECJ jew fi proċeduri oħra imposti kontra Malta.", "Il-Front jemmen li l-problema li nħolqot tista' tkun solvuta permezz ta' direttiva mifruxa fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Sadanittant, il-Front qed jipproponi forma ta' protezzjoni għall-midja Maltija li xorta waħda hija konformi mal-Brussels I Regulation.", "Filwaqt li ma jiċħadx il-ġuriżdizzjoni ta' Qrati fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea biex jisimgħu kawżi ta' defamazzjoni fejn il-konvenut ikun jgħix f'Malta, il-Front qed jipproponi li l-Qrati Maltin jikkunsidraw numru ta' aspetti qabel ma jiddeċiedu jekk deċiżjoni minn Qorti barranija għandhiex tiġi infurzata jew le.", "Fil-qosor, l-emendi jiggwidaw lill-Qrati Maltin biex jikkunsidraw jekk il-konvenut ingħatax drittijiet indaqs fil-Qorti barranija, jekk il-ħlas ta' danni impost mill-Qorti barranija jwassalx għall-falliment finanzjarju tal-ġurnal inkwistjoni jew jikkompromettix l-operat tiegħu, u jekk id-deċiżjoni hix se xxekkel il-libertà ġurnalistika jew il-libertà tal-espressjoni ta' dak il-ġurnal.", "Aħna nemmnu li din il-protezzjoni hija kompatibbli mal-eċċezzjoni tal-policy pubblika tal-Brussels I Regulation, kif spjegat fin-noti legali provduti mal-emenda.", "Dan ikun ifisser li l-ġuriżdizzjoni ta' Qrati barranin ma tkunx eskluża a priori, u li s-sentenzi mogħtija minn Qrati barranin ikunu jistgħu jiġu infurzati f'Malta sakemm ma jiksrux id-drittijiet imsemmijin hawn fuq.", "Ta' min jinnota li l-ammont massimu ta' danni li jista' jintrebaħ f'kawża ta’ malafama taħt il-Liġi dwar il-Midja u l-Malafama huwa ta’ €11,640 .", "Din iċ-ċifra tirrifletti d-danni massimu għal artiklu wieħed biss.", "Dan l-ammont massimu speċifikat fil-liġi għal kull storja jirrifletti l-qagħda ekonomika tal-midja Maltija.", "Dan ifisser li l-ammont ta’ €11,640 hu meqjus bħala deterrent sinifikanti għall-pubblikazzjoni ta’ materjal defamatorju, u jekk jinqabeż, il-libertà tal-istampa tkun imrażżna.", "L-eżistenza ta’ midja ħielsa hija benefiċċju pubbliku li għandu jiġi mħares.", "Dawn l-emendi jipprovdu protezzjoni kontra sentenzi minn Qrati barranin li jistgħu jikkawżaw falliment finanzjarju u li ma jirrispettawx ir-realtajiet ekonomiċi tal-midja lokali.", "Fl-istess waqt l-emendi huma konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.", "Permezz ta’ dawn l-emendi, il-midja lokali tkun tista’ tkompli taqdi l-funzjoni essenzjali tagħha sakemm tiġi introdotta direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-kawżi SLAPP."]} {"url": "https://markcamilleri.org/godfrey-wettinger-fi-kliemu/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Fl-2011\\12 intervistajt lill-professur tal-istorja Godfrey Wettinger f'sensiela ta' sessjonijiet.", "Konna nagħmlu t-te u bilqiegħda fl-uffiċċju kbir tiegħu f'San Ġiljan bil-ħitan kollha miksijin kotba, Wettinger kien jitkellem fuq ħajtu, il-karriera tiegħu, l-istudji tiegħu u l-intoppi li ltaqa' magħhom tul ħajtu.", "F'din l-intervista twila, Wettinger, b'karriera warajh u biżżejjed studji u kotba li jgħollewh fl-istatura tal-akbar storiku li qatt kellha Malta, Wettinger jitkellem b'mod apert u bla ebda preokkupazzjoni għall-konsegwenzi.", "Din hija l-iktar intervista intima, u profonda li qatt ta Wettinger.", "Illum, qed naqsam din l-intervista magħkom sĠużè Aquilina, professur tal-Malti,abiex inħalli lil Wettinger jerġa jkellimna.", "Dawk li kienu studenti tiegħu żgur li jiftakru sew il-lezzjonijiet tiegħu fejn kien litteralment ipoġġi bilqiegħda u jipprova jaqsam l-għerf kollhu tiegħu magħna.", "Tista' tgħid li din l-intervista saret bl-istess vuċi tiegħu ta' għalliem, bid-differenza li ma qagħadx jiċċensura lilu innifsu fuq il-ħsibijiet politiċi tiegħu, jew fuq x'jaħseb fuq dawk kollha li biex jżommu 'il fuq l-istatura tal-Knisja kienu jipprovaw jiskreditaw ix-xogħol tiegħu.", "Hawn hekk, Wettinger jerġa jkellimna, imma mingħajr kantunieri.", "Fis-snin sittin, flimkien mal-kollaboratur tiegħu Mikiel Fsadni, skopra l-Kantilean, l-eqdem kitba bil-Malti.", "Studja l-istorja Medjevali Maltija u kien jaf l-Għarbi u l-Latin.", "Studja u tgħallem waħdu mingħajr l-assistenza ta' ħadd.", "Kiteb għexieren ta' artikli u kotba fosthom ktieb fuq l-istorja tal-iskjavi f'Malta fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann, ktieb fuq l-istorja tal-Lhud f'Malta fi żmien Nofsani, u ktieb fuq l-etimoloġija tal-ismijiet tal-postijiet Maltin.", "Fl-2011, Wettinger ippubblika paper fejn argumenta li fis-seklu 9, Malta ġiet depopulata u ġiet popolata seklu wara mill-Musulmani.", "Fl-2014, Wettinger ġie rikonoxxut bil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut tul il-Ħajja.", "Miet f'Mejju 22 fl-2015.", "Il-kwalita tar-recordings mhijiex waħda eċċezzjonali peress li r-recordings saru fuq tape u ġew konvertiti għad-diġital.", "L-Ewwel Parti https://drive.google.com/open?id=1S3QrPR0MMEQdfwe3dwXPlZe3HFTrmO66 F'din il-parti, Wettinger jitkellem fuq il-bidu tal-karriera tiegħu, l-istudji tiegħu bħala student u l-bidu tar-riċerka tiegħu.", "Jitkellem fuq l-appoġġ tiegħu lejn il-Partit Laburista u meta kisirha minn mal-Partit Laburista fis-snin tmenin.", "Fl-aħħar parti jitkellem fuq meta ġie mċaħħad xogħol mill-Università ta' Malta fl-1969 biex minfloku ġie magħżul it-tifel tal-Ministru tal-Edukazzjoni ta' dak iż-żmien (Paul Borg Olivier), Mario Borg Olivier li kien ukoll Ġiżwita.", "Ugo Mifsud Bonnici kien fis-selection board li għażel lil Borg Olivier minflok lil Wettinger.", "Jissemmew Hilda Lee, is-supervisor tat-teżi tiegħu, Lionel Butler, storiku u Medjevalista, Charles Sciberras, storiku, Ġuże Cassar-Pullicino, antropologu, Albert Mayr, storiku, Louis Rossi, għalliem u kollega ta' Wettinger fil-Liċeo, Louis Wettinger, ħuh, Dom Mintoff, Prim Minsitru, Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni, John Micallef li kien jikteb \"l-aktar faċċata moqżieża tat-Times\", Winston Żammit, storiku, Stanley Fiorini, storiku dilettant, Dominic Fenech, Dekan tal-Fakulta tal-Arti u Kap tad-Dipartiment tal-Istorja u storiku, Pietru Pawl Busuttil, vittma ta' frame-up, Mary Darmanin, professur tal-edukazzjoni, Ġużè Aquilina, professur tal-Malti, Paul Borg Olivier, Mario Borg Olivier, Arnold Cassola, lingwist, u Michael Fsadni, kollaboratur tiegħu.", "It-Tieni Parti https://drive.google.com/open?id=1LcGu9P_B1An5J2hVoEumwsdzuuDPOt1w F'din il-parti Wettinger jitkellem fuq kif id-Dipartiment tal-Malti, bil-ħatra ta' Oliver Friġġieri bħala l-kap tiegħu, naqqas l-importanza tiegħu fl-istudju tal-Għarbi, iċ-ċimiterju tal-Musulmani wara l-Villa Rumana fir-Rabat, l-iskavi li saru fl-Imdina fil-bidu tas-seklu 21, l-istorja tal-Għaqda Storika Maltija u l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni li saret mill-klassi tal-intelliġentsja Maltija kontra l-istudji tal-perjodu Islamiku Malti.", "Jitkellem ukoll fuq il-poeżija Griega li inkitbet f'Malta fis-seklu 12 u li ġiet tradotta ħażin minn Horatio Vella u liema żball ġie wkoll ikkonfermat litteralment ġranet qabel ma miet Wettinger f'lecture li ta Jeremy Johns fl-Università l-antika, l-Belt.", "Jissemmew Nathaniel Cutajar, arkeologu impjegat mill-Gvern, Charles Dalli, storiku u Medjevalista, Giovanni Bonnello, imħallef u storiku dilettant, Hannibal Scicluna, Librar Nazzjonali, Arturo Bonnici, qassis u storiku tal-Knisja, Albert Mayr, storiku, Temi Żammit, arkeologu, Benito Mussolini, Roberto Valentini, storiku, Annetto Caruana, arkeologu, Mario Brincat, lingwista, Stanley Fiorini, Dun Ġwann Azzopardi, Arkivista tal-Kurja, Lorenzo Valla, kittieb u studjuż taż-żmien Nofsani, Andrew Vella, l-ewwel Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Università ta' Malta, Ugo Mifsud Bonnici, President u Ministru tal-Edukazzjoni, Mario Buhagiar, professur tal-istorja tal-arti, Anthony Luttrell, storiku u Medjevalista, u Henry Frendo, storiku.", "It-Tielet Parti https://drive.google.com/open?id=1lD5T1wg8lQyYAUU0zlrLK1JPa86iL9Cn F'din il-parti Wettinger jitkellem fuq l-istorja tal-istorjografija Maltija u l-attitudnijiet tal-Knisja u l-istoriċi Maltin lejn l-istorja Medjevali Maltija.", "Jitkellem ukoll fuq il-każ ta' meta l-Knisja biegħet l-art ta' Wied Għajn Żejtuna fil-Mellieħa li kienet tintuża mill-bdiewa biex jinbena Santa Maria Estate, u Wettinger jgħid li l-Knisja fetħet il-Mużew tal-Konkatidral biex \"tgħatti xtura\" fuq dan il-każ.", "Jitkellem fuq ir-relazzjoni tiegħu mal-Arkivju tal-Konkatidral, Al-Himyari, u Malta fis-seklu 9.", "Jissememw Augusto Bartoli, storiku, Albert Mayr, Stanley Fiorini, Vincent Borg, storiku tal-Knisja, Arturo Bonnici, storiku tal-Knisja, Lionel Butler, Peter Earl, storiku, Roberto Valentini, Henri Bresc, storiku u Medjevalista, John Borg, bioloġista, Arturo Mercieca, imħallef, Monsinjur Azzopardi, Librar Nazzjonali qabel Scicluna, Joseph Galea, għalliem u assistent ta' Hannibal Scicluna, Mario Buhagiar, Arturo Bonnici, Ġuże Cassar-Pullicino, antropologu, u Karmenu Bonavia, storiku.", "Edward Mallia, bioloġista.", "Ir-Raba' Parti https://drive.google.com/open?id=18SxwWA40UwfNwRB2wy4yRuOxeTTJp1gw Fl-aħħar parti, Wettinger jitkellem fuq il-ħbieb tiegħu, l-klikka tal-Universit u fuq ix-xogħol tiegħu fuq \"Unit 11\", Acta Iuratorum Et Consilii Civitatis et Insulae Malte.", "F’din il-parti Wettinger jiddiskuti t-teoriji ta’ Stanley Fiorini fuq iż-Żmien Nofsani, t-teorija tal-kontinwazzjoni Kristjana f’Malta u San Pawl f’Malta.", "Fl-aħħar, Wettinger jitkellem ukoll fuq il-ħajja soċjali tiegħu, jew aħjar in-nuqqas tagħha.", "la Lionel Butler, Stanley Fiorini, Raphael Vassallo, ġurnalist mal-MaltaToday, Leopold von Ranke, storiku, Giliberto Abate, Kummissarju tal-Emperatur Frederiku II, A.J. Arberry, traduttur ta’ Dun Karm, Pawlu Mizzi, pubblikatur, Olvin Vella, lingwist, Dun Ġużepp Portelli, il-parrinu tal-Griżma, Charles Dalli, Albert Leone-Ganado, professur tal-informatika."]} {"url": "https://markcamilleri.org/bibliography-2/", "category": "blog, personal, history, politics", "text": ["Il-ħajja ta' Kalċidon Agius (1917-2006) hija ħajja ta' ħaddiem li kien parteċipi fil-bidliet storiċi ta' Ma l ta fis-seklu għoxrin.", "Hija storja dwar ħaddiem fi żmien il-gwerra, dwar il-faqar, il-ġlieda soċjalista, id-dnub mejjet u l-iżvilupp ekonomiku.", "Il-bidliet storiċi narawhom jitfasslu mil-lenti ta' ħaddiem: minn tfulitu li hi perjodu storiku li ma tqajjimx nostalġija, f'żgħożitu meta jitgħallem fuq is-soċjaliżmu minn emigrant Malti fl-Awstralja, u l-maturità tiegħu bħala militant soċjalista.", "Mal-mixja tal-ħajja ta' Kalċidon Agius naraw il-mixja tal-ħaddiem Malti mill-faqar u l-injoranza għall- emanċipazzjoni intellettwali u ekonomika.", "Permezz ta' Kalċidon naraw x'kien ifisser li tkun \"suldat tal-azzar\" u x'kienet eżattament il-ġlieda politika-reliġjuża tas-Snin Sittin bil-konsegwenzi kollha tagħha, kemm reliġjużi, ekonomiċi u soċjoloġiċi.", "Prattikament, din hija wkoll storja ta' ribelljoni ta' żagħżugħ u ġenerazzjoni sħiħa ta' ħaddiema li ġġieldet għall-kawża tas-soċjaliżmu u ta' Malta ħielsa.", "A Compilation of some of Godfrey Wettinger’s Writings by Mark Camilleri’ was launched during the Malta Book Festival. https://www.um.edu.mt/newspoint/news/features/2015/11/latemedievalmaltagozo Il-Ħelsien: il-Mixja lejn il-31 ta’ Marzu ISBN: 978-99932-17-30-5 \"l-Ħelsien\" huwa stħarriġ professjonali dwar x’wassal għall-mument storiku ta’ Jum il-Ħelsien.", "Fl-okkażjoni tal-35 sena mill-ewwel jum ta’ Malta Ħielsa, u bi xbihat minn arkivji Brittaniċi u Amerikani li qatt ma dehru qabel, dan il-ktieb mhuwiex sempliċement ċelebratorju.", "Huwa analiżi profonda tal-ħafna kawżi li taw is-sehem tagħhom għall-possibilità u l-kisba li Malta tieħu rajha f’idejha u żżommha.", "Agħraf kemm kienet iebsa, delikata u kumplessa t-tislita li għamel il-Moviment tal-Ħaddiema biex wasal sa wieħed mill-aktar mumenti importanti fl-istorja ta’ Malta.", "Skopri Jum il-Ħelsien mill-ġdid!", "Buy Ebook Version Here Il-Mit Pawlin u l-Abbuż tal-Istorja Maltija ISBN: 978-99932-17-29-9 \"Il-Mit Pawlin u l -Abbuż tal-Istorja Maltija\" huwa test qasir li jispjega kif l-istorja Maltija ġiet abbużata bil-Mit Pawlin għal għanijiet reliġjużi u ideoloġiċi.", "Dan huwa test ta’ kritika storjografika u flok jiżvela fatti storiċi ġodda, jispjega kif il-fatti storiċi ġew imwarrba akkost ta’ verżjoni storika falza.", "Il-ktejjeb huwa maqsum fi tlett partijiet.", "L-ewwel kapitlu huwa spjegazzjoni dwar l-aspetti storiċi tal-Mit Pawlin u kif huwa inkorrett, u wara jkompli billi jittratta l-propagazzjoni tal-Mit Pawlin.", "It-tieni kapitlu huwa analiżi kritika u filosofika tal-Mit Pawlin bħala fenomenu.", "L-aħħar parti hija intervista esklussiva mal-professur Godfrey Wettinger fejn jispjega fid-dettal kif ix-xogħol tiegħu żvela l-inkorettezzi tal-kabar Mit storiku Malti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/06/the-times-qed-tahraqha-qalbha-dwar-is-solitary-confinement-fil-habs/", "date": "2021-11-06 20:32:50", "category": "blog, personal, politics", "text": ["The Times qed tiskrupla li hemm ħabsin li qed jinżammu f' solitary confinement fil-ħabs ta' Kordin.", "Skont The Times, dawn huma \" convicted criminals \", jiġifieri persuni li nstabu ħatja mill-qorti.", "Kien hemm każ riċenti fejn l-qorti stess ordnat li l-ħati għandu, ta' kull sena, jinżamm għal xi żmien f'ċella waħdu.", "Biss nixtieq infakkar li Yorgen Fenech kien għamel xi żmien f' solitary confinement mingħajr ħtija.", "Wara li kien ġie arrestat u l-qorti ċaħditlu l-liberta', Yorgen Fenech kien inżamm f' solitary confinement .", "Dam f'dan is- solitary confinement għal aktar minn tliet ġimgħat.", "Nixtieq infakkar li Yorgen Fenech għadu ma nstabx ħati, imma l-Maġistrata Rachel Montebello ċaħidtlu l-liberta' provizorja u baqgħet tiċħadha anki jekk kien qed jinżamm f'ċella waħdu.", "Ara meta Yorgen Fenech inżamm f' solitary confinement , l-ebda ġurnalist ma tkellem.", "Kollha qagħdu kwieti allavolja, dan ir-raġel sal-lum għadu mitqies innoċenti quddiem il-qorti.", "Anki jekk il-ġurnalisti kollha kienu jafu li qiegħed f' solitary confinement , inkluż dawk li jħobbu jitkellmu fuq il-ħruxijiet li hemm fil-ħabs, xorta dawn ma qalux kelma waħda favur Yorgen Fenech!", "Anzi kollha kienu f'kokkanja jagħmlu lobby biex ma jingħatax il-liberta' provizorja, billi qagħdu jpinġuh bħala the mastermind tad-delitt ta' Daphne Caruana Galizia meta fil-fatt mhux.", "Li persuna toqgħod f'kamra vojta, mingħajr sodda, u għalhekk trid torqod fl-art u fil-kamra jibqa' d-dawl mixgħul.", "Jiġifieri, inti għandek id-dawl il-ħin kollu f'għajnejk, lejl u nhar.", "Fil-kamra ma għandek xejn li hu xejn.", "L-anqas ilma.", "Inewlulek l-ilma f'tazza.", "Fuq kollox, min ikun f' solitary confinement , bħal ma kien Yorgen Fenech, ikunu jistgħu joħroġ mill-kamra għal nofs siegħa biss.", "Imma issa The Times qed taħraqha qalbha.", "Sew tagħmel li titkellem ħalli forsi l-imħallfin ma jibqgħux jagħtu dawn it-tip ta' pieni u fuq kollox, il-maġistrati jkunu aktar prudenti kemm iżommu persuni arrestati l-ħabs meta dawn għadhom ma nstabux ħatja, u aktar u aktar, jekk waqt l-arrest jitqiegħdu f' solitary confinement ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/07/il-post-li-kien-il-kazin-nazzjonalista-tal-furjana-ser-ikun-zviluppat-fguest-house/", "date": "2021-11-07 07:21:52", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post mit-Tabib Hermann Farrugia Bħalissa hemm proposta ta' żvilupp tal-post fejn kien hemm il-Każin Nazzjonalista ġewwa l-Furjana.", "Dan l-iżvilupp qajjem ħafna mistoqsijiet, speċjalment fost dawk li kkontribwew għal dan l-iżvilupp.", "Bħala waħda mill-familji Furjaniżi li kkontribwejna u anki ġbarna l-flus għax-xiri ta' dan il-każin, ma jistax jonqos li ma nistaqsux x'ser isir minnu dan il-bini.", "B'għafsa ta' qalb, illum dan il-bini ser ikun żviluppat f' guest house .", "Irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna, fejn staqsieni jekk il-każin tal-Furjana hux ser ikun żviluppat f' guest house .", "It-tweġiba tiegħi kienet kif ġej. \"", "Ikolli ngħid li anki jien hekk smajt ukoll.", "Addio Austin Gatt, bħala Seġretarju Ġenerali jinsisti mal-miskina ommi Alice sabiex tmur toħroġ tittallab l-għajnuna tal-Furjaniżi, għax kuġina wiċċek joqgħodlok .\"", "Fil-gazzetta tal-gvern dehru żewġ applikazzjoni għall-iżvilupp ta' dan il-Każin Nazzjonalista ġewwa l-Furjana.", "L-ewwel waħda kienet fil-Gazzetta tal-Gvern ta' 19 ta' Frar 2020 u mbagħad saret applikazzjoni oħra, fejn intalbu tibdiliet u din saret fil-11 ta' Awwissu 2021.", "Addio kemm Austin Gatt kien jagħmel pressure fuq ommi biex tiġbor ħalli l-Partit Nazzjonalista seta' jkollu dar ġewwa l-Furjana.", "Huwa kien insista mal-mama', bħala l-mara tal-ex-deputat Nazzjonalista Furjaniż għall-Ewwel Distrett elettorali u wara anki fuq is-seba' distrett fejn serva għal 4 leġiżlaturi sħaħ, biex tgħin qattiegħ fil-ġbir.", "Dan il-każin kien inxtara minħabba li kien inħass il-bżonn li jinstab sit bl-istess prominenza ġewwa Triq Sant Anna, minflok it-toqba ta' Każin Nazzjonalista msemmi għal Ġorġ Borg Olivier li kien hemm f'dik l-istess triq.", "Dan il-bini jew toqba ta' każin kienet skaditlu l-kirja tiegħu u kellu jinsab post alternattiv sabiex il-Partit Nazzjonalista jibqa' attivament preżenti gewwa s-subborg tal-Furjana.", "Din it-toqba li kienet isservi ta' speċi ta' każin Nazzjonalista.", "Kienet tinsab fuq in-naħa l-oħra ta' Triq Sant Anna.", "Kien toqba-tarka tal-Partit tul l-agħar żminijiet ta' oppressjoni u intimidazzjoni Soċjalista.", "Kien l-aktar każin li tkisser fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista.", "Għalhekk ma nistax ma ngħidx li fażullament, din kienet deċiżjoni li ilha li ttieħdet.", "Ilu li kien ġie deċiż li dan il-post jispiċċa minn Każin Nazzjonalista."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/07/disfatta-ohra-ghal-jason-azzopardi-aktar-dwar-dak-li-verament-gara-din-il-gimgha-fil-kunsill-tal-ewropa/", "date": "2021-11-07 07:43:47", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Skont Net News, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa sabet lil Rosianne Cutajar ħatja li kisret l-etika meta naqset li tiddikkjara l-interessi tagħha kollha lill-Parlament Ewropew għal erba' snin sħaħ.", "Dejjem skont Net News, il-Kunsill tal-Ewropa issa qed jitlob lill-iSpeaker tal-Parlament Malti biex jagħtih informazzjoni aktar dettaljata dwar il-passi kollha li qed, jew se jieħu fil-konfront ta' Rosianne Cutajar.", "Meta wieħed jisma' din l-aħbar, jaħseb li dan l-istess Kunsill se jkun qed jistenna din l-informazzjoni minn Dr Anġlu Farrugia illum qabel għada.", "Fil-verita', il-Kunsill tal-Ewropa ma sabx lil Rosianne Cutajar ħatja.", "Kien il-Kumitat tal-Privileġġi fi ħdan dan l-istess Kunsill u mhux il-Kunsill, li qallha li għamlet żball li ma bagħtitx id-dikjarazzjoni tal-assi u dħul tagħha lill-Parlament Eworpew.", "Biss qallha wkoll li dan kien nuqqas minuri ħafna għaliex milli jidher, u din riflessjoni tiegħi, hemm ħafna deputati, fi ħdan dan l-istess kunsill, li jagħmlu dan id-dnub.", "Meta ġew għal każ l-aktar gravi, jiġifieri, jekk hi kellhiex tkun iċċensurata minħabba dak li kienet qalet fil-Kunsill u r-relazzjoni tagħha ma' Yorgen Fenech, ma ttieħdet l-ebda azzjoni.", "Anzi dan il-kumitat inħeba wara l-fatt li ser ikun qed jistenna aktar dettalji mill-iSpeaker tal-Parlament Malti.", "Fi kliem ieħor ħasel idejh mill-każ.", "Tant hu hekk, li dan il-kumitat ta żmien sa tard fis-sena 2022 biex jieħu azzjoni fuq din il-materja.", "Fi kliem ieħor, din id-deċiżjoni tħalliet għal wara li tkun saret l-elezzjoni f'Malta!", "Ta' min isemmi li biex dan il-kumitat fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa beda jinvestiga lil Rosianne Cutajar ried ikun ippreżentat b'talba speċifika – complaint .", "Dan ġie ppreżentat minn Pieter Omtzigt.", "Wara din it-talba kien hemm l-id moħbija ta' Jason Azzopardi.", "Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk li ffirma dan il- complaint ma' Omtzigt innifsu.", "Ara dan id-dettall Azzopardi ma jgħidux.", "Imma l-aktar ħaġa li rrabbjat lill-membri ta' dan il-kumitat kien il-fatt li Jason Azzopardi spiċċa kixef dak li kellha tkun id-deċiżjoni minn dan l-istess kumitat qabel ma dan l-istess kumitat kienu għadu l-anqas biss iltaqa'.", "Jason Azzopari tella' post fuq il-Facebook page tiegħu, ftit tal-jiem qabel ma' ltaqa' dan il-kumitat u qal kif dan il-kumitat kien ser jiddeċiedi fuq Rosianne Cutajar.", "Qallha li jekk ħasbet li kienet ser tiżgiċċa, kienet sejra żmerċ.", "Mhux hekk biss.", "Azzopardi kompla kixef x'tip ta sanzjonijiet kienu ser jagħmlu kontra tagħha.", "Fi kliem ieħor, il-pjan kien li jagħtu lil Rosianne Cutajar l-istess ċensura li kien ingħata deputat mill-Azerbaijan!", "Dan hu l-post ta' Azzopardi.", "Dan il-post wassal għall-inkwiet serju fi ħdan dan l-istess il-kumitat.", "Dan is-sit jinsab infurmat li dan il-kumitat kellu jara kif ser joħroġ minn dan id-dell ikrah li ntefa' fuq il-kumitat li deher li apriori kien iddeċida fuq persuna meta l-anqas kien għadu ltaqa'.", "Ninsab infurmat li hemm membri ta' dan il-kumitat li huma rrabbjati immensament għal Jason Azzopardi fuq dak li ġara u kiteb.", "Tant kemm kien kollox miftiehem minn qabel, li saħansitra dehru artikli fil-media lokali qabel ma l-istess kumitat ppronunzja ruħu u fihom kien intqal li Rosianne Cutajar kienet ser tinstab ħatja.", "Kienu ġa għamluha fatta li l-Kumitat tal-Privileġġi kien ser jieħu l-istess pożizzjoni kontra Cutajar li ħa kontra d-deputat mill-Azerbaijan.", "Għalhekk din id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Privileggi tal-Kunsill tal-Ewropa għandha titqies bħala disfatta għal Jason Azzopardi u aktar minn hekk, għal sieħbu Pieter Omtzigt.", "Mela, din ma kienetx deċiżjoni ta' kundanna fil-konfront ta' Rosianne Cutajar imma deċiżjoni ta' kif dan il-kumitat fittex biex isalva wiċċu!", "Biss il-mistoqsija hija din.", "Kien hemm għalfejn immorru fil-Kunsill tal-Ewropa biex nagħmlu ħsara lill-Malta b'dan il-mod?", "Kien hemm għalfejn naslu sa hawn u nispiċċaw noħorġu ta' mażetta?", "Kien hemm għalfejn inkomplu ntebbgħu r-reputazzjoni ta' pajjiżna mal-barranin biex imbagħad nispiċċaw naqgħu għan-nejk?", "Se nibqgħu għal kull ħaġa ta' xejn mmorru barra u nagħmlu dawn it-tip ta' ntriċċi biex imbagħad nispiċċaw inkissru l-istess reputazzjoni tagħna?", "Il-Kunsill tal-Ewropa jsib li Rosianne Cutajar kisret il-kodiċi tal-etika u jitlob aktar informazzjoni mill-iSpeaker"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/07/ghala-din-il-kontroversja-kollha-dwar-l-abort-fil-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-11-07 08:15:51", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Emma Portelli Bonnici tinsab f'kontroversja fil-Partit Nazzjonalista għaliex waqt konferenza stampa, hija tkellmet dwar The Morning After Pill.", "Fil-verita' hija ma semmietx l-abort direttament fil-konferenza stampa.", "Kien ix-shadow tas-saħħa, Dr. Stephen Spiteri li ndika li għad trid issir diskussjoni dwar l-introduzzjoni tal-abort fil-Parlament.", "Biss dan hu argument li ma jreġi xejn.", "Min-naħa tagħha, Portelli Bonnici semmiet il-Morning After Pill b'xejn bħala proposta elettorali għat-tfajliet kollha 'l fuq mis-sittax-il sena u tkun available 24/7.", "Saħansitra, hija qalet li għandha tkun offruta mill- Mater Dei a bazi 24/7 u mingħajr kontroll jew restrizzjoni mediċi ta' kull xorta, u 'no questions asked'.", "Niftakru li din il-pillola taħdem bħala ormona sintetika li ukoll tfixkel kimikament l-implantazzjoni tal-embrijun fil-fażi l-aktar prekoċi tiegħu.", "Kif spjega it-tabib Hermann Farrugia, din hija forma, li fiha nnifisha tfisser abort prekoċi fil-fażi l-aktar bikrija wara l-konċepiment jew tnissil.", "Issa l-problema kollha għall-Partit Nazzjonalista tinsab hawn.", "L-ewwel prinċipju tal-fehmiet bażiċi tal-protezzjoni u difiża għall-ħajja umana espress fl-artiklu 2, 'viżjoni u missjoni' tal-Istatut Nazzjonalista ġdid fjamant approvat unanimament mill-Kunsill Ġenerali PN, sena u nofs ilu jitkellem ċar u tond kontra l-abort.", "Mela skont dan l-istatut il-ġdid, il-Partit Nazzjonalista ma jista' lanqas suppost jaċċetta bħala membri tesserati fil-PN persuni li huma prochoice jew parti minn lobbies group li huma favur l-abort, bħal ma huma dawk membri tal-lobby groups – ProChoice Malta u Break the Taboo.", "Aħseb u ara kemm jista' jaċċetta persuni li huma favur l-abort biex ikunu kandidati jew jiġu ppreżentati bħala super candidates fil-Partit Nazzjonalista.", "Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista ma għadux jagħmel screening kif suppost tal-kandidati tiegħu biex jara li dawn iħaddnu l-prinċipji tal-Partit Nazzjonalista.", "Infakkar li fil-Partit Nazzjonalista hemmm il-Kummissjoni Kandidati u din tirrakkomanda persuna li tkun kandidat u anki fuq liema distrett toħroġ.", "Ġa rrakkommandat kandidata fuq id-9 u l-10 Distrett li hija favur l-abort.", "Sussegwentement, ikun hekk l-approvazzjoni mill-Kumitat Ežekuttiv.", "B'hekk meta jkun hemm kap ta' partit, li persuna li tkun pro-abort tispiċċa star candidate, ambaxxatriċi u vuċi uffiċċjali tal-messagg tal-Partit jkun qed jistieden l-inkwiet."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/07/is-surveys-tal-lum-komplew-juru-li-l-partit-nazzjonalista-qed-ikompli-jitlef-in-nies-tieghu-stess/", "date": "2021-11-07 09:58:10", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum il-Ħadd kellna żewġ surveys; wieħed fit-Torċa u l-ieħor fil-Malta Today.", "Iż-żewġ surveys qed jagħtu l-istess xenarju anki jekk dak tat-Torċa huwa ftit agħar għall-Partit Nazzjonalista minn dak tal-Malta Today.", "Is-survey tat-Torċa juri li Bernard Grech qed jitlef is- support .", "Kif ħabbart il-bieraħ. il-Malta Today, qed jagħti xenarju ftit differenti.", "Il-verita' hija li l-mexxej Laburista qed ikompli jkabbar id-distakk tiegħu fuq il-Partit Nazzjonalista.", "Jekk wieħed iħares lejn is-survey ta' Torċa, kieku ssir elezzjoni bejn iż-żewġ kapijiet, Robert Abela jgħaddih 75,000 elf vot b'differenza.", "Dan hu każ ipotetiku, għaliex aħna ma għandniex elezzjoni presidenzjali.", "Imma jekk issir elezzjoni bejn il-partiti, il-Partit Laburista jirbaħ b'distakk ta' 'l fuq minn 47,000 vot.", "Dak tal-Malta Today huwa rebħa b'46,000 vot differenza.", "Fiż-żewġ xenarji, jekk issir elezzjoni illum, il-Partit Nazzjonalista ser imur agħar mill-aħħar elezzjoni tal-2017.", "Huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista qed jiffaċċja problemi kbar biex iżomm il-votanti tiegħu miegħu stess.", "Dan ħareġ ċar fis-survey ikkommissjonat mit-Torċa.", "Hemm aktar votanti li ivvutaw PN li lesti jivvutaw Lejber milli votanti li fl-2017 ivvutaw Lejber u fl-elezzjoni li ġejja ser jivvutaw PN.", "B'hekk, survey wieħed wara l-ieħor qed jinfurmana li hemm numru sostanzjali ta' nies li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 u issa hemm min hu deċiż u hemm min qed jaħsibha sew li mhux se jerġa' jivvota lill-Partit Nazzjonalista.", "In-numru ta' dawn in-Nazzjonalisti qed jiżdiedu u mhux jonqsu.", "Il-Partit Nazzjonalista irid jifhem li dawn in-nies mhumiex xi floaters li kull elezzjoni jistħarrġu kif l-aħjar li jħossu li għandhom jivvutaw, imma hemm nies minn dawn li kienu qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista, imma issa ma jridux jafu aktar bil-Partit Nazzjonalista.", "Minflok it-tibdil tal-mexxej naqqas dawn il-votanti, ġara bil-maqlub.", "Dawn qed jiżdiedu.", "Dan huwa inkwetanti għal Partit Nazzjonalista.", "Dan il-partit irid jibda jieħu dawn l-affarijiet bis-serjeta'.", "It-tmexxija fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jridu jaraw kif, għallinqas, iżommu magħhom votanti li dejjem taw il-vot tagħhom lill-Partit Nazzjonalista.", "Hemm raġunijiet diversi imma fost l-aktar diffużi huma li l-Partit Nazzjonalista huwa partit maqsum u mifrud.", "It-tibdil tal-mexxej ma ġab l-ebda għaqda.", "Anzi kompla jżid il-firda.", "Raġuni oħra hija n-negattivita tar-rappreżentanti tiegħu.", "Meta tisma' d-deputati prinċipali tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu, dejjem bl-istess qanpiena: kollox ħażin f'dan il-pajjiż.", "Issa splodiet il-kwistjoni tal-abort li aktar ħa tnaffar Nazzjonalisti mill-partit tagħhom stess.", "Meta sar dan is-survey ma kienx hemm l-aħħar xeni mill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC).", "Matul din il-ġimgħa rajna tliet deputati Nazzjonalisti jaġixxu b'mod disturbanti u mhux idoneu.", "Dawn huma l-mumenti li fihom, ftit mid-deputati Nazzjonalisti qed ikomplu jsammru l-imsiemer fit-tebut tal-partit tagħhom stess.", "Meta taħseb fuq dawn l-affarijiet u tisma' lin-nies, li darba kienu akkaniti, jitbiegħdu mill-Partit Nazzjonalista, allura s-sostenituri jistaqsu kif jista' dan il-partit jirbaħ lil dan l-gvern?", "Dan hu partit li l-anqas ma hu kapaċi jżomm lin-nies tiegħu stess miegħu.", "Wara dawn iż-żewġ surveys, ma nafx kif il-Partit Nazzjonalista se jikkonvinċi lil dawk, li tant għandu bżonnhom jekk irid jirbaħ, u li għadhom ma ddeċidewx kif se jitfgħu l-vot tagħhom, dawk li nirreferu għalihom bħala floaters, biex jivvutawlu.", "Ma hux ta' pjaċir għall-votanti Nazzjonalisti li jisimgħu li għad hemm distakk kbir bejn il-partiti jew bejn il-mexxejja tal-partiti u dan qiegħed jikber.", "Bernard Grech jagħmel sew li jipprova jżomm wiċċ kuraġġuż, imma lanqas hu sewwa jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien meta jitkellem dwar is-surveys.", "Hija daħqa sfaċċata li titkellem fuq is-silent voters u taħseb li kull min ma rrispondiex jew qal li ma jafx kif se jivvota, toħodha bħala garanzija li dawn se jivvutaw lil Bernard Grech.", "Dawn is-surveys tal-lum qed juru mod ieħor.", "Ma nafx jekk il-Prim Ministru tax rigal lill-Partit Nazzjonalista meta tawwal l-għajta għal elezzjoni.", "Ħafna qed jittamaw li l-Partit Nazzjonalista għandu jaħtaf dawn il-ġimgħat li fadal qabel l-elezzjoni biex jagħmel eżami tal-kuxjenza u jara l-ewwel nett kif se jżomm lil tiegħu miegħu u wara jara kif se jikkonvinċi lil min għadu dubjuż biex forsi jikkonvinċih.", "Huwa żgur li xeneġġjata bħal ma rajna matul din il-ġimgħa fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, ma tagħmel ebda ġid imma għal kuntrarju tgħaddi messaġġ lid-dubjużi.", "Dawn se jgħidu kif jista' jkun jafdaw lil dawn li l-anqas huma kapaċi biss jagħmlu mistoqsijiet b'mod ċivili.", "Kull ma huma kapaċi jagħmlu huma t-teatrini.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jesiġi serjeta' mir-rappreżentanti parlamentari tiegħu u mhux fares.", "Il-fares inħalluhom għas-swali bil-palk fejn inkunu nistgħu nitilgħu biex ngħaddu ż-żmien bina stess u b'dawk ta' madwarna.", "Jekk le, il-PN ser jibqa' jkollu minn dan it-tip ta' surveys disastrużi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/08/is-surveys-tal-bierah-u-l-hrafa-li-qed-tizdied-il-fiducja-fil-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-11-08 09:47:32", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Ebda skuża, ebda raġuni, ebda realta' ma hi vera ħlief li l-Partit Nazzjonalista qiegħed lura, u lura ħafna, skond is-surveys tal-bieraħ.", "Jekk iż-żewġ surveys qed jistqarru xi differenza bejniethom ma ġara xejn għax ir-riżultat tat-tnejn li huma qed juru li d-distakk bejn il-partiti hu ta' 'l fuq minn 45,000 vot.", "Mela jekk imqabbla mal-elezzjoni tal-2017, id-distakk kiber u t-tkaxkira, jekk issir elezzjoni illum, se tkun akbar għall-Partit Nazzjonalista.", "Mela inutli jiġi xi esponent tal-Partit Nazzjonalista jeqred fuq is-surveys.", "Inutli l-Malta Today tipprova tpinġih bħala li Bernard Grech għamel xi avvanz.", "L-unika ħaġa li trid tingħad hija li ma hemm xejn x'jistenna l-Partit Nazzjonalsita ħlief tkaxkira kbira oħra.", "Kull skuża tista' tarmiha 'l hemm għax ebda waħda ma treġi.", "U din hija l-problema prinċipali tal-Partit Nazzjonalista għax kull darba li qed joħroġ survey b'riżultat diżastruż, għaliex il-partit mhux qed ikun onest u jammetti li hemm telfa kbira.", "Minflok jaraw x'se jagħmlu biex forsi jistejqru, joqgħodu jfittxu xi skuża banali jew jgħidu li naqas ftit mid-darba ta' qabel u għalhekk il-Partit Nazzjonalista qiegħed javvanza.", "Meta ma tammettix li l-problema qiegħda miegħek u qed iġġorrha fuq spallejk kuljum, ma tista' qatt tieħu deċiżjonijiet drastiċi biex forsi tipprova tirranġa s-sitwazzjoni.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista se joqgħod jipprova jaħbi r-realta tas-surveys fuq xi skuża banali jew jgħid li qed javvanza, allura verament il-partit għadu ma fehem assolutament xejn.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista se jkompli jgħid li mar tajjeb u qed tiżdied il-fiduċja f'Bernard Grech, kif qal in-NET il-bieraħ, allura veru li l-Partit Nazzjonalista ġralu bħal tal-istorja u daħħal rasu fir-ramel.", "Ma hemm ebda skuża taħt il-kappa tax-xemx li tneħħi d-disfatti kbar li qed isoffri l-Partit Nazzjonalista.", "Is-soluzzjoni ma hiex billi l-esponenti jippruvaw isibu skuża għall-affarijiet fattwali.", "L-ewwel ħaġa li trid issir hija li jsir eżami tal-kuxjenza profond.", "Iridu jiġu mqabbda xi esperti li jafu jgħarfu l-klima politika biex forsi jindikaw dak li qed isir ħażin mill-partit.", "Ilu jintqal fuq dan is-sit li ebda elezzjoni ma tintrebaħ biss, billi tagħmel listi ta' affarijiet ħżiena li jagħmel l-avversarju politiku tiegħek.", "Ebda elezzjoni ma ntrebħet b'mod awtomatiku għax l-avversarju politiku għamel ħafna żbalji.", "Għandna l-eżempju tal-aħħar elezzjoni ġenerali fejn ħafna kienu qed jistennew riżultat totalment differenti wara dawk in-nuqqasijiet kollha min-naħa tal-Gvern.", "Imma l-poplu sovran, ħasibha mod ieħor u ta l-akbar rebħa lill-partit fil-Gvern.", "Jekk l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista mhux se jieqfu jikkritikaw biss, jekk mhux se jieqfu jfittxu l-iżbalji tal-Partit fil-Gvern, jekk mhux se jieqfu jitkellmu fuq l-autogoals li qed jagħmel il-Gvern, jekk mhux se jieqfu jgħajru lill-Partit Laburista, jekk mhux se jieqfu jfittxu kull xagħra fl-għaġina biex jattakkaw lill-Gvern, mhux se javanzaw.", "Jekk mhux se jibdew jgħidu kif huma jagħmlu aħjar, jekk mhux se joħorġu b'soluzzjonijiet tanġibli, jekk mhux se juru t-triq 'l quddiem, jekk mhux se juru viżjoni, jekk mhux se juru kif se jbiddlu l-mewġa negattiva, jistgħu jagħlqu ħalqhom għal kollox u jitfgħu x-xugaman minn issa.", "Fuq kollox, iridu jkollhom kandidati li jispiraw fiduċja fil-poplu.", "Il-mixja sal-elezzjoni trid tkun mibnija fuq viżjoni ċara ta' kif se jdawru f'opportunitajiet dawk l-okkażżjonijiet li qed jitlef il-Partit fil-Gvern.", "Jekk mhux se jfehmu t-triq 'l quddiem ta' kif il-ħajja ta' kull individwu se taqleb għall-aħjar b'mod tanġibli għal kull Malti u Għawdxi, ir-riżultati ma tantx se jirnexxielhom iġibuhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/08/numru-ta-partitarji-nazzjonalisti-gew-imsejha-id-depot-wara-rapport-minn-emma-portelli-bonnici/", "date": "2021-11-08 19:07:15", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dan is-sit huwa infurmat li numru ta' partitarji Nazzjonalisti ġew mgħajta d-depot tal-pulizija.", "Skont informazzjoni li rċevejt dawn ġew miġbura minħabba xi kummenti fuq il-Facebook page dwar Emma Portelli Bonnici.", "Din kienet tellgħet post fejn qalet li ġiet insulentata minn diversi nies b'\"hate speech\", b'emfasi speċjali fuq kumment ta' qassis.", "Wieħed irid jgħid li din hija avukatessa li bil-miftuħ tgħid li hija 'pro-choice' u allura tiddeduċi li hija favur l-abort.", "Meta kitbet dak li kitbet fuq Facebook, kien hemm min għaddielha xi kummenti.", "Kif kelli ċ-ċans nuri, din l-anqas kellha tkun aċċettata bħala kandidata fil-Partit Nazzjonalista, aħseb u ara, tkun promossa bħala star candidate askapitu ta' kandidati oħra.", "Kif ħabbret, Emma Portelli Bonnici għaddiet dawn il-kummenti lill-pulizija.", "Dak li nista' niżvela wkoll, li wara din l-azzjoni hemm is-support ta' numru ta' kmarar tal-aħbarijiet.", "Fuq kollox, ma kienx hemm biss rapport kontra il-qassis.", "Kien hemm rapport lill-pulizija kontra numru ta' Nazzjonalisti li wrew id-disapprovazzjoni tagħhom għall-pożizzjoni ta' Emma Portelli Bonnici.", "Min-naħa tagħha, il-pulizija ħadet azzjoni kontra numru ta' Nazzjonalisti li għaddew xi kumment u dawn ġew miġbura d-depot biex jirrispondu għal dak li kitbu.", "Għall-ħafna Nazzjonalisti, mhux aċċettabbli li jkun hemm kandidati li jtellgħu posts u jitkellmu favur l-abort.", "Portelli Bonnici fetħet ferita f'diversi partitarji għax perċentaġġ kbir minnhom huma kontra l-abort u dawk li ġew imsejħa d-depot, kienu partitarji li ġġieldu għall-Partit Nazzjonalista mingħajr qatt ma ppretendew xejn.", "L-istatut tal-Partit Nazzjonalista jgħid f'iktar minn paragrafu wieħed li dan il-partit jemmen fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt.", "Biċċiet mill-kummenti kienu ndirizzati lit-tmexxija tal-partit u jistaqsu kif jista' jkun li jkollok kandidata li hi favur l-abort u allura favur id-diskussjoni dwar l-abort f'partit li hu kontra l-abort?", "Ħafna sostenituri tal-partit kitbu biex jkollhom risposta għal dan kollu.", "Biss irridu nsemmu li dawk li huma favur l-abort fil-Partit Nazzjonalista jgħajru lil dawk li huma kontra l-abort bħala dinosawri u jagħtuhom titli oħra.", "Barra minn dan kollu, kienet strateġija ħażina ħafna minn Bernard Grech li ħareġ jiddefendi lil Emma Portelli Bonnici għax ġiet attakkata fuq l-abort.", "Meta ġew attakkati nies oħrajn, hu qatt ma tkellem.", "Id-deċiżjoni ta' Bernard Grech li jiddefendi lil Portelli Bonnici kienet deċiżjoni li urtat ħafna sostenituri tal-partit u saru mijiet ta' kummenti fuq dan il-fatt ukoll, għax il-kap mexa b'riga differenti ma' uħud.", "Meta ħareġ jiddefendiha, qisu qal li hu jaqbel mal-pożizzjoni li ħadet Emma Portelli Bonnici.", "Din hija xi ħaġa li rrabjat ħafna lin-Nazzjonalisti.", "Barra minn hekk, din il-kandidata qed tiġi mressqa bħala 'star candidate'.", "Dan ser iwassal għal aktar inkwiet fil-PN.", "Il-PN qed jagħti arja u spazju lil ċertu kandidati li huma favur l-abort kontra oħrajn.", "Dan il-sit żvela li l-Partit Nazzjonalista qed jisponsorja posts ta' kandidati preferiti fuq Facebook billi jagħtihom il-flus ħalli jtellgħu sponsored posts fuq Facebook.", "Wieħed jistaqsi jekk il-Partit Nazzjonalista sponsorjax l-post ta' Emma Portelli Bonnici?", "Qed nagħmilhom fil-pubbliku għaliex kull darba li nikteb lill-PN, ma nieħux tweġiba, Share this: Twitter Facebook More Print WhatsApp Like this: Like Loading..."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/08/ser-imorru-r-ribelli-ghand-il-president-tar-repubblika-wara-s-surveys-tal-bierah/", "date": "2021-11-08 20:26:38", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post min osservatur politiku Ftit iżjed minn sena ilu rajna r-ribelli tal-Partit Nazzjonalista jilgħabu l-logħba kerha, li trid tibqa' tissemma għal snin twal u li se tidħol fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista, li llum nistgħu ngħidu li ma tat ebda riżultat.", "Għal kuntrarju waslet għal disfatta kbira.", "Anżi kieku verament hawn Malta għandna l-kultura tar-riżenji, s'issa misshom irtiraw u marru jinħbew x'imkien il-bogħod mill-politika.", "Fil-bidu ta' Novembru ħarġu żewġ surveys oħra li t-tnejn juru l-istess ħaġa, li jekk issir elezzjoni issa l-Partit Nazzjonalista jieħu tkaxkira fenominali oħra.", "Issa biex inkunu għamilniha ċara mill-ewwel, bħalissa r-ribelli qegħdin kwieti u ma humiex jitħambqu u jirremettu ħdura kontra l-kap tagħhom.", "Mela nistgħu nikkonkludu li bħalissa Bernard Grech qiegħed fuq in-naħa t-tajba tad-deputati kollha u ma għandu ebda rewwixta sfaċċata kontra tiegħu bħal ma kellu ta' qablu.", "Mela suppost l-affarijiet qiegħdin sew.", "Niftakru tajjeb li l-klikka tar-ribelli kienu jgħidulna li l-affarijiet kienu se jitjiebu meta jinbidel il-Kap.", "Mela nistgħu nifhmu li r-ribelli, kien min kien il-kap, kienu se jaħdmu miegħu jew magħha, u b'hekk konna mwiegħdin li l-Partit Nazzjonalista kien se joħroġ mill-abbissi li kienu jgħidu li l-kap ta' qabel kien niżlu fihom.", "Issa għaddew tlettax-il xahar u l-Partit Nazzjonalista għadu fl-istess ilma li kien ftit iktar minn sena ilu.", "Fejnhom ir-ribelli issa li wegħduna tant xorti ftit iżjed minn sena ilu?", "Kif ma huma qed jgħidu xejn?", "X'qalulna fuq is-surveys ta' Novembru?", "Ma jaħsbux li jaqblilhom jitkellmu għax huma għandhom partit kbira mill-ħtija li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fejn qiegħed?", "Jafu x'għamlu b'idejhom dawn in-nies meta marru għand il-President ta' Malta jiġġakbinaw lill-kap tagħhom?", "Jafu li hawn ħafna ex-Nazzjonalisti li ma humiex se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista minħabba li numru ta' deputati marru għand il-President?", "Jafu dawn il-qabda ribelli li hawn ħafna li dejjem ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista li issa ma jridux jafu għax grupp ta' ribelli marru javveluhom għand il-President?", "Jafu li l-istorja ta' meta marru għand il-President avvelit lil ħafna Nazzjonalisti aktar mill-akbar telfa f'elezzjoni ġenerali?", "Jafu dawn ir-ribelli li meta pruvaw jilgħabu mal-kostituzzjoni ta' pajjiżna tant ħamru wiċċ in-Nazzjonalisti li hemm minnhom li jħossuhom jistħu jgħidu li kienu huma li poġġew lil dak il-grupp ta' ġakbini fil-Parlament u issa ma jridux ikollhom x'jaqsmu iżjed magħhom?", "S'issa għadna ma smajniex li marru għand il-President.", "S'issa għadu jistennihom.", "Għax issa tagħmel sens li jerġgħu jmorru biex forsi jfiequ minn dnubhom talli ħadu dik il-falza stikka numru ta' xhur ilu.", "Ikun jaqbel li jerġgħu jmorru ħalli, għalkemm jerġa' jkun żball, imma almenu juru li nidmu mill-iżball madornali li kienu għamlu s-sena l-oħra.", "Jekk imorru jistgħu jgħidu li ammettew li żbaljaw u se jieħdu dan il-pass biex jippruvaw jirranġaw l-iżball li kienu għamlu.", "Issa tidher ċara li l-iżball li għamlu s-sena l-oħra kien kardinali għax ma tbiddel xejn mis-sena l-oħra 'l hawn anżi l-affarijiet marru għall-agħar.", "Il-kalkoli tagħhom kienu kollha ħżiena.", "Il-wegħdi tagħhom kienu kollha wegħdiet fieragħ.", "L-għażla tagħhom kienet għażla ħażina u qed tidher bil-provi.", "L-antiċipazzjoni tagħhom tant irriżultat ħażina li jekk is-sena l-oħra s-sitwazzjoni kienet ħażina, issa saret tal-waħx."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/08/is-solidarjeta-tieghi-man-nazzjonalisti-kollha-li-gew-ghajta-d-depot-ghaliex-huma-kontra-l-abort/", "date": "2021-11-08 20:46:14", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kif ħabbart, numru ta' Nazzjonalisti qed jiġu msejħa d-depot tal-pulizija għaliex huma kontra l-abort.", "Dan għaliex kitbu post jikkritikaw persuna li hija favur l-abort.", "Nixtieq nieħu din l-okkazzjoni biex nuri s-solidarjeta' tiegħi magħhom.", "Nuri wkoll is-solidarjeta' ma' dak il-qassis li ġie rrappurtat lill-pulizija talli wera d-disapprovazzjoni tiegħu lejn Emma Portelli Bonnici.", "Infakkar li meta Dom Mintoff kien ħalla t- thugs tiegħu jużaw il-vjolenza fis-snin sebgħin u bidu tat-tmenijiet, il-partit tiegħu għamel 25 sena fl-oppożizzjoni.", "Illum għandna l-Partit Nazzjonalista li qed juża l-vjolenza.", "Ma għadhiex vjolenza tat-tugs, imma saret waħda ġuridika u pulizjeska.", "Imma vjolenza tibqa'!", "U din hija l-agħar tip ta' vjolenza.", "Hija agħar minn ta' żmien Mintoff għaliex din hija vjolenza li qed juża l-Partit Nazzjonalista, permezz tal-kandidati tiegħu kontra l-istess Nazzjonalisti.", "Dawn huma dnubiet li ma jinħafru qatt.", "Qatt ma għandek tipprova ttellgħa jew tixli nies tiegħek stess fuq kumment fuq Facebook.", "Ma għandux ikun hemm post għas-snowflakes fil-Partit Nazzjonalista.", "Jidher ċar li fid-dibattitu li ser ikollna fuq l-abort, dawk favur l-abort ser ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jgħidu li jridu imma allaħares xi ħadd min-naħa l-oħra jgħid xi ħaġa li tista tkun interpretata mhux flokha, għaliex dritt għad-depot u minn hemm għall-qorti!", "Is-sarima ġa bdiet titqiegħed ma' ħalq dawk kontra l-abort!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/09/fr-joe-borg-jispicca-minn-editur-ta-newsbook/", "date": "2021-11-09 16:01:18", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kien l-istess Newsbook li ta l-aħbar li Fr. Joe Borg ma għadux l-editur.", "Minfloku leħaq Kevin Papagiorcopulo.", "Nispera li naraw titjib u Newsbook jieqaf ikun ta' skandlu għall-Knisja Kattolika Rumana Maltija bl-editur tiegħu.", "Fr. Joe Borg kien spiċċa vilment jigdeb fuq in-nies.", "Matul iż-żmien tiegħu ta' editur, numru ta' qassisin u patrijiet bdew jiktbu saħansitra fuq Facebook biex juru l-ħsara kbira li dan is-sit kien qed jagħmel lill-Knisja Maltija.", "Inkunu nafu meta nibdew naqraw l-istejjer u kif dawn ser ikunu rappurtati taħt dan l-editur il-ġdid. https://newsbook.com.mt/editur-gdid-ghal-newsbook-u-103/?fbclid=IwAR0uHEZJn0d2G3UJECoWBYhkubbY2dyfXyhaqt_7R1PRTZBPUdl03aJ9cYA Share this: Twitter Facebook More Print WhatsApp Like this: Like Loading..."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/09/ghaliex-l-avukat-generali-ma-ghajjatx-lil-keith-schembri-ghall-kontro-ezami-tad-difiza-fl-ahhar-ghandna-t-twegiba/", "date": "2021-11-09 17:51:56", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Iċ-chats li qed jippubblika Mark Camilleri huma chats li fuqhom hemm divjit tal-qorti, min-naħa tal-maġistrata Rachel Montebello.", "Biss illum l-ebda ġurnalista ma qed jiskandalizza ruħu li bil-pubblikazzjoni ta' dawn iċ-chats qed tinkiser il-liġi.", "Fuq kollox, l-ebda avukat min-naħa tal-familja Caruana Galizia ma hu qed jargumenta li min jippubblika affarijiet li fuqhom sar divjit mill-qorti, verosimilment qiegħed f'alleanza ma' kriminali!", "Dan il-fatt u l-pubblikazzjoni ta' dawn iċ-chats ikomplu jsostnu dak li ilni ngħid f'dan is-sit: l-avukat Jason Azzopardi mhux jagħmel xogħlu bħala avukat tal-familja Caruana Galizia.", "Għax issa li beda jinkixef ftit dak li għadda bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech, il-mistoqsija tqum waħidha: għala Jason Azzopardi qatt ma staqsa xejn dwar dawn iċ-chats fil-qorti?", "Infakkar li Jason Azzopardi għandu dawn iċ-chats u kellu kull ċans li jistaqsi lil Keith Schembri innifsu meta deher fil-qorti u anki lill-pulizija dwarhom.", "Infakkar li Jason Azzopardi kellu ċans jistaqsi fil-qorti lil Keith Schembri dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech, meta ttella' bħala xhud tal-prosekuzzjoni.", "Imma qatt ma lissen kelma.", "Tgħid għaliex?", "X'jaf Keith Schembri fuq Jason Azzopardi biex iżommu tant lura li jistaqsih mistoqsijiet diretti u diffiċli?", "Mark Camilleri għadu kemm ippubblika chats fuq il-WhatsApp, li skond Camilleri għaddew bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri fid-19 ta' Novembru 2019, ġurnata qabel ma Fenech ġie arrestat fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Camilleri qal li dawn ic-chats, saru eżatt qabel ma' Fenech prova jaħrab minn Malta.", "Mela ejja nassumu li vera Yorgen Fenech ried jaħrab, għala qatt Keith Schembri ma ġie mistoqsi dwar dan il-fatt mill-parti ċivili?", "Infakkar li d-deputat avukat tar-repubblika spiċċa biex qatt ma ħarrek lil Keith Schembri biex ikun eżaminat mill-avukati tad-difiza.", "Ma għandix dubju li dawn kieku żgur jistaqsu lix-xhud dwar eżattament x'ried jgħid biha l-kelma \"leave\" Yorgen Fenech.", "Din il-kelma użaha Yorgen Fenech f'messaġġ li bagħat lil Keith Schembri.", "Hu staqsih hekk għandux jitlaq jew le.", "Din qed tinqara bħala prova ċara li ried jaħrab.", "Biss verament tfisser li jaħrab?", "Jew staqsih għaliex ried jibqa' Malta u ma jmurx bil-yacht Sqallija jekk il-pulizija kellha pjan biex tarrestah?", "Infakkar li Yorgen Fenech ma jistax jitkellem u jispjega eżatt x'ried jgħid għaliex il-proċeduri tal-kompilazzjoni ma jaħtuhx dritt li jitkellem.", "Qed ngħid dan biex il-qarrej jifhem kif jistgħu jiġu manipulati chats privati.", "F'dan il-każ din il-manipulazjzoni qed issir bl-għajnuna tal-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali.", "Infakkar li dawn iċ-chats qed jinġiebu mill-prosekuzzjoni bħala prova biex Yorgen Fenech ma jingħatax il-liberta proviżorja.", "Biss imbagħad il-persuna li saru miegħu dawn iċ-chats qatt ma ġie mgħajjat mill-uffiċju tal-avukat ġenerali biex jitpoġġa għall-kontra eżami tad-difiża u ħadd mil-parti ċivili ma staqsa lil Keith Schembri eżatt x'ried ifisser b'dawk ir-risposti li ta lil Yorgen Fenech.", "Permezz ta' dawn iċ-chats sirna nafu li Fenech qal lil Schembri biex ma jħalliehx waħdu u biex jagħtih is-sostenn tiegħu.", "Sirna nafu wkoll li Schembri qal lil Fenech biex ikun aggressiv u jiġġieled.", "Biss ma sirniex nafu l-kuntest ta' dawn iċ-chat u agħar l-avukati tad-difiża għadhom ma għamlux il-kontro-eżami dwarhom.", "Għalhekk wieħed jibqa' skantat kif meta Jason Azzopardi kellu quddiemu fuq il-pedana tax-xhud lil Keith Schembri, dan l-avukat ma staqsa xejn dwar dawn iċ-chats u ma prova joħroġ ebda informazzjoni minn fomm Schembri fuq dawn l-allegazzjonijiet koroh li ħerġin u agħar minn hekk, Keith Schembri qatt ma ġie msejjaħ mill-avukat ġenerali biex jitpoġġa għall-kontro-eżami tad-difiża.", "Mela dawn iċ-chats mhux talli ma jikkonfermax li Yorgen Fenech ried jaħrab, kif il-pubblikazzjoni tagħhom tista' timplika, imma tkompli tikkonferma d-dirty tricks li d-deputat avukat ġenerali lagħab fil-kumpilazzjoni tax-xhieda ħalli akkost ta' kollox, iżomm bniedem dawn is-snin kollha arrestat il-ħabs meta quddiem il-liġi għadu innoċenti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/10/gurnal-internazzjonali-jikxef-min-irrapporta-lin-nazzjonalisti-lill-pulizija/", "date": "2021-11-10 06:32:49", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bħal issa għaddejja kontroversja fil-Partit Nazzjonalista dwar min irrapporta numru ta' Nazzjonalisti lill-pulizija għaliex kitbu kontra l-abort.", "Bernard Grech u n-nies tiegħu qed jgħidu li ma kienetx l-istar kandidat li hija favur l-abort li rrappurtathom lill-pulizija.", "Imma li l-pulizija ħadet passi ex-uffiċju.", "Fi kliem ieħor l-establishment ta' Bernard Grech ħareġ jiddefendi lil din il-kandidata partikolari.", "Biss mhux kulħadd qed jemmen din il-verzjoni.", "Ftit tal-jiem ilu deher artiklu fejn intqal li kienet l-avukata innifisha, li qabbdet lil Dr. Franco Debono u lil Dr. Marion Camilleri, biex jitressaq ilment kontra qassis talli qalha li hija mxajtan u qabbilha ma' Hitler.", "Hija kitbet ukoll f'dan is-sens li tixtieq tagħti eżempju għaliex mhux sew li qassis jikteb hekk.", "Dan is-sit qed isegwi din l-istorja ta' dawn in-Nazzjonalisti li l-pulizija bagħtet għalihom id-depot talli kkritikaw l-istar kandidat ta' Bernard Grech li hija favur l-abort.", "Dan is-sit jinsab infurmat li l-pulizija bdiet iċċempilhom personalment u tgħidilhom biex imorru d-depot għaliex spettur partikolari ried ikellimhom.", "Dawk li l-pulizija ma setgħetx issibhom, il-pulizija kienet saħansitra lesta li toħroġ mandat ta' arrest fil-konfront tagħhom.", "Fuq kollox, waqt l-interrogatorju, dawn in-Nazzjonalisti ġew imrassa u spiċċaw jiffirmaw dikjarazzjoni li fiha nnifisha hija umiljanti.", "Sadanittant din l-istorja dwar din l-istar candidate ta' Bernard Grech dehret f'gazzetta internazzjonali.", "Din il-gazzetta tidher li hija f'alleanza ma' The Times.", "Dak li hu żgur huwa li dan il-ġurnal internazzjonali għandu l-lanżit għar-reliġjon kattolika u tella' dan l-artiklu biex mingħalih jumilja lil dan il-qassis Malti. https://twnews.co.uk/mt-news/victim-of-priest-s-hate-speech-files-police-report Id-daħqa hija li skont dan il-ġurnal, li qed jikkwota lil The Times, il-pro-choice f'Malta qed isofru ħafna insulti!", "Bħal li kieku, l-oħrajn li huma kontra l-abort qatt ma ġew mgħajra u nsultati minn dawk Pro-choice!", "Imma dak l-aktar importanti huwa li dan il-ġurnal internazzjonli kompla jikxef ftit aktar minn verament hemm wara dawn ir-rapporti lill-pulizija, fil-konfront ta' dawn in-Nazzjonalisti, talli kkritikaw kandidata Nazzjonalista fil-partit tagħhom li hija pro-choice.", "Ma tantx jidher li f'dan il-każ il-pulizija ħadet azzjoni kontrihom ex-uffiċju imma għaliex sar rapport kontra tagħhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/10/id-deputati-laburisti-fuq-il-kumitat-tal-etika-mgeghla-jivvutaw-kontra-rosianne-cutajar/", "date": "2021-11-10 06:41:47", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ, il-media tatna l-aħbar li l-Kumitat ta' Etika ivvota jew aħjar endorsja r-rapport ta' George Hyzler kontra Rosianne Cutajar.", "Dan ifisser li d-deputati Laburisti membri fuq dan il-kumitat ivvutaw mal-Oppożizzjoni kontra Rosianne Cutajar anke jekk fis-sessjonijiet tal-kumitat li għaddew attakkaw il-konklużjonijiet ta' Hyzler u l-mod ta' kif wasal ghalihom.", "Infakkru li Hyzler qal fost l-ohrajn li qatt ma jista' jkun ċert jekk Rosianne Cutajar ħaditx senserija.", "Huwa qal ukoll li mhux l-ewwel darba li fl-istorja sar miscarriage of justice .", "Huwa stramb kif f'daqqa waħda d-deputati tal-Gvern biddlu l-attitudni tagħhom.", "Jista' jkun li saret pressjoni minn Kastilja biex id-deputati Laburisti biex jivvutaw mad-deputati Nazzjonalisti favur r-rapport ta' Hyzler?", "Jista' jkun illi hemm min kellu interess li l-każ jingħalaq ħalli Yorgen Fenech ma jitlax jixhed?", "Jekk huwa minnu li saret xi pressjoni minn Kastilja, din hu inkwetanti ħafna għaliex dan ifisser li Kastilja hija biċċa waħda ma' Jason Azzopardi li ilu għal xhur sħaħ jattakka lil Rosianne Cutajar.", "Wara dan il-vot fil-Kumitat tal-Etika, Jason Azzopardi mar jigri jikteb fuq Facebook u qal li Rosianne Cutajar għandha tirreżenja mill-parlament.", "Għal darba oħra, Jason Azzopardi għaġġel.", "Bil-kitba tiegħu wera li hemm manuvri intenzjonati li jagħmlu ħsara politika lil Rosianne Cutajar anki fil-Partit Laburista stess.", "Kumbinazzjoni Rosianne Cutajar instabet ħatja minn dan il-Kumitat tal-Etika wara li falla l-attentat li sar mill-istess Jason Azzopardi u sħabu fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-Kumitat tal-Privileġġi tal-Kunsill tal-Ewropa tefa' l-ballun f'saqajn il-Kumitat tal-Etika tal-Parlament Malti.", "B'kumbinazzjoni ftit jiem wara, dan il-kumitat, li kien ilu ma jiltaqa' xhur sħaħ, iltaqa' u ħareġ bil-verdett tiegħu.", "Jista' jkun li din il-manuvra saret biex jkun hemm pretest biex Rosianne ma titħalliex tikkontesta bħala kandidata fl-elezzjoni li ġejja bl-iskuża li nstabet ħatja mill-kumitat tal-etika.", "Infakkar li Rosianne Cutajar toħroġ fuq l-istess distrett ta' Robert Abela u hija persuna maħbuba fid-distrett.", "Wieħed ma jistax ma jinnotax kif Jason Azzopardi reġa' għażaq meta qal li Rosianne Cutajar għandha tirriżenja.", "Il-Laburisti ġa ħarġu bi ħġarhom favur Cutajar.", "Fuq il-paġna tal-grupp tiegħi, huma fakkru li anke Jason Azzopardi nstab ħati mill-Kumitat tal-Etika tal-Parlament Malti wara li ħa flus mingħand it-Tumas Group biex imur jżur il-qabar ta' Kristu.", "Biss xorta ma rreżenjax, avolja gideb.", "Wieħed irid ifakkar li saħansitra l-Awditur Ġenerali kien talbu jassumi risponsabilita' politika għal dak li ġara fil-każ tal-Lowenbrau u anki hawn, Azzopardi qatt ma assuma din ir-risponsabilita' politika li fi kliem semplici tfisser li kellu jirreżenja mill-Parlament.", "Biss bl-għaġġla tiegħu Jason Azzopardi reġa' kixef u fixkel il-pjannijiet moħbija ta' Kastilja!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/10/it-tabib-hermann-farrugia-jitlob-lil-bernard-grech-jirtira-l-proposta-li-jaqsam-il-pillola-map-liz-zghazagh/", "date": "2021-11-10 11:32:28", "category": "blog, personal, politics", "text": ["F'dan il-jiem, inqalgħet kontroversja kbira fil-Partit Nazzjonalista, wara li numru ta' attivisti Nazzjonalista, ġew imsejħa id-depot għaliex tkellmu kontra l-abort.", "Dan wassal biex Bernard Grech kellu joħroġ statement qawwi li hu kontra l-abort.", "Bernard Grech kien ilu għal dawn l-aħħar xhur jagħti prominenza lill-kandidati li huma favur l-abort fil-Partit Nazzjonalista.", "Biss dan wassal għall-numru ta' reazzjonijiet.", "Numru ta' partitarji Nazzjonalisti bdew jiktbu pubblikament li Bernard Grech għandu jirtira mil-lista tal-kandidati dawk kollha li huma favur l-abort.", "Hawn qed inġib kumment wieħed.", "Kien hemm ħafna kummenti ta' dan it-tip fuq il-pagna ta' Bernard Grech eżattament taħt id-diskors tiegħu fejn qal li hu kontra l-abort.", "Biss għal xi raġuni jew oħra, jien ma bqajtx narahom kollha l-kummenti fejn qed jintalab li kandidati li huma pro-abort ma għandhomx ikunu fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista.", "Min-naħa tiegħu, it-tabib Hermann Farrugia kiteb fuq il-Facebook page tiegħu u talab lil Bernard Grech biex jirtira l-proposta li ħareġ biha l-Partit Nazzjonalista li jqassam il-pillola MAP b'xejn u lit-tfajliet kollha minn sittax-il sena 'l fuq.", "Ma jistax kap jgħid li hu kontra l-abort u jagħmel proposta ta' dan it-tip."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/10/il-kurja-kellha-tiddefendi-lil-fr-andre-u-mhux-taghlaqlu-halqu-ghax-tkellem-kontra-l-abort/", "date": "2021-11-10 12:39:18", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn Romegas Immaġinaw li kieku kelli nipproponi pubblikament li għandna jkollna diskussjoni nazzjonali biex ikollna d-dritt noqtlu s-suwed, jew nies b'diżabbiltà jew oħrajn ta' minoranza li forsi ma naqbilx magħhom, għar-raġunijiet li huma konvenjenti għalija, kieku sparat jtellgħuni l-qorti fuq hate speech u dan bir-raġun.", "Li kieku l-kurja tgħidx kemm twiddibni u wkoll bir-raġun.", "Allura għalfejn naġevolaw lil min irid jdaħħal fostna il-qtil tal-innoċenti, it-trabi fil-ġuf u biex jiġġustifikaw dan kontra kull evidenza tax-xjenza, u jipprovaw ineżżgħuhom mill-umanità tagħhom ukoll?", "Dan ma jikkwalifikax bħala hate speech għall-media?", "Sa kemm naf jien, inċitamenti biex isir abort għadu att kriminali.", "Iridu taparsi diskussjoni imbagħad jitilqu jiġru għand il-pulizija bħall-babies kif xi ħadd jikkritikakom.", "Id-diskussjoni tagħhom tarawx ma taċċettax kritika għax li kieku l-pożizzjoni tagħhom tmut zoptu.", "Iżda għall-media tagħna li l-abort TRIDU u qed timbottah b'mod sottili – two weights two measures – u hekk donnu ukoll għall-pulizija.", "U xi ngħidu għall-Knisja Kattolika f'Malta?", "Il-Kurja min-naħa tagħha għamlet ritirata papali oħra – coraggio fuggiamo – ma mmorrux nurtaw lil xi ħadd; ħarba totali ma' l-ewwel ħoss ta' sparatura, aħseb u ara kemm nistgħu noqgħodu fuqha la tiġi l-'gwerra' biex tiddefendi l-interessi tagħna u fuq kollox tat-trabi innoċenti.", "Alla ħares l-appostli kienu tal-kalibru tagħhom, għax kieku lanqas qatt ma tniffsu barra mill-Palestina… Kieku l-Battista kellu l-istess fibra bħalhom, rasu baqgħet fuq għonqha!", "U x'qal fuq kollox Dun Andre? – kkomparaha l-istar candidate tal-PN ma' Hitler – fattwalment Hitler kien AMATEUR jekk kellna nagħmlu paragun storiku fuq in-numru ta' mwiet – 6,000,000 vs 'l fuq minn 40,000,000 fis-SENA grazzi għall-abort, b'dan tal-aħħar li m'hemmx dubju li huwa ġenoċidju mingħajr paragun.", "Akkużaha li hi qattiela – għal darb'oħra, jekk wieħed iqis l-abort bħala qtil (u l-liġi tagħna dak li tgħid), allura min jippromwovi l-qtil huwa kompliċi tal-qtil, iddeskriviha bħala biċċiera – u hawn ukoll irridu niftakru li waqt Hitler bagħat in-nies għall-gass, fl-abort ma tmutx mewta daqshekk malajr – le jqattgħuk biċċa biċċa f'ġuf ommok bl-aktar mod kiefer.", "L-abort huwa meqjus mill-Knisja Kattolika bħala ħażen intrinsiku u kulmin jippromwovih jista' jqis ruħu awtomatikament skomunikat.", "Iżda l-Knisja Maltija u dik istituzzjonali donnha m'għadhiex temmen it-twemmin tagħha stess, u allura flok twiddeb u anki fejn hemm bżonn tiskomunika dawk li jippretendu li huma kattoliċi meta jippromwovu l-ħniżrijiet biex tagħmel l-affarijiet ċari, twiddeb minflok wieħed mill-ftit qaddejja fidili li fadal fi ħdanha talli kellu t-temerità li ma jdurx mal-lewża u jmur dritt għall-essenza.", "Il-punt importanti fuq kollox huwa dan – jekk ma tistax tqabbel min jippromwovi l-abort ma' Hitler (li qatel ferm inqas nies milli qatlet l-industrija tal-abort), jekk ma tistax tqabbel lil xi ħadd li jippromwovi l-qtil bħala qattiel u jekk ma tistax tgħid li min jippromwovi mod ta' qtil mill-aktar barbaru bħala biċċier – allura inkunu DIĠA AĊĊETTAJNA li m'hemm xejn ħażin fl-abort, li m'hu xejn ħlief l-eżerċizju ta' opinjoni u allura serħu raskom, l-abort jidħol Malta u jidħol f'qasir żmien – jekk mhux illum għada – u dan bil-barka tat-temerezza tal-Kurja Maltija li tiddarras meta xi ħadd fi ħdanha jgħid b'mod ċar dak li m'għandhiex il-kuraġġ tgħid hi.", "Istituzzjoni godarda anzi agħar minhekk – nazzarda ngħid traditura.", "Intant Bernard Grech jista' jaqbad u jżarma, riesaq lejn umiljazzjoni tremenda, għax la għandu l-intellett u lanqas kapaċità bażika biex joffri oppożizzjoni dwar dak kollu li qed idardar u jinkwieta l-Maltin – u le la l-korruzzjoni li hi universali u lanqas il- climate change ma huma fost il-prijoritajiet.", "Lanqas biss għandu l-irġulija biex jinforza l-prinċipji mnaqqxa iswed fuq l-abjad fl-istatut tal-partit li qed imexxi.", "U miegħu jista' jieħu lil dawk kollha li ġabu l-Partit NAZZJONALISTA fl-istat miskin li hu, dawk it-tradituri li biegħu lill-pajjiżhom għal tletin biċċa tal-fidda, dawk il-ġakbini li aktar jinteresshom li jidhru tajjeb fl-Ewropa milli mal-Maltin li suppost qed jirrapreżentaw.", "Jaf min huma u aħna nafu min huma wkoll u sakemm hemm hu u huma, mhux ser jaraw il-vot tiegħi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/10/ta-repubblika-ser-jikkampjaw-quddiem-il-kurja-wara-li-ceo-tal-arcisqof-ser-jiehu-flus-kbar-minghand-dan-il-gvern-korrott/", "date": "2021-11-10 12:45:13", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Lovin Malta ħarġet bi storja fuq Anton Attard, ħaten Beppe Fenech Adami.", "Infakkar li dan Anton Attard għandu numru kbir ta' messaġġi ma' Yorgen Fenech, probabbli iżjed milli għandu in-Nutar Castaldi Paris, biss ħadd ma joħroġ dawn il-messaġġi.", "Infakkar li kien ħareġ fil-media l-istorja dwar logħob tal-azzard fuq il-Eurovision li Attard kien qed jieħu ħsieb.", "Issa sirna nafu ukoll li l-istess Anton Attard ingħata iced-bun oħra mill-Public Broadcasting Services, l-istazzjon li skont ħatnu hu maħtuf minn Kastilja.", "Fil-fatt Lovin Malta avżatna b'pompa kbira li Anton Attard se jagħmel Sharktank, 'reality show' dwar in-negozju.", "F'dan il-każ, Lovin Malta tfaħħar lil Anton Attard għal dan il-proġett.", "Imma meta wieħed jaqra ftit ' between the lines ' jinduna li hemm iżjed minn dak li jaraw l-għajnejn.", "Biex tagħmel show internazzjonali bħal Sharktank trid pompa flus.", "Issa niftakru tajjeb li Anton Attard dejjem kien kreattiv kif isib l-isponsors.", "Per eżempju l-Malta Tourism Authority immexxija minn Konrad Mizzi kienet tat lil Attard sponsorship qawwi, wieħed wara l-ieħor, biex jagħmel il-kunċerti ta' Joseph Calleja.", "Issa Attard sab żejża oħra, dan għaliex skond Lovin Malta l-isponsors uffiċjali ta' Sharktank se jkunu il-Malta Enterprise.", "U oħroġ il-għaġeb, min imexxi l-Malta Enterprise?", "Ħadd ħlief Kurt Farrugia, l-ex-Communications Director ta' Joseph Muscat, li tant kien qrib ta' Keith Schembri li ħadu miegħu meta marru l-Azerbaijan.", "Biex niftakru, l-istess Joseph Muscat kien żamm lil Anton Attard CEO tal-Public Broadcasting Services.", "Fi żmien li Attard kien qed imexxi l-Public Broadcasting Services faqqa l-iskandlu tal-Panama Papers li l-PBS bil-kemm irrapporta fl-aħbarijiet.", "Inkredibbli hux!", "Shhhhh, għax tqajmu lil ta' Repubblika!", "Tgħid il-kanċilliera tal-arċisqof, Alessandra de Crespo ser tmur ma' sħabha ta' Repubblika tikkampja quddiem il-kurja peress li b'kumbinazzjoni Anton Attard huwa CEO part-time tal-media tal-isqfijiet Maltin?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/10/il-prugunier-li-ghamel-suwicidju-ma-kienx-nghata-l-liberta-provizorja-mill-qorti/", "date": "2021-11-10 14:28:01", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bħalissa għaddejja polemika oħra għaliex priġunier ieħor instab mejjet fil-ħabs dalgħodu.", "Dak li mhux qed jgħidu l-ġurnali li dan il-barrani, ta' nazzjonalista Indjana, kien qed jinżamm fil-ħabs għaliex il-qrati tagħna ma tawhx il-liberta' proviżorja!", "Infakkar li l-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali qegħdin fi kurċjata biex akkużati, li għadhom ma nstabux ħatja, ma jingħatawx il-liberta' proviżorja.", "Dan kien qed jinżamm il-ħabs akkużat fuq abbużi sesswali.", "B'hekk il-każ tiegħu ma kienx għadu deċiż.", "Dan wassal, u din xi ħaġa li mhux qed tingħad, li dan ir-raġel spiċċa jsoffri minn problemi familjari kbar.", "Il-fatt li ma ngħatax il-liberta' proviżorja żied l-inkwiet għal dan il-bniedem.", "L-akkużi li kien jinstab akkużat bihom iġorru magħhom stigma soċjali kerha.", "Parti minn din l-istigma soċjali ġiet ikkreata mill-istess media li bħalissa qed titkaża b'dan is-suwiċidju.", "Ara fuq dan il-punt ħadd ma qiegħed jingħad xejn.", "L-aqwa li ngħidu li priġunier miet fil-ħabs!", "Dan hu tip ta' suwiċidju li wieħed qatt ma jista' jipprevedih.", "Fi kliem ieħor dan hu t-tip ta' suwiċidju klassiku.", "The Times stess qalet li dan il-priġunier ħalla nota għala qed jagħmel is-suwiċidju.", "F'din in-nota żgur ser joħroġ ċar għala dan għamel dan is-suwiċidju.", "Normalment min jagħmel dawn it-tip ta' noti, jagħmilhom forma ta' testment biex jgħid eżatt għaliex qed ineħħi ħajtu u xi jrid jiġri minnu wara li jkun neħħa ħajtu.", "B'hekk dawn it-tip ta' suwiċidji ma jistgħux ikunu prevesti u wisq aktar evitati.", "Infatti, imkien s'issa għadni ma qrajt fil-media, li dan il-ħabsi wera xi sintomi ta' suwiċidju u l-awtoritajiet tal-ħabs ma ħadux azzjoni dwarhom.", "Min-naħa tiegħu, għamel sew id-direttur tal-ħabs li ssuspenda lilu nnifsu.", "Dak li hu żgur li ma ġiex sfurzat biex jissospendi lilu nnifsu minn din il-kariga. https://timesofmalta.com/articles/view/inmate-dies-in-suspected-suicide.913944 Din il-mewt traġika wasslet biex numru ta' għaqdiet joħorġu jgħajtu li d-direttur tal-ħabs għandu jitneħħa mingħajr l-anqas biss għadhom jafu l-fatti kollha tal-każ."]}