{"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/10/apologiji-strategici/", "date": "2021-10-31 22:00:29", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jumejn ilu, it-TV tal-Labour stqarr li fuq l-għatba tal-bieb tal-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija qed tinħema konġura \"mill-establishment\" biex tinsteraq is-setgħa minn idejn il-Partit Laburista.", "Il-\"provi\" ta' din il-konġura kienu ritratt fejn jidhru saċerdot, ġurnalist, deputat tal-Oppożizzjoni u attivisti ta' Repubblika, li lkoll kienu qrib xulxin.", "Minn hemm 'il quddiem, il-portavuċi tal-Labour Karl Stagno Navarra stqarr li teżisti konġura tal-establishment li qed tinħema mill-Partit Nazzjonalista, mill-\"mezzi tax-xandir\", mill-\"knisja\" u minn Repubblika.", "Wara li xxandret din l-istqarrija, kien hemm reazzjoni immedjata mhux inqas minħabba li l-ġimgħa li għaddiet, il-gvern kien qed iwiegħed lill-NGOs internazzjonali favur il-libertà tal-istampa u lil żewġ delegazzjonijiet għoljin tal-Kunsill tal-Ewropa li mal-ġurnalisti Robert Abela kollox kien miexi sewwa.", "Ma setax jonqos li wieħed minn dawk li lmentaw kien il-ġurnalist li kien fil-mira tal-One TV. jiġifieri Tim Diacono, l-editur politiku ta' Lovin Malta li, bħala ġurnalista, kien il-Furjana fuq il-lant ta' xogħlu biex jirrapporta dwar il-protesta.", "Huwa ma wera ebda simpatija għat-talba biex il-Kummissarju jiġi mġiegħel jieħu azzjoni dwar it-twettiq ta' reati kriminali minn Konrad Mizzi.", "Il-preżenza tiegħu b'ebda mod ma setgħet titqies bħala approvazzjoni għal dak li kien qed iseħħ.", "Tabilħaqq meta tal-One TV jattendu għal xi attività ta' Repubblika, l-aktar biex jagħtu fastidju lill-parteċipanti, dawn ma juru l-ebda approvazzjoni għal dak li jkun qed iseħħ.", "Il-prim ministru kkundanna lil Karl Stagno Navarra talli dan xela lil Tim Diacono li kellu sehem fil-konġura tal-establishment u aktar tard Karl Stagno Navarra skuża ruħu talli kien semma' lil Tim Diacono u stqarr li ma kellu ebda intenzjoni li jkeskes il-mibgħeda kontrih.", "Imma meta ġurnalisti jissemmew u jitqiegħdu fil-mira ta' One TV, xogħolhom jaf isir impossibbli.", "Jiġu suġġettati għall-mibgħeda, jiġu insultati fit-triq, jiġu mxekkla milli jagħmlu x-xogħolhom bil-għan li jinfurmawna b'dak li jkun għaddej fil-pajjiż.", "Jekk, bis-saħħa ta' dan l-inċident, tal-One TV fl-aħħar tgħallmu l-lezzjoni li jeħtieġ iżommu 'l bogħod mill-ġurnalisti, mela għamilna xi ftit tal-progress.", "Imma huwa inkwetanti ħafna l-fatt li l-prim ministru jidher li ta approvazzjoni indiretta lill-akkuża falza tal-One TV li jeżisti tripied (mhux b'erba' saqajn) tal-establishment f'konġura u li, għalhekk, il-knisja, Repubblika u l-PN qed jipprovaw jaħtfu s-setgħa illegalment jew bl-użu tal-forza.", "Meta kkundanna biss ir-riferenza li saret għal Tim Diacono, Robert Abela indirettament stqarr li l-povru ġurnalist bħallikieku nqabad jirrapporta dwar att Sataniku u ħasbu li kien Satanista huwa stess.", "Lill-ġurnalista ħassruh mix-xena iżda l-kumplament huma prova ta' sedizzjoni tal-waħx.", "Il-ġurnaliżmu ħieles huwa element li pajjiż demokrazija ma jistax jgħaddi mingħajru.", "Element ieħor essenzjali tad-demokrazija hu d-dritt tal-protesta, id-dritt tal-assoċjazzjoni, id-dritt tal-libertà tal-kelma, id-dritt li tikkritika lill-awtoritajiet.", "Ma' dawn id-drittijiet hemm ukoll id-dmir tal-istat li jitkellem mas-soċjetà ċivili, li jisma' l-fehmiet tagħhom u li jaċċetta u jħares il-protesti tagħhom.", "Il-\"kundanna\" tal-bieraħ mill-prim ministru, b'Miriam Dalli tapprova, u l-\"apoloġija\" ta' Karl Stagno Navarra ma jindirizzaw ebda wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin ta' dak li din il-ġimgħa ħolqu tal-One TV.", "Dawn ġibdu filmat u ġibdu ritratti ta' protesta paċifika quddiem il-kwartieri tal-Pulizija mingħajr f'ebda ħin ma semmew x'kien is-suġġett tal-protesta.", "Isem Konrad Mizzi ma ssemma' qatt.", "Ma semmewx il-provi tal-korruzzjoni li hu jinsab imdaħħal fiha u li ilna nafu biha għal aktar minn ħames snin.", "Ma ssemmwx ir-raġunijiet l-oħra li għalihom għandu jiġi mixli u li, ironikament, kienu wkoll ir-raġunijiet li għalihom il-Partit Laburista spiċċa biex keċċieh mill-grupp Parlamentari.", "Skont tal-One, il-protesta saret biss biex tinqata' xewqet in-\"nazzjonalisti\" li jaħtfu s-setgħa minn idejn il-Partit Laburista.", "Att ta' sedizzjoni li jimmina lid-demokrazija li, kieku tassew kien minnu, kien jistħoqqlu kull kundanna.", "Il-protesti paċifiċi kontra politika jew kontra azzjonijiet (jew in-nuqqas tagħhom) ta' gvern ifissru rispett lejn id-dritt ta' dak il-gvern li jiggverna u, minnhom innifishom, huma talbiet biex il-gvern jaqdi dmiru.", "Dawk li jagħżlu li jipprotestaw ikunu qed jgħidu lill-gvernijiet li dak li qed iwettqu jew dak li jonqsu li jagħmlu m'għandux mis-sewwa u li mhux biħsiebhom joqogħdu għal aġir bħal dan.", "Dawn ikunu qed jgħidu li lesti li jiskomodaw ruħħom (minn sodda komda f’iljieli kesħin u bi rwiefen qawwijin f’dan il-każ partikolari) biex iwasslu l-fehmiet tagħhom.", "Il-gvern jista’ jismagħhom, jista’ jara li għandhom raġun, jista’ jirranġa l-affarijiet u dawk li jipprotestaw ikunu jistgħu jmorru lura lejn darhom.", "Iżda jista’ wkoll jinjorahom u għaldaqstant ikomplu jipprotestaw.", "Din il-ġimgħa, tal-Labour ma għamlu xejn minn dan kollu.", "Dawn użaw l-istazzjon tat-TV tagħhom biex jixlu b’sedizzjoni lil dawk li kienu qed jipprotestaw u qegħduhom fil-mira tal-mibgħeda tal-partitarji tagħhom.", "Il-prim ministru baqa’ ma kundannax din l-imġiba.", "Lanqas ma kkundannatha Miriam Dalli, għalkemm kienet fiżikament preżenti fl-istazzjon hekk kif Karl Stagno Navarra stqarr dak li stqarr.", "Li kieku kellha farka diċenza Miriam Dalli kienet bla tlaqliq turih in-nuqqas ta’ qbil tagħha waqt il-programm stess.", "Karl Stagno Navarra baqa’ ma skużax ruħu.", "U la kkundannawh u lanqas ma skużaw rwieħhom u b’hekk taw il-barka tagħhom għall-attakk fuq is-soċjetà ċivili.", "L-eżempju jkaxkar.", "Il-bieraħ wrejt kif il-propaganda tal-One TV qed tiġi popolarizzata minn dawk li jriduha ta’ Laburisti.", "Għalkemm \"Michael\" ma jirrappreżentax lil dawk kollha li jivvutaw lill-Partit Laburista, huwa jirrappreżenta lil uħud minnhom li jiddelettaw bit-tfigħ ta’ affarijiet lejn dawk li kienu qed jipprotestaw huma u jsuqu l-karozza tagħhom fil-Furjana.", "\"Michael\" qatt ma ltaqa’ mal-attivisti ta’ Repubblika.", "Qatt ma tkellem mal-membri tagħha, qatt m’attenda għall-attivitajiet, il-fehmiet tiegħu qatt ma ppermettielhom jitħalltu ma’ dawk tal-membri ta’ Repubblika ma jmurx jispiċċa jittieħed minn xi marda terminali.", "Lil Repubblika jafha biss minn dak li tgħid dwarha One TV u minn dak li jistqarr dwarha Karl Stagno Navarra.", "Dan li ġej huwa l-ġudizzju tiegħu.", "(Segwi dan l-estratt qasir.", "Jekk trid tisma’ d-diskors tiegħu kollu mur fuq din il-paġna)", "https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2021/10/WhatsApp-Video-2021-10-28-at-19.42.55.mp4 Għandu jimpurtana jew le minn dan kollu?", "Sakemm għadna hawn, forsi le.", "Iżda nitlobkom tagħtu daqqa t’għajn lejn silta oħra mill-priedka velenuża ta’ \"Michael\" fejn dan jitkellem dwar Daphne Caruana Galizia.", "Diskorsu mhu ħelu xejn u b’ebda mod ma nixtieq ngħin lil \"Michael\" ikompli jxerred il-velenu tiegħu.", "Imma qed nagħmliha biex infiehem aħjar il-fehmiet li nixtieq inwassal. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2021/10/WhatsApp-Video-2021-10-28-at-19.42.53.mp4 M’għandi l-ebda dubju li \"Michael\" qatt ma kien iltaqa’ ma’ Daphne Caruana Galizia, x’aktarx qatt ma qara kitbietha u li jafha biss minn dak kien sema’ dwarha minn fuq One TV.", "Meta kkundanna dak li stqarr Karl Stagno Navarra dwar Tim Diacono, x’aktarx li Robert Abela wera li ftit fehem minn dak qalet l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.", "Jiġifieri li l-mibgħeda li xxandret kontra l-ġurnalisti kienet ta’ theddida għal ħajjithom.", "Jekk sa fl-aħħar wasal biex fehmu, ċertament ikun ta’ ġid għall-pajjiż.", "Iżda jidher li fehem ftit wisq jekk is-solidarjetà tiegħu waslet biss fil-konfront tal-ġurnalisti għaliex jidher li dawk li mhumiex ġurnalisti allura jistgħu jiġu akkużati bi tradiment u tixwix jew li xi establishment qed tikkonġura biex tagħmel ix-xkiel lill-gvern li jkun għażel l-elettorat.", "Bħal-lum 99 sena ilu, Mussolini kien daħal Ruma u l-faxxiżmu sar il-kredu suprem li kien jiggverna l-Italja.", "Dan il-kredu mbagħad infirex f’pajjiżi sofistikati oħra li darba kienu pajjiżi demokratiċi bi tradizzjoni ta’ fehmiet pluralisti u ta’ libertà tal-kelma.", "Ta’ sikwit nonqsu milli nagħrfu t-twissijiet tal-faxxiżmu għax inħarsu lejh mil-lenti ta’ dak li jkun seħħ wara li pajjiż ikun inħakem mill-faxxiżmu.", "Dak li jeħtieġ li nagħmlu hu li naraw x’kien qed iseħħ sakemm il-pajjiż inħakem mill-faxxiżmu li jkun feġġ mid-demokrazija.", "Jeħtieġ li jkun hemm ambjent demokratiku li jrabbi l-għeruq.", "Biex ikun jista’ jikber, il-faqqiegħ ikun jeħtieġ li jinżamm umdu.", "Il-faxxisti jużaw il-propaganda biex jivvintaw l-għedewwa, biex jimminawhom, biex jiżolawhom u biex iġibu l-iskużi bihom.", "Jivvintaw, jheddu u jxewxu kontrihom u mbagħad iwaħħlu fihom.", "U jintimidaw lil min ikun imħajjar jissieħeb magħhom.", "F’dan il-każ speċifiku, pereżempju, tal-One TV b’qerq liema bħalu xlew lill-Knisja li din kienet qed tikkonġura biex timmina l-awtorità tal-gvern.", "Lill-Arċisqof Charles Scicluna, bniedem li kliemu ma jogħmodux, ilhom li tefgħuh fil-mira tal-attakki tagħhom għax dawn jemmnu li jaqblilhom jiskreditawh u jiżolawh u jekk tal-Labour iridu monopolju tip faxxista fuq l-opinjoni pubblika, ma jistgħu qatt jittolleraw lil min ma jafx ilaqlaq.", "Dawn huma mdorrijin li jippruvaw jagħmlu sarima ma’ ħalq il-qassisin.", "Imdorrijin li jwaħħlu fihom u li jġegħeluhom jisktu.", "Gvern razzist li jiġi jaqa’ u jqum mill-ambjent u li hu influwenzat bil-kbir minn interessi finanzjarji, lill-qassisin li ma jogħmodux kliemhom jarahom żejda.", "L-inċident tal-One TV li seħħ din il-ġimgħa ma seħħx b’kumbinazzjoni.", "Kien opportunità li ħataf Karl Stagno Navarra u li Robert Abela baqa’ ma kkundannax.", "Nitkellem dwar ir-riferenza għas-saċerdot għax anki meta aħna l-attivisti niddefendu rwieħna, nafu li hawn bosta li jemmnu li ħaqqna dak kollu li l-gvern jispara fid-direzzjoni tagħna mill-mezzi tax-xandir tiegħu.", "Kelma li \"Michael\" jirrepeti għal bosta drabi fid-diskors tiegħu hi l-kelma \"provokazzjoni\".", "Jgħid li protesti huma provokazzjoni li jiġġustifikaw il-vjolenza u l-kastigi li ħaqqhom jaqilgħu mingħand il-Laburisti li bir-raġun huma rrabjati.", "Fil-fehma tiegħu, mhux biżżejjed l-attakk li qed isir kontra l-attivisti ta’ Repubblika meta wieħed iqis il-kobor tal-provokazzjoni tagħhom.", "Jixli lil Robert Abela u lill-Partit Laburista bi dgħjufija fil-konfront ta’ dawn il-protesti.", "Skont \"Michael\", għandhom iqumu u jikinsuhom ‘l hemm.", "U jekk ma jagħmlux dan, l-għada li jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni il-Partit Laburista, ikun lest li jagħmel dan hu.", "Dan hu l-element aħħari li jwassal għall-qawmien tal-faxxiżmu.", "Bis-saħħa tal-qerq, tal-propaganda, tal-akkużi foloz kontra għedewwa li jeżistu biss f’immaġinazzjoni tagħhom u bil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tagħhom biex jiżolaw, iweġġgħu u jeqirdu lil min ma jaqbilx magħhom, il-faxxisti joħolqu mostru.", "Dan huwa l-mostru ta’ inizzjattiva privata, ta’ vendikazzjonijiet personali minn partitarji ta’ partit li jemmnu li qed iġibu ruħhom ta’ eroj fl-interess tal-partit tagħhom sal-punt li dan lanqas il-partit tagħhom mhu japprezzah.", "Il-mibgħeda ta’ \"Michael\", meta tiħdar biżżejjed, mhux se jkun il-Partit Laburista li jrażżanha.", "Robert Abela jista’ jġiegħel lil Karl Stagno Navarra jiskuża ruħu għax jimpjegah.", "Iżda “Michael” mhux ser jiġi kkontrollat.", "Bħal dawk it-talin li tellgħu kitba fil-Facebook dwar kif jimmaġinaw għandhom joqtlu lil dawk li qed jipprotestaw, kull azzjoni tal-pulizija kontrihom tiġi kkunsidrata bħala waħda li mhix konsistenti mal-propaganda li l-partit tagħhom ilu jitmagħhom u jbellagħlhom.", "Għaliex jekk dawn huma tassew għedewwa tal-istat, għaliex għandhom jiġu kkastigati dawk li qed jheddu li joqtluhom?", "Bla dubju ta’ xejn “Michael” ma jemminx li għandha ssir ġustizzja ma’ dawk li qatlu lil Daphne Caruana Galizia.", "Il-propaganda tal-Labour ikkonvinċietu li kien ħaqqha l-mewt u, anki jekk issa tal-Labour bidlu d-diska, hu mhux se jibdilha.", "L-elezzjonijiet demokratiċi jistgħu wkoll jintrebħu mill-faxxisti.", "U biex il-faxxisti jaslu biex juru s-sogħba tagħhom, inkunu rridu ngħaddu minn kalvarju, ikollna nagħmlu protesti mingħajr permess, irridu nkunu vittmi tal-propaganda u tal-indimidazzjoni u jkunu jridu jbeżżgħuna u jxerrdulna demmna.", "Iżda biex ikunu jistgħu jirbħu, l-faxxisti jkunu jeħtieġuk li ssodd ħalqek."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/ic-cejca-ta-rosianne-u-ta-silvio/", "date": "2021-11-01 17:52:21", "category": "blog, politics, government", "text": ["L-ewwel lezzjoni li kienet għallmitni ommi kienet dik ta' meta bagħtitni nixtilha l-butir u l-perżut mingħand il-ħanut tal-merċa ta' faċċata.", "Kienet tgħidli biex, qabel naqsam it-triq, nittawwal sewwa lejn ix-xellug u lejn il-lemin tiegħi.", "U biex li min joffrili l-ħelu, ngħidlu \"le grazzi\".", "Il-ħelu ma jsolvix il-problemi.", "Rajna lil Rosianne Cutajar u lil Silvio Schembri, it-tnejn libsin pulit, jitbissmu u jinżlu kokka biex ikellmu lit-tfal innoċenti li ma jafux xi tfisser korruzzjoni tal-għemil u tal-ħsieb.", "L-ilpup ireddnu.", "U l-politiċi jimirħu. wasal il-Halloween. pic.twitter.com/OwC1rfGXyz", "— BugM (@bugdavem) October 31, 2021 Xi xhur ilu, Repubblika tkellmet dwar l-għoti tar-rigali mill-politiċi dakinhar li Rosianne Cutajar dehret tippoża f'ritratt hi u tqassam il-larinġ lill-anzjani.", "Dak iż-żmien, il-Puliizja kienet qalet li ma kien twettaq ebda reat kriminali u dan għaliex ix-xiri tal-voti permezz tal-għoti tar-rigali ma jistax iseħħ biss meta formalment tibda l-kampanja elettorali.", "Kif Robert Abela pprova jispjega lbieraħ, il-kampanja elettorali għadha ma bdietx u għaldaqstant jeħtieġ li ngawdu l-btajjel.", "X'aktarx jixtieqna nemmnu li l-imġiba ta' Rosianne Cutajar u ta' Silvio Schembri fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet waħda sforz l-imħabba li għandhom għall-Halloween u li r-rigali li qassmu lit-tfal ma kellu ebda rabta mal-elezzjoni li ġejja.", "Tgħidli xejn!!", "Tistgħu timmaġinaw dawn x'biħsiebhom jivvintaw hekk kif jasal il-Milied?", "Issa jien nifhem li dawn jinsabu f'tellieqa bejniethom jikkaċċjaw għall-voti u nifhem li l-kompetizzjoni bejniethom ser tiżdied hekk kif il-prim ministru jsaffar is-suffara.", "Iżda ma nistax ma nsemmix id-disprezz li dawn għandhom lejn il-liġijiet u lejn il-proċess demokratiku.", "Għandu jimliena bl-istmerrija kull attentat biex jinxtraw il-voti tal-ommijiet billi jinqdew bit-tfal.", "Jingħad li fid-distrett elettorali li fih kien jikkontesta Lorry Sant, martu Carmen, li wkoll kienet ikkontestat u ġiet eletta fil-Parlament fl-1987, kienet qassmet fid-djar tal-votanti biċċiet taċ-ċikkulata li dak iż-żmien ma setgħetx tiġi impurtata minħabba l-politika ta' wara l-purtiera tal-ħadid tal-gvern Laburista.", "'Hawn biċċa ċikkulata Mars li ma ssibhiex fil-ħwienet.", "Ivvutali u nkun nista' nagħtik aktar minnhom jew inkella ivvota għall-partit l-ieħor u tkun tista' tixtrihom biss mill-ħwienet.'", "Huwa minnu li fi tmiem il-ġimgħa Rosianne Cutajar u Silvio Schembri x'aktarx ma kinux qed iqassmu lit-tfal ħelu li ma ssibux fil-ħwienet.", "Iżda dawn xorta waħda jippretendu li ħaqqhom il-voti tan-nies aktar minn dawk il-kandidati li ma jqassmu xejn.", "Din mhi xejn ħlief riflessjoni tal-kwalità fqira tal-kandidati tagħna, tal-ambigwità morali tagħhom u tal-fatt li dawn jaslu biex jagħtu lit-tfal affarijet li ma jagħtux lil uliedhom.", "Hi wkoll riflessjoni tan-nuqqas ta' rispett li għandhom lejhom infushom. lejn il-metri politiċi tagħhom u lejn id-dinjità tal-professjoni tagħhom.", "Hi riflessjoni wkoll fuqna l-votanti.", "Carmen Sant, warakollox, kienet ġiet eletta fl-1987.", "U Rosianne Cutajar u Silvio Schembri qed jistennew li jitilgħu fl-2022.", "Issa ħa ngħaddilkom tofija għall-wens.", "Previous: Apoloġiji strateġiċi .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Qorti tiċħad kawża ta' libell ta' Raphael Vassallo: artiklu tiegħi dwar l-omertà m'huwiex libelluż .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/il-qorti-tichad-il-kawza-ta-libell-ta-raphael-vassallo-kontra-l-artiklu-tieghi-dwar-l-omerta/", "date": "2021-11-02 13:40:48", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-qorti llum ċaħdet talba li Raphael Vassallo kien għamel kontra tiegħi dwar artiklu li jien kont xandart f'Ottubru tal-2019 li fih semmejt l-introduzzjoni ta' liġijiet speċifiċi fl-Italja fis-snin 80 bil-għan li tissaħħaħ il- ġlieda kontra l-mafja.", "Fl-artiklu kont irriferejt għall-kunċett ta' omertà, li kont ktibt li jinkludi sitwazzjonijiet li fihom ġurnalisti jqarrqu bil-qarrejja tagħhom billi jippruvaw ibellgħulhom l-idea falza li l-mafja ma teżistix.", "F'dan il-kuntest, kont għamilt riferenza għal artiklu ta' Raphael Vassallo li xxandar mill- Malta Today fi Frar 2019 intitolat \" Freedom of expression' also means the freedom to talk out of your ass\" li fih kien għamel kritika lill-attivisti favur il-libertà tal-kelma talli dawn stqarrew li minnu nnifsu l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jfisser theddida għal-libertà tal-kelma.", "F'dan l-artiklu, Vassallo stqarr li \"l-aktar attivisti fanatiċi\" jagħtuk x'tifhem li l-Istat b'xi mod kellu x'jaqsam mal-qtil ta' Daphne.", "Raphael Vassallo ilmenta mal-qorti li fl-artiklu tiegħi jien akkużajtu li ħaġa waħda mal-konġura li wasslet għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, iżda l-Qorti tal-Maġistrati presjeduta minn Rachel Montebello llum iddeċidiet l-artiklu ma jwassalx għal din il-konklużjoni.", "Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Montebello qalet li l-artiklu tiegħi Long Read: 416 bis kien miżgħud b'fatti li jagħtu raġun lill-fehma tiegħi li l-omertà tista' sseħħ meta wieħed jiċħad l-eżistenza ta' konġura kriminali.", "Il-qorti kkonkludiet li permezz tal-artiklu tiegħi jien kont għamilt studju dettaljat dwar il-ħsieb legali wara l-introduzzjoni tal-artiklu 416 bis fil-kodiċi kriminali Taljan u kif ukoll dwar l-inklużjoni tal-omertà bħala forma ta' kompliċità.", "Il-qorti qalet ukoll li b'mod elokwneti jien spjegajt il-ħsieb wara l-iżvilupp tal-kunċett u inkludejt il-kliem u l-aġir li jqarrqu bil-pubbliku u jġiegħluh jemmen li organizzazzjoni kriminali msejħa l-mafja ma teżistix.", "Il-Maġistrat Montebello qalet ukoll li l-qorti li ma tistax ma tinnutax li l-eżistenza tal-mafja ġiet ukoll rikonoxxuta mill-Bord tal-Inkjesta fil-rapport li xxandar xi xhur ilu.", "Il-qorti ddefendiet ukoll id-dritt li wieħed jitkellem bil-libertà dwar materji li jkunu ta' interess pubbliku kif ċertament huwa l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "\"Hu ta' importanza vitali għas-saltna tad-dritt u wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-espressjoni ħielsa.\"", "Hi u tikkwota l-ġurisprudenza, l-Maġistrat għaddiet biex tispjega li \"min jikkritika m'għandux għalfejn iżomm lura meta jikkundanna dak li ma jaqbilx miegħu… (iżda huwa) intitolat li jkun iebes fi kliemu għal raġunijiet ta' kritika leġittima.\"", "Il-qorti ċaħdet it-talba ta' Raphael Vassallo u ordnatlu jħallas l-ispejjeż tal-kawża.", "Is-sentenza tista' tiġi appellata."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/sur-prim-ministru-ippublika-l-abbozz-tal-ligi-kontra-l-islapp/", "date": "2021-11-03 06:49:38", "category": "blog, politics, government", "text": ["Hu u jwieġeb mistoqsija tad-deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg, il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li għal bosta xhur ilu jaħdem biex jitfassal abbozz tal-liġi kontra l-iSLAPP u dan \"biex isaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti\".", "Id-deputat għamlet din il-mistoqsija għaliex sa ftit ilu, l-PM stqarr li l-liġi kienet se tiġi ppreżentata għall-konsiderazzjoni tal-Parlament fi ftit ġranet.", "Allura fejn hi l-liġi?", "Fejn hu l-abbozz?", "Robert Abela stqarr li kien qed jikkonsulta mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, mal-familja Caruana Galizia u ma' istituzzjonijiet internazzjonali.", "Dawk il-\"konsultazzjonijiet\" qal li kienu \"fi stat avvanzat u li dalwaqt ser jitressaq abbozz fil-Parlament.\"", "Kollox jidher miexi ħarir.", "Iżda fil-fatt mhuwiex.", "Il-liġijiet li jipproteġu lill-ġurnalisti ma jinteressawx biss il-ġurnalisti.", "Jinteressaw lill-pajjiż kollu għax jikkonċernaw il-ħarsien tad-dritt tal-poplu li jkun infurmat mill-ġurnalisti li jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom mingħajr xkiel.", "Fi kliem ieħor, din mhix xi liġi speċjalizzata jew teknika li għandha tiġi diskussa minn grupp żgħir ta' nies b'interessi dojoq.", "Din hija parti kruċjali u waħda ta' titjib għad-demokrazija tagħna.", "Din hija liġi li tirregola u tħares libertà bażika, jiġifieri l-libertà tal-informazzjoni u tat-tixrid tagħha.", "Kliem il-PM m'għamlu xejn biex iserrħuli moħħi.", "Xejn ma nieħu pjaċir meta nisma' lil Robert Abela jgħid li \"ilu jaħdem għal xhur sħaħ\" dwar ħaġa li ħadd għadu ma ra, b'mod partikolari in vista tal-fatt li hu u l-gvern tiegħu ilhom għal snin sħaħ jgħidu li t-tfassil ta' liġi bħal din mhux biss mhix possibbli, iżda hi saħansitra wkoll illegali tenut kont tal-obbligazzjonijiet internazzjonali ta' Malta.", "Ħadt pjaċir ħafna nisma' li qed jitkellem mal-IĠM kif ukoll mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dawn għandhom esperjenza diretta professjonali f'dan il-qasam.", "Iżda dan ċertament mhuwiex biżżejjed.", "Liġi bħal din għandha tiġi mxandra fil-forma ta' White Paper qabel tasal fil-Parlament u dan biex il-poplu jkun jista' jgħid tiegħu dwarha u jkun jista' jkollna diskussjoni matura u demokratika dwar liġi matura u demokratika.", "Tajjeb li jkun hemm diskussjonijiet privati ma' organizzazzjonijiet jew nies speċifiċi fl-istadju tat-tfassil.", "Iżda l-konsultazzjoni għandha tkun waħda miftuħa u trasparenti.", "Jien interessat li nsir naf x'kienet ir-reazzjoni tal-IĠM u tal-familja ta' Daphne (u ta' oħrajn) dwar l-abbozz (li suppost ra kulħadd) qabel jitressaq fil-Parlament – stadju li fih tista' tgħid ma jkun jista' jsir xejn aktar.", "Ma nippretendix li jien espert.", "Tinteressani l-liġi kontra l-iSLAPP għaliex nixtieq ngħarbel l-abbozz mil-lenti tal-esperjenza tiegħi.", "Il-liġi kienet tħarisni mit-theddid ta' Joseph Muscat, Michelle Muscat, Chris Cardona, u Konrad Mizzi meta dawn kienu qabbdu ditta legali Ingliża biex jippruvaw iżommu il-pubblikazzjoni ta' ktieb li ktibt flimkien ma' żewġ kollegi?", "Il-liġi kienet tħarisni mill-kawża li ried jiftaħ Yorgen Fenech kontra tiegħi fl-Ingilterra bil-għan li jirrovinani?", "Il-liġi kienet tħarisni issa li qed nistenna li tingħata s-sentenza dwar l-appell li kont għamilt kontra d-deċiżjoni li ngħatat kontrija f'qorti Bulgara f'kawża li kien għamilli sid is-Satabank?", "Il-liġi kienet tħarisni mill-kawżi frivoli u vessatorji li jien kelli noqgħod niddefendi f'Malta, kawżi li għamluli persuni li kull ma jridu hu li jsodduli ħalqi?", "F'din is-sitwazzjoni, ma ninsabx waħdi.", "Il-ġurnalisti Maltin huma vulnerabbli fil-konfront ta' dan it-tip ta' libell speċjalment meta jiġu mxandra stejjer dwar nies għonja u setgħana.", "Il-predeċessur ta' Robert Abela kien wieħed minn dawn in-\"nies għonja u setgħana\".", "Robert Abela jaf li jista' jsib ruħu f’sitwazzjoni li fiha jkun jeħtieġ aċċess sħiħ għal riżorsi li ma jippermettux lill-ġurnalisti jxandru stejjer dwaru.", "Jaf li diġà jinsab f’din is-sitwazzjoni.", "Kif qatt jista’ jkun li ser iressaq liġi li tista’ żżarmah minn dawn l-armi?", "Hi waħda finali l-lista ta’ persuni li Robert Abela qed jikkonsulta magħhom dwar il-liġi kontra l-iSLAPP u li għadda lil Claudette Buttigieg?", "Tgħid qed jitkellem ukoll minn taħt ma’ persuni għonja u setgħana li jridu li jibqa’ jkollhom f’idejhom l-għodda biex irażżnu lill-ġurnalisti?", "Jekk dan il-proċess ma jkunx wieħed trasparenti, ser ikun nieqes mill-kredibilità.", "In-nuqqas ta’ trasparenza ser tkun tfisser oħra mill-ħafna \"riformi demokratiċi\" li dan il-gvern nieda b’mod qarrieq.", "Riformi li ma jiswew għal xejn ħlief biex jagħtu impressjoni falza li f’dan il-pajjiż qed iseħħ it-tibdil.", "Previous: Qorti tiċħad kawża ta’ libell ta’ Raphael Vassallo: artiklu tiegħi dwar l-omertà mhuwiex libelluż .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/kif-mghandekx-tghallem-lit-tfal-dwar-l-indafa-tal-halq/", "date": "2021-11-03 14:51:38", "category": "blog, politics, government", "text": ["Distributur f'Malta ta' toothpaste speċjali għat-tfal kellu jiskuża ruħu mad-dentisti Maltin wara li Rosianne Cutajar użat il-prodott tagħhom fil-kampanja tagħha tal-Halloween.", "F'ritratti li Rosianne Cutajar tellgħet fil-Facebook fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet jidhru boroż li hi qassmet lit-tfal li kienu mimlijin bil-ħelu u b'tubi tat-toothpaste tad-ditta Vitis Junior.", "Fil-Facebook Cutajar kitbet li \"ma kull borża qassamna wkoll toothpaste b'xejn biex ninkoraġixxu liż-żgħar tagħna jaħslu snienhom speċjalment wara li jieklu l-ħelu.\"", "Fi stqarrija indirizzata lid-dentisti Maltin, ir-rappreżentant mediku tal- Vitis qal li xtaq iserraħ l-imħuħ tal-professjonisti li \"b'ebda mod ma ried jinkoraġixxi l-konsum tal-ħelu u li ċertament ma kienx ħallas l-ispejjeż tax-xiri tagħhom jew ta' din il-kampanja.\"", "\"Kif jiġri ta' sikwit,\" kompla jgħid ir-rappreżentant, \"kienu għamlu kuntatt miegħi persuni minn dipartiment tal-gvern u dawn talbuni nfornihom b'kampjuni biex dawn jitqassmu fost it-tfal tal-iskola.", "Qatt ma kelli l-iċken intenzjoni li nara lil din il-kwistjoni tiġi politiċizzata jew tkun assoċjata mal-konsum tal-ħelu.\"", "Minħabba dan l-inċident, ir-rappreżentant skuża ruħu mad-dentisti.", "Din l-istqarrija fiha x'tomgħod għaliex Rosianne Cutajar m'għadx għandha f'idejha r-responsabbiltà ta' xi dipartiment tal-gvern.", "Jidher li Rosianne Cutajar qarrqet bl-aġent u bellgħethielu li hi kienet qed tappoġġja kampanja edukattiva mmexxija mill-gvern iżda fil-fatt kienet qed tipprova tieħu vantaġġ politiku għall-kampanja personali tagħha bħala kandidat.", "Dentist li kellmni dwar l-inċident qalli ma tista' qatt tippromwovi l-indafa tal-ħalq bit-tqassim tal-ħelu.", "\"Permezz tal-kampanja tagħha Rosianne Cutajar ġabet ruħha bħallikieku kienet qed tforni lin-nies bil-petrol u b'fire extinguisher.\""]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/ejja-konrad-itlaq/", "date": "2021-11-04 17:21:12", "category": "blog, politics, government", "text": ["Kif tista' ma tlumx lil dawk iż-żgħażagħ li qatgħu qalbhom minn dan il-pajjiż?", "Li kieku llum xi wħud minnhom segwew il-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, kien ikollhom stampa ċara dwar kif taħdem id-demokrazija tagħna.", "Tal-mistħija.", "M'hemmx mod aħjar kif tista' ssejħilha.", "Konrad Mizzi lissen l-istess paniġierku bl-użu ta' kliem differenti għal xi 50 darba.", "U kull darba li sab lil min imerih, għamel xenata isterika li – aktar milli hi mġiba tal-psataż jew ta' min jinsab f'paniku u dahru mal-ħajt – hi indikazzjoni ta' kundizzjoni li teħtieġ kura medika.", "La jien it-tabib tiegħu u lanqas ta' ħaddieħor u għaldaqstant l-istat mentali tiegħu mhix problema tiegħi u lanqas hi problema li nista' nsiblu tarfha.", "Jien ċittadin ta' pajjiż li fih huwa kellu sehem kbir fit-tmexxija u li fih qed ikun impossibbli li hu jiġi mġiegħel iwieġeb għal għemilu.", "Jidher li huwa maqtugħ għalkollox mir-realtà u li qed jemmen il-gideb tiegħu stess.", "Jidher li s-skiet ta' tlieta mill-erba' deputati fuq il-Kumitat membri ta' dak li kien il-partit tiegħu mhuwiex idejqu.", "Mhu jdejqu xejn skiet li indirettament ifisser li jaqblu li Konrad Mizzi huwa korrott.", "Jgħid li jinħaraq meta jgħajruh korrott.", "Iżda meta jipprova jiddefendi ruħu, jgħid hemm ħaddieħor ukoll li hu korrott.", "Semma' l-istorja tal-Capital One u Beppe Fenech Adami li tal-One TV damu għal bosta snin isemmu.", "Storja li, wara li ġiet investigata, ma sabux ma' xiex iqabbdu difrejhom.", "U ħela ħafna ħin jitkellem dwar il-pixxina li għandu Beppe Fenech Adami.", "Tgħid din tinsab fil-Panama?", "Le, tinsab f'Ħal Għargħur.", "Bniedem patetiku għall-aħħar.", "Imbagħad semma' lill-attivisti li baqgħu jinsistu li hu għandu jwieġeb għall-għemil kriminali tiegħu u staqsa għaliex dawn mhumiex ukoll jipprotestaw sabiex jiġu investigati persuni oħra.", "L-attivisti ma kinux preżenti fil-kamra.", "Li kieku kienu preżenti, ibqgħu ċerti li kienu jwieġbu li, ġaladarba huwa jaf b'korruzzjoni li fiha hu mhuwiex imdaħħal, liema korruzzjoni qed tiġi tollerata u moħbija mill-awtoritajiet, ikun imissu jmur jipprotesta magħhom fuq l-għatba tal-kwartieri ġenerali tal-Pulizija.", "Iżda nafu li dan il-kliem huwa fieragħ.", "Konrad Mizzi ilu jirrepeti l-istess affarijiet għal kważi 5 snin.", "Jekk xejn, ċertament ma nistgħux ngħidu li mhuwiex konsistenti.", "Iżda din ma kinix sorpriża.", "Li kieku ninsabu ngħixu f'pajjiż normali, nkunu nistgħu nserrħu rasna li għallinqas ebda wieħed minn dawk li llum kienu qed isegwu lil Konrad Mizzi kienu ser jemmnu farka mid-diskors li lissen.", "Imma Malta mhix pajjiż normali.", "Dan huwa pajjiż li għal kull wieħed li qed jgħid \"Konrad, warrab!\", hawn tnejn oħra li qed jgħidu \"Prosit Konrad!\"", "Sakemm din tibqa' r-realtà ta' dan il-pajjiż, il-firda ta' bejnietna se tibqa' magħna.", "X'tagħmel?", "Taċċetta l-gideb faħxi?", "Le, grazzi.", "Waħda tal-aħħar.", "Għeżież Maltin u Għawdxin, aħna u nsegwu l-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari, jeħtieġ niftakru li sa hawn biss għandna l-ħila li naslu.", "Madwar dik il-mejda kien hemm l-aqwa rappreżentanti li nistgħu ntellgħu biex jiddeċiedu għalina kif l-aħjar jintefqu flusna.", "Hemm Konrad Mizzi.", "Hemm Glenn Bedingfield jaqbeż għalih.", "U hemm tliet membri parlamentari oħra tal-PL li jiffurmaw ħajt ta' skiet bil-għan li ma jippermettux li jsir skrutinju bis-serjetà jew li jittieħdu passi kontra l-korruzzjoni.", "Tal-blieħ."]} {"url": "https://manueldelia.com/2021/11/go-konrad-go/", "date": "2021-11-03 16:05:52", "category": "blog, politics, government", "text": ["No, in Għargħur."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/owen-qed-jithajjar-li-jgorr/", "date": "2021-11-05 10:15:53", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jekk Owen jitħajjar iġorr lejn Filfla, lil din il-biċċa blata jmissna nagħtuha l-indipendenza u nerħulu jiddkjara lilu nnifsu Imperatur.", "Ibqgħu ċerti li għandu jibbrilla aktar minn uħud mill-gremxul.", "Jinqala' ħafna biex iħammrilna wiċċna.", "Previous: Tgħid għaliex jinħaraq daqshekk meta jixluh li hu korrott? .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: L-Interpol tħassar notifika biex jiġi arrestat ir-raġel ta' Efimova minħabba \"kuntest politiku ċar\" .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/11/tithassar-mill-interpol-in-notifika-biex-jigi-arrestat-ir-ragel-ta-efimova-minhabba-kuntest-politiku-car/", "date": "2021-11-05 20:51:43", "category": "blog, politics, government", "text": ["Interpol għadha kif ħassret in-notifiki kollha li jitolbu għall-arrest ta' Pantelis Varnava, ir-raġel ta' Maria Efimova, li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ċiprijotti dwar l-allegat twettiq ta' reati kriminali.", "Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Interpol wara li tnieda rapport intern mill-awtorità indipendenti tal-aġenzija, mil-liema rapport jirriżulta li l-każ kontra Varnava kien wieħed \"prinċipalment politiku\" u konsegwenza tal-fatt li martu, Maria Efimova, kienet il-whistle-blower li kixfet lil Joseph Muscat u dwar kif dan kien gawda mir-relazzjoni li kellu mal-Pilatus Bank f'Malta li miegħu kienet taħdem Efimova.", "Kummissjoni indipendenti fi ħdan l-Interpol irriżultalha li l-każ kontra Varnava kellu \"kuntest politiku ċar\".", "Sid il-kumpannija Ċiprijotta li kienet ilmentat kontra Varnava huwa membru tal-Parlament Ċiprijott li hu wkoll midħla sewwa tal-President ta' Ċipru u hi mdaħħla fil-bejgħ tal-passaporti.", "Il-biċċa l-kbira tal-ilmenti kontra r-raġel ta' Maria Efimova kienu dwar l-allegata mġiba tagħha f'Ċipru qabel l-2014 qabel il-wasla tagħha f'Malta.", "Il-Kummissjali Indipendenti tal-Interpol qalet li Ċipru ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni biex isostni r-raġuni l-għala riedu Pantelis Varnava jintbagħat hemm.", "Varnava ċaħad li hu qatt kellu relazzjoni professjonali jew ta' xogħol mal-kumpanniji li kienu lmentaw u li talbu għall-arrest tiegħu.", "Ta' min jgħid li l-biċċa l-kbira tal-akkużi li kellu kontra tiegħu kienu dwar depożiti ta' flus f'kontijiet konġunti mid-dħul li kellha Maria Efimova.", "In-notifika tal-Interpol kontra Pantelis Varnava kienet inħarġet wara li l-qrati Griegi ċaħdu talba tal-pulizija Maltija biex martu Maria Efimova tintbagħat lejn Malta biex twieġeb għal akkużi miġjuba kontriha mill-imgħallem tagħha Ali Sadr Hashemi Nejad.", "Il-qrati Griegi stqarrew li ma setgħux iserrħu moħħhom mis-siġurtà personali ta' Maria Efimova f'Malta.", "Illum jien tkellimt ma' Maria Efimova u din qaltli li hi u żewġha jinsabu sodisfatti bid-deċiżjoni li ħadet l-Interpol.", "Sena ilu, Maria Efimova kienet ġiet mixlija minn qorti Maltija li gidbet waqt inkjesta li kienet ikkonkludiet li l-allegazzjonijiet tagħha mhumiex sostnuti minn provi li fil-Pilatus Bank kien hemm dokumenti li juru li sidt il-kumpannija tal-Panama Egrant li kienu ħolqu Mossack Fonseca u Nexia BT hi mart Joseph Muscat, Michelle."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/01/il-falliment-tal-istrategija-pn/", "date": "2021-11-01 11:08:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Bernard Grech, fl-ewwel xhur bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, kellu sinjali li se jibdel l-andament tan-numri.", "Fl-ewwel xhur kien hemm indikazzjoni li, għall-inqas in-Nazzjonalisti, kienu se jagħtuh il-fiduċja tagħhom.", "Donnu ħass li kellu r-riħ-fil-qala' u allura għamel kuraġġ li se jirnexxielu jxaqleb il-miżien tal-voti.", "Imma x'ġara?", "Żgur li ma ġralux bħal l-inbid għax kif bdew iħarsu lejh b'għajnejn politiċi u aktar kliniċi, indunaw x'isarraf u x'jiswa politikament.", "Nafu li ħafna nies issa ilhom jaqraw il-linja politika ta' Dr Bernard Grech.", "Ħafna nies illum tgħallmu kif għandhom jaqraw bniedem politiku.", "Ħafna saru jgħarfu x'hemm moħbi wara wiċċ politiku ġdid.", "Jibdew jirriflettu u jiżnu kull kelma li toħroġ minn fommu.", "Għall-ewwel id-diskors tiegħu beda jintgħoġob għaliex kien mitfuħ fuq xewqat imma meta wara ftit xhur il-poplu beda jitgħallem li kien hemm ħafna kliem fieragħ, bdew jindunaw li kien hemm ħafna arja sħuna fid-diskorsi ta' Dr Grech.", "Ħafna nies bdew jirrealizzaw li fl-għaġla tiegħu jew forsi b'nuqqas kbir ta' esperjenza beda jgħid affarijiet illum, u hu stess imerihom l-għada.", "Meta jiġri hekk u jindunaw li l-paroli ma jkunx konsistenti, jibdew jitkemmxu x-xufftejn.", "Kull min jisimek irid ikun ċert li ma hemmx logħob mad-diskors li jkun intqal.", "Ma tistax tressaq il-lasti fil-logħba tal-football u lanqas tista' tmur lura minn kliemek fil-logħba politika.", "Illum niftakru benn tajjeb kemm Bernard Grech kien jgħajjat li wara ftit li tgħaddi l-pandemija mmorru għall-elezzjoni.", "Fi drabi minnhom saħansitra kien jgħid li iġri tgħaddi l-pandemija ħalli ssir l-elezzjoni.", "Deher wisq ħerqan biex jitla' t-taraġ ta' Kastilja.", "Deher wisq għatxan biex jieħu s-siġġu tal-poter.", "Issa bidel id-diska u ma għadux jinsisti għall-għaġġla, għal elezzjoni bikrija jew għar-riżenja tal-Gvern.", "Il-Partiti Nazzjonalista jrid strateġija politika tajba u ċara jekk jixtieq li jkun kredibbli mal-elettorat."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/01/rosianne-cutajar-tressaq-ksur-ta-privilegg-kontra-jason-azzopardi/", "date": "2021-11-01 11:25:36", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kif kien ippubblikat f'dan il-blog il-bieraħ, post partikolari ta' Jason Azzopardi jidher li jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ fil-konfront tad-deputata Rosianne Cutajar.", "F'dan is-sens, Cutajar resqet din it-talba quddiem l-ispeaker minħabba dak li Jason Azzopardi allega li Cutajar qalet fuqu, inkluż li qaltlu kliem baxx fil-parlament. https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/63894/rosianne_cutajar_tressaq_ilment_ta_ksur_ta_privile_kontra_jason_azzopardi#.YX_APWDMJPY Share this: Twitter Facebook More Print WhatsApp Like this: Like Loading..."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/01/il-kap-tal-oppozizzjoni-kellu-jevita-jaghmel-diskorsi-mimli-rabja-waqt-serata-kommemorattiva/", "date": "2021-11-01 17:01:34", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum, 1 ta' Novembru, il-Parlament Malti għamel seduta speċjali biex jikkommemora l-mitt sena mil-ftuħ uffiċjali tal-ewwel parlament f'pajjiżna.", "Seduta li attendew għaliha anke speakers preċedenti, ex-membri parlamentari u mistiedna distinti.", "Kelliema kienu l-ex-speaker Miriam Spiteri Debono, il-Leader of the House u Viċi-Prim Ministru Mr Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech u l-iSpeaker tal-Kamra Dr Angelo Farrugia.", "Smajna diskors storiku mill-ex-speaker, l-ewwel u l-uniku speaker mara tal-Parlament Malti.", "Diskors mimli informazzjoni li terraq mal-istorja tal-parlament matul dawn l-aħħar 100 sena.", "Wara tkellem Mr. Fearne li wkoll għamel referenzi għal nies li kienu tant influwenti fl-istorja tal-Parlament.", "Biss imbagħad kellna diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Veru kien qal li meta toqorsu jsir iljun imma illum mhux biss sar iljun imma sar iljun li rifsulu l-kallu.", "Min-naħa tal-Gvern tkellem the Leader of the House li jpoġġi fuq il-kumitat tal-parlament dwar ix-xogħol tal-kamra.", "Mela l-Kap tal-Oppożizzjoni missu ċeda d-diskors tiegħu lil min jippreżenta l-Oppożizzjoni f'dan l-istess kumitat.", "Allura d-diskors missu sar mill-Viċi-Kap David Agius.", "Żgur li ħadd ma kien qed jistenna diskors ta' rabja f'seduta ta' kommemorazzjoni ta' storja sabiħa u importanti ta' pajjiżna.", "Kellu ħafna fuq xix jiftaħar il-Partit Nazzjonalista dwar din l-istorja tat-twaqqif tal-parlament, inkluż kif oriġina dan kollu minn ħassieba \"Nazzjonalisti\" u marbuta mar-risorġiment taljan u riċerka biex isibu l-orġini tad-dritt li Malta jkollha assemblea li storikament irnexxilhom jeħduha – b'mod korrett – lura saħansitra lejn il-perjodu Għarbi.", "Għalhekk qed ngħid li ma kienx il-waqt li jqum membru tal-Parlament u jagħmel diskors b'tonalita ta' għajjat u ta' feroċja.", "Kien kollu żejjed li biex jagħmel il-punti tiegħu għolla leħnu.", "L-argumenti f'seduta kommemorattiva misshom intgħamlu mingħajr rabja u mingħajr għajjat.", "Lanqas kien f'waqtu li juża okkażżjoni ta' mitt sena storja biex jarma jattakka deputati u ex-deputati tal-parlament tal-lum u tal-bieraħ.", "Ma kienx il-ħin li jaqa' f'dak il-livell ta' attakki sfrenati kontra membri tal-parlament.", "Dan kien diskors li seta' sar f'okkazzjoni oħra u mhux tħalla għall-okkazzjoni bħal din.", "Drajna lil Dr Bernard Grech jgħajjat, kull darba li jiftaħ ħalqu fil-Parlament, imma llum sgarra waħda sew u ħareġ ir-rabja li għandu għal ċertu nies.", "Biss irid jiftakar li bir-rabja ma jakkwistax riżultati.", "Diskorsi bħal dawn, okkazzjoni ta' kommemorazzjoni la kien f'postu, la kien f'waqtu u lanqas ma kienet aċċettabbli.", "Missu tgħallem mill-predeċessuri tiegħu, kif ġabu ruħhom fil-Parlament, waqt seduti speċjali u kienu kapaċi jużaw it-tonalita' addattata għall-okkażżjoni li tkun.", "Tonalita' ta' rabja għandha l-ispazju tagħha fil-Parlament imma żgur din ma kienx f'dan il-waqt ta' tfakkira speċjali."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/02/fil-parlament-mhux-qed-jikbru-fjuri/", "date": "2021-11-02 10:25:21", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn Dr. Hermann Farrugia Il-bieraħ l-1 ta' Novembru'21, kellna l-kommemorazzjoni ċentinarja mit-twaqqif tal-ewwel rappreżentanza leġiżlativa f'pajjiżna.", "Ma stajtx ma niftakarx, fost il-memorji li għandi ta' din l-istituzzjoni, id-diskorsi li kienu jsiru bħal dan iż-żmien fil-Parlament Malti minn Dom Mintoff.", "Għal ħafna, Mintoff kien ix-'xemx' u is-'Salvatur ta' Malta'.", "Għalija dan kien iż-żmien meta fil-Parlament Malti kienu jiġu ppreżentati l-estimi tal-budget.", "F'dik il-ħabta, il-budget kien jitħalla għall-aħħar tax-xahar ta' Novembru,bit-teatrini jibqgħu sejrin sa Diċembru… donnhom b'intendiment ċar biex jikkoinċidu mal-Festa tal-Kunċizzjoni u l-anniversarju tar-Repubblika.", "Saħansitra kienu jilħqu jiġġebbdu u jwasslu sa' lejn nofs in-novena tal-Milied.", "U ħasra kif il-bierah ħadd 'minnhom' (allura inkluż il-kap tal-Opposizzjoni sedenti nnifsu) ma rnexxilu jitnebbaħ mill-istorja kollettiva, jekk mhux ukoll minn sfond tal-memorja personali tat-tfulithom tal-Parlament Malti?", "Jewwilla ġiehom ftit kuraġġ ifakkru kif, tant spiss, tul il-medda tad-deċennji, din l-istess illustri 'kamra' kienet u għadha opportunistikament tintuża bħala 'palk'.", "Sabiex, filwaqt li 'huma' ifittxu jisqu l-'ħrejjef' lill-popolin, jittantaw jirreċitaw u jimpressjonaw.", "Insomma, meta kien u għadu jidhrilhom, jispiċċaw 'jilgħabu' għall-gallerija.", "U bilħaqq, il-bieraħ kif ħadd ma lissen kif 'xi whud' sa rnexxielhom (kif għadhom sal-lum il-ġurnata) jirriduċu l-'kamra' għal sempliċi stat 'burdellesk'.", "Lok manju-maestuż li fih (kif darba waħda kien ġie deskritt mill-iprem minn fost l-għorriefa tagħna l- Maltin) qajla għadu ifeġġ jew jisponta 'ward’ ikkulurit u fewwieħi!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/02/l-ispin-ta-elezzjoni-bikrija/", "date": "2021-11-02 10:35:33", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Fil-Malti nsibu l-qawl li jgħid 'tobżoq fis-sema, jiġi f'wiċċek'.", "Hekk inħoss li għamel il-Partit Nazzjonalista bl-istorbju kollu li għamel dwar l-elezzjoni bikrija.", "Żgur li ma jistax jipponta jdejh lejn il-Partit Laburista għax l-argument tal-elezzjoni bikrija ħoloqha waħdu mingħajr l-indħil ta' ħadd.", "Kienet biċċa xogħol tiegħu mill-a saż-żeta.", "Anzi kien hu li tant daħħal dubji li ġibed miegħu djar tal-aħbarijiet oħra.", "Tant kien assertiv fil-kitba u l-kliem tiegħu li kważi ħafna djar tal-aħbarijiet emmnu dik li llum insejħulha diċerija.", "Jekk elezzjoni bikrija kienetx fil-ħsieb tal-Prim Ministru jew le, hija xi ħaġa li nistgħu noqgħodu nispekulaw fuqha, għax jekk ma jammetihiex Dr Abela ħadd ma jista' jkun jafha.", "Din ma kienetx kitba ta' darba imma kienet sensiela ta' artikli li tferrxu fuq ġimgħat.", "Nistgħu nħarsu lejn dik l-aħbar bħala spin qawwi li l-Partit Nazzjonalista ħareġ biha u kulħadd jista' jgħid li kienet tidher għalfejn sar hekk.", "Donnhom kienu jafu li l-Gvern se joħroġ b'budget tajjeb, budget soċjali mfaħħar minn kulħadd.", "Tant riedu jagħtu spin qawwija li l-Partit Nazzjonalista saħansitra xandar id-data ta' meta se tkun l-elezzjoni ġenerali.", "Aħbar bħal dik tqanqal ħafna kurżita għax tolqot il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Kien hemm ħsieb ċar warajha għax il-Partit Nazzjonalista kien jaf, u jekk ma kienx jaf seta jissoponi, li l-budget kien ser ikun tajjeb.", "Allura bi strateġija maħsuba tefgħu din l-ispin biex il-poplu jikkonċentra fuq l-elezzjoni u mhux fuq il-budget li kien se jixxandar ftit ġimgħat wara li ħarġet l-ewwel aħbar dwar l-elezzjoni.", "Il-Partit Nazzjonalista kien jaf li l-Gvern kien se jibda jwettaq il-ġid wara tmintax-il xahar ta' pandemija.", "Deher li l-Gvern kien qed jirkupra ftit ftit mill-effetti tal-Covid u meta l-Partit Nazzjonalista raw dan l-isvilupp ħarġu bi spin ta' elezzjoni bikrija biex kemm jista' jkun jbiegħdu d-diskussjoni minn fuq l-effetti pożittivi tal-budget u tal-irkupru.", "Il-Partit Nazzjonalista ma naħsibx li ta' importanza li għalkemm se jipprova jiżvija lill-poplu, kien se jkun l-istess poplu li jakkwista mill-ġid li kien għaddej u li kien se jitqassam fil-budget.", "Nispera li l-Partit Nazzjonalista tgħallem il-lezzjoni li l-politika tal-biża' u l-qtiegħ il-qalb ma takkwistalekx voti.", "Deheret ċara wkoll il-ħerqa li forsi jekk tiġi l-elezzjoni malajr, il-Partit Nazzjonalista jkun jista' jiggranfa mal-poter fl-aqsar żmien possibbli."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/03/ragunijiet-ghala-l-prim-ministru-ma-ghajjatx-elezzjoni-kmieni-negozjant-mill-belt-jirringrazzjah-talli-qata-kull-sens-ta-incertezza/", "date": "2021-11-03 07:41:33", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Hawn xi ħadd jaħseb li l-partitarji tal-Partit Laburista jieħdu gost li l-gvern, allura l-partit tagħhom, jitlef sena mit-tmexxija tal-pajjiż kull ħames snin?", "Veru li jistgħu jgħidu li fl-2017 rebħu b'mod qawwi imma xorta tilfu sena.", "U x'kienu jgħidu issa kieku l-mexxej tal-partit tagħhom reġa' sejjaħ elezzjoni sena qabel?", "Ix-xejra hija ċara li jistgħu jerġgħu jerbħu, imma taħsbu li l-Laburisti jieħdu pjaċir li jitilfu għoxrin fil-mija tat-tmexxija tal-pajjiż?", "Taħsbu li s-sostenituri tal-Partit Laburista japprezzaw li biex jerbħu jitilfu sena kull leġislatura?", "Il-Prim Ministru kien konxju minn dawn l-affarijiet kollha.", "U naħseb li din kienet waħda mir-raġunijiet għala biddel fhemtu u ma għajjatx elezzjoni fl-aħħar ta' Novembru.", "U għalhekk meta kien il-waqt il-Prim Ministru, qatel id-diċeriji li kien ikkrea huwa stess bl-għajnuna tal-Partit fl-Oppożizzjoni li kien se jkun hemm elezzjoni bikrija.", "Għall-partitarji Laburisti, żgur li ma kienx ser ikun ta' pjaċir għalihom li jaraw il-partit tagħhom jerġa' jaqta' l-leġislatura li kien fiha fil-qasir: waħda wara 22 xahar u l-oħra wara 4 snin.", "Fuq kollox, hemm fatt ieħor.", "Hu magħruf li missier Robert Abela, jiġifieri George Abela huwa kontra l-fatt li tissejjaħ elezzjoni kmieni.", "George Abela kien kontra li tissejjaħ elezzjoni kmieni fl-1998.", "F'dik il-ħabta, George Abela, kien argumenta li l-gvern għandu jagħmel it-terminu kollu tiegħu.", "Dan illum hu fatt storiku.", "B'hekk jidher li kien hemm l-influwenza ta' dak li ġara fl-1998 wara din id-deċizzjoni li ma tissejjaħx elezzjoni kmieni.", "Għalhekk Robert Abela, li kieku veru sejjaħ elezzjoni bikrija, kien se jkollu ħafna kummenti negattivi li reġa' imita lil ta' qablu.", "Naħseb li din kienet raġuni oħra għala Robert Abela ma sejjaħx elezzjoni bikrija.", "Irid anki juri b'mod ċar li hemm qtugħ nett mit-tmexxija ta' Joseph Muscat.", "Fl-2017 Joseph Muscat kellu diversi problemi kontra tiegħu, fosthom il-Panama papers.", "Għalhekk kien sejjaħ elezzjoni bikrija u għamilha biex jitfa' wara spallejh l-inkwiet kollu li kien qed jikkumbatti dak iż-żmien.", "Ħalliha li għarralu għal kollox għax l-inkwiet ma naqasx.", "U ħalliha wkoll li r-riżultat tal-2017 ħalla skantati anke lil-Laburisti stess għax ħadd ma kien qed jistenna distakk bħal dak.", "Imma forsi r-raġuni prinċipali kienet li l-Maltin u l-Għawdxin ma rawx il-kaolazzjoni ta' Simon Busuttil ma' Marlene Farrugia waħda b'saħħitha jew idonea, biex jafdawlhom il-gvern.", "Biss imbagħad seħħ ukoll il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li tellef kull vantaġġ li setgħet ġabet din ir-rebħa għal Muscat.", "Raġuni oħra li persważ li l-Prim Ministru Robert Abela kkonsidra meta ddeċieda li ma ssirx l-elezzjoni din is-sena kienet l-avviċinanza tal-festi tal-Milied li żgur kienet raġuni valida biżżejjed biex ma jnaqqasx mill-possibilita' li tista' ddur ir-rota ekonomika iżjed madwar il-Milied.", "Żgur li l-komunita' tal-business ma kienetx se tieħu pjaċir li jitħarbat il-perjodu tal-Milied wara li għamlu kważi sentejn batuti minħabba l-pandemija.", "F'dan is-sens, kien hemm anki blog fuq dan is-sit minn persuna li taħdem fin-negozju ġewwa l-belt Valletta.", "Nixtieq infakkar li l-Prim Ministru ħareġ jgħid li mhux ser jgħajjat elezzjoni ftit wara l-pubblikazzjoni ta' dan il-blog.", "Permezz ta' dan il-blog, dan in-negozjant li jrid jibqa' fl-anonimat bagħatli messaġġ u talabni biex f'ismu nirringrazzja lill-Prim Ministru talli sema' mill-messaġġ li bagħat u qata' kull inċertezza li dawn id-diċeriji bdew jikkreaw."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/04/konrad-mizzi-irranga-ghall-frisk-lill-membri-nazzjonalista-tal-pac/", "date": "2021-11-04 02:26:40", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Jidher li anke l-gazzetta Lovin Malta ħarġet tgħid li Konrad Mizzi rnexxielu jegħleb lit-tliet membri tal-parlament Nazzjonalista.", "Wara li ma deherx erba' darbiet in fila, Konrad Mizzi poġġa quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi akkumpanjat minn żewġ avukati.", "Xorta rnexxielu jtawwal għal darba oħra milli jirrispondi l-mistoqsijiet mill-membri tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kumitat.", "Konrad Mizzi stqarr fil-bidu tas-seduta li qabel jibda jirrispondi għall-mistoqsijiet, hu kellu dritt jagħmel sottomissjoni orali bħal ma jgħidu l-istess proċeduri ta' dan il-kumitat parlamentari.", "Sa sagħtejn mill-ftuħ ta' din is-seduta, Dr Konrad Mizzi kien għadu qed jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "Dr Konrad Mizzi kien ċar mill-bidu net meta qal li l-kordjalita' u t-tonalita' tiegħu se tirrifletti l-mod kif se jkun hu indirizzat mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista preżenti fil-kumitat.", "Dak li ġara wara kien kważi sagħtejn fejn, Mizzi reġa' rrakkonta dak li rnexxielu jwettaq il-Gvern Laburista fis-settur tal-enerġija.", "Dan kien imżewwaq ma' ħafna mumenti ta' għajjat isteriku bejn Dr Mizzi mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista.", "Mizzi elenka dak kollu li kien jikkonċerna lill-poplu qabel l-2013 dwar it-tariffi għoljin tal-elettriku u l-impatt li kellu fuq il-familji u l-business.", "Imma sfortunatament ir-realta' kienet li segwejna mumenti twal li ddeġeneraw b'tali mod li saret qisu kuntest ta' għajjat.", "F'ħin minnhom Dr Mizzi qal li l-kambjamenti li saru għamilnihom aħna, 'we'.", "Dr Fenech Adami staqsa minn huma 'aħna'.", "Dr Mizzi rrefera għall-Gvern imma Dr Fenech Adami ma deherx kuntent u staqsa jekk Keith Schembri kienx parti mill-'we'.", "Kellu jintervjeni wieħed mill-avukati ta' Dr Mizzi.", "Dan qal li l-klient tiegħu kellu dritt jagħmel il-preżentazzjoni imbagħad jirrispondi l-mistoqsijiet kollha.", "Waqt dawk il-battibekki b'leħen għoli stajna nisimgħu lil Dr Mizzi jistaqsi lit-tliet membri preżenti tal-Partit Nazzjonalista, 'meta narakom hawn quddiemi nistaqsi, x'qatt għamiltu intom għall-poplu Malti?", "Wieħed, tnejn, tlieta f'daqqa, x'qatt għamiltu?'", "Saħansitra indirizza lil Dr Fenech Adami bħala 'your royal highness'.", "Anke t-tul tal-preżentazzjoni ġiet fid-dubju, meta Dr Karol Aquilina qal li skond ruling ta' l-iSpeaker preżentazzjoni ta' xhud ma għandiex iddum iżjed minn 10 minuti.", "B'Dr Konrad Mizzi jirrispondi li mhux meta tagħmel preżentazzjoni orali.", "Dr Mizzi xegħla lid-deputati tal-Partit Nazzjonalista li qed jippruvaw jiċċensurawh.", "Laqgħat ta’ kumitat li jaslu għal dawn il-livelli baxxi, ma jista’ joħroġ xejn ta’ ġid minnhom.", "Fil-fatt preżentazzjoni li setgħet ħadet numru żgħir ta’ minuti tawlet kważi sagħtejn u b’dana kollu ma tgħallimna xejn minn dak li nixtiequ nisimgħu.", "Kieku ma kienx hemm dawk il-battibekki banali li rajna, din il-preżentazzjoni għaddiet u bdejna nsegwu lix-xhud jirrispondi l-mistoqsijiet tad-deputati tal-Partit Nazzjonalista li ilhom jgħidu li għandhom mijiet ta’ mistoqsijiet x’jistaqsu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/04/ic-chats-ta-yorgen-fenech-meta-l-awtorita-risponsabbli-ser-jiehdu-azzjoni-fuq-il-pubblikazzjonijiet-taghhom/", "date": "2021-11-04 02:29:24", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Messaġġ li bagħatli qarrej: Hemm bżonn li l-Qorti tisserja ftit u tara minn fejn qed joħorġu dawn iċ-chats.", "Jaraw min għandu aċċess għalihom, min jista' jkollu aċċess għalihom (per eżempju – qiegħdin għand il-pulizija imma mhux maqfula f'post sigur, jew per eżempju – qiegħdin għand wieħed mill-avukati tal-parte civile u mhux maqfula u indokrati kif suppost, per eżempju – ħaddiema tal-qorti li jista' jkollhom aċċess għalihom eċċ. eċċ. eċċ.)", "Ma nafx ukoll għaliex l-avukati difensuri mhux iqajmu kjass fuq dawn iċ-chats sakemm mhux qed jistennew il-ħin opportun biex iwerżqu \"mis-trial\".", "Min jaf jekk verament hawnx xi ħadd – bikkej jew mhux – li għandu f'moħħu li juża din il-pantomina biex ikompli jitfa' dell ikrah fuq kollox u fuq kulħadd, speċjalment fuq il-gvern preżenti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/04/ghaliex-wehel-il-partit-nazzjonalista-bid-dicerija-ta-elezzjoni-bikrija/", "date": "2021-11-04 02:33:49", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dr Bernard Grech qalilna li l-Prim Ministru, Dr Robert Abela ma sejjaħx elezzjoni bikrija għaliex tkellem hu fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra u dan ġagħal lil Prim Ministru jibdel il-ħsieb.", "Toħroġ ċara li Dr Bernard Grech kien ċert li l-elezzjoni kienet se tissejjaħ.", "Fuq dan il-punt naqbel miegħu.", "Imma li l-Prim Ministru biddel fehmtu minħabba fih hija xi ħaġa li żgur politikament mhux minnha.", "B'hekk messaġġ bħal dan ikompli jsaħħaħ l-ispekulazzjoni li xxerrdet mill-istess media Nazzjonalista meta f'Awwissu li għadda ġie rrappurtat li l-kap tal-Oppożizzjoni qal b'assertivita' li l-elezzjoni kienet għal Novembru.", "Allura tikkonkludi li meta tħares lejn din l-istorja minn dan l-angolu, għamel ħażin il-kap tal-Oppożizzjoni li tkellem kif tkellem f'għeluq il-ġimgħa, u qal li l-Prim Ministru biddel id-deċiżżjoni tiegħu minħabba fih.", "Qed ngħid dan għaliex kif tista' taċċetta li l-media tal-Partit Nazzjonalista tkun ilha 'l fuq minn xahrejn tisħaq li l-elezzjoni għal Novembru u kellu jkun l-istess kap tal-istess partit li kellu jkun hu li jibdel id-deċiżżjoni ta' elezzjoni bikrija.", "Kellu aktar raġunijiet qawwija xi jġib il-Kap tal-Oppożizzjoni biex juri li verament kienet ser issir elezzjoni fosthom il-fatt li kienu bdew jintbagħtu rappreżentati tal-kummissjoni elettorali biex jispezzjonaw l-iskejjel jew li kien hemm drive qawwija mill-ministri tal-istess gvern, iċemplu lill-kostitwenti u jistaqsuhom jekk għandhomx bżonn xi ħaġa.", "It-Tnejn tal-ġimgħa l-oħra, il-Prim Ministru faqa' l-bużżieqa li hu stess ikkrea u qal li huwa dejjem sostna li l-elezzjoni tiġi meta tkun ta' ġid għan-nazzjon.", "Huwa esprima li mhux fl-interess nazzjonali li ssir elezzjoni din is-sena u allura din l-elezzjoni se ssir fis-sena li kienet skedata li ssir.", "B'hekk il-Prim Ministru qatel l-ispekulazzjonijiet kollha li hu stess ikkrea u li l-Partit Nazzjonalista spiċċa jagħtiha anki spin.", "Wieħed hawn jistaqsi jekk il-Prim Ministru kienx qed jistenna din il-pantominja tal-pubblikazzjoni taċ-chats u għalhekk ma għajjatx din l-elezzjoni kif kien maħsub.", "Fi kliem ieħor ma ridx li jinqabad bihom f'nofs kampanja elettorali?", "Il-fatt li ħerġin issa żgur li ser jgħinuh għaliex għandu ċ-ċans li jipprova jmewwithom.", "Dawn id-diċeriji mxerrda dwar l-elezzjoni, l-uniku riżultat li wettqu kien li ħolqu nċertezza fil-pajjiż li żgur il-pajjiż ma kellux bżonnhom.", "Fuq dan missu għafas il-Partit Nazzjonalista.", "Din l-ispekulazzjoni ħolqot affarijiet naturali li jiġu meta tissejjaħ elezzjoni u dak li ġara anke din id-darba meta l-Partit Nazzjonalista ħareġ bil-possibilita' ta' din ir-realta'.", "Kulħadd konxju li l-ekonomija dejjem tbati meta ikun hemm xnieha ta' elezzjoni bikrija kif ukoll minħabba l-kampanja elettorali.", "Nifhem li l-Partit Nazzjonalista pprova jdawwar il-kanuni fuq il-Prim Ministru u jakkużah li dam ma qal li mhux ser issir l-elezzjoni din is-sena.", "Biss din hija attitudni politika ħażina.", "Jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jibdel l-attitudni tiegħu jekk irid jidher bħala partit li jista' jiggverna.", "Ara x'ġara.", "Kif appena l-Prim Ministru qal li l-elezzjoni mhux għal din is-sena, l-ilħna tas-sostenituri u esponenti tal-Partit Nazzjonalista f'Tal Pieta' nħanqu u ma felħux jitkellmu iżjed għax indunaw li dak li ppruvaw jagħmlu marrilhom żmerċ waħda sew u spiċċa weħel l-istess Partit Nazzjonalista li mexxa diċerija meta fil-verita' kien l-istess Partit Laburista li ħoloqha."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/04/il-partit-nazzjonalista-ghandu-jibdel-it-tliet-membri-tieghu-fuq-il-pac/", "date": "2021-11-04 15:48:54", "category": "blog, personal, politics", "text": ["It-tfettiq ta' Beppe Fenech Adami ħadem totalment kontrih u kontra l-istess Partit Nazzjonalista.", "Il-bieraħ ħareġ ċar li Beppe Fenech Adami ma kienx kapaċi jikkontrolla lilu nnifsu allavolja forsi provokat.", "Minflok ħalla lil Konrad Mizzi jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu u staqsih dak li għandu jistaqsih wara li beda il-ħin kollu jinterrompih.", "Bħat-tfal żghar, ried jipprova jerbaħ punti politiċi mill-ewwel, bir-riżultat li mar minn taħt hu.", "Beppe Fenech Adami anki nesa li issa kellu quddiemu deputat indipendenti, imkeċċi mill-partit tiegħu stess u konsidrat bħala persuna li allegatament ħa ħafna deċiżjonijiet ħżiena.", "Minflok, Konrad Mizzi dawwarha bl-għajnuna ta' Beppe Fenech u sħabu f'dibattitu bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista.", "Din lagħbet fl-interess ta' l-istess Konrad Mizzi għaliex ħareġ mal-Laburisti bħala d-difensur tal-partit tagħhom stess.", "Ma nafx wara l-bieraħ, kemm id-deputati Nazzjonalisti għadhom jew ser jkollhom ċans li jsallbu lil Mizzi bil-mistoqsijiet tagħhom.", "Għaliex Mizzi ħa juża dawn il-mistoqsijiet biex jidher bħala t-tarka tal-Laburisti li bħal issa, hemm ħafna rrabbjati għall-istess partit.", "Dak li ġara l-bieraħ kien prodott ta' deputati Nazzjonalisti bla strateġija li riedu jgħaġġlu u jaħtfu dak li jistgħu.", "Beppe Fenech Adami ma felaħx jarah jgħaddihom passata.", "Ried jirribatti mill-ewwel u spiċċa tilef mhux biss il-ġlieda imma l-gwerra kollha.", "Tant hu hekk li minn preżentazzjoni li kellha tkun massimu ta' għaxar minuti – għaliex jidher li hemm ruling tal-ispeaker f'dan is-sens – spiċċat ħadet sagħtejn.", "Dan żgur mhux tort ta' Mizzi, imma hu tort żgur taċ-chairman ta' dan il-kumitat.", "X'kien ir-riżultat?", "Spiċċaw lanqas kienu kapaċi jiddeċiedu meta se jerġgħu jressquh quddiem il-kumitat u ħallew id-deċiżżjoni għal aktar tard.", "Ħalli nifthemu biex kollox ikun ċar.", "Dan kien waħdu kontra tliet deputati tal-Partit Nazzjonalista.", "Qed ngħid dan għax għalkemm kellu żewġ avukati miegħu, wieħed minnhom biss fetaħ ħalqu u kull ma qal kien biex iħallu lil Konrad Mizzi jispiċċa l-preżentazzjoni tiegħu u jsaqsuh li jridu wara.", "Biss kienu wkoll żewġ avukati li jitkellmu biss bil-preżenza tagħhom minħabba l-kuntatti li għandhom u l-istejjer li jafu.", "B'hekk kien inutli li Beppe Fenech Adami joqgħod jgħid lil Konrad Mizzi xi ħaġa li jafha kulħadd meta qallu \"Int anke sħabek ramewk, m'intix se terġa tikkontesta l-elezzjoni\".", "U għalkemm qallu hekk Konrad Mizzi kien pront wieġbu u għalaqlu ħalqu meta qallu, \"imma xorta Labour se nivvota biex inkun ċert li inti Beppe u sħabek tibqgħu fl-Oppożizzjoni\".", "Kienet tweġiba li daħlet lil Konrad Mizzi fil-logħba politika.", "Quddiem din it-tweġiba, Beppe Fenech Adami kellu jibla kliemu u joqgħod jixtarr dak li qallu Konrad Mizzi.", "Kien kollu paroli fil-vojt dak li prova jagħmel Beppe Fenech Adami għax kellu bniedem li wera mill-bidu li mhux se jiddejjaq jwieġeb.", "Biex inkunu għidna kollox, Konrad Mizzi ma kellux x'jitlef.", "Imma Beppe Fenech Adami kellu ħafna x'jitlef.", "Għandi suspett li Beppe Fenech Adami tilef ħafna f'dik il-laqgħa tal-Kumitat li suppost kien qed imexxi.", "Il-fatt li Beppe Fenech Adami ma kienx kapaċi jrażżan ilsienu rriflettit fuq l-attitudni ta' arroganza li għandhom ċertu membri tal-Partit Nazzjonalista u li huwa assoċjat magħhom.", "Fl-opinjoni umli tiegħi t-tliet rappreżentanti Nazzjonalisti li qiegħdin f'dan il-kumitat għandhom jinbidlu ma' tlieta oħra.", "Ir-raġuni hija li fl-ewwel laqgħa li kellhom max-xhud Konrad Mizzi tant ħarġu ta' vavi li se jkun diffiċli biex jirkupraw mit-tbeżbiża li qalgħu minn għand l-istess Konrad Mizzi.", "Il-problema se tibqa' li sentimenti bħal ma esprimew it-tliet rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fis-seduta tal-PAC se tkun waħda mir-raġunijiet prinċipali li l-Partit Nazzjonalista jibqa' fl-Oppożizzjoni għal ħames snin twal oħra.", "Dawn it-tliet għorrief taw rendikont ikrah tagħhom infushom u sfortunatament tal-Partit Nazzjonalista kollu, għax wara dak li rajna, kull Laburist se jerġa' jaħsibha darbtejn għandux jitlaq lill-Partit Laburista u jivvota differenti, anki jekk illum jinsab irrabbjat mal-partit tiegħu stess.", "Grazzi għall-arroganza enormi li wrew dawn it-tliet deputati, dawk in-nies li vvutaw Labour fl-2017 u kellhom xi ħsieb li jaqilbu l-vot, issa jitwerwru jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista u bidlu fhemthom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/05/zewg-awtogowls-grassi-mit-tim-pn-ftemp-ta-jumejn/", "date": "2021-11-05 05:05:41", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn Hermann Farrugia L-ewwel awtogowl Nhar it-Tnejn li għadda, l-1 ta' Novembru '21, ġiet imxandra diretta anke fuq TVM il-kommemorazzjoni taċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-ewwel rappreżentanza legiżlativa f'Malta.", "Din iċ-ċerimonja seħħet fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-binja l-ġdida tal-Parlament tagħna.", "Minħabba diffikultajiet logistiċi u kuntrarju għal dak li kien ġara għaxar snin ilu, meta konna fakkarna d-disgħin anniversarju, it-tifkira ta' dan l-avveniment storiku ma setgħetx tinżamm fil-Kamra tal-Arazzi tal-Palazz Presidenzjali.", "Issa dakinhar, fejn seħħet iċ-ċirkustanza infeliċi tal-ewwel awtogowl, sewwasew mill-kamp Nazzjonalista stess.", "Hawnhekk jinħtieg nagħmel preambolu qsajjar u infakkar fil-ġrajja tal-qtil barbaru-viljakk tal-wisq mibki Raymond Caruana li xahar ieħor, fil-5 ta' Diċembru, jagħlaq 35 sena mill-inċident oxxen li kien seraqlu ħajtu intortament.", "Mela 'l pitgħada, jiġifieri filgħaxija tat-Tnejn 7 ta' Diċembru 1986, fil-Parlament kien inżerta imissu jagħmel l-għaxar replika tiegħu tal-budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Eddie Fenech Adami.", "Kien proprju fil-bidu tad-dibattitu li kien stqarr formalment li suppost dak kellu jkun diskors fuq il-proposti tal-estimi ġenerali '87.", "Hu kompla jispjega kif kellu l-intendiment juri kif lill-ħaddiem Malti, il-Gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien, kulma seta' joffrilu kien il-loqom u kif ma' seta' qatt itaffilu l-għaks tal-qgħad li kien ġie direttament ikkaġunat mill-inċertezza politika li kienet ħakmet lil Malta u Għawdex sa' mir-riżultat elettorali pervers tal-elezzjoni ta' Diċembru'81.", "Iżda minflok, Eddie kien iddikkjara solennement li fiċ-ċirkustanzi prekarji u anke allarmanti li kien jinsab fihom in-nazzjon dik il-ħabta, il-budget kien safa' kompletament irrilevanti għall-Poplu Malti.", "Din l-istess xeħta ta' raġunament strategiku u ta' argumentar politiku nhar it-Tnejn li għadda tħajjar jużah u jagħmilha tiegħu l-kap tal-Oppożizzjoni sedenti Dr Bernard Grech.", "Fid-diskors kommemorattiv li ħejjewlu l-illustri sett riċerkaturi-strateġisti ġodda fjamanti li għażel huwa stess madwaru, Dr. Grech ipprova jgħaddi l-messaġġ li dak li kien jgħodd tabilhaqq illum ma kienx l-apprezzament tal-iżvilupp demokratiku parlamentari li kien seħħ mal-medda tal-aħħar mitt sena permezz tal-avvenimenti soċjo-politiċi li għadda minnhom il-pajjiż.", "Donnu xtaq jinsinwa li fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, dan kollu kien tabilħaqq irrilevenati.", "Minflok, b'mod pjuttost inopportun għas-serjeta' tal-okkażjoni, huwa spiċċa reġa' tenna diskors qares, b'aċċenn lamentattiv u saħansitra b'ton aggressiv, kważi partiġġjan għall-aħħar.", "Dan seta' faċilment irriżervah għal seduta oħra fejn ikunu ser jiġu ttrattati l-estimi tal-uffiċċju tal-Prim Ministru.", "U t-tonalita' użata ġeneralment aktar kienet postha f'xi indirizz ta' xi mass meeting milli f'nofs dik li kellha tkun ċelebrazzjoni nazzjonali storika.", "Ikunu x'ikunu l-fatturi griżi u drammatiċi li għaddejjin minnhom bħalissa, dan żgur li ma kienx il-lok għal dan il-lingwaġġ politiku profan u l-kap tal-Oppożizzjoni dil-ġimgħa sfortunatament wera kemm għadu ma mmaturax f'imġiebtu bħala politiku fil-kariga tal-istat li huwa jokkupa.", "Din kienet opportunita' ta' sejħa ġenwina għat-twaqqif mill-ġdid ta’ moviment magħqud permezz ta’ djalogu Nazzjonali.", "Dan kien jikkorrispondi b’mod preċiż mal-kunċett li l-ewwel li kien ħareġ bih kien il-Partit Nazzjonalista fl-ewwel pagna tal-Programm Elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali Mejju 1987.", "(Ara r-ritratt mehmuż) Ħasra kif eluf ta’ Laburisti ġenwini u anke votanti ta’ bixra Nazzjonalista interpretaw dan l-atteggjament bħala wieħed pjuttost negattiv u diviżif u anke strategikament bħala opportunita’ pre-elettorali mitlufa.", "Xi whud għarfuh ukoll bħal speċi ta’ awtogowl politiku ċar kontra l-integrita’, l-interess u anke l-pożizzjoni delikata li jinsab fiha dal-mument il-Partit Nazzjonalista.", "It-tieni awtogowl Iżda dil-ġimgħa dan id-diżappunt ma kellux ikun biżżejjed.", "Ilbieraħ t’lura, fis-seduta mistennija tal-kumitat għall-iskrutinju tal-Kontijiet Pubbliċi (P.A.C.), min kien jgħidilna li kellna nassistu għal xenata pulċinelleska li minħabba nuqqas ta’ għerf, temperanza u maturita’ strateġika ssarrfet f’logħba medjatika burleska.", "Minflok (kif kien naturalment imbassar) ma rnexxielha tixpruna element ta’ gwadann f’appoġġ elettorali popolari għall-Partit Nazzjonalista, paradossalment fixklitu u s’issa potenzjalment tefgħetu lura wkoll.", "Fl-ewwel sessjoni tal-lbieraħ, minflok ma’ seħħ il- grilling intensiv tax-xhud kif fl-aħħar ġie effettivament ikkonvenut, il-laqgħa sfaċċatament serviet bħala mezz ta’ smigħ intempestiv u tkattir produttiv ta’ propaganda Laburista.", "Farsa premeditata li tħalliet tiddiġenera minflok ma ġiet ikkontrollata minn ‘ras-il-għajn’ b’aktar reqqa u b’sens komun mit-tliet rappreżentanti tal-oppożizzjoni.", "Biss Biss, deher evidenti mill-bidunett kif dawn kellhom jaġixxu prekoċement hekk kif lemħu b’liema imponenza u preparazzjoni dettaljata (anke permezz ta’ file ta’ dokumentazzjoni mastiċċ) kien ippreżenta ruħu għas-seduta tant mistennija l-ex-ministru Konrad Mizzi.", "Il-kummenti denigrattivi u anke serje sħiħa ta’ insulti direttament mixħuta lejh sa’ minn kmieni ħafna waqt is-smigħ inevitabilment irritawh, u waqt li saħħnu l-qiegħa, dehru li kellhom effett strategiku kontraproduċenti għall-aħħar.", "Tabilhaqq m’iniex sejjer ‘il bogħod meta ngħid li s’issa fl-ewwel half tal-partita, l-Oppożizzjoni irnexxielha issofri xejn anqas minn dawk li jistgħu jixxebbħu bħala żewġ awtogowls kiefra.", "Kompletament prevedibbli anke sewwasew kważi evitabbli għal kollox.", "Issa għat-tieni taqsima tal-logħba-palk inkwestjoni, kulħadd logikament jippretendi u jassumi reazzjoni sfiqa u ‘reparattiva’ min-naħa tat-tliet deputati Nazzjonalisti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/05/bernard-grech-ikompli-bl-awtogowls-din-id-darba-fuq-il-kwistjoni-tal-abort/", "date": "2021-11-05 06:28:55", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-Partit Nazzjonalista reġa' spiċċa jispara għal saqajh.", "Din id-darba, permezz tal-kandidata tiegħu Emma Portelli Bonnici.", "Din spiċċat toħodha kontra qassis mill-Ħamrun li ġej minn familja Nazzjonalista.", "Dan għax ikkritika għaliex hija favur l-abort.", "Skont din il-kandidata, hija rċeviet kumment derogatorju mingħand dan il-qassis fuq xi ħaġa li skont hija ma qalitx.", "Biss hu fatt magħruf li hija persuna li ddikjarat lilha nnifisha favur l-abort.", "Hija parti mill-grupp 'pro-choice' fil-Partit Nazzjonalista.", "Waqt li għandha dritt għall-ideat u l-opinjoni tagħha, il-problema hawn hija waħda statutorja.", "Il-Partit Nazzjonalista hu partit konservattiv kontra l-abort.", "Fuq kollox u hawn tinsab l-ipokresija kollha, dan il-grupp fil-Partit Nazzjonalista xeba' jgħajjar lil dawk li ma jaqblux mal-pożizzjoni tagħhom pro-choice bħala dinosawri.", "Mela huma jistgħu jgħajru u jużaw aġġettivi kemm iridu.", "Huma jistgħu jinżlu personali u anki jitolbu saħansitra xi ħadd jitlef ħobżu għax ma jaqblux miegħu.", "Imbagħad allaħares tagħmel kumment u ssemmi x-xitan, għaliex iqumu l-irwiefen kollha u dawk li qatt ma qalu kelma, meta kien hemm l-attakki mill-abortisti fuq dawk li ma jaqblux magħhom, jispiċċaw jiskruplaw!", "The Times tellgħet kitbiet artiklu favur Portelli Bonnici u ġabet ix-xena li naħseb li tellgħet Emma Portelli Bonnici fejn fiha qegħdet il-kummenti ta' partitarji akkaniti Nazzjonalisti li huma, bir-raġun kontra l-abort, b'inċiżjoni storika u propagandistika ta' nisa qed jinħarqu.", "Dak li ġara hawn huwa li spiċċaw jiġu attakkati persuni Nazzjonalisti li minn ġuf ommhom ilhom jivvutaw lil PN! https://timesofmalta.com/articles/view/pn-woman-candidate-called-satans-spawn-for-abortion-comment-she-never.912576?fbclid=IwAR2ux3UF47_iFJMWj57ldn22nwqW9PuYVHBlbGsTj9tQg0tb6AfFwFlzdCs Dan l-artiklu ta' Emma Portelli Bonnici kien akkumpanjat minn post li tella' Bernard Grech fejn spiċċa jgħajjar lil dawk li huma kontra l-abort fil-partit tiegħu stess bħala patrijarkali.", "Kompli PN u Bernard Grech b'din l-istrateġija u ibqgħu żguri li l-anqas ma intom ser tinġabru fl-elezzjoni li ġejja.", "Infakkar li Bernard Grech kien ippreżentat bħala l-bniedem tal-Kattoliċi, tant li kien deskritt bħala l-paladin tal-moviment ta' Kana.Infakkar li waqt il-kampanja għall-kap, Bernard Grech qal li hu l-bniedem li ser ikun kapaċi jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista.", "Mhux talli għaqdu, talli bl-għażliet li qed jagħmel irnexxilu aktar ifarrku f'mitt biċċa."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/05/rosianne-cutajar-terga-tidhol-fil-loghba-politika-bmod-trionfanti-grazzi-ghal-bernard-grech-u-l-kandidati-abortisti-tieghu/", "date": "2021-11-05 09:11:32", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Grazzi għall-Partit Nazzjonalista u l-istrateġisti tiegħu, Rosianne Cutajar reġgħet daħlet fil-politika Maltija b'mod trionfanti.", "Wara d-disfatta li sofra l-PN meta l-Kunsill tal-Ewropa falla milli jieħu pożizzjoni kontra tagħha, Emma Portelli Bonnici tellgħet post fejn qalet li qed tkun attakkat fil-Partit Nazzjonalist minn dawk li huma kontra l-abort.", "Bħal ma wieħed jistenna, membri min-naħa tal-gvern, li huma favur l-abort, ħadu din l-okkazzjoni biex ħarġu jitkellmu favur Emma Portelli Bonnici.", "Fost dawk li ħarġu jitkellmu favur tagħha kien hemm Rosianne Cutajar u Owen Bonnici.", "Dak li qalu Cutajar u Bonnici spiċċa jingħata coverage minn Lovin Malta.", "Nispera issa ma jiġux ta' Repubblika u l-paladini ta' Bernard Grech jgħidu li Emma Portelli Bonnici saret Laburista għaliex Cutajar u Bonnici qabżu għaliha.", "Infakkar li meta l-Labour uża din it-tattika u tkellem favur in-nies ta' Adrian Delia, dawk ta' Bernard Grech kienu ħarġu jgħajtu li dawn saru Laburisti u kienu f'alleanza mal-Lejber!", "Bir-raġun, Lovin Malta ħarġet tgħid li Rosianne Cutajar iddefendiet lill-kandidata tal-Partit Nazzjonalista Emma Portelli Bonnici.", "Kulħadd jaf li Cutajar għandha pożizzjoni pro-choice.", "Biss Rosianne Cutajar qegħda f'partit xellugi li normalment għandu din il-pożizzjoni, anki jekk il-Prim Ministru qal ċar u tond li hu kontra l-abort.", "Biss qegħda fil-post ġust.", "Il-problema hija li Emma Portelli Bonnici qegħda f'partit konservattiv ta' ispirazzjoni Kattolika u li fl-istatut tiegħu għandu ċar u tond li ma jistax ikollu din il-pożizzjoni.", "Jekk Emma Portelli Bonnici tixtieq timmila favur l-abort għandha tagħmlu imma mhux fil-Partit Nazzjonalista u wisq aktar tiġi ppreżentat bħala super candidate .", "Lovin Malta kkwotat dak li Rosianne Cutajar kitbet fuq Facebook, fejn qalet li hi tifhem sew minn x'hix jgħaddu nisa jew tfajliet fil-bidu tal-karriera politika tagħhom.", "Cutajar qalet li hi ilha tirċievi attakki għal dawn f'dan l-aħħar għaxar snin u ġiet mhedda ftit tal-ġranet ilu.", "Hija qalet lill-kandidata tal-Partit Nazzjonalista biex tibqa' soda u fakkritha li kulħadd għandu dritt li jesprimi ruħu bil-liberta' mingħajr ma jiġi attakkat fuq livell personali.", "Cutajar tkompli tgħid li d-dritt tal-espressjoni ħielsa ma tfissirx li għandek il-liberta' li tumilja jew tinsolenta oħrajn.", "Kompliet tgħid li mhux bil-fors naqblu imma ma hemmx għalfejn nużaw lingwaġġ kattiv li jinċita l-mibgħeda.", "Kompliet tinkoraġġixxi lil Portelli Bonnici meta qaltilha li t-triq 'l quddiem għan-nisa fil-politika Maltija hija iebsa imma trid tibqa' b'saħħitha u trabbi qoxra ħoxna.", "Għandha tibqa' titkellem fuq dak li temmen fih u ma tħalli lil ħadd jintimidha.", "Fi kliem ieħor, b'mod intelliġenti, Rosianne Cutajar użat din l-istorja biex tfakkar, li meta hija bħala mara, ġiet attakkata, ħadd ma qabeż għalija inkluż l-istess Portelli Bonnici!", "Din turi l-ipokresija fil-politika Maltija lejn in-nisa.", "Biss l-argument hawn għandu jibqa' politiku.", "Kif qal tant tajjeb Dr. Hermann Farrugia f'post separat li ppubblikajt illum ukoll, il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel l-awtogowls.", "Dan hu awtogoal ieħor fi żmien ġimgħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Infakkar li sa ftit ilu Rosianne Cutajar kienet qed tkun allegatament akkużata li hija imdaħħla fil-korruzzjoni u sal-bieraħ kienet ġa magħmula fatta li kienet ser tkun iċċensurata mill-Parlament Eworpew.", "Ma' ġietx iċċensurata minħabba awtogowl ieħor, din id-darba magħmul minn Jason Azzopardi, li fil-jum ta' qabel instab ħati mill-ispeaker li gideb fuq Rosianne Cutajar!", "Issa ġie awtogowl ieħor.", "Rosianne Cutajar mhux talli ma għadhiex omm il-korrotti Malti, talli issa, għall-media pro-choice li tappoġġja lil Bernard Grech, saret il-leħen tan-nisa u ta' dawk li għandhom l-aġenda favur l-abort f'pajjiżna!", "B'astuzja politika brillanti, Cutajar reġgħet daħlet b'mod triunfanti fil-politika Maltija!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/05/ghall-lovin-malta-l-izvilupp-li-qed-jaghmlu-il-corinthia-hu-investiment-imma-dak-li-kien-ghamel-yorgen-fenech-korruzzjoni/", "date": "2021-11-05 10:28:08", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ma nistax nifhem għala ta' Lovin Malta spiċċaw ifaħħru kemm jifilħu lil Corinthia Group u l-investimenti li qed jagħmlu kemm f'Malta kif ukoll madwar tliet kontinenti meta wieħed mill-investimenti tagħhom, dak ta' Ħal Ferħ, spiċċa f'kontrovesja poltika.", "Li tfaħħar mhux ħaġa ħażina imma meta tagħżel li tagħmel differenza bejn min tfaħħar tidher pjuttost kerha.", "Lovin Malta ma qalilna xejn dwar l-iżvilupp li se jsir Ħal Ferħ li jinkludi fih 25 villa għal użu residenzjali.", "Ma semmew xejn li dik kienet art intenzjonata biss għall-użu turistiku kif spiċċa mogħtija għal dan it-tip ta' żvilupp u s-somma miżera li tħallset.", "L-istess ma semmew xejn dwar l-iżvilupp li xtaqu jagħmlu fuq il-bajja ta' San Ġorġ ġo San Ġiljan fejn ukoll xtaqu jibnu diversi appartamenti lussużi.", "Forsi ħadu gost ifaħħru lil Alfred Pisani, li nafuh bħala ħabib ta' Joseph Muscat, fuq l-investimenti li qed jagħmel.", "Imma mhux sewwa meta l-istess portal jara ħafna ħażin f'kuntratturi oħra.", "Niftakru tajjeb kemm kritikaw lil Joseph Portelli u lil Silvio Debono.", "Lovin Malta sejħu lil dawn iż-żewġ kuntratturi bħala persuni bla qalb u li għandhom regħba għall-flus.", "U fuq kollox, kemm jikkritikaw lil Yorgen Fenech, li finalment hu wkoll involut f'dan it-tip ta' mistier!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/05/jekk-franco-debono-jgawdi-l-fiducja-ta-bernard-grech-ghandu-jithalla-jikkontesta-fl-elezzjoni-generali-li-gejja/", "date": "2021-11-05 14:29:58", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum kien hemm artikli fil-media li wrew ċar li Franco Debono qed igawdi il-fiduċja ta' Bernard Grech.", "Fil-media nsiru nafu li Franco Debono kien wieħed mit-tlieta li ġew nominati mill-Partit Nazzjonalista biex ikun iċ-Chairman tal-Awtorita' tax-Xandir.", "Hu kien innominat bħala chairman.", "Sfortunatament it-tliet nomini ma ġewx aċċettati mill-Prim Ministru Robert Abela.", "It-tnejn l-oħra kienu Maryanne Lauri u Raymond Zammit.", "Jidher li Dr Abela reġa' ħalla lil Frank Farrugia, attwalment Chairman tal-Awtorita', fil-pożizzjoni li ilu jservi fiha mis-sena 2019.", "Franco Debono kien membru tal-Parlament f'isem il-Partit Nazzjonalista mill-2008 sal-2013.", "Leġislatura li kellha għeluq ikrah, meta Franco Debono, kellu ħafna tilwiem ma' Lawrence Gonzi, il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmienu u anki mal-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici.", "Franco Debono kien ukoll wieħed minn tlieta min-nies li ma tħallewx jikkontestaw l-elezzjoni tal-2013 f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Kemm ilu li laħaq Kap tal-Partit Bernard Grech, kemm-il darba qal li l-Partit Nazzjonalista lest li jaħdem anke ma' dawk li kienu tbiegħdu mill-partit.", "Reġa' rrepeta dan id-diskors f'dawn l-aħħar xhur meta kien mistoqsi speċifikament dwar Franco Debono.", "Dan l-aħħar Bernard Grech kien qal li hu kien qed jibgħat messaġġ lil kulħadd li hemm ħafna nies li telqu lill-Partit Nazzjonalista xi snin ilu, bħal Franco Debono.", "Dr Grech kompla jgħid li lest jesplora dawn ir-relazzjonijiet ma' dawk li biddlu l-mod tagħhom ta' kif iħarsu lejn il-Partit Nazzjonalista.", "Hu kien iddeskriva lil Franco Debono bħala persuna li għad fadlilha ħafna x'toffri.", "Dan huwa kollu diskors sabiħ u konċiljattiv.", "Bernard Grech ħareġ l-id tal-kunsens billi nnomina lil Franco Debono għal pożizzjoni pubblika.", "Issa x'inhu jżommu milli jibgħat messaġġ li jmiss.", "Jekk għandu daqstant fiduċja f'Franco Debono, għaliex ma jinnominahx ħalli jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li ġejja?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/06/il-pulizija-ma-appellatx-fil-kaz-ta-karol-aquilina-konferma-ohra-tal-qrubija-bejn-robert-abela-u-repubblika/", "date": "2021-11-06 12:05:54", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ftit tal-jiem ilu kellna l-aħbar li l-Kummissarju tal-iStandards, George Hyzler, ma sabx ħati lil Karol Aquilina b'imġieba mhux etika għal mod ta' kif kien irrappurtat li kien qed isuq il-karozza tiegħu.", "Għal ħafna deher stramb kif Hyzler ta l-verdett tiegħu meta suppost kien hemm appell tal-pulizija kontra s-sentenza li kien ta l-Maġistrat Victor G. Axiaq.", "Axiaq ma kienx sab lil Karol Aquilina ħati ta' sewqan traskurat jew b'nuqqas ta' kont minħabba l-mod ta' kif kienu xehdu l-pulizija f'dan il-każ.", "Dak li deher stramb kien il-fatt ta' kif Hyzler ħarġet b'tali verdett meta suppost kien hemm appell.", "Fil-verita', il-media qatt ma qalulna li l-pulizija appellat f'dan il-każ.", "Il-media tat x'jifhem li l-pulizija kienet ser tappella.", "Dan is-sit jista' jikkonferma li l-pulizija qatt ma appellat din is-sentenza tal-Maġistrat Axiak.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Jien dejjem għidt li ma naqbilx li Karol Aquilina kellu jittella' l-qorti fuq dan il-każ.", "Hawn mhux qed nikkritika l-fatt li ġie illiberat jew ma sarx appell, imma l-fatt li suppost kellu jkun hemm appell, għax hekk qalet il-pulizija u mbagħad dan l-appell ma' għamlitux.", "Il-pulizija trid tkun ċara u onesta mal-poplu Malti.", "Kieku Hyzler ħareġ bil-verdett tiegħu waqt li kien għadu għaddej l-appell, kien ikun hemm raġuni li wieħed jistaqsi jekk kienx qed jippruva jiffluwenzaw lill-imħallef li quddiemu kien qed jinstema l-appell.", "Imma dan mhux il-każ, għaliex l-appell qatt ma sar.", "B'hekk il-Kummissarju tal-Istandards wasal għall-konklużjonijiet tiegħu wara li Aquilina ġie meħlus mill-Qorti u l-pulizija ma appellatx mis-sentenza tagħha.", "Jidher li ħalla ftit taż-żmien jgħaddi biex jintesa l-fatt li suppost kien hemm appell għaddej qabel ma ħareġ bil-verdett tiegħu li kkumpliment is-sentenza tal-Maġistrat Axiak.", "B'hekk l-argument irid ikun politiku.", "Għala l-pulizija ma appellatx f'dan il-każ wara li kienet wegħdet li ser tappella?", "Għala l-media ma qalet xejn li l-pulizija ma appellatx?", "Infakkar li l-pulizija u l-Avukat Ġenerali qed ifittxu kull xagħra fil-każ ta' Yorgen Fenech.", "Infakkar li l-pulizija anki resqet lit-tifel ta' ex-segretarju Parlamentari Laburista u akkuzatu b'tixhim.", "F'dan il-każ, saħansitra qed jidher l-assistent kummissarju tal-pulizija fil-qorti u l-pulizija mexxiet mingħajr kwerela.", "Imbagħad hemm dan il-każ li l-pulizija titlef u ma tappellax.", "Ma nemminx li l-Prim Ministru ma' jafx li l-pulizija ma appellawx.", "Dan il-fatt hu konferma oħra tal-qrubija li llum teżisti bejn Robert Abela u Repubblika.", "Din la hija ġusta u wisq inqas tajba għall-politika Maltija."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/06/hermann-farrugia-jitkellem-dwar-kif-inhataf-il-partit-nazzjonalista-mill-abortisti/", "date": "2021-11-06 08:20:34", "category": "blog, personal, politics", "text": ["It-tabib Hermann Farrugia kien vittma ta' hate speech fil-Partit Nazzonalista.", "Dan kollu għaliex hu kontra l-abort.", "Nazzjonalisti proChoice ħarġu jitkellmu kontra tiegħu.", "Hawn qed inġib xi kummenti li ntqalu kontra it-Tabib Hermann Farrugia.", "Dak inhar, dawk li llum qed jitkellmu li huma kontra l-abort, imma fl-istess waqt iriduha tal-paladin tal-liberta tal-kelma, kienu baqgħu b'ħalqhom magħluq quddiem dawn l-attakki kollha kontra t-tabib Hermann Farrugia.", "Biss, illum, it-tabib Hermann Farrugia, iħares il quddiem.", "Jien kellimtu kif iħossu illum meta jisma' persuni li jitkellmu fuq l-abort fil-Partit Nazzjonalista.", "Huwa beda biex spjegali li kien il-Partit Nazzjonalista li nsista miegħu biex jgħin f'cluster 2 minħabba l-kapaċitajiet professjonali tiegħi fl-endokrinologija.", "Imbagħad meta l-partit ġie biex jiddiskutu u jipproponi l-policy tiegħu dwar Sexual & Reproductive Health, litteralment ġie marġinalizzat u ostraċizzat sa ma waslu biex itajruh 'l barra u bdew l-attakki sistematiċi kontra tiegħu. \"", "Dan hu l-mod kif jaħdmu dawk li huma favur l-abort fil-PN \", insista miegħi Hermann Farrugia.", "Hermann Farrugia kompla jgħidli hekk dwar din l-esperjenza tiegħu fil-PN: \" Bernard Grech mhux talli qatt ma tniffes iżda ħaġa waħda jilgħaq lil Martina u Emma, fost oħrajn aborzjonisti żgħażagħ li għandna fil-partit.", "Nista' niżvela li sakemm kont preżenti jien sa' lejn l-aħħar ta' Mejju li għadda il-proposta uffiċjali tal-cluster2 dwar S exual & Reproductive Health qatt u qatt ma rreferiet jew lissnet il-pillola kimika-ormonali tal-morning after.", "Dan huwa b'mod inambigwu konferma f'dan id-dokument.", "Kienet bl-insistenza ta' Emma Bonnici Portelli u ta' Mark Rapa li din ġiet inkluża u xxandret bħala proposta b'mod speċifiku u wasslet biex ġabet ħafna diżgwid u konfrontazzjoni fil-Partit Nazzjonalista \".", "It-tabib Farrugia kompla jgħidli u anki kiteb fuq facebook li \"Bernard Grech ikollu jieqaf jilgħaq sorm il-kandidati Pro-Choice Aborzjonisti li skont l-istatut ġdid fjamant tal-Partit Nazzjonalista mhux talli ma kellhomx jiġu approvati bħala ambaxxaturi-vuċi tal-'missjoni-viżjoni' tal-partit iżda lanqas suppost kien lok li jiġu aċċettati mill-eżekuttiv bħala membri tesserati! \"", "Herman Farrugia għalaq hekk: Mela sew, min jimxi mal-ispirtu u fehmiet bażiċi espressi fl-istatut PN jiġi uffiċjalment ostraċizzat u imkasbar.", "U min qatt ma suppost ġie milqugħ bħala membru f'dan il-partit, jiġi approvat u aġevolat u ppreżentat bħala star candidate a skapitu ta' kandidati u deputati oħra li dejjem kienu fidili lejn l-istatut .", "Quddiem din is-sitwazzjoni, Hermann Farrugia qed jaħseb biex tramite żewġ avukati jirreġistra kwerela uffiċjali, jiġifieri protesta ġjudizjarja kontra l-kap tal-partit u s-segretarju ġenerali tal-PN talli bl-imġieba tagħhom qed jiksru l-istatut tal-istess partit.", "Dawn huma l-uffiċjali responsabbli għall-ħarsien u rispett għall-eżiġenzi statutorji kardinali tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/06/adrian-delia-ghandu-jkun-ic-chairman-tal-kumitat-tal-kontijiet-pubblici/", "date": "2021-11-06 08:37:04", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Matul il-ġimgħa li għaddiet, rajna xeni xejn sbieħ u battibekki bejn Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina ma' Konrad Mizzi.", "Taqbel jew ma taqbilx ma' Mizzi, dan ħareġ rebbieħ fid-dibattitu li spiċċa kellu ma' Fenech Adami u Aquilina.", "Issa f'dan il-kumitat, Beppe Fenech Adami huwa iċ-chairman.", "Waqt li l-maġġoranza tal-membri f'dan il-kumitat ikunu dejjem mill-partit fil-gvern, u allura, bħal issa huma mill-Partit Laburista, iċ-chair ta' dan il-kumitat ikun dejjem mill-partit fl-Oppożizzjoni.", "Illum fl-Oppożizzjoni hemm il-Partit Nazzjonalista u dan jispjega għala hemm Beppe Fenech Adami bħala chairman.", "Biss għandna naqblu, li Beppe Fenech Adami mhux tajjeb li jkun chairman ta' dan il-kumitat.", "Kif deher tajjeb matul din il-ġimgħa, ma jafx xi tfisser tkun chairman.", "Kien aktar moħħu biex jagħmel battuti politiċi milli jiċċerja dan il-kumitat.", "Dik li kellha tkun statement minn Konrad Mizzi ta' għaxar minuti spiċċat f'dikjarazzjoni u nbiddlet f'dibattitu politiku ta' sagħtejn.", "Dan hu tassew tal-mistħija u jaħti għalih iċ-chairman tal-kumitat.", "Biss x'ġara aktar f'dan id-dibattitu?", "Konrad Mizzi u ċ-chairman bdew jaħslu l-ħwejjeġ maħmuġin tagħhom fil-pubbliku.", "Konrad Mizzi fakkar lil Beppe Fenech Adami li bena swimming pool fuq biċċa art ODZ.", "Dak li kien jonqsu jgħidlu Konrad Mizzi lil Beppe Fenech Adami jekk kienx wasal iż-żmien li dan l-iżvilupp jiġi rrappurtat lill-Kunsill tal-Ewropa!", "Saħansitra, Konrad Mizzi semmgħilu l-istorja tal-CapitalOne lil Beppe Fenech Adami.", "Minħabba din l-istorja tal-CapitalOne, Fenech Adami l-anqas kellu jkun appuntat chairman ta' dan il-kumitat!", "Dak li kellu jagħmel iċ-chairman, bħal ma jitlob ir-rowl tiegħu, huwa li jħalli lil Konrard Mizzi jitkellem.", "Ma jinterrompix.", "Iħallih jgħid li jrid u mbagħad, kif inhu dmiru, jagħmillu l-mistoqsijiet u mhux jidħol miegħu f'battuti politiċi.", "Nemmen li persuna idonea u taf tagħmel dan ix-xogħol tajjeb huwa Dr. Adrian Delia.", "Dr. Delia huwa persuna li jidħol il-qorti – jiġifieri hu avukat li jaħdem fil-litigation – u kapaċi jagħmel dan ir-rowl għaliex hu part minn xogħolu.", "Ara kif sallabhom lil ta' Steward Healthcare li qed ikollhom joħorġu affarijiet li xtaqu jżommu moħbija.", "Adrian Delia huwa l-persona li kapaċi tanalizza u mbagħad tagħmel il-mistoqsijiet diffiċli kif għandu jkun xogħol ta' persuna li tokkupa din il-kariga.", "Dan hu każ ieħor li l-PN mhux kapaċi juża n-nies tiegħu sew.", "Il-PN irid persuni li jħallu impatt f'dan il-kumitat u mhux persuni li meta tismagħhom jitkellmu, joħroġ ċar li għandhom ' chip on their shoulders ' bħala ma jidher ċar li għandu Beppe Fenech Adami u allura bl-imġieba tiegħu għamel aktar ħsara milli ġid lill-immaġini tal-Partit Nazzjonalista."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/11/06/elezzjoni-bikrija-ftit-aktar-riflessjonijiet/", "date": "2021-11-06 14:43:25", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Huwa diffiċli li wieħed jifhem kif il-Partit Nazzjonalista xpruna biex issir elezzjoni bikrija.", "B'dawk l-affarijiet kollha li għaddejjin bħalissa fil-qrati u anke fil-parlament, kont nippretendi li l-Partit Nazzjonalista kien jagħlaq ħalqu u jispera li jgħaddi ħafna aktar żmien biex forsi jinkixfu affarijiet oħrajn li jwasslu biex jikber in-numru ta' votanti għall-Partit Nazzjonalista.", "Li ilhom minn Awissu jħabbru li l-elezzjoni se tkun fil-qrib, hija xi ħaġa stramba u mhux faċli tifhimha.", "Kien hemm min irraġuna li jekk tiġi elezzjoni malajr, il-Partit Nazzjonalista jkun qala' t-tkaxkira li mistennija tasal, u allura kemm jista' jkun malajr, jerġgħu jibdew mill-bidu jibnu mill-ġdid.", "U bil-fors irridu niftakru li jekk se jinbidel il-kap, dan se jkun ir-raba' kap mill-2013 lil hawn li ma tantx ixerred fiduċja.", "Kif qed juru d-diversi stħarriġ, ma tantx jidher li l-Partit Nazzjonalista se jersaq, b'xi mod, qrib il-Partit Laburista.", "Ir-realta' tidher li se tkun telfa oħra, it-tielet waħda wara xulxin, għaliex l-istħarriġ għadhom qed juru distakk qawwi bejn iż-żewġ partiti politiċi u distakk ikbar bejn il-mexxejja.", "Suppost l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista kellhom jifhmu li iktar ma jtawwal iktar tikber il-possibilita' li titfaċċa xi informazzjoni kruċjali minn xi waħda mill-kawżi li hemm għaddejjin il-qorti, fosthom ta' Daphne Caruana Galizia u oħrajn dwar il-ħasil tal-flus.", "Din mhux bilfors ser taħdem favur il-Partit Nazzjonalista.", "Jista' jkun ukoll li l-pulizija tiġbor aktar evidenza li twassal biex tressaq aktar nies il-qorti.", "Anki jekk dan ma tantx jidher li ser ikun il-każ.", "Dan kollu mhux bilfors iwassal għal telf ta' voti min-naħa tal-Partit Laburista.", "Jista' jkun hemm ukoll il-possibilita' li mhux se tkun faċli li Malta toħroġ mil-lista l-griża u jibdew anke jinħassu l-effetti fuq il-poplu ta' din id-deċiżżjoni.", "Hemm ukoll il-possibilita' li Konrad Mizzi jiddeċiedi li jbattal l-istonku tiegħu u bi ftit kuraġġ jibda jikxef dak kollu li hemm mistur fl-Electrogas.", "Biss anki din hija remota ħafna.", "Il-mod kif xehed quddiem il-PAC juri l-ispirit kumbattiv tiegħu favur il-Partit Laburista.", "Imbagħad jibqa l-fatt li nsiru nafu affarijiet ġodda fuq t-tliet sptarijiet li għaddew għand Steward.", "Dan grazzi għall-ħidma ta' Adrian Delia.", "Xorta ma naħsibx li xi waħda minn dawn l-eżiti tista' tkun qawwija biżżejjed li taqleb il-miżien lejn il-Partit Nazzjonalista imma jkun hemm ċans tajjeb li almenu jonqos id-distakk.", "Biss xorta rridu niftakru li fl-2017, ebda allegazzjoni ta' korruzzjoni ma kellha effett fuq ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali u jekk jerġa' jiġri l-istess, allura r-rebħa għall-Partit Laburista tkun ħafna aktar sikura.", "Għal dawn ir-raġunijiet kollha huwa diffiċli li wieħed jifhem għalfejn għamlu dan l-istorbju kollu biex ikun hemm elezzjoni bikrija.", "Kważi nistgħu nikkonkludu li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista kienet ċerta li l-elezzjoni kienet qrib.", "U bħala riżultat ta' dawn l-aħbarijiet imxandra fuq il-media tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit daħal f'kampanja elettorali.", "Kienet ċara li l-kampanja kienet bdiet meta tara dawk il-konferenzi tal-aħbarijiet kollha mxandrin diretti.", "Kienet ovvja li l-Partit Nazzjonalista ried li jkollu l-ġurnalisti dejjem warajh biex ikun żgur li kien qed isemma' leħnu ma kulħadd.", "Imma issa wara dik l-istraġi strateġika kollha x'se jagħmel il-Partit Nazzjonalista?", "Se jkollu jerġa' jibda jaħseb l-istrateġija mill-ġdid.", "Se jkollu jerġa' jingħaqad u jaħseb kif se jerġa' jqajjem l-interess tal-poplu fl-istess partit?", "Issa nispera li ma jiġrilux bħall-istorja tal-volpi u jerġa' jsejjaħ għall-elezzjoni xi darba oħra għal xejn."]}