{"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/09/kalkoli-politici/", "date": "2021-09-08 07:26:52", "category": "blog, politics, government", "text": ["Aħfruli jekk ninstema' qisni diska bil-labra mwaħħla, imma ma nistax nagħmel mod ieħor.", "M'għandix dubju li l-President George Vella tassew jixtieq li l-pajjiż jibda proċess ta' fejqan wara t-trawma li ġab miegħu l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Iżda jidher li l-President qed jagħmel il-pressjoni tiegħu fuq dik is-sezzjoni żgħira tal-poplu li jaf li huma lesti li jagħtuh widen u li wkoll jafu jċedu għal din il-pressjoni.", "Huwa jaf li dawn in-nies kulma jridu hu li jkomplu jgħixu ħajjithom fil-kwiet.", "Jaf ukoll li dawn huma waħdiet li mhumiex persuni fanatiċi u għaldaqstant aktar faċli li wieħed jipperswadihom.", "Aħna nifformaw parti minn din is-sezzjoni żgħira.", "Il-President jixtieqna naħfru u nkomplu għaddejjin bil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Qed jiffoka fuqna għaliex – għalkemm għandna rjus iebsa – jaf li jkun aktar faċli għalih li jipperswadina b'kuntrast ma' dik il-folla li magħha ħadem tul ħajtu.", "Ċertament mhux ser jitlob lill-partitarji tal-partit tiegħu biex jaħfru, biex jirrikonoxxu l-post mistħoqq ta' Daphne Caruana Galizia fl-istorja tagħna, biex ma jirrabjawx meta jaraw lilu u l-gvern jagħtuha ġieħ u biex jammettu li l-partit tagħhom żbalja bl-ikrah meta kien għajjarha saħħara giddieba, fost titli oħra.", "Dakinhar li, fuq ordni tal-President, minn biswit il-mafkar tal-Assedju l-Kbir tneħħew fjuri u xemgħat mqegħdin biex jagħtu qima lil Daphne, George Vella u Robert Abela kienu jafu li kellhom opportunità unika biex juru t-triq li tista' twassal għall-fejqan.", "Li kieku riedu setgħu raw biex ikun hemm spazju għall-girlandi kollha tagħhom mingħajr ma jintmess xejn mill-fjuri u x-xemgħat tal-protesta.", "Li kieku riedu, setgħu waħħdu s-sagrifiċċju tagħha mal-okkażjoni tat-tifkira tal-Assedju.", "Li kieku riedu, setgħu għamlu dak li talbuhom jagħmlu l-Imħallfin tal-inkjesta, jiġifieri li l-ogħla membri tal-Istat Malti għandhom jaqdu dmirhom u jaħdmu biex ifejqu l-ġrieħi.", "Aktar u aktar meta wieħed jiftakar li l-Imħallfin tal-inkjesta għabbewhom bir-responsabbiltà għall-ġrieħi li nħolqu.", "Issa jista' jagħti l-każ li George Vella u Robert Abela għamlu li għamlu mhux minħabba dak li forsi għadhom iħossu bejnhom u bejn ruħhom dwar Daphne Caruana Galizia u l-kitbiet tagħha.", "Iżda jidhirli li timraħ taħt il-wiċċ hemm xi ħaġa aktar sottili.", "Ir-rabja u d-diżappunt tagħna u r-rabja ta' dawk li qed jipprotestaw biex issir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia nesprimuhom b'mod li George Vella u Robert Abela jistgħu jobsruh.", "In-nisa kuraġġjużi ta' Occupy Justice ma damux wisq biex marru fuq l-mafkar u f'tebqa t'għajn reġgħu qiegħdu l-messaġġi ta' qima lejn Daphne u fl-istess waqt ġeddew l-għajta tagħhom favur il-ġustizzja fil-konfront tagħha.", "George Vella u Robert Abela jafu li, kieku kellhom jaħtfu l-opportunità biex idewwu l-feriti billi jirrikonoxxu lil Daphne bħala eroj Maltija, ir-rabja u d-diżappunt bla qies tal-partitarji tagħhom tkun waħda li taf tiġi espressa b'mod differenti.", "Mhux qed nalludi għal xi vjolenza jew għal xi forom oħra ta' barbariżmu li bħalhom rajna ma' wiċċna f'dawk ix-xhur li matulhom Owen Bonnici u l-ħaddiema tiegħu kienu għamlu minn kollox biex jiċċensuraw il-protesta tagħna, għalkemm ma nista' neskludi xejn.", "Qed nirreferi għall-impatt li jista' jkun hemm fejn għandhom x'jaqsmu l-voti ta' dawk li vvutaw b'ħeġġa għall-Partit Laburista wara li kienu bellgħulhom l-istejjer dwar il-\"gideb\" ta' Daphne.", "Qed nirreferi wkoll għall-partitarji Laburisti ħorox, jew għallinqas għal xi wħud minnhom, li issa waslu fi stadju li fih qed jintebħu li l-partit tagħhom daħak bihom.", "Aktar ma nersqu qrib l-elezzjoni ġenerali, l-kalkoli politiċi qed jingħataw prijorità.", "Għaliex taħsbu li l-awtoritajiet baqgħu jittitubaw dwar l-irtirar tal-liċenzja tas-swali tal-logħob tal-familja Fenech minkejja l-fatt li dawn ammettew fil-beraħ li kienu bagħbsu fil-logħob tal-imħatri u hekk kif qed ikomplu jitfaċċaw provi li s-sidien użaw is-swali tal-logħob tagħhom biex isiru ħlasijiet illeċti?", "Dwar din il-kwistjoni dalgħodu tkellimt ma' marti u din malajr fetħitli għajnejja.", "Qaltli biex naħseb ftit dwar dawk il-ħaddiema kollha li ddaħħlu jaħdmu mal-familja Fenech fuq rakkomandazzjonijiet ta' ministri u kandidati.", "Qaltli wkoll biex naħseb dwar x'jiġri li kieku dawn l-imsejkna kellhom jitilfu l-impjieg tagħhom wara li jkunu rranġawlhom biex jingħataw impjieg basta jwegħduhom il-vot.", "Min jaf kif dawn kellhom jivvutaw li kieku kellhom jitilfu l-impjieg wara li l-gvern ikun ħa passi biex jingħalqu s-swali tal-logħob?", "Tiksaħ meta tintebaħ li l-politiċi tagħna, għalkemm jidhru normali, għalkemm jitkellmu u jġibu ruħhom b'mod normali, fil-fatt mhuma normali xejn.", "Is-swaba' inviżibbli tal-qarnita jaħkmuhom, jikkontrollawhom u jużawhom.", "Anki li kieku kellhom juru r-rieda li jirranġaw l-affarijiet, m'għandhomx il-ħila li jagħmlu dan.", "U ma nistax naħlef li din ir-rieda fil-fatt teżisti.", "Previous: Il-President għandu l-ħila li jgħaqqad permezz tal-imġieba tiegħu .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: AĠĠORNAT: M ma kinitx ikkwotat is-sors tagħha .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/09/aggornat-m-ma-kkwotatx-is-sors-taghha/", "date": "2021-09-08 11:44:45", "category": "blog, politics, government", "text": ["Aġġornat fis- 14:20 Simon Mercieca mingħalih li qabad lil Jason Azzopardi jikkopja l-kliem ta' M, karattru fil-films ta' James Bond.", "Fil-film Skyfall (2012), M tkun qed tixgħed quddiem kumitat parlamentari ostili u, b'mod drammatiku, l-attriċi Dame Judi Dench tlissen versi li Simon Mercieca sab f'diskors li kien għamel Jason Azzopardi waqt konferenza tal-Partit xi 5 snin ilu.", "M'hemmx dubju li Judi Dench m'għandhiex għalfejn toqgħod tħabbel rasha għar-reputazzjoni tagħha għaliex bil-mod li bih Jason Azzopardi qara l-poeżija mhux ser jikkompetilha.", "Iżda li Simon Mercieca baqa' jgħid li Jason Azzopardi kien qed jikkopja lil M ta' James Bond bħallikieku qed igħid li l-famuż diskors ta' Hamlet \" To be or not to be\" ġej mill-film The Addams Family.", "Simon Mercieca, ippermettili nintroduċik ma' Alfred, Lord Tennyson.", "M fil-film Skyfall u Jason Azzopardi fil-konferenza tal-PN f'Għawdex kienu kkwotaw il-poeżija tiegħu, Ulysses.", "Kumbinazzjoni, it-tnejn li huma qraw poeżija li int qatt ma kont qrajt.", "Ma kontx preżenti għal dik il-konferenza tal-partit meta kien tkellem Jason Azzopardi, iżda huwa assigurani li meta kien ikkwota l-poeżija ta' Lord Tennyson, b'differenza għal M, semma b'ismu l-awtur tagħha.", "Aġġornat fis- 14:20: B'kumbinazzjoni, il-filmat li xxandar fil-website ta' Simon Mercieca llum sab ruħu fil-grupp tal-WhatsApp immexxi minn numru tat-telefon minn Miami li qed jiġi użat biex jixtered f'websites foloz fil-kampanja ta' qerq li tinsab għaddejja bħalissa.", "Previous: Lejlet elezzjoni l-kalkoli politiċi jieħdu prijorità .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Myriam Spiteri Debono tagħmel sejħa favur fidwa nazzjonali wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/09/myriam-spiteri-debono-taghmel-sejha-favur-fidwa-nazzjonali-wara-l-qtil-ta-daphne-caruana-galizia/", "date": "2021-09-07 15:33:50", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-bieraħ in-Nutar Myriam Spiteri Debono għamlet diskors quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-anniversarju ta' tmiem tal-assedju tal-1565 .", "Myriam Spiteri Debono hi l-unika mara li qatt serviet bħala Speaker tal-Parlament Malti u hi veterana tal-Partit Laburista.", "Id-diskors tagħha ma ġiex imxandar mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.", "Hi għalqet id-diskors tagħha b'sensiela ta' riferenzi għal Daphne Caruana Galizia: \"Pajjiżna diġà għadda minn żminijiet li kienu ta' sfida.", "\"Meta nxtered id-demm ta' Raymond Caruana u Karin Grech, dawn kienu vittmi tas-sitwazzjonijiet prevalenti li fih il-mewt ħasdithom.", "Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien differenti – qtil aħrax u makbru.", "Mill-indaġni li saru sa issa, jidher li l-mewt tagħha kienet mewt intenzjonata għaliha, motivat minn determinazzjoni li jagħlqulha ħalqha.", "Eżekuzzjoni marbuta mill-qrib ma' xogħol investigattiv fil-professjoni tagħha ta' ġurnalista.", "Jkun ta' ġid għal kulħadd illi nsaħħu r-rispett u l-apprezzament li għandu jkun hemm lejn min jaħdem fil-ġurnaliżmu investigattiv u jwassal l-aħbar.", "Niftakru li l-ġurnaliżmu huwa r-raba' pilastru tad-demokrazija.", "\"Il-mewt ta' Daphne xegħlitilna ħafna bozoz ħomor ta' twissija, Il-mewt tagħha skussatna.", "Diffiċli ħafna, ngħid impossibbli, li b'xi mod jittaffa l-uġiegħ famijali, d-dieqa ta' dawk li kienet tħobb u li ħabbewha.", "\"Hemm bżonn li nifdu lina nfusna mill-ġdid.", "Hemm bżonn ningħaqdu biex, bħalma għamilna fil-passat, inwettqu t-tibdiliet neċessarji f'dan iż-żmien , tibdiliet li diġà bdejna nagħmlu.", "\"Biex nagħmlu dan, ma rridux nintilfu fil-pettegolezzi u t-tgħajjir. fil-botta u risposta biex niskurjaw \"political points\", rebħiet bla sugu u sustanza fuq livell partiġġjan li ħafna drabi jservu biss biex fost il-poplu jiżirgħu l-firda.", "\"Ma teżistix rebħa waħda kbira.", "Huma ħafna rebħiet żgħar li flinkien jagħmlu rebħa kbira.", "It-taqbida għas-sewwa, fuq kollox għal tmexxija ġusta u korretta, hija waħda kontinwa u qiegħda hemm tisfidana ġurnata wara oħra.", "Il-viġilanza tagħna lkoll f'dan ir-rigward ma nistgħu qatt nillaxkawha, u biex nagħmlu dan, irridu nkunu magħqudin.", "\"Għandna s-sinsla metieġa biex dak li ġie identifikat li jrid jitranġa, nirranġawh, u dak li minn żmien għal żmien nidentifikaw li hemm bżonn jinbidel u jevolvi, nirranġawh ukoll.", "\"B'sens ta' ringrazzjament u ġieħ lil dawk kollha li minn żminijiet imbiegħda sal-lum urewna toroq tajba, b'mod speċjali fejn tidħol tmexxija, ejjew flimkien nibnu pajjiż li jixirqilna, biex ġenerazzjonijiet futuri jsibu pedamenti sodi ħa jkomplu mexjin il-quddiem.\""]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/09/distributur-tal-loghob-tal-kazino-jwaqqaf-temporanjament-is-servizz-moghti-lit-tumas-group/", "date": "2021-09-08 20:28:01", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fornitur ewlieni ta' slot machines u ta' logħob tal-kasinò Novomatic \"issospenda\" s-servizzi mogħtija lis-swali tal-logħob Portomaso u Oracle tat-Tumas Group wara li qorti ddeċidiet li Yorgen Fenech u uffiċjali għolja oħra tat-Tumas Group għandhom iwieġbu għal akkużi li użaw is-swali tagħhom għall-ħasil tal-flus.", "Sorsi fit-Tumas Group qaluli li Novomatic, kumpannija bażata fl-Awstrija, informat it-Tumas Group li kienet ser tissospendi n-negozju magħhom minħabba \"s-sitwazzjoni legali preżenti tat-Tumas Group u tat-Tumas Gaming Group\".", "Din id-deċiżjoni ser tfisser ukoll sospensjoni tal-provvista ta' spare parts .", "Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li fil-qorti din il-ġimgħa rriżulta li s-sidien ta' Portomaso u ta' Oracle kienu bagħbsu fil-makni tal-logħob biex irebbħu lil min ikunu jridu huma.", "Nhar it-Tnejn, ġurnalist tat- Times of Malta ikkwota mill-provi li ressqet il-Pulizija dwar messaġġi dettaljati li għaddew bejn Yorgen Fenech u Patrick Demanuele, uffiċjal tat-Tumas Group.", "'Tinsiex dawk it-€80,000' kiteb Fenech lil Demanuele f'messaġġ wieħed.", "Aħjar nirranġawlu jackpot….", "Imbagħad aqbad €10k u mur għal btala tajba.'", "Nhar it-Tnejn li għadda, jien ktibt li l-kelma \"jackpot\" (u f'partijiet oħra tal-konversazzjoni ntużat il-kelma \"bonus\") tagħti wieħed x'jifhem li s-suġġett kien dwar rebħ mis-slot machines.", "Dawn il-makni jiġu siġillati mir-regolatur tal-gaming, l-MGA, u dan biex min jilgħab ikollu garanzija li l-logħob ma jkunx fih tbagħbis u li ċ-ċans ta' rebħ jkun dak li jgħidu li hu.", "Fi kliem ieħor, il-lagħba jkollhom moħħhom mistrieħ li l-makni mhumiex imbagħbsa.", "Jien ktibt li jekk huwa minnu li dawn il-makni huma mbagħbsa, minkejja l-garanziji tal-MGA, din il-kwistjoni għandha tiġi investigata b'mod serju.", "Fi tweġiba għal dan il-kumment, il-kelliem mhux uffiċjali ta' Yorgen Fenech, Simon Mercieca, kiteb fil-blog tiegħu li l-kumment li għamilt jien dwar dak li ntqal fil-qorti kien biss \"fake news\".", "Fil-fatt, kien Simon Mercieca li tabilħaqq semma lil tan-Novomatic għall-ewwel darba.", "Fil-blog tiegħu huwa kiteb li l- Oracle Casino ta' Fenech hu mmexxi mill-kumpannija Awstrijaka Novomatic.", "Huwa kompla jistaqsi x'interess jista' jkollhom tan-Novomatic li jbagħbsu fil-makni tal-logħob biex irebbħu xi ħbieb ta' Yorgen Fenech.", "Skont Mercieca, din il-kumpannija mhix daqshekk belha li ser tirriskja tħammeġ ir-reputazzjoni tagħha u staqsa: min jaf l-ispettur tal-pulizija investigax lill-mexxejja ta' din il-kumpannija Awstrijaka qabel ħareġ l-akkużi kontra Yorgen Fenech?", "Minkejja l-garanzija ta' Simon Mercieca li \"Manuel Delia jew ma jafx kif jaħdem każinò jew inkella jrid iqarraq,\" il-fornituri msemmijin minn Simon Mercieca bħala garanti li l-logħob mhuwiex imbagħbas, f'dawn l-aħħar sigħat issospendew il-fornimenti tagħhom lit-Tumas Group."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/09/il-partiti-politici-ghandhom-ikunu-parti-mill-bidla-wkoll/", "date": "2021-09-10 18:40:25", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-klabbijiet tal-futbol ma jistgħux jiddejnu.", "L-NGOs huma obbligati jagħtu rendikont lir-regolatur ta' kull ewro li jdaħħlu u li jonfqu.", "Kull min iħaddem huwa obbligat b'liġi li jnaqqas dak li huwa dovut bħala taxxa mis-salarju tal-impjegati.", "Kien il-Parlament li għadda dawn il-liġijiet.", "U huma l-membri parlamentari li jifformaw parti mill-partiti politiċi.", "U huma l-partiti politiċi li qed igawdu mill-eżenzjonijiet jew addirittura jiksru l-liġi.", "Dalgħodu, Robert Abela qal lit- Times of Malta biex ma jistaqsuh xejn dwar il-Partit Laburista qabel sar il-kap hu.", "U għala le?", "Daqshekk faċli issa biex kumpannija tevadi l-kontabbiltà fiskali?", "Tbiddel il-mexxej u barra bid-daqq?", "Jista' jagħti l-każ li Robert Abela mhuwiex personalment responsabbli għan-nuqqasijiet tal-partit tiegħu qabel inħatar mexxej, iżda bħala kap tal-partit huwa fid-dmir li jagħtina t-tweġibiet kollha.", "Hu jrid ikun li jagħtina t-tweġibiet.", "Robert Abela spiss ilablab dwar il-libertà tal-istampa daqslikieku tassew jemmen fiha.", "Iżda meta Jacob Borg staqsieh xi ħaġa li ma daqqitlux għal widnejh dwar dokumenti li juru li Yorgen Fenech kien se jgħaddi somma flus lill-Partit Laburista bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, huwa wieġeb bħas-soltu.", "Qal li dawn kienu biss \"allegazzjonijiet\" u jekk it- Times of Malta kellha l-\"provi\" kellha tgħaddihomlu biex ikun jista' jarahom.", "Jgħid li hu mhuwiex responsabbli għal dak kollu li seħħ qabel inħatar mexxej tal-partit.", "Iżda li hu żgur hu li qed ilissen l-istess kliem tal-predeċessuri tiegħu.", "Bernard Grech ukoll kien xott daqs frawla hu u jwieġeb lil Jacob Borg .", "Bħal Robert Abela, ma setax jiċħad li l-partit tiegħu wkoll kien qed jonfoq l-flus li jkunu tnaqqsu mis-salarji tal-impjegati għall-ħlas tat-taxxa minflok jgħaddihom lill-gvern.", "\"Kunfidenzjali\" wieġeb Bernard Grech.", "Mela din xi kwistjoni ta' natura kummerċjali?", "Jaqaw il-PN daħal għal xi negozju li ma nafux bih u li jinkludi l-evażjoni tat-taxxa?", "Iż-żewġ mexxejja tal-partiti ewlenin, jekk ikunu jridu, jistgħu jġibu bidla politika fil-pajjiż.", "Dawn qed imexxu partiti falluti f'sistema falluta imsejsa fuq l-evażjoni tat-taxxa u fuq il-krib għall-flus mingħand min jevadi t-taxxa.", "Qed imexxu partiti li huma vulnerabbli għar-rikatti tas-sinjuruni u li jżommulhom fil-wiċċ bis-saħħa ta' flus li jibdlu l-idejn baxx baxx.", "Jekk irid, Robert Abela jista' jibdel lil din ir-realtà.", "Bernard Grech ma jistax jagħmel dan, iżda għallinqas jista' jwiegħed bidla.", "Minflok, Abela qed iwiddeb lill-ġurnalisti minħabba l-\"allegazzjonijiet\" tagħhom u Bernard Grech qed jaħrab mill-mistoqsijiet bl-iskuża fjakka ta' \"kunfidenzjalità\".", "Il-biċċa l-kbira tal-poplu tħallas it-taxxa, il-bolla u tiddikjara dak kollu li taqla'.", "Aħna ċittadini li noqogħdu għal-liġijiet u ma tantx hemm wisq x'nagħmlu aktar fl-interess taċ-ċittadini l-oħrajn.", "Tgħid lill-partiti politiċi qed nitolbuhom wisq jekk nitobuhom li huma wkoll ikunu l-bidla li tant hi meħtieġa?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/09/aggornata-l-inkjesta-tal-vgh-rapporti-ta-rejds/", "date": "2021-09-11 18:00:52", "category": "blog, politics, government", "text": ["Aġġornata: 10:45 am bit-tweġiba ta' Kevin Deguara Ninsab infurmat li l-Pulizija għamlu rejd fl-uffiċċji u fir-residenza tal-avukat Kevin Deguara, wieħed mis-sħab ta' DF advocates kif ukoll wieħed mill-azzjonisti tal-proġett Shoreline fi Smart City.", "Hu mifhum li dawn ir-rejds saru b'rabta mal-investigazzjonijiet u mal-inkjesta maġisterjali li qed iseħħu bħalissa dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta' reati oħra konnessi mal-privatizzazzjoni favur il-VGH ta' tliet sptarijiet pubbliċi.", "Il-Pulizija ħadet azzjoni fuq ordni tal-Maġistrat inkwirenti.", "L-inkjesta maġisterjali kienet ingħatat bidu f'Lulju 2019 wara li Qorti laqgħet it-talba ta' Repubblika.", "Ir-rikors ta' Repubblika sar f'Mejju ta' dik is-sena u fih ġie allegat li l-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi kienu ffavorew lill-VGH fil-proċess tal-għażla.", "Ebda wieħed minn dawn għadhom fil-kariga ministri tal-Gvern.", "Edward Scicluna nħatar gvernatur tal-Bank Ċentrali filwaqt li Cardona u Mizzi tħallew barra mill-kabinett hekk kif Robert Abela sar Prim Ministru.", "Hu magħruf li Kevin Deguara u d-ditta legali tiegħu huma qrib ta' Keith Schembri u tan-negozju tiegħu.", "Sorsi infurmati jxebbhu lil Kevin Deguara u lid-ditta legali tiegħu mad-ditta ta' Brian Tonna u Nexia BT, u jissemma' b'mod jew ieħor f'numru ta' proġetti kontroversjali tal-gvern skreditat ta' Joseph Muscat.", "Dan l-avukat kien konsulent tas-Sadeen Group fejn għandha x'taqsam l- American University of Malta u jirrappreżenta lid-diretturi ta' Pilatus Bank fil-kawża li dawn qed jagħmlu biex jingħataw kumpens mill-gvern wara li dan ordna l-għeluq tal-Bank.", "Huwa wkoll il-konsulent tad-Dizz Group ta' Karl u Diane Izzo, ħbieb intimi ta' Joseph Muscat.", "Fl-2018 Stephen Carter, eks sieħeb ta' Kevin Deguara fil-proġett Shoreline, kien ġie mixli b'ħasil tal-flus.", "Kevin Deguara jgħid li qatt ma kellu ebda konnessjoni ma' Stephen Carter wara li ħarġet fil-beraħ l-aħbar li l-Pulizija ħadet din l-azzjoni.", "Il-proġett Shoreline huwa żvilupp kbir li, fl-2007, kien ġie identifikat għall-użu ta' IT business park.", "Is-sit kien ġie allokat għal żvilupp fiż-żmien li matulu Keith Schembri kien direttur maħtur mill-gvern tal-kumpannija li tmexxi Smart City.", "Jien tlabt lil Kevin Deguara biex jagħtini l-kummenti tiegħu, iżda bqajt ma rċevejt ebda tweġiba sal-ħin li xxandar dan l-artiklu.", "Aġġornata: 10.45 am: ir-risposta ta' Kevin Deguara.", "Din hija r-risposta ta' Kevin Deguara għall-mistoqsijiet li bgħattlu dalgħodu.", "Se nħalli t-tweġiba bl-Ingliż kif bagħathieli hu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/08/jason-azzopardi-mhux-biss-giddieb-imma-ipokrita/", "date": "2021-09-08 08:08:05", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Jason Azzopardi tella' post biex jgħid lil-Laburisti biex jivvutawlu għaliex mhux ser jgħajjarhom Gaħan.", "Nesa dan kemm dan il-politiku għamel share ta' posts fejn fihom, sieħbu Manuel Delia għajjar lil Laburisti u Nazzjonalisti ta' Delia b'kull aġġettiv immaġinabbli.", "Issa ġej jitkellem li mhux ser jgħajjar lill-Laburisti?", "Int Jason anki lin-Nazzjonalisti tgħajjar.", "Int mhux biss giddieb imma ipokrita."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/08/il-vera-bidla-saret-fil-partit-nazzjonalista-fl-2017-u-ma-gietx-accettata-minn-dawk-li-llum-iridu-l-bidla/", "date": "2021-09-08 08:32:36", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Kun il-bidla hija il-website l-ġdida li għadu kif vara l-Partit Nazzjonalista bħala għajnuna fil-kampanja tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Hawnhekk qed iħajjar lill-partitarji, u anke m'humiex, biex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista biex flimkien ikunu l-bidla fil-Partit Nazzjonalista u l-bidla fil-Gvern ta' Malta.", "Bir-rispett kollu, jien u ħafna bħali, xi 65% tat-tesserati hekk għamilna.", "Dan għamilnih fl-2017 wara tkaxkira tajba fl-elezzjoni ġenerali tal-istess sena.", "Aħna ġejna mitlubin biex nagħżlu wieħed mill-erba' kandidati għal kap tal-partit.", "Dak in-nhar obdejna l-ordni u għall-ewwel darba, għax hekk iddeċieda l-esekuttiv tal-partit, aħna t-tesserati għamilna għażla.", "Kienet għażla ċara.", "Kandidat minnhom offrilna mod ġdid kif nagħmlu l-politika u ħassejna li wara tant telf f'elezzjonijiet diversi mill-2008 'l hawn, riedna nesperimentaw b'mod ġdid ta' kif issir il-politika.", "Mela t-tesserati kienu l-bidla dak in-nhar.", "X'riedu t-tesserati bil-vot tagħhom.", "Żgur li ma riedux wiċċ fit-tmexxija li jirrifletti tkaxkiriet waħda wara l-oħra għal 9 snin sħaħ.", "Riedu lil xi ħadd li ma kellu xejn x'jaqsam ma' dawk it-telfiet, jieħu r-rigni f'idejh u jressaq mod ġdid li seta' forsi jwassal għal riżultati aħjar minn dawk li l-Partit ġarrab fl-aħħar snin.", "Fil-fatt fl-għażla bejn Adrian Delia u Chris Said, it-tesserati qalu le lil Chris Said, għax Said kien parti mill-eżekuttiv ta' Gonzi li kien laqqgħat tkaxkira tajba fl-elezzjonijiet tal-2013 u l-2017, barra oħrajn.", "It-tesserat ma setgħax jibdel lid-deputati għax kieku għamilha wkoll.", "It-tesserati ma riedux jibqgħu b'Simon Busuttil fuq quddiem.", "Rieduh iwarrab u jerfa' r-responsabilita' tat-telfa enormi li kien għadu kif qala'.", "Mela anke hawn ried il-bidla t-tesserat, li kien qed jippreżenta lill-votanti kollha li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali.", "Mela żewġ bidliet importanti.", "It-tesserati xtaqu wkoll bidla oħra fl-2017 meta vvutaw għal kap.", "Xtaqu li dawk id-deputati li kienu ma' Chris Said fl-esekuttiv tal-Partit bejn 2013 u 2017 jew qabel, li jagħmlu pass lura.", "Imma dawn il-bidliet ma seħħewx.", "Busuttil għamel kitchen cabinet tiegħu u ma aċċettawx l-għażla tat-tesserati.", "U hemm bdiet tidher ir-reżistenza tad-deputati għall-bidla li xtaqu t-tesserati.", "Simon Busuttil fetaħ it-triq meta prova jagħti parir lil Adrian Delia.", "Tant kien ħażin dak il-parir, li l-maġġoranza tat-tesserati ma tatx kasu u għamlet eżatt bil-maqlub.", "Imbagħad mar il-parlament u għamel qassata imħawwra b'ħafna reżistenza u tkaxkir tas-saqajn għal mod ġdid ta' politika u allura għall-bidla li xtaqu t-tesserati.", "Il-problema tal-Partit Nazzjonalista f'dawn l-aħħar 4 snin kienet ir-reżistenza għall-bidla.", "Il-klikka tal-blue heroes għażlu jew iddeċidew li l-partit mhux se jaħrabilhom minn idejhom.", "Ħalfu li kollox jibqa' għaddej kif kien.", "Wegħdu lilhom infushom li ħadd ma seta' joħdilhom posthom, għax huma biss kellhom dritt divin fuq il-partit.", "U hekk ġara.", "Tant ma aċċettawx il-bidla li huma, jiġifieri l-klikka valenuża, għażlu pupazz minn fosthom.", "Ftakru ftit il-kamra minn fejn saret il-kampanja elettorali ta' Dr Bernard Grech u tindunaw kemm kien il-midluk jew il-magħżul Dr Bernard Grech.", "Hemm kienet il-klikka, tistenna miegħu u x'ħin wasal il-mument tifraħ miegħu.", "Il-bidla mistennija ma saritx.", "Waslet illum lejlet elezzjoni ġenerali u qed jerġgħu jitolbuna ngħinu fil-bidla.", "Aħna diġa vvutajna għall-bidla.", "Aħna diġa wrejna x-xewqa li riedna mod ġdid ta' kif issir il-politika.", "Kontu intom li ma aċċettajtux il-bidla tagħna.", "Kontu intom li ridtu l-partit lura f'idejkom biex tfajtuh lura flok 'l quddiem.", "Issa qed titolbuna bil-ħniena biex nissieħbu fil-bidla.", "Jekk qed tħarsu lejn bidla fil-ġvern, dik ma tistax tasal jekk ma ssirx bidla fil-partit.", "Dan l-aħħar, l-esponenti għoljin tal-Partit, qed jgħidu biex ma nivvutawx għall-qodma.", "Qed jgħidu biex in-nies jivvutaw għall-ġodda.", "Mela anke huma qed jindunaw li dak li vvutajna għalih fl-2017 fit-tellieq tal-kap, issa jriduh huma.", "Issa naħseb li tard wisq, għax kontu intom stess, il-predikaturi tal-lum, li warrabtu l-għażla tagħna, li tajtu bis-sieq l-għajta ta' politika ġdida, li ma tajtux każ li riedna nies iwarrbu, li smajtu l-vot tagħna f'għajnkom għax bqajtu għaddejjien tliet snin tippruvaw tiġġieldu kontra l-għażla tagħna, li ġejtu taqgħu u tqumu li aħna lil dik il-klikka moqżieża ma ridniehomx.", "Illum intom qed terġgħu tippreżentaw ruħkom għall-vot tagħna biex tibqgħu hemm iggranfati mal-pultruni l-ħodor.", "Issa tridu l-bidla.", "Issa tard wish għax aħna vvutajna għall-bidla rakikali fl-2017."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/08/il-video-tal-bidla-tal-pn-huwa-mehud-minn-video-l-iskoccizi-li-ghamlu-d-dewars-tal-whiskey/", "date": "2021-09-08 16:49:56", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Qed inġib riklam jew pubbliċita' li l-Partit Nazzjonalista tella' u fiha jinstema' l-Kap l-Oppożizzjoni Bernard Grech jitkellem fejn qed jistieden lin-nies biex ikunu parti mill-bidla.", "Dak li ma qalx huwa li dan il-video hu prattikament meħud minn riklam li qed jagħmlu Dewar's tal-Whiskey bl-isem ta' 'Not Do It'.", "Bernard Grech biddel dan il-messaġġ f'wieħed pożittiv u jistieden lil min jisimgħu biex jagħmilha.", "Possibbli ħadd ma qallu li l-kliem li ġie mitlub li jgħid hu meħud minn riklam tal-whiskey Dewar's. Ma jirrealizzawx, min għamlu dan ir-riklam li ser jinqabdu?", "Imma possibbli li mhux kapaċi dan il-partit joħroġ b'xi ħaġa oriġinali?", "Il-mexxej tal-partit jispiċċa jitkellem u jirrepeti kliem f'riklam tad-Dewar's. Nispera li ħa grokk qabel għamel dan ir-riklam!", "Qed inġib hawn taħt ir-riklam mnejn ħadu l-feature l-PN biex iġibu lil Bernard Grech jitkellem dwar il-bidla.", "Waqt li d-Dewar's tal-whiskey qed jgħidlek biex ma tagħmilhiex, il-Kap tal-Oppożizzjoni jużaw l-istess tema u kliem u messaġġ biex jgħidlek biex tagħmilha.", "Kull ma jonqos issa li kull min imur id-dar Ċentrali joffrulu grokk whiskey Dewar's. B'hekk dak l-avukat, li llum jaħdem fi Strada Stretta, u kiteb li min qiegħed ġo ħofra ma għandux jibqa' jħaffer, ikun jista' jaħseb lejn min verament għandu jindirizza l-ħsieb tiegħu.", "Nispera li issa ma jiġix xi Manuel Delia u jgħid li tad-Dewar's serqu dan il-feature lill-PN!", "Nistieden lil Manuel Delia biex jieħu grokk Dewar's whiskey fuq din!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/09/mitt-xahar-wara-r-rapport-tat-telfa-tal-2013-hermann-farrugia-inidi-progett-u-jitlob-l-ghajnuna-tan-nazzjonalisti-genwieni/", "date": "2021-09-09 06:27:42", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post mit-tabib Hermann Farrugia Kważi kulħadd jaf li, għalkemm rarissimu, tista' tintalab 'Awtopsja tal-Awtopsja.'", "U hekk bi ħsiebni ninterpreta skrutinju ddettaljat wara 100 XAHAR mill-pubblikazzjoni, fl-aħħar ta' Mejju 2013, tar-Rapport 'Ann Fenech' li kien stħarreg l-andament P.N. fir-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali' tal-2013.", "Iva, fl-aħħar ta' Settembru jingħalqu għall-P.N. Il-mitt xahar mill-pubblikazzjoni tar-rapport inkwestjoni.", "Hemm sezzjoni minnu li tittratta lista sħiħa ta' raġunijiet, kemm dawk evitabbli u bosta minnhom ġeneralment inevitabbli, fejn Gvern Nazzjonalista wara, it-tluq ta' Dr Fenech Adami, kien beda bil-mod il-mod juri ċertu attitudini żbaljata, saħansitra xi xquq eżistenzjali li allavolja kienu saru attentati raġjonevoli sabiex jiġu 'estetikament' imraqqa', diffićilment kienu setgħu ġew definitivament 'imfejjqa' fiċ-ċirkustanzi ta' dawk iż-żewg Legislaturi kritići.", "Madankollu irid jingħad li analiżi mhux imtappna tad-dećennju 2004-2013 tindika li l-fokus tal-ħidma governattiva kien baqa' ġustament iċċentrat sabiex tilqa' għat-turbulenzi storići ta' dawk is-snin socio-ekonomikament diffiċli u anzi saħansitra mqallba.", "Dwar din il-parti, ftit kien baqa' u għadu rilevanti li wieħed ikompli jikkummenta allavolja għandha eventwalment tgħin isservi ta' 'eye-opener' jekk u meta xi darba l-Partit jerġa' isib ruħu fit-tmun tat-tmexxija tan-Nazzjon.", "Iżda l-essenzjal issa huwa li nagħrfu ngħaddu għas-sezzjoni tar-rapport li elenkat u stħarrġet is-serje twila ta' raġunijiet li inkludew għexieren ta' 'nuqqasijiet' strettament INTERNI li kienu ġew irrappurtati lill-membri tal-kummissjoni tul il-perijodu immedjatament post-elettorali tar-Rebbiegħa 2013.", "F'dan il-kohort partikulari hemm lott sostanzjali mill-osservazzjonijiet li kien ikkorresponda u ġie mitqies bħala popolistikament ipperćepit tul dik il-ħabta.", "Iżda l-maġġoranza stragrandi tal-punti mqanqla li kienu ġew sottoposti lill-Kummissjoni kienu tabilħżaqq konkreti u jikkoinćidu mar-realta' bħala stat ta' fatt. Dwar din il-parti hemm litteralment patafjun x'jiġi osservat u ikkumentat: kemm dawn l-ilmenti interni u suġġerimenti awto-kritići tabilħaqq ingħataw widen u kemm loġikament gew inkorporati bħala qafas tal-ħidma organizattiva u strategika tal-partit tul dawn l-aħħar MITT XAHAR.", "U dan l-iskrutinju intern aġġornat bi ħsiebni nikkummentah 'bla kantunieri' u nagħmel mezz li jasal fejn għandu ġustifikatament, validament u effettivament jasal.", "Għalhekk, kull min għandu iniżjattiva u ħin x'jiddedika sabiex jikkolabora miegħi f'dan ix-xoghol interessanti daqs kemm jidhirli li huwa vitali kemm għall-avvanz tal-istatura attwali tal-partit u allura kif ukoll għall-gwadann tal-pajjiż, jista' jagħmel kuntatt miegħi personalment fuq: hermangele1@gmail.com Share this: Twitter Facebook More Print WhatsApp Like this: Like Loading…"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/09/kun-il-bidla-il-partit-nazzjonalista-bela-s-sunnara-ta-elezzjoni-bikrija/", "date": "2021-09-09 06:30:51", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn qarrej ta' dan il-blog Kun il-Bidla huwa l-motto li l-Partit Nazzjonalista qiegħed juża u ser juża għall-kampanja elettorali li jmiss.", "Kun il-Bidla, qed tintuża sabiex dawk in-nies kollha ta' rieda tajba, jkunu parti mill-bidla li l-partit qed jesiġi li sseħħ.", "Il-problema hija waħda.", "In-nies diġa' taw sinjal ċar lill-Partit Nazzjonalista li riedu l-bidla, iżda trid tkun wiċċek u l-warrani l-istess biex dak li vvutaw għalih it-tesserati, issa qed jintuża bħala kampanja mill-istess nies li l-bidla opponuha bi kbir.", "Hu din mhix il-problema l-kbira.", "Robert Abela tefa' sunnara f'oċean, u niskanta kif dawn il-professuri, li jafu kollox u ma jiżbaljaw qatt, mhux is-sunnara biss belgħu, iżda anke l-qażba tas-sajd.", "Il-Prim Ministru xi xahar ilu ta x'jifhem li l-elezzjoni ser issir dalwaqt, u ħoll xagħrek u ġib iż-żejt, il-Partit Nazzjonalista beda minnufih bil-kampanja.", "Ħafna press conferences, diġa' bdew jitwaħħlu l-bill boards fit-toroq, u bdew jintefqu l-flejjes għall-kampanja.", "Issa ejja nassumu li l-elezzjoni sseħħ fi żmienha, taħsbu li l-partit jista' jwassal għall- kampanja daqshekk twila?", "Għandu finanzi li jwassluh s'hemm?", "Jew Robert Abela tmejjel waħda bihom nobis?", "Possibli li Peregin ma xamm xejn minn din il-mossa strateġika li tagħti vantaġġ enormi u tkompli żżid il-maġġoranza assoluta li għandu l-Partit Laburista?", "Tgħid dan Peregin jiswihom il-flus li qed jitħallas, jew ser ikompli jniżżel lill-partit fl-abbissi?", "Il-partit u l-kunsilliera jridu jifhmu li l-bidla trid issir mill-għeruq nett u mhux waħda estetika li min għalikom tkunu qed titnejku bin-nies.", "In-nies m'għadhomx ċwieċ.", "Nispera li verament isseħħ il-bidla billi jiġu totalment esklużi dawk li ħlief ħsara ma għamlux lill-partit f'dawn l-aħħar tliet snin."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/09/il-partit-nazzjonalista-jibdel-il-verzjoni-tieghu-dwar-jekk-hax-flus-minghand-yorgen-fenech-jew-le/", "date": "2021-09-09 06:39:59", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku F'Marzu li għadda Chris Peregin kien mistieden jagħmel intervista lil Dr Bernard Grech il-Ħadd filgħodu.", "Fost ħafna mistoqsijiet kien hemm waħda partikulari li kienet tgħid xi ħaġa hekk: \"Smajna li l-PN taħt Delia rċieva flus mingħand Yorgen Fenech għal salarji tal-ħaddiema anke wara li kien magħruf li huwa s-sid ta' 17 Black.", "Qed issir investigazzjoni interna, ħa tagħti dawn il-flus lura?\"", "Nixtieq nistaqsi lil Peregin x'qed jagħmel hu, bħala l-istrateġista prinċipali tal-Partit Nazzjonalista, dwar din l-istorja?", "Qed jitkellem mal-persuna inkarigata mill-finanzi biex jara eżatt meta u kemm ingħataw, jekk ingħataw, flus minn għand Yorgen Fenech?", "Jekk verament kienu ingħataw dawn il-flejjes meta se jikkonfermalna li kienu ngħataw u jekk ingħatawx lura?", "Fuq kollox, kif qed isir l-arranġament biex jitħallsu lura dawn il-flus?", "Sar xi arranġament mal-kumpanija ta' Yorgen Fenech bħal ma sar mal-offiċju tal-VAT?", "Qed ngħid dan għax dak in-nhar li Peregin għamel l-intervista lil Dr Grech, ir-risposta għall-mistoqsija miktuba aktar 'l fuq kienet \" Jekk ingħataw flus aħna dawk il-flus ma rriduhomx .\"", "Kien ċar Dr Bernard Grech li ma riedx flejjes mingħand Yorgen Fenech, mela huwa importanti li l-Partit Nazzjonalista jkun ċar anke issa u jgħid jekk irċeviex flus verament u jekk u kif qed jagħtihom lura.", "Imma issa għandna verżjoni differenti minn Mark Anthony Sammut li huwa l-President tal-Kunsill Ġenerali, l-għola organu fil-Partit Nazzjonalista.", "Bħala President tal-għola organu tal-Partit suppost dak li jgħid ikun viċin is-sewwa u mingħajr tidwir tal-kliem.", "Dan ma tkellimx f'xi każin tal-Partit, imma rrisponda mistoqsija wara li kien għadu kif wassal messaġġ waqt konferenza stampa.", "Il-ġurnalista tal-ONE staqsa lil Mark Anthony Sammut \" F'Marzu Bernard Grech kien qal li ser jagħti l-flus lura li ta Yorgen Fenech meta kienu jmorru għandu sħabkom sa ftit ilu.", "Tafu tgħidulna kemm tajtu lura sa issa? \"", "Mark Anthony Sammut stqarr: \" Mindu kien sar magħruf li Yorgen Fenech huwa s-sid ta' 17 Black, il-Partit Nazzjonalista ma daħħal l-ebda donazzjoni mingħand Yorgen Fenech. \"", "Mela liema verżjoni se nemmnu?", "Dik li qal Bernard Grech li suppost ingħataw lura l-flus mogħtija minn Yorgen Fenech wara li kulħadd sar jaf li huwa s-sid ta' 17Black.", "Jew il-verżjoni tal-President tal-għola organu tal-Partit Nazzjonalista, il-Kunsill Ġenerali, is-Sur Mark Anthony Sammut, li qal li l-Partit Nazzjonalista ma ħax donazzjonijiet minn għand Yorgen Fenech meta ħarġet l-aħbar li hu kien is-sid ta' 17Black.", "Infakkar li dak iż-żmien, il-kap tal-partit kien Adrian Delia u fuq din l-istorja kienet saret kampanja kbira kontra l-istess Adrian Delia.", "Mark Anthony Sammut f'din l-istess konferenza talab investigazzjoni kriminali fuq il-Partit Laburista dwar l-allegazzjoni li ħarġet fuq il-ġurnal The Sunday Times li kixfet kif kumpanija marbuta mal-Partit Laburista kienet ser tirċievi €200,000 fuq medda ta' 33 xahar minn għand Yorgen Fenech.", "Biss ta' min jinforma lil Mark Anthony Sammut li dan il-moviment ta' flus, jekk kien se jseħħ dan l-avveniment, kien qed jaħmi ruħu qabel ma' Malta saret taf li Yorgen Fenech kien is-sid ta' 17Black.", "Din l-informazzjoni ġġorr magħha piż kbir, għax qisu ż-żewġ partiti qed jagħmlu differenza meta ħarġet l-aħbar li 17Black kienet ta' Yorgen Fenech.", "Fil-fatt il-kelliema tal-konferenza marru d-depot fejn talbu lill-Kummissarju tal-pulizija jinvestiga kif qed ikun iffinanzjat il-Partit Laburista."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/09/il-pannelli-fuq-art-agrikola-il-pn-sew-qed-jghid-sew-li-mhux-posthom-fir-raba-taghna/", "date": "2021-09-09 06:51:36", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Naqbel perfettament mal-kelliema waqt konferenza stampa li saret ġewwa l-Imġarr.", "Janice Chetcuti, Robert Cutajar u Edwin Vassallo qablu li l-politika tas-solar farms hija tajba.", "Imma ma jistgħux jaċċettaw li tagħmel solar farm fuq art li hija fertili għall-agrikoltura u li għadha tinħadem sal-lum.", "Imma possibbli li hemm għalfejn neqirdu ħaġa biex nagħmlu oħra.", "Dan l-aħħar qed naraw jiżdiedu l-applikazzjonijiet għal solar farms fuq art tajba għall-agrikoltura, għalkemm min qed japplika jaf li solar farms ma jistgħux isiru fuq art agrikola.", "Saħansitra qed jintalbu solar farms fuq is-saqaf ta' greenhouses.", "M'inhiex espert imma naħseb li l-prodott fil-greenhouse għandu bżonn ħafna xemx u jekk jitwaħħlu fuq greenhouse x-xemx tant bżonnjuża kif se tippenetra.", "Fi kliem ieħor, hemm żewġ strutturi kontra xulxin jikkompetu għall-enerġija.", "Meta kienu qed jindirizzaw din il-konferenza l-kelliema marru ħdejn l-art fl-Imġarr u sewwa għamlu għax barra l-messaġġ tagħhom, hemm il-viżwal li kien jidher b'mod ċar li l-art warajhom kienet art agrikola.", "Possibbli li ma hemm imkien iżjed fejn isiru dawn il-farms?", "Possibbli li hemm bżonn tinqered 43,000 metru kwadru ta' art tajba li tinħadem mill-bdiewa?", "Mhux diġa msallbin il-bdiewa, hemm għalfejn insalbuhom iżjed?", "Il-kelliema huma konxji bil-ħafna applikazzjonijiet li hemm barra dik tal-Imġarr.", "Fosthom hemm il-Manikata, il-Mellieħa u Burmarrad.", "Dawn tliet lokalitajiet fejn l-art hija saqwija u tajba għat-tkabbir tal-prodott.", "Il-kelliema qed jissuġġerixxu li qabel jinħarġu l-permessi jaraw li l-applikazzjoni tkun ikkonsidrat il-kampanja tagħna u li ma jinqerdux għelieqi li jistgħu jinħaddmu.", "L-Awtorita' tal-Ippjanar ma jistax jgħid iva għal kull applikazzjoni mingħajr ma jistħarreġ il-ħsara li solar farm jista' jagħmel fuq art agrikola.", "Ma jistax ikun li Gvern ibaxxi rasu għal kull rikjesta u ma jagħtix każ li minn dawk l-għelieqi hemm familji li qed jieħdu l-għajxien tagħhom.", "Kemm se ndumu nisirqu art fertili lill-bdiewa.", "Dawn għandhom dritt għax-xogħol tagħhom bħal kull Malti u Għawdxi ieħor.", "Aħna l-poplu għandna wkoll dritt li naraw li l-bdiewa jaħdmu u jaqdu dmirhom mingħajr wisq tbatija u bl-aħjar mod, għax aħna wkoll għandna dritt nieklu mill-prodott bnin Malti.", "Il-Gvern ma jistax jaqbad u jiddeċiedi fuq il-premessa li għax ma laħaqx il-livelli meħtieġa ta' eletriċita mix-xemx, jaqbad u jikkonċedi applikazzjonijiet li jeqirdu flok jgħinu.", "Il-Gvern hemm bżonn li jimpenja ruħu biex isib soluzzjonijiet oħra mingħajr ma jeqred art ħawtiela għall-bidwi Malti.", "L-art agrikola għandha bżonn ta' protezzjoni għax minnha rridu nkomplu nieħdu ikel frisk u bnin.", "Ma nistgħux biex nilħqu l-miri obligatorji tal-enerġija rinovabbli, neqirdu kważi l-uniku produzzjoni Maltija.", "Flok nattakkaw l-għelieqi fertili għax ma nipproponux li jitpoġġew pannelli fuq il-fabbriki li nsibu f'Malta u Għawdex.", "Jekk tħares lejn lejn iż-żona industrijali ta' San Ġwann, tinduna li hemm ħafna soqfa bla użu ta' xejn.", "Għaliex dawn ma għandhomx jinksew bil-pannelli solari.", "Ħafna minn dawn il-postijiet huma propjeta tal-Gvern li allura għandu dritt jara kif jagħmel użu minnhom l-aħjar użu.", "Allura għax ma għandhomx isiru?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/14/ghaliex-proposta-dwar-l-ghoti-ta-kimoterapija-fid-djar-mill-partit-nazzjonalista-ma-tistax-tittiehed-bis-serjeta/", "date": "2021-09-14 09:30:17", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bernard Grech tella' post fejn qal li jekk il-PN jitla' fil-gvern, il-kimoterapija tibda tingħata b'xejn mid-dar.", "Din wasslet għar-reazzjoni minn persuna li taf x'jiġifieri l-kimoterapija u kitbet hekk: Jien minhix mediku.", "Staqsejt persuna fil-mediċina u qalli hekk \" Il-Kimoterapija fi sfont ta' kura onkologika mhix intenzjonata li tiġi amministrata fuq bażi domestika jewwilla l-pazjent jagħmel self-monitoring immedjatament wara li jirċievi d-doża tas-sustanza inkwestjoni.", "Dan mhux biss in konsiderazzjoni tan-natura tat-taħlit ta' mediċinali diversi bi proprjetajiet tossiċi gravi iżda anke minħabba t-tip ta' side effects qawwija li jistgħu ġeneralment jaqilbu ħafna lill-pazjenti u mhux waqt jew dlonk wara l-amministrar tal-injezzjoni stess.", "Dawn iċ-ċirkustanzi huma aktar prekarji f'individwi ta' eta' avvanzata u li jgħixu waħidhom.", "Domiciliary chemotherapy mhux la kemm tqabbilha, per eżempju mal-ambulatory peritoneal dialysis li jkunu ġew imħarrġa u irresponsabilizzati pazjenti morda bil-kliewi, u li tkun falliet il-ħidma tagħhom.", "Mela l-proċess ta' kimoterapija d-dar, anke jekk f'xi każi magħżula b'ċertu attenzjoni u rettezza jista' iseħħ, din tibqa' proċedura riskjuża u totalment inabittwali .\"", "B'hekk miżura bħal din mhux ser tinstema razzjonali u jkun hemm reazzjoni bħal ma kien hemm mis-sinjura Maria Mariella Attard.", "Infakkar li mhix użanza medika razzjonali meta suppost għandek il-viċinanza maċ-Ċentri tas-Saħħa, li s'issa lanqas dawn ma ġew inkorporati fil-protokolli tas-servizz onkoloġiku nazzjonali minħabba nuqqas loġistiku ta' taħriġ tal-personnel kliniku adegwat.", "Mela kieku l-Partit Nazzjonalista ried ikun aktar kredibbli kien jagħmel miżura fejn kien jindirizza dan il-qasam u jipproponi li dan it-trattament jibda' jingħata f'ċentri tas-saħħa reġjonali jew distrettali li jkollhom professjonisti speċjalizzati jaħdmu fihom.", "Infakkar li l-politika Nazzjonalista għandha tkun li nsaħħu ir-riżorsi umani l-ewwel imbagħad il-faċilitajiet klinici offruti f'Ċentri tas-Saħħa u li dawn ikunu 'upgraded' skont ix-xjenza u teknoloġija medika li dejjem qed tavvanza.", "Infakkar li fil-manifest elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista kien diġa' ipproġetta network ta' sptarijiet żgħar reġjonali sabiex inaqqas l-affluwenza klinika esaġerata fuq l-Isptar Mater Dei.", "Dan apparti li kellu jingħata impetus trasformattiv komprensiv lill-isptar San Luqa.", "Illum din il-proposta hija aktar valida u dan l-isptar hawn bżonnu qatigħ minħabba d-demografija espansiva li seħħet b'mod ħesrem tal-gżejjer Maltin.", "Qed nikteb dan biex nuri kemm dan il-Partit Nazzjonalista jrid joqgħod attent bil-proposti li jagħmel jekk irid ikun kredibbli.", "Nifhem li Bernard Grech mhux tabib, imma nifhem ukoll, li madwaru għandu jkollu esperti li jafu jagħtu direzzjoni tajba jekk irid ikun kredibbli mal-elettorat u jibda jara fih il-Prim Ministru tal-futur."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/14/il-vizjoni-ta-eddie-fenech-adami-ghal-malta-tkompli-thalli-l-frott/", "date": "2021-09-14 15:44:56", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Kemm għandhom ikunu grati l-Maltin u l-Għawdxin għall-viżjoni ta' Eddie Fenech Adami u l-Gvern tiegħu li ħasbu, ħadmu u rnexxielhom idaħħlu lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "U dan ma għamluhx għax kellhom xi fissazzjoni huma, imma dan għamluh wara li staqsew lill-poplu f'referendum għax din kienet deċiżjoni li kienet se tolqot lil kull Malti u Għawdxi.", "U l-poplu rrisponda u qal iva għas-sħubija u ma tax każ l-Iżvizzera fil-Mediterran.", "Kemm għandna għaliex inkunu grati lejn dawk l-imħuħ li mexxewna f'dik it-triq.", "U llum għax m'aħniex makku għandna lill-Prim Ministru ta' pajjiżna jpoġġi fuq l-istess mejda tal-membri kollha.", "Għandna kap tal-gvern li jmur u bi dritt jinnegozja għall-flus li Malta tista' takkwista għall-ġid tal-poplu kollu.", "Grazzi għal dan kollu TVM għadu kif xandar li se tiġi Malta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola Von der Leyen.", "Din se tkun Malta l-Ħamis 16 ta' Settembru 2021 biex tibda tagħti l-ewwel pagament lill-pajjiżna minn €345 miljun allokati mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-flejjes huma parti mill-pjan ta' rkupru u reżiljenza approvat mill-Kummissjoni Ewropea stess biex pajjiżna jirkupra mill-effetti ekonomiċi li ħalliet fuqna l-pandemija.", "Ebda balena ma belgħetna.", "Ebda pajjiż kbir ma kissirna.", "Ebda ħadd ma tellifna li niġġieldu għall-biċċa tagħna.", "U hekk hu, għax nhar il-Ħamis Von der Leyen se tiġi fostna biex personalment tippreżenta b'mod uffiċjali l-ewwel minn sensiela ta' pagamenti lill-awtoritajiet Maltin.", "Il-President Von der Leyen qed iżżur il-Pajjiżi Ewropei kollha biex tqassam l-ewwel partijiet ta' dak li jmiss lil kull pajjiż wara li sar ftehim ma' kull kap tal-pajjiż individwali.", "Bil-fors ikollok tiftaħar li aħna parti mill-Unjoni Ewropea.", "Kieku, għas-saħħa tal-argument, ma konniex parti minn din l-Unjoni, x'konna nagħmlu pajjiż waħdu?", "Min kien se jgħina?", "Dawn huma mumenti li kull wieħed u waħda minnha għandhom iħossuhom kburin li aħna parti minn dan il-klabb, u li qed nirċievu tant għajnuna minn għandu, li lilna jgħina naffrontaw il-problemi u d-diffikultajiet li affaċċjajna minħabba l-pandemija.", "B'dawn il-flus li se tippreżenta lil Malta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern Malti diġa ppreżenta l-pjan tiegħu, fejn se jitwettqu 17-il proġett u inizjattiva.", "Malta hija kommessa li 49% tal-fondi jindirizzaw l-ambjent bi proġetti marbuta mat-tibdil fil-klima, 26% mat-tranżizzjoni diġitali u riformi marbuta mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi li saru mill-Kummissjoni Ewropea stess għas-snin 2019 u 2020.", "Aħna kburin li aħna Maltin.", "Aħna kburin li aħna Ewropej.", "Aħna kburin li aħna parti mill-Unjoni Ewropea."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/14/semmi-lil-xi-hadd-u-jidhirlek/", "date": "2021-09-14 20:15:42", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dal-għodu, tellajt artiklu fejn semmejt lil Godfrey Grima, persuna li għandi stima lejha.", "Illum dehret mill-ġdid fil-Malta Today l-aħbar tal-mewt ta' Godfrey Grima.", "Jidher li Malta Today ħadu żball tekniku għaliex reġgħu tellgħu din l-istorja bħal li kieku ġrat illum.", "Żball li kulħadd jista' jieħu.", "Biss meta rajtu għidt: sewwa jgħid il-Malti, semmi lil xi ħadd u jidhirlek."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/15/bernard-grech-jghid-li-il-glieda-ta-adrian-delia-kontra-il-vitals-hija-wahda-tal-partit-kollu/", "date": "2021-09-15 05:44:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku \" Il-Ġlieda Ta' Adrian Delia Kontra Il-Vitals Hija Waħda Tal-Partit Kollu \", qalilna Dr Bernard Grech meta kien qed jirrispondi mistoqsijiet dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar is-settur tas-saħħa, fl-Imqabba.", "Fuq hekk nistgħu naqblu żgur ma' Dr Grech!", "Imma għala din qed tintqal issa?", "Milli jidher, Dr Adrian Delia jista' jerbaħ il-kawża tiegħu, u b'hekk kulħadd irid jingħaqad miegħu.", "Imma għala, daqshekk avukati fil-Partit Nazzjonalista ma ngħaqdux miegħu qabel?", "Jistgħu jagħtuna raġuni waħda għaliex ma jngħaqdux ma' Dr Delia meta fetaħ il-kawża waħdu?", "Jistgħu jispjegawlna minn xix beżgħu meta Dr Delia staqsihom biex jingħaqdu miegħu?", "Jistgħu jgħidulna għaliex lanqas darba ma kienu preżenti fil-qorti kull darba li tresqet il-kawża?", "Jistgħu jgħidulna llum għalfejn iridu li l-kawża tiġi mifruxa fuq il-partit kollu?", "F'din is-sessjoni ta' Q&A, Bernard Grech kien mistoqsi dwar l-isptarijiet tal-Vitals.", "Wara li ta r-risposta tiegħu huwa kompla hekk u se nikkwota kelma b'kelma dak li qal: \" Jekk tippermettuli wkoll, għax inkun qed nonqos jekk ma nagħmilx dan.", "Hawnhekk ukoll insellem lil Adrian Delia, illi anka f'dan is-sens, għamel u qiegħed jagħmel anka ġlieda importanti kontra dawn il-kuntratti u allura jien se nibqa', kif inhuwa id-dmir tiegħi bħala kollega u anka Kap tiegħu f'dan il-Partit, nagħtih l-appoġġ meħtieġ għaliex il-ġlieda tiegħu hija l-ġlieda tagħna, il-ġlieda tiegħu hija l-ġlieda tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jekk jirbaħ hu nerbħu lkoll, jekk jirbaħ hu jerbħu l-laburisti, jerbħu n-nazzjonalisti, jerbħu l-floaters, nerbħu lkoll.", "Il-ġlieda tagħna m'ihiex biss ġlieda legali imma hija wkoll ġlieda politika, rieda sħiħa li l-wegħda tiegħi nwettaqha mill-Gvern bħala Prim Ministru ta' dan il-pajjiż. \"", "Wieħed jieħu gost fuq dan il-fatt għaliex jidher li hemm tibdil ta' kif sezzjon tal-Partit Nazzjonalista tħares lejn Adrian Delia.", "Infakkar li kien hemm pressjonijiet kbar minn dawk ta' madwar Bernard Grech biex Adrian Delia ma jissemmiex.", "Mela meta kien f'waqtu li l-kap tal-Partit Nazzjonalista isellem lil Adrian Delia għax huwa biss, waħdu, ħareġ għonqu biex jirregala lura lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, l-isptarijiet.", "F'din il-ġlieda qaddisa ma sab għajnuna minn għand ħadd.", "Ebda paladin tad-demokrazija ma mar jagħtih sostenn.", "Biss nispera li dan hu għarfien ġenwin u mhux xi sajda għall-voti għaliex il-partit kellu kull possibilita' li jingħaqad fil-ġlieda mill-bidu tagħha imma beża' u beżgħu dawk id-deputati kollha, speċjalment l-avukati.", "Dr Delia refa' r-responsabilita waħdu.", "Grazzi Dr Delia għal dak kollu li qed tagħmel f'isem il-poplu Malti u Għawdxi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/15/ghaliex-il-partit-nazzjonalista-ghadu-ma-qabadx-art-quddiem-dawn-l-iskandli-kollha/", "date": "2021-09-15 05:52:22", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Huwa veru tal-iskantament kif partit fil-gvern li għandu mwaħħlin miegħu affarijiet li ma tantx huma sbieħ, jibqa' minn fuq qisu għadu jibda l-ewwel leġislatura tiegħu.", "Wara li għaddew aktar minn tmien snin imżewqin b'elenku ta' affarijiet koroh u jintnu, u xorta għadu fuq quddiem qisu xempju ta' verġinita' u trankwillita.", "Meta jiġri hekk tkun trid tħares x'qed jagħmel ħażin il-Partit fl-Oppożizzjoni li għadu ma qabadx art quddiem dawn l-iskandli kollha.", "Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li kienet kixfet ħafna skandli magħmulin minn membri fil-gvern jew ħbieb tagħhom kellu ikun biżżejjed biex il-partit fil-gvern jibda jżappap u jitlef.", "Tkompli iżżid ma' dan l-proġett tal-Electrogas u l-proġett tal-Vitals u suppost il-Gvern Laburista kellu jkun għarkubbtejh.", "Dawn it-tlieta biss, ukoll kellhom ikunu biżżejjed biex jissallab il-partit fil-gvern.", "Imma affarijiet tal-iskantament, dawn l-iskandli kollha u ma kellhom ebda effett fuq ir-renju tal-Gvern qalb il-poplu Malti u Għawdxi.", "Fuq dawn iż-żewġ proġetti hemm involuti miljuni kbar ta' Euro, imma qisu ma ġara xejn.", "Barra minn hekk qed kull ma jmur jirriżulta li kien hemm konnessjonijiet diretti ma' Kastilja.", "Għalhekk l-iskantament kif il-gvern għadu għaddej qisu dawn l-allegazzjonijiet jew fatti ma humiex imċappsin miegħu.", "L-elezzjoni tal-2017, għalkemm il-korruzzjoni kienet rampanti, xorta l-Partit Nazzjonalista qala' l-akbar tkaxkira mmaġinabbli.", "Ir-raġuni prinċipali kienet l-għajta tal-korruzzjoni.", "Kienet għajta li l-poplu ma kienx entużjast jisma'.", "Kienet l-għajta li ħonqot il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Grazzi ta' din l-għajta fid-deżert, li l-ebda persuna madwar Simon Busuttil ma xammet, il-Partit Nazzjonalista ssogra l-iżvinar totali tiegħu.", "Minn dik in-nhar il-Partit Nazzjonalista għadu ma qabadx art.", "Fl-2017 tela' xi ħadd ġdid li xtaq jibdel l-istil tal-politika, imma numru mdaqqas ta' deputati u l-akkolti kollha tagħhom, ma xtaquhiex din il-linja ta' ħsieb u rribellaw sa meta waslu biex qalftu lill-kap tagħhom stess.", "Illum b'kap ġdid l-istorja li qed tinkiteb hija fotokopja ta' dak li kien qed jagħmel Simon Busuttil.", "Tgħajjir biss lill-partit fil-gvern bil-ħsieb li jitkisser il-gvern u ninsew id-dmir ta' partit fl-oppożizzjoni li joffri, b'mod professjonali, possibbilita' ta' gvern alternattiv.", "S'issa din għada ma saritx u ma tantx qed tidher li se tkun tista' ssir.", "Barra minn hekk hemm problema kbira li meta tħares lejn il-kandidati għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, ssib li dan il-partit ma jridx jagħti każ tal-għajta tas-sostenituri tiegħu, li nieqes minn kandidati ta' stoffa.", "Għadhom ma tgħallmux minn numru kbir ta' telfiet li ilhom ilaqqtu mill-2008 'l hawn.", "Waqt li għaddejjin dawn l-affarijiet kollha l-Partit Laburista bidel il-mexxej tiegħu waqt li l-Partit Nazzjonalista bidel il-kap tiegħu.", "Imma l-problemi baqgħu hemm.", "Mal-bidla tal-Prim Ministru ebda skandlu ma ġie ndirizzat biex forsi jinxteħet wara dahar il-pajjiż.", "L-oppożizzjoni qed tibgħat messaġġi kontinwi li ma teżisti ebda ispirazzjoni min-naħa tagħha.", "Il-partit fil-gvern qed isib problemi kbar biex jinqata' mill-viċinanza tal-ex-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Il-Partit Nazzjonalista flok ħa ċertu distanzi, kompla jsaħħaħ l-affinita' mas-soċjeta ċivili, li kienet parti mill-ħadma li l-klikka valenuża wettqet fuq il-Partit Nazzjonalista.", "Anke jekk sar xi ġid miż-żewġ partiti fuq affarijiet varji, qabel ma l-Partit Laburista ma jinqata' darba għal dejjem mill-amministrazzjoni Muscat mhux se naraw jinfirxu kif suppost il-ġid li seta' twettaq għax il-ħażen għadu hemm u mid-dehra se jibqa jirrenja.", "Fil-waqt li l-Partit Nazzjonalista jekk mhux se jkun kap tiegħu nnifsu, ma jkollux irbit ma' Repubblika et al u mhux se jippurifika ruħu mill-għanqbut għajjien u antik, mhu qatt se jara xaqq dawl ta' tama.", "Donnhom iż-żewġ partiti kuntenti bl-istatus quo.", "Donnu ma hemmx enerġija biżżejjed biex it-tnejn li huma jiffaċċjaw ir-realta' u jieħdu azzjonijiet biex ifejqu s-sitwazzjonijiet relevanti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/15/ghaliex-il-frazi-partit-tal-kriminali-hija-infelici/", "date": "2021-09-15 06:25:16", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Il-Ħadd filgħodu Dr Bernard Grech kien qed jagħmel is-solitu priedka ta' nhar ta' Ħadd billi wieġeb diversi mistoqsijiet.", "Stajna nindunaw kif il-mistoqsijiet kienu preparati minn qabel għax ġew moqrija, kelma b'kelma, minn min kien qiegħed jintervista.", "Imma aktar minn hekk, Dr Grech kellu quddiemu punti mniżżlin biex jissemmew fit-tweġibiet li jkun qed jagħti.", "Sa hemm ma jimpurtax.", "Imma meta jkun qed jisħon xi daqsxejn biex jgħaqqad flimkien ir-risposta preparata tiegħu, ma għandux għalfejn jitmasħan u jgħid affarijiet li ma jistħoqqx li jkunu mlissna.", "Ħalli nagħti kelma b'kelma parti minn tweġiba għal mistoqsija li kienet tittratta l-aħbar dwar l-allegata kumpanija tal-Partit Laburista li minnha kien se jdaħħal kemxa flus tajba.", "Din li ġejja hija parti mit-tweġiba: \"… il-Partit Laburista jasal biex jagħmel minn kollox biex jieħu l-poter.", "Dawn jaħsbu illi l-poter huwa tagħhom u għalihom dejjem.", "Dawn in-nies ma jistgħux jaffordjaw li ma jkunux fil-poter, għaliex fil-poter huma, u bil-poter, jistgħu jkomplu jikkontrollaw l-istituzzjonijiet biex huma jistgħu, sħabhom u anke huma, jagħmlu li jridu.", "Imbagħad fejn għandek liġijiet bħal whistleblower, per eżempju, jintużaw.", "Taf meta ntużaw?", "Intużaw kontra Giovanna Debono, li llum il-qrati tagħna kkonfermaw għal darba, darbtejn, anke fl-appell li din kienet montatura, din kienet gidba illi qatt ma kellha titressaq 'l quddiem.", "Tal-mistħija.", "Dan huwa partit ta' kriminali li jużaw il-liġi biex joqtlu lin-nies.", "Dawn jużaw il-liġi biex jassassinaw lin-nies ……. \"", "Dan huwa kliem li ma għandux jintqal, speċjalment minn kap ta' partit.", "Dan suppost għandu jagħti l-eżempju u joqgħod lura li jagħmel insinwazzjonijiet perikulużi.", "Meta uża l-frażi ' partit ta' kriminali ' ma kienx qed jgħid biss it-tmexxija jew l-esponenti tal-partit, imma kien qed jixħet fl-ixkora lil kull min ivvota lill-Partit Laburista għax dawk jagħmlu partit.", "Mhux sewwa li tindirizza lin-nies, għax avversarji, b'dak il-mod.", "Dak li din il-frazi u ċerti diskorsi oħra qed juru huwa li Dr. Bernard Grech ma għandux team tajjeb madwaru biex jagħmillu d-diskorsi politiċi tiegħu.", "Eddie Fenech Adami kellu lil Fr. Peter jagħmillu d-diskorsi tiegħu.", "Dik il-figura llum hija nieqsa mill-Partit Nazzjonalista u r-riżultat qiegħed hemm biex jarah kulħadd."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/15/il-veru-bidla-trid-tibda-mill-partit-nazzjonalista-nnifsu/", "date": "2021-09-15 06:32:55", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Il-Partit Nazzjonalista ħareġ bis-slogan tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li ġejja u qed jistieden lin-Nazzjonalisti kif ukoll oħrajn li huma mdejqin bil-partit fil-Gvern, biex ikun il-bidla miegħu.", "Il-Partit Nazzjonalista ħalla din is-slogan vaga.", "Għaliex?", "Għax jista' jkun hemm żewġ tipi ta' bidla.", "Dik li suppost tkun mixtieqha b'mod awtomatiku, jiġifieri l-bidla fil-gvern jew fil-poter.", "Imma hemm ukoll dik il-bidla li ilhom jistaqsu għaliha tant votanti Nazzjonalisti, dik li l-Partit Nazzjonalista jinbidel internament.", "Kif inhu kompost il-Partit Nazzjonalista llum, qed jirrifletti negattivita, qed iġib miegħu stampa kerha ta' telfiet, waħda wara l-oħra għal dawn l-aħħar 13-il sena, minn wara l-2008.", "Ħafna votanti tal-partit ilhom jibagħtu messaġġi li jekk mhux se jkun hemm tindifa minn ġewwa, jkun inutli li jkun hemm tindifa minn barra.", "Il-partitarji tal-partit jixtiequ jaraw kanċellazzjoni ta' ħafna ismijiet minn kandidati tal-partit.", "Iridu jaraw lil dawk li kienu fl-esekuttiv ta' Gonzi, jitwarrbu jew jiġu mitluba jagħmlu diversi passi lura u jdendlu x-xugaman politiku tagħhom, dejjem għal ġid tal-partit.", "Imma skond l-istess website ġdida li għadu kif nieda l-Partit Nazzjonalista, barra Therese Comodini Cachia u forsi Claudio Grech, d-deputati kollha se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Dan ifisser li dawk l-uċuh li huma marbutin mad-disfatti tal-aħħar snin reġgħu se jkunu fuq il-karta tal-vot u mingħajr mistħija ta' xejn qed jerġgħu jitolbu l-vot tagħna wara dawk it-tkaxkiriet li ħallewna misluħa tul dawn l-aħħar snin.", "Imma la l-amministrazzjoni ma kienetx kapaċi tagħmel dmirha, qed iħallu l-azzjoni tagħna titkellem.", "U hekk hemm bżonn li nagħmlu.", "Mela li l-Partit ma kienx kapaċi jwaqqaf lil dawk l-uċuh kollha li huma mċappsin ma' daqstant telfiet, se jkun dmirna li lil dawn in-nies ninsew isimhom u ma niktbu ebda numru ħdejhom.", "Minn wara l-2013 l-Partit Nazzjonalista bidel tliet Kapijiet.", "Ebda wieħed minnhom ma ndenja ruħu jqalfat il-barra nies li fissru damdim elettorali u speċjalment kienu dawk li rribellaw kontra Kap tagħhom.", "Fi żmien Simon Busuttil dan ma ħa ebda azzjoni biex inaqqas minn dawn id-dinosawri biex jidħol biċ-ċans.", "Għall-kuntrarju l-għajta tal-korruzzjoni kienet qed tintgħamel minn dawk il-vuċijiet li kien ilna nisimgħuhom snin u Busuttil kull ma għamel kompla tahom il-pjattaforma biex ikunu miegħu fuq quddiem kontra l-korruzzjoni.", "Wara tfaċċa Adrian Delia, li b'dawk l-intenzjonitajiet tajba kollha, sab attakk frontali kontra tiegħu mill-istess nies li xtaq iwarrab.", "B'attakki bħal dawk minn klikka magħquda u mmexxija minn nies li mhux suppost waslu sa hemm, ma setgħax jieħu deċiżżjonijiet drastiċi għax kien jispiċċa ħażin ma ta' madwaru kollha.", "Fil-fatt, meta tħares lura, tgħid li kien ikun ħafna aħjar, kieku ħa d-deċiżjonijiet li tant kienu mixtieqa.", "Spiċċa twarrab xorta waħda u daħal Bernard Grech.", "Dan, lanqas kieku ried, ma setgħax u ma jistgħax jieħu ebda deċiżżjoni kontra din il-klikka, għax kienet il-klikka stess li poġġietu hemm.", "Mhux talli hekk talli reġa' tahom saħħa enormi u jiddefendihom kull opportunita' li jkollu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/15/messaggi-kontradittorji-minn-jason-azzopardi-u-bernard-grech-fuq-il-greylisting-ta-malta/", "date": "2021-09-15 06:48:50", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Nhar il-Ħadd, waqt li Bernard Grech kien qed ikun intervistat ġie mistoqsi dwar il-website l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista 'kun il-bidla'.", "Bħala parti mit-tweġiba tiegħu Dr Grech semma l-greylisting ta' Malta.", "L-ewwel darba li semmieha Dr Grech kien qalilna, kważi wegħedna, li hu se joħroġ lil Malta mill-greylisting fi żmien tliet xhur.", "Ma kienx rabat din il-wegħda ma xi data tal-elezzjoni ġenerali imma kien qal li meta jieħu l-poter f'idejh joħroġ lil Malta mill-greylisting fi żmien 3 xhur.", "Mela kulħadd fehem li jekk l-elezzjoni ssir f'Novembru u jerbaħ Dr. Grech, Malta toħroġ mill-greylisting sa Frar tas-sena 2022.", "Fuq dan il-punt, dan is-sit tella' numru ta' artikli miktuba mill-kummentatur regolari tiegħu li jiffirma osservatur politiku.", "Issa ejja naraw x'qal waqt l-intervista tal-Ħadd li għadda b'reazzjoni għal dawn l-artikli. \"", "Meta nsemmi il-greylisting ħafna nies jgħiduli, imma kif ħa tagħmel fi tliet xhur toħroġ lil Malta mill-greylisting?", "Issa ftit ilu smajna li qegħdin jikkalkolaw tmintax-il xahar biex noħorġu mill-greylisting.", "Mela sewwa għidt jien.", "Jekk l-elezzjoni ssir f'postha, f'Ġunju, u żżid tliet xhur, meta għidtha, taf kemm kien fadal?", "Kien fadal sena u erba' xhur.", "Mela kont qed ngħid affarijiet sew li nistgħu noħorġu lil Malta mill-greylisting ….\"", "Biss l-anqas leħaq spiċċa dan id-diskors tiegħu, li din l-affermazzjoni ġiet miċħuda din id-darba minn ħadd ħlief Jason Azzopardi.", "L-għada t-Tnejn, Azzopardi mar jitkellem fuq Lovin Malta.", "Waqt din l-intervista, Jason Azzopardi qal li qabel ma korrotti bħal Konrad Mizzi jinstabu ħatja tal-korrozzjoni, Malta ma titneħħix minn fuq il-greylisting.", "Tant kemm dan l-istatement intlaqa' tajjeb minn Lovin Malta li għamlitu bħala titlu tal-artiklu tagħha dwar din l-intervista ta' Jason Azzopardi.", "Mela jekk dan hu minnu, żgur li ma jistax il-PN ineħħi lil Malta minn fuq din il-lista fi żmien tliet xhur, irrispettivament ta' meta ssir l-elezzjoni, dan għaliex biex politiċi bħala Konrad Mizzi jinstabu ħatja, jridu jgħaddu aktar minn tliet xhur minn fuq l-elezzjoni.", "L-ewwel iridu jitressaq il-qorti mill-pulizija.", "Dan hu proċess twil, sakemm ma hux ġa qed isiru l-preparamenti u l-arrangamenti minn qabel biex dawn jiġu kkundannati fi żmien tliet xhur!", "Dak li hu żgur hu li Jason Azzopardi ġa għamilhom ħatja u la darba għamilhom ħatja huwa, dawn iridu jinstabu ħatja bil-fors mill-qrati tagħna.", "Biss xorta niddubita kemm dawn jistgħu jinstabu ħatja fi żmien daqshekk qasir!", "Inħalli f'idejn il-qarrejja ta' dan is-sit biex jiddeċidu waħedhom min qed jipprova jqarraq.", "Meta l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista jlissnu xi ħaġa għandhom jaraw li tkun kredibbli u mhux jispiċċaw jippruvaw jgħaddu lin-nies minn għajn il-labra.", "Meta titlissen xi ħaġa, il-poplu jrid jifhem sew dak li jkun intqal.", "Ma jistax jiġi, wara ftit żmien, li wieħed jipprova jdawwar dak li jkun intqal, għax jispiċċa ma jitwemminx."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/11/herman-farrugia-ser-jipprezenta-protest-lill-kummissjoni-dixxiplina-tal-partit-nazzjonalista/?amp=", "date": "2021-09-11 10:52:13", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Advertisements Messaġġ li bgħattli Hermann Farrugia qalli li \" Nhar it-Tnejn ser inkun qed nippreżenta kwerela-protest lill-Kummissjoni Dixxiplina/ Kandidati tramite l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista bl-intenzjoni li jiġi ssalvagwardat l-istatut ġdid fjamant tal-Partit Nazzjonalista (2020) kif approvat unanimament mill-Kunsill Ġenerali. \"", "U kompla jiktibli u jgħidli: \"Il-punt kollu huwa li l-istatut il-ġdid espliċitament jistabbilixxi li għandu jiġi mħaddan minn kull tesserat (aħseb u ara suppost japplika għal kull kandidat/a tal-Partit Nazzjonalista hekk kif approvat/a mill-Kumitat Esekuttiv u allura mill-kap 'l isfel) f'sezzjoni 1, Viżjoni u Missjoni\", artiklu 2, paragrafi (2)(10a)(11) kif ukoll f'sezzjoni 2 \"Sħubija\", artiklu 4 paragrafu (1b), il-membri kollha tal-partit għandhom l-obbligu sagrosant li jirrispettaw u anzi saħansitra jipproteġu l-ħajja umana mill-bidu nett tat-tnissil sal-aħħar nifs.", "Naturalment, dan kollu Bernard Grech konvenjentement insih, probabbilment għax ġie żgwidat mill-illustri presidentessa għar-'Riċerka Politika' u minn ħabibtha intimissima, il-kandidata pro-choice ippatentjata li paradossalment ħatarha tikkoordina ħidma tal-partit bl-isem 'Qatt aktar'/'Never again'!\""]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/09/il-media-tal-isqfijiet-tohrog-tiddefendi-l-fake-news-ta-manuel-delia/", "date": "2021-09-09 21:24:21", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ, Manuel Delia tella' artiklu wara li jien ktibt artiklu fejn għidt li mhux veru li Yorgen Fenech qed ibabas il-magni tal-logħba.", "Mela dan wassal biex Jurgen Balzan, il-ġurnalist tal-Media tal-isqfijiet kiteb artiklu u qal li Tumas Group ċaħdu dak li għidt jien, jiġifieri li huma jużaw in-Novomatic.", "Mela dan juri li ma hemmx kuntatt bejni u bejn it-Tumas group kif allega Manuel Delia.", "Mela skont Jurgen Balzan u hawn ser nikkwota minn Newsbook bil-Malti u x'qalu dwar it-Tumas Group: Bl-Ingliż kienet aktar konċiza l-aħbar u kienet tgħid hekk: Biss fl-istess nifs u ftit qabel l-istess media tal-knisja qalet li t-Tumas Group ma ċaħdux dak li kiteb Manuel Delia li Novomatic kienu qatgħu s-servizz tagħhom mat-Tumas Group.", "Bil-Malti qegħdha hekk: u bl-Ingliż, Balzan kiteb hekk: Jista' dan il-ġurnalista jew ġurnalisti għorrief tal-media tal-isqfijiet jispjegali kif kumpanija tista' taqta' kuntatti ma' Casino ġewwa Malta meta ftit qabel qalu li ma kienetx qed tagħtih servizz?", "Qed nikkummenta dan biex nuri l-aġenda moħbija li l-media tal-isqfjiet għandha kontra n-nies u mbagħad jiġi xi isqof u jipprietka fuq il-verita'.", "Il-verita' hija li l-isqfijiet Maltin illum f'kukkanja ma' Manuel Delia u jaraw kif jiddefendu l-gideb tiegħu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/10/min-verament-ghandu-mohh-ta-beccun/", "date": "2021-09-10 11:53:43", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Ġejna onorati b'artiklu miktub mill-Professur tal-Mediċina, Dr Kevin Cassar, li għoġbu jikteb elenku ta' tgħajjir lejn Maltin u Għawdxin ħutu, b'referenza speċjali lejn is-sostenituri tal-Partit Laburista fuq dan sar fuq il-media tal-knisja.", "In-narrattiva ta' dan l-artiklu tikkonċentra fuq l-injoranza li, skond hu, hija rampanti f'pajjiżna.", "Dan il-Profs jgħidilna li n-nuqqas ta' edukazzjoni li għandna madwarna hija xi ħaġa li għandu biex jiftaħar il-Partit Laburista, għax huwa dan li l-istess partit li qed jirrenja fil-popolarita' minħabba l-injoranza.", "Ħa nislet biċċiet mill-artiklu biex nuri x'kiteb.", "Huwa jqabbel pajjiżna mal-Fillandja u jipprova jgħid li kieku l-Gvern Laburista qiegħed hemm ma kienx jagħmel ġurnata fil-Gvern.", "Huwa kiteb hekk: \" Bil-legat impestat tiegħu, il-Partit Laburista ma kienx jagħmel iżjed minn ġurnata fil-Gvern… \" Cassar kompla li pajjiżna tant għandu livell baxx ta' edukazzjoni bil-Partit Laburista fil-Gvern jeżistu nies li jakkwistaw ċertu garanziji.", "Imma araw f'hix. \"", "Pajjiż b'livell edukattiv daqshekk baxx huwa garanzija ta' suċċess għall-frodisti, qarrieqa, brikkuni u viljakki.", "Imma tippermetti wkoll lill-mexxejja politiċi li jagħmlu stqarrijiet foloz, gideb sfaċċat, deċiżjonijiet ħżiena u anki atti intenzjonalment kriminali – u xorta jitilgħu sparati, b'maġġoranza akbar .\"", "Aqraw x'qalilhom li dawk is-sostenituri tal-Partit Laburista. \"", "Ir-raġuni ewlenija għala daqstant eluf jibilgħu kollox hija n-nuqqas kbir ta' edukazzjoni. \"", "Hemm għalfejn tgħajjar numru kbir ta' sostenituri tal-Partit Laburista u tgħidilhom li jibilgħu kollox għax għandhom livell baxx ta' edukazzjoni? dawn jeżistu wkoll fil-Partit Nazzjonalista bħal ma jeżistu wkoll numru ta' nies b'livell għoli ta' edukazzjoni li jivvutaw Lejber.", "Araw daqsxejn fejn tista' tasal aktar. \"", "Iżjed ma tkun edukat, inqas huwa ċ-ċans li tivvota Labour. \"", "Cassar qed jargumenta li dawk li jissejħu Laburisti ma humiex kapaċi jiflu l-informazzjoni mogħtija lilhom u għalhekk qed jgħid li dawk li għandhom livell ta' edukazzjoni jistgħu jevitaw li ma jibilgħux kull ma' jgħidu l-mexxejja tal-Partit tagħhom.", "Biss għandi dubju kemm dawk li huma aktar edukati llum qed jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.", "Imma skont Cassar: \" aktar ma tkun edukat, u għalhekk iżjed tgħarbel l-informazzjoni, inqas għandek riskju li l-Labour ibellagħlek li jrid – inqas huwa ċ-ċans li tivvota Labour. \"", "Biss imbagħad jiġi titlu dirett lejn dawk in-nies li neqsin mill-edukazzjoni.", "Huwa kiteb li l-livell ta' edukazzjoni partikolarment fix-xjenza huwa \" l-aħjar tarka biex ma tkun beċċun. \"", "Tant hu maħkum mill-ħsieb li s-sostenituri tal-Partit Laburista huma neqsin mill-edikazzjoni li jgħid li l-partit fil-gvern għandu għal xix jirringrazzja 'l Alla għal-livell baxx ta' edukazzjoni fil-Maltin u l-Għawdxin.", "Huwa jikteb li \" Il-Labour għandu xorti li l-pajjiż mimli bċieċen. \"", "Biex ikunu onesti mal-qarrejja jridu ngħidu xi tfisser meta ngħidu li l-bniedem huwa beċċun.", "Dan ifisser li dak il-bniedem, jew bnedma, huwa nieqes mill-intelliġenza jew inkella jieħu deċiżjonijiet stupidi.", "Meta taqra din it-tifsira ta' meta wieħed ixebbaħ il-bniedem ma' beċċun, ma tantx hija xi ħaġa komplimentuża.", "U biex isammar din it-tifsira fl-argumenti tiegħu, Cassar qal hekk: \" Il-Partit Laburista jaqbillu li s-sitwazzjoni tibqa' kif inhi u l-edukazzjoni ma tmurx 'il quddiem.", "Forsi dik hi r-raġuni għaliex il-Labour ħatar lil Owen Bonnici u Justyne Caruana Ministri tal-Edukazzjoni? \"", "Dik is-sentenza tal-għeluq tal-artiklu tiegħu, waħedha hija biżżejjed biex kulħadd jifhem kif iħares lejn ċertu nies Cassar.", "Meta semma' dawk it-tnejn min-nies, qed jitkellem fuq żewġ avukati u politiċi, li qed jagħtu serviżż lill-pajjiżna.", "Allura b'dak l-argument tiegħu, kif iħares lejna, nies bħali, li ma morniex universita', ma għandniex titli ma jsimna, attendejna skola obligatorja u għamilniha dejjem ma nies tal-livell tagħna?", "Tgħid jgħidilna li aħna injoranti u b'moħħ ta' beċċun f'rasna?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/10/iz-zjara-tal-papa-fil-habs-ta-kordin-ga-giet-diskussa-mill-prigunieri-nfushom-jiem-ilu-mal-kardinal-mario-grech/", "date": "2021-09-10 19:22:41", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum il-midja tagħtna l-aħbar li Peppi Azzopardi bagħat ittra miftuħa lill-arċisqof Scicluna biex il-Papa jżur il-ħabs ta' Kordin.", "Hija inizjattiva sabiħa li Papa Franġisku jżur il-ħabs.", "Biss irid jingħad li din it-talba qed issir ħafna jiem wara li l-Papa diġa' waslitlu ittra mill-prigunieri nfushom, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, li jagħmlu appostolat ta' kuljum fil-ħabs, biex imur iżurhom.", "Irid jingħad ukoll li l-possibilita' biex Frangisku jżur il-ħabs kienet anki ġiet diskussa mal-Kardinal Mario Grech waqt pellegrinaġġ li għamlu l-priġunieri u l-impjegati tal-ħabs immexxija minn Alex Dalli fis-santwarju Nazzjonali ta' Pinu Għawdex fejn anke l-Isqof Anton Teuma ta ċ-ċurkett tiegħu biex jinżamm fil-kappella tal-ħabs.", "Dawn huma ġrajjiet u inżjattivi li l-midja ma titkellimx fuqhom.", "Kontra kull kritika li qed issir fuq il-ħabs, tant hemm rapport tajjeb bejn l-awtoritajiet tal-ħabs u Djoċesi ta' Għawdex li ġie deċiż li kull sena, fit-2 ta' Awissu, jkompli jsir dan il-pellegrinaġġ mill-priġunieri lejn is-Santwarju ta' Pinu.", "Fuq kollox, il-priġunieri se jkunu huma li jaħdmu l-għamara fid-dar tal-irtieri li hemm taħt is-santwarju ta' Pinu u dan il-bini miexi sew.", "Nagħlaq billi ngħid li kienet ġiet ippreżentata ittra lill-Kardinal Mario Grech mill-amministrazzjoni tal-ħabs, biex il-Papa jżur il-ħabs ta' Kordin u din l-ittra ġġib id-data tal-11 ta' Diċembru 2020."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/10/mnejn-gab-l-informazzjoni-manuel-delia-dwar-novomatic/", "date": "2021-09-10 20:10:56", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Manuel Delia ħa gost li l-kumpanija Novomatic waqfet, b'mod temporanju, is-servizzi tagħha lil Tumas Group u lil casinos tagħhom ġewwa Portomaso u Oracle.", "Skond Delia dan ġara għax Yorgen Fenech qal ' we'd better hit a jackpot ' f'wieħed mic-chats tiegħu mal-impjegat tal-grupp.", "Din l-aħbar tahielna Manuel Delia wara li qal li xi ħadd fil-grupp ta' Tumas għaddielu din l-informazzjoni.", "U mhux qal hekk, anki kkwota minn ittra li skont hu nbagħtet lit-Tumas Group.", "Dak li hu interessanti f'din l-istorja kollha hu li daħlet il-ġurnal tal-knisja Newsbook.", "Dan tana żewġ aħbarijiet oħra marbuta ma' din l-aħbar.", "L-ewwel, li Ray Fenech ma ċaħadx, bħala Chairman li l-kumpanija nkwistjoni Novomatic waqfet – il-kelma li uża Manuel Delia hija – \"paused\" – il-business transaction mat-Tumas Group.", "It-tieni u l-aktar importanti, Jurgen Balzan ikkwota lil Novomatic tgħid li hija ma tagħtix dettalji dwar l-operati tagħha ma' kumpaniji.", "Jiġifieri jekk hija ma tagħtix dettalji, dan id-dettall ma ħarġitux hija.", "Mela dan id-dettall li sar jaf bih Manuel Delia ġie jew mingħand it-Tumas Group, jiġifieri mill-grupp intern li għandu din l-informazzjoni jew mingħand xi ħadd ta' Novomatic li kiser id-dettalji tal-kumpanja u għadda dan id-dettall lil Manuel Delia.", "Hawn irid jingħad li Manuel Delia mhux biss sar jaf b'dan imma saħansitra qed jgħid li qed jikkwota mill-ittra li Novomatic bagħtu lil Tumas Gaming Ltd.", "Din it-tip ta' informazzjoni tkun aċċessibbli biss għall-grupp żgħir ristrett ta' nies.", "Mela xi mpjegat jew xi ħadd minn Novomatic jew mid-diretturi għadda din l-informazzjoni lil Manuel Delia.", "Dan hu punt inkwetanti ħafna.", "Fi kliem ieħor hemm xi ħadd li għandu interess f'Tumas Group jew Novomatic li jgħaddi informazzjoni lil Manuel Delia li tista' tagħmel ħsara lill-impjegati ta' dan il-grupp, b'mod partikolari dawk tal-Casinos.", "Min hu, żgur ħa pjaċir jgħaddi din l-informazzjoni meta jaf li jekk din il-kumpanija kbira twaqqaf dan is-servizz, ikun hemm ċans li jintilfu l-jobs tiegħu u ta' oħrajn bħalu.", "Lil min irid ibellgħha Manuel Delia?", "Jaħseb li kulħadd beċċun?", "Din mhux l-ewwel darba li l-mod kif kiteb Delia żvela aktar milli xtaq u wassal biex saru aktar mistoqsijiet fuq is-sitwazzjoni."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/11/bernard-grech-jiftah-berah-il-partit-nazzjonalista-ghall-abort/", "date": "2021-09-11 08:12:32", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn Hermann Farrugia Bernard Grech tella' post biex jgħid li Franza bdiet toffri kontraċettiv b'xejn lin-nisa.", "Bernard Grech qal li hu kburi li huwa għamel l-istess proposta.", "Biss qabel ma nibda biex nwieġbu, nixtieq infakkar lil Bernard Grech u lill-membri ex-kollegi tal-Kluster Group2 'Liveability & Health' li Franza, anke għax lejlet kampanja elettorali miġġielda ferm u għalhekk nećessarjament Ċentru-Soċjalista Populista, għandha kull ġustifikazzjoni toffri mezzi ta' kontraċezzjoni iggwidati mill-etika xjentifika u mid-demografija partikulari tagħha lin-nisa, tfajliet taħt il-25 sena li jkunu bijologikament skreenjati qabel.", "Fuq kollox, wieħed irid ifakkar li Franza għandha l-ogħla rata ta' riproduzzjoni (indići ta' fertilita' fil-perijodu riproduttiv) fl-Unjoni Ewropea fejn Malta qiegħda l-aħħar fl-istatistika fir-rigward postponiment anti-fiżloloġiku tat-tqala u għalhekk ta' prokreazzjoni f'waqtha.", "Biss wieħed irid jgħid li l-aktar nies u kopji fi Franza li qed jagħmlu t-tfal huma l-immigranti aktar milli dawk li tradizzjonalment mitqiesha bħala Franċizi.", "Fuq kollox, hawn wieħed irid isemmi li fil-każ ta' Malta, il-prezz tal-kontraċettivi mediċinali ormonali huwa gia' ikkontrollat, iffissat u kważi ppreservat bħala wieħed mill-orħos mill-pajjiżi tal-euro ta' madwar il-Mediterran u dan anke in proporżjon mal-medja tal-pagi statutorja relattivi għall-pajjiżi inkwistjoni.", "Fl-aħħarnett, opportun infakkar ukoll lil Bernard Grech li Franza hija issa ilha (minn żmien kważi żemżem tal-illustri u wisq mibkija Ċentru Leminija (UDF), is-Senatriċi Simone Veil fil-bidu tat-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor) li introduċiet il-legalizzazzjoni tal-abort anke jekk f'qafas riġidu u mediko-etiku kkontrollat sew.", "F'Malta dan għadu s'issa mhux il-każ u għalhekk il-proposta totalment kontroversjali ta' Bernard Grech li joffri kull tip ta' morning-after pill (MAP) b'xejn (u saħansitra mingħajr riċetta medika) hija kompletament fażulla u inaċċettabbli għax inkonsistenti mal-ispirtu tal-liġi Maltija.", "Dan għax huwa xjentifikament spjegat b'ċertu prova assidwa u konsistenti li TIP, wieħed ta' MAP kapaċi jinstiga ostruzzjoni u għalhekk waqfien u mhux sempliċi ostaklu preventiv għall-bidu ta' ħajja embrjoloġika ġdida.", "Fi kliem ieħor, Bernard Grech qed jiftaħ il-Partit Nazzjonalista għall-abort."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/11/is-surveys-xser-jaghmlu-l-indecizi/", "date": "2021-09-11 09:06:09", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Meta tħares lejn is-surveys u tiftakar li jista' jkollna elezzjoni fil-qrib, minn Novembru 'l quddiem, wieħed jistaqsi x'se jagħmlu dawk li la jafdaw lill-Partit Laburista u lanqas lill-Partit Nazzjonalista?", "Illum dawn, bħala numru jiffurmaw partit waħidhom.", "Fl-aħħar survey rajna li l-Partit Nazzjonalista għadu lura u l-kap kurrenti tal-partit huwa f'sitwazzjoni ħafna agħar mill-partit tiegħu.", "Ma naħsibx li jeżistu Maltin u Għawdxin li ma jafux jew ma jammettux li rajna ħafna affarijiet mhux xierqa u mhux f'posthom minn dan il-gvern.", "B'dana kollu xorta fadal eluf kbar li ma jagħtux każ ta' xejn u jivvutaw xorta lill-politiċi fi ħdan l-istess gvern.", "Imma anki jekk dawn in-numri huma kbar, is-surveys qed juru li l-partit fl-oppożizzjoni xorta għandu ċans jerbaħ jekk jattira l-vot tal-indeċiżi u ta' dawk li qed jgħidu mhux ser jivvutaw.", "Hawn tinsab il-vera problema għall-Partit Nazzjonalista.", "Fi kliem ieħor, ma għandiex nazzjon ta' bċieċen.", "Għandna elettorat li verament jixtieqlu l-ġid lill-pajjiżu u jixtieq jara l-integrita' fit-tmexxija.", "Biss dan l-elettorat għandu problema kbira quddiemu għax qed iħossu politikament orfni.", "U din is-sezzjoni tal-elettorat qed tikber kuljum.", "Għandna elettorat li mhux qed iħossu komdi li jivvota lill-partit fl-oppożizzjoni kif inhu kompost illum allavolja għandna gvern daqshekk korrott.", "Għandna elettorat li mhux qed iħossu komdu jafda lill-pajjiż f'idejn Bernard Grech għaliex mhux qed jinstiga kunfidenza u abilta' neċessarja.", "Sfortunatament, is-surveys qegħdin ikomplu jisħqu fuq dan il-punt.", "Imma donnu ebda sinjal ta' survey ma hu qed jittieħed bis-serjeta' mill-Partit Nazzjonalista.", "Minflok esponenti tiegħu qed jinfexxu jgħajru lill-elettorat.", "Niftakru x'messaġġ tana l-aħħar survey tal-Malta Today.", "29.5% minn min wieġeb għas-survey jafdaw lil Dr Grech, waqt li 27% ta' dawk li vvutaw Partit Nazzjonalista fl-2017 ma għandhomx fiduċja fih.", "Iktar minn kwart li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 ma jafdawx lill-kap illum.", "Quddiem din is-sitwazzjoni, kif partit jista' jiġbed lejh voti min-naħa l-oħra?", "Donna l-arroganza li tant saltnet qabel l-2013 baqgħet ittimbrata mal-Partit Nazzjonalista.", "Illum, hija din l-arroganza li qed tkisser lil dan il-partit.", "Il-mistoqsija prinċipali hija din.", "Dawk li qatt ma huma se jivvutaw lill-Partit Laburista x'alternattiva għandhom fl-elezzjoni li ġejja?", "Possibbli li dawn ser ikollhom jagħlqu għajnejhom u jivvutaw biex ipoġġu prim ministru li għamel il-maġġoranza ta' żmienu bħala avukat ma jħallasx it-taxxa?", "Jew inpoġġi fil-poter lil xi ħadd li ma ddejjaq xejn jittallab businessman għall-pjaċiri?", "Mela għal dawk li ma jistgħux iġerrħu lill-Partit Laburista għall-oxxenitajiet imwettqa, ma jistgħux iduru fuq il-Partit Nazzjonalista kif inhu llum.", "L-isfortuna hi, li hemm ħafna twerwir li jekk wieħed jivvota għat-tielet partit ikun qed jaħli l-vot.", "Biss anki hija verita', hemm ħafna partiti żgħar u huma frantumati u ma hemmx verament mexxej kariżmatiku li jgħaqqadhom jew li l-elettorat iqies li huma \"Prim Minister stuff\".", "Fil-fatt, l-elettorat qed jispiċċa mingħajr għażla u qiegħed f'dilemma kbira.", "Hemm wisq karattri mċappsa, hemm wisq sigrieti li qed joħorġu maż-żmien.", "Skond l-aħħar survey hemm 12.4% ma jridux jivvutaw u 9.9% ma jafux kif se jivvutaw.", "Flimkien, dawn in-numri jagħmlu partit.", "Għal hawn Malta li mdorrijin b'perċentaġġi għoljin ta' votanti, jekk verament ma jivvutawx kważi kwart, tkun xokk qawwi fis-sistema u vot ta' sfiduċja qawwija fil-politiċi tagħna.", "It-tendenza hi li ħafna mid-dubbjużi joħorġu jivvutaw l-istess billi jagħmlu xi kompromess mal-kuxjenza tagħhom.", "L-arroganza tan-Nazzjonalisti qabel l-2013 hija l-istess arroganza li qed juru l-Laburisti llum.", "Din dejjem qed tnaqqas l-għażla ta' bejniethom.", "Għalhekk huma qed jippriedkaw li jekk jitfaċċa t-tielet Partit, is-sitwazzjoni tiġi agħar.", "Biss huma ħafna dawk li qed jgħidu li donnu wasal iż-żmien li pajjiżna jersaq lejn it-tielet vuċi fil-Parlament, la ż-żewġ partiti l-kbar mhux qed jispiraw fiduċja u qed jagħtu x'wieħed jifhem li l-arroganza tagħhom hija mingħajr limitu.", "Biss it-triq hija waħda għat-telgħa u t-tielet partit jirrenja hekk kif minn ħdanu toħroġ persuna li tkun kapaċi tikkonvinċi lill-elettorat li tista' tittieħed biss li tkun prim ministru ta' pajjiżna."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/09/11/xqal-sena-ilu-bernard-grech-waqt-il-kampanja-elettorali-ghall-kap-tal-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-09-11 09:16:50", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Dan iż-żmien jaħbat għeluq is-sena minn meta Dr Bernard Grech kien intervistat minn tliet ġurnalisti waqt il-kampanja tiegħu għal kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Tajjeb li nerġgħu nagħtu titwiela lejn x'kien qalilna dak in-nhar u naraw fejn qiegħdin illum.", "Huwa kien saħaq li biex il-Partit Nazzjonalista jkun relevanti hemm bżonn tal-għaqda.", "Huwa kien qal ukoll li l-partit irid jingħaqad biex jegħleb l-isfidi tal-klikek u tal-qsim bejn is-sostenituri tiegħu.", "Ta' min jistaqsi llum.", "Kif inhi s-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fejn jidħol qsim tal-partit?", "Veru li llum hemm iżjed diviżjonijiet milli kien hemm sena ilu?", "Veru li l-klikka valenuża llum hija maqsuma f'aktar biċċiet milli kienet sena ilu?", "Veru li ħafna mid-deputati ma jitkellmux bejniethom u ma jkellmux lil Bernard Grech?", "Veru li l-kampanja tad-deputati għall-elezzjoni ġenerali li ġejja hija magħmula fuq individwalita milli kollettivita?", "Sena ilu kien qalilna li l-Partit irid ikollu għan wieħed għall-ġid tal-Partit u tal-Pajjiż.", "Jista' jgħidilna x'inhu dan il-għan illum?", "Jista' jikkonferma jekk hux veru li kull kandidat għandu l-għan tiegħu u qed jaħdem għal rasu?", "Veru li dan il-għan, jekk jeżisti, ma rnexxilux jgħaqqad il-grupp parlamentari?", "Is-sena l-oħra kien ikkritika li l-grupp parlamentari ma kienx jiltaqa' regolarment.", "Jista' jgħidilna kemm ilu ma jiltaqa' l-grupp parlementari llum?", "Jista' jgħidilna jekk hux veru li f'Awissu ma ltaqa' qatt?", "Jemmen li għax hemm ħafna deputati ma jattendux, allura qed jinħolqu iżjed klikek, biex jikkonferma dak li kien qal sena ilu?", "Waqt l-intervista ta' sena ilu, kien qalilna li hu ma jappartjeni għal ebda klikka u li kien impenjat li jressaq lil kulħadd madwar mejda.", "Kien ammetta li opinjonijiet differenti ma għandhomx iwasslu għal ħolqien ta' klikek.", "Huwa kien qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista m'għandux kunflitt ta' ideoloġiji.", "Illum li nafu x'ġara fil-kampanja elettorali tiegħu u nafu wkoll, għax dehru, lil min kellu madwaru dak in-nhar, jista' jerġa' jirrepeti li hu ma kienx parti minn ebda klikka?", "Jekk jażżarda jirrispondi fil-pożittiv, allura dak in-nhar tal-għad tal-voti ta' kap, għaliex kien imdawwar, u dan rajnieh b'filmat, minn deputati li kienu ġew flimkien biex iffurmaw klikka biex tkisser lil Dr Adrian Delia?", "Jista' jikkonfermalna meta l-aħħar dawwar lill-grupp kollu parlamentari madwaru mal-istess mejda?", "Jista' jikkonfermalna mija fil-mija jekk hemmx kunflitti ta' ideoloġiji fil-grupp parlamentari tiegħu?", "Bħala eżempju jista' jgħidilna għaliex il-grupp parlamentari għadu ma ħariġx b'pożizzjoni unita dwar il-kannabis?", "Veru li ħafna mill-grupp ma humiex jaqblu ma' Dr Grech għaliex dan qed jipprova jimponi l-ħsieb ta' uliedu fuq il-grupp?", "Sena ilu kien qalilna li kulħadd irid ikun jaf id-direzzjoni u kulħadd irid ikun konvint minnha biex il-partit ikun relevanti.", "Illum nistaqsi, liema hi d-direzzjoni waħdanija tal-Partit?", "Hija dik ta' 'kun il-bidla', id-direzzjoni tal-Partit?", "Waqt l-intervista ta' sena ilu kien kompla jgħid li hemm bżonn induru lin-nies u nitkellmu magħhom għax kien hemm min gerger li kien ilhom 10 snin ma jiltaqgħu ma' ħadd.", "Kif indirizza din is-sitwazzjoni Dr Grech?", "Ma min tkellem biex fisser hu kif qed jara li deputati u kandidati qed jiltaqgħu man-nies u jieħdu nota ta' dak li qed jintqal lilhom?", "F'dak id-dibattitu Dr Grech kien ikkonferma li Dr Delia kien sar kap b'mod demokratiku.", "Imma kien qal ukoll li l-elezzjoni li kien se jipparteċipa fiha hu kienet ukoll elezzjoni demokratika għax saret wara li l-kunsilliera riedu elezzjoni ta' kap.", "Hu kien qal ukoll li wara l-vot ta' kap kulħadd irid jimxi fuq l-għażla demokratika tat-tesserati.", "Illum, meta tħares lura, jista' Dr Grech jgħid li dik kienet elezzjoni demokratika, mibnija fuq ħsibijiet ċari u trasparenti, bżonnjuża u għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista?", "Meta jaf li kull vot ta' sfiduċja fil-kap ta' qablu kien mibni fuq kalunji u nuqqas ta' verita li tbellaħ lin-nies, jista' Dr Grech ikompli jgħid li l-elezzjoni kienet demokratika?", "Jista' jgħidilna x'jaħseb illum, meta jaf li min ħareġ b'dawk il-kalunji kollha bela' ilsienu u ammetta bil-miktub li kien gideb fuq Dr Adrian Delia?", "Għadu jħossu komdu jpoġġi fuq siġġu misruq minn għand kollega, li sar ħafna gidbiet fuqu u kieku dak il-gideb kollu ma ntqalx b'qerq, ma kienx ikollu għalfejn jersaq għal elezzjoni ta' kap?"]}