{"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-6-26-santa-elizabetta-bichier/", "title": "26 ta' Awwissu: Santa Eliżabetta Bichier", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Eliżabetta Bichier", "\"Jien iddedikajt u kkonsagrajt lili nnifsi lil Ġesù u lil Marija għal dejjem.\"", "Kitba li Eliżabetta kitbet meta kienet għadha żagħ", "żugħa fuq wara ta' santa tal-Madonna", "SANTA ELIŻABETTA BICHIER", "Verġni", "1773 – 1836", "Tagħrif:", "Imwielda Le Blanc fi Franza fl-1773, Eliżabetta kienet ġejja minn familja tajba.", "Hija għaddiet it-tfulija tagħha f'kunvent fi Poitiers.", "Matul il-perjodu tar-Revuluzzjoni Franċiża, il-familja ta' Eliżabetta tilfu kulma kellhom.", "Dan minħabba li r-republikani kienu qed jieħdu l-propjetà mingħand in-nobbli.", "Imma din iż-żagħżugħa Franċiża intelliġenti tad-19-il sena, studjat il-liġi ħalli tkun tista' tiddefendi l-kawża tal-familja tagħha fil-qorti.", "Peress li kienet avukata tajba, hija rebħet il-kawża u salvat lill-familja tagħha.", "Kulma kien jonqosha kienet li tiżżewweġ lil xi ħadd nobbli bħalha.", "Imma Eliżabetta ma kellha l-ebda intenzjoni li tiżżewweġ.", "Fuq wara ta' santa tal-Madonna, hija kitbet:", "'Jien iddedikajt u kkonsagrajt lili nnifsi lil Ġesù u lil Marija għal dejjem.'", "Wara xi żmien hija daħlet fil-kunvent u saret soru.", "Fl-1806, bl-għajnuna tas-saċerdot Indri Fournet (li mbagħad ġie wkoll iddikjarat qaddis), bdiet kongregazzjoni reliġjuża ġdida ta' nisa, biex jieħdu ħsieb il-morda u l-anzjani, l-edukazzjoni tat-tfal u biex joffru riparazzjoni għad-dagħa u s-sagrileġġi kontra s-Santissimu Sagrament fi żmien ir-Revuluzzjoni Franċiża.", "Il-kongregazzjoni kienet ġiet rikonoxxuta uffiċjalment fis-sena 1816 u ngħataw l-isem ta' \"Daughters of the Cross.\"", "Bħala tifla ċkejkna, l-aktar logħba li kienet tħobb tilgħab din il-qaddisa, kienet dik li tibni kastelli fir-ramel.", "Ħafna snin wara, hija kellha tieħu fuqha r-responsabbiltà li tibni ħafna kunventi għall-kongregazzjoni tagħha.", "Biex tiċċajta, kienet tħobb tgħid:", "\"Naħseb ix-xogħol tal-bini kellu jkun in-negozju tiegħi, ladarba bdejtu minn ta' età żgħira.\"", "Eliżabetta kienet lesta taffaċċja kull tip ta' periklu biex tgħin lin-nies.", "Darba sabet vagabond marid mixħut fl-istalla.", "Hi ġabitu fl-isptar tal-kunvent u għamlet kull ma setgħet miegħu sa ma miet.", "L-għada filgħodu il-pulizija ġew jgħidulha li setgħet ġiet arrestata talli kienet għenet raġel kriminali.", "Eliżabetta ma kinitx tibża'.", "\"Jien għamilt biss dak li kieku kont tagħmel int,\"", "wieġbet lill-pulizija.", "\"Jiena sibt lil dan ir-raġel fqir u marid u ħadt ħsiebu sa ma' miet u lesta li ngħid lill-Imħallef dak li ġara.\"", "Ovvjament, bl-onestà u l-karità tagħha rebħet ir-rispett tan-nies.", "Kienu jammiraw il-mod ċar u bla tlaqliq li bih kien dejjem ikollha risposta għal kollox.", "Sas-sena 1830, Eliżabetta kienet fetħet aktar minn 60 kunvent.", "Il-ko-fundatur tagħha, is-saċerdot qaddis Indri Fournet, miet fis-sena 1834.", "Hi kitbet lis-sorijiet tagħha,", "\"Din hi telfa kbira u ta' niket kbir għalina.\"", "Imbagħad, 4 snin wara, fl-1836, Eliżabetta mardet gravament u wara 10 ijiem ta' sofferenza akuta, mietet fis-26 ta' Awwissu.", "Hi ġiet iddikjaratha qaddisa minn Papa Piju XII fis-sena 1947.", "Ħsieb", ":", "L-għaqal u l-kuraġġ ma jonqsux fil-qalb tan-nisrani.", "U dawn huwa riżultat ta' min jiddeċiedi li jwieġeb b'mod radikali għall-Vanġelu.", "Aħna lkoll imsejħa biex bil-qlubija kollha, inkunu fuq in-naħa ta' Kristu, li hu preżenti fil-proxxmu tagħna b'mod speċjali f'dawk l-aktar mistmerra, mitlufa u mwarrba.", "Id-dinjità tagħna ta' nsara tinsab f'li nħobbu lil xulxin, anki lill-kriminali.", "Jekk indewquhom xi tfisser il-karità nisranija, inkunu qed nuruhom li Alla jinsab preżenti anki fid-dinja mħawda tagħhom, u lest biex juri ħniena magħhom jekk dawn ikunu lesti li jilqgħuha.", "Forsi int li qed taqra għandek lil xi ħadd fil-familja jew taf b'xi ħadd, li qed jgħix ħajja 'l bogħod minn Kristu u t-tagħlim tiegħu.", "Taf li forsi ilek titlob u tipprova tħobb jew tgħin lil din il-persuna u jista' jkun li kkonkludejt li kollu għal xejn!", "Fuq l-eżempju ta' din il-qaddisa, li xejn ma żammha milli b'fidi tkompli tħobb lil kulħadd bla distinzjoni, agħmel kuraġġ u kompli poġġi t-tama tiegħek f'Alla, filwaqt li ma tieqafx milli tħobb b'kull mod possibli.", "Ftakar fuq kollox, li t-talb hu l-aktar effettiv għax huwa arma moħbija li bija bil-mod il-mod, il-Mulej jibda' jeqred il-ħażen minn ġol-qlub tan-nies li nitolbu għalihom.", "Għada niċċelebraw il-festa ta' Santa Monika, li nistgħu ngħidu li għexet għal skop wieħed biss; dak li titlob għall-konverżjoni ta' binha Wistin.", "U tassew, wara 30 sena sħaħ tippersevera f'talb mimli dmugħ u swied ta' qalb, il-Mulej mhux talli rattab il-qalb kiesħa u mudlama ta' binha, talli għamel minnu qaddis kbir u kolonna soda fil-Knisja tiegħu.", "U inti, għandek fidi li Alla jisma' talbek, qed jara l-isforzi tiegħek u se jberikom żgur, meta u kif irid hu?", "Se tkompli tippersevera fit-tajjeb, b'tama f'Alla li dan mhux kollox għal xejn?", "Dur bil-qalb lejn din il-qaddisa tal-lum u itlobha biex bl-interċessjoni tagħha taqlalek il-grazzji li għandek bżonn ħalli ma taqtax qalbek quddiem nies diffiċli u qlub nieqsa mill-imħabba vera ta' Alla.", "Hu l-Mulej innifsu li qed jafdak b'persuni bħal dawn, biex int iddewwaqhom mill-Għajn tal-Imħabba qaddisa, li hi Alla nnifsu.", "Kuraġġ!", "Alla jinsab miegħek f'dan kollu!", "Talba", ":", "O Alla, li bil-grazzja tiegħek, Eliżabetta Bichier ipperseverat fl-imitazzjoni tagħha ta' Kristu, fqir u umli, agħtina li bl-interċessjoni tagħha għalina, aħna ngħixu b'fedeltà l-vokazzjoni tagħna, ħa naslu għall-perfezzjoni li tixtieq tara fina.", "Ammen.", "English Version:", "https://vitaesanctorum.wordpress.com/2015/08/26/st-elizabeth-bichier-foundress/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-jeanne-elizabeth-des-bichier-des-anges-346", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Joan_Elizabeth_Bichier_des_%C3%82ges", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eef51501', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-9-19-san-gwann-eudes/", "title": "19 ta' Awwissu: San Ġwann Eudes", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Eudes", "\"L-għaqda tan-nisrani ma' Ġesu' Kristu hija aktar nobbli, aktar intima u aktar perfetta mill-għaqda tal-membri kollha tal-ġisem mar-ras tagħhom.\"", "San Ġwann Eudes", "SAN ĠWANN EUDES", "Saċerdot", "1601 – 1680", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled f'Ri, Normandija (Franza), fl-1601.", "Meta kellu 14-il sena, missieru daħħlu jistudja fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti ta' Caen.", "Fl-1623, daħal fil-Kongregazzjoni tal-Oratorju ta' Franza.", "Ordna saċerdot fl-1625, u beda l-ħajja appostolika billi mar jaħdem man-nies li kienu mardu bil-pesta li kienet qed tagħmel straġi fin-Normandija.", "Fl-1631, faqqgħet epidemija oħra, u Ġwanni reġa' mar jgħin lill-vittmi.", "Biex ma jinfettax lil sħabu r-reliġjużi bil-marda, kien jgħix għalih waħdu f'daqxejn ta' għarix f'nofs għalqa.", "Imbagħad għall-għaxar snin li ġew wara, intefa' jiġri ma' Franza kollha jippriedka l-missjonijiet fil-parroċċi.", "Fl-1641, bil-għajnuna ta' Madaleine Lamy, fetaħ dar għan-nisa u x-xebbiet li kienu jixtiequ jinqalgħu minn ħajja ħażina.", "Tliet snin wara fdaha f'idejn is-Sorijiet Visitaturi ta' Caen.", "Fl-1643 ħareġ mill-Kongregazzjoni tal-Oratorjani biex iwaqqaf il-\"Kongregazzjoni ta' Ġesù u ta' Marija\", magħrufa wkoll bħala \"tal-Ewdisti\", għall-formazzjoni tal-kleru u għax-xogħol tal-Missjonijiet.", "Il-Qaddis fetaħ numru ta' Seminarji.", "Fl-1650, waqqaf \"is-Sorijiet tal-Karita' tar-Rifuġju\" li l-għan prinċipali tagħhom kien li jaħdmu għan-nisa penitenti.", "Din il-kongregazzjoni baqgħet dejjem tikber, u fl-1835 ħarġet minnha l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Buon Pastur.", "Waqqaf ukoll l-\"Għaqda tal-Qalb tal-Omm l-aktar Ammirabbli\", li hi bħat-Terz Ordni ta' San Franġisk.", "San Ġwann kellu jħabbat wiċċu ma' oppożizzjoni qawwija mill-Ġansenisti, u minn xi Oratorjani.", "Kien ġie kkalunjat speċjalment wara li waqqaf is-Sorijiet tal-Karita' tar-Rifuġju.", "Għal xi żmien kien itteħidlu l-permess li jippriedka u jqarar.", "F'dak iż-żmien, intefa' jikteb u jxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Ġesù u lejn il-Qalb ta' Marija.", "Fost il-kitba spiritwali tiegħu nsibu \"Id-devozzjoni lejn il-Qalb Adorabbli ta' Ġesù\" u \"L-Ammirabbli Qalb tal-Wisq Imqaddsa Omm Alla\".", "Miet f'Caen, fid-19 ta' Awwissu 1680, meta kellu 79 sena, u ġie kkanonizzat mill-Papa Piju XI fl-1925.", "San Ġwann Eudes hu magħruf bħala wieħed minn tal-ewwel nett u mill-aqwa li xerrdu d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u l-Qalb Immakulata ta' Marija.", "Ħsieb", ":", "Għaliex qiegħed/qegħda hawn?", "Ma rridx infisser hawn f'dan is-sit, imma għaliex qiegħed/qegħda hawn f'din id-dinja?", "X'inhu l-iskop ta' ħajtek?", "Din hija l-aktar mistoqsija importanti li wieħed għandu jistaqsi.", "U minkejja dan, huwa faċli li wieħed jinjora din il-mistoqsija meta jinqabad fid-dettalji tal-ħajja ta' kuljum.", "L-aktar tweġiba sempliċi għal din il-mistoqsija hija li:", "Int tinsab hawn għall-Imħabba.", "Int ġejt maħluq/a għall-imħabba.", "Anzi ġejt maħluq/a biex ikollok għaqda mal-Imħabba Nnifisha li hi Alla nnifsu.", "Għax kif jgħid San Ġwann: 'Alla huwa Mħabba.' (1 Ġwanni 4:8)", "Hi propju din l-għaqda ma' Alla Mħabba, li l-aktar tispikka f'dan il-qaddis tal-lum, Ġwann Eudes, li kellu devozzjoni speċjali lejn il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu'.", "Araw ftit x'kiteb dwar l-għaqda ma' Alla li tibda f'din id-dinja u tilħaq il-milja tagħha fis-Sema:", "\"M'hemmx ħajja vera għalik jekk mhux f'Ġesu' Kristu, għax huwa Hu s-sors tal-ħajja vera.", "Irid ikun kemm is-sors kif ukoll l-iskop ta' ħajtek.", "Int magħqud ħaġa waħda ma' Ġesu' kif il-ġisem hu magħqud mar-ras.", "Għalhekk għandu jkollok nifs wieħed miegħu, ruħ waħda, ħajja waħda, rieda waħda, moħħ wieħed, qalb waħda u Hu għandu jkun in-nifs tiegħek, qalbek, imħabbtek, ħajtek, kollox.", "Dawn id-doni kbar f'min qed jimxi wara Kristu, jibdew malli tirċievi s-Sagrament tal-Magħmudija.", "Jiġu miżjuda u msaħħa permezz tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni (", "tal-Griżma", ") u billi wieħed jagħmel użu tajjeb minn grazzji oħra li jagħti Alla, (", "u billi ma jitraskurax is-Sagrament tal-Qrar", ").", "Permezz tas-Sagrament tat-Tqarbin, din l-għaqda tilħaq il-perfezzjoni.\"", "Hekk kitbilna San Ġwann Eudes.", "Inti temmnu dan?", "Verament temmnu?", "Inħeġġek iġġedded il-fidi tiegħek f'din ir-realta' li inti tagħmel parti mill-Ġisem Mistiku ta' Kristu.", "U issa, f'dak kollu li se tgħix,", "kun dak li verament int u għix dak li nħlaqt għalih.", "Talba", ":", "O Mulej, Int ħlaqtni għalik, biex inħobbok u ngawdik, Tjubija infinita', Sbuħija li ma tistax tiġi deskritta; tħallinix nitlef il-viżjoni sublimi tiegħek, li Int l-għan aħħari ta' ħajti u r-raġuni għalfejn għandi nitqabad; tħallix li jiena nintilef fi pjaċiri tal-mument li mbagħad jisfgħu fix-xejn u li ħlejjaq oħra jistgħu joffruli.", "Ammen.", "(Talba ta' San Ġwann Eudes)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2015/08/saint-john-eudes.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-eudes/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Eudes", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef043c2d', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-0-20-san-bernard/", "title": "20 ta' Awwissu: San Bernard", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Bernard", "\"", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar insiru nixbhu lil", "dak li nħobbu.", "\"", "San Bernard", "SAN BERNARD", "Abbati u Duttur tal-Knisja", "1090 – 1153", "Tagħrif:", "San Bernard twieled ħdejn Dijon, Franza, fl-1090, għand familja nobbli u sinjura.", "Kien it-tielet fost seba' aħwa, waħda minnhom tifla.", "Kellu trobbija tajba.", "Ta' dsatax-il sena, Bernard tilef 'l ommu, u bejn għax impressjona ruħu ħafna bil-mewt tagħha u bejn għax kien imqanqal minn imħabba qawwija lejn Alla, beda jaħseb biex iħalli d-dinja.", "Fl-1112, daħal maċ-Ċisterċensi fil-monasteru ta' Citeaux.", "Fl-istess waqt li daħal hu, daħlu miegħu wieħed u tletin żagħżugħ ieħor, fosthom erbgħa minn ħutu, u ziju.", "Ftit snin wara, ħuh iż-żgħir ingħaqad miegħu, u wara missieru wkoll.", "Meta Bernard kien ilu tliet snin f'Citeaux, l-Abbati, l-Ingliż San Stiefnu Harding, bagħtu ma' tnax oħra sħabu, fosthom ħutu, biex jiftħu monasteru ieħor; kien il-bidu taċ-ċelebri monasteru ta' Clairvaux (Wied id-Dawl).", "Hawn Bernard kellu jkun l-Abbati għal 38 sena, u bil-ħidma u bl-eżempju mexxa tassew tajjeb.", "Fi żmienu, minn Clairvaux infetħu 165 monasteru mxerrdin mal-Ewropa kollha, 68 minnhom imwaqqfin minnu nnifsu.", "Huwa waqqaf ukoll monasteru għas-Sorijiet, u fih daħlet oħtu Humberline li wara hi wkoll saret Qaddisa.", "B'hekk il-familja kollha, barra ommu, ħaddnet il-ħajja monastika.", "Fl-1130, miet il-Papa Onorju II, u floku laħaq il-Papa Innoċenzu II.", "Fl-istess waqt inħoloq l-Antipapa bl-isem ta' Anakletu II.", "San Bernard ħadem bis-sħiħ favur il-Papa Innoċenzu II, sakemm fis-sena 1138, Anakletu miet u floku laħaq Viktor IV li malajr issottometta ruħu għall-Papa Innoċenzu II.", "Fl-1145, il-Papa Ewġenju III li qabel kien wieħed mill-patrijiet dixxipli ta' San Bernard, xtaq iwaqqaf kruċjata biex jeħles l-Art Imqaddsa, u nkariga lil San Bernard biex jorganizzaha.", "San Bernard intefa' b'ruħu u b'ġismu f'kampanja kollha ħeġġa, u rnexxielu jwaqqaf it-tieni kruċjata li sfortunatament, fis-siegħa tal-prova, intemmet f'diżastru.", "San Bernard miet f'Clairvaux, fl-20 ta' Awissu 1153, ta' 63 sena, u tniżżel fil-lista tal-Qaddisin mill-Papa Alessandru III, fl-1174.", "San Bernard kiteb ħafna fuq it-Teoloġija u l-axxetika, tant li l-Papa Piju VIII, fl-1830 daħħlu fil-lista tad-Dutturi tal-Knisja bit-titolu ta' \"Doctor Mellifluus\", li jfisser \"Duttur Ħelu Għasel\"; waqt li l-kitba tiegħu fuq il-Madonna kisbitlu t-titlu ta' \"Kitarrista tal-Madonna.\"", "Ħsieb", ":", "Żgur li kulħadd sema' b'Papa Ġwanni Pawlu II u t-Teorija tal-Ġisem – it-tagħlim tiegħu dwar is-sesswalità u ż-żwieġ.", "Dan mhux tagħlim ġdid għax Alla ma nbidilx u l-anqas bidel il-pjan tiegħu għall-umanità.", "Alla huwa mħabba u aħna maħluqa fuq ix-xebh u x-xbieha tiegħu.", "Għalhekk aħna maħluqa bl-Imħabba u għall-Imħabba – għaqda ta' mħabba ma' Alla Mħabba, li turi ruħha fl-imħabba lejn dawk kollha li huma maħluqa fuq ix-xebh u x-xbieha tiegħu – il-proxxmu tagħna.", "Tassew li l-qaddis tal-lum, Bernard, għex ħafna żmien ilu, u kellu għarfien dwar dan kollu.", "Araw x'kiteb darba f'waħda mill-omeliji tiegħu:", "\"Inħobb għax inħobb.", "Inħobb li nista' nħobb.", "L-imħabba hi ħaġa kbira, diment li kontinwament tmur lura lejn is-Sors li minnu bdiet, tmur lura għas-Sors minn fejn tieħu minnu l-ilma li jmantniha.", "Mill-movimenti, sensazzjonijiet u emozzjonijiet tar-ruħ, l-imħabba hi l-unika waħda li biha l-ħlejqa tista' twieġeb lill-Ħallieq u tirritornalu b'mod simili, minkejja li mhux ugwali, l-istess imħabba li rċeviet.", "Għax meta Alla jħobb, kull ma jixtieq hu, li nwieġbu għal imħabbtu billi nħobbuh lura.", "L-għan ta' mħabbtu huwa dak li jkun maħbub, bl-iskop li dawk li jħobbuh, jiksbu l-ferħ ta' din l-imħabba.", "L-Imħabba tal-Maħbub, jew aħjar l-Imħabba li hi l-Maħbub, tixtieq lura biss imħabba leali.\"", "U hawn nistaqsi:", "Jista' jkun li", "l-Imħabba mhix qed tkun maħbuba", "?", "Kif qed tħobbu lil Alla-Mħabba u kif qed turi dan fi mħabbtek lejn il-proxxmu?", "L-imħabba u d-Devozzjoni vera li Bernard kellu lejn il-Verġni Marija tispikka anki fil-mod dinamiku li bih kien jitkellem fuqha u t-titli li kien jagħtiha.", "Fuq kollox, Marija għalih kienet dik l-Omm li ma twarrab l-ebda talba li wliedha jagħmlulha.", "Ir-rużarju hi l-arma li tkisser l-armata tal-għadu ta' ruħna.", "Kemm jien devot tassew ta' din l-Omm tiegħi tas-Sema?", "Min jaf li kieku nikkonsagra lili nnifsi lilha u nħalliha ddawwalli t-triq li twassalni għal għand Binha fil-ġenna?", "Min jaf li kieku nfittex nitgħallem dwar kif nista' ngħix ta' binha/bintha, hekk li jkun tassew jixraqli Omm bħal din?", "Jekk tixtieq tkun taf kif tista' tħejji ruħek biex tgħix hekk tassew, nistiednek iżżur is-sit Malti, li fih it-Trattat ta' San Alwiġi De Montfort fuq id-Devozzjoni vera lejn Marija u kif wieħed jista' jagħmel l-att ta' konsagrazzjoni u l-benefiċċji tagħha, Talb, l-Uffiċċju tal-Madonna, Vidjows u ħafna aktar ...", "Tista' tmur għalih billi tagħfas fuq din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "Talba", ":", "'Ftakar, ja l-iżjed ħanina, Omm u verġni Marija, li qatt ma nstama' fid-dinja li xi ħadd intefa' taħt il-ħarsien tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih, u inti ma smajtux.", "Imqanqal minn dan il-ħsieb, għal għandek niġri, ja verġni u Omm tiegħi; għandek niġi, quddiemek noqgħod, midneb u niedem, ja Omm l-Iben ta' Alla magħmul bniedem.", "La tistmerrx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni.", "Ammen.'", "(Memorare – Talba ta' San Bernard ta' Clairvaux)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2015/08/st-bernard-of-clairvaux.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-bernard-of-clairvaux/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Bernard_of_Clairvaux", "San Bernard u l-Verġni Marija:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef01ac82', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-2-22-il-vergni-mqaddsa-marija-regina/", "title": "22 ta' Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija, Reġina", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Verġni Mqaddsa Marija, Reġina", "\"F'lemintek is-sultana mżejna b'deheb ta' Ofir.\"", "Salm 45:10", "IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA, REĠINA", "Tagħrif:", "Wara l-festa tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-sema, fil-15 ta' Awwissu, huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-Reġina tas-sema u tal-art.", "Fil-11 ta' Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu \"Ad Coeli Regina,\" waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina, u ddikjara li għandha tiġi ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta' Mejju ta' kull sena.", "Il-festa twaqqfet b'tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika \"Fulgens Corona\" fl-okkażjoni ta' għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.", "Wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta' Awwissu, nhar l-ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta bejn ir-Regalità tal-Verġni Marija u t-Tlugħ tagħha fis-sema.", "Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-Insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija Reġina.", "Hi ġabet fid-dinja Iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda ipostatika tan-natura umana ma' dik divina, ukoll bħala bniedem, kien Sultan u Mulej ta' kollox.", "Għalhekk kien tassew xieraq li l-Knisja twaqqaf din il-festa biex tunura lill-Verġni Marija b'dan it-titolu ta' Reġina.", "Ħsieb", ":", "Illum jaħbat it-tmien jum fost l-ottava tas-Solennità tal-Assunta li għadna kif ċċelebrajna.", "Tassew kien jixraq li l-Knisja tmexxi d-data tal-festa tal-lum mill-31 ta' Mejju għat-22 ta' Awwissu, għax filwaqt li fl-Assunta fakkarna r-rebħa totali ta' Marija fuq il-mewt, rebħa li Kristu ta lil Ommu l-għażiża, hekk illum infakkru l-unur li żejjinha bih, dak ta' Reġina.", "Dan il-misteru jagħmel sens għaliex Marija kienet Omm ir-Re tar-Rejiet.", "Hawn għandna kliem il-Papa Piju XII f'1954 meta waqqaf din il-festa ta' Marija Reġina:", "\"Sa mill-bidu tal-Knisja Kattolika, l-insara, kemm fi żmien ta' rebħa u b'mod speċjali fi żmien ta' kriżi, indirizzaw talb ta' supplika, innijiet ta' tifħir u qima lil Marija Reġina, u t-tama tagħhom qatt ma naqset, li poġġew f'Omm ir-Re Divin, Ġesù Kristu; u lanqas falliet dik il-fidi li aħna tgħallimna, li Marija, il-Verġni Omm Alla, issaltan fuq id-dinja kollha bħala Omm li jinteressha mill-ħtiġijiet tagħna wliedha, hekk kif hi ġiet inkurunata bil-barka tas-Sema, bil-glorja ta' Reġina.\"", "Wieħed jista' jaqra wkoll x'qal il-Papa maħbub Ġwanni Pawlu II dwar", "Marija s-Sultana tal-Univers", "fil-", "Lumen Gentium (", "Kostituzzjoni Dommatika dwar il-Knisja – 21 ta' Novembru, 1964) f'paragrafu 56, billi jagħfas fuq dawn il-links:", "PDF", "jew", "WORD", ".", "Meta nsegwu tant ġrajjiet tal-waħx li seħħew fl-istorja tal-umanita' – il-waqgħa ta' postijiet u nazzjonijiet kbar, ma nistgħux ma nosservawx, li anki fi żminijietna donna għaddejja bħal mewġa ta' vjolenza u ħażen minn fuq d-dinja kollha.", "It-theddida ta' din il-kriżi, dejjem imliet il-qalb tan-nisrani bl-uġigħ u għalhekk b'kunfidenza kbira rrikorrejna għand Marija, ir-Reġina tagħna.", "Urejnieha s-sentimenti filjali ta' qima lejha, li m'humiex tagħna biss, imma ta' kull min hu kburi li hu nisrani.", "B'dan f'moħħna, ejjew nitolbuha:", "Marija, Reġina tas-Sema u tal-art, itlob għalina u magħna sabiex Ibnek Ġesù jsaltan fil-qlub kollha tad-dinja.", "U x'titlob minn uliedha din r-Reġina Omm?", "'Għidu r-Rużarju!", "Għidu r-Rużarju!", "Għidu r-Rużarju!'", "Din is-sentenza, li Marija tenniet kull darba li dehret fuq din l-art, tibqa' tidwi tul is-snin, għax bħal donnu għadna ma kkuntentajnihiex!", "Jekk hi titlob minna propju din l-istess talba kull darba, mela x'qawwa hemm fiha?", "Int temmen fil-qawwa tar-Rużarju li hi talba ma' Marija?", "Jekk iva, mela xieraq li titlobha fuq bażi regolari.", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta'", "Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjows kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Talba", ":", "Is-Sliem, o Sultana tas-sema, Sidt l-anġli; int l-għerq u l-bieb safi mnejn ġie dawl id-dinja.", "O Verġni Glorjuża, ta' ġmiel u sbuħija, is-sliem għalik!", "Itlob lil Kristu għalina.", "(Waħda mill-antifoni tal-Madonna li tingħad wara t-Talba ta' Għeluq il-Jum)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicireland.net/saintoftheday/the-queenship-of-mary/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Queen_of_Heaven", "Information about the encyclical of Pope Pius XII 'Ad Caeli Reginam':", "https://en.wikipedia.org/wiki/Ad_Caeli_Reginam", "'Ad Caeli Reginam' as a whole encyclical:", "http://w2.vatican.va/content/pius-xii/en/encyclicals/documents/hf_p-xii_enc_11101954_ad-caeli-reginam.html", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef0185ec', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-3-23-santa-roza-ta-lima/", "title": "23 ta' Awwissu: Santa Roża ta' Lima", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Roża ta' Lima", "\"Mingħajr is-salib, m'hemm l-ebda sellum ieħor li minnu nistgħu naslu l-Ġenna.\"", "Santa Roża ta' Lima", "SANTA ROŻA TA' LIMA", "Verġni", "1586 – 1617", "Tagħrif:", "Santa Roża twieldet fl-20 ta' April 1586, f'Lima, il-Peru.", "Meta kellha ħdax-il sena rċeviet il-Griżma tal-Isqof mingħand San Turibju, Arċisqof ta' Lima, u ħadet l-isem ta' Roża flok dak li kellha ta' Isabella li kienu tawha fil-magħmudija.", "Sa minn ċkunitha fid-dar rawmet ruħha fil-qdusija, u għażlet lil Santa Katarina ta' Siena bħala mudell ta' ħajjitha.", "Kienet tqatta' ħafna ħin fit-talb u fil-mortifikazzjoni.", "Billi kienet tfajla sabiħa ħafna, kienet togħrok wiċċha bil-bżar biex jitlgħalha kollu nfafet u jittebba' ħalli b'hekk tnaqqas sbuħitha.", "Meta l-ġenituri tagħha marru lura fin-negozju hi bdiet taħdem fil-ġnien matul il-ġurnata u tħit mal-lejl.", "Il-ġenituri tagħha xtaquha tiżżewweġ, iżda hi ma riditx.", "Kienet ilha li għamlet il-vot tal-verġinità.", "Meta kellha madwar għoxrin sena Roża daħlet Terzjarja Dumnikana.", "Bdiet tgħix għaliha waħidha f'għarix fil-ġnien, u hemm bdiet tgħaddi ħafna mill-ħin tagħha fit-talb, kontemplazzjoni u penitenza.", "Minkejja li kienet tgħix ħajja maqtugħa għaliha waħidha kellha tidher quddiem l-Inkwiżizzjoni.", "Iżda hi impressjonat lit-Tribunal bl-umiltà tagħha u bl-għaqda tagħha ma' Alla.", "Hija żammet parti mid-dar tagħha biex tkun tista' tieħu ħsieb it-tfal foqra, ix-xjuħ u l-morda.", "Jgħidu li dan kien il-bidu tas-servizzi soċjali fil-Perù.", "L-aħħar tliet snin ta' ħajjitha għaddiethom marida u fi tbatija kbira fid-dar ta' ħabibitha li kienet il-mara ta' mpjegat għoli mal-Gvern.", "Mietet nhar l-24 ta' Awissu 1617, meta kellha 31 sena.", "Il-belt kollha ta' Lima ħarġet bi ħġarha għall-funeral tagħha, u l-aqwa nies tal-belt refgħu t-tebut tagħha.", "Fl-1671, il-Papa Klement X iddikjaraha Qaddisa u Patruna tal-Perù, tal-Amerika t'isfel u tal-Filippini.", "Kienet l-ewwel waħda li ġiet ikkanonizzata mill-Kontinent Amerikan.", "Ħsieb", ":", "Ommha u missierha xtaquha tiżżewweġ, imma hi xtaqet li timxi fuq il-passi ta' Santa Katarina u tidħol mas-sorijiet Dumnikani.", "Il-familjari tagħha baqgħu jżommu sod fl-oppożizzjoni tagħhom għal din il-vokazzjoni u hi żammet sod f'li ma ssegwix il-vokazzjoni li riedu minnha – dik taż-żwieġ.", "Għalhekk hi baqgħet xebba, saret membru tat-terza ordni tal-lajċi Dumnikani u għexet ħajja ta' talb u penitenza.", "Jgħidu li hemm żewġ affarijiet finali li l-ġenituri jistgħu jittamaw li jgħaddu lil uliedhom.", "Waħda minn dawn hi", "l-", "għeruq", "u l-oħra hi", "l-", "ġwienaħ", ".", "Ċertament li l-ġenituri ta' Roża taw lil binthom l-għeruq fil-fidi, imma qatgħulha l-ġwienaħ tal-vokazzjoni li għaliha ħassitha msejħa, li hi dik li tkun soru reliġjuża.", "Il-qaddisa sofriet ħafna minħabba dan, imma għaqdet is-sofferenzi tagħha ma' dawk ta' Ġesù fuq is-salib, u b'konsegwenza ta' dan hi żviluppat ġwienaħ ġodda li bihom taret lejn it-triq tal-qdusija.", "Hi ġarret is-salib tal-ubbidjenza lejn il-ġenituri tagħha bil-ferħ u tgħallmet lezzjoni, li min fejn tinsab, Alla jista' jagħtik Hu, il-mezzi u l-grazzji li ssir qaddis/qaddisa.", "Roża ma qabditx it-triq li l-ġenituri xtaqu minnha, imma t-triq li qabdet wasslitha għall-qdusija.", "Imma fil-fatt, mhux din hi l-ħolma li l-ġenituri għandu jkollhom fuq uliedhom, jiġifieri dik li wliedhom isiru qaddisin?", "B'dispjaċir ngħidu li llum hemm ħafna ġenituri li ma jixtiequx li uliedhom isiru sorijiet, qassisin jew patrijiet.", "Forsi għax jibżgħu li wliedhom ma jkunux kuntenti jew għax jixtiequ min għandhom in-neputijiet.", "Imma l-familja hi l-benniena tal-vokazzjonijiet reliġjużi u l-ġenituri għandhom jissapportjaw lil uliedhom meta huma jesprimu interess f'vokazzjoni bħal din.", "Ejjew nitolbu issa, ħalli l-ġenituri, huma wkoll, ikollhom qalb miftuħa għas-sejħat ta' Alla lil uliedhom.", "Talba", ":", "Mulej Ġesù, Int għidtilna li l-ħsad huwa kbir imma l-ħaddiema ftit; għin lill-familji tagħna llum biex jagħtu s-sapport tagħhom għas-sejħat vokazzjonali ta' servizz fil-Knisja li uliedhom jista' jkollhom.", "Nitolbu biex kull tifel u tifla tingħatalhom il-libertà u l-kuraġġ biex isegwu l-vokazzjoni li Int issejħilhom għaliha.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2015/08/saint-rose-of-lima.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-rose-of-lima/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Rose_of_Lima", "Film (Gloria TV):", "https://gloria.tv/video/J4NPXBdukW212PH4VfBEZaEr8", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef01930f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-1-21-san-piju-x/", "title": "21 ta' Awwissu: San Piju X", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Piju X", "\"Li kien hemm miljun familja titlob ir-Rużarju kuljum, id-dinja kollha tkun salvata.\"", "Papa Piju X", "SAN PIJU X", "Papa", "1835 – 1914", "Tagħrif:", "Ġużeppi Sarto twieled fir-raħal ta' Riese, fl-Italja ta' fuq.", "Missieru kien iżżewweġ kbir meta kellu 43, iżda ommu kienet għadha fl-aħjar tagħha ta' 22 sena.", "Wara sena kellhom tarbija iżda mietet għaxart ijiem wara.", "Wara kellhom tifel ieħor li semmewh Ġużeppi li twieled fit-2 ta' Ġunju, 1835 u għammduh l-għada.", "Margerita kellha tmint itfal oħra, żewġ subjien u sitt ibniet.", "Lil Ġużeppi laqqmuh \"Bepi\" u hekk baqgħu jsejħulu ħutu bejniethom anki meta kien Kardinal Patrijarka.", "Il-kappillan tar-raħal kellem lil tal-familja biex it-tifel ikompli jistudja.", "Ma sabux diffikultà ħlief li ma kellhomx flus.", "Irranġawlu li jmur Castel Franco.", "Daħal is-Seminarju ta' Padova, u ordna saċerdot fit-18 ta' Settembru tal-1858, fl-età ta' 23 sena.", "Hu għadda l-ewwel sbatax-il sena tas-saċerdozju tiegħu f'ħidma pastorali.", "Fl-aħħar, fit-14 ta' Lulju 1867, bagħat għalih l-isqof u ħatru kappillan tal-parrocċa importanti ta' Salzano b'elfejn ruħ u tliet kurati.", "Għamel pjan għall-appostolat tiegħu: l-ewwel punt kien li kellu jżur kull familja, anki dawk li kienu Lhud u l-iktar lil dawk li kienu magħrufa bħala kontra l-Knisja.", "Fl-1873, faqqgħet il-kolera; il-kappillan baqa' jdur bil-parruċċani tiegħu li ħadu din il-marda.", "Fix-xitwa tal-1868, beda skola tal-Latin u tal-mużika sagra.", "L-ikbar taħbit il-moħħ li kellu kien għall-fqar.", "Kulma kien jiddobba: qamħ, injam, frott, kollox kien għalihom.", "Ġie li anki ddejjen minħabba fihom.", "Kien magħżul kap tal-Għaqda tal-Karità li kienet tieħu ħsieb 200 fqir fil-belt.", "Sena wara sar il-Kap tal-Kumitat tal-iskola.", "Fl-1875, ħatruh Kanonku tal-Katidral ta' Treviso, u fl-1884 sar Isqof ta' Mantova.", "Fl-1893, il-Papa Ljun XIII ħatru Kardinal u Patrijarka ta' Venezja.", "F'din il-kariga wera kemm kien bniedem żelanti u ta' ħila amministrattiva.", "Fl-4 ta' Awwissu 1903, il-Kardinal Sarto kien elett Papa, u ħa l-isem ta' Piju X. Ix-xewqa kbira tiegħu kienet li \"jġedded kollox fi Kristu.\"", "Fost l-affarijiet li għamel kienu:", "li ebda setgħa ċivili ma għandha tindaħal fl-elezzjoni tal-Papa, u neħħa l-veto li kellhom xi pajjiżi;", "iddefenda s-separazzjoni tal-Knisja mill-Istat, u dwar dan żamm sod speċjalment kontra l-Gvern ta' Franza;", "ħadem ħafna biex ineħħi l-Moderniżmu mill-Knisja (meta xi qassisin kienu qed ixerrdu din l-idea u hu bil-kitba tieghu", "\"Pascendi\"", "u", "\"Lamentabilis\"", "ħadha qatta bla ħabel kontra dan u talab mis-saċerdoti ġurament kontra l-moderniżmu);", "inkuraġġixxa l-qari ta' kuljum tal-Bibbja, u t-Tqarbin spiss u jekk jista' jkun kuljum, speċjalment mit-tfal;", "ħejja test ta' Katekiżmu li kellu jintuża mal-Italja kollha u li ġie ppubblikat sentejn qabel ma miet;", "irriforma l-Mużika Sagra, il-Liturġija, il-Brevjarju Ruman, u beda l-kodifikazzjoni tal-Liġi Kanonika;", "irriforma l-Kongregazzjonijiet u l-qrati Rumani;", "fetaħ l-Istitut Bibliku;", "ta attenzjoni speċjali lill-istampa kattolika, u lill-Azzjoni Kattolika; u", "ħadem ħafna għall-paċi meta d-dinja kienet f'xifer ta' gwerra.", "L-Ewwel Gwerra Dinjija bdiet fl-4 ta' Awwissu 1914, u l-Papa miet fl-20 ta' Awwissu 1914.", "Il-Papa Piju XII ikkanonizzah fl-1954.", "Kien l-ewwel Papa li ġie ddikjarat Qaddis mill-1672, mill-kanonizzazzjoni ta' San Piju V.", "Ħsieb", ":", "Taf li ħafna mill-isqfijiet għandhom mudell episkopali li jmur mal-kodiċi uffiċjali tagħhom?", "Taf x'inhu l-mudell tal-isqfijiet tagħna?", "Fl-1903 meta l-qaddis tal-lum Papa Piju X inħatar Papa ta' Ruma, hu għażel għalih vers mill-Ittra ta' San Pawl lill-Efesin Kapitlu 1:", "\"li jġedded kollox fi Kristu.\"", "Għalfejn taħsbu li għażel dan bħala l-mudell tiegħu?", "Il-Papa Piju fisser għaliex f'Enċiklika li kiteb ftit wara li sar Papa.", "Hu staqsa:", "\"Min jista' ma jarax li s-soċjetà preżenti, aktar mis-snin ta' qabel, qed issofri b'mod terribli minn marda gravi li qed tavvanza kuljum, li qed tiekolha minn ġewwa u tkaxkarha lejn id-", "distruzzjoni?", "Intom tifhmu, għeżież uliedi, x'inhija din il-marda – li abbandunajna lil", "Alla\" ...", "X'kienet din il-marda?", "Li abbandunajna lil Alla.", "Dan hu l-ħażen li l-Papa ra li jeżisti, wara l-konflitti li kienu se jwasslu għal gwerra kbira li bdiet fl-1914, l-aħħar sena tal-Pontifikat tiegħu.", "Riċentament, il-Papa Benedittu reġa' tenna kważi l-istess kliem meta qal:", "'Dinja mingħajr Alla hi dinja mingħajr tama.'", "Is-soluzzjoni?", "\"Li jiġġedded kollox fi Kristu,\"", "u dan jibda minni u minnek.", "Il-battalja bejn it-tajjeb u l-ħażin tinsab fil-qalb ta' kull wieħed u waħda minna.", "Jeħtieġ li nagħmlu lil Kristu r-Re u s-Sid tal-qalb tagħna, li nagħrfu s-setgħa tiegħu li jsaltan fuqna.", "Huwa biss meta Alla jkun onorat, meta mhux biss iddikjarajt lill-Mulej Sid ta' ħajtek, imma wkoll qed tirsisti u titħabat biex ikun hekk tassew, li, ir-rokna ċkejkna tad-dinja tiegħek, tkun iġġeddet fi Kristu.", "U minnek, jalla s-Saltna t'Alla tiftaħ il-friegħi tagħha u tkompli tinxtered fost dawk li l-Mulej jixtieqek tmissilhom ħajjithom.", "Ma tonqosx ukoll, id-devozzjoni ta' dan il-Qaddis lejn il-Verġni Mbierka Marija.", "Hu jsostni li t-talba tar-Rużarju hi dik li l-aktar togħġob lill-Qalb safja ta' din l-Omm tagħna tas-Sema.", "Hi din it-talba li magħha hemm marbuta l-akbar ammont ta' grazzji wara t-talba tal-Quddiesa.", "Bi kliemu dejjem ħeġġeġ lill-merħla tiegħu biex jitolbu din it-talba kuljum, b'mod speċjali fil-familja, biex tirrenja l-paċi.", "Qal li: '", "Li kien hemm miljun familja titlob ir-Rużarju kuljum, id-dinja kollha tkun salvata.", "X'bidla nistgħu nagħmlu fil-familji tagħna u fid-dinja li kieku nieħdu t-talba tar-Rużarju bis-serjetà u nitolbuha kuljum.", "Kemm nistgħu jien u int nagħmlu ġid bil-moħbi!", "O li kieku tassew nemmnuh dan!!", "Talba", ":", "Għażiż Papa Piju X, nitolbuk tidħol għall-Knisja b'talbek f'dan iż-żmien, li bħal fi żmienek, jekk mhux agħar, tinsab għaddejja minn tant moderniżmu li qed joħnoqha minn ġewwa.", "Itlob li ma nkomplux inwarrbu t-tagħlim u l-pariri siewja tiegħek, imma niddawlu b'dan id-Dawl qaddis tal-Verità li qatt ma tinbidel.", "Li nżommu mat-tagħlim mogħti lilna minn Ġesù Kristu u l-Knisja Kattolika Rumana mwaqqfa minnu.", "Jalla nagħrfu nagħżlu t-tagħlim veru mit-tagħlim qarrieqi fi żminijietna, hekk li naslu biex ikunu xhieda tal-Verità hekk kif kont int. Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/pope-st-pius-x.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-pius-x/", "Wikipedia in English:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Pius_X", "Film antik bit-Taljan dwar Papa Piju X:", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija, ir-Rużarju u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-Wikidepia.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef0199f3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-8-18-santa-elena/", "title": "18 ta' Awwissu: Santa Elena", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Elena", "\"Bnejt kemm knejjes 'l Alla l-għoli", "Fejn jingħata kull tifħir;", "Hawn l-Insara b'qima nġabru,", "Minnhom bogħod kien it-tkasbir.", "Fi xjuħitek ridt issib", "L-għuda mqaddsa tas-Salib.\"", "Innu lil Santa Elena miktub minn Dwardu Żarb", "SANTA ELENA", "Imperatriċi Awgusta", "250– 330", "Tagħrif:", "L-istorja tagħha tgħidilna li Elena, hekk imżejna bi kwalitajiet naturali, ġibdet l-attenzjoni ta' Kustanzu Kloru, neputi tal-Imperatur Klawdju Gotiku min-naħa ta' ommu.", "Kustanzu Kloru kien bniedem kapaċissimu fl-armata Rumana, fil-politika, fl-istrateġija, fil-finanzi u fil-ħeffa ta' deċiżjonijiet importanti li kellu jieħu.", "Kloru ħadha b'martu u minħabba l-impenji militari, kellu jkun assenti mill-ħajja familjari.", "Għalkemm ma nafux meta Elena saret nisranija u anqas nafu kemm damet tagħġinha l-grazzja ta' Alla qabel ma ħaddnet uffiċjalment it-twemmin nisrani, madankollu nibqgħu ċerti li xi darba tgħammdet.", "Kristu, rebaħha u s-salib li ġarret għal snin sħaħ matul ħajjitha, ħalla frott tassew bnin għall-kristjaneżmu, u, fuq kollox, wassalha għall-qima tal-altari.", "Ġara li matul il-ħajja matrimonjali tagħhom, li fiha tweldilhom tifel li ġie mogħti l-isem ta' Kostantinu, missieru ġie assenjat l-uffiċċju ta' Ċesare fi żmien l-Imperatur Dijoklezjanu.", "Dan iddeċieda li jaqsam l-imperu fil-parti tal-Punent li kienet tinkludi l-Ingilterra, Franza u parti minn Spanja u dik ta' Lvant.", "Lil Kloru ġiet assenjata l-parti tal-Punent.", "Pero' tpoġġietlu kundizzjoni bħala obbligu strett biex dan iseħħ, jiġifieri li Kloru jħalli lil martu Elena u jiżżewweġ lil Teodora, it-tifla tal-Imperatur.", "Kienet deċiżjoni diffiċli u ta' swied il-qalb għal bniedem ta' dak il-kalibru.", "Madankollu rebħet it-tieni għażla.", "Kloru ħalla lil martu Elena u kien imġiegħel li ibnu Kostantinu jittieħed ukoll 'l bogħod mid-dar bl-iskuża li dan ibnu jmur fil-Lvant taħt għajnejn Galerju bħala rahan ta' fedeltà ta' missieru.", "L-iskuża kienet li jingħatalu taħriġ militari.", "Hawn feġġ is-salib ta' Elena, mifruda minn żewġha u issa minn binha wkoll għal perijodu ta' 13 -il sena sħaħ!", "Elena kompliet tbati fis-skiet.", "Issa kellha sfida oħra quddiemha: ulied Teodora.", "Elena kompliet tieħu ħsieb ulied Teodora.", "Hawnhekk naraw jispikka f'Elena l-virtù tal-maħfra.", "F'soċjetà magħrufa għall-vendetta u l-vjolenza tagħha, tant li aktar tard fl-istorja, minħabba l-waqgħa tal-valuri u l-morali, l-Imperu Ruman spiċċa tfarrak, dan l-għemil erojku ta' Elena bbrilla u ħalla impatt kbir għal min ried jara d-dawl!", "Ninsabu fi żmien meta l-aħbarijiet kienu jiġu mgħoddija b'ħeffa, minħabba l-organizzazzjoni tal-Imperu Ruman.", "Kostantinu, miżmum minn Galerju, sar jaf bl-istat prekarju jew dgħajjef ta' ħajjet missieru Kloru.", "Permess għaż-żjara tiegħu lil Kloru fil-Brittanja ġie miċħud minn Galerju.", "Iżda Kostantinu permezz ta' żwiemel tant ħfief u veloċi rnexxielu jiżgiċċa r-rifjut ta' Galerju u telaq determinat għal għonq it-triq l-aktar twila sa ma wasal fejn missieru moribond.", "Kbir kien il-ferħ tagħhom meta l-missier seta' jilmaħ il-lineamenti tiegħu, dak il-wiċċ li jiftakru bħala tfajjel u li fakkruh f'dawk tal-maħbuba Elena, martu.", "Kostantinu kellu x-xorti li jħoss l-aħħar nifs ta' missieru, li qabel mewtu rrakkomandah lill-armata tiegħu, li aċċettat lil ibnu bħala suċċessur ta' Kustanzu Kloro, l-Imperatur Awgustu.", "Swielu t-taħriġ li kien ħa taħt Galerju fil-Lvant.", "Bir-raġun kollu jissejjaħ Kostantinu l-Kbir, Il-Manju.", "Elena għexet f'din il-ħajja moħbija, issofri n-niket sas-sena 306 meta Kostantinu sejħilha fejnu u taha t-titlu ta' Imperatriċi.", "Binha naqqax isimha u x-xbihat taghha fuq il-muniti u tal-unuri kollha li jistħoqqilha.", "Issa Santa Elena kellha madwar 63 sena.", "Elena issa nqdiet bil-pożizzjoni tagħha ta' unur biex tagħmel il-ġid.", "Hi kellha ħsieb ieħor ġo moħħha, li kien li ssib is-Salib li fuqu ssallab il-Feddej.", "Kollox ħejjielha binha Kostantinu u erħilha mal-wasla tagħha fil-Palestina tibni knejjes b'tifkira lil dawn il-postijiet imqaddsa.", "Staqsiet u fittxet bl-għajnuna tal-isqof Makarju u dlonk lemħet it-tempju lil alla Venere biex tintesa kull qima lejn postijiet hekk għeżież.", "Ordnat it-tneħħija tat-tempju u li jsir it-tħaffir f'dak il-post.", "Xejn ma naqas talb minn fommha, biex tinstab l-għuda mqaddsa tas-salib.", "Fejn qabel saltnu x-xbihat tal-ajkla Rumana, dik tan-nofs qamar, inkella dik tal-pjaċiri moqżieża jew l-oħra tal-minġel u l-martell, sa fl-aħħar dehru jiġu skavati xi għodda tal-passjoni u fl-aħħar is-slaleb li fuqhom temmew ħajjithom il-ħallelin u Kristu l-Feddej.", "Infakkru fil-qosor erba' biċċiet mill-istorja ta' Elena, kif ħallihielna Rufinu:", "(1) ELENA TMUR ĠERUSALEMM BIEX TFITTEX IS-SALIB:", "Elena, omm Kostantinu, mara ta' fidi straordinarja u ta' devozzjoni profonda, barra milli kienet ta' jdejn miftuħin għall-aħħar, ġiet imnebbħa minn dehriet tas-Sema biex tmur Ġerusalemm.", "Hawnhekk kellha titkixxef mingħand in-nies fejn Kristu ġie mdendel fuq is-salib.", "L-imkien mhux la kemm tfittxu għax dawk li kellhom għalih kienu waqqfu fil-post statwa ta' Venere biex l-insara li riedu jqimu hemm lil Kristu kienu jidhru bħallikieku jaduraw lil Venere.", "Minħabba f'hekk, dak l-imkien, l-insara ma tantx kienu jersqu lejh għad li ma ntesiex.", "Sinjal mis-sema wera fejn kien il-post.", "Meta Elena marret hemm u sabet ruħha fuq il-post, kif kienet imnebbħa, ġarrfet dak li kien hemm wieqaf quddiemha u li kien imniġġes.", "Ħaffret taħtu u niżlet 'l isfel: sabet tlett islaleb ħdejn xulxin.", "Il-ferħ tas-sejba ma damx għax ma setgħux jagħżlu liema wieħed kien ta' Kristu.", "Il-biċċa tavla żgħira, li fuqha Pilatu kien kiteb bil-Grieg, bil-Latin u bil-Lhudi, kienet hemm iżda ma kenitx aktar mas-salib biex tagħżlu.", "Mela kienu jeħtieġu sinjal ieħor mis-Sema biex jagħrfu s-salib.", "(2) KIF ĠIE MAGĦRUF IS-SALIB VERU:", "Mela ġara li mhux bgħid kien hemm waħda mara magħrufa li kienet marida għall-mewt b'marda kerha.", "L-Isqof Makarju, meta ra d-dubji tas-Sultana u ta' madwarha, qal: 'Ġibu t-tlett islaleb li sibna u Alla jurina liema wieħed kien dak li fuqu miet Kristu.'", "Marru lkoll għand dik il-mara u, x'ħin waslu, qagħad għarrkupptejh, u għolla din it-talba: 'Mulej, inti għoġbok li bil-passjoni ta' Ibnek il-Waħdieni fuq is-Salib tagħti s-salvazzjoni lill-bnedmin kollha, u issa, fiż-żmien li għażilt int, nebbaħt lill-qaddejja tiegħek biex tfittex kullimkien din l-għuda qaddisa li fuqha kien imdendel is-Salvatur: agħtina issa sinjal ċar biex nagħrfu liema wieħed minn dawn is-slaleb kien dak il-glorjuż, fost dawk li kienu magħmulin biex ineħħu l-ilsiera.", "Agħmel li din il-mara, marida għall-mewt, tieħu saħħitha mill-ġdid malli tmissha l-għuda tas-salvazzjoni.'", "Malli temm it-talba ġieb fil-qrib wieħed mis-slaleb u ma ġara xejn.", "Imbagħad ġieb it-tieni wieħed u, xorta waħda ma ġara xejn.", "Iżda meta ressaq it-tielet wieħed il-mara fetħet għajnejha minnufih u qamet, saħħitha ġiet lura kollha f'daqqa, iktar milli kienet meta kienet tħossha tajba.", "Bdiet tiġri ma' darha u tfaħħar il-qawwa tal-Mulej.", "Qrib is-sena 328 kien wasal iż-żmien li Elena ttemm din il-ħajja, tħalli dan il-wied ta' dmugħ li fih dejjem għarfet torbot ruħha mar-rieda ta' Alla, biex tittajjar għal għandu u tibda' ssaltan miegħu fis-sebħ bla tmiem.", "Mhux magħruf b'ċertezza l-post fejn mietet, għalkemm xi storiċi jsemmu Ruma.", "Iżda nafu li Elena kienet mibkija minn kulħadd.", "U ġisimha ġie midfun u mqiegħed fil-Mawsoleum ta' Via Lavicana, magħruf bħala Tor Pignattara.", "Ħsieb", ":", "San Andrija ta' Kreta fl-għaxar omelija tiegħu dwar l-Eżaltazzjoni tas-Salib, jgħid:", "\"X'ħaġa kbira li tippossedi s-Salib!", "Min jippossedieh, jippossedi teżor.\"", "Aħsbu kif l-Iben ta' Alla sar daqshekk vulnerabbli, assuma l-kundizzjoni ta' lsir u kien", "ubbidjenti sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib", "(Filippin 2:8).", "Bis-salib tiegħu aħna salvati.", "L-istrument tat-tortura li, fil-Ġimgħa l-Kbira, wera l-ġudizzju ta' Alla għad-dinja, sar l-għajn tal-ħajja, il-maħfra, il-ħniena, is-sinjal tar-rikonċiljazzjoni u l-paċi għal kulħadd!", "Elena ssammar ħaristha mas-salib.", "Din il-kwalità ta' Elena, x'turina?", "Turina:", "Li f'ħajjitna, bħalha, dejjem għandna nduru lejn Ġesù, l-uniku Salvatur tagħna.", "Li għandna ngħożżu d-drawwa sabiħa tar-radd tas-Salib, għaliex is-Sinjal tas-Salib huwa s-sinteżi tal-fidi tagħna.", "Li s-Salib jgħidilna kemm ħabbna l-Mulej.", "Jgħidilna li hemm imħabba f'din id-dinja li hija aqwa mill-mewt.", "Aqwa mid-dgħujfijiet u d-dnubiet tagħna.", "Li l-qawwa tal-imħabba hija ferm aqwa mill-ħażen li jheddidna.", "Fil-festa ta' din il-qaddisa, aħna wkoll mistiedna, flimkien ma' dawk ta' rieda tajba li qed isofru f'qalbhom u f'ġisimhom, biex ngħollu għajnejna lejn is-Salib ta' Ġesù ħalli fih niskopru l-għajn tal-ħajja, is-sors tas-salvazzjoni.", "Huwa hu li se jagħmilna ħielsa biex inħobbu bħalma ħabbna hu u biex nibnu dinja rikonċiljata.", "Għaliex minn dan is-Salib Ġesù ħa fuqu t-toqol tat-tbatijiet u l-inġustizzji tal-umanità tagħna.", "Fuq dan is-Salib huwa ħa fuqu l-umiljazzjoni u d-diskriminazzjoni, it-tortura sofferta f'ħafna partijiet fid-dinja minn tant ħutna subien u bniet fil-fidi għall-imħabba ta' Kristu.", "Jiġini hawnhekk il-kliem qawwi ta' Ġesù li tant jgħodd għal din il-qaddisa:", "\"Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.", "Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.", "\"(Mark 8:34-36).", "F'Elena tispikka wkoll il-virtù tal-ħniena, meta ħaffret lil żewġha talli ddevorzjha biex jiżżewweġ lil Teodora minħabba l-pożizzjoni politika tiegħu u talli firduha minn binha għal snin twal.", "Mhux biss ħafret imma kompliet tieħu ħsieb ulied Teodora hi stess.", "U hawn niftakru fi kliem San Pawl fl-Ittra tiegħu lir-Rumani:", "\"Troddu lil ħadd deni b'deni.", "Ħa jkun ħsiebkom filli tagħmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha.", "Jekk jista' jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil-paċi ma' kulħadd.", "Tivvendikawx ruħkom b'idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-korla ta' Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: 'Għalija l-vendetta, jiena nħallas, jgħid il-Mulej.'", "Jekk l-għadu tiegħek bil-ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-għatx, isqih.", "Jekk tagħmel hekk tkun qiegħed tiġma' ġamar jaqbad fuq rasu.", "Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb\"", "(Rumani 12:17-21).", "Tajjeb għalhekk li quddiem din il-kwalità ta' Elena, tal-Maħfra, nistaqsi bis-serjetà lili nnifsi:", "Kemm qed inpatti bil-ġid għad-deni li qed nirċievi bħalma għamlet Elena?", "Qed nagħti r-rabja tiegħi lill-Mulej bħalma għamlet hi u, minflok ma nsib vendetta għal min ħadli lil żewġi jew lil marti, inkella ċaħħadni minn uliedi, jiena nitlob għalihom?", "L-għedewwa tiegħi naħfrilhom?", "Inberikom?", "Nagħmlilhom il-ġid?", "F'mumenti diffiċli qiegħed naqbad il-Kelma ta' Alla u nħalli lil Ġesù jgħallimni kif għandi nġib ruħi?", "U x'jgħidli l-Mulej Ġesù?", "\"Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: 'Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom.", "Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu.", "Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura.", "Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom.", "Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista' jkollkom?", "Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom.", "U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmel il-ġid lilkom, xi ħlas jista' jkollkom?", "Għax dan jagħmluh saħansitra l-midinbin.", "U jekk tisilfu xi ħaġa lil min tistennewh iroddhielkom lura, xi ħlas jista' jkollkom?", "Il-midinbin ukoll jisilfu lill-midinbin, bil-ħsieb li jieħdu lura daqshekk ieħor minn għandhom.", "Imma intom ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir; u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u l-ħżiena.", "Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.'", "(Luqa 6:27-36)", "Tajjeb li nagħrfu kwalità oħra ta' Elena, li hi dik tat-Talb.", "Kien propju l-kuntatt tagħha ma' Alla fit-talb li ta lil din il-qaddisa l-qawwa u l-kuraġġ li tibqa' għaddejja f'din il-ħajja, minkejja d-diffikultajiet u l-qsim ta' qalb li għaddiet minnhom.", "Ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi:", "X'qed nagħmel fil-mumenti koroh tal-maltempati f'ħajti?", "Qed nirrikorri għat-talb bħalma għamlet Elena jew inkella qed ninġarr mar-riħ?", "Jekk ittradewni issa waqajt fl-istess nassa jien, il-għaliex bdejt nittradixxi kif ġib u laħaq?", "Jekk serquni, qed nisraq?", "Jew għaliex għamluli l-ħsara, dan jagħtini l-permess li nagħmel il-ħsara jien?", "Ma nafx li t-talb ikabbarni fis-sabar?", "Ma nafx li bit-talb jinfaqgħu l-ħitan żonqrija tal-ħażen?", "Talba", ":", "Imperatriċi qaddisa Elena, permezz tad-devozzjoni u l-ħeġġa tiegħek li bihom kont imqanqla biex tfittex sa ma ssib is-salib tal-Feddej tagħna, nitolbok biex b'talbek taqlagħli l-grazzja li nsofri bil-paċenzja t-taħbit u s-saram ta' din il-ħajja, bil-ħsieb li wara s-salib, hemm il-glorja tistennieni.", "Irrid li bħalek nilqa' bil-qalb is-slaleb ta' ħajti bi mħabba għal Kristu li miet għalija fuq is-salib.", "Naf li jekk nagħmel dan, jien ukoll għad ningħaqad miegħu u miegħek fil-ferħ tas-sema li ma jintemm qatt!", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2017/08/saint-helena.html", "Alternative Reading:", "http://faith.nd.edu/s/1210/faith/interior.aspx?sid=1210&gid=609&pgid=21532&cid=41967&ecid=41967&crid=0", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Helena_(empress)", "Nota: It-Tagħrif u l-Ħsieb dwar din il-qaddisa ġie addattat minn paniġirku ta' Fr Mario Attard OFM Cap għal jum il-festa ta' Santa Elena.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef04575c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-0-10-san-lawrenz/", "title": "10 ta' Awwissu: San Lawrenz", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Lawrenz", "\"Lawrenz għajjat u qal: 'Jiena nqim lil Alla tiegħi, u naqdi lilu waħdu; ma nibżax mill-moħqrija tiegħek.", "Alla tiegħi hu l-għajnuna tiegħi: jien nittama fih.'\" –", "Responsorju mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Lawrenz (Salm 17(18):3b).", "SAN LAWRENZ", "Djaknu u Martri", "? – 258", "Tagħrif:", "Il-kelma \"Djaknu\" tfisser \"Qaddej.\"", "Wara l-appostli San Pietru u San Pawl, San Lawrenz l-aktar martri Ruman magħruf ta' Ruma.", "Ma għandniex wisq dettalji ċerti fuqu ħlief li kien djaknu tal-Knisja ta' Ruma.", "Jingħad li hu kien minn Huesca t'Aragona (Spanja) u ħadu miegħu Ruma l-arċidjaknu Sistu meta dan kien għaddej fuq qadja minn Huesca t'Aragona.", "Meta aktar tard Sistu sar papa bl-isem ta' Sistu II, fil-257 għażel lil Lawrenz bħala djaknu, u għalkemm kien għadu żagħżugħ, qiegħdu l-ewwel wieħed mis-seba' djakni li kienu jservu lill-Knisja ta' Ruma.", "Fis-6 ta' Awwissu, 258 il-Papa Sistu, waqt li kien fiċ-ċimiterju ta' San Kallistu ma' xi djakni tiegħu, ġie maqbud u kkundannat għall-mewt.", "Jingħad li Lawrenz mar jilħqu u staqsieh kif kien sejjer għall-aħħar sagrifiċċju tiegħu mingħajr id-djaknu tiegħu.", "Papa Sistu jingħad li ħabbar lil Lawrenz li kellu jmut mewta ħarxa ftit jiem wara.", "Fil-fatt Lawrenz ġie hu wkoll maqbud mis-suldati Rumani.", "San Ambroġ ħalla miktub li, skont tradizzjoni orali, Lawrenz qabel ma arrestawh, ġie mogħti tlett ijiem żmien biex inewwel lill-imperatur Valerjanu t-teżori tal-knisja, iżda d-djaknu biegħhom biex jiġu mgħejjuna l-foqra u ppreżenta lill-imperatur dawn l-istess foqra bħala teżori tal-knisja.", "Lawrenz ġie għalhekk ikkundannat għal mewta l-aktar ħarxa billi jkun mixwi fuq gradilja.", "Il-qaddis ingħata difna xierqa fuq il-Via Tiburtina.", "Prudentius, madwar is-sena 400, jgħid li l-konverżjoni ta' Ruma saret minħabba t-talb ta' San Lawrenz u jgħid ukoll li folol kbar kienu jmorru fil-knisja ta' dan il-qaddis f'Ruma u li ħafna grazzji kienu jinqalgħu bl-interċessjoni tiegħu.", "Fis-seklu erbgħa dan il-qaddis mhux biss kellu festa iżda wkoll vġili.", "Wara l-martirju, il-fdal tal-Qaddis indifen fiċ-ċimiterju ta' Ċirijaka ħdejn it-triq Tiburtina fil-Verano.", "Kostantinu l-Kbir bena bażilika fuq il-qabar tiegħu, li waqgħet u nbniet kemm-il darba.", "Il-knisja li hemm illum iġġib l-isem ta'", "San Lorenzo Fuori le Mura", ", u tinsab f'idejn il-patrijiet Kapuċċini.", "Imfaħħar mill-aqwa dutturi tal-Knisja, fosthom Santu Wistin, Sant'Ambroġ, u San Leone Manju, wara l-Appostli San Pietru u San Pawl, hu l-iktar martri meqjum ġewwa Ruma.", "Il-Papa tal-Immakulata, il-Beatu Piju IX, ried jindifen ħdejn il-qabar ta' San Lawrenz, u hemm jinsab tassew.", "Lil San Lawrenz, huma ddedikati mijiet kbar ta' knejjes, fosthom f'Ruma, San Lawrenz \"", "In Lucina,", "\" \"In Damaso,\" mibnija mill-Papa San Damaso (366-384), \"In Paneperna\" u \"In Miranda\".", "Lilu huma ddedikati l-Katidrali ta' Genova, Perugia, Grosseto, Trapani, Lugano u oħrajn.", "Il-Knisja tiċċelebra l-festa tiegħu bl-istess grad liturġiku daqs tal-festi tal-Appostli.", "San Lawrenz huwa l-Patrun tal-Birgu u tar-raħal li jġib ismu 'San Lawrenz,' Għawdex.", "Ħsieb", ":", "Dan kliem l-Isqof Mario Grech – mill-omelija f'jum il-festa tad-djaknu San Lawrenz:", "\"Lill-Isqof Ċiprijanu ta' Kartaġni xi ħadd kitiblu hekk: Għadu kemm wasal editt ta' Valerjanu li fih iħabbar il-qtil tal-isqfijiet u tad-djakni, fost dawn hemm id-djaknu Lorenzu.", "Skont l-Isqof Ċiprijanu, il-ħsieb ta' Valerjanu ma kienx biss li joqtol lil dak u lill-ieħor, imma li f'kolp wieħed inaddaf lis-soċjetà ta' żmienu mis-saċerdozju.", "Valerjanu ried joħloq l-instabbilità fi ħdan il-Knisja billi mhux biss ifieri imma saħansitra joqtol lil kull saċerdot.", "Nibża' li dan l-ispirtu ta' Valerjanu jista' jerġa' jibda jqajjem rasu ...", "Hemm bżonn li fil-Knisja jkollna komunità li kapaċi tqum fuq riġlejha u tagħmel id-difiża tagħha mhux lil dik il-persuna (is-saċerdot individwali) imma l-ministeru afdat lil dik il-persuna.\"", "U din li ġejja hija riflessjoni ta' Dun Daniel Xerri fuq il-fidi li kellu fi Kristu id-Djaknu Lawrenz:", "L-imħabba ta' Lawrenz għal Kristu u l-Knisja tiegħu, imħabba li wasslitu sal-martirju, hi marbuta ħaġa waħda mal-fidi tiegħu.", "X'inhi l-fidi?", "Hija meta \"l-bniedem jerħi ruħu kollu kemm hu liberament f'idejn Alla\" u \"lil Alla li juri lilu nnifsu jagħtih, għax irid, il-qima kollha tal-moħħ u tar-rieda tiegħu u jilqa' bil-qalb dak kollu li Alla jurih u jitlob minnu\" (Dei Verbum, 5).", "Din hi dik li San Pawl isejħilha \"l-ubbidjenza tal-fidi\" (Rumani 16: 26) u li bix-xieraq, kull bniedem għandu jagħti lil Alla, proprju għax hu Alla.", "Lawrenz emmen f'Alla u f'Iben Ġesù Kristu, afdah b'għajnejh magħluqa u ntelaq f'idejh sa fil-martirju.", "Sa minn tfulitu huwa ħaddan il-fidi f'Ġesù ta' Nazaret, fidi li mmarkatlu ħajtu.", "Il-mod kif għex u miet juri biċ-ċar li hu kien kollu kemm hu ta' Kristu.", "Speċjalment fil-belt ta' Ruma huwa ltaqa' ma' ħafna nsara li taw xhieda tal-fidi tagħhom b'kuraġġ u determinazzjoni.", "Kien fuq kollox l-eżempju tal-martri li kabbar u saħħaħ bil-qalb ta' Lawrenz l-fidi f'Ġesù.", "L-eżempju ta' dawk l-insara qalbiena li f'din il-belt xerrdu demmhom għal Kristu kien dejjem quddiem għajnejh.", "Nistgħu nimmaġinaw x'kien iħoss meta ma' ħutu l-insara l-oħra kien iżur l-oqbra tal-martri u jitlob fuqhom, kif kienet id-drawwa tal-knisja f'dawk iż-żminijiet.", "Min jaf x'ħass meta, fuq ordni tal-Papa Sistu II innifsu, kellu jieħu ħsieb ir-relikwi għeżież tal-Appostli Pietru u Pawlu u jaħbihom fil-katakombi biex iħarishom mill-id qerrieda tal-persekuturi.", "Meta fis-sena 257 l-Imperatur Valerjanu ħareġ l-editt biex jiġu maqtula l-membri kollha tal-ġerarkija tal-Knisja, Lawrenz fehem li issa kien imiss lilu jagħti xhieda għall-fidi tiegħu f'Ġesù Kristu.", "Imqanqal mit-tħeġġiġ tal-Papa Sistu II u msaħħaħ mix-xhieda tiegħu, Lawrenz beda jarma ruħu għall-martirju.", "Hu kien lest li jbati u jmut għal dak li emmen fih.", "Bi kliem San Pawl seta' jgħid: \"Din hi l-kawża li għaliha qiegħed inbati, imma b'daqshekk ma nistħix, għax jien naf f'min emmint\" (2Timotju 1:12).", "U wasal il-waqt tal-prova.", "Kien l-10 t'Awwissu tas-sena 258 meta ż-żagħżugħ Lawrenz tela' ferħan fuq il-gradilja u ħalla lil ġismu jinħaraq bin-nar għall-imħabba ta' Ġesù.", "Fil-qawwa ta' dak in-nar kienet qed tissaffa u tilħaq il-milja tagħha l-fidi tiegħu.", "Żgur li f'dawk il-mumenti ġew f'moħħ id-Djaknu Lawrenz l-kelmiet tal-appostlu Pietru, li snin qabel kien kiteb lill-insara tal-Asja Minuri: \"Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb, biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja u għall-ġieħ meta jidher Ġesù Kristu\" (1Pietru 1:7).", "Għalhekk, \"ħuti għeżież, tistgħaġbux għax tinsabu fil-forġa qalila tan-nar, li ġiet fuqkom biex iġġarrabkom ...\" (1Pietru 4:12).", "Żgur li ġewh ukoll f'moħħu l-kelmiet tal-appostlu Pawlu: \"Lilkom ingħatat il-grazzja li sservu lil Kristu, mhux biss li temmnu fih, imma saħansitra li tbatu għalih\" (Filippin 1:29).", "San Lawrenz serva lil Kristu bħala Djaknu, emmen fih u fuq kollox bata għalih!", "Imħeġġeġ mit-tagħlim ta' dawn l-appostli kbar, Lawrenz kien tassew iħares lejn il-martirju bħala grazzja, li tant kien jixtieqha u jitlobha.", "Għax tabilħaqq, li temmen f'Ġesù hija grazzja imma li tbati għalih hija grazzja akbar.", "\"Fl-eżempju ta' San Lawrenz, għandna prova tal-qawwa tal-grazzja t'Alla.", "Hu kien jara ġismu jinħaraq bla ma jitlef il-paċi ta' ruħu; u aħna bil-maqlub ma nafux insofru l-iċken uġigħ jew dispjaċir bla ma nitilfu l-paċi.\"", "~ Br.", "Louis", "U int, fis-sofferenzi tiegħek tixbhu xejn lil San Lawrenz, billi bħalu żomm l-kalma u l-paċi?", "Jew forsi ġieli żbilt u tlift il-paċi ta' qalbek, u forsi wkoll telliftha lil ħaddieħor?", "Henjin tassew inkunu aħna jekk nimitaw lil San Lawrenz fis-sabar tiegħu!", "Talba", ":", "O kbir u glorjuż San Lawrenz, illi ġejt ikkundannat għall-mewt tan-nar bati, u soffrejt din il-piena hekk kbira b'tant qawwa tant li sirt wirja ta' ammirazzjoni fis-sema u fl-art: ftakar issa mela f'dik it-talba li għamilt 'l Alla fuq is-sodda kollha nar.", "Kif inti tlabt illi Ruma tibqa' dejjem kattolika, hekk ukoll issa, bl-interċessjoni tiegħek, aqla' rebħiet ġodda lill-Knisja fuq tant għedewwa li għandha.", "Agħmel li tibqa' sħiħa fil-fidi, u qaddisa fil-valuri, u hekk imbiegħda mill-perikli u mill-ideat foloz ta' żminijietna, tkompli twassal biss lil Kristu lid-dinja li tant għandha għatx għalih.", "Ammen.", "(Strofa minn Novena ta' San Lawrenz)", "O Alla, int ħeġġiġt bi mħabbtek lil San Lawrenz, qaddej kbir u fidil tal-Knisja tiegħek, li kiseb il-glorja tal-martirju; agħmel li ngħożżu dak li huwa ħabb u nimxu fuq it-tagħlim li tana.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-lawrence/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-lawrence-563", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Lawrence", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef1463c7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-5-15-il-vergni-mqaddsa-marija-mtellgha-fis-sema/", "title": "15 ta' Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Mtella' fis-Sema", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Verġni Mqaddsa Marija Mtella' fis-Sema", "\"Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.", "Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu...", "Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin.\"", "Luqa 1 : 46-49, 52", "IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLA' FIS-SEMA", "Tagħrif:", "Fl-ewwel ta' Novemru 1950, il-Papa Piju XII iddikjara li hi verità rrivelata lilna minn Alla li meta l-Verġni Mqaddsa Marija għalqilha ż-żmien tagħha f'din id-dinja, ġiet bil-qawwa ta' Alla mtella' s-sema bir-ruħ u bil-ġisem.", "Din hi d-domma tal-Assunzjoni.", "Hija differenti mill-Axxensjoni, it-tlugħ tal-Mulej fis-sema, għax Ġesù tela' bil-qawwa tiegħu stess.", "Sa mill-bidu tal-ħames seklu, f'Ġerusalemm, kienet diġa' bdiet issir il-festa tat-tlugħ tal-Madonna bir-ruħ u bil-ġisem fis-sema.", "Bil-mod il-mod din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata fi knejjes oħra.", "Storikament ma għandna xejn fiż-żgur fejn u meta ġrat il-mewt tal-Madonna.", "Wara li Ġesù tela' s-sema, il-Madonna baqgħet Ġerusalemm, u kienet mal-appostli meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu.", "Imbagħad flimkien ma' San Ġwann marret Efesu.", "Probabbilment wara xi żmien, reġgħet marret Ġerusalemm fejn mietet bejn is-sena 5 u 15 wara l-Axxensjoni ta' Ġesù.", "Dawk li jmutu fi Kristu, il-ġisem dgħajjef tagħhom għad jieħu s-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.", "Dan hu t-twemmin tagħna.", "Bi grazzja speċjali, Alla ried li dak li għad jiġri fl-aħħar jum lil dawk li jmutu fi Kristu, iseħħ fil-Verġni Mqaddsa sa mill-bidu tal-mewt tagħha, billi ġisimha bla ma jara t-taħsir jinbidel f'ġisem glorjuż.", "Marija mtella' s-sema bir-ruħ u bil-ġisem, hija l-Patruna prinċipali ta' Malta.", "Ħsieb", ":", "Il-ħsieb ta' xi jsir minna wara li ntemmu l-ħajja tagħna fuq din l-art, iqanqal fina emozzjonijiet varji.", "Meta wieħed jara lill-għeżież tiegħu jmutu u jisfgħu bla ħajja, jew jattendi għad-difna tagħhom, kważi jidher li dan huwa t-tmiem.", "Ħafna jistaqsu:", "Tgħid kollox jispiċċa mal-mewt tal-ġisem?", "Tgħid mhux ser nerġa' niltaqa' ma' dawk li jiena tant ħabbejt f'ħajti?", "Imma jekk hemm xi tip ta' ħajja oħra, din f'hiex tikkonsisti?", "Fejn se nkunu, u xi kwalità ta' ħajja se jkollna... aħjar jew agħar minn din li nafu s'issa?", "Imma kif se nqattgħuh il-ħin, jew aħjar l-eternità?", "Se jkollna dak kollu li bih nimlew qalbna?", "Uħud jibqgħu jistaqsu, uħud anki jinfixlu!", "Imma oħrajn ifittxu bil-għaqal kollu u bil-fidi, x'uriena Alla, anki permezz tal-Knisja mwaqqfa minnu, dwar dak li jseħħ minn kull wieħed u waħda minna meta nħallu din l-art.", "Propju għalhekk, illum il-Knisja tpoġġielna lil Ommna Marija mtella' s-Sema bir-ruħ u l-ġisem, għax kien minnha li Alla ried jibda.", "Ried jurina kif kulħadd huwa msejjaħ għal dan l-istess destin.", "Hi propju s-Solennità li qed niċċelebraw illum, li tikxef u tħabbar x'futur hemm lest għalija u għalik, jekk bħal Marija ngħixu dak li jitlob minna Alla.", "Uħud iridu jkunu jafu l-futur.", "Alla wriena li l-futur etern tagħna, jiddependi fuq kif nagħżlu li ngħixu dan iż-żmien li għad jintemm.", "M'għandniex għax induru mal-lewża għax Kristu ma setgħax ikun aktar ċar milli kien rigward l-eżistenza tal-Ġenna għat-tajba u l-Infern għall-ħżiena!", "Infatti Kristu huwa l-aktar persuna li jitkellem dwar l-infern u jwissina:", "\"Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak", "(b'referenza għax-Xitan)", "li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.\"", "(Mattew 10:28).", "Tgħid qalilna dan biex sempliċiment iwerwirna?", "Imma fir-realtà, l-ebda kelma dwar l-infern fil-Bibbja ma twasslek biex tispiċċa l-infern – mhux jekk tieħu Kelmtu bis-serjetà.", "U jien kemm qed nieħu Kelmtu bis-serjetà f'ħajti?", "Kliem Kristu stess iġegħelna nagħmlu eżami minn ħajjitna u naraw x'għad hemm bżonn li nirranġaw, innaqsu jew inżidu biex inkunu, kif jgħid il-Malti,", "dejjem bil-bagalja lesta,", "għax il-mument tat-tluq huwa mistur għal kulħadd.", "Talba", ":", "Għażiża Ommi Marija, Alla għolliek fi glorja tassew tal-għaġeb għal mod kif int għext bis-sħiħ ir-rieda t'Alla għalik, nitolbok tgħallimni ngħix dak li naf li Alla jrid minni, ħalli meta jasal il-waqt, jien ukoll ikolli bħalek, l-istess twelid glorjuż fis-sema.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2013/08/feast-of-assumption.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/solemnity-of-the-assumption-of-mary/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Assumption_of_Mary", "Film dwar l-aħħar jiem ta' Marija:", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef13eee1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-6-16-san-stiefnu-tal-ungerija/", "title": "16 ta' Awwissu: San Stiefnu tal-Ungerija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Stiefnu tal-Ungerija", "\"Kun ħanin ma dawk kollha li qed isofru l-vjolenza.", "Żomm dejjem f'qalbek l-eżempju tal-Mulej li qal, 'Ħniena rrid mhux sagrifiċċju.'", "San Stiefnu tal-Ungerija", "SAN STIEFNU TAL-UNGERIJA", "Re", "975 – 1038", "Tagħrif:", "San Stiefnu twieled fis-sena 975, fi Gran, il-belt ewlenija tal-Ungerija ta' dak iż-żmien, u tawh l-isem ta' Vajk.", "Tgħammed fis-sena 985, flimkien ma' missieru li kien Duka tal-Maġjari (Ungeriżi) u ħa l-isem ta' Istvan (Stiefnu).", "Meta kellu 20 sena, Stiefnu żżewweġ lil Gisela, oħt l-Imperatur San Enriku II.", "Sentejn wara, miet missieru, u hu laħaq floku bħala d-Duka tal-Maġjari.", "Wara li saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-Ungerija, xtaq jikkonverti 'l pajjiżu kollu u jagħmlu nisrani.", "Għalhekk bagħat lil San Asteriku għand il-Papa Silvestru II, biex jikseb min għandu l-permess li jkun jista' jwaqqaf djoċesijiet ħalli jorganizza l-Knisja f'pajjiżu, u biex il-Papa jagħtih it-titlu ta' Re.", "Asteriku, li wara sar l-Arċisqof tal-Ungerija ġie lura minn Ruma bil-permess u b'kuruna.", "Din il-kuruna kienet maħduma b'mod li setgħet toqgħod eżatt fuq il-kuruna li l-Imperatur Mikiel II kien ta lil missier San Stiefnu.", "Illum din \"il-kuruna ta' San Stiefnu\" hi miżmuma bħala waħda mir-rikkezzi l-iktar għeżież u prezzjużi tal-Ungerija.", "Stiefnu ġie nkurunat Sultan tal-Ungerija minn Asteriku li issa kien il-Legat tal-Papa, fil-belt ta' Gran, fl-1001.", "San Stiefnu ntefa' b'ruħu u b'ġismu biex jistabbilixxi l-Knisja fuq pedamenti sodi billi waqqaf djoċesijiet, ġab ħafna missjunarji biex jippritkaw il-Vanġelu f'kull rokna tal-pajjiż, u bena bosta knejjes u monasteri fosthom il-magħruf monasteru ta' San Martin għall-Patrijiet Benedittini.", "Fl-1031, tilef l-uniku iben li kellu, Emeriku, li kien werriet tat-tron, f'diżgrazzja waqt li kien għall-kaċċa.", "San Stiefnu miet fil-15 ta' Awwissu tas-sena 1038, nhar il-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna li lejha kellu devozzjoni kbira u kien għamilha l-Patruna ta' pajjiżu.", "Difnuh ħdejn ibnu Emeriku, u t-tnejn ġew ikkanonizzati flimkien, fl-1083, mill-Papa San Girgor VII.", "Ħsieb", ":", "Li kellna nistaqsu fil-qalb tagħna x'tip ta' gvernijiet u mexxejja jeżistu fid-dinja, nistgħu verament inwieġbu li dawn huma kollha ambaxxaturi spiritwali li jiddefendu l-valuri vera, il-qdusija tas-Sagrament taż-Żwieġ, u li dejjem lesti biex itaffu l-faqar sal-punt li anki joħorġu minn bwiethom biex jgħinu lin-nies?", "San Stiefnu tal-Ungerija kien propju dan it-tip ta' mexxej.", "U tassew, kull min hu fl-awtorità, għandu l-piż ta' dawk li ngħatawlu għall-kura tiegħu fuq spaltu u jrid jagħti kont lil Alla ta' kif ikun inqeda bil-pożizzjoni awtorevoli tiegħu.", "Kristu jwissina li:", "\"Lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu; u min ħallewlu ħafna f'idejh, iżjed jippretendu mingħandu.\"", "(Luqa 12:48)", "Forsi jien u int m'għandna l-ebda awtorità fuq livell għoli, imma s-sehem tagħna bħala nsara jeħtieġ li nagħtuh, anzi, nistgħu u għandna nieħdu sehem fit-tmexxija.", "Imma, tgħiduli, mhux kulħadd jista' jkun fil-parlament jew f'xi pożizzjoni awtorevoli li jkollha saħħa biżżejjed li tinfluwenza it-tmexxija.", "Allura, tgħiduli, kif nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna ta' nsara?", "Tajjeb li nippruvaw insemmgħu kif nistgħu leħenna u l-pożizzjoni tagħna kulħadd kif jista' (anki forsi bil-facebook), imma l-aktar li hu meħtieġ u mitlub minna huwa t-TALB.", "Jekk nitolbu bil-fidi, b'impenn u b'dedikazzjoni għall-mexxejja tad-dinja, nafu li t-talb, minkejja li mhix xi ħaġa li taqa' taħt is-sensi, huwa l-arma moħbija u qawwija li biha n-nisrani konvint, iċaqlaq il-muntanji!", "Iva, iċaqlaq l-imħuħ u l-qlub ta' dawk li forsi b'nuqqas ta' għarfien għaqli, ikunu ser jagħmlu deċiżjonijiet żbaljati b'effett negattiv fuq il-pajjiż.", "Iċaqlaq qlub ġenerużi biex b'intenzjonijiet retti, jagħżlu li jidħlu għal impenji kbar u jieħdu responsabbiltajiet fuqhom b'kuraġġ u b'fedeltà ġenwina lejn Alla u lejn il-poplu.", "Imma kemm hawn min verament jitlob b'impenn għall-mexxejja tagħna?", "Nitolbu għall-morda, għall-mejtin għeżież tagħna jew għal dawk bi problemi.", "Imma għall-gvernijiet?", "Għall-membri parlamentari?", "Għall-kunsillieri?", "Għall-imħallfin?", "Għall-għalliema?", "U l-lista ta' dawk li l-aktar jinfluwenzaw lill-oħrajn tkompli ...", "Talba", ":", "Għażiż Re twajjeb u għaqli Stiefnu, lejk ukoll induru fit-talb tagħna għall-mexxejja tal-pajjiżi.", "Kun int li bl-interċessjoni tiegħek għalihom, iddawwalhom fl-għażliet tagħhom, ħalli dawn ikunu bħalma kienu tiegħek, imdawla mill-valuri tal-Vanġelu.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2013/08/st-stephen-of-hungary.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-stephen-of-hungary/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Stephen_I_of_Hungary", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef13e593', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-4-14-san-massimiljanu-marija-kolbe/", "title": "14 ta' Awwissu: San Massimiljanu Marija Kolbe", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Massimiljanu Marija Kolbe", "\"Għal Ġesù Kristu, jien lest li nsofri ħafna aktar.\" –", "San Massimiljanu Marija Kolbe", "SAN MASSIMILJANU MARIJA KOLBE", "Saċerdot u Martri", "1894 – 1941", "Tagħrif:", "Dan il-Qaddis twieled fis-7 ta' Jannar tas-sena 1894 f'Zdunska-Wola, fil-Polonja, bl-isem ta' Rajmond.", "Fl-1907, Rajmond u ħuh Franġisku qasmu l-fruntiera u marru f'Leopoli, l-Awstrija biex jistudjaw fil-Kulleġġ tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali.", "Fl-1910, Rajmond beda n-novizzjat magħhom, u fl-istess waqt bidel ismu f'Massimiljan.", "Sena wara għamel il-professjoni reliġjuża.", "Fl-1912, intbagħat Ruma biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija.", "Fl-1914, għamel il-professjoni solenni tiegħu, u b'qima lejn il-Madonna żied l-isem \"Marija\" ma' Massimiljan.", "Fl-1917, flimkien ma' sitta minn sħabu waqqaf il-\"Unjoni Pija tal-Milizzja tal-Immakulata.\"", "Fit-28 ta' April tas-sena 1918 ġie ordnat saċerdot, u sena wara malli ħa l-lawrija fit-teoloġija, telaq lejn Krakov fil-Polonja.", "Hawn ukoll beda l-Milizzja tal-Immakulata.", "U fl-1922 beda joħroġ rivista, \"Il-Kavallier tal-Immakulata,\" u wara rivista oħra għat-tfal, \"Il-Kavallier Ċkejken.\"", "Fl-1930, flimkien ma' erba' reliġjużi oħra mar il-Ġappun, f'Nagasaki.", "Hawn ukoll beda joħroġ ir-rivista tal-Kavallier tal-Immakulata.", "Fl-1935, reġa' lura lejn art twelidu.", "Fl-1939 faqqgħet it-tieni gwerra dinjija, u l-armata Ġermaniża ma damitx ma qabżet il-fruntiera u daħlet fil-Polonja.", "Fis-17 ta' Frar tas-sena 1941 ġie arrestat u fit-28 ta' Mejju ħaduh fil-kamp tal-konċentrament ta' Auschwitz fejn, fl-ifran tiegħu ġew maħruqin fuq il-ħames miljun ruħ.", "Hawnhekk, Patri Kolbe sar numru: 16670.", "F'Lulju ntbagħat fil-kamp tal-invalidi.", "Ġara li wieħed mill-priġunieri ħarab u skont il-liġi kiefra tal-kamp, għaxar priġunieri mill-istess blokk tiegħu kellhom jiġu maqtula bil-ġuħ fiċ-ċella tal-mewt.", "Is-surġent Franġisk Gajowniczek meta ġie magħżul biex ikun wieħed mill-għaxra għajjat: \"Għażiża marti miniex ser narak iżjed!", "Għeżież uliedi li llum ser issiru ltiema minn missierkom, insellmilkom darba għal dejjem!\"", "Għal dan il-kliem Patri Kolbe ħareġ mil-linja tiegħu, neħħa l-beritta minn rasu, mar quddiem il-kmandant u waqt li wera b'idejh is-surġent, qallu: \"Jiena saċerdot kattoliku mill-Polonja; jiena xiħ; għalhekk irrid nieħu postu għax hu għandu l-mara u t-tfal.\"", "Patri Kolbe u d-disgħa l-oħra ġew imneżżgħin minn ħwejjiġhom u mitfugħin f'bunker biex imutu bla ikel u bla xorb.", "Wara ġimagħtejn, sitta kienu mietu, tlieta kienu mitlufin minn sensihom u Patri Kolbe biss kien għadu ħaj u f'sensih.", "Temmewlu ħajtu b'injezzjoni tal-velenu.", "Dakinhar kien l-14 ta' Awwissu tas-sena 1941.", "Fl-10 ta' Ottubru tas-sena 1982, il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjarah Qaddis u Martri.", "Ħsieb", ":", "F'sitwazzjoni ta' tbatija kbira, l-għajta tas-Surġent turina l-imħabba li kellu lejn martu u lejn uliedu li ma xtaqx iħallihom mingħajru.", "Għall-offerta tal-qaddis li talab li joħodlu postu għax tħassru, nistgħu npoġġu kliem Kristu li qalilna:", "\"Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.\"", "(Ġwanni 15:13)", "L-imħabba vera hija dik li tingħata għal min tħobb, jiġifieri tkun offerta ta' mħabba li ma toqgħodx tqis kemm se jiswielek biex tissagrifika lilek innifsek kull fejn hemm bżonn.", "Dan naraw li għamel Kristu nnifsu għal kull wieħed u waħda minna biex salvana mid-dnub!", "Fejn aħna fl-imħabba tagħna lejn l-oħrajn, b'mod speċjali lejn dawk li huma tant qrib tagħna?", "Kemm qed inġibuhom qabilna u nibqgħu nħobbuhom anki jekk dan mhux dejjem faċli u komdu għalina u jitlob minna sagrifiċċji u offerta tagħna nfusna?", "Ejjew niftakru li Ġesù kkmandana:", "\"Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom Jien,\"", "(Ġwanni 13:34) u nafu kif ħabbna Ġesù .", "Żgur li d-devozzjoni li Kolbe kellu lejn il-Verġni Marija wasslitu biex jagħtina eżempju mill-isbaħ ta' din it-tip ta' mħabba li tingħata.", "Marija wkoll tibqa' tingħata għas-servizz tagħna kull meta nduru lejha.", "Imma x'tip ta' qima tistenna minn għandna din l-Omm tagħna tas-Sema?", "Forsi trid il-briju u piki tal-festi fil-jum iddedikat għaliha?", "Mhux aktar tridna nersqu lejn Binha, nindmu minn dnubietna u nirċievu s-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin b'mod frekwenti?", "Mhux li nimitaw il-virtujiet tagħha, b'mod speċjali dik tal-umiltà u d-dispożizzjoni tagħha li tisma' l-Kelma t'Alla u twettaqha?", "Kemm qed nagħtu widen għall-Kelma t'Alla fil-Bibbja?", "Mhux li ngħixu ħajja ta' talb bħalha u ningħaqdu magħha fit-talba tant għal qalbha tar-Rużarju?", "Kemm qed nixbhu lil Ommna li tiddi bil-barkiet għax kienet lesta li tħobb lil Alla, akkost ta' kull sagrifiċċju u tbatija personali li wassalha sal-Kalvarju?", "Illum tinsab glorjuża, kif se niċċelebraw għada, għax ħadet il-premju li stħaqqilha.", "Il-qima vera li tixtieq minn għandna hi prinċiparjament dik li bħalha ngħixu dak li Alla kkmandana.", "Talba", ":", "Ħuna Massimiljanu, int li issa qed tgawdi l-glorja tal-martri qrib il-Verġni Immakulata u Binha li inti tant ħabbejt, għinni biex fuq it-tagħlim u l-eżempju tiegħek jien ukoll nipprattika bla ma naqta' qalbi l-imħabba tiegħi lejn Alla u lejn kulħadd bla riservi.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2013/08/st-maximilian-kolbe.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-maximillian-kolbe-560", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maximilian_Kolbe", "Film dwar il-ħajja ta' Kolbe:", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef13f057', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-2-12-beatu-innocenz-xi/", "title": "12 ta' Awwissu: Beatu Innoċenz XI", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Innoċenz XI", "\"Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jibqa' fija u jiena fih.\" –", "Ġesù fi Ġwanni 6:56.", "BEATU INNOĊENZ XI", "Papa", "1611 – 1689", "Tagħrif:", "Kien jismu Benedittu.", "Twieled f'Como fl-1611 u kien ġej mill-familja magħrufa Odescalchi.", "Wara li studja għand il-Ġiżwiti, minn mindu kellu 15-il sena, hu kien imħarreġ fil-bank tal-familja tiegħu f'Ġenova.", "Iżda wara sar avukat u sar magħruf għall-onestà, kuraġġ u mħabba kbira lejn il-foqra.", "Wara li qabad il-karriera ekklesjastika, il-Papa Innoċenz X li kien iġibu ħafna minħabba l-kwalitajiet sbieħ fih għażlu kardinal meta kellu 33 sena, minkejja li kien għadu mhux saċerdot.", "Ordna qassis u kien maħtur isqof ta' Novara meta kellu 49 sena.", "Kien elett Papa fl-1676 meta kellu 65 sena.", "Qabel ma aċċetta li jkun Papa huwa talab li l-kardinali jiftehmu li jtemmu r-riforma tal-Konċilju ta' Trentu, jiddefendu l-libertà tal-Knisja fil-kontroversja li kien hemm fil-Knisja ta' Franza msejħa l-Gallikaniżmu u jipproteġu r-reliġjon Nisranija kontra t-Torok.", "Il-Papa Innoċenz XI ikkundanna l-kwetiżmu ta' Miguel de Molinos u ħeġġeġ għat-tqarbin spiss.", "Dan il-Papa kkundanna 65 propożizzjoni laxki mxerrda minn xi moralisti.", "Hu ta direttiva lill-Ġeneral tal-Ġiżwiti biex iqanqal lill-universitajiet tal-ordni biex isostnu l-opinjonijiet l-aktar probabbli fit-teoloġija morali.", "Il-Papa Innoċenz XI miet fit-12 ta' Awwissu 1689, ta' 78 sena, wara li kien ilu Papa 13-il sena.", "Papa Piju XII iddikjarah Beatu fl-1956.", "Ħsieb", ":", "Innoċenz XI kien bniedem ta' drawwiet sempliċi u ta' natural ġeneruż, imma sod ħafna fil-ħidma tiegħu kontra l-ħażen u fejn jidħlu ambizzjonijiet jew stravaganzi ekklesjastiċi.", "Meta miet dan il-Papa, il-poplu, speċjalment il-foqra li fih sabu veru missier, iffolla lejn il-kadavru tiegħu biex jagħtih l-aħħar tislima, u billi ħafna xtaqu jżommu xi biċċa mil-libsa tiegħu, kellha tiżdied il-gwardja miegħu mejjet.", "Il-Papa Innoċenz XI tassew li ħeġġeġ għat-tqarbin ta' spiss, anke ta' kuljum, imma basta mhux biex wieħed jagħmel bħal ħaddieħor u basta wieħed joqgħod attent għat-tħejjija u l-qima lejn is-Sagrament.", "U aħna llum, kemm nagħtuh importanza lil dan is-Sagrament tat-Tqarbin?", "Kemm qed ninqdew bil-Qrar qabel nitqarbnu?", "Kemm qed ninbidlu f'Dak li nirċievu?", "Il-Papa Franġisku, fl-Udjenza li għamel dwar it-Tqarbin nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu 2018, qal dan li ġej:", "\"Wasalna biex nitkellmu fuq it-Tqarbin, jiġifieri biex aħna ningħaqdu ma' Ġesù.", "Qed nirreferi għat-tqarbin sagramentali: mhux it-tqarbin spiritwali, li int tista' tagħmlu mid-dar tiegħek billi tgħid: 'Ġesù, nixtieq nirċevik spiritwalment.'", "Le, it-tqarbin sagramentali, bil-ġisem u d-demm ta' Kristu.", "Niċċelebraw l-Ewkaristija biex nitrejqu bi Kristu, li jagħtina lilu nnifsu kemm fil-Kelma u kemm fis-Sagrament tal-Altar, biex iwaħħadna miegħu.", "Dan jgħidu l-Mulej stess:", "'Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jibqa' fija u jiena fih'", "(Ġwanni 6:56).", "Fil-fatt, il-ġest ta' Ġesù li ta lid-dixxipli tiegħu Ġismu u Demmu fl-Aħħar Ċena, jissokta llum ukoll permezz tal-ministeru tas-saċerdot u tad-djaknu, ministri ordinarji tat-tqassim tal-Ħobż tal-ħajja u tal-Kalċi tas-salvazzjoni lill-aħwa.", "Fil-Quddiesa, wara li jkun qasam il-Ħobż ikkonsagrat, jiġifieri l-ġisem ta' Ġesù, is-saċerdot jurih lill-fidili, u jistedinhom jieħdu sehem fl-ikla Ewkaristika.", "Nafuhom il-kelmiet li jidwu minn fuq l-altar imqaddes: 'Dan huwa l-Ħaruf ta' Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-dinja: henjin dawk li huma mistiedna għall-Ikla tal-Ħaruf.'", "Imnebbħa minn silta mill-Apokalissi –", "'hienja dawk li kienu mistiedna għall-mejda tat-tieġ tal-Ħaruf'", "(Apokalissi 19:9): jgħid 'tieġ' għax Ġesù hu l-għarus tal-Knisja – b'din l-istedina qed isejħilna biex ngħixu l-għaqda intima tagħna ma' Kristu, għajn ta' ferħ u ta' qdusija.", "Hi stedina li thenni u fl-istess ħin twassalna għall-eżami tal-kuxjenza għad-dawl tal-fidi.", "Jekk minn naħa, fil-fatt, naraw id-distanza li hemm tifridna mill-qdusija ta' Kristu, mill-oħra nemmnu li d-Demm tiegħu hu 'mxerred għall-maħfra tad-dnubiet.'", "Ilkoll kemm aħna ġejna maħfura fil-Magħmudija, u lkoll kemm aħna maħfura u se niġu maħfura kull darba li nersqu lejn is-Sagrament tal-Penitenza.", "U tinsewx: Ġesù dejjem jaħfer.", "Ġesù ma jegħja qatt jaħfer.", "Aħna li negħjew nitolbu maħfra.", "Meta jaħseb sewwasew fuq il-valur salfiviku ta' dan id-Demm, Sant'Ambroġ jesklama:", "'Jien li dejjem nidneb, irrid dejjem nagħmel użu mill-mediċina'", "(De sacramentis, 4, 28: PL 16, 446A).", "B'din l-istess fidi, aħna wkoll indawru ħarsitna fuq il-Ħaruf ta' Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja u nsejħulu:", "'Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi: imma għid kelma waħda u ruħi tkun imfejqa.'", "Dan ngħiduh f'kull Quddiesa.", "Jekk aħna niċċaqilqu minn postna biex nersqu għat-Tqarbin, aħna nimxu lejn l-altar f'purċissjoni biex nitqarbnu, fir-realtà hu Kristu li jiġi jiltaqa' magħna biex iwaħħadna miegħu.", "Hemm laqgħa ma' Ġesù!", "Li nitrejqu bl-Ewkaristija jfisser li ninbidlu f'dak li nirċievu.", "Dan jgħinna nifhmuh Santu Wistin, meta jirrakkonta fuq id-dawl li rċieva meta sema' lil Kristu jgħidlu: 'Jiena l-ikel tal-kbar: ikber, u tibda tiekol lili, mhux biex tibdel lili fik, bħall-ikel tal-ġisem, iżda biex int tinbidel fija' (L-Istqarrijiet VII, 10, 16: PL 32, 742).", "Kull darba li aħna nitqarbnu, insiru nixbhu iktar lil Ġesù, ninbidlu iżjed f'Ġesù.", "Kif il-ħobż u l-inbid jinbidlu fil-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, hekk dawk li jirċevuhom bil-fidi jinbidlu f'Ewkaristija ħajja.", "Lis-saċerdot li, hu u jqarbnek, jgħidlek: 'Il-Ġisem ta' Kristu,' int twieġbu: 'Ammen,' jiġifieri tagħraf il-grazzja u l-impenn li jitlob li ssir Ġisem ta' Kristu.", "Għax meta int tirċievi l-Ewkaristija, int issir Ġisem ta' Kristu.", "Kemm hi ħaġa sabiħa din; hi sabiħa ħafna.", "Waqt li jgħaqqadna ma' Kristu, u jneżżagħna mill-egoiżmi tagħna, it-Tqarbin jiftħilna qalbna u jgħaqqadna ma' dawk kollha li huma ħaġa waħda miegħu.", "Dan hu l-għaġeb kbir tat-Tqarbin: insiru dak li nirċievu!", "Il-Knisja tixtieq tassew li anki l-fidili jirċievu l-Ġisem ta' Kristu b'ostji kkonsagrati fl-istess Quddiesa; u s-sinjal tal-mejda Ewkaristika joħroġ b'mod iżjed sħiħ jekk it-Tqarbin imqaddes isir biż-żewġ speċi, imqar jekk nafu li t-tagħlim Kattoliku jgħidilna li taħt speċi waħda nkunu diġà qed nirċievu lil Kristu sħiħ (ara Ordni ġenerali tal-Missal Ruman, 85; 281-282).", "Skont il-prassi ekkleżjali, il-fidili normalment jersqu lejn l-Ewkaristija f'forma proċessjonali, kif semmejna, u jitqarbnu bilwieqfa b'devozzjoni, inkella għarkupptejhom, kif stabbilit mill-Konferenza Episkopali, u jirċievu dan is-sagrament fuq l-ilsien jew, fejn hu permess, fuq l-id, kif jippreferu (ara OGMR, 160-161).", "Wara t-Tqarbin, biex ngħożżu fil-qalb tagħna d-don li rċivejna, jista' jgħinna s-skiet, it-talb fis-skiet.", "Ikun ta' għajnuna kbira jekk intawlu xi ftit dan il-mument ta' skiet, fejn noqogħdu nitkellmu ma' Ġesù fil-qalb tagħna, kif ukoll jekk inkantaw xi salm jew innu ta' tifħir (ara OGMR, 88) li jgħinna noqogħdu mal-Mulej.", "Il-Liturġija tal-Ewkaristija tagħlaq bit-Talba wara t-Tqarbin.", "Fiha, f'isem kulħadd, is-saċerdot idur lejn Alla biex iroddlu ħajr li tana sehem miegħu fl-istess mejda u jitolbu li dak li rċivejna jibdel lil ħajjitna.", "L-Ewkaristija tagħtina s-saħħa biex nagħtu frott ta' opri tajba ħalli ngħixu ta' Nsara.", "Fiha tifsira qawwija t-talba tal-lum, li fiha nitolbu lill-Mulej li 'l-misteri qaddisa li rċivejna jkunu għalina duwa tas-sema, biex ifejqu lill-qlub tagħna mill-ġibdiet ħżiena, u jwettquna u jħarsuna dejjem' (Missal Ruman, l-Erbgħa wara l-V Ħadd tar-Randan).", "Ejjew nersqu lejn l-Ewkaristija: nirċievu lil Ġesù li jibdilna fih, isaħħaħna iżjed.", "Kemm hu twajjeb u kbir il-Mulej!\"", "U int, qed qed tħejji ruħek sew biex titqarben b'safa, devozzjoni u gratitudni?", "Talba", ":", "Mulej, Inti tajtna fil-Beatu Papa Innoċenz XI missier ħanin li jieħu ħsieb il-merħla b'impenn u ġenerożità qaddisa, l-aktar lejn il-foqra, u b'karattru sod ħafna fejn kienet tidħol il-ħidma tiegħu kontra l-ħażen; agħtina li b'talbu aħna naħarbu kull okkażjoni ta' ħażen u nissaħħu dejjem iżjed bl-Ikel tas-Sema fis-Sagrament tal-Ewkaristija.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/blessed-pope-innocent-xi-330", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/blessed-pope-innocent-xi/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Innocent_XI", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef1416a8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-1-1-11-santa-klara/", "title": "11 ta' Awwissu: Santa Klara", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Klara", "\"Qegħdin jinfnew ġismi u qalbi: Alla l-qawwa ta' qalbi u sehmi għal dejjem.", "Jiena ngħodd kollox bħala telf, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih.\" –", "Responsorju mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Klara (Salm 72(73):26; Filippin 3:8b).", "SANTA KLARA", "Verġni", "1193 – 1253", "Tagħrif:", "Santa Klara twieldet f'Assisi, l-Italja, fl-1193.", "Meta kellha 18-il sena, semgħet lil San Franġisk jagħmel l-eżerċizzi tar-Randan.", "Il-prietki tiegħu ħassithom jolqtuha u jispirawha, u xtaqet tgħix ħajjitha skont il-Vanġelu, bħalu.", "San Franġisk approva r-riżoluzzjoni tagħha.", "F'Ħadd il-Palm tal-1212, Klara flimkien ma' waħda ħabiba tagħha telqet mid-dar bil-moħbi għax niesha ma kinux jaqblu magħha, u marret il-Porzjunkola, kilometru u nofs bogħod mill-belt, fejn San Franġisk kien jgħix ma' sħabu.", "San Franġisk laqagħha fil-kappella żgħira tal-Madonna u għamel ċerimonja qasira li fiha hu qatgħalha xagħarha u taha libsa griża, b'sinjal li hi kienet qed tħalli l-ħajja lussuża li kienet trabbiet fiha, u kienet ser tħaddan ħajja ta' faqar u talb, maqtugħa mid-dinja.", "Minn dak il-waqt hi marret tgħix f'monasteru tas-Sorijiet Benedittini, f'Bastia, post żgħir fil-qrib.", "Wara ftit ġranet, marret f'monasteru ieħor tal-istess sorijiet.", "Il-ġenituri tagħha mhux biss ma rnexxilhomx jibdlulha fehmitha, imma talli oħtha Anjeże ngħaqdet magħha.", "Fl-1215, Klara marret tgħix f'dar qrib il-knisja ta' San Damjan li San Franġisk kien irrestawra.", "Magħha marru oħrajn.", "San Franġisk għażilha biex tkun il-Badessa ta' din il-Kongregazzjoni.", "Baqgħet f'din id-dar (monasteru) sakemm mietet.", "Ommha, wara l-mewt ta' żewġha, u oħtha Beatrice, ingħaqdu magħha wkoll.", "Dan huwa kkunsidrat bħala l-bidu tal-Klarissi.", "F'qasir żmien, din il-Kongregazzjoni xterdet f'bosta monasteri oħra fl-Italja, fi Franza, u fil-Ġermanja.", "Il-Klarissi addottaw ħajja iebsa ta' povertà , silenzju u awsterità.", "Ma kinux jippossiedu propjetà.", "Kienu jgħixu bil-kontribuzzjonijiet.", "Fl-1228, il-Papa Girgor IX tahom il-", "Privilegium Paupertatis", ", li ma jkunu jippossiedu l-ebda propjetà.", "Mhux biss l-individwi iżda lanqas il-komunitajiet.", "Santa Klara baqgħet Superjura għal erbgħin sena.", "Mietet fil-monasteru ta' San Damjan fil-11 ta' Awwissu, 1253.", "Il-Papa Alessandru IV, fl-1255, sentejn biss wara mewtha, iddikjaraha Qaddisa.", "Il-ġisem tagħha jinsab meqjum fil-bażilika ddedikata lilha, fil-belt t'Assisi, fejn qabel kien hemm il-knisja ta' San Ġorġ.", "Il-Papa Piju XII ħatar lil Santa Klara patruna tat-televiżjoni fl-14 ta' Frar, 1958.", "Anke oħtha Anjeże (", "ara Santa Anjeże ta' Assisi", ") hija meqjuma bħala Qaddisa.", "Interessanti l-ittri li Santa Klara kitbet lil Santa Anjeże ta' Praga (", "ara Santa Anjeże ta' Praga", ") dwar l-osservanza tal-vot tal-faqar.", "Ħsieb", ":", "Qari minn Ittra ta' Santa Kjara, verġni, lil Santa Anjeże ta' Praga bit-titlu 'Ħares lejn il-faqar, l-umiltà u l-imħabba ta' Kristu':", "\"Hieni tassew il-bniedem li jingħatalu sehem mill-mejda mqaddsa, sabiex jingħaqad b'qalbu kollha ma' Kristu, ma' dak li bi ġmielu jgħaġġeb bla heda lill-qtajja kollha tal-qaddisin fis-sema, dak li jqanqal il-qlub bi mħabbtu u jġedded lil min iżomm ħarstu fuqu, jimla 'l kulħadd bit-tjubija u l-ħlewwa tiegħu, u jsawwab dawl ħelu fuq min jiftakar fih, dak li bil-fwieħa ħelwa tiegħu l-mejtin jerġgħu jqumu għall-ħajja u bid-dehra glorjuża tiegħu jhenni l-ulied kollha ta' Ġerusalemm tas-sema.", "Għax din id-dehra hi dija tas-sebħ ta' dejjem, raġġ mid-dawl ta' dejjem u mera bla nikta.", "Ħares kuljum lejn din il-mera, o Sultana, għarusa ta' Ġesù Kristu, ara dejjem wiċċek fiha, biex tiżżejjen kollok kemm int minn ġewwa u minn barra, kollok mogħnija bil-ġmiel li jsebbħek bil-ward u l-ilbiesi ta' kull virtù, kif jixraq lil bint u għarusa l-iżjed safja tas-Sultan il-kbir.", "Din il-mera għandha turik ix-xbieha tal-faqar imbierek, tal-umiltà mqaddsa u tal-imħabba tal-għaġeb; u hekk, bl-għajnuna tal-grazzja ta' Alla, tkun tista' tħares lejk innifsek fil-mera kollha.", "Ħares lejn in-naħa ta' fuq ta' din il-mera, u ara l-faqar ta' dak li kien imfisqi u mqiegħed fuq maxtura.", "X'umiltà, x'faqar tal-għaġeb!", "Is-sultan tal-anġli u Sid is-sema u l-art, mimdud fuq maxtura!", "Ħares lejn in-naħa tan-nofs, u ara l-umiltà, jew għallinqas il-faqar imqaddes, it-taħbit bla qjies u t-tbatijiet li Kristu ġarrab biex jifdi l-bnedmin.", "Ħares imbagħad lejn in-naħa t'isfel ta' din il-mera, u ara l-imħabba bla tarf li biha Kristu għoġbu jilqa' s-salib u jieħu mewt l-aktar mistkerrha.", "Din il-mera, jiġifieri Kristu, minn fuq is-salib fejn kien imdendel kellem lil dawk li kienu għaddejjin minn quddiemu, u wissiehom biex jaħsbu fuq dawn il-ħwejjeġ kollha.", "Hu qalilhom: Intom ilkoll li għaddejjin mit-triq, ħarsu u araw jekk hemmx niket bħan-niket tiegħi.", "Inwieġbu b'leħen wieħed u ruħ waħda għall-għaJjat u t-tnehid tiegħu, u ngħidu: 'Taħseb u tiftakar ruħi, u tinfena ġewwa fija.", "Mela tħeġġeġ dejjem iżjed bin-nar tal-imħabba, o Sultana tas-Sultan tas-sema.'", "Ġib ukoll quddiem għajnejk b'liema għaxqa tal-għaġeb, b'liema għana u ġieħ jista' jimliEk għal dejjem, u x-xewqat u l-imħabba kbira ta' qalbek iġġagħlek titniehed u tgħid: 'Iġbidni warajk, ejja niġru wara r-riħa tgħaxxaq tal-fwieħat tiegħek, Għarus tiegħi tas-sema.", "Ma negħjiex niġri, sa ma ddaħħalni għax-xorb ħelu tiegħek, inserraħ rasi fuq driegħek tax-xellug, tgħannaqni bil-leminija tiegħek, u l-bewsa ta' fommok timlieni bil-hena.'", "Int u taħseb f'dan kollu, ftakar ukoll fl-omm imsejkna tiegħek, għax taf li jiena nqaxt għal dejjem it-tifkira ħelwa tiegħek f'qalbi, għax lilek ngħożżok fuq kulħadd.\"", "L-erba' ittri li Santa Klara ta' Assisi kitbet lil Santa Anjeże ta' Praga huma dawn:", "1.", "L-Ewwel Ittra", ".", "2.", "It-Tieni Ittra", ".", "3.", "It-Tielet Ittra", ".", "4.", "Ir-Raba' Ittra", ".", "U hawn ma nistgħux ma nagħmlux aċċenn għall-preżenza tal-Klarissi fil-gżejjer tagħna, f'San Ġiljan:", "https://www.facebook.com/sorijietklarissi/", "u f'Victoria, Għawdex:", "https://www.facebook.com/klarissi.gozo", "Din", "playlist", "ta' vidjows dwar il-Klarissi fi gżiritna:", "https://www.youtube.com/watch?v=nbJKqIBiA3A&list=PLPAbF-_bN4rgrthXAFi36sA4BqjreMNCh&index=2&t=0s", "\"Aħna nsiru f'dak li nħobbu, u dak li nħobbu isawwarna f'dak li ser insiru.", "Jekk inħobbu l-oġġetti, insiru oġġett.", "Jekk ma nħobbu xejn, ma nsiru xejn.", "L-imitazzjoni m'għandhiex tkun li litteralment tagħmel bħal Kristu, pjuttost tfisser li ssir fi xbieha ta' dak il-maħbub, xbieha li tingħaraf mill-bidla.", "Dan ifisser li aħna nsiru ġarar tal-imħabba ħanina ta' Alla għall-oħrajn.\"", "~ Santa Klara", "Qatt ħsibt kemm irid ikollok flus biex tgħix ħajja kuntenta?", "Qatt xtaqt li jkollok flus iktar milli għandek?", "Santa Klara (u San Franġisk ta' Assisi u ruxxmata Qaddisin oħra) ħalliet kollox, lanqas ċenteżmu wieħed biss ma żammet għaliha, u qatt ma ħabblet rasha biex ikollha.", "Safrattant ma setgħetx tkun iktar kuntenta milli kienet.", "Qalbha kienet mimlija b'Alla.", "Qalbek kemm hi mimlija b'Alla?", "Talba", ":", "Fil-ħniena tiegħek, o Alla, inti mlejt lil Santa Kjara bl-imħabba għall-faqar; bit-talb tagħha, agħtina li nimxu wara Kristu fl-ispirtu tal-faqar, biex narawk wiċċ imb' wiċċ fis-saltna tas-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://saintscatholic.blogspot.com/2018/08/saint-clare-of-assisi.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-clare-of-assisi/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Clare_of_Assisi", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef17c44b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-9-9-santa-tereza-benedetta-tas-salib-edith-stein/", "title": "9 ta' Awwissu: Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)", "\"Ħażżmet ġenbejha bil-qawwa, u wettqet dirgħajha; għalhekk il-musbieħ tagħha qatt ma jintefa'.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Tereża Benedetta tas-Salib.", "SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB", "(EDITH STEIN)", "Verġni u Martri", "1891 – 1942", "Tagħrif:", "Edith twieldet fit-12 ta' Ottubru 1891, f'familja Lhudija, nhar il-Yom Kippur, l-akbar festa tal-Lhud.", "Il-familja kienet tan-negozju.", "L-omm ma kinitx tlaħħaq mat-tfal, f'dik li hija formazzjoni reliġjuża.", "Edith tilfet il-fidi:", "\"Jien ħassejt ġewwa fija li m'għandix inkompli nitlob aktar.\"", "Fl-1911, ta' għoxrin sena spiċċat l-iskola, bl-akbar suċċess u unuri.", "Fl-1913, daħlet fl-Università ta' Gottingen u bdiet l-istudji tal-fenomenoloġija, taħt l-għaref filosofu Edmund Husseri.", "Fl-1914, Edith stqarret", "\"M'inix ngħix ħajti\"", ".", "Darba daħlet ġol-Katidral ta' Frankfurt u rat mara bil-basket tax-xirja, li baqgħet dieħla 'l fuq u niżlet għarkupptejha u talbet għal ftit ħin.", "Edith ħasset fiha xi ħaġa:", "\"Għalija din kienet xi ħaġa ġdida; fis-Sinagoga konna mmorru darba biss.", "Hawnhekk rajt lil din il-mara, ġejja dritt mis-suq bix-xirja u dieħla ġo din il-knisja.", "Rajtha bħallikieku kien ser ikollha konverżazzjoni intima.", "Kienet ġrajja li qatt ma nsejtha.\"", "Dakinhar stess marret iżżur lill-armla, li r-raġel tagħha li kien Protestant, kien għadu kif miet.", "Wara kitbet hekk:", "\"Din kienet għalija l-ewwel laqgħa mas-Salib u fil-qawwa kbira li hu jagħti lil dawk li jilqgħuh u jġorruh.", "Kien il-mument fejn il-fidi tiegħi ħassejtha tikkollassa u Kristu beda jitfa' d-dawl tiegħu fuqi: Kristu fil-misteru tas-SALIB.\"", "Aktar tard kitbet:", "\"Din il-ġrajja kienet il-pjan ta' Alla li jien stess ma kontx ippjanajt.\"", "Fl-1 ta' Jannar 1933, daħlet mal-Karmelitani ta' Cologne u fl-1934 ħadet il-libsa Karmelitana bl-isem ta' Swor Tereża Benedetta tas-Salib.", "Fit-2 t'Awwissu 1942, in-Nażi arrestawha għax kienet Lhudija, u magħha lil oħtha Rosa, li kienet tgħix fil-kunvent tagħha.", "Fid-9 ta' Awwissu tal-istess sena Edith u oħtha mietu ggassjati fil-kamp tal-konċentrament ta' Auschwitz.", "Il-Professur Jan Nola li għex fl-istess Università magħha kiteb hekk:", "\"Edith Stein kienet xhieda tal-preżenza t'Alla, f'dinja fejn Alla ma jeżistix.\"", "Ġiet ibbeatifikata mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II, f'Cologne, fl-1 ta' Mejju, 1987.", "Ħsieb", ":", "Qari mill-kitbiet spiritwali ta' Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein: Vita, Dottrina, Testi inediti – Roma 1987, pp. 127-130) bit-titlu 'Sliem għalik, o Salib, tama tagħna':", "\"Waqt li l-Knisja tfakkar il-Passjoni tal-Mulej fil-kontemplazzjoni tal-imħabba kollha tbatija ta' Sidna Ġesù Kristu, tistedinna nsellmu lis-Salib Imqaddes bħala t-tama waħdanija tagħna.", "Id-dinja tinsab ħuġġieġa waħda: it-taqbida bejn Kristu u l-antikrist qed tiħrax u toħroġ fil-beraħ.", "Dan ifisser li, jekk inti taqtagħha li tkun ta' Kristu, jista' jintalab minnek ukoll is-sagrifiċċju ta' ħajtek.", "Ħares lejn il-Mulej imdendel quddiemek fuq l-għuda tas-Salib, għax Hu obda sal-mewt tas-salib.", "Huwa ma ġiex fid-dinja biex jagħmel ir-rieda tiegħu, imma biex jagħmel ir-rieda tal-Missier.", "Jekk trid tkun l-għarusa tal-Imsallab, għandek tiċħad għal kollox ir-rieda tiegħek, u ma għandux ikollok xewqa oħra għajr dik li twettaq ir-rieda ta' Alla.", "Il-Feddej huwa mdendel quddiemek fuq is-Salib għeri u mneżża' minn kollox, għax għażel il-faqar.", "Min irid jimxi warajh, għandu jiċħad il-ġid kollu tal-art.", "Oqgħod quddiem il-Mulej imdendel fuq is-Salib b'qalbu minfuda.", "Hu xerred id-demm ta' qalbu biex jirbaħ qalbek.", "Biex tkun tista' timxi warajh fis-safa, qalbek trid tkun ħielsa minn kull ġibda tal-art; Ġesù Msallab għandu jkun l-oġġett waħdieni li tixxennaq għalih, l-oġġett ta' kull xewqa u ta' kull ħsieb tiegħek.", "Id-dinja tinsab ħuġġieġa waħda: tixtieq titfiha?", "Ħares lejn is-Salib.", "Mill-Qalb miftuħa tal-Feddej ħiereġ id-demm li għandu l-qawwa li jitfi wkoll in-nirien tal-infern.", "Bis-saħħa tal-ħarsien bir-reqqa tal-wegħdiet tiegħek, iftaħ qalbek u eħlisha minn kull tfixkil; imbagħad, ikunu jistgħu jinxteħtu fiha l-ħalel tal-imħabba divina, hekk li qalbek tfur u ssir għammiela sat-trufijiet tal-art.", "Permezz tal-qawwa tas-Salib tista' tkun f'kull imkien ta' tbatija kull fejn twasslek l-imħabba kollha ħniena tiegħu, dik l-imħabba li tieħu mill-Qalb divina u li tagħtik il-ħila li xxerred ma' kullimkien id-demm l-aktar għażiż tiegħu biex idewwi, isalva u jifdi.", "Għajnejn l-Imsallab iħarsu lejk biex jistaqsuk u jitolbuk.", "Trid terġa' tintrabat bis-sinċerità kollha fil-patt miegħu?", "X'se tkun it-tweġiba tiegħek.", "Mulej, għand min immorru?", "Int għandek il-kliem tal-ħajja ta' dejjem.", "Sliem għalik, o Salib, tama tagħna!\"", "Il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II, nhar il-beatifikazzjoni ta' Edith Stein qal :", "\"Swor Tereża Benedetta tas-Salib, hija personalità li għaqdet ġewwa fiha nnifisha dik", "il-ħajja rikka tagħha, sintesi tas-seklu tagħna.", "Dik kienet sintesi ta' storja mimlija", "feriti, li għadhom qed iweġġgħuna ... kif ukoll sintesi fuq il-bniedem.", "Dan kollu nġabar", "flimkien ġo dik il-qalb waħdanija, li baqgħet bla heda u mhux mitmugħa, sakemm fl-aħħar", "sabet il-mistrieħ tagħha f'Alla.\"", "U l-qalb tiegħek, mistrieħa f'Alla?", "Tfittex il-faraġ u d-dawl tiegħek fis-Salib ta' Kristu li jurik kemm ħabbek Alla?", "Kemm inti lest/a li tħobbU lura?", "Talba", ":", "Mulej Alla ta' missirijietna, imliena bix-xjenza tas-salib, li biha żejjint b'mod tal-għaġeb lil Santa Tereża Benedetta tas-Salib fil-waqt tal-martirju; agħtina, għat-talb tagħha, li dejjem infittxu lilek bħala l-ogħla Verità u nħarsu b'qalb sħiħa sal-mewt il-patt etern ta' mħabbtek imwettaq bid-demm ta' Ibnek għas-salvazzjoni ta' kulħadd.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-teresa-benedicta-of-the-cross-edith-stein-557", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/the-life-and-legacy-of-edith-stein/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Edith_Stein", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef1ded95', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-7-7-san-gejtanu/", "title": "7 ta' Awwissu: San Gejtanu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Gejtanu", "\"Fittxu l-ewwel is-saltna t'Alla.\"", "– Ġesù f'Mattew 6:33.", "SAN GEJTANU", "Saċerdot", "1480 – 1547", "Tagħrif:", "San Gejtanu twieled f'Vicenza, l-Italja, fl-1480, minn familja sinjura u nobbli.", "Fl-1504, meta kellu 24 sena rċieva d-Dottorat mill-Università ta' Padova.", "Irritorna Vicenza u sar Senatur.", "Iżda beda jħoss li għandu jservi 'l Alla iktar mill-qrib.", "Fl-1506, mar Ruma.", "Hemm daħal fil-Konfraternità tal-Imħabba Divina li għenitu ħafna biex jissaħħaħ fis-sejħa għas-saċerdozju.", "Sar qassis fl-1516.", "Fl-1518, mar Vicenza biex jassisti lil ommu li kienet qed tmut, u wara li amministralha s-sagramenti mietet f'idejh.", "F'Vicenza sar membru tal-Oratorju ta' San Ġirolmu, u ntefa' b'ruħu u b'ġismu jdur bil-morda inkurabbli.", "Fl-1520, mar Verona fejn waqqaf Oratorju simili.", "Wara ħames xhur mar Venezja fejn beda jaħdem fi sptar ġdid tal-belt, u tant ħadem fih li kien meqjus bħala l-fundatur ewlieni tiegħu.", "Fl-1523, telaq minn Venezja u mar Ruma.", "Flimkien ma' Ġwann Pietru Carafa li wara sar il-Papa Pawlu IV, u żewġ qassisin oħra, waqqaf it-Teatini, Kjeriċi Regolari, jiġifieri saċerdoti li jgħixu flimkien taħt regola.", "Bħala l-ewwel Superjur Ġenerali ntgħażel Carafa li qabel kien Isqof ta' Chieti, bil-latin Theate.", "Minn hawn ġej l-isem \"Teatini.\"", "Carafa kien irriżenja minn Isqof biex seta' jingħaqad ma' Gejtanu.", "Huma kienu jirrifjutaw benefiċċji u bla ma jittallbu, kienu jiddependu fuq id-donazzjonijiet volontarji li l-providenza t'Alla kienet tibgħat.", "Il-motto fuq l-arma tagħhom kien: \"", "Fittxu l-ewwel is-saltna t'Alla.", "\" Fost il-prattiċi piji li tradizzjonalment ġew imxerrda mill-Kjeriċi Regolari nsibu l-\"att erojku\" li bih wieħed iċedi mhux biss il-valur satisfatorju tal-opri tajba li jwettaq f'ħajtu iżda wkoll is-suffraġji, favur l-erwieħ tal-Purgatorju.", "Meta fl-1527, Karlu V għamel straġi minn Ruma, it-Teatini, li darhom kienet ġiet imħarbta, kellhom jaħarbu, u marru Venezja.", "Fl-1530, Gejtanu ntgħażel Superjur wara Carafa, u dam it-tliet snin taż-żmien tiegħu.", "Warajh reġa' ntgħażel Carafa.", "Fl-1543, kien qiegħed Napli, u biex jgħin lill-foqra waqqaf il-\"Montes Pietatis,\" il-Bank tal-Ħniena, minn fejn il-foqra setgħu jisselfu l-flus billi jħallu xi ħaġa bħala rahan, u wara jeħduha lura.", "Dak li beda San Gejtanu, illum sar il-Bank ta' Napli.", "San Gejtanu miet f'Napli fis-7 ta' Awwissu 1547, fl-età ta' 67 sena.", "Ġie kkanonizzat fl-1671 mill-Papa Klement X. Gejtanu kien wieħed mir-riformaturi kbar kattoliċi u ħafna mir-riformi li wettaq il-Konċilju ta' Trentu kienu antiċipati minn San Gejtanu u mqegħdin fil-prattika minnu ħafna qabel ma tlaqqa' l-konċilju.", "Waħda miż-żewġ parroċċi tal-Ħamrun hija ddedikata lill-\"Qaddis tal-Providenza,\" San Gejtanu Thiene.", "Ħsieb", ":", "Mill-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Parroċċa ta' San Gejtanu, il-Ħamrun (6 ta' Jannar, 2018):", "Id-devozzjoni lejn il-Verb Inkarnat wasslet lil Gejtanu ta' Thiene biex imur jitlob qrib il-maxtura ta' Ġesù.", "Imma kien konxju tad-dgħjufija tiegħu, kien konxju ukoll tad-dnubiet tiegħu.", "Quddiem l-imħabba li wrieh l-Imgħallem, dejjem kien iħossu mhux żelanti biżżejjed.", "\"Għal ħafna snin,\"", "jgħid,", "\"ħallejt lill-imsejkna ruħ tiegħi tindarab f'ġerħat li fnew, kont imfissed u nagħti l-għala wisq lill-ġisem, lid-dinja u lill-għadu ta' ruħi.\"", "Meta naqraw dawn il-kliem ta' San Gejtanu, nifhmu li qisna qegħdin naqraw xi kumment li niktbu aħna fuqna nfusna.", "Meta aħna nersqu lejn il-qaddisin, nagħmlu kuraġġ kbir.", "L-ewwel kuraġġ li nagħmlu huwa li nifhmu li huma m'għandhom l-ebda problema jistqarru d-dgħjufija tagħhom.", "M'għandhom l-ebda kumpless żejjed biex jistqarru li huma midinbin u midinbin ta' vera.", "Mhijiex umiltà falza din ta' San Gejtanu, imma umiltà vera ta' bniedem dgħajjef li għandu bżonn jagħmel għażla.", "Id-deċiżjoni ta' San Gejtanu aħna nafuha.", "Id-deċiżjoni ta' San Gejtanu hija dik li ma jċedix quddiem id-dgħufija u d-dnubiet tiegħu.", "Hu jsemmi d-dnubiet tal-ġisem, id-dnubiet tad-dinja, il-fatt li jċedi għall-għadu.", "X'inhu l-messaġġ għalina?", "Jekk San Gejtanu, konxju mid-dgħufija tiegħu, ikollu l-esperjenza tad-dija tal-wiċċ ħanin tal-Mulej jiddi fuqu, inti wkoll, aħna lkoll kemm aħna, imsejħin biex nitpaxxew bil-ħniena u d-dija tas-sebħ tal-Mulej fis-sagramenti, fil-Qrar, fl-Ewkaristija.", "Aħna rridu nkunu bħal San Gejtanu, bħal San Ġorġ Preca, li jindikawlna lil Ġesù, u nħarsu lejh u nilqgħuh mingħand Marija.", "Bħalma kien jgħid San Ġwann tas-Salib:", "\"Jekk inti tilqa' lil Marija, hi tiġi għandek, toqgħod għandek u ġġib magħha lill-Verb Inkarnat, il-Kelma ta' Alla magħmul bniedem.\"", "Għalhekk, ejjew nilqgħu lill-Madonna hi u tagħtina lil Ġesù, u nitolbu l-interċessjoni ta' San Gejtanu biex dak li għadda minnu u li kkonvertieh,", "\"inqum, u għalkemm ma jistħoqqlix, jiena nkun qaddej tas-sid umli tiegħek,\"", "aħna wkoll inkunu qaddejja tas-Sid umli tagħna għax nafu li afdalna teżor kbir, nafu li l-", "\"ġarar tagħna tal-fuħħar,\"", "imma għalina biżżejjed il-grazzja tiegħu\".", "U int, kemm temmen fil-Providenza Divina?", "Kemm hi kbira l-fiduċja tiegħek f'Alla?", "Inti tħalli lil Alla jużak biex inti stess tkun providenza għal ħaddieħor?", "Talba", ":", "O Alla, inti tajt lis-saċerdot San Gejtanu l-grazzja li jgħix ħajja bħal tal-appostli; agħmel li aħna, bl-eżempju u t-talb tiegħu, inqiegħdu dejjem fik it-tama tagħna u qatt ma nieqfu nfittxu s-saltna tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://saintscatholic.blogspot.com/2018/08/saint-cajetan.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-cajetan/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Cajetan", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef219972', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-8-8-san-duminku/", "title": "8 ta' Awwissu: San Duminku", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Duminku", "\"Qam bħal nar predikatur ġdid tas-salvazzjoni.", "Kelmtu kienet tħeġġeġ bħal torċa.", "Kellu f'fommu tagħlim is-sewwa, u ebda ħażen ma nstablu fuq xufftejh.\" –", "Responsorju mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Duminku (Sirak 48:1; Malakija 2:6a).", "SAN DUMINKU", "Saċerdot", "1170 – 1221", "Tagħrif:", "San Duminku twieled f'Calaruega, Spanja, fl-1170.", "Meta kellu erbatax-il sena daħal l-Università, ta' Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija.", "Waqt li kien għadu student sar Kanonku tal-Katidral ta' Osma.", "Wara l-Ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-Kanonċi skont ir-Regola ta' Santu Wistin.", "Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.", "Fl-1204, kien mal-Isqof tiegħu qed jivvjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-Albiġiżi, (minn Alby, Franza, li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb, u l-materjali huwa ħażin, u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija).", "Flanguedoc iltaqa' ma' wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa' jħaddan it-twemmin Kattoliku.", "Minn din il-laqgħa, San Duminku ra ċar li l-missjoni tiegħu kienet li jipprietka l-Vanġelu u jikkumbatti l-ereżija ta' l-Albiġiżi.", "Għalhekk ġabar madwaru grupp ta' għalliema biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu, u b'xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta' Prouille fl-1206.", "Huwa baqa' f'Languedoc għal kważi għaxar snin jipprietka bla serħan.", "Fl-1212, mar Toulouse, u fl-1215, attenda r-Raba' Konċilju Lateran, f'Ruma.", "Lura f'Toulouse waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi jew kif saru magħrufin \"Id-Dumnikani,\" fil-25 ta' April, 1215.", "L-għan prinċipali tal-Ordni kien li l-membri tiegħu jgħaqqdu l-għerf mal-qdusija u s-sempliċità, tal-ħajja u jipprietkaw il-Vanġelu ħalli jikkumbattu l-ereżija ta' l-Albiġiżi.", "Il-Papa Onorju III approva l-Ordni f'Diċembru, 1216.", "F'qasir żmien id-Dumnikani xterdu fi Spanja, fi Franza, l-Ingilterra, l-Italja u f'pajjiżi oħra.", "Fl-1220, il-Papa Onorju III ħatar lil San Duminku bħala Superjur Ġenerali tal-Ordni.", "F'dik l-istess sena, San Duminku sejjaħ l-ewwel Kapitlu Ġenerali, f'Bologna.", "San Duminku kien ikun spiss ħsiebu f'Alla, jekk ma kienx jitkellem fuq Alla bil-prietki tiegħu, kien jitkellem ma' Alla fit-talb.", "Ma kienx jgħaddi mument li ma jaħsibx f'Alla.", "F'Bologna marad u wara xi tliet ġimgħat miet, fis-6 ta' Awwissu, 1221.", "Il-Papa Girgor IX ipproklamah Qaddis, fl-1234.", "Huwa għamel ir-Rużarju devozzjoni mill-aktar popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.", "Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Bologna, fil-Bażilika tal-Patrijiet Dumnikani.", "Dakinhar li miet il-Fundatur, kien hemm diġà fuq 60 kunvent tal-patrijiet, li kienu fl-Italja, fi Franza, fi Spanja, fl-Ingilterra, fil-Polonja, fil-pajjiżi Skandinavi, fil-Palestina, eċċ.", "Illum id-Dumnikani jinsabu mxerrdin ma' kullimkien.", "Kellhom tul 700 sena, iktar minn 40 qaddis, mijiet ta' beati, fosthom ħafna martri, 4 Papiet, mal-100 kardinal u mijiet kbar ta' Isqfijiet, barra minn tant għorrief ewlenin, fosthom San Tumas t'Aquino u San Albertu Manju.", "Duminku, bniedem ta' talb, ta' penitenzi ħorox, imma wkoll ta' ħlewwa u tjieba ma' kulħadd, kien ċertament wieħed mill-ikbar ġganti ta' għerf u ta' qdusija, li qatt kellha l-Knisja Mqaddsa.", "Ħsieb", ":", "Qari minn dokumenti fuq l-istorja tal-Ordni tal-Predikaturi bit-titlu 'Kien jitkellem ma' Alla jew fuq Alla':", "\"Duminku kien bniedem ta' virtù kbira, imħeġġeġ kollu kemm hu bl-imħabba ta' Alla; bla dubju ta' xejn, kien mimli bil-ġieħ u bil-grazzja.", "Kellu karattru tassew qawwi u dejjem l-istess, u ma kienx jinbidel ħlief meta jħoss u jħenn għall-oħrajn.", "U billi l-hena tal-qalb jidher f'wiċċ il-bniedem, it-tjieba u l-ferħ li kienu jidhru fuq il-wiċċ ta' Duminku kienu jixhdu s-sliem u l-hena ta' qalbu.", "Kien iġib ruħu ta' bniedem evanġeliku kullimkien, bil-kliem u bl-għemil.", "Matul il-ġurnata, ħadd daqsu ma kien ikun hekk twajjeb u ħlejju ma' ħutu u sħabu.", "Fis-sigħat tal-lejl, ħadd daqsu ma kien idum jishar u jitlob b'ħafna modi.", "Ma kontx tarah wisq jitkellem jekk mhux ma' Alla, jiġifieri fit-talb, jew fuq Alla; u kien iwissi lil ħutu r-reliġjużi biex jagħmlu hekk huma wkoll.", "L-aktar ħaġa partikolari li sikwit kien jitlob lil Alla kienet dik li jimlieh bi mħabba tassew, u li jqawwih fil-ħidma u t-tħabrik għas-salvazzjoni tal-bnedmin; kien iqis li ma jistax ikun tassew membru ta' Kristu qabel ma jingħata kollu kemm hu u b'ħiltu kollha biex jirbaħ l-erwieħ, bħalma Sidna Ġesù, is-Salvatur tal-bnedmin, ta lilu nnifsu kollu kemm hu għas-salvazzjoni tagħna.", "Għal din il-ħidma, wara li kien ilu żmien twil jaħseb, waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi.", "Bosta drabi, bil-kliem u bil-kitba, kien iwissi lil ħutu r-reliġjużi ta' dan l-Ordni biex jitgħallmu fuq il-Kotba Mqaddsa tat-Testment il-Ġdid u l-Qadim.", "Hu nnifsu kien dejjem iġorr miegħu l-Evanġelju ta' San Mattew u l-Ittri ta' San Pawl u kien jistudjahom ħafna hekk li sar qisu jafhom bl-amment.", "Darbtejn jew tliet darbiet għażluh biex isir Isqof, iżda hu qatt ma ried, għax aktar xtaq jibqa' jgħix fil-faqar ma' ħutu r-reliġjużi milli jsir Isqof xi mkien.", "Sa l-aħħar ta' ħajtu baqa' jħares bla mittiefes il-ġieħ tas-safa tiegħu.", "Kien jixtieq li jiġi msawwat u mqatta' bċejjeċ u jmut għall-fidi ta' Kristu.", "Il-Papa Girgor IX stqarr dan fuqu: 'Jiena nafu b'raġel li mexa għalkollox fuq il-mudell tal-Appostli.", "Ma hemmx dubju li ssieħeb mal-istess Appostli fil-glorja tas-sema.'", "Min jaf kemm ġid sar permezz tar-Rużarju!", "Kemm nies għamlu mewta tajba, kemm nies biddlu ħajjithom, kemm grazzji nqalgħu!", "Ejjew ma ninsewx li hu l-aktar talba li tagħti unur lill-Madonna u dik li hi tkun qed tistenniena nitolbu bil-ħerqa.", "Tassew li kulħadd jafu dan, imma kulħadd jitolbu?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta' Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjows kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Il-Beatu Ġordan tas-Sassonja (", "ara Ġordan tas-Sassonja", ") kiteb hekk fuq San Duminku:", "\"Xejn ma kien ifixkel l-ekwanimità tiegħu, il-paċi u s-serenità tar-ruħ, jekk mhux is-simpatija lejn il-batuti.", "Wiċċu kien jirrifletti l-vera ferħ li kien iħoss.", "Duminku kien ħabib u ferrieħi.", "Kont tara fih dik il-paċi ġenwina tar-ruħ.\"", "U fik, taħseb lin-nies jistgħu jaraw dik il-paċi li l-Mulej wiegħed lil dawk li jimxu fit-triq tas-Sewwa?", "Qiegħed/ Qiegħda xxandar lil Kristu bi kliemek u l-aktar b'għemilek?", "Talba", ":", "Mulej, int għamilt lil San Duminku predikatur mill-aqwa tal-verità tiegħek: agħmel li huwa jgħin lill-Knisja tiegħek bil-merti u t-tagħlim tiegħu, u li jidħol għaliha quddiemek bit-talb qaddis tiegħu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-dominic/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-dominic-556", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Dominic", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef21a620', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-5-5-id-dedikazzjoni-tal-bazilika-ta-santa-maria-maggiore-fruma/", "title": "5 ta' Awwissu: Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' Santa Marija Maggiore f'Ruma", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' Santa Marija Maggiore f'Ruma", "\"Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma.", "ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKA TA' SANTA MARIJA MAGGIORE F'RUMA", "Fis-sena 355, fi żmien il-Papa San Liberju (352-366), kienet inbniet knisja fuq il-għolja Eskwilin, f'Ruma, iddedikata lill-Madonna, li biż-żmien kienet saret magħrufa bħala l-\"Bażilika Liberjana.\"", "Fis-sena 431, ftit wara l-Konċilju ta' Efesu kien stqarr li Omm Ġesù hi Omm Alla, il-Papa Sistu III kabbar din il-knisja u kkonsagraha f'ġieħ l-Omm qaddisa ta' Alla.", "Din il-Bażilika hija l-iktar waħda antika fost il-knejjes tal-Punent li huma ddedikati f'ġieħ il-Madonna, taħt it-titlu ta' Omm Alla.", "Biż-żmien saret magħrufa bħala \"Santa Marija Maggiore.\"", "Ġieli tissejjaħ ukoll \"", "Santa Maria ad praesepe", "\" għax fiha hemm miżmuma s-suppost relikwija tal-maxtura ta' Betlem.", "Hi wkoll waħda mit-tliet knejjes patrijarkali, li fihom il-Papa jmexxi l-funzjoni f'ċerti okkażjonijiet.", "Iż-żewġ knejjes patrijarkali l-oħra huma ta' San Pietru u ta' San Ġwann Lateran.", "Fis-seklu disgħa xterdet leġġenda li wasslet biex din il-festa tibda tissejjaħ \"Il-Festa tal-Madonna tas-Silġ.\"", "Li skont il-leġġenda, għatta l-post fejn il-Madonna riedet li tinbnielha knisja.", "Permezz ta' dehra tagħha, lil wieħed għani jismu Ġanni, talbitu li tinbena knisja ddedikata lilha fuq il-post li kellha turih.", "B'hekk inbniet il-knisja fil-pontifikat tal-Papa Liberju fuq il-post muri mill-Madonna fuq il-għolja Esquilino.", "Fl-iskrizzjoni tad-dedika tal-Papa Sistu dan il-fatt mhux imsemmi.", "Ebda tifkira ma nsibu ta' dan il-miraklu qabel xi mijiet ta' snin wara, u issa hu magħruf bħala leġġenda.", "Kummissjoni għar-riforma tal-Brevjarju rrikkmandat lill-Papa Benedittu XIV, fl-1742, biex din il-festa terġa' tissejjaħ \"Id-Dedikazzjoni ta' Santa Marija\" bħal qabel.", "Dan it-tibdil għadu ma sarx ħlief fil-kalendarju l-ġdid tal-Benedittini (1915).", "Din il-knisja hi waħda mill-aktar magħrufa fid-dinja għad-devozzjoni tal-fidili lejn il-Madonna.", "Ġewwa l-Knisja hemm pittura tal-Madonna bit-tfajjel ċkejken li jingħad li kien ix-xogħol ta' San Luqa.", "Din hija magħrufa bħala \"", "Salus Populi Romani", "\" jiġifieri l-protettriċi tal-poplu Ruman.", "Il-Papa Franġisku, l-għada li kien elett, kmieni filgħodu għamel viżta privata quddiem dan il-kwadru, poġġa bukkett ward u qagħad jitlob lill-Madonna.", "Ħsieb", ":", "Fl-Eżortazzjoni Appostolika \"", "Marialis Cultus\"", "il-Qaddis Papa Pawlu VI għat-tmexxija tajba u l-iżvilupp tad-devozzjoni lejn l-Imqaddsa Verġni Marija, insibu dan:", "\"Marija mhux biss hija mudell tal-Knisja kollha fit-taħriġ tal-qima divina, imma hija wkoll għalliema tal-ħajja spiritwali għal kull nisrani.", "Sa mill-bidu l-insara bdew iħarsu lejn Marija u bħalha jagħmlu ħajjithom qima 'l Alla u jagħmlu l-qima bħala l-impenn ta' ħajjithom.", "Sa mir-raba' seklu, San Ambroġ meta kien ikellem lin-nies kien jgħidilhom li jittama li kull wieħed minnhom ikollu l-ispirtu ta' Marija biex ifaħħar 'l Alla: 'Għandu jkun f'kull nisrani l-ispirtu tagħha biex jifraħ f'Alla.'", "Fuq kollox Marija hija l-mudell ta' dik il-qima li tagħmel mill-ħajja offerta lil Alla.", "Dan hu tagħlim antik, imma li jiswa għal dejjem u li kulħadd jista' jisma' billi jagħti każ tat-tagħlim tal-Knisja, u billi jisma' l-leħen tal-Verġni meta minn qabel wettqet it-talba tal-għaġeb li għamel il-Mulej: 'Ikun li trid int' (Mattew 6:10), billi wieġbet għall-ħabbâr ta' Alla: 'Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: isir minni skont kelmtek' (Luqa 1:38).", "L-'iva' ta' Marija hija tagħlima u eżempju għall-insara kollha biex l-ubbidjenza għar-rieda tal-Missier tkun it-triq u l-mezz tal-qdusija tagħhom.", "Min-naħa l-oħra huwa importanti li tara kif il-Knisja turi b'ħafna modi ta' qima r-relazzjoni tagħha ma' Marija:", "b'qima kbira meta taħseb fuq il-kobor tal-Verġni li saret Omm il-Verb inkarnat permezz tal-Ispirtu;", "bi mħabba li tħeġġeġ meta tara 'l Marija, omm spiritwali tal-membri kollha tal-ġisem mistiku;", "b'tama meta tħoss l-id tal-Avukata u l-Għajnuna tagħha;", "b'servizz ta' mħabba meta tara fil-qaddejja umli tal-Mulej is-Sultana tal-Ħniena u l-Omm tal-grazzja;", "b'eżempju ħerqan meta taħseb fuq il-qdusija u l-virtujiet tal-'Mimlija bil-Grazzja' (Luqa 1:28);", "bi stagħġib kbir meta tara fiha 'ix-xbieha l-aktar safja li tixtieq u tittama li tkun;'", "bi studju bir-reqqa meta tara fis-Sieħba tal-Feddej li ġa għandha sehem sħiħ mill-frott tal-misteru tal-Għid, minħabba l-milja tagħha tal-futur, sakemm jasal il-jum li fih, imnaddfa minn kull tikmixa u minn kull tebgħa (Efesin 5:27), issir bħal għarusa mżejjna għall-Għarus, Ġesù Kristu (Apokalissi 21:2).", "Marija hija l-unika mara li stħaqqilha tissejjaħ 'omm' u 'għarusa.'", "Waqt li l-omm", "tan-nisel tagħna daħħlet il-piena fid-dinja, l-Omm tal-Mulej tagħna reġgħet wildet", "il-fidwa tagħha.", "Eva, meta qatlet, ħassret; Marija meta tat il-ħajja, ġabet ir-risq.", "Eva sawtet, Marija fejqet.", "Il-Verġni, b'mod tal-għaġeb u uniku, nisslet lis-Salvatur", "tagħha u ta' kollox.", "Hija t-tempju ta' Alla, l-għajn imħabbra, il-bieb fid-dar tal-Mulej! ~", "Ambroġ Autperto, Seklu VIII", "Jeħtieġ li nivveneraw b'qima kbira u nuru devozzjoni tenera lil Sidtna Marija għaliex", "hija l-akwadott li permezz tiegħu aħna nirċievu l-grazzji li 'Alla jogħġbu jibagħtilna.' –", "San Bernard", "Talba", ":", "Sliem għalik, kewkba tal-baħar, Omm qaddisa u kbira t'Alla, dejjem Verġni bla mittiefsa, bieb il-hena u ferħ tas-sema.", "Uri li tassew int Ommna, wassal talbna quddiem Alla, li fi ħnientu twieled minnek biex isir għalina bniedem.", "(Mill-Innu tal-Għasar)", "Warrab minn quddiem għajnejk, Mulej, il-ħtijiet tal-poplu tiegħek, biex aħna, li ma għandniex ħila nogħġbuk b'dak li nagħmlu aħna, insalvaw bit-talb ta' Omm Ibnek, Ġesu' Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://catholicexchange.com/dedication-of-the-basilica-of-st-mary-major", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/dedication-of-saint-mary-major-basilica/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Dedication_of_the_Basilica_of_St_Mary_Major", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef2194e5', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-4-4-san-gwann-marija-vianney/", "title": "4 ta' Awwissu: San Ġwann Marija Vianney", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Marija Vianney", "\"Din id-daqsxejn ta' tbatija, li għaddejjin minnha issa, għad taqlgħalna glorja bla qies għal dejjem.", "Għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u qatt ma tnissel f'qalb il-bniedem, x'lesta Alla għal dawk li jħobbuh.\" –", "Responsorju mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġwann Marija Vianney (1 Ġwanni 4:16.", "7).", "SAN ĠWANN MARIJA VIANNEY", "Saċerdot", "1786 – 1859", "Tagħrif:", "Ġannmari Vianney twieled ħdejn Lyon, Franza, fl-1786, tliet snin qabel ir-Rivoluzzjoni Franċiża.", "Ta' 13-il sena rċieva l-Ewwel Tqarbina bil-moħbi fir-razzett ta' missieru waqt li l-ħaddiema baqgħu jaħdmu bħas-soltu biex ma jiġbdux l-attenzjoni tal-Awtorità Rivoluzzjonarja.", "Fl-1804, meta kellu 18-il sena wera lil missieru x-xewqa li jsir qassis.", "Sa dan iż-żmien kien jaħdem fir-razzett ta' missieru.", "Sentejn wara beda jattendi skola żgħira li Abbé Balley kien fetaħ għall-abbatini.", "Fl-1809, sejħulu bil-lieva, iżda wara ftit ħalla.", "Fl-1811, daħal is-Seminarju biex jibda l-filosofija, u fl-1813 beda t-teoloġija.", "Fl-istudju ma kien tajjeb xejn iżda fil-qdusija kien jgħaddi lil kulħadd.", "Kien mudell ta' żagħżugħ tajjeb.", "Fl-1815, ta' 29 sena ħa l-Quddiesa, u mar bħala assistent ta' Abbé Balley.", "Fl-1817, intbagħat bħala Kappillan tar-raħal ta' Ars, b'370 ruħ li kellhom antipatija kbira lejn ir-reliġjon.", "Ħafna minnhom ma kinux jisimgħu quddies.", "Kienu mehdijin wisq bil-ħwejjeġ tad-dinja.", "Fir-raħal kien hemm numru ta' ħwienet tax-xorb u tad-divertiment.", "Bil-mod, bit-talb, bil-viżti lill-familji u b'attivitajiet reliġjużi, huwa rnexxielu jikkonverti ħafna minnhom u l-ħwienet tax-xorb u tad-divertiment bdew jagħlqu.", "Fl-1824, bil-għajnuna ta' żewġ xebbiet fetaħ skola b'xejn għall-bniet li wara saret l-istitut magħruf \"", "La Providence,", "\" għat-tfal orfni u abbandunati.", "Dawk li kienu jieħdu ħsiebu ma kellhomx salarju.", "Il-fama qaddisa ta' dan il-qassis ħarġet barra mir-raħal u xterdet fil-bogħod saħansitra barra Franza.", "Ars sar ċentru tal-pellegrinaġġi.", "Wasal żmien meta kienu jaslu f'Ars iktar minn tliet mitt pellegrin kuljum, għonja u foqra, qaddisin u midinbin, kbarat u mhumiex.", "Kien iqatta' tnax-il siegħa kuljum fil-konfessinarju fix-xitwa, u sittax-il siegħa fis-sajf.", "Il-Kurat ta' Ars, kif kien sar magħruf, għamel 42 sena f'din il-ħajja, sakemm miet fl-4 ta' Awwissu, 1859.", "Il-kanonizazzjoni tiegħu għamilha l-Papa XI fl-1925.", "Aktar dettalji", "Is-superjuri tiegħu billi kienu jafu kemm moħħu ma jtihx, bagħtuh f'Ars għax qalu li hemm żgur ma setax jagħmel ħsara.", "F'dan il-post, il-knisja kienu jmorru xi ftit nisa xjuħ, in-nies kienu jaħdmu nhar ta' Ħadd, jiskru u jħobbu jiżfnu.", "Wara għaxar snin, dan ir-raħal inbidel, saru konverżjonijiet u fejqan tal-għaġeb.", "Il-kurat kien iħabbar il-ġejjieni u jaqra l-qlub tan-nies.", "Huwa kien jitlob u jsum u jqarar ħafna.", "Kien jorqod biss xi tlieta jew erba' sigħat.", "Kienu jiġu għall-pariri tiegħu bosta u bosta nies minn kull naħa ta' Franza, tant li l-gvern kellu jwassal il-linji tal-ferrovija sa hemm.", "Minkejja li kien miżmum b'qaddis minn ħafna, kien hemm oħrajn li kienu jippruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt minħabba n-nuqqas ta' għerf tiegħu.", "Għal 30 sena kien ukoll molestat spiss minn attakki tax-xitan li żgur ma kienx jaħmel jara dawk il-konverżjonijiet kollha jsiru f'riġlejn il-qaddis.", "Kien miġbud ħafna għall-ħajja iebsa tal-Kartużjani, u tliet darbiet ittanta jaħrab mill-parroċċa biex imur magħhom.", "Irrifjuta l-unuri kollha li riedu jagħtuh fl-aħħar snin ta' ħajtu.", "Meta ġabulu l-Vjatku qal: \"Kemm hija ħaġa ta' niket li titqarben għall-aħħar darba!\"", "Il-Papa Piju, erba' snin wara li għamlu qaddis, ħatru Patrun tal-Kappillani.", "Ħsieb", ":", "Qari mill-katekeżi ta' San Ġwann Marija Vianney, saċerdot bit-titlu 'Dmir ħelu tal-bniedem: li jitlob u jħobb':", "\"Uliedi, ġibu quddiem għajnejkom illi t-teżor tan-nisrani m'huwiex fuq din l-art, imma fis-sema.", "Mela għandna nżommu ħsibijietna fejn hemm it-teżor tagħna.", "Dan hu d-dmir u l-uffiċċju ħelu tal-bniedem: li jitlob u jħobb.", "Jekk titolbu u tħobbu, araw, dan hu tabilħaqq l-hena tal-bniedem fuq din l-art.", "It-talb mhux ħaġ'oħra ħlief l-għaqda tagħna ma' Alla.", "Min għandu qalbu nadifa u marbuta ma' Alla jħoss bħal għaxqa u ħlewwa tal-għaġeb, u madwaru ixerred dawl liema bħalu.", "F'din l-għaqda sħiħa, Alla u r-ruħ isiru qishom żewġ xemgħat imdewba f'waħda u ħadd ma jkun jista' jifridhom iżjed.", "Kemm hi ħaġa sabiħa din l-għaqda ta' Alla mal-ħlejqa ċkejkna tiegħu!", "X'ferħ kbir li ħadd ma jista' jifhmu!", "Aħna konna sirna nies li ma jistħoqqilhomx jitolbu: imma Alla, ta' tajjeb li hu, ħalliena nkellmuh.", "It-talb tagħna huwa inċens ta' fwieħa li togħġbu mill-iżjed.", "Uliedi, intom għandkom qalbkom ċkejkna, imma t-talb iwessagħhielkom u jagħmilha li tkun tista' tħobb lil Alla.", "It-talb iħallina nduqu s-sema minn issa stess, iniżżlilna biċċa mill-ġenna.", "It-talb qatt ma jċaħħadna mill-ħlewwa tiegħu; għax hu qisu għasel li jixxerred fir-ruħ u jagħmel kollox ħelu.", "Fit-talb, meta jsir sewwa, it-tbatijiet kollha jinħallu bħas-silġ fix-xemx.", "It-talb jagħmel ukoll li ż-żmien itir ħafif, b'ferħ kbir għall-bniedem, li anqas jintebaħ li ż-żmien għaddej.", "Isimgħu din: meta jien kont kappillan fi Bresse, darba sħabi kważi kollha mardu, u għalhekk kien ikolli nagħmel mixjiet twal; imma fit-triq kont nitlob lis-Sid twajjeb tagħna, u, kif ngħidilkom jien, il-ħin xejn ma kont narah twil.", "Hemm ukoll xi wħud li jegħrqu għalkollox fit-talb qishom ħuta fl-ilma, għax huma mogħtijin kollhom kemm huma lit-tjieba ta' Alla.", "Lil dawn ma ssibilhom ebda firda f'qalbhom.", "Kemm inħobbhom lil dawn l-erwieħ ġenerużi San Franġisk ta' Assisi u Santa Koleta kienu jaraw lil Sidna u jitħaddtu miegħu kif nitħaddtu aħna bejnietna.", "Aħna, għall-kuntrarju, kemm drabi nidħlu fil-knisja bla ma nafu x'għandna nagħmlu jew x'għandna nitolbu!", "Safrattant, kull meta mmorru għand xi ħadd inkunu nafu sewwa għalfejn sejrin.", "Anzi xi wħud donnhom jgħidulu hekk lil Alla: 'Kelmtejn biss se ngħidlek: li tagħtina l-maħfra....'", "Jien sikwit naħseb fuq dan: meta niġu biex naduraw lil Alla, naqilgħu mingħandu kull ma nitolbuh, jekk it-talb tagħna nagħmluh b'fidi ħajja ħafna u b'qalb tassew nadifa.\"", "Riflessjonijiet minn San Ġwann Marija Vianney:", "\"M'hemmx għalfejn nitkellmu ħafna biex nitolbu tajjeb.", "Aħna nafu li Alla qiegħed hemm; ejjew mela niftħu qalbna miegħu.", "Ejjew nieħdu pjaċir fil-preżenza tiegħu.", "Din hi l-aħjar talba.\"", "\"Huwa dejjem żmien ir-rebbiegħa, fil-qalb ta' min iħobb 'l Alla.\"", "\"Aħna bħal tfal żgħar ma nafux nimxu fit-triq li tagħti għall-ġenna għax nogħtru u naqgħu, jekk id il-ħanin Alla ma tkunx pronta li tweżinna bil-grazzja tiegħu.\"", "Li kieku xi ħadd ma jafekx, ngħidu aħna xi ħadd minn dinja oħra, kellu jifli ħajtek, u jara fik dak li jidher u wkoll dak li ma jidhirx, tgħid kien jasal għall-konklużjoni li:", "int sempliċiment pellegrin/a fuq din l-art, jew", "jieħu l-impressjoni li inti ma temminx fil-ħajja eterna, u ġej daqslikieku ser tibqa' hawn?", "Talba", ":", "Talba għas-saċerdoti", ": Mulej, agħtina qassisin jixbhu lilek, qassisin adattati għad-dinja tal-lum.", "Qassisin mimlija bl-Ispirtu s-Santu, jħobbu lilek, l-Ewkaristija u l-Kelma.", "Mulej, agħtina qassisin li jitolbu u li jgħallmuna nitolbu. qassisin li jħobbu ħafna liż-żgħażagħ, lill-fqar u lil dawk li huma tal-aħħar.", "Qassisin li kapaċi juru l-ħlewwa u l-ħniena għall-miżerji kollha tad-dinja tal-lum.", "Missier qaddis, ħares fil-verità lis-saċerdoti tiegħek.", "Huma qegħdin fid-dinja, ħarishom mill-ħażen.", "Ammen.", "O Alla ta' setgħa u ħniena bla tarf, int għażilt lis-saċerdot San Ġwann Marija Vianney u żejjintu b'ħeġġa ta' l-għaġeb fil-ħidma tiegħu bħala Kappillan ta' parroċċa; agħmel li, bl-eżempju u t-talb tiegħu, nirbħu bl-imħabba aħwa oħra għal Kristu, u li magħhom niksbu l-glorja ta' dejjem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/news/the-feast-of-saint-john-vianney—a-model-for-priests-57699", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-vianney/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Vianney", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef219eb4', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-3-3-santa-lidja/", "title": "3 ta' Awwissu: Santa Lidja", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Lidja", "\"Lidja qagħdet tismagħna, u l-Mulej fetħilha qalbha biex tifhem dak li kien jgħid Pawlu.", "Wara li tgħammdet, hi u l-familja tagħha, talbitna u qaltilna: 'Jekk jidhrilkom li jiena nemmen fil-Mulej, ejjew oqogħdu d-dar tiegħi.'", "U ġagħlitna noqogħdu għandha.\" –", "Atti 16:14-15.", "SANTA LIDJA", "L-Ewwel seklu", "Tagħrif:", "Din il-qaddisa tissemma fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli (Kapitlu 16, v. 14-15).", "Kienet minn Tijatira, post fil-provinċja Rumana tal-Asja, imsemmi ħafna għaż-żebgħa tad-drapp bil-porpra (lewn aħmar).", "Kienet tgħix fil-belt ta' Filippi tinnegozja f'dan id-drapp meta San Pawl wasal l-ewwel darba f'din il-belt għall-ħabta tas-sena 55.", "L-Atti jgħidulna li Lidja \"kienet tqim lil Alla,\" espressjoni li tfisser konvertita għar-reliġjon Lhudija.", "Darba, f'jum is-Sibt, San Pawl mar jipprietka f'dar fejn kienu jiltaqgħu jitolbu.", "\"Lidja kienet tisma', il-Mulej fetħilha moħħha biex tixrob kulma kien jgħid Pawlu.", "U tgħammdet hi u darha.\"", "Hekk kienet l-ewwel mara li saret nisranija fl-Ewropa.", "Jidher li Lidja kienet mara għanja, u għalhekk talbet, anzi insistiet biex Pawlu u sħabu Silas u Luqa jidħlu joqogħdu għandha tul il-waqfa tagħhom f'Filippi.", "F'Filippi, lil Pawlu u lil Silas, wara li ċarrtulhom ilbieshom u sawtuhom bil-bsaten, tefgħuhom il-ħabs, mnejn ġew meħlusin minħabba li kienu ċittadini Rumani, bil-patt li jitilqu minn hemm.", "Qabel telaq minn Filippi, Pawlu mar mill-ġdid għand Lidja jsellem lill-insara tal-post u jħeġġiġhom iżommu sħiħ fil-fidi (Atti 16:11).", "Barra minn dan it-tagħrif li nsibu fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli dwar Santa Lidja, ma nafu xejn aktar fuqha.", "Hi patruna ta' dawk li jiżbgħu d-drappijiet.", "Ħsieb", ":", "Santa Lidja kellha l-kuraġġ mhux biss li tikkonverti imma li tagħti xhieda tal-fidi ġdida tagħha b'mod pubbliku.", "L-imġiba u ż-żelu tagħha juruna b'liema konvinzjoni kienet ħadnet it-tagħlim li wasslulha l-appostli dwar Kristu.", "U aħna llum?", "Nuru fidi soda, żelu u entużjażmu b'mod li bih nistgħu inkunu ta' xhieda għal dawk ta' madwarna?", "Fl-Ittra Appostolika \"Motu Proprio Data\" Porta Fidei tal-Papa Benedittu XVI, insibu dan:", "\"Mhux ta' b'xejn li fl-ewwel sekli l-insara kienu mistennija li jitgħallmu l-Kredu bl-amment.", "Dan kien iservihom bħala talba ta' kuljum biex ma jinsewx l-impenn li ħadu fil-Magħmudija.", "Santu Wistin ifakkarna f'dan bi kliem mimli tifsir meta f'Omelija fuq ir-redditio symboli, dwar it-talba tal-Kredu jgħid: 'Is-simbolu tal-misteru qaddis li rċevejtu lkoll flimkien u li llum kull wieħed minnkom stqarr, hu kliem li fuqu hi mibnija l-fidi ta' Ommna l-Knisja fuq il-pedament sod li hu Kristu l-Mulej...", "Intom irċevejtuh u lqajtuh, imma tridu żżommuh dejjem f'moħħkom u f'qalbkom, tridu ttennuh f'sodditkom, taħsbu fuqu fil-pjazez u ma tinsewhx intom u tieklu: u anki meta l-ġisem ikun rieqed, tridu tishru fih b'qalbkom.'", "Issa nixtieq nuri triq li tista' tgħinna nifhmu b'aktar profondità mhux biss x'fiha l-fidi tagħna, imma wkoll dak l-att li bih niddeċiedu li nafdaw ruħna bi sħiħ f'Alla, b'libertà sħiħa.", "Infatti teżisti għaqda qawwija bejn l-att li bih temmen u l-kontenut li naqblu fuqu.", "L-appostlu Pawlu jħallina nidħlu 'l ġewwa f'din ir-realtà meta jikteb: 'Wieħed jemmen ... f'qalbu... u jistqarr b'xufftejh' (Rumani 10:10).", "Il-qalb turi li l-ewwel att li bih naslu għall-fidi hu don t'Alla u azzjoni tal-grazzja li taħdem u tibdel il-bniedem mill-qiegħ.", "L-eżempju ta' Lidja jgħidilna ħafna dwar dan.", "San Luqa jirrakkonta li meta Pawlu mar Filippi, f'jum tas-Sibt ħabbar l-Evanġelju lil xi nisa; fosthom kien hemm Lidja u 'l-Mulej fetħilha qalbha biex tifhem dak li kien jgħid Pawlu' (Atti 16, 14).", "Din l-espressjoni hi importanti ħafna.", "San Luqa qed jgħallem li mhux biżżejjed inkunu nafu l-kuntenut ta' dak li rridu nemmnu, imma li qalbna – fejn jinsabu l-affarijiet l-aktar għeżież għalina – trid tkun miftuħa għall-grazzja biex inkunu nistgħu nidħlu fil-fond u nifhmu li dak li tħabbar lilna hu Kelma t'Alla.", "Min-naħa l-oħra, l-istqarrija bil-fomm turi li l-fidi titlob xhieda u impenn fil-pubbliku.", "In-nisrani qatt ma għandu jaħseb li t-twemmin hu xi ħaġa privata.", "Il-fidi hi deċiżjoni li noqogħdu mal-Mulej biex ngħixu miegħU.", "U li 'noqogħdu miegħU' hu mezz biex nifhmu dawk ir-raġunijiet li bihom nemmnu.", "Il-fidi, propju għax hi att tal-libertà tagħna, titlob ukoll responsabbiltà soċjali dwar dak li wieħed jemmen fih.", "Fil-jum ta' Pentekoste l-Knisja turi biċ-ċar din id-dimensjoni pubblika ta' meta wieħed jemmen u jħabbar bla ebda biża' l-fidi tiegħu lill-bnedmin kollha.", "Hi don tal-Ispirtu s-Santu li biha nkunu nistgħu naqdu l-missjoni tagħna u b'hekk tissaħħaħ ix-xhieda tagħna, li ssir waħda libera u kuraġġuża\".", "Talba", ":", "O Mulej, Int tajt lil Santa Lidja qalb miftuħa għall-Kelma tiegħeK li salvat lilha u lil dawk li bħalha, ħallewk tidħol fil-ħajja tagħhom, agħti lilna wkoll il-grazzja li nibqgħu ngħixu b'entużjażmu u b'impenn il-fidi li nħaddmu hekk li nipprattikawha wkoll fil-pubbliku bla mistħija ta' xejn, filwaqt li nżommu f'moħħna li meta Inti ssallabt bi mħabba għalina, dan għamiltu fil-pubbliku, minkejja l-umiljazzjonijiet kbar li dan fisser għalik.", "Ammen.", "English Version:", "http://asinnersguidetothesaints.blogspot.com/2010/07/st-lydia-purpuraria-1st-century.html", "Alternative Reading:", "http://www.fixinghereyes.org/single-post/2017/11/29/Lydia-of-Thyatira-The-foreign-woman-who-became-the-foundation-member-of-the-Philippian-Church", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Lydia_of_Thyatira", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef24f97b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-2-2-san-ewsebju-ta-vercelli/", "title": "2 ta' Awwissu: San Ewsebju ta' Vercelli", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ewsebju ta' Vercelli", "\"Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta' Dak li jqawwini.\" –", "Filippin 4:13.", "SAN EWSEBJU TA' VERCELLI", "Isqof", "? – 371", "Tagħrif:", "San Ewsebju twieled fil-gżira ta' Sardinja għall-bidu tas-seklu erbgħa, minn ġenituri nsara.", "Meta kien għadu tifel żgħir tilef lil missieru.", "Ommu ġabitu Ruma.", "Hemm ħa l-edukazzjoni tiegħu, u sar membru tal-Kleru ta' Ruma.", "Fis-sena 345 sar l-ewwel Isqof ta' Vercelli, f'Piedmonti.", "Introduċa għall-ewwel darba fil-Punent il-ħajja monastika billi hu bħala Isqof beda jgħix f'komunità mas-saċerdoti tiegħu.", "Ħadem ħafna kontra l-ereżija tal-Arjani li tiċħad id-Divinità ta' Ġesù.", "Fis-Sinodu ta' Milan fis-sena 355 huwa ma riedx jiffirma l-kundanna kontra San Atanasju, u minħabba f'hekk l-Imperatur Arjan Kustanz eżiljah fil-Palestina.", "Hemm kien taħt is-sorveljenza tal-Isqof Arjan, u bosta drabi kien jiġi umiljat u mmaltrattat mill-Arjani, sakemm fl-aħħar mar l-Eġittu.", "Meta fis-sena 361 miet l-Imperatur Kustanz, Ġuljanu l-Apostata li laħaq floku, ta l-permess lill-Isqfijiet eżiljati li jkunu jistgħu jirritornaw fid-djoċesi tagħhom, iżda San Ewsebju baqa' fl-Orjent bħala l-Legat tal-Papa.", "Flimkien ma' San Atanasju ppresieda s-Sinodu ta' Lixandra fis-sena 362, u sena wara rritorna fi Piedmonti.", "Flimkien ma' San Ilarju ta' Poitiers ħadem ħafna kontra l-Ereżija Arjana.", "Fil-Katidral ta' Vercelli hemm ippreservati l-iktar manuskritti antiki tal-Vanġelu bil-Latin antik u jaħsbu li kienu miktubin minn San Ewsebju.", "Miet fil-paċi fid-djoċesi tiegħu fl-1 ta' Awwissu tas-sena 371.", "Aktar dettalji", "Ewsebju kien iben martri.", "Trabba f'Ruma fejn ommu ħaditu meta kien għadu żgħir ħafna.", "Jista' jitqies bħala l-fundatur tal-kanoniċi regolari.", "Fil-konċilju ta' Milan fis-sena 355, Ewsebju kien wieħed mit-tliet Isqfijiet li, għalkemm kienu mhedda bil-mewt, irrifjutaw li jiffirmaw il-kundanna ta' San Atanasju, kif riedu l-Isqfijiet Arjani.", "Minflok, dan il-qaddis poġġa kopja tal-Kredu ta' Niċea fuq il-mejda u insista li kull wieħed jiffirmah qabel ma jaqbdu l-każ kontra Atanasju.", "Qam storbju kbir.", "Xi wħud jagħtu lil Ewsebju t-titlu ta' martri; dan forsi minħabba li sofra ħafna tul l-eżilju, imma safejn nafu hu miet mewta naturali meta kien diġà mgħobbi sewwa bis-snin.", "San Ewsebju hu wieħed mill-awturi tal-Kredu msejjaħ ta' San Atanasju.", "Kopja manuskritta tal-Vanġelu bil-latin li jingħad li għamel hu, il-", "Codex Vicellensis", ", hi l-eqdem manuskritt tax-xorta tiegħu li jeżisti.", "Il-festa tiegħu tinżamm fit-2 ta' Awwissu.", "Ħsieb", ":", "Bla dubju li l-Ispirtu s-Santu ta lil San Ewsebju d-don tal-qawwa biex huwa seta' jissaporti kull tip ta' tbatija, umiljazzjoni, eżilju u abbużi oħra kontra tiegħu u jibqa' xorta waħda ma jiċċaqlaqx mill-pożizzjoni tiegħu għax kien jaf li hu kien fis-sewwa u xhud tal-Verità.", "Imma x'inhu dan id-don tal-qawwa?", "Kif nistgħu nkabbruh fina ladarba rċevejnieh bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fis-Sagramenti?", "Il-Papa Franġisku, fl-Udjenza tiegħu tal-Erbgħa, 14 ta' Mejju, 2014 dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu – Il-Qawwa, jgħid hekk:", "\"Il-Mulej dejjem lest biex iweżinna fid-dgħufija tagħna u dan jagħmlu b'don speċjali: id-don tal-qawwa.", "Hemm parabbola, li jirrakkonta Ġesù, li tgħinna nifhmu l-importanza ta' dan id-don.", "'Bidwi ħareġ jiżra'; imma mhux iż-żerriegħa kollha li xeħet għamlet il-frott.", "Dik li spiċċat fuq il-mogħdija naqqruha l-għasafar; dik li waqgħet fuq il-blat jew qalb ix-xewk, qabdet, imma malajr nixfet bix-xemx jew sfat maħnuqa mix-xewk.", "Dik biss li waqgħet fuq art tajba setgħet tikber u tagħmel il-frott.' (ara Mark 4:3-9 // Mattew 13:3-9 // Luqa 8:4-8).", "Kif Ġesù stess ifisser lid-dixxipli tiegħu, dak il-bidwi jirrappreżenta lill-Missier, li jxerred bil-kotra ż-żerriegħa tal-Kelma tiegħu.", "Imma ż-żerriegħa spiss tħabbat wiċċha man-nixfa ta' qalbna u, anki meta tiġi milqugħa, tirriskja li tibqa' ma tagħmilx frott.", "Bid-don tal-qawwa, imma, l-Ispirtu s-Santu jeħles l-art ta' qalbna, jeħlisha mill-ħedla, mid-dubji u mill-biżgħat kollha li jistgħu jżommuh lura, hekk li l-Kelma tal-Mulej tkun tista' titqiegħed fil-prattika, b'mod awtentiku u hieni.", "Hu tassew ta' għajnuna dan id-don tal-qawwa, iqawwina, jeħlisna anki minn tant ħwejjeġ li jżommuna lura.", "Hemm ukoll mumenti diffiċli u sitwazzjonijiet estremi fejn id-don tal-qawwa jidher b'mod straordinarju, eżemplari.", "Bħal fil-każ ta' dawk li jsibu ruħhom f'esperjenzi partikularment iebsin u ta' niket, li jħarbtulhom ħajjithom u dik ta' l-għeżież tagħhom.", "Il-Knisja tilma bix-xhieda ta' tant aħwa rġiel u nisa li qatt ma hedew jagħtu ħajjithom, biex jibqgħu fidili lejn il-Mulej u l-Vanġelu tiegħu.", "Anki l-lum ma jonqsux insara li f'tant irkejjen tad-dinja jissoktaw jiċċelebraw u jagħtu xhieda tal-fidi tagħhom, b'konvinzjoni u b'serenità qawwija, u jżommu sodi anki meta jafu li dan jista' jwassalhom iħallsu prezz ogħla.", "Anki aħna, ilkoll kemm aħna, nafu persuni li għaddew minn sitwazzjonijiet diffiċli, tant tbatijiet.", "Imma jiġuna f'moħħna dawk l-irġiel, dawk in-nisa, li għandhom ħajja diffiċli, iridu jissieltu biex iżommu l-familja għaddejja, biex jedukaw lil uliedhom: dan kollu jagħmluh għax hemm l-ispirtu tal-qawwa li jgħinhom.", "Kemm irġiel u nisa – isimhom ma nafuhx – li jagħmlu ġieħ lill-poplu tagħna, jagħmlu ġieħ lill-Knisja tagħna, għax huma qawwija: qawwija fil-mod kif imexxu ħajjithom, il-familja tagħhom, ix-xogħol tagħhom, il-fidi tagħhom.", "Dawn ħutna huma qaddisin, qaddisin tal-ħajja ta' kuljum, qaddisin moħbija f'nofsna: iġorru sewwa sew id-don tal-qawwa biex iwettqu d-dmir tagħhom ta' persuni, ta' missirijiet, ta' ommijiet, ta' aħwa, ta' ċittadini.", "Minnhom għandna ħafna!", "Irroddu ħajr lill-Mulej għal dawn l-Insara li jġorru qdusija moħbija: hu l-Ispirtu s-Santu li għandhom ġo fihom li jmexxihom!", "U nagħmlu sew naħsbu f'dawn in-nies: jekk huma qed jagħmlu dan kollu, jekk huma kapaċi jagħmluh, għax mhux jien ukoll?", "U nagħmlu sew nitolbu lill-Mulej jagħtina d-don tal-qawwa.", "Ma rridux naħsbu li d-don tal-qawwa neħtieġuh biss f'xi okkażjonijiet jew sitwazzjonijiet partikulari.", "Dan id-don irid ikun in-nota bażika tal-jien Nisrani tagħna, fl-ordinarjetà tal-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Kif għidt, f'kull ġurnata tal-ħajja tagħna ta' kuljum irridu nkunu qawwija, għandna bżonn ta' din il-qawwa, biex nistgħu nibqgħu mmexxu ħajjitna, il-familja tagħna, il-fidi tagħna.", "L-Appostlu Pawlu qal frażi li nagħmlu sew nisimgħuha:", "'Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta' dak li jqawwini'", "(Filippin 4:13).", "Meta nħabbtu wiċċna mal-ħajja ordinarja, meta jiġu d-diffikultajiet, niftakruha din:", "'Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta' dak li jqawwini.'", "Il-Mulej jagħti l-qawwa, dejjem, qatt ma jħallina nieqsa minnha.", "Il-Mulej ma jippruvaniex iżjed milli nifilħu.", "Hu dejjem magħna.", "'Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta' dak li jqawwini.'", "Għeżież ħbieb, xi kultant jista' jkollna t-tentazzjoni li nħallu l-għażż jirbaħna, jew agħar, il-qtiegħ il-qalb, fuq kollox quddiem it-taħbit u l-provi tal-ħajja.", "F'dawn il-każi, ejjew ma naqtgħux qalbna, insejħu l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, biex bid-don tal-qawwa jerfa' lil qalbna u jimla b'qawwa u ħeġġa ġdida lil ħajjitna u l-mixja tagħna wara Ġesù.\"", "U int, kemm titlob għad-don tal-qawwa biex bħal San Ewsebju jirnexxielek twettaq ir-rieda ta' Alla fost ħafna kuntrarju u kurrenti opposti?", "Talba", ":", "Agħtina l-grazzja, Mulej Alla tagħna, li nistqarru bis-sħiħ li Ibnek huwa Alla, kif xandar b'qawwa kbira l-Isqof San Ewsebju, u agħmel li nħarsu l-fidi kif hu għallimhielna, biex ikollna sehem fil-ħajja tal-istess Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-eusebius-of-vercelli/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicireland.net/saintoftheday/st-eusebius-of-vercelli-283-371-bishop-and-preacher-against-arianism/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Eusebius_of_Vercelli", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef2b3dc0', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-0-1-1-san-alfons-marija-de-liguori/", "title": "1 ta' Awwissu: San Alfons Marija De Liguori", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Alfons Marija De Liguori", "\"Il-Mulej jaqtagħalhom xewqithom lil dawk li jibżgħu minnu, jisma' l-għajta tagħhom, u jsalvahom.", "Iħares il-Mulej lil ħbiebu kollha.", "Kull min hu mwieled minn Alla ma jagħmilx dnub, għax iż-żerriegħa ta' Alla tibqa' fih.\" –", "Responsorju mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Alfons Marija De Liguori (Salm 144(145):19-20; 1 Ġwanni 3:9).", "SAN ALFONS MARIJA DE LIGUORI", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "1696 – 1787", "Tagħrif:", "San Alfons twieled f'Marianella, qrib Napli, l-Italja, fil-21 ta' Settembru, 1696.", "Kien student intelliġenti ħafna, tant li fl-1713, fl-età ta' 16-il sena kien ġa kiseb id-dottorat fil-liġi ċivili u fil-liġi kanonika, b'dispensa ta' erba' snin qabel iż-żmien, mill-Università ta' Napli.", "Sentejn wara beda jipprattika ta' avukat, iżda wara tmien snin meta kien ġa akkwista fama kbira, u kellu quddiemu futur brillanti, tilef kawża importanti ħafna.", "Din kienet daqqa ta' ħarta kbira għalih, u għallmitu x'kienet taf tagħti d-dinja.", "Hu stess qal:", "\"Ja dinja, issa għaraftek.", "U intom ja qrati, qatt mhu ser tarawni aktar hawn ġew.\"", "Wara xi xahar iddeċieda li jħalli l-professjoni tiegħu u jidħol patri.", "Fil-fatt ma damx ma beda jistudja t-teoloġija mal-patrijiet Lazzaristi.", "Dan ġara fl-1723.", "Fl-1726 ordna saċerdot, u ntefa' b'ruħu u b'ġismu jipprietka u jqarar.", "Fl-1731, hu mar Scala, u bil-għajnuna tal-Isqof tal-post u ta' saċerdot ieħor waqqaf l-Ordni tas-Sorijiet Redentoristi.", "Sena wara, fi Scala wkoll, waqqaf il-Patrijiet Redentoristi, bil-għan prinċipali li jiddedikaw ruħhom għall-prietki, jagħtu l-irtiri, jagħmlu l-missjonijiet u attivitajiet spiritwali oħra.", "Fl-1743, San Alfons kien elett Superjur Ġenerali, u fl-1749 il-Papa Benedittu XIV għaraf uffiċjalment l-Ordni.", "Fl-1762, meta San Alfons kellu 65 sena, il-Papa Klement XIII ħatru Isqof ta' Santa Agata dei Goti.", "Tlettax-il sena wara rriżenja minħabba saħħtu, ħalla d-djoċesi u mar jgħix f'Noċera f'wieħed mill-kunventi ta' l-Ordni tiegħu.", "Sfortunatament, ir-Redentoristi kellhom ħafna nkwiet intern.", "Fl-1780, qarrqu bih, u ffirma dokument li qasam l-Ordni tiegħu f'żewġ gruppi.", "Meta sama' x'kien għamel iddispjaċih ħafna.", "Iżda erba' snin biss wara mewtu, iż-żewġ gruppi reġgħu ngħaqdu.", "San Alfons miet f'Noċera, fl-1 ta' Awwissu 1787, ta' 91 sena.", "L-iktar kotba magħrufin tiegħu huma \"It-Teoloġija Morali,\" \"Il-Glorji ta' Marija,\" u \"Il-Visti lil Ġesù Sagramentat.\"", "Fl-1839, il-Papa Girgor XVI ikkanonizzah, u l-Papa Piju IX iddikjarah Duttur tal-Knisja fl-1871.", "Aktar dettali", "San Alfons kien iben ta' kaptan tax-xwieni rjali.", "Meta kien qed jagħti rtir f'kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa' ma' Swor Marija Celeste u għarrfitu b'viżjoni li kellha dwar twaqqif ta' ordni reliġjuża ġdida – u li kienet taqbel ma' viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f'Ruma.", "Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina.", "Alfons għalhekk, sena wara (fl-1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha fil-viżjoni, u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.", "Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-twaqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-Kongregazzjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi.", "Dawn huma ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati.", "L-ordni tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-Kunsill Ġenerali għażel lil Alfons bħala superjur.", "Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta' ħajtu, San Alfons kellu vot li ma jaħlix mument żmien.", "Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u fl-irħula, iddedika ruħu għall-kitba.", "Irrifjuta li jsir Isqof ta' Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir Isqof ta' Sant'Agata dei Goti ħdejn Napli.", "Huwa inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri, u d-djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u tal-injoranza.", "Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f'Noċera.", "Fl-aħħar snin ta' ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta' għajnejh, sofra ħafna minħabba l-ordni tiegħu.", "Fl-aħħar ftit snin ta' ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ il-lejl mudlam tar-ruħ.", "Imma mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta' paċi u dawl mis-sema, u esperjenza viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.", "Ħsieb", ":", "Qari mill-Opri tal-Isqof San Alfons Marija de' Liguori bit-titlu 'L-imħabba ta' Kristu':", "\"Il-qdusija u l-perfezzjoni spiritwali tinsab kollha fl-imħabba lejn Ġesù Kristu, Alla tagħna, li hu l-aqwa ġid u l-Feddej tagħna.", "L-imħabba hi dik li tgħaqqad flimkien u tħares il-virtujiet kollha li jagħmlu lill-bniedem perfett.", "Forsi Alla ma jistħoqqlux l-imħabba kollha tagħna?", "Hu ħabbna sa minn dejjem.", "Huwa jgħidilna: 'Ġib quddiem għajnejk, ja bniedem, li jien ħabbejtek l-ewwel.", "Kont għadek ma rajtx id-dawl, id-dinja kienet għadha ma saritx, imma jien kont ġa ħabbejtek.", "Ili nħobbok minn kemm ili neżisti.'", "Alla jaf li l-bniedem jinġibed lejn min jagħmillu l-ġid, u għalhekk ried jagħtih id-doni tiegħu biex iħajru jintrabat miegħu bl-imħabba: \"Irrid naqbad lill-bnedmin għal imħabbti bl-istess xbiek li huma stess iħallu 'l min jaqbadhom: bix-xbiek tal-imħabba.\"", "Kien għalhekk li hu ta dawk id-doni kollha lill-bniedem.", "Tah ir-ruħ, u żejjinhielu bil-memorja u d-dehen u r-rieda biex ikun jixbah lilu; tah il-ġisem mogħni bis-sensi; u ħalaq għalih is-smewwiet u l-art bit-tiżjin kollu tagħhom.", "Dan kollu għamlu għall-imħabba tal-bniedem, biex il-ħlejjaq kollha jaqdu lill-bniedem, u l-bniedem iħobb lil Alla biex iroddlu ħajr għal dan il-ġid kollu.", "U mhux biss ried jagħtina dawn il-ħlejjaq sbieħ, imma, biex nagħtuh imħabbitna, wasal ukoll li jagħtina lilu nnifsu kollu kemm hu.", "Huwa tana lil Ibnu l-waħdieni: sa hawn wasal il-Missier etern!", "Huwa rana lkoll mejtin minħabba dnubietna, rana nieqsa mill-grazzja tiegħu; x'għamel?", "L-imħabba bla tarf li għandu għalina ġagħlitu jibgħtilna lil Ibnu l-għażiż, biex iħallas għalina u jroddilna l-ħajja li tlifna bid-dnub.", "Biex jeħles lilna, anqas lil Ibnu stess ma ħelisha, imma tah għalina, u flimkien miegħu tana kull ġid, jiġifieri, il-grazzja, l-imħabba u l-ġenna, ġid li żgur huwa inqas minn Ibnu: Hu, li anqas lil Ibnu stess ma ħelisha, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex ukoll kollox miegħu?\"", "\"Din hi l-paċi li tibqa' għal dejjem, li fl-esperjenza tal-qaddisin, tegħleb kull għerf.", "Tgħaddi kull pjaċir li jegħleb kull sodisfazzjon mis-sensi, minn laqgħat soċjali, xalati", "u pjaċiri oħra tad-dinja; huma kemm huma fiergħa u qarrieqa, isaħħru s-sensi", "għal dak il-mument, imma ma jagħtux il-ferħ dejjiemi; minflok iweġġgħu lill-bniedem", "fil-qiegħ ta' ruħu fejn tassew jinsab il-veru paċi.\" ~", "San Alfons Marija de Liguori", "Meta San Alfons induna li kien ittradut, beka bil-kbir.", "Ipprova bil-kwiet u bl-ordni jirranġa l-iżball għalkemm ma rnexxilux, iżda qatt ma tilef il-paċi ta' qalbu.", "Ġesù wkoll kien ittradut b'bewsa!", "Jekk qatt xi ħadd jidħak bik (jingannak, jittradik, iqarraq bik, issirlek xi inġustizzja) x'ser tagħmel malli tintebaħ b'dak li jkun ġralek?", "Ser tnissel fik mibegħda, ser tpatti u tivvendika ruħek?", "Talba", ":", "O Alla, int dejjem ixxettel fil-Knisja tiegħek eżempji ġodda tal-virtù; agħtina li, fil-ħidma għall-erwieħ, ikollna l-ħerqa tal-Isqof San Alfons Marija de' Liguori, biex miegħu nissieħbu fil-premju tas-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-alphonsus-liguori/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-alphonsus-liguori-550", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Alphonsus_Liguori", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef2ef014', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-3-1-31-san-gwann-bosco/", "title": "31 ta' Jannar: San Ġwann Bosco", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Bosco", "\"Ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex imisshom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom.", "Ġesù, meta ra hekk, qalilhom: \"Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-saltna ta' Alla.", "Kull min jilqa' tfajjel bħal dan minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili.\" –", "Ġesù Mark 10:13-14; Mattew 18:5", "SAN ĠWANN BOSCO", "Saċerdot", "1815 – 1888", "Tagħrif:", "San Ġwann Bosco, wieħed mill-akbar ħbieb taż-żgħażagħ, twieled qrib il-belt ta' Turin, fl-Italja, fl-1815, minn familja fqira.", "Biex tkompli tagħqad, ta' sentejn tilef lil missieru, iżda ommu, minkejja ħafna diffikultajiet, edukatu.", "F'awtobijografija li kiteb fuq talba tal-Papa Piju IX, S. Ġwann Bosco jgħid li meta kien għadu tfajjel ra f'ħolma ħafna tfal jilagħbu f'bitħa, li bdew jitkellmu ħażin u huwa beda jsawwathom biex iwaqqafhom; imbagħad raġel liebes l-abjad (li kien Ġesù) u sinjura sabiħa (il-Madonna) wrewh li huwa kellu jirbaħ lil dawn it-tfal bl-umiltà u l-ġentilezza.", "Meta kellu sittax-il sena daħal il-Liċeo ta' Chieri.", "Minkejja l-istudju li kellu, kien isib ħin biex jiġbed it-tfal tar-raħal tiegħu lejh, saħansitra kien jagħmlilhom kummiedji u bużullotti, biex wara, imbagħad jeħodhom il-knisja u jkellimhom fuq Ġesù.", "Ċkejken għamilha ta' ragħaj u mbagħad ta' kamrier u ta' ħajjat fil-belt ta' Chieri.", "Il-ħin li kien jibqagħlu kien jiddedikah għall-istudju u l-qari tajjeb.", "Ta' 20 sena daħal is-seminarju bl-għajnuna ta' saċerdot li miġbud mill-imġiba eżemplari taż-żagħżugħ kisiblu post bla ħlas.", "Ġie ordnat saċerdot fl-1841, ta' 26 sena.", "Waqt li darba kien qed iżur ħabs ma' Don Cafasso, kappillan tal-ħabsijiet, osserva b'niket kbir il-kundizzjoni miżera tad-delinkwenza taż-żgħażagħ, u ddeċieda li jiddedika ħajtu għall-edukazzjoni ċivili u morali ta' dawn l-imsejknin.", "Jum minnhom (fit-8 ta' Diċembru, 1841), waqt li kien qed jilbes għall-quddiesa, sema' lis-sagristan ikeċċi tifel mill-knisja għax ma riedx jgħin fil-quddiesa.", "Sejjaħlu, għamel ħbieb miegħu, u din il-laqgħa maċ-ċkejken Bartolomeo Garelli kienet iż-żerriegħa tal-\"oratorju\" li hu waqqaf fil-knisja ta' San Franġisk u mbagħad, wara ħafna taħbit u ġarr minn naħa għal oħra, f'Valdocco, fil-parti baxxa ta' Turin (1846).", "Fil-bidu l-oratorju kien ġa jgħodd seba' mitt tifel.", "Ommu marret tgħix miegħu biex tgħinu u baqgħet miegħu l-aħħar għaxar snin ta' ħajjitha.", "It-tfal kienu jħobbu jsejħulha \"Mamma Margherita.\"", "Fl-1872, bil-għajnuna ta' Santa Marija Domenika Mazzarella, waqqaf ukoll il-Komunità tas-Sorijiet Salesjani biex jieħdu ħsieb it-tfajliet u għal-lajċi għamel it-tielet ordni ta' Kooperaturi Salesjani.", "San Ġwann Bosco kien ukoll kittieb prolifiku, u kiteb mhux biss kitbiet reliġjużi, imma wkoll kitbiet oħra biex jgħallem liż-żgħażagħ tiegħu u lill-poplu inġenerali.", "Beda l-famuża kollana Letture Cattoliche b'librett fuq xi suġġett partikulari kull xahar li kellha influwenza kbira fost il-poplu Taljan.", "Kien ukoll imfittex għall-pariri u ġie kkonsultat minn Papiet, mexxejja tal-istat, Ministri tal-Gvern, eċċ. Kien ukoll medjatur bejn is-Santa Sede u l-Istat fi żminijiet diffiċli.", "Kien bniedem ta' diplomazija kbira, organizzatur mill-aħjar, u mexxej mill-aqwa.", "Lil sħabu kien jgħidilhom:", "\"Qisu liż-żgħażagħ bħala wliedkom.", "Titilfux il-paċenzja magħhom.", "Ixbhu lil Ġesù li ħa tant paċenzja bl-appostli, bin-nuqqas ta' manjieri tagħhom, bl-injoranza tagħhom, u wkoll bl-infedeltà tagħhom.", "Hu tħallat mal-midinbin b'tant ħlewwa li għaġġeb lil xi wħud.\"", "Fl-aħħar snin ta' ħajtu Don Bosco kien magħruf mad-dinja kollha.", "L-opra tiegħu bdiet tixtered mad-dinja kollha fejn il-missjunarji tiegħu Salesjani ħadu ħsieb skejjel, orfanatrofji, u kull xorta ta' opra oħra għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ.", "Meta San Ġwann Bosco miet fil-31 ta' Jannar 1888 fl-età ta' 72 sena, is-soċjetà tas-Salesjani kellha diġà 250 dar mad-dinja kollha b'aktar minn 130,000 tifel, li minnhom kienu joħorġu 18,000 apprendist fis-sena.", "Iddikjarah beatu u qaddis il-Papa Piju XI; l-għada tal-kanonizzazzjoni l-Gvern Taljan nedieha vaganza pubblika.", "Hu l-qaddis patrun tal-apprendisti.", "B'sens ta' gratitudni lejh, kważi l-popolazzjoni kollha ta' Turin attendiet għall-funeral tiegħu.", "Ħsieb", ":", "Is-subien kienu jħossu mill-ewwel li San Ġwann Bosco kien iħobbhom.", "Kien jemmen fil-ħbiberija, fl-apprezzament tal-isforzi, kien iqanqal sens ta' responsabbiltà u jwarrab okkażjonijiet ta' diżubbidjenza – kollox fil-preżenza ta' Alla kollu mħabba u ħniena.", "Qrar u Tqarbin ta' spiss, tagħlim sod tal-katekiżmu u taħriġ fis-snajja' manwali kienu parti mill-metodu Salesjan.", "Il-metodu tiegħu tal-edukazzjoni ma jafx b'kastigi.", "\"Kemm tista' aħrab il-kastigi u fittex li tikseb l-imħabba qabel il-biża' ...", "Ma niftakarx li qatt għamilt użu mill-kastigi; bil-grazzja t'Alla dejjem ksibt, anki minn tfal li kienu jidhru refrettarji, mhux biss dak li d-dmir jitlob, imma wkoll dak li qalbi kienet tixtieq.\"", "Fl-istess ħin dejjem wissa lill-ġenituri kontra dik il-ħlewwa għamja u sensibbli lejn uliedhom li minnhom tagħmel ġugarell imħassar u mhux bniedem ta' karattru.", "Dan li ġej huwa parti minn qari mill-Ittri ta' San Ġwann Bosco, bit-titlu 'Dejjem ħabrikt minn qalbi':", "\"Qabel xejn, jekk irridu nidhru kollna ħrara li t-tfal tagħna jkunu tassew hienja u nħajruhom jaqdu dmirijiethom tajjeb, jenħtieġ li qatt ma tneħħu minn quddiem għajnejkom li intom qegħdin minflok il-ġenituri ta' dawn iż-żgħażagħ għeżież li għalihom dejjem ħabrikt minn qalbi u tħabatt u qdejt dmirijieti ta' qassis, u mhux jiena biss imma s-soċjetà Salesjana kollha.", "Ma nistgħux ma nħaddmux xi setgħa fuqhom, imma ejjew inħarsu lejhom bħala wliedna, u nkunu fosthom qisna l-qaddejja tagħhom, bħal Ġesù, li ġie mhux biex jikkmanda imma biex jobdi; l-istess ħjiel ta' setgħa jmissu jġagħalna nistħu; is-setgħa tagħna fuq it-tfal ma nħaddmuhiex jekk mhux biex naqduhom aħjar.", "Huma wliedna, u għalhekk, meta nrażżnuhom jekk jonqsu, inreġġgħu lura l-korla kollha tagħna, jew għallinqas inberrduha tant li nkunu qisna warrabnieha għal kollox.", "Ma nkunux nies bi spirtu mħawwad, b'ħars ta' tmaqdir f'għajnejna, bi kliem iniggeż f'fommna, imma nkunu nies li jħennu llum u jittamaw għall-quddiem, kif jixraq jagħmlu dawk li huma tassew missirijiet, kollhom ħeġġa biex jikkoreġu u jmexxu lil uliedhom tassew għall-aħjar.", "U fiċ-ċirkustanzi l-aktar tqal, iżjed jaqbel li nitolbu lil Alla bil-ħniena u bl-umiltà, milli ninfexxu f'ħafna tpaċpiċ li mhux biss iriegħex lil min jisimgħu imma ma jkun ta' ebda fejda għal min hu ħati.\"", "U inti kemm għandek paċenzja mal-oħrajn sakemm dawn forsi jitgħallmu u/jew jikbru?", "Kemm taqdi b'umiltà lil dawk ta' madwarek?", "Minn San Ġwann Bosco nitgħallmu li l-persuni ma jinbidlux meta takkużahom, tiġġudikom u tikkundannahom.", "Anzi b'attitudni ta' dan it-tip aktar se tbegħdhom minnek.", "Il-persuni jibdew jinbidlu bil-mod il-mod bl-imħabba, bil-paċenzja, bis-sabar, bil-ħniena, bil-ħlewwa, b'kelma tajba f'waqtha u tinsiex b'ħafna talb u eżempju tajjeb.", "Talba", ":", "O Alla, li erfajt lil San Ġwann Bosco, il-konfessur tiegħek, biex ikun missier u għalliem taż-żgħażagħ, u permezz tiegħu, bl-għajnuna tal-Verġni Marija, waqqaft familji ġodda fil-knisja tiegħek, nitolbuk bil-ħerqa, mimlijin bl-istess nar ta' mħabba, nirbħu l-erwieħ u naqdu lilek biss.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://mycatholic.life/saints/saints-of-the-liturgical-year/january-31-saint-john-bosco-priest/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-john-bosco-133", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Bosco", "Film on the life of Saint John Bosco:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef2efe84', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-3-0-30-san-mutien-marie-wiaux/", "title": "30 ta' Jannar: San Mutien-Marie Wiaux", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Mutien-Marie Wiaux", "\"L-għalliema l-oħra ta' suġġetti speċjalizzati ma kellhomx kontroll u ordni, filwaqt li kif jasal Brother Mutien fix-xena, kienet taqa' kalma kbira.", "Kien jogħġobna ħafna għall-ħlewwa u d-devozzjoni tiegħu, u għall-qdusija li kienet tidher tiddi fil-persuna tiegħu.\" –", "Impressjoni tal-istudenti fuq San Mutien-Marie Wiaux", "SAN MUTIEN-MARIE WIAUX", "Reliġjuż", "1841 – 1917", "Tagħrif:", "Lwiġi Ġużeppi Wiaux twieled f'Millet, qrib Gosselies fil-Belġju.", "Il-ġenituri tiegħu, li kienu ħaddiema foqra, tawh edukazzjoni reliġjuża profonda.", "Ta' 15-il sena ddeċieda li jingħaqad mal-kongregazzjoni ta' San Ġwann Battista de la Salle li ftit qabel kienu fetħu skola qrib id-dar tagħhom.", "Fl-1 ta' Lulju 1871 beda n-novizzjat u biddel ismu f' Mutien-Marie.", "Meta temm in-novizzjat kien destinat biex jibda karriera ta' għalliem, u kien mibgħut f'Chimay u fi Brussell, imbagħad fil-kulleġġ ta' Malonne.", "Meta ġie biex iġedded il-voti temporanji, il-kunsill tal-komunità deherlu li ma kienx adattat biex ikompli fil-vokazzjoni, billi ma tantx kien jinqala' biex jgħallem, imma mbagħad aċċettawh wara li ddefendieh brother sieħbu.", "Sadattant Mutien-Marie speċjalizza fil-mużika; għalhekk qabbduh biex jgħallem lil dawk li kienu se jibdew dan is-suġġett.", "Imma l-vera vokazzjoni ta' Mutien-Marie kienet li jgħallem il-Katekiżmu.", "Talab u ngħata l-permess li jibda korsijiet kateketiċi fost l-istudenti tal-kulleġġ.", "Kien jagħti għalhekk dawn il-lezzjonijiet għal ħafna snin kull nhar ta' Sibt.", "Il-ħajja tiegħu ta' talb u komunikazzjoni ma' Alla kienet il-bażi tal-qdusija ta' Br.", "Mutien-Marie: kien bniedem jitlob bla waqfien.", "Mill-Ewkaristija u mid-devozzjoni lejn il-Madonna kiseb il-qawwa u d-determinazzjoni li kellu bżonn biex jegħleb id-diffikultajiet iebsin li ltaqa' magħhom u biex jimxi 'l quddiem fil-ħajja ta' qdusija.", "Kellu mħabba mħeġġa lejn il-Madonna u qiegħed lilu nnifsu taħt il-ħarsien matern tagħha.", "F'Novembru 1916, fl-eqqel tal-ewwel gwerra dinjija, kien ordnat mit-tabib biex jieħu perjodu ta' mistrieħ; saħħtu kienet marret lura ħafna.", "Mutien-Marie Wiaux ħejja ruħu għall-mewt bl-aħħar sagramenti, u miet nhar it-30 ta' Jannar 1917 ta' ftit aktar minn 77 sena.", "Il-Qaddis Papa Pawlu VI ddikjarah Beatu f'Ottubru 1977; kien iddikjarat Qaddis mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II fl-1989.", "Ħsieb", ":", "Dan huwa diskors mill-omelija fil-jum tal-kanonizzazzjoni ta' Brother Mutien-Marie Wiaux:", "\"Illum il-Knisja tonora bniedem reliġjuż sempliċi ħafna.", "Matul ħajtu, huwa wettaq ir-rieda tal-Mulej fil-pront.", "Fidil lejn id-domanda u s-sagrifiċċji personali li titlob ir-Regola, San Mutien-Marie Wiaux kellu l-kobor ta' min hu umli.", "Matul is-60 sena ta' ħajja reliġjuża li hu għex fl-isfond, huwa pprattika r-Regola tal-Brothers tal-Iskejjel Insara b'ġenerożità kbira.", "Għalih xejn ma kien iktar importanti mill-ubbidjenza, xejn ma kien jagħmlu ferħan daqs il-faqar, xejn ma kien daqshekk urġenti daqs l-obbligi tal-ħajja komuni, li jilqa' l-istudenti jew xi ħadd ieħor li javviċinah.", "Huwa kien leali lejn il-kompiti kollha li ġew fdati lilu u jum wara jum ta ħajtu lill-Mulej mingħajr riservi li kienet saret naturali għalih.", "Għalliem tal-mużika u tal-arti, Brother Mutien iddedika ruħu għall-bosta servizzi li kienu meħtieġa f'istituzzjoni ta' skola kbira u f'kull waħda minnhom, il-preżenza ta' Alla kienet iddawlu b'mod kostanti.", "Is-sens tiegħu ta' talb, impressjona lill-Brothers u lill-istudenti tiegħu sal-punt fejn ġie msejjaħ", "'il-Brother li jitlob dejjem.'", "Bir-rużarju f'idejh, huwa dejjem kien jinvoka lill-Verġni Mbierka kif juruna kliemu stess:", "'Biex tikseb unjoni intima mal-Mulej tagħna, ħu l-mogħdija ta' Marija fejn m'hemm l-ebda tebgħa jew dell li jistgħu jżommuk fi triqtek lejn Ġesù.'", "Il-messaġġ tiegħu ma ġiex espress f'termini ta' għerf f'għajnejn id-dinja.", "Huwa wera lill-brothers, lill-għalliema u liż-żgħażagħ, il-veru sinifikat ta' ħajja umilment offruta.", "Huwa ħares lejh innifsu bħala dgħajjef u fqir, u dan għamlu karitattiv lejn kull min kien jafdah bl-uġigħ tiegħu.", "Ejjew nirringrazzjaw lil Alla u nitolbu lil San Mutien-Marie Wiaux biex juri lill-għalliema ta' żminijietna biex jitgħallmu kif għandhom jakkumpanjaw liż-żgħażagħ fil-vjaġġ tagħhom tal-fidi, sabiex huma jiftħu għalihom is-sbuħija tal-Messaġġ tal-Vanġelju u jistiednuhom iġġeddu bla waqfien il-konverżjoni tagħhom mitluba minn Kristu s-Salvatur u biex jieħdu sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja.\"", "Dan parti mid-diskors tal-Papa Franġisku waqt laqgħa mad-dinja tal-iskola Taljana (10 ta' Mejju, 2014).", "Jgħid hekk:", "\"Għaliex inħobb l-iskola?", "Se nipprova ngħidilkom.", "Għandi xbieha.", "Hawnhekk smajt li wieħed ma jikbirx waħdu, li dejjem hemm xi ħarsa li tgħinek tikber.", "U jien għandi x-xbieha tal-ewwel għalliema tiegħi, dik il-mara, dik it-teacher, li ħaditni taħt ġwenħajha meta kelli sitt snin, fl-ewwel livell tal-iskola.", "Imbagħad mort inżurha tul ħajjitha kollha sa meta ħallietna fl-età ta' 98 sena.", "U din il-fakra tagħmilli tajjeb!", "Inħobb l-iskola għax dik il-mara għallmitni nħobbha.", "Din hi l-ewwel raġuni għaliex jien inħobb l-iskola.", "Imbagħad, inħobb l-iskola għax dik teduka għas-sewwa, għat-tajjeb u għas-sabiħ.", "Dawn it-tlieta jmorru f'daqqa.", "L-edukazzjoni ma tistax tkun newtra: jew hi pożittiva jew negattiva: jew tagħni jew tfaqqar; jew tgħin lill-persuna tikber jew addirittura tista' tikkorrompiha.", "Jekk ħaġa hi vera, hi wkoll tajba u sabiħa; jekk hi sabiħa, hi tajba u vera; jekk hi tajba, hi vera u sabiħa.", "U flimkien, dawn l-elementi jgħinuna nikbru u jgħinuna nsiru nħobbu l-ħajja anki meta ma nkunux f'sikkitna, anki f'nofs il-problemi.", "L-edukazzjoni vera tgħinna nsiru nħobbu l-ħajja, tiftħilna quddiemna l-milja tal-ħajja!", "U fl-aħħar irrid ngħid li fl-iskola ma niksbux biss għarfien, kontenut, imma nitgħallmu wkoll drawwiet u valuri.", "L-edukazzjoni tingħata biex isiru magħrufin tant affarijiet, jiġifieri tant kontenuti importanti, biex nidraw ċerti drawwiet u anki biex inħaddnu l-valuri.", "U dan hu importanti ħafna.\"", "Ejjew nitolbu bl-interċessjoni ta' San Mutien-Marie Wiaux għall-ġenituri, għalliema, kull min jaħdem fi skola u għall-istudenti kollha, filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla ta' tant għalliema li verament iħobbu lill-istudenti tagħhom u jaqdu dmirijiethom sew u mill-qalb.", "Sit b'Riżorsi għall-Katekisti u l-Għalliema tar-Reliġjon Kattolika:", "http://frankbalzan.wixsite.com/katekisti/about", "Talba", ":", "Mulej Alla, agħmel li l-ħajja u x-xhieda ta' Brother Mutien tnebbaħna biex ngħixu aktar fidili lejn is-sejħa tiegħek biex nimxu fil-Preżenza Tiegħek u nikbru fil-qdusija.", "Wassalna biex niskopru s-sempliċità tal-Vanġelu u ngħixu ħajja ta' apprezzament u ta' ringrazzjament ma' Ġesù l-Iben tiegħek.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq jew biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://www.lasalle.org/en/who-are-we/lasallian-holiness/saint-mutien-marie-wiaux/", "Alternative Reading:", "http://www.lasalle.org/wp-content/uploads/2011/07/30-January-Saint-MUTIEN-MARIE.pdf", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Mutien-Marie_Wiaux", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef2ef7ef', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-9-29-san-benild-romancon/", "title": "29 ta' Jannar: San Benild Romançon", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Benild Romançon", "\"Ir-raġuni tal-eżistenza tiegħi hija l-Appostolat Nisrani: Jekk ngħallem biss ix-xjenza u suġġetti oħra, inkun ħlejt ħajti u saħħti.", "Jekk immut ngħallem ir-Reliġjon, inkun mitt fl-aħjar żmien ta' ħajti.\" –", "San Benild Romançon", "SAN BENILD", "Brother ta' San Ġwann Battista De La Salle", "1805 – 1862", "Tagħrif:", "(Minħabba li l-festa liturġika ta' dan il-Brother taħbat fit-13 t'Awwissu, u dakinhar l-iskejjel ikunu bil-vaganzi, il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata llum)", "Kien jismu Pierre qabel ma' daħal Brother ta' De La Salle.", "Twieled fl-14 ta' Ġunju, 1805.", "Il-familja kienet tgħix mix-xogħol tar-raba'.", "Ommu rawmet fih devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna.", "Ta' 12-il sena għamel l-Ewwel Tqarbina.", "Ta' 14-il sena talab biex jidħol Brother.", "Missieru heddu li jnaqqaslu sehmu mill-wirt jekk jitlaq mid-dar.", "Fl-1820, irċieva l-barka ta' missieru u beda n-novizzjat.", "Wara sena ta' formazzjoni, ġie mibgħut jgħallem u wara sentejn ġie mitlub jgħallem fi skola oħra.", "Brother Benild kellu jiffaċja tfal li kienu vjolenti, vandali u mimlijin qilla.", "It-tagħlim tal-katekiżmu kien is-suġġett preferit tiegħu.", "Kien fl-1841 meta San Benild ġie mibgħut fir-raħal ta' Saugues.", "Baqa' hawnhekk sakemm miet fl-1862.", "Minbarra li kien il-kap tal-iskola, kien ukoll is-superjur tal-komunità.", "Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija tat-tfal biex jirċievu 'l Ġesù Sagramentat fl-Ewwel Tqarbina.", "Id-devozzjoni li nissel fil-qlub ta' kulħadd lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna wettqu mirakli fl-erwieħ.", "Fl-20 sena li dam f'Saugues, aktar minn 265 vokazzjoni għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża stqarrew li kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom wara Alla lill-Brother Benild.", "Miet fit-13 ta' Awwissu, 1862 b'kankru fil-fwied meta kellu 57 sena.", "Il-Papa Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967.", "Skola tal-Frères f'Tas-Sliema hija ddedikata lil San Benild.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej hu parti mid-diskors tal-omelija fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta' San Benild mill-Qaddis Papa Pawlu VI:", "\"Ħuti u wliedi, li issa se tqisu lil Brother Benild bħala figura eċċellenti, intom tagħmlu hekk għaliex tafu li matul ħajtu kien imżejjen bl-umiltà, bis-silenzju, bis-sempliċità li ma tantx kellhom valur fis-soċjetà li fiha sab ruħu.", "Intom issaqsu lilkom infuskom, x'kienu l-kwalitajiet li taw valur lil din l-eżistenza moħbija tiegħu?", "It-tweġiba tiġi faċilment u immedjatament: il-qdusija tiegħu tinsab fit-tip ta' ħajja li hu għex b'referenza totali għal Alla.", "Kienet din it-tip ta' ħajja, imdawra totalment ma' Alla,", "totalment involuta fit-tweġiba tiegħu għall-vokazzjoni tiegħu,", "assorbita totalment fit-talb u fl-osservanza tal-azzjonijiet xierqa għal ħajja ta' reliġjuż,", "totalment mimli bit-trasmissjoni tal-veritajiet kbar tar-reliġjon lill-imħuħ innoċenti ta' studenti żgħar,", "totalment dedikata għall-konverżazzjonijiet sempliċi u spontanja ma' Alla, ma' Kristu preżenti fl-Ewkaristija, ma' Marija u Ġużeppi u l-qaddisin kollha.", "Ma kinitx din ħajja karatteristika ta' dan il-qaddis ġdid tagħna Benild?", "Xhieda fuqu li ntqalet repetutament hija din:", "Huwa kien jitlob il-ħin kollu, il-kuruna tar-rużarju qatt ma kien iħalliha minn idejh, u kienu jirreferu għalih bħala 'r-raġel bil-kuruna tar-rużarju.'", "Iżda l-qdusija tiegħu kellha aspetti oħra.", "Kienet, nistgħu ngħidu, arti kif wieħed jgħix, bilanċ sabiħ ta' żewġ prinċipji mħaddna, wieħed ir-rieda interjuri u l-ieħor ir-Regola esterjuri.", "Huma dawn li ttrasformaw l-eżistenza umli tiegħu f'fenomenu morali tas-sbuħija umana.\"", "Xtaqt inżid parti mill-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-għalliema (18 ta' Settembru, 2017):", "\"Aħna nixtiequ li min imiss magħna jkollu esperjenza li televah, li tgħallmu, li tkabbru, li timmaturah, imma l-ewwel irridu naċċettaw lil dak li jkun bil-bagalja kollha tiegħu.", "Intom tafu li llum diversi tfal jiġu b'bagalja ta' trawma, jew inkella bagalja tqila ħafna li lanqas jifilħu jġorruha; mhux qed ngħid għall-bagalja tal-kotba, imma għal dik tal-esperjenza tal-ħajja.", "Il-ħidma li qed tagħmel mhuwiex biss xogħol imma missjoni, vokazzjoni.", "Inti msejjaħ biex tkun għalliem tal-ġenerazzjonjiet futuri u waqt li qed tagħmel hekk, se titqaddes anke bil-paċenzja li jkollok bżonn tieħu.", "Din se tkun it-triq tal-qdusija tiegħek u fl-istess ħin ukoll ikollok il-ferħ tara l-ġenerazzjonjiet futuri, li bil-ħidma tiegħek u ta' sħabek flimkien, qed jikbru b'saħħithom, ferħanin, jieħdu pjaċir jiġu l-iskola, u mhux jgħidu 'uff xi dwejjaq!'", "Kultant tirrealizza wkoll li t-tfal, meta jaslu l-iskola, qed iħossuhom in 'a safe environment' għaliex abbli barra ma jħossuhomx 'safe.'", "Dak huwa privileġġ kbir li inti bl-imħabba tiegħek, mingħajr ma ssir possessiv qed toffri lill-istudenti wkoll 'a safe environment,' mhux biss fiżikament imma psikoloġikament, emotivament u anke spiritwalment.\"", "Ejjew niftakru nitolbu għall-għalliema kollha, b'mod speċjali dawk li jgħallmu r-Reliġjon Kattolika, il-Brothers, is-soċji tal-MUSEUM u bosta katekisti u mexxejja ta' gruppi Kattoliċi oħra fid-diversi għaqdiet li jeżistu mxerrdin mal-gżejjer tagħna.", "Dawn ħafna minnhom jagħmlu xogħol veru minn qalbhom, ġieli b'mod volontarju li huwa imprezzabbli kemm għall-Knisja, kif ukoll għas-soċjetà b'mod ġenerali.", "San Benild Romançon, itlob għalihom!", "Sit b'Riżorsi għall-Katekisti u l-Għalliema tar-Reliġjon Kattolika:", "http://frankbalzan.wixsite.com/katekisti/about", "Talba", ":", "O Alla, int għażilt lil San Benild biex jagħti edukazzjoni nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel, li jingħataw b'qalbhom kollha biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq jew biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://www.lasalle.org/en/who-are-we/lasallian-holiness/saint-benildus-romancon/", "Alternative Reading:", "http://www.lasalle.org/wp-content/uploads/2011/07/13-August-Saint-BENILDUS.pdf", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Benildus_Roman%C3%A7on", "For children:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef2f37ed', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-7-27-santa-angela-merici/", "title": "27 ta' Jannar: Santa Anġela Merici", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Anġela Merici", "\"Nitlobkom, agħmlu kemm tistgħu biex ittellgħuhom bl-imħabba, fil-għożża u bil-qalb, u mhux bis-suppervja u bil-herra.", "Kunu dejjem ta' qalb tajba.", "Innutaw x'qalilna l-Mulej: 'Tgħallmu minni, għax jien ta' qalb ħelwa u umli.' –", "Santa Anġela Merici lis-segwaċi tagħha.", "SANTA ANĠELA MERICI", "Verġni", "1470 – 1540", "Tagħrif:", "Santa Anġela twieldet fil-21 ta' Marzu 1470, f'Desenzano, raħal fl-istat ta' Venezja, l-Italja, minn familja ta' bdiewa.", "Ta' għaxar snin tilfet il-ġenituri tagħha, u marret flimkien ma' ħutha tgħix f'Saqlo ma' zijuha li qiesha daqs bintu.", "Iżda meta kellha madwar 22 sena, zijuha miet, u reġgħet lura f'Desenzano.", "X'ħin rat it-tfal tal-post telgħin bla ebda edukazzjoni Nisranija, iddispjaċiha ħafna, u ddeċidiet li tiddedika ruħha għall-edukazzjoni tat-tfal, speċjalment tat-tfajliet.", "Hekk fetħet skola f'Desenzano, u wara, fl-1516, fetħet oħra fi Brescia, fuq talba tan-nies t'hemm.", "F'Novembru 1535 qiegħdet is-sisien tal-kongregazzjoni tagħha taħt il-patroċinju ta' Santa Ursula verġni u martri (", "Ara Santa Ursula", "): minn hawn hu ġej li s-sorijiet tagħha huma magħrufin bħala Ursolini.", "Hi qiegħdet l-istituzzjonijiet tagħha taħt il-ħarsien ta' Santa Ursula, verġni u martri.", "Kellha xewqa kbira li tmur iżżur l-Art Imqaddsa, u negozjant kbir ta' Brescia għenha bil-flus taqta' xewqitha.", "Meta kienet fi Kreta, tilfet id-dawl t'għajnejha.", "Iżda xorta waħda kompliet il-vjaġġ u żaret il-postijiet imqaddsa b'devozzjoni kbira.", "Imbagħad fi triqitha lura, meta kienet qed titlob quddiem il-kurċifiss fl-istess post fejn kienet għamiet, reġgħet ġiet tara.", "Fl-1525, il-Papa Klement VII, li sama' bix-xogħol tagħha, stedinha tieħu f'idejha kongregazzjoni ta' sorijiet, f'Ruma, li kienu jaħdmu fl-isptarijiet.", "Meta qaltlu li hi xtaqet tibqa' ddedikata għall-edukazzjoni tat-tfajliet, l-ommijiet ta' għada, il-Papa berikha.", "Nisa oħra bdew jingħaqdu magħha.", "Tul ħajjitha huma kienu għadhom lajċi, imma wara mewtha, fuq l-ispirazzjoni tagħha, bdew il-kongregazzjoni tal-Ursulini b'ħajja kkonsagrata bil-voti.", "Imma baqgħu jeżistu dejjem Ursulini lajċi li jgħixu f'darhom jew f'ħajja komunitarja bla voti.", "Imma l-iskop prinċipali tagħhom ilkoll hu t-tagħlim tat-tfal u għajnuniet lit-tfal, xebbiet u ommijiet fil-bżonn.", "Dawn l-affarijiet nbidlu ftit snin wara l-mewt ta' Santa Anġela speċjalment fl-influwenza ta' San Karlu Borromeo u ġew modifikati matul is-sekli biex l-ideal ta' servizz ta' Santa Anġela jiġi adattat għall-ħtiġijiet li jitbiddlu tal-Knisja.", "Santa Anġela Merici kienet tħobb tgħid:", "\"Id-diżordni fis-soċjetà hija riżultat ta' diżordni fid-dar\"", "u l-iskop tagħha kien li terġa' tagħmel Nisranija l-ħajja tal-familja – u l-ħajja tas-soċjetà – permezz tal-edukazzjoni ta' nisa u ommijiet futuri.", "Mietet fi Brescia fis-27 ta' Jannar, 1540 meta kellha qrib is-70 sena.", "Kienet iddikjarata qaddisa minn Piju VII fl-1807.", "Hi għandha żewġ distinzjonijiet: Kienet l-ewwel waħda li waqqfet kongregazzjoni għat-tagħlim; u l-ewwel waħda li waqqfet istitut sekulari fejn il-membri jibqgħu jgħixu d-dar bla ma jkollhom ilbies li jiddistingwihom, u ma jieħdu ebda voti formali.", "Ħsieb", ":", "Nisa bħal Santa Tereża ta' Avila u Santa Katerina ta' Ġenova kkontribwew b'mod sinifikanti għar-Riforma Kattolika.", "Iżda fil-knisja tas-seklu 16, forsi l-ebda mara ma rrispondiet b'mod aktar kreattiv għall-ħtieġa ta' riforma minn Santa Anġela Merici.", "Hi bniet komunitajiet li ħarrġu nisa mhux miżżewġa biex jgħixu ta' Nsara u pprovditilhom post sikur ta' unur fis-soċjetajiet lokali tagħhom.", "Hi li kienet mara mhux miżżewġa hi stess, Anġela stabbiliet gruppi ta' nisa mhux miżżewġa mill-klassijiet kollha soċjali fi Brescia u bliet oħra Taljani tat-Tramuntana.", "Hija riedet li n-nisa jkunu fid-dinja, iżda ma jkunux tad-dinja.", "Allura huma kkonsagraw ruħhom lil Alla u wiegħdu li jgħixu ċ-ċelibat.", "Iżda kienu jgħixu d-dar mal-familji tagħhom u fittxew modi biex iservu lill-ġirien tagħhom.", "Fl-1535, Anġela organizzat dawn il-gruppi fil-Kumpanija ta' Santa Ursula, li aktar tard bdew jissejħu l-Ursolini.", "Xi ħaġa li kienet unika għal żmienha, l-assoċjazzjoni tagħha antiċipat l-istituti sekulari moderni u l-komunitajiet tal-lajċi kkonsagrati.", "Anġela tat lill-Ursulini struttura militari, li tiddividi l-ibliet f'distretti rregolati ġerarkikament minn nisa Nsara maturi.", "Dan id-disinn ippermetta lill-komunità biex tappoġġja l-membri li setgħu jgħixu ta' Nsara kuljum u b'hekk tipproteġihom minn influwenzi spiritwalment ħżiena u ta' ħsara għar-ruħhom.", "Ir-regola li Anġela kitbet għall-kumpanija teħtieġ li l-membri jibqgħu fidili għall-affarijiet bażiċi Nsara.", "Fis-silta li ġejja, hija tispjega l-importanza tat-talb vokali u mentali ta' kuljum:", "\"Kull waħda mill-aħwa għandha tkun mehdija fit-talb, mentali kif ukoll vokali, u midħla tas-sawm.", "Għax l-Iskrittura tgħid li mat-talb meħtieġ is-sawm.", "U bis-sawm aħna nimmortifikaw l-aptiti tagħna tal-ġisem u tas-sensi, għalhekk b'talbna nitolbu lil Alla għall-grazzja ta' ħajja spiritwali vera.", "Għalhekk, minħabba l-ħtieġa kbira li għandna għall-għajnuna divina, irridu nitolbu dejjem bil-moħħ u bil-qalb, kif inhu miktub, 'Itolbu dejjem' (1Tessalonikin 5:17).", "Għandna nissuġġerixxu t-talb vokali frekwenti lil kulħadd li jipprepara l-moħħ billi jeżerċita lis-sensi tal-ġisem.", "Allura kull waħda minnkom, kuljum għandha tgħid b'devozzjoni u attenzjoni mill-inqas l-Uffiċċju tal-Madonna (", "Ara Uffiċċju tal-Madonna", ") u s-seba' Salmi Penitenzjali (Salm 6, 32, 38, 51, 102, 130, u 143) għaliex waqt li nitolbu l-Uffiċċju, aħna nkunu qed nitkellmu ma' Alla.\"", "F'mewtha fl-1540, Angela Merici kienet bdiet 24 grupp.", "Matul is-snin l-Ursulini ffjorixxew bħala l-eqdem u waħda mill-aktar ordnijiet rispettati tat-Tagħlim tal-Knisja.", "Tajjeb ngħidu li hawn Malta, is-Sorijiet Ursulini ġew imwaqqfa minn Mons. Isidoro dei Conti Formosa fl-1887 biex jieħdu ħsieb it-tfal u t-trabi fqar u abbandunati.", "Għandhom tmint idjar f' Malta, tlieta f'Noto, u oħra f'Katanja.", "Maż-żmien, l-appostolat kompla nfirex fi skejjel tat-tfal iż-żgħar, fit-tagħlim tal-katekiżmu, u f'oqsma oħra sew f'Malta kif ukoll barra.", "Għal aktar tagħrif, mur: (", "The Ursuline Sisters of Saint Angela Merici", ")", "U int, kemm tagħtiha importanza l-ħajja ta' talb b'dixxiplina u b'impenn u t-tagħlim tal-Katekiżmu Kattoliku bħala mezzi biex iżommuna mbiegħda minn perikli li jistgħu jagħmlu ħsara lil ruħna?", "Talba", ":", "Agħtina, Mulej, li l-verġni Santa Anġela Merici ma tieqaf qatt tirrikmandana lill-ħniena tiegħek, biex, fuq l-eżempju tal-imħabba u l-għaqal tagħha, iseħħilna nħarsu t-tagħlim tiegħek u nistqarruh bl-imġiba kollha tagħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://mycatholic.life/saints/saints-of-the-liturgical-year/january-27-saint-angela-merici-virgin/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-angela-merici-129", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Angela_Merici", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef333a7c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-8-28-san-tumas-ta-aquino/", "title": "28 ta' Jannar: San Tumas ta' Aquino", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Tumas ta' Aquino", "\"Jiena tlabt, u sirt għaqli; sejjaħt lil Alla, u mtlejt bl-għerf.", "U dan l-għerf qistu aqwa mix-xettri u t-tronijiet, u ntbaħt li l-għana m'hu xejn ħdejh.", "Mulej, min qatt għaraf x'inhi r-rieda tiegħek jekk inti nnifsek ma tajtux l-għerf u ma bgħattx fuqu mill-għoli l-Ispirtu qaddis tiegħek.\" –", "Għerf 7:7-8; 9:17", "SAN TUMAS TA' AQUINO", "Saċerdot u Duttur tal-Knisja", "1225 – 1274", "Tagħrif:", "San Tumas, magħruf bħala d-\"Duttur Anġeliku\" u l-\"Prinċep tat-Teologi Kattoliċi\", għadda ħajja f'atmosfera ta' talb u studju.", "San Tumas twieled fil-Belt ta' Aquino qrib Monte Cassino, fl-1225, minn familja nobbli.", "Hu kien is-seba' wieħed fost ħames subien u ħames bniet.", "Ta' ħames snin beda jmur għand il-Patrijiet Benedittini ta' Monte Cassino biex jitgħallem l-iskola.", "Fl-1239, meta kellu erbatax-il sena, daħal l-Università ta' Napli.", "Hemm iltaqa' mal-Patrijiet Dumnikani, u daħal magħhom – ordni ddedikata prinċipalment għat-tagħlim u l-predikazzjoni..", "Tal-familja ma riduhx isir patri Dumnikan.", "Fl-1224, ħutu, fuq ordni tal-ġenituri, qabduh u ġabuh lura d-dar bil-fors, u żammewh qisu priġunier f'wieħed mill-kastelli tal-familja, u għamlu minn kollox biex idawrulu fehmtu, bla ma rnexxielhom.", "Bil-għajnuna ta' oħtu li kienet iġġiblu l-kotba, studja sew il-Bibbja u l-Filosofija.", "Meta tawh il-libertà fl-1245, reġa' ngħaqad mad-Dumnikani.", "F'Pariġi u f'Cologne huwa studja taħt San Albertu Manju.", "San Tumas għallem u pprietka f'Pariġi, Orvieto, Ruma, Viterbo u Napli.", "Fl-1266, beda jikteb il-famuża", "Summa Theologiæ", ", iżda waqaf ħesrem fis-6 ta' Diċembru 1273, meta kellu esperjenza profonda waqt li kien qed jitlob wara li qaddes.", "Meta xi ħadd staqsieh għaliex kien waqaf, wieġeb:", "\"Dak kollu li ktibt jidher qisu tiben ħdejn dak li ġie rrelevat lili.\"", "Hu ħalla ħafna kitbiet oħra li jixhdu l-kobor tal-għerf li bih kien imżejjen.", "Qabel ma kien jibda xi studju, huwa kien l-ewwel isejjaħ l-għajnuna ta' Alla fil-kontemplazzjoni u t-talb.", "Is-sintesi ta' San Tumas taqbel ħafna mar-rivelazzjoni divina u mar-raġuni umana.", "Huwa kien bniedem ta' ħajja sempliċi, lest li jaqdi, silenzjuż u miġbur, b'mod li kien maħbub minn kulħadd.", "Aktar minn ħaddieħor hu kien jifhem l-istudju u x-xjenza bħala mezzi ta' qdusija.", "Maħbub mill-poplu, kien jippreferi li jipprietka lin-nies foqra, bis-sempliċità u bonarjetà, anke aktar minn darba kuljum, kif jixhed l-ewwel kittieb tal-ħajja tiegħu.", "San Tumas t'Aquino kien devot kbir tal-Ewkaristija.", "Lil dan il-qaddis nafu l-offiċjatura ta' nhar il-festa ta' Corpus Christi fejn insibu fost l-oħrajn il-famuż innu", "Lauda Sion", ", kif ukoll", "Pange Lingua,", "it-", "Tantum Ergo,", "O Salutaris Hostia,", "Adoro te devote", "u oħrajn.", "Darba kien qed jitlob quddiem il-kurċifiss u sama':", "\"Ktibt tajjeb fuqi, Tumas.", "Xi trid bħala rigal?\"", "San Tumas wieġeb:", "\"Xejn ħlief lilek, Mulej!\"", "Il-qaddis miet ta' 49 jew 50 sena fis-7 ta' Marzu 1274, wara li rċieva l-vjatku, meta kien fi triqtu biex fuq talba tal-Papa Girgor X jieħu sehem fil-Konċilju ta' Lyons.", "Il-festa tiegħu ssir fit-28 ta' Jannar b'tifkira ta' meta fl-1368 il-fdalijiet tiegħu ttieħdu f'Toloża, fi Franza, b'ordni tal-Papa Urbanu V. Kien iddikjarat qaddis minn Ġwanni XXII fl-1323 u ddikjarat duttur tal-Knisja minn Piju V. Mis-snin li għaddew mill-kanonizazzjoni tiegħu, ebda għalliem ma kien hekk approvat minn Papiet u konċilji daqsu u huwa l-uniku duttur li l-Konċilju Vatikan II ppropona speċifikament bħala gwida intellettwali għas-saċerdoti u għall-istudenti universitarji.", "San Tumas huwa Patrun tal-iskejjel Kattoliċi.", "Ħsieb", ":", "Nixtieq nibda b'talba mill-isbaħ ta' San Tumas ta' Aquino:", "O Mulej Alla tiegħi, agħtini", "moħħ biex nagħarfek,", "qalb biex infittxek,", "għerf biex insibek,", "imġiba biex nogħġob lilek,", "perseveranza determinata fl-istennija tiegħek,", "u tama li fl-aħħar inħaddnek miegħi.", "Ammen.", "Peress li San Tumas ta' Aquino kien devot kbir ta' Ġesù fl-Ewkaristija, xtaqt ninkludi parti minn taħdita ta' Dun Hector Scerri dwar strofa minn innu li kiteb hu, li saret fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-Akkademja fil-100 Sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali (27 ta' April 2013):", "\"F'telfa ta' mħabba qawwija, tabilħaqq magħġuna ma' kontemplazzjoni taħraq, mill-qalb saċerdotali u l-moħħ għaref ta' San Tumas ta' Aquino ħarġet l-għanja-talba magħrufa mill-kliem tal-ewwel vers tagħha,", "Adoro te devote", "– Jien nadurak bil-qima.", "Innu Ewkaristiku li ilu jitkanta minn ġenerazzjonijiet ta' Nsara tul is-sekli.", "Innu li jesprimi fidi ħajja fil-Ġisem Veru u d-Demm Veru ta' Ġesù Kristu Rxoxt, tassew preżenti sagramentalment għalina taħt ix-xbihat ta' ħobż umli u nbid iħammar.", "Fis-sitt strofa, minn sebgħa, li fiha l-għanja, inkantaw:", "Pie pellicane Iesu Domine,", "O Ġesù hekk twajjeb, Pellikan qaddis", "Me immundum munda tuo Sanguine:", "Saffi Int lil qalbi b'demmek il-għażiż", "Cuius una stilla salvum facere", "Li b'qatra biss minnu, O Ġesù maħbub", "Totum mundum quit ab omni scelere", "Tista' d-dinja kollha tnaddaf minn kull dnub.", "Il-kelmtejn tal-bidu, li jiddu b'tifsir għoli:", "pie pellicane", "– O Pellikan qaddis, iqanqlu devozzjoni u mħabba ġewwa fina... imma, mhux biss!", "Kif se naraw, dan il-kliem għandu jqanqalna biex infasslu ħajjitna fuq l-eżempju li tana l-Pellikan qaddis.", "Dan in-nom u l-aġġettiv – O Pellikan qaddis,", "pie pellicane", "– jeħtieġu ftit ta' spjegazzjoni.", "Mijiet ta' snin ilu, u anke fiż-żmien klassiku tal-Greċja u tal-Imperu Ruman, kienu jemmnu li dan l-għasfur, il-pellikan, kellu mġiba għal kollox partikulari.", "Meta ma kienx jirnexxilha ssib ikel għall-friegħ tagħha, il-pellikan omm kienet tqatta' minn ġisimha stess biex huma jkollhom almenu dak il-ftit biex jitrejqu bih.", "Għalkemm ir-riċerka tax-xjenzjati u tal-ornitoloġi (i.e. dawk li jistudjaw bir-reqqa d-dinja tal-għasafar) tgħid, bla tlaqliq, li dan fil-fatt mhuwiex minnu, fl-istess ħin dan il-ħsieb, bir-raġun, ifakkar lill-Insara f'Ġesù Kristu.", "Ġesù tassew tana lilu nnifsu.", "Tana lilu nnifsu biex niekluh.", "Tana kollox!", "O Ġesù hekk twajjeb, Pellikan qaddis, ikun l-eżempju tiegħek li jispirana.", "Ikun l-eżempju tal-għotja tiegħek li jagħtina l-qawwa biex kuljum aħna nitgħallmu ningħataw bħalek.", "Inti, fiċ-Ċenaklu, fuq il-Golgota, wara l-Qawmien, ħallejthom iqattgħu u jieklu minnek.", "U tħalli lilna nagħmlu l-istess.", "Meta nkunu fl-iskola tiegħek, aħna u nqattgħu u nieklu minnek, nimtlew bil-qawwa biex aħna wkoll insiru 'ġisem li jingħata' u 'demm li jixxerred.'", "Dik skola!", "O Ġesù hekk twajjeb, Pellikan qaddis, agħmel li l-Ewkaristija ssir il-ħajja tagħna, u l-ħajja tagħna Ewkaristija.", "Aħna l-Maltin għandna idjoma mill-isbaħ.", "Dwar persuna ġeneruża li ma toqgħodx tkejjel miegħek, aħna ngħidu:", "'Dak, taqta' u tiekol minnu.'", "Għal min, jekk mhux għal Ġesù, joqgħod l-aktar dan il-kliem?!", "Iva, Ġesù, l-Iben t'Alla li sar bniedem, li għallem in-nies, għamel il-mirakli, li sejjaħ in-nies biex ikunu dixxipli tiegħu billi jiċħdu lilhom infushom, jerfgħu salibhom u jimxu warajh, li bata passjoni ħarxa, miet u qam mill-imwiet... huwa tassew il-Pellikan qaddis.", "Nistgħu naqtgħu u nieklu minnu mhux biex nieqfu hemm u npoġġu idejna fuq żaqqna.", "Naqtgħu u nieklu minnu biex hu jagħmel minnek persuna li ħaddieħor jista' jaqta' u jiekol minnek.", "Aħna nqimu lil Ġesù fl-Ewkaristija waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.\"", "ĠESU' TQATTA' U TIEKOL MINNU!", "Imma attenti!", "Jeħtieġ inkunu preparati sew biex nirċievu dan is-Sagrament hekk kbir!", "San Pawl jgħidilna b'mod ċar:", "\"Mela kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej.", "Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż u jixrob il-kalċi.", "Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess.\"", "(1Korintin 11:27-29)", "TKUN QED TITQARBEN ĦAŻIN: jekk int fid-dnub il-mejjet jew għandek ħsieb ĊAR li tidneb jew tmur kontra l-Vanġelu jew it-tagħlim tal-Knisja.", "F'dan il-każ,", "TITQARBINX qabel ma tindem b'sinċerità minn dnubietek kollha u tmur tirċievi l-maħfra tal-Mulej permezz tas-Sagrament tal-Ħniena (tal-Qrar)", ".", "Din tapplika għalija, għalik u għal kulħadd.", "Kulħadd inkluż u ħadd eskluż.", "Fis-Sekwenza tas-Solennita' ta' Corpus Christi nsibu dan li ġej:", "\"Jieklu t-tajba, jieklu l-ħżiena;", "imma 'l dawk iġib il-ħajja,", "lil dawn jixħet fit-telfien.", "Mewt għall-ħżiena, ħajja għat-tajba", "ara kif jinbidel fihom,", "għalkemm jieħdu l-istess ikel\".", "Talba", ":", "O Alla, inti tajtna f'San Tumas ta' Aquino sinjal ċar ta' ħeġġa għall-qdusija u ta' ħerqa għat-tagħlim imqaddes; agħmel li nifhmu sewwa kull ma għallem u li nsiru nixbħuh fl-imġiba ta' ħajtu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://mycatholic.life/saints/saints-of-the-liturgical-year/january-28-saint-thomas-aquinas-priest-and-doctor/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-thomas-aquinas/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Thomas_Aquinas", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef336388', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-5-25-il-konverzjoni-ta-san-pawl/", "title": "25 ta' Jannar: Il-Konverżjoni ta' San Pawl", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Konverżjoni ta' San Pawl", "\"Jiena sibt il-ħniena, għax dak li għamilt għamiltu bla ma kont naf, billi kont għadni ma nemminx; anzi Lili l-grazzja ta' Sidna ġiet mogħtija bil-kotra, flimkien mal-fidi u mal-imħabba, li hi fi Kristu Ġesù.", "Ma jistħoqqlix nissejjaħ appostlu, għaliex kont naħqar lill-Knisja ta' Alla.\" ~", "1Timotju 1:13-14; 1 Korintin 15:9.", "IL-KONVERŻJONI TA' SAN PAWL", "c. 35 A.D.", "Tagħrif:", "Il-Knisja tiċċelebra l-konverżjoni ta' San Pawl, minħabba n-natura straordinarja tagħha.", "San Pawl kien Lhudi, ta' Ċittadinanza Rumana, edukat f'Ġerusalemm, u trabba bħala Fariżew akkanit ħafna, anzi fanatiku għal-Liġi ta' Mosè.", "Hekk sar għadu mill-kbar u persekutur aħrax tal-Knisja Nisranija li kienet għadha fil-bidu tagħha.", "Saħansitra akkwista l-awtorità mingħand il-Mexxejja tal-Lhud biex ikun jista' jarresta lill-Insara fl-ibliet u fl-irħula u jeħodhom Ġerusalemm biex jgħaddu ġuri.", "Nafu li kien preżenti fil-martirju ta' San Stiefnu.", "Meta bejn is-sena 34 u 36, kien sejjer Damasku, illum il-Kapitali tas-Sirja, biex jippersegwita lill-Insara, Ġesù stess ikkonvertieh u wrieh biċ-ċar li l-persekuzzjoni li kien qed jagħmel lill-Insara, kien qed jagħmilha lilu.", "\"Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?\"", "Qallu: \"Min int, ja Sidi?\"", "Wieġbu: \"Jien hu Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah ... \"", "Din il-ġrajja nsibuha mniżżla fl-Atti tal-Appostli (9:3-27; 22:6-16; 26:13-18); u San Pawl jagħmel riferenza għaliha f'xi ittri (1Korintin 15:9-10; Galatin 1:13-16; Efesin 3:6-7).", "Il-Laqgħa straordinarja tiegħu ma' Ġesù mhux biss bidlet ħajtu, u minn persekutur qalil, għamlitu wieħed mill-ikbar difensuri, għalliema u qaddisin tal-Knisja Nisranija, iżda kellha effett drammatiku fuq l-istess Knisja.", "Wara l-konverżjoni tiegħu, li ġrat għall-ħabta tas-sena 35 A.D., San Pawl għadda aktar minn tliet snin fid-deżert tal-Għarabja jħejji ruħu għall-missjoni li għażillu Ġesù.", "Hawn hu kellu diversi rivelazzjonijiet li fihom hu fehem tajjeb ħafna li Ġesù ta' Nazaret kien ħaj u li kull ħaġa fis-sema u fl-art kellha l-milja tagħha fih.", "San Pawl fl-ittri tiegħu jsemmi l-konverżjoni tiegħu fit-triq ta' Damasku u jattribwiha lill-imħabba ta' Alla lejh, u jgħid li min-naħa tiegħu laqa' l-grazzja li tah Alla u jgħid li din il-grazzja ma kinitx għalxejn fih.", "Hu pprova jfassal ħajtu kollha fuq dik ta' Ġesù u ħadem għal Ġesù kemm felaħ biex jarah magħruf u maħbub minn kulħadd, sa wasal biex qal: \"Ngħix mhux jien, imma Kristu jgħix fija.\"", "Il-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl bdiet fil-Gallja fis-seklu VIII fl-okkażjoni tat-traslazzjoni ta' xi relikwi tal-appostlu, u daħlet fil-Kalendarju Ruman lejn it-tmiem tas-seklu X.", "Il-parroċċa ta' Ħal Safi hi ddedikata għall-Konverżjoni ta' San Pawl.", "Ħsieb", ":", "Dan parti mid-diskors tal-Papa Franġisku tal-25 ta' Jannar 2018, fil-Festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl:", "\"Aħna l-Insara, naqsmu flimkien l-esperjenza fundamentali: il-grazzja ta' Alla, il-ħniena qawwija tiegħu biex isalvana.", "U proprju għax Alla ħadem din ir-rebħa fina, flimkien nistgħu ngħannu l-ġieħ tiegħu.", "Fil-ħajja mbagħad induqu l-ħlewwa ta' Alla, li fil-ħajja tagħna ta' kuljum bl-imħabba tiegħu jsalvana mid-dnub, mill-biża' u mit-tbatija.", "Dawn l-esperjenzi prezzjużi għandhom jiġu mħarsa fil-qalb u fil-memorja.", "Anki San Pawl, li llum qed niċċelebraw il-konverżjoni tiegħu, għamel l-esperjenza qawwija tal-grazzja, li sejħitlu biex, minn persekutur, isir appostlu ta' Kristu.", "Il-grazzja ta' Alla wasslet lilu wkoll biex ifittex il-komunjoni mal-Insara l-oħra, minnufih, l-ewwel f'Damasku u mbagħad Ġerusalemm (ara Atti 9:19,26-27).", "Din hi l-esperjenza tagħna tal-fidi.", "Naqra naqra, aktar ma nikbru fil-ħajja spiritwali, nifhmu dejjem iżjed li l-grazzja tilħaqna flimkien mal-oħrajn u rridu naqsmuha mal-oħrajn.\"", "U dan hu parti mill-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl (23 ta' Jannar, 2016):", "\"Aħna msejħin biex inkunu xhieda ta' Ġesù, u ma nibżgħux nuru li aħna Nsara bil-mod kif ngħixu, kif nitkellmu, kif inġibu ruħna, bid-deċiżjonijiet li nieħdu...hekk trid tkun xhud.", "U m'hemmx għalfejn ikollna ċ-ċarċir tad-demm biex inkunu martri, xhieda – martri tfisser xhud.", "Kemm żgħażagħ tagħna li jagħmlu l-Griżma, imma mbagħad meta jibdew jitfarfru, jistħu jgħidu li jemmnu f'Ġesù minħabba l-peer pressure.", "Jiena rrid nagħmlilhom kuraġġ liż-żgħażagħ biex ma jistħux mill-isem qaddis tal-Mulej Ġesù!", "Pawlu mhux biss xhud għax ra lil Ġesù, iltaqa' miegħu fit-triq ta' Damasku, imma wkoll appostlu mibgħut.", "Aħna wkoll mibgħuta fl-ambjenti differenti tal-ħajja u skont il-vokazzjoni tagħna, biex inwasslu l-bxara t-tajba tal-Mulej.", "Il-Mulej miet għalik, il-Mulej qam mill-imwiet għalik, il-Mulej iħobbok.", "Ejjew nirringrazzjaw lill-Mulej tal-ħniena li wera ma' Sawlu, ma' Pawlu l-appostlu Missierna, għax il-ħniena li wera miegħu, aħna ggwadanjajna minnha.", "Hu kien li ġie f'Malta, x'aktarx fl-Imdina fejn il-Protos kellu d-dar tiegħu, fejn Pawlu għamel il-miraklu tal-fejqan ta' missier Publju, u l-Maltin, kull min kien marid, ġew għandu u mal-fejqan ħadu l-fidi.", "Ejjew nitolbu biex, bl-interċessjoni tal-appostlu Missierna San Pawl, il-fidi fi Kristu tibqa' wkoll għalina għajn ta' fejqan.\"", "Talba", ":", "O Alla, int għallimt id-dinja kollha bil-prietki tal-Appostlu Missierna San Pawl, li llum qegħdin niċċelebraw il-konverżjoni tiegħu: agħmel li aħna nimxu fuq l-eżempju tiegħu, biex inkunu xhieda tal-verità tiegħek quddiem il-bnedmin kollha.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://catholicexchange.com/the-conversion-of-st-paul", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/conversion-of-saint-paul/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Conversion_of_Paul_the_Apostle", "Film on the life of Saint Paul:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef3ea4dc', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-2-22-san-publju/", "title": "22 ta' Jannar: San Publju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Publju", "\"Kollox għamel tajjeb: bil-qalb kollha laqa' għandu lil Pawlu u 'l sħabu wara li ħelsu mill-għarqa, u ferraħ lil kulħadd bir-rebħa tal-fidi ta' Kristu f'Malta.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Publju", "SAN PUBLJU", "Prinċep ta' Malta, Isqof u Martri", "? – 161", "Tagħrif:", "L-Atti tal-Appostli fil-kapitlu 28 isemmi l-laqgħa li l-Maltin għamlu lil San Pawl u sħabu wara l-għarqa fuq xtut gżiritna waqt li kienu fi triqthom lejn Ruma.", "San Luqa, wara li jsemmi l-miraklu tal-lifgħa li ma qatletx bil-velenu tagħha lil San Pawl, jgħid: \"F'dawk l-inħawi kellu l-artijiet tiegħu l-prinċep tal-gżira, jismu Publju, li laqagħna u ġieb ruħu magħna bi tjubija mhux żgħira.", "Issa ġara li missier Publju kien mixħut bid-deni u bid-disinterija.", "U Pawlu daħal għandu, u wara li talab u poġġa jdejh fuqu, fejqu.", "Wara din il-ġrajja dawk kollha li fil-gżira kellhom xi marda bdew jersqu u jiġu mfejqin.", "U huma qimuna b'bosta ġieħ, u meta tlajna fuq il-bastiment għabbewna b'kulma kellna bżonn.\"", "(Atti 28:7-10)", "Publju kien il-gvernatur tal-gżira, il-\"proto\" – titlu li jiġi mogħti lill-ogħla maġistrat tal-gżira, li jkun delegat tal-\"Praetor\" ta' Sqallija.", "It-tradizzjoni Maltija żżomm li San Pawl waqqaf il-Knisja f'Malta u kkonsagra lil San Publju bħala l-ewwel isqof tagħha.", "Din it-tradizzjoni hija bbażata mill-fatt li kull fejn mar San Pawl dejjem ħalla, meta ma kellux il-ħsieb li jirritorna, ieħor warajh bħala l-kap u r-ragħaj tal-Knisja ġdida.", "(Xi wħud, fosthom San Beda, iħalltu lil San Publiju ta' Malta ma' San Publju isqof ta' Atene li ħa l-martirju fis-seklu II.", "Dan Isqof tal-belt glorjuża ta' Atene għex lejn nofs it-tieni seklu.", "Kien fi żmien l-Imperatur Antoninu Piju (138 – 161) meta l-Knisja kienet imħabbta mill-Injostiċi li kienu jaraw ir-Reliġjon bħala skola ta' kultura, u għalhekk kienu jgħidu li min ma kienx għaref ma setax jgħid li kien Nisrani tassew.", "San Publju, fost l-Isqfijiet tajbin, kien qed juri li r-Reliġjon hi fuq kollox imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn għal Alla.", "Tagħlim ieħor żbaljat ta' żmienu kien dak ta' Doċeti, li żammew li Kristu ma kienx bniedem, imma deher biss b'ġisem bħal tagħna.", "Fi żmien ta' persekuzzjoni kontra l-Insara, hu ma warrabx minn Atene.", "Hu ġie kkundannat għall-mewt minħabba twemminu.", "Dan jidher li ġara fl-ewwel sena tal-Imperatur Mark Awrelju, jiġifieri fis-sena 161.", "San Djonisju, Isqof ta' Korintu, ċanfar lin-nies ta' Atene talli kienu waqgħu fl-indifferenza wara li l-Isqof tagħhom Publju kien ġie mogħti l-martirju.", "Għalkemm ma tantx għandna tagħrif dwaru, dawk li ġabru ismijiet il-martri tal-ewwel żmien qiegħdu ismu ma' dawk li mietu fil-21 ta' Jannar.", "Aħna niċċelebrawh fit-22 tax-xahar biex ma nħallux barra t-tifkira ta' Santa Anjeże, li taħbat fl-istess ġurnata.)", "Fl-1609, San Publju li kien fiż-żgur il-gvernatur tal-gżira tagħna, kien maħtur wieħed mill-qaddisin protetturi ta' Malta mill-Isqof Gargallo (1577-1610).", "Il-parroċċa tal-Furjana hi ddedikata lil San Publju ta' Malta.", "Ħsieb", ":", "Qari mill-Omeliji tal-Isqof San Ġwann Kriżostmu fuq il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli bit-titlu \"Ġietu ħniena minnhom\":", "\"F'dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju.", "Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem.", "Araw bniedem ieħor, iħobb jilqa' l-barranin.", "Dan Publju, raġel għani u jista', ġietu ħniena minnhom, laqagħhom għandu bil-qalb u dar bihom, mhux għax kien ra xi ħaġa minnhom, iżda minħabba l-għawġ li ġie fuqhom.", "Wara li ħelsu mill-għarqa, in-nies ma għalqux għajnejhom għalihom, anzi laqgħuhom bil-qalb minħabba Pawlu, u għal tliet xhur sħaħ waqfu magħhom ilkoll u ħasbulhom għall-ikel.", "Dawn in-nies iġagħluna nistħu: ma kinux jafuhom lil dawk li ħelsu mill-għarqa, iżda rawhom fl-għawġ u fehmu sewwa li huma wkoll kienu bnedmin; għalhekk laqgħuhom bil-ħlewwa.", "Fil-qrib kien hemm l-oqsma ta' Publju, il-prinċep tal-gżira, li laqagħhom u żammhom għandu bil-qalb.", "Sewwa qal, għax irid ikollok qalb kbira biex tilqa' u żżomm għandek mitejn u sitta u sebgħin ruħ.", "Araw xi qligħ kbir għandu min jilqa' l-barrani.", "Laqagħhom u żammhom għandu għal tlitt ijiem, mhux għax dan ma rahx meħtieġ, anqas ma għamlu fuq il-qalb, imma għax intebaħ bil-qligħ li kien se jikseb.", "U għalhekk bil-ħaqq kollu tħallas tal-laqgħa tajba li għamlilhom, anzi ngħatalu wisq aktar ukoll, għax Pawlu fejjaqlu lil missieru, li kien marid bid-disenterija, u mhux lil missieru biss imma fejjaq ukoll ħafna morda oħra.\"", "San Publju hu mudell ta' ragħaj qawwi fit-taqbida.", "Jalla aħna wkoll nuru ruħna qawwijin fil-fidi li rċevejna u nibqgħu sodi fil-waqt tal-prova u ma nibżgħux inkunu xhieda ta' Kristu u jekk jitlobhielna, nagħtu ħajjitna għalih.", "EJJEW NITOLBU LIL SAN PUBLJU BIEX B'TALBU JERĠA' JQABBAD FINA L-FJAMMA LI KEBBES F'RUĦ MISSIRIJIETNA MISSIERNA SAN PAWL F'DAWN IL-GŻEJJER.", "LI KIEKU MA ĠIEX HU BI PROVIDENZA DIVINA, JIFTĦILNA GĦAJNEJNA U JAGĦTINA L-FIDI, U LI KIEKU SAN PUBLJU MA LAQGĦUX BĦALA L-MIGĦBUT MINN ALLA KIF TASSEW KIEN, LI KIEKU KONNA NIBQGĦU BLA GĦARFIEN DWAR IT-TAGĦLIM VERU LI JWASSAL GĦAS-SALVAZZJONI TA' RUĦNA.", "IMMA ISSA SAN PAWL ĠIE, INT LI INT IL-PATRUN TAL-GŻEJJER TAGĦNA, AGĦMEL LI MA NWARRBUX IL-MESSAĠĠ QAWWI T'ALLA GĦALINA LI GĦOĠBOK TGĦADDILNA, BIEX MA NIĠUX IMWARRBA MINNU FL-AĦĦAR JUM!", "GĦINNA, O GĦAŻIŻ PATRUN TA' DAWN IL-GŻEJJER, BIEX MA NISFAWX ĠUSTAMENT IKKUNDANNATI TALLI NKUNU ĦALLEJNA KLIEMEK JISPIĊĊA FIX-XEJN, IMMA AGĦMEL LI NQUMU MILL-WAQGĦAT TAGĦNA U NERĠGĦU NFITTXU LI NGĦIXU TA' NSARA TASSEW U B'HEKK INKUNU QED NAGĦTUK IL-VERU U L-UNIKU ĠIEĦ LI TISTENNA MINGĦANDNA.", "Talba", ":", "O Alla, int għoġbok li San Publju jilqa' lill-Appostlu Missierna San Pawl u jżommu għandu bil-qalb: agħmel li, bil-merti u t-talb tal-istess Publju, ngħixu fuq din l-art magħqudin miegħek bil-fidi u l-imħabba, biex niksbu l-hena ta' dejjem fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=5507", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/saint-publius-of-malta/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Publius", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef3ec7f2', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-3-23-santa-marija-cope/", "title": "23 ta' Jannar: Santa Marija Cope", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Marija Cope", "\"F'kull marid, Madre Marija kienet tara l-wiċċ ta' Kristu batut.\" –", "ll-Kardinal Martins fuq Santa Marija Cope waqt il-beatifikazzjoni tagħha.", "SANTA MARIJA COPE", "Reliġjuża", "1838 – 1918", "Tagħrif:", "Twieldet f'Hessen Darmstadt, il-Ġermanja, fit-23 ta' Jannar 1838, bint Barbara u Pietru Cope.", "Semmewha Barbara.", "Sentejn wara li twieldet il-familja emigrat għall-Istati Uniti u ssetiljaw fi New York.", "Meta saret daqsxejn ta' tfajla, Barbara bdiet taħdem f'fabbrika u damet sa Awwissu tal-1862, fejn imbagħad ingħaqdet mas-sorijiet tat-terz'ordni ta' San Franġisk ta' Sirakuża, ġewwa New York stess.", "F'Novembru tas-sena ta' wara hija pprofessat u marret tgħallem fl-iskola parrokkjali tal-Assunzjoni.", "Suor Marija kienet superjura tal-kongregazzjoni diversi drabi, u darbtejn majjistra tan-novizzi.", "Għal tliet darbiet kienet tmexxi l-isptar ta' San Ġużepp f'Sirakuża, fejn tgħallmet ħafna, u kellha ssibu utli ħafna aktar 'il quddiem.", "Fl-1877, hija kienet eletta provinċjal kif ukoll fl-1881.", "Sentejn wara, il-gvern tal-Hawaj talab biex xi reliġjużi mill-Istati Uniti u l-Kanada jmorru jmexxu berġa biex tilqa' nies suspettati bil-marda tal-ġdiem.", "Il-kongregazzjoni tas-sorijiet ta' Sirakuża mal-ewwel aċċettat.", "Għalhekk fit-22 ta' Ottubru 1883, Madre Marija, u sitt sorijiet oħra telqu lejn il-Hawaj, fejn ħadu ħsieb klinika ftit 'il barra minn Honolulu.", "Fuq il-gżira ta' Maui, huma fetħu wkoll sptar u skola tal-bniet.", "Fl-1988, Madre Marija, flimkien ma' 2 sorijiet marru l-Malokai, fejn fetħu dar għal nisa u tfajliet abbandunati.", "Għenet ukoll biex titmexxa dar tal-irġiel u l-ġuvintur, li kienet ġa teżisti.", "Din il-Madre kienet strument biex tbiddel l-istil ta' ħajja tal-poplu tal-Malokai, billi introduċiet l-iġene u li jħarsu lejn il-kolonja tagħhom bħala l-għeżeż ħaġa li għandhom.", "Hija baqgħet taħdem b'ħerqa kbira ġo Malokai u nibtu ħafna vokazzjonijiet mill-post.", "\"F'kull marid, Madre Marija kienet tara l-wiċċ ta' Kristu batut.\"", "Hekk intqal mill-Kardinal Martins waqt il-beatifikazzjoni tagħha.", "Hija mietet fid-9 ta' Awwissu tal-1918.", "Ġiet ibbeatifikata fl-14 ta' Mejju, 2005 u kkanonizzata 7 snin wara.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej hu parti mid-diskors li l-Kardinal José Saraiva Martins qal dwar Santa Marija Cope f'jum il-beatifikazzjoni tagħha:", "\"Il-ħajja tal-Beata Marija Cope hija ħidma mill-isbaħ tal-grazzja divina.", "Hija wriet is-sbuħija tal-ħajja Franġiskana.", "Il-laqgħa ta' Madre Marija ma' dawk li kienu jsofru mill-lebbra seħħet meta marret fuq il-vjaġġ tagħha lejn Kristu.", "Għal 20 sena kienet membru tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tat-Tielet Ordni ta' San Franġisku ta' Sirakuża fi New York.", "Hi kienet diġà mara ta' esperjenza vasta u kienet spiritwalment matura.", "Imma f'daqqa waħda Alla sejħilha għal ħajja aktar radikali, għal servizz missjunarju iktar diffiċli.", "Il-Beata Marija, li kienet is-Superjura Provinċjali ta' dak iż-żmien, semgħet il-vuċi ta' Kristu fl-istedina tal-Isqof ta' Honolulu.", "Huwa kien qiegħed ifittex sorijiet biex jgħinu lil dawk li jsofru mil-lebbra fuq il-gżira ta' Molokai.", "Bħal Iżaija, hi ma qagħditx titratieni milli twieġeb:", "\"Hawn jiena.", "Ibgħat lili!\"", "(Iżaija 6: 8).", "Hi telqet kollox u abbandunat ruħha kompletament fir-rieda ta' Alla, għas-sejħa tal-Knisja u għall-ħtieġa ta' dawn l-aħwa ġodda.", "Hija qegħdet saħħitha u ħajjitha f'riskju.", "Għal 35 sena għexet bis-sħiħ, il-kmand li tħobb lil Alla u lill-proxxmu u volontarjament ħadmet ma' Damjan de Veuster", "(", "ara Damjan de Veuster", ")", ", li kien fl-aħħar tal-apostolat straordinarju tiegħu.", "Kienet tħobb lil-lebbrużi aktar milli kienet tħobb lilha nnifisha stess.", "Hija serviethom, edukathom u ggwidathom bl-għerf, bl-imħabba u b'saħħitha kollha.", "Rat fihom il-wiċċ ta' Kristu batut.", "Bħas-Samaritan it-Tajjeb, hija saret ommhom.", "Il-qawwa tagħha kienet tinsab fil-fidi li kellha fl-Ewkaristija, fid-devozzjoni tagħha lejn il-Verġni Marija, u fit-talb.", "Hija ma fittxitx l-unuri jew l-approvazzjoni ta' din id-dinja.", "Kitbet hekk:", "'Ma nistenniex xi post għoli fis-sema.", "Inkun grata ħafna li kieku jkolli kantuniera żgħira minn fejn inkun nista' nħobb lil Alla għall-eternità.'", "Imma għaliex in-Nisrani huwa msejjaħ biex iservi lil kulħadd bla ebda diskriminazzjoni?", "Qrib it-tmiem ta' ħajtu fuq din l-art, Ġesù talab lid-dixxipli tiegħu (jiġifieri lilna lkoll) biex iħobbu lil xulxin.", "Hu għalhekk li aħna msejħa biex inservu lil xulxin bil-qalb u bi mħabba kbira.", "Fl-istess waqt, mill-Vanġeli, naraw li Ġesù qatt ma talab lill-oħrajn biex iservuh.", "Kien Hu li serva lill-oħrajn biex jagħtina eżempju:", "qeda billi fejjaq lill-morda,", "ta widen lil dawk li kienu fil-bżonn,", "u ħa ħsieb ta' dawk li kienu l-emarġinati mis-soċjetà, fosthom in-nies morda bil-ġdiem.", "Mela aħna u nservu lill-ħutna, ejjew nagħmlu din il-mistoqsija lilna nfusna:", "\"Jiena qed nagħmel dan is-servizz bħala reazzjoni għall-eżempju umli ta' Ġesù u skont il-mandat tiegħu tal-imħabba?\"", "L-eżempju ta' Santa Marija Cope:", "l-ottimiżmu tagħha li qatt ma ġie nieqes,", "is-serenità,", "l-għożża u l-kura tagħha lejn dawk fil-bżonn u", "l-abbiltajiet konsiderevoli l-oħra,", "taw qawwa lil ħutha s-sorijiet.", "Flimkien, permezz tad-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji tagħhom, dawn is-Sorijiet Franġiskani taw servizz notevoli lill-umanità fil-gżejjer ta' Ħawaj.", "U aħna?", "U jien?", "U int?", "Talba", ":", "O Mulej, Santa Marija Cope ġabet fid-dinja l-frott u s-sinjali tal-Ispirtu s-Santu li nsibu f'Galatin 5:22-23", "\"l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa, ir-rażan,\"", "u tkellmet il-lingwa tal-verità u l-imħabba, li waħedha hija kapaċi tneħħi l-ostakli tal-kultura u tar-razza, u tibni l-unità tal-familja umana.", "Agħtina, nitolbuk din l-istess attitudni li kellha ħa nservu lil kulħadd bla distinzjoni.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.nps.gov/kala/learn/historyculture/marianne.htm", "Alternative Reading:", "https://www.smp.org/resourcecenter/resource/7785/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Marianne_Cope", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20050514_molokai_en.html", "Film on Saint Damien de Veuster of Moloka and Saint Marianne Cope:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef3eaeae', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-6-26-san-timotju-u-san-titu/", "title": "26 ta' Jannar: San Timotju u San Titu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Timotju u San Titu", "\"Int, bniedem ta' Alla, fittex li jkollok il-ġustizzja, it-tjieba, il-fidi, l-imħabba, is-sabar, il-ħlewwa.", "Tqabad it-taqbida t-tajba tal-fidi, qis li tirbaħ il-ħajja ta' dejjem.", "Għallem skont id-duttrina vera.\" –", "1Timotju 6:11-12; Titu 2:1", "SAN TIMOTJU SAN TITU", "Isqfijiet", "L-ewwel Seklu", "Tagħrif:", "Dawn iż-żewġ qaddisin kienu dixxipli u sħab ta' San Pawl, u għalhekk il-Knisja tagħmel il-festa tagħhom flimkien l-għada tal-konverżjoni ta' dan l-appostlu.", "SAN TIMOTJU", "San Timotju twieled fil-belt ta' Listra.", "Missieru kien Grieg, u ommu, Ewniċe, kienet mara Lhudija devota.", "Kien ta' natura timida.", "Aktarx li tgħammed minn San Pawl f'Listra, f'madwar is-sena 47, meta kellu xi sittax-il sena.", "Xi ħames snin wara, ingħaqad ma' San Pawl meta l-appostlu reġa' għadda minn Listra, u nsibuh miegħu f'bosta nħawi, u saħansitra fil-ħabs, f'Ruma.", "Meta nħeles, ġie mibgħut minn San Pawl bħala l-ewwel Isqof ta' Efesu, meta kellu madwar 32 sena.", "San Pawl kitiblu żewġ ittri, l-ewwel waħda mill-Italja fis-sena 64, u t-tieni minn Ruma ftit qabel ma miet fejn talbu biex imur jarah.", "Jekk Timotju mar Ruma, żgur li ma sabx lil San Pawl ħaj.", "Miet f'madwar is-sena 97, meta kellu iktar minn 80 sena.", "San Ġwann l-Evanġelista li mar jgħix f'Efesu, isemmieh fl-Apokalissi, bħala l-\"Anġlu ta' Efesu.\"", "SAN TITU", "San Titu kien grieg, u hu wkoll ġie kkonvertit minn San Pawl li kien isejjaħlu \"Ibni l-għażiż.\"", "Ħadem ħafna ma' San Pawl, u flimkien ma San Barnaba mar miegħu għall-konċilju ta' Ġerusalemm, fis-sena 51.", "F'madwar is-sena 64, sar Isqof ta' Kreta, gżira twila 200 km, fejn ħaten Timotju kien Gvernatur.", "Xi sena wara, irċieva mingħand San Pawl mill-Maċedonja ittra mimlija eżortazzjonijiet għall-Fidili tiegħu.", "Fl-istess sena mar id-Dalmazja (Jugoslavja), fejn hu meqjum sal-lum bħala l-appostlu ewlieni ta' dak il-pajjiż.", "Imma reġa' lura fi Kreta fejn miet fil-paċi, fl-età ta' madwar 93 sena.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa kummentarju tal-Papa Franġisku fuq dak li qal fl-omelija tiegħu f'Santa Marta (26 ta' Jannar, 2015) fuq il-qari tal-liturġija tat-tifkira ta' San Titu u San Timotju:", "\"L-Isqfijiet Timotju u Titu qishom ulied Pawlu u hu kien iħobbhom it-tnejn.", "L-Appostlu jurina kemm kienet sinċiera l-fidi ta' Timotju, fidi nobbli, 'fidi mingħajr ipokrisija,' fidi fis-sens veru.", "Fil-fatt bħall-inbid it-tajjeb, li wara tant snin isir aktar bnin u nobbli.", "Din il-fidi waslet għand Timotju mingħand nanntu Lòide u mingħand ommu Eunice, għaliex huma l-ommijiet u n-nanniet li jittrasmettu l-fidi.", "Meta niftakru fix-xogħol sabiħ tal-ommijiet u tan-nanniet, ix-xogħol sabiħ ta' dawk in-nisa li huma ommijiet u n-nisa fil-familja – tista' tkun qaddejja, tista' tkun zija – fit-trasmissjoni tal-fidi, minkejja li llum irridu nistaqsu jekk in-nisa għadx għandhom fil-kuxjenza d-dover li jittrasmettu l-fidi, li jagħtu l-fidi.", "U dwar is-sinċerità tal-fidi ta' Timotju mfaħħra minn Pawlu, kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni ittra tiegħu, l-Appostlu jitkellem dwar il-ħarsien tad-depożitu tal-fidi.", "Il-fidi trid tkun imħarsa kif qal Pawlu lil Timotju:", "'Ħares sewwa dak li kien fdat f'idejk.", "Aħrab il-kliem profan u fieragħ u l-kontradizzjonijiet tal-għerf falz.'", "(1 Timotju 1:20)", "L-espressjoni 'ħares il-fidi' tfakkarna li dan hu dmir tagħna.", "Ilkoll kemm aħna rċevejna r-rigal tal-fidi.", "Għandna nħarsuha biex ma tiddgħajjifx biex tkompli tibqa' sħiħa bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li tahielna.", "Pawlu jirrikmandalna li nagħtu ħajja ġdida lil dan ir-rigal ta' Alla, għax jekk aħna ma nagħmlux hekk, din tiddgħajjef u tispiċċa biex issir kultura....", "Iva, jien Nisrani... imma biss bħala kultura..... iva, jiena naf tajjeb l-affarijiet tal-fidi, naf tajjeb il-katekiżmu.....", "Imma, nistaqsi, int kif qed tgħixha l-fidi tiegħek?", "Dan hu l-aktar importanti: li inti żżommha ħajja kuljum.", "Alla, ma tanhiex spirtu ta' biża'.", "L-ispirtu ta' biża' hu l-maqlub tar-rigal tal-fidi, ma jħallihiex tikber, titkattar.", "Il-mistħija hu d-dnub ta' min jgħid: 'Jien għandi l-fidi imma naħbiha biex ma tidhirx wisq': il-fidi tal-ħalib u l-għasel, kif kienu jgħidu l-antentati tagħna, għax nistħi nistqarrha.", "Imma din mhix fidi!!", "Imma għaliex, prinċipalment huma n-nisa li jittrasmettu l-fidi?", "It-tweġiba nsibuha għal darb'oħra fix-xhieda tal-Verġni Mqaddsa: 'sempliċiment għax dik li tatna lil Ġesù kienet mara.", "Din kienet it-triq li għażel Ġesù.", "Hu ried omm u anki d-don tal-fidi jgħaddi mill-omm, kif Ġesù għadda minn Marija'.\"", "Il-fidi hi bħal pjanta li rridu nieħdu ħsiebha.", "Iħawwilha Alla fil-Magħmudija, ikabbruha dawk ta' madwarna bit-tagħlim u l-eżempju tagħhom, imma meta nsiru adulti, huwa aħna li rridu:", "inkomplu nsaqquha bit-talb u l-qari tal-Kelma t'Alla,", "inneħħulha l-ħaxix ħażin li jikber magħha billi nqaċċtu minn ħajjitna d-drawwiet ħżiena,", "nagħtuha l-fertilizzant bl-għemejjel tajba li nagħmlu u", "nesponuha għall-ilma, l-arja u d-dawl permezz tas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.", "Nittama li din it-tixbiha, tgħinek tkabbar il-fidi tiegħek.", "L-għażla f'idejk!", "Talba", ":", "O Alla, int żejjint li San Timotju u 'l San Titu bil-virtujiet tal-Appostli; agħtina l-għajnuna tat-talb tagħhom, biex ngħixu ħajja sewwa u tajba f'din l-art, u jistħoqqilna naslu fis-sema pajjiżna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://mycatholic.life/saints/saints-of-the-liturgical-year/january-26-saints-timothy-and-titus-bishops/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saints-timothy-and-titus/", "Wikipedia San Titus:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Titus", "Wikipedia San Timothy:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Timothy", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef3ea308', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-9-19-san-makarju-l-egizzjan/", "title": "19 ta' Jannar: San Makarju l-Eġizzjan", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Makarju l-Eġizzjan", "\"Tgħallem tinġibidx la bit-tifħir u lanqas bit-tmaqdir.\" –", "San Makarju l-Eġizzjan", "SAN MAKARJU L-EĠIZZJAN", "Eremita", "† C.389", "Tagħrif:", "Dan il-qaddis jgħidulu wkoll \"l-Anzjan\" biex jintagħżel minn Makarju ta' Lixandra, axxeta wkoll li kien jgħix fl-istess żmien.", "Huwa kien l-organizzatur prinċipali tal-monaċi fl-art ramlija ta' Sketis, fil-punent tan-Nil fejn mar jgħix meta kellu 30 sena.", "Hemmhekk huwa għadda sittin sena u kien imsemmi għall-kontemplazzjoni, axxetiżmu u direzzjoni spiritwali.", "Huwa ġibed għal warajh ħafna dixxipli bħala eremiti.", "L-għidut tiegħu kien jgħaddi minn fomm għal fomm, u ħafna minnu jinsab fil-ġabra li saret wara ta' Għidut tal-Padri.", "Kien tant stmat, li diversi kitbiet, speċjalment prietki, bdew jinxterdu taħt ismu.", "Lil żagħżugħ li ried jibda jgħix ħajja tajba qallu: \"Mur fiċ-ċimiterju u ċanfar lill-mejtin u mbagħad faħħarhom.\"", "Meta d-dixxiplu reġa' lura, Makarju staqsieh xi tweġiba kellu mill-oqbra.", "\"Ebda tweġiba,\" wieġbu dak.", "\"Mela mur,\" qallu Makarju, \"u tgħallem tinġibidx la bit-tifħir u lanqas bit-tmaqdir.\"", "Ħsieb", ":", "Il-patrijiet tal-monasteru kopt ta' San Makarju fl-Eġittu, isostnu li għandhom relikwi ta' San Ġwann il-Battista, li għex ukoll fid-deżert, f'talb, penitenza u istruzzjonijiet lin-nies li kienu jmorru għandu biex jitgħammdu.", "Għaliex bosta qaddisin għażlu d-deżert bħala post fejn fih jiltaqgħu ma' Alla?", "Ħa nieħdu l-eżempju ta' Ġwanni l-Battista.", "Meta dan kellu tletin sena bħalma kienu jagħmlu s-saċerdoti u r-rejiet (ara Numri 4:34-35 u 2Samwel 5:4), Ġwanni kellu jilħaq qassis tat-tempju bħal missieru Żakkarija, imma huwa għażel li jitwarrab fid-deżert, fil-post tat-talb sabiex iħejji it-triq ta' Ġesù: \"Leħen ta' wieħed jgħajjat fid-deżert, wittu t-triq tal-Mulej\" (Ġwanni 1:23).", "Illum fid-deżert kbir tal-Ġudea u tal-Perea jeżisti l-għar tal-Battista li jingħad li kien jgħix fih Ġwanni fid-deżert.", "Makarju u ħafna oħrajn qablu u warajh, b'fama ta' ħajja ta' qdusija kbira fid-deżert, kienu jgħixu fil-faqar, fil-penitenza u fis-solitudni sabiex huwa stess ikun jista' jgħallmu dawn il-virtujiet lill-oħrajn.", "Fuq kollox id-deżert huwa l-post tar-riflessjoni u kontemplazzjoni u kif ukoll ta' preparazzjoni, kif intuża minn Ġesù nnifsu u minn San Pawl.", "Ġwanni jmur fid-deżert sabiex jipprietka l-indiema tal-poplu ta' Alla u wara kien jgħammed il-poplu fix-xmara Ġordan.", "Il-ħajja axxetika u spiritwali ta' Ġwanni nebbħet lil diversi missirijiet tal-Knisja speċjament 'il-Missirijiet tad-Deżert' sabiex jgħixu fid-deżert bħal San Anton Abbati u San Makarju.", "Id-deżert hu wkoll il-post tal-prova, tat-tbatijiet u ta' qtigħ il-qalb u jżomm il-bniedem imdendel minn xagħru, mitluf bejn sema u art.", "Il-kobor tad-deżert jidfen iċ-ċokon tal-bniedem, meta ma jidfnux litteralment waqt xi tempesta tar-ramel.", "Kull suppervja tinbala' taħt il-ħakma tan-natura salvaġġa.", "Fid-deżert il-bniedem m'għandux għażla oħra ħlief li jdur lejn Alla.", "Imma Makarju u l-oħrajn marru fid-deżert, fejn emmnu li se jsibu l-inqas distrazzjonijiet possibli biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' talb u b'konsegwenza ta' dan, jagħmlu minn qalbhom oasi li tiffjorixxi mill-kuntatt kontinwu tagħhom ma' Alla fit-talb.", "Il-problema li għandna llum fi żminijietna, f'pajjiżna, hi li nsibu deżert spiritwali fil-qlub ta' ħafna rġiel u n-nisa li jinsabu f'riskju kbir li jgħaddu ħajja mdejqa minkejja li mdawrin bi kwantità kbira ta' nies u oġġetti li jkunu xtraw, imma qalbhom hi deżert għax tinsab 'il bogħod minn Alla, 'il bogħod mill-Għajn tal-Ħajja.", "Id-dwejjaq li jħossu hu riżultat ta' nixfa spiritwali.", "Alla huwa bħall-ilma tax-xita, jew tax-xmara li tnibbet u tkabbar kull forma ta' ħajja.", "Il-Qrar dak li jżomm lil ruħna safja mingħajr il-'ħurrieq u ħaxix ħażin' tad-dnub.", "It-Talb hu l-fertilizzant tar-ruħ li b'effett tiegħu, hija tissebbaħ bil-prattika tal-virtù,", "u l-Ewkaristija hi l-preżenza reali ta' Alla nnifsu, li jiżra' fina l-Ħajja li tibqa' għal dejjem.", "Inti konxju/a tal-bżonn li ssaqqi lir-ruħek bit-Talb, bil-Qrar u bit-Tqarbin biex tkun bħal oasi spiritwali għalik innifsek u għall-oħrajn u biex tibqa' tħaddar għall-eternità?", "Huwa b'dan biss, li qalbek imbagħad timtela b'dik il-paċi li ħadd u xejn fid-dinja ma jista' jagħtik.", "Id-deżert u n-nies li għexu fih bi mħabba għal Alla, jgħallmuna propju dan.", "Talba", ":", "O Alla Missierna, Int tajt lil San Makarju l-Eġizzjan il-kuraġġ li jgħix f'ħajja ta' faqar u solitudni, għamilt minnu organizzatur prinċipali ta' bosta monaċi biex permezz tiegħu, ħafna oħrajn jgħixu b'dan il-mod mill-aktar qaddis.", "Għinna nimitaw b'ħeġġa l-virtujiet tiegħu u nsegwu fuq il-passi tiegħu, li huma l-passi tal-istess Sidna Ġesù Kristu.", "Ammen.", "English Version:", "https://orthodoxwiki.org/Macarius_the_Great", "Alternative Reading:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Monastery_of_Saint_Macarius_the_Great", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Macarius_of_Egypt", "Movie of Saint Makarios the Great:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef42227e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-4-24-san-frangisk-de-sales/", "title": "24 ta' Jannar: San Franġisk de Sales", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Franġisk de Sales", "\"Kull ħsieb li jinkwetak, hu fuqiex inhu, mhux ġej minn Alla, għax Alla tagħna huwa Alla tal-paċi.", "U għalhekk ħsibijiet bħal dawn m'għandekx iżżommhom għax żgur jagħmlulek ħsara.\" –", "San Franġisk de Sales", "SAN FRANĠISK DE SALES", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "1567 – 1622", "Tagħrif:", "San Franġisk, l-ikbar fost sitt ulied ta' familja nobbli, twieled fil-21 t'Awissu 1567, f'Chateau de Sales, ħdejn Ġinevra, l-Isvizzera.", "Kien l-għożża speċjali ta' ommu, li kienet tħobb taqralu l-ħajjiet tal-qaddisin li jġibu ismu: San Franġisk t'Assisi u San Franġisk minn Paola, u t-tfajjel, imħeġġeġ mill-eżempju tagħhom darba qalilha: \"Mà, ġa hemm żewġ San Franġiskijiet: bija jridu jkunu tlieta.\"", "Kellu karattru ġentili għall-aħħar anki fil-kuntrarju, xhieda tal-profondità tal-ħajja reliġjuża tiegħu; imma fl-istess ħin kellu wkoll karattru sod.", "Bħala l-iben il-kbir, hu kien iddestinat biex ikun il-glorja tal-familja nobbli tiegħu, billi jkollu karriera brillanti fid-dinja u post fis-senat tas-Savoia.", "Imma Franġisk għażel is-saċerdozju minkejja l-insistenza ta' missieru biex jitħarreġ fil-liġi u jaqbad karriera sekolari.", "Ta' 15-il sena kien mibgħut ikompli l-istudji tiegħu f'Pariġi (1582), imma rrifjuta li jattendi l-Kulleġġ ta' Navarre kif riedu missieru, għax beża' li hemm seta' jsib tfixkil għalih; minflok għażel il-kulleġġ tal-Ġiżwiti fi Clermont.", "Hawn ġie f'kuntatt mar-rikkezzi tal-umaneżmu ta' wara l-Konċilju ta' Trentu li kien jiġbor fih it-tagħlim klassiku tar-Rinaxximent għas-servizz tal-moħħ u l-ispirtu Kristjan.", "Għadda minn żmien ta' skrupli u kien ukoll jiddubita mis-salvazzjoni ta' ruħu.", "Imma jum minnhom, waqt li kien qed jitlob b'ħerqa kbira quddiem xbieha tal-Madonna biex teħilsu minn dawk id-dubji li kienu qed imarrduh, ħassu mfejjaq għal kollox u fl-istess ħin għamel vot privat ta' kastità.", "Din l-esperjenza għenitu ħafna 'l quddiem fid-direzzjoni ta' nies skruplużi.", "Intefa' b'ruħu u b'ġismu għat-tiġdid kattoliku f'art twelidu, u rnexxielu jġib mill-ġdid fi ħdan il-Knisja mas-70,000 li kienu ħallewha.", "Dan għamlu bil-prietki, id-djalogi, u billi kien jikteb", "leaflets", ", iqabbad xi nies biex jikkupjawhom u wara jqassmuhom bl-idejn lill-familji fid-djar.", "Fl-1602, sar Isqof ta' Ġinevra, meta kellu 35 sena.", "Kien kontinwament jivjaġġa u jipprietka, u bil-mod ta' ħajja li kien jgħix, bla ebda vanitajiet jew storbju fi lbiesu jew imġibtu, ġibed għal ħajja aktar reliġjuża d-djoċesi kollha tiegħu.", "B'mod speċjali ddedika ruħu għas-sagrament tal-qrar, u bid-direzzjoni tiegħu kien jgħin lin-nobbli u l-bdiewa li kienu jfittxuh għall-maħfra u għall-pariri.", "Fl-1610, flimkien ma Santa Ġovanna Franġiska ta' Chantal, waqqaf il-Komunità tas-Sorijiet tal-Viżitazzjoni.", "Kien ħabib kbir ta' San Vinċenz de Paul, l-appostlu tal-karità, u bħalu kien bniedem ta' qalb tajba u umli.", "Kien spiss juża dak il-proverbju: \"Iktar taqbad dubbien b'qatra għasel, milli b'barmil ħall.\"", "Minkejja l-ħafna xogħol pastorali, sab ħin biex jikteb diversi kotba.", "Il-kapolavur tiegħu huwa l-ktieb 'Daħla għall-Ħajja Devota' li tiegħu ġa ħarġu aktar minn 400 edizzjoni tiegħu.", "Warajh jiġi l-ktieb 'Trattat fuq l-Imħabba ta' Alla' li dam jiktbu għaxar snin.", "Għandu wkoll mal-1,000 ittra u l-ktieb Konferenzi, taħdidiet li kien jagħti lis-Sorijiet tal-Viżitazzjoni.", "Diversi kongregazzjonijiet reliġjużi twaqqfu taħt il-patroċinju tiegħu fosthom is-Salesjani ta' San Ġwann Bosco.", "Il-Papa Ġwanni XXIII kien iżomm lil S. Franġisk de Sales bħala mudell tul ħajtu kollha.", "Miet ta' 55, wara attakk ta' puplesija, f'Lyons, fit-28 ta' Diċembru 1622 waqt li kien qed jivvjaġġa lura wara laqgħa li kellu mar-Re Lwiġi XIII f'Avignon fejn iddiskuta miegħu dwar ċerti privileġġi għall-parti Franċiża tad-djoċesi tiegħu.", "Ġismu ġie midfun f'Annecy fl-24 ta' Jannar, 1623.", "Il-beatifikazzjoni tiegħu fi żmien sena kienet l-ewwel beatifikazzjoni li saret f'San Pietro.", "Iddikjarah qaddis Alessandru VII fl-1665, u dikjarat duttur tal-Knisja fl-1877.", "Il-Papa Piju XI iddikjarah Patrun tal-Ġurnalisti, tal-Kittieba u tal-Istampa Kattolika.", "F'Malta, id-Direzzjoni ta'\"Il-Leħen\" kull sena tieħu inizjattiva biex f'dan il-jum l-Arċisqof iqaddes għal dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam tal-istampa u x-xandir.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa diskors ta' Fr Charles Tabone O.P., delegat tal-Arċisqof għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali, f'omelija tiegħu fl-okkażjoni tal-festa ta' San Franġisk de Sales:", "\"Għaliex San Franġisk de Sales hu l-patrun tal-ġurnalisti?", "Għax daħal għal avventura straordinarja għal dak iż-żmien.", "Bħala saċerdot, b'inizjattiva proprja, mar l-Isvizzera fejn fi żmien ir-Riforma Protestanta kienet territorju kalvinista u jikkalkulaw li madwar 60,000 ruħ daru għall-kalviniżmu.", "Jiġifieri dawn kienu Kattoliċi u saru protestanti.", "U San Franġisk de Sales ħa b'impenn personali li jmur jipprietka ħalli lil dawn ir-riformisti jġibhom lura lejn il-fidi Kattolika.", "Għamel tliet snin jipprietka.", "Kien persistenti u kien imur iħabbat bieb, bieb, biex iressaqhom lura lejn il-fidi Kattolika.", "Għamel tliet snin li matulhom kulħadd kien isabbatlu l-bieb ma' wiċċu sakemm ġietu l-idea li l-prietki tiegħu jiktibhom, jikkupjahom b'idu u jitfagħhom taħt il-bibien ta' dawk in-nies.", "Għalhekk hu l-protettur tal-ġurnalisti, għax uża mezz, il-kitba, biex jasal fejn jixtieq.", "Qablu għamilha San Pawl u l-appostli li kitbu ittri.", "San Pawl kien jikteb ittri ċirkolari li oriġinarjament kienu indirizzati lil xi knisja partikolari iżda tant kien ikollhom tagħlim sabiħ li kienu jduru minn knisja għal oħra.", "U kulħadd kien jieħu t-tagħlim li kien ixandar San Pawl.", "San Franġisk de Sales għamel l-istess u r-riżultat kien li f'qasir żmien, wara dawk it-tliet snin iħabbat il-bibien, ikkonvertew 40,000 ruħ.", "X'kien l-iskop ta' San Franġisk de Sales li juża dan il-mezz biex jasal għand dawn in-nies?", "Ried jerġa' iġibhom fi ħdan il-Knisja Kattolika.", "Kien juri lill-bnedmin il-ħlewwa tal-imħabba ta' Alla.", "Jiġifieri l-iskop tiegħu kien li jagħmel il-ġid lill-bniedem.", "Ikun għajb għall-ġurnaliżmu jekk ma jkollux l-iskop li jagħmel il-ġid lill-bniedem.", "Dak il-ġurnaliżmu li b'xi mod jagħmel ħsara lill-bniedem hu aljenat u aljenanti.", "Aljenat ifisser li tilef l-iskop oriġinali tiegħu.", "Jien nikkomunika mhux sempliċiment biex int ikollok informazzjoni u taqta' l-kurżità bħalma qed jiġri daż-żmien bil-facebook.", "Il-komunikazzjoni trid twassal għal relazzjoni li permezz tagħha nagħmlu l-ġid lil xulxin.", "Il-komunikazzjoni u r-relazzjoni huma magħquda b'mod inseparabbli.", "Ma tistax tifridhom.", "Għalhekk dik il-komunikazzjoni li ma twassalx biex tibni relazzjoni, biex tgħaqqad, titlef l-iskop tagħha.", "Komunikazzjoni li tifred, li flok paċi u mħabba tiżra' l-mibgħeda u l-gwerra, hi aljenata.", "U jekk dan it-tip ta' ġurnaliżmu jippropaga l-firda u l-mibgħeda hu wkoll aljenanti għax iqiegħed lil ħaddieħor fl-aljenazzjoni.", "Min fejn ġej li l-komunikazzjoni trid twassal għar-relazzjoni fejn aħna nagħmlu l-ġid lil xulxin?", "Ġej minn Alla nnifsu.", "Għalhekk il-ġurnalist Kattoliku bilfors irid ikun hekk.", "Jien ngħid li mhemmx għalfejn tkun Kattoliku biex tkun ġurnalist ta' din il-kwalità.", "Ta' din il-filosofija.", "Iżda aħna li aħna Kattoliċi, li nemmnu f'Alla, aktar nifhmu għaliex irridu nkunu hekk.", "Mill-komunikazzjoni jrid joħroġ il-paċi.", "Mill-paċi trid toħroġ il-ġustizzja bejn il-bnedmin.", "Jalla San Franġisk de Sales li hu l-protettur tal-ġurnalisti u ta' kull min jaħdem fil-media jgħin mhux biss lilna l-Insara iżda lil kulħadd ħalli nwasslu l-messaġġ biex il-komunikazzjoni ma tkunx aljenata u aljenanti.", "Tkun iffokata biex tassew tagħmel il-ġid lil ħaddieħor kif inhu l-veru skop tagħha.\"", "Forsi qed tgħid: \"Imma jien ma naħdimx fil-media!\"", "Imma forsi għandek", "facebook", "u dak li timposta fih, jistgħu qed jarawh bosta nies.", "Kemm tista' għalhekk tagħmel ġid, jekk trid, anki b'sempliċi '", "share", "' ta' xi post tajjeb li bih tista' tressaq in-nies eqreb ta' Alla.", "Jew tistħi turi xi post ta' dan it-tip quddiem ħbiebek?", "Ftakar li Hu ma staħax bla ħwejjeġ u msammar mas-salib għalik, għax ħabbek, għax ried isalvak!", "Talba", ":", "O Alla, int ridt li l-isqof San Franġisk de Sales isir kollox għal kulħadd għas-salvazzjoni tal-erwieħ; fil-ħniena tiegħek, agħtina li nitgħallmu mill-eżempju tiegħu biex, fis-servizz tagħna l-bnedmin, dejjem nuru magħhom il-ħlewwa ta' mħabbtek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/01/st-francis-de-sales.html", "Alternative Reading:", "http://donboscowest.org/saints/francisdesales", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Francis_de_Sales", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb huwa diskors ta' Fr. Charles Tabone O.P., delegat tal-Arċisqof għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali, f'omelija tiegħu fl-okkażjoni tal-festa ta' San Franġisk de Sales.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef402b47', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-0-20-san-sebastjan/", "title": "20 ta' Jannar: San Sebastjan", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Sebastjan", "\"O kbir martri ta' Kristu Sebastjanu.", "Prinċep, prinċep Sebastjanu.", "Tas-sema il-liġi bil-ħeġġa int xandart.", "Ara ismek, ara ismek miktub fil-ktieb tal-ħajja tas-sema.", "U t-tifkira tiegħek ma tintesa' qatt.\" –", "Antifona ta' San Sebastjan", "SAN SEBASTJAN", "Martri", "? – †288", "Tagħrif:", "Bħal ħafna \"Atti\" tal-ewwel Martri ta' Ruma, dawk ta' San Sebastjan intilfu wkoll.", "Dak li aħna ċerti minnu, li miet martri, jinsab midfun fi Triq Appia fejn illum fil-qrib hemm il-Bażilika ta' San Sebastjan, u li kien ġa vvenerat fi żmien San Ambroġ (340 – 397).", "Skont kitba anonima tas-seklu V, Sebastjan twieled f'Narbona (Franza t'Isfel) minn ġenituri Taljani li, meta kien għadu tifel, ħaduh u rabbewh f'Milan.", "Għad li kellu antipatija naturali kontra l-ħajja tal-armi, sabiex ikun jista' jgħin il-martri u l-Insara l-oħra, hu mar Ruma u daħal suldat tal-Imperatur Carinus (282-284).", "Il-kwalitajiet sbieħ tiegħu ġibdu l-attenzjoni tal-imperaturi Djoklezjanu u Massimjanu, li fdawlu l-kmand tal-ewwel korti.", "Bħala suldat kien iżur l-Insara fil-ħabs u kien jgħinhom u jinkoraġġihom.", "Imma fl-aħħar inqabad, u Djoklezjanu ċanfru għall-ingratitudni tiegħu.", "Għalxejn Sebastjan ipprotesta li hu dejjem qeda eżattament id-dmirijiet tiegħu militari, l-imperatur ordna li jiġi maqtul bil-vleġeġ.", "Tefgħulu diversi vleġeġ u telquh għal mejjet.", "Imma Sebastjan kien għadu ħaj u mara twajba jisimha Irene ħaditu f'darha u dewwietu.", "Meta ħa saħħtu mill-ġdid, bix-xewqa li jmut martri, mar minn rajh quddiem Djoklezjanu u qallu li ma kienx se jsib il-paċi qabel ma jieqaf milli jxerred demm bla ħtija.", "Djoklezjanu reġa' qatagħhielu għall-mewt u ġismu ntefa' fid-drenaġġ pubbliku.", "Kien għall-ħabta tas-sena 288.", "Għalkemm il-leġġendi m'humiex stejjer veri, b'danakollu, jesprimu l-qawwa tal-Fidi, u l-kuraġġ li kellhom dawn l-eroj martri ta' Kristu.", "San Sebastjan hu meqjum bħala wieħed mit-tliet patruni tal-belt ta' Ruma.", "Fl-ewwel sekli tal-kristjaneżmu, imma b'mod l-aktar intens fil-medju evu sas-seklu sittax dan il-kult kien jinsab qawwi ħafna fid-dinja tal-punent bil-festa tkun ċelebrata nhar l-20 ta' Jannar.", "San Sebastjan għandu kult ukoll fid-dinja tal-ilvant bil-festa tkun ċelebrata nhar it-18 ta' Jannar.", "San Sebastjan hu patrun tal-artillieri, u hu l-patrun ta' waħda mill-parroċċi ta' Ħal Qormi.", "Ħsieb", ":", "San Sebastjan huwa difensur tal-fidi Nisranija, huwa eżempju ħaj għal kull wieħed minnha u protettur ta' ħafna, magħruf ukoll bħala wieħed mill-protetturi kontra l-mard tal-pesta.", "Ħafna rrikorrew lejn San Sebastjan f'mumenti diffiċli biex jidħol għalihom quddiem il-Mulej.", "Dan hu parti mid-diskors tal-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fl-14 ta' Lulju 2018, lejliet il-Festa ta' San Sebastjan, Ħal Qormi:", "\"Dan ir-raġel qaddis li għex fit-tielet seklu u miet fis-sena 288, ma beżgħax mill-bnedmin; wera li għalih Alla jiġi l-ewwel post. U bl-imħabba tiegħu lejn Alla, San Sebastjan ħeġġeġ anke lil ħaddieħor biex jgħaraf lil Ġesù bħala s-Salvatur tiegħu.", "Għal Sebastjan li jkun Kristjan kienet l-iżjed ħaġa importanti.", "Mhux ta b'xejn il-kundanna tiegħu hija l-glorja tiegħu.", "Quddiem il-bnedmin il-kundanna tiegħu kienet: 'Sebastianus Christianus'.", "Għaliex meta taħt l-Imperu Ruman kienu jikkundannak għall-mewt, fuq it-tabella kienu jiktbu u jgħidulu it-'titulus'.", "Dan bħalma lil Ġesù kitbulu 'Iesus Nazarenus Rex Iudaeorum' (INRI), 'Ġesù Nazzarenu Sultan tal-Lhud'.", "Dak kien it-'titulus' ta' Ġesù.", "In-Nisrani Sebastjan kellu t-'titulus' tiegħu li qiegħed imnaqqax ukoll madwar il-knisja: 'Sebastianus Christianus', Sebastjan li huwa ta' Kristu, li huwa Nisrani, li huwa Kristjan.", "U għal Sebastjan li jkun Kristjan kienet l-iżjed ħaġa importanti.", "Kien parti mill-gwardja pretorjali, kien suldat stmat.", "San Ambroġ jgħidilna li ħalla l-Milan u mar Ruma fejn il-persekuzzjoni kienet għadha qalila.", "Bl-eżempju tiegħu ta' żagħżugħ fidil u leali, ħeġġeġ lill-Insara dgħajfin fil-fidi tagħhom.", "U bħalma nkantaw fl-innu: \"Hemm fil-ħabs minn ta' Nikostratu, ta' Alla l-kelma ppridkajt\".", "Sebastjan kien ukoll interċessur.", "Il-Knisja ta' Ruma lil San Sebastjan tivvenerah bħala wieħed mill-interċessuri, wieħed mill-qaddisin li jidħlu quddiem Alla għall-komunità.", "Wara kollox, il-parroċċa tagħna taf l-oriġini tagħha lill-esperjenza qawwija li l-Qriema għamlu ta' kemm hu qawwi t-talb ta' San Sebastjan, b'mod speċjali fil-mumenti tant koroh tal-pesta li kienu jippjagaw ir-raħal għax hu qrib il-port minn fejn kien jiġi ħafna mard.", "U l-Qriema tgħallmu jitolbu lil San Sebastjan għall-protezzjoni.", "Imma aħna llum, (bħal San Sebastjan) irridu nilqgħu l-Kelma ta' Ġesù.", "Mela jekk il-bniedem jitlob xi ħaġa li hija kontra l-Liġi ta' Alla, li hija kontra r-rieda ta' Alla, l-għażla għandha tkun ċara, inkella għad baqagħlu x'jitgħallem fl-imitazzjoni ta' San Sebastjan!!\"", "U int, kburi li nisrani/ja?", "Tiddefendi t-twemmin tiegħek u lil ħutek insara?", "Għandek kuraġġ li akkost ta' kollox tinkoraġġixxi lil min ikun qed jagħmel il-ġid, u tikkundanna bil-qawwa kollha lil min ikun qed jagħmel il-ħażin?", "Talba", ":", "Imliena, Mulej, bl-ispirtu tal-qawwa, u ħeġġiġna bl-eżempju sabiħ ta' San Sebastjan, martri tiegħek, biex nitgħallmu nobdu aktar lilek milli l-bnedmin.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-sebastian.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-sebastian/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Sebastian", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef4205d5', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-2-1-21-santa-anjeze/", "title": "21 ta' Jannar: Santa Anjeże", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Anjeże", "Anjeże, imfawra bl-hena, fetħet idejha u talbet: 'Missier qaddis, jien lilek ħabbejt, lilek fittixt, lilek dejjem xtaqt; issa ġejja għandek.' –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Anjeże", "SANTA ANJEŻE", "Verġni u Martri", "c. 292-305", "Tagħrif:", "Kulma nafu dwar din il-Qaddisa hu, li kienet għadha żgħira ta' madwar tlettax-il sena meta mietet martri għall-ħabta tas-sena 305, fil-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu, u ġiet midfuna f'Via Nomentana, f'Ruma, fejn fis-sena 324 inbniet knisja fuq il-qabar tagħha, li wara ġiet mibnija mill-ġdid fis-sena 630 mill-Papa Onorju I. Isimha hu mniżżel fl-Ewwel Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.", "Leġġenda tgħid li Santa Anjeże kienet tifla sabiħa ta' familja sinjura.", "Tant kienet tħobb lil Ġesù li ddeċidiet li tagħti ruħha u ġisimha lilu biss.", "Meta kien hemm min urieha li xtaq jiżżewwiġha hi rrifjutatu.", "Xi ħadd bit-tama li bil-biża' tat-torturi hija ddawwar fehmitha, akkużaha li kienet Nisranija.", "L-imħallef, l-ewwel bil-ħlewwa, imbagħad bit-theddid, riedha tiċħad il-fidi tagħha f'Ġesu'.", "Meta ma riditx, bagħatha f'dar ta' fama ħażina.", "Iżda hi baqgħet soda.", "Kienet tgħid: \"Inħallik iċċappas ix-xabla b'demmi, imma ma nħallik qatt tipprofanali ġismi.\"", "Żagħżugħ li pprova jersaq lejha b'xewqa żienja, għama, u hi stess fejqitu.", "Wara, l-imħallef ordna li tiġi maqtula.", "B'kuraġġ li jgħaġġeb laqgħet id-daqqa aktarx tax-xabla li tajret ruħha fi ħdan Ġesù l-ikbar maħbub ta' qalbha.", "San Ambroġ kiteb dwarha: \"Marret għall-martirju, iktar ferħana minn għarusa għat-tieġ.\"", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mit-Trattat fuq il-Verġni, tal-isqof San Ambroġ, bit-titlu 'Għadha ċkejkna biex tbati, u diġà kbira fir-rebħa':", "\"Illum il-festa ta' qaddisa verġni: ejjew nixbhuha fis-safa tagħha.", "Hi l-festa ta' qaddisa martri: noffru lilna nfusna b'sagrifiċċju.", "Illum hi l-festa ta' Sant'Anjeże; jingħad li kienet għadha ta' tnax-il sena meta ħadet il-martirju.", "Xi ħruxija ta' min jistmerrha, aktar u aktar meta anqas lil tfajla hekk żagħżugħa ma ħafritha!", "Imma wkoll x'kobor u qawwa ta' fidi li ħadet ix-xhieda tagħha saħansitra minn xebba hekk ċkejkna fl-għomor!", "Kif seta' l-persekutur isib fejn jidrob f'ġisem hekk ċkejken?", "Ma kienx hemm wisa' fejn jinfidha s-sejf, imma kienet wessgħet qalbha biex tegħleb lis-sejf.", "Il-bniet żgħar ta' dan l-għomor anqas il-ħars biċ-ċiera tal-ġenituri tagħhom ma jissaportu, u, mqar jekk jitniggżu b'daqsxejn ta' labra, jaqbdu jibku qisha saritilhom xi ferita kbira.", "Imma din waqfet bla biża' fl-idejn qattiela ta' min biċċirha, ma ċċaqilqitx fost il-ħsejjes tal-ktajjen tqal li rabtuha bihom, offriet ġisimha kollu għall-ponta tas-sejf tas-suldat mimli bil-herra.", "Għadha ma tafx x'jiġifieri tmut, u diġa' mħejjija biex tmut.", "Kaxkruha lejn l-artal tal-frugħa, u hi fin-nar fetħet dirgħajha għal Kristu, u fuq l-istess artal sagrilegu għolliet is-sinjal tar-rebħa ta' Sidha rebbieħ.", "Rabtulha għonqha u jdejha t-tnejn b'għoqod tal-ħadid, iżda ebda għoqda ma seħħilha torbot lil dik li kienet hekk dgħajfa fil-ġisem.", "Tridu wirja ġdida ta' martirju?", "Araw, għadha ċkejkna biex tbati, u diġà kbira fir-rebħa.", "Tqila biex titqabad, imma ħafifa biex tikseb il-kuruna.", "Għomorha ċkejken jurihielna bla ħila, u hi tgħallimna l-qawwa kollha.", "Ebda xebba wara ż-żwieġ ma tmur daqshekk ferħana d-dar, daqskemm din marret hienja għall-post tat-tbatija; din resqet b'pass ħafif, rasha mżejna mhux b'xagħar mimxut sabiħ imma bi Kristu, mhux bi tlellix ta' ward imma b'reqqa fl-imġiba.", "Bkieha kulħadd, hi biss ma bkietx.", "Ħafna stagħġbu jarawha taħli hekk malajr dik il-ħajja li hi kienet għadha bilkemm ħaditha u kienet diġà qiegħda tagħtiha bħallikieku misjura għal kollox.", "Kulħadd stagħġeb jaraha diġà xhud ta' Alla, meta kienet għadha żgħira wisq biex tista' tieħu rajha f'idejha.", "Hija ġiebet ruħha b'mod li Alla seta' jafdaha meta l-bnedmin kienu għadhom ma jafdawhiex, għax dak li hu 'l fuq min-natura ġej mill-Awtur tan-natura.", "Kemm werwirha l-qattiel biex ibeżżagħha, kemm żiegħel biha biex iġagħalha tifhem, kemm nies ħajruha għaż-żwieġ!", "Imma hi: 'Ma nistenniex li nogħġbu lill-Għarus tiegħi jekk nonqsu daqshekk; hu għażilni l-ewwel, u hu jeħodni.", "X'inti tistenna, qattiel?", "Eqred lil dan il-ġisem, li jista' jogħġob lill-għajnejn ta' min ma rridx nogħġbu.'", "U waqfet sħiħa, talbet, u niżżlet rasha.", "Tistħajlek tara lill-qattiel jitħawwad, qisu hu l-akkużat; tistħajlek tara id il-bojja titriegħed, xufftejh jisfaru bil-biża' qisu xi ħadd ġej għalih; imma t-tfajla ma beżgħetx mit-theddid.", "Araw, mela, il-vittma li ħadet martirju bi tnejn, tal-modestja u tar-reliġjon.", "Hija baqgħet verġni u kisbet il-martirju.\"", "Bħalma Santa Anjeże wriet l-imħabba l-iktar kbira tagħha lejn Ġesù meta waslet li offrietlu ħajjitha fil-fjur tagħha b'mewta krudila, hekk ukoll aħna nuru mħabbitna lejn Ġesù skont is-sagrifiċċji li nagħmlu għalih.", "U int?", "Talba", ":", "O Alla ta' dejjem li tista' kollox, int tagħżel il-ħwejjeġ dgħajfa tad-dinja biex tħawwad il-qawwija; fil-ħniena tiegħek, agħtina li nibqgħu sħaħ sa l-aħħar fil-fidi, fuq l-eżempju ta' Sant'Anjeże, martri tiegħek, li llum niċċelebraw id-daħla tagħha fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-agnes.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-agnes/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Agnes_of_Rome", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef4269de', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-4-14-beatu-pietru-donders/", "title": "14 ta' Jannar: Beatu Pietru Donders", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Pietru Donders", "\"Ir-Rieda Qaddisa ta' Alla u l-ubbidjenza perfetta fl-affarijiet kollha dejjem kienu l-konsolazzjoni tiegħi, u nittama li jkomplu jkunu hekk fis-siegħa tal-mewt tiegħi.\" –", "Beatu Pietru Donders", "BEATU PIETRU DONDERS", "Saċerdot Redentorist", "1805 – 1887", "Tagħrif:", "Twieled f'Tilburg fil-Brabante ta' Fuq (Olanda), iben nissieġ tas-suf.", "Kien ordnat saċerdot ta' 32 sena.", "Ħames snin wara (1842) telaq lejn il-Guyana Olandiża jew Surinam, biex jaħdem fost l-ifqar, fosthom il-lebbrużi.", "Meta fl-1865 il-vigarjat appostoliku tal-Guyana Olandiża (l-Amerka t'Isfel) kien afdat f'idejn ir-Redentoristi, Dun Pietro Donders talab li jingħaqad magħhom.", "Fis-27 ta' Ġunju 1867, għamel il-voti perpetwi u rritorna fost il-lebbrużi maħbubin tiegħu, li magħhom kien ħadem qatigħ sa mill-1856.", "Kien jieħu ħsieb anki l-Indjos u s-suwed u l-ewwel ktieb ta' ħajtu jsejjaħlu \"appostlu ġdid tas-suwed u tal-lebbrużi.\"", "Ħadem ħafna wkoll favur is-suwed li kienu fil-jasar, kif ukoll fost dawk 'selvaġġi', jiġifieri dawk li nġiebu mill-Afrika bħala lsiera imma li rnexxielhom jaħarbu lis-sidien tagħhom u kienu qed jgħixu ħajja mimlija superstizzjonijiet, bla morali u mogħtijin għall-idolatrija, u l-appostolat tiegħu fost dawn ħalla ħafna frott.", "Dan għamlu bla ma naturalment abbanduna lill-bojod.", "Infatti bejn l-1842 u l-1856, Pietru Donders ħadem ukoll fil-kapitali Paramaribo, u fl-1883-85 f'Coronie fuq ix-xatt, fejn iddedika ħajtu fuq kollox fost il-lebbrużi ta' Batavia, li kienu emarġinati u iżolati.", "Kellu wkoll iġarrab dieqa minħabba xi lebbrużi ingrati li minħabba fihom kellu jħallihom għal xi żmien, imma kien rikompensat bil-festa kbira li għamlulu oħrajn meta rritorna fis-17 ta' Novembru, 1885.", "Ħajtu kienet minsuġa bit-talb u l-penitenza; kien iqum spiss bil-lejl biex jagħmel siegħa talb għarkupptejh quddiem it-tabernaklu.", "Kien jorqod fuq twavel tal-injam u kien juża d-'dixxiplina' mill-inqas darba kuljum.", "Wara kważi 45 sena jgħix taħt xemx tropikali tal-Guyana Olandiża, Pietru Donders miet ta' 81 sena fil-kolonja tal-lebbrużi f'Batavia nhar l-14 ta' Jannar, 1887.", "Matul ħajtu kien diġà jgawdi l-fama ta' qaddis minħabba l-karità kbira tiegħu, u fl-1900, infetħet il-kawża tal-beatifikazzjoni tiegħu li waslet fi tmiemha fl-24 ta' Mejju, 1982 mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II.", "Ħsieb", ":", "Pietru Donders kien tellief – il-ħajja tiegħu kollha kienet telfa!", "Kien iben ta' familja fqira ta' nissieġa, li kienu jgħixu f'dar b'kamra waħda għall-familja kollha.", "Kellu jitlaq mill-iskola fl-età ta' 12-il sena għax il-ġenituri tiegħu kellhom bżonn il-flus.", "Kien tifel devot li ried isir qassis, imma kollox kien kontra tiegħu: faqar, saħħa delikata u, biex ngħidu kollox, ma kienx intelliġenti lanqas.", "Bħala nissieġ ma kienx ta' suċċess kbir.", "Kien jitlob waqt li jinseġ u dan ma tantx kien sewa għall-kwalità tad-drapp.", "Minħabba raġunijiet ta' saħħa, ġie miċħud mis-servizz militari, li kien ta' vantaġġ għalih.", "Daħal fis-seminarju, mhux bħala student klerikali – iżda bħala impjegat domestiku, iżda kien jistudja kemm jiflaħ filgħaxija.", "Ta' 29 sena, kien eventwalment ammess fis-seminarju biex jistudja għas-saċerdozju.", "Fl-aħħar sena ta' studju tiegħu l-Vigarju Appostoliku ta' Surinam, imsejjaħ bħala l-Gujana Olandiża, żar is-seminarju.", "Hu ried li s-saċerdoti żgħażagħ imorru hemm.", "Pietru kien l-uniku wieħed li offra li jmur.", "Bil-paċenzja kollha hu pprova jgħallem lil dawn in-nies il-veritajiet bażiċi tal-fidi, iżda kien milqugħ b'indifferenza, mibegħda u ostilità.", "Imma hu baqa' jipprietka l-Vanġelju.", "Bħala kappillan tal-kolonja tal-lebbrużi f'Batavia, fejn ebda qassis ma dam aktar minn tliet snin u fejn wieħed kien ġie maqtul, l-400 lebbruż kienu mingħajr tabib jew infermiera jew xi tip ta' sanità.", "Ftit kien hemm li seta' jagħmel għalihom.", "Ipprovdielhom sodod u difen il-mejtin li sab fosthom.", "Ipprovdielhom l-ikel, iżda l-awtoritajiet irrabjaw fuq dan għax skont huma, l-estenzjoni ta' ħajjithom, kienet iżżid l-ispiża pubblika.", "Fis-sena 1866, grupp ta' Patrijiet Redentoristi niżlet f'Surinam biex tgħin lill-erba' saċerdoti tad-Djoċesi li kien hemm diġà.", "Mal-wasla tagħhom tnejn mill-erba' qassisin iddeċidew li jirritornaw lejn l-Olanda; it-tnejn l-oħra saru Redentoristi.", "Pietru Donders kien wieħed minnhom.", "Bħala Redentorist, Pietru mar jipprietka lill-Indjani nattivi, li fost affarijiet oħra kienu jipprattikaw il-poligamija u jaduraw l-ispirti.", "Iżda l-Indjani kienu aktar interessati fil-likur milli fil-liturġija.", "Ipprietka hemmhekk għal 18-il sena bi ftit suċċess u qal:", "\"Hekk għoġob lil Alla, li joffri lill-Indjani li sa issa ġew ittraskurati ... il-possibbiltà li jkunu jafuh u jħobbuh.", "Iżda sfortunatament l-aspettattivi qatt ma seħħew. \"", "Minkejja n-nuqqas ta' progress fl-isforzi appostoliċi kollha tiegħu, Pietru qatt ma tilef il-fidi f'Alla u lanqas fil-vokazzjoni tiegħu.", "Imma ammetta, madankollu, li l-missjoni tiegħu ma kinitx kif kellha tkun, u żied malajr:", "\"Iżda Alla jista' kollox; Marija, il-kenn tal-midinbin, hija wkoll ommhom; mill-jum li fih Kristu miet, l-erwieħ iridu jinxtraw bid-demm.", "Mhux li kien nista' nissagrifika ħajti stess, u b'hekk inwassal lin-nies kollha biex isiru jafu u jħobbu lil Alla kif jixraqlu.", "Imma ħa tkun magħmula r-rieda ta' Alla f'kollox.\"", "Fl-aħħar, Pietru Donders tassew għamel sagrifiċċju mill-ħajja tiegħu stess.", "Wara li ħadem f'Surinam għal 40 sena u wara li laħaq l-età ta' 74 sena, is-superjuri tiegħu ordnawlu jistrieħ.", "Huwa pprova, iżda mingħajr suċċess.", "Sa dak iż-żmien hu stess kien sar lebbruż u għalhekk għażel li jirritorna lejn il-kolonja tal-lebbrużi fejn miet u kien midfun fl-1887.", "Kif diġà ntqal, il-Beatu Pietru Donders kien tellief, (almenu f'għajnejn id-dinja), imma Ġesù ma qalilniex, f'aktar minn okkażjoni waħda:", "\"Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.", "Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.\"", "(Mark 8:34-35).", "Pietru Donders kien kuntent li jitlef ħajtu għal Kristu.", "U int?", "Id-dinja u s-soċjetà jriduk tagħmel u tkun suċċess.", "Is-suċċess li jrid minnek Alla hu differenti.", "Alla jridek tħobb u tibqa' tħobb akkost ta' kollox u tipprova u tibqa' tipprova togħbod id-dnub akkost ta' kollox.", "Dan tal-aħħar tagħmlu billi taħrab id-dnub bi mħabba lejH li ma jixtieqx li d-dnub jidħol bejnietkom u jifridkom.", "Jekk jirnexxilekx u jekk tkunx suċċess f'dawn, għal Alla mhux importanti.", "Sa mewtek, jista' jkun li f'għajnejn dawk li jiġġudikawk int se tibqa' tidher falliment, imma għal Alla li jħares lejn l-isforzi moħbija tiegħek biex tegħleb id-dnub, biex tkun xhud veru tiegħu bil-kliem u bl-għemil u biex tħobb u taqdi lill-oħrajn, int jista' jkun li jkun ħaqqek is-suċċess u l-premju tal-ġusti fil-Ġenna.", "Talba", ":", "O Alla li tfejjaq, Int urejt is-sbuħija tal-ħniena tiegħek lejn il-lebbrużi permezz tal-Beatu Pietru Donders, is-saċerdot tiegħek.", "Permezz tal-eżempju u t-talb tiegħu, jalla nservuk b'ħidma mimlija mħabba lejn dawk l-aktar fil-bżonn.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.redemptorists.co.uk/who-we-are/redemptorist-saints/13-blessed-peter-donders.html", "Alternative Reading:", "https://www.cssr.news/2015/09/blessed-peter-donders/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Peter_Donders", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef5304fc', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-7-17-san-anton/", "title": "17 ta' Jannar: San Anton Abbati", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Anton Abbati", "\"Jekk trid tkun perfett, mur, biegħ li għandek, u agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja. ...", "Min ma jiċħadx il-ġidu kollu, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.\" –", "Ġesù f'Mattew 19:21 u f'Luqa 14:33", "SAN ANTON", "Abbati", "251 – 356", "Tagħrif:", "San Anton twieled fir-raħal ta' Koman, fl-Eġittu, fis-sena 251, minn familja Nisranija li kienet sinjura.", "Meta kellu tmintax-il sena, il-ġenituri tiegħu mietu, u hu safa waħdu flimkien ma' oħtu iżgħar minnu ħafna.", "Xi sitt xhur wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu, waqt li kien fil-knisja, sema' l-kliem tal-Vanġelu: \"Jekk trid tkun perfett, mur biegħ kulma għandek u qassmu lill-foqra, u ejja imxi warajja, u jkollok teżor fis-sema\" (Mark 10:21).", "Ikkonkluda li Alla kien qed ikellmu direttament.", "Għalhekk f'qasir żmien, wara li ħa ħsieb oħtu u ħallielha parti mill-wirt, il-kumplament tal-wirt li mess lilu qassmu kollu lill-fqar, u mar jgħix waħdu, l-ewwel fid-deżert, u mbagħad fuq muntanja.", "Biż-żmien, xi rġiel u żgħażagħ bdew jissieħbu miegħu, kull wieħed f'daqsxejn ta' kamra għalih, iżda qrib tiegħu biex ikunu jistgħu jiġu ggwidati spiritwalment minnu.", "Fis-sena 305 niżel minn fuq il-muntanja u waqqaf l-ewwel monasteru Nisrani, f'Fajjum.", "Fis-sena 311 mar Lixandra biex iħeġġeġ fil-Fidi lill-Insara fil-persekuzzjoni ta' Massimu.", "Meta wara xi sena l-persekuzzjoni taffiet, mar f'Pispir, ħdejn ix-xmara Nil, u waqqaf monasteru ieħor li għadu jeżisti sal-lum bl-isem ta' \"", "Der Mar Antonius.", "\"", "Wara li stabilizza dan il-monasteru, mar jgħix ġo għar fuq il-muntanja Kolzim.", "Iżda anke hawnhekk, in-nies saret taf fejn kien u bdew ġejjin mhux biss mill-Eġittu iżda wkoll minn pajjiżi oħra biex ikellmuh, u meta kienu jitilqu minn ħdejh qalbhom kienet tkun mimlija bi mħabba ikbar lejn Alla.", "Meta darba rċieva ittra mingħand l-Imperatur Kostantinu l-Kbir, qal lil ta' madwaru:", "\"Tiskantawx li l-Imperatur kitibli – hu bniedem, bħalma jiena jien.", "Iżda stagħġbu kif Alla kiteb lilna, u kellimna wkoll permezz ta' Ibnu.\"", "Fis-sena 335 reġa' mar Lixandra biex flimkien ma' San Atanasju jikkumbatti l-ereżija ta' Arju.", "Imbagħad tela' fuq il-muntanja u baqa' hemm sakemm miet fis-sena 356, meta kellu 106 snin.", "Fl-Arti jpinġu lil San Anton b'salib forma ta' T, b'ħanżir u bi ktieb.", "Is-salib ifisser il-qawwa tal-Fidi li għenitu jirbaħ il-ħażin; il-ħanżir għall-ewwel kien jirrapreżenta lid-demonju, imma meta fil-Medju Evu l-Antonjani bdew jaħdmu fil-biedja u kellhom il-privileġġ riservat li jrabbu l-qżieqeż fil-foresti, San Anton ġie meqjus bħala l-protettur tal-annimali, il-ktieb huwa simbolu tal-katerristiku speċjali ta' ħajtu, it-talb u l-kontemplazzjoni.", "F'xi parroċċi, f'dan il-jum, in-nies jieħdu l-annimali tagħhom għand il-Kappillan biex iberikhom.", "San Anton huwa magħruf bħala l-Fundatur tal-Monastiċiżmu Nisrani.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mill-ħajja ta' San Anton, miktuba mill-isqof San Atanasju:", "\"Anton kellu xi tmintax jew għoxrin sena meta mietu l-ġenituri tiegħu; baqa' waħdu ma' oħtu, ċkejkna ħafna, u ħa ħsieb id-dar u oħtu.", "Kienu għadhom anqas għaddew sitt xhur mill-mewt tal-ġenituri, meta darba Anton ħareġ għall-quddies bħas-soltu u fit-triq qagħad jaħseb x'kien li ġagħal lill-Appostli jħallu kollox u jmorru wara Ġesù; huwa ġieb quddiem għajnejh lil dawk li, kif jingħad fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kienu jbiegħu ġidhom u jqiegħdu l-flus tal-bejgħ f'riġlejn l-Appostli biex kollox jitqassam lill-foqra; Anton beda jqis x'tama kbira kellhom dawn in-nies fil-ġid merfugħ għalihom fis-sema.", "Hu u jaħseb dan, daħal fil-knisja.", "Ġara li, fil-qari tal-Evanġelju, sema' x'qal il-Mulej lil dak l-għani:", "'Jekk trid tkun perfett, mur biegħ li għandek, u agħtih lill-foqra; imbagħad ejja u imxi warajja, u jkollok teżor fis-sema.'", "(Mark 10:21)", "Anton stħajjel li Alla nnifsu bagħat ifakkru f'dawn il-kelmiet qaddisa, u li kienu nqraw qisu minħabba fih.", "Minnufih wara l-quddiesa ħareġ, sejjaħ lin-nies tar-raħal, u qassmilhom b'xejn l-oqsma li kien wiret mid-dar – tliet mitt għalqa, f'art għammiela u mill-aħjar – biex jeħles lilu nnifsu u lil oħtu minn ħafna ksir ir-ras.", "Imbagħad biegħ kull biċċa għamara li kellu, u daħħal somma kbira ta' flus; żamm xi ħaġa minnhom għal oħtu, u qassam il-bqija lill-foqra.", "Meta darb'oħra reġa' mar għall-quddies, fl-Evanġelju sema' dan il-kliem tal-Mulej:", "'Toqogħdux tħabblu raskom għall-għada'", "(Mattew 6:34).", "Ma kellux sabar jibqa' fil-knisja; ħareġ, ħa l-flus li kien żamm għal oħtu, u qassam lilhom ukoll lin-nies fqar.", "Lil oħtu ħallieha f'idejn xi xebbiet Insara twajba li kien jafhom, biex irabbuha f'dar ta' nisa verġni.", "Hu mbagħad qabad ħajja axxetika qrib id-dar tiegħu, u kompla jgħix fil-ġabra, fit-tgħakkis u fis-sabar.", "Ħaddem ukoll idejh fix-xogħol, għax sema' li jekk 'xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas għandu jedd jiekol.' (2Tessalonkin 3:10b); bil-flus li jaqla' kien jixtri x'jiekol, u jqassam il-bqija lil min ma kellux.", "Kien jitlob sikwit, skont ma tgħallem li d-dixxipli għandhom dejjem jitolbu bla ma jintelqu.", "Fil-qari kien hekk attent li xejn mill-miktub ma kien jaħrablu, u kien iżomm kollox f'moħħu, hekk li l-memorja kienet taqdih minflok il-kotba.", "In-nies tar-raħal, u xi rġiel twajba, midħla tiegħu, huma u jħarsu lejn dan il-bniedem, kienu jsejħulu ħabib ta' Alla; xi wħud kienu jħobbuh bħal binhom, oħrajn bħal ħuhom.\"", "San Anton jurina bl-eżempju tal-ħajja tiegħu stess li jekk xi ħadd biex iħobb iktar 'l Alla jiddistakka ruħu mill-ħwejjeġ tad-dinja li joffru ħafna kumditajiet, jista' jkun ferħan u kuntent b'qalb mimlija hena u paċi.", "U int, wasalt għal dan?", "Talba", ":", "O Alla, int tajt il-grazzja lil San Anton, abbati, biex jaqdik fid-deżert b'ħajja ta' qdusija kbira; agħmel li aħna, bit-talb tiegħu, nitgħallmu niċħdu lilna nfusna u nħobbu lilek dejjem u fuq kollox.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-anthony-abbot.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicculture.org/culture/liturgicalyear/calendar/day.cfm?date=2018-01-17", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Anthony_the_Great", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef530649', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-6-16-san-berardu-u-shabu/", "title": "16 ta' Jannar: San Berardu u sħabu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Berardu u sħabu", "\"Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.", "Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.\" –", "Ġesù f'Mark 16:15-16", "SAN BERARDU U SĦABU", "Martri tal-Marokk", "†1220", "Tagħrif:", "San Franġisk t'Assisi kien iħoss li Alla ried minnu mhux biss il-perfezzjoni tiegħu u tal-patrijiet tiegħu, imma wkoll is-salvazzjoni tal-bnedmin l-oħra.", "Kien iħoss xewqa kbira li jikkonverti lill-Musulmani, li l-avvanz tagħhom fil-pajjiżi ewropej kien ukoll qed jhedded ir-reliġjon Nisranija.", "Waqt li flimkien ma' kumpann mar lejn l-Orjent biex ikellem lis-sultan Musulman, Franġisk bagħat sitt patrijiet biex jipprietkaw lill-Musulmani tal-Punent.", "Dawn kienu: Vitale, Berardu, Pietru, Akkursju, Adjutu u Ottone.", "Fi triqthom, Vitale, li kien is-superjur tal-grupp, marad serjament fi Spanja, u sħabu komplew triqthom taħt il-gwida ta' Berardu.", "F'Sivilja, fin-naħa t'isfel ta' Spanja, li kienet maħkuma mill-Misilmin, il-patrijiet bdew jipprietkaw bla biża' fil-moskea, li s-salvazzjoni tinsab biss fil-fidi fi Kristu.", "Il-mexxej musulman, inkurlat għall-aħħar, ordna li jaqtgħulhom rashom dak il-ħin stess.", "Imma wara tħallew jaqsmu l-baħar u jmorru l-Marokk.", "Il-patrijiet laqgħu b'ferħ din id-deċiżjoni għax issa kienu se jkunu fost poplu kollu kemm hu Musulman.", "Hekk kif waslu, Berardu, li kien jitkellem tajjeb l-ilsien Għarbi, beda mill-ewwel jitkellem man-nies fuq Kristu.", "Jum minnhom, meta raw lir-re Miramolin imdawwar bin-nies tiegħu, Berardu reġa' beda jitkellem fuq it-tagħlim ta' Kristu u sejjaħ lil Mawmettu bħala impustur.", "Ir-re ordna li Bernardu u sħabu jitkeċċew mill-pajjiż, imma rnexxielhom jiżgiċċaw lill-gwardji u reġgħu lura jxandru l-istess tagħlim.", "Berardu u sħabu ttieħdu quddiem ir-re, li wegħedhom ħafna ġid u postijiet ta' ġieħ jekk isiru Musulmani.", "Imma Berardu f'isem sħabu qallu li ma kinux lesti jiċħdu lil Kristu, anzi beda jħeġġeġ lir-re jikkonverti għall-vera fidi.", "Meta ra li kollox kien għalxejn, ir-re nnifsu qabad ix-xabla u qatel lil kull wieħed mill-patrijiet.", "Kien is-16 ta' Jannar, 1220.", "Kienu l-ewwel martri Franġiskani.", "Meta San Franġisk sema' bil-mewt ta' dawn il-patrijiet, bierek lil Alla u qal:", "\"Issa naf li tassew għandi Patrijiet Minuri.\"", "Għall-għadd kbir ta' mirakli li saru bl-interċessjoni tagħhom, il-Papa Sistu IV ddikjara lil Berardu u sħabu bħala qaddisin fl-1481.", "Ħsieb", ":", "Kien fil-kapitlu ġenerali ta' Pentekoste li sar fil-Porzjunkola fl-1217 li San Franġisk iddeċieda li jibgħat lill-patrijiet minuri jevanġelizzaw barra mill-Italja.", "Il-missjunarji Franġiskani marru lejn Spanja u l-Portugall, li kienu parzjalment maħkuma mill-Misilmin.", "Il-ħidma ta' evanġelizzazzjoni wasslet xi wħud minnhom għall-martirju.", "Fis-16 ta' Jannar Fra Berardu u erba' Franġiskani sħabu ġew immartirizzati fil-belt ta' Marrakesh fil-Marokk.", "Il-Franġiskani qasmu l-Alpi lejn Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija u l-Bosnja.", "Aktar tard, fl-1224, qasmu wkoll il-kanal tal-Ingilterra u waslu Dover.", "Dan li ġej huwa l-Messaġġ tal-Qdusija tiegħu Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja Dinjija 2018, bit-titlu 'Flimkien maż-Żgħażagħ inwasslu l-Evanġelju lil kulħadd':", "\"Ħafna rġiel u nisa, ħafna żgħażagħ taw lilhom infushom b'ġenerożità – xi drabi anki sal-martirju – għall-imħabba tal-Evanġelju, fil-qadi ta' ħuthom il-bnedmin.", "Mis-salib ta' Ġesù nitgħallmu l-loġika divina li twassalna biex noffru lilna nfusna (1Korintin 1:17-25) bħala tħabbira tal-Evanġelju għall-ħajja tad-dinja (Ġwanni 3:16).", "Meta nitkebbsu bl-imħabba għal Kristu, nikkunsmaw lilna nfusna f'dan in-nar, u dan ikabbarna, jdawwalna u jsaħħan lil qlubna (2Korintin 5:14).", "Nistedinkom għall-iskola tal-qaddisin li jiftħulna orizzonti kbar li jwasslu għand Alla, u f'kull ċirkustanza staqsu lilkom infuskom: 'X'kien jagħmel Kristu kieku kien minfloki?'", "Nittrażmettu l-fidi sa trufijiet l-art", "It-tixrid tal-fidi permezz tal-attrazzjoni jitlob qlub miftuħa, imfawra bl-imħabba.", "L-imħabba ma tistax tpoġġilha limitu: għaliex", "l-imħabba hi qawwija bħall-mewt", "(ara Għanja tal-Għanjiet 8:6).", "Dan it-tixrid tal-fidi jiġġenera 'encounter', xhieda, tħabbira; jiġġenera l-qsim fil-karità ma' dawk kollha li huma 'l bogħod mill-fidi, li huma indifferenti u xi drabi forsi anki ostili u kontra l-fidi.", "Ambjenti umani, kulturali u reliġjużi li huma barranija għall-Evanġelju ta' Ġesù u għall-preżenza sagramentali tal-Knisja jirrappreżentaw il-periferiji estremi.", "Dawn huma 't-trufijiet tal-art' fejn Ġesù bagħat lid-dixxipli missjunarji tiegħu sa minn meta qam mill-mewt, filwaqt li żgurhom li l-Mulej ser jibqa' dejjem magħhom (Mattew 28:20; Atti 1:8).", "Dan hu dak li aħna nsejħulu missio ad gentes.", "Il-periferija l-aktar deżolata tal-umanità, li tant għandha bżonn ta' Kristu, hija dik fejn hemm l-indifferenza lejn il-fidi, u jekk mhux ukoll il-mibegħda kontra il-milja divina tal-ħajja.", "Kull faqar materjali u spiritwali, kull diskriminazzjoni lejn ħutna hi dejjem konsegwenza taċ-ċaħda t'Alla u tal-imħabba tiegħu.", "It-trufijiet tal-art kollha llum saru għalikom xi ħaġa relattiva u faċli taslu biex 'tinnavigaw' fiha.", "Id-dinja diġitali – in-networks soċjali li faċli ssibhom u li xterdu ma' kullimkien – xejnu l-fruntieri, eliminaw id-distanzi u naqqsu d-differenzi.", "Kollox jidher li tista' tasal għalih malajr, kollox qrib u immedjat.", "Iżda mingħajr ir-rigal sinċier tal-ħajja jista' jkollna eluf u eluf ta' kuntatti, iżda qatt ma naslu għal vera komunjoni tal-ħajja.", "Fil-vokazzjoni mogħtija lilna minn Dak li poġġiena fuq din l-art, il-missjoni sa trufijiet l-art titlob minna r-rigal tagħna nfusna (Luqa 9:23-25).", "Nazzarda ngħid li għal żagħżugħ li jrid jimxi wara Kristu, l-aktar ħaġa essenzjali hi li jfittex xinhi il-vokazzjoni tiegħu u jippersevera fiha.", "Xhieda tal-imħabba", "L-Opri Missjunarji Pontifiċji twieldu minn qlub żagħżugħa biex jgħinu ħalli t-tħabbira tal-Evanġelju tasal għand il-bnedmin kollha filwaqt li jagħtu sehemhom għall-iżvilupp uman u kulturali ta' tant ġnus bil-għatx għall-Verità.", "It-talb u l-għajnuna materjali, mogħtija b'tant ġenerożità u mqassmin mill-OMP, jgħinu lis-Santa Sede biex filwaqt li twassal l-għajnuna lil dawk li jeħtieġuha, tara li dawn ukoll ikunu kapaċi jagħtu xhieda fl-ambjenti fejn jgħixu.", "Ħadd mhu daqshekk fqir li ma jista' jagħti xejn minn dak li għandu, u qabel kollox minn dak li hu.", "Nixtieq nerġa' ntenni l-kliem li għidt liż-żgħażagħ taċ-Ċili: 'Qatt m'għandek taħseb li m'għandek xejn x'tagħti jew li m'għandek bżonn ħadd.", "Kun af li ħafna nies għandhom bżonnok.", "Kull wieħed jgħid f'qalbu: ħafna nies għandhom bżonni.'", "(Laqgħa maż-żgħażagħ fis-Santwarju ta' Maipu, 17/01/2018)", "U int, qed ixxandar lil Kristu bi kliemek imma l-aktar mill-mod kif tgħix?", "Qed tgħix il-missjoni li Alla sejjaħlek għaliha u li ħadd ħliefek ma jista' jwettaq għax hi s-sejħa personali tiegħek?", "Taf li ma tistax issalva waħdek u li hemm persuni li Alla ħalla f'idejk biex tressaqhom lejh ħalli hu jsalvahom?", "Kemm qed tkun ġeneruż/a fis-sejħa tiegħek bħala Nisrani/ja li twassal lil Kristu lill-oħrajn?", "Lest/a li tirriskja u tiġi mżeblaħ/mżebilħa, imwarrab/a jew maqtul/a għall-fidi tiegħek bħal Berard u sħabu?", "Talba", ":", "Nitolbu lil Marija Sultana tal-Appostli, lil San Franġisk Saverju, lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, lill-Beatu Paolo Manna u b'mod speċjali llum lil San Berardu u sħabu f'jum it-tifkira tagħhom, biex jidħlu għalina lkoll u jakkumpanjawna fil-vjaġġ missjunarju tagħna ħalli aħna wkoll inkunu xhieda awtentiċi ta' Kristu akkost ta' kull saġrifiċċju.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/saint-berard-and-companions.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-berard-and-companions/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Berard_of_Carbio", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef532ab5', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-1-11-san-tumas-placidi-minn-cori/", "title": "11 ta' Jannar: San Tumas Placidi minn Cori", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Tumas Placidi minn Cori", "\"Arawni, hekk jien se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom.\" –", "Alla f'Eżekjel 34:12", "SAN TUMAS PLACIDI TA' CORI", "Presbiteru", "1655 – 1729", "Tagħrif:", "Francesco Antonio Placidi twieled fil-belt ta' Cori.", "Missieru u ommu kienu bdiewa u mietu qabel għalaq l-14-il sena u billi kien l-uniku tifel fost ħutu, kellu jmur jaħdem biex jgħajjex liż-żewġ ħutu bniet.", "Dam imur jirgħa n-ngħaġ għal 8 snin, sakemm ħutu żżewġu, imbagħad seta' jwettaq ix-xewqa tiegħu li jsir Franġiskan.", "Fis-7 ta' Frar 1677, daħal fil-kunvent ta' Orrieto u sar Fra Tumas.", "Għalhekk fl-1683, ordna saċerdot.", "Intefa' b'ruħu u ġismu għall-appostolat: prietki u qrar.", "Kien jgħaddi sigħat twal fil-konfessjonarju – iżur il-morda u jassisti lill-moribondi.", "Ma kienx jaċċetta flus", "għall-quddies.", "Żewġ virtujiet predominanti li kellu kienu l-paċenzja u l-umiltà – kien jirċievi ħafna umiljazzjonijiet minn sħabu.", "Talab biex ikun membru tal-ermitaġġ imwaqqaf mill-ordni.", "Tumas bena ermitaġġ f'Civitelle u ieħor f'Palombara.", "Ħafna Franġiskani kienu jgħaddu ġranet f'dan l-ermitaġġ.", "Bata ħafna: ħafna kienu dawk minn sħabu li abbandunawh, għax sabu li kien strett fir-regoli li kiteb.", "Kien jipprietka ħafna u kien jippreferi jżur postijiet li mhumiex popolari.", "Miet fil-11 ta' Jannar 1729, meta kellu 74 sena.", "Ġie kkanonizzat mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II, fil-21 ta' Novembru, 1999.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa diskors mill-omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Kanonizzazzjoni ta' San Tumas ta' Cori:", "\"Se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom\" (Eżekjel 34:12).", "Tumas minn Cori, qassis tal-Ordni tal-Franġiskani Minuri, kien l-immaġni ħajja tar-Ragħaj it-Tajjeb.", "Bħala gwida mimli mħabba, hu wassal lill-aħwa fdati f'idejn il-kura tiegħu, fil-mergħat tal-fidi, dejjem animat mill-ideal Franġiskan.", "Fil-monasteru fejn kien, huwa wera spirtu ta' karità u disponibbilta' għal kulma kien jintalab mingħandu, anke dawk l-aktar umli.", "Huwa għex fis-saltna tal-imħabba u s-servizz, skont il-loġika ta' Kristu, 'issagrifika lilu nnifsu, bħala vittma safja tal-paċi fuq l-altar tas-salib, u b'hekk kompla l-misteru tal-fidwa umana' (Prefazju ta' Kristu Re).", "Bħala dixxiplu awtentiku tal-Fqir ta' Assisi, San Tumas minn Cori kien ubbidjenti lejn Kristu, Re tal-Univers.", "Huwa mmedita u fassal ħajtu fuq il-mudell tal-faqar evanġeliku u għamel minnha don lil Alla u lill-proxxmu tiegħu.", "Il-ħajja kollha tiegħu tidher bħala sinjal tal-Evanġelju, xhieda tal-imħabba tal-Missier tas-sema murija fi Kristu u fl-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu, għas-salvazzjoni tal-bniedem.\"", "Huwa privileġġ għalina li aħna msejħin mill-Knisja biex nitolbu.", "Imma hi l-Kelma t'Alla li tkellimna l-ewwel dwar il-ħtieġa li d-dixxipli jitolbu bla ma jieqfu.", "Ġesù jagħtina parabbola biex jgħallimna dwar din il-ħtieġa.", "Jekk aħna ma nitolbux, se nintilfu aħna u ta' madwarna.", "Bit-talb, aħna nwasslu lill-poplu t'Alla għas-salvazzjoni, għas-Salvatur, li hu Persuna: Ġesù.", "Iva, it-talb tibbenifika int u l-għeżież tiegħek bih.", "Li titlob hu li tiftaħ qalbek ma min taf li jħobbok b'mod etern u jixtieqlek il-ġid aktar milli tixtiequ int għalik innifsek jew għall-għeżież tiegħek.", "Titlob ifisser li tagħraf li Alla hu Missier ħanin li jagħder, jaħfer u jifhem iċ-ċirkustanzi ta' ħajjitna u lest li jgħinna u jerfa' t-toqol tagħna.", "Hu dejjem magħna u jekk nafdawh, jieħu ħsieb ta' dawk il-problemi li f'ħajjitna jidhru kbar u bla soluzzjoni.", "Mingħajru m'aħna xejn u ma nistgħu nagħmlu xejn.", "U int, tfittex li jkollok esperjenza tal-imħabba ta' Ġesù f'talb ta' spiss, fis-solitudni tal-qalb tiegħek?", "Tagħraf li", "mingħajr it-talb, li huwa l-mod kif tikkomunika ma' Alla u kif tħalli lil Alla jikkomunika l-grazzji tiegħu lilek, ma tistax tirċievi dik l-għajnuna u l-qawwa li għandek bżonn biex tgħix ta' Nisrani veru u b'hekk issalva ruħek", "?", "Tifhem li t-talb huwa l-privileġġ u l-arma qawwija tan-Nisrani li biha wieħed jakkwista erwieħ għal Alla, li jekk ma jsibux min jitlob għalihom, x'aktarx jintilfu fin-nirien ta' dejjem?", "Iva, dan huwa l-privileġġ u l-qawwa tagħna l-Insara:", "IT-TALB.", "Min jipprattikah b'attitudni tajba, ibiddel id-dinja billi jbiddel il-qlub tan-nies u jagħmilhom reċipjenti tajba tal-grazzja ta' Alla li ssalva.", "Dan, San Tumas Placidi minn Cori fehmu sewwa u kien għalhekk li ta ħajtu għal dan il-għan.", "Talba", ":", "O Alla, li ispirajt lil San Tumas ta' Cori biex isibek fis-solitudni, u biex irawwem fih imħabba vera lejn il-proxxmu, agħtina li fuq l-eżempju tiegħu, aħna wkoll nikkontemplaw is-sema, filwaqt li nibqgħu dejjem attenti għall-ħtiġijiet ta' ħutna f'din l-art.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://catholic.net/plugins/convertpdf/docs/articulos.php?id=1846", "Alternative Reading:", "http://365rosaries.blogspot.com/2013/01/january-19-2013-saint-tommaso-da-cori.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Tommaso_da_Cori", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef530d7b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-5-15-san-arnold-janssens/", "title": "15 ta' Jannar: San Arnold Janssens", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Arnold Janssens", "\"Ix-Xandir tal-Aħbar it-Tajba hija l-ewwel u l-iktar espressjoni sinifikanti ta' mħabba lejn il-proxxmu.\" –", "San Arnold Janssens", "SAN ARNOLD JANSSEN", "Saċerdot", "1837 – 1909", "Tagħrif:", "Arnold Janssens ġie msejjaħ \"il-missjunarju modern skont il-qalb ta' San Pawl.\"", "Twieled f'Goch, fid-djoċesi ta' Münster, fil-Ġermanja.", "Ordna saċerdot f'Münster ta' 24 sena (1862).", "Għallem ix-xjenza għal 12-il sena, u fl-istess ħin l-aħħar tmien snin minn dawn kien id-direttur djoċesan tal-Appostolat tat-Talb.", "Fl-1873, Dun Arnold sar l-editur ta' ġurnal dwar il-missjonijiet, u fl-1875 beda jippubblika rivista missjunarja bit-Tedesk jisimha \"Il-Missjunarju Żgħir tal-Qalb ta' Ġesù.\"", "Fis-sena 1875 fi Steyl, l-Olanda, waqqaf l-ewwel dar Ġermaniża biex fiha jħarreġ lill-membri ta' dik li, fl-1886, saret is-Soċjetà Missjunarja tal-Verb Divin (\"Verbiti\").", "Kien maħtur superjur ġenerali fl-1885.", "Kien mar l-Olanda, kemm biex jaħdem f'dan il-pajjiż, kif ukoll fil-Ġermanja u fl-Awstrija.", "Il-membri tagħha saċerdoti kienu jieħdu l-voti sempliċi u kisbu l-approvazzjoni mill-Papa Ljun XIII fl-1901.", "L-ewwel missjunarji ntbagħtu fl-1897 għal Togo, New Guinea, l-Amerka ta' Fuq, il-Ġappun u l-Paragwaj.", "Is-soċjetà xterdet ħafna ukoll fl-Istati Uniti.", "Fl-1889 (ta' 52 sena) dan is-saċerdot mimli ħeġġa, waqqaf is-Sorijiet Missjunarji tal-Ispirtu s-Santu biex jedukaw il-bniet fil-pajjiżi tal-missjoni.", "Waqqaf ukoll is-sorijiet klawstrali (=magħluqin), imsejħin is-Sorijiet Qaddejja tal-Ispirtu s-Santu, għall-Adorazzjoni Perpetwa bl-iskop li jitolbu għas-suċċess tal-ħidma missjunarja.", "Dan is-saċerdot, li donnu ma kien jgħejja qatt biex ixerred is-saltna ta' Alla fuq l-art, miet fil-15 ta' Jannar, 1909 ta' ftit aktar minn 61 sena.", "Arnold Janssens kien iddikjarat Beatu minn Pawlu VI f'Ħadd il-Missjoni nhar id-19 ta' Ottubru ,1975, u kkanonizzat mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II fl-4 ta' Ottubru, 2003.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej hu parti mid-diskors tal-omelija li l-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II qal fil-jum tal-Kanonizzazzjoni ta' San Arnold Janssens (5 ta' Ottubru, 2003):", "'Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu'", "(Mark 16:15).", "B'dawn il-kliem qabel ma tela' s-Sema, Dak li kien għadu kemm qam mill-mewt, ta mandat missjunarju universali lill-Appostli.", "Immedjatament wara, assigurahom li f'din il-missjoni eżiġenti huma jistgħu jiddependu dejjem mill-għajnuna tiegħu (Mark 16:20).", "Il-ħajja tagħhom turi b'mod ċar li l-proklamazzjoni tal-Vanġelu '", "huwa s-servizz primarju li l-Knisja tista' tagħti lil kull individwu u lill-umanità kollha'", "(Redemptoris Missio, n.2).", "L-evanġelizzazzjoni dejjem tinvolvi proklamazzjoni espliċita ta' Kristu, flimkien ma' kontribuzzjonijiet għall-avvanz tal-bniedem li xi drabi wriet kemm huma perikolużi, kif turi l-esperjenza ta' tant missjunarji.", "Il-qaddisin tawna l-eżempju, huma l-wirt prezzjuż, speċjalment għall-familji reliġjużi tagħhom.", "Il-prijorità ta' istituti missjunarji hija l-missjoni 'ad gentes,' li għandha tiġi qabel kwalunkwe impenn soċjali jew umanitarju ieħor, neċessarju kemm hu neċessarju.", "'Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek,'", "(Isaija 60:3).", "L-immaġni profetika ta' Ġerusalemm il-ġdida li tifrex dawl divin fuq il-popli kollha, turi biċ-ċar il-ħajja u l-appostolat bla qatigħ ta' San Arnold Janssens.", "Huwa wettaq b'żelu l-ħidma saċerdotali tiegħu, xerred il-Kelma ta' Alla permezz tal-midja moderna, speċjalment l-istampa.", "L-ostakoli ma qatgħulux qalbu.", "Huwa kien jirrepeti spiss:", "'Ix-Xandir tal-Aħbar it-Tajba hija l-ewwel u l-iktar espressjoni sinifikanti ta' mħabba lejn il-proxxmu.'", "Illum huwa jgħin lill-familja reliġjuża tiegħu mill-Ġenna, biex tkompli fedelment tul il-binarji li huwa mmarka li jagħtu xhieda għall-valur permanenti tal-missjoni evanġelika tal-Knisja.'", "U int, intbaħt kemm tista' tagħmel ġid li kieku kellek tuża l-mezzi soċjali tal-lum biex ixxandar l-Aħbar it-Tajba li ġabilna Kristu?", "Tista' tuża l-kitba, gazzetti, radju, telefon, TV, mobajl,", "tablet", ", internet,", "facebook", ",", "youtube", ",", "twitter", ",", "instagram", "eċċ ...", "imqar biex taqsam ħsieb ta' xi ħadd f'fama tajba fil-Knisja, eżempju ta' xi qaddis/qaddisa.", "imqar issib xi ħaġa li għamel ħaddieħor u tgħaddiha lil ħaddieħor,", "imqar tfakkar lill-oħrajn fi kliem Kristu jew fit-tagħlim tal-Knisja,", "imqar tgħaddi kelma tajba lil xi ħadd, jew forsi xi parir li tak xi ħadd ieħor ...", "imqar titlob b'impenn u toffri xi sagrifiċċji għall-bżonnijiet tal-missjunarji madwar id-dinja, kif għamlet Santa Tereża tal-Bambin Ġesù tant li l-Knisja għamlitha Patruna tal-Missjonijiet.", "O li kieku kellna noqogħdu naħsbu ftit u nitolbu dwar dan, kemm insibu modi biex nistgħu nagħmlu l-ġid, biex nevanġelizzaw ... jekk irridu.", "Ejjew nieħdu l-eżempju ta' dan il-qaddis tal-lum San Arnold Janssens.", "Inti trid tagħmel il-ġid?", "Ġesù qed jistenniek.", "Hu lesta ġenna għalik ... jistenna li toħloq ġenna għalih, billi ttih l-erwieħ!", "Talba", ":", "O Alla tiegħi, jien nemmen Fik, għaliex Int il-Verità Eterna.", "O Alla tiegħi, jien nitma Fik, għax int infinitament ħanin, fidil u tista' kollox.", "O Alla tiegħi, jien inħobbok b'qalbi kollha u jiddispjaċini li offendejtek.", "Bi mħabba għalija Int tinsab preżenti fis-Sagrament Imqaddes,", "għalhekk jien nixxennaq għalik, għażiż Ġesù.", "Ibgħatli l-Ispirtu s-Santu bis-seba' doni tiegħu mingħand il-Missier,", "biex inkun nista' nagħti glorja lil Alla f'kollox.", "Ammen.", "(Talba ta' San Arnold Janssens)", "English Version:", "http://www.svdvocations.org/about-divine-word/founder", "Alternative Reading:", "https://adorationsisters.org/about/history/saint-arnold-janssen/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Arnold_Janssen", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20031005_janssen_en.html", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef533f0e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-3-13-san-ilarju/", "title": "13 ta' Jannar: San Ilarju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ilarju", "\"Alla Missier li tista' kollox, jiena nħoss li l-aqwa dmir tiegħi f'ħajti huwa dan: li dak kollu li ngħid u nħoss, kollox ikun għalik.\" –", "San Ilarju", "SAN ILARJU", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "300 – 368", "Tagħrif:", "San Ilarju twieled f'familja nobbli pagana, f'Poitiers, Franza.", "Il-ġenituri tiegħu tawh edukazzjoni tajba, u sar oratur famuż.", "Bil-qari tal-Bibbja, hu wasal biex ħaddan il-Kristjaneżmu u tgħammed meta kellu tletin sena.", "Ħadem ħafna biex jiddefendi u jxerred it-twemmin Nisrani.", "Martu, li hu kien iżżewweġ qabel tgħammed u li minnha kellu tifla jisimha Apra, kienet għadha ħajja meta ġie magħżul biex ikun l-Isqof ta' belt twelidu, fis-sena 353.", "Bħala Isqof, ħadha bl-aħrax kontra l-Arjaniżmu, tant li l-Imperatur Arjan, Kostanzu, eżiljah fil-Friġja, fl-Asja Minuri.", "Fit-tliet snin li dam eżiljat għamel studju tal-Missirijiet Griegi tal-Knisja u kiteb il-ktieb fuq it-Trinità, l-ikbar opra tiegħu, u fis-sena 359 attenda s-Sinodu ta' Seleucia fejn iddefenda bil-kbir id-digrieti tal-Konċilju ta' Niċea.", "Fis-sena 360, reġa lura fi Franza.", "Kiteb ħafna biex isaħħaħ il-fidi Kattolika u jfisser l-Iskrittura Mqaddsa, u flimkien ma' San Martin, Isqof ta' Tours, irsista biex idaħħal il-monastiċiżmu (il-patrijiet f'kunvent) fi Franza.", "Miet f'Poitiers fit-13 ta' Jannar 367.", "Fl-1572, il-Kalvinisti qerdu l-fdalijiet tiegħu.", "Ħsieb", ":", "San Ilarju huwa wieħed mid-Dutturi tal-Knisja, jiġifieri dawk li ġew rikonoxxuti għall-kontribuzzjonijiet straordinarji tagħhom fil-Fidi u li l-ħajja tagħhom hija ta' eżempju għalina.", "Hemm 35 Dutturi tal-Knisja, 4 nisa u 31 raġel.", "Il-kitbiet tagħhom huma profondi, arrikkenti u onorati b'mod ġustifikabbli għall-għarfien tagħhom dwar il-Fidi u l-esperjenza tal-bniedem.", "It-tagħlim tagħhom jibqa' jgħodd għal kull żmien għax huwa mibni fuq il-Verità li xandrilna Kristu u fuq it-Tagħlim veru tal-Knisja Kattolika mwaqqfa minnu.", "Dawn li ġejjin huma ħsibijiet ta' xi wħud mid-Dutturi tal-Knisja flimkien ma' talbiet li tnisslu minn mexxejja u għalliema tal-Knisja lill-istess Duttur biex jidħlu għalina quddiem Alla:", "San Ġwann Damaxxenu: \"Ngħaqqdu ruħna mal-Verġni Marija, it-tama tagħna, bħalma vapur jiġi ankrat fis-sod.\"", "Nitolbu: San Ġwann Damaxxenu, itlob għalina biex dejjem ikollna fehma sħiħa fil-medjazzjoni materna tal-Madonna.", "San Basilju l-Kbir: \"Is-silenzju hu l-bidu tal-purifikazzjoni tar-ruħ.\"", "Nitolbu: San Basilju, itlob għalina biex inkunu fidili u nsibu ħin għal silenzju qaddis kuljum.", "San Atanasju: \"L-Iben kollu qdusija tal-Missier ġie fostna biex iġedded lill-bniedem li kien maħluq xbieha tiegħu.\"", "Nitolbu: San Atanasju, itlob għalina biex ma naħsbux li aħna kollox u nieqfu hemm.", "San Gregorju Nazjanzenu: \"Adurawh lil dak li kien imdendel fuq Salib minħabba fikom, anki jekk intom stess imdendlin hemm.\"", "Nitolbu: San Gregorju Nazjanzenu għinna niksbu l-perseveranza biex nitolbu waqt is-siegħa tal-prova u tan-niket.", "San Ġwann Kriżostmu: \"Meta juri l-pjagi Tiegħu, Kristu jkun qed juri dak li nkiseb bis-Salib, li bih Hu jagħti dak kollu li hu tajjeb, li hi l-Paċi.\"", "Nitolbu: San Ġwann Kriżostmu aqlagħna l-grazzja li niksbu l-qawwa li naċċettaw it-tbatija f'ħajjitna.", "San Ambroġ: \"Araw kemm għandhom sidien dawk li ma jridux li jkollhom l-uniku Sid, il-Mulej.\"", "Nitolbu: San Ambroġ agħtina l-għajnuna biex ikollna qalb mimlija b'fehma waħda u soda.", "San Ġilormu: \"Meta s-suppervja tkabbar lill-bniedem, tbaxxih fl-istess waqt, għax bid-dnub tagħmlu għadu ta' Alla.\"", "Nitolbu: San Ġilormu nitolbuk tgħinna nkunu umli, sempliċi, u mansweti.", "San Ċirillu ta' Lixandra: \"Għaliex l-Iben hu Alla minn Alla, b'mod mill-aktar misterjuż, Hu jgħaddi dan l-unur lilna.\"", "Nitolbu: San Ċirillu ara li nakkwistaw sehem akbar mis-sehem ta' Ġesù bħala Iben.", "San Pietru Krisolgu: \"Dak li juri l-ħniena u jġorr l-imħabba qatt ma jħossu mdejjaq.\"", "Nitolbu: San Pietru Krisolgu nitolbuk tidħol għalina biex ikollna qalb li taf tħenn.", "San Ljun il-Kbir: \"Ma kien hemm l-ebda raġuni oħra għall-Iben t'Alla li jitwieled għajr dik li jkun jista' jmut fuq l-għuda tas-Salib.\"", "Nitolbu: San Iljun il-Kbir idħol għalina biex ikollna l-grazzja li ngħannqu s-Salib b'Ġesù Kristu msallab.", "San Gregorju l-Kbir: \"Bix-xieraq li l-Ispirtu s-Santu deher taħt forma ta' Lsien tan-Nar f'kull qalb li daħal, u għadu jidħol, għax Hu jkebbes f'dak li jkun ix-xewqa għall-Eternità Tiegħu.\"", "Nitolbu: San Gregorju eħlisna mill-bruda li ttellfilna l-ħerqa spiritwali.", "San Isidoru ta' Sevilja: \"Kull tama qiegħda fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.", "Tiddubitax, toqgħodx taħsibha, qatt taqta' qalbek mill-ħniena ta' Alla.\"", "Nitolbu: San Isiodoru ta' Sevilja aqlgħalna l-grazzja tal-indiema u li nqerru ta' spiss.", "San Anselmu: \"L-aktar ħaġa importanti għalik għandha tkun kif twaqqaf ir-Renju ta' Alla f'qalbek, u b'hekk il-ħajja ta' ruħek għandha tkun il-ħajja ta' Alla nnifsu.\"", "Nitolbu: San Anselmu għinna niksbu l-grazzja li ngħixu għal Alla.", "San Bernard ta' Clairvaux: \"Alla ma xtaqx li jkollna xi ħaġa li m'għaddietx minn ħdan Marija.\"", "Nitolbu: San Bernard idħol għalina biex inkabbru d-devozzjoni tagħna fl-Imqaddsa Verġni Marija.", "Sant'Antnin ta' Padova: \"Kuntent hu dak il-bniedem li kliemu hu mnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu u mhux minn żniedu.\"", "Nitolbu: Sant'Antnin ta' Padova għinna biex it-taħdit tagħna jkun mimli qdusija.", "San Albertu l-Kbir: \"Bis-sempliċità kollha u bil-kunfidenza kollha ntelaq bla ebda ħsieb ta' xejn aktar fil-providenza bla heda ta' Alla.\"", "Nitolbu: San Albertu għinna nintelqu, bla dubju ta' xejn, għar-rieda ta' Alla.", "San Bonaventura: \"Meta l-ġisem hu maħkum minn spirtu qaddis, ir-ruħ tinħakem minn paċi u ferħ ġewwenin.\"", "Nitolbu: San Bonaventura idħol għalina biex nintelqu f'ħajja ta' spirtu mimli qdusija.", "San Tumas t'Akwinu: \"Kristu ma kienx ikun daqstant intimament magħqud magħna li kieku kellna biss naqsmu mill-qawwa Tiegħu; kemm hu ferm aħjar li hu tana verament lilu nnifsu.\"", "Nitolbu: San Tumas għinna niksbu mħabba aktar profonda għall-Ewkaristija Mqaddsa.", "Santa Katerina ta' Siena: \"Agħmel dar ċkejkna fil-ġenb ta' Kristu Msallab biex ikollok konoxxenza qaddisa tiegħek innifsek.\"", "Nitolbu: Santa Katerina ta' Siena idħol għalina biex niksbu l-grazzja li nkunu nafu lilna nfusna.", "Santa Tereża ta' Ġesù (Avila): \"Il-Mulej ma jimpurtahx iżżejjed għal l-importanza tal-ħidmiet tagħna daqskemm għall-imħabba li biha nagħmluhom.\"", "Nitolbu: Santa Tereża ta' Avila għinna biex dak li nagħmlu nagħmluh b'intenzjoni pura u mimlija mħabba.", "San Pietru Kanisju: \"Ħallu d-dinja tissodisfa lilha nfisha fil-ġennijiet tagħha.", "Imma aħna, midfunin fil-fond tal-pjagi ta' Kristu, għax għandna nkunu mwerwra?\"", "Nitolbu: San Pietru Kanisju saħħaħna fid-determinazzjoni, fil-fiduċja, u fit-tama.", "San Robertu Bellarminu: \"Għalkemm hu tajjeb li wieħed jagħmel minn kollox biex iżomm il-paċi u l-għaqda 'mma mhux aqwa mill-mogħdrija li nħossu għad-difetti tal-oħrajn.\"", "Nitolbu: San Robertu idħol għalina biex ikollna l-paċenzja, it-tolleranza, il-mogħdrija, u l-ispirtu tal-maħfra.", "San Ġwann tas-Salib: \"La darba r-rieda jkun messa Alla nnifsu, qatt ma tkun sodisfatta b'xejn għajr b'Alla.\"", "Nitolbu: San Ġwann tas-Salib għinna niksbu bidla qaddisa li tmexxi x-xenqat tagħna kollha.", "San Lawrenz ta' Brindisi: \"Kontra d-Dinja, il-Ġisem, u x-Xitan, il-Kelma ta' Alla qisha xabla li tfarrak kull dnub.\"", "Nitolbu: San Lawrenz ta' Brindisi idħol għalina biex niksbu mħabba profonda għall-Kelma ta' Alla.", "San Franġisk de Sales: \"Fuq l-għuda tas-Salib, il-qalb ta' Ġesù rat qalbek u ħabbitha.\"", "Nitolbu: San Franġisk de Sales għinna biex inkunu kapaċi nagħtu lilna nfusna lill-imħabba bla tarf ta' Ġesù.", "San Alfons Liguori: \"Dak li ma jieqafx jitlob ma jistax ikompli joffendi lil Alla.\"", "Nitolbu: San Alfons Liguori għinna biex niksbu fedeltà fit-talb u ħerqa profonda spiritwali.", "Santa Tereża ta' Lisieux: \"Dak li jogħġob lil Alla hu li jarani nħobb ix-xejn u l-faqar tiegħi, u l-imħabba għamja li għandi fil-ħniena Tiegħu.\"", "Nitolbu: Santa Tereża ta' Lisieux idħol għalina ħalli jkollna l-grazzja ta' spiritwalità żagħżugħa.", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, l-isqof Sant'Ilarju għallem b'qawwa kbira li Ibnek huwa Alla; agħmel li nifhmu tajjeb dan it-tagħlim u nistqarruh tassew.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-hilary-of-poitiers.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/resources/church-fathers/biographies-of-church-fathers/st-hilary-of-poitiers", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Hilary_of_Poitiers", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Il-maġġoranza tal-Ħsieb huwa ġabra ta' Harry Agius Ordway mis-sit tal-Laikos.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef533217', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-2-12-san-bernard-minn-corleone/", "title": "12 ta' Jannar: San Bernard minn Corleone", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Bernard minn Corleone", "\"Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust, hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen.\" –", "1Ġwanni 1:9", "SAN BERNARD MINN CORLEONE", "Reliġjuż", "1605 – 1667", "Tagħrif:", "San Bernard kien terzjarju franġiskan u ddedika l-għajnuna tiegħu lill-foqra, morda u l-oppressi.", "Huwa talab li jidħol mal-patrijiet Kappuċċini Minuri u hemm wera' ruħu mpenjat għall-missjoni tiegħu mimli ħeġġa reliġjuża.", "Hu twieled fi Sqallija fis-sena 1605.", "Missieru kien skarpan u għallem lil ibnu s-sengħa tiegħu.", "Malli miet missieru huwa ħalla l-ħanut u ħa t-triq tal-ġlied bix-xwabel u sar espert f'dan.", "Bernard spiss kien jisfida għad-dwell lil dawk li kienu jippreżentaw ruħhom quddiemu.", "Din it-tip ta' ħajja begħditu minn Alla.", "Madankollu xi kwalitajiet tajba baqgħu jidhru fih.", "Kien iħobb jiddefendi nies fqar u ġwejda kontra min kien juża vjolenza magħhom.", "Spiss kien iżur il-kurċifiss li lejh bosta nies kienu juru devozzjoni.", "Fuq kollox kellu devozzjoni kbira lejn San Franġisk ta' Assisi.", "Jum wieħed huwa laqa' sfida għal dwell li fih fera' għall-mewt lil min sfidah.", "Billi beża' li issa kien ser ikollu jiffaċċja vendetta mill-ħbieb tal-ferut, talab kenn fost il-Kappuċċini Franġiskani.", "Biex ipatti għal ħtijietu huwa talab li jdaħħluh fil-kongregazzjoni tagħhom bħala ajk u beda n-novizzjat tiegħu fit-13 ta' Diċembru tas-sena 1632.", "Hawn għex ħajja ta' penitenza u edifikanti għall-aħħar.", "Jingħad li hu kien isawwat lilu nnifsu seba' darbiet kuljum sakemm joħroġ id-demm minn ġismu.", "Kien jorqod tliet sigħat kuljum, fuq l-injam bi blokka tal-injam biex isservih ta' imħadda.", "Ħafna drabi huwa kien jiekol ħobż u jixrob ilma biss.", "Jekk kien jara xi ħaġa li togħġbu hu kien iressaqha ma' ħalqu u bla ma jmissha jerġa' jpoġġiha fil-platt.", "Biex ikompli jagħmel penitenza kien jitlob li jagħmel bħala dmiru responsabiltajiet l-aktar baxxi u umli, li kulħadd kien jaħrab.", "San Bernard kien iħobb jitlob ħafna.", "Kellu devozzjoni speċjali lejn il-Madonna u kien jinkoraġixxi lil ħaddieħor biex jagħmel l-istess.", "Marija, Omm Alla dehritlu u tatu f'dirgħajh lill-Bambin Ġesù.", "Hija wkoll għarrfitu l-jum ta' mewtu erba' xhur qabel ma ħalla din id-dinja.", "Miet f'Palermo fit-12 ta' Jannar tas-sena 1667.", "Kien il-Papa Klement XIII li fis-sena 1767 għamlu Beatu, filwaqt li l-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 2001 iddikjarah Qaddis.", "Ħsieb", ":", "Ikkunsidra l-penitenza severa li San Bernard minn Corleone pprattika wara l-konverżjoni tiegħu.", "Hu fisser dak li jgħidu l-Missirijiet qaddisa tal-Knisja u dak li nsibu fit-tagħlim tal-Knisja Kattolika, li dawk li ma jżommux l-innoċenza tal-Magħmudija, m'hemmx mod ieħor biex huma jsalvaw ħlief il-Qrar u l-Penitenza.", "Forsi aħna dnibna b'mod aktar gravi minn Bernard.", "F'dan il-każ, għandna nipprattikaw penitenzi aktar rigorużi, għax skont il-miżura tal-ħtija tagħna għandhom ikunu l-miżuri tal-penitenzi li nipprattikaw.", "Jew forsi inti temmen li m'għandekx għalfejn tagħmel penitenza?", "Din tabilħaqq tkun delużjoni sfortunata, għax San Ġwann jikteb:", "\"Jekk ngħidu li m'għandniex dnub, inkunu qegħdin inqarrqu bina nfusna u l-verità ma tkunx fina\"", "(1Ġwanni 1:8).", "Dan huwa l-ewwel rekwiżit tal-penitenza, li aħna nirrikonoxxu sinċerament in-nuqqasijiet tagħna quddiem Alla u li nindmu minnhom b'qalbna kollha.", "Għandek tal-inqas din it-tip ta' attitudni ta' sogħba u dispjaċir għad-dnubiet li għamilt?", "Issa kkunsidra l-kliem ta' Sidna Ġesù meta qal:", "\"Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.\"", "(Luqa 13:5).", "Il-Mulej tkellem b'dan il-mod wara li kienu għadhom kemm tarfulu li numru ta' persuni mietu mewta vjolenti, bla mistennija u f'daqqa.", "Hemm limitu għat-tolleranza ta' Alla.", "Li kieku Bernard ma weġibx għas-sejħa tal-grazzja, probabbli li kien jintilef hu wkoll minħabba dnubietu!", "Għalhekk, tajjeb li nagħtu widen għat-twissija li nsibu f'Lhud 3:8:", "\"Jekk illum tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.\"", "Għaliex jgħid 'illum?'", "Għax illum hu tiegħek.", "Għada m'huwiex f'idejk!", "Il-Mulej jaf kemm ilek tipposponi għas-sejħa tiegħu biex tagħmel Qrara tajba u penitenza għal dnubietek!!", "Il-midneb għandu jipproduċi wkoll il-frott tal-penitenza.", "Il-prekursur ta' Kristu jħeġġiġna:", "\"Uru frott li jixraq lill-indiema\"", "(Luqa 3:8).", "Żgur li m'għadux iż-żmien li wieħed jagħmel it-tip ta' penitenza rigoruża li għamel San Bernard, imma żgur li wieħed jista' jipprattika sagrifiċċji oħra li jkunu jiswewlu aktar.", "Il-penitenza mhix biss għaż-żmien tar-Randan, għalkemm f'dan iż-żmien nisimgħu iżjed dwarha.", "Tista' twettaq ħidmiet ta' karità u ħniena fi spirtu ta' penitenza sabiex tpatti għal dnubietek u tajjeb li taċċetta bil-ferħ bi spirtu ta' penitenza kull salib u tbatija li Alla jippermetti f'ħajtek.", "Hemm ukoll il-ħtieġa tar-rażan u l-kontroll fuqna nfusna.", "Din li ġejja hija lista li tista' tgħinek", "tneħħi minn ħajtek 40 ĦAĠA", "ħalli tkun qed tgħix ħajja aħjar, kif jixtieq Alla minnek:", "1.", "Mibgħeda", "2.", "Rabja", "3.", "Ingratitudni", "4.", "Tgergir", "5.", "Idolatrija", "6.", "Impurità", "7.", "Suppervja", "8.", "Medjokrità", "9.", "Dagħa", "10.", "Distrazzjoni", "11.", "Sens ta' ħtija", "12.", "Ftaħir żejjed", "13. '", "Self pity", "'", "14.", "Biża' li tfalli", "15. '", "Busy", "' iżżejjed", "16.", "Qtigħ ta' qalb", "17.", "Kliem li ma jagħmilx ġid", "18.", "Pjaċiri bla rażan", "19.", "Il-'", "comfort zone", "' tiegħek", "20.", "Tinkwieta", "21.", "Nuqqas ta' paċenzja", "22.", "Li ma tfittitx parir", "23.", "Self Sufficiency", "24.", "Tiegħek biss tajjeb", "25.", "Negattività", "26.", "Għira", "27.", "Tibqa' tgħix f'firda", "28.", "Trid tara dejjem ta' min hu t-tort", "29.", "Idea żbaljata ta' Alla", "30.", "Il-ħsieb li int ma jistħoqqlokx il-ħniena t'Alla", "31.", "Ma tagħmilx il-bidla neċessarja", "32.", "Apatija u indifferenza lejn is-sewwa", "33.", "Tikkompara lilek innifsek mal-oħrajn", "34.", "Il-bżonn li togħġob u tagħmel li jgħidulek in-nies", "35.", "Diżonestà", "36.", "Ras iebsa", "37.", "Kburija", "38.", "Nuqqas ta' talb", "39.", "Ma tfittitx il-maħfra t'Alla fis-Sagrament tal-Qrar", "40.", "Iżżomm bogħod mit-Tqarbin jew titqarben ħażin", "Jekk taħdem fuqek innifsek b'dan il-mod, bil-għajnuna tal-grazzja t'Alla, inti tagħraf kemm dan jiswielek u Alla jixtiequ minnek għall-ġid tiegħek stess l-ewwel u qabel kollox.", "Bil-penitenza, wieħed inaqqas miż-żmien tal-Purgatorju u jgħin ukoll għas-salvazzjoni mhux biss tiegħu nnifsu, imma ta' erwieħ oħra.", "Inti lest/a għal dan?", "Talba", ":", "O Alla, li ppermettejt li San Bernard, il-Konfessur tiegħek, jiddistingwi ruħu minn karità erojka u penitenza ammirabbli, agħtina, permezz tal-interċessjoni tiegħu, li aħna nħobbu lilek b'qalbna kollha u li nagħmlu frott xieraq ta' ndiema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/saint-bernard-of-corleone.html", "Alternative Reading:", "https://www.roman-catholic-saints.com/st-bernard-of-corleone.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Bernard_of_Corleone", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef534b3b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-8-18-santa-margerita-tal-ungerija/", "title": "18 ta' Jannar: Santa Margerita tal-Ungerija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Margerita tal-Ungerija", "\"Imbierka Margerita li kienet tiddi bis-safa tal-anġli, li ddedikat lilha nnfisha lil Dak li huwa l-Għarus tal-verġinità perpetwa u l-Iben tal-Verġni perpetwa.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Margerita tal-Ungerija", "SANTA MARGERITA TAL-UNGERIJA", "Verġni", "1242 – 1270", "Tagħrif:", "Din il-qaddisa kienet bint ir-re twajjeb Bala IV tal-Ungerija.", "Imrobbija mas-Sorijiet Dumnikani fil-kunvent li kien bena missierha fil-gżira ta' S. Margerita", "fid-Danubju, ħdejn Buda.", "Ipprofessat soru ta' 12-il sena.", "Għalkemm kienet għadha żgħira, kienet tgħaddi lil kulħadd fid-devozzjoni u kellha bosta dehriet mis-sema.", "Kien il-gost tagħha li taqdi lil kulħadd; qatt ma kienet titkellem fuqha nnifisha; anzi kien jiddispjaċiha li ma kinitx imwielda minn ġenituri fqar.", "Il-prattika tal-mortifikazzjoni kienet għal qalbha ferm, hekk li ma kinitx tikxef il-mard li kienet issofri biex ma tiġix meħlusa mill-osservanza tar-regolamenti.", "Kellha devozzjoni kbira lejn il-Kurċifiss, u kienet ta' sikwit, tbus salib żgħir li kellha fuqha.", "Ix-xewqa tagħha kienet li titlob quddiem l-altar tal-Kurċifiss.", "L-isem ta' Ġesù kien dejjem fuq xofftejha.", "Spiss kienet tintilef minn sensiha quddiem Ġesù Sagramentat, speċjalment waqt il-quddiesa u meta kienet tilqa' f'qalbha lil Ġesù, kienet tgħaddi lejl fit-talb.", "Il-ferħ tagħha fil-festi tal-Madonna kien jidher fuq wiċċha u kienet tonorhom bir-reċita tal-Uffiċċju tal-Madonna fil-ġranet kollha tal-Ottava.", "Jekk xi ħadd kien juri ruħu offiż magħha, kienet tinxteħet għarkopptejha titlob maħfra.", "Mietet kif kienet ħabbret, fit-28 ta' Jannar tas-sena 1271, wara marda qasira.", "Ħsieb", ":", "Interessanti, li l-maġġoranza tal-qaddisin kienu jgħaddu ħinhom quddiem Ġesù Kurċifiss, jimmeditaw il-pjagi divini tiegħu.", "Santa Margerita tal-Ungerija hija waħda minn dawn li għarfet fis-salib tal-Mulej, l-ogħla att ta' mħabba safja minn naħa tal-Iben t'Alla u l-ħajja li għexet kienet tweġiba għal din it-tip ta' mħabba li laqgħet mingħand Ġesù li żammitu b'Għarus Divin tagħha.", "Is-salib hu s-sinjal il-kbir tal-fidwa.", "Fuqu Ġesù ta ħajtu b'fidwa għall-kotra.", "Il-figura ta' Ġesù fuq is-salib għandha tkun iċ-ċentru tar-riflessjoni ta' kull Nisrani.", "San Ġorġ Preca jgħid li l-Kurċifiss huwa \"l-Ktieb il-Kbir.\"", "Infatti, Ġesù msallab huwa mera doppja: jurina l-imħabba ta' Alla għalina, u fih nistgħu naraw ukoll sa fejn tasal l-imħabba tagħna.", "Idejn il-Kurċifiss", "Il-pali ta' jdejn Ġesù huma mtaqqbin, minfudin bl-imsiemer.", "Idejn Ġesù huma miftuħin beraħ, lesti biex ikomplu jqassmu l-imħabba, kif dejjem għamel matul ħajtu.", "Huma jdejn li ħadmu: fix-xogħol tal-injam meta kien għadu d-dar, imbagħad biex ifejjaq il-mard, jimla bil-kuraġġ, ibierek...", "Issa ħares ftit lejn idejk ...", "Taħseb li jdejk huma miftuħin jew magħluqin?", "Huma jdejn ġenerużi, jaqsmu mal-oħrajn, jew huma jdejn magħluqin u marsusin, iżommu kollox għalihom u ma jridu jagħtu xejn lil ħadd?", "Tħoss li int ġeneruż mal-oħrajn?", "Tħossok lest tgħin lill-oħrajn?", "Idejk huma bieżla, jew dejjem fil-but, għażżenin, ma jridu jagħmlu xejn?", "Dmirijietek – id-dar, l-iskola, fuq il-post tax-xogħol ... – twettaqhom sewwa, jew taħrabhom?", "Riġlejn il-Kurċifiss", "Riġlejn Ġesù ma jistgħux jitħarrku.", "Huma mwaħħlin mal-għuda.", "Imma kemm mili terrqu dawk ir-riġlejn!", "Ġesù kien dejjem jivvjaġġa, idur minn post għall-ieħor iwassal l-Aħbar tas-salvazzjoni.", "Issa ħoss ftit riġlejk mal-art ...", "Taħseb li bħalissa miexi kif suppost wara Ġesù?", "Jew kultant toħroġ barra mit-triq?", "U meta tkun miexi wara Ġesù, dan qed tagħmlu bil-ferħ, jew b'ħafna tqanżiħ?", "B'liema ħeġġa tmur għall-quddiesa tal-Ħadd?", "Tħossok miexi fit-triq tal-Vanġelu, jew qed twebbes rasek u tagħmel dak li jogħġob lilek?", "Tħossok qiegħed tikber u timmatura, jew għadek iġġib ruħek ta' tifel/tifla żgħir/a?", "Kapaċi tirreżisti lil min iħajrek għall-ħażen, jew tagħmel bħall-oħrajn għax tibża' li jidħku bik?", "Fomm il-Kurċifiss", "Ġesù għandu ħalqu niexef, bil-għatx.", "Jisquh il-ħall, u jħoss it-togħma tal-morr...", "Minn dak l-istess fomm joħroġ kliem ta' talb u ta' maħfra.", "Imma joħroġ ukoll il-krib tat-tbatija kbira li kien qiegħed iġarrab.", "Matul ħajtu kollha Ġesù uża fommu biex iħabbar is-Saltna t'Alla, biex jgħallem, biex ixandar il-kliem tal-ħajja ta' dejjem, biex jistqarr il-Verità, biex ifarraġ...", "Issa pprova ftakar ftit x'joħroġ minn fommok ...", "Kif titkellem?", "Xi kliem tuża?", "Kliemek iġib il-ħbiberija jew il-ġlied?", "Ġieli tweġġa' lil xi ħadd b'dak li tgħid?", "Tieħu gost toffendi u tgħajjar?", "Hemm xi ħadd minn sħabek li tħobb twaqqgħu għaċ-ċajt?", "Kemm int sinċier fi kliemek?", "Tgħid il-verità jew tinħeba wara l-gideb?", "Ġieli tgħid kliem baxx, jew kliem doppju sens biex turi kemm taf jew forsi biex iddaħħak lil sħabek?", "Tidgħi?", "Meta xi ħadd ma jaqbilx miegħek, jew forsi xi ħadd tal-familja tiegħek stess iwissuk, kif tirrispondihom?", "Bl-għajat?", "Taf titlob skuża jew maħfra meta tiżbalja?", "Taf taħfer lil min ikun offendiek?", "Tħobb titkellem ma' Ġesù fit-talb, fil-quddiesa ta' kuljum u tal-Ħadd?", "Jew kultant tinsa li Ġesù jkun jistenniek biex jitkellem miegħek?", "Għajnejn il-Kurċifiss", "Għajnejn Ġesù mislub huma ċċassati fuq il-Missier.", "Ġesù jħares lejn il-Missier biex jintelaq f'idejh u hekk titwettaq sal-aħħar ir-rieda tiegħu.", "Ġesù jerfa' ħarstu lejn il-Missier biex jitlob maħfra għal dawk li kkundannawh.", "Imma Ġesù jħares ukoll lejn dawk li qegħdin taħt is-salib, lejn dawk li kkundannawh għall-mewt hekk kerha.", "Iħares lejhom bl-għajnejn ta' min qed ibati, imma fl-istess waqt bl-għajnejn ta' min jaf iħenn, jaħfer u jħobb sal-mewt.", "Matul ħajtu, Ġesù ħares f'għajnejn ħafna nies, ħarsa profonda mimlija tama, kuraġġ, maħfra u mħabba.", "Il-ħarsa ta' Ġesù kienet tibqa' nieżla sal-qalb, biex juri l-imħabba kbira li Alla għandu għall-bnedmin.", "Issa immaġina li qiegħed quddiem mera, tħares dritt f'għajnejk ...", "X'tara miktub f'għajnejk?", "Taf tħares f'għajnejn il-membri tal-familja tiegħek, u tinduna bl-imħabba u t-tbatija tagħhom forsi minħabba fik?", "Tinduna bil-preżenza ta' sħabek?", "Meta tħares lejhom, tara biss dak li hu ikrah, dak li ma jogħġbokx?", "Jirnexxielek tara s-sabiħ fl-oħrajn?", "Kif tħares lejn it-tfajliet/il-ġuvintur?", "Fejn tara li hemm bżonn l-għajnuna tiegħek, x'tagħmel?", "Tagħti daqqa t'id, jew iġġib skuża li għandek x'tagħmel?", "Xi jfittxu għajnejk meta tkun waħdek quddiem it-televixin?", "Xi tfittex fuq il-mobile jew fuq l-internet?", "Tfittex l-okkażjoni meta m'hemm ħadd miegħek id-dar biex tara l-pornografija?", "Ġieli ħajjart lil xi ħadd minn sħabek biex jagħmel bħalek?", "Qalb il-Kurċifiss", "Qalb Ġesù hija miftuħa beraħ, minfuda bil-lanza.", "Hi l-qalb ta' min iħobb.", "Hi l-qalb ta' Ġesù, li fiha nistgħu ninħaslu minn dnubietna.", "Hi l-qalb miftuħa tas-Salvatur.", "Issa poġġi jdejk fuq qalbek ...", "X'qiegħed tħoss?", "X'hemm iħabbat fil-qalb tiegħek?", "Taf tħobb?", "Veru tħobbhom lill-membri tal-familja tiegħek, lil sħabek, lill-kollegi, lil dawk li qed jippruvaw jgħinuk?", "Kif qed tħobbhom?", "Kemm lest tbati biex tħobb verament?", "Rasek iebsa?", "Supperv/a?", "Trid li kulħadd jagħmel dak li tgħid int?", "Tħobb tpatti?", "Id-dmirijiet tiegħek twettaqhom kif suppost?", "Tħobb tgħin, anke jekk ma tkunx mitlub?", "Wara dan l-eżami tal-kuxjenza, ara jeħtieġlekx tmur tirċievi s-Sagrament tal-Qrar fejn permezz tas-saċerdot, Ġesù japplika l-maħfra tiegħu għalik, dik il-maħfra li kisiblek meta ta ħajtu u patta għal dnubietek fuq is-Salib.", "Tista' wkoll titlob bil-qalb din it-talba quddiem Kurċifiss:", "Ruħ ta' Kristu, qaddisni.", "Ġisem ta' Kristu, salvani.", "Demm ta' Kristu, ħeġġiġni.", "Ilma tal-kustat ta' Kristu, aħsilni.", "Passjoni ta' Kristu, sabbarni.", "Ġesù ħanin, ismagħni.", "Fil-pjagi tiegħek aħbini.", "Tħallini qatt ninfired minnek.", "Mill-għadu ħażin ħarisni.", "Fis-siegħa ta' mewti sejjaħli.", "Ġewwa ħdanek ilqagħni.", "Biex ma' l-anġli u l-qaddisin tiegħek, infaħħrek għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "Talba", ":", "O Alla, li tħobb u tħares il-kastità, li b'don tiegħek Santa Margerita tal-Ungerija għaqqdet is-sbuħija tal-verġinità u l-mertu tal-ħidmiet tajba tagħha, agħtina nitolbuk li permezz tal-ispirtu tal-penitenza Nisranija aħna nistgħu nġeddu l-integrità ta' ruħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/feast-day-18-1242-1271-st.html", "Alternative Reading:", "http://www.newmanconnection.com/faith/saint/saint-margaret-of-hungary-op", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Margaret_of_Hungary_(saint)", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef539f47', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-4-4-santa-elizabetta-anna-seton/", "title": "4 ta' Jannar: Santa Eliżabetta Anna Seton", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Eliżabetta Anna Seton", "\"Nafu fiċ-ċert li Alla tagħna jsejjħilna għal ħajja qaddisa.", "Aħna nafu li hu jagħtina kull grazzja, kull grazzja abbundanti; u għalkemm aħna erwieħ tant dgħajfa, din il-grazzja għandha l-qawwa li tgħenna negħelbu kull ostaklu u diffikultà.\" –", "Santa Eliżabetta Anna Seton", "SANTA ELIŻABETTA ANNA SETON", "Omm, Edukatura u Fundatriċi", "1774 – 1821", "Tagħrif:", "Din il-qaddisa twieldet fi New York City u kienet bint Richard Bayley, li kien professur tal-anatomija f'dik li llum tissejjaħ", "Columbia University", ".", "Ħuha minn omm oħra kien l-arċisqof James Roosevelt Bayley ta' Baltimore.", "Kienet edukata u mtellgħa fir-reliġjon protestanta minn missierha li kien", "Episcopalian", ".", "Ta' 20 sena (1794) żżewġet lin-negozjant William Magee Seton u involviet ruħha f'ħidma soċjali billi għenet, fl-1797, fit-twaqqif tas-Soċjetà għall-għajnuna tan-nisa romol fqar bi tfal żgħar.", "Ta' 29 sena (1803) sabet ruħha armla b'ħamest itfal meta żewġha miet f'Pisa, l-Italja, fejn kien mar biex jieħu saħħtu.", "L-għajnuna u l-eżempji sbieħ tal-familja Kattolika Filicchi li laqgħetha għandha meta kienet fl-Italja impressjonawha ħafna u nisslu fiha interess fir-reliġjon Kattolika.", "Wara sitt xhur fl-Italja, Eliżabetta Seton marret lura fl-Istati Uniti u, fl-1805, il-fidi tagħha fl-Ewkaristija mexxietha flimkien mal-ħames uliedha biex saret Kattolika.", "Minħabba f'hekk niesha u ħbiebha ħaduha kontriha u abbandunawha.", "Dr Dubourg, superjur tas-Sulpizjani f'Baltimore, stedinha tibda skola għall-bniet f'din il-belt.", "Għemejjel ta' ħniena kienu dejjem parti minn ħajjitha u għalhekk malajr fetħet skola għat-tfal foqra f'Baltimore bl-għajnuna ta' erbat iħbieb tagħha.", "L-iskola mxiet 'il quddiem u aktar tard is-superjur tas-Sulpizjani, bl-approvazzjoni tal-Arċisqof Carroll, ta lil Eliżabetta u 'l sħabha regola ta' ħajja.", "Kellhom ukoll il-permess li jagħmlu l-professjoni reliġjuża u jilbsu l-abitu reliġjuż.", "Fl-1809, Eliżabetta ħadet il-komunità żagħżugħa tagħha f'Emmitsburg, fil-Maryland, fejn hi addottat ir-regola tal-Ulied tal-Karità ta' San Vinċenz de Paul.", "Din il-komunità reliġjuża ġdida bdiet tissejjaħ s-Sorijiet (tal-Karità) ta' San Ġużepp.", "Fid-19 ta' Lulju tal-1813 Madre Seton u sbatax minn sħabha għamlu l-voti u taw bidu għas-sistema ta' skejjel parrokkjali fl-Istati Uniti, bla ma ttraskuraw il-qadi tal-foqra u speċjalment tan-nies ta' kulur.", "Hi kienet tħarreġ lill-għalliema u hi stess ħejjiet", "text-books", "għall-użu fl-iskejjel.", "Waqqfet ukoll orfanatrofji f'Filadelfja u fi New York.", "Is-sorijiet tagħha malajr xterdu mal-Istati Uniti u meta hi mietet, fl-4 ta' Jannar 1821, ta' 47 sena, kellhom diġà 20 dar.", "Is-sorijiet tagħha llum huma l-aktar numerużi fl-Istati Uniti u l-kontribut tagħhom fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ huwa tassew kbir.", "Santa Eliżabetta Anna Seton kienet iddikjarata qaddisa mill-Papa Pawlu VI fl-1975.", "Ħsieb", ":", "Tassew li fost diversi opri li wettqet, kienet Santa Eliżabetta Anna Seton li waqqfet l-ewwel skola Kattolika b'xejn għat-tfajliet fl-Amerika.", "Imma l-aktar li xtaqt nenfasizza r-riflessjoni tal-lum hu fuq il-fatt li kienet \"omm\" u kemm nissottovalutaw dan ir-rwol tant meħtieġ fil-Knisja u fis-soċjetà.", "Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tas-7 ta' Jannar 2015, jgħid hekk dwar il-valur tal-ommijiet:", "\"Kull bniedem jaf ħajtu lil omm, u kważi dejjem jaf lilha wkoll ħafna mill-bqija ta' ħajtu, mill-formazzjoni umana u spiritwali tiegħu.", "Imma l-omm, anki jekk hi eżaltata ħafna mil-lat simboliku, – tant poeżiji, tant affarijiet sbieħ li jingħadu poetikament fuq l-omm – ftit hi mismugħa u ftit issib għajnuna fil-ħajja ta' kuljum, ftit hi meqjusa fir-rwol ċentrali tagħha fis-soċjetà.", "L-ommijiet huma l-aqwa antidotu kontra t-tixrid tal-individwaliżmu egoistiku.", "'Individwu' jfisser 'li ma tistax taqsmu.'", "Imma l-ommijiet 'jinqasmu.'", "Ibda minn meta jilqgħu iben fi ħdanhom biex jagħtuh lid-dinja u jrabbuh.", "Huma l-ommijiet l-aktar li jobogħdu l-gwerra, li toqtlilhom lil uliedhom.", "L-Arċisqof Oscar Arnulfo Romero kien jgħid li l-ommijiet iġarrbu 'martirju matern.'", "Fl-omelija għall-funeral ta' saċerdot maqtul mill-iskwadri tal-qtil, hu tenna dak li qal il-Konċilju Vatikan II:", "'Kollha kemm aħna rridu nkunu lesti mmutu għall-fidi tagħna, anki jekk il-Mulej ma jagħtiniex dan l-unur...", "Li nagħtu ħajjitna ma jfissirx biss niġu maqtula; nagħtu ħajjitna, ikollna spirtu ta' martirju, ifisser li ningħataw fid-doveri tagħna, fis-silenzju, fit-talb, fit-twettiq onest ta' dmirijietna; f'dak is-silenzju tal-ħajja ta' kuljum; nagħtu ħajjitna ftit ftit!", "Iva, kif tagħtiha omm, li bla biża', bis-sempliċità tal-martirju matern, tnissel f'ġufha iben, tagħtih id-dawl, treddgħu, trabbih u tieħu ħsiebu bi mħabba.", "Dan ifisser tagħti ħajtek.", "Dan hu martirju.'", "Soċjetà mingħajr ommijiet kienet tkun soċjetà diżumana, għax l-ommijiet jafu jagħtu xhieda dejjem, anki fl-agħar mumenti, bil-ħlewwa tagħhom, bid-dedikazzjoni tagħhom, bil-fibra morali li għandhom.", "L-ommijiet spiss jittrasmettu wkoll is-sens l-aktar profond tal-prattika reliġjuża: fl-ewwel talbiet, fl-ewwel ġesti ta' devozzjoni li tfajjel jitgħallem, hemm minqux il-valur tal-fidi fil-ħajja ta' bniedem.", "Hu messaġġ li l-ommijiet li jemmnu jafu jgħadduh mingħajr ħafna spjegazzjonijiet: dawn jiġu wara, imma ż-żerriegħa tal-fidi qiegħda f'dawk l-ewwel waqtiet mill-aktar prezzjużi.", "Mingħajr l-ommijiet, mhux biss ma kienx ikun hemm fidili ġodda, imma l-fidi kienet titlef parti sewwa mis-sħana sempliċi u qawwija tagħha.\"", "Talba", ":", "O Alla, Int qaddist lil Eliżabetta Anna Seton b'don u grazzji; bħala mara u omm, edukatura u fundatriċi, sabiex setgħet tgħaddi ħajjitha f'servizz lejn il-poplu tiegħek.", "Agħtina li permezz tal-eżempju u t-talb tagħha, aħna wkoll naslu biex nitgħallmu nesprimu l-imħabba tagħna lejk fl-imħabba u l-qadi tagħna lejn il-bnedmin kollha li fihom għandna naraw lilek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-elizabeth-ann-seton.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-elizabeth-ann-seton-105", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Elizabeth_Ann_Seton", "Film on the life of Elizabeth Ann Seton:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef6260c3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-7-7-san-rajmond-ta-penjafort/", "title": "7 ta' Jannar: San Rajmond ta' Penjafort", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Rajmond ta' Penjafort", "\"Alla tal-imħabba u l-paċi jżommilkom qalbkom fis-sliem, u jħaffef il-mixi tagħkom, billi jħariskom u jkenninkom mit-tfixkil tal-bnedmin, sa ma jdaħħalkom f'dik l-art mimlija b'kull ġid, fejn tibqgħu għal dejjem fil-mistrieħ u s-sliem, fl-għamara ta' mħabbtu, u fil-ferħ ta' kull għana.\"", "Minn ittra ta' San Rajmond ta' Penjafort", "SAN RAJMOND TA' PENJAFORT", "Saċerdot", "1175 – 1275", "Tagħrif:", "San Rajmond twieled f'Katalonja, Spanja, fl-1175, għand familja prominenti.", "Kien intelliġenti ħafna, u ta' għoxrin sena kien ġa beda jgħallem il-filosofija f'Barċellona.", "Fl-1210 mar Bolonja, belt fl-Italja, fejn fl-1216 laħaq avukat fil-Liġi Ċivili u Kanonika.", "Fl-1219, l-Isqof Berengarju ta' Barċellona sejjaħlu f'pajjiżu u għamlu Kanonku tal-Katidral u Vigarju tad-djoċesi.", "Fl-1222, daħal fl-Ordni Dumnikan meta kellu 47 sena.", "Kien bniedem verament appostoliku, bniedem ta' għerf u ħajja tajba, kollu ħeġġa għall-formazzjoni tas-saċerdoti u t-tħejjija tagħhom għall-ministeru u kien għalihom li kiteb kollezzjoni ta' każijiet ta' kuxjenza biex jgħin lill-konfessuri.", "Hu għen lil San Pietru Nolasco biex iwaqqaf l-Ordni tal-Madonna tal-Ħniena (Merċedarji) li l-għan prinċipali tiegħu kien li jifdi l-ilsiera.", "Fl-1230, mar Ruma fuq talba tal-Papa Girgor IX biex ikun il-Konfessur tiegħu, u biex jiġbor flimkien id-digrieti kollha tal-Papiet, li kienu ilhom żmien mingħajr ordni.", "Hu ġabarhom f'ħames kotba (Decretales Gregorii IX).", "Fl-1235, il-Papa ħatru Isqof ta' Tarragona, iżda l-qaddis tant ma ħax gost b'dan l-unur u piż, li marad u l-Papa kellu jħallih jirritorna lejn pajjiżu bħala sempliċi patri biex jirkupra saħħtu.", "Fl-1238, ġie elett minn ħutu l-patrijiet biex ikun il-Ġeneral tal-Ordni, it-tieni wieħed wara San Duminku.", "Kien hu li ħajjar lil San Tumas ta' Aquino biex jikteb is-\"Summa Contra Gentiles,\" Irreżenja minn Ġeneral fl-1240, meta kellu 65.", "Kellu ħafna għal qalbu l-appostolat fost il-Lhud, għen il-missjonijiet li l-patrijiet merċedarji u oħrajn li kellhom fl-Afrika ta' Fuq għall-fidi tal-ilsiera Nsara, u wera ħeġġa kbira fid-djalogu mal-Misilmin; minħabba f'hekk kien iħajjar lill-missjunarji biex qabel ma jmorru fost il-Misilmin jitgħallmu l-Għarbi u l-Koran.", "San Rajmondu ta' Penjafort għex sakemm kellu mitt sena; miet f'Barċellona fis-6 ta' Jannar, 1275.", "Iddikjarah qaddis il-Papa Klement VIII fid-29 ta' April, 1601.", "Hu l-qaddis protettur tal-kanonisti (dawk li jistudjaw il-liġijiet tal-Knisja).", "Ħsieb", ":", "San Rajmond ta' Penjafort kien avukat, kanonista.", "Il-Liġijiet idealment jiddikjaraw dawk l-affarijiet li huma għall-aħjar interessi ta' kulħadd u jiżguraw li d-drittijiet ta' kulħadd ikunu salvagwardjati.", "Minn Rajmond, nistgħu nitgħallmu r-rispett lejn il-liġi bħala mezz biex iservi għall-ġid komuni.", "Ladarba San Rajmond ta' Penjafort ġie magħżul bħala l-Patrun tal-avukati, xtaqt nirreferi għal parti mid-diskors li l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal waqt l-omelija tiegħu fil-Ftuħ tas-Sena Forensi 2018 fl-1 ta' Ottubru:", "\"Il-ħajja morali hija dik li tevita l-ħażin u tagħmel it-tajjeb.", "Intom tifhmu li biex bniedem ikollu l-virtù tal-ġustizzja, għandu bżonn ħafna għaqal, ħafna rażan u ħafna qawwa.", "Il-virtù kardinali tal-ġustizzja, l-ewwel nett tqis lill-proxxmu b'dinjità u b'rispett, tagħti lil kulħadd skont kif imissu.", "Jeħtieġ li nkunu qaddejja tal-ġustizzja u niddefendu lill-poplu mill-arroganza tal-poter u mill-inġustizzja.", "Meta Ġesù ried jispjega lid-dixxipli d-don tal-Ispirtu s-Santu u n-natura tiegħu u ried jispjega wkoll kif ser jgħinhom, uża dan it-terminu sabiħ: 'advocatus,' dak li inti ssejjaħ biex ikun miegħek fil-mument fejn għandek bżonn il-faraġ, il-kunsill, id-dawl u l-parir it-tajjeb.", "L-eżami tal-kuxjenza li rridu nagħmlu huwa jekk xogħolna huwiex jagħti frott ta' ġustizzja.", "Allaħares naslu fit-traġedja li l-qrati tal-ġustizzja jkunu strument ta' oppressjoni.", "Aħna li aħna qaddejja tal-verità, allaħares insiru strumenti tal-gidba għaliex inkella mhux biss qed naħlu ż-żmien tagħna imma qed nagħtu servizz ħażin lir-Repubblika.", "Aħna għandna bżonn inkunu qrib in-nies tagħna; li tkun 'advocatus' tfisser li tkun qrib in-nies.", "Kultant tħoss li klijent mhuwiex interessat la fil-ġustizzja u wisq anqas fil-verità.", "Inti trid taqdi s-servizz li jitolbok imma ma tistax tikkomprometti la l-verità u lanqas il-ġustizzja.", "Allaħares iħarsu lejna bħala l-Avukati, li qegħdin hemm biex nisolħu n-nies.", "Aħna qegħdin biex inkunu qrib in-nies fil-verità.\"", "U int, kemm int ġust/a fir-relazzjonijiet tiegħek mal-oħrajn, id-dar mal-familjari tiegħek?", "Fuq ix-xogħol mal-kollegi tiegħek?", "Meta tiġi biex tieħu deċiżjonijiet importanti?", "Ejjew ngħixu s-Sewwa u l-Ġustizzja dejjem, anki jekk għal dan irridu nħallsu prezz, bit-tama li la jasal il-waqt, ikun Alla nnifsu li jiddefendi l-kawża ġusta tagħna u jdaħħalna mal-ġusti fis-Sema.\"", "It-tama kompleta li ssir ġustizzja, għandna npoġġuha fil-Mulej.", "Hu biss il-garanzija tal-Paċi għal issa u għal li ġej!", "Ejjew nitolbu għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-Liġi biex San Rajmond ta' Penjafort jinterċedi għalihom ħalli jaqdu dmirijiethom kif jixraq lill-poplu ta' Alla.", "Talba", ":", "Għażiż San Rajmond ta' Penjafort, int bdilt id-dinja bit-tagħlim tiegħek u l-Knisja bil-qdusija tiegħek, itlob għalina biex aħna wkoll għad inħallu din id-dinja aħjar milli nkunu sibnieha, billi nikkomunikaw mal-bnedmin il-lingwa tal-fidi, l-imħabba, is-sewwa u l-ġustizzja li ġabilna Kristu, biex bħalek naslu għall-mistrieħ ta' dejjem fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-raymond-of-penafort.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-raymond-of-penafort-109", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Raymond_of_Penyafort", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef626cd3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-8-8-san-lawrenz-gustinjani/", "title": "8 ta' Jannar: San Lawrenz Ġustinjani", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Lawrenz Ġustinjani", "\"Permezz tal-prattika tat-talb nistgħu nibnu Ċittadella li ma tistax tiġi meqruda, fejn għandna nkunu protetti b'mod sigur kontra l-għedewwa kollha tagħna.\" –", "San Lawrenz Ġustinjani", "SAN LAWRENZ ĠUSTINJANI", "Isqof, Konfessur u Patrijarka ta' Grado", "1381 – 1455", "Tagħrif:", "Twieled Venezja minn familja nobbli.", "Ommu baqgħet armla kmieni, b'ħafna wlied u għażlet li titqaddes billi tagħti ruħha għall-edukazzjoni tagħhom bla ebda ħsieb li terġa' tiżżewweġ.", "Fiċ-ċkejken Lawrenz kixfet minn kmieni ruħ nobbli u ġeneruża u għalhekk bdiet minn kmieni tiżra' ż-żerriegħa ta' ħajja devota u ta' perfezzjoni.", "Iċ-ċkejken kien iwieġeb 'l ommu li bil-grazzja t'Alla kien irid isir qassis.", "Ta' 19-il sena sema' s-sejħa t'Alla u bil-parir ta' zijuh Don Querini, wara li rrifjuta ż-żwieġ, daħal mal-kongregazzjoni tal-Kanonċi Sekulari ta' San Ġorġ fil-kunvent ta' Alga, gżira żgħira ħdejn Venezja.", "Kien ġa hekk imrawwem fil-mortifikazzjoni, li s-superjuri kellhom inaqqsuhomlu minflok ma jġagħluh iżidhom.", "Kien għal kulħadd xempju ta' faqar, ta' mortifikazzjoni, ta' ġabra u ta' umiltà.", "Kien iħobb imur jitlob il-karità bil-ħorġa fuq spalltu, bla ma jistħi minn ħadd.", "Wara li ordna saċerdot (1406) ġie magħżul bħala pirjol tal-komunità u ftit wara bħala ġeneral tal-kongregazzjoni.", "Għamel riforma tad-dixxiplina u daħħal kostituzzjoni ġdida li biha l-kanonċi minn sekulari saru regulari.", "Il-fama tiegħu ta' qaddis u ż-żelu tiegħu għas-salvazzjoni tal-erwieħ ġibdu fuqu l-attenzjoni ta' Ewġenju IV, li fit-22 ta' Mejju, 1433 għamlu isqof ta' Castello.", "Kellu jaċċetta fuq qalbu; iżda ħa l-pussess hekk bil-kwiet li ħbiebu ma sarux jafu bih qabel maċ-ċerimonja kienet ġa spiċċat.", "Bħala isqof, kif ukoll bħala reliġjuż, baqa' eżemplari fil-ħeġġa tal-imħabba lejn Alla u tal-karità mal-fqar.", "Ġedded knejjes imġarrfin, waqqaf parroċċi ġodda, għen il-fondazzjoni ta' kunventi ġodda u rriforma l-ħajja u d-dixxiplina tal-kanonċi taħtu.", "Iżda fuq kollox kienet tiddi l-karità nisranija u l-ġenerożità tiegħu.", "Kulma kien jaqla' kien jagħtih lill-fqar, waqt li hu nnifsu kien jgħix ħajja sempliċi u ta' faqar.", "Meta wħud osservawlu li kien imissu joqgħod aktar attent għal ġieħu, tal-Knisja u tar-repubblika, kien iwieġeb li l-virtù kienet l-unika żina tal-karattru ta' isqof u li l-fqar kollha tad-djoċesi kienu membri tal-familja tal-isqof.", "Ma kienx iżomm miegħu ħlief ħamsa min-nies.", "La kellu arġenteriji u lanqas ilbies fin – sodda tat-tiben mgħottija bi gverta ħarxa.", "Hekk seta' jikseb ir-rispett u l-imħabba ta' kulħadd u r-riformi l-aktar iebsa fost il-kleru u l-poplu.", "Kien ifittex il-progress tal-ħajja Nisranija sew bil-predikazzjoni kemm bil-kitba.", "Kienu jqimuh id-dinjitarji sew tal-Knisja, kemm tal-istat u sew ta' ġo pajjiżu u kemm ta' barra pajjiżu.", "Meta fl-1451 miet il-patrijarka ta' Grado, il-Papa Nikola V ħatru bħala s-suċċessur, billi neħħa s-sedi ta' Castello li kienet taħt il-patrijarka ta' Grado u ttrasferixxa Venezja s-sedi ta' Grado.", "Għalhekk il-qaddis hu wkoll magħruf bħala l-ewwel patrijarka ta' Venezja, għad li dan it-titlu ma bediex qabel l-1751.", "L-aħħar erba' snin ta' ħajtu għaddihom b'dan il-piż fuq spallejh, li hu aċċetta bl-ordni tal-Papa u mitlub mid-doġe ta' Venezja.", "In-neputi tiegħu, Bernardu Ġustinjani, li kiteb ħajtu bil-Latin, jirrakkonta bosta mirakli u profeziji tal-qaddis.", "Kien għadu kemm temm jikteb l-opra tiegħu.", "\"Gradi tal-Perfezzjoni\" meta qabdu deni qawwi.", "Riedu jpoġġuh fuq sodda tajba, iżda ma riedx jibdilha mat-tiben.", "Talbuh jagħmel testment iżda ma kellu xejn xi jħalli.", "Biss wissa lil kulħadd biex ikunu tajbin u ordna li jidfnuh bla pompi, bħala reliġjuż, fil-kunvent ta' San Ġorġ, iżda s-senat oppona ruħu għal dan wara mewtu.", "Marċellu, dixxiplu tiegħu u ta' familja nobbli, beda jolfoq u jibki bħal tifel.", "Il-qaddis farrġu u qallu li fil-Għid ta' wara jkunu flimkien.", "Miet fit-8 ta' Jannar tal-1455.", "Ġismu, bl-ordni tas-senat, jinsab fil-bażilika ta' San Mark, Venezja.", "Ħsieb", ":", "Meta San Lawrenz Ġustinjani kien għadu tifel, kien diġà beda jaspira li jrid jgħix ħajja iżjed perfetta fuq il-passi ta' Kristu; u ta' dsatax-il sena, kellu viżjoni tal-Għerf Etern.", "L-affarijiet kollha tad-dinja li qabel deheru ta' sbuħija tlellex f'għajnejh, ikkomparati ma' din id-dehra, issa dehru hekk mitfija li vojt kbir tħalla f'qalbu u xejn ħlief Alla ma seta' jimlieh.", "Kien propju \"b'din\" il-viżjoni tat-tgawdija tal-Ġenna f'moħħu li l-qaddis issokta l-ħajja tiegħu.", "Il-ġid vera li hemm jistenniena fis-sema jekk fuq din l-art infittxu s-Saltna t'Alla l-ewwel u qabel kollox, kien dak li anima kull ħsieb, kelma u azzjoni tal-qaddis.", "B'din id-dehra quddiem għajnejh, huwa:", "irrifjuta l-offerta ta' żwieġ brillanti,", "ħarab segretament mid-dar tiegħu f'Venezja, u ngħaqad mal-Kanonċi Sekulari ta' San Ġorġ, u", "wieħed wieħed huwa rnexxielu jfarrak u jieħu kontroll fuq kull stint naturali li seta' jnaqqaslu l-unjoni tiegħu ma' Alla li tant kien iħobb.", "Meta Lawrenz daħal bħala reliġjuż, kien hemm raġel għani li mar biex jipprova jfixklu milli jissagrifika kull prospett ta' din id-dinja.", "Il-patri għaqli għaraf jisimgħu bil-paċenzja waqt li dan beda jaħtfu, jirrabja miegħu u jabbużah bi vjolenza.", "Imbagħad wieġbu bil-kalma u bil-ġentilezza.", "Huwa kellmu fuq kemm hi qasira l-ħajja fuq din l-art, fuq li l-pjaċiri ta' din id-dinja huma inċerti, u fuq il-premju inkomparabbli li kien ifittex għalih innifsu imma li xtaq li kull ħabib jiksbu.", "Għal dan il-kliem, ir-raġel ma seta' jgħidlu xejn iżjed; ħass li fil-verità Lawrenz kien tassew għaqli, u li hu kien jinsab fil-bluha u fil-qerq.", "B'konsegwenza, ir-raġel ħalla d-dinja, sar novizz ma' San Lawrenz u l-mewt qaddisa tiegħu assigurat dak it-teżor li qatt ma jonqos fis-sema.", "Bħala superjur u ġenerali, Lawrenz kabbar u saħħaħ l-Ordni tiegħu, u bħala l-isqof tad-djoċesi tiegħu, minkejja l-malafama u l-insulti li ġarrab, ġab ir-riformi meħtieġa.", "L-entużjażmu tiegħu wassal biex jinħatar bħala l-ewwel Patrijarka ta' Venezja, iżda baqa' dejjem saċerdot umli, bil-għatx għad-dehra tas-sema.", "Hekk kif spiċċa l-vjaġġ tiegħu f'din l-art, Lawrenz reġa' ra li l-viżjoni eterna issa kienet qrib u filwaqt li rrifjuta milli jpoġġuh fuq sodda komda minkejja l-uġigħ, hu esklama f'estasi: \"Ġesù twajjeb, arani ġej!\" u miet ta' 74 sena.", "U int, tpoġġi il-ħarsa tiegħek fuq il-premju tal-ġenna biex dak kollu li taħseb, tgħid u tagħmel ikun jirrifletti l-preparazzjoni tiegħek tat-teżor li ma jiġix nieqes fis-sema?", "Tipprattika distakk minn dak li huwa materjali, b'mod li bil-mod il-mod inti tintrabat bis-sħiħ ma' dak li huwa spiritwali?", "Tfittex l-umiltà u l-ħajja moħbija ta' talb bħalma fittixha dan il-qaddis minkejja l-pożizzjoni għolja li ngħatatlu?", "Tixxennaq għall-ġenna, il-vera dar tagħna b'mod li taħdem għaliha b'mod kostanti u tgħin lill-proxxmu tiegħek biex jagħmel l-istess?", "Talba", ":", "Agħtina O Alla nitolbuk, li għat-talb ta' San Lawrenz Ġustinjani, aħna ngħixu b'mod li ninqdew tajjeb bil-ġid li jgħaddi hekk li nagħrfu norbtu qalbna minn issa mal-ġid li jibqa' għal dejjem, dak li int wegħedtna li tagħtina fis-Sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://catholicharboroffaithandmorals.com/St.%20Lawrence%20Justinian.html", "Alternative Reading:", "http://catholicismhastheanswer.com/saint-lawrence-justinian/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Lawrence_Giustiniani", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef625e70', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-6-6-santa-raffaela-marija-porras/", "title": "6 ta' Jannar: Santa Raffaela Marija Porras", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Raffaela Marija Porras", "\"Alla jridni naċċetta kull ma qed inġarrab bħallikieku hu stess qed jikkmandani biex nagħmilhom.\" –", "Santa Raffaela Marija Porras", "SANTA RAFFAELA MARIJA PORRAS", "Fundatriċi tas-Sorijiet", "1850 – 1925", "Tagħrif:", "Twieldet f'Goroba (Spanja), fl-1 ta' Marzu, 1850.", "Missierha kien sindku u miet meta Raffaela kellha 4 snin.", "Ommha mietet meta Raffaela kellha 19-il sena.", "Oħtha Dolores, li kienet akbar minn Raffaela, iddeċidiet biex flimkien ma' oħtha jidħlu sorijiet.", "L-isqof ta' Cardoba ma kienx kuntent bis-sorijiet tal-kunvent, li magħhom daħlu Dolores u Raffaela.", "Is-sorijiet kollha, minbarra ż-żewġ aħwa, ħallew il-kunvent u ħallew lil Dolores u Raffaela responsabbli.", "Is-16-il novizza kienu taħt ir-responsabbilità ta' Raffaela.", "Fr. Ortiz, li kien responsabbli minn dan il-kunvent, ħadhom f'post ieħor, u talab lill-awtoritajiet tal-Knisja biex jirrikonoxxu s-soċjetà l-ġdida.", "Patri Ġiżwita, Cotanilla, ħadhom Madrid; Swor Raffaela għamlet il-voti solenni u fl-1886.", "Is-soċjetà bdiet tissemma' bl-isem tas-Sorijiet Riparatriċi tal-Qalb ta' Ġesù.", "Is-soċjetà nxterdet mal-Ingilterra u l-Amerika.", "Fetħu skejjel u organizzaw irtiri.", "Ġara li bejn iż-żewġ aħwa beda xi nuqqas ta' ftehim, u għalhekk il-Vatikan ħatar lil Dolores bħala superjura.", "Bl-umiltà kollha Raffaela aċċettat din il-bidla u għaddiet l-aħħar 32 sena f'xogħol tal-kunvent, f'Ruma.", "Raffaela kienet kitbet: \"Alla jridni naċċetta kull ma qed inġarrab bħallikieku hu stess qed jikkmandani biex nagħmilhom.\"", "Mietet nhar l-Epifanija fl-1925.", "Il-Papa Pawlu VI kkanonizzaha fl-1977.", "Ħsieb", ":", "Sfortunatament, kien hemm differenzi qawwija ta' opinjoni dwar l-amministrazzjoni bejn Madre Raffaela u \"oħtha l-kbira\" Dolores, imsejħa Maria-del-Pilar.", "Fl-1893, Raffaela irriżenjat minn superjura, u Maria-del-Pilar ġiet eletta biex tissostitwixxi l-fundatriċi.", "Għas-sentejn li ġejjin, Madre Raffaela kienet prattikament injorata mill-komunità reliġjuża kollha tagħha li tagħha hija l-Fundatriċi.", "Imkeċċija u mibgħuta f'waħda mid-djar tagħhom f'Ruma, hija ġiet assenjatha ix-xogħol tad-dar.", "Xogħol tad-dar għal tliet deċennji u aktar!", "Issa, ħadd minna ma jħobb jiġi mwarrab jew maqtgħuh 'il barra, speċjalment jekk m'hemmx raġuni ġusta għal trattament bħal dan.", "Jekk l-oħrajn jiddependu minna, aħna ġeneralment obbligati li nitolbu ġustizzja minn dawk li jkunu għamlulna l-ħsara, jew inkella nfittxu mpjieg ieħor fejn aħna ningħataw dak li hu dovut lilna.", "Madre Raffaela għażlet li tgħix din il-kwarantina krudili li imponew fuqha bħala s-salib speċjali tagħha.", "Kien dan l-att erojku u \"martirju kontinwu u fit-tul\" li għamilha qaddisa.", "\"Nara b'mod ċar,\" qalet, \"li Alla jridni nissottometti ruħi għal dak kollu li jiġrili daqs li kieku rajt Lilu stess jikkmandani biex nagħmel dan.\"", "Ġesù għamililna ċara li:", "\"Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum, u jimxi warajja.\"", "(Mattew 16:24) Din l-opportunità.", "Huwa qiegħed jagħtiha lilna wkoll, fuq platt tal-fidda: li ngħaqqdu t-tbatija tagħna ma' Tiegħu għas-salvazzjoni tad-dinja.", "F'Raffaela Porras, għal dawk minna li huma vittmi ta' kwalunkwe tip ta' inġustizzja, għandhom Patruna li tista' tifhimhom sew għax iġġarbet bħalhom.", "Raffaela mhux biss ħafret lil min għamel din l-inġustizzja kiefra magħha, imma wkoll għexet b'umiltà u rassenjazzjoni kbira din l-umiljazzjoni għal bosta snin, bl-iskop li ssalva ħafna erwieħ bl-offerta ta' tbatijietha.", "Li kieku int kif kont taġixxi?", "Kont taħfer u tilqa' l-umiljazzjonijiet għall-imħabba t'Alla kif huwa laqa' l-passjoni umiljanti tiegħu bħala r-rieda tal-Missier biex isalvana?", "Kont minflok tiddeċiedi li toffri t-tbatijiet tiegħek, magħqudin ma' dawk ta' Ġesù, bħala talba biex issalva ħafna erwieħ?", "Fit-tbatija l-bniedem idur fuq Alla u jistaqsi: \"Imma għaliex jien?", "X'għamilt ħażin?\"", "Meta niftakru li Ġesù aċċetta li jieħu fuqu dnubietna u jpatti għalihom bit-tbatija li kellu jgħaddi minnha, għandna nieqfu u nirriflettu...", "Ġesù, li kien bla dnub, patta għalina, imma lill-Missier ma staqsiehx: 'Għalfejn JIEN?'", "Min iħobb, jaf ibati bla ma jitlef il-paċi tal-qalb, għax jagħraf f'kull tip ta' tbatija, valur imprezzabbli.", "Talba", ":", "O Mulej, Raffaela Porras żammet il-ħarsa tagħha fuq il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù, u Hu għamilha ta' qalb ħelwa u umli bħalu.", "Agħtina li għat-talb tagħha u fuq l-eżempju ta' ħajjitha, aħna wkoll nagħrfu lill-bnedmin kollha bħala wliedek, u naħdmu biex huma jesperjenzaw imħabbtek f'ħajjithom, akkost li nbatu biex niksbu dan.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.congregacion-aci.org/saint-raphaela-mary/?lang=en", "Alternative Reading:", "http://aciengland.org/saint-raphaela-mary-and-mother-pilar-life/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Rafaela_Porras_Ayll%C3%B3n", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef628a22', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-3-3-santa-genoveffa/", "title": "3 ta' Jannar: Santa Ġenoveffa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ġenoveffa", "\"Kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.\" –", "Ġesù f'Mattew 25:40", "SANTA ĠENOVEFFA", "Verġni u Patruna ta' Pariġi", "422 – 511", "Tagħrif:", "Ġenoveffa hi l-patruna ta' Pariġi.", "Il-ħajja u l-karattru ta' Santa Ġenoveffa jfakkruna f'ħafna mill-kwalitajiet li dehru elf sena wara fil-qaddisa l-oħra Franċiża Ġovanna d'Arco.", "Santa Ġenoveffa x'aktarx twieldet fis-sena 422, f'Nanterre qrib Pariġi.", "Kellha seba' snin meta San Ġerman ta' Auxerre ġie fil-villaġġ tagħha fi triqtu lejn il-Gran Brittanja biex jiġġieled kontra l-ereżija ta' Pelaġju.", "It-tifla kienet qalb il-folla li nġabret madwar il-bniedem t'Alla.", "Hu ntebaħ biha u ħabbar il-ġejjieni tal-qdusija tagħha.", "Fuq xewqa tagħha stess, l-isqof qaddis wassalha l-knisja, akkumpanjatha mill-fidili kollha, fejn f'idejh, ikkonsagrat il-verġinità tagħha lil Alla.", "Ta' ħmistax-il sena, meta kienu ġa mietu l-ġenituri tagħha, Ġenoveffa marret toqgħod Pariġi u rċeviet il-\"velu tal-verġni\" mill-isqof tal-belt.", "Il-viżjonijiet u l-profeziji tagħha qanqlu lin-nies ta' Pariġi kontriha u anki sar attentat fuq ħajjitha.", "Imma bis-sapport tal-isqof San Ġerman, kif ukoll għax il-profeziji tagħha seħħew, l-attitudni ta' dawk li kienu kontriha nbidlet.", "Hi għenet biex tittaffa l-ħruxija tal-okkupazzjoni ta' Pariġi mir-re Kilderik u n-nies tiegħu (il-Franki) u rnexxielha ddaħħal ħafna qamħ lill-popolazzjoni bil-ġuħ.", "Insistiet ma' Kilderik u aktar tard ma' Klovis biex jinħelsu l-priġunieri, u t-talba tagħha kienet mismugħa.", "Meta, fl-451, kien hemm il-periklu li Attila II jinvadi Pariġi, hija ħeġġet lin-nies biex ma jitilqux mill-belt iżda li jagħmlu penitenza u jafdaw f'Alla.", "Fil-fatt ġara kif kienet ħabbret minn qabel, għax Attila u n-nies tiegħu biddlu triqthom u ma daħlux f'Pariġi.", "Ġenoveffa ħabirket biex tinbena knisja f'ġieħ San Dijonisju (Denis), u anke kkonvinċiet lir-re Klovis li jibni l-knisja ta' San Pietru u San Pawl, li aktar tard hi kellha tindifen fiha.", "Il-ħajja ta' Santa Ġenoveffa kienet waħda ta' awsterità kbira, talb kontinwu u ħidma ta' karità.", "Hija mietet fl-età ta' 89 sena fit-3 ta' Jannar, 512.", "Wara mewtha, jingħad li saru ħafna mirakli fuq qabarha, tant li l-knisja aktar tard issemmiet għaliha.", "Hi ħelset lil Pariġi minn diversi katastrofi, u l-epidemija li kinset Pariġi fl-1129 jingħad li waqfet bl-interċessjoni tagħha.", "Infatti dan tal-aħħar huwa l-aktar wieħed famuż bħala l-miraklu ta' Des Ardens, meta r-relikwi tal-qaddisa inġarru proċessjonalment lejn il-katedral u waqt iċ-ċerimonja, dawk li missew magħhom, ġew imfejqa.", "F'Pariġi kollu ħadd aktar ma marad.", "Ġiet magħżula bħala l-Patruna ta' Pariġi u l-festa tagħha hi ċċelebrata fit-3 ta' Jannar.", "Hija kienet tilbes libsa twila b'mantell li jgħattilha spallejha, simili għal mod kif kienet tilbes il-Verġni Marija.", "Wieħed mis-simboli ta' din il-qaddisa huwa l-ħobż, minħabba li kienet tant ġeneruża ma' dawk li kienu jeħtieġu l-għajnuna.", "Ir-revoluzzjonarji fl-1793 u l-irvellijiet ta' Pariġi fl-1871 qerdu u xerrdu r-relikwi ta' Santa Ġenoveffa.", "Il-knisja tagħha bidluha f'Pantheon għad-dfin tan-nies kbar Franċiżi.", "Hi invokata kontra d-deni u l-mard tal-għajnejn.", "Ħsieb:", "\"Il-ħajja ta' Santa Ġenoveffa kienet waħda ta' awsterità kbira, talb kontinwu u ħidma ta' karità.\"", "U tiegħek?", "F'hiex int fit-talb u l-karità lejn l-oħrajn?", "Tixtieq tħobb lill-Mulej aktar?", "Wasalt fejn wasalt fil-vjaġġ spiritwali tiegħek wara Kristu, kull ma trid tagħmel hu, li timxi l-quddiem b'passi żgħar kuljum... bla ma taqta' qalbek jew tippretendi wisq minnek innifsek.", "Għix il-preżent bl-aħjar mod possibli.", "Ipprova inkludi, ma' dak li diġà tagħmel, affarijiet li taf li lil Alla jogħġbuH u jixtieqhom minnek (eż. talb, Qrar, Tqarbin, qadi, imħabba fil-prattika, eċċ) Tesaġerax f'dak li tinkludi, għax tista' taqta' qalbek.", "Qatt ħsibt li jista' jkun hemm min hu fil-ħtieġa tal-għajnuna tiegħek?", "Ieqaf itlob dwar dan u ħalli l-Mulej jurik ...", "Forsi xi marid/a li tista' tmur iżżur?", "Forsi xi persuna/i li jeħtieġu għajnuna fi bżonnijiet bażiċi tal-ħajja?", "Xi ħadd fil-familja tiegħek, xi ġirien jew xi barranin li jgħixu fi gżiritna?", "Forsi tista' tagħmel il-ġid b'xi kelma lil min qed iħoss wisq it-toqol tal-ħajja jew tqatta' ftit ħin ma' xi ħadd li jinsab waħdu/waħedha?", "Min jaf jekk tistax tkun int li tiftaħ għajnejn xi ħadd li jinsab miexi fi triq żbaljata li tista' twasslu għat-telfien ta' ruħu/ruħha?", "Iva, dan kollu tista' tagħżel li tagħmlu bil-qalb u bil-ferħ filwaqt li tiftakar kliem Ġesù li qalilna:", "\"Kul ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi", "\"", "(Mattew 25:40).", "Kemm jinżel għasel imbagħad kliem Ġesù f'jum il-ġudizzju meta jgħidilna:", "\"Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja.", "Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.\"", "(Mattew 25:34-36)", "Talba:", "Oħti fi Kristu Ġenoveffa, bit-talb u l-merti li akkwistajt f'ħajtek nitolbok tgħinni ninfetaħ iżjed għall-bżonnijiet ta' dawk ta' madwari.", "Ħa jkolli jien ukoll il-ħeġġa għat-talb u s-sagrifiċċju biex ngħin ukoll fil-ħajja tar-ruħ lili nnifsi u lil ħuti l-bnedmin.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-genevieve.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=120", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Genevieve", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef6287ef', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-5-5-san-gwann-nepomecenu-neumann/", "title": "5 ta' Jannar: San Ġwann Nepomeċenu Neumann", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Nepomeċenu Neumann", "\"Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.\" –", "Ġesù f'Mark 16:15", "SAN ĠWANN NEPOMEĊENU NEUMAN", "Isqof", "1811 – 1860", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled fi Prachitz fil-Boemja, fl-1811.", "Wara li temm l-istudji tiegħu fl-Università ta' Praga, telaq lejn l-Amerika.", "Wasal New York fl-1836, u ġie ordnat saċerdot mill-Isqof James Dubois fil-25", "ta' Ġunju ta' dik is-sena.", "Wara erba' snin ta' ħidma pastorali bħala qassis djoċesan, daħal mal-Patrijiet Redentoristi (ta' San Alfons) u kien viċi-provinċjal.", "Imma fl-1852, il-Papa Piju IX, ħatru isqof ta' Filadeljfa, fejn ħadem bla mistrieħ, billi waqqaf skejjel li għalihom sejjaħ bosta", "brothers", "u sorijiet, bena knejjes u ta bidu għall-bini tal-katidral.", "Waqqaf ukoll bosta parroċċi ġodda, kiteb żewġ kotba tal-katekiżmu, u xerred ferm id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija.", "Waqa' mejjet fit-triq, ġewwa Filadelfja, fil-5 ta' Jannar, 1860, fl-età ta' 48 sena.", "Il-Qaddis Papa Pawlu VI mar jikkanonizzah fid-19 ta' Ġunju, 1977.", "Il-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-kripta tal-knisja ta' San Pietru, (Avenue Girard) ġewwa Filadelfja.", "Ħsieb", ":", "Kristu ma jagħtikx missjoni mingħajr ma jagħti wkoll l-mezzi biex twettaqha.", "Id-don li Ġwann Neumann ingħata mingħand Alla, kien l-abbiltà organizzattiva eċċezzjonali tiegħu, li kien juża biex ixerred l-Aħbar it-Tajba.", "Illum il-Knisja hija fil-bżonn urġenti li rġiel u nisa li jkomplu fi żminijietna jgħaddu l-Aħbar it-Tajba tal-Evanġelju.", "L-ostakoli u l-inkonvenjenzi huma reali u dejjem irid jitħallas prezz.", "Iżda meta l-Insara jersqu lejn Kristu, huwa jipprovdi t-talenti meħtieġa biex inkunu nistgħu inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-lum.", "L-Ispirtu ta' Kristu jkompli x-xogħol tiegħu permezz tal-istrumentalità ta' Nsara Ġenerużi.", "Dan hu d-diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali tal-22 ta' Mejju, 2013 dwar il-missjoni tal-Knisja li tevanġelizza lill-ġnus:", "\"Il-missjoni tal-Knisja hi li tevanġelizza, u din m'hix missjoni ta' xi wħud biss, imma hi l-missjoni tiegħi, tiegħek, tagħna lkoll.", "L-Appostlu Pawlu esklama:", "'Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju!'", "(1 Korintin 9:16).", "Kulħadd irid ikun evanġelizzatur, fuq kollox b'ħajtu!", "Pawlu VI enfasizza:", "'Li tevanġelizza... hi l-grazzja u s-sejħa propja tal-Knisja, l-identità l-aktar profonda tagħha.", "Hi teżisti biex tevanġelizza'", "(Eżortazzjoni Appostolika Evangelii nuntiandi, 14).", "Naħsbu ftit fuq dan.", "Inwasslu l-Evanġelju jfisser inħabbru u ngħixu aħna l-ewwel ir-rikonċiljazzjoni, il-maħfra, il-paċi, l-għaqda u l-imħabba li l-Ispirtu s-Santu jagħtina bħala don.", "Niftakru fi kliem Ġesù:", "'Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom'", "(Ġwanni 13:34-35).", "Effett ieħor tal-ħidma tal-Ispirtu s-Santu: il-kuraġġ li nħabbru lil kulħadd l-element ġdid tal-Evanġelju ta' Ġesù;", "bi frankezza (parresia),", "b'leħen għoli,", "f'kull waqt u", "kullimkien.", "Inxettlu enerġiji ġodda għall-missjoni,", "toroq ġodda biex fihom inħabbru l-messaġġ tal-fidwa,", "kuraġġ ġdid biex nevanġelizzaw.", "Ejjew ma ningħalqu qatt għal din l-azzjoni!", "Ngħixu l-Evanġelju bl-umiltà u l-kuraġġ!", "Nagħtu xhieda għal dak li hu ġdid fih, it-tama, il-ferħ li l-Mulej iġib f'ħajjitna.", "Inħossu fina 'l-hena ħelu u mimli faraġ tal-evanġelizzazzjoni' (Pawlu VI, Eżortazzjoni Appostolika Evangelii nuntiandi, 80).", "Għax meta nevanġelizzaw u nħabbru lil Ġesù, dan jagħtina l-ferħ; min-naħa l-oħra, l-egoiżmu jġibilna biss diqa, niket, isabbatna mal-art; l-evanġelizzazzjoni tgħollina 'l fuq.\"", "Neumann ħa serjament il-kliem ta' Sidna, \"Mur u għallem lill-ġnus kollha.\"", "Irċieva l-istruzzjonijiet mingħand Kristu u s-setgħa li jwettaqhom.", "Kien qaddej fidil u għaqli li baqa' magħruf għal kliemu, kitbietu u għemilu, hekk li llum qed nirringrazzjaw lil Alla għad-don ta' ħajtu.", "U int, għaliex taħseb li ser tibqa' magħruf/a wara mewtek?", "Għal liema kelmiet u għemejjel se jfaħħruk u jirringrazzjawk?", "Qed tagħmel ħiltek kollha biex tkun ta' dawl u ispirazzjoni għal ħaddieħor?", "Tfittex l-għerf u t-tagħlim li bih tista' tikber int u tkabbar lill-oħrajn fit-triq għall-qdusija hekk kif għamel San Ġwann Neumann?", "Talba", ":", "O Missier qaddis, ħares lejn din il-qalb fqira tiegħi lesta biex tilqgħek imqanqla bil-grazzja divina tiegħek.", "Keċċi minn ġo qalbi dak li hu ħażin, għax waħdi dan ma nistax", "nagħmlu.", "O ħelu Ġesù tarbija, għal darb'oħra inti tingħaqad miegħi.", "O li kieku nista' nħejji post ġewwa qalbi kif tixtieq int, Ġesù.", "O salvatur omnipotenti, agħtini l-għajnuna!", "Għażiż Ġesù, aħsilna bid-dmugħ li jinxtered minn dawk għajnejk ħelwin, minħabba dnubieti.", "Ħa jberkuni dawk l-idejn tas-salvatur tarbija tiegħi.", "Ammen.", "(Talba ta' San Ġwann Nepomeċenu Neumann)", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-john-neumann.html", "Alternative Reading:", "https://sjnnh.org/the-fascinating-life-of-st-john-neumann", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Neumann", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef629d76', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-1-0-10-santa-leonie-aviat/", "title": "10 ta' Jannar: Santa Leonie Aviat", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Leonie Aviat", "\"Ejjew naħdmu għall-kuntentizza tal-oħrajn.\"", "Santa Leonie Aviat", "SANTA LEONIE AVIAT", "(Franġiska de Sales Aviat )", "1844 – 1914", "Tagħrif:", "Twieldet fis-16 ta' Settembru 1844, fil-belt ta' Sezanne (Franza).", "Missierha kien Theodore Aviat u ommha kien jisimha Emilie.", "Huma kellhom ħanut tal-merċa.", "Ta' 11-il sena, daħlet boarder, mas-Sorijiet tal-Viżitandini mwaqqfin minn Santa Ġiovanna de Chantal.", "Kellha żewġ gwidi spiritwali.", "Hija damet għal 5 snin fl-iskola ta' dawn is-sorijiet.", "Kellha sens kbir tal-evoluzzjoni soċjali li kienet għaddejja minnha Franza – imma fl-istess ħin ħarġet mill-iskola konvinta li Alla qed isejħilha għall-ħajja reliġjuża.", "Missierha talabha biex tħalli d-deċiżjoni għal meta jkollha 20 sena.", "Darba minnhom, ommha bagħtitha qadja f'fabbrika tan-nuċċalijiet, Sezanne.", "Hemmhekk rat ħafna xebbiet jaħdmu, u din id-dehra aktar ikkonvinċietha biex tgħin u tiggwida lil dawn ix-xebbiet.", "Xi snin wara, fl-1858, is-saċerdot Brisson, induna li ħafna xebbiet kienu qed jiġu minn bliet oħra biex jaħdmu fil-fabbrika u qed jiġu sfruttati u abbandunati.", "Huwa waqqaf l-opra ta' San Franġisk de Sales, li tieħu ħsieb dawn ix-xebbiet.", "Leonie kienet addattata għal dan ix-xogħol.", "Fl-1866 marret tagħmel irtir u fis-16 ta' April ħadet f'idejha r-responsabbilità tal-opra.", "Biddlet isimha u saret Sour Franġiska de Sales Aviat – b'rispett lejn San Franġisk de Sales.", "Fetħet", "hostels", ", fejn ix-xebbiet kienu jirċievu t-taħriġ, edukazzjoni u formazzjoni soċjali.", "Kienet tinsisti ħafna magħhom fuq – id-dinjità tagħhom bħala nisa – u fuq id-dinjità tax-xogħol.", "Kienet tinkuraġġihom ifaddlu l-flus, u jimxu fuq l-eżempju ta' Marija u Ġużeppi.", "Din kienet tema wisq għal qalb Dun Brisson.", "Din l-organizzazzjoni ta' Dun Brisson u Leonie, ħadet l-isem ta' Obbati tal-Opra ta' San Franġisk de Sales.", "L-opra żviluppat ruħha f'pajjiżi oħra madwar id-dinja.", "Darba waqt laqgħa ma' Dun Brisson, hu għarrafha li l-isqof kellu suspetti fuq is-siwi ta' din l-opra li jieħdu ħsieb in-nisa, għalhekk għal xi żmien it-tnejn li huma kellhom jieqfu mix-xogħol li kienu qed iwettqu.", "Iżda fl-1893, l-isqof reġa' poġġieha superjura tal-opra.", "Fl-1903, il-Gvern Franċiż keċċa lir-reliġjużi kollha, kemm irġiel u kemm nisa minn Franza, u ħadilhom il-propjetà kollha tagħhom.", "Lis-sorijiet, l-isqof tahom ordni li jneħħu l-abitu tagħhom u jilbsu pajżana biex ikunu jistgħu jkomplu l-opra.", "Leonie, ġiet sfurzata biex titlaq minn Franza u marret f'Perugia, l-Italja.", "F'Perugia, Leonie tant għamlet isem, li t-Taljani bdew isejħulha l-Qaddisa.", "Suor Franġiska De Sales Aviat, mietet fl-10 ta' Jannar 1914.", "Hi ġiet ibbeatifikata fl-1992 u kanonizzat fil-25 ta' Novembru, 2001.", "Ħsieb", ":", "Taħt il-gwida ta' Santa Leonie Aviat, il-komunità kibret fin-numru, l-apostolat soċjali ffjorixxa u nfetħu skejjel.", "F'Pariġi, inbdiet l-ewwel residenza għall-bniet, b'direzzjoni għal tmien snin.", "L-appostolat tas-Sorijiet Oblati ġie estiż għall-klassijiet differenti tas-soċjetà u għal forom diversi ta' edukazzjoni.", "Wara perjodu ta' diffikultà li diversi fundaturi jgħaddu minnu, Santa Leonie Aviat iggwidat lis-sorijiet tagħha matul il-persekuzzjoni reliġjuża fi Franza u fl-istess waqt, żviluppat il-ħidma tal-kongregazzjoni fl-Ewropa, l-Amerika t'Isfel u l-Afrika.", "Meta l-gvern Franċiż anti-klerikali ried iġib fix-xejn il-kongregazzjoni, Madre Leonie Aviat u s-sorijiet ħadmu biex iżommu stabbli il-kongregazzjoni ħalli tkun tista' titkompla fi Franza, waqt li Madre Leonie Aviat trasferixxiet ruħha f'Perugia, l-Italja, fejn iggarantit il-futur tagħha.", "Mietet f'Perugia, wara li fdat lilha nfisha totalment lil Alla.", "Sal-aħħar nifs ta' ħajjitha, hi baqgħet fidila għar-riżoluzzjoni li kienet ħadet fil-professjoni tagħha: \"Li ninsa lili nnifsi kompletament.\"", "Lil uliedha u lil dawk kollha li kienu ser isiru jafu biha, hija ħalliet din il-ħidma bil-kliem ta' tħeġġiġ: \"Ejjew naħdmu għall-kuntentizza tal-oħrajn.\"", "Wara l-mewt tagħha, il-kongregazzjoni fetaħ fundazzjoni fl-Istati Uniti fejn seħħ il-miraklu meħtieġ għall-kanonizzazzjoni tagħha.", "Is-sorijiet imexxu żewġ skejjel fl-Amerika: Mount Aviat Academy fi Childs, Md., u Holy Cross Akkademja f'B Fredericksburg, Va.", "Wara 100 sena, dan l-eżempju li Santa Leonie Aviat ħallitilna, ta' mħabba awtonoma, baqa' jifjorixxi.", "Jalla aħna wkoll, bħalha, nagħrfu nindunaw bil-ħtiġijiet tan-nies ta' madwarna u noħorġu minna nfusna biex \"naħdmu għall-kuntentizza ta' ħaddieħor.\"", "L-imħabba mhijiex emozzjoni, mhijiex simpatija, mhijiex attrazzjoni tal-ġisem, mhijiex stint, mhijiex attività sesswali per se... imma deċiżjoni kuraġġuża u responsabbli li tinsa ħafna lilek innifsek biex tingħata lill-oħrajn.", "Kien għoġobni ħafna ħsieb qasir minn ittra li Mons Isqof Ġużeppi Mercieca kien bagħat liż- żgħażagħ fl-1992, għadha tgħodd għal kulħadd.", "Kien qal liż-żgħażagħ: \"Nixtieq inħeġġiġkom minn qalbi biex ikollkom il-kuraġġ tħobbu bis-serjetà.", "Tħobbux bil-biċċiet.", "Is-sentimenti li nħossu għal xulxin huma rifless ċkejken ta' dak li Alla jħoss għal kull wieħed u waħda minn uliedu...\"", "U int, qed tħalli lil Alla jimliek bi mħabbtu hekk li din tfawwar lil qalbek b'tali mod li tkun trid tferra' din l-imħabba fuq l-oħrajn?", "Kemm lest/lesta tinsa lilek innifsek biex tkun ta' rigal għall-ħaddieħor?", "Min jaf li kieku li \"Taħdem għall-kuntentizza ta' ħaddieħor\" tagħmlu l-motto għal ħajtek ukoll u fuq l-eżempju ta' Santa Leonie Aviat, tasal għall-qdusija b'umiltà konkreta, mibnija fuq il-Messaġġ tal-Vanġelu?", "Talba", ":", "Alla ta' kull tjubija, inti tpoġġi fil-qalb ta' Santa Leonie Aviat xewqa tħeġġeġ biex tgħix umilment bħal Ġesù, Ibnek.", "Inti għallimtha biex tabbanduna r-rieda tagħha biex twettaq ir-rieda tiegħek b'karità kostanti lejn kulħadd.", "Ispirati mill-eżempju tagħha, għallimna biex aħna wkoll nistgħu ninsew lilna nfusna għal kollox biex inkunu nistgħu nservu aħjar u naħdmu għall-kuntentizza ta' ħaddieħor.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://oblatosamlat.cybermeme.net/slaeng.html", "Alternative Reading:", "http://www.oblates.org/st-leonie-aviat-osfs/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Leonie_Aviat", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20011125_de-sales-aviat_en.html", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef627347', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-9-9-san-pietru-isqof-ta-sebaste/", "title": "9 ta' Jannar: San Pietru Isqof ta' Sebaste", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pietru Isqof ta' Sebaste", "\"Min jagħmilha mal-għaref, isir għaref, min imur mal-boloh, jaqa' fl-hemm.\" –", "Proverbji 13:20", "SAN PIETRU", "Isqof ta' Sebaste, l-Armenja", "340 – 391", "Tagħrif:", "Kien l-iċken membru ta' familja ta' qaddisin fil-Kappadoċja: bin San Bażilju l-Kbir u Santa Emmelja, li ġew imkeċċijin minn pajjiżhom għall-bidu tar-renju ta' Galerju Massimjanu.", "Iż-żewġ dutturi tal-Knisja tal-Kappadoċja, San Bażilju ż-Żgħir, isqof ta' Ċesarija u San Girgor isqof ta' Nissa, kienu ħutu.", "Santa Makrina ż-Żgħira kienet oħtu l-kbira, waqt li Santa Makrina l-Kbira kienet nanntu.", "San Pietru kien l-iċken fost għaxar aħwa u tilef lil missieru meta kien għadu fin-nieqa.", "Rabbietu fil-biża' ta' Alla u fil-perfezzjoni nisranija oħtu l-kbira, Santa Makrina.", "Meta Bażilju sar isqof ta' Ċesarija fil-Kappadoċja (370), ordna 'l ħuh Pietru saċerdot, u dan qies is-saċerdozju bħala raġuni oħra biex aktar ifittex il-perfezzjoni.", "Għen kemm seta' lil oħtu Makrina fit-treġija tal-monasteru tagħha, u wara żmien irtira minn superjur u mar ifittex ħajja ta' axxeta fis-solitudni.", "Iżda xi ftit wara (380-381) ġie maħtur isqof ta' Sebaste fl-Armenja.", "Iż-żelu ta' qaddis kien meħtieġ biex jeqred l-ereżiji ta' żmien li kienu qawwijin ferm, u Alla għażel qaddis.", "Fil-ħajja tiegħu ta' isqof, San Pietru wera l-istess kwalitajiet ta' ħuh Bażilju.", "Bil-parir tiegħu ħuh Girgor kiteb l-opra l-kbira tiegħu \"Kontra Ewnomju\" biex jiddefendi l-opra bl-istess isem ta' Bażilju.", "Ittra miktuba minn San Pietru, li tinsab fil-bidu tal-opra ta' ħuh Girgor minn Nissa, tpoġġieh mal-kittieba l-kbar tal-Knisja, u hi prova li minkejja li ma kienx tilef żmien fi studji oħra, bil-ġenju tiegħu u bil-paċenzja u bl-attenzjoni fil-qari u fit-taħdit, ma kellu lil ħadd quddiemu ħlief iż-żewġ ħutu u Girgor l-ieħor, dak ta' Nazjanzu, fil-għerf u fl-elokwenza soda.", "Ħa sehem fil-Konċilju ta' Konstantinopli tas-sena 381, u flimkien mal-isqfijiet l-oħra kkundanna l-ereżija ta' Maċedonju.", "Sew ħutu, kemm kittieba oħrajn jixhdu l-qdusija, il-prudenza u ż-żelu tiegħu.", "Miet fis-sena 391.", "Ħsieb", ":", "Bla dubju li fil-mod kif San Pietru Isqof ta' Sebaste għex ħajja ta' qdusija, jidher ċar li bosta kienu l-persuni ta' ħajja eżemplari li influwenzawh bil-kbir.", "Tista' tgħid li minnhom xorob u sostna ruħu tant li kiber f'art tajba hekk li ħalla, hu wkoll ħafna frott spiritwali.", "Kemm hu importanti li nagħrfu nagħżlu bir-reqqa l-ħbieb tagħna, l-ambjenti fejn inkunu u lil min se nħallu jinfluwenzana.", "Kulħadd f'ħajtu kellu u forsi għad għandu lil dak jew lil dik li influwenzawh b'tali mod li bħal iffurmaw parti mill-personalità tiegħu/tagħha.", "Il-bniedem għaqli u matur għandu jfittex li bil-għajnuna u l-qawwa t'Alla jegħleb kull influwenza ħażina u jiggranfa ma' dik tajba.", "San Pawl, fl-Ewwel Ittra tiegħu lil Korintin 15:33, jgħid:", "\"La titqarrqux: il-ħbiberija ħażina tħassar id-drawwiet tajba.\"", "U tassew għax anki n-natura turina dan.", "Jekk inpoġġi mqar larinġa waħda mħassra ġewwa kannestru larinġ bnin, bil-mod il-mod dawn jiddakru u jiħżienu kollha.", "Donnu l-bniedem inklinat għall-ħażen u dan b'xi mod iħajru.", "San Pawl ukoll jasal jistqarr li bosta drabi spiċċa għamel il-ħażin li ma riedx jagħmel minflok it-tajjeb li ried jagħmel.", "Il-​fatt hu li int issir bħal sħabek.", "B'dan il-​mod, dawk li nqattgħu l-​ħin tagħna magħhom għandhom qawwa kbira fuqna u jinfluwenzawna.", "Proverbji 13:20 juri li din il-​qawwa tista' tkun għat-​tajjeb jew għall-​ħażin:", "\"Min jagħmilha mal-għaref, isir għaref, min imur mal-boloh, jaqa' fl-hemm.\"", "Il-​ħbieb tal-​qalb, bħal tnejn min-​nies rekbin fl-​istess karozza, żgur li jieħdu l-​istess direzzjoni u jaslu fl-​istess destinazzjoni.", "Allura staqsi lilek innifsek: 'Il-​ħajja li qed jgħix sieħbi hija l-​ħajja li rrid ngħix jien?", "Se twassalni biex nilħaq miri spiritwali?'", "Huwa minnu li jista' jkun diffiċli teżamina s-​sitwazzjoni bis-​sinċerità.", "Jistgħu jkunu involuti sentimenti qawwijin.", "Imma huma s-​sentimenti waħedhom gwida ta' min joqgħod fuqha meta tiġi biex tagħżel il-​ħbieb?", "Forsi smajt bil-​parir li jiġi ripetut spiss, \"Agħmel dak li tgħidlek qalbek.\"", "Imma fil-Ktieb tal-Proverbji 28:26 Alla jgħidilna li:", "\"Min jafda fih innifsu hu iblah, imma min jimxi fit-triq tal-għerf jimxi fis-sod.\"", "Għala?", "Għaliex:", "\"fuq kollox qalb il-​bniedem kollha qerq u mħassra.\"", "(Ġeremija 17:9; Numri 15:39) Il-​qerq ifisser li ma tkunx leali jew li tkun falz jew tinganna.", "Int lest li tafda lil xi ħadd li hu magħruf bħala qarrieqi jew traditur?", "Il-​qalb figurattiva tagħna tista' tqarraq bina.", "Għalhekk, relazzjoni mhux bilfors tkun tajba sempliċement għax tħoss li hija tajba.", "Gwida li tista' tassew toqgħod fuqha hija l-​Kelma t'Alla u t-tagħlim tal-Knisja Kattolika.", "Kuntrarju għall-​qalb imperfetta tiegħek, il-​prinċipji Bibbliċi u t-tagħlim vera li qiegħed hemm għal kulħadd imma l-aktar għal min irid jgħix ta' Nisrani veru, qatt ma se jittraduk jew jiddiżappuntawk.", "B'dawn tevita milli tagħmel għażla ta' ħsara meta tagħżel ħabib jew sieħeb/sieħba għal ħajtek kollha, eżempju xi ħadd li trid tiżżewweġ.", "U int, għandek il-gazz ma' tħallix min jinfluwenzak għall-ħażin?", "Tagħżel b'mod għaqli l-ħbieb tiegħek?", "Tipproteġi lilek innifsek permezz tal-Kelma ta' Alla u t-Tagħlim tal-Knisja Kattolika minn kull min ikun irid idaħħlek fit-triq il-wiesa' tad-dlamijiet li twassal għat-telfien ta' ruħek?", "Tagħmel minn kollox biex tipproteġi lill-oħrajn minn kull influwenza ħażina permezz ta' parir siewi f'waqtu u b'mod speċjali bl-eżempju ta' ħajtek kif ġie influwenzat il-qaddis tal-lum San Pietru mill-membri tal-familja qaddisa li kellu?", "Talba", ":", "O Mulej, bl-interċessjoni ta' San Pietru li Int għoġbok iddawru b'familja tant qaddisa, agħtina familji u ħbieb ta' ħajja tajba u eżemplari, u fuq kollox għallimna u ħeġġiġna biex ngħixu aħna stess ħajja tajba li togħġbok u li tkun ta' dawl u gwida għall-ħaddieħor.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.revolvy.com/page/Peter-of-Sebaste", "Alternative Reading:", "https://www.johnsanidopoulos.com/2018/01/saint-peter-bishop-of-sebaste-391.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Peter_of_Sebaste", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef625279', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-1-1-l-imqaddsa-omm-alla-marija/", "title": "1 ta' Jannar: L-Imqaddsa Omm Alla, Marija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "L-Imqaddsa Omm Alla, Marija", "\"", "Agħmlu kull ma jgħidilkom Hu", "\". –", "Omm Ġesù fi Ġwanni 2:5", "L-IMQADDSA OMM ALLA, MARIJA", "Tagħrif:", "Fl-ewwel tas-sena, il-Knisja tagħmel festa lill-Madonna bħala Omm Alla, l-ikbar privileġġ li Alla taha, u li qatt seta' jagħti lil xi ħadd mill-kreaturi tiegħu.", "Il-Knisja mhux biss tifraħ u tonora lill-Madonna, iżda tirringrazzjaha wkoll talli aċċettat dan il-privileġġ, li permezz tiegħu daħlet sieħba ma' binha Ġesù fil-Fidwa tagħna.", "Il-Madonna saret Omm Alla meta fit-tħabbira tal-Anġlu, aċċettat li ssir omm Ġesù.", "Fuq il-Kalvarju, Ġesù ħallielna lil ommu Marija biex tkun l-Omm spiritwali tagħna, ħalli bħalma Hu ġie għandna permezz tagħha, hekk aħna mmorru għandu permezz tagħha.", "Il-Konċilju ta' Efesu fit-22 ta' Ġunju tas-sena 431 wettaq it-titolu tradizzjonali ta' Marija \"Theotokos\" (kelma Griega li litteralment tfisser: \"Dik li ġarret fi ħdanha lil Alla\" – fi kliem ieħor \"Omm Alla\") għax dan jesprimi tajjeb ħafna d-dinjità unika ta' Marija u l-fidi vera fil-misteru ta' Kristu: persuna waħda divina li hi veru Alla u veru bniedem.", "Il-festa tal-maternità divina ta' Marija kien waqqafha Piju XI fl-1931 permezz tal-enċiklika", "Lux Veritatis", "fl-okkażjoni tal-15-il ċentinarju tal-Konċilju ta' Efesu li xandar id-domma tal-maternità divina ta' Marija.", "Fl-1969, din il-festa ġiet ittrasferita mill-11 ta' Ottubru għall-ottava tal-Milied, u dan biex tfakkarna li l-misteru kbir tal-inkarnazzjoni tal-Iben ta' Alla seħħ permezz ta' Marija.", "Il-kobor ta' Marija bħala omm Alla huwa tant kbir, li kif jgħid S. Wistin, lanqas hija stess ma tista' tifhmu.", "Bħal-lum ukoll titfakkar iċ-ċirkonċiżjoni ta' Kristu, meta rċieva l-isem \"Ġesù.\"", "Fl-1967, il-Papa Pawlu VI, waqqaf l-ewwel jum tas-sena bħala Jum Dinji tal-Paċi.", "Kull sena l-bnedmin kollha ta' rieda tajba, jiġu mistiedna biex jitolbu għall-paċi.", "Kull sena wkoll, il-papa jxandar messaġġ għall-okkażjoni b'tema partikulari.", "Ħsieb", ":", "Il-Knisja tiċċelebra diversi festi f'ġieħ il-Verġni Marija matul is-sena, imma din tal-lum għandha tifsira partikulari għax tfakkar id-dinjità kbira tagħha ta' Omm Alla u r-rwol uniku tagħha fil-misteru tal-inkarnazzjoni.", "Meta ngħidu li Marija hija Omm Alla ma nkunux qed nifhmu li hi tat lil Kristu n-natura tiegħu divina li hu kellu sa mill-eternità, imma ngħidu u nifhmu li n-natura umana ta' Kristu kienet iffurmata mill-umanità ta' Marija.", "Josserva S. Wistin:", "\"Permezz ta' Marija, l-Iben ta' Alla ħa fil-milja taż-żmien dak li ma kellux", "(jiġifieri n-natura ta bniedem),", "mingħajr ma tilef dak li minn dejjem kellu", "(jiġifieri n-natura ta' Alla).\"", "Issa dawn iż-żewġ naturi tiegħu – dik divina u dik umana – ingħaqdu fil-persuna waħda ta' Kristu li hu l-Iben ta' Alla.", "Kien permezz ta' Marija, li Ġesù twaħħad man-natura tagħna l-bnedmin u sar ħuna.", "Kien permezz ta' Ġesù, li Marija saret Omm Alla u għalhekk Ommna lkoll, aħna li f'Binha ġġeddidna f'natura ġdida u ħadna s-salvazzjoni.", "Ħafna drabi ommijietna jafu x'inhu l-aħjar għalina u dan nistgħu ngħiduh b'mod speċjali fir-rigward ta' Marija, l-Omm tagħna tas-Sema.", "Għalhekk f'dan il-jum għażiż tal-festa tagħha, ejjew nistaqsuha x'riżoluzzjonijiet tixtieqna nagħmlu fil-ftuħ ta' din is-sena l-ġdida.", "X'tixtieqna nbiddlu, nirranġaw jew nagħmlu aħjar?", "Forsi nersqu aktar lejn is-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin?", "Forsi nsibu aktar ħin addattat għat-talb individwali u għat-talba tant qawwija u għal qalbha tar-Rużarju?", "Forsi nirbħu fuq xi dnub li ilna wisq 'il bogħod minn Alla u l-paċi tiegħu minħabba fih?", "Forsi nsewwu xi relazzjoni jew inwaqqfu xi relazzjoni li nafu li mhux qiegħda skont ir-rieda t'Alla?", "Ejjew inħallu lil Marija turina fil-qalb tagħna x'tixtieq minna u bħala wlied devoti, nagħtuha widen għax dan jiswa lilna.", "Żgur li ħadd daqsha ma jridilna l-veru ġid, jiġifieri dak il-ġid li jibqa' għal dejjem.", "Talba", ":", "Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalija matul din is-sena biex inkun nista' nimxi u navvanza b'dinjità fit-triq tal-qdusija li Ibnek fi mħabbtu lejja fassal għalija b'demmu stess.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/mary-mother-of-god.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/solemnity-of-mary-mother-of-god-102", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Solemnity_of_Mary,_Mother_of_God", "Film on Mary, Mother of Jesus:", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din is-Solennita' tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef724ebe', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/0-1-introduzzjoni/", "title": "Introduzzjoni", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Introduzzjoni", "Il-Mulej jgħidilna: \"Kunu qaddisin, għax qaddis jien.\"", "(1 Pietru 1, 15-16)", "F'dan is-sit dwar il-Qaddisin, li se jkompli jinbena bil-mod il-mod, se tkunu tistgħu issibu:", "Qaddis għal kuljum tas-sena:", "Tagħrif dwar qaddis jew qaddisa,", "Kitbiet, rakkonti u dokumenti relevanti,", "Ħsieb li jgħinna nfasslu ħajjitna fuq l-eżempju ta' ħajjithom,", "Talba addattata,", "Testi bl-Ingliż, fosthom mill-Kiwipedia għal min ikun jixtieq japprofondixxi r-riċerka tiegħu,", "Vidjos relevanti b'informazzjoni u/jew filmati tal-qaddis jew qaddisa, u", "Ġieli anki xi links għal siti oħra relatati u ta' interess.", "Se nkunu qed nippruvaw inwieġbu għal dawn il-mistoqsijiet:", "Min kienu l-Qaddisin?", "Kif ikkonvertew u għexu?", "Kif influwenzaw lin-nies ta' żmienhom?", "X'bidliet ġabu?", "X'wirt ħallew warajhom?", "X'tagħlim u x'eżempju jagħtuna?", "Għaliex il-Knisja Kattolika Rumana tpoġġihom bħala mudelli għalina?", "Liema hu l-aħjar mod kif nistgħu nuruhom il-qima tagħna?", "Għaliex nistgħu nitolbuhom in-neċessitajiet tagħna?", "Kif nistgħu napplikaw l-eżempji sbieħ li ħallewlna, fil-ħajja komuni tagħna ta' kuljum?", "Min jista' jsir qaddis/qaddisa?", "Kulħadd hu msejjaħ għal ħajja ta' qdusija?", "Possibli li wieħed jgħix ta' qaddis/qaddisa fi żminijietna?", "J'Alla dan is-sit iservi għall-edifikazzjoni ta' kulħadd u bħala għodda biex wieħed jilħaq dik il-qdusija li Alla jitlob minna għall-glorja tiegħu u għall-ġid ta' rwieħna.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef71fb00', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-1-qaddisin-fjannar/1-1-1-0-2-2-san-basilju-l-kbir-u-san-girgor-nazjanzenu/", "title": "2 ta' Jannar: San Basilju l-Kbir u San Girgor Nazjanzenu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Basilju l-Kbir u San Girgor Nazjanzenu", "\"Il-Mulej jagħti għerf lill-għorrief u dehen lil min jagħraf l-għaqal: Hu jikxef ħwejjeġ moħbija fil-qiegħ u mistura, u d-dawl jgħammar miegħu.", "Dan kollu jaħdmu l-istess Spirtu wieħed, li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu\" –", "Daniel 2:21-22; 1 Korintin 12:11", "SAN BASILJU L-KBIR", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "330 – 379", "SAN GIRGOR NAZJANZENU", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "330 – 389", "Dawn iż-żewġ qaddisin li llum il-Knisja tonorahom it-tnejn flimkien kienu ħbieb kbar ta' xulxin qishom żewġ aħwa, għexu fl-istess żmien u fl-istess pajjiż, studjaw flimkien, kienu studjużi kbar, saru qassisin u isqfijiet, u saħansitra wara mewthom, it-tnejn ġew magħrufin bħala Dutturi tal-Knisja.", "SAN BASILJU L-KBIR", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "330 – 379", "Fil-familja ta' San Basilju nsibu li n-nanna tiegħu Makrina l-Kbira, Missieru Basilju x-Xiħ, ommu Emmelja, oħtu Makrina ż-żgħira, u ħutu Girgor, Isqof ta' Nissa, u Pietru, Isqof ta' Sebaste, huma lkoll Qaddisin.", "Hu twieled f'Ċesarija, Kappadoċja (illum parti mit-Turkija).", "Meta kien qed jistudja f'Ateni ltaqa' ma Girgor Nazjanzenu u sar ħabib kbir tiegħu.", "Laħaq tabib, matematiku famuż, filosofu u astrologu.", "Influwenzat minn oħtu, Makrina, ħalla d-dinja u mar jgħix bħala eremita, u waqqaf monasteru fuq ix-xmara Iris, fis-sena 358.", "Fis-sena 364 ġie ordnat saċerdot minn Ewsebju, Arċisqof ta' Ċisarija.", "Tant kien saċerdot kapaċi u ħabrieki li l-ħabib tiegħu Girgor kien qal dwaru: \"L-Isqof mexxa l-poplu, u Basilju mexxa l-Isqof.\"", "Fis-sena 370 ġie elett Arċisqof ta' Ċisarija bħala suċċessur ta' Ewsebju.", "Irnexxielu jqajjem responsabbiltà soċjali fost l-Insara, billi hu stess kien jittallab biex jinbnew sptarijiet, orfanatrofji u skejjel.", "Ħadem ħafna kontra l-ereżija ta' Arju, li kienet tiċħad id-divinità ta' Kristu.", "Sakemm miet fl-1 ta' Jannar tas-sena 379, ta' 49 sena, baqa' dejjem attiv, b'elokwenza kbira u b'karità immensa, li tawh l-isem ta' Kbir f'ħajtu, u ta' Duttur tal-Knisja wara mewtu.", "Kien jgħid: \"Il-ħobż li ma tużax, hu l-ħobż ta' min hu bil-ġuħ; l-ilbies li għandek fil-gwardarobba, hu l-ilbies ta' min hu għarwien; iż-żarbun li ma tilbisx, huwa ż-żarbun ta' min hu ħafi; il-flus li għandek imwarrba huma l-flus tal-fqar; l-atti ta' karità li ma tagħmilx huma inġustizzji li inti twettaq.\"", "SAN GIRGOR NAZJANZENU", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "330 – 389", "San Girgor Nazjanzenu twieled f'Nazjanze, Kappadoċja fis-sena 330.", "Missieru Girgor Nazjanzenu x-xiħ, ommu Nonna, ħuh Ċesarju, u oħtu Gorgonja, huma lkoll qaddisin.", "Kellu temperament differenti minn ta' ħabibu Basilju, kien aktar miġbur, ta' għalih waħdu, u jħobb il-kwiet.", "Meta ħabibu mar eremita, hu mar warajh.", "Fis-sena 362 ġie ordnat saċerdot, u fis-sena 372 ġie kkonsagrat Isqof ta' Sasima, mill-ħabib tiegħu San Basilju li kien Arċisqof ta' Ċisarija.", "Fis-sena 380 sar il-Patrijarka ta' Konstantinopli.", "Sena wara rtira f'Nazjanze fejn mar fil-kwiet, jitlob, jikteb u jipprietka, sakemm miet fil-25 ta' Jannar tas-sena 389, ta' 64 sena.", "Hu wkoll huwa Duttur tal-Knisja.", "San Girgor hu wieħed mit-tliet teoloġi l-kbar ta' Kappadoċja, kolonni tal-Knisja fi żmienu flimkien ma' ħabibu San Basilju u San Girgor Nissenu (ħu San Basilju).", "Hu magħruf bħala d-Duttur tat-Trinità.", "Kien hu l-ewwel wieħed li sejjaħ lill-Madonna \"Omm Alla.\"", "Ħsieb:", "Dan li ġej huwa qari mid-Diskorsi ta' l-isqof San Girgor Nazjanzenu fuq il-ħbiberija tiegħu ma' San Basilju:", "\"F'Atene konna qisna l-ilma ta' xmara mnissla minn għajn waħda; il-ġibda għall-għerf bħal qasmitna f'żewġ nixxigħat għaddejjin kull waħda fi triq għaliha, li Alla mexxiehom biex jerġgħu jersqu lejn xulxin u jitwaħħdu mill-ġdid fil-ġirja tagħhom.", "Konna qisna ruħ waħda żżomm żewġ iġsma.", "Tassew li m'hux ta' min joqgħod fuqhom dawk li jgħidu li kollox jinsab f'kollox; imma kulħadd għandu jemminni meta għalina t-tnejn ngħid li konna l-wieħed fl-ieħor f'kollox.", "Sew il-wieħed sew l-ieħor konna nsibu l-qawwa ta' ruħna fil-ħidma u l-istudju, filli ngħixu bit-tama tal-ħajja li ġejja u nitħejjew b'mod li, qabel ma noħorġu minn din il-ħajja, inkunu diġà qisna tlaqna minn hawn.", "B'dan il-ħsieb quddiem għajnejna konna ngħaddu jiemna u nagħmlu kollox fid-dawl tal-kmandamenti ta' Alla, u nfittxu li nħeġġu l-imħabba għall-virtù.", "Mhux biex nintefaħ bija nnifsi, imma nista' ngħid li aħna konna għal xulxin bħal riegla jew skwerra li turik jekk ħaġa hix dritta jew imgħawġa.", "Xi wħud mill-bnedmin kisbu titlu jew għax wirtuh mill-familja jew għax rebħuh huma stess bis-saħħa ta' xi għemil jew bit-taħbit tagħhom.", "Imma għalina l-aqwa ħaġa u l-isbaħ titlu kien li nkunu u nissejħu Nsara\".", "Jalla l-eżempju ta' dawn iż-żewġ pilastri tal-Knisja fi żminijiethom, iwassalna biex nagħmlu l-mistoqsija kruċjali għalina l-Insara:", "X'kontribut nista' nagħti jien fil-komunità Nisranija tiegħi?", "Bit-tagħlim, bit-talenti jew bl-esperjenza tagħna, nistgħu niddedikaw xi ftit aktar ħin f'servizz lejn il-Parroċċa, il-komunità jew l-għaqda spiritwali li fiha l-Mulej jixtieqna nkunu qaddej/ja tiegħu?", "Qatt mhu se jiddispjaċina li nkunu użajna d-doni u t-talenti tagħna biex ngħinu lil ta' madwarna jersqu iżjed viċin ta' Alla.", "Jekk nagħmlu dan, il-Mulej ifawwarna bis-sliem tiegħu, Hu li wiegħed ukoll li jħejji għalina post ta' ġieħ fis-saltna tiegħu.", "Talba", ":", "O Alla, inti ddawwal il-Knisja tiegħek bl-eżempju u t-tagħlim ta' San Bażilju l-Kbir u San Girgor Nazjanzenu; agħmel li, bl-umiltà kollha, nitgħallmu l-verità tiegħek u nuruha fl-għemil tagħna bl-imħabba.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://mycatholic.life/saints/saints-of-the-liturgical-year/2-january-saints-basil-the-great-and-gregory-nazianzen-bishops-and-doctors-memorial/", "Alternative Reading:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/01/st-basil-and-st-gregorian-nazianen.html", "Wikipedia for St. Basil:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Basil_of_Caesarea", "Wikipedia for St. Gregorian Nazianen:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Gregory_of_Nazianzus", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ef72525b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/06/it-teknologija-popolari.html", "text": ["Fil-ġimgħat u x-xhur li n-nies damu magħluqin minħabba l-imxija, kemm f'pajjiżnu kif ukoll f'inħawi oħra tad-dinja, l-użu tat-teknoloġija popolari splodiet fl-użu tagħha.", "Skond sinjali fl-aħbarijiet mid-dinja, dan l-użu jidher li tferrex kemm fost iż-żgħażagħ kif ukoll fost dawk ta' età akbar, saħansitra anzjani.", "Dan jista' jkun żmien li fih dit-teknoloġija, l-aktar dik komunikattiva, iġġib bidliet kbar f'ħajjitna.", "Esperjenza virtwali", "Fejn qabel sempliċi telefona kienet tkun biżżejjed, l-użu tal-kamera flimkien mal-leħen sar il-mod preferit kif in-nies jikkomunikaw ma' xulxin.", "M'għandniex xi ngħidu, minħabba li kulħadd kien magħluq ġewwa, u n-nies, qraba u ħbieb ma kinux qed jiltaqgħu ma' xulxin wiċċ imb'wiċċ, riedu xi ħaġa li b'xi mod tlaqqagħhom xorta waħda.", "L-esperjenzi virtwali ta' komunikazzjoni, jekk ma kinux preferiti qabel, saru f'daqqa waħda preferiti biex in-nies jaraw wiċċ xulxin.", "Fil-psikoloġija tal-appoġġ, hemm dak li jissejjaħ il-\"leħen ta' ħbiberija\", u dak li jissejjaħ il-\"wiċċ ta' ħbiberija\".", "F'ċerti każijiet ta' appoġġ, il-leħen tal-ħbiberija hu biżżejjed.", "Dan jista' jsir l-aktar bit-telefon.", "Minkejja dan, f'xi minn daqqiet, sitwazzjonijiet aktar diffiċli jeħtieġu wkoll il-wiċċ tal-ħbiberija.", "Għalhekk, laqgħat personali wiċċ imb'wiċċ ikun meħtieġa biex jagħtu l-appoġġ meħtieġ lil min għandu bżonnu.", "Xi minn daqqiet, xi sitwazzjonijiet jitolbu wkoll il-kuntatt tal-ħbiberija, jiġifieri l-użu tal-idejh bħala sinjal ta' appoġġ, ngħidu aħna, b'tgħanniqa jew b'għafsa t'id.", "Dawn xi kultant imorru mal-wiċċ tal-ħbiberija.", "Il-ħtieġa tal-uċuħ", "Fi żmien l-imxija, meta t-tul ta' żmien li n-nies naqgħu maqtgħin minn xulxin twal ħafna, ġimgħat u wkoll xhur, in-nies bdew jixtiequ li jkollhom l-appoġġ mhux biss tal-ilħna imma wkoll tal-uċuħ ta' dawk li jgħożżu u jħobbu.", "B'hekk bdew jippreferu teknoloġiji li jaqbżu l-fruntieri tal-firda u jlaqqgħu lin-nies virtwalment.", "L-appoġġ tal-wiċċ tal-ħbiberija sar importanti u meħtieġ għax in-nies bdew deħlin f'qagħdiet mentali ta' solitudni u biża'.", "L-ilħna li jassigurawhom bl-appoġġ u l-għożża ma baqgħux biżżejjed; riedu xi ħaġa aktar.", "Riedu li jiltaqgħu ma' ħaddieħor.", "Li jisimgħu leħnu ... imma wkoll jarawh; jaraw wiċċu.", "Dil-ħtieġa li n-nies jaraw il-wiċċ ta' ħaddieħor mhijiex xi ħaġa estetika biss, jiġifieri xi ħaġa li bniedem jagħmilha sempliċiment għax jogħġbu dak li jara.", "In-nies jeħtieġu l-uċuħ ta' ħaddieħor minħabba li l-wiċċ jittrasmetti sinjali u messaġġi li huma meħtieġa għas-saħħa mentali u affettiva tan-nies.", "Il-wiċċ jesprimi l-qrubija.", "Huwa kuntatt mingħajr intrużjoni.", "L-importanti, però, huma kuntatt uman.", "Teknoloġija intrusiva", "Meta nużaw it-teknoloġiija popolari, bħas-sempliċi kameras li għandna mweħħlin maċ-ċellulari, il-laptops, il-komputers, u l-affarijiet oħra li għandna biex nikkomunikaw, għalkemm il-kuntatt mhuwiex dirett, imma virtwali, xorta waħda jissodisfa l-ħtieġa li għandna li naraw l-uċuħ meta rridu komunikazzjoni u appoġġ aktar profond.", "Wara l-imxija, jista' jkun li dal-użu ma jibqax daqshekk mifrux.", "Waħda għax in-nies ma jibqgħu ġo darhom u jibda jkollhom aktar x'jagħmlu.", "Tnejn, għax il-ħtieġa għall-kuntatt \"tal-wiċċ\", u l-appoġġ u l-wens li jiġu minnu, ma tibqax daqshekk qawwija.", "Il-ħbiberija tal-leħen ikun biżżejjed.", "Dat-tnaqqis jista' jkun ta' ġid, fl-aħħar mill-aħħar.", "Għax meta n-nies, minbarra li jinstama' leħenhom, jidher ukoll wiċċhom, u jidher ukoll fejn qegħdin, ma' min qegħdin u x'qed jagħmlu, dan jista' jkun stressanti ħafna.", "Mhuwiex il-ħin kollu, u lanqas lil kulħadd, li nkunu rridu nuru dawn l-affarijiet privati tagħna.", "Dit-teknoloġija tista' tkun intrusiva żżejjed.", "It-teknoloġija trid dejjem tkun għas-servizz tagħna u qatt ma nħalluha ssir is-sid u l-kap tagħna."], "date": "2020-06-07T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "It-teknoloġija popolari"} {"url": "https://immanuelmifsud.writeas.com/biza", "text": ["Huwa naturali li tibża'.", "Huwa wkoll meħtieġ li tibża', altrimenti tkun qiegħed tipperikola s-sopravivenza tal-ispeċi tiegħek (u tiegħek innifsek).", "Huwa importanti li tibża' taqsam it-triq, tibża' taqbeż mill-għoli jew tibża' tixrob kull likwidu li tara quddiemek.", "Kuljum preċett issib ruħek f'mumenti ta' biża'; diversi drabi matul il-ġurnata: biżgħat żgħar, oħrajn ikbar; biżgħat personali, oħrajn li taqsam ma' ħaddieħor.", "Hemm biżgħat li jidhrulek ċari, ovvji; oħrajn li tesperjenzahom mingħajr ma tifhimhom.", "Hemm biżgħat li żviluppajthom int, oħrajn li imponihomlok xi ħadd.", "L-għax u l-għaliex tibża' huma dibattibbli – il-punt li ħadd ma jiddibatti huwa li l-bniedem jibża'.", "Uħud jirnexxilhom jegħlbu ċerti beżgħat maż-żmien jew forsi jeħilsu minn uħud u jiżviluppaw oħrajn ġodda.", "Jiġri x'jiġri minn beżgħat antiki, il-punt jibqa' li kull wieħed u waħda minna ġġorr valiġġa, li d-daqs tagħha jvarja minn persuna għal oħra, mgħobbija bil-biża'.", "Il-biża', iżda, mhuwiex emozzjoni awtonoma.", "Miegħu hemm emozzjoni oħra, intimament marbuta, li tikkawża l-biża' jew tirriżulta minnha: ir-rabja.", "Meta t-tifel imur fis-sodda t'ommu f'nofs ta' lejl għax jibża' mir-ragħad u s-sajjetti, u ommu tħaddnu u tgħidlu li m'għandux għax jibża' għax dawk affarijiet tan-natura, it-tifel jirrabja għan-natura għax din qiegħda tbeżżgħu.", "Dawk li jibżgħu mill-mewt għandhom rabja lejn in-natura/Alla (skont it-twemmin li jħaddnu biex jispjegaw l-eżistenza) talli hi/hu ħolqu sistema difettuża li tmarrdek u ttemmek minflok tħallik tgawdi għall-eternità.", "Mhemmx biża' li ma jiżviluppax f'rabja f'xi mument jew ieħor.", "§§", "In-narratur li jirrakkonta l-istorja drammatika fir-rumanz", "xi kultant ifettillu jissospendi r-rakkuntar u jagħmel riflessjoni dwar dak li qiegħed jiġri fl-isfond tar-rakkont.", "Bla ebda dubju, dan in-narratur huwa l-portavuċi tal-awtur, Ġużè Muscat Azzopardi, wieħed mill-aktar kittieba politiċi fil-letteratura lokali.", "Din hija waħda mid-devjazzjonijiet politiċi li dan in-narratur jagħmel f'dar-rumanz:", "Fit-8 ta' Settembru kienet taħbat it-tifkira tal-gwerra tagħna mat-Torok, taqbida ħarxa li mir-rebħa tagħha kien sar ġid kbir għad-dinja kollha, għax kieku l-Maltin ma żammewx iebes lit-Torok, dawn, wara Malta, kienu jieħdu l-Ewropa kollha kif iddur.", "Il-għira tal-Franċiżi, li ġew Malta wara s-Slaten ta' San Ġwann, u s-suppervja tal-Ingliżi li daħħalna hawn minn jeddna, nessew għal kollox dik it-tifkira għażiża.", "Muscat Azzopardi kiteb dan ir-rumanz fl-1881, meta Malta kienet kolonja Britannika u meta l-klassi borgiża kellha interess partikolari li tqajjem fervur patrijottiku fost il-Maltin li ħafna minnhom kienu foqra, imġewħa u illitterati.", "Iżda kif urewna s-sekli, il-klassi dominanti ma tiddominax biss ekonomikament iżda anki ideoloġikament, u l-interessi borgiżi, imxidda libsa patrijottika, spiċċaw jintirtu anki, jekk mhux ukoll l-aktar, minn dawk li ftit li xejn setgħu jakkwistaw xi ħaġa minnhom.", "Il-borgeżija tradizzjonali kellha kull interess tqajjem dan il-patrijottiżmu għax kellha interess għat-tmexxija, interess li qala' daqqa ta' ħarta bit-twaqqif tal-kolonja.", "Lilhinn minn dan, dawn il-ftit sentenzi mislutin minn rumanz miktub fl-1881, jixhdu dawn iż-żewġ emozzjonijiet, did-darba mixħutin fuq id-dimensjoni kollettiva tal-'poplu Malti': diġà fl-1881 l-intellettwali Maltin kienu qegħdin jibżgħu li se tintilef l-identità kulturali Maltija u anki lilhom ħakmithom ir-rabja li rriżultat minn dan il-biża'.", "It-tifel li jibża' mir-ragħad se jwaħħal fis-sħab u se jirrabja għas-sħab.", "F'ebda mument mhu se jgħaddilu minn rasu li jirrabja għall-biża' stess li qiegħed jiskomodah; jew għalih innifsu li mhuwiex kapaċi jegħleb il-biża' minn erba' ragħdiet.", "Muscat Azzopardi u l-ewwel kittieba Maltin jibżgħu u minnufih jirrabjaw għall-periklu li din l-identità se tintilef: jinkurlaw għat-Torok, għall-Franċiżi u għall-Ingliżi.", "Attwalment, bħall-kittieba l-oħrajn tal-bidu tas-seklu għoxrin, Muscat Azzopardi qajla kkritika lill-ħakkiema Britanniċi.", "Forsi beża'.", "Forsi induna li ma kienx jaqbillu.", "Iżda hawnhekk jagħmel eċċezzjoni importanti.", "Il-biża' u r-rabja li ssegwi joħolqu ċiklu vizzjuż li fil-vortiċi tiegħu hemm fenomenu wieħed u wieħed biss: il-barrani.", "§§", "Xi darba konna nibżgħu mid-dlam, minn kelb jinbaħ, mill-brimba mas-saqaf, mill-fatat li hemm wara l-bieb.", "Imbagħad kbirna u bdejna nifhmu li d-dlam mhu se jagħmillek xejn, li l-kelb jinbaħ għax hekk qaltlu jagħmel in-natura, il-brimba moħħha tinseġ l-għanqbuta ħalli tiekol u mhux fik u l-fatat jeżisti biss fl-istejjer.", "Imma wisq probabbli hemm biża' ieħor li baqa' jiskomodana: uħud minna għadhom jibżgħu mill-għoli, mil-lift, mill-klieb il-baħar li jista' hemm fil-qiegħ skur tal-baħar miftuħ.", "Aktar minn mitt sena wara", "għad hawn min għandu l-istess biża' ta' Muscat Azzopardi.", "Waqt li ċertu biża' jirnexxielna neħilsu minnu aħna u nikbru, hemm biża' li donnu jibqa' mwaħħal magħna.", "Uħud minna jibżgħu, bħal Muscat Azzopardi fis-seklu dsatax, li l-identità tagħna waslet biex tisparixxi.", "Oħroġ il-għaġeb, il-biża' jaf ikun bħal viru li jittieħed malajr: jibda jixtered b'rata mgħaġġla.", "U mal-biża' tisponta r-rabja.", "U anki r-rabja tal-lum hija kopja ta' dik ta' Muscat Azzopardi: ir-rabja lejn il-barrani.", "Hemm żewġ barranin li nippruvaw nużaw bħala passatur għall-biża' tagħna: l-immigrant li jitfaċċa b'ta' fuqu senduqu fuq qoxra tal-baħar u – sa ċertu punt l-estrem l-ieħor – l-Unjoni Ewropea.", "Żewġ għedewwa għaliex kulħadd għandu bżonn ta' għadu fuqiex jarmi l-insigurtà u l-ansjetà u l-biża' tiegħu, jew, kif jinnota", ", kulħadd għandu bżonn għadu biex ikun jista' jiddefinixxi lilu nnifsu, inkella jissogra li jintilef fix-xejn.", "Biża' antik, mela, rabja antika wkoll għalkemm mogħtija verżjoni adatta għas-seklu wieħed u għoxrin.", "L-element reliġjuż li kien jispikka tant fil-ħsieb tal-kittieba Maltin ta' mitt sena ilu, ukoll għad hawn traċċi tiegħu.", "Mhijiex il-knisja Kattolika li tagħti dan l-impuls reliġjuż iżda morali giddieba li twassal biex xi wħud jitkażaw bil-laxkezza li sibna rwieħna fiha.", "\"Tlifna l-morali\"; \"moħħna fil-flus\", \"nirraġunaw bl-ewro\".", "Hija morali giddieba għaliex sadattant, min iressaq argumenti ta' dan it-tip taf issibu japprova l-qtil tas-siġar biex jitwessgħu t-toroq, it-tlugħ ta' torrijiet biex tikber u titkabbar l-ekonomija, u taf ukoll issibu jagħlaq għajnejh għall-elementi dubjużi fil-politika lokali għax inkella joffendi lill-partit.", "Fuq kollox, taf issib ħafna minn dawn li japprovaw li ġgajta bnedmin iddisprati jitħallew għal ġimgħat sħaħ fuq lanċa tielgħa u nieżla mal-mewġ blu tal-Mediterran.", "Giddieba għaliex wara kollox, anki kieku l-kunċett ta' nazzjoni huwa realtà, hawn m'hawnx nazzjon iżda illużjoni ta' nazzjon.", "Id-dnub jerġa' jinxteħet f'ħoġor il-barrani: ara kif illaxkatna fil-morali l-Unjoni Ewropea.", "Jew: dħalna fl-Unjoni u tlifna l-fibra morali li kellna.", "Konxji tal-fatt li perċentwal sew tal-popolazzjoni twieled f'Malta indipendenti, hemm min joħloq biża' ieħor – dejjem bil-barrani – il-kolonjaliżmu, jiġifieri li fl-2004 Malta reġgħet saret kolonja, tilfet is-sovranità tagħha, tilfet l-indipendenza tagħha u, tinsewx, tilfet l-identità politika u kulturali tagħha.", "Xtaqt ma ngħidhiex imma kif nista'?: dan huwa l-biża' li joħloq il-Lemin, iż-żewġ faċċati tal-Lemin – dak konservattiv li jippriedka l-morali u l-purità, u dak vjolenti li jippriedka l-abbuż u l-qtil.", "Il-biża' u r-rabja u l-barrani bħala l-mogħża tal-ħtija.", "Il-biża' mill-barrani jistrieħ fuq l-isfiduċja fih.", "Għal min jemmen li l-identità qiegħda hemm u se tintilef, huwa importanti li ma jafdax lil min hu differenti jew aljen.", "Importanti għaliex kif jemmen", "il-biża' jista' jgħaqqad lill-grupp u jżomm lill-grupp qawwi u sħiħ.", "§§", "L-identità hija bħal alla: mhuwiex importanti li niddefinuha; l-importanti huwa li nemmnu li qiegħda hemm, li teżisti.", "Biżżejjed noħorġu l-bandiera fil-gallarija u, b'seħer liema bħalu, titfaċċa l-identità u niggustawha mdendla, titperper mal-fewġa.", "Hekk qalulna l-kittieba ta' mitt sena ilu u hekk qalulna l-politiċi kull meta qablilhom.", "Mhux ta' b'xejn li fl-antropomorfizzazzjoni ta' Malta, nagħżlu li nippreżentaw mara bl-elmu u bil-korazza, din il-kavallier mingħajr żiemel, b'wiċċha gustuż imma b'ħarsa serja u assertiva.", "Bħal dak li kien jinkiteb fi snin imgħoddija, ħafna għadhom jikkonċettwalizzaw l-identità bħal armatura tal-azzar li tintlibes biex tipproteġik, li ma tħalli xejn minn barra jinfdek – ebda vleġġa, ebda lanza jew xabla, ebda balla.", "Fl-istess waqt, il-korazza tikkonfinak, tirristrinġik waqt li tissikka miegħek.", "Ħafna għadhom ma jaċċettawx il-possibilità li l-identità hija kunċett poruż ħafna, malleabbli, indefinit, li mhuwiex tal-azzar u li ma jintlibisx.", "Għad hawn minn jemmen bil-fiss, bil-wieħed u l-uniku, bit-twavel tal-kmandamenti li fuqhom tnaqqxu u ġew ikkonfermati l-iskemi li, iżda, ma jistgħux u mhux importanti li jinqraw sakemm qegħdin hemm.", "Il-kittieba kontemporanji diġà ilhom ftit issa li ppreżentaw l-alternattiva tagħhom għall-fenomenu tal-identità; bażikament alternattiva inqas definita għax aktar miftuħa.", "Madankollu, il-biża' huwa kbir u daqstant ieħor ir-rabja u allura jidher li hemm baħar jaqsam bejn il-kożmopolitaniżmu tal-kittieba u l-ħassieba kontemporanji (jiġifieri dawk li għarfu li jgħixu mingħajr ansjetà minkejja li fetħu l-kanċelli kollha tal-fortizzi), u n-nies ta' madwarhom li jħossuhom komdi fl-iskumdità, jew skomdi fil-kumdità.", "L-aċċettazzjoni tal-barrani bħala ta' ġewwa, anzi t-tneħħija ta' dawn l-istess kunċetti binariċi, hija pass kbir 'il quddiem li l-Maltin tal-bnadar u tal-għaqda nazzjonali l-għada tal-Milied u f'xi Sibt filgħaxija fix-xahar ta' Mejju, għad iridu jagħmlu.", "Il-ħasra hi li l-korazza, aktar ma hi ssikkata, aktar tinħass komda, minkejja l-ħemel kuntradizzjonijiet li għandha mdendlin magħha.", "Bħal Malta l-kavallier mingħajr żiemel li ntellgħu fuq il-kolonna fil-misraħ lejlet lejlet il-festa tal-qaddis: ix-xbieha kopja misruqa tal-Britannia li kkolonizzatha, ixxejjer il-bandiera tal-Ordni ta' San Ġwann, bis-slaleb tal-ħakkiema li ħakmuha, waqt li taħlef li l-barrani qiegħed itebbagħlha l-ġieħ tal-identità verġni tagħha."], "date": "2020-06-08T12:54:47Z", "category": "blog, personal, literature, current affairs", "title": "BIŻA'"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/03/07/l-istorja-fil-qosor-tal-inbid-fmalta/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Il-produzzjoni tal-inbid tmur lura sa żminijiet antiki, possibiliment anki sal-preistorja.", "Din l-attività agrikola tissemma anki diversi drabi kemm fit-Testment l-Antik kif ukoll fit-Testment il-Ġdid.", "F'Malta, il-vitikultura, jiġifieri t-tkabbir tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbid tmur lura mijiet, jekk mhux eluf tas-snin.", "Nafu li fi żmien ir-Rumani, f'Malta kienet impurtata kwantità kbira ta' nbejjed.", "Dan u evidenti għax kemm-il darba instabu anfori magħmula apposta biex fihom jinġarr u jinħażen l-inbid.", "Żgur li l-bdiewa Maltin tħajru li jipproduċu l-inbejjed tagħhom, simili għal dak li kien qiegħed jiġi impurtat.", "Jista' jkun li l-magħsar taż-żejt li instabu f'siti arkeoloġiċi f'Malta u Għawdex kienu jintużaw ukoll bħala magħsar għall-għeneb biex isir l-ipproċessar tal-inbid.", "Intant, jaħsbu li s-sejba ta' linji maqtugħa fil-blat fis-sit arkeoloġiku Ruman, fl-iskola taż-Żejtun, tindika li dawn kienu magħmula għat-tkabbir tad-dwieli.", "Dawk midħla sew tal-istorja jaħsbu li l-produzzjoni tal-inbid baqa' għaddej sa mijiet ta' snin wara li l-Imperu Ruman majna u floku daħlet f'Malta l-influwenza tal-ħakkiema Biżantini.", "L-inbid għandu sens 'kważi-reliġjuż' minħabba l-fatt li jissemma fil-Miraklu ta' Kana u fil-Vanġelu, fl-Aħħar Ċena, meta Kristu ħeġġeġ lill-Appostli, 'ħudu u ixorbu għax dan huwa demmi'.", "Fil-quddiesa dan l-episodju niftakru fih waqt l-offertorju u t-tqarbin.", "Għandna nassumu li meta Malta kienet maħkuma mill-Għarab il-vitikultura waqfet minħabba t-twemmin Musulman li ma jippermettix il-konsum tal-inbid.", "Biss, meta fis-sekli ta' wara, Malta kienet reġgħet saret Nisranija u bosta nazzjonijiet Ewropej bdew jakmu 'l-Malta, tal-vitikultura reġħet bdiet dieħla fostna.", "Matul is-sekli l-inbid kien dejjem apprezzat mhux biss għat-togħma bnina u qawwija tiegħu, iżda anki għax kienu jemmnu li dan sata' jiswA ta' ġid għas-saħħa, aktar mix-xorb.", "Bosta kienu jemmnu li l-inbid kellu anki nutrijenti li jfejqu.", "Ovid Doublet, is-segretarju tal-Gran Mastru Hompesch, fil-kitba tiegħu dwar ħajtu fi żmien l-aħħar snin tal-Ordni f'Malta, jgħid illi meta kien marid, kien hemm min, meta mar jarah, ġablu l-inbid.", "Mhux ta' b'xejn mela li l-qawl Malti jgħid, 'l-inbid hu l-ħalib tax-xjuħ'.", "Hekk kif il-ħalib hu tajjeb għat-trabi, daqstant ieħor l-inbid hu ta' ġid għal min hu nieqes minn saħħtu.", "Matul is-sekli, il-kultivazzjoni tad-dwieli f'Malta dejjem baqgħet waħda baxxa għax ħafna mill-art kienet meħuda biex jitkabbar il-qoton u prodotti oħra agrikoli.", "Minflok, kien impurtat ħafna nbid minn Sqallija, l-aktar minn Sirakuża u Vittoria.", "Nistgħu ngħidu li din l-importazzjoni baqgħet kostanti sal-aħħar tas-seklu dsatax u bidu tas-seklu għoxirn.", "Sal-ewwel snin tas-seklu tmintax l-inbejjed minn Sqallija kienu impurtati minn negozjanti individwali, li kienu jimpurtaw anki ikel minn Sqallija.", "Imbagħad fl-1723 inħolqot assoċjazzjoni ta' bosta kummerċjanti li bejniethom kienu jaħtru rappreżentati biex imorru Sqallija u jagħmlu x-xiri tal-inbid f'isimhom biex b'hekk l-l-ispejjeż individwali jonqsu.", "Fil-bidu ta' żmien l-Ingliżi f'Malta, il-vitikultura kienet fjakka għall-aħħar.", "Dominique Miége, il-Konslu Franċiż residenti f'Malta, fil-ktieb tiegħu", "(1841), jgħid illi fi żmienu l-bdiewa Maltin kienu jafu ftit li xejn dwar it-tkabbir u l-proċess li jwassal għal produzzjoni tal-inbid.", "Hu jgħid ukoll illi l-inbejjed kienu jiġu impurtati minn Sqallija, anki għax dawn kienu ta' kwalità superjuri mill-ftit li kien jinħadem f'Maltin.", "Matul is-seklu dsatax u s-seklu għoxrin l-importazzjoni tal-inbid żdiedet.", "Kien hawn xi familji li kienu f'dan il-mistier, fosthom, il-familja Dacoutros (1892), li oriġinarjmant kienet mill-Greċja, minn fejn kien ikun impurtat ħafna inbid.", "Kien hawn il-familja Coleiro minn Ħal Qormi, u l-familja Vella.", "Delicata li kienet ilha tipproduċi xi nbejjed sa mill-1907, imbagħad bdiet timporta l-inbejjed minn barra u kibret fl-istatura tagħha.", "Ma' dawn fis-sena 1919 żdiedet il-familja Cassar li ħolqot il-kumpanija tagħha tal-", ".", "L-isem jindika li din il-familja bdiet topera mill-Marsa u b'hekk inħoloq l-isem", "Fil-ħamsinijiet bdejna nitkellmu dwar l-kwalità tal-għenba lokali.", "Kien hawn il-kwalità magħrufa bħala 'Ġellewża' u l-'Girgentina'.", "Biss il-kwalità ta' dawn l-ispeċi ma fihiex il-livell ta' alkoħol meħtieġ biex toħroġ inbid tajjeb u ta' kwalità mingħajr ma jiżdidilha ħafna zokkor u kimika.", "Hekk kif it-turiżmu kiber, kiber ukoll il-konsum tal-inbid f'Malta.", "Fis-snin sebgħin, il-kumpaniji li kienu jimpurtaw l-inbejjed, issa bdew jinteressaw ruħhom fil-produzzjoni tal-inbejjed lokali.", "Biss, minħabba li t-tkabbir tad-dwieli kien għadu ftit li xejn, dawn bilfors kellhom jimpurtaw l-għeneb mill-Italja f'konteninturi rrefriġirati, imbagħad jinħadem f'inbejjed lokali fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.", "Issa bdew deħlin l-ispeċi ta' għeneb barranin, bħal", "u oħrajn.", "Fl-aħħar tat-tmeninijiet dawn l-istess produtturi bdew ifittxu u jħeġġu 'l-bdiewa Maltin biex ikabbru d-dwieli bi kwantità akbar biex imbagħad jixtru u jipproċċessaw l-għeneb huma.", "Fis-snin disgħin, meta Malta bdiet tħejji biex tidħol fl-Unjoni Ewropea, ridna wkoll naddattaw il-produzzjoni tal-inbejjed fuq dawk ir-regoli stabbiliti mill-Unjoni, biex il-konsumatur ikun jista' jaċċerta ruħu b'inbejjed lokali ġenwini.", "Illum hawn diversi kwalitajiet ta' nbejjed iċċertifikati DOC (", ") li jaċċertaw kwalità ta' nbejjed omoġenji u superjuri.", "Biss, il-kwantità ta' dwieli li jitkabbru fil-pajjiż ma jistgħu qatt jagħtuna l-ammont meħtieġ biex Malta tkun tista' tesporta.", "L-inbejjed li huma ta' oriġini lokali huma kollha ikkunsmati Malta mhux biss mill-Maltin iżda wkoll mill-barranin li jżuruna.", "Illum meta wieħed jixrob tazza nbid fil-kumpanija ta' oħrajn, jerfa' t-tazza u jgħid, '", "jew 'bis-saħħa tiegħek!'", "Interessanti li Mikiel Anton Vassalli fil-", ", (1796), jinkludi l-kelma, 'Toxx!' kelma li ġejja mill-Franċiż,", "tħabbat, bħal meta fl-antik il-Maltin kienu jgħidu, 'Ejja nħabbtuhom!' b'riferenza għat-tazzi tal-inbid.", "7 ta' Marzu, 2020", "bibliografiċi:", "Cassar Carmel,", "7 ta' Marzu, 2020", "Aqra artikli oħra billi tikklikkja hawn:", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2020-03-07T14:14:35+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-istorja fil-qosor tal-inbid f'Malta"} {"url": "https://kliemustorja.com/page/2/", "text": ["A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * I * J * ...", "ENĊIKLOPEDIJA A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* S* T* U* V* W* X* Ż* ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* ...", "Ara aktar: https://kliemustorja.com/a Tradizzjoniiet relatati mal-Milied u l-ewwel tas-sena hemm bosta, fosthom dik tal-istrina.", "Il-kelma strina ġejja mill-Isqalli, strina jew strinia, u mit-Taljan, strenna.", "Dan jurina li din it-tradizzjoni, fejn it-tfal...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* ...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* S* ..."], "date": "2020-02-20T21:12:39+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/03/21/l-ikel-fi-zmien-ir-randan/", "text": ["Ir-Randan hu żmien ta' penitenza u purifikazzjoni tar-ruħ, li jsiru bi preparament għal-liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa.", "Kien hemm żmien fejn is-sawm u l-astinenza fir-randan kienu stretti ħafna (1).", "Il-poplu, dejjem fidil lejn it-twemmin u l-istruzzjonijiet tal-Knisja Kattolika, kien isewgwi b'mod rigoruż dawn il-liġijiet.", "Sat-tieni nofs tas-seklu għoxrin, dawk kollha 'l fuq minn seba' snin ma setgħux jieklu laħam, waqt li dawk li għalqu l-wieħed u għoxrin sena riedu jsumu.", "Eżenti mis-sawm kienu dawk li għalqu s-sittin.", "(Can.", "1254).", "Imbagħad, wara l-Konċilju Vatikan it-Tieni, ir-regoli bdew bil-mod il-mod jitnaqqsu, għalkemm ħafna baqgħu xorta waħda jżommu mal-liġijiet antiki, l-aktar ix-xjuħ.", "B'mod ġenerali, f'dawn l-erbgħin jum tar-Randan, wieħed ma setax jiekol laħam, xaħam, bajd, ħelu, kif ukoll jixrob, jew jiekol prodotti magħmula mill-ħalib, bħal ġobon u l-irkotta.", "Fi żmien meta f'Malta kien hawn l-inkiżizzjoni (sal-1798), meta wieħed jinqabad jikser ir-regoli tas-sawm kien ikun irrappurtat u jinġieb quddiem l-Inkwiżitur.", "Bosta drabi, l-pieni kienu jkunu ħfief u ta' natura spiritwali, jiġifieri, il-ħati kien ikun imġiegħel jirreċita talb u jisma' l-quddies.", "Biss kien hemm każi fejn ingħataw anki pieni ħorox ħafna għal min kien jerġa' jikser is-sawma.", "Li tikser is-sawm fir-Randan kien bħallikieku qiegħed tniġġes ruħek.", "Kont tisma' 'l min jgħid, 'noqgħod attent x'niekol għax ma rridx nitniġġes'.", "Fost il-jiem l-aktar obligatorji kienu Ras ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira.", "Kienu jgħidu, 'Min ma jsumx f'Ras ir-Randan, imut f'denbu', li jfisser, min ma jsumx f'jum ir-Randan ma jleħħaqx sa Sibt il-Glorja għax imut.", "Fl-aktar mod strett tagħhom, ir-regoli tas-sawm kienu jirrikjedu li wieħed jiekol ikla waħda biss kuljum, normalment dik ta' nofnsinhar.", "Imbagħad l-ikla ta' filgħaxija kienet tkun ħafifa.", "L-antiki kienu juru kemm huma lesti li jsegwu r-regoli tas-sawm anki b'mod simboliku billi kienu jqegħdu l-borma ta' taħt fuq.", "Dan ifisser li issa l-ikliet kienu ser ikunu nieqsa minn ħafna sajran.", "Chev. Joe Attard jgħidilna li f'ħafna rħula f'Għawdex, filgħaxija kienu jieklu xi ftira magħmula mill-għaġina u s-smid u mħawra biż-żejt.", "L-ikel li jista' jittiekel", "Ħafna kienu jżommu mal-aktar ikel bażiku.", "Xi wħud kienu anki jippruvaw jieklu ħobż waħdu mingħajr kumpanaġġi.", "Biss, biex il-bniedem jgħix, irid isostni ruħu b'ikel nuttrittiv.", "Għalhekk fl-antik kienu jduru għall-ħxejjex li jitkabbru mill-bdiewa f'dak fl-staġun.", "Id-dieta kienet tvarja minn qaqoċċ mgħolli u mittiekel jew waħdu, jew mimli bl-inċova.", "Ħxejjex oħra kienu l-pastard, il-piżelli, l-indivja, l-spinaċi u l-patata, għalkemm il-patata ma kienetx bdiet titkabbar sew qabel l-aħħar tas-seklu dsatax.", "Minn dawn il-ħxejjex kont tagħmel tipi ta' minestri tal-ħaxix, jew sopop tal-ħut, u ikliet simili.", "Fl-istaġun tiegħu kien hemm ukoll il-ful li kien jissajjar mal-għaġin u li kont tagħmel borma magħquda tal-kusksu.", "Flok il-laħam wieħed seta' jdur għall-ħut imqadded jew immellaħ li kien ikun ikkonservat minn qabel, bħas-sardin, il-bakkaljaw, l-aringi, u l-inċova.", "Ikel ieħor kien iż-żebbuġ u l-bebbux bl-aljoli.", "Il-ħobż, il-bażi prinċipali tal-ikel tal-foqra, kien l-aktar li jittiekel ma' kull ikla għax irħis, jimla' u jgħaddi ma' kollox.", "Imbagħad kien hemm minn dejjem bosta tipi ta' għaġin li kont tista' tħalltu b'affarijiet, bħat-tonn immellaħ.", "Ħ", "lu u ikel ieħor fi żmien ir-Randan", "Bħala ikliet żgħar, ta' żmien ir-Randan, kien hemm l-isfineċ tal-inċova.", "Chev. Attard jgħidilna li f'Għawdex fi żmien ir-Randan kienu jaqlu l-għaġina rqieqa fiż-żejt u jbigħuha bħala ftajjar.", "Dawn il-ftajjar kienu jitfettlu u jinxteħtu waħda wara l-oħra ġo taġen kbir mimli żejt jagħli.", "'Ir-riħa li jerħu waqt li jkunu jsiru kienet tiftaħlek qalbek'.", "Dawn it-tip ta' ftajjar għadhom isiru sal-lum u huma magħrufa bħala l-'ftajjar tar-Randan'.", "Bħala ħelu li għadu jittiekel fir-Randan hemm il-kwareżimal, magħmul minn lewż mitħun u mħallat mad-dqiq, ftit qxur tal-kannella, għasel iswed u ftit ilma żahar.", "Wara li jissajjar fil-forn il-ħelu jiżdidlu l-għasel u xi ftit pistaċċjo.", "Kien hemm ukoll il-pastarjali, tip ta' pasti magħmula mil-lewż mitħun u mħallat biz-zokkor.(2) Il-ħelu li llum jittiekel l-aktar fil-Ġimgħa l-Kbira hu l-karamelli tal-ħarub li oriġinarjment kien isir mill-ġulepp tal-ħarrub, biss illum iżidulu ħafna zokkor.", "Tip ta' sawm ieħor", "Kien hemm tradizzjonijiet oħra marbuta mal-ikel tar-Randan.", "Kien hemm min kien isum bis-seba' bukkuni ħobż, l-aktar fil-Gimgħa tad-Duluri.", "Ċerti tfajliet kienu joħorġu minn djarhom u jmorru jħabbtu l-bibien tan-nies biex dawn jagħtuhom loqma ħobż.", "Dan kienu jagħmluh għal seba' darbiet.", "Ngħiduha kif inhi, fl-antik, għal bosta, dan kien aktar bħala bżonn milli tradizzjoni ritwali.", "Ħafna mill-irġiel li kienu jpejpu, fir-randan bħala penitenza, kienu wkoll jaqtgħu it-tipjip kemm tas-sigaretti jew tas-sigarri.", "Matul iż-żmien, kien hawn dejjem dawk li kienu aktar skruplużi minn ħaddieħor u jivvintaw sawm u astinenza aktar rigoruż.", "Illum hawn min matul l-erbgħin jum ma jmissx xorb alkoħoliku, jew ma jiekolx ħelu.", "Id-differenza bejn sawm u astinenza għal ħafna hi kemxejn vaga.", "Is-sawm jittratta il-ġranet u l-ħinijiet u kemm il-ikla għandha tittiekel fil-jum b'mod obbligatorju skont ir-regoli tal-Knisja.", "L-astinenza tirriferi għat-tip ta' ikel li wieħed iżomm lura minnhom, eż., laħam ħalib u ħelu.", "Skont ir-regoli ppubblikati fil-", "), stabbilit fl-1917, u li beda jinbidel fl-1966, il-liġi tal-astinenza kienet tipprojbixxi li jittiekel laħam, iżda seta' jittiekel bajd, ġobon, ħalib u butir fil-pranzu biss, waqt li wieħed seta' jsajjar bix-xaħam, (", ".", "1251, il-liġi tas-sawm kienet tirrikjedi li: tittiekel ikla waħda mal-jum, iżda seta' anki jittiekel xi ikel filgħodu u filgħaxija skont il-konswetudini tal-pajjiż għal dik li hi kwalità ta' ikel.", "L-astinenza kienet osservata il-ġimgħat tas-sena kollha barra meta jiġu magħhom ġranet tal-festi kmandati.", "Ir-regola kienet osservata il-Ġimgħat u s-Sibtijiet tar-Randan, Ras ir-Randan, il-jiem tal-Kwattru Tempi, il-vġili tal-Għid il-Ħamsin, il-vġili tal-Kunċizzjoni u l-vġili tal-Milied.", "Il-liġi tas-sawm kienet osservata fil-jiem kollha tar-Randan.", "Fi Sqallija dan hu ħelu tradizzjonali u popolari ħafna.", "L-isem proprju hu", "li wara saret", ".", "Dan il-ħelu jkun maħdum f'ħafna forom, u jista' jixbah fis-sura tiegħu lill-frott jew oġġetti tal-ikel oħrajn.", "Jingħad li oriġinarjament, dan il-ħelu kienu jaħdmuh is-sorijiet fil-knisja tal-Martorana, Palermo, fejn imbagħad kienu jdendluh mas-siġar biex jixxebbah mal-frott.", "\"F'dan iż-Żmien Qaddis tas-Sena ......',", ", Il-Ġimgħa l-Kbira f'Malta.", ", Storja tal-kultura ta' l-Ikel f'Malta.", ", Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin,", "Il-Pronostku Malti, Għas-sena l-Ġdida 1959", "Aktar suġġetti dwar il-kultura ta' Malta", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-03-21T13:18:22+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-Ikel fi Żmien ir-Randan"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/03/14/epidemiji-fl-istorja-ta-malta/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Tant qed nisimgħu b'mard u epidemiji dan l-aħħar li minghajr ma ridt, moħħi mar fuq l-epidemiji li Malta sofriet matul s-sekli.", "Araw daqsxejn x'sibt.", "Ċert li hemm aktar xi tgħid.", "– M. glandola minfuħa kkawżata mill-bakterja", "Din il-marda kienet tfiġġ fl-Ewropa u fil-Mediterran minn żmien għall-ieħor.", "Il-marda bubonika tinxtered l-aktar mill-bergħud li jgħix fuq il-ġrieden infettati, meta l-bergħud jigdem il-bniedem biex jerdagħlu d-demm.", "Meta pazjent infettat b'din il-bakterja jisgħol, dan jinfetta l-arja u allura dawk ta' madwaru jittieħdu minn din il-marda wkoll.", "Il-bakterja li tkun daħlet fil-ġisem kemm mill-ġilda kif ukoll bin-nifs, kienet tattakka mill-ewwel, u s-sintomi joħorġu wara jumejn b'diversi modi, eż. uġigħ fil-glandoli jew fil-ġilda.", "Tnejn minn tliet persuni infettati kienu jmutu f'temp ta' sitt ijiem.", "Il-pesta laħqet l-Ewropa u l-Mediterran l-ewwel darba fis-seklu erbatax, meta kienu mietu mal-75 miljun ruħ.", "F'Malta matul is-sekli kellna diversi epidemiji tal-pesta.", "L-aktar epidemiji qliel kienu dawk tal-1592/3, meta mietu mat-3,000 ruħ; tal-1675/6 meta mietu mal-11,000 ruħ; u dik tal-1813/14, meta mietu 'l fuq minn 4,500 ruħ.", "Kull darba li l-pesta laħqet il-gżejjer Maltin, kien iffisser mhux biss mard u mwiet, imma anki telf ta' kummerċ kbir, iżolament u faqar.", "Dan għaliex l-ebda bastiment ma kien jersaq lejn Malta minħabba l-biża' ta' xi tinġis u ġarr ta' din il-marda.", "Jidher illi fis-seklu dsatax, wara l-1813, il-pesta ma daħlitx aktar f'Malta, biss flokha kien hawn diversi epidemiji tal-kolera (ara:", ").", "Għalhekk hu kurjuż ħafna kif wara dawn is-snin kollha l-pesta reġgħet misset lil Malta, fis-seklu għoxrin, fl-1936.", "Din id-darba kienu ftit in-nies li mietu u din il-marda ġiet eradikata minn Malta sal-1937.", "Iż-żewġ qaddisin li huma meqjusa bħala l-akbar protetturi kontra l-pesta huma Santu Rokku u San Bastjan, li għalihom hawn iddedikati diversi knejjes u kappelli.", "Kien hawn anki ċimiterji apposta biex jindifnu fihom n-nies li jmutu bil-pesta.", "IL-", "Marda ikkawżata mill-bakterja", "L-isem", "ingħata fl-1704, għall-marda li fl-Indja kienet (u għadha) tfiġġ, u xi minn daqqiet tilħaq proporzjonijiet epidemiċi.", "Din il-marda daħlet f'Malta kemm-il darba matul is-seklu dsatax.", "Is-sors ta' dan il-mikrobu hu l-ilma, jew l-ikel infettat.", "Is-sintomu l-aktar evidenti ta' din il-marda hi dijarea qawwija u uġigħ ta' żaqq.", "Din l-infezzjoni tikkawża nixfa minn ġewwa fi ftit sigħat.", "Jekk il-fluwidi li jonqsu mill-ġisem ma jkunux mogħtija lura, il-pazjent imut fi ftit żmien.", "Il-marda nfirxet għall-ewwel darba lejn il-Mediterran fis-seklu dsatax, l-aktar bejn l-1816 u l-1826, x'aktarx meta kaxkruha magħhom mill-Indja il-baħrin u s-suldati Ingliżi.", "Il-fejqan minn din il-marda kien diffiċli, u l-unika mediċina għaliha kienet xarba b'taħlita ta' ħxejjex mediċinali, biex ittaffi l-uġigħ, iżda li ma tfejjaqx.", "F'Malta, il-kolera nfexxet f'epidemija f'dawn id-dati:", "fl-1837 (kienu mietu f'Malta 809, u f'Għawdex 366)", "fl-1854 (kienu mietu total ta' 348 ruħ)", "fl-1865 (kienu mietu 1,873 ruħ)", "fl-1867 (kienu mietu 400 ruħ)", "fl-1877 (kienu mietu 440 ruħ)", "fl-1887.", "(Ma għandix n-numru tal-imwiet.)", "L-ISPANJOLA,", "L-isem Malti għall-epidemija tal-I", "li nfirxet mad-dinja kollha bejn l-1918 u l-1919.", "Din il-marda laqtet mal-500 miljun ruħ, u x'aktarx qatlet bejn 10 u 20 fil-mija ta' dawk li mardu biha.", "Din l-istatistika turi li din l-epidemija kienet l-aktar waħda qerrieda fl-istorja kollha tal-umanità, ħafna aktar mill-epidemiji kollha, inklużi l-pesta u l-AIDS.", "Ħadd ma jaf fiċ-ċert x'kienet il-kawża vera jew minn fejn bdiet eżattament din il-marda.", "Biss xi wħud jinsistu li din kienet marda simili għal dik li ħakmet id-dinja fis-sena 2009, magħrufa bħala N1H1.", "L-isem tal-Influwenza Spanjola ma għandu x'jaqsam xejn ma' Spanja, ħlief li xi membri tal-Monarkija Spanjola kienu ntlaqtu minn din il-marda, u b'hekk din l-epidemija ħadet dan l-isem.", "Il-marda nfirxet f'żewġ mewġiet.", "L-ewwel darba bdiet f'Jannar tal-1918 u x'aktarx oriġinat f'Kansas, l-Amerika.", "It-tieni waħda kienet irreġistrata f'Awwissu tal-istess sena, l-ewwel darba fi Brest fi Franza.", "Waqt li l-ewwel epidemija laqtet lil dawk in-nies l-aktar vulnerabbli, jiġ. t-tfal, ix-xjuħ, il-morda u n-nisa tqal, it-tieni mewġa laqtet l-aktar lil dawk li kienu l-aktar b'saħħithom!", "Jidher li l-firxa ta' din il-marda fl-Ewropa kienet dovut għall-wasla ta' miljuni ta' suldati, l-aktar mill-kontinent Amerikan, lejn l-Ewropa fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "F'Malta din il-marda feġgħet fis-sajf tal-1918.", "Iċ-", "tal-Gvernatur, Lt.", "Governor Robertson, kien ħareġ istruzzjonijiet biex kemm is-swali taċ-ċinema kif ukoll l-iskejjel iżommu ndafa stretta, kif ukoll li jħallu t-twieqi miftuħin għall-arja.", "Twissija oħra kienet li n-nies ma għandhomx jobsqu fl-art.", "Waħda mill-prevenzjonijiet li l-Maltin kienu jieħdu, għalkemm żgur mingħajr effett ta' xejn, kienet li jidilku xufftejhom bit-tajjar imxappap fil-formalina (tip ta' diżinfettant).", "F'Malta, f'temp ta' tliet xhur, l-Ispanjola kienet marrdet mal-għoxrin elf ruħ, tmienja fil-mija tal-popolazzjoni.", "Minnhom kienu mietu 830.", "Meta din l-epidemija għaddiet għalkollox minn fostna, kien tkanta t-", "fil-Konkatidral ta' San Ġwann.", "Traġedji Maltin", "ta' Edward Attard, pp. 105-108;", ", l-Ewwel Ktieb, pp. 201, 204;", "Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin", "IL-POLJO", "Marda li għal bosta snin kienet magħrufa sew f'Malta, l-aktar fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin.", "L-isem proprju tal-marda hu", ", riferenza għall-infjammazzjoni tal-materja griża fl-ispina dorsali.", "Il-virus tal-poljo jinġarr minn bniedem għal ieħor minħabba n-nuqqas tal-indafa personali, l-aktar mill-eskrement tal-bniedem.", "Disgħin fil-mija ta' dawk infettati mill-poljo ma kinux ikunu jafu li qed iġorru dan il-virus qabel ma toħroġ il-marda.", "Fis-seklu għoxrin, f'Malta din il-marda kienet irreġistrata kull sena, l-aktar bejn l-1920 u l-40ijiet, meta kienu jimirdu biha numru żgħir ta' nies.", "Biss, fis-snin 1942-43, 1945, 1947 u 1950-51, il-marda nfirxet f'Malta b'mod epidemiku.", "Bosta nies mietu u mijiet oħra sfaw immankati għal għomorhom.", "Hu fatt kurjuż li apparti li din il-marda kienet tattakka l-aktar lit-tfal ta' taħt il-ħames snin, kienet ukoll taffettwa persentaġġ kbir ta' suldati Ingliżi li kienu stazzjonati f'Malta.", "Lejn nofs is-seklu għoxrin kienu nfetħu postijiet ta' konvalexxenza għal min kien isofri mill-poljo.", "Wieħed minn dawn kien fiċ-Ċentru Bugeja, il-Ħamrun, u l-ieħor il-Palazz tal-Verdala, ir-Rabat.", "Fis-sena 1956, ir-riċerkatur Jonas Salk kien sab il-vaċċin kontra dan il-virus, u ftit wara t-tfal kollha bdew jitlaqqmu kontra l-poljo, b'riżultati pożittivi, tant li llum din il-marda nqerdet għal kollox minn bosta pajjiżi.", "Sors", "Ara aktar suġġetti billi tikklikkja hawn:", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Marzu 14, 2020", "ara aktar artikli:", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2020-03-14T13:07:50+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "EPIDEMIJI fl-Istorja ta' Malta"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/04/08/holy-week-in-birgu/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Ħamis ix-Xirka)", "Ħadd Lazzru", "il-", "agħqa tal-Appostli", "l-Altar tar-Repożizzjoni", "buqari", "il Visti tas-Seba' Knejjes", "konfratija", "il-Ġenna", "L-Erbgħa tat-Tniebri", "il-Pur", "ċissjoni s-Sewda", "bandiera tar-Reli", "ġ", "jon", "Tirli tim, tirlitira", "Kristu Rxoxta bil-Bandiera", "Għax tal-Birgu ġeru (ġrew) bih.", "U ta'", "waqgħu bih", "Il-Ġimgħa l-Kbira f'Malta.", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-04-08T19:10:53+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "HOLY WEEK in BIRGU"} {"url": "https://kliemustorja.com/", "text": ["A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* S* T* U* V* W* X* Ż* Z*...", "Christian Names in 14th Century Malta * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* S* ...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ...", "Ir-Randan hu żmien ta' penitenza u purifikazzjoni tar-ruħ, li jsiru bi preparament għal-liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa.", "Kien hemm żmien fejn is-sawm u l-astinenza fir-randan kienu stretti ħafna (1).", "Il-poplu, dejjem fidil lejn...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ...", "A* B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * I * J * K..."], "date": "2020-06-03T15:58:43+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/03/12/it-happened-in-march/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-03-12T12:10:14+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "IT HAPPENED IN MARCH"} {"url": "http://fionavella.com/features/2008/09/24-sena-ilu-it-tragedja-tal-patrol-boat-c23/comment-page-1/", "text": ["24 SENA ILU: IT-TRAĠEDJA TAL-PATROL BOAT C23", "Hekk kif jibda joqrob Settembru, fuq ruħi bħal jaqa' dell kbir ta' niket.", "Din is-sensazzjoni drajtha ormaj għax iż-żmien itaffi imma mhux neċessarjament ifejjqek minn kollox.", "Madanakollu din is-sena hija ferm agħar.", "It-traġedji riċenti marbuta ma' l-isplussivi u l-kmamar tan-nar flimkien mad-diżgrazzja tal-baħar tas-Simshar, fetħuli ferita kbira mill-ġdid f'qalbi.", "Naf sewwa kif inċidenti simili jħallu ħsara kbira u fil-bogħod; bħall-mewġ li jibqa' jinfirex 'l barra 'l barra u jolqot lil kull min isib fi triqtu.", "Għaddew eżatt 24 sena mill-llum – id-data kienet is-7 ta' Settembru 1984.", "Kienet ġurnata komuni għal bosta familji.", "Ħadd ma kien jobsor li kellha tittebba' b'waħda mill-agħar traġedji li qatt seħħew fil-gżejjer Maltin...", "Sajjied li kien qiegħed jistad il-Marfa innota lis-suldati tad-Dejma flimkien mal-pulizija ħerġin fuq il-Patrol Boat C23.", "Sema' wkoll l-isplużjoni u ra daħna kbira iżda ma allarmax ruħu.", "Ħaseb li s-suldati kienu splodew xi bombi 'l barra fil-baħar.", "Hekk jew hekk bosta kienu jafu li xi mili 'l barra minn dawk in-naħat, f'post apposta lil hinn fil-baħar, kien qed jintrema' xi splussiv maħdum illegalment li kien jiġi maqbud mill-pulizija.", "Kienet biċċa xogħol normali, parti mid-dmirijiet tas-suldati.", "Iżda sfortunatament, għal xi raġuni, l-murtali illegali li kienu qed jinġarru dakinhar biex jintremew, splodew fuq il-lanċa u swew il-ħajja ta' sebgħa min-nies.", "Ħamsa minnhom instabu f'wiċċ l-ilma qrib il-patrol boat C23.", "Żewġ membri oħra ta' l-ekwipaġġ ma nstabux.", "Membru ieħor irnexxielu jsalva iżda kellu jittieħed l-isptar isofri minn xokk qawwi.", "Ix-xena li sab il-bdot tal-ħelikopter li wasal fuq il-post tat-traġedja kienet tal-waħx.", "Iżda d-dehra tal-familjari mnikkta u mitlufa waqt il-funerali tal-mejtin ma kienet xejn inqas kerha minnha.", "Tnejn mill-mejtin kienu membri tal-Pulizija: is-Surġent tal-Pulizija u espert ta' l-isplussiv Salvu Muscat 30 (B'Kara) u l-Kuntistabbli Joseph Hare 24 (Sliema).", "Il-ħamsa l-oħra kienu suldati tad-Dejma: Bdr.", "Joseph Pace 36 (Santa Venera), Gnr.", "William Simpson 36 (Ħal-Lija), Pte.", "Anthony Vella 20 (Ghajnsielem, Gozo), Pte.", "Anthony Farrugia 27 (Zejtun) u Bdr.", "Francis Borg 36 (Hamrun).", "L-aħħar tnejn imsemmija baqgħu ma nstabux.", "L-uniku wieħed li ħelisha minn ħalq il-mewt kien is-suldat tad-Dejma Pte.", "Emmanuel Montesin 21 (Paola).", "Għext din it-traġedja ġurnata b'ġurnata.", "Wieħed mill-mitlufin, Anthony Farrugia, kien ir-raġel tal-kuġina tiegħi Mary.", "Kellhom żewġt itfal: Josef ta' ħames snin u Roderick ta' sentejn u nofs.", "Mary kienet tqila bit-tielet tarbija.", "Xi ftit xhur qabel kienet tilfet lil missierha iżda b'xi mod kien irnexxielha tkampa u tgħaddi min-niket.", "Flimkien magħha, aħna l-familjari tagħha, nblajna b'din l-aħbar il-ġdida.", "Għall-ewwel, l-impatt tal-ħasda dam ma nħass peress li l-kadavru ta' Anthony ma nstabx u għalhekk baqgħet ħajja t-tama.", "L-għajnuna għat-tfittxija waslet minn kullimkien: għaddasa tal-Forzi Armati, suldati tad-Dejma u anki numru ta' nies oħra bil-luzzijiet u d-dgħajjes privati tagħhom għamlu minn kollox biex għallinqas jinstabu l-iġsma taż-żewġ suldati nieqsa.", "Mill-ħsara estensiva li ġarrbet il-patrol boat C23 kien evidenti illi l-isplużjoni li seħħet kienet qawwija ħafna.", "Għaldaqstant wara siegħat twal ta' tfittxija, ħarġet ordni mill-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati sabiex xi għaddasa jmorru jispezzjonaw aħjar il-patrol boat mġarrfa li kienet iddaħħlet f'Ħondoq ir-Rummien.", "Il-pruwa tal-patrol boat kienet miftuħa beraħ.", "Kien jeżisti s-suspett li s-suldati mitlufa setgħu nqabdu qalb it-tifrik u l-pjanċi mgħawwġa.", "Ix-xniegħat mill-ewwel xegħlu u wasal għala widnejna li kienu nstabu xi fdalijiet umani.", "Madanakollu l-għada fuq il-gazzetti ħarġet ċaħda uffiċċjali ta' dawn l-ispekulazzjonijiet.", "Il-ġranet għaddew u xejn aktar ma nstab, sakemm ġurnata waħda t-tfittxija għaż-żewġ suldati nieqsa waqfet u l-ħajja kompliet bħallikieku qatt ma kien xejn.", "Iżda kif ser taqbad tispjega lill-qraba tal-vittmi sabiex jirrassenjaw ruħhom għall-mewt bħal din ħabta u sabta?", "U wisq wisq agħar – meta l-ġisem tal-mejjet ma jinstabx?", "Bħal mitlufa, l-qalb tibqa' tispera li xi darba, forsi minn x'imkien, il-bniedem tant maħbub jitfaċċa.", "U d-dubji u l-isperanza jibdew jieklulek ruħek ftit ftit.", "Sakemm forsi ż-żmien ikollu ħniena minnek u jgħallmek iġġeragħ u tinsa... jew aħjar taċċetta.", "Sfortunatament il-mewt ma taħsadx biss il-ħajja tal-vittma.", "Magħha tieħu wkoll ħafna ħajjiet oħra li għalkemm tħalli l-ġisem tagħhom ħaj hawn f'din id-dinja, r-ruħ tiegħu bħal tkun donnha telqitu sa minn dak il-jum misħut.", "Lil Mary talbuha tirrassenja ruħha għall-mewt ta' żewġha bħal kif kellha tagħmel ukoll għal dik tat-tarbija tagħha li ma felħitx tikkumbatti ma' aktar għawġ u ntemmet qabel biss qatt twieldet.", "Kelli tlettax il-sena dakinhar.", "U jien għadni sal-llum m'inix kapaċi ninżel taħt il-baħar mingħajr ma jgħaddili ħsieb ta' tkexkix ta' x'jista' jkun hemm, hemm taħt.", "Nista' nimmaġina minn xhiex jgħaddu mart u ulied il-vittmi!", "Ġrajjiet simili dejjem iduru ma' l-istess kwistjoni: l-irresponsabbilta' u n-nuqqas ta' rispett lejn ħaddieħor.", "Ħajjiet maħsuda ta' l-innoċenti li l-ebda ndiema jew kundanna ma jistgħu qatt ireġġgħu lura.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-7 ta' Settembru 2008)", "Kuntistabbli Joseph Hare", "spluzjoni", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "24 SENA ILU: IT-TRAĠEDJA TAL-PATROL BOAT C23"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/05/27/it-happened-in-may/", "text": ["A* B* Ċ* C* D* E* F*", "Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K*", "T* U* V* W* X* Ż* Z*", "Leħen is-Sewwa", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-05-27T16:24:45+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "It happened in May"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/05/03/ghasafar-fl-ilsien-u-l-foklor-malti/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Kollha kemm aħna waqt xi diskursata, l-aktar meta rridu nenfasizzaw xi punt, inħobbu nqabblu s-suġġet tal–argument ma' xi ħaġa tanġibbli u viżwali.", "Biex nagħmlu dan insibu eżempji ċari u ħfief biex kulħadd jista' jaċċetta s-saħħa tal-argument.", "Ġieli bħala eżempji tipiċi nfittxu paragun mal-annimali, ħut, insetti jew għasafar.", "Minn dawn noħorġu idjomi, espressjonijiet, qwiel u modi oħra biex nagħtu aktar kulur lil dak li joħroġ minn fommna.", "Ħafna minn dawn ir-riferenzi stabbiliti ilhom magħna s-snin għax bdewhom l-antenati tagħna, li spiraw minn dak li kien hemm madwarhom.", "Il-bdiewa faċilment kienu jqabblu l-kwalitajiet tal-bniedem ma' dak tal-għasafar kemm fil-forma, il-moviment kif ukoll il-ħsejjes li dawn jagħmlu, kif ser naraw.", "Mill-osservazzjonijiet tagħhom kienu jisiltu dak li seta' jservi ta' paragun ħaj u dawn intgħoġbu minn min semagħhom.", "B'hekk illum dawn il-paraguni għadhom jingħadu ta' sikwiet, kif ser naraw.", "Qwiel", "Alwett bil-gziez (bil-kwantità) xita bil-qliel – jiġifieri, meta l-alwett ipassi fi kwantitàjfisser li ġej il-maltemp.", "(Ingliż – s", ".", "L-alwett hu komuni l-aktar f'Ottubru u f'Novembru.", "Fid-Duluri – hawn min jgħid f'jum il-Lunzjata – 25 ta' Marzu- tiġi l-bilbla (", ") u titlaq l-alwetta (", "In-naspla saret u ċ-ċawla taret (Ing.", ").", "Nafu li n-naspli jimmatura f'April.", "Iċ-ċawl li sas-seklu dsatax kien komunissimu f'Malta kien jarma l-bejta tiegħu f'Marzu.", "F'April iċ-ċawla tkun biedet minn erba' sa sitt bajdiet.", "Sa 35 ġurnata wara dawn il-frieħ ikunu kapaċi jtiru.", "Dan ifisser li n-naspli jkun inħasad u ċ-ċawl ikun tar.", "Mela l-proverbju qiegħed jassigurana li r-rebbiegħa tkun waslet fi tmiemha u s-sajf qorob ġmielu.", "Meta jiġu l-pluvieri (Ing.", "), imbagħad jiġi l-maltemp – riferenza għall-ewwel maltempati tal-istaġun.", "Il-pluviera tpassi fuq Malta minn Ottubru sa Marzu.", "L-għasafar jissemmew fi qwiel oħra li jikxfu kif il-Maltin kienu jaħsbuha dwar diversi sitwazzjonijiet fil-ħajja.", "Inġibu ftit eżempji:", "Ċawla bajda qatt ma dehret – Jiġifieri, l-impossibli qatt ma jseħħ.", "Il-kokka 'l uliedha tara l-isbaħ – Jiġ., kulħadd jara tiegħu l-isbaħ, jew.", "Kull għasfur jiftaħar b'rixu – L-istess tifsira.", "Ħamiema bla ħjiena (ta' bla ħażen) is-seqer itemmha – Jiġ., xi ħadd sempliċi jkun milgħub minn wieħed makakk.", "Imsejkna dik it-tajra li tfaqqas f'bejta ħażina – Jiġ., l-ambjent fejn bniedem jitwieled jista' jaffettwa b'mod negattiv il-ħajja ta' dak li jkun.", "Għasfur f'idek aħjar milli mija fl-ajru – Jiġ., l-aħjar li tkun kuntent bil-ftit milli tixtieq għal ħafna li huwa impossibbli li takkwista.", "Imbagħad xi ngħidu għal idjomi, dawk il-frażijiet b'analoġiji mal-għasafar.", "Hekk insibu dawn l-idjomi:", "'Għamel bħal gallozz (Ing.", "u speċi oħrajn) u tefa' rasu fir-ramel' – riferenza għal xi ħadd li minkejja li għandu l-inkwiet jippreferi li jinjorah u jdawwar wiċċu n-naħa l-oħra.", "'Kemm jgħid, qisu tellerita!'.", "(Ing. s", "Jew 'Kemm jgħid qisu kalandra' (Ing.,", ").", "Iż-żewġ għasafar għandhom ħabta jagħmlu ħoss ripetut għal ħafna ħin mingħajr ma jieqfu.", "Jew, 'iparla daqs ċuqlajta', Ing.", "sakemm dan l-aħħar eżempju mhux qiegħed jirriferi għaċ-ċuqlajta li tindaqq kontinwament fil-Ġimgħa l-kbira).", "Qishom żewġ amorini – dejjem jinnamraw.", "'Għandi ġuħ daqs nagħma' – (Ing. o", ") Il-paragun ma' dan l-għasfur intgħażel għax din it-tajra tidher bosta drabi rasha 'l isfel mal-art tnaqqar kull ma ssib.", "'X'ser nieklu llejla?' – Mistoqsija li tista' tidher żejda, l-aktar meta l-ikel ta' kuljum id-dar ma jkun xejn speċjali.", "Ir-risposta tkun: 'Tgħid mhux perniċi'.", "Din l-analoġija tingħad b'mod sarkastiku, għaliex il-laħam tal-perniċi (Ing. partridge; is. xj.", ") mhux la kemm issibu għal bejgħ.", "Fil-kultura Ingliża dan iservi ta' ikla tipika tal-Milied u għaldaqstant mhux kemm tieklu ta' spiss.", "'Dawk bajd u beċċun' – tingħad għal xi koppja li jkollha ħafna tfal li jitwieldu wieħed wara l-ieħor.", "'Illum tidher li bid-daqquqa int' (Riferenza għad-daqquqa kaħla; (Ing.", ") Ngħidu hekk lil xi ħadd li hu bil-burdata tad-daħk għaliex dan l-għasfur jagħmel ħoss qisu qiegħed jidħak.", "'Moħħu biex jisserdak qalb it-tfajliet' – tingħad b'riferenza għal xi ġuvni li jħobb juri kemm hu ħelu meta jkun fil-preżenza tas-sess femminil.", "Paragun ma' serdukqalb it-tiġieġ.", "U la qegħdin fuq is-sriedek, hemm isem ieħor relatat mas-sriedek: għattuqa.", "Din hi tiġieġa żgħira, jew srejdak, li jkun għadu ma kibirx biżżejjed.", "Ġuvni li għadu ma laħaqx żviluppa sew u ħa l-forma ta' bniedem adult, jew għadu mingħajr leħja, kienu jgħidulu, għattuq.", "Qisu pespus, tingħad għal xi ħadd ta' statura żgħira u rqieqa, jew għal xi ħadd xipli.", "Biex nagħlaq ta' min wieħed isemmi li tlieta mill-kunjomijiet Maltin jikkonċernaw l-għasafar.", "Dawn huma l-kunjomijiet Buttigieg, Chetcuti u Farrugia.", "It-tlieta li huma għandhom x'jaqsmu mat-tiġieġ.", "Bu tfisser sid ta' xi ħaġa jew oħra, f'dan il-każ, sid it-tiġieġ, x'aktarx riferenza għal xi ħadd li jkollu kwantità.", "Dan hu l-istess bħall-kunjom Buhagiar, li hu sid il-barriera.", "Chetcuti ġej mill-Għarbi wkoll, 'ketkut', kif kienu jissejħu l-flieles li jkunu għadhom kemm faqqsu.", "It-tielet, farruġ, jista' jfisser kemm serduq kif ukoll tiġieġ jew flieles.", "Biss, il-farruġ hu wkoll isem ta' għasfur ieħor: ix. xj.", "Forsi hemm xi espressjonijiet, qwiel jew idjomi oħra li ħallejt barra.", "Nieħu gost jekk taf b'oħrajn u tiktibli dwarhom.", "Ħajr lil Victor Falzon, naturalista ma'", ", li kkoreġa t-test, l-aktar fejn jidħlu l-ismijiet tal-għasafar kif ktibthom jien, u anki żiedli xi idjomi oħrajn.", "Biblijografija:", "Manduca, J.S. & Mifsud Ġ.,", "Kif Ngħiduha", ".", "Klabb Kotba Maltin.", "1975.", "L-Agħsafar", "Is-Soċjet", "Ornitoloġika", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-05-03T13:38:54+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Għasafar fl-ilsien u l-folkor Malti"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/05/16/christian-names-and-saints-in-15th-cent-malta/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Ħ", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-05-16T14:06:36+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Christian Names and Saints in 15th Cent. Malta"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/06/03/xjaten-mostri-u-ihiersa/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Ħ", "Il-bniedem minn dejjem kien jemmen li f'ħajtu hemm l-allat u spirti tajbin li jgħinuh fil-bżonnijiet tiegħu, kif ukoll oħrajn li qegħdin hemm, lesti biex jagħmlu l-ħażen u l-ħsara.", "Bosta jemmnu li l-ħajja ma tiddependix biss fuq dak li wieħed jagħmel hu minn jeddu, iżda hi kkontrollata skont kemm jinterfjeru dawn l-ispirti.", "Dawn il-ħsibijiet kienu u għadhom mtambrin tista' tgħid f'bosta kulturi madwar id-dinja kollha.", "AMULET b'TALBA lil ĦORUS", "Daqs tmien mitt sena qabel Kristu, Il-Feniċi li ġew Malta ġabu magħhom l-allat tagħhom kif ukoll dawk Eġizzjani, għax dawn kienu jemmnu fihom ukoll.", "Xi wħud minn dawn l-allat kienu twajba u jagħmlu l-ġid, waqt li oħrajn kienu ta' ħażen kbir u dejjem lesti li jagħmlu d-deni.", "Fis-sebgħinijiet kien instab amulet tal-bronż f'qabar tal-Virtu r-Rabat, li fih kellu talba miktuba fuq papiru.", "Ir-ras tal-amulet kien iddisinjat bil-wiċċ ta' Ħorus, wieħed mill-allat Eġizzjani, dak li jħares lil-mejtin mid-deni.", "It-talba nkitbet f'isem Isis, l-alla twajba, biex tipproteġi 'l sid l-amulett mill-ispirti ħżiena li seta' jiltaqa' magħhom wara mewtu.", "Ix-XITAN fit-TWEMMIN MALTI u NISRANI", "Fit-twemmin Nisrani, il-Maltin minn dejjem kienu jemmnu li ħajjithom setgħet tkun mhedda mil-ispirti ħżiena, imma l-aktar mix-xitan li kien ħadha kontra Alla u li issa qiegħed fl-Infern iqalleb il-ġmamar tan-nar bil-furkettun f'idu, waqt li jippjana kif ser ikaxkar kemm jista' bnedmin lejn l-infern wara mewthom.", "Il-Maltin, Insara fidili sa ruħ ommhom, kienu mgħallma li għandhom iżommu 'l bogħod mill-ħażen u l-ħsara fiżika u spiritwali li dan il-Prinċep tad-Dlamijiet seta' jagħmel.", "Meta xi ħaġa tmur żmerġ ngħidu, 'deffes denbu x-xitan'.", "Dan l-għadu jew 'avversarju' ta' Alla (għax l-isem 'xitan' bl-Għarbi u bl-Ebrew iffisser hekk), tajnih bosta xebh, kemm ta' bniedem ikrah, kif ukoll ta' xi annimal jekk mhux ukoll ta' mostru.", "Fit-Testment il-Ġdid naqraw li x-xitan kien ittanta lil Kristu, fid-deżert (", ", Mk.", "1.12-13).", "Hemm ukoll episodju ieħor fil-ħajja ta' Kristu fejn dan eżorċita x-xitan minn bniedem li kien ippossedut.", "(Lk.", "11., 20-22).", "Meta l-Bibbja nqalbet għal Grieg, l-isem tax-xitan kien tradott bħala", ".", "Ix-xitan kellu isem ieħor apparti dan, Luċifru, li kien imsemmi fil-Bibbja l b]ala dak l-anġlu li ssuppervja kontra Alla.", "Intant il-Maltin żammew l-aktar mal-isem semitiku, li ġej mill-Għarbi, għaliex anki fi żmien meta l-Maltin kienu Musulmani, ix-xitan jissemma kemm-il-darba fil-Kuran.", "Hu xhinu ismu, tant il-Maltin jibżgħu minn dan l-ispirtu ta' qawwa ħażina li lanqas b'ismu ma jieħdu gost isemmuh.", "Għaldaqstant ħolqulu laqmijiet, fosthom 'Dak ta' denbu twiel', 'Ta' taħt San Mikiel', 'Ta' barra minn hawn', Karfusu, u oħrajn.", "Intant, hawn qiegħed inġib lista ta' ismijiet u laqmijiet oħra li l-Maltin taw lix-xitan.", "Isem ieħor għax-xitan.", "Fil-", "ta' Mikiel Anton Vassalli, (1796) insibu hekk, '[...]", ".", "Għandek ras ta' Blis'- ras ta' xitan;", ".", "Erin Serracino Inglott jgħid hekk, '[...]", "Blis (pl.", "Iblies).", "Id-dimonju.", "Kelma li ġejja mill-Għarbi", "Fil-", "Vassalli jikteb hekk: '[...] pl. briebex.", ".", "(1796)'.", "Erin Serracino Inglott jgħid hekk: .'[...]", "Minn Berbuxu, wieħed li jberbex (ħawwadi), Luċifru, Belżebù, u Tal-Infern'.", "FERGĦUN", "Xitan żgħir, mingħul.", "Appellativ għal xi tifel imqareb.", "Bniedem li hu ta' karattru qalil u midgħi.", "Oriġ.", "Għarb.", ", li biż-żmien bdiet tfisser ukoll prinċep ħażin u tirann.", "M.A.V. (1796) jittradduċi din il-kelma bħala,", "Ġ", "Isem li sibtu fid-", ", ta' Agius de Soldanis (ċ.", "1750 – 1767).", "Dan jgħid biss,", ".", "La E. Serracino Inglott u lanqas J. Aquilina. ma jagħtuha din il-kelma.", "Ippruvajt inqalleb fid-dizzjunarju Taljan u Sqalli għat-tifsira etimoloġka, biss ma sibt xejn.", "L-iktar li stajt inqarreb bi ftit fantasija, hi l-kelma", "li tfisser ġilda mkemmxa sew – forsi b'dan wieħed qiegħed iqabbel lix-xitan ma xi ħadd xih u b'ġilda mkemmxa.", "ukoll wieħed", "minn ħafna appellativi mogħtija lix-xitan.", "Kien hemm logħba li t-tfal kienu jsejħulha b'dan l-isem.", "Sqal.", ".", "L-istess hawn qed naraw karatteristiċi ta' kruha mogħtija lix-xitan.", "Ara:", "IĦIERSA u MOSTRI", "Sforz il-biża' u l-fantasija ta' moħħu il-bniedem emmen f'għajdut strambi u tgħabba b'ħafna superstizzjonijiet dwar diversi kreaturi sopranaturali oħrajn.", "Kull saram li l-bniedem jiltaqa' miegħu pprova jispjegah billi jwaħħal fl-ispirti ħżiena.", "B'hekk għal ċertu episodji u fenomeni naturali tal-ħajja l-bniedem ħoloq kreaturi ta' qawwa kbira u li kienu intenzjonati li jagħmlu d-deni lill-umanità.", "Kien b'dan il-mod li nħoloq ċertu twemmin mitoloġiku li bih wieħed seta' jasal biex jifhem kull ma jseħħ b'mod loġiku.", "Hawn ser nagħti lista ta' ismijiet ta' dawn il-kreaturi li l-Maltin kienu jemmnu fihom.", "Kif ser taraw l-informazzjoni żammejtha fil-qosor kemm jista' jkun.", "Għal min irid jaqra aktar dwar xi wħud minn dawn il-karattri tistgħu tfittxuhom fil-paġni ta' din il-", ", fis-sezzjoni tal-", "Enċikopedija", "IL-", "GĦUL", "Fil-folklor, l-għul hu x'aktarx raġel goff, bħal ġorf li minn bniedem kien jinbidel f'serp.", "Agius de Soldanis fid-", "(ċ.", "1750 – 1767). jittraduċi din il-kelma għat-Taljan bħala", ".", "Il-folkorista, Patri Manuel Magri jgħid li l-għul kien isem ieħor għas-serp li, skont kif kien jisma' lix-xjuħ jgħidu, kien jgħix fl-imsaġar.", "Intant, fil-folklor Għarbi, l-għul hu raġel li jbeżża' li jgħix waħdu fid-deżert jew fil-postijiet tad-dfin.", "Fl-istorja", "Il-Għul u Dagħbub", ", 1927) naqraw li fil-Palestina, il-għul hu deskritt bħala 'ġorf li jiekol in-nies'.", "Minn dan il-karattru tal-folklor Għarbi joħroġ dak l-ispirtu li bl-Ingliż jissejjah", "Dan jista' jirriferi għal diversi tipi ta' spirti.", "NANNA GĦULA", "Intant, Ġan Franġisk Abela (1647) jgħid li hemm karattru ieħor, in-nanna għula, mara xiħa għakka u kerha immens li kienet tgħix f'", "BELLIEGĦA", "Isem ta' mostru li kienu jbeżżgħu t-tfal bih.", "Il-belliegħa kienet suppost tgħix fil-bir, u lit-tfal kienu jbeżżgħuhom li jekk jixirfu rashom fuq il-ħerża tal-bir il-belliegħa kienet tiblagħhom.", "Il-belliegħa tista' tkun ukoll għar li jibla' n-nies.", "Skont ħrafa Maltija, il-belliegħa belgħet is-seba' tfajliet sbieħ ta' Selika.", "Karattru immaġinarju li kienu jbeżżgħu t-tfal bih.", "Kont tisma' lil min jgħid, 'Ara ġej il-babaw'.", "Anki fl-Italja u fi Franza kienu jbeżżgħu lit-tfal bil-", ".", "Fil-fatt bit-Taljan jgħidu, \"", "!\"", "Ukoll f'Venezja lit-tfal ukoll jgħidulhom, '", "Fil-Karnival ta' din il-belt, l-karattru tal-", "hu rraffigurat minn bniedem liebes maskra bajda u daqna magħmula mill-bizzilla sewda mdendla magħha.", "Din il-maskra tissejjah", "Agius de Soldanis (ċ.", "1750 – 1767) jgħid li fi żmienu t-tfal ukoll kienu jbeżżgħu lil xulxin bil-babaw.", "Fl-antik, bosta kienu jemmnu illi dawk it-trabi li jitwieldu f'nofs il-lejl tal-Milied kienu jsiru Gawgaw, mostru li jbeżża'.", "It-tradizzjoni tgħid illi Kristu ma jieħux gost li t-trabi jitwieldu fil-ħin li twieled Hu.", "Skont is-superstizzjonijiet, dawn it-tfal kienu jkunu 'ikkastigati', billi kienu mġiegħla jiġġerrew fil-beraħ waqt li jkaxkru xatba warajhom sal-Paternoster ta' filgħodu.", "Kien hawn min jemmen li kienet ir-ruħ biss li tkun qiegħda tiġġerra, waqt li fiżikament, t-tifel jibqa' rieqed fis-sodda.", "Biex wieħed kien jeħles minn din is-saħta kien ikollu bżonn li matul il-lejl jgħodd it-toqob kollha tal-għarbiel.", "Nassumi li dan kollu kien jingħad b'nofs ċajta.", "Jista' jkun li l-isem Gawgaw ġej mit-Taljan u li bil-Malti ngħidulu wkoll il-Babaw.", "Agius. de Soldanis fid-", "jgħidlu, kawkaw; M.A.V. (1796) jgħidlu Gewgew.", "IL-", "ĦARES", "Kemm għad hawn min jemmen fil-ħares?", "Ruħ, fatat, jew immaġini ta' spirtu li jista' jidher, jinħass jew jinstema' minn nies.", "Il-ħares jista' jkun dik ir-ruħ ta' xi ħadd mill-qraba mejta jew inkella esseru li hi marbuta mal-binja jew post partikulari.", "Fil-fehma tiegħi, l-etimoloġija ta' din il-kelma għandha x'taqsam ma' Ħorus, li fil-mitoloġija Eġizzjana kien l-alla li kien jieħu ħsieb il-mejtin.", "Ħorus kien irrappreżentat fl-ikonografija bħala seqer, li allura hu wkoll sinonimu ma' xi ħadd li josserva ħafna (qabbel mal-verb ħares).", "Għaldaqstant id-deskrizzjoni iddur ċirku, għaliex il-Ħares hu dak l-ispirtu li jara kollox.", "Mhux biss.", "Il-Ħares jista' jkun ukoll dak li jħarisna mill-ħażen.", "Intant, bl-Għarbi,", "ħ", "tfisser ukoll 'għassies'.", "L-I", "Kelma li ġejja mill-Għarb.", "malika", "li tfisser 'reġina', jew", "li hu r-re.", "Għaldaqstant l-'imlejka' hi t-tifla tagħhom.", "L-Imlejka fil-folklor Malti ġieli kienet imqabbla mal-mara tal-Gawgaw.", "Anton F. Attard jgħid li din kienet waħda mill-allat Feniċi.", "L-Imlejka setgħet tieħu sura ta' mara xiħa li kienet iżżur id-djar tan-nies fix-xahar ta' Diċembru.", "Biss, skont Attard, l-Imlejka kienet tista' ġġib kemm ir-risq kif ukoll id-deni, u biex iġġib ir-risq din kienet trid ixxomm ir-riħa tal-ikel qed jissajjar!", "Tip ta' fatat, ħares jew mostru li jbeżża'.", "Sarangu hu karattru folkloristiku li jidher bħala raġel twil bi xkora fuq spalltu, dejjem lest biex jaħtaf it-tfal u jeħodhom miegħu.", "Dari, f'Għawdex, it-tfal kienu jitrabbew jibżgħu minn dan il-mostru li jiġġera fit-toroq, u għalhekk it-tfal ma kellhomx jilgħabu barra d-dar għax jekk is-Sarangu jinzerta minn hemm, jiġborhom.", "Ngħidu, 'twil daqs sarangu'.", "Sqal.", "– xi ħadd li hu xaħħieħ bosta.", "Bibliografija li għenitni biex bnejt dan l-artiklu:", "Mid-Dinja tas-Seħer u tal-Folklor.", "Ellul Joseph, Teuma Edmund,", "Il-Kuran.", "Vassalli M.A.", "Artikli varji dwar is-suġġett bħal, 'Evil Spirits'; 'Devil'; 'Baal'; f'", "Vol.", "I, u II", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2020-06-03T15:58:43+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "XJATEN, MOSTRI U IĦIERSA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2019/12/the-selling-game/", "text": ["cabbage", "knitting", "Ħamrun"], "category": "blog, literature, culture", "title": "THE SELLING GAME"} {"url": "http://fionavella.com/features/2018/09/novella-li-kieku-stajt/comment-page-1/", "text": ["It-tokki fondi tal-qniepen tal-knisja ta' biswiti sirt nistennihom bħal ruħ għatxana għal ftit wens.", "Iżda l-għana tagħhom idum biss ftit sekondi u s-skiet jerġa' jaqa' mill-ġdid madwari; skiet li xi kultant jinkiser bi ħsejjes ta' magni ta' karozzi jsuqu minn quddiemi jew b'xi passi ħfief jgħaġġlu minn ħdejja.", "Ninstab sewwasew fil-bidu ta' trejqa dejqa fil-Għargħur; dar imdaqqsa, antika u abbandunata.", "Mill-faċċata ċkejkna u mitluqa tiegħi, ħadd ma jobsor bil-kobor li hemm wara dak il-bieb antik u msewwes.", "Ftit huma dawk li għadhom jiftakru l-ġmiel ta' dar li kont qabel għax issa ż-żmien għadda sewwa u miegħu kaxkar il-kumpanija tal-ħlejqiet li jien tant ħabbejt.", "Iva, iż-żmien seraq lilhom u lill-memorji tagħhom.", "It-trab qiegħed jinġabar ġewwa fija mhux ħażin u f'xi mumenti bħal inħossni midfuna ħajja.", "Il-madum kbir ikkulurit u mżejjen bħall-bizzilla ta' lwien qiegħed jitgħatta ftit ftit u l-kuluri li darba kienu jżejjnuni, issa ntfew fi skala ta' kuluri griżi u suwed.", "Id-dlam isaltan f'ħafna mill-ħin tal-ġurnata ġol-kmamar tiegħi.", "Jinkiser biss mid-dawl li jirnexxielu jidħol minn bejn ix-xquq tal-persjani tal-injam u minn ġoż-żewġt itwieqi tal-ħġieġ li nkissru bir-riħ, għalkemm dawn ma jdumux ma jinksew ukoll bix-xtieli li telgħin bla rażan mal-ħitan tal-ġnien tiegħi.", "Il-ġnien tiegħi?!", "Surtu nbidlet bosta.", "Il-ħaxix ħażin u l-fjuri slavaġ ħakmu kullimkien u s-siġar tal-larinġ li kien mogħni bihom qabel, issa ntlew bi pjanti xeblieka.", "U għalkemm is-siġar għadhom jagħmlu frott sabiħ u mimli, kif dan isir, jintrema' mill-fergħa bit-toqol tiegħu stess u jinfaqa' moħli mal-art.", "Iċ-ċangaturi rranġati f'mogħdijiet ħelwin mal-ġnien kollu, issa ħadu kulur ħadrani filwaqt li ħafna minnhom intradmu taħt il-ħamrija bl-ilmijiet tax-xita.", "Tassew!", "Il-ġnien ikompli jagħtini l-bixra ta' xi dar tal-ħrejjef li ġiet mjassra b'xi seħer fuqha.", "Mitluqa hawn waħdi, sikwit nintefa' ngħaddi ħini naħseb fl-imgħoddi, partikolarment fis-sidien tiegħi li ħadu ħsiebi b'għożża kbira.", "Għadni sa llum nisma' leħinhom f'ħitani u l-passi tagħhom ferrieħa jew imkaxkra fuq arti.", "Għadhom jidhru sa llum it-tibdiliet li għamlu fija: xi kwadru mwaħħal mal-ħajt, xi armarju mħaffer fil-fond, xi żewġt imsiemer li kienu twaħħlu bi żball u tħallew hemm, it-tmermir bl-użu mal-poġġaman antik tat-taraġ hekk kif dawn kienu jżommu miegħu, huma u neżlin jew telgħin...", "Mijiet għandi ta' memorji tagħhom li jiena nibqa' ngħożż matul l-eżistenza tiegħi.", "Qalbi kienet titnikket ma' kull sid ġdid li kien jiġi u jisraqli dawn it-tifkiriet sabiex jirranġani għall-gosti tiegħu.", "Madanakollu, biż-żmien kollox jindara u hekk ukoll tgħallimt kif naċċetta u nifhem il-bżonn li sid ġdid iħoss ħalli jarma daru skont il-ħtieġa tiegħu.", "Fuq kollox, ma domtx ma ntbaħt illi dawk it-tifkiriet li kienu tant għeżież għalija, għas-sid il-ġdid ma kienux ħlief imbarazz!", "Sadanittant, iż-żmien ukoll jagħtik parir u llum lesta li nitlef anki dawn il-memorji tiegħi sabiex sid ġdid jiġi jieħu ħsiebi u jsalvani minn din il-kundanna ta' solitudni li sibt ruħi fiha.", "Ilni f'din il-kundizzjoni għal madwar ħames snin; minn meta l-aħħar sid xwejjaħ tiegħi ġie nieqes.", "Għadni niftakar ċar kristall dik il-ġurnata meta ndunajt li erġajt sfajt waħdi.", "Il-werrieta ta' sidi kienu ġew flimkien man-nutar u fost il-ħars ta' disprezz li tawni, kienu ddeċidew li jbiegħuni.", "Immedjatament, bdew ġejjin aġent wara l-ieħor, iduru fil-kmamar tiegħi, iqallbu bla galbu l-affarijiet tas-sid li kelli, filwaqt li b'ton kiesaħ, kull wieħed minnhom kien jistmagħni bi prezz differenti!", "Il-mawriet tagħhom fija jdejjquni għax il-bruda ta' leħinhom, huma u jdawwru lill-klijenti tagħhom madwari, tinħass minn sebgħa mili bogħod.", "Għal xi raġuni, donni ma tanx jien għal qalbhom.", "Probabbli m'għandix prezz għali biżżejjed biex jitħallsu sewwa huma u allura, ninbiegħx jew le, ma tagħmilx differenza għalihom.", "Iżda għalija tagħmel!", "U ħitani nħosshom ser jinqasmu kull darba li nara lin-nies il-ġodda li jkunu ġew jarawni, jagħtuni daharhom u joħorġu 'l barra.", "Issa inti li qed taqra l-istorja tiegħi, agħlaq ftit għajnejk u oqgħod isma' l-ħsejjes ta' madwarek bil-kwiet, bla ma tagħmel xejn.", "Hekk biss tista' tifhem ftit x'qed inħoss jien, marbuta hawn ma' din l-art li jien mibnija fuqha, nitmermer ftit ftit u nistenna.", "Isma ftit!", "Il-muftieħ qiegħed idur fis-serratura tiegħi!", "Nistqarr li dan il-ħoss sirt ngħix għalih għax miegħu jġib it-tama tar-ritorn għall-ħajja.", "Iżda sfortunatament, jiena konxja li dan il-ħoss iġib miegħu wkoll il-possibilità tal-uġiegħ tar-rifjut.", "Il-passi bdew jinstemgħu resqin lejn il-ġnien tiegħi u permezz ta' fewġa riħ, irnexxieli ntajjar il-purtieri antiki, illum kważi trasparenti, bħala merħba.", "Id-dawra miegħi issa drajtha sewwa.", "U kull darba li xi ħadd mill-klijenti jieqaf iħares ċass lejja mħasseb, jiena nħares lejh lura sabiex nipprova nifhem mill-bixra ta' wiċċu x'se tkun id-deċiżjoni tiegħu.", "Kemm nixtieq li stajt kont jien li nintroduċi lili nnifsi u nuri sbuħiti lill-klijenti.", "Li kieku stajt, kont inxarrab dan il-madum tiegħi u nesponih bħall-pittura mill-isbaħ.", "Li kieku stajt, kont inqalleb ftit il-ħamrija tal-ġnien tiegħi ħalli nerġa' nagħtih il-ħajja.", "Li kieku stajt, kont infarfar ħitani kollha sabiex nikxef il-karattru distint tiegħi, illum moħbi wara munzell trab.", "Li kieku stajt, kont inħaffer bejn ix-xquq ta' ġebla tqila li qed tagħlaq u tostor id-daħla ta' kamra antika mimlija b'oġġetti imprezzabbli li darba wieħed mis-sidien ġodda tiegħi għatta mingħajr ma ntebaħ u li b'hekk intesiet għal kollox....", "Mitlufa kif kont fi ħsibijieti, lanqas intbaħt li l-klijenti kienu lestew mid-dawra tagħhom u ġejt f'sensija biss meta smajt il-bieb tiegħi jinfetaħ mill-ġdid.", "Rajthom mexjin il-barra, daharhom lejja, rashom baxxuta, passithom mgħaġġla biex ifittxu jitilqu.", "Karba tqila ġriet ma ħitani u persjana minnhom, bit-tregħida, nfetħet b'ħoss qawwi.", "Il-persuni li kienu ħerġin, daru lura maħsuda.", "Imma meta raw x'kien il-ħoss, daħku, għax ħasbu li kien ir-riħ!", "Il-bieb ingħalaq b'tisbita.", "U ftit tikħil ieħor waqa' minn ma' ħitani, bħal demgħa li tislet qalb muġugħa."], "category": "blog, literature, culture", "title": "Novella – Li kieku stajt!"} {"url": "http://fionavella.com/features/2019/09/grajjiet-mhux-mitmuma-35-sena-mit-tragedja-tal-patrol-boat-c23/", "text": ["Ġrajjiet mhux mitmuma – 35 sena mit-Traġedja tal-Patrol Boat C23", "Hekk kif jibda joqrob Settembru, moħħi mill-ewwel hemm imur.", "Sfortunatament, meta bniedem iħalli din id-dinja, speċjalment b'mod traġiku, mal-mewt tiegħu jittiefsu wkoll diversi ħajjiet oħra li b'xi mod jew ieħor kienu jafuh.", "Wara n-nuqqas tar-raġel ta' kuġinti, għamilt snin kbar ma nistax inħares lejn il-qiegħ tal-baħar.", "Kien iwaħħaxxni l-ħsieb li xi darba jew oħra, hekk kif inkun qed ngħarrex bejn it-twapet folti tal-alka, jinferaq spazju ikrah u nsib wiċċ iħares maħsud lejja.", "Ormaj għaddew 35 sena minn din il-ġrajja li mmarkatli ħajti u għalkemm iż-żmien itaffi, mhux la kemm inessi għal kollox.", "Ċerti feriti ma jfiequ qatt, speċjalment meta ma jkunux jistgħu jagħlqu għal kollox.", "Is-7 ta' Settembru 1984 kellha tkun ġurnata bħal oħrajn.", "Ħadd ma kien jobsor li kellha tittebba' b'waħda mill-agħar traġedji li qatt seħħew fil-gżejjer Maltin.", "Sajjied li kien qiegħed jistad il-Marfa innota lis-suldati tad-Dejma flimkien mal-pulizija ħerġin fuq il-Patrol Boat C23.", "Sema' wkoll l-isplużjoni u ra daħna kbira iżda ma allarmax ruħu.", "Ħaseb li s-suldati kienu splodew xi bombi 'l barra fil-baħar.", "Hekk jew hekk bosta kienu jafu li xi mili 'l barra minn dawk in-naħat, f'post apposta lil hinn fil-baħar, kien qed jintrema' xi splussiv maħdum illegalment li kien jiġi maqbud mill-pulizija.", "Kienet biċċa xogħol normali, parti mid-dmirijiet tas-suldati.", "Iżda sfortunatament, għal xi raġuni, l-murtali illegali li kienu qed jinġarru dakinhar biex jintremew, splodew fuq il-lanċa, u swew il-ħajja ta' sebgħa min-nies.", "Ħamsa minnhom instabu f'wiċċ l-ilma qrib il-patrol boat C23.", "Żewġ membri oħra ta' l-ekwipaġġ ma nstabux.", "Membru ieħor irnexxielu jsalva iżda kellu jittieħed l-isptar isofri minn xokk qawwi.", "Ix-xena li sab il-bdot tal-ħelikopter li wasal fuq il-post tat-traġedja kienet tal-waħx.", "Iżda d-dehra tal-familjari mnikkta u mitlufa waqt il-funerali ma kienet xejn inqas kerha minnha.", "Tnejn mill-mejtin kienu membri tal-Pulizija: is-Surġent tal-Pulizija u espert ta' l-isplussiv Salvu Muscat, 30 sena (B'Kara) u l-Kuntistabbli Joseph Hare, 24 sena (Sliema).", "Il-ħamsa l-oħra kienu suldati tad-Dejma: Bdr.", "Joseph Pace, 36 sena (Santa Venera), Gnr.", "William Simpson, 36 sena (Ħal-Lija), Pte.", "Anthony Vella, 20 sena (Għajnsielem, Gozo), Pte.", "Anthony Farrugia, 27 sena (Żejtun) u Bdr.", "Francis Borg, 36 sena (Ħamrun).", "L-aħħar tnejn imsemmija baqgħu ma nstabux.", "L-uniku wieħed li ħelisha minn ħalq il-mewt kien is-suldat tad-Dejma Pte.", "Emmanuel Montesin, 21 sena (Paola).", "Id-destin ried li jien ngħix din it-traġedja mill-qrib.", "Wieħed mill-mitlufin, Anthony Farrugia, kien ir-raġel tal-kuġina tiegħi Mary.", "Kellhom żewġt itfal: Josef ta' ħames snin u Roderick ta' sentejn u nofs.", "Mary kienet tqila bit-tielet tarbija.", "Xi ftit xhur qabel kienet tilfet lil missierha iżda b'xi mod kien irnexxielha tkampa u tgħaddi min-niket.", "Flimkien magħha, aħna l-familjari tagħha, nblajna b'din l-aħbar il-ġdida.", "Kelli 13 il-sena dakinhar tat-traġedja u jien kont qiegħda għandhom, nistenna lil Twanny (hekk konna nsejjħulu) jiġi lura ħalli jeħodna l-baħar.", "Għaddejt il-ħin tal-ġurnata bħas-soltu, ngħin lil Mary fil-faċendi tad-dar u nilgħab mat-tfal.", "Il-folja bdiet tinqaleb wara l-5:00pm meta waslu xi zijiet għandna jistaqsu jekk Twanny kienx id-dar.", "Meta raw li ma kienx hekk, kien hemm ħafna ħars stramb bejniethom u tagħfis tax-xufftejn iżda ħadd ma felaħ ilissen kelma oħra.", "Laħqu saru s-7:00pm meta Mary saret taf bit-traġedja.", "Binha l-kbir kien qed jilgħab mar-radju u ħabta u sabta, bdew l-aħbarijiet.", "Kien dak il-ħin li rrealizzat għala zijietha kienu nġabru kollha hemm.", "Għall-ewwel baqgħet qisha miblugħa fin-nofs tal-bitħa, donnha msammra mal-art.", "Imbagħad, b'idejha jirtogħdu, ċemplet lil dawk li kienu nkarigati.", "L-aħbar li tawha aktar ħawditha.", "Ma kienetx taf kelliex tittama jew titbikkem għax żewġha kien għadu ma nstabx u allura seta' kien għadu ħaj.", "Is-siegħat baqgħu għaddejjin sakemm dalam u z-zijiet irritornaw lejn djarhom.", "Il-ġenituri tiegħi ħallewni ma' Mary biex inżomm għajnejja fuqha.", "B'xi mod irqadna lkoll imma kmieni fil-għodu qomt mill-ġdid u sibt lil Mary tolfoq u tqalleb l-album tat-tieġ.", "Kull siegħa għaddejnieha nisimgħu l-aħbarijiet b'tama kbira iżda kien kollu għalxejn.", "Minn ħin għall-ieħor bdejna nirċievu telefonati ta' sogħba.", "Fosthom Mary saret taf li Twanny ma kienx imissu xogħol dakinhar imma kien ħadem minflok sieħbu sabiex dan ikun jista' jgawdi l-festa.", "Jgħidu li t-tama hi l-aħħar li tmut u sakemm ġisem żewġha baqa' ma stabx, Mary baqgħet tistenna....", "L-għajnuna għat-tfittxija waslet minn kullimkien: għaddasa tal-Forzi Armati, suldati tad-Dejma u anki numru ta' nies oħra bil-luzzijiet u d-dgħajjes privati tagħhom għamlu minn kollox biex għallinqas jinstabu l-iġsma taż-żewġ suldati nieqsa.", "Imma kien kollu għalxejn.", "Mill-ħsara estensiva li ġarrbet il-patrol boat C23 kien evidenti illi l-isplużjoni li seħħet kienet qawwija ħafna.", "Għaldaqstant wara siegħat twal ta' tfittxija, ħarġet ordni mill-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati sabiex xi għaddasa jmorru jispezzjonaw aħjar il-patrol boat mġarrfa li kienet iddaħħlet f'Ħondoq ir-Rummien.", "Il-pruwa tal-patrol boat kienet miftuħa beraħ.", "Kien jeżisti s-suspett li s-suldati mitlufa setgħu nqabdu qalb it-tifrik u l-pjanċi mgħawwġa.", "Ix-xniegħat mill-ewwel xegħlu u wasal għala widnejna li kienu nstabu xi fdalijiet umani.", "Madanakollu l-għada fuq il-gazzetti ħarġet ċaħda uffiċċjali ta' dawn l-ispekulazzjonijiet.", "Il-ġranet gerrbu sakemm ġurnata waħda t-tfittxija għaż-żewġ suldati nieqsa waqfet u l-ħajja kompliet bħallikieku qatt ma kien xejn.Iżda kif ser taqbad tispjega lill-qraba tal-vittmi sabiex jirrassenjaw ruħhom għall-mewt bħal din ħabta u sabta?", "U wisq wisq agħar – meta l-ġisem tal-mejjet ma nstabx?", "Bħal mitlufa, l-qalb tibqa' tispera li xi darba, forsi minn x'imkien, il-bniedem tant maħbub jitfaċċa.", "U d-dubji u l-isperanza jibdew jieklulek ruħek ftit ftit.", "Sakemm forsi ż-żmien ikollu ħniena minnek u jgħallmek iġġeragħ u tinsa... jew aħjar taċċetta.", "Lil Mary talbuha tirrassenja ruħha għall-mewt ta' żewġha, bħal kif kellha tagħmel ukoll għal dik tat-tarbija li kellha f'ġufha, li ma felħitx tikkumbatti ma' aktar għawġ u ntemmet qabel biss qatt twieldet.", "Iżda r-rassenjazzjoni hija iebsa meta l-paġni kollha tal-ħajja ma jingħalqux kif miste", "Kuntistabbli Joseph Hare"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Ġrajjiet mhux mitmuma – 35 sena mit-Traġedja tal-Patrol Boat C23"} {"url": "http://fionavella.com/features/2019/12/maltas-prehistoric-treasures/", "text": ["Ggantija", "Xagħra", "Xagħra Circle", "Ħal Saflieni"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MALTA'S PREHISTORIC TREASURES"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/02/26/test/", "text": ["Enċiklopedija", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Introduzzjoni", "L-ilsien Malti llum hu mogħni b'termini u appellattivi, wirt tanġibbli tal-istorja ta' dawk kollha li ġew qabilna.", "Matul is-sekli li għaddew f'Malta kien hawn baħħara, sajjieda, artiġjana, nutara, rħieb u qassisin, suldati u skjavi ta' kull ġens.", "Lil hinn mill-belt kapitali u l-port kien hemm il-bdiewa u r-raħħala li żammew aktar mal-lingwa Semitika minn dawk l-abitanti ta' madwar il-port.", "Fl-istess ħin il-ħakkiema barranin, introduċew is-sistema amministrattiva tagħhom.", "Meta niflu l-kliem u t-termini ta' ħafna oġġetti u suġġetti, ninnutaw li dawn jinkludu bosta riferenzi li ntużaw kemm minn Maltin kif ukoll minn barranin li kienu fostna.", "Ħafna minn dawn il-kliem qdiemu u spiċċaw, u bosta jinsabu arkivjati fiċ-ċelloli tal-istorja, ħafna drabi minsija minn kulħadd.", "F'din l-enċiklopedija tal-wirt storiku Malti, insibu teżori ta' ħsibijiet, l-aktar dwar dik il-ħajja li ma għadhiex magħna biss tibqa' tagħna.", "F'din l-enċiklopedija kulturali dwar Malta u s-soċjetà tagħha qiegħed ngħarbel kliem, idjomi, u termini għall-valur storiku, u kulturali tagħhom.", "Ħsibt li nippreżentahom f'paragrafi żgħar, bħala kliem partikulari, l-aktar għax ħafna minnhom huma kliem li jagħtu dawl dwar ilsienna u ġensna.", "Kull wieħed mis-suġġetti magħżula se jgħinna nifhmu aktar dwar drawwietna.", "F'dn l-enċiklopedija insibu kliem li xi wħud minnhom għadhom jingħadu sal-lum, mingħajr ma kultant nafu t-tifsira vera u oriġinali tagħhom.", "Mas-suġġetti tal-istorja u l-kultura ta' Malta, hemm imdeffsin ukoll termini relatati mall-ambjent ta' madwarna.", "Dan hu importanti għaliex kien dan l-isfond naturali tal-pajsaġġ Malti li sostna lill-ġenerazzjonijiet sħaħ biex ikampaw u jirrimedjaw għal ħajja iebsa u ta' ftit riżorsi.", "B'hekk f'din il-ġabra ta' madwar 3,000 kelma inkunu dorna dawra mal-istorja ta' Malta fuq tliet livelli differenti – l-istorja tal-ħakkiema, l-istorja tas-soċjetà u l-istorja tan-natura ta' madwarna.", "10 ta' Marzu 2019"], "date": "2019-02-26T22:00:08+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Daħla"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/05/ic-cimiterju-bghajnejn-ohra/", "text": ["IĊ-ĊIMITERJU B'GĦAJNEJN OĦRA", "Ara ġejja l-mewt għalik, biex tixwik, biex taqlik.", "Ara ġejja!", "Ara waslet!", "Din id-daqqa min tahielek?", "Din il-kantaliena konna ngħodduha b'logħba meta konna żgħar.", "L-inqas ħsieb fuq dak li konna qed ngħidu.", "Iżda hekk", "kif nikbru ftit u naraw u nifhmu xi tfisser il-mewt, din issir l-aktar oġġett mistkerraħ f'ħajjitna.", "Preferibilment lanqas naħsbu dwarha u wisq inqas insemmuha, daqs li kieku qatt mhi ser tasal.", "Daqshekk ieħor tista' tgħid għad-dehra taċ-ċimiterji.", "Postijiet sinonimi mal-mewt, mat-tmiem, mal-firda.", "Uħud jaħilfu li ma jidħlux ġo ċimiterju, oħrajn lanqas biss iħarsu lejh ma jridu.", "Imma finalment in-nuqqas ta' xi qarib tiegħek jew ta' xi ħadd għal qalbek iwasslek biex tagħmel anki dak li ma tridx jew li qatt ma ħsibt li ser ikollok il-kuraġġ tagħmel.", "Dan l-aħħar dehru xi ritratti taċ-ċimiterju tal-Addolorata li qanqlu ħafna diskussjoni.", "Fl-istess ħin iżda tinduna illi ħafna min-nies ikunu jridu jaqtgħu fil-qasir dwar dan is-suġġett.", "Donnu kulħadd jipprova jmewwet il-mewt.", "Forsi bit-tama li jekk tħallieha bi kwietha, tinsik.", "\"Il-mewt taħsibx fiha inti, ħalliha taħseb fik hi,\" qalli l-ħabib tiegħi Eman.", "\"Inti m'għandikx għalfejn taħseb fiha għax trid jew ma tridx hi ser taħseb fik żgur.", "M'għandikx dubju!", "Allura li toqgħod taħseb fil-mewt kollu ħela ta' ħin.\"", "Kliem minnu u għaqli imma jkexkxek fl-istess ħin l-aktar jekk tkun għaddej tippassiġġa f'xi ċimiterju.", "Mort għax stedinni hu.", "Bħal bosta minnkom, il-mewt tifxilni.", "Nippreferi ma naħsibx fuqha.", "Ma tagħmilx ħafna sens għalija.", "Insibha iebsa biex nifhem għala toħloq xi ħaġa u mbagħad magħha tassenjalha wkoll il-mewt.", "Għaldaqstant ċimiterju jqanqalni ferm.", "Dawk ir-ritratti ta' bnedmin iħarsu lejja, jnikktuni.", "Kollha ħajjiet mitfija.", "Min ħabrek, min tgħażżen, min kien iffortunat, min le, min kien marradi, min b'saħħtu ... finalment l-istess tmiem kien qed jistenniehom.", "Iva, nevita li nidħol f'ċimiterji jekk nista'.", "It-togħma tal-mewt fihom tinħass wisq.", "\"Jiena nurik perspettiva differenti taċ-ċimiterju\" qalli Eman.", "\"Jien ma narax il-mewt fih.", "Anzi!", "Jiena nara t-trankwillità, is-silenzju, ix-xogħlijiet tal-arti, il-ħmieġ u l-abbandun.\"", "Eman, żagħżugħ interessanti ferm.", "Għandu ħafna għal qalbu r-riċerka.", "Tieħu gost titkellem miegħu għax jinteressa ruħu fil-fond dwar diversi suġġetti.", "Iżda mbagħad għandu drawwa li għall-ewwel ixxukkjatni.", "Jehda jdur maċ-ċimiterji, l-aktar dak tal-Addolorata.", "Għala għandek drawwa daqshekk makabra u grotteska, staqsejtu?", "\"Lili jinteressawni ħafna tipi ta' affarijiet u dan wieħed minnhom.", "Ma naqbilx miegħek li din tiegħi hija drawwa grotteska.", "Darba staqsew din l-istess mistoqsija lill-artist u kittieb, illum mejjet, il-Kavallier Raphael Bonnici Cali' li kien irrisponda illi għalih iċ-ċimiterji ma jirrapreżentawx dwejjaq.", "Anzi, iċ-ċimiterju tal-Addolorata b'mod partikolari, kien ixebbħu mal-isbaħ villa bl-aqwa xogħlijiet tal-arti.", "L-iskulturi li hemm maħduma fil-ġebla Maltija u fl-irħam huma biċċiet tal-arti mill-isbaħ u jistħoqqilhom ammirazzjoni.\"", "Mit-tikmixa ta' xufftejja, Eman intebaħ li ma tantx kien ikkonvinċini u għalhekk stedinni biex meta rrid immur dawra miegħu fiċ-ċimiterju tal-Addolorata ħalli jurini x'ried jgħid eżatt.", "\"Mhux l-ewwel darba li nieħu lil xi nies li naf għal xi dawra maċ-ċimiterju.", "Naf l-oqbra b'għajnejja magħluqa.", "Uħud ġieli jistaqsuni nurihom il-qabar ta' xi personaġġ magħruf u jiena neħodhom fil-post bil-qalb kollha.\"", "Aċċettajt!", "Jiena sfida nikolha.", "Malli wasalna mill-ewwel intbaħt illi għal Eman dan il-post għandu tifsira differenti.", "Iġib ruħu daqs li kieku qiegħed fi kwalunkwe post ieħor komuni.", "Ma flaħtx ma nistaqsihx...", "Għaliex tiġi hawn?", "Xi tħoss meta tidħol hawnhekk?", "Meta tara dawn l-oqbra madwarek x'effett jagħmlulek?", "\"Ma jagħmluli l-ebda effett,\" weġibni.", "\"Il-mewt ma timpressjonanix.", "Jiena cold-blooded bħall-vampiri...\"", "M'hawnx għalina!", "Bdejna bit-tajjeb.", "Bi kliemu aktar tregħixt.", "Hu nduna u daħak, \"Jiena ġebel biss nara.", "Ġebel, xogħlijiet ta' arti u stejjer ta' nies.", "Niġi hawn b'rispett.", "Għall-bidu, meta kont żgħir, kont niġi hawn biss għal xi funeral.", "Id-drawwa li nżuru aktar sikwit bdiet meta mietet iz-zija ta' nannti.", "Kienet sorju missjunarja li għexet ħajja ta' tbatija kbira imma fl-istess ħin kellha ħajja interessanti immens.", "Għamlet ħamsin sena tgħix fil-Ġappun u l-Korea.", "Kienet Hiroshima waqt il-gwerra u ħarġilha ħafna mard minħabba r-raġġi li għaddiet minnhom.", "Kienet il-Korea fi żmien l-invażjoni tal-Korea ta' Fuq.", "Kienet tidħol ġo rħula u ma ssib xejn.", "Kullimkien maħruq u mbagħad tilmaħ munzell ta' tfal għarwenin, kollha maħruqa fuq xulxin.", "Rat ħafna ma' wiċċha u batiet iżda mbagħad mietet fl-irqad hawn Malta u wara li dfinniha bqajt inżur qabarha u mbagħad inżur tal-oħrajn.\"", "Taf kif beda hawnhekk?", "\"Iċ-ċimiterju tal-Addolorata ġie mibni fuq l-għolja magħrufa bħala tal-Ħorr għall-ħabta tal-1862.", "L-arkitett tiegħu kien il-Kavallier Emanuele Luigi Galizia.", "Ix-xogħol dam sejjer sebgħa snin sħaħ taħt id-direzzjoni tal-Perit tal-Gvern Mikiel Busuttil.", "Ġie mbierek u kkonsagrat fl-1869 iżda għall-ewwel ħadd ma ried jidfen fih.", "F'dawk iż-żminijiet kienet għadha teżisti d-drawwa li n-nies jidfnu lill-egħżież tagħhom fil-knejjes jew min kien ikollu, fiċ-ċimiterju tal-belt jew raħal tiegħu.", "Iżda ġara illi fl-1863 il-gvern ippubblika liġi li kienet tipprojbixxi d-dfin fil-knejjes tal-ibliet.", "Fis-sena ta' wara din il-liġi ġiet estiża wkoll għal kwalunkwe lok fil-limiti tal-Belt Valletta, il-Furjana, il-Birgu, l-Isla u Bormla.", "Fl-istess sena il-Vigarju Ġenerali Mons. Carmelo Scicluna ntbagħat mill-Isqof Pace Forno biex ibierek iċ-ċimiterju.", "Madanakollu l-fehma tan-nies mhux la kemm iddawwarha.", "Hawn Malta minn dejjem kien jeżisti kult qawwi tal-mewt u r-reliġjon tagħna jkompli jsaħħu.", "Jitlob rispett lejn il-mejjet; li nagħmlulu quddiesa, li nidfnuh u li nitolbu għalih.", "Iċ-ċimiterju u l-ġisem tal-mejjet huma meqjusa bħala sagri.", "Affarijiet tal-mejjet nikkonsidrawhom bħala relikwa.", "Nilbsu l-vistu u nibnu l-isbaħ monumenti fiċ-ċimiterji tagħna.", "Kienet diffiċli biex tikkonvinċi n-nies tibdel drawwietha.", "Hekk jew hekk l-Addolorata kienet imbiegħda wisq minn bosta postijiet u żjara lill-qraba kienet ser tkun diffikultuża.", "Iżda ġara illi fit-22 ta' Jannar 1872, mietet Anna Magro, armla u tallaba mwielda n-Naxxar u li kienet toqgħod il-Mosta.", "L-anzjana ta' 64 sena mietet fl-isptar ġenerali ta' Malta u peress li ma kellha lil ħadd, hi ndifnet fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Kienet l-ewwel waħda li ndifnet hemm.", "Xi ftit taż-żmien wara, il-Bormliżi ftehmu biex jibdew jidfnu l-mejtin tagħhom f'dan il-post u hekk sar.", "Fil-fatt fuq in-naħa t'isfel taċ-ċimiterju, issib għadd ta' oqbra tal-Bormliżi.", "Huwa nteressanti li wieħed isemmi ġrajja li donnha li llum intesiet....", "F'dawk iż-żminijiet, bħala gratitudni għall-ko-operazzjoni tal-Bormliżi f'dan il-proġett, skont il-Kanonku u riċerkatur, Dun Giuseppe Bonello, meta n-nies ta' Bormla aċċettaw li jkunu l-ewwel nies li jidfnu n-nies tagħhom hawnhekk, inħarġilhom digriet li għadu japplika sal-lum li kien jgħid illi l-Bormliżi għandhom il-privileġġ illi jdaħħlu lill-mejjet tagħhom fil-Kappella tad-Duluri li hawn fiċ-ċimiterju sabiex jgħidu l-aħħar talb qabel id-dfin.", "Iżda illum naħseb illi dan id-digriet intesa għax għaddew bosta snin u qatt aktar ma użah, sa fejn naf jien.", "Bil-mod il-mod imbagħad id-drawwa li jidfnu f'dan il-post bdiet tindara.\"", "Ftit ftit bdejna deħlin il-ġewwa...", "\"Ara.", "Dawn huma oqbra tas-suldati li kienu fil-commonwealth u li mietu hawn Malta waqt il-gwerra.", "Innota kif kull wieħed minnhom għandu qabar għalih waħdu.", "Ħela meta llum rari jiġi jżurhom xi ħadd u meta hawn talba tant kbira għall-oqbra.\"", "\"Trid nurik aktar ħela?\" staqsini.", "Matul triqitna ġibidli l-attenzjoni lejn diversi oqbra illi kien jidher biċ-ċar li ħadd m'għadu jieħu ħsiebhom.", "L-aħħar dfin li sar fihom kien snin twal ilu u jidher li qatt ma ntmessu minn dak iż-żmien 'l hawn.", "Min-naħa l-oħra kien hemm ċertu oqbra li għalkemm kienu jidhru li ilhom hemm, il-ġebla tagħhom ma kinetx mimsusa, qishom qatt ma ntużaw.", "F'postijiet oħra, kien hemm irqajja vojta kollha ħaxix u fjuri.", "Lanqas xorok biss ma kien hemm.", "Eman qalli li jista' jkun li dawn kienu xi partijiet li ntlaqtu bil-gwerra.", "\"Dan l-aħħar il-gvern kien qed isemmi li ser jagħti oqbra ġodda.", "Imma jaħasra dak kollu ħela.", "Jekk ser nibqgħu nibnu fih, dan iċ-ċimiterju ser jasal sa Santa Luċija.", "Jien għandi suġġeriment ieħor – nużaw dawk l-oqbra li llum jinsabu abbandunati.", "Kieku jien nagħmel Family Plan ta' kull qabar li hawn fiċ-ċimiterju.", "Ħaddiema hawn kemm trid li jistgħu jgħinu f'dan il-proġett.", "Kull min għandu qabar hawn, jintalab jikkonferma li l-qabar hu tiegħu sa ċertu data partikolari.", "L-oqbra l-oħra, dawk li huma abbandunati, għax il-linja ta' dik il-familja mietet kollha, għandhom jiġu mibjugħa bi prezz speċjali lil dawk li għandhom bżonn qabar għall-familja tagħhom.", "Ma' dan il-kuntratt ta' bejgħ, nagħmel ukoll numru ta' kundizzjonijiet fosthom illi dan il-qabar jibqa' jappartjeni wkoll lis-sidien oriġinali.", "Il-fdalijiet tagħhom għandhom jitpoġġew fil-qiegħ tal-istess qabar u jiġu ssiġillati b'sodda tal-konsos biex la jitħalltu u wisq anqas jintmessu.", "Is-sid il-ġdid ikun ukoll marbut li jieħu ħsieb l-irħam jew il-monument li jsib fuq dan il-qabar.", "Kulħadd jaf x'jiġri inkella – l-ewwel naċċettaw il-kundizzjonijiet u mbagħad l-affarijiet tas-sidien ta' qabel jisparixxu.", "Bi pjan bħal dan, kieku jintlaqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "L-ewwel nett ma jkollnix għalfejn inkabbru ċimiterju li diġà huwa kbir ħafna.", "It-tieni, dawn l-oqbra ma jibqgħux abbandunati u tingħata aktar dinjità lill-mejtin tagħhom.\"", "Il-kundizzjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata tbikkik.", "Mogħdijiet mfarrka u maqlugħa, bosta minnhom minħabba l-", "friegħi kbar tas-siġar li jdawwru l-inħawi.", "Ħaxix ħażin ħiereġ minn kullimkien.", "Oqbra u kappelli mifqugħa.", "Saħansitra f'post minnhom sibna siġra mwaqqgħa fuq numru ta' oqbra li apparti li kienet tkerrah u qed tagħmel il-ħsara, kienet f'nofs il-passaġġ li trid tgħaddi minnu.", "Funtana b'arkitettura mill-isbaħ kienet mimlija bl-ilma qiegħed.", "Il-ħmieġ u t-telqa evidenti kull fejn tmur.", "Abbandun totali.", "\"Ara dawk in-nies x'jaqalgħu l-ħaxix ħażin minn fuq il-qabar ta' qrabathom,\" qalli Eman.", "\"Mhux għarukaża din?", "Mhux tal-mistħija?", "Anzi ejja ħa tara dan,\" qalli filwaqt li ħadni ħdejn taraġ mikul waħda u sew.", "\"Spjegali naqra kif ser jgħaddu b'tebut minn fuq dan.", "Ara veru ma nafx kif ma ndaħħkux waqt id-dfin aħna!", "Dawn mhux kundizzjonijiet xierqa kemm għal min jaħdem hawn u wisq anqas għall-qraba tal-mejta li biżżejjed ikunu mnikkta.\"", "Ħasra!", "Għax dan iċ-ċimiterju huwa magħruf bħala wieħed mill-isbaħ fid-dinja proprju minħabba t-tqassim meqjus tiegħu u anki għax-xogħlijiet artistiċi li fih.", "Eman dawwarni maċ-ċimiterju daqs li kieku kien f'daru.", "Bqajt skantata b'ċertu monumenti li rajt.", "Ftit ftit bdejt nara b'għajnejh u għal xi mumenti irnexxieli ninsa li qegħdha f'post il-mejtin u jkolli nammetti li bdejt nieħu gost indur hemm ġew.", "L-aktar monument li laqgħatni għandu storja ħelwa ħafna miegħu u jmur lura għall-1904...", "\"Dan qabar ta' negozjant Taljan u ġie maħdum f'funderija f'Ruma,\" spjegali Eman.", "\"Kien jismu Attilio Micari u kellu", "ommu anzjana ħafna tgħix Malta.", "Darba minnhom ġie lura għall-għarrieda u ommu Giovanna tant ferħet bih li mietet f'idejh.", "L-iben tant ħassha l-mewt tagħha li bnielha dan il-qabar imponenti b'rispett lejha.", "Innota l-ġmiel tad-dettalji mirquma: is-siġġu, l-imħadda, il-ħwejjeġ, il-fattizzi.", "Hu miet fl-1915 u ndifen hawn magħha.", "Iżda dan il-qabar jixhed ukoll storja oħra.", "Ara d-daqqiet li fih.", "Dawk toqob kkawżati mix-xrapnel għax daċ-ċimiterju ġieli ntlaqat waqt il-gwerra.", "Sfortunatament illum huwa abbandunat għal kollox.\"", "Impressjonanti u mill-isbaħ.", "Inti u tħares lejhom, omm u iben mgħannqin f'tgħanniqa eterna, jagħtuk l-impressjoni li imħabbithom saħansitra rebħet fuq il-mewt u ma tantx trid wisq biex timmaġinahom ħajjin hemm quddiemek.", "F'mumenti hekk tapprezza s-serenità u l-ħemda tal-post.", "Jirnexxielek tibda tinnota is-sema kaħlana, il-fjuri u s-siġar u l-agħsafar jgħannu fil-friegħi tagħhom.", "\"Dan il-post huwa sagru u jixraqlu r-rispett u l-kura.", "Hija għarukaża kif tiġi hawn u ssib dan l-abbandun kollu.", "Ilni niġi hawn is-snin u ftit li xejn nara xi tibdil.", "Il-post minsi għal kollox.", "Dawn il-monumenti li urejtek huma xogħlijiet imprezzabbli.", "Uħud minnhom qed jittieklu minħabba l-elementi u ż-żmien li għadda minn fuqhom.", "Jekk ser jibqgħu jitħallew għal rieħhom, il-ħsara li ser issirilhom ser tkun irreparabbli.", "Għaliex f'dan il-pajjiż ma nafu napprezzaw xejn?", "Mhux talli, niftaħru b'li ser isir ġdid u nitilqu dak li diġà hawn.", "Ħela, nuqqas ta' ppjanar u mmaniġġjar ħażin tal-ħaddiema.", "Messu hawnhekk jintefgħu erbgħa min-nies li xogħolhom ikun il-manteniment tal-post.", "Biex ma nsemmux ir-restawraturi li huma meħtieġa.\"", "Domna ħafna nduru madwar dan iċ-ċimiterju li donnu m'għandu l-ebda tarf.", "Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, aktar bdejt inħossni qed nifhem x'jiġbed lil dan iż-żagħżugħ lejn dan il-post.", "Mhux il-mewt imma l-preżenza tal-arti u tal-arkitettura li jżommu ħajja l-memorja ta' min ikun ħadimhom u ta' dawk li l-arti tkun qed tirrapreżenta.", "U fuq kollox l-istorja tan-nies li jinsabu hemm.", "\"Jiena nammira ħafna l-bniedem li ħadem fis-silenzju u b'sagrifiċċju imma imbagħad illum huwa minsi.", "Għalhekk nieħu pjaċir nintroduċi dan il-post lil nies oħra... biex nibqa' nfakkarhom.", "Qed tifhem għala niġi hawn issa?\" qalli Eman bi tbissima hekk kif bdejna ħerġin mill-kanċell il-barra.", "\"Dik kienet biss togħma żgħira tal-post.", "Meta trid, nerġgħu niġu u nurik aktar.\"", "Din id-darba ma nħsadtx.", "It-togħma tal-mewt għal dan il-post kienet marret.", "Tiskanta kemm il-perspettiva ta' bniedem ieħor kapaċi tiftaħlek bibien li forsi inti b'forza tkun qed iżżomm magħluqa.", "Forsi anki min suppost qed jieħu ħsieb dan il-lok qed jagħmel l-istess.", "Forsi hu ż-żmien li anki hu jiftaħ għajnejh...", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-24 ta' Mejju 2009 u ġie wkoll magħżul minn Din l-Art Ħelwa biex jiġi ppremjat bil-ġieħ ta' Prix D'Honneur fil-kompetizzjoni ta' kitba dwar il-wirt kulturali mibni fl-2009)", "abbandun", "Bormliżi", "ċimiterju", "riċerkatur", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IĊ-ĊIMITERJU B'GĦAJNEJN OĦRA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/11/il-mera-tad-deffien/", "text": ["IL-MERA TAD-DEFFIEN", "\"Twelidna mhu xejn ħlief il-bidu tal-mewt tagħna\" kiteb il-poeta Edward Young (1681 – 1765).", "Ħsieb pjuttost negattiv u anki kemmxejn makabru.... imma reali.", "\"Xi nies tant jibżgħu li għad imutu li qatt ma jibdew jgħixu\" innota l-awtur u saċerdot Henry Van Dyke (1852 – 1933).", "\"Kulħadd jgħid, 'Kemm hi diffiċli din li rridu mmutu' – ilment pjuttost stramb meta ħiereġ minn ħalq nies li kellhom jgħixu\" irrimarka l-kittieb Mark Twain (1835 – 1910).", "Min-naħa l-oħra l-ġurnalist Norman Cousins (1915 – 1990) sostna illi \"Il-mewt mhiex l-agħar telfa fil-ħajja.", "L-agħar telfa tikkonsisti f'dak li jmut ġewwa fina meta nkunu għadna ħajjin.\"", "B'mod aktar pożittiv l-intraprenditur u filosofu William Penn (1644 – 1718) ikkummenta li \"Il-mewt mhi xejn ħlief il-bidla tagħna miż-żmien, għall-eternità.\"", "Fehmiet differenti ta' nies li għexu f'ċirkustanzi diversi.", "Daqstant ieħor huwa ta' min jixtarr dawn iż-żewġ kummenti ħerġin minn fomm nies li kienu jafu sewwa li l-mewt kienet wara biebhom: \"Il-mewt taf tkun waħda mill-aqwa barkiet tal-bniedem\" Socrates, filosofu (c. 469–399 QK) u \"Dak li ma jibżax mill-mewt, imut darba biss\" Giovanni Falcone, maġistrat (1939 – 1992).", "Madanakollu, jingħad x'jingħad, ħafna jibqgħu tal-opinjoni li l-mewt m'hawnx agħar minnha u jekk jistgħu, lanqas isemmugħa biss ma jridu.", "U allura, staqsejt, x'jgħaddi minnu deffien li biex jaqla' l-għixien tiegħu jeħtieġlu jmiss mal-mewt kuljum?", "\"Hu xogħol li tidrah bħal kull xogħol ieħor,\" qalli Alfred Mifsud li sa ftit taż-żmien ilu kien jaħdem bħala deffien.", "\"Il-familja tagħna ilha 'l fuq minn mitt sena tagħmel dan ix-xogħol.", "Beda din il-linja z-ziju ta' missieri Lukardu Pace li kien iġorr il-mejtin bil-karrijiet taż-żwiemel.", "Huwa miet meta ġie mtajjar waqt inċident tat-traffiku fil-Wied ta' Birkirkara u warajh kompla missieri Fidiel li llum jgħodd it-93 sena.", "Missieri rawwem lili u lil ħuti f'dan ix-xogħol, għalkemm jien biss ħriġt bħala sewwieq tal-karrijiet taż-żwiemel.", "Ħuti qabdu linja oħra però żammu xorta waħda f'dan il-qasam fejn fosthom għandhom negozju tat-twiebet.\"", "Sibt li Alfred kien bniedem ġentili u li jaf jilqgħek ħafna.", "Ix-xogħol tiegħu għamlu dejjem bil-qalb u qatt ma tmeżmeż minnu.", "Imrobbi sa minn ċkunitu jaċċetta l-mewt bħala", "parti mill-ħajja, għalih kienet l-aktar ħaġa naturali li ta' tnax-il sena jaqbad ir-rota u jmur mill-Ħamrun saċ-ċimiterju ta' Ħal-Qormi biex jgħin lid-deffien Pawlu ta' Setti.", "Ta' età hekk żgħira, kien diġà jmur jagħti daqqa t'id ukoll lil missieru meta kien imur ikeffen il-mejtin.", "\"Qabel in-nies ma kienux imutu l-isptar imma ħafna drabi kienu jieħdu l-aħħar nifs tagħhom ġo djarhom stess.", "Għalhekk, meta kien imut xi ħadd, il-kummisjonant kien jaqla' lil dak tal-karru biex imur", "jiġbor lill-mejjet.", "Dak iż-żmien il-mejjet kien jinġarr sal-kappella tar-raħal fuq l-ispalla u kien jiġi akkumpanjat minn purċissjoni ta' familjari, ħbieb u fratelli ta' fratellanzi bħal dawk Tas-Sagrament jew Tar-Rużarju.", "Magħhom ġieli kien ikun hemm ukoll is-sorijiet tal-kunventi tal-karitajiet li kienu jinġiebu fid-dar tal-mejjet biex jitolbu għalih qabel jittieħed għad-difna.", "Spiss dawn is-sorijiet kienu jieħdu magħhom ukoll lil xi tfal tal-abbatija.", "F'ċerti każi jien kont niġi mqabbad inkun wieħed mir-reffiegħa tat-tebut.", "Fil-kappella kienet issir l-uffizzjatura fejn titkanta l-libera u ssir funzjoni qasira għall-mejjet mis-saċerdot.", "Wara, it-tebut kien jinġarr sal-karru tal-mejtin u jien kont inwasslu saċ-ċimiterju fejn bosta drabi dfint il-mejjet ukoll.", "F'każi fejn il-mejjet kien jindifen f'ċimiterju tal-gvern, bħal dak tal-Addolorata, id-dfin kien isir mid-deffiena tal-post. \"", "Kollox kien isir fl-ewwel siegħat tal-jum peress li dawn in-nies kollha kienu jridu jmorru jkomplu jlaħħqu max-xogħol tagħhom tal-ġurnata.", "Għalhekk dak li kien jarma l-", "karrijiet, kien ikollu jibda jipprepara kollox mal-lejl...", "Kien hawn li beda jifforma d-destin ta' Alfred u Mary, li l-quddiem kellha tkun il-mara tiegħu.", "\"Inzerta li l-ġar tagħna fejn konna noqogħdu f'Santa Venera, kien jarma l-karrijiet tal-mejtin u ta' xi 14-il sena, Alfred kien imur jgħinu.", "Imma niftakar li dak iż-żmien jien kelli xi 7 snin u kont nitwaħħax", "meta kont noħroġ kmieni għall-quddies u nsib dawk il-karrijiet qed jintramaw fit-triq wieħed wara l-ieħor biex jintrabtu maż-żwiemel suwed u kbar, b'rixa twila fuq rashom!", "Għal xi raġuni, mhux mill-karrijiet kont nibża' imma miż-żwiemel.", "Għadni sa llum nitwerwer miż-żwiemel u b'xejn mhu ser tressaqni lejn xi wieħed minnhom.", "Nistqarr li fl-istess ħin il-karrijiet kienu jiġbdu ħafna aktar ir-rispett tan-nies għax kulħadd kien jintebaħ li għaddejjin b'xi ħadd mejjet u kienu jieqfu għal mument minn dak li jkunu qed jagħmlu.", "Niftakar darba minnhom rajt karru abjad qed iġorr tebut abjad ta' tfajla ta' 14-il sena li kienet fil-klassi tiegħi u qgħadna narawh għaddej u għedna talba għal ruħha.\"", "Nassumi li apparti r-rispett kien hemm ukoll doża ta' kurżità.", "Imma kontra dak li jiġri llum, fejn id-dinja tibqa' ddur akkost kemm imutu nies, dak iż-żmien il-Maltin kienu jhedew jirrakkuntaw u jwasslu l-aħbarijiet ta' min naqas minn wiċċ id-dinja f'dawk l-aħħar siegħat, u kien rari li xi ħadd jibqa' minsi...", "\"In-nannu kien l-ikbar raġel tal-Mellieħa: kemm mill-persuna u minn kollox,\" kompliet tiftakar Mary.", "\"Il-funeral tiegħu sar fis-17 ta' Diċembru, f'ġurnata kiesħa b'bard ixoqq il-għadam.", "Kien joqgħod in-", "naħa tal-Belleview ħdejn il-bandli u minn hemm ir-reffiegħa kellhom iġorruh fuq l-ispalla sal-knisja tal-Mellieħa!", "Kollox mar sew sakemm wasalna fil-knisja u kollha ngħatajna xemgħa tixgħel f'idejna.", "Imma f'daqqa waħda, wieħed minn dawk li kienu refgħu lil nannuwi t-triq kollha, għadda x-xemgħa lil ta' ħdejh, tah attakk ta' qalb u miet hemm sobtu!", "Naturalment kellna nkomplu bil-funeral tan-nannu fejn ħadnih ftit metri bogħod għad-difna fiċ-ċimiterju tal-post.", "U sakemm wasalna sad-dar ftit tal-ħin wara, kulħadd kien diġà jaf li miet wieħed mir-reffiegħa tal-Pirrex, kif kienu jsejjħu lil nannuwi.\"", "Infurmawni li l-funzjoni tal-quddies għall-mejjet bdiet biss mas-snin sebgħinijiet.", "\"Meta l-funeral kien jikkonsisti biss f'funzjoni qasira, ġieli laħħaqt madwar tlieta, erbgħa difniet.", "Imma mbagħad meta bdiet issir il-quddiesa, ma stajtx naħdem aktar minn tnejn.", "Kont naħdem f'diversi ċimiterji fosthom tnejn f'Ħal-Qormi; dawk ta' San Bastjan u ta' San Ġorġ, tnejn f'Ħaż-Żebbuġ; f'dak magħruf bħala tar-raħal u f'ta' San Blas, u fiċ-ċimiterji ta' Ħaż-Żabbar, tal-Gudja, tal-Birgu u tal-Imġarr.\"", "Alfred ġabli xi ritratti fejn hu kien qed jidher waqt xogħolu.", "Iżda magħhom kellu wkoll xi ritratti li juru karrijiet oħra interessanti.", "\"Ara dan hu l-karru li kont insuq jien.", "Innota ftit, għalkemm jingħad li l-mewt ma taħfirha lil ħadd u żżomm lil kulħadd ugwali, xorta waħda l-bniedem irnexxielu joħloq il-livelli anki f'dan il-qasam.", "Għax meta l-mejjet kien ikun sinjur, il-karru tiegħu kien ikun tal-prima, b'ħafna skultura kulur id-deheb u kien jinġarr minn erbat iżwiemel.", "Imma meta l-mejjet ma kienx daqshekk tat-tajjeb, kien jintuża l-karru tas-sekonda li kien ikun sempliċiment miżbugħ biss u kien jinġarr minn żewġt iżwiemel.", "Osserva wkoll il-karozzi li hemm fuq wara peress li f'dik il-ħabta kienu qed jintużaw iż-żewġ mezzi f'daqqa.", "Min-naħa l-oħra dar-ritratt b'serbut ta' karozzelli għaddejjin mill-Ħamrun qed juri kif kienu jsiru l-funerali kbar ta' dari.", "Issa dan ir-ritratt l-ieħor huwa eżempju tal-ewwel karru li kien jintuża għad-dfin fl-", "Addolorata; interessanti kemm kien differenti minn dak li kien jintuża fi żmieni.", "Ara, dan hu karru ieħor li kien ta' wieħed Żejtuni li kienu jafuh bħala tad-Dmura u fih kienu nġarru Nerik Mizzi, Dun Karm Psaila u Dun Ġorġ Preca.", "Issa agħti ħarsa lejn dan ir-ritratt li qed juri karru barrani... id-differenza hija kbira ħafna għax sempliċi għal kollox.", "M'hemm l-ebda maestrija evidenti fl-iskultura u t-tiżjin tiegħu bħal kif kienu l-użanzi tagħna lokalment.\"", "Komplejna nqallbu r-ritratti u fosthom rajt lil Alfred isuq wiginet; li kien bħal karozzin bla tinda u l-passiġġiera kienu jidħlu minn wara u joqogħdu bil-qiegħda fil-ġnub", "tiegħu (kif nagħmlu llum f'", ").", "Imma din id-darba mhux mejjet kien qed iġorr imma lil waħda mill-parteċipanti ta' Miss Malta ta' madwar 50 sena ilu waqt festival tal-inbid.", "F'ritratt ieħor kien hemm il-parteċipanti ta' Miss Malta qed jippużaw mal-wiginet u ma' wieħed miż-żwiemel li soltu kien ikun involut f'xogħol ieħor għal kollox differenti.", "Tgħid kienu jafuh dan?", "Alfred urieni wkoll inkwadru kbir imwaħħal fis-salott fejn hu kien il-kuċċier ta' karru.", "\"Ġie żmien meta riedu jaqtgħu lil dawn il-karrijiet imma kien inqala' xi nkwiet minħabba l-ħlas tan-nofs venda.", "Ġara li min kellu jaqsam l-ħlas ma' missieri ma riedx iħallas is-sehem tiegħu u allura missieri sostna li ried jibqa' jarma.", "Għaldaqstant meta miet wieħed mill-Ħamrun magħruf bħala Pisani tad-dawl u qabbad lilna, aħna morna għalih bil-karru imma magħna ġew ukoll il-pulizija.", "B'hekk konna aħna li wassalna l-aħħar mejjet bil-karru ġewwa l-Addolorata għax imbagħad missieri tħallas u l-karrijiet waqfu.\"", "Ormaj intervistajt lil bosta individwi u kważi dejjem nispiċċaw imdawwrin madwar mejda naraw ir-ritratti għax il-viżwal jogħġobni wisq!", "Imma jkolli nistqarr li did-darba", "kont qed inħossni kemmxejn stramba nqalleb ritratti ta' xeni bħal dawn.", "Wieħed minnhom kien qed juri lil Alfred qed jerfa' tebut.", "Impressjonajt ruħi kif hu kien kapaċi jiftakar il-mejjet li kien qed iġorr f'kull wieħed mir-ritratti.", "Imma nħsadt wisq aktar meta Alfred beda jirrakkuntali kif kien jiġi trattat minn ċerti nies fil-passat, sempliċiment minħabba t-tip ta' xogħol li kien jagħmel...", "\"F'ċerti rħula meta kienu jarawna ġejjin biż-żwiemel, xi ħwienet kienu jagħlqu l-bibien tagħhom sabiex ma nidħlux nieħdu xi belgħa tè minn għandhom.", "F'Ħal-Kirkop, f'Ħal-Safi u fin-naħat ta' fuq ta' Malta kienu jagħmluha spiss din.", "Mhux għax jibżgħu mill-mewt biss imma għax kienu jitqażżuna.", "Batejna.", "Immaġina tkun xi ġurnata kiesħa fil-għodu kmieni u tkun ilek ġej tul triq twila bilqiegħda fuq dak is-saldatur kiesaħ fir-riħ u fil-bard.", "Tkun tixtieq tixrob xi ħaġa sħuna u ħadd ma jrid idaħħlek.", "Ġieli kellhom jagħtuna mill-knisja biex nixorbu xi ħaġa.\"", "Prosit kemm konna nsara!", "Martu kompliet tgħidli...", "\"F'xi ħwienet tal-Mellieħa, il-parruċċani kienu jisħqu li n-nies bħal Alfred kellhom jużaw skutella jew makk għalihom għax ħadd ma ried jixrob minn warajhom.", "U darba l-kappillan kien widdeb lin-nies li jekk jibqgħu jagħmlu hekk, ma kien ser jifdal ħadd mir-raħal biex jidfen lin-nies t'hemm u jitilgħu l-barranin minflok.", "U llum il-ġurnata hekk qed jiġri.\"", "Anki meta ġie biex isib tfajla kellu l-problemi Alfred.", "\"Ġieli ppruvajt inkellem lil xi tfajla u m'aċċettatnix minħabba x-xogħol li kont nagħmel.", "Kien jiddispjaċini imma kont nifhem għax kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu.", "Nifhimha li hawn min", "jimpressjona ruħu b'xogħol bħal dan.\"", "Ara Mary ma kellha l-ebda problema dwar dan.", "Mhux talli, imma biex żgur tkompli mal-andament tad-destin, il-laqgħa tagħhom li kellha finalment twassal għaż-żwieġ", "tagħhom seħħet waqt li hi kienet waqt funeral u Alfred kien qed jagħmel xogħolu!", "\"Lil Alfred kont ilni nafu u dejjem wera li kien ġuvni bieżel u bil-għaqal.", "Ix-xogħol tiegħu qatt ma dejjaqni u bih għejjixna familja ta' erbat itfal.", "Kont niddejjaq żgur li kieku kien xi wieħed għażżien jew bla xogħol!\"", "Min ser ilumha?", "Fortunatament illum dawn l-affarijiet inqatgħu ħafna.", "Uliedhom is-subien ħadu x-xogħol ta' missierhom u ma sabux problemi minn dawn.", "Barra minn", "hekk, bint minnhom iżżewġet f'familja miż-Żejtun li hi magħrufa ħafna għall-istess xogħol ta' missierha.", "Issa Alfred fadallu biss il-memorji ta' dax-xogħol li hu saħaq li qatt ma ried jibdlu ma' xejn.", "\"Ma konniex nitħallsu wisq imma l-ħobża ta' kuljum dejjem qlajtha.", "Hemm mumenti li jdejjquk bħal f'kollox.", "Ngħidu aħna meta tinżel f'qabar biex tnaddfu mill-għadam u jitla' l-wirdien għalik, tiddejjaq", "le?", "Imma jien ma nibżax minnu, infarfru minn fuqi malajr u nkompli fuq xogħoli.", "Barra hekk, min jaf kemm ġieli rqadt iljieli ħdejn il-mejtin li kienu jitħallew 24 siegħa f'kamra apposta fiċ-ċimiterju qabel jindifnu.", "Qatt ma bżajt u nassigurak li qatt ma qam ħadd.\"", "Staqsejtu jekk qatt difinx lil xi ħadd jiġi minnu.", "\"Iva.", "Lil ħija li miet ta' 22 sena għax kien marid bil-kliewi.", "Miet madwar 29 sena ilu u għalkemm indifen fl-Addolorata, dakinhar kienu ħallewna nniżżluh aħna.", "Tħoss naturalment tarah nieżel taħt l-art.", "Imma meta tiftakar kemm kien qed ibati, għax dak iż-żmien ma kienx hemm kura għall-mard bħal dan, tagħraf li fir-realtà straħ u b'hekk tistabar.\"", "Mary ftakret f'mument partikolari meta Alfred ġie lura mix-xogħol b'qalbu maqsuma...", "\"Darba ġie u qalli 'Mer, taf li qatt ma bkejt fil-funerali imma llum tifel żgħir ta' erbgħa snin qasamli qalbi.", "Tilef lil ommu u ma setax jifhem meta raha nieżla fil-qabar għaliex qed tħallih u beda jgħajjat u jibki \"Ma ejja, ma ejja!\"", "Rakkont ġibed lil ieħor...", "\"Snin ilu kienu jmutu ħafna trabi.", "Min jaf kemm ġarrejt trabi fil-karru l-abjad minn Lazzaret fejn kienu jeħduhom meta kienu jimirdu!", "Imma darba nqalgħat waħda li ma tinsihiex kif ġieb u laħaq.", "Inzerta li", "fl-istess ġurnata mietu żewġt itrabi bl-istess kunjom.", "Aħna morna għal waħda minnhom u tlaqna bil-korteo magħna.", "Iżda kif konna kważi wasalna biha fiċ-ċimiterju, tant li konna ħdejn is-", ", ġie jilħaqna l-kummissjonant biex jgħarraffna li kienu tawna t-tarbija żbaljata!", "U kulħadd kellu jmur lura għall-katavru tat-tarbija proprja.\"", "Smajt bosta rakkonti oħra għax Alfred għamel snin twal jaħdem f'dan il-qasam.", "Biex nagħlaq xtaqt inkun naf jekk dan ix-xogħol biddlilhomx il-perspettiva tagħhom dwar il-mewt u jekk kienux jibżgħu mill-mewt wara kollox?", "Bdiet Mary, \"Ma tistax ma tibżax mill-mewt għax anki Kristu beża' minnha meta waslet is-siegħa Tiegħu.", "Imma ommi dejjem għallmitni li bħalma ħadna l-ħajja hekk irridu nieħdu l-mewt.", "Hekk jew hekk inutli tibża' għax xorta trid tiġi.\"", "Min-naħa tiegħu Alfred għalaq hekk \"Jiena nirraġuna li l-mewt hija parti mill-ħajja tal-bniedem: hekk kif tgħix taf ukoll li trid tmut.", "Ma nħossx li nibża' wisq mill-mewt.", "Inqis ix-xogħol li kelli bħala mera jew ritratt ta' dak li rrid ngħaddi minnu.", "Imma nemmen li l-aqwa li tgħix sewwa u l-bqija tħallih f'idejn Alla.\"", "Forsi ta' min jixtarr dak li qal il-poeta William Ross Wallace (1819 – 1881) \"Kull bniedem imut.", "Mhux kull bniedem jgħix tassew.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-6 ta' Novembru 2011)", "ċimiterju", "Dun Ġorġ Preca", "karru tal-mejtin", "Nerik Mizzi", "Pawlu ta' Setti", "sorijiet tal-kunventi tal-karitajiet", "Tar-Rużarju", "tfal tal-abbatija", "Torċa", "uffizzjatura"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-MERA TAD-DEFFIEN"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/11/memorji-storici-f%E2%80%99ta%E2%80%99-braxia/", "text": ["MEMORJI STORIĊI F'TA' BRAXIA", "Il-ħajja tal-bniedem hija kumplimentari mal-bqija tan-natura u għaldaqstant għandha wkoll il-fażijiet tagħha: tibda mit-twelid, tkompli bit-tfulija, tiżvolġi fil-ħajja adulta, timxi għall-anzjanità u tintemm bil-mewt.", "Iżda l-mewt mhiex finali għax finalment hemm ir-reġenerazzjoni.", "U hekk kif l-ewwel xtieli żgħar ħadranin ifiġġu mill-ħamrija skura mxarrba wara li jkunu spiċċaw il-pjanti ta' qabel, dawk li jemmnu, jifhmu li r-ruħ tal-individwu tkun imxiet għall-ħajja aħjar, dik eterna, filwaqt li l-ħajja ta' dawk li jkun ħalla warajh tkompli għaddejja fid-diżinn maħluq għaliha.", "Madanakollu hemm ħaġa li tifridna mill-bqija tal-ħolqien: aħna l-bnedmin nibqgħu niftakru fl-antenati tagħha, tant li għal ħafna dawn jibqgħu bħallikieku ħajjin f'qalbhom.", "Finalment waħda mill-funzjonijiet taċ-ċimiterji hija proprju dik li jibqgħu jħaddnu l-memorja ta' dawk li jkunu tbennu fil-qalbha t'arthom.", "Għaldaqstant, dawk li jieħdu ħsieb dawn il-lwogi jkunu qed jaċċertaw li dawk li għexu qabilna ma jintesewx.", "Dawn il-ħsibijiet tfasslu f'moħħi hekk kif dil-ġimgħa, biex nagħlaq l-aħħar artiklu ta' Novembru, iltqajt ma' Charles Gatt u ma' Dr Alexander Welsh sabiex inżur għall-ewwel darba ċ-ċimiterji li jinsabu f'Ta' Braxia fejn fosthom ġew anki midfuna prinċpijiet u prinċipessi magħrufa.", "Dr Alexander Welsh, li huwa l-Viċi President tal-Assoċjazzjoni 'The Friends of Ta' Braxia' huwa storiku li qatta' l-biċċa l-kbira ta' ħajtu jaħdem fuq diversi proġetti ta' restawr f'pajjiżi differenti.", "Iżda hekk kif f'dawn l-aħħar snin huwa beda jgħix f'pajjiżna fehem illi:", "\"F'Malta jeżisti wirt kulturali f'kull metru kwadru aktar minn imkien ieħor fid-dinja u biex ikompli jagħnih, dan il-wirt tħalla minn bosta kulturi differenti.", "Ngħidu aħna nisimgħu ħafna bl-arkeoloġija u bl-iskoperti mmensi tal-Eġittu imma dawn huma mxerrda ma' firxa kbira ta' art.", "Il-meravilja ta' Malta hija li f'kull pass li tagħti fuq din l-art tiltaqa' ma' xi ħaġa ta' valur storiku.", "Hija ħasra li forsi wħud mill-Maltin stess ma jintebħux u ma japprezzawx dan.\"", "Charles Gatt li huwa d-Direttur Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni u għamel snin jaħdem bħala arkitett navali, fissirli l-preġju taċ-ċimiterju prinċipali Ta' Braxia:", "\"Dan iċ-ċimiterju jmorru lura għas-seklu dsatax u fih ġew midfuna għadd ta' individwi magħrufa li ffurmaw parti mill-istorja ta' Malta.", "Għalhekk dal-post minbarra li jitlob rispett minħabba l-funzjoni tiegħu, jesiġi l-apprezzament peress li huwa ġawhra arkitettonika u monument storiku nazzjonali.\"", "Inġbarna bilqiegħda ġo kmajra li tintuża bħala l-uffiċċju tal-Assoċjazzjoni.", "Anki din il-kmajra kellha l-istorja interessanti tagħha.", "\"Snin ilu, din il-kamra kienet tifforma parti mid-dar ta' John Mizzi li kellu arranġament biex jgħix proprju hawn fit-tarf taċ-ċimiterju ħalli jkun jista' jieħu ħsieb dan il-post.", "Sfortunatament meta John ġie nieqes, iċ-ċimiterju f'Ta' Braxia ntelaq għal rieħu, tant li finalment in-natura nnifisha ħabtet tipprova tidfnu taħt il-ħaxix, il-pjanti u s-siġar li bdew telgħin ma' kullimkien.\"", "Ir-rakkont ta' dan iċ-ċimiterju jeħodna lura lejn iż-żmien meta pajjiżna għadda taħt il-kuruna Ingliża fil-bidu tas-seklu 19.", "\"F'dak iż-żmien il-Kattoliċi Maltin kienu jindifnu taħt l-art tal-knejjes tagħhom u għalhekk dawn il-barranin li kienu jħaddnu reliġjon ieħor, ma setgħux jindifnu fl-istess postijiet.", "Mal-miġja tal-Ingliżi", "f'Malta bdew jiżdiedu r-residenti, l-vjaġġaturi, is-suldati, il-baħrin u n-negozjanti barranin li wħud minnhom mietu f'pajjiżna u għalhekk kellu jinstabilhom post fejn jindifnu.", "Għall-ewwel bdew jintużaw xi inħawi li kienu jinsabu ġewwa s-swar tal-Furjana sakemm matul is-snin dan id-dfin infirex u laħaq is-swar tal-Imsida.", "Eventwalment dan tal-aħħar ġie kkonsagrat bħala ċimiterju u huwa l-uniku wieħed li għad fadal mis-siti l-oħra.", "Infatti minflok iċ-ċimiterju kbir li kien jinsab fis-Sur tal-Kwarantina u dak aktar żgħir tal-Ortodossi Griegi, illum insibu l-art tal-lukanda l-ġdida Excelsior.", "Meta ċ-ċimiterju li kien jinsab fuq is-swar tal-Imsida ntela' kien hemm bżonn ta' ċimiterju ġdid u fl-1857 intagħżlet biċċa art magħrufa bħala Ta' Braxia li kienet viċin l-inħawi tal-Bieb tal-Bombi.", "Iċ-ċimiterju ġie diżinjat minn Emanuele Luigi Galizia (1830 – 1906) li kellu biss 25 sena dak iż-żmien (aktar tard hu kien responsabbli wkoll mid-diżinn taċ-ċimiterju tal-Addolorata).", "B'differenza taċ-ċimiterji ta' qablu li kienu ssawru skont il-ħtieġa, dan kien ippjanat b'mod mirqum u li jilqgħek.", "Infetaħ uffiċċjalment fid-9 t'Ottubru 1857 bil-għan li jilqa' fih nies minn kull reliġjon.", "Madanakollu inizzjalment dal-post ħa l-fama fost il-Maltin bħala 'Tal-Protestanti' u ħadd mill-Kattoliċi Maltin ma ried jindifen fih.\"", "Issa konna ħriġna nduru madwar iċ-ċimiterju prinċipali.", "Inzertat ġurnata sabiħa minn dawk li jaf jagħti biss pajjiżna u nistqarr illi li kieku ma kienx għal-lapidi, l-post aktar kien qisu xi ġnien kbir antik u sabiħ.", "L-għana ħlejju tal-għasafar kien qed jikser is-sikta solenni tal-post filwaqt li kien ukoll qed jostor taħtu l-ħoss tat-traffiku għaddej fil-qrib.", "Min jaf kemm il-darba għaddejt biswit dan il-post u qatt ma ntbaħt li hemm kien hemm lwog tant interessanti!", "Infatti minħabba s-siġar kbar tal-post, qatt m'għaraft li f'naħa minnhom kien hemm kappella mdaqqsa li apparti li kienet qed iżżejjen l-inħawi, kellha wkoll nisġa ħelwa ta' storja ta' mħabba msawwra fiha.", "\"Il-kappella taċ-ċimiterju Ta' Braxia hija partikolarment interessanti minħabba li hija l-uniku eżempju arkitettoniku tal-istil 'High-Gothic' f'Malta.", "Inbniet minn Sir Arthur Hamilton Gordon K.C.M.G li kien", "magħruf ukoll bħala Lord Stanmore u kien għamel żmien bħala gvernatur ta' New Brunswick, Trinidad, Mauritius, Fiji, New Zealand u Ceylon.", "Il-kappella kellha tkun bħala tifkira ta' martu Rachel Emily Hamilton Gordon li waqt li kienet fuq vjaġġ minn Ceylon lura lejn id-dar tagħha fl-Ingilterra, inħakmet minn marda qalila u kellha titniżżel hawn Malta fejn mietet fis-26 ta' Jannar 1889 fl-età ta' 60 sena.", "John Loughborough Pearson, perit magħruf ħafna f'Londra u li kien jispeċjalizza fil-bini tal-knejjes, ġie mqabbad jiddiżinja din il-kappella li fuq in-naħa ta' wara tagħha kellha tinkorpora l-qabar tal-mara.\"", "Għalkemm din il-kappella hija xempju ta' kif mill-mewt ma jiskappa ħadd, fl-istess ħin hija tikkonferma mill-ġdid li dawn il-postijiet għandhom ħabta jfakkruk aktar fl-imħabba milli fil-mewt, jekk tiftaħ biżżejjed qalbek għalihom.", "L-istess kif jagħmel il-monument maestuż ta' Olof Fredrik Gollcher, li l-bust tal-bronż tiegħu jserraħ fuq kolonna twila tal-irħam, bi xbieha mnikkta femminili tal-bronż taħtu.", "Daqstant ieħor l-oqbra tal-prinċpijiet u l-prinċipessi Poutiatine li għal xi żmien kienu gawdew mir-rifuġju ta' pajjiżna; il-prinċipessa Nathalie Poutiatine li mietet fil-21 ta Jannar 1984 kienet iżżewġet lill-Malti Edgar Tabone u min jaf kemm ferrħet nies biż-żfin tagħha fit-teatri tagħna, filwaqt li finalment kienet ukoll hi li rawwmet oħrajn f'dan il-qasam meta fetħet l-ewwel skola tal-ballet klassiku f'pajjiżna.", "\"Hawn minn kull xorta ta' nies midfuna hawnhekk: maġġuri, ġenerali, suldati, isqfijiet, reverendi, negozjanti, vjaġġaturi, eċċ. Preżentement hawn madwar 5000 persuna midfuna f'dan il-post li ħafna minnhom għandhom storja interessanti bħal Grabiel Vassalli li kien it-tifel il-kbir ta' Mikiel Anton Vassalli, Lord Moynihan li kien missier it-tabib ta' Churchill u Mary Olga Katherine Mills li kienet waħda mill-pijunieri tal-fidi Bahá'í.", "Nistgħu ngħidu li żewġ terzi minn dan iċ-ċimiterju huwa storiku filwaqt li l-bqija għadu jintuża sal-llum.\"", "Infatti huma għarrfuni li hemm lista twila ta' nies, saħansitra Maltin, li llum jixtiequ jindifnu f'dan il-lwog.", "Madanakollu bħalissa m'hemmx aktar oqbra ġodda għalkemm qed", "isiru xi diskussjonijiet mal-gvern dwar dan il-qasam.", "Huma wrewni l-passaġġi wiesgħa li huwa mogħni bihom iċ-ċimiterju li għalkemm fil-preżent qed isebbħu l-post, parti minnhom tista' sservi bħala spazju għal oqbra ġodda.", "L-art taċ-ċimiterju hija tal-gvern għalkemm l-oqbra huma privati u s-sidien għandhom id-dritt li jidfnu l-familjari tagħhom hemm.", "Matul it-triq Charles u Alexander bdew juruni s-sinjali tal-ħsara li ħalliet warajha t-tieni gwerra dinjija.", "\"Dal-post intlaqat diversi drabi mill-bombi li twaqqgħu fuq il-pajjiż.", "Ħafna mil-lapidi nkinsu mal-art bil-", "tagħhom filwaqt li oħrajn tqattgħu bis-", "tal-bombi.", "Ammont konsiderevoli minn din il-ħsara ġiet irrestawrata lura imma kif qed tara, għad hemm ħafna aktar x'isir.\"", "Peress li dan iċ-ċimiterju kien għamel żmien mitluq, il-kundizzjoni tiegħu kienet tbikkik u mhux darba u tnejn li ġew xi barranin biex iżuru l-antenati tagħhom u tkażaw bis-sitwazzjoni li kien jinsab fih.", "Finalment fl-2001 ġiet imwaqqfa l-Assoċjazzjoni 'The Friends of Ta' Braxia' li tifforma parti mill-NGO Din L-Art Ħelwa.", "Il-President ta' din l-Assoċjazzjoni huwa l-imħallef Maurice Caruana Curran li huwa wkoll il-president fundatur ta' Din L-Art Ħelwa.", "\"B'kollaborazzjoni ma' Din L-Art Ħelwa u mad-Dipartiment tas-Saħħa sar ftehim biex jinħarġu fondi sabiex jiġi restawrat dan il-post.", "Permezz ta' xi voluntiera minn Din L-Art Ħelwa u anki ta' xi individwi oħra u bl-għajnuna ta' xi benefatturi bħall-familja Gollcher, inbeda x-xogħol biex jitnaddaf il-post u biex tiġi rranġata ċertu ħsara strutturali u arkitettonika, kemm minħabba t-tkissir li ħalliet warajha l-gwerra u li kienet baqgħet ma ġiet irranġata qatt u anki d-danni kkaġunati mill-mogħdija taż-żmien.", "Illum, għaxar snin wara, daċ-ċimiterju jinsab f'qagħda ħafna aħjar milli sibnih fejn fosthom installajna wkoll is-sistemi tal-ilma u d-dawl u xi servizzi oħra li jistgħu jinqdew bihom dawk li jiġu jżuru l-post.", "Imma l-kobor tal-post jirrikjedi ħafna fondi għaż-żamma tiegħu u għall-bqija tax-xogħol li għad fadal isir fih.", "Il-membri tal-Assoċjazzjoni jħallsu miżata ċkejkna biex jgħinu f'dan u uħud minnhom jinġabru magħna kull nhar t'Erbgħa biex naraw x'għandu bżonn isir u nagħmlu xi manutenzjoni fiċ-ċimiterju.", "Nixtiequ ħafna li kellna aktar fondi u voluntiera biex inwettqu dak kollu li hemm bżonn!", "Ma rridux ninsew insemmu lil individwi bħal-Maġġur Anthony Camilleri li huwa d-direttur u t-teżorier tal-Assoċjazzjoni, għall-għajnuna u l-pariri tiegħu rigward l-aspett militari, u lil numru ta' persuni", "oħra li għenuna biex nidentifikaw lil kull min jinsab midfun f'dan iċ-ċimiterju, tant li llum jiġu numru konsiderevoli ta' nies biex ifittxu jekk l-antenati tagħhom jinsabux midfuna hawn.", "Ta' min jgħid ukoll illi dan iċ-ċimiterju jaqa' taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa, filwaqt li d-dokumentazzjoni uffiċċjali tad-dfin jinżammu fl-uffiċċju taċ-ċimiterju tal-Addolorata.\"", "Iżda kien għad fadal aktar x'niskopri f'dan il-post, hekk kif wara entratura ċkejkna maqtugħa f'ħajt apparti, Dr Welsh urieni ċimiterju żgħir ieħor fejn fih dari kienu jindifnu l-Lhud.", "Huwa għaddieli rivista bl-informazzjoni dwaru miġbura minn Alan Keighley.", "\"Għal dawn l-aħħar 3000 sena kien hawn għadd ta' Lhud joqogħdu fil-gżejjer Maltin, għalkemm teżisti ftit li xejn informazzjoni dwarhom f'dawn is-snin bikrin.", "Huwa mill-14-il seklu 'l fuq li nibdew insibu xi dettalji dwar il-komunità Lhudija f'Malta.", "Fiż-Żmien Nofsani kien hawn numru sostanzjali ta' Lhud f'Malta, tant li f'perjodu minnhom, madwar terz tal-popolazzjoni tal-Imdina kienet Lhudija.", "Fl-1492, il-Lhud sfaw imkeċċija minn Malta minħabba l-Inkwiżizzjoni Spanjola.", "Aktard tard, fl-era tal-Kavallieri ta' San Ġwann, il-Lhud spiss kienu jittieħdu lsiera minħabba li kienu jitħallsu flus tajba għal-ħelsien tagħhom.", "Kien hawn numru ta' ċimiterji f'Malta għal dawk il-Lhud li kienu jmutu fil-pajjiż u fl-1784 infetaħ wieħed fil-Kalkara.", "Meta l-Franċiżi daħlu Malta fl-1789, Napuljun ordna li l-Lhud, li ħafna minnhom sa dak iż-żmien kienu meqjusa bħala skjavi, kellhom jibdew jitqiesu bħala ugwali mal-bqija tas-soċjetà.", "Meta f'Settembru tal-1800 waslu l-forzi Ingliżi f'Malta, il-Lhud setgħu wkoll jipprattikaw it-twemmin tagħhom fil-beraħ.", "Jingħad li għall-ħabta tas-sena 1827, waqt li Sir Moses Montefiore, li kien sinjur kbir u filantropiku Lhudi, kien qiegħed għal btala f'Malta, il-komunità Lhudija talbitu jgħinhom biex ikollhom post ieħor fejn setgħu jindifnu peress li ċ-ċimiterji ta' qabilhom kienu qed jintlew.", "Huwa tkellem mal-Gvernatur Ponsonby u dil-biċċa art żgħira f'Ta' Braxia ġiet akkwistata u llum hija proprjetà tal-komunità Lhudija.\"", "Dr Welsh qalli li meta hu u martu raw dan il-post għall-ewwel darba, lanqas biss kellhom idea x'kien.", "Dak iż-żmien Dr Welsh kien responsabbli mit-tim li kien qiegħed jieħu", "ħsieb ir-restawr f'Ta' Braxia u din il-biċċa art kienet miżgħuda bis-siġar u l-pjanti slavaġ li kienu għattew l-oqbra u l-monumenti kollha taħthom.", "\"Meta l-post beda jitnaddaf għarafna li kien ċimiterju Lhudi.", "Għall-ewwel konna xi ftit konfużi peress li ċerti iskrizzjonijiet li kienu baqgħu leġġibbli kienu miktuba bil-lingwa Taljana filwaqt li oħrajn kienu bil-lingwa antika Ebrajka.", "Iżda permezz tal-għajnuna tal-istoriku militari Alan Keighley irnexxielna nidentifikaw 120 qabar u permezz tal-lapidi stajna nagħtu isem lil 56 persuna li jinsabu midfuna f'dan il-post.", "Madanakollu l-iskrizzjonijiet bil-lingwa antika Ebrajka għadhom qatt ma ġew tradotti għax jidher li dil-kitba tmur lura ferm.", "Sal-1880 dan iċ-ċimiterju ntela' wkoll u għalhekk infetaħ ċimiterju ieħor għal-Lhud fil-Marsa.", "Jidher li biż-żmien dan il-post intesa, tant li llum ftit li xejn jiġu jżuruh filwaqt li eżatt miegħu ttella' bini kbir li kompla jisraq mill-karattru tas-sit.", "Xorta waħda, kif qed tara, kemm dan iċ-ċimiterju tal-Lhud u anki ċ-ċimiterju prinċipali f'Ta' Braxia, qed jinżammu fl-aħjar stat possibbli permezz tal-għajnuna imprezzabbli tal-voluntiera, li mingħajrha bla dubju, dawn il-postijiet ma jkunux daqstant miżmuma.\"", "Bqajt indur għal ftit ħin ieħor waħdi fiċ-ċimiterju prinċipali sabiex nosserva, niġbed ir-ritratti u nifhem aktar dik l-informazzjoni li kont għadni kif ġbart.", "Fosthom, biswit xi", "lapidi tal-oqbra fuq in-naħa ta' wara taċ-ċimiterju, innutajt parti minn ħajt imwaqqgħa li ċertament ikerraħ dal-post li jixraqlu ħafna aktar dinjità.", "Tgħaġġibni dil-ħelwa Malta tiegħi kemm kapaċi tissorprendini kull darba.", "U kważi nitnikket meta nintebaħ li tant hawn postijiet u ġrajjiet li ma nafx bihom, li ħajja waħda mhux ser isservini biżżejjed biex niskoprihom kollha!", "Almenu qalbi tistrieħ meta nifhem li permezz ta' dawn l-artikli nista' naqsam dan it-tagħrif magħkom bit-tama li nqanqal l-imħabba u l-kilba għal aktar għarfien fostkhom, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ tagħna li għad xi darba jkomplu warajna.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-27 ta' Novembru 2011)", "ċimiterju", "ċimiterju tal-Lhud", "Din l-Art Ħelwa", "John Mizzi", "Lord Moynihan", "Maġġur Anthony Camilleri", "prinċipessa", "Sur tal-Kwarantina", "Ta' Braxia", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MEMORJI STORIĊI F'TA' BRAXIA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/04/pont-mac-cina-il-hames-parti-btislima/", "text": ["PONT MAĊ-ĊINA – IL-ĦAMES PARTI – B'tislima", "Fil-5 t'April 2014, rappreżentanti mill-Ambaxxata taċ-Ċina f'Malta u numru oħra ta' persuni Ċiniżi, ngħaqdu ma' xi individwi Maltin, fosthom mal-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, mas-Sindku ta' Santa Luċija, Frederick Cutajar u ma' membri tal-Malta-China Friendship Society, sabiex jattendu għal ċerimonja ta' tifkira taż-żewġ ħaddiema Ċiniżi li tilfu ħajjithom f'pajjiżna fl-1979.", "Dawn iż-żewġ ħaddiema kienu jiffurmaw parti minn mijiet ta' Ċiniżi li ntbagħtu mill-gvern tagħhom f'pajjiżna, sabiex jgħinu fil-kostruzzjoni tad-Dry Dock numru 6, jew kif inhu magħruf illum, ir-Red China Dock.", "Dan sar wara ftehim fis-sebgħinijiet bejn iċ-Ċina u Malta, fejn iċ-Ċina qablet li tagħti daqqa t'id lill-gżejjer tagħna li kienu għadhom qed jirkupraw biex ikabbru l-ekonomija tagħhom.", "Iż-żewġ ħaddiema Ċiniżi li tilfu ħajjithom f'Malta", "Sfortunatament, Xu Huizhong, inġinier Ċiniż ta' 47 sena, tilef ħajtu traġikament fis-16 ta' Marzu 1979 waqt li kien qed jaqdi dmiru fil-bini tal-baċir.", "Huwa ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika fit-23 t'April 1979.", "Min-naħa l-oħra, l-inġinier Gu Yanzhao, miet b'kawża naturali fl-età ta' 46 sena, waqt li hu wkoll kien qed jaħdem fl-istess baċir.", "Kienu l-familjari tagħhom stess li għażlu li dawn iż-żewġ ħaddiema jindifnu f'Malta sabiex b'hekk huma jsibu l-mistrieħ u l-paċi fil-pajjiż li ħadmu għalih.", "Il-familjari xtaqu wkoll li permezz ta' din id-deċiżjoni, dawn l-għeżież tagħhom ikunu 'preżenti' meta l-proġett jitlesta u li l-quddiem, in-nies tal-lokal jibqgħu jiftakruhom b'rispett.", "Fi kliem il-Ministru Scicluna, \"M'hemmx sinjal akbar ta' ħbiberija minn dik li tagħti ħajtek biex tgħin lil pajjiż ieħor.\"", "U hekk kif bħalissa, permezz ta' dawn l-artikli, qiegħda kull ma mmur nersaq u ninġibed aktar lejn iċ-Ċina u lejn niesha, ma stajtx inħalli dan il-mument jgħaddi mingħajr ma nistħarreġ aktar din l-istorja u dak kollu li bsart li se ġġib magħha....", "It-tradizzjoni antika taċ-Qingming Festival", "Bdejt billi żort il-qabar ta' dawn iż-żewġ ħaddiema Ċiniżi li jinsab fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Miegħi ħadt bukkett fjuri sabiħ ikkulurit biex nuri sinjal ta' rispett u mħabba.", "Iżda hekk kif wasalt quddiem il-qabar, mill-ewwel intbaħt li kont erġajt missejt ma' xi aspett ieħor tal-kultura Ċiniża, hekk kif il-fjuri kollha li kienu tħallew qabel waqt iċ-ċerimonja msemmija, kienu ta' lewn abjad u isfar.", "Mort mill-ewwel lura d-dar sabiex nifhem aħjar x'kien qed jiġri u sibt li din il-funzjoni annwali kienet tagħmel parti minn tradizzjoni antika Ċiniża magħrufa bħala Qingming Festival.", "Sabiex jgħinuni nifhem aktar dan il-kunċett, din il-ġimgħa ltqajt ma' Qiu Guangling u ma' l-assistent tagħha, Shi Qidong, ġewwa l-Ambaxxata taċ-Ċina f'Malta.", "Huma infurmawni li dan il-festival jifforma parti mill-24 aspett tal-kalendarju lunari Ċiniż fejn fosthom matulu jiġu ċċelebrati l-bidu tar-Rebbiegħa, u t-tifkira tal-antenati u tal-mejtin.", "Hemm min jirreferi għal dan il-Festival bħala 'Pure Brightness Day' jew inkella 'Tomb-Sweeping Festival' u dan dejjem jaħbat madwar il-5 t'April.", "Il-leġġenda ta' Jie Zitui", "Iċ-Qingming Festival sikwit jiġi assoċċjat ma' Jie Zitui li fis-7 seklu Q.K. kien jgħix fil-provinċja ta' Shanxi.", "Jingħad li hu kien wieħed mill-ftit uffiċċjali li segwa lill-Chong Er, it-tifel tad-Duka ta' Jin, meta dan kellu jħalli l-pajjiż minħabba nkwiet kbir li nqala'.", "Chong Er għex għal 19 il-sena fl-eżilju u s-sitwazzjoni li kien jgħix fiha tant kienet miżerabbli, li finalment abbandunah kulħadd, apparti ħames individwi, fosthom Jie Zitui.", "Dan l-uffiċċjal tant kien jirrispetta lill-kap tiegħu li meta darba minnhom Chong Er kien qed imut bil-ġuħ, huwa qata' parti minn kuxxtejh u sajjarhielu ħalli dan ikun jista' jistejqer b'laħmu.", "Intant, ġie żmien meta Chong Er irnexxielu jerġa' jirbaħ it-tron li kien jistħoqqlu u huwa reġa' lura lejn Jin bħala mexxej.", "Miegħu huwa ħa lill-uffiċċjali li kienu baqgħu leali lejh fi żmien tant imwiegħer u lil dawn tahom it-titlu ta' nobbli.", "Imma għal xi raġuni, huwa nesa lil Jie Zitui li ormaj kien invalidu minħabba s-sagrifiċċju li kien għamel għall-kap tiegħu.", "Madanakollu, Chong Er ma damx ma ntebaħ bl-iżball li għamel u għalhekk huwa erħilha lejn il-muntanja Mian biex ifittex lil Jie Zitui, fejn dan kien mar joqgħod m'ommu.", "Iżda Jie Zitui kien sab l-hena fir-rifuġju tan-natura tal-ambjent tal-muntanja u b'xejn ma ried imur lura lejn il-belt.", "Għaldaqstant huwa baqa' mistoħbi bit-tama li Chong Er jaqta' qalbu u jħallih fil-paċi.", "Imma dan ma kellux ikun għax meta l-mexxej baqa' ma sabx lil ħabibu, huwa tant webbes rasu li ried isibu, li ordna li l-foresta tal-muntanja tingħata n-nar ħalli Jie Zitui jiġi sfurzat joħroġ mill-moħba tiegħu.", "In-nar dam jaqbad tliet ijiem sakemm inħarqet il-muntanja kollha u meta n-nies ta' Chong Er marru jfittxu lil Jie Zitui, huma sabuh maħruq flimkien m'ommu.", "Chong Er iddispjaċih ferm għalli ġara u b'rispett lejn dawn iż-żewġ individwi, huwa difinhom ħdejn il-muntanja Mian li bidlilha isimha għal Jie, u fuqha huwa bena tempju għall-memorja tagħhom.", "Bħala tifkira ta' din it-traġedja, huwa ordna wkoll li kull sena, proprju f'dawk it-tliet ijiem, ħadd ma seta' jqabbad nar fid-dar, u l-ikel kellu jittiekel kiesaħ biss.", "Kien hawnhekk li ngħata l-bidu għal 'Hanshi' jew 'Cold Food Festival'.", "Aktar tard, madwar 300 sena ilu, fi żmien id-Dinastija Qing, dan il-Festival twaħħad maċ-Qingming Festival u l-okkażjoni nbidlet f'waħda ta' tikira u sagrifiċċju għall-antenati.", "Illum, il-'Cold Food Festival' jiġi ċċelebrat ġurnata qabel iċ-Qingming u l-attivitajiet jibqgħu sejrin għal tliet ijiem sħaħ.", "Hekk kif aħna nagħmlu fil-bidu ta' Novembru, meta nżuru ċ-ċimiterji u nuru r-rispett tagħna lejn qrabatna mejtin, fiċ-Ċina dan isir fil-bidu t'April.", "Għadd kbir ta' nies jinġabru fiċ-ċimiterji biex inaddfu l-oqbra, jiżbgħu mill-ġdid il-kalligrafija li jkollhom miktuba fuqhom, jixgħelu l-inċens, u jħallu kriżantemi bojod u sofor, liema fjuri fil-kultura Ċiniża jesprimu s-swied il-qalb u n-niket.", "Barra minn hekk, huma joffru wkoll xi ikel u xorb lill-mejtin tagħhom u wara l-familjari jinġabru fuq il-qabar stess jew fil-ġonna tal-madwar sabiex jieklu dan l-ikel flimkien.", "Ta' min isemmi illi meta jiġi biex jintagħżel sit għad-dfin, fiċ-Ċina jitqabbdu esperti tal-Feng Shui, liema użanza tikkonsisti minn forom ta' arti u xjenza antiki li nħolqu f'dan il-pajjiż madwar 3000 sena ilu.", "L-għan prinċipali tal-Yin House Feng Shui huwa illi permezz ta' għażla għaqlija tal-art fejn jindifnu l-mejtin, l-enerġija tagħhom tiġi mibdula f'enerġija pożittiva sabiex din tiġi riflessa f'riżq għall-familjari.", "Infatti ċ-Ċiniżi jemmnu illi jekk il-mejtin ma jitħallewx jistrieħu fil-paċi f'post li jassiguralhom serenità, il-familjari l-ħajjin isofru l-konsegwenzi.", "L-oqbra imperjali taċ-Ċina", "Dan il-prinċipju dwar l-oqbra ra l-bidu tiegħu meta l-bniedem ħoloq il-kunċett tar-ruħ u b'hekk daħħal ukoll l-idea ta' ħajja oħra wara din.", "Għalhekk matul is-snin insegwu diversi tibdiliet fl-oqbra u dawn iservu bħala mera tal-ideat tas-soċjetà li tkun sawwrithom.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-oqbra bdew kull ma jmur jirraffinaw ruħhom sakemm fil-perjodu ta' wħud mill-aktar dinastiji qawwija, l-oqbra imperjali ħadu s-sura ta' tempji sħaħ bil-ħsieb li l-mexxej seta' jgawdi l-istess ambjent li kien imdorri fih f'ħajtu, anki wara mewtu.", "Il-Musulew tal-imperatur Qin Shi Huang", "Dan il-musulew inbena mill-imperatur Qin Shi Huang fit-3 seklu Q.K. sabiex iservi bħala l-qabar tiegħu.", "Din il-binja enormi kienet waħda minn ta' l-ewwel ta' din ix-xorta, fejn l-ambjent tal-madwar intagħżel apposta sabiex joffri l-atmosfera ġusta għall-imperatur wara li jmut.", "Skont kittieba antiki, oriġinarjament, dan il-musulew kien madwar 120 metru għoli u l-bażi tiegħu kellha qies ta' 2167 metru.", "Diversi siġar u pjanti ġew imħawwla fl-inħawi sabiex isebbħu l-post, filwaqt li nbena lqugħ għall-ilma b'għoli ta' 10 metri u tul ta' 1400 metru ħalli jiġi evitat li l-ilma tax-xmajjar li kienu fil-qrib jgħerrqu l-inħawi.", "Barra minn hekk, inbidel il-kors tax-xmara li kienet tagħti lejn in-nofsinhar ta' dan il-musulew u minflok il-passaġġ tagħha ddawwar fix-xmara Weihe ħalli b'hekk ilmijietha ma jkunux ta' ostaklu.", "Huwa stmat illi ntużaw madwar 12.8 miljun metru kubu ta' art biex biha tissawwar l-art tal-qabar tal-imperatur u ta' xi oqbra oħra fl-istess sit, flimkien mal-kostruzzjoni tal-ilqugħ tal-ilma u tal-istatwi li kellhom jitpoġġew fil-post.", "Barra minn hekk, kien hemm bżonn ukoll 1.2 miljun metru kubu ieħor ta' art sabiex biha jinbena l-qabar tal-imperatur.", "Ta' min isemmi illi dan il-ġebel kollu ġie maqtugħ minn barrieri fil-muntanja Ganquan li kienet tinsab 200 kilometru bogħod mis-sit tal-musulew!", "Għal ġewwa dan il-qabar, l-imperatur Qin Shi Huang, ordna li jitpoġġew ukoll xogħolijiet imprezzabbli artistiċi u ta' sengħa mill-aqwa, fosthom ġojjelli maħduma mid-deheb u l-fidda, tpinġijiet, kitbiet, ħwejjeġ u drappijiet u għadd ta' dekorazzjonijiet oħra.", "Finalment, tant kien hemm ġid ġewwa dan il-musulew li huwa diffiċli biex wieħed jikkalkula kemm dawn setgħu swew ħin, xogħol, ħajjiet, materjal u flejjes.", "Imma ċertament, hekk kif l-imperatur miet u difen kollox miegħu, huwa refa wirt kulturali mill-ifjen għall-ġenerazzjonijiet ta' wara.", "Iżda l-imperatur ried aktar minn hekk bħala akkompanjament għall-vjaġġ tiegħu wara mewtu.", "Infatti biex inbena dan il-qabar, apparti li kienu ntagħżlu l-aqwa nies tas-sengħa, il-kostruzzjoni tiegħu li ħadet snin sħaħ, saret minn bosta kriminali, bdiewa li ma ħallsux it-taxxi, u skjavi.", "U flimkien mat-tiswir ta' qabar l-imperatur, dawn kellhom jibnu wkoll qabar ieħor fuq art li kienet tinsab 1400 metru bogħod, li finalment laqgħet fiha lill-kriminali li ndifnu flimkien mal-imperatur mejjet.", "Infatti, waqt skavi arkeoloġiċi, instab li dan il-qabar kellu medda ta' madwar 1,200 metru kwadru u li kien miżgħud bl-għadam uman.", "Ironikament, għalkemm kien qed ilesti post tant fantastiku għal wara mewtu, dan l-imperatur kien beżgħan ferm mill-mewt u għamel snin sħaħ ifittex il-famuż eliżir tal-ħajja sabiex jakkwista l-font tal-eternità.", "Minħabba li hu kien tirann krudili, saru diversi attentati fuq ħajtu imma dejjem irnexxielu jiskappaha.", "Sakemm darba xortih ħallietu u huwa miet waqt vjaġġ wara li bela' xi pilloli tal-merkurju li suppost kellhom itawwlulu ħajtu!", "L-imperatur Qin Shi Huang tant kien mibgħud li wara mewtu, id-dinastija tiegħu ntemmet fi ftit taż-żmien u l-qabar tiegħu ġie misruq u maħruq aktar minn darba.", "Madanakollu, dan il-musulew tant kien massiċċ illi fis-sena 1974, waqt li xi bdiewa Ċiniżi kienu qed iħaffru bir, huma sfrundaw f'parti oħra li kienet għadha ma ġġarfitx u dak li nstab ħalla lil kulħadd mistagħġeb.", "Grupp ta' arkeoloġisti ntbagħtu minnufih biex jiskavaw u jieħdu ħsieb is-sit fejn fost is-sejba enormi u unika, kien hemm armata kbira ta' suldati tat-terrakotta akkumpanjati minn numru ta' karrijiet biż-żwiemel, kollha b'daqs reali.", "Għalkemm instabu mijiet minn dawn is-suldati li kull wieħed ġie maħdum b'mod individwali u b'fattizzi u pożizzjonijiet differenti, huwa maħsub li b'kollox hemm madwar 8,000.", "Barra minn hekk, jidher li hemm ukoll 130 karru b'520 żiemel, u 150 żiemel tal-kavallerija midfuna f'dan il-musulew.", "Kull sena din is-sejba tiġbed eluf ta' turisti lejn dan il-post.", "U kull meta tittella' xi esebizzjoni f'pajjiżi oħra b'xi wħud minn dawn l-oġġetti li nstabu, din dejjem ikollha ħafna konkorrenza.", "Dan stqarritu wkoll il-Kuratriċi Anzjana tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija f'Malta, Sharon Sultana, meta fl-2007 f'pajjiżna ttelgħet esebizzjoni b'81 artifatt minn dan il-musulew tal-imperatur Qin Shi Huang, li fosthom kienu jinkludu 10 suldati tat-terrakotta u żewġt iżwiemel.", "Tradizzjonijiet oħra li jsiru waqt iċ-Qingming Festival", "Peress li dan il-festival jaħbat ukoll mal-bidu tar-Rebbiegħa, dan hu ż-żmien meta l-bdiewa jibdew jaħartu u jiżirgħu l-art tagħhom.", "Hu wkoll perjodu fejn diversi fjuri sbieħ jibdew isebbħu l-inħawi u għaldaqstant, parti miċ-ċelebrazzjoni tinkludi wkoll mixjiet fil-kampanja.", "Dan huwa wkoll mument fejn bosta żgħażagħ jiltaqgħu flimkien u bosta stejjer ġodda ta' mħabba jibdew proprju f'dawn il-ġranet.", "Bħala tislima ferriħija għall-bidu ta' dan l-istaġun ġdid, is-sema tintela' b'għadd kbir ta' manuċċi (jew tajr) maħdumin b'sengħa mill-aqwa u f'forom diversi u b'hekk dawn il-ġranet jiżżewqu anki b'memorji sbieħ u pożittivi.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa ta' l-20 t'April 2014)", "Edward Scicluna", "kalendarju lunari Ċiniż", "Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika", "oqbra imperjali", "Pont maċ-Ċina"], "category": "blog, literature, culture", "title": "PONT MAĊ-ĊINA – IL-ĦAMES PARTI – B'tislima"} {"url": "https://kliemustorja.com/page/3/", "text": ["Ara wkoll: A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * ...", "Matul is-sekli li għaddew, il-popopolin dejjem kien jistenna b'ħerqa kbira dawk il-ġranet speċjali ta' matul is-sena li fihom kien jista' jiċċelebra xi festa jew oħra.", "Jiem bħal dawn kienu...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* ...", "Ara wkoll: https://kliemustorja.com/s Hekk kif miet, ftit jiem ilu, il-famuż kittieb Sqalli Andrea Camilleri rajna ħafna informazzjoni dwar min kien dan il-bniedem li, forsi l-aktar minħabba kunjomu u l-ambjent Sqalli tiegħu, nikkunsidrawh bħala kważi xi ħadd li jiġi minna l-Maltin.", "Fost bosta informazzjoni li ngħatat, sirt naf li hemm website li tiġbor fiha l-kliem djalettali Sqalli li Camilleri niżżel fil-kotba tiegħu.", "Malajr flejt din il-website,...", "Ara wkoll: A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * ...", "ara wkoll: A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * ...", "Ara wkoll: A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * ...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ..."], "date": "2019-11-16T21:04:40+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/12/20/l-annimali-fil-hsieb-kollettiv-malti/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Il-bniedem dejjem hu predispost biex fi kliemu jirreferi għall-ambjent ta' madwaru meta jiġi biex jipparaguna mġieba u sitwazzjonijiet ta' kull tip.", "Hekk fil-Malti nsibu idjomi, dawk l-espressjonijiet emfatiċi li jagħtu analoġiji xirqa, biex ifissru stat ta' fatt jew karattru ta' xi ħadd, b'xebh kif osservat fl-annimali domestiċi jew selvaġġi, għasafar, ħut jew insetti.", "Barra minn hekk, fl-għerf kollettiv, mgħoddi lilna minn missirijietna, kienu jdeffsu wkoll kull tipi ta' annimali, almenu dawk li jgħixu madwarna, biex bihom jagħtu eżempji ċari ta' x'suppost jew mhux suppost ikun jew irid isir.", "Hawn ser nagħti xi ftit eżempji.", "Nibda l-ewwel biex insemmi xi espressjonijiet u idjomi fejn jissemmew l-annimali bħala paragun", "ANNIMALI DOMESTIĊI", "Ħanqa ta' ħmar – ngħiduha biex infissru għajta, protesta jew talba min xi ħadd, li ħadd ma jagħti kasha.", "Ħmar tela' ma' arblu; xi ħaġa impossibli li saret tabilħaqq, jew inkella suppożizzjoni ta' xi ħaġa li ma tista' ssir qatt.", "Ma raħx b'nemes.", "(Ing.", "), jiġifieri, b'xejn ma seta' jsibu.", "Bniedem makakk; hawn inkunu qed inqabblu l-aġir ta' bniedem ma dak ta' xadina magħrufa għal kemm jilħqilha.", "Għasafar", "Deffes rasu bħall-gallozz – jiġifieri, injora kull ħaġa u nkwiet li hemm madwaru billi ħares in-naħa l-oħra.", "Flok ifaċċa l-problema evitaha.", "Ngħidu, ' X'ser nieklu l-lejla?", "U r-risposta tkun, 'Tgħid mhux il-perniċi !' (tip ta' għaasfur; Ing.", ").", "Din ir-risposta tindika ironija assoluta għax il-laħam tal-perniċi hu laħam bnin u mhux lakemm kont issib tixtrih u tieklu kif ġieb u laħaq.", "Għandi ġuħ daqs nagħma (Ing.", ") Dan l-għasfur mid-dehra jiekol ta' spiss u minn kollox, anki ż-żrar fl-art, u għalhekk hu ipparagunat ma' xi ħadd b'ġuħ kbir.", "Illum jaqaw bid-daqquqa? (riferenza għal dan l-għasfur (Ing.", "li għandu għajta qisha daħka.", "Jgħid daqs tellerita / kalandra / ċawla; dawn kollha għasafar li jsaffru il-ħin kollu mingħajr ma jieqfu.", "Insetti u kreaturi oħra", "Kemm int xidja – ngħiduha għal xi ħadd fitt u li jdejjaq in-nies.", "Ix-xidja hi dik li bl-Ing. jgħidulha", "Fitt daqs dubbiena.", "Ħut", "Qabad miegħu qisu qarnita.", "Mar lura bħal granċ.", "Rieqed daqs bumarin (Ing.", "Ġewwa x-xilep (Ing.", ") – ngħiduha meta il-pjan tagħna jkun irnexxa.", "Annimali tad-dar u tal-irziezet", "Tfal u bhejjem għali dejjem.", "Ġrejt daqs żiemel u bqajt lura daqs ħmar.", "Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.", "Il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.", "Kelb rieqed la tqajmux.", "Għal kull għadma hawn mitt kelb.", "Għalhekk il-baqra tinbiegħ kollha, min irid rasha min irid denbha.", "Meta s-sħana tagħmel bina, in-nagħġa s-suf tagħtina.", "Ħanżir taqtgħalu denbu ħanżir jibqa'.", "Kieku kull min għandu leħja raġel, kieku l-bodbod missier l-irġiel.", "Il-ħmura ta' filgħaxija lesti d-debba (jew iż-żwiemel) għat-tiġrija.", "Il-gendus jintrabat minn qrunu u r-raġel minn kelmtu.", "Dur, dur, dur madwar in-nassa, fl-aħħar il-ġurdien jidħol fl-ingassa.", "Biex tneħħi l-għanqbut trid toqtol il-brimba.", "Għasafar", "Aħjar għasfur f'idek milli mija fl-ajru.", "Jekk inti ċawla tipprovax tagħmila ta' ajkla.", "Fid-Duluri tmur il-bilbla u tiġi l-alwetta -jiġifieri, għal żmien il-Għid, ix-xitwa tgħib u tidħol minflok irebbiegħa.", "Fejn hemm il-għasel jersaq id-dubbien.", "Bħat-tiġieġa tal-furmarija, (is-Sagra Infermerija – l-isptar tal-Ordni ta' San Ġwann) jekk ma jmisshiex filgħodu, jmissha filgħaxija.", "Dan il-qawl jindika li kull bniedem għandu jgħaddi mill-istess destin, jiġifieri li xi darba jew oħra irid imut.", "Bir-raġel tiġieġa u bil-mara serduq, id-dar tinqalb ta' taħt fuq.", "Ħut", "Sargu xiħ b'gamblu jintenn taqbdu.", "Aħjar mara ta' baħri milli raġel li jistad għal kaħli – wieħed impjegat fis-sod jaqlagħha aktar minn dak li xogħlu jiddependi min-natura.", "Xortiha ħażina l-makkuwa, jekk titla' 'l fuq u tikolha l-gawwija.", "Meta tidħol il-qorti int tiekol sardina u l-avukat jiekol gallina (tip ta' għasfur).", "Naturlament hemm aktar idjomi u qwiel milli li semmejt h", ".", "Forsi taf tgħidli aktar int.", "Biex issib aktar kliem u espressjonijiet relatati mal-istorja u l-kultura ta' Malta idħol hawn....", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-12-20T17:05:36+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-Annimali fil-Ħsieb Kollettiv Malti"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/12/15/il-milied-fil-folklor-malti/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "L-Oriġini tal-kommemorazzjoni", "Il-kommemorazzjoni tal-Milied tmur lura sas-sena 333 W.K. minn meta Elena, omm l-Imperatur Konstantinu, l-ewwel imperatur Nisrani, bniet il-bażilika f'Betleħem, fuq l-għar fejn kien maħsub li twieled Ġesù.", "Kien f'dan iż-żmien ukoll li l-25 u ta' Diċembru kien stabbilit bħala l-jum meta twieled Ġesù Kristu.", "Sekli wara, fis-sena 1223, San Franġisk ħoloq l-ewwel presepju b'nies u annimali ta' vera, ġewwa għar fi Greccio, l-Italja.", "Dan għamlu għax kien ispirat minn dak li ra ħames snin qabel meta kien għamel pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.", "Biż-żmien, l-idea li jinbena presepju biex jitfakkar il-Milied infirxet mal-Italja kollha, l-aktar f'Napli u f'Ġenovau wara f'pajjiżi oħra.", "Il-Presepju f'Malta", "Id-devozzjoni lejn it-Twelid ta' Ġesù daħlet Malta matul dawn l-aħħar sitt mitt sena, l-ewwel mal-Ordnijiet reliġjużi li bdew jistabbilixxu ruħom sew fil-gżejjer Maltin, imbagħad minħabba l-komunikazzjoni kummerċjali, bejn Malta u l-Italja.", "Fost l-eqdem presepji f'Malta, jissemma wieħed li kien għand il-patrijiet Dumnikani tar-Rabat fis-sena 1617.", "F'nofs is-seklu tmintax kien hemm ċertu Saverio Laferla, barbier, li kien magħruf sew għal presepji li kien jagħmel.", "Fl-1870 kien inħadem presepju magħruf għax kien mekkanizzat, fid-dar ta' ċertu Muscat Fenech, f'Ħal Qormi.", "Bħal festi oħra, il-Milied jitfakkar b'funzjonijiet liturġiċi fil-knejjes, kif ukoll b'mod ta' ferħ fid-djar u fit-toroq.", "Mill-1921, Dun (San) Ġorġ Preca kien beda t-tradizzjoni li t-tfal u s-soċji tal-Mużew (illum imsejħa, is-Soċjetà tad-Dutrina), joħorġu fit-toroq u jagħmlu purċissjoni bl-istatwa tal-Bambin Ġesù.", "Dawn l-istess soċji kienu bdew anki jaħdmu l-presepji huma stess biex jingħataw bħala rigal tal-Milied lit-tfal li huma kienu jgħallmu.", "Din it-tradizzjoni għadha ħajja sal-lum.", "Fl-antik, id-daqqaqa taż-żaqq, tal-flejguta, tal-żafżafa u tat-tamburlin kienu jinġabru billejl biex iduru t-toroq tal-lokalità u jagħtu pjaċir lin-nies bid-daqq tagħhom.", "Imbagħad kienu jkomplu mexjin waqt li jdoqqu sa fejn il-knisja tal-parroċċa biex wara jisimgħu l-quddiesa ta' nofs illejl.", "Ikel tal-Milied", "L-ikel tradizzjonali tal-Milied hu magħruf sew.", "Il-qagħaq tal-qastanija, li wara kollox hu magħmul mill-għasel u mhux mill-qastan, kien u għadu ikel popolari ħafna fi' żmien il-Milied.", "L-imbuljuta, hi tip ta' soppa magħquda bil-qastan mgħolli, li kienet tissajjar l-aktar għal dawn iż-żminijiet.", "Ma' dawn daħlu fi żmien l-Ingliżi l-", "u ikel ieħor Ewropew jew Amerikan bħad-dundjan.", "Biss fl-antik, l-ikel li kien l-aktar popolari mal-Maltin fi żmien il-Milied kien il-ħaruf jew xi ħasi.", "It-tnejn kienu meqjusa bħala ikla abbundanti aktar milli normalment kien jittiekel matul il-bqija tas-sena.", "Qwiel", "Insibu bosta qwiel relatati mal-Milied, bħal per eżempju, 'Bejn il-Qala (Il-Kunċizzjoni tal-Qala) u l-Milied arfa' l-moħriet minn ħalq il-wied; jew, f'San Martin (11 ta' Novembru) inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh; fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews; Il-Milied taż-żina, il-Għid tal-kċina – jiġifieri skont it-tbassir folkloristiku, jekk fil-Milied jagħmel temp sabiħ, it-temp tal-Għid jkun temp ikrah.", "Mal-qwiel agrikoli wieħed jista' jżid ukoll l-użanza superstizzjuża tal-Irwiegel.", "Il-bdiewa kienu jittantaw ibassru t-temp għas-sena l-ġdida, fiż-żmien ta' qabel il-Milied.", "Biex jagħmlu dan kienu ta' kuljum jagħtu kas it-temp ta' bejn it-13 ta' Diċembru sa lejlet il-Milied, u mbagħad iqabbluh max-xhur tas-sena li jmiss.", "Hekk per eżempju, kienu jirraġunaw illi jekk fl-ewwel jum tal-Irwiegel, (13 ta' Diċembru), tagħmel ix-xita, dan kien ifisseer li f'Jannar, bħala l-ewwel xahar tas-sena, it-temp kien se jkun temp xitwi wkoll.", "L-istess, jekk fl-erbatax ta' Diċembru, it-tieni jum tal-Irwiegel, it-temp kien ikun bnazzi, dan kellu jfisser, li t-tieni xahar tas-sena, it-temp kien ser ikun nieqes mix-xita.", "Bl-istess mod kien issir it-tbassir fuq kull xahar tas-sena li tkun dieħla.", "Is-superstizzjonijiet ma jiqfux hawn.", "Dari kien hemm il-biża' wkoll illi jekk tarbija titwieled f'jum il-Milied, din kienet f'periklu ta' magħmul.", "Dan għaliex kienu jemmnu illi Ġesù ma kienx irid li xi ħadd jitwieled fil-jum li jfakkar it-twelid tiegħu.", "Meta dan iseħħ, it-tarbija li titwieled f'dan il-jum kienet kull sena f'lejlet il-Milied, tinbidel f'esseru magħruf bħala l-Gagaw.", "Mhux talli hekk, talli, bħala kastig, matul il-lejl tal-Milied, din il-persuna, kien ikollha toqgħod tgħodd it-toqob kollha tal-għarbiel !", "Sawm u tradizzjonijiet aktar riċenti", "Ftit jafu, jew jiftakru, li sa nofs is-seklu għoxrin wieħed ma kienx jista' jiekol ikel f'lejlet il-Milied.", "Dan għaliex, bħal f'ħafna festi importanti oħra, lejlet il-Milied kien jitqies vġili.", "L-ikel seta' jittiekel biss f'jum il-Milied wara l-quddiesa ta' nofs il-lejl u darbtejn oħra matul il-jum.", "Minn l-aħħar tas-seklu dsatax 'il hawn, it-tradizzjonijijet qalbu aktar lejn id-drawwiet li ġabu magħhom l-Ingliżi f'Malta.", "Daħlet anki l-", ".", "Kien fl-1955, li l-gvern Malti beda jħawwel is-siġar tal-Milied fir-rawndebawts tal-gżejjer Maltin.", "Ma' dawn bdew jiżdiedu ħafna dekorazzjonijiet tad-dawl oħra fit-toroq u fil-ħwienet kif ukoll mal-faċċati tad-djar.", "Il-moda tinbidel.", "Xi żmien ilu bdejna anki naraw xi Santa Klaws imdendel ma' xi gallarija, għalkemm issa dawn bdew jonqsu.", "U hekk xieraq, għax ngħiduha kif inhi ...", "Kemm iddum tiela' u nieżel mal-gallarija,", "Fl-aħħar, xi ħadd se jsejjaħ il-pulizija !", "Diċembru 2019", "Ara aktar artikli dwar il-kultura u l-istorja ta' Malta billi tikklikja hawn:", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2019-12-15T18:35:47+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Il-Milied fil-folklor Malti"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/11/30/humour-in-maltese-proverbs/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "ħ żomm fih'", "mur obsor ħej", "Aħrab l-iff, il-puff u l-jaqq għax iġibu wġiegħ ta' żaqq", "żaqq", "Dana xogħol ta' ħorrox borrox, imma ż-żebgħa u l-istokk jgħattu kollox", "ħorrox borrox", "Ħobż u basal, u strieħ x'ħin tasal", "Ħares lejn snieni u eħlisni kmieni", "Ir-raġel tiġieġa, il-mara serduq, id-dar tinqaleb ta' taħt fuq", "Mil-lumi tieħu l-luminata u miċ-ċuċ tieħu ċuċata", "Biex il-fqir jara xi faraġ, il-fekruna trid titla' t-taraġ", "faraġ", "taraġ", "la tgħannaq u", "lanqas tbus", "Għal ħwietem u", "jgħollu", "dbielet", "Jekk ir-raġel jikxef karusu, il-mara tieħdu għal flusu", "Għall-", "qamar", "musbieħ, u l-basal tuffieħ", "qamar", "musbieħ", "tuffieħ", "Bassa daħka – fiswa ġlied", "Dak li ma joħrox mill-fomm joħroġ mis-sorm", "Sorm li qatt ma ra qalziet,kif żanżnu ħara fih", "B'riħ jew rifnu, minn hawn ilkoll għandna nsifru", "Kul u tpaxxa għax minn hawn għal ġol-kaxxa", "Imut il-għani, imut il-fqir, u t-tnejn għal ġewwa l-bir", "ħarja għal ġid", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2019-11-30T08:04:09+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Humour in Maltese Proverbs"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/01/03/l-istrina-mill-milied-sal-epifanija/", "text": ["https://kliemustorja.com/a", "Tradizzjoniiet relatati mal-Milied u l-ewwel tas-sena hemm bosta, fosthom dik tal-istrina.", "Il-kelma strina ġejja mill-Isqalli,", ", u mit-Taljan,", ".", "Dan jurina li din it-tradizzjoni, fejn it-tfal jingħataw rigal insibuha mhux biss f'Malta Iżda pjuttost wiritniha minn Sqallija u l-Italja.", "Skont Giuseppe Pitré, l-etnologu rinomat Sqalli, l-istrina hi użanza li tmur lura sa minn żmien ir-Rumani, meta kienu jiċċelebraw il-festi tas-Saturnalja, (22 – 25 ta' Diċembru) jiem meqjusa bħala l-aħħar jiem tas-sena u l-bidu tas-sena l-ġdida.", "Dawn kienu jiem iddedikati lill-alla Strenia, l-alla Rumana tal-Bosk Sagru, tan-natura, tal-annimali u tal-qamar.", "Dak iż-żmien, in-nies kienu jqassmu friegħi tar-rant jew taż-żebbuġ lil xulxin bħala awgurju għal sena ġdida b'riżq u abbundanza.", "Biż-żmien, din it-tradizzjoni ċċaqalqet lejn l-ewwel ta' Jannar.", "Fi Sqallija it-tradizzjoni tal-istrina hi assoċjata mar-rigali li tfal jirċievu mingħand mara xiħa, magħrufa bħala", ".", "Nafu li anki fl-Italja dan it-twemmin hu simili, biss, hawn din ix-xwejħa hi magħrufa bħala", "Din ukoll hi mara xiħa u kera, li żżur id-djar biex tqassam il-ħelu, fis-6 ta' Jannar, appuntu fl-Epifanija, il-festa li minnha din il-mara ħadet isimha.", "Skont l-għajdut popolari, din iddur id-djar billi ttir minn post għall-ieħor fuq xkupa.", "Fl-Italja, It-tfal iħobbuha u fl-istess ħin jibżgħu minnha għaliex jekk ma jġibux ruhhom sew matul is-sena, flok ħelu dawn jirċievu biss xi biċċa faħma.", "F'Malta, it-tradizzjoni tal-istrina tissemma min Agius de Soldanis fid-", ", (1750 – 1767), l-awtur tad-dizzjunarju Malti, li kien il-librar tal-Ordni ta' San Ġwann.", "Hu jgħid hekk: '...", "F'Malta u Għawdex l-istrina ma kienetx biss l-att fejn il-kbar jagħtu rigal lit-tfal.", "Kien isir aktar minn hekk.", "Kien ikun hemm ukoll xi żgħażagħ li kienu jaraw kif idabbru xi rigali, x'aktarx ikel jew flus, billi jagħmlu dik li tissejjaħ il-Qarinża (jew Qarinza).", "Din kienet bħal teatrin tat-triq li dawn iż-żgħażagħ kienu jirreċtaw bl-akbar żufjett.", "Dawn iż-żgħażagħ kienu jinġabru fis-siegħat bikrin ta' filgħodu tal-ewwel tas-sena biex jieklu jixorbu u jdoqqu xi strument.", "Waqt dan it-tbaħrit kienu jagħżlu wieħed minnhom biex jagħmilha ta' bniedem mejjet.", "B'mod ritwali u simboliku dawn kienu taparsi jqattgħu l-'ġisem mejjet' ta' siħibhom u jofffru l-biċċiet ta' ġismu lill-erwieħ, daqs li kieku dan il-[isem kien tas-sena li issa mietet.", "Mikiel Anton Vassalli jgħid fid-dizzjunarju tiegħu", ", (1796) li fi żmienu il-qarinża bil-kemm kienet għadha ssir, biss jgħid li sa għoxrin sena qabel kienet għadha popolari.", "Jgħid ukoll illi gruppi ta' żgħażagħ kienu jħabbtu l-bibien tan-nies benestanti.", "Min kien jagħtihom xi ħaġa kienu jfaħħruhom mogħla s-sema, u jiżbgħulhom l-għatba talbieb bil-ġir bajdani, sinjal ta' awgurju għas-sena l-ġdida b'riżq, biss min ma kien jagħtihom xejn kienu jgħajruhom, u flok jiżbgħulhom l-għatba bil-ġir, kienu jitfgħulhom il-faħam u t-trab iswed fuq l-għatba.", "Xorta waħda, b'xi mod jew ieħor din l-użanza baqgħet isseħħ anki sal-bidu tas-seklu għoxrin.", "Dan jiddokumentah Annibale Preca fl-1904.", "Għalkemm fi żmienu, flok li kien jinġarr il-ġisem ta' xi ħadd minn sħabu, kien jinġarru żewġ trajbi li jirrappreżentaw raġel u mara, u kienu jduru bihom fit-toroq tar-raħal.", "Minn ħin għall-ieħor kienu jieqfu quddiem id-djar tan-nies u jittalbu għal xi rigali, l-aktar ikel.", "Hekk kif ir-rigal jingħata, dawn ukoll kienu jiżbgħu l-għatba tal-bieb bil-ġir, għax l-abjad kien sinjal ta' ferħ u awgurju.", "Cassar Pullicino fil-ktieb tiegħu,", "jgħid li t-tiċpis tal-għetiebi bil-ġir baqa' jseħħ anki sa ftit snin wara t-tieni Gwerra Dinjija.", "Kien anki jsir kant li fost affarijiet oħra kellu din ir-rima:", "Ġejna tal-Qarinża wara biebek Agħtina minn dak li għandek Is-Sena t-Tajba u l-għatba mbajda!", "Bajjadhielek is-Sultan, Issa hu jrid xi ħaġa Imur jagħtiha 'l dawk it-tfal", "Ta' min wieħed jgħid li anki fi Sqallija ta' dari, gruppi ta' tfal kienu jduru bieb bieb jittallbu għall-ikel jew flus waqt li kienu jdoqqu xi strument.", "F'Malta u Għawdex l-usanza tal-istrina, aktar milli intesit, hi injorata.", "Tista' tgħid li llum ir-rigali li jingħataw lit-tfal, kollha jingħataw fil-Milied.", "Min ma jagħmilx hekk għax ma jistax, jagħti r-rigali f'jiem oħra qrib il-Milied.", "Il-festeġġjament tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena (u llum anki dawk tal-Aħħar tas-Sena!) jagħlqu uffiċjalment fis-sitta ta' Jannar, jiġifieri, fl-Epifanija.", "Mhux għax dakinhar isir xi ċelebrazzjoni partikulari.", "Biss minn għandu għall-qalbu l-ispiritwalità tal-ġrajjiet marbuta mal-Milied dan għandu għax jimmedita fis-solennità dwar it-tifsira vera tal-Epifanija.", "Oriġinarjament, il-festa tal-Epifanija kienet tikkommemora erba' episodji mill-Vanġelu.", "L-ewwel u l-aktar importanti hu l-episodju tal-Magħmudija ta' Kristu; it-tieni il-Miraklu ta' Kana; it-tielet it-Twelid ta' Kristu, u r-raba' iż-Żjara tat-Tliet Għorrief (nafuha aktar bħala ż-Żjara tas-Slaten Maġi) li dawn għamlu lit-Tarbija xi żmien wara li twieldet.", "L-istorja tat-Tliet Għorrief li ġabu magħhom ir-rigali, u l-episodji l-oħra imsemmija hawn, juruna b'mod emfatiku li Alla sar Bniedem u għaldaqstant dawn jitfgħu dawl ta' twemmin ġdid.", "Intant, il-kelma Epifanija ġejja mill-Grieg ἐπιφάνεια,", "epipháneia", "u tfisser, il-Manifestazzjoni, jew, id-Dehra.", "Għal bosta Nsara din il-festa u dan il-jum għandhom sinjifikat bħala l-bidu tal-liturġija l-ġdida.", "Għalina l-Maltin, dan il-jum iffisser biss li żmien il-festi tal-Milied issa waslu fit-tmiemhom u li issa hu l-waqt li jiżżarmaw t-tiżjin u x-xinxilli kollha.", "Intant hawn taħt qiegħed nġib ritratt ta' kitba li dehret fil-perijodiku,", "Ġaħan", "tat-28 ta' Diċembru tal-1846.", "F'din it-taqbila ħelwa fuq il-faċċata tal-fuljett, l-awtur-editur juri b'mod umoristiku t-tifsira tal-Istrina għal żmienu.", "Għalina li qed ngħixu fis-seklu wieħed u għoxrin, din il-poeżija tagħtina ħjiel tal-ħsibijiet tal-awtur u x'kienet tistenna s-soċjetà ta' żmienu mill-Istrina.", "Sorsi li rriċerkajt:", "Vassalli Mikiel Anton"], "date": "2020-01-03T23:42:00+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-ISTRINA – mill-Milied sal-Epifanija"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/01/10/historical-events-that-occurred-in-january-of-past-centuries/", "text": ["https://kliemustorja.com/a", "Piazza San Giorgio", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2020-01-10T17:17:21+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "HISTORICAL EVENTS that occurred in JANUARY of past centuries"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/12/28/ikel-malti-tal-qedem-xi-hsibijiet/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Il-bniedem jgħix skont l-ambjent u l-ikel li jsib madwaru.", "Biex jgħix f'saħħtu żgur għandu bżonn mill-inqas, sors permanenti ta' ilma u ikel varjat li joffri n-nutrienti bżonnjużi għas-saħħa tal-ġisem.", "Nafu mis-sejbiet preistoriċi li l-ewwel abitanti tal-gżejjer Maltin kienu aktar minn kollox bdiewa u għaldsaqstant setgħu jieklu minn dak li kienu jiżirgħu, jkabbru u jaħsdu.", "Dan nafuh mis-sejbiet ta' żerriegħa ta' ċereali bħal-qamħ, għads u xgħir.", "Imbagħad bosta ikel ieħor kien jiġi minn pjanti slavaġġ li xi wħud minnhom kienu tajba għall-ikel.", "Fis-siti preistoriċi instabu wkoll għadam ta' annimali tal-irziezet kif ukoll ir-raffigurazzjoni tagħhom imnaqqxa fil-ġebel jew fil-fuħħar.", "Il-laħam tal-mogħoż nagħaġ, u baqar, u l-ħalib tagħhom kien jipprovdi l-proteini u l-vitamini meħtieġa.", "Ma' dawn bla dubju ta' xejn kien hemm kwantitajiet ta' frott li jikber fil-klima Mediterranja.", "Intant, ta' min wieħed jinnota li tlieta mill-ġżejjer Maltin huma msemmija għal prodotti ta' l-ikel.", "Hekk jingħad li l-isem ta' Malta ġej mil-Latin,", ", li jfisser għasel, li għadu sal-lum jispikka fit-tjubija tiegħu.", "Kemmuna hi msemmija għall-kemmun u Filfla għal felfel, tip ta' bżar.", "Prodott agrikolu ieħor hu ż-żebbuġ u hawn mill-inqas erba' postijiet imsemmija għal din il-frotta: Ħaż-Żebbuġ, iż-Żebbuġ ta' Għawdex, Birżebbuġa u ż-Żejtun.", "F'pajjiż semi-aridu u sħun bħal Malta, fejn ix-xita qatt ma hi biżżejjed il-bidwi irid isaqqi regolarment dak li jiżra, u għalhekk matul is-sekli għażel ħamrija għammiela fejni qribha kien hemm xi nixxiegħa jew għajn tal-ilma.", "Artijiet b'ismijiet bħal Fawwara, Wied il-Għajn u l-Imġarr jindikaw li hawn jinstab kwantità ta' ilma, aktar minn postijiet oħra fejn il-bidwi seta' jaħdem l-art u jkollu ħsad aħjar minn imkejjen oħra, għax l-ilma ġej mill-għoljiet.", "Jingħad li kienu l-Għarab li introduċew l-irrigazzjoni b'mod li setgħu jitkabbru l-ħejjex u l-frott.", "L-istoriċi jemmnu li bosta frott, bħall-lumi u l-larinġ, ġabuh huma mill-Indja.", "Jekk wieħed jara l-ismijiet tal-ħxejjex u l-frott li jikber f'Malta, jinnota li dawn ġejjin mill-Għarbi u għalhekk għandna nassumu li dawn il-ħxejjex kienu diġa' jittkabbru u jittieklu daqs elf sena ilu.", "Insemmu xi ftit minnhom:", "Brunġiel, il-qara' bagħli, il-qara' aħmar, qara' twil, il-qaqoċċ, il-berquq u t-tin.", "Insibu li ismijiet ta' ħxejjex u frott huma simili għal dawk ta' Sqallija.", "Ma ninsewx li l-Għarab li ħakmu lill-Malta ġew minn Sqallija u mhux direttament mill-Afrika ta' Fuq.", "Eż. ta' ismijiet Sqallin:", "Malti Sqalli Taljan Qaqoċċ Cacoccila Carciofo Kannamiela Cannameli Canna di zucchero Ċirasa Cirasa Cigliega Lumija Lumia Limone Żabbara Zabbara Agave", "Għandna nifhmu li f'Malta ta' żmien l-Għarab, jiġifieri, minn 870 sas-seklu tnax W.K. (jekk mhux anki sas-seklu tlettax), dawn il-ħakkiema u eluf ta' Maltin li qalbu għall-Islam imxew mat-twemmin tagħhom bl-aktar mod rigoruż, u għalhekk la kienu jixorbu inbid u lanqas jieklu l-laħam tal-ħanżir.", "Nistgħu ngħidu li bosta Maltin li kienu wkoll baħħara u sajjieda kienu jieklu l-ħut u l-frott tal-baħar.", "Wara kollox il-gżejjer Maltin huma mdawra bil-baħar li joffri sors ta' nutriment bżonjuż, l-aktar matul l-istaġuni meta il-prodotti agrikoli ma kienux abbundanti.", "Il-ħut maqbud ried jittiekel minnufih u għaldaqstant kienu dawk li jgħixu qrib ix-xtut l-aktar li kienu jieklu l-ħut u frott tal-baħar.", "Ta' min wieħed jinnota li bosta ismijiet tal-ħut jixxiebhu ma' dawk ta' Sqallija.", "Ninnutaw li l-isem ta' dan il-ħut li ser naraw hawn taħt, bl-Isqalli hu eqreb lejn dak Malti milli lejnl-isem li jikkorrispondi miegħu t-Taljan.", "Dan iffisser li kien hemm kommunikazzjoni frekwenti bejn is-sajjieda u baħħara Maltin u dawk Sqallin.", "Fost dawn il-ħut insibu:", "Malti Sqalli Taljan Anċjovi Anciova Acciuga jew Alice Broma Abbroma/ Bromu Medusa Budaqq Buddaci Bodaccia Ċervjola Cirviola Leccia, Saltaleone Dott Dottu Cerniola Fanfru Fanfaru, fanfano, Pampano Lampuka Lampuca, Lampuga, Pesce dorato Mazzun Mazzuni Ghiozzo Mulett Mulettu Cefalo Siċċa Siccia Sepia Traċna Tracina Raganella Vopa Uopa Boga", "Matul is-sekli, il-kwantità u l-kwalità tal-ikel baqgħu l-istess.", "Fl-antik meta l-parti l-kbira tal-poplu kienet dejjem bil-ġuħ xejn ma kien jintrema'.", "Dak li jifdal mill-ikel ried iservi jew biex jitimgħu l-annimali jew inkella kien jittiekel l-għada.", "Biex tiekol sustanzjuż kont trid taħseb għar-rasek u tkabbar il-ħxejjex f'biċċa roqgħa art li ssib u li tkun taħt għajnejk, u żżomm xi ftit tiġieġ u fniek fil-bitħa jew razzett biex dawn jagħtuk il-laħam.", "In-nies li kienu jgħixu madwar il-Port kienu jbatu l-ġuħ aktar minn dawk tal-irħula għax dawn kienu jiddependu għall-ikel mix-xiri skont id-dħul finanzjarju tagħhom.", "Biss jidher li xi wħud tal-ibliet kienu jżommu t-tjur fil-bitħa jew fuq il-bejt.", "Tant hu hekk illi hemm dokumenti li juru li bosta familji fl-inħawi tal-Port kienu, almenu fi żmien l-Ingliżi, ibigħu l-bajd miż-żejjed li kellhom lill-baħħara ta' fuq il-bastimenti.", "L-għażla tal-ikel kienet dejjem iddettata minn dawk il-ħxejjex u l-frott li jitkabbru fl-istaġun tagħhom u fiż-żmien li dawn jimmaturaw.", "Bosta minn dawn il-prodotti kienu jittieklu mill-ewwel qabel ma jitħassru.", "Sakemm kienet ivvintata l-friġġ, l-ikel kien irid ikun ikkonservat jew bil-melħ jew jitqaded bl-arja u bix-xemx.Imbgħad kien hemm l-ikel skont iż-żmien qrib xi festa jew oħra.", "Biss, lejliet il-festa kien dejjem vġili, jiġifieri ma kienx jiswa ikel lusuż.", "Naraw li minkejja n-nuqqas tal-ikel kien hawn bosta ġranet fil-ġimgħa u perijodi matul is-sena meta l-laħam, il-ħelu u l-ħalib ma kienux jistgħu jittieklu.", "Il-prinjolata kienet issir u ttiekel apposta fil-Karnival, jiem qabel ir-Randan, erbgħin jum ta' sawm strett.", "Il-Karnival, bit-Taljan", "seta' jfisser,", ", riferenza għal dawk il-jiem tal-karnival meta l-ikel ta' kull tip seta' jittiekel; inkella l-istess kelma setgħet fissret,", ", twarrab ir-laħam.", "li jissemma minn kittieba fis-seklu tmintax:", "BAŻINA", "(Għaġin magħmul għasida.", "Etim.", "Għ. ikel imsajjar b'mod li jsir qisu soppa magħqud.", "Bit-Taljan", "bazzinai", "tirriferi għal tip ta' soppa li kienet tittiekel mill-iskjavi ta' fuq ix-xwieni).", ", id-dizzjunarju vast ta' Agius de Soldanis (A. de S.) isemmieha u jgħid li din kienet ikla magħrufa sew anki mit-Torok.", "Din il-kelma hi Inkluża fid-Damma ta' A. de S. Għaġina msajra darbtejn.", "FROĠA", "A. de S. jgħidilha", "Ġ", "Dan kien isir Għawdex (A.de S.)", "ĦABBGĦAŻIŻ", "A. de S. jgħid li din il-frotta kienet ferm komuni anki fil-Barbarija.", "ĦANŻIRA TAL-ERWIEĦ", "Skont it-tradizzjoni, din kienet ħanżira li titħalla tiġġerra barra sakemm tismen sew u tittiekel mill-komunità f'jum l-erwieħ.", "ĦELWA", "* Mikiel Anton Vassalli (M.A.V. 1796) fil-Lexicon, jgħid li apparti t-tifsira normali u ovvja tal-kelma, din kienet : una s", "ĦOBŻ TA-XGĦIR", "Dan kien ikkonsidrat ħobż ta' kwalità inferjuri tant li kien hemm qawl li jgħid: Il-ħobż tax-xgħir hu l-għasel tal-foqra.", "* A. de S. Tip ta' għaġina msajra f'forma ta' kannol li norm. timtela bil-ġobon maħkuk jew l-għasel iswed.", "QAŻQUŻ FUQ IX-XINI", "* A. de S. Qażquż imsajjar f'bieqja tal-fuħħar.", "A. de S. jagħti r-riċetta fid-", "XKUMVATA / XKUNVATA", "M.A.V. jgħidilha,", "ŻEBDA", "(tip ta' butir)", "ILMA ŻAHAR", "ĊUMNATA", "* Xarba sħuna li A. de S. jgħid li kienet tingħatha lil min ser jelled.", "Din, għal kuntrarju ta' min jaħseb li daħlet fi żmien l-Ingliżi, jsemmiha Mikiel Anton Vassalli fil-Lexicon (1796).", "Fost ikel ieħor li A. de S. jinkludi fid-Damma insibu: żewġ tipi ta' qassatat, laħam moqli, perżut, ravjul u rikotta.", "Bħala ħelu, jsemmi l-qubbajt, l-", "mazzamorra", ", jew", "u il-penit tip ta' ħelu magħmul mid-dqiq, mix-xgħir u miz-zokkor.", "Fi żminijiet aktar riċenti, lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, nsibu ikel ieħor imsemmi fi ħrafa li Patri Manwel Magri ġabar minn fomm in-nies fir-riċerka tiegħu.", "Dan l-ikel jissemma fil 'Il-Ħrafa tax-Xhur'.", "Jissemmew dawn l-ikliet:", "'Meraq tal-fekruna tal-baħar magħqud bħal baqta, ross fil-forn, ħobż tas-smid, baqra bil-fenek ġewwa fiha; ħasi moħxi; qassatat bil-ful u l-piżelli; ġobon tan-nar; qubbajd tal-għasel abjad; imqaret sħan u ħabbgħażiż għat-tfal'.", "Fil-kuntest tal-istorja, dan l-ikel jissemma bħallikieku ikel bnin u li mhux la kemm ikun fuq il-mejda kif ġib u laħaq.", "Biss biss niftakru li sa ħamsin sena ilu biex issajjar ross il-forn li jissema fl-istorja, kont trid tmur għand il-furnar għax id-dar kważi ħadd ma kellu forn.", "(Ara", "Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna", ", ta' Ġorġ Mifsud Chircop, p. 263.", "* Fejn tidher din l-asterisk il-kelma hi spjegata aktar fid-dettal f'din il-website fuq il-paġna skont l-ittra li tibda biha il-kelma.", "Eż., il-FESCHIA ser issibha fuq il-paġna bl-ittra F, u għaldaqstant trid tikteb", "https://kliemustorja.com/f", "u tikklikkja fuqha.", "Sorsi li rriferejt għalihom", "Gambin Kenneth u Buttigieg Noel,", "Storja tal-Kultura tal-Ikel F'Malta", "Mifsud Chircop Ġorġ, Manwel Magri – Ġrejjef Missirijietna, PEG 1994.", "Ara aktar artikli dwar il-kultura u l-istorja ta' Malta billi tikklikja hawn:", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2019-12-28T22:37:29+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "IKEL MALTI TAL-QEDEM – xi ħsibijiet"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/01/18/kunjomijiet-maltin-ftit-notamenti/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Bosta kunjomijiet Maltin ġejjin minn żmien antik, xi wħud minnhom imorru lura anki sa żmien in-Normanni, meta l-maġġorparti tal-popolazzjoni Maltija kienet għadha prattikament Għarbija u Musulmana.", "Uħud mill-eqdem kunjomijiet li għandna llum jidhru fil-lista ta' dawk irreġistrati biex jagħtu servizz fid-difiża ta' Malta fis-seklu ħmistax.", "Dan ir-reġistru hu l-hekk imsejjaħ", "Dwar din il-lista kien għamel studju", "odfrey Wettinger li ppubblikah fl-edizzjoni tal-", "tal-1969.", "F'din il-lista u listi simili tas-seklu ħmistax hemm 389 kunjom li minnhom illum għadhom jeżistu biss 135.", "Bosta kunjomijiet oriġinaw minn laqmijiet ta' individwi jew familji.", "Xi wħud mill-kunjomijiet ġejjin minn Sqallija, u huma ta' dawk l-Għarab li kienu jgħixu hemm u li imbagħad ġew Malta.", "Fost dawn insibu l-kunjomjiet bħal Abdilla, (", "għabd'Alla", ") li jfisser is-serv ta' Alla, Said, minn", ", is-sinjur, jew Mula, is-sid.", "Sal-1241 il-familji Musulmani f'Malta kienu jgħoddu mat-836.", "Imbagħad kien hemm 250 familja li kienu Nsara, u 33 li kienu Lhud.", "Hemm kunjomijiet Maltin li jagħtu ħjiel tax-xogħol li xi wħud kienu jagħmlu.", "Hekk insibu bosta kunjomijiet li jibdew bill-prefiss, Bu..., bħal ma hu Buhagiar, li jindika li dan kien il-proprjetarju ta' xi barriera.", "L-istess il-kunjom Buttigieg jindika li ħafna żmien ilu xi ħadd li jrabbi kwantità ta' tiġieġ.", "Bl-Għarbi, il-prefiss Bu jindika li dak il-persuna hu jew missier, proprjetarju, jew inkella xi ħadd b'xi karatteristika partikulari, bħal ma ngħidu Butwila, meta nlaqqmu xi ħadd li hu twil ħafna.", "Naturalment biż-żmien, wara ġenerazzjoni jew tnejn, dan il-kunjom ma baqax jirrifletti l-okkupazzjoni jew il-laqam tal-persuna iżda sar kunjom komuni li aktar ma għadda ż-żmien inxtered ma' Malta u Għawdex.", "Xi wħud minn dawn il-kunjomijiet baqgħu marbuta mar-raħal fejn dawn il-familji kienu joqgħodu.", "Minn dawn il-kunjomijiet għandna bosta rħula li ħafna minnhom jibdew bil-prefiss Ħal, bħal Ħal Għaxaq, Ħ'Attard, Ħal Balzan, u Ħal Lija, jiġifieri, ir-raħal fejn toqgħod il-familja li għandha dak l-isem.", "Fl-aħħar każ, Lija x'aktarx jindika l-isem personali ta' xi ħadd jismu Elija, u mhux il-kunjom.", "F'Malta llum hawn aktar kunjomijiet Taljani milli dawk li ġejjin mill-Għarbi.", "Il-kunjomijiet Taljani f'Malta huma varji.", "Xi wħud minnhom jindikaw il-persuna mil-liema parti tal-Italja oriġina, ngħidu aħna Pisani, li jindika li dik il-persuna ġejja minn xi ħadd li xi darba kien jgħix f'Pisa.", "L-istess il-kunjom Catania, biex nagħti eżempju ieħor, juri li dan kien xi ħadd kellu l-antenati tiegħu minn Sqallija.", "Imbagħad għandek kunjomijiet li jibdew bid-De... bħal Demarco, Demanuele, Debono, eċċ., li jindikaw li huma nies li ġejjin mir-razza jew it-tfal ta' xi ħadd li ismu kien Marco, Emanuele, jew li kellu fama ta' bniedem twajjeb, rispettivament.", "Bħal dawn il-kunjomijiet hemm gzuz fid-dinja Għarbija fejn l-isem jinkludi Ben... jew Bin...", "Hawn Malta għandna postijiet li jfakkruna f'xi wħud minn dawn l-ismijiet, Binġemma – Bin Ġemma, jew Bengħisa – Ben Għisa.", "L-istess bħal meta fl-Iskandinavja għandek kunjomijiet li jispiċċaw bis-suffiss", ", bħal Johansen li bl-Ingliż inqaleb għal Johnson.", "Illum l-aktar kunjomijiet komuni f'Malta huma dawn, u f'din l-ordni, Borg, Camilleri, Vella, Farrugia u Zammit.", "Hawn qiegħed inġib ftit eżempji ta' xi kunjomijiet u t-tifsira tagħhom skont kif jagħtuhom diversi studjużi.", "ABDILLA Mill-Għarbi, g", "ħabd", "– Il-qaddej ta' Alla.", "AGIUS Għaġjuż jew għaġuża – raġel jew mara xiħa.", "ĊIAPPARA Mill-Isqalli", "li tfisser kappara.", "EBEJER Nagħaġ ta' madwar sena.", "Plural ta' għabur.", "ELLUL Kunjom Lhudi li jfisser is-sitt xahar tas-sena bejn Awissu u Settembru.", "FARRUGIA Xi ħadd li jrabbi t-tiġieġ.", "GAUCI Għawdxi.", "GRIMA Kunjom Sqalli li jirriferi għal bniedem xiħ u mikul biż-żmien.", "GRIXTI Bniedem rustiku u li jżomm 'il bogħod min-nies.", "Bniedem mistħi.", "KETKUTI Wieħed li jrabbi t-tiġieġ.", "CUSCHIERI Riferenza għal kull tip ta' annimal li jitkaxkar.", "MIFSUD Xi ħadd li jinfasad, jiġifieri li joħroġlu jew iġiegħel li joħroġlu d-demm.", "MUSKAT Appellativ Għarbi,", "bniedem kwiet.", "Jista' jkun isem ġej minn", "SAID Kunjom Għarbi, li jfisser, sinjur, bħal meta tgħid", "bl-Ingliż.", "XERRI Bniedem li jitlgħalu malajr.", "Bniedem ġelliedi.", "XUEREB Raġel bil-mustaċċi.", "ZERAFA X'aktarx ġej mill-Għarbi ż", "li tfisser ġiraffa.", "Sorsi bibliografiċi li rriferejt għalihom:", "DAMMA tal Kliem Kartaginis mscerred fel fom tal Maltin u l Għaucin", "Ara aktar artikli dwar il-kultura u l-istorja ta' Malta billi tikklikja hawn:", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2020-01-18T00:14:30+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "KUNJOMIJIET MALTIN – ftit notamenti"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/11/dfin-jew-kremazzjoni/", "text": ["DFIN JEW KREMAZZJONI?", "Iż-żieda konsiderevoli fil-prezzijiet tal-oqbra li ġiet imħabbra dan l-aħħar qanqlet reazzjoni fost numru ta' individwi.", "Uħud tkażaw kif anki meta tiġi biex tagħlaq għajnejk trid tħabbel rasek minħabba l-finanzi.", "Oħrajn staqsew il-għala l-kremazzjoni għadha qatt ma ddaħħlet f'pajjiżna?", "Individwi oħra saħqu illi la jkunu mietu, jista' jsir li jrid minn ġisimhom għax ma jimpurtahomx.", "Rajt li kien il-mument li nħoss ftit il-polz tal-perspettiva tas-soċjetà tagħna dwar dan is-suġġett u malajr ikkonfermajt li hekk kif tmiss mal-kwistjoni tal-mewt, bħal donnok tbexxaq l-għatu tal-kaxxa ta' Pandora.", "Elf emozzjoni joħorġu għalik.... uħud tilmaħhom f'għajnejn in-nies hekk kif tarahom jitħabtu biex jispjegawlek fehmithom, oħrajn tinnutahom mill-ġibda subkonxja fiżika hekk kif jingħalqu fihom infushom kważi jixtiequk tibdel is-suġġett, nies oħra jaqbdu jiċċajtaw bil-goff biex jagħtuk x'tifhem li ma jimpurtahomx, filwaqt li ma' wħud ikollok tagħlaq is-suġġett malajr għax tinduna li qed tkiddhom wisq.", "Eventwalment meta ġbart il-kummenti kollha ntbaħt li kien hemm element prinċipali li ħafna kienu qed jaħarbu minnu.", "Għax veru li meta tmut jistgħu jagħmlu bik li jridu.", "Imma dan mur spjegah lil min tkun ħallejt warajk mgħobbi bir-responsabbiltà ta' x'għandu jagħmel bik!", "DR MICHAEL GALEA: Psikologu Kliniku u Terapista tal-Familja", "Il-mewt hija tema universali fil-ħajja tal-bniedem.", "Imma psikoloġikament din teffetwa lil kulħadd bl-istess mod?", "Stħarriġt dan mal-Psikologu Kliniku u Terapista tal-familja Dr. Michael Galea.", "\"Minkejja kull ktieb li jinkiteb u kull kliem li jista' jingħad, xejn ma jħassar l-esperjenza qarsa tal-mewt.", "Int kemm int persuna soċjali, l-esperjenza tal-mewt hija realta' li jkollok tiffaċċjaha waħdek.", "Il-", "proċess tan-niket huwa proċess li jeħtieġ iseħħ, u jseħħ sew, jekk irridu nimxu lil hemm mill-mewt b'mod san u pożittiv.", "Minkejja d-differenzi bejnietna, hemm xi reazzjonijiet universali għan-niket ta' mewt, li jinkludu sintomi fiżiċi, emozzjonijiet, ħsibijiet u azzjonijiet differenti bħal rabja, sens ta' ħtija, anzjeta' u oħrajn.", "Kull telfa hi unika daqs ir-relazzjoni personali li aħna kellna mal-persuna li mietet.", "Telfa ta' xi ħadd familjari hi differenti minn dik ta' ħabib, għalkemm wieħed ma jistax jiġġeneralizza.", "Mill-banda l-oħra, telfa ta' ġenitur hi differenti minn dik ta'", "jew ta' ulied.", "Meta aħna nitilfu xi ġenitur, nitilfu l-passat tagħna.", "Meta nitilfu l-", "tagħna, nitilfu l-preżent.", "U meta nitilfu xi ħadd minn uliedna, nitilfu l-futur.", "Kull persuna għandha l-personalita partikolari u speċjali tagħha u l-metodu individwali kif tiffaċċja r-realta' li tgħaddi minnha.", "Xi wħud huma kapaċi iktar minn oħrajn quddiem ċerti kriżijiet, u inqas kapaċi quddiem kriżijiet oħra.", "Issib min quddiem il-mewt jidħol għal iktar xogħol, oħrajn ifittxu iktar ma' min jitkellmu, filwaqt li individwi oħra jinqatgħu għal kollox minn kuntatti soċjali.", "Ħafna drabi n-niket se jkun jirrifletti kif ngħixu ħajjitna u allura jekk is-soltu naħarbu permezz ta' iktar xogħol jew ningħalqu fina nfusna, quddiem telfa emozzjonali kbira, hekk ukoll nagħmlu quddiem il-mewt.", "X'jgħin l-iktar quddiem din t-tbatija?", "Patricia Murphy, counsellor li tispeċjalizza fuq il-proċess tan-niket, tistqarr li x-xogħol involut fin-niket huwa wieħed mill-iktar xogħlijiet emozzjonali iebsin li persuna tista' tagħmel.", "Li tibni relazzjoni ma' xi ħadd huwa proċess li jieħu ż-żmien u enerġija twila.", "Hekk ukoll fit-telfa.", "Dan il-proċess, li fih taċċetta t-telfa (", "), huwa spiss kumplikat u jinkludi attenzjoni u ħidma fuq diversi livelli kemm emozzjonali u intellettwali kif ukoll fl-atteġġjament.", "Quddiem il-mewt kulħadd jipprova b'xi mod ibiegħed ruħu minn din r-realta' bit-tama li jtaffi xi ftit mit-tbatija li ġġorr magħha din it-telfa.", "Sinjal importanti li persuna qiegħda tirkupra huwa meta tibda tirrikonoxxi li seħħet it-telfa.", "Ritwali funebri jgħinuna biex naċċettaw ir-realta'.", "L-istess meta naslu li nkunu nistgħu nitkellmu dwar it-telfa.", "Minkejja li sikwit nixxukkjaw ruħna quddiem xi emozzjonijiet li jista' jkollna, tajjeb nifhmu li dawn huma normali u parti naturali tal-proċess tat-telfa.", "Hawnhekk ta' min isemmi li xi kultant, nidħlu f'dubji meta nħossu li forsi l-proċess tan-niket tagħna għadu mhux komplut.", "Importanti li naslu għal konklużjoni fil-proċess naturali tan-niket tagħna.", "Konklużjoni partikolari tista' tkun ukoll personali, bħal xi ritwal żgħir u privat, ngħidu aħna, iddoqq diska favorita tal-mejjet quddiem ritratt jew tifkira tal-persuna għażiża li tlift.", "Il-proċess tan-niket allura hu kemm uniku għalik, u wkoll ma jistax jiġi mgħaġġel.\"", "RUTH ZAMMIT: Favur il-Kremazzjoni", "Nistqarr li anki lili jkiddni ħafna das-suġġett.", "Qatt ma fhimt għala kreatur jista' joħloq xi ħaġa għal qalbu u magħha jwaħħal anki data ta' skadenza.", "Inħoss li Alla għażlilna tmiem kiefer wisq li tagħmel x'tagħmel ma tistax tiskappah!", "Barra minn hekk, jekk toqgħod taħseb, jiġuk ħafna dubji oħra li jekk ma teħlisx minnhom malajr jaslu biex jifnuk.", "Bħal ngħidu aħna, x'inhu l-aħjar: li tixxennaq li tmut int qabel il-maħbubin tiegħek ħalli ma ssofrix it-telfa tagħhom imma b'hekk iġġarrab lilhom, jew li tarahom jitilqu qablek u ssofri t-telfa int?", "Għal nies oħra, anki l-ħsieb li għad iridu jindifnu jew jidfnu lil xi ħadd joħolqilhom ħafna tensjoni.", "Fost dawn hemm Ruth Zammit li f'dawn l-aħħar snin qiegħda tipprova toħloq kuxjenza dwar id-dritt li tiddaħħal il-kremazzjoni f'Malta.", "\"Minn dejjem kienet tkiddni din li f'pajjiżna m'għandnix l-għażla tal-kremazzjoni.", "Personalment il-ħsieb li xi darba jiena jew l-għeżież tiegħi għad irridu nsibu ruħna taħt l-art biex nispiċċaw ikel għall-", "insetti, tnikkitni.", "Biżżejjed li l-mewt iġġib il-problemi tagħha.", "Nixtieq li almenu jkolli s-serħan il-moħħ li ġismi għad jinħaraq u nevita dak it-tmiem li jiena nemmen li hu degradanti għall-bniedem.", "Forsi ssib min jgħaddik biż-żmien għax jgħidlek li la tkun mejjet, mhu ser tħoss xejn.", "Imma jiena naf x'inġarrab meta jkolli nattendi għal xi funeral hawn Malta u jkolli ngħix il-mumenti orribbli li nara t-tebut ta' familjari jew ħbieb tiegħi nieżel taħt l-art.", "Uħud minnhom ġieli jkunu individwi li kienu jikkuraw ruħhom ferm f'ħajjithom u nitkexkex meta nirrealizza kif ser jispiċċaw.", "Nemmen li l-kremazzjoni toffri tmiem aktar dekoruż milli wieħed jitħalla jiddeterjora biż-żmien.", "Ma nistax nifhem għala l-kremazzjoni għadha ma ddaħħlitx f'pajjiżna.", "Kull fejn nistaqsi, ħafna jaqblu miegħi illi li kieku kellhom l-għażla, jippreferu li jiġu kkremati milli jindifnu.", "Uħud jgħidulek li l-proċess tal-kremazzjoni huwa għali wisq u allura l-ebda kumpannija mhu ser tinteressa ruħha biex tidħol għalih lokalment.", "Mela xi ngħidu għall-prezzijiet li qed jitħallsu għall-oqbra, u dan meta kulħadd jaf ukoll li hemm lista pendenti twila ta' nies li jixtiequ li jkollhom il-qabar tagħhom?", "Oħrajn isostnu li bil-kultura tagħna fejn dejjem konna mdorrija biss bid-dfin, ftit li xejn ser ikun hemm interess.", "Imma jiena apparti minn dak li nisma' madwari, ftaħt ukoll Facebook page taħt l-isem", "u fi ftit taż-żmien daħlu aktar minn 1000 membru.", "Jiġifieri l-interess hemm qiegħed.", "Il-kremazzjoni hija wkoll proċess aktar nadif u bla dubju iżjed effiċjenti hekk kif tirrikjedi ħafna inqas spazju.", "Toffrilek ukoll diversi għażliet ta' x'tista' tagħmel bl-irmied ta' qrabatek, għalkemm il-Knisja ma taqbilx li l-irmied jinħareġ miċ-ċimiterju nnifsu.", "F'pajjiżi oħra, l-irmied jitpoġġa f'urna u n-nies tingħata diversi għażliet: tista' tidfen l-urna f'post apposta, tista' tieħu l-urna d-dar miegħek u b'hekk ikollok dak is-sentiment aktar pożittiv li l-għeżież tiegħek għadhom miegħek u mhux mitluqin f'post stranġier, imbagħad hemm ukoll min jiddeċiedi li jferrex l-irmied f'xi post li kien għal qalb il-mejjet.", "Jiena mhux qed ngħid li d-dfin għandu jieqaf għax naċċetta li kulħadd għandu l-fehma tiegħu.", "Imma fl-istess ħin jidhirli li mhux xieraq li f'Malta m'għandnix il-possibilità li nagħżlu bejn id-dfin u l-kremazzjoni.", "Ħafna mill-membri tal-Facebook u xi nies li jafuni qed iħajjruni biex norganizza demostrazzjoni sabiex nuru kemm hawn nies tal-fehma li l-kremazzjoni għandha tiddaħħal f'pajjiżna.", "Jiena nemmen illi fl-aħħar mill-aħħar pajjiżna minn hemm għad irid jgħaddi għax ma nistgħux inkomplu nkabbru ċ-ċimiterji tagħna għal dejjem.", "Nittama li sakemm jasal il-mument tiegħi, din il-bidla tkun saret realtà.\"", "Min stħarriġ li għamilt, ikkonfermajt li minn dawk li wieġbu għall-mistoqsija tiegħi jekk jippreferux id-dfin jew il-kremazzjoni, il-maġġoranza għażlu l-kremazzjoni.", "Dawn huma wħud mill-kummenti tagħhom:", "\"Nippreferi li jaħarquni milli nirriskja li jniżżluni taħt l-art!\"", "\"Nagħżel li nagħti l-organi li jkunu tajbin u mbagħad li jikkremawni.\"", "\"Il-kremazzjoni aħjar, aktar indafa.\"", "\"Nagħżel il-kremazzjoni għax b'hekk intaffu l-problema tal-ispazju.\"", "\"Il-kremazzjoni hija ħafna orħos.", "F'pajjiżi oħra jeżistu kumpanniji li saħansitra jikkrulek it-tebut u għalhekk tħalli inqas piż finanzjarju fuq dawk li tħalli warajk.\"", "\"Kieku nista' nagħżel, nixtieq li wara li jikkremawni jxerrduni fil-baħar.\"", "\"Kremazzjoni!", "Il-ħsieb biss li ġismi jintefa' biex jagħmel festa minni l-wirdien iwaħħaxni.\"", "Terz ta' dawk li wieġbu għażlu d-dfin u dawn kienu wħud mill-kummenti tagħhom:", "\"Nippreferi li nindifen għax nemmen li xi darba l-ġisem jerġa' jieħu l-ħajja u għalhekk ma jixraqlux li jiġi maħruq.\"", "\"Nindifen.", "Il-memorja tal-mejjet tkun ferm isbaħ.", "Dik li tkun taf li fil-qabar hemm il-kadavru sħiħ huwa ferm aħjar milli jibqagħlek biss l-irmied.\"", "\"Nagħżel li nindifen għax jiena nirrispetta lil ġismi anki wara l-mewt!", "Anki dik li l-familja tiegħek tista' tiġi fuq qabrek biex titlob għal ruħek, nippreferiha.... forsi għax din hi parti mill-kultura tagħna.\"", "\"Kieku nista' nagħżel nippreferi li jidfnuni, idealment jimmumifikawni.", "Jidhirli illi l-proċess biex jaħarquni u finalment biex ikissru l-għadam tiegħi sakemm iġibuh irmied huwa spiża inutli għax dan jista' jitwettaq xorta b'mod naturali matul iż-żmien.", "Fl-istess ħin, ejja ma ninsewx li n-nar dejjem ikkawża t-telf tal-Istorja, tal-evidenza u tal-memorji.", "B'kuntrast, ċiviltajiet li ppreservaw il-ġisem, akkost li għaddew snin kbar, għadhom qed jipprovduna b'informazzjoni dwar l-oriġini tagħhom u dwar skoperti u tagħrif li kienu ntilfu mal-medda taż-żmien.\"", "\"Nindifen għax ma rridx ninħaraq fin-nar tal-infern!\"", "Numru żgħir ieħor ħallew din id-deċiżjoni skabruża f'idejn dawk li ser iħallu warajhom:", "\"Jagħmlu li jridu għax jien mhux ser inkun hawn.\"", "\"Jidhirli li għażla bħal din tiddependi ħafna mir-reliġjon ta' dak li jkun.", "Personalment nemmen li l-ispirtu huwa dak li jibqa' ħaj u l-ġisem imut.", "Għalhekk inħalli din id-deċiżjoni f'idejn min għad irid jieħu ħsiebi.\"", "\"Ma jinteressanix!", "La nkun mejta?!\"", "\"Għalija difna jew kremazzjoni ma tagħmilx differenza, la nkun tlaqt, tlaqt.", "Jagħmlu li jridu bil-fdalijiet tiegħi.", "Jekk xejn, il-kremazzjoni ma tikkunsmax iktar mill-art limitata li għandna.", "Bil-kremazzjoni l-qraba jistgħu jieħdu wkoll parti mill-irmied tagħna u jgħożżu t-tifkira tagħna, jekk iridu, iktar milli jħallu għadamna jitmermer fl-umdita' taħt l-art.", "Għal min ma jridx ikun ikkremat, naħseb li jeżistu oqbra biżżejjed u ma jkollniex għalfejn nestendu ċ-ċimiterji li għandna kważi f'kull raħal.\"", "Imma l-istorja inbidlet drastikament hekk kif il-mistoqsija tbiddlet ħarira u minflok staqsejt dwar xi tkun l-għażla ta' dak li jkun meta dan ser jiġi biex jiddeċiedi jidfinx jew jikkremax lill-għeżież tiegħu?", "Rajt uħud mill-istess nies li qabel weġbuni f'ħakka t'għajn u bi tbissima li la jkunu mejtin, jagħmlu bihom li jridu, issa jisserjaw u jitħassbu.", "Ir-risposta ma baqgħetx faċli, tant li wħud qatt ma waslu biex jirrisponduni.", "Il-maġġoranza waqqgħu l-għażla fuq il-mejjet innifsu fejn qalu li idealment dan ikun qalilhom x'jippreferi hu minn qabel.", "Oħrajn qaluli li ż-żewġ għażliet huma kiefra u koroħ.", "Żewġ kummenti partikolari kienu dawn:", "\"Marti għandha biża' esaġerata mill-wirdien u ġegħlitni nwegħedha li jekk tmut qabli u jkun hemm il-kremazzjoni, ġisimha għandu jintemm hekk.", "Naturalment jiena m'għandi l-ebda oġġezzjoni jekk dik hi x-xewqa tagħha.", "Imma sinċerament li kieku kellu qatt jiġri hekk, troffa minn xagħarha nżommha żgur.\"", "\"Idealment wieħed għandu jħalli bil-miktub fit-testment tiegħu dwar il-fehma tiegħu ta' x'irid li jsir mill-katavru tiegħu wara mewtu.", "Li kieku kelli nagħzel jien wara l-mewt ta' xi qraba u l-mejjet ma jkunx ħalla istruzzjonijiet, nikkonsulta mal-qraba l-oħra u nislet fehma ġenerali ma' tiegħi u nieħdu d-deċiżjoni.", "Mhux ħafif twieġeb iva jew le għal mistoqsija bħal din, għax l-għażla timmatura matul iż-żmien bil-mod kif tkun drat il-komunità tul snin sħaħ ta' tradizzjoni.", "Barra minn hekk qed nirreferu hawnhekk għal deċiżjoni li trid tittieħed f'inqas minn 24 siegħa u f'dik l-għaġġla mhux hekk ħafif tmur kontra l-kurrent tat-tradizzjoni ġenerali u tal-familja partikulari.....\"", "EMAN BONNICI: Favur id-dfin u tagħrif ieħor", "Il-ħabib tiegħi Eman Bonnici li huwa intiż ħafna f'dal-qasam taċ-ċimiterji u l-funerali insista miegħi illi ħafna Maltin jgħidu li jippreferu l-kremazzjoni għax fir-realtà qatt ma", "raw il-proċess tagħha kif isir.", "Huwa wieħed minn dawk li jippreferi d-dfin għax jisħaq illi dan huwa l-aktar metodu rispettabbli ta' kif wieħed għandu jintemm.", "Fuq nota aktar leġġera huwa bagħtli xi informazzjoni dwar numru ta' personalitajiet famużi li ġew ikkremati.", "Tilef lil missieru l-attur James Ripley Osgood Perkins meta kellu biss 5 snin.", "Aktar tard f'ħajtu jirrakkonta kif darba minnhom bla ma qaltlu għaliex, ommu ħaditu magħha, kriet", "dgħajsa bl-imqadef, ħarġet il-barra mix-xtajta tax-xmara u bla kliem u bla sliem mill-basket tagħha ħarġet vażett mimli bil-fdalijiet ta' missieru u żvujtatu fl-ilma.", "Bħala tifel jgħid li kien baqa' xxukkjat b'dan l-għemil tagħha għax ħass is-sensazzjoni daqs li kieku ommu fflaxjat lil missieru fit-toilet.", "Ironikament anki Anthony Perkins ġie kkremat filwaqt li martu mietet xi snin wara meta kienet bħala waħda mill-passiġġieri tal-ajruplani li ntużaw waqt l-attakk terroristiku tal-11 ta' Settembru fl-2001.", "Meta ġie ikkremat, il-fdal tiegħu inġabar flimkien ma' dak ta' ħabib ta' tfulitu Wally Cox u anki ma' dak ta' ħabib ieħor.", "Parti mill-fdalijiet tagħhom tferrex f'Death Valley filwaqt li l-kumplament intefa' fuq gżira f'Tahiti li darba kienet tal-attur.", "Huwa kiteb is-sensiela 'Star Wars'.", "Miet fl-1991 u ġie kkremat.", "Parti mill-irmied tiegħu ġie sparat fl-ispazju xi snin wara l-mewt tiegħu.", "Kien il-fundatur tal-Pringles.", "Skont ix-xewqa tiegħu, meta miet ġie kkremat u filwaqt li parti mill-irmied tiegħu tpoġġa f'urna u ngħata lill-familjari tiegħu, parti oħra ngħalqet f'bott tal-Pringles u ndifen fil-qabar tiegħu fi Springfield.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-13 ta' Novembru 2011)", "kremazzjoni", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "DFIN JEW KREMAZZJONI?"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/02/20/a-brief-history-of-carnival-in-malta/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "tal-Karnival", "Piazza San Giorgio"], "date": "2020-02-20T21:12:39+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "A brief history of Carnival in Malta"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/02/01/il-gallarija/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Ara wkoll: dwar il-MUXRABIJA billi tikklikkja:", "https://kliemustorja.com/m", "Jekk hemm karatteristika partikolari tal-binjiet tad-djar Maltin li tagħmilhom differenti minn dawk ta' pajjiżi oħra fid-dinja, żgur li din hi l-gallarija.", "Mhux għax pajjiżi oħra ma għandhomx binjiet bil-gallariji bħal tagħna, magħluqa qishom kaxxa tal-injam u bit-twieqi.", "Hemm binjiet b'gallarijiet jixhbu lil dawk ta' Malta kemm fi Spanja, fl-Arabja Saudija u saħansitra fil-Peru.", "Biss, sa fejn naf jien ma hawn l-ebda pajjiż ieħor fid-dinja fejn jinsabu eluf kbar ta' gallariji bħal ma hawn f'Malta.", "L-oriġini tal-gallariji f'Malta jidher li kien influwenzat minn pajjiżi oħra fil-Mediterran, bħal Spanja, it-Tuneżija, l-Marokk u l-Eġittu, fejn ix-xemx fis-sajf taħkem sew.", "Dawn bosta drabi huma aktar gallariji miftuħa milli magħluqa u mingħajr twieqi, mhux bħal dawk ta' Malta.", "L-itwal gallariji huma bla dubju ta' xejn, dawk mibnija mal-palazz tal-Gran Mastru, il-Belt.", "Dawn x'aktarx inbnew fit-tieni nofs tas-seklu tmintax, fi żmien Pinto wara li l-Palazz ġie estiż bħal kobor li hu llum.", "Hemm tliet gallarija, waħda fuq kull faċċata tal-binja, biss mhux fi Triq il-Merkanti.", "Kien x'aktarx minħabba dan it-tul esaġerat ta' dawn il-gallariji, li dawn ingħataw dan l-appellativ, u mhux", ", għax bit-Taljan,", "tirreferi għal passaġġ jew kuritur mgħotti.", "Mela jekk l-isem 'gallarija'daħal fil-lingwaġġ Malti hekk kif din l-istruttura tal-injam twaħħlet mal-binja tal-Palazz, jista' forsi wieħed jassumi li din kienet l-ewwel gallarija li qatt nbniet f'Malta u warajha bnew gallariji ħafna iżgħar li baqgħu jissejħu l-istess.", "Nimmaġina li hekk kif inbnew dawn il-gallariji mal-palazz tal-Gran Mastru, xi kavallieri sinjuri residenti f'Malta tħajru u bdew jarmaw il-gallarija huma wkoll mar-residenzi tagħhom.", "Kienu min kienu, bilfors li dawn kien nies sinjuri biex setgħu iħallsu għall-materja prima, li kellha tiġi minn barra u għax-xogħol tal-artiġġjan.", "Irridu nifhmu li anki biex tixtri l-ħġieġ tat-twieqi tagħhom kellek tħallas kemxa għax dak iż-żmien il-ħġieġ li ridt iġġibu minn barra kien għali.", "Jekk kien hemm gallariji oħra eqdem minn dawk tal-Palazz, dawn x'aktarx ma jmorrux lura aktar mit-tieni nofs tas-seklu sbatax.", "Dan għaliex, minn nofs is-seklu sbatax 'il quddiem, fil-Belt kienu qed jinbnew palazzi fi stil Barokk li kiber fil-popolarità tiegħu wara li ġie introdott f'Malta minn Francesco Buonamici fl-1640ijiet.", "Il-faċċati tal-binjiet ta' dan l-istil huma ddekorati bi kwantità ta' disinji fil-ġebla, bħal forom ta' arzell, girlandi, weraq u rombli tal- parċmina (Ing.", "), lavur fin, xogħol li kien fdat f'idejn l-i", ".", "Dan ix-xogħol ried l-ewwel ikun iddisinjat mill-perit u kien jirrikjedi simetrija ta' ċerta preċiżjoni.", "Li kieku l-gallariji kienu diġà mwaħħla qabel ma sar dan id-disinn mal-faċċati kieku d-disinjatur kien iqassam id-disinn b'mod li jikkumplimenta jew jevita l-gallarija/i. Minflokk, kif nisstgġu naraw id-disinn ikompli mal-faċċata kollha u anki xi xogħol fil-ġebla jidher kultant irrovinat bil-ftuħ tal-bieb fejn mill-kamra tad-dar toħroġ fil-gallarija tal-injam.", "Biex nagħti eżempju, id-dar majestuża li hemm fi Triq l-Arċisqof, qrib Pjazza San Ġorġ, dik magħrufa bħala l-", ", (ara r-ritratt hawn taħt), ġiet mibnija madwar l-1650.", "Din imżejna b'dekorazzjoni prominenti ta' stil Barokk.", "Ix-xogħol tal-lavur iddisinjat bil-girlandi u xogħol ieħor tal-faċċata, illum huma parzjalment mgħottija minn gallarija kbira tal-injam.", "Għalsaqstant, għandna nifhmu li bilfors li dik il-gallarija twaħħlet snin wara li nbniet ir-residenza, għax kieku l-lavur ma kienx jibqa' sejjer fil-parti fejn illum hu mgħotti mill-gallarija.", "Dan ifisser li ħafna snin wara li kien inbena l-post, il-proprjetarju ried jibni gallarija mal-faċċata biex jkun aktar komdu, u ġie jaqa' u jqum mill-estetika tal-post.", "Il-gallariji magħluqin tal-injam joffru protezzjoni kontra r-raġġi tax-xemx biex b'hekk tkun evitata s-sħana fil-kamra, l-aktar fis-sajf.", "Biss dan ma kienx l-uniku skop, għax wara kollox ħafna gallariji mhumiex mibnija fuq faċċata li tħares lejn ix-xemx.", "Il-gallarija toffri ukoll ilqugħ kontra r-riħ.", "Il-forma tal-gallarija u t-twieqi li jistgħu jinfetħu waħda waħda, jgħinu biex l-arja tal-kamra tiċċirkola b'żiffa ħelwa waqt li tevita li jidħol riħ qawwi direttament ġewwa.", "Il-gallarija sservi wkoll bħala post ta' komunikazzjoni man-nies ta' barra.", "Kemm-il darba nkun għaddej mit-toroq tal-belt, fejn kważi kullimkien hemm binjiet għoljin, u nara xi mara tixref minn xi gallarija fil-għoli, tniżżel il-qoffa biex tixtri l-ikel, x'aktarx ħobż, mingħand il-bejjiegħ tat-triq.", "Il-mara tqiegħed il-flus fil-qoffa u l-bejjiegħ jieħu l-flus u jqiegħed il-ħobż minflok, u dlonk il-mara tiġbed il-lenza u tella' 'l qoffa 'l fuq.", "B'hekk, dik il-persuna tiffranka milli tinżel u terġa titla' t-taraġ twil tal-binja.", "Barra minn hekk il-gallarija toffri post pjaċevoli fejn il-persuna tista' tqatta' ftit ħin fil-kwiet tistrieħ waqt li taqra xi ktieb jew tagħmel xi ħjata, jekk mhux ukoll, għal gost, iżżomm toqgħod tosserva lil kull min għaddej fit-triq.", "Apparti l-ħafna eloġji li nsibu fuq is-sbuħija u l-vantaġġi tal-gallariji, wieħed jiltaqa' wkoll ma kummenti negattivi dwarhom.", "Il-perit Leonard Mahoney, bniedem li studja l-arkittettura lokali fl-isfond tal-istorja, ixebbah il-gallariji ma' kaxxi tal-injam imwaħħla mal-faċċati tal-bini bħala, '...", "Kull tajjeb għandu l-ħażin tiegħu.", "Sorsi li rriferejt għalilhom:", "Ara aktar artikli dwar il-kultura u l-istorja ta' Malta billi tikklikja hawn:", "https://kliemustorja.com/blog/", "Ara wkoll: dwar il-MUXRABIJA billi tikklikkja:", "https://kliemustorja.com/m"], "date": "2020-02-01T10:01:31+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "IL-GALLARIJA"} {"url": "https://kliemustorja.com/2020/02/07/february-events-in-history/", "text": ["ENĊIKLOPEDIJA", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "karozzini", "Ara aktar artikli dwar il-kultura u l-istorja ta' Malta billi tikklikja hawn:", "https://kliemustorja.com/blog/"], "date": "2020-02-07T22:42:31+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "FEBRUARY events in history"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/12/ir-rakkont-tal-akbar-grajja/", "text": ["IR-RAKKONT TAL-AKBAR ĠRAJJA", "Skont W J Cameron \"Kien hemm biss Milied wieħed.... il-bqija huma kollha anniversarji.\"", "U ħadd ma jista' jlumu għax hekk hu.", "Forsi għalhekk li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-sinifikat oriġinali tiegħu qiegħed dejjem kull ma jmur jintilef u jinbidel fit-tema ta' festini u xalar.", "Madanakollu b'xorti tajba mhux kollox mitluf għax fil-qalba ta' ċertu djar, wieħed għadu kapaċi jiltaqa' mat-tifsira ġenwina tal-Milied.", "Infatti dil-ġimgħa hekk kif mort inżur il-kollezzjoni grandjuża tal-Milied ta' Anton Galea fir-Rabat Għawdex skoprejt illi għalih il-Milied qatt ma jgħaddi peress li hu sab mezz kif jibqa' jgħixu f'kull jum matul is-sena.", "\"Il-Milied minn dejjem kont inħobbu imma nistqarr li qatt ma bsart li għad ikolli dil-kollezzjoni tant kbira!", "Però donni li b'xi mod antiċipajt li dawk il-pasturi sempliċi li kont nilgħab bihom meta kont żgħir, kellhom xi darba jfissru ħafna aktar għax dejjem bżajt għalihom u qatt ma kissirthom.", "Illum li għandi 76 sena, dawn il-pasturi huma prezzjużi ħafna għalija, anki jekk wiċċhom u surithom mhumiex daqshekk sbieħ.", "Imma huma jirrappreżentaw tfuliti u jqanqluli nostalġija kbira kull darba li nħares lejhom.\"", "Ħafna minn dawn il-pasturi antiki huma miġbura ġewwa vetrini apposta fejn ġurnata wara l-oħra dawn ifakkru dil-ġrajja qaddisa.", "Fl-istess ħin", "huma wkoll rikordju tas-snajja' Maltin.", "\"L-ewwel pasturi tiegħi kienu tat-tafal.", "Kont xtrajthom mingħand Majsi Zahra li kien pasturar Għawdxi.", "Wara bosta snin magħluqin fil-kaxxi, darba minnhom iddeċidejt li nqabbad lil Toni Buhagiar minn Birżebbuġa biex jaħdimli presepju b'ambjent Għawdxi ħalli nkun nista' npoġġiehom fih u b'hekk inkun nista' ngawdihom matul is-sena kollha.\"", "Iżda n-namra tant qawwija mal-ġrajja tal-Milied seħħet meta ħuħ Joseph Galea waqqaf il-grupp Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta li kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fil-gżejjer Maltin.", "\"Probabbilment ħija jħobbu ħafna aktar minni l-Milied għax kieku ma kienx jidħol għal biċċa xogħol bħal din.", "Stinka ħafna biex rawwem din l-għaqda u llum huwa kburi li hemm bosta membri mseħbin", "fiha li huma dilettanti kbar tal-Milied.", "Naturalment jiena kont wieħed minn tal-ewwel li sirt membru u hekk kif bdejt niġi espost għat-tagħlim ta' ċerti nies tas-sengħa li ta' kull sena jiġu juruna kif isir dax-xogħol konness mal-presepji u l-pasturi, bdejt nitħajjar immidd idejja jien ukoll f'dal-qasam.", "Barra minn hekk, bħala membru ta' din l-għaqda, darba f'sena jkolli l-okkażjoni li nattendi għall-kungress li jsir l-Italja, filwaqt li kull erbgħa snin isir kungress internazzjonali f'Innsbruck fejn jinġabru għad ta' dilettanti bħali tal-presepju.", "Waqt dawn il-mawriet nieħu ħafna ideat ġodda u nistħarreġ il-possibilità tal-użu ta' materjali differenti minn dawk li aħna mdorrijin naħdmu bihom hawnhekk.", "Dawn l-esperjenzi jibqgħu stampati f'moħħi u nirritorna lura lejn pajjiżi kollni mħeġġeġ u mħajjar biex noħloq presepju ġdid.", "Finalment bl-iskop li jkolli biċċa xogħol ġdida x'nesebixxi kull sena fil-wirja li torganizza l-għaqda, sibt ruħi qed nibni presepju wara l-ieħor sakemm illum spiċċajt biex għandi kollezzjoni sħiħa.\"", "Ta' min jgħid li dawn il-mawriet f'pajjiżi oħra jservu wkoll sabiex Anton jaħtaf l-opportunità biex jgħarrex għal xi sett ta' pasturi jew xi presepju interessanti ieħor x'iniżżel miegħu lejn Malta.", "\"Ormaj għandi mijiet ta' pasturi u presepji ta' kull daqs, xorta u materjal.", "Ara, dan presepju tal-kartun li jmur lura għaż-żmien ta' qabel it-tieni gwerra dinjija u kont", "xtrajtu mill-Amerika, filwaqt li dal-presepju ċkejken ġie maħdum mill-injam taż-żebbuġ u xtrajtu mill-Iżrael.", "Dan is-sett ta' pasturi huwa tal-porċellana u ġibtu minn Lourdes, mentri dan il-presepju li hu maħdum mill-lava u hu mżejjen bil-pasturi tat-", "xtrajtu minn Catania.", "Dan is-sett imżejjen biż-żrar akkwistajtu minn Taranto u dan bil-pasturi mlibbsin huwa minn Napli.\"", "Baqa' għaddej ifehemni d-dettalji dwar din il-kollezzjoni fejn fosthom urini wkoll presepju tax-xemgħa, presepju maħdum f'bajda u tnejn oħra f'ġewża u f'lewża.", "Presepju ċkejken ieħor kien imqiegħed f'kaxxa tas-sulfarini, filwaqt li ieħor iċken kien imsawwar fir-", "u saħansitra kien hemm bżonn lenti biex tara s-sett ta' tmien pasturi rqaq li kien mogħni bihom!", "Ovvjament kellu wkoll xogħolijiet lokali li kollha kellhom xi ġrajja interessanti marbuta magħhom.", "\"Dal-presepju ċkejken tahuli Victor Darmanin mill-Kalkara u hu l-minjatura ta' presepju akbar li ħadem lil xi klijent tiegħu.", "Dan sett ta' pasturi li għaddhieli l-ħabib tiegħi Għawdxi Toni Portelli li", "sfortunatament m'għadux magħna.", "Kif qed tara, ma kienx laħaq żebagħhom kollha imma għalija dak hu l-preġju tagħhom għax hekk ifakkruni kif kien tahomli hu.", "Dan il-presepju huwa ta' Mary Haber minn Raħal Ġdid u dan ta' Jesmond Micallef minn Ħal-Qormi.", "Dawn t'hawn huma sett pasturi għal qalbi ħafna għax kien għamilhom pazjent li kien jinsab fi sptar mentali.", "Niftakar darba kont mort inżur lil xi ħadd hemmhekk u nara lil dan l-individwu jħokk xi ġebel mal-ħajt.", "Intbaħt li peress li ma setax ikollu strumenti, kien qed jagħmel hekk biex jagħtihom il-forma u mbagħad permezz ta' musmar kien ikompli jigref il-fattizzi tal-pasturi.\"", "Aktar ma bdejt nisma' dwar dan id-delizzju, stajt nagħraf li fir-realtà dan kellu bosta saffi ta' sinifikati: fosthom biex iservi ħalli jgħaqqad il-kulturi u d-drawwiet ta' pajjiżi differenti.", "\"Mhux darba u tnejn li nistiednu lil xi dilettanti barranin f'pajjiżna sabiex anki huma jintroduċu ruħhom max-xogħol tagħna.", "Il-presepju Malti għandu numru ta' karatteristiċi tiegħu bħall-użu tal-imtieħen tar-riħ u anki ċertu forom ta' djar bħal per eżempju fl-istil Għawdxi ġieli ninkludu l-galleriji antiki li Għawdex hu magħruf ħafna għalihom.", "Imbagħad hemm ukoll pasturi partikolari li ma ssibhomx fi presepji barranin bħal ngħidu aħna x-xabbatur, l-imgħaġġeb, l-adoratur, id-daqqaqa u l-bejjiegħa lokali u x-xrik (li jkunu żewġ pasturi mgħannqin flimkien).", "Uħud minn dawn il-pasturi jinbiegħu wkoll bl-ilbies tradizzjonali tagħhom u dawn huma mfittxija ħafna mill-barranin.\"", "Intant min-naħa tiegħu Anton irnexxielu jadotta s-sengħa tad-dijorama; fejn presepju jkun mibni bħallikieku kien sett fuq palk u allura jkollu l-perspettiva ta' dak li hu viċin u dak li hu bogħod.", "\"Meta waqaft mix-xogħol li kelli bħala għalliem tal-arti għax ħriġt bil-pensjoni, stajt niddedika aktar ħin għal dan id-delizzju.", "Ftit ftit bnejt sett ta' sebgħa episodji li juru l-fażijiet differenti li wasslu għat-", "twelid tal-Bambin.", "L-ewwel dijorama li għamilt kienet turi t-twelid innifsu u personalment nemmen li hija waħda mill-aqwa xogħolijiet li qatt għamilt.", "L-għan prinċipali tad-dijorama huwa li jagħti sfond lix-xena u allura n-naħa ta' wara tagħha ma tkunx kwadra imma fit-tundjatura, kemm biex ma toħloqx dellijiet u anki biex tagħti l-impressjoni tal-wisgħa.", "Apparti x-xogħol dettaljat li fihom biex toħloq ix-xena nnifisha, dawn id-dijorami jkunu qed jaħbu fis-saqaf tagħhom il-bozoz, il-", "biex jagħtu dehra sabiħa u raffinata.", "Barra minn hekk il-kuluri nfushom ikunu qed inisslu l-karattru tal-istorja bħal ngħidu aħna għat-tħabbira tal-Madonna għażilt il-kulur bajdani, filwaqt li ż-żjara għand Eliżabetta hija aktar ħamranija biex tagħti l-aspett ta' nżul ix-xemx.", "Meta l-koppja marret tinkiteb għaċ-ċensiment il-kulur huwa aktar naturali imma mbagħad meta l-koppja kienet qed tfittex lukanda l-kulur huwa ikħal skur għax kien dieħel il-lejl.\"", "Sibt li l-kollezzjoni ta' Anton kienet ħafna akbar milli tani x'nifhem għax ma riedet tispiċċa qatt!", "Infatti biex idaħħal il-kollezzjoni kollha huwa qiegħed ftit ftit jimla l-kmamar tad-dar kollha u s'issa rnexxielu anki jinżel mal-ħajt tat-taraġ bil-vetrini tiegħu, kollha magħluqin wara l-ħġieġ u mgħottija b'purtieri tad-drapp biex ix-xogħolijiet jitħarsu mill-ħsara tad-dawl.", "\"Dis-sena ma kellix aktar post fejn inpoġġi l-oġġetti li kont xtrajt.", "Għalhekk ordnajt dawn il-vetrini li hawn fit-taraġ u sakemm il-mara marret qadja ta' nofs ta' nhar, waħħalthom malajr u sabithom lesti hawn.", "Ma tantx ħadet gost bija u kelli nwegħedha li mhux se nkompli ninżel aktar 'l isfel!\"", "Imma x'inhi dil-passjoni li ġġiegħel lill-kollezzjonist jibqa' jixtri presepju wara l-ieħor li wara kollox qed jirrakkuntaw l-istess ġrajja?", "\"Għadilli tassew kollha juru l-istess xeni, fil-kumplessità u fit-totalità tagħhom ta' tqassim, materjal, pasturi u kuluri, kollha jkollhom dak il-karattru partikolari li jiddistingwihom minn xulxin.", "Għalija din", "il-kollezzjoni hija ħajti u sserraħħni ħafna bħala delizzju.", "Meta nkun qiegħed fil-kamra tax-xogħol qed noħloq xi ħaġa ġdida biex inżid magħha, inħoss serenità kbira f'qalbi.", "Nittama li meta jiġi ż-żmien li din il-kollezzjoni tgħaddi f'idejn oħra, din tibqa' apprezzata u maħbuba bħal kif dejjem żammejtha jien.", "Nixtieq ħafna li ma tispiċċax miegħi u li għand min issib ruħha jagħraf l-imħabba u d-dedikazzjoni li ssawret bihom.\"", "Tiskanta l-ideat li jiġu f'moħħ l-artist kultant!", "F'naħa minnhom, Anton urieni presepju li hu fforma ġewwa nkwatru li hu u martu kienu qalgħu fit-tieġ.", "Imma xejn ma mpressjonani daqs il-presepju li hu rnexxielu jarma ġewwa l-ewwel sett tat-TV li kellu!", "\"Moħħi l-ħin kollu għaddej fuq dawn l-affarijiet, tant li anki jekk inkun inkwetat fuq xi ħaġa, ngħid ħa naħseb fuq xi oġġett li nista' nagħmel dal-Milied u b'hekk ninsa l-", "problemi kollha.", "Darba minnhom wara li ġejna mill-Ġermanja, iddeċidejt li noħloq presepju mhux tas-soltu fejn ix-xena tat-twelid ambjentajta ġo dar tal-injam imdawwra bis-silġ.", "Darb'oħra waqt li kont għaddej f'park fi Vjenna, sibt biċċa zokk interessanti u ġibtu miegħi sakemm finalment akkwistajt pasturi żgħar minn Napli li stajt nirranġah bihom.", "Għall-kuntrarju, ġurnata oħra xtrajt sett ta' pasturi tal-ħġieġ minn Venezja biex imbagħad bnejtilhom sfond bil-ħġieġ ikkulurit li ġbart minn fuq ir-ramel tax-xtajtiet tagħna.\"", "Emmnuni, kelli bżonn is-siegħat biex nara l-kollezzjoni kollha.", "Fosthom Anton kellu bambin iswed maħdum bix-xemgħa li probabbilment jgħodd il-250 sena.", "L-aktar presepju għal qalbu huwa dak li għamlitlu n-neputija tiegħu Hilda meta kellha sitt snin.", "U bħalissa jinsab kuntent ferm bl-aħħar presepju li ħadem fuqu biex jesponih għal-wirja ta' din is-sena.", "\"Fir-realtà jiena ngħix il-Milied is-sena kollha għax il-ħin kollu għaddej nara x'ser nivvinta biex naħdem għal din il-festa li hija tant għal qalbi.", "Meta nħares lura lejn ix-xogħol, l-impenn u l-investiment li", "ddedikajt għal din il-kollezzjoni ma jiddispaċini xejn għax naf sewwa li min-naħa tagħha hi tatni u għadha tagħtini ħafna ferħ lura.", "Fosthom tgħini nġedded il-memorji ta' meta bħala tfajjel ċkejken kont nistenna b'tant ħerqa l-ġranet tal-Milied sabiex noqgħod nilgħab bil-presepju u bil-pasturi.", "Għalija dak hu l-Milied: is-serenità li kapaċi jwassal presepju fis-sempliċità tiegħu hekk kif jirrakkonta l-akbar ġrajja li qatt rat id-dinja!\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-11 ta' Diċembru 2011)", "dijorama", "Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta", "kollezzjoni", "presepju", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IR-RAKKONT TAL-AKBAR ĠRAJJA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/12/wisq-aktar-minn-ghar/", "text": ["WISQ AKTAR MINN GĦAR", "L-għerien joħolqu ċerta ġibda partikolari fil-bniedem.", "Forsi minħabba li fl-ewwel snin bikrin tiegħu dawn offrewlu rifuġju, filwaqt li ħitanhom servew bħala tila primittiva għall-espressjoni tal-eqdem artisti.", "Jista' jkun ukoll minħabba li fil-qalba mudlama tagħhom l-għerien jagħtu lok għal kull xorta ta' ħolm u leġġendi fejn il-bniedem jista jimraħ u joħloq mostri waħxin, kreaturi strambi, annimali feroċi, draguni fantastiċi, sħaħar potenti, friefet il-lejl li jixorbu demm in-nies u l-lista ma tispiċċa qatt.", "Fl-istess", "ħin huwa interessanti wkoll li saħansitra l-Bambin Ġesù għażel li jitwieled f'għar u allura hawnhekk l-atmosfera ta' dawn il-postijiet tinbidel f'waħda ħelwa, solenni u qaddisa, għalkemm fqira.", "Issa li beda Diċembru, ma teħodhiex bi kbira hekk kif tibda tara numru konsiderevoli ta' mudelli żgħar t'għerien iżejjnu ħafna mid-djar tal-Maltin, kull wieħed mirqum bl-istil partikolari tiegħu, imma kollha jħaddnu dik l-istatwetta ċkejkna tat-tarbija divina.", "Madanakollu żgur li qatt ma bsart li anki f'25 pied taħt l-art, fis-silenzju antik ta' l-Għar Ta' Xerri, kelli nsib ukoll ix-xbieha tat-tfajjel ċkejken jitwennes mill-ġmiel tal-istalaktiti u l-istalagmiti tal-post.", "Żort bosta għerien f'diversi pajjiżi u kollha kellhom dik ix-xi ħaġa partikolari tagħhom: uħud kienu kbar ħafna, tant li biex dornihom", "irkibna tren, f'oħrajn kellna nikru l-ġgieget tal-post għax il-kesħa kienet ixxoqq il-għadam, filwaqt li f'numru żgħir ħafna kien hemm ukoll taħżiżiet primittivi mal-ħitan.", "Did-darba fil-gżira t'Għawdex fix-Xagħra, għand Ta' Xerri, sibt għar relattivament imdaqqas u li", "jista' jitqies bħala teżor ġeoloġiku.", "Imma nistqarr li l-aktar li laqgħatni f'dan il-post kien dak is-sens ta' merħba fil-familja, hekk kif numru ta' familjari minn Ta' Xerri fosthom Mananni, Vicky, Joanne, u Joseph ġew jiltaqgħu miegħi sabiex jirrakkuntawli dwar is-sejba storika ta' dan l-għar.", "\"Fl-1923 nannuwi Ġużeppi Xerri kien qiegħed iħaffer spiera fid-dar tiegħu.", "F'dawk iż-żminijiet f'dawn l-inħawi ma kienx hemm servizzi tal-ilma u għalhekk kull min kien jibni daru hemmhekk, kellu jħaffer", "spiera biex jinqeda għall-bżonnijiet tiegħu.", "Kienet biċċa xogħol iebsa hekk kif il-blat kellu jitbaqqan biċċa biċċa bl-idejn.", "Għalhekk tista' taħseb x'baqa' f'Ġużeppi hekk kif wara li niżel 25 pied taħt l-art titfaċċa toqba kbira quddiemu.", "Ħaseb li kien iltaqa' ma' xi dagħbien żda meta hu niżel biex jittawwal ħalli jara x'sab, għaraf li fir-realtà x-xorti kienet daħkitlu għax hemm, proprju taħt daru, kienet iffurmat opra naturali ta' stalaktiti u stalagmiti l-ġmiel tagħhom.\"", "Joseph Xerri li llum għandu 69 sena, jiġi n-neputi ta' Ġużeppi, u jiftakar sewwa lin-nannu jheda jirrakkonta dwar dik il-ġurnata immemorabbli.", "\"Naħseb li kultant ikun destin għaliex meta sfrundat l-art, in-nannu nzerta li ġie proprju fil-qalba tal-għar u għalhekk seta' jifhem mill-ewwel il-valur tal-post.", "Li kieku", "minflok niżel ħarira lejn naħa jew oħra, jew kien ikisser xi biċċa minnu, inkella jaf kien isib biss xi żewġ stalaktiti u jibqa' nieżel 'l isfel bla ma qatt jiskopri dan is-sit.", "Xi 35 sena qabel, madwar 100 metru 'l bogħod, kien instab l-Għar ta' Ninu li wkoll kellu dawn il-karatteristiċi u għaldaqstant in-nies kienu diġà jafu sewwa bil-preġju ta' postijiet bħal dawn.\"", "Inżilna 36 tarġa 'l isfel matul garigor dejjaq li wassalna proprju fil-post fejn kienet infetħet il-bokka tal-għar.", "Joseph beda jurini kif għall-ewwel l-għoli tal-għar kien biss ta' 4 piedi.", "\"Nannuwi kien ambjentalist kbir u għalhekk lanqas dam jaħsibha xejn biex iwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed jagħmel għall-ispiera ħalli minflok jara kif jista' jippreserva l-post u jirranġah biex ikun jista'", "wkoll jilqa' l-pubbliku fih.", "Minnufih beda jqatta' fil-qiegħa tal-art biex iżid l-ispazju fejn wieħed seta' jimxi aktar komdu madwar il-mogħdijiet li fforma hu stess.", "In-nies kellha kurżità kbira biex tara x'kien sab Ġużeppi u l-viżitaturi kienu jiġu bil-gzuz anki minn Malta u minn pajjiżi oħra.", "Ta' min isemmi li fil-bidu ma kienx hawn dan il-garigor biex tinżel minnu.", "Infatti n-nies kienu jitniżżlu wieħed wieħed permezz ta' apparat magħruf bħala buzzell fejn wieħed kien jirkeb fuq pjattaforma ċkejkna li kienet marbuta ma' xi ħbula ħoxnin, imbagħad żewġ persuni kienu jdawwru l-manki fuq kull naħa u dak li jkun jitniżżel isfel.", "Però n-nannu jirrakkonta li darba minnhom ġie jżur dan il-post Lord Strickland u meta ra dik il-meravilja ta' post offra huwa stess li jħallas għall-ispejjeż biex sar dan il-garigor u anki għall-kamra fl-entratura tad-dar fejn il-familja setgħet tilqa' b'mod aktar komdu l-viżitaturi li kienu jiġu.\"", "Għal mument bdejt nimmaġina x'kien jgħaddi minn moħħ dawk li dari kienu jitniżżlu 'l isfel f'dal-qiegħan bil-ħbula.", "Ma kellix dubju li kien stil aktar avventuruż imma ċertament ukoll aktar imwiegħer.", "Għax anki int u nieżel mill-garigor modern tħossok qisek nieżel fil-qalba tad-dinja!", "Joseph jiftakar lil nannuh iwiddibhom biex ma jinżlux weħidhom ġo l-għar għax kien jibża' li jagħmlulu l-ħsara.", "Imma wisq naħseb li l-inkwiet ta' Ġużeppi kien ħafna akbar minn hekk għax darba kienet ser tiġri waħda tinkiteb fil-familja!", "\"Darba minnhom ħu n-nannu bla ma qal xejn lil ħadd, fettillu jinżel jittawwal waħdu fl-għar.", "Niżżel miegħu xemgħa u kaxxa sulfarini u beda għaddej matul il-mogħdijiet meta f'ħin minnhom waqgħatlu l-", "kaxxa tas-sulfarini, intfietlu x-xemgħa, u ma seta jara xejn aktar, la biex jerġa' jagħmel ftit dawl u lanqas biex isib il-bokka tal-għar.", "Imwerwer beda jwerżaq u jgħajjat kemm jiflaħ imma minn hemm taħt, mhux la kemm tisimgħu!", "Id-dar l-antika tan-nannu kienet differenti minn kif inhi llum.", "Kienet kbira ħafna u bejn il-biċċa abitata u dan l-għar kien hemm bitħa wiesgħa.", "Fuq kollox kienet ġo sqaq dejjaq li ma jinfidx.", "Meta t-tfajjel baqa' ma rritornax id-dar, il-familja tiegħu ħarġet tfittxu ma' kullimkien imma ħadd ma basar fejn kien.", "Għamel jumejn waħdu hemm isfel sakemm fl-aħħar xi ħadd ġietu f'moħħu li jfittxu fl-għar u sabuh!", "Min jaf kemm il-darba smajtha dil-ġrajja minn fomm iz-ziju stess stess imma l-għar xorta baqa' dejjem għal qalbu ħafna, tant li meta kiber, kompla ħaffer pied ieħor 'l isfel fl-art biex nies ta' statura itwal ikunu jistgħu joqogħdu aktar komdi.", "Aktar il-quddiem in-nies saret taf lil zijuwi bħala Dun Mikelanġ Xerri.\"", "Ir-rakkonti komplew għaddejjin.", "Kont qed napprezza ħafna nitkellem ma' Joseph li kien qed jgħaddili din l-informazzjoni tant prezzjuża speċjalment peress li kienu żminijiet li għex hu stess.", "Fosthom qalli li fi żmien it-tieni gwerra dinjija, dan l-għar serva wkoll bħala xelter għall-familja.", "\"Ommi kienet tgħidli li kelli sitt xhur meta kienet tniżżilni hawn fi żmien il-gwerra.", "Għall-ewwel kienu jistkennu madwar il-garigor imma meta mietu xi nies fix-Xagħra wara li waqgħu xi bombi fl-inħawi,", "huma bdew jibżgħu li jekk taqa' bomba fil-bokka tal-għar, kienu jmutu kollha hemm.", "Għalhekk in-nannu beda jqatta' l-ħin ikompli jħaffer aktar il-ġewwa fl-għar.", "Hekk jew hekk kien perikoluż wisq biex jibqa' jaħdem fl-għelieqi.", "Ħaffer ukoll kamra f'ħajt minnhom fejn ma kien hemm l-ebda karatteristiċi partikolari u meta kien isir xi attakk, konna nistkennu hemm sakemm jgħaddi kollox.", "Meta l-gwerra spiċċat, in-nannu reġa' mbarra l-kamra bil-ġebel iżda t-tifkiriet li għexna hemm isfel għadhom ħajjin sewwa.\"", "Forsi issa tistgħu tifhmuni aħjar dwar x'ridt infissrilkhom meta ddeskrevejt x'laqgħatni l-aktar f'dan il-post.", "Għax b'differenza ta' inħawi oħra, f'dan l-għar, apparti li tista'", "tapprezza l-ġmiel tal-post, tista' tħoss ukoll il-polz innifsu ta' din il-familja li wara kollox tirrappreżenta l-bqija tas-soċjetà tagħna.", "Ħadt gost nisma' lil Joseph jispjegali u jimmarkali l-aktar partijiet interessanti tal-għar fejn fosthom stajna nagħrfu kwantità kbira ta' forom fil-ġebel li kienu jixbħu għadd ta' annimali, tjur u bosta figuri oħra mlewwna b'ilwien varji li skulaw fil-ġebel mill-ħamrija ta' fuq.", "\"Ara hawnhekk.... isma' ftit il-ħoss differenti li jagħmlu dawn l-istalaktiti,\" qalli hekk kif ħabbat bir-reqqa fuqhom u għamlu ħoss sabiħ kull wieħed.", "\"Sfortunatament kien hawn oħra bħalhom hawnhekk li hi wkoll kellha l-ħoss partikolari tagħha.", "Imma darba minnhom ġew salt viżitaturi f'daqqa u bla ma ntbaħna, xi ħadd qaċċatha biex ħadha miegħu bħala rikordju!\"", "Ħallini bla kliem.", "Kulħadd jaf li dawn il-forom ġeoloġiċi jieħdu numru kbir ta' snin biex jieħdu surithom.", "U mbagħad hawn min tiġih f'rasu li jqaċċathom f'sekonda!", "\"Għalhekk għandna dawn in-noti hawnhekk biex ħadd ma jmisshom b'idejh imma kultant ċerti nies ma jifhmux xi ħsara jkunu qed jikkawżaw meta jmorru kontra dawn ir-regoli.", "Biss biss ara, dil-kolonna hija l-ikbar waħda li hawn f'dan l-għar u din jaħsbu li ħadet madwar nofs miljun sena biex kibret!\"", "Imxejna passejn oħra u Joseph qabad biċċa ġebla partikolari li kienet hemm apposta biex tintwera lill-pubbliku.", "Kienet tqila ferm, lanqas temmen li ffurmat biss mill-ilma u", "mill-minerali.", "\"Dal-materjal jgħidulu alabastru u ġebla bħal din li kieku kellha tiġi sserata min-nofs tkun il-ġmiel tagħha.", "Ħares lejn il-forma tal-ġebel l-ieħor li jieħu surtu skont il-karatteristiċi differenti li jsib ruħu fihom: per eżempju dawk il-forom li aħna nistħajjluhom widnejn l-iljunfant ma sarux permezz tal-qtar tal-ilma bħall-istalaktiti u l-istalagmiti, imma billi l-ilma ċarċar magħhom u ħareġ dak id-disinn.\"", "Għaddejna minn parti oħra li kient tidher wisq għall-qalb Joseph.", "\"Ma nixba qatt inqatta' l-ħin hawn taħt u aktar u aktar meta nkun qed nuri dawn il-kapolavuri naturali lil xi ħadd.", "Partikolarment din in-naħa hija mżejjna b'għadd ta' ġebel li nafuh bħala qroll u kif inkun għaddej minn hawn, aktar nistħajjilni għaddej minn ġo xi għar taħt qiegħ il-baħar milli taħt l-art.\"", "Finalment ġejna wkoll ħdejn spiera li did-darba nannuh Ġużeppi kien irnexxielu jħaffer sal-aħħar.", "\"In-nannu mmarka post ieħor fejn ra li ma setax jagħmel ħsara lill-għar u reġa' beda jħaffer ftit ftit sakemm laħaq dan l-għar u mbagħad baqa' nieżel 15-il pied ieħor sakemm sab it-tafal u l-ilma.", "Fil-bidu kien jittella' l-ilma bil-barmil u t-tarjola.", "Illum ix-xogħol eħfef għax hawn il-pompa.\"", "Kienet ix-xbieha tat-tarbija ċkejkna tal-Bambin Ġesù li laqgħatna hekk kif dħalna fl-għar u kienet hi wkoll li sellmitilna hekk kif wasalna biex nitilqu.", "Naturalment titpoġġa", "hemm biss f'dan iż-żmien ħlejju tal-Milied, anki sabiex tkompli tagħti laqta' oħra aktar familjari lill-post.", "Hija ħasra li llum il-viżitaturi f'dan il-għar naqsu ħafna b'mod speċjali t-turisti.", "\"Ħafna mit-turisti li jiġu fil-gżira t'Għawdex ikollhom programm lest mill-gwida tagħhom fejn ser jittieħdu.", "Imma għal xi raġuni, ħadd m'għadu jġibhom 'l hawn.", "Jeħduhom iżuru l-postijiet tas-soltu, dawk", "l-aktar popolari, u mbagħad jerġgħu jħaffuhom lura lejn Malta.", "Aħna nikkunsidraw lil dan il-post bħala sit importanti daqs l-oħrajn.", "Ma naħsbux li hu sewwa li dawk li jiġu jżuru gżiritna qed jiġu mċaħħda milli jiskopru wkoll dawn it-tipi ta' siti li għandna hawnhekk.", "Infatti dawk il-Maltin u t-turisti li jsiru jafu b'dan l-għar u jiġu jarawh, kollha jibqgħu impressjonati ħafna bi ġmielu. \"", "U ntenni għal dawk li huma responsabbli minn dawn it-turisti li jżuru l-gżejjer tagħna – tinsew qatt li wieħed mill-aqwa prodotti Maltin hija", "sempliċiment l-akkoljenza sabiħa u ġenwina li l-poplu tagħna kapaċi jwassal u li ilu magħruf għaliha għall-mijiet ta' snin.", "Infatti ħames familji minn Ta' Xerri joqogħdu fl-inħawi tal-għar, fejn saħansitra t-triq issemmiet għal dal-post, sabiex kuljum, anki fil-ħdud u l-festi huma jilqgħu bil-qalb lil kull min jogħġbu jinteressa ruħu f'dat-teżor sabiħ tagħhom.", "\"L-Għar Ta' Xerri huwa għal qalbna ħafna għax ifakkarna fil-galbu li wera Ġużeppi meta nstab dan il-post u l-ħila li kellu biex żammu u ppreżentah lin-nies bl-aħjar mod", "possibbli.", "Inħossuna obbligati li nkomplu naqsmu l-imħabba li hu kellu għal dan l-għar u li llum tħeġġeġ anki f'qalbna.", "Huwa wirt sabiħ li ħallilna sabiex nibqgħu nġeddu l-memorji tiegħu u anki biex nuru lil kulħadd x'kapaċi toħloq din l-art sbejħa tagħna.\"", "L-Għar Ta' Xerri jinsab fi Triq l-Għar Ta' Xerri fix-Xagħra, Għawdex.", "INTERVISTA: JOHN JOSEPH BORG – Kuratur Prinċipali tal-Mużew tal-Istorja Naturali", "Tkellimt ukoll ma' John Joseph Borg dwar dawn il-fenomeni naturali, fejn fosthom staqsejt kif jiffurmaw l-istalaktiti", "u l-istalagmiti, jekk f'inħawi fejn jinstabu numru ta' għerien bħal dawn ikunx hemm il-periklu li l-art tkun instabbli u anki xi tfisser dagħbien?", "\"L-istalaktiti u l-istalagmiti jiffurmaw meta jkollok kundizzjonijiet ideali fosthom: ilma li jiskula minn ġewwa l-blat, bil-mod iżda", "konsistenti, ġir (", "), u klima adatta ġewwa l-għar, jiġifieri mingħajr kurrenti tal-arja kif ukoll temperatura stabbli.", "L-inħawi tax-Xagħra huma magħmula mill-ġebla tal-Qawwi Ta' Fuq (", ").", "F'ċerti żoni ta' dan il-blat xi drabi jistgħu jiffurmaw kanali, għerien u spazji vojta oħrajn.", "Infatti fix-", "Xagħra nsibu numru ta' għerien bħal Ta' Xerri, Ta' Ninu, Ta' Calypso, Tal-Ġnien, Ta' Ghejżu u oħrajn.", "Jista' jkun li bejn l-għerien ikun hemm iżjed xpakkaturi imma l-fatt li jeżistu dawn l-għerien ma jfissirx li l-blat hu nstabbli.", "Dagħbien huma ħofor fil-blat li ġeneralment ikunu mimlija bil-ħamrija kwaternarja (ta' Żmien is-Silġ).", "F'xi każi, wieħed isib ukoll għadam ta' annimali li kienu jgħixu f'dak iż-żmien bħal ċriev, iljunfanti, ippopotami u speċi oħra.", "Għal min ikun qiegħed iħaffer spiera jew bir, dawn l-ispazji \"vojta\" fil-blat iħaffu ħafna fit-tqattiegħ tal-ġebla.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-4 ta' Diċembru 2011)", "dagħbien", "Dun Mikelanġ Xerri", "ġeoloġija", "Ġużeppi Xerri", "Għar Ta' Xerri", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa", "Xagħra Għawdex"], "category": "blog, literature, culture", "title": "WISQ AKTAR MINN GĦAR"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/12/gmiel-in-natura-maltija/", "text": ["ĠMIEL IN-NATURA MALTIJA", "Nista' ngħid li l-artikli ta' Perspettivi bdewli l-vjaġġ tiegħi fid-dinja tal-kitba.", "Permezz tagħhom kelli l-opportunità li niltaqa' ma' diversi individwi li qasmu miegħi l-fehmiet u l-ġrajjiet tagħhom sabiex jiena nwassalhom lilkhom.", "Tawni wkoll iċ-ċans biex nifhem il-potenzjal tal-midja u kemm hu għaqli li wieħed ikun responsabbli fil-messaġġ li jibgħat f'kitbietu.", "Finalment dawn l-artikli dewwquni wkoll il-ħlewwa tas-sodisfazzjon meta tirċievi l-apprezzament tal-qarrejja.", "Iżda bħal f'kull ħaġa oħra, Perspettivi illum ser jaslu fi tmiemhom u bix-xieraq xtaqt nagħlaq l-aħħar artiklu b'dedikazzjoni għal dawk kollha li għoġobhom isegwuni matul dawn l-aħħar snin, permezz tal-ġmiel tar-ritratti li l-fotografu tan-natura Guido Bonett għoġbu jaqsam magħna.", "\"In-natura minn dejjem kienet għal qalbi ħafna tant li ommi kienet tħobb tgħidli li l-ewwel kelma li jiena lissint kienet \"allimal\",\" beda jirrakkuntali Guido bi tbissima.", "\"Aktar il-quddiem inġbidt ukoll lejn il-qasam tal-fotografija sakemm eventwalment irnexxieli nżewweġ liż-żewġ imħabbiet tiegħi flimkien.\"", "Ma kellix wisq diffikultà biex nifhem x'ried jgħid hekk kif bdejt inqalleb il-paġni tal-ktieb riċenti tiegħu 'The Natural History of The Maltese Islands'.", "\"Minn daqshekk inħossni xxurtjat għaliex minħabba li jiena midħla sewwa tan-natura, għandi aktar għarfien dwar fejn u meta nista' nsib ċerti speċi u ħlejqiet.", "Biex nagħtik", "eżempju nista' nurik dar-ritratt ta' koppja tal-ispeċi tad-debba tax-xitan (", ") li hu għall-qalbi ħafna kemm għad-dawl, il-kuluri, il-kompożizzjoni u l-azzjoni li rnexxieli nislet fih.", "Veru li jkun hemm element ta' kumbinazzjoni imma hawnhekk ngħidu aħna, kont ilni nara lil din il-koppja ddur 'l hemm u 'l hawn u kont naf li dawn l-insetti għandhom it-tendenza li jerġgħu lura fl-istess post minn ħin għall-ieħor.", "Bsart ukoll li ser naqbad din l-azzjoni u allura stennejt f'post adegwat sakemm ilmaħthom fil-pożizzjoni li xtaqt u ħadt ir-ritratt.\"", "Il-valur ta' ritratt jitqies proprju f'dik il-kapaċità li taqbad mument qasir u rrepetibbli fil-ħajja u tagħnih bl-eternità hekk kif imbagħad wieħed jista' jibqa' jara u jifli dik l-azzjoni għal kemm il-darba jrid.", "\"Kont ilni erbgħa snin naħdem fuq dan il-ktieb.", "Dort il-gżejjer kollha f'Malta u Għawdex sabiex niġbor rikordju fotografiku tal-ispeċi lokali tal-fawna u l-", "flora.", "Ħadt madwar 8000 ritratt li 524 minnhom ġew inklużi f'dan il-ktieb.", "Qattajt siegħat sħaħ speċjalment fil-ġranet ta' tmiem il-ġimgħa nistenna bosta drabi f'pożizzjonijiet skomdi, kultant mixħut mal-art għal tuli fit-tajn, fil-kesħa u fis-sħana, għall-gdim tal-insetti u dak kollu li tiltaqa' miegħu f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Għaldaqstant meta mbagħad jirnexxielek tmur lura d-dar b'erbgħa ritratti sbieħ tħoss sodisfazzjon kbir, bħal ngħidu aħna meta nzertajt żewġt isriep qed jiġġieldu u rnexxieli naqbad dak il-mument taħt il-lenti tiegħi.\"", "Guido spjegali kif l-idea wara dan il-ktieb żvolġiet maż-żmien.", "\"Peress li jiena membru tal-Malta Photographic Society, sħabi spiss kienu jistaqsuni kif kien jirnexxieli", "nieħu ċerti ritratti, liema lenti wżajt, x'apparat kelli bżonn, fejn insib ċerti insetti, f'liema żmien jikbru ċerti pjanti u fejn hu l-abitat ta' ċerti annimali?", "Għaldaqstant darba minnhom iddeċidejt li nibda nieħu xi ritratti ħalli niġborhom f'fuljetti li kellhom iservu ta' gwida f'dan il-qasam.", "Imma hekk kif beda għaddej iż-żmien u bdew jakkumulaw ir-ritratti, għaraft li kien hemm materjal biżżejjed biex isir dan il-ktieb.\"", "Fil-fatt taħt kull ritratt li jinkludi dan il-ktieb, wieħed isib ukoll indikat diversi dettalji dwar it-teknika u l-apparat li ġew utilizzati biex ittieħdet dik ix-xbieha.", "Barra minn hekk, sezzjoni minnu hija wkoll immirata lejn dawk li huma interessati li jitħajjru jiġbdu ritratti tajbin tan-natura.", "\"Permezz ta' dan il-ktieb xtaqt inħajjar aktar individwi biex jinteressaw", "ruħhom fin-natura għanja tal-gżejjer tagħna: kemm biex nuri l-potenzjal tal-varjetà tal-ispeċi li jeżistu, kemm biex nistieden lil dawk li qatt ma qabdu kamera b'idejhom ħalli jittantaw jiġbdu l-ewwel ritratti tagħhom u anki biex nispira lil fotografi oħrajn li forsi ma tawx ħafna importanza lil dan il-qasam sabiex jiftħu għajnejhom għall-possibilitajiet li toffri n-natura.", "Nixtieq niċċara illi f'dan il-ktieb wieħed ser isib ideat bażiċi tat-teknika li tista' tintuża fir-rigward tal-fotografija tan-natura peress li f'dan il-qasam wieħed jeħtieġ apparat apposta u azzjoni partikolari ta' kif għandu jersaq lejn insett, annimal jew pjanta.", "Iżda naturalment għalkemm jeżistu ċerti regoli, xorta waħda nemmen li wieħed għandu jesperimenta sabiex jakkwista riżultati interessanti u oriġinali.\"", "Għal aktar minn darba Guido saħaq illi l-għan prinċipali tiegħu huwa li jkisser il-mentalità li fil-gżejjer Maltin m'hawnx ħafna natura x'tara.", "\"Teżisti l-idea żbaljata li pajjiżna huwa fqir f'dan il-qasam imma jaħasra ħafna ma jafux kemm huma żbaljati!", "Infatti mhux darba u tnejn li nara wħud jistagħġbu meta jaraw ċerti ritratti tiegħi għax ma", "jkunux iridu jemmnu li dawk il-ħlejqiet jgħixu f'pajjiżna: bħal ngħidu aħna numru ta' rettili li jiena nħobb niġbed ħafna kemm għax diffiċli ferm biex tieħu ritratt ta' wieħed minnhom u anki għax ġeneralment mhumiex il-favoriti ta' fotografi oħra.", "Bosta mill-ispeċi tan-natura trid tmur tfittixhom għax dawn iżommu 'l bogħod min-nies u mhux la kemm tarahom kif ġieb u laħaq.", "Oħrajn jgħixu fl-abitat partikolari tagħhom il-barra mill-bini, kultant saħansitra fuq xi gżira iżolata bħal Filfla.", "Dawk kollha li qallbu l-paġni numerużi ta' dan il-ktieb kienu mpressjonati bil-varjetà tal-ħolqien lokali li jinkludi.", "Nittama li permezz tiegħu finalment il-Maltin u l-Għawdxin jifhmu r-rikkezza tal-wirt naturali li pajjiżna hu mogħni bihom.\"", "Iżda l-ktieb ma jurikx dan biss!", "Għalkemm ormaj Guido huwa sinonimu mal-fotografija tan-natura fejn anki rebaħ bosta unuri", "kemm lokali u anki internazzjonali, intbaħt li dan il-fotografu għandu kwalità prezzjuża u rari – l-umiltà.", "U għaldaqstant hu jħalli f'idejk biex tiddeċiedi dwar il-livell tat-talent impressjonanti li dawn ir-ritratti nġibdu bih.", "Min-naħa tiegħi m'għandix dubju li hekk kif jiġi f'idejkhom dan il-ktieb, intom ukoll ser tagħrfu dan ma' l-ewwel daqqa t'għajn li ser tagħtu lejn ir-ritratti tiegħu.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-18 ta' Diċembru 2011)", "fotografija", "fotografu tan-natura", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "ĠMIEL IN-NATURA MALTIJA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/11/imhabba-bla-kundizzjoni/", "text": ["IMĦABBA BLA KUNDIZZJONI", "Ngħiduha kif inhi, sikwit dil-ħajja mhiex faċli tgħixha.", "Bosta drabi teħodlok ħafna aktar milli tagħtik u lil uħud minna għandha ħabta tkabarhom saħansitra xi ftit aktar mill-oħrajn.", "Jiġu mumenti meta jagħtik li tfendi għal rasek u li tħalli l-mewġ iħabbat mal-bqija... min jiflaħ jikkumbatti jgħix u min ma jiflaħx jintilef.", "Iżda xi ħaġa ġewwa fik ma tħallikx tirraġuna hekk għal tul ta' żmien.", "\"Ma nistax nibdel id-dinja waħdi, imma nista' nitfa' ġebla matul l-ilmijiet sabiex noħloq ħafna rimi,\" inkoraġġiet darba Madre Tereża bi sfida quddiem id-diffikultajiet tal-ħajja.", "L-eżempju ta' nies bħalha huwa kruċjali biex nagħrfu ngħixu l-umanità tagħna.", "Il-ħlewwa ta' dawn ir-rimi messew miegħi din il-ġimgħa meta waqt intervista ma' John Rolè u Pat Bonello mill-Appoġġ dwar il-fostering u dwar servizz ġdid ta' Trobbija Speċjalizzata li għadu kemm ġie mniedi dan l-aħħar, dawn qaluli li dawk li jidħlu biex jagħtu l-għajnuna tagħhom jagħmlu dan bil-ħsieb sħiħ li jwettqu xi ħaġa tajba f'ħajjithom.", "L-idea tal-", "minn dejjem kienet tintrigani għax nista' nobsor li jesiġi ħafna kuraġġ.", "Kont kurjuża biex nifhem min kien kapaċi jħobb daqstant, kemm kien hemm nies minn dawn, u x'riżultati qed ikollu dan il-qasam?", "\"Aħna konxji li l-fostering mhiex xi biċċa xogħol faċli biex tidħol għaliha għax fiha diversi sfidi, titlob impenn serju u tirrikjedi ħafna mħabba,\" beda jispjegali John Rolè.", "\"Huwa każ fejn l-individwi letteralment jiftħu l-familja tagħhom sabiex jilqgħu fiha lil dawn it-tfal ħalli jgħinuhom jgħixu ħajja aħjar.", "Fortunatament jeżistu numru ta' familji Maltin u Għawdxin li bil-ġenerożità enormi tagħhom lesti li jagħtu daqqa t'id biex jingħata ċans ieħor lil dawn it-tfal li jgawdu d-dritt ta' tfulija xierqa.", "Infatti bħalissa għandna 250 tifel u tifla", ", filwaqt li hemm 201 familja li qed jagħtu l-għajnuna fil-qasam tal-", "Is-sistema formali bħala tim tal-fostering fl-Appoġġ ilha għaddejja biss mis-sena 2000.", "Madanakollu diġà qed naraw il-frott tax-xogħol li sar u huwa dan li jżommok għaddej.", "Bħala eżempju, nista' nsemmilek il-każ ta' tifel li kien", "u li llum huwa żagħżugħ iggradwat bħala avukat, fejn fil-preżent jifforma wkoll parti mill-board tal-fostering.", "Għad irridu naraw x'ser ikun ir-riżultat tal-għadd ta' tfal li qed igawdu mill-għajnuna tal-", ".", "Biss biss illum qegħdin indaħħlu anki trabi direttament ma'", ", minflok li jgħaddu l-ewwel fl-istituzzjonijiet, kif kien isir qabel.", "Is-sena l-oħra kellna 12-il tarbija li ġew", ", filwaqt li b'kollox kien hemm 50 tifel u tifla li ġew milqugħa f'familji oħra.", "Dis-sena kien hemm 14-il tarbija li ġew", "u għad baqa' 115-il tifel u tifla li qed jistennew lil xi ħadd biex jilqagħhom għandu.\"", "Is-sejħa għal familji ġodda li lesti biex jgħinu hija dejjem miftuħa.", "John spjega dwar il-proċess li jgħaddu minnu dawk li juru l-ħajra li jiffosterjaw.", "\"Meta aħna nirċievu talba jew applikazzjoni mingħand xi familja li tixtieq tidħol għall-", ", aħna mmorru nżuruhom sabiex niddiskutu aktar fil-fond dwar din il-possibilità.", "Naturalment l-għan ta' din il-laqgħa tkun kemm biex infiehmu aħjar fhiex jikkonsisti dan ix-xogħol, kemm biex naraw x'wassal lil din il-familja biex tieħu din id-deċiżjoni, u anki biex nevalwaw l-ambjent li fih dawn il-", "prospettivi ser ikunu qed jilqgħu lit-tfal.", "Huwa importanti ħafna li f'dawn il-każi, fejn hemm diġà t-tfal fil-familji, dawn ukoll jiġu kkonsultati u nklużi fid-deċiżjoni sabiex finalment jitwettaq pass għaqli.", "Dawk il-familji li jidhrilna li jistgħu jgħinu jgħaddu imbagħad għall-pass li jmiss: fejn huma jiġu mitluba li jattendu għal 6 laqgħat ta' 3 siegħat il-waħda.", "F'dawn il-laqgħat huma jingħataw taħriġ f'diversi", "aspetti tal-", "bħal: il-", "x'jinvolvi b'mod ġenerali, it-tfal min huma, it-trawmiet li jgħaddu minnhom u l-pakkett li jġorru magħhom, min huma l-ġenituri ta' dawn it-tfal u l-problemi li dawn ikunu sabu ruħhom fihom li finalment wassluhom biex uliedhom ikollhom bżonn il-", ", l-abilitajiet neċessarji fil-", ": x'inkunu qed infittxu aħna bħala aġenzija – f'din is-sessjoni jattendu anki xi", "stess biex jgħaddu l-esperjenzi tagħhom, nitellmu wkoll fuq l-effett tal-", "fuq il-koppja u fuq uliedhom u kif dawn għandhom jieħdu ħsieb lil xulxin.", "Finalment niddiskutu l-possibilità li dawn it-tfal imorru lura għand il-ġenituri tagħhom u allura x'għandhom jagħmlu l-", "matul is-snin sabiex ikun hemm tranżizzjoni tajba jekk jasal dan il-mument.", "U allura hawn jidħol ukoll l-aspett ta' kif il-", "ser jgħixu u jaċċettaw din it-tranżizzjoni?", "U x'tip ta' kuntatt jista' jibqa' jkun hemm ma' dawn it-tfal, jekk dawn ikunu marru lura għand il-ġenituri tagħhom.\"", "Xtaqt nifhem kif it-tfal jiġu magħżula biex imorru għand xi familja partikolari għal", "\"Ġeneralment in-nies għandhom it-tendenza li jmorru direttament fl-istituzzjonijiet fejn jinżammu t-tfal meta jkunu jixtiequ jagħmlu l-ġid lil xi tifel jew tifla.", "U allura jkun hemm każi fejn koppja torbot qalbha ma' xi tifel jew tifla partikolari li jgħixu f'dawn il-postijiet u eventwalment jitħajjru biex ikunu l-", "tagħhom.", "Għalkemm aħna napprezzaw il-ġest ta' dawn l-individwi, nippreferu ħafna aktar illi l-kuntatt ma jsirx b'dan il-mod għax jaf ikun hemm sitwazzjonijiet li jikkumplikaw jew li jagħmlu impossibli dan l-arranġament.", "Biex nagħtuk eżempju, immaġina li t-tifel li xi ħadd ikun jixtieq li jrabbi, bla ma jafu, jinzerta t-tifel ta' xi ġar u jkun hemm ċirkustanza fejn l-identità tal-", "ma tkunx tista' tiġi mikxufa.", "Fil-fatt qabel ma aħna niddeċiedu min minn dawn it-tfal ser imur għand xi familja partikolari, inkunu evalwajna sewwa kull aspett sabiex din l-esperjenza tibda u tkompli possibilment bl-iktar mod stabbli.", "Għalhekk inqisu l-ħtiġijiet tat-tfal u naraw li l-kwalitajiet li għandhom il-", "u l-ambjent u s-sitwazzjoni li qegħdin jgħixu fihom, huma adattati għal dan il-każ.", "Biex nagħtuk eżempju ieħor, jekk ikun hemm xi tfal oħra fil-familja, ġeneralment naraw li t-tfal li jiġu", "ikunu iżgħar, kemm biex it-tfal tal-koppja jkunu ta' eżempju għalihom u anki biex dawn ma jqisuhomx bħala kompetizzjoni għalihom imma idealment jieħdu ħsiebhom huma wkoll.", "Illum qed issir ħafna enfażi li għandha tinħoloq stabbiltà fil-ħajja tat-tfal u allura ma nistgħux nippermettu li jsiru ċerti żbalji li bihom terġa' tinħoloq l-instabbiltà.", "Tgħallimna ħafna mis-sitwazzjonijiet u l-konsegwenzi tal-passat.", "U għalkemm ma nistgħu qatt nagħtu garanzija li kollox ser jirnexxi kif nixtiequ aħna, min-naħa tagħha aħna nippruvaw nagħmlu mill-aħjar biex kull esperjenza ta'", "tagħti l-frott meħtieġ.\"", "John sostna li ma jrid bl-ebda mod jitfa' xi dell ikraħ fuq l-istituzzjonijiet varji li jieħdu ħsieb it-tfal għax dawn ċertament jagħmlu ħafna ġid fost it-tfal li jieħdu ħsieb.", "Iżda fl-istess ħin ir-riċerka turi li l-kuntatt", "mat-tfal joffri aktar opportunità sabiex dawn jakkwistaw il-ħiliet tant neċessarji fi tfulithom.", "\"Forsi wieħed ma jirrealizzax li wħud minn dawn it-tfal ikunu saħansitra nieqsa mill-aktar affarijiet bażiċi li aħna neħduhom bħala ovvji.", "Ngħidu aħna, jekk tarbija tibki, normalment il-ġenitur jew il-kustodju, ser jerfagħha, jħaddanha miegħu u jara x'għandha bżonn.", "Iżda sfortunatament, mhux it-trabi kollha jgawdu minn din il-kura.", "F'ċerti każi, it-trabi jibdew jiġu mċaħħda mill-possibilità li jikkomunikaw sewwa u anki milli jifhmu u jitgħallmu ċerti emozzjonijiet.", "Per eżempju jekk tarbija għandha l-ġuħ, dak il-ħin għaliha jkun l-aħħar tad-dinja jekk ħadd ma jitmagħha.", "Għalhekk meta ommha taqbadha f'idejha u tħaddanha magħha biex tisqiha, it-tarbija tagħraf li hemm min jieħu ħsiebha u titgħallem tisma' t-taħbiet kalm tal-qalb tal-omm u tirregola t-taħbiet ta' qalbha ma' tagħha.", "B'mod awtomatiku, f'dawn il-mumenti kruċjali, it-tarbija tkun qed titħarreġ kif aktar il-quddiem għandha tirreaġixxi għad-diffikultajiet tal-ħajja.", "Min-naħa l-oħra, tarbija li tiġi injorata u titħalla tibki għal ħin twil ġo", ", jew tarbija li titwaqqa' jew anki tiġi msawwta, titla' konfuża, beżgħana u anzjuża kontinwament.", "Aktar il-quddiem, meta din ser tikber u ssib ruħha taħt", ", mhux ser tkun kapaċi tilqagħlu daqshekk u tippanikja mingħajr ma tkun taf sewwa x'għandha tagħmel biex tikkalma.", "Dawn l-esperjenzi jikkonfermaw għala t-tfal igawdu aktar meta jkunu ġewwa familja fejn jistgħu jingħataw attenzjoni individwali.", "Permezz tal-", "li jiġu mħarrġa apposta, biż-żmien dawn it-tfal jingħataw il-ħiliet biex inaqqsu l-biża' u jitgħallmu li hemm nies li jħobbuhom u li tixirqilhom il-fiduċja tagħhom.", "Mhux darba u tnejn li jiġu", "li jgħidulna b'dawn il-mumenti mqanqla fejn akkost li juru ħafna mħabba lit-tfal li jkunu", ", dawn isibu diffikultà biex jirrispondu lura.", "\"Imma jiena nħobbok tant!\" jgħidulhom.", "U t-tfal iwieġbu, \"Ma nafx kif inħobb.", "Għini!\"", "Speċjalment fil-bidu l-", "iridu jkunu konxji li huma ser jagħtu ħafna mingħajr ma jieħdu daqstant lura.", "Iċ-ċavetta hija hekk kif jirnexxielhom jibnu relazzjoni sabiħa ma' dawn it-tfal li f'ħajjithom ikunu diġà għaddew minn tbatija kbira.", "Infatti għal kull sena trawmatika tagħhom, huma jkollhom bżonn sentejn biex ifiequ: sena biex ineħħu dak li kellhom ġewwa fihom u oħra biex jassorbu dak li kellhom jitgħallmu f'dik is-sena ta' qabel.", "Meta t-tfal jibdew jesperjenzaw il-veru mħabba bla kundizzjoni li suppost ħadu fil-bidu nett, hemm normalment tibda tara t-trasformazzjoni hekk kif it-tfal bil-mod jibdew jidraw jafdaw u finalment jikkomunikaw tajjeb u jħobbu lil dawk ta' madwarhom.\"", "Iebsa biex tifhem kif xi ħadd daqstant żgħir ikun diġà għadda minn tant inkwiet f'ħajtu u hija inkwetanti jekk toqgħod taħseb x'jista' jiġri minn dawn it-tfal jekk xi ħadd ma jieħux ħsiebhom kif jixraq.", "Iżda John u Pat sikwit semmew ukoll it-tbatija li jgħaddu minnha l-ġenituri nfushom ta' dawn it-tfal li xi drabi minħabba d-diffikultajiet tagħhom, isibu ruħhom fis-sitwazzjoni ħarxa li jagħtu t-tfal tagħhom għal", "bit-tama li almenu wliedhom jgħixu ħajja aħjar minn tagħhom.", "\"Fil-fatt ħafna minn dawn it-tfal li jiġu", ", akkost li jkunu batew fil-familja tagħhom, xorta waħda jkollhom lealtà kbira lejn il-familjari tagħhom.", "Għalkemm mhux kollha jkunu jridu jew jistgħu jmorru lura fid-dar tal-ġenituri tagħhom, xorta waħda huma jkunu ħerqana li jkunu jafu li \"xi ħadd qiegħed jieħu ħsieb il-mummy\" u li \"xi ħadd qiegħed jagħti każ tal-problemi li kien hemm fil-familja tagħna\".", "Naturalment mhux it-tfal kollha jkollhom din il-lealtà.", "Għandna każi fejn ir-rabta bejn it-tfal u l-", "tant kibret, li anki meta laħqu l-età tagħhom, dawn għażlu li jibqgħu jgħixu ma' din il-familja li ħadet ħsiebhom fl-agħar mumenti ta' ħajjithom.", "Bħala eżempju ta' x'iġġib din il-bidla fit-tfal nista' nsemmilek każ li seħħ dan l-aħħar fejn tifel ta' 9 snin li ġie", "ra tarbija tat-twelid li qed tiġi iffosterjata u lil dawk li qed jieħdu ħsieb lilu qalilhom \"Kemm hu tajjeb li ser tmur għall-", "dik it-tifla!", "Għax għallinqas hi ser tiffranka dak kollu li għaddejt minnu jien u mhux ser ikollha d-diffikultajiet li jien qed inġib hawn lilkhom!\"", "Ma tistax ma tħossx għal kliem bħal dan u għalhekk ma kontx sorpriża daqstant meta ntbaħt li sitwazzjonijiet bħal dawn iqanqlu anki lil dawk li kienu qed ikellmuni u li min jaf kemm jaraw aktar b'għajnejhom!", "TROBBIJA SPEĊJALIZZATA", "F'dawn l-aħħar ġranet l-Appoġġ fetħet tip ta' servizz ieħor magħruf bħala Trobbija Speċjalizzata.", "Dan huwa maħsub biex jagħti għajnuna lil tfal li għandhom aktar diffikultajiet fil-ħajja minn tfal oħrajn u għalhekk anki l-pakkett finanzjarju li jingħata lil min ikun qed jieħu ħsiebhom huwa kemmxejn akbar u jista' jilħaq l-€10,000 – li fih ikun inkluż ic-", "għal kull tifel jew tifla li", "jkollhom bżonn din it-tip ta' trobbija.", "Il-familji jew individwi li se jilqgħu din l-isfida, li biha jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta' dawn it-tfal jew żgħażagħ, iridu jkunu lesti li jilqgħuhom fi ħdan il-familja tagħhom u jagħtuhom żmien ta' trobbija li tilħaq il-bżonnijiet partikolari tagħhom.", "\"In-nies li ser jitħajjru għal dan it-tip ta' servizz ser ikollhom sfida akbar minħabba ċ-ċirkustanzi tat-tfal.", "Fost dawn l-isfidi nistgħu nsemmu tfal li jkunu aktar kbar fl-età, tfal b'xi diżabilità, tfal b'xi mard", "kroniku, żewġt aħwa flimkien, tfal jew żgħażagħ li missew mad-droga, tfajla tqila b'tarbija li ma tistax tgħix mal-familja tagħha minħabba li tinsab f'periklu eċċ. Aħna nafu li mhux ser ikun hemm mijiet li jidħlu għal dan ix-xogħol imma anki jekk jirnexxielna nagħmlu d-differenza fil-ħajja ta' ftit minn dawn it-tfal inkunu qed nagħmlu ħafna.", "Naturalment aħna ser inkunu qed noffru taħriġ adegwat għal dawk li jiddeċiedu li joffru l-għajnuna tagħhom, filwaqt li dawn ser ikunu wkoll segwiti b'mod regolari minn ħaddiema soċjali inkarigati apposta.", "Ċertament ir-riżultati, għalkemm sikwit jiġu bil-mod ħafna, jagħtu bosta sodisfazzjon lil kull min ikun involut.", "\"M'hemmx dubju!", "L-aħjar post għat-tfal huwa mal-familji tagħhom u aħna nippruvaw nagħmlu minn kollox biex it-tfal ma jinħarġux mid-dar tagħhom.", "Imma sfortunatament ikun hemm każi fejn għall-protezzjoni u għall-ġid tat-tfal stess, dan ikollu jsir.", "Xi wħud minn dawn it-tfal jibdew jgħixu ġewwa l-istituzzjonijiet u hemmhekk huma jingħataw l-opportunità li jkunu maħbuba u li jibdew mill-ġdid jgħixu tfulithom.", "Ta' min isemmi li ħafna minn dawn it-tfal irnexxew fil-ħajja bil-ħiliet differenti tagħhom u llum huma adulti eżemplari.", "F'dawn l-aħħar snin, numru minnhom qed jimxu wkoll għand familji ġodda li b'imħabba u b'ġenerożità kbira qed jieħdu ħsiebhom u jrabbuhom daqs li kieku kienu wliedhom.", "Kien ikun ħafna aħjar li kieku dawn it-tfal qatt m'għaddew minn dawn l-esperjenzi trawmatiċi.", "Imma issa hekk ġara u ma nistgħux immorru lura!", "Għalhekk issa jiddependi kemm aħna ser inkunu lesti li ngħinuhom jirkupraw dak li tilfu fis-snin bikrin ta' ħajjithom.", "Studji varji flimkien mal-esperjenzi tagħna ta' kuljum jikkonfermaw li l-bidla u l-fejqan huma possibbli.", "Iżda kollox jistrieħ fuq kemm nies ser ikunu lesti li joffru spalla ta' kuraġġ u l-kenn ta' djarhom biex dawn it-tfal iduqu l-ħlewwa ta' xi jfisser li tkun maħbub tassew.\"", "Għal aktar tagħrif jew biex tapplika biex toffri l-għajnuna tiegħek bħala", "tista' ċċempel fuq Supportline 179 jew lill-Aġenzija Appoġġ fuq 22959000 jew permezz tal-website", "Jekk tixtieq tipprovdi servizz ta' Trobbija Speċjalizzata, jew tixtieq aktar informazzjoni, tista' wkoll iċċempel fuq in-numri ta' hawn fuq jew inkella tibgħat email fuq", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-20 ta' Novembru 2011)", "għajnuna", "Torċa", "trobbija", "Trobbija Speċjalizzata"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IMĦABBA BLA KUNDIZZJONI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2012/09/il-villa-rumana-taz-zejtun-taht-il-lenti/", "text": ["IL-VILLA RUMANA TAŻ-ŻEJTUN TAĦT IL-LENTI", "Is-Sibt 6 t'Ottubru 2012, Wirt iż-Żejtun ser ikun qiegħed itella' simpożju ta' ġurnata fil-Juventutis Domus fi Triq San Girgor iż-Żejtun, li ser jitratta s-sit arkeoloġiku tal-villa Rumana li jinsab fl-inħawi tal-iskola sekondarja tal-bniet Santa Margerita (magħrufa wkoll bħala Carlo Diacono) fiż-Żejtun.", "Is-sit tal-Villa Rumana taż-Żejtun", "Peress li dan is-sit arkeoloġiku għadu qed jiġi skavat u studjat, bħalissa mhux aċċessibbli għall-pubbliku.", "Ta' min isemmi illi dan is-sit kien ġie skopert aċċidentalment fl-1961 waqt li kienet qed titħaffer l-art sabiex tinbena skola ġdida ġewwa dan ir-raħal.", "Għalkemm matul is-snin instabu bosta binjiet Rumani kemm f'Malta u anki f'Għawdex, numru minnhom inqerdu bħal dik magħrufa bħala Tad-Dawl f'Ħal-Kirkop, oħrajn tgħattew bħas-sit li nstab fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra f'Għawdex, filwaqt li oħrajn mhumiex daqstant aċċessibbli bħal dik Ta' Kaċċatura li tinsab fl-inħawi ta' Birżebbuġa.", "Għaldaqstant, dan is-sit fiż-Żejtun flimkien ma' wieħed simili li jinsab f'Ta' San Pawl Milqi, għandhom sinifikat kbir peress li dawn huma l-uniċi siti f'Malta li jinkorporaw kemm parti residenzjali u kif ukoll parti industrijali.", "Huwa interessanti illi apparat li kien jintuża fi Żmien ir-Rumani, probabbilment konness mal-produzzjoni tal-għasir taż-żejt taż-żebbuġ, jista' jitfa' dawl fuq in-nisel ta' isem il-villaġġ taż-Żejtun innifsu.", "Simpożju", "Għalkemm se jittrata tema lokali, is-simpożju huwa wieħed ta' livell nazzjonali u għalih ġew mistiedna l-aqwa akkademiċi u esperti fl-oqsma marbuta ma' l-arkeoloġija, ir-riċerka storika, il-konservazzjoni u l-immaniġġar tal-wirt kulturali.", "Aktar informazzjoni detalljata dwar ir-riċerka, il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tal-villa Rumana taż-Żejtun ser tkun qed tiġi diskussa waqt is-simpożju li r-reġistrazzjonijiet għalih u l-ħlas ta' €10 ser ikunu qed jintlaqgħu sat-30 ta' Settembru 2012.", "Għalkemm il-membri ta' Wirt iż-Żejtun jistgħu jattendu bla ħlas, xorta waħda huma mitluba jirreġistraw fuq", "http://wirtizzejtun.com/symposium-2012/", "Pubblikazzjoni", "Għal dawk li jixtiequ jżommu ruħhom aġġornati ma' dak li ntqal waqt dan is-simpożju, Wirt iż-Żejtun ser tkun ukoll qed tippubblika dan il-kontenut ġewwa ktieb bl-isem \"The Żejtun Roman Villa: Research, Conservation, Management\".", "Bħalissa, dan il-ktieb qed jiġi offrut bi prezz speċjali ta'qabel il-pubblikazzjoni ta' €15.", "Wirja", "Bil-ħsieb li jitqanqal aktar interess u għarfien dwar dan is-sit, Wirt iż-Żejtun ser ikun qiegħed ukoll itella' wirja b'numru ta' fdalijiet arkeoloġici li nstabu matul is-snin waqt l-iskavi f'dan il-post.", "Fosthom wieħed ser ikun jista' jara ammont ta' ċaqquf li jirrappreżenta fażijiet differenti ta' meta dan is-sit kien għadu qed jiġi utilizzat, inkluż il-biċċa ċaqquf li nstabet fl-1976 u li fuqha hemm iskrizzjoni dedikata lil Ashtart, li bħalha nstabu għadd oħrajn ġewwa s-sit arkeoloġiku f'Tas-Silġ.", "F'din l-esebizzjoni ser ikun hemm ukoll ħażna ta' 43 munita tal-bronż li kienu jiddataw madwar it-3 seklu W.K u li nstabu f'waħda mill-kmamar tal-villa.", "Probabbilment wieħed mill-oġġetti li ser jiġbed l-aktar interess huwa magħsar ċkejken li ġie skopert din is-sena waqt l-iskavi li kienu qed isiru mill-istudenti tad-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija tal-Università ta' Malta.", "Madanakollu, wieħed m'għandux jitlef li jara wkoll numru ta' reċipjenti tal-fuħħar u materjal ieħor li kien instab fit-8 t'April 1963 f'qabar Puniku ġewwa għalqa biswit is-sit tal-villa Rumana taż-Żejtun.", "Barra minn hekk, il-wirja ser tesebixxi wkoll informazzjoni, ritratti u filmati relatati ma' dan is-sit u anki mal-industrija ta' l-għasir taż-żejt taż-żebbuġa.", "Din il-wirja ser tittella' ġewwa ċ-Ċentru ta' l-Arti u l-Artiġġjanat fi Triq San Girgor, iż-Żejtun bejn is-27 ta' Settembru 2012 u s-7 t'Ottubru 2012.", "Il-wirja ser tkun miftuħa fil-għaxija fost il-ġimgħa u fil-għodu l-Ħadd, u l-ħin kollu waqt l-attività ta' Żejt iż-Żejtun fid-29 ta' Settembru 2012.", "Dawn l-attivitajiet setgħu jkunu possibbli grazzi għall-kooperazzjoni ta' numru ta' volontarji li qed jgħinu lil Wirt iż-Żejtun, flimkien ukoll ma' Heritage Malta, id-Dipartiment ta' l-Istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija ta' l-Universita' ta' Malta, il-Parroċċa taż-Żejtun u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun.", "Aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet tista' tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku", "www.wirtizzejtun.com", "(Dan il-feature ġie ppubblikat fit-Torċa tat-23 ta' Settembru 2012)", "arkeologija", "magħsar", "Torċa", "Żejt iż-Żejtun"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-VILLA RUMANA TAŻ-ŻEJTUN TAĦT IL-LENTI"} {"url": "https://kliemustorja.com/category/maltese-people/", "text": ["A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ...", "A* B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * I * J * K...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* ...", "Ara aktar: https://kliemustorja.com/a Tradizzjoniiet relatati mal-Milied u l-ewwel tas-sena hemm bosta, fosthom dik tal-istrina.", "Il-kelma strina ġejja mill-Isqalli, strina jew strinia, u mit-Taljan, strenna.", "Dan jurina li din it-tradizzjoni, fejn it-tfal...", "A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* S* ...", "Ara wkoll: A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * ...", "A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * Ħ * ...", "ara wkoll: https://kliemustorja.com/k KLIEM MALTI MEĦUD MILL-INGLIŻ kif misjub fid-Dizzjunarju Malti-Ingliż, ta' Vincenzo Busuttil (1900).", "Mitt sena minn meta l-Ingliżi rifsu Malta, l-influenza Ingliża fuq l-ilsien Malti kienet bil-kemm bdiet...."], "date": "2020-04-08T19:10:53+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture"} {"url": "http://fionavella.com/features/2017/09/temmen-jekk-trid/", "text": ["Temmen jekk trid", "Soqt għal għonq it-triq lejn il-Mellieħa taħt sema tqila bi sħab iswed ċomb u tlabt bil-qalb li nilħaq nasal qabel din ifettlilha tiftaħ bwiebha...", "U oħroġ il-għaġeb, hekk kif missejt mat-tarġa tal-bieb tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, inħoss l-ewwel qatriet qawwija nieżla fuq dahri, li mill-ewwel inbidlu f'xita qalila, hekk kif dħalt ġewwa għall-kenn ta' dan ir-rifuġju sagru.", "Għajnejja mill-ewwel waqgħu fuq dak li kont mort għalih – in-numru kbir ta' kwadri ex-voto mwaħħla mal-ħitan.", "U hekk kif rajt lil Jimmy Muscat riesaq isellimli, ma domtx ma ntbaħt li għal darb'oħra, kont ser niskopri xi erbgħa stejjer interessanti mhux ħażin.", "Infatti, kien proprju l-ktieb ta' dan l-awtur 'Ex-Voto: Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa' li ġibidni lejn dan il-post.", "F'dan il-ktieb li hu wkoll speċi ta' katalogu, Jimmy jippreżenta ġabra tal-110 kwadru ex-voto li rnexxielhom isalvaw sal-ġurnata ta' llum f'dan is-santwarju, fejn 64 minnhom għandhom tema marittima, filwaqt li l-oħrajn juru xeni ta' mard u inċidenti li n-nies irnexxielhom ifiequ minnhom.", "Naturalment, kull kwadru għandu l-istorja partikolari tiegħu imma mhux kull wieħed fih id-dettalji ta' dan ir-rakkont miktubin fuqu.", "Uħud mill-kwadri għandhom xi deskrizzjoni ta' dak li kien seħħ biex saret din il-pittura, oħrajn għandhom biss id-data mniżżla fuqhom, filwaqt li numru ieħor juru l-ittri V.F.G.A. (Votum Fecit Gratiam Accepit) li jfisser li l-wegħda ntalbet u l-grazzja nqalgħet.", "Fl-istess ħin, anki jekk numru ta' xogħolijiet m'għandhom l-ebda kitba fuqhom, jekk wieħed jiflihom sewwa, xorta waħda jista' jinnota xi dettalji li kapaċi jagħtuh indikazzjoni tal-kuntest tagħhom, bħal ngħidu aħna mit-tip ta' xwieni, mill-bnadar li jkollhom fuqhom, mill-inħawi li jidhru fl-isfond, mill-ilbies tan-nies u mill-għamara tad-djar.", "Għaldaqstant, dawn l-ex-voto mhumiex biss xhieda tat-twemmin tal-popli matul iż-żminijiet imma anki riflessjoni tal-istorja u tas-soċjetajiet differenti li ħallew dan il-wirt tagħhom f'dan il-post.", "Imma, ejja nimxu lura fis-snin, lejn il-bidu ta' dan is-sit...", "Skont l-istudji fl-istorja tal-Mellieħa li għamel Jimmy, jidher li qabel is-17 il-seklu, l-inħawi ta' fejn illum jinsab dan is-santwarju, kienu biss għerien naturali.", "Minħabba l-attakki spissi tal-pirati li kienu jsibu l-bajja tal-Mellieħa mira faċli biex minnha jitilgħu l-art, l-inħawi tal-madwar kienu meqjusa bħala perikolużi wisq biex wieħed jgħix fihom.", "Probabbilment kien hemm xi wħud li kienu jazzardaw jgħixu f'xi għerien tal-madwar, imma dawn kienu jafu li kienu qed jilgħabu xortihom kuljum hemmhekk.", "Intant, skont xi dokumenti li nstabu, jidher li fl-1640 kien beda t-tħaffir tal-inħawi fejn illum jinsab is-santwarju.", "Iżda mill-ġdid, minħabba l-invażjonijiet minn perjodu għall-ieħor tal-pirati, intilfu ħafna dokumenti sinifikanti minn dan il-post u fil-fatt il-manuskritti li għandna llum jibdew mit-18 il-seklu.", "Il-ħaġa tal-iskantament hija illi għalkemm dawn l-inħawi kienu meqjusa tat-twegħir, bosta pellegrini xorta waħda kienu jirriskjaw ħajjithom sabiex iżuru wieħed minn dawn l-għerien li kien meqjus bħala sagru minħabba xbieha partikolari li kellu fuq il-ħajt.", "Dan għaliex it-tradizzjoni tgħid li din ix-xbieha tal-Madonna bil-Bambin f'idejha kien pinġiha fuq il-blat San Luqa, meta fis-sena 60W.K. huwa kien qiegħed f'Malta flimkien ma' sieħbu San Pawl, u għalhekk din kienet ikkunsidrata bħala mirakoluża.", "Tradizzjoni oħra relatata ma' dan il-post tirrakkonta illi fis-sena 409W.K. grupp ta' isqfijiet kienu żaru dan l-għar u meta raw din it-tpinġija ta' San Luqa mal-blat u t-twemmin sod li kien hemm marbut magħha, huma ddeċidew li jikkonsagraw dan il-post bħala knisja.", "Li nafu fiż-żgur huwa li maż-żmien, inbena santwarju sħiħ madwar ikona li turi x-xbieha tal-Madonna bil-Bambin f'idha.", "Barra minn hekk inbnew ukoll xi kmamar għall-pellegrini fejn dawn setgħu jistrieħu ftit qabel jerħulha lura lejn l-abitat tagħhom.", "Sal-ġurnata ta' llum, bosta pellegrini għadhom iżuru dan il-post biex jitolbu l-għajnuna tal-Madonna tal-Mellieħa quddiem din ix-xbieha.", "Min-naħa l-oħra, xi studjużi tal-arti għandhom ukoll interess f'din ix-xbieha peress li għad hemm diversi mistoqsijiet relatati magħha.", "Fosthom hu maħsub li l-ikona li qed naraw fil-preżent, kienet saret fit-13 il-seklu.", "Iżda mid-dehra taħt din it-tpinġija, hemm oħra ferm aktar antika minnha, minħabba li waqt li kien qed isirilha xi restawr, beda joħroġ xi fdal tad-deheb minn taħtha.", "Dan jindika l-possibilità li jista' jkun hemm xbieha eqdem mgħottija b'dik preżenti.", "Sadanittant, minn dokumenti tal-visti pastorali li saru matul is-snin, Jimmy skopra li għal aktar minn darba, l-isqfijiet ta' dawk il-perjodi kienu qed jinnutaw li x-xbieha tal-Madonna kienet qed tisfuma biż-żmien u għalhekk huma talbu biex titpinġa oħra fuqha sabiex il-pellegrini jkunu jistgħu jibqgħu jaraw u jidentifikaw max-xbieha tal-Madonna li għaliha kienu qed jiġu f'dan il-post.", "Hekk kif għajnejja ġrew fuq l-ammonti ta' kwadri ex-voto li jmorru lura għal mijiet ta' snin, fihom ilmaħt it-tama ta' bosta individwi li akkost li kienu f'ibħra 'l bogħod minn xtutna, talbiethom xorta waħda daret lejn il-Madonna li fiha huma kellhom l-akbar fiduċja – dik tas-Santwarju tal-Mellieħa.", "Iżda ma kienux biss il-Maltin li kienu jiggranfaw ma' din il-karba għall-għajnuna divina ta' din il-Madonna meta l-mewt kienet daqstant viċin!", "Infatti kienu ħafna l-individwi barranin li kienu rregalaw il-kwadri ex-voto tagħhom lil dan is-santwarju meta rritornaw qawwijin u sħaħ lejn pajjiżna.", "Fost dawn kien hemm il-ġeneral tal-flotta tal-Ordni, Fra Antonio Correa (Montenegro) li wiegħed u ta kwadru mill-isbaħ lill-Madonna tas-Santwarju tal-Mellieħa wara li x-xwieni li kien responsabbli minnhom inqabdu f'maltempata tal-biża' waqt li kienu qed jaqsmu u jbaħħru qrib il-gżejjer ta' Taranto fl-1678 u finalment irnexxielhom isalvaw.", "Ex-voto ieħor pjuttost kurjuż huwa dak li jidher proprju fil-qoxra tal-ktieb ta' Jimmy fejn did-darba, il-Madonna li tidher fuq ix-xbieha tal-ex-voto, tixbaħ ħafna lill-Madonna tal-Monasteru ta' Kykkos li jinsab f'Ċipru u għalhekk hija għal kollox differenti minn dik tal-Mellieħa.", "Għaldaqstant wieħed jistaqsi kif dan ix-xogħol ġie inkluż ma' din il-kollezzjoni tas-santwarju?", "Kitba fuq dan l-ex-voto li tidher li hi ta' lingwa antika Russa u Griega, taf tipprovdi xi indikazzjoni dwar din ir-raġuni, iżda s'issa ħadd għadu ma rnexxielu jiddeċifra x'hemm miktub.", "Kwadri oħra, daqstant emozzjonali, juru persuni jew familji qed jitolbu bil-ħrara għall-qraba morda tagħhom u mill-ġdid hawnhekk, apparti li f'dawn il-wegħdi naraw is-simboli tat-twemmin, fl-istess ħin għandna stampa ċara tas-sitwazzjoni tas-saħħa li kien hawn f'pajjiżna matul is-snin, fejn fosthom uħud kienu mardu bil-malarja, bit-tuberkolożi, bil-pneumonia, bil-ġidri, bil-kolera, bid-difterite u anki bil-pesta.", "Fost dawn, laqgħatni ħafna kwadru minnhom li juri xena ta' sptar tal-pesta tal-1813.", "Dan il-kwadru kien wiegħda magħmulha minn Anna Lungaro u l-qarib tagħha Giovanni Portelli peress li hi kienet mardet bil-marda tal-pesta u permezz tal-ħniena divina tal-Madonna tal-Mellieħa, nhar it-Tlieta, 17 t'Awwissu 1813, hi u tnejn oħra biss mill-160 persuna li kien hemm fl-isptar tal-pesta, irnexxielhom isalvaw.", "Jimmy kompla jdawwarni madwar is-santwarju li ġewwa fih jinkorpora wkoll l-għerien naturali tal-post li indubbjament jagħtuh laqta' pjuttost insolita u surreali.", "Iżda daqstant ieħor bqajt impressjonata bil-kwantità ta' ex-voto oħrajn li kellhom kull xorta ta' forma: ittri, ritratti, x-rays, ċertifikati, ilbies tat-trabi, krozzi, u dak kollu li tista' timmaġina.", "Wegħdi magħmula mhux biss mill-Maltin imma minn kull ġens li qatt żar dan il-post.", "Infatti peress li fil-Mellieħa hemm diversi lukandi, it-turisti spiss isibu ruħhom f'dan il-lok, u anki dawk li mhumiex Kristjani, xorta waħda jiġu mistiedna biex jittawwlu u jaraw x'hemm.", "Uħud minn dawn, imqanqla minn dik ix-xhieda kollha ta' sabar, fejqan u mirakli, bla ma jafu kif, isibu ruħhom huma wkoll jitolbu l-għajnuna quddiem il-Madonna u numru minnhom, jerġgħu jirritornaw lura lejn gżiritna bir-rigal tagħhom meta talbhom jinstema'.", "Minn fost il-ħafna oġġetti li kien hemm, sibt ruħi qiegħda naqra ġrajja minn ġurnal li kienet qed tirrakkonta kif koppja Ingliża li t-tobba kienu qatgħulhom qalbhom li għad ikollhom tarbija, meta żaru dan is-santwarju u għamlu t-talba tagħhom, huma rritornaw lejn artna tmien snin wara b'żewġt itfal tagħhom.", "Ex-voto oħra ta' qisien differenti, li ħafna minnhom ġew maħdumin mill-fidda fid-19 il-seklu, juru diversi partijiet tal-ġisem bħala rappreżentazzjoni ta' b'hiex kien marid l-individwu li għamel il-wegħda.", "Numru minnhom għandhom forma ta' qalb imma dawn huma simbolu tal-imħabba lejn il-Madonna.", "Oħrajn juru par għajnejn u id u dawn kienu jissimbolizzaw is-superstizzjoni tal-magħmul li ġej mill-għajn.", "Bħall-oġġetti l-oħra, anki dawn jitfgħu dawl fuq is-soċjetà li għamlithom, hekk kif l-abbundanza li ngħataw biha u l-fatt li ħafna minnhom huma identiċi, juru li tant kien hemm talba għal dawn il-wegħdi, li dawn l-oġġetti kienu qed jiġu manifatturati fil-kwantità u mibjugħa.", "Iżda darba minnhom kien ġie żmien meta isqof partikolari kien beda jitnaffar minn dawn l-affarijiet, uħud minnhom saħansitra superstizzjużi, imwaħħla madwar l-artali tal-knejjes kollha!", "U għalhekk hu ordna li dawn kellhom jitneħħew minnufih u jiġu merfugħa fis-sagristija, b'eċċezzjoni tal-qalb li kienet tirrappreżenta l-imħabba lejn il-Madonna.", "Infatti Jimmy għadu sa llum isib minn dawn l-ex-voto fil-kaxxi iżda hu jemmen li rigward dawn il-wegħdi, jiswew kemm jiswew, u juru x'juru, jeżisti l-obbligu li dawn jintwerew fil-pubbliku peress li huma kienu kollha doni li ngħataw b'qima, b'rispett u b'imħabba lill-Madonna.", "Għaldaqstant hu qed jagħmel minn kollox biex jesponi kull oġġett li jingħata lis-santwarju, akkost il-problema tal-ispazju u l-fatt li dawn il-wegħdi għadhom deħlin.", "Proġett ieħor li dejjem isus fuq moħħ Jimmy jirrigwarda r-restawr tal-kwadri ex-voto sabiex dawn jiġu konservati għar-referenza tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna.", "Huwa jixtieq ħafna li jsib xi sponsors li jkunu jistgħu jagħtuh daqqa t'id biex isir dan ir-restawr.", "Sfortunatament, in-nuqqas ta' għarfien fiż-żminijiet antiki dwar kif kien l-aħjar mezz kif jinżammu oġġetti bħal dawn, kien wassal għall-qerda ta' għadd ta' kwadri sinifikanti u min jaf kemm informazzjoni ntilfet!", "Infatti bosta minn dawn il-kwadri kienu ġew mormija wara li sofrew danni peress li tpoġġew direttament fuq blat umduż, filwaqt li oħrajn ġew anki maħsula bl-ilma wara li swiedu minħabba n-nugrufun li tqanqal mill-kwantità ta' xemgħat u ftili taż-żejt li kienu jinxtegħlu għal siegħat twal fis-santwarju!", "Temminx jew le f'dawn il-mirakli jew fl-istess reliġjon innifsu, ma naħsibx li tista' tibqa' biered għal kollox fil-preżenza ta' din il-ġabra mmensa tat-tifkiriet ta' nies li emmnu, afdaw u qalgħu l-għajnuna meta l-aktar li kellhom bżonnha.", "Ċertament jagħmel tajjeb li kieku intom jirnexxielkhom issibu ftit ħin biex iżżuru dan il-post sinifikanti ħafna f'pajjiżna u fil-kultura tagħna sabiex b'hekk taraw b'għajnejkhom, tmissu b'idejkhom u tħossu b'qalbkhom.", "Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa jkun miftuħ mis-7.00am sa nofsinhar u mill-4.00pm sas-6.00pm.", "Issir ukoll quddiesa kuljum fit-8.30am, filwaqt li dik tal-Ħadd tibda fl-10.00am u tkun bl-Ingliż.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-26 ta' Jannar 2014 fis-sensiela Ġabriet it-Tifkiriet)", "Ċipru", "Ġabriet it-Tifkiriet", "Kykkos", "Madonna tal-Monasteru ta' Kykkos", "Mellieħa", "Ordni ta' San Ġwann", "San Luqa", "Santwarju tal-Madonna tal-Mellieha", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Temmen jekk trid"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/02/kurzitajiet-dwar-bormla/", "text": ["Kurżitajiet dwar Bormla", "Avviż li deher dan l-aħħar fuq il-Facebook mill-Cospicua Heritage Society, ġibidli l-attenzjoni u qanqalli l-kurżità.", "Dan peress illi l-pubbliku kien qiegħed jiġi mistieden biex fis-siegħat mudlama tal-lejl, jingħaqad ma' grupp li kellu l-għan li jżur numru ta' inħawi partikolari f'Bormla li huma magħrufa għall-leġġendi u l-misteri tagħhom.", "Akkost li x-xita kienet qed traxxax minn ħin għall-ieħor u l-bard ma naqasx, ma stajtx nitlef avventura bħal din, u flimkien ma' għadd ta' individwi oħra, inġbarna mal-membri ta' din l-Għaqda u erħejnilha għal din l-esperjenza mhux tas-soltu.", "Ikolli nistqarr li qatt ma bsart li Bormla kienet kapaċi tidher daqstant romantika u attraenti taħt id-dawl bati tal-fanali mxerrdin 'l hemm u 'l hawn.", "U pass wara pass ħassejtni ninġibed aktar u aktar lejn din il-belt li tissemma' tant fl-istorja ta' Malta imma li rari tara attivitajiet bħal dawn isiru fiha.", "Kien għalhekk li wara din iż-żjara, iddeċidejt li niltaqa' mal-president tal-Cospicua Heritage Society, Edwin Delceppo, ħalli did-darba fid-dawl tax-xemx, inkompli nagħraf il-valur ta' dan il-post storiku u s-sinifikat u l-għan ta' din l-Għaqda.", "L-idea tat-twaqqif ta' Cospicua Heritage Society (CHS) nibtet permezz ta' Tarcisio Bonnici u ta' Edwin Delceppo minħabba li dawn xtaqu jagħmlu xi ħaġa biex jgħinu fil-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali ta' Bormla.", "Infatti din l-NGO, li twaqqfet uffiċċjalment f'April tal-2013, għandha l-iskop li tidentifika u li toħloq għarfien dwar l-oġġetti u s-siti ta' importanza li jinsabu f'Bormla, li tipproteġihom u li taħdem biex issir il-konservazzjoni tagħhom, u anki biex tipprovdi aċċessibbilità adegwata għall-pubbliku li jkun interessat li jżurhom.", "Sfortunatament, huma jemmnu illi għal ħafna snin, dawn l-inħawi ftit li xejn ingħataw l-importanza li tixirqilhom u dan irriżulta f'ħafna ħsara u f'telf ta' patrimonju li wara kollox mhuwiex biss tal-Bormliżi imma tal-pajjiż kollu.", "Ġara wkoll li maż-żmien, ċerti nħawi li qabel kienu jiffurmaw parti minn Bormla, bħal ngħidu aħna ż-żona popolari ta' Cafe Riche, ġew assenjati lill-postijiet oħra, f'dal-każ lill-Birgu, liema fatti ma niżlu xejn tajjeb mal-abitanti Bormliżi.", "Iżda t-tgergir biss ma jwassal għal imkien, u naqqar minn hawn u naqqas minn hemm, is-CHG hija konxja li ftit ftit dan il-wirt kulturali tagħha se jintilef għal kollox jekk ma jittieħdux miżuri aktar konkreti f'dan il-qasam.", "Jingħad li l-inħawi fejn illum hemm Bormla kienu diġà abitati fi żmien megalitiku peress li nstab materjal arkeoloġiku li jmur lura għal dan il-perjodu.", "Evidenza oħra tal-antikità ta' din iz-zona huma l-kwantità ta' fossili li ġew skoperti mir-Royal Engineers meta dawn kienu qed jiskavaw f'partijiet antiki tal-baċir.", "Fatt kurjuż huwa illi fi żmien il-Feniċi 'bir-mula' kinet tfisser 'il-bir tas-sid' u minn hawn jemmnu li ħareġ l-isem 'Bormla'.", "La qed insemmu l-baċir ma jistax jonqos li ninkludi wkoll li f'diversi dokumenti, is-CHG sabet illi dari, f'dawn l-inħawi, il-baħar kien jidħol ferm aktar il-ġewwa mill-llum.", "Barra minn hekk, riżultati ta' tiftix bil-geo-radar waqt studju li sar mill-Università ta' Malta f'dawn iż-żoni, kixfu illi fi żminijiet aktar imbiegħda, din il-parti ta' Malta kienet magħmula mix-xmajjar u li fin-naħa ta' fejn illum hemm il-Parroċċa Kolleġġjata ta' Marija Immakulata, kien hemm l-irdumijiet, bil-livell tal-baħar ferm aktar 'l isfel.", "M'hemmx limitu ta' kemm tiflaħ tiskopri materjal dwar kull naħa ta' Bormla.", "Infatti, minn illustrazzjonijiet li saru f'nofs is-seklu dsatax minn Giovanni Schranz u C.F. von Brockdorff, instab illi fis-seklu tmintax, il-Kavallieri ta' San Ġwann kienu żebgħu l-imħażen marittimi tagħhom, li kienu jwasslu sal-Maċina li hemm fid-'Dockyard creek' eżatt ħdejn il-baċir Nru. 1., b'kuluri ċelesti u bojod li ċertament illum diffiċli nimmaġinawhom.", "Madanakollu fil-preżent hemm min qed jisħaq illi jekk għandu jsir restawr tajjeb ta' dawn l-inħawi, dawn il-kuluri għandhom jerġgħu ilewwnu dawn l-istrutturi mill-ġdid.", "Intant, waħda mill-ideat żbaljati dwar Bormla li din l-Għaqda tixtieq tneħħi minn moħħ in-nies hija illi wara t-Tieni Gwerra Dinjija, din il-belt inqerdet għal kollox u li għalhekk ma fadalx bini storiku fiha.", "\"Mhu veru xejn!\" sostna aktar minn darba Edwin u bħala prova ta' dan, huwa ħadni ndur fit-triqat ta' Bormla.", "Nistqarr li qatt ma ġejt mogħtija dan il-privileġġ li Bormliż stess idawwarni ma' beltu, li hu jaf xiber b'xiber, u li lejha hu għandu l-passjoni ta' wieħed li jappartjeni għal dan il-post.", "Għaldaqstant, ħtaft l-okkażjoni biex nara b'għajnejh id-dettalji li jien qatt m'osservajt u biex nisma' minn fommu r-rakkonti li jien qatt ma smajt.", "Kienu f'dawn il-mumenti li tneħħiet l-għata moderna minn quddiem għajnejja, li spiss kienet qed tostor l-istorja evidentissima li llum ngħaddi minn quddiemha u lanqas biss nintebaħ biha.", "Ngħidu aħna, min jaf kemm żort il-monti ta' Bormla mingħajr qatt ma rrealizzajt li fir-realtà Triq il-Ġublew tal-Fidda mhiex ħlief parti minn foss li kien hemm wara s-swar.", "Xhieda oħra silenzjużi huma l-għadd ta' saljaturi li wieħed jista' jinnota taħt diversi galleriji tal-bini antik li permezz tagħhom dari, in-nies kienu jieħdu idea ta' x'tip ta' individwi kienu jabitaw ġo dawk il-postijiet.", "Fil-fatt, uħud kellhom simboli reliġjużi filwaqt li oħrajn kellhom sinjali ta' xi sengħa partikolari, oħrajn kellhom xi arma tal-familja, mentri numru ieħor kienu jindividwaw ruħhom bir-rikkezza distinta tat-tiswir arkitettoniku tagħhom.", "Il-faċċati ta' ċerti djar imżejjna b'mod arkitettoniku għani għadilli llum mitluq, jonqoshom biss ikellmuk biex ifhiemuk il-prestiġju li xi darba kellhom.", "U fiha tassew x'tifhem li bosta minn dawn id-djar maestużi f'dawn l-aħħar snin qegħdin jinxtraw mill-barranin sabiex jingħataw lura l-ħajja mill-ġdid, imma ftit li xejn iħajjru lill-Maltin jagħmlu l-istess.", "Ċertament ma setax jonqos li Edwin jeħodni nżur ukoll partijiet mis-swar li din il-belt hi mżejjna bihom, liema strutturi jiftakru mhux biss mexxejja u periti differenti imma anki t-tibdil li kull ġenerazzjoni applikat fuqhom.", "Għaldaqstant fosthom waqafna quddiem Verdala Gate fejn ammirajna x-xogħol sabiħ li dari twettaq mill-Ordni ta' San Ġwann, filwaqt li llum din id-daħla storika qed titħalla tiswied, titmermer u taqa' biċċa biċċa.", "Tkellimna dwar il-Firenzuola Lines (jew kif inhuma magħrufa aktar bħala l-Margherita Lines), liema xogħol fuqhom kien inbeda fl-1638 skont pjanta ta' Fra Vincenzo Maculano da Firenzuola.", "Minn dokumenti li nstabu, jidher illi l-Gran Mastru Cottoner kien ippjana li jibni belt sħiħa fejn illum tinsab Bormla li kellha ġġib l-isem Civitas Cottonera.", "Imma din l-idea sfaxxat fix-xejn meta bejn l-1675 u l-1676 ħakmet il-pesta f'Malta u ħalliet numru kbir ta' vittmi, apparti li fl-1680, miet il-Gran Mastru Cottoner innifsu.", "Meta komplejna nimxu lejn Forti Verdala, li nbena fl-1853, sirt naf li waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija dan il-post kien serva bħala kamp għall-priġunieri tal-gwerra, li fosthom kien hemm l-ekwipaġġ tal-bastiment tal-gwerra Ġermaniż", "u l-Ammirall Karl Doenitz li aktar il-quddiem, waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, għal ftit tal-ġranet hu kien sar is-suċċessur ta' Hitler.", "Illum, il-parti l-kbira minn dawn il-binjiet inbidlu f'residenzi u huma abitati.", "Iżda meta tlajna fuq il-bejt ta' dawn il-binjiet, stajt nilmaħ sezzjoni oħra minn dan il-kamp li tidher li hi abbandunata.", "Ħafna aktar telqa teżisti fil-parti tar-rampa li permezz tagħha, dari kienu jtellgħu l-kanuni għal fuq l-iswar.", "Edwin stqarr li hija ħasra li ftit li xejn nies jafu jew jagħtu każ dwar dawn il-ġrajjiet u dawn l-inħawi.", "Intant, akkost li llum qiegħed jitħalla jissaddad, tripied tal-metall li jinsab fuq dan il-bejt ifakkar illi l-machine guns li kienu jitpoġġew fuqu, min jaf kemm sparaw, u forsi laqtu, ajruplani tal-għadu li kienu jersqu biex jattakkaw l-inħawi.", "Infatti, fuq il-faċċata tal-bastjun tal-Belvedere, wieħed għadu jista' jara sal-llum il-marki tal-balal li ħalla wieħed minn dawn l-ajruplani meta dan ipprova jiddefendi ruħu u jirritalja għax-xita ta' balal li kienu neżlin fuqu minn fuq is-swar.", "Naturalment sirt naf ħafna aktar informazzjoni minn hekk iżda huwa diffiċli li ndaħħal kollox f'dan l-artiklu.", "Imma peress li l-arkeoloġija hija tant għall-qalbi, u anki peress li dan is-sit bħalissa jinsab wara bieb magħluq, żgur li ma nistax inċaħħadkhom milli ninfurmakhom dwar il-kappella Biżantina li żorna waqt il-mawra li saret fil-għaxija f'Bormla.", "Infatti, flimkien mal-gwida Charmaine Borg, kulħadd rama b'xi torċ jew b'xi xemgħa u kollna kurżità nżilna żewġ sulari taħt l-art fejn hemm sibna din il-wesgħa antika li dari kienet meqjusa bħala art sagra.", "Jingħad li din il-knisja maqtugħa direttament fil-blat, tmur lura għad-9 seklu W.K. u oriġinarjament din kienet iddedikata lin-Nattività ta' Ġesù Bambin.", "Maż-żmien bidlet diversi titli sakemm fi żmien il-Kavallieri, dan il-post ġie profanat u abbandunat sakemm intesa għal kollox u ntradam taħt il-bini ta' djar oħra.", "Kien biss fis-snin ħamsinijiet li din il-knisja ġiet skoperta aċċidentalment meta tifel ċkejken tilef żarbuna minnhom fl-inħawi u hekk kif xi nies ramaw ineħħu xi terrapien biex jgħinuh isibha, f'ħin minnhom tfaċċat bokka kbira fl-art.", "Hemmhekk in-nies reġgħu sabu din il-knisja antika li matul is-snin laħqet ġabret bosta ilma fiha.", "Kien bis-saħħa tal-Kunsill Lokali ta' Bormla u ta' membri minn din l-Għaqda li eventwalment dan is-sit ġie mnaddaf sabiex b'hekk ma ssirlux aktar ħsara.", "Il-kwadru titulari li kien jinsab f'din il-knisja illum qiegħed fil-Mużew tal-Kattidral fl-Imdina, filwaqt li xi kwadri oħra nżammu fis-sagristija tal- Parroċċa Kolleġġjata ta' Marija Immakulata.", "Minn dak li rrakkuntajtilkhom hawnhekk, huwa ċar ħafna illi l-inħawi ta' Bormla għandhom potenzjal kbir x'joffru, kemm lilna l-Maltin u kif ukoll anki lit-turisti li jiġu jżuru lill-pajjiżna.", "Għaldaqstant ikun tassew għaqli illi l-awtoritajiet involuti jaraw illi dawn l-inħawi għandhom jiġu inklużi fil-proġetti kulturali li jiġu organizzati minn żmien għal żmien sabiex b'hekk din il-belt li kienet tant grandjuża fiż-żminijiet antiki, tingħata l-prestiġju tagħha mill-ġdid.", "Irridu nżommu dejjem f'moħħna illi kull żona fil-gżejjer tagħna, tifforma ħolqa minn katina kbira li finalment tgħaqqadna u li tagħtina l-forza bħala pajjiż sħiħ.", "Għal aktar informazzjoni dwar Cospicua Heritage Society u dwar l-attivitajiet tagħha, tistgħu tidħlu fuq Facebook, inkella tikkuntattjawhom fuq 79710092 jew permezz tal-email", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela ĠABRIET IT-TIFKIRIET fit-Torċa tas-16 ta' Frar 2014)", "Ġabriet it-Tifkiriet", "kappella Biżantina", "Kavallieri ta' San Ġwann", "Kunsill Lokali ta' Bormla", "L-Ewwel Gwerra Dinjija", "Mużew tal-Kattidral fl-Imdina", "Ordni ta' San Ġwann", "Parroċċa Kolleġġjata ta' Marija Immakulata", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa", "Triq il-Ġublew tal-Fidda", "Università ta' Malta"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Kurżitajiet dwar Bormla"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/11/ic-ciniz-li-baqa-malta/", "text": ["Iċ-Ċiniż li baqa' Malta", "Il-Ħadd li għadda bosta minna erħejnilha lejn iċ-ċimiterji ta' madwar il-gżejjer tagħna sabiex insellmu lil qrabatna jew lil xi ħbieb li m'għadhomx magħna.", "Ħafna kienu dawk li ħadu magħhom bukketti sbieħ ta' fjuri kkuluriti u jfuħu sabiex jitpoġġew fuq l-oqbra safrana tal-ġebla kiesħa tal-franka jew fuq l-irħam samm abjad karti jew iswed daqs il-lejl.", "Ġest li apparti t-turija ta' rispett u mħabba, donnu jipprova wkoll jagħti l-ħajja fejn jidher li m'hemmx.", "Oħrajn ħadu ħsieb ukoll inaddfu l-oqbra billi naqqew xi ħaxix ħażin li kiber maż-żmien jew bidlu xi ritratt li jkun sfar bis-snin.", "Eluf ta' xemgħat ħomor inxtiegħlu sabiex bil-fjamma tagħhom kiebja jakkumpanjaw it-talb impespes jew fil-qalb li ntqal għall-bżonnijiet tal-erwieħ.", "Id-dmugħ ġelben fuq ħaddejn bosta individwi.", "Anki fuq ta' dawk li qrabathom ilhom snin li ħallewhom imma li l-firda baqgħet tqanqalhom.", "Insibhom interessanti wisq dawn ir-ritwali tas-soċjetà tagħna li tibqa' tgħożż lil dawk li ħabbet anki wara mewthom; kultant anki billi tibqa' titrattahom daqs li kieku għadhom ħajjin.", "Miexja matul it-trejqat taċ-ċimiterju tal-Addolorata, stajt ninnota dawn il-ġesti kollha.", "Qalbi ngħafset għal dawk l-oqbra li baqgħu għera għax donnu ħadd ma mar iżurhom.", "Imma mbagħad ċertu dati li qrajt fuqhom tawni x'naħseb li forsi dik il-familja ntemmet u b'hekk, ma fadalx aktar min iżurha.", "L-oqbra ta' Xu Huizhong u Gu Yanzhao", "Wasalt quddiem l-oqbra li mort inżur jien: dak ta' Xu Huizhong u ta' Gu Yanzhao, iż-żewġ inġiniera Ċiniżi li mietu f'pajjiżna waqt li kienu qed jaħdmu fuq il-Baċir Numru 6.", "Filwaqt li Xu kien miet mewta traġika, Gu kien ħalliena minħabba kawża ta' mard.", "Ir-ritratti tagħhom ħarsu lejja u jiena sellimtilhom f'isem pajjiżhom u f'isem pajjiżi.", "B'turija ta' rispett, poġġejt bukkett kriżantemi bojod u sofor li skont l-użanza Ċiniża jissimbolizzaw in-niket u s-swied il-qalb.", "Imbagħad skont il-kultura tiegħi, tlabt lil Alla biex jagħtihom il-mistrieħ ta' dejjem.", "Niftakar li meta staqsejt lil xi individwi Ċiniżi, l-għala dawn iż-żewġ persuni ndifnu hawn Malta u ma ttieħdux lura f'pajjiżhom, huma kienu nfurmawni illi kienu l-familjari tagħhom stess li għażlu hekk.", "Skont il-kultura Ċiniża, dawn kellhom jindifnu fil-pajjiż li ħadmu għalih għax hekk biss setgħu jistrieħu fil-paċi ta' dejjem: billi meta jitlesta l-proġett li kienu ġew biex jaħdmu fuqu, huma jkunu għadhom 'preżenti' fuq l-istess art.", "Barra minn hekk, il-familjari xtaqu wkoll li permezz ta' din id-deċiżjoni, dawn l-għeżież tagħhom jibqgħu jiġu miftakra b'rispett mill-poplu li huma kienu marru biex jagħtuh daqqa t'id.", "Xorta waħda, tħassibt dwar x'iħossu llum il-familjari ta' dawn l-individwi li kellhom iħallu lil min ħabbew daqstant il-bogħod minn arthom.", "Midalja tal-Qadi tar-Repubblika għall-inġinier Xu Huizhong", "Dal-ħsieb ma ħallinix bi kwieti u għalhekk iddeċidejt li nitkellem mal-ex-Ministru Laburista, Reno Calleja, li fl-1979, kien intbagħat mill-Prim Ministru Duminku Mintoff sabiex jagħti l-Midalja tal-Qadi tar-Repubblika lill-familjari tal-inġinier Xu Huizhong peress li huwa tilef ħajtu traġikament fis-16 ta' Marzu 1979 waqt li kien qed jaqdi dmiru fil-bini tal-baċir.", "\"Dik hija ġurnata li jiena ma ninsa qatt!\" stqarr mill-ewwel Calleja hekk kif bdejna nitkellmu.", "\"Anzi, nista' ngħid li personalment ngħodd dak il-mument bħala l-akbar wieħed fil-karriera politika tiegħi.", "Napprezzah tant għax dakinhar ħassejt li jien kont parti mill-istorja ta' pajjiżi fejn Malta kienet qed tagħti ġieħ kbir lil ħaddiem barrani wara mewtu, minħabba li hu miet waqt li kien qed jgħin lil pajjiżna.\"", "Il-ftehim ta' għajnuna bejn Malta u ċ-Ċina", "Calleja jiftakar sewwa ż-żmien meta kien qiegħed isir il-ftehim maċ-Ċina sabiex din tgħin lil pajjiżna jiġi fuq saqajh.", "\"F'dawk is-snin anki ċ-Ċina kienet relattivament fqira iżda xorta tat daqqa t'id lil Malta.", "U huwa f'ġesti bħal dawn li tara l-veru ħbiberija ta' pajjiż: meta jgħinek f'mumenti meta lanqas hu ma jkun jiflaħ wisq,\" sostna Calleja.", "\"Il-pass għaqli li kien għamel Mintoff, meta xahar wara Nixon, fl-1972, tela' ma' delegazzjoni Maltija sabiex jiltaqa' ma' Mao Zedong, kien ġie apprezzat wisq.", "U grazzi għal din id-deċiżjoni, għadna ngawdu l-frott ta' ħbiberija kbira ma' dan il-pajjiż li llum stagħna sewwa.\"", "Għadd ta' ħaddiema Ċiniżi jgħinu fil-bini tal-Baċir Nru. 6", "\"Apparti li kienu tawna għajnuna finanzjarja, iċ-Ċiniżi għenuna ħafna billi bagħtu fostna għadd ta' ħaddiema tekniċi sabiex iwettqu numru ta' proġetti kbar f'pajjiżna, fosthom il-Baċir Numru 6,\" kompla jispjegali Calleja.", "\"Dawn il-ħaddiema Ċiniżi ħadmu spalla ma' spalla mal-Maltin u niesna stagħnaw fil-prinċipji ta' kif wieħed għandu jaħdem fuq xogħolu hekk kif bdew jinnutaw il-kultura tagħhom.", "Kultura ta' nies li għandhom umiltà kbira, bżulija liema bħalha u sens ta' dover qawwi lejn pajjiżhom.", "L-entużjażmu li l-Maltin raw fost il-ħaddiema Ċiniżi, huma u jaħdmu bi preċiżjoni u b'għaqal, anki jekk kienu qed jagħmlu dan għall-pajjiż ieħor, ispirathom biex anki huma jagħmlu bħalhom.", "U jekk il-ħaddiema Ċiniżi kienu qed jaħdmu b'tant dedikazzjoni biex jagħmlu lil pajjiżhom kburi bihom, anki l-ħaddiema Maltin kienu qed jistinkaw daqshom biex pajjiżhom ikun jafulhom,\" qalli Calleja.", "\"Meta l-Baċir Numru 6 tlesta u saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ, jien kont hemm u naħlef li rajt lil uħud mill-ħaddiema jibku meta raw wiċċ Mintoff jixgħel b'sodisfazzjon għax-xogħol li kien twettaq minnhom kollha.\"", "Reno Calleja jitla' ċ-Ċina biex iwassal il-Midalja", "Iżda dan ir-rakkont kellu wkoll il-lat ikraħ tiegħu, fosthom din it-traġedja fejn ħalla ħajtu l-inġinier Xu.", "\"Fl-1979 ġejt mistieden biex nitla' ċ-Ċina sabiex nirrappreżenta l-Għaqda ta' Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina u kif kien mistenni, infurmajt lil Prim Ministru b'dan.", "Huwa qalli biex nitla' f'April minħabba li kellu xi ħaġa f'moħħu,\" ftakar Calleja.", "\"Wara xi ħmistax, reġa' sejjaħli fejn infurmani li hu kien iddeċieda li jagħti l-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika, fuq bażi onorarja wara mewtu, lill-inġinier Xu Huizhong, u jien kelli ntellagħha miegħi.", "Ftit wara, saret ċerimonja fejn il-President Anton Buttigieg għadda din il-midalja lill-Ambaxxatur taċ-Ċina f'Malta bħala rappreżentant tal-Gvern Ċiniż.", "Imbagħad din il-midalja ngħatat lili u jien tlajt biha ċ-Ċina.\"", "Hawnhekk, Calleja ħareġ xi ritratti li kienu jfakkru dawn il-mumenti distinti.", "\"Sabiex issir din l-għotja lill-familjari tal-inġinier Xu, ġiet organizzata ċerimonja kbira fis-Sala tal-Kungress ta' Shanghai.", "Għal din l-okkażżjoni, jien ippreparajt id-diskors tiegħi bil-Malti u student Malti kien traduċieha għaċ-Ċiniż.", "Dan l-istudent kien Clifford Borg-Marks li llum huwa l-Ambaxxatur ta' Malta fiċ-Ċina.\"", "\"Intant, waqt din iċ-ċerimonja kelli l-privileġġ li niltaqa' ma' mart l-inġinier Xu u ma' wliedu, li kollha apprezzaw ferm dan il-ġest ta' unur li għaddielhom pajjiżna.", "Madanakollu, ma nista' ninsa qatt dak il-wiċċ sogħbien ta' martu li rringrazzjatni u ma qalet xejn aktar.\"", "Huwa għadu f'kuntatt magħhom sal-ġurnata ta' llum.", "\"Sfortunatament, sena wara li ltqajt magħha, mart Xu mietet bil-għali.", "Iżda wliedha żammew kuntatt miegħi u ġieli ġew Malta jżuru l-qabar ta' missierhom.", "Issa bint Xu għandha tifla li nfurmatni li meta tikber tixtieq issir inġinier bħan-nannu.\"", "It-tradizzjonijiet taċ-Ċiniżi", "Fatt interessanti huwa illi ċ-Ċiniżi ma jiċċelebrawx ir-ritwali tal-mejtin fl-istess żmien tagħna.", "Barra minn hekk, għandhom aktar minn ċerimonja waħda li tfakkar lil dawk li ħallewna.", "Fosthom hemm il-Festival Qingming, jew kif inhu wkoll magħruf bħala Il-Ġurnata tat-Tindif tal-Oqbra.", "Din il-ġurnata taħbat bejn ir-4 jew il-5 t'April, skont il-kalendarju tradizzjonali lunari.", "Waqt dan il-festival, in-nies jiftakru u jonoraw lill-antenati tagħhom permezz tat-talb, billi jnaddfu l-oqbra, billi jiżbgħu l-kalligrafija li tkun iċċarat biż-żmien, billi jaħarqu l-inċens u billi joffru ikel, te, xorb u aċċessorji oħra fuq l-oqbra.", "F'din il-ġurnata, xi nies għandhom ħabta jġorru magħhom zokk taż-żavżava sabiex iżommu lura l-ispirti ħżiena li jkunu qegħdin iduru matul iċ-Qingming.", "Peress li ċ-Qingming jibda mal-istaġun tar-Rebbiegħa, in-nies tiċċelebra wkoll dan il-jum billi tmur għal ħarġiet fil-kampanja u ttajjar il-manuċċi.", "Xi bdiewa jaħartu l-art proprju f'din il-ġurnata.", "Il-Festival tal-Erwieħ", "Waqt dan il-festival li jsir f'Awwissu jintwera rispett lejn il-mejtin kollha ta' kull età.", "Bejn wieħed u ieħor isiru l-istess attivitajiet li jiġu ċċelebrati waqt iċ-Qingming.", "Madanakollu, hemm ukoll drawwiet oħra: bħat-tluq ta' dgħajjes żgħar tal-karti u lanterni fuq l-ilma.", "Dan ir-ritwal hu maħsub biex jagħti d-direzzjoni lill-erwieħ li jiġu jżuru lill-ħajjin waqt din il-ġurnata, sabiex isibu mill-ġdid il-mistrieħ ta' dejjem.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (25 parti) fit-Torċa tad-9 ta' Novembru 2014)", "Baċir Numru 6", "ċimiterju", "Ċiniżi", "Midalja tal-Qadi tar-Repubblika"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Iċ-Ċiniż li baqa' Malta"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/05/il-majjistra-ta-dari/", "text": ["Il-majjistra ta' dari", "Kien ritratt li deher dan l-aħħar fuq fuljett li ħareġ Wirt iż-Żejtun li qanqal it-tnissil ta' dan l-artiklu.", "Kien juri kmajra għera għajr għal sodda dejqa tal-metall u xi aċċessorji oħra sempliċi.", "Skoprejt li fil-passat, din kienet tintuża bħala lwog għat-twelid tat-trabi.", "Bħala mara, tregħixt, u ħsibijieti dlonk ġrew fuq dawk l-imsejkna li ma kellhom l-ebda għażla ħlief li jintasbu f'dan il-post biex hemm jesperjenzaw wieħed mill-aktar mumenti diffiċli ta' ħajjithom.", "Dlonk ħassejt il-bżonn li nkun naf aktar dwar dawn l-ommijiet u l-majjistri li kienu jassistuhom.", "Kien għalhekk li ngħaqadt mal-grupp imdaqqas ta' parteċipanti li attendew fil-Juventutis Domus, iż-Żejtun, għall-preżentazzjoni tar-riċerka li wettqet Janice Caruana rigward xogħol il-majjistra bejn is-snin 1900 u l-1990.", "Każ ta' emerġenza jwassal għal riċerka", "\"Bħala ners li naħdem fid-Dipartiment tal-Emerġenza, waqt li darba minnhom kont xogħol f'ambulanza, sibt ruħi qed nassisti mara biex twelled lit-tarbija tagħha.", "Din l-esperjenza nisslet f'moħħi diversi mistoqsijiet dwar x'kien isir fil-passat waqt mumenti bħal dawn, fejn il-majjistri kellhom jimprovizzaw skont is-sitwazzjoni u l-ambjent li jsibu ruħhom fih, billi jagħmlu użu mill-għerf u l-kapaċità li kellhom aktar milli billi jserrħu fuq l-għodda tagħhom,\" stqarret Janice Caruana.", "Dawn il-ħsibijiet ħeġġewha biex tibda tagħmel riċerka għall-interess tagħha personali.", "Madanakollu, hi tant daħlet fil-profond ta' dan it-tiftix, li spiċċat biex sabet ruħha għal għonq it-triq ta' vjaġġ interessanti ta' skoperta li ħadha lura lejn il-perjodu li jkopri s-snin bejn l-1900 u l-1990.", "\"Id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rigward il-majjistri u t-twelid fid-djar f'dik l-epoka huma skarsi ħafna.", "Infatti, ma ssib l-ebda dettalji ta' x'kien isir fil-kamra tal-ħlas waqt it-twelid ta' tarbija f'dawk is-snin,\" spjegat Janice.", "\"Kien għalhekk li ddeċidejt li nibda nesplora l-perċezzjonijiet tal-ommijiet u tal-majjistri dwar il-ħlas li kien isir fid-djar bejn dan il-perjodu.", "L-għan prinċipali tiegħi kien li nsir naf aħjar x'kien ir-rwol tal-majjistra matul it-tqala, waqt il-ħlas, u kif ukoll wara t-twelid.", "Dan xtaqt nagħmlu billi nfittex l-istejjer u l-esperjenzi personali tan-nies li għaddew minn dawn l-esperjenzi waqt dan iż-żmien partikolari.\"", "L-istħarriġ", "B'kollox, Janice intervistat 24 omm (23 minn Malta u waħda minn Għawdex) li bejniethom welldu 95 tarbija fid-djar tagħhom.", "Kollha kienu miżżewġa għax dari kien tabù li mara jkollha tarbija jekk ma tkunx ħadet l-istat tagħha.", "Fost dan it-twelid kien hemm: par tewmin, żewġ ħlasijiet mingħajr assistenza, tliet korrimenti, tliet itrabi li twieldu mejtin, u każ fejn mietet l-omm.", "L-età medja tan-nisa intervistati kienet ta' 78, fejn l-iżgħar kellha 60 sena u l-akbar 99 sena.", "Għal dan l-istħarriġ, hi tkellmet ukoll ma' erbgħa nisa li fi żmienhom kienu jaħdmu bħala majjistri, filwaqt li ltaqgħet ukoll ma' xi qraba ta' tliet majjistri oħra li llum m'għadhomx magħna.", "Kwalifiki meħtieġa biex issir majjistra", "\"Qabel l-1959, il-kwalifiki meħtieġa biex issir majjistra kienu li mara tkun taf tikteb u taqra bl-Ingliż u l-Malti, ikollha għarfien bażiku fis-somom,sentejn apprendistat is-Central Hospital,tkun assistiet mhux inqas minn 40 twelid, tilħaq il-kriterji kollha tal-medical board tal-gvern ta' dak iż-żmien, tgħaddi mill-eżamijiet u jkollha diploma ta' ners u majjistra, tħallas il-miżati, u tkun ta' karattru u morali tajba,\" għarrfitna Janice.", "Ġużeppa Bonnici – majjistra", "Din il-majjistra kienet miż-Żejtun u kienet tagħti s-servizzi tagħha Ħal-Għaxaq, iż-Żejtun u Marsaxlokk.", "Temmet il-kors tagħha fl-1934 u l-aħħar twelid li assistiet kien fl-1960.", "\"Ġrajja partikolari li seħħet waqt ix-xogħol tagħha kien meta hi tilfet it-tarbija tagħha biex taqdi lil ħaddieħor.", "Kellha 7 xhur tqala u talbuha tassisti twelid ġo dar.", "Kien żmien it-Tieni Gwerra Dinjija u f'dak il-ħin, kienu neżlin il-bombi.", "Dan ma qatax qalb Ġużeppa imma d-destin ried li hekk kif tirfes fuq l-għatba tal-bieb tad-dar tal-klijenta tagħha, taqa' bomba fil-viċin u tisplodi.", "Ir-raġel tal-mara ġera lejn il-majjistra biex jipproteġiha mill-blast iżda kien tard wisq.", "Madanakollu, Ġużeppa kompliet taħdem u ħelset lill-omm.", "Waqt dawn il-mumenti, hija ntebħet li ma kinetx qed tħoss lit-tarbija tagħha aktar.", "Fil-fatt, hekk kif lestiet minn xogħolha u marret tiċċekkja dwar il-qagħda tat-tarbija tagħha, ikkonfermat li kienet tilfitha.\"", "Din il-majjistra Żejtunija kienet tagħti s-servizzi tagħha fiż-Żejtun.", "Temmet il-kors tagħha fl-1934 u l-aħħar twelid li assistiet kien fl-1960.", "Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, assistiet in-nisa refuġjati mill-Kottonera li kienu marru jsibu kenn fil-bini tal-Juventutis Domus.", "Binha jiftakarha ssemmi li f'dak iż-żmien kienet tesperjenza mumenti fejn \"waħda tgħajjat minn naħa u waħda tgħajjat minn oħra\".", "\"Kienet ammirevoli kif din il-majjistra, mingħajr ma taf xejn dwar l-istorja tat-tqala ta' dawn in-nisa, kienet kapaċi tibqa' għaddejja fuq xogħolha, u tassistihom bla problemi.", "Maria Camilleri – majjistra", "Kienet miż-Żejtun.", "Temmet il-kors tagħha fl-1941 u l-aħħar twelid li assistiet kien fl-1979.", "Assistiet madwar 8000 twelid madwar Malta kollha.", "Irnexxielha tkopri dan ix-xogħol kollu minħabba li fl-aħħar tal-karriera tagħha, kienet tgħallmet issuq il-karozza.", "\"Rakkont partikolari waqt ix-xogħol tagħha jgħid illi darba minnhom, Maria ġiet rikoverata l-isptar u hekk kif intbagħtet lura d-dar, it-tabib irrakkommandalha li tistrieħ għal xi ġranet.", "Iżda x-xogħol tagħha m'għandux waqfien u żewġha ma damx ma sema' l-bieb tad-dar iħabbat.", "Kien mar raġel jitlob l-għajnuna ta' Maria minħabba li martu kienet waslet biex twelled.", "Żewġ Maria beda jipprova jfehmu li martu ma setgħetx toħroġ imma hi semgħetu, ħennet għall-omm, libset, u qamet biex tmur.", "B'kundizzjoni waħda – li titla' timtedd fuq is-sodda biswit l-omm, sakemm din tasal biex twelled.", "U hekk ġara.\"", "Is-sabiħ fil-ħajja, speċjalment fil-gżejjer tagħna, fejn kulħadd jaf lil kulħadd, huwa li spiss ġrajja twassal għal oħra u b'hekk tibqa' tiskopri affarijiet ġodda.", "Hekk seħħ fil-każ ta' din il-majjistra peress li wara din id-diskussjoni, resaq lejja ċertu Joe Seychell sabiex jinfurmani li kien missieru Frans li kien għallem il-karozza lil Maria.", "\"Dak iż-żmien kienet meqjusa bħala xi ħaġa mhux wisq xierqa li mara titla' ma' raġel f'karozza.", "Imma Maria kienet taf lil missier missieri u allura s-sitwazzjoni nbidlet.", "Missieri kien sempliċiment dilettant tal-karozzi u xogħolu ma kienx li jgħallem.", "Infatti, wara li l-majjistra tħarrġet ma' missieri, biex tmur għat-test tal-liċenzja, kellha titla' ma' wieħed magħruf bħala 'Il-Lakkwati' li kellu skola tas-sewqan.", "Meta għaddiet, Maria kienet fost l-ewwel nisa fiż-Żejtun li kellhom il-liċenzja tal-karozza,\" qalli Joe.", "\"Hekk kif illum smajthom isemmu lil din il-majjistra, il-memorja tiegħi xegħlet bit-tifkiriet minħabba li niftakar lil Maria tiġi għand nannuwi, Karmenu Abela miż-Żejtun, li kellu ħanut ċkejken f'numru 38, Triq l-Ispirtu s-Santu, iż-Żejtun, fejn kien jaħdem bħala mastrudaxxa.", "Xogħolu kien jinvolvi t-tfassil ta' biċċiet ta' għamara u s-siġġijiet tal-knejjes li kienu jinbiegħu bir-radam.", "Kien għamel xi żmien ukoll jaħdem it-twiebet tal-adulti imma jien l-uniku twiebet li niftakar, għall-ħabta tas-snin ħamsin, kienu dawk bojod, tat-tfal.", "Mhux darba u tnejn li ħajt minnhom tal-ħanut kien ikun kollu miżgħud b'dawn it-twiebet stivati fuq xulxin peress li f'dak iż-żmien, kienu jmutu bosta trabi,\" kompla jirrakkuntali.", "\"Ġieli nzertajt inkun ħdejn nannuwi meta kienet tiġi Maria titolbu tebut minn dawn.", "\"Ħa neħodlok tebut għax mietet tarbija jaħasra,\" kienet tgħidlu.", "\"Ħudu u mbagħad nirranġaw,\" kien jgħidilha.", "Għax għandek tkun taf li fost id-dmirijiet tagħha, Maria kienet ukoll tkeffen lit-tarbija sabiex tevita aktar tbatija minn fuq il-ġenituri li jkunu tilfuha.", "Niftakar drabi meta kont preżenti għal xi quddiesa tal-funeral ta' xi tarbija u dawk li kienu jifilħu jħallsu, kienu jordnaw li t-tebut tat-tarbija tagħhom jinġarr b'karru abjad biż-żwiemel.", "Oħrajn li ma kienux jippermettu dan is-servizz, kienu minflok iqabbdu lil wieħed magħruf bħala Xifu biex iġorr it-tebut.", "Dan kien jorbot ċinturin miegħu u jimxi bit-tebut f'idejh sal-Parroċċa taż-Żejtun.\"", "Il-majjistri msemmija hawn fuq m'għadhomx magħna.", "Imma Janice rnexxielha tiltaqa' ma' erbgħa majjistri li ħadmu matul il-perjodu magħżul għar-riċerka, li tawha ħafna informazzjoni utli u interessanti.", ": Temmet il-kors fl-1942.", "Ħadmet bħala majjistra fi sptar barra minn Malta u anki fl-isptar St Luke's. Serviet in-naħa t'isfel ta' Malta u f'Għawdex.", ": Majjistra Għawdxija.", "Temmet il-kors fl-1946.", "B'kollox assistiet 1000 twelid.", ": Temmet il-kors fl-1959.", "Esperjenza vasta fl-isptar St Luke's u anki barra minn Malta.", "B'kollox assistiet madwar 1000 twelid.", "Meta kienet taħdem l-Ingilterra, kienet iddur bir-rota min-naħa għall-oħra tassisti nisa differenti.", ": Temmet il-kors fl-1944.", "Esperjenza vastaf'diversi sptarijiet.", "Assistiet aktar minn 6000 twelid.", "Kienet taħdem madwar Malta kollha imma l-aktar il-Ħamrun u Tas-Sliema.", "Hi qalet li kienet tikkollabora ħafna mal-majjistra Ġużeppa Bonnici taż-Żejtun.", "X'kont issib fil-basket tal-majjistra", "Janice kellha x-xorti li tifli mill-qrib żewġ basktijiet ta' majjistri: wieħed tas-snin tletin u l-ieħor tas-snin erbgħin.", "Dan tal-aħħar kien għadu mimli bl-għodda u b'kollox kien jiżen madwar 5 kilos.", "\"Immaġina lill-majjistri għaddejjin il-ġurnata kollha b'dat-toqol f'idejhom!\" irrimarkat.", "\"L-għodda li sibt kienu jinkludu: ingwanti, fardal, pinard (strument biex tisma' l-qalb tat-tarbija), lubrikant, miżien, artery forceps, imqassijiet, siringi, pelvimeter (biex tkejjel il-qadd), inċirata għas-saqqu, stetoscope, delivery pack, ħajt tal-punti, u labar ta' qisien varji.Kien hemm ukoll: kontenituri tal-istainless steel, disinfettant, suction tube (biex ikunu jistgħu jbattlu l-istonku tat-tarbija), reġistri tat-twelid, pinna, levattiv (biex tnaddaf l-imsaren minn ġewwa), ċinturini (kienu jintrabtu mas-sodda biex l-omm tagħmel forza magħhom waqt li tkun qed twelled), garżi u tajjar.\"", "Il-gass biex inaqqas l-uġiegħ kien projbit mill-Knisja!", "F'dan il-basket, Janice sabet ukoll xi mediċini, fosthom dawk għal kontra l-uġiegħ inkluż gass imħallat mal-ossiġnu.", "\"Dan kien jintuża l-aktar mill-majjistri li kienu jaħdmu mal-MMDNA għax dawk ta' qabel ma kienx ikollhom dan il-gass għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Fatt interessanti huwa li dan il-gass li seta' jtaffi l-uġiegħ lin-nisa waqt il-ħlas, għamel żmien ipprojbit mill-Knisja.", "Infatti, waqt ir-riċerka tiegħi, xi nisa stqarru li kienu ppreferew li jibqgħu jwelldu d-dar u jġarrbu t-tbatija li hemm bżonn minħabba li kienu jibżgħu li jagħmlu dnub jekk imorru l-isptar u jkunu offruti dan il-gass.\"", "Nota: Illum koprejt biss xi informazzjoni u ġrajjiet dwar il-majjistri.", "Il-Ħadd li ġej, dan l-artiklu jkompli jistħarreġ il-perspettiva u r-rakkonti tan-nisa tqal ta' dari.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela MINN RITRATT (10 parti) fit-Torċa tal-24 ta' Mejju 2015)", "Dipartiment tal-Emerġenza", "majjistra", "tarbija", "Żejtun", "ħlas"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Il-majjistra ta' dari"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/05/is-santi-l-istorja-wara-l-istampi/", "text": ["IS-SANTI – L-ISTORJA WARA L-ISTAMPI", "Jingħad illi stampa tiswa daqs elf kelma.", "Kien forsi dan il-ħsieb li wassal għall-ħolqien ta' l-ewwel pitturi reliġjużi li matul il-milja tas-snin iċċekknu fil-qies sa ma ħadu d-daqs tas-santi.", "F'dik il-ħabta, bosta min-nies kienu lliterati u għaldaqstant il-Knisja użat metodu viżwali biex permezz ta' stampa tkun tista' tirrakkonta u twassal il-messaġġ tagħha.", "Meta kont għadni żgħira s-santi kienu xi ħaġa komuni f'idejna t-tfal.", "Kienu jagħtuhomlna mill-iskola, mill-mużew u spiss anki z-zijiet u n-nanniet tagħna.", "Apparti li kien hemm min minna li kien ifaddalhom, ħafna mid-drabi konna nużawhom biex inwaħħluhom mal-pitazz tar-reliġjon jew fuq dak tal-mużew.", "Min jaf kemm ġieli tħabatt biex sibt xi santa ta' xi qaddis partikolari li kienu jitolbuna u li jien qatt ma nkun smajt bih!", "Illum dan kollu spiċċa – tidħol fl-internet u ssib li trid f'ħakka t'għajn.", "Fil-fatt kont naħseb li lanqas biss kienu għadhom isiru s-santi u ntbaħt li kont żbaljata meta binti bdiet tattendi l-mużew.", "Ta' tifla li hi, malli saret taf bl-eżistenza tas-santi bdiet tisħaq li tippreferi lilhom mill-karti stampati tal-kompjuter.", "U għalkemm spiss ittantajt indawwrilha fehmitha, jkolli nistqarr li meta ġieli mmorru nfittxu xi santa li jkollha bżonn, f'qalbi nħoss nostalġija kbira għal dawk is-snin tal-innoċenza.", "Dan l-aħħar kont qed indur fil-Facebook u ltqajt ma' paġna msejjħa 'Mudelli Sagri u Santi'.", "Fiha rajt varjetà ta' santi mill-isbaħ li wħud minnhom kienu antiki ferm.", "Tħajjart nagħmel ftit riċerka dwar das-", "suġġett u rrealizzajt li wara dawn l-istampi ċkejknin kien hemm storja sħiħa.", "Bqajt sakemm skoprejt wieħed mill- kollezzjonisti ta' dawn is-santi li stedinni nasal wasla sad-dar tiegħu sabiex nara b'għajnejja u nifhem aħjar il-preġju ta' dan il-qasam.", "\"Dak li huwa reliġjuż minn dejjem kien jattirani,\" beda jispjegali Charles Scerri hekk kif poġġejna madwar mejda nieħdu belgħa tè u ftit biskuttini.", "\"Bħala kollezzjonist jogħġobni dak kollu li hu kulturali u tradizzjonali speċjalment jekk ikollu rabta nisranija.\"", "Staqsejtu kemm kien ilu jġemmgħa s-santi u kif sabu ruħhom għandu?", "\"Minn meta kont tifel żgħir kont nieħu gost nikkollezzjonahom u naqra xi jkun hemm miktub fuqhom.", "Fuq in-naħa ta' wara tagħhom uħud mis-santi kien ikollhom xi talba jew xi deskrizzjoni qasira tal-ħajja tal-qaddis.", "Permezz ta' dawn kont nipprova nifhem aktar dwar dak li kienu għaddew minnu dawn il-qaddisin minħabba dak li emmnu fih.", "Ħafna mis-santi kont insibhom fil-kotba l-antiki tan-nanna li normalment kienu jkunu kotba ta' talb.", "Min jaf kemm il-darba qgħadt inqallbilha fil-vetrini u fis-senduq fejn kont naf li kienet trekkenihom!", "Sikwit dawn kienu jkunu xi tifkiriet ta' qraba u familjari bħal ta' xi preċett, l-ordni ta' qassis jew mewt.", "Uħud minnhom kienu jmorru lura snin kbar għax f'dak iż-żmien is-santi ma kienux jintremew peress li kienu xbiehat reliġjużi u allura kienu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra.\"", "Fil-fatt waqt it-tiftix tiegħi sibt illi dari s-santi kellhom tant sinifikat illi saħansitra n-nutara kienu jhemżuhom flimkien ma' dokumenti legali biex jiggarantixxu l-leġittimità tagħhom.", "F'każijiet oħra, il-vjaġġaturi kienu jħallu diversi santi ġol-bagoll tagħhom bħala assigurazzjoni sopranaturali kontra s-serq!", "Imma s-santi kif bdew oriġinarjament?", "\"L-aktar forma antika tas-santi li qatt instabet iġġib id-data tal-1423 u hija xbieha kkulurita ta' San Kristofru mnaqqxa fl-injam.", "Aktar tard dawn ħadu l-forma ta' inċiżżjonijiet sabiex permezz tagħhom", "jżewwqu l-kotba reliġjużi.", "Peress li ħafna min-nies ma kienux jafu jaqraw, dawn l-istampi kienu mezz ta' kif dawn setgħu jsiru jafu aktar dwar il-qaddisin u r-rakkonti tal-Bibbja.", "F'dak iż-żmien li jkollok xbieha tal-qaddis patrun tiegħek kienet meqjusa bħala xi ħaġa importanti.", "U għalhekk min ma kienx jiflaħ jixtri pittura ta' kwalità, minflok beda jakkwista dawn l-inċiżżjonijiet.\"", "Charles urini xi stampi antiki maħduma permezz tal-inċiżżjoni.", "Kienu ta' daqs kbir, tant li kienu magħluqa ġewwa kwadri.", "\"Fis-seklu 15, Johannes Gutenberg ħareġ bl-invenzjoni tal-istampar (printing press) u dan ta bidu għas-santi kif nafuhom aħna.", "B'hekk il-qies tas-santi beda jiċkien imma fl-istess ħin jissebbaħ u jiġi aktar dekorattiv.", "Kull ma jmur ix-xogħol tas-santi beda jsir aktar raffinat.", "Mill-kunventi tagħhom il-patrijiet u s-sorijiet kienu jkomplu jżejnu dawn is-santi b'artistrija kbira u kienu jużaw diversi materjali għat-tiżjin tagħhom fostom satin, bellus u bordura maqtugħa f'bizzilla delikata.", "Is-santi kienu jsiru bil-kunsens tal-isqfijiet u bejn is-16 u s-17-il seklu dawn kienu jitqassmu normalment mis-sorijiet u l-qassisin biex tixxerred id-devozzjoni.", "Madanakollu lejn l-aħħar tas-seklu 17 san-nofs tas-seklu 19, in-negozjanti fehmu l-importanza ta' dal-qasam u daħlu huma fil-bejgħ tagħhom.", "Meta fl-1796 Alois Senefelder irnexxielu jivvinta l-metodu tal-litografija (li kien mod kif wieħed jistampa xbiehat magħmula bix-xemgħa jew b'materjal żejtni għal fuq il-ġebla u aktar tard il-metall) saret aktar faċli biex wieħed jaħdem dawn is-santi u għalhekk dawn bdew jiġu manifatturati fi kwantitajiet kbar u saru popolari ħafna f'diversi pajjiżi.", "Fl-1837 żviluppa l-metodu tal-kromolitografija (li kien jikkonċerna l-introduzzjoni tal-kulur fl-istampar) u n-negozju tas-santi kompla jikber.", "Fl-1840 uħud mill-ewwel ċentri magħrufa għall-manifattura ta' dat-tip ta' santi kienu jinsabu fl-inħawi tal-Knisja ta' St Sulpice fi Franza.", "Hemmhekk il-produzzjoni tagħhom tant kibret illi fl-1862 kien", "hemm madwar 120 kumpanija jagħmlu dax-xogħol tas-santi u ta' oġġetti reliġjużi oħra.", "L-immaġnijiet tas-santi kienu jinħadmu b'kuluri pastelli u kienu jagħtu dehra fina u mirquma ħafna lil din l-arti li kienet magħrufa bħala 'L-arti ta' San Sulpice'.", "Postijiet oħra msemmija għal dax-xogħol kienu l-Belġjum u l-Ġermanja u aktar tard anki l-Italja.\"", "Huwa u jispjegali Charles beda jqalleb l-albums li ġewwa fihom b'kura kbira jżomm il-kollezzjoni vasta tiegħu.", "Uħud mis-santi jmorru lura aktar minn mitt sena u kważi bdejt ninkwieta kif ser naqbad ngħidlu biex joħroġli xi erbgħa minnhom ħalli niġbdilhom ritratt!", "\"Qegħdin miġburin għalihom f'sezzjonijiet skont lil liema tip ta' qaddis jew martri jsejjħu.", "Għandi wkoll numru kbir ta' santi ddedikati lil Ġesù, lil Madonna u lil San Ġużepp.", "Ormaj tant jien midħla tas-santi illi kif nara waħda, mill-forma tagħha jew mill-kulur użat inkun nista' ngħidlek f'liema żmien inħadmet.\"", "Minn din l-għażla sabiħa ta' santi xtaqt inkun naf kienx hemm xi waħda li kienet il-favorita tiegħu?", "\"Kollha għal qalbi ferm imma l-aktar waħda hija din is-santa tal-bizzilla bix-xbieha tad-Duluri u s-simboli kollha tal-Ġimgħa l-Kbira.", "Probabbilment hija l-favorita tiegħi għax inħobb ħafna l-Ġimgħa l-", "Kbira u b'mod speċjali għax is-santa nzertat għadha fi stat perfett.", "Hija santa maħduma bl-arti ta' San Sulpice u kif qed tara hija fina u fraġli ferm.", "Santa oħra li ngħożż ħafna hija din ta' Santa Venera minħabba li lil din il-qaddisa nħobbha ħafna tant li semmejt id-dar għaliha.\"", "Fost is-santi laqtuni ħafna wkoll santi oħra tal-bizzilla maħdumin bil-folji tad-deheb.", "Imbagħad kien hemm ukoll santi inqas mirquma imma li kienu juru", "xeni mhux tas-", "soltu bħal dawk ta' qassisin imdawwra bl-annimali eżotiċi.", "Charles qalli li dawn kienu santi ta' xi missjunarji li nqatlu fiż-żminijiet imbiegħda.", "Kien hemm ukoll santi d-daqs ta' kartolini li kienu jintużaw biex jintbagħtu l-awguri taċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħal tal-Milied u l-Għid il-Kbir.", "Ma kien hemm l-ebda dubju li dawn kienu l-ispirazzjoni wara l-kartolini moderni ta' żminijietna.", "Imbagħad f'ħin minnhom waslu s-santi taċ-ċikwejra...", "\"L-anzjani tagħna jiftakruhom sewwa dawn is-santi taċ-ċikwejra.", "Kienu ritratti minn tal-bidu u allura fuq skala abjad bl-iswed.", "Sa fejn naf jien kienu jikkonsistu f'ritratti tal-vari titulari Maltin u kienu jsibuhom magħluqin f'envelop żgħir ġewwa l-pakketti taċ-ċikkulata mfarrka li kienet titħallat mal-kafè.", "Jien irnexxieli nakkwista xi wħud u permezz tagħhom għandi rikordju ta' ħafna statwi li fil-preżent jew m'għadhomx jeżistu, jew m'għadhomx jintużaw jew inkella tbiddlu xi ftit, jekk m'għadhomx l-istess ukoll.", "Ngħidu aħna din hija santa tal-istatwa tad-Duluri ta' San Pawl il-Baħar u din santa tal-vara ta' San Duminku li kif qed tara t-tnejn kellhom l-anġli mdawwrin magħhom mentri llum dawn ma jidhrux mal-", "vari.", "Din is-santa turi l-istatwa l-antika ta' Santa Marija tal-Mosta li llum spiċċat.", "U dan San Leonardo li kien ħadem l-iskultur Darmanin, liema statwa tiegħu ġiet mibdula m'oħra maħduma f'Bolzano, għalkemm dis-sena kumbinazzjoni ġie ċċelebrat iċ-ċentinarju tiegħu u nħarġet il-vara l-antika.", "Fatt ieħor interessanti hija din is-santa li turi l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq li għalkemm hija statwa sekondarja, xorta waħda inkludewha ma' dan is-sett taċ-ċikwejra minħabba l-qima kbira li kellha n-nies lejha.\"", "Skont Charles l-ewwel santi f'Malta dehru fi żmien il-kavallieri ta' San Ġwann u kienu f'forma ta' inċiżżjonijiet.", "Illum is-santi naqsu ħafna imma xorta għadhom isiru.", "\"Il-verżjoni riċenti tas-santi ħadet xejra oħra aktar moderna biex tkompli maż-żminijiet ta' llum.", "Per eżempju din is-santa akkwistajta f'Jannar li għadda u kif tista' tinnota, tixbaħ ħafna lill-cards li jagħtuk il-banek biex tiġbed il-flus għax għandha l-istess daqs u hija ssiġillata fil-plastik.", "Għandha wkoll domna inkluża magħha.", "Is-santi m'għadhomx popolari daqs qabel għax issa hawn diversi modi oħra kif il-Knisja tista' twassal il-messaġġ tagħha.", "Minħabba f'hekk illum huwa diffiċli ferm biex issib santi ta' kwalità għalkemm kultant tiġini tajba u nsib lil xi ħadd li għandu xi santi antiki u li ma japprezzahomx u jbiegħhomli bi ftit flus.", "Mill-bqija meta ġieli nilmaħ xi waħda f'xi ħanut tal-antikità jkolli nħallas prezz tajjeb tagħha!", "Għaldaqstant kif tista' tassumi din il-kollezzjoni ta' santi qegħdha ssir aktar imprezzabbli maż-żmien għax apparti l-valur antik tagħha hija wkoll xhieda ta' kultura u tradizzjoni tar-reliġjon tagħna.\"", "Imma illum is-santi fadlilhom valur?", "\"Jiena nemmen li iva għax il-bniedem ta' llum xorta waħda għadu jħoss dik l-ispiritwalità.", "Biex nagħtik eżempju, ix-xahar li għadda jiena kelli x-xorti li nkun wieħed mill-fratelli li rfajna l-kwadru tal-Madonna ta' Pinu mill-bażilika santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt sa Putirjal biex imbagħad dan twassal sal-Knisja tal-Mosta.", "Kif ħafna jafu, dan il-kwadru inġieb Malta sabiex jirrappreżenta lill-Għawdxin waqt il-miġja tal-Papa Benedittu XVI u min-naħa tiegħu l-Papa rregalalu l-unur prestiġġjuż ta' warda tad-deheb.", "Waqt il-purċissjoni bil-kwadru inġabru numru kbir ta' nies u bqajt impressjonat ħafna bid-devozzjoni kbira li dawn urew lejh meta bosta minnhom ġabu xi ħaġa magħhom biex tintmiss mal-kwadru ħalli tiġi mbierka.\"", "Tlabtu jfissirli s-sinifikat tar-reliġjon għalih.", "\"Għalija r-reliġjon ifisser il-kuntatt tiegħi ma' dak li hu divin.", "Kieku ma nemminx li hemm Alla naħseb li kieku nħossni li qed neżisti u mhux ngħix.", "Jien li jiena ġuvni u għaldaqstant m'għandix il-familja tiegħi, permezz tal-preżenza t'Alla f'ħajti nħossni li nappartjeni lil xi ħadd.", "U permezz tat-talb nemmen li qed inżomm kuntatt ma' dawk in-nies li ħabbewni u li jien ħabbejt imma llum m'għadhomx f'din id-dinja.", "Ma rridx nagħti x'nifhem li jiena xi bniedem qaddis taf għax m'inix!", "Għandi n-nuqqasijiet tiegħi ukoll bħal kif għandu kulħadd.\"", "Il-ħin għandu ħabta jtir speċjalment meta tkun qed tieħu gost.", "Kontra qalbi kelli ngħaġġel u nħaffef inqalleb il-paġni tal-albums biex għallinqas inkun tajt daqqa t'għajn lejn", "is-santi kollha.", "Naturalment Charles kien qed japprezza ħafna jarani ninteressa ruħi fil-kollezzjoni tiegħu, tant li finalment spiċċajna anki naqraw x'kien hemm miktub fuq uħud mis-santi.", "Fostom laqtuni s-santi tal-indulġenzi.", "\"Meta n-nies bdiet titgħallem xi ftit tal-iskola, fuq in-naħa ta' wara tas-santi bdew jiġu stampati xi kitbiet.", "Kienu jkunu siltiet mill-Bibbja, deskrizzjonijiet tal-ħajja jew il-martirju tal-qaddis jew xi talb.", "Dawk li ma kienux jafu jaqraw kienu jsibu lil xi ħadd li jfehemhom dak li kien hemm miktub u jitgħallmuh bl-amment.", "Is-santi tal-indulġenzi jirrappreżentaw perjodu ta' użanzi u twemmin fejn in-nies kienet temmen li jekk tgħid talb partikolari u tmur quddiem ċertu niċeċ tkun tista' tidħol aktar malajr fil-ġenna.\"", "Proprju kif qalli Charles, kollezzjoni bħal din għandha ħafna sinifikati u fostom titfa' dawl fuq il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna.", "Mur ipperswadina llum biex nemmnu li jekk tgħid talba partikolari kuljum, tirbaħ kull darba 300 ġurnata fil-ġenna!", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-16 ta' Mejju 2010)", "cikwejra", "knisja", "kollezzjonista", "mudelli sagri u santi", "santi tal-bizzilla", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IS-SANTI – L-ISTORJA WARA L-ISTAMPI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/07/studenti-jghinu-biex-tkun-irkuprata-l-istorja-mitlufa/", "text": ["STUDENTI JGĦINU BIEX TKUN IRKUPRATA L-ISTORJA MITLUFA", "\"Dawn il-fdalijiet instabu b'kumbinazzjoni fl-1961 meta bdew ix-xogħlijiet għall-bini ta' din l-iskola.", "Il-magni goffi użati biex titneħħa l-ħamrija ħalli jinkixef il-blat għas-sisien tal-bini ta' l-iskola ltaqgħu ma' knaten kbar tal-ġebel li d-daqs tagħhom kien juri li kien hemm xi bini tal-qedem, probabilment Ruman.\"", "Hekk bdiet l-istorja tas-sit tal-villa Rumana li tinsab fuq parti mill-art tal-iskola sekondarja Carlo Diacono fiż-Żejtun, infurmana wieħed mid-Diretturi tal-iskavi, Prof. Anthony Bonanno.", "Għal dawn l-aħħar ħmistax, l-istudenti tal-Baċellerat tal-Arkeoloġija fl-Università ta' Malta kienu qed jgħinu fl-iskavi ta' dan is-sit.", "\"Wara dawk ix-xhur kollha ta' teorija, kull student ikun qed jistenna illi jagħmel ftit tal-prattika,\" qalilna Dr Nicholas Vella d-Direttur l-ieħor tas-sit arkeoloġiku.", "Meta staqsejna lil Prof. Bonanno għala intagħżel proprju dan il-post huwa spjegalna illi \"Jeżistu ħafna siti oħrajn li jistħoqqilhom u qed jistennew li jiġu esplorati kif imiss.", "Iżda dan is-sit sibnieh ideali", "għaliex huwa mħares bil-ħitan ta' l-iskola.", "Raġuni oħra hija illi ridna nitfgħu dawl fuq ħafna aspetti ta' dan il-lok bħal ngħidu aħna l-aspett storiku – iż-żmien li fih inbniet il-villa u kemm damet tintuża, l-aspett soċjali – l-istatus soċjali tas-sidien tal-villa matul iż-żmien u l-aspett teknoloġiku fostom dak relatat ma' l-għasir taż-żejt tas-sit.", "Barra minn hekk sibna kooperazzjoni u għajnuna sħiħa kemm mit-tmexxija ta' l-iskola nnifisha u kif ukoll mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun u mis-Suprintendenza għall-Wirt Kulturali.\"", "Min-naħa tiegħu Dr Vella qalilna illi x-xogħol li sar din is-sena fuq is-sit kompla jikkonferma kemm dan il-post għandu storja interessanti speċjalment ukoll minħabba li", "jidher illi għadda minn diversi fażijiet differenti.", "Fil-fatt jista' jkun illi dan il-bini jmur lura għal żmien il-Kartaġiniżi jiġifieri fl-età Punika u baqa' jiġi użat għal ħafna snin wara, sa żmien il-Biżantini.", "Skont Dr Vella s-sejba ta' serje ta' ħitan li nkixfu waqt it-tħaffir probabbilment kienu l-pedamenti ta' xi sistema ta' fortifikazzjoni li kien hemm lejn il-baħar, lejn in-naħa ta' M'Xlokk.", "\"Aktarx min kien jitla' min-naħa ta' M'Xlokk kien jara villa imponenti, kważi fortifikata.", "Sfortunatament illum mill-bini m'għadu jeżisti xejn ħlief il-pedamenti.", "Imma permezz tat-tfittix tagħna aħna qed nippruvaw immorru lura fiż-żmien ħalli nippruvaw nifhmu l-post.\"", "\"Għall-ewwel il-fdalijiet kienu tqiesu bħala 'ftit wisq' biex jibda tħaffir arkeoloġiku fuqhom.", "Madanakollu fl-1964, waqt li x-xogħol fuq l-iskola kien għadu għaddej, tfaċċaw aktar fdalijiet.", "Fil-fatt taħt il-ħarsien ta' l-awtoritajiet tal-Mużew instabu ġiebja kbira, ringiela ta' kanali ta' l-ilma u kamra bil-madum.", "Sfortunatament ma sar xejn iktar sal-1971 meta beda t-tiftix bis-sehem ta' studenti barranin taħt is-superviżjoni tal-Kuratur ta' l-Arkeoloġija, Tancred Gouder.\"", "Prof. Bonanno kompla jgħidilna kif fl-1976 u l-1977 huwa mexxa skav żgħir fuq xi trinek li kien fassal Tancred Gouder.", "Iżda s-sit kellu jistenna 20 sena oħra qabel ma reġa' beda l-iskav li qed isir mill-2006 'l hawn mid-Dipartiment ta' l-Arkeologija ta' l-Università ta' Malta.", "Barra minn hekk, permezz ta' dan ix-xogħol qed isir attentat biex tiġi rkuprata l-informazzjoni li ntilfet mill-1970 'l hawn.", "\"Jien, min-naħa tiegħi, żammejt noti tal-ġimgħatejn tiftix li kont mexxejt.", "Iżda s'issa għadna ma sibna l-ebda notamenti ta' l-iskavi tas-snin 60 u 70 ħlief pjanta magħmula minn Frans Mallia fl-1971 u l-ftit", "informazzjoni ppubblikata fil-Museum Annual Reports.", "Għalhekk, per eżempju, għadna qed nitħabtu biex nikxfu fejn tinsab il-ġiebja l-kbira li nstabet fl-1964.", "Ta' min jgħid iżda li l-fdalijiet ta' fuħħar u oġġetti oħra li ħarġu mit-tiftix ta' Tancred Gouder kollu għadu maħżun fil-kaxxi (bil-marki ta' minn fejn ġew) fil-Palazz ta' Vilhena fl-Imdina.", "Dan il-materjal kollu qiegħed jiġi studjat,\" ikkonferma Prof. Bonanno.", "Xtaqna nkunu nafu jekk ħmistax il-ġurnata humiex biżżejjed biex tilħaq tagħmel riċerka adegwata...", "\"Ħmistax ifissru fir-realtà għaxart ijiem, li minnhom tneħħi jumejn moħlija biex tinkixef l-għata protettiva li nkunu poġġejna s-sena ta' qabel u biex fl-aħħar tal-ħidma", "tagħna nerġgħu ngħattu.", "Madankollu sar ħafna xogħol siewi billi inżilna mhux ħażin fil-ġiebja (jew bir) li sibna.", "Kxifna għal kollox ġebla ċatta kbira u lixxa li rriżulta li kienet il-qiegħ ta' ħawt kbir rettangolari li fih kien jinġemgħa ż-żejt magħsur taż-żebbuġa.", "Fuq din tidher evidenti fażi oħra iktar tard fiż-żmien, ta' attività strutturali, aktarx agrikola.", "F'dawn il-ħmistax saret ukoll ħafna dokumentazzjoni li ma setgħetx tistenna sas-sena d-dieħla.\"", "Xorta waħda ż-żewġ diretturi saħqu illi mis-sena d-dieħla qed jisperaw illi jżidu ż-żmien tal-iskavar għal erbgħa ġimgħat.", "L-iskop ewlieni ta' l-iskavi huwa biex jitħarrġu arkeologi ġodda fil-metodi xjentifiċi tat-tiftix arkeoloġiku u biex jitkattar l-għerf dwar l-antenati tagħna.", "Il-ħsieb huwa illi l-iskavi jibqgħu jsiru f'dan il-post sakemm jiġi eżawrit l-iskop tar-riċerka.", "\"Nixtiequ nikkoperaw ma' dawk kollha, fostom mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li jixtiequ jagħmlu minn dan is-sit attrazzjoni edukattiva mhux biss għat-turisti iżda wkoll għall-Maltin.", "Imma dan jeħtieġ rieda u riżorsi biex dak li nkixef jiġi kkonservat u mħares mill-elementi sabiex ikun jista' jitgawda minn ta' dawk li jiġu warajna.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-12 ta' Lulju 2009)", "Biżantini", "Direttur tal-iskavi", "età Punika", "fdalijiet", "għasir taż-żejt", "Kartaġiniżi", "Kunsill Lokali Żejtun", "Palazz ta' Vilhena fl-Imdina", "sit arkeoloġiku", "studenti tal-Baċellerat tal-Arkeoloġija fl-Università ta' Malta", "Torċa", "żejt taż-żebbuġa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "STUDENTI JGĦINU BIEX TKUN IRKUPRATA L-ISTORJA MITLUFA"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/05/10/the-maltese-falcon-goes-to-hollywood/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "ara wkoll:", "https://kliemustorja.com/b", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-05-10T16:56:19+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "The Maltese Falcon goes to Hollywood"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/11/inti-tafha-l-istorja-tieghek/", "text": ["INTI TAFHA L-ISTORJA TIEGĦEK?", "\"Dawk li ma jistghux jitghallmu mill-istorja huma destinati li jirrepetuha.\"", "George Santayana 1863 – 1952 (filosofu u kittieb)", "Sa minn meta l-ġenituri tiegħi ħaduni nara l-ewwel postijiet storiċi Maltin, qalbi ntilfet wara l-istorja.", "Kelli xewqa kbira li meta nikber insir arkeologa sabiex b'hekk inkun nista' ngħix ma' din l-imħabba tiegħi.", "Kont ukoll noħlom li xi darba bir-riċerka u t-tiftix tiegħi, anki jiena nkun nista' nħalli kontribut f'pajjiżi bħal kif għamlu dawk ta' qabli u li lejhom kelli ammirazzjoni kbira.", "Sfortunatament meta wasal iż-żmien biex nagħżel triqti u mort nieħu parir professjonali, tawni x'nifhem illi aħjar nagħżel triq oħra għax f'Malta ma kienx hawn futur għal dak ix-xogħol.", "Ta' żagħżugħa li kont aċċettajt dan ir-raġunar.", "Kien żball kbir!", "Kultant trid titgħallem taħseb b'moħħok u tagħti anki lok lill-ħsus ta' qalbek.", "Fil-fatt ħdimt f'diversi oqsma oħra għal kollox differenti imma fil-fond ta' qalbi kont naf fejn xtaqet tgħix ruħi.", "Meta nħobb xi ħaġa jien, diffiċli toħroġieli minn qalbi....", "Dawn il-ħsibijiet ġrew minn quddiem għajnejja hekk kif poġġejt biex nikteb l-artiklu ta' din il-ġimgħa.", "Bħali, Kenneth Mizzi għandu ħafna għal qalbu l-istorja ta' Malta.", "Xhieda ta' dan huma x-xogħlijiet numerużi li huwa ħadem kollha relatati ma' das-suġġett.", "Fil-fatt dik kienet l-ewwel mistoqsija li għamiltlu, għaliex ġeneralment xogħlijietu huma ffukati fuq l-istorja ta' Malta?", "\"Għax dawn id-daqsxejn ta' gżejjer tagħna jaffaxxinawni.", "Fihom daqs naqra imbagħad għandhom dak il-ġid kollu storiku li ftit issib bħalu madwar id-dinja.", "Tmur fejn tmur, tara l-istorja madwarek.", "Tidħol fil-knejjes tara dawk ir-rikkezzi kollha: l-arkitettura, l-arti, il-kultura.", "Li jiddispjaċini hu illi fl-opinjoni tiegħi illum iż-żagħżagħ Maltin ma tantx huma daqshekk kolti dwar is-suġġett tal-istorja ta' pajjiżhom.", "Ma tantx jagħtu każ.", "Forsi jien żbaljat, imma hekk naħseb.", "Għalhekk l-iskop ta' dan ix-xogħol hu li nressqu aktar l-istorja lejn in-nies, speċjalment lejn il-popolin li forsi ma tantx ikollu l-opportunità li jżur u jara dawn il-postijiet jew jisma' dwarhom.", "Jiena trabbejt f'Bormla man-nies tal-baċir.", "Kont iffortunat biżżejjed illi fil-ħajja stinkajt u rnexxejt filwaqt li uħud minn sħabi tal-iskola għadhom jitħabtu biex isibu x-xogħol.", "Allura nħossni obbligat li nagħti lura ftit milli naf jien.\"", "li ntroduċewni max-xogħol ta' Horizons – dokumentarji ta' ftit minuti ta' informazzjoni storika li kienu qed jixxandru fuq stazzjon televiżiv lokali...", "kien suċċess kbir u permezz tiegħu kkonfermajna illi għal xogħol bħal dan hawn għatx kbir.", "L-idea tiegħu bdiet b'kumbinazzjoni.", "Niftakar li kien ikkuntattjani Albert Marshall u talabni", "nagħmillu xi fillers qosra ta' xi tlett minuti għat-televiżjoni biex ixandarhom bejn programm u ieħor.", "Xi ġranet wara ġie ibni jistaqsini biex nagħtih daqqa t'id għax kellu proġett tal-iskola dwar l-istorja.", "Ma domtx ma ntbaħt li kienet teżisti problema kbira biex issib din l-informazzjoni.", "Nassumi li ħafna jiftakru ż-żmien meta kellek tmur il-librerija, tfittex qalb qabda kotba u taħli ħafna ħin biex forsi ssib xi ħaġa.", "Imbagħad tmur b'dawn il-mazz kotba biex tagħmel il-kopji u waħda tiġik mgħawwġa u oħra tiġik bis-sinjal iswed fin-nofs.", "Għedt le, m'inix ser nerġa' ngħaddi minn dak kollu!", "U hekk nibtet l-idea ta'", ".", "B'ġebla waħda lqatt żewġ għasafar.", "Fil-fatt", "huwa l-ewwel enċiklopedija bil-Malti tan-natura tiegħu.", "L-ewwel pakkett fih ħames volumi u jikkonsisti fi ktejjeb u f'DVD li jwasslu informazzjoni qasira imma konċiża dwar personalitajiet Maltin, monumenti Maltin, politiċi Maltin u dwar l-arkeoloġija tal-gżejjer tagħna.", "Peress illi d-DVD huwa maħdum b'reżoluzzjoni għolja, ir-ritratti li fih jistgħu jiġu pprintjati faċilment.", "Biex nagħtik eżempju, jekk qed tfittex dwar Dun Karm Psaila ser issib ir-ritratt tiegħu, tal-ġenituri tiegħu, tal-bieb fejn kien joqgħod u nformazzjoni bażika oħra importanti.", "Minn hemm imbagħad, jekk wieħed irid, jista' jkompli jfittex u jistħarreġ f'postijiet oħra.", "Għalkemm nemmen illi hemm bżonn ta' dokumentarji ta' dan it-tip biex jixxandru fuq l-istazzjonijiet tagħna, jkolli nammetti illi ma tantx issib interess min-naħa tal-istazzjonijiet.", "Fil-fatt kemm naraw programmi dwar dawn is-suġġetti?", "Ftit li xejn.", "Meta tmur tippreżentahom għand xi stazzjon, jgħidulek biex tixtri l-airtime u ddur għar-riklami.", "Imma d-dokumentarji mhux popolisti bħal xi drama.", "Jolqtu biss ċertu settur ta' nies.\"", "Kenneth dawwarni mal-uffiċċju tiegħu u beda jurini aktar xogħlijiet b'tema storika.", "Kont kurjuża għala l-maġġoranza tagħhom għandhom l-istess preżentazzjoni: dik ta' ktejjeb u CD jew DVD?", "\"Il-pubblikazzjonijiet tagħna huma mmirati biex jolqtu lil kulħadd... ibda mit-tfal tal-iskola, ibqa' tiela' sa dak l-anzjan li forsi qatt ma tgħallem jaqra u asal anki sat-turist li jixtieq jiskopri aktar dwar", "pajjiżna.", "Fl-istess ħin inżommu dejjem f'moħħna illi ġeneralment il-paċenzja tal-maġġoranza tan-nies li joqogħdu bil-qiegħda u jisimgħu jew jaqraw xi ħaġa hija pjuttost qasira.", "Għaldaqstant naraw illi l-informazzjoni li tingħata dejjem tkun preżentata b'mod dirett u nformattiv imma fil-qosor.", "Nafu wkoll illi l-viżwal huwa ħafna aktar effettiv fuq il-memorja tan-nies.", "Għalhekk il-kotba kollha jkunu akkompanjati minn DVD li jieħdok fuq il-post u jurik sal-inqas dettalji li tkun qed tisma' dwarhom.", "Ngħidu aħna bħalissa għaddej id-dokumentarju tagħna", "fuq wieħed mill-istazzjonijiet lokali.", "Fih għandna filmati li ħadd qatt ma rahom bħal ngħidu aħna ċertu graffiti li kien skopra Temi Zammit waqt l-iskavi tiegħu u li issa permezz tad-dawl u t-teknika moderna stajna nwasslu lill-pubbliku.", "Hemm ukoll filmati ta' kollezzjonijiet privati li nstabu waqt xi skavar li sar taħt id-djar tan-nies.", "Fuq din l-istess linja għandna wkoll", "Raħal Twelidi", "li huwa sett ta' kotba u DVDs li jipprovdu tagħrif siewi dwar lokalitajiet differenti bħal Qrendi, r-Rabat u Marsaskala.", "Ikolli ngħid illi permezz ta' dan ix-", "xogħol aħna stess nitgħallmu ħafna wkoll.", "Biex nagħtik eżempju, bosta jaħsbu illi Marsaskala huwa post pjuttost modern li għadu qed jinbena.", "Fir-realtà iġġib għajnejk wara widnejk meta tagħraf kemm iħaddan storja fih.\"", "Uħud minn dawn id-dokumentarji huma preżentati b'żewġ lingwi: Malti u Ingliż.", "Xtaqt inkun naf kemm huwa mfittex prodott simili barra minn pajjiżna?", "\"Ħafna!", "L-emigranti Maltin ikunu qegħdin bil-ħerqa jistennew xi ħaġa ġdida minn għandna.", "Għat-turist dawn il-pubblikazzjonijiet huma tifkira tal-kultura Maltija.", "Ngħidu aħna l-kotba bid-DVD tal-", "u ta'", "L-Assunzjoni ta' Marija", "joffru spettaklu mill-isbaħ tal-vari Maltin, tal-fided tal-knejjes u tal-arti li fihom.", "Issib ukoll informazzjoni dettaljata dwar il-fratellanzi Maltin, il-bidu tal-knejjes infushom u l-artisti li ħadmu fihom.\"", "Lil Kenneth sibtu mħabbat qed jipprepara ktieb ġdid", "L-Istejjer tal-Istorja", "b'kitba ta' Ġorġ Peresso li proprju l-Ħadd 15 ta' Novembru 2009 fil-5:30pm ser issir il-preżentazzjoni tiegħu waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb f'Dar il-Mediterran.", "Tlabtu jagħtini aktar informazzjoni dwaru...", "L-Istejjer tal-Istorja", "ser ikun sett ta' erbgħa kotba li jirrakkuntaw l-istorja ta' Malta minn Żmien il-Ħaġar sa meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa proġett edukattiv u divertenti mhux biss għat-", "tfal imma anki għal dawk li jħobbu jisimgħu l-istejjer.", "Dan għaliex il-ktieb għandu miegħu wkoll CD b'mużika komposta apposta sabiex wieħed ikun jista' jimmaġina aħjar x'inhu jinqara.", "Ngħidu aħna tisma' t-tinqix fuq il-ġebel, iż-żiemel jiżgħer u l-mewġ iħabbat.", "L-istejjer huma ppreżentati b'mod sempliċi, fil-fatt minn għajnejn it-tfal, li fl-istorja jkunu qed jgħixu f'dawk iż-żminijiet.", "Huma stejjer fittizji iżda li jirrakkuntaw fatti veri u allura min jismagħhom awtomatikament ikun qed jitgħallem ukoll dwar l-istorja ta' pajjiżna.\"", "Fl-isfond ta' din il-kamra, jiena u nikteb, qed nisma' s-CD ta' dan il-ktieb tant interessanti.", "Proprju kif qalli Kenneth stajt insegwi t-tinqix tat-tempju hekk kif it-tfal kienu qed jirrakkuntaw dwar ix-xogħol ta' nannuwhom li kien naqqax tat-tempji.", "L-istorja l-oħra ħaditni nisma' l-ġrajja tan-nawfraġju ta' San Pawl u kif it-tfal ta' ċenturjun li kien jgħix f'Malta ta' dawk iż-żminijiet, għen lil San Pawl jgħix f'pajjiżna.", "Ikolli nammetti illi l-maltemp li għaddej bħalissa qed ikompli jgħin biex idaħħalni fl-atmosfera tal-ħsejjes tas-CD bir-riħ ivenven, ix-xita tfaqqa' u l-baħar isabbat bla ħniena...", "Qabel tlaqt xtaqt nisma' minn fomm Kenneth għala jemmen illi wieħed għandu jagħti importanza lill-istorja ta' pajjiżu?", "\"Għax l-għarfien ta' l-istorja ta' pajjiżek tagħmlek persuna sħiħa.", "X'jagħżel poplu minn ieħor?", "Mhux il-lingwa, l-istorja u l-kultura tiegħu?", "Il-poplu Malti, bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu huwa riżultat ta' dak kollu li għadda minnu matul iż-żminijiet.", "Huwa wkoll riżultat tal-ħakmiet ta' ċiviltajiet differenti li wħud mix-xogħlijiet li ħadmu dawn f'pajjiżna għadna nistgħu ngawduhom sa llum.", "M'għandix dubju illi kieku aħna ma ġejnix influwenzati minn dawn in-nies b'kulturi oħra, il-poplu Malti kien ikun ferm differenti minn kif nafuh illum.", "Għalhekk tajjeb li tkun taf dwar l-istorja ta' pajjiżek... għax turik għaliex int dak li int illum.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-15 ta' Novembru 2009)", "dokumentarji Maltin", "Ġorġ Peresso", "L-Assunzjoni ta' Marija", "L-Istejjer tal-Istorja", "Marsaskala", "Raħal Twelidi", "storja", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "INTI TAFHA L-ISTORJA TIEGĦEK?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/06/ruh-ohra-fpalazzo-falson/", "text": ["RUĦ OĦRA F'PALAZZO FALSON", "Waħda mill-ħolmiet kbar tiegħi hija illi xi darba jkolli dar antika, dar bi storja warajha, dar li rat bosta affarijiet iseħħu fiha, dar b'dinjità u forsi b'xi ftit misteru, dar li kapaċi tkellmek... dar li għandha ruħ.", "Hawnhekk sikwit iwaqqfuni u jgħiduli ruħ xhiex?", "Spirtu jiġifieri?", "Nitbissem meta jistaqsuni dan għax naturalment mhux hekk inkun irrid infisser.", "Jew?", "Issa ma nafx!", "Jgħidu li spirti tajba jipproteġu lid-dar u lis-sidien tagħha.", "Togħġobni kieku l-idea ta' spirtu protettur imma sinċerament ma nafx jekk għandix kuraġġ li ngħix f'dar simili.", "Ejja almenu ngħid illi l-ħsieb jipprovokani biżżejjed li nasal li nikkunsidraha.", "Imma ngħiduha kif inhi, kieku intom issibu ruħkhom f'sitwazzjoni bħal din, x'tagħmlu?", "Proprju f'din id-dilemma sab ruħu missier Joseph Debono meta darba minnhom ġie ssuġġerit lilu sabiex ikun il-kustodju ta' Palazzo Falson jew kif kien ukoll magħruf bħala d-Dar Normanna.", "\"Il-kustodju ta' Palazzo Falson kien wasal biex jirtira u għalhekk il-Fondazzjoni Gollcher kellha bżonn lil xi ħaddieħor minfloku.", "Mid- diversi persuni li ġew avviċinati, ħadd minnhom ma wera xi ħerqa li jaċċetta.", "Antoine Debono, magħruf bħala s-Sur Antwan, spiżjar mir-Rabat u ħabib personali taċ-Chairman tal-Fondazzjoni ssuġġerixxa lil missieri Nazzareno kemm peress li kien ħabib tiegħu u anki minħabba li missieri kien għadu kif spiċċa minn minn mal-Malta Royal Altillery fejn kien ingaġġat bħala bandist.", "Apparti minn hekk kien jafu bħala bniedem dixxiplinat, tas-sengħa u ta' min jafdah.", "Ħeġġu fuq li ħeġġu imma missieri ma tantx xtaq jersaq 'l hemm għax dwar dan il-palazz kienu jingħadu ħafna stejjer strambi.", "Għalhekk, bit-tama li jinkoraġġuh jaċċetta, lil missieri offrewlu illi jirranġawlu xi partijiet mill-palazz ħalli b'hekk ikun jista' jgħix bil-kumdità fil-post flimkien mal-mara u l-ħamest itfal tiegħu.", "B'hekk kien ikun jista' wkoll iżomm għajnejh fuq dan it-teżor erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.", "Ta' min jgħid li aħna konna l-familja ideali biex noqogħdu f'dan il-post għax sa dak iż-żmien konna ngħixu ġo dar antika man-nannu Ġużeppi li kienet mimlija sa ruħ ommha bl-affarijiet antiki u hu kien rawwimna f'dixxiplina biex nibżgħu u nirrispettaw l-oġġetti ta' valur.", "Meta missieri mar jara kif taħsibha ommi dwar il-proposta li toqgħod f'dan il-post flimkien ma' l-għajdut li kien imdawwar bihom, din ma wriet l-ebda anzjetà.", "Anzi minnufih weġbitu biex lil 'dawk' iħallihom f'idejha għax hi kienet ser tieħu ħsiebhom u huma kienu ser jieħdu ħsiebna.", "Niftakar sewwa meta kienet tmur iġġib l-ilma mbierek jew meta kienet tixgħel ix-xemgħa quddiem is-santi li kienet ġabet magħha.", "It-tbaħħir u t-talb ma kienx jonqos lanqas u spiss kienet anki tagħmlilhom xi quddiesa għal ruħhom.", "Infatti kemm ilna hawn għal dawn l-aħħar erbgħin sena, qatt ma kellna problemi.", "Li naf biss huwa illi f'dak iż-żmien fil-post kien hemm periklu kbir peress li s-sistema tad-dawl kienet qdiemet u l-bini", "nnifsu kien antik u fraġli ferm.", "Mhux l-ewwel darba li missieri, li kien ta' kuljum mhedi jirranġa 'l hawn u 'l hemm, ifittex u jneħħi l-perikli kull fejn jirnexxilu jsibhom, spiċċa msabbat ma' l-art minn xi xokk elettriku!", "Darba oħra waqt maltempata kbira, fejn il-palazz kien kważi għereq bl-ilma li daħal fih, waqa' l-kampnar għal fuq it-terrazin u għamel ħafna ħsara.", "Taħtu kien hemm il-kamra tas-sodda u kienet fortuna kbira li ma sfrondax is-saqaf fuqna dakinhar!", "Lejl ieħor missieri qam minħabba li sema' xi ħoss fuq barra u hekk kif ħareġ jittawwal, waqgħet il-mera l-kbira li kienet imdendla wara s-sodda tiegħu.", "Jgħidu x'jgħidu, superstizzjonijiet u mhux, jiena dejjem emmint li kellna lil xi ħadd jieħu ħsiebna sew hemm ġew għax bil-ħamsa li konna niġġerrew u nilgħabu mal-post kollu, kien miraklu li ħadd qatt ma ngiref.\"", "Nazzareno dam jaħdem bħala kustodju tal-palazz mill-1975 sal-1996 sakemm irtira.", "Postu ħadu Joseph li issa kien iżżewweġ u kellu l-familja tiegħu.", "Madanakollu l-palazz kien tant għal qalbu illi wasal biex hu wkoll imur jgħix hemm għal xi żmien mal-familja.", "\"L-ewwel ħaġa li għamilt kienet li ftaħt aktar il-bibien tal-palazz għal dawk li xtaqu jżuru l-post.", "Introduċejt ukoll is-sistema li tingħata donazzjoni żgħira għad-dħul sabiex biha nibda nagħmel xi bżonnijiet li kienu tant meħtieġa.", "Il-Fondazzjoni Gollcher kienet toħroġ flus għal dak li kien jinqala' imma deherli li dak in-naqra kontribut mingħand il-viżitaturi kien ser jgħin aktar.\"", "Tiskanta!", "Kultant id-destin donnu jkun qiegħed jippreparak ftit ftit għal dik ix-xi ħaġa li 'l quddiem ikun meħtieġ minnek li tagħmel.", "Ir-rakkont ta' Joseph ħadni lura lejn tfulitu...", "\"Bosta mill-membri tal-familja tagħna huma nies tekniċi, tas-sengħa u artistiċi ħafna u għamlu xogħolijiet li baqgħu msemmija.", "Fil-fatt il-maġġoranza tax-xogħol tal-injam u l-iskultura li jtellgħu fil-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat ħadmu ħafna minnu z-zijiet u l-kuġini ta' missieri li kienu mastrudaxxi, ħaddieda jew skulturi primi.", "In-nies kienet issibhom bħala 'tan-nażett', 'tal-abjad', 'ta' kaxkax' jew 'tal-mannar'.", "Uħud mix-xogħolijiet tagħhom jinkludu: il-bankun tal-istatwa ta' San Ġużepp tar-Rabat li hu uniku hawn Malta, l-iskultura u l-armar f'Ta' Ġieżu, il-pulptu fil-Knisja tas-Sacro Cuor Tas-Sliema u ħafna mill-armar ta' barra u ta' ġewwa f'diversi knejjes madwar Malta.", "Wisq probabbli jiena ħadt xi ħaġa mid-demm tagħhom.", "Ma ninsa qatt meta darba r-rettur tal-Kulleġġ Mt Carmel sejjaħ lil missieri u qallu: \"Jiena għandi pjaċir ħafna b'ibnek hawnhekk imma jidhirli li aħjar tibda tibgħatu fl-iskola tal-arti.", "Mur ara l-kotba tiegħu mimlija kollha taħżiż fuqhom!\"", "Dak iż-żmien kien moħħni biss biex niddiżinja u npinġi u finalment mort l-iskola ta' Tarġa Gap fil-Mosta fejn hemm stajt naqbad il-linja artistika u artiġġjanali.", "F'din l-iskola tħarriġt f'diversi snajja' fosthom tal-ħadid, l-iskultura fl-injam, mudellatura, il-ġojjellerija u d-diżinn.", "Eventwalment għażilt li nkompli fuq l-iskultura fil-ġebla.", "Jum fost l-oħrajn is-Sur John Bonnici, artist mill-Mosta u l-kap tal-iskola ta' dak iż-żmien, għażilni biex immur għal tmien xhur l-Italja sabiex nieħu esperjenza fl-iskultura fl-irħam li sa dakinhar lanqas biss kont għadni qatt missejtu b'idejja, aħseb u ara niskolpi fih!", "Għaddejt ġimgħatejn Ruma u ġġennint b'dik l-arti kollha madwari.", "Imbagħad għamilt xahrejn ġewwa Urbino u wara qattajt sitt xhur f'Carrara fejn hemmhekk flimkien ma' grupp ieħor ta' żgħażagħ tħarriġt fl-iskultura, fid-diżinn u fix-xogħol kummerċjali fl-irħam.", "Meta spiċċajt mill-iskola dħalt naħdem mar-restawraturi li kienu qed jagħmlu xogħol ta' interzjar fuq il-lapidi fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, il-Belt.", "Ftit taż-żmien wara nteressa ruħu fija wieħed mill-", "aqwa skulturi li kellna dak iż-żmien – Marco Montebello u hemm ħadt esperjenza enormi.", "Tani okkażżjoni unika li ngħinu flimkien mat-tfal tiegħu Ġanni, George u Tarċisju fuq ħafna mill-kummissjonijiet li kellu fosthom: il-funtana ta' Nettuno li hemm f'Montgomery House il-Furjana u l-appostli li hemm ma' San Bastjan f'Ħal-Qormi.", "Marco ħarriġni wkoll fuq ix-xogħol kummerċjali bħal fuklari dekorattivi, statwi monumentali u skultura għaċ-ċimiterji.", "Fuq kollox għallimni kif naqla' x'niekol bis-sengħa tiegħi u ta' dan nibqa' nafulu.", "Wara 11 il-sena, iddeċidejt li nibda naqdef għal rasi.", "Għamilt bosta affarijiet u fosthom anki xi xogħolijiet tal-arti iżda sfortunatament dawn tal-aħħar inħoss li huma l-inqas apprezzati peress li ħadd ma jrid iħallas kemm jixraq għalihom u tispiċċa tagħżaq fl-ilma.\"", "Bħal familjari tiegħu Joseph ħadem ukoll diversi xogħolijiet tal-armar għall-festa tar-Rabat u anki medd idejh biex jiddiżinja u jaħdem in-nar", "artistiku tal-art; xogħol li ħadd qatt ma tħajjar jidħol għalih qabel.", "Huwa stqarr illi dak kollu li għandu x'jaqsam mal-festa hu għal qalbu u fl-istess ħin beda jispjegali kif din in-namra tmur lura għal snin twal fl-antenati tiegħu.", "\"In-nanniet u l-familja tiegħi min-naħa ta'missieri tista' tgħid li kollha kienu jagħmlu parti mill-fratellanza ta' San Ġużepp tar-Rabat li hija l-eqdem waħda f'Malta.", "Il-mexxejja tagħha kienu jintagħżlu min-nobbiltà u għal xi żmien il-bużnannu tiegħi kien ir-rettur tagħha peress li hu kien wieħed min-nobbli tal-Imdina, mill-familja Dei Conti Theuma Castelletti.", "dlonk serraħli rasi Joseph meta rani ser nimpressjona ruħi.", "\"Għax il-linja tan-nobbiltà ntilfet meta l-bużnanna dehrilha li kellha tiżżewweġ lil min jogħġob lilha u mhux kif xtaq missierha.", "Dak iż-żmien hekk kienu jsiru l-affarijiet.\"", "Madanakollu stajt nagħraf sewwa illi bixret Joseph għalkemm dħulija u ċajtiera kienet għadha tixhed dik ir-rikkezza fil-komportament raffinat u serju tiegħu.", "U aktar u aktar stajt napprezza kemm dan il-palazz storiku kien f'idejn mimlija galbu meta għadda taħt il-kustodja tiegħu.", "\"Sal-2001 ġewwa Palazzo Falson kont bdejt nirrestawra xi affarijiet kif stajt.", "Ħadt anki xi pariri mingħand nies professjonali dwar kif kelli nieħu ħsieb ċertu affarijiet.", "Ma nista' ninsa qatt il-battikata kbira li konna ħadna jiena u l-mara tiegħi Alexandra biex naddafna u rrestawrajna l-parti l-kbira tal-oġġetti tar-ram li llum hemm esposti fil-kċina.", "Daqstant ieħor meta beda r-restawr tal-post kien diffiċli biex jitnaddfu x-xwabel li bil-lenti, bl-ixkupilja tas-snien, bit-toothpicks u b'dak kollu meħtieġ f'dan il-ġeneru ta' xogħol, ħadt madwar xahrejn fuq kull waħda biex inġibhom lura għal mod preżentabbli li jinsabu fiha illum.", "Ix-xewqa tiegħi dejjem kienet li xi darba dan il-post jerġa' jingħata l-ħajja mill-ġdid iżda l-ispejjeż u l-isforzi meħtieġa kienu kbar wisq.", "Il-palazz jiena nafu b'għajnejja magħluqa, minn ġewwa u minn barra.", "Għandi l-vantaġġ li trabbejt hawn u għalhekk inħoss ukoll li kważi kważi nappartjeni lil dal-post u għalhekk ngħożżu daqs li kieku kien tiegħi.", "Qalbi hawnhekk qegħdha u dax-xogħol inzertajt li nħobbu ħafna.", "Finalment il-Fondazzjoni Gollcher għamlet xi arranġamenti mal-Fondazzjoni Patrimonju Malti mmexxija mis-Sur Maurice Degiorgio li b' kuraġġ kbir daħal għal din il-biċċa xogħol u r-restawr tant meħtieġ beda.\"", "Issa kien imiss li Joseph jeħodni dawra ma' Palazzo Falson.", "Naturalment permezz tal-introduzzjoni li kelli dwaru, stajt nara l-palazz b'għajnejn oħra u ħassejtni privileġġjata hekk kif beda jdawwarni fi kmamar mill-ifjen filwaqt li kompla jispjegali aktar dwar l-istorja tal-post u l-oġġetti mprezzabli li fih.", "\"Palazzo Falson huwa t-tieni mill-eqdem strutturi li fadal fl-Imdina b'uħud mill-partijiet tiegħu jmorru lura għat-13 il-seklu.", "Olof Frederick Gollcher OBE (1889–1962) akkwistah fl-1927 u peress li ma kellux tfal, meta ġie biex jikteb il-wirt, iddeċieda li jħalli dan il-palazz f'idejn il-Kavallieri Ingliżi ta' San Ġwann fejn wara xi żmien dawn għaddewh lill-Fondazzjoni Gollcher sabiex tkun tista' tieħu ħsiebu ħalli jitgawda mill-pubbliku.", "Ta' min jgħid illi Olof F Gollcher kien bniedem artistiku ħafna u kien anki jpitter, kif tista' tara sewwa ġewwa dil-kamra ddedikata għall-pitturi li ħadem hu stess.\"", "Il-kamra rranġata bħala studio ta' artist laqtitni ħafna.", "Fiha kien hemm numru ta' pitturi ta' Gollcher innifsu, b'uħud minnhom fuq it-tila.", "Bosta ritratti u oġġetti oħra personali tiegħu kienu qed joħolqu dak l-effett partikolari u donni minn ħin għall-ieħor bdejt nippretendi li ser narah dieħel mill-bieb sabiex ipinġi xi xena oħra... hekk jew hekk id-dawl fil-kamra kien eċċellenti.", "\"Olof Gollcher kien iħobb ħafna l-kultura ta' pajjiżna u kien iħossu konċernat li ma kienx hemm daqshekk għarfien dwarha.", "Kien għalhekk li hu waqqaf il-Fondazzjoni Gollcher bil-għan li din tkun mezz biex jinħoloq għarfien dwar il-kultura estensiva tal-gżejjer tagħna kemm b'mod lokali u kif ukoll internazzjonali permezz ta' mużewijiet, esebizzjonijiet u pubblikazzjonijiet.", "Fl-istess ħin huwa ffinanzja wkoll ir-riċerka li saret taħt l-ibħra Maltin biex isir magħruf fejn huma u x'inhuma l-oġġetti storiċi li jinsabu mgħarrqa taħt il-baħar.", "Fil-fatt ittellgħu anki xi affarijiet li wħud minnhom qegħdin fil-Mużew tal-Arkeoloġija l-Belt, fl-imħażen tal-mużew u anki f'din il-kamra maħsuba apposta biex iżżomm fiha din is-sezzjoni arkeoloġika.\"", "Il-kmamar tal-palazz jimpressjonawk bil-kwantità kbira ta' kollezzjonijiet u oġġetti li fihom...", "\"Il-kollezzjoni ta' Gollcher hija vasta ħafna proprju minħabba li hu nzerta bniedem li jinteressa ruħu f'bosta suġġetti.", "Tant hu hekk illi biex sar ir-restawr tal-kollezzjonijiet kollha u tal-bini nnifsu kien hemm bżonn aktar minn ħames snin!", "Żgur li ma jistax jiġi xi ħadd iżur dan il-palazz u ma jsibx xi ħaġa li tinteressah.", "Hawn għamara antika Maltija fl-aqwa tagħha ddekorata bl-interzjar u l-avorju, għamara barranija tal-epoka, tapiti persjani,", "xogħolijiet tal-fidda, sezzjoni ta' ġojjellerija mill-ifjen, muniti antiki, dokumenti ta' papiet u rejiet bil-bolla u s-siġill tax-xemgħa fuqhom.", "Issib ukoll librerija ta' kotba varji antiki b'kollezzjoni ta' aktar minn 4500 ktieb.", "Imbagħad hawn ukoll kollezzjoni ta' kwadri li juru l-bastimenti tal-kavallieri u pitturi mprezzabbli tas-seklu 17 fosthom ta' Sir Anthony Van Dyck, David Teniers, Nicolas Poussin, Bartolomé Esteban Murillo u Mattia Preti.", "Wara kull dettall li qed tara madwarek kien hemm ħafna ħsieb.", "Ċertament l-ikbar problema kienet kif kienu ser jiġu esposti dawn il-kollezzjonijiet kollha lill-pubbliku biex dan ikun jista' jarahom bl-aktar mod komdu u informattiv.", "Fi żmien missieri ħafna minn dawn l-affarijiet kienu magħluqin fil-kxaxen, fil-gradenzi u fil-kaxxaforti minħabba li ma kienx hemm sigurtà.", "Għadni niftakar sewwa l-inkwiet tiegħu dwar ir-responsabbiltà kbira li kellu.", "Imma kif qed tara, kollox għadda b'wiċċ il-ġid.\"", "Joseph kompla jgħidli illi anki l-ħitan tal-kmamar kellhom is-simboli tagħhom.", "\"Meta kien imur xi mistieden importanti f'dawn il-palazzi, is-sid kien jieħdu ħsieb li l-ħitan ikunu mbajjdin b'tali mod li juru l-ġid u l-istat tiegħu: jekk il-ħitan ikunu miżbugħa b'kulur kaħlani kien ifisser illi s-sid huwa sinjur kbir, warajh kien jiġi l-aħmar u mbagħad l-isfar li kien meqjus bħala komuni.\"", "Il-kmamar tal-palazz donnhom ma kienu jispiċċaw qatt.", "Fosthom għaddejna mill-kċina fejn jiddomina l-kamra kien hemm fuklar kbir.", "Għoġbuni wkoll ħafna l-madum abjad u ikħal li kienu jdawwru l-forn imdaqqas antik u l-kwantità kbira ta' ornamenti tat-tisjir maħduma mir-ram.", "Personalment sibt ħafna nteressanti baqra tal-fuħħar li fiha kien jissajjar l-istuffat.", "Dħalna wkoll fl-armerija fejn hemmhekk stajt nara kollezzjoni ta' armi li kienet tikkonsisti f'pistoli, revolvers, xkubetti, xwabel u lanez fost ħafna oħrajn.", "Ma' dawn għall-ewwel darba f'ħajti rnexxieli nara wkoll ċinturin tal-kastità fejn permezz tiegħu komplejt nikkonferma kemm il-bniedem jaf ikun immaġinattiv fil-moħqrija tiegħu.", "wasalna fil-kamra tal-ikel stajt tassew intiehem l-essenza pura tal-eleganza li kienu jgawdu dawn in-nobbli.", "Minn wara ħġieġa maħsuba ferm b'għaqal għall-viżitatur, stajt nifli sal-iċken dettall li kien hemm fuq mejda rranġata b'sett mill-ifjen tal-ikel.", "Innutajt fostom ornament estravaganti bl-isem ta' nef li għandu l-forma ta' bastiment tal-fidda u kien jintuża biex jimmarka l-post ta' fejn irid ipoġġi s-sid jew il-mistieden.", "In-nef kien ukoll iżomm fih il-ħwawar li kienu xi ħaġa rari ħafna f'dak iż-żmien.", "Jekk nibqa' ngħidilkhom x'rajt, dan l-artiklu ma jispiċċa qatt u għalhekk nissuġġerixxi ħafna li wieħed jasal wasla sal-palazz u jara b'għajnejh hu stess.", "Ma nistax iżda ma nsemmix ukoll arloġġ uniku ferm maħdum fl-1791 minn Robert Robin li kien l-arluġġar favorit tar-Re Luiġi XVI.", "Dan l-arloġġ jiddistingwi ruħu kemm minħabba li juri biss 10 siegħat u allura jagħti riflessjoni fuq l-era rivoluzzjonarja Franċiża u anki minħabba li ftit oħrajn bħalu jeżistu madwar id-dinja.", "Wara dil-mawra, Joseph stedinni nieħu xi ħaġa mill-kafeterija li tinsab fuq il-bejt tal-palazz fejn hemmhekk sibt ukoll xi turisti li kienu qed igawdu mill-ġmiel tax-xena li bħalha l-Imdina biss taf toffri.", "Kelli kurżità nkun naf esperjenza u ħajja bħal din x'ħalliet f'Joseph?", "\"Hawnhekk kif stajt tara inti stess, sar xogħol mill-aqwa ta' restawr u dan jikkonfermawh ukoll in-numru ta' unuri li ġie ppremjat bihom dan il-post.", "Jiena bniedem li nħobb ħafna l-kultura u spiss nitbaqbaq fuqha.", "Nemmen li pajjiżna huwa teżor kulturali imma nħoss li mhux apprezzat biżżejjed mill-poplu tiegħu stess.", "Dan l-aħħar veru, qiegħed isir", "ħafna xogħol.", "Imma kemm fadal x'isir!", "Meta nara t-telqa li teżisti f'ċertu postijiet, qalbi tuġagħni wisq u ngħid li aħjar kont ngħix l-Alaska fejn ħlief silġ ma tarax.", "Meta nsiefer u nara l-kura, l-attenzjoni u l-flus li jintefqu f'pajjiżi oħra biex tissebbaħ il-kultura tagħhom, ngħid imma aħna għala għadna daqshekk lura?", "Jien irrid illi meta turist jiġi Malta jibqa' mpressjonat biha u jmur jgħid lil sħabu f'pajjiżu biex jiġu huma wkoll.", "Almenu dan il-palazz jista' jservi ta' eżempju ta' xogħol professjonali u nittama li jkun bħal fjamma li biż-żmien issir nar li jixtered mal-pajjiż kollu.", "Malta jistħoqqilha tkun ċentru kulturali mill-aqwa u l-poplu għandu jingħaqad għalenija biex jara li dan iseħħ.\"", "Joseph urini wkoll diversi dokumenti li juru kif sar ir-restawr pass pass ta' diversi sistemi u oġġetti fil-palazz.", "Baqa' baqa' sakemm tani wkoll filmati li ġibed hu stess biex nara b'għajnejja x-xogħol ta' restawr li sar ġurnata wara l-oħra, xahar wara l-ieħor matul is-snin fejn il-parti l-kbira tax-xogħol konċernat sar taħt id-direzzjoni tiegħu minn nies verament tas-sengħa .", "Intbaħt li l-imħabba ta' Joseph lejn Palazzo Falson tittieħed ħafna hekk kif b'interess mort id-dar u komplejt insegwi u nifli l-filmati ta' kif dal-bini tant maestuż ingħata ruħ oħra u treġġa' lura għad-dinjità u l-glorja li kien igawdi dari.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-6 ta' Ġunju 2010)", "Fondazzjoni Gollcher", "Fondazzjoni Patrimonju Malti", "Re Luiġi XVI", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "RUĦ OĦRA F'PALAZZO FALSON"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/12/ir-rabat-taht-attakk/", "text": ["IR-RABAT TAĦT ATTAKK", "Dan l-aħħar sibt ruħi fil-Knisja tal-Mosta jew aħjar ir-Rotunda.", "Nistqarr li kont ilni s-snin ma nidħol hemm ġew u għalhekk stajt nifli dan il-post b'għajnejn ġodda.", "Dak is-", "saqaf grandjuż mogħni b'diżinn indurat u mżejjen b'żebgħa kaħlana ħallieni bla kliem u kelli npoġġi bil-qiegħda fuq siġġu biex nibqa' nħares il-fuq lejh għax ma stajtx naqla' għajnejja minn fuqu.", "F'moħħi ġera ħsieb – tgħid min fassal dak is-saqaf qatt basar li minn hemm għad tinfed bomba li tinżel qalb in-nies?Kont għadni qed nagħrbel din il-mistoqsija meta minn ħdejja għaddew xi turisti.", "Rajthom weħidhom mingħajr gwida u għalkemm taw titwila ħafifa ġol-knisja, kienu ser joħorġu mill-ġdid il-barra.", "Ma stajtx nirreżisti!", "Ħelu ħelu dħalt f'nofshom u rrakkuntajtilhom ftit mill-istorja tal-post sakemm daħħalthom fix-xibka tal-kurżità u f'għajnejhom rajt dik il-leħħa ta' interess.", "Sellimtilhom u bi tbissima mqarrba ħriġt il-barra.", "Min kellu jgħidli li ftit tal-ġranet wara, ħaddieħor kien ser jagħmel hekk lili?", "\"Qatt smajt li darba fir-Rabat, waqt l-aħħar gwerra dinjija, ġew evakwati 40,000 ruħ minn djarhom għal siegħa sħiħa minħabba bomba li kienet waqgħet fil-qrib?\" staqsieni Paul Cilia, Rabti u studjuż fervent tal-Istorja tar-Rabat u l-Imdina.", "Din qatt ma kont smajtha u ovvjament ma kontx ser noqgħod bi kwieti qabel niskopriha kollha....", "\"Ir-Rabat minn dejjem kien popolat ħafna kemm minħabba l-avviċinanza tiegħu lejn il-belt tal-Imdina u b'mod speċjali għan-numru ta' għejjun ta' ilma naturali li jiġri ġol-blat tal-inħawi.", "Iżda fit-tieni gwerra dinjija l-popolazzjoni tar-Rabat kibret ferm minħabba li telgħu numru kbir ta' refuġjati minn irħula u bliet oħra.", "Tant hu hekk illi qabel il-gwerra, il-popolazzjoni Rabtija kienet tgħodd madwar 9000 persuna, filwaqt li bejn l-1939 u l-1945 din telgħet għal 48,000 ruħ!\"", "Iċċassajt u kelli kurżità kbira fejn tpoġġew dan-nies kollha.", "Għaldaqstant, Paul, li llum għandu 78 sena, beda jirrakkuntali l-istorja kollha mill-bidu.", "Ġrajjiet dwar il-gwerra", "ormaj smajt mhux ħażin imma dejjem kienu min-naħa t'isfel ta' Malta.", "B'hekk issa stajt ngħaqqad parti oħra mit-taħbila u nifhem minn xhiex għaddew ir-Rabtin f'dak iż-żmien imqanqal ta' Malta.", "\"Kienet ilha tiġri l-kelma li Malta taf tinqabad fil-gwerra imma ħsibna li f'dak il-każ kien ser jiġri bħal dak li seħħ fl-Abbissinia, jiġifieri gwerra bil-gass.", "Infatti kienu tqassmu diversi maskri tal-gass madwar il-pajjiż kollu u kellhom ikunu proprju dal-maskri li jisirqulna lil ommna ħesrem!", "Niftakar li kienet qed tgħaddi l-ħwejjeġ tiegħi u tal-erbgħa ħuti l-oħra meta xi ħadd mill-ġirien kien ġie jħabbtilna u ħajjarha tmur tgħaġġel lejn l-iskola biex tiġbor il-maskri tal-gass peress li dak il-ħin ma", "kien hemm ħadd u kienet ser teħles malajr.", "Ommi telqet kollox minn idejha u qabdet u ħarġet fis-sirda.", "Ħadet ċmajra kbira u sfortunatament dak iż-żmien il-penisillin kien għadu qed jiġi żviluppat u ma kienx hawn kura.", "Ommi Josephine mietet tliet ijiem qabel ma l-Ġermanja invadiet il-Polonja, jiġifieri fis-6 ta' Settembru 1939.\"", "Iżda dik ma kellix tkun l-uniku membru tal-familja li Paul jitlef kaġun tal-gwerra...", "\"Fid-9 ta' Ġunju 1940 sar pellegrinaġġ bil-kurċifiss mirakoluż tal-kattidral għal fuq is-Saqqajja maġenb in-niċċa ta' San Pawl bħala supplikazzjoni biex pajjiżna jinħeles mit-turufnament tal-gwerra.", "Madanakollu l-għada Mussolini ddikkjara gwerra u proprju mal-għabex tal-ġurnata ta' wara, fil-11 ta' Ġunju 1940, saru l-ewwel attakki fuq Malta.", "Waqt dan il-perjodu ta' periklu kienet ħarġet ordni biex kif idoqq air-raid, kulħadd kellu jinġabar għall-kenn.", "U biex jaraw li kulħadd jobdi dan il-kmand kien ikun hemm il-wardens tal-ARP u l-pulizija li jekk jaqbduk tiġri barra waqt dawn il-mumenti kienu jarrestawk.", "Iżda mur fehemna ta' tfal li konna!", "Infatti kif smajna d-daqq tas-sirena, minflok staħbajna, jiena li kelli 10 snin u ħija ż-żgħir ġrejna lejn is-Saqqajja u morna nistaħbaw taħt l-Imdina, proprjament fuq in-naħa ta' wara ta' Palazz Vilhena.", "Morna nistkennu taħt ħajt tas-sejjieħ u hemm insibu li ma konnix weħidna għax kien hemm raġel ieħor li kienet ġietu l-istess idea.", "Konna ħsibna li l-ewwel attakki kienu ser ikunu fuq l-ajruport jew fuq il-Belt u li allura ma kellnix għalfejn nibżgħu.", "Imma ħabta u sabta jinżlu tliet bombi fl-għelieqi ta' taħt, kważi jmissu mal-korsa tat-tiġrija u l-ħoss ta' dik it-tisfira tagħhom huma u neżlin minn ħdejna, kien xi ħaġa li qatt ma smajt bħalu qabel u qatt ma nsejtu.", "Ħija ż-żgħir twerwer u nfexx jibki kemm jiflaħ u dak ir-raġel li kien hemm ħdejna dlonk tah xi ftit flus biex jikkalmah għax beża' li jsibuna l-pulizija hemm taħt u jispiċċa arrestat.", "Imma miskin ħija minn hemm kellu jgħaddi.", "Għax xi żmien wara kien għaddej fit-triq u waqgħu xi bombi viċin.", "Bix-xokk li ħa bħal tħassarlu demmu u baqa' qatt ma ħa r-ruħ.", "Miet ta' tmien snin u nofs.\"", "Waqt rakkonti bħal dawn tintebaħ li l-vittmi tal-gwerra jkunu ħafna ikbar minn dawk li jissemmew fiċ-ċifri indikati.", "Paul kompla jfehemni kif ma' l-ewwel attakk bdiet l-ewwel mewġa ħafifa ta' refuġjati lejn ir-Rabat.", "\"Dak iż-żmien ir-Rabat kien meqjus bħala post ta' villeġġjatura u allura kien hawn ħafna djar tas-sajf vojta speċjalment fl-inħawi ta' madwar il-kunvent ta' San Duminku.", "Kienu djar kbar u mill-isbaħ, bosta minnhom ta' familji magħrufa u s-sidien tagħhom mal-ewwel ħasbu biex jinġabru għall-kenn ġo fihom u magħhom tellgħu wkoll xi ħbieb.\"", "Aktar ma l-gwerra bdiet tiħrax, in-nies iżjed bdiet tfittex il-protezzjoni tal-inħawi mwarrba tar-Rabat.", "\"Kienu ilhom telgħin in-nies imma l-akbar mewġa ta' refuġjati seħħet fl-1941 wara l-attakk fuq l-aircraft carrier Illustrious.", "Tant telgħu nies li kellhom joqogħdu taħt is-siġar tas-Saqqajja sakemm isibulhom xi post adegwat.", "Niftakar ċar illi t-trakkijiet mgħobbija bir-refuġjati u bil-ftit ħwejjeġ li tellgħu magħhom baqgħu ġejjin sa tard bil-lejl.", "Kawża t'hekk ħarġet ordni oħra, illi kull min kellu xi post fejn seta' jdaħħal in-nies kellu jilqa' lil xi familja għandu.", "Kien isir rapport jekk wieħed ma jikkoperax u kienet tindaħal il-pulizija.", "Mad-djar ta' Triq il-Buskett, illum imsemmija għal George Borg Olivier, kien ikun hemm slaleb ħomor mal-koxox tal-biebien biex jindikaw kemm il-familja kienet qed tabita fihom.", "Ma' ċertu djar kien hemm saħansitra sitt islaleb!", "Kull fejn setgħu jiddaħħlu n-nies beda jintuża għal dan il-għan.", "Djar kbar fl-Imdina li kienu vojta bħal Casa Depiro maġenb il-kattidral laqgħet fiha mal-180 refuġjat.", "Ġo kull klassi tal-iskejjel daħlu jgħixu erbgħa familji mifruda b'liżari mdendla għal daqsxejn tal-privatezza u l-istess ġara f'xi partijiet mill-Kunvent ta' San Duminku.", "Ix-Xara Palace Hotel u l-Point De Vue Hotel ġew rekwiżizzjonati u fihom alloġġjaw il-piloti u n-nies tas-servizz li kienu qed joperaw mill-ajruport ta' Ta' Qali.", "Anki wħud mill-iskrivani tal-cash office tal-H.M. Dockyard sabu ruħhom jgħixu fil-Kunvent tal-Karmnu l-Imdina.", "Finalment sal-kmamar ċkejknin tal-bdiewa fl-għelieqi bdew jintużaw b'dan l-iskop u n-nies baqgħu ġejjin.\"", "Dan l-influss qawwi ta' nies beda joħloq il-biża' tat-tixrid tal-mard u għalhekk kellhom jittieħdu xi prekawzjonijiet.", "\"Grazzi għat-tabib Joseph Bugeja, għal Mrs De Trafford (li kienet tiġi oħt Mabel Strickland) u għal xi tobba, infermiera u sorijiet oħra ġiet organizzata infermerija u reception centre.", "Dawn kienu allokati fejn illum hemm il-Wignacourt Musuem u kull min kien jitla' r-Rabat kien jintlaqa' f'dal-post biex jiġi eżaminat.", "F'każ ta' mard in-nies kienet tintbagħat l-isptar imma għal affarijiet żgħar oħra xi individwi kienu jinżammu fl-infermerija stess.\"", "Naturalment beda jonqos ukoll l-ikel u biex titma' lil dawk in-nies kollha ma kinetx ħaġa faċli.", "\"Bdew jiskarsaw ħafna affarijiet fostom l-aktar is-sulfarini u l-pitrolju u mbagħad l-affarijiet tal-ikel.", "Biex tixtri xi ħaġa kollox bil-blackmarket.", "Ridt tara kif tagħmel u tħuf fl-għelieqi bit-tama li tagħraf lil xi ħadd li taf u jżerżaqlek xi ftit patata jew xi pastarda.", "Niftakar li mhux darba u tnejn li mort maz-zija fl-għelieqi għal dan il-għan għax sadanittant missieri kien iżżewweġ lil oħt ommi u din kienet qed trabbiena u tieħu ħsiebna daqs li kieku konna wliedha.", "Iżda biex tagħmel dan kont qed tilgħabha mal-ġustizzja għax kollox kellu jiġi razzjonat u ħadd ma kellu d-dritt jirranġa għal rasu.", "Għalhekk ħafna drabi kien ikun hemm pulizija apposta għassa fit-toroq", "imwarrbin, jistennew lin-nies li jkunu ġejjin mill-kampanja biex jiċċekkjawhom.", "Mhux darba u tnejn li qabdu xi mara b'xi wiżintejn patata moħbija fil-pram u apparti li kienu jeħduhomlha kienu jġegħluha tikxef minn għand min ġabithom ħalli jmorru jfittxu biex jaraw x'għandu iktar.", "Infatti fil-bidu meta bdiet tinxtamm il-possibilità ta' gwerra, xi negozjanti kienu ħasbu minn qabel biex jaħżnu d-dqiq u z-zokkor bit-tir li jagħmlu lira tajba minnhom.", "Imma kull fejn instabu dawn l-imħażen ġew ikkonfiskati dawn il-prodotti u darba minnhom rajt maħżen sħiħ fl-Imdina qed jiġi mbattal b'dan il-mod.", "Finalment fi Frar 1942 fetħu l-ewwel Victory Kitchens proprju fir-Rabat, f'naħa oħra tal-Wignacourt Museum.", "Bdew jitqassmu l-kupuni skont in-numru tal-membri tal-familja u n-nies kienet tinġabar biex tieħu xi platt sħun.", "Interessanti wieħed ikun jaf illi dawk il-fuklari uniċi li ntużaw f'dan iż-żmien jinsabu konservati u esebiti fil-Wignacourt College Museum tal-Parroċċa.\"", "Ormaj il-kwantita' tan-nies miġbura r-Rabat tant kibret illi setgħu jittellgħu festi sħaħ li soltu jiġu ċċelebrati f'inħawi oħra f'Malta.", "\"Tant kienu numerużi r-refuġjati mill-Kottonera li l-festi titulari sew ta' San Lawrenz tal-Birgu fl-1942 u kif ukoll tal-Isla ta' Maria Bambina fl-1941 u fl-1942 ġew iċċelebrati ġewwa l-Parroċċa ta' San Pawl", "ir-Rabat.", "Naturalment il-festi liturġiċi ġewwa l-knisja biss għax il-festi esterni kienu projbiti.", "Il-knisja kienet tkun ippakkjata biċ-ċittadini tal-Birgu u tal-Isla u peress li ma setgħux jittellgħu l-istatwi titulari nfushom kienu nħadmu kwadri apposta bi xbieha tal-qaddisin li wara l-gwerra baqgħu r-Rabat.", "Imma mhux biss dawn baqgħu hawn għax anki numru sew ta' nies għażlu li meta tispiċċa l-gwerra jibqgħu jgħixu r-Rabat.\"", "Iżda darba minnhom dawn in-nies kollha jkollhom joħorġu 'l barra minn djarhom minħabba theddida serja.", "\"Kien id-9 ta' Mejju 1941 meta ftit metri bogħod minn taħt is-sur tal-Imdina li jħares lejn l-Imtarfa taqa' mina esplussiva twila 3 metri!", "Hu maħsub illi l-", "mina splussiva kienet Ġermaniża tat-Tip C b'kalibru ta' 2175 libbra.", "B'xorti tajba din ma splodietx u weħlet fil-ħamrija mdawwra bil-pal tal-bajtar tax-xewk bil-parachute maqbud magħha.", "Kien parachute magħmul minn ħarir ħadrani mill-ifjen u akkost il-periklu kien hemm min mar u ġabru!", "Wieħed minn dawk li messitu biċċa mill-ħbula tiegħu kien ħadem ingravata minnu u tgħidx kemm iddandan biha.", "Bħala prekawzjoni immedjata n-nies kollha tal-Imdina ġew imġiegħla joħorġu minn djarhom u jsibu abitazzjoni oħra.", "Ħafna trekknu ma' familji oħra ġewwa r-Rabat, oħrajn sabu kenn fl-iskola primarja tal-gvern u numru ieħor spiċċaw fil-grotta ta' San Pawl u f'dik tal-Maddalena.", "Is-sitwazzjoni damet sejra hekk għal erbat ijiem sħaħ.", "Fir-raba ġurnata ried jiġi deċiż x'ser jagħmlu – jew jisploduha bil-konsegwenzi enormi kollha jew jirnexxielhom iżarmawha.", "Il-bomba kienet fi stat perikoluż ħafna u ma riedu jieħdu ebda riskju.", "Għalhekk", "l-awtoritajiet ordnaw lill-poplu tar-Rabat li jinqasam f'żewġ sezzjonijiet.", "Dawk l-abitanti tas-Saqqajja, ta' Ġieżu, Ta' Santu Wistin, Ta' Għeriexem u sa Triq il-Kbira kellhom jinġabru fuq iz-zuntier tal-Parroċċa ta' San Pawl (ara żona Ċ fil-mappa) fil-11:00am.", "U dawk ta' l-fuq minn Triq il-Kbira, Triq San Franġisk, Triq San Katald, Ħal-bajjada, Triq il-Buskett, San Bastjan u Triq il-Kulleġġ ġew mitluba jinġabru wkoll fil-11:00am fil-misraħ ta' San Duminku jew fi Pjazza Forok (ara żona D).", "Finalment ġie deċiż li f'nofsinhar kienu ser jaħdmu fuq il-bomba u li għalhekk sal-11:30am kulħadd kellu jkun barra fil-ftuħ.", "Tista' taħseb xi qtiegħ il-qalb.", "Kulħadd kien qed jispekula xi ħsara enormi setgħet issir l-aktar minħabba li fil-qrib kienet tinsab il-mina tal-ferrovija tal-Museum Station li tgħaddi minn taħt l-Imdina u twasslek sa taħt l-Imtarfa u li fiha kien hemm maħżun il-petrol u l-aviation fuel tant neċessarju għad-difiża ta' Malta.", "L-istennija kienet qisu ġej xi terremot.", "Il-minuti bdew għaddejjin u nofs inhar ukoll skorra.", "Kulħadd issummat jistenna biex jisma' l-isplużjoni iżda ftit tal-ħin wara nfurmawna li l-mina splussiva kienet ġiet żarmata u għalhekk il-periklu kien evitat.", "It-tensjoni tan-nies żbruffat f'għajjat ta' ferħ u ċapċip u għal mument dehret it-tbissima fuq wiċċ kulħadd.", "Il-qalbiena li żarmaw din il-mina splussiva minn taħt is-sur ta' l-Imdina kienu Antony Gusterson Rogers ht.", "(Elect) RNVR u l-assistent tiegħu L.G. Herbert Sheldon – Botswain RN.", "Żewġ individwi li żgur kien jistħoqqilhom l-akbar tifħir għall-kuraġġ u s-sogru li ġarrbu.", "Iżda d-destin kien kifer ma' dawn it-tnejn għax ftit tal-ġranet wara, fit-23 ta' Mejju 1941 waqt li l-istess qalbiena kienu qed iżarmaw mina bomba oħra li nstabet fl-inħawi ta' bejn Mt Carmel Hospital u Ħaż-Żebbuġ, din splodiet u qatlithom it-tnejn.", "It-tnejn kienu jappartjenu fuq il-kotba ta' HMS St Angelo.", "It-tnejn ġew dekorati bil-George Medal u jinsabu midfuna fiċ-ċimiterju navali tal-Kapuċċini l-Kalkara.\"", "Żminijiet li ma jaħfruha lil ħadd fejn in-nies inqatlu bla ħniena u l-ħsara qerdet bosta ġojjelli nazzjonali.", "Huma ġranet li dawn in-nies li għadhom jiftakruhom żgur li ma jinsewhom qatt.", "\"Għalkemm fil-gwerra il-lokal tar-Rabat u tal-Imdina kienu meqjusa bħala postijiet ta' residenza ċivili u għalhekk sa ċertu punt sikur għal abitanti, xorta waħda kien hemm diversi diżgrazzji waqt ħbit mill-ajru.", "Infatti 'l fuq minn 95 persuna Rabtin jew refuġjati ġewwa r-Rabat sfaw vittmi tal-gwerra, 80 minnhom fis-sena 1942.\"", "Fl-2006 Paul Cilia rċievha l-unur ta' Ġieħ ir-Rabat u riċentement huwa rebaħ Diploma f'kompetizzjoni ta' ġurnaliżmu mnhedija minn Din l-Art Ħelwa fejn hu kiteb dwar xi ġrajjiet u postijiet konnessi mar-Rabat.", "\"L-imħabba li għandi għar-Rabat, għall-Imdina u għal Malta in ġenerali tnissel fija kilba biex infittex u niskopri aktar dwar l-Istorja u l-kultura tagħna.", "U naturalment l-hena tiegħi hi li nwassal din l-informazzjoni lil nies oħra biex inrawwem fihom l-istess interess.", "Fil-każ ta' dan li tkellimna fuqu llum xtaqt inwassal il-messaġġ ta' kemm hu sabiħ li ma tkunx fi gwerra.", "Għax apparti minn kollox, il-gwerra tħarbatlek ħajtek kemm f'dak li hu xogħol u anki f'dik li hi edukazzjoni.", "Tisraqlek lill-għeżież tiegħek u ddawwarlek l-għażliet f'ħajtek ta' taħt fuq.", "Kienu mumenti koroh li pajjiżna u l-poplu tagħna għadda minnhom u j'Alla ma jmissu magħna qatt aktar.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-5 ta' Diċembru 2011)", "ċimiterju navali tal-Kapuċċini l-Kalkara", "evakwazzjoni", "it-Tieni Gwerra Dinjija", "Kunvent tal-Karmnu l-Imdina", "kunvent ta' San Duminku", "L-Ewwel Gwerra Dinjija", "misraħ ta' San Duminku", "Palazz Vilhena", "Parroċċa ta' San Pawl ir-Rabat", "Pjazza Forok", "San Lawrenz tal-Birgu", "Saqqajja", "ta' Ġieżu", "Ta' Għeriexem", "Ta' Santu Wistin", "Torċa", "Triq il-Buskett", "Triq il-Kbira", "Triq il-Kulleġġ", "Triq San Franġisk", "Xara Palace Hotel", "Ħal-bajjada"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IR-RABAT TAĦT ATTAKK"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/04/l-importanza-tal-port-il-kbir/", "text": ["ara wkoll :", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Żgur li ma nkunux niftaħru żżejjed jekk ngħidu li l-Port il-Kbir hu wieħed mill-isbaħ portijiet fid-dinja.", "Nistgħu ngħidu wkoll li storikament il-Port il-Kbir serva għal mijiet tas-snin bħala l-bieb prinċipali li minnu daħlu f'Malta eluf ta' nies ta' kull ġens, xi wħud minn dawn biex jgħixu hawn għal dejjem, oħrajn biex jinnegozjaw, waqt li oħrajn biex jgħamluha ta' ħakkiema.", "Għal sekli sħaħ, il-Port il-Kbir offra l-aqwa kenn fil-Mediterran lil dawk il-baħħara li riedu jieqfu u jistrieħu xi ftit matul il-vjaġġ tagħhom.", "Kien minħabba f'hekk li bosta qawwiet navali kbar u żgħar, kemm dawk Mediterranji kif ukoll oħrajn minn partijiet oħra tal-Ewropa, ikkumbattew kemm felħu biex Malta u l-portijiet tagħha jsiru tagħhom.", "Għal dan l-iskop, il-promonotorju tal-Forti Sant Anġlu kienu l-ewwel li ġie abitat, u ffortifikat bil-mod il-mod u b'hekk ħa l-aspett militari li nafuh bih llum.", "Dan beda jseħħ x'aktarx fiz-żmien il-Biżantini, imma anki forsi fi żminijiet eqdem minn hekk.", "Dan ġara sabiex fil-kastell jgħammru u jikmandaw ir-rappreżentanti tar-rejjiet Ewropej.", "Nafu li Sant'Anġlu serva bħala r-residenza fortifikata tal-Anġevini, nies li ġew minn Franza.", "Dawn damu tnejn u għoxrin sena bħala ħakkiema.", "Imbagħad fl-1283, kellhom jinqaflu ġo Sant'Anġlu wara li sħabhom f'Palermo spiċċaw imqallfta 'l barra minn Sqallija.", "Matul dan l-episodju tal-istorja ta' Malta, fil-port kienet seħħet battalja mdemmija fuq ix-xwieni bejn l-Anġevini u l-Aragoniżi.", "Hekk kif ġie l-Ordni ta' San Ġwann f'Malta, dan ħa postu l-ewwel f'Sant'Anġlu, imbagħad fil-belt il-ġdida li hu bena fuq l-għolja Xiberras.", "Kien f'dan iż-żmien li l-kummerċ tal-port beda jikber sewwa, u ħafna nies issa bdew jaqilgħu l-għejxin tagħhom bis-saħħa tal-attività marittima.", "Biż-żmien, il-port safa' mdawwar b'fortifikazzjonijiet enormi.", "Fi żmien l-Ingliżi, l-aktar min-nofs is-seklu dsatax 'il quddiem bdew jibnu tarzna wara l-oħra fid-diversi daħliet tal-port, l-ewwel dik bejn il-Birgu u Bormla, kif ukoll f'dik tal-Isla li tħares lejn Kordin.", "Il-kummerċ issa żdied u mijiet ta' familji telqu l-irħula u ġew jgħixu qrib il-Port il-Kbir.", "Bejn l-1901 u 1910 inbena il-Brejkwoter, għax sa dak iż-żmien il-bastimenti ma kienux protetti mill-irwiefen, l-aktar dak l-aktar qawwi il-Grigal.", "Il-Brejkwoter kellu jservi wkoll biex jagħti protezzjoni 'il bastimenti minn xi attakk tat-", "li kienu issa saru parti mill-armamenti effikaċi tal-bastimenti tal-gwerra.", "Barra minn hekk il-proġett tal-kostruzzjoni tal-Brejkwoter ta nifs temporanju lill-ekonomija Maltija għax eluf ta' Maltin kienu impjegati għal bosta snin fuq dan il-proġett.", "Hekk kif fil-ħamsinijiet u wara, is-servizzi Ingliżi bdew jiritraw minn Malta, l-importanza tal-Port il-Kbir bdiet ukoll tintilef.", "Issa eluf ta' Maltin kienu qegħdin jużaw il-Port biex minnu jitilqu fuq vjaġġ, l-aktar lejn l-Awstralja biex isibu x-xogħol hemm.", "Apparti minn hekk in-nies issa bdiet ukoll titlef l-interess fil-port għaliex l-ivvjaġġar issa beda jsir bl-ajru.", "B'hekk, il-bieb prinċipali kien issa spostja ruħu għal-mitjar ta' Ħal Luqa, u l-Gudja.", "Illum, Il-Port il-Kbir iservi fih innifsu ta' attrazzjoni turistika, anki jekk ma għadniex naraw dik il-kwantità ta' bastimenti tal-gwerra li magħha kienet iġġib tant attività fil-port.", "Intant il-Port reġa' ġabar l-importanza tiegħu minħabba x-xogħol relatat mall-ivvjaġġar tal-", "li jġibu magħhom fuqhom eluf ta' turisti.", "L-attivitajiet speċjali li jsiru fil-Port il-Kbir, ngħidu aħna, r-Regatti tal-31 ta' Marzu u dik tat-8 ta' Settembru, kif ukoll il-Festival tal-Logħob tan-Nar, il-Festival tal-", "Jazz", "u oħrajn, kollha janimaw il-Port u jħajruna nirriflettu fl-istorja u s-sbuħija ta' dan il-ġojjel li għandna għalfejn inkunu kburin bih.", "Mejju 2, 2014", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-04T12:06:34+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-Importanza tal-Port il-Kbir"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/10/xi-hsibjiet-dwar-l-istorja-ta-malta/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Il-gżejjer Maltin ilhom abitati għal dawn l-aħħar 7,000 sena, li minnhom l-ewwel 4,300 ma pproduċew l-ebda dokumentazzjoni bil-kitba li setgħet tiżvela b'mod konkret l-istorja ta' żmienhom.", "Kien biss fl-aħħar 2,700 sena li l-istorja tissaħħaħ b'kitbiet f'diversi forom li jgħinuna nifhmu aħjar dak li seta' ġara f'pajjiżna u l-madwar.", "Minkejja din id-dokumentazzjoni bil-kitba l-istoriċi dejjem jiflu bir-reqqa u b'suspett biex jiżguraw li l-informazzjoni hi vera u ta' min jafdaha.", "L-iskavi u l-istudji jgħinuna nifhmu l-kulturi ta' nies li għexu qabilna, kemm jekk fil-preistorja kif ukoll f'perijodi aktar riċenti.", "Kemm il-fdalijiet fl-iskavi arkeoloġiċi kif ukoll l-iskrizzjonijiet nfushom fuq l-binjiet u l-oqbra jgħinuna niskopru u nikkonfermaw il-ħsibijiet u t-twemmin ta' dan in-nies.", "Hemm perijodi li għadna ma nafux biżżejjed fuqhom, fosthom, żmien il-Feniċi, Kartaġiniżi, Rumani u Biżantini, kif ukoll dawk ta' żmien il-Medjuevu Tardiv.", "Dawn il-perijodi għadhom mhuma ċari xejn għal min irid jiskopri l-verità dwar dak li ġara fi żminijiet antiki.", "Kif tista' tikkonferma dak li ġara min-nofs tużżana dokumenti ta' ftit kliem, aktar u aktar meta dawn lanqas biss ma nkitbu fiż- żmien meta seħħ il-fatt?", "F'Malta, l-Għarab ħallew ftit li xejn bħala kitba u inqas u inqas siti arkeoloġiċi.", "Biss dawn in-nies tal-Afrika ta' Fuq li ħakmu lil Malta minn Sqallija, mis-sena 870 'l quddiem influwenzaw l-abitanti tal-gżejjer Maltin kemm fi żmienhom kif ukoll fis-sekli suċċessivi.", "Kien f'dan iż-żmien li l-ilsien Malti, li nafu llum, beda jieħu x-xeħta tiegħu.", "Meta wieħed jifli l-kliem Malti li ġej mill-Għarbi wieħed jinduna kemm dawk ta' qabilna assorbew mill-kultura Għarbija-Islamika.", "Tant hu hekk illi meta reġa' stabbilixxa ruħu sew il-Kristjaneżmu fis-seklu tlettax u erbatax, kliem bħal 'Alla', 'Ramadan' u 'l-Għid il-Kbir', baqgħu japplikaw għat-twemin u r-rit Nisrani.", "Waqt li l-amministraturi, il-gwerriera u negozjanti barranin bdew jistabbilixxu ruħhom, il-Maltin baqgħu jżommu id-drawwiet tagħhom u jitkellmu l-ilsien semitiku, anki jekk dan bil-mod il-mod tħallat mat-Taljan u l-Isqalli.", "Mas-sekli, il-kummerċ ma' Sqallija u l-Ewropa żdied u l-Maltin tħalltu ħafna aktar mal-Isqallin, l-Ispanjoli u it-Taljani, jekk mhux ma' oħrajn ukoll.", "L-edukazzjoni, it-twemmin reliġjuż, il-kummerċ u l-użanzi Ewropej kibru, waqt li Malta kienet amministrata b'mod fewdali minn serje ta' nobbli li kienu bbażati fi Sqallija.", "Kien b'din is-sistema fewdali li Malta ngħatat lill-Ordni ta' San Ġwann fl-1530.", "Biss, appena waslu l-Kavallieri ta' Rodi f'Malta, dawn komplew jamministraw lil Malta bħallikieku din kienet art fewdali fdata lilhom.", "L-Ingliżi kien influenti ħafna biex sawru lil-poplu Malti f'soċjetà moderna u demokratika.", "Bil-mod il-mod l-ilsien Ingliż beda dieħel aktar bħala lingwa tal-amministrazzjoni, waqt li t-Taljan li wkoll influenza l-ilsien Malti matul is-sekli, issa beda jitlef il-pożizzjoni tiegħu bħala l-ilsien tat-tagħlim.", "Hekk kif intefgħu l-ewwel bombi fuq Malta fl-10 ta' Ġunju tal-1940, is-simpatija tal-Maltin lejn il-kultura Taljana għebet.", "Flokha kompliet żdiedet is-simpatija lejn il-kultura Ingliża.", "L-ilsien Ingliż kabbar il-friegħi tiegħu wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ironikament, fi żmien meta l-Ingliżi bdew bil-mod il-mod jitilfu l-interess f'Malta bħala kolonja.", "Fis-snin ħamsin u sittin, bosta kienu l-Maltin li riedu jitgħallmu l-Ingliż sempliċiment biex ikunu jistgħu jemigraw lejn l-Awstralja u l-Kanada.", "Sadanittant l-kultura Ingliża ħadet xeħta internazzjonali, aktar u aktar għax din kienet mgħejjuna mill-films u l-mużika Amerikani.", "B'hekk issa tista' tgħid kulħadd beda jikteb bl-Ingliż, u bdew ukoll jidħlu espressjonijiet Ingliżi fil-lingwaġġ ta' kuljum.", "Il-Maltin, allavolja b'rajhom f'idejhom, iddeċidew li l-ingliż għandu jibqa' l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Malti.", "Illum, Malta indipendenti, hija wkoll Malta kosmopolitana, kemm minħabba l-kwantità kbira ta' ħaddiema barranin li jaħdmu hawn, kif ukoll bis-saħħa tat-turiżmu, li s-sena l-oħra ġab aktar minn 2,600,000 elf ruħ iqattgħu il-vaganzi tagħhom f'Malta.", "Il-mod ta' kif jgħix u jaħseb il-Malti qiegħed jinbidel b'mod aktar mgħaġġel minn qatt qabel.", "Dan qiegħed iseħħ wkoll bis-saħħa tat-televiżjoni u l-internet.", "L-istorja turina li t-tibdil tas-soċjetà iseħħ aktar bl-iskambju tal-ideat, milli minn dak li s-soċjetà tkun ordnata tagħmel .", "10 ta' April 2019", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-10T19:39:37+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Xi ħsibijiet dwar l-istorja ta' Malta"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/07/divertiment-f%E2%80%99post-l-inkwiet/", "text": ["DIVERTIMENT F'POST L-INKWIET?", "Il-Milied li għadda, irċevejt email li ħallietni xxukkjata!", "Bagħtithieli ħabiba tiegħi barranija, studenta ta' 18-il sena li ġiet Malta biex tistudja fl-Università tagħna.", "Tfajla kwieta, bilkemm tgħid kelma fil-klassi, aħseb u ara tinbex lil xi ħadd f'Paceville.", "\"Qlajt xebgħa,\" kitbitli.", "\"Għandi mnieħri miksur u żewġ black eyes.", "Ġuvni barrani segwieni waqt li kont miexja lura lejn id-dar minn Paceville.", "F'ħin minnhom ħatafni u waddabni f'għalqa biswit ħafna djar.", "Ried bilfors ikollu x'jaqsam miegħi u meta rreżistejtu, qabad jagħtini bla ħniena bil-ponn f'wiċċi u telaqni biss meta ra xi nies resqin qrib.\"", "Moħħi nixef u jdejja weħlu mal-keyboard.", "X'ser naqbad ngħidilha?", "Ċempiltilha wara ftit u għalkemm ippruvat tbellagħhieli li issa kienet aħjar, leħinha kien miksur u mbeżżgħa.", "Kien żmien meta suppost kienet qed tistudja għall-eżamijiet u minflok kellha tgħaddi minn dit-trawma sħiħa f'pajjiżna!", "Tistgħu timmaġinaw x'baqa' mill-ġenituri tagħha u mill-Maltin li kienu qed jilqugħha f'darhom.", "Din il-memorja reġgħet ġiet f'moħħi dil-ġimgħa hekk kif waqt li kont qed inqalleb il-paġni ta' gazzetta lokali, nilmaħ dan il-kliem: \"Did-darba lil ibni ġietu tajba... imma bħala ġenitur, missier ta' erbgħa, inħossni nistħi li bqajt sieket għal tant żmien, akkost li kont konxju minn dak li qed jhedded liż-żgħażagħ, lil uliedi.\"", "L-ittra kienet miktuba mill-avukat Dr Anthony P Farrugia li dan l-aħħar għadda minn mumenti diffiċli wara li ibnu u t-tfajla tiegħu ġew attakkati minn grupp ta' żgħażagħ li kienu għadhom kif serqu turist fl-inħawi tal-bajja ta' San Ġorġ u dawn marru jagħtuh l-għajnuna.", "\"X'nagħmel allura?", "Inwissi lil uliedi biex darb'oħra, jekk jaraw lil xi ħadd fil-bżonn, jibqgħu għaddejjin u ma jindaħlux sabiex ma jidħlux fl-inkwiet?\"Dr Farrugia saħaq illi ġuvnott li kien magħhom, kellu jinżel saħansitra sa Spinola biex isejjaħ lill-pulizija.", "Huwa staqsa il-għala f'post fejn jinġabru tant żgħażagħ, m'hemmx aktar sorveljanza sabiex dawn jiġu protetti u anki biex tinżamm l-ordni pubblika?", "Naturalment, bħal kif jiġri s-soltu, il-karba ta' dal-missier ma waqgħetx fuq widnejn torox u qamet agħa fost in-nies.", "Kulħadd jgħid tiegħu.", "Mitt bniedem, mitt fehma.", "Fosthom kien hemm min insista li dawn l-inċidenti jseħħu b'mod regolari mhux fl-inħawi ta' Paceville biss imma anki fil-Gżira u f'Buġibba.", "Iżda oħrajn merewhom peress li kienu tal-fehma li fl-inkwiet jidħlu biss dawk l-individwi li jmorru fil-postijiet 'żbaljati' u li allura jkunu qed ifittxu l-ġlied.", "Dort dawra mal-gazzetti u fil-facebook u innutajt dak kollu li kien qed jintqal fuq ir-radju u fit-triqat.", "Ħassejt li b'mod ġenerali l-poplu huwa konxju li hemm problemi ta' sigurtà f'dawn il-postijiet ta' divertiment imma li ormaj tgħallem jgħix magħhom, hekk kif iċ-ċriev tgħallmu jgħixu mal-iljuni fil-ġungla.", "Infatti ż-żgħażagħ li ma jħossuhomx komdi f'dawn il-postijiet kellhom jagħżlu li jiltaqgħu f'inħawi oħra.", "Mentri oħrajn li sħabhom imorru hemm biss, jilludu ruħhom li lilhom qatt mhu ser jiġrilhom xejn għax huma ma jittantawx lix-xemx għaddejja.", "Innutajt li teżisti bħal passività \"Għax hekk jew hekk x'tagħmel?", "Ma tmur imkien?\" jistaqsuk.", "Donnu ħadd ma jrid joħroġ għonqu.", "Ta' Maltin li aħna, ħafna minna nhedew inparlaw hekk kif il-media tiġbdilna l-ispaga sakemm imbagħad induru għal xi ħaġ'oħra u s-suġġett imut fuq ruħ ommu.", "U sadanittant l-impotenza tal-ġenituri li jipproteġu lil uliedhom kull darba li dawn joħorġu jiddevertu f'dawn il-postijiet, qiegħda tifni lil ħafna.", "Illum Paceville rari nitla' iżda nistqarr li anki meta kont iżgħar, kont immur hemm għax bilfors.", "Hemmhekk kienu jinġabru l-maġġoranza ta' sħabi u taż-żgħażagħ l-oħra u allura ma tantx kien hemm għażla.", "M'għandix xi memorji sbieħ tal-post, dejjem maħmuġ, bini fuq xulxin, taraġ imkisser mimli remettar (li llum wara tant snin ġie rranġat imma r-remettar għadu jkun hemm), nies jixorbu u jidħku jgħajtu biex jiġbdu l-attenzjoni, mużika għolja li ma tħallikx tgħid kelma ma' dak li jkun, nies fis-sakra u oħrajn jilgħabuha li huma fis-sakra, barranin li donnhom qatt ma raw mara f'ħajjithom....", "Ironikament kont nieħu r-ruħ meta jsir il-ħin biex nitlaq minn hemm, sakemm imbagħad kont niftakar li għad fadal saram ieħor.", "Kif ser immur lura d-dar?", "L-għażla kienet jew li noqgħod nittallab biex iwassalni xi ħadd minn sħabi, bit-tama li sakemm naslu biex nitilqu, ma jkunx xorob iżżejjed, inkella li immur b'taxi, mgħaffġa bejn qabda żgħażagħ oħra li ma nafx, filwaqt li nispera li ser nasal sad-dar għax mhux darba u tnejn li kelli neħodha mas-sewwieqa biex ma jwaqqfunix f'xi pjazza wara li nkun ħallast biz-zalza!", "Meta ġibt il-liċenzja u xtrajt il-karozza ħsibt li kont akkwistajt il-libertà minn dan kollu.", "Fir-realtà spiċċajt is-sewwieqa ta' ċertu sangisugi u meta kont nirrifjuta li nservihom, kont irrid naffaċċja t-triqat lura lejn il-karozza waħdi, fil-baħħ u fid-dlam.", "Sfortunatament mill-kummenti li bdejt naqra, għaraft li l-ħajja ma nbidlitx wisq għalkemm għaddew is-snin.", "Infatti bosta żgħażagħ ilmentaw li m'hux qed ikun hemm kontroll fuq l-età ta' dawk li jitħallew jidħlu u wisq agħar jixorbu fil-clubs, b'uħud jinsistu li f'dawn il-postijiet, ċerti tfajliet taħt l-età qed ikunu wkoll ingaġġati bħala 'żeffiena'.", "Barra minn hekk, akkost li kulħadd jaf li t-tipjip ġewwa dawn il-lwogi huwa projbit, jidher biċ-ċar li mhux kull post qed iżomm mar-regolamenti.", "Individwi oħra saħqu li oġġetti tal-ħġieġ f'dawn il-postijiet huma ta' periklu kontinwu, hekk kif xi minn daqqiet, taf issib ruħek f'nofs ta' ġlieda bla ma taf kif.", "Tfajla minnhom irrakkuntat kif proprju waqt ġlieda bħal din, hi spiċċat imwaddba fl-art minn bouncer tal-post, hekk kif dan ġera biex iferraq lill-ġellieda \"u nara banketta għaddejja minn quddiem wiċċi!\"", "Xi ħaddieħor kiteb: \"Il-garanzija li jekk toqgħod attent ma jiġrilek xejn, hi biss illużjoni.", "Ċerti individwi juruk li jkunu għatxana biex jaqalgħu ġlieda u f'post fejn l-alkoħol (u mhux biss!) ikun għaddej bil-kwantità, tistenna li tinqala' xi traġedja kbira xi darba.\"", "Għalkemm numru ta' żgħażagħ sostnew li l-preżenza tal-pulizija hija regolari f'Paceville u li meta jseħħ inċident, issibhom għall-għajnuna, oħrajn iddubitaw kemm in-numru ċkejken ta' pulizija fuq il-post jista' qatt ikun tassew effettiv meta f'ċerti ġranet ikun hemm tant nies miġburin f'dawn l-inħawi.", "Min-naħa l-oħra xi wħud dehrilhom li għalkemm il-pulizija jiġu fuq il-post, dawn ma jkunux ippreparati għal dak li jinqala' ... \"meta ħabibti waqgħet u weġġgħet geddumha, lanqas stikka ma kellhom fuqhom!\" kitbet waħda.", "Kultant xi żgħażagħ jiftħu qalbhom mal-ġenituri dwar xi ġlieda li jkunu raw isseħħ quddiem għajnejhom jew li jkunu spiċċaw fiha u dawn jistaqsuhom jekk ċemplux lill-pulizija?", "Omm kitbet li binha weġibha: \"Għalxejn ma, għax il-pulizija dejjem jiġu meta jkun għadda kollox u min ikun qala' l-inkwiet, ikun laħaq dabbar rasu!\"", "U allura bir-raġun, numru ta' żgħażagħ u ġenituri staqsew għala l-pulizija għandha tasal fuq il-post wara li jsir l-inċident, meta jaf ikun tard wisq.", "Għala trid tmur tfittex int lill-pulizija?", "Għala m'hemmx proċedura ta' prevenzjoni?", "Għala l-pulizija ma jkunux qed iduru fit-toroq kontinwament sabiex il-preżenza tagħhom isservi bħala deterrent?", "Oħrajn xtaqu jkunu jafu għaliex m'hemmx aktar CCTV cameras li jissorveljaw l-inħawi u jekk wara kollox, dawk li hemm bħalissa, humiex qed jaħdmu tassew?", "Mistoqsija relevanti kienet jekk dawn is-CCTV cameras hux qed ikunu segwiti minn xi ħadd responsabbli waqt li ż-żgħażagħ ikunu miġburin fl-inħawi, inkella jekk jintużax biss ir-recording tagħhom wara li jilħaq jiġri l-fatt?", "Individwu ieħor staqsa jekk il-pulizija għandhomx aċċess faċli għar-recordings ta' dawn il-filmati...", "\"Jekk ikun involut barrani f'xi każ, mhux jilħaq idabbar rasu mill-pajjiż sakemm il-filmati jaslu għand il-pulizija, dejjem jekk il-camera tkun irrikordjat veru xi ħaġa!\"", "Ċertament, kif jgħid qawl Ingliż, il-prevenzjoni hija aħjar mill-kura.", "U għaldaqstant ir-rota kull darba ddur fuq il-perċezzjoni ġenerali li dawn iż-żoni mhux qed ikunu regolati adegwatement sabiex l-inċidenti jiġu evitati.", "\"Fl-aħbarijiet nisimgħu biss b'dawk l-inċidenti li jkunu gravi.", "Imma l-ġlied fil-bars iseħħ kemm il-darba\" qal żagħżugħ.", "Min-naħa l-oħra ġenitur minnhom widdeb illi jekk xi darba ċċempillu bintu u tgħidlu jitla' Paceville malajr għaliha għax qed jheddidha b'xi periklu xi ħadd, \"Ma nkunx responsabbli ta' x'ifettilli nagħmel!", "Niġi naqa' u nqum jekk insibx xi tifel taħt l-età quddiemi dak il-ħin għax b'li jiġi f'idejja niftaħlu rasu!\"", "Kien hemm min issuġġerixxa li jibda jintuża s-servizz tal-pulizija pajżana jduru fost iż-żgħażagħ \"Għax int tkun dejjem ikkontrollat mill-ħsieb li ta' ħdejk jista' jkun il-persuna li jwaqqfek milli titkessaħ ma' persuna oħra.\"", "Madanakollu oħrajn insistew illi l-pulizija pajżana mhumiex ta' deterrent daqs kemm meta qed tara l-uniformi quddiemek u li allura jservu biss biex jikkontrollaw ġlieda meta tkun diġà qamet.", "Din il-kwistjoni nislet ukoll battalja bejn dawk li ma jridux li niġu f'sitwazzjoni ta' \"stat polizjesk\" u dawk li jinsistu li \"il-preżenza tal-pulizija iddejjaq biss lil min beħsiebu jaqla' l-inkwiet jew jagħmel xi ħaġa li mhux suppost.\"", "Kummenti oħrajn sostnew illi l-pulizija li jiġu assenjati r-responsabbiltà ta' dawk l-inħawi, għandhom ikunu mħarrġa apposta f'dak ir-rigward.", "\"Għandu jkun hemm preżenza utli u effettiva.", "Idealment xi skwadra ta' pulizija li flimkien ma' riżorsi oħra ta' servizzi, inkluż dak tal-SAG, joħolqu ambjent ta' dixxiplina.", "Sfortunatament il-perċezzjoni tan-nies f'dik li hija dixxiplina mill-pulizija mhiex tajba ħafna u allura l-immaġni tal-pulizija qed tbati ħafna.\"", "Xi ħaddieħor qal: \"Jien rajt gang qed tisraq handbag ta' tfajla u akkost li din bdiet tibki kemm tiflaħ u ssejjaħ għall-għajnuna, ħadd ma ta kasha, tant li dawk li serquha baqgħu fil-viċin ħalli jaraw x'kien hemm tajjeb għalihom fil-handbag!\"", "Bla dubju f'territorju fejn m'hemmx biża' li wieħed jista' jinqabad minħabba n-nuqqas ta'ordni, l-inħawi jsiru fertili fil-kriminalità ... \"bħal ħmieġ li jiġbor il-ġrieden\".", "Kien hemm min farfar dil-kwistjoni malajr billi semma' illi f'pajjiżi oħra, fl-inħawi tad-divertiment, isir wisq agħar u allura relattivament Paceville huwa sikur.", "U allura għandna nikkuntentaw b'dan?", "Oħrajn semmew kif f'bosta mill-clubs, wieħed isib numru ta' bouncers u allura hekk kif xi ħadd jaqla' l-inkwiet \"jintrema l-barra\".", "Imma mbagħad kien hemm min staqsa \"U lil dak li jintrema' barra min jiġbru?", "Aktarx ħadd u allura jmur jaqla' l-inkwiet x'imkien ieħor, probabbilment fit-triq fejn in-nies m'għandhiex daqshekk protezzjoni\".", "Infatti suġġeriment għaqli ħafna insista illi s-servizzi ta' sigurtà li hemm fl-inħawi idealment għandhom jaħdmu flimkien.", "Ngħidu aħna, jekk xi ħadd huwa tant fis-sakra li mhux qed jara art jew li wasal fi stat li jaqla' l-inkwiet, dan l-individwu m'għandux jitħalla barra fit-triq bla ma jingħata għajnuna.", "Biss biss, jekk ma jagħmel ħsara lil ħadd, jaf jilħaq isib il-karozza tiegħu u jipprova jsuq lura lejn id-dar b'konsegwenzi oħra serji.", "L-awtoritajiet saħqu illi l-pulizija qed jagħmlu mill-aħjar li jistgħu hemmhekk.", "Iżda għalkemm bosta jaqblu ma' dan, ħafna min-nies jistqarru wkoll illi kieku kellha tiżdied aktar il-preżenza tal-pulizija, iħossuhom ferm aktar protetti.", "\"In-nies meqjusa bħala 'importanti' tarahom għaddejjin bil-bodyguards magħhom.", "Allura uliedna mhumiex meqjusa importanti biżżejjed biex ikollhom il-protezzjoni f'dawn il-postijiet?", "Ma jistax ikun li nwaqqaf lil uliedi milli joħorġu.", "U fl-istess ħin għaliex uliedi għandhom jiġu mċaħħda milli jmorru f'dawn l-inħawi sempliċiment għax m'hemmx kontroll biżżejjed?\" staqsa ġenitur inkwetat għall-aħħar.", "Anki l-pieni li jingħataw lil dawk li jinqabdu qed iwettqu xi reat qed idarrsu lil ħafna.", "\"Riċentement wieħed weħel multa u twiddiba.", "B'daqshekk?", "Issa x'ser jiġri?", "Il-weekend li ġej ser nerġgħu insibuh Paceville mill-ġdid fostna?", "Forsi wasal iż-żmien li bħal ma jagħmlu fil-grounds tal-futbol, min jaqla' l-inkwiet, tinħariġlu ordni biex għall-ammont ta' żmien partikolari ma jersaqx lejn Paceville iktar.", "Dak żgur deterrent, meta ż-żgħażugħ għandu t-theddida li jekk ma jġibx ruħu sew, ser jiġi mifrud mill-bqija ta' sħabu u mċaħħad minn dawn il-postijiet ta' divertiment.", "B'hekk anki l-pulizija stess tħoss li xogħolha sewa għal xi ħaġa.", "Mhux bħal kif jiġri issa, tarresta bniedem illum u l-ġimgħa ta' wara terġa' ssibu jaqla' l-inkwiet mill-ġdid!\"", "Nittama li did-darba dil-kwistjoni ma tingħalqx hawn...", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-31 ta' Lulju 2011)", "protezzjoni", "Torċa", "żgħażagħ"], "category": "blog, literature, culture", "title": "DIVERTIMENT F'POST L-INKWIET?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/08/daqqa-t%E2%80%99id-liz-zghazagh/", "text": ["DAQQA T'ID LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "Qawl Ċiniż jgħid: \"Agħti ħuta lil xi ħadd u tkun tmajtu għall-ġurnata.", "Għallmu kif jistad u tkun tmajtu għal ħajtu.\"", "L-għerf li hemm maħżun f'dan il-qawl huwa proprju l-", "għan wara l-proġett Embark4Life.", "\"Kull bniedem jiġi f'punt fejn irid jakkwista l-indipendenza f'ħajtu,\" saħqu miegħi Stephen Vella, il-Project Leader, u Jessica Camilleri, il-Project Administrator ta' dan il-proġett.", "\"Imma hemm każi fejn individwu ma jkollux il-ħiliet bażiċi u lanqas l-għajnuna tant meħtieġa biex jilħaqhom, u għalhekk isibha diffiċli ferm biex ifendi għal rasu.", "Huwa hemm fejn nidħlu aħna biex nagħtu daqqa t'id.", "Iżda finalment huwa f'idejn iż-żagħżugħ li jagħraf il-bżonn li jaċċetta l-għajnuna tagħna u li jiddeċiedi li jibda kapitlu ġdid f'ħajtu.\"", "X'hemm isbaħ milli wieħed jgħinek issib it-triq it-tajba u mbagħad iħallik fil-libertà biex tkompli miexi fejn tixtieq qalbek?", "Il-proġett Embark4Life beda fl-2009 u bħalissa qed isiru arranġamenti sabiex jibqa' għaddej sal-aħħar tal-2012.", "Qed jiġi ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-European Social Fund u huwa ikkoordinat mill-Aġenzija Appoġġ u mill-Aġenzija Sedqa b'kollaborazzjoni mal-ETC u mal-Awtorità tad-Djar.", "Dal-proġett ġie partikolarment imfassal sabiex jagħti għajnuna lil żgħażagħ ta' bejn l-eta ta' 16 u 24 sena ħalli jintegraw aħjar fid-dinja tax-xogħol u fis-soċjetà.", "\"Dehrilna li jekk diversi entitajiet jgħaqqdu l-forzi tagħhom flimkien, il-proġett ikollu ċans akbar li jkun ta' suċċess.", "B'hekk apparti li l-ebda entità ma tkun", "qed taħdem għal rasha u forsi anki tidduplika x-xogħol, b'kollaborazzjoni akbar bejniethom, l-entitajiet konċernati jkunu jistgħu joffru qafas aktar sikur għal din l-istrateġija mmirata biex tgħin liż-żgħażagħ li jkunu ser jiġu introdotti għad-dinja tax-xogħol.", "Għall-istess raġuni, qed naħdmu wkoll id f'id ma' numru ta' istituzzjonijiet li huma relatati b'xi mod jew ieħor ma' dal-qasam, bħal ngħidu aħna: Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa, Suret il-Bniedem, Dar Osanna Pia, u l-Probation Services.", "Ġie deċiż li naħdmu ma' dik is-sezzjoni ta' żgħażagħ li għandhom bejn l-età ta' 16 u 24 sena minħabba li nemmnu li din hija l-faxxa l-aktar vulnerabbli biex tintegra fid-dinja tax-xogħol.", "Għażilna li l-età", "tibda minn 16-il sena għax nixtiequ li għallinqas iż-żgħażagħ ikunu spiċċaw l-edukazzjoni formali tagħhom u idealment ikollhom l-ischool leaving certificate, ħalli b'hekk ikun hemm pedament sod ta' edukazzjoni.", "Immirajna l-għażla tagħna sal-età ta' 24 sena għax naħsbu illi f'dan il-perjodu, iż-żgħażagħ ikunu aktar miftuħa għat-tagħlim u għat-taħriġ.", "Barra minn hekk ġuvni ta' 18-il sena li jsib ruħu fit-triq, ċertament issirlu iżjed ħsara u jista' jiġi ħafna aktar sfruttat minn wieħed li jsib ruħu fl-istess kundizzjoni f'età akbar għax dan b'xi mod jew ieħor ikun tgħallem ikampa fil-ħajja u jkun diġà rabba ċertu qoxra.\"", "Fhiex tikkonsisti l-għajnuna jew is-servizzi ta' Embark4Life u għal min huma applikabbli ?", "\"Hemm diversi servizzi li jingħataw u dawn dejjem jiddependu mill-ħtiġijiet partikolari ta' kull individwu.", "Huma applikabbli għal żgħażagħ li qed isibu diffikultà biex jidħlu fil-qasam tax-xogħol minħabba diversi raġunijiet bħal ngħidu aħna dawk li jkunu trabbew f'xi istituzzjonijiet, dawk li qegħdin f'riskju li jiġu mkeċċija mill-familji tagħhom, dawk li kellhom problema ta' droga u dawk li qegħdin fil-ħabs u qed jaħsbu kif ser jintegraw ruħhom meta joħorġu minn hemm ġew.", "Flimkien ma' kull individwu aħna nfasslu pjan b'numru ta' parametri li jkopru l-istili bażiċi li wieħed għandu bżonn biex jirnexxi fil-ħajja.", "Mhux kulħadd għandu l-istess ħtiġijiet.", "Ngħidu aħna, hemm min", "ikun falla ħafna lezzjonijiet meta kien l-iskola, tant li meta jiġi biex joħroġ, lanqas l-ischool leaving certificate ma jingħatalu.", "Hemm min għandu diffikultà biex jifhem il-lingwa Ingliża u allura mbagħad issibu jbati biex jgħaddi minn ċerti eżamijiet bħal per eżempju, biex iġib il-liċenzja tal-karozza.", "Żgħażagħ oħra jkun jonqoshom xi 'O' Levels u l-ġenituri tagħhom ma jkunux jifilħu jħallsulhom għall-lezzjonijiet.", "Lil dawn iż-żgħażagħ, aħna noffrulhom servizz ta' taħriġ b'xejn, weħidhom jew fi grupp, biex jirkupraw l-edukazzjoni u ċ-ċertifikati li jkollhom bżonn.", "Nagħtu wkoll għajnuna f'dik li tikkonċerna l-komunikazzjoni u għaldaqstant inħarrġu liż-żgħażagħ kif jikkomunikaw aħjar, kif jużaw il-kompjuter, kif jidħlu fl-internet, kif jiktbu cv u kif jippreparaw ruħhom għal intervista.", "Sfortunatament naraw ukoll ħafna żgħażagħ li donnhom ma jkunu jistgħu joħorġu qatt mill-fażi tat-taħriġ.", "Jibqgħu jattendu għall-kors wara l-ieħor u jġibu ċ-ċertifikati kollha, imma mbagħad isibu", "diffikultà biex jużaw dawk il-ħiliet li jkunu tgħallmu sabiex bihom isibu xogħol adattat.", "Lil dawn iż-żgħażagħ aħna ngħinuhom billi ninkoraġġuhom japplikaw għal xi xogħol, anki billi nuruhom bl-opportunitajiet kontinwi li jkun hemm fl-ETC.", "Kultant niltaqgħu ukoll ma' żgħażagħ li ma jkunux qed japplikaw għax-xogħol peress li jidhrilhom li l-ebda pożizzjoni ta' xogħol offruta ma tkun tixtraq għall-kwalifikazzjonijiet li jkollhom.", "F'dawn il-każi, aħna naħdmu ma' dawn l-individwi biex infehmuhom li m'hemm xejn ħażin li tibda minn xogħol partikolari u mbagħad tibda tiela' tarġa tarġa 'l fuq.", "Bla dubju, jekk ma tibdiex minn x'imkien, żgur li ma tasalx u jekk ma taħdimx, ma jkollokx flus biex tmantni ruħek.\"", "Iżda apparti mit-taħriġ edukattiv, Embark4Life joffri wkoll saqaf fuq ras numru ta' żgħażagħ li jsibu ruħhom f'diffikultà...", "\"Huwa inutli li tipprova tħajjar żagħżugħ biex imur jaħdem jekk dan m'għandux fejn joqgħod u ma jafx kif ser jiekol matul il-ġurnata!", "Daqstant ieħor hu impossibli li ssib impjieg lil xi ħadd li għandu", "problemi ta' alkoħol jew droga.", "F'dawn il-każi partikolari aħna noffru wkoll sistemazzjoni temporanja fi djar jew hostels apposta bħal Suret il-Bniedem u Dar Osanna Pia, sakemm iż-żagħżugħ jitgħallem ħiliet biżżejjed u jsir aktar responsabbli tiegħu nnifsu sabiex jinqata' minn dawn il-vizzji, jrabbi aktar fiduċja fih innifsu u jkun jista' jvara ħajtu fid-dinja tax-xogħol.", "Nixtiequ niċċaraw li din is-sistemazzjoni hija waħda temporanja u allura matul numru stabbilit ta' xhur, iż-żagħżugħ bl-għajnuna ta' youth worker li tkun qed issegwih u tinkoraġġieh, irid juri biċ-ċar li lest li jgħin lilu nnifsu sabiex jirnexxi u allura jeħtieġ li jattendi għat-taħriġ li nippjanaw u li finalment jibda jmur jiċċekkja x'opportunitajiet hemm mal-ETC u anki jibda jirreġistra.", "L-għajnuna tal-youth worker tinkludi wkoll taħriġ f'kif wieħed iqassam u jfaddal flusu ħalli fi ftit taż-żmien ikun jista' jikri proprjetà għal rasu.", "Permezz ta' Embark4Life, b'kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, kull tant żmien, aħna nagħmlu sejħa pubblika għal dawk li għandhom xi appartamenti vojta u jkunu jixtiequ jikruhom lil dan il-proġett.", "Eventwalment aħna nidħlu f'kuntratt mas-sid u nikru dawn il-postijiet għal mhux aktar minn sena.", "Fl-istess ħin, aħna nidħlu bi sħab maż-żagħżugħ jew żagħżugħa konċernata bi ftehim li huma jridu jħallsu d-dawl, l-ilma, l-ikel u l-ħtiġijiet l-oħra tal-post.", "Barra minn hekk, il-ftehim ikun jinkludi wkoll il-pjan li sa disgħa xhur wara, jridu jkunu bdew ifaddlu biżżejjed flus biex meta aħna noħorġu mill-kuntratt ta' kiri, huma jkunu jistgħu jibqgħu jikru l-post bi flushom.", "Ovvjament dawn ir-regolamenti mhumiex inflessibli għax aħna nagħtu attenzjoni individwali lil kull każ.", "Infatti hemm każi fejn akkost li wieħed ikun tassew qed jgħin ruħu u jġemma', ma jkunx irnexxielu jilħaq il-mira ppjanata saż-żmien stabbilit.", "Allura, anki biex ma jintilifx il-ġid kollu li nkunu għamilna miegħu, aħna nikkunsidraw li nestendu das-servizz tagħna bi tliet xhur oħra.\"", "Stephen u Jessica enfasizzaw kemm il-darba li s-suċċess ta' dan il-proġett huwa rikonoxxut skont kemm jirnexxielhom jintegraw liż-żgħażagħ mal-bqija tas-soċjetà, b'mod speċjali fil-qasam tax-xogħol.", "Huma wrewni statistika ta' kemm ġew mgħejuna żgħażagħ s'issa u kienu sodisfatti ħafna bir-riżultati li ottjenew kemm ilu li beda l-proġett.", "\"Inħossu sodisfazzjon kbir meta naraw li ż-żgħażagħ qed jirrikorru b'mod konsistenti għall-għajnuna li qed noffru.", "Imma aktar minn hekk, il-ġid ta' dan il-proġett ikun evidenti meta naraw bidla drastika jew aħjar tranżizzjoni f'dawn iż-żgħażagħ, fejn minflok li jirċievu biss, huma jsiru wkoll ċittadini parteċipi fis-soċjetà.", "Akkost li qed nuruk din l-istatistika, għalina kull każ partikolari huwa suċċess.", "Biex nagħtuk eżempju, dan l-aħħar koppja li ġew mgħejjuna permezz ta' dan il-proġett, għażlu li jagħmlu l-festin tat-tieġ tagħhom proprju f'dawn l-uffiċini.", "Kien il-mod tagħhom kif ħallsuna lura ta' dak li għamilna magħhom, billi wrewna wkoll li jqisuna bħala parti mill-familja tagħhom.", "Sfortunament fl-istess ħin, dan huwa wkoll eżempju ċar li jfissirlek is-sitwazzjoni li tinħoloq meta jkun hemm in-nuqqas tal-preżenza tal-familjari\".", "X'jista' jagħmel żagħżugħ li jixtieq jipparteċipa f'dan il-proġett?", "\"Min hu interessat jiġi referut mill-entitajiet li qed jipparteċipaw fil-proġett, prinċiparjament Aġenzija Sedqa u Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Żgħażagħ u l-Probation Officers.", "Madanakollu, meta jkun hemm", "żgħażagħ li ma kellhomx kuntatt ma' dawn l-entitajiet, aħna nirreferuhom lil waħda mill-entitajiet rikonoxxuti sabiex tirreferihom hi.", "Ġieli jiġu każi meta ma nkunux nistgħu nsibu post alternattiv għal xi żagħżugħ li jeħtieġu u allura, fejn ikun possibbli, ngħidulu jistaporti ftit ieħor sakemm nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, ġieli jersqu għandna żgħażagħ għax ikunu imbuttati minn ħaddieħor, iżda ma jkollhom l-ebda ħeġġa biex jikkollaboraw.", "Ikun hemm ukoll min jidhirlu li m'għandux bżonn l-għajnuna tagħna, akkost li xi ħadd jirreferih għandna.", "Min jiġi hawn irid ikun liberu li jixtieq l-għajnuna, ma jistax jiġi sfurzat.", "Naturalment aħna ma nkeċċu lil ħadd u nagħtu ċans lil dak li jkun biex jagħraf x'inhi l-aħjar triq għalih.", "Però finalment hemm ħafna żgħażagħ oħra għatxana li jagħmlu bidla f'ħajjithom u Embark4Life jiftaħ il-bibien tiegħu beraħ għal dawn!\"", "Sabiex inkun nista' nara b'għajnejja r-riżultati ta' Embark4Life, iltqajt ma' żagħżugħ li bħalissa qiegħed jipparteċipa f'dan il-proġett...", "\"Għandi 17-il sena.", "Kienet social worker tal-Appoġġ li ntroduċietni għal Embark4Life.", "Nistqarr li għall-ewwel ma tantx kont ħadtu ħafna bis-serjetà dan il-proġett u llum nistħi meta niftakar kemm ġieli ħallejt nies jistennewni biex jagħtuni xi taħriġ u jiena ma attendejtx!", "F'ħajti jiena għaddejt minn ċerti diffikultajiet...dort f'diversi istituzzjonijiet, tlaqt mill-iskola mingħajr school leaving certificate u saħansitra għamilt perjodu l-ħabs.", "Illum, meta noqgħod naħseb, nirrealizza li kelli wisq libertinaġġ u qisni ftit li xejn kelli kontroll fuqi nnifsi.", "Illum qed ngħix f'dar li tilqa' ż-żgħażagħ u s-servizz li qed jingħata lili qed jiġi ssapportjat finanzjarjament mill-proġett E4L.", "Hawnhekk jieħdu ħsiebi ħafna u fuq kollox qed jgħallmuni kif insir aktar", "responsabbli, iddixxipplinat u indipendenti.", "Fl-uffiċini ta' Embark4Life, attendejt għal taħriġ maħsub għalija fejn permezz tiegħu ġibt l-ischool leaving certificate.", "Barra minn hekk, bħalissa qed nistudja l-Malti, l-Ingliż u l-kompjuter.", "Preżentament inħossni kburi ħafna li rnexxieli nżomm ix-xogħol għal dawn l-aħħar disgħa xhur u nofs, xi ħaġa li qatt ma kont kapaċi nagħmel qabel.", "Kien permezz ta' dan ix-xogħol li ndunajt li togħġobni l-kċina u għalhekk ser nibda nieħu taħriġ fl-ITS.", "Hawnhekk għenuni ħafna speċjalment meta emmnu fija u meta ħallsuli dak li kelli bżonn biex niġi fuq saqajja.", "Għallmuni ħafna affarijiet tal-ħajja fosthom kif nikteb cv, kif insib xogħol u kif infaddal.", "Għamluli r-referenzi u sabuli dar fejn noqgħod temporanjament sakemm nitgħallem noqgħod għal rasi, għalkemm nammetti li s'issa din l-idea li noqgħod waħdi, tbeżżagħni xi ftit.", "F'dawn l-uffiċċji niltaqa' wkoll ma' sħabi, li forsi barra t-triq kienu jdaħħluni fl-inkwiet, imma hawn nieħu gost narahom jieħdu l-għajnuna u jitgħallmu bħali.", "Nirrakomanda liż-żgħażagħ li għandhom bżonn l-għajnuna sabiex jagħrfu jaċċettawha u jieħdu l-ġid minnha.", "Jekk f'qalbhom veru jħossu l-bżonn li jitgħallmu xi ħaġa, hawnhekk tajjeb ħafna.", "Żgur aħjar milli toqgħod tiġri barra bla skop!\"", "Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett Embark4Life, wieħed jista' jċempel fuq 21323520.", "Jista' wkoll jibgħat email fuq", "jew jidħol fil-website www.fsws.gov.mt.", "L-uffiċini ta' Embark4Life jinsabu f'168, Triq il-Wied, l-Imsida.", "Dan il-proġett qed jitmexxa mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali li tinkorpora Aġenzija Sedqa (", "www.sedqa.gov.mt", "), Aġenzija Appoġġ (www.appogg.gov.mt) u Aġenzija Sapport (www.sapport.gov.mt).", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-7 t'Awwissu 2011)", "Aġenzija Appoġġ", "Aġenzija Sedqa", "Awtorità tad-Djar", "Suret il-Bniedem", "Torċa", "Unjoni Ewropea", "żgħażagħ"], "category": "blog, literature, culture", "title": "DAQQA T'ID LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/11/serendipity/", "text": ["Dil-ġimgħa tgħallimt kelma ġdida bl-Ingliż – serendipity.", "Kelma pjuttost twila u b'sinifikat daqstant ieħor profond.", "Infatti talludi għall-kapaċità li tiskopri affarijiet ta' valur b'mod aċċidentali, meta lanqas biss tkun qed tfittixhom.", "Iżda t-tifsira ta' dil-kelma tkompli tinsinwa illi skoperti bħal dawn iseħħu meta l-bniedem in kwistjoni jkollu t-tendenza naturali li jgħarrex jew ifittex proprju għal dawk l-aspetti jew oġġetti.", "Ftakart f'dil-kelma mill-ġdid hekk kif ġbart in-noti tal-intervista ta' dil-ġimgħa u ntbaħt kemm il-darba dal-kunċett ħareġ fid-diskussjoni tagħna...", "L-ewwel allużjoni bdiet hekk kif kont nieżla t-taraġ tal-Ipoġew li jinsab f'Raħal Ġdid.", "Kont ilni snin twal nixxennaq biex nara dal-post tant magħruf iżda jkolli nistqarr li meta sirt naf li ridt nibbukkja minn xi tliet xhur qabel, bħal qtajt ftit qalbi.", "Iżda ġara li bħalissa qed isir il-Festival Mediterranea 2010 li fost l-attivitajiet tant interessanti tiegħu kien hemm żjara fl-Ipoġew bi gwida li ma kien ħadd ħlief l-arkeoloġista tant imsemmi Dr David H Trump!", "Ma stajtx nitlifha okkażjoni bħal din – għall-ebda raġuni.", "\"Żjara fl-Ipoġew hija mod tassew oriġinali kif niċċelebraw dawn il-Jiem tal-Mejtin,\" beda d-diskors Dr Trump.", "Kos tassew!", "Lanqas kont intbaħt għall-ewwel bil-konnessjoni.", "Hekk jew hekk moħħi kien mitluf jixrob dak kollu li kont qed nara madwari.", "Xi ġmiel ta' post!", "Xi storja sabiħa għandu pajjiżi!", "Imma min setgħu kienu dawk in-nies li ħaffru u żejjnu dawn l-inħawi?", "U għaliex għażlu dil-forma ta' arkitettura u arti biex jidfnu fihom lill-għeżież tagħhom?", "F'mument minnhom Dr Trump għaddiena minn quddiem fetħa li kienet tagħti fuq waħda mill-ifjen partijiet tal-Ipoġew.", "\"Ittawwlu ġewwa u immaġinaw x'seta' ġie f'moħħ dawk li aċċidentalment kienu qed iħaffru f'dawn l-inħawi u sabu ruħhom f'dan il-post,\" issuġġerilna l-arkeoloġist.", "Hekk għamilna u hekk kif miss lili ma stajtx ma nimpressjonax ruħi.", "Ħassejt emozzjoni stramba, bħal ċertu żvolġiment ta' għerf antik u b'ċarezza fhimt x'setgħu ħassew dawk l-ewwel Maltin li skoprew dal-lok filwaqt li b'xi mod qabbilt l-istess esperjenza ma' dik ta' Howard Carter hu u jixgħel is-sulfarina u mid-dlam tfeġġ quddiemu l-ewwel immaġni tal-qabar tal-farawni Eġizzjan, Tutankhemun.", "Dan hu l-ġmiel u s-seħer tal-arkeoloġija.", "Fuq kollox meta tagħraf li bini meraviljuż bħal dan jinsab f'pajjiżek, trid jew ma tridx tħossok kburi li int Malti.", "Fl-istess waqt tant apprezzajt nisma' t-tifħir u nara l-imħabba li Dr Trump għandu lejn l-arkeoloġija ta' pajjiżna li ma flaħtx ma nisraqlux erba' kelmiet sabiex inkun nista' nwassalhom lilkhom.", "Dr David H Trump huwa popolari sewwa f'pajjiżna, probabbilment l-aktar minħabba x-xogħol siewi li huwa għamel fis-sit arkeoloġiku ta' Skorba.", "Kiteb ukoll numru ta' kotba", "dwar l-arkeoloġija ta' pajjiżna fostom Malta: Prehistory and Temples u Cart-Ruts and Their Impact on the Maltese Landscape.", "Kont kurjuża biex insir naf x'kien li ħajjru għall-arkeoloġija?", "\"Kelli sbatax il-sena u kienu jinteressawni diversi suġġetti, fostom l-arkeoloġija.", "Imma mbagħad seħħew żewġ affarijiet li kaġun tagħhom sibt ruħi nistudja biex insir arkeoloġist.", "L-ewwel esperjenza kienet f'Essex, l-Ingilterra fejn kont noqgħod jien.", "Hemmhekk kien hemm soċjetà ta' xi dilettanti li kienu qed jiskavaw il-fdalijiet ta' sit Ruman.", "Jien u missieri ngħaqadna magħhom biex ngħinu fit-tħaffir u mill-ewwel ħassejt dik iċ-ċertu ġibda għal dax-xogħol.", "Imma aktarx, l-aktar fattur importanti kien meta William A Foyle li kien kollezzjonista tal-kotba, ġentilment offrieli li noqgħod nara l-kollezzjoni privata tiegħu.", "Kienet opportunità inkredibbli fejn kelli ċ-ċans naqra kotba ta' valur kbir.", "L-aktar xkaffa li laqtitni kienet dik ta' sensiela ta' kotba ta' Sir Arthur Evans li kienu jitrattaw il-palazz ta' Minos fi Knossos, il-Greċja.", "Bdejt naqra ktieb ktieb u meta wasalt fl-aħħar wieħed, kont diġà sirt arkeoloġista.\"", "Allura kif eventwalment sab ruħu jaħdem f'Malta?", "\"Meta kont student, fl-Università kienu jħajjruna ħafna biex nipparteċipaw kemm nistgħu f'diversi skavi, possibilment madwar id-dinja.", "Għall-ewwel mort l-Irlanda u Denmark imma minħabba l-kotba ta' Evans kont nixtieq ħafna nara x'kellha x'toffri l-arkeoloġija tal-Mediterran.", "Għaldaqstant meta sirt naf li ħabib tiegħi kien qed jorganizza xi skavi f'Malta ħtaft iċ-ċans li ningħaqad miegħu.", "Prinċiparjament t-tħaffir li għamilna kien fil-Ġgantija.", "Kumbinazzjoni ftit tal-ġranet ilu ġiet f'idi l-ittra li kont bgħatt lil ommi mir-Rabat, Għawdex fl-Għid tal-1954 fejn irrakkuntajtilha kif kont issaħħart wara l-ġmiel ta' Malta u Għawdex.", "Imħabba li baqgħet f'qalbi sa llum tant li ma nixba qatt inżur dawn il-gżejjer.\"", "Bejn l-1958 u l-1963 Dr Trump reġa' sab ruħu f'pajjiżna, did-darba fir-rwol ta' Kuratur tal-Arkeoloġija fil-Mużew Nazzjonali ta' Malta.", "\"Il-Kaptan Charles George Zammit kien għadu kif laħaq Direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet Nazzjonali u allura kien marbut b'ħafna xogħol amministrattiv.", "Konsegwentement ma setax jieħu ħsieb il-materjal arkeoloġiku Malti u għalhekk kellu jfittex arkeologu għal dak ix-xogħol.", "Dak iż-żmien ma kienx hawn Maltin li kellhom il-kwalifiki neċessarji biex japplikaw u b'hekk dħalt jien fix-xena.", "Kelli ħafna dmirijiet bħala Kuratur fostom waħda minnhom li kienet tgħid li f'dawk il-ħames snin, kelli nħarreġ professjonist Malti biex jieħu l-pożizzjoni tiegħi meta jagħlaq il-kuntratt u dan kien Francis Mallia.", "Sadanittant għamilt ħafna xogħol fir-rigward tal-esebizzjonijiet u fl-imħażen tal-Mużew.", "Kont responsabbli wkoll mill-fdalijiet arkeoloġiċi li kienu qed jinstabu waqt xi xogħolijiet ta' tħaffir għall-bini tad-djar jew toroq.", "Infatti mort diversi drabi fuq dawn il-postijiet sabiex nieħu d-dettalji tagħhom u tal-fdalijiet li nsib u kont anki niġbed xi ritratti sabiex dawn ikunu jistgħu jinżammu fir-reġistri tal-Mużew.\"", "Kien anki f'dan iż-żmien li Dr Trump għamel is-sejba tat-tempji ta' Skorba li llum jiffurmaw parti mill-lista tal-UNESCO World Heritage Sites.", "\"Bħala Kuratur, għalkemm ma kienx jifforma parti minn xogħoli, ġietni l-idea li nwettqu xi skavi.", "Konna diġà għamilna xi skavi fit-Torri Ta' Ġawhar f'Ħal-Safi imma f'Malta kien ilu ma jinstab xi tempju mis-sena 1927; meta Sir Temi Zammit kien ħadem fuq Ta' Ħaġrat.", "Issa li t-teknika tal-arkeoloġija kienet tjiebet ħafna u kien anki qed jiġi żviluppat il-metodu tar-radiocarbon dating dehrilna li kellna mmiddu jdejna għal xi biċċa xogħol.", "Għal żmien twil kien magħruf illi fl-inħawi ta' Skorba kien hemm ġebla kbira wieqfa.", "Fl-1938 il-Kaptan Charles George Zammit, li dak iż-żmien kien Kuratur, mar iżur is-sit u nnota diversi bċejjeċ tal-fuħħar", "fil-wiċċ tal-art.", "Ma riedx wisq aktar evidenza biex jobsor li hemmhekk seta' kien hemm xi ħaġa ta' valur.", "Għaldaqstant huwa ħaffer gandott viċin il-ġebla l-kbira u mmedjatament sab ġebla kwadra b'wiċċ minnhom iddekorat b'diversi ħofor żgħar.", "Naturalment dak kien sinjal ċarissimu li hemmhekk kien hemm tempju!", "Iżda sfortunatament ftit taż-żmien wara nqalgħet il-gwerra u ma sar xejn aktar fuq dan is-sit.", "Dan kien sit li kien qed jitlob bil-ħniena biex jiġi skavat u b'hekk l-għażla tiegħi waqgħet fuqu.", "Almenu xtaqt nikkonferma jekk dan kienx tempju jew le.", "Ħsibna li r-risposta kienet ser tasal f'madwar tlett ġimgħat xogħol u mbagħad wara konna ser immorru kollha ferħana lura d-dar.", "Imma ġara li sena wara sena, bqajna niskavaw għax baqgħu jfeġġu iżjed fdalijiet sakemm finalment b'sorpriża kbira kkonfermajna li mhux talli kellna tempju wieħed imma kellna tnejn!", "Iżda l-aħbarijiet tajbin ma waqfux, b'waħda mill-aqwa tkun meta morna nħaffru gandott fuq in-naħa ta' wara tas-sit u hemm jitfaċċaw għaxar metri ta' ħamrija mhux disturbata u mogħnija bi fdalijiet preistoriċi ta' żminijiet differenti fejn finalment irnexxielna nsibu l-iktar fdalijiet antiki lokali li jmorru lura għas-sena 5000Q.K.", "Sejba oħra importanti saret meta morna nħaffru f'għalqa oħra fl-inħawi u hemm skoprejna żewġ lwogi li mill-ammont ta' statwetti li sibna fihom, jindikaw li kienu post ta' adorazzjoni lil xi allat.", "Issa din", "kienet evidenza ta' valur kbir għax permezz tagħha stajna nifhmu li quddiemna kellna l-prototipi tat-tempji megalitiċi li nbnew aktar tard.", "Dan kien ifisser li l-ideat għall-kostruzzjoni ta' dawn it-tempji kienu ġew min-nies tal-lokal u ma kienux ikkuppjati minn postijiet oħra.", "U allura dak il-post kien qed jurina l-bidu ta' din l-istorja.", "Investejt ħidma kbira fi Skorba imma dan ma jagħmilx minni xi arkeoloġist brillanti!", "M'għandi l-ebda problema biex nammetti li fir-realtà kont arkeoloġist kompetenti li l-fortuna daħkitli ħafna.", "Nemmen li kont sempliċiment fil-post ġust u fil-mument opportun.\"", "B'kumbinazzjoni nsir naf ukoll li fi Skorba Dr Trump ma għamilx biss din l-iskoperta' għax hemmhekk huwa sab ukoll lil dik li finalment saret martu!", "Però did-darba l-", "arkeoloġist iddeċieda li jħalli lil martu Bridget li hija arkeoloġista wkoll biex tgħidli l-istorja...", "\"Iltqajna l-ewwel darba fil-gżejjer ta' Lipari fi Sqallija meta jiena kont għadni studenta.", "Flimkien ma' sħabi konna morna hemm biex nistudjaw l-iskavi tal-post u hemm kien hemm ukoll David flimkien ma' Francis Mallia.", "Imma dak iż-żmien, s'hemm waqfet l-istorja.", "Imbagħad meta gradwajt xtaqt nipparteċipa f'xi skavi u għalhekk bgħatt diversi ittri lil ħafna arkeologi sabiex nara fejn stajt immur.", "David irrispondini mal-ewwel u għalhekk ġejt hawn.", "Minn hemmhekk l-affarijiet għaġġlu ħafna.\"", "Issa Dr Trump ma felaħx jirreżisti milli jkomplili r-rakkont hu...", "\"Ġiet taħdem miegħi bħala voluntiera fuq is-sit ta' Skorba.", "Bdejna l-ewwel kampanja bħala Dr Trump u Ms Wilson u ħmistax il-xahar warażżewwiġna.", "L-aħħar kampanja spiċċajniha bħala Dr Trump u Mrs Trump u b'Roger żgħir rieqed fil-benniena taħt id-dell ta' wieħed mill-megaliti.\"", "It-tnejn qablu li ż-żwieġ bejn żewġ arkeologi huwa ideali.", "\"Peress li dax-xogħol jitlob ħafna sagrifiċċji u jeħodlok ħafna mill-interess tiegħek u minn ħinek, ikun diffiċli mmens għall-arkeoloġist biex jaħdem sewwa jekk is-sieħba tiegħu ma tkunx tista' taqsam dan miegħu.", "Fil-każ tiegħi marti kienet tiġi taħdem miegħi fuq is-siti u kull fil-għaxija konna noqogħdu nitkellmu fuq is-sitwazzjonijiet u l-problemi li nkunu ltqajna magħhom matul il-ġurnata.", "Bridget kienet taqra wkoll ir-rapporti tiegħi u tagħtini s-suġġerimenti tagħha.", "Niggarantilek li mara arkeologa hija ideali meta tkun taħdem f'dal-qasam.\"", "Bridget ikkonfermat...", "\"Veru!", "Hi sitwazzjoni li tagħtik ħafna sodisfazzjon.", "Qatt ma stajt nimmaġina lili nnifsi nwettaq xi skavi waħdi u għalkemm ħdimt bosta drabi ma' xi arkeologi oħrajn.", "Però jiena u David niffurmaw tim tajjeb wisq!\"", "U t-tfal tagħhom?", "Hemm xi ħadd li qabad dil-linja?", "\"Ħadd minnhom u naħseb li jiena għandi parti mir-responsabbiltà għala ġara dan,\" qalli Dr Trump bi tbissima mqarrba.", "\"Peress li jiena xogħoli kien jinkludi li nieħu n-nies għal diversi mawriet mas-siti arkeoloġiċi, meta żżewwiġna u kellna t-tfal, spiss kellna neħduhom magħna għax ma kellnix għażla oħra.", "Niftakarhom ċari jgħiduli \"Le!", "Tgħidilnix li ser immorru nżuru xi mużew ieħor!\"", "Films bħal Indiana Jones tawna impressjoni partikolari dwar x'inhu arkeologu.", "Imma kemm minn dan huwa verità?", "\"Għall-kuntrarju ta' kif jaħsbu ħafna, aħna ma nkunux qed infittxu t-teżori imma l-informazzjoni.", "Għalkemm ngħiduha kif inhi, jekk insibu xi teżor, mhux ser narmuh tafx?", "Mela ħa ngħidlek x'ġara darba...", "Konna qed inħaffru fit-torri Ta' Ġawhra f'Ħal Safi meta f'ħin minnhom insib misluta tad-deheb fl-irmied li kont qed infittex fih.", "Dik kienet l-unika darba li sibt id-deheb f'idi u nassigurak li ma warrabtux.", "Ftit qabel fuq it-tarġa tal-bieb sibna żewġ bramel żgħar tal-bronż maqluba fuq naħa waħda u mgħattna għax waqa' fuqhom is-saqaf.", "Minn dawn is-sejbiet stajt nipprova nibni storja ta' x'seta' seħħ dakinhar: mela, ingħata l-allarm li l-bini kien qed jaqbad.", "Il-mara li kien hemm fid-dar ħatfet malajr il-kaxxa tal-ġojjelli u ġriet biha l-barra.", "Imma fil-bieb waqgħet fil-bramel, il-kaxxa nfetħet beraħ u l-ġojjelli waqgħu fl-art.", "Il-mara ppruvat tiġborhom kollha imma fin-nugrufun u l-ħruq, f'ċertu punt beżgħet għal ħajjitha u telqet il-misluta hemm.", "Ftit mumenti wara waqa' s-saqaf u għaffeġ il-bramel taħtu.\"", "Akkost li għalaq id-79 sena, il-passjoni ta' David lejn l-arkeoloġija għadha ħajja mmens.", "Huwa saħaq li sakemm jibqa' b'saħħtu ma kienx beħsiebu jieqaf jaħdem f'dal-qasam.", "\"Tant hemm affarijiet x'tiskopri li das-suġġett ma jispiċċa qatt.", "Infatti kif issolvi mistoqsija, jinqalgħu tlieta oħra u jkollok terġa' tirrifletti mill-ġdid fuq il-konklużjonijiet li kellek qabel.", "Imma dak hu l-ġmiel tas-suġġett għax jekk ikollok risposta għal kollox u jispiċċa dak is-sens ta' misteru, indubbjament l-interess jintilef.\"", "Staqsejtu fl-opinjoni tiegħu x'potenzjal jaħseb li għandu pajjiżna fil-qasam arkeoloġiku u kemm jidhirlu li qed ingawdu minnu?", "Hawn Malta intom għandkom l-eqdem tempji fid-dinja magħmula minn ġebel wieqaf waħdu.", "Għandkhom siti li ġġib għajnejk wara widnejk għall-uniċità u l-ġmiel tagħhom.", "Fil-fatt fl-opinjoni tiegħi Malta għandha tkun kontinwament mifqugħa bl-ammont kbir ta' turisti li jżuruha, jekk xejn minħabba dawn is-siti.", "Iżda mhux il-każ!", "Għala?\"", "Hawnhekk David urieni xi supplimenti minn gazzetti barranin li kienu qed jirriklamaw lil Malta bħala post ta' btala.", "F'daqqa t-ton tiegħu nbidel u saħansitra beda jitmasħan.", "\"Temmini jekk ngħidlek li f'dawn il-paġni kollha mimlija b'materjal ta' riklamar għal Malta, ma ssibx tagħrif dwar is-siti arkeoloġiċi tagħkom, jew jekk issib, jingħad kollox f'sentenza waħda biss?", "Dawn huma teżori nazzjonali!", "Għala ma tiftaħrux bihom?", "Minn stħarriġ li sar fl-2009 fl-Ingilterra nstab illi r-raġuni prinċipali li tiġbed għadd ta' turisti lejn il-pajjiż kienu l-mużewijiet, il-galleriji tal-arti u s-siti storiċi.", "Infatti f'dik is-sena 6.4 miljun turist żaru monumenti u bini reliġjużi fl-Ingilterra, 5.8 miljun żaru l-kastelli u 5 miljuni oħra żaru djar storiċi.", "Kemm minn dawn setgħu ġew f'pajjiżkhom ukoll?", "Inħoss li dawk li huma responsabbli mir-riklamar relatat mat-turiżmu f'dan il-pajjiż jonqsu ħafna meta jħallu barra informazzjoni bħal din.", "Dawn huma kollha opportunitajiet mitlufin li jafu jqallgħu flejjes kbar lil pajjiżkhom.", "Huma wkoll okkażjonijiet misruqa lil dawk li jinteressaw ruħhom f'dal-qasam imma ma jafux x'hawn f'dawn il-gżejjer għax kieku jiġu sparati hawn.", "Il-wirt arkeoloġiku tagħkom huwa xi ħaġa li messkhom issemgħuh mal-erbat irjieħ tad-dinja.", "Għaliex mhux qed isir dan?", "L-arkeologi għamlu l-parti tagħhom: skavaw is-siti, ippreżentaw is-sejbiet", "tagħhom fil-mużewijiet u ppreparaw rapporti dettaljati fuq ix-xogħol li sar.", "Issa jmiss lill-Awtorità tat-Turiżmu biex tagħmel il-parti tagħha ħalli dan it-teżor nazzjonali Malti jsir magħruf ma' kulħadd.", "Hemm ħafna x'jista' jsir biex jinġibdu t-turisti lejn Malta.", "Il-fdalijiet tagħkom tant huma uniċi li tassew m'għandux ikun hemm l-iċken diffikultà biex tiġbdu l-barranin lejhom.", "Però barra minn hekk, hemm xi ħaġa oħra li nixtieq nara sseħħ f'dan il-pajjiż – li tressqu lil Maltin stess lejn dawn is-siti.", "Nemmen li għallinqas kull Malti għandu jżur almenu s-siti arkeoloġiċi maġġuri kollha u l-Mużewijiet Arkeoloġiċi ta' Malta u Għawdex imqar darba f'ħajtu.", "Dan hu l-patrimonju tagħkom u intom tridu tkunu kburin bih prinċiparjament.", "Għax huwa dan li jagħmilkhom Maltin u huwa dan li jagħmilkhom tant kburin b'pajjiżkhom!\"", "L-attivitajiet ta' Festival Mediterranea 2010 ser ikomplu sas-Sibt 27 ta' Novembru 2010.", "Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 21550985 jew 99883007.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-7 ta' Novembru 2010)", "arkeologija", "Ggantija", "Kuratur tal-Arkeoloġija", "Mużew Nazzjonali ta' Malta", "tempju", "Torċa", "Torri Ta' Ġawhar Ħal-Safi"], "category": "blog, literature, culture", "title": "SERENDIPITY"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/08/tfal-tithajru-ghal-avventura/", "text": ["TFAL, TITĦAJRU GĦAL AVVENTURA?", "Xi minn daqqiet jiġu mumenti meta ħabta u sabta, għal ftit sekondi, inħoss is-sensazzjoni ta' memorji li għaddejt minnhom matul ħajti.", "Daqqa niftakar f'xi post uniku li żort, drabi oħra nxomm xi fwieħa li dari kont inħobb nuża, f'waqtiet oħrajn nisma' xi kliem li darba qalli xi ħadd u f'okkażżjonijiet oħra narani nilgħab b'xi ġugarell favorit li kelli....", "Huma pawsiet irreali imma sbieħ wisq, speċjalment meta jiġu hekk bis-serqa, bla mistennija.", "Huma intervalli li jiftħulna għajnejna dwar kemm hu importanti li lit-tfal tagħna noħolqulhom tfulija sabiħa sabiex xi darba meta huma wkoll isiru adulti, il-passat tagħhom ikun jista' jħollomhom b'esperjenzi armonjużi.", "\"It-tfal huma messaġġi ħajjin li aħna nibagħtu fi żmien li qatt mhu ser naraw,\" kiteb l-awtur Amerikan, Neil Postman.", "Min minna ma jixtieqx li wliedu jgħixu aħjar milli qatt għex hu?", "Dawn il-ħsibijiet jitgerrbu f'moħħ il-ġenituri ta' sikwit u mhux dejjem tkun faċli biex jagħrfu l-aħjar triq.", "Ħadd mit-tfal ma jitwieled bl-istruzzjonijiet miegħu u għalhekk il-", "ġenituri jeħtieġ li jitgħallmu bl-esperjenza u bit-tagħrif li jsibu madwarhom.", "Akkost l-attenzjoni kontinwa, l-iżbalji jsiru xorta waħda speċjalment meta d-dinja ta' madwarhom tinbidel b'rata tant mgħaġġla u t-tfulija li jiftakru huma ma jkollha x'taqsam xejn ma' dik ta' wliedhom.", "Niftakar li fi tfuliti, il-ġenituri tiegħi kienu jispjegawli kif fi żmienhom kienu jilagħbu bix-xejn, b'xi ballun tal-karti jew b'xi ġugarell tal-injam u jien f'qalbi bilkemm ma kontx nitħassarhom.", "U allura kultant meta nara lil binti tilgħab b'logħob teknoloġiku tant żviluppat, bħal nitħasseb x'jidhrilha hi mill-logħob li kont nilgħab jien!", "Madanakollu Martin Borg, l-individwu li ntervistajt dil-ġimgħa, jemmen bis-sħiħ li t-tfal ta' llum qed jitilfu ħafna f'ħajjithom, l-aktar meta qed jingħalqu f'did-dinja teknoloġika u strutturata bla ma jiddedikaw l-ebda mument għan-natura sabiħa ta' madwarhom.", "\"Jien ngħid li xi darba għad jibdew jimanifatturaw il-karozzi mingħajr it-twieqi ta' wara għax ma jkunx hemm bżonnhom aktar.", "Illum hemm tfal li wara li jagħmlu ġurnata sħiħa jilagħbu bil-kompjuter, meta jiġu biex joħorġu, jaqbdu f'idejhom xi logħba elettronika oħra u jibqgħu deħlin jilagħbu biha fil-karozza.", "Lanqas titwila waħda barra ma jkunu taw!", "Karozzi oħrajn għandhom il-monitors ġol-headrest tas-seat ta' wara u hemmhekk it-tfal jistgħu jilagħbu xi logħba jew jaraw xi film favorit tagħhom,\" kompla jispjegali.", "Għalhekk huwa interessanti li tisma' l-perspettiva ta' nies differenti.", "Nistqarr li qatt ma kont irriflettejt dwar dawn il-karozzi b'dan il-mod.", "Anzi!", "Karozza hekk dejjem ikkunsidrajtha bħala lussu sabiħ u ftit li xejn għaddieli minn rasi li b'hekk, akkost li tkun qiegħda tivvjaġġa, iġġib ruħek daqs li kieku kont għadek magħluqa bejn erbgħa ħitan!", "\"Dan il-kunċett huwa spjegat b'mod ċar ħafna fil-ktieb 'Last child in the woods' ta' Richard Louv, fejn l-awtur juri l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kuntatt man-natura fuq it-tfulija.", "Infatti, bħal bosta studjużi oħra, dan l-awtur jinsisti li n-natura hija punt kruċjali ħafna fis-saħħa fiżika u psikoloġika tat-tfal peress li din saħansitra tgħin fl-iżvilupp fiżiku, mentali u emozzjonali tagħhom.", "Preżentament, il-ħajja tat-tfal saret strutturata mmens.", "Hekk kif jitwieldu, it-tfal ikunu diġà miktuba f'xi pre-school li min-naħa tagħha jkollha programmi strutturati ta' dak li hu mistenni mit-tfal li ser jattendu.", "Minn hemm it-tfal jimxu għall-kindergarten li wkoll hija skola strutturata b'qafas ta' mġieba u pjan ta' tagħlim adegwat.", "Sentejn wara t-tfal jibdew il-primarja u anki hawn b'mod strutturat jibqgħu telgħin it-taraġ delineat sena wara sena biex jilħqu l-kwalifiċi neċessarji.", "F'kelma waħda, ħajjet it-tfal tibqa' sejra hekk sakemm dawn jikbru u jidħlu fid-dinja strutturata tax-xogħol.", "Sfortunatament anki l-postijiet ta' divertiment tat-tfal huwa strutturat illum.", "Tara' ġonna sbieħ ħafna imma kollha ippjanifikati: għandek fejn tista' tirfes u fejn le, għandek fejn tista' tieqaf tħares lejn il-fjuri", "jew lejn xi vaska sabiħa.", "Tmur f'adventure park u ssib il-logħob f'forma ta' struttura wkoll: titla' minn dak is-sellum, tgħaddi minn fuq dak il-pont u mbagħad tinżel minn dik iż-żurżieqa.", "Il-libertà tat-tfal fejnha?", "Rarament ikun hemm biċċa art vojta fejn it-tfal jistgħu jesprimu l-immaġinazzjoni tagħhom u jagħmlu dak li jiġi f'moħħhom.", "Jiena nisfida lil xi ħadd biex iħalli borġ ġebel fi spazju vojt fejn it-tfal jinġabru biex jilagħbu u joqgħod jinnuta x'kapaċi jagħmlu u jitgħallmu permezz tiegħu.", "Żgur li l-ewwel narawhom telgħin u neżlin fuq dal-ġebel, imbagħad narawhom jintebħu li ġebla kwadra żżommok filwaqt li oħra aktar tonda titgerbeb bik.", "Wara ftit jindunaw li jistgħu jibnu xi ħaġa bihom u allura jagħrfu li l-ġebel il-kbir irid joqgħod taħt u l-iċken fuq għax inkella jaqa' kollox.", "Imbagħad jibda jitwieled il-logħob u narawhom jisfidaw lil xulxin dwar min minnhom ser iwaddab il-ġebla l-aktar il-bogħod?", "Xejn partikolari ma trid biex toħloq biċċa spazju bħal dan.", "Imma minflok donna aktar nippreferu nagħlqu t-tfal f'bozza u mmexxuhom biss minn fejn ngħidu aħna.", "U hekk x'jiġri?", "Nipproteġuhom veru imma neqirdulhom il-kreattività.\"", "Dawn l-ideat qanqlu lil Martin biex joħloq xi ħaġa differenti għat-tfal.", "Huwa uża l-isfond tax-xogħol tiegħu biex biż-żmien adattah f' dinja avventuruża u mimlija sfidi eċċitanti għat-tfal.", "\"Jiena ġej minn kamp militari fejn għal 25 sena iffurmajt parti mill-forzi armati fejn kont membru mill-korp tas-salvataġġ bil-helicopter.", "Kien xogħol li tani ħafna sodisfazzjon, kemm għax żammni fiżikament b'saħħti u anki għax tani l-opportunità li ngħin lil min kien fil-bżonn.", "Dax-xogħol tellagħni wkoll f'ambjent ta' dixxiplina, dedikazzjoni u responsabbiltà.", "Maż-żmien dħalt ngħin lil Dr Michael Aquilina fit-taħriġ tal-istudenti tal-università li jkunu għażlu l-linja bħala għalliema tal-edukazzjoni fiżika, u hawnhekk huwa introduċieni mal-qasam tal-Outdoor Education.", "Ftit ftit bdejt nifhem kemm dawn l-attivitajiet kienu neċessarji għat-tfal u kemm huma kienu jixtiequhom u b'hekk bdiet titnissel f'moħħi l-idea li nħajjar aktar tfal biex jipprattikawhom.", "Dr Aquilina inkoraġġieni ħafna biex inwettaq dawn l-ideat tiegħi.", "Sfortunatament, madwar sena u nofs ilu Dr Aquilina ħalliena u jiena sibt ruħi qed nieħu ħsieb dan il-qasam tal-Outdoor Education u kif ukoll dak tal-Water Rescue Unit tal-università.", "Meta spiċċajt mill-armata u kelli aktar ħin fuq idejja, sirt aktar determinat li niżviluppa dan il-potenzjal.", "L-affarijiet seħħew bil-mod imma b'mod konsistenti.", "Iddeċidejt li naqbad l-attivitajiet militari li", "kont tħarriġt jien stess fihom bħala suldat, u nadattahom biex ikunu ta' aspett edukattiv għat-tfal.", "Bnejt sett ta' attivitajiet u permezz tal-kuntatti li kelli mal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika, maż-żmien sibt ruħi qed norganizza fun days, korsijiet tal-first-aid, abseiling, fire-fighting, zip-line u affarijiet bħal dawn f'diversi skejjel.", "Ikkonfermajt li t-tfal huma għatxana għal dan it-tip ta' taħriġ li huma jikkunsidrawh ukoll bħala divertiment.", "Infatti, bi ftit ħsieb, ħafna drabi laqqgħajna dawn l-attivitajiet ma' suġġetti oħra edukattivi bħal per eżempju darba minnhom ħadna grupp ta' studenti fil-fortizza ta' Selmun u hemmhekk dawn ġew introdotti ma' diversi aspetti, fosthom dak storiku, edukattiv, sportiv u anki ambjentali speċjalment meta ddiskutejna l-vandaliżmu li kien qed isofri minnu s-sit.", "Darba'oħra waħħadna dawn l-attivitajiet mas-suġġett tal-PSD fejn ġiet trattata t-tema ta' Calculated Risk-Taking permezz tal-abseiling.", "Niftakar li l-aktar mument sinifikanti dakinhar kien meta student magħruf sewwa bħala bully beża' jagħmel l-abseiling, filwaqt li student ieħor li t-tfal sikwit jaqbdu miegħu, irnexxielu jagħmel dan l-isport mingħajr diffikultà ta' xejn.", "F'temp ta' ftit minuti l-folja nqalbet u dan it-tifel spiċċa l-eroj tal-klassi!\"", "Dawn l-attivitajiet servew ukoll biex Martin skopra kemm fir-realtà, aktar ma titlob mit-tfal, aktar jikkonfermawlek kemm huma kapaċi jagħtuk lura.", "\"Nistqarr li fil-bidu kont influwenzat b'ċertu ideat fissi, bħal ngħidu aħna li l-abseiling kienu kapaċi jagħmluh biss individwi ta' 18-il sena 'l fuq.", "Imma darba minnhom żewġt iħbieb tiegħi li kienu fil-boyscouts u li kien għad kellhom biss 16-il sena, xtaquni nurihom kif isir l-abseiling u ntbaħt li wara kollox anki huma kienu kapaċi jagħmlu sports bħal dan.", "Maż-żmien bdejt inħarreġ anki lill-istudenti li kienu jattendu l-Forms IV u V f'dan il-qasam u allura l-età li wieħed seta' jipprattika l-abseiling fiha niżlet għal 14-il sena.", "Bqajna sejrin hekk sakemm darba minnhom, waħda ġabet lil ħuha magħha li kien għad kellu biss 7 snin u anki hu ma kellu l-ebda problema biex jirnexxi.", "Illum il-ġurnata ngħidlek li anki tfal ta' 5 snin kapaċi jwettqu dan l-isport, naturalment b'tagħmir apposta għalihom.\"", "Eventwalment Martin fetaħ l-Adventure School tiegħu taħt l-isem Kamaja Outdoors fejn matul l-istaġun tas-sajf, kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Ħamis, mid-9:00am san-", "12:30pm huwa joffri taħriġ f'attivitajiet maħsuba li jagħtu l-libertà lit-tfal, filwaqt li fl-istess ħin jiffurmawlhom il-karattru tagħhom.", "\"Il-ħsieb wara dan il-proġett tiegħi huma mnissla fuq tliet prinċipji fundamentali: id-dixxiplina, id-dedikazzjoni u r-responsabbiltà li jien tgħallimt fil-militar u li finalment iwasslu biex it-tfal jitilgħu b'karattru aktar sod.", "Kollox isir taħt il-forma ta' logħob iżda l-logħob innifsu huwa minsuġ ma' tagħlim importanti għall-ħajja.", "Ngħidu aħna jitgħallmu jkunu ddixxiplinati billi jidraw jistennew wara xulxin, jitgħallmu d-dedikazzjoni meta jifhmu li jridu jqumu kmieni ħalli jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet kollha u jsiru responsabbli meta jieħdu ħsieb ħwejjiġhom u tagħhom infushom.\"", "L-aħħar żvilupp fil-proġett ta' Martin nhieda l-idea tal-bootcamp fejn it-tfal qed jiġu offruti l-opportunità li jipprattikaw diversi attivitajiet avventurużi waqt tliet ijiem li huma jagħmlu jgħixu flimkien ġewwa fortizza storika!", "\"Fir-realtà ma vvintajt xejn ġdid għax il-bootcamps ilhom isiru għal diversi snin f'pajjiżi oħra.", "Xorta waħda nistqarr li għall-ewwel, anki jien kelli daqsxejn ta' dilemma dwar liema tfal stajt nindirizza b'opportunità bħal din peress li f'pajjiżna għandna kultura protettiva ħafna fejn jidħlu t-tfal.", "Imma bil-mod il-mod, anki hawn ikkonfermajt li saħansitra minn età żgħira, ħafna tfal kapaċi jinqatgħu għal ftit tal-ġranet minn mal-ġenituri tagħhom mingħajr problemi ta' xejn u jiddevertu bil-kbir għall-attivitajiet li noħolqilhom.", "Bl-eċitament li jkollhom biex ifittxu jibdew l-attivitajiet, ma niltaqa' mal-ebda diffikultà biex iqumu kmieni, anzi jekk ma ngħidlikx li jqumu qabel il-ħin miftiehem!", "Barra minn hekk jidraw malajr li jridu jieklu f'ċertu ħin u li jridu jimxu minn attività għall-oħra bla waqfien.", "Nassigurak li tant ikunu qed jieħdu gost li ġieli jinsew iċemplu d-dar u hekk kif isir il-ħin tal-irqad, tant ikunu għejjew b'dak kollu li nkun ippreparajtilhom, li l-maġġoranza tagħhom jorqdu f'ħakka t'għajn.", "Infatti l-idea tal-bootcamp għandha l-iskop li dderri bil-mod il-mod it-tfal biex jibdew jinħallu minn mal-ġenituri tagħhom u jagħrfu s-sabiħ li tkun indipendenti.", "Jitgħallmu jikkomunikaw aħjar peress li m'hemmx il-preżenza tal-ġenituri li soltu jistrieħu fuqha.", "B'hekk jagħmlu wkoll ħbieb ġodda u jsibuha aktar faċli biex jaħdmu fi grupp, xi ħaġa li jsibu essenzjali f'ħajjithom, aktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Fuq kollox l-attivitajiet huma maħsuba biex iqanqlu l-kreattività tat-tfal.", "Biex indaħħlek fl-istampa, attività minnhom tinvolvi li t-tfal jibnu bunker jew kamra bl-affarijiet li jsibu madwarhom, bħal pellets, tankijiet, ġebel, zkuk u friegħi tas-siġar eċċ. Hemmhekk it-tfal iġibulek għajnejk wara widnejk x'kapaċi jagħmlu u kemm jafu jikkoordinaw bejniethom!", "U għal min għandu xi dubju, m'hemm l-ebda differenza bejn subien u bniet għax kollha jidħlu b'ruħhom u ġisimhom biex jibnu l-aktar kamra prattika li kapaċi tagħtihom protezzjoni f'każ ta' attakk.", "Is-sabiħ f'dan il-logħob huwa li m'hemmx strutturi u t-tfal jitgħallmu jaħdmu b'dak li jsibu.\"", "Ikolli nammetti li bdejt inħoss ċertu għira għal dawn it-tfal, l-aktar meta Martin kompla jispjegali li waqt lejl minnhom, it-tfal jarmaw haversack, flixkun ilma u torch u", "jerħulha għal night trekking.", "Barra minn hekk fost l-attivitajiet, huma jipparteċipaw fi treasure hunts, kompetizzjonijiet bil-qaws u t-tuffieħa bħal ta' William Tell, operazzjonijiet ta' salvataġġ taħt l-isem 'Save the commander', jagħmlu ħuġġieġa, volley ball fix-'xita', il-famuża aerial ropeway fejn it-tfal jiżżerżqu b'veloċità ma' ħabel fejn l-aktar avventurużi jistgħu anki jinżlu rashom 'l isfel u ħafna aktar.", "\"Min japplika għal dawn il-bootcamps jirċievi lista b'dak kollu li jeħtieġlu jġib miegħu għal dawk it-tliet ijiem.", "Barra minn hekk it-tfal jiġu mitluba jagħżlu l-menu li jippreferu sabiex Janice, li hija Qualified Camp Cook tieħu ħsieb ta' kollox.", "Min-naħa l-oħra Kayleigh għandha r-responsabbiltà tal-programm tal-attivitajiet u minn ġranet qabel hija tikkonferma wkoll li l-attrezzatura li ser jużaw it-tfal huma kollha sikuri.\"", "Oh żmien ħelu kif għaddejtli... ħarbitli minn fommi.", "Imma Martin infurmani li għal min jixtieq, ċerti attivitajiet, fosthom tal-abseiling, isiru anki għall-adulti.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-21 t'Awwissu 2011)", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "TFAL, TITĦAJRU GĦAL AVVENTURA?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/04/swali-godda-tal-arkeologija-lokali/", "text": ["SWALI ĠODDA TAL-ARKEOLOĠIJA LOKALI", "L-ewwel darba li wrejt ix-xewqa li nsir arkeoloġista, l-adulti madwari tbissmu u għal darb'oħra fakkruni li xi darba hemm bżonn li nibda ngħix naqra fir-realtà.", "U infatti l-", "pressjoni tagħhom dawwritli triqti u għal diversi snin ħdimt f'bosta setturi oħra.", "Imma qalbi ma setgħetx tirrassenja ruħha u wara għoxrin sena sħaħ, kelli nċedi għall-emozzjonijiet tiegħi u finalment l-arkeoloġija qed nistudjaha tassew!", "Kultant lanqas inkun irrid nemmen illi fl-aħħar qed nagħmel dak li dejjem xtaqt u li fil-klassi nkun qed nisma' jew niddiskuti proprju mal-arkeoloġisti li dejjem ammirajt.", "Madanakollu baqgħu jtambru f'moħħi t-twissijiet minn diversi individwi li bl-arkeoloġija f'Malta ma tasal qatt imkien.", "Għalhekk riċentement Dr. Nicholas Vella, wieħed mill-lekċerers tiegħi, laqqagħni ma' Sharon Sultana, il-Kuratriċi Prinċipali tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u permezz tagħha fhimt li jekk tassew tixtieq xi ħaġa, destinek tista' taħdmu int...", "\"Inizzjalment l-arkeoloġija daħlet f'ħajti b'mod pjuttost stramb.", "Flimkien ma' sħabi kont tlajt napplika biex nidħol nistudja l-liġi fl-università.", "Imma waqt li kont qed nistenna fil-kju, ġiet f'idejja xi informazzjoni dwar il-kors tal-arkeoloġija li mill-ewwel affaxxinatni.", "Fil-fatt l-arkeoloġija kienet togħġobni ħafna imma mhux li kelli xi pjanijiet li għad naħdem f'dak il-qasam.", "Ma nafx x'tani dak il-ħin u daqstant baqgħu mbellħin il-ġenituri tiegħi meta mort lura d-dar u infurmajthom li mhux il-liġi kont ser nistudja imma l-arkeoloġija!", "Anki lili staqsewni x'mingħalija li kont beħsiebni nagħmel b'kors bħal dak?", "Imma jien weġibt li wara li niggradwa imbagħad nara.", "Meta iggradwajt fl-1995, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija ngħalaq temporanjament sabiex isirlu xi ristrutturar u kien hemm il-bżonn ta' żewġ individwi biex jagħmlu stima tal-kundizzjoni tal-oġġetti li", "kien hemm esposti fil-wirja permanenti.", "Kont intagħżilt flimkien ma' persuna oħra biex naħdem għal perjodu ta' tliet xhur fejn matulu tħarriġt ukoll kif nevalwa l-oġġetti.", "Eventwalment, tant morna tajjeb, li bqajna naħdmu għal tliet snin u nofs oħra fejn did-darba ngħatajna taħriġ fil-konservazzjoni bażika u aħna stess wettaqna l-konservazzjoni tal-oġġetti li kienu ser jiġu esebiti fil-wirja l-ġdida tal-mużew.", "Wara għamilt perjodu ta' żmien ma naħdimx biex nieħu ħsieb it-tfal u anke ħdimt f'qasam ieħor għal erbgħa snin.", "Iżda darba minnhom waslet l-opportunità biex naħdem bħala assistenta tal-Kuratur tal-Arkeoloġija.", "U pass wara pass, illum għandi r-responsabbiltà ta' Kuratriċi Prinċipali tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.\"", "Ikolli nistqarr li Sharon mill-ewwel laqtitni peress li l-idea li kelli ta' kif ikun kuratur kienet kemmxejn differenti.", "Infatti sibt persuna ħelwa zokkor li ċertament apparti li tiġbdek lejha, tressqek ukoll b'aktar kunfidenza lejn il-mużew.", "\"Kemm ilni kuratriċi, wieħed mill-iskopijiet tiegħi dejjem kien dak li nibdel l-attitudni tan-nies lejn il-mużew.", "Personalment nemmen li spiċċa dak iż-żmien meta lin-nies li jerqsu lejn il-mużew titlobhom biex iżommu s-silenzju u biex ma jmissu xejn.", "Minflok illum it-tendenza hija li wieħed jintegra mal-post li jkun fih sabiex finalment ikollu esperjenza sabiħa u ħajja u li jitgħallem xi ħaġa minnha.", "Huwa għalhekk illi minn żmien għal żmien it-tim tagħna joħroġ b'diversi ideat dwar kif min jiġi jżur dan il-post, iħossu kemm milqugħ u kif ukoll mgħarraf sewwa dwar dak li jkun qed jara.", "Biex nagħtik", "eżempju, fl-2009 id-direttur tal-", "irregala lill-mużew kopja eżatta ta' waħda mill-istatwi li nstabet f'Ħaġar Qim, maħduma mill-ġebla franka.", "Din tpoġġiet quddiem l-istatwi oriġinali sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jmissu dan il-mudell ħalli jiffamiljarizzaw ruħhom aktar ma' kif tinħass l-istatwa proprja u kif inhi l-forma tagħha.", "Mudell bħal dan jgħin ukoll lil dawk neqsin mid-dawl biex jifhmu sewwa dwar xhiex inkunu qed nitkellmu meta nsemmu l-figuri ħoxnin pre-istoriċi.\"", "Il-mużew innifsu huwa ġawhra arkitettonika.", "Inbena fl-1571 u kien jifforma parti mill-Berġja ta' Provenzja li kienet tokkupa l-ispazju kollu fejn illum hemm diversi bini u ħwienet li jmissu mal-mużew.", "\"Il-lok fejn hawn il-mużew kienet biss parti żgħira minn blokka kbira fejn il-kavallieri kellhom dak kollu li kellhom bżonn apparti r-residenza tagħhom.", "Saħansitra kellhom il-forn bil-furnara tagħhom", "ġewwa l-bini.", "Il-ħsieb kien illi jekk jiġi l-bżonn li jinbarraw ruħhom għal xi żmien ġo din il-proprjetà huma jkunu awto-suffiċjenti.", "Wara l-kavallieri l-post ġie abitat minn diversi individwi u nqasam skont il-pjanijiet tagħhom.", "Tant hu hekk illi fi żmien l-Ingliżi dan il-post serva anki bħala lukanda u min jaf x'tibdiliet strutturali għadda minnhom!", "Fosthom dawn fetħu gallarija f'waħda mill-isbaħ kmamar magħrufa bħala l-", "ħalli fiha jorganizzaw il-ballijiet.", "Illum din is-sala tintuża biex nesebixxu fiha wirjiet temporanji u fil-fatt bħalissa qed issir l-esebizzjoni tal-artist Alphonse Mucha li għandha miftuħa sal-15 ta' Mejju 2011.", "Kull min jiġi jżur dan il-post jifhem il-prestiġju tal-bini nnifsu apparti l-valur tal-kollezzjonijiet li jħaddan fih.", "Bosta li jaraw il-", "jistagħġbu bi ġmielha u dawk minnhom Maltin iħossuhom kburin li għandna wirt sabiħ bħal dan f'pajjiżna.", "Naturalment hemm ukoll l-iżvantaġġi li jkollok bini ta' valur bħal dan.", "Peress li llum huwa skedat, mhux la kemm tagħmel xi tibdiliet fih.", "Barra minn hekk, peress li hu ma ġiex mibni għall-iskop ta' mużew, irridu noqogħdu b'attenzjoni kbira għal x'nistgħu npoġġu fih.", "Ngħidu aħna meta konna qed nippjanaw x'nistgħu nesebixxu fis-swali l-ġodda tal-perjodu Ruman, inqalgħatilna diffikultà kbira minħabba li għandna ħafna fdalijiet goffi tal-irħam.", "Fil-fatt kellna nieħdu l-opinjoni tal-periti sabiex dawn jaraw x'toqol kapaċi jiflaħ post bħal dan.", "Fuq kollox, il-post hu li hu u ma tistax iżżid miegħu.", "Għalhekk ħafna drabi, akkost li nkunu nixtiequ nesebixxu ħafna iktar affarijiet, ikollna nilħqu kompromess.", "Forsi aktar il-quddiem jirnexxielna nirbħu aktar spazju meta nirristrutturaw is-sotterran tal-mużew.", "B'hekk, minn żmien għal żmien, inkunu nistgħu noħolqu esebizzjonijiet temporanji mill-bosta oġġetti li jinsabu fil-maħżen tagħna.\"", "Wara li sarlu l-istrutturar meħtieġ il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija reġa' nfetaħ għall-pubbliku fl-1998 b'esebizzjonijiet tal-perjodu Neolitiku li jkopri mill-fażi magħrufa", "bħala Ta' Għar Dalam (5200 Q.K) sal-fażi ta' Ħal-Tarxien (2500 Q.K).", "Iżda naturalment l-arkeoloġija ta' Malta hija wisq aktar vasta u minn dejjem kien hemm ippjanat li jinfetħu aktar swali bi fdalijiet ta' fażijiet u żminijiet oħra.", "\"Peress illi Heritage Malta għandha bosta mużewijiet u lwogi x'tieħu ħsieb, il-finanzi jridu jitqassmu u allura huwa impossibbli li jsir kollox f'daqqa.", "Iżda issa wasal il-mument biex il-pubbliku li jżur lil dan il-mużew iktar tard din is-sena, ikun jista' jara wkoll il-wirt arkeoloġiku tagħna taż-Żmien tal-Bronż u tal-Feniċi, kif ukoll dak Puniku, Ruman u Biżantin.\"", "Sharon spjegatli kif sar il-proċess biex dawn is-swali jkunu jistgħu jinfetħu.", "Saħqet ukoll illi flimkien mat-tim magħmul minn ħaddiema ta' Heritage Malta, bħal designers, maintenance team, projects office, u ma' numru ta' esperti, sar ħafna xogħol biex l-esebizzjonijiet ikollhom sfond b'xeħta moderna, kreattiva u edukattiva, mogħni anki b'diversi attivitajiet li jħajru lill-viżitaturi biex jintegraw mal-post.", "\"Ċertament irrid nirringrazzja wkoll lill-Mediterranean Bank li permezz tal-patroċinju tagħhom nistgħu nintegraw iktar affarijiet interattivi li qed ngħidlek dwarhom.", "Fostom f'kull kamra ser ikun hemm xi", "ħaġa partikolari li n-nies jistgħu jimmanipulaw; bħal ngħidu aħna f'kamra minnhom ser ikun hemm għodda tal-insiġ primittiva, ovvjament kif naħsbu li kienet, li biha min jixtieq, jista' jinseġ xi biċċa żgħira ħalli jifhem aħjar dwar l-insiġ ta dawk iż-żminijiet.", "Barra minn hekk, sistema ta' dvds ser ikunu qed juru u jispjegaw dwar siti arkeoloġiċi f'Malta, fosthom per eżempju ħa naraw lil Dr David H Trump, jispjega dwar il-cart ruts ta' San Pawl tat-Tarġa.", "Dvd ieħor ser ikun dwar Għar Mirdum u dan ser jinkludi anki filmati antiki miġjuba mill-PBS li juru l-esplorazzjoni ta' dan is-sit fejn instabu xi affarijiet ta' Żmien il-Bronż.", "Apparti minn hekk dan id-dvd ser ikollu wkoll intervista ma' wieħed minn dawk li dakinhar kienu niżlu fis-sit.", "Ovvjament ħsiebna kien ukoll iffukat fuq dak li nistgħu noffru lit-tfal, kemm dawk li jiġu jżuruna ma' xi adulti oħra u kif ukoll dawk li jiġu ma' tal-iskola.", "Għalihom qed nippreparaw pakkett ta' attivitajiet li jistgħu jaħdmu waqt li jkunu qed iduru l-mużew.", "Biex nagħtik xi eżempju, ser ikollna bankijiet apposta li fihom it-tfal isibu affarijiet differenti bħal cushions jew xi trundle wheels.", "B'dawn tal-aħħar it-tfal ikunu jistgħu jivverifikaw il-qies ta' xi affarijiet li għandna fil-mużew wara li aħna nkunu tlabnihom jaqtgħu kemm jaħsbu li huma kbar.", "Ser nuruhom ukoll kif ikejjlu l-piedi b'saqajhom u x-xiber b'idejhom.", "L-iskop hu li nedukaw b'mod informali u li nintegraw suġġetti varji, bħall-matematika f'dan il-każ.", "Qegħdin ukoll noħolqu bookmark b'pakkett żgħir magħha mimli biż-żerriegħa tal-qamħ u x-xgħir – żrieragħ li kienu jużaw anki l-ewwel nies – ħalli wara jmorru d-dar u jiżirgħuhom.\"", "Nistqarr magħkom li qed inħossni fuq ix-xwiek biex nara dawn is-swali l-ġodda li ser jibdew jinfetħu ftit ftit għall-pubbliku minn Ġunju li ġej.", "Wieħed mill-aktar affarijiet li laqtuni kien is-sarkofagu Feniċju li huwa pjuttost differenti minn dawk Eġizzjani – fosthom is-swaba' tas-saqajn evidenti u mirquma u l-għajnejn magħluqa fil-wiċċ tagħha.", "Dawn l-affarijiet bħalissa huma miżmuma fil-maħżen tal-mużew u qed jistennew bil-ħerqa sabiex jinħarġu ħalli n-nies tiġi tarahom.", "\"Uħud minn dawn l-oġġetti kienu diġà jiffurmaw parti minn esebizzjoni li kien hemm qabel il-mużew ngħalaq biex jiġi ristrutturat.", "Iżda oħrajn għażilnihom individwalment minn ġo dan il-maħżen fejn", "hemm kaxxi fuq kaxxi bl-affarijiet, kollha jistennew li jsir xi xogħol fuqhom.", "Ovvjament kellna nagħmlu ħafna riċerka u ġibna anki xi esperti biex jgħinuna nagħżlu l-aktar oġġetti importanti bħal Prof. Anthony Bonanno li huwa espert fil-qasam Ruman, Dr. Nicholas Vella li huwa espert fil-qasam Feniċju u Dr David Trump li għena fuq il-perjodu ta' żmien il-Bronż.", "Irreferejna wkoll ma' ħafna kotba u permezz ta' xi stampi, irnexxielna nillokalizzaw uħud mill-oġġetti li ma konniex nafu l-provenjenza tagħhom.", "Infatti permezz ta' dan il-proġett, oġġetti li f'kotba letterarji kienu mmarkati bħala 'mitlufa', issa ikkonfermajna li qegħdin għandna fis-sigurtà ta' dan il-maħżen.\"", "Moħħi tar bħal berqa fuq il-films ta'", "u ftakart kemm ngħir għalih kull meta narah f'xi xena għaddej minn bejn il-kaxxi ta' xi maħżen mimli fdalijiet arkeoloġiċi fejn fosthom isib l-arka ta' Noe!", "Naħseb kont lesta li nħallasha lil din il-kuratriċi biex tħallini nittawwal naqra f'dan il-post imma Sharon assiguratni li hemm ġew mhux la kemm taqbad u tidħol.", "Kelli nirrassenja ruħ għax ma tistax tiġik tajba dejjem.", "Iżda minflok Sharon urietni xi kaxxi li kienu għadhom kif inħarġu mill-maħżen.", "Fihom kien hemm xi fdalijiet tal-fuħħar.", "\"Dawn l-oġġetti qed jiġu kollha dokumentati permezz tal-għajnuna ta' xi volontarji li qed jieħdu ritratt ta' kull wieħed, iqisu d-daqs u t-toqol tiegħu, jirrekordjaw il-provenjenza u jinkludu anki l-ismijiet", "ta' xi letteratura assoċċjata magħhom.", "Wara, dawn l-oġġetti qed jiġu mgeżwra ġo karti apposta u merfugħa ġo kaxxi tal-plastik.", "Oriġinarjament ħafna mill-oġġetti fil-maħżen kienu mpoġġija f'kaxxi tal-injam li mhux proprjament l-aħjar materjal li tista' terfa' fih.", "Barra minn hekk sibna li ħafna minn dawn il-kaxxi kienu nofshom vojta u għalhekk permezz tal-kontenituri tal-plastik qed noħolqu wkoll ħafna aktar spazju fil-maħżen.\"", "Biex donnha tpattili, urietni wkoll ktejjeb tal-magħruf Sir Themistocles Zammit li ħallini bla kliem.", "Għax dwar dan il-personaġġ ilni nisma' sa minn ċkuniti u issa hemm quddiemi kont qed nara kitbietu u t-taħżiż tad-diżinji tiegħu li kienu juru xi dettalji dwar l-iskavi u s-sejbiet arkeoloġiċi tiegħu.", "Ma nafx nispjega l-faxxinu li nħoss lejn l-arkeoloġija u xi ħaġa bħal din tqanqalni ferm.", "\"Dan hu biss wieħed mill-ħafna noti li għandna tiegħu.", "Tant huma mimlija b'dettalji li trid tarahom paġna paġna.", "Il-ħin biss huwa l-problema!\"", "Sharon qaltli illi l-interess fl-arkeoloġija hawn Malta qiegħed kull dejjem jiżdied, għalkemm huma l-barranin li l-aktar li jfittxu lil dan il-mużew b'ħeġġa.", "\"Meta kien hawn l-esebizzjoni tat-Terracotta Warriors li nġabu miċ-Ċina, hawnhekk kienu ġew ħafna Maltin.", "Ħafna minnhom żaru il-bqija tal-mużew bl-esebiti lokali waqt li kienu hawn.", "Ma nistax ninsa kemm nies ġew għandna jistqarru li ma kienux jafu li anki aħna l-Maltin kellna dik ir-rikkezza kollha fil-mużew!\"", "Minn teżi li hi għamlet dwar il-frekwentazzjoni tal-Maltin f'dan il-mużew, ir-riżultati tal-istħarriġ tagħha ħasduha mhux ħażin.", "\"Mill-istudju tiegħi ħarġu tliet fatturi: kien hemm dawk li qatt ma żaru mużew tal-ebda tip, dawk li żaru mużewijiet lokali oħra imma qatt ma ġew hawn u dawk li żaru mużewijiet oħra fosthom dan ukoll.", "Min-naħa l-oħra meta staqsejt lil dawk li qatt ma żaru l-mużew dwar ir-raġuni ta' din l-għażla tagħhom kien hemm min qalli li jikkunsidra l-mużewijiet bħala postijiet li jdejjquh, oħrajn saħqu li ma jikkunsidrawx irwieħhom li huma ta' livell ta' edukazzjoni biżżejjed biex jifhmu x'hemm f'mużew, filwaqt li l-maġġor parti minnhom stqarru li għalkemm dawk lokali ma jżuruhomx, huma jżuru l-mużewijiet ta' pajjiżi oħra meta jsiefru minħabba li xtaqu jkunu jafu aktar dwar il-kultura ta' ħaddieħor!\"", "Huwa dan li jħeġġeġ lil Sharon tkompli taħdem biex tipprova tbiddel din il-mentalita ta' ħafna Maltin u tixtieq li jibdew japprezzaw il-kultura tagħna iktar.", "Ħaġ'oħra li Sharon kontinwament insistiet fuqha kienet illi tixtieq tneħħi għal kollox l-idea minn ċertu mħuħ illi n-nies pre-istoriċi kienu differenti ħafna minna jew li kienu jgħixu bħas-slavaġ.", "\"Infatti meta ġieli nsib ruħi ndur ma' xi viżitaturi, spiss naqbad ma' xi esebit partikolari u nistaqsihom x'jaħsbu li hu u għal x'hiex jaħsbu li kien jintuża.", "Imbagħad wara noħroġ oġġett simili imma li nużaw", "illum il-ġurnata, bħal ngħidu aħna kuċċarun, u hemm in-nies jifhmu xi rrid ngħid.", "Għax dawk il-biċċiet tal-fuħħar m'huma xejn ħlief l-għodda li dawn kienu jaħdmu bihom jew it-tazzi, il-buqari u l-platti tagħhom.", "Biex nurihom li mhux qed nitkellem dwar xi nies slavaġ imma sempliċiment dwar bnedmin li għexu eluf ta' snin qabilna, inħobb niġbed l-attenzjoni fuq statwetta ċkejkna tal-fuħħar.", "Din turi koppja mgħannqa li bla dubju hija xempju tal-essenza tal-umanità ta' dawn il-bnedmin.", "Kienu biss nies li għexu fi żmien ieħor u li ma kellhomx ir-riżorsi li għandna llum.", "Imma ċertament kienu nies li jħossu bħalna, li jħobbu bħalna, li kellhom ix-xewqat u l-ħolm tagħhom bħalna u li kellhom skop f'ħajjithom.\"", "Meta staqsejt lil Sharon liema mill-oġġetti kollha li kien hemm fil-mużew li kienu l-aktar għal qalbha, l-għażla tagħha mill-ewwel waqgħet fuq din l-istatwetta ċkejkna u fuq statwa oħra li turi l-Mara Rieqda.", "\"Kif qed tara l-istatwetta tal-koppja mgħannqa hija ċkejkna ferm u għalhekk faċilment tinqabeż f'din il-vetrina mdaqqsa u mdawwra b'tant oġġetti oħra.", "Nixtieq ħafna li xi darba nkun nista' nagħżilha", "f'vetrina għaliha ħalli nagħtiha l-importanza li jixirqilha.", "Min-naħa l-oħra, l-istatwa tal-Mara Rieqda nixtieq nesebiha b'tali mod u manjiera li tkun esposta minn kullimkien minħabba li fuq in-naħa ta' wara u anki n-naħa ta' taħt tagħha hemm diżinji interessanti ferm.\"", "Għal min għandu għal qalbu l-arkeoloġija bħali, il-kuratriċi spjegatli wkoll illi l-mużew jagħti l-opportunità lil dawk li jixtiequ jiddedikaw xi ftit mill-ħin liberu tagħhom biex jagħmlu xi xogħol volontarju f'dan il-mużew.", "Ix-xogħol li hemm x'isir huwa varju ħafna u għalhekk hemm xi ħaġa għal kulħadd.", "Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija jinsab fi Triq ir-Repubblika l-Belt u jiftaħ kuljum, apparti xi festi, mit-8:00am sas-7:00pm.", "Huwa faċilment aċċessibli fuq kull livell.", "Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija huwa wieħed mill-mużewijiet u siti li għandha taħt il-kura tagħha Heritage Malta (www.heritagemalta.org).", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-10 t'April 2011)", "arkeologija", "Berġja ta' Provenzja", "Muzew Nazzjonali Arkeologija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "SWALI ĠODDA TAL-ARKEOLOĠIJA LOKALI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/08/id-destin-jezisti-jew-le/", "text": ["ID-DESTIN: JEŻISTI JEW LE?", "Kien film li rajna dil-ġimgħa li beda l-istorja kollha.... il-ġrajja kienet qed tesplora l-potenzjal ta' teknoloġija li tieħdok fil-futur sabiex tevita inċidenti li jistgħu jseħħu.", "U", "f'ħin minnhom, hekk kif l-attur prinċipali rnexxielu jibdel id-destin ta' waħda li kellha tmut, staqsejna – imma allura, jekk destinha kien li tmut hekk, issa x'inbidel?", "Jekk dak kien destinha, il-loġika tgħidlek li suppost dik il-mara xorta waħda kellha tmut b'xi ħaġ'oħra dakinhar stess.", "Din id-dilemma tal-eżistenza tad-destin minn dejjem qanqlet bosta diskussjonijiet u fehmiet.", "L-awtur Amerikan Henry Miller sostna illi \"Kull bniedem għandu d-destin tiegħu u l-unika għażla li għandu hija li jsegwih u li jaċċettaħ, jieħdu fejn jieħdu\".", "Min-naħa l-oħra Anthony Robbins, konsulent Amerikan, jemmen illi \"Huwa fil-mumenti meta nieħdu ċerti deċiżjonijiet li d-destin tagħna jitfassal\".", "Fuq nota aktar skjetta xi ħaddieħor darba ikkummenta illi \"Id-destin hu xi ħaġa li vvintajna aħna għax ma nifilħux naċċettaw il-fatt li kull ma jiġri huwa aċċidentali\".", "Imbagħad allura x'taqbad taħseb meta kumbinazzjoni aktar tard dil-ġimgħa ltqajt mal-awtur Paul P Borg u fost l-oħrajn skoprejt illi x-xogħolijiet l-aktar għal qalbu kienu jduru proprju ma' dawn it-tip ta' mistoqsijiet?", "\"Waħda mill-ewwel kitbiet tiegħi kienet tnisslet sewwasew minn dawn il-mistoqsijiet li jitturmentaw lill-bniedem f'xi mument jew ieħor f'ħajtu.", "Jiena għext tfuliti f'Birkirkara imma kelli n-nanniet tiegħi joqogħdu Selmun.", "Fid-dar tagħna, fl-ambjent urban ta' Birkirkara, la kellna bitħa u lanqas ġnien u meta toħroġ, kont tidħol dritt ġol-karozza u tmur għal triqtek.", "Għalhekk, meta ommi kienet tibgħatni nqatta' xi ftit tal-ġranet man-nanniet, fl-ambjent agrikolu ta' Selmun, kont inħossni qed ngħix f'dinja oħra u kont nimmaġinani xi re tal-irdumijiet, tal-baħar u tax-xagħri, hekk kif kont nintefa' man-nannu naħrat jew indur bin-ngħaġ.", "Meta kbirt, ħassejtni ixxurtjat li esperjenzajt daż-żewġ realtajiet differenti u kull tant żmien kont nistaqsi, x'kien jinbidel minni li kieku jiena twelidt f'ambjent divers?", "Kont bdejt nirrifletti u nhewden dwar Alla u l-eżistenza tiegħu u dwar kemm il-bniedem kien jgħix tassew fil-libertà?", "Sikwit kont nitħasseb jekk it-triqat li kont qed nagħżel u d-deċiżjonijiet li kont qed nieħu, kontx qed nagħmilhom jien jew jekk kienx diġà fassalhom Alla għalija?", "U jekk kien tal-aħħar, allura jien x'saħħa kelli fuq l-għażliet tiegħi f'ħajti?", "Kelli xi tmintax-il sena meta ddeċidejt li nistħarreġ dawn it-taħbiliet permezz tal-kitba, li għall-ewwel żviluppaw f'novella qasira bl-isem 'Dal-Lejl Ġie Alla'.", "Dan kien perjodu wkoll meta kont qed ngħix it-taqbida politika-reliġjuża.", "Mhux darba u tnejn li kont ikkunsidrajt li nsir qassis imma l-ġrajjiet li seħħew f'dawk is-snin affettwawni ħafna.", "Missieri kien Laburist kbir.", "Xogħolu kien bħala xufier mas-servizzi u mad-dockyard u dejjem bis-sensja mdendla fuq rasu.", "Kont inħoss wisq meta kont nisimgħu jgħid li tawh 3 soldi biss żieda.", "Ommi kellha tagħmel pont ħjata biex iġġannat u tara kif tagħmel ħalli tgħaddi l-familja.", "Kont konxju li kien jeħtieġ li jsir xi ħaġa biex il-qagħda ta' ħajjitna titjieb.", "Meta mort il-Ġermanja biex nistudja d-diżinn fl-inġinerija, dawn il-ħsibijiet baqgħu jduru f'moħħi.", "U meta kont insib ftit ħin ħieles mill-istudju, kont nintasab f'xi lwog kwiet u hemm sibt ruħi nħarbex mill-ġdid in-novella 'Dal-Lejl Ġie Alla' f'aktar tul sakemm finalment saret ktieb.\"", "Iżda għalkemm għaddew is-snin Paul ħass li ċerti mistoqsijiet minn dawn kien għadu ma analizzahomx sal-aħħar...", "\"Issa li xjaħt u għaddejt minn ċerti esperjenzi fil-ħajja, xtaqt nifli mill-ġdid dawn id-dilemmi.", "Fosthom staqsejt jekk dak li ngħixu kienx jiddependi minħabba ċ-ċirkustanzi li nitwieldu fihom, jew", "minħabba l-ambjent li nitilgħu fih, inkella sforz l-għażliet li nkunu għamilna, jew għax Alla hekk ried, jew f'kelma waħda, għax hekk kellu jkun?", "Minn dawn il-mistoqsijiet wellidt storja li tkompli ma' dik ta' qabilha, did-darba bl-isem ta' 'Rajt 'l Alla Jibki' fejn fiha nsibu l-protagonist ta' l-ewwel ktieb jgħix dawn it-taħbiliet.", "Ngħidu aħna, f'mument minnhom dan ir-raġel li hu miżżewweġ u għandu t-tfal, narawh fil-bitħa tad-dar tiegħu u min-naħa l-oħra qed tħares lejh il-mara ta' xi ħaddieħor.", "Titqanqal dilemma fir-raġel hekk kif jibda jixtarr xi jkunu l-konsegwenzi li kieku hu kellu jiltaqa' ma' dik il-mara?", "Imbagħad ir-raġel jibda jistaqsi dwar li kieku din l-għażla kellha tkun predestinata u allura hu setax qatt jaħrabha?", "Użajt dan il-ktieb biex nistaqsi diversi mistoqsijiet kruċjali.", "Weġibthom jew ma weġibthomx?", "Assolutament lanqas jien stess ma naf.", "Imma nħossni sodisfatt ħafna b'dan il-ktieb għax nista' ngħid li għalija kien bħal terapija tremenda.\"", "Infatti hekk kif it-taħdita tagħna żvolġiet aktar, Paul stqarr illi akkost li għarbel fuq li għarbel dwarhom, ċertu mistoqsijiet partikolari baqa' ma weġibhomx.", "\"U qatt mhu ser jirnexxieli nweġibhom!", "Iżda almenu permezz ta' din l-analiżi wasalt fil-kundizzjoni li niddeċiedi li ma nibqax naħseb aktar għax kollu għalxejn.", "Għalhekk għażilt li ma nistaqsix aktar bħal kif finalment għaraf li għandu jagħmel il-poeta Dun Karm Psaila fil-poeżija twila tiegħu 'Il-Jien u Lil'Hinn Minnu', li personalment nemmen li hi l-isbaħ kitba li qatt inkitbet f'kull lingwa li qatt qrajt.", "Il-konklużjoni ta' dan il-poeta għenitni ħafna u fakkritni li meta kont żgħir, kont niġri għand ommi meta jkolli bżonn l-għajnuna.", "Madanakollu meta kbirt, kelli bżonn lil xi ħadd oħla minn hekk għax id-diffikultajiet kienu akbar.", "U f'dawn il-każi għand min trid tirrivolġi?", "Sejjaħlu Alla, sejjaħlu li trid, imma tistaqsix aktar u aċċetta l-imħabba li tirċievi u li tagħti.\"", "Ma tridx wisq biex tifhem li dan l-awtur huwa profond ħafna fi ħsibijietu.", "Imma għal aktar minn darba huwa stqarr li jiġu mumenti fejn jixxennaq li kien kapaċi jaħseb anqas.", "\"Ma nafx ma nagħtix każ u nibqa' għaddej minn fuq ċerti sitwazzjonijiet bħal kif jagħmlu individwi oħra.", "B'hekk inħoss ħafna u nbati kultant, apparti li ħafna affarijiet ikidduni.", "Imma m'għandix għażla", "għax hekk jien magħmul u dawn l-esperjenzi nara kif nibdilhom f'kitba.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, uħud minn dawn in-novelli ser ikunu qed jiġu ppubblikati fit-Torċa.", "Ġeneralment ser inkun qed nikteb dwar affarijiet li jseħħu fis-soċjetà.", "Se niddeskrivi diversi sitwazzjonijiet fejn ngħidu aħna, dak li jkun xtaq jagħmel xi ħaġa u m'għamilix għax beża'.", "Se nitratta anki suġġetti li jnikktuna u li forsi soltu nippreferu nikinsuhom taħt it-tapit, bit-tama li xi darba ninsewhom.", "Imma huma realtajiet li s-soċjetà hija għaddejja minnhom.", "Fid-dinja jiġu mumenti meta niltaqgħu ma' ċertu stejjer li xtaqna li ma smajna qatt.", "Imma x'nagħmlu?", "Ma niktbux fuqhom?", "Nagħmlu tajjeb li ninjorawhom bħallikieku mhux qed jiġru tassew?\"", "L-awtur kompla jirrakkuntali kif kien hemm mumenti fejn akkost li xogħolu ġie apprezzat ħafna b'mod letterarju, min-naħa l-oħra, l-istess xogħol ġie iċċensurat.", "\"Darba ħadt sehem f'konkors bid-dramm għat-TV 'Il-Madonna x'ġenn!' u dan ġie ġġudikat l-ewwel premju.", "Imma dal-premju qatt ma ħadtu għax ftit wara ħarġet deċiżjoni li l-premju ma jingħatax u d-dramm tiegħi ġie skwalifikat.", "Ir-raġuni kienet li peress li d-dramm kien jitratta l-mard mentali, ġie konkluż li dan seta' jweġġa' lil xi wħud u allura ma kellux jidher fil-pubbliku!", "Storja simili seħħet bid-dramm għall-palk 'Dubbiena Kukkużejt' fejn did-darba akkost li ngħatajt l-ewwel premju, min kien qed imexxi l-ġurija, iddeċieda li jiddistakka ruħu minn din id-deċiżjoni.", "Dan qal li kellu ċerti riservi dwar kemm id-dramm tiegħi seta' jidher fuq il-palk minħabba li kien jitratta l-pedofilja.", "U infatti la dan id-dramm u lanqas ta' qablu qatt ma ntwerew lill-pubbliku.\"", "Mit-titli tal-kotba tiegħu 'Rajt 'l Alla Jibki', 'Beżgħat', 'Demgħat' u issa l-ktieb li ħiereġ dalwaqt 'Weġgħat', ħadt l-impressjoni li Paul hu bniedem kemmxejn pessimist.", "Iżda hu", "irribatta aktar minn darba li l-flixkun jarah nofsu mimli u li bl-ebda mod ma jiddeskrivi ruħu b'dan il-mod.", "\"Ikun aktar korrett li kieku ssejjaħħli realistiku.", "Jiena nemmen li l-kittieb juża l-kelma mhux għan-nom tiegħu biss imma biex jirrapreżenta anki l-ħsibijiet, id-dwejjaq, il-ferħ u l-protesti tal-bqija tas-soċjetà.", "Il-letteratura hija riflessjoni soċjali li qed turi l-kuxjenza ta' kulħadd.", "Ċertament jien kittieb li nikteb fuq sitwazzjonijiet fejn, kif jgħid il-Malti, l-ilsien imur fuq id-darsa li tuġgħu.", "Ma nkunx qed nikteb xi terapija għall-qarrejja għax jien ma jien l-ebda psikologu.", "Imma nkun nixtieq li min jaqra l-kitba tiegħi, sempliċiment jaqsam u jirrifletti aktar dwar dak li qed iseħħ madwaru.\"", "Paul qabel miegħi illi huma l-emozzjonijiet qawwija ħafna, dawk li jġiegħluk tmiss mal-laħam il-ħaj tal-ħajja, li jħeġġuk biex tikteb.", "\"Ejja ngħiduha kif inhi, meta nkun ferħan u għaddej nidħak, ma nħossx dik l-imbutattura għall-kitba.", "U jiena jekk ma nħossx dik ix-xi ħaġa li tqanqalni, ma niktibx.", "Però mbagħad naf inkun fi kwalunkwe post u f'kull xorta ta' sitwazzjoni, u hekk kif nisma' xi ħaġa li tolqotni, bħal qisha tfaqqa' xi ħaġa ġo fija u minn hemm jibdew sensiela ta' ħsibijiet, kultant kapitli sħaħ ta' kotba u f'xi daqqiet saħansitra xi soluzzjoni għal xi dilemma li kelli qabel! \"", "Fost il-kotba tiegħu, Paul għandu wkoll kitbiet etnografiċi u ambjentalisti bħal 'Stejjer minn Wied Għarbiel', 'Minn Fuq għal Isfel', 'Snajja' u Xogħol il-Maltin Vol.", "I u II', u", "'Nismagħhem Jgħidu Vol.", "I'.", "Uħud minn dawn il-kotba ġew f'idejja ħafna drabi għax huma ideali għar-riċerka tal-proġetti tal-iskola.", "Iżda żgur li qatt ma kont bsart xi ġrajjiet ħelwin inizzjaw il-ħolqien tagħhom.", "Infatti n-nannu Pawlu, li għalih hu msemmi l-awtur, u n-nanna Ġużeppa, kellhom influwenza kbira fuq it-triq li qabad dal-kittieb.", "Paul urini ritratt tagħhom u hekk kif ilmaħt it-tbissima ħelwa tan-nanna Ġużeppa, mill-ewwel fhimt x'kien li jiġbed il-kittieb kull darba lejn Selmun...", "\"Bqajt immur inżurhom anki meta kbirt u tgħarrast.", "Kienet tiġbidni dik it-trankwillità u l-paċi li kont inħoss meta kont inkun fil-kumpannija tagħhom.", "Kien nannuwi, li għalkemm ta' ftit kliem, ħabbibni", "man-natura u urieni kif sa l-inqas ħaxixa u ġebla għandhom l-użu tagħhom.", "Huwa introduċieni mas-sengħa tal-bidwi u flimkien mal-bdiewa l-oħra tal-madwar fehemni tassew xi tfisser li tkun bidwi.", "Min-naħa l-oħra n-nanna żrat fija l-imħabba għall-kitba u għall-qari.", "Permezz tagħha, f'età żgħira, kont diġà qrajt il-kotba klassiċi kollha Maltin hekk kif akkost li hi ma kinetx taf taqra u tikteb, xorta waħda xtrat dawn il-kotba u kull darba kienet titlobni biex naqralha xi silta minnhom.", "F'kotba bħal 'Il-Ħuġġieġa' kien ikun hemm ukoll xi novella qasira, li kont naqra diversi drabi, sakemm darba minnhom tħajjart jien ukoll inħarbex xi ħaġa.", "In-nanna Ġużeppa kienet tħobb tirrakkuntali ħafna ġrajjiet u għajdut u sikwit kont naħseb dwar dik il-ġurnata meta xi darba nannti kienet ser tħallina u magħha kien ser jindifen u jmut dak kollu li kienet taf.", "Hekk kien qed jiġri diġà mill-anzjani l-oħra tal-madwar, li min jaf kemm kont ħadt gost nismagħhom jirrakkuntawli l-esperjenzi tagħhom!", "Darba minnhom ħadt deċiżjoni u mill-informazzjoni li kont ġbart mingħand in-nanniet tiegħi u minn xi dettalji oħra li kont ksibt jien, ippubblikajt il-ktieb bl-isem 'Selmun u l-Inħawi' u ftit tas-snin wara 'Selmun – A story of Love'.", "U ħaġa twassal għall-oħra... biż-żmien indunajt ukoll li anki s-snajja' ta' dawn l-anzjani kienu qed jispiċċaw u jmutu.", "U għalhekk meddejt għonqi biex did-", "darba niġbor dawn id-dettalji.", "Bdejt minn anzjan mill-Mellieħa, ċertu Pietru Gauci il-Pirrex u minn hemm imxejt minn individwu għall-ieħor sakemm ifforma l-ewwel ktieb ta' 'Snajja' u Xogħol il-Maltin'.", "Bdejt nara lil dawn l-anzjani bħala sors ta' informazzjoni kbir u ma ridt nitlef l-ebda parti minnha.", "Għadni sal-llum niġbor dan it-tagħrif, bil-kliem preċiż kif jingħad u bid-diżinji ta' dak li nkun qed nara.", "Kien Ġorġ Mifsud Chircop, espert tal-folklor, li għeni ħafna f'dal-qasam u tani pariri sbieħ fejn fosthom irrakkomandali biex nipprova ma nofthomx lill-bniedem mis-sengħa tiegħu.\"", "L-ambjent huwa wisq għal qalb dan l-awtur, tant li spiss, tkellmu fuq xhiex tkellmu, d-diskors idur mill-ewwel dwar das-suġġett.", "\"Inizzjalment meta bdejt nikteb il-ktieb 'Selmun – A story of Love' kelli ftehim mal-amministraturi Ġermaniżi li kienu jmexxu l-lukanda tal-palazz ta' Selmun, sabiex jiffinanzjawli dan ix-xogħol.", "Imma meta darba minnhom intbaħt li dawn kienu qed jagħmlu ħsara permanenti lill-arkitettura antika ta' Selmun u kxifthom, dak li wegħduni ma tawhuliex, iżda l-ktieb ħriġtu xorta waħda u ħallastu jien minn buti.", "Il-ħsara li saret kienet nikktitni u rrabjatni ħafna.", "Ix-xogħol sar bla ħniena u bla rispett lejn dan il-bini ta' valur fejn fosthom graffiti ta' xwieni antiki li lanqas ritratt ma lħaqt ħadtilhom, ġew sandblasted u meqrudin darba għal dejjem!", "Bit-tama li nevita li ssir aktar ħsara, wasalt biex anki dħalt mal-lejl flimkien ma' ibni, b'mod klandestin, bi ftehim ma' wieħed mill-gwardjani tal-post, sabiex inħaffer u nikkonferma li fis-sit tal-palazz, kien hemm il-pedamenti ta' kappella li nbniet fis-seklu 15.", "Infatti apparti li sibna dawn il-pedamenti, skoprejna wkoll għadd ta' fuħħar u għadam ta' skeletri li ndifnu fiz-zuntier tal-kappella.", "Mort malajr nirraporta għand stazzjon televiżiv lokali u għalkemm ġew mill-ewwel u ħarġu feature waqt l-aħbarijiet, din l-istorja mietet hemm.", "L-għada stess, il-ħaddiema ġarrfu kollox u ma lħaqt żammejt xejn minn dak kollu ħlief widna ta' ġarra tal-fuħħar!", "L-istess xtaqt inkun naf x'sar mill-għamara li kien hemm f'dan il-palazz.", "Ċertu Diego Spiteri, anzjan ta' 101 sena, illum mejjet, darba stqarr miegħi li meta hu mar iqatta' xi ġimgħat għall-qamar il-għasel f'dan il-palazz, l-għamara li kien hemm hemm ġew tant kienet sabiħa li ridt sebgħa għajnejn biex tħares lejha! \"", "Fil-ktieb 'Quest for Identity – the Mellieħa experience' li għalih huwa ngħata l-unur prestiġġjuż Premio Gianfranco Merli per l'Ambiente, l-awtur ħareġ b'teorija partikolari dwar il-bdiewa.", "\"Minn riċerka li wettaqt ma' diversi bdiewa ta' pajjiżi differenti, inklużi dawk Maltin u dawk li qrajt dwarhom fil-kotba klassiċi ta' Tolstoy u Dostoyevsky, intbaħt illi teżisti linja li tgħaqqadhom kollha", "flimkien.", "Akkost li jgħixu f'ambjenti differenti, minn kliemhom tara li r-relazzjoni li dawn il-bdiewa għandhom mal-art hija l-istess kullimkien.", "Ir-rispett, il-kura u l-imħabba li jieħdu ħsieb l-għelieqi tagħhom biha dejjem għandhom għan speċifiku; dik li xi darba dawn ser jibqgħu jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajhom bħalma huma qed igawdu l-art li twasslet lilhom minn dawk ta' qabilhom. \"", "Meta staqsejt lil Paul P Borg x'jixtieq fil-ħajja, hu qalli li bħalissa jħossu għaddej minn żmien kreattiv ħafna u jispera li daż-żmien ma jmurx.", "Bla dubju, ser inkunu nafu aktar dwar dan l-awtur permezz tal-għażla ta' novelli li ser ikun qiegħed jippreżentalna fil-ġimgħat li ġejjin fit-Torċa.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-14 t'Awwissu 2011)", "Beżgħat", "Dal-Lejl Ġie Alla", "Demgħat", "Dubbiena Kukkużejt", "Ġorġ Mifsud Chircop", "Il-Jien u Lil'Hinn Minnu", "Il-Madonna x'ġenn", "Minn Fuq għal Isfel", "Nismagħhem Jgħidu Vol.", "I", "Selmun u l-Inħawi", "Snajja' u Xogħol il-Maltin Vol.", "I u II", "Stejjer minn Wied Għarbiel", "Torċa", "Weġgħat"], "category": "blog, literature, culture", "title": "ID-DESTIN: JEŻISTI JEW LE?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/12/milied-fix-xelter-u-memorji-tal-gwerra/", "text": ["MILIED FIX-XELTER U MEMORJI TAL-GWERRA", "Kultant jiġu drabi meta nħossni qisni x-xbieha ta' mera mfarrka... persuna waħda b'diversi angoli li kollha", "jippreżentaw l-istess wiċċ imma fir-realtà l-ebda waħda mhi bħall-oħra.", "Fil-fatt sikwit insib ruħi", "niġġieled miegħi nnifsi għax min-naħa inkun naħsibha mod u min-naħa", "l-oħra nkun nixtieq xi ħaġa oħra.", "Karattru li kultant jgħejjik saħansitra biex tifhem lilek innifsek imma li fl-istess waqt jimlilek ħajtek b'sens ta' meravilja għax int stess qatt ma tkun ċerta sa fejn kapaċi tasal u x'kapaċi tagħmel.", "Dawn il-ħsibijiet paralleli jmissu anki ż-żminijiet tal-Milied fejn xi drabi nsibni nifraħ qisni tifla żgħira u f'mumenti oħra jaqbduni nervi kbar.", "Tferraħħni s-sempliċità, it-tradizzjoni ta' dan iż-żmien u l-awtentiċità tan-nies li l-Milied tassew jagħnihom b'ferħ speċjali, tant li jmissulek qalbek.", "Tifliġni l-falsità ta' min jifraħ bik biss f'dawn il-ġranet u ċ-ċelebrar u l-ferħ sfurzat.", "Għalkemm anki dis-sena kelli nieħu doża mit-tnejn, qed nirrealizza li did-darba qed ngħix dal-ġranet b'sentimenti oħra.", "U dawn l-artikli huma l-kawża.", "Aktar mill-artikli, in-nies li ltqajt magħhom, li bil-perspettivi differenti tagħhom, b'xi mod jew ieħor kollha għallmuni xi ħaġa ġdida li permezz tagħha wassluni biex nifhem aħjar lili nnifsi.", "Għalhekk infittex dak li mhux soltu.", "Għalhekk did-darba ddeċidejt li nistħarreġ x'inhi dir-rappreżentazzjoni ta' Milied Fix-xelter li qed itella' l-pageant group tal-Każin tal-Banda ta' San Filep ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Iltqajt ma' Brian Bonnici, id-direttur artistiku u l-kittieb tal-iskript ta' din ir-rappreżentazzjoni u ma' Tanya Borg, waħda mill-atturi.", "Xtaqt li l-intervista ssir fil-passaġġi u l-kmamar tax-xelter li jinsab taħt il-Każin ta' San Filep sabiex b'hekk inkun nista' nixrob l-atmosfera tal-post.", "Hekk kif inżilna tlabt lil Brian jispjegali kif bdiet din l-idea u għaliex għażlu li jippreżentaw presepju ħaj ġo xelter?", "\"Ħaż-Żebbuġ huwa magħruf ħafna għall-attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira imma fil-Milied ftit li xejn kien hawn organizzat.", "Għaldaqstant xtaqna noħorġu b'idea oriġinali.", "Għażilna li noħolqu presepju ħaj b'tema tradizzjonali Maltija u bnejna l-istorja tal-Milied fuq karattri tipiċi Maltin.", "L-isfond ta' dan ix-xelter mħaffer biex jagħti rifuġju waqt it-tieni gwerra dinjija dehrilna li kien perfett sabiex nieħdu n-nies li jiġu jżuruna lura fiż-żmien meta dawn il-ġranet kienu jiġu ċċelebrati b'mod ħafna aktar sempliċi u ġenwin.", "Tajna l-ħajja lil xi karattri magħrufa u ħallatnihom man-nies komuni sabiex flimkien dawn ifakkruna fil-messaġġ veru tal-Milied.", "L-ewwel rappreżentazzjoni saret is-sena li għaddiet u s-suċċess li kellna għamlilna l-kuraġġ biex dis-sena nerġgħu ntellgħu oħra.", "Madanakollu biddilna xi karattri ħalli b'hekk inħajjru jżuruna mill-ġdid anki lil dawk li ġew is-sena li għaddiet.\"", "L-oriġinalità hija l-ħin kollu fuq moħħ dal-grupp.", "Tanya kompliet tispjegali...", "\"Għalkemm aħna l-atturi għandna skript fuq hiex nimxu, dan qiegħed hemm biex iservi biss bħala bażi.", "Tant hu hekk illi l-ebda rappreżentazzjoni ma tkun bħall-oħra.", "Dan għax aħna nistiednu lin-nies jidħlu magħna fl-interpretazzjoni tal-istorja.", "Għaldaqstant dawk li jinżlu magħna fix-xelter, apparti milli jsegwu dak li jkun għaddej, jistgħu anki jikkumentaw u jidħlu f'diskursata mal-personaġġi.", "F'xi drabi l-viżitaturi jkunu saħansitra jistgħu jduqu xi platt minestra magħna jew ibillu griżmejhom b'xi tazza nbid mill-ħanut tax-xorb ġor-raħal ħaj li ser isibu fix-xelter.\"", "Brian spjegali kif dan ix-xelter jifforma parti minn xelter kbir li kien ikopri l-arja kollha ta' taħt il-pjazza...", "\"Matul it-tieni gwerra, f'dawn in-naħat telgħu bosta refuġjati speċjalment min-naħa tal-Kottonera u għalhekk kien hawn bżonn kbir ta' xelters imdaqqsin.", "L-inżul f'dan ix-xelter minnu nfih huwa esperjenza imma meta fost waħda mill-udjenzi nzertajna mara li snin ilu użat dan ix-xelter bħala rifuġju, għal mument kull min kien hemm baqa' bla kliem.", "Qaltilna \"X'differenza minn kif kien qabel!", "Jien hawn inżilt fi żmien il-gwerra u llum ġejt bi skop tant differenti!\"", "Huma dawn l-emozzjonijiet li nkunu nixtiequ nqanqlu.\"", "Għall-ewwel ma stajtx nifhem x'kellhom x'jaqsmu l-karattri Maltin fl-istorja tal-Milied u għalhekk it-tnejn ramaw jirrakkuntawli l-iskop tagħhom...", "\"In-Naplitani jdaħħlu l-karattru ta' Pulċinella fil-presepju tagħhom.", "Għalhekk dehrilna li aħna stajna ndaħħlu lil Ġaħan.", "Ġaħan jixtieq isib il-vera messaġġ tal-Milied u għalhekk jitilqilha jfittex il-grotta ta' Ġesu... bil-bieb ikaxkar wara dahru.", "Minflok it-tlett maġi, daħħalna tlett pijunieri Maltin li kollha nzertaw twieldu ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Niltaqgħu ma' Mikiel Anton Vassalli li fostom narawh jitlob lil Madonna sabiex tgħin lilu bħala missier l-ilsien Malti u lill-poplu kollu ħalli jagħraf juża' din il-lingwa b'mod tajjeb u mhux biex jidgħi jew jiddisprezza.", "Xena oħra turina lil Dun Karm Psaila fil-waqt li qiegħed jispira ruħu bix-xena tal-Milied biex jikteb poeżija tiegħu.", "Insibu lil Dun Mikiel Xerri jitlob l-għajnuna tal-Omm u l-Iben Mqaddsa sabiex dawn jagħtu l-kuraġġ lill-poplu Malti ħalli ma jibżax jistqarr u jiddefendi twemminu – messaġġ importanti issa li għaddejja din il-kontroversja tat-tneħħija tal-kurċifissi.", "Ma setax jonqos li ninkludu lil San Ġorġ Preca li kien hu li mexxa t-tradizzjoni tal-Milied f'pajjiżna.", "Interessanti nsemmi li f'dan ir-rwol konna ffortunati li sibna persuna li jixbaħ ħafna lil San Ġorġ innifsu.\"", "Sabiex iħawwru din l-atmosfera nsibu wkoll għadd ta' karattri oħra bħall-kebbies tal-fanali, il-bejjiegħa tal-ħaxix u l-ħobż, l-iskarpan u s-sewwejja tat-toroq.", "\"Kull karattru għandu messaġġ x'jagħti.", "Jiena li naħdem il-parti ta' Gejta flimkien ma' 'oħti' Berta nilqgħu lill-viżitaturi u nintroduċuwhom minn xena għall-oħra filwaqt li bejn ċajta u nibxa, nirrakkuntaw kif beħsiebna nqattgħu l-ġranet tal-Milied u b'hekk nitfgħu dawl fuq id-drawwiet ta' dak iż-żmien.", "Karattru ieħor ser narawh qiegħed jixtri xi kannestri u xkejjer tal-ġwież mingħand il-bejjiegħ tal-ħaxix sabiex bihom jibni presepju kbir.", "Ikun imbagħad proprju dal-karattru li fl-aħħar tal-mawra fix-xelter jieħu lill-viżitaturi jaraw presepju kbir (madwar 13-il pied b'10) li hu jkun bena.\"", "Fil-fatt hekk kif irfist fil-każin, sibt lil Brian mimli żebgħa, qiegħed jirtokka dan il-presepju.", "Il-binja tiegħu kienet tassew impressjonanti, mhux tas-soltu, mimli għerien u grotot imdaħħla f'xulxin.", "Brian qalli illi ħadmu fuq l-ambjent tal-widien Maltin...", "\"Jien ngħix għall-arti u għall-kultura.", "Kuntent ħafna illi permezz ta' din ir-rappreżentazzjoni nistgħu nuru kemm dawn il-ġranet tal-Milied m'għandhomx ikunu ġirja sfrenata biex nixtru r-rigali.", "Infakkru kemm fis-sempliċità tat-tradizzjonijiet Maltin nistgħu nsibu l-veru ferħ li jġib miegħu l-Milied.\"", "Tanya għalqet b'dan il-messaġġ...", "\"B'kollox qegħdin mal-40 attur u kultant niżdiedu anki naqra aktar!", "Is-sena li għaddiet kien hemm min tant ħa gost li ddeċieda li jingħaqad magħna u tajnih rwol fl-istorja wkoll.", "L-etajiet tagħna jvarjaw minn tfal sa anzjani u kollha naħdmu b'għan wieħed...", "Għalkemm ir-rappreżentazjoni li naħdmu hija fittizja, il-messaġġ li rridu nwasslu huwa \"Moħħkhom hemm!", "Araw x'inhu l-veru Milied!\"", "Il-laqgħa li kelli flimkien ma' Brian u Tanya tant laqtitni li ġieni l-ħsieb li nkompli nfittex dwar kif kien jgħix il-poplu Malti fiż-żminijiet tal-gwerra u x-xelters.", "L-għażla tiegħi marret fuq il-kittieb magħruf – Ġorġ Peresso.", "Xejn xejn kienet skuża biex niltaqa' miegħu u nsir nafu.", "Hu aċċetta minnufih.", "Kelli għatx kbir biex nisma' x'kellu x'jirrakkuntali.", "U b'dak il-leħen meqjus u mirqum tiegħu ma ridtx ħafna biex moħħi jara stampa ċara tal-ħajja ta' dak iż-żmien....", "\"Jien twelidt fid-9 ta' Settembru 1930, f'dawk il-ġranet meta ġiet", "proklamata l-gwerra.", "Dakinhar missieri, li kien jaħdem ma' tal-irmonk, kien qiegħed jitfa' blokkijiet kbar fil-bajja tal-Mellieħa bi", "preparazzjoni għall-attakki mill-baħar fuq pajjiżna.", "Naturalment l-ewwel snin ma niftakarhomx imma niftakar lill-familjari tiegħi jirrakkuntaw...", "Sakemm il-gwerra kienet għadha n-naħa ta' fuq, bejn l-Ingliżi u l-Franċiżi, f'Malta ma konnix affettwati imma l-preparamenti għaliha xorta bdew fostom bit-tħaffir ta' bosta xelters.", "Meta mbagħad Mussolini ssieħeb ma' Hitler, Malta daħlet b'ruħha u sniena fil-gwerra tant li b'mod immedjat, għall-ħabta tas-7:00am ġejna attakkati mill-ajruplani Taljani.", "Aħna konna ngħixu l-Birgu u għall-bidu missieri ma xtaqtx jitlaq minn hemm ħalli ma jitbiegħedx wisq mill-post tax-xogħol.", "Imma meta l-Birgu beda jiġi attakkat b'qilla kbira kuljum u l-ħin kollu, ma baqgħatilnix għażla oħra ħlief li ndabbru rasna.", "Morna noqogħdu man-nanna f'Birkirkara fejn hi kienet refuġjata għand xi ħbieb tagħha.", "Birkirkara ma tantx kienet ibbumbardjata u allura l-aktar li niftakar xi bomba tfaqqa' 'l hemm u 'l hawn.", "Imma darba waħda waqgħet bomba ħdejn il-Knisja ta' Santu Rokku, qrib ta' fejn konna noqogħdu aħna u dakinhar mietu ħafna nies.", "Meta l-gwerra bdiet tiqliel ġieli nqatlu mat-30 persuna kuljum: kien hemm min baqa' jippersisti li jibqa' jgħix ġo daru akkost l-attakki kontinwi, oħrajn ma kienux laħqu daħlu fix-xelters, filwaqt li bosta oħra mietu waqt li kienu qed jikkumbattu fuq il-kanuni.", "Kien hemm uħud li saħansitra mietu waqt li kienu għall-kenn tax-xelters – każ partikolari minnhom seħħ f'Ħal-Luqa meta ntlaqtu ż-żewġ bokok ta' xelter, infaqgħu xi kanen u n-nies mietu mgħarrqa fih.", "Illum hemm triq imsemmija għal dan l-avveniment.", "L-1942 kienet l-aktar sena kerha għal Malta b'mod partikolari April meta fostom waqa' t-teatru rjal, niżlet il-bomba fuq il-Knisja tal-Mosta u ġara l-każ li semmejtlek f'Ħal-Luqa.", "Kien il-konvoj ta' Santa Marija li wasal f'Awwissu ta' dik is-sena li salva lil Malta.", "Illum li għaddew 50 sena minn dal-ġrajjiet, inħarġu fil-beraħ id-dokumenti tal-gwerra mill-uffiċċju tal-Ingilterra fejn fihom ġie żvelat illi Malta kienet waslet biex iċċedi lill-Italja għax ma kelliex biex tkompli tissielet.", "Għall-kuntrarju ta' kif ħafna jaħsbu, illi l-Maltin salvaw għax il-konvoj ipprovdiena bl-ikel, fir-realtà dan għenna billi ġab miegħu ukoll numru ta' armamenti, bombi, petrol, fuel u spare parts għall-ajruplani.", "Minn Malta imbagħad tħejjiet l-invażjoni fuq Sqallija u hekk kif dawn ma setgħux jużaw aktar l-ajruporti tagħhom, Malta ma baqgħetx issofri aktar attakki.", "Kultant kien jersaq jattakkana xi ajruplan Ġermaniż imma nistgħu ngħidu illi mal-1943 l-gwerra mill-ajru f'Malta kienet spiċċat.\"", "Meta nisma' dawn il-ġrajjiet insibha diffiċli biex nemmen li pajjiżna għadda minn dan kollu... sakemm nitla' l-Belt u nsib ma' wiċċi t-teatru rjal għadu mfarrak s'issa!", "Imma meta wieħed jgħix ġrajjiet bħal dawn x'iħallu fil-fond ta' qalb bniedem?", "\"Tħalla fija s-sens favur il-paċi u d-diplomazija.", "Tnisslet ukoll fija ċertu biża' mid-djar imġarrfa...", "Niftakar li meta kelli madwar sebgħa snin, morna lura fil-Kottonera.", "Ma stajnix immorru noqogħdu l-Birgu għax dan kien sar ħerba waħda.", "Minflok morna ngħixu Bormla, n-naħa ta' Santa Margerita.", "Issa kont kbir biżżejjed biex nifhem li kien hemm gwerra.", "Li ma konnix nafu kien li hemmhekk konna qed ngħixu fuq numru ta' bombi mhux sploduti, tant li darba ħarġuna minn djarna għax sabu waħda!", "Għalkemm ma kontx imdejjaq ngħix f'Bormla, l-ambjent tat-tifrik kien jimpressjonak.", "Kull fejn tħares djar imwaqqa', ċnagen, terrapien, djar mill-isbaħ b'faċċata biss u wara vojt.", "Ma' nista' ninsa qatt dik is-sensazzjoni ta' biża' hekk kif tħares minn ġo tieqa ta' xi dar li fi żmienha kienet mill-ifjen u tara l-qamar jittawwallek minn bejn il-ħitan tal-kmamar tagħha bla saqaf.", "Id-dehra ta' dar bla saqaf kienet tħawwadni wisq!", "Bħalissa qed tiġini f'rasi l-purċissjoni tal-Milied li kienet titlaq minn ħdejn id-dar tal-Mużew bil-fanali jixegħlu u l-kliem tal-Verbum Dei Caro Factum Est mixgħula wkoll.", "Qed nismagħna nkantaw kant sabiħ tal-Milied filwaqt li għaddejjin bejn it-toroq kollha mħaffra u d-djar imġarrfa.", "Dik l-innoċenza tal-Milied imħallta mal-kruha tat-tiġrif tal-gwerra għadha f'moħħi daqs xena b'kuntrast minn xi film tal-waħx.\"", "Is-sens tat-tiġrif ħalla mpressjoni kbira fuq il-ħajja ta' Ġorġ.", "Imma xorta waħda kellu rakkont ħelu x'jirrakkuntali relatat ma' dan...", "\"Akkost li kont nibża', l-kurżità kienet tegħlibni u flimkien ma' sħabi kont immur nesplora xi dar abbandunata.", "Għadhom jiġu quddiem għajnejja sa llum iz-zukklatura mpinġija u l-fuklar bil-madum taċ-ċeramika li darba sibna ġewwa dar li fi żmienha kienet tas-sinjuri.", "Hawnhekk iddeċidejna li nibnu palk tal-ġebel u konna nagħmlu t-teatrin.", "Jum minnhom tawni parti fejn kelli nadura alla falz u quddiemi ġabuli ritratt sabiħ ta' Doris Day!\"", "Aktar ma bdejna nitħaddtu, aktar bdew jitqanqlu l-memorji...", "\"Għandi storja ħelwa oħra li tkexkek fl-istess ħin.", "Mela meta tkun żgħir tibda tisma' l-kbar jitkellmu u ma tantx tifhem x'inhu jingħad.", "Meta mbagħad tikber, kollox jibda jieħu postu u tara stampa aktar ċara.", "U hekk sirt naf min kienu Hitler u Mussolini.", "Darba minnhom fit-triq tagħna smajthom jgħidu li kienu ser jgħallqu lil dawn it-tnejn u beżgħan kif ukoll kurjuż mort narahom.", "Minn ġol-gallerija ta' dar nofsha mwaqqgħa kienu qed iniżżlu b'ħabel żewġ trajbi.", "Fuq il-ħwejjeġ tagħhom in-nies spjegawli li wieħed kellu miktub Hitler u l-ieħor Mussolini.", "Hekk kif dendluhom in-nies ramat iċċapċap, tidħak u twaddbilhom l-affarijiet.", "Bdiet ħierġa l-frustrazzjoni tan-nies, anki ta' dawk li forsi għall-ewwel kienu emmnu li t-Taljani kienu ser jitfgħawlna l-fjuri u mhux il-bombi.", "Ngħid is-sew jien dak il-ħin tħassarthom lil dawk iż-żewġ mgħallqa għax ma ndunajtx li kienu pupi tat-tiben.", "Mort maħsud id-dar u kif ktibt fil-ktieb li għadni kemm ħriġt 'It-Tifel tan-Nanna' hekk kif ommi fehmitni x'kien ġara u min kienu dawk iż-żewġ individwi, dik kienet l-ewwel u l-aħħar darba li tħassarthom.\"", "Ġorġ għażel li jagħlaq b'dan il-kliem...", "\"Meta sirt abbati fil-Knisja ta' Santa Tereża fil-Milied kont ninżel ngħin il-quddiesa ta' nofs il-lejl.", "Kont noqgħod nixxennaq biex xi darba nagħmel dik il-priedka sakemm darba għamiltha.", "Wara l-quddiesa l-fra kien jagħtina torta żgħira, tajba ħafna, tal-marmorata bil-bambin tax-xemgħa fuqha.", "Kumbinazzjoni l-mara tiegħi Isabella fil-Milied tagħmel din it-torta u b'hekk mingħajr ma taf qegħdha tkompli din it-tradizzjoni marbuta ma' tfuliti.\"", "Bla dubju issa aktar tħajjart immur inżur din ir-rappreżentazzjoni tal-Milied Fix-xelter.", "U hekk kif ser inkun qed insegwi dak li l-atturi ser jippreżentawli, m'għandix għalfejn nitħasseb aktar jekk hux ser nixrob l-atmosfera tal-post!", "Kull rappreżentazzjoni tieħu madwar 20 minuta u titlaq minn ħdejn il-bieb tal-Każin ta' San Filep f'Ħaż-Żebbuġ.", "Il-pubbliku jista' jattendi għalihom f'dawn il-ġranet u l-ħinijiet: illum il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2009 mill-10:00am sa 12:00pm u mill-5:00pm sat-8:00pm.", "Mit-Tnejn 28 sal-Erbgħa 30 ta' Diċembru 2009 mis-6:00pm 'l quddiem.", "F'każ li jkun hemm gruppi li jixtiequ jorganizzaw żjara, inkluż għat-turisti, jistgħu jċemplu fuq 79270400 jew email fuq pageantgroupstphilip@gmail.com.", "Id-dħul huwa bla ħlas imma donazzjoni tkun apprezzata.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-27 ta' Diċembru 2009)", "Ġorġ Peresso", "Każin ta' San Filep", "Knisja ta' Santu Rokku", "konvoj ta' Santa Marija", "presepju", "Torċa", "Ħal-Luqa", "Ħaż-Żebbuġ"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MILIED FIX-XELTER U MEMORJI TAL-GWERRA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/05/wirt-li-jpoggina-fuq-pedestall/", "text": ["WIRT LI JPOĠĠINA FUQ PEDESTALL", "Dil-ġimgħa f'gazzetta lokali qrajt illi madwar 800,000 viżitatur fis-sena jżuru s-sit ta' Stonehenge u jħallu warajhom madwar 6 miljun lira sterlina.", "Meta tqis illi n-nefqa", "kapitali biex jieħdu ħsieb dal-post hija ta' 2.4 miljun lira sterlina fis-sena, tifhem sewwa x'valur għandu sit arkeoloġiku bħal dan għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Awtomatikament ħsiebi jmur fuq is-siti arkeoloġiċi tagħna li wħud minnhom huma ferm eqdem u uniċi minn dal-post fl-Ingilterra u allura naturalment nistaqsi l-għala aħna ma jkollnix l-istess riżultati?", "Bil-kwantità ta' mużewijiet u siti li għandna f'dawn il-gżejjer nippretendi li l-problema maġġuri tagħna tkun fejn ser inqiegħdu lit-turisti kollha li jkunu jridu jiġu jżuruhom u mhux kif ser niġbduhom lejn pajjiżna!", "Barra minn hekk nitħasseb sewwa meta nara illi f'ċertu nħawi importanti bħal per eżempju fis-sit f'Tas-Silġ f'Marsaxlokk lanqas biss nistgħu nirfsu aħna l-Maltin, aħseb u ara kemm nistgħu nilqgħu fihom lit-turisti.", "Għal din il-ġimgħa tkellimt mal-kap tad-dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija, Prof. Anthony Bonanno biex nifhem aħjar kif inhi s-sitwazzjoni arkeoloġika ta' pajjiżna.", "Waqt", "id-diskussjoni tagħna sikwit ħareġ illi lokalment f'dan is-settur għadha teżisti taqtiegħa kontinwa biex aħna l-Maltin nasserixxu ruħna u nieħdu r-riedni tal-pajjiż f'idejna.", "Beda billi spjegali t-triq li għadda minnha hu stess sabiex eventwalment introduċa l-istudju tal-arkeoloġija fl-Università ta' Malta.", "\"Kienet ħaġa stramba kif f'pajjiż b'din ir-rikkezza kollha arkeoloġika qatt ma kellna t-tagħlim tal-arkeoloġija fl-Università ta' Malta.", "Infatti waqt preżentazzjoni li attendejt għaliha dan l-aħħar, Dr Nicholas", "C Vella semma' illi għal ftit xhur fis-sena 1939, il-professur Ingliż John Bryan Ward-Perkins kien appuntat bħala professur tal-arkeoloġija probabbilment bħala risposta politika Ingliża għal xogħol importanti ħafna li kien wettaq xi żmien qabel, ċertu arkeologu Taljan, L M Ugolini.", "Minħabba l-kwistjoni tal-faxxiżmu u x-xamma tat-tieni gwerra dinjija, dan l-arkeologu Taljan ma kienx tħalla jagħmel skavi.", "Iżda minflok huwa ngħata permess biex jiġbed ir-ritratti tal-fdalijiet kollha preistoriċi li kienu nstabu sa dak iż-żmien.", "Huwa ppubblika dawn ir-ritratti fi ktieb li semmieh 'Malta origine della civiltà Mediterranea' u bih qajjem reazzjoni kbira fil-qasam arkeoloġiku peress illi f'dawk is-snin kien hemm it-twemmin li kollox kien beda mill-orjent.", "Ward-Perkins dam biss ftit xhur hawn Malta għax fl-1939 faqqgħet il-gwerra u kellu jitlaq biex jissieħeb fl-armata.", "Fil-fatt it-tagħlim tal-arkeoloġija f'pajjiżna huwa pjuttost riċenti u jmur lura għall-1987.", "F'dik is-sena jiena kont ġejt appuntat bħala kap tad-Dipartiment tal-Klassiċi u ġew ikellmuni żewġ studenti li kienu għażlu l-Istorja u ssuġġerewli biex nintroduċi t-tagħlim fl-arkeoloġija.", "Nistqarr li l-idea kienet ilha tbherren f'moħħi u għalhekk rajt kif għamilt biex niġbor numru ta' esperti ħalli flimkien magħhom infassal dan il-kors.", "Ftit ftit irnexxieli niġbor numru biżżejjed ta' professjonisti biex jgħallmu d-diversi aspetti tal-arkeoloġija.", "Min-naħa tiegħi irrealizzajt li ma stajtx nibqa' nillimita ruħi għall-arkeoloġija klassika li kont speċjalizzajt fiha u għalhekk iddeċidejt li ngħallem ukoll dwar l-aspett tal-preistorja ta' Malta u kif ukoll dwar dik ġenerali sabiex nifirxu aktar dan il-kors.", "B'hekk, ma' l-ewwel sena akkademika bħala kap tad-dipartiment, daħħalt għall-ewwel darba l-istudju tal-arkeoloġija fl-università tagħna.", "Bdejna proprju b'dawk iż-żewġ studenti u dawn gradwaw fl-1990.", "Interessanti li nsemmi li wieħed minnhom ma kien ħadd għajr Anthony Pace li llum huwa s-Superintendent għall-Wirt Kulturali.\"", "Minn dak iż-żmien 'l hawn is-sitwazzjoni nbidlet ħafna u numru dejjem jikber ta' studenti qegħdin jersqu biex jitħarrġu f'dan is-suġġett.", "\"Huwa sabiħ li tara l-interess jiżdied f'dan is-suġġett, għalkemm maż-żmien proprju minħabba l-ammont kbir ta' studenti, kellna nbiddlu s-sistema tal-kors u dan naqqas kemmxejn mill-ħin tal-parteċipazzjoni tagħhom waqt il-lectures.", "F'dawn l-aħħar snin ġeneralment jiggradwaw madwar 10 studenti kull sena fl-arkeoloġija u nħossni ferm kburi u kuntent b'dan ir-riżultat.\"", "Iżda dawn l-istudenti li jiggradwaw fl-Arkeoloġija, isibu opportunità ta' xogħol f'dan il-qasam?", "\"Dik tkun id-dilemma tiegħi meta fl-ewwel sena tal-kors ikolli naffaċċja madwar tletin student ġdid.", "Huwa għalhekk illi ngħidilhom li dan is-suġġett mhux bilfors ser jiftħilhom bieb għal xogħol fis-settur", "arkeoloġiku.", "Bħal kull suġġett ieħor fil-Fakultà tal-Arti, l-għan prinċipali tal-istudju tal-arkeoloġija huwa illi l-istudent jitrawwem tajjeb dwar kif jixtarr l-informazzjoni biex finalment ikun jista' jasal għal konklużjoni indipendenti.", "U proprju biex niftħulu aktar triqat, waqt il-kors tal-Arkeoloġija, l-istudent jitħarreġ ukoll f'kapaċitajiet varji bħal ngħidu aħna f'ħiliet fit-tpinġija dettaljata, fil-qari u l-bini ta' mapep u fil-fotografija.", "B'danakollu ma rridx nagħti x'nifhem illi min jiggradwa f'dan is-suġġett m'għandux il-possibilità li jaħdem f'dan il-qasam.", "Anzi!", "F'dawn l-aħħar snin rajt ħafna mill-istudenti li gradwaw fl-Arkeoloġija jsiru għalliema, kuraturi, jaħdmu ma' Heritage Malta fil-qasam tas-Supretendenza tal-Wirt Kulturali, jiffurmaw kumpaniji speċjalizzati f'das-settur u saħansitra student minnhom, Dr Nicholas C. Vella, illum huwa wieħed mis-Senior Lecturers tad-dipartiment.\"", "Probabbilment din l-attitudni kawta hija riżultat tal-fatt illi Prof. Bonanno kellu jimxi triq twila ferm sakemm wasal fejn hu llum.", "Fatt kurjuż li sirt naf waqt din l-intervista kien illi oriġinarjament hu qatt ma basar li xi darba għad isir arkeologu.", "\"Naħseb li jiena kont tifel bħal ħafna tfal Maltin tipiċi, imwieled u mrobbi f'wieħed mill-irħula tagħna, iż-Żejtun.", "F'dak iż-żmien qatt ma kont nikkonċepixxi xi ħajja akkademika, aħseb u ara xi speċjalizzazzjoni fl-arkeoloġija!", "Però fl-età bejn 10 u 20 sena, kont nattendi l-Azzjoni Kattolika u l-qassis li kien jgħallimna kien iġibilna regolarment xi films mill-British Council li kienu jitrattaw suġġetti varji bħal l-ambjent u l-arkeoloġija.", "Minn dawn, l-aktar li baqgħuli f'moħħi kienu x-xeni ta' campus universitarji barranin bħall-Università ta' Oxford u naħseb li bil-mod il-mod, dawk ix-xeni daħlu f'moħħi u ħolquli dik l-aspirazzjoni li xi darba mmur nistudja f'xi pajjiż ieħor.", "Sadanittant meta ġejt biex nagħżel lingwa bejn il-Latin u l-Franċiż, iddeċidejt li nagħżel tal-aħħar.", "Biss, meta mort biex nidħol l-università sibt ruħi lampa stampa.", "Xtaqt ħafna nidħol fil-qasam tax-xjenza għax minn dejjem kelli daqsxejn orjentament matematiku u xjentifiku imma ma kellix suġġetti biżżejjed biex napplika.", "Daqstant ieħor ma stajtx nagħżel li nidħol għall-liġi peress li ma kontx studjajt il-Latin.", "Iżda imbagħad fortunatament tawni ċ-ċans li nitħarreġ f'din il-lingwa u b'hekk xorta waħda stajt nidħol bħala student każwali fil-qasam tal-arti fl-università.", "Biż-żmien għaraft napprezzah ħafna l-Latin u fil-fatt tant mort tajjeb fl-eżamijiet illi l-professur tiegħi ssuġġerili li nkompli dan is-suġġett għal BA Hons u hekk għamilt.", "Iżda għalkemm il-Latin kien sar jogħġobni ħafna, bdejt nintebaħ illi dil-lingwa kienet qed tispiċċa speċjalment meta din ma baqgħetx il-lingwa tal-Knisja.", "Għalhekk deherli li kien ikun aħjar li nagħżel ambizzjoni ulterjuri u nkompli l-istudji tiegħi f'xi kamp li hu ġdid għal Malta.", "Kien hawn li tfajt għajnejja fuq l-arkeoloġija u ovvjament iffukajt fuq l-arkeoloġija klassika sabiex inkun nista' nirrendi l-istudji li kont diġà wettaqt, aktar konkreti.\"", "Prof. Bonanno fissirli kif permezz ta' scholarship huwa kompla l-istudji tiegħu għal dottorat fl-Università ta' Palermo u wara hu ntagħżel biex jaħdem bħala lecturer fl-Università ta' Malta bil-kundizzjoni li jkompli jispeċjalizza biex iġib il-", "\"Did-darba għażilt li nagħmel l-istudji tiegħi f'università f'Londra ħalli b'hekk nesponi lili nnifsi wkoll għall-ħsieb Ingliż.", "Nistqarr li wara li kont drajt l-orjentament Taljan, kważi ħadt xokk meta ġejt affaċċjat b'dak Ingliż.", "Prinċipalment id-differenza kienet illi t-Taljani jitkellmu b'dik iċ-ċertezza dwar xi ħaġa, mentri l-Ingliżi jirreferu għal xi ħaġa li probabbilment kienet hekk, li aktarx kienet hekk eċċ eċċ.", "Għad-dottorat Taljan kont għamilt teżi dwar l-iskultura Griega u Rumana li kien hawn f'ħafna kollezzjonijiet f'Malta, fejn kont eżaminajt madwar 90 biċċa li jibdew minn frammenti żgħar għal statwi sħaħ.", "Kien eżerċizzju tajjeb ħafna għalija għalkemm għadni qatt ma ppubblikajtu.", "Issa li għaddew tant snin biex nippubblika x-xogħol tiegħi jkolli bżonn nerġa' nagħmel dak l-istudju minħabba li llum tant żviluppaw l-affarijiet li anki l-interpretazzjoni tiegħi nbidlet.", "Dan l-istudju ppreżentajtu f'teżi li qiegħda l-Melitensia imma l-quddiem għandi ħsieb li noħroġ din l-informazzjoni biċċa biċċa f'forma ta' artikli f'xi magazin.", "Meta mort l-Ingilterra għażilt li naħdem fuq ir-ritrattistika (statwi) uffiċċjali fil-basso riljiev li kien joħroġ l-istat Ruman, l-ewwel fir-repubblika imbagħad fl-imperu sabiex jikkomemmoraw episodji storiċi.\"", "Filwaqt li permezz ta' dawn l-istudji f'pajjiżi oħra Prof. Bonanno kien qata' xewqtu li jesperjenza campus universitarji barranin, hu saħaq kemm hija importanti li wieħed jesponi ruħu għall-ideat ta' pajjiżi oħra.", "\"Jiena nemmen li kull student Malti għandu jagħti din l-opportunità lilu nnifsu, dik li l-ewwel jidħol fil-fond fuq suġġett li mhux Malti biex wara jmur lura f'pajjiżu u japplika dak li jkun tgħallem.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk wieħed jaħdem mill-ewwel fuq suġġett Malti jagħlaq lilu nnifsu, mentri jekk jistudja barra fuq suġġett iktar vast, jiftaħ moħħu aktar minħabba li f'pajjiżi oħra teżisti firxa aktar wiesgħa ta' possibilitajiet.\"", "Id-diskors reġa' ħadna lura fi żmien meta jekk ridt tistudja l-arkeoloġija, ridt bilfors issiefer f'pajjiż ieħor.", "Imma kelli kurżità jekk f'dawk is-snin, in-nies kienetx tapprezza l-arkeoloġija lokali?", "\"L-arkeoloġija kienet apprezzata imma għall-benefiċċju ta' ċertu livell ta' soċjetà.", "Ħadd ma kien jipprova jeduka lill-poplu biex jagħraf u jieħu ħsieb dal-wirt kulturali tiegħu.", "Ħlief Temi Zammit li apparti l-kapaċitajiet l-oħra kollha tiegħu kien ukoll kittieb tajjeb ħafna u permezz ta' ġabriet qosra ta' kitbiet informattivi huwa kien għen biex jinforma u jħabbeb lill-poplu ma' dan il-qasam.\"", "Tlabtu jgħidli fejn għamel l-ewwel skavi tiegħu u kemm jaħseb li hu importanti illi min qed jistudja l-arkeoloġija jipparteċipa f'tip ta' eżerċizzju bħal dan?", "\"L-ewwel skavi li għamilt kienu waqt li kont qed nistudja f'Palermo fejn kelli ċ-ċans li niskava f'belt antika fi Sqallija li kienet inqerdet mill-Kartaġiniżi fis-sena 395QK u kienet magħrufa bħala Himera.", "Għalkemm l-iskavi ma jkunux obbligatorji waqt l-istudju tal-arkeoloġija, jiena naħseb illi degree fl-arkeoloġija mingħajr esperjenza ta' skavi tista' titqies bħala difettuża.\"", "Naturalment Prof. Bonanno ħa sehem ukoll f'diversi skavi f'pajjiżna fosthom fil-Brockdorff Circle fix-Xagħra Għawdex, f'Tas-Silġ, fil-Villa Rumana taż-Żejtun u f'Għar ix-Xiħ f'Imġarr ix-Xini f'Għawdex.", "Madanakollu waqt id-diskursata ħareġ illi xi drabi mhux la kemm tippjana li ser tiskava x'imkien...", "\"Ngħidu aħna meta ġejna biex inħaffru f'Tas-Silġ sibna illi l-aqwa partijiet tas-sit kienu diġà ġew allokati biex jiġu skavati minn grupp Taljan.", "Biex tgħaqqad l-ewwel applikazzjoni li għamilna fl-1995 ġiet irriffjutata peress li l-ministru responsabbli f'dak iż-żmien ingħata l-parir li minħabba li s-sit kien imwiegħed lill-barranin, kien ikun aħjar li aħna l-Maltin ma nitħallewx niskavaw!", "Niftakar li r-rettur, Fr Peter Serracino Inglott kien bagħat ittra iebsa lill-ministru u ftit wara tħallejna niskavaw.", "Xorta waħda l-partijiet li ġejna offruti kienu minimi – tliet trinek imdaqqsa biss.", "Iżda aħna xorta ppersistejna u użajna s-sit biex inħarrġu lill-istudenti tagħna kif jaħdmu bl-aħjar mod xjentifiku filwaqt li esponejnihom għall-mod reali ta' kif isir skav.\"", "Sfortunatament minn kliem il-professur donni fhimt li l-poplu tagħna għadu ma neżax għal kollox mill-influwenza kolonjali.", "Għajb għalina meta l-barrani jiġi ppreferut mill-Malti u mbagħad meta l-Malti qiegħed f'artu u huwa professjonist fil-qasam!", "\"Meta mmur fuq ċertu siti arkeoloġiċi lokali li fuqhom ikunu qed jaħdmu l-barranin, apparti li jkun hemm bżonn il-permessi biex nidħol, mhux darba u tnejn li niġi trattat bħala 'mistieden' u bħallikieku qed jagħmluli xi pjaċir għax qed idawwruni mas-sit u juruni x'qed jagħmlu!", "Dan l-aħħar kelli wkoll xi diżgwid minħabba li l-persuna barranija li kienet skavat il-Brockdorff Circle xi snin ilu talbet madwar 1.25 miljun lira sterlina lil fondazzjoni Ingliża sabiex tkompli tiskava s-sit bil-pjan li f'sena prattikament tiżvujtah għal kollox.", "Jiena kont wieħed minn dawk li rreżistejt ħaġa bħal din għax l-ewwel nett nemmen illi meta jsiru skavi bħal dawn f'pajjiżna, għalkemm għandna nilqgħu l-għajnuna mill-barrani bil-qalb kollha, aħna l-Maltin għandna nkunu qed naħdmu magħhom bi sħab, fuq l-istess livell u b'rispett reċiproku.", "Imma apparti minn hekk, jiena ma naqbilx li sit għandu jiġi skavat kollu kemm hu.", "Sadanittant dax-xogħol ma sarx għax it-talba għall-flus ma ġietx aċċettata.\"", "Prof. Bonanno sostna kemm hija kruċjali li tħalli parti minn sit mhux mimsusa sabiex din tiġi mgħoddija għall-investigazzjoni mill-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "\"Ejja nieħdu l-eżempju ta' Għar Dalam li ġie skavat fis-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20.", "Illum meta naqraw ir-rapporti li saru dwar l-iskavar ta' dan is-sit insibu li dawn huma difettużi ħafna għax ovvjament", "issa għandna ħafna aktar mezzi u informazzjoni.", "U ċertament għad jiġi żmien meta l-ġenerazzjonijiet ta' warajna ser ikollhom teknoloġija ħafna aħjar minn tagħna.", "Issa f'Għar Dalam fadal biss roqgħa ċkejkna mmens li għadha mhiex skavata u allura jiena ma nimmaġinax li xi ħadd jista' jmissha jekk ma jnaddafx il-ħajt kollu tal-madwar u jieħu kampjuni tal-pollinu li jsib.", "Biex nagħtik eżempju ieħor nista' nsemmilek xi rqajja ta' ħamrija miżgħuda bi fdalijiet umani li tħallew apposta ġol-Hypogeum b'dan l-istess għan li jiġu studjati fil-futur.\"", "Kont kurjuża jekk matul dawn is-snin kollha jaħdem f'dan il-qasam, hu kienx qatt sab xi oġġett ta' valur waqt l-iskavi?", "\"Għad hemm ċertu pajjiżi fejn għadu jeżisti dak l-element ta' avventura u ta' skoperti ta' teżori, bħal ngħidu aħna fl-Eġittu.", "Naf ħafna bħali li jgħiru għal arkeologi li jaħdmu fl-Eġittu bħal Zahi Hawass li kapaċi jsib xi nekropoli sħiħa!", "Imma fir-realtà illum l-arkeoloġija hija xjenza u xi skoperta ta' dan it-tip hija pjuttost rari u għalhekk apprezzata ferm.", "Waqt li kont qed niskava f'Benghazi kont kuntent ħafna meta rnexxielna niskopru l-bidu ta' mużajk Ruman.", "Nixtieq li xi darba insib xi biċċa statwa jew inkella xi biċċa vażun li għandu xena sħiħa mpinġija fuqu!", "Min-naħa l-oħra x-xorti daħket mhux ħażin lil grupp ta' studenti li kienu qed jiskavaw miegħi fi Brockdorff Circle meta dawn sabu numru kbir ta' skulturi u wieħed minnhom saħansitra sab sitt figurini flimkien.\"", "Staqsejtu liema fl-opinjoni tiegħu huwa l-aktar sit arkeoloġiku ta' valur f'pajjiżna?", "\"Naħseb li kulħadd jaqbel li l-aktar sit arkeoloġiku ta' importanza f'pajjiżna, anki minħabba li huwa uniku, bla dubju huwa l-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni.", "Anzi nasal biex ngħid li l-valur tiegħu jkompli jiżdied", "jekk tikkomparah f'dik li hija x-xena internazzjonali.", "Tempji ssib diversi madwar id-dinja imma monument bħall-Ipoġew huwa uniku, kemm minħabba li huwa daqstant estetikament pjaċevoli u anki għar-raġuni li apparti li l-arkitettura tiegħu hija meraviljuża, minnu ħarġu wkoll numru ta' affarijiet artistiċi.\"", "L-aktar pajjiżi barranin li jaffaxxinawh għall-arkeoloġija tagħhom huma l-Italja u l-Eġittu.", "U għalkemm dar diversi siti arkeoloġiċi madwar id-dinja, jixtieq ħafna jżur l-arkeoloġija tal-Perù.", "Ta' min isemmi wkoll illi dan l-aħħar il-Prof.", "Bonanno irċieva żewġ unuri mprezzabbli minn żewġ pajjiżi barranin.", "\"Meta ġejt mgħarraf li ngħatajt l-unur bħala Corresponding Member tal-German Archaeological Institute ħassejt sodisfazzjon kbir speċjalment minħabba li minn dejjem xtaqt ninvolvi lill-Ġermaniżi f'xi skavi tagħna peress li għandhom teknoloġija serja ħafna.", "Apparti minn hekk apprezzajt ħafna wkoll il-privileġġ li jinvolvi unur bħal dan: l-ospitalità f'diversi biblijoteki mill-aqwa mxerrda f'diversi pajjiżi oħra.", "L-aħbar l-oħra waslet b'sorpriża f'Jannar li għadda, fejn did-darba l-Archaeological Institute of America infurmani li kien għażilni bħala Corresponding Member tagħhom ukoll.", "Apprezzajtu ferm dan l-unur li jingħata lill-arkeologi li jkunu ddistingwew ruħhom barra mill-Amerika u l-Kanada għax fil-lista ta' dawk magħżula qabli hemm ċertu ismijiet famużi bħal dak ta' Kristos Dumas u Zahi Hawass.\"", "Tlabtu jsemmili liema mill-kitbiet tiegħu kienu l-aktar għal qalbu?", "\"Bla dubju l-aħħar ktieb", "għax fih inkorporajt ħafna mill-ideat li kienu sparpaljati u fil-passat ħarġu individwalment f'artikli.", "Imbagħad hemm ukoll il-ktieb", "li għalija kien ta' sfida kbira minħabba t-termini bil-Malti imma deherli li kien dover tiegħi li nissodisfa ċertu bżonn tal-Maltin, espressa bil-lingwa Maltija.\"", "F'egħluq l-intervista semmejna wkoll l-Archaeological Society li apparti li l-professur huwa wieħed mill-fundaturi tagħha, illum huwa anki l-president ta' din is-soċjetà.", "\"L-iskop prinċipali ta' din is-soċjetà huwa li tippromwovi l-arkeoloġija ma' kulħadd, anki ma' min huwa dilettant.", "Regolarment norganizzaw numru ta' lectures u site visits u kull min jixtieq jeduka ruħu f'dal-qasam huwa mistieden li jingħaqad magħna.", "Min ikollu bżonn aktar informazzjoni jista' jikkuntattjana fuq l-email:", "Għalkemm forsi fil-films il-ħajja tal-arkeologu hija deskritta b'ħafna aktar kulur, issa li kelli l-opportunità li nintervista lil wieħed mill-aktar arkeologi rinomati f'pajjiżna, xtaqtu jgħidli jekk jaħsibx li wara kollox l-arkeoloġija tagħtux dik il-laqta insolita f'ħajtu?", "\"Ċertament inti u tħaffer fl-art fl-isfond tal-għarfien tal-istudji tiegħek hemm dak l-element ta' eċitament.", "U anki jekk ma ssib l-ebda oġġett tad-deheb, l-iskoperta u x-xogħol", "tiegħek huma ta' valur għax qed jikkontribwixxu għax-xjenza.", "Jekk inħares lura nista' ngħidlek li kienet karriera li tagħtni bosta sodisfazzjon u laqqgħatni ma' nies kbar.", "Ħolqitli wkoll is-sodisfazzjon li nara l-formazzjoni tal-mentalità tal-istudenti li ġew fdati f'idejja u li narahom jirnexxu fl-istudji tagħhom.", "L-arkeoloġija ta' pajjiżna hija parti minna, hija wirt tagħna.", "Ma naħsibx li kont inkun daqshekk kburi li jien Malti li kieku ma kellnix it-tempji neolitiċi jew l-Ipoġew.", "Anzi aktarx kieku kont inħossni daqsxejn inqas.", "Il-fatt li għandna dak il-wirt għalija jpoġġina fuq ċertu pedestall.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-8 ta' Mejju 2011)", "arkeologija", "Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija", "Ghar ix-Xih", "Torċa", "Università ta' Malta"], "category": "blog, literature, culture", "title": "WIRT LI JPOĠĠINA FUQ PEDESTALL"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/11/il-holqien-ta%E2%80%99-kult/", "text": ["IL-ĦOLQIEN TA' KULT", "Nifktakar li fi tfuliti kont naffaxxina ruħi u fl-istess ħin nitwaħħax meta kont ngħaddi minn ħdejn artal partikolari li kien jinsab f'waħda mill-korsiji tal-Knisja ta' Santa", "Katerina, ż-Żejtun.", "Ġewwa fih kien iħaddan statwa ta' qaddisa mimduda fl-art, bil-pala ta' jdejha mħaffra min-naħa ta' fuq.", "Kont ilni żmien sewwa nitħasseb x'seta' kien li kellha f'idejha dik l-istatwa imma żgur li qatt m'għaddieli minn moħħi li magħluqin f'dak il-kontenitur tal-ħġieġ ċkejken kien hemm l-għadam tal-qaddisa nnifisha u li dak kien korp sant.", "Wara li skoprejt dawn il-fatti, kont għamilt żmien mhux ħażin inċerta jekk nippreferix nersaq aktar qrib ħalli nifli sew x'kien hemm jew naħrabx niġri li ma tmurx tqum għalija l-istatwa!", "U b'nostalġija nistqarr li ħafna drabi kienet tirbaħ l-għażla tal-aħħar u dlonk kont intir meta niġi biex ngħaddi minn fuq dawk l-erba' madumiet ta' quddiemu.", "Dawn il-memorji ta' tfuliti tqanqlu hekk kif dil-ġimgħa ltqajt ma' Fr David Farrugia biex niddiskuti miegħu t-tnhedija ta' Wirja Nazzjonali dwar il-Kult ta' Sant'Andrija f'pajjiżna f'egħluq il-1950 sena mill-martirju tiegħu.", "Dlonk xtaqtu jfissirli l-kunċett tal-kulti u l-qaddisin.", "\"L-espressjoni 'kult' tnisslet mill-kelma 'coltivare' li bil-Malti tittraduċi fi 'trawwem'.", "Infatti f'dan il-każ meta nitkellmu dwar kult inkunu qed infissru li wieħed irawwem jew jikkultiva l-imħabba u d-devozzjoni lejn xi qaddis partikolari.", "Huwa interessanti li wieħed jara minn fejn bdew dawn il-kulti.", "L-oriġini tagħhom tmur lura għal bosta snin meta t-twemmin nisrani kien għadu fl-ewwel passi tiegħu u l-Insara", "kienu qed jiġu ppersegwitati.", "Kien żmien meta nies ta' devozzjoni kbira kienu qed jagħżlu li jieħdu l-martirju minflok jiċħdu l-fidi tagħhom u dawn bdew kważi kważi jiġu ddikkjarati minnufih bħala qaddisin mil-komunità Nisranija.", "Fil-qagħda diffiċli li kienet tinsab fiha l-Knisja fl-ewwel snin tal-bidu tagħha, il-komunità Nisranija għarfet illi dawn il-martri kellhom importanza kbira peress li kienu qed jagħtu eżempju ta' kif wieħed għandu jgħożż twemminu sal-aħħar u b'hekk bdew jinbnew il-kulti.\"", "Jitwieldu bosta kulti imma x'inhi r-raġuni li wħud jintesew mal-medda tas-snin filwaqt li oħrajn jibqgħu ħajjin għal żmien twil?", "\"Il-kult qisu pjanta.", "Il-bniedem huwa bħaż-żerriegħa li l-fama tiegħu tibda tinbet meta jmut.", "Issa hemm dawk li jbattu wara ftit bħal dik il-pjanta li toħroġ il-fjuri malajr imma jinxfu ħesrem.", "U hemm ukoll dawk li jdumu kemmxejn ma jagħtuk il-frott imma mbagħad meta joħorġu, jibqgħu ħajjin għal ħafna aktar żmien.", "Kult ta' qaddis jibqa' ħaj sakemm jibqa' jsib lil min jitwaħħad miegħu.", "Ġeneralment kult jinbet meta l-karatteristiċi ta' dak il-qaddis ikunu simili", "għal dawk tan-nies tal-inħawi u b'hekk tibda d-devozzjoni lejh.", "Ngħidu aħna fil-każ ta' Sant'Andrija nsibu devozzjoni kbira lejh f'diversi nħawi fostom f'Marsaxlokk, f'Ħal-Luqa, fiż-Żurrieq u fix-Xlendi peress li dawn jew dari jew illum kienu nies tal-baħar bħal Sant'Andrija li kien sajjied.", "Imbagħad naturalment, meta dawn in-nies imorru joqogħdu f'lokalitajiet oħra, wħud minnhom jġorru magħhom dan il-kult u allura tibda ssib il-qima lejn il-qaddis f'inħawi oħra wkoll bħal f'Bormla, f'Birkirkara, fil-Mosta, f'Ħal-Lija, fis-Sannat u fix-Xewkija.\"", "Kif żviluppa l-kult ta' Sant'Andrija f'pajjiżna?", "\"F'pajjiżna d-devozzjoni popolari lejn Sant'Andrija Appostlu nistgħu ngħidu li teħodna lura għall-Medjuevu.", "Fil-fatt kemm fil-Knisja tal-Lunzjata ta' Ħal-Millieri u kemm f'dik ta' Santa Marija ta' Birmiftuħ insibu affreski li jirraffiguraw lil dan il-qaddis.", "Man-nisġa tas-snin, il-kult ta' Sant'Andrija baqa' dejjem jinfirex f'pajjiżna tant li bdew jitwaqqfu għadd ta' knejjes, altari, fratellanzi, niċeċ u statwi ddedikati lilu.", "Saħansitra anke żewġ parroċċi ħadu l-patroċinju tiegħu; b'dik ta' Ħal-Luqa tagħraf lil Sant'Andrija bħala l-patrun ewlieni u titular tal-parroċċa, filwaqt li dik tal-Fontana f'Għawdex tgħodd lil dan il-qaddis bħala l-kon-patrun flimkien mal-Qalb ta' Ġesù.\"", "Kif jitnissel patrun ta' belt jew raħal?", "\"Fl-imgħoddi kienet inħolqot id-drawwa illi meta kien jindifen martri kienet tinbena kamra kbira fuq il-qabar tiegħu sabiex fiha jkunu jistgħu jinġabru u jistrieħu l-pellegrini li jmorru biex iżuru l-post.", "F'ċerti lokalitajiet il-popolarità ta' dan il-martri tant kienet tiżdied li ċerti individwi kienu jagħżlu li jmorru joqogħdu fl-inħawi tal-madwar.", "Għaldaqstant, ftit ftit minn naqra ta' kamra fuq il-qabar tal-martri, il-bini beda jitkabbar sakemm bdew jidhru l-ewwel knejjes.", "U hekk kif eventwalment il-Knisja kienet tiddikkjara lil dak il-martri bħala qaddis, in-nies kienet taċċettah bil-qalb kollha bħala l-patrun tagħha.", "Biex nikkomparaw ma' dak li jseħħ illum, nistgħu nħarsu lejn il-patrun tal-Parroċċa tas-Swatar li mhu ħadd ħlief il-qaddis Malti San Ġorġ Preca.", "Kienet il-Knisja stess li pproponiet lil dan il-qaddis sabiex ikun il-patrun tan-nies tas-Swatar bil-ħsieb li jkun hemm l-ewwel parroċċa ddedikata lilu.", "In-nies aċċettat bil-qalb kollha u b'hekk huma għandhom l-ewwel qaddis patrun Malti.\"", "Imma illum għadu żmien il-kulti u l-patruni?", "\"Skont kif tħares lejhom.", "Biex toqgħod tingħalaq fihom infushom le.", "Biex toqgħod tintilef u tisħaq illi l-qaddis tiegħek huwa l-aqwa qaddis, le.", "Imma biex tagħraf il-messaġġ tagħhom fil-ħajja tiegħek, iva.", "Meta l-Knisja tħeġġeġ għall-kult tal-qaddisin, hija ma tkunx qed tħeġġeġ għall-idolatrija, kif forsi hawn min jakkużaha, imma tkun qed tippromwovi l-fatt li dak li Alla qed joffri lill-bniedem f'Ġesù u fl-azzjonijiet li wettaq darba għal dejjem, tassew jiswa ta' ġid lill-bniedem, ġid bla qies li jinkiseb fil-ħajja ta' wara din.", "Barra minn hekk ix-xhieda ta' dawn il-qaddisin turi li dan hu possibli u reali u mhux sempliċiment ħolma, teorija jew aljenazzjoni.", "Dan għaliex il-bniedem, ta' bniedem li hu, għandu bżonn li jibqa' jiftakar minn fejn ġej twemminu.", "U permezz ta' dawn il-qaddisin jista' jikkontempla u jixtarr għala bniedem kapaċi jkollu kuraġġ biżżejjed biex jagħti ħajtu għal dak li jemmen fih.", "Illum uħud minna jsibu problema anki biex imorru l-quddies darba fil-ġimgħa.", "Allura anki bla ma jrid wieħed jistaqsi x'wassal lil dan l-individwu biex ikun daqshekk konvint?Għax kien stramb jew antikwat?", "Jew forsi għax kien kuraġġjuż?", "Ngħidu aħna Sant'Andrija kif wasal biex jieħu r-riskju kbir li jitlaq ix-xogħol tiegħu bħala sajjied biex imur bħala dixxiplu ta' Ġesù u jsir sajjied tal-bnedmin?", "Kien miġnun għax għamilha?", "Jew ħa riskju m'Alla għax ħajtu ma kellix biss valur għal din l-art imma anki għall-għaqda sħiħa miegħu?Iżda t-twemmin hu dejjem riskju għax dak li joħroġ mill-fiduċja ma tafx fejn għad jieħdok.", "Meta Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja huwa ried jgħaddi messaġġ qawwi ħafna: li xtaq isalva lil bniedem permezz tal-bniedem stess.", "U l-istess jagħmel permezz tal-qaddisin meta bil-ħila tagħhom jikkonferma", "illi l-messaġġ tiegħu qed jasal b'mod ċar għand il-bnedmin l-oħra f'kull żmien.", "Diversi nies li jifhmu dan il-messaġġ jibdew jgħixuh f'ħajjithom u mill-ħajja tagħhom joħorġu bosta tifsiriet pożittivi dwar dak li Alla ried jgħid meta bagħat lil Ibnu fostna.", "Nistgħu nqabbluhom ma' speċi ta' amplifiers li kollha jxandru l-istess messaġġ oriġinali: dak li Alla jridna nkunu parti Minnu u li għalhekk għandna nżommuh fiċ-ċentru ta' ħajjitna.\"", "Kemm hu diffiċli biex wieħed isir qaddis fiż-żminijiet ta' llum?", "\"Kull żmien għandu tiegħu u daqstant ieħor kull qaddis għandu l-istorja partikolari tiegħu.", "Il-ħajja minn dejjem kellha l-iebes u s-sabiħ tagħha.", "Il-problema hi fejn inqiegħdu l-aċċenti.", "Jekk trid tieħu xi ħaġa bis-serjetà fil-ħajja, tkun xi tkun, taf li ser tbati.", "Personalment aktar milli nimita l-ħajja tal-qaddisin, jiena nippreferi nimita l-attitudnijiet tagħhom.\"", "Allura x'inhu l-iskop wara din il-wirja nazzjonali dwar il-Kult ta' Sant'Andrija?", "\"Biex ikollna aktar ħjiel konkret tal-kult ta' Sant'Andrija f'pajjiżna, kien tassew f'waqtu li anke marbuta ma' l-1950 sena mill-martirju u d-dħul glorjuż fis-sema ta' dan l-appostlu, il-Parroċċa ta' Ħal-Luqa torganizza esebizzjoni fuq skala nazzjonali li titratta l-qima tiegħu hekk kif riflessa fl-arti sagra ta' pajjiżna.", "Instabet l-għajnuna meħtieġa minn għadd ta' entitajiet ekkleżjastiċi, kemm dawk Maltin u kif ukoll dawk Għawdxin.", "Kien hemm ħafna ko-operazzjoni anke min-naħa ta'diversi entitajiet governattivi u minn numru ta' individwi sabiex b'hekk setgħu jinġabru flimkien taħt saqaf wieħed bosta eżemplari ta' din id-devozzjoni popolari lejn dan il-qaddis.", "Xi kultant jista' jkun li naħsbu illi dawn l-affarijiet m'għadux żmienhom jew li mhumiex popolari.", "Iżda din il-wirja hija prova ċara ta' kemm għad hawn interess f'dan il-qasam.", "Inġabru aktar minn 75 oġġett relatat mal-kult ta' Sant'Andrija.", "Kien hemm ukoll numru ta' affarijiet oħrajn li għal raġunijiet varji ma setgħux jinġiebu għal din il-wirja.\"", "Lil min għandha tinteressa wirja ta' dix-xorta?", "\"Prinċipalment lid-devoti ta' Sant'Andrija kemm Maltin u kemm Għawdxin.", "Imma anki lil min hu dilettant tal-arti jew tal-aspett sagru.", "Ta'min isemmi illi l-wirja ser tkun qed tinkludi fiha bosta opri", "artistiċi u ta' valur storiku marbuta mad-devozzjoni popolari lejn Sant'Andrija Appostlu fostom xogħolijiet ta' artisti magħrufa bħal Francesco Zahra, Filippo Dingli, Mariano Gerada, Paolo Camilleri Cauchi, Carlo Darmanin, Pietro Saliba, Giuseppe Calleja, Emanuele Buhagiar, Abraham Gatt, Girolamo Dingli, Wistin Camilleri, Ferdinand Stuflesser (Bolzano), Alfred Camilleri Cauchi, Anton Agius, Publio Magro, Michael Camilleri Cauchi, Paul Aquilina, James Azzopardi u Twanny Ellul.", "Ta' attrazzjoni speċjali ser ikunu żewġ kwadri importanti ħafna, wieħed ta' Stefano Erardi li nġab mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann u l-ieħor ta' Giuseppe Calì li soltu jkun fil-Blue Room tal-Palazz ta' San Anton.", "Apparti minn dawn wieħed jista' wkoll jammira għadd ġmielu ta' statwi kbar u oħrajn fil-minjatura, kwadri, bozzetti, fidda Maltija, ritratti storiċi, rakkmu bi ħjut tad-deheb, inċiżjonijiet antiki u oġġetti oħra relatati mal-kult ta' dan il-qaddis.", "Il-ħsieb fundamentali kien li nagħtu idea ta' Sant'Andrija fuq livell popolari u għalhekk flimkien ma' dawn ix-xogħolijiet ta' livell għoli inkludejna wkoll statwi żgħar antiki magħmula mit-tafal li xi darba xi ħadd qala' meta kien għadu tifel żgħir.", "L-inklużjoni ta' dawn l-istatwi mhux li jwaqqghu il-livell tal-wirja imma biex verament inkunu nistgħu nirriflettu dwar il-kult li għandu dan il-qaddis.", "Nittamaw illi permezz ta' dawn l-esebiti, il-poplu Malti u Għawdxi jkompli jitkattar fil-qima u d-devozzjoni lejn l-Appostlu Sant'Andrija waqt li jagħraf japprezza dejjem aktar il-patrimonju kbir li ħallewlna missirjietna.\"", "Din il-wirja li ġġib l-isem Regi Similia Passvs li tfisser 'Sar Jixbħu Sal-Passjoni' ser tkun qed tittella' fil-Kappella taċ-Ċentru Parrokkjali, Ħal-Luqa mid-19 sat-28 ta' Novembru,", "2010 f'dawn il-ħinijiet: Mit-Tnejn sas-Sibt: mis-6.00pm sad-9.00pm u l-Ħadd: mid-9.00am sa 12.00pm u mill-5.00pm sad-9.00pm.", "Id-dħul huwa b'xejn u aktar tagħrif jista' jinkiseb minn fuq is-sit:", "www.luqaparish.com", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-21 ta' Novembru 2011)", "knisja", "Lija", "Luqa", "qaddis", "Santa Marija", "Torċa", "wirja", "Xewkija", "Żejtun"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-ĦOLQIEN TA' KULT"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/05/il-grajja-tal-argentier/", "text": ["Il-ġrajja tal-arġentier", "Illum ser nerħulha għal għonq it-triq ta' sensiela ġdida li ħa teħodna fuq vjaġġ ieħor li din id-darba se jlaqqagħna ma' kobor il-Malti.", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' din il-kitba se jkun li jitfa' dawl fuq il-poplu tagħna li minnu sikwit joħorġu nies ta' ħila kbira imma li kultant, ftit li xejn nisimgħu bihom.", "Infatti jweġġagħni dan il-poplu tagħna li għandu ħabta jogħxa bil-kapaċità tal-barrani filwaqt li joħnoq taħt l-għanqbut lil demmu stess!", "Min-naħa l-oħra, dawn l-artikli se jkunu qed jiftħu tieqa wkoll fuq numru ta' personaġġi magħrufa li għexu f'perjodi oħra u li forsi llum jitqiesu bħala parti mill-passat.", "Minflok, nixtieq nuri li l-ispirtu ta' dawn l-individwi għadu ħaj fostna ħafna aktar milli nistgħu nimmaġinaw...", "Xi ftit tax-xhur ilu kelli l-opportunità li niltaqa' mal-arġentier Tarcisio Cassar fuq il-post tax-xogħol tiegħu li kien miżgħud b'għadd ta' għodod u xogħolijiet lesti għall-bejgħ.", "Huwa laqgħani bi ħlewwa liema bħalha u dlonk qabad jagħtini ħjiel dwar is-sengħa antika u tradizzjonali tiegħu.", "Ftehemna li nerġgħu niltaqgħu darb'oħra sabiex nintervistah imma dan qatt ma seħħ għax xi ftit taż-żmien ilu, Tarcisio ħalla din id-dinja u jiena tlift iċ-ċans li niret mingħandu l-għerf li ħallewlu missirijietu.", "Għaldaqstant meta dan l-aħħar intlabt minn Wirt iż-Żejtun sabiex nintervista lill-arġentier Joseph Aquilina, ħtaft mill-ewwel l-okkażjoni.", "Waqt il-laqgħa li kelli ma' Joseph intbaħt li jiena trabbejt u għext viċin il-post fejn dan l-individwu ħadem xogħolijiet kbar, imma b'danakollu ma kellix l-iċken idea tiegħu!", "Ma kienx hemm dubju li kien wasal iż-żmien biex nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda u minnufih involvejt ruħi biex nistħarreġ l-istorja li tinsab wara din is-sengħa.", "Joseph ħadni lura lejn is-snin tletin hekk kif rama jirrakkuntali dwar iz-ziju ta' missieru, Carmelo Caruana, li kien arġentier Bormliż.", "Jidher li qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, Bormla kienet waħda mill-bejtiet tax-xogħolijiet tal-arġenterija u hemm wieħed seta' jsib nies ta' sengħa mill-iprem.", "Wieħed minn dawn kien Xandru Cassar u miegħu eventwalment laħqu wkoll uliedu, Joe u Salvinu.", "Peress li dawn kienu ġirien ma' Carmelo, huwa ma damx ma beda jieħu interess f'dan il-qasam u aktar tard, meta fl-1938 ġab il-liċenzja ta' arġentier, huwa beda jaħdem bħala lavrant magħhom.", "Iżda l-gwerra ċaqalqitu minn Bormla u Carmelo mar joqgħod iż-Żejtun, fi Triq Marsaxlokk, fejn fetaħ ħanut u baqa' jaħdem fih għal ħafna snin.", "Anki missier Joseph, li kien jismu wkoll Joseph u bħal zijuh kien Bormliż, trawwem f'din is-sengħa u bħal Carmelo, huwa għamel karriera twila jaħdem ma' Xandru Cassar.", "Madanakollu ġie żmien meta l-paga ta' sebgħa liri fil-ġimgħa ma setgħetx titma' sewwa lill-familja tiegħu li diġà kienet tikkonsisti minn tliet ulied, u b'hekk huwa ddeċieda li jiftaħ għal rasu.", "Peress li anki hu kien ta' ħila kbira, ma damx wisq biex qabad fix-xogħol tiegħu bħala arġentier mill-ħanut li fetaħ fi Pjazza Santa Marija, iż-Żejtun.", "U minn dal-post bdiet ukoll il-ġrajja ta' Joseph li ftit ftit ma damx ma ddakkar minn missieru u ta' tifel li kien huwa beda jitħajjar jipprova jaħdem xi ħaġa żgħira.", "Infatti ta' 12 il-sena, wara li tispiċċa l-iskola, huwa beda jinxteħet wara l-bank tax-xogħol ta' missieru fejn kien jitħalla jsensel il-kuruni tar-rużarju li n-nies kienet tordna f'dak iż-żmien.", "Dinjet Joseph kienet diġà bdiet ixxaqleb lejn din is-sengħa tal-arġenterija imma d-destin ried li r-ritmu li jidħol fiha, ikollu pass ħafna aktar mgħaġġel.", "Dan seħħ meta għodwa minnhom, daħal spettur tas-servizzi soċjali fil-ħanut tagħhom, u sab lil Joseph wara l-bank.", "U akkost li missieru spjegalu li ibnu kien qiegħed jitħarreġ biss u mhux jaħdem miegħu, dan l-ispettur tah ħmistax ċans biex jagħmillu l-ktieb tax-xogħol.", "Ħabta u sabta, fl-età ta' 14 il-sena, Joseph sab ruħu jinqala' minn fuq il-bank tal-iskola sabiex minflok jidħol fid-dinja tal-adulti.", "Huwa stqarr li dak iż-żmien ma ħadhiex bi kbira li kellu jitlaq l-iskola iżda aktar tard, meta kiber fis-sengħa tiegħu u sab ruħu fi stat li jrid jikkomunika ma' nies f'pajjiżi oħra, Joseph intebaħ li fir-realtà kien ikun aħjar li kieku tħalla jkompli l-iskola sal-aħħar.", "Missier Joseph kien bastun fuqu u sikwit kien iwissieh li din is-sengħa riedet tittieħed b'serjetà kbira għax kien hemm ħafna x'titgħallem u daqstant ieħor fejn tiżbalja.", "Għalhekk għall-ewwel, it-tfajjel kien joqgħod kemmxejn lura milli jipprova xi ħaġa ġdida.", "Imma ġara li darba minnhom, avolja kien jibża' ferm minn missieru, huwa ppjana li jagħmel waħda minn tiegħu ħalli jara sa fejn kien kapaċi jasal.", "Kien żmien ir-Randan u waqt li lejla waħda, missieru rħielha lejn il-knisja biex jisma' l-eżerċizzji, Joseph mar għand ommu u talabha tagħtih iċ-ċurkett tat-tieġ ħalli jaqsmu u jerġa' jsewwih sakemm missieru jiġi lura.", "Ommu ma ħasbithiex darbtejn biex tagħtulu u hu kollu eċitament erħilha jaqsam iċ-ċurkett fi tnejn, iqabbad il-flixkun tal-gass, jipprepara s-saldatura tad-deheb u ħafif ħafif, jgħaqqdu lura mill-ġdid.", "Il-pjan tiegħu rnexxa qatiegħ tant li ommu baqgħet skantatha għax ma setgħetx issib tarf minn fejn binha kien qata' ċ-ċurkett u reġa' għaqqdu flimkien.", "U hekk kif żewġha ġie lura hija qaltlu bil-kapaċità ta' binhom u dan tant impressjona ruħu li minn dakinhar 'l hemm, it-tiswijiet li bdew jidħlu l-ħanut kienu jispiċċaw kollha direttament għand Joseph.", "Finalment l-iben kien rebaħ il-fiduċja assoluta ta' missieru u minn hemm baqa' għaddej u ġab il-liċenzja ta' arġentier fl-1968.", "Fatt kurjuż huwa li meta wieħed isir arġentier, il-Konslu tal-gvern jagħtih boll personali sabiex bih huwa jimmarka x-xogħol tiegħu.", "Dan il-boll jibqa' marbut ma' dak l-individwu partikolari u ħadd qatt aktar ma jista' jużah.", "Sabiex jispjegali aħjar, Joseph urieni ktieb rari mmens 'The Goldsmiths of Malta and their Marks' li ġie ppubblikat fl-1972 minn Chev Victor Fredrick Denaro, pijunier tal-istudju tal-fidda antika Maltija.", "F'dan il-ktieb kien hemm informazzjoni dwar is-sengħa tal-arġentiera Maltin li tmur lura sa minn żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann u twassal sa snin aktar riċenti.", "Fosthom wieħed jista' josserva l-marki tal-boll differenti tal-Maltin li ħaddnu din is-sengħa, inkluż dawk ta' Joseph u tal-familjari tiegħu.", "Intant, kien permezz ta' dawn id-dettalji li darba minnhom huwa skopra min kien għamel il-bieba tat-tabernaklu tal-Parroċċa taż-Żejtun, hekk kif waqt li kien qed jaħdem fuq il-parti ta' ġewwa tiegħu, Joseph intebaħ bill-boll tal-arġentier Lebrun li kien jinsab imnaqqax fuq naħa minnhom ta' dan ix-xogħol.", "Għalkemm jiena kont naħseb li l-arġentier jaħdem biss fuq il-fidda, ir-realtà hija ferm differenti.", "Fil-fatt l-arġenterija għandha taqsimiet enormi fejn tespandi u fosthom tinkludi: xogħol tal-fidda, tad-deheb, u tal-filugranu, is-separazzjoni tad-deheb u l-ħidma tal-fidda, u anki l-ingastatura tad-djamanti.", "Illum, ħafna minn dawk li jagħmlu dan x-xogħol ta' arġentiera, jkollhom jispeċjalizzaw f'xi taqsima partikolari.", "Imma dari l-istorja kienet mod ieħor, hekk kif wieħed kien ikollu jmidd idejh u jitħarreġ fuq diversi fergħat ta' din is-sengħa.", "Hekk tgħallmu l-antenati ta' Joseph u l-istess għamel hu.", "Madanakollu hu nsista aktar minn darba li s-sengħa tal-arġentier hija bla tarf u wieħed mhux la kemm jibda jaħdem kif ġieb u laħaq.", "Trid diversi snin ta' taħriġ qabel tibda taħdem waħdek u huwa għalhekk li min ikun jixtieq jieħu dax-xogħol bis-serjetà, idealment jibda minn meta jkun għadu żgħir.", "Joseph tħarreġ fuq din is-sengħa bil-mod tradizzjonali fejn ix-xogħol isir kollu bl-idejn.", "U anki jekk illum jeżistu diversi magni li jħaffu aktar u jnaqqsu ferm it-tbatija minn dan ix-xogħol, huwa baqa' dejjem juża l-metodi antiki minħabba li jemmen li hu hekk biss li jista' jinżamm il-prestiġju u l-valur tal-ħidma tal-oġġett.", "Infatti huwa saħaq li x-xogħol li jsir bil-magni jitlef ħafna mis-sinifikat tal-oġġett għax dawn jisirqulu l-għerq tal-kreattività u tat-tiswira distinta tal-id tal-bniedem tas-sengħa.", "Sabiex nifhem aħjar dan il-kunċett, Joseph beda jurini l-għodda u l-mezzi li juża biex jaħdem u hemmhekk għaraft il-paċenzja, il-galbu u t-talent li wieħed jirrikjedi biex jazzarda jaħdem f'dan il-qasam.", "Intbaħt ukoll li l-kreattività ma tintużax biss fl-oġġetti li jinħadmu imma anki f'aspetti oħra, hekk kif wieħed li jagħżel li jibqa' jaħdem bl-idejn, ikollu jara x'ser jivvinta biex isewwi jew joħloq l-għodda neċessarja.", "Intant bqajt skantata mhux ftit meta fost l-għodda li kellu, Joseph ġabli mazza tqila mmens u martell tal-inkavar li huwa kien sawwar minn numru ta' boldijiet li kien ġabar fl-1969 mill-inħawi tal-Gżira, fl-inħawi ta' Wied il-Għajn, fejn kien qed jitqatta' l-bastiment Angel Gabriel, li kien inkalja fil-post fejn aktar tard kienet inbniet il-lukanda Jerma Palace.", "Il-Maltin minn dejjem kienu mdorrijin jirranġaw b'xi mod jew ieħor u hekk ukoll għamlu fiż-żminijiet ta' wara l-gwerra meta fil-pajjiż kien hawn nuqqas ta' kollox.", "Fil-fatt Joseph irrakkuntali illi fi żmien iz-ziju ta' missieru Carmelo, in-nies kienet daret għall-muniti tal-flus biex tkompli tipproduċi l-oġġetti li xtaqet, anki jekk dan kien att illegali.", "Min jaf kemm liri tad-deheb inħallu sabiex minnhom jinħadmu xi par imsielet, ċrieket, labar u brazzuletti!", "Fost dawn jingħad li l-lampier il-kbir tal-fidda li jinsab imdendel quddiem l-artal maġġuri tal-Parroċċa taż-Żejtun kien inħadem minn numru kbir ta' muniti li waħda mara tat lill-knisja bħala donazzjoni sabiex jitwettaq dan ix-xogħol.", "Bl-istess mod jidher li saru l-par lanterni antiki tal-fidda li llum jinsabu fil-Mużew tal-Parroċċa taż-Żejtun.", "Ħsibt li s-sorpriżi kienu spiċċaw imma konna għadna biss fil-bidu, hekk kif Joseph beda joħroġ diversi ritratti sabiex jintroduċini mal-oġġetti li huwa ħadem.", "Infatti huwa ħadem diversi affarijiet b'xogħol immartellat, kollu fuq stil antik, li llum jinsabu fid-djar tal-aqwa kollezzjonisti Maltin.", "Madanakollu, apparti l-kwantità ta' zukkarieri, buqari tal-ħalib, kafettinieri u oġġetti oħra li ħarġu minn taħt idejn Joseph, kien musbieħ partikolari li fetaħlu l-bibien biex il-krejazzjonijiet tiegħu jsibu ruħhom anki barra minn Malta u fosthom għand persuni distinti bħar-reġina tal-Ingilterra li ngħatat wieħed minnhom mill-gvern ta' Malta fl-1964, waqt l-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza, u għand il-Pakistan International Airlines meta pajjiżna ġab l-ewwel ajruplan tal-Air Malta.", "Joseph kien involut ukoll f'numru vast ta' xogħolijiet fil-knejjes, kemm ġodda u kif ukoll ta' restawr.", "Fost dawn nista' nsemmi: il-kuruna tal-fidda bbanjata bid-deheb tal-ikona tal-Madonna ta' Carafa li tinsab fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, il-belt Valletta, ir-restawr tal-weraq tal-fidda li jiffurmaw parti mid-dekorazzjoni tar-relikwa ta' San Ġwann il-Battista li llum qiegħda fil-Mużew tal-Kon-Kattidral, ir-restawr ta' lampier tal-1776 li jinsab fil-Knisja ta' San Pawl, ir-Rabat Malta, u xogħol fuq ix-xabla ta' Santa Katarina fil-Parroċċa taż-Żejtun.", "Issa li Joseph Aquilina l-arġentier għandu 67 sena, huwa stqarr li mhux darba u tnejn li jħares lura lejn il-passat tiegħu u jħossu sodifatt ferm bl-esperjenzi differenti li dan ix-xogħol laqqgħu magħhom matul is-snin.", "Barra minn hekk huwa jħossu kburi li rnexxielu jkompli b'suċċess is-sengħa li ħallewlu missirijietu, flimkien ma' ħuħ Emmanuel li wkoll jagħmel l-istess xogħol.", "Intant, għalkemm ix-xogħol tal-idejn qiegħed dejjem jinqata', kemm minħabba l-iżvilupp teknoloġiku u anki sforz l-importazzjoni ta' oġġetti barranin li jiswew prezzijiet anqas, Joseph jinsab kuntent li ibnu Anton wiret mingħandu l-imħabba u t-talent lejn din is-sengħa, tant li llum anki huwa għandu l-liċenzja ta' arġentier.", "B'hekk huwa jittama li l-ġrajja tal-arġentiera tradizzjonali lokali fadlilha futur f'pajjiżna.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI fit-Torċa tal-4 ta' Mejju 2014)", "Kavallieri ta' San Ġwann", "Madonna ta' Carafa", "Parroċċa taż-Żejtun", "Parroċċa ta' San Pawl ir-Rabat", "Tieni Gwerra Dinjija", "Żejtun"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Il-ġrajja tal-arġentier"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/05/it-twelid-fid-djar-fil-passat/", "text": ["It-twelid fid-djar fil-passat", "Il-ġimgħa li għaddiet iddiskutejt xi informazzjoni li ppreżentat Janice Caruana waqt attività riċenti organizzata minn Wirt iż-Żejtun fil-bini tal-Juventutis Domus, li kienet relatata mal-irwol tal-majjistra ta' dari.", "Fl-artiklu ta' qabel, semmejt xi dettalji u rakkonti dwar numru ta' majjistri li taw is-servizz tagħhom bejn is-snin 1900 u l-1990.", "F'din it-tieni parti, se nkun qed niffoka fuq l-esperjenza, il-perspettiva, u l-ġrajjiet tal-ommijiet li welldu matul dan il-perjodu.", "L-EWWEL STADJU TAL-ĦLAS", "\"Kull ħlas għandu tliet stadji,\" spjegat Janice.", "\"L-ewwel stadju ġeneralment ikopri diversi siegħat fejn l-utru jirqaq, jitwal, jitwessa, u jinfetaħ.", "Il-mara tibda tħoss uġiegħ taħt id-dahar u fiż-żaqq.\"", "\"Meta jibda dan l-uġiegħ, xi membru tal-familja li ma kienx ser ikun qed jassisti l-omm waqt it-twelid, kien imur isejjaħ lill-majjistra.", "Ħafna mill-majjistri kienu jidentifikaw ruħhom billi jwaħħlu plakka biswit il-bieb ta' barra ta' darhom li fuqha kien ikollha miktub l-isem u s-servizzi li joffru.", "Għal filgħaxija, kien hemm min ikollu wkoll lampa b'salib fuqha wara l-bieb biex in-nies isibu l-post malajr.\"", "\"Jekk ma tkunx qed taqdi lil ħaddieħor, malli xi ħadd kien isejjħilha, kienet toħroġ taqdih.", "Kif tasal, hija kienet tiċċekkja fhiex waslet l-omm, fosthom: kemm infetħet, l-ilma, kemm qed ikun frekwenti l-uġiegħ, il-pożizzjoni u l-qalb tat-tarbija, u l-istorja tal-omm waqt it-tqala tagħha.", "Waqt din l-eżaminazzjoni, hija kienet tevalwa wkoll jekk hux ser ikun hemm il-bżonn ta' xi mediċini jew l-għajnuna tat-tabib.\"", "\"Imbagħad, skont f'liema stat tkun sabet lill-omm u jekk tkun il-prassi tagħha, il-majjistra kienet tneħħi xi pil tal-mara jew tagħtiha xi porga jew levattiv.", "Jekk l-omm tkun għadha fil-bidu wisq tal-ħlas, il-majjistra ġieli kienet titlaq tassisti lil ħaddieħor u mbagħad tirritorna.\"", "Meta l-majjistra ma tkunx mill-istess raħal/belt", "\"F'dawn il-każi, kien hemm sistema twila kif tintlaħaq il-majjistra.", "Infatti, hekk kif kien jibda l-uġiegħ, xi membru tal-familja kien jiġri lejn l-għassa tal-post sabiex jitlob lill-pulizija jċemplu lill-għassa tal-inħawi fejn toqgħod il-majjistra.", "Kif jasal il-messaġġ, pulizija kien joħroġ mill-għassa biex imur ifittex lill-majjistra u jagħtiha d-dettalji ta' dawk li jirrikkjedu l-għajnuna tagħha.", "Minn hemm, il-majjistra kienet issib mezz kif tasal għand il-mara,\" qalet Janice.", "Ħlas mhux assistit", "Imsejkna nisa!", "Mhux ta' b'xejn li ġieli kien hemm każi fejn il-majjistri ma laħqux waslu fil-ħin.", "Biex tgħaxxaqha, il-mara muġugħa kien ikollha sserraħ għal kollox fuq x'jiddeċiedu ta' madwarha, kif ser nirrakkuntalkhom hawn.", "\"Kien hemm mara tqila li kienet qiegħda taħdem fl-għalqa, meta qabadha l-uġiegħ tal-ħlas.", "Din marret tfittex 'l ommha biex tgħidilha li kienet bdiet imma ommha dehrilha li kienet għadha lura u qaltilha \"Toqgħodx iġġib il-majjistra għalxejn għax dik ikollha x'tagħmel!\"", "Hi kompliet b'xogħolha filwaqt li bintha baqgħet muġugħa, sakemm finalment, l-omm indunat li l-mara veru kienet waslet biex twelled u marret issejjaħ lill-majjistra.", "Imma kien tard wisq għax meta dawn waslu d-dar, sabu li l-mara kienet laħqet welldet weħidha fuq is-sodda!\"", "X'kienu jagħmlu l-membri l-oħra tal-familja", "\"Fl-ewwel stadju, l-omm kienet tkun akkumpanjata biss mill-qraba; ġeneralment l-omm u l-kunjata.", "Meta staqsejt fejn ikun ir-raġel, kelli dawn ir-risposti: \"Ir-raġel kien jibża'.", "Biex jagħmilhom orrajt imma mbagħad waqt it-twelid ma ried jara xejn.\"", "Imma x'kien ikun xogħolu?", "\"Ir-raġel kien joqgħod tiela' u nieżel, jagħmel il-misħun u t-tejiet.\"", "Oħra qaltli li ma kienx xieraq li ċerti membri jaraw dawn l-affarijiet, l-aktar it-tfal, ix-xebbiet u n-nisa tqal.", "Infatti, kif jibda l-ħlas, dawn kienu jinħarġu mid-dar b'xi skuża jew oħra sakemm jgħaddi kollox.\"", "\"Kienu jkunu l-qraba li jagħmlu l-preparamenti għall-ħlas, fosthom jgħallu l-misħun, ilestu x-xugamani, jitfgħu inċirata, lożor ħżiena u xi ftit xugamani fuq is-saqqu peress li dan kien magħmul mill-ħaxix u wara riedu jorqdu fuqu, jipprovdu dawl tal-lampa u xi tip ta' heater għas-sħana.\"", "IT-TIENI STADJU TAL-ĦLAS", "Fit-tieni stadju, l-utru jirqar u jitwessa', jiżdied l-uġiegħ u tkun meħtieġa l-assistenza tal-majjistra.", "Jibda jiżdied it-tqanżiħ, it-tarbija tibda nieżla u finalment tkun waslet biex titwieled.", "Wara li titwieled it-tarbija, il-kurdun kien jinqata' b'żewġ metodi: bil-ħajt jew bl-għodda.", "\"Qabel is-sittinijiet, ma kienux jippermettu lill-omm li toqgħod f'ċerti pożizzjonijiet.", "Mir-riċerka tiegħi 71% welldu fuq daharhom jew fuq il-ġenb.", "Ma setgħux joqogħdu kokka jew iserrħu imma riedu bilfors jimteddu fuq is-saqqu.", "Dan inbidel mill-1960 'l hemm fejn il-mara bdiet tingħata l-opportunità li tagħżel f'liema pożizzjoni kienet tħossha l-aktar komda twelled.\"", "\"F'dan l-istadju, il-majjistra kienet taħsel idejha u tilbes l-ingwanti u l-fardal.", "Jekk tkun ġejja minn twelid ieħor, kienet titlob lil xi ħadd mill-familja biex jgħallu l-għodod li hija tpoġġi ġo kontenitur tal-istainless steel sabiex jiġu eliminati l-mikrobi.\"", "\"Meta staqsejt lin-nisa li ntervistajt x'kienet tagħmel u tgħid il-majjistra kif tasal, weġbuni hekk: \"Marija l-majjistra kienet taħsel idejha u tgħidlek tridx nitolbu ftit?\", \"Meta kienet tiġi Dolor il-majjistra u naraha tilbes il-fardal, kont nieħu r-ruħ għax ngħid, ejja wasalt!\", \"Il-majjistra kienet tgħidli 'Issa ħu n-nifs, onfoħ, u x'ħin tiġi l-wegħġa, imbotta, tibżax!'\", \"Il-majjistra Serafina Delia tant kienet tajba li anki t-tfal minn ġol-blat kienet toħroġ!\"", "Postijiet tat-twelid", "\"Għat-twelid, uħud mid-djar kellhom kamra msejjħa alkova li kellha wisgħa ta' madwar 5 b'6 piedi.", "Kienet tkun fis-sular t'isfel jew ta' fuq u l-art kienet tkun miksija bil-madum minħabba l-iġjene, filwaqt li t-twieqi ma kienux jinfetħu biex ma jidħolx riħ.", "Spiss, l-alkova kienet tagħti għal kamra oħra.", "Filwaqt li wħud mill-kmamar kienu ddekorati u relattivament sbieħ, oħrajn kienu jkunu fl-għoli u jintlaħqu bi skalapiża li l-mara tqila u muġugħa kien ikollha titla' biex twelled!\"", "\"Kien hemm oħrajn li kienu jagħżlu li jwelldu fl-għorfa li kienet tkun l-istess kamra li jinnamraw fiha peress li kienet kemmxejn maqtugħa mill-bqija tad-dar.", "Fl-għorfa, meta jasal żmien il-ħlas, kienu jressqu s-sodda mal-ġenb tal-kamra ħalli ma jkunx hemm ventilazzjoni minħabba t-tarbija.\"", "Jekk dan qed tqisuh ftit li xejn komdu, fadal sitwazzjonijiet aktar diffikultużi.", "Għax dawk li kienu tqal waqt il-gwerra, mhux darba u tnejn li kellhom iwelldu f'xelter.", "\"Fix-xelters il-kbar spiss kont issib kamra apposta, bl-art miksija bil-madum u mogħnija bi ftit dawl u għamara.", "Din il-kamra kienet tkun il-bogħod mill-komun sabiex in-nies la jaraw u lanqas jisimgħu.\"", "Però d-dinja m'għanda qatt tarf kemm tiflaħ tagħtik fuq wiċċek.", "Infatti, waqt il-gwerra, kien hemm min kellu jwelled fuq tavla dejqa ġo xelter bla ebda kumdità ta' xejn.", "Dan hu wieħed mill-inċidenti sfortunati li seħħew waqt mument bħal dan, li semgħet bih Janice:", "\"Il-mara tqila kellha 22 sena.", "Kienet armla għax żewġha nqatel waqt li kien qed jaqdi dmiru fil-gwerra.", "Bdielha l-uġiegħ waqt li kien għaddej attakk mill-ajru u meta sejjħet lill-majjistra, wara li eżaminatha, din qaltilha li kien fadlilha ftit u li kien aħjar li tmur tipprepara ruħha fix-xelter.", "Fir-realtà, il-majjistra kienet intebħet li kien hemm xi problemi fil-pożizzjoni tat-tarbija u marret malajr issejjaħ lit-tabib għall-għajnuna.\"", "\"Meta dawn waslu, il-mara muġugħa kienet mimduda fuq tavla.", "Huma bdew jippruvaw idawwru lit-tarbija f'postha imma l-mara tant kienet muġugħa li bdiet twaqqafhom u ma setgħux jaħdmu sew.", "Għalhekk, it-tabib taha ftit sedattiv ħalli jikkalmalha l-uġiegħ u ftit wara, kompla jipprova jimmanipola t-tarbija.", "Madanakollu, l-omm baqgħet muġugħa u reġa' kellhom diffikultà biex jgħinuha.", "Dan wassal lit-tabib biex jagħti lill-omm doża oħra ta' sedattiv sakemm finalment, ħellsu lit-tarbija.", "It-tarbija twieldet imma l-omm tilfet ħajjitha minħabba li kien ngħatalha wisq sedattiv.\"", "Fatt interessanti dwar dan il-każ huwa li dan ir-rakkont għadda għand Janice proprju mingħand din il-bint li rnexxielha ssalva u li saret taf b'dil-ġrajja tagħhom mingħand in-nies li kien hemm dakinhar.", "IT-TIELET STADJU TAL-ĦLAS", "Fit-tielet stadju, wara aktar tqanżiħ, kienet toħroġ is-sekonda.", "Imbagħad il-majjistra kienet timmassaġġa l-utru u tara hemmx bżonn xi punti.", "Wara, taħsel lit-tarbija u lill-omm.", "Eventwalment, il-majjistra kienet tinforma lill-omm dwar il-bżonnijiet u n-nutrizzjoni tat-tarbija, filwaqt li tfakkarha li kellha tastjeni mis-sess għal mill-inqas erbgħin ġurnata.", "\"Jekk it-tarbija titwieled kiesħa, kienu jgeżwruha f'xugaman u jagħmluha viċin is-sħana.", "Majjistra qaltli li f'dan il-każ, kienu jagħmlu taħlita ta' misħun, zokkor, u żewġ qatriet rum u jpoġġuha fuq ilsien it-tarbija.", "Min-naħa l-oħra, jekk it-tarbija titwieled vjola, huma kienu jogħrkuha bir-rum u jagħmlulha l-magħmudija.", "Jekk l-omm tibda titlef ħafna demm, kienu jsejjħu lit-tabib biex jagħtiha xi injezzjonijiet u l-mara tittieħed l-isptar.\"", "\"Meta staqsejt lill-ommijiet x'kien idejjaqhom f'dak iż-żmien, dawn lmentaw hekk: \"Iċ-ċinturini ta' mas-sodda kienu jikkaġunawlna uġiegħ fl-ispalel u l-għada ma konniex nifilħu nerfgħu lit-tarbija\", \"Minħabba li l-majjistra ma ħaslitx idejha tajjeb, it-tarbija tiegħi ħarġitilha infezzjoni fil-parti ġenitali tagħha u f'għajnejha\", \"Il-punti qatt ma saru!\", \"Kienu joħorġuli l-murliti\", \"Il-kamra kienet kiesħa\", \"Is-saqqu kien skomdu\", \"Il-majjistra għafsitli wisq fuq żaqqi\".", "\"Ma kellix pjaċir bil-kunjata li toqgħod ħdejja waqt il-ħlas\".\"", "Esperjenzi koroh waqt it-tqala ġieli wasslu biex koppja ma jkollha qatt aktar tfal.", "\"Waħda mara qaltli li meta kienet tqila bl-ewwel tarbija tagħha, it-tabib li suppost mar jgħinha, minflok ħareġ ta' selvaġġ u biċċier.", "Kienu l-1958 u wara xahrejn tqala, din il-mara rat id-demm, taha ħass ħażin u n-nies sejjħu lit-tabib.", "Il-mara bdiet tiġi f'sensiha waqt li t-tabib kien qed jeżaminaha u għalhekk hu qalilha biex tixrob żewġ grokkijiet whisky u timtedd.", "Imbagħad, hu talab lil ommha biex tgħallilu l-istrumenti, rabat il-mara tqila mas-sodda bil-lożor, u dam siegħa u nofs jagħmlilha raxkament bla loppju!", "Meta raha tant muġugħa u bla loppju, żewġha beda jsabbat rasu mal-ħajt u minn dakinhar 'l hawn ma kellhomx aktar tfal għax ma riedx jerġa' jara lill-martu f'dik il-kundizzjoni.\"", "Il-preżentazzjoni se terġa' ssir", "Mhux possibbli ninkludi dak kollu li tkellmet dwaru Janice.", "Infatti, għal min jinteressaħ das-suġġett, hemm ħafna aktar x'wieħed jiskopri jekk jattendi għall-preżentazzjoni li ser issir mill-ġdid, il-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju 2015, fis-7:30pm, fl-uffiċċji tal-MUMN.", "Id-dħul huwa b'xejn.", "Minħabba limitazzjoni ta' spazju, min jixtieq jattendi, hu mitlub iċempel fuq 21448542 jew jibgħat messaġġ fuq", "biex jirriserva post.", "Fl-istess ħin, peress li Janice Caruana għadha għaddejjha b'din ir-riċerka dwar il-majjistri li ħadmu bejn l-1900 u l-1990, hija qed tistieden lil dawk kollha li jixtiequ jgħaddulha xi informazzjoni billi jikkuntattjawha fuq 79091700 jew", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela MINN RITRATT (11 parti) fit-Torċa tal-31 ta' Mejju 2015)", "majjistra", "pulizija", "qabla", "sittinijiet", "tarbija", "Tieni Gwerra Dinjija", "ħlas"], "category": "blog, literature, culture", "title": "It-twelid fid-djar fil-passat"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/04/it-tempji-megalitici/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Malta hija miżgħuda bi fdalijiet ta' binjiet li xi wħud minnhom imorru lura saż-żmien il-perijodu preistoriku.", "Qed nitkellmu fuq fdalijiet ta' bini li ħafna minnu għandu bejn 6000 u 4,500 sena.", "Dak li jagħmel dawn il-binjiet l-aktar affaxxinanti huwa l-fatt li huma magħmulin minn ħaġar kbir sew.", "Żgur li ma kienx faċli li xi ħadd jqatta' u jċaqlaq dan il-ġebel minn post għall-ieħor, biex imbagħad iwaqqfu u jibnu bih saff fuq ieħor.", "Dan il-ġebel hekk imsejjaħ megalitiku (mill-Grieg", ": ġebel) ġew magħżula u maqtugħa mill-blat, l-aktar tal-franka u kultant taż-żonqor.", "Ir-raġuni li l-bniedem, hekk imsejjah Neolitiku, beda jibni t-tempji, mhix ċerta.", "Biss, raġuni hemm żġur, għax mhux ċajt ittella' binja bħal Ħaġar Qim, l-Mnajdra, it-Tempji ta' Ħal Tarxien, u l-Ġgantija f'Għawdex.", "L-eqdem binjiet megalitiċi kienu pjuttost żgħar, eż., fin-naħat tal-Mġarr, f'Malta, inbnew żewg tempji ħdejn xulxin dak ta' Skorba u dak ta' Ħaġrat.", "Barra mir-raħal tax-Xagħra Għawdex, insibu żewġ tempji tal-Ġgantija, li t-tnejn li huma jinsabu magħqudin ma' xulxin.", "L-isem iħajjarna nassumu li dawn it-tempji nbew minn nies ġganti.", "L-ewwel storiku li kiteb fuqhom, Gian Frangisk Abela (fl-1647),", "kien konvint li dawn it-tempji nbnew minn nies ta' statura kbira.", "Dan kien jemmen hekk għaliex sa dak iż-żmien kienu digà instabu f'Malta, xi għadam ta' iljunfanti u ippopotami li kienu jġegħlu wieħed jaħseb li dawn kienu għadam ta' nies li kellhom statura goffa.", "In-nies li bnew it-tempji kienu bdiewa u ghexu ħajja sempliċi fuq dawn il-gżejjer.", "Dawn in-nies użaw għodda l-aktar sempliċi biex bnew it-tempji, magħmula biss mill-ġebel tal-qawwi, jew miż-żniet, injam, ġlud u ħbula.", "L-iskop li jinbnew dawn it-tempji kien wieħed, dak li jibnu mqades fejn il-poplu kien jista' jqim lill-alla.", "Din l-entità kienet x'aktarx kienet fl-immaġini kollettiva alla-mara, li kienet tirrapreżenta iċ-ċiklu tal-fertilità fl-ambjent agrikolu.", "Il-fertilità kienet għaldaqstant tirapreżenta x-xewqa kollettiva u individwali lejn abbundanza, biex b'hekk din il-komunità setgħet tissaħħaħ.", "F'Malta nafu b'sitta u għoxrin sit preistoriku li ġo fihom instabu b'kollox daqs sitta u tletin tempju.", "Dawn t-tempji jirriflettu b'mod ċar kemm il-Maltin ta' dak iż-żmien kienu jemmnu f'setgħa divina li setgħet tgħinhom fil-bżonnijiet ta' ħajjithom.", "Anke fil-mewt din id-divinità kellha s-setgħa li treġġa lura l-ħajja.", "Dan narawh mill-fatt li nbnew ċimiterji taħt l-art fejn indifnu fihom eluf ta' nies.", "L-aktar magħruf fost dawn huwa l-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni li hemm ir-Raħal Ġdid.", "Dan is-sit kien x'aktarx magħmul oriġinarjment minn ftit għerien li mbagħad matul is-snin, kienu żviluppati fi kmamar tad-dfin.", "L-Ipoġew għandu fih speċi ta' kapella li hi kopja preċiża taħt l-art tal-faċċata ta' tempju megalitiku.", "Hawn kienu jsiru r-riti funebri li fl-istess ħin kienu jservu bħala riti tal-fertilità biex dak li jkun midfun kien jingħata 'l-ħila' li jirbaħ il-mewt u jerġa jitwieled mill-ġdid.", "Bħalu insibu ipoġew ieħor f'Għawdex f'sit arkeoloġiku barra x-Xagħra, magħruf bħala Iċ-Ċirku tax-Xagħra.", "Hawn ukoll instabu mijiet ta' għadam ta' nies li ndifnu fl-istess perijodu iġifieri bejn it-3800 sal-2,500 q.K.", "Il-perijodu megalitiku ra t-tmiem tiegħu daqs erbat elef u ħames mitt sena ilu.", "Żgur li dawn it-tempji m'mhumiex biss ta' valur storiku għal Malta, iżda huma kkunsidrati bħala wirt dinji mill-Unesco.", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-04T18:28:40+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "It-Tempji Megalitiċi"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/03/l-gherien-fil-gzejjer-maltin-postijiet-ta-stejjer-u-leggendi/", "text": ["ara wkoll:", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "F'Malta jeżistu mijiet ta' għerien.", "Ħafna minnhom jinsabu fil-blat żonqri jew tal-qawwi, l-aktar fl-inħawi fejn hemm l-irdumijiet jew il-widien.", "Oħrajn jinsabu max-xtut x'aktarx fil-ġebla tal-franka.", "Bosta minn dawn l-għerien huma r-riżultat taċ-ċaqliq u l-qsim tal-blat li seħħ matul il-miljuni tas-snin minn mindu ilhom jeżistu l-gżejjer Maltin.", "Minn meta l-bniedem beda jgħammar f'dawn il-gżejjer, daqs 7,000 sena ilu, dan għamel użu minn bosta għerien, għax fl-istat naturali tagħhom dawn kienu joffru l-ewwel rifuġju, qabel ma n-nies bdew iduru għall-blat imkisser li bih setgħu jibnu l-ewwel giren biex jgħixu fihom.", "Matul is-sekli dawn l-għerien intużaw għal diversi raġunijiet, mhux biss biex fihom jgħixu n-nies u l-bhejjem iżda anki biex jintużaw bħala post ta' qima.", "Nafu li fi żmien preistoriku n-nies għamlu użu minn Għar Dalam, li jinsab fil-wied qrib Birżebbuġa.", "Nafu li fil-perijodu Neolitiku, f'dan l-għar kienu jgħixu l-bdiewa fih, għax hawn instabu żrieragħ ta' diversi tipi.", "Imbagħad fi żmien il-Bronż, nafu li kienu ndifnu żewġt itfal żgħar, wieħed ta' erba' xhur u l-ieħor ta' xi sentejn.", "Dan l-għar bħal ħafna oħrajn, sal-bidu tas-seklu għoxrin, kien jintuża bħala stalla għall-mogħoż.", "Mhux wisq 'il bogħod, fir-Raħal Ġdid kien hemm għerien li ntużaw mill-istess nies preistoriċi li kienu bnew it-tempji megalitiċi ta' Ħal Tarxien.", "Dawn L-għerien kienu biż-żmien ġew imħaffra aktar fil-fond biex inħoloq l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, fejn seta' jsir fih id-dfin ta' eluf ta' nies.", "Aktar tard kien ukoll tħaffer speċi ta' tempju megalitiku fil-qalba ta' dan l-istess ċimiterju.", "Meta l-Ipoġew kien skopert fl-1902, kien magħruf bħala Tal-Għerien.", "L-Ipoġew kien meqjus bħala post sagru, mhux biss għax kienu ndifnu n-nies fih, iżda wkoll għax kienu jsiru riti reliġjużi.", "L-għeqdem knejjes f'Malta ukoll ħafna drabi nsibuhom fl-għerien.", "Din hi ħaġa naturali meta wieħed jikkonsidra li l-għerien iżommu aktar fit-tul taż-żmien mill-binjiet tal-ġebel tal-franka li jkunu mikxufa għall-elementi u l-vandaliżmu.", "Biex nagħtu eżempju nistgħu nsemmu l-għar u l-kappella tal-Minsija, l-għar u l-kappella tal-Twelid tal-Madonna fil-Mellieha, u l-għar u l-kappella tal-hekk imsejħa Madonna tal-Għar, li tinsab taħt il-bieb prinċipali tal-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat.", "Fost l-għerien li għexu n-nies fihom insibu Għar il-Kbir li jinsab daqs mitejn metru fin-nofsinhar tal-Buskett.", "Bejn s-seklu sbatax u s-seklu dsatax hawn kienu jgħixu familji raħħala li b'kollox kienu jlaħħqu mal-120 ruħ.", "Din il-komunità kienet baqgħet tgħix fi stat primittiv ħafna sas-seklu dsatax (1835), għax imbagħad l-awtoritajiet Ingliżi ħarġuhom minn hemm.", "Fil-ħemda tal-għerien wieħed jista' jitpaxxa bil-forma tal-blat, u jaħseb x'seta' ġara f'dan il-post sieket fis-sekli li għaddw.", "Kien hawn min ivvinta stejjer dwar dawn l-għerien li mbagħad saru jitwemmnu, jew kważi, għax leġġendi.", "Biex nagħtu xi eżempji nsemmu l-leġġenda magħrufa ta' Għar Ħasan, li jinsab f'xifer l-irdum ta' Kalafrana.", "Hawn kienet miżmuma tfajla minn Tork Musulman li kien jismu Ħasan.", "Tissemma wkoll il-leġġenda dwar l-għar u l-kappella tal-Madonna taI-speranza fil-Mosta.", "F'dan l-għar kienet inħbiet tfajla mill-furbani li kienu niżlu l-art ifittxu lil kull min setgħu jkaxxkru magħhom bħala lsir.", "Din it-tfajla baqgħet mistura minnhom għaliex mirakolożament meta daħlet tinħeba fl-għar, mal-bokka tal-għar intisġet għanqbuta li ġiegħlet lit-Torok jifhmu li fl-għar ma seta' kien hemm ħadd.", "Mal-knisja tal-Mensija hemm leġġenda li tgħid li l-għar tal-Madonna u San Anard kien instab wara li feġġ bħal dawl minnu.", "F'Wied il-Għasel li jinsab barra l-Mosta hemm il-kappella ddedikata lill-San Pawl Eremita.", "F'dan l-għar jingħad li kien jgħix raġel qaddis, San Korradu (nafuh ukoll bħala San Kirrew), li minkejja li kien jgħix ħajja sewwa, għal xi raġuni jew oħra kien imkeċċi minn hemm mill-bdiewa tal-inħawi.", "Jingħad li dan il-qaddis ħarab u mar jgħix f'għar taħt il-kappella tal-Kunċizzjoni tal-Qala, Għawdex.", "Verżjoni oħra tal-leġġenda tgħid li minn Malta San Korradu tar fuq mantel u spiċċa jgħix f'Noto fi Sqallija fejn għadu venerat sal-lum.", "Għar ieħor li għandu leġġenda ħelwa hu dak magrħuf bħala l-Għar tas-Sirena li hemm l-Isla.", "Dwar dan in-nitfa ta' għar jingħad li kienet tgħix fih sirena u li lil din kien sar iħobba ġuvni baħri.", "Hekk kif dan resaq lejha u bisha din is-sirena minn waħda ħajja saret statwa tal-ġebel.", "Min ma semax bl-Għar u Casa tal-Mellieħa?", "Sa ftit żmien ilu hawn kien għadu jgħix waħdu raġel f'ambjent primittiv ta' għar fis-sisien tal-Għoljiet tal-Mellieħa.", "Minn hawn dan ir-raġel kellu veduta mill-isbaħ l-aktar meta tkun niżla x-xemx fuq ix-xefaq tal-punent u għar li jnessieh mid-dinja u l-ambjent komdu tal-villel ta' madwaru.", "Isfel fil-wied ta' quddiemu hemm l-Għar tal-Madonna li ukoll hemm leġġendi marbuta miegħu.", "Minn dan li għedna naraw li matul l-eluf tas-snin l-għerien taw kenn lin-nies kemm b'mod fiżiku kif ukoll b'mod spiritwali.", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-03T20:10:30+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-GĦERIEN FIL-GŻEJJER MALTIN -Bejn Stejjer u Leġġendi"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/04/memorji-tal-gimgha-l-kbira-fiz-zejtun/", "text": ["MEMORJI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIŻ-ŻEJTUN", "Saret tiġrili kull sena f'daż-żminijiet u forsi llum wara din l-intervista, fhimt għaliex...", "Hekk kif jersqu dawn il-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira, nibda nħoss ċertu nostalġija u spiss jibdew għaddejjin minn quddiem moħħi xi memorji ta' dawn il-ġranet ta' żmien tfuliti.", "Ngħidu aħna fi żmien ir-Randan, l-adulti kienu jinsistu wisq miegħi li m'għandix niekol ħelu u għalhekk hekk kif kont inkun qed inżejjen wiċċ il-figolli bil-ġelu kkulurit,", "qalbi kienet tixxennaq bit-tentazzjoni li nbill subgħajja, filwaqt li ruħi kienet titriehex bil-biża' tal-kastig t'Alla!", "Minflok niftakarni nogħxa nħoll xi karamella tal-ħarrub f'ħalqi li nkun xtrajt bi ftit flus minn fuq iz-zuntier tal-knisja.", "Imbagħad kien hemm id-drawwa tas-sebgħa visti u kienet tkun qisha xi avventura hekk kif flimkien mal-familja tiegħi konna nduru minn knisja għall-oħra.", "Bħala Żejtunija naturalment ma setax jonqos li kont nistenna bi ħrara l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u ma nista' ninsa qatt lil dak it-tifel li kien jagħmel il-parti ta' Iżaak, għaddej ħafi matul it-toroq tal-purċissjoni!", "Barra minn hekk, id-dar tagħna, ħija Vince kien iħobb jarma l-vari li kien qed jixtri waħda waħda mingħand Diżma u allura hemmhekk kien ikollna purċissjoni oħra!", "Dawn il-ħsibijiet tqanqluli mill-ġdid meta dil-ġimgħa ġejt mistiedna minn Wirt iż-Żejtun biex nagħmel intervista lil Dr Alexander Cachia Zammit dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fiż-Żejtun fl-", "imgħoddi.", "In-nies ġiet bi ħġarha biex tisma' dak li kellu x'jirrakkontra t-tabib li llum għandu l-età ta' 87 sena u b'hekk mill-ewwel kellna indikazzjoni tal-interess li kien hemm.", "Inġbarna fl-Oratorju ċkejken biswit il-knisja parrokkjali taż-Żejtun u nista' ngħidilkom li matul dik is-siegħa li domna hemm ġew, Dr Cachia Zammit irnexxielu jdawwar lura qatiegħ l-arloġġ tal-istorja tal-Ġimgħa l-Kbira tar-raħal tagħna.", "\"Illum uħud mill-użanzi ta' dak iż-żmien spiċċaw għal kollox.", "Xi affarijiet ġew għall-aħjar iżda oħrajn hija ħasra li ntemmu.", "Imma x'tagħmel?", "Trid timxi maż-żminijiet...\" beda mill-ewwel jikkummenta t-tabib.", "\"Aħna minn dejjem konna familja b'devozzjoni kbira lejn il-Ġimgħa l-Kbira u nemmen li din l-imħabba daħlet b'saħħa f'qalbi b'mod speċjali permezz tan-nanna tiegħi li kienet tant devota.", "Meta kont għadni tifel, hi u ż-żewġ ħutha kienu jhedew jirrakkuntawli dwar dak li kien iseħħ fl-imgħoddi u dwar l-attivitajiet li kienu jipparteċipaw fihom.", "U jien kont nisma' bil-qalb, tant li għalkemm illum kbirt, il-memorji tiegħi jmorru lura sa meta kelli sentejn u nofs.", "Aħna konna noqogħdu Birżebbugia u kien hemm erbgħa okkażżjonijiet partikolari meta konna nitilgħu ż-Żejtun għand in-nanna: fil-Ġimgħa l-Kbira, f'Corpus, f'San Girgor u f'Santa Katarina.", "Dawn huma l-ewwel memorji tiegħi taż-Żejtun u tal-festi tiegħu.", "Madankollu niftakar sewwa illi l-festa tal-Ġimgħa l-Kbira kienet għalina l-ikbar festa li kien ikun hawn ir-raħal.", "Niftakarni ċar, ta' madwar sentejn u nofs, bil-qiegħda fil-gallarija tad-dar tan-nanna nistenna l-vari ħerġin u l-purċissjoni għaddejja minn quddiemna.\"", "It-tabib kompla jirrakkuntali kemm il-preparamenti għaż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira kienu differenti minn dawk ta' llum.", "\"Dak iż-żmien il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun kienu jagħtuha importanza kbira għax kien hawn devozzjoni kbira lejn il-passjoni ta' Ġesù Kristu.", "Il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira kienet iġġib magħha dik il-", "kooperazzjoni kbira tal-poplu u għalhekk wieħed kien jidħol aktar fl-ispirtu tar-Randan.", "Il-preparamenti kienu jibdew minn Ras ir-Randan u dakinhar kienet tibda wkoll l-astinenza.", "Il-papà kien jgħid illi dari l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet tieħu madwar ħames siegħat għax kienet iddur mar-raħal kollu kif kienu jixtiequ n-nies.", "Il-parteċipazzjoni tan-nies kienet tkun kbira għax iż-Żwieten donnhom dejjem xtaqu jżommu dak il-kuntatt viċin ma' dawk li jieħdu sehem fil-purċissjoni.", "Sa llum għadek tisma' n-nies jgħidulek illi l-festa tal-Ġimgħa l-Kbira jgħożżuha aktar minn dik ta' Santa Katarina għax għalihom din dejjem kienet okkażżjoni ta' devozzjoni.\"", "Issa li dil-ġimgħa ċċelebrajna l-festa tad-Duluri, tlabtu jgħidilna x'kien isir dari f'dal-ġranet.", "\"Se ngħidilkhom waħda li forsi ħafna ma jafuhiex!", "Meta aħna ġejna hawnhekk fil-gwerra, iż-Żejtun konna waħda mill-ftit parroċċi f'Malta illi purċissjoni tad-Duluri ma konnix", "nagħmlu.", "Mhux darba u tnejn li kont ikkummentajtlu lill-arċipriet ta' dak iż-żmien u spiss kont nurih ix-xewqa li xi darba norganizzaw il-festa tad-Duluri.", "Però huwa kien jgħidli biex ma nivvintax affarijiet bħal dawn.", "Madanakollu darba minnhom il-Bambin provdieli u ddeċidejt li nħallas għaliha jien dil-purċissjoni u hekk sar.", "Jekk ma niżbaljax kienet is-sena 1951 jew 1952 u kont organizzajt kollox jien: il-quddiesa bil-priedka u l-purċissjoni.", "In-nies mill-ewwel inġabret bil-kbir għax kienet ilha tixxennaq għal din il-purċissjoni.", "Għall-ewwel bdejna b'purċissjoni qasira imma biż-żmien il-konkorrenza tant kibret illi meta l-vara kienet tkun waslet biex tiddaħħal lura fil-knisja, is-serbut tan-nies li kien ikun hemm warajha, kien ikun għadu ħiereġ ftit ftit mill-knisja stess!", "Niftakar ukoll li meta ġejna biex inqabbdu r-reffiegħa kien inqala' xi ftit tal-inkwiet għax kulħadd ried jerfa' hu.", "Il-biċċa tant saħnet li kien hemm saħansitra min ried iħallas id-doppju biex jintagħżel hu!", "Xi ħaġ'oħra li ħolqot din il-purċissjoni kienet illi fejn qabel in-nies kienet tista' tagħmel xi wegħdi u sagrifiċċji biss waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, issa ċertu nies bdew jagħżlu li s-sagrifiċċji tagħhom ikunu marbuta mal-mixja wara d-Duluri.", "Dnub li qatt ma niżżilt il-kurunelli u t-talb li kienu jintqalu waqt din il-purċissjoni għax ir-rikkezza tagħhom kienet sabiħa ferm.\"", "Mad-Duluri kien hemm ukoll marbuta xi wegħdi u sagrifiċċji oħra.", "\"Ma nafx jekk fadalx min jiftakarha din.", "Kienet magħrufa bħala s-sebgħa bukkuni tal-Madonna tad-Duluri.", "Dan is-sagrifiċċju kien isir minn xi nies li jkunu qalgħu xi grazzja u kien jikkonsisti fil-mortifikazzjoni li tmur tittallab il-ħobż bieb bieb mingħand in-nies.", "Bosta drabi dawn ma kienx ikollhom għalfejn imorru jħabbtu l-bibien għax flus biex jixtru l-ħobż kien ikollhom.", "Imma s-sagifiċċju kien proprju dak li inti tmur titbaxxa u tittallab għand in-nies.", "Imbagħad meta kienu jiġbru sebgħa biċċiet tal-ħobż kienu jieklu lilhom biss għall-festa tad-Duluri.\"", "Mur għamilha llum wegħeda bħal din!", "Meta rani maħsuda t-tabib Cachia Zammit kompla jispjegali dwar drawwa stramba oħra – dik tal-Erbgħa tat-tniebri u l-għala jsejħula hekk.", "\"Dari, fl-Erbgħa tat-Tniebri kienu jkantaw l-għasar u kienu jgħattu bil-purtieri u bl-għażel it-twieqi tal-knisja biex joħolqu dak is-sens ta' dlam.", "Kienu jitfu l-vari, xemgħat imkien, kollox fi dlam ċappa.", "Imbagħad wara li jispiċċaw l-għasar, kienu joħorġu x-xemgħat u wara kull salm li jitkanta tintefa' waħda minnhom kull darba sakemm finalment tibqa' tixgħel biss l-aħħar xemgħa li tirrapreżenta lil Kristu u din ma kinetx tintefa'.", "Din il-funzjoni kienu jsejjħulha wkoll tat-tniebri għax in-nies kienet tagħmel apposta ħafna storbju fil-knisja.", "Min kien iħabbat biċ-ċuqlajti, il-qassisin kienu jsabbtu mal-injam tal-kor fejn ikunu qegħdin bil-qiegħda, filwaqt li t-tfal kienu jmorru qalb is-siġġijiet u joqogħdu jagħmlu naqra fratterija.", "Il-ħsieb wara dan kollu kien li titfakkar il-maltempata li kienet inqalgħet meta kienu sallbu lil Kristu.", "Kienet drawwa partikolari u interessanti ħafna li llum spiċċat u ntesiet għal kollox.\"", "Skont it-tabib, f'dawn iż-żminijiet il-kwadri tal-artali, il-kurċifissi u t-twieqi kienu jitgħattew bi drapp vjola biex titfakkar ġrajja partikolari fil-ħajja ta' Kristu.", "\"F'dawk iż-żminijiet meta fil-knisja kien jasal il-qari tal-ġrajja ta' Lazzru, dak il-Ħadd kien jissejjaħ 'Ħadd Lazzru'.", "Matul dan ir-rakkont tal-evanġelju naraw illi kienu qegħdin jippjanaw biex joqtlu lil Kristu", "imma hu kien ħarbilhom.", "Għaldaqstant minn dak l-inċident sakemm imbagħad Ġesù jerġa' jitfaċċa u jsallbuh, kien magħruf bħala Ħadd Lazzru.", "B'hekk biex jiġi kkommemorat dan iż-żmien, f'dik il-ġurnata kien ikun hemm sens ta' dieqa u ta' luttu fil-knejjes.", "F'din il-ġurnata ma stajt torganizza l-ebda festa tant li niftakar li darba mort għall-festa ta' San Ġużepp ir-Rabat u peress li nzertat f'din il-ġurnata, il-kwadru tiegħu kien mgħotti b'biċċa drapp vjola rrakkmata.", "Il-kurċifissi kieku jinkixfu s-Sibt fil-glorja u mbagħad kienu jinkixfu l-bqija tal-affarijiet l-oħra.\"", "Għal bosta drabi Dr Cachia Zammit saħaq kemm dari l-funzjonijiet tal-knisja kienu jittieħdu b'serjetà u b'devozzjoni.", "\"Il-funzjoni ta' Ħamis ix-Xirka kienet tkun sabiħa ħafna għax f'nofsinhar kienet tispiċċa l-funzjoni u mbagħad jibdew il-visti tas-sepulkru li dak iż-żmien kienu kważi kmandament għalina l-insara.", "Jekk ma tagħmilx il-visti daqs li kieku ser taqa' d-dinja tant li biex ma tagħmilx il-visti ridt tkun veru marid li ma tistax toħroġ mid-dar!", "Imma l-atmosfera kienet tkun sabiħa wisq għax kulħadd kien jipparteċipa.", "Bosta nies kienu jitilgħu mill-kampanja u konna ningħaqdu fi gruppi ta' rġiel għalihom u nisa għalihom.", "Nerġa' ntenni... kien żmien ieħor!\"", "Irrid jew ma rridx ikolli naqbel miegħu speċjalment meta tisma' xi rakkont bħal dan li ġej issa.", "Għax lil min ser tgħid illum li jrid bilfors jattendi priedka ta' tliet siegħat sħaħ u fid-dlam ċappa?", "\"Oriġinarjament il-funzjonijiet kienu jsiru fil-għodu, mhux bħal-llum.", "Imma, kif għedtlek, il-knisja kienet tiġi magħluqa u mtappna minn kullimkien biex tintefa' fid-dlam.", "Niftakar li l-ġimgħa, wara li kienet", "tispiċċa l-quddiesa għal xil-11:00am, kienet issir priedka twila tliet siegħat.", "In-nies kienet tipparteċipa bi ħġarha u biex tilħaq post ridt taħseb minn kmieni.", "In-nanna kienet tgħidli li lanqas biss kont tista' tikkunsidra li ma tmurx għaliha priedka bħal din għax in-nuqqas ta' attendenza għaliha kienet meqjusa bħala xi ħaġa kerha ħafna.", "Kienu jtellgħu l-vara l-kbira fuq il-presbiterju fejn il-predikatur kien joqgħod bil-wieqfa l-ħin kollu, jippassiġġa u jippriedka.", "In-nanna spiss kienet issemmi li kien hemm predikatur tajjeb ferm, ċertu Dun Ġwann Gauci.", "Darba minnhom dan ħareġ fuq l-artal f'dak id-dlam kollu u kiser is-silenzju billi tenn il-kliem li Kristu mhux veru li kien miet.", "In-nies kienet tħawdet bi kliemu imma meta mbagħad kompla l-priedka, tant tqanqlu, li ħafna minnhom ħarġu bid-dmugħ f'għajnejhom minn hemm ġew.", "Waqt din il-priedka minn ħin għall-ieħor kienu jitkantaw ir-responsorji bid-daqq tal-vjolini u xi strumenti oħra sakemm il-qassis jidħol ibill ftit griżmejh b'xi kikkra kafè jew xi ħaġ'oħra u mbagħad joħroġ ikompli jippriedka.", "Finalment waqt il-kant tar-responsorji kienu wkoll iniżżlu l-vara l-kbira u minflokha jtellgħu il-monument.\"", "Fi żminijiet meta ma kienx hawn elettriku, il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun, li kienet twila ferm, kienet tispiċċa għall-ħabta ta' nofs il-lejl u naturalment kien ikun dlam ċappa.", "Imma meta darba minnhom ħarġet ir-riforma u l-isqof ried li l-purċissjoni tidħol fit-tmienja, fir-raħal tagħna kienet inqalgħat agħa kbira.", "\"Niftakar lil missieri jgedwed \"X'għamlilna l-isqof!\"", "Din tat-tmienja ma ntogħġbot xejn għax in-nies kienet drat tirranġa bejnietha.", "Infatti n-nanna kienet tgħidli illi meta l-purċissjoni kienet tgħaddi minn ħdejn Sant'Anġ, sa dak il-ħin kien ikun diġà beda jidlam.", "Allura n-nies ta' Triq Santa Marija u l-madwar kienu jikru brazzi tal-ħadid bit-tazzi fuqhom u jdendluhom mixgħulin ma' grampun mal-faċċata tad-dar sabiex meta tgħaddi l-purċissjoni jkun hemm ftit dawl.", "Tant hu hekk illi jekk illum tmur f'din it-triq, għadek tista' tilmaħ uħud minn dawn il-grampuni.", "Kien hemm ukoll ftehim man-nies li f'każ li tinqala' x-xita waqt il-purċissjoni, dawn joffru kenn lill-vari.", "U għalhekk min kellu post adattat fejn tista' tiddaħħall xi vara, jekk tinqala' x-xita meta l-vari jkunu viċin, dawn kienu jiddaħħlu fi djarhom għall-kenn.", "Fil-fatt in-nanna kellha bieb kbir ħafna u darbtejn daħlet il-vara l-kbira u tliet darbiet il-monument hemm ġew.", "Iżda sa fejn naf jien, ix-xita qatt ma żammet milli ssir il-purċissjoni.\"", "Xi ħaġ'oħra kurjuża kienet illi l-vari ma kienux jinżammu fil-knisja minħabba nuqqas ta' spazju.", "\"Niftakar sew fejn kienu jinżammu l-vari għax kont inħobb immur ngħin biex jintramaw ħalli jinġiebu fil-knisja.", "Il-vari kienu jkunu mqassmin f'ħafna knejjes żgħar imma tnejn minnhom kienu jinżammu", "għand familja li kienet toqgħod viċin il-knisja.", "L-Ort kien jinżamm fil-knisja ta' San Girgor, il-Marbut kien ikun f'dik ta' Santa Marija, l-Aċċjomu kienu jagħmluh fil-kappella tal-Ispirtu s-Santu, il-vara l-kbira ġo Tas-Salvatur u l-Monument kien jinżamm fil-knisja parrokkjali.", "Il-Veronika u r-Redentur kif għedtlek kienu jinżammu għand familja.\"", "Dr Cachia Zammit fakkar kif oriġinarjament il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet tgħaddi minn triq pjuttost deqja – dik ta' Ħabel ix-Xgħir.", "\"Dari l-uniku triq li tikkomunika r-raħal t'isfel mal-knisja kienet biss it-triq ta'Ħabel ix-Xgħir u għalhekk il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet tgħaddi minn hemm.", "Imma fl-aħħar bdiet tinħoloq id-diffikultà għax minħabba l-kobor tagħhom, ċertu vari ma kienux jgħaddu sewwa.", "Intant, meta għall-ħabta tal-1932/33 infetħet it-triq l-oħra, iż-Żejtun konna għadna kif ġibna vara tal-monument ġdida u nzerta li l-ġwienaħ tal-anġli kienu xi naqra miftuħa żżejjed u żgur li ma kienux ser jgħaddu minn ġo Triq Ħabel ix-Xgħir.", "B'hekk instabet ix-xoqqa f'moxtha u l-purċissjoni bdiet tgħaddi mit-triq il-ġdida.\"", "U kif konna fil-kliem il-Kanonku Dun Joe Abela li kien qed jisma' mal-pubbliku irrakkonta wkoll ġrajja personali marbuta ma' dit-triq li għal naqra ma ħallitux mejjet!", "\"Niftakarni li kelli xi tmien snin u kont qiegħed flimkien m'ommi fil-ġenb tat-Triq San Girgor insegwi l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira għaddejja.", "F'daqqa waħda bħal nara dell", "kbir ġej fuqi u ommi", "ġibditni malajr lura.", "Kienet il-vara tal-monument li għal naqra ma niżlitx fuqi!", "Il-monument kważi waqa' għal kollox fl-art u kumbinazzjoni dan l-aħħar waqt li kont qed nara xi ir-ritratti, intbaħt li dan l-inċident inqabad ċar ħafna f'ritratt minnhom.", "Imn'Alla kienet ommi għalija dakinhar.\"", "Il-ġrajjiet minn fomm it-tabib baqgħu għaddejjin, waħda wara l-oħra.", "U ċertament fi ftit tal-ħin irnexxielu jqanqal bosta memorji u kurżitajiet lin-nies li kien hemm miġbura.", "\"Hemm ħafna x'wieħed jgħid għax id-devozzjoni lejn il-Ġimgħa l-Kbira fina ż-Żwieten hija antika ħafna u tmur lura għal ħafna snin.", "Ormaj qiegħda f'demmna.", "Mur aqtagħhomlhom dawn l-użanzi lin-nies!", "Lanqas qatt ma jirnexxielek.", "U dan hu evidenti fin-numru sabiħ ta' żgħażagħ lillum jagħtu sehemhom biex din il-funzjoni tibqa' ċċelebrata kif jixraq.\"", "Il-gwerra biss irnexxielha żżomm il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa għal tliet snin sħaħ.", "\"Dak kien żmien ikrah ferm li ma nixtieq lil ħadd jgħaddi minnu.", "Imma għal dawk it-tliet snin kellna nirrassenjaw ruħna bil-priedka tat-tliet siegħat biss u kollox bil-biża' ta' xi air-raid.", "Però aħna t-tfal fid-djar kellna l-minjaturi tal-vari u f'dawk il-ġranet konna nogħxew indawwruhom minn kamra għall-oħra tad-dar.", "B'hekk il-purċissjoni xorta kienet issir.", "Dak hu s-sigriet tal-ħajja wara dawn it-tradizzjonijiet.\"", "Intqal ħafna aktar imma huwa mpossibbli li jitniżżel kollox.", "Intwerew ukoll numru ta' ritratti antiki grazzi għas-Sur Carmelo P Baldacchino.", "Madanakollu din l-intervista ġiet irrekordjata sabiex isservi għal dawk kollha li huma interessati jkunu jafu aktar dwar dan il-qasam etnografiku tagħna l-Maltin.", "Min jixtieq aktar informazzjoni jista' jikkuntattja lil Wirt iż-Żejtun fuq", "www.wirtizzejtun.com", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-17 t'April 2011)", "drawwiet", "Dun Gwann Gauci", "purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira", "Torċa", "tradizzjonijiet", "Żejtun"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MEMORJI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIŻ-ŻEJTUN"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/06/in-historic-terms/", "text": ["ara wkoll:", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-06T16:35:04+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "In Historic Terms"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/11/il-jien-u-lil-hinn-minni/", "text": ["IL-JIEN U LIL HINN MINNI", "Tgħallem kif tista' toqrob lejn is-silenzju li hemm fik innifsek u tkun taf li fid-dinja għal kollox hemm raġuni....", "Elisabeth Kubler-Ross – psikjatra u awtriċi", "Għalkemm fil-ħajja huwa tajjeb li żżomm ruħek bieżel u dejjem għaddej b'xi ħaġa, kultant jiġu mumenti meta tħossok li ma tiflaħx titħabat aktar.", "Tibda tixxennaq imqar għal ftit mumenti ta' rilassament", "fil-kwiet u s-silenzju, mingħajr id-daqq tal-mobile, il-listi interminabbli ta' messaġġi fl-email u l-urġenza ta' xogħol wara ieħor li jrid isir illum qabel għada.", "Jasal punt meta jkun inutli li tibqa' tagħfas u tipprova tkompli u tross sninek biex tibqa' għaddej, għax ruħek innifisha tgħidlek – daqshekk, agħtini serħan!", "F'waqtiet hekk, allura jkollok tieqaf u titħasseb fejn tista' tmur tirkupra ftit is-serħan tal-moħħ, it-trankwillità tal-ġisem u s-serenità tar-ruħ.", "Hemm diversi għażliet kieku – kollox jiddependi minn kemm għandek ħin u flus x'tinvesti f'dat-tip ta''fsied'.", "Mhux darba u tnejn li l-għażla tiegħi waqgħet fuq vakanza qasira fil-gżira t'Għawdex u hekk ġara anki did-darba... iżda b'differenza.", "Il-post li żort dan l-aħħar kien mogħni b'silenzju armonjuż, bi storja", "antikissima, b'xogħolijiet tal-arti prezzjużi, b'arkitettura mill-ifjen, b'ġonna donnhom ħerġin mill-istampi u anki b'ikel bnin u kumpannija mhux tas-soltu!", "Qatt ma bsart li ser insib dan kollu fil-Kunvent ta' Santu Wistin li jinsab ir-Rabat Għawdex...", "L-ispazju mdaqqas fil-pjazza ta' quddiem il-kunvent solvieli mill-ewwel il-problema tal-parkeġġ u fil-bieb, pront u fil-ħin miftiehem, insib lil Fr Peter Paul Cachia jistennieni.", "Mill-ewwel laqagħtni l-fatt li kien liebes pajżan u mhux bl-abitu kif ippretendejt li ser insibu jien.", "Nistqarr li hekk ħassejtni aktar komda, qisni dieħla fid-dar ta' xi ħbieb iktar milli f'kunvent fejn soltu jkolli impressjoni forsi xi ftit aktar formali.", "\"L-abitu nilbsuh waqt il-funzjoni tal-quddiesa, meta noħorġu għax-xogħol u meta mmorru niltaqgħu man-nies,\" fehemni Fr Peter hekk kif ikkummentajt dwar dan.", "\"Imma hawn ġew, fejn trid tmidd idejk u taħdem, dak it-tip ta' lbies mhux daqshekk prattiku u komdu.", "\"Naturalment l-abitu huwa l-uniformi tagħna li jiddistingwina kemm bħala individwi reliġjużi u anki jagħmel distinzjoni bejn il-komunità tagħna u ta' reliġjużi oħrajn.", "Iżda l-aqwa ħaġa tal-abitu hija s-sinifikat tiegħu peress li jissaggralizza lill-bniedem.", "Madanakollu jiena nħoss illi l-ħajja reliġjuża turi ruħha fl-atitudni tagħna u mhux fl-għażla tal-ħwejjeġ li nilbsu.\"", "Hekk kif tajt l-ewwel passi fil-kunvent ma stajtx ma napprezzax l-arkitettura mirquma tiegħu li evidentement kienet tixhed storja twila warajh.", "Infatti waqt riċerka li għamilt xi ġranet qabel, sibt illi l-oriġini eżatta ta' dan il-kunvent kienet pjuttost inċerta.", "Skont xi storiċi, dan il-bini kien diġà msemmi fir-reġistri tal-Ordni fl-1453.", "\"Jingħad li dal-bini huwa l-eqdem kunvent f'Għawdex.", "Fl-1411 il-patrijiet Agostinjani kienu diġà qed jgħixu f'Malta imma hawnhekk nikkalkulaw li ilna mill-1453.", "Hawn min jgħid li konna hawn qabel", "ukoll imma aħna dejjem nibbażaw fuq dak li hemm miktub.", "Ovvjament il-kunvent ma kienx minn dejjem bħal kif nafuh illum.", "Il-bini tkabbar u ttella' ftit ftit matul is-snin u kien biss fl-1690 li ġie rranġat fl-istruttura preżenti.\"", "Akkost il-milja ta' das-snin kollha nnutajt li l-istat tal-bini huwa solidu ferm.", "\"Minn wara s-snin sebgħin dan il-kunvent għamel żmien twil b'partijiet minnu mhux utilizzati.", "Infatti sas-snin disgħin kien jintuża biss bħala dar tal-irtiri għall-patrijiet stess li kienu jiġu hawnhekk u ma kienx miftuħ għall-pubbliku in ġenerali.", "Finalment fl-1994 iddeċidejna li flok inħallu dan l-ispazju moħli, nibdew nilqgħu il-pubbliku fih u għalhekk kien hemm bżonn li jsiru diversi adattamenti.", "Qagħdna ħafna attenti li nħallu l-karattru tal-post bla mittiefes u fl-istess ħin iddedikajna 16 il-kamra b'żieda ta' kamra tal-banju f'kull waħda, sabiex in-nies li jiġu joqogħdu magħna jkollhom il-kumdità u l-privatezza neċessarji.", "Illum il-post jista' jilqa' fih 58 persuna.", "Għamilna wkoll xi żidiet interessanti oħra bħal mużew b'diversi oġġetti partikolari li kienu jinstabu f'dan il-kunvent u li dehrilna li setgħu jkunu ta' nteress għall-pubbliku li jiġi jżurna.\"", "Biex inkun nista' nifhem aħjar, Fr Peter ħadni nara l-esebiti li għalkemm mhux f'xi kwantità enormi, l-varjetà tagħhom taf tolqot il-gosti ta' individwi differenti.", "\"Dawn huma żewġ ġebliet li nstabu fuq l-oqbra ta' xi kavallieri li kienu mietu waqt kruċjata f'Tuneż u li r-Re Luwiġi IX kien ġie f'din il-gżira biex jidfinhom.", "Kienu fl-inħawi fejn illum hemm l-Oratorju", "peress li sa madwar l-1940 hemmhekk kien ċimiterju.", "Għandna wkoll bosta oġġetti reliġjużi fostom ornamenti antiki li kienu jżejjnu l-knisja bihom u dawn is-set ta' ħwejjeġ li ħallilna l-Isqof Camilleri; li kien Agostinjan u ħadem bħala l-Isqof t'Għawdex fl-aħħar tas-seklu l-ieħor u fil-bidu ta' dan.", "Imbagħad hawn xi opri tal-arti bħal pitturi u skulturi, reċipjenti tradizzjonali tal-kċina bħal dawn il-baqar tal-fuħħar li kienu jintużaw biex jissajjar l-istuffat u affarijiet kurjużi bħal din il-lista tal-1923 fejn hawn imniżżel l-ordnijiet speċifiċi ta' kif għandhom jindaqqu l-qniepen.\"", "Kif qbiżna fuq l-aspett artistiku ma stajtx ma nitlobx lil Fr Peter biex idaħħalni daqsxejn fil-knisja tal-kunvent fejn kont naf li hemm opra mill-isbaħ tal-pittur Mattia Preti.", "\"Din il-knisja hija mfittxija ferm mill-korijiet minħabba li hija akustika ħafna.", "Imma ċertament għandha wkoll valur kbir artistiku minħabba l-pitturi li tħaddan ġewwa fiha.", "Fost dawn hemm din il-pittura li kkonfermajna li hi xogħol ta' Mattia Preti meta sibna d-dettalji fl-arkivji tagħna.", "Saret fl-1694 u hija l-kwadru titulari tal-knisja.", "Il-kwadru juri lil Santu Wistin flimkien ma'", "San Ġwann Battista u l-Beatu Guliermu t'Aquitana.", "Però din mhux l-unika biċċa arti li hawn ġol-knisja.", "Dawn iż-żewġ pitturi mill-ifjen li qed tara f'kull ġenb, ġew maħduma mill-pittur bravissimu Giuseppe Briffa.\"", "Kull tant żmien l-arkivji tal-kunvent jiżvelaw xi biċċa informazzjoni ġdida...", "\"Fuq barra tal-knisja hemm erba' statwi li jirrappreżentaw lil Santu Wistin, lill-Madonna taċ-Ċintura, lil San Nikola minn Tolentino u lil San Tumas minn Villanova.", "Għal diversi snin kien maħsub li dawn l-", "istatwi kienu saru mill-iskultur Rabti Antonio Busuttil fl-1860.", "Iżda dan l-aħħar instab illi l-istatwa ta' Santu Wistin u l-istatwa nofs bust tal-Madonna taċ-Ċintura li hemm mal-faċċata tal-knisja u li forsi ftit jagħtu kasha, huma xogħolijiet aktar antiki tal-1770.\"", "Ir-rikkezza ta' dan il-kunvent stħajjiltha bħal paġni antiki ta' ktieb li aktar ma tqalleb, iżjed issib informazzjoni u rakkonti mill-aktar interessanti.", "U fil-fatt kien għad fadal ħafna aktar x'nara.", "Bl-innoċenza kollha staqsejt lil Fr Peter jekk kellhomx xi xelters fil-kunvent u hu tbissem u sempliċiment talabni nsegwih.", "\"Qabel nieħdok isfel fix-xelters ħa nurik xi ħaġa oħra...\"", "Inżilna sular taħt l-art fejn kien hemm xi kmamar imħaffra.", "\"Dan ngħidulu l-eremitaġġ minħabba li dari l-patrijiet kienu jinżlu fih biex jagħmlu x-xogħol tal-ġurnata tagħhom.", "Kull patri kellu l-aċċess għal din il-parti tal-", "kunvent mill-kamra l-oħra tiegħu fejn kien jgħix, jikteb, jitlob u jorqod.", "Għaldaqstant taħt il-kamra proprja tiegħu, kull patri kellu wkoll dan l-ispazju fornut b'dak li kellu bżonn biex jaqla' l-għixien tiegħu u tal-patrijiet l-oħra billi kienu jaħdmu xi affarijiet u mbagħad ibiegħuhom.", "Kellhom il-bir fejn jaħżnu l-ilma u dan it-tip ta' kenur biex isajjru fih.\"", "U proprju fin-nofs ta' din il-moħba ċkejkna, minn wara gradi baxxi tal-ħadid, nilmaħ xi turġien neżlin aktar fil-fond tal-art.", "Ix-xelters!", "Bdejna neżlin...", "\"Ħares sewwa lejn il-bokka tax-xelters u tara tlett tipi ta' saffi stratigrafiċi ta' tafal b'kulur differenti, segwiti mill-ħaġar iebes.", "Għax ix-xelters jinżlu tliet sulari taħt l-art u jinfirxu f'tul ta' metri sħaħ tant li", "jaslu sa taħt il-pjazza kollha li hemm quddiem il-kunvent u anki jilħqu numru ta' djar oħra fil-madwar.\"", "Issa fhimtha t-tbissima tiegħu!", "Ix-xelters kienu profondi mmens tant li lanqas stajna nidħlu sa ġewwa nett, kemm minħabba li f'partijiet minnhom jinfed l-ilma mill-qiegħan tal-art u anki peress li naħat oħra ngħalqu għal raġunijiet ta' sigurtà ta' aċċess.", "\"Ġeneralment f'kull xelter apparti l-kmamar l-oħra provduti għall-kenn mill-attakki tal-gwerra, kien ikun hemm ukoll tliet kmamar prinċipali: infermerija, kappella u klassi għat-tfal.", "U dawn ix-xelters huma msawwra f'din il-forma.\"", "Għalkemm min-natura tiegħu dan it-tħaffir taħt l-art ifakkar f'mumenti tal-waħx għal poplu tagħna, ma stajtx ma napprezzax kemm dawn ix-", "xelters kienu mqassma b'mod professjonali u mhux f'geġwiġija bħal inħawi oħra li ġieli rajt", "Ammirevoli kien ukoll l-istat tajjeb ħafna ta' preservazzjoni ta' dawn ix-xelters.", "Infatti biex inkun iktar preċiża dan il-livell għoli ta' manutenzjoni kien jagħni lill-bini kollu u lill-oġġetti kollha li kienu jinsabu f'dan il-kunvent.", "\"Il-kariżma tagħna bħala partijiet Agostinjani hija l-komunjoni.", "Dan ifisser li aħna ngħixu f'komunità u naqsmu kollox bejnietna.", "Tant hu hekk illi kull tip ta' finanzi li jdaħħal kull patri titpoġġa f'kaxxa komuni u minnha nieħdu ħsieb inħallsu għal dak kollu li neħtieġu.", "L-istess kariżma twassalna biex naqsmu wkoll ħajjitna u d-dar tagħna mal-lajċi li jkunu jixtiequ jgħixu għal ftit fl-ambjent tagħna jew li jixtiequ jesperimentaw u jifhmu xi tfisser il-ħajja kontemplattiva ta' patri.", "Għaldaqstant nifhmu illi l-post irid ikun miżmum f'qagħda eċċellenti, l-ewwel nett biex iwassal dak l-ambjent seren u pjaċevoli fejn wieħed jista' jinġabar fih innifsu u jsib is-serħanu anki għax aħna konxji wkoll li meta tilqa' n-nies għandek trid iżżomm ċertu livell professjonali, tajjeb daqs il-kunventi l-oħra madwar id-dinja li joffru l-istess servizz tagħna.\"", "Kulħadd jista' jiġi joqgħod f'dan il-kunvent?", "\"Iva, sakemm jinżamm id-dekor u s-silenzju, kulħadd huwa milqugħ hawn ġew.", "Fostna jiġu kemm Maltin u kif ukoll turisti, li mhux neċessarjament ikunu nsara imma xorta waħda japprezzaw dawn it-tip ta' postijiet, ovvjament minħabba d-diversi aspetti oħra li kapaċi joffru apparti mill-lat reliġjuż.\"", "X'tistennew min-nies li jiġu jżurukhom?", "\"Naturalment li javżawna minn qabel biex jirriservaw post. Imma nassigurak li ma nġiegħlu lil ħadd iqum u jitlob magħna bilfors jew li jiġi jattendi għall-quddies fil-għodu!", "Naturalment għal min jixtieq", "hemm din il-possibilità letteralment żewġ passi l-bogħod fil-knisja tagħna stess.", "Imma min jippreferi jiġi biex ikollu kamra fejn jistrieħ għall-kwiet u jieħu xi ikla tajba magħna, għandu l-libertà kollha li jagħmel dan.\"", "Iċ-ċempila ta' qanpiena tidwi mal-kunvent qatgħatilna kliemna...", "\"Kumbinazzjoni!", "Sar il-ħin għall-ikel.", "Ejja miegħi...\"", "Ma stennejtix din.", "Inġbarna bil-qiegħda flimkien maż-żewġ patrijiet l-oħra: il-pirjol u s-sagristan li wkoll kienu lebsin ħwejjeġ ta' kuljum u li żiedu dak is-sens uniku ta' kumpliċita bejnietna.", "B'tazza nbid ħamra f'idejna, bdiet diskussjoni ferm imħawwra proprju daqs l-ikel bnin li beda jinżilli għasel!", "\"Din hija l-użanza tagħna u l-unika regola marbuta mal-ħin.", "Għalhekk min jagħżel li jiekol magħna jkun irid josserva l-ħin li nagħtuh peress li kulħadd jiekol flimkien u b'hekk il-mistednin tagħna jsiru jafuna aħjar u aħna lilhom.", "F'dan il-kunvent qegħdin tliet patrijiet.", "Hawn il-pirjol li huwa l-animatur tagħna u allura hu responsabbli mill-komunità tagħna f'dawk li huma dmirijiet bħal li jara li jiġu segwiti minna l-atti komuni", "fostom it-talb u l-ħajja komuni bejnietna u li jsir id-djarju ta' kuljum fejn fih jitniżżlu l-avvenimenti tal-ġurnata u li maż-żmien isiru arkivji.", "Hawn ukoll is-sagristan li fost ix-xogħolijiet tiegħu jieħu ħsieb il-knisja u dak kollu li jikkonċerna l-quddies.", "Imbagħad hawn l-ekonomu, li bħalissa huwa jien, li fost ir-responsabbiltajiet tiegħi nieħu ħsieb id-dħul u l-ħruġ tal-finanzi tal-kunvent, ix-xiri li jkun hemm bżonn u li nara l-bżonnijiet strutturali u ta' ndafa li jkollu bżonn il-kunvent.", "Ħafna nies ifittxuna biex jorganizzaw l-irtiri u dawn għalina jingħataw prijorità peress li din hija l-funzjoni prinċipali tagħna bħala kunvent.", "Uħud minnhom jitolbuna biex niffurmawlhom irtiri u laqgħat skont is-suġġett tal-għażla tagħhom.", "Oħrajn jiġu b'mod individwali u jersqu għandna biex jiddjalogaw magħna fuq ċerti aspetti u għażliet tal-ħajja.", "Għalhekk aħna nisħqu ħafna fuq is-silenzju f'dan il-post.\"", "Lestejna mill-ikel u Fr Peter ħadni nżur iż-żewġ ġonna li jħaddan fih dan il-kunvent.", "L-ikbar wieħed iġib l-isem Tagaste; il-post fejn", "twieled Santu Wistin.", "Imma jiena ntlift wara l-ġnien iż-żgħir magħruf bħala l-kjostru; post li trid tkun fih biex tifhem ġmielu u biex tħoss fuqek dik il-paċi li kapaċi jnissel.", "\"It-trankwillità hija importanti ferm għalina għax aħna nemmnu illi fis-silenzju l-bniedem jista' jiltaqa' aktar miegħu nnifsu u allura jersaq aktar qrib t'Alla.", "Santu Wistin jgħidilna illi Alla mhux il-barra minnek imma qiegħed ġewwa fik.", "Għalhekk iktar ma tinżel fil-profondità tiegħek innifsek, iżjed tiltaqa' ma' Alla.", "Dan huwa l-aspett fundamentali u pożittiv għala nilqgħu n-nies hawnhekk.\"", "Il-kunvent ma kien jispiċċa qatt.", "Dħalt fil-kmamar li fihom jilqgħu lin-nies u sibt li kienu ħelwin ferm u", "ndaff tazza, fi stil tipikament Malti u jagħtu għal fuq il-ġonna.", "Sinċerament ħassejtni nixxennaq biex ngħaddi jumejn f'dan il-post mżewwaq b'tant kultura, b'kuluri naturali u bil-ħlewwa ta' dawn il-patrijiet tant ospitevoli.", "Iżda l-patrijiet infushom għandhom ukoll diversi lati oħra, ukoll ferm profondi.", "Waqt id-diskursata tagħna sirt naf li Fr Peter qatta' l-biċċa l-kbira minn ħajtu fil-missjoni.", "\"Meta gejt iffurmat patri, 33 sena ilu, mill-ewwel għażilt li mmur il-missjoni.", "Għamilt 19 il-sena l-Alġerija.", "Kont naħdem ma' numru kbir ta' individwi minn pajjiżi differenti li kienu jmorru jaħdmu hemmhekk għal kumpanniji kbar.", "Kienu joqogħdu fi djar pri-fabbrikati li jiffurmaw speċi ta' villaġġi.", "Kelli madwar 36 minn dawn u biex inwettaq ix-xogħol pastorali tiegħi ivvjaġġajt mas-6000 kilometru fix-xahar.", "Qsamt anki d-deżert meta mort naħdem fost il-ħaddiema li dak iż-żmien kienu qed jibnu l-pipeline tal-gas li minnha għaddew il-gas għall-Ewropa.", "Min-naħa l-oħra, fl-Brażil hemm numru ta' provinċji Agostinjani li fil-preżent qed jippruvaw jingħaqdu flimkien fi provinċja waħda Brażiljana.", "Hemmhekk qattajt 12-il sena oħra ta' missjoni.\"", "B'differenza minn kif forsi ħafna minna jimmaġinaw li l-patrijiet jgħixu ħajja trankwilla, intbaħt li ħajjet Fr Peter kienet attiva u mpenjuża ferm.", "Iżda hu qalli li ried joqgħod attent ħafna għal kemm jinvolvi ruħu.", "\"Waħda mill-akbar tentazzjonijiet tagħna hija proprju l-attiviżmu: li inti minħabba l-attivitajiet li tidħol għalihom tħalli t-talb, tabbanduna l-komunità u ma tirriservax ħin għall-laqgħat tal-kunvent.", "Huwa għalhekk importanti ħafna li tillimita ruħek għax jekk titbiegħed minn kollox, faċilment titlef il-vokazzjoni tiegħek li hija l-għan prinċipali li jagħmlek patri.\"", "Bejnietna ingħadu ħafna aktar affarijiet u ċertament kien hemm anki iżjed x'jingħad imma sfortunatament il-ħin beda jagħfas.", "Biex nagħlaq, staqsejtu x'sodisfazzjon tagħtih il-vokazzjoni fil-ħajja tiegħu?", "\"Il-ħajja vokazzjonali hija ta' sodisfazzjon kontinwu.", "Iżda fil-ħajja reliġjuża jkollok ukoll il-kriżijiet tiegħek bħal kulħadd.", "Ma nista' ninsa qatt per eżempju l-kriżi kbira li għaddejt minnha meta kont qed", "inwettaq il-missjoni tiegħi fl-Alġerija waqt li l-pajjiż kien għaddej minn diffikultajiet kbar.", "Kemm ilni f'dan il-kunvent, għal dawn l-aħħar sena u nofs, qed inqatta' mumenti prezzjużi fejn fostom nista' nistrieħ ftit u ngawdi daqsxejn lil ommi.", "Iżda indubbjament il-vokazzjoni tiegħi għad twassalni għal ħafna esperjenzi oħra ġodda.", "Nistennew u naraw.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-14 ta' Novembru 2011)", "ċimiterju", "Oratorju", "pirjol", "Re Luwiġi IX", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-JIEN U LIL HINN MINNI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/06/arti-bl-ghadam-uman/", "text": ["ARTI BL-GĦADAM UMAN", "L-ewwel darba li rajt ritratt tal-Kappella tal-Għadam li kien hemm il-Belt tkexkixt!", "Ma stajtx nifhem xi jwassal biex bniedem jibni xi ħaġa makabra bħal dik.", "Kien għalhekk", "li xtaqt nara l-perspettiva ta' ħaddieħor dwarha.", "Intant, ftit tal-ġranet ilu nirċievi telefonata mingħand wieħed li xtaq jagħtini intervista proprju dwar din il-kappella.", "Laqgħatni ħafna l-fatt illi rrefera għaliha bħala kappella mill-isbaħ u aktar minn hekk meta qalli illi fi ċkunitu hu kien daħal fiha u kien għadu jiftakarha sewwa.", "Din kienet ix-xoqqa f'moxta biex finalment insir naf iżjed dwar din il-binja stramba.", "Stajt nobsor illi hekk kif kont ser niftaħ l-għatu fuqha kont ser niltaqa' ma' bosta rakkonti, esperjenzi u ġrajjiet uniċi u forsi wkoll xi ftit grotteski...", "Iltqajt ma' Ralph Micallef quddiem il-bini tal-Evans il-Belt, eżattament ħdejn is-sit fejn illum jinsabu l-fdalijiet tal-Kappella tal-Għadam.", "Miegħu hu ġab kartolina antika li turi l-intern ta' din il-kappella bil-ħitan u s-soqfa mżejjna bl-għadam uman.", "\"Id-dehra tagħha kienet isservi ta' attrazzjoni qawwija kemm għall-poplu Malti u kif ukoll għal numru kbir ta' turisti.", "Fiha kienu jsiru wkoll diversi pellegrinaġġi ta' devozzjoni speċjalment fix-xahar ta' Novembru li huwa ddedikat għall-erwieħ.\"", "Imma kappella hekk ma tarahiex makabra?", "\"Le, lanqas xejn.", "Anzi jiena kont naraha sabiħa, sinifikanti u ta' devozzjoni.", "Dħalt fiha għall-ewwel darba meta kelli xi sebgħa snin.", "Sħabi kienu ilhom jgħiduli biha u darba waħda tlabt lil ommi biex teħodni.", "Ma niftakarnix nibża' jew nipprendiha, iktar nista' ngħid li affaxxinatni fir-realtà.", "Minn dakinhar jiena u sħabi konna bqajna inżuruha xi kultant speċjalment peress li fil-viċin kien hemm ukoll l-iskola tagħna, dak iż-żmien magħrufa bħala Ta' Sant'Iermu.\"", "Imma possibbli ta' età daqshekk tenera, affarijiet bħal dawn ma kienux ibeżżgħuk?", "\"Ta' tfal li konna, konna naħsbu li hekk jew hekk il-mewt ma kinetx ser tiġi għalina f'dak iż-żmien.", "Jista' jkun ukoll li l-mewt ma kinetx timpressjonani daqshekk peress li jiena kont abbati u mhux l-ewwel darba li akkompanjajt il-mejtin bil-karrijiet tagħhom.\"", "X'memorji għandek ta' dan il-post?", "\"Kif tista' tara mill-fdalijiet tal-bini, il-kappella kienet pjuttost żgħira.", "Kienet qisha kappella kwalunkwe iżda minflok l-ornamenti tas-soltu, l-ħitan tagħha kienu kollha miksija bl-għadam uman u stajt tagħraf sewwa l-partijiet tal-iskeletru; bħall-għadam tas-saqajn, il-qafas tas-sider, ir-ras eċċ. Kienu stivati b'mod tant pulit li letteralment kienu jidhru sbieħ u partikolari ħafna.", "In-nies ma kienux jiddejjqu minnha għax min kien imur hemm kien ikollu devozzjoni kbira lejn l-erwieħ.", "Kien anki jitqaddes il-quddies fiha għalkemm ħafna min-nies kienu jispiċċaw barra minħabba ċkunitha.", "Bħala parti mid-devozzjoni, in-nisa kellhom użanza li jiġu lebsin l-iswed akkost li ma kienx ikollhom vistu.", "Xi drabi ġieli attenda fiha wkoll San Ġorġ Preca fejn kien jagħti konferenzi dwar is-suġġett favorit tiegħu – dak tan-novissmi.", "Hu kien iħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu meditazzjoni dwar il-mewt, il-ġudizzju, l-", "infern u l-ġenna u naturalment kien isib l-ambjent tal-kappella addattat ferm għal-laqgħat tiegħu.", "Kien jgħidilna \"Ħuti, tafu li xi darba bħal dawn għad irridu nsiru, għadam.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jgħix ħajja tajba għax il-ġisem jispiċċa u r-ruħ tmur tgawdi lil Alla jew tintilef fl-infern. \"", "Tiftakarha tiġġarraf il-kappella?", "\"Jien niftakar l-aħħar gwerra mill-bidu tagħha sal-aħħar imma meta waqgħet dil-kappella aħna konna diġà tlaqna mill-Belt bħal kif kienu għamlu għadd ta' Beltin oħrajn.", "Għall-ewwel konna bqajna noqogħdu f'darna l-aktar minħabba li missieri kellu ħanut il-Belt fejn kien jaħdem bħala skarpan.", "Iżda darba minnhom id-dar", "intlaqtet waqt attakk u kellna mmexxu kollox għall-ħanut.", "Meta l-ħanut tfarrak ukoll kellna nagħmlu xi ġranet ngħixu fil-kannierja ta' taħt il-Knisja ta' San Duminku li dak iż-żmien kienet tintuża bħala xelter u anki bħala abitazzjoni temporanja sakemm wieħed isib post ieħor fejn joqgħod.", "Finalment l-Uffiċċju tal-Protezzjoni kienu sabulna post fil-mina tal-vapur li tiġi eżatt taħt Kristu Re fil-mall tal-Furjana.", "Hemmhekk konna norqdu fuq il-krucjetti li kienu sodod jibdew mill-art impoġġijin waħda fuq l-oħra u titla għalihom b'sellum.", "Minn hemm morna noqogħdu f'mezzanin f'ċertu Sqaq numru 2 f'tal-Pietà imma anki hemm intlaqat bil-bombi!", "Din kienet qed tiġri lil bosta familji oħra u mhux lilna biss.", "Trid tarana kull darba nfittxu taħt it-tifrik tal-ġebel biex naraw x'nistgħu nsalvaw, niġbruhom fil-boroż tal-plastik u nġorruhom magħna.", "Darba minnhom ġarrejna kollox ġo dar f'Birkirkara sakemm oħt patri Dumnikan saret taf bl-istorja tagħna u offritilna kamra kbira ġewwa dar fil-pjazza quddiem San Duminku fir-Rabat.", "Xelters kien hemm ftit li xejn u għaldaqstant meta kien isir xi attakk mill-ajru, konna nidħlu nistkennu taħt il-mejda.", "Fortunatament la Birkirkara u lanqas hawn ma ntlaqtu l-postijiet fejn konna noqogħdu.", "U niżżu ħajr 'l Alla, il-membri kollha tal-familja tagħna għaddew il-gwerra qawwijin u sħaħ.", "Iżda kienu żminijiet koroh ferm fejn il-poplu Malti sofra ħafna minħabba l-barrani.", "Żgur li kien jistħoqqlu trattament ħafna aħjar minn sempliċi George Cross!\"", "X'sinifikat ikollu r-reliġjon waqt il-gwerra?", "\"Fil-gwerra r-reliġjon kien fl-aqwa tiegħu tant li ġieli anki għamilna purċissjonijiet bis-sagrament akkost il-biża' tal-attakki mill-ajru u t-tifrik fit-toroq.", "Niftakar illi fil-festa ta' San Duminku l-patrijiet kienu joħorġu bir-relikwa flok bl-istatwa.", "Ta' min isemmi illi l-patrijiet Dumnikani ma kienux ħarġu mill-Belt u kienu baqgħu jassistu lill-ARP li kienu nies li jieħdu ħsieb lil dawk li jintradmu taħt il-ġebel.", "Il-feruti kienu jġorruhom biex jiddewwew fil-Liċeo li kien qed iservi bħala klinika.", "Imbagħad kienu jittieħdu fl-isptar ċentrali l-Furjana li dak iż-żmien kien fejn hemm id-depot tal-pulizija llum.\"", "Minn dawk l-inħawi għaddejt bosta drabi imma qatt ma ntbaħt bil-preżenza tal-fdalijiet ta' din il-kappella.", "L-isem tagħha 'The Chapel of Bones' jinsab moħbi bejn il-friegħi ta'", "siġra kbira.", "Akkost li xi snin ilu s-sit ġie studjat u kkurat mill-arkeoloġisti tal-Archaeology Services Co-op Ltd, illum dan jinsab ittraskurat u abbandunat għal kollox u pjuttost qisu miżbla bl-imbarazz li rmew fih.", "Ma nafx x'ġara mill-pjanijiet li kien hemm dwaru biex il-fdalijiet jinfetħu għall-pubbliku bħala parti mill-proġett tar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta!", "\"Hija ħasra li dil-kappella spiċċat f'din il-kundizzjoni.", "Sal-lum għadhom jiġu t-turisti jistaqsu għaliha peress li kienu jsemmuhielhom il-ġenituri tagħhom li kienu jiftakruha.", "Nixtieq ħafna li nerġa' nara dil-kappella tinbena għax kieku żgur li terġa ssir attrazzjoni kemm għall-poplu Malti u kif ukoll għat-turisti.", "Faċli biex tinbena għax il-kappella ċkejkna ħafna.", "Mhux qed ngħid illi għandha terġa' ssir eżatt kif kienet imżejjna bl-għadam għax nifhem illi llum diffiċli.", "Imma almenu nemmen li għandha tittella' kappella fuq il-pedamenti l-oriġinali u ġewwa fiha titpoġġa l-informazzjoni kollha dwar l-istorja kollha tagħha.", "Ikun xieraq li kieku d-Dipartiment tal-Kultura flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt jerġgħu jqajjmu l-interess f'din il-kappella għax hija parti mill-patrimonju antik ta' Beltna u ta' pajjiżna.\"", "Komplejt nistħarreġ ftit aktar u sibt li l-istorja ta' din il-kappella tmur lura saħansitra sa żmien il-kavallieri.", "Fil-fatt fl-1583 kienet ittellgħet kappella flimkien ma' ċimiterju", "biswit il-bini tas-Sagra Infermerija fil-Belt u fl-1619 il-Kavallier Fra Giorgio Nibbia ħallas għall-bini ta' kappella oħra fil-viċin.", "Din kienet iddedikata lill-Madonna tal-Ħniena għalkemm kienet ukoll magħrufa bħala \"Ta' Nibbia\" u kienet isservi biex fiha jsir il-quddies għal ruħ dawk li jmutu fl-Infermerija.", "Meta fil-5 ta' Settembru 1730 din il-kappella kienet qegħdha tinħatt, infetaħ il-qabar tal-fundatur tagħha u nstab illi l-katavru tiegħu kien għadu mhux mimsus.", "Fl-1731 l-kappella nbniet mill-ġdid u kien fiha żewġ artali.", "Fl-1776 iċ-ċimiterju tas-Sagra Infermerija mtela' u għalhekk ġie mnaddaf u l-għadam tqiegħed f'ossarju.", "Fl-1852 il-Kappillan tal-Isptar, ir-Rev.", "Sacco iddeċieda li jżejjen il-kappella bl-għadam tal-mejtin li kien hemm midfuna fiċ-ċimiterju u minn dakinhar 'l hawn il-kappella saret magħrufa bħala l-\"Kappella tal-Għadam\".", "Din il-kappella ġġarfet fl-aħħar gwerra fl-14 ta' Frar 1941 u mid-dehra l-għadam li kien fiha nġabar u ndifen f'xi post ġewwa ċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Mit-tiftix tiegħi sibt illi din l-użanza tat-tiżjin bl-għadam uman kienet imxerrda wkoll f'diversi pajjiżi oħra.", "F'moħħi baqgħet tbherren il-mistoqsija dwar kif setgħet twieldet drawwa bħal din.", "Jidher illi waħda mir-raġunijiet kienet il-marda qalila tal-pesta li matul diversi snin ħasdet il-ħajja ta' eluf ta' individwi madwar id-dinja kollha.", "In-nies bdew imutu bil-gzuz, iċ-ċimiterji mtlew u anki l-għelieqi tal-madwar.", "Inħolqu l-ossarji imma anki dawn bdew ifuru u minn hemm ħarġet l-iktar idea bizzarra ta' riċiklar – l-arti bl-għadam uman!", "Ma setax jonqos illi fuq suġġett bħal dan inkellem ukoll lill-ħabib tiegħi u riċerkatur Eman Bonnici.", "Kont deċiża li did-darba ma nħallihx iwaħħaxxni għax deherli li ormaj", "kont naf x'isarraf.", "Imma mort imqarrqa għax mid-dehra għadni ma nafux biżżejjed!", "Fil-fatt għażel li niltaqgħu proprju fiċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, fir-Rinella l-Kalkara u f'dak l-ambjent kelli nkompli nisma' dak kollu li kellu x'jgħidli...", "\"Snin ilu hawnhekk kien jintuża biex jindifnu dawk li mietu bil-pesta.", "Jingħad li Malta tant kienet intlaqtet b'din il-marda, li kien hemm żmien meta ġabu anki priġunieri minn Sqallija biex jidfnu lill-mejtin", "peress li ħadd aktar ma ried jagħmel dak ix-xogħol.", "Iżda sfortunatament mhux il-mejtin biss kienu jindifnu f'dan il-post!", "Il-biża' li l-marda setgħet tkompli tixtered waslet biex uħud minn dawk li ġew infettati, ndifnu ħajjin flimkien mal-katavri l-oħra.", "Kienet mewta twila, tremenda u ddisprata u kien hemm min isostni li f'dawk iż-żminijiet, min kien jgħaddi bis-serqa mill-inħawi, kien jisma' lil dawn l-imsejkna jitolbu bil-ħniena għall-ajjut mill-qiegħan ta' qabarhom.\"", "Hemm aħna!", "Daqshekk għamilt nies!", "Qalbi għamlet tikk u bdejt inħares madwari biex nipprova nifhem fejn seħħ dan kollu.", "\"Illum l-oqbra huma vojta għax kif turi din il-lapida fl-1881 il-fdalijiet tal-midfunin inqalgħu kollha u tpoġġew kollha f'ossarju taħt dan is-salib.", "Ta' min isemmi illi sal-ġurnata ta' llum għadhom jiġu diversi nies biex jitolbu għal dawn l-erwieħ li mietu mewta daqshekk kiefra.\"", "Il-kliem dar għal fuq l-użanzi tal-immummifikar u t-tiżjin bl-għadam uman.", "\"Hemm min jgħid illi kienu l-patrijiet Kapuċċini li bdew dawn id-drawwiet.", "Huma kienu jagħtu ħafna importanza lill-mewt tant li kienu jirreferu għaliha bħala \"oħthom\".", "Għidut ieħor jirrakkonta illi San Franġisk t'Assisi kien irnexxielu joħloq ir-riċetta għall-mummifikazzjoni perfetta, xi ħaġa li ma tantx tinżilli għax nemmen li dan il-bniedem kellu ħafna aktar affarijiet x'jagħmel.", "Bejn l-1725 u l-1730 taħt il-knisja u l-kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Kapuċċini l-Furjana, fuq idea ta' Patri Ġużepp Grech, tħaffret kripta sabiex tilqa' fiha l-membri ta' din l-Ordni u anki lil xi membri ta' familji nobbli.", "Il-kannierja kienet imżejjna b'bosta niċeċ u fiha kienu jitqiegħdu l-iġsma mqaddgħa – użanza li x'aktarx inġiebet mingħand il-Kapuċċini ta' Palermo.", "Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-kripta sofriet bosta danni waqt attakk mill-ajru u kien biss wara diversi snin illi ġiet restawrata, għalkemm did-darba l-għadam tpoġġa' ġo ossarju.", "F'pajjiżi oħra fadal numru ta' postijiet bħal dawn li għadhom intatti sal-lum u fihom imorru għadd kbir ta' turisti.", "Waħda mill-aktar magħrufa hija l-kripta li tinsab maġenb il-Knisja ta' Santa Maria della", "Pace f'Palermo.", "F'din il-kripta li tħaffret madwar 500 sena ilu, tpoġġew l-iġsma mmuffikati ta' bosta persuni li llum huma mqassmin f'diversi kategoriji bħal: familji, xebbiet, trabi, kleru u uffiċċjali.", "Ħafna minnhom huma lebsin l-aħjar ilbies u jiġbdu ħafna l-għajn imma probabbilment l-aktar mummja mfittxija mill-viżitaturi hija dik ta' Rosalia Lombardo; tifla ta' sentejn li mietet fl-1920.", "Isejjħulha \"La bella addormentata\" peress li ġisimha wara dawn is-snin kollha baqa' perfett daqs li kieku għadha tieħu n-nifs.", "Kripta oħra simili tinsab fil-Knisja ta' Santa Maria della Concezione f'Ruma.", "Saret fl-istess żminijiet u fiha jinsabu l-fdalijiet ta' 4000 patri li ndifnu bejn l-1500 u l-1870.", "Il-ħitan tal-kripta huma kollha miżgħuda bl-għadam uman u jistrieħu magħhom hemm ukoll xi patrijiet immumifikati.", "Post ieħor famuż u mfittex minn bosta turisti li jinteressaw ruħhom f'dawn il-lokalitajiet huwa l-ossarju ta' Sedlec fir-Repubblika Ċeka.", "Dan jiġbor fih daqs", "70,000 skeletru li l-għadam tagħhom iżejjen il-lok b'mod tassew artistiku.", "Jingħad li ndifnu tant nies f'dan il-post minħabba d-devozzjoni li nħolqot wara li l-Abbati Enriku ta' Ċisterċensi għamel żjara fl-Art Imqaddsa, ġab miegħu ponn trab minn fuq il-Golgotha u xerrdu fuq iċ-ċimiterju ta' l-Abbazija.", "Dan l-ossarju huwa mpressjonanti ferm speċjalment minħabba li anki l-ornamenti bħal-linef u l-armi tal-familji huma kollha kemm huma maħduma mill-għadam uman.\"", "Il-lista li ġab miegħu Eman kienet ferm itwal.", "Spikka l-fatt illi f'uħud minn dawn il-postijiet wieħed isib frażijiet bħal \"Dan l-għadam tagħna.", "Tiegħek qed jistenna.\" jew \"Dak li inti int illum, xi darba konna aħna; dak li aħna aħna, xi darba għad tkun int.\"", "Ovvjament Eman ġieli żar postijiet bħal dawn u għalhekk xtaqt inkun naf x'jidhirlu dwarhom?", "\"Ma tridx tħares lejhom b'għajnejn moderni biss għax inkella tarahom makabri.", "Trid tiftakar li dan hu fenomenu li seħħ fil-Medju Evu fejn in-nies kellha kultura differenti peress li l-mewt kienet xi ħaġa ta' kuljum u n-nies ma setgħetx ma tibnix kult madwarha.", "Fl-istess ħin, għalkemm nistqarr li l-użu tal-għadam uman għad-dekorazzjonijiet ta' dawn il-postijiet hu eċċentriku, jirnexxieli xorta waħda nammira l-artistrija li dawn inħadmu biha.", "Għall-ewwel meta tisma' l-frażi \"kappella tal-għadam\" jiġik f'moħħok ċimiterju u mewt.", "Imma meta tidħol f'dawn l-ossarji, l-kripti u l-kappelli u tara dak li l-bniedem kien kapaċi jagħmel b'sempliċi għadam uman, ma tistax ma tistagħġibx bis-sengħa użata għal dax-xogħol.", "Hemm min xorta waħda jsostni li postijiet hekk huma makabri filwaqt li oħrajn jgħidulek li huma artistiċi.", "Imma finalment naħseb li s-sinifikat tagħhom huwa wieħed spiritwali u li wara kollox dik kienet ir-raġuni prinċipali għala bdiet din l-użanza.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-27 ta' Ġunju 2010 u ġie wkoll magħżul minn Din L-Art Ħelwa għall-premju Prix D'Honneur fil-kompetizzjoni tal-Wirt Kulturali Mibni tal-2010)", "ċimiterju", "Patri Ġużepp Grech", "Sqallija", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "ARTI BL-GĦADAM UMAN"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/01/shop-around-for-the-best-look-at-life-on-the-streets/", "text": ["Qianmen Street – Beijing", "Wangfuying – Beijing", "Nanjing Road – Shanghai", "Beijing", "Nanjing Road", "Qianmen Quanjude Duck Restaurant"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Shop around for the best look at life on the streets"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/04/pont-mac-cina-is-sitt-parti-fuq-vjagg-virtwali/", "text": ["PONT MAĊ-ĊINA – IS-SITT PARTI – Fuq vjaġġ virtwali", "Dan huwa l-aħħar artiklu ta' din is-sensiela li kellha l-għan prinċipali li ddewwaqkhom ftit mill-faxxinu taċ-Ċina u tal-kultura ta' niesha.", "Permezz ta' dawn l-artikli, erħejtilha flimkien magħkom fuq vjaġġ sinifikattiv ta' riċerka li laqqgħani ma' numru ta' perspettivi interessanti, mal-filosofija ta' wħud mill-aqwa għorrief, u ma' użanzi, tradizzjonijiet, rakkonti u leġġendi li qatt ma kont smajt bihom qabel.", "Personalment nemmen li din l-esperjenza għenet biex bnejt pont maċ-Ċina li serva biex wessgħali aktar il-firxa ta' ħsibijieti u tal-mod ta' kif nevalwa ċerti aspetti.", "Nittama li anki intom il-qarrejja gawdejtu xi ħaġa mill-informazzjoni li qsamt magħkom.", "Għażilt li nagħlaq din is-sensiela billi nżur virtwalment xi wħud mis-siti Ċiniżi li nittama li xi darba għad nara tassew u li forsi anki intom titħajjru tagħmlu l-istess...", "Is-sit arkeoloġiku", "Zhoukoudian huwa villaġġ żgħir li jinsab madwar 50km fuq lbiċ ta' Beijing.", "Dan il-post huwa mfittex ħafna mill-ġeologi minħabba s-saffi sedimentarji antiki mmens li fih.", "Infatti kien saff antik tal-perjodu Ordovician li biddel id-destin ta' dan il-post, hekk kif ġewwa dan il-ġebel, bdew ifeġġu diversi fossili umani li d-dinja qatt ma kienet rat bħalhom qabel.", "Kien fl-1918 meta l-ġeoloġist u arkeoloġist, Johann Gunnar Andersson, ġie mgħarraf dwar xi fossili li kien hemm f'għolja msemmija Chicken-bone qrib l-inħawi ta' Zhoukoudian.", "Huwa wettaq xi studju f'dan il-post u ġabar għadd kbir ta' fossili tal-annimali.", "Iżda r-rota dwar din il-ġrajja bdiet iddur meta fl-1921, huwa rritorna flimkien mal-palaeontologu Otto Zdansky, sabiex jerġa' jsir tiftix ieħor f'dawn l-inħawi u fost il-fdalijiet tal-annimali, nstabu wkoll żewġ sinniet umani.", "Din l-iskopertà qanqlet ħafna interess fl-arena xjentifika peress li sa dak iż-żmien, qatt ma kienu nstabu fdalijiet umani f'saffi daqstant antiki, la fiċ-Ċina u anqas fl-ebda pajjiż ieħor fil-kontinent tal-Asja.", "Dawn is-sejbiet wasslu għall-finanzjarjament ta' aktar riċerka u ta' aktar tħaffir fuq dan is-sit arkeoloġiku, fejn fost il-fdalijiet umani li nstabu, l-aktar waħda sinifikattiva saret fl-1929 mill-ġeologu u arkeologu, Pei Wenzhong.", "Din is-sejba kienet tikkonsisti fil-fdalijiet ta' ras umana ta' individwu li għex f'dawk il-partijiet taċ-Ċina madwar 200,000 – 700,000 sena ilu, liema tip ta' umani kienu saru magħrufa bħala Peking Man.", "Din l-iskopertà ġabet magħha informazzjoni ġdida hekk kif din tefgħet aktar dawl fuq l-oriġini tal-bniedem u ta' l-evoluzzjoni li għadda minnha.", "Infatti minn oġġetti oħra li nstabu, fosthom ta' labbra tal-ħjata magħmula minn għadma rqiqa u ta' ġiżirana maħduma mill-ġebel, mis-snien tal-annimali u mill-għadam, kien hemm indikazzjoni illi dawn l-umani kienu diġà bdew jiżviluppaw il-kunċett ta' kultura u li kienu kreattivi.", "Huma kienu wkoll kapaċi jikkontrollaw in-nar u jikkaċċjaw l-annimali kbar.", "Minħabba l-importanza kbira tiegħu, fl-1987, dan is-sit li maż-żmien infetaħ ukoll għall-pubbliku, sar jifforma parti mill-Wirt Kulturali Dinji.", "It-Triq tal-Ħarir u l-Grotti tal-Buddha", "It-Triq tal-Ħarir tirreferi għal rotta ta' trasport li fiż-żminijiet antiki, kienet tgħaqqad liċ-Ċina maċ-Ċentru u mal-Punent tal-Asja, mal-Afrika, u mal-kontinent tal-Ewropa.", "Dan il-passaġġ beda jinħoloq madwar it-2 seklu u dawk li l-aktar li kienu jużawh kienu negozjanti tal-ħarir.", "Madanakollu biż-żmien, il-kuntatt bejn iċ-ċivilizazzjonijiet differenti beda jħalli l-influwenzi tiegħu anki f'oqsma oħra.", "Ngħidu aħna fil-qasam tat-teknoloġija u x-xjenza, iċ-Ċina ntroduċiet mal-bqija tad-dinja l-prodott tal-karta u tal-istampar, filwaqt li mbagħad hija assorbiet elementi oħra minn pajjiżi varji, fosthom fl-oqsma ta' l-arti, tal-filosofija u tar-reliġjon fejn naraw l-introduzzjoni tal-Buddiżmu u ta' l-Islam.", "Dan għen biex il-kulturi jaċċettaw aktar id-differenzi ta' xulxin fi żmien id-dinastiji ta' Han u Tang.", "Intant, hekk kif il-Buddiżmu beda jinfirex matul it-Triq tal-Ħarir, ftit ftit bdew jinbnew għadd ta' grotti u tempji kbar li bdew jiżżejnu bi statwi u murali ta' ġmiel liema bħalu.", "Sfortunatament, ħafna minn dawn inqerdu mas-snin iżda dawk li rnexxielhom isalvaw huma xempju ta' dak li kien hemm qabel.", "Il-Grotti ta' Mogao", ": Dawn jinsabu mibnija fuq l-irdumijiet tal-muntanja Minsha fl-inħawi tal-belt ta' Dunhuang li dari kellha importanza strateġika fit-Triq tal-Ħarir.", "Għal elf sena sħaħ, matul ir-4 u l-14 il-seklu, għadd ta' nies waslu f'dawn l-inħawi sabiex jibnu dawn il-grotti li maż-żmien issawwru f'teżori artistiċi u arkitettoniċi fejn bosta mix-xogħolijiet kienu jirrappreżentaw ix-xbieha ta' Buddha.", "Fis-sena 1987, il-grotti ta' Mogao bdew jiffurmaw parti mill-Wirt Kulturali Dinji.", ": Bi storja ta' aktar minn 1,500 sena, dawn il-grotti li jinsabu f'Luoyang, huma magħrufa għal statwa ġganteska ta' Buddha li hi twila 17 il-metru u li ħadet tliet snin biex tlestiet.", "Barra minn hekk, dan il-post huwa sinifikanti peress li fih wieħed jista' josserva wkoll it-trasformazzjoni artistika fir-rappreżentazzjoni tal-Buddha, hekk kif din bdiet tinbidel minn xbieha ta' patri Indjan f'sofferenza, għal immaġini ta' patri aktar seren ta' żmien id-dinastija Tang, u b'hekk tnissel stil ġdid b'dehra aktar Ċiniża.", "Fis-sena 2000, il-grotti Longmen bdew jiffurmaw parti mill-Wirt Kulturali Dinji.", "Il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina (The Great Wall of China)", "Dan il-ħajt dam jinbena 2,000 sena – mis-7 seklu Q.K. sas-16 il-seklu W.K. Taw sehemhom fih 19 il-dinastija sakemm dan wasal biex ilaħħaq il-100,000 kilometru.", "M'hemm ebda kostruzzjoni oħra madwar id-dinja li għandha dan il-kobor kollu jew li damet tinbena għal daqstant żmien.", "Daqshekk ieħor huwa diffiċli biex wieħed iqabbel ix-xogħol kbir li dan il-ħajt kien jinvolvi u s-sofferenza kollha li sewa lil tant nies hekk kif ħafna minnhom ġew imġiegħla jagħtu sehemhom fil-bini tiegħu.", "Il-bidu tal-bini ta' dan il-ħajt jiftakar żmien meta l-pajjiż kien maħkum minn gwerra wara l-oħra u din il-kostruzzjoni kellha l-għan li toffri protezzjoni mill-għadu.", "Infatti, permezz ta' dan il-ħajt, il-bdiewa reġgħu ħadu r-ruħ hekk kif is-suldati li kienu qed jiġu min-naħa tat-tramuntana, sabu barriera kbira tilqagħhom.", "Sadanittant, dan il-ħajt wassal ukoll biex l-art tinqasam fi tnejn, fejn instab illi l-parti tan-nofsinhar kienet aktar sħuna u adattata għall-agrikoltura, filwaqt li l-naħa tat-tramuntana kienet aktar kiesħa u tixraq aktar għat-trobbija tal-merħliet tal-annimali.", "Din id-diviżjoni, apparti li temmet il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ kulturi, min-naħa l-oħra tat ukoll skop lin-nies tat-tramuntana biex jieqfu jibbażaw l-ekonomija tagħhom fuq il-gwerer u minflok joħolqu xi ħaġa tagħhom.", "Maż-żmien iż-żewġ kulturi kibru u tgħallmu japprezzaw id-differenzi ta' xulxin billi jerġgħu jiltaqgħu flimkien sabiex jinnegozjaw il-prodotti varji tagħhom.", "Matul is-sekli, dan il-ħajt sar is-simbolu tal-għaqda u tas-saħħa tan-nies taċ-Ċina hekk kif huwa sar xhieda ta' kif bi sforz u b'għan komuni, wieħed kapaċi jwettaq kollox.", "Fil-preżent, f'dan is-sit, li fis-sena 1987 sar parti mill-Wirt Kulturali Dinji, kuljum jinġabru eluf ta' turisti sabiex igawdu l-kobor u l-ġmiel tiegħu.", "Minn din il-belt, 24 imperatur tad-dinastiji Ming u Qing ħakmu liċ-Ċina mis-seklu 15 sas-seklu 20.", "Fiha ġie mibni l-palazz imperjali li kien iservi kemm bħala r-residenza tal-imperatur u kif ukoll bħala sit ta' ċerimonja u ċentru politiku, flimkien ma' għadd ta' binjiet oħra li kienu jiġu użati mill-familjari.", "Il-bini tal-Belt Ipprojbita nbeda fis-seklu 15 mill-imperatur Yongle u biex din tlestiet kompletament fuq medda ta' art ta' 8 kilometri, ħadmu fuqha madwar miljun individwu għal diversi għexieren ta' snin.", "Il-kuluri li ntużaw għat-tisbieħ ta' din il-belt għadhom jimpressjonaw anki lill-viżitaturi ta' llum.", "Is-selezzjoni tal-lewn isfar kien simbolu tal-poter imperjali fiċ-Ċina l-antika, filwaqt li l-kulur aħmar dejjem kien jirrappreżenta l-ferħ.", "Hemm madwar elf binja individwali ġewwa din il-belt u kważi s-soqfa tagħhom kollha ġew dekorati b'madum kulur id-deheb u b'ħitan aħmar.", "Jingħad li l-kumpless ta' dan il-palazz huwa l-ifjen wieħed f'Beijing u li fost il-binjiet tat-tip tiegħu, huwa l-aktar wieħed preservat.", "L-arkitettura raffinata tiegħu u l-kollezzjonijiet kbar u varji li jinsabu fih huma evidenza ħajja tar-rikkezza storika ta' dan il-pajjiż.", "Fl-1912, l-aħħar imperatur li kien joqgħod ġewwa l-palazz tal-Belt Ipprojbita, Aisin-Gioro Puyi, abdika mit-titlu ta' imperatur taċ-Ċina u xi snin wara, hu ġie mġiegħel jitlaq minn din il-belt.", "Waqt xi nkwiet politiku li nqala' fil-pajjiż fl-1949, din il-belt ġarrbet xi ħsarat u għalhekk meta xi snin wara nqalgħet rivoluzzjoni oħra, il-Premier Zhou Enlai kien bagħat armata sħiħa sabiex tipproteġi dan il-post.", "Fl-1987, il-Belt Ipprojbita ġiet dikjarata bħala parti mill-Wirt Kulturali Dinji u l-post inbidel f'mużew.", "Illum dan il-post huwa mekka tat-turisti li jżuru ċ-Ċina.", "L-art misterjuża ta' Alxa", "Alxa tinsab fil-punent taċ-Ċina, fir-reġjun tal-Mongolja, u tkopri madwar 270,000 kilometru kwadru ta' art (ftit akbar mill-Ingilterra).", "L-inħawi tagħha minn dejjem kienu mdawwra b'ċerta atmosfera misterjuża, probabbilment minħabba l-ġografija unika tagħhom fejn fosthom wieħed isib tliet deżerti.", "Wieħed minn dawn huwa magħruf bħala d-deżert ta' Badan Jara u fil-medda ta' art tiegħu, li tikkonsisti minn 47,000 kilometru kwadru, jgħixu biss madwar 100 familja, filwaqt li fi kwart minnu għadu qatt ma rifes il-bniedem.", "Dan id-deżert huwa l-aktar wieħed għoli fid-dinja u skont leġġenda antika, ir-raġuni hija li taħtu hemm mirdum l-imperu kollu tar-re Badan.", "Skont ir-rakkonti tan-nies tal-post, dan ir-re, li kien jgħix fi żmien antik, kien bniedem tant kiefer li finalment lanqas l-allat ma felħu jarawh aktar b'għajnejhom.", "Għalhekk darba minnhom huma ddeċidew li jidfnu lilu u lill-imperu tiegħu kollu taħt ir-ramel.", "Bi ħniena lejn in-nies tal-post, l-allat ħallew biss xi għadajjar mikxufin.", "Fis-snin ta' wara, uħud minn dawk li jieħdu ħsieb il-merħliet isostnu li wara xi tempesti qawwija tar-ramel, ġieli lemħu xi traċċi ta' strutturi jitfaċċaw minn taħt id-deżert.", "Fatt ieħor kurjuż dwar dawn l-inħawi huwa li meta wieħed jiżżerżaq fuq ir-ramel, minnufih jibda jinstema ħoss qawwi u stramb li jixbaħ l-irbumbjar distanti li jagħmel ajruplan.", "Realtà stramba oħra hija illi jeżistu madwar 140 għadira mifruxa f'dan id-deżert, fejn għalkemm il-livell tax-xita huwa ta' 80mm biss fis-sena u l-volum tal-evaporazzjoni huwa ta' aktar minn 3000mm, il-livell tal-ilma ta' dawn l-għadajjar qatt ma nbidel f'dawn is-snin kollha.", "Barra minn hekk, fl-għadira Yinderi Tu, għalkemm l-ilma tagħha huwa mielaħ, wieħed isib madwar 108 għajn ta' ilma ħelu li jnixxi fiha mill-art, liema ilma jingħad li għandu elementi fih li jgħinu fis-saħħa tal-bniedem.", "Infatti, in-nies tal-post iqisu dawn in-nixxiegħat bħala sagri.", "L-inħawi ta' Alxa huma magħrufa wkoll għall-foresta tas-siġar rari tat-tip 'diversified-leaved poplar', liema siġar jingħad li huma kapaċi jgħixu għal elf sena u li saħansitra jibqgħu ma jitmermrux sa elf sena wara li jmutu.", "Xi darba kien hemm ħafna aktar siġar bħal dawn ġo din il-foresta imma darba minnhom nar qawwi qered naħa minnhom kompletament, apparti għal siġra waħda.", "Illum din is-siġra hija 22 metru għolja, 2 metri wiesgħa u l-firxa tal-weraq tagħha jwasslu għal aktar minn 200 metru kwadru.", "In-nomadi tal-inħawi jqisuha bħala sagra u sa llum għadhom jinġabru jitolbu taħtha.", "Ta' min isemmi li f'dawn l-inħawi nġibed il-film 'Hero' li ħareġ fiċ-ċinema fl-2003 fejn l-artist prinċipali kien Jet Li.", "Għal dawk li jħobbu l-avventura, Alxa hija ideali għax is-siti insoliti huma numerużi.", "Fost dawn hemm il-Belt is-Sewda, li hija belt storika abbandunata, fejn uħud mill-partijiet tal-arkitettura straordinarja tagħha għadhom jidhru sa llum mitluqa fir-ramel.", "Ħafna viżitaturi jżuru dan il-post kemm minħabba r-romantiċiżmu storiku tiegħu u kif ukoll minħabba li teżisti leġġenda li tirrakkonta li taħt ir-ramel ta' dawn l-inħawi jinsab teżor kbir moħbi.", "Min-naħa l-oħra, għal dawk li taffaxxinahom l-arkeoloġija, fuq il-muntanja Mandalay, wieħed jista' jara aktar minn 6000 tinqixa fil-blat, li bosta minnhom jirrappreżentaw annimali u xeni tal-kaċċa, filwaqt li numru ieħor jinkludu xi karattri ta' kitba antika Ċiniża.", "S'issa ħadd għadu ma fehem il-għala dan it-tinqix jinsab biss fuq il-parti tan-nofsinhar tal-muntanja, lejn fejn taqbel ix-xemx.", "L-istess għad irid jiġi skopert min wettaq dan it-tinqix u għal liema raġuni?", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela PONT MAĊ-ĊINA fit-Torċa tas-27 t'April 2014)", "Beijing", "Buddiżmu", "deżert", "Grotti tal-Buddha", "Grotti ta' Mogao", "It-Triq tal-Ħarir", "Johann Gunnar Andersson", "Pont maċ-Ċina"], "category": "blog, literature, culture", "title": "PONT MAĊ-ĊINA – IS-SITT PARTI – Fuq vjaġġ virtwali"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/05/il-belt-valletta/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Il-Belt Valletta taf l-oriġini tagħha lill-Assedju il-Kbir tal-1565.", "Eżatt wara l-Assedju l-Kavallieri ta' San Ġwann raw illi kemm-il darba riedu jibqgħu f'Malta, l-għolja 'Sceberras' kellha tkun iffortifikata ferm aktar milli kienet sa żmien l-assedju.", "Aktar minn hekk, il-Kavallieri riedu jibnu belt ġdida li kellha tkun b'saħħitha biżżejjed biex tiddefendi ruħa kontra xi invażjoni mill-qawwa Ottomana.", "Kien il-Gran Mastru La Vallette li ddeċida li din il-belt ġdida tinbena biex isservi bħala belt-fortizza li minnha jiġu mħarsa iż-żewġ portijiet, dak ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir.", "L-ewwel ġebla tal-belt Valletta tqegħdet f'postha fit- 28 ta' Marzu tal- 1566 f'ċerimonja solenni.", "Il-perit ta' din il-Belt il-ġdida kien Francesco Laparelli.", "Din il-belt kellha tkun daqs 1000 metru tul u matula kien hemm 9 toroq twal u dritti, li mbagħad dawn ġew traversi minn 12-il triq li jaqsmu minn naħa ta' Marsamxett għan-naħa tal-Port il-Kbir.", "Waqt il-bini tal-Belt il-ġdida, La Vallette miet u floku leħaq Gran Mastru Pietro del-Monte.", "Kien fit-18 ta' Marzu 1571 li l-Gran Mastru del-Monte, flimkien mal-Kavallieri tal-Ordni, qasmu il-port biex daħlu uffiċjalment u solennement ġol-belt Valletta biex jgħammru fiha.", "Ħafna bini mill-belt Valletta kif nafuha llum inbena b'mod pjuttost sempliċi mill-perit Girolamo Cassar.", "Ix-xogħol fuq il-fortifikazzjonijiet kien kważi kollu lest sal-1573.", "Sa l-1582 kienu nbnew ħafna bini importanti, fosthom il-Palazz tal-Gran Mastru u l-knisja monastika tal-Kavallieri.", "Kienu nbnew ukoll binja tal-ifran għall- ħobż, armerija, il-qorti, bereġ tal-'Lingwi' u anki infetħu bosta ħwienet.", "Nafu li sal-1602 kien hemm jgħixu ġol-Belt daqs 4,000 ruħ.", "Biex dawn seta' jkollhom ilma biżżejjed, ġie mibni akwedott fi żmien il-Gran Mastru Wignacourt, li tlesta sal-1615.", "Fil-Belt hemm mat-tmien pjazzez u anki xi ġonna żgħar li kollha jħarsu minn fuq is-swar.", "Din il-belt inbnit b' toroq dritti biex b'hekk jagħtu lok għall-aqwa kommunikazzjoni min-naħa għall-oħra tal-belt.", "Forsi l-isbaħ kumment lejn din il-belt ingħata minn Sir Walter Scott li qal: 'This town is really quite like a dream'.", "Id-dinja kollha taqbel ma dan il-ħsieb, u llum il-belt Valletta hi rikonoxxuta mill-UNESCO bħala Patrimonju Dinji.", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-05T15:17:21+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "il-BELT VALLETTA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2017/11/kontinent-iehor/", "text": ["KONTINENT IEĦOR", "\"F'żogħżiti l-Awstralja kienet meqjusa bħala dinja tal-ħolm, dinja ta' opportunitajiet li ma kellniex f'pajjiżna.", "Ironikament it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija nissel problema ta' qgħad kbir fil-gżejjer Maltin u speċjalment iż-żgħażagħ bdew jaħarquhom saqajhom biex jitilqu minn fuq din l-art ħalli jfittxu xortihom x'imkien ieħor.", "Jien kont waħda minn dawk iż-żgħażagħ li flimkien ma' żewġ ħuti erħejnielha lejn dan il-kontinent b'sens qawwi ta' avventura.", "Imma ġaladarba sibt ruħi hemm irrealizzajt x'kont napprezza tassew f'ħajti u dan kollu kien qiegħed f'art twelidi.\"", "Trabbejt nisma' dawn ir-rakkonti t'ommi Angela Busuttil peress li spiss kienet issemmi ż-żminijiet li għexet fl-Awstralja.", "Barra minn hekk, minħabba li wieħed minn ħutha kien għadu jgħix hemmhekk, mhux darba u tnejn li n-nanna Fortunata Abela u z-zija Gracie Cilia talbuni biex niktbilhom xi ittra ħalli jibgħatuhielu.", "Niftakar li kienu ittri li kollha jibdew l-istess \"Għażiż Ġużeppi, Vera u t-tfal, nispera li tinsabu tajbin bħal kif ninsabu aħna għall-grazzja t'Alla\".", "Kont tgħallimt nikteb l-introduzzjoni bl-amment u kont nitbissem meta nara li dejjem kienu jiktbulu l-istess ħaġa.", "Il-bqija tal-ittri kienu jikkonsistu f'dak li jkunu għaddew minnu matul dawk l-aħħar ġimgħat jew dwar xi ħaġa li kienu beħsiebhom jagħmlu.", "Ta' tifla li kont, ftit stajt napprezza dawk l-ittri ripetittivi.", "Kellhom jgħaddu ħafna snin qabel fhimt kemm kienu jfissru għalihom dawk il-karti ċelesti li kont niktbilhom l-ittri fuqhom u għaliex kienu jistennew ir-risposti tagħhom tant b'ħerqa.", "Ir-raġuni kienet dejjem spjegata ċara fir-rakkonti t'ommi.", "Imma kultant jekk ma ġġarrabx, għajnejk ma jinfetħux.", "Illum li jiena sirt omm u li s-snin gerrbu fuq ommi wkoll, kapaċi nixtarr aktar.", "\"Kien ħija l-kbir Ġużeppi li beda jħeġġiġna biex immorru l-Awstralja.", "Hu kien diġà miżżewweġ u kellu l-familja tiegħu.", "Jien kien għad kelli 17 il-sena, ommi ma riditnix immur, u missieri ma ried jagħti b'xejn il-kunsens tiegħu biex insiefer.", "Imma meta għalaqt it-18 il-sena, Ġużeppi rnexxielu jikkonvinċi lil missieri li kien ser jieħu ħsiebi hu.", "Wegħdu li ser iġib ruħu daqs li kieku kien it-tieni missier tiegħi u kelmtu żammha għax id-dixxiplina tiegħu kienet iebsa mhux ħażin!\"", "\"Bilkemm niftakar kif saru l-preparazzjonijiet bil-ġenn li kelli biex nitlaq.", "Bsart li ser nimmissja lill-ġenituri tiegħi u lil ħuti l-oħra.", "Imma ta' żagħżugħa li kont neħħejt dawk il-ħsibijiet minn quddiem għajnejja u minflok intfajt noħlom dwar dik l-opportunità sabiħa li ngħix u naħdem f'pajjiż ieħor.", "Dakinhar li tlaqna biex nibdew dan il-vjaġġ, ommi għafsitni magħha u reġgħet qaltli li ma xtaqitnix immur.", "Il-ħsieb tal-firda minni kien diġà qed ikiddha iżda meta ratni konvinta biex insiefer, talbitni biex ma ninsihiex u biex ma nibqax hemm.", "Madanakollu jien moħħi kien biss f'dak il-vapur sabiħ li kien qed jistenniena biex jeħodna lejn l-Awstralja.\"", "\"Għal dan il-vjaġġ konna jiena, ħija Indrì u ħija Ġużeppi bil-familja tiegħu.", "Morna b'vapur lussuż, l-", ".", "Il-kmamar kienu spazzjużi u komdi.", "Ħallasna biss Lm10 kull wieħed biex vjaġġajna għal xahar sħiħ fuqu.", "Kien hemm ħafna Maltin oħra u kollha konna stmati tajjeb ħafna.", "Il-vjaġġ kien interessanti u pjaċevoli sakemm wasalna f'Port Said fil-Baħar l-Aħmar u nqbadna f'maltemp kbir.", "F'daqqa waħda kollox beda jitkaxkar 'l hawn u 'l hemm: l-imwejjed, is-siġġijiet, is-sodod.", "Tal-biża'!", "Ħafna mill-passiġġieri kellhom jingħataw il-mediċini għax ħassewhom ma jifilħux.", "Lili kieku m'għamilli xejn il-baħar imma ħassejtni tterrorizzata.", "Wara dakinhar bosta kienu b'qalbhom imtaqtqa kif ser naslu l-Awstralja għax il-vjaġġ donnu ma ried jispiċċa qatt!", "Niftakar li l-klieb il-baħar baqgħu jsegwuna matul il-vjaġġ kollu, dejjem jistennew lill-ħaddiema ta' fuq il-vapur biex jarmu l-fdalijiet tal-ikel fil-baħar.\"", "\"Malli wasalna Melbourne laqagħna temp imsaħħab u xejn ma ħadt grazzja mal-post.", "Xi ħbieb li kienu qed jistennewna ħaduna Adelaide li kien jumejn bogħod bil-karozza.", "Hemmhekk għamilna ftit taż-żmien.", "Kien post kwiet u ma tantx kien hemm xogħol.", "Tlaqna u morna Sydney, niġru minn xogħol għall-ieħor.", "Niftakar li l-ewwel darba li mort għax-xogħol, tlajt fi tren u marret għajni bija, u t-tren baqgħet sejra bija f'post ieħor.", "Tgħidx kemm bżajt meta stenbaħt u ma kontx naf x'se naqbad nagħmel.", "Tinkwieta għax la ma tkunx taf il-post, ma tafx ma' min tista' tiltaqa'.", "Ħdimt f'żewġ fabbriki imma ma nista' ninsa qatt kemm laqgħuni b'mod sabiħ fl-ewwel fabbrika li dħalt fiha.", "Kont ilni naħdem hemm ftit ġranet biss u hekk kif skoprew li kont għadni kif għalaqt it-18 il-sena għamluli", "u tgħidx kemm tawni rigali!", "Lanqas wara għaxar snin xogħol ma jagħmlulek hekk f'Malta!\"", "\"L-Awstralja kienet tgħaġġibni bil-kobor tagħha.", "Kienet sabiħa ħafna b'siġar twal u b'għelieqi spazzjużi u b'toroq li ma jispiċċaw qatt.", "Ġieli rajt ukoll xi annimali tal-post, l-aktar il-", "kbar li mhux darba u tnejn fettlilhom jintasbu f'nofs ta' triq u ma jkunu jridu jwarrbu b'xejn biex ngħaddu bil-karozza.", "Konna noqogħdu Greenacre fejn krejna dar pjuttost kbira.", "Ma tantx kien hemm Maltin.", "Kellna familja aboriġina fost il-ġirien tagħna u t-tfal tagħhom kienu jiġu jilgħabu magħna.", "Madwarna kienu joqgħodu nies minn kull pajjiż.\"", "\"Kien hemm okkażżjonijiet fejn konna noħorġu xi ftit.", "Niftakar li ġieli morna naraw ir-", "Kien ikollna l-ġellied favorit tagħna u erħilna ngħajjtu kemm nifilħu meta jibda jaqla' xi daqqtejn sew mingħand l-ieħor.", "Konna nidħlu b'vuċi tajba u noħorġu maħnuqin imma konna nieħdu gost.", "Dejjem bqajt bil-kurżità jekk kienux ikunu qed jiġġieldu veru jew le.", "Tant kienu jaqilgħu li ma stajtx nemmen li kienu jagħtu bis-serjetà!\"", "\"Il-kobor tal-post kien jaqtgħalna qalbna biex nimirħu 'l bogħod.", "U l-biċċa l-kbira minn ħajjitna kienet iddedikata biss għax-xogħol.", "Agħar minn hekk, ommna spiss kienet tibgħatilna l-ittri jew xi", "irrekordjatha bil-vuċi tagħha fejn kienet twissina biex noqogħdu attenti ħalli ma nweġġgħux u b'mod speċjali, biex ma niżżewġux hemmhekk.", "\"Fittxu ejjew 'l hawn, ejjew lura,\" kienet dejjem tirrepeti.", "Kemm tiflaħ tisma' kliem bħal dan?\"", "\"Ma domnix ma bdejna niddejqu u nixxenqu biex nirritornaw lejn pajjiżna fejn fiċ-ċokon tiegħu kellna dak kollu li ridna.", "Il-problema kienet li għalkemm biex morna l-Awstralja kellna nħallsu biss Lm10 kull wieħed, biex naqbdu vapur lura lejn Malta l-prezz kien Lm250 kull ras.", "Għamilna sentejn u nofs ngħixu hemm sakemm irnexxielna nfaddlu biżżejjed flus għalina kollha.", "Ġejna lura Malta bil-vapur", "u mill-ġdid domna xahar nivvjaġġaw.\"", "\"Kont kuntenta li rajt pajjiż ieħor imma ddispjaċini ħafna li tlaqt il-familja tiegħi.", "Ħadt ir-ruħ hekk kif wasalna lura Malta u rajthom kollha qawwijin u sħaħ.", "Tgħidx kemm għannaqthom u kien f'dak il-ħin li rrealizzajt kemm kont immissjajthom.", "\"Ma nerġax nitla' ma.", "Ma nerġax nitilqek,\" wegħedt lil ommi hekk kif għafastha miegħi.", "U kelmti żammejtha.\"", "Wara xi snin, ħuha Ġużeppi reġa' tela' l-Awstralja bil-familja tiegħu fejn dam għal żmien twil sakemm eventwalment, ta' età kbira rritorna Malta.", "Illum m'għadnix nikteb l-ittri fuq il-karti ċelesti.", "In-nanna, iz-zija u z-ziju ħallewna u issa fadal biss il-memorja tagħhom.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-Senior Times li ħareġ mal-ġurnal The Times of Malta tas-17 ta' Novembru 2017)", "emigrazzjoni"], "category": "blog, literature, culture", "title": "KONTINENT IEĦOR"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/10/dinja-ghaliha/", "text": ["Dinja għaliha", "Qrajt l-ewwel poeżija ta' Mary Meylak meta kont studenta fl-iskola primarja.", "Ma domtx ma rbatt qalbi magħha meta skoprejt li kienet l-ewwel poetessa Maltija, u ta' tifla li kont, ixxenaqt li meta nikber insir bħalha.", "Niftakar li kont akkwistajt il-ktieb tagħha Dawra Misterjuża (1947) u hemmhekk intbaħt li kellna l-istess ġibda lejn il-fantasija u li bħali, donnha kienet tgħix f'dinja għaliha.", "Meylak – l-inqas waħda li ġiet rikonoxxuta", "Għalkemm studjajt il-lingwa u l-letteratura Maltija għal diversi snin wara, fejn stħarriġt diversi awturi u poeti, ix-xogħolijiet ta' din il-poetessa qatt ma reġgħu tfattxaw.", "B'hekk Meylak sfumat fix-xejn u f'moħħi baqa' minnha biss is-sura ta' memorja nostalġika.", "Kien għalhekk li dan l-aħħar iddeċidejt li nimla' dan il-vojt li trabba' bejnietna billi staqsejt dwarha, fittixt il-kotba tagħha u ddiskutejt xogħolijietha flimkien ma' Josmar James Vella, Tarcisio Zarb, u l-Prof.", "Oliver Friggieri.", "Vella li huwa Għawdxi, gradwat B.A Malti (Unuri), għamel it-teżi tiegħu dwar Mary Meylak u permezz ta' dan ix-xogħol, huwa xtaq jgħolli kemm jista' jkun isem din il-poetessa li fil-fehma tiegħu, jistħoqqilha kull tifħir daqs kull poeta ieħor li kiteb ismu b'ittri tad-deheb fil-letteratura Maltija.", "\"Matul iż-żmien, Għawdex irnexxielu jrawwem nies li fil-kamp tal-letteratura Maltija għamlu isem għalihom.", "Fost dawn insibu lil Ninu Cremona, Anton Buttigieg, Ġorġ Pisani u Mary Meylak.", "Iżda minn dawn kollha, Meylak hi l-inqas waħda li ġiet rikonoxxuta.", "Infatti, meta bdejt nagħmel ir-riċerka tiegħi dwarha, spiss iltqajt ma' kitbiet u kritika dwar il-persunaġġi l-oħra imma ftit li xejn kien hemm min tratta lil din il-poetessa,\" qalli Vella.", "Fil-fehma tiegħu hemm żewġ raġunijiet partikolari għala ġara dan.", "Wieħed minnhom kien il-fatt li bħala mara, Meylak azzardat tidħol f'dinja li kienet meqjusa 'tal-irġiel'.", "Barra minn hekk, hija għażlet li taqbad rotta oriġinali u differenti għal kollox mill-linja tax-xogħol letterarju li kien moda dak iż-żmien u b'hekk jista' jkun li ma ttieħdetx daqstant bis-serjetà.", "L-unika vuċi femminili", "\"Mary Meylak kienet l-unika vuċi femminili fost il-poeti Romantiċi Maltin tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin.", "F'perjodu meta l-poeti l-oħra kienu qed iħaddnu t-tema tal-kriżi eżistenzjali, li kienet qed issir il-moda ta' dak iż-żmien, hi għażlet li tinqata' għal kollox minn dan l-istil, mhux biss għaliex ma tagħti ebda ħjiel tal-ansjetà eżistenzjali u storika ta' żmienha, iżda wkoll għaliex issib il-milja tal-espressjoni tagħha nnifisha fl-għoti ta' sura fantastika lid-dinja ta' madwarha,\" kompla jispjegali Friggieri.", "Is-sempliċità fix-xogħolijiet ta' Meylak", "Sadanittant, meta nxtħett naqra l-poeżiji ta' Meylak, issa li jiena persuna adulta, deherli li kitbietha u t-temi li kienet titratta, kienu xi ftit sempliċi żżejjed.", "Għaldaqstant, tlabt lil dawn l-istudjużi biex ifehmuni aħjar dwar kif għandi ninterpreta lil din il-poetessa...", "\"F'termini ġeneriċi, wieħed jista' jgħid li l-poeżija ta' Mary Meilak, hija poeżija sempliċi, li ftit li xejn tbiegħdet mill-poeżija, hekk imsejħa popolari, jiġifieri, il-poeżija tal-kwartina bir-rima mqabbża tal-għana Malti – poeżija li bħala regola tibni fuq il-vers tat-tmienja.", "Poeżija ta' dan it-tip, għaldaqstant għandha mnejn tinħass li ma tagħmilx parti mill-poeżija tal-'literai', imma pjuttost, għandha mill-poeżija 'bidwija', dik it-tip ta' lehma poetika, li tagħmel parti mill-mod ta' għajxien il-bniedem, li huwa midħla aktar tan-'narratoloġija tan-natura' milli tan-narratoloġija li hija konxja tal-istess narratoloġija tagħha,\" għarraffni Zarb.", "\"Mary Meylak għandha l-valur tagħha fix-xejra ċentrali, kontinwa tagħha; is-sempliċita' ta' ruħ li ma hix kapaċi tagħraf problemi, u meta tagħrafhom tħollhom b'mod immaġinativ,\" kompla Friggieri.", "It-temi prinċipali ta' Meylak", "Fost it-temi prinċipali li Meylak tiġi assoċċjata magħhom hemm il-fantasija, in-natura u r-reliġjon.", "\"Fil-poeżiji tagħha, Meylak spiss tinqeda bit-teknika tal-personifikazzjoni fejn b'mod l-aktar ħelu u sempliċi, hi tagħti l-kwalitajiet tal-bniedem lil dak kollu li mhux uman u b'hekk, il-ħlejjaq isiru mogħnija bis-sensi u l-emozzjonijiet.", "Dawn il-figuri tat-taħdit joħorġu b'mod naturali minn moħħ il-poetessa, ħafna drabi bi tbissima u b'ħajta umoristika.", "Mix-xejn toħroġ il-kbir, mis-sempliċi tiftaħ l-orizzonti tal-kreattività.", "F'dawn l-aspetti toħroġ il-fantasija impekkabbli tal-poetessa u ċertament il-poeżija tagħha 'Dawra Misterjuża' hija eżempju mill-iprem ta' dan,\" qalli Vella.", "\"Xogħolijietha juru biċ-ċar ir-rispett ġenwin li hi kellha lejn in-natura u l-imħabba kbira lejn l-annimali li jiġu trattati bħala persuni, ugwali għall-bniedem fit-tbatija.", "Huma umanizzati proprju għaliex għandhom integrita' morali li l-bniedem għandu ħafna x'jitgħallem minnha,\" fissirli Friggieri.", "\"Min-naħa l-oħra, meta Meylak tikteb dwar in-natura, wieħed jista' jħoss ukoll element reliġjuż f'xogħolijietha hekk kif hi tnebbaħ illi rispett lejn Alla Ħallieq jesiġi bilfors rispett lejn il-ħlejjaq Tiegħu.\"", "\"Il-poetessa għandha l-kredu tagħha – kredu li jsostni dak li hija wirtet f'termini ambjentalistiċi u lingwistiċi, kif ukoll f'termini ta' lehma u spiritwalità.", "Dan huwa dak it-tip ta' kredu li sawwar il-'forma mentis' tagħha.", "Il-perċezzjonijiet tagħha, u kif hija tiffiltrahom poetikament huma konsonanti mal-istess ambjentazzjoni li tgħix u tgħammar fiha,\" kompla Zarb.", "\"Bħal qisu, din hija dik it-tip ta' poeżija, li trid tiċċelebra lill-ħajja mingħajr ambizzjonijiet tal-gżira Għawdxija.", "U dan tagħmlu bid-dehwa ta' min inħakem minn xi tip ta' eliżir, li huwa intimament marbut mal-mitoloġija siekta tal-ħajja ta' kuljum.", "Hija dik it-tip ta' mitopoeja li hija ssawret minnha u dawritha magħha biex tkompli ssaħħilha lill-istess għajxien intimu tagħha – għajxien mogħni b'serenità, armonija u bilanċ fl-istess esuberanza imaġistika tiegħu.\"", "It-tema tal-gwerra – poeżiji inediti", "Waqt li kien qiegħed jagħmel ir-riċerka għat-teżi tiegħu, Vella sema' li kien hemm diversi poeżiji inediti ta' Meylak u fosthom kien hemm ammont li kienu jitrattaw it-tema tal-gwerra.", "Fost id-diversi kuntatti li għamel, huwa ltaqa' ma' Joe Camilleri, li kien għalliem tal-Malti u midħla sewwa ta' Meylak u tan-neputi tagħha, il-Kanonku Joe Meylak, u dan tah indikazzjoni li probabbilment seta' jsib xi ħaġa tagħha fiċ-Ċentru Parrokkjali ta' San Ġorġ ir-Rabat Għawdex.", "\"F'dan iċ-Ċentru tkellimt ma' Francesco Pio Attard li għeni ħafna fit-tiftix tiegħi u saħansitra urini kaxxa tal-kartun li kienet miżgħuda bid-drammi, bil-kitbiet u bil-poeżiji ta' Meylak, li wħud minnhom qatt ma ġew ippubblikati.", "Bqajt ngħarrex u nittama li nsib il-poeżiji relatati mal-gwerra sakemm finalment tfaċċaw quddiemi f'forma ta' skritti u pitazzi suwed,\" irrakkuntali Vella hekk kif beda jurini xi kopji tagħhom.", "Apprezzajt ferm hekk kif ilmaħt kitbietha u n-noti li hi ħalliet miktuba ħdejhom u nistqarr li f'dak il-mument ħelu, bħal ħassejtha qiegħda qribna, tarana niflu xogħolijietha u napprezzawhom.", "Fost it-titli tal-poeżiji kien hemm: 'Il-Black-Out', 'Il-Black Market', 'l-Flus tar-Relief' u diversi oħrajn.", "Il-poeżija 'Waqt Air-Raid' kienet waħda minnhom:", "Reġgħu ġew ja uċuh bla żejt", "Ġejja x-xelter?", "Ħaffef isa!", "Jien tiela fuq il-bejt.", "Qabel xejn roddu salib", "Żomm sinjur idek felħana", "Fuq gżiritna u kemm il-bdoti,", "Lis-suldati u lin-nies tagħna.", "Oħra, bl-isem ta' 'Ma' min iżżomm?\" kienet turi s-sentimenti favorevoli li hija kellha lejn l-Ingilterra:", "Jekk l-għadu għad bid-deheb jibni ħitanek", "u jdawwrek bid-djamanti wara l-gwerra,", "ma' min iżżomm?", "Tridx tgħidli Malta tiegħi?", "Silta minn poeżija oħra bl-isem 'Malta bil-George Cross' tesprimi mill-ġdid is-simpatija tagħha lejn il-kolonizzaturi ta' Malta, filwaqt li titkellem b'ġieħ ukoll lejn niesha u lejn pajjiżha:", "Kien waħdu sidru jħammar", "Ġod-dinja l-pitirross,", "Illum ħmar sider Malta", "Bid-dehen mistħoqq George Cross.", "Int qabar tal-għedewwa", "M'hemmx biża, m'hemmx irdoss,", "Int l-għaxqa tar-Re tiegħek", "Li xeddlek il-George Cross.", "Fost il-ġrajjiet ta' żmien il-gwerra, irrakkuntati permezz tal-poeżiji ta' Meylak, kien hemm ukoll il-poeżija 'Il-Vitorja tal-1943′ li silta minnha kienet tgħid hekk:", "X'ħin ħriġna l-Bambina miżmuma fl-idejn,", "Ġiet xita ta' grazzi mill-beraħ tax-xejn,", "O x'ferħ f'dil-Vitorja tat-tlieta u erbgħin!", "\"Punt bijografiku li affettwa l-poetika tagħha u li s'issa ħadd qatt ma rabtu ma' Meylak kien li hi għexet iż-żminijiet koroh tal-gwerra u fil-fatt dawn iż-żminijiet qanqluha biex tikteb poeżiji li juru l-kwadru tal-ħajja lokali f'dawn l-esperjenzi qarsa li għaddiet minnhom.", "Kif qed tara, l-ammont kbir ta' poeżiji li hi ħalliet warajha, jistgħu jitqiesu bħal speċi ta' djarju, li apparti li jirrakkonta dak li għaddiet minnhu hi, jiddeskrivi wkoll dak li għadda minnu l-poplu u l-pajjiż tagħna.", "Nixtieq ħafna li fil-futur qarib jirnexxieli nippubblika dawn il-poeżiji sinifikanti ta' Meylak\" qalli Vella.", "Intant, Vella jispera wkoll li jkollu l-opportunità li jkompli jfittex aktar kitbiet ta' din il-poetessa li kellha ħabta tibgħat il-poeżiji oriġinali biex tipparteċipa f'xi kompetizzjoni jew biex jiġu ppubblikati f'xi ġurnal, u allura min jaf kemm aktar xogħolijiet tagħha għad fadal x'jinstabu.", "Ngħid għalija, ma tistax tistudja x-xogħolijiet ta' persuna mingħajr ma tipprova tifhem ukoll xi ftit min kienet u x'personalità kellha.", "Madanakollu, kull min kellimni dwar Meylak qalli li hi kienet persuna riservata ħafna u kienet tkellem biss lil dawk li kienet taf sewwa.", "Twieldet fid-9 t'Awissu 1905 fir-Rabat, Għawdex u attendiet fl-Iskola Ċentrali t'Għawdex.", "Skont Vella, \"L-imħabba għall-kitba bdiet minn meta kienet żgħira.", "Fl-iskola, sħabha tal-klassi kienu jagħtuha l-flus biex tagħmlilhom il-komponimenti.", "F'intervista li darba għamlu lil Meylak hija stqarret li kienet ommha li tatha l-ispirazzjoni biex tibda tikteb peress li kienet tuża ħafna figuri tad-diskors meta kienet tkun qed titkellem.", "Hija qalet ukoll li kollox kien jispiraha, mis-sħab tas-sema sal-ġebel tal-ħajt.", "Dan kien ikun biżżejjed biex iqanqal fiha ħsieb fertili li mħallat mas-sengħa ta' kif kienet tħaddem il-kelma, kien jirriżulta f'kitbiet imlewna u msaħħra.\"", "Kienet sensittiva ħafna", "\"Meylak kienet tħobb tikteb fil-ġeneri letterarji kollha, imma kienet tħossha kburija li kellha l-ħila tikteb il-poeżija.", "Kienet sensittiva ħafna dwar din il-ħaġa.", "Infatti kienet tagħmel nervi kbar meta kienet tkun ikkritikata jew meta ma kinitx tissemma' daqs kemm kienet tistenna li tkun imsemmija.", "Fil-bidu tas-seklu 20, l-ilsien Malti kien għadu qed iħabbat wiċċu ma' bosta intoppi.", "Kien imkasbar u mlaqqam bħala 'ilsien tal-kċina' – l-ilsien tal-baxxi.", "Kotba bil-Malti ftit li xejn kont issib u li mara tikteb bil-Malti kienet ħaġa tassew kbira, aktar u aktar jekk titħajjar tikteb il-versi.", "Iżda minkejja dan l-ambjent ostili l-poetessa rnexxielha taqsam dak li tħoss mal-oħrajn u xxerred kitbietha.\"", "\"Fl-1930 kitbet l-ewwel poeżija tagħha 'Faxx Nemel' u ħadet sehem biha fil-Pronostku Malti ta' dik is-sena taħt in-nom-de-plume 'Qamar Ġdid'.", "B'dil-poeżija hi rnexxielha tieħu s-sitt post fil-konkors u wara dan is-suċċess, il-poetessa kompliet tikteb u bdiet tieħu l-fama tal-unika poetessa Maltija.\"", "Kienet eċċentrika u introverta", "Komplejt nistaqsi lil Vella dwarha u hu kompla jgħidli:", "\"Kienet bniedma eċċentrika u introverta li ma tkellem lil ħadd u li ħadd ma jkellimha.", "Tiżjin u ritratti mill-inqas biex kemm jista' jkun ma tidhirx wisq.", "Imma għal dawk qrib tagħha Mary Meylak kienet għal kollox differenti.", "In-nies li kienu viċin tagħha, jafuha eżatt kif hi pinġiet lilha nnifisha fil-poeżija 'Monument Mary Meylak'; jiġifieri mara b'qalb tad-deheb li ħsiebha kien biss biex tgħin lill-batut.\"", "Kienet ġeneruża", "Sirt naf ukoll dawn ir-rakkont interessanti dwar il-ġenerożità ta' Meylak:", "\"Minħabba l-faqar u l-għaks ta' wara l-gwerra, fejn f'Għawdex kien hemm problema bin-nuqqas ta' djar, hija xtaqet li tagħmel xi ħaġa biex mill-ftit tagħha ttaffi t-tbatija.", "Għalhekk bniet żewġ blokki ta' appartamenti fi Triq Pompei u fi Triq il-Kappillan Hili fir-Rabat Għawdex u kriethom lill-koppji b'kera baxxa.\"", "\"Darb'oħra waqt il-ħruġ tal-istatwa ta' San Ġorġ min-niċċa, waqt li kienet fil-korsija flimkien man-nies l-oħra ċċapċap u tifraħ bħal tarbija, wasal il-qassis bil-kopp quddiemha, u hi fetħet iż-żipp tal-portmoni u tefgħetlu kollox.", "Kien biss wara li ndunat li tefgħet iċ-ċwievet tad-dar ukoll!\"", "Il-lat romantiku tagħha", "Meylak għamlet sbatax-il sena taħdem fl-uffiċini tal-Gvern.", "Fl-1942 hi saret għalliema u kompliet f'din il-karriera għal għoxrin sena oħra sakemm irtirat.", "Baqgħet qatt ma żżewġet għalkemm hemm min jgħid li darba kienet tara raġel.", "Ta' mara romantika li jien, ippruvajt nislet xi ħjiel mill-poeżiji tagħha u tassew, f'ċertu kitbiet minnhom bħal 'Let us never meet again!', 'Goodbye', 'And are you sure?' li qrajt fil-ktieb 'Songs you will like' (1971), jidher li Meylak xi darba kellha xi delużjoni ta' mħabbha li għalkemm hi qatt ma tkellmet dwarha man-nies, xorta waħda rrakkuntatha bejn il-linji tal-kitbiet tagħha:", "Għalkemm Meylak għexet f'dinja għaliha, jekk wieħed jinteressa ruħu u jsegwi l-poeżiji u x-xogħolijiet l-oħra tagħha, almenu jkun jista' jsegwi dak li l-poetessa riedet taqsam mal-pubbliku.", "U dan ma kienx ftit għax hi kienet pjuttost prolifika.", "Fil-poeżija l-aktar magħrufa tagħha 'Dawra Misterjuża' hi tikteb:", "Jien se ngħidilkhom ħaġa u se tistagħġbu,", "Emmnuni li mhix qlajja'", "Jekk jien ngħidilkhom illi b'moħħi nimxi", "Wisq aktar minn b'saqajja.", "U fejn immur?...", "Min jaf fejn immur b'moħħi!", "Fejn ngħid li ser jesgħani?", "X'inhuma l-ħames kontinenti f'daqqa?", "X'ċajt huma l-Oċijani?", "Is-sena 2015 – 40 sena anniversarju minn mewtha", "Mary Meylak mietet fl-1 ta' Jannar 1975 fl-isptar t'Għawdex, fi Pjazza San Franġisk.", "Indifnet fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija li hemm fil-limiti Tal-Barmil fil-qabar tal-familja Meylak, numru 79.", "Fl-2005, f'għeluq il-100 sena minn twelidha, twaħħlet lapida fi Pjazza San Ġorġ, biswit id-dar li kienet toqgħod fiha ħajjitha kollha: numru 6 Triq San Ġużepp, ir-Rabat, Għawdex.", "Dakinhar, ħarġet ukoll edizzjoni limitata ta' kartolini f'ġieħha u saru xi attivitajiet kulturali biex ifakkru lil din l-ewwel poetessa tal-gżejjer tagħna.", "Is-sena d-dieħla nfakkru l-40 sena mill-mewt tagħha u nittama li b'xi mod, isimha u xogħolijietha, jiġu mfakkra mill-ġdid.", "Id-dar abbandunata ta' Meylak", "Biex nagħlaq dan il-vjaġġ, mort infittex id-dar ta' Meylak u kont iddiżappuntata mhux ftit meta ma kien hemm xejn x'jindika liema waħda kienet.", "Daqstant ieħor skantajt li wħud mill-Għawdxin li waqqaft fi Pjazza San Ġorġ, lanqas biss kienu jafu għal min qed nirreferi meta semmejt lil Mary Meylak!", "Eventwalment xi anzjani urewni l-proprjetà tagħha u qaluli li spiss kienet tħobb tintasab bil-qiegħda barra fuq siġġu u tikteb il-poeżiji.", "Sfortunatament, illum id-dar tidher abbandunata għal kollox u kien hemm min qalli li mhux darba u tnejn li xi nies daħlu fiha u ħadu xi affarijiet.", "Tnikkitt u hekk kif ħarist lejn it-twieqi tal-gallarija ta' din id-dar, immaġinajtha tittawwal u tgħidli, \"Għidilhom!\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (22 parti) fit-Torċa tat-12 t'Ottubru 2014)", "Dawra Misterjuża", "Ġorġ Pisani", "Pjazza San Ġorġ", "poezija"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Dinja għaliha"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/03/600-sena-ta-memorja-pubblika/", "text": ["600 sena ta' memorja pubblika", "Xi mkien trid tieqaf!", "Infatti, għalkemm konxja li hemm ħafna aktar ġabriet interessanti x'nikteb dwarhom, dan ser ikun l-aħħar artiklu tiegħi f'din is-sensiela.", "Kull artiklu li ktibt kellu l-għan li jeħodna matul vjaġġ ta' esplorazzjoni tal-kultura u tal-istorja tagħna.", "Flimkien skoprejna kif primarjament l-iskop maġġuri ta' dawn il-ġabriet tat-tifkiriet huwa li permezz tagħhom il-bniedem joħloq mezz kif jippreserva l-memorja tal-persuni, tal-perjodi, tal-mumenti u tal-affarijiet li l-aktar li jgħożż u li ma jrid qatt li jintilfu jew jintesew.", "Għalkemm uħud fostna jaħsbu li l-memorja hija xi ħaġa li żżommok imwaħħal mal-passat, fir-realtà din għandha l-potenzjal li tgħaqqad l-għeruq tal-bniedem modern ma' dawk tal-antenati tiegħu u b'hekk tirrinforza l-pedament tal-umanità ta' llum.", "Permezz tal-memorja, tarbija li titwieled fid-dinja ma jkollhiex għalfejn tibda kollox mill-bidu, u wara li titgħallem dak li sar qabel, hija tista' tkompli tibni fuq dak li sabet u b'hekk tinfetaħ l-opportunità għall-progress.", "Din il-ġimgħa ddeċidejt li niddedika l-aħħar artiklu tiegħi lill-Arkivju Notarili li sfortunatament għamel żmien twil abbandunat.", "Infatti min jaf kemm il-darba għaddejt minn quddiem din il-binja antika li tinsab fi Triq San Kristofru, kantuniera ma' Triq San Pawl fil-belt Valletta, bla qatt bsart x'seta' kien hemm wara dak il-bieb kbir.", "Fi żjara li għamilt f'dan il-post, tkellimt ma' l-istorika, Dr Joan Abela, u mar-restawratriċi tal-karta u l-kotba, Dr Theresa Zammit Lupi, dwar il-ġabra ta' aktar minn għoxrin elf reġistru ta' kitbiet notarili li jinsabu f'dan l-arkivju u li wħud minnhom imorru lura saħansitra sas-seklu 15.", "Stennejt li kont ser nisma' elf ġrajja dwar dawn id-dokumenti imma żgur li m'għaddilhiex minn rasi li kont ser nara b'għajnejja t-tifrik tal-ġebel ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li jinqala' minn bejn il-paġni tagħhom waqt it-tindif tagħhom!", "Oriġinarjament, l-Arkivji Notarili twaqqfu fl-1640 mill-Gran Mastru Lascaris u kienu jinsabu fl-Oratorju ta' San Ġwann.", "Wieħed mill-għanijiet tagħhom kien li jiġbru fihom il-volumi ta' dawk in-nutara li ma kienux għadhom jipprattikaw jew li kienu mejta, sabiex iservu bħala sors ta' referenza.", "Fatt kurjuż huwa li f'dan il-perjodu, kull min ried jilħaq nutar kellu jmur jistudja barra minn Malta, ġeneralment f'Palermo.", "Barra minn hekk, il-liċenzja biex nutar jibda jipprattika u l-inħawi fejn dan seta' jaħdem, kienu jiġu deċiżi mill-Gran Mastru.", "Fuq mejda ppreparata apposta għalija, ħalli nkun nista' napprezza dak li joffri dan l-arkivju, sibt numru ta' manuskritti mill-ifjen jistednuni biex nagħti titwila lejn il-memorja li tħalliet maħżuża fuq il-paġni antiki tagħhom.", "Minbarra l-kitba raffinata tipika ta' dak iż-żmien, stajt nosserva wkoll id-dekorazzjonijiet li bihom ġew imżejjna dawn il-volumi.", "Skoprejt ukoll illi dawn il-volumi rnexxielhom jirbħu t-theddida taż-żmien għal daqs tant snin minħabba li l-paġni tagħhom inħadmu mid-drapp u għalhekk huma aktar reżistenti mill-karta li nafu llum.", "Dettal ieħor interessanti huwa illi l-materjal li ntuża biex jgħatti u jipproteġi l-qoxra ta' numru minn dawn il-manuskritti, fir-realtà huwa aktar antik u prestiġġjuż mill-volum innifsu!", "Żewġ eżempji li rajt kienu jinvolvu dokument ta' prova ta' nobbiltà ta' żmien il-Kavallieri, u faċċata ddiżinjata bin-noti sbieħ u kkuluriti tal-kotba tal-kant korali li nħolqu fil-perjodu tal-Gran Mastru l'Isle Adam fis-16 il-seklu, liema kotba llum jinsabu fil-Kattidral ta' San Ġwann.", "Biex nifhmu ġest bħal dan, irridu niftakru li meta dawn il-paġni tqaċċtu minn dawn il-kotba prezzjużi biex jiġu riċiklati bħala għata għall-volumi oħra, dan il-materjal kien qed jiġi mitqies bħala antik u żejjed.", "Dokument ieħor li rajt, kien juri l-ewwel forma ta' passaport miktub fuq karta enormi.", "Dan il-passaport partikolari kien inħareġ minn Sultan Ottoman sabiex jagħti l-permess uffiċċjali lil kaptan Nisrani sabiex dan ikun jista' jivvjaġġa bil-bastiment tiegħu f'territorju Mislem, mingħajr ma jiġi aggredit u mingħajr ma ssirlu ħsara fil-merkanzija li jkun qed iġorr.", "Dan kien żmien meta kursara nsara u misilmin kienu sikwit jattakkaw il-bastimenti li jkunu fuq il-baħar ħalli jisirqulhom il-merkanzija u jieħdu n-nies li jsibu fuqhom bħala skjavi.", "Infatti, dokument ieħor kien jinvolvi l-kuntratt ta' assikurazzjoni li tħallset minn kaptan ta' bastiment fl-1536 ħalli jassikura l-merkanzija tal-qoton li kien ser jitrasporta.", "Min-naħa l-oħra, manuskritt ieħor kellu miktub fid-dettall il-kundizzjonijiet maqbula fuq negozju ta' skjava, fejn fl-1535, persuna li ġġib l-isem ta' Intlohef, li kienet Musulmana minn Tuneż, kienet qed tiġi mibjugħa lil wieħed Malti għall-prezz ta' 40 skud.", "Did-darba, fil-ħażż ta' din il-kitba, wieħed jista' josserva l-perċezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li kienu għal kollox differenti minn ta' llum.", "Fil-fatt, dawn l-imsejkna li kienu jinqabdu bħala skjavi, spiss kienu jiġu trattati bl-istess mod kif kienu jitqiesu l-annimali jew xi prorpjetà oħra.", "Dan l-element huwa ċar fl-użu tal-lingwaġġ li jirreferi għalihom fejn ngħidu aħna l-iskjavi mibjugħa fi Tripli kienu jissejħu 'testa di nigri', oħrajn jirreferu għall-grupp ta' skjavi bħala 'a cargo of slaves', filwaqt li kien hemm terminu speċifiku użat fil-bejgħ tagħhom li kien jgħid li dawn qed jinbiegħu 'pro uno sacco ossibus pleno', jiġifieri bħala xkora għadam.", "Din tal-aħħar tfisser l-istess bħat-terminu ta' llum 'tale quale' u allura min jixtri skjav, ma setax imur lura għand il-bejjiegħ u jitlob il-flus lura jekk dan jimrad jew imutlu.", "Sadanittant, permezz ta' dokumenti oħra, wieħed jista' jifhem ukoll x'tip ta' nies kienu qed jixtru dawn l-iskjavi.", "Ngħidu aħna, jekk tivvaluta ċerti dokumenti ta' l-ewwel snin meta ġew il-Kavallieri fostna u marru joqogħdu l-Birgu, tara li f'daqqa, il-prezz tal-proprjetà ta' dawk l-inħawi sploda hekk kif ħafna bdew ifittxu biex jixtru dar f'dawn l-inħawi ħalli jkunu aktar viċin ta' dawn l-individwi nobbli jew inkella għax hemm kien hemm aktar xogħol.", "Infatti permezz ta' kuntratt ta' bejgħ ta' dar li kellha kamra, kċina, intrata u bir, naraw li din kienet tiswa 40 skud, prattikament daqs kemm kienu qed jinbiegħu l-iskjavi.", "Għaldaqstant, dan jikkonferma li biex wieħed seta' jiflaħ il-lussu ta' skjav, ried ikollu flus mhux ħażin.", "Dokument ieħor partikolari mmens kien miktub minn testatur fis-sena 1814 fuq biċċa njama peress li f'dak iż-żmien kienu jaħsbu li l-injam ma setax iġorr mard fuqu.", "Dan kien żmien il-pesta qalila li kienet laqtet lil Malta fl-1813 u n-nies kienu qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex ma jxerrdux il-marda.", "Infatti din il-biċċa njama twasslet lin-nutar li mbagħad kiteb il-kuntratt ġewwa manuskritt.", "Mur għidlu li fir-realtà l-injam kien kompliċi ma' din il-marda u li jekk mimsus minn xi ħadd milqut bil-pesta, huwa kien jitrasferixxi l-infezzjoni lill-bniedem li jmissu wara!", "Sa minn żmien il-Kavallieri, il-liġi kienet titlob lin-nutara kollha sabiex dawn jiddepożitaw tliet tipi ta' dokumenti: il-bastardello (li kellu fih il-minuti li kienu jittieħdu waqt li jkunu qed jinkitbu l-atti), id-dokument oriġinali tal-kuntratt, u kopja tiegħu tar-reġistru.", "Fil-fatt, f'dan l-arkivju wieħed isib eluf ta' bastardelli u ta' kopji tar-reġistru, mentri l-kuntratti oriġinali jinsabu fl-arkivju prinċipali tal-Arkivji Notarili li jinsab fi Triq Mikiel Anton Vassalli.", "Il-bastardelli huma importanti ħafna minħabba li fihom ir-riċerkatur jista' jsib diversi noti addizzjonali bħal ngħidu aħna noti ta' kontijiet jew ħlas, xi ħaġa li n-nutar ma setax jagħmel fuq il-kuntratt oriġinali li ma setax jintmess.", "Il-lingwa użata f'dawn id-dokumenti tvarja minn perjodu għall-ieħor b'riflessjoni tas-soċjetà ta' dak iż-żmien: sat-18 il-seklu l-lingwa hija primarjament bil-Latin, imbagħad fid-19 il-seklu l-lingwa użata taqleb għall-Ingliż u għat-Taljan, waqt li hu biss fl-20 seklu li nibdew naraw l-użu tal-Malti antik.", "Dr Joan Abela insistiet għal aktar minn darba dwar l-importanza ta' dan il-materjal li jinsab maħżun f'dan l-arkivju, liema materjal ikopri madwar 600 sena ta' storja kontinwa ta' diversi livelli tas-soċjetà.", "Iżda akkost li dil-ħażna tiswa mitqla deheb, din għadha ma ġiet analizzata b'mod xjentifiku u storiku u allura l-potenzjal ta'dan ir-riżors mhux qed jiġi utilizzat.", "Sfortunatament, dawn l-arkivji għadhom mhumiex meqjusa bħala patrimonju minħabba li għall-istat huma jidhru bħala dokumenti legali.", "Infatti huma jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tan-Nutar Prinċipali tal-Gvern u mhux tal-Arkivista Nazzjonali.", "Diffikultà oħra hija li ħafna minn dawn il-manuskritti jinsabu f'qagħda mwiegħra peress li huma kienu nġabru minn taħt it-tifrik minn post fi Strada Stretta fejn kienu merfugħa, wara li dan intlaqat mill-bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Jidher li xi ħadd kien tqabbad ineħħi dawn id-dokumenti sabiex jiġu salvati u b'hekk huma nġabru malajr mill-art, tpoġġew f'għadd ta' kaxxi, inġiebu f'dan il-post fejn qegħdin bħalissa, u tħallew hemm għal snin sħaħ bla ma ħadd qatt misshom.", "Dr Theresa Zammit Lupi spjegatli kif mhux darba u tnejn li jsibu xi volum letteralment maqsum fin-nofs b'konsegwenza ta' xi splużjoni waqt il-gwerra, jew xi volumi oħra mtaqqba bis-shrapnel.", "Intant, għal dawn l-aħħar 10 snin il-Kunsill għar-Riżorsi tal-Arkivju Notarili li huwa NGO volontarju, ħadem bis-sħiħ biex ilaqqa' flimkien lir-riċerkaturi, lill-akkademiċi u lil ċittadini oħra bil-għan li dawn jappoġġjaw lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern u lill-impjegati ta' dawn l-arkivji sabiex din il-kollezzjoni tkun ippreservata.", "Fil-fatt Dr Abela, membru ta' din l-NGO, ilha taħdem f'dawn l-arkivji għal għaxar snin b'mod volontarju bl-iskop li xi darba hija tara d-dokumenti kollha restawrati, konservati u ikkatalogati sabiex dawn ikunu jistgħu jservu bħala riżors sinifikanti ta' referenza għar-riċerkaturi.", "Grazzi għal numru ta' sponsors li jgħinu finanzjarjament lill-arkivju notarili biex jitkompla dan ix-xogħol, ammont konsiderevoli minn dawn il-manuskritti ġew restawrati u konservati.", "Infatti, is-sena li għaddiet feġġ raġġ ta' tama li jitwettaq ħafna aktar xogħol meta l-HSBC għadda donazzjoni ta' 100,000 ewro lil dan l-arkivju.", "B'dawn il-fondi l-arkivju seta' jimpjega żewġ esperti fil-konservazzjoni tal-karta u b'hekk dawn bdew jorganizzaw numru ta' dokumenti li ilhom mitluqin għal għexieren ta' snin.", "Dr Zammit Lupi spjegatli kif il-proġett li qed taħdem fuqu jikkonsisti fit-tindif u l-organizzazzjoni ta' kwantità kbira ta' bastardelli.", "Għalissa dan il-proġett qiegħed jiffoka biss fuq it-tneħħija ta' dawn il-frammenti jew volumi, mill-kaxxi li nġabru wara l-gwerra, fejn id-dokumenti ta' 600 sena qegħdin imħallta ħallata ballata.", "Wara, dawn id-dokumenti jitnaddfu ħafif b'pinzell biex jitneħħa t-trab, u kultant anki l-ġebel, minn ġo fihom.", "Imbagħad huma jitqassmu f'folders 'acid free' u jintrefgħu f'kaxxi oħra skont in-nutar li ħadem fuqhom u d-dati tagħhom.", "Jekk tieqaf tixrob is-sitwazzjoni kollha f'daqqa, żgur li taħbat taqta' qalbek li xi darba dawn id-dokumenti kollha se jiġu rkuprati.", "Madanakollu, dawn l-arkivji sikwit jagħmlu sejħa għall-voluntieri li jixtiequ jagħtu daqqa t'id f'dan ix-xogħol, u ftit għajnuna oħra, dejjem tagħmel differenza pożittiva.", "Infatti waqt din l-intervista, iltqajt ma' wieħed mill-voluntieri, l-arkivista Ivan Ellul, li fil-preżent qiegħed jieħu ħsieb ifassal indiċi tal-bastardelli sabiex biha tinbena database għar-riċerkaturi.", "Fost it-8000 bastardello li hemm, tlestew 3000 minnhom u għalhekk fadal ħafna aktar xogħol xi jsir.", "Huwa stqarr li \"hija esperjenza sabiħa wisq li taħdem b'kuntatt dirett ma' volum ta' 400 sena.", "Ċertament, f'pajjiżi oħra, din l-opportunità toħlomha biss tista'.\"", "Voluntiera oħra, Sarah Watkinson, li qed tistudja Masters fl-Istorja u hija wkoll id-Deputat Chairperson tal-HSBC Bank Foundation, hija responsabbli mill-proġett tan-nutara Ingliżi.", "Dan il-proġett jinvolvi l-qari tad-dokumenti tas-seklu 19, meta n-nutara kienu jużaw il-lingwa Ingliża u Taljana, sabiex imbagħad id-dettalji l-importanti jiddaħħlu f'database li aktar tard se toffri referenza utli ħafna għar-riċerkaturi.", "Hija qaltli li fl-arkivju notarili \"qisu l-Milied kuljum għax spiss issib informazzjoni li tissorprendik!\".", "Barra minn hekk hija spjegatli li f'dan il-proġett huma għandhom bżonn l-għajnuna ta' voluntieri li jafu jaqraw u jiktbu b'dawn iż-żewġ lingwi.", "Staqsejt x'hemm bżonn biex wieħed jingħaqad magħhom bħala voluntier u rċevejt ir-risposta pronta u diretta \"Imħabba lejn l-arkivju!\".", "Hija din l-imħabba li l-individwi nvoluti hawnhekk jippruvaw jittrażmettu lill-oħrajn bil-ħsieb li ħafna aktar nies japprezzaw li wara dawn il-ħitan storiċi ta' din il-binja antika, il-poplu Malti jippossjedi teżor.", "\"Hawnhekk hawn il-memorja ta' mijiet ta' snin tal-antenati tagħna.", "Huwa obbligu u dritt tagħna li naħdmu biex nippreservaw dawn id-dokumenti li jagħtuna identità,\" sostniet Dr Abela.", "Intant, dan l-aħħar inħolqot ukoll Steering Committee għar-Rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili u din diġà kellha laqgħat mas-Segretarjat Parlamentari Għall-Ġustizzja sabiex tiġi diskussa l-possibilità li dawn l-arkivji jiġu meqjusa bħala parti mill-patrimonju Malti.", "Barra minn hekk, dan il-grupp qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex jivvaluta l-opportunità li ssir applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropeja ħalli kemm il-binja ta' dan l-arkivju u kif ukoll id-dokumenti li jinsabu miġbura fih jiġu restawrati u konservati sabiex tingħatalhom funzjoni aktar xierqa.", "B'hekk kemm ir-riċerkaturi u kull min iżur dan il-post isib ambjent li jilqgħu ferm aktar.", "Għal aktar informazzjoni dwar dan l-Arkivju Notarili wieħed jista' jċempel fuq 21224217 ext 427, inkella jissieħeb fil-paġna tal-Facebook Notarial Archives Preservation – Call for Volunteers.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela ĠABRIET IT-TIFKIRIET (20 Parti) fit-Torċa tas-16 ta' Marzu 2014)", "Kattidral ta' San Ġwann", "Kunsill għar-Riżorsi tal-Arkivju Notarili", "memorja pubblika", "Oratorju ta' San Ġwann", "Steering Committee għar-Rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili", "Tieni Gwerra Dinjija"], "category": "blog, literature, culture", "title": "600 sena ta' memorja pubblika"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/08/18/the-prisons-in-malta-during-the-early-19th-century/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "L-Imbid hu l-", "ħalib tax-xju", "ħ.", "ħabbiet", "ħabbiet"], "date": "2019-08-18T11:49:55+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "The Prisons in Malta during the early 19th century"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/11/11/il-festa-ta-san-martin-fil-folkor-malti/", "text": ["Matul is-sekli li għaddew, il-popopolin dejjem kien jistenna b'ħerqa kbira dawk il-ġranet speċjali ta' matul is-sena li fihom kien jista' jiċċelebra xi festa jew oħra.", "Jiem bħal dawn kienu joħolqu okkażjoni f'waqtha fejn in-nies kienu jitlobu, jixorbu u jixxalaw.", "Min ma kellux kien igawdu ma' min kellu.", "Waħda mill-festi tradizzjonali ilha sew fostna hi dik ta' San Martin (AD 316 – 397), li hi ċċelebrata llum, il-11 ta' Novembru.", "San Martin twieled f'Pannonia (illum tagħmel parti mill-Ungerija).", "Dan il-qaddis jibqa' jissemma bħala s-suldat uffiċjal fl-imperu Ruman li kien ta parti mill-mantell tiegħu lil wieħed fqir mterrer bil-bard biex dan jilqa' sew.", "Fil-festa ta' San Martin il-Knisja tfakkar l-karattru karetattevoli ta' dan il-qaddis.", "Sal-lum għadna mdorrijin nagħtu lit-tfal, frott, bħal ġewż, lewż qastan u ġellewż, kultant ippreżentati f'borża magħrufa bħala l-Borża ta' San Martin.", "Fl-antik, it-tfal ma kienux biss jiekluh dan il-frott iżda anki jilgħabu bih, l-aktar bil-ġellewż bħala logħob tal-boċċi.", "Qabel ma t-tfal kienu inaqqru minn dan il-frott dawn kienu joħorġu barra fit-triq u jimpikaw bejniethom min minnhom jolqot l-aktar ġellewż li jitqiegħed f'filliera fl-art taħt xi bankina.", "Kultant dan kien isir biex il-lagħaba jittantaw jiggwadanjaw aktar ġellewż mill-logħob li jirbħu u hekk ikollhom aktar xi jmaxxtru.", "Hemm qwiel u taqbiliet maħluqa mill-bdiewa dwar it-temp li mdorrijin naraw qrib dan il-jum.", "Hekk insibu dan il-qawl 'F'San Martin ikissru l-ġewż, fil-Milied jaqsmuh mal-bews'.", "Il-bdiewa tal-Baħrija kienu u għadhom jorganizzaw il-fiera ta' San Martin, magħrufa kultant bħala 'il-Fiera tal-Baħrija'.", "Din kienet bdiet biex jinġabru l-flus għal kappella ddedikata lil dan il-qaddis.", "Hekk, din il-fiera żviluppat u servit ukoll biex il-bdiewa jaqilgħu xi ħaġa mill-fiera għal familthom.", "Din il-fiera hi magħrufa l-aktar għall-lotteriji tad-dundjani, fniek u animali oħra kollha utili għaliex setgħu jittieklu ftit aktar minn xahar wara, fil-Milied.", "Dawn il-lotteriji jittellaw fil-logħob tal-irdieden.", "F'dan il-jum, il-bdiewa kienu jsellmu lil xulxin fil-festa tar-raħal, 'San Martinek tajjeb' – jiġifieri, San Martin tiegħek it-tajjeb.", "Min jaf għadhomx jgħiduha din?", "Iż-żmien jinbidel u aħna ninbidlu miegħu wkoll.", "Li fadal żgur hi t-taqbila,", "Ġewż, lewż, qastan, tin", "Kemm inħobbu 'l San Martin", "Erba' kelmiet dwar il-ħajja ta' San Martin", "San Martin twieled f'Pannonja l-Ungerija, fit-316 W.K. f'familja pagana.", "Biss, bħala tfal kellu dejjem interess fit-twemmin nisrani.", "Ftit wara li twieled il-familja marret tgħix f'Pavia fl-Italja.", "Ta' 15-il sena kien imġiegħel jingaġġa bħala suldat fl-imperu Ruman u kien stazzjonat fi Franza.", "Ma damx għax ta' 20 sena telaq mill-armata.", "L-episodju tal-għotja tal-mantell lir-raġel fqir seħħet fis-sena 335.", "L-istorja tgħid li l-għada hu kellu ħolma fejn Kristu kellmu; 'Int, sempli katekumen, (bniedem li qiegħed jitgħallem il-fidi biex isir Nisrani), libbistni!'.", "Jidher li ftit wara dan l-avveniment Martin tgħammed nisrani.", "Fis-sena 361 Martin telaq lejn Franza; hu stabbilixxa kommunità ta' Benedittini", "Fl-371 kien magħżul isqof ta' Tours.", "Hu miet fis-sena 397.", "San Martin hu l-qaddis patrun tas-suldati, tal-ħajjata u taż-żwiemel.", "11 ta' Novembru 2019", "Inċidentalment l-awtur imsemmi Martin mhux għal dan il-qaddis iżda għal San Martin De Porres, qaddies Peruvian li ukoll kien jieħu ħsieb il-foqra."], "date": "2019-11-11T13:46:54+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Il-Festa ta' San Martin fil-folkor Malti"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/07/19/kliem-sqalli-vicin-il-malti/", "text": ["https://kliemustorja.com/s", "Hekk kif miet, ftit jiem ilu, il-famuż kittieb Sqalli Andrea Camilleri rajna ħafna informazzjoni dwar min kien dan il-bniedem li, forsi l-aktar minħabba kunjomu u l-ambjent Sqalli tiegħu, nikkunsidraw", "bħala kważi xi ħadd li jiġi minna l-Maltin.", "Fost bosta informazzjoni li ngħatat, sirt naf li hemm website li tiġbor fiha l-kliem djalettali Sqalli li Camilleri niżżel fil-kotba tiegħu.", "Malajr flejt din il-website, għax kif tafu tinteressani ħafna l-etimoloġija tal-Malti u l-konessjoni tal-kliem li oriġina mill-Isqalli.", "Fost mijiet ta' kliem u frażijiet li sibt f'din il-website, stajt inqabbel aktar minn ħamsin kelma Sqallin li jixbhu lill-Malti, jew bil-maqlub, għax hu pjuttost il-Malti li ssellifhom u addattahom mill-Isqalli.", "Dawn huma il-kliem li niżżilt preċiżament kif sibthom.", "Kull ma għamilt żidt ħdejhom il-kelma Maltija qrib il-kelma Sqallija.", "Fejn kont dubbjuż għamilt sinjal ta' mistoqsija (?)....", "Aktar dwar l-etimoloġija tal-kliem Malti issibha hawn:", "https://kliemustorja.com/a", "ġġ", "Babbiata", "Cazzarola", "kazzo", "ċ", "farkizz", "lakka", "ġarra", "ġlekk", "Ingarżat", "ngliża", "Parr¡no", "plajja", "bil-Malti nużawha f''sens ieħor", "ir-razza u radica", "razzett ?", "siġġu", "Spitàli", "ħ", "żambuka", "abbara", "żabbara", "żorr?"], "date": "2019-07-19T14:32:35+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Kliem Sqalli viċin il-Malti"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/06/18/il-folklor-malti/", "text": ["ara wkoll:", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Definizzjoni", "Il-folkor hu dak l-istudju tal-użanzi ta' snin twal ta' missirijietna.", "Meta naqraw jew nisimgħu dwar kif għexu l-antenati tagħna nkunu qed niskopru ħajja oħra, ferm differenti minn tagħna, ħajja ta' qabel iż-żmien modern u industrijali.", "Għandna ħabta, meta nitkellmu dwar il-folklor, nibdew hekk, 'Mela dari taf x'konna nagħmlu ....'", "Din is-sentenza tkun qiegħda tiftaħ tieqa biex min jitkellem, jagħti x'jifhem li ser iqanqal eżempji mill-passat, x'aktarx ta' żmien meta l-kelliem kien għadu żgħir jew inkella ta' żmien nannietu jew bu]nannitu.", "Mod ieħor li wieħed jibda jitkellem dwar id-drawwiet tal-passat hu billi wieħed jgħid, 'L-antiki kienu jgħidu / jagħmlu? ... '", "Il-folklor huwa dak l-arkivju li mhux dejjem ssibu fil-kitba.", "Kultant l-informazzjoni dwar il-folklor tintiret minn ġenerazzjoni għal ta' warajha.", "L-antik jibqa' b'hekk, fil-memorja kollettiva tal-poplu, l-aktar tax-xjuħ.", "L-Użanzi fil-ħajja mit-Twelid sal-Mewt", "Wieħed jista' jiġbor il-folkor kollu f'dokument wieħed u jintitolah: 'Il-Ħajja ta' Dari'.", "Fih wieħed jista' jirrakkonta l-użanzi tal-bniedem minn meta jitwieled sakemm imut.", "Hekk insibu illi fil-folkor Malti hemm marbuta ħafna użanzi mal-liturġija tal-Knisja, il-biedja u s-sajd, il-bini, u l-mod ta' kif il-familja kienet tgħix.", "Ir-riti reliġjużi u l-mod ta' kif dawn ikunu kkumplimentati mill-poplu jgħaqqdu volumi sħaħ dwar il-folklor Malti.", "Ngħidu aħna, l-użanzi fil-magħmudija, fil-preċett, fiż-żwieġ u l-funerali, kollha għandhom ir-ritwal reliġjuż tagħhom li jmur lura mijiet tas-snin.", "Xi wħud minn dawn l-użanzi mbidlu.", "L-għemejjel u l-ħsibijiet tan-nies, kultant superstizzjużi, kienu jaqgħu barra r-regoli tal-Knisja.", "Biex nagħtu eżempju, insemmu il-ġilwa tat-tieġ, jiġifieri l-purċissjoni li kienet issir mid-dar tal-għarusa sal-knisja ftit qabel iċ-ċerimonja taż-żwieġ, it-tbaħħir tad-dar bil-weraq taż-żebbuġ, jew inkella, il-ġarr fuq il-persuna tal-amuletti kontra l-għajn ħażina.", ", id-dizzjunarju li fiħ ġabar mijiet u eluf ta' kliem Malti ta' żmienu, bejn l-1750 u l-1766, isemmi bosta logħbiet tat-tfal, xi wħud minnhom għadhom jintlabu sal-lum, oħrajn li ntesew.", "Fost dawn isemmi l-gardinaw, speċi ta' logħba bħall-ħarba.", "Logħba oħra antika hi in-noli.", "Ftit jafu li l-isem ta' din il-logħba ġej mit-Taljan, għaliex t-tifel li jkun qed ifittex lil sħabu kien jgħajjat:", "tu li", "? ir-risposta kienet tkun", ", le mhux hemm!'", "Isem ieħor għal din il-logħba kien, mistoħbija.", "Anki l-kbar kellhom u għad għandhom il-logħob tradizzjonali tagħhom, bħal ma nsemmu il-logħob tal-brilli u l-logħob tal-boċċi.", "Hemm ukoll logħob relatat mal-festi, bħal ma hi l-ġostra jew ir-regatta.", "L-Għajdut u Leġġendi", "L-antiki kienu jħobbu jinterpretaw dak li ma jifhmux bi qlajjiet u stejjer, biex jissodisfaw, b'mod kif jifhmu huma, il-misteri tal-ħajja.", "Per eżempju, wieħed kien jipprova jaqta' t-temp tal-futur bl-irwiegel li kienu interpretati fil-jiem ta' qabel il-Milied.", "It-temp ta' kull wieħed mit-tnax-il jum ta' qabel il-Milied kien suppost jirrifletti it-temp ta' kull xahar tas-sena ta' wara.", "Stejjer li kienu rrakkuntati lit-tfal, biż-żmien saru leġġendi li jagħmlu parti mill-folkor Malti.", "Hekk insibu l-istorja ta' kif tħaffret il-Maqluba, dik il-ħofra kbira li hemm qrib il-Qrendi, jew, ta' kif inbnew it-tempji preistoriċi.", "Id-Divertiment – Kant Daqq u żfin", "In-nies riedu mhux biss jaħdmu biex jaqilgħu x'jieklu, iżda anki jiddevertu, biex forsi b'hekk ineħħu ftit mill-monotonija tal-ħajja.", "Il-Maltin, bħal popli, oħra fittxew il-kant u l-mużika biex jiddevertu, l-aktar fil-festi.", "L-għana, kien popolari ħafna u kien jitkanta ġewwa l-ħwienet tat-te, jew fuq xi għatba, jekk mhux ukoll f'xi festa.", "Hemm l-għana tal-fatt, fejn isir rakkont ta' ġrajja vera; l-għana spirtu pront, fejn żewġ għannejja jew aktar jgħannu b'versi li jagħtu botta u risposta li jivvintaw dak il-ħin fil-pront.", "Hemm ukoll l-għana msejjaħ, a la Bormliża, fejn l-għannej ikanta b'noti għoljin daqs li kieku ser jaqla' l-garġi.", "-Qwiel", "Fost ħafna modi kif il-folklor wasal għandna, hu mill-qwiel.", "Il-qwiel jirreferuna għal kull aspett tal-ħajja ta' dari.", "Bihom, ta' qabilna għaddew kwantità kbira ta' twissijiet siewja dwar x'għandna u x'ma għandniex nagħmlu f'kull tip ta' sitwazzjoni.", "Il-kalendarju tal-bidwi kien imsaħħaħ bil-qwiel, ibbażat fuq l-esperjenza ta' minn ġarrab is-suċċessi u l-fallimenti fil-qasam tal-biedja.", "L-istess f'kull sitwazzjoni oħra, biex wieħed seta' jevita l-inkwiet, kien u għadu jdur għall-qwiel.", "Nistgħu insemmu aktar attivitajiet tal-ħajja komuni, bħal per eżempju, it-trasport, is-snajja' u l-mod kif kienu jilbsu dari.", "Nistgħu anki nsemmu t-taqbil u l-ħaġa muħġaġa u nkunu bilkemm bdejna.", "Il-folklor hu dak it-teżor li nistgħu liberament noħorġu miċ-ċelloli tal-passat biex nitgħallmu dwar dak li sar fi żminijiet ta' qabilna.", "Il-folklor jibqa' dejjem is-sinsla tal-karattru tal-pajjiż, riferenza orali jew miktuba dwar aħna min aħna, u dwar aħna min konna.", "17 ta' Ġunju, 2019", "https://kliemustorja.com/blog/", "Ara aktar billi tikklikkja fuq dawn l-ittri", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż"], "date": "2019-06-18T17:35:45+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Il-Folklor Malti"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/04/il-glieda-ghad-drittijiet-u-d-dinjita/", "text": ["IL-ĠLIEDA GĦAD-DRITTIJIET U D-DINJITÀ", "It-28 t'April 1958 jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-agħar ġranet li qatt ra pajjiżna.", "Nhar il-Ħadd 26 t'April 2009, fis-Sala taċ-Ċentru Laburista ta' Raħal Ġdid fid-9:30am ser issir laqgħa ta' diskussjoni biex jitfakkru l-avvenimenti li seħħew f'dawk iż-żminijiet u anki biex jinħoloq dibattitu dwar l-isfidi li qed jgħix illum il-poplu Malti.", "Iltqajna ma' tnejn mill-organizzaturi sabiex naraw aħjar x'kien il-mottiv wara din l-inizzjattiva.", "Tkellimna wkoll ma' Dr Joe Micallef Stafrace li jiftakar sewwa t-taqtiegħa ta' dawk il-ġranet għax kien hemm hu wkoll fost il-folla tad-dimostranti....", "INTERVISTA: DR JOE MICALLEF STAFRACE (kien fost id-dimostranti tat-28 t'April 1958)", "X'ġara fit-28 ta' April 1958?", "F'April tal-1958 il-ħaddiema ta' mas-servizzi kellhom inkwiet kbir fuqhom minħabba s-sensji.", "Dak iż-żmien lil dawn il-ħaddiema tas-servizzi konna nħarsu lejhom bħala l-industrija tal-gwerra.", "F'din l-", "industrija tal-gwerra ma rridux naraw biss lit-tarzna, kif ħafna jagħmlu.", "Għax ma' dawn kien hemm ukoll l-impjegati mal-Army u l-impjegati mar-Royal Airforce.", "Issa dak iż-żmien kien jiġri illi n-numru tal-ħaddiema kien jgħola u jinżel skont il-ħtiġijiet militari.", "Hija ironika li tgħid illi l-Maltin ta' dak iż-żmien kienu jirraġunaw li allaħares kellha tikkwieta d-dinja għax kienu jispiċċaw b'qabda sensji.", "Min-naħa tiegħu, l-Gvern Ingliż qatt ma ried illi l-poplu Malti jkollu alternattiva ta' xogħol ieħor ħalli hu jkolli dejjem sors ta' xogħol għal lest skont il-bżonn tal-'fortizza' jiġifieri kompatibilment mas-sitwazzjoni internazzjonali.", "Wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-qagħda madwar id-dinja kienet damet ftit ma kkalmat.", "Kien hemm il-Gwerra Bierda, kien hemm il-problema tal-Kanal tas-Suez u ħafna problemi oħrajn.", "Jiġifieri ġeneralment dejjem kien hemm it-taqlib.", "Imma meta s-sitwazzjoni kienet tikkalma, l-unika triq għal Maltin kienet tkun l-emigrazzjoni.", "Fix-xahar t'April 1958, il-ħaddiema bdew jiltaqgħu u jagħmlu d-dimostrazzjonijiet fi Strada Rjali l-Belt.", "Kienu jkunu dimostrazzjonijiet paċifiċi.", "Imma jien ġo qalbi kont nobsor li għad tinqala' xi waħda, bil-pulizija telgħin u neżlin il-Belt kuljum minħabba d-demostranti.", "Ġara illi għat-28 t'April 1958, il-GWU ordnat strajk ġenerali bi protesta kontra dawn is-sensji.", "U l-istrajk kien suċċess kbir għax dakinhar Malta kollha waqfet.", "Mhux biss in-nies tas-servizzi u n-nies tal-gvern waqfu mix-xogħol, imma anki tal-ħwienet u dawk tat-trasport.", "Iżda għalkemm l-istrajk kien suċċess, ma ġiex bi prezz irħis għax il-ġrajjiet ta' dakinhar tniżżlu fl-istorja ta' Malta.", "Fil-ħarġiet tal-ġurnal", "Is-Sebħ", "t'April 1958, jiena irrakkuntajt dak kollu li rajt u smajt għax jiena wkoll kont hemm waqt id-dimostrazzjoni tat-28 t'April 1958.", "Fil-fatt", "f'ritratt li kien ġie ippubblikat, hemm jien imdawwar bil-pulizija.", "Nista' ngħid li numru ta' pulizija ġabu ruħhom ta' ġentlomi waqt dawk il-ġrajjiet.", "Imma mhux kollha.", "Dak iż-żmien kien hemm il-Kummissarju Vivien De Gray li kien iddikkjara li kien serv tar-reġina.", "Iżda De Gray ma kienx kapaċi jiffaċċja l-folla u għalhekk bagħat lill-Assistent Kummissarju J Bonnici Soler minfloku.", "Dan kien bniedem selvaġġ.", "Id-dimostranti ma kienu qed jagħmlu l-ebda ħsara.", "Imma l-protesti li kienu qed isiru ta' kuljum kienu qed jiġu rrappurtati fil-ġurnali, anki f'dawk internazzjonali u l-gvern Ingliż ta' dak iż-żmien beda jiddejjaq.", "Immexxija minn Bonnici Soler, il-pulizija u l-kavallerija ntefgħu fuq il-poplu bil-lembubi, jagħtu bl-addoċċ, kif ġie ġie u b'ċerta vendikazzjoni.", "Jiena li kont ħdejn il-bieb ta' Kastilja fi Triq Merkanti stajt nara dak kollu li kien qed jiġri.", "Parir li kien tani wieħed tas-CID il-lejl ta' qabel, aktarx evitali li nlaqqata'", "jien ukoll dakinhar.", "Niftakar li dan kien tani taħriġ ta' kif għandi inġib ruħi waqt id-dimostrazzjonijiet.", "Jiġifieri li nimxi la ġenba, bil-ħajt wara dahri, ħalli b'hekk ma nkunx nista' naqla' daqqiet minn wara.", "L-aktar l-aktar jekk xi ħadd jiġi għalija, nkun naf min hu u nkun naf ukoll li ser jattakkani.", "Kien hemm folol kbar ta' nies.", "U l-irjus saħnu u nqassmu sewwa f'dik il-ġurnata!", "Kull fejn il-Pulizija bdiet tara żewġ persuni flimkien, bdiet tiġri warajhom u ttihom bla ħniena.", "Fil-fatt numru ta' nies li", "ssawwtu, lanqas biss kienu demostranti imma sempliċiment inzertaw għaddejjin minn hemm f'dak il-waqt.", "Uħud minn dawk li waqgħu mal-art taħt id-daqqiet tal-lembubi saħansitra komplew jingħataw daqqiet bis-sieq.", "Fil-ġenn u d-dagħdiegħa li kellhom fuqhom dakinhar il-Pulizija, lanqas intebbħu li kienu qed isawwtu wkoll lil xi membri tas-CID pajżana li kien hemm mal-folla!", "Kien hemm għadd ta' feruti li ħafna minnhom kellhom daqqiet fuq rashom.", "U dan meta l-lembubi suppost jintużaw għad-daqqiet fuq l-ispalla.", "Kienu mumenti ta' ħasra.", "Pulizija Maltin f'isem Gvern Ingliż isawwtu bla ħniena lil Maltin oħra bħalhom għax dawn riedu d-drittijiet tagħhom imħarsa.", "Iżda dan xorta ma kissirx il-moral tad-dimostranti.", "Jien spiċċajt nieħu ħsieb lil xi feruti.", "Wieħed mill-feruti niftakru jgħidli \"Għal pajjiżi lest li nsofri aktar minn hekk.\"", "Niftakar ukoll illi Agatha Barbara, li kienet Ministru dak iż-żmien, ġarret lill-feruti sad-djar tagħhom bil-karozza tagħha stess.", "Fit-28 t'April 1958 Malta uriet id-dwejjaq u d-diżapprovazzjoni tagħha għal mod mhux xieraq li bih ġiet ittrattata mill-Gvern Ingliż.", "Akkost dak li seħħ, kien strajk ta' suċċess għax kien att b'saħħtu ta' reżistenza.", "Wara dawn il-ġranet bdiet il-veru għajta li l-Ingliżi għandhom imorru lura f'pajjiżhom u li Malta għandha tingħata l-ħelsien.", "F'Mejju 1958, l-istess Agatha Barbara, Patrick Holland u oħrajn ġew arrestati u mibgħuta l-ħabs akkużati li xewxu lin-nies biex jaqalgħu l-inkwiet.", "Wara l-irvellijiet tat-28 t'April, il-Gvernatur Sir Robert Laycock ordna illi għat-tlett xhur li kien imiss, ħadd ma seta' jorganizza meetings, dimostrazzjonijiet jew marċi la f'Malta u lanqas f'Għawdex.", "Fil-fatt niftakar li f'dik is-sena, l-Partit Laburista kien iċċelebra l-1 ta' Mejju fl-Empire Stadium fil-magħluq.", "Kemm huwa importanti li ż-żagħżagħ ta' llum ikunu jafu dwar ġrajjiet bħal dawn?", "Importanti ħafna.", "Iż-żagħżagħ ta' llum ma waqgħux mill-ajru issa u Malta ma saritx għalihom issa.", "Huwa tajjeb li jkunu jafu biex wasalna s'hawn,", "wasalna s'hawn.", "Aħna għadna nitkellmu fuq l-Assedju", "l-Kbir li seħħ 400 sena ilu u dwar meta ġew il-Franċiżi!", "Allura kif ġrajjiet aktar riċenti, ta' żmien il-kolonjaliżmu Ingliż u ż-żmien ta' qabel il-gwerra u ta' wara l-gwerra ma nitkellmux fuqhom?", "Illum dawn iż-żagħżagħ qed jaraw lill-ġenituri tagħhom b'pagiet mhux ħażin u bil-pensjonijiet.", "Kien il-Gvern Laburista li għamel dawn l-affarijiet.", "Jafuh dan?", "Jafu li sas-sebgħinijiet kien hawn in-nies jittallbu fit-toroq?", "Il-Partit Laburista twieled b'messaġġ soċjali.", "Il-Partit Nazzjonalista min-naħa l-oħra dejjem kien moħħu fil-kwistjoni kostituzzjonali – li Malta issir dominium status: jiġifieri li Malta tkun f'idejn il-Maltin imma li s-sigurtà tibqa' f'idejn l-Ingliżi, bir-reġina tibqa' r-reġina ta' Malta.", "Mintoff l-ewwel ħaġa li għamel irdoppja l-pagi b'ordni, għamel il-bonus, ic-childrens' allowances u l-pensjonijiet.", "Temmen li għadha teżisti s-solidarjetá bejn il-ħaddiema?", "Il-ħaddiema mxew il-quddiem meta ngħaqdu fit-trade unions u mhux meta kulħadd mexa għal rasu.", "Fl-għaqda hemm is-saħħa.", "Iżda illum iċ-ċirkostanzi nbidlu.", "Hawn aktar individwaliżmu.", "Is-solidarjetà bejn il-ħaddiema naqset ferm.", "Dari, kien hemm aktar gwida ta' prinċipji.", "Illum donnu li l-flus qed jirrovinaw lil kulħadd.", "INTERVISTA: STEPHEN ABELA – PRO – Każin Laburista ta' Raħal Ġdid (Facebook – BCoolBLabour)", "Għaliex inħolqot l-inizjattiva tal-Facebook BCoolBLabour?", "Din l-inizjattiva ġiet maħsuba f'Diċembru li għadda minn grupp ta' żagħżagħ li jiffrekwentaw il-Każin Laburista ta' Raħal Ġdid, fosthom jiena.", "L-għan wara l-BCoolBLabour huwa li nwasslu l-messaġġ tal-", "Partit Laburista taħt format modern u popolari.", "Bi pjaċir ngħid li l-Mexxej tagħna Dr Joseph Muscat kien l-ewwel wieħed li ssieħeb magħna, appuntu f' Diċembru li għadda.", "Minn dakinhar 'l hawn għandna kważi elf u mitejn sieħeb u sieħba.", "L-għan li nżommu l-paġna tal-facebook tagħna bl-Ingliż hu sabiex jintlaħqu kemm jista' jkun individwi, u speċjalment barranin li jkunu jistgħu jsegwu x'qed jiġri fil-politika Maltija.", "Proġett simili bil-Malti għadu kif ġie imniedi taħt l-awspiċju tal-Forum Żagħżagħ Laburisti u qed jieħdu ħsiebha Roderick Spiteri u Veronica Barbara.", "Kull attività li nagħmlu noħorġuha fuq il-facebook BCoolBLabour, u issa anki mill-FZL Paola.", "Iżda BCoolBLabour mhux biss il-facebook.", "Aħna nippruvaw inqajjmu mistoqsijiet fuq issues partikolari u ġrajjiet kurrenti.", "Norganizzaw ukoll diversi laqgħat sabiex niddiskutu opinjonijiet u ideat.", "Għazilna l-isem BCoolBLabour għax kull ma naghmlu aħna rriduh mibni fuq ideat friski u progressivi f'forma differenti mis-soltu bil-għan li jappella għal kulħadd, speċjalment għaż-żagħżagħ.", "Fil-fatt din l-inizjattiva mhijiex l-unika ħaġa li għamel il-Każin Laburista ta' Raħal Ġdid.", "Qed isir ukoll tibdil sostanzjali u mhux li jimxi biss fuq il-prinċipju li l-affarijiet isiru tajbin, iżda li jsiru aħjar.", "Min jiġi l-Każin, jista' jara dan b'għajnejh fosthom billi jsegwi l-avviżi tal-Partit Laburista u tal-Kazin fuq electronic board mal-faċċata tal-każin.", "Iċ-Ċentru Laburista ta' Raħal Ġdid huwa mgħammar b'faċilitajiet ġodda bħal LCD TVS kbar u Big Screen fejn il-membri u sħabhom jistgħu jsegwu diversi avvenimenti sportivi minn madwar id-dinja kollha.", "Hemm ukoll sistema ta' Wi-Fi b'xejn għall-użu ta' kulħadd.", "Barra minn hekk nagħmlu ħidma kontinwa ta' attivitajiet edukattivi.", "Is-Sajf li għadda ġbarna erba' għalliema sabiex jagħtu lezzjonijiet b'xejn fil-Matematika, l-Malti, l-Physics u l-Ingliż lil dawk l-istudenti li kellhom jagħmlu r-re-sits.", "Permezz ta' din l-inizjattiva bl-isem ta' \"Nikbru fit-Tagħlim\", 36 student minn madwar Malta kollha attendew għal dawn il-lezzjonijiet.", "Il-ħsieb kien biex ngħinu lil dawk il-ġenituri li ma jifilħux iħallsu għall-lezzjonijiet tal-privat.", "Kienet idea ġdida li jidhrilna li marret tajjeb ħafna.", "Min jista' jissieħeb f'BCoolBLabour?", "Wieħed jista' jissieħeb magħna billi jidħol bħala 'friend' fil-facebook.", "M'hemmx limitu ta' età.", "Kull min huwa interessat li jara x'qegħdin nagħmlu jista' jidħol fil-facebook jew jikkuntattjana fuq", "Fis-26 t'April li ġej, ser issir laqgħa ta' diskussjoni biex jitfakkru l-ġrajjiet tat-28 t'April 1958.", "X'inhu l-iskop ta' din l-attivitá?", "L-iskop huwa li nfakkru l-ġrajjiet ta' dakinhar biex nuru illi l-affarijiet li għandna llum ma ġewx mix-xejn imma li kkontribwixxa ħafna għalihom il-Partit Laburista.", "Nixtiequ wkoll inqajjmu mistoqsija partikolari.", "Dak iż-żmien il-gvern Ingliż attakka d-drittijiet u d-dinjità tal-ħaddiema u taż-żagħżagħ u hedded l-għixien tagħhom u għalhekk dawn qamu għad-drittijiet tagħhom.", "Jiena jidhirli illi llum il-ġurnata l-affarijiet huma differenti.", "Imma d-dinjità tal-ħaddiem hija mheddha.", "Permezz ta' din il-laqgħa, nixtiequ niddiskutu jekk il-ħaddiema u l-istudenti ta' llum jaħsbux li d-drittijiet tagħhom huma mħarrsa biżżejjed.", "Min jista' jattendi għal din il-laqgħa?", "Kulħadd huwa mistieden għal din il-laqgħa iżda napprezzaw ħafna l-attendenza taż-żagħżagħ.", "Din il-laqgħa ta' diskussjoni ser titmexxa mill-ġurnalista Gerald Fenech.", "Ser tkun fil-format ta' diskussjoni.", "Mhux ser ikun hemm panel stabbilit sabiex b'hekk kulħadd ikun flimkien u kulħadd jingħata ċ-ċans biex jgħid tiegħu.", "Ser ikun hemm ukoll diversi personalitajiet li kienu nvoluti dakinhar bħal Dr Vincent Moran, Salvu Sant, Anton Cassar li huwa wkoll storiku u kittieb u Dr Alex Sciberras Trigona li ser ipinġilna l-istampa lokali u anki dik internazzjonali.", "Jipparteċipaw f'din il-laqgħa ser ikun hemm ukoll Nikita Alamango, membru tal-Eżekuttiv FŻL u diversi Membri Parlamentari tal-lokal.", "Kemm huma relevanti għal-lum il-ġrajjiet li seħħew dakinhar?", "Jidhirli li huma relevanti ħafna.", "Il-ġrajjiet li jseħħu f'pajjiż inqabbilhom ma' torri.", "Jekk tieħu l-ġebel minn taħt, jaqa' kollox.", "Dawk iż-żminijiet kienu l-pedamenti ta' llum.", "Minn hemm beda kollox.", "Aħna nemmnu li kull pass li għamilna fl-istorja ta' pajjiżna kien importanti biex wasalna fejn wasalna.", "Ħaġa twasslek għall-oħra.", "U allura, iva, jiena napprezza ħafna l-Indipendenza li ġab George Borg Olivier daqs kemm napprezza wkoll il-Ħelsien li ġab il-Perit Duminku Mintoff.", "Għalija, ħaġa wasslet għall-oħra u niddejjaq nisma' ħafna logħob bil-kliem dwar dawn il-ġrajjiet.", "Kif qal il-Mexxej tagħna Joseph Muscat, dawn huma kollha ġrajjiet li aħna l-Maltin għandna ngħożżu lkoll flimkien u ndaqs.", "Irridu naħsbu b'mod miftuħ u ċar.", "Fil-preżent, temmen li għadha teżisti s-solidarjetá bejn il-ħaddiema?", "Fejn hemm il-unions nemmen li hemm solidarjetà.", "Imma fuq postijiet tax-xogħol fejn m'hemmx union, ma naħsibx li hemm ħafna.", "Barra minn hekk, naħseb illi d-dinjità fuq ix-xogħol hija mhedda illum.", "Bosta drabi jkollok tagħmel anki dak li ma tridx għax inkella ssib ruħek barra.", "Min għandu jattendi għal din il-laqgħa?", "Għandu jattendi kull min jixtieq ikun jaf x'ġara fit-28 t'April 1958.", "Huwa importanti, speċjalment għal dawk li ma jafux b'dawn il-ġrajjiet li jiġu u jisimgħu x'għamlu missirijietna għal Malta u għall-poplu Malti.", "Importanti wkoll li kulħadd jiġi u jgħid tiegħu.", "Kulħadd huwa mistieden.", "Personalment għandi għal qalbi ħafna d-dinjità tal-bniedem.", "Jiena darba staqsejt lili nnifsi – x'inhu l-aħjar li jkollok id-dinjità u ma jkollokx il-flus jew li jkollok il-flus imma ma jkollokx id-dinjità?", "Dak inhar deherli li d-dinjita' m'hemmx prezzha.", "Id-dinjita' tal-persuna u tal-ħaddiem tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Il-ġrajjiet tal-1958 jitkellmu proprju fuq dan.", "INTERVISTA: RODERICK SPITERI – Forum Żagħżagħ Laburisti – Raħal Ġdid", "X'inhu l-għan tal-Forum Żagħżagħ Laburisti?", "L-għan prinċipali tal-Forum Żagħżagħ Laburisti huwa li jiġbed liż-żagħżagħ lejn il-Partit Laburista, anki lil dawk li forsi illum mhumiex ta' twemmin Laburista.", "Permezz tal-Forum aħna nwasslu l-messaġġ", "tal-Partit liż-żagħżagħ.", "Norganizzaw diversi laqgħat u attivitajiet differenti.", "Il-fergħa taż-żagħżagħ ta' Raħal Ġdid minn dejjem kienet waħda mill-aktar rinomati.", "Dan l-aħħar kienet għamlet xi żmien wieqfa imma issa qed terġa' titrawwem.", "Nixtiequ illi dawk iż-żagħżagħ li llum għandhom sittax, sbatax il-sena u li fl-elezzjoni li ġejja jridu jivvutaw, ikunu jafu sewwa x'għandu x'joffrilhom il-Partit Laburista.", "Barra minn dan, huma dawn l-istess żagħżagħ li fi ftit snin oħra ser ikunu qed imexxu din l-Għaqda.", "Dawn huma żagħżagħ li qatt ma raw il-partit tagħhom fil-gvern.", "Aħna nixtiequ li dawn iż-żagħżagħ li għadhom żgħar ikunu konxji ta' x'għamel tajjeb il-Partit Laburista biex illum dawn għandhom dak li għandhom.", "Nixtiequ niddiskutu magħhom kif bosta minna qed nistudjaw bis-saħħa tal-Perit Mintoff.", "Bħala żagħżugħ ta' 26 sena li wasalt biex insir perit, inħossni ispirat ħafna mill-Perit Mintoff li dejjem ħadem għal ħaddiem.", "Il-ġenituri tagħna kienu kapaċi jtellgħuna sewwa bis-saħħa tac-childrens' allowance li nieda l-Perit Mintoff.", "In-nanniet tagħna jistgħu jagħtuna dik ix-xi ħaġa tal-pocket money bis-saħħa tal-pensjonijiet li ħoloq Mintoff.", "Irridu niftakru li dan kollu ġie mix-xejn, bis-saħħa tal-Partit Laburista.", "Min jista' jissieħeb mal-Forum Żagħżagħ Laburisti?", "Fil-Forum Żagħżagħ Laburisti ta' Raħal Ġdid qegħdin grupp ta' żagħżagħ li hu immexxi minn Keith Glanville bħala President.", "Awtomatikament meta wieħed jissieħeb mal-Partit Laburista u jkun bejn l-età ta' 16-il sena u l-35 sena huwa jkun jifforma parti wkoll mill-Forum Żagħżagħ Laburisti.", "Aħna naħdmu ħafna wkoll mal-bqija tal-membri tal-Każin u ngħinu lil xulxin kemm fl-ideat u kif ukoll fl-attivitajiet.", "Fis-26 t'April li ġej, ser issir laqgħa ta' diskussjoni biex jitfakkru l-ġrajjiet tat-28 t'April 1958.", "X'inhu l-iskop ta' din l-attivitá?", "Fit-28 t'April 1958, il-Maltin b'mod kollettiv ingħaqdu kollha flimkien u waqqfu lill-gvern Ingliż.", "Urew illi huma kapaċi jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, għal ħajjithom, għal pajjiżhom.", "Għalkemm forsi dakinhar ma ggwadanjajna xejn ekonomikament, bħala stimolu ta' poplu dakinhar iggwadanjajna ħafna.", "Kieku ma kienx għal dawk il-ġlidiet ta' dak iż-żmien, naħseb li ma konniex naslu fejn wasalna.", "F'din il-laqgħa ser niddiskutu fosthom kif f'dawk iż-żminijiet tal-ħamsinijiet, ħafna mis-servizzi li ngawdu minnhom illum, ma kienux jeżistu.", "Edukazzjoni b'xejn ma kienx hemm jew jekk kien hemm, kienet għat-tfal tas-sinjuri bħal kif kienet l-università.", "Pensjonijiet ma kienx hemm, sptarijiet b'xejn lanqas.", "Dawn kollha kellu jiġġieled għalihom il-ħaddiem f'dawk iż-żminijiet.", "Dan l-aħħar qed naraw kif l-istipendju tal-istudenti tal-università qed jiġi kkunsidrat bħala piż.", "Dan meta f'pajjiżna qed nippruvaw inħajjru biex dak li jkun jibqa' jistudja.", "Diġà ma ħadnix l-istipendji li ġejna mwiegħda.", "Allura nistaqsi jien... l-istudenti ta' llum ħa jagħmlu dak li għamlu l-istudenti bejn l-1996 u l-1998 meta ħarġu fit-toroq u riedu jkissru kull m'hemm għax il-Gvern Laburista iddeċieda li ried jagħmel kontroll fuq l-istipendji?", "Jew dakinhar il-gvern Laburista kien ħażin u l-gvern ta' llum huwa tajjeb?", "Jistgħu jgħidulna l-istudenti ta' llum jekk hux ser jipprotestaw jew jekk hux ser jibqgħu b'idejhom fuq żaqqhom?", "Kemm huma relevanti għal-lum il-ġrajjiet li seħħew dakinhar?", "Dak iż-żmien iż-żagħżagħ iġġieldu għad-drittijiet tax-xogħol tagħhom.", "Illum iż-żagħżagħ iridu jiġġieldu għad-drittijiet tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u għad-dinjità fuq ix-xogħol.", "Jekk inti studjajt, sibt ix-xogħol denju għalik, sibt il-paga li jistħoqqlok?", "Illum veru hawn l-opportunità li ssiefer u li tgawdi mill-opportunitajiet li jeżistu f'pajjiżi oħra speċjalment fl-Ewropa.", "Imma per eżempju jien, l-uniku wild fil-familja tiegħi, għaliex għandi nitlaq barra minn Malta u nħalli lil ġenituri tiegħi weħidhom?", "Ser nerġgħu immorru lura għas-sittinijiet?", "Fil-preżent, taħseb li għadha teżisti s-solidarjetá bejn il-ħaddiema?", "Għalkemm illum hawn ħafna unions, illum teżisti ħafna biża' li dak li jkun jitlef xogħlu.", "Mhux qed ngħidlek li m'għadiex teżisti s-solidarjetà.", "Imma tant m'hawnx alternattiva ta' xogħol, li naħseb li l-biża' li titlef xogħolok hija kbira wisq.", "Kemm temmen li diskussjoni bħal din għandha tappella għaż-żagħżagħ?", "Nemmen li diskussjoni bħal din għandha tappella b'mod speċjali għaż-żagħżagħ.", "Hija mezz kif aħna ż-żagħżagħ insemmgħu leħinna u nesprimu l-opinjonijiet tagħna.", "Nixtiequ ħafna li għal din il-laqgħa jattendu bosta żagħżagħ ħalli nisimgħu x'għandhom x'jgħidu huma.", "Huwa importanti illi kemm dawk li jafu x'ġara f'dak iż-żmien u wisq aktar dawk li ma jafux, jiltaqgħu magħna għal din id-diskussjoni u jiddiskutu magħna kemm dwar dak li ġara dakinhar u anki dwar x'qed jiġri illum ħalli fl-aħħar mill-aħħar nippruvaw inwasslu messaġġ lill-policy makers xi drittijiet għad fadlilhom il-ħaddiema illum u jekk fadlilhomx drittijiet.", "Dawk iż-żagħżagħ li jixtiequ jagħmlu kuntatt magħna jistgħu jagħmlu dan fuq fzlpaola@gmail.com", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tad-19 t'April 2009)", "dimostrazzjonijiet", "emigrazzjoni", "Forum Żgħażagħ Laburisti", "Gvern Ingliż", "Gvernatur Sir Robert Laycock", "Kanal tas-Suez", "Każin Laburista ta' Raħal Ġdid", "Kummissarju J Bonnici Soler", "Kummissarju Vivien De Gray", "Nikbru fit-Tagħlim", "solidarjeta", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-ĠLIEDA GĦAD-DRITTIJIET U D-DINJITÀ"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/02/il-gwerra-ma-difnitux/", "text": ["IL-GWERRA MA DIFNITUX...", "Kull meta nara xi filmati dwar Malta fil-gwerra, qalbi tingħasar.", "Ma niflaħx nara lil dawk l-ajruplani jitilqu l-bombi fuq niesi u fuq pajjiżi.", "Taqbadni rabja kbira u ma nkunx nista' nikkontrolla d-dmugħ hekk kif nara n-nies imwerwra jiġru fit-triqat biex jippruvaw isibu l-kenn tax-xelters waqt li djarhom ikunu qed isiru frak.", "Dawk id-djar li mhux biss min jaf kemm swew sagrifiċċji għas-sidien tagħhom imma li fihom dawn kellhom dak kollu li huma jkunu akkwistaw jew wirtu matul is-snin.", "Affarijiet b'memorji ta' nies maħbubin u oġġetti prezzjużi li qatt aktar ma setgħu jinġiebu lura hekk kif saru trab taħt it-terrapien....", "Dawn il-memorji reġgħu tqanqluli dil-ġimgħa hekk kif iltqajt ma' wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes, Raphael Micallef u mal-President tagħha, Vincent Galea.", "\"Sfortunatament l-akbar dilettanti tal-mudelli tal-knejjes kienu jgħixu fl-inħawi tal-Belt Valletta u l-Kottonera – l-iktar żewġ postijiet li ġew milquta fil-gwerra.", "Hemmhekk kont issib mudelli li kienu ilhom jintirtu s-snin.", "Imma meta ġiet il-gwerra, in-nies kellhom jabbandunaw djarhom u bosta kellhom iħallu anki dawn il-mudelli warajhom.", "Min jaf kemm teżori ntradmu f'dawk is-snin!\" bdieli d-diskors Raphael.", "\"Fil-fatt ta' min isemmi illi dan id-delizzju jmur lura prattikament għal żmien il-kavallieri.", "Meta l-kavallieri ġew jgħixu fost il-Maltin, naturalment dawn ġabu t-tradizzjonijiet u l-kultura tagħhom", "magħhom.", "Kif kulħadd jaf, il-kavallieri kienu nies sinjuri ħafna u kellhom djar mill-ifjen.", "Ħafna minnhom kellhom użanza li jiddedikaw kamra mid-dar biex tintuża bħala kappella fejn il-qassis seta' jmur iqaddes xi quddiesa u fejn il-membri tal-familja setgħu jgħidu r-rużarju flimkien.", "Xi nobbli Maltin li kienu midħla tal-kavallieri tħajjru jagħmlu xi ħaġa simili.", "Imma minħabba li dawn ma kellhomx l-istess spazju għad-dispożizzjoni tagħhom, minflok kappella huma bdew jagħmlu bħal speċi ta' gwardarobba li meta tinfetaħ ikun hemm artal fiha li jkun armat b'kollox.", "Ġeneralment din kienet titpoġġa fis-salott u meta tingħalaq, minn barra kienet tidher bħala biċċa mill-għamara tal-kamra.", "Dawn kienu jissejħu artali mobbli jew artali portabbli.", "Infatti xi żmien ilu kienet saret wirja tagħhom ġewwa l-palazz tal-President.", "Iżda fid-djar tal-kavallieri kien ikun hemm ukoll Maltin oħra – is-servitù, nies ta' klassi baxxa jew aħjar il-poplu in ġenerali.", "Dawn ukoll twebblu b'din it-tradizzjoni.", "Iżda kemm minħabba li ma kellhomx finanzi u kemm għan-nuqqas ta' spazju peress li kien ikollhom ħafna tfal, huma bdew jarmaw xkaffa b'xi statwa tal-Madonna fuqha u jżejjnuha bil-gandlieri u l-fjuri.", "Dik il-parti tad-dar bdiet issir magħrufa bħala r-rokna tad-devozzjoni.", "Maż-żmien kien hemm min beda jżid artal żgħir u jżejjnu sakemm naqra naqra waslu biex għamlu l-ewwel mudelli ta' knejjes żgħar.", "U minn hemm beda kollox,\" irrakkuntali Vincent.", "Qatt ma kont bsart illi dan id-delizzju kellu storja daqshekk imbiegħda u fl-istess ħin romantika!", "Madanakollu l-gwerra tat daqqa ta' ħarta kbira lil din it-tradizzjoni.", "\"Wara l-gwerra dan id-delizzju baqa' nieżel, kemm għax sadanittant kienu daħlu delizzji oħra u kif ukoll peress li wara l-gwerra, l-Knisja ma baqgħetx daqshekk influwenti fuq in-nies.", "Fil-fatt maż-żmien din it-tradizzjoni bdiet tintesa imma kien għad hawn min kellu xi mudelli tal-knejjes fid-dar tiegħu u lil xi ħwienet kont bqajt issibilhom xi affarijiet għall-bejgħ konnessi ma' dawn il-mudelli.", "Għaldaqstant nistgħu ngħidu illi hekk kif inħolqot din l-Għaqda, dak il-ġamar li kien għoddu ntefa' reġa ħa n-nar mill-ġdid u l-ispontanjetà tad-delizzju reġa' ngħata l-ħajja.\"", "Raphael kompla jinfurmani dwar it-tnissil ta' din l-Għaqda...", "\"Kien fl-1986 meta jiena, Tony Terribile u Pawlu Piscopo ddeċidejna li nistiednu lill-pubbliku biex nerġgħu nrawwmu dan id-delizzju li ftit ftit kien beda jispiċċa.", "Konna għamilna appell fil-ġurnali lokali ħalli min kien interessat javviċinana biex niffurmaw Għaqda.", "U l-Għaqda bdiet, bl-ewwel President tagħha jkun il-magħruf Guido Lanfranco.\"", "Eventwalment l-Għaqda rnexxielha takkwista binja żgħira fejn ikunu jistgħu jinġabru l-membri.", "\"Dan il-bini jinsab f'37 Triq il-Lvant, il-Belt Valletta proprju taħt il-kunvent tas-Sorijiet tal-Klawsura ta' Sant'Ursula.", "Meta dħalna fil-post sibnih abbandunat u mimli mbarazz.", "Dħalna għal spiża kbira biex irranġajnih.", "Iżda issa hemm is-sodisfazzjon illi għandna ċentru tagħna fejn nistgħu nlaqqgħu lill-membri kull tant żmien.", "Fil-fatt kull meta norganizzaw xi attivitajiet, hawnhekk ikun mimli sa ruħ ommu bil-membri li ormaj imissu mal-400; membri li l-eta' tagħhom tibda minn tfal ta' 7 snin u tibqa' tiela' sa anzjani.\"", "Min jista' jsir membru ta' din l-Għaqda?", "\"Il-membri tagħna huma tfal, irġiel, nisa u anki numru ta' emigranti Maltin.", "Kulħadd hu milqugħ.", "M'hemmx għalfejn li wieħed ikollu xi mudell jew li jkun beħsiebu jagħmel xi wieħed.", "Għandna membri li ngħaqdu magħna sempliċiment għax jinteressahom il-folklor u t-tradizzjonijiet reliġjużi u għalhekk jieħdu pjaċir jattendu għad-diskussjonijiet edukattivi li aħna norganizzaw.", "Is-sabiħ hu li għandna ħafna żgħażagħ bħala membri u dawn peress li jkunu f'kuntatt akbar man-nies huma l-individwi ideali biex ikomplu jxerrdu dan id-delizzju.\"", "Fhiex jikkonsistu l-attivitajiet tal-Għaqda?", "\"Fiċ-ċentru tagħna sikwit inġibu individwi sabiex jitkellmu mal-membri tagħna ħalli jgħaddulhom tagħrif utli u relevanti dwar dan id-delizzju.", "Biex nagħtik eżempju, dan l-aħħar ġie Guido Lanfranco li beda jispjega dwar id-disinji fil-knejjes u dwar it-titulari tagħhom.", "Jattendu wkoll diversi nies tas-sengħa sabiex jaqsmu xi ideat dwar kif jista' jsir ix-xogħol fuq il-mudelli, bħal ngħidu aħna kif jinbena mudell ta' knisja, kif isir l-indurar, l-irħamar, kif titnaddaf il-fidda, kif tirtokka statwa u ħafna oħrajn.", "Peress li ċertu mudelli huma oġġetti fissi fid-djar ma jkunx possibbli li wieħed jeħodhom x'imkien biex jaħdem fuqhom ħaddieħor.", "Fuq kollox, iċ-ċokon tax-xogħol jagħmilha imprattika li tagħtiha lil xi ħadd professjonali.", "Għaldaqstant ikun siewi ħafna li wieħed jitħarreġ kif jagħmel dan ix-xogħol huwa stess.", "Xejn xejn jitgħallem ukoll xi ħaġa ġdida.", "Barra minn hekk, kull xahrejn l-Għaqda toħroġ ukoll fuljett żgħir bl-isem 'Il-knisja tiegħi'.", "Fih ikun hemm numru ta' artikli b'tagħrif dwar il-mudelli u l-arti sagra filwaqt li ninkludu wkoll xi avviżi dwar xi żjarat kulturali li norganizzaw.", "Fl-ewwel ġranet tar-Randan prinċipalment issir il-wirja annwali tagħna fejn il-membri jesebixxu xi oġġetti tagħhom.", "Nixtieq niċċara illi aħna ma nagħtux importanza biss lid-delizzju imma anki lill-ispiritwalità tal-membri tagħna.", "B'dan il-għan aħna norganizzaw laqgħat flimkien anki fil-knisja speċjalment fiż-żmien tal-Għid u l-Milied sabiex niċċelebraw dawn il-festi bħala familja waħda.\"", "Raphael u Vincent bdew idawwruni mal-post u juruni xi xogħolijiet u mudelli li ġew irregalati lill-Għaqda minn xi membri tagħha.", "\"Dan il-mudell ġie msawwar mill-ġebla tal-franka minn Manuel Psaila bejn l-1935 u l-1940 u ġie mbierek mill-Vigarju tal-Isqof Mario Caruana.", "Huwa mudell tal-faċċata tal-Knisja tal-Madonna tal-", "Karmnu tal-Gżira, magħrufa wkoll bħala 'Tal-ġebla'.", "Ħaġa oħra li żżid il-valur ta' dil-knisja hu illi t-tinqix li sar fuq il-parti tal-ġebel, inħadem fuq id-disinn tal-iskultur magħruf Marku Montebello.", "Ix-xogħol tal-ħjata sar minn Ersilia, waħda minn ulied Manuel li wara mewt missierhom għoġobhom jgħaddulna dan il-mudell biex b'hekk ikun jista' jitgawda wkoll minn dawk kollha li jiġu hawn.", "\"Ħierġa qalbna miegħu dan il-mudell,\" kienu qalulna meta morna biex inġibuh.", "\"Daqs li kieku ħiereġ xi membru anzjan tal-familja.\"", "Fil-fatt kif semmejtlek fil-bidu, dan il-mudell huwa wieħed mis-superstiti tal-gwerra.", "Irnexxielu jsalva peress li Manuel kien trasportah bl-akbar għożża u attenzjoni mill-Gżira sal-Pietà fejn kien mar joqgħod waqt il-gwerra.", "Irridu ngħidu illi din l-opra ma kinetx laħqet tlestiet għal kollox u għalhekk l-Għaqda ħadet ħsieb biex torqomha fosthom billi indurata u rħamata.", "Kull min jiġi hawnhekk l-ewwel ma jara lilha u kulħadd jintilef warajha.", "Imbagħad għandna wkoll dan il-mudell ta' raħal maħdum mill-ġablo.", "Oriġinarjament kien inġieb hawn għall-wirja minn wieħed mill-membri tagħna minn B'Bugia li wara għoġbu jħallih lill-Għaqda.", "Huwa xogħol rappreżentattiv li juri n-natura ta' raħal Malti fl-inqas dettall tiegħu fejn wieħed jista' jara l-knisja bħala ċ-ċentru, z-zuntier, il-każin tal-banda, il-ħwienet, l-isqaq u t-triqat bl-ismijiet tagħhom.", "Anki dan il-mudell huwa apprezzat ħafna speċjalment minħabba l-oriġinalità tiegħu.\"", "F'ħin minnhom nara lil Vincent ġej bi flixkun kbir tal-ħġieġ f'idu.", "Ġo fih kien hemm armata statwa ta' San Ġużepp bil-Bambin f'idu.", "Ma stajtx nifhem kif iddaħħal hemm ġew ħlief billi nqala' l-qiegħ tal-flixkun.", "\"Le, nassigurak li l-qiegħ huwa intatt.", "Ġużi Psaila minn Ħaż-Żabbar ħadmu billi b'paċenzja kbira qata' l-injam fi strixxi rqaq u permezz ta' pinzetta twila reġa' nkolla kollox flimkien fil-ġewwieni tal-flixkun.\"", "Did-darba Vincent immarkali lejn il-ħajt fejn kien hemm mudell magħluq f'niċċa tal-injam.", "\"Dak hu oġġett ieħor imprezzabbli li għandha l-Għaqda.", "Sidha kien membru anzjan mill-Mosta.", "Kien wiret dan il-mudell li għandu aktar minn 100 sena minn għand nannuh u finalment d-dixxendenti", "tiegħu ħallewh lilna.", "Il-mudell ġie maħdum bl-arti tal-quilling li jikkonsisti fit-tkebbib tal-karti tad-deheb.\"", "Kien hemm bosta mudelli nteressanti oħra tant li hu mpossibbli ninkludihom kollha.", "Barra minn hekk Vincent urini diversi albums mimlija bir-ritratti ta' kwantità ta' xogħlijiet.", "L-aktar wieħed li laqgħatni kien mudell ta' xena ta' dari meta l-qassis kien imur iqarben permezz ta' għodda partikolari lil dawk morda bil-pesta.", "Tqanqlitli l-kurżita' dwar x'ifissru dawn il-mudelli għal dawn id-dilettanti?", "\"Fi tfuliti dawn il-mudelli kienu parti mill-kultura prinċipali b'folklor Malti reliġjuż.", "Tista' tgħid li kont issib minn dawn il-mudelli kważi f'kull dar.", "Tant hu hekk illi anki fil-ħanut li kellu missieri l-Belt kien hemm rokna b'mudell ta' knisja żgħira ddedikata lil Madonna tad-Duluri u jien kont nieħu ħsieb l-armar tagħha.", "Illum ngħodd it-80 sena imma niftakar ċar mudell ieħor li kellu tifel ġirien tiegħi.", "Kien mudell ta' knisja maħdum bl-arkett iddedikat lill-Kunċizzjoni.", "Fil-festa tagħha kien jarma l-", "knisja u jagħmel festin fid-dar tiegħu fejn kien jistieden lill-ġirien u lit-tfal tagħhom.", "Jiena kont inħobb noqgħod nimita lill-qassisin u allura kont nagħmlilhom il-liturġija u t-tridu u noqgħod inqaddes u nippriedka.", "Wara konna nagħmlu purċissjoni mal-kurituri tad-dar kbira tagħhom u nispiċċaw bl-antifona u bil-benedizzjoni.", "Ir-reliġjon kien parti essenzjali minn ħajjitna tant illi niftakar ukoll illi konna nixtru ċ-ċikwejra (li kienet ċikkulata mfarrka biex inħalltuha mal-kafè) u magħha, magħluqa f'envelop, konna nsibu santa.", "Kienet l-hena tagħna nġemmgħu s-santi u npartuhom.", "Għall-grazzja t'Alla dal-passatemp tal-mudelli tal-knejjes issa reġa' daħal fid-djar tagħna.", "Għad-dilettanti, l-mudell tagħhom ikollu importanza kbira tant li wħud jarmawh kuljum skont il-kulur tal-liturġija tal-ġurnata.", "F'pajjiżna hawn bosta li għandhom id-delizzju li jgħinu fil-knejjes kemm fuq barra, bħal fil-festi u kemm fuq ġewwa.", "Għalhekk permezz ta' dawn il-mudelli huma jkunu jistgħu joħolqu dak l-ambjent tal-knisja li tant jgħożżu u saħansitra jkunu jistgħu jibnuh u jirranġawh f'darhom u skont il-gosti tagħhom.\"", "L-interess kbir li għandu Raphael f'dal-qasam wassalni biex nistaqsih jekk qattx għaddietlu minn rasu li jsir qassis?", "\"Għalkemm minn dejjem kelli ġibda lejn il-ħidma pastorali u meta kont tifel kont abbati, qatt ma tħajjart nidħol is-seminarju.", "Għadni s'issa bniedem reliġjuż ħafna imma maż-żmien bnejt familja ma' marti Helen.", "Żewwiġna ħija li kien saċerdot u llum għandna ħamest itfal u ilna miżżewġin aktar minn 50 sena.\"", "Biex tibni dawn il-mudelli jrid ikollok xi sengħa partikolari?", "\"Bosta mill-membri qatt ma kellhom esperjenza qabel fuq dan id-delizzju imma b'dana kollu ġew hawn, ħadu dik l-edukazzjoni dwar dan ix-xogħol u llum il-ġurnata tiskanta kemm huma attivi anki bil-mudelli li għandhom fid-dar.", "Nista' nsemmilek żewġ membri simili: Anthony Pule' u Simon Mercieca li għandhom mudelli meravilja fid-djar tagħhom.", "Imbagħad ma nistax ma nsemmix lil membru ieħor tagħna Hector Bruno li bħalissa qiegħed jibni mudell mill-isbaħ ta' knisja maħdum bl-injam ġewwa maħżen kbir li l-quddiem jixtieq jikkonvertih f'mużew.", "Fil-fatt l-għan tal-Għaqda hu illi jkompli jinkoraġġixxi lil dak li jkun biex jidħol fl-ispirtu tad-delizzju.\"", "Kemm huwa importanti li dan id-delizzju jibqa' ħaj?", "\"Naturalment kull ħaġa li tkun marbuta mal-istorja tal-pajjiż hija importanti għax tiġi tagħmel parti mit-tradizzjoni tiegħu u allura huwa neċessarju li tibqa' ħajja u tibqa' għaddejja għax jekk titlef tradizzjoni jkun diffiċli ferm biex tirkupraha.", "Barra minn hekk dan id-delizzju partikolari huwa marbut mar-reliġjon u allura jqarrbek aktar lejn Alla u lejn il-Knisja.", "San Ġorġ Preca kien jgħid \"dak li hu tajjeb u jressqek lejn Alla għandek tinkoraġġih\".", "Mill-esperjenza personali tiegħi,\" kompla jfehemni Vincent, \"anki nies li forsi kienu xi daqsxejn imbegħdin mill-Knisja, meta bdew jaħdmu f'dan id-delizzju, reġgħu bdew jersqu lejn il-Knisja u lejn ir-reliġjon.", "Għax jekk inti ngħidu aħna, tkun qed tarma l-artal, bla ma trid ser tinteressa ruħek fil-liturġija tal-Knisja u fil-qaddisin u allura ser issir aktar midħla tar-reliġjon.", "Barra minn hekk bħala Għaqda dan id-delizzju aħna nixtiquh jibqa' jeżisti għax joffri żvog u għandu wkoll tema soċjali peress li jlaqqgħak man-nies, iħajjrek tiddiskuti u tkabbar il-kultura tiegħek u jgħallmek toħloq xi ħaġa b'idejk.", "Fl-istess ħin dan ix-xogħol jiftaħ bieb għal diversi snajja' bħall-arġentiera li jispeċjalizzaw fir-raġġieri żgħar u oġġetti oħra ċkejkna tal-fidda, dawk li jaħdmu l-arkett, oħrajn li jagħmlu l-istatwi bit-tafal jew bil-kartapesta u dawk li kapaċi jaħdmu skultura żgħira adatatta biex teħel mal-bradelli u mal-affarjiet tal-mudelli tal-knisja.\"", "Kemm hija popolari l-wirja annwali tal-Għaqda u x'ser naraw dis-sena?", "\"Nistgħu ngħidu illi issa dil-wirja daħlet fil-kalendarju tal-wirjiet lokali.", "Jiġu bosta dilettanti imma mhux biss.", "Fil-fatt l-għan tal-wirja, apparti li tesponi x-xogħlijiet tal-membri tagħha, titwaqqaf biex tiġbed membri oħra prospettivi.", "Mhux darba u tnejn illi jiġu diversi tfal tal-iskola mal-għalliema tagħhom minħabba l-proġetti kulturali li jiġu mitluba jagħmlu u wara naraw lill-istess tfal ġejjin mal-ġenituri tagħhom biex jidħlu bħala membri magħna.", "Fil-wirja ta' dis-sena ser ikollna attrazzjoni speċjali li tikkonsisti f'diversi statwi oriġinali tal-Passjoni maħduma fuq dawk tal-purċissjonijiet li jsiru ġewwa Spanja.", "Dawn huma kollha maħdumin bl-idejn u", "mlibbsin bi drapp mill-aktar fin skont it-tradizzjoni Spanjola.", "Barra minn hekk ser ikun hemm ukoll xogħol b'diversi materjali fosthom bis-sulfarini, mudelli ta' knejjes u kollezzjonijiet ta' affarijiet reliġjużi tradizzjonali bħall-kwadri tal-ex-voto u santi.", "Il-ħidma tal-Għaqda mhux biss din il-wirja imma b'sodisfazzjon nistgħu ngħidu illi l-frott tagħha huma n-numru kbir ta' wirjiet personali li jkun hemm fid-djar.", "Jekk tqis li meta bdejna l-Għaqda kull ma kien hawn kienu biss tlett wirjiet personali tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt u tara x'hawn illum ma' Malta u Għawdex kollha, tifhem il-benefiċċju li qed iħalli x-xogħol tagħna.", "Nixtiequ nappellaw lill-pubbliku in ġenerali biex jiġi jagħti titwila lejn dak li kien kapaċi jagħmel il-poplu Malti matul iż-żminijiet u anki illum fis-snin riċenti.", "U għaliex le?", "Forsi minn dis-sena, xi wħud minnhom jitħajjru jissieħbu magħna sabiex huma wkoll jiffurmaw parti minn dan il-patrimonju Malti.\"", "Din il-wirja qed tittella' fis-Sala ta' San Franġisk fi Triq Melita, l-Belt Valletta mis-Sibt 20 ta' Frar 2010 sas-Sibt 6 ta' Marzu 2010.", "Ħinijiet tal-ftuħ mid-9:30am – 12:30pm u mill-4:30pm sas-7:30pm.", "Id-dħul huwa b'xejn u wieħed jista' wkoll jinkiteb bħala membru.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-21 ta' Frar 2010)", "delizzju", "Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes", "knisja", "rokna tad-devozzjoni", "Torċa", "wirja"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-GWERRA MA DIFNITUX..."} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/08/tghid-ghadhom-jiftakruni/", "text": ["TGĦID GĦADHOM JIFTAKRUNI?", "Permezz ta' dawn l-artikli qegħdha kull darba nikkonferma l-għerf tal-qawl Malti illi jgħid 'mitt bniedem mitt fehma'.", "Spiċċa ż-żmien meta b'mod inġenwu kont naqsam lin-nies f'żewġ kategorji biss – favur jew kontra, abjad jew iswed, vi jew va.", "Perspettiva wara perspettiva ta' individwi differenti qegħdin jagħnuni b'fehmiet varji u b'għażliet diversi u b'hekk qed jirnexxieli nifhem b'aktar ċarezza għala bniedem jagħmel jew iħoss ħaġa u mhux oħra.", "L-artiklu ta' dil-ġimgħa tnissel minn ittra f'ġurnal fejn Anthony Caruana kien qed jistieden lil xi ħbieb antiki tiegħu biex jikkuntattjawh.", "Huwa kien qiegħed hawn Malta għal ftit ġimgħat biss wara snin twal", "jgħix f'bosta pajjiżi oħra.", "Li laqgħatni kien it-ton nebbiexi ta' kitbietu.", "Li ħajjarni nkellmu kienet sentenza qasira fejn hu stqarr illi xtaq jiltaqa' ma' sħabu peress li aktarx ma jerġax jirfes f'pajjiżna aktar għax kull ma jmur l-ivvjaġġar kien qed isir ferm diffiċli.", "Ħassejt għafsa ta' qalb u tħassibt dwar x'jista' jħoss bniedem li jaf li forsi mhux ser jara aktar lil pajjiżu.", "Anthony laqa' l-istedina tiegħi bil-qalb imma għal darb'oħra għaraft li kull bniedem għandu l-mod partikolari tiegħu dwar kif iħares lejn il-ħajja.", "\"Ilni nieqes minn Malta minn mindu kelli 18 il-sena.", "Illum għandi 84.", "Kienet il-gwerra flimkien mal-bluha taż-żogħżija li ħarġuni minn art twelidi.\"", "Anthony jiftakar li kellu madwar 14 –il sena meta bdew l-ewwel attakki fuq Malta.", "\"Konna nafu li bdiet il-gwerra imma ma bsarnix li kienu ser jiġu daqshekk malajr biex jattakkawna.", "Aħna konna noqogħdu l-Ħamrun u niftakar li ftit qabel is-7:00am bdew il-bumbardamenti mill-ajruplani Taljani.", "Sa mill-ewwel ġurnata inqatlu n-nies u ġġarraf il-bini.", "Ma konna ppreparati xejn għal dawn l-attakki.", "Ftit qabel ma l-Italja iddikkjarat gwerra, hawn Malta nstabu tliet ajruplani tan-Navy għadhom magħluqa fil-kaxxi.", "Kienu tat-tip Gloster Sea Gladiators u", "jingħad li kienu f'pajjiżna għax in-Navy kienet insiethom warajha!", "Biex dawn l-ajruplani setgħu jiffunzjonaw, kellhom isiru xi modifikazzjonijiet fuqhom peress li oriġinarjament dawn kienu maħduma biex jitilqu minn fuq l-aircraft carriers.", "Kienu ajruplani manuvrabbli ħafna imma ma kienux veloċi biżżejjed.", "Barra minn hekk bi tliet ajruplani ma stajtx tagħmel ħafna!", "Kien hemm bosta nies li kienu devastati speċjalment meta semgħu illi bdew imutu n-nies u jaqgħu xi djar.", "Jekk niftakar sewwa f'daqqa waħda kien hawn ħafna esperti f'pajjiżna li ma nafx minn fejn ġew.", "Bdew iduru d-djar u jgħidu lin-nies biex meta jkunu neżlin il-bombi kellhom ipoġġu saqqu fuq wiċċ il-mejda u jidħlu taħtha ħalli jkunu protetti.\"", "Il-ħsieb biss ta' gwerra f'pajjiżek ikexkxek.", "Imma fl-imħuħ żagħżugħa għatxana għal ftit avventura, l-idea tal-gwerra kienet pjuttost eċċitanti.", "\"Ta' dik l-età l-gwerra teħodha bħala avventura.", "Aħna l-ġuvintur kellna ġenn biex nilbsu dik l-uniformi ħalli nimpressjonaw lit-tfajliet.", "Fil-fatt xtaqt ħafna nidħol suldat hekk kif beda l-ewwel ġlied.", "Ħbiebi li kienu akbar minni daħlu fl-armata u xtaqt inkun magħhom imma kont għadni żgħir wisq.", "Meta mbagħad morna noqogħdu f'post ieħor, sibt ruħi maqtugħ totalment waħdi.", "Dak iż-żmien kien hemm dipartiment li kien joħroġ il-kuntratti tax-xogħol biex jinbnew it-triqat, ir-runways, il-hangers u dak kollu li kellu x'jaqsam mal-airforce u meta dan mexa għas-Siġġiewi, xi qraba flimkien mal-familja tiegħi morna noqogħdu l-Qrendi biex inkunu viċin tal-post tax-xogħol.", "Dan peress li fil-gwerra t-trasport pubbliku sar perikoluż apparti li kien hemm nuqqas ta' petrol u għalhekk ma stajtx tużah għal xejn b'xejn.", "Eventwalment mort naħdem mal-Air Ministry u hemmhekk bagħtuni ma' tim ta' surveyors li kienu qed jippjanaw id-dispersials.", "F'dan ix-xogħol kont inħossni utli għax kont nemmen li qed nagħmel xi ħaġa importanti ħafna għall-pajjiżi.", "Id-dispersials kienu estensjonijiet tar-runway li kellhom il-funzjoni li jisseparaw l-ajruplani tar-rinforzi minn xulxin hekk kif dawn jaslu Malta.", "Ir-raġuni kienet li hekk kif dawn ir-rinforzi kienu jitilqu minn", "fuq l-aircraft carrier biex itiru lejn Malta, kien ikollhom jgħaddu f'linja dritta minn fuq Pantellerija.", "Immedjatament dawn kienu jiġu interċettati u rrappurtati lill-forza tal-ajru ta' Sqallija li min-naħa tagħhom kienu jibgħatu l-ajruplani tagħhom biex jibbumbardjawhom.", "Peress li m'hawnx bogħod bejn Malta u Sqallija, ir-rinforzi tagħna kienu jsibu l-ajruplani Taljani dritt fuqhom hekk kif jersqu lejn pajjiżna.", "Għaldaqstant kienet essenzjali li r-rinforzi jitferrxu mill-ewwel.", "Biex dawn ir-rinforzi jagħmlu l-vjaġġ malajr kemm jista' jkun lejn pajjiżna kienu jitilqu mingħajr armi ħalli jkunu eħfef.", "Għalhekk sakemm dawn kienu jgħaddu mid-dispersial units, waqt li jkunu għadhom mexjin, għadd ta' baħrin u suldati kienu jagħtuhom il-fuel u jarmawhom bl-armamenti.", "Kollox kien isir f'tebqa t'għajn u b'effiċjenza kbira, tant li hekk kif joħroġ mill-ġdid barra fuq ir-runway, l-ajruplan tar-rinforzi jkun diġà ppreparat biex jiġġieled u jitla' jattakka minnufih.", "Ma kienx xogħol faċli li tibni dawn id-dispertial units speċjalment minħabba l-attakki kontinwi mill-ajru.", "Sikwit konna niġu attakkati permezz tal-istrafing jiġifieri meta jinżel ajruplan fil-baxx u jibda jispara fuqna bil-machine gun.", "Mhux l-ewwel darba li kelli ninxteħet malajr ġo xi gandott.", "Jiena kont responsabbli mit-theodolite li kien jikkonsisti f'biċċa apparat biex isir kejl aktar preċiż.", "Kien apparat antik ħafna li aktar kien jixraqlu jitpoġġa ġo xi mużew imma dak biss kellna u bih ridna naħdmu.", "Kull darba li kien hemm attakk mill-ajru kien ikolli nżarma dat-theodolite u nieħdu miegħi fix-xelter għax ma stajtx nippermetti li nitilfuh.", "Fir-realtà l-fizzjal li kont naħdem miegħu u li kien il-kaptan tal-inġiniera kellu sens ħafna aktar minni għax waqt attakki bħal dawn kien immur isib xi xelter malajr u mhux joqgħod iżarma t-theodolite bħali!", "Imma l-ġenn taż-żogħżija jilludik li inti mhux ser tintmiss u nammetti li mhux darba u tnejn li rriskjajt aktar milli messni.\"", "Meta tlestew dawn id-dispersial units Anthony beda jaħdem bħala skrivan mad-dipartiment tal-Accounts sakemm għalaq it-18 il-sena u sab l-opportunità biex jaqta' xewqtu.", "\"Peress li diġà kont qed nagħmel xogħol relatat mal-gwerra stajt nagħżel li ma ninqabadx bil-lieva.", "Imma jiena hemm kien moħħni u ddeċidejt li nidħol mal-armata, għalkemm mhux b'mod dirett.", "Ingħaqadt man-NAFI (Navy Army and Airforce Institutes) li kienet toffri servizzi fil-canteens tal-istabbilmenti Ingliżi.", "Normalment dawn kienu jkunu nies ċivili imma fi żmien il-gwerra kellhom isiru suldati peress li kienu jivvjaġġaw mat-truppi.", "Dik il-ħabta kienu qed jibagħtuhom l-Italja u għalhekk sibt ix-xoqqa f'moxta biex inżur pajjiż ieħor.\"", "Tħassibt meta qalli li kien qiegħed mal-armata Ingliża fl-Italja fi żmien il-gwerra imma hu assigurani mod ieħor.", "\"Meta aħna wasalna l-Italja, l-armata kienet diġà avvanzat sa Ruma u għalhekk ma kienx hemm biża'.", "L-uniku periklu li kelli kien mill-ikel tal-kokijiet għax kienu jsajjru ħażin immens tant li ħassejthom ser joqtluni!\"", "L-attitudni ta' Anthony lejn il-gwerra hija kemmxejn impressjonanti għax bil-kuntrarju ta' oħrajn li kellimt dwar daż-żminijiet, hu jirrakkonta dwarha b'ton pjuttost leġġer, akkost li minn xi rakkonti li qalli ġieli sab ruħu f'sitwazzjonijiet iebsin.", "\"Aħna konna nivvjaġġaw minn post għall-ieħor bħala konvoj f'daqqa.", "Darba waqt vjaġġ minnhom sibna ruħna fil-post żbaljat u qabdu jisparaw fuqna.", "Imma fortunatament ħadd ma weġġa'.", "Ġrajja oħra li qed niftakar hija meta kont stazzjonat fil-Greċja.", "Kien hemm gwerra ċivili dak iż-żmien għax xi wħud kienu qed jissieltu biex joħorġu r-re mill-pajjiż.", "Ġurnata minnhom waqt li kont miexi", "f'villaġġ nilmaħ folla fi pjazza.", "Ħsibt li kien hemm xi suq u mort nittawwal b'kurżità.", "Minflok sibt li n-nies kienu qed iħarsu lejn ħamest irjus maqtugħa li kienu mpoġġija fuq biċċa drapp mal-art.", "Bdew jgħidu li kienu grupp ta' briganti li kienu ħebbew u qatlu lil xi pulizija xi ftit tal-ġranet qabel.", "Imma l-Bambin biss jaf x'kienet il-verità!\"", "Anthony ġie lura Malta fl-1948 u mill-ewwel ingħata lura x-xogħol li kellu qabel fl-uffiċċju.", "\"Madanakollu wara tant żmien niġri minn pajjiż għall-ieħor barra fil-kampanja, ħassejtni qed nifga bil-qiegħda kuljum magħluq ġewwa uffiċċju.", "Għalhekk erġajt tlaqt lejn l-Ingilterra fejn għal xi żmien ħdimt f'xi fabbriki u uffiċċji.", "Finalment sibt xogħol ma' kummissjoni tal-foresti fejn il-ħaddiema kienu jgħixu f'kamp u bosta minnhom kienu eks-suldati bħali.", "Niftakar uħud minnhom kien fihom veru tip.", "Il-gwerra kienet ħalliet marki psikoloġiċi fuqhom u l-attitudni tagħhom kienet pjuttost eċċentrika.", "Per eżempju wieħed minnhom kellu personalità doppja u allura daqqa tisimgħu jitkellem bil-galbu u b'ċertu aċċent u f'mument ieħor jinfexx jidgħi b'leħen oħxon ta' barri.", "Ieħor kien iffissat li qriegħ u kien jilbes kappell il-ħin kollu, anki meta jmur jorqod u meta jmur jinħasel fis-shower!", "Ħaddiem ieħor kien ħalef li ried jerġa' jidħol suldat u kull darba kien imur japplika f'xi post jew ieħor.", "Imma kull darba kien jirritorna lura u jgħidilna li qalulu biex jerġa' jmur japplika meta jkollu aktar demm fl-alkoħol.\"", "Skont Anthony dak kien żmien meta l-ħin kollu kienu jisimgħu b'sejħiet biex aktar irġiel jingħaqdu man-Navy ta' New Zealand jew tal-Awstralja jew mal-armata tal-Kanada.", "\"Darba minnhom waqt party tant xrobna li l-għada bla ma naf kif sibt ruħi msieħeb fl-armata tal-Awstralja stazzjonata f'Londra.", "Għall-ewwel inħsadt imma mbagħad meta qaluli kemm kienet ser tkun il-paga kont veru kuntent.", "Minn hemm mort l-Awstralja fejn kienu qed jirreklutaw ex-serviceman tal-Ingilterra.", "Stajt nidhol fl-aħħar grad li ħriġt bih, jiġifieri dak ta' surġent imma naħseb li jien kont xi daqsxejn stupidu min-natura tiegħi u minflok għażilt li nidħol bħala private mal-infanterija u kelli nerġa' nibda kollox mill-bidu.", "Sibt ruħi l-Korea niġġieled, jisparaw fuqi u jien nispara fuqhom.", "Fil-fond ta' qalbi kont nitlob li mhu qed nolqot lil ħadd u biex ħadd ma jolqot lili.", "Naturalment l-idea li toqtol lil xi ħadd mhi xejn sabiħa", "imma f'mumenti bħal dawk ma jkollokx għażla.", "Kont tal-fehma illi jekk tferi wieħed, kien ikun hemm bżonn tnejn oħra biex iġorruh u allura tkun eliminajt tlieta mingħajr ma toqtol lil ħadd.", "Iżda fir-realtà ma tantx kien ikollok ħin biex toqgħod timmira u tara fejn ser tolqot.", "Kif tara xi ħaġa tiċċaqlaq, kellek tispara fuqha u daqshekk.", "Darba minnhom intlaqatt ħafif wara widnejja bi shrapnel imma l-bqija nistgħu ngħidu li ħlistha ħafif.\"", "Wara li għamel xi żmien jgħix fil-Ġappun, Anthony mar lura lejn l-Awstralja u hemmhekk iżżewweġ lil tfajla ta' oriġini Maltija u bena familtu hemmhekk.", "Dara sewwa l-Awstralja u f'dawn l-aħħar kien qed iżur lil Malta peress li bintu ġiet toqgħod hawnhekk.", "Xtaqt inkun naf illum Malta xi tfisser għalih?", "\"Jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa' dejjem tħoss dik il-ġibda lejn pajjiżek u sal-llum għadni nħoss dik iċ-ċertu kburija meta nara xi ħaġa Maltija.", "Pajjiżek jibqa' dejjem f'demmek u ma tistax twarrbu daqs li kieku qatt ma kien.", "Imma wara tant snin nistqarr li aktar nikkunsidra lill-Awstralja bħala pajjiżi milli lil Malta.", "Dari qegħdha hemm u ħbiebi huma kollha Awstraljani.", "Barra minn hekk peress li tajt sehemi fis-servizz, fl-Awstralja nitqies bħala persuna privileġġjata u kull meta jkolli bżonn xi kura nista' nattendi fl-aqwa sptarijiet u jieħdu ħsiebi ħafna.", "It-temp ukoll ma jaħqarnix daqs t'hawnhekk.", "Ikolli ngħid ukoll illi aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħed insir inqas soċjevoli u għalhekk l-Awstralja nippreferiha għax tista' tmur f'postijiet fejn għal mili sħaħ ma tarax ruħ filwaqt li Malta hija ffullata ħafna.\"", "Ormaj Anthony irritorna lejn l-Awstralja.", "Sfortunatament ħadd min-nies li kien jaf lura fis-snin ta' żogħżitu ma kkuntattjah.", "\"Meta niftakar fil-ħbieb li kelli f'Malta f'żogħżiti nimmissjahom ħafna.", "Sirt naf li uħud minnhom mietu filwaqt li oħrajn emigraw lejn l-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja.", "Iżda ma nafx għaliex ħadd mill-bqija ma kkuntattjani.", "Tgħid ma baqgħux jiftakruni jew forsi miet kulħadd?", "Min jaf?", "Xtaqt ħafna li niltaqa' ma' tnejn minnhom partikolari: Victor Muscat u Ġużi Spiteri li kienu ħbieb tiegħi fl-iscouts tal-Ħamrun.", "Oħrajn sas-snin 1944 kienu jaħdmu miegħi fl-AMDW, fl-RAF Luqa u fil-Headquarters ta' Ta' Xbiex kif ukoll ta' Qui-Si-Sana.", "Għalkemm jista' jkun li ma nżurx aktar lil art twelidi, illum jeżistu bosta mezzi jekk wieħed irid iżomm kuntatt.", "Għaldaqstant jiena ser inħallilek it-telefon ta' binti Linda (21373318) sabiex jekk xi ħadd minn sħabi jaqra dan l-artiklu u jkun jixtieq jikkuntattjani jkun jista' jagħmel dan.", "Kieku nieħu gost ħafna!\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-29 t'Awwissu 2010)", "Ġużi Spiteri", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "TGĦID GĦADHOM JIFTAKRUNI?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/10/missieri-kien-enigma/", "text": ["Din il-ġimgħa ddeċidejt li nlaqqgħakhom man-Nutar Paul George Pisani li huwa iben il-mibki poeta magħruf Għawdxi, Ġorġ Pisani.", "Iltqajna fl-uffiċċju tiegħu li jinsab fil-proprjetà fejn hu kien jgħix flimkien mal-ġenituri tiegħu fi Triq Putirjal, ir-Rabat, Għawdex.", "Faċċata, donnu biex iżomm għajnejh fuq il-post li għex fih għal bosta snin, stajt nilmaħ il-mafkar tal-bronż ta' Ġorġ Pisani li tpoġġa hemmhekk fit-23 ta' Ġunju 2001.", "Bħas-soltu, apparti li segwejt il-kitbiet tal-poeta, għażilt ukoll li niltaqa' mal-uniku iben tiegħu sabiex permezz tad-diskussjoni tagħna, nifhem aħjar min kien dan il-persunaġġ.", "Huwa tassew illi x-xogħolijiet ta' artist jistgħu jirriflettu wħud mill-emozzjonijiet u l-perspettivi tiegħu.", "Madanakollu, jiena nemmen li ħadd ma jista' jiftaħlek tieqa intima fuq individwu, aktar minn dawk li jkunu għexu miegħu.", "Għal bosta drabi, Paul stqarr illi għalih missieru kien enigma peress li kien bniedem riservat ħafna.", "Iżda xorta waħda, mal-mogħdija tad-diskursata tagħna, feġġu rivelazzjonijiet interessanti li komplew għanew il-ġrajja ta' min kien il-poeta Ġorġ Pisani; punti li nittama li xi student tal-Malti għad jitħajjar jistudja aktar fil-fond dwarhom.", "Ħass is-sejħa reliġjuża", "Twieled ir-Rabat, Għawdex fis-6 ta' Mejju 1909.", "Tgħallem fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo t'Għawdex.", "Jidher li f'żogħżitu huwa kellu xi delużjoni ta' mħabba li kidditu ħafna tant li rari tkellem dwarha ħlief permezz tal-iżvog f'xi poeżiji, fosthom 'Għanja Moħbija' u 'Kelma Nassiesa'.", "Kien f'dan il-perjodu wkoll li huwa beda jieħu t-taħriġ biex isir patri.", "\"Fl-adoloxxenza tiegħu missieri ħass is-sejħa reliġjuża u beda n-novizzjat mal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini fejn kellu l-isem ta' Fra Alipju,\" qalli Paul.", "\"Hemmhekk huwa għamel studji avvanzati fil-letteratura klassika u fit-teoloġija, filwaqt li beda jikteb poeżiji bil-Malti fir-rivista tal-Franġiskani Kapuċċini 'L-Immakulata'.\"", "Iżda kif qal Carm C. Cachia f'kitba tiegħu dwar dan il-poeta, \"Donnu lanqas fil-protezzjoni ta' dan il-post qaddis, ma sab il-paċi interna li kien qed ifittex.\"", "U infatti, wara xi żmien, Pisani ħalla l-kunvent.", "Sar għalliem", "\"Wara li ħalla l-kunvent, missieri beda l-karriera tiegħu bħala għalliem.", "Fl-1935 huwa nħatar bħala l-ewwel surmast tal-Malti fil-Liċeo t'Għawdex.", "Kien f'dan iż-żmien li huwa ntroduċa l-istudju tal-Malti fis-Seminarju t'Għawdex.\"", "Waqt il-gwerra", "\"Fl-1940, fl-eqqel żmien tal-gwerra, huwa ġie msejjaħ Malta biex jaħdem fid-Dipartiment tal-Informazzjoni fejn ħadem bħala traduttur u ko-editur tal-ħarġa Maltija tal-'Information Service Bullettin'.", "Barra minn hekk, huwa kien jgħallem it-Taljan u l-Malti fl-iskola sekondarja tal-bniet fil-Belt Valletta, filwaqt li ntroduċa l-istudju tal-Malti lill-istudenti tal-Kunvent Sacred Heart f'San Ġiljan,\" kompla jirrakkuntali Paul.", "Sehem kbir fil-ġabra tal-qamħ f'Għawdex", "\"Meta fl-1942 missieri ġie maħtur Assistant Information Officer għal Għawdex, huwa fetaħ Information Bureau kważi fl-irħula kollha t'Għawdex.", "Kien f'dan iż-żmien li huwa kellu sehem kbir fil-ġabra tal-qamħ mingħand il-bdiewa Għawdxin.\"", "Minn kliem Paul intbaħt li dan kien perjodu sinifikanti ħafna fil-ħajja ta' missieru.", "\"Ma kienx faċli li tikkonvinċi lill-Għawdxin biex joħorġu l-qamħ li kienu kabbru, ħażnu u ħbew.", "Meta bajda ta' tiġieġa kienet tiswa prezz għali mmens, tista' timmaġina kemm kien il-valur tal-qamħ!", "L-Għawdxin huma nies li tgħallmu jfendu għal rashom għax fuq dil-gżira, matul is-snin, spiss intelqu għal rieħhom.", "Kulħadd kien jara kif jiżra' xi ħaġa u jrabbi xi annimal biex ikollu l-provvisti meħtieġa.", "Għalhekk meta l-awtoritajiet bdew jipprentendu l-qamħ mingħandhom, kien bħallikieku riedu jeħdulhom it-teżori tal-familja,\" spjegali Paul.", "Jidher li mhux darba u tnejn li l-qiegħa saħnet għax il-pressjoni minn Malta kienet kull ma tmur tiżdied minħabba li l-ikel fil-gżira prinċipali kien għoddu spiċċa għal kollox u kien hemm bosta li kienu qed jgħoddu ruħhom b'mitlufa.", "\"Kulħadd kien jaf li l-Għawdxin kellhom il-qamħ mistur.", "Imma x'setgħu jagħmlu?", "Jidħlu għalihom bl-armi biex jeħduhulhom?", "Fi żmien ta' gwerra?", "Meta għandek bżonn in-nies miegħek u mhux kontrik?", "Kienet sitwazzjoni iebsa u infatti darba minnhom, kienu għoddhom ħaġġruh lil missieri meta mar jipprova jkellem lil xi bdiewa biex jagħtuh il-qamħ għall-Maltin!\" kompla Paul.", "Imma sa fl-aħħar, Pisani rnexxielu jsib mezz tajjeb kif jieħu li jrid...", "\"Beda jiftiehem mal-arċipriet ta' kull knisja sabiex jgħid lin-nies li wara l-barka tal-quddiesa, se jkun hemm xi ħadd barra biex ikellimhom.", "Hu kien joqgħod jistenna n-nies barra fuq iz-zuntier u bil-kalma kollha kien jispjegalhom illi jekk ma kienux se jgħinu permezz tal-qamħ tagħhom, Malta kien se jkollha ċċedi u tiftaħ il-bibien għall-għadu.", "Apparti minn hekk, huwa beda jistaqsihom jekk kellhomx bżonn xi razzjon għalihom minn Malta ħalli meta jitla' bit-trakk għall-qamħ, itella' miegħu dak li jkunu talbuh.", "B'hekk l-irjus irtabu u l-affarijiet irranġaw ruħhom.", "Dawn l-esperjenzi kienu eventwalment nebbħuh biex fl-1945 jikteb id-dramm 'Il-Ġabra tal-Qamħ'.\"", "Wara l-gwerra", "\"Meta ntemmet il-gwerra, missieri reġa' daħal għalliem u beda jgħallem il-Malti, ir-Reliġjon, l-iStorja u l-Latin fil-Liċeo t'Għawdex.", "Sadanittant, huwa baqa' jaħdem ukoll fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u ħafna għadhom jiftakru l-filmshows li kien jorganizza wara nżul ix-xemx fil-pjazez t'Għawdex sabiex jeduka l-poplu u jżommu aġġornat dwar il-ġrajjiet kurrenti.", "Barra minn hekk, fil-Banca Giuratale fir-Rabat, Għawdex, huwa fetaħ uffiċċju ċentrali b'kamra għall-qari attrezzata ħafna fejn wieħed kien isib jaqra ġurnali, rivisti u kotba dwar suġġetti varji.", "Fuq inizzjattiva tiegħu wkoll, kienu nstallati loudspeakers tar-Rediffusion fil-pjazez t'Għawdex mnejn il-poplu kien jisma' l-aħbarijiet u l-avviżi tal-Gvern,\" qalli Paul bi kburija lejn ix-xogħol siewi li wettaq missieru.", "Wieħed mill-pijunieri tax-xandir f'Għawdex", "Għalkemm personalment seta' kien riservat, ċertament Pisani kellu ħeġġa liema bħalha biex itejjeb il-qagħda tal-Għawdxin u tal-gżira t'Għawdex.", "Infatti hu kien ukoll wieħed mill-pijunieri tax-xandir f'Għawdex.", "\"Kien hemm refuġjat Malti f'Għawdex, ċertu Vella, li meta missieri wrieh bix-xewqa li kellu li jsib mezz kif ixandar xi programmi minn Għawdex għal Għawdex, dan ħareġ b'sistema rudimentali li kienet taħdem bil-linji tat-telefon u permezz tiegħu, missieri beda jxandar il-programmi u jinstema' fil-pjazez.\"", "Id-dramm li daħlu fl-inkwiet", "Fl-1945 Pisani ppubblika l-ktieb 'L-Għid taż-Żgħożija' li fih hemm uħud mill-aqwa xogħolijiet tiegħu.", "Infatti, poeżija minnhom li ġġib l-istess isem, akkwistatlu t-titlu tal-Poeta taż-Żgħożija.", "Fil-prefazju tal-ktieb il- Prof. Ġużè Aquilina kiteb hekk: \"Tneħħi... l-waqtiet suwed ta' qtigħ il-qalb jew disperazzjoni, l-akbar motiv tal-poeżija ta' Pisani tibqa' ż-żgħożija qalbiena li tħares 'il quddiem mimlija ħeġġa u mgħaġġla fit-tiġrija tal-ħajja.\"", "Iżda apparti xogħol ieħor li kiteb fl-istess żmien, żgur li xejn ma ħalla mpatt fuq Pisani daqs id-dramm 'Is-Sengħa tal-Imħabba'....", "\"Missieri kien isiefer ħafna u spiss kien jieħu l-opportunità biex imur jara xi dramm barrani.", "B'hekk, huwa ġie espost għat-teatru tal-kontinent.", "Ġara li darba ġietu f'rasu li jikteb id-dramm 'Is-Sengħa tal-Imħabba' li kien jitratta t-tema ta' familja li titfarrak meta tidħol bejniethom it-tielet persuna.", "Id-dramm kien jispiċċa bi tmiem negattiv li jqanqal bosta mistoqsijiet.", "Inzerta li dan ix-xogħol għoġob lil xi studenti universitarji u dawn iddeċidew li jaħdmuh fir-Radio City l-Ħamrun,\" beda jgħidli Paul.", "\"Il-busillis beda meta dan id-dramm ġie rrekordjat għar-Rediffusion u allura daħal fid-djar kollha.", "U hemm qam pandemonju sħiħ għax kien hemm min tkaża bis-suġġett tad-dramm.", "Ngħiduha kif inhi, illum tidħak jekk tarah.", "Imma f'dak iż-żmien, għalkemm kulħadd kien jaf li kien hemm il-problemi fil-familji, in-nies kienet taħbihom taħt it-tapit bla ma ħadd kien jipprova jara kif se jsolvihom.", "Mhux talli!", "Imma għamluha tabù li titkellem dwarhom!\"", "Iżda agħar minn hekk, skont Paul kien editorjal pjuttost kiefer li ġie ppubblikat f'Leħen is-Sewwa li nkorla lil missieru u affettwalu wkoll saħħtu, anki jekk is-soltu ma kien iħalli xejn ikiddu.", "\"Min kiteb l-editorjal, b'malizzja semma' li ma kienx sewwa li għax ikollok esperjenza ħażina f'ħajtek, tmur iċċappasha fuq il-palk.", "Naturalment kien qed jirreferi għall-istorja ta' mħabba li kellu missieri f'żgħożitu.", "U din tant tagħtu ġewwa, li għamel libell lill-ġurnal, għalkemm xorta tilfu għax l-imħallef qal f'sentenza klassika li ma kienx sewwa li fuq il-palk tipproġetta sitwazzjonijiet mhux feliċi tal-ħajja!\"", "Jidher li maż-żmien dan l-inċident twarrab mal-ġenb, tant li Pisani kompla jikteb fl-istess ġurnal għal diversi snin wara.", "Madanakollu, Paul ma jistax jifhem kif mument sinifikanti bħal dan li juri l-ewwel ċaqliqa lejn ir-realiżmu fid-dramm Malti mhux qed jiġi kkunsidrat fil-kotba ta' llum li jitrattaw l-Istorja tad-dramm f'Malta.", "\"Jiddispjaċini meta jiġri dan.", "Mhux għax qed nitkellem dwar missieri.", "Imma għax mhux qed niktbu b'mod onest u mhux qed nagħtu kreditu lil min ħaqqu.", "Uħud donnhom għandhom l-għan li jsemmu biss lil dawk il-kittieba u l-poeti li ġew wara l-gwerra filwaqt li qed iwarrbu lill-oħrajn li ġew qabilhom daqslikieku dawn ma jgħoddu xejn biex wasalna fejn wasalna llum.", "Ħażin nagħmlu jekk ninsew li mingħajr il-passat m'hemmx preżent,\" sostna iben Pisani.", "Iżżewweġ ta' 54 sena", "Fl-1963 Ġorġ Pisani jiżżewweġ lil Rose nee' Formosa minn Kerċem, li kienet 32 sena iżgħar minnu.", "Sena wara kellhom lil Paul u t-tnejn rabbewh f'għożża liema bħalha.", "Kont kurjuża jekk bħala iben, hu qattx ħass il-piż ta' missier li kien daqstant popolari f'Għawdex?", "\"Jiena tlajt b'ċertu reverenza u sottomissjoni edukata lejn il-ġenituri tiegħi u qatt ma ħabbatthom.", "Nistqarr li kont inħoss xi ftit responsabbiltà għall-fatt li l-missieri kienu jafuh ħafna nies u ma ridtx li nħammarlu wiċċu b'xi mod,\" ftakar Paul.", "Staqsejtu wkoll jekk qattx xtaq li laħaq lil missieru f'età iżgħar?", "\"Ħa nghidlek, l-aktar li nixtieq hu li għadu ħaj,\" irrispondini kemmxejn imqanqal.", "\"Qattgħajt tfulija sabiħa ferm miegħu.", "Veru li lħaqtu ta' età kbira imma mbagħad gawdejt mill-fatt li ma damx ma ħareġ bil-pensjoni u allura kellu ħafna ħin għalija.", "Infatti spiss kont noqgħod niġri ma' djulu u min jaf kemm laqqgħani ma' nies li llum huma miti bħal Mary Meylak, Erin Serracino Inglott, Frenċ tal-Għarb eċċ.\"", "\"Konna mmorru wkoll għall-passiġġati twal fil-kampanja Għawdxija li tant kienet għal qalbu.", "Kien miġbud ħafna wkoll lejn l-Istorja u infatti kiteb diversi poeżiji relatati fosthom 'Il-Ġgantija t'Għawdex', tant li hemm min isibu wkoll bħala l-Poeta tal-Istorja.", "Madanakollu jien aktar naħseb li kien jixtieq jibqa' magħruf bħala l-Poeta t'Għawdex.", "Kellu mħabba kbira għal dil-gżira kif jixhdu bosta mix-xogħolijiet tiegħu, fosthom l-'Innu Għal Għawdex' li hawnhekk għadu jindaqq meta jispiċċa xi programm tal-banda u warajh jindaqq l-Innu Nazzjonali.\"", "Kien kuġin ta' Carmelo Borg Pisani", "Skoprejt fatt ieħor dwaru li probabbilment ftit jafuh.", "\"Missieri baqa' reliġjuż ħafna, anki wara li ħareġ mill-kunvent.", "Fil-fatt naħseb li l-għeżeż ħaġa li ħalla fija kien ir-rispett lejn ir-reliġjon, apparti li derrieni wkoll b'ċertu awto-dixxiplina u valuri sodi.", "Intant, kull fil-għaxija konna ninxteħtu ngħidu r-rużarju flimkien u hekk kif inlestu konna ngħidu wkoll Ave Maria għall-mejtin tagħna.", "Niftakar li missieri kien isemmihom kollha wieħed wieħed kuljum: il-ġenituri, in-nanniet, iz-zijiet, il-kuġini eċċ. Fosthom dejjem kien isemmi lil ċertu Karmenu li kont naf li kien kuġin tiegħu imma xejn aktar,\" irrakkuntali Paul.", "\"Però jidhirli li darba minnhom ikkuntattjah il-kittieb Lawrence Mizzi peress li kien qed jagħmel xi riċerka dwar Carmelo Borg Pisani u kien sar jaf li missieri kien prim kuġin tiegħu.", "Huwa talbu għal xi informazzjoni dwaru imma akkost li s-soltu missieri dejjem jgħin lil kulħadd, lil dan talbu biex lil Borg Pisani jħallih jistrieħ.", "Għandek tkun taf li missieri kien espert tal-arti diplomatika ta' kif ma jweġibx mistoqsija jekk jiddeċiedi hekk.", "Ħadd ma kien jaf li dan l-individwu kien jiġi minna għax missieri qatt ma kien isemmieh ma' ħadd.", "Lanqas magħna ma kien jitkellem dwaru.", "Qatt ma kkummenta dwar jekk kienx jikkunsidrah bħala traditur jew xi ħaġ'oħra.", "Donnu għalih kien biss membru tal-familja – il-kuġin.\"", "Kien gwida ta' personalitajiet importanti", "\"Dari d-Dipartiment tal-Informazzjoni kellu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu wkoll it-turiżmu.", "Għaldaqstant, parti minn xogħol missieri kien li jdawwar personalment m'Għawdex lil bosta personalitajiet importanti u anki lill-aġenti tal-ivjaġġar li kienu qegħdin jiskopru lill-gżira.", "Fatt interessanti huwa li baqa' jagħmel dan ix-xogħol sa meta kellu 80 sena, anki jekk bla ħlas.", "'U dak il-pajjiż għandu bżonnu!' kien jgħidli meta ġieli lmentajt miegħu.\"", "Awtur Prolifiku", "Ġorġ Pisani ppubblika tmien kotba ta' poeżiji, sitt drammi, ġabra ta' novelli, ġabra ta' essejs, żewġ rumanzi u żewġ ġabriet ta' leġġendi Għawdxin.", "Barra minn hekk, wara mewtu, fis-sena 2000 il-Prof.", "Oliver Friggieri stampa antoloġija mill-kotba kollha ta' Pisani bl-isem 'Ġorġ Pisani – Poeżiji' filwaqt li ibnu Paul ippubblikalu l-ktieb 'Id-Duwa tal-Maddalena' li kien jikkonsisti f'ġabra ta' tagħrif folkloristiku.", "Iżda fir-realtà ibnu stqarr miegħi li hemm ħafna aktar x'jiġi ippubblikat.", "Matul ħajtu, Pisani rebaħ bosta konkorsi u premijiet letterarji.", "Ngħata l-premju governattiv 'Malta Literary Award' u l-premju internazzjonali 'Città di Valletta'.", "Fl-1986 inħatar membru għal ħajtu tal-Għaqda Poeti u fl-1992 il-Gvern Malti onorah bil-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika.", "Fl-1997 il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria onorah b\"Ġieh il-Belt Victoria'.", "Ġorġ Pisani miet fl-24 ta' Frar 1999.", "Skont ibnu, il-funeral tiegħu kien xhieda tar-rispett li n-nies kellha lejh hekk kif kienu bosta dawk li attendew għall-quddiesa li ġiet ikkonċelebrata minn 61 saċerdot.", "Fl-2006 segwitu martu Rose iżda għal Paul, il-memorja tal-ġenituri tiegħu hija ħajja daqs qatt qabel.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (23 parti) fit-Torċa tad-19 t'Ottubru 2014)", "Fra Alipju", "Ġieh il-Belt Victoria", "Ġorġ Pisani", "Ġorġ Pisani – Poeżiji", "Għanja Moħbija", "Għaqda Poeti", "Id-Duwa tal-Maddalena", "Il-Ġabra tal-Qamħ", "Il-Ġgantija t'Għawdex", "Innu Għal Għawdex", "Is-Sengħa tal-Imħabba", "L-Għid taż-Żgħożija", "L-Immakulata", "Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika", "Patrijiet Franġiskani Kapuċċini", "poezija", "Prof. Ġużè Aquilina", "qamħ", "Radio City l-Ħamrun", "Tieni Gwerra Dinjija"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Missieri kien enigma"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/09/minn-wara-l-hitan-tal-klawsura/", "text": ["MINN WARA L-ĦITAN TAL-KLAWSURA", "Is-sorijiet tal-klawsura minn dejjem kienu jintrigawni.", "Qatt ma stajt nifhem l-għażla tagħhom li jinqatgħu kompletament mid-dinja biex imorru jingħalqu wara erbgħa", "ħitan.", "Spiss kont nipprova nimmaġina x'tip ta' persuni jistgħu jkunu u x'inhu dak li jwassalhom biex jieħdu deċiżjoni drastika bħal dik.", "Dak il-wiċċ mistur għad-dell tal-grada ċkejkna kien ikompli jqanqalni biex niskopri l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet moħbija wara dawk l-għajnejn baxxuti.", "Iżda fl-istess ħin kont rassenjata li ser nibqa' bil-kurżità għax kont naf li lil dawn is-sorijiet ma tistax tkellimhom kif ġieb u laħaq.", "Għalhekk tistgħu taħsbu kif bqajt meta dan l-aħħar irċevejt ittra mingħand il-ħabib tiegħi Ralph Micallef fejn infurmani li kien irreferini biex niltaqa' mal-Madre tas-Sorijiet Agostinjani tal-Klawsura ta' Santa Katerina!", "Nistqarr li domt ftit intella' u nniżżel qabel ċempilt lill-Madre.", "Kont qed nipprova nara kif ser inpoġġi l-kliem ma' persuna bħal din.", "Imma lanqas ħaqq kemm ħlejt ħin għax Madre Michelina laqgħatni b'ġentilezza u ħlewwa kbira u bla eżitazzjoni aċċettat li niltaqgħu.", "Tlajt it-telgħa wieqfa ta' Triq ir-Repubblika b'ċerta trepidazzjoni u hekk kif wasalt quddiem il-bieb tal-monasteru ntbaħt li min jaf kemm għaddejt minn", "quddiem dan il-post mingħajr ma qatt kont naf x'kien.", "Ċempilt il-qanpiena tal-bieb u kif identifikajt ruħi, l-bieb infetaħ waħdu.", "Imbuttajtu l-ġewwa u dlonk sibt ruħi f'kamra bi stil antik mill-isbaħ.", "Quddiemi wkoll tfaċċaw tliet itwieqi mbarrati bil-ħadid miżbugħ bajdani.", "Waqaft ħdejhom imma l-Madre sejjħitli bi tbissima u daħħlitni ġewwa.", "\"Bħalissa għaddej xi xogħol ta' restawr.", "Kellhom jgħaddu 500 sena biex irranġajna l-faċċata tal-monasteru.", "Imma ftit taż-żmien ilu għal naqra ma ġratilnix diżgrazzja kbira hekk kif waqa' xi ġebel għal isfel waqt li kienet għaddejja l-purċissjoni ta' San Duminku minn quddiemna.", "Imn'Alla ma weġġa' ħadd.", "Bdejna x-xogħolijiet ħames snin ilu u l-ispiża telgħet mhux ħażin.", "Imma meta ġew il-bennejja, l-ġebel tant kien iddeterjorat li bidlu 40% minnu.", "Sfortunatament il-fondi qed jixxuttaw u l-bqija ser ikollu jitħalla kif inhu għalissa,\" bdiet tispjegali l-Madre hekk kif bdejna mexjin minn kamra għall-oħra.", "Ma' l-ewwel impatt tiegħi mal-post intbaħt li kont diġà żbaljata fuq punt wieħed!", "Is-sorijiet tal-klawsura ma kienux jgħixu wara erbgħa ħitan imma ġo palazz storiku u spazzjuz li kien jesa' fih erbgħa sulari.", "\"Dan il-bini jiftakar lill-Kavallieri ta' San Ġwann,\" fetħet id-diskursata l-Vigarja Swor Aloisia Bajada li ngħaqdet magħna hekk kif ratni nammira l-ġmiel tal-madum prezzjuż u kkulurit, l-arkitettura mirquma u l-pitturi antiki.", "\"Fil-fatt dal-monasteru għandu storja mill-isbaħ u tmur lura għal snin twal.", "Dnub li ftit biss jafuha.\"", "\"Din taf tgħidlek l-istorja tal-monasteru fuq ponot subgħajha,\" qaltli bi tbissima l-Madre.", "Swor Aloisia hija soru ta' 84 sena iżda akkost l-età tagħha hija persuna vivaċi, ċajtiera u b'memorja mill-aqwa.", "\"Jiena l-hena tiegħi nidħol fil-profond ta' dak kollu li nagħmel,\" kompliet tgħidli.", "\"Għalhekk spiss kont nintefa' fl-arkivji tal-monasteru nqalleb fil-manuskritti u d-dokumenti antiki ħalli nitkixxef aktar dwar il-ġrajja ta' dal-post li ngħix fih.", "Sibt illi l-arkivji jmorru lura sal-1606 u huma miżgħuda b'dettalji ferm interessanti dwar dak kollu li għaddew minnu s-sorijiet.", "Uħud mid-dokumenti huma bil-Latin però rnexxielna nsibu lil min jittraduċielna xi xogħol għat-Taljan u jien qlibt parti minnu bil-Malti.", "Oriġinarjament hawnhekk kien hawn id-dar tal-Belt tal-Markiżi Giovanni u Katarina Vasco Oliviero li kienet magħrufa bħala Casa Vanilla.", "Fl-1576 it-tifel tal-koppja marad bil-pesta u ommu li kienet devota ta' Santa Katarina għamlet wegħda li jekk binha jfieq, hija tagħti d-dar tagħha lill-Knisja.", "It-tifel fieq u ħu Katarina, li kien ukoll prokuratur tat-Teżor ta' l-Ordni, fakkar lil oħtu fil-wegħda li kienet għamlet.", "Il-Markiża wettqet il-wegħda tagħha imma meta fl-1611 hija saret taf bi grupp ta' tfajliet imsejjħa l-'Orfanelle della Misericordia' hija ddeċidiet li ddawwar id-deċiżjoni tagħha u minflok għaddiet il-", "proprjetà lilhom.", "Dawn it-tfajliet kienu qed jieħdu ħsieb lil xi tfal li kellhom il-problemi fil-familja u matul is-snin kienet ġiethom il-vokazzjoni reliġjuża għall-ħajja tal-klawsura.", "Biex id-dar setgħet tinbidel f'monasteru ħalli tkun tista' tilqa' fiha lil madwar 45 soru u 15 il-tifla, il-Markiżi bnew kappella mal-ġenb tad-dar u xtraw ukoll xi bini tal-madwar.", "Huwa għalhekk li llum hawn dal-kobor kollu tant li l-ħitan tal-monasteru jmissu ma' Triq ir-Repubblika, ma' Triq San Kristofru, ma' Strada Stretta u anki ma' parti minn San Duminku.", "Sa sena wara mit-testment, il-markiżi mietu u hekk kif anki binhom kien laħaq miet qabilhom, is-sorijiet tal-klawsura wirtu anki l-ġid kollu tal-Markiżi.", "Fl-1714 il-monasteru kellu bżonn xi tibdiliet strutturali u tant intefqu flejjes illi eventwalment ma kellhomx biżżejjed fondi biex ikomplu l-kappella.", "Fl-1798 s-sorijiet kellhom anki jieqfu jieħdu ħsieb it-tfal minħabba li kienu waqgħu f'għaks kbir.\"", "Ma tridx wisq biex tifhem kemm spejjeż jirrikkjedi post bħal dak.", "Kelli kurżità kif jiffinanzjaw ruħhom dawn is-sorijiet?", "\"Fi żmien il-Kavallieri kienu bdew jidħlu bosta tfajliet nobbli bħala sorijiet tal-klawsura u dawn kienu jġibu doti kbar magħhom.", "Fil-fatt waħda minnhom kienet Swor Marianna Pinto, oħt il-Gran Mastru Pinto nnifsu.", "Tul is-snin dan il-ġid akkumula mhux ħażin u l-monasteru kien jgħix permezz tar-renta fuq l-artijiet u mill-flus li dawn is-sorijiet ġabu magħhom.", "Illum naturalment l-istorja nbidlet imma għallinqas għad fadlilna biex ngħixu permezz tal-imgħaxijiet li nħolqu mill-bejgħ ta' xi bini li kien proprjetà tal-monasteru.\"", "Fil-kunvent kien hemm kwiet perfett tant li konna qisna qegħdin weħidna f'dak il-post.", "Xtaqt inkun naf kemm hemm sorijiet?", "\"Bħalissa qegħdin 10 sorijiet u sfortunatament għandna 4 minnhom morda.", "L-ikbar soru hawnhekk tgħodd l-età ta' 88 sena u l-iżgħar waħda għandha 60.", "Ilna madwar 25 sena ma jkollna vokazzjonijiet ġodda hawn ġew.\"", "Impressjonanti!", "Allura x'jiġri jekk jilħqu jonqsu s-sorijiet kollha?", "\"Jiena qatt ma naqta' qalbi,\" weġbitni bil-ħlewwa l-Madre li issa ilha tmexxi l-monasteru għal dawn l-aħħar ħames snin.", "\"Nemmen ħafna fil-provvidenza t'Alla u npoġġi t-tama kollha tiegħi fih.", "Iżda nammetti li bħalissa l-ħajja pjuttost iebsa hekk kif ħafna mis-sorijiet kibru mhux ħażin u jridu jieħdu ħsieb lil sħabhom morda apparti li jridu jkomplu bil-faċendi u d-dmirijiet ta' kuljum.\"", "\"Din l-istorja diġà ġrat fl-1798 meta s-sorijiet kienu xjieħu kollha u kien għad fadal tmienja biss.", "Tant kienet gravi s-sitwazzjoni li soru minnhom li kienet tiġi mill-familja Preziosi, kellha tmur lura għand qrabatha biex jieħdu ħsiebha fl-aħħar ġranet ta' ħajjitha.", "Imma hawn hu l-kobor tal-Mulej; appena mietu dat-8 sorijiet, minnufih daħlu 16 oħra u l-ħajja kompliet,\" serrħitli rasi Swor Aloisia.", "F'dal-punt deherli li kelli nistaqsi x'wassalhom biex saru sorijiet tal-klawsura u l-istejjer li rrakkuntawli żgur li ma bsarthomx!", "\"Fi żmien it-tieni gwerra dinjija kienet waqgħet bomba ġol-ġnien tal-monasteru u għalhekk is-sorijiet kienu marru jsibu rifuġju f'Ta' Ċenċ Għawdex.", "F'dik il-ħabta jiena kelli 16 il-sena u lanqas biss kont naf", "x'jaħbtu das-sorijiet tal-klawsura.", "Jiena kont mix-Xagħra u darba minnhom wara li rajt xi xogħol tal-ħjata tagħhom urejt ix-xewqa li niltaqa' magħhom.", "Sħabi daħku bija u qaluli 'Mela dawk ser ikellmuk?", "Dawk trid tkun ser tidħol magħhom biex jiftħulek.'", "Imma jiena kelli kurżità kbira biex nara x'ikunu dawn is-sorijiet li ma joħorġu qatt u finalment ikkonvinċejt lil sħabi li kienu ikbar minni biex jeħduni għandhom.", "Tgħidx x'biża' kelli li jdaħħluni veru magħhom għax jien kull ma ridt li naqta' l-kurżita'.", "Imma meta morna serrħuli rasi li kont għadni żgħira wisq biex nidħol magħhom imma li jekk ridt stajt nibqa' nżurhom.", "Hekk għamilt u bdiet tiġi wkoll ħabiba tiegħi miegħi.", "Ftit ftit inġbidna lejn il-ħajja ta' dawn is-sorijiet sakemm darba minnhom, meta għalaqna t-18, inżilna Malta (fejn kienu rritornaw is-sorijiet) u ngħaqadna magħhom.", "Kienet l-aqwa għażla tiegħi tant li jekk nerġa' nitwieled nerġa' nagħżel dit-tip ta' ħajja,\" ikkonfermatli Swor Aloisia.", "\"Jiena wkoll kelli 18-il sena meta dħalt soru tal-klawsura u daqs Swor Aloisia konvinta mid-deċiżjoni tiegħi.", "Imma għandek tkun taf li l-ewwel darba li saċerdot", "issuġġerieli li nidħol soru tgħidx kif ħtaftu.", "Kien jarani ninvista lil Santa Rita kuljum u darba qalli \"Inti għax ma tidħolx soru?", "Dejjem insibek quddiem Santa Rita.\"", "U spirtu pront weġibtu 'Għandix nidħol soru!", "Jien irrid ingawdi ħi'.", "Kont tfajla fuq ruħi u dejjem nittanta x-xemx għaddejja għax kont inħobb ħafna nitkellem man-nies.", "Xorta waħda das-saċerdot baqa' sakemm laqqagħni mal-Madre ta' Santa Monica u minn hemm bdejt ngħaddi xi weekends għandhom sakemm ftit ftit trawwimt minnhom u verament tħajjart nidħol soru.", "Niftakar li ddeċidejt li nidħol soru ma' ta' Santa Rita u meta wissewni li dawk kienu sorijiet tal-klawsura, għalkemm ma kontx naf wisq dwarhom, bqajt insostni li magħhom ridt nidħol.", "Xi xhur qabel kont mort inżur lil Frenċ tal-Għarb u waqt li għamilli s-salib fuq moħħi biż-żejt tal-Madonna, bla ma jaf xejn fuqi kien bassar li jien kont ser insir soru tal-klawsura mal-monasteru ta' Santa Katarina u li kont ser immut hemm ġew.", "Meta finalment dħalt magħhom, missieri ħalef li ma kontx ser indum aktar minn ħmistax hemm ġew u s'issa ilni 47 sena.\"", "Qomna minn fejn konna u bdejna mexjin lejn il-kappella tal-monasteru.", "Minnufih laqtuni ż-żewġt itwieqi magħluqa bil-gradi li kienu misjuba wara l-artal.", "\"Il-ħajja tal-klawsura kienet ħafna aktar iebsa qabel imma aħna konna nafu għal xiex dħalna u ma nsibu l-ebda problema bir-regoli li rridu nimxu magħhom.", "Erbgħa snin ilu ma kontx ser taqbad u tiġi hekk kif għamilt illum u noqogħdu ndawwruk ma' kullimkien.", "Min jaf kemm permessi ridt biex stajt biss biss tkellimna.", "Mal-wasla tiegħek kieku kont indoqq qanpiena biex is-sorijiet l-oħra jinġabru kollha f'kamarthom ħalli ma jiltaqgħux miegħek.", "Lin-nies stajna nkellmuhom biss minn wara dawk il-gradi.", "La stajna nisimgħu radju, la naraw televiżjoni u lanqas naqraw gazzetti.", "Konna għal kollox maqtugħin mill-bqija tad-dinja biex inkunu nistgħu", "niffukaw biss fuq it-talb u fuq Alla.", "In-nies ftit li xejn kienu jafuna għalkemm dejjem urew qalb tajba magħna.", "Però naħseb li kienu jaħsbuna nies imdejjqin ħafna peress li konna dejjem imsakkra hawn ġew.", "Ħadd minna ma kellu permess biex joħroġ barra ħlief għal bżonn biex immorru għal xi kura.", "Lanqas jekk jomordu l-ġenituri tiegħek u wisq anqas għall-funeral tagħhom ma stajt tattendi.", "Hawnhekk setgħu jidħlu biss familjari, sal-kuġini u nitkellmu minn wara l-grada.", "Barranin ħadd.\"", "Il-madre ratni nitmeżmeż u ma flaħtx ma nistaqsihiex għala bniedem għandu jaċċetta li jiċċaħħad tant, sempliċiment għall-fidi?", "Imma t-tnejn qabżu fuqi u rrispondewni...", "\"Aħna ma nħossuniex imċaħħda.", "Din hija t-tip ta' ħajja li għażilna.", "Nammettu li ġieli jiġu mumenti iebsa bħal kif jiġu fuq kulħadd.", "Imma permezz tal-fidi tagħna, lanqas biss inħossu n-nuqqas li qed titkellem dwaru inti.", "Kultant lanqas aħna stess ma nkunu nafu kif ser infissru din il-vokazzjoni tagħna.", "Imma biex forsi nagħtuk ħjiel infakkruk li għalkemm inti ma dħaltx soru bħalna, m'għandniex dubju li tagħmel bosta sagrifiċċji biex tara l-familja tiegħek kuntenta.\"", "Is-sorijiet għarrfuni wkoll li wara l-Koncilju tal-1963 l-affarijiet inbiddlu xi ftit.", "\"Issa nistgħu nitkellmu mal-pubbliku għalkemm dejjem minn wara l-grada.", "Lanqas biss ngħidlek kemm jiġu nies kuljum jitolbuna l-pariri jew biex jiftħu qalbhom magħna.", "Barra minn hekk it-telefon ma jieqafx minuta.", "Sirna wkoll nistgħu nsewgu ċertu programmi fuq ir-radju u fuq it-TV.", "F'dawn l-aħħar erbgħa snin qegħdin ukoll noħorġu nisimgħu l-quddies man-nies minflok narawha minn fuq il-monitor minn wara l-artal tal-kappella.", "Kienet esperjenza sabiħa wisq meta rajna l-attendenza tan-nies tfawwar il-kappella wara din il-bidla.", "Fejn qabel kien ikun hemm wieħed jew żewġ persuni, illum il-kappella tkun mimlija nies.", "Joqogħdu anki jkantaw magħna u tgħidx kemm jieħdu ħsiebna meta xi waħda minna ma tinżilx għall-quddiesa.", "Nifhem li dan kien pass il-quddiem għax b'hekk in-nies saret tafna u tfittixna u nġibdet ħafna lejna.", "Tneħħa l-misteru ta' x'seta' konna u fejn ħafna ħasbuna strambi u ma nafux immorru man-nies issa setgħu jifhmu li aħna m'aħniex ħlief bnedmin bħalhom li ddeċidejna li niddedikaw ħajjitna biex nitolbu għall-bżonnijiet tal-popli kollha u tad-dinja.\"", "Imma ngħid jien mhux aħjar tmidd idejk u tagħmel xi ħaġa milli toqgħod titlob biss?", "\"Aħna nagħmlu ħafna xogħol fil-monasteru imma t-talb huwa d-dedikazzjoni tagħna.", "It-talb għandu qawwa kbira quddiem Alla u t-talb tagħna kontinwu jservi biex min ma jafx jew m'għandux ċans jitlob, nitolbu aħna għalih.", "Il-Papa xebbaħ lis-sorijiet tal-klawsura mal-power station tal-Knisja u sostna illi li kieku m'hawnx dat-tip ta' sorijiet, il-Knisja tkun fqira ħafna.", "Peress li aħna ddedikati lil Alla, nkunu nistgħu nidħlu f'intimità miegħu u nwasslulu t-talb kollu ta' dawk li jkunu rrakkomandaw ruħhom f'talbna.", "Fil-fatt kull fil-għodu fl-5:45am l-ewwel talba tagħna", "dejjem tkun dedikata għall-bżonnijiet ta' dawk li jkunu kellmuna, għall-morda, għall-ġerarkija tal-Knisja u għal dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna t'Alla.", "Noffru wkoll diversi quddisiet għall-benefatturi tagħna kemm ħajjin u anki mejtin.\"", "It-tnejn li huma saħqu miegħi li ma jħossuhomx magħluqa u li qatt ma jixxenqu għal barra.", "Biex ifehmuni aħjar iddeċidew li jtellgħuni fuq il-bejt u għalhekk it-tlieta li aħna rkibna l-lift għal erbgħa sulari 'l fuq.", "\"Qabel dal-lift ma kienx jeżisti.", "Konna nitilgħu fuq il-bejt kull nhar ta' Ħadd u biex niċċajtaw aħna u telgħin it-taraġ bl-ikel ta' nofs inhar f'idejna konna nagħmlu tabirruħna li sejrin sa San Pawl il-Baħar.", "Illum m'għadnix nifilħu nitilgħu dak it-taraġ kollu imma l-bejt sabiħ wisq!\"", "Ma ridtx wisq biex nifhem hekk kif xrifna barra għall-frisk tal-arja.", "L-għoli tal-post jippermetti xeni mill-isbaħ li jinfirxu sa fuq il-baħar.", "\"Għidilna kif tista' tħossok imsakkra f'dal-ġmiel?", "Tant hawn sabiħ li bla ma trid tidħol f'meditazzjoni.", "Fl-istess ħin in-nies tant huma qrib li ma tħossok waħdek qatt.", "F'xi ġurnata sabiħa mhux darba u tnejn li nitilgħu hawn u noqogħdu nitpaxxew bid-dgħajjes sbieħ għaddejjin.\"", "Ressquni qrib ċint li jagħti għal isfel fuq il-ġnien.", "Ommi ma kif inħsadt!", "Kemm kien hemm għoli!", "\"Hawn dan l-għoli kollu għax hawnhekk kien hawn barriera minn fejn inqata' l-ġebel kollu biex inbena l-bqija tal-monasteru.", "Issa ħares hemm isfel ara, hemmhekk hemm il-kannierja fejn jindifnu s-sorijiet li jmutu.\"", "Dħalna ġewwa mill-ġdid u s-sorijiet ħaduni f'kamra minn fejn huma jittawwlu biex jaraw il-purċissjonijiet għaddejjin.", "Xtaqt inħoss kif iħossuhom huma wara dik in-nisġa ta'", "ħadid u għalhekk ersaqt qrib u ttawwalt barra.", "Minn wara t-toqob tal-grada stajt nara n-nies għaddejjin b'ħajjithom fit-triq ta' taħtna u fl-uffiċini faċċata u bla ma naf kif ersaqt bil-ħeffa lura hekk kif għajnejn raġel minnhom iltaqgħu ma' tiegħi malli rnexxielu jilmaħni.", "Il-Madre tbissmet u talbitni nsegwiha għax issa xtaqet tniżżilni fil-kannierja.", "\"Nippreferi li nilħqu nidħlu qabel jidlam għax nibża' mill-mejtin u niddejjaq nidħol hemm fid-dlam.\"", "Issa kien imiss lili nitbissem.", "Fl-istess ħin stagħġibt kemm kien għadda ħin u lanqas biss indunajt.", "\"Aħna ngħixu għal dejjem fil-monasteru tagħna u meta mmutu nindifnu hawn ukoll.\"", "Ma kien hemm xejn tal-biża' fil-kannierja.", "Anzi!", "Bħal kif kien hemm fil-bqija tal-kunvent kienet teżisti sensazzjoni ta' paċi u serenità.", "\"Hawnhekk ma jonqosna xejn ħlief aktar vokazzjonijiet.", "Bħal kif stajt tara b'għajnejk stess aħna ngħixu ħajja pjuttost trankwilla u ferħana.", "Dejjem insibu fhiex nhedew u", "huwa biss iż-żmien li issa qed irażżnilna kemmxejn il-pass.", "Min jaf kemm organizzajna attivitajiet bejnietna u kemm ħadna gost flimkien bl-aktar affarijiet sempliċi.", "Għax wara kollox x'ifisser li tkun ferħana fil-ħajja jekk mhux li tħossok sodisfatt bl-għażliet tiegħek u bil-ħajja li tkun għext?", "Issa inti għaddejt dal-ftit siegħat magħna u nixtiequk li twassal din l-esperjenza lill-oħrajn.", "Jekk hemm xi tfajliet li jixtiequ jiġu jaraw kif ngħixu, aħna nilqugħom b'idejna miftuħa u min irid jista' anki jqatta' xi xhur magħna biex jara kif imur.\"", "Kont kurjuża kif it-tfajliet li jidħlu magħhom jistgħu jkomplu jesprimu ruħhom apparti bit-talb?", "\"Min jidħol hawn ma tispiċċax ħajtu imma sempliċiment jibda paġna ġdida minnha.", "Min għandu xi talent ċertament li ser isib skop għalih għax hawnhekk jiġu ħafna nies jitolbuna biex naħdmulhom bosta affarijiet li jirrikjedu sengħa bħal ħjata, crochet, ganutell, pittura eċċ.\"", "Iż-żewġ sorijiet ħadnuni magħhom daqs li kieku konna ilna nafu 'l xulxin is-snin u waqt li rregalawli kuruna mill-isbaħ wegħduni hekk..", "\"Issa inti benefattriċi tagħna wkoll u mill-lejla ser tibda tkun fit-talb tagħna.\"", "Kliemhom imlieli qalbi.", "Laħaq dalam x'ħin ħriġt minn hemm u jkolli ngħid li kif l-għodwa ċediet għall-miġja ta' lejl ġdid, daqstant ieħor fehemti kienet inbidlet.", "Għafast il-kuruna f'idi u hekk kif ħaffift lejn il-karozza biex nasal malajr ħdejn żewġi u binti, f'moħħi fhimt ċar li kull għażla kapaċi twassal għas-sodisfazzjon tal-ħajja.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tad-19 ta' Settembru 2010)", "Markiżi Giovanni u Katarina Vasco Oliviero", "sorijiet", "Sorijiet Agostinjani tal-Klawsura ta' Santa Katarina", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MINN WARA L-ĦITAN TAL-KLAWSURA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/03/il-kuluri-tac-cina-8-parti-siti-religjuzi-fpekin/", "text": ["IL-KULURI TAĊ-ĊINA (8 Parti) Siti reliġjużi f'Pekin", "Għalkemm matul is-snin, iċ-Ċina sfat attakkata kemm il-darba u diversi binjiet sinifikanti fiha ġew meqruda, b'xorti tajba llum għad fadal bosta strutturi mill-isbaħli jixhdu l-kobor tal-arkitettura tradizzjonali Ċiniża.", "Fost dawn insibu numru ta' palazzi u tempji li wieħed jista' jżur ġewwa l-belt ta' Pekin.", "Dan it-tempju jinsab fin-naħa tax-xlokk ta' Pekin.", "Fih l-imperaturi tad-Dinastiji Ming u Qing kienu jaduraw il-ġenna, filwaqt li kienu jitolbu biex ikollhom ħsad tajjeb mill-għelieqi tagħhom.", "Dan il-post inbena bejn l-1406 u l-1420 mill-Imperatur Yongle li sawwar ukoll il-Belt Ipprojbita.", "Oriġinarjament kien maħsub li kellu jservi bħala altar tal-ġenna u kif ukoll tad-dinja iżda l-imperaturi baqgħu jibnu u jżidu f'dan il-lwog sakemm maż-żmien, dan sar tempju sħiħ mibni fuq medda ta' art kbira 2,730,000 metru kwadru.", "Fil-preżent, din l-istruttura hija maqsuma f'żewġ partijiet: l-artal intern u l-artal estern.", "Tianxinshi (ġebla tal-qalba tal-Ġenna) jew Yuanxinshi (qalb tonda tal-ġebel) tinsab proprju fiċ-ċentru tat-terrazzin ta' fuq ta' Yuanqiutai.", "Dan kien il-post fejn kien jintasab l-imperatur biex jitlob.", "Jingħad illi kull min jitla' jitkellem fuq din il-ġebla, kapaċi jinstema' minn ħafna 'l bogħod.", "Min-naħa l-oħra, Qiniandian (is-sala tat-talb għall-ħsad it-tajjeb) hija l-binja prinċipali tal-altar għat-talb għall-qamħ.", "Din l-istruttura għolja 32 metru hija waħda mill-isbaħ partijiet f'dan it-tempju.", "Fost id-dekorazzjonijiet tagħha, il-ħitan esterni ta' din is-sala ġew imżejjna b'madum ikħal, filwaqt li fuq it-tarf nett tpoġġa ballun lewn id-deheb.", "Fattur importanti dwar il-kobor tas-sengħa użata f'din il-binja huwa illi l-ebda travu jew musmar ma ntużaw biex iżommuha flimkien.", "Minflok, din isserraħ fuq 28 kolonna massiċċa tal-injam li b'mod inġenjuż ġew marbuta mal-bqija tal-istruttura sabiex iżżommu kollox bħala ħaġa waħda.", "It-Tempju tal-Ġenna huwa mdawwar b'ħajt twil li jifforma kwadru fin-naħa ta' nofsinhar u nofs ċirku lejn in-naħa tat-tramuntana.", "Skont it-twemmin tradizzjonali Ċiniż, dan sar biex jiġu rrappreżentati l-ġenna li kienet maħsuba li kienet tonda u d-dinja li kienet kwadra.", "Id-diżinn uniku u t-tqassim ta' dan is-sit ġew maħluqa apposta sabiex jesprimu l-filosofija Ċiniża ta' armonija kompleta bejn il-bniedem u n-natura.", "Infatti, matul is-snin, dan it-tempju ġie meqjus bħala kapolavur li jisfuma l-arkitettura fin-natura bl-aktar mod eċċellenti.", "Barra minn hekk, din l-istruttura hija kkunsidrata wkoll bħala riflessjoni profonda tal-kultura Ċiniża f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika, il-filosofija, l-astronomija, il-kalendarju, il-mużika, il-pittura u l-qasam tal-ġonna.", "Matul il-perjodu tat-Tieni Gwerra tal-Loppju li seħħet bejn l-1856 u l-1860, dan it-tempju safa maħkum mill-Imperu Brittaniku u dak Franċiż li kienu qed jeħduha kontra d-Dinastija Qing taċ-Ċina.", "Aktar tard, fl-1900, waqt ribelljoni oħra, l-Alleanza tat-Tmien Nazzjonijiet ħadet taħt idejha dan il-kumpless u biddlitu f'ċentru militari.", "L-okkupazzjoni ta' dan il-post, li damet madwar sena, iddesekrat dan it-tempju u rriżultat fi ħsara enormi kemm fil-bini u kif ukoll fil-ġonna tal-madwar.", "Sadanittant, ġew irrapurtati wkoll diversi serqiet ta' artifatti li ttieħdu mit-tempju.", "Hekk kif id-Dinastija Qing falliet u spiċċat, dan is-sit tħalla għal rieħu u ġie abbandunat kompletament.", "Dan kompla wassal għal ħsarat ħafna akbar fejn saħansitra waqgħu xi swali.", "Fl-1914, Yuan Shikai, l-ewwel President tar-Repubblika taċ-Ċina wettaq ċerimonja reliġjuża f'dan it-tempju bħala attentat li jiddikkjara ruħu Imperatur taċ-Ċina.", "Għal bosta snin, l-aċċess għal din iż-żona kien ipprojbit, sakemm fl-1918, din tbiddlet fi ġnien u nfetħet għall-pubbliku.", "Intant, fl-1961 it-Tempju tal-Ġenna ġie inkluż bħala parti mil-Lista ta' Monumenti Storiċi u Kulturali Ċiniżi taħt protezzjoni tal-istat u b'hekk beda jsirlu r-restawr meħtieġ.", "Imbagħad, fl-1998, dan is-sit beda jifforma wkoll parti mill-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO.", "Illum dan il-post huwa popolari ħafna kemm man-nies tal-lokal u kif ukoll mat-turisti.", "Infatti, waqt iż-żjara tagħna, kien hemm mijiet ta' viżitaturi ta' kull età u ġens li kienu qed jagħmlu kull xorta ta' attività bħaż-żfin, kant, u logħob varju.", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll numru ta' għarajjes li kienu qed jiġbdu r-ritratti tat-tieġ tagħhom fl-isfond tal-istrutturi varji ta' dan it-tempju.", "Xi fotografi oħra kienu qed jieħdu ritratti artistiċi u tal-moda lil diversi mudelli.", "Fatt interessanti huwa illi f'sezzjoni mill-ġonna ta' dan it-tempju, wieħed jista' jara siġra kbira li hija magħrufa bħala 'iċ-ċipressa tad-disgħa draguni'.", "Tissejjaħ hekk minħabba li jekk wieħed juża naqra immaġinazzjoni, jista' jistħajjel iz-zokk tagħha bħal disgħa draguni jitremblu f'xulxin.", "Jingħad illi din iċ-ċipressa għandha mal-elf sena u għadha ħajja sa llum.", "Magħrufa wkoll bħala l-Palazz tal-Armonija u l-Paċi, din l-istruttura li tinsab lejn in-naħa tal-grigal ta' Pekin, ġiet mibnija fl-1694.", "Oriġinarjament, fil-perjodu tad-Dinastija Ming, dan il-post kien maħsub biex iservi bħala residenza għal dawk l-irġiel li kienu jiġu kastrati u mpjegati sabiex jipproteġu lin-nisa li kienu jgħixu fil-qrati orjentali.", "Madanakollu, mill-1725, dan is-sit beda jintuża bħala l-palazz residenzjali tal-Imperaturi Yongzheng u Qianlong tad-Dinastiji Qing, meta dawn kienu jixtiequ joħorġu għal ftit taż-żmien mill-Belt Ipprojbita.", "Infatti, il-ħitan ħomor, il-madum isfar u l-iljuni tal-ġebel li wieħed isib f'dan il-lwog huma simboli li hemmhekk xi darba kien jgħix xi membru tal-familja imperjali.", "Kien fl-1744, waqt id-Dinastija Qing, illi finalment ir-rwol ta' dan il-palazz inbidel f'tempju u f'residenza għall-patrijiet Lama filwaqt li sar ukoll iċ-ċentru nazzjonali tal-amministrazzjoni Lama.", "L-arkitettura, id-disinn u d-dekorazzjonijiet tiegħu huma meraviljużi hekk kif dan il-post huwa mqassam f'sebat ibtieħi differenti bi strutturi li jvarjaw bejn swali, paviljuni u torrijiet, li kollha jintonaw flimkien akkost li fihom karatteristiċi tradizzjonali varji tal-popli ta' Han, Tibet, Manchu u Mongolja.", "Illum dan il-post huwa miftuħ kemm għat-turisti u kif ukoll għal dawk li jkunu jixtiequ jqimu d-diversi statwi Buddisti li hemm imxerrda man-numru ta' binjiet li jiffurmaw lil dan il-palazz.", "Fost dawn l-istatwi, wieħed isib ukoll statwa ġganteska ta' Buddha għolja 26 metru li ġiet maħduma minn biċċa sħiħa tal-injam tas-sandlu.", "Jingħad li din hija l-ikbar statwa fid-dinja tax-xorta tagħha.", "Ċertament, dan it-tempju huwa xempju tal-arti reliġjuża tradizzjonali Ċiniża.", "Hu wkoll il-post ideali għal dawk li japprezzaw isegwu r-ritwali differenti ta' ġnus oħra", "Nistqarr illi anki jekk in-nies ta' madwari kienu qed iqimu reliġjon differenti minn dak li nħaddan jien, xorta waħda ħassejt serenità kbira ġewwa dan it-tempju, speċjalment meta bdejt nara l-qima qawwija fost individwi ta' kull età.", "Għalija, iż-żjara ġo dan il-lwog kienet esperjenza memorabbli u unika li laqqgħatni ma' aspett ieħor tal-kultura u s-soċjetà taċ-Ċina.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-1 ta' Marzu 2015)", "Beijing", "Buddha", "Buddiżmu"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-KULURI TAĊ-ĊINA (8 Parti) Siti reliġjużi f'Pekin"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/03/il-kuluri-tac-cina-id-9-parti-il-palazz-tas-sajf/", "text": ["IL-KULURI TAĊ-ĊINA (Id-9 Parti) Il-Palazz tas-Sajf", "Meta żżur il-palazzi antiki taċ-Ċina ma tistax ma timpressjonax ruħek.", "Għandhom wisq stil distint u sabiħ u bla ma trid tħossok donnok qiegħed f'dinja oħra.", "L-istil magħżul tal-arkitettura jidher biċ-ċar li hu maħsub biex iħaddan u mhux jirkeb fuq in-natura u b'hekk joħloq ambjent ħlejju ta' serenità u ta' spazju.", "Mhux ta' b'xejn li ta' kuljum dawn il-palazzi u l-ġonna tagħhom ikunu miżgħuda bin-nies, kemm tal-lokal u kif ukoll turisti minn kull pajjiż madwar id-dinja.", "Aktar minn hekk, kull palazz għandu l-istorja, il-karattru u l-faxxinu tiegħu.", "Dan ikkonfermajtu mill-ġdid meta ġejt akkumpanjata ġewwa l-Palazz tas-Sajf f'Pekin u hemm għal darb'oħra stagħġibt u mmeraviljajt ruħi bis-snajja' nvoluti sabiex inbena dan il-post u d-dedikazzjoni neċessarja biex reġa' ngħata l-ħajja mill-ġdid wara li popli barranin għamlu ħerba minnu.", "Dan il-palazz jinsab fil-majjistral tas-subborgi ta' Pekin.", "Jokkupa medda ta' art ta' madwar 2,900,000 metru kwadru.", "L-istrutturi tiegħu jikkonsistu f'għadd ta' swali, torrijiet, galleriji, paviljuni u pontijiet.", "Dawn huma mqassma fi tliet sezzjonijiet: il-parti amministrattiva, il-parti residenzjali imperjali u l-parti tar-rilassament.", "Barra minn hekk, il-palazz huwa mdawwar bi ġnien vast li jinkludi fih għolja magħrufa bħala L-Għolja tal-Ħajja Twila (Longevity Hill), u l-għadira Kunming (Kunming Lake) li tirċievi l-ilmijiet tagħha min-nixxiegħat ta' Yuquanshan jew l-Għolja tar-Rebbiegħa tal-Jade (Jade Spring Hill).", "Trid sebgħa għajnejn biex tapprezza dan il-ġnien li huwa magħruf bħala l-akbar u l-aqwa ġnien klassiku imperjali li għadu jfakkar id-Dinastija Qing.", "Huwa wkoll magħdud bħala teżor kulturali tal-arti u tal-arkitettura tal-ġonna Ċiniżi.", "Sadanittant, hekk kif il-gwida rama jispjegalna dwar il-karatteristiċi tiegħu, intbaħna li dan il-lwog jista' jiġi kkunsidrat ukoll bħala mużew tal-istili arkitettoniċi varji tal-ġonna li wieħed isib f'diversi reġjuni madwar iċ-Ċina.", "L-istorja tal-post", "Matul it-12 il-seklu, l-Imperatur Zhangzong tad-Dinastija Jin beda jibni l-palazz temporanju tiegħu hawnhekk.", "Aktar tard, fit-13 il-seklu, l-Imperatur Kublai Khan tad-Dinastija Yuan, qabbad lil Guo Shoujing, inġinier idrawliku famuż, sabiex isib sistema li biha jwassal l-ilma mill- Għolja tar-Rebbiegħa tal-Jade għat-tarf tal-Għolja tal-Ġarra (Jar Hill).", "Infatti, Guo rnexxielu jagħmel dan u b'hekk huwa ħoloq ġibjun kbir tal-ilma li sar magħruf bħala l-Għadira tal-Punent (West Lake).", "Fl-1494, l-Imperatur Xiaozong tad-Dinastija Ming ordna l-kostruzzjoni tat-Tempju tal-Perfezzjoni u t-Trankwillità (Temple of Perfection and Tranquility).", "Imbagħad, fis-16 il-seklu, l-Imperatur Wuzong tad-Dinastija Ming sawwar il-Ġnien tal-Għolja Meraviljuża (Garden of Marvelous Hill) f'dan il-post.", "Jidher li dawn l-inħawi għamlu xi żmien abbandunati.", "Iżda sa nofs is-seklu 18, l-arkitettura tal-ġonna klassiċi Ċiniżi kienet laħqet livelli għoljin ħafna u numru ta' ġonna imperjali bdew jissawwru madwar din il-medda ta' art.", "Kien f'dan il-perjodu illi l-mexxejja tad-Dinastija Qing iddeċidew li jittrasformaw dan il-post fi lwog spazzjuż fejn wieħed seta' jieħu gost u jistrieħ.", "Dan eventwalment wassal għall-kreazzjoni tat-Tliet Għoljiet u l-Ħames Ġonna (The Three Hills and Five Gardens).", "Fl-1750, l-Imperatur Qainlong tad-Dinastija Qing iddeċieda li jibni Qingyiyuan jew il-Ġnien taċ-Ċafċif Ċar (Garden of Clear Ripples) bħala rigal għal ommu l-Imperatriċi Armla Xiaosheng f'għeluq is-60 sena tagħha.", "Dan il-ġnien kien jifforma parti mit-Tliet Għoljiet u l-Ħames Ġonna.", "Sena wara, isem l-Għolja tal-Ġarra nbidel fl-Għolja tal-Ħajja Twila filwaqt li l-Għadira tal-Punent saret magħrufa bħala l-Għadira Kunming.", "Ġara illi dan il-ġnien grandjuż ħa ħmistax il-sena biex tlesta kollu, tant li omm l-imperatur laħqet mietet.", "Imma meta x-xogħol fuqu ġie komplut, dan is-sit kien wieħed mill-aktar ġonna raffinati fiċ-Ċina.", "Madanakollu, fl-1860 it-truppi Brittaniċi u Franċiżi li attakkaw lil Pekin, daru anki għal dan il-post fejn serqu kull ma sabu u taw in-nar lill-bqija.", "B'hekk, kull struttura tal-injam li kien hemm fil-Ġnien taċ-Ċafċif Ċar saret irmied.", "Intant, fl-1885, l-Imperatriċi Armla Cixi, li kienet ilha tmexxi ċ-Ċina bil-moħbi permezz ta' binha l-imperatur li kien għadu tifel żgħir, daħħlet f'moħħha li terġa tagħti r-ruħ lil dan il-post.", "U biex għamlet dan, hija ħadet fondi li kienu maħsuba għat-taqsima navali.", "Meta dan il-proġett kien għoddu tlesta fl-1888, Cixi bidlet isem il-post għall-Ġnien tal-Preservazzjoni Armonjuża (Garden of Harmonious Preservation) jew il-Palazz tas-Sajf kif inhu magħruf mat-turisti li jżuruh illum.", "Sfortunatament, fl-1900, dan is-sit ġie attakkat mill-ġdid, did-darba mill-Forzi Alleati tat-Tmien Pajjiżi.", "Dawn reġgħu żarmaw il-palazz mit-teżori kollha li kellu fih u qerdu l-bini.", "Issa l-finanzi tat-tmexxija Qing kienu marru lura ħafna u bl-ebda mod ma setgħu jinstabu fondi sabiex dan il-post jerġa' jiġi restawrat.", "Għalhekk, fl-1902, Cixi rranġat kif setgħet l-inħawi tal-Għolja tal-Ħajja Twila u bniet mill-ġdid il-parti tal-Lvant tal-palazz.", "Wara r-rivoluzzjoni tal-1911, fejn it-tmexxija Qing ġiet imwarrba, dan il-palazz serva għal xi żmien bħala r-residenza tal-membri tal-ex familja imperjali.", "Fl-1920, il-post inbidel f'park u mbagħad fl-1949 il-ġnien ġie restawrat wara li twaqqfet ir-Repubblika taċ-Ċina, hekk kif il-gvern beda jirranġa diversi siti ta' importanza kulturali.", "Finalment, fl-1998, il-UNESCO poġġiet il-Palazz tas-Sajf fil-lista tagħha bħala Wirt Kulturali Dinji.", "X'hemm x'tara", "Wara li sirt naf minn xhiex għadda dan il-post meraviljuż, aktar u aktar bdejt napprezza u nammira l-istat sabiħ li qiegħed fih illum.", "Għajnejja ħalfu li jixorbu l-ilwien kollha li kienu mżejjna bihom l-istrutturi, filwaqt li mnifsejja gawdew l-arja bnina msoffija mill-pjanti u s-siġar ta' kull tip u qies li kienu jinsabu f'dan il-ġnien.", "Il-Palazz", "Il-palazz huwa esperjenza fih innifsu.", "Huwa diffiċli biex tfisser sbuħitu u l-ambjent li hu mdawwar bih.", "Ċertament l-opportunità li tidħol f'uħud mis-swali u l-paviljuni tiegħu hija xi ħaġa indimentikabbli.", "Ix-xenarju tal-inħawi li joffri l-ogħla torri tiegħu huma spettakolari.", "Il-Kuritur Twil (Long Corridor)", "Dan il-passaġġ maħdum kollu kemm hu mill-injam inbena fit-18 il-seklu.", "Għandu tul ta' 728 metri u ġie mqassam f'273 sezzjoni li ġew iddekorati b'madwar 14,000 pittura li juru episodji importanti mill-letteratura klassika Ċiniża, stejjer folkloristiċi, figuri storiċi u leġġendarji u bini u xenarji magħrufa fiċ-Ċina.", "Id-Dgħajsa tal-Irħam (Marble Boat)", "Din l-istruttura li għandha forma ta' dgħajsa rjali ġiet mibnija f'parti mill-Għadira Kunming.", "Ngħatat l-isem ta' Qingyanfany jew id-Dgħajsa tal-Purità u r-Rilassament (Boat of Purity and Ease).", "Id-dgħajsa nbniet fuq żewġ sulari minn irħam kbir u għandha tul ta' 36 metru.", "Ġiet maħluqa għall-Imperatur Qianlong sabiex minnha jgawdi x-xenarju tal-inħawi tal-madwar.", "Kienet ukoll maħsuba li tissimbolizza l-istabbilità tad-Dinastija Qing.", "Iżda jidher li fl-1860 din ġiet meqruda u reġgħet inbniet mill-ġdid bi stil tal-Punent minn Cixi li tatha isem ieħor – Qingyanfang jew Paċi Universali (Universal Peace).", "L-Għadira Kunming", "Din l-għadira tkopri tliet kwarti tas-sit kollu.", "L-ilma tagħha mhux fond u ma jistax isir għawm fiha.", "Madanakollu, il-viżitaturi għandhom l-opportunità li jirkbu dgħajsa sabiex igawdu l-ambjent mill-isbaħ kemm tal-għadira, kemm tal-ġnien u kif ukoll tal-palazz li jħares fuqha.", "Mir-rebbiegħa sal-ħarifa jikbru l-fjuri tal-ġilju tal-ilma (lotus) ġewwa l-ilmijiet ta' din l-għadira.", "Min-naħa l-oħra, fix-xitwa, wiċċ l-għadira jinbidel f'silġ u n-nies ikunu jistgħu jmorru bl-iskejt fuqu.", "Nies bi snajja' u arti varji", "Apparti li dan il-lwog joffrilek iċ-ċans li tiltaqa' man-nies tal-post, fih wieħed isib ukoll diversi artisti.", "Fosthom, aħna sibna pittur anzjan li kien qiegħed jiddisinja xeni dettaljati mill-Palazz tas-Sajf.", "Kien hemm ukoll grupp ta' nies li bl-istrumenti diversi tagħhom kienu qed jakkumpanjaw żewġ kantanti.", "Min jixtieq jara xi filmati li ħadna f'dan il-post jista' jidħol f'Youtube permezz ta' din il-ħolqa:", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-8 ta' Marzu 2015)", "Beijing", "ġnien", "għadira", "IL-Palazz tas-Sajf", "Kunming Lake", "palazz", "Wirt Kulturali Dinji", "Yuquanshan"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-KULURI TAĊ-ĊINA (Id-9 Parti) Il-Palazz tas-Sajf"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/01/il-kuluri-tac-cina-3-parti-il-hajt-leggendarju/", "text": ["IL-KULURI TAĊ-ĊINA (3 Parti) Il-Ħajt Leġġendarju", "Fiċ-Ċina jingħad li wieħed ma jistax issejjaħ lilu nnifsu raġel jekk qatt ma jkun żaril-Ħajt il-Kbir.", "Iżda wara li finalment irnexxieli nesperjenza parti minn dan is-sit uniku, nemmen li biex tagħtih titwila ma fiha xejn.", "Biex titilgħu l-problema!", "Il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina", "Il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina nbena fuq l-art ta' diversi provinċji u għalhekk wieħed jista' jżuru minn inħawi differenti.", "Il-kostruzzjoni tiegħu seħħet matul elfejn sena waqt ir-renju ta' dinastiji varji fejn dan ittella' biċċa biċċa, inħatt u reġa' nbena, u ġie miżjud sakemm finalment illum dan il-ħajt ġie msensel kollu flimkien għat-tul ta' madwar 7300 kilometru.", "Sas-seklu 7 Q.K. iċ-Ċiniżi kienu diġà akkwistaw sengħa mill-iprem fil-bini ta' ħitan protettiv biex bihom jiddefendu l-inħawi tagħhom mill-attakki tal-għadu u kien f'dan iż-żmien li bdew jinbnew l-ewwel partijiet tal-Ħajt il-Kbir.", "Għal bosta snin, kien hemm ġlied qalil bejn diversi stati Ċiniżi.", "Iżda fl-221 Q.K., Qin Shi Huang irnexxielu jirbaħ lill-opponenti kollha tiegħu u b'hekk hu għaqqad liċ-Ċina għall-ewwel darba u waqqaf id-Dinastija Qin (tinqara", "ċin", "Fost il-passi li ħa sabiex jimponi tmexxija ċentrali, huwa ordna li jiġġarrfu d-diversi ħitan li kienu nbnew madwar il-pajjiż minn numru ta' mexxejja fewdali.", "Minflok, huwa ddeċieda li kellhom jittellgħu ħitan ġodda li kellhom jgħaqqdu flimkien numru ta' fortifikazzjonijiet li kienu jinsabu lejn in-naħa tat-tramunatana tal-imperu tiegħu.", "Fuq dik in-naħa kien hemm l-għadu tiegħu – it-tribù nomadiku Xiongnu (fejn illum tinsab il-Mongolja), u l-ħajt kellu l-għan li jżomm lil dawn in-nies milli jidħlu biex jattakkaw il-pajjiż.", "Ma kinetx xi ħaġa faċli li tibni dawn il-ħitan fil-postijiet magħżula bejn mogħdijiet fil-muntanji u fil-widien, speċjalment minħabba li f'dak iż-żmien kien għad m'hemm l-ebda makkinarju biex iħaffef ix-xogħol.", "Xorta waħda, il-poplu Ċiniż sab mezz kif jibni dan il-ħajt billi uża l-materjal li kien jinsab f'dawk l-inħawi stess u billi żamm mal-vina tal-art hekk kif kompla jibni matul it-terren li sab.", "Ħadd m'għandu idea dwar it-total ta' ħaddiema li ħadmu fuq jew mietu waqt il-bini ta' dan il-ħajt.", "Imma bosta jinsistu li dawn żgur kienu jlaħħqu l-miljun.", "Naturalment, kwantità kbira oħra ta' ħaddiema komplew b'ħidmiethom fuq dan il-ħajt matul l-elfejn sena l-oħra, partikolarment waqt id-Dinastija Ming, u għalhekk nistgħu ngħidu li miljuni ta' individwi taw sehemhom u wħud anki ħajjithom sabiex twettaq dan il-kapolavur li llum hu meqjus bħala wieħed mill-isbaħ sebgħa binjiet tal-għaġeb li saru mill-bniedem.", "Fl-1987 il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina sar parti mis-siti meqjusa mill-UNESCO bħala Wirt Kulturali Dinji.", "Leġġenda popolari", "Hemm diversi ġrajjiet u leġġendi marbutin ma' dan il-ħajt.", "Imma jingħad li l-aktar waħda magħrufa hija dik ta' Meng Jiang Nü.", "Huwa maħsub li din it-tfajla kienet tgħix fil-perjodu tat-3 seklu Q.K., fi żmien id-Dinastija Qin.", "L-istorja tagħha tirrakkonta illi darba minnhom, Fan Qi Liang, żagħżugħ li ġie mqabbad jaħdem fuq il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina, irnexxielu jaħrab minn dan ix-xogħol iebes u telaq jiġri għal għonq it-triq sakemm fl-aħħar waqaf jistaħba fil-ġnien ta' missierha.", "Hekk kif ħarset iż-żewġ żgħażagħ iltaqgħet, dawn mill-ewwel ħabbew lil xulxin, tant li ftit wara żżewġu.", "Imma sfortunatament huma ma tantx gawdew wisq lil xulxin, għax Fan Qi Liang ma damx ma reġa' nstab u b'hekk kellu jirritorna biex ikompli jaħdem fuq il-ħajt.", "Għal ħafna u ħafna żmien, martu stennietu jiġi lura.", "Imma meta qorbot ix-xitwa u żewġha ma rritornax, hi ħadmitlu xi ħwejjeġ biex jipproteġuh mill-kesħa u marret fl-inħawi fejn kien tqabbad jaħdem ħalli tagħtihomlu.", "Madanakollu, wara li damet ħafna tfittxu għalxejn, finalment xi ħaddiema oħra infurmawha li żewġha kien miet u li ġismu kien indifen ġol-ħajt stess.", "Għal din l-aħbar traġika, il-mara nfniet bid-dulur u ntefgħet tibki u tixher għal ġurnata u lejl sħaħ.", "Id-dwejjaq tagħha tant kien kbir li f'ħin minnhom il-ħajt li kienet qed tolfoq quddiemu ġġarraf u minnu ħarġu għadd ta' għadam u iġsma mejta tal-irġiel.", "Ixxukkjata kif kienet, Meng Jiang Nü qatgħet subgħajja u ħalliet demmha jċarċar fuq il-fdalijiet ta' dawk in-nies sakemm finalment intebħet li demmha kien qed jiskula kollu ġewwa ġisem minnhom partikolari.", "B'hekk hi għarfet li dak il-ġisem kien ta' żewġha, u allura ġabritu u ħaditu biex tagħtih difna xierqa.", "Imbagħad, erħitilha lejn xmara fejn qatlet lilha nnifisha.", "Il-Passaġġ Juyongguan", "Aħna tteħidna nżuru il-parti tal-Ħajt il-Kbir magħrufa bħala l-Passaġġ Juyongguan li t-tul tiegħu jlaħħaq aktar minn 4000 metru.", "Din is-sezzjoni tinsab qalb il-muntanji tad-Distrett Changping u qiegħda 50 kilometru bogħod minn Pekin.", "Il-Passaġġ Juyongguan minn dejjem kien imsemmi għas-sinifikat strateġiku u għall-imponenza u l-impenettrabbilità tiegħu.", "Madanakollu, fl-1644 it-truppi ribelli tal-bdiewa mmexxija minn Li Zicheng irnexxielhom jidħlu f'Pekin proprju minn dan il-post.", "Xorta waħda jingħad li din l-invażjoni rnexxielha sseħħ mhux minħabba xi nuqqas li kien hemm f'saħħet il-ħajt iżda peress li l-gvern Ming kien iddgħajjef u n-nies tal-post kienu fqar wisq.", "Ta' min isemmi li dan is-sit huwa popolari ħafna wkoll għall-veduti sbieħ tal-foresti li hemm fil-madwar, l-aktar għax dawn ibiddlu kulurhom skont l-istaġun.", "Tlaqna mill-lukanda kmieni fil-għodu sabiex nilħqu naslu f'dan il-post qabel tinġemgħa l-massa tat-turisti.", "Iżda għalkemm kienu d-9.00am meta wasalna, kien hemm diġà għadd ta' nies telgħin u neżlin.", "Inzerta li dakinhar kienet ġurnata kollha ċpar u saħansitra bdiet traxxax ix-xita.", "Il-fotografi li kellna magħna kemmxu xufftejhom qatiegħ għax ma kienx ser ikun possibbli għalihom li jieħdu r-ritratti li xtaqu.", "B'danakollu, xejn ma kien ser iwaqqafna milli mmiddu passejna f'dak il-post issa li sibna ruħu quddiemu!", "Armajt ruħi b'inċirata tax-xita sabiex nipproteġi kemm nista' l-kamera tar-ritratti u b'qalbi tħabbat sitta sitta, segwejt lil sħabi li kienu diġà rħewlha 'l quddiem.", "Bilkemm stajt nemmen li tassew kont qiegħda hemmhekk u hekk kif ħarist madwari, innutajt li bħali kien hemm turisti oħra li għal ftit mumenti waqfu fil-bidu tat-taraġ sabiex iħallu lill-għajnejhom jixorbu dik il-veduta meraviljuża.", "Ċertament, id-dehra tal-ħajt hija tassew leġġendarja, hekk kif dan jibqa' tiela' tiela' 'l fuq u donnu jintilef fis-smewwiet.", "Bdejt tiela' t-taraġ u hemm intbaħt li ma kinetx se tkun faċli li nitilgħu kif ġieb u laħaq minħabba li kull tarġa kellha għoli differenti u allura ma tista' qatt taqbad ċertu ritmu.", "Apparti minn hekk, it-turġien l-aktar għolja jaqlgħulek qalbek u fi ftit ħin issib li tkun dħalt għal biċċa xogħol ta' strapazz mhux ħażin.", "Rassejt snini, injorajt ix-xita traxxax u t-tagħbija tal-basket li kelli fuq dahri u qbadt ngħin ruħi mal-ħadid li kien hemm fit-tarf tal-ħajt.", "Tarġa wara tarġa ressqitni aktar lejn l-eqreb torri li kien hemm mibni fin-nofs tal-ħajt.", "Hekk kif dħalt ġewwa t-torri, erħejtilha ngħarrex fil-kmamar ċkejknin tiegħu sakemm sibt taraġ li jagħti għal fuq il-bejt u tlajt.", "Hemmhekk sibt ruħi waħdi nħares 'l isfel lejn il-miġemgħa ta' nies telgħin it-taraġ u mbagħad il-fuq lejn oħrajn li kienu baqgħu għaddejjin aktar il-fuq.", "Għal mument stħajjiltni xi suldat taż-żminijiet antiki.... bħall-leġġendarja Mulan li kienet salvat lill-pajjiżha mill-għadu.", "Ix-xita waqfet kemmxejn u ħallitni niġbed ftit ritratti u ngawdi daqsxejn aktar il-post.", "Komplejt tiela' 'l fuq il-fuq lejn it-torri li jmiss.", "Ormaj, turisti kien hemm bil-gzuz u minn kull razza; kulħadd jitbissem wieħed lill-ieħor biex jinkoraġġixxi lil dak li jkun ħalli jibqa' tiela'.", "Is-sensazzjoni sabiħa li tħoss meta taf li qiegħda f'post daqstant inkredibbli ma ddumx ma timlik bl-istamina biex tasal sa fejn hemm bżonn u f'ħin bla waqt issib li tlajt parti mhux ħażin.", "Imma l-ħin mhux li ssiblu tarfu għax trid jew ma tridx ikollok tirritorna lura ħalli tkompli bil-vjaġġ lejn inħawi oħra u għalhekk kontra qalbi, kelli ndawwar denbi.", "Biex tinżel lura t-taraġ, kull qaddis jgħin u mhi diffiċli xejn.", "Ippruvajt nitnikker kemm niflaħ biex intawwal l-esperjenza tal-post u għalhekk ħadt gost ferm meta lmaħt kwantità kbira ta' katnazzi marbutin ma' partijiet twal tal-ħitan u mort nesplora x'kienu.", "Innutajt li fuq kull wieħed kien hemm par qlub u xi ismijiet u meta staqsejt dwarhom sirt naf li dik kienet użanza Ċiniża.", "Infatti, hemmhekk, il-maħbubin kienu jħallu dak il-katnazz b'isimhom u hekk kif jagħlquh u jorbtuh mal-katina tal-Ħajt il-Kbir kienu jemmnu li mħabbithom kienet ser tibqa' għal dejjem; eżatt bħad-destin ta' dan is-sit etern.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-18 ta' Jannar 2015)", "Beijing", "Ħajt il-Kbir"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-KULURI TAĊ-ĊINA (3 Parti) Il-Ħajt Leġġendarju"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/12/l-eqdem-presepju-malti/", "text": ["L-EQDEM PRESEPJU MALTI", "Dan l-aħħar ir-raġel qed jgħid li qed jinkwieta... peress li spiss sirt insib ruħi nħuf f'xi monasteru jew ieħor!", "Iżda xi tridni nagħmel jekk f'dawn il-binjiet li sa ftit ilu kont", "inħares lejhom b'tant formalità, qed niltaqa' ma' nies interessanti ferm li jilqgħuni b'idejhom miftuħa?", "Min-naħa l-oħra, permezz ta' dawn il-mawriet, qed nirrealizza kemm teżori uniċi jinsabu għas-satra u l-kenn ta' dawn il-postijiet.", "U bħala kittieba, inħoss id-dmir li nibqa' nfittex sabiex naqsam magħkom dawn l-iskoperti żgħar tiegħi.", "Did-darba l-għatx għat-tagħrif ħadni fil-qalba tal-Imdina, ġewwa l-monasteru ta' San Pietru fejn jabitaw is-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura.", "Kont ilni sena sħiħa nixxennaq", "biex nidħol f'dan il-post minħabba li sirt naf li hemm ġew kien hemm l-eqdem presepju eżistenti fil-gżejjer Maltin.", "Finalment, proprju f'dawn il-ġranet tal-Milied, irnexxieli niftiehem mal-Badessa Sr. Maria Adeodata Testaferrata de Noto OSB biex inżur dan il-presepju.", "Barra minn hekk, hi laqqgħatni ma' Joseph Flask, kittieb u riċerkatur ferventi tal-ħajja u l-istorja ta' din l-Ordni Benedittina sabiex ikun jista' jipprovdini b'aktar tagħrif dwar il-presepju nnifsu.", "Qabel imxejna għall-presepju, Joseph beda jinfurmani ftit dwar l-Istorja tal-Monasteru.", "\"L-oriġini ta' dal-monasteru tmur lura għall-1414 meta l-patrijiet Benedittini ta' San Niccolo' l'Arena ingħataw dar bħala donazzjoni.", "Dawn il-patrijiet kienu", "magħrufa sewwa fl-Imdina u matul is-snin huma rnexxielhom jakkwistaw numru ta' proprjetà oħra li kienu jinfdu f'xulxin, fl-inħawi tal-kappella ċkejkna li kienet iddedikata lil San Pietru.", "Fl-1418 dan il-bini nbidel fi sptar għall-patrijiet morda jew anzjani imma meta fl-1427 dawn il-patrijiet iddeċidew li jħallu l-pajjiż, in-nobbli tal-Imdina wrew ix-xewqa li l-bini jinbidel f'monasteru għas-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura.", "Għalhekk huma xtraw il-proprjetà kollha li kellhom il-patrijiet u fl-1430 ġiet stabbilita l-ewwel komunità femminili reliġjuża f'Malta.", "Il-grupp tas-Sorijiet Benedittini beda jitkattar ġmielu hekk kif bosta xebbiet minn familji nobbli bdew jingħaqdu ma' dil-komunità.", "Dawn ix-xebbiet ġabu magħhom ġid kbir u ftit ftit il-monasteru ssawwar f'dak li nsibu llum.\"", "Ħriġna f'wieħed mill-kurituri prinċipali u issa stajt nammira l-ġmiel arkitettoniku tal-post.", "Kont qed inħossni tassew kurjuża biex nara l-presepju", "imma sadanittant, aħna u mexjin lejn il-qalba tal-monasteru, għajnejja ntlew bid-dettalji rfinati li kien mogħni bihom dal-bini.", "Kont tassew konxja illi hemm ġew mhux la kemm ħa toqgħod dieħla u ħierġa u allura xtaqt nieħu miegħi kemm jista' jkun memorji.", "Finalment wasalna quddiem il-presepju u stennejt sakemm il-Badessa u Joseph neħħew il-purtieri u fetħu t-twejqiet tal-ħġieġ kbar li kienu qed jostruh.", "\"Mhux magħruf preċiżament kemm għandu żmien dan il-presepju u naturalment lanqas ma nafu min kien dak li ħadmu oriġinarjament.", "Żgur li kien diġa' jeżisti fis-Seklu", "XVIII fi żmien l-Isqof ta' Malta Fra Paolo Alpheran de Bussan (1728-1758) hekk kif jidher minn tagħrif li sibt, fejn dan l-Isqof reġa' ġedded l-indulġenza ta' 40 jum li kellu fuqu l-presepju lil kull min fil-lejl tal-Milied jieqaf quddiemu u jgħid Missierna, Sliema u Glorja.", "L-indulġenza, bl-istess kundizzjonijiet kienet reġgħet iġġeddedt u anki miżjuda għal 200 Jum, minn Mons. Mikiel Gonzi, Arċisqof ta' Malta fit-22 ta' Lulju 1958.", "Barra minn hekk, minn xi kitbiet li jidhru fuq in-naħa ta' wara tal-presepju jirriżulta li dan kien ġie restawrat iktar minn darba.", "L-", "ewwel restawratur aktarx ħalla ffirmat ismu bl-inizzjali G.B.G u d-data 1826 fuq ġenb minnhom ta' kastell.", "Fuq il-ġenb l-ieħor dan kiteb ukoll l-ittri A.M.G.V.S. li jfissru 'Ad Majorem Gloriam Verbi Sancti' – Għall-akbar ġieħ tal-Iben Imqaddes t'Alla.", "Fl-1846 il-presepju ġie mkabbar aktar fuq in-naħa tal-lemin u dan jidher ċar minn sinjali evidenti ħafna.", "Min għamel dar-restawr, bħal ta' qablu, ħalla l-inizzjali G.G. Imbagħad fl-1977 ċertu Giuseppe Sammut għamel xi rtokki fuqu li maġġorment kienu jikkonsistu fil-pittura tax-xenarju li qed naraw fuq wara.\"", "Joseph fetaħli n-naħa ta' wara tal-presepju u hemmhekk ilmaħt dawn il-firem imħażża b'żebgħa ħamra.", "Ħassejtni daqs li kieku kont qed inħares fuq il-passat tiegħu u nistqarr", "magħkom li bdejt ninkedd kif fi żminijiet oħra ma kellhomx ħabta jħallu aktar dettalji speċifiċi.", "Meta tkun tapprezza dawn l-affarijiet, kważi kważi tħosshom li jixtiequ jkellmuk imma ma jistgħux.", "Il-preżenza tagħhom donnha tipprovokak biex tiskopri aktar evidenza u dak is-sens ta' impotenza fik jifilġek.", "Wara li ħadt xi ritratti, erġajna mxejna len in-naħa ta' quddiem tiegħu.", "\"Il-presepju hu maħdum mill-kartapesta u mill-ixkejjer.", "In-naħa tax-xellug tiegħu, fejn hemm il-grotta, hija l-aktar parti antika u daqstant ieħor il-pasturi li nsibu hemm.", "Issa għandek tinnota illi dan il-presepju għandu partikolarità interessanti ħafna għax għall-kuntrarju ta' dak li ssib fi presepji oħra, hawnhekk il-pasturi ma", "jaqblux bejniethom.", "Min magħmul ċkejken, min hu akbar, min bi stil, min b'ieħor.", "Ir-raġuni ta' dan kollu hija illi dawn il-pasturi żieduhom is-sorijiet infushom matul is-snin.", "Dak iż-żmien kien hemm id-drawwa li jirregalaw il-pasturi fi żmien il-Milied u għalhekk, hekk kif xi soru kienet taqla' wieħed, kienet tmur tħaffef issiblu post adattat fil-presepju.", "Iżda f'xi mumenti, mhux il-pasturi tal-Milied biss sabu ruħhom inklużi mal-popolazzjoni t'hemm ġew.", "Ħares sewwa fil-fond lejn il-ġenb ta' dik id-dar.", "Qed taraha dik l-istatwa klassika Griega moħbija ħdejn il-kantuniera?", "Dik waħda minnhom!\"", "Iva!", "Hekk kien.", "Tbissimt.", "Minn quddiem għajnejja għaddiet bħal leħħa x-xena ta' soru minnhom li minn hemm u minn hawn irnexxielha tħalli proprju lil dik l-istatwa", "hemmhekk.", "Issa stajt nara dan il-presepju minn perspettiva oħra u dlonk daħal ftit aktar f'qalbi.", "Għax allura fhimt li hemmhekk, f'dik ir-rokna mdaqqsa tal-monasteru, kien hemm aktar minn sempliċi presepju antik.", "Infatti kien hemm ukoll il-memorji personali ta' numru kbir ta' sorijiet li qattgħu ħajjithom jgħixu hemm.", "U waħda minn dawn ma kienet ħadd għajr il-Beata Maria Adeodata Pisani OSB.", "\"Fis-16 ta' Lulju 1828 hija daħlet bħala postulanta f'dan il-monasteru u għexet hawn għal diversi snin fejn fostom serviet anki bħala Badessa.", "Dan il-presepju kien għal qalbha ħafna u kellha devozzjoni kbira lejh.", "Xhieda ta' dan hija s-sensiela 'Fioretti in onore del Divino Bambino Gesù' li tikkonsisti f'21 fjurett li hija kitbet meta ġiet ispirata minn dix-xena tat-twelid ta' Ġesù Bambin.", "Oriġinarjament il-fjuretti kienu miktuba bit-Taljan imma biex ikunu aktar aċċessibbli għall-pubbliku, jiena ttraduċejthom għall-Malti taħt it-titlu 'Il-Fjuretti tal-Milied'.", "Speċjalment tul in-Novena tal-Milied, il-Beata Maria Adeodata Pisani kienet tħobb tiġbor lil ħutha s-sorijiet quddiem dan il-presepju sabiex joqogħdu jitolbu u jimmeditaw quddiemu.", "Il-Beata mietet proprju f'dal-monasteru fl-età ta' 48 sena, fil-25 ta' Frar 1855.\"", "B'sorpriża kbira, hekk kif konna qed induru mal-presepju, Joseph intebaħ b'firma oħra li qatt ma kien ra qabel!", "Kienet tinsab fuq in-naħa ta' wara", "ta' bini li hemm fil-parti ta' quddiem tal-presepju.", "Bi tbatija, daħħalna l-kamera biex nifhmu x'kien hemm miktub.", "Ir-ritratt żvela tħarbixa b'żebgħa ħamra li kienet iġġib l-inizzjali G.G. u oħrajn inqas ċari, aktarx G.I. Evidentement il-presepju għandu ħafna aktar x'jgħidilna...", "Il-Badessa preżenti qaltli illi f'lejlet il-Milied is-sorijiet żammew id-drawwa tradizzjonali li jagħmlu purċissjoni madwar il-monasteru li tispiċċa quddiem dan il-presepju fejn imbagħad jitqiegħed l-inċens u jsir xi talb u kant.", "\"Presepju bħal dan għandu valur storiku qawwi imma fih ukoll sinifikat purament spiritwali.", "Għax għalkemm dawn is-sorijiet qed jgħixu fil-klawsura u kif ngħidu huma maqtugħin mill-ħajja tad-dinja, però huma qegħdin jgħixu f'dinja.", "Għaldaqstant bħal bnedmin l-oħra kollha għandhom bżonn dik ix-xi ħaġa materjali u tanġibbli li tgħinhom jifhmu l-importanza ta' dan il-misteru tat-twelid ta' Ġesù Bambin fid-dinja.\"", "Wara li ħadt xi ritratti tiegħu u tajtu l-aħħar titwila, il-presepju reġa' ngħalaq f'postu u nsatar mill-ġdid.", "Sellimna lil xulxin u l-bieb il-kbir", "tal-monasteru ngħalaq warajja.", "Bqajt wieqfa fuq il-bankina għal ftit tal-ħin.", "In-nies, ħafna minnhom turisti, kienu għaddejjin iħaffu mit-triq ta' quddiem dal-bini silenzjuż sabiex ifittxu jaraw is-soliti attrazzjonijiet.", "Min-naħa tiegħi, kont qed inħossni qisni għadni kif qomt minn xi ħolma u biex naċċerta ruħi ttawwalt malajr lejn ir-ritratti li kont għadni kif ġbidt bil-kamera.", "Imma hemm kienu!", "Ma kontx ħlomt.", "Għalhekk iddeċidejt li ma nitlifx aktar ħin u ħaffift lejn il-karozza biex infittex inniżżel ħsibijieti sakemm kienu għadhom friski.", "Ma ridt inħallilkhom xejn barra minn din l-esperjenza tant unika.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-26 ta' Diċembru 2010)", "monasteru ta' San Pietru", "presepju", "presepju Imdina", "Sorijiet Benedittini tal-Klawsura", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "L-EQDEM PRESEPJU MALTI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/01/xi-tghid-nizfnu/", "text": ["XI TGĦID?", "NIŻFNU?", "Ħelwin dawn l-ewwel ġranet ta' Jannar għax magħhom iġibu spirtu ta' bidu ġdid.", "Jagħtuk l-impressjoni li tista' taqleb paġna fuq il-passat tiegħek u tibda ħajja oħra.", "Jimlewk b'ċertu ambizzjoni sabiex tilħaq oriżżonti ġodda u tipprova affarijiet mhux tas-soltu.", "Iħeġġuk biex tagħmel proponiment wara l-ieħor, ħalli li fir-realtà ħafna minnhom ma jitwettqu qatt.", "Imma kemm hi sabiħa t-togħma bnina, għalkemm qasira, li kollox hu possibbli!", "Maħkuma jiena wkoll minn das-seħer, dil-ġimgħa ddeċidejt li nidħol nittawwal ftit fid-dinja taż-żfin, partikolarment tat-tango.", "Żifna mimlija passjoni, mżewwqa b'senswalità provokanti u b'mużika li tpaxxilek is-sensi kollha.", "Ilni mitlufa wara daż-żfin minn dakinhar li rajt il-film", "bil-protagonisti, Richard Gere u Jennifer Lopez, fejn f'xena minnhom, din il-koppja tiżfen tango tal-qtugħ in-nifs.", "Minn dakinhar 'l hawn, min jaf kemm il-darba xxennaqt li niżfen żifna bħal dik imma s'issa qatt ma kont azzardajt inbill subgħajja f'dal-qasam.", "Għaldaqstant kont tassew sorpriża meta ntbaħt kemm kien faċli biex tagħmel dan.", "Nathalie Mifsud, għalliema tat-tango, stednitni biex immur insegwi lezzjoni minnhom u naturalment ħtaft l-okkażżjoni.", "Kienet lejla xxoqq il-għadam u jiena u tiela' t-taraġ", "tas-sala, imgeżżwra sewwa ġo ġakketta ħoxna, tħassibt x'kont ser insib.", "Iżda ma kellix għalfejn ninkwieta għax hekk kif feġġejt fil-bieb, laqgħatni l-mużika eċċitanti tat-tango u dlonk sibt ruħi f'nofs numru ta' individwi li kienu qed jitħarrġu f'dal-qasam.", "\"Dawn huma grupp li għadhom kif bdew l-introductory course, filwaqt li oħrajn huma beginners,\" spjegatli Nathalie.", "\"Qed jitħarrġu fl-Argentine Tango bl-istil taż-żifna soċjali.", "Jeżistu diversi stili ta' tango.", "Fost dawn hemm it-tango li jinżifen waqt xi spettaklu u hemm ukoll dak magħruf bħala", "jew aħjar", ".", "Ġeneralment in-nies isiru jafu bit-tango għax jarawh waqt xi spettaklu.", "Il-movimenti ta' dan l-istil huma kbar u elaborati u pjuttost esebizzjonali.", "Però l-għan prinċipali tiegħu huwa li jiġbed u jħajjar lin-nies għaż-żfin tat-tango soċjali.\"", "Filwaqt li komplejt insegwi dak li kienu qed jagħmlu l-koppji ta' quddiemi, tlabtha telaborali aktar dwar dan.", "\"Is-sabiħ tat-tango soċjali huwa l-vantaġġ li inti tista' tattendi għall-attivitajiet tal-", "u tipparteċipa.", "Kull ġimgħa, aħna norganizzaw attività soċjali fejn wieħed jista' jiġi jirrilassa, jieħu drink u jiżfen it-tango.", "Il-", "ssir f'post pubbliku u allura jkun miftuħ ukoll għal dawk li jixtiequ jiġu jsegwu biss u jieħdu drink magħna.", "Is-sistema tal-", "tinvolvi illi jindaqqu tliet kanzunetti, li aħna nsejjħulhom tanda.", "Xi ħadd jiġi fuqek u jistaqsik biex tiżfen u jekk inti taċċetta, tista' tiżfen dawn it-tliet kanzunetti miegħu.", "Hekk kif il-", "mużika tieqaf, iż-żeffiena jirringrazzjaw lil xulxin u l-mara tittieħed lura bil-qiegħda u s-serata tkompli sejra hekk.", "Ovvjament, jekk koppja tkun trid tibqa' tiżfen għall-bqija tal-ħin kollu flimkien, tista' tagħmel dan ukoll.", "Imma normalment meta tibdel il-partners, din l-esperjenza tkun ħafna aktar interessanti.\"", "Infatti l-koppji ta' quddiemna nqatgħu minn xulxin hekk kif waqfet il-mużika u taħt id-direzzjoni ta' Nathalie, kulħadd sab sieħeb jew sieħba oħra, filwaqt li ngħataw xi struzzjonijiet ġodda.", "\"Xorta oħra ta' żfin tat-tango huwa dak li jinżifen fl-istil ballroom, fejn koppja titħarreġ f'rutina ta' passi u għalhekk it-tnejn ikunu jafu preċiż l-ieħor x'ser jagħmel.", "Imma t-tango soċjali huwa għal kollox differenti għax huwa improvizzat u allura hemm dak l-element ta' sorpriża li tagħmlu aktar eċċitanti.", "Għalhekk tagħmel sens li tibdel il-partners għax kull individwu għandu l-krettività tiegħu u allura, kull darba li tiżfen ma' xi ħaddieħor, anki jekk għall-istess kanzunetta, il-koppja toħloq movimenti", "partikolari, skont dak li jixtiequ jew iħossu huma f'dak il-mument.", "Meta tibqa' tiżfen mal-istess persuna, wara ftit taż-żmien tidra tantiċipa dak li ser jagħtik fiż-żifna u għalhekk parti mill-faxxinu tat-tango jintilef.\"", "Dak li kienet qed tispjegali Nathalie kont qed narah iseħħ quddiemi.", "Irrealizzajt illi hekk kif il-koppji bdew jibdlu l-partner, uħud miż-żeffiena kienu qed jiżfnu ħafna aħjar, filwaqt li numru ieħor bdew imorru xi ftit lura.", "Mill-movimenti tal-passi u mill-espressjoni tal-wiċċ stajt nifhem li uħud kienu xi ftit mistħijin, oħrajn aktar avventurużi, oħrajn nebbiexa u numru ieħor aktar formali u serji.", "\"L-interpretazzjoni tal-mużika u tal-movimenti tat-tango jinbidlu skont il-koppja.", "Hemm diversi fatturi li jikkontribwixxu għal dan: il-binja fiżika ta' dak li jkun, il-karattru u t-temperament tiegħu, il-", "kunfidenza fih innifsu u f'dak li kapaċi jagħmel, il-mod kif bih iżomm u jiggwida lill-partner tiegħu...", "Hekk kif jinbidel wieħed minn dawn l-elementi, jinbidlu wkoll il-possibilitajiet taż-żifna tiegħek u b'daqstant differenzi fost il-bnedmin, tista' timmaġina xi flessibilità joffri dan iż-żfin.\"", "Hemm xi differenza bejn il-movimenti tar-raġel u dawk tal-mara?", "\"Fit-tango hemm dawk li jissejjħu", "u dawk li huma", ", li normalment ikunu l-irġiel u n-nisa rispettivament, għalkemm mhux bilfors, għax ġieli jiżfnu żewġ nisa", "flimkien ukoll.", "Il-", "huma dawk li joħolqu ż-żifna u l-oħrajn iridu jirrispondu.", "Biex tifhem aħjar, tista' tqabbel lil diż-żifna ma' konverżazzjoni fejn wieħed jgħid ħaġa u l-oħra twieġbu lura.", "Minflok bil-kliem, fit-tango nitkellmu bil-movimenti u għalhekk jagħmel sabiħ li t-tnejn jikkumplimentaw lil xulxin.", "Jekk wieħed biss imexxi ż-żifna u l-oħra ssegwi mingħajr qatt ma tibdel ix-xeħta tal-movimenti, l-istil jiġi jixbaħ lill-konverżazzjoni fejn wieħed qed jitkellem u l-oħra tisma' biss.", "Fl-istess ħin, ma tistax taqbad u titlaq tagħmel il-movimenti kif tixtieq għax trid tirrealizza li m'intix tiżfen waħdek.", "Trid taqra x'inhu jgħidlek il-partner tiegħek, tisma' l-mużika u tirrispondi.", "Jiġu mumenti meta l-", "tinbex ftit u tieħu r-riedni f'idejha u allura l-", "irid ikun sensittiv biex jisma' u jħoss dak li trid tgħidlu, ħalli b'hekk jirrispondi lura.", "Finalment, jekk toqgħod taħseb, il-movimenti tat-tango jixbħu ħafna lill-attitudnijiet normali tal-ħajja.\"", "Imma kemm trid tkun ilek titħarreġ biex tkun tista' tiżfen f'", "\"Inizzjalment it-triq tal-", "hija iktar iebsa minn dik tal-", "għax dawn iridu jitħarrġu biex imexxu lill-partner fuq id-", ", jisimgħu l-mużika u joħolqu l-movimenti.", "Min-naħa l-oħra, il-", "jibdew billi jitħarrġu f'kif isewgu.", "Imbagħad, jekk jiddeċiedu li jkomplu fit-tango, jibda l-lat tekniku taż-żifna fejn iż-żeffiena jitgħallmu biex ma jibqgħux jiddependu totalment mill-partner imma jibdew jagħtu wkoll is-sehem tagħhom.", "normalment tieħu sitt xhur biex tkun kunfidenti biżżejjed,", "għandu bżonn ftit aktar.", "It-taħriġ jibda permezz ta'", "ta' madwar ħames ġimgħat b'lezzjoni waħda fil-ġimgħa ta' siegħa u nofs, fejn dak li jkun ikollu l-opportunità li jduq x'joffri dan iż-żfin.", "Min jogħġbu jkompli, isir", "u hemmhekk il-kors jieħu madwar sena.", "Mhiex żifna faċli imma lanqas impossibbli li titgħallimha.", "Barra minn hekk, il-ġmiel tat-tango huwa fil-flessibilità tiegħu peress li kapaċi jadatta ruħu skont dak li tixtieq u li kapaċi tagħmel il-persuna.", "Biex tipparteċipa fil-", "ma tridx tkun xi espert.", "Ovvjament jekk iż-żewġ żeffiena jkunu laħqu livell tajjeb, iż-żifna tkun aktar sabiħa u pjaċevoli.", "Imma jekk ikun hemm min għadu jibda u jsir xi żball, jidħku tnejn u jkomplu.", "Hemmhekk ħadd ma jgħaddi ż-żmien b'ħadd għax hekk jew hekk, kulħadd jibqa' jitgħallem u ħadd ma jista' jaħseb li laħaq xi quċċata.", "It-tango ma tieqaf qatt tesplorah għax hu vast ħafna.", "U huwa għalhekk li kull ċans li jkolli tarani sejra lejn l-Arġentina biex nieħu xi ftit tat-taħriġ jiena wkoll.\"", "Peress li m'inix midħla ta' dal-qasam, kont immaġinajt li ser insib iż-żeffiena lebsin xi tip ta' kostum partikolari imma ma kienx il-każ.", "Infatti kulħadd kien liebes skont dak li kien komdu bih.", "Uħud min-nisa kellhom żarbun bit-takkuna.", "\"Anki waqt il-", "ż-żeffiena huma liberi li jilbsu dak li jixtiequ huma.", "Bosta drabi jkun ilbies smart imma komdu.", "Għan-nisa, l-għażla għaqlija ta' żarbun adattat tagħmlilhom ħajjithom daqsxejn aktar", "faċli.", "It-takkuna tgħin.", "Żarbun maħdum għat-tango jkollu takkuna magħmula apposta biex titfa' l-korporatura tal-mara l-quddiem sabiex ikollha postura aktar sabiħa, apparti li jagħmilha aktar faċli biex il-partner ikun jista' jmexxiha iżjed faċilment.\"", "Biex tmur titħarreġ fit-tango, trid tieħu partner miegħek bilfors?", "\"M'hemmx għalfejn għax peress li n-natura nnifisha tat-tango hija li tibdel il-partners, kulħadd jista' jiżfen ma' min ikun qed jattendi għat-taħriġ.\"", "Hemm xi limitu ta' età?", "\"Għalkemm fl-Arġentina t-tango jiġi mgħallem anki lill-istudenti tal-iskejjel, jiena nemmen illi għall-kultura tagħna din iż-żifna hija naqra adulta u allura nippreferi li n-nies li jattendu jkunu minn sittax il-sena 'l fuq.", "Mill-bqija m'hemmx limiti.\"", "La titgħallem tiżfen it-tango, kemm jeżistu possibilitajiet fejn tista' tipprattika?", "\"Apparti mill-attivitajiet tal-", ", regolarment norganizza wkoll sezzjonijiet ta' pratica fejn wieħed jista' jiġi u jipprattika t-tango filwaqt li jiċċara xi diffikultajiet li jkollu.", "Barra minn hekk, it-teknika", "tat-tango soċjali tagħtik ukoll l-opportunità li jekk tkun f'xi pajjiż ieħor, tista' faċilment tiżfen hemm ukoll maż-żeffiena li ssib fil-lokal għax kif għedna, il-movimenti huma improvizzati u b'hekk faċli ħafna li wieħed jikoordina mal-ieħor.", "Fl-Ewropa jsiru festivals tat-tango kważi f'kull", "fejn nies minn kull naħa tad-dinja, jiltaqgħu flimkien biex jiżfnu.", "Ta' min isemmi li diż-żifna issa qed tissaħħaħ anki f'numru ta' pajjiżi Għarab bħal f'Dubai, fil-Lebanon u fil-Ġordan.\"", "Kelli kurżità jekk isirux xi kompetizzjonijiet tat-tango imma Nathalie weġbitni fil-pront...", "\"Mhux fl-ispirtu tat-tango li tikkompeti u li tiġi ġġudikat!", "Jeżistu l-mondjali tat-tango imma kompetizzjonijiet regolari mhux fl-istil tagħna.", "L-iskop tagħna mhux li nitilgħu fuq palk u nikkompetu.", "Infatti l-", "għan prinċipali tagħna huwa ferm aktar sempliċi minn hekk: essenzjalment il-mira tagħna hija li nagħtu żifna tajba lill-partner tagħna u li nirċievu żifna sabiħa lura.", "Sempliċiment li ngħaddu dawk it-tlett minuti, għaxra, b'mod rilassanti u pjaċevoli.\"", "Kemm teżisti varjetà fil-mużika tat-tango?", "\"It-tango hija żifna antika u mimlija storja.", "Jeżistu eluf ta' kanzunetti maħduma għat-tango, b'uħud minnhom imorru lura saħansitra qabel is-snin tletin.", "Tajjeb li nsemmu illi anki f'pajjiżna, l-interess fit-tango jmur lura għal ħafna snin.", "Fil-fatt dan l-aħħar Andrew Alamango ħareġ double cd bi ktieb magħha taħt l-isem Malta's Lost Voices u fiha hemm inkluż tango antik miktub bil-lirika Maltija.\"", "Kemm hu popolari t-tango f'pajjiżna?", "\"Qed jaqbad mhux ħażin issa.", "Fil-fatt fi ftit snin, bdejna mix-xejn u llum biss biss għandna aktar minn 4300 membru fil-facebook page tagħna.", "Il-korsijiet ġodda jiftħu regolarment u ġeneralment ikun hemm attendenza tajba.", "Tant hu hekk li x-xahar li għadda ftaħna l-korsijiet ukoll f'Għawdex fiċ-Circolo Gozitano.\"", "Tajt l-aħħar daqqa t'għajn lejn iż-żeffiena illi effettivament kienu diġà għamlu avvanz impressjonanti minn kif rajthom jibdew, għal siegħa u nofs wara.", "Kulħadd deher li kien", "qed jieħu gost ferm u xi wħud bdew jittantaw jippruvaw xi passi nara iktar ikkumplikati.", "Wasalt id-dar b'leblieba kbira biex niżfen u hekk kif sibt ruħi waħdi, ma flaħtx ma nidħolx waħda fuq Youtube ħalli nara' għal darb'oħra lil Lopez u l-Gere jiżfnu flimkien.", "Il-mużika senswali tat-tango mliet il-kamra b'dak iċ-ċertu seħer uniku u baxxejt id-dawl biex noħloq ftit atmosfera...", "Xi tgħid?", "Niżfnu?", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-2 ta' Jannar 2011)", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "XI TGĦID? NIŻFNU?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/01/mahluq-ghal-dinja-ohra/", "text": ["MAĦLUQ GĦAL DINJA OĦRA", "Mhux darba u tnejn li nkun għaddejja fit-triq u nilmaħ qatta' għasafar itiru fis-smewwiet, bosta drabi ħamiem, mitluqa liberi minn sidhom għal ftit tal-ħin.", "Taffaxxinani", "dik l-abbiltà tagħhom li jtiru preċiżament flimkien, hekk kif iduru fuq naħa u mbagħad fuq oħra, bħallikieku kienu ħaġa waħda.", "Kultant tara wkoll xi waħda minnhom li ddabbar rasha minn mal-bqija, donnha trid timmanuvra xi titjira għaliha biex wara tingħaqad lura ma' sħabha.", "Xi ġmiel!", "Kemm ngħir għalihom!", "Kemm nixtieq li naf xi tfisser li tiftaħ ġwienħajk u ttir il-fuq bla xkiel f'dak il-beraħ kollu!", "Iva.", "Naħseb intbaħtu.", "Id-deni tas-seħer ta' Jannar mhux talli m'għaddilix, talli żdied.", "U kien għalhekk li dil-ġimgħa ddeċidejt li almenu jekk ma jistax ikolli l-ġwienaħ tiegħi, ninvestiga ftit kif nista' ntir mod ieħor.", "B'dan il-għan, iltqajt ma' Aaron Micallef, id-direttur maniġerjali, ta' Sky People Malta u miegħu stħarriġt din il-possibilità li ttir...", "\"Ħafna nies jaħsbu li s-sema hija l-limitu sa fejn tista' tasal.", "Iżda għalina l-piloti, id-dinja tagħna tibda mis-sema.", "Nies bħali li jħobbu jtiru jħossu li posthom hux eżattament fl-art imma hemm fuq, fis-smewwiet.", "Is-sensazzjoni ta' meta tkun qiegħed ittir hija waħda unika u mill-isbaħ.", "Diffiċli tispjegaha bil-kliem għax hija partikolari wisq.", "Tagħtik dik is-sensazzjoni ta' libertà fejn inti tista' tara l-ħajja minn", "perspettiva differenti.", "Ikollok l-impressjoni li qiegħed f'xi dinja oħra fejn m'hemmx ostakli.", "Tħossok letteralment qisek għasfur, ittir bla xkiel filwaqt li taħtek qed tara n-nies u l-karozzi żgħar għaddejjin bil-ħajja tas-soltu fuq l-art.\"", "L-interess lejn l-avjazzjoni tista' tgħid li twieldet m'Aaron peress li fil-quċċija, l-għażla tiegħu waqgħet fuq ajruplan.", "\"Ħalliha li probabbilment għażiltu għax kien l-akbar ħaġa dakinhar.", "Imma l-fatt hu li l-ġibda lejn l-avjazzjoni minn dejjem kienet kbira ħafna fija.", "Jiena trabbejt f'familja f'ambjent ta' negozju u għalhekk qisni awtomatikament sibt ruħi nistudja u naħdem f'dan il-qasam.", "Imma meta bdew għaddejjin is-snin u l-kilba lejn l-avvjazzjoni baqgħet fija, ma stajtx nistaporti aktar u ddeċidejt li nitħarreġ biex insir pilota.", "Finalment, hekk kif ikkwalifikajt ukoll bħala Ground School Instructor, id-demm tal-familja reġa' beda jiġbed u wara li ħdimt għal xi żmien bħala instructor ma' kumpanija oħra, deherli li kien wasal iż-żmien biex niftaħ il-kumpanija tiegħi.\"", "Sky People Malta fetħet f'Lulju tas-sena l-oħra u toffri s-servizzi tagħha permezz ta' ajruplan Tecnam P2002JF.", "Xtaqt inkun naf fhiex jikkonsistu dawn is-servizzi?", "\"Is-servizzi tagħna jvarjaw skont il-ħtieġa tal-klijenti tagħna.", "Jibdew minn sempliċiment trial flights, li numru minnhom jingħataw bħala rigali lil dawk li jkunu jixtiequ jesperjenzaw kif itajjru ajruplan.", "Għandna diversi pakketti ta' trial flights.", "Hemm dik ta' 40 minuta, li tieħdok fuq titjira madwar Malta, oħra ta' siegħa fejn tmur madwar Malta u Għawdex, pakkett ieħor ta' siegħa u nofs li jwasslek sa Lampedusa; kemm tmiss l-ajruport t'hemmhekk u ttir lura lejn Malta u finalment hemm trial flight ta' tliet siegħat fejn il-vjaġġ iwasslek sal-Etna, tinżel tmiss l-ajruport ta' Catania u nerġgħu lura Malta.", "Imbagħad għandna wkoll l-iskola tagħna fejn inħarrġu lil dawk li jixtiequ jsiru piloti, kemm jekk għal skop ta' passatemp jew inkella biex jieħdu l-liċenzja kummerċjali u jkunu jistgħu jaħdmu ma' xi linja tal-avjazzjoni.", "Barra minn hekk, aħna noffru wkoll l-ajruplan għall-kiri sabiex wieħed ikun jista' jtella' s-siegħat meħtieġa tal-avjazzjoni jew għal xi livelli addizzjonali fuq il-liċenzja tiegħu, bħal ngħidu aħna, biex ikun jista' jtajjar ajruplan bil-lejl.", "Hemm ukoll piloti li jikru l-ajruplan biex imorru għal vaganza qasira bih, ngħidu aħna fis-sajf, biex iqattgħu ġurnata jgħumu f'Lampedusa fejn hemm waħda mill-isbaħ bajjiet fid-dinja – La Spiaggia dei Conigli, li hija saħansitra protetta mill-UNESCO għax wara s-7:00pm jitilgħu l-frieken jistkennu fuqha.", "Kull ma hu vjaġġ ta' 40 minuta, fejn tmur bit-temp tiegħek, mingħajr xkiel u fejn mal-kumpanija tagħna, tħallas biss għal ħin li għamilt ittajjar l-ajruplan.\"", "F'moħħi kont diġà wasalt f'dik il-bajja meraviljuża....", "Imma kemm hu faċli biex titgħallem ittajjar ajruplan?", "\"L-ajruplan mhux diffiċli biex ittajjru.", "Anzi pjuttost hija ħaġa faċli.", "L-itqal biċċa sakemm tidrah u sakemm titgħallem it-teorija li hemm warajh ħalli inti tkun taf x'għandek tagħmel f'każ ta' emerġenza.", "Wieħed li jibda mill-bidu jkollu bżonn jitħarreġ f'sebgħa suġġetti bażiċi qabel jibda jtir fostom: il-liġi tal-avjazzjoni, informazzjoni ġenerali dwar l-ajruplan, x'inhu l-makkinarju tiegħu, kif taħdem il-magna, il-meteoroloġija sabiex tagħraf taqra t-temp, titgħallem dwar kif jirreaġixxi l-ġisem tal-bniedem f'altitudnijiet differenti, il-komunikazzjoni bil-VFR Radio eċċ.", "Għalkemm is-suġġetti huma kemmxejn vasti, mhux kors diffikultuż.", "Infatti fis-sajf, min jieħdu full time, kapaċi jlestih f'madwar xahar u nofs.", "Fix-xitwa, niftħu korsijiet part-time li jibdew f'Ottubru u fi Frar u dawn isiru fil-għaxijiet, darbtejn fil-ġimgħa fuq tlett xhur.", "Imbagħad, għal dawk li jippreferu, hemm ukoll korsijiet privati, fejn ikunu weħidhom mal-instructor u jimxu skont it-temp tagħhom.", "Jiena nissuġġerixxi illi min ikollu l-ħajra li jieħu dan il-kors, l-ewwel jattendi għal trial flight, sabiex ma jidħolx għal spejjeż u studju inutli biex imbagħad jitla' fuq l-ajruplan u jsib li mhiex il-linja tiegħu.", "Fil-fatt min jattendi għal trial flight u mbagħad jibbukkja l-kors, jingħata l-flus tat-trial flight lura.\"", "Allura x'jiġri eżatt waqt trial flight?", "\"Qabel issir trial flight, is-Certified Flight Instructor jagħmel briefing tal-ajruplan, fejn il-passiġġier idur mal-ajruplan ħalli jara li kollox hu kif suppost.", "Imbagħad jidħlu fil-cockpit, jilbsu l-headsets u l-", "instructor juri l-istrumenti lill-passiġġier filwaqt li dan ikun qed jisma' wkoll il-komunikazzjoni għaddejja bejnu u bejn l-air traffic controller.", "Il-passiġġier ma jtellax jew iniżżel l-ajruplan fuq l-art imma hekk kif l-ajruplan jitla' fl-arja, huwa jingħata l-kontroll tiegħu f'idejh.", "Hekk kif issir it-takeoff u tiġi stabilizzata l-altitudni, il-veloċità tal-ajruplan tiġi ssetjata fuq il-cruising speed u minn hemm il-passiġġier jista' jgawdi l-ġmiel tat-titijira.", "L-ewwel għaxar minuti huma ddedikati sakemm jidra l-manuvri u r-reazzjonijiet tal-ajruplan.", "Minn hemm 'l hemm imbagħad rilassament totali għax l-ajruplan huwa mibni għal dan il-għan u peress li huwa ħafif ħafna, jirrispondi mill-ewwel.\"", "Kelli kurżità dwar xi tkun ir-reazzjoni tan-nies hekk kif isibu l-kontroll tal-ajruplan f'idejhom?", "\"Għall-ewwel ġeneralment ma jkunux iridu jemmnu li qed imexxuh huma u jibdew jistaqsuk \"Imma dan veru qed immexxih jien?\"", "Imma wara ftit minuti tarahom jieħdu kontroll tajjeb tiegħu għax dan mhux bħal meta qiegħed titgħallem xi karozza; trid toqgħod attent għal dik il-karozza ġejja jew għall-oħra.", "Ngħidu aħna kemm tara li inti miexi fid-direzzjoni mal-kosta u daqshekk.", "Naturalment is-sodisfazzjon huwa kbir, kemm għax l-esperjenza hija pjaċevoli ħafna imma anki minħabba n-natura unika tagħha.", "Mhux kulħadd ikollu opportunità ta' dix-xorta u dat-tip ta' pjaċir ma tistax tgawdih mod ieħor.\"", "Jiena li dejjem insus għal xi rakkont stramb, xtaqt nara jekk qattx kien hemm min ippanikkja meta tawh il-kontroll f'idejh?", "\"S'issa magħna qatt ma ġrat imma dawn huma affarijiet li jseħħu, għalkemm huma każi rari.", "Bosta drabi jkunu nies li jibżgħu jtiru imma jkunu jridu jippruvaw xorta waħda.", "Sfortunatament jiġri li bosta drabi jibdew jikkomparaw lil dan l-ajruplan mal-ajruplani l-kbar tal-passiġġieri li jkunu mdorrijin itiru fuqhom is-soltu.", "U meta jaraw iċ-ċokon ta' dan l-ajruplan jibdew jiddubitaw mill-kapaċitajiet tiegħu li jiflaħ għall-elementi.", "Il-verità hi li proprju għax hu żgħir, l-ajruplan għandu aktar sigurtà għax ngħidu aħna f'każ bħal dan, meta għandek passiġġier li qed jippanikkja, il-pilota jieħu l-kontroll f'idejh u f'ħames minuti jkunu diġà reġgħu lura fuq l-art.", "Xorta waħda nissuġġerixxi li min jaħseb li jista' jkollu problema ta' dix-xorta, javża mill-ewwel lill-pilota ħalli dan ikun ippreparat aħjar.\"", "X'tip ta' sigurtà tittieħed għal dawn it-titjiriet?", "\"Qabel wieħed itir nistaqsu dwar xi kundizzjonijiet tal-passiġġier.", "Ngħidu aħna jekk ikollna suspett li jkun xorob, ma jistax jitla' fuq l-ajruplan.", "Nistaqsu wkoll jekk hux qiegħed fuq xi mediċina għaliex", "f'dak il-każ, l-ajruplan jista' jħeddlu.", "Speċjalment jekk il-passiġġier ikun esperjenza xi influwenza f'xi ġranet qabel u jkollu mnieħru għadu bblukkat, it-titjir huwa wkoll impossibbli minħabba r-riskju ta' barotrauma li huwa uġiegħ kbir fil-widnejn li jista' jwassal anki biex jinfaqa' t-tanbur.", "Ħaġ'oħra li nikkonfermaw hija li l-passiġġier ma jkunx għamel xi scuba diving f'dawk l-aħħar 24 siegħa minħabba l-fatturi tad-dikompressjoni.", "Apparti dan, bħal kif isir fuq ajruplan kbir, qabel it-titjira, il-passiġġier jingħata l-istruzzjonijiet dwar l-ajruplan u kif għandu jilbes il-life jacket f'każ ta' bżonn.", "Meta l-ajruplan ikun ser itir fuq il-baħar, il-life-jacket tintlibes mill-ewwel.", "Fih innifsu l-ajruplan għandu wkoll diversi fatturi ta' sigurtà.", "Fost dawn hemm illi ċ-ċokon u l-ħeffa tiegħu jippermettu tlugħ u nżul minn runways pjuttost qosra u allura anki jekk ikollu jinżel f'għalqa, f'każ ta' emerġenza, ma jkunx hemm problemi.", "L-istess ħeffa tiegħu tagħtih kapaċità li jigglajdja b'rata ta' 1:12, jiġifieri għal kull elf pied li qiegħed għoli, huwa jista' jtir għal 12 il-elf pied fuq wesgħa ta' art.", "Dan ifisser li minn hemm u minn hawn, xi biċċa art, f'każ ta bżonn, nilħqu żgur.", "Iżda anki jekk l-ajruplan isib ruħu fl-ilma, fuqu għandu transmitter li hekk kif jixxarrab, jibda jitrażmetti awtomatikament fuq frekwenza ta' emerġenza filwaqt li jibgħat sinjal fuq ir-radar biex juri eżatt il-post fejn qegħdin.", "Barra minn hekk, l-ajruplan m'għandux bibien u allura kemm tiftaħ il-canopy u tispara 'l fuq f'wiċċ l-ilma.\"", "Aaron kompla jispjegali illi l-ajruplan tagħhom Tecnam P2002JF inxtara ġdid minn din il-kumpanija u minħabba li kapaċi jaħdem anki permezz tal-unleaded fuel, huwa ekonomiku ħafna.", "\"Qabel iddeċidejt li nixtri dan l-ajruplan, studjajtu sewwa ħafna.", "Għandu diversi fatturi interessanti li wħud minnhom diġà semmejnihom.", "Fost oħrajn, il-possibilità li jaħdem bl-unleaded fuel, jagħmlu ajruplan li faċli tmantnih u allura jagħtik il-possibilità li toffri prezzijiet aktar raġjonevoli lill-klijenti.", "B'hekk dan jagħmlu l-ajruplan ideali għal dawk li jixtiequ jieħdu taħriġ fl-avjazzjoni u għal dawk li jixtiequ jibnu s-siegħat fuqu.", "Apparti minn hekk, huwa ajruplan li jżomm l-ambjent nadif.", "Fattur ieħor sabiħ tiegħu, apparti l-manuvrabbiltà pjuttost faċli, hija l-viżibilità eċċellenti li joffri.", "Dan minħabba li l-cockpit hija kollha tal-ħġieġ u allura tista' tara dak kollu li qed isir kemm fuqek u kif ukoll madwarek.", "Tħossok qisek qiegħed letteralment fl-arja.", "Huwa ajruplan li jagħtik rispons sabiħ ħafna u bħalissa huwa uniku f'pajjiżna.", "Liema huma l-limiti tal-età li fihom tista' titħarreġ biex issir pilota?", "\"Biex iġġib l-ewwel liċenzja bħala pilota, irid ikollok mill-inqas 17 il-sena.", "Mill-bqija m'hemmx limitu ta' età sakemm inti medikalment b'saħħtek.", "Tant hu hekk illi jkollna numru ta' individwi li jiġu jitħarrġu fl-avjazzjoni wara li jirtiraw mix-xogħol sabiex ikunu jistgħu jtiru bħala passatemp.", "Illum hawn ħafna ajruplani minn fejn tista' tikri u allura hekk kif tieħu l-liċenzja m'hemmx għalfejn li jkollok l-ajruplan tiegħek.\"", "Kont mejta biex narah dan l-ajruplan wara li smajt tant dwaru u għalhekk ħriġna fuq ir-runway u dħalna fih.", "Tassew kien ċkejken!", "Stħajjiltu karozza mdaqqsa bil-ġwienaħ.", "Kollox kien kif spjegali Aaron: l-istrumenti mdawwrin miegħek, cockpit trasparenti minn fejn tista' tara l-ambjent ta' madwarek, il-mezzi tas-sigurta għall-lest... kollox kien preparat, la kemm titlaq.", "\"L-ajruplan jieħu massimu ta' żewġ persuni: il-pilota u l-passiġġier jew inkella żewġ piloti għax il-kontrolli tiegħu tista' toperahom minn fuq iż-żewġ naħat.", "Ma rridx ninsa ngħidlek li min ikun jixtieq jagħmel appuntament magħna jrid javżana almenu 24 siegħa qabel minħabba li jkun irid jinħariġlu l-permess biex jgħaddi mill-inħawi tas-sigurtà tal-ajruport.\"", "Sakemm lestejna din l-intervista, s-sema kienet tqalet bi sħab griż u ikraħ u r-riħ beda jċaqlaq kemmxejn lill-ajruplan.", "\"Letteralment magħmul biex itir,\" qalli Aaron.", "\"Kif iħoss naqra riħ taħtu, qalbu tieklu biex jitla' 'l fuq f'dik id-dinja l-oħra tas-smewwiet.", "Jaħasra, li kieku kienet ġurnata sabiħa, kont nieħdok dawra ħa tifhem aħjar.\"", "Qalbi tqalet aktar mis-sħab ta' fuqi u lili ma ċaqlaqnix ir-riħ, tafux?", "Eh Jannar, wara li nħobbok tant, kemm int krudili miegħi!", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tad-9 ta' Jannar 2011)", "ajruplan", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MAĦLUQ GĦAL DINJA OĦRA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/02/it-tnebbih-ta%E2%80%99-holma/", "text": ["IT-TNEBBIH TA' ĦOLMA", "Kultant jiġi żmien meta tinduna li ħajtek ħadet rotta li ma twassal għal imkien jew almenu mhux għal dak il-post li tixtieq int. Tibda tħossok qisek qiegħed fuq it-tren żbaljata li b'veloċità qawwija qed tgħaddi minn postijiet li forsi inti xtaqt tieqaf fihom u tgawdihom.", "Jibda jgħaddi minn rasek li tieqaf fl-istazzjon li jmiss jew li saħansitra taqbeż minn fuqha u tiskappa.", "Imma did-deċiżjoni mhiex faċli daqs kemm tinstema'.", "Għax miegħek, fuq dik it-tren, hemm ukoll għadd ta' bagalji magħmula minn esperjenzi, memorji, konoxxenzi u sigurtajiet li mhux la kemm tħallihom warajk.", "Trid ħafna kuraġġ biex tagħżel li tibdel għax jekk dik it-tren qed tieħdok fejn ma tixtieqx, ma' tren oħra xorta waħda m'għandikx il-garanzija li ser tkun kuntent.", "Iżda jekk tassew trid tasal fl-art mixtieqa, fir-realtà m'għandikx għażla oħra...", "\"Ħassejtni qisni qed noqtol lili nnifsi ftit ftit, inpinġi għalija biss id-dar,\" stqarret miegħi Sue Flask, l-artista li ntervistajt dil-ġimgħa.", "\"Sa minn meta kont żgħira, kont inħobb inpinġi ħafna.", "Kull fejn tarani, kont inkun qed inħażżeż xi ħaġa.", "Iżda ma kontx inqis it-tpinġija tiegħi bħala talent għax kont naħseb li kulħadd kien kapaċi jpinġi bħali.", "Dak iż-żmien fil-primarja ma kienux jgħallmuna l-arti.", "Ironikament, darba kultant kien jiġi għalliem tal-arti fil-klassi li kien jagħżel lis-subien u jagħtihom lezzjoni filwaqt li lilna l-bniet kienet teħodna magħha għalliema oħra u tħarriġna fil-ħjata, irridu jew ma rridux.", "Darba biss, fis-snin tal-primarja kollha, ġie għalliem tal-arti u ta lezzjoni lil kulħadd!", "Madanakollu n-namra lejn l-arti kompliet tikber, probabbilment minħabba li missieri kien fotografu u kienu jogħġbuni ħafna r-ritratti li kien jieħu.", "Meta kelli xi disgħa snin, bagħtuni nitħarreġ fl-Iskola", "tal-Arti tal-Belt għat-tliet xhur tas-sajf u hemm għaraft li t-tpinġija kienet tassew għal qalbi.", "Sfortunatament, fl-iskola li kont nattendi, lanqas fis-sekondarja ma kienu jgħallmu l-arti.", "Imma webbist rasi u wara aktar taħriġ fl-Iskola tal-Arti, għamilt l-eżami fil-livell Ordinarju u mort tajjeb ħafna.", "Għamilt il-qalb u bdejt inpinġi fuq li npinġi d-dar.", "Għadda ż-żmien u sibt xogħol bħala skrivana mal-gvern.", "Iżda wara x-xogħol, xorta waħda kont bqajt immur ngħaddi sagħtejn fl-Iskola tal-Arti għax hekk biss kont inħossni qed ngħix f'dinja.", "Finalment għamilt aktar eżamijiet u akkwistajt diploma u anki ċertifikat f'livell Avvanzat.", "Wara sitt snin naħdem bħala skrivana bdejt inħossni fgata.", "Kont ċerta li kont kapaċi nagħmel aktar minn hekk.", "Ma stajtx nimmaġinani nibqa' nagħmel dak ix-xogħol għal ħajti", "kollha.", "Bdejt nitħajjar nidħol l-università.", "Dejjem xtaqt nara dik l-atmosfera li jkun hemm hemmhekk.", "Bdejt intella' u nniżżel għax sibt min jaqtagħli qalbi.", "Kien hemm min wissieni li kelli job tajjeb biżżejjed u li għalhekk ma kellix għalfejn inbiddel.", "Oħrajn qaluli li issa kont kbirt u l-istudju ma kellix bżonnu.", "Għaddiet sena u m'applikajtx imma s-sena ta' wara għalaqt għajnejja u bla ma għedt lil ħadd, dħalt għall-kors tal-arti fl-università bħala studenta matura.", "Ma stajtx ma nippruvax.", "Hekk jew hekk kienu ma rnexxiliex ngħaddi mill-eżamijiet kont immur lura minn fejn ġejt.\"", "Iżda l-istorja tispiċċa tajjeb ħafna għax Sue mhux biss gradwat imma issa hi għalliema tal-arti fil-primarja fejn tista'", "tgħaddi din l-imħabba", "tagħha lil bosta tfal.", "Kelli kurżità jekk it-tfal jeħdux gost waqt il-lezzjoni tal-arti.", "Aktar minn hekk, jekk hawn min isostni li artist jitwieled, kienet kapaċi tindividwa fost l-istudenti tagħha, lil min seta' jkollu suċċess f'dal-qasam?", "\"Tara differenza fit-tfal.", "Hemm min jieħu pjaċir waqt il-lezzjoni tal-arti, hemm min ma tantx u mbagħad issib lil dawk li dik il-lezzjoni tkun għal qalbhom ħafna.", "Tara tfal li jippromettu imma xorta waħda ma tistax tgħid min jista' jkun li jirnexxi minnhom.", "Ikun hemm uħud li jpinġulek oġġett eżatt u bi preċiżjoni kbira filwaqt li student ieħor jidher li qed iċaflas ħdejhom.", "Imma ara l-arti ta' Jackson Pollock u tifhem x'qed ngħidlek.", "Għax wara kollox, x'inhi l-arti n-nies jiddeċiedu u tirnexxi biss skont kemm tintogħġob u tinbiegħ l-arti tiegħek.\"", "Artist titwieled jew issir?", "\"Jiena nemmen li artist jitwieled u mhux isir.", "Għalija il-kapaċità ta' artist veru hija l-istess waħda li tindividwa bejn pjanist tajjeb ħafna u l-ġenjożità ta' Mozart.", "Aħna l-artisti kollha nixxenqu li għandna dik il-kwalità fina imma nafu sewwa li mhux kollha aħna ta' dak il-livell.", "Personalment nipprova naħdem ħafna biex ix-xogħol tiegħi javvanza fil-kalibru dejjem aktar.", "Jiena bniedma ambizzjuża ferm u hekk kif nara xi biċċa xogħol li għamel ħaddieħor li hija ta' livell għola minn tiegħi, nibqa' nipprova sakemm nagħmilha u jekk jista' jkun, nagħmel xi ħaġa isbaħ.\"", "Sue kompliet tispjegali li kull medium jagħtik is-sodisfazzjon tiegħu...", "\"Pinġejt diversi suġġetti b'materjali differenti fostom biż-żejt, bl-acrylic, biċ-charcoal, bis-soft pastel u bil-gouache.", "Ħdimt ħafna bl-abjad u l-iswed biex nirfina t-tattika tad-dellijiet u d-dawl, fejn kull", "spazju jirrikjedi natura ta' sfumatura partikolari.", "Hekk kif rajt li lħaqt ċertu livell għaddejt għall-kulur.", "Imma eventwalment deherli li xtaqt nieħu linja partikolari u nipperfezzjona ruħi fiha.", "Għaldaqstant għażilt li niffoka fuq il-portraits – l-uċuh tan-nies.", "Jaffaxxinawni ħafna l-għajnejn tal-bniedem, għalhekk nieħu gost inpinġi l-uċuh.", "Il-varjetà fl-uċuh tan-nies tagħmel dax-xogħol interessanti ferm.", "Kien dan li wassalni biex nibda nimrah li npinġi lil nies oħra wara li tħarriġt fuq għadd ta' portraits ta' wliedi stess.", "Għamilt naqra kuraġġ u bdejt inxerred il-kelma li qed inpinġi l-portraits u ftit ftit, bdew ġejjin il-klijenti.\"", "Infatti din l-intervista tnisslet hekk kif darba minnhom iltqajt ma' xi xogħol ta' Sue.", "L-interpretazzjoni tagħha tal-uċuh u speċjalment tal-għajnejn hija impressjonanti ferm, tant li ċertu xogħolijiet, meta tarahom mill-bogħod, taħlef li huma ritratti.", "Xtaqt inkun naf x'tipprova toħroġ minn wiċċ u liema tip ta' wiċċ kien l-aktar diffiċli biex tpinġi.", "\"L-ewwel nett nipprova noħroġ ix-xebħ għax jekk tibdel fattizz wieħed, tibdel il-bniedem għal kollox.", "Tagħmel imnieħer naqra itwal jew għajnejn naqra ikbar u daqshekk, ikollok wiċċ ħaddieħor.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar il-punt kruċjali huwa li l-għajnejn ikunu ħajjin.", "Infatti dak kien is-sigriet tas-suċċess wara l-portrait Joaaeefoa li juri t-tifla tiegħi b'ġiraffa f'idejha u li għalih, is-sena li għaddiet, irbaħt l-ewwel premju f'kompetizzjoni nazzjonali tal-arti.", "Bħala diffikultà fit-tpinġija tal-uċuh, hemm min jaħseb li l-aktar iebes huwa l-wiċċ tal-anzjan.", "Imma fil-fatt, it-tikmix jagħmilha aktar faċli biex tibni wiċċ.", "Huwa wiċċ it-trabi u t-tfal li fih sfida kbira għax wiċċ lixx trid tara kif ser tagħmel biex ma jiġix jidher plastiku.", "Trid issib mod kif ser toħroġ id-dettalji u l-karattru ta' dak li jkun.\"", "Ġieli pinġejt lil xi ħadd u ma kienx kuntent bix-xogħol?", "\"Ġieli tiġri, għalkemm rari.", "Normalment ikunu persuni li jkollhom perċezzjoni differenti dwar kif jidhru u meta jaraw l-interpretazzjoni tiegħi, jidhrilhom li dik ix-xbieha ma tirrappreżentax lilhom.", "Però", "ġeneralment in-nies ikunu kuntenti ħafna b'xogħoli.", "Nieħu gost nara r-reazzjoni tagħhom hekk kif jaraw it-tpinġija.", "Il-ħarsa li jagħtuha, hekk kif jieqfu ċċassati quddiemha, tagħtini wisq sodisfazzjon.", "Fil-fatt nagħmel naqra buri meta ġieli jiġi xi ħadd u jaqbad u jieħu x-xogħol bla ma jgħidli xejn.\"", "Kif isiru t-tpinġijiet?", "Ikollok mudell quddiemek jew mir-ritratti?", "\"It-tfal tiegħi għadhom żgħar wisq biex joqogħduli għal ħin daqshekk twil fl-istess pożizzjoni u nies oħra ma kellix lanqas.", "Għalhekk naħdem mir-ritratti.", "Normalment nitlob iktar minn ritratt wieħed għax kultant persuna kapaċi tiġi totalment differenti minn ritratt għall-ieħor.", "Daqqa jkun każ ta' dawl, ġieli għax waħda tgħolli xagħarha, tillixxah jew tinnukklah... tiskanta x'differenza tagħmel.", "Anki l-karnaġġjon ta' dak li jkun.", "Kultant taħseb li bniedem huwa ferm aktar ismar jew aktar bjond milli hu u mbagħad tarah quddiemek u tinduna li hu xort'oħra.", "Nixtieq ħafna li jkolli l-opportunità li jimmudellali xi ħadd għax hekk waqt li tkun qed taħdem, issir taf aktar lill-bniedem, u ċertament joħroġ ħafna aktar il-karattru tiegħu anki fit-tpinġija nfisha.\"", "Sue saħqet miegħi kemm kien importanti li tpinġi ftit kuljum.", "\"L-ewwel nett jekk ma npinġix ftit jaqbduni nervi kbar.", "Infatti r-raġel mill-ewwel jinduna meta jarani naqra urtata; jgħidli \"jaqaw ma pinġejt xejn illum?\"Barra minn hekk, hekk biss tista' tavvanza 'l quddiem.", "Jekk ma tipprattikax teħel fl-istess post u ma tarax progress f'xogħolok.\"", "Sue kellha suċċess sabiħ f'numru ta' kompetizzjonijiet però b'dispjaċir qaltli wkoll kemm f'pajjiżna ma tantx hawn fejn tikkompeti.", "\"Il-kompetizzjoni tagħtik il-grinta biex tagħmel xogħolijiet ġodda u biex tara fejn wasalt ħdejn l-oħrajn.", "Tagħtik ir-rispons ta' dawk li jiġġudikaw ix-xogħol tiegħek u ta' dawk li jiġu jarawh.", "Tagħnik ukoll", "bir-rikonoxximent li aħna l-artisti Maltin inbatu ħafna min-nuqqas tiegħu.\"", "Kien hemm xi ħadd partikolari li xtaqet tpinġi?", "\"Iva.", "Nixtieq li jkolli l-opportunità li npinġi lil xi ħadd magħruf sabiex b'hekk nakkwista naqra aktar popolarità.", "Imma m'għandi lil ħadd f'moħħi bħalissa.\"", "Ħdejna, matul din l-intervista, kien hemm it-tifla tagħha Kathleen li mid-dehra wirtet sewwa t-talent t'ommha għax ma waqfitx tpinġi sekonda, u sabiħ ħafna wkoll!", "\"It-titlu ta' Joaaeefoa ħadtu minn tpinġija li għamlet hi stess ta' ġiraffa u spelliet isimha hekk.", "Nara lili nnifsi f'binti meta kull fejn tmur ssibha tpinġi l-ħin kollu.", "Ċertament la tikber, għad tkun ħafna aħjar minni!\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-6 ta' Frar 2011)", "skola tal-arti", "Torċa", "żejt"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IT-TNEBBIH TA' ĦOLMA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/02/ejja-skopri-l-orjent/", "text": ["EJJA SKOPRI L-ORJENT", "Jingħad li l-popli li jgħixu fuq il-gżejjer sikwit ikollhom storja partikolari ħafna.", "Dan minħabba illi l-baħar innifsu, speċjalment fiż-żminijiet antiki, kien joffri protezzjoni", "siewja lil dawn l-artijiet billi jservi ta' ostaklu għal dawk il-qawwiet li ma kellhomx saħħa navali.", "Iżda oħrajn isostnu illi ambjent bħal dan ħafna drabi ħonoq il-perspettiva tal-abitanti u tahom l-impressjoni falza illi d-dinja ma kinetx ħafna akbar minn pajjiżhom.", "Madanakollu opinjoni ta' xort'oħra tissuġġerixxi illi proprju dan l-iżolament serva bħala fosdqa għal ċerti elementi, b'konsegwenza li dawn ma ntmessux daqstant mill-bidla tal-milja taż-żminijiet.", "Konxja minn dan kollu, ħassejtni tassew kurjuża biex niskopri x'kienet il-funzjoni ta' Soċjetà ġdida li għandha l-għan li tqarreb lil Malta mal-Orjent...", "Il-moħħ wara din is-Soċjetà magħrufa bħala Maltese Oriental Society huwa l-Prof.", "Anthony J Frendo.", "Maħtur bħala l-president tas-Soċjetà, preżentement huwa wkoll il-kap tad-dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Malta.", "\"Din l-idea bdiet tbherren f'moħħi hekk kif inħtart bħala l-kap ta' dan id-dipartiment li oriġinarjament kien tal-Għarbi.", "Niftakar li meta tkellimt dwarha ma' Dr Martin R Zammit, hu kien approva mill-ewwel", "u anki tani s-sapport morali kollu.", "Imma peress li konna ftit wisq li qed naħdmu f'dan id-dipartiment u billi wkoll kien hemm għadd ta' affarijiet oħra li kellhom isiru, din l-idea baqgħet fuq l-ixkaffa.", "Iżda madwar sena u nofs ilu tarraft dan il-ħsieb tiegħi lil Dr Dennis Mizzi u huwa wkoll qabel mill-ewwel mal-idea ta' din is-Soċjetà.", "Sadanittant seħħu wkoll xi bidliet importanti fostom li d-dipartiment tal-Għarbi twessa' u sar jinkludi kemm l-Istudji ta' Lvant qarib u anki l-Istudju taċ-Ċiniż, dan tal-aħħar permezz ta' arranġamenti li saru mal-Confucius Institute.", "Għalhekk intbaħt li finalment kien wasal iż-żmien biex nibdew nagħmlu l-ewwel passi ħalli niffurmaw din is-Soċjetà.", "Fi ftit żmien, tellgħajna kumitat u flimkien waqqafna l-Maltese Oriental Society.\"", "X'inhu l-iskop ta' din is-Soċjetà?", "\"L-għan tas-Soċjetà huwa li tipprovdi għarfien lill-Maltin dwar il-bqija tal-Orjent kollu li skont il-perspettiva Ewropeja jinkludi il-Lvant Qarib li jibda proprju mill-Mediterran u jinkludi s-Sirja, il-Lebanon,", "il-Palestina, l-Iżrael, il-Ġordan, is-Saudi Arabia u l-Iraq.", "Imbagħad hemm il-Lvant Nofsani li jitlaq mill-Lvant tal-Iran u jibqa' sejjer sa qabel iċ-Ċina u jinżel sa Burma fejn minn hemm insibu l-Lvant Imbiegħed u allura niltaqgħu maċ-Ċina, il-Ġappun u l-madwar.", "Permezz ta' lectures, attivitajiet kulturali, wirjiet artistiċi u ħarġiet f'postijiet ta' interess kemm f'Malta u aktar il-quddiem, anki f'pajjiżi oħrajn, is-Soċjetà ser ikollha r-rwol li", "tinkoraġġixxi u tiffaċilita aktar", "l-istudju u l-apprezzament tal-Orjent fost il-membri tagħha.", "Nixtieq nenfasizza illi l-mira tagħna mhiex biss li nintroduċu l-lingwi differenti li jintużaw f'dawn il-partijiet tad-dinja.", "Aħna rridu nħarsu wkoll lejn l-aspetti arkeoloġiċi, storiċi u kulturali tal-Lvant kollu u b'hekk is-Soċjetà ser ikollha natura pjuttost inter-dixxiplinari fejn ser tiftaħ il-bibien tagħha għal kelliema minn diversi oqsma bħal dawk tal-istorja, l-arkeoloġija, l-arti, il-letteratura, il-lingwistika, il-filoloġija, it-teoloġija, l-antropoloġija, l-etnografija, is-soċjoloġija u l-ġografija fost oħrajn.", "Barra minn hekk ser ikollna wkoll il-kontribuzzjoni ta' numru ta' awturi, artisti, nies tas-sengħa, mużiċisti u individwi oħra li b'xi mod jew ieħor ikunu jixtiequ jesponu u jaqsmu mal-oħrajn ix-xogħol jew il-kapaċità tagħhom hekk kif inhi relatata mal-Orjent.", "Għalissa peress li għadna qed nagħmlu l-ewwel passi, ser niffukaw ftit fuq numru ta' taħditiet minn diversi esperti li għandna fi ħdan id-dipartiment u allura ser inkunu qed nitrattaw studji u xogħolijiet dwar il-gżejjer Maltin li fl-istess ħin għandhom konnessjoni mal-Orjent.", "Ser nimirħu anki fil-Mediterran, filwaqt li bl-għajnuna tal-Confucius Institute ser inkunu nistgħu ninkludu wkoll taħditiet ta' interess dwar iċ-Ċina.", "Min-naħa ta' lingwi u l-kultura intrinsika tagħhom ser nitfgħu dawl fuq l-Għarbi, l-Ebrajk u s-Sanskrit.", "Kull tant żmien ser inkunu wkoll qed nistiednu xi kelliema barranin sabiex jagħtuna tagħrif dwar aspetti jew pajjiżi oħra.\"", "Kont ilni nixtieq niċċara l-idea tiegħi dwar xi jfisser preċiżament dan it-terminu 'Orjent' iżda qatt ma kont bsart li kellu firxa daqshekk wiesa'!", "Ma ridtx wisq biex nifhem il-potenzjal li kapaċi toffri Soċjetà bħal din sabiex wieħed jintroduċi ruħu ma' dan il-mużajk sabiħ ta' kulturi differenti.", "Iżda min seta' jissieħeb ma' din is-Soċjetà?", "\"Għalkemm il-Maltese Oriental Society qed titwieled minn ġewwa dan id-dipartiment, għandna l-ħsieb li eventwalment din tiġi indipendenti mid-dipartiment innifsu.", "Għalhekk nixtiequ niċċaraw illi din", "is-Soċjetà hija miftuħa għal kulħadd, għal kull min jixtieq isir jaf aktar dwar l-Orjent u anki jduq il-ġmiel u l-faxxinu tiegħu.\"", "Dr Martin R Zammit, il-viċi-president tal-Maltese Oriental Society u anki l-arabista prinċipali tad-dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Malta, sostna miegħi kemm huwa neċessarju li aħna l-Maltin nesponu ħafna aktar ruħna għal tagħrif iżjed vast dwar il-bqija tad-dinja.", "\"Jien nara li dis-Soċjetà għandha sehem qawwi li tista' tagħti lill-poplu Malti.", "Sfortunatament ninnota li hawn Malta donnu għandna viżjoni waħda biss u għalhekk il-maġġoranza tan-nies iħarsu biss lejn", "it-tramuntana.", "Ngħidu aħna jekk tistaqsi lil numru ta' Maltin dwar fejn tiġi eżattament il-Greċja, aktarx ser jgħidulek li qiegħda x'imkien lejn l-Italja iżda x'hemm ħdejha jew fuqha, bħala pajjiżi oħra, ġeneralment mhux ser ikollhom idea ċara.", "L-istess jiġri jekk tistaqsi fejn hi l-Polonja per eżempju.", "L-iktar l-iktar forsi jgħidulek li tinsab fl-Ewropa imma s'hemm jaslu.", "Prinċiparjament il-viżjoni ta' numru kbir ta' Maltin iwassal sal-Ingilterra, sal-Italja u forsi sa Lourdes, mill-bqija ser ikollhom diffikultà biex jgħidulek xi ħaġa dwar pajjiżi oħra.", "X'nafu per eżempju dwar il-mużika Griega jew dik Franċiża?", "X'nafu fuq Franza, neħħi t-torri Eiffel, l-inbid u l-Eurodisney?U dan ma nafux tagħrif dwar l-Ewropa!", "Aħseb u ara dwar pajjiżi oħra!", "Aħna poplu ewropew imma aħna wkoll poplu mediterranju.", "Barra minn hekk, inħobbu nsostnu wkoll li aħna pont bejn l-Afrika u l-bqija tal-Ewropa.", "Iżda wisq nibża' li din mhiex ħlief ħolma fiergħa għax pjuttost narana poplu ggranfat mal-Ewropa.", "Huwa għalhekk li naħseb li din is-Soċjetà tista' tagħti kontribut biex għallinqas niftħu ftit din il-viżjoni dejqa tagħna li għandna tad-dinja.\"", "Permezz tax-xogħol tiegħu fil-qasam tal-Għarbi, Dr Zammit stqarr li sal-ġurnata ta' llum għadu jara sinjali ċari ta' stigma fost il-Maltin dwar dak li hu Għarbi.", "\"Ikollna studenti Maltin li jagħżlu li jitgħallmu l-Għarbi imma xorta waħda tinnota li għad fadal sentiment anti-Għarbi f'pajjiżna.", "Donnu ċertu għanqbut li tnissel matul il-passat tagħna, weħel sewwa ma'", "diversi rkejjen u mhux la kemm tneħħieh kif ġieb u laħaq.", "Min-naħa l-oħra meta tara studenti barranin fostom dawk Sqallin, Spanjoli u anki Amerikani, li huma wkoll kellhom inflwenza Għarbija fl-istorja tal-pajjiżi tagħhom, tintebaħ li l-attitudni tagħhom hija għal kollox differenti u ma jħossux din l-istmerrija.", "Ironikament dan iwassal biex b'mod ġenerali l-istudenti barranin imorru ħafna aħjar fl-istudji tagħhom tal-Għarbi mill-istudenti Maltin li wara kollox għandhom din il-lingwa fid-dna tagħhom!\"", "Hawnhekk deherli li għandi nistaqsi għaliex wieħed għandu jitħajjar jistudja l-lingwi Orjentali?", "Dr Dennis Mizzi, segretarju onorarju tal-Maltese Oriental Society u lecturer tal-Ebrajk u l-Istudju Lhudi spjegali kif finalment l-istudju ta' lingwi bħal dawn kapaċi jiftaħlek il-bibien għal orizzonti oħra.", "\"Għalkemm oriġinarjament ħafna jersqu lejn dawn is-suġġetti sforz l-imħabba jew l-interess li jkollhom lejn dan il-qasam, l-istudji nfushom jafu jiftħulek", "triqat li inti stess ma kontx tobsor li għad trid tasal", "fihom.", "Il-korsijiet ta' dan id-dipartiment prattikament huma ppreżentati fuq żewġ livelli: fuq livell minnhom qed titgħallem lingwa u kultura u allura għandek l-aspett tat-tagħrif, filwaqt li fuq livell ieħor għandek il-kunċett dwar kif wieħed jitħarreġ f'kapaċità partikolari.", "Għaldaqstant, jiena naf b'individwi li finalment intagħżlu għal pożizzjoni f'karriera proprju minħabba l-ħila tagħhom li jfittxu d-dettall.", "Imma apparti minn dawn ir-raġunijiet prattiċi hemm ukoll il-punt li meta wieħed qed jitgħallem studju umanistiku, huwa jkun qiegħed ukoll jesponi ruħu biex jifhem anki l-kultura ta' pajjiż ieħor.", "Konsegwentement, studenti li jiggradwaw f'dawn l-oqsma, jkunu kapaċi jirrelataw aktar faċilment ma' dawn il-kulturi u b'hekk ikunu ippreferuti għall-pożizzjonijiet speċifiċi fid-dinja tax-xogħol.\"", "Waqt din l-intervista stajt inħoss li dawn it-tliet individwi kellhom imħabba kbira lejn dawn l-oqsma Orjentali.", "Meta staqsejthom x'kien dak li nebbaħħhom għal dan is-settur, kollha kellhom l-istorja individwali tagħhom.", "Il-Prof.", "Frendo spjegali kif minn dejjem kien affaxxinat mill-iskrittura...", "\"L-iskrittura minn dejjem laqtitni kemm mill-aspett reliġjuż u kif ukoll minn dak letterarju.", "Issa jiena dejjem emmint li jekk trid tistudja xi ħaġa b'mod tajjeb, l-aħjar li ssir tafha bl-ilsien oriġinali tagħha.", "Għalhekk minħabba li t-testment il-qadim għandu 90% minnu miktub bl-Ebrajk u 10% tiegħu bl-Aramajk spiċċajt biex tgħallimt dawn il-lingwi.", "Aktar il-quddiem dan l-għarfien wassalni biex ninteressa ruħi anki fil-lingwa Feniċju-Punika li tqarreb sewwa lejn il-lingwi l-oħra.", "Naturalment, ftit ftit issib ruħek ukoll midħla tal-kulturi diversi ta' dawn il-popli u l-istorja tkompli tiżvolġi hekk.\"", "Ir-rakkont ta' Dr Zammit beda mill-interess kbir li kellu għall-Malti...", "\"Għal żmien twil kont inħoss ġibda qawwija lejn l-ilsien Malti.", "Kont inqisu bħala lingwa sabiħa u interessanti ferm u ntfajt b'ruħi u ġismi napprofondixxi fuqu.", "Finalment meta tibqa' tfittex u tfittex dwar il-", "Malti, dan bla dubju jwasslek għall-Għarbi.", "B'hekk sibt ruħi qed niffoka fuq l-Għarbi u minn hemmhekk intbaħt kemm il-lingwa Maltija għandha għeruq Għarab isawwruha.", "Infatti l-Għarbi jitfa' dawl fuq l-oriġini tal-Malti imma ta' min isemmi illi min-naħa l-oħra, anki l-Malti jiftaħ bieb interessanti fuq l-Għarbi nnifsu.", "Forsi aħna stess lanqas napprezzaw li l-Malti li nitkellmu bih illum huwa tip ta' Għarbi antik.", "Infatti meta studjużi tal-lingwa Għarbija jiġu Malta u jisimgħuna nitkellmu, jirrealizzaw li qed jisimgħu l-Għarbi ta' madwar 800 sena ilu.", "Meta lura fis-snin l-Għarbi ġie ntrodott f'pajjiżna, peress li Malta hija gżira, l-lingwa baqgħet bħal fossilizzata fil-limiti ta' din l-art filwaqt li fil-bqija tad-dinja Għarbija, l-Għarbi kompla jiżviluppa.", "Dan wassal biex biż-żmien inġbidt lejn din il-logħba ħelwa fejn il-Malti u l-Għarbi jservu bħal lenti li bihom wieħed jiffoka minn wieħed għall-ieħor u kull darba joħroġ xi aspett ġdid minnhom.", "Per eżempju dan l-aħħar qed nikkunsidraw l-evidenza illi aktarx id-djaletti Maltin, għall-kuntrarju ta' kif konna naħsbu qabel, mhumiex kliem Malti 'mgħawweġ' imma kliem kif oriġinarjament ġie introdott minn djaletti differenti Għarab.\"", "Dr Dennis Mizzi beda din it-triq tiegħu mill-istudju tal-arkeoloġija...", "\"Bħal sħabi nista' ngħidlek li ħaġa twasslek għall-oħra.", "Sa minn meta kont żgħir kont nintilef insegwi d-dokumentarji arkeoloġiċi speċjalment dwar il-pajjiżi tal-", "Lvant.", "Eventwalment sibt ruħi qed nistudja l-arkeoloġija fejn komplejt nikkonferma l-passjoni tiegħi għas-suġġetti dwar il-Feniċi, is-Syro-Palestine, l-Iżrael u l-Eġittu.", "Maż-żmien xtaqt insir naf aktar dwar dawn il-postijiet u b'hekk irrealizzajt illi apparti l-arkeoloġija tagħhom kelli nitgħallem ukoll xi lingwa minn dan ir-reġjun sabiex b'hekk inkun nista' nifhem aktar b'mod globali.", "Bdejt bl-Ebrajk u ntlift wara l-opportunitajiet li fetħitli din il-lingwa.", "Għalhekk meta ġejt biex nispeċjalizza u ddeċidejt li nintegra l-arkeoloġija mal-interess lingwistiku li kont żviluppajt fl-Ebrajk, ftit ftit sibt ruħi niddedika l-istudji tiegħi lill-manuskritti tal-Baħar il-Mejjet.", "B'hekk apparti li nistudja lilhom għall-kontenut ideoloġiku u teoloġiku tagħhom, kont ukoll qed nirriċerka dwar is-sit arkeoloġiku fejn dawn instabu.", "Aktar ma tfittex tispiċċa biex tinteressa ruħek fil-poplu nnifsu u allura fil-kultura tiegħu biex tifhem aħjar il-kuntest ta' dawk iż-żminijiet.U peress li dak il-perjodu kien Ħellenistiku kelli bżonn nistudja wkoll il-Grieg u l-Aramajk.\"", "Quddiem għajnejja bħal feġġet it-tixbieħa ta' qatra linka skura li taqa' fuq karta xuga bajda u minnufih minnha, f'temp ta' sekondi, jinfirxu ħjut u friegħi twal matul il-karta kollha.... il-ġmiel tal-opportunità li ssir taf dejjem aktar.", "Infatti t-tliet individwi intervistati saħqu miegħi illi aktar ma tistudja u ssir taf dwar diversi suġġetti, iżjed tifhem kemm fadallek aktar x'tiskopri, tant li jekk trid, ma tieqaf titgħallem qatt!", "Intant sirt naf illi l-Prof.", "Frendo dalwaqt ser ikun qed jippubblika ktieb li ilu ħafna jaħdem fuqu bit-titlu: Pre-Exilic Israel, The Hebrew Bible, and Archaeology: Integrating Text and Artefact.", "Dan il-ktieb jirrifletti dwar waħda mill-problemi li ilhom jaffaxxinawh ħafna – dik kif wieħed jirrelata l-evidenza materjali mal-evidenza lingwistika mingħajr ma jħallathom.", "Min-naħa l-oħra fost xogħolijiet oħra tiegħu, Dr Zammit kien wieħed mill-ko-tradutturi tal-Koran mill-Għarbi għall-Malti f'verżjoni aċċettata mill-Misilmin.", "U finalment, Dr Mizzi għandu numru ta' artikli li jispeċjalizzaw dwar il-manuskritti magħrufa bħala d-Dead Sea Scrolls u bħalissa qiegħed fil-proċess li jippubblika t-teżi tad-dottorat.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-20 ta' Frar 2011)", "Aramajk", "Dipartiment tal-Istudji Orjentali", "Ebrajk", "Orjent", "Torċa", "Università ta' Malta"], "category": "blog, literature, culture", "title": "EJJA SKOPRI L-ORJENT"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/02/il-grajja-wara-l-qniepen/", "text": ["IL-ĠRAJJA WARA L-QNIEPEN", "F'dawn l-aħħar ġranet qed inħossni ngħix f'ħolma...", "Imma mhux minn dawk is-sbieħ fejn ma jkollokx aptit tqum ħalli ma jispiċċaw qatt.", "Jum wara l-ieħor fuq it-tv u r-radju", "qed nisma' bir-rivoluzzjonijiet li qed iseħħu f'bosta pajjiżi ġirien tagħna u ma nistax ma nħossnix imqanqla minn dak kollu li għaddejjin minnu dawn il-popli.", "Fuq kollox, konxja ferm li bħalissa qed nara l-istorja tinkiteb, ruħi tfur bir-rabja għal min irid jgħakkes lil dawn il-popli u qalbi titriegħex għall-kuraġġ li dawn qed juru biex jakkwistaw drittijiethom.", "L-impotenza tiegħi bħala bniedma quddiem dan kollu sikwit iġġiegħelni nħares il-fuq lejn is-smewwiet kaħlana ta' pajjiżi u nitlob bil-ħerqa l-interċessjoni t'Alla.", "U hekk, f'mument minnhom, għajnejja waqgħu fuq il-qniepen ta' kampnar ta' knisja u f'dak il-ħin fhimt ċar x'ried ifisser dak li darba naqqax fil-metall tagħhom: Insejjaħ għall-armi, nimmarka l-ġranet u s-siegħat, inkeċċi x-xjaten u l-maltemp, inkanta bil-ferħ u nibki lill-mejtin.", "\"Immaġina ż-żmien medjevali,\" kien qalli ftit tal-ġranet qabel Kenneth Cauchi, kampanoloġista rinomat u llum anki ħabib tiegħi.", "\"In-nies kienu jkunu weħidhom fi djarhom, jitrekknu mill-kesħa tal-lejl għad-dawl inemnem tal-lampa.", "Fuq barra l-maltemp kien jinstema' sewwa, ir-riħ irid jaqla' l-bibien u t-twieqi, it-tkarwit tar-ragħad irembel fis-smewwiet u ftit wara d-dawl jaħsad tas-sajjetti.", "U f'daqqa waħda jindaqqu l-qniepen tal-knisja, jgħollu leħinhom il-fuq lejn Alla u bil-ħoss tagħhom isikktu l-ħsejjes tal-maltemp.", "Daqstant kien il-wens li kienu joffru l-ewwel qniepen lill-bniedem.\"", "Ħadd qatt ma kien kellimni b'tant passjoni dwar dan is-suġġett u naturalment mill-ewwel tqanqlitli l-kurżità biex inkun naf aktar.", "\"It-tradizzjoni tal-qniepen hija antika ferm u hija mxerrda f'diversi pajjiżi madwar id-dinja.", "Inizzjalment bdew bħala mezz ta' komunikazzjoni u permezz tagħhom kienu jissejjħu n-nies biex jinġabru ħalli jisimgħu xi aħbar.", "Maż-żmien l-użanza tagħhom ħadet sewwa, tant li f'ċertu perjodu kien hawn diversi fondituri u funderiji li kienu jfonduhom.", "Anki hawn Malta kienu jinħadmu l-qniepen, b'mod partikolari bejn l-1600 u l-1904.", "Madanakollu xi wħud minn dawn il-qniepen issawwru b'ammonti inkonsistenti ta' metalli, partikolarment il-landa (tin) u għaldaqstant, għalkemm kellhom leħinhom sabiħ u jwassal, kienu wkoll fraġli ferm.\"", "Kenneth kompla jispjegali kif tinħadem qanpiena...", "\"Il-metall maħlul li jikkonsisti f'taħlita ta' ramm aħmar (copper) u landa (tin), jitferra' f'forom magħmula apposta sabiex il-qanpiena tingħata s-sura tagħha.", "Fl-istess waqt, fuq forma minnhom, maħduma", "fin-negattiv, wieħed isib xi disinji jew kitba li jiġu trasferiti fil-pożittiv fuq il-qanpiena.", "Il-forma bil-metall imdewweb ġo fiha titħalla tibred għal diversi jiem sakemm eventwalment din tinħareġ u titnaddaf bl-idejn permezza ta' lima, minn xi bronż żejjed li jkun daħal f'xi xquq tal-forma.", "Wara dan il-proċess il-qanpiena tiġi ntunata billi titqaxxar minn ġewwa ħalli leħinha jiġi mużikalment rfinat u matematikament ikkoreġut.", "Din il-fażi hi proprja s-sigriet li jfassal il-valur u l-karattru ta' qanpiena b'leħen tajjeb.", "L-ammont ta' landa m'għandux ikun inqas minn 18% imma mhux iktar minn 23%.", "Kollox irid isir bil-qies għax wisq iżjed minn 23% landa isarraf f'leħen isbaħ imma jagħmel l-istruttura tal-qanpiena aktar fraġli.", "Min-naħa l-oħra, inqas minn 18% landa jirriżulta f'qanpiena li tkun aktar b'saħħitha imma leħinha jkun wieħed limitat fil-ħlewwa mużikali u fit-timbru.\"", "Skoprejt li l-qniepen f'Malta jindaqqu b'mod differenti minn kif isir f'pajjiżi oħra.", "\"Hawn Malta għandna t-tradizzjoni li l-qniepen ikunu marbutin ma' travu u jindaqqu billi l-ilsien jitħabbat maż-żewġ naħat tagħhom.", "Iżda f'pajjiżi barranin il-qniepen iduru u b'hekk jarmu d-daqq tagħhom il-barra, b'riżultati ferm differenti.", "Fuq kollox, dan il-mod ta' daqq lokali jippermetti illi l-qanpiena tkun għall-ħniena ta' dak li jkun qed iħabbat fuqha u dan jitfagħha aktar f'riskju li ssirilha l-ħsara.", "Il-fonditur tal-qniepen Pierre Paccard, is-sitt persuna mid-dinastija tal-familja Paccard li huma fondituri tal-qniepen Franċiżi, qalli illi aħna l-Maltin bilfors li għandna kontroll fuq l-ilsna tal-qniepen għax kif indoqquhom huwa l-mod perfett kif wieħed jista jaqsam qanpiena!\"", "L-imħabba li Kenneth għandu għall-qniepen hija anki evidenti f'daru hekk kif minn ħin għall-ieħor din l-intervista kienet imżewwqa bit-tokki ħelwin ta' arloġġi differenti.", "Imma din in-namra tiegħu kif bdiet?", "\"Meta kont żgħir kont abbati fil-Knisja tal-Imsida u kont narahom idoqqu l-qniepen.", "Ta' 7 snin tħajjart nitgħallem indoqqhom jiena wkoll u għalhekk kont nitla' fil-kampnari biex nitħarreġ mal-kampanara responsabbli tad-daqq tal-qniepen.", "Ftit ftit l-interess tiegħi beda dejjem jikber sakemm ħadt dax-xogħol bis-serjetà u għalkemm żgħir fl-età kont immur indoqq regolarment biex nagħti servizz meta jkun hemm il-festi.", "Bdejt ukoll indur il-kampnari ta' bosta parroċċi differenti ħalli nosserva l-varjetà bejniethom.", "Imma l-aktar kampnar li kien jiġbidni kien dak tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann il-Belt.", "Niftakarni ċar irmunkat wara ommi meta kienet titla' għall-monti tal-Belt li kien jarma proprju quddiem dan il-post.", "Hi tixtri u jien b'għajnejja 'l fuq, mitluf inħares lejn kampnar minnhom li kien jidher abbandunat.", "Kien jagħti fuq Triq ir-Repubblika, ħa jaqa' u ma jaqax u bil-qniepen imniżżla fuq il-ħoġor tal-kampnar u oħrajn siekta u ma jindaqqu qatt.", "Kont narah kampnar tassew misterjuż u kien jaffaxxinani... niftakarni niċċassa u ntenni \"kemm nixtieq indoqq hemm, kemm nixtieq indoqq hemm.\"", "Darba minnhom ħabib ta' missieri mill-Belt, ċertu Godfrey D'Emmanuele, qagħad ikellimni dwar dawn il-kampnari fejn spjegali illi l-kampnar li kien tant jiġbidni lejh ma kienx jintuża għax kien ikkundannat minħabba l-ħsara strutturali kbira li kellu.", "Iżda din l-informazzjoni flok qatgħatli qalbi aktar kebbsitieli biex xi darba nwettaq ħolmieti.", "Insomma, minn hemm u minn hawn darba minnhom Godfrey rranġali biex nibda ndoqq fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, ovvjament f'dak li jagħti fuq Triq Merkanti.", "Is-sagristan kien wissieni ħafna biex ma nidħolx fl-ieħor imma mur fiehem lit-tfal!", "Il-kampanari Żwieten kienu jgħallmuni kif indoqq il-qniepen tal-post imma kultant żmien, saqajja weħidhom kienu jeħduni fil-kampnar l-ipprojbit.", "L-ewwel darba li rajtu bqajt bla kliem.", "Kien jidher li kien ilu ma jintuża.", "Kien mimli qniepen u kollox kien wieqaf apparti mill-ħamiem li kienu qed jagħmlu festa hemm fuq.", "Niftakar li kien hemm żewġ qniepen kbar imniżżlin mal-art, waħda minnhom imkissra.", "Qalbi ngħasret u minn dakinhar mhux darba u tnejn li ħrabt bis-serqa ħdejhom u daqqejt xi tokki ħfief fuq dawk li kien ghad fadal imdendla.", "Biex naqtagħlek storja twila fil-qasir ħafna, wara ħafna taħbit, ġiri 'l hemm u 'l hawn, ittri fil-gazzetti, telefonati u laqgħat mal-arċisqof u saħansitra ma' xi politiċi, il-kampnar ġie restawrat u l-qanpiena li kienet għadha tajba ttellgħet mill-ġdid f'postha mentri l-oħra li kellha xi ħsarat, ġie deċiż li titranġa biss b'mod estetiku u li titħalla għall-esebizzjoni ġol-mużew ta' San Ġwann.\"", "Kienet tabilhaqq sitwazzjoni stereotipika mill-ktieb", "ta' Charles Dickens meta Kenneth ġie afdat biex imexxi l-proġett ta'", "restawr tal-qanpiena l-miksura ta' San Ġwann fl-2006, kważi 20 sena minn meta kien xiref l-ewwel darba fil-kampnari tal-Katidral!", "Huwa lagħab ukoll parti kruċjali waqt in-negozjati li saru biex tiġi retifikata xi ħsara li nqalgħet lill-istruttura tal-ikbar qanpiena f' Malta; dik tal-Assedju li tinsab il-Belt.", "Dan l-involviment tiegħu wassal biex hu jiġi mitlub li jirrappreżenta l-Funderiija rinomata ta' John Taylor & Co. ta' Loughborough fl-Ingilterra.", "Bi kburija, urieni qanpiena mdaqqsa u tqila ferm li Taylor irregalawlu bħala gratitudni lejn ix-xogħol li wettaq.", "\"Ma ridtx nemmen għall-ewwel meta waslitli dil-proposta.", "Moħħi mar lura s-snin meta 'l ommi kont nitlobha qanpiena ta' Taylor bħala rigal tal-Milied u llum għandi din hawn ġew!", "Naturalment aċċettajt li nkun ir-rappreżentant uffiċċjali tagħhom u fi ftit żmien sibt ruħi nvolut biex saru diversi qniepen fostom dawk ta' San Bastjan f'Ħal-Qormi, l-Katidral t'Għawdex, x-Xewkija, iż-Żejtun, Santa Tereza f'Birkirkara u bosta oħrajn li mpossibbli nsemmihom kollha.\"", "Nadia, il-mara ta' Kenneth, poġġiet ħdejna u bejn kelma w oħra tatni x'tifhem li l-imħabba li żewġha għandu lejn dal-qniepen kultant iġġiegħla tgħir xi ftit.", "Tant hu hekk illi", "biex jaħdem fuq dawn l-imberkin qniepen, lejliet it-tieġ tagħhom bil-mohbi kellu jisraq siegħa biex ċaqalqu l-qniepen il-ġodda tax-Xewkija li kienu mgħobbija fuq trakk f'Malta jistennew li jibdew triqithom lejn Għawdex.", "Dawn il-qniepen kienu wkoll il-kawża li minħabba fihom saħansitra tmexxiet id-data tal-honeymoon biex huwa jkun jista' jlesti.", "Iżda dan kollu Nadia setgħet tobsru minn qabel għax Kenneth mill-ewwel kien uriha fejn kienet qalbu...", "\"L-ewwel darba li ltqajna konna ma' grupp ħbieb għall-festa tal-Imqabba.", "Jien inzertajt li nħobb ħafna n-nar u għalhekk inxtħett ħdejn Kenneth biex nispjegalu dak li kien qiegħed isir fejn fostom wara kull", "raddiena kienet iddoqq il-qanpiena l-kbira tal-Imqabba.", "Iżda hu b'dahru lejn in-nar kien mitluf iħares il-fuq lejn il-kampnar u jlissen \"illistra x'qanpiena għandkom!\".", "U f'qalbi għedt dal-ġuvni xejn mhu sew.", "Imma mbagħad meta erġajna ltqajna u fhimt li l-qniepen kellhom tifsira iktar profonda minn dik li ħsibt jien, bdejt nifhimha xort'oħra u l-istorja tkompliet minn hemm.\"", "Kenneth u Nadia rħewlha jinku ftit lil xulxin sakemm wara ftit hu ftakar x'rigal sabiħ tawh il-qniepen tiegħu stess waqt it-tieġ.", "\"Iżżewwiġt fil-Knisja ta' San Bastjan f'Ħal-Qormi, l-ewwel Knisja fejn nista ngħid li nstallajt sett sħiħ ta' qniepen ġodda meta kien għad għandi 22 sena.", "Il-kampanara Qriema ddeċidew li jdoqquli l-qniepen li kont ġibt jien stess u ma nafx kif ser naqbad nispjegalek l-emozzjoni kbira li ħassejt hekk kif kont fil-knisja biex niżżewweġ u nisma' l-qniepen 'tiegħi' isejjħuli biex noħroġ mis-sagristija ħalli tibda l-quddiesa.\"", "Illum Kenneth huwa gradwat fil-Konservazzjoni u r-Restawr prinċiparjament fil-ġebel u l-metall.", "Jiftakar iż-żmien meta kien għadu żgħir u kien jinnota li t-tagħmir tal-qniepen f'ċerti kampnari ta' Malta ma kienux maħduma bl-aħjar mod.", "\"Kont insib ilsien ta' qanpiena f'kampnar b'ċertu daqs ta' boċċa u mbagħad immur f'kampnar ieħor u ninduna li l-istess qies ta' qanpiena kellha boċċa ittieklet u saret qisha lasta ta' xkupa.", "U kont ngħid", "imma għaliex did-differenza?", "Maż-żmien għaraft illi fil-kompetizzjoni sfieqa li kien hawn biex jinxtraw il-qniepen, ċertu funderiji kienu bagħtu qniepen b'tagħmir li għalkemm ta' kwalita' tajba ma kienx appropriju għall-kampnari Maltin, minħabba li minn fonda dawn il-qniepen, ma kellux idea dwar it-tradizzjoni partikolari Maltija.", "Għal kull tip ta' moviment li jagħmlu l-qniepen hemm ukoll tip ta' lsien adattat u kull wieħed jipproduċi tonalità u timbru mużikali differenti.", "Għalhekk il-qniepen tagħna li jibqgħu fi stat statiku, kienu jirrikjedu ċertu tip ta' lsien.", "Infatti matul is-snin għamilt numru ta' rakkomandazzjonijiet biex isiru t-tibdiliet adegwati ħalli joħroġ il-karattru veru tal-qniepen lokali tagħna u llum is-sitwazzjoni hija mużikalment ferm aħjar.\"", "Meta titgħallem iddoqq qanpiena, tkun taf iddoqq l-oħrajn kollha?", "\"Iva fit-teorija hekk kif titgħallem iddoqq qanpiena waħda tkun kapaċi ddoqq l-oħrajn ukoll imma l-istorja ma tieqafx hemm.", "Il-qniepen iż-żgħar huma iktar diffiċli mill-kbar u għaldaqstant wieħed", "għandu jħalli l-qniepen iż-żgħar f'idejn il-kampanara li huma mħarrġa sew.", "F'kull knisja hemm l-użanza partikolari tal-post dwar kif jindaqqu l-qniepen u ma tistax tkun żatat u tmur u taqbad iddoqq.", "Trid issegwi l-istruzzjonijiet tal-kap tal-kampanara tal-qniepen li jkun hemm f'kull knisja u timxi minn hemm.", "Ngħidu aħna fil-Kottonera għandhom it-tradizzjoni li jibdew bl-ikbar waħda l-ewwel, mentri n-naħa ta' Tas-Sliema dejjem jibdew u jispiċċaw biż-żgħar.", "Is-sekwenzi jinbidlu wkoll skont it-tip tal-okkażżjoni li tkun, per eżempju fil-Milied il-qniepen jindaqqu b'mod differenti minn kif jindaqqu fil-festa tar-Rużarju, dan qed ngħiduh mill-aspett tan-numru tal-moti li jitfasslu.\"", "Kenneth kellu x-xorti li jaħdem fuq għadd ta' qniepen inkluż dik l-aktar antika f'Malta – Petronilla li ssawret fl-1370.", "\"Petronilla kienet tinsab fil-Katidral tal-Imdina u dwarha kelli nieħu deċiżjoni ferm diffiċli.", "Kien każ uniku fejn l-antikità tagħha wasslet biex din il-qanpiena titniżżel minn fejn kienet ħalli ma ssiriliex aktar", "ħsara.", "Il-valur ta' Petronilla huwa ta' livell ta' patrimonju dinji u għalhekk li kieku kellha tinqasam u titlef it-tonalità tagħha, d-dinja tkun tilfet parti mill-wirt storiku tagħha.", "Għaldaqstant l-istess raġuni żammitna milli nippruvaw nirrestawrawha.", "Fl-istess ħin il-karattru ta' dil-qanpiena medjevali, tant kien uniku li kien jistona mal-bqija tal-qniepen.", "Idealment leħen qniepen bħal dawn jiġi rrekordjat qabel ma jitniżżlu ħalli jibqa' jitgawda.", "U wara, preferibilment dal-qniepen għandhom jiddendlu f'post adattat fejn forsi jkunu jistgħu jindaqqu almenu darba f'sena.", "Impoġġija mal-art, qanpiena bħal dik, tkun fgatha.\"", "L-informazzjoni li għandu Kenneth dwar is-settur tal-qniepen, speċjalment dak lokali, huwa bla tarf.", "Bosta minn dawn id-dettalji ġew miġbura fit-teżi tiegħu li fiż-żmien li ġej huwa ttamat li għandhom jiġu ppubblikati fi ktieb.", "\"Meta tibda taħdem fuqhom dawn l-affarijiet issib li ma tista' tispiċċa qatt.", "Waqt ir-riċerka tiegħi biex bnejt dit-teżi ltqajt ma' bosta tagħrif interessanti u ta' kull xorta.", "Ngħidu aħna l-mod ta' kif dari l-", "ilsien tal-qniepen kien jiddendel permezz ta' numru ta' organi sesswali tal-barri mnixxfin u mmaljati.", "Darb'oħra fl-arkivji ta' John Taylor & Co fl-Ingilterra, sibt dokumenti antiki li kienu jiddeskrivu x'kien hemm miktub fuq qniepen lokali li minħabba l-ħsara li sofrew ġie deċiż li jitkissru għat-tidwib u allura llum m'għadhomx jeżistu.", "Ġbart ukoll informazzjoni vasta minn sorsi primarji dwar il-qniepen kollha lokali fostom dwar min ħadimhom, min ħallas għalihom, x'tip ta' ħsarat kellhom u liema interventi saru fuqhom.", "Permezz ta' dax-xogħol xtaqt ukoll nitfa' dawl dwar kif dawn il-qniepen jiffurmaw parti mill-identità kulturali tagħna.", "L-istorja tal-kampanoloġija Maltija teħodna lura sal-1370 u tinfurmana dwar min kienu n-nies prominenti tar-raħal jew belt ta' dawk iż-żminijiet li ffinanzjaw dawn il-qniepen.", "Jissemma l-kappillan, l-isqof u l-Papa u allura għandek ukoll ġabra ta' tagħrif dwar l-istorja tal-Knisja.", "Ir-rilievi tal-qniepen juruna l-livelli differenti tal-arti u l-artiġġjanat matul is-snin.", "F'kelma waħda nistgħu ngħidu li l-qniepen tagħna huma teżori storiċi li ironikament qegħdin impoġġija 'l fuq fil-kampnari u l-bqija tan-nies bilkemm taf bihom.\"", "Fil-fatt sfortunatament Kenneth ma tantx jara futur sabiħ għal dawn il-qniepen.", "\"Futur imċajpar nara għax naħseb li fi żmien mhux daqstant imbiegħed ħafna mill-qniepen tagħna ser ikunu qed jaħdmu b'mod awtomatiku u mhux b'mod manwali, li hija ħasra kbira.", "Id-daqqa tal-", "bniedem hija dejjem unika b'kuntrast ma' dik tal-martell kontrollat elettronikament li kull darba ser idoqqlok bl-istess mod u fuq naħa waħda biss tal-qanpiena.", "Imma l-interess fil-qniepen qed jonqos wisq u t-triq li mexjin fiha 'l hemm qed teħodna.", "Xorta waħda jiena ma rridx naqta' qalbi u kull min jixtieq aktar informazzjoni lest li ngħinu kif nista'.", "Fuq kollox, dawk li huma mħajjra jidħlu f'did-dinja tal-qniepen huma mistednin jikkuntattjawni sabiex flimkien naqsmu l-ġmiel li dawn kapaċi joffru.\"", "Ma kellix qalb inwaqqfu jkompli jgħidli dwar il-qniepen li Kenneth tant iħobb imma l-ħin hu l-għadu ta' kulħadd.", "Xorta waħda jkolli nistqarr li miegħi xogħlu kien wettqu sewwa għax ċertament qatt aktar mhu ser nisma' qanpiena ddoqq b'widnejn torox!", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-27 ta' Frar 2011)", "kampanologija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-ĠRAJJA WARA L-QNIEPEN"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/03/ghajnejn-ta%E2%80%99-seqer/", "text": ["GĦAJNEJN TA' SEQER", "Din il-ġimgħa ġiet f'idejja kopja ta' kuntratt antik tas-seklu sittax b'dik il-kitba tipika, mirquma u kollha nokkli sbieħ.", "Minn moħħi għadda l-ħsieb jekk dak in-nutar qattx", "basar li aktar minn ħames mitt sena wara, xi ħadd kien ser ikun qed jaqra l-kitba tiegħu!", "B'kuntrast għal dan, ħarsti waqgħet fuq il-ktieb", "Irrid Ngħix", "ta' Annabelle Vassallo, fejn din id-darba l-awtriċi kienet taf sewwa x'inhi tagħmel meta ddeċidiet li tiktbu.", "Lil Annabelle segwejtha ħafna fl-aħħar xhur ta' ħajjitha u akkost li ma kontx nafha u li qatt ma ltqajt magħha, ammirajtha u ħabbejtha u b'qalbi kollha tlabt 'l Alla biex jagħtiha ċans ieħor.", "Imma ma kellux ikun, ħsibt jien hekk kif qalbi nqasmet mal-aħbar tal-mewt tagħha.", "B'danakollu minflok Annabelle ntesiet, isimha xtered fuq fomm kulħadd u l-paġna tal-Facebook tagħha, minflok intfiet, xegħlet iżjed bi kwantità kbira ta' messaġġi.", "Kienet għalhekk sorpriża oħra meta f'dal-ġranet skoprejt li dal-ktieb kellu sehem kbir fih ħabib antik tiegħi...", "u qarrej tal-provi, intgħażel bħala l-editur ta' dan il-ktieb.", "\"Ġeneralment xogħli jikkonsisti fil-qari tal-provi.", "Madanakollu meta Annabelle avviċinat lill-Klabb Kotba Maltin u wriethom bix-xewqa li tikteb dan il-ktieb, id-direttur, is-", "Sur Joseph Mizzi, ħatarni bħala l-editur tiegħu u ħallieh kompletament f'idejja.", "Dan kien ifisser li kelli aktar libertà kif naħdem u flimkien ma' Annabelle fassalna kif kellu jsir ix-xogħol.", "Proprju minħabba li Annabelle kienet marida, konna konxji li ż-żmien kien kontra tagħna u għaldaqstant il-ktieb kellu jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.", "Annabelle ntefgħet għax-xogħol u f'temp ta' sitt ġimgħat kienet lesta.", "Wara kien imiss il-parti tiegħi fejn ħdimt lejl u nhar biex apparti li nagħmel xi korrezzjonijiet tas-soltu, nara wkoll li l-messaġġ tagħha jasal lill-poplu bl-aktar mod ċar u sempliċi.", "Ċertament", "Irrid Ngħix", "kien ktieb rekord f'Malta fejn f'temp ta' xahrejn biss, dan inkiteb, ġie kkoreġut, ġie impaġnat, ġie stampat, saret il-qoxra tiegħu, u ġie mniedi.", "Daqstant ieħor mar tajjeb fil-bejgħ tiegħu hekk kif fl-ewwel ħarġa nbiegħu l-kotba kollha, li kienu jammontaw għal sittax il-elf!\"", "Bla dubju ta' xejn il-konoxxenza t'Annabelle ħalliet l-effetti tagħha fuq Karl.", "Fosthom huwa fehem aktar l-importanza ta' kitbiet bħal dawn, kemm bijografiċi u kif ukoll awtobijografiċi.", "\"Kien hemm ħafna messaġġi minsuġa f'dak il-ktieb imma forsi l-aktar li spikka kien dak li wieħed għandu jgħix it-tbatija b'ċerta integrità.", "Bosta nies forsi jirreaġixxu bi dwejjaq, b'rabja jew bi qtigħ il-qalb meta jsibu ruħhom fit-tbatija jew maħkuma minn mard kroniku.", "Min-naħa tagħha, Annabelle, akkost li forsi fil-qiegħ ta' qalbha kellha taċċetta r-realtà tagħha trid u ma tridx, riedet xorta waħda twassal messaġġ ta' kuraġġ lil ħafna nies.", "Fil-fatt nista' ngħid li kienet mara ferħana minkejja t-tbatijiet kollha li kienet għaddejja minnhom.", "Il-ġrajja wara dan il-ktieb urietni biċ-ċar kemm huma siewja kotba bħal dawn fejn wieħed iwassal messaġġi ta' inkoraġġiment lill-qarrejja.", "Nixtieq li nara aktar bijografiji u awtobijografiji ta' nies magħrufa", "Maltin u Għawdxin.", "Indubbjament fil-ħajja kulħadd ikollu t-tlajja' u l-inżul tiegħu imma dawk l-individwi li jirnexxilhom iqumu fuq saqajhom u saħansitra jilħqu livelli għolja u jakkwistaw suċċess, permezz tal-istejjer tagħhom jafu jispiraw lil nies oħra biex anki huma jilħqu l-ogħla potenzjal li jifilħu.\"", "Karl newwilli xi kotba awtobijografiċi u bijografiċi ta' kittieba magħrufa bħal", "Fjuri li Ma Jinxfux", "ta' Oliver Friggieri,", "ta' Desmond Zammit Marmarà u", "It-Tifel tan-Nanna", "ta' Ġorġ Peresso.", "Sinċerament ma kontx nobsor li kittieba ta' dan il-livell jużaw il-qarrej tal-provi...", "\"Nistqarr miegħek illi iktar nistenna li xi ħadd li ma jafx ħafna skola u li ddeċieda li jikteb ktieb, li jippretendi li l-Malti tiegħu huwa tajjeb tant li m'għandux bżonn qarrej tal-provi milli kittieba bħal dawn.\"", "Kif konna fid-diskors tqanqlitli l-kurżità dwar il-għala Karl għażel din il-linja ta' xogħol...", "\"Bdejt b'kumbinazzjoni.", "Fl-1991 jien iggradwajt fl-Għarbi u fil-Malti u bdejt naħdem bħala għalliem fl-iskola Maria Goretti f'Ħal Tarxien.", "Darba minnhom, il-ħabib tiegħi Michael Ghigo, staqsieni jekk kontx interessat li nikkoreġi xi kitba ta' Charles Farrugia dwar il-każin tal-banda tal-Ġilju tal-Imqabba.", "Aċċettajt u sieħbi kien iġibli xi karti u kont nikkoreġihom.", "Għal xi raġuni ma rrealizzajtx li kont qed nikkoreġi ktieb u hekk kif finalment rajt il-ktieb lest f'idi, tant ħassejt sodisfazzjon li dak il-ħin stess iddeċidejt li dik kellha tkun il-linja tiegħi.", "Illum l-awtur tal-ktieb", "Tal-Ġilju: Il-Banda u s-Soċjetà fl-Imqabba", "huwa l-arkivista nazzjonali tagħna li jaħdem f'Santu Spirtu, ir-Rabat.", "Issa fl-istess skola inzerta li kien jaħdem ukoll l-awtur prolifiku Charles Casha li jien għandi ammirazzjoni kbira lejh, għax minbarra li kiteb numru kbir ta' kotba, għen ħafna biex il-letteratura tat-tfal tikber u tiżviluppa.", "Ittantajt xortija miegħu, għedtlu li xtaqt nagħmel ix-xogħol bħala qarrej tal-provi u hu laqqagħni mad-direttur ġenerali tal-Klabb Kotba Maltin, is-Sur Pawlu Mizzi.", "Niftakar li kien fl-1996 meta s-Sur Mizzi tani l-ewwel biċċa xogħol biex naħdem fuqha u minn hemm bdejt bil-mod il-mod.\"", "Imma x-xogħol tal-qari tal-provi proprjament fiex jikkonsisti?", "\"Il-qari tal-provi jfisser il-korrezzjoni tat-testi fejn xi ħadd jikteb xi ħaġa u din tiġi korretta biex toħroġ bla żbalji.", "Xogħli jinkludi l-korrezzjoni ta' ċerti żbalji bħal ngħidu aħna dawk tipografiċi fejn pereżempju xi ħadd ikun qaleb l-ittri bil-kontra meta kien qed jittajpja, żbalji grammatikali fejn jidħlu r-regoli tal-grammatika, jew żbalji ortografiċi li jinvolvi l-mod kif wieħed jispelli l-kliem.", "Inkun irrid nara wkoll illi l-kitba tkun konformi mad-", "Deċiżjonijiet Numru 1", ", li ħarġu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, fejn hemm stabbilit kif iridu jinkitbu numru ta' kliem.", "Infatti għal dawn l-aħħar", "tliet snin il-poplu kien qed jingħata ċ-ċans biex jidra juża dawn it-tibdiliet u minn Lulju li ġej, kulħadd ser ikun mistenni li jkun konformi.", "Iżda nixtieq ngħid li b'mod ġenerali mhux kulħadd ħa pjaċir b'dawn il-bidliet u allura għandi dubji kemm l-iskop li titħaffef il-lingwa ntlaħaqx jew le.", "Aħna naturalment bħala qarrejja tal-provi rridu nobdu u nsegwu dawn it-tibdiliet.\"", "X'ħiliet għandu bżonn qarrej tal-provi?", "\"Prattikament li jkollu għajnejn ta' seqer għax il-kapaċità qiegħda f'kemm wieħed jirnexxilu jaqbad żbalji.", "Jeħtieġ ukoll paċenzja kbira u ambjent adattat fejn jaħdem b'dawl tajjeb u li jkun għall-kwiet.", "Personalment ma naħdimx mingħajr il-pinna partikolari tiegħi għax jien irrid inkun komdu ħafna meta naħdem u allura nippreferi nuża pinen apposta.\"", "Fejn tista' titħarreġ f'dan il-qasam?", "\"Il-kors tal-qari tal-provi beda fl-2006 fl-Università ta' Malta u baqa' jsir kull sena.", "Huwa miftuħ għal kulħadd, ċertament mhux biss għal dawk li wara jixtiequ jsiru qarrejja tal-provi.", "Infatti l-kors", "mhuwiex biss wieħed formali fejn wieħed jitgħallem ir-regoli tal-kitba.", "Il-kors jikkonsisti wkoll f'informazzjoni dwar, ngħidu aħna, l-istorja tal-alfabett Malti jew l-ewwel iskrizzjonijiet bil-Malti.", "Nistgħu ngħidu illi minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, il-Malti ħa spinta 'l quddiem u reġa' tela' żewġ tarġiet oħra.", "Inħolqu anki bosta opportunitajiet ta' xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-lingwa Maltija, anki f'pajjiżi barranin.", "Meta bdejt jien, lura fis-snin, dan il-kors ma kienx disponibbli.", "Imma b'xorti tajba dejjem kelli għalliema tajbin ħafna fil-Malti bħal Dun Karm Zammit li kiteb anki xi kotba fuq il-grammatika Maltija u lil Ġorġ Mallia li llum huwa l-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.", "Apparti minn hekk insib li l-għarfien tiegħi fil-lingwa Għarbija jservi bħala gwida importanti ferm meta niġi biex nifhem minn fejn oriġina l-kliem użat fil-lingwa.", "Biex infiehmek aħjar, nista' nsemmilek il-kwistjoni tal-i etimoloġika li hija l-i li tintiret mill-ilsien oriġinali tagħha: jiġifieri f'każ ta' kelma ġejja mit-Taljan bħal mara", "mportanti – dik l-i trid tibqa' hemm.", "Mentri jekk il-kelma hi semitika eż. bħal f'mara", "rqiqa – l-i trid taqa'.\"", "Kif jitwettaq il-metodu tal-qari tal-provi?", "\"Kollox jibda b'idea li tinbet fil-moħħ tal-awtur.", "Issa hemm min idum imaħħaħ fuq idea s-snin u hemm oħrajn li jaqbdu u jintefgħu għall-kitba tagħha u jlestu malajr.", "Imbagħad l-awtur għandu żewġ", "għażliet: jew li jippubblika l-ktieb għal rasu u jmur għand stampatur u jibqa' għaddej, inkella li juża dar editriċi.", "L-awturi stabbiliti ġeneralment jagħżlu din tal-aħħar minħabba bosta raġunijiet, imma l-aktar peress li huma konxji li llum hawn ħafna xogħol li jsir b'mod professjonali fis-suq tal-kotba u għalhekk ma jaqbillekx li toħroġ bi prodott inferjuri.", "F'dan il-każ, l-awtur jippreżenta l-manuskritt lid-direttur tad-dar editriċi u dan jiddeċiedi jarahx hu jew jgħaddihx lil ħaddieħor biex jikkunsidra jekk il-ktieb hux ta' livell għoli biżżejjed u jekk hux finanzjarjament vijabbli.", "Wara dan, il-manuskritt jgħaddi għand qarrej tal-provi, għalkemm ġieli jilħaq jiġi impaġnat qabel.", "Illum ix-xogħol tħaffef ħafna permezz tal-użu tal-kompjuter u l-internet u għalhekk wara li jgħaddi minn dawn il-korrezzjonijiet, il-manuskritt ikun lest għall-pubblikazzjoni.", "Meta l-ktieb ikun maħsub għat-tfal, indumu xi ftit iżjed peress li jkun hemm ħafna illustrazzjonijiet.", "Kif qegħdin f'dan, nixtieq niċċaralek li jiena ma nagħmilx prova waħda biss tal-qari.", "Ġieli ktieb narah erba' darbiet!", "Ovvjament jiena dejjem marbut li nibqa' leali lejn dak li jkun inkiteb u li nirreferi għall-awtur f'każ ta' bżonn, biex nifhem sewwa l-messaġġ li dan xtaq joħroġ.", "Nagħmel kemm xogħol għal rasi u kemm għad-dar editriċi tal-Klabb Kotba Maltin.", "Id-djar tal-pubblikazzjoni wkoll għandhom ir-regoli tagħhom u għalhekk ikun meħtieġ li l-qarrej tal-provi jsegwi wkoll ir-regoli ta' dik id-dar editriċi li jaħdem magħha.", "Ħafna drabi meta nikkoreġi l-ewwel prova ma nagħtix kas wisq tal-kontenut imma niffoka iktar fuq l-ortografija bit-tir li nnaqqas kemm niflaħ mill-iżbalji li jkun hemm.", "Imbagħad fit-tieni prova ndur", "għall-iżbalji li jkunu jinsabu fil-kontenut bħal ngħidu aħna tibdil inkorrett ta' ismijiet waqt djalogar.", "Ma' dawk l-awturi li għandi kunfidenza magħhom, ġieli nagħmel anki xi suġġerimenti biex isiru xi tibdiliet fit-tiswira tal-istorja.", "Ġieli jiġu każi fejn ktieb eċċellenti jkollu l-aħħar kapitlu li jdarrsek, li tkun ħasra, u allura jiena nagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħi.", "Naturalment l-aħħar kelma tkun tal-awtur innifsu dwar xi jrid jagħmel mill-ktieb tiegħu.\"", "L-għan primarju tiegħek f'dax-xogħol x'inhu?", "\"F'dan il-qasam jiena ddeċidejt li ma nikkoreġix dokumenti imma li niffoka fuq testi letterarji bħall-ġeneri ta' rumanzi, novelli, poeżiji, jew", "ta' għalliema li minn fuqhom ikunu jridu jinħarġu xi kotba għat-tfal.", "L-għan tiegħi jibqa' dejjem li jkun hemm l-inqas numru ta' żbalji fil-ktieb li nkun qed naħdem fuqu sabiex dan joħroġ bl-aktar mod professjonali u b'hekk ngħollu l-livell tal-kitba bil-Malti.", "Wara kollox, jekk jinħareġ ktieb bl-iżbalji, jiena jidhirli li jkun tilef nofs il-mertu u nofs il-preġju tiegħu.\"", "Personalment ma nistax nimmaġinani naqra l-istess ktieb darba wara l-oħra biex infittex għall-iżbalji, għalkemm l-iżbalji jdejquni mhux ftit.", "Madanakollu Karl jidher", "affaxxinat għall-aħħar minn dan ix-xogħol tiegħu.", "Infatti meta staqsejtu jekk iħossx li hu juża għajnejn imparzjali waqt li jkun qed jikkoreġi, mir-risposta tiegħu ntbaħt li l-kotba li jaħdem fuqhom bħal isiru xi ftit 'tiegħu' wkoll.", "Bi kburija wrieni kif ħafna mill-kopji tal-kotba li ħadem fuqhom huwa jżommhom biswitu ġewwa armarju fl-istudju tiegħu.", "Kultant ġewwa xi ktieb għal qalbu jpoġġi wkoll xi kopja ta' xi artiklu li jkun inkiteb dwaru ...", "\"Ara, dan artiklu li nkiteb dwar il-ktieb", "ta' Anton Sammut.", "Dan l-awtur huwa partikolari ħafna għalija għax inħoss li skoprejtu jien.", "Kien jaħdem id-Dockyard bħala skrivan u darba minnhom ġie bil-manuskritt ta' dan il-ktieb.", "Meta qrajtu ġġennint għax dan l-awtur ħadd qatt ma kien sema' bih.", "Anton huwa midħla ħafna tal-filosofija u għalhekk f'kitbietu ssib sensiela ta' trattati filosofiċi.", "Il-ktieb mill-ewwel intlaqa' tajjeb ħafna u llum nista' ngħid li jien u Anton sirna ħbieb.", "Inħossni kburi meta xi awtur ta' kalibru jġibli l-ktieb tiegħu għall-qari tal-provi.", "Iżda napprezza ħafna wkoll meta jkolli l-opportunità li niskopri xi awtur ġdid u nkun jien li nressqu lejn dar editriċi.", "Pereżempju dan l-aħħar, il-ħabib tiegħi Renè Cilia, li ftit ilu sar qassis, għaddieli manuskritt u meta qrajtu għedtlu \"Dan bomba!\"", "Mill-ewwel intbaħt li kellu pinna tajba ferm u għalkemm għadu żgħir jipprometti ħafna.", "Ħadt gost ħafna meta f'Diċembru li għadda x-xogħol tiegħu ġie ppubblikat taħt it-titlu:", "Is-Saltna tal-Ħamsin", "Staqsejt lil Karl jekk jitħajjarx jikteb xi ħaġa hu...", "\"Le għax dik mhix il-linja tiegħi.", "Infatti nammira ħafna t-talenti tal-awturi li kapaċi joħorġu b'dawk l-ideat oriġinali u għaldaqstant għandi rispett kbir lejn ix-xogħol tagħhom.\"", "Dwar il-kotba Karl xtaq iwassal messaġġ.", "\"Kull sena f'Malta jiġu ppubblikati madwar 500 ktieb ġdid, jiġifieri aktar minn wieħed kuljum.", "U allura min jgħid li m'hawnx kotba, ma jafx x'hawn fis-suq.", "Minn dawn, numru sabiħ ikunu kotba tat-tfal li", "ċertament huma maħsuba biex jiġbduhom aktar lejn il-qari.", "Min ikollu diffikultà li jsib il-kotba li jixtieq fil-ħwienet, illum jista' jinqeda permezz ta' diversi websajts.\"", "Xtaqt nagħlaq billi nistaqsih x'sodisfazzjon jagħtih dax-xogħol...", "\"Inħobb inqabbel il-qari tal-provi ta' ktieb daqslikieku wieħed ħadem skultura sabiħa u mbagħad ġabha għandi biex norqomha.\"", "Sakemm konna qed nitkellmu bdejt niġbidlu xi ritratti ħalli ninkludihom ma' dan l-artiklu u, oħroġ il-għaġeb, għalkemm dam biss ftit minuti jippużali wara l-iskrivanija, sibt li kien diġà ntefa' jikkoreġi manuskritt ġdid li kellu quddiemu!", "\"Ma tridx taħli ħin mhux hekk?\" qalli bid-daħka.", "\"Isma' issa dan l-artiklu qabel joħroġ irrid nikkoreġih taf li ma jmurx joħroġ bl-iżbalji!\"", "Tgħid?", "Għedtlu jien.", "U hu weġibni fil-pront, \"Mhux ovvja!\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-6 ta' Marzu 2011)", "arkivista nazzjonali", "bijografija", "Bijografiji", "Deċiżjonijiet Numru 1", "Fjuri li Ma Jinxfux", "Ġorġ Mallia", "Ġorġ Peresso", "Is-Saltna tal-Ħamsin", "It-Tifel tan-Nanna", "Joseph Mizzi", "Klabb Kotba Maltin", "Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb", "Pawlu Mizzi", "qari tal-provi", "qarrej tal-provi", "Tal-Ġilju: Il-Banda u s-Soċjetà fl-Imqabba", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "GĦAJNEJN TA' SEQER"} {"url": "http://fionavella.com/features/2011/03/ruh-gdida-lil-sengha-antika/", "text": ["RUĦ ĠDIDA LIL SENGĦA ANTIKA", "L-Istorja minn dejjem kienet taffaxxinani imma minn meta bdejt nagħmel intervista wara l-oħra biex nibni dawn l-artikli, irnexxieli nagħraf ukoll kemm huma", "interessanti n-nies ta' llum.", "B'mod speċjali l-anzjani tagħna, sirt nistħajjilhom enċiklopediji ħajjin, mogħnija bl-isbaħ informazzjoni, dettalji, rakkonti, memorji, esperjenzi, kapaċitajiet...", "M'hemmx tmiem għal din il-lista għax kull darba li niltaqa' ma' individwu ġdid, niskopri xi ħaġ'oħra u nirrealizza x'qed nitilfu meta m'aħniex nieħdu rekordju nazzjonali ta' dan it-tagħrif kollu.", "Sa mn'Alla li jeżistu ċerti għaqdiet li jlaqqgħu ż-żgħażagħ ma' dawn l-anzjani, ħalli b'hekk almenu dan il-wirt kulturali tagħna b'xi mod jew ieħor jiġi mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet ta' wara.", "Proprju dil-ġimgħa sibt ruħi mistiedna għand Pio Borg, membru tal-Għaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes, li l-għan prinċipali tagħha huwa li jagħti ruħ ġdida lil sengħa antika permezz tal-entużjażmu taż-żgħażagħ ta' llum.", "Pio Borg illum jgħodd is-67 sena.", "Huwa kollezzjonist ferventi ta' bosta affarijiet reliġjużi.", "Jiftakar sewwa l-bidu ta' din l-Għaqda, li dis-sena qed tiċċelebra l-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha.", "\"L-Għaqda tnisslet fl-1986 meta ngħaqdu flimkien Raphael Micallef, Tony Terribile, Pawlu Piscopo u wara daħlu wkoll George Gusman u Guido Lanfranco.", "Jien kont", "wieħed minn tal-bidu li sirt membru magħha għax mill-ewwel emmint fl-iskop tajjeb li kellha.", "Fil-gwerra konna tlifna ħafna oġġetti prezzjużi, speċjalment fl-inħawi tal-Kottonera li ġarrbu ħafna ħsara.", "Għalhekk konna fuq ix-xwiek biex insiru nafu dwar il-ftit li kien għad fadal, filwaqt li ttamajna li nkunu nistgħu nerġgħu nagħtu r-ruħ lil dax-xogħol tal-mudelli tal-knejjes.", "Bi pjaċir ngħid li l-Għaqda mhux talli rnexxielha tqajjem mill-ġdid l-interess f'das-snajja', talli poġġiethom fuq pedestall.", "Illum qegħdin madwar 400 membru u tliet kwarti minnhom huma żgħażagħ, kollha kemm huma bil-pika dwar min ser jaħdem l-aqwa biċċa xogħol.", "Xhieda ta' dan huma l-bosta wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira li jittellgħu madwar l-irħula u l-bliet tagħna.\"", "Pio kompla jispjegali kif f'din l-Għaqda ssib kull xorta ta' nies imsieħba.", "Fehemni wkoll dwar l-opportunitajiet li din kapaċi toffri.", "\"Il-membri tagħna jiġu minn diversi oqsma tant li għandna anki nies li jaħdmu fis-sezzjoni tar-restawr tal-gvern, għalliema u avukati.", "B'hekk jinħoloq iċ-ċans illi l-membri bejniethom jistgħu jaqsmu", "bosta ideat dwar kif jaħdmu xi oġġett jew ieħor.", "Intant kull xahrejn issir laqgħa fejn espert f'xi qasam relatat jew xi ħadd mill-membri stess jagħtu tagħrif siewi dwar is-sengħa tagħhom: fl-injam, fl-irħamar, fl-istatwar, fil-fidda eċċ eċċ. Infatti l-aħħar wieħed li ġie jżurna kien Renzo Gauci u flimkien miegħu rajna kif jinħadmu l-istatwi, kif jiġu ffurmati u kif tibda l-proċedura.", "Naturalment, f'sagħtejn laqgħa, mhux ser issir taf kollox imma jkollok biżżejjed għarfien biex jixprunak tkompli tfittex u titgħallem.", "Ovvjament l-Għaqda isservi wkoll ta' vetrina fejn f'numru ta' okkażżjonijiet il-membri jistgħu jesebixxu s-sengħa tagħhom jew xi oġġetti li jkunu akkwistaw.", "Barra minn hekk, l-Għaqda taqdi funzjonijiet oħra fosthom it-tixrid tat-tagħlim storiku u kulturali.", "Fil-fatt kull tant żmien immorru nżuru postijiet differenti bħall-katakombi ta' San Pawl, il-mużew ta' Ħaż", "-Żabbar u l-kappella ta' Sant'Anġlu fejn ikollna wkoll gwida li tagħtina informazzjoni.", "B'hekk wieħed mhux qiegħed mal-Għaqda biss biex jarma xi gandlier jew biex jibni mudell imma anki biex jifforma ruħu f'dawn l-oqsma.", "Nistgħu ngħidu li din l-Għaqda tagħmel ġid kemm b'mod dirett bħal meta qed turik kif taħdem xi ħaġa, u anki b'mod indirett f'dak li hu ġid spiritwali, peress li żżommok f'kuntatt kontinwu mal-Knisja.", "Bi kburija nista' nsemmilek li minn fost il-membri tagħna diġà ħarġu erbgħa saċerdoti.\"", "Ma' Pio ltqajt f'binja fejn hu jżomm il-kollezzjonijiet tiegħu u fejn iqatta' siegħat sħaħ jaħdem fuq xi ħaġa jew oħra.", "Hekk kif konna telgħin it-taraġ wiesgħa u għoli tal-post, hu", "ġibidli l-attenzjoni għal xi skultura mill-ifjen fil-ħitan li kienet tixhed li dik id-dar kienet tiftakar żmien il-kavallieri.", "Kont ilni biex nidħol f'dar hekk u tarġa wara tarġa ħassejtni tiela' f'xi dinja oħra, kif fil-fatt kien għax hekk kif Pio fetaħ il-bieb, ħabta u sabta sibt ruħi mdawwra b'kull xorta ta' kollezzjonijiet, tant li għall-ewwel ma kontx naf minn fejn ser naqbad nibda!", "\"Tridx nibdew minn dan l-artal?\" issuġġerili Pio filwaqt li stqarr li l-ġurnata ta' qabel kien ilu ħames siegħat jaħdem fuqu biex ikun jista' juriehuli armat.\"Dan l-artal hu portabbli u bħalissa qed nirrestawra", "l-armarju tiegħu.", "Bejn wieħed u ieħor għandu madwar sebgħin sena u oriġinarjament kien ta' ħija, li kien espert dwar l-affarijiet tal-Knisja.", "L-artal huwa kkonsagrat u għalhekk sar numru ta' quddies fuqu.", "Il-konsagrazzjoni tiegħu saret billi ntbagħtu xi relikwi tal-qaddisin minn Ruma li tpoġġew f'dil-ħofra ċkejkna mħaffra apposta fil-wiċċ tal-artal u dan ġie mbierek mill-Isqof.\"", "Sirt naf li Pio prinċiparjament jaħdem fl-injam imma meta kien sagristan huwa interessa ruħu li jitgħallem ħafna snajja' oħra u għalhekk jista' jmidd idu għal xogħolijiet varji.", "\"Il-Belt kien hemm ċertu Carmelo Bonello li kien magħruf ħafna għas-sengħa tiegħu biex jagħmel it-tabelli tal-ħwienet.", "Min jaf kemm qattgħajt siegħat bil-qiegħda fuq it-taraġ tal-kantina tiegħu ħalli nosservah jaħdem, waqt li kultant kont inqum nagħtih daqqa t'id jiżbogħ meta jitlobni ngħinu.", "B'hekk ftit ftit ħadt il-qagħda jiena wkoll tant li għamilt diversi xogħolijiet fosthom iż-żebgħa u d-dekorazzjonijiet tad-deheb tal-koppla kollha tal-Knisja tal-Erwieħ tal-Belt.\"", "Għajnejja għatxana flew l-oġġetti mdendlin mal-ħitan fejn fosthom kien hemm kwadri kbar mimlija bil-forom tal-wegħdi li kienu jirregalaw in-nies meta jaqalgħu xi grazzja,", "numru ta' prospettivi ddiżinjati għal wara l-artal u statwi kbar fin-niċeċ li dari kienu jiddendlu mal-ħitan tal-kmamar tas-sodda...", "\"Ara dan mant li ser inżanżan dis-sena għall-wirja.", "Hu mant uniku għax fih iħaddan is-snajja kollha: skultura, rakkmu tad-deheb, xogħol ta' l-injam, lussu ta' drappijiet, glalen tad-deheb eċċ. Ħa npoġġi fih il-Madonna tar-Rużarju bil-bradella b'kollox li qiegħda fil-parroċċa ta' San Duminku.\"", "Bħas-soltu, kelli kurżità minn fejn bdiet din in-namra għall-kollezzjonijiet u Pio ħasadni mhux ftit meta bi tbissima għarraffni li hu kien twieled fi tmiem il-gwerra fil-kannierja ta' San Duminku u għalhekk letteralment seta' jgħid li l-affarijiet tal-knisja kienu qegħdin f'demmu!", "\"Apparti minn hekk, missieri u zijuwi kienu sagristani fil-Knisja ta' San Duminku u allura jiena u ħija konna deħlin u ħerġin hemm ġew.", "Niftakar ukoll li meta kont żgħir konna mmorru għand in-nanna li kienet toqgħod Santa Venera.", "Hemmhekk kien hemm id-drawwa li jarmaw monti li kellu sezzjoni ddedikata lit-tfal: għas-subien kien ikun hemm statwi tal-festa u għall-bniet kienu jbiegħu għamajjar żgħar tal-injam.", "Ma kienux xi affarijiet elaborati", "taf imma ta' tfal li konna, konna niġġennu fuqhom.", "Ta' kull sena, n-nanna kienet titlobni nfakkarha xi statwi kienet diġà tatni u mbagħad tmur u tagħżilli oħra.", "Kienu statwi jiswew ftit li xejn, magħmula mit-tafal u miżbugħa bil-kulur tat-tibjid għax dak iż-żmien ma kienx hemm żebgħa.", "Imma tiskanta kif, affarijiet bħal dawn jidħlu f'qalbek u jibqgħu fik matul ħajtek kollha.", "Niftakar ukoll li meta kien fetaħ l-istazzjon tat-TV f'Malta, Charles Arrigo kellu programm jismu 'Il-Quċċija' u fih dejjem kien jinkludi parti dwar l-artiġġjanar u s-snajja' antiki.", "Darba minnhom kien stieden lili u lil missieri Toni biex nitkellmu dwar il-qasam tal-Ġimgħa l-Kbira fejn fosthom tajna r-riċetta tal-borma tfuħ li titpoġġa fis-sepulkru f'dawn iż-żminijiet.\"", "Pio qalli li llum tista' ssib tixtri din it-taħlita lesta fil-pakketti imma m'għandi l-ebda dubju li din ma tħabbatiex mal-oriġinal u għalhekk tlabtu jgħidli r-riċetta biex ngħaddiha lilkhom, forsi min jaf?", "\"L-ewwel ħaġa jrid ikollok kwantità ta' nbid iswed.", "Sadanittant minn jumejn qabel, jeħtieġ ixxarrab taħlita ta' lumi, larinġ, mandolina, bastun tal-kannella, ftit nuċimuskata u tħalliha okkupata bl-għatu magħluq ħalli tiffermenta.", "Wara jumejn tħallatha mal-inbid u tagħtiha fawra qawwija fuq in-nar.", "Matul il-ġranet li n-nies jiġu biex jinvistaw is-sepulkru, trid tħalli din il-borma fuq spiritiera b'nar bati ta' ftila jew tnejn u toqgħod attent li ma tħallix lit-taħlita tinxtorob, billi minn ħin għal ħin iżżid l-inbid li jkun evapora.\"", "Proprju fin-nofs tal-kamra, fuq mejda mdaqqsa, Pio kellu numru ta' vari ta' San Duminku li kienu qed jistennew biex jinġarru għall-post tal-wirja.", "\"Dawn l-istatwi li qed tara hawnhekk huma maħduma minn tafal imlibbes bil-kartapesta.", "Kien ħadimhomli Noel Cauchi, membru żgħażugħ tagħna li sfortunatament riċentement tlifna f'inċident fatali.", "Din hija vara minjatura, kopja mqaxxra tal-istatwa titulari ta' San Duminku tal-Belt, filwaqt li din l-istatwa l-oħra qed turi miraklu li għamel dan il-qaddis, li kważi ħadd mill-qaddisin l-oħra qatt m'għamlu", "– dik li qajjem tifel mill-mewt.", "Din l-istatwa l-oħra turi l-fidi kbira li kellu San Duminku meta biex jiġġieled l-ereżija li kienet qed tiġi mgħallma, huwa sfida lill-Albeġiżi biex jitfgħu l-kotba tagħhom u dak tiegħu tal-evanġelju ta' San Mattew fin-nar.", "Jekk il-kotba jinħarqu kien sinjal li r-reliġjon tagħhom kienet falza.", "Hekk sar u għalkemm il-kotba l-oħra nqerdu, dak tal-evanġelju ma ntmissx mill-fjammi.\"", "Kemm stejjer li qatt ma smajthom!", "Iżda kien għad fadal iktar minn hekk.", "Bi kburija Pio għarraffni li dawn l-istatwi kienu ser jiġu esebiti fil-wirja ta' dis-sena għall-ewwel darba.", "\"Għandi 14 il-biċċa li juru episodji mill-ħajja ta' San Duminku, fosthom l-aktar vara riċenti li turi lil San Duminku ma' San Franġisk.", "Dawn iż-żewġ qaddisin teżisti rabta kbira bejniethom tant li fir-reliġjon kattolika huma magħrufa bħala t-tewmin.", "Dan minħabba li bejn wieħed u ieħor, it-tnejn waqqfu l-ordni tagħhom fl-istess żmien.", "Jingħad ukoll li darba ltaqgħu u biex juru l-ferħ tagħhom, għannqu lil xulxin u hekk qed turihom din il-vara.\"", "Ersaqna aktar il-ġewwa u fis-silenzju maestuż tiegħu, magħluq f'niċċa kbira, nilmaħ statwa mdaqqsa ta' San Duminku li mal-ewwel laqtitni ħafna.", "\"Dak sab ruħu għandi wara li missieri xtrah mingħand ħuħ qabel mar l-Awstralja.", "Huwa xogħol uniku u formidabbli li jgħodd madwar 90 sena.", "Kien inġab minn Bolzano flimkien ma' statwa oħra pariġġu", "ta' San Pawl.", "L-istatwa hija maħduma kollha fl-injam, apparti minn xi aċċessorji tagħha li huma tal-fidda u bil-pedestall b'kollox hija għolja metru.", "Għal dis-sena, wara tant żmien, din l-istatwa aktarx ser titlaqqa' ma' ta' pariġġa.\"", "F'diversi kaxxi u magħluqin sewwa wara numru ta' armarji, Pio kellu wkoll għadd ta' vari tal-Ġimgħa l-Kbira, bosta minnhom kopji tal-vari tal-Belt.", "Xtaqt nifhem x'iwassal biex wieħed jibqa' jixtri kopja wara l-oħra tal-istess oġġett.", "U tipikament tiegħu, Pio weġibni permezz ta' rakkont ieħor...", "\"Dan is-sett li qed tara hawnhekk għandu 'l fuq minn 90 sena.", "Li kieku rajt kif kien meta akkwistajtu, kont tgħidli miġnun għax ċertu statwi kienu saru qishom karta peress li kienu merfugħin f'post umdu.", "B'paċenzja kbira nixxifthom waħda waħda fuq il-bejt u rtukkajthom mill-inqas possibbli biex ma nneħħilhomx l-antikità.", "Trid tkun taf għaliex xtrajtu sett bħal dan?", "Għax ma stajtx inħalli l-istorja u l-artiġġjanat tiegħu jintilfu!", "Għandek tkun taf li dawn huma l-istess statwi li tant snin ilu kienu jiġu armati madwar il-gabbana li llum għadha tinsab fl-istess post, fi", "Triq Merkanti biswit il-Kon-Katidral ta' San Ġwann.", "Il-gabbana kienet ta' ċertu Carmelo Fenech li kien ibiegħ ir-ruġġata minnha.", "Imma fiż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, peress li kienet ottagonali, ġo kull arkata ġietu f'rasu li jarma statwa ħalli jesebihom lill-pubbliku.", "Kien jibda jarma fl-Erbgħa tat-tniebri u mbagħad iħallihom hemm il-Ħamis u l-Ġimgħa filwaqt li s-Sibt iżarma kollox biex għall-Ħadd jerġa' jiftaħ bir-ruġġata.", "Tant kien akkanit u dilettant ta' dawn l-affarijiet li f'dawk it-tliet ijiem kulħadd kien jaf li Carmelo kien jorqod fil-gabbana stess li ma jmorrux jisirqulu l-istatwi!\"", "Għiduli intom kif tista' ma tapprezzax lil dawn l-individwi meta joħorġulek b'rakkonti hekk imprezzabbli li wħud minnhom huma letteralment marbuta ma' siti jew binjiet storiċi?", "Huwa impossibbli li ninkludi dak kollu li wrieni jew qalli Pio għax m'għadnix spazju biżżejjed.", "Uħud mill-kollezzjonijiet tiegħu jafu skulturi rinomatissimi bħal Alfred Camilleri Cauchi filwaqt li oħrajn iħaddnu ġrajjiet kurjużi.", "Infatti mhux darba u tnejn li Pio u sħabu offrew l-informazzjoni tagħhom għar-riċerka ta' diversi studenti.", "Hekk kif kont qed nagħlaq l-intervista ntfajt niġbed xi ritratti.", "Tiskanta kemm minn wara lenti ta' kamera kultant ċertu affarijiet jieħdu perspettiva differenti.", "Fosthom", "laqtitni statwa ta' mara mbikkma li kienet tagħmel parti mill-purċissjoni tad-difna ta' Kristu.", "Iżda għal mument, meta lmaħt ir-ritratt u rajt il-bixra tal-istatwi l-oħra, bħal stħajjilthom imbikkma għax sabu ruħhom magħluqa fuq xkaffa wara l-ħġieġ...", "\"Dak sett ta' 22 statwa maħduma minn Tonio Cuschieri minn Tas-Sliema, illum mejjet,\" qalli Pio hekk kif sabni qed niflihom.", "\"Ilhom għandi madwar 36 sena.", "Maħduma mill-kartapesta u flimkien jiffurmaw vari sbieħ tal-Ġimgħa l-Kbira.", "Xi snin ilu kont narmahom fil-Knisja ta' San Duminku ġewwa mudell kbir ta' knisja li kont ħdimt jien stess – kien mudell twil 25 pied, wiesa' 22 pied u għoli tliet sulari u kellu s-saqaf impitter.", "Kont tidħol u toħroġ minn dal-mudell daqs kemm kien kbir.", "Imma llum dawn l-istatwi, flimkien ma' għadd ieħor ta' kollezzjonijiet tiegħi, jinsabu magħluqa fil-kaxxi għatxana biex jiġu esposti.", "Kif qed tara, jiena nieħu ħsiebhom ħafna imma n-natura ta' dawn l-affarijiet hija li jiġu esebiti u mhux li jingħalqu hawn ġew.", "Illum jien pensjonant u m'għandi xejn iktar ħlief lill-familja tiegħi u lil dawn il-kollezzjonijiet li jiffurmaw parti sostanzjali minn ħajti.", "Kieku minn żmien għal", "żmien jiġu bosta nies jifirħuli u jieħdu r-ritratti tagħhom.", "Kulħadd jgħidlek li hu passatemp ta' min jinkoraġġih.", "Uħud jeħdulek b'idejk u jtaptpulek fuq dahrek u jirringrazzjawk talli qed tippromwovi affarijiet bħal dawn imma mbagħad tgħaddi l-elezzjoni u bħal dejjem, l-affarijiet tiegħi jibqgħu fil-kaxxi.", "Imqar xi ħadd mill-awtoritajiet jagħtini biċċa maħżen hawn fil-Belt ħalli nkun nista' narmah b'dawn il-kollezzjonijiet għat-turisti tagħna.", "Kelli tama kbira li forsi l-Knisja tal-Maddalena li kienet qed taħżen l-affarijiet tal-Karnival setgħet tkun ideali għalhekk.", "Imma!\"", "Ċertament kollezzjonijiet bħal dawn jiffurmaw parti mill-wirt etnografiku tagħna u nemmen bis-sħiħ li b'wirja mtellgħa professjonalment, inkunu qed inżidu mal-valur kulturali ta' pajjiżna kemm għalina l-Maltin u anki għat-turisti li jiġu jżuruna.", "Il-Ġimgħa 11 ta' Marzu 2011 kelli l-opportunità li nattendi għall-ftuħ uffiċjali tal-wirja tal-Għaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes li tinsab f'Sala San Franġisk, Triq Melita, l-Belt u nista' niggarantixxi li hemm bosta xogħolijiet interessanti ta' diversi individwi għall-wiri.", "Il-wirja ser tibqa' miftuħa sas-26 ta' Marzu 2011, mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9:30am san-12:30pm u mill-4:30pm sas-7:30pm.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-13 ta' Marzu 2011)", "Gimgha l-Kbira", "Għaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes", "Knisja tal-Erwieħ tal-Belt", "Knisja ta' San Duminku", "kollezzjoni", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "RUĦ ĠDIDA LIL SENGĦA ANTIKA"} {"url": "https://kliemustorja.com/page/5/", "text": ["ara wkoll: https://kliemustorja.com/k KLIEM MALTI MEĦUD MILL-INGLIŻ kif misjub fid-Dizzjunarju Malti-Ingliż, ta' Vincenzo Busuttil (1900).", "Mitt sena minn meta l-Ingliżi rifsu Malta, l-influenza Ingliża fuq l-ilsien Malti kienet bil-kemm bdiet....", "Ara wkoll: A * B * Ċ * C * D * E * F * Ġ * G * GĦ * H * ...", "MTAĦLEB: Post fil-kampanja, fin-naħa tar-Rabat li jagħti għal fuq l-irdumijiet ta' Miġra 'l-Ferħa.", "Għalkemm il-kelma hi qrib fit-tifsira ta' 'post fejn taħleb' dan jidher li ma jagħmilx sens għal kollox....", "Enċiklopedija A* B* Ċ* C* D* E* F* Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K* L* M* N* O* P* Q* R* S* T* U* V* ..."], "date": "2019-04-01T20:20:16+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/06/ghandi-biex-naghmel-muzew/", "text": ["GĦANDI BIEX NAGĦMEL MUŻEW!", "Bosta psikologi jsostnu illi jeżisti bħall-bżonn fil-bniedem li jġiegħlu jikkollezzjona.", "Meta wieħed iġemma' l-oġġetti, flimkien magħhom huwa jkun qed jiġbor ukoll il-memorji tas-sidien ta' dawk l-affarijiet, it-tifkiriet li jqanqlu l-oġġetti nfushom, l-istorja tagħhom u mitt ħaġ'oħra.", "Fl-istess ħin, permezz ta' kollezzjoni, il-bniedem jidentifika ruħu mal-passat tiegħu.", "Din il-ġimgħa ser inlaqqagħkom ma' kollettur illi rnexxielu jdawwar ix-xogħol tiegħu f'kollezzjonijiet vasti u interessanti ferm...", "INTERVISTA: JOSEPH BORDA – Ex-Surġent tal-Pulizija u Kollettur ta' oġġetti relatati mal-Pulizija", "X'ħajrek tidħol fil-korp tal-pulizija?", "Ommi minn dejjem kienet issostni illi hi mill-ewwel indunat li kont ser insir pulizija.", "Meta darba staqsejtha għaliex weġbitni illi meta kont għadni naqra ta' tarbija u kienet tkun qed tisqini l-ħalib, hekk kif nixba kont ngħolli idi u ngħidilha ieqaf.", "U miskina hi jekk tipprova tbellagħli xi naqr'oħra!", "Kif għalaqt it-tmintax-il sena mal-ewwel tajtha raġun għax dlonk mort ningħaqad mal-korp.", "Kien l-1971 meta sirt pulizija u għamilt 32 sena nagħti servizz.", "Qatt ma ddispjaċini għal mument wieħed mill-għażla li għamilt.", "Liema huma l-agħar u l-aqwa rikordji f'dax-xogħol?", "Fix-xogħol tal-pulizija tara ħafna affarijiet b'għajnejk.", "Fis-snin sebgħinijiet kien hemm ħafna ġlied politiku li llum niżżi ħajr 'l Alla spiċċa.", "Memorja li ma ninsa qatt kienet dik tal-ħtif tal-ajruplan minn Ali", "Rezaq u n-nies tiegħu.", "Niftakar illi wara d-diżastru li ħalla warajh l-attakk fuq l-ajruplan fl-ajruport, jiena kelli nitla' fuq l-ajruplan maħruq u nagħmel il-lista tan-nies mejtin li kienu qed jitniżżlu minnu.", "Dakinhar rajt xeni grotteski li diffiċli biex ninsihom.", "Ir-riħa tan-nies maħruqin ma stajt naqlagħha b'xejn minn fuqi.", "L-uniformi li kont liebes kelli naħraqha għax ir-riħa tagħha ma stajtx nistaportiha.", "Madanakollu r-riħa tal-iġsma maħruqin bħal donnha baqgħet imwaħħla miegħi u ninħasel kemm ninħasel, ma riedet tmur b'xejn minn fuqi.", "Imma nsomma naqilbu s-suġġett...Esperjenzi sbieħ kelli wkoll.", "Waħda mill-isbaħ kienet meta ġie jżur il-gżejjer Maltin il-Papa Ġwanni Pawlu II u jiena kont wieħed mill-pulizija li kellu miegħu.", "F'ħin minnhom irnexxieli saħansitra naqbadlu jdejh.", "Tifkira oħra ħelwa kienet meta ġiet Tina Turner tkanta f'Malta.", "Jiena kont inkarigat biex ma nħalli 'l ħadd jersaq lejha.", "Niftakar li kont ippruvajt inġib firma tagħha imma qaltli li ma tagħtix firem.", "Minflok imma kienet tagħtni t-shirt bħala rikordju tagħha.", "Xi ħaġa interessanti li nnutajt dwar din il-kantanta kien illi meta tkun fuq il-palk tkun diva u taraha mara twila u sabiħa.", "Imma hekk kif tidħol wara l-palk issir mara differenti.", "Qisha tinxtorob f'daqqa taħt għajnejk.", "Idawwrulha xugaman magħha u żewġ individwi jgħinuha tidħol fil-kamra tagħha.", "Bilkemm tagħrafha li tkun l-istess persuna!", "Allura finalment kif qbadt tikkollezzjona l-affarijiet tal-pulizija?", "Nibda billi ngħid illi jiena minn dejjem kont kollettur.", "Meta kont żgħir kont inġemma' ħafna affarijiet.", "Imma meta dħalt fil-pulizija deherli illi jkun aħjar li kieku kelli niffoka fuq kollezzjoni waħda.", "Iddeċidejt li nibda nfaddal l-oġġetti tal-pulizija.", "Bdejt b'żewġ brieret ta' pulizija barranin.", "Imbagħad darba waħda kont Tas-Sliema u ltqajt ma' żewġ pulizija Ġermaniżi.", "Intfajt nitkellem magħhom u sirna ħbieb.", "Qabel infridna staqsejthom jekk kienx possibbli li jibgħatuli xi affarijiet mill-uniformi tagħhom biex nagħmilhom fil-kollezzjoni tiegħi u huma aċċettaw.", "Ħsibt li kont qed nagħżaq fl-ilma imma wara xi ftit ġranet irċevejt pakkett minn għandhom.", "Tawni tlett uniformijiet kompluti bil-brieret b'kollox!", "Minn hemm beda kollox u qatt aktar ma erġajt ħarist lura.", "Fhiex jikkonsistu l-kollezzjonijiet tiegħek?", "Il-kollezzjonijiet tiegħi huma ffukati fuq oġġetti b'konnessjoni mal-pulizija.", "Għandi brieret, badges, helmets, uniformijiet, bokkli, ċintorini, manetti, statwetti ta' kull xorta tal-pulizija...", "L-affarijiet kollha li qed tara b'għajnejk ġejjin minn madwar id-dinja kollha.", "Hemm ħafna stejjer wara kull oġġett.", "Brieret għandi madwar 700 u huma ta' gradi differenti ta' uffiċċjali tal-pulizija.", "Il-kollezzjoni tal-badges tal-pulizija ta' Malta tmur lura sal-1850.", "Interessanti li tinnota illi fuq kull badge hemm is-salib ta' Malta minbarra fuq waħda, dik li intużat bejn l-1901 u l-1924.", "M'għandix idea għala s-salib ta' Malta mhux hemm.", "Dawk il-badges l-oħra huma tal-pulizija tat-tribujiet Indjani li hemm jgħixu fir-riserva tagħhom fl-Amerika.", "Ara dawn il-manetti: dawn iż-żgħar jissejħu thumb-cuffs għax fihom jintrabtu s-swaba' tal-individwu u dawn il-manetti ċkejknin kienu jintużaw fis-seklu dsatax meta f'ċertu pajjiżi kienu jintbagħtu t-tfal il-ħabs.", "Hawn manetti ta' kull qies u użu, per eżempju dawn jissejjħu come-along cuffs.", "Dawn manetti moderni Franċiżi u jaħdmu bil-kalamita mentri dawn kienu jintużaw fi żmien Vittorjan fl-era ta' Jack the Ripper.", "Dan l-aħħar żidt dawn iċ-challenge coins mal-kollezzjonijiet.", "Għandi madwar 60 minnhom.", "Jingħad illi l-oriġini taċ-challenge coins tmur lura għal żmien l-ewwel gwerra dinjija.", "Fi Franza, hekk kif bdiet l-ewwel gwerra, saret talba għal min kien interessat jidħol fi skwadra ta' ajruplani tal-gwerra magħrufa bħala Lafayette.", "Bosta pilots sinjuri ngħaqdu ma' din l-iskwadra, fosthom wieħed Amerikan li ddeċieda li joħroġ munita bl-arma tal-familja tiegħu u b'ismu u kunjomu ħalli jużaha bħala identifikazzjoni.", "Minn dak inhar 'l hawn, din id-drawwa baqgħet ħajja fl-Amerika u illum għadek issib diversi challenge coins ta' bosta reġimenti u skwadri oħra bħan-navy, l-iscouts, il-fire brigades, il-marines eċċ. Jgħidu illi jekk tkun ġo bar u xi ħadd jisfidak turih iċ-challenge coin u ma tkunx fuqek, ikollok tħallas round drinks lil kull min ikun hemm hemm ġew.", "Kollezzjoni oħra ġdida hija din tar-ritratti antiki ta' Malta bis-suġġett tagħhom dejjem ikun il-pulizija.", "Ħarist ħarsa madwari.", "Il-kollezzjonijiet ta' Joseph huma tassew impressjonanti.", "Jimpressjonak il-fatt kif kollox hu miżmum b'mod metikoluż.", "Kollox stivat pulit u kull oġġett hu mqassam skont il-pajjiż li ġej minnu.", "Ma flaħtx ma nistaqsihx...", "Dawn l-affarijiet kollha kif sabu ruħhom għandek?", "Ilni nibni din il-kollezzjoni għal dawn l-aħħar tletin sena.", "Sħabi l-pulizija ġieli jgħinuni nakkwista xi affarijiet.", "Barra minn hekk għandi ħafna kuntatti madwar id-dinja kollha.", "Li għandi favur tiegħi huwa illi jiena l-ikbar kollettur Malti ta' dawn l-affarijiet.", "U allura kull min ikollu bżonn xi ħaġa simili ta' Malta ser jirrikorri għandi.", "Fil-bidu l-proċess biex inġib xi ħaġa kien twil mhux ħażin.", "Kont nikkomunika bl-ittri u sakemm niftiehem ma' dak li jkun x'irid u x'ser jagħtini lura tagħha, ġieli għaddew ix-xhur.", "Illum nikkuntattjaw lil", "xulxin bl-emails u ejja ħa mmorru.", "Imma xorta waħda jiena dejjem inpartat u mhux nixtri.", "Tista' tgħid li qatt ma xtrajt xejn għall-kollezzjoni tiegħi.", "Jiena ma naqbilx illi wieħed jixtri l-affarijiet biex jagħmel kollezzjoni bihom.", "Għax jekk isir hekk, jekk għandek il-flus, tista' tixtri li trid.", "Għalija s-sabiħ ta' kwalunkwe passatemp huwa ż-żmien kemm domt biex akkwistajt l-oġġett, il-korrispondenza involuta, kif jirnexxielek issib dak li trid u l-istennija tal-oġġett sa kemm jasal għandek bil-posta.", "Jekk oġġett tista' tmur f'ħanut u tixtrih, titlef il-gost kollu.", "M'hemm preġju!", "Mhux qed ngħidlek li jiġuni b'xejn taf għax kultant il-pustaġġ veru jkun għoli.", "Imma dik li tħabatt biex ġibthom iżżid il-valur tagħhom għalija.", "Min-naħa l-oħra jkolli nammetti illi dari kienet ħafna aktar faċli biex iġġib affarijiet bħal dawn.", "Illum storja differenti.", "Qabel kont nibgħat madwar tletin ittra l-Amerika u għoxrin minnhom kienu jibgħatuli xi ħaġa.", "Imma minn mindu daħal dat-terroriżmu ġieli lanqas biss jirrisponduni.", "Min għadu ser jibda kollezzjoni bħal din illum nitħassru, għax diffiċli ħafna.", "Biex negħleb din il-problema tellajt websajt tiegħi u permezz tagħha erġajt irrankajt u żidt fil-kuntatti tiegħi.", "S'issa fil-websajt tiegħi", "daħlu aktar min 16,000 viżitatur.", "Fiha wieħed jista' jara l-kollezzjonijiet tiegħi.", "Jikkuntattjawni diversi nies minn madwar id-dinja u permezz tat-tpartit magħhom inkompli nsawwar in-namra tiegħi.", "X'inhu l-iskop ta' dawn il-kollezzjonijiet?", "Fuq kollox il-ħbiberija.", "Kif għedtlek, permezz tagħhom għandi ħbieb minn kullimkien.", "Sal-bieraħ ġie jżurni wieħed minn New Jersey l-Amerika.", "Ġie fuq cruise.", "Malta waqaf biss sebgħa siegħat.", "Jien mort għalih, dawwartu ma' diversi postijiet u mbagħad ġibtu d-dar tiegħi u partatna xi affarijiet fosthom din il-beritta ta' fuq rasi.", "Meta nsiefer jiena, bl-istess mod jilqgħuni huma.", "U meta mmur f'xi post fejn ma jkollix kuntatti, l-ewwel ħaġa li nagħmel hekk kif nissetilja fil-lukanda hi li nistaqsi fejn hi l-eqreb għassa.", "Immur nintroduċi ruħi mal-pulizija t'hemmhekk, nurihom l-identifikazzjoni tiegħi bħala membru tal-International Police Association u malajr insib inpartat xi ħaġa magħhom ukoll.", "Skop ieħor ta' dawn il-kollezzjonijiet huwa illi nirriklama lil Malta mal-barranin.", "Tiskanta kemm għad hawn nies li lanqas biss jafu fejn hi Malta.", "Fil-websajt tiegħi fil-fatt, tellajt ħafna informazzjoni u ritratti dwar Malta sabiex b'hekk min jidħol ikun jista' jara l-pajjiż li noqgħod fih jien.", "Kburi ħafna li jiena Malti u nħoss li rrid ngħid lil kulħadd b'pajjiżi.", "Barra minn hekk kull min jikkuntattjani jaf illi fuq dil-gżira ċkejkna għandhom ħabib u meta jridu jistgħu jiġu jżuruni.", "Ġieli jikkuntattjawni wkoll xi wħud li għandhom konnessjonijiet ma' Malta.", "Mhux l-ewwel darba li għent lil xi ħadd biex jagħmel xi riċerka dwar qraba Maltin.", "Veru jkolli mmur niġri 'l hemm u 'l hawn u jinvolvi ħafna xogħol imma nieħu pjaċir nagħmlu.", "Finalment ma jistax jonqos illi permezz ta' kollezzjonijiet bħal dawn titgħallem ħafna xorti u tkabbar it-tagħrif tiegħek.", "Barra minn hekk, ftit ftit, qed nibni rikordju tal-istorja ta' Malta u ta' bosta pajjiżi oħra fil-qasam tal-Pulizija.", "Liema huma l-aktar oġġetti għal qalbek?", "Kollha ngħożżhom bl-istess mod imma jekk ikolli nagħżel l-aktar tnejn għal qalbi huma uniformi ta' kummissarju Malti u l-aħħar beritta tar-Royal Ulster Constabillary minn Ireland, liema korp illum sar magħruf bħala Police Service for Northern Ireland u ovvjament għandhom uniformi ġdida.", "Hemm xi ħaġa li tixtieq takkwistaha imma s'issa ma rnexxielekx?", "Iva.", "Nixtieq ħafna nakkwista beritta tal-pulizija tal-vatikan.", "Ilni nipprova imma s'issa ma rnexxilix.", "Imma mhux ser naqta' qalbi tafx!", "Minn hawn jew minn hemm inġibha żgur.", "Qatt għamilt xi wirjiet b'dawn il-kollezzjonijiet tiegħek?", "Iva.", "B'kollox għamilt xi ħmistax-il waħda.", "Id-depot kien ikollna il-wirja tal-hobbies u jien dejjem kont nieħu sehem.", "Tellajt ukoll wirjiet f'diversi postijiet oħra.", "Ikun hemm interess mill-pubbliku?", "Ħafna.", "L-aktar li jiġbdu l-attenzjoni huma l-uniformijiet.", "Dawn imorru lura sat-tletinijiet u huma kompluti minn kollox.", "Ħafna mill-uniformijiet, bħal ngħidu aħna tas-sheriff u tal-highway patrol man aħna narawhom biss fil-films.", "Permezz tal-kollezzjoni tiegħi, għall-ewwel darba, jarawhom reali.", "Anki barranin iżuru l-wirjiet tiegħi.", "Ħafna minnhom ikunu kolletturi u jispiċċaw isiru ħbieb tiegħi.", "Jibqgħu impressjonati bil-kwantità ta' oġġetti li rnexxieli nġemma'.", "Fil-fatt għandi l-pjaċir ngħid illi fuq websajt ta' kolletturi bħali li għandha 48,000 membru, jiena qiegħed imniżżel bħala it-18-il wieħed li nagħmel l-aktar kuntatti u attività f'dan il-qasam.", "Dan l-aħħar issemmejt ukoll fil-ktieb 'Police and Crime Museums of The World' li ħareġ mill-ITA tal-Ġermanja u għandi paġna sħiħa iddedikata għall-kollezzjonijiet tiegħi.", "Aktar ma bdejt ngħaddi ħin ma' Joseph, aktar beda jurini oġġetti li jagħmlu parti mill-kollezzjonijiet tiegħu.", "Domt għandu mhux ħażin u tiskanta, xorta ma rnexxiliex nara kollox.", "F'ħin minnhom ngħaqdet ukoll magħna l-mara tiegħu Lillian.", "Qaltli li hi tieħu pjaċir tarah involut f'din il-kollezzjoni.", "\"Li għandu hu illi ma jibbasta jieqaf qatt.", "Jibqa' nieżel ifittex fil-fond sakemm isib l-oġġett.", "Ma jaqtax qalbu.", "Iddedikat ħafna għall-kollezzjonijiet tiegħu u ara kemm qed tara oġġetti... kollox hu jnaddaf u jieħu ħsieb.", "Ftit ftit ittieħdet il-familja kollha minnu għax kollha nġemmgħu xi ħaġa aħna,\" qaltli Lillian bid-daħka.", "Staqsejtu għall-aħħar kumment...", "\"Jien taf x'nixtieq?", "Li kieku l-Kunsill ta' Birkirkara (il-post fejn noqgħod jien) jew xi entità oħra, jipprovduli xi bini fejn inkun nista' narma l-kollezzjonijiet tiegħi ħalli dawn ikunu aktar aċċessibbli u b'hekk ikunu jistgħu jitgawdew minn ħafna nies oħra.", "Meta jkollok kollezzjoni tkun trid turiha u toqgħod tkellem lin-nies dwarha.", "Imma meta mbagħad ikollok kollezzjonijiet ta' dad-daqs, dawn jagħmlu anki prestiġju lill-post li jilqagħhom.", "Tant għandi affarijiet li hawn biex nagħmel mużew.", "Ilni s-snin nipprova nirranġa xi ħaġa imma s'issa ħadd ma wera nteress.", "Però bħal f'kull ħaġ'oħra, jiena qatt ma naqta' qalbi!\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-28 ta' Ġunju 2009)", "Ali Reżaq", "kollezzjoni", "memorji", "pulizija", "surġent", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "GĦANDI BIEX NAGĦMEL MUŻEW!"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/11/il-kobor-fil-minjatura/", "text": ["IL-KOBOR FIL-MINJATURA", "Ħarreġ lil moħħok biex jaħseb dwar affarijiet kbar għax inti qatt ma tista' tasal aktar milli kapaċi taħseb...", "Benjamin Disraeli (1804-1881)", "Jiena persuna li nħobb nissorprendi, forsi għax personalment niddejjaq nagħmel l-istess affarijiet.", "Ir-ritwali u r-ripetizzjonijiet jifgawni.", "Wara ftit tal-ġranet nagħmel l-istess ħaġa, nibda nħoss il-bżonn ta' arja ġdida, il-ħtieġa li niftaħ ġwienħajja u ntir il-bogħod minn dik is-sitwazzjoni.", "Ikolli nammetti li mhux minn dejjem kont hekk.", "Sa ftit snin ilu kont nemmen illi l-konswetudni tal-ħajja toffrilek protezzjoni u sigurtà u sa ċertu punt hekk hu.", "Iżda ta' dan trid tħallas prezz għali – dak li ma tieħux riskju u li toħnoq is-sens ta' avventura ġewwa qalbek.", "Huwa ħafna aktar faċli tgħix bl-inqas riskju possibbli għax hekk tiżbalja ħafna inqas.", "Imma mbagħad kapaċi jiġrilek bħal dak illi difen it-talenti tiegħu u b'hekk qatt ma kattarhom.", "Min jaf il-Bibbja, jaf l-istorja kif tkompli....", "Bl-istess għan meta nkun qed nagħżel x'ser nippreżentalkhom kull ġimgħa, nipprova noħloq varjetà.", "Inkun nixtieqkom tistaqsu 'Min jaf biex ser toħroġ did-darba?'.", "Huma bosta dawk li qegħdin taħt il-mira tal-pinna tiegħi.", "Imma mbagħad hemm min jissorprendini billi jieħu l-inizzjattiva hu stess billi jistedinni mmur nixtarr dak li hu għandu għal qalbu.", "Tiskanta, f'dawn il-każi kull darba nibqa' meraviljata bil-kapaċità ta' ċertu individwi li darba kellhom ħolma u ħadmu biex għamluha realtà!", "\"Għandi knisja minjatura imma kbira tant li tidħol fiha...\" stadni Simon Mercieca biex iqanqalli l-kurżità.", "Għedt tidħol fiha x'jiġifieri?", "Forsi ddaħħal naqra rasek u tittawwal ġewwa?", "Iżda kemm kont il-bogħod!", "Kif Simon bexxaq il-bieb fuq il-kapolavur tiegħu, kelli nisforza biex ma jaranix b'ħalqi miftuħ!", "Quddiemi tfaċċat minjatura ta' knisja mill-isbaħ.", "Id-dettallji li fiha jitilfuk, tant li kull darba li tifrex ħarstek fuq xi naħa minnhom, tirrealizza li d-darba ta' qabel kienet ħarbitlek xi ħaġa.", "\"Mibnija fuq skala wieħed għal kull sitta,\" bdieli d-diskors Simon meta ra li kont bqajt bla kliem.", "\"Hi 25 pied fonda, 15-il pied wiesgħa u għolja 11-il pied.\"", "Il-preċiżjoni u l-professjonalità tax-xogħol huma ta' livell tali li għal darba ħassejtni fini daqs ġgant hekk kif dħalt nimxi ġewwa fiha.", "Daqs li kieku dħalt f'xi xena mir-rakkont ta' Gulliver u n-nies ċkejknin tal-post daħħluni fil-knisja tagħhom.", "\"Dil-knisja hija maħduma fuq stil Barokk u għandha forma ta' salib Latin.", "Fiha 15-il artal: l-artal maġġur, 8 artali matul iż-żewġ korsiji, 2 fil-kappelluni u wieħed fil-kor, ieħor fil-kappella tas-Sagrament, ieħor fl-oratorju u ieħor fis-sagristija.\"", "Kull artal kellu xi xogħol artistiku jżejjnu...", "\"Dawk ix-xogħolijiet huma pitturi ta' veru maħduma minn artisti professjonali,\" kompla jispjegali.", "\"Barra minn hekk bosta minnhom huma kopji ta' xogħlijiet li jinstabu fil-knejjes tagħna.", "Ħa nsemmilek", "x'uħud... hawn kopja tat-titular l-antik tal-Kunċizzjoni ta' Bormla u dik tas-Sacre Cuor f'Tas-Sliema.", "Imbagħad hemm tal-Mosta, ta' Ħaż-Żebbuġ, ta' Ħal-Luqa u tal-Għargħur.", "Hemm ukoll xogħol minnhom li kkupjajnih minn ktieb li rajna ta' pittura barranija u ieħor li ħdimnih oriġinali apposta imma b'idea minn pittura ta' Giuseppe Calì.", "L-uniċi xogħlijiet li mhumiex pitturi huma l-kwadri tal-Via Sagra għax dawk huma santi.", "Interessanti tinnota illi dak il-kurċifiss li hemm fil-kappellun tax-xellug huwa kopja tal-kurċifiss li jinsab fil-Knisja ta' Ġieżu, l-Belt Valletta u huwa xogħol ta' Pullu Magro.", "Fil-kappellun l-ieħor hemm kopja tal-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu li hemm fiż-Żejtun.", "U fil-kappella tas-Sagrament hemm kopja ta' San Pawl tar-Rabat.\"", "Hekk kif ħarsti waqgħet fuq is-sedji tal-kor miżbugħin kulur il-kewba, donni bdejt nagħraf ix-xebħ ma' knisja partikolari u xtaqt inkun naf kellix raġun...", "\"Ifhem, jekk toqgħod tqis, il-knejjes tagħna għandhom ħafna xebħ bejniethom.", "L-istil tal-mudell tiegħi huwa liberu u mhux marbut ma' knisja partikolari.", "Però tista' tgħid li niġi mnebbaħ ħafna mill-knejjes tagħna.", "Ormaj il-festi saru parti minn ħajti, mhux il-marċi taf imma l-knejjes.", "Nieħu l-kamera miegħi u noqgħod napprezza u noħlom.", "Meta tolqotni xi ħaġa neħdilha diversi ritratti sabiex b'hekk inkun nista' nifliha minn kull angolu.", "Permezz t'hekk ma jkollix għalfejn nerġa' mmur fuq il-post jekk jinħoloqli xi dubju jew xi diffikultà.\"", "Flimkien ma' Simon kien hemm ukoll missieru Salvu li jgħinu ħafna fix-xogħol ta' dan il-mudell...", "\"Ħares il-fuq lejn il-koppla,\" qalli Salvu.", "\"Dik hija l-koppla tal-Knisja ta' Bormla.", "Ħadna magħna fotografu professjonali fuq il-post u mbagħad hu kabbrilna r-ritratt biex joqgħod fil-qies li ridna.", "Min-naħa l-oħra, għas-saqaf ħadna l-idea mill-Knisja tal-Gudja.\"", "Kont kurjuża nkun naf kif nibtet din l-idea f'moħħ Simon.", "Huwa stqarr miegħi li qatt ma kien abbati imma għamel żmien involut ħafna fil-festi.", "Bqajt ngħawwar għall-istorja oriġinali...", "\"Proprjament jien minn Ħal-Tarxien.", "Konna ngħixu ħdejn il-Knisja tal-Lunzjata.", "In-nannu tiegħi kien dilettant ħafna tal-minjaturi u kellu artal li kien għal qalbu ħafna.", "Darba, meta kont għadni naqra ta'", "tifel, hu tani artal ċkejken.", "Ftit wara tħajjart nixtri sett pasturi żgħar minn ħanut u xtaqt inkun naf min ħadimhom.", "Qassis ħabib tiegħi ħaseb li kienu xogħol Nazzareno Gauci miż-Żejtun, magħruf bħala Diżma.", "Ħadni għandu imma sibt li ma kienx għamilhom.", "Madanakollu, waqt li kont hemm, rajtu qed jaħdem sett tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira u ntlift warajhom.", "Ma qgħadtx bi kwieti qabel xtrajthom.", "Kien fihom sitt pulzieri kollox imma kienu huma ż-żerriegħa li nibbtu dan kollu,\" spjegali hekk kif kburi kburi dawwar idejh madwar il-kobor tal-minjatura tal-knisja tiegħu.", "\"Dak kien l-1988.", "Sena wara biegħħejt kollox u ordnajt sett ieħor ta' 12 il-pulzier ukoll mingħand Diżma.", "Għaddew is-snin u llum għandi sett ta' 12-il vara li huma maħduma mill-artist u statwarju bravissimu Renzo Gauci.", "L-aktar li jispikka minnhom bla dubju huwa l-monument li ġie wkoll indurat u mlibbes minn David Mercieca.\"", "Ma' kull fejn tmiss, Simon beda", "jsemmili nies differenti li taw sehemhom biex dan il-mudell jilħaq il-livell professjonali li jinsab fih illum.", "F'ħin minnhom, it-ton tiegħu nbidel hekk kif urini xogħol partikolari...", "\"Dak xogħol Noel Cauchi, ħabib tiegħi li ħadem ħafna xogħol hawnhekk.", "Sfortunatament, il-ġimgħa li għaddiet kelli mmur għall-funeral tiegħu hekk kif miet ħabta u sabta waqt inċident li seħħ waqt li kien fuq xogħlu.", "Għadni mriegħed sal-lum bl-aħbar.", "Lanqas nista' nemmen.\"", "Emozzjonat għall-aħħar Simon urini l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, dik ta' San Ġużepp u tal-Madonna tar-Rużarju – kollha xogħlijiet mill-ifjen ta' Noel.", "Il-lopop li magħhom jiddendlu l-linef tal-knisja waqt il-festa ta' Corpus Domini wkoll huma xogħlijiet minn tiegħu fost ħafna affarijiet oħra.", "Qlibna d-diskors u Simon kompla jirrakkuntali kif oriġinarjament din il-minjatura kellha l-forma ta' U u kienet ferm iżgħar minn dik li hemm illum.", "Fil-fatt kien jarma l-knisja biss għall-Ġimgħa l-Kbira u waqt dawk il-jiem kien jeħodha għal xi wirjiet.", "\"Meta xtrajt din id-dar għamilt kamra fuq il-bejt u armajt dal-mudell hemm.", "Imma mbagħad irraġunajt li kienet ħasra li kont qed nieħu dak ix-xogħol kollu għal 4 ġimgħat fis-sena biss.", "Iddeċidejt li nżid", "xi affarijiet oħra fostom il-prospettivi (l-iskultura li hemm madwar il-kwadri tal-artali) u l-artali nfushom.", "Sa fl-aħħar, fl-2003 ġieni ċans biex nixtri l-garaxx ta' taħt id-dar u għażilt li nuża parti minnu biex inkabbar dan il-mudell.", "Issa ilni għal dawn l-aħħar 10 snin inżid fuqu.", "Dejjem insib xi ħaġa oħra x'nagħmel.", "Dan l-aħħar żejjint is-saqaf bil-pittura li nħadmet fuq it-tila ġewwa Għawdex mill-pittur Josef Camilleri.", "Iddekorajt ukoll is-soqfa tan-navi (il-kurituri tal-ġnub tal-knisja) bl-iskultura.\"", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar snin Simon beda jiftaħ din il-knisja għall-pubbliku...", "\"Il-knisja tkun armata f'diversi festi imma għall-pubbliku niftaħha 3 darbiet fis-sena: fil-Ġimgħa l-Kbira, fil-festa ta' Corpus Domini u f'daż-żminijiet, meta tkun armata għall-festa tal-Lunzjata peress li ħafna drabi din tiġi qrib ħafna tal-Ġimgħa Mqaddsa.\"", "Fost l-armar tagħha l-knisja għandha 5 niċeċ li tnejn minnhom ġew skolpiti minn Edmond Sciberras.", "Fuq in-naħa ta' barra tal-Knisja, merfugħa f'diversi armarji apposta, Simon għandu t-tiżjin li juża skont il-festa tal-ġurnata.", "\"Kull festa għandha l-libsa tagħha u għalhekk jinbidel l-armar skont il-festa.", "Ngħidu aħna l-ħitan, minflok bl-aħmar kif qed tarahom issa, fil-Ġimgħa l-Kbira niksuhom b'damask iswed u b'tużell vjola fuq l-", "artal maġġur.", "Nagħmlu wkoll il-bandalori maħduma bl-idejn minn Anna Giordimaina.", "Għall-Għid il-Kbir imbagħad għandi l-istatwa ta' Kristu Rxoxt maħduma mill-istatwarju Ġlormu Dingli.", "Fil-Corpus il-konċentrazzjoni tkun fuq l-artal maġġur fejn ikun hemm ġilandra b'raġġiera kbira tar-ram warajha, xogħol ta' Twanny Zammit u bl-ewkaristija fiha mdawwra b'sett gandlieri u bil-kontri.", "Għal din iċ-ċelebrazzjoni partikolari għandi wkoll sett linef maħdumin minn Anthony Azzopardi u diversi anġli li huma xogħol Renzo Gauci.\"", "Tridu taraw biex temmnu d-dettall ġenwin ta' din il-biċċa xogħol.", "Il-kitba tista' tipprova tiddeskrivi kemm tiflaħ imma tant hemm x'tara li tintilef fuq hiex ser taqbad titkellem.", "Xogħol Simon huwa għal kollox differenti minn dal-qasam imma permezz ta' dan id-delizzju huwa tgħallem jaħdem ħafna affarijiet għall-knisja tiegħu...", "\"Taf x'jigrilek... ikollok l-għira għax-xogħol, kif jgħidu, u minn hemm u minn hawn tagħmlu.", "Ġieli noħlom b'xi ħaġa ġdida u nipprova nagħmilha.", "Ħafna drabi jirnexxieli.", "Meta ma nasalx, nagħtiha lil ħaddieħor u jagħmilieli hu.", "L-istruttura ta' dil-knisja bnejnieha jien u missieri bl-għajnuna ta' Pawlu u Anton Agius flimkien ma' Mario Vassallo li ħa ħsieb ix-xogħol tal-fibre.", "Id-diżinn tagħha huwa ta' Renzo Gauci -l-artist prinċipali ta' dil-knisja.", "Prattikament hija mibnija mill-injam u mill-ġibs.", "Ħdimna s-saqaf mill-aluminium biex ma jkunx tqil wisq.\"", "Simon spjegali kemm iddedika ħin għal dan il-mudell.", "Fil-fatt bħalissa l-knisja tinsab imżejjna b'14-il linfa li ħadulu sena ta' xogħol bla waqfien biex saru.", "Iż-żewġ linef il-kbar tal-kappelluni ħadulu madwar sitt xhur oħra.", "Aktar ma jgħaddi l-ħin, aktar bdejt niskopri dettalji interessanti fostom kif ġieli mix-xejn Simon jirnexxielu jagħmel affarijiet mill-isbaħ...", "\"Inħobb immur għal car-boot sales u minn hemm insib ħafna affarijiet.", "Ġieli jdumu s-snin merfugħin għandi sakemm insib użu għalihom.", "Per eżempju ara, dawn il-globi tal-brazzi huma l-kisja tal-plastik li jkollhom fihom xi ġugarelli żgħar tat-tfal, mentri dawk il-globi akbar tal-linef huma blalen tat-tennis.", "Dawk t'hemm, ara, huma biċċiet mil-logħob tal-ludo.", "Dawk l-istilel tal-gandlieri huma studs tal-jeansijiet u dawk t'hemm, li għandhom il-brazzi mdendlin magħhom, huma buttuni kbar tal-kowtijiet.", "Imbagħad hemm dik il-biċċa mill-linfa li hija pajp irqiq li jintuża għall-akwarjums.\"", "Ma tistax ma tammirax tali kreattività.", "Simon saħansitra tgħallem il-passi bażiċi tal-ganutell minn għand martu biex ħadem il-fjuretti ta' fuq l-artali.", "Il-knisja kienet imdawwla bil-linef, brazzi u gandlieri, kollha mixgħula permezz ta' transformer apposta li oħroġ il-għaġeb, ibnu Mikael ta' 8 snin diġa' jaf iħaddem...", "\"Peress li kollox jaħdem permezz tat-transformer nagħtih tester u hu joqgħod jiwwajerja l-wires u jqabbad il-linef.", "Jieħu pjaċir ħafna!\"", "Xi xogħol ieħor maħdum apposta fiċ-ċokon, Simon irnexxielu jsibu minn għand kumpannija Ġermaniża li tispeċjalizza f'dawn l-oġġetti.", "Fost dawn stajt nara buqari, gandlieri, slaleb, il-post fejn jiġi espost is-sagrament u numru ta' affarijiet oħra.", "Il-lista tal-kwantità tan-nies li ħadmu fuq din il-minjatura huma bla tarf....", "Manuel Barbara, ħajjat mill-iprem u kuġin ta' missieru għamel ix-xogħol tal-pavaljuni li fassal Simon stess.", "Il-lopop ġew indurati minn Daniel Schembri.", "Il-Lunzjata, li għaliha hu ddedikat it-titular ta' din il-knisja, ġiet maħduma minn John Massa bi żgraffit minn Philip Grech.", "Sett gandlieri mill-isbaħ li kien hemm fuq l-artal huma xogħol ta' Freddie Cauchi u l-erbgħa nisa bibbliċi huma ta' Christ Micallef.", "Fuljett li jispjega fit-tul ix-xogħol li sar fuq din il-knisja nħadem minn Alfred Massa.", "\"Nittama li ma nsejt lil ħadd,\" qalli Simon hekk kif għasar moħħu biex jara ħallix lil xi ħadd barra.", "\"Jekk fil-każ nitlobhom jiskużawni għax naf li huwa mpossibbli li ssemmi n-nies kollha li ħadmu fiha.\"", "Imma wara kollox, x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett?", "\"Is-sodisfazzjon li tara x-xogħol tiegħek lest u li tara l-apprezzament tan-nies,\" weġibni fil-pront.", "\"Bi pjaċir ngħid li bħal llum sena ġew madwar elf persuna jżuru l-knisja tiegħi.", "Żaruha ħafna persuni distinti u anki numru kbir ta' dilettanti ta' dan it-tip ta' delizzju.", "Dis-sena stedint lill-arċisqof biex jiġi jaraha imma s'issa għadni ma nafx jekk hux ser jilqa' l-istedina tiegħi.", "Nieħu pjaċir ħafna kieku jiġi.\"", "Bla dubju xogħol bħal dan huwa ta' min jinkoraġġih.", "Hekk kif sellimna lil xulxin u l-bieb ta' barra ngħalaq warajja, tħassibt kemm aktar teżori sbieħ bħal dawn jinstabu fis-satra tad-djar tagħna.", "Nittama li ż-żmien jagħtini parir u li niskopri xi xogħol sabiħ ieħor bħal dan sabiex inkun nista' naqsmu magħkom.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tad-29 ta' Novembru 2009)", "Ġlormu Dingli", "knisja", "minjatura", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-KOBOR FIL-MINJATURA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/02/il-kuluri-tac-cina-6-parti-xhemm-ghall-bejgh/", "text": ["IL-KULURI TAĊ-ĊINA (6 Parti) X'hemm għall-bejgħ", "L-ibliet ta' Peking u Shanghai huma ideali għal dawk li jħobbu jduru l-ħwienet u jixtru.", "Dan minħabba li fihom hemm triqat twal li donnhom ma jispiċċaw qatt, miżgħuda b'għadd ta' negozji ta' kull xorta.", "Ħwienet antiki li jbiegħu għażla ta' oġġetti tradizzjonali tarahom spalla ma' spalla ma' stabbilmenti oħra moderni bi prodotti tal-aktar ditti popolari.", "Imbagħad issib ukoll swieq differenti li jagħtuk lok biex tħuf u tesplora għal xi ħaġa mhux tas-soltu jew għal xi affari tajba bi prezz orħos.", "F'dawn il-postijiet, ma trid tinsa qatt illi ċerti affarijiet jistgħu ma jkunux ġenwini.", "Ix-xiri huwa mod ieħor ta' kif tista' tersaq qrib in-nies tal-lokal sabiex issir tafhom aħjar, speċjalment fl-inħawi fejn wieħed huwa mistenni li joqgħod jiġġebbed għall-prezz.", "Kultant il-lingwa hija problema f'dawn l-ibliet għax mhux kulħadd kapaċi jitkellem bl-ingliż.", "Madanakollu, m'għandix dubju illi jekk veru ssib xi ħaġa li tolqtok, b'xi mod jew ieħor se toħloq mezz kif tiftiehem.", "Din it-triq tibda min-naħa tan-nofsinhar ta' Pjazza Tiananmen, matul l-assi ċentrali ta' Pekin, u hija twila madwar kilometru.", "L-oriġini ta' din iż-żona popolari tmur lura għaż-żminijiet antiki tad-Dinastiji Ming u Qing, meta dan il-post kien diġà magħruf għall-fieri tal-lanterni, għat-teatri u għad-djar tat-tè.", "Sfortunatament, fl-1900, dawn l-inħawi ġew maħruqa kompletament meta l-Alleanza tat-Tmien Nazzjonijiet attakkat lil Pekin.", "It-triq preżenti nbniet mill-ġdid u tqassmet f'erbgħa żoni li ġew iddedikati għall-kultura, għall-ikel, għax-xiri u għad-divertiment.", "Infatti, hekk kif toħroġ minn ħanut u tidħol f'ieħor, tħossok bħallikieku sibt ruħek f'xi dinja oħra.", "Ħwienet eleganti li jbiegħu ġojjelli u ħwejjeġ mill-ifjen issibhom biswit ħwienet aktar sempliċi mimlija bi kwantità kbira ta' oġġetti u suvenirs.", "Ristoranti magħrufa fid-dinja tal-Lvant bħall-Mc Donalds u l-KFC jikkompetu ma' dawk tal-kċina tradizzjonali Ċiniża bħar-ristorant Qianmen Quanjude li hija rinomata ħafna għat-tisjir tal-laħam tal-papra.", "Għal min ma jħobbx jimxi wisq, hemm tramm tiela' u nieżel b'mod regolari ma' din it-triq.", "Iżda jekk trid tassew tgawdi dan il-post, l-aħjar hu li timxi.", "Iż-żona Wangfujing hija famuża ħafna kemm man-nies tal-lokal u kif ukoll mat-turisti minħabba li fiha wieħed isib bosta ħwienet ta' kull xorta matul medda ta' żewġ kilometri.", "Intant, dan id-distrett jifforma wkoll parti mill-istorja taċ-Ċina peress li jmur lura għas-sena 1260.", "Bħat-triq Qianmen, anki hawn wieħed jara taħlita sinifikattiva ta' prodotti tal-Lvant u tal-Punent fejn minbarra ditti popolari li aħna mdorrijin għalihom, wieħed jista' jitpaxxa wkoll bi ħwienet bħal Shengxifu li hu mfittex għall-kpiepel, b'Tongshenghe li hu stabbilment magħruf għaż-żraben, jew bid-dar tat-tè Wuyutai.", "Iżda ċertament f'dan il-lwog, l-aktar parti indimentikabbli huma t-triqat tal-ġnub li spiss ikunu mimlija bin-nies.", "Infatti dan il-post żgur li mhux rakkommandabbli għal min jiddejjaq fil-folol jew għal dawk li l-istonku tagħhom ma jiflaħx wisq.", "Dan għaliex proprju hawnhekk, it-turisti jistgħu jtiegħmu l-għeruq tradizzjonali tal-belt ta' Pekin, partikolarment bl-għażla ta' ikel eżotiku li wieħed isib għall-bejgħ.", "Fil-fatt, inti u miexi f'dawn it-triqat, ma tistax ma tiġix impressjonat bir-riħa qawwija ta' kull xorta ta' tisjir.", "U trid jew ma tridx, tinġibed b'kurżità biex tara x'hemm ħalli forsi dduq xi ħaġa.", "Minn daqshekk, l-għażla hija biss f'idejk għax il-prodotti huma varji mmens.", "Jiddependi biss minn kemm inti avventuruż hekk kif fost l-ikel issib: frott frisk, prodotti moqlijin, kebabs b'kull xorta ta' laħam inkluż dak tal-ħaruf, tat-tiġieġa, tal-majjal, tal-istilla u taż-żiemel tal-baħar, tal-insetti u tad-dud u tal-iskorpjuni ħajjin!", "Jekk dan kollu ma jħajjrikx jew saħansitra jaqtagħlek l-aptit, xorta waħda għandek fejn tintilef fil-ħwienet l-oħra mżejjna bi prodotti varji li juru l-ġmiel tal-kuluri taċ-Ċina.", "F'dan il-post huwa biss int li tagħmel il-limitu ta' kemm u x'tista' tixtri: skont kemm ikollok flus u skont x'jogħġbok.", "Fost il-lista twila ta' prodotti ssib: żraben, affarijiet tal-ħarir, ħwejjeġ, kreazzjonijiet tal-injam u l-bronż, maskri ta' kull tip, ġugarelli u kwantità bla tarf ta' suvenirs.", "Tant hemm x'tara f'dan il-post, li żgur li ma tinsih qatt il-ħin li tqatta' fih.", "It-triq Nanjing – Shanghai", "Shanghai hija belt għal kollox differenti minn Pekin u dan huwa evidenti ħafna hekk kif tibda miexi fit-triq Nanjing.", "Maħsuba li hija l-eqdem triq li ġiet iddedikata għan-negozju fiċ-Ċina, il-mijiet ta' ħwienet matulha fuq kull naħa, jibqgħu sejrin għal madwar ħames kilometri.", "Hawnhekk il-ħajja hija aktar rikka u dan jidher mill-ħwienet b'ditti lussużi ferm bħal Dior, Chanel, Armani, Prada u Calvin Klein.", "Bil-vetrini tagħhom armati bi prodotti modernissimi u pjuttost għaljin, dawn il-ħwienet erħielhom jikkompetu bejniethom biex jattrattaw kemm jistgħu mill-kwantità kbira ta' nies li kuljum tmur tippassiġġa fl-inħawi.", "Infatti, apparti li hija magħrufa għax-xiri, din it-triq hija popolari kemm man-nies tal-lokal u kif ukoll mat-turisti għall-kultura moderna li kapaċi toffri Shanghai.", "Fl-għaxija, it-triq ta' Nanjing tagħni ruħha b'atmosfera pjuttost spettakolari billi diversi ħwienet u binjiet għoljin ikunu mixgħula b'ħafna dawl.", "Dan il-bazaar jinstab ħdejn il-Ġnien Yuyuan.", "Il-ġmiel tiegħu qiegħed fl-arkitettura mibnija b'injam skur u bi stil tradizzjonali.", "Barra minn hekk f'dan is-suq, wieħed isib diversi ħwienet ta' snajja' antiki li jkunu qed ibiegħu prodotti distinti fosthom: oġġetti maħduma mill-ħarir, illustrazzjonijiet ta' artisti folkloristiċi, xogħolijiet u għodda tal-kalligrafija, xogħol tal-bamboo u l-injam, affarijiet tal-bronż, settijiet tat-tè tal-porċellana, ġojjelli maħduma mill-", "u perli mill-għadira Taihu.", "Suq tal-ikel f'Shanghai", "Waqt li nkun imsiefra, napprezza ħafna dawk il-mumenti meta jirnexxieli niskopri xi post li ma jkunx ippjanat fil-programm.", "Hekk ġara meta ġurnata minnhom tlabt lill-gwida biex jeħodna f'xi lwog fejn stajna nosservaw aktar mill-qrib il-ħajja ta' kuljum tan-nies tal-lokal u dan ġibidna 'l ġewwa lejn xi triqat inqas ċentrali ħalli nżuru suq tal-ikel li jinqdew minnu l-familji ta' Shanghai.", "Mill-ewwel laqgħatna l-kuntrast bejn l-atmosfera sempliċi ta' dan is-suq u l-isfond sofistikat tal-bini għoli u modern, tipiku ta' din il-belt.", "Hawnhekk il-prodotti kienu rranġati mal-art, fil-kaxxi jew fil-gaġeġ u l-bejjiegħa erħielhom jgħajjtu biex isejjħu l-klijenti jew biex jikkustinjaw magħhom fuq xi prezz.", "Anki f'dan il-post, is-sensi tagħna ġew invażi minn għadd ta' attivitajiet, irwejjaħ u ħsejjes.", "Kien hemm minn kollox għall-bejgħ fosthom ħaxix, frott, ħut, granċijiet, frott tal-baħar, weraq tat-tè, bajd ta' diversi tjur, tiġieġ, sriedak, papri u ikel ta' kull xorta.", "F'gaġġa minnhom, ilmaħna wkoll xi ġriewi żgħar ħelwin u f'qalbna tlabna li min kien ser jixtriehom, riedhom biex irabbihom u mhux biex isajjarhom!", "Bla dubju, wara dawn l-esperjenzi interessanti u vivaċi f'dawn il-ħwienet u s-swieq differenti, nemmen li wieħed ikun qed jitlef ħafna jekk ikun f'dawn l-ibliet u ma jżurx almenu xi wieħed minnhom.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-8 ta' Frar 2015)", "Nanjing", "suq"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-KULURI TAĊ-ĊINA (6 Parti) X'hemm għall-bejgħ"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/04/l-arti-fhajti-nemmen-li-l-arti-titwieled-fik/", "text": ["L-ARTI F'ĦAJTI... nemmen li l-arti titwieled fik!", "L-Għid jgħallimna illi l-ħajja m'għandiex tiġi nterpretata sempliċiment f'termini ta' affarijiet imma f'termini ta' ideali...", "Charles M. Crowe", "Kemm huwa sabiħ li titkellem ma' ħaddieħor u li tisma' l-perspettiva tiegħu!", "Mhux neċessarjament biex tiġi taħsibha bħalu imma aktar biex toħroġ il-possibilità ta' sfumaturi diversi fil-mod kif tħares lejn ċertu sitwazzjonijiet.", "Ikkonfermajt dan mill-ġdid waqt l-intervista ta' dil-ġimgħa meta ltqajt mal-artist Antonio Mifsud.", "Laqagħni ġewwa daru fl-Imqabba, dar antika u ta' karattru mill-isbaħ, imrekkna għall-irdoss tad-dell tal-knisja tar-raħal ċkejken.", "Mill-ewwel ħadni fl-istudio tiegħu, kamra mdaqqsa mimlija bl-aċċessorji kollha li jirrikjedi artist u naturalment anki b'uħud mix-xogħlijiet tiegħu.", "Min jaf kemm jispirak il-karattru waħdieni ta' din id-dar?", "\"Le dal-post ma jagħmillix daqshekk differenza għax fir-realtà aktar nispira ruħi mill-modern.", "Fil-fatt meta nkun nixtieq noqgħod naħseb ftit, nippreferi nintasab għall-kwiet ġewwa l-ambjent modern ta' kafeterija partikolari f'San Ġiljan.", "Meta nkun qed naħdem imbagħad inkun irrid nolqot is-sensi kollha u allura jkolli bżonn: dawl tajjeb, mużika li tispirani, r-riħa taż-żebgħa fil-kamra u materjal tajjeb f'idejja.", "Anki meta nagħmel l-", "esebizzjonijiet tiegħi nkun irrid nara li qed noħloq l-istess effett.", "Għalhekk nagħti ħafna attenzjoni għall-post li nesponi fih, id-dawl kif jaqa' fuq ix-xogħlijiet tiegħi, inpoġġi fwieħa adattata għas-suġġett filwaqt li nagħmel ukoll sfond ta' mużika biex nibni l-atmosfera ġusta.\"", "Tbissimt.", "Ara l-ħajja veru ironika.", "Jiena li noqgħod f'post modern, tgħidx kemm nixxennaq għal dar hekk.", "Letteralment inħoss il-ħitan tagħha jkellmuni.", "Min jaf kemm insawwar stejjer kieku.", "Imma!", "\"Jiena naħdem fuq żewġ stili.", "Hemm l-istil tradizzjonali, jiġifieri l-figurattiv, fejn inti qed tara xi ħaġa u qed tifhem x'inhi għax hi figura imma mbagħad nagħmel ukoll xogħol astratt.", "Togħġobni ħafna wkoll l-iskultura tar-riljiev, speċjalment l-alto-riljiev; meta l-iskultura toħroġ sewwa l-barra minnha nfisha.", "\"Fil-fatt din hija waħda mill-ġlidiet tiegħi għax jiena nemmen illi f'pajjiżna hawn qasma kbira bejn dawk li jaħdmu t-tradizzjonali u dawk li jaħdmu l-modern.", "U dan m'għandux ikun.", "F'pajjiżi oħra din ma teżistix.\"", "Antonio ħa l-formazzjoni artistika tiegħu taħt l-iskultur magħruf Għawdxi, Alfred Camilleri Cauchi.", "\"Missier l-imgħallem tiegħi kien Wistin Camilleri, skultur li għamel bosta xogħlijiet li baqgħu msemmija, fostom il-Monument tal-Mosta.", "Wistin kien jaħdem bi stil tradizzjonali imma meta ibnu Alfred mar", "jistudja barra minn Malta, huwa seta' jara l-kuntrast tax-xogħlijiet moderni.", "Hemmhekk huwa tħarreġ taħt l-iskultur Ingliż Henry Moore, li kien skultur imsemmi ħafna għax-xogħlijiet monumentali astratti tiegħu.", "Kien hawn illi Alfred għaraf illi artist m'għandux jingħalaq biss f'dak li l-aktar jaf jagħmel imma għandu jkompli jesplora anki possibilitajiet oħrajn.", "Jiena nzertajt inħobb kemm il-pittura u kif ukoll l-iskultura.", "Il-pittura togħġobni għax napprezza ħafna l-isfumaturi tal-kuluri imma hija oġġett ċatt.", "L-iskultura tqanqalni għax hija aktar espressiva u tista' tmissha.", "Allura darba staqsejt lill-imgħallem x'kien l-aħjar li nagħmel.", "Qalli inti kapaċi tagħmilhom it-tnejn?", "Għedtlu nippruvaw.", "U hu weġibni mela agħmilhom it-tnejn., Għalfejn għandek tillimita ruħek?\"", "Ix-xogħol proprju ta' Antonio huwa ta' ners fl-ITU fit-taqsima fejn isiru l-operazzjonijiet tal-qalb.", "Xogħol għal kollox differenti mill-arti li tant jgħożż.", "Kelli kurżità kif laqqa' ħaġa m'oħra u jekk dax-xogħol fl-isptar jaffetwax l-arti tiegħu?", "\"Jiena nemmen li l-arti titwieled fik.", "Missieri kien miġbud ħafna lejn il-mużika u kien iħajjarni ħafna biex nitgħallem xi strument imma jien qatt ma ħassejt dik il-ħajra.", "Minflok kont immur nintasab ġewwa l-Knisja tal-Ħamrun u noqgħod ninnota x-xogħlijiet artistiċi li dal-post huwa mogħni bihom.", "Kont nintilef naħseb dwar min għamel dawk ix-xogħlijiet tal-pittura u tal-iskultura.", "Fl-istess ħin kont noqgħod nimmaġina li kieku jien kif kont nagħmilhom.", "Imbagħad kont immur noqgħod inħażżeż u npinġi dak li nkun rajt u mmaġinajt.", "Aktar tard, meta kont qed nistudja ġewwa s-Seminarju, iltqajt ma' Ġorġ Mallia li kien jgħallimni l-Ingliż u l-arti.", "Ġorġ spirani ħafna f'ħajti speċjalment meta kien isejjaħ lill-istudenti biex ipinġu xi ħaġa fuq", "il-whiteboard u mbagħad hu jkompliha u joħroġ minnha xi cartoon partikolari.", "Niftakar illi meta urejtu xi tpinġijiet minn tiegħi kien ħajjarni ħafna biex inkompli f'dan il-qasam.", "Madanakollu, meta ġejt biex nagħżel is-suġġetti li kellhom iwassluni għall-karriera tiegħi, ħafna qatgħuli qalbi għax saħqu illi bl-arti ma tiekolx!", "U għalhekk għażilt suġġetti oħra li permezz tagħhom illum naħdem bħala ners.", "Ix-xogħol tiegħi mhux wieħed faċli għax tara ħafna ma' wiċċek.", "Min-naħa l-oħra huwa wkoll xogħol li jagħtik sodisfazzjon kbir fejn inti tara bniedem dieħel stendut u wara ftit tal-ġranet, tarah ħiereġ il-barra fuq saqajh.", "Imma xorta waħda, għalkemm ir-rata ta' suċċess illum hija kbira ħafna, jiġu każi meta pazjent ikun qed imut u ma tkun tista' tagħmel xejn aktar biex issalvah.", "F'dawn il-mumenti inti trid tkun ta' sostenn għall-membri tal-familja tiegħu.", "U jekk martu għamlet 12-il siegħa tibki, inti qed taraha u ma tistax ma tħoss xejn.", "Għalija ż-żewġ xogħolijiet huma kompletament separati.", "Jiġifieri jekk jiena nara xi pazjent imut, m'inix sejjer id-dar u npinġi stampa sewda.", "Però indirettament taffetwa ruħek, trid jew ma tridx.", "L-espressjoni ta' wġiegħ fuq wiċċ dik il-mara, per eżempju, ma tista' qatt tinsiha u b'xi mod toħroġ xi darba f'xi xogħol artistiku tiegħek.", "Bħala ners, jiena naħdem għal siegħat twal ħafna.", "Ma nistax nimmaġina kif ngħaddi li kieku ma jkollix parti oħra f'ħajti, għal kollox differenti mill-bqija, sabiex inneħħi l-istress li jinħoloq ġewwa fija.\"", "Għalkemm missieru kien ipprova jħajjru għall-mużika u ma rnexxielux, kien proprju permezz tiegħu li Antonio ltaqa' mal-iskultur Alfred Camilleri Cauchi", "\"Dak iż-żmien kont għadni student l-università qed nattendi għall-kors tan-nursing.", "Ġurnata minnhom missieri ġie lura d-dar minn wara x-xogħol u qalli \"Taf għand min mort illum?", "Għand l-iskultur l-", "Għawdxi!", "Għand dak trid tmur.\"", "U jien ħadtu biċ-ċajt u weġibtu li moħħi għandu dak.", "Imma missieri li ormaj kien intebaħ kemm jiena kont inħobb l-iskultura u t-tpinġija wegħedni li xi darba jeħodni miegħu s'għandu.", "U hekk għamel!", "Miegħi ħadt xi xogħol milli kont għamilt id-dar għax jien qatt ma kont mort nitgħallem l-arti mkien.", "Alfred laqagħni b'ġentilezza kbira u meta raha xogħli, minflok qalli \"tajjeb imma fadallek\", stedinni biex nibda mmur għandu sabiex hu jkun jista' jgħallimni u jikkoreġini aħjar.", "Kienet opportunità tad-deheb u naturalment aċċettajt.", "L-imgħallem ħa pjaċir ħafna meta għedtlu li kont qed nistudja l-mediċina għax hu jenfasizza ħafna dwar il-perfezzjoni tal-anatomija fl-iskulturi tiegħu.", "Għall-bidu beda jqabbadni nagħmel il-kartapesta, b'kolla tinten mewt li r-riħa tagħha ma tkun tista' tneħħiha b'xejn minn ma jdejk!", "F'qalbek, ta' żagħżugħ li tkun tibda tgħid dan x'xogħol hu?", "Jien xi statwa ridt nagħmel.", "Imbagħad beda jafdani nixkatla xi ħaġa żgħira jew niżbogħ x'imkien.", "Iżda għaddej tagħmel l-istess ħaġa ġurnata sħiħa tibda tiddejjaq u tistaqsi imma x'jiena nagħmel hawn eżatt?", "Fir-realtà hu jkun qed jagħik dan biex jgħarblek u biex jikkonferma kemm inti interessat filwaqt li inti tkun qed titgħallem is-sengħa pass pass.", "Ngħidu aħna, jekk inti qiegħed tixkatla, fl-istess ħin tkun qed tara l-istatwa kif inhi magħmula u tħossha taħt idejk ħalli inti meta l-quddiem tmur taħdem it-tafal, idejk ikunu diġà draw il-proporzjonijiet korretti.", "Kien jeħodni wkoll miegħu biex ngħinu waqt li jkun qed jaħdem fuq xi xogħol fuq barra.", "Mhux l-ewwel darba li kont nintefa' ħdejh naħsillu l-pniezel waqt li qed jaħdem u fl-istess ħin inkun qed nixrob dak kollu li jkun qed jagħmel.\"", "Kemm jiswa li titħarreġ b'dan il-mod?", "\"Permezz tal-imgħallem tiegħi jiena tħarriġt f'dis-sengħa bħal kif kienu jagħmlu fiż-żminijiet l-antiki, ta' żmien Mikelanġelo.", "Issa ilni 14-il sena taħt il-gwida tiegħu u għadu jagħtini l-pariri fuq xogħli sal-ġurnata ta' llum għax taf kemm taf f'dawn l-affarijiet, qatt mhu biżżejjed.", "Min jaf kemm rajt tfal u żgħażagħ ġejjin biex jidħlu miegħu bħala apprendisti u Alfred jilqagħhom bil-qalb biex wara ftit jgħibu.", "Tiskanta kemm hemm min m'għandux dik il-paċenzja u s-sabar biex jitgħallem bil-mod u jkun irid imidd idu mill-ewwel għax-xogħol tal-istatwar.", "Xi ħaġa mpossibbli, jekk trid tagħmel xogħol veru professjonali.", "Meta tistudja, inti tkun aktar komplet għax anki żball ma tibqax fih.", "Ma tistax tgħid ngħidu aħna, jiena m'inix kapaċi npinġi figura u allura ser nintefa' fuq l-astratt.", "Trid titgħallem kollox, ħalli mbagħad", "wara tagħżel int. Hemm diversi regoli li tkun trid titgħallem bħal proporzjon tal-figura u l-kejl u l-forma tagħha, l-anatomija tal-bniedem u ċ-ċaqliq u l-pożizzjonijiet tal-muskoli, is-sistema ta' kif jinħadem wiċċ, kif tiżbogħ u kif tħallat il-kuluri.", "Għal kontra ta' kif jaħsbu x'uħud, il-kuluri ma ssibhomx lesti, la kemm tpinġi bihom.", "Hemm sistema partikolari li normalment tkun sigrieta u jkun f'idejn l-imgħallem li jgħaddihielek.", "Fil-fatt il-kulur ikun trab u int trid iddewwbu u timmaċinah u mbagħad tħalltu biż-żejt u l-verniċ sakemm toħroġ l-iskali diversi tal-kulur li trid.", "L-arti għalkemm tinvolvi l-muża tal-artist, għandha r-regoli tagħha bħal kull ħaġ'oħra u ma tagħmiliex biss kif togħġbok jew ma togħġbokx.", "Meta tibda taħdem l-arti, tibda tiltaqa' mal-problemi u trid issib mezzi kif issolvihom.", "Per eżempju meta jvarjalek il-materjal kif ser tkompli taħdem?", "Affarijiet li ġġibhom biss bl-esperjenza, m'hemmx mod ieħor.", "U mbagħad hemm il-kreattività fejn inti ma tridx tikkopja lil ħaddieħor.", "Mhux ma tinfluwenzax ruħek għax dik impossibbli imma jekk ser toħroġ għall-pubbliku trid tipprova toħloq kunċetti ġodda u oriġinali.\"", "Fil-fatt Antonio jagħmel xogħol astratt tassew partikolari fejn iħallat l-istruttura flimkien mal-pittura.", "\"Dan hu timbru tiegħi; xogħol astratt li ħriġt bih u li dwaru kelli rispons tajjeb ħafna mill-pubbliku.", "Fir-realtà l-arti astratta kulħadd jinterpretaha kif irid.", "Personalment l-għan prinċipali tiegħi dejjem ikun li permezz ta' xogħli noħloq ċertu emozzjoni.", "Inkun irrid ukoll li noħloq dik l-armonija bejn il-kulur u n-nisġa tal-ġebla.", "'The Cry Over Betlehem' huwa wieħed minn dax-xogħlijiet li kien għall-qalbi ferm u li nbiegħ.", "Fih nissilt l-art bil-ġebel li hija Betlehem u mbagħad imdawwrin magħha hemm il-kuluri blu u abjad li", "jesprimu l-mistiċità tal-lejl ta' meta twieled Sidna Ġesù.", "Iżda f'dak iż-żmien ħafna jinsew li kienet seħħet traġedja kbira – il-mewt tal-innoċenti.", "U allura biex nirrakkonta dan, daħħalt il-kulur aħmar fuq in-naħa ta' fuq u isfel li jirrappreżentaw il-qilla ta' Erodi u l-mewt tal-innoċenti li ħonqu dak il-lejl.\"", "Antonio beda jurini bosta mix-xogħlijiet tiegħu bi stili differenti.", "\"Dan ix-xogħol tal-alto-riljiev li jġib l-isem 'Natività' kiseb it-tieni premju f'kompetizzjoni mnhedija bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja u xi pajjiżi mill-Lvant Nofsani", "fostom Betlehem.", "Flimkien ma' Aaron Camilleri Cauchi, ġejt mistieden mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju sabiex intella' xogħol minn tiegħi.", "Kien hemm tliet kategoriji: skultura, arti presepali u ikoni.", "Ġew ippreżentati 380 biċċa xogħol b'kollox.", "Bi pjaċir ngħid illi x-xogħol ta' Aaron ġie l-ewwel u tiegħi t-tieni fil-kategorija tal-iskultura.", "Ġejna mistiedna fi Brussell biex niġbru l-premju u hemmhekk għaraft il-kobor tagħna l-Maltin fejn aħna wrejna li aħna kapaċi daqs l-artisti barranin.\"", "Jinbidel xi ħaġa fik meta tirbaħ premju ta' dan il-kalibru?", "\"Jekk tirbaħ premju u tieqaf hemm tkun ktibt il-kundanna tiegħek.", "Ovvjament tieħu pjaċir li xogħlok ġie tant apprezzat imma jien il-ħin kollu għaddejjin it-terremoti f'moħħi biex nara x'ser nivvinta ġdid.\"", "Minbarra mill-istil modern, Antonio jispira ħafna ruħu wkoll mill-poeżiji taz-ziju ta' missieru, Achille Mizzi.", "Iżda ċertament ċertu xogħlijiet juru wkoll l-effett li ħalla fuqu inċident personali...", "\"Iva, il-qari tal-letteratura tagħtini bosta ideat.", "Naturalment anki dak li tgħaddi minnu f'ħajtek jinfluwenzak.", "Xi ftit tas-snin ilu esperjenzajt mumenti diffiċli mhux ħażin meta wara ġurnata xogħol f'xemx", "qalila, nħarquli ċ-ċelloli fuq naħa minnhom tal-ġilda ta' wiċċi u sofrejt feriti daqs li kieku kont inħraqt bin-nar.", "Akkost li m'inix xi bniedem vanituż, din li tmur tħares fil-mera u tara wiċċek differenti, tqanqallek ċertu emozzjonijiet fik.", "U għalkemm iż-żmien iderri, donnu l-marka tibqa' f'ħajtek għal dejjem u b'effett ta' dan ġieli noħloq xogħlijiet simboliċi.", "Każ minnhom huwa dan il-bust li għandu nofs wiċċu mtajjar.", "Kien xogħol li esebejt waqt il-wirja tiegħi 'Anima' li kienet titratta l-fużjoni bejn ir-ruħ u l-ġisem.", "Jirrappreżenta r-ruħ li qed tinħoloq.\"", "L-arti nfisha tikkonsisti f'diversi oqsma u għandha ħabta tifrex dawn il-friegħi tagħha f'qalb l-artist u tħajjru jimraħ f'oqsma oħra.", "Fil-fatt Antonio huwa wkoll imħarreġ fit-teknika tal-kamera u l-produzzjoni televiżiva.", "Xogħlijietu jinkludu diversi dokumentarji, bl-aktar wieħed magħruf fostom huwa l-programm 'Bottega' illi fl-2007 ġie nnominat fil-kategorija 'Best Documentary' fil-Malta TV Awards.", "\"F'dan il-programm jiena tkellimt dwar numru ta' artisti Maltin li wħud minnhom, għalkemm qed jagħmlu xogħol validu ħafna, ftit nies jafu bihom.", "Din hija xi ħaġ'oħra li tkiddni – in-nuqqas ta' għarfien dwar l-arti u l-artisti tagħna.", "Nibda billi nsemmi l-iskejjel u nistaqsi kemm qed inħarrġu lill-istudenti tagħna fl-apprezzament tal-arti?", "Lit-tfal ta' llum issemmilhom artisti kbar bħal Giuseppe Calì, Antonio Sciortino, Emvin Cremona u Anton Inglott u jibqgħu ċċassati lejk, lanqas biss jafu min huma!", "Aħseb u ara kemm jafu b'artisti oħrajn, mhux daqshekk magħrufa imma li taw jew qed jagħtu kontribut kbir lill-pajjiżna bħal Giuseppi Briffa, Lazzru Pisani, Anton Calleja, Andrew Micallef, Pawlu Camilleri Cauchi u Luciano Micallef.", "Nistagħġeb kif ma nagħrfux ix-xogħol li qed jagħmlu dawn in-nies?", "Kif ma nagħtuhomx kreditu li dawn qed jagħmlu xi ħaġa differenti?", "Għala għax jien artist irrid ningħalaq hawn bilfors u noħroġ darba f'mitt sena, meta jkollhom pjaċir jistednuni, f'xi esebizzjoni kollettiva?", "U mbagħad tmur u ma trid xejn biex ħadd ma jkellmek, kulħadd qisu l-imġebbed u ħadd ma jistaqsik xejn dwar xogħlok!", "Interazzjoni ta' xejn.", "Għala ma teżistix xi fora bejn l-artisti sabiex jaqsmu l-ideat bħal kif jagħmlu l-kittieba?", "Għaliex nagħmlu n-Notte Bianca darba f'sena, nitfgħu kollox f'daqqa u fil-verità ħadd ma jkollu ċans jara xejn?", "Ninkedd sew meta nara dan l-atteġġjament għax hija ħasra kbira meta ngħixu f'pajjiż li letteralment qisu palk naturali.", "Ġieli nistaqsi lili nnifsi imma jien x'qed nagħmel naħli ħini hawn?", "Poplu li sikwit iġib", "ruħu bħan-ngħaġ ta' Bendu; kulħadd jikkopja lill-ieħor u ħadd ma jrid joħroġ b'ideat ġodda.", "Għandi ħafna ideat u proposti li wieħed jista' jisfrutta.", "Nibda billi nsemmi l-ħafna postijiet kbar u maestużi li għandna magħluqin u mkissrin – għaliex m'aħniex nużawhom?", "U mbagħad insemmi l-proposti tal-Belt.", "Irridu nagħmlu teatru miftuħ meta diġa għandna wieħed f'Ta' Qali u ma nużawhx; minflok tgħallimna mill-iżball, ser nagħmlu ieħor!", "Imma kif ma nitgħallmux f'dan il-pajjiż?", "Fi żmien il-kavallieri nqdew bi Ġlormu Cassar.", "Allura aħna għala kellna mmorru għall-barrani?", "Għandna università tospita daqs dawk studenti lokali.", "Għandna tant periti ggradwati.", "Possibbli ma kienx hawn Malti wieħed tajjeb biżżejjed biex jaħdem hu?", "Il-Malti għandu l-bini ta' pajjiżu f'demmu u hu dan il-bini jaf x'ifisser għall-poplu tagħna.", "Meta tiddisinja xi ħaġa bħal dik tkun qed tagħmilha għal kulħadd u għalhekk trid tara li toħloq xi ħaġa permanenti li ser tintogħġob minn kulħadd.\"", "Kien jidher biċ-ċar ħafna li l-arti tqanqlu ħafna lil Antonio.", "Domna sewwa niddiskutu u fl-istess ħin skoprejt kemm dan l-artist għandu aktar xogħlijiet fostom 'Nativity' li ġiet akkwistata u qegħdha esebita b'mod permanenti ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, il-bust ta' Sammy Calleja li jinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta u xi pitturi astratti li qegħdin ġewwa sptar privat.", "Kelma ġġib lill-oħra u f'ħin minnhom Antonio qalli illi dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid huma l-isbaħ ġranet tas-sena għalih.", "Mhux l-ewwel darba li smajt min jgħidli dan u emmnuni nsibha diffiċli biex nifhem kif jista' jogħġbok iż-żmien meta jmut Kristu...", "\"Forsi għax jien norbot ħafna affarijiet ma' dawn il-ġranet.", "Ma narax il-mewt ta' Kristu biss imma nesplora għaliex twieled, il-ħidma tiegħu kollha u naqra wkoll numru ta' kotba teoloġiċi.", "Jiena bniedem li", "nemmen li l-affarijiet ma jsirux b'kumbinazzjoni u naħseb illi dawn il-ġranet għandhom skop ukoll.", "Jiġu fi żmien meta l-fjuri jibdew jinbtu, il-ġurnata titwal aktar u jkun hemm ċertu atmosfera fl-arja fejn kollox qisu qed jieħu l-ħajja wara d-dlamijiet tax-xitwa.", "Għalhekk jogħġobni dan iż-żmien u letteralment nieqaf minn ħidmieti għal ġimgħa sħiħa sabiex niddedikaha kompletament biex noqgħod indur u nifli x-xogħlijiet fil-knejjes u noqgħod nirrifletti għall-kwiet.", "Għalija din hija ġimgħa sagra.", "Imbagħad hemm affarijiet oħra sinonimi ma' dan iż-żmien bħall-marċi funebri u l-ilħna ta' Ġorġ Peresso u ta' Charles Abela Mizzi li mdorri nisma' sa minn meta kont żgħir.", "Jista' jkun li napprezza dawn il-ġranet daqshekk għax jien dilettant u għax inħobb ukoll naħdem l-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira.", "Jiena per eżempju ma nifhimx xi pjaċir jieħdu dawk li jaħdmu n-nar.", "Imma dawn jgħidulek illi anki r-riħa tal-murtali tagħtihom pjaċir.", "U jien l-istess f'dan il-qasam.", "Mur ifhem imma dik hija ħajti!\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-4 t'April 2010)", "Charles Abela Mizzi", "Gimgha l-Kbira", "Ġorġ Peresso", "Għaqda Hbieb tal-Presepju", "Imqabba", "stil tradizzjonali", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "L-ARTI F'ĦAJTI... nemmen li l-arti titwieled fik!"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/01/kliem-mehud-mill-ingliz-fid-dizzjunarju-mill-malti-ghall-ingliz-ta-v-busuttil-1900/", "text": ["https://kliemustorja.com/k", "KLIEM MALTI MEĦUD MILL-INGLIŻ", "kif misjub fid-", "Dizzjunarju Malti-Ingliż,", "ta' Vincenzo Busuttil (1900).", "Mitt sena minn meta l-Ingliżi rifsu Malta, l-influenza Ingliża fuq l-ilsien Malti kienet bil-kemm bdiet.", "Apparti il-ftit mijiet, ma kienx hawn wisq Maltin li kienu kapaċi jitkellmu u jiktbu bil-lingwa Ingliża.", "Il-maġġorparti ta' dawk li kellhom tagħlim ta' livell terzjarju, bħal tobba, avukati, nutara u qassisin, kienu bbażaw l-edukazzjoni tagħhom fuq l-ilsien Taljan.", "Tmenin fil-mija tal-poplu kien għadu illiterat.", "Biss xi kliem, aktarx militari u tekniku beda bil-mod il-mod dieħel fost il-Maltin, l-aktar fost dawk li kellhom x'jaqsmu, minħabba x-xogħol tagħhom, mal-militar u n-Navy Ingliżi.", "Meta qallibt fid-dizjunarju ta' Vincenzo Busuttil, mit-tletin elf kelma li hemm imfissra, sibt biss madwar għoxrin kelma li jidhru li daħlu mill-Ingliż.", "Fost dawn hemm xi wħud li verament setgħu anki daħlu mit-Taljan jew mill-Franċiż.", "Ara daqsxejn dawn il-kliem li sibt....", ") Mil Milorda Munitur (It?) obelisque overall (i)ppleġġia revolver screw telegraph (It?) termoskopju (It?) termopila (It?) tirabuxu (F)", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-01T20:20:16+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Kliem mill-Ingliż fid-'Dizzjunarju mill-Malti għall-Ingliż', ta' V. Busuttil (1900)."} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/28/l-inglizi-fmalta-fis-seklu-19/", "text": ["ara wkoll:", "Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Mal-iffirmar tal-kapitulazzjoni tal-Franċiżi, fil-5 ta' Settembru tal-1800, bejn il-Ġeneral Pigot u l-Kaptan George Martin, għan-naħa tal-Ingliżi, u l-Ġeneral Vaubois u l-Ammiral Villeneuve, għan-naħa tal-Franċiżi, il-bandiera Ingliża ttelgħet fuq Bieb il-Bombi, il-Furjana.", "Il-mexxejja Maltin li kienu ħaduha kontra l-Franċiżi waqt l-Imblokk, xtaqu li l-Ingliżi jibqgħu hawn għaliex dawn setgħu joffru lill-gżejjer Maltin l-protezzjoni tagħhom biex b'hekk, la l-Ordni, la l-Franċiżi u lanqas ir-Re Burboniku ta' Napli ma jieħdu l-Malta taħt idejhom.", "Dawn il-Maltin fittxew l-istabilità u s-serħan il-moħħ li setgħu jgawdu taħt il-monarkija Ingliża.", "Din ix-xewqa l-Maltin stqarrewha fid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet li għamlu fis-sena 1802.", "Il-politiċi u l-militar Ingliżi bdew jirrealizzaw kemm Malta kienet ta' importanza strateġika għalihom minħabba l-qagħda ġeografika tagħha, fi żmien meta l-Inglilterra kienet għadha fi gwerra twila kontra Franza, u riedet tipproteġi l-interessi tagħha fil-Mediterran.", "L-Ingliżi bdew jużaw il-Malta anki fil-kummerċ tagħhom.", "Dan il-kummerċ tant żdied, li biex nagħti eżempju, fis-sena 1812 daħlu mat-3000 bastiment fil-portijiet Maltin.", "Finalment, fit-Trattat ta' Pariġi tal-1814, l-Ingilterra ddikkjarat formalment li se żżomm lil Malta biex tamministraha bħala '", ".", "B'hekk bdiet epoka ġdida, fejn issa l-Maltin saru sudditi Ingliżi.", "F'Malta baqgħu stazzjonati eluf ta' suldati ta' diversi riġmenti, u magħhom bosta uffiċjali amministrattivi.", "Ma' dawn kien hemm eluf ta' baħrin ġejjin u sejrin.", "Apparti minn hekk, inħoloq reġiment Malti fi ħdan l-armata Ingliża.", "Bosta Maltin bdew jagħmlu kull tip ta' xogħol għal-militar u għal-flotta Ingliża.", "Konsegwentament, l-artiġjana, l-aktar dawk tal-Kottonera u l-Belt Valletta, bdew igawdu minn xogħol u dħul kummerċjali qawwi.", "Biss xorta waħda kien hawn ħafna foqra fit-toroq, anzi aktar minn qatt qabel.", "Kontra dak li għamlu l-Franċiżi qabilhom, l-Ingliżi dejjem ippruvaw iżommu r-relazzjonijiet tajba mal-Maltin, l-aktar billi nħabbu kemm felħu mal-Isqof ta' Malta.", "Kienu jafu li dan kien mhux biss il-mexxej spiritwali tal-Maltin, maħbub mill-poplu Malti kollu, iżda kien l-aktar persuna influenti li kien jikkmanda il-ħsieb u l-aġir tal-poplu kollu.", "Biss, mhux kulħadd kien kuntent kif Malta kienet amministrata.", "Bosta kienu dawk il-Maltin li xtaqu li waqt li Malta tibqa' kolonja Ingliża, il-Maltin kellu jkollhom ir-rappreżentati tagħhom biex jissuġġerixxu ħsibijiethom lill-Gvernatur kif imexxi l-affarijiet interni bl-aħjar mod.", "Fis-snin għoxrin tas-seklu dsatax George Mitrovich, neguzjant, u Camillo Sciberras, iben tal-familja nobbli Sciberras Testaferrata, ħolqu l-", "bl-iskop li dan jistinka biex il-Maltin ikollhom sehem fl-amministrazzjoni pubblika.", "Fl-aħħar, fis-sena 1835, intbagħtet kummissjoni minn Londra biex tistudja l-qagħda ġenerali tal-Maltin, u fl-1836 intlaħaq ftehim biex ikun maħtur grupp ta' nies prominenti, li seta' li jirrappreżenta l-interessi tal-Maltin mal-Gvernatur Ingliż.", "Fl-1849, wara ħafna battibekki, inħolqot kostituzzjoni, fejn il-kunsill amministrattiv seta' wkoll jipproponi u jivvota liġijiet u proġetti ġodda.", "Fost dan il-kunsill ta' tmintax, bosta minnhom Maltin, kien hemm tmien rappreżentanti eletti minn sezzjoni żgħira tal-poplu, li kienet tlaħħaq mal-4,000 ruħ.", "Dawk eletti kienu mill-qasam tal-kummerċ, in-nobbiltà, mill-kleru u nies prominenti oħra li kellhom il-proprjetà.", "L-oħrajn kienu magħżula mill-Gvernatur innifsu, u fost dawn kien hemm il-Kap Kmandat tal-forżi armati Ingliżi f'Malta.", "Intant, Il-kummerċ f'Malta baqa' jgawdi biss, kemm-il darba l-Gran Brittanja kienet tibgħat il-flotta tagħha fil-Mediterran f'manuvri militari u navali.", "L-aktar meta l-Ingilterra kien jinħtiġilha tintervjeni bil-qawwiet tagħha.", "F'każ bħal dan, kienu jiżbarkaw f'Malta eluf ta' suldati u baħrin li kienu jiġġeneraw kummerċ kbir.", "Eżempju ta' dan, insemmu meta l-Ingliżi kienu qed jiġġieldu fil-Krimea (1854 – 1856).", "Fis-sena 1869, infetaħ il-Kanal tas-Swejz, u dan kabbar it-traffiku tal-bastimenti fil-Mediterran.", "Issa kien hemm aktar ħtieġa li l-bastimenti Ingliżi jgħaddu mill-Mediterran u jieqfu Malta, aktar u aktar meta bosta bastimenti kienu kienu bdew jaħdmu bil-faħam.", "Minn Malta dawn setgħu jgħabbu l-faħam biex ikomplu fi triqithom lejn id-destinazzjoni aktar il-bogħod.", "Bis-saħħa tal-ftuħ tal-Kanal tas-Swejz, fl-1880 it-tunnellaġġ tal-vapuri li daħlu f'Malta kien żdied għal madwar 5 miljuni minn 1.5 miljun fl-1865.", "Dan it-tunnellaġġ kien isarraf 'il fuq minn 2000 bastiment tal-qlugħ u 3000 vapur li jaħdem bl-istim.", "Fl-1877 waslet kummissjoni oħra biex tistudja l-qagħda ġenerali fil-pajjiż.", "Din il-kummissjoni studjat l-aktar il-problemi amministrattivi u dawk tal-edukazzjoni tal-Maltin u tat ħafna rakkomandazzjonijiet.", "Fost affarijiet oħra, din il-kummissjoni saħqet li wieħed mill-aħjar modi li l-Maltin setgħu jimmeljoraw l-għajxin tagħhom kien billi titjieb is-sistema tal-edukattiva.", "Biex dan iseħħ kien jeħtieġ li l-Ingliż jingħata l-prominenza li kien jistħoqqlu, l-aktar fl-iskejjel elementari, u t-Taljan ikun mgħallem bħala lingwa sekondarja.", "Dan kien argument validu minħabba li issa, ħafna bdew jaħdmu mas-servizzi Ingliżi.", "Biss din ir-rekomandazzjoni sabet oppożizzjoni kbira minn bosta membri tal-Kunsill Leġislattiv.", "Qam disgwid kbir u l-kunsilliera malajr inqasmu f'żewġ fazzjonijiet, dawk favur u dawk kontra dawn il-proposti.", "Dik il-fazzjoni li kienet favur ir-riformi ssuġġeriti mill-Kummissjoni bdew jissejħu r-'Reformisti'.", "Dawn kienu mmexxija minn Sigisimondo Savona.", "Dawk li kienu kontra r-riformi proposti kienu jissejħu 'Anti-reformisti', immexxija minn Fortunato Mizzi.", "Wara li nbidlet il-kostituzzjoni fl-1887, il-kunsill kien magħmul minn politiċi li issa kienu eletti minn elettorat aktar estensiv.", "Din il-kostituzzjoni kienet ikkunsidrata bħala wisq aktar demokratika u rappreżentattiva minn dawk ta' qabel.", "Naturalment xorta waħda l-Gvernatur kellu d-dritt tal-aħħar kelma, kemm-il darba il-vot tal-membri ma kienx ikun aċċettabli għar-Renju Unit.", "Din il-kostituzzjoni baqgħet isservi bħala bażi li biha l-Kunsill ħadem għal ħafna snin.", "Biss mat-tmiem tas-seklu dawn il-kunsilliera kienu mifrudin l-aktar fil-kwistonji tal-lingwa.", "Il-pika bejn iż-żewġ fazzjonijiet kibret tant li issa inħolqu sitwazzjonijiet fejn l-Gvernatur beda jgħaddi liġijiet kif kien jara hu.", "Kienet il-kwistjoni tal-lingwa u l-vot tal-fondi għal-edukazzjoni fl-1903 li ġiegħel il-Gvernatur, Sir Charles Mansfield Clarke u lis-Segretarju tal-Kolonji, Joe Chamberlain, li jissospendu l-kostituzzjoni u jintroduċu oħra bl-istess forma li kienet teżisti qabel, jiġifieri dik tal-1849.", "F'din is-sitwazzjoni bosta mill-politiċi Maltin ma riedux jagħmlu parti mill-Kunsill Amministrattiv b'turija ta' protesta, u b'hekk il-Gvernatur kellu miegħu biss politiċi magħżula minnu.", "Dan l-istat ta' fatt baqa' sal-1921, fejn wara bosta negozjati u inkwiet, (l-inċident tas-", "), fl-aħħar Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida u nħoloq l-ewwel gvern awtonomu Malti.", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-04-28T17:03:47+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-Ingliżi f'Malta fis-seklu 19."} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/11/02/agriculture-in-malta-in-the-early-19th-century-a-detailed-account-by-d-miege/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Water mills", "sienja", "qana", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-11-02T21:23:53+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "AGRICULTURE in MALTA in the early 19th CENTURY – A detailed account by D. Miége"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/07/23/statue-of-st-lawrence-is-returned-to-birgu/", "text": ["(dgħajsa)", "ħen is-Sewwa", "San Lawrenz taċ-Ċorma", "Il-Berqa", "Għandu mnejn jinteressak ukoll dan l-artiklu..", "https://kliemustorja.com/2019/05/29/il-birgu-post-tajjeb-ghal-loghob-tat-tfal/"], "date": "2019-07-23T10:28:47+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Statue of St Lawrence is returned to Birgu"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/11/16/l-ismijiet-tal-lokalitajiet-maltin/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Malta u Għawdex huma miżgħuda b'ismijiet imlewna ta' lokalitajiet li bosta drabi jagħtu ħjiel dwar il-karatteristika jew l-oriġini u l-istorja tal-post.", "Hekk biex nagħtu żewġ eżempji ħfief, nifhmu mill-ewwel li l-Mellieħa hi suppost imsemmija hekk għax x'imkien fil-qrib tagħha kien jinħadem il-melħ.", "L-istess għandna nifhmu li f'Ħaż-Żebbuġ u f'Birżebbuġa kienu jitkabbru s-siġar taż-żebbuġ u li x'aktarx hemm kien jintgħasar iż-żejt taż-żebbuġ.", "Insibu ismijiet ta' lokalitajiet li huma marbuta ma' kunjomijiet ta' familji, bħal pereżempju Ħal Balzan, Ħal Lija jew Ħ'Attard.", "Dan jindika li oriġinarjament kienu jgħixu f'dawn l-inħawi familji b'dan l-isem li kellhom l-irziezet tagħhom miġbura qrib xulxin.", "Fil-qrib jew bejn dawn l-irziezet kien ikun hemm il-misraħ (pl. msieraħ) li fl-antik kien il-post komuni fejn dawn il-familji kienu jitilqu l-bhejjem tagħhom.", "Biż-żmien il-kelma misraħ bdiet tfisser, il-pjazza tar-raħal.", "Hemm imbagħad imkejjen fejn isimhom hu marbut ma' xi kappella, bħal pereżempju, Santa Luċija, jew il-Pietà.", "Hemm ukoll akkwati u rqajgħa oħra li huma magħrufa għal xi karatteristiċi mhux daqstant ċari u għaldaqstant isimhom jixraqlu li jkun investigat aktar fid-dettall.", "Insomma, l-istudju tal-ismijiet tal-lokalitajiet – magħruf bħala toponomastika – hu interessanti ħafna.", "Hawn, jien qiegħed nagħti ftit eżempji ta'xi ismijiet ta' lokalitajiet li xi wħud minnhom huma diġà magħrufa, oħrajn mhux daqsant.", "Dawn l-ismijiet jindikaw diversi affarijiet relatati mal-lokalità li msemijin għaliha.", "Il-lista li mhiex kompluta hi mibnija u mqassma skont ċerti kategoriji.", "Rħula bil-prefiss Ħal", "(diminuttiv ta' raħal)", "Dawn huma fost l-eqdem lokalitajiet f'Malta.", "Skont il-ktieb", ", ta' Godfrey Wettinger, insibu daqs 95 ismijiet ta' lokalitajiet li għandhom jew kellhom dan il-prefiss.", "Fost dawn għadhom jeżistu mat-tużżana minnhom, bħal:", "Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ħal Għaxaq, Ħal Lija, Ħal Tarxien, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Għargħur, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Ħal Qormi, Ħad-Dingli, u Ħal Far.", "Ma' dawn inżidu ismijiet ta' akkwati oħra li jindikaw rħula li llum jew għebu jew inkella ġew integrati mar-raħal jew belt l-aktar qrib tagħhom.", "Eżempju ta' dawn insemmu, Ħal Millieri ((ħdejn l-Imqabba, Ħal Lew, (ħdejn il-Qrendi), Ħal Bordi (ħdejn il-Mosta), Ħal-Muxi, (lejn Ħaż-Żebbuġ), Ħal Saflieni, ( 'l isfel mir-Raħal Ġdid).", "Interessanti li bosta minn dawn l-ismijiet kienu u għadhom kunjomijiet komuni.", "Fl-antik dawn kienu anki rreġgistrati fil-kotba notarili bħala", ".", "Hekk għadna nsibu", ".", "Huwa wkoll sinjifikanti li f'Għawdex ma hemm l-ebda raħal b'dan il-prefiss.", "Dan ifisser li l-irħula Għawdxin huma inqas antiki minn dawk Maltin li għandhom il-prefiss Ħal.", "Hekk naħsbu li ż-Żebbuġ ta' Għawdex ma jmurx lura fiż-żmien daqs Ħaż-Żebbuġ f'Malta.", "Ismijiet Għarbin", "Bosta mill-irħula u l-ibliet tal-gżejjer Maltin għandhom isimhom ġej mill-Għarbi.", "Dawn ukoll huma fost l-eqdem lokalitajiet.", "Fost dawn insibu:", "Ir-Rabat (ta' Malta u ta' Għawdex).", "L-Imdina – (L-Għawdxin, anki ċ-Ċittadella għad hemm min jgħidilha l-Imdina).", "L-Għarb – (li jfisser, Il-Punent).", "Fil-fatt dan ir-raħal jinsab fl-aktar parti tal-Punent ta' Għawdex.", "L-Imqabba – Isem li x'aktarx ġej mill-kelma Għarbija,", ", bħal koppla, jew tumbata.", "L-Imsida – post tas-sajd.", "In-Naxxar – x'aktarx laqam ta' xi ħadd li xogħolu kien li jisserra jew jaqta' l-ġebel – l-istess bħal, Munxar.", "Bormla – x'aktarx tfisser Bir Mula, il-wesgħa fejn jirgħu il-merħliet (bur: Ing.", ") (mula, sinjur, bħal meta ngħidu, mulejja – is-sinjur tiegħi).", "Mġarr – Post fejn issib il-miġra, jew in-nixxiegħa tal-ilma.", "Ismijiet relatati mat-Topografija", "Wied il-Għajn; Għajn Dwieli, Għajn Tuffieħa kollha jirriferu għal xi nixxiegħa tal-ilma –", "Gudja (il-ħotba) –", "id-Dukkiena, (blat imtarraġ bħal bank) – l-Imtaħleb (tip ta' ħaxix li bl-Għarbi jew Malti antik kien jissejjaħ tuħlub) – Ġebel San Martin, Ġebel San Ġorġ (Ġebel dejjem tirreferi għal post fl-għoli – Wied Għammieq (wied fertili) – Kordin (isem ta' bniedem, Corradino, jekk mhux qortin, li tfisser għolja li tbatti min-naħa waħda biss) – Borġ", "ġ", ", i/braġ, pl., munzelli tal-ġebel jew giren).", "Fost ħafna daħliet li kienu jservu biex il-baħħara u s-sajjieda jinżlu l-art insibu dan li ġej: il-Marsa – (li tfisser port), Marsamxett, Marsalforn, Marsaxlokk, Marsaskala.", "Hemm ismijiet bħal Il-Qala, ukoll daħla bħal ma hi l-Kalanka li hija daħla żgħira u dejqa, jew il-Marfa fejn id-dgħajjes jittellaw l-art.", "Ismijiet ta' lokalitajiet meħud minn Kappelli –", "San Ġwann Tgħuxa (Bormla – ta' għuxa", "tfisser tat-talb tal-karità /", ")- Sant Antnin (Marskala) – Tas-Samra, (dedika lill-Madonna is-sewda, il-Ħamrun) – Ta' San Ġużepp, (hekk kienet magħrufa Strada Rjali fil-Ħamrun – Il-Minsija – il-Kunċizzjoni (rħajjel li jagħti għal fuq Fomm ir-Riħ – Il-Madliena qrib il-Għargħur – Tal-Pieta'.", "Akkwati fil-Belt Valletta u l-Furjana", "Putirjal (Porta Reale) – l-Arċipiergu (ġabra ta' djar fl-urban) – Id-Dui Balli (fi żmien l-Ordni msejħa, Strada Due Balle), (it-tnejn jinsabu n-naħa ta' isfel tal-Belt) – il-Mandraġġ (in-naħa ta' Marsamxett, fejn l-Ordni pprova jħaffer menqa għax-xwieni).", "Hemm ukoll il-Mandraġġ tal-Birgu – illum dawn it-tnejn saru jfissru kwalunkwe ambjent urban ikrah u skomdu fejn jgħixu l-foqra.", "Il-Biskuttin – skont Temi Zammit dan l-isem ġej minn", ", isem mogħti lil kwantità ta' siġar li kien ppjantati lil hinn mill-Mall, fejn illum hemm il-monument ta' Kristu Re.", "Il-Mall – Il-ġnien immsemmi għal-logħba tal-", "li għaliha kien inħoloq dan il-ġnien li jġib l-istess isem.", "Dan ħallas għalih il-Gran Mastru Lascaris, biex il-Kavallieri jilgħabu din il-logħba fih.", "Il", "fejn il-lagħabi jagħti daqqiet bil-mazza twila fuq il-ballun tal-injam sakemm dan iwasslu ħdejn, u jdaħħlu minn ġo nagħla wieqfa fl-art.", "Il-Kottonera", "'Il ġewwa mis-swar li nbew biex jiffortifikaw it-Tlett Ibliet hemm imkejjen li isimhom jagħti ħjiel tal- storja u l-episodji li għaddew minnhom, bħal pereżempju:", "Bieb is-Sultan (id–daħla ġos-swar ħdejn is-St Edwards College) – Fejn Sabu s-Sinjur (ħdejn", "il-Birgu) – Santa Liena (id-daħla qrib il-fortifikazzjonijiet ta' ġewwa f' Bormla) – Santa Margarita u x-Xgħajra (bejn Bormla u l-Birgu – San Ġwann Tgħuxa, (il-kapella u l-inħawi fuq is-swar tal-Kottonera) – Fuq il-Ħawli, (art għolja qrib id-De La Salle College), id-Dawra tal-Isptar (l-isptar kien fejn illum hemm is-St Edwards) – il-Fortini, (imsemmi għal xi fortizza żgħira (?) – Fuq San Pawl (akkwati f'Bormla fejn hemm knisja żgħira ddedikata lil dan il-qaddis).", "U xi ngħidu għall-isem ta' L-Isla.", "Ħafna jemmnu li dan l-isem ġej minn", "gżira.", "Imma ngħid jien, fejnha din l-gżira.", "Naħseb li hawn irridu nsibu raġuni oħra għal dan l-isem.", "Jien nemmen li fil-mapep kien jinkiteb l-Isla flok", ", għax din kienet kelma twila wisq biex tidħol mrassha fuq mappa żgħira.", "Jew hekk, jew inkella l-isla hi kelma li fl-antik minsi kien ifisser l-istess bħal 'ilsien' (tal-art maħruġa 'l barra).", "Bliet intotalati mill-Gran Mastri", "Ħaż-Żabbar (", ") – Żejtun (", ") – Siġġiewi (", "), Żebbuġ (", "), Birgu (", ") – Rabat Għawdex, (", "Naturalment, hemm aktar xi tgħid dwar dan is-suġġett u ċertament kull post jew lokalità jimmeritaha titwila oħra kultant aktar profonda dwar isimha u kif dan l-isem jista' jikxef aktar informazzjoni dwar l-oriġini tal-post.", "Tista' ssib aktar tagħrif dwar it-tifsiriet ta' dawn il-lokalitajiet u oħrajn billi tfittex f'din il-", "taħt is-sezzjoni", "Enċiklopedija,", "skont l-ewwel ittra tal-isem."], "date": "2019-11-16T21:04:40+01:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-ismijiet tal-lokalitajiet Maltin"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/06/28/l-imnarja-matul-iz-zminijiet/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "L-Imnarja fi Żmien l-Ordni ta' San Ġwann", "Il-festa ddedikata lil martirju ta' San Pietru u San Pawl hi waħda mill-eqdem festi li nafu bihom f'Malta.", "Din il-festa tradizzjonali ilha tiġi ċċelebrata fid-29 ta' Ġunju fil-Katidral tal-Imdina u fir-raħal tan-Nadur, Għawdex, u fl-istess ħin hi wkoll meqjusa bħala festa ta' statura nazzjonali.", "Skont l-istudjużi tal-istorja, din il-festa kienet diġà ċċelebrata fil-bidju tas-seklu sittax, possibilment qabel ma ġew il-Kavallieri f'Malta.", "Id-devozzjoni lejn iż-żewġ qaddisin kienet diġà timanifesta ruħha fil-bidu tas-seklu ħmistax, jekk mhux qabel ukoll.", "Dan jidher fix-xogħlijiet artistiċi, kemm fil-ġebel kif ukoll fit-triptiċi u poliptiċi tal-epoka.", "L-isem tal-festa 'l-Imnarja' ġej mill-Latin", ", (M. mixegħla).", "Dan jurina kif fl-antik wieħed mill-aqwa modi kif kienet tkun iċċelebrata l-festa kien billi jinxtelu kwantitajiet kbar ta' fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt jew ħġejjeġ biex jallegraw u jqajmu l-atmosfera.", "Intant din ma kinetx l-unika festa fejn din l-illuminazzjoni kienet isseħħ.", "Tant hu hekk illi fl-Imdina biss biss, kien hemm il-festa tal-Karmnu kif ukoll il-festa ta' Santa Marija li kienu jagħtu l-lok biex isir l-istess.", "Kuntrarju għal-lum, fl-Imnarja tal-imgħoddi, il-festa liturġika u solenni kienet ittratta b'importanza kbira u b'mod mill-aktar dinjituż.", "Eluf kbar ta' Maltin kienu jattendu għal din il-festa, bħallikieku xi pelegrinaġġ.", "Bosta kienu jieħdu l-ikel magħhom għax il-vjaġġ kien twil; għal dawk li kienu jiġu mill-bogħod, dawn kien anki jġibu l-magħhom biex jorqdu il-lejl barra l-Imdina u b'hekk ikunu jistgħu jattendu għall-funzjonijiet reliġjużi tal-jum tal-festa.", "Naturalment, mal-obbligu reliġjuż kien jidħol dejjem l-element ta' pjaċir bl-ispettaklu tad-dwal tal-fjakkoli jew imsiebaħ ta' fuq il-Katidral.", "Tant kienu jipparteċipaw nies għaliha din il-festa, li f'dik il-ġurnata l-ibliet u l-irħula kienu jkunu diżabitati.", "Bosta drabi l-Gran Mastru u anki l-Inkwiżitur kienu jkun mistidnin mill-Isqof biex jattendu għal festa imbagħad jieklu u jistriħu għandu.", "Mhux ta' b'xejn illi d-darbtejn li l-ilsiera Torok ikkomplottaw bir-reqqa' biex jagħmlu rewwixta u jwaqqaw l-Ordni ta' San Ġwann mill-poter, għażlu proprju dan il-jum, darba minnhom fl-1631, u darba' oħra fl-1749.", "Li l-belt Valletta kienet titbattal minn nisha hi kkonfermata anki fi żmien l-Ingliżi.", "Fil-ktieb tiegħu,", ", 1839), Thomas MacGill, jgħid li l-Belt kienet tibdel ir-rwol tagħha mal-Imdina f'dak il-jum għall-kwantità massiċċa ta' nies li kienu jitilgħu għall-festa.", "Jgħid ukoll li l-Gvernatur Ingliż kien ikun mistieden mill-Isqof ta' Malta biex jattendi bħala l-ospitu tiegħu.", "F.E. Guignard, Count of Saint Priest, Kavalier Franċiż li għex xi żmien f'Malta, jgħid li l-Maltin kienu jmorru l-Buskett lejliet il-festa biex hemm jixxalaw fost l-għajjat u storbju esaġerat.", "Jgħid li l-familji kienu jmorru hemm u t-tfajliet u nisa kienu jilbsu l-aqwa ilbies.", "L-atmosfera matul dan illejl kienet tkun akkumpanjata mid-daqq tal-vjolini u għal din il-mużika bosta kien jisfnu biex jallegraw rwieħhom.", "Il-karrettuni u ż-żwiemel li kienu jwasslu dawn in-nies hemm kienu jkunu mżejna bi friegħi tal-pjanti.", "It-Tiġrijiet", "Apparti minn hekk, wara nofsinhar tad-29 ta' Ġunju, kienu jsiru t-tiġrijiet tal-bhejjem, dwieb, żwiemel u ħmir, taħt is-Saqqajja, fit-triq li tagħti lejn is-Siġġiewi.", "Fi żmien l-Ordni, dawn it-tipi ta' tiġrijiet kienu fil-fatt isiru f'bosta festi.", "Mat-tiġrijiet tal-bhejjem kien ikun hemm tiġrijiet tat-tfal u tal-iskjavi.", "Dawn it-tiġrijiet kienu jsiru f' Santa Marija, f'San Ġwann, fl-24 ta' Ġunju, u f'Santu r-Rokku.", "In-nies kienet tmur tistenna għal siegħat sħaħ fix-xemx biex tara dawn it-tlielaq.", "Interessanti, li l-istoriku Agius de Soldanis, (1712 – 1770), jikkumenta fuq dan hu jgħid li n-nies kienu lesti li jagħmlu dawk is-siegħat twal fix-xemx biex jaraw it-tlielaq, iżda imbagħad waqt xi omelija kienu jkunu bla sabar biex tispiċċa.", "Dan il-kumment jurina li dak bħal-lum bosta minna jippreferu x-xalar milli mir-riti reliġjużi ta' ġol-knejjes.", "De Soldanis jgħid ukoll illi meta nies kienet tmur il-Buskett, bosta kienu jixorbu tant inbid li jiskru.", "Apparti l-mixegħla, l-ispettaklu prinċipali tal-festa kien jikkonsisti minn diversi avvenimenti.", "L-ewwel ma nsemmu hi l-purċissjoni f'jum il-festa li kienet issir filgħodu u li kienet titlaq mill-Katidral u timxi lejn il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat.", "In-nies kienu jitpaxxew jaraw l-Isqof u l-monsinjuri għaddejjin proċessjonalment libsin il-paramenti sbieħ tagħhom.", "Għal din il-purċissjoni kienu jipparteċipaw mal-kapitlu u l-kleru tal-Katidral l-ordnijiet reliġjużi kollha tal-Imdina u r-Rabat, kif ukoll bosta fratellanzi.", "Din il-purċissjoni wara kienet terġa' tirritorna lejn il-Katidral.", "Ma kienx ikun hemm wisq tiżjin fit-toroq, biss meta l-purċissjoni kienet toħroġ mill-Imdina fost id-daqq tal-qniepen, kienu jkunu sparati xi tiri bil-maskli.", "Il-Buskett u l-Wirja Agrarja", "Fi żmien il-Gvernatur William Reid, bdiet tittella' fil-Buskett wirja agrarja biex tikkonċidi mal-festa.", "L-ewwel darba li din saret kienet filgħodu tad-29 ta' Ġunju tal-1854 fil-Buskett.", "Ċert li s-Soċjetà Agrarja kienet approfitat ruħha minn din l-okkażjoni billi eluf ta' Maltin kienu jitilgħu lejn ir-Rabat u bosta kienu jmorru jfittxu d-dell tas-siġar fil-Buskett.", "Jidher għalhekk li f'dak iż-żmien it-trasport bil-kaless, karettuni u fuq dahar xi bhima, kemm", "privat kif ukoll pubbliku kien frekwenti.", "Hekk kif jispiċċaw il-funzjonijiet reliġjużi, wieħed seta' jqatta' n-nofs ta' nhar ta' filgħodu fil-Buskett u jammira l-annimali u l-prodotti tal-bidja waqt li jitrejjaq, sakemm jibdew it-tiġrijiet wara nofs inhar.", "Imbagħad fis-sena 1866 il-wirja bdiet anki tiftaħ fit-28 ta' Ġunju u tkompli sal-għada filgħodu.", "Din il-wirja saret bl-iskop li l-bdiewa jippreżentaw u jkunu kburin mill-prodotti tagħhom.", "Biż-żmien daħal l-element kompetittiv u l-premjijiet u l-wirja kibret sew.", "Intant, in-nies issa bdew jintasbu fil-Buskett, anki biex jieklu l-ikla ta' lejliet il-festa fost id-daqq tal-kitarri u l-kant tal-għana.", "V. Busuttil fil-kitba tiegħu 'Holiday Customs in Malta', jikkumenta kemm kienu jiddandnu n-nisa, u kemm kienu jmorru karozzini mimlijin sa ruħ ommhom lejn il-Buskett.", "Fit-triq xi wħud kienu jissuttaw bit-tuffieħ lil min ikun għaddej.", "Fis-seklu għoxrin", "Bjagju Galea jagħti diskrizzjonijiet fit-tul ta' dak li kien isir matul u lejliet l-Imnarja ta' qabel it-Tieni Gwerra.", "Hu jinota kemm id-devozzjoni u d-divertiment kienu jmorru flimkien.", "Il-paljijiet tat-tiġriji kienu jiddaħħlu fil-katidral lejliet il-festa waqt il-kant tal-għasar u l-Magnificat u jibqgħu hemm sal-għada.", "Illum il-festa tal-Imnarja naqset ħafna mill-importanza tagħha.", "Fl-Imdina, ftit li xejn isiru festeġġjamenti kif imdorrijin naraw fil-festi tal-qaddis patrun.", "Jibqa l-element ta' ikel u festeġġjament fil-Buskett kif ukoll aspettativa għal min hu interessat fit-tiġriijiet tal-bhejjem.", "Għalkemm dan li għedt ma jgħoddx għan-Nadur, Għawdex, fejn din il-festa hi ċċelebrata bħall-festi oħrajn tradizzjonali tal-irħula.", "Intant, Agius de Soldanis jgħid li fi żmienu n-Nadur kienu jsiru wkoll it-tiġrijiet tal-bhejjem u dawn fil-fatt għadhom isiru sal-lum.", "Illum, għal bosta, l-Imnarja hi jum pubbliku bħall-oħrajn u xejn aktar.", "Fuq in-naħa tal-funzjonijiet reliġjużi din hi festa solenni u silenzjuża fejn il-purċissjoni mmexxija mill-Isqof issir mingħajr tant pompożità żejda .", "Jum l-Imnarja 2019", "Biblijografija", "Carabott Rosabelle (editriċi),", "DAMMA Tal-Kliem Kartaginis mscerred fel Fom tal Maltin u Għaucin.", "Diversi Istituzzjonijiet ingħaqdu biex dan il-ktieb kien ippubblikat.", "Mitbugħ Firenze, 2016.", "Cassar Carmel,", ".", "Pubblikazzjoni Indipendenza, 2000.", "Galea Bjagju,", "L-Imdina Ta' Tfuliti", "https://kliemustorja.com/a"], "date": "2019-06-28T18:41:46+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "L-IMNARJA matul iż-Żminijiet"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/07/glieda-lill-bruda-ghall-poezija/", "text": ["ĠLIEDA LILL-BRUDA GĦALL-POEŻIJA", "L-agħar destin ta' poeta huwa li jkun ammirat mingħajr ma jkun mifhum....", "Jean Cocteau (1889 – 1963)", "Fi tfuliti u anki ftit aktar il-quddiem mhux darba u tnejn li middejt idi biex nikteb xi poeżija iżda jkolli nistqarr li l-proża dejjem ġibditni aktar.", "Jista' jkun għax jiena persuna", "li nħobb nimraħ fil-kliem u nespandi fid-deskrizzjonijiet u għalhekk għandi bżonn l-ispazju.", "Jista' jkun għax f'kitbieti ma nħobbx inkun imxekkla b'wisq regoli u jista' jkun ukoll għax poeta trid titwieled.", "Għaldaqstant dawk il-kittieba li jagħżlu t-triq poetika jintrigawni u nħoss ċertu ammirazzjoni lejhom hekk kif bi ftit vrus kapaċi jqanqlu reazzjoni jew emozzjoni fil-qarrej.", "Min hu midħla tal-qasam tal-kitba jaf illi f'pajjiżna s-settur tal-poeżija huwa kemmxejn batut peress li ftit li xejn isib interess mill-pubbliku in ġenerali.", "Fil-fatt bosta awturi jgħidulek li jaħsbuha darba u tnejn biex jippubblikaw ktieb bil-poeżiji tagħhom minħabba li huma konxji li probabbilment ir-rispons għalih ser tkun fqira.", "\"Xi kultant naħseb li mill-iskejjel forsi iktar ħloqna antipatija milli rispett lejn il-poeżija.", "Nemmen li l-għażla mhux adattata għall-etajiet u l-gosti tal-istudenti flimkien mal-pressjoni tal-eżamijiet neħħew il-gost tat-testi letterarji,\" qalli Sergio Grech meta bdejna niddiskutu din il-problema.", "Iltqajt ma' Sergio minħabba illi riċentement huwa kien wieħed minn dawk wara t-tnedija ta' Fondazzjoni Poeżija.", "\"Il-Fondazzjoni inħolqot bħala esperiment ġdid proprju bl-iskop li tiġġieled din il-bruda lejn il-poeżija.", "Permezz ta' din il-fondazzjoni aħna nixtiequ nagħtu l-opportunità lil individwi differenti biex jippubblikaw ix-xogħolijiet tagħhom.", "Fl-istess ħin dan ser jgħin biex ikollna ċertu regolarità f'dan is-settur, xi ħaġa li bħalissa ma tantx għandna.", "Il-Fondazzjoni ser tkun qed taħdem bi skema ta' abbonament fejn il-membri ser ikunu mitluba jħallsu €20 fis-sena.", "B'dan il-ħlas, huma ser ikunu intitolati għal żewġ kotba ta' poeżiji li l-Fondazzjoni qed", "tintrabat li ser tippubblika.", "Dawn il-kotba ser jingħataw disinn u stil wieħed fil-forma ta' kullana u ser jkunu jikkonsistu f'ġabra ta' poeżiji miktuba mill-membri stess.", "Bord indipendenti mill-Fondazzjoni ser ikun qed jagħżel il-poeżiji li jiġu ppubblikati u eventwalment ser joħroġ ukoll rapport li jiġġustifika din l-għażla.", "Il-pubblikazzjoni ta' dawn il-kotba ser tkun f'idejn Klabb Kotba Maltin imma naturalment kollox jiddependi fuq kemm ser ikollna rispons tajjeb mill-pubbliku.", "Hemm żewġ skemi differenti: waħda għal dawk li jħobbu jaqraw il-poeżija u li jixtiequ jappoġġjaw lill-Melitensja u lil din l-inizzjativa u oħra għal kittieba tal-poeżija.", "Tajjeb li nsemmi li s'issa diġà kellna ammont ta' nies mhux ħażin li qed jinteressaw ruħhom f'dan il-proġett.\"", "Lil Sergio ilni nafu ħafna u minn dejjem niftakru jitħabat u jistinka biex il-lingwa Maltija tiġi aktar apprezzata.", "Proġett ieħor li hu msieħeb fih huwa Poeżija Plus.", "\"Permezz tas-sit", "qed nagħtu l-okkażżjoni lil min jixtieq iwassal il-kitbiet tiegħu lill-qarrejja.", "Bl-ikbar responsabbiltà ngħidlek illi f'dan il-każ ma qgħadnix nagħżlu mix-xogħolijiet imma ftaħna l-bieb lil min ried jikteb xi ħaġa.", "Fil-fatt qed jinkitbu ħafna poeżiji għalkemm nammetti li mhux kollha huma kitbiet letterarji.", "B'danakollu xorta waħda nemmen illi sit bħal dan huwa vetrina importanti għall-kittieba Maltin.\"", "Fost id-diskussjoni tagħna ħareġ illi jeħtieġ li jsir aktar investiment fil-qasam tal-poeżija f'Malta.", "\"Hemm bżonn li jkollna ċentru li jiftaħar bil-kittieba tiegħu u li jiddissemina tagħrif u informazzjoni.", "F'pajjiżi oħra tiltaqa' ma' ċentri simili fejn issib ġabra ta' folders b'informazzjoni bażika dwar l-awturi li tkun tinkludi fost l-oħrajn: bijografija tagħhom, lista tal-kotba li ppubblikaw u xi siltiet li kitbu.", "Kollox isir b'mod sempliċi iżda bl-aktar mod impekkabbli bħala printing.", "Huwa neċessarju li jkollna naqra aktar kuraġġ biex ninvestu f'dan il-qasam.", "Tgħidli imma min irid jinvesti?", "Il-gvern?", "Jien ngħid le.", "Hemm numru ta' partijiet li jistgħu jiltaqgħu u jaraw din kif tista' ssir.", "Normalment bħala Mediterranji għandna tendenza li naħdmu bi stil paternali u dejjem irridu lil xi ħaddieħor biex jiddeċiedi għalina.", "Iżda wasal iż-żmien li mmorru oltre.\"", "Sergio kompla jgħidli illi f'pajjiżi barranin jeżistu wkoll ċentri apposta fejn il-kittieba jiltaqgħu flimkien.", "F'dan il-lok huma jkollhom ukoll l-opportunità li jiktbu u li jiddiskutu x-xogħol ta' xulxin.", "Imma jiena deherli li l-kittieb Malti huwa pjuttost għajjur għal xogħolu u mhux la kemm ser joqgħod jaqsam l-ideat tiegħu mal-oħrajn.", "\"Kumbinazzjoni dan l-aħħar kont qed naqra intervista fuq gazzetta lokali u meta l-intervistat ġie mistoqsi x'beħsiebu jippubblika aktar, dan qallu illi għalissa ma setax jirrispondih għax inkella jeħdulu l-ideat tiegħu.", "Probabbilment dan jirriżulta mill-fatt li aħna gżira żgħira u dan iħalli l-impatt tiegħu.", "Hija wkoll kwistjoni ta' opportunitajiet u ta' possibilitajiet.", "Barra minn hekk, ħafna awturi qed ikollhom l-esperjenza li jridu jdaħħlu jdejhom fil-but huma stess.", "Is-sistema tagħna hija differenti minn dik ta' pajjiżi oħra.", "Kittieb hawnhekk jew irid isib pubblikatur jew inkella jkollu jagħmel kollox hu mill-a saz-z.", "Barra minn Malta wieħed ikollu aġent li jressqu lejn", "pubblikatur u jsiru ċertu tipi ta' kuntratti li lokalment mhux dejjem jeżistu.", "Hemm anki differenza fil-kunċett tal-pubbliċità fejn ngħidu aħna fl-Italja, awtur illum qiegħed Milan, għada jmur Ruma u l-ġurnata ta' wara jsib ruħu f'Firenze.", "F'Malta jekk il-kumpanija tal-kotba ma jkollix il-qasam tar-riklamar tagħha ħafna drabi l-pubbliċità jrid jagħmilha kollha l-awtur stess u dan jinkludi wkoll il-kitba tal-press releases u l-intervisti fuq ir-radju u t-TV.", "Trid jew ma tridx hawnhekk nużaw sistema diversa u kultant ikollok taċċetta r-realtà li timpedilek li taħdem b'ċerti skemi.\"", "Iżda akkost dawn id-diffikultajiet kull sena jiġu ppubblikati numru ta' kotba.", "Allura x'inhu l-iskop warajhom?", "\"Forsi veru hija ġennata li tippubblika xorta.", "Imma jiena nħoss li l-poeżija hija arti u għalhekk forsi tista' tagħmel il-ħajja tan-nies aħjar.", "Hija wkoll l-isfida u x-xewqa li tara l-kitba tiegħek ippubblikata.", "Fuq kollox huma l-impenn u d-dedikazzjoni tal-awturi li allavolja ma jiġbrux flus ta' xogħolhom, jixtiequ jaqsmu l-ġmiel tal-poeżija ma' min jixtieq japprezzaha.\"", "Imma x'inhu l-għan tal-poeżija?", "\"Naħseb li biex wieħed japprezza l-iskop tal-poeżija jrid iħares ftit lejn l-istorja u l-evoluzzjoni tagħha.", "L-ewwel poeżiji kienu jikkonsistu f'għanjiet u taqbiliet li għall-ewwel kienu jimxu minn bniedem għall-iehor.", "Maż-żmien ġiet żviluppata l-kitba u l-bżonn li dik il-kitba tkun organizzata f'versi, f'ritmi u f'affarijiet oħra bħal dawn.", "Li hu interessanti hu li kull żmien għandu l-poeżija tiegħu u kull żmien jixhed tip ta' poeżija partikolari.", "Jekk per eżempju wieħed iħares lejn l-iskola romantika jara stil ta' poeżija fejn il-poeta jitkellem dwar temi ambjentali, temi reliġjużi u temi patrijottiċi.", "Illum naħseb illi dawn it-temi skadew xi ftit jew wisq kemm għar-raġuni taż-żmienijiet li qegħdin ngħixu fihom u anki minħabba l-globalizazzjoni.", "Madanakollu, kollox ma' kollox jidhirli li finalment il-poeżija hija dik l-arti rari, dik l-arti sabiħa li torganizza l-ħsieb tal-bniedem u li tista' tressqu biex japprezza aktar lilu nnifsu; speċi ta' eżami tal-kuxjenza imma iktar minn hekk.\"", "Poeta titwieled jew issir?", "\"Ma nafx.", "Jiena ma tantx nemmen ħafna b'dawn it-tip ta filosofiji.", "Aktar naħseb li wieħed jissejjaħ poeta skont kif wieħed jissaħħar bil-kelma: kemm ikun kapaċi jaħkem il-kelma, kemm jaf jilgħab bil-kelma, kemm għandu ħila juża kelma u imbagħad juża oħra u jibqa' sejjer hekk filwaqt li kitbietu tibqa' tagħmel sens.", "M'għandnix xi ngħidu hemm il-problema li kulħadd hu poeta.", "Teżisti din l-idea li l-poeżija tista' tinkiteb minn kulħadd, sempliċiment billi tqabbel vers ma' ieħor.", "Imma dik ma tagħmlikx awtomatikament poeta.", "Ir-realtà hija li kittieb tajjeb irid jiddixxiplina lilu nnifsu.", "Irid jikteb ħafna imma jrid jarmi ħafna wkoll.", "Irid ikollu ċertu dixxiplina fil-kitba u jrid iġib ċertu esperjenza u ħiliet mill-qari u r-riċerka.", "Apparti minn hekk naħseb illi l-kittieb Malti jrid jitgħallem ikun aktar kritiku miegħu nnifsu.", "Xi kultant jiġi xi ħadd u jgħidlek \"lili ma aċċettawlix il-poeżija tiegħi għax jiena ma nappartjenix lil dak it-tali grupp.\"", "Dawn huma tip ta' argumenti li narahom perikolużi ħafna.", "Ċertament fl-aħħar mill-aħħar huwa minnu illi ż-żmien huwa l-aqwa imħallef u kritiku tal-kittieb.\"", "Teżisti differenza bejn il-poeżija Maltija u dik barranija?", "\"Mhux mistoqsija faċli li tweġibha fi ftit ħin.", "Nemmen li hemm xi ħaġa li hi tagħna imma llum jidhirli li hemm temi universali.", "Illum il-kittieba Maltin għandhom il-benefiċċju li jattendu għal diversi kungressi barra minn Malta u li jieħdu sehem f'numru ta' fieri f'pajjiżi oħra.", "Permezz tal-internet qegħdin ukoll ikunu aġġornati dwar dak kollu li qed iseħħ madwar id-dinja.", "Bi pjaċir ngħid illi meta l-awturi tagħna qegħdin joħorġu barra minn xtutna qed ikun hemm ħafna interess fuq dak kollu li qed jinkiteb fuq gżira ċkejkna bħal Malta.", "Hemm ukoll is-saħħa tat-traduzzjoni fejn allura permezz tal-kitba jitlaqqgħu kultura ma' oħra.", "Fost xogħolijiet simili nista' nsemmilek il-kitba ta' Adrian Grima li ġiet maqluba għall-Ġermaniż u x-xogħol ta' Immanuel Mifsud li ġie tradott għall-lingwa Pollakka; affarijiet li sa ftit snin ilu lanqas konna noħolmu bihom.", "Naturalment irrid insemmi li wara dawn it-traduzzjonijiet hemm ċertu ħiliet li forsi ftit jiġu apprezzati.", "Irridu niftakru li wara l-għażla tal-kliem tal-awtur oriġinali ikun hemm ħafna emozzjonijiet u ċertu metafori li t-traduttur irid jara kif ser isalvahom.", "Inzerta li l-bieraħ kont qed naqra ktieb ta' poeżiji ta' Louis Briffa li ġew maqluba għall-Ingliż minn Rose Marie Caruana u naħseb li rnexxielha tagħmel biċċa xogħol sabiħa mmens.", "Daqstant ieħor nista' ngħid għat-traduzzjoni tal-kitba ta' Achille Mizzi minn Fr Peter Serracino Inglott.", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li l-poeżija Maltija miexja fuq livelli tajbin.", "Imma tibqa' dejjem il-problema tal-pubblikazzjoni fejn b'mod partikolari ħafna mill-awturi jkollhom jippubblikaw ix-xogħol tagħhom stess.\"", "Kemm taħseb li bħala lingwa, l-Malti jsellef ruħu tajjeb għall-kitbiet ta' kwalità?", "\"Naħseb li minkejja l-pessimiżmu ta' ħafna, bil-Malti nistgħu nesprimu kollox fostom anki f'kitba b'suġġetti xjentifiċi.", "Bħala wieħed mill-eżempji nista' nsemmi il-kitbiet tal-Kullana Kulturali fejn jekk wieħed jara l-glossarju ta' dawn il-kotba jkun jista' jinnota li hemm lingwagg bil-Malti mid-dinja tal-arkeoloġija, tal-istorja, tal-lingwi u anki tal-arkitettura fost l-oħrajn.", "Jiġifieri waqt li aħna dejjem naħsbu li ċertu kliem ma nistgħux insibu korrispondenza għalih bil-Malti, nirrealizzaw kemm dan l-argument huwa totalment żbaljat.", "Forsi hemm il-problema tal-mentalità, dik li dejjem naqgħu fuqha – li aħna żgħar u forsi niddubitaw kemm nistgħu nwettqu ċertu affarijiet.", "Imma jien dejjem ngħid li għandna bżonn iktar fiduċja fina nfusna u li għandna nħarsu lejn il-lingwa tagħna bħala xi ħaġa illi tista tesprimina u li m'għandnix fruntieri.\"", "X'relevanza għandha l-poeżija fil-ħajja moderna ta' llum?", "\"Nemmen illi l-poeżija għadha rilevanti u hija parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "U dan hu proprju dak li nixtiequ nwasslu permezz tal-Fondazzjoni Poeżija: li l-poeżija mhux qegħdha hemmhekk għall-aktar nies intelliġenti, għall-akkademiċi jew għal dawk li ser jagħmlu l-eżamijiet.", "Imma fir-realtà din qegħdha hemm biex tpaxxi lil kulħadd f'settur wisgħa ta' nies.", "Bl-istess argument, nisħaq illi l-apprezzament lejn il-poeżija jrid jibda sa mill-ewwel snin tal-iskola fejn irridu naslu lejn il-mentalità illi l-importanti fl-istudju tal-poeżija mhux kemm fiha versi u sillabar imma l-fehma u l-konoxximent tas-sentimenti u l-emozzjonijiet li xtaq inissel fik dak l-awtur b'dik il-kitba.", "Jekk l-istudenti jibqgħu indifferenti meta jaqraw poeżija jfisser li jew hemm xi ħaġa ħażina fl-individwi nfushom inkella fl-għażla ta' poeżija li ġiet ippreżentata lilhom.", "Wisq nissuspetta illi dan-nuqqas ta'", "apprezzament lejn il-poeżija ġej mill-fatt illi meta aħna konna tfal, fl-iskejjel tagħna ġejna ppreżentati b'xogħlijiet li ma kienux jagħmlu parti mid-dinja tagħna, tant li ħafna baqgħu bl-impressjoni li l-poeti huma qatta' mdejjqin, li ċertament mhux il-każ.", "Biex inkun ġust jista' jkun li dak iż-żmien ma kienx hemm l-għażla ta' kitbiet li hawn illum.", "Preżentament is-sitwazzjoni nbidlet xi ftit u fil-fatt issib ħafna kotba tal-poeżija mimlija enerġija u kuluri.", "Barra minn hekk numru ta' għalliema qed jippruvaw jisseparaw il-poeżija mill-eżamijiet u b'hekk qed iwettqu rivoluzzjoni siekta li nemmen li biż-żmien għad tagħti l-frott tagħha.", "Fl-aħħar mill-aħħar ma nistgħux nisfurzaw lin-nies biex iħobbu l-poeżija imma umilment inħoss li min ma jirrispettax jew ma jħobbx il-poeżija, hemm xi ħaġa nieqsa fil-ħajja tiegħu l-istess bħal min ma jaqrax.", "Fondazzjoni Poeżija ser tkun qed toffri l-għajnuna tagħha lil kull min juri interess f'dan il-qasam.", "Għandna ħafna pjanijiet u ħsibijiet ta' fejn irridu naslu fostom li nixtiequ nagħmlu numru ta' workshops u korsijiet sabiex il-kittieba tagħna jimmaturaw fil-ħakma tal-kelma tal-poeżija.", "Imma kif għedtlek, irridu nimxu pass pass biex naraw kif ser jimxu l-affarijiet.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-4 ta' Lulju 2010)", "Fondazzjoni Poezija", "Klabb Kotba Maltin", "poezija", "Poezija Plus", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "ĠLIEDA LILL-BRUDA GĦALL-POEŻIJA"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/05/29/il-birgu-post-tajjeb-ghal-loghob-tat-tfal/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "Il-Birgu tal-lum għadu l-istess fil-maġġorparti tiegħu bħall-Birgu ta' tfuliti, dak tas-snin sittin.", "Dan għaliex bil-konfini tiegħu, magħmul l-aktar mis-swar u l-baħar, ftit hemm fejn tiżviluppa aktar.", "Kull meta nżur il-Birgu ninnota kemm sar kwiet.", "Fit-toroq tal-Birgu llum hemm xi ħaga nieqsa.", "Din hi xi ħaġa vitali Ii fl-antik kienet tagħti l-ħajja lil din il-komunità ... iva llum hemm nieqes l-għajjat tat-tfal li dari kienu dejjem jilgħabu fit-toroq.", "B'kommunità li qiegħda dejjem tikber fl-età, u bil-familji żghażagħ dejjem ħerġin 'il barra mill-Birgu, il-klikek ta' tfal sparixew u l-ħemda tirrenja għal bosta ħin.", "Minn għaxar snin 'l hinn, it-tfal tal-età tiegħi ma kellhomx bżonn ġugarelli biex jilagħbu bihom.", "L-aqwa ġugarell għat-tfal kienet il-fantasija ta' moħħhom għax il-logħob kienu jivvintawħ mix-xejn.", "L-ambjent tal-Birgu kien jistimulahom biex jivvintaw il-logħob.", "Kien hemm dawk il-postijiet fejn il-logħob kien dak tal-galbu u kien hemm fejn il-logħob kien ikun aktar avventuruż u ta' ċertu riskju.", "L-ambjent tal-logħob kien ivarja mill-grawnd tal-futbol tal-Fortini sal-Wied li jagħti għal taħt il-Ħawli.", "It-tfal l-aktar imqarbin kienu jużaw is-swar ta' madwar il-Birgu bħala l-post l-aktar imfittex minnhom.", "Wara kollox kien fuq dawn is-swar li l-antenati tagħhom urew qlubithom kontra t-Torok u kien hemm li aħna t-tfal konna nisfidaw lil xulxin biex nagħmlu l-istess.", "Min kien irid jagħmilha tal-eroj u kien jazzarda l-aktar kien jitla' fuq it-Torri ta' San Ġwann u jixref fuq il-lambreżuni biex jinħeba sewwa minn sħabu jew inkella jisfida lill-sħabu jagħmlu l-istess u jimxu fuq il-kurdun tal-ġebel, li jagħti fuq il-Foss.", "Kien hemm minn ifittex l-inkwit mod ieħor, billi jidħol jesplora jew jilagħab f'xi wħud mill-binjiet nofshom imġarrfa, fdalijiet ta' daqs għoxrin sena qabel, bl-attakki tal-ajruplani fil- Gwerra.", "Dawn il-binjiet kienu jsaħħruna u fl-istess ħin ibbeżżgħuna, l'aktar dak il-bini mwaqqa' fi Triq il-Kwartier, fejn wara nbnew appartamenti moderni.", "Postijiet fejn it-tfal kienu jilgħabu kienu, is-'Simenta' fuq San Flippu, ix-Xatt, fejn illum floku hemm il-Monument tal-Ħelsien u irkejjen oħra.", "Kien hemm ukoll in-naħa tas-Suq tal-Ħut, jew inkella fuq il-Posta ta' Kastilja.", "Hawn ġieli anki reċtar kien isir.", "Imbagħad xi ngħidu għat-Triq tat-Torri ta' San Gwann, magħrufa l-aktar bħala s-Sur Tal-Kurdara.", "Hawn, waqt li n-nisa kienu joqgħodu bilqiegħda jpaċpċu, it-tfal tagħhom kienu jkunu jiġru wara xulxin f'xi logħba '", "' Ħarba' jew Noli.", "Kollox kien jaghmel sens għalina.", "Il-bini u l-ambjent ta' madwarna bit-toroq iserpu, kollha kienu hemm biex iservuna ta' pjaċir.", "L-aktar in-niżliet li kienu jagħtu lok biex niġru bil-karrettuni tal-borejż.", "Is-siġar il-kbar iħaddru fit-truf tal-grawnd tal-Fortini kienu hemm biex joffru dell u post fejn wieħed jitla' magħhom bħax-xadini, biex jaqta' l-għenieqed ħodor (għeneb tad-dib), u bihom jissotta lil min ikun għaddej minn taħthom.", "In-naħa l-oħra tal-grawnd, magħrufa bħala tal-Inġinier, hemm kien hemm roqgħa siġar tal-oleander li għalina t-tfal kienet tirrapreżenta masġar żgħir.", "Iċ-ċimiterju mkisser ta' Santu r-Rokku fejn illum hemm skola, kien post aktar imwarrab fejn konna noqgħodu bilqiegħeda fuq xi lapida mfarrka ta' xi qabar.", "Ma kienx permess li ninżlu fil-Foss kollu siġar, għax il-ġenituri kienu jwiddbuna li hemm nistgħu nintilfu jekk nidħlu nilgħabu fix-xelters.", "Fil-fatt, l-aktar li kien jinkwetaħhom kien li xi ħadd jagħtina xi fastidju.", "Xorta kienet tgħaddi ta' rasna u konna ninżlu hemm u mbagħad ħallina nivvintawlhom xi gidba li konna ximkien ieħor.", "Fis-sajf imbagħad, wieħed mill-isbaħ ambjenti tagħna kien bla dubju ta' xejn it-Toqba Tal-Birgu, fejn konna nqattgħu nofs ta' nhari sħaħ ngħumu, mill-bidu sal-aħħar tal-vakanzi tas-sajf.", "Fost l-akbar pjaċir tat-tfal, x'aktarx aktar tfal adulti, kien li jgħumu lejn Bighi, jew almenu sa xi baga, li magħha kien ikun marbut xi bastiment Amerikan.", "Imbagħad min kien ta' kuraġġ kbir u ried jiffanfra, kien jitla' fuq is-sur tat-Toqba u jaqbeż għal isfel fil-baħar biex juri kemm jaf.", "Illum, in-nuqqas tat-tfal fil-familji, il-biża' tal-karozzi jsuqu mħaxxkna fit-toroq dojoq u l-logħob bil-kompjuter ġabu it-toroq tal-Birgu vojta minn dawk il-gzuz tat-tfal ta' dari.", "https://kliemustorja.com/a", "Artiklu oriġinarjament", "miktub minni għall-ktieb", "tal-festa ta' San Lawrenz, 2017.", "grazzi lil"], "date": "2019-05-29T19:20:01+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "Il-Birgu – Post Tajjeb għal-Logħob tat-Tfal"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/08/jien-nikteb-il-poezija/", "text": ["Jien nikteb il-poeżija", "Meta kont għadni studenta fl-iskola sekondarja ġieli ppruvajt inħarbex xi poeżija 'l hemm u 'l hawn sabiex nirrifletti t-turbulenzi tal-ħsibijiet u tal-emozzjonijiet li kont qed inħoss hekk kif kont dieħla fiż-żgħożija.", "Iżda maż-żmien intbaħt illi t-tnebbiħ tiegħi kien aktar maqtugħ għall-proża u b'hekk it-tqanqila għall-kitba tal-poeżija dabet fix-xejn.", "Ftit ftit, hekk kif kitbieti kienet kull ma tmur tespandi u tistagħna bid-deskrizzjonijiet u bil-metafori sabiex tifforma ħsibijieti, bdejt insibha aktar u aktar diffiċli biex nifhem x'iwassal lill-poeti biex jiddedikaw ħinhom ħalli minflok, jikkompressaw it-tirqim ta' kliemhom f'poeżiji ta' ftit versi.", "Għaddew bosta snin iżda qatt ma kelli ċ-ċans li npoġġi bil-qiegħda u niddiskuti dan ma' poeta, sakemm din il-ġimgħa ltqajt ma' Achille Mizzi...", "Għażilt proprju lil Achille Mizzi għax kif tfajt għajnejja fuq l-ewwel poeżiji tiegħu, l-ewwel ħsieb li għaddieli minn rasi kien \"Ommi ma!", "Dan poeta, poeta!\" bħal kif kien irrefera għalih ukoll Tarcisio Zarb meta kien qed jikteb dwar il-ktieb tiegħu Poeżiji – Achille Mizzi (1993).", "Iżda b'kuntrast ma' Zarb, jiena ridt infisser li Mizzi kien poeta 'tqil' hekk kif kien ikkummenta dwaru wkoll Charles Flores fil-ktieb Mas-Sejħa tat-Tnabar (1971).", "Intant, meta għedt b'dan lil Mizzi, hekk kif poġġejna bil-qiegħda b'xarba friska quddiemna, hu tbissem u stqarr miegħi illi \"Mill-esperjenza personali, il-qarrejja tal-poeżiji tiegħi jinqasmu fi tnejn: dawk li togħġobhom il-poeżija tiegħi u allura taffaxxinahom u jfaħħruha, u mbagħad hemm dawk li kitbieti ma togħġobhom xejn!\"", "Nikteb biex nesprimi ruħi", "Hekk jew hekk diffiċli biex togħġob lil kulħadd fid-dinja.", "Imma min-naħa tiegħu Mizzi sostna illi meta hu jikteb il-poeżiji tiegħu, qatt ma jkollu f'moħħu lil min se jaqrahom.", "\"Jiena nikteb biex nesprimi ruħi.", "Jiġu mumenti meta jgħaddili ħsieb minn rasi u nħoss ċertu tqanqil biex nesprimih, u f'dawn il-waqtiet dejjem sibt li l-poeżija kienet l-aħjar mezz biex nagħmel dan.\"", "Kelli kurżità kemm idum biex jikteb poeżija....", "\"Poeżija ma ndumx aktar minn nofs siegħa, tliet kwarti biex inlestiha.", "Ormaj, għandi ħażna lessikali kbira u għalhekk, bl-istess stimolu, joħroġ il-kliem b'mod naturali u jitqiegħed kollox f'postu.", "Mhux qed ngħidlek li mbagħad ma jkunx hemm każi fejn nerġa' ndur il-poeżija u norqomha ftit.", "Infatti dejjem nikteb il-poeżiji tiegħi fuq karta ħalli nara fejn nista' ntejjeb, jiġifieri li nirranġaha b'xi tibdil ta' kliem, u mbagħad, kif inkun kuntent biha, nittajpjaha.\"", "Staqsejtu jekk qattx kiteb poeżiji li m'għoġbuhx...", "\"Rari nikteb poeżija li ma togħġobnix imma jkun hemm każi fejn xi xogħol ma jiġix għal qalbi.", "Ir-raġunijiet kultant ikunu li nkun missejt xi suġġett wisq kontroversjali jew inkella l-poeżija nkun ktibtha bi stil konvenzjonali li ma jolqotnix.", "Hemm ukoll dawk il-poeżiji li fil-fehma tiegħi jitwieldu mejta jew mitruħa u dawn isibu ruħhom minn fuq l-iskrivanija dritt għall-landa tal-iskart.", "Ġieli nħoss ukoll illi xi poeżiji jkunu repetittivi u nirrealizza li qed nidwi l-ideat ta' xogħlijiet li nkun ktibt qabel.", "Imbagħad hemm ukoll il-mumenti fejn dak li nkun qed nipprova ngħid jisfuma fix-xejn u għalhekk il-poeżija toħroġ imqanżħa.", "Dawn it-tip ta' poeżiji wkoll jiġu skartati minħabba li l-poeżiji tiegħi kollha huma msensla bi fjoritura jew b'rabta li twassal għall-qofol tal-ħsieb.\"", "Poeżija vs proża", "Naturalment ma stajtx ma nesplorax miegħu d-dilemma tiegħi dwar x'iwassal biex wieħed jagħżel li juża l-arti tal-poeżija, minflok dik tal-proża biex jesprimi dak li jrid jgħid...", "\"Jiena qajla nikteb proża għax ħsiebi, meta jkun mixgħul, jittrasforma ruħu f'metafori u f'simboli poetiċi.", "Probabbli s-sengħa tal-poeżija tirrifletti l-forma ta' moħħi u ta' ħsibijieti minħabba li jiena dejjem infittex dak li hu essenzjali.", "U allura, b'mod naturali, nissintetizza, inqassar u norqom kliem apposta sabiex permezz tagħhom noħloq ukoll spazju għall-misteru, fejn il-qarrej jitħalla jimraħ fl-immaġinazzjoni tiegħu u b'hekk ix-xogħlijiet tiegħi jservu wkoll bħala stimolu għal ħaddieħor.\"", "Katarsi – il-mewt ta' ħuh Ċali", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' Mizzi huwa illi permezz ta' din l-arti tiegħu, kemm hu u kif ukoll il-qarrejja tal-poeżiji tiegħu, jgħaddu minn katarsi...", "\"Jekk ix-xogħol ikun effettiv, kwalunkwe poeżija tipproduċi l-katarsi.", "Katarsi hija kelma Griega li ġiet oriġinata minn Aristotle sabiex tispjega l-effetti tat-traġedja fuq l-ispettatur.", "Maż-żmien kien hemm ukoll min fisser il-katarsi bħala l-purifikazzjoni jew it-transizzjoni li twassal għat-terminu ta' xi emozzjoni partikolari.\"", "Meta tlabtu jagħtini eżempju ta' din il-metafora, Mizzi qabad iqalleb il-paġni tal-kotba tal-poeżiji tiegħu sakemm sab poeżija partikolari Lil Ċali Mizzi li kienet eleġija li hu kiteb lil ħuh wara li dan miet b'mod traġiku.", "Skitt sabiex nisimgħu jaqra din il-poeżija li għalkemm għaddew diversi snin minnha, kien ċar li l-kliem magħżul fiha kien għadu jqanqlu mhux ftit...", "\"Nixpakka bl-uġigħ", "biex ħaj inreġġgħek", "mill-ġdid quddiemi", "ja ħija!", "Bħal min imut fgat fl-għerien", "jilgħaq in-nida mill-blat", "daqshekk bil-għatx", "jitgħaxxex għalik l-ispirtu tiegħi", "jixtieqek mill-ġdid.\" .........", "\"Kull meta naqra din il-poeżija, naqla' balla kbira minn fuq l-istonku tiegħi minħabba li jiena bil-mewt ta' ħija, tħallejt b'dispjaċir kbir peress li hu miet ħabta u sabta, mingħajr ma kelli ċ-ċans li ngħidlu xejn.", "Għalhekk din il-poeżija servietni sabiex jiena ngħidlu dak li xtaqt.", "U kull darba li naqraha, nerġa' nisserva mill-opportunità li nsejjaħlu...", "Ċali!", "B'hekk din il-poeżija sservi biex tipprovdi l-katarsi għas-serħan, għas-sanament, għall-għeluq ta' emozzjonijiet bla tarf li jeħtieġ li wieħed jagħraf joħnoq.\"", "Ħakma tad-deheb fuq l-ilsien Malti", "Fi kliem Alfred Sant meta esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-ktieb Vetrati Milwiena (1998), \"Achille Mizzi jippossedi kmand tad-deheb fuq l-ilsien Malti u jużah b'maestrija.", "Dan jagħmlu mhux biss fil-vokabularju 'milwien' li jħaddem, imma wkoll fiċ-ċaqliq u r-ritmi tal-kelma.\"", "\"Waħda mill-karatteristiċi prominenti li l-iktar jagħżluni bħala poeta ta' ċerta ħila hija l-qawwa tal-poeżija tiegħi, is-saħħa tal-espressjoni illi dak illi għandi ngħid, ngħidu b'ċerta qilla,\" fehemni Mizzi.", "\"Barra minn hekk, il-poeżija tiegħi hija magħrufa għat-taħlita għaqlija ta' kliem Malti Semitiku u arkajku, ma' dak Romanz u modern li jiġu minsuġa b'reqqa tant kbira li l-qarrej ma jintebaħx fejn hemm il-'ħjata' u jibqa' għaddej jaqra.\"", "Waqt din l-intervista sirt naf li Mizzi kien wieħed mill-ko-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju li twaqqaf fl-1967.", "\"Waqqafna dan il-Moviment sabiex inqajmu kuxjenza nazzjonali favur il-Malti u favur il-letteratura Maltija,\" spjegali Mizzi.", "\"Ridna wkoll nippromwovu tiġdid sħiħ fuq kif għandha tinkiteb il-letteratura.", "Ħriġna b'saħħa biex indawru t-tmun u niktbu poeżija b'mod differenti minn dik li kienet tinkiteb qabel is-sittinijiet, fejn prinċiparjament kienu jiġu trattati temi romantiċi, patrijottiċi u reliġjużi.", "Tnebbaħna minn dak li kienu qed jagħmlu poeti barranin f'pajjiżi oħra fejn il-poeżija saret differenti f'kollox: fil-lingwaġġ, fis-simboliżmu, fil-metafora, fil-forma, fit-temi eċċ. Naturalment dak iż-żmien mhux kulħadd kien konvint minn din il-bidla.", "Imma jiena u xi poeti oħra fosthom Mario Azzopardi, Victor Fenech, u Daniel Massa, konna minn tal-ewwel li bdejna nġibu fis-seħħ din il-bidla.\"", "Seta' ma kienx Malti", "Flimkien ma' xi kritiċi oħra, Prof. Oliver Friggieri identifika lil Mizzi bħala \"il-werriet denn ta' Dun Karm Psaila minħabba li l-versi tiegħu huma sottilment, sikwit, żviluppi maturi u kisbiet tipiċi tal-poeta nazzjonali.\"", "Però fl-istess ħin imbagħad kien hemm min qal, fosthom Norbert Ellul-Vincenti, li Mizzi \"lanqas biss jipprova jkun Malti\" minħabba li l-lingwaġġ li juża huwa internazzjonali.", "\"Jgħidu hekk dwari,\" fehemni Mizzi, \"minħabba li l-kliem li nagħżel jien seta' ma kienx Malti peress li jiena nikteb dwar suġġetti umani u universali li mhumiex strettament Maltin.\"", "Maqlubin għall-Ingliż", "Intant, fis-sena 2009, il-Prof.", "Fr Peter Serracino Inglott ħadem bis-sħiħ sabiex jittraduċi għall-Ingliż għażla ta' poeżiji ta' Mizzi li finalment inġabru fil-ktieb The Essential Achille Mizzi (2009).", "Skont il-poeta, ktieb bħal dan huwa importanti għal dawk li forsi għandhom xi diffikultà biex jifhmu ċerti espressjonijiet Maltin u għalhekk, permezz tal-lingwa Ingliża probabbilment, huma jagħrfu l-essenza ta' dak li nkiteb fil-poeżiji l-oriġinali.", "X'jagħmlek poeta", "Meta poġġejt quddiem Mizzi l-mistoqsija retorika imma sinifikanti dwar jekk wieħed jitwelidx jew isirx poeta, dan kien kliemu...", "\"Bil-Latin jgħidu 'poeta nascitur, non fit' jiġifieri 'poeta jitwieled, ma jsirx'.", "Però fil-fehma tiegħi dan ma jitwelidx b'xi predestinazzjoni speċjali biex isir poeta, imma jkollu kwalitajiet partikolari li eventwalment jistgħu jsawruh f'poeta.\"", "\"Ngħidu aħna, fosthom, wieħed irid ikollu s-sensibbilità għall-kelma, jiġifieri illi jkun jaf isarraf il-valur ta' kull kelma..", "Hekk kif il-pittur jaffaxxina ruħu mill-ispektrum tal-kuluri, il-poeta jsib sens kbir fl-ilwien tal-kliem, tant li spiss tisimgħu jgħid li 'l-kliem idoqqlu'.", "B'xorti tajba, il-lingwa Maltija hija mogħnija bi kliem onomatopejku li letteralment jgħinek tisma' l-ħoss tal-kliem bħal 'il-ħaxix iħaxwex' u b'hekk spiss il-poeta għandu fejn jixxala meta jeżisti diġà dan il-potenzjal enormi merfugħ fil-lingwa nnifisha.\"", "\"Imbagħad, biex isir poeta, wieħed jeħtieġ il-fantasija ħajja ħalli jistħajjel, u meta jara xi ħaġa, jinżel fil-profond tagħha u jipprova jinterpretaha.\"", "Hawnhekk, Mizzi rreferini għall-poeżija tiegħu Kamaleonte u fissirli kif anki minn kreaturi sempliċi, huwa sikwit joħroġ implikazzjonijiet li japplikaw għad-destin tal-umanità u tal-kreazzjoni:", "\"Ilsienu spirall jispara:", "ilsienu fildiferru jlebleb", "ta' min jiddistilla fis-saliva", "l-essenzi mill-arja", "biex ġismu jibdel kuluru u jinħeba", "f'realtajiet trasparenti", "skont il-ħtieġa tal-ambjent,", "skont il-ħtieġa tal-mument.", "U b'hekk għalih ebda dilluvju ma jista'.\"", "\"Kwalità oħra neċessarja għall-poeta hija s-sensittività emozzjonali li permezz tagħha hu jitqanqal malajr.\"", "Did-darba kien imiss li Mizzi jindirizzani lejn il-ktieb Il-Kantiku tad-Demm fejn insibu din il-poeżija li ġġib l-istess titlu:", "\"Ma fiehx loġika d-demm,", "id-demm bħal kokka", "Waqt li kont qed indur diversi poeżiji tiegħu, intbaħt li Mizzi għandu ħabta juża l-metafora tad-demm....", "\"Għax id-demm huwa simbolu tal-ħajja u hu jifforma parti kbira minn ħajjitna.", "Anki l-espressjonijiet li nużaw fil-Malti jikkonfermaw kemm nagħtu importanza lid-demm: Dak mhux demmi!", "Dak demm ieħor!", "Dak demm ħażin!", "Barra minn hekk id-demm ifakkarna wkoll fl-għeruq tal-eżistenza u fl-oriġini mbiegħda ta' ħolqien il-bniedem.\"", "Ix-xjenza u t-teknoloġija", "Intant, anki f'poeżiji oħra fejn ma jissemmiex id-demm, Mizzi jitkellem dwar il-ħolqien tal-bniedem, imma did-darba permezz tax-xjenza.", "F'Inġiniera Ġenetiċi jikteb:", "\"Hemm veru tkun abdikajt", "Mulejja", "meta titlaq minn idejk", "l-għodod tat-tnissil", "ta' dal-ġisem tat-tafal", "li fuqu nfaħt nifsek", "fil-ġnien ta' l-Eden....\"", "Min-naħa l-oħra, hemm ukoll poeżiji li juru lil Mizzi bħala poeta taż-żmien modern, jaffaxxina ruħu mill-meravilji tax-xjenza u mill-iżvilupp tat-teknoloġija li seħħu lejn l-aħħar tal-20 seklu.", "Eżempju minnhom hija l-poeżija 'Vjaġġi Spazjali':", "\"... għad forsi bla ma taf", "tasal fl-imkien fejn għad irid jisbaħ", "l-ewwel jum primordjali tal-Ġenesi,", "għad titgerbeb għal warranijiet", "fiż-żugraga taż-żmien,", "tnażża' 'l Alla mis-seba' veli", "u hemmhekk issibu jitqatel għarwien", "biex jifdi lid-Dawl mid-Dlam.\"", "Ir-reliġjon – xtaq isir qassis", "Innutajt illi f'numru sewwa ta' poeżiji, Mizzi jdaħħal l-aspett tar-reliġjon...", "\"Meta kont żgħir xtaqt insir qassis, tant li dħalt intern fis-seminarju biex nibda nipprepara ruħi għal din is-sejħa.", "Imma għamilt hemm mill-bidu tas-sena skolastika sal-Għid.", "U meta Kristu rxoxta, jien parpart mis-seminarju għax intbaħt li dik ma kinetx triqti.", "Xorta waħda, f'ħafna mill-kontenut tal-poeżiji tiegħi hemm riflessa l-kultura li ħadt meta kont is-seminarju.", "Dan ma jfissirx li jiena xi bniedem ultra-reliġjuż.", "Pjuttost tista' tgħid li jinteressani l-kunċett t'Alla, l-univers u l-bniedem.\"", "\"Nistqarr li jiġu mumenti iebsin fejn naħsel niddubita saħansitra l-eżistenza ta' Alla, l-aktar meta tara n-nies ibatu għalxejn u kultant jinħaqru f'Ismu stess!", "U nistaqsi l-għala l-ebda forza soprannaturali ma tidher li taqbeż għal dawn il-vittmi?", "Infatti ġieli jiġini d-dubju li mhux Alla ħalaq lill-bnedmin fl-immaġni tiegħu, imma li kienu l-bnedmin ta' kull epoka li ħolqu lill-allat tagħhom skont il-bżonnijiet li kellhom.", "U infatti, meta jiena nħoss il-bżonn qalil għall-preżenza t'Alla, inħossni ċert illi li kieku Alla ma jeżistix, ikun jeħtieġ li noħolquh!\"", "L-aspett tad-duwaliżmu", "Dawn il-ħsibijiet ta' Mizzi jiffurmaw parti mill-aspett tad-duwaliżmu fejn skont il-Prof.", "Oliver Friggieri: \"Kollox idur madwar il-kunċett tat-tnissil u tat-twelid.", "Spiritwalità u senswalità, ħajja u mewt, dawl u dlam, lemin u xellug, kuxjenza u sensi, eternità u żmien, Alla u bniedem: dawn u oħrajn huma n-naħiet imbiegħda, il-polaritajiet ta' essri wieħed.\"", "L-aspett tas-senswalità", "Skont diversi kritiċi, Mizzi ma jiddejjaqx jistħarreġ lilu nnifsu fid-deher, tant li Prof. Friggieri kiteb dwaru: \"Mizzi jikteb il-lirika erotika l-aktar senswali u suġġestiva mingħajr ma jmiss ix-xifer tal-vulgaritá jew tal-erotiżmu rħis.\"", "B'danakollu, dwar dan is-suġġett partikolari, il-poeta stqarr, \"Kultant ma nafdax lili nnifsi b'poeżiji dwar l-imħabba u l-passjoni.", "Dan għaliex inkun nixtieq inżomm lili nnifsi lura ħalli ma ninkixifx iżżejjed, imma fl-istess ħin, ċerti espressjonijiet tant ikunu f'posthom li ma nkunx nista' ma nużahomx.\"", "Epitaffju tiegħu stess", "Aspett ieħor li Mizzi spiss jikteb dwaru huwa dak tal-mewt, inkluż tiegħu stess fejn fosthom jikteb saħansitra 'Epitaffju' għalih innifsu li jispiċċa b'dawn il-versi:", "\".... kelma waħda biss irrid", "li tingħad biex tfakkarni", "Hekk kif wasalna lejn tmiem intervista twila, għaraft li wara kollox, kitbet Achille Mizzi ma kinetx tqila daqs kemm ħsibtha, tant li hekk kif waqqajt il-barrieri estranji li kultant taf toħloq il-poeżija f'min mhux poeta, irnexxieli napprezza sbuħitha u s-sinifikat tagħha.", "\"Ħafna jaħsbuni inaċċessibbli, meta kif qed tara, mhux il-każ.", "M'hemm xejn aħjar biex tkun taf min hu Achille Mizzi l-poeta, iktar milli meta taqra l-poeżiji tiegħu.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (17 il-parti) fit-Torċa tal-31 t'Awissu 2014)", "Il-Kantiku tad-Demm", "Lil Ċali Mizzi", "Mas-Sejħa tat-Tnabar", "Moviment Qawmien Letterarju", "poezija", "Vetrati Milwiena"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Jien nikteb il-poeżija"} {"url": "https://kliemustorja.com/2019/04/01/787/", "text": ["Ċ", "Ġ", "GĦ", "Ħ", "Ż", "ara wkoll", "https://kliemustorja.com/m", "L-attività tradizzjonali tal-barklori, il-baħrin u s-sajjieda kienet tirrikjedi u pproduċiet lingwaġġ għalih.", "F'dan il-lingwaġġ ta' kuljum bdew jissawru idjomi u qwiel li bħal ma jiġri f'kull lingwa oħra iżewqu l-ilsien Malti u jirriflettu l-mentalità tan-nies tal-baħar.", "Hawn se naraw xi wħud minn dawn l-idjomi li kienu magħrufa l-aktar fl-ambjent marittimu.", "Bastimenti u Opri tal-baħar", ": Dan hu paragun li kien jingħata lil bniedem li ma jagħmel xejn ħlief jitgħażżen.", "Dan il-paragun ixebbah l-bastiment", ", li l-Maltin tan-naħa tal-Port il-Kbir kienu jsejħu l-Arbanja. li dam ħafna sorġut quddiem il-Forti Sant'Anġlu u allura magħruf bħala bastiment għażżin.", "BAĦRI TAL-ARBANJA", "BAĦRI TAL-BNAZZI –", "Idjomi li tingħad lil min fil-ħajja jbewweġ 'l hinn hekk kif ifeġġ l-inkwiet.", "JAQAW INT ĠEJ BID-DGĦAJSA ?", "Tingħad meta wieħed ma jkunx ċar u preċiż f'dak li jgħid u jista' jkun li qieħed jiddieħak b'ħaddieħor.", "DAK WEĠĠA' – ISS ĦEJ, ĦUDU D-DOKK", "!", "Din tingħad biż-żuffjet meta xi ħadd iweġġa' u wieħed jirrikmanda li il-persuna għandha tintbagħat fid-dokk (fit-tarzna) biex tirranġa ruħa sew (flok tiddewwa).", "ĦAFIF QISU FIRILLA", "– Paragun li jsir dwar bniedem żvelt u irqieq ma' opra partikulari tal-baħar li tixbah ħafna l-luzzu, biss iżgħar.", "– Appellativ għal xi ħad jew oġġett pjuttost goff jew żmanġat u li għandu ħafna żmien.", "Dan il-paragun hu mal-bastiment tal-Ordni ta' San Ġwann li dawn kienu ġabu magħhom minn Rodi.", "Għalkemm dan il-bastiment kien kbir spiċċa bla użu baqa' sorġut għal ħafna żmien quddiem Sant' Anġlu.", "ISA L-PULENA", ": Riferenza għal xi mara dejjem liebsa pulit iżda li ma tantx tħobb tagħmel il-faċendi.", "Dan hu paragun mal-pulena (il-parti dekorattiva fuq il-pruwa tal-bastiment).", "TAJJEB BISS GĦAS-SABORRA", ": Is-saborra hija dak il-materjal, ġeneralment ramel li jitqiegħed fl-stiva ta' isfel tal-bastimenti biex meta l-bastiment ma jkollux tgħabija iżomm il-bastiment ibbilanċjat sew.", "Mela tajjeb biss għas-saborra ji riferenza għal dak il-bniedem li mhu kapaċi jagħmel xejn.", "BAĦRIN AĦNA:", "Din l-idjoma tingħad meta xi ħaġa jew xi biċċa xogħol toħroġ tajba.", "ILEF IL-BOXXLA", ": Bħal ma baħri jitlef id-direzzjoni għax il-boxxla (il-kumpass tan-navigazzjoni) ma jiffunzjonax il-bniedem jista' jiġrilu l-istess u jġib ruħu ta' bniedem li jitlef rasu għax ikun irrabjat jew eċitat.", "BIL-BOXXLA MDAWRA LLUM", ": Burdata ħażina", "MUR GĦAND BOXXLA XJATEN", ": Din ir-rikomandazzjoni mhi xejn sabiħa għax biha tkun qiegħed tibgħat lil xi ħadd f'direzzjoni fejn ruħek tintilef.", "QALA' DAQQA TAL-BARKLORI", ": Din hi riferenza għal daqqa jew tumakka li wieħed jagħti lil xi ħadd li biha tmiddu.", "Dan jintima li l-barklori kienu nies ta' saħħa.", "AB IR-RIĦ FIL-QALA'", ": Sab min jibuttah bħal qala' (pl.", "QLUGĦ) ta' opra tal-baħar", "EFA' L-ANKRI", ": Poġġa bilqiegħda u baqa' hemm għal ħin twil.", "REFA' L-ANKRI", ": Qam minn fejn kien u ġabar anki ħwejġu u telaq 'l hinn", "KULL KALANKA PORT", "– (prov.) li jfisser li l-bniedem li jgħid hekk jaċċetta kwalunkwé soluzzjoni anki jekk din ma tkunx ta' ħafna sodisfazzjon.", "Kliem is-Sajjieda", "BEŻAQLU FIS-SUNNARA", ": Jiġifieri wieħed ta x'jifhem lill-ieħor li aċċetta proposta iżda wara ħallieh b'xiber imnieħer.", "IX-XILEP ĠEWWA", ": Il-ħut inqabad – riferenza li dak li kien wieħed qed jittanta li jdabbar issa ħadu.", "Appellattiv għal xi ħadd ta' statura rqieqa.", "ELA QED INBIGĦU L-INĊOVA", "!", "Riferenza għal ħafna tqanċiċ biex wieħed jaqbel fuq prezz.", ": Appellativ li jingħata lil xi ħadd li jkun niżel ħafna fil-pis.", "Żgur li dan kien mogħti min-nies li kienu jgħixu minn fuq is-sajd u dawk li jieklu dan it-tip ta' ħut.", ": Sablu l-mezz jew ix-xbiek biex jistad", ": Riferenza għal xi ħadd li jillħaqlu ħafna.", "Bniedem makak.", "BELLIEGĦA NQALA'!", "Tfisser x'għawġ inqala'.", "Paragun mal-ilma baħar li jitla' l-art wara xi maremot.", ": Bumerin hu dak li bl-Ingliż jissejjaħ il-", ".", "Speċi ta' ljun tal-baħar żgħir li jgħix fil-Mediterran.", "Ma tantx għadek tara minnhom dawn għax kważi nqerdu mill-bniedem.", "Meta jintlemħu ġieli tarahom reqdin żaqqhom 'il fuq, u għaldaqstant meta wieħed jorqod ħafna jixxebah mal-bumerin.", "IDGĦI DAQS BURDNAR", ": Dan id-diskors isir għax il-burdnara li kienu jaħdmu ix-xatt kienu magħrufa għal-lingwaġġ mhux xieraq li kienu jużaw.", "B'hekk il-burdnar kien jaqa' fil-kategorija tal-ħammallu u l-pastaż li kienu l-istess, dak li jerfgħu u jġorru oġġetti goffi u tqal.", "ĊORMA TFAL", ": Din tista' taraha kullimkien biss il-kelma ċorma tfisser il-kru ta' baħħara li jaqdfu jew iservu fuq il-bastimenti.", "Forsi int taf xi oħrajn !", "Fil-każ iktibli...."], "date": "2019-04-01T09:00:49+02:00", "category": "blog, history, folklore, culture", "title": "IDJOMI MARITTIMI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2008/11/karriera-onorata-fil-gurnalizmu/", "text": ["KARRIERA ONORATA FIL-ĠURNALIŻMU", "Fit-18-il edizzjoni tal-Malta Journalism Awards li ġiet sponsorjata mill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnalizmu, Dr Joe Micallef Stafrace ġie pprezentat bil-Gold Award.", "Dan l-unur jingħata lil dik il-persuna li skond il-ġurija tkun sebqet ir-rekwiżiti tal-prattika normali fil-ġurnalizmu tul il-karriera ġurnalistika tagħha.", "Iltqajna ma' Dr Joe Micallef Stafrace u miegħu tkellimna dwar il-karriera twila tiegħu.", "Ħadna wkoll il-kummenti tal-Prof.", "Guido Demarco, ħabib kbir tiegħu...", "Rebbieħ tal-Gold Award tat-18-il edizzjoni tal-Malta Journalism Awards", "Kif bdiet il-karriera ġurnalistika tiegħek?", "Kont għadni student tal-liġi fl-Università meta bdejt nikkontribwixxi b'xi artikli qosra fis-", "Sebħ", "u fil-", "Berqa", ".", "Il-ġurnal is-", "Sebħ", "kien joħroġ darbtejn fil-ġimgħa u l-editur tiegħu kien Nestu Laiviera.", "Fil-5 ta' Diċembru 1955 l-avukat Ġużè Flores, li kien Speaker, irriżenja minn din il-pożizzjoni għax laħaq imħallef.", "Minfloku sar Speaker Nestu Laiviera u mill-10 ta' Diċembru 1955 il-quddiem is-", "Sebħ", "għadda f'idejja bħala editur.", "Kont għadek żgħir.", "Kif ħadtha responsabbiltà bħal din?", "Sebħ", "kien jinbiegħ ħafna.", "Kien jistampa ruħu fil-Union Press li kienet tinsab f'Mayfair House fi Strada Forni, kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, l-Belt.", "Dik il-ħabta għalkemm kont Laburista ma tantx kont midħla tal-Partit Laburista.", "Madanakollu kull fl-għaxija kont niltaqa' fi Strada Rjali ma' grupp ta' żagħżagħ fostom ma' Vincent Moran, Patrick Holland, l-Ispiżjar Joe Camilleri, Pawlu Mamo u oħrajn.", "F'dawk iż-żminijiet bejn il-ħamsa u d-disgħa ta' fil-għaxija, Strada Rjali kienet tkun ippakkjata bin-nies.", "Ħafna kienu jinġabru l-Belt wara x-xogħol, jgħidu kelma ma' sħabhom u wara jmorru lura d-dar.", "Sikwit kienu jiltaqgħu magħna Joe Attard Kingswell u Leli Tabone li kien il-President tal-Partit.", "Kien Leli Tabone li insista miegħi li nkun l-editur tas-", "Sebħ", ".", "Kont naf li kienet responsabbiltà kbira imma dħalt għaliha.", "La kont miġbud għall-politika u la kont inħobb il-kitba, aċċettajt mill-ewwel.", "Ftit wara kienu ġew jgħinuni Lino Cassar, Colin Cauchi u Lino Spiteri.", "Taħt idejja, minn darbtejn fil-ġimgħa, l-ġurnal is-", "Sebħ", "beda joħroġ kuljum.", "Dik kienet l-ewwel darba illi x-xellug f'Malta kellu gazzetta li toħroġ kuljum.", "Minħabba karikatura ta' gvernatur Ingliż, inti spiċċajt erbat ijiem il-ħabs.", "Kif ġara dan il-każ?", "Fis-sajf tal-1958, wara l-istrajk ġenerali u l-irvelli f'April, il-marċi tal-festi kienu projbiti f'Malta.", "Iżda ġara li kien hemm patri, il-Profs.", "Serafin Zarb, li kien ħabib tal-Ingliżi u dan talab lill-gvernatur biex iħallih jagħmel il-marċ tal-festa ta' San Duminku li kienet ser taħbat fl-4 t'Awwissu 1958.", "Il-gvernatur aċċetta u jien ħadt l-opportunità biex nagħmel karikatura tal-gvernatur qed jiċċelebra mal-folla waqt li dawn qed ikantawlu \"Kemm għandu qalbu tajba\".", "Iżda din il-karikatura ma ntlaqgħet xejn tajjeb mill-gvern Ingliż ta' dak iż-żmien.", "Fid-9 ta' Jannar 1959 ġiet konfermata s-sentenza tal-appell u jiena bħala editur ġejt ikkundannat erbat ijiem ħabs u ħamsa u tletin lira multa fuq l-akkuża ta' tkażbir tal-gvernatur.", "Reggie Miller bħala stampatur weħel ħames liri u ġiet sospiża l-liċenzja tiegħu bħala stampatur għal xahar.", "Il-ġurnal ġie sospiż għal xahrejn.", "Kontu bsartu x'ser jiġri meta ħriġtu din il-karikatura?", "Għall-ewwel le iżda meta fid-9 t'Ottubru 1958 saret is-sentenza tal-maġistrat u appellajna, bdejna nippreparaw f'każ li s-sentenza tiġi konfermata.", "Nestu Laiviera applika biex joħroġ ġurnal ġdid bl-isem ta'", "Il-Ħelsien", "b'Joe Attard Kingswell bħala stampatur.", "Għaldaqstant hekk kif twaqqaf is-", "Sebħ", ", l-għada jew ġurnata wara beda joħroġ", "Il-Ħelsien", "u l-Laburisti xorta baqgħu bil-ġurnal tagħhom.", "Hekk kif ħareġ", "Il-Ħelsien", "il-pulizija qabżet fuqu mill-ewwel peress li l-istampa kienet se tkun l-istess waħda – il-Union Press.", "Iżda l-Qorti tal-Maġistrati ċaħdet dan għax qalet illi s-sospensjoni kienet qed tolqot individwu (lil Reggie Miller) u mhux lill-makkinarju wkoll.", "Inti għamilt ukoll żmien interdett.", "Fil-fatt kont wieħed minn dawk li kellek tiżżewweġ f'sagristija.", "Kif kienet ħaditha l-mara tiegħek dak iż-żmien?", "Sebħ", "għamel żmien interdett, hekk ukoll min jikteb fih u min jaqrah.", "Fis-16 ta' Settembru 1961 jiena u Yvonne iżżewwiġna fis-sagristija tal-Knisja ta' San Pawl tar-Rabat.", "Jiena kelli l-privileġġ li Yvonne kienet taħdem fis-Segretarjat ta' Reggie Miller.", "Kienet ukoll ġejja minn familja Stricklandjana u allura kienet tapprezza s-sitwazzjoni politika ta' dak iż-żmien.", "Ma kelli l-ebda problema, la min-naħa tagħha u lanqas min-naħa tal-familja tagħha.", "Kif bdiet il-libertà tal-istampa?", "Il-libertà vera tal-istampa f'Malta bdiet taħt l-influwenza tal-European Convention fid-drittijiet tal-bniedem għall-libertà tal-espressjoni.", "Is-sentenzi tal-Qorti Ewropeja għad-drittijiet tal-bniedem, saru applikabbli għal Malta iktar u iktar meta fl-aħħar tat-tmeninijiet din il-Konvenzjoni saret parti mil-liġi Maltija.", "Qabel din ta' min isemmi li fil-kostituzzjoni tal-1961, li nirreferu għaliha bħala l-Blood Commission (għaliex kienet preseduta minn Sir Hilary Blood), kienu tniżżlu l-ewwel darba b'mod organiku l-libertajiet u d-drittijiet tal-bniedem.", "Il-libertà tal-espressjoni sar aktar rikonoxxut u aktar imħaddem meta fl-1996, il-ġurnalisti ngħataw tlett drittijiet importanti:", "(i) ħadd ma jista' jġiegħel ġurnalista jiżvela s-sors tal-informazzjoni.", "(Hawnhekk għall-ewwel darba l-liġi semmiet l-importanza tar-rwol tal-medja f'soċjetà demokratika.", "Qabel dan ma kienx rikonoxxut, almenu speċifikament);", "(ii) meta l-ġurnalista jwassal tagħrif dwar xi ħaġa li ntqalet u li hi ta' nteress pubbliku u li min qalha jkun jaf x'ser jiġi irrapurtat, dak ir-rapport igawdi privileġġ.", "(Dan ifisser illi jekk ikun każ ta' xi inġurja, l-passi iridu jittieħdu kontra min qal id-diskors u mhux kontra min irrappurtah.", "Dan għaliex il-poplu għandu dritt ikun mgħarraf u l-ġurnalista għandu d-dritt jgħarraf).", "(iii) Inħoloq id-dover tal-gvern li jistabilixxi proċeduri biex jagħti tagħrif lill-istampa u meta jagħmel dan, ma jistax jiddiskrimina bejn stampa u oħra.", "Fost id-diversi nkarigi tiegħek, inti kont ukoll Ministru tal-kummerċ, tal-industrija, tal-agrikoltura u tat-turiżmu.", "X'wassal għar-riżenja tiegħek wara biss ftit xhur minkejja li ħatra bħal din kienet timplika l-fiduċja li kellu fik il-Prim Ministru Duminku Mintoff?", "Ħafna jistaqsuhieli din...", "Jekk ngħidlek li b'mod serju, n-naturali tagħna ma qablux, inkun qed ngħidlek kollox.", "Iżda jien lil Mintoff għedtlu biex ikun ċert mill-vot tiegħi għax jien il-lealtà tiegħi kienet ser tibqa' lejn il-Partit Laburista.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista kellu maġġoranza ta' wieħed u addijo pairing.", "Infatti, darba minnhom, kont ma niflaħx sew u kelli nittieħed il-Parlament f'ambulanza.", "Dħalt nivvota, dak iż-żmien fil-Kamra tal-Arazzi, fuq siġġu tar-roti.", "Kemm dħalt nivvota u ħaduni lura d-dar.", "Madanakollu, mill-1976 'l hemm ma ħriġtx aktar għall-politika.", "Inti minn dejjem kont bniedem determinat li ġġib il-bidla.", "Temmen li bil-kitba tista' ġġib il-bidla?", "Nemmen li 'the pen is mightier than the sword'.", "Però l-pinna qegħdha biex tibni u biex tagħmel il-ġid u mhux biex tkisser u tirrovina n-nies.", "Jien nemmen fil-libertà tal-ħsieb, nemmen fil-libertà li wieħed jesprimi fhemtu u nemmen li trid tisma' x'għandu x'jgħid ħaddieħor.", "Però fuq kollox nemmen fir-riflessjoni u li wieħed irid ikun animat minn spirtu tajjeb.", "Ħabib kbir ta' Dr Joe Micallef Stafrace", "Waqt il-preżentazzjoni tal-Gold Award lil Dr Joe Micallef Stafrace, inti esprimejt sentimenti sbieħ ta' ħbiberija bejnietkom.", "Kif bdiet din il-ħbiberija?", "Jiena u Joe ilna ħbieb kbar sa miż-żminijiet meta t-tnejn konna l-Università.", "Joe kien fil-kors ta' warajja.", "Kien għadu żagħżugħ fil-politika u editur tas-", "Sebħ", "fi żmien tassew diffiċli taħt gvern kolonjali b'dittatura kolonjali.", "Kien dejjem laburist u laburist sinċier.", "Jiena kont dejjem nazzjonalist.", "Imma dan qatt ma fixkel il-ħbiberija profonda li ilna f'dawn is-snin kollha inġeddu kważi kuljum.", "Nammirah għax hu taha wiċċ uman lill-ġurnaliżmu partiġġjan f'mumenti kbar ta' firda fost il-poplu Malti.", "Għalkemm bħala partiti ma kienx hemm qbil, bejni u bejn Staffi, l-ħbiberija tagħna kienet sinċiera fir-rispett sħiħ tal-opinjonijiet diversi u l-ħbiberija kienet tirbaħ fuq kollox.", "Għadha tirbaħ illum ukoll.", "Meta kont qed nitkellem ma' Dr Joe Micallef Stafrace huwa semma diversi okkażżjonijiet fejn inti kont tassew qrib tiegħu.", "Qalli li diffiċli tinsa ħbiberija bħal tagħkom.", "Tirrakkuntalna xi mumenti minn dawn?", "Iva.", "Huma diversi t-tifkiriet...", "Meta Joe ġie ikkundannat għal erbat ijiem ħabs, fuq karikatura li huwa ippubblika tal-gvern ta' Malta ta' dak iż-żmien, jien bqajt dejjem miegħu: l-ewwel ħdejn il-bank tal-akkużati, imbagħad sakemm ġiet il-karozza biex tieħdu l-ħabs.", "Niftakar li dak inhar, qabel rikeb, Joe qalli \"Guido, għamilli pjaċir.", "Ċempel lil Yvonne u għidilha li jiena kollox sew.\"", "Malli telaq jien ċempiltilha, ghaddejtilha l-messaġġ u għedtilha wkoll li Joe kellu moral għoli ħafna u li ċertament kien qed iħossu kburi bil-fatt li kien sejjer il-ħabs għax emmen fil-fehmiet tiegħu.", "Dik il-ħabta, jien kont għadni avukat prinċipjant, għadni nidħol fil-qasam tal-Kriminal.", "Fil-fehma tiegħi, Joe ma kellux jintbagħat il-ħabs.", "Wara xi żmien, Joe laħaq avukat u ried isib avukat ma' min jieħu l-prattika.", "Staqsini jekk kontx ser naċċettah sabiex jagħmel l-eżami tal-warrant.", "Jien irrispondejtu bla tlaqliq ta' xejn illi l-uffiċċju tiegħi seta' jqisu bħala l-uffiċċju tiegħu.", "Niftakar wieħed avukat iktar anzjan kien ġie jistaqsini \"Veru dak li qegħdin jgħidu?", "Li inti qed iżżomm miegħek lil Dr Joe Micallef Stafrace u lil Dr Patrick Holland biex jagħmlu l-prattika fl-uffiċċju tiegħek?", "Taf li int trid tagħmel ċertifikat ta' kondotta tajba tagħhom meta inti taf li dawn għandhom kondotta mċappsa?\"", "Lil dan l-avukat, jiena irrispondejtu hekk: \"Lil Dr Joe Micallef Stafrace u lil Dr Patrick Holland nafhom jien bħala żewġ avukati żagħżagħ ta' integrità u ta' onestà.", "Huma nies li sinċerament jemmnu fil-fehmiet politiċi tagħhom u ta' dan għandi rispett anki jekk il-fehmiet tagħhom ma jaqblux ma' tiegħi.", "M'għandi xejn xi jżommni milli noħroġ ċertifikat u ngħid li huma, kif fil-fatt huma, żewġ avukati ġodda ta' kondotta tajba.\"", "Okkażżjoni oħra li resqitni u kompliet tressaqni lejn Joe kienet meta iżżewweġ.", "Dik il-ħabta kien hemm l-interdett.", "Jiena personalment ma kontx naqbel mal-ġlieda mal-Knisja li għamel il-Partit Laburista dak iż-żmien.", "Però lanqas ma kont naqbel mal-interdett għax kien jidhirli illi dik kienet miżura estrema.", "Naturalment jien la stajt nimponi l-interdett u lanqas stajt inneħħih.", "Kont żagħżugħ avukat fil-politika, il-bogħod minn xi influwenza fuq il-Kurja ta' dak iż-żmien.", "Iżda biex nuri li l-valur tal-ħbiberija tirbaħ fuq kull ostaklu, kuntrarjament għal dak li setgħu għamlu uħud, jien bi pjaċir mort għall-festa tat-tieġ ta' Joe u ta' Yvonne.", "Mill-ġdid, il-ħbiberija tagħna rebħet kull ostaklu politiku.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċ tas-16 ta' Novembru 2008)", "Berqa", "Fondazzjoni Tumas Fenech", "ġurnaliżmu", "Sebħ", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "KARRIERA ONORATA FIL-ĠURNALIŻMU"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/03/1960-l-ewwel-kamp-ghall-apprendisti/", "text": ["1960: L-EWWEL KAMP GĦALL-APPRENDISTI", "Il-memorja hija bħal tfajjel miexi matul ix-xtajta.", "Ma tista' qatt tgħid liema ċagħqa jista' jiġbor u", "jgħożż flimkien mal-għeżeż affarijiet għal qalbu...", "Pierce Harris.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed napprezza dan ix-xogħol tal-kitba.", "Permezz tiegħu qed ikolli l-privileġġ li niltaqa' ma' bosta individwi li wħud minnhom saħansitra jiftħuli l-bieb ta' darhom u jilqgħuni għandhom.", "Huma mumenti mprezzabbli fejn tara bniedem li akkost li ma jafekx, fl-istess ħin qed jafda miegħek tant kummenti, tant emozzjonijiet, tifkiriet u perspettivi personali tiegħu.", "Sentiment inspjegabbli li jġibek konxja kemm kitba bħal din tqanqal nies biex jgħidulek l-istorja tagħhom u jħallu f'idejk biex imbagħad inti tagħtiha l-kulur tiegħek u biha twassal messaġġ lill-oħrajn....", "Jgħidu li l-kliem bħaċ-ċirasa; waħda ġġib lill-oħra.", "F'dal-każ, intervista ġabet oħra.", "Fil-fatt kienet l-intervista li jiena għamilt xi ftit tax-xhur ilu lill-Maġġur Stanley Clews li ħajjret lil Lino Bonnici sabiex jikkuntattjani.", "Ħafna jista' jkun li jiftakru lil Lino bħala wieħed mill-eks ħaddiema tat-Tarzna.", "Oħrajn aktarx jafuh bħala membru anzjan tal-iScouts.", "Bħal kif jiġri f'dal-laqgħat, tkellimna dwar diversi suġġetti.", "Imma ndubbjament l-aktar fatt għal qalb Lino u li dwaru xtaqni nikteb, kien dwar il-50 sena anniversarju mill-ewwel kamp tal-apprendisti ta' Bailey (Malta) Ltd li hu, il-Maġġur u tim ta' ħaddiema oħra waqqfu lura fl-1960.", "\"Illum tuġagħni qalbi meta nara s-sitwazzjoni preżenti tat-Tarzna u l-ħaddiema tagħha.", "Matul is-snin fit-Tarzna kien hemm nies ta' sengħa kbira li ħadmu b'ħila.", "Niftakar sewwa ż-żmien meta t-Tarzna kienet ta' stimulu kbir għall-ekonomija tal-pajjiż.", "F'żogħżiti meta kont tiġi aċċettat biex tidħol taħdem it-Tarzna kont tqis lilek innifsek bħala xxurtjat.", "\"Qisek irbaħt il-lotterija nazzjonali,\" kien qalli missieri meta għaddejt mill-eżami u dħalt bħala", "apprendist.", "Fil-ħamsinijiet meta tispiċċa mill-iskola, ta' 14 il-sena, ftit kellek għażliet.", "Jew kont tmur taħdem ma' xi raħħal, bidwi jew mastrudaxxa, inkella ikollok issiefer.", "Fil-fatt din ta' l-aħħar kienet l-iktar ħaġa li kienu qed jagħżlu biex jagħmlu ħafna miż-żgħażagħ.", "Min-naħa l-oħra, minn dawk li għażlu li jibqgħu f'pajjiżna, ħafna ppruvaw jidħlu t-Tarzna.", "Biex tintagħżel ridt tgħaddi għall-eżami u tiġi minn ta' quddiem.", "Kien hemm saħansitra skejjel apposta biex jgħallmu għall-entrance tad-Dockyard fostom: nofs il-Kulleġġ tad-De La Salle, St Michael's li kienet skola tal-mużew u anki xi skejjel privati bħal St Mary School f'Bormla.", "Meta dħalt jien, riedu jdaħħlu 164 apprendist.", "Jiena ġejt il-50 minn xi 600 li għamlu l-eżami!", "Dawk kienu żminijiet illi meta tidħol it-Tarzna kont temmen illi għandek xogħol sikur u li minn dakinhar sakemm tmut jew sakemm tagħlaq is-60 sena kont ser tibqa' taħdem hemm.", "Fit-Tarzna qabli kien hemm ukoll missieri u darba minnhom konna xi ħdax li niġu minn xulxin u naħdmu hemm.", "Għamilt 42 sena t-Tarzna – sal-1993.", "Bdejt minn apprendist imbagħad intbgħatt naħdem bħala engine fitter.", "Fl-1962 kont charge man u kelli l-opportunità li nkun parti mill-grupp ta' ħaddiema li ħadmu fuq il-flood gate il-ġdida li saret meta twessgħu l-baċiri.", "Finalment ngħatajt ir-responsabbiltà ta' estimator.", "Dax-xogħol kien ukoll ta' sodisfazzjon kbir għax tani ċ-ċans li niltaqa' u naħdem ma' nies f'pajjiżi differenti.\"", "Fl-istess waqt, f'dawn is-snin, Lino kellu sehem importanti ħafna fl-iScouts.", "\"Kont ilni 10 snin fl-iScouts.", "Dħalt magħhom għall-ewwel darba fl-1950 f'Raħal Ġdid.", "Kien ħajjarni l-ħabib tiegħi Joe Micallef li diġà kien membru.", "Kien huwa li ntroduċieni mat-troupe leader Louis Falzon u minn hemm qatt aktar ma ħarist lura.", "Imma ara, ħa nurik l-istorja kollha...\"", "Minn armarju mimli kotba u albums tar-ritratti, Lino ħareġ ktieb oħxon b'qoxra ħamranija.", "Dal-ktieb li fih 592 paġna huwa kollu miktub minn Lino.", "Fih għandu ġabra ta' memorji dettaljati ferm, b'numru kbir ta' ritratti, ismijiet u dati.", "Fih jirrakkonta s-snin li għamel fl-iScouts mill-1959 sal-1981.", "\"Jiena bniedem li nħobb nikteb ħafna, speċjalment dwar dak kollu li ngħaddi minnu ġurnata wara l-oħra.", "Dan ktibtu meta ħriġt bil-pensjoni mit-Tarzna.", "Kont inqatta' sagħtejn kuljum nikteb fih sakemm lestejtu.", "Uħud li rawh issuġġerewli li nibgħat kopja lill-biblijoteka daqs kemm fih dettalji.", "Imma jiena dan ktibtu għalija.", "Issa wara li ngħaddi jien, jaraw ta' warajja x'iridu jagħmlu bih,\" beda jispjegali hekk kif fetħu.", "Innutajt it-titlu tal-ewwel kapitlu, iddiżinjat b'kuluri sbieħ fuq l-ewwel folja – 'L-isbaħ żmien ta' ħajti'.", "\"Iva hekk kien.", "Fl-iScouts jiena tħarriġt biex insir ċittadin tajjeb u utli għal pajjiżi.", "Aktar tard imbagħad kont jien stess li sawwart din il-kultura f'ħafna u ħafna tfal.", "Bl-uniformi wasalt sa District Commissioner tas-South District fejn kellna madwar 900 scout.", "F'April ta' dis-sena nagħlaq 60 sena fl-iScouts għalkemm issa jiena sempliċiment membru.", "Madanakollu qatt ma ninsa illi kienet propju l-ħidma li għamilt fl-iScouts li wasslitni biex nintagħżel mill-Maġġur Clews ħalli flimkien noħolqu l-ewwel kamp għall-apprendisti tat-Tarzna.\"", "U naturalment, anki f'dan il-każ, Lino kellu għadd ta' noti, dettalji u ritratti li jfakkru dan l-avveniment.", "\"Għodwa waħda fl-aħħar ġimgħa ta` Marzu tal-1960, Freddie Galea li kien skrivan fid-dipartiment tal-personell ta' Bailey (Malta) ġie biex ikellimni.", "Huwa qalli li l-Welfare and Sports Officer li kien għadu kemm ingħaqad mal-Kumpanija, il-Maġġur Stanley Clews, kien iddiskuta miegħu u ma' Joe Manduca dwar il-possibbilità li jorganizza kamp fis-sajf għall-apprendisti tal-Kumpanija u għaldaqstant xtaq jara jekk kontx lest li ngħin biex dan il-proġett jitwettaq.", "Jiena mort niltaqa' mal-Maġġur biex nara aħjar x'kien jinvolvi dax-xogħol.", "Dik kienet l-ewwel darba li ltqajt mal-Maġġur Clews u minn dakinhar bqajna ħbieb sal-lum.", "Il-pjan kien li norganizzaw ġimgħa kamp għall-apprendisti ta' l-ewwel u t-tieni sena.", "Stqarr illi kien għażel lili peress li sar jaf li kelli esperjenza twila fl-iScouts u fil-qasam tal-camping.", "Ħsibt daqsxejn", "fuqha u wara ftit ġranet aċċetajt dan l-inkarigu.", "It-tnejn li aħna stajna nagħżu l-bqija tat-tim li kellu jieħu ħsieb dal-proġett.", "Dawn kienu Joe Manduca, Freddie Galea, Pawlu Buhagiar, Joe Bonnici u Joe Camilleri li kollha kienu jaħdmu t-Tarzna u kienu wkoll Scouts jew ex-Scouts.", "Il-Maġ.", "Clews, minħabba l-esperjenza militari li kellu kien il-Camp Commander u jien id-deputat tiegħu.\"", "Dwar dan ħadt l-okkażżjoni biex nerġa' nkellem ftit lill-Maġġur Clews li min-naħa tiegħu huwa fehemni illi l-Bailey (Malta) xtaqet tfiehem lill-apprendisti li hi kienet hemm għall-ġid tagħhom u li huma kellhom iħossuhom milqugħa mill-Kumpanija.", "Fil-fatt dal-kamp kien ingħata bħala ġimgħa extra leave u organizzat kollox il-Kumpanija nnifisha.", "Kienu qed jittamaw li b'hekk forsi setgħu jtaffu ftit id-diżgwid li kien hemm dak iż-żmien bejn il-management u l-unjins.", "\"Li torganizza kamp għall-apprendisti ta' età minn erbatax sa sittax il-sena u li wisq probabbli qatt ma kienu għamlu lejl reqdin taħt it-tined u li lanqas ma kienu membri ta' l-iScouts ma kinetx impriża daqshekk faċli.", "Aktar u aktar meta ġie deċiż illi dal-kamp isir Għawdex u dil-gżira fi żmien is-sittinijiet, ma kinetx dik ta' llum.", "Fil-fatt Għawdex kien għadu magħluq għalih ħafna u fejn kellna nkunu, kienu nħawi pjuttost diżabitati,\" kompla jfehemni Lino.", "\"Bdejna mill-qiegħ, niltaqgħu darba fil-ġimgħa, niddiskutu u norganizzaw dak li jeħtieġ għal biċċa xogħol li bħalha ma kellna l-ebda esperjenza.", "Diffikultà oħra kienu t-tined u l-aċċessorji l-oħra li teħtieġ", "għall-proġett bħal dan.", "Mingħand il-grupp tal-iScouts ma stajnix nisselfuhom għax dawn kellhom bżonnhom huma għall-attivitajiet tagħhom.", "Iżda l-kuntatti li kellu l-Maġġur f'ċertu ċrieki wassalna biex finalment nisselfu kollox mill-armata – għalkemm dawn widdbuna li din kellha tkun għal darba biss!", "Ħtiġijiet oħra li kien hemm bżonn inħadmu fit-Tarzna nnifisha: bħal screens għat-toilets li saru fid-dipartiment tat-tessuti, tankijiet għall-ilma li ġew adattati għall-ilma ħelu u saru fil-ħanut tal-kaldaran (coppersmiths) u arbli qosra għall kull ħtieġa, li saru fil-ħanut tal-joiners.", "Barra dawn, ġew mixtrija tmien portable toilets u kellna lista kbira ta' bżonnijiet oħra għall-kamp ta` 84 ruħ u 7 staff li kienu neċessarji għal tmint'ijiem.", "Wara xi żmien iltqajna ma' 114 il-apprendist illi nteressaw ruħhom sabiex jipparteċipaw (għalkemm wara aktar laqgħat dan-numru niżel għal 84).", "Imbagħad jiena u l-Maġġur tlajna s'Għawdex bil-karozza tiegħu – Anglia De Lux 10303!", "L-ewwel kuntatt kien ma' Dun Joe, il-qassis li kien responsabbli mill-Istitut ta` San Ġużepp f`Għajnsielem.", "Dan ħadna naraw medda ta` art u għelieqi li tiġi wara l-bajja tal-Qbajjar; li dak iż-żmien kienet totalment abbandunata apparti għal dar tas-sorijiet li kienet tintuża fis-sajf.", "Aħna kellna l-kompitu li nsibu min kien sid l-art u li nikkuntattjaw forn tal-ħobż u bejjiegħ tal-frott u l-ħaxix sabiex magħhom norganizzaw kollox.", "Akkost dax-xogħol kollu, kien hemm min saħaq li mhux ser jirnexxielna nwettqu proġett bħal dan.", "Imma s-Sibt 20 t'Awwissu 1960 waslet il-ġurnata li jitlaq l-ewwel grupp.", "Għabbejna bosta mill-affarijiet fuq it-tugboat Carbine (tugboat qadima tal-ex-Ammiraljat li kienet tintuża għal xi xogħol ħafif fit-Tarzna) filwaqt li l-affarijiet tal-kċina nġarru minn trakk ta' 25cwt li flimkien mas-sewwieq kienu għad-dispożizzjoni tagħna għat-tul kollu tal-kamp.", "Kienet ġurnata ta' riħ u xemx tikwi imma xejn ma waqqafna milli narmaw dak kollu li konna tellgħajna magħna.", "It-Tnejn 22 t'Awwissu 1960 waslu l-kumplament tal-apprendisti.", "Saret laqgħa fejn kulħadd ingħata struzzjonijiet dwar id-dmirijiet tiegħu u x'kien mistenni minnu.", "Għamilna wkoll roster għall-għassa bil-lejl, li kienet tibda mill-11:00pm sal-5:00am bi tliet campers fi tliet xiftijiet.", "Kellna wkoll membri għas-salvataġġ meta l-campers kienu jinżlu jgħumu fil-bajja tal-Qbajjar.", "Għalkemm ftit ftit ġejna qisna xi kamp militari, l-ilmenti kienu ftit ferm u konna sorpriżi kemm il-campers adattaw ruħhom malajr u kemm ikooperaw magħna.", "Matul dil-ġimgħa kellna wkoll xi viżitaturi distinti bħal Sir Guy Grantham, l-Ammiral Cooke (li kien il-General Manager ta` Bailey), il-Personnel Manager W Dunford u anke l-Isqof Pace t`Għawdex.", "Minbarra li kulħadd kellu dmirijietu, kien hemm ukoll bosta attivitajiet organizzati.", "Kienu ġranet sbieħ ferm fejn iċ-ċajt u l-iżżuffjettar ma naqasx.", "Min għadu ħaj minn dawn in-nies bla dubju ser jiftakar fir-reċti li konna nagħmlu kkombinati mad-diska li kienet popolari ħafna dak iż-żmien 'Yellow polka-dot bikini'.", "Sadanittant kienu ġew ukoll is-sorijiet joqogħdu fid-dar tagħhom u kien hemm min mar jistaqsihom jekk konnix qed nagħtuhom xi fastidju.", "Imma s-sorijiet ġew jgħidulna b'dan u qalulna wkoll li kienu rrispondewhom li mhux talli ma kienx hekk imma li proprjament kellhom il-wens bina peress li lanqas dawl ma kien għad hemm fit-triq.", "Insomma, kienet esperjenza mill-aqwa għal kulħadd: kemm għall-apprendisti li permezz t'hekk saru jafu aktar lil xulxin u allura setgħu jaħdmu aħjar flimkien fuq ix-xogħol u anki għalina l-organizzaturi li rajna proġett bħal dak jitwettaq b'suċċess!", "Fl-1961 u fl-1962 l-istess leaders flimkien ma' oħrajn ġodda organizzajna żewġ kampijiet oħra.", "Imma dawk huma stejjer oħra.", "Kien hemm anki kampijiet fi żmien Swan Hunter u aħna konna kburin li konna ftaħna t-triq għal din l-użanza.\"", "Lino beda jurini ritratt wara l-ieħor li huma ħadu f'dawn il-ġranet.", "Xtaqt inkun naf għaliex dan il-kamp baqa' tant għal qalbu?", "\"Dak iż-żmien din kienet opportunità li mmidd għonqi għal biċċa xogħol ġdida li rnexxiet.", "Meta nittawwal f'dawn l-albums inħossni miexi fil-mogħdija tal-memorji.", "Għandi xewqa kbira li nkun naf x`sar minnhom dawk iż-żgħażagħ li kienu attendew għal dan l-ewwel kamp tal-apprendisti ta` Bailey(Malta)Ltd.\"", "L-ismijiet u d-dettalji ta' dawn il-ġranet għadhom ċarissimi f'moħħ Lino, speċjalment meta dawn huma mniżżla kollha fi djarji li hu ilu jżomm mill-1950!", "\"Kien darriena missieri hekk.", "Kien jgħidilna biex inniżżlu dak kollu li nagħmlu ħalli meta nikbru nkunu nafu minn xhiex għaddejna.", "U jien bqajt inżomm din id-drawwa sal-lum.", "Inzertajt ukoll li nħobb", "ħafna d-dettall u l-qari.", "Fil-fatt l-aktar awtur li kien jogħġobni kien Robert Louis Stevenson proprju għaliex kien jikteb ħafna fid-dettall, tant li dak li jkun qed jiddeskrivilek, f'moħħok tarah qisu stampa.", "Minn dan l-awtur, tħajjart nagħmel l-istess.", "Apposta niżżilt dawk l-ismijiet u l-indikazzonijiet kollha, bl-iskop li min jaqra kitbieti, jkun jista' jifhem aħjar x'qanqalni biex inniżżel dawn il-ġrajjiet u l-memorji li tant għadni ngħożż sal-lum!\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-14 ta' Marzu 2010)", "Kulleġġ De La Salle", "Maġġur Stanley Clews", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "1960: L-EWWEL KAMP GĦALL-APPRENDISTI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/04/jekk-ma-temminx-x%E2%80%99jibqa%E2%80%99/", "text": ["It-twemmin huwa l-verità miżmuma fil-moħħ; il-fidi hija n-nar fil-qalb...", "Joseph Fort Newton (1880 – 1950)", "Il-Papa Benedittu XVI ġie u mar.", "Għal uħud din kienet miġja li qanqlet ferħ kbir u bil-ġiri marru bi ħġarhom biex jilqgħuh.", "Oħrajn forsi kienu xi ftit aktar xettiċi u filwaqt li numru minnhom intefgħu f'xi kantuniera biex ikunu preżenti mal-folla, ammont ieħor qagħdu d-dar isegwu bil-kwiet minn fuq it-TV.", "Indubbjament kien hemm ukoll dawk li l-wasla tal-Papa urtathom u għall-ebda raġuni fid-dinja ma riedu jiddedikaw lanqas sekonda waħda biex jaraw dak li kien qed jiġri.", "Imma dik hija l-libertà tal-ħsieb u tat-twemmin u fl-opinjoni tiegħi kulħadd għandu d-dritt jaħsibha kif irid, basta ma jxekkilx lil ħaddieħor fid-deċiżjonijiet tiegħu.", "Għax wara kollox, x'inhi l-fidi?", "X'inhu t-twemmin?", "Min ser imeri lill-ieħor li hu żgur li qiegħed fit-triq it-tajba?", "X'ċertezza għandna dwar dak li ġejna mgħallma sa minn meta konna tfal?Finalment kollox jagħlaq fuq element wieħed li jorbot kollox – il-fidi.", "U hekk kif konna qed ngħixu dawn il-waqtiet, ħabib ġdid tiegħi laqqagħni ma' wieħed illi għalih il-fidi tagħmel parti essenzjali minn ħajtu.", "Fil-fatt għal Neville Attard il-ferħ tal-wasla tal-Papa kompla", "jestendi ruħu meta ftit tal-ġranet wara kellha tiġi ċċelebrata l-festa liturġika ta' San Ġorġ Megalomartri, qaddis u patrun ta' Ħal-Qormi, li lejh huwa għandu devozzjoni qawwija tant li wasslitu biex jibda kollezzjoni vasta.", "\"Niċċelebraw l-festa liturġika ta' San Ġorġ fit-23 t'April, id-data ta' meta jingħad li hu ngħata l-martirju.", "Ta' min insemmu wkoll illi dil-festa tiġi ċċelebbrata f'diversi pajjiżi oħra madwar id-dinja li għandhom qima kbira lejn dan il-qaddis,\" bdieli d-diskors Neville hekk kif fetaħ il-bieb tad-dar sabiex jintroduċili l-kollezzjoni tiegħu.", "Mal-ewwel feġġew l-ewwel oġġetti ddedikati lil San Ġorġ...", "\"Tridx nibda billi nurik dawn ir-relikwi?", "Għandi tliet tipi: din hija fragment ta' għadma ta'", "San Ġorġ u dik hija biċċa mill-ħwejjeġ tiegħu filwaqt li hawnhekk għandi ċ-ċertifikati maħruġa mill-Vatikan biex jikkonfermaw l-awtentiċità tagħhom.", "It-tielet relikwa tikkonsisti f'biċċa żgħira mill-istandard tiegħu li hemm fil-bażilika paleo-kristjana ddedikata lil San Ġorġ f'Velabro f'Ruma imma din akkwistajtha mingħand anzjan tal-post u m'għandix ċertifikat tagħha.\"", "B'sengħa kbira Neville ħoloq speċi ta' kwadri biex jilqgħu fihom dawn ir-relikwi prezzjużi.", "Huwa jinqala' sewwa fl-arti u fejn ma jasalx hu, isib min jgħinu.", "\"Nippreferi li dawn id-dekorazzjonijiet isiru bi snajja tradizzjonali għax jidhirli li huma l-aktar xierqa fejn jidħlu affarijiet konnessi mar-reliġjon u l-Knisja.", "Hawnhekk per eżempju, fejn qed tara dan id-disinn tal-weraq bil-perli u l-ħajt tad-deheb, huwa xogħol tal-monaster li ħadmitli waħda mara.", "Ix-xogħol tal-monaster jixbaħ ħafna lil dak tal-ganutell u jinħadem billi jiddawwar ħajt tad-deheb, waħda ħdejn l-oħra mal-kartun sakemm jiġi qisu rakkmu.", "Eżempju ieħor huwa dan il-kwadru li rregalali ħabib tiegħi fejn did-darba l-ornamenti ġew maħduma bil-qulling li jsir permezz ta' karti tad-deheb mibrumin.", "Imbagħad dan huwa kwadru maqtugħ bl-arkett li jien komplejt inżejjen.", "Din it-teknika kienet popolari ħafna fl-antik: fejn inti jkollok ritratt tal-qaddisin poġġut fuq l-injam u mbagħad tlibbsu.", "Niftakar li dan kien tahuli missieri u jien iddekorajtu bil-lewlu u l-lazzijiet tad-deheb, mentri x-xagħar ta' fuq għonq iż-żiemel u denbu għamilthom bir-rix li qgħadt innittef mill-anġlu tal-fibre-optic tan-nanna!\"", "Dlonk ħarbitli tbissima u fil-pront tajt daqqa t'għajn wara Neville fejn kont naf li hemm nanntu Vitorja Sultana qed issegwi kollox.", "Imma malajr serraħt rasi għax sibtha qed tidħak u tiggustah.", "\"Żarmali dar sħiħa biex ramahieli kollha b'dawn l-oġġetti ta' San Ġorġ.", "Kelli sett tal-kċina wkoll neħħiehuli għax daqs kemm akkwista affarijiet, kellu bżonn aktar spazju.", "Imma x'nagħmel jekk dan hu l-", "passatemp u l-għaxqa tiegħu?", "Minn dejjem niftakru jħobb il-Knisja, il-funzjonijiet tagħha u l-qaddisin.", "Ilu jġemma' l-istatwi sa minn ċkunitu u fil-fatt l-ewwel statwa ta' San Ġorġ tajniehulu jiena u żewġi Leli ftit qabel ma għamel il-preċett.", "Sfortunatament żewġi miet għoxrin sena ilu u għalija Neville huwa kollox fid-dinja.", "Barra minn hekk jiena Ġorġjana daqsu u allura nieħu pjaċir inkompli miegħu.", "Tant hu hekk illi ftit ilu għal egħluq sninu xtrajtlu dik l-istatwa mdaqqsa tal-fidda,\" irrakkuntatli n-nanna hekk kif anki hi bdiet iddawwarni fil-kmamar tad-dar.", "Neville beda jgħidli kif bdiet din il-kollezzjoni.", "\"Kif qaltlek nannti, ilni ħafna dilettant tal-istatwi u l-qaddisin.", "Imma lejn San Ġorġ minn dejjem kont inħoss devozzjoni speċjali.", "Jista' jkun peress li jiena Qormi u noqgħod fl-inħawi ta' San Ġorġ, tgħammidt fil-Knisja ta' San Ġorġ, mort l-iskola primarja ta' San Ġorġ, kelli lin-nannu fratell mal-fratellanza tar-rużarju u l-għeruq tal-familja kollha huma Ġorġjani.", "Ma setax jonqos allura li meta ġieni f'rasi li nibda kollezzjoni, ddeċidejt li niddedikaha lilu.\"", "L-oġġetti li jagħmlu parti minn dil-kollezzjoni huma bla tarf u minn kollox.", "\"Għandi statwi, kwadri, ikoni, kalċi, ritratti, pitturi, muniti, kalendarji, djarji, domni, pipa, keychains, ċikkulata, platti, kikkri, fliexken tal-ilma u l-inbid li jġibu ismu, basktijiet, partijiet minn uniformijiet", "ta' skejjel u kulleġġi ddedikati lil San Ġorġ, ingravati, flokkijiet, brieret, velu tan-nisa Eġizzjani, xugamani, tapiti, mousepad tal-kompjuter, kartolini, santi bil-bizzilla tad-deheb u dawk magħrufin bħala taċ-ċikwejra u dan il-bulettin tan-nanna li jġib id-data tal-1956.", "Hemm ħafna iktar affarijiet, kif qed tara, fostom dawn il-frieket, l-imgħaref u l-kuċċarini bid-disinn ta' San Ġorġ.", "La mmut jien, dawn il-kuċċarini beħsiebni nħallihom lill-Knisja ta' San Ġorġ sabiex jintużaw għall-inċens tan-navetta.\"", "Daqstant ieħor huma varji l-materjali li dawn huma magħmulin minnhom.", "\"Ara, l-affarijiet huma stivati skont il-materjal tagħhom.", "Għandi oġġetti maħduma mit-tafal, resin, kompożizzjoni ta' rħam, ħġieġ 3D, injam varju fostom dak taż-żebbuġ, fidda, parċmina tax-xemgħa, cameo maħdum mill-qoxra tal-fkieren, antaċċjoli, lewlu rqiq u oħxon, cross stitch u anki biċċa xogħol mill-ifjen maqtugħa fil-madreperla.\"", "Stagħġibt kemm jeżistu affarijiet varji għalkemm kollha relatati mal-istess qaddis!", "\"San Ġorġ huwa wieħed mill-aktar qaddisin bikrin tal-Kristjaneżmu fejn f'dawk iż-żminijiet il-Kristjani kienu ppersegwetati ħafna u kienu jinħbew taħt l-art biex jaħarbu mill-", "mewt.", "Flimkien magħhom dawn min jaf kemm ħbew dokumenti, rikordji u relikwi tal-qaddisin tagħhom.", "Imma sfortunatament meta Neruni kien ħaraq Ruma min jaf kemm minn dawn it-tifkiriet ġew meqruda għal dejjem.", "Akkost ta' dan, xorta waħda jekk tfittex, issib bosta oġġetti nteressanti u souvenirs minn diversi ħwienet.", "Barra minn hekk jiena nħobb insiefer ħafna f'pajjiżi konnessi mar-reliġjon fejn naf li ser insib ħwienet kemm irrid ibiegħu dawn l-affarijiet.\"", "Fil-fatt tista' tgħid illi dil-kollezzjoni sservi wkoll ta' vetrina dwar kif pajjiżi differenti jesprimu d-devozzjonijiet tagħhom lejn dan il-qaddis permezz tax-xogħolijiet u s-snajja' tradizzjonali tagħhom.", "\"Għandi xogħol mill-Brazil, Barċellona, Spanja, il-Muntanja Tabor, l-Etjopja, Ġenova, Bulgarija, Ingilterra u Ruma fost l-oħrajn.", "Imbagħad dan il-bajd tal-injam impitter bix-xeni tal-qaddisin xtrajtu mir-Russja u dan il-pupazz jew trajbu tat-tiben xtrajtu min-Napli u libbistu biex ġibtu jirrapreżenta lil San Ġorġ.", "Din l-istatwa kbira tal-injam hija l-aktar waħda riċenti f'dil-kollezzjoni u xtrajtha mill-Ġermanja.", "Fl-art imqaddsa naturalment insib oġġetti bir-radam!", "Post ieħor li żort huwa l-Eġittu fejn l-insara Kopti għandhom devozzjoni kbira lejn dan il-qaddis.", "Hemm tradizzjoni li tgħid illi l-fdalijiet ta' San Ġorġ kienu ħaduhom l-insara Kopti u li dawn jippossjedu wkoll il-ktajjen li kien marbut bihom waqt il-martirju.", "Dawn il-ktajjen jinsabu fil-Kajr u d-devoti jistgħu jilbsuhom bħala devozzjoni u qima biex jaqalgħu l-grazzja ta' dal-qaddis – att li naturalment jiena għamilt minn qalbi.\"", "Huwa żar ukoll il-qabar ta' San Ġorġ li jinsab f'Lydda, qrib Ġerusalemm.", "Għal qalbu wkoll hija l-bażilika ta' Velabro f'Ruma fejn jinsab il-kranju (il-qurriegħa) ta' San Ġorġ.", "\"Fl-1984 din ir-relikwa kienet inġabet Ħal-Qormi u niftakar li kienu saru festi kbar.", "Imbagħad fl-2003 reġgħet żaret il-gżejjer tagħna, did-darba f'Għawdex u konna tlajna narawha.\"", "Kont kurjuża dwar xi dettalji partikolari ta' dil-kollezzjoni u Neville weġibni minnufih.", "\"L-aktar oġġett ċkejken fih 22mm u hu magħmul mill-metall.", "L-akbar wieħed jikkonsisti fi statwa ta' 4 piedi li kienet saret fuq ordni tiegħi mingħand l-iskultur Austin Camilleri Cauchi.", "Ġimgħa qabel il-", "festa f'Ħal-Qormi niċċelebraw San Ġorġ tat-tfal fejn issir purċissjoni mill-pjazza ta' San Franġisk sal-Knisja.", "Il-membri tal-kumitat u l-arċipriet kienu talbuni din l-istatwa biex jerfugħa t-tfal waqt il-purċissjoni.", "Jien aċċettajt u did-drawwa baqgħet issir kull sena.", "Din l-istatwa l-kbira hija għall-qalbi ferm peress li kienet l-ewwel oġġett li xtrajt ta' dak il-kobor.", "Madanakollu hemm statwa oħra għażiża għalija.", "Hija l-aktar waħda antika, peress li għandha iżjed minn 100 sena.", "Tahieli l-ħabib tiegħi Charles Scerri peress li jaf kemm għandi għall-qalbi dan il-qaddis, akkost li dik kienet l-uniku statwa li kellu tiegħu u li kien jgħożża ferm.\"", "Fil-fatt innutajt illi Neville għandu bosta ħbieb li jirrispettawh ħafna u rakkont partikolari tiegħu aktarx ikkonfermali għaliex.", "\"Mhux l-ewwel darba li sifirt ma' xi wħud minn sħabi li għandhom l-istess devozzjoni lejn San Ġorġ.", "Darba minnhom fis-sena 2000 tlajt Ġerusalemm ma' wieħed minn ħbiebi u minn", "hemm xtrajt fonti ċkejkna tal-ilma ta' dan il-qaddis.", "Sieħbi, li huwa kollezzjonista fervent bħali, iddeċieda li ma jixtrix waħda bħalha imma meta rritornajna Malta, kull darba li jiġi għandi u jaraha kien jgħidli \"Ara naqra, għal one dollar iċċaħadt minnha u ma xtrajtx bħalha!\"", "Għaldaqstant meta rġajt tlajt Ġerusalemm fl-2008 wegħdtu li nipprova nsiblu waħda bħalha.", "Imma x'issib?", "Mhux b'dik id-data u wara dawk is-snin kollha!", "Domt indur u niġri sa l-aħħar ġurnata u daqs kemm qtajt qalbi, xtrajtlu xi ħaġ'oħra.", "F'ħin minnhom hekk kif konna qed nippreparaw biex nitilqu f'ħanut nilmaħ kaxxa mfawwra b'souvenirs antiki u fostom nara l-fonti tal-2000 li xtaq hu!", "Kienet l-aħħar waħda li kellu u tgħidx kif ħtaftha f'idi mill-ewwel.", "Meta rregalajtha lil sieħbi u għedtlu l-istorja kollha ovvjament apprezzaha mmens.\"", "Il-figuri ta' San Ġorġ ma jistgħux ma jimpressjonawkx.", "Bosta jirrappreżentawh bħala suldat Ruman kuraġġjuż u kburi, riekeb fuq żiemel bajdani filwaqt li qed jissielet ma' draguni ta' kull xorta.", "\"Hemm ħafna stejjer u leġġendi mdawwra ma' San Ġorġ imma ħafna minnhom huma simboliċi.", "Iż-żiemel abjad jirrapreżenta liż-żiemel tal-apokalissi.", "Id-dragun huwa s-simbolu tal-ħażen.", "Il-prinċipessa li ġieli tidher fil-pitturi qed tiġi salvata minn San Ġorġ hija l-Knisja.\"", "San Ġorġ huwa wkoll il-patrun ta' diversi pajjiżi fostom ta' Għawdex, tal-Ġorġja u tal-Ingilterra.", "Din tal-aħħar fil-fatt kienet li nediet il-premju tal-George Cross li jingħata lil", "nies ċivili bħala ġieħ għall-atti ta' erojiżmu u kuraġġ waqt ċirkustanzi ta' perikli kbar.", "Malta ingħatat dan il-ġieħ fl-1942 u sal-lum dan għadu jagħmel parti mill-bandiera Maltija.", "\"San Ġorġ huwa wkoll il-patrun tal-iscouts hekk kif ġie deċiż minn Baden-Powell li kien il-fundatur.", "Huwa wkoll il-patrun tas-suldati, tal-kavallerija, tal-arċiera, tal-bdiewa, tal-morda bir-ras, il-leprożi, il-pesta u s-sfilide.\"", "Staqsejtu għala jirreferu għal San Ġorġ bħala megalomartri?", "\"Għax sofra aktar minn martirju wieħed sakemm finalment qatgħulu rasu u qatluh.", "Għaldaqstant jista' jkun illi apparti li f'idejh tidher il-palma li tissimbolizza l-martirju, jidhru wkoll tliet kuruni bil-ponot li jfissru li kien martri ta' Kristu u li għadda minn tliet martirji.\"", "Ridt nara xi jfisser għalih it-twemmin u r-reliġjon?", "\"Ifissru ħafna u nemmen li għandhom ikunu parti mill-ħajja tagħna lkoll.", "Jekk ma temminx x'jibqa'?\"", "L-imħabba li hu għandu lejn dal-qaddis tissarraf ukoll fl-għajnuna li huwa jagħti fil-Knisja ta' San Ġorġ fejn fostom flimkien ma' sħabu huwa jgħin fl-armar, fir-restawrar u biex jinġabru l-fondi għal diversi xogħlijiet li jkun hemm bżonn.", "Neville huwa wkoll l-organista u jieħu ħsieb il-kor tal-istess knisja.", "\"Iva, flimkien ma' Charlene li tistudja l-vuċi u tidderieġi lit-tfal tal-kor nħarreġ lit-tfal biex ikantaw u jipparteċipaw fil-funzjonijiet tal-Knisja.", "Hekk kif fi tfuliti għamlu miegħi, jiena nħobb ukoll", "nispjegalhom it-tifsira tal-kant u t-tiżjin fil-knisja sabiex dawn jifhmu aħjar is-sinifikat ta' dak li jkun qed iseħħ.", "Aħna nkantaw kant tradizzjonali bil-Latin u għalhekk huwa importanti li jkunu jafu sewwa x'inhuma jgħidu.", "Nużaw mużika sagra ta' Mons Marco Frasina, dik Gregorjana u anki dik magħrufa bħala 'ta' Lourdes'.", "Dawk it-tfal li jinteressahom jingħaqdu magħna nixtieq ninfurmahom illi r-rehearsals isiru kull nhar ta' Ġimgħa mis-6:30pm sas-7:30pm mal-orgni wara l-artal.", "Barra minn hekk għandna wkoll ir-radju tal-parroċċa 'Leħen il-belt Ġorġjana' li jxandar fuq 105.6fm u li aħna kburin ħafna bih.", "L-għan ta' dan ir-radju huwa li jxandar il-funzjonijiet tal-knisja u xi programmi relatati bħal 'Mill-Knisja 'l ġewwa'.", "Ix-xandiriet tiegħu jibdew minn Ras ir-Randan u jieqfu wara jum il-festa l-kbira ta' San Ġorġ f'Ġunju.\"", "komplejna nitkellmu sirt naf illi Neville huwa wkoll għalliem tax-xogħol tal-fuħħar u l-crafts fid-Dar tal-Provvidenza s-Siġġiewi.", "Huwa studja l-arti fil-Kulleġġ De La Salle il-Belt Valletta u anki fil-Kulleġġ tal-arti u s-snajja' li kien jinsab Tarġa Gap il-Mosta.", "Fil-fatt fil-kollezzjoni stajt nara wkoll xi xogħlijiet u pitturi minn tiegħu li naturalment huma dwar San Ġorġ.", "Poġġejna bil-qiegħda mal-mejda fil-kċina mdawwrin minn kull naħa bil-preżenza ta' San Ġorġ li saħansitra kienet titla' sas-saqaf.", "Xtaqt inkun naf jekk ormaj Neville jaħsibx li għandu biżżejjed oġġetti u jekk wasalx biex jieqaf?", "\"Xhiex?", "Nieqaf?", "Lanqas biss tgħaddili minn rasi.", "Jien l-hena tiegħi nintasab hawn inħares lejhom u naħseb kif u fejn ser nagħmel aktar xkafef biex inżid aktar.", "Beħsiebni nimla' kull m'hawn!\"", "In-nanna Vitorja għolliet ħarsitha 'l fuq u ħadet nifs qawwi l-ġewwa.", "Fl-istess ħin ġabitilna platt pudina li ħadmet hi stess mill-biskuttelli.", "\"Kulu, kulu,\" ħeġġitna.", "Ma tantx kellha titħabat wisq biex tikkonvinċina nieklu biċċa.", "Il-pudina kienet ħelwa u bnina daqs in-nanna Vitor!", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-25 t'April 2010)", "devozzjoni", "knisja", "kollezzjoni", "ktajjen ta' San Gorg", "Kulleġġ De La Salle", "Leħen il-belt Ġorġjana", "qaddis", "radju tal-parroċċa", "San Ġorġ Megalomartri", "Tarġa Gap Mosta", "Torċa", "Vitorja Sultana"], "category": "blog, literature, culture", "title": "JEKK MA TEMMINX X'JIBQA'?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/05/sengha-taht-theddida/", "text": ["Sengħa taħt theddida", "Għall-artiklu ta' din il-ġimgħa għażilt li nitratta s-sengħa antika tal-bini tad-dgħajjes li ilha tintiret fost niesna għal bosta snin.", "B'dan il-għan iltqajt ma' Ġużu Maniscalco u ma' Mario Aquilina, żewġ mgħallma f'dan il-qasam, li minn taħt idejhom għaddew bosta opri tal-baħar.", "Permezz tal-intervisti ma' dawn l-individwi għaraft il-kapaċità msensla f'din is-sengħa u l-varjetà li teżisti fost dawk li aħna niġbru kollettivament taħt it-titlu ta' 'dgħajjes'.", "Barra minn hekk intbaħt ukoll li din is-sengħa tradizzjonali tinsab mhedda hekk kif id-domanda għal dan ix-xogħol tradizzjonali qiegħda kull ma tmur tispiċċa fix-xejn.", "Imma aqraw dawn ir-rakkonti ħalli tifhmu ħafna aktar x'irrid ngħid u nassigurakhom li mill-llum il-quddiem sa tibdew tħarsu b'għajnejn ġodda lejn dawn id-dgħajjes li ormaj saru jiffurmaw parti sinifikanti mill-wirt kulturali tagħna.", "Ġużu Maniscalco (Ġużu Tal-Imgħallem)", "Ġużeppi Maniscalco qatt ma kien ra l-baħar qalil daqstant!", "Imsarnu niżlu f'saqajh hekk kif induna li d-dgħajsa ċkejkna ta' Stiefnu kienet qed tintela' bl-ilma kull darba li l-mewġ kbir beda jistabat magħha.", "Il-maltemp kien ġie fuqhom ħabta u sabta u huma ma setgħu jagħmlu xejn ħlief li jaqdfu kemm jifilħu bit-tama li joħorġu malajr kemm jista' jkun minn dak ix-xkiel.", "Ġużeppi kellu biss tnax il-sena u f'dawk il-mumenti tal-waħx kien diġà ta ruħu b'mitluf.", "Madanakollu Stiefnu, li kien sajjied anzjan u reliġjuż fervent, żamm ruħu sod u kull darba li kienet titfaċċa xi mewġa ta' barra minn hawn, kien jgħajjat kemm jiflaħ \"il-mant tal-Madonna huwa akbar minnkhom kollha!\"", "B'xi mod, huma rnexxielhom jaslu l-art qawwijin u sħaħ imma Ġużeppi ħalef li qatt aktar f'ħajtu ma kien ser jitla' fid-dgħajsa ta' ħaddieħor.", "Minn dakinhar 'l hemm, Ġużeppi ntefa' jibni d-dgħajjes ma' missieru f'Marsaxlokk.", "Ma damx biex qabad is-sengħa sewwa u n-nies bdiet tagħrfu bħala 'L-Imgħallem'.", "Iżda meta aktar tard huwa żżewweġ u l-familja tiegħu bdiet tikber, il-paga ma baqgħetx isservi u għalhekk hu kellu jidħol jaħdem bħala bennej tad-dgħajjes mad-Dockyard.", "B'danakollu, is-sidien tad-dgħajjes xorta baqgħu jfittxu s-servizzi tiegħu, speċjalment għall-manteniment regolari tagħhom, u kien waqt dan il-perjodu li tnisslet f'ibnu Ġużu, il-ġibda lejn din is-sengħa.", "Għall-ewwel kienet iż-żebgħa kkulurita li tintuża fuq id-dgħajjes li bdiet taffaxxinah, u missieru beda jħallih jiżbogħ xi affarijiet żgħar.", "Imma ta' tifel li kien, din in-namra ma damitx ma daħlitu fl-inkwiet hekk kif hu rama jiżbogħ dak kollu li beda jiġi quddiem għajnejh u kull x'ħin ifettillu, anki dakinhar li għamel l-Ewwel Tqarbina meta kien għadu liebes il-ħwejjeġ bojod tal-Preċett!", "Imma ormaj Ġużu kien maqbud sa griżmejh minn din is-sengħa u finalment missieru ntebaħ li kien ikun aħjar jekk jibda jħarrġu bil-mod fl-affarijiet bażiċi.", "Ta' 9 snin, huwa għallmu kif jiddiżinja mudell ta' dgħajsa u ftit taż-żmien wara, anki nannuh, li bħall-ġenerazzjonijiet ta' qablu kien bennej tad-dgħajjes ukoll, beda jgħaddilu l-pariri tiegħu.", "Taħt is-superviżjoni ta' missieru, fl-età ta' 14 il-sena, Ġużu ħadem l-ewwel dgħajsa żgħira li ordnat waħda mara biex tmur tistad għall-gambli biha.", "U ftit ftit, missieru beda jħajjru jesperimenta bl-ideat u bil-kapaċitajiet tiegħu sakemm anki hu sar mustaċċun f'dan ix-xogħol u n-nies bdiet tidentifikah bħala Ġużu Tal-Imgħallem.", "Issa li għandu 69 sena, Ġużu spiss jiftakar fis-siegħat twal li hu ddedika lil din is-sengħa tradizzjonali li kienet ilha tant tintiret fost l-antenati tiegħu.", "Flimkien ma' missieru u maż-żewġ ħutu subien, kien iqatta' x-xhur sakemm ilesti dgħajsa u għalhekk, mat-tlestija tagħha, din il-kreazzjoni tkun kważi saret tifforma parti mill-familja.", "Skont kif titlob din is-sengħa, kienu jkunu huma li jippruvaw id-dgħajsa fuq il-baħar għall-ewwel darba u din kienet tgħaddi biss għand is-sid il-ġdid meta huma kienu jikkonfermaw li l-opra tagħhom hija pronta.", "Ċertament dan ir-ritwal jixbaħ lil speċi ta' magħmudija fejn id-dgħajsa tiġi introdotta lill-baħar mill-ġenituri tagħha u minn hemm, hija tibda ħajja ġdida.", "Peress li jiena kont qed nirreferi għal kull opra tal-baħar bħala 'dgħajsa', Ġużu beda jispjegali li fir-realtà teżisti varjetà wiesgħa ta' dgħajjes li tinkludi: id-dgħajsa, id-dgħajsa tal-Latini, il-kajjik, il-luzzu, il-frejgatina, il-ferilla u l-lanċa.", "Huwa ġabli wkoll mudell ta' skeletru ta' dgħajsa tradizzjonali li ħadem hu stess u permezz tiegħu beda jimmarkali l-partijiet differenti li kien hemm u l-funzjonijiet partikolari tagħhom.", "Meta rani interessata, Ġużu urini wkoll għażla ta' ritratti ta' opri tal-baħar li kienu nħadmu mill-familja tiegħu, filwaqt li ntroduċini anki mal-kollezzjoni ta' għodda tradizzjonali li dari kienu jaħdmu bihom.", "Daqs sebgħa snin ilu, Ġużu ddeċieda li jieqaf minn dax-xogħol peress li kien sar wisq skabruż għalih.", "\"M'għandix aktar saħħa biex naħdem f'din is-sengħa,\" huwa stqarr miegħi.", "\"Infatti xi xhur ilu kelli nbiegħ saħansitra l-lanċa tiegħi għax ma bqajtx niflaħ nagħmlilha l-manutenzjoni regolari tagħha.", "Kienet għal qalbi wisq biex inħalliha abbandunata fil-garaxx.", "Issa nittama li għand min qiegħda jaraf jieħu ħsiebha bħal kif kont nagħmel jien.\"", "Madanakollu kien hemm opra tal-baħar waħda li Ġużu ma felaħx jitbiegħed minnha – il-kajjik ta' missieru.", "Huwa rrakkuntali kif meta fl-1996, miet missierhom Ġużeppi, hu u ħutu warrbu dan il-kajjik f'ġenb.", "Imma hekk kif ħareġ bil-pensjoni, Ġużu uża l-abbiltà kollha tas-sengħa li kien tħarreġ fiha matul ħajtu, sabiex jerġa' jagħti r-ruħ lil dan il-kajjik ta' missieru.", "Dan kien l-uniku xogħol li huwa aċċetta li jagħmel minn meta waqaf jaħdem...", "\"Ma nafx għala ddeċidejt li nidħol għal dax-xogħol,\" qalli Ġużu.", "\"Naf biss li ħassejt li kelli nagħmel din l-aħħar ħaġa sabiex nispiċċa l-affarijiet sewwa.\"", "Sfortunatament ħadd ma tħajjar ikompli wara Ġużu u b'hekk pajjiżna qed jirriskja li jitlef darba għal dejjem dan l-għerf li trawwem fih sa mill-ibgħad antenati tiegħu u din l-esperjenza kollha li hu akkumula matul is-snin kollha jaħdem f'dan ix-xogħol.", "Peress li issa n-nies saret tippreferi tixtri d-dgħajjes moderni maħduma mill-", ", id-domanda lejn dawn l-opri tal-baħar tradizzjonali qiegħda tisfuma fix-xejn u għalhekk ma fadalx ħajra fiż-żagħżagħ biex ikomplu wara missirijiethom.", "Hija ħasra li probabbilment jiena kelli l-unur li niltaqa' ma' wieħed mill-aħħar imgħallma f'din is-sengħa li ma ddumx ma tintemm għal kollox.", "Din il-possibilità qarsa ġiet konfermata mill-ġdid meta jiena ltqajt ukoll ma' Mario Aquilina minn Birżebbuġa li huwa aktar magħruf bħala Mario Tar-Ratal.", "Huwa għandu 53 sena u wkoll ġej minn familja li għal snin twal kienet rinomata għall-bini tad-dgħajjes.", "Infatti minn taħt idejn missieru u minn taħt idejh, laħqu ħarġu għadd ta' opri tal-baħar tradizzjonali.", "Iżda f'dawn l-aħħar snin l-ordnijiet kienu qed ikunu għad-dgħajjes tal-", "u għalhekk huwa kellu jaqleb is-sengħa tiegħu fuq dan ix-xogħol jekk ried ikompli jaqla' l-għixien tiegħu.", "Mario spjegali li hemm raġunijiet validi għala n-nies qed jippreferu d-dgħajsa tal-", "mid-dgħajsa tradizzjonali, fosthom: il-prezz ferm għola tad-dgħajjes tradizzjonali minħabba li dawn jissawwru mill-injam u jinħadmu bl-idejn, u anki għaliex il-manteniment tagħhom huwa aktar spiss.", "\"Huma biss dawk li għandhom passjoni għad-dgħajjes li kapaċi jifhmu s-sinifikat ta' xi jfisser li tkun is-sid ta' opra tal-baħar tradizzjonali,\" insista Mario.", "\"Għandek tkun taf li dawn il-biċċiet tal-baħar jinħadmu minn selezzjoni ta' njam u ta' materjali differenti li kollha għandhom l-funzjoni partikolari tagħhom sabiex finalment ikollok biċċa xogħol eleganti u ta' maestrija.", "Irridu niftakru li dawn il-karatteristiċi ta' dan il-materjali ġew identifikati b'reqqa matul sekli sħaħ, fejn dawn in-nies tas-sengħa għarfu kif jipproduċu dgħajjes b'saħħithom u li jifilħu għall-baħar imma li fl-istess ħin ikunu wkoll grazzjużi u jpaxxu l-għajn.\"", "Hu kurjuż il-fatt li Mario għandu ħafna in komuni ma' Ġużu.", "Fil-fatt missieru wkoll kien jismu Ġużeppi u dan kien magħruf bħala Ġużi r-Ratal.", "Ġużi kien minn Bormla u missieru kien jagħmel ix-xogħol tal-manutenzjoni fuq l-opri tal-baħar u anki jiskultura d-dekorazzjonijiet li wieħed isib fuq il-ġnub tagħhom.", "Kien ukoll qaddief tajjeb ferm, tant li kien jaqdef fuq tliet tipi ta' dgħajjes tar-Regatta, li kienu: il-kajjik, u d-dgħajsa tal-pass, kemm ta' b'żewġ qaddiefa u anki ta' b'erbgħa.", "Meta Ġużi kellu ħames snin, il-gżejjer Maltin ġew involuti fil-ġlied tat-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk il-familja tiegħu kellha tħalli Bormla minħabba li din il-lokalità kienet spiss tispiċċa fil-mira tal-għadu.", "Huma marru joqogħdu l-Fgura, imbagħad Ħal-Qormi u wara ż-Żejtun, sakemm finalment issetiljaw f'Birżebbuġa.", "F'dak il-perjodu, f'dan il-post, kien hemm tliet mgħallma tad-dgħajjes li kienu magħrufa bħala Ta' Ġoġò imma f'dawk is-snin, tant kien hemm domanda kbira, li missier Ġużi ma damx wisq biex reġa' jsib jaħdem f'dan il-qasam.", "Aktar tard, meta wliedu bdew jikbru, beda jidher biċ-ċar li huma kienu wirtu l-passjoni li kellu missierhom lejn il-baħar u lejn is-sengħa tal-bini tad-dgħajjes.", "Infatti, ta' 9 snin, missier Mario kien diġà qabad jesperimenta bil-bini tal-mudelli tad-dgħajjes u minn hemmhekk huwa baqa' sejjer sakemm laħaq mgħallem.", "Tnejn mill-opri l-aktar magħrufa tiegħu kienu dgħajjes tal-Latini – il-'Victoria' u l-'Blue Star' – u rigward din tal-aħħar ċerti anzjani għadhom jiftakru li kienet veloċi daqs ir-riħ.", "Kemm Mario u kif ukoll Ġużu qablu illi wieħed kien jitwieled mgħallem f'din is-sengħa u għalhekk mhux daqshekk faċli biex issir espert f'dan il-qasam jekk ma jkunx destinek.", "Infatti anki Mario kien kapaċi jaħdem id-dgħajjes meta kellu biss 19 il-sena, u akkost li xtaq ħafna jistudja l-inġinerija mekkanika biex jibda jaħdem fuq ir-riggijiet taż-żejt, eventwalment huwa ċeda għar-rakkomandazzjoni t'ommu sabiex isib xogħol ma' missieru peress li hi saħqet li dan kien aktar sikur u mingħajr perikli, u naturalment kien iżommu qribha.", "Sabiex ifehemni aħjar dwar din is-sengħa tagħhom, Mario ġab album kollu ritratti li fosthom kienu juru l-fażijiet differenti tal-kostruzzjoni ta' l-opri tal-baħar.", "Bqajt impressjonata li akkost li kienu għaddew bosta snin, huwa kien għadu jiftakar id-dgħajjes kollha u lil min kienu nbiegħu.", "Bi kburija urini wkoll lil 'bimbu' li kienet tip ta' opra tal-baħar li kien iddiżinja missieru.", "Biex jinkoraġġini nixtarr aħjar dan ix-xogħol, Mario urini wkoll mudell kbir ta' kajjik.", "Bil-paċenzja kollha, huwa wrieni l-materjali differenti li minnhom tinħadem din l-opra u fehemni wkoll l-għala jintuża dak il-materjal u x'inhi l-funzjoni tiegħu.", "Bqajt mistagħġba mhux ftit meta skoprejt li għall-binja ta' kajjik, wieħed jirrikjedi fosthom: il-fraxxnu, il-'greenheart', l-'iroco', il-'plywood', il-ballut, il-kewba, u l-injam magħruf bħala 'tal-abjad' u 'tal-aħmar'.", "Mhux ta' b'xejn li dawn l-opri tradizzjonali tal-baħar jiswew prezzhom, kemm għall-materjal li fihom, kemm għas-sengħa li jinvolvu u kif ukoll għas-siegħat twal ta' xogħol li jirrikjedu!", "B'xorti tajba, fil-każ ta' Mario, ibnu qiegħed juri interess f'dan il-qasam għalkemm b'mod differenti.", "Infatti huwa jgħin lil missieru sabiex jiżviluppaw ideat ġodda għad-diżinji tad-dgħajjes moderni tal-", ", u b'hekk dawn issa huma mogħnija anki bil-kreattività żagħżugħa.", "\"Ma tħallitilna l-ebda għażla.", "La ridna nibqgħu nagħmlu dan ix-xogħol, kellna bilfors nimxu skont id-domanda tal-klijenti,\" stqarr Mario.", "\"Dan wassal biex akkost li jiena nippreferi naħdem id-dgħajjes tradizzjonali, anki għax jiena konxju li s-sengħa tiegħi qiegħda kull ma tmur issir dejjem aktar rari, jkolli naqleb għad-dgħajjes moderni tal-", ", għax lil dawk iridu n-nies.", "Madanakollu tassew nixtieq li l-awtoritajiet jisimgħu l-karba tagħna sabiex aħna niġu rikonoxxuti bħala nies professjonali tas-sengħa u anki biex l-opri tal-baħar tradizzjonali tagħna jingħataw mill-ġdid il-valur li jixirqilhom, qabel ikun tard wisq.", "Idealment l-istat għandu jintroduċi xi forma ta' sussidju għal dawk li jagħżlu li jixtru dawn il-kreazzjonijiet lokali li huma uniċi għall-gżejjer tagħna, forsi b'hekk in-nies titħajjar mill-ġdid tagħti r-ruħ lil din is-sengħa li waslet biex tintilef.\"", "L-aħħar superstiti ta' din it-tradizzjoni antika huma d-dgħajjes tar-Regatta li għadhom jiġu manifatturati minn żmien għal żmien.", "Intant, waqt din l-intervista ma' Mario, kelli l-fortuna li nara opra tal-baħar tradizzjonali riċentement maħduma minnu.", "Din kienet dgħajsa tal-pass miżbugħa b'kulur ċelesti sabiħ li hu ħadem għall-Klabb Regatta Birżebbuġa, liema opra kienet qed tistenna lill-qassis biex iberikha qabel tibda ħajjitha fuq il-baħar.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (3 parti) fit-Torċa tat-18 ta' Mejju 2014)", "Birżebbuga", "dghajsa tal-Latini", "Ġużeppi Maniscalco", "Ġużu Maniscalco", "Ġużu Tal-Imgħallem", "kajjik", "Klabb Regatta Birżebbuġa", "lanċa", "opra tal-bahar", "Tieni Gwerra Dinjija"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Sengħa taħt theddida"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/09/twieled-u-miet-fix-xandir/", "text": ["Twieled u miet fix-xandir", "Kien ritratt partikolari li deher fuq Facebook li ħajjarni sabiex nikteb dan l-artiklu.", "Fih kienu jidhru tifla ċkejkna b'ħarsa tassew ħelwa u mqarrba li kienet flimkien ma' raġel li għall-ewwel jien m'għaraftx.", "Ir-ritratt kien sempliċi imma intriganti.", "Ma ridtx wisq biex tintebaħ li bejn dawk it-tnejn kien hemm relazzjoni ta' affett kbir.", "Staqsejt ftit u skoprejt li dawn iż-żewġ individwi kienu l-magħruf u mibki Charles Arrigo u oħtu ż-żgħira Evelyn.", "Meta ltqajt ma' Evelyn sabiex nintervistaha dwar ħuha, sibt li akkost li għaddew tant snin minn dak ir-ritratt, dik il-ħarsa mqarqċa kienet għadha tilgħab f'għajnejha.", "Iżda fuq kollox, indunajt ukoll li hi kienet tagħti lemħa sewwa lil ħuha.", "Avolja l-mewt ormaj firdet lil dawn it-tnejn, ir-rabta li kien hemm bejn iż-żewġt aħwa baqgħet soda mmens u nnutajt li d-dmugħ ifeġġ fuq xfar għajnejha kull darba li ssemmih.", "\"Qalbek żgħira inti,\" għedtilha jien.", "Imma hi saħqet bi tbissima li qalbha kienet iktar pjuttost kbira....", "Charles Arrigo twieled fis-6 t'April 1929 fil-Belt Valletta.", "Huwa kien l-ikbar fost sebat aħwa; żewġ subien u ħamest ibniet.", "Meta kienu jistaqsuh dwar ħutu, Charles kien iħobb isemmi li għall-ewwel kien għamel ħames snin waħdu, tant li l-ġenituri tiegħu ħasbu li ma kienx ser ikollhom aktar tfal.", "Għaldaqstant, hu kien dara mfissed mhux ħażin u għalkemm wara twieldu ħutu l-oħra kollha, il-fsied baqa' jħobbu.", "Intant, anki meta kiber, speċjalment peress li baqa' għażeb, ħutu l-bniet baqgħu jfissduh ħafna.", "Evelyn tiftakar li speċjalment fl-aħħar snin, Charles kien jgħaddi spiss jiekol għandha.", "Kien iċemplilha qabel jitlaq mix-xogħol sabiex hi tibda tipprepara l-ikel.", "\"Kien jiġi jiekol għall-ħabta tal-10.15am peress li kien jibda kmieni ħafna x-xogħol.", "Meta kien jasal għandi, kien jiftaħ il-gazzetti kollha u joqgħod jixtarrhom kemmxejn.", "Imbagħad kien jitlobni nagħmillu wieħed irqiq – jiġifieri gin and tonic.", "Xil-11.00am konna nibdew nieklu u ngħidu kelma bejnietna.", "Imbagħad kien jerħilha lura għar-raqda ta' wara nofsinhar,\" ftakret Evelyn.", "Ommu – l-akbar kritika tiegħu", "Kien jinġieb ħafna mal-familjari tiegħu.", "Imma ċertament, l-aktar persuna għal qalbu kienet ommu.", "Skont Evelyn hi kienet li bassret mill-ewwel x'kien ser isir binha.", "\"Kien iħobb jikkummenta dwar dak kollu li jara – min ġej, min sejjer, x'qed jagħmel dak u x'qed tagħmel dik.", "U darba qalithielu – Int kummentatur għad issir la tikber ibni!\"", "Aktar minn darba waqt l-intervisti li għamlulu, Charles stqarr li ommu kienet l-għeżeż ħaġa għalih.", "Kienet ukoll l-akbar kritika tiegħu.", "Ma nesa qatt meta fid-29 ta' Settembru 1962, hu kien il-persuna magħżula biex tiftaħ għall-ewwel darba l-istazzjon televiżiv Malti:", "\"Dan huwa l-Malta Television Service.", "Jiena Charles Arrigo qiegħed insellmilkhom f'isem il-kollegi kollha tiegħi tal-Malta Television Service, waqt li nawguralkhom divertiment bil-programmi tal-lejla.", "Illum inħoss li qed niltaqa' magħkom wiċċ imb'wiċċ u nixtieq li kienet ħaġa possibbli li nieħu b'id kull wieħed u waħda minnkhom.", "Mill-lum il-quddiem ser tibdew tarawni ta' spiss nippreżentalkhom il-programmi u nwasslilkhom l-aħbarijiet fi djarkhom.\"", "Dan il-kliem tiegħu, flimkien mal-filmat ta' dan l-avveniment saru sinonimi mal-qasam tax-xandir u spiss deheru f'diversi programmi.", "Kienu bosta dawk li bagħtu jifirħulu meta rawh jiftaħ l-istazzjon.", "Iżda kellu kritika waħda biss – dik t'ommu!", "\"Għaġġilt naqra waqt li kont qed titkellem\", qaltlu.", "\"Mal-mama kelli relazzjoni specjali.", "U kien tassew xokk għalija meta qaluli li tawha ħass ħażin waqt li kienet nieżla mit-tqarbin u mietet hemm fil-knisja.", "Ghalkemm konna qed nistennew il-mewt tagħha, għax kienet niżlet ftit, ma bsarnix li din kienet ser tiġi daqshekk malajr,\" stqarr Charles darba minnhom.", "\"Dakinhar kien ġie wieħed fuqi u qalli aħjar tiġi malajr għax il-mamà ħassha ħażin,\" qaltli Evelyn.", "\"Mill-ewwel għokritni għajnejja meta ried iwassalni bil-karozza għax minn fejn konna noqogħdu sal-Knisja ta' San Duminku, ma kienx hemm bogħod.", "Kif wasalna, nara l-mamà flimkien ma' patri u hekk kif poġġejt ħdejha, poġġiet rasha fuq spallti, ħarset lejja u telqet.", "Lanqas biss indunajt li kienet mietet, tant li meta ġiet l-ambulanza, ippruvajt nagħtiha l-ossiġnu.", "Mewtha niżlitli biss meta ġie Charles biċ-ċurkett tat-tieġ tagħha u tahuli.\"", "Qatt ma żżewweġ", "Kull darba li staqsew lil Charles dwar l-imħabba u l-għala baqa' għażeb, huwa tbissem u ddikkjara li darba minnhom kien joħroġ ma' tfajla bis-serjetà tant li kienu waslu biex jitgħarrsu.", "Imma dan qatt ma seħħ u hu spiċċa biex qatt ma żżewweġ.", "\"Forsi kont daqsxejn egoista u kont mhedi ħafna bix-xogħol tax-xandir li dejjem tani bosta sodisfazzjon,\" qal darba meta reġgħu staqsewh dwar dan.", "\"L-uniku dispjaċir li għandi li ma żżewwġitx huwa li m'għandix ulied, imma almenu llum ghandi s-sodisfazzjon li għandi ħafna neputijiet.\"", "Beda l-karriera b'kumbinazzjoni", "\"Fi żmien il-gwerra, meta kont għadni l-Liċeo, kienu jippubblikaw gazzetta jisimha 'Young Malta' u jien ktibt poeżija jisimha 'The Flag' u ppubblikawhieli fiha.", "Ftit wara ġejt mitlub biex immur naqra din il-poeżija fuq ir-Rediffusion u hekk għamilt,\" jirrakkonta Charles dwar il-bidu tal-karriera tiegħu.", "\"Iżda ftit wara seħħet kumbinazzjoni oħra...", "Kont qiegħed nistenna r-riżultati tal-eżamijiet peress li xtaqt inkompli nistudja l-università.", "U ġurnata waħda, il-ħabib tiegħi Ċensu Calleja, li kellu banka tal-lottu f'San Pawl il-Belt, u li jiena spiss kont neħodlu moħħu bid-diskors tiegħi, urieni avviż li kien jgħid li riedu announcer mar-Rediffusion.", "\"Dan xogħol jgħodd għalik,\" kien qalli, hekk kif għaddhieli l-gazzetta.", "\"Isa, tħajjar.\"", "Min jaf jekk Ċensu kienx xtaq xi naqra paċi mit-taħdit ta' Charles?", "Li hu żgur hu illi meta Charles sema' minnu, minn dawk kollha li applikaw, intagħżel hu u minn hemm bdiet il-karriera tiegħu.", "Vuċi distinta", "Kienu t-2 ta' Marzu 1947 meta Charles għamel l-ewwel xandira tiegħu fuq ir-Rediffusion.", "Dak iż-żmien kien hemm Effie Ciantar inkarigat mill-programmi.", "Il-vuċi distinta ta' Charles ma damitx ma ġiet rikonoxxuta u meta Ciantar xtaq iżid programm ieħor bil-Malti, hu staqsa lil Charles jekk kienx lest li jibda jagħmel programm ġdid bil-qari tar-rumanzi.", "\"Jien kont inħobb naqra u l-idea għoġbitni,\" qal Charles.", "\"Dak iż-żmien fl-iskejjel kienu qed jistudjaw ir-rumanz 'Raġel Bil-Għaqal' ta' Ġużè Galea u għalhekk iddeċidejna li nibdew minnu.", "Kien xogħol li mal-ewwel tani sodisfazzjon kbir u qrajt mijiet ta' rumanzi!\" ....", "Min qatt kellu jgħidlu li kien ser idum jaqra r-rumanzi proprju sal-aħħar nifs ta' ħajtu?", "L-iżvilupp tax-xandir", "Tista' tgħid li x-xandir Malti u Charles Arrigo kibru flimkien.", "Fl-1947 ir-Rediffusion kien ilu 12 il-sena għaddej, imma kollox kien baqa' pjuttost fil-bidu.", "Fl-1950, Charles ġie appuntat bħala produttur tad-drama u tad-dokumentarji.", "F'dan iż-żmien huwa kien involut ukoll bħala attur mal-British Institute Players u mal-Atturi Theatre Group u għalhekk ma damx ma beda jieħu sehem fid-drammi li kien jipproduċi huwa stess u anki oħrajn.", "Aktar tard, meta fetaħ it-televiżjoni Malti, huwa ħa sehem ukoll f'diversi teleserials, fosthom: fil-parti tal-kappillan f\"Il-Gaġġa', bħala qassis f\"Leli ta' Ħaż-Żgħir', bħala isqof f\"Wirt', bħala tabib f' 'Il-Madonna taċ-Ċoqqa', u bħala kulunell f\"Villa Sunset'.", "Interessanti nsemmu wkoll li hu kien ħa sehem fil-film klassiku 'The Malta Story'.", "Għall-ħabta tal-1959, ir-Rediffusion iddeċidiet li tibgħat lill-produtturi Maltin l-Ingilterra sabiex dawn jitħarrġu b'mod aktar professjonali mal-BBC u Charles kien wieħed minnhom.", "\"Hemmhekk ġejna ttrenjati f'bosta oqsma fosthom dwar kif isir l-editing, kif jiġu prodotti r-radjudrammi u kif nużaw leħinna aħjar,\" ftakar Charles.", "Fl-1962, numru ta' ħaddiema oħra, inkluż Charles, reġgħu ntbagħtu għand il-BBC, did-darba sabiex jitħarrġu fis-sengħa relatata mat-televiżjoni minħabba li f'Malta kienu qed isiru l-preparamenti biex jinfetaħ l-istazzjon Malti – Malta Television Service.", "U eventwalment kien Charles stess li fetaħ l-istazzjon.", "\"Għalkemm kollox kien jidher miexi ħarir u sewwa dakinhar, kulħadd kellu eċċitament kbir fuqu,\" stqarr Charles meta tkellem dwar din il-ġurnata.", "\"Apparti li kien hemm il-preokkupazzjoni biex naraw li kollox imur sew, kellna wkoll id-dubju li l-udjenzi setgħu ma jieħdux grazzja mad-dehra tagħna.", "In-nies kienu ilhom jisimgħuna fuq ir-radju u ħafna kienu draw u tħabbu ma' leħinna.", "Imma issa d-dubju tagħna kien x'ser tkun ir-reazzjoni tan-nies meta tara bixritna.", "Personalment kont diġà kelli popolarità mhux ħażin u bżajt li se jkun hemm min jgħid – ara, dak hu?!", "Imma għal grazzja t'Alla nkwetajna għalxejn, għax ma ġrax dak li tħassibna fuqu u n-nies laqgħuna tajjeb ħafna.\"", "Fl-1971 Charles sar l-assistent kap tal-programmi tar-radju u tliet snin wara, hu laħaq bħala kap tad-drama u d-dokumentarji.", "Fl-1987 huwa ngħata r-responsabbiltà bħala deputat kap ta' Xandir Malta u fl-1991 sar id-direttur eżekuttiv tal-board tal-Public Broadcasting Services u manager ta' Television Malta.", "Fost ix-xogħolijiet li jibqa' magħruf għalihom hemm il-programm 'Staqsini 20′ li hu kien introduċa f'Malta wara li n-nies kienet drat tisimgħu jixxandar bl-Ingliż minn fuq il-General Overseas Service tal-BBC.", "\"Il-programm biddel ħafna ismijiet sakemm finalment sar magħruf bħala 'Staqsini 20′.", "L-ewwel programm kien ixxandar għall-ħabta tal-1957 meta l-istudios tagħna kienu għadhom f'121 Triq Brittanja, l-Belt, illum magħrufa bħala Triq il-Melita.", "Dan kien studio żgħir ħafna u meta l-idea ta' dan il-programm bil-Malti laqtet mill-ewwel l-immaġinazzjoni tas-semmiegħa, lanqas biss kien hemm post għan-nies kollha li xtaqu jattendu.", "Imbagħad f'Jannar tal-1958 konna mxejna għall-istudios tal-Guardamangia u hemmhekk konna aktar ixxamplati u n-nies setgħu jipparteċipaw b'aktar kumdità.", "Però ġie żmien meta l-popolarità ta' dan il-programm tant kibret li ġieli tellgħajnih fit-Teatru Manoel,\" irrakkonta Charles.", "Għal dawk li ma jiftakruhx il-programm 'Staqsini 20′, nistgħu ngħidu li dan kien ibbażat fuq għażla ta' kliem partikolari li kienu jibgħatu n-nies mid-djar, u panel ta' individwi kien jipprova jaqta' dan il-kliem permezz ta' mistoqsijiet li kienu jagħmlu.", "Skont Charles, meta l-kliem ma kienx jinqata' mill-panel, dawk li jkunu ssuġġerewhom, kienu jirbħu lapes tal-fidda.", "Kummentarji", "Ċertament, l-aktar aspett li Charles Arrigo baqa' magħruf għalih kien ix-xogħol ta' kummentatur f'bosta okkażżjonijiet statali u kif ukoll reliġjużi.", "Infatti hu kien wieħed minn tal-ewwel li ħareġ bl-outside broadcasting.", "\"Il-kummentarji minn dejjem kienu għal qalbi għax permezz tagħhom stajt nieħu sehem dirett u mill-qrib fl-aktar avvenimenti importanti tal-gżejjer tagħna,\" stqarr Charles.", "Infatti, fost id-diversi kummentarji tiegħu huwa għamel dak ta' meta Malta saret Repubblika, meta żarna l-Papa Ġwanni Pawlu II, u meta waslet ir-Reġina Eliżabetta II f'pajjiżna.", "Kien ukoll l-ewwel wieħed li mar jagħmel il-kummentarju tal-Karnival t'Għawdex, għalkemm darba minnhom ammetta li l-Karnival ma kienx wisq għal qalbu....", "L-aħħar kummentarju li għamel seħħ tliet ġimgħat qabel miet u dan kien relatat mal-Pontifikal Solenni tal-Konsagrazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t'Għawdex.", "Kien ġentlom", "Fl-1995, Charles Arrigo ngħata l-Midalja Għall-Qadi Tar-Repubblika.", "Bosta minn dawk li ħadmu miegħu jiftakru s-serjetà u l-professjonalità li dejjem ħadem biha u li kien jesiġi anki minn dawk kollha ta' madwaru.", "Madanakollu, Charles baqa' msemmi wkoll għal kemm kien iħobb jagħti daqqa t'id lil dak li jkun biex anki hu jirnexxi f'dak kollu li jkun qed jagħmel.", "Skont oħtu Evelyn, Charles kellu karattru sod u perfezzjonist u kien kapaċi jċanfrek waħda sewwa jekk ma timxix mar-regoli.", "Iżda mbagħad kien jgħaddilu wkoll malajr u ma kontx iddum ma tara xi tbissima fuq xufftejh.", "Hu spiss kien isostni illi biex wieħed ipoġġi wara mikrofonu jew quddiem kamera, kellu jkun ippreparat sewwa.", "\"Għandna dejjem inżommu f'moħħna li aħna nkunu qed niġu mistiedna nidħlu fid-djar tan-nies u għalhekk irridu nuru serjetà u professjonalità, kemm fl-ilbies, kemm fil-komportament u anki fil-preparazzjoni li nagħmlu.", "Jekk wieħed ma jkunx imħejji biżżejjed, ikun qed jonqos bil-kbir kemm lejn is-semmiegħa u kif ukoll lejn it-telespettaturi.", "F'każ bħal dan, ikun ħafna aħjar jekk wieħed jibqa' d-dar u ma jippreżenta ruħu quddiem ħadd!\"", "Meta darba staqsewh kif jixtieq li jibqgħu jiftakruh in-nies, ir-risposta tiegħu kienet: \"Jiena m'għandi l-ebda pretensjonijiet li n-nies se jibqgħu jiftakruni b'xi mod jew ieħor.", "Imma nispera li jekk jiftakru fija jgħidu: Charles Arrigo kien ġentlom.\"", "Charles Arrigo ħalliena fl-2006.", "Miet għall-għarrieda, l-istess bħal ommu, waqt li kien qiegħed ix-xogħol – jaqra silta ta' rumanz ġdid tal-kollega tiegħu Charles Abela Mizzi u jevalwa l-programmi li kellhom isiru.", "\"Kont qed nistennieh għall-ikel,\" qaltli Evelyn imbikkma.", "\"Ftit tas-siegħat qabel kien ċempilli kif jagħmel is-soltu biex jara x'kont se nsajjar.", "Għedtlu ravjul t'Għawdex illum.", "Kien iħobbu ħafna.", "Qalli nċempillek qabel nitlaq ħalli titfgħu fil-misħun.", "Imma sfortunatament dit-telefonata ma waslet qatt.", "Twieled u miet fix-xandir.", "U jiena bqajt b'qalbi maqsuma li tlift lill-għażiż ħija b'mod tant ħesrem bla ma qatt kelli ċ-ċans li nsellimlu għall-aħħar darba.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (18 il-parti) fit-Torċa tal-14 ta' Settembru 2014)", "Charles Abela Mizzi", "Ġużè Galea", "Il-Gaġġa", "Il-Madonna taċ-Ċoqqa", "Leli ta' Ħaż-Żgħir", "Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika", "Raġel bil-għaqal"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Twieled u miet fix-xandir"} {"url": "http://fionavella.com/features/2012/04/miniature-church-devotion-ghaqda-dilettanti-mudelli-ta-knejjes/", "text": ["Għaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes", "Għaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes", "www.freewebs.com/ghaqda_dilettanti_knejjes", "Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MINIATURE CHURCH DEVOTION"} {"url": "http://fionavella.com/features/2015/06/wicc-imbwicc-ma-patri-gerard/", "text": ["Wiċċ imb'wiċċ ma' Patri Gerard", "Ma tistax ma tieqafx tiċċassa lejh meta tara ritratt ta' ras ta' skeletru ta' bniedem iddekorata!", "Aktar u aktar meta ssir taf li dik hija relikwa ta' individwu magħruf ħafna madwar id-dinja.", "U li din tinsab f'monasteru f'Malta.", "Patri Gerard Sasso: il-Fundatur tal-Ordni ta' San Ġwann", "Iltqajt għall-ewwel darba ma' din l-immaġni waqt xi xogħol li kont qed nagħmel relatat mal-Assedju l-Kbir li seħħ fl-1565.", "Skoprejt li dik ir-ras kienet maħsuba li tappartjeni lill-Patri Gerard Sasso, il-Fundatur tal-Ordni ta' San Ġwann, li għex bejn l-1040 u l-1120.", "Jingħad li Patri Gerard kien bniedem twajjeb ħafna u ta' qalb kbira.", "Kien jifforma parti mill-Ordni Benedittina u fil-11 il-seklu, huwa rħielha lejn Ġerusalemm sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lill-pellegrini li kienu jżuru dik l-art fi kwantitajiet kbar, akkost il-perikli u s-sofferenza.", "Il-perikli tal-pellegrini", "Dak iż-żmien ma kinetx xi ħaġa faċli li tmur pellegrinaġġ biex iżżur siti Kristjani, speċjalment meta dawn kienu f'art oħra li spiss kienet maħkuma mill-Misilmin.", "Apparti l-biża' minn xi attakk fejn wieħed seta' jiġi misruq jew maqtul, kien hemm ukoll id-diffikultà tat-tul tal-vjaġġ bl-inqas kumdità possibbli.", "Il-mard, l-inċidenti u l-mewt temmew il-ħajja ta' bosta minn dawn il-pellegrini.", "Kienet meqjusa bħala xi ħaġa komuni li pellegrin jista' ma jirritorna qatt lejn daru u fil-fatt kien hemm sistemi legali li kienu jorbtu lil dak li jkun biex iħallas dejnu qabel ma jitlaq fuq xi vjaġġ bħal dan.", "Jitwaqqaf sptar għall-pellegrini f'Ġerusalemm", "Dan it-tiġrib lill-pellegrini qanqal lil grupp ta' negozjanti minn Amalfi sabiex iwaqqfu post fejn dawn in-nies setgħu jingħataw l-għajnuna u l-kura meħtieġa.", "Dan is-servizz tant kien utli u meħtieġ li finalment il-post inbidel fi sptar u dan beda jitmexxa minn Patri Gerard.", "Għalkemm oriġinarjament, dan il-post kien maħsub biex jilqa' biss lill-pellegrini Kristjani, Patri Gerard ma kienx jagħmel din id-differenza bejn bniedem u ieħor.", "Jekk persuna kienet fil-bżonn, hu kien jilqagħha b'idejh miftuħa bla ma qatt jistaqsi xejn aktar.", "Titwaqqaf l-Ordni ta' San Ġwann", "Dan l-aġir tiegħu sar magħruf sewwa man-nies, tant li finalment, aħbaru waslet għand Papa Paskal II.", "Dan tant ħass ammirazzjoni lejn ix-xogħol li kien qed iwettaq il-patri li fil-15 ta' Frar 1113, huwa rrikonoxxa l-isptar u l-ordni tiegħu billi ħareġ Bulla Papali li fosthom ta lill-Ordni id-dritt li tagħmel ir-regoli tagħha u li tirrispondi direttament lill-Papa.", "Minn hemm, dan il-grupp ta' patrijiet inbidel fl-Ordni ta' San Ġwann.", "Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien din l-Ordni bdiet tiġbed ir-rispett tan-nies, l-aktar tan-nobbli li l-membri tal-familja tagħhom kienu ngħataw l-għajnuna minn dawn il-patrijiet waqt xi pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.", "Bħala rikonoxximent, dawn l-individwi sinjuri bdew jibgħatu somom kbar ta' flus sakemm il-ġid beda dieħel għand l-Ordni bir-radam.", "Għalkemm Patri Gerard kien l-ewwel mexxej tal-Ordni, qatt ma kibritlu rasu.", "Huwa baqa' dejjem bniedem umli, jaqdi dmiru mal-fqir, il-marid u l-batut.", "Miet fl-1120 u postu ttieħed mill-Kavallier Franċiż Raymond du Puy.", "Dan ma kien jixbaħ xejn lil ta' qablu għax apparti li kien reliġjuż, kien ukoll statista.", "Infatti, huwa ma damx ma bidel in-natura tal-Ordni, ikkodifika r-regoli tagħha u waqqaf grupp ta' patrijiet li kienu lesti li jiġġieldu sabiex jipproteġu lill-pellegrini.", "Barra minn hekk, huwa ra kif joħloq mezzi oħra sabiex isaħħaħ il-qagħda finanzjarja tal-Ordni billi akkwista artijiet u rikkezzi oħra.", "Ġisem Patri Gerard jitqies b'relikwa", "Wara l-mewt ta' Patri Gerard, ġismu nżamm fil-monasteru ta' Ġerusalemm u l-Kavallieri raw kif għamlu biex ippreservawh bl-aħjar mod.", "Dan il-korp kien miżmum b'qima kbira tant li kull meta l-Kavallieri bidlu l-post tal-kwartieri tagħhom, huma ħaduh magħhom bħala relikwa prezzjuża.", "Ras Patri Gerard issib ruħha Malta", "Iżda ġara li għal xi raġuni, dan il-ġisem ma baqax intatt u fl-1749, ras il-patri sabet ruħha f'Malta wara li nġarret minn Monasque fi Franza fuq ordni tal-Gran Mastru Emmanuel Pinto.", "Dan it-tagħrif huwa kkonfermat minn dokumenti li hemm maħżuna ġol-kaxxa ċkejkna li fuqha sserraħ din ir-relikwa.", "Għall-ewwel, din ir-ras inżammet fil-Palazz Maġisterjali u aktar tard, din tmexxiet flimkien mar-relikwi l-oħra li kienu merfugħa fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann il-Belt.", "Eventwalment, fid-19 ta' Ġunju 1830, din ir-ras ġiet fdata f'idejn is-sorijiet tal-Monasteru ta' Sant'Ursula, il-Belt, fejn għadha sa llum, f'vetrina żgħira biswit l-altar tal-kor, ġewwa l-kappella tal-monasteru.", "Fil-21 ta' Diċembru 2001, ir-relikwarju tal-injam li kienet miżmuma fih din ir-ras, inbidel ma' wieħed tal-fidda u dan ġie rregalat mill-Prof.", "Dr Guglielmo de Giovanni-Centelles, Duka ta' Precacore, flimkien ma' martu Donna Carla.", "Wiċċ imb'wiċċ ma' Patri Gerard", "Wara li rriċerkajt din it-tema, ma stajtx ma nżurx il-post fejn tinsab din ir-relikwa.", "Akkost li l-monasteru jiġbor fih sorijiet tal-klawsura, it-talba tiegħi ġiet milqugħa mal-ewwel u ma domtx ma sibt ruħi wiċċ imb'wiċċ ma' dan il-bniedem li tant nies jitkellmu b'rispett lejh.", "\"Kull sena, jiġu għadd ta' nies minn madwar l-Ewropa kollha biex iżuru din ir-relikwa,\" infurmatni l-Madre Prijoressa Sr. Agnese Zammit OSS tal-Monasteru ta' Sant'Ursula l-Belt.", "\"F'April li għadda, kellna anki żjara statali mill-Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, Frá.", "Matthew Festing.", "Għal din l-okkażjoni, peress li aħna sorijiet tal-Ordni, nilbsu l-abitu statali li jinkludi l-i", "Kull sena, fit-13 t'Ottubru, dawn is-sorijiet jorganizzaw quddiesa solenni b'rispett lejn Patri Gerard.", "Għal din iċ-ċelebrazzjoni, jattendu l-Kavallieri ta' San Ġwann kollha li joqogħdu Malta u mill-ġdid huma jilbsu l-abitu statali.", "Ħadd ma jaf kien kien jidher wiċċu", "Ħadd ma jaf fiċ-ċert kif kien wiċċ Patri Gerard.", "Madanakollu, sforz ir-rispett kbir li n-nies minn dejjem kellhom lejh, saru diversi pitturi tiegħu fejn wiċċu ġie mmaġinat mill-artisti.", "Wieħed minn dawn il-kwadri li juri lil Patri Gerard qed jilqa' lil Godfrey de Bouillon, Duka ta' Lower Lorraine u mexxej tal-Ewwel Kruċjata ġie maħdum mill-pittur magħruf Antoine De Favray u jinsab esebit fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti fi Triq Nofsinhar il-Belt.", "Sadanittant, jekk qanqaltilkhom biżżejjed kurżità, tistgħu taraw ukoll kopja ta' dan il-kwadru fuq il-blog tal-Assedju l-Kbir ta' Heritage Malta –", "Apparti kurżitajiet simili relatati mal-Ordni ta' San Ġwann, f'dan il-blog tistgħu ssegwu wkoll rakkonti ġurnata b'ġurnata ta' dak li għaddew minnu Malta, il-Maltin u l-Kavallieri waqt il-perjodu aħrax tal-Assedju l-Kbir li beda f'Mejju u ntemm f'Settembru tal-1565.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela MINN RITRATT (12 il-parti) fit-Torċa tas-7 ta' Ġunju 2015)", "15 ta' Frar 1113", "Art Imqaddsa", "Assedju l-Kbir", "Duka ta' Lower Lorraine", "Duka ta' Precacore", "Frá.", "Matthew Festing", "Kon-Kattidral ta' San Ġwann", "monasteru ta' Sant'Ursula", "Mużew Nazzjonali tal-Artil-Ewwel Kruċjata", "Ordni ta' San Ġwann", "Palazz Maġisterjali", "Papa Paskal II"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Wiċċ imb'wiċċ ma' Patri Gerard"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/08/is-siwi-ta-dak-li-ma-jiswiex/", "text": ["Is-siwi ta' dak li ma jiswiex", "Ma tistax ma taffaxxinax ruħek meta tara s-siġar tal-bonsaj!", "Is-sengħa wara din l-arti ħajja li kapaċi ċċekken siġra daqshiex f'waħda ċkejkna, hija xi ħaġa tal-meravilja.", "L-idea ta' dawn l-istil ta' siġar inħolqot fiċ-Ċina u aktar tard żviluppat ukoll fil-Ġappun, sakemm f'dawn l-aħħar snin xterdet ukoll mal-bqija tad-dinja.", "Jidher li hawn Malta, l-ewwel esebizzjoni tal-bonsaj saret fl-1991 mill-Bonsai Culture Group (Malta) u minn dakinhar 'l hawn din l-Għaqda ħadmet qatiegħ biex iżżewweġ din il-kultura barranija flimkien ma' dik Maltija, fosthom billi tittanta tkabbar siġar tal-bonsaj li jiffurmaw parti mill-pajsaġġ tipiku Malti.", "\"Hemm min hu tal-idea li din id-drawwa taħqar jew tkasbar is-siġar billi ma tħallihomx jikbru b'mod naturali,\" beda jispjegali Joe Cachia, il-PRO tal-Bonsai Culture Group (Malta).", "\"Imma jekk inħarsu ftit lejn in-natura nnifisha ninnutaw illi s-siġar jgħaddu minn ħafna trasformazzjonijiet minħabba l-elementi naturali, fosthom bir-riħ, bin-nixfa u bis-sajjetti li spiss jirriżultaw f'forom strambi.\"", "L-għan prinċipali wara s-siġar tal-bonsaj", "\"Fir-realtà l-għan prinċipali wara s-siġar tal-bonsaj huwa li tinħoloq xena ta' armonija u ġmiel li tfakkar is-sbuħija tal-ħolqien u tal-ambjent.", "Iz-zkuk mgħaqqdin u mgħawwġin jirriflettu l-passaġġ taż-żmien u jnissel ir-rispett lejn dawn is-siġar ċkejknin.", "Hemm filosofija sħiħa wara din is-sengħa li primarjament tiffoka fuq il-bilanċ bejn id-Divinità (Alla, Buddha eċċ), il-bniedem u n-natura,\" kompla jgħidli Joe.", "\"Is-siġra tal-bonsaj u l-kontenitur tagħha huma żwieġ armonjuż bejn it-tnejn fejn wieħed jikkumplimenta lill-ieħor.", "Infatti ħafna mill-kontenituri jinħolqu sabiex joħorġu l-ġmiel tas-siġra speċjalment f'dak li hu kulur, forma u qies tagħha.", "Anki l-arti tal-manifattura ta' dawn il-kontenituri taċ-ċeramika huma parti mit-tradizzjoni antika taċ-Ċina u tal-Ġappun.\"", "\"Il-bonsaj juru s-siwi ta' dak li ma jiswiex.", "Is-sengħa tal-bonsaj hija forma ta' arti ħajja li ġġib is-sliem u t-trankwillità u tgħin bħala terapija għall-qalb imnikkta.", "Hija wkoll dixxiplina li tgħin fl-iżvilupp mentali u filosifiku tal-bniedem.\"", "L-oriġini kienet fiċ-Ċina", "Għalkemm ħafna jaħsbu illi l-idea tal-bonsaj ħarġet mill-Ġappun, fir-realtà din is-sengħa bdiet fiċ-Ċina żmien twil ilu.", "Fil-qabar tal-Prinċep Zhang Huai li jmur lura għal madwar 706 W.K, instabu tpinġijiet varji li juru xi nisa li kienu qed joffru minjaturi ta' xeni b'pajsaġġ imżejjen bil-blat u l-pjanti żgħar impoġġijin ġewwa dixxijiet baxxi.", "Jingħad li l-ewwel speċi ta' siġar li ntużaw f'dan il-qasam inġabru mill-pajsaġġ naturali u ntagħżlu minħabba li kellhom zkuk b'għamliet mhux tas-soltu.", "Ftit ftit dawn is-siġar bdew jitqiesu bħala sagri u biż-żmien il-bniedem għaraf kif hu stess seta' jimmanipula s-siġar sabiex dawn jieħdu forom uniċi.", "\"Fiċ-Ċina din is-sengħa ngħatat l-isem ta' penjing li tfisser xena ġewwa dixx.", "L-iskop ta' dawn ix-xeni kien li joħolqu impressjoni sabiħa tan-natura fil-minjatura u għalhekk kienu jintużaw elementi naturali biex jibnuha bħal pjanti u ġebel.", "Madanakollu, biex ix-xogħol jidher isbaħ, dawn kienu jiġu rranġati wkoll b'xi figuri ta' bnedmin jew annimali,\" qalli Joe.", "\"L-ewwel li ħolquhom kienu aristokratiċi Ċiniżi tal-qedem li kienu jemmnu li s-siġar żgħar xjuħ u ta' surijiet strambi kellhom setgħat imsaħħra.", "Tant hu hekk li l-ewwel qsari kienu għotjien ta' ġarar reliġjużi li jkunu jfakkruhom fil-muntanja Penglai, li kienet muntanja msaħħra fejn kollox kien sewwa u tajjeb.", "Fl-istess ħin, il-passatemp li tkabbar siġra stramba kienet tagħti lok għall-konversazzjoni interessanti meta kienu jistiednu lil xi ħbieb.", "Madanakollu, lejn l-aħħar tas-snin sittin xi studenti fiċ-Ċina ħolqu moviment sabiex jeqirdu dak kollu li kien ifakkar il-passat fewdali u s-sistema aristokratika, u sfortunatament bosta kollezzjonijiet tal-penjing ġew distrutti jew mitluqa.\"", "\"Fil-mużew ta' Penjing fil-Ġonna Botaniċi ta' Shangai wieħed jista' jsegwi l-evoluzzjoni ta' dawn is-siġar permezz ta' diversi disinji u pitturi li jmorru lura għall-perjodu tas-6 u d-9 seklu W.K. Maż-żmien il-", "penjing", "li kienet 'xena ġewwa dixx' inbidlet f'", "li kienet tfisser 'siġar qawwijin u sħaħ ġewwa dixx'.", "Il-Ġappuniżi sejjħulha bonsaj", "Jingħad li madwar 1,200 sena ilu, l-ewwel pensai miċ-Ċina ddaħħlu fil-Ġappun bħala xbiehat reliġjużi u minn hemm żviluppa l-isem ta' bonsai (li hija traduzzjoni tal-kelma Ċiniża", ").", "Ta' min jgħid illi l-kultura Ċiniża kienet taffaxxina ferm lil Ġappuniżi u infatti huma adottaw bosta drawwiet minn dan il-pajjiż.", "Għall-kuntrarju ta' min jaħseb li dawn is-siġar jinħaqru meta jinbidlu f'minjaturi, elf sena ilu, xi ħadd fil-Ġappun kiteb illi \"is-siġar li jitħallew jikbru fin-natural, jikbru bl-addoċċ u bla ebda sura.", "Huwa biss meta l-bniedem jikkurahom b'imħabba li dawn jingħataw forma u stil li kapaċi jqanqlu lil min iħares lejhom.\"", "Intant Joe spjegali illi \"filwaqt li fiċ-Ċina sar attentat biex dawn it-tip ta' siġar minjatura jinqerdu, il-Ġappun kien qed jagħmel minn kollox biex ixerred il-kultura tiegħu mal-pajjiżi tal-Punent, fejn fosthom kienet qed tiġi ntrodotta wkoll l-idea tal-bonsaj bħal ngħidu aħna permezz ta' films popolari bħal Karate Kid (1984).\"", "In-namra mal-bonsaj f'Malta", "L-ewwel darba li Joe sar jaf b'din is-sengħa antika kien fl-1968 meta qara artiklu dwarha fuq rivista barranija.", "\"Mill-ewwel għoġobni dan il-passatemp għax fih rajt xaqq dawl li tani ħjiel kif nista' nimla l-vojt li d-deru u s-sagħtar nexfin kienu qed iħallu fil-presepji li kont inħobb nagħmel.", "Meta kont żgħir, kienet tkun l-hena tiegħi li ngħin lil missieri jagħmel il-presepju mill-kartapesta fejn wara li kienet tinxef iż-żebgħa, konna npoġġu ġewwa fih il-pasturi u xi zkuk biex jirrappreżentaw siġar żgħar.", "Niftakar li minn Għajn Żejtuna kont naqta' d-deru u s-sagħtar biex iħaddru lill-presepju.", "Imma bil-kemm kien jasal San Stiefnu, li dawn ma kienux jidbielu, iwaqqgħu l-weraq, u l-frott ħamrani tad-deru jinxef!", "Kont nixtieq ferm li jkolli xi ħaġa li ma tmutx, xi siġar żgħar li jgħixu mqar minn San Stiefnu sat-Tre Re!", "Iżda għalkemm dan l-artiklu nebbaħni dwar din il-possibilità, ma kien hemm xejn fih li tispjega kif tkabbar jew tieħu ħsieb il-bonsaj,\" tarraffli Joe.", "\"Kellhom jaslu s-snin tmenin sabiex nara l-ewwel bonsaj, f'Malta.", "Kienet ta' Ġużeppi Busuttil (ara ritratt fuq), mis-Siġġiewi, li kien ilu jkabbarhom għal iktar minn tletin sena u għalhekk nemmen li hu kien l-ewwel bonsajist f'pajjiżna.", "Ftit wara sirna ħbieb kbar u beda jgħallimni milli kien jaf.", "Xtieli ta' siġar kelli kemm trid, peress li kont nieħu sehem fil-Kampanja 'Kabbar Siġra' iżda qsari tagħhom ma kontx insib.", "Ix-xorti laqqatni maċ-ċeramista Maltija, Sina Farrugia, li b'paċenzja kbira wrietni kif naħdimhom mit-tafal li kont nixtri, u konna naħmuhom ġol-forn tal-iskola, fejn konna ngħallmu t-tnejn.\"", "\"Intant, fin-naħa l-oħra ta' Malta, fil-Liċeo tas-Subien f'Tal-Ħandaq, żewġ għalliema oħra, Carmelo Busuttil u Joe Casha, wkoll kienu bdew jesperimentaw bil-Bonsaj.", "Sirt naf bihom wara li fl-1992 huma tellgħu wirja ta' bonsaj fl-Imdina, flimkien mal-Friends of Japan Society u studenta tiegħi qaltli dwarha.", "Meta ltqajt magħhom skoprejt li dawn kienu għadhom kif waqqfu il-Bonsai Culture Group (Malta) u dlonk dħalt membru.", "Minn hemm bdiet tittella' wirja kull sena u din id-drawwa għadha għaddejja sa llum.\"", "Is-siġar li jistgħu jsiru bonsaj", "L-esperti jsostnu illi prattikament kull siġra tista' tinbidel f'bonsaj.", "Però wieħed irid iżomm f'moħħu s-sens ta' proporzjon li huwa fundamentali f'dan il-qasam u għalhekk, dawk is-siġar li għandhom weraq kbar m'humiex ikkunsidrati bħala adattati ħafna.", "\"L-iktar siġar lokali li huma ideali għall-bonsaj huma ż-żebbuġa selvaġġa, il-ħarruba, id-deru, l-għargħar, il-ġniepru, il-prinjoli, l-ulmu u t-tina.\"", "Il-ħarruba", "\"Il-ħarruba hija waħda mis-siġar li wħud iqisuha difettuża għall-prattika tal-bonsaj minħabba li għandha l-weraq kbar.", "Dan il-fatt jagħmilha diffiċli li wieħed ikollu siġra folta għax il-weraq jikbru fuq zkuk iżgħar li jkunu kemmxejn twal bejn werqa u oħra u għalhekk il-ħarrub jidher isbaħ meta jitkabbar daqsxejn.", "Min-naħa l-oħra, il-ħarrub ftit li xejn jimrad, ħlief li jbati mill-istagħdir tal-ilma,\" infurmani Joe.", "\"Iżda nzerta li l-ħarruba hija waħda mis-siġar l-aktar għal qalbi, anki għax ir-riħa tagħha tqabbadni nostalġija kbira ta' meta kont għadni tifel niġri fl-inħawi tal-Mellieħa u ta' Selmun qalb dawn is-siġar antiki u sbieħ.", "Mill-esperimenti li għamilna fl-Għaqda s'issa sibna illi l-aħjar u l-eħfef mezz kif tnissel il-ħarrub huwa billi tiżra' ż-żerriegħa tagħhom għax mit-tirqid fl-art għadna qatt ma rnexxielna nieħdu siġar.\"", "\"Xi wħud li jkabbru l-ħarruba bħala bonsaj, anki f'pajjiżi oħra, jsostnu illi din hija siġra mill-aqwa għall-bonsaj.", "Hija siġra li tikber bil-mod.", "Għandha ħafna għeruq li huma l-punt dgħajjef tagħha minħabba li huma delikati hafna.", "Meta tkun żgħira tkun sensittiva ħafna imma la darba tikber, issir b'saħħitha u tiflaħ kwazi kollox.\"", "Il-ġingko – siġra li sfidat il-bomba atomika", "\"Siġra oħra li għandi rispett kbir lejha hija l-gingko.", "Man-nies li jipprattikaw l-arti tal-bonsaj, din hija magħrufa bħala waħda mill-aqwa siġar li tista' tkabbar f'minjatura.", "F'Malta ftit li xejn hawn gingkos imħawwla f'ġonna pubbliċi, probabbilment għax hi tippreferi art niedja.\"", "\"Sadanittant ħafna oħrajn japprezzaw il-gingko minħabba li din hi tassew siġra unika.", "Jaħsbu illi l-ispeċi tagħha ilha teżisti 'il fuq minn 270 miljun sena, jiġifieri ferm qabel l-eżistenza tad-dinosawri.", "Fatt interessanti huwa illi din is-siġra kienet maħsuba li nqerdet għal kollox minn wiċċ id-dinja miljuni ta' snin ilu, sakemm darba minnhom instab li din kienet għadha teżisti fil-ġonna tat-tempji Buddisti.", "Minn dawn il-postijiet fil-Ġappun, ittieħdet xi żerriegħa tagħha lejn l-Ewropa u din bdiet titkabbar fl-Olanda, fil-Ġermanja, fid-Danimarka u fl-Irlanda fejn tawha l-isem \"Siġra tat-Tempji\", mentri fi Franza u fi Spanja bdew isejjħulha s-\"Siġra tal-Pagoda\".\"", "\"Intant, il-potenzjal ta' din is-siġra deher biċ-ċar meta fis-6 t'Awissu 1945, l-Amerikani tefgħu l-bomba atomika fuq Hiroshima l-Ġappun li qerdet dan il-post kważi għal kollox.", "Imma mhux lil gingko li kienet tinsab inqas minn 1000 metru 'il bogħod mill-epiċentru!", "Infatti, it-tempju li kienet tinsab fih inqered, filwaqt li s-siġra bil-blast ġiet mitfugħa la ġenbha, imma din bdiet tarmi l-weraq ġdid f'inqas minn xahar wara, u sa llum għadha ħajja.", "L-istess ġralhom mill-inqas ħames siġar tal-gingko oħra.", "Mhux ta' b'xejn li l-gingko hija meqjusa bħala s-siġra tat-tama!\"", "Kif tinħoloq siġra fil-minjatura?", "\"M'hemm l-ebda seħer involut!", "Is-sigriet għas-suċċess fil-bonsaj huwa l-imħabba u d-dedikazzjoni, flimkien ma tisqija bil-għaqal!", "Bażikament dawn is-siġar jinżammu ċkejknin billi wieħed inaqqi l-weraq ġdid u jnaqqas mill-għeruq b'kura, b'paċenzja u b'rispett.\"", "\"Mhux ħafif li ssib kliem tajba biżżejjed li jfissru l-emozzjonijiet kollha li jħoss wieħed meta joqrob lejn siġra bonsaj.", "Però ħarsà iktar mill-qrib lejha tagħti tifsira iktar valida.", "Kull min għandu xi siġra tal-bonsaj jista' jispjegalek kemm dan il-passatemp jagħtik ferħ u serħan il-qalb.", "Kif tkellimna, kien hemm żmien meta dawn kienu meqjusa bħala ħwejjeġ sagri, imma llum hemm min jikkunsidrahom bħala pets, filwaqt li oħrajn ixebbħuhom ma' poeżiji 3D.\"", "\"Jekk wieħed jagħraf jieħu ħsieb dawn is-siġar, iċ-ċokon tagħhom joffri l-opportunità li wieħed ikabbar foresta sħiħa ġo bitħa żgħira!", "U speċjalment f'dawn l-aħħar snin, meta sfortunatament qed naraw l-ambjent jittiekel ftit ftit u jogħsfor minn quddiem għajnejna, li jkollok siġra ċkejkna taż-żebbuġ jew tat-tin f'darek, protetta minnek, żgur li toffrilek sodisfazzjon li xejn aktar ma jista' jagħtik.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (15 parti) fit-Torċa tas-17 t'Awissu 2014)", "Ġonna Botaniċi ta' Shangai", "Ġużeppi Busuttil", "Għajn Żejtuna", "il-ġniepru", "il-prinjoli", "il-ħarruba", "l-għargħar", "minjatura", "Penjing", "Prinċep Zhang Huai", "żebbuġa selvaġġa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Is-siwi ta' dak li ma jiswiex"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/05/stilla-maltija-fhollywood/", "text": ["Kull meta nsemmi lill-artist Malti Joseph Calleia, kważi kulħadd jaħseb li qed nirreferi għat-tenur lokali ta' fama internazzjonali, Joseph Calleja.", "Imma dan tal-aħħar twieled tliet snin wara li miet l-attur Malti li f'Hollywood irnexxielu jikseb suċċess kbir, hekk kif hu ħadem aktar minn 55 film.", "Min-naħa l-oħra hija tassew ironika li ħafna minna jafu u probabbli jammiraw lill-artisti Charlton Heston, Jerry Lewis, Dean Martin, Marlene Dietrich, Rita Hayworth u Jane Russell, iżda fl-istess ħin, m'għandhomx l-iċken idea li dawn kollha deheru f'xi film mal-attur Malti Joseph Calleia.", "Għaldaqstant dil-ġimgħa ddeċidejt li niddedika dan l-artiklu għalih għax naħseb li dan l-individwu jixraqlu li jkun magħruf ħafna aktar mal-poplu tagħna.", "U min jaf?", "Forsi fl-aħħar xi stazzjon lokali jitħajjar jagħmel il-pass li jurina xi film minn tiegħu u mhux dejjem nirrepetu u nhedew b'films fejn jidhru biss atturi barranin.", "Meta se jitgħallem jirrispetta aktar lil niesu dan il-poplu tagħna?", "Naturalment, la ħadd qatt ma kien wera interess biex jinfurmana dwar dan l-attur, anki jiena sirt naf bih wara ħafna snin.", "U kien għall-ħbieb tiegħi Eman Bonnici, Andrew Borda u Joseph Borda li finalment ġejt mgħarrfa b'din l-istilla Maltija f'Hollywood.", "Kull wieħed minn dawn il-ħbieb kellu storja differenti x'jirrakkuntali dwar Joseph Calleia fejn saħansitra wieħed minnhom kien ħabib tiegħu.", "Imma ejja nibdew il-ġrajja ta' dan il-personaġġ mill-bidu...", "Joseph Calleia twieled fl-4 t'Awwissu 1897 fl-inħawi tas-Saqqajja, ir-Rabat Malta.", "Missieru Pasquale oriġinarjament kien minn Bormla u kien perit.", "Meta ibnu kiber, huwa insista ħafna fuqu sabiex isir inġinier u b'din il-mira, Joseph beda jattendi l-Kulleġġ ta' San Alwiġi f'Birkirkara.", "Min-naħa l-oħra, ommu Elena neè Falzon, kienet mill-Belt u din mill-ewwel intebħet li binha kien maqtugħ għal xorta oħra ta' xogħol, partikolarment meta nnutat li Joseph kellu talent naturali għall-palk.", "Infatti, kienet hi li rawwmitu u għenitu biex jiżviluppa din il-kapaċità hekk kif hu beda jieħu sehem b'ruħu u b'ġismu f'kull attività tad-drama li kienet tittella f'dak il-kulleġġ.", "Hawnhekk ta' min ikun jaf li fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi għad hemm rikordju sabiħ ta' Joseph Calleia bħala student, hekk kif ikkonfermali Joseph Borda, ammiratur kbir tiegħu, meta huwa żar dan il-post u b'sorpriża kbira, lemaħ lil Joseph flimkien ma' sħabu f'ritratt tal-klassi tal-1912.", "Sfortunatament, fl-1906, omm Joseph mietet fl-età ta' 37 sena u t-telfa tagħha binha ħassha ħafna.", "Min jaf jgħidilna jekk din kinetx waħda mir-raġunijiet għala fl-1914, fl-età ta' 17 il-sena, huwa ddeċieda li jħalli lil Malta sabiex jipprova jsib xortih fil-qasam tal-ispettaklu f'pajjiż barrani?", "Li hu żgur kien li missier Joseph oġġezzjona ferm għal din l-għażla ta' ibnu, anki minħabba li f'dak il-perjodu, ix-xogħol tal-ispettaklu kien meqjus bħala dnub.", "Tant hu hekk, li meta l-ġuvni baqa' jinsisti li ried jitlaq, missieru wissieħ biex ma jużax kunjom il-familja.", "U Joseph ma ħasibhiex darbtejn biex minflok adotta kunjom nanntu, li kien Spurin.", "Irridu niftakru li fl-1914 kienet tqanqlet l-Ewwel Gwerra Dinjija u infatti xi wħud mill-bliet kapitali tal-Ewropa kienu diġà sofrew id-danni tagħha.", "Imma lanqas din it-theddida ma qatgħet qalb Joseph Calleia hekk kif hu ħolom u xtaq bis-sħiħ li jagħmel xi ħaġa sinifikanti b'ħajtu.", "Possibilment huwa kien diġà nnota li kellu potenzjal qawwi u li leħnu kien jipprometti għall-affarijiet akbar meta f'età tant żagħżugħa, huwa kien diġà bena esperjenza fuq il-palk Malti, l-aktar fil-kant liriku, fejn hu saħansitra serva bħala tenur fit-Teatru Rjal.", "Intant, in-namra tiegħu għall-qasam artistiku ħadet lil Joseph l-Ingilterra fejn hu ngħaqad ma' grupp mużikali li beda jdur f'diversi ħwienet u swali biex joffri spettaklu ta' daqq u kant.", "Wara sentejn jagħmel dan ix-xogħol, huwa kien ħabat jikseb kemmxejn popolarità iżda d-destin kellu ppjanat għalih opportunità ferm akbar.", "Ir-riċerkatur Eman Bonnici stqarr li x-xorti tajba li laqtet lil Joseph waslet għandu f'forma pjuttost stramba, hekk kif dan il-personaġġ kien qed jivvjaġġa fuq bastiment li ħabta u sabta għereq f'nofs ta' baħar u b'xorti tajba, il-bastiment l-ieħor li ġabar lis-superstiti, ġarr lil kulħadd sa l-Istati Uniti – l-art tal-ħolm fejn ħafna jemmnu li kollox hu possibbli!", "B'ta' fuqu senduqu, Joseph sab ruħu f'pajjiż ieħor u hemm mill-ġdid kellu juri kuraġġ u perseveranza.", "Huwa ma damx ma sab xogħol bħala wejter u fl-istil uniku tiegħu, kien joqgħod ikanta waqt li jservi lill-klijenti.", "U eventwalment din it-tattika ħadmitlu għax darba minnhom, fost il-klijenti nzerta kien hemm wieħed li kien jorganizza l-ispettakli fi Broadway u meta sema' leħen Joseph, dan offrielu x-xogħol minnufih.", "L-ewwel xogħol teatrali ta' Joseph deher fl-1926 taħt l-isem ta' 'Broadway' u minn hemm huwa beda karriera ġdida.", "Skont Eman Bonnici, jidher li kien ix-xogħol 'The Broken Wing' li wassal lil Joseph għal aktar suċċess hekk kif dan l-ispettaklu ntalab biex jintuża għall-ftuħ tat-teatru Duke of York fl-Ingilterra.", "Diversi gazzetti f'dan il-pajjiż barrani bdew jiktbu dwar dan il-ġuvni Malti ta' talent kbir u din l-aħbar waslet anki Malta.", "Dan qanqal lil missieru Pasquale sabiex jagħraf li wara kollox ibnu kien għamel għażla tajba meta ddeċieda li jidħol fid-dinja tal-ispettaklu u għalhekk huwa kkuntattjah u qallu li minn dakinhar 'l hawn, kien qed jagħtih il-barka tiegħu biex juża kunjomu proprja.", "Joseph xtaq jikkuntenta lil missieru u b'hekk huwa beda jsejjaħ lilu nnifsu Joseph Spurin Calleja.", "Minħabba d-dehra Mediterranja tiegħu, b'dak il-wiċċ mislut u b'dawk l-għajnejn skuri u profondi, Joseph ma damx ma beda jingħata rwoli ta' gangster fix-xogħolijiet teatrali, hekk kif fis-snin tletin fl-Amerika bdiet tgħolli rasha l-Mafja.", "Din ir-realtà bdiet tiżvolġi anki fil-qasam tal-films, tant li l-kumpanija Warner Brothers Pictures kienet ħadet magħha l-aqwa atturi ta' dik l-epoka biex jaħdmu partijiet ta' gangsters, fosthom lil James Cagney, George Raft u Humphrey Bogart.", "Il-pubbliku beda jfittixhom ħafna dawn it-tip ta' films u għalhekk il-kumpanija l-oħra tal-films, Metro Goldwyn Mayer, xtaqet ħafna li tidħol ukoll f'dan is-suq.", "Hi ma damitx ma tefgħet għajnejha fuq Joseph, l-aktar wara s-suċċess ġdid li kellu fil-parti tal-gangster Tony Mako fix-xogħol teatrali 'Small Miracle'.", "U fi ftit taż-żmien Joseph sab ruħu jaħdem f'Hollywood u jidher fuq il-liżari taċ-ċinema.", "Għall-ewwel film tiegħu 'My Sin', fl-1931, Joseph Calleia Spurin irċieva 8000 dollaru.", "Iżda taħt dak l-isem, ħadem biss film ieħor wieħed biss 'His Woman' peress li mbagħad hu ntalab iqassar ismu għax hekk kien twil wisq.", "B'hekk, Joseph reġa' lura għall-isem oriġinali tiegħu, Joseph Calleia, fejn aktar kmieni kien diġà bidel l-ittra j ma' l-ittra i, sabiex l-Amerikani jkunu jistgħu jlissnu kunjomu kif suppost.", "Fis-sentejn li għamel mal-MGM huwa ħadem għaxar films fosthom il-film 'Tough Guy' (1936) fejn ħadimha ta' Joseph 'Joe' Calerno.", "Ta' min isemmu illi fl-1935 daħlet iċ-ċensura f'Hollywood u b'hekk il-gangsters ma setgħux jibqgħu jidhru aktar bħala eroj fil-films.", "Allura, għalkemm naraw lil Joseph jaħdimha mill-ġdid ta' kriminal, fl-aħħar tal-film huwa jipiċċa maqtul.", "Madanakollu, għalina l-Maltin dan il-film għandu tifsira kbira ħafna għax nistgħu ngħidu li għall-ewwel darba, bis-saħħa ta' dan l-attur, tlissnet il-lingwa Maltija waqt film li nħadem f'Hollywood.", "Dan ġara meta Joseph ġie mqabbad ikanta xi ħaġa biex jimla l-ħin waqt xena partikolari u f'dak il-mument, ġietu f'moħħu għanja folkloristika Maltija.", "Meta l-kuntratt mal-MGM għalaqlu, dan l-artist ħa deċiżjoni riskjuża oħra hekk kif huwa għażel li jibda jaħdem għal rasu.", "Imma bħas-soltu, Joseph kien jaf sewwa x'inhu jagħmel għax ix-xogħol tiegħu bħala attur xorta waħda baqa' għaddej qatiegħ.", "Fl-1938 huwa ħadem waħda mill-partijiet l-aktar għal qalbu – dik fi rwol ta' pulizija Tuneżin fil-film 'Algiers' li għaliha huwa rebaħ il-Best Actor Award mill-kritiċi tal-Amerika.", "Il-films li ħadem fihom dan l-artist Malti bdew deħlin anki f'pajjiżna.", "Imma mhux kollha għax uħud minnhom ġew iċċensurati.", "Fosthom kien hemm il-film 'Full Confession' (1939) fejn Joseph kellu l-parti ta' qassis li ried jikkonvinċi qattiel sabiex jagħti ruħu f'idejn il-pulizija ħalli jeħles bniedem innoċenti li kien ser jieħu l-ħtija minfloku.", "Kien iċċensurat ukoll il-film 'Valentino' (1951) fejn l-attur Malti ħadem ir-rwol tal-manager ta' Valentino.", "Film ieħor li nżamm kien 'The Iron Mistress' (1952) fejn f'waqt minnhom, Joseph jidher ibus lill-attriċi Mae West li dak iż-żmien kienet waħda mill-aktar nisa seduċenti ta' Hollywood.", "Min jaf jekk din iċ-ċensura qattx nislet xi diżappunt f'qalb l-attur Malti?", "Iżda ċertament, skont Andrew Borda, Joseph Calleia kien ħassha ħafna meta ħuħ, Dun Anton Calleja, irrifjuta l-flus li bgħatlu bħala rigal peress li dan saħaq li dawk kienu flus id-dnub u li għalhekk l-artisti ta' Hollywood kienu ser jispiċċaw kollha l-infern!", "Fir-realtà qatt ma nstema' xi skandlu dwar dan l-attur.", "Anzi, fl-agħar waqtiet tat-Tieni Gwerra Dinjija, bħal ħafna atturi oħra, Joseph ngħaqad bħala membru mal-United States Organizations sabiex joffri spettaklu lit-truppi bil-għan li jgħollulhom il-moral.", "Minn ritratti li rnexxielu jakkwista Joseph Borda naraw illi Calleia kien ġie jagħti dan is-servizz anki f'Malta fl-eqqel żmien tal-gwerra u meta ra l-bżonn tal-poplu Malti, huwa daħħal idejh fil-but u għen personalment.", "Għalkemm Joseph kien jgħix l-Amerika f'dar lussuża flimkien ma' martu Eleonora nee' Vassallo, li kienet bint emigrant Malti, huwa qatt ma nesa lil Malta, lil niesha u l-lingwa tagħha.", "Infatti, mhux darba u tnejn li l-familjari tiegħu kienu jsibuh ma' wiċċhom għall-għarrieda kull darba li kien ifettilu jżur lill-gżejjer tagħna.", "U meta huwa rtira minn Hollywood, fl-età ta' 66 sena, awtomatikament qalbu ġibditu lura lejn art twelidu fejn mar joqgħod f'dar bl-isem 'Joel' fi Triq Imrabat, tas-Sliema.", "F'din id-dar, Joseph installa l-istess sistemi li kellu fl-Amerika bħal ngħidu aħna l-intercom, il-lift u l-arja kkundizzjonata – oġġetti li f'pajjiżna l-Maltin qatt ma kienu raw.", "Iżda min-naħa l-oħra, Joseph baqa' pjuttost bniedem sempliċi għalkemm riservat u lil ħbiebu kont tgħoddhom fuq is-swaba ta' jdejk.", "Fost dawn kien hemm Andrew Borda li rnexxielu jsir jafu billi kien midħla tat-tenur Oreste Chircop; ħabib antik ta' Calleia.", "Andrew ma jinsa qatt l-ewwel darba li daħal fid-dar ta' dan l-attur li tant kien ilu jammira, fejn tul l-indana tat-taraġ huwa jilmaħ salt ritratti li kienu juru lil Joseph fil-partijiet differenti li kien interpreta matul is-snin.", "L-istess jiftakar il-mumenti ħelwin li huwa qatta' flimkien ma' dan l-attur, kemm f'daru fejn spiss dan kien iħobb joqgħod ikanta u jdoqq il-pjanu, kemm il-knisja peress li Joseph kien bniedem reliġjuż ħafna u anki waqt id-dawriet sbieħ fil-kampanja, speċjalment lejn l-inħawi tal-Madliena li kienu l-favoriti tiegħu.", "Andrew lmenta miegħi li akkost li Joseph Calleia kellu fama internazzjonali, meta dan l-attur kien ikun għaddej mit-triqat Maltin, ftit li xejn kienu jgħarfuh nies.", "Min-naħa l-oħra huwa baqa' miftakar sewwa f'Hollywood, tant li fis-snin 70, Joseph irċieva telegramma mingħand il-produttur tal-films Francis Ford Coppola, fejn dan kien qed joffrielu l-parti prinċipali ta' Don Vito Corleone fil-film li kien ser jaħdem – 'The Godfather'.", "Imma nzerta li Joseph kien għaddej minn mumenti ta' swied il-qalb minħabba li fl-1967, huwa tilef lil martu Eleonora u ma ried jaf b'xejn aktar.", "Infatti huwa ma aċċettax din il-parti li eventwalment ngħatat lil Marlon Brando u għaliha dan irċieva l-ġieħ ta' Best Actor fl-Academy Awards.", "Joseph Calleia ħalla din id-dinja fil-31 t'Ottubru 1975, fl-età ta' 78 sena.", "Eman Bonnici spjegali kif f'pajjiżna ma tħabbar l-ebda avviż u ma saret l-ebda ċerimonja biex tinforma lill-poplu Malti li konna tlifna lil wieħed minn tagħna.", "Deheret biss xi informazzjoni qasira u ritratt tat-tebut tiegħu dieħel fl-Addolorata segwit minn korteo żgħir ta' nies, l-għada tal-funeral fil-ġurnal Times of Malta.", "Minflok, ironikament, minħabba li dan l-artist sikwit ħadem il-parti ta' Sqalli, bi żball, l-istazzjon televiżiv Taljan RAI ħabbar bi prominenza li f'Malta, kien miet l-attur Taljan Joseph Calleia.", "Lanqas il-lapida ta' l-irħam fiċ-ċimiterju, fejn hemm ismu minqux flimkien ma' dawk ta' familjari oħra tiegħu ma jindika l-kobor ta' dan il-Malti u ftit ftit dan il-bniedem intesa mal-mogħdija taż-żmien.", "Kien biss fl-1997 meta bħala memorja tal-100 sena minn twelidu, nħarġu żewġ bolol kommemorattivi ta' Joseph Calleia.", "U kellhom jgħaddu ħafna aktar snin sakemm fl-2005, Eman Bonnici, li kellu biss 15 il-sena, irnexxielu jħajjar lill-iskultur famuż Rabti Anton Agius sabiex jaħdmu bust għal dan l-attur, liema xogħol Anton wettqu bla ħlas.", "Intant, fir-raħal tal-Imtarfa hemm ukoll triq imsemmija għalih.", "Imma niddubita kemm mir-residenti jafu tassew min kien Joseph Calleia.", "Tgħid għad jasal iż-żmien meta dan il-personaġġ kbir jingħata rikonoxxenza nazzjonali?", "Aktar informazzjoni dwar dan l-artist issibuha fuq Facebook: Maltese Hollywood Star Joseph Calleia.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (2 parti) fit-Torċa tal-11 ta' Mejju 2014)", "Ewwel Gwerra Dinjija", "Kulleġġ ta' San Alwiġi", "Tieni Gwerra Dinjija"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Stilla Maltija f'Hollywood"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/09/ruh-wara-dawk-l-ghajnejn/", "text": ["RUĦ WARA DAWK L-GĦAJNEJN", "Il-poplu Malti hu magħruf għal kemm jgħożż l-annimali domestiċi tiegħu.", "Ngħiduha kif inhi, bosta annimali bħall-klieb u l-qtates jgħixu għal diversi snin fi djarna.", "Isiru parti minn ħajjitna u letteralment ikunu kkunsidrati daqs membru tal-familja.", "In-nuqqas tagħhom iħalli niket u vojt kbir.", "Dawk l-annimali li jkunu tassew maħbuba mhux la kemm jittieħdilhom posthom b'annimal ieħor li jsib ruħu fid-dar biex jimla' l-vojt.", "Dan l-aħħar kont għaddejja minn quddiem vetrina ta' ħanut u laqgħatli għajnejja avviż li kien hemm imwaħħal.", "Ma qrajtux imma fuqu kien hemm stampa ta' kelb tar-razza boxer.", "Daħħaltha f'moħħi li kien xi appell għal xi kelb mitluf.", "Rajt dan l-avviż aktar minn darba u nammetti magħkom li għall-ewwel ma tajtx każ daqshekk tiegħu.", "Imma fl-aħħar ġietni ħasra... għedt kelb sabiħ bħal dak qatt mhu ser jirritornawulhom.", "Waqaft naqra x'kien hemm miktub u ndunajt li kont mort żmerċ mhux ħażin!", "L-avviż kien qed jirriklama artista li tpinġi l-annimali domestiċi.", "Għal ftit sekondi bqajt iċċassata hemm quddiem ir-riklam.", "Staqsejt lili nnifsi mel'issa qed isiru l-pitturi tal-annimali domestiċi?", "Din ġdida!", "Bil-ġiri ħtaft l-opportunità biex nitkixxef ftit aktar.....", "Gaynor Hunt aċċettat din l-intervista b'entużjażmu u mill-ewwel stednitni nżurha fl-istudio tagħha.", "Ma setax jonqos is-soltu ambjent artistiku: it-tila, il-kuluri, il-kwadri.", "Imma kien hemm differenza waħda minn dak li mdorrija nara s-soltu – bosta mis-suġġetti tal-kwadri tagħha kienu annimali.", "Iddeċidejt li mmur mill-ewwel għall-punt.", "Għaliex tpinġi l-annimali?", "\"Għax jaffaxxinawni wisq.", "Insibhom interessanti ferm aktar mill-bnedmin.", "Il-bnedmin narahom komuni, ma jolqtunix daqshekk biex inpinġihom.", "Min-naħa l-oħra l-annimali huma kollha differenti u sbieħ.", "Nieħu gost nagħmel kwadru ta' annimal għax jiena u npinġih letteralment nibda nħossu taħt idejja.", "Ikolli s-sensazzjoni ta' dak l-imnieħer imxarrab tiegħu, dak il-pil bellusi, twil jew qasir, skont l-annimal...", "Ma nafx kif naqbad infissirlek.", "Imma bla dubju din l-imħabba tiegħi lejn l-annimali ilha ġejja minn żmien tfuliti peress li jien trabbejt f'razzett li kellna f'Derbyshire l-Ingilterra.\"", "Xtaqtha tirrakkuntali kif bdiet il-karriera tagħha fit-tpinġija...", "\"L-arti minn dejjem kienet tiġbidni u sa minn meta kont għadni l-iskola ntbaħt li kont maqtugħa sewwa għaliha.", "Għall-ewwel kont inpinġi bil-lapes biss.", "Iżda ġara li darba missieri ntroduċini ma' wieħed li", "kien mar jagħmillu xi xogħol ta' tpinġija. fuq magna li taħdem bl-istim.", "Missieri kien kburi ħafna b'xogħli u urih xi tpinġijiet minn tiegħi.", "Dan kien impressjonat u qallu li jekk jien nurih kif ipinġi bil-lapes, hu kien ser jurini kif inpinġi bil-kulur.", "Ommi nsistiet ħafna miegħi biex immur u għaldaqstant aċċettajt u mort narah jaħdem.", "It-tajba hi illi mill-ewwel tgħallimt x'għandi nagħmel u spiċċajna biex jien qatt m'għallimtu kif ipinġi bil-lapes!", "Mhux talli hekk imma minn dakinhar missieri beda jafda x-xogħol tat-tpinġija fuq l-inġenji tiegħu f'idejja.", "Maż-żmien ikkwalifikajt fis-sign writing u għalhekk għamilt bosta xogħlijiet ta' dan it-tip ukoll.", "Domt is-snin naħdem fuq ordnijiet kummerċjali.", "Waqaft meta ltqajt mas-sieħeb tiegħi u ddeċidejt li nsegwih u ngħinu f'xogħlu.", "Konna nivvjaġġaw ħafna u għalhekk kelli naqta' mit-tpinġija.", "Però f'dawn l-aħħar sentejn erġajt issetiljajt u issa għandi aktar ħin x'niddedika għal dan id-delizzju tiegħi.", "Ngħidlek is-sewwa nħossni ħafna aħjar inpinġi hekk għall-gost milli kif kont qabel b'dawk id-dati miftehmin sakemm għandi nlesti.", "Dan l-istudio sar id-dinja tiegħi u qed nieħu pjaċir nimlih b'xogħlijieti.", "B'hekk jirnexxieli nżomm l-istamina biex inkompli f'din il-linja li reġgħet ħadet il-ħajja fija.\"", "Kif wasalt jien, Gaynor kienet qed taħdem fuq tpinġija kbira ta' leoparda.", "Għajnejn l-annimal kienu tassew realistiċi, eżattament bħal tar-ritratt li kienet qegħdha tikkopja minnu.", "Xtaqt inkun naf x'metodi tuża' biex tpinġi s-suġġetti tagħha u xi kemm iddum taħdem fuq il-pitturi...", "\"Sikwit meta jordnawli nagħmel pittura ta' xi annimal, dan ikun diġa' mejjet.", "Ikunu jridu l-kwadru biex iżommu t-tifkira tiegħu ħajja.", "F'dawn il-każi jkolli naħdem minn fuq ritratt.", "Madanakollu meta l-", "annimal ikun għadu ħaj, jiena nippreferi li narah għax b'hekk inkun nista' nistudja aħjar il-karatteristiċi u n-natural partikolari tiegħu.", "Dawn jagħmlu differenza kbira biex il-pittura tiġi aktar realistika.", "Inħobb ukoll immur nara l-post fejn ikun ser jitwaħħal il-kwadru ħalli b'hekk inkun nista' nqabbel l-isfond tal-pittura mal-istil u l-kuluri tal-kamra.", "Kwadru trid tgħix miegħu u għaldaqstant huwa importanti li dan isir bi ħsieb.", "Jiena nipprova nagħmel mill-aħjar biex nagħti l-aqwa servizz lill-klijenti tiegħi.", "Meta naħdem minn fuq ritratt għadek ma tafx kemm jgħin meta wieħed ikun ġibed ritratt sabiħ tal-annimal tiegħu.", "Ara r-ritratt ta' dan il-kelb per eżempju, jidher ċar illi l-kelb ġie sfurzat joqgħod għall-poża quddiem il-kamera u jien hekk ser ikolli npinġih.", "Mentri dan il-kelb l-ieħor għandu ritratt ħelu ħafna, b'wiċċ ta' mqareb, eżatt kif nafu jien.", "Darba artist li jagħmel xogħol bħal tiegħi, kellu jpinġi doberman għal klijenta tiegħu.", "Ġara iżda li tilef ir-ritratt li kienet tagħtu u biex ma jurihiex, qabad ktieb, ikkopja doberman minn fuqu u tahulha.", "Lanqas qatt ma nasal biex nagħmilha ħaġa bħal din.", "Fil-fatt ninsisti ħafna mal-klijenti tiegħi illi jekk ix-xogħol li nagħmel ma jkunx simili għall-annimal tagħhom, jistgħu ma jeħduhx.", "Għalija jekk min jordna l-kwadru ma jemozzjonax ruħu kif jarah, ngħoddu bħala falliment.", "Niddedika ħafna ħin għal kull xogħol tiegħi.", "Bejn wieħed u ieħor nieħu madwar 12 u 40 siegħa għal kull kwadru, jiddependi kemm ikun fih dettalji.", "Għadu kif kien hawn mara ħdejja qegħdha ssegwini naħdem u ratni nqatta' sagħtejn fuq għajnejn din il-leoparda.", "Stagħbet.", "Imma l-perfezzjoni hekk tiġi.\"", "Liema hu l-materjal li tippreferi taħdem bih?", "\"Jiena dejjem biż-żejt ħdimt, sa minn meta kont ngħin lil missieri jirrestawra l-inġenji li kien iġib għall-mużew tiegħu.", "Madwar ir-razzett fejn konna ngħixu kellna biċċa art kbira mhux ħażin.", "Missieri beda jixtri bosta inġenji antiki biex jirrestawrahom u ftit ftit bidel din l-art f'mużew.", "Kien hemm minn kollox: trakkijiet, trejns żgħar li jaħdmu bl-istim, karusel u anki karozza tal-linja Maltija.", "Flimkien konna nerġgħu nġibuhom daqs li kieku kienu ġodda.", "Iż-żejt jogħġobni wkoll għax jagħtini ċ-ċans li nirranġa l-iżbalji, jħallini naħdem bit-temp tiegħi u jippermettili nħallat bosta kuluri.\"", "Ridt naqta' l-kurżità dwar kif nibtet din l-idea li tpinġi l-annimali?", "\"Fl-Ingilterra din hija xi ħaġa komuni ħafna.", "Niftakar ċar meta kien miet il-labrador ta' ħija u s-sieħba tiegħu biex tikkonfortah, ordnatlu pittura ta' dan il-kelb.", "Ħija kien apprezzaha ħafna u dak il-ħin irrealizzajt x'valur kellu rigal bħal dak.", "Dakinhar iddeċidejt li xi darba hekk kien ser ikun xogħli.\"", "Fl-istudio tagħha, f'post prominenti, lmaħt il-kwadru tal-boxer li kont rajt irriklamat.", "Deher li kien għal qalbha ħafna...", "\"Iva, dak l-aktar kwadru għal qalbi għax dak hu tal-kelb tiegħi Rocky.", "Kont inħobbu ħafna u ddispjaċini ħafna meta ġie nieqes.", "Meta pinġejtu bħal straħt għax issa meta nħares lejh inħossu ħdejja fil-", "kamra.", "Fil-kwadru rnexxieli noħroġlu n-natural tiegħu hekk kif kien joqgħod bil-qiegħda dritt u jħares kburi madwaru.\"", "Imma l-Maltin japprezzawha xi ħaġa bħal din.", "Iqabbduha tagħmel xogħol hekk?", "\"Naħseb illi l-Maltin mhux daqshekk konxji li teżisti din l-opportunità.", "Narahom jistagħġbu meta jsiru jafu bix-xogħol li nagħmel.", "Ma nistax nifhem għaliex!", "Meta jintilef xi kelb tgħidx kemm nara avviżi b'wegħdi ta' ħlas ta' flus jekk jiġi rritornat.", "Allura meta għandek il-possibilità li jkollok rikordju sabiħ bħal dan, x'hemm xi jżomm?", "Bosta drabi hija iebsa sakemm ikun hemm individwu li jagħmel l-ewwel pass, imbagħad tara l-oħrajn ġejjin.", "Ftit ilu mort nesponi x-xogħlijiet tiegħi waqt wirja tal-qtates u ħafna kienu affaxxinati bihom.", "Xi ħbieb tiegħi issuġġerewli wkoll biex immur sal-Marsa ħalli nintroduċi ruħi mas-sidien taż-żwiemel.", "Imma taf int... l-ewwel pass għal kulħadd iebes, anki għalija.", "Xorta waħda nemmen illi ftit ftit din id-drawwa għad tindara anki f'dan il-pajjiż għax hawnhekk l-annimali huma maħbuba ħafna.\"", "Imma Gaynor annimali biss tpinġi?", "\"Le, inpinġi affarijiet oħra wkoll.", "Apparti milli npinġi kull tip ta' annimal, nieħu gost ħafna npinġi l-bini u l-pajżaġġ Malti.", "Malta tispirani ħafna speċjalment bil-lejl.", "Jaffaxxinani dal-pajjiż kemm jieħu ħajja", "bil-lejl, bid-dwal ta' kullimkien jixegħlu u jirriflettu fuq l-ilmijiet tal-baħar.", "Rajt bosta kwadri ta' Malta bid-dgħajjes ikkuluriti fuq il-baħar u bil-postijiet antiki.", "Imma jiena għandi din il-ħolma f'moħħi... nixtieq inpinġi xeni ta' Malta bil-lejl.", "Kapaċi nagħmel ħamsin sena oħra npinġi u ma nlestix daqskemm hawn x'tara!\"", "Allura min jitħajjar jordna xi kwadru bħal dan, x'għandu jagħmel?", "\"Kemm iċempilli u niddiskutu x'jixtieq.", "Min m'għandux ritratt ta' dak l-annimal partikolari, nista' mmur u neħodomlu jiena stess.", "Kif għedtlek qabel, nippreferi niltaqa' personalment mas-sid u mal-annimal għax b'hekk inkun nista' ninnota dik ir-rabta speċjali li jkollhom bejniethom.", "Anki jekk l-annimal ikun miet, jiena nagħmel minn kollox biex minn sempliċi ritratt, noħroġ dik l-espressjoni sabiħa fl-għajnejn u l-komportament tiegħu daqs li kieku l-annimal għadu ħaj u qed jgħaddi messaġġ ta' mħabba lil sidu.", "Dak is-sodisfazzjon li nħoss meta nara klijent jgħożż il-kwadru li nkun għamiltlu, ma nibdlu ma' xejn.\"", "Darba Theophile Gautier staqsa \"Min jista' jemmen li m'hemmx ruħ wara dawk l-għajnejn sbieħ ta' annimal?\"", "Biex inkun sinċiera, waqt li tajt l-aħħar ħarsa lejn il-kwadri f'dak l-istudio, anki lili tnissilli dan id-dubju!", "Għal dawk li jinteressahom jaraw ix-xogħol ta' din l-artista, ser tittella' esebizzjoni matul ix-xahar kollu ta' Novembru 2009 fil-Marsa Sports Club.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-20 ta' Settembru 2009)", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "RUĦ WARA DAWK L-GĦAJNEJN"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/07/l-ewwel-passi-ta-skultur/", "text": ["L-EWWEL PASSI TA' SKULTUR", "\"Rajt anġlu f'irħama u qbadt nonqox fiha sakemm illiberajtu,\" qal darba Michelangelo meta staqsewh x'wassal biex għamel skultura partikolari.", "L-arti minn dejjem kienet għal qalbi.", "Dik li artist titwieled u mhux issir nemmen biha u għaldaqstant taffaxxinani.", "Il-fatt li għandek dik ix-xi ħaġa aktar biex tirnexxi fil-ħajja, qisha bħal tagħtik mbuttatura biex tippersevera u tasal.", "Fuq kollox l-arti tagħnik b'waħda mill-isbaħ doni – l-eternità.", "Għax anki meta tasal il-ġurnata biex l-artist iħalli din id-dinja, jekk ikun ħadem b'għaqal, permezz ta' xogħlijietu, hu ma jintesa qatt.", "Dil-ġimgħa ltqajt ma' żagħżugħ li qabad it-triq tal-iskultura.", "Għalkemm għad għandu 23 sena, mix-xogħlijiet li għamel s'issa tintebaħ li fil-vini tiegħu hemm jiġri d-demm ta' artist.", "Bniedem li għall-ewwel tistħajjlu mistħi imma hekk kif jintefa' jkellmek dwar ix-xogħol tal-iskultura, tara fih id-determinazzjoni ta' żagħżugħ li jrid iwettaq dak li jemmen li twieled għalih.", "Permezz tiegħu xtaqt nara l-perspettiva ta' l-ewwel passi ta' skultur fid-dinja tal-arti....", "Temmen illi skultur titwieled jew issir?", "Jien naħseb illi titwieled miegħek.", "It-taħriġ li tieħu jgħallmek ċertu regoli li jeżistu u jipperfezzjonalek xogħlok.", "Imma l-arti trid tkun fik.", "Jekk inti m'għandikx l-arti fik, tista' tmur titgħallem taħdem l-iskultura u veru, finalment jekk tippersisti, xi ħaġa tagħmel.", "Imma min jaf sewwa dan ix-xogħol jintebaħ illi nies li mhumiex verament artistiċi, jaslu sa ċertu punt u jeħlu hemm.", "Ma jkunu jistgħu jilħqu qatt livelli għolja biżżejjed sabiex xogħolhom jiġi kkunsidrat bħala biċċa xogħol artistika.", "Kif bdiet in-namra tiegħek lejn dan ix-xogħol?", "In-nannu u ommi jgħidu illi l-bużnannu tiegħi kien jaħdem l-istatwi għan-niċeċ.", "Jiġifieri jidher li l-iskultura tiġri daqsxejn fil-vini tal-familja tiegħi.", "Ommi tħobb ħafna l-pittura u d-diżinn u lili kienet", "tħajjarni ħafna biex nagħmel xi ħaġa sa minn meta kont żgħir.", "Kultant kont immur magħha għall-lezzjonijiet tal-pittura fl-Iskola tal-Arti u minn hemm komplejt tħeġġiġt għal din it-triq.", "Fil-fatt inpinġi nħobb ħafna imma fl-istess ħin kont inħoss ġibda partikolari lejn l-iskultura.", "Niftakar li meta kont żgħir, kont sibt mezz kif inħoll il-pasturi l-antiki biex nagħmel oħrajn ġodda.", "Dak iż-żmien ommi kellha ħabiba li kienet taħdem fix-xogħol tat-tafal u tgħidx kemm kont niffittaha biex tgħallimni.", "Imma hi kienet tgħidli \"la tikber, jekk tibqa' miġbud lejn l-iskultura, mur fl-Iskola tal-Arti għax hemm qegħdin il-veru għalliema\".", "U meta kbirt hekk għamilt.", "Tant kont deċiż li naqbad din il-linja illi tlaqt mill-Awstralja, fejn il-familja tiegħi kienet marret toqgħod u erġajt lura Malta waħdi biex inkun nista' nitħarreġ f'dan ix-xogħol.", "Qalbi marbuta wisq ma' pajjiżi u mal-arti li tidwi minn kull rokna tiegħu.", "Barra minn hekk, jien dilettant tal-knejjes.", "Meta kont Malta, kont ngħaddi s-sajf kollu narma d-dar tagħna, il-knisja tal-Mosta u nieħu ħsieb kappella.", "L-Awstralja hemm differenza kbira.", "Il-Maltin tal-Awstralja ma jarmawx u ma jiċċelebrawx bħalna.", "Kelli nieħu deċiżjoni iebsa imma importanti f'ħajti.", "Fuq kollox ridt ukoll nagħżel fuq liema tip ta' arti kont ser nintefa'.", "Il-pittura togħġobni ħafna għax il-kulur inħobbu wisq.", "Finalment iddeċidejt li nispeċjalizza fuq l-iskultura u b'hekk bdejt nitħarreġ f'dan il-qasam.", "Fhiex jikkonsisti t-taħriġ fl-iskultura u kemm hawn opportunità biex titgħallem hawn Malta?", "Opportunitajiet biex titgħallem hawn kemm trid f'pajjiżna.", "Għandna l-Iskola tal-Arti, is-Soċjetà tal-Arti, l-MCAST u diversi privatijiet oħra.", "Jiena ddeċidejt illi nattendi għall-lezzjonijiet li jsiru fil-għaxija fl-Iskola tal-Arti, l-Belt.", "Il-kors huwa twil ħames snin u jwassal għal Diploma.", "Apparti illi titħarreġ kif taħdem l-iskultura b'modi differenti, titgħallem ukoll l-Istorja tal-Arti fejn issir taf aktar dwar ix-xogħlijiet li saru fil-passat u l-artisti li għamluhom.", "Matul is-snin nippruvaw nikkuppjaw dawn ix-xogħlijiet biex nibnu dik it-teknika partikolari tagħna.", "Fl-aħħar tal-kors inkunu rridu nippreżentaw teżi biex fih nuru dak kollu li nkunu tgħallimna matul is-snin.", "Kemm huwa possibbli li taħdem ma' skultur professjonali biex tissoda aktar fil-linja tiegħek?", "Dik iebsa ħafna għax ħadd ma jkun irid jurik it-teknika ta' kif jaħdem hu.", "Fil-fatt kif għedtlek, opportunità biex tibda titgħallem issib.", "Imma biex veru tkun fuq dan ix-xogħol, diffiċli immens għax it-teknika ħadd ma jkun irid jgħallimilek.", "Għalkemm ġieli nisimgħu xi intervisti ta' xi skulturi li jgħidu li jħarrġu lill-istudenti, dan bosta drabi ma jkunx minnu.", "Darba kont għadni kif rajt intervista simili fuq it-TV ta' skultur partikolari.", "Mort għandu dakinhar stess imma meta urejtu għal xiex kont mort, saħaq li hu ma jgħallimx!", "Biex taħdem ikollok bżonn tipperfezzjona t-teknika ta' kif jitħalltu l-materjali.", "Per eżempju kif tinħadem il-kartapesta kelli niskopri waħdi minn hemm u minn hawn għax din fl-iskola ma nitgħallmuhiex.", "It-taħlita tal-kolla u l-ġibs hija essenzjali għall-kwalità finali tax-xogħol.", "Ikollok titgħallem bl-esperjenza sakemm torqomha kif suppost.", "Titgħallem mill-iżbalji u mill-pariri li kultant iżerżaqlek xi ħadd.", "Però għall-grazzja t'Alla kultant jitfaċċa xi ħadd differenti, li jkun lest li jgħinek.", "Fl-Iskola tal-Arti sirt naf lil Paul Mizzi li laqqagħni mal-iskultur Joe Chetcuti u dan tani ċ-ċans li naħdem miegħu għal tlett xhur fil-funderija tiegħu li hija l-unika funderija f'Malta li tagħmel kull tip ta' xogħol tal-bronż.", "Għalkemm il-bronż ma kienx fil-linja tiegħi, maż-żmien sibt li tgħallimt ħafna.", "Hemmhekk skoprejt is-sengħa ta' kif jittella' monument mill-bidu.", "Kien hemm ukoll l-iskultur Renzo Gauci li għalkemm ma offrilix xogħol miegħu, tani l-opportunità li ngħinu u nosservah waqt li kien qed jagħmel xi xogħol għall-Knisja tal-Mosta.", "Dan l-aħħar qed nagħmel xogħol fil-ħidma tal-fidda u allura qed nitrawwem f'dan il-qasam ukoll.", "Biċċa xogħol tiegħi fil-fidda s'issa għadni qatt ma ħdimt imma xi darba tasal ukoll.", "Tirrealizza li kull ma titgħallem ftit ftit ikun qed jagħlaq f'ċirku tond biex finalment issir artist sħiħ b'ħiliet differenti.", "B'liema materjali taħdem u liema tippreferi?", "Bdejt bit-tafal u mbagħad tgħallimt naħdem il-forom tal-ġibs.", "Wara komplejt fuq il-fibre.", "Il-fibre huwa materjal veru effiċjenti għax ix-xogħol jiġi mirqum mill-ewwel mingħajr ħafna logħob.", "Barra minn hekk hu materjal b'saħħtu wkoll.", "Ovvjament kollox ikun fih tiegħu...", "Per eżempju dan il-wiċċ ta' Kristu nħadem fil-fibre.", "Ara, kif qed tinnota fir-ritratt, kelli ndaħħal għajnejh mill-ewwel ħalli nagħtihom il-forma tajba mill-ewwel għax fil-fibre ma tantx tista' tillima.", "Suppost dan ser ikun qed jagħmel parti miċ-Ċena tal-Każin ta' Ħal-Għaxaq.", "Dan il-bust ta' Dun Anġ Camilleri ukoll maħdum mill-fibre.", "F'dan ir-ritratt nidher qed niżbgħu bil-patina tal-bronż.", "Dan il-bust irregalajtu lir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone tal-Mosta li xtaqu li jkollhom tifkira ta' dan il-qassis peress li kien hu li kien jagħtihom il-permess li jaħdmu mill-Oratorju.", "Ara dal-bust ta' wiċċ dil-mara... dak maħdum bil-pastellina.", "Il-pastellina huwa materjal li ma jinbidilx u jħallik taħdem fih kemm trid.", "Fil-fatt dik hija pastellina tal-iskola u għandha mal-50 sena llum!", "Minn dik il-forma ħriġt bust tal-ġibs.", "Il-pastellina mbagħad terġa' tintuża għal xogħol ieħor.", "L-aktar li nieħu pjaċir naħdem fit-tafal għax kull biċċa xogħol, minnu trid tibda u permezz tiegħu toħroġ veru dak li trid u tħoss.", "Taqbad b'idejk u tiffurmah.", "Għalhekk jogħġobni.", "Liema huwa l-aktar skultur Malti li tammira?", "Lil Ċensu Apap.", "Jista' jkun għax hu ħadem ħafna fil-knisja tagħna tal-Mosta u għalhekk trabbejt ma' xogħlijietu.", "Sikwit kont nara ċertu intervisti tiegħu fuq it-TV u l-kotba.", "Kien jimpressjonani li għalkemm kellu mat-80 sena, xorta kien baqa' jaħdem dax-xogħol.", "Għalija huwa wieħed mill-aħjar artisti Maltin.", "Kont nixtieq ħafna li xi darba niltaqa' miegħu imma sfortunatament kien miet meta jiena kont l-Awstralja.", "Inħares ħafna lejn ix-xogħol tiegħu biex nitgħallem minnu.", "Kumbinazzjoni l-iskultur Joe Chetcuti, li miegħu ħdimt fil-funderija, kien l-aħħar student li kellu l-istess Ċensu Apap.", "Għalhekk aktar u aktar apprezzajt iż-żmien li kont naħdem miegħu, spċejalment meta kien jispjegali dwar xi metodu li kien juża hu.", "Liema hu l-aktar stil li tippreferi taħdem fih?", "Jiena jogħġobni ħafna x-xogħol tal-knejjes u allura nippreferi naħdem xogħol klassiku jew aħjar dak tradizzjonali kif aħna mdorrijin naraw aħna l-Maltin fil-knejjes tagħna.", "Inħobb li l-proporzjonijiet tal-figuri jkunu kif suppost u l-istil tal-panneġġi (il-mod kif joqgħod id-drapp fuq l-istatwi) jinżel dritt mal-figuri.", "Ikolli nistqarr illi l-iskola jippruvaw iħajjruni biex nagħfas aktar fuq il-modern ħalli ma ningħalaqx fuq dan l-istil biss.", "Imma qalbi hemm mitfugħa – fuq il-klassiku.", "Meta tkun qed taħdem fuq il-fattizzi ta' statwa, minn fejn iġġibhom?", "Jekk ser tagħmel bust ta' xi ħadd partikolari, ovvjament ikollok bżonn diversi ritratti tiegħu: profil, faċċata, minn wara...", "Jekk imbagħad tkun ser tagħmel xi statwa ta' xi personaġġ magħruf, bħall-Papa", "per eżempju, jkollok bżonn ukoll tagħmel riċerka u tniżżel stampi jew ritratti tal-ilbies tiegħu ħalli kemm jista' jkun tkun korrett fix-xogħol tiegħek.", "Imma meta min-naħa l-oħra nkun qed naħdem xi bambin jew xi anġlu, qishom idejja dejjem jaqgħu għall-istess fattizzi.", "Dik qisha tkun il-firma tiegħek.", "Fil-fatt minn hemm tagħraf ix-xogħlijiet t'artisti oħra.", "Ġieli tara statwa ta' profeta u statwa ta' Madonna u xorta jirnexxielek tinnota fattizzi komuni li jindikaw mill-ewwel minn taħt liema jdejn ħarġu.", "Naturalment inkun nixtieq invarja l-uċuh u mhux l-ewwel darba li ninnota xi nies li ngħid ara, dak jagħmel anġlu sabiħ u dik tagħmel Madonna ħelwa.", "Dak ix-xogħol tad-drapp fuq statwa kif jirnexxielek tagħmlu daqshekk realistiku?", "Trid tkun taf kif jaqa' d-drapp.", "Fuq it-tafal trid tiffurmah inti.", "Imma meta tkun qed taħdem fuq il-kartapesta, li normalment l-istatwi li ssib fil-knejjes, kollha maħdumin hekk, taħdem l-ilbies tagħhom bl-ixkejjer.", "Nibda billi nqabbad mastrudaxxa jippreparali bażi tal-injam bil-kaxxa u s-seratizz tiela' 'l fuq wieqaf.", "Imbagħad fuqu nibni l-figura tat-tafal, noħdilha l-forom tal-ġibs u nippressa fihom gazzetti mxarrbin li nkun iffurmajt fi speċi ta' kolla.", "Bihom nibni ħxuna ta' madwar 5mm.", "Inħalli kollox jinxef imbagħad nibda nlibbes bl-ixkejjer.", "Naqta' biċċa biċċa, inlibbes u ngħaddi bil-passati ta' taħlita ta' kolla u ġibs.", "Wara 14-il passata, l-ilbies jiġi iebes ġebla u tifforma l-libsa.", "Meta d-drapp ma jkunx ilaħħaq, noqgħod inħit il-biċċiet flimkien u ngħaddi minn fuqhom.", "Xogħol ta' ħafna paċenzja imma meta tarah lest tieħu wkoll ħafna sodisfazzjon.", "Semmili xi xogħlijiet li għamilt s'issa...", "L-iskola għamilt diversi xogħlijiet.", "Ovvjament, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tissaħħaħ u ġieli tħares lura u tgħid, ara dik kemm stajt għamiltha aħjar!", "Sakemm taqbad għall-ewwel tbati ftit imma", "mbagħad meta jidrawk, jibdew jafdawk aktar.", "Fil-fatt ħdimt fuq xi xogħlijiet magħrufa fostom ħdimt il-forom tal-monument tal-Mater Dei li għamel Chris Ebejer.", "Ħdimt fuq il-monument ta' Pietru Pawl Floriani li ġie inawgurat ftit ilu fil-Furjana.", "Għamilt ukoll l-arma għall-Każin ta' Ħal-Għaxaq.", "Barra minn hekk ħdimt ukoll fuq l-istatwi l-ġodda ta' Santa Marija u ta' San Ġużepp fl-okkażjoni tal-400 sena tal-parroċċa tal-Mosta.", "L-istatwi li kien hemm qabel kienu xogħol Ċensu Apap imma kienu tal-konkos u tmermru.", "Bdilnijiehom u għamilniehom tal-bronż.", "Kull xogħol ikun għal qalbi imma dak li naħdem għar-raħal tiegħi, il-Mosta, ikun speċjali wisq għalija.", "Nixtieq li xi darba jkolli l-opportunità li nagħmel xi xogħol partikolarment għall-Knisja tagħna.", "Dan l-aħħar kelli anki ċ-ċans li nagħmel xogħol li mar l-Awstralja.", "Ommi wriet xi xogħol tiegħi lil wieħed li jorganizza l-festa ta' Santa Marija f'Sidney.", "Xogħli għoġbu u meta riċentement ġie Malta ħdimna flimkien fuq l-istatwa li xtaq.", "Il-Madonna kienet għolja erbgħa piedi.", "Domt għaddej fuqha mhux ħażin imma meta qaluli li waslet qawwija u sħiħa l-Awstralja u li lin-nies għoġbithom, ħadt pjaċir ħafna.", "Dalwaqt joħorġuha għall-festa t'hemm għall-ewwel darba.", "Kemm huwa diffiċli biex issib min jafdak taħdimlu xi biċċa xogħol meta tkun għadek tibda?", "Kull bidu huwa iebes imma mbagħad meta n-nies tidrak timxi.", "Hawnhekk sikwit jiġu jittawluli biex jaraw x'jiena nagħmel.", "Issib lil min ikun irid jibqa' miegħek il-ħin kollu meta jagħtik xi biċċa xogħol.", "Jiddettalek x'għandek tagħmel u jaħlilek ħafna ħin.", "Biex kultant fl-aħħar mill-aħħar jaqa' lura għal dak li tkun għedtlu oriġinarjament.", "Anki l-ideat li ġieli jiġu bihom: kultant jew ma jkunux possibbli, inkella ma jkunux korretti.", "Meta jkollok dubju, jkollok tieħu parir u tagħmel ftit riċerka.", "Inkun irrid noqgħod attent li dak li jkun ma jirriduċilix xogħli għal dak ta' dilettant.", "Jiena naħdem fuq livell artistiku u għalhekk mhux kollox jista' jgħaddi.", "Xi tfisser l-iskultura għalik?", "Hija parti minni.", "Ma nistax nimmaġinani ma naħdimx l-iskultura!", "Issib min jaqtagħlek qalbek u kultant tkun wasalt biex taqta' qalbek.", "Imma jekk veru tkun trid tasal, b'ħafna perseveranza u mħabba lejn ix-xogħol, finalment jirnexxielek.", "Leonardo da Vinci darba qal illi l-arti qatt ma tkun lesta imma sempliċiment tiġi abbandunata.", "X'tikkummenta?", "Naqbel miegħu perfettament!", "Jekk tibqa' għaddej fuq xi ħaġa, ma tlesti qatt.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar titgħallem u allura tibda tara d-difetti f'dak li għamilt qabel.", "Jekk tibqa' tikkoreġi ma tagħmel qatt xejn.", "Xi tgħid lil min hu mħajjar għal dax-xogħol?", "Biex ma jaqtax qalbu.", "It-triq iebsa u għat-telgħa.", "Imma mbagħad meta tibda tara x-xogħol tiegħek lest u apprezzat, s-sodisfazzjon li tħoss, m'hemmx prezzu!", "L-aħħar kumment tiegħek...", "Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil kull min tani daqqa t'id biex nasal fejn wasalt.", "Fostom ma rridx ninsa nsemmi lill-ewwel għalliema tiegħi: lil Joseph Casha (skultura), Manuel Cardona (forom tal-ġibs), Chris Attard (Storja tal-Arti), lill-Kap tal-iskola Joe Mallia li jieħu paċenzja bija ferm, lil Joe Micallef u lil Alfred Caruana Ruggeri (diżinn).", "Mhux mill-inqas lill-iskultur Joe Chetcuti li meta laqqgħuni miegħu, mhux talli ma rriffjutanix, talli qalli \"sieħbi, jiena għandi xogħol kemm irrid.", "Jekk il-quddiem tibda taħdem bħali, nieħu pjaċir għax inkun nista' ngħid li rawwimtek jien\".", "Grazzi wkoll lill-familja tiegħi li nkoraġġietni u lil kull min qatt emmen fija.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-26 ta' Lulju 2009)", "Ċensu Apap", "Dun Anġ Camilleri", "Paul Mizzi", "Razzett tal-Markiż Mallia Tabone tal-Mosta", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "L-EWWEL PASSI TA' SKULTUR"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/12/xinhi-dar-minghajr-presepju/", "text": ["X'INHI DAR MINGĦAJR PRESEPJU?", "Huwa l-Milied li jkun hemm fil-qalb li jpoġġi l-Milied fl-arja...", "W.T Ellis", "Hekk kif jibda Diċembru, trid jew ma tridx, issib lil moħħok qed jibda jikkalkula l-ġranet li fadal għal Milied.", "Forsi biex tara kemm fadallek żmien biex tieħu vaganza mix-xogħol jew biex tqis kemm baqa' ġranet biex tixtri r-rigali.", "Sfortunatament, ikolli nammetti illi meta nikbru, f'ħafna minna, dak is-sens ta' meravilja u veneranza għal dawn iż-żminijiet jibda jintilef naqra.", "Imma dan kollu jinbidel hekk kif tibda trabbi lil uliedek.", "Tibda tapprezza t-tbatija li tgħaddi minnha l-omm u l-preokkupazzjoni tal-ġenituri biex jaraw kif ser jieħdu ħsieb 'l uliedhom bl-aħjar mod.", "Fuq kollox tibda tagħraf l-imħabba kbira li jħossu lejhom .... dik l-emozzjoni bla qies li diffiċli biex titfisser.", "U forsi għalhekk terġa' tibda titqanqal ċerta emozzjoni fik hekk kif tħares lejn dik il-koppja u taraha tagħmel mill-aħjar biex tindokra lil dik it-tarbija ċkejkna.", "Jista' jkun li bla ma nafu, meta ndaħħlu presepju d-dar, nkunu qed noffru djarna sabiex nagħtu kenn u rifuġju lil Bambin Ġesù u lill-ġenituri għeżież tiegħu.", "Għax wara kollox, fil-fond ta' qalbna nafu illi dik it-tarbija fqajra fil-maxtura hija daqsxejn tagħna lkoll.", "It-tema tal-Milied kompliet tissaħħaħ fija hekk kif dil-ġimgħa ltqajt ma' żewġ individwi li saħqu miegħi illi għalihom il-Milied hu s-sena kollha...", "Jesmond Micallef stedinni mmur nara l-pasturi tiegħu.", "Huwa bgħatli xi ritratti ta' xogħlijietu u minn hemm, ma kellix bżonn ħafna aktar konvinzjoni biex nilqa' l-istedina tiegħu.", "Mill-ewwel laqtitni l-umiltà kbira tiegħu akkost li x-xogħol li jagħmel huwa mill-isbaħ.", "Kelma ġġib lill-oħra u naturalment xtaqt inkun naf kif bdiet din in-namra tiegħu..", "\"Hija interessanti tkun taf li kollox beda permezz tal-ġara li kienet toqgħod faċċata tagħna.", "Meta kont żgħir, bħat-tfal kollha l-oħra, kont inħobb inpinġi ħafna.", "Darba minnhom, Tessie Meli il-ġara tagħna,", "rat xi tpinġijiet tiegħi u apprezzathom ħafna, tant li bdiet tħajjarni biex nattendi l-iskola tal-arti.", "Jiena kont tifel waħdi u l-ġenituri tiegħi kienu kemmxejn kbar fl-età.", "Għaldaqstant, għalkemm l-imħabba tagħhom kienet kbira u mimlija għożża, jista' jkun illi affarijiet bħal dawn ma għarrfux jarawhom.", "Tessie marret tkellimhom u saħansitra bdiet twassalni hi stess sal-iskola.", "Hemmhekk tgħallimt il-bażi tal-arti: id-diżinn, l-anatomija tal-bniedem u l-kuluri.", "Minn hemm beda kollox u mbagħad komplejt.", "Jekk xi ħadd iqabbdek it-triq trid titgħallem tkompli timxi waħdek.", "Fil-fatt fl-iskola tal-arti m'għallmunix kif nagħmel il-pasturi.", "Għamilt il-pasturi għax għażilt hekk jien.", "Imma dik ukoll ġiet b'mod naturali għax jien bqajt nattendi l-mużew għal 24 sena sħaħ.", "Hemmhekk, ta' kull sena trid tipprepara numru ta' grotti, statwi u bambini għall-premjazzjoni tat-tfal li jattendu l-mużew.", "F'dawn l-affarijiet ma tantx tista' tesperimenta imma niftakar illi s-superjur kien jgħidilna: \"Meta tkunu qed taħdmu oġġett, agħmluh bl-aħjar mod, daqs li kieku ser tagħtuh lit-tifel tar-reġina.\"", "U meta kont nistaqsih kemm ser nagħmel kwantità, kien jgħidli biex naħdem kemm niflaħ għax aktar ma naħdem, aktar nitħarreġ f'din is-sengħa.", "U hekk kien.\"", "Mal-medda taż-żmien Jesmond ħadem ukoll xi presepji imma dan l-aħħar iddeċieda li jiffoka biss fuq il-pasturi.", "Madanakollu l-ispeċjalità tiegħu huwa l-mod ta' kif xorta waħda joħloq sfond ta' presepju għal dawn il-figuri tiegħu.", "\" 'Hemm regola waħda fl-arti.", "U din hija l-kreattività.'\"ikkwotali Jesmond.", "\"Jekk ma tikkreax ħa tibqa' l-istess.", "Sfortunatament kultant jidhirli illi aħna l-Maltin, forsi minħabba li għamilna ħafna snin taħt popli oħra, tlajna b'mentalità ta' inferjorità.", "Naħsbu illi l-barrani jinqala' aktar mill-Malti.", "Imma aħna għandna t-tajjeb tagħna u għalkemm żgħar, għandna x'noffru.", "Fil-fatt, permezz ta' dax-xogħol qed nikkonferma illi meta tagħmel xi ħaġa minn qalbek, toħroġ sabiħa.", "L-importanti huwa illi dejjem trid tara x'ser tivvinta.", "Hawn ara... ħa naqralek kwotazzjoni oħra,\" qalli. \"", "'L-arka ta' Noe ġiet mibnija mid-dilettanti filwaqt li t-Titanic inbena mill-professjonisti.'", "Issa l-istorja ta' dawn it-tnejn kulħadd jafha.", "X'irrid ngħid?", "Li biex taħdem dawn l-affarijiet, ma tridx tkun ta' skola kbira jew xi professjonista.", "Jibbasta biss li jkollok l-imħabba u l-passjoni għall-oġġett u tagħmlu.", "Ovvjament trid ċertu tagħrif bażiku bħal dak li ħadt jien għax inkella l-figuri jiġuk żbilanċjati.", "Imma mbagħad aktar ma taħdem, ix-xogħol stess jgħallmek u waħdek tibda tesperimenta kif ser toħloq affarijiet ġodda.\"", "Qanqalli l-kurżità il-għala kien iħobb juża l-kwotazzjonijiet.", "Mir-risposta tiegħu fhimt illi għandu l-istess fehma tiegħi dwar das-suġġett...", "\"Għax dawk jibqgħu mmarkati f'moħħok.", "Huma sentenzi qosra imma konċiżi bħal dik id-daqqa fuq ras il-musmar.", "Jogħġbuni għax meta niftakar fihom juruni t-triq li rrid nimxi magħha.\"", "Erġajna dawwarna d-diskors dwar ix-xogħol tiegħu.", "Jesmond intilef jurini d-diversi pasturi u anki xi aċċessorji li jaħdem għal magħhom...", "\"Ara, per eżempju dak l-isfond għamiltu bis-sufra antika, xi ħaġa li diffiċli ssibha fil-ġurnata ta' llum għax issa jużaw materjal sintetiku.", "Ħafna mix-xogħol tiegħi naħdmu bit-terracotta imma nħobb nesperimenta b'bosta oġġetti oħrajn.", "Ngħidu aħna għall-iskrizzjoni ta' dan l-anġlu użajt iċ-ċomb u sammart l-ittri fih.", "Dik l-istilla ħdimtha bi pjanċa rqiqa, mentri dan il-frott għamiltu billi ħallejt il-kuluri tax-xemgħa tat-tfal.", "Dawn il-bixkilel iż-żgħar insiġthom minn affarijiet tal-baħar li sibt mormija bħal xi oġġetti tas-sajjieda, spag u anki biċċa siġġu mkisser.\"", "Xtaqtu jispjegali x'inhu l-iskop ta' dax-xogħol u x'jispirah?", "\"Dan ix-xogħol sar parti minn ħajti.", "Tista' tgħid li ħajti noffriha għal dax-xogħol għax għalija dan huwa appostolat.", "Kif qaltilna Madre Tereża, jiena nipprova nkun bħal dak il-lapes iż-żgħir li l-Mulej jikteb", "bih.", "Hemm min jikteb bil-priedki filwaqt li jiena nipprova nikteb bil-pasturi.", "L-għan mhux li ngħidu li hu xogħol sabiħ għall-għajn biss.", "Għalija jekk ix-xogħol ma jmissx il-qalb, hemm xi ħaġa nieqsa u għalhekk permezz ta' xogħli dejjem nipprova nwassal messaġġ.", "Per eżempju hawnhekk Ġesù tarbija huwa mgeżwer fil-maktur abjad bil-faxxi koħol li kienet tilbes Madre Tereża – sinjal modern tal-faqar li fl-istess ħin jagħti xejra oriġinali.", "L-iskop aħħari ta' dan ix-xogħol huwa li tant ikun ta' livell illi wieħed ma jerfgħux ġo kaxxa u jwarrbu hekk kif jgħaddu l-ġranet tal-Milied iżda jżommu ġo post adattat matul is-sena kollha.", "Għahekk noqgħod attent illi l-qisien ta' dax-xogħlijiet ma jkunux goffi wisq.", "Għal dax-xogħol tispirani l-ħajja ta' kuljum: l-affarijiet li niltaqa' magħhom u l-pitturi li nara fil-knejjes.", "Jiena nipprova jkolli għajn li tara.\"", "Jesmond tellagħni fil-workshop tiegħu fejn fih kellu l-forn (kiln) li jsajjar it-tafal fih.", "Kont kurjuża dwar il-proċess tax-xogħol...", "\"Jien għalija Milied is-sena kollha għax dax-xogħol jintogħġob ħafna u biex inlaħħaq mal-ordnijiet, irrid naħseb minn qabel.", "Nagħmel minn Jannar sa Novembru naħdem imma mbagħad f'Diċembru nieqaf ħalli ngawdi l-Milied mal-familja.", "L-ewwel ma nibda naħdem fit-tafal.", "Inkun irrid inlesti numru ta' xogħol mhux ħażin sakemm nimla' l-forn kollu għax dan jieħu 12-il siegħa biex itella' t-temperatura ta' 950 grad celsius u 12-il siegħa oħra biex jibred.", "Il-prodott finali jkun tat-terracotta u jien niżbħu bl-acrylic jew biż-żebgħa taż-żejt u mbagħad inżejjinhom b'xi aċċessorji oħra.\"", "Innutajt illi fil-workshop tiegħu kellu bosta xogħol ieħor li mhux kollha kienu konnessi mal-Milied: fostom biċċa xogħol tal-Ġimgħa l-Kbira u xi figuri mlibbsa bi stil antik Malti.", "It-timbru ta' xogħlu huwa l-istil u d-dettall tal-ħwejjeġ tal-figuri tiegħu.", "Tkellimna fuq mitt ħaġ'oħra kollha interessanti ferm imma sfortunatament l-ispazju huwa limitat.", "Għaldaqstant ser inwasslilkhom l-aħħar messaġġ tiegħu...", "\"Is-sabiħ fil-ħajja hu li tagħmel xi ħaġa inti.", "Però tagħmel tajjeb li tidħol f'għaqda għax b'hekk tkun tista' taqsam l-ideat.", "Jien taf xi nħoss nieqes... li f'Malta m'hawnx mużew tal-presepji bħal kif hemm f'Għawdex u f'diversi postijiet oħra madwar id-dinja.", "Huwa sabiħ li nżommu t-tradizzjoni tal-presepju ħajja.\"", "Iltqajt ma' Manuel waqt wirja li kien qed jieħu sehem fiha u bqajt impressjonata ħafna b'xogħlu.", "Kelli letteralment nofroq bejn in-nies biex inkun nista' nara aħjar l-għażla", "ta' presepji li kellu.", "Jien li l-affarijiet oriġinali jinżluli għasel, weħilt quddiem presepju partikolari mmens li ma stajtx nifhem x'inhu qabel Manuel fehemni t-tifsira tiegħu...", "\"Dak presepju bi stil rinaxximentali,\" qabad jispjegali b'entużjażmu hekk kif induna li nteressajt ruħi.", "\"Presepju bħal dak jissimbolizza l-waqgħa tal-paganiżmu u l-bidu tal-Kristjaneżmu.", "Għalhekk qed tara l-bini nofsu mwaqqa'.", "L-istil rinaxximentali jrid kollox bl-eżatt għax f'dawk iż-żminijiet kienu jimxu b'ħafna simettrija.", "Il-pasturi li jżejjnuh huma bi stil Lhudi.\"", "Dak li kelli bżonn biex neħel hemm.", "Fil-fatt Manuel kompla jispjegali kif hemm żewġ tipi oħra ta' presepji...", "\"Hemm l-istil Naplitan li tagħrfu mill-ewwel għax ma jkollux grotta u l-pasturi jkunu lebsin bil-qalziet.", "Barra minn hekk, dan ikun imqassam fi tlett biċċiet: in-nattività, it-taverna fejn issib in-nies jixorbu", "u jixxalaw u mbagħad għandek it-tħabbira.", "Kollox għandu tifsira f'dan it-tip ta' presepju.", "L-ewwel nett jissimbolizza li qabel ġie Kristu fid-dinja n-nies kienu jgħixu f'ħajja ta' xalar żejjed u ħafna ma kienux jagħtu każ -għalhekk Ġesù ġie biex isalvana.", "Anki l-pasturi għandhom it-tifsira tagħhom bħal dawk li jbiegħu l-ħut u l-ħaxix li ma jissimbolizzawx lin-nies infushom imma l-istaġuni.", "Il-problema tagħhom, dawn it-tip ta' pasturi hu li diffiċli ħafna biex issibhom għall-bejgħ hawn Malta.", "Imbagħad fl-aħħar u mhux l-inqas hemm il-presepju tradizzjonali bil-grotta u l-pasturi kif nafuhom aħna.\"", "Anki l-presepju tradizzjonali kellu dik il-laqta' oriġinali tiegħu, mhux biss grotta imma mdawwar b'bini ieħor fostom bil-lukanda li ma kelliex post għal San Ġużepp, il-Madonna u t-tarbija tagħhom.", "Meta rani nkompli nistaqsi Manuel stedinni f'daru.", "Hemmhekk sibt l-aħħar ftit mudelli li kien għad fadallu fostom mudell mill-isbaħ illi kien qed jistenna lil sidu jmur jiġbru.", "\"Innota naqra kemm fih dettallji,\" stedinni Manuel.", "\"Barra minn hekk ara ftit il-wiċċ tal-ħitan, it-toqob irqaq u l-kuluri realistiċi tiegħu.", "Il-presepju nnifsu, jekk toqgħod tilgħab miegħu, tagħmlu b'xi mod jew ieħor.", "Is-sigriet qiegħed fil-kapaċità biex tqarreb lejn il-verità n-nisġa tal-ġebla antika.\"", "Tlabtu jgħidli pass pass kif jinħadem dan ix-xogħol...", "\"Ara, l-ewwel irid ikollok il-pasturi għax naturalment fuqhom jinbena l-bqija tal-presepju.", "Imbagħad niskeċċja l-abbozz kif nixtieq nagħmel ix-xogħol.", "Jekk inkun qed naħdem għan-nies huma jiġu jaraw l-abbozz u jgħiduli jekk jogħġobhomx.", "Minn hemm nibda' nqatta' l-biċċiet tal-polystyrene (li hawn Malta nsejjħulu ġablo).", "Naħdem fuq iktar minn presepju wieħed fl-istess ħin.", "Ngħidu aħna, sakemm biċċa xogħol qed tinxef, ninkolla biċċa presepju jew naħraqlu xi parti minnu.\"", "Kif taħarqu?", "Għaliex?", "\"Għax bħala struttura, meta jitlesta l-presepju, aktar ikun qisu xi villa milli presepju ta' żmien Kristu.", "Kollox ikun lixx, sabiħ u perfett tant li ġieli nitħassru naħarqu.", "Imma n-natura tal-presepju hekk titlob.", "L-aktar li nieħu pjaċir nagħmel dax-xogħol għal xit-3:00am.", "Nitla' fuq il-bejt f'silenzju totali u taħt sema sabiħ mimli kwiekeb, nintilef naħdem u bilkemm ninduna bil-ħin.", "Jiena u nsawwar fih, inħossni qisni qiegħed ngħix hemm ġew.", "Peress li jien għaddej il-ħin kollu b'din in-namra tiegħi, jiena u l-mara sirna ngħixu l-Milied kuljum.", "Dejjem issibni bil-Bambin f'idi lili.\"", "Niltaqa' kemm niltaqa' ma' nies, il-ħlewwa ta' ċertu ndividwi tibqa' dejjem tissorprendini.", "Għajnejn Manuel kienu jarmu tbissima kontinwa u kull meta bdejt infaħħarlu xi", "ħaġa, arah jarma jidħak daħka ferriħija u ġenwina.", "Meta mbagħad ingħaqdet magħna martu Joanne letteralment bdejt inħossni qisni xi waħda minn tal-familja.", "\"Kif kont qed ngħidlek, meta naħarqu, niffurmah imma peress li dan hu xogħol tal-idejn, diffiċli biex wieħed jiġi bħall-ieħor.", "Għaldaqstant tista' tgħid li dik tagħtihom identità unika wkoll.", "Wara jkun imiss", "xogħol Joanne biex iddawwru bit-tissues ħalli toħloq it-tissue effect.", "Xogħol ta' paċenzja kbira imma illum hi saret tieħu pjaċir daqsi tagħmlu dax-xogħol.", "Wara ngħadduh b'passati tal-ġibs u kolla, innixfuh u jkun imiss li nagħtih il-kulur.", "Anki bil-kuluri nħobb nesperimenta ħafna bħal kif qed tara f'dak il-presepju b'kulur ħadrani.", "L-aħħar passi huma t-tpoġġija tal-pasturi u l-ħolqien ta' diversi aċċessorji li noħolqu aħna stess b'dak kollu li jiġi f'idejna.\"", "Joanne stqarret li dax-xogħol ta' żewġha mhux minn dejjem kien għal qalbha...", "\"Fil-bidu kien jaħdem fil-washroom u ma stajtx niċċaqlaq bih.", "Għalhekk niżżel kollox fil-garaxx.", "Wara ftit tal-ġranet, raġel li kien għaddej minn ħdejna nnota l-presepju li kien għamel Manuel u ma qgħadx kwiet qabel irnexxielu jixtrih.", "Minn hemm bdiet tiġri l-kelma u llum il-presepji tagħna huma mfittxija ħafna.\"", "Id-demm għall-presepji jidher li ilu jiġri mhux ħażin fil-vini tal-familja kemm ta' Manuel u kif ukoll ta' Joanne.", "Fil-fatt iz-ziju u l-kuġin ta' Manuel ħadmu fil-presepju tal-Istitut tan-Nazzarenu fiż-Żejtun.", "Filwaqt li n-nannu ta' Joanne kien jibni l-presepji u l-mudelli tal-knejjes.", "Akkost ta' dan kollu Manuel saħaq illi kien ħabibu Joe Falzon li ħajjru jibda dax-xogħol.", "\"Issa ilni tlett snin għaddej u dejjem nipprova nesperimenta u nagħmel xi ħaġa aħjar minn tas-sena ta' qabel.", "Fil-fatt għas-sena d-dieħla diġa' għandi xi ħaġa tbherren f'moħħi.", "Inħobb nosserva ħafna", "madwari speċjalment il-bini sabiex nara jekk nistax indaħħal xi ħaġa minnu fil-presepji tiegħi.", "Meta togħġobni xi ħaġa, naqbad il-kamera u niġbed qabda ritratti.", "Ara per eżempju, qed tagħrfu t-torri ta' Bettina?", "Ġieli nieħu wkoll xi ideat mill-kartolini tal-Milied.", "Isma' ejja ara din... qed tarahom in-nies ġewwa?\"", "Reġa' beda jidħak ferħan.", "B'mod inġenjuż kien irnexxielu jdaħħal il-pasturi fil-kmamar tal-presepji u minn barra stajna naraw dak li kien qed iseħħ ġewwa.", "Kull presepju huwa wkoll armat b'sistema ta' dawl ta' 12V.", "Barra minn hekk huma miksija b'laqgħa plastik sabiex ma tiġrilhomx ħsara jekk jixxarrbu.", "\"Nagħmlu x-xogħol minn qalbna,\" qaltli Joanne.", "\"Imma kultant taf x'idejjaqni?", "Tisma' ħafna jgħidulek illi jixtiequ jippromwovu l-prodott Malti imma mbagħad meta tipprova żżid il-kwalità jibdew jinqalgħu l-problemi.", "Per eżempju xi klijenti jistaqsuna jekk nistgħux nagħtuhom il-presepju bil-kaxxa miegħu biex ikollhom fejn jerfgħuh meta jgħaddi kollox.", "Imma meta morna nieħdu stima minn fabbrika lokali qaltilna li l-iżgħar ordni hija ta' elf kaxxa!", "Impossibbli taħdem hekk.\"", "Xtaqt neħdilhom l-aħħar kumment dwar il-presepju fid-djar tagħna l-Maltin...", "\"Il-presepju għamel ħabta ser jintnesa.", "Ħafna ntilfu wara s-siġra tal-Milied u l-Father Xmas.", "Imma f'dawn l-aħħar snin l-istorja nqalbet u l-imħabba lejn il-presepju reġgħet kibret sew.", "Għax il-presepju jiġbor il-familja madwaru u joħloq Milied isbaħ fid-dar li tilqgħu fiha.\"", "Għal interess tal-qarrejja, ix-xogħlijiet ta' Jesmond Micallef u Manuel Vella ser ikunu qegħdin jieħdu sehem fil-wirja tal-presepji organizzata mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju taħt il-knisja ta' San Franġisk il-Belt mill-5 sal-20 ta' Diċembru 2009.", "Wara din id-data, l-wirja ser titmexxa fis-sagristija tal-Valletta Waterfront.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-6 ta' Diċembru 2009)", "Istitut tan-Nazzarenu fiż-Żejtun", "presepju", "presepju tradizzjonali", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "X'INHI DAR MINGĦAJR PRESEPJU?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/03/wirja-tal-gimgha-mqaddsa-wirja-bi-skop/", "text": ["WIRJA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA – wirja bi skop", "Fil-ħajja kultant jiġu mumenti meta tibda titħasseb jekk Alla jeżistix tassew f'ħajjitna.", "Partikolarment meta jseħħu traġedji kbar u tara popli sħaħ jinkinsu qishom nemel mejtin, jiġik id-dubju jekk wara kollox hux qegħdin weħidna hawn isfel u li m'hemm ħadd jieħu ħsiebna fir-realtà!", "Ħsibijiet koroh ħafna li jqanqlu fik emozzjonijiet ta' disperazzjoni li tħosshom iridu jiklulek qalbek.", "Diffiċli l-ħajja meta tgħolli għajnejk il-fuq lejn is-sema kaħlana u moħħok jgħidlek li dak hu l-limitu tal-eżistenza tiegħek u li m'hemm xejn aktar.", "Iebsa wisq biex taċċetta li m'hemm l-ebda entità lejn min tista' tirrivolġi għall-għajnuna u li dak li ġejt mgħallma u li emmint matul ħajtek kollha huwa biss gidba.", "Biex tgħaqqad, l-atteġġjament ta' wħud minn dawk li jagħżlu li jkunu r-rappreżentanti tal-messaġġ t'Alla, xi kultant aktar jitfgħek fil-limbu milli jurik id-dawl.", "Nagħżel biss illi nsemmi każ li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fejn għad-diżappunt u l-inkredultà tal-familjari u l-mistednin, tarbija ta' koppja mhux miżżewġa, ġiet mgħammda għaliha weħidha, f'sala ta' knisja u wara li spiċċat il-quddiesa u telaq kulħadd il-barra!", "U dan meta waqt il-quddiesa, smajna priedka mqanqla mill-qassis b'messaġġi kontinwi ta' tolleranza u mħabba filwaqt li fl-istess ħin, f'rokna mwarrba f'dak il-post, kien hemm dit-tarbija u l-ġenituri tagħha jistennew ħalli titgħammed.", "Tgħid Kristu hekk kien jagħmel kieku għex dis-sitwazzjoni?", "Nitbissem meta mbagħad jiġi xi ħadd jistagħġeb il-għala qed jonqsu n-nies mill-Knisja!", "Iżda trid jew ma tridx, bosta drabi jkollok tagħraf illi għandek bżonn li temmen sabiex tkun tista' tibqa' għaddej.", "U għalhekk, meta tiltaqa' ma' grupp ta' żgħażagħ jaħdmu mimlija fiduċja u ħeġġa sabiex jiċċelebraw dal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa, qalbek donnha tistejqer u fik terġa' tinbet dik il-fjamma li tkun għoddha ntfiet....", "Ryan Bezzina, il-viċi Chairman tal-Kummissjoni Festa Esterna –Fgura laqgħani ġewwa l-Knisja l-Antika tal-Fgura.", "Flimkien ma' sħabu, huwa kien qiegħed ilesti l-aħħar preparamenti sabiex tittella' l-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira.", "\"Flimkien ma' missieri Raymond u l-Kummissjoni, ilni ntella' din il-wirja għal dawn l-aħħar sitt snin,\" beda d-diskors Ryan.", "\"Fil-fatt kien missieri stess li rawwimni f'dan il-qasam.", "Sa minn meta kont żgħir,", "kont narah jgħin fl-armar tal-festa u maż-żmien anki jiena bdejt immidd idi.", "Ftit wara beda jitħajjar jixtri xi statwa żgħira u minn hemm id-delizzju kiber tant li missieri beda jikkollezzjona sett ta' vari tal-Ġimgħa l-Kbira.", "Iżda wara xi snin iddeċieda li jieqaf u minfloku għażilt li nkompli nibni s-sett jien.", "Sadanittant bdejna ninteressaw ruħna wkoll f'xi oġġetti antiki tal-arti sagra.", "Meta rawni daqshekk iddedikat, sħabi ħajjruni ntella' wirja u ddeċidejt li nipprova.", "Flimkien mal-Kummissjoni u permezz ta' xi kollezzjonijiet privati oħra, jiena u missieri bdejna ntellgħu wirja annwali fejn kull sena, inżidu xi ħaġa ġdida.", "Nistgħu ngħidu li kollox beda minn sett ta' vari żgħar!\"", "Il-wirja hija mqassma f'erbgħa sezzjonijiet...", "\"Aħna nippruvaw nolqtu d-diversi interessi ta' dawk kollha li jiġu jżuru din il-wirja li daqs kemm kibret illum, aktar tista' ssejħilha esebizzjoni.", "Fil-fatt in-nies timxi matul xenarji mibnija apposta u tittieħed minn sezzjoni għall-oħra akkompanjata minn selezzjoni professjonali ta' dawl u mużika sagra.", "L-iskop tal-wirja huwa li ndaħħlu lin-nies fl-atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa, nifhmu aktar il-passjoni ta' Kristu u x'tirrappreżenta l-Ġimgħa l-Kbira u f'dan kollu ndaħħlu wkoll it-tradizzjonijiet lokali.", "L-ewwel sezzjoni, eżatt kif tidħol, tikkonsisti f'sett ta' vari tradizzjonali li magħhom insibu wkoll xogħol ta' fidda, skultura, rakkmu mill-isbaħ u fin-nofs kurċifiss antik tal-kartapesta.", "Interessanti nsemmi wkoll illi hawnhekk ser ninkludu wkoll ventartal antik (artal li jintrama quddiem l-artali għall-okkażżjoni) u karti tal-glorja fi tlieta (li dari kienu jitqiegħdu fuq l-artali biex tingħad il-quddiesa minn fuqhom).", "It-tieni sezzjoni ser tkun imżejjna b'xenarju msejjes fuq il-pittura tal-aħħar ċena ta' Leonardo Da Vinci fejn hemmhekk in-nies tista' tara l-mejda tal-appostli armata bi stil Lhudi, eżatt kif jingħad li kienet fl-aħħar ikla li għamel Kristu magħhom.", "F'din il-parti jispikka ħafna x-xogħol tal-platti tal-ismid fostom il-platti bl-ismijiet tal-appostli.", "It-tielet sezzjoni hija dik li l-aktar li timpressjona n-nies u fiha nsibu statwi life-size.", "Kemm l-istatwi u kemm ix-xenarju li jdawwarhom huma maħduma fuq il-film The Passion of The Christ.", "Għażilna dan l-", "istil peress li jidhrilna li dan il-film kien l-aktar wieħed qawwi u realistiku.", "L-ewwel ma ħdimna kienet l-istatwa ta' Kristu u din mall-ewwel laqtet ħafna lil kull min ġie jaraha.", "L-iskultura tagħha hija xogħol ta' James Azzopardi min-Nadur.", "L-oriġinalità tal-istatwa toħroġ l-aktar peress li din mhiex imlibbsa parrokka (kif soltu jkunu statwi bħal dawn.)", "Minflok din għandha x-xagħar tar-ras u s-suf tal-ġisem, imdaħħlin waħda waħda minn ġilda partikolari tal-fibre li jagħtu lill-istatwa s-sensazzoni ta' ġilda ta' bniedem veru, meta tmissha.", "Bl-istess mod, inħadem ukoll is-suldat il-manigold li jidher qiegħed isawwat lil Kristu.", "Ta' min isemmi li dis-sena f'dix-xena ser jiżdied ukoll iċ-ċenturjun bil-qiegħda qed jgħodd is-swat ta' Kristu.", "Finalment in-nies tasal għar-raba' sezzjoni li bosta jsibuha bħala l-aktar naħa prezzjuża, propju minħabba li fiha nesebixxu selezzjoni ta' oġġetti sagri antiki", "li kienu jintużaw ġol-knejjes.", "Hawnhekk kull sena nagħmlu xi ħaġa ġdida u ċertu nies jiġu letteralment biex jaraw din il-parti.", "Għaldaqstant ma nistax niżvela ħafna minn dak li ser jaraw.", "Nista' però nsemmilek illi fostom ser ikun hemm kollezzjoni ta' kurċifissi antiki maħduma minn materjali differenti u li wħud minnhom imorru lura għal aktar minn 300 sena.", "Kważi daqstant antik ser isibu wkoll vestwarju li kien jintlibes mill-qassisin fiż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.", "Ser ikun hemm ukoll għadd ta' platti tal-ismid, kollha maħdumin mill-membri tagħna.\"", "Ryan qalli illi t-tradizzjoni tal-platti tal-ismid inbdiet f'Ħaż-Żebbuġ u llum daħlet f'ħafna rħula oħra.", "Huwa xogħol ta' paċenzja kbira imma r-riżultat tiegħu huwa mpressjonanti u mill-isbaħ (kif qagħad jurini Christian Brincat li biex ifehemni kif isir dan ix-xogħol, beda jżejjen platt tal-appostli quddiemi).", "Għal dis-sena wieħed mill-attrazzjonijiet ser ikun platt ta' ftit akbar minn metru maħdum bis-smid u mibni fuq kwadru.", "Huwa x-xogħol ta' żgħażugħ ta' 21 sena, Emmanuel Spiteri...", "\"Domt naħdem fuqu ġimgħatejn, erbgħa siegħat kuljum.", "Huwa xogħol li trid attenzjoni u paċenzja kbira għalih imma li jekk tagħmlu bil-qalb, wara jagħtik sodisfazzjon kbir.", "Tgħallimt dis-sengħa", "hawnhekk, fil-maħżen tal-Kummissjoni.", "Oriġinarjament aħna konna nqabbdu lil ħaddieħor biex jagħmlilna dawn il-platti.", "Ġara li darba minnhom dan l-individwu ma setax jaqdina bħas-soltu u sħabi ħajjruni nipprova nagħmel xi ħaġa jien.", "Jiena kont ilni ninnota kif isir dax-xogħol għax l-arti minn dejjem togħġobni.", "Iddeċidejt li nipprova u ftit ftit irnexxieli naħdem l-ewwel platti sakemm bil-mod bnejt it-tattika partikolari tiegħi.", "Is-sigriet qiegħed fil-kapaċità ta' kif tħallat u tpoġġi l-kuluri fuq il-platti.", "Kemm ilni membru fil-Kummissjoni tgħallimt ħafna minn sħabi akbar minni.", "Fil-fatt hawnhekk tħarriġt ukoll fis-sengħa tal-ixkatlar li aktar il-quddiem wasslitni biex sibt xogħol f'dan il-qasam.\"", "L-iskop oriġinali tal-Kummissjoni Festa Esterna – Fgura huwa li ttella' l-festa ta' dan ir-raħal imma l-għan tagħha jmur aktar minn hekk.", "\"Permezz tal-maħżen tal-armar, aħna niġbru ż-żgħażagħ aktar lejna u nżommuhom il-bogħod mill-inkwiet u l-vizzji ħżiena.", "Nitgħallmu diversi snajja' flimkien u fl-istess ħin nieħdu pjaċir naħdmu kollha għal għan wieħed.", "Tista' tgħid li f'dal-maħżen prattikament niġu kuljum għax dejjem inkunu għaddejjin fuq xi proġetti ġodda.", "Is-sena 2010 hija sena importanti ħafna għall-Fgura minħabba li dis-sena ser ikunu qegħdin qegħdin jiġu ċċelebbrati bosta anniversarji sinifikattivi għall-għaqdiet tal-parroċċa fostom il-25 sena mill-ftuħ mill-każin tal-banda imma b'mod speċjali l-anniversarju tal-50 sena mill-wasla tal-vara titulari tal-Madonna tal-Karmnu.", "Fil-fatt f'Ottubru li ġej ser inkunu qed intellgħu wirja Marjana fuq statwi antiki li jirrappreżentaw lill-Madonna.", "U kif qed insemmu dan, ta' min navżaw ukoll li dis-sena l-festa tal-Fgura mhux ser tiġi ċċelebbrata fit-tieni Ħadd ta' Lulju kif isir is-soltu, imma minflok ser issir fl-1 t'Awwissu 2010.\"", "B'entużjażmu kbir, Ryan u sħabu dawwruni mal-imħażen fejn rajt uħud mix-xogħolijiet li kienu qed isiru fostom dak tal-induratura u l-fibre.", "Kien hemm membri ta' kull età, saħansitra tfal żgħar li kienu qed jaħdmu fuq liedna twila.", "\"Aħna nilqgħu lil kull min juri interess li jixtieq jaħdem magħna,\" qalli Ryan.", "\"U mhux nies mill-Fgura biss huma membri ta' din il-Kummissjoni.", "Kull fil-għaxija, għall-ħabta tal-5:00pm, niftħu l-bibien", "tal-maħżen u tara l-membri ġejjin, kulħadd iddedikat fuq xogħolu għax kull wieħed minnhom għandu xi parti li hu responsabbli minnha.", "Hawnhekk jiġu nies li bosta drabi lanqas ikunu jafu li għandhom l-arti fihom iżda mbagħad maż-żmien toħroġ b'mod naturali peress li hawn l-ambjent iħajjrek tmidd idejk.", "Nagħmlu dax-xogħol għax inħobbu l-armar għax mill-bqija hawn kollha volontarji.", "Huwa xogħol impenjattiv li jagħtik sodisfazzjon kbir.", "Tagħmel ukoll ħafna kuraġġ meta tara ż-żgħażagħ jaħdmu bil-ħerqa.", "Għall-ewwel darba dis-sena, flimkien ma' din il-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa ser issir ukoll rappreżentazzjoni ħajja bl-għajnuna tal-atturi tal-Fgura Paegant Group.", "Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010 ser issir it-tisliba (wara l-ftuħ uffiċċjali tal-wirja).", "Imbagħad ser ikun hemm rappreżentazzjoni ta' ċenaklu ħaj fl-1 t'April 2010 (Ħamis ix-Xirka) mit-8:00pm il-quddiem u l-għada t-2 t'April 2010 (il-Ġimgħa l-Kbira) mid-9:00am sa nofsinhar.", "Din il-wirja ser tittella' fil-Knisja l-Qadima tal-Fgura.", "Ftuħ: il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010 mis-7:00pm sat-8:30pm; il-Ġimgħa 26 ta' Marzu 2010 mill-5:30pm sad-9:00pm;", "is-Sibt 27 u l-Ħadd 28 ta' Marzu 2010 mit-8:30am sa nofsinhar u mis-6:00pm sat-8:00pm; it-Tnejn 29 u t-Tlieta 30 ta' Marzu 2010 mis-6:00pm sat-9:00pm; l-Erbgħa 31 ta' Marzu 2010 mis-6:00pm sad-9:30pm; il-Ħamis l-1 t'April 2010 mit-9:00am sa nofsinhar u mis-6:00pm sal-11:00pm u l-Ġimgħa 2 t'April 2010 mit-8:00am sa nofsinhar.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-21 ta' Marzu 2010)", "Ġimgħa Mqaddsa", "Kummissjoni Festa Esterna", "platti tas-smid", "Torċa", "xogħol ta' fidda", "Ħamis ix-Xirka"], "category": "blog, literature, culture", "title": "WIRJA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA – wirja bi skop"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/10/mac-caqciq-tac-combini/", "text": ["Maċ-ċaqċiq taċ-ċombini", "Jingħad li s-sengħa tal-bizzilla ġiet introdotta f'Malta fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann.", "F'dak il-perjodu, il-bizzilla kienet meqjusa bħala xi ħaġa prestiġġjuża ferm peress li kienet għalja ħafna.", "Kienu jilbsuha kemm l-irġiel u kif ukoll in-nisa nobbli, kollha b'kompetizzjoni bejniethom dwar kemm se jperrċu bizzilla fuq ħwejjiġhom sabiex juru kemm jesgħu bwiethom.", "Uħud minn dawn l-individwi għadna nistgħu narawhom jiddandnu bil-bizzilla tagħhom sal-ġurnata ta' llum permezz tal-kwadri tagħhom li tpittru f'dawk is-snin.", "Illum is-sinifikat tal-bizzilla nbidel ħafna u daqstant ieħor il-moda tagħha.", "M'għadikx tara rġiel jilbsu l-bizzilla u n-nisa li jżejjnu biha l-ħwejjeġ tagħhom, naqsu ferm.", "Nazzarda biex ngħid illi ħafna minna, ngħoddu l-bizzilla bħala xi ħaġa ta' dari, filwaqt li nqisu lin-nisa li jaħdmu l-bizzilla fuq it-trajbu bħala rappreżentazzjoni ta' sengħa tradizzjonali.", "Esebizzjoni u kompetizzjoni tal-bizzilla fil-Każin Malti", "Madanakollu, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet mort inżur l-esebizzjoni tal-bizzilla li kien hemm fil-Każin Malti, l-Belt Valletta, fejn iltqajt mal-organizzatriċi tagħha, Margaret Farrugia, intbaħt li kelli idea pjuttost żbaljata dwar il-valur kontemporanju tal-bizzilla u s-sengħa tagħha.", "Nibda biex insemmi illi l-faxxinu tal-arkitettura u tal-ambjent tal-Każin Malti xeraq ferm ma' din l-esebizzjoni rikka li kienet tikkonsisti minn madwar 150 biċċa xogħol tal-bizzilla.", "Infatti waqt din l-intervista, smajt kummenti favorevoli ħafna mill-pubbliku li attenda.", "Kien hemm kemm Maltin u kif ukoll barranin li daħlu jiflu l-bizzilla esebita.", "Fost dawn, sirt naf li kien hemm ukoll uħud mill-parteċipanti ta' din l-esebizzjoni, li kienet ukoll kompetizzjoni, li kienu qegħdin jixtarru aktar mill-qrib liema kienu l-isbaħ biċċiet fil-fehma tagħhom.", "\"L-għan prinċipali ta' din il-kompetizzjoni huwa li naraw lin-nies jikkompetu bejniethom dwar min se joħroġ bl-iktar bizzilla oriġinali u sabiħa,\" stqarret Margaret.", "\"Kien hemm żmien meta l-bizzilla kienet ser tmut mewta naturali minħabba li beda jonqos l-interess fiha.", "Iżda llum hawn numru ta' individwi li qed jipprowovuha mill-ġdid u b'hekk l-involviment fis-sengħa tal-bizzilla qiegħed jerġa' jitrawwem.\"", "Din il-kompetizzjoni tal-bizzilla bl-isem ta' The Malta Lace Competition ġiet imnhedija għall-ewwel darba tmien snin ilu mill-Markiż Nicholas De Piro.", "\"Il-bizzilla minn dejjem kienet għal qalbi iżda kien meta ltqajt ma' żewġi li bdejt nersaq lejha aktar mill-qrib.", "Maż-żmien tgħallimt is-sengħa tal-bizzilla u mbagħad għent lil ħaddieħor jitħarreġ fiha.", "Kont ukoll nifforma parti mill-bord li rregolarizza l-kriterji li jiddefinixxu l-bizzilla Maltija u li waqqaf il-Malta Lace Standard.", "Għal xi żmien kont ukoll responsabbli mill-assessjar tar-rapporti tal-istudenti tas-City & Guild Creative Skills Certification – Regional Bobbin Lace.", "Fis-sena 2000 twaqqfet il-Malta Lace Guild u għal disgħa snin konsekuttivi organizzajt l-esebizzjoni bl-isem Malta Lace Day,\" spjegatli Margaret.", "\"Ormaj kelli esperjenza ta' aktar minn 40 sena fil-qasam tal-bizzilla u għalhekk, darba minnhom, il-Markiż Nicholas De Piro stedinni biex nibda nieħu ħsieb proġett li hu ħareġ bih.", "Il-Markiż għandu għal qalbu ħafna s-sengħa tal-bizzilla u bħali kien kuntent li din kienet reġgħet bdiet tqum fuq saqajha.", "Madanakollu hu xtaq joħloq xi tip ta' inċentiv sabiex jitħajjru aktar nies lejn il-bizzilla u b'hekk nibtet l-idea ta' din il-kompetizzjoni.", "Kien b'hekk li jiena sibt ruħi norganizza l-esebizzjoni/kompetizzjoni The Malta Lace Competition.\"", "\"Għal dawn l-aħħar snin, il-kompetituri kienu jġibu x-xogħolijiet tagħhom f'Casa Rocca Piccola u mbagħad dawn kienu jiġu esebiti f'żewġt ikmamar ta' din id-dar ħalli l-parteċipanti jkunu jistgħu jaraw ix-xogħolijiet li jkunu ttellgħu.", "Pero' meta bdejna naraw l-interess dejjem jiżdied, tant li dawn il-kmamar ma baqgħux jesgħuna, xtaqna nsibu post akbar sabiex idealment anki l-pubbliku jkun jista' jżur dawn ix-xogħolijiet.", "B'hekk, għall-ewwel darba dis-sena, ftaħna l-esebizzjoni fil-Każin Malti u ninsabu kuntenti ferm bl-ammont ta' nies li qed iżuruha.\"", "Il-Ħadd li għadda aktar minn 30 rebbieħ ta' diversi kategoriji qasmu bejniethom bi €3000 premijiet li sponsorja HSBC Bank (Malta) għal din il-kompetizzjoni.", "In-negozju tal-bizzilla fis-snin ta' qabel", "Intant, waqt din id-diskussjoni Margaret qaltli li minn ċkunitha kienet tħossha affaxxinata meta kienet tara n-nisa Għawdxin jaħdmu l-bizzilla quddiem il-bieb tad-dar tagħhom.", "\"Kont nintilef inħares lejhom u kont nistagħġeb kif jirnexxielhom ilaħħqu ma' dawk il-mijiet ta' ċombini li jkollhom imdendlin.", "Darba minnhom iltqajt ma' anzjan Għawdxi u staqsejtu jekk kienx hemm xi ħadd li jgħallem il-bizzilla.", "Hu laqqgħani ma' waħda u għalkemm għall-ewwel bżajt li ma kienx ser jirnexxieli nitgħallem, ma domtx ma sibt irkaptu,\" ftakret Margaret.", "\"Fis-snin 30, il-familja ta' żewġi kellhom casa bottega quddiem il-knisja tal-Karmnu fi Strada Teatru, l-Belt.", "Huma kienu jimpurtaw id-drappijiet u l-ħajt tal-bizzilla u anki jbiegħu l-bizzilla.", "Dak iż-żmien, kienet xi ħaġa komuni li wieħed ikun joqgħod fis-sular ta' fuq, filwaqt li s-sular t'isfel tad-dar ikun ħanut.\"", "Ftit ftit Margaret ġiet introdotta wkoll f'dax-xogħol hekk kif f'xi Sibtijiet, bdiet titla' Għawdex ma' xi ħadd minn ħutha ħalli twassal l-ordnijiet tal-ħajt tal-bizzilla lin-nisa Għawdxin.", "U minn hemm bdiet tifhem aħjar kemm kienet tinħadem il-bizzilla f'Għawdex u kif kienet qed tiġi kkumerċjalizzata.", "It-tpartit tal-bizzilla mal-merċa", "\"Niftakar li fis-snin sittin, fost il-klijenti tagħna kien hemm Għawdxi, ċertu Ġużeppi l-Qass, li kellu ħanut tal-merċa fi Pjazza Savina r-Rabat, Għawdex.", "Dan kellu ftehim man-nisa Għawdxin sabiex huma jkunu jistgħu jpartu l-bizzilla li kienu jaħdmu ġewwa d-djar tagħhom mal-prodotti tal-merċa fil-ħanut tiegħu.", "Imbagħad hu kien jinżel Malta darba fil-ġimgħa b'din il-bizzilla sabiex ibiegħha fil-ħanut ta' Fedele, li kien in-nannu ta' żewġi,\" bdiet tirrakkuntali Margaret.", "\"Imbagħad aħna konna ngħaddu din il-bizzilla lill-kunventi tas-sorijiet sabiex dawn jimmuntawha fuq id-drapp bl-idejn ħalli b'hekk inżommu l-prestiġju tal-prodott li jibqa' kollu kemm hu maħdum bl-idejn.", "Wara, konna nbiegħu dawn il-prodotti lill-Maltin jew lit-turisti.\"", "Meta miet Fedele, dan il-ħanut għalaq u minflok, Margaret baqgħet tieħu ħsieb ix-xogħol tal-bizzilla mid-dar tagħha.", "Il-bizzilla bħala parti mill-wirt kulturali tagħna", "\"Jiena għadni għaddejjha b'dax-xogħol għax nemmen bis-sħiħ li m'għandniex inħallu dan il-wirt kulturali tagħna jintilef.", "M'għandix ħanut imma n-nies jafu bija u naħdem skont l-ordnijiet li jkolli.", "Meta jkolli ordnijiet kbar, għandi wkoll lista ta' nisa li jaħdmu bizzilla sabiħa u nqassam ix-xogħol bejnietna kif ikun jeħtieġ biex inlaħħqu mat-talba ta' dak li jkun.\"", "Infatti l-fama ta' Margaret waslet ukoll s'għand l-ogħla awtoritajiet lokali hekk kif mhux darba u tnejn li xogħolijietha jiġu ordnati mill-Gvern Malti sabiex dawn jiġu rregalati lid-dinjitarji li jżuru pajjiżna.", "\"Għandi l-unur ngħid ukoll illi diversi palazzi hawn Malta, fosthom dak ta' San Anton u Verdala, huma armati bil-bizzilla tiegħi.", "Barra minn hekk, kelli l-privileġġ illi naħdem il-bizzilla għall-ilbies formali tal-ewwel imħallef mara, Anna Felice, fejn ix-xogħol sar b'disinn tiegħi li kien jinkorpora fih fjuri, is-salib ta' Malta u għamla ta' miżien tal-ġustizzja bi stil barokk.\"", "\"Intant, is-sena li għaddiet ħdimt ukoll il-bizzilla għal velu tat-tieġ fejn ikkuppjajt fjura mill-libsa u mbagħad ħdimt fjura wara fjura matul il-bordura kollha.", "Domt madwar ħames xhur għaddejjha fuqu fejn b'kollox ħadt mat-800 siegħa!\"", "Meta wieħed jagħraf l-ammont ta' siegħat li jirrikjedi dan ix-xogħol jifhem aħjar il-għala l-bizzilla hija meqjusa bħala xi ħaġa rikka u ta' valur.", "\"Il-bizzilla trid ħafna passjoni u mħabba biex taħdimha għax tirrikjedi ħafna attenzjoni u ħin.", "Imma mbagħad, meta tara l-oġġett lest, jagħtik sodisfazzjon kbir, mhux biss għax jiġi sabiħ iżda wkoll għax taf li permezz tiegħu, inti qed iżżomm ħajja tradizzjoni antika Maltija,\" saħqet Margaret.", "It-tagħlim tal-bizzilla", "Skoprejt li Margaret għadha tgħallem il-bizzilla privatament u għalhekk staqsejtha x'età u x'karatteristiċi jrid ikollu persuna biex jitħajjar għal din is-sengħa.", "\"M'hemm l-ebda limitu ta' età.", "Infatti, mhux darba u tnejn li jipparteċipaw it-tfal f'din il-kompetizzjoni u naturalment, biex nagħmlulhom il-qalb, aħna naġevolawhom daqsxejn,\" qaltli.", "\"Anki xi rġiel hemm li jaħdmu l-bizzilla u infatti dis-sena għandna xi xogħol li nħadem mill-irġiel.", "Però l-maġġoranza huma nisa ta' bejn il-35 u l-65 sena.\"", "Għalkemm forsi hemm min minnkhom li huwa xi ftit nervuż u allura jaħseb li dax-xogħol ma jgħoddx għalih, Margaret żguratni illi fir-realtà l-ħidma tal-bizzilla tikkalmak peress li jkollok bżonn tikkonċentra ħafna fuq li qed tagħmel.", "U b'hekk għal ftit tal-ħin, tkun tista' tinsa l-problemi l-oħra kollha.", "Bejn bizzilla u oħra", "Aħna u nduru mal-bizzilla esebita, Margaret bdiet tfehemni aktar fid-dettall dwar id-differenza li kien hemm bejn xogħol u ieħor.", "F'ħin minnhom, waqafna quddiem libsa tal-magħmudija maħduma b'ħajt ta' kulur abjad silġ li kienet tidher fina mmens.", "\"Tidher daqstant fina għax hija maħduma b'ħajt irqiq ħafna.", "Dan it-tip ta' ħajt jagħti lill-oġġett aktar preġju minħabba li huwa aktar metikoluż biex taħdmu u għalhekk ix-xogħol jieħu aktar żmien.", "Apparti minn hekk, min ħadem din il-libsa, għaqqad b'galbu kbir l-istrixxi tal-bizzilla flimkien sabiex ipproduċa din il-meravilja,\" urietni kburija Margaret.", "Biex inkun nista' nifhem aktar xi trid tgħid, hija ħaditni nara xogħol li kien maħdum b'ħajt eħxen u hemmhekk stajt nikkonferma illi għalkemm il-bizzilla xorta waħda kienet sabiħa, id-dettall ma kienx qed joħroġ ċar daqs kemm kien f'xogħolijiet oħra fejn intuża ħajt irqaq.", "\"Dawn huma l-karatteristiċi li jkunu qed iħarsu lejhom dawk li jiġġudikaw ix-xogħolijiet rebbieħa.", "Il-materjal li jintuża għal bizzilla jaffetwa ħafna x-xogħol finali.", "Ngħidu aħna l-ħajt tal-għażel iżomm il-bizzilla wieqfa u sabiħa, mentri l-qoton iħalli xogħol mitluq.\"", "Innutajt li kien hemm bizzilla ta' kuluri diversi u kelli kurżità jekk dan jaffetwax il-valur tal-oġġett.", "\"Il-kuluri li jintużaw ma jagħmlu l-ebda differenza fil-valur.", "Però, jista' jkun li l-bizzilla s-sewda hija xi ftit aktar apprezzata minħabba li mhux kulħadd kapaċi jaħdimha.", "L-iswed hu kulur imprekattiv biex taħdem bih u trid tkun tassew professjonali biex taħdmu.", "Infatti, ftit huma li jużaw dak il-kulur u għalhekk il-bizzilla ta' dak il-lewn hija mfittxija ferm minn uħud.\"", "Xtaqt naf jekk hemmx differenza bejn il-bizzilla Maltija, dik Għawdxija u dik barranija.", "\"M'hemmx differenza bejn il-bizzilla Maltija u dik Għawdxija, ħlief li l-Għawdxin tgħallmu jikkummerċjalizzawha aktar minna l-Maltin.", "Madanakollu hemm varjanza bejn il-bizzilla Maltija u dik barranija minħabba li nużaw tip ta' trajbu differenti,\" fehmitni Margaret.", "\"It-trajbu tagħna huwa magħmul miz-zkuk tal-iżbul imnixxef.", "Għandu forma pjuttost dejqa u huwa twil madwar 22 pulzier.", "Għaldaqstant, il-bizzilla li nipproduċu aħna hija magħrufa bħala 'continuous lace' għax tinħadem għad-dritt u tibqa' nieżla fit-tul.", "Dan ifisser li aħna ma nistgħux indawwru t-trajbu u nkabbru l-bizzilla kemm irridu, kif jagħmlu f'pajjiżi oħra bi trajbi differenti.\"", "Margaret spjegatli kif l-għodda prinċipali fis-sengħa tal-bizzilla huma t-trajbu, iċ-ċombini, il-labar, il-ħajt u x-xempju (id-disinn).", "\"Il-bizzilla hija maħduma b'żewġ tipi ta' punti li huma: il-punt u n-nofs punt.", "Dan tal-aħħar joħloq toqba.", "U mbagħad skont kif iddawwar iċ-ċombini joħroġ id-disinn.\"", "Il-valur tal-bizzilla llum", "Fl-esebizzjoni kien hemm kull xorta ta' xogħol.", "Lili laqtitni ferm umbrella kbira tal-bizzilla li ridt sebgħa għajnejn biex tħares lejha, aħseb u ara biex taħdimha!", "Pero' kien ghad fadalli mistoqsija ttambar f'moħħi: il-bizzilla għadha valida llum?", "\"Jien għandi kollezzjoni kbira ta' bizzilla u jekk tiġi d-dar, qisha mużew.", "Għaldaqstant, kull fejn insib opportunità nħobb nilbes il-bizzilla.", "Għandi kappa tal-bizzilla li tiġbed tassew l-għajn u ħafna jistaqsuni dwarha meta noħroġ biha,\" qaltli Margaret.", "\"Hija ħasra meta wieħed ikollu xi bizzilla antika u jħalliha magħluqa ġo xi kexxun għax hekk tittebba' biss tista' u mbagħad ikun tassew diffiċli li wieħed inaddafha.", "Irridu niftakru li dawn l-affarijiet ħadu siegħat twal biex inħadmu u għalhekk imqar b'rispett lejn min ħadimhom, għandna ngħożżuhom u ngawduhom.", "Il-bizzilla hija xi ħaġa femminili għall-aħħar u personalment naħseb li hija xi ħaġa ta' faxxinu kbir.\"", "\"Bħala validità tal-bizzilla, nistgħu ngħidu li fil-qasam ekkleżjastiku, il-bizzilla baqgħet dejjem iżżomm postha, kemm minħabba li baqgħet tintuża fil-paramenti tal-qassis u anki fl-aċċessorji li jintużaw fuq l-artali.", "Imbagħad hemm ukoll l-ilbiesi tal-magħmudija u tat-tieġ, ix-xallijiet u l-veli.", "Barra minn hekk, issa qed taqbad ukoll id-drawwa illi jingħata kwadru bl-arma tar-razza maħduma bil-bizzilla.\"", "Domna ħafna aktar nimirħu dwar is-suġġett tal-bizzilla, sakemm finalment wasalt biex nitlaq.", "\"Dawn is-snajja u t-tradizzjonijiet antiki għandhom jibqgħu jinteressawna għax huma parti essenzjali minn dak li jagħmilna Maltin,\" saħqet Margaret.", "\"Għalija m'hemmx kuntentizza isbaħ minn dik li jkollok il-ħin biex tpoġġi fuq siġġu komdu ġewwa bitħa għad-dell ta' xi siġra sabiħa u toqgħod taħdem il-bizzilla għall-kwiet, bis-silenzju miksur biss miċ-ċaqċiq ħelu taċ-ċombini.\"", "Għal aktar informazzjoni dwar il-bizzilla jew dwar din il-kompetizzjoni annwali, tistgħu ċċemplu lil Margaret Farrugia fuq 99206273.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI (24 parti) fit-Torċa tas-26 t'Ottubru 2014)", "ċombini", "Ġużeppi l-Qass", "Kavallieri ta' San Ġwann", "Każin Malti", "Markiż Nicholas De Piro", "snajja Maltin"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Maċ-ċaqċiq taċ-ċombini"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/08/nixtieq-naqbad-il-ferrovija-tal-1931/", "text": ["NIXTIEQ NAQBAD IT-TREN TAL-1931", "L-ewwel darba li missieri qalli illi snin ilu f'Malta kellna tren, ħsibtu li kien qed jgħaddini biż-żmien u kellu jeħodni sar-restorant li kien hemm fl-Imtarfa biex emmintu.", "Niftakar sewwa kif kont bqajt b'ħalqi miftuħ hekk kif rajt l-istazzjon u r-ritratti antiki mdendla mal-ħitan tar-restorant!", "Ma stajtx nifhem kif f'pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn kull fejn tmur tasal f'tebqa t'għajn, kellna bżonn mezz ta' trasport simili.", "Naturalment imbagħad missieri kellu jfehemni wkoll li f'dik l-era l-karozzi li nafu llum kienu għadhom ma nħolqux.", "U allura x-xettiċiżmu tiegħi nbidel f'ammirazzjoni u xenqa li stajt immur lura fiż-żmien sabiex nara dit-tren għaddejja u għaliex le, biex nirkibha wkoll.", "Is-snin għaddew u t-tren irkibtha, għalkemm f'pajjiżi oħra u mhux f'Malta.", "Madanakollu dil-ġimgħa waqt li kont imsiefra u moħħi kien qed jaħseb f'dan l-artiklu, irrealizzajt illi dik ix-xewqa ta' tfuliti għadha ħajja fija ħafna aktar milli naħseb jien.", "Intbaħt b'dan hekk kif kont għaddejja fi tren ċkejkna turistika f'Sorrento u sibtni qed nifraħ bir-rikba fiha ħafna aktar mit-tifla tiegħi!", "Ftakart illi ma kienx hemm tren waħda ta' dat-tip li ma rkibtx f'kull pajjiż li żort u ovvjament ma nqastx li nitla' anki f'dik li titlaq mill-Imdina.", "Jista' jkun li bla ma naf, kull darba nkun qed nipprova nesperjenza l-emozzjoni ta' żmien li mar u qatt ma' reġa' lura aktar f'pajjiżi.", "Dal-ħsibijiet kollha tqanqlu wara li ltqajt ma' Paul Galea, dilettant kbir tal-mudelli u għal dawn l-aħħar snin riċerkatur fervent dwar il-ferrovija ta' Malta.", "Kien missier Paul, inġinier tal-elettronika, li ntroduċa l-passjoni tal-mudelli f'ibnu.", "\"Aktar milli dilettant tal-mudelli, missieri kien jieħu gost jixtrihom biex wara jimmodifikahom u per eżempju jżidilhom id-dwal.", "Ta' tifel li kont bdejt ninteressa ruħi u niddakkar minnu.", "Sibt ruħi fiċ-ċirku", "ta' ħbieb tiegħu li kienu dilettanti tal-mudelli u li kultant żmien kienu jitolbuh jirranġalhom xi ħaġa fis-settijiet tagħhom.", "Darba minnhom morna għand ħabib tiegħu l-Birgu u bqajt impressjonat bil-kobor tal-mudell tal-ferrovija li kellu.", "Iżda meta kont tifel, aktar milli l-ferroviji, kienu jimpressjonawni l-mudelli tal-ajruplani tal-passiġġieri u s-suldati lebsin ilbies ċeremonjali.", "Mas-snin il-passatemp kiber tant li eventwalment fl-1983 jiena kont wieħed mill-fundaturi tal-AME (Association of Model Engineers).\"", "Bejn l-1980 u l-1983 il-membri ta' din l-assoċjazzjoni wettqu studju profond dwar il-ferrovija ta' Malta sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw f'wirja ta' mudelli relatati ma' das-suġġett.", "L-esebizzjoni saret fl-Ingilterra fl-1983 u kienet qed tiċċelebra il-100 sena anniversarju minn meta ġiet inawgurata l-ferrovija f'Malta fit-28 ta' Frar 1883.", "\"Tellgħajna parti mill-mudell ta' Nicholas Azzopardi, proprjament l-istazzjon ta' Ħ'Attard peress li kien impossibbli li ntellgħu r-rotta kollha.", "Ħadna wkoll", "mudell ta' tren maħdum mill-filogranu, xogħol ta' Joe Camilleri Fava.", "Iż-żewġ xogħolijiet intlaqgħu tajjeb ħafna u ħassejna ruħna kburin immens dakinhar.", "Hemmhekk iltqajna wkoll mal-awtur tal-ktieb 'The Malta Railway', il-Brigadier Rigby.", "Sibna illi l-imħabba li dan l-individwu kellu għall-ferrovija ta' Malta kienet xi ħaġa straordinarja tant li ma qgħadx bi kwietu qabel xrobna grokk f'ġieħ l-anniversarju tagħha.", "Għajnejh bdew jixgħelu meta beda jitkellem dwarha u nistqarr li kien hu l-fjamma wara l-ħeġġa li għandi jien illum.", "Ma kinetx l-ewwel darba li ltqajt ma' barranin li kellhom interess kbir dwar dan il-perjodu f'pajjiżna.", "Tismagħhom jitkellmu dwar il-ferrovija daqs li kieku kienet xi ħaġa tagħhom u f'pajjiżhom.", "Sinċerament tħossok daqsxejn stupidu li inti bħala Malti lanqas biss kapaċi żżomm konverżazzjoni magħhom minħabba li ftit li xejn taf dwarha!", "Inkwetatni dil-biċċa xogħol u wegħedt lili nnifsi li nieħu das-suġġett bis-serjeta' u hekk għamilt tant li llum sar parti minni.", "Li jiddispjaċini hu li f'dak iż-żmien aħna l-membri ta' l-AME ma bqajnix ninsistu biex l-oġġetti u l-inħawi konnessi mal-ferrovija f'Malta jiġu protetti.", "Sfortunatament wara dawn is-snin kollha dawn ir-rekordji qegħdin kull ma jmur jiddiżintegraw quddiem għajnejna.\"", "Fil-fatt kien ritratt li rajt f'ġurnal xi ġranet ilu li qanqalni biex nikteb dwar das-suġġett.", "Ħassejtni xxukkjata meta qrajt illi l-aħħar vagun li fadal fl-istazzjon ta' B'Kara kien qiegħed jiġi vandalizzat kontinwament!", "\"Fis-snin 80 it-tabib F J D'Amato kien għadda dak il-vagun lill-gvern wara li għal xi snin kien fil-proprjetà tiegħu.", "Il-Ministru tal-Agrikoltura ta' dak iż-żmien, Joe Debono Grech kien ħa l-inizzjattiva", "personali biex dan il-vagun jiġi restawrat u b'hekk kien ittieħed l-Għammieri u ġie rranġat.", "Tpoġġa fl-istazzjon ta' B'Kara fil-31 ta' Marzu 1987 u tgawda minn ammont ta' nies u tfal.", "Iżda sfortunatament iż-żmien ma jaħfirha lil ħadd u llum il-kundizzjoni tiegħu hija ħażina ferm minħabba li hu espost għall-elementi.", "Fl-istess ħin ikolli ngħid illi l-agħar għadu tiegħu mhux iż-żmien imma l-vandaliżmu kontinwu li jsir fuqu tant li llum minn ġewwa jinsab imkisser u mifqugħ.", "Mhux kompitu tiegħi li nipponta subgħajja u hekk jew hekk jiena bniedem li nħobb inħares il-quddiem u nfittex is-soluzzjonijiet.", "Il-Kunsill Lokali ta' B'Kara diġà qed jagħmel talba għall-fondi biex dan il-vagun jiġi restawrat.", "Iżda ovvjament jidher biċ-ċar li l-affarijiet għandhom bżonn jinbidlu u li l-vagun, wara li jiġi restawrat, ma jistax jerġa' jitpoġġa lura fejn qiegħed illum.\"", "Waqt li kont qed nagħmel ir-riċerka tiegħi għal dan l-artiklu, uħud staqsewni kemm tagħmel sens li tonfoq il-flus f'xi ħaġa li niesna stess jogħxew ikissru fiha?", "\"Jiena naqbel ħafna li għandna ninvestu biex inġibu x-xogħol, biex nedukaw u biex insaħħu l-futur tal-poplu Malti.", "Imma l-poplu Malti jrid jiftakar illi l-industrija prinċipali tagħna hija t-turiżmu u għaldaqstant nemmen li kwalunkwe ħaġa marbuta mal-kultura u mal-istorja tagħna, xi ħadd irid jieħu ħsiebha.", "Jiena ma nippretendix li kollox jitwettaq mill-gvern, irrispettivament minn liema gvern ikun.", "Ngħid li għandha tiġi minna l-Maltin u li għallinqas jekk ma nagħmlu xejn biex intejjbu s-sitwazzjoni, almenu ma nagħmlux ħsara!", "B'xorti tajba qed naraw ħafna NGOs li qed jagħmlu ħafna xogħol siewi f'dan il-qasam.", "Aħna hawn Malta għandna xi ħaġa storika f'kull kantuniera u kieku tagħti l-lok, twaqqaf kull żvilupp li jista' jsir biex iżżomm kollox intatt – li hu mpossibbli.", "Imma ħaġa ngħid – immaġina li kieku din l-industrija qegħdha f'idejn l-Amerikani... lanqas għandi għalfejn inkompli!\"", "Bħalissa Paul Galea qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex iqajjem kuxjenza dwar il-ferrovija f'Malta.", "F'Ġunju li għadda huwa waqqaf paġna fuq facebook bl-isem 'The Malta Railway'.", "\"Bi pjaċir ngħid li wara biss ftit ġimgħat il-membri f'din il-paġna telgħu għal 680 u b'hekk qed nikkonferma li l-interess jeżisti.", "Jekk wieħed jidħol f'dil-paġna jara kemm hemm kummenti interessanti anki minn numru ta' barranin li żaru l-inħawi tal-fdalijiet tal-ferrovija Maltija.", "Uħud minnhom saħansitra tellgħu websajt tagħhom dwar das-suġġett u hawnhekk naraw biċ-ċar il-kilba tat-turisti f'dan il-qasam.", "Tkun ħasra jekk ma nagħtux widen għal din id-domanda.\"", "F'din il-paġna tal-facebook il-membri tellgħu għadd ta' ritratti antiki u anki preżenti relatati mal-ferrovija f'Malta.", "\"Ċertu ritratti huma mprezzabbli daqs kemm huma antiki imma dawn ittellgħu fuq il-facebook għax aħna nemmnu illi dawn mhumiex tagħna imma huma wirt ta' kulħadd u għalhekk obbligati li", "naqsmuhom mal-pubbliku.", "Fuq kollox meta tara r-rispons tal-oħrajn u l-kummenti dwarhom tieħu pjaċir li qed jiġu apprezzati.", "Minn hawnhekk nixtieq nistieden lil kull min jixtieq jissieħeb magħna u forsi jtella' xi rikordji tiegħu wkoll.\"", "Iżda l-ħolma ta' Paul twassal aktar minn hekk...", "\"Issa li kkonfermajna l-interess tan-nies qegħdin naħsbu biex inwaqqfu assoċjazzjoni bil-ħsieb li aktar il-quddiem ikollna mużew tal-ferrovija.", "Għandna ħafna ideat fostom li jkun hemm mużew ċentrali u anki numru ta' ċentri oħra żgħar imqassma f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt diġà tkellimna ma' xi Kunsilli Lokali li huma favur proġetti bħal dawn.", "Għalkemm forsi ħafna ma jirrealizzawx, fadal bosta fdalijiet madwarna li b'daqsxejn kura huwa possibbli li nerġgħu nagħtuhom il-ħajja.", "Wieħed mill-membri tagħna fil-facebook irnexxielu jimmarka r-", "rotta kollha fuq il-Google Earth u allura qed ngħidu li forsi aktar il-quddiem jekk din tittella' fuq GPS, wieħed ikun jista' jsegwi r-rotta u jara minn fejn kienet tgħaddi din il-ferrovija storika.", "Meta ftaħna l-paġna fuq facebook trid tara n-nies ġejjin bl-ideat u l-proposti!", "Waħda Maltija miżżewġa Skoċċiż u li toqgħod l-Iskozja daħlet apposta fuq facebook biex tikkuntattjana minħabba li għandha fil-pussess tagħha fanal antik tal-ferrovija u tixtieq tgħaddihulna għall-mużew tagħna.", "Bħalha qegħdin niltaqgħu ma' nies oħra li għandhom tifkiriet kbar jew żgħar u li wkoll jixtiequ li dawn jitpoġġew ġewwa mużew apposta.", "Issa aħna nixtiequ noħolqu kunċetti partikolari f'dan il-mużew.", "L-ewwel nett l-idea tagħna mhiex biss li jkollna mużew u li jkollna l-esebiti ħalli nġibu n-nies għax dak faċli nagħmluh.", "Aħna rridu li naraw", "illi dawn l-oġġetti li jkollna jkunu miżmuma bl-aħjar mod possibbli u li jkunu esposti b'mod professjonali.", "Fuq kollox għandna l-ħsieb illi dawn l-oġġetti ma jingħatawx lill-mużew imma li jiġu mislufa b'mod permanenti lill-mużew bil-ftehim illi jekk dawn ma jinżammewx f'kundizzjoni tajba, is-sid jista' jitlob li jintraddulu lura.", "B'hekk is-sidien oriġinali ma jiddistakkawx ruħhom mill-affarijiet tagħhom u fl-istess ħin, min ikun qed jieħu ħsieb il-mużew iħoss dik ir-responsabbiltà li jipproteġihom.", "Nixtiequ wkoll li ftit ftit nibdew norganizzaw attivitajiet biex jitnaddfu u fejn hemm bżonn jinġabru l-fdalijiet ta' din il-ferrovija ta' Malta.", "L-attivitajiet jistgħu jiġu organizzati flimkien mal-Kunsilli Lokali", "fejn it-tfal, iż-żagħżagħ u l-adulti jiġu mistiedna biex b'mod volontarju jagħtu daqqa t'id.", "B'hekk permezz ta' sehemhom tkun qed tnissel fost dawn in-nies ċertu sens ta' pussess.", "Tkun qed tħajjarhom ukoll jgħożżu u japprezzaw dan il-wirt storiku tagħna u b'hekk tassigura li ħadd minnhom ma jagħmillu qatt ħsara.\"", "Paul huwa wkoll direttur televiżiv u bħalissa qiegħed jaħdem biex ifassal dokumentarju dwar il-ferrovija f'Malta.", "\"Nemmen illi l-poplu tagħna kull tant żmien ikollu bżonn min ifakkru u jniggiżżlu ftit il-kuxjenza peress li", "għandu ħabta jinsa.", "Barra minn hekk, dokumentarji bħal dawn huma kapaċi jdaħħlu lit-telespettaturi f'dinja oħra; dinja meta l-ferrovija f'Malta kienet għadha sabiħa u ammirata.", "Ormaj ilni naħdem ħafna fuqu u ġbart bosta materjal.", "Qiegħed ukoll niltaqa' ma' numru ta' individwi li fortunatament għadhom jiftakru dawn iż-żminijiet u li anki rikbu fuq it-tren ta' Malta.", "Huma intervisti mill-isbaħ li ċertament ser ikunu apprezzati.", "Biex insemmilek xi ħaġa minnhom, dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' Thomas Restall li rikeb fuq din it-tren sebgħa darbiet.", "Fostom qalli illi kien jieħu gost ferm meta hekk kif it-tren tkun ser tidħol ġol-mina li hemm fil-Furjana jew f'dik tal-Imdina, tifel żgħir kien imur jixgħel il-fanali tal-vagun ħalli n-nies ma joqogħdux fid-dlam.", "Xi ġmiel ta' rikordji!", "Mhux ħasra jekk inħalluhom jintifu fix-xejn?", "Ippermettili nieħu l-opportunità biex nistieden lil dawk li għadhom jiftakru dawn iż-żminijiet sabiex jagħmlu kuntatt miegħi ħalli huma wkoll jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom.\"", "L-entużjażmu ta' Paul jittieħed ferm u hekk kif beda jurini n-numru kbir ta' ritratti li rnexxielu jiġbor, f'widnejja stajt nisma' dik it-tisfira ħelwa antika tat-tren tagħna u nħoss it-tvenvin tad-duħħan tagħha.", "\"Li kieku toqgħod tixtarr kemm xogħol ser tieħu għal biċċa xogħol bħal din, il-maturità tiegħek taf taqtagħlek qalbek.", "Imma fija hemm dak it-tifel żgħir li jkompli jħeġġiġli l-ispirtu tiegħi biex nistinka u nwettaq dawn il-proġetti.", "Jiena taf x'nixtieq?", "Li naqbad it-tren li telqet minn Malta fil-31 ta' Marzu 1931 għax f'dak il-vjaġġ l-affarijiet tal-ferrovija kienu għadhom kollha eżistenti.", "Kieku kelli l-ħila naqbad dik it-tren, kieku insib", "kollox intatt u mur ara x'nagħmel!", "X'ħolma!\"", "Naturalment ma stajtx nagħlaq dan l-artiklu mingħajr ma ninkludi intervista qasira ma' Nicholas Azzopardi li llum huwa meqjus", "bħala awtorità f'dak li għandu x'jaqsam mal-ferrovija f'Malta.", "Sirt naf illi f'37 Triq San Duminku f'Ħ'Attard huwa għandu mużew personali tiegħu u fih huwa jilqa' lil kull min jixtieq isir jaf aktar dwar das-suġġett.", "\"Darba minnhom kont qed naqra dwar il-ferrovija f'Malta u peress li jiena dilettant tal-mudelli ġieni l-ħsieb li nibni mudell tar-rotta li din kienet tgħaddi minnha.", "Daqs 40 sena ilu bdejt nieħu r-ritratti tal-inħawi, nieħu l- qisien fejn stajt u niġbor l-informazzjoni.", "Ħdimt anki", "l-pjanti biex inkun nista' naħdem b'aktar reqqa u preċiżjoni.", "Ippjanajt kollox u bil-mod il-mod bdejt infassal il-mudell b'dak li kont insib: ġablo, kartonċin, kartun u ngħaqqad b'idejja.", "Bdejt mill-iżgħar stazzjon, dak ta' Ħ'Attard u ħadt madwar tliet snin biex lestejt ir-rotta kollha.\"", "Issa li stajt nara l-mudell sħiħ stajt nifhem aħjar il-ġmiel u l-grandjozità tal-ferrovija tagħna.", "\"Huwa interessanti nsemmilek illi għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu wħud, it-tren qatt ma kienet timbotta l-vaguni imma dejjem tiġbidhom warajha.", "Kien hemm mezzi kif il-magna kienet tinqala' minn postha u titpoġġa mill-ġdid quddiem ħalli tkompli fi triqitha.", "L-unika eċċezzjoni fejn magna kienet timbotta kien waqt il-festi l-kbar bħall-Imnarja, f'San Ġużepp ir-Rabat jew f'San Pawl.", "F'dawn il-ġranet in-nies kienet titla' bi ħġarha fuq dal-mezz ta' trasport tant li", "fejn is-soltu jintużaw madwar 6 vaguni, f'dawk id-drabi kienu jintrikbu 11 il-vagun.", "Għaldaqstant, minħabba t-tul tat-tren u anki għas-sigurtà tal-passiġġieri, kien ikun hemm magna tiġbed quddiem u oħra timbotta minn wara.\"", "Barra minn hekk Nicholas spjegali t-tifsira wara l-kwantità ta' ritratti li jakkompanjaw dan il-mudell.", "Uħud mir-ritratti huma antiki, oħrajn huma dawk li ħadt f'dak iż-żmien.", "Sfortunatament ċertu nħawi u tifkiriet li kont ħadt rikordju tagħhom, illum lanqas biss għadhom jeżistu.\"", "Nicholas esprima d-diżappunt tiegħu rigward il-vandaliżmu tal-aħħar vagun li fadlilna.", "\"Dnub li ma żammejna xejn iktar imma l-mentalità ta' dak iż-żmien ma kienetx tapprezza l-valur t'oġġetti bħal dawn.", "Ironikament jiġri illi l-prestiġju ta' ċertu affarijiet jitnissel wara diversi snin, meta forsi diġà jkun intilef kollox.", "Meta spiċċat il-ferrovija ta' Malta jiena kelli biss ftit xhur u għalhekk ma niftakarhiex.", "Però sibt illi dakinhar li waqfet kien hawn 33 vagun u 10 magni li ma nafx x'sar minnhom.", "Fil-bidu ħafna minnhom intużaw bħala bus-stops: jien niftakar tnejn ħdejn l-isptar tal-kura mentali f'Ħ'Attard.", "Kien hemm ieħor ħdejn Kastilja li kienu jużawh bħala uffiċċju d-despatchers tant li aktar il-quddiem meta mxew għall-Putirjal, baqgħu jsibu l-kamra fejn joqogħdu bħala 'il-vagun'.", "Il-vandaliżmu fuq dan il-wirt storiku tagħna jweġġagħni u għalhekk flimkien ma' sħabi nisħaq illi għandu jkun hemm post adattat biex jilqa' l-aħħar tifkiriet li fadlilna.\"", "Fost il-ħafna tifkiriet Nicholas għandu ħafna għal qalbu żewġ time-tables tat-tren.", "\"Ara, din hija time-table antika oriġinali tal-1913.", "Kif qed tara, it-tren kienet tibda minn kmieni fil-għodu fl-4:30am u tispiċċa fit-8:00pm.", "U din kopja tal-aħħar time-table li ħarġet tal-1931.", "Dak kien l-", "aħħar vjaġġ tat-tren tagħna!\"", "Għalkemm mill-ħarsa t'għajnejh stajt nifhem ħafna, xtaqt lil Nicholas jesprimi xi jfisser dan il-mużew għalih?", "\"Min jafni jgħidlek li dal-mużew huwa t-tarbija tiegħi.", "Jien ngħidlek li huwa l-kontribut tiegħi biex tibqa' ħajja l-memorja ta' dan il-wirt storiku.", "Minn qalbi nistieden lil dawk kollha li jixtiequ jżuruh, fostom lit-tfal fl-iskejjel, biex jikkuntattjawni ħalli flimkien inġeddu l-memorji sbieħ ta' dawk iż-żminijiet.\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-8 t'Awwissu 2010)", "ferrovija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "NIXTIEQ NAQBAD IT-TREN TAL-1931"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/08/jiena-ma-naghtix-pariri-imma-skandli/", "text": ["JIENA MA NAGĦTIX PARIRI IMMA SKANDLI", "Jgħidu x'jgħidu, t-televiżjoni sar parti essenzjali minn ħajjitna.", "Tifhem dan l-aktar meta tagħmel xi ġranet mingħajru u tħossok qisek xi ras maqtugħa jew li m'intix f'dinja!", "Daqstant ieħor insiru midħla tal-karattri li jidħlu f'darna minn wara dak l-iskrin tiegħu.", "Uħud minnhom jimbuttawna, oħrajn iqanqluna u numru ieħor jiġbduna lejhom.", "U ara llum u ara għada, mingħajr ma nintebħu, nibdew inqisu lil dawn l-individwi skont kif jiġu ppreżentati lilna fil-partijiet tagħhom u naħsbu li nafuhom.", "B'danakollu ma tridx wisq biex xi darba tiġi wiċċ imb'wiċċ ma' xi ħadd minnhom u ssib illi r-realtà hija għal kollox differenti...", "Hekk ġara dan l-aħħar meta ddeċidejt li niltaqa' ma' Narcy Calamatta.", "Fi triqti lejn id-dar tiegħu immaġinajt intervista mexxejja mżejjna b'xi ċajta 'l hemm u 'l hawn.", "Naturalment dawn il-ħsibijiet kienu mqanqla mill-memorji ħelwin li għandi tiegħu meta ħadem il-parti ta' Wenzu fil-kummiedja 'Wenzu u Rożi'.", "Minflok sibt bniedem serju, eleganti u profond iżda li xorta waħda kien kapaċi jżerżaq xi ċajta matul id-diskursata tagħna.", "\"Din tiġrili ħafna,\" tbissem Narcy.", "\"Lil mara sikwit jistaqsuha 'Min jaf kemm idaħħkek dan?'", "Imma hi tweġibhom li mhux il-każ.", "Fil-popolarità jiena magħruf bħala kummidjant.", "Imma min jafni sew jgħidlek li jien fir-realtà magħruf għas-serjetà u għad-dixxiplina li naħdem bihom.", "Meta tagħtini biċċa xogħol u nibda niffoka fuqha, xejn ma jeżisti aktar għalija sakemm inlestiha.", "U biex inwettaq dak li nkun ippjanajt, kapaċi nagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn – anki ngħaddi mill-ħajt jekk m'hemmx triq oħra.\"", "Illum Narcy jgħodd il-71 sena u l-esperjenzi li għadda minnhom huma bla tarf.", "Daqstant ieħor huma n-nies li hu ħabbat wiċċu magħhom.", "Iżda għal din l-intervista huwa għażel li jurini aspett partikolari ta' ħajtu li forsi ftit jafu dwaru.", "\"Meta kelli 10 snin mort nisma' l-paniġierku ta' San Gaetanu fil-Knisja tal-Ħamrun.", "Issa kif taf sewwa inti, kull parroċċa mingħaliha li għandha bħala patrun l-akbar qaddis li qatt eżista.", "Imma f'Malta lil San Gaetanu ma kont tisma' mkien bih ħlief fil-Ħamrun.", "Dakinhar waqt il-paniġierku l-qassis spjega kif għalkemm dan il-qaddis huwa kbir daqs l-oħrajn, huwa ma kienx joqgħod imur jippriedka lin-nies bħall-uħud mill-qaddisin l-oħra.", "Minflok kien jippriedka bl-eżempju.", "Kien jgħix il-ħajja kif jidhirlu li hu l-aħjar u meta n-nies kienet titolbu parir, kien iħajjarhom iħarsu lejn l-aġir tiegħu u jsegwuh.", "Dan it-tagħlim qanqalni u qisu ffukani fejn kelli nfittex.", "Bdejt nosserva lin-nies ta' madwari u nistqarr illi wieħed minn dawk li spirawni l-aktar kien missieri.", "Dak iż-żmien hu kien jaħdem il-labour office u kienu jiġu bosta ħaddiema għandu biex jitolbuh isibilhom xi xogħol jew biex jagħtihom parir dwar xi problemi fil-familja.", "Qatt ma rrifjuta lil ħadd u fejn seta' dejjem prova jagħti daqqa t'id.\"", "Narcy jisħaq illi dan it-twemmin huwa ġarru f'qalbu u f'għemilu tant li bla ma nduna, maż-żmien huwa serva ta' katalist għal numru ta' individwi.", "Fost l-ismijiet magħrufa li semmieli kien hemm atturi, preżentaturi, diretturi televiżivi, kantanti, kittieba u anki nies fil-politika.", "\"Jiena nemmen li Alla ħalaq lil kulħadd b'xi talent.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar jiddependi mill-individwu kemm għandu l-ħila jiġbor dat-talent u jiffukah biex jirnexxi.", "Talent tajjeb irid jiġi qawwi daqs raġġ tal-laser u jgħaddi minn ġol-ħadid.", "Min-naħa l-oħra jekk bniedem ma jagħrafx jiżviluppa t-talent tiegħu, din il-kapaċità tintilef u ma tagħti l-ebda poter.", "It-talenti li rregalalna Alla mhux tagħna.", "Aħna biss il-kanal minn fejn tgħaddi l-enerġija tiegħu.", "U għalhekk dawn ma nistgħux inżommuhom għalina imma jeħtieġ li nkabbruhom u nqassmuhom.", "Minn dejjem niftakarni nħobb ngħid kelma għall-ġid imma qatt m'għaddili minn moħħi li xi darba għad inkun katalist u li noqgħod nibdel ħajjet in-nies.", "Intbaħt b'dan mal-milja tas-snin hekk kif xi drabi niltaqa' ma' nies li jgħiduli li jiena kont dak li bdiltilhom ħajjithom!", "Min jaf kemm ilqajt individwi hawnhekk, fejn qegħdha poġġuta inti fuq das-salott.", "Uħud minnhom jitolbuni parir imma jien ma ngħidilhomx oqogħdu bil-qiegħda hemm u issa nibdlilkhom ħajjitkhom.", "Il-bidla sseħħ pass pass, b'mod naturali hekk kif b'li ngħidilhom, b'li nwettqu flimkien u kif ukoll permezz tal-ambizzjoni u t-talent tagħhom, niffukaw fuq dak li tassew jixtiequ jagħmlu b'ħajjithom.", "Mhiex faċli u ovvjament huwa huma li jridu jwettqu l-bidla u mhux jien.", "Jiena ma nistax ngħix ħajjithom, nista' biss inqabbadhom it-triq.", "Ċertament biex issir bidla trid tbati ħafna, taħdem sakemm tgħejja kuljum u ma tkunx tiflaħ tkompli aktar.", "Imma meta tmur timtedd, ma jkollok l-ebda dispjaċir li m'għamiltx l-aħjar li stajt tagħmel u għalhekk torqod bil-qalb.", "Fid-dinja trid tagħti l-aħjar tiegħek dejjem daqs li kieku ser tmut għada u allura dik ser tkun l-aħħar ħaġa li għamilt f'ħajtek.\"", "Minn dak li rrakkuntali dwaru, ċertament Narcy jimpressjonak b'kemm il-darba kien kapaċi jaqta' l-ktajjen u jaqbeż għal isfel fil-vojt biex jibda ħajja oħra mill-ġdid.", "\"Jiena jekk nibda nirrakkuntalek ħajti, niskandalizzak.", "Għamilt 11 il-sena naħdem f'Barclays Bank.", "Ġurnata minnhom mort naħdem fuq film u ddeċidejt li x-xogħol tal-bank ma kienx jgħodd għalija aktar.", "Għalhekk l-għada sempliċiment ma mortx aktar għax-xogħol u minflok bqajt naħdem 10 ġimgħat fuq dak il-film.", "Imbagħad ta' 28 sena tlaqt lejn Londra b'mitt lira fil-but u b'xewqa kbira li nittanta xortija wara li l-kuġin t'ommi, Oreste Chircop, ħajjarni nagħmel dal-pass.", "Bl-esperjenza li kont bnejt sa dak iż-żmien fil-", "qasam teatrali ma domtx ma sibt xogħol u kelli parti f'film maħdum mill-BBC f'Lago Di Como.", "Dat-tip ta' xogħol kien jogħġobni ferm u għamilt xi snin naħdem f'diversi partijiet.", "Imma aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdiet titwal l-istennija sakemm tasal parti oħra.", "Sadanittant kont bqajt ninżel Malta u nipparteċipa f'xi xogħolijiet lokali.", "Kont anki ltqajt mal-mara tiegħi.", "Finalment irrealizzajt illi dik it-tip ta' ħajja ma kinetx baqgħet tissodisfani.", "Għalhekk tlaqt kollox u erġajt lura f'pajjiżi.", "Qbadt naħdem mill-ewwel u wara ftit snin ftaħt negozju tiegħi.", "Kont sejjer tajjeb imma wara tliet snin iddejjaqt u pumm, armi.", "Ta' 38 sena bdejt naħdem bħala Direttur Maniġerjali tal-Malta Film Facilities.", "Imbagħad meta kelli 48 sena fetaħ għall-ewwel darba l-kors fl-Università ta' Malta tal-Baċellerat fit-Teatru u l-Komunikazzjoni.", "Ingħaqadt ma' dan il-grupp ta' studenti u fl-1992 gradwajt.\"", "Jiena li nqis ruħi bħala bniedma prudenti li ndum naħsibha mitt darba biex naqta' darba, ħassejtni qisni qegħdha fuq xi roller-coaster nisma' b'attitudni bħal din.", "Ma flaħtx ma nistaqsihx kif jasal biex iħalli dak kollu li jkun bena warajh sabiex jerġa jibda mill-ġdid?", "\"X'tagħmel?", "Tibqa' tagħmel dak li ma jogħġbokx?", "Meta jkollok ċertu età, ġaladarba tkun għamilta darba dit-tip ta' bidla, tilħaq trabbi ċertu kunfidenza fik innifsek u titgħallem taqa' dejjem fuq saqajk.", "Jiena dik hija ħajti.", "Naqbad triq għat-telgħa għat-telgħa u meta nasal fejn irrid u nara x'hemm in-naħa l-oħra, bosta drabi ngħid dan hu kollox?", "U niddejjaq u nerġa' naqbeż għal rasi u nibda mill-qiegħ.", "Trid tiftakar illi inti u tiela' t-telgħa tiegħek tkun qed titgħallem ħafna affarijiet u allura tkun qed tgħin ruħek.", "Anki llum li għandi l-età tiegħi għadni ngħix hekk.", "Nemmen ħafna li jekk ngħin ruħi nista' nħalli f'idejn Alla biex jgħini nirnexxi f'xogħli.", "Fil-vanġelju tgħallimna illi m'għandnix għalfejn noqogħdu naħsbu x'ser nieklu u x'ser nilbsu għax l-għasafar li jgħixu fis-siġar la jħawwlu u lanqas jaħsdu u xorta waħda jieklu dejjem u libsin sabiħ kuljum.", "M'għandikx toqgħod taħli ħafna ħin taħseb x'ser jiġri għada imma trid tgħix għal dik il-ġurnata u daqshekk.\"", "Narcy kompla jissorprendini billi sostna illi hu mhux bniedem ambizzjuż.", "\"Jiena Alla ħalaqni mingħajr ambizzjoni.", "Jekk ma tqajjimnix il-mara bil-breakfast f'ħoġri fil-għodu, ma noħroġx mis-sodda.", "Inħobbha l-ħajja imma jrid ikolli xi ħaġa li timlini bil-ħeġġa biex inqum u ngħix il-ġurnata.", "U dak hu s-sigriet tal-arti: l-imħabba u l-passjoni li timlik bihom ma tistax iżżommhom fik.", "Trid tesprimihom u allura ma tħallikx bi kwietek.\"", "Matul id-diskursata tagħna Narcy tenna aktar minn darba illi ma tistax tagħti minn dak li m'għandikx.", "\"Jiena bħal missieri, m'għandix flus x'inqassam imma għandi l-esperjenza fil-ħajja.", "U dak kollu li naf dejjem pruvajt naqsmu ma' min ikollu bżonn.", "Iżda jrid ikun l-individwu nnifsu li jixtieq jitgħallem.", "Ma jistax ikun imbuttat minn xi ħaddieħor.", "Sfortunatament aħna pajjiż li ngħedew ngħixu fil-medjokrità.", "Taf għaliex?", "Għax aħna pajjiż matrijarkali u l-omm l-uliedha tarahom sbieħ u kollox jgħaddi.", "Taf kemm ġew ommijiet hawn?", "Jgħiduli 'Kemm nixtieq nara 'l uliedi hemm fuq il-palk!'", "U jien inweġibhom li dawk huma sagħtejn biss u wara x'ser jagħmlu iktar?", "Il-ħajja tal-artist mhux faċli u qabel jidħol fid-dinja tal-arti wieħed irid ikun ippreparat sew.\"", "Sellimt lil Narcy iżda bħal kif kien qalli hu, minn ħin għal ħin bdejt niftakar f'dak li konna ddiskutejna.", "Minn quddiem għajnejja sikwit bdiet tgħaddi dik l-immaġni eċċitanti", "ta' bniedem liberu u kuraġġjuż biżżejjed li kapaċi jintelaq b'ruħu u ġismu biex iwettaq dak li jħoss li nħalaq għalih.", "Kliemu sod u deċiż beda jgerrem l-insikurezza u l-beżgħat li kull bidla ġġib fija sakemm finalment iddeċidejt li anki jiena nagħmel dik il-qabża li tant kont ilni nixtieq.", "Bla ma naf kif u x'fatta, is-seħer ta' Narcy l-katalist kien reġa' ħadem!", "\"Jiena ma nafx nagħti pariri, skandli nista' nagħti.", "Kif jista' qatt xi ħadd jiġi jgħidli li jixtieq ibiddel xi ħaġa f'ħajtu u jien ngħidlu 'ara ma jfettilekx!'", "Jiena għext fil-bidla kontinwament u allura meta jiġi bniedem jgħidli li jrid ibiddel ħajtu, x'nista' jekk mhux inħajjru?\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-15 t'Awwissu 2010)", "ambizzjoni", "Torċa", "Wenzu u Rozi"], "category": "blog, literature, culture", "title": "JIENA MA NAGĦTIX PARIRI IMMA SKANDLI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/09/lura-fiz-zmien-il-maltin-fl-awstralja/", "text": ["LURA FIŻ-ŻMIEN – IL-MALTIN FL-AWSTRALJA", "Ironikament it-tmiem tal-gwerra dinjija kien il-kawża ta' qgħad kbir f'pajjiżna.", "Bosta ħaddiema sfaw bla xogħol u wħud ma rawx għażla aħjar minn dik li jħallu lil art twelidhom biex imorru jfittxu xortihom f'pajjiż ieħor.", "Il-kontinent Awstraljan kien wieħed minn dawk il-lokalitajiet li laqa' għandu numru kbir ta' emigranti Maltin.", "Hekk jew hekk fl-Awstralja kien hemm bżonn kbir ta' nies biex jaħdmu u jippopolaw il-pajjiż.", "Kienet okkażżjoni f'waqtha li kienet qed toffri ċ-ċans lill-Maltin biex jgħixu f'pajjiż tant differenti b'artijiet bla tarf, bi ħlejqiet uniċi u bi staġuni strambi.", "Imma eventwalment l-Awstralja kienet dak il-pajjiż tal-ħolm?", "Jiena trabbejt nisma' r-rakkonti t'ommi Angela meta spiss kont nismagħha ssemmi ż-żminijiet li għexet fl-Awstralja.", "Barra minn hekk, peress li wieħed minn ħutha kien għadu jgħix hemmhekk, mhux", "darba u tnejn li n-nanna Fortunata u z-zija Gracie talbuni biex niktbilhom xi ittra ħalli jibgħatuhielu.", "Niftakar li kienu ittri li kollha jibdew l-istess \"Għażiż Ġużeppi, Vera u t-tfal, nispera li tinsabu tajbin bħal kif ninsabu aħna għall-grazzja t'Alla\".", "Kont tgħallimt nikteb l-introduzzjoni bl-amment u kont nitbissem meta nara li dejjem kienu jiktbulu l-istess ħaġa.", "Il-bqija tal-ittri kienu jikkonsistu f'dak li jkunu għaddew minnu matul dawk l-aħħar ġimgħat jew dwar xi ħaġa li kienu beħsiebhom jagħmlu.", "Ta' tifla li kont, ftit stajt napprezza dawk l-ittri ripetittivi imma sforz ir-rispett lejn qrabati kont niktibhomlhom bl-aħjar kaligrafija li stajt nikteb biha u bi preċiżjoni eżatt ta' kif kienu jiddettawhomli.", "Kellhom jgħaddu ħafna snin qabel fhimt kemm kienu jfissru għalihom dawk il-karti ċelesti li kont niktbilhom l-ittri fuqhom u għaliex kienu jistennew ir-risposti tagħhom tant b'ħerqa.", "U forsi kien dan it-tnebbiħ li llum wassalni biex naqsam magħkom l-esperjenza li għaddiet minnha ommi meta ta' 18 il-sena ddeċidiet li tħalli pajjiżha sabiex tagħti lok għall-ħolma tagħha...", "\"Tnejn minn ħuti s-subien kienu ddeċidew li jmorru lejn l-Awstralja biex ifittxu xogħol u ħajjruni mmur magħhom.", "Ommi xejn ma ħadet pjaċir b'din l-aħbar u missieri", "rriffjuta li jiffirmali l-karti biex insiefer peress li kont għadni taħt l-età.", "Imma inzerta li ftit wara għalaqt it-18 il-sena u allura ħija l-kbir Ġużeppi rnexxielu jikkonvinċi lil missieri li kien ser jieħu ħsiebi hu.", "Wegħdu li ser iġib ruħu daqs li kieku kien it-tieni missier tiegħi u kelmtu żammha għax id-dixxiplina tiegħu kienet iebsa mhux ħażin!", "Tlaqna tliet aħwa f'daqqa minn familja sħiħa: jiena u ħija Indrì u ħija Ġużeppi flimkien mal-familja tiegħu peress li kien miżżewweġ.\"", "Ommi tiftakarha qed tipprepara l-bagalji b'eċċitament kbir.", "\"Bsart li ser nimmissja lill-ġenituri tiegħi u lil ħuti imma ta' żagħżugħa li kont neħħejt dawk il-ħsibijiet minn quddiem għajnejja u minflok", "intfajt noħlom dwar dik l-opportunità sabiħa li ngħix u naħdem f'pajjiż ieħor.", "Ma kont qed nara xejn ħlief dak il-vapur sabiħ li kellna nirkbu u li kellu jeħodna lejn l-Awstralja!", "Qabel tlaqt ommi għafsitni magħha u reġgħet qaltli li ma xtaqitnix immur.", "Il-ħsieb tal-firda minni kien diġà qed ikiddha u talbitni biex ma ninsihiex u biex ma nibqax hemm.", "\"Erġa' ejja 'l hawn, tinsinix!\" lissnet waqt li bdiet ixxejjirli.\"", "Għajnejn ommi ntlew bid-dmugħ hekk kif it-tifkiriet t'ommha li ormaj m'għadhiex magħna, saru aktar ċari.", "\"Morna b'vapur lussuż u mill-isbaħ – is-Sydney.", "Il-kmamar kienu spazzjużi u komdi.", "Ħallasna biss għaxar liri kull wieħed biex vjaġġajna għal xahar sħiħ fuqu.", "Kien hemm ħafna Maltin oħra u kollha konna stmati tajjeb ħafna.", "Il-vjaġġ kien interessanti u pjaċevoli sakemm wasalna f'Port Said fil-Baħar l-Aħmar u nqbadna f'maltemp kbir.", "F'daqqa waħda kollox beda jitkaxkar 'l hawn u 'l hemm: l-imwejjed, is-siġġijiet, is-sodod.", "Tal-biża'!", "Ħafna mill-passiġġieri kellhom jingħataw il-mediċini għax ħassewhom ma jifilħux.", "Lili kieku m'għamilli xejn il-baħar imma ħassejtni tterrorizzata.", "Wara dakinhar bosta kienu b'qalbhom imtaqtqa kif ser naslu l-Awstralja għax il-vjaġġ donnu ma ried jispiċċa qatt!", "Xeni oħra li ma ninsix kienet meta l-ħaddiema ta' fuq il-vapur kienu jarmu l-fdalijiet tal-ikel il-baħar u trid tara l-klieb il-baħar jaqbżu fuqu u jsegwuna matul il-vjaġġ kollu, dejjem jistennew l-ikel ġej!\"", "Minn hemm u minn hawn fl-aħħar waslu Melbourne.", "\"Laqagħna temp imsaħħab u xejn ma ħadt grazzja mal-post.", "Xi ħbieb li kienu qed jistennewna ħaduna Adelaide li kien jumejn bogħod bil-karozza.", "Hemmhekk għamilna ftit taż-żmien.", "Kien post kwiet u ma", "tantx kien hemm xogħol.", "Tlaqna u morna Sydney, niġru minn xogħol għall-ieħor.", "Ħdimt f'diversi fabbriki imma ma nista' ninsa qatt kemm laqgħuni b'mod sabiħ fl-ewwel fabbrika li dħalt fiha.", "Kont ilni naħdem hemm ftit ġranet biss u hekk kif skoprew li kont għadni kif għalaqt it-18 il-sena għamluli surprise party u tgħidx kemm tawni rigali!", "Lanqas wara għaxar snin xogħol ma jagħmlulek hekk f'Malta.\"", "Ix-xogħol kien jagħmel il-parti l-kbira mill-ħajja tal-Maltin fl-Awstralja imma kien hemm lok għad-divertiment ukoll.", "\"Għalkemm ma tantx konna noħorġu niftakar li konna qbadna d-drawwa li mmorru naraw ir-wrestling.", "Spiss kien ikollna l-ġellied favorit tagħna u erħilna ngħajjtu kemm nifilħu meta jibda jaqla' xi daqqtejn tajba mingħand l-ieħor.", "Konna nidħlu b'vuċi tajba u noħorġu maħnuqin imma konna nieħdu gost.", "Dejjem bqajt bil-kurżità jekk kienux ikunu qed jiġġieldu veru jew le.", "Tant kienu jaqilgħu li ma stajtx nemmen li kienu jagħtu bis-serjetà.", "L-Awstralja kienet tgħaġġibni bil-kobor tagħha.", "Kienet sabiħa ħafna b'siġar twal u b'għelieqi spazzjużi u b'toroq li ma jispiċċaw qatt.", "Ġieli rajt ukoll xi annimali tal-post, l-aktar il-kangaroos kbar li mhux darba u tnejn fettlilhom jintasbu f'nofs ta' triq u ma jkunu jridu jwarrbu b'xejn biex ngħaddu bil-karozza.", "Fuq kollox, matul iż-żmien li għext hemmhekk, iltqajt ma' ħafna nies ta' diversi razez fostom ma' familja aboriġina li kienet toqgħod fid-dar ta' warajna.\"", "Akkost is-sens ta' avventura, id-demm Malti dejjem jibqa' jiġbed lejn il-familja.", "\"Ommi spiss kienet tibgħatilna l-ittri jew xi casette irrekordjatha bil-vuċi tagħha fejn kienet twissina biex noqogħdu attenti ħalli ma nweġġgħux u b'mod speċjali, biex ma niżżewġux hemmhekk.", "\"Fittxu", "ejjew 'l hawn, ejjew lura,\" kienet dejjem tirrepeti.", "Kemm tiflaħ tisma' kliem bħal dan?", "Wara sentejn u nofs fl-Awstralja rnexxielna nfaddlu biżżejjed flus biex inħallsu l-passaġġ lura lejn Malta, li issa kien jiswa' madwar Lm250 r-ruħ u tlaqna.", "Il-vapur li tlaqna bih kien sabiħ daqs l-ieħor – l-Angelina Lauro.", "Did-darba l-baħar kien żejt matul il-vjaġġ kollu u tgħidx kemm ixxalajna: nieklu, niżfnu u nixorbu.", "Bqajt impressjonata kemm kien hemm nies ta' kull ġens.", "Waqafna f'diversi postijiet sbieħ fostom f'Singapore imma ta tfajla li kont ftit li xejn niftakar aktar ħlief id-divertiment.\"", "Wara xahar ieħor ta' vjaġġ fuq il-baħar il-vapur finalment wasal Malta.", "\"Kont kuntenta li rajt pajjiż ieħor imma ddispjaċini ħafna li tlaqt il-familja tiegħi.", "Ħadt ir-ruħ hekk kif wasalna lura Malta u rajthom kollha qawwijin u sħaħ.", "Tgħidx kemm għannaqthom u kien f'dak il-ħin li rrealizzajt kemm kont immissjajthom.", "\"Ma nerġax nitla' ma.", "Ma nerġax nitilqek,\" wegħedt lil ommi hekk kif għafastha miegħi.", "U kelmti żammejtha allavolja ltqajt ma' numru ta' ġuvintur li xtaqu jiżżewġuni biex imbagħad insiefru f'xi pajjiż ieħor.", "Ħija l-kbir reġa' mar lura lejn l-Awstralja fejn għex għal bosta snin.", "Imma jiena qatt aktar ma tlaqt lil Malta u qatt aktar ma tlaqt lil ommi.\"", "Naturalment kulħadd għandu l-istorja tiegħu u hekk kif dil-ġimgħa sibt l-opportunità li niltaqa' ma' emigrant Malti li jgħix fl-Awstralja, tħajjart nieħu l-perspettiva tiegħu ukoll dwar das-suġġett.", "John Cassar ilu li telaq minn art twelidu madwar 35 sena ilu.", "Iżda d-diffikultà tiegħu hija li meta telaq, ħalla qalbu warajh.", "Li kien għalih, qatt ma kien jitlaq minn Malta.", "\"Mort l-Awstralja minħabba li riedet tmur marti.", "Madwar għaxar snin qabel, il-ġenituri tagħha u ħutha kienu telqu lejn l-Awstralja peress li Malta ma sabux xogħol.", "Meta konna namrati kienet titlobni", "nwegħedha li xi darba nitilgħu noqogħdu ħdejhom u jiena kont inweġibha li xi darba mmorru.", "Sadanittant kienet tmur iżżurhom għall-vaganzi u aktar iġġennet biex tmur hemm.", "Mal-milja tas-snin baqgħet tfakkarni li kont tajtha kelmti li ser neħodha tgħix ħdejn il-familja tagħha sakemm fl-aħħar kelli nċedi u tlaqna.\"", "Id-deċiżjoni li tħalli kollox warajk u terġa' tibda mhiex faċli.", "\"Hawn Malta ma kien jonqosna xejn.", "Kellna familja sabiħa b'żewġt itfal, kellna darna u jiena kelli xogħol tajjeb bħala għalliem.", "Biex morna l-Awstralja kellna nbiegħu d-dar u jien kelli nitlaq pożizzjoni li kienet għal qalbi u fejn kont ilni naħdem 13 il-sena.", "Fuq kollox kelli nħalli lill-ġenituri tiegħi u lil ħuti warajja.", "Inti taħseb li l-ġenituri tiegħi ma ħaduhiex bi kbira meta rawni nerħi minn idi dak kollu li kont ħdimt għalih u nitlaq f'art oħra filwaqt li nċaħħadhom mill-kumpannija tagħna u speċjalment tal-uniċi żewġ neputijiet li kellhom dak iż-żmien?\"", "Kont kurjuża jekk sabux diffikultà biex jintegraw u biex isibu xogħol?", "\"Minn daqshekk aħna l-Maltin ma tantx insibuha bi tqila biex nintegraw.", "Jien nismagħhom jgħidu li dawk il-Maltin li marru minn tal-ewwel hemmhekk kellhom iċ-ċans li jagħmlu flus tajba.", "Jingħad li tant kien hemm bżonn ta' nies illi meta l-ħaddiema kienu joħorġu mill-", "fabbriki wara ġurnata xogħol, kienu jsibu l-aġenti ta' fabbriki oħra jistennewhom barra lesti biex iħallsuhom paga aktar jekk imorru jaħdmu magħhom!", "Barra minn hekk, min ħaddem rasu u nvesta fl-art li f'dawk is-snin kienet irħisa, għaqqad kemxa sewwa minn fuqha.", "Meta mort jiena nfittex xogħol, xtaqt li nibqa' naħdem bħala għalliem.", "Madanakollu sibt illi biex ngħallem fl-Awstralja kien jeħtieġli nagħmel conversion course ta' erbgħa snin ħalli nitħarreġ fis-sengħa tat-tagħlim tal-post.", "Inħsadt mhux ħażin u mort niċċekkja f'kulleġġ f'Geelong fl-Università ta' Deakin dwar dan l-istess kors u dawn qaluli li lesti li jaċċettaw iċ-ċertifikati li kelli minn Malta u minflok nagħmel sentejn biss studju.", "Meta rajt li t-tnejn ma qablux bejniethom webbist rasi u ma ridtx nagħmlu aktar dan il-kors.", "Sa mn'Alla li l-Kappillan tal-post, li kellu r-responsabbiltà li jħaddem l-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja, iddeċieda li jagħtini xogħol għax kieku kont diġà lest li mmur nagħmel xi ħaġ'oħra.", "Għamilt 13 il-sena naħdem bħala għalliem u wara għaddejt 15 il-sena oħra naħdem mal-Australian Post sakemm ta' 68 sena waqaft għal kollox mix-xogħol.\"", "B'mod ċajtier, l-Awstralja hija magħrufa bħala l-pajjiż 'down-under' fejn kollox hu ta' taħt fuq: meta hawn tkun ix-xitwa hemm is-sajf, meta hawn qed jidlam hemm qed jisbaħ u ħafna affarijiet minn dawn.", "Kemm iddum biex tidra f'ħajja daqshekk differenti?", "\"Peress li jiena tlajt kontra qalbi l-Awstralja, nistqarr li għamilt madwar sentejn, tlieta nistaqsi lili nnifsi x'mingħalija li kont qed nagħmel hemm?", "Imma mbagħad sibt xogħol, xtrajt karozza u dar u bla ma naf kif bdejt nissetilja.", "Id-differenza fil-ħin malajr tidraha għax hekk jew hekk meta jidlam tmur torqod u meta jisbaħ tqum.", "Li tieħu naqra aktar żmien biex taċċetta huma ċertu affarijiet oħra bħat-taqlib fl-istaġuni fejn is-sajf", "jibda fl-1 ta' Diċembru u ovvjament niċċelebraw il-Milied fis-sħana.", "Fil-fatt għall-ewwel lanqas biss kont inqisu bħala Milied.", "Minflok ix-xitwa, id-dlam u t-triqat u l-ħwienet imżejjna bid-dwal u bil-presepji jew b'xi bambin tara s-sajf u n-nies jgħumu u jiċċelebraw b'xi barbeque.", "Fl-Awstralja jżejjnu biss il-ħwienet il-kbar u bl-iskop li jiġbdu l-klijenti u mhux għax jemmnu fil-Milied bħalna l-Maltin.", "Trid tifhem li f'dak il-pajjiż ma ssibx insara kattoliċi biss imma hemm bosta reliġjonijiet oħra li mhux neċessarjament japprezzaw il-Milied bħalna.", "Għallinqas fil-familja tiegħi bqajna niċċelebrawh l-istess: bil-quddiesa ta' nofs il-lejl u billi mmorru għal xi dinner dance fejn noqogħdu ndoqqu kanzunetti Maltin.", "Ftit ftit tibda tidra wkoll il-kultura l-ġdida u ddaħħalha fis-sistema tiegħek.", "Ngħidu aħna jekk f'Malta kont nieħu gost insegwi l-football, fl-Awstralja sirt akkanit tal-footie u issa għandi t-tim favorit tiegħi.", "Iżda John saħaq illi għalkemm il-Maltin fl-Awstralja qed jgħixu f'pajjiż ieħor, dan ma jfissirx li nsew lil pajjiżhom jew lit-tradizzjonijiet tagħhom.", "\"Partikolarment fejn jgħixu ħafna Maltin bħal f'Sunshine u f'St Albans issib ħafna affarijiet tipikament Maltin bħal ngħidu aħna affarijiet tal-ikel fostom: pastizzi, qassatat, zalzett tal-Malti, ġbejniet tal-bżar, bigilla u ravjul.", "Għalkemm mhux kulħadd iżomm it-tradizzjonijiet Maltin, il-mara tiegħi Sally baqgħet tagħmel il-figolli u l-borża ta' San Martin.", "Barra minn hekk ta' min insemmi li fl-Awstralja għadna niċċelebraw il-festi tal-qaddisin bħal kif konna niċċelebrawhom f'Malta iżda naturalment b'inqas pompożità.\"", "Il-Maltin kemm ifittxu l-kumpannija ta' Maltin oħra fl-Awstralja?", "\"Ħafna!", "Fejn noqgħod jiena f'Knox ma tantx issib Maltin imma mhux l-ewwel darba li nkunu qed nixtru minn x'imkien u nisimgħu lil xi ħadd jitkellem bil-Malti u mmorru naraw min hu biex ngħidu kelmtejn miegħu.", "Fost il-ġimgħa jiena u marti mseħħbin fi klabbs tal-Maltin fejn in-nisa sikwit joqogħdu jilgħabu t-tombla u aħna l-irġiel ninxteħtu niddiskutu l-politika u l-istejjer ta' tfulitna.", "Mhux darba u tnejn li nsellfu xi kotba jew DVDs bil-Malti lil xulxin.", "Kultant nistaqsu fejn marru ż-żminijiet tal-kummiedji li konna naraw bħal Spiru Cefai u Radju Muskettieri?", "Nixxenqu wisq għal xi kopja minn tagħhom ħa nidħku ftit.\"", "Indawwar kemm indawwar is-suġġett intbaħt illi kliem John dejjem idur fuq in-nostalġija li huwa jħoss lejn Malta.", "\"Wara dawk is-snin kollha mbiegħed minn art twelidi, ma nistax ngħid li l-firda għadha tkiddni daqs l-ewwel ġurnata li rfist fuq art barranija.", "Iżda xorta waħda l-weġgħa tal-firda ma tfieqx għalkemm tipprova.", "Jekk tkun sentimentali bħali ma jgħaddilek qatt għal kollox.", "Jekk inti tibqa' titkellem bil-Malti u tara lil dawk kollha ta' madwarek jitkellmu bl-Ingliż, taf li m'intix f'pajjiżek.", "Meta bħali uliedek jiżżewġu lil sieħeb u sieħba Awstraljani, awtomatikament iridu jitħaddtu", "bl-Ingliż u daqstant ieħor uliedhom għax inkella ma jiftehmux.", "Lin-neputijiet tiegħi ma nistax nirrakkuntalhom dwar il-ħajja li għext f'Malta għax ma' Malta m'għandhomx kuntatt u lanqas biss jafu fejn hi eżatt.", "Ma tistax taqbad ktieb bil-Malti u taqrahulhom għax ma jifmuhx.", "Meta jmorru l-iskola ma jitgħallmu qatt dwar Malta u l-istorja tagħha imma jitħarrġu f'informazzjoni dwar l-Awstralja.", "Sakemm qiegħed hawn irnexxieli nħażżeż ftit minn ħsibijieti li semmejthom 'Niket':", "X'dieqa ta' qalb meta tkun il-bogħod minn art twelidek!", "F'art fejn għalkemm sabiħa il-ħlewwa ta' lsienek ma tismax.", "Fejn il-ħàra ta' żogħżitek ma tiftakarx.", "U fejn għalkemm ħelu, kliem ulied uliedek ma jixbaħx lil dak li l-ewwel lissint int.\"", "Imma allura bqajt ma tħossokx tappartejni fl-Awstralja?", "\"Kif nista'?", "L-Awstralja ma nqishiex b'pajjiżi imma bħala art li ngħix fuqha.", "B'danakollu ma rridx infisser li l-Awstralja m'għamlitlix ġid.", "Fl-Awstralja għandi dar ħafna ikbar milli qatt kelli Malta u l-ftit flus li faddalt hemm għamilthom u mhux f'Malta.", "Fuq kollox l-Awstralja sabiħa immens imma għalija tibqa' dejjem art barranija.", "Jiena nħossni f'posti biss meta nkun hawn, f'Malta.", "Malta hija l-post fejn twelidt u trabbejt, fejn għext l-aħjar żmien ta' ħajti u fejn tkellimt bl-ilsien tiegħi.", "Għax ngħiduha kif inhi, l-pajjiżi kollha huma magħmula mill-blat, mis-siġar u mill-ilma.", "Ma tistax taqbadhom u tgħannaqhom ma' qalbek.", "Imma l-punt hu li qalbek tintrabat mal-art li twelidt u trabbejt fiha.\"", "John saħaq illi li kieku kien għalih kien jirritorna lejn Malta minn għada.", "Imma qabel jeħtieġlu jikkonvinċi lil martu u mhux daqshekk faċli.", "\"Kull ġimgħa ħafna Maltin li joqogħdu l-Awstralja jistennew bil-ħerqa l-aħbarijiet dwar Malta.", "Imma sfortunatament ikunu qosra wisq, minbarra li ġieli jibdlulhom il-ħin mingħajr ma javżawna u apparti kollox ħafna minnhom ikunu propoganda tal-gvern aktar milli aħbarijiet.", "L-agħar però huwa l-Malti li jużaw il-ġurnalisti li xi minn daqqiet lanqas nifhmuh għax ma jkunx b'Malti tajjeb imma imfarrak u mħallat mal-Ingliż jew it-Taljan.", "Din tal-Malti tikkonfondini lili għax fl-Awstralja talbuni ngħallem il-Malti u meta ġejt hawn qed nara li f'Malta stess nofs il-popolazzjoni lanqas biss taf titkellem b'Malti tajjeb!", "U allura ngħid x'jiswa li ngħallmuh hemmhekk?", "Dan jgħodd ukoll għal meta jiġu diversi kbarat iżuruna u jħeġġuna biex ngħożżu l-Malti u l-kultura Maltija u biex nibqgħu ngħallmu l-Malti lil uliedna.", "Imma nerġa' nistaqsi għalfejn meta hawnhekk, f'Malta stess, dan ma jsirx?", "Bqajt skantat ukoll meta f'dawn il-ġimgħat ippruvajt nagħmel karta tal-identità Maltija peress li talbuhieli biex inkun nista' niftaħ kont bankarju.", "Ma rnexxilix nagħmilha u minflok ippruvajt ninqeda bil-", "passaport Malti u ma ngħidlekx kemm dam jitħabat l-iskrivan tal-bank biex jara kif ser jaqdini bih!", "Allura nsostni għala għandu jkolli ċittadinanza Maltija u passaport Malti jekk dawn ma tinqeda bihom imkien?", "Tgħid m'għamlulix il-karta tal-identità għax beżgħu li ġej nivvota biha?", "Bħallikieku ħa noqgħod ninqala' mill-Awstralja għalhekk.", "Allavolja, ħa ngħiduha kif inhi, meta nġiebu n-nies mill-Ewropa u l-Konslu saħansitra nġiebet mill-Awstralja biex tivvota, dawn l-affarijiet ġraw, hux hekk?", "Hemm ħafna kieku xi ssemmi.", "Imma tgħid aħna minsijin għax meqjusa bħala Maltin tal-Awstralja?\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-12 ta' Settembru 2010)", "emigrazzjoni", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "LURA FIŻ-ŻMIEN – IL-MALTIN FL-AWSTRALJA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/04/il-hajja-bhal-lotterija/", "text": ["IL-ĦAJJA BĦAL LOTTERIJA", "\"Illum, aktar minn qatt qabel, jeżisti l-bżonn li nitkellmu flimkien u li nisimgħu lil xulxin sabiex nifhmu aħjar kif inħarsu lejn id-dinja tagħna.", "Iċ-ċinema huwa l-aħjar mezz kif tista' tagħmel dan.\"", "Martin Scorsese", "Attur prinċipali u Executive producer – 'In the end'", "Jgħidu li fid-dinja min jitwieled tond ma jmutx kwadru.", "Forsi veru, imma għallinqas nemmen li tista' taħdem biżżejjed biex għallinqas jekk ma tmutx kwadru, almenu tmut ovali.", "In-nies li jirnexxu fil-ħajja minn dejjem kienu għall-qalbi.", "B'mod speċjali nitpaxxa insir naf dwar dawk l-inividwi li bdew mix-xejn iżda għax emmnu fihom infushom u f'ħolmiethom, stinkaw u ħadmu sakemm waslu fejn xtaqu.", "Wisq probabbli jqanqalni l-aspett ta' kif wieħed jisfida destinu u jittanta jmur aktar il-bogħod minn kemm id-dinja tkun ippjanat li tagħtih.", "Forsi għalhekk ukoll nikteb dawn l-artikli...", "L-ewwel nett għax nieħu pjaċir nagħti dik l-importanza li jixraqlu bniedem li jkun ħadem għal xi ħaġa f'ħajtu.", "U t-tieni biex nipprovoka u nħajjar lil dak jew lil dik li forsi għandhom ħolma f'ħajjithom imma għad m'għandhomx fiduċja biżżejjed li jistgħu jwettquha.", "Din il-ġimgħa ser inlaqqagħkom ma' ħabib tiegħi li hu wkoll kellu ħolma u li ftit ftit qiegħed jagħmilha realtà.", "Lil Ramon Mizzi iltqajt miegħu meta kont għadni naħdem il-", "bank.", "Ma ridtx ħafna biex nintebah li kellu karattru pjuttost insolitu u nistqarr li ftit naf bħalu.", "Bniedem deċiż li kelma jgħidilek, tieħux għalik jew le.", "Imma miegħu tkun taf fejn inti.", "Niftakru affaxxinat bil-kbir bl-attur Marlon Brando imma sakemm konna naħdmu flimkien, qatt ma smajtu jgħid li xtaq jaħdem fil-qasam tal-films.", "B'danakollu kont ċerta illi l-ambjent formali tal-bank fejn konna naħdmu, xejn ma kien jaqbel mal-personalità tiegħu.", "Ma stajtx nifhem x'ġibdu lejn dak ix-xogħol u fil-fatt wara ftit tas-snin ġietu x-xorti li jieħu s-somma u telaq.", "\"Għoddejtu bħala t-tieni ċans f'ħajti sabiex nagħmel dak li veru nixtieq,\" beda jgħidli hekk kif bdejna nfakkru lil xulxin dwar l-esperjenzi u l-memorji ta' dak iż-żmien.", "\"Meta kont il-bank bdejt inħoss ġibda lejn id-dinja taċ-ċinema.", "Niftakarni naħseb illi jekk xi darba nispiċċa minn dak ix-xogħol ma nerġax nidħol f'xogħol ieħor li ma jkunx għal qalbi.", "U nistgħu ngħidu li ġietni l-opportunità.", "Meta konna żgħar, jiena u ħija konna naraw ħafna films kemm għax fil-familja nħobbuhom ħafna u speċjalment għax in-nannu kien jaħdem bħala projectionist taċ-ċinema.", "Sikwit kienu jiġuni ħafna ideat imma ma kontx naf kif ser nesprimihom jew niktibhom.", "Għaldaqstant meta ħadt is-somma ddeċidejt illi flimkien ma' ħija nidħol għal kors ta' 4 snin fil-film-making f'Università fl-Awstralja – Middlesex School of Audio-Engineering.", "Kien kors utli ħafna fejn matulu ingħatajna taħriġ prattiku fuq il-kamera u kif neditjaw.", "Trawwimna wkoll kif nibnu skript li jiġbed l-udjenza, kif toħloq dawk it-'twists and turns' u kif karattru tagħtih dik ix-xi ħaġa li l-udjenza tkun tista' tirrelata miegħu.", "Fostom laqtitni s-sengħa ta' kif tibni l-profil tal-attur u s-sistema ta' kif issawwarlu l-karattru matul il-vjaġġ tiegħu fil-film.", "Rajna wkoll kemm kien importanti illi lill-attur turih dan il-profil u mhux tħalli f'idejh biss u mbagħad tara wara biex ser joħroġ.", "Xi ħaġ'oħra li ftaħna għajnejna dwarha kien il-fatt li ridt tikteb skont ir-riżorsi li kellek f'idejk.", "Ngħidu aħna inutli tikteb dwar xeni ta' karozzi jinqalbu u jisplodu meta m'għandikx il-finanzi biex tiġbed xeni bħal dawn.", "Finalment, meta ggradwajna, konna aktar preparati biex nibdew għalkemm konna konxji illi f'din l-industrija biex tirnexxi teħtieġ ħafna esperjenza.\"", "\"Qabel jiena u ħija kellna xogħlijiet differenti,\" kompla jispjegali Alexis.", "\"Din kienet l-ewwel darba li konna qed nagħmlu xi ħaġa flimkien f'dan il-qasam.", "Il-faxxinu lejn il-film-making hija xi ħaġa komuni bejnietna.", "Jiena minn dejjem kelli dik il-ħeġġa li nirrakkonta l-istejjer, mhux permezz tal-kitba imma permezz tal-filming.", "Imma ma kontx naf kif isiru dawn l-affarijiet.", "Qabel dħalt għal dal-kors kont naħseb illi film isir billi wieħed jagħmel reċta u mbagħad jibda jiġbed biċċa u jieqaf, wara jiġbed biċċa oħra u jerġa' jieqaf sakemm finalment ipoġġi kollox flimkien u jsir il-film.", "Ma kelli l-ebda idea tal-editing!\"", "Wara li lestew dan il-kors Ramon u Alexis irritornaw lura f'Malta.", "Hawnhekk huma ħadmu bħala għalliema fl-MCast u aktar tard kienu responsabbli mir-restawr tal-arkivji tal-PBS.", "\"Bdejna nirrestawraw ix-xogħol tat-tertuqa fl-arkivji li kienu jkopru filmati mill-1964 sa l-1981.", "Ftit wara beda jittella' programm bi skop edukattiv fuq TVM bl-isem ta' TV Education.", "Matulu aħna kellna nippreżentaw filmati qosra ta' 5 minuti kollox b'materjal li konna nsibu mill-arkivji kif finalment kien iġib l-isem tal-progamm – 'Mill-Arkivji'.", "Fid-dinja llum, speċjalment fl-Ewropa, hemm sistema ta' servers u hard drives fejn inti tista' tiddiġitalizza l-antik f'format modern ħalli ma tħallix filmati preċedenti jintilfu.", "Sfortunatament fil-passat mhux dejjem kellhom il-futur f'moħħhom u ċertu materjal li kienu jaħdmu bih ma kienx jiflaħ għal tul ta' snin.", "Konsegwentement intilfu ħafna rikordji mprezzabbli madwar id-dinja kollha.", "L-arkivji huma storja ta' nazzjon u ta' kultura.", "Hi x'inhi, jekk hiex aħbar, jekk hiex drama jew xi show televiżiva, kollha jiffurmaw l-istorja ta' dak il-pajjiż u l-kultura tiegħu.\"", "\"Konna nsibu ħafna stejjer interessanti,\" kompla jispjegali Alexis.", "\"Ġieli konna ntellgħu xi aħbar antika bħal meta kien waqa' l-ajruplan Vulcan fuq Ħaż-Żabbar; filmat li lili affaxxinani ferm peress li lanqas biss kont naf li qatt sar inċident hekk.", "Ironikament wara li ħarġu dawn il-filmati missieri qalli li kienu ħaduni hemm dakinhar tal-inċident imma peress li kont għadni żgħir insejt kollox.\"", "\"Niftakar darba sibna programm tas-snin sebgħin 'Malta u lil hinn minnha' li kien jagħmel Charles Abela Mizzi,\" daħal ikompli Ramon.", "\"Fih kien hemm l-aħbar ta' meta kien sploda tanker taż-żejt fil-Libja u kienu mietu erbgħa Maltin u żewġ Ingliżi.", "Urejnieh fuq it-TV bl-inqas ħsieb imma l-għada li ntwera tgħidx kemm ċemplulna nies il-biċċa l-kbira familjari tagħhom.", "Għalija kien mument veru emozzjonali.", "Intbaħt kemm wara kollox b'xogħol bħal dan tkun qed tagħti servizz lill-poplu.\"", "\"Lili taf x'impressjonani l-aktar?\" introduċa ruħu fid-diskursata Philip (li jiġi missier Ramon u Alexis), \"meta ġabu lill-Għawdxin sejrin lejn l-Awstralja.", "Kienu qed jintervistawhom.", "Staqsewhom fejn sejrin u x'kien beħsiebhom jagħmlu hemm?", "Kienu kollha lebsin puliti bil-ġlekk u l-ingravata, qishom sejrin għal xi tieġ.", "Kien hemm wieħed qal \"Ma nafx imma hawn naħdem fil-ġebel kont jien.\"", "Illum li għaddew is-snin u naf minn xiex għaddew dan-nies, inħoss ħafna meta nara filmati bħal dawn.\"", "F'Lulju tal-2008 huma pparteċipaw bil-film li nħadem għat-teżi biex iggradwaw 'Moving On' fin-National Film Competition tal-Malta Cine Circle.", "Rebħu tliet awards għalih: Best Production, Best Director u Best Use of Sound.", "Id-diskussjoni ma damitx ma daret fuq ix-short film 'In the end' li pproduċew Ramon u Alexis fl-2009.", "Fi Frar ta' dis-sena huma telgħu Los Angeles biex jiġbru l-award internazzjonali li rebħu għalih fit-taqsima tal-Best International Contemporary Short f'kompetizzjoni mnhedija waqt in-New York International Independent Film and Video Festival.", "\"Qatt ma ħsibna li ser naslu s'hawn u naturalment inħossuna kuntenti ħafna li xogħolna ġie apprezzat tant!", "Konna naqra kwieti u ddeċidejna li ntellgħu short film.", "Konna naħdmu fuqu matul il-weekends.", "Bdejna fi Frar 2009 u lestejna f'Ġunju tal-istess sena.", "Sakemm inħadem ma kellniex xi pjanijiet kbar dwaru imma mbagħad kif rajna l-prodott lest l-istorja kienet differenti.", "Bgħatna l-film f'diversi postijiet fostom anki l-Amerika.", "Kien hemm fejn ġie aċċettat u kien hemm fejn ġie injorat.", "Fil-fatt bil-film 'In the end' konna anki pparteċipajna fi programm li kien qed jippromwovi s-short films fuq stazzjon Malti imma hemmhekk ma tantx għamel ħoss.", "F'Lulju mbagħad ipparteċipajna fin-National Film Competition mnhedija mill-Malta Cine Circle fejn il-film innifsu ma rebaħ xejn filwaqt li missieri rebaħ il-premju tal-Best Performance bħala l-attur prinċipali.", "Il-festival li rbaħna b' 'In the end' huwa wieħed mill-akbar festivals indipendenti li jagħtu importanza kbira lix-short films, feature films u dokumentarji.", "Ħadna sehem fih meta issuġġerihulna ħabib tagħna minn New Zealand li hu direttur tal-fotografija.", "Kif għedtlek, ma konna qed nistennew xejn kbir imma f'daqqa waħda bdew jiġru ħafna affarijiet.", "Aħna bgħatna l-film f'Ġunju 2009 billi tellgħajnih fuq il-YouTube.", "Xahar wara ċempluli biex inħallsu applikazzjoni ta' parteċipazzjoni fil-festival peress li l-film kien ġie aċċettat biex jieħu sehem b'mod formali.", "F'Awwissu rċevejt email fejn għarrfuni illi 'In the end' kien ġie magħżul uffiċċjalment.", "Anki s'hemm għalina kien diġa' unur kbir u nistqarr miegħek illi qisna nsejnih xi ftit meta beda għaddej iż-żmien.", "F'Ottubru reġgħu kkuntattjawni peress li xtaquna nitilgħu New York ħalli nkunu preżenti għall-wiri tiegħu fis-swali taċ-ċinema.", "Imma kemm peress li konna qegħdin nistudjaw il-Masters u aktar u aktar għax ma kellnix finanzi, ma tlajnix.", "Sadanittant il-film tagħna kien qiegħed jieħu sehem f'selezzjoni oħra fejn għal għaxart ijiem kuljum kienu qed jintwerew ammont ta' films internazzjonali sabiex l-udjenza tagħżel l-aħjar tnejn minnhom.", "Fl-aħħar ġurnata kellhom jintwerew il-films kollha li ntagħżlu u minn hemm joħroġ ir-rebbieħ.", "Meta waslet l-aħħar email biex tinfurmana li l-film tagħna kien rebaħ award internazzjonali, bilkemm ridna nemmnu.", "U ċċekkjajna għal darba tnejn biex nikkonfermaw li kien minnu.\"", "'In the end' huwa film ta' madwar 10 minuti.", "Jitratta l-istorja ta' Paul, raġel anzjan li jgħix waħdu u li qed ibati mill-kundizzjoni tal-Alzheimer's. Xtaqt inkun naf kif ġiet l-idea lil Ramon li jikteb dan l-iskript?", "\"L-ispirazzjoni għal din l-istorja ġietni meta kien qed imut in-nannu tiegħi, missier ommi.", "Dawk huma familja kbira u meta saret evidenti li n-nannu kien ser imut, kulħadd dar miegħu.", "Kont qed inħares", "lejn dix-xena meta għaddieli l-ħsieb \"ara naqra, x'familja għandu ddur bih!\"", "U mbagħad komplejt nistaqsi \"Tgħid la nikber bħalu, inkun hekk jien?", "Għedt ma naħsibx\".", "U minn hemm bdiet l-idea dwar dan ir-raġel anzjan illi fuq is-sodda tal-mewt tiegħu qiegħed jhewden dwar ħajtu l-imgħoddija filwaqt li beda jistaqsi li kieku għex mod ieħor, x'kien jinbidel minn dawk il-mumenti li kien għaddej minnhom?", "Peress li l-anzjan kellu l-kundizzjoni tal-Alzheimer's, ħsibijietu ġew b'saħħithom ħafna tant li saru aktar sodi u reali.\"", "Philip ħadem il-parti ta' Paul.", "Kif ħejja ruħu għal karattru hekk?", "\"Jiena rajt lil missieri jmut bl-Alzheimer's għalkemm dak iż-żmien lanqas biss kont naf.", "Ma kienx muġugħ imma rajtu jidbiel ftit ftit kuljum.", "Ħassejtni sodisfatt li rnexxieli nwassal dak li jgħaddi minnu bniedem li jbati minn dil-kundizzjoni.", "Fil-fatt il-film trid tarah aktar minn darba biex tifhem sewwa d-dettalji u l-messaġġi kollha li fih.\"", "X'messaġġ xtaqtu twasslu permezz ta' dan il-film?", "\"Minn riċerka li għamilna skoprejna illi l-kundizzjoni tal-Alzheimer's hija problema kbira ħafna fl-Amerika.", "M'għandnix dubju illi dan kien wieħed mill-fatturi għala rebaħ 'In the end' peress li l-udjenzi setgħu jirrelataw miegħu faċilment.", "Kif kulħadd jaf, fl-Amerika hemm problema kbira bid-distanza u għalhekk xtaqna illi min jara dan il-film jiftakar fl-anzjani tiegħu u jekk dawn jinsabu weħidhom jagħmlu daqsxejn sforz biex jagħmlu kuntatt magħhom jew jagħtuhom ftit għajnuna.\"", "Akkost li kemm Ramon u kemm Alexis jidhru li għalissa ma jixtiequx irabbu għeruq ma' xi tfajla, in-namra fil-qasam tal-film-making qed tiżdied bil-bosta.", "Fil-fatt dan l-aħħar huma reġgħu telqu kollox minn idejhom sabiex jiffukaw fuq Masters in TV and Interactive Content, din id-darba fl-Università ta' Birmingham City fl-Ingilterra.", "\"Iva ddeċidejna li nagħmlu l-Masters flimkien speċjalment għax irrealizzajna li naħdmu tajjeb ħafna bħala tim.", "L-idea ġiet għax xtaqna li jkollna aktar taħriġ f'dan il-qasam.", "Barra minn hekk qed nittamaw li niltaqgħu ma' xi ħadd fl-Ingilterra li miegħu nistgħu nkabbru dan it-tim.", "Iżda s'issa għadha ma seħħitx din il-biċċa xogħol kemm għax fl-Ingilterra n-nies spiss joqogħdu ġewwa minħabba t-temp u anki għax il-post fejn qegħdin huwa kemmxejn għali u peress li aħna studenti nżommu naqra lura mill-ħruġ biex nevitaw spejjeż żejda,\" fehemni Alexis.", "It-taħriġ li qed nieħdu bħalissa huwa tajjeb ħafna.", "Fostom qed naraw kif għandek tibni kontenut għal dokumentarji televiżivi bħal dawk li kapaċi joffru ir-RAI, il-BBC u n-National Geographic.", "Inzerta li d-dokumentarji minn dejjem kienu jinteressawni u hawnhekk qed nitkissru fuq stil differenti minn dak li mdorrijin soltu naraw f'pajjiżna.", "Tolqotni s-sistema kif ma tużax biss id-dati imma tagħfas iktar fuq l-istorja u l-ħajja ta' dawk li tkun qed titkellem dwarhom.\"", "Hemm xi film-maker li jispirahom?", "Ramon irrispondini mill-ewwel \"Kathryn Bigelow li għamlet il-film 'The Hurt Locker'.", "Ammirajtha għax kienet l-ewwel mara li rebħet l-Oscar bħala film-maker u b'hekk irnexxielha tkisser id-drawwa ta' industrija ġeneralment orjentata lejn l-irġiel.\"", "Lil Alexis jispiraħ \"Martin Scorcese l-aktar minħabba l-mod ta' kif jibni drama u kif jirrakkonta l-istorja, kif jiġbidha u jeditja.", "Joħloq ukoll ħafna karattri u stejjer interessanti.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi l-films 'Cape Fear', 'Taxi Driver' u 'Shutter Island.\"", "Bħala attur lil Philip jogħġbu \"Al Pacino għax il-karattri li jaħdem huma kollha 'nies ta' veru'.\"", "Ma stajtx ma napprezzax is-sinerġija bejn dan il-missier u ż-żewġ uliedu li bejniethom it-tlieta jagħmlu kuraġġ lil xulxin sabiex ikomplu joħolqu proġetti ġodda.", "Madanakollu Philip stqarr miegħi illi f'żogħżitu huwa ma kienx sab din l-għajnuna...", "\"Kif qalulek uliedi aħna ġejjin minn familja li ilha ntiża fil-qasam tal-films.", "Fi żmienu nannuwi Francis Mizzi, kien intebaħ bil-potenzjalità li kellu ċ-ċinema f'Malta.", "Għalhekk bena żewġ talksijiet; wieħed", "f'Ħal-Luqa u l-ieħor f'Ħal-Qormi magħruf bħala 'Il-Warner'.", "Terġa' missieru kellu wkoll ċinema ieħor f'Ħal-Qormi li kien jismu s-'St George's' fejn illum hemm il-Każin tal-Labour.", "Missieri kien jaħdem bħala projectionist u meta żżewweġ lil ommi din kienet tqatta' ħafna ħin ħdejh.", "Għalhekk kienet tgħidli illi jien kont ilni nara l-films sa minn qabel twelidt għax anki meta kienet tqila baqgħet tmur sikwit.", "Meta mbagħad kbirt ftit, kont noqgħod ħdejn missieri fuq banketta nsegwi l-films.", "Tant kont nintilef li ġieli għamilt pipi taħti biex ma nitlifx xi biċċa u ommi tgħidx kemm kienet tirrabja!", "Ġiet naturali l-ħajra li nsir attur imma l-ironija hija illi missieri qatt ma aċċetta din ix-xewqa tiegħi!", "Dak iż-żmien fil-'Warner' kienu jiġu ħafna artisti Taljani biex jagħmlu l-cabaret shows.", "Kienu jgħixu ħajja ta' ħallat u aqsam.", "Ma kien ikollhom diċenza ta' xejn u ovvjament missieri kellu impressjoni ħażina ħafna tal-atturi.", "Kif spiċċajt mill-Liceo u bdejt it-teatru hu qalli \"Se nibdew?", "Ara għamel din u ieqaf.\"", "Kien għalxejn li qgħadt ingerger u neqred għax missieri kien deċiż tant li heddidni li jitfagħni 'l barra mid-dar jekk insostni.", "Kelli nċedi iżda wara li twieldu ż-żewġt itfal tiegħi attendejt fl-iskola tad-drama u llum ilni 33 sena naħdem fit-teatru.\"", "staqsejtu liema rwoli li ħadem kienu l-aktar għal qalbu ma damx jaħsibha...", "\"Ovvjament il-parti ta' Paul f''In the end'.", "Għoġobni għax kellu karattru kumpless ħafna.", "Waqt il-filming kont ninqata' għalija sabiex nidħol fil-karattru.", "Min jaf kemm il-darba bqajt waħdi fis-sodda, anki meta l-oħrajn kienu jieqfu għall-brejk, ħalli ma nitlifx il-konċentrazzjoni.", "Għall-qalbi ħafna wkoll hija l-parti ta' miġnun li kont ħdimt fil-play Marat-Sade li l-istorja tagħha titkellem dwar il-qtil tal-Markiż de Sade.", "Interessanti huwa l-fatt illi dan Sade kien kittieb kontroversjali li qatta' madwar 32 sena minn ħajtu magħluq fil-ħabsijiet u fil-manikomji.", "Il-kelma 'sadiżmu' oriġinat minn kunjomu proprju minħabba l-ħajja li kien jgħix u anki għal kitbietu fejn fostom esiġa illi l-atturi ta' Marat-Sade kellhom ikunu kollha nies mill-manikomju.", "Kienet play diffiċli imma kellna rispons tajjeb ħafna dwarha.\"", "Ma' Philip il-kliem waqa' mill-ġdid dwar il-film li ħadmu wliedu fejn fostom saħaq illi f'pajjiżna hawn nuqqas kbir ta' sapport fejn tidħol il-kultura.", "\"Hawnhekk trid tibda mix-xejn, il-motivazzjoni tiegħek biss trid tmexxik.", "M'hemm imkien fejn il-film-makers jistgħu jiltaqgħu u jagħmlu naqra kuraġġ lil xulxin.", "Biex għamilna dan il-film u saħansitra meta morna niġbru l-award kellna niffinanzjaw kollox aħna.", "Meta ċċekkjajna jekk stajnix nieħdu xi għajnuna finanzjarja biex inkomplu b'dan ix-xogħol infurmawna illi m'hawn l-ebda fondi dedikati għax-short films.", "L-affarijiet biex isiru tajjeb iridu l-flus, aktar u aktar jekk irridu nikkompetu ma' xogħolijiet barranin fejn dal-qasam huwa ħafna aktar stmat.\"", "mill-ġdid fuq Ramon u Alexis u xtaqt inkun naf jekk hux diffiċli li tirnexxi f'din l-industrija u jekk tagħmilx differenza li huma Maltin.", "It-tnejn qablu illi \"L-aktar importanti huma l-kuntatti, it-talent u x-xorti.", "Trid tinzerta fil-post it-tajjeb, fil-ħin opportun u tiltaqa' mal-persuni ġusti.", "Jeħtieġ li tieħu l-ħajja bħal lotterija – aktar ma tixtri u tilgħab biljetti, aktar iżżid iċ-ċans li tirbaħ xi darba.", "Ma jidhrilnix li tagħmel differenza li aħna Maltin.", "Illum bl-internet tilħaq ħafna nies kullimkien.", "F'din l-industrija aktar naħsbu illi s-sigriet hu kemm inti kapaċi li tipprovoka l-udjenza tiegħek b'ideat ġodda u b'oriġinalità f'xogħolok.", "Meta konna żgħar konna tgħallimna ħafna stejjer fostom dawk ta' Dick Whittington u ta' Cindirella.", "It-tnejn irnexxew fl-aħħar tar-rakkont għalkemm l-istejjer tagħhom kienu differenti.", "Whittington tħabat u stinka biex wasal fejn ried mentri Cindirella ġieta tajba u barra minn hekk kellha lil fairy godmother!", "Il-ħajja reali tixbaħ ħafna lil dawn l-istejjer.\"", "Bejn kafè u ieħor il-ħin kien sar sew.", "Kien għad fadalli kurżità waħda – x'kien l-akbar proġett li xtaqu jagħmlu?", "Philip kien dirett, \"Aktar milli proġett nixtieq li mqar għal darba t-teatru jagħti l-kreditu fejn jixraq!\"", "Ix-xewqa ta' Alexis hi, \"Li noħroġ b'idea oriġinali għal feature film ħalli eventwalment nirbaħ l-Oscar!", "Kbira żżejjed hux?", "Imma fid-dinja ma tridx taqta qalbek!\"", "Ħallejt lil Ramon jagħlaq id-diskursata, \"Li naħdem feature film ibbażat fuq il-kultura Maltija.", "Fil-preżent dan il-qasam hu bbumbardjat bil-kultura Amerikana.", "Tkun interessanti kieku.", "Issa kemm naħseb li dan huwa possibbli?", "Jiddependi kemm ser tidħakli x-xorti!\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-18 t'April 2010)", "Alexis Mizzi", "anzjan", "Luqa", "Philip Mizzi", "Ramon Mizzi", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-ĦAJJA BĦAL LOTTERIJA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/09/ejja-naghtuh-x%E2%80%99jaqra-lill-poplu/", "text": ["EJJA NAGĦTUH X'JAQRA LILL-POPLU", "Dil-ġimgħa se nlaqqagħkom ma' ħabib antik tiegħi li permezz tiegħu jiena komplejt insaħħaħ imħabbti lejn il-kotba.", "Sirt nafu l-ewwel darba meta bħala studenta, f'sajf", "minnhom, sibt ruħi qed naħdem fil-Librerija Pubblika Ċentrali li hemm il-Furjana.", "Bl-għajnuna ta' Horace Portelli li kien jaħdem hemmhekk, tħarriġt fl-ewwel passi ta' librara u b'hekk stajt nifhem aħjar x'jinvolvi s-self tal-kotba.", "Niftakar li Horace kien ħa lili u lil xi wħud minn sħabi taħt 'il-mantell tiegħu' u b'hekk bidlilna esperjenza, li taħt it-tmexxija ta' persuna oħra kienet għoddha sejra tiqras, għal waħda pożittiva, pjaċevoli u memorabbli.", "Sal-lum il-ġurnata, aktar minn għoxrin sena wara, kull meta mmur il-librerija, għadni mmur infittxu biex ngħid kelma miegħu u mal-ħaddiema l-oħra li llum ngħoddhom kollha bi ħbiebi.", "Illum Horace huwa l-Manager tal-Customer Care Unit tal-Libreriji Pubbliċi.", "\"Issa ilni 30 sena naħdem hawn imma xorta waħda għadni nħossni eżatt bħall-ewwel ġurnata li dħalt f'dax-xogħol.", "Dħalt f'dal-qasam għax il-kotba minn dejjem kont inħobbhom.", "Nemmen illi l-qari kapaċi jagħnik b'dak l-għerf li l-ebda persuna oħra mhu kapaċi tagħtik.", "Għalhekk meta ġiet l-opportunità li nidħol fid-dipartiment tal-libreriji ħtaft l-okkażjoni u minn dakinhar 'l hawn qatt ma mxejt f'xi dipartiment ieħor.", "Hawnhekk inħossni f'posti u aktar ma jgerrbu s-snin aktar qed nibni esperjenza li permezz tagħha nkun nista' ngħin aħjar lill-pubbliku in ġenerali.", "Fil-ħajja ma tieqaf titgħallem qatt għax dejjem hemm fejn tista' tirranġa għall-aħjar.", "U huwa proprju dak l-għatx biex inkun naf aktar li jżommni għaddej b'entużjażmu anki wara dawn is-snin kollha naħdem fl-istess post.\"", "Imma f'dal-qasam ix-xogħol tal-Customer Care x'jinvolvi?", "\"L-ewwel prijorità hija dejjem li nagħtu servizz ta' eċċellenza lill-klijenti tagħna.", "Fil-fatt ta' min isemmi illi d-dipartiment tal-libreriji kien l-ewwel wieħed li fetaħ il-Quality Service Charter li nieda l-gvern.", "Ta' sodisfazzjon ukoll kienu d-diversi premijiet li rbaħna għas-servizz li nagħtu lill-klijenti tagħna.", "Bil-kuntrarju ta' x'jaħsbu wħud, ix-xogħol tal-customer care huwa pjuttost vast.", "Primarjament aħna qegħdin hawn biex nilqgħu l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-klijenti tagħna.", "Hawnhekk jidħlu wkoll il-formoli kollha ta' sħubija mal-libreriji sabiex jiġu proċessati.", "Interessanti tkun taf illi dawn il-formoli jmorru lura sal-1976 u għalhekk numru minnhom huma pjuttost uniċi peress li jirrappreżentaw individwi prominenti li llum m'għadhomx magħna.", "Bil-għan li nxerrdu dejjem aktar l-imħabba lejn il-qari, fil-ġranet tal-iskola norganizzaw ukoll bosta orientation visits għall-istudenti fejn dawn jiġu mgħarrfa dwar is-servizzi tagħna u jittieħdu għal dawra madwar il-librerija kollha.", "Bl-istess skop, noħorġu anki barra mill-librerija u mmorru nagħmlu laqgħat ġol-kunsilli lokali biex inkomplu nħajjru aktar nies jissieħbu magħna.", "Ma rridx ninsa ngħid li permezz ta' arranġamenti li saru mal-kunsilli lokali, dawn jagħtuna ħafna għajnuna fostom fondi biex jinxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-lokalità tagħhom.", "Barra minn dan, bħala rappreżentant għall-media, jiena nipparteċipa wkoll f'xi programmi tar-radju u tat-tv u dejjem intambar fuq l-importanza tal-qari.", "Finalment nagħtu wkoll it-taħriġ u kull għajnuna li jkun hemm bżonn lill-ħaddiema tagħna li għandna mxerrda fid-diversi libreriji madwar Malta u Għawdex.\"", "X'tip ta' servizzi jeżistu fil-Librerija Pubblika Ċentrali?", "\"Ninsistu ħafna fuq is-sistema ta' one-stop-shop fejn il-klijent jiġi u jinqeda minn kollox.", "Fil-fatt illum biex wieħed jissieħeb mal-librerija hija ferm faċli.", "Adult kemm iġib karta tal-identità miegħu u tinħariġlu card dak il-ħin stess li tintitolah biex jissellef erbgħa kotba għal tliet ġimgħat.", "It-tfal jistgħu jiġu ma' xi ġenitur li jippreżenta l-karta tal-identità tiegħu u l-card tat-tifel jew tifla tinħareġ immedjatament.", "Apparti mill-għażla sabiħa ta' kotba ta' kull ġeneru, l-librerija toffri wkoll servizz ta' referenza fejn il-klijent jista' wkoll jagħmel xi photocopies li jkun jeħtieġ.", "Waħda minn dawn hija s-sezzjoni tal-", "Melitensia li tikkonsisti f'kollezzjoni ta' kotba dwar Malta u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' awturi Maltin.", "Wieħed isib ukoll ġurnali ta' dawn l-aħħar tliet snin.", "Issa li dalwaqt tibda l-iskola dis-sezzjoni jżuruha ħafna studenti għall-proġetti tagħhom.", "Sezzjoni oħra ta' referenza tinkorpora kotba dwar diversi suġġetti.", "Fil-librerija għandna wkoll sezzjoni awdjo-viżiva fejn wieħed isib numru ta' internet points u audio u video casettes kemm edukattivi u anki dawk ta' divertiment bħal films tat-tfal.", "Parti għal qalbna ħafna hija s-sezzjoni li tieħu ħsieb lil nies bi bżonnijiet speċjali.", "Għal dawn il-klijenti aħna noffru s-servizz ta' talking books, li jikkonsistu f'casettes irrekordjati bil-qari tal-kotba.", "Dawn il-kotba nirrekordjawhom aħna stess fir-recording studio tagħna u jiġu moqrija b'mod volontarju minn nies professjonali.", "Dan is-servizz jintuża ħafna wkoll mill-anzjani li jkunu qed isibu diffikultà biex jaqraw.", "Is-selezzjoni ta' kotba hija tant enormi li min japplika għal dawn it-talking books jintbagħtlu katalgu biex jagħżel liema minnhom l-aktar jolqtuh.", "Ftit ftit il-membri ta' dan is-servizz jibdew jirċievu bil-posta u mingħajr ħlas uħud mill-casettes magħżula.", "Imbagħad meta jlestu minnhom, kemm jaqilbu l-envelope fin-naħa tal-indirizz tagħna u jibagħtuhom lura.", "Huwa importanti ħafna li nfehmu illi d-dettalji tal-kotba kollha li jinsabu fil-libreriji kollha ta' Malta u Għawdex jistgħu jintlaħqu wkoll permezz tas-sit", ".", "Dan jinkludi katalgu elettroniku li permezz tiegħu wieħed ikun jaf ukoll f'liema librerija qiegħed il-ktieb li jixtieq u jista' jirriservah jekk dan ikun qiegħed misluf barra.", "Minn das-sit wieħed jista' wkoll iġedded il-kotba mislufa lilu.", "Ta' min isemmi wkoll illi jekk wieħed ma jsibx xi ktieb li jixtieq, il-librerija tikkunsidra s-suġġerimenti tal-pubbliku għax-xiri ta' xi kotba li bħalissa m'humiex fuq l-ixkafef tagħha.\"", "Bil-card tista' tinqeda f'kull librerija?", "\"Iva imma għalissa l-ktieb ikun irid jiġi rritornat fil-librerija li jkun ittieħed minnha.", "Aktar il-quddiem nixtiequ li naslu f'punt fejn wieħed iħalli l-ktieb misluf f'liema librerija jrid u dan jirritorna ruħu b'mod awtomatiku lejn il-post li jkun ħareġ minnu.\"", "Għaliex tinsistu daqshekk fuq il-qari?", "\"Għax il-qari huwa ċ-ċavetta tas-sistema edukattiva tal-bniedem.", "Jekk wieħed joqgħod il-bogħod minn dak kollu li hu miktub jkun qed jitlef xi ħaġa kbira li tista' tissarraf f'għerf.", "Kulħadd jaf li hemm żewġ tipi ta' għerf.", "Hemm dak li jinħoloq permezz tal-istudju akkademiku u hemm ieħor li jinġieb mill-esperjenza tal-ħajja u mill-qari.", "L-ewwel tip ta' għerf huwa neċessarju biex", "wieħed iġib iċ-ċertifikati u jsib xogħol tajjeb bihom.", "Però l-ieħor iservi biex wieħed jgħix il-ħajja b'sodisfazzjon u b'ċertu livell ta' tagħrif dwar bosta affarijiet.", "Bniedem li jaqra tagħrfu mill-ewwel għax ikun kapaċi jitkellem fuq diversi suġġetti u għalhekk anki jekk forsi wieħed ma jkunx ta' skola kbira, permezz tal-qari jkun kapaċi jkompli diskursata man-nies.", "Anki kotba b'sempliċiment storja fittizja huma kapaċi jkabbru l-għerf fil-qarrej.", "Dan minħabba li ħafna mir-rakkonti jkunu qed jirriflettu l-ħajja tas-soċjetà u allura joffru wkoll diversi ideat.", "Dawn il-kotba jiftħu wkoll tieqa għall-imaġinazzjoni, għal kitba aħjar bil-Malti u għall-użu ta' espressjonijiet aktar mirquma li jgħinu lil dak li jkun jesprimi ruħu aħjar.\"", "Taħseb li jeżistu nies li jaħsbu li mhumiex denji li jidħlu jissellfu minn librerija għax iħossuhom li mhux ta' skola biżżejjed?", "\"Iva naħseb li hemm minnhom.", "Imma lil dawn aħna għandna d-dmir li nuruhom li huma żbaljati.", "Fid-dinja m'hawn ħadd għar-rimi u l-librerija qegħdha għal kulħadd.", "Huwa għalhekk li għandna kull xorta ta' kotba sabiex b'xi mod nolqtu l-gosti u l-livelli ta' nies differenti.", "Dal-punt inħoss li huwa validu ħafna u nixtieq niftaħ aktar fuqu.", "F'dal-pajjiż kultant għandna d-diżgrazzja li nitkellmu b'wisq pessimiżmu.", "Donna nhedew nikkritikaw bl-amment biex imbagħad ma", "nagħmlu xejn ta' ġid.", "Fostom iweġġagħni kliem bħal meta jingħad li l-poplu Malti ma jħobbx jaqra.", "Imma dan mhux minnu!", "Hawnhekk għandna ħafna membri li jiġu jissellfu l-kotba regolarment.", "Biss biss ngħidlek illi mill-bidu tas-sena 'l hawn diġa' nkitbu mat-3000 membru ġdid u dan meta dan l-aħħar, kull sena qed jiżdiedu 5000 membru ġdid.", "Nammetti li jiena bniedem pożittiv u nippreferi nara t-tazza nofsha mimlija.", "Naċċetta wkoll illi għad fadal perċentwal ta' nies li ma jaqrawx u agħar minn hekk, perċentwal ta' nies illiterati.", "Imma dan ma jfisser xejn ħlief li rridu nxammru aktar il-kmiem ħalli niġbdu aktar nies lejn it-tagħlim u l-qari.", "Imma n-nies ma jinġibdux lejk billi tikkritikahom bl-amment u xxandar messaġġi negattivi bħal dawn mal-irjieħ kollha.", "In-nies u b'mod speċjali t-tfal għandhom bżonn l-inkoraġġiment.", "Naqbel meta ssir kritika kostruttiva imma din għandha tiġi ddirezzjonata f'postijiet relevanti minn fejn tista' tittieħed xi tip ta' azzjoni.\"", "It-tfal huma ħafna għal qalb Horace tant li għal 11 il-sena konsekuttivi huwa kien involut fi programm ta' Story-telling...", "\"Waqafna f'dawn l-aħħar 3 snin minħabba ċirkustanzi li ma kellnix kontroll fuqhom.", "Imma għal 11 il-sena sħaħ dawn il-programmi kienu ta' suċċess kbir.", "Jiena kont immexxihom.", "L-għan tiegħi kien li ngħallem lit-tfal li l-qari huwa pjaċir u mhux xi ħaġa ta' bilfors biex tgħaddi mill-eżami tal-iskola.", "Għaldaqstant apparti mill-qari, l-programm kien jinkludi fih ukoll il-parteċipazzjoni ta' numru ta' personalitajiet differenti li kienu jiġu jferrħu lit-tfal.", "Bil-kuntrarju tal-pariri li ngħatajt, insistejt fuq il-parteċipazzjoni tal-ġenituri waqt dawn il-programmi.", "B'hekk b'ġebla waħda kont qed nolqot tnejn għax it-tfal kienu qed jassoċjaw il-qari mal-pjaċir", "filwaqt li l-ġenituri kienu qed jitgħallmu s-sengħa ta' kif għandhom jimxu ma' wliedhom fejn jidħol il-qari.", "Kien ta' sodisfazzjon kbir li nara tfal jidħlu bilkemm jitkellmu u jispiċċaw wara erbgħa programmi, jgħidu iktar minni... li huwa miraklu!", "Oħrajn illum kibru u huma studenti fl-università u jiġu jfittxuna u jgħidulna kemm għamilnilhom ġid meta ħabbibnihom mal-kotba.", "Fuq kollox dawn il-programmi kienu jsiru fil-librerija tat-tfal għax jiena ridt inneħħi l-idea tas-silenzju u li ma tistax tiftaħ ħalqek hemmhekk.", "F'librerija ta' referenza ċertament li ma tistax tagħmel storbju imma mhux f'librerija tat-tfal!", "It-tfal biex jieħdu pjaċir iridu jikkomunikaw u jiddiskutu.", "Barra minn hekk iridu jingħataw iċ-ċans li jagħżlu l-kotba li jridu huma u mhux dawk li jippreferu l-ġenituri tagħhom.\"", "Horace jinsisti li l-ġenituri flimkien mal-għalliema huma l-qofol wara l-edukazzjoni totali tat-tfal.", "\"Insostni illi t-tnejn iridu jaraw illi l-qari jiġi ppreżentat lit-tfal b'mod leġġer u sabiħ u mhux b'forza.", "Idealment il-qari jsir ftit ftit kuljum.", "Ċertament ma jimpressjonawni xejn dawk il-ġenituri li jgħiduli li t-tfal ma jħobbux jaqraw imma mbagħad ġieli tiġi ġurnata u jaqraw salt kotba f'daqqa.", "Il-qari jixbaħ lit-taħriġ fl-isport – ma tistax tgħid illum ma nagħmilx u għada nagħmel id-doppju.", "U hekk kif qed nitkellmu dwar it-tfal, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ġenituri li fil-libreriji t-tfal jistgħu jinkitbu mal-ewwel snin tagħhom.", "Hemm min joqgħod jistenna li uliedu jkollhom", "dawk l-erbgħa snin qabel idaħħalhom membri.", "Imma fil-librerija hawn kotba għal tfal ħafna iżgħar.", "Il-ktieb irid isir ħaġa waħda mill-ħajja ta' wliedna u dan isir aktar possibbli jekk nintroduċuh magħhom sa mill-ewwel snin.\"", "Dis-sena Horace huwa ferm kuntent bir-riżultati tal-librerija...", "\"Fl-aħħar budget li sar kellna aħbar tajba fejn ingħatajna €100,000 bħala somma supplimentari biex nixtru kotba ġodda għall-librerija.", "Kienet xi ħaġa ġdida għal Malta u bil-pjaċir ngħid li għamilna l-mirakli bihom!", "Xtrajna enormità ta' kotba ġodda u n-nies reġgħet bdiet tersaq lejn il-libreriji.", "Fil-fatt bejn Jannar u Awwissu 2010 ġew mislufa mas-70,000 ktieb aktar mis-sena ta' qabel, li mhiex ċajta.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel appell minn qalbi – hekk kif qiegħed jiġi ppjanat il-budget ta' dis-sena, nispera ħafna li nerġgħu niġu kkunsidrati mill-ġdid għal dis-somma. €100,000 jafu jkunu ftit għal ħafna imma ħafna għalina.", "Wara kollox kulħadd jaf illi l-qari huwa s-sigriet ta' poplu b'saħħtu li kapaċi jirraġuna u jiddiskuti u li jilħaq livelli aħjar ta' edukazzjoni.", "Mela ejja nagħtuh x'jaqra lill-poplu!\"", "Minbarra l-qari, wieħed mit-tiri prinċipali tal-librerija huwa illi jingħata rikonoxximent lill-awturi Maltin...", "\"Dan is-sajf id-Dipartiment tal-Libreriji flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni organizzaw il-Kampanja Libreriji.", "Din kienet tikkonsisti f'għadd ta' attivitajiet immirati biex joħolqu aktar għarfien dwar is-servizzi tal-libreriji u anki dwar l-awturi Maltin infushom.", "Laqqgħajna l-awturi Maltin mal-pubbliku u tellgħajna numru ta' esebizzjonijiet.", "Dan huwa proġett li għadu fil-bidu tiegħu imma ma rridux naqtgħu qalbna.", "Jeħtieġ li l-awtur Malti nagħtuh dak li jistħoqqlu.", "Ma jistax ikun li ngħollu mas-sema awtur barrani u mbagħad ma napprezzawx awtur Malti!", "F'dawn il-ġranet li ġejjin se nkunu qed nagħmlu rendikont ta' kif morna permezz ta' din il-kampanja ħalli nkomplu nibnu fuqna s-sena d-dieħla.", "Għandna wkoll ħafna attivitajiet oħra ppjanati imma għalissa għadhom qed jinħmew!\"", "X'jidhirlu mill-kummenti ta' wħud li l-futur tal-ktieb huwa mhedded mit-teknoloġija ta' llum?", "\"Il-ktieb ma jista' jispiċċa qatt għax min iħobb il-ktieb jaf li s-sensazzjoni li jagħtik ktieb ma jagħtihulek l-ebda kompjuter.", "Ix-xamma tal-ktieb, il-kwalità tal-karti minn ktieb għall-ieħor, il-fatt li tista' ġġorru miegħek kullimkien u tieqaf u tkompli meta trid.", "Għidli x'hemm isbaħ milli ssib ktieb jistennik fuq il-komodina biswit is-sodda tiegħek?", "Dawn huma emozzjonijiet li jesperjenzaw biss dawk li jħobbu jaqraw u ċertament l-ebda skrin elettroniku ma jagħtihomlok.\"", "Jiena ngħożż lil kull min jagħmel xi ħaġa b'passjoni u indubbjament l-imħabba li Horace iwettaq xogħolu biha, mhi xejn inqas minn hekk.", "Xtaqt nagħlaq billi nistaqsih 30 sena fil-librerija, x'ħallew fih?", "\"Sodisfazzjon kbir!", "Jiena nemmen ħafna fil-poplu Malti u nemmen ħafna fit-tfal tagħna.", "Kuntent li permezz ta' xogħoli qed inkun mezz ta' inkoraġġiment biex il-qari jixtered aktar f'pajjiżna.", "Meta wara", "bosta snin tibqa' tara l-apprezzament ta' dawk li tkun għent li jibqgħu jiġu jfittxuk għax jemmnu li inti darba tajthom daqqa t'id, dik xi ħaġa kbira għalija.", "Għidli kif tista' ma tkunx għal qalbek f'xogħol bħal dan?\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-26 ta' Settembru 2010)", "librerija", "Librerija Pubblika Ċentrali Furjana", "qari", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "EJJA NAGĦTUH X'JAQRA LILL-POPLU"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/07/se-nhallu-dan-l-gherf-jintilef-2/", "text": ["Se nħallu dan l-għerf jintilef?", "F'dawn l-aħħar snin, madwar id-dinja, qed naraw jinbet mill-ġdid l-interess fil-prattiċi tradizzjonali relatati mal-fejqan, kemm tal-ġisem u tal-moħħ u kif ukoll tal-ispirtu.", "Probabbilment il-bniedem intebaħ li wasal iż-żmien li jnaqqas id-dipendenza totali fuq il-mediċini, u minflok jerġa' jitgħallem isib il-bilanċ tiegħu permezz ta' metodi aktar naturali.", "Ħafna tefgħu għajnejhom fuq l-Orjent, l-aktar minħabba li f'dawn il-pajjiżi, wieħed isib filosofiji mill-iżjed antiki dwar dawn l-użanzi.", "Infatti, ħarsa waħda lejn ir-reklamar li jikkonċerna dan l-aspett, fosthom anki f'Malta, tarahom jirreferu għall-metodi użati f'dawk il-lwogi.", "Imma fir-realtà, kemm minna jafu li f'pajjiżna stess, wieħed isib numru ta' anzjani li jħaddnu wkoll għerf bħal dan li ilu ġej minn żmien żemżem, tant li huma stess lanqas jafu l-oriġini tiegħu?", "Tal-massaġġi", "F'żogħżiti, meta kien ikollha xi tip ta' uġiegħ fil-muskoli, niftakar lil ommi ssemmi li kienet sejra għand \"tal-massaġġi\".", "Nistqarr li bħala żagħżugħa, ma tantx kont nemmen bl-effettività ta' dawn l-affarijiet.", "Madanakollu ommi kienet issostni li nies bħal dawn kienu kapaċi jserrħu l-bniedem minn ħafna uġiegħ u tbatija.", "Għaddew is-snin u dawn il-memorji kważi nsejthom kompletament, sakemm sibt ruħi qed nistudja l-Memorja Pubblika u t-Tradizzjoni Orali ta' pajjiżna, u dlonk ġejt miġbuda lura lejn dan it-tip ta' ambjent.", "Bosta minnhom waslu biex jieqfu", "Fittex 'l hemm u fittex 'l hawn, ftit ftit irnexxieli niskopri illi fil-gżejjer tagħna għad fadal numru ċkejken ħafna ta' anzjani li għadhom jipprattikaw massaġġi fuq in-nies flimkien mal-użu ta' żjut u ħxejjex mediċinali.", "Bosta minnhom jinsabu f'età avvanzata, minn 70 sena 'l fuq, u għaldaqstant waslu biex jieqfu kompletament minn dan ix-xogħol tagħhom.", "\"Hu xogħol ta' strapazz u biż-żmien ma tkunx tiflaħ tkompli aktar,\" qaluli.", "\"Iżda n-nies jibqgħu jfittxuk.", "U meta tarahom iħabbtulek il-bieb għax ikunu muġugħin u b'ħarsa ta' ħniena jitolbuk biex tgħinhom, spiss ma jkunx hemm għażla ħlief li tipprova tagħtihom daqqa t'id.", "Imma kemm ikun aħjar li kieku xi ħadd aktar żagħżugħ jitħajjar jinteressa ruħu sabiex jitħarreġ f'din is-sengħa!\"", "Hekk ukoll sostniet miegħi Rita Attard, mara ta' 81 sena mill-Mellieħa, li f'diversi rħula u wisq aktar fil-gżira t'Għawdex, hi magħrufa għal din il-kapaċità tagħha li tfejjaq permezz tal-massaġġi u l-ħxejjex mediċinali.", "\"Is-sena li għaddiet, l-ispeċjalista tiegħi rrakkomandali biex nieqaf minn dan ix-xogħol peress li qed nagħmel ħafna stress fuq qalbi u għalhekk issa ninsab kważi wieqfa għal kollox fejn jidħlu l-adulti.", "Sa mn'Alla li lħaqt ħarriġt żewġ persuni oħra, waħda mill-Mellieħa u l-oħra minn Għawdex, għax b'hekk inkun nista' nirreferi għandhom lin-nies li għadhom iċempluli.\"", "Il-possibilità ta' rimedju għall-awtiżmu", "Imma meta jġibulha t-tfal, Rita ma tkunx tiflaħ tgħidilhom le, speċjalment meta taf li bi ftit paċenzja u sforz, bosta drabi hi kapaċi tbiddlilhom ħajjithom mill-lejl għan-nhar.", "\"Bħalissa, l-aktar ħaġa li qiegħda tinkwetani hija l-ammont kbir ta' tfal li jbatu bl-awtiżmu fejn donnhom it-tobba għadhom ma sabux irkaptu ta' din il-problema.", "Mentri jiena, fis-sempliċità kollha tiegħi, bl-esperjenza li rawwimt matul dawn is-snin kollha fil-qasam tal-fejqan, jidhirli li possibilment irnexxieli niskopri rimedju.\"", "Rita bdiet tirrakkuntali xi ġrajjiet li jikkonċernaw tfal li kienu meqjusa li jbatu bl-awtiżmu.", "\"Darba minnhom ġiet omm b'żewġt itfal li kienu jbatu b'din il-kundizzjoni.", "Huma kienu għaddejjin minn bosta diffikultajiet minħabba li ma kienux jitkellmu u kienu jikkomunikaw biss bis-sinjali.", "Bdejt napplika l-massaġġi tiegħi fuqhom u wara ftit taż-żmien jiġu għandi, darba waħda ommhom ċemplitli u nisma' tifel ikellimni.", "Ngħid is-sew għall-ewwel ħsibtu xi kuġin tat-tfal imma tgħidx kif bqajt meta l-omm qaltli li dak kien wieħed minn uliedha!", "Emminni, il-ferħ li tħoss f'mumenti bħal dawn huwa inspjegabbli.\"", "Skont Rita jidher li l-problemi fiżiċi li jikkonċernaw l-awtiżmu jinsabu f'partijiet partikolari tal-ġisem.", "\"Mit-tfal li qed iġibuli qed ninnota sensiela ta' sintomi simili.", "Bosta drabi qed insib il-muskoli tal-għonq mgħaqqdin, speċjalment fin-naħa tax-xellug u jien inħollhom bil-mod il-mod permezz tal-massaġġi.", "Imbagħad nagħmlilhom ukoll movimenti b'idejja fit-tond fuq kull naħa ta' nagħshom, fejn hemm żewġ speċi ta' ħofriet.", "Ftit ftit it-tfal jibdew ilissnu xi kliem, imbagħad jirrepetu wara l-oħrajn, sakemm finalment jibdew jiffurmaw sentenzi weħidhom u minn hemm ikompli l-progress tagħhom. \"", "Mill-esperjenza ta' Rita, it-tfal kollha li resqu għandha b'dawn it-tip ta' diffikultajiet għamlu kambjamenti impressjonanti, apparti f'żewġ każi fejn kien jidher li kien hemm ukoll xi ħsara fil-moħħ.", "Allura ngħid jiena, meta wieħed jara dawn ir-riżultati, ma tagħmilx sens li l-esperti f'dan il-qasam jersqu jistudjaw aktar bir-reqqa x'inhuma jgħidu u jagħmlu dawn l-anzjani tagħna qabel ikun tard wisq u jieħdu għerfhom magħhom?", "L-għasfur il-qalb", "Rita kompliet tfehemni dwar is-sintomi li jiġu għandha n-nies bihom u fosthom bdiet tispjegali dwar l-għasfur il-qalb.", "Permezz ta' mudell ta' skeletru, hi urietni kif l-għasfur il-qalb (magħrufa bħala 'xiphoid process') hija qarquċa tonda ratba li tinsab 'l isfel mill-isternum.", "Isejjħulha għasfur għax ixebbħu lilha ma' ras ta' għasfur u l-kustilji ta' fuqha mal-ġwienaħ.", "\"Hemm każi fejn għal xi raġuni, din il-parti tiċċaqlaq minn postha u b'hekk tikkawża ħafna uġiegħ u dwejjaq fil-bniedem peress li hija mqabda ma' diversi muskoli.", "Bosta mis-sintomi tagħha jkunu relatati ma' uġiegħ fl-istonku, tbatija biex wieħed jiekol u diarrhoea.", "Meta l-għasfur il-qalb jitla' 'l fuq sewwa, dan jibda jidher saħansitra mqabbeż il-barra fil-ġisem tal-bniedem.\"", "Biż-żmien Rita tgħallmet tagħraf is-sintomi tal-għasfur il-qalb, tħoss b'idejha jekk hux qiegħed f'postu jew le, u anki tqiegħdu lura f'postu permezz ta' massaġġi.", "\"Darba ġie raġel ta' 70 sena għandi.", "Kien ilu 40 sena jbati bl-uġiegħ ta' stonku u għalkemm ġera għand bosta tobba fil-Kanada fejn kien joqgħod, dawn sempliċiment kienu jgħidulu li għandu għadma sfigurata (għax fil-fatt l-għasfur il-qalb kien jidher ħiereġ il-barra).", "Meta huwa beda jirrakkuntali xi jħoss, jiena mill-ewwel fhimt x'kellu.", "Immassaġġajtu u f'darbtejn ġie tajjeb.", "Bilkemm ried jemmen kemm għamel snin isofri għalxejn!", "Qalli jaħasra mank kont nafek qabel!\"", "Xi rimedji antiki", "Missier Rita, Ġanni, kien gabillott u kien jaf ħafna tagħrif dwar il-ħxejjex lokali.", "Infatti mid-Dipartiment tal-Agrikoltura ġieli kienu jibgħatulu xi studenti barranin tal-mediċina ħalli jdawwarhom max-xagħri tal-Mellieħa u jurihom dawn l-ispeċi ta' pjanti u jkellimhom dwarhom.", "Rita u ħuha wrew interess f'dan l-għerf ta' missierhom u sa minn tfulithom bdew jitgħallmu dwar il-karatteristiċi ta' dawn il-ħxejjex.", "\"Ngħidu aħna jekk tgħalli l-weraq tat-tilliera, tista' tapplikah biex tfejjaq l-eczema u t-tbajja' bojod fuq il-ġilda.", "Min-naħa l-oħra, il-ħaxixa tar-riħ tista' tgħalliha u tixrobha meta jaqbdek riħ.", "L-ilma li joħroġ mit-togħlija tal-weraq taż-żebbuġ hu tajjeb għall-pressjoni.", "Il-ħubbejża hija ideali biex tfejjaq il-feriti biha.", "Jekk wieħed ikollu xi problemi relatati mal-ormoni, jista' jgħalli n-naniegħ u jixrob tazza kuljum.", "Problemi tal-ġilda, fosthom gdim tan-nemus u ċesti fuq l-għajn, jissolvew permezz tal-lumi.", "Biex isebbaħ il-ġilda tista' tħallat il-meraq imsaffi ta' nofs lumija ma' 3⁄4 ta' kikkra ilma u 2 taqtiriet tea tree oil u mbagħad tnaddaf wiċċek u tgħaddih b'din it-taħlita.\"..... u l-lista baqgħet għaddejja.", "Il-fidi u l-fejqan", "Rita spjegatli kif hi bdiet tagħmel dawn il-massaġġi wara li darba minnhom, żewġha Joseph lewa siequ u lanqas pass ma seta' jmidd.", "Għalhekk huma sejjħu lil ħuha Ċensu peress li dan kien jagħmel il-massaġġi fuq in-nies u hu qagħad jfhemha kif tħoss il-muskoli miġbudin ħalli tkompli tagħmel il-massaġġi hi fuq żewġha.", "\"Hekk għamilt u f'erbat ijiem għaddielu.", "Imbagħad ftit ftit bdew ġejjin il-familjari u l-ħbieb u skoprejt li kont maqtugħa sewwa għal dax-xogħol.", "Illum nemmen li dan kien don.", "Nistqarr li fil-bidu li bdejt nagħmel dawn l-affarijiet, kont ngħolli jdejja 'l fuq u nitlob – Mulej tini jdejk għax għandi n-nies ġejjin u ma nafx x'ser ikollhom.", "U hekk kif idejja kienu jibdew jiġru fuq in-nies bien nipprova nifhem fejn kien l-għerq tal-problema, niftakar li kont inħoss idejja jnemnmu u mbagħad b'xi mod, nifhem x'għandi nagħmel.\"", "Hekk kif in-nies bdew jitkellmu bejniethom dwar il-kapaċità ta' Rita, il-fama tagħha bdiet tiżdied u daqstant ieħor l-individwi li bdew resqin għandha.", "\"Kont inkun ibukkjatha minn xahar il-quddiem, dejjem għaddejja u n-nies dejjem ġejjin.", "Sakemm fl-aħħar din is-sitwazzjoni bdiet iddejjaq lir-raġel tiegħi għax beda jsostni li kont ġibtlu d-dar każin bin-nies deħlin u ħerġin il-ħin kollu.", "Bdejna nilletikaw bejnietna sikwit u finalment anki jiena bdejt niddejjaq b'dan l-inkwiet miegħu.", "U għedt dan x'irridu?\"", "\"Għalhekk għodwa waħda bdejt inċempel lin-nies biex inħassar l-appuntamenti magħhom u wara nofsinhar, dħalt nistrieħ ftit....", "Ix-xena li feġġet quddiemi hekk kif għalaqt għajnejja għadha ċara sa llum.", "Kont qisni qed nara xi xena ta' film fuq it-TV imma minflok kien hemm il-kamra li fiha kont naqdi n-nies.", "Fuq is-sodda nara bniedem mixħut fuq is-sodda min-nofsu 'l fuq, u par idejn qed jagħmlulu l-massaġġi, u bil-wieqfa ħdejn is-sodda nilmaħ lil Kristu!", "Qomt dak il-ħin stess u mort inċempel lil Sunta, li dari kienet in-ners ta' Frenċ tal-Għarb, biex ngħidilha dwar din il-ħolma tiegħi.", "Bil-kalma kollha hi fehmitni li l-Mulej kien qed jgħidli li ma riednix nieqaf minn dak ix-xogħol u li fuq kollox, kien ser jgħini.", "Infatti, wara dakinhar, żewġi ma baqax jikkummenta aktar u minflok beda jġibli n-nies hu wkoll.\"", "Rita u Sunta kienu ilhom is-snin ħbieb.", "Ġara li l-fama ta' Rita waslet s'għand Sunta u din darba minnhom talbitha l-għajnuna minħabba li għandha kienu jmorru ħafna nies b'xi problemi ta' saħħa.", "Hekk kif Rita aċċettat li tgħin lin-nies li jmorru għand Sunta, ix-xogħol tagħha aktar żdied u hi kienet tipprova tagħmel minn kollox biex tgħin ittaffi l-uġiegħ u l-problemi.", "\"Ġew għandi saħansitra individwi li kellhom difetti fiżiċi konsiderevoli u bil-mod u bil-paċenzja, jiena erħini nfittex u nwitti sakemm il-bniedem jiġi għall-aħjar jew saħansitra jfieq.", "Jgħiduli li għandi jdejja taz-zokkor u li ma nweġġgħahomx bħal individwi oħrajn.", "Li naf żgur huwa li jiena ma nagħmilx dax-xogħol għall-flus imma għax inkun tassew nixtieq ngħin minn qalbi.", "Nagħti minn dak li naf u nħaddem it-talent li tani Alla.\"", "Lil Rita daquha anki nies minn pajjiżi oħra, l-aktar turisti li jinzertaw isiru jafu biha b'xi mod jew ieħor u jispiċċaw għandha.", "\"Darba kien hemm koppja anzjani Ingliżi qegħdin f'lukanda f'Buġibba u l-mara kienet kważi tkaxkar sieq minnhom għax kienet tinsab muġugħa ħafna.", "Inzerta li kien hemm waħda mill-Mellieħa li qaltilhom bija u huma għamlu l-kuraġġ u ġew ifittxuni u sabuni.", "Għall-ewwel il-mara bdiet kważi tibża' minni għax lanqas biss riedet tinża biex turini fejn kienet il-problema.", "Imma mbagħad, hekk kif ikkalmat ftit u fdatni, u bdejt naħdem fuqha, mill-ewwel bdiet tħoss l-uġiegħ inin.", "Tant spiċċajt ikkonvinċejthom li meta darba minnhom, din l-Ingliża kienet f'darha u waqgħet u weġġgħet sewwa, żewġha ċempilli, ibbukkja titjira u ġabha għandi!\"", "Min se jkompli warajna?", "L-istejjer ta' Rita ma riedu jieqfu b'xejn.", "Hekk jew hekk kellha madwar 50 sena esperjenza x'tirrakkonta.", "Iżda finalment l-elementi ta' dan it-talent tagħha kienu jikkonsistu f'imħabba u ħniena kbira lejn il-proxxmu, flimkien ma' rieda kbira biex titgħallem, tisma', tifhem u tfejjaq.", "\"Nixtieq ħafna li ngħaddi dak kollu li tgħallimt lil kemm jista' jkun nies possibbli.", "Kif urejtek b'dawn ir-rakkonti tiegħi, jista' jsir ġid kbir jekk wieħed ikun jaf x'għandu jagħmel.", "Hija ħasra li n-nies jitħallew ibatu meta jeżistu rimedji effikaċi, li m'għandhomx bżonn ta' mediċini u li ma jiswewx flus.", "Naturalment, jien m'inix kapaċi nieħu post it-tabib imma spiss, forsi bla ma jkunu jafu t-tobba, jiena u huma nkunu qed naħdmu flimkien għalkemm b'modi differenti fuq l-istess pazjent.\"", "Skont Rita wħud mit-tobba l-anzjani jsostnu li l-massaġġi li tagħmel hi huma kollha ħmerijiet tax-xjuħ u l-fejqan relatat huwa immaġinazzjoni tal-moħħ.", "Madanakollu, xi tobba ta' età iżgħar, huma aktar miftuħin għal dawn il-metodi ta' Rita u xi ftit minnhom ġieli interessaw ruħhom li jmorru jiltaqgħu magħha ħalli hi tispjegalhom dwar is-sintomi li tinnota fin-nies li jiġu għandha.", "\"Almenu jekk jagħrfu s-sintomi, dawn it-tobba jkunu jistgħu jirreferuhom għand nies li jagħmlu dan ix-xogħol, minflok ma jressquhom mill-ewwel għal xi operazzjoni.\"", "Iżda Rita għandha għajnejha l-aktar fuq it-terapisti li skont hi għandhom ikunu dawk li jkomplu fuq dak li anzjani bħalha bnew matul ħajjithom.", "\"Xogħolhom huwa indikat preċiż għal dak li nagħmlu aħna u għalhekk huma ideali biex jitħarrġu fuq dawn il-metodi tradizzjonali li aħna tgħallimna mingħand missirijietna.", "Jiena lesta li ngħallem lil kull min jiġi għandi u ngħidlu dak kollu li naf.", "Issa minnhom jonqos!\"", "(Dan l-artiklu ġie ppublikat fis-sensiela Kobor il-Malti (Parti 12) fit-Torċa tas-27 ta' Lulju 2014)", "fejqan", "ghasfur il-qalb", "hxejjex medicinali", "Mellieħa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Se nħallu dan l-għerf jintilef?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/11/il-bidla-tad-destin/", "text": ["IL-BIDLA TAD-DESTIN", "Ma nafx b'liema armi ser tiġi missielta t-Tielet Gwerra Dinjija imma r-Raba' Gwerra Dinjija ser tiġi miġġielda biz-zkuk u l-ġebel...", "Albert Einstein.", "Riċentement f'gazzetta lokali, ġibditli l-attenzjoni ittra partikolari li kienet qed tfakkar iż-żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Laqgħatni l-aktar il-fatt illi min kitibha rrakkonta illi hekk kif sema' bl-ewwel", "twissija ta' attakk mill-ajru f'Londra, tnissel fih is-sens eċċitanti tal-avventura.", "Kumment li ħasadni għax ngħid għalija, kieku jiena msarni jinżlu f'saqajja b'aħbar bħal dik, l-aktar jekk bħalu, inkun qed noqgħod l-Ingilterra!", "Iżda naturalment l-ittra kienet tkompli tgħid illi hu ma damx wisq biex irrealizza illi fir-realtà dakinhar id-destin ta' ħajtu nbidel kompletament.", "Ħassejt din l-ittra tipprovokani biex insir naf aktar dwar dawk iż-żminijiet, illi għalina, li b'xorti tajba qatt m'għaddejna minnhom, bilkemm ma nqisuhomx bħala xi leġġenda antika tal-anzjani tagħna....", "Qatt qabel ma kont iltqajt ma' Maġġur u mmaġinajt li ser insib xi raġel rett, kemmxejn supperv u ta' ftit kliem.", "Iżda sibt il-kuntrarju meta l-Maġġur Stanley Clews (il-kittieb tal-ittra li semmejtilkhom) laqagħni ġewwa daru.", "Mill-ewwel ġibidni b'dak il-leħen mirqum u l-manjieri ġentili u edukati tiegħu.", "Il-Maġġur, kif jafuh bosta llum, jgħodd is-86 sena.", "Il-bixra kalma tiegħu tostor is-snin twal ta' esperjenzi varji u x-xogħlijiet diversi li huwa għadda minnhom u li dan l-aħħar huwa ġabar fi ktieb li jġib l-isem 'The Memoirs of Stanley J. A Clews'.", "Innutajt li kellu għal qalbu ħafna l-memorji ta' meta huwa kien jaħdem id-Drydocks fejn ġarrab diversi bidliet fit-tmexxija sakemm finalment din għaddiet għand il-Maltin u huwa nħatar bħala Maniġer tal-Personell u l-Amministrazzjoni.", "Morna lura fiż-żmien mhux ħażin iżda jiena ridt nidħol ħafna aktar fil-fond.", "Xtaqt nixtarr miegħu numru ta' mistoqsijiet li qanqlitli dik l-ittra...", "X'ifisser li tgħix fi żmien ta' gwerra?", "\"Lili l-gwerra ċaħditni minn żogħżiti u kelli nsir raġel mil-llum għal għada.", "Saħansitra kellna nbiddlu l-kunjom Aquilina li kienet iġġib il-familja tiegħi għax l-Ingilterra, fejn konna noqogħdu, kienu qed jaħsbuna Taljani.", "Minħabba li missieri kien jaħdem mar-Royal Navy, kellna mmorru quddiem kummissarju biex nieħdu ġurament u nbiddlu kunjomna ma' dak ta' ommi li kien Clews.", "Barra minn hekk, jien kont għadni kif ġibt marki tajbin ħafna fil-Kulleġġ Tekniku ta' Portsmouth u kelli ppjanat li nidħol l-università sabiex insir perit.", "Imma kollox sfaxxa fix-xejn hekk kif faqqgħet il-gwerra.\"", "Il-Maġġur jiftakar id-data preċiża ta' meta tħabbret il-gwerra – kien il-Ħadd 3 ta' Settembru 1939...", "\"Jiena, missieri, ommi u oħti konna għadna kif dħalna d-dar wara l-quddies.", "Fuq ir-radju smajna lil Neville Chamberlain iħabbar illi l-Ingilterra kienet qed tiddikkjara gwerra lill-Ġermanja wara li n-Nażi kienu nvadew lill-Polonja.", "Kważi mmedjatament wara, smajna wkoll it-tħabbira ta' attakk mill-ajru fuq Londra.", "Għall-ewwel il-ħajja baqgħet għaddejja u ta' tfal li konna, fl-età ta' 16-il sena, ittamajna illi l-gwerra tieħu daqsxejn fit-tul ħalli nkunu nistgħu nilbsu l-uniformijiet tal-armata.", "Moħħna kien biss kif konna ser nimpressjonaw lit-tfajliet meta dawn jarawna għaddejjin bl-uniformi u kemm kienu ser jitrattawna ta' eroj meta mmorru lura mis-servizz.", "Darba waħda, waqt li jiena u l-familja tiegħi konna għall-kenn tax-xelter fil-ġnien, taqa' bomba fuq in-naħa l-oħra tat-triq fejn konna noqogħdu.", "Il-kamra ta' quddiem tad-dar tagħna saret trab bil-blast li tar għaliha.", "Wara xi żmien, minħabba l-attakki, ma stajtx nibqa' nattendi l-Kulleġġ u għalhekk applikajt biex insir fizzjal u ningħaqad mal-armata.", "Stajt nagħżel bejn tlett reġimenti: Royal Artillery, Royal Signals jew Royal Engineers.", "Għażilt tal-aħħar peress li dan ir-reġiment kien fuq il-linja li jiena kont diġà qbadt.", "Ħsibt illi kif jgħaddi kollox, permezz ta' din l-esperjenza, forsi kien ikolli l-opportunità li nkompli fejn ħallejt.", "Bħal ħafna minn sħabi, bqajt bil-ħsieb li l-gwerra kienet ser iddum xi ftit xhur biss u jgħaddi kollox.", "Kemm konna żbaljati!", "Għamilt sena u nofs nitħarreġ f'diversi aspetti tal-inġinerija fostom dwar is-saħħa tal-materjali, ix-xogħlijiet tat-toroq, il-bini tal-pontijiet, il-qari tal-mapep, kif jitqiegħdu u jitneħħew il-mini tal-bombi u ħafna informazzjoni oħra dwar diversi armi tal-gwerra.", "Kelli 18-il sena meta sirt fizzjal.", "Mil-lejl għan-nhar sirt responsabbli ta' grupp ta' nies, uħud minnhom ħafna akbar minni fl-età.", "Wasal il-jum biex nitlaq għas-servizz.", "Ommi ħaditha bi kbira ħafna u oħti ppruvat issabbarha għax hekk jew hekk, xorta kont ser ninqabad bil-lieva aktar tard, li kieku ma mortx minn jeddi.", "Qaltlilha illi kieku kienet tkun ferm agħar għalija għax imbagħad ma kienx ikolli għażla ma' liema reġiment xtaqt nidħol.", "Missieri, għalkemm emozzjonat, ipprova jżomm ruħu kemm jista' jkun kalm u serrħilha rasha li s-servizz kien ser jagħmilni raġel.", "Ma ninsih qatt dak iż-żmien.", "Kien Diċembru, ftit ġranet qabel il-Milied u ħafna minna tlaqna b'qalbna sewda għax dak kien ser ikun l-ewwel Milied li ma niċċelebrawhx mal-familja.", "Bdejna l-vjaġġ tagħna mingħajr biss ma konna nafu fejn sejrin.", "Tlaqna bil-cruise-liner 'Queen Mary' li issa kien qed jintuża mit-truppi.", "Konna 14,000 fuqu u konna qed naqsmu kabina bejn 17-il ruħ.", "Inqbadna f'maltemp mhux ħażin u wħud minna beda jagħmlilhom ħażin il-baħar.", "F'nofs dan kollu, kienet tassew impressjonanti tisma' leħen Bing Crosby jkanta 'White Christmas' waqt li konna qed naqsmu baħar bla tarf u nitolbu 'l Alla biex ma niltaqgħu ma' l-ebda u-boat fi triqitna!", "Finalment wasalna u bdejna nagħmlu x-xogħol li ġie assenjat lilna fl-Afrika.\"", "X'kien xogħlok?", "\"Xogħli kien jinbidel skont l-ordnijiet mogħtija.", "Kien ikolli platoon li jiena kont responsabbli minnu.", "Is-Sudan kelli 60 Sudaniż x'nieħu ħsieb u flimkien magħhom ridt nibni sistema ta' toroq mill-mogħdijiet li kienu jinfaqgħu bit-tajn mal-ewwel xita li tagħmel.", "F'dan iż-żmien kelli wkoll taħt idejja d-distribuzzjoni tal-qamħ lil 2000 ruħ li kienu joqogħdu ġo villaġġ viċin.", "Ir-riskju ma kienx jonqos fix-xogħol tagħna speċjalment meta konna nnaddfu l-mini jew inpoġġuhom u anki meta konna rridu nfarrku xi pont sabiex inwaqqfu l-għadu milli jipproċedi.", "F'dawk iż-żminijiet dan ix-xogħol kien issir bl-idejn u mhux permezz ta' xi robots kif isir illum.", "Fuq kollox, f'ċertu każi, kien ikollna naħdmu waqt illi l-infanterija tkun għaddejja tiddefendi u tispara fuq l-għadu.", "Fl-1943 ġejt stazzjonat f'Malta għal ftit xhur u kont nagħmel parti mit-tim tal-Bomb Disposal Unit.", "Kemm kienet differenti l-ħajja f'Malta f'dawk il-ġranet minn kif kont niftakahra meta kont għadni tfajjel!\"", "X'valur ikollha ħajtek fi żminijiet bħal dawn?", "Kont tibża' mill-mewt?", "\"F'dawk is-snin, kull ġurnata tkun qed tilgħabha mal-mewt.", "Madanakollu għal xi raġuni, f'ambjent bħal dak, il-moħħ jibda jirraġuna li l-mewt qatt mhu ser tmiss lilek.", "Aktar ikollok il-biża' li tista' titlef xi sieq jew xi id jew li tagħma.", "Imma l-mewt bħal tippretendi li ser tolqot lil ħaddieħor u mhux lilek.", "Għaldaqstant jitrabba fik ċertu kuraġġ biex inti tiddefendi lil sħabek milli jmutu.", "Speċjalment meta jkollok ir-responsabbiltà ta' ħajjet sħabek f'idejk, il-ħsieb tal-mewt aktar u aktar trid ittajru minn fuqek għax inkella ma tagħmel xejn.", "Kien biss meta għadda kollox illi rrealizzajt kemm ġieli kont viċin tal-mewt u ħassejtni xxurtjat li rnexxieli niżgiċċa mingħajr wisq ħsara.", "Allavolja, jkolli nammetti miegħek illi kellhom jgħaddu sentejn minn wara li spiċċat il-gwerra biex nerġa lura għalli kont.", "Psikoloġikament dak li tgħaddi minnu waqt il- gwerra jibqa' jaffetwak ħafna.", "Fl-istess waqt nista' ngħid illi kienet proprju din l-esperjenza illi aktar il-quddiem tatni s-saħħa, l-kuraġġ u l-għarfien biex niġġieled il-battalji tal-ħajja u biex inkun naf kif għandi mmur man-nies.", "Fuq kollox, il-memorja ta' ġranet bħal dawn, tgħinek tapprezza ħafna aktar il-ħajja.\"", "Qatt rajt lil xi ħadd minn sħabek imut?", "\"Iva.", "L-ewwel wieħed li miet kien is-sewwieq tiegħi Willie Robinson.", "Kont flimkien miegħu fit-trakk, fi triqitna lejn il-fruntiera tat-Tuneżija.", "Sfortunatament ilqatna mina u kien hemm splużjoni.", "Jien inzertajt qiegħed f'parti miftuħa tat-trakk u mal-isplużjoni, tirt il-barra u ntlift minn sensija.", "Ġarrewni lejn l-isptar u għalhekk lil sieħbi qatt ma rajtu mejjet.", "Iżda mbagħad kien hemm każ ieħor fl-ajruport ta' Tripli waqt li konna qed inneħħu xi mini mill-post.", "Ħabta u sabta splodiet waħda mill-mini u dakinhar wieħed minn sħabi miet u ieħor tilef riġlejh.", "Tinħasad.", "Iġġarrab telfa kbira daqs li kieku miet ħuk.\"", "Qatt kellek toqtol lil xi ħadd int?", "\"Wiċċ imb'wiċċ le.", "Imma minn distanza iva.", "Ovvjament meta inti taħbi l-mini fl-art fir-realtà tkun qed tiżra l-mewt, le?\"", "Xi jkunu l-emozzjonijiet tiegħek meta taf li qed tpoġġi xi ħaġa bl-għan li toqtol?", "\"F'dawk iż-żminijiet titlef dak is-sens li qed tagħmel xi ħaġa ħażina għax inti tkun qed tiddefendi ħajtek u lil pajjiżek.", "Wara kollox tkun qed tgħix fi stat illi jekk ma toqtolx lill-għadu int, joqtlok hu.\"", "X'iżommok għaddej f'sitwazzjonijiet bħal dawn?", "\"Li tħalli kollox f'idejn Alla.", "M'inix xi bniedem reliġjuż imma f'Alla nemmen ħafna.", "Hekk jew hekk ma stajtx nagħmel mod ieħor.", "U kif għedtlek, ir-responsabbiltà li jkollok f'idejk ħajjet sħabek, tgħinek tibqa' għaddej.\"", "Għalik il-gwerra xi tfisser?", "\"Il-bżonn li tiddefendi lil pajjiżek.\"", "X'ikunu l-emozzjonijiet tiegħek meta tara s-suldati żagħżagħ ta' llum sejrin għall-gwerra?", "\"Nitħassarhom u nħoss għalihom għax mhux qed jiġġieldu għal pajjiżhom.", "Jgħidu illi qed jissieltu biex jeħilsu mit-terroriżmu.", "Imma xorta waħda, din mhux xi ħaġa konkreta bħal meta qed tiddefendi lil pajjiżek.", "Għallinqas imma dawn jafu illi għall-kuntrarju tal-esperjenza tagħna, ser imorru jiġġieldu għal ftit xhur u jekk jibqgħu ħajjin, imorru lura lejn pajjiżhom.\"", "Xi nbidel minnek wara l-esperjenza tal-gwerra?", "\"Il-perspettiva lejn il-ħajja u l-imġieba tiegħek jinbidlu drastikament.", "Il-memorji tagħha ma jħalluk qatt u sakemm nibqa' ħaj nixtieq nibqa' nfakkar lil ħaddieħor biex ma jinsewx minn xiex għaddejna", "biex illum għandna l-paċi f'pajjiżna.", "Meta nara l-poplu tagħna jiġġieled fuq il-partiti politiċi, ngħid għaliex?", "X'jiswa?", "Fl-armata bqajt tiela' l-gradi sakemm sirt Maġġur.", "Kelli paga tajba ħafna u xogħol f'Londra.", "Imma meta marti Vera telgħet ħdejja biex nibdew ngħixu hemm, ma felħitx għall-kesħa tal-post u għas-solitudni u n-nuqqas tal-familjari u l-ħbieb.", "Kelli nieħu deċiżjoni li nħalli kollox warajja u niġi nibni ħajja ġdida f'Malta.", "Għall-ewwel kont iddispjaċut u rrabbjat mhux ħażin għax hawn Malta l-paga li kelli kienet miżera ħdejn dak li kelli qabel.", "Imma mal-mogħdija taż-żmien apprezzajt din id-deċiżjoni.", "Ġieli noqgħod naħseb u nistaqsi li kieku ma żżewiġtx lil Vera u ma ġejtx Malta, kieku kont nibqa' fl-armata u min jaf x'kien isir minni?", "Stajt intbgħatt mill-ġdid għall-gwerra u nqtilt jew ġejt ferut.", "Minflok illum, għalkemm marti sfortunatament ġiet nieqsa, għandi l-familja tiegħi mdawwra miegħi.", "Nieħdu ħsieb xulxin u ngħożżu dak li tagħtina l-ħajja flimkien.", "Uliedi jżommuni għaddej u n-neputijiet tiegħi huma l-mimmi t'għajnejja.\"", "Hekk kif ħriġt mill-appartament tal-Maġġur, intlift inħares lejn is-sema sabiħ kaħlani.", "Dak is-sema li min jaf kemm jiftakar ajruplani jiżżerżqu fih sabiex jiżirgħu l-mewt u d-distruzzjoni taħthom.", "Ħassejtni onorata li kelli ċ-ċans ngħaddi ftit ħin ma' wieħed minn dawk li offra ħajtu biex jiddefendi lil pajjiżi minn tiġrif wisq agħar.", "Kumbinazzjoni dil-ġimgħa rajt l-aħbar xokkanti illi tifel ta' 11-il sena sab bomba ta' żmien il-gwerra mitluqa bejn xi ħitan tas-sejjieħ f'Wied Qirda ħdejn Ħal-Qormi.", "Milli qed nara l-gwerra f'pajjiżna mhux talli mhix leġġeda, talli ċerti rikordji tagħha għadna nistgħu immissuhom b'idejna sal-ġurnata ta' llum!", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-1 ta' Novembru 2009)", "Maġġur Stanley Clews", "Tielet Gwerra Dinjija", "Tieni Gwerra Dinjija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-BIDLA TAD-DESTIN"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/05/nikteb-u-nohloq-karattri-godda-li-jiffurmaw-dinja-li-hi-tieghi/", "text": ["NIKTEB U NOĦLOQ KARATTRI ĠODDA LI JIFFURMAW DINJA LI HI TIEGĦI", "F'kull tfulija hemm ġnien, post imsaħħar fejn il-kuluri huma isbaħ, l-arja aktar bellusija u l-għodwa tfuħ daqs qatt qabel...", "Elizabeth Lawrence.", "Minn dejjem niftakarni b'xi ktieb f'idi.", "Fi tfuliti għalija l-qari kien ifisser bosta affarijiet.", "Kien jgħallimni l-lingwi li kont naqra bihom, kien jisqini l-ħlewwa tal-immaġinazzjoni, kien iwennisni mis-solitudni u drabi oħra kien joffrili rifuġju minn kumpannija mhux mixtieqa.", "Kien jisraqni għal kollox u jeħodni f'dinjiet oħra fejn stajt nimraħ fejn ridt.", "Fl-istess ħin kien jagħtini s-serħan il-moħħ illi meta xtaqt stajt nieqaf, nagħlaq il-paġni u nkompli ngħix f'dinjieti.", "Għalija, l-karattri li kont naqra dwarhom fil-kotba kienu ħlejqiet tad-demm u l-laħam.", "Min jaf kemm bkejt, inkwetajt, tħassibt u dħakt għal dak li kienu jagħmlu!", "Min jaf kemm xtaqt li nkun waħda minn dawk it-tfal involuti f'xi misteru ħalli ngħix dawk l-avventuri.", "Min jaf kemm qattajt ħin moħbija ninnota annimali differenti bit-tama li naqbadhom jitkellmu xi darba.", "U min jaf kemm inkeddejt għal Ġaħan li kien iħalli n-nies tiddieħak bih u ma ried b'xejn idaħħal naqra melħ f'moħħu.", "Nistqarr li issa li kbirt mhux għax inbdilt tant!", "Daqsxejn aktar moderata fl-immaġinazzjoni tiegħi imma moħħi xorta waħda għadu jiġri bija u ma nafx nieqaf noħlom!", "Imma x'tagħmel jekk tkun", "magħġuna hekk?", "U wara kollox x'hemm ħażin li toħlom?", "Hekk jew hekk, meta għandek xewqa, xi darba għandek iċ-ċans li forsi ssir realtà.", "Kif fil-fatt ġara ftit tal-ġranet ilu meta rnexxieli niltaqa' ma' wieħed mill-awturi favoriti tiegħi – Charles Casha.", "Charles Casha ħadem għal diversi snin bħala għalliem u anki bħala librar.", "Imma aktarx il-biċċa l-kbira tal-pubbliku jafu l-aktar bħala awtur ta' bosta kotba.", "Issa ilek aktar minn 40 sena tikteb u għandek madwar 50 ktieb ippubblikat.", "X'ħajrek biex tidħol f'dal-qasam tal-kitba?", "\"Meta kont għadni żgħir kont inħobb niġbor lit-tfal li kienu joqogħdu ħdejna u noqgħod nirrakkuntalhom l-istejjer.", "Iżda l-ħolma tiegħi ta' tifel li kont kienet li xi darba għad nikteb ktieb għall-kbar.", "Fil-fatt passatemp li kelli kien li noqgħod nikteb l-istejjer fuq pitazz u fuqhom inniżżel – Ktieb ta' Charles Casha.", "F'dawk is-snin l-għalliem tiegħi Ġużè Chetcuti kien l-idolu tiegħi.", "Għalhekk tista' taħseb x'baqa' fija meta wara li urejtu storja li kont ktibt, huwa nkoraġġini ħafna biex nibqa' nikteb!", "Taf int?", "Jgħidlek bniedem bħal dak, tagħmel il-qalb.", "Darba minnhom iddeċidejt li nibgħat storja twila lit-Torċa, li dak iż-żmien kienet toħroġ sezzjoni magħrufa bħala l-Librerija Popolari.", "Fiha l-qarrejja kienu jsibu storja maqsuma biċċa biċċa ma' kull ħarġa u finalment, meta din tispiċċa, kienu jiġbru l-partijiet kollha u jillegawhom f'forma ta' ktejjeb.", "L-ewwel storja tiegħi f'dan l-istil kienet 'L-Għalqa fuq l-Għolja' u warajha ħarġet 'Kolin'.\"", "Kif jiġuk l-ideat għar-rakkonti tiegħek?", "\"Jiena naħdem daqsxejn b'mod stramb għax l-istejjer tiegħi qatt ma jkollhom il-plot lest.", "Pjuttost ikolli karattru li minnu jibda kollox.", "Jiena nħobb ninnota ħafna lin-nies u meta nara lil xi ħadd daqsxejn partikolari, nieħu ritratt tiegħu f'moħħi: fiżikament, kif iġib ruħu, kif jitkellem... kollox!", "Insib dawn il-komportamenti interessanti ħafna għax wara nkun nista' nużahom f'kitbieti.", "Biex nagħtik eżempju, niftakar li darba waqt li kont qed nistenna l-mara ħierġa mix-xogħol, nilmaħ grupp ta' ħaddiema qed iwaqqgħu dar.", "Fostom ġibidli l-attenzjoni l-kuntrattur: raġel liebes pulit imma b'żaqq daqsiex.", "U waqt li qed ninnutah, għedt kos, dan jaf ikun karattru!", "Bniedem li għandu l-flus, il-kap ta' dawn l-irġiel kollha ....imma li kieku kellu jiġrilu xi ħaġa dar-raġel, x'jagħmel?", "Ħaffift malajr lejn il-karozza tiegħi, qbadt karta u bdejt inniżel dak kollu li jiġini f'moħħi fuqu.", "Fil-għaxija qbadt dil-karta u min-noti li ktibt, bdejt nibni karattru fir-rumanz 'L-appartament fir-raba' sular'.\"", "Indubbjament l-aktar karattru li ser tibqa' mfakkar għalih huwa dak ta' Fra Mudest; karattru li ormaj sar parti mill-folklor letterarju Malti.", "Għandi kurżità kbira dwar kif ħloqt lil dan il-fra?", "\"Fil-fatt warajh hemm storja ħelwa u kurjuża mmens!", "Mela jiena kont ħabib ħafna tat-tifel tas-Sur Joseph M Demanuele li kien jieħu ħsieb iċ-'Children's Own'- l-unika gazzetta bil-Malti għat-tfal dak iż-żmien.", "Ġurnata minnhom, ħabta u sabta, il-missier kellu jieqaf minn dax-xogħol minħabba raġunijiet ta' saħħa u f'żarbuntu daħal ibnu John.", "Ma kinetx biċċa xogħol faċli imma John kien jaf kemm dak il-ġurnal kien għażiż għal missieru.", "Darba waħda waqt li kien qiegħed iqalleb fost id-dokumenti li ħalla missieru fl-uffiċċju, John isib blokka li fuqha kien hemm il-logo ta' Fra Mudest.", "Akkost li fittex kemm felaħ biex jara għal liema raġuni kienet hemm, ma setax isib tarf.", "Madanakollu ħass xi ħaġa tgħidlu biex jibqa' jippersisti bil-ħsieb li jagħmel xi ħaġa biha.", "Ġietu l-idea li jitlob lili biex niktiblu storja dwar Fra Mudest.", "Ħalla l-bqija f'idi, basta l-istorja tkun lesta u ppreżentata għall-istampar sal-għada fil-għodu!", "Inxtħett naħseb x'ser nivvinta hekk malajr malajr u f'mument minnhom ġewni f'moħħi xi patrijiet mill-Marsa, li jien kont naf sew.", "Qtajtha li nimmudella lil Fra Mudest b'taħlita ta' karatteristiċi ta' żewġ patrijiet partikolari.", "Lil wieħed ħadtlu d-dehra fiżika tiegħu u lill-ieħor il-karattru u għaqqadthom flimkien.", "L-istorja kienet lesta fil-ħin u ħsibt li dak kien l-aħħar li smajt bil-fra.", "Iżda John kellimni mill-ġdid u talabni niktiblu aktar stejjer dwaru għax il-ħarġa li fiha ħareġ l-ewwel rakkont, tant kienet għamlet suċċess li kellu jipprintja eluf oħra biex jilqa' għat-talba kbira li kellu għaliha.", "L-ewwel rakkont dwar Fra Mudest kien jismu 'Ir-Ruħ fil-Kantina' u deher f'Ħarġa Nru. 292 tal-10 t'April 1967.", "Aktar tard, Victor Fenech kien ħajjarni nippubblika dawn l-istejjer fi ktieb.", "Għall-ewwel qtajt qalbi imma fl-1970 il-Merlin Library iddeċidiet li twaqqaf dar tal-pubblikazzjoni bil-ħsieb li tippubblika kotba", "bil-Malti, speċjalment għat-tfal.", "Ħadt pjaċir meta kellmuni dwar l-istejjer ta' Fra Mudest u fl-1971 l-ewwel pubblikazzjoni tal-Merlin kien proprju l-ktieb tiegħi 'Fra Mudest' li kiseb suċċess fi żmien qasir.", "Irridu niftakru illi dak iż-żmien il-ktieb Malti ma kellux l-importanza li għandu llum.", "Din il-pubblikazzjoni kellha kopertina b'żewġ kuluri u stampata fuq karta sabiħa, bi tpinġija għal kull storja.", "Għalhekk nistgħu ngħidu illi 'Fra Mudest' kien wieħed mill-kotba li ta bidu għal era ġdida fil-pubblikazzjonijiet ta' kotba għat-tfal.", "Illum hemm 96 storja b'kollox dwar Fra Mudest u dawn jinsabu mqassma fuq 5 kotba, bl-aħħar wieħed joħroġ fl-2007 f'għeluq l-40 sena anniversarju mill-ħolqien tiegħu.", "Nikkalkula li b'kollox inbiegħu mas-60,000 ktieb ta' Fra Mudest.", "L-aħħar ktieb li ħareġ inbiegħ kollu wara sena biss u għamel 3 xhur bħala l-aktar ktieb mitbugħ għand il-Merlin Library.\"", "Imma għala taħseb illi stejjer miktubin dwar is-snin ħamsin għadhom jappellaw lill-ġenerazzjonijiet tal-llum?", "\"Ir-risposta hija faċli.", "Għal dawk li jiftakru dawk iż-żminijiet, Fra Mudest huwa rikordju tat-tfulija tagħhom u fil-fatt ħafna minnhom għaddew il-kotba tiegħu lit-tfal tagħhom.", "Għaż-żgħar ta' llum dan l-ambjent hu xi ħaġa aljena u allura jaffaxxinahom.", "Meta mmur fl-iskejjel u nistaqsihom għaliex jogħġobhom Fra Mudest kważi kollha jagħtuni l-istess risposta – għax jaqraw dwar affarijiet li llum m'għadhomx jeżistu.\"", "Charles għandu wkoll xi kotba oħra li jitkellmu dwar dawn iż-żminijiet.", "\"Bħala sfond għall-kotba tiegħi 'Minn Tarf sa Tarf tat-Triq', 'Minn Fuq L-Għatba' u 'Mill-Gallarija' użajt l-ambjent li trabbejt fih, bejn wieħed u ieħor mill-1952 sal-1966.", "Fihom inkludejt karattri li niftakar", "sewwa però ħallat il-verità mal-fantasija.", "Niftakar li fi tfuliti kont nissaħħar wara ċerti tipi li dak iż-żmien in-nies kienet tafhom b'imġienen jew b'eċċentriċi.", "Illum li kbirt u naf aħjar, nista' narahom minn perspettiva oħra u bosta drabi nagħraf illi fir-realtà dan-nies kienu individwi li kienu għaddejjin minn mumenti diffiċli ħafna fostom ta' dipressjoni.", "Jista' jkun li fi ċkuniti lill-uħud minnhom kont tajthom xi ftit tal-fastidju meta flimkien ma' sħabi kont nittantahom biex niċċajta.", "Għaldaqstant issa f'kitbieti u fl-istejjer tiegħi użajt ċertu simpatija lejhom u bħal qisni ppruvajt intellagħhom fuq pedestall, forsi biex inpatti ftit.\"", "Ma tistax ma tinġibidx lejn dan l-awtur għax apparti l-ġentilezza kbira tiegħu għandu ħabta li meta jibda jiddeskrivilek xi ħaġa, jibda jiġġestikola u jieħu l-forma tal-karattru li jkun qiegħed jitkellem dwaru, tant li tibda tarah quddiem għajnejk.", "Jagħtik l-impressjoni li huwa bniedem ferrieħi u ċajtier imma mbagħad meta taqra numru ta' kotba oħra minn tiegħu, tinnota linja ta' pessimiżmu.", "Charles, int bniedem pessimist?", "\"L-aktar kittieb li jinfluwenzani huwa l-poeta Rużar Briffa u fil-fatt wieħed li kien qiegħed jagħmel riċerka dwar il-kitba tiegħi għal xi studju tiegħu, innota similitudni bejn il-linja tiegħi u dik ta' Briffa.", "F'kitbieti jiena nħobb nidħol ħafna fil-fond tal-oġġett.", "Allura jekk qed nistudja karattru, nara r-realtajiet kollha: kemm is-sbieh u kif ukoll il-koroh.", "Le, ma nqisx ruħi bħala bniedem pessimist.", "Pjuttost inħossni ngħix taħt anzjetà kontinwa li ġġegħlni ninkwieta illi l-affarijiet is-sbieħ jistgħu jittebbgħu b'xi avvenimenti negattivi – il-ktieb 'Burraxki' hu eżempju ta' dan.\"", "Charles kiteb ukoll numru ta' kotba edukattivi...", "\"F'kitbieti kultant ma nistax naħrab mill-fatt li jien kont għalliem.", "Ġie żmien meta ħassejt ċertu bżonn għal dawn it-tip ta' kotba.", "Għat-tiswira tagħhom kien hemm involut ħafna studju u parteċipazzjoni minn xi għalliema oħra sabiex il-livell tal-ktieb jitfassal skont l-età tal-qarrejja.", "Ngħidu aħna fil-kotba ta' 'Naqraw ma' Reno u Sara', 'Naqraw ma' Mario u Liza' u 'Naqraw ma' Mark u Tanja', il-kliem kollu huwa magħżul apposta skont il-kurrikulu.", "Min-naħa l-oħra l-ktieb 'Fawwara' jippreżenta lil studenti akbar bi stil differenti ta' kif għandhom jagħmlu komprensjoni.", "Bl-istess mod il-ktieb 'Kun af kif tikteb komponiment' jagħti ideat tajbin biex wieħed isebbaħ kitbietu.\"", "Għalkemm illum inti m'għadikx taħdem bħala għalliem, xorta waħda għadek iżżur diversi skejjel sabiex tiltaqa' mal-għalliema u l-istudenti bl-għan prinċipali jkun biex trawwem lit-tfal fil-qari.", "Waqt dawn il-mawriet fl-iskejjel, x'jidhirlek mill-interess u mill-livell fil-qari tal-istudenti?", "\"Fiż-żjajjar li għamilt fl-iskejjel, dejjem sibt studenti li jħobbu jaqraw, għalkemm nemmen li għad irridu naħdmu ħafna aktar biex inżidu l-entużjażmu għall-qari fost l-istudenti tagħna.", "Hija tassew ħasra li l-libreriji tagħna għadhom neqsin minn dik l-importanza bħala ċentri ta' informazzjoni speċjalment fl-iskejjel u xi kultant ukoll fuq bażi nazzjonali.", "Ma naqbilx li norbtu l-ħin tal-brejk mal-librerija imma għandu jkun hemm ħin apposta allokat biex it-tfal jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi li toffri l-librerija.\"", "F'dinja moderna tant teknologika, x'post taħseb li għandu l-ktieb fis-soċjeta' tagħna?", "\"L-avvanz teknoloġiku m'għandux joħloq konfront mal-ktieb kif nafuh.", "Imma bil-maqlub it-teknoloġija moderna tista' (u fil-fatt qiegħda) tagħti ħafna kontribut biex il-ktieb jiżviluppa u jsir aktar attraenti.", "Permezz tal-internet wieħed jista' jsib tagħrif dwar kotba ġodda u lista ta' kotba dwar xi suġġett partikolari.\"", "X'tikkummenta dwar iċ-ċensura fil-kitba?", "\"Ma naqbilx li wieħed jaqbad u jgħid li ċ-ċensura għandha titneħħa.", "Imma nemmen li għandu jkun hemm kodiċi ta' etika li jiggwida lill-awturi u lill-pubblikaturi sabiex dawn ikunu responsabbli u jirrispettaw l-intelliġenza, l-età u l-mentalità tal-qarrejja.", "L-istat għandu d-dritt u d-dmir li jipproteġi lil min hu vulnerabbli fis-soċjetà.", "Ma naqbilx per eżempju li f'isem il-libertà tal-espressjoni wieħed għandu jagħmel il-flus mill-pornografija, l-aktar fost l-adolexxenti u t-tfal.", "Hemm valuri li ma jitbiddlux mal-moda.", "Nibża' li ħafna drabi din l-għajta kollha favur it-tneħħija taċ-ċensura mhi xejn ħlief mod biex wieħed jiġbed l-attenzjoni.", "Min-naħa l-oħra lanqas ma naqbel li ċ-ċensura kif inhi llum għandha tibqa'.\"", "Mill-kotba tiegħek, liema huma dawk l-aktar għal qalbek?", "\"Naturalment dawk ta' Fra Mudest jiġu l-ewwel f'moħħi.", "Barra minn hekk bħalissa għandi għall-qalbi ħafna l-ktieb 'Il-Prinċep u t-Trogloditi'.", "Dan huwa ktieb maħsub għat-tfal li batejt ħafna biex ktibtu", "imma li meta lestejtu tani sodisfazzjon kbir.", "Bħala tema għandu s-suġġett illi fil-ħajja tista' tipprova tfarfar ir-responsabbiltà minn fuqek però fl-aħħar mill-aħħar, moralment qatt ma tista' teħles minnha.", "Bħala ktieb għall-kbar 'L-appartament fir-raba' sular' huwa l-favorit tiegħi.\"", "Bħalissa Charles qiegħed jaħdem fuq xi kotba ġodda fostom fuq ktieb b'numru ta' poeżiji li f'dax-xhur li ġejjin ser ikunu disponibbli għall-pubbliku.", "Barra minn hekk, irnexxieli niskopri wkoll li dan l-awtur qiegħed jipprepara awtobijografija tiegħu.", "\"Nemmen li tkun ħaġa sabiħa li kieku kull kittieb iħalli warajh xi forma ta' awtobijografija għax minnha l-ġenerazzjonijiet ta' wara jaslu biex jifhmu aktar dak li kiteb.", "Kull kittieb idaħħal ideat, xewqat u esperjenzi fil-kitbiet tiegħu ħafna drabi b'mod sottili.", "Dawn kollha jidhru aktar ċari u diretti meta l-kittieb jikteb l-awtobijografija tiegħu.\"", "Charles beda jiktibli dedikazzjoni fuq l-aħħar ktieb tiegħu ta' Fra Mudest li huwa għażel li jirregalali.", "Għalija dan kien mument maġiku fejn awtur ta' dan il-kalibru, li min jaf kemm-il darba xtaqt li xi darba ngħid kelmtejn miegħu, kien qed iħallili tifkira personali proprju permezz tal-karattru li jien tant ħabbejt matul tfuliti u anki llum.", "Iżda qabel infridna kien għad fadalli l-aħħar mistoqsija x'nistaqsih...", "Wara tant snin jikteb, il-kitba xi tfisser għalih?", "\"Il-kitba għalija hija gost u mod kif inħossni li qiegħed nagħmel xi ħaġa utli.", "Inħobb nikteb u nħobb noħloq karattri ġodda li jiffurmaw dinja li hi tiegħi.", "Il-ħsieb li meta ma nkunx għadni hawn, se nħalli warajja din id-dinja ċkejkna jagħtini l-akbar sodisfazzjon.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tad-9 ta' Mejju 2010)", "Il-Prinċep u t-Trogloditi", "Ir-Ruħ fil-Kantina", "Kun af kif tikteb komponiment", "L-appartament fir-raba' sular", "L-Ghalqa fuq l-Gholja", "Librerija Popolari", "Minn Fuq L-Għatba", "Naqraw ma' Mario u Liza", "Naqraw ma' Mark u Tanja", "Naqraw ma' Reno u Sara", "qari", "Ruzar Briffa", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "NIKTEB U NOĦLOQ KARATTRI ĠODDA LI JIFFURMAW DINJA LI HI TIEGĦI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2014/08/gieh-lill-ktieb-malti/", "text": ["Ġieħ lill-ktieb Malti", "Għalkemm illum jeżistu alternattivi elettroniċi għall-ktieb tradizzjonali, personalment nemmen li s-sensazzjonijiet sbieħ li kapaċi jagħtina ktieb m'għandna nħalluhom jintilfu qatt.", "Għadni niftakar meta fi tfuliti, fejn diġà kont noħlom li la nikber xtaqt insir kittieba, kont insawwar kotba bl-istejjer tiegħi permezz tal-karti strazzi u kont nieħu gost inżommhom f'idejja u nqalleb il-paġni tagħhom.", "Kont nieħu xogħol mhux ħażin biex inqasqas il-karti ħalli jiġu kollha ta' l-istess daqs, biex nikteb jew nittajpja fuqhom, u saħansitra biex niddiżinja u nagħti l-kulur lil xi stampi relevanti mal-ġrajja.", "Dawn il-memorji tqanqlu lura f'moħħi meta dil-ġimgħa erħejtilha lejn l-Imdina sabiex niltaqa' ma' Pawlu Mizzi li kien il-moħħ wara l-ħolqien tad-dar tal-pubblikazzjoni Klabb Kotba Maltin.", "Fl-isfond tat-tokki tal-qniepen tal-kattidral storiku u imponenti, Pawlu mar lura fiż-żmien sabiex jirrakkuntali kif twebbel biex jagħmel dan ix-xogħol u kif din ix-xewqa tiegħu affetwat il-bqija ta' ħajtu u ta' familtu, u anki l-aspett tal-ktieb Malti f'pajjiżna.", "Skont Pawlu Mizzi, kienet proprju osservazzjoni li darba kiteb Mikiel Anton Vassalli li wasslet biex qanqlet fih ħolma kbira li eventwalment sawwret il-ħolqien ta' Klabb Kotba Maltin.", "\"Kien qal illi l-Maltin bla tagħlim tal-Malti ma jistgħux jimxu 'l quddiem,\" irrimarka Pawlu.", "\"Għalkemm kienu għaddew bosta snin minn meta Vassalli kiteb dan, anki f'żgħożiti stajt ninnota illi pajjiżi kien għadu nieqes bil-kbir mit-tagħlim tal-Malti.", "Fatt li kiddni ħafna.", "U minn dakinhar 'l hemm bqajt nhewden xi stajt nagħmel jien sabiex nibdel din is-sitwazzjoni.\"", "Il-bniedem huwa xi ftit jew wisq il-prodott ta' żmienu u probabbilment din il-ħeġġa lejn il-lingwa ta' pajjiżu tnisslet f'Pawlu sforz il-moviment qawmien letterarju li kien qiegħed iseħħ f'dawk is-snin.", "Barra minn hekk, l-istudju tal-Istorja fl-Università ta' Malta, laqqgħu ma' bosta personaġġi li komplew influwenzaw il-fehma tiegħu.", "Sadanittant, kien hemm diġà xi individwi li kienu qed jippruvaw iwittu triq aktar soda għall-Malti u għall-qari tiegħu.", "Imma sfortunatament, dawn il-proġetti kienu qed ifallu wieħed wara l-ieħor u għalhekk Pawlu ħass il-bżonn li jgħarbel sewwa dan il-qasam qabel imidd passejh il-quddiem.", "\"Kien żmien meta kotba bil-Malti ftit li xejn kont issib.", "Iżda fuq kollox, il-Maltin ma kienu juru l-ebda ħajra li jaqraw bil-Malti u wisq inqas li jixtru l-kotba miktuba bil-Malti,\" beda jfehemni Pawlu.", "\"Għalhekk għall-ewwel iddeċidejt li nippubblika xi kotba skolastiċi ħalli nsir midħla ta' x'kien jinvolvi l-pubblikazzjoni ta' ktieb, fosthom kemm kien hemm spejjeż.\"", "Għalkemm huwa kien joqgħod Għawdex, Pawlu beda jistampa dawn il-kotba għand il-Lux Press f'Malta biex imbagħad ibiegħhom mill-ħanut Ideal Bookshop li kien jinsab Għawdex.", "Peress li dawn il-kotba skolastiċi kienu utli, huwa rnexxielu jbiegħhom u bis-saħħa tagħhom beda jintroduċi ruħu fil-qasam tal-pubblikazzjoni.", "\"Imbagħad imxejt għall-pass li jmiss fejn tħarriġt aktar fis-settur tal-kitba billi bdejt naħdem bħala korrispondent mal-Allied Malta Newspapers u kont nirrapporta dwar dak kollu li jseħħ f'Għawdex,\" kompla jirrakkuntali Pawlu.", "It-tielet pass kien jesiġi minnu deċiżjoni ferm aktar iebsa peress li huwa xtaq jistudja l-Istorja fl-Università ta' Malta.", "\"F'dak iż-żmien f'Għawdex kien hemm ftit li xejn opportunitajiet u jekk ridt tistudja kellek tinżel Malta għax lanqas is-servizz regolari tal-vapur li hemm illum ma kien jeżisti.", "Għalhekk jiena u marti Marija, flimkien mat-tliet uliedna Ginette, Anna Maria, u Joseph, inżilna ngħixu f'Malta sabiex jiena nkun nista' nattendi l-università.\"", "Hawnhekk Marija, il-mara tiegħu, irrakkuntatli l-esperjenza diffiċli li kellha tgħaddi minnha meta wara li żewġha ggradwa fl-Istorja fl-1966, huwa wrieha x-xewqa li jibqa' Malta, kemm minħabba li ried iwettaq il-ħolma li kellu u anki għax din il-gżira kienet ser toffri opportunitajiet aħjar lit-tlied uliedhom li issa kienu qed jikbru.", "\"Kien l-akbar xokk ta' ħajti meta rrealizzajt li konna se nibqgħu Malta għax jiena minn dejjem kont marbuta ħafna m'Għawdex, il-post fejn trabbejt u għext, fejn kelli l-familja u l-ħbieb kollha tiegħi.", "Malta kienet pjuttost estranja għalija u domt sewwa sakemm aċċettajt il-ħajja hawnhekk.", "Infatti kienet weġgħa ta' qalb kbira meta biegħejna d-dar li konna bnejna Għawdex fejn suppost kellna nirritornaw wara li jiggradwa Pawlu.\"", "B'danakollu, kif stqarr Pawlu stess, martu dejjem kienet ta' sostenn kbir għalih u dan jiena stajt nikkonfermah meta osservajt kemm kienet infurmata tajjeb dwar ix-xogħol u l-kotba li ppubblika żewġha matul is-snin.", "\"Meta dħalt naħdem il-Polytechnic flimkien ma' Johnny Sultana bħala librar, stajt insegwi parti oħra minn dan il-qasam,\" kompla jgħidli Pawlu.", "\"L-ewwel nett, hekk kif bdejna nikkatalogaw il-kotba ta' din il-librerija, ma domtx ma ntbaħt li filwaqt li kotba bl-Ingliż kien hemm għażla tajba, dawk bil-Malti kienu joqogħdu kollha fi spazju ta' ftit aktar minn xibrejn!", "Dan wera illi sa dak iż-żmien kien hemm selezzjoni wisq żgħira ta' kotba bil-Malti.", "Min-naħa l-oħra osservajt illi l-istudenti ma tantx kienu jissellfu kotba, u bil-Malti ftit li xejn.\"", "Kien jidher biċ-ċar li jekk tassew ried jagħmel xi ħaġa, Pawlu kien ser ikollu bżonn ta' kapital kbir u għalhekk dejjem kien jara x'ser jivvinta sabiex joqrob aktar lejn il-ħolma tiegħu.", "\"Darba minnhom fl-1968 niltaqgħu mal-Prof.", "Oliver Friggieri fi Strada Rjali l-Belt,\" ftakret Marija.", "\"U hemm Pawlu fetaħ qalbu miegħu dwar din il-ħolma kbira li kellu, jiġifieri dik li joħloq klabb tal-qari tal-Malti u li jibda jippubblika ktieb bil-Malti kull xahar.", "Iżda Oliver dlonk urieh li ma kien jaqbel xejn ma' din l-idea, l-aktar minħabba li dan kien konxju sewwa mid-diffikultajiet u r-riskji li dan ix-xogħol jinvolvi.", "Però ormaj kien tard wisq biex tipprova ddawwar il-ħsieb lil Pawlu u meta huwa beda jaħdem fuq il-proġett tiegħu, Oliver kien wieħed minn dawk li tawh daqqa t'id sabiex isib awturi tajbin.\"", "Infatti Klabb Kotba Maltin ġie stabbilit fl-1969 u l-ewwel ktieb li ġie ppubblikat fl-1971 kien Il-Gaġġa ta' Frans Sammut, liema ktieb eventwalment kien inħadem ukoll bħala film.", "Iżda akkost li wasal s'hawn, bdew intoppi ġodda...", "\"Fosthom tgħidx kemm irċevejna ittri psataż talli konna azzardajna noħorġu bil-kelma 'klabb' li skont uħud kienet forma mkissra tal-kelma 'club' bl-Ingliż,\" qaltli Marija.", "\"Imbagħad jiena spiċċajt ġejt insulentat u mwaqqa' għaż-żufjett meta mort quddiem xi membri tal-parlament b'dan il-ktieb sabiex nurihom b'din l-inizzjattiva tiegħi,\" kompla Pawlu.", "\"Dan mhux ktieb tiegħek, qaluli wħud minnhom.", "X'qed tagħmel hawn b'dan il-ktieb jekk m'intix l-awtur?!", "Naturalment mhux kollha kellhom l-istess reazzjoni, fosthom Ġorġ Borg Olivier li kien qabad u tani ċekk ta' 90 lira Maltin bħala sostenn għal dan l-impenn tiegħi.\"", "Pawlu ma qatax qalbu u kompla bix-xogħol li kien daħal għalih.", "\"Jien kont nemmen li jekk ma toħroġx ktieb bil-Malti b'mod regolari, il-Maltin ma kienux se jidraw jinteressaw ruħhom u jixtru dawn it-tip ta' kotba.", "Għaldaqstant jiena ridt inderri lill-poplu tagħna u b'mod speċjali lill-membri li bdew jissieħbu ma' Klabb Kotba Maltin, li dawn kienu ser jibdew isibu ktieb ġdid x'jakkwistaw fi żmien qasir.", "B'hekk, kien ser jiżdied ukoll l-interess lejn il-lingwa Maltija u l-qari tagħha.\"", "Intant it-tieni ktieb li ħareġ minn taħt idejh kien Mas-Sejħa tat-Tnabar li kien jikkonsisti minn ġabra ta' poeżiji ta' erbgħa poeti Maltin.", "It-tielet ktieb kien L-Għanja tas-Sienja li kien traduzzjoni għall-Malti ta' Ġużè Aquilina tar-rumanz Le Chant de la Noria li nkiteb minn Laurent Ropa.", "Ir-raba' wieħed kien Lejn Tnissil ta' Nazzjon tal-Prof.", "Henry Frendo, f'liema ktieb Manwel Dimech issemma għall-ewwel darba bħala patrijott Malti... u l-lista tkompli.", "\"Kull pubblikazzjoni kienet tinvolvi spejjeż kbar u għalhekk ridt nara minn fejn ser inġib il-kapital.", "Biex nagħmel tajjeb għan-nuqqas jew għad-defiċjenzi tas-suq, mhux darba u tnejn li kellna nbiegħu xi proprjetà tagħna.", "Probabbilment ftit jirrealizzaw kemm dan ix-xogħol jinvolvi sagrifiċċji personali u minn dawn kelli nagħmel mhux ftit sabiex inżomm il-Klabb fuq saqajh.", "Kien għalhekk ukoll illi bejn l-1987 u l-1990 dħalt naħdem bħala direttur tal-Mediterranean Film Studios fejn fosthom kelli r-responsabbiltà li nsib postijiet ideali sabiex jinġibdu l-films fihom u nagħti pariri dwar l-istorja ta' pajjiżna.\"", "Tkellimna dwar numru ta' proġetti sinifikanti li kienu baqgħu fuq l-ixkaffa tal-awturi għal xi snin imma eventwalment tpoġġew fuq l-ixkafef tal-ħwienet wara li Klabb Kotba Maltin daħal għar-responsabbiltà tal-pubblikazzjoni tagħhom.", "Fost dawn kien hemm ix-xogħolijiet monumentali tal-Miklem Malti ta' Erin Serracino Inglott li jikkonsisti f'dizzjunarju, monolingwi, mill-Malti għall-Malti li jagħtik it-tifsiriet mill-għeruq tal-kliem Malti, u s-sitt volumi tad-dizzjunarju Malti-Ingliż-Malti ta' Joseph Aquilina.", "Xi ħaġa oħra li Pawlu kellu jħabbat wiċċu magħha kienet iċ-ċensura ta' wħud mill-kotba, fosthom dik ta' Samuraj li nkiteb minn Frans Sammut u li għalih hu kien ingħata l-Premju Rothmans għal-Letteratura fit-taqsima tal-kitba kreattiva.", "Fatt kurjuż dwar dan il-ktieb hu li dan kien qed jifforma parti mis-sillabus tal-Malti imma tneħħa minnufih hekk kif ġie ċċensurat minħabba xi żewġ deskrizzjonijiet xotti xotti dwar is-sess.", "Fi kliem il-Prof.", "Oliver Friggieri, Pawlu jista' jitqies bħala \"missier il-ktieb Malti modern\" hekk kif hu ħadem biex inħolqot vetrina fejn l-awturi Maltin setgħu jippubblikaw ix-xogħolijiet tagħhom.", "Din kienet ukoll opportunità li permezz tagħha ċerti kittieba għamlu l-kuraġġ biex jippubblikaw kitbiethom u llum saru kittieba prolifiċi, bħal ngħidu aħna Trevor Zahra li mal-Klabb kien beda bil-kotba ta' Kunċett u Marinton.", "Maż-żmien, Pawlu ħass il-bżonn li jippubblika anki kotba b'lingwi barranin dwar Malta.", "\"Parti mill-intwizzjoni ta' missieri kienet illi huwa nduna bl-interess tal-barranin lejn l-istorja ta' pajjiżna minħabba li Malta għandha storja sinifikanti mhux biss għalina l-Maltin imma anki f'kuntest ta' storja ewropea u internazzjonali,\" spjegali ibnu Joseph li llum imexxi dan il-Klabb.", "\"Minn hemm huwa kompla jiżvolġi t-teorija tiegħu li kienet tgħid li kien inutli li tistampa kotba bil-Malti għall-Maltin biss.", "Kien jeħtieġ li s-suq jinfetaħ anki għall-barrani billi pajjiżna jimpenja ruħu li jippubblika kotba ta' livell akkademiku għoli u anki ta' preżentazzjoni professjonali.", "B'dan il-ħsieb missieri ħoloq is-sezzjoni MidSea Books Ltd u beda jistieden awturi u riċerkaturi barranin sabiex jiktbu dwar Malta.", "F'dak il-perjodu, din kienet xi ħaġa rari ħafna imma hu rnexxielu jqabbad anki din l-idea.", "L-ewwel ktieb ta' dan it-tip kien miktub mill-medjevalista Anthony Luttrell dwar Ħal-Millieri.", "Minn hemm bdew resqin lejna aktar riċerkaturi, fosthom anki dawk Maltin.\"", "Fl-1992, Pawlu Mizzi ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika iżda kien għad fadallu ħafna aktar xogħol siewi x'jagħmel.", "Infatti fl-1999 huwa kompla jespandi bit-tielet sezzjoni tiegħu li semma Heritage Books.", "\"Din għandha l-għan li tipproduċi kotba ta' referenza bl-Ingliż li japplikaw għall-pubbliku in ġenerali,\" infurmani Pawlu.", "\"Infatti hawnhekk aħna naħdmu flimkien ma' diversi aġenziji, fundazzjonijiet, mużewijiet u għaqdiet li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali.\"", "Illum li jgħodd l-84 sena, u wara li ppubblika madwar 1200 ktieb, staqsejt lil Pawlu jekk kienx iħossu sodisfatt li ħolmietu twettqet.", "\"Naħseb li tajt kontribut fil-qasam tal-Malti,\" stqarr Pawlu.", "\"Imma ma nħossx li għandi nitkabbar bih għax nemmen li jien biss wieħed miż-żgħar nett.", "Għamilt dak li kelli nagħmel u kuntent ferm li ibni Joseph se jkompli jsaħħaħ warajja dak li bdejt jien.", "Inħossni sodisfatt li matul is-snin rajt bidla kbira pożittiva fejn jidħol il-Malti.", "Iżda fl-istess ħin hija traġedja li wara kważi 50 sena mill-ftuħ ta' Klabb Kotba Maltin, riċentement qed jiġi nnutat illi l-qari bil-Malti reġa' naqas qatiegħ.", "U mill-ġdid niftakar x'kien qal Vassalli u ma nistagħġibx il-għala r-riżultati tal-istudenti Maltin qegħdin imorru lura wkoll.\"", "\"Il-ktieb minnu nnifsu sikwit jitqies bħala kumdità milli bħala bżonn,\" kompla jfissirli Joseph.", "\"Tixtrih jekk iħajjrek, jew jekk tinteressa ruħek fis-suġġett.", "Però anki jekk iħajjrek, mhux neċessarjament se tixtriħ għax ktieb tista' tiddubbaħ jew tisselfu minn xi librerija jew mingħand il-ħbieb, tista' tagħmlu fotokopja f'temp ta' ftit minuti, u tista' teħodlu ritratt.", "Jeżistu ħafna modi li jitfgħu lura lill-pubblikaturi u personalment kultant nara li ġejna f'sitwazzjoni agħar minn dik li beda minnha missieri.", "Ma ddejjaqniex il-kompetizzjoni ta' oħrajn bħalna għax dik toħloq ambjent tajjeb sabiex tinżamm il-kwalità tal-prodott.", "Iżda fl-istess ħin, nixtiequ li l-awtoritajiet jirrikonoxxu aktar l-impenn u l-ispejjeż li jidħlu għalihom nies bħalna sabiex jippromwovu l-ktieb, bil-Malti u dwar Malta.", "Ngħidu aħna tkun tassew ta' għajnuna għalina jekk dawk il-kotba li jinvolvu riċerka ta' ċertu livell, jinżammu b'moratorju ta' madwar 12 il-xahar, qabel dawn joħorġu fil-libreriji għall-użu tal-pubbliku.\"", "\"Għamilna bosta sagrifiċċji sabiex nagħtu importanza lill-ktieb Malti.", "Nittama li t-triq li wittejna flimkien ma' individwi oħra li bħalna ħabbew il-ktieb Malti tkompli tissaħħaħ għall-ġenerazzjonijiet ta' warajna,\" temm jgħidli Pawlu hekk kif it-tokki tqal tal-katidral nebbħuni li kien sar il-ħin.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fis-sensiela KOBOR IL-MALTI fit-Torċa tal-10 t'Awissu 2014)", "Il-Gaġġa", "Joseph Mizzi", "Klabb Kotba Maltin", "Kunċett u Marinton", "L-Għanja tas-Sienja", "Mas-Sejħa tat-Tnabar", "Pawlu Mizzi"], "category": "blog, literature, culture", "title": "Ġieħ lill-ktieb Malti"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/10/l-isfera-gurnal-gdid-ghaz-zghazagh/", "text": ["L-ISFERA – ĠURNAL ĠDID GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "Nispera illi filwaqt li ħafna nies qegħdin barra jxommu l-fwieħa tal-fjuri, xi ħadd ieħor qed jiddedika ftit ħin biex jiżra aktar...", "Herbert Rappaport.", "M'ilnix ħafna żmien fil-qasam tal-kitba.", "Madanakollu minn dejjem niftakarni nħobb nikteb.", "L-ewwel tentattivi tiegħi kienu stejjer qosra fuq ktieb magħmul bil-karti strazzi.", "Kont anki npinġi xi stampi li jkunu relatati mal-istorja li nkun ktibt.", "Il-ħolma tiegħi kienet li meta nikber insir bħall-idolu li kelli – Trevor Zahra.", "Nikolhom kont il-kotba tiegħu!", "Dawn it-tifkiriet bdew għaddejjin minn moħħi hekk kif mort niltaqa' ma' tlett ġuvintur sabiex nitkellmu dwar proġett kbir tagħhom – dik li jistabilixxu l-ewwel gazzetta bil-Malti iddedikata liż-żagħżagħ...", "Kevin Mercieca kien il-moħħ wara din l-idea.", "Kont kurjuża nkun naf kif beda kollox.", "Is-Sajf li għadda kont qed naħdem part-time mal-iSmash TV u s-Smash radio.", "Xogħli kien bħal dak ta' ġurnalista, jiġifieri nikteb ir-rapporti għall-aħbarijiet u anki kont naqrahom.", "Minn hemm beda jbherren f'moħħi li noħroġ gazzetta immirata lejn iż-żagħżagħ minn 16-il sena l-fuq.", "Niftakar li għall-ewwel, meta mort niddiskuti din l-idea ma' ħbiebi Kurt u Stefan, m'aċċettawx il-proposta tiegħi minnufih.", "Imma mbagħad, wara xi ħmistax, iddeċidew li jingħaqdu miegħi biex nagħmlu dal-proġett realtà.", "Kif ħriġtu bl-isem L-Isfera?", "Għamilna laqgħa bejnietna u kkunsidrajna diversi ismijiet.", "Iddeċidejna li nagħżlu l-isem L-Isfera għax l-isfera tiġbor kollox fiha u tolqot kull dimensjoni.", "Missier Kurt, Michael Pawley, iddiżinjalna anki l-logo tal-gazzetta li jidher fis-sit elettroniku tagħna.", "X'inhu l-iskop ta' L-Isfera?", "L-iskop tal-gazzetta huwa biex nedukaw liż-żagħżagħ fil-qasam tal-kitba u l-qari tal-gazzetti u biex nifirxu aktar il-libertà tal-kelma, ovvjament mingħajr ma jinqabżu l-limiti tagħha.", "Nixtiequ li permezz", "ta' din l-opportunità, ħafna aktar żagħżagħ jitħajjru jgħidu tagħhom u ma jiddejqux jiktbu fehmithom.", "B'hekk fejn forsi f'gazzetti oħra stabbiliti huwa diffiċli ħafna biex jiktbu xi ħaġa, fil-gazzetta tagħna għandhom il-possibilità li jiktbu artiklu sħiħ jew saħansitra jkollhom is-sezzjoni tagħhom ukoll.", "Min jista' jikteb fil-gazzetta L-Isfera u dwar liema suġġetti?", "Bħalissa l-kontributuri ta' L-Isfera huma ħbieb tagħna stess u numru ta' nies akkademiċi.", "Però kull min jixtieq jikteb fil-gazzetta tagħna, aħna ser nilqgħuh b'idejna miftuħa.", "Bħala suġġetti m'hemmx limitu.", "L-importanti huwa illi l-għan tal-artiklu jkun informattiv u edukattiv.", "Fuq kollox, nixtieq niċċara li aħna ma naċċettawx kitba ta' politika partiġġjana.", "Niktbu dwar politika imma b'mod newtrali.", "Għaldaqstant kull min jixtieq jikkontribwixxi b'kitbietu jrid iżomm dan f'moħħu.", "It-tul tal-artikli ġeneralment ikun ta' madwar 400 kelma.", "Anki jekk forsi l-Malti ta' min jikteb ma jkunx xi wieħed ta' livell għoli, l-importanti li jkun hemm messaġġ interessanti u mbagħad il-kitba nieħdu ħsiebha aħna.", "Idealment nixtiequ nsibu xi kontributuri regolari wkoll.", "Kemm sibtu ko-operazzjoni biex din il-gazzetta tkun suċċess?", "Jiena bniedem pożittiv iżżejjed kultant u l-immaġinazzjoni tiegħi tiġri bija.", "Ħsibt illi peress li dan il-proġett kien oriġinali u kellu skop li jeduka liż-żagħżagħ, konna ser insibu ħafna jdejn miftuħa biex jgħinuna.", "Imma b'dispjaċir kbir, sibna l-kuntrarju.", "Batejna ħafna biex ħriġna bl-ewwel gazzetta.", "Dorna bosta stamperiji u kollha tawna stimi għolja.", "Kellna bżonn ħafna riklami biex inkopruhom imma bosta ħwienet għalqulna l-bieb b'diversi skużi.", "Kien hemm min lanqas biss tana ċ-ċans nispjegawlu x'kien il-mottiv għala konna qed nitolbuh jirriklama magħna.", "Oħrajn qalulna \"jien ma nħobbx naqra xbin\" u tawna l-gazzetta lura bla ma biss taw ħarsa waħda lejha!", "Jiena nifhem illi mhux la kemm wieħed joħroġ il-flus mill-but imma nemmen ukoll li għandu jkun hemm aktar fiduċja fiż-żagħżagħ ħalli b'hekk dawn jiġu mgħejjuna joħolqu xi ħaġa għall-ġid.", "L-ewwel gazzetta li ħriġna għamilniha bil-ħlas – 51 ewro ċenteżmi.", "Imma minn 400 kopja, inbiegħu biss 20!", "Għamilna b'150 ewro telf.", "Mit-tieni edizzjoni 'l hemm, ittantajna nagħmluha b'xejn imma s'issa qatt m'għamilna qliegħ, dejjem bit-telf.", "Sfortunatament meta kienu jiżdiedu r-riklami fil-gazzetta, l-istima tal-istamperija kienet tiżdied ukoll.", "U dan meta ta' riklam, ftit li xejn konna qed nitolbu flus.", "X'inhu r-rwol tiegħek f'din il-gazzetta?", "Jiena l-editur u allura r-rwol tiegħi huwa illi flimkien ma' oħti Rachel Pulis (li hija l-editriċi assistenta tal-gazzetta), nieħdu ħsieb it-tqassim tal-artikli u r-riklami ta' L-Isfera.", "F'idejja għandi wkoll il-kitba tan-novelli għad-diskussjoni.", "Kemm il-edizzjoni ta' L-Isfera ġew ippubblikati s'issa?", "L-ewwel edizzjoni ta' L-Isfera tqassmet f'Diċembru 2008.", "Il-gazzetta kienet toħroġ kull xahrejn u b'hekk ippubblikajna ħames edizzjonijiet.", "Iżda minn Settembru li għadda, kemm minħabba n-nuqqas ta'", "finanzi u kif ukoll peress li ma tantx kellna rispons tajjeb, ħadna deċiżjoni li noħorġu l-gazzetta online.", "Jekk immorru tajjeb bil-websajt, nixtiequ li mbagħad ikollna l-kwartieri tagħna.", "Imqar nikru garaxx fejn in-nies ikunu jistgħu jiġu jiltaqgħu magħna u forsi jitħajjru jkunu disponibbli biex jiktbu huma wkoll.", "Sadanittant, aħna ser inkunu qed niktbu wkoll f'diversi gazzetti oħra lokali sabiex in-nies isiru jafu aktar bina.", "Il-pjan tagħna huwa illi b'hekk L-Isfera tissaħħaħ mill-ġdid u nkunu nistgħu nerġgħu ndawwruha f'gazzetta kif bdiet oriġinarjament permezz tal-għajnuna ta' aktar riklami.", "Kull min daq il-ħajja jaf illi l-ewwel passi ta' kull proġett, rari jkunu ward u żahar.", "U bis-sewwa jew bid-dnewwa, bosta minn dawk li jkollhom xi ħolma f'ħajjithom jirrealizzaw illi t-triq hija ferm aktar iebsa milli ħasbu.", "Xtaqt l-aħħar kummenti ta' Kevin dwar dan....", "Akkost id-diffikultajiet li sibna, il-ħolma tiegħi għadha qawwija u għandi fiduċja kbira li naraha titwettaq fil-futur qarib.", "Fuq kollox meta nara l-progress li għamilna jiena u sħabi fostom f'kitbietna, fil-kuntatti li għamilna u fil-perserveranza u l-kuraġġ li qed naħdmu bih, ngħid illi dal-proġett diġà ħareġ ħafna pożittiv minnu.", "Fil-preżent L-Isfera toħroġ fuq websajt u tiġi rrinovata kull darba li tidħlilna xi kontribuzzjoni.", "Madanakollu għalkemm l-ispejjeż naqsu, xejn ma jsir b'xejn u lil min jeħdilna ħsiebha rridu nħallsuh.", "Ta' fiduċjuż li jien, nemmen li xi darba għad nerġa' nara l-gazzetta tagħna tiġri fl-idejn.", "Kull m'hemm bżonn daqsxejn fiduċja u għajnuna minn għand xi sponsors sabiex itaffulna l-ispejjeż tagħna u jagħmlulna aktar kuraġġ.", "M'għandix dubju li jeżistu bosta individwi u kumpaniji li jistgħu jagħtuna daqqa t'id.", "Issa li L-Isfera rat il-bidu tagħha, kull m'għandha bżonn hija imbuttatura tajba biex tkompli sejra soda fi triqitha.", "Tkellimt ukoll ma' membru ieħor tal-Isfera – Stefan Darmanin.", "Kif ingħaqadt mat-tim tal-gazzetta L-Isfera u x'inhi l-parteċipazzjoni tiegħek fiha?", "Niftakar darba fost l-oħrajn kont quddiem id-dar ta' Kevin u dan qalli li xtaq jagħmel gazzetta għaż-żagħżagħ.", "Għalkemm kont interessat, ħasadni dak il-ħin.", "Meta komplejt naħseb għedt u iva, din xi", "avventura ta' ftit... mhux ser iddum.", "Aċċettajt li nissieħeb miegħu u mal-mogħdija taż-żmien ħriġna b'ħames edizzjonijiet!", "Id-diffikultajiet li sibna kienu ħafna u kellna bżonn ħafna kuraġġ biex inkomplu peress li kellna problema biex insibu l-isponsors.", "Imma l-kuraġġ li wrew sħabi għeni biex anki jiena nwebbes snieni, nagħmel il-qalb u nibqa' naħdem flimkien magħhom.", "Oriġinarjament jiena kont inħobb nikteb l-iskripts għad-drammi.", "Imma ftit ftit inġbidt lejn l-Istorja tal-Ewropa u għalhekk meta ġejt biex nagħti l-kontribut tiegħi fil-gazzetta għażilt li nikteb il-paġna tal-Istorja.", "Barra minn hekk, ir-rwol tiegħi f'L-Isfera huwa dak ta' ko-ordinatur.", "X'diffikultajiet iltqajtu magħhom biex stajtu tippubblikaw din il-gazzetta?", "Ħafna aktar milli ħsibna!", "L-ispiża tal-istamperija hija għolja immens u biex tagħmel is-sitwazzjoni aktar diffiċli, meta konna niġbru aktar riklami, din l-ispiża kienet togħla aktar!", "Aħna nissagrifikaw ħafna mill-ħin tagħna nduru 'l hemm u 'l hawn bit-tama li nsibu xi sponsor jew lil xi ħadd biex jirriklama magħna.", "Imma tiskanta kemm hi diffiċli biex xi ħadd jagħtik il-fiduċja u l-għajnuna tiegħu.", "Jgħidulek din xi ħaġa ġdida u ma nafx kif ser tmur.", "U jibżgħu.", "Min-naħa l-oħra l-qari fost iż-żagħżagħ naqas ħafna peress li fuq l-internet illum issib kollox.", "Għalhekk issa ddeċidejna li nagħmlu l-websajt tagħna.", "Imma fir-realtà aħna aktar nixtiequ li l-gazzetta tiġi ppubblikata kif konna nagħmlu qabel għax gazzetta taż-żagħżagħ ma naħsibx li qatt kien hawn u nemmen b'saħħa li l-pjan tagħna jagħmel sens.", "Kemm issibu entużjażmu miż-żagħżagħ biex jiktbu f'L-Isfera?", "Sfortunatament s'issa ma tantx kien hemm entużjażmu.", "Ħafna miż-żagħżagħ donnhom jibżgħu jesponu lilhom infushom u jiddejqu jidhru f'gazzetta.", "Jibżgħu li mhux kapaċi u li ser jaqgħu għaċ-ċajt.", "Forsi għax għadhom ma fehmux is-sodisfazzjon kbir li tieħu meta tara ismek u kitbietek stampati fuq gazzetta.", "X'inhuma l-lati pożittivi ta' L-Isfera?", "Il-kuraġġ ta' grupp ta' żagħżagħ li jixtiequ jagħmlu xi ħaġa utli f'ħajjithom.", "Jiena xorta waħda bqajt inqis lil L-Isfera bħala avventura għax din il-gazzetta timlini bl-entużjażmu u bil-fiduċja fija nnifsi.", "Qabel dħalt għal dal-proġett, qatt ma kont ser noħlom li nidħol għal affarijiet hekk u daqstant ieħor sħabi.", "Bis-saħħa ta' L-Isfera ħarġu biċ-ċar it-talenti li kellna fina.", "Forsi mingħajr din l-opportunità dawn qatt ma kienu ser jiżviluppaw.", "Issa li qed naħdmu fuq dan il-pjan ġdid tal-websajt, għalkemm huwa proġett akbar minn ta' qablu, dħalt għalih b'aktar konvinzjoni u kuraġġ.", "L-importanti li t-tim tagħna jiġbor ħabel wieħed u li nsibu lil xi ħadd biex isostnina finanzjarjament.", "Ingħaqad magħna wkoll Kurt Pawley...", "L-Isfera, kif daħlet f'ħajtek u x'inhu r-rwol tiegħek fiha?", "Daħlet f'ħajti wara li daħlet f'moħħ Kevin.", "Tgerfixt għall-ewwel meta qalli bil-pjan tiegħu u xtaqt naħsibha ftit qabel naċċetta.", "Jien daqsxejn karattru negattiv u nkun irrid inqis l-affarijiet sewwa qabel nidħol għalihom.", "L-aktar li kien qed iħassibni kien kif konna ser niffinanzjaw proġett bħal dan.", "Min-naħa l-oħra kien hemm il-fatt illi l-kitba minn dejjem kienet togħġobni.", "Proprjament kont imdorri nikteb stejjer qosra bl-Ingliż imma meta rajt li kienet ser tiġi fdata f'idejja s-sezzjoni tal-films u l-movie reviews, iddeċidejt li nidħol għaliha u nissieħeb mat-tim ta' L-Isfera.", "Barra minn hekk jiena wkoll is-Segretarju ta' din il-gazzetta.", "X'jidhirlek mill-andament ta' L-Isfera?", "Kif kont bassart, l-iffinanzjar tal-gazzetta kien iebes ħafna.", "Ma tantx sibna għajnuna.", "Anki l-aktar affarijiet sempliċi għamluhomlna iebsin!", "Biex infissrlek ftit per eżempju, meta konna mmorru nqassmu l-", "kopji tal-gazzetta b'xejn fil-ħwienet, ġieli kien hemm min lanqas biss aċċetta li jgħaddihom lill-klijenti tiegħu.", "Oħrajn ħadulna tlett kopji biss biex imbagħad ħbewhom wara oġġetti jew prodotti oħra.", "Ġieli konna mmorru niċċekkjaw jiena u sħabi biex naraw kif qed tmur il-gazzetta tagħna u konna nsibuhom taħt xi kaxxa jew wara xi imbarazz ieħor.", "Kien hemm ukoll każi fejn ippruvajna nagħtu kopja lis-sid tal-ħanut biex jaqraha hu, ħalli jara fiex tikkonsisti.", "Numru minnhom qalulna li ma jħobbux jaqraw, oħrajn ħaduha u tefgħuha 'l hemm quddiemna stess u xi individwi oħra lanqas biss aċċettawha!", "Tidher ċara illi ma tantx jeżisti interess meta toħroġ xi ħaġa ġdida.", "X'tikkummenta dwar il-fatt li issa L-Isfera qegħdha online?", "Dan huwa attentat biex niġbdu aktar żagħżagħ lejn il-gazzetta tagħna peress illi l-internet illum huwa ħaġa waħda mill-ħajja taż-żagħżugħ.", "Madanakollu ninsab konxju wkoll illi b'hekk hemm sfera ta' nies ta' ċerta età illi bl-internet ma tilħaqhomx għax ma jużawhx.", "U din hija ħasra għax irċevejna bosta ittri mingħand l-anzjani biex jinkoraġġuna f'dax-xogħol li qed nagħmlu.", "Peress li fil-gazzetta tagħna għandna rokna tal-anzjani, irċivejna ammont ta' rispons minn għandhom.", "Niftakar waħda anzjana kitbitilna \"Qawwejtulna qalbna b'dawn l-artikli.\"", "Il-problema hija illi ż-żagħżagħ ftit li xejn ipparteċipaw.", "Nittama li b'dan l-esperiment jirnexxielna nħajjru aktar żagħżagħ jersqu lejna u jingħaqdu magħna.", "Lilek x'tagħtik L-Isfera?", "Esperjenza sabiħa fejn flimkien ikkumbattejna ħafna affarijiet u b'riżultat t'hekk inħoss li qalbi ssaħħet aktar.", "Akkost id-diffikultajiet, minflok qtajna qalbna, aktar rabbejna għeruq sodi biex nirnexxu.", "Meta nara l-gazzetta tagħna nieħu gost li qed inwassal xi ħaġa sabiħa u informattiva lil min qed jaqraha.", "Fuq kollox il-fatt li nikteb f'L-Isfera jagħtini sodisfazzjon kbir!", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-11 t'Ottubru 2010)", "gazzetta għaż-żgħażagħ", "Kurt Pawley", "L-isfera", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "L-ISFERA – ĠURNAL ĠDID GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ"} {"url": "http://fionavella.com/features/2012/09/the-sicilian-connection-archaeotur-project/", "text": ["THE SICILIAN CONNECTION – Archaeotur Project", "Archaeotur Project", "Cisternazzi", "Mezzagnone", "Ta' Bistra"], "category": "blog, literature, culture", "title": "THE SICILIAN CONNECTION – Archaeotur Project"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/05/is-seher-tal-klassici/", "text": ["IS-SEĦER TAD-DINJA KLASSIKA", "L-Istorja b'dik il-laqta leġġendarja minn dejjem kienet tinżilli għasel.", "Niftakar illi l-iskola għamilna ħabta nistudjaw l-Odissea ta' Omeru li kienet tirrakkonta l-vjaġġ twil ta' Odissew wara l-waqgħa ta'", "Trojja.", "Tistgħu taħsbu kif bqajt meta wasalna fil-parti ta' meta l-eroj jinqabad fuq gżira taħt is-seħer ta' Calypso u skoprejt illi hemm min jisħaq li Omeru kien qed jirreferi għall-gżira t'Għawdex!", "Ma qgħadtx bi kwieti qabel mort inżur l-għar li jinsab fir-Ramla l-Ħamra u nistqarr magħkom li tgħidx kemm domt inħuf bit-tama li nsib xi ħjiel moħbi fil-ħitan li jikkonferma din il-ġrajja.", "Iżda ma rnexxili nsib xejn u minflok inxtħett inħares il-barra mill-bokka tal-għar, nimmaġina lill-Odissew miżmum priġunier hemmhekk waqt li jixxennaq sabiex imur lura lejn daru.", "X'nostalġija!", "Ta' żagħżugħa li kont, forsi ftit apprezzajt illi kont qed nitgħallem dwar waħda mill-eqdem poeżiji Griegi li jiffurmaw parti mid-dinja klassika.", "Dan l-aħħar kont qegħdha nqalleb fil-ġurnali u nnutajt illi grupp ta' studenti flimkien ma' xi lekċerers mill-Università ta' Malta fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-", "Arkeoloġija kienu qegħdin iwaqqfu l-Malta Classics Association.", "L-iskop maġġuri ta' din l-Assoċjazzjoni huwa illi tippromwovi l-istudju tal-Latin u l-Grieg Klassiku filwaqt li tintroduċi d-dinja klassika lill-membri tagħha.", "L-Assoċjazzjoni hija miftuħa wkoll għall-pubbliku in ġenerali u għalhekk iddeċidejt li nistħarreġ ftit dwarha sabiex inwasslilkom l-informazzjoni filwaqt li nintroduċilkom il-perspettiva tal-ewwel membri tagħha.", "Iltqajt ma' Maria Zammit, MA u lekċerer fl-Università fid-Dipartiment tal-Klassiċi, Maria Giuliana Fenech MA fil-Klassiċi u Joseph Anthony Debono li bħalissa qed jagħmel hu", "wkoll f'MA f'das-suġġett.", "Fl-ambjent tradizzjonali Malti li tħaddan id-dar ta' Maria Zammit, imżewwaq b'għadd ta' kotba klassiċi u aċċessorji epiċi, ma ridtx wisq biex niżżerżaq ħelu ħelu fid-diskussjoni dwar din id-dinja li huma tant passjonali dwarha.", "\"Meta Robert Harris, awtur ta' bosta kotba magħrufa, mar jagħmel xi riċerka għall-ktieb ġdid tiegħu", "u naturalment żar din il-belt antika, huwa kiteb hekk dwar it-trasformazzjoni nspjegabbli li ħalliet fuqu din iż-żjara...", "\"Il-bieraħ fl-għaxija, waqt li kont miexi f'Pompeii lejn it-telgħa tal-arkata ta' Vessuvju, xammejt l-ilma ta' fuq il-ġebel, ħassejt is-sħana tal-post u ħarist fuq belt li xi darba kienet fil-quċċata taċ-ċiviltà.", "Bla ma naf kif, bdejt induq l-ewwel xrar ta' mħabba.", "Bdejt nesperjenza dik il-ġibda misterjuża, eżotika u melankonika tad-dinja antika.", "Lili u hekk kif jiġri wkoll lil ħafna oħrajn li jiltaqgħu ma' das-suġġett tard fil-ħajja tagħhom, Pompeii nislitli l-ewwel imħabba f'din il-materja.\"", "\"Permezz ta' din l-Assoċjazzjoni aħna nixtiequ naqsmu dan is-sentiment ta' sbuħija, eċċellenza, virtù, eleganza u passjoni li tagħtik id-dinja klassika.", "Hija dinja affaxxinanti li tħaddan il-bidu ta' kollox u ta' dak kollu li nagħmlu.", "Hija l-bidu tal-ħsieb, tal-oriġini tal-filosofija, tal-politika u ta' bosta affarijiet oħrajn.\"", "Il-mod kif titkellem bih Maria Zammit dwar dit-tema ma jistax ma jqanqlikx.", "Hija waħda minn dawk ix-xempji rari li twassal il-messaġġ tagħha dwar dak li tħobb b'passjoni u b'emozzjoni li tittieħed.", "Iżda bħal Harris, Maria ħadet iż-żmien tagħha biex iltaqgħet ma' din l-imħabba.", "\"Fil-bidu tal-karriera tiegħi jiena ggradwajt fl-ekonomija.", "Studjajt l-ekonomija mhux għax kelli ġibda lejn id-dinja finanzjarja jew lejn il-flus iżda għax kelli mistoqsija importanti li xtaqt inwieġeb.", "Xtaqt", "inkun naf għala meta d-dinja tipproduċi daqstant ġid, xorta waħda għad hemm nies daqshekk imċaħħdin.", "Stennejt li l-ekonomija ser tweġibni imma ma kontx sodisfatta.", "Daqstant ieħor ħassejtni mhux konvinta meta mort naħdem għal numru ta' snin f'azjenda kbira fejn b'ċertu skumdità kelli namministra diversi strutturi u metodi li jidhirli li xejn ma kienu jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem.", "Għalkemm il-paga kienet tajba ntbaħt li dik ma kinetx id-dinja tiegħi.", "Fhimt illi l-mistoqsija oriġinali tiegħi kienet waħda filosofika u allura ddeċidejt li nibdel triqti sabiex immur nistudja das-suġġett li finalment wassalni biex nidħol anki fl-istudji klassiċi.\"", "Maria Giuliana Fenech hija entużjasta ħafna wkoll dwar l-istudji klassiċi.", "\"Meta kont żgħira missieri kellu d-drawwa li jgħidli storja qabel norqod.", "Lilu kienu jaffaxxinawh il-ġrajjiet mitoloġiċi ta' Perseus u għalhekk spiss kien jirrakkuntali l-avventuri tiegħu.", "Fil-mitoloġija Ġriega, Perseus huwa magħruf l-aktar għal meta rnexxielu joqtol lil Medusa u meta żżewweġ lil Andromeda wara li salvaha mill-mostru tal-baħar li kien bagħat Poseidon.", "Dawn l-istejjer nibbtuli l-interess fil-mitoloġija u aktar tard meta dħalt l-Università fetħuli l-bieb għall-istudji klassiċi.\"", "Anki Joseph iltaqa' mal-karattri mitoloġiċi fl-età tat-tfulija.", "\"Meta kelli 7 snin kont daqsxejn ma niflaħx u bdejt niffitta lil ommi biex iġġibli xi kotba ġodda x'naqra.", "Darba minnhom sibtha mħabbta u biex tħaffef, marret tqalleb ġo kaxxa mimlija bil-kotba tagħha tal-iskola.", "Fosthom għażlitli ktieb tal-mitoloġija Griega u bqajt imsaħħar meta nxtħett naqrah u minn dakinhar 'l hawn bqajt infittex dawn it-tip ta' kotba.", "Meta dħalt l-Università ħsibt illi biex nidħol nistudja s-suġġetti klassiċi kont neħtieġ kwalifika fil-Latin u għalhekk minflok, għażilt l-Istorja u ggradwajt fiha.", "Għamilt diversi snin naħdem imma l-interess għad-dinja klassika tant kompla jikber illi darba waħda ma flaħtx aktar.", "Iddeċidejt li nieqaf għal ftit mix-xogħol u dħalt inwettaq il-ħolma tiegħi – li nitgħallem il-Latin u l-Grieg Klassiku.", "Fl-aħħar irnexxieli nħossni komplut daqs li kieku finalment kont dħalt fil-ġilda tiegħi.\"", "Biex wieħed jissieħeb f'din l-Assoċjazzjoni m'hemmx bżonn li huwa jkun jaf dawn il-lingwi klassiċi.", "\"L-importanti li jkunu jħobbu dawn il-lingwi jew li jkollhom interess fil-klassiċi.", "Permezz ta' din l-Assoċjazzjoni ser tinħoloq il-possibilità li l-membri jkunu jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu ma' individwi", "oħrajn sabiex flimkien jaqsmu din in-namra tagħhom.", "Minkejja li forsi ma tkunx taf il-Latin u l-Grieg jista' jkun li tkun iltqajt ma' xi referenza mitoloġika f'xi ktieb bl-Ingliż u tkun tixtieq tesploraha aktar.", "Min-naħa l-oħra lil dawk li jitħajjru jitgħallmu l-lingwi klassiċi jew li diġà jafuhom, aħna ser noffrulhom l-udjenza għax-xogħlijiet li jkunu jixtiequ jippreżentaw.", "L-ewwel għan li nqarrbu n-nies lejn xulxin diġà qed taħdem permezz tal-paġna tal-facebook Malta Classics Association.", "Sa mill-ewwel ftit ġranet bdew jissieħbu magħna persuni interessati f'dal-qasam, saħansitra anki minn pajjiżi oħra.", "Fuq l-istess prinċipju qed naħdmu wkoll biex intellgħu l-website tagħna.", "Ovvjament maż-żmien beħsiebna nirfinaw aktar, noħolqu iżjed proġetti u nittraduċu xi xogħlijiet.", "Waħda mill-akbar aspirazzjonijiet tagħna hija li nibdew niktbu drammi oriġinali maħduma minn erbgħa lingwi: Malti, Ingliż, Latin u Grieg Klassiku.\"", "Fil-fatt l-Assoċjazzjoni ser tkun qed ittella' diversi attivitajiet fosthom diskussjonijiet dwar id-dinja klassika, qari ta' poeżiji u ta' xogħlijiet ta' letteratura bil-Latin u l-Grieg, korsijiet fil-Latin u l-Grieg u anki ser jittellgħu xi drammi klassiċi.", "Barra minn hekk ser ikunu qed jipproduċu ġurnal akkademiku u newsletter ġenerali.", "Inizzjalment jiena kont tal-idea illi assoċjazzjoni bħal din taf tinteressa biss lil ċertu tip ta' individwi.", "Madanakollu t-tlieta li huma saħqu illi l-bieb tal-Assoċjazzjoni huwa miftuħ għal kulħadd.", "\"Ħa nippruvaw nerġgħu ngħinu lin-nies jiskopru l-imħabba għad-dinja klassika li xi darba kienet hemm imma mas-snin intesiet.", "Nistgħu nqabblu din l-inizzjattiva mal-istorja tan-novella", "ta' Frances Hodgson Burnett fejn Mary sabet ċavetta li tiftaħ il-bieb ta' ġnien abbandunat.", "B'dedikazzjoni din it-tifla jirnexxielha terġa tagħti l-ħajja lil dan il-ġnien sakemm darba minnhom in-nies ġew u għarrfu illi wara kollox il-ħajja fil-ġnien ma kinetx mietet.", "Kellha bżonn biss ftit kura u mħabba sabiex sbuħitha thenni mill-ġdid lil kulħadd.\"", "Fuq kollox insistew illi l-Latin għadu ħaj madwarna ħafna aktar milli naħsbu.", "\"Hemm diversi websites b'din il-lingwa fosthom wikipedia b'aktar minn 39,400 artiklu u dan meta il-wikipedia bil-Malti fiha madwar 2500 artiklu.", "Hemm ukoll xi ħaġa simili għal facebook fejn in-nies jikkomunikaw bil-Latin.\"", "Anki d-dinja klassika teżisti fostna.", "\"L-elementi klassiċi jinsabu kullimkien.", "Min ma rax jew ma semax bil-films ta' Troy jew 300?", "U xi ngħidu għal kliem imsaħħar Latin li jlissen Harry Potter fil-kotba u l-films tiegħu?", "Dan biex ma nsemmux lil Asterix u lil Percy Jackson li t-tfal iħobbu tant jaraw.", "Indubbjament it-tfal jaffaxxinaw ħafna ruħhom b'dawn ir-rakkonti u wħud minnhom juru l-interess li jistudjaw das-suġġetti.", "Għaldaqstant hija ħasra illi fir-realtà ma jsibux min iħajjarhom jew iħarriġhom f'dawn l-oqsma.", "Minn riċerka internazzjonali ħareġ illi dawk l-istudenti illi jistudjaw il-Latin u l-Grieg, finalment jeċċellaw anki fis-suġġetti l-oħra kollha u aktar il-quddiem ikunu huma li jintagħżlu fl-ogħla pożizzjonijiet ta' xogħol.\"", "Minħabba dan il-Malta Classics Association tixtieq tikkollabora wkoll ma' diversi skejjel u kulleġġi sabiex l-istudenti jiġu mħajjra jistudjaw il-Latin u l-Grieg.", "Imma meta hawn tant lingwi moderni x'tistudja, għala għandek titħajjar titgħallem dawn il-lingwi antiki?", "\"Il-bniedem minnu nfih għandu bżonn li jkollu dik il-kapaċità ta' kompetenza lingwistika.", "U dawn iż-żewġ lingwi jagħtuk iċ-ċavetta biex il-quddiem tħaddem anki lingwi oħra.", "Għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu wħud, dawn il-lingwi ma jistgħux jitgħallmuhom biss l-aqwa studenti.", "Huma lingwi li jesiġu ċertu livell ta' preċiżjoni u reqqa u min jidħol għalihom b'serjetà, ftit ftit jiddakkar f'din l-imġieba anki fis-suġġetti l-oħra.", "Barra minn hekk, ta' min jgħid illi diversi lingwi moderni ssellfu numru kbir ta' kliem u espressjonijiet mill-lingwi antiki.", "Fil-fatt 80% tat-Taljan u l-Ispanjol u 60% tal-Ingliż huma ġejjin mill-Latin.", "Dan", "ifisser illi l-istudenti li jkunu tħarrġu fil-lingwi antiki jsibuha aktar faċli biex jitgħallmu lingwi oħrajn għax diġa' jkunu midħla tal-kwantità ta' kliem u espressjonijiet mislufa.", "Illum tant qed nagħrfu l-importanza tal-istudji klassiċi illi fl-Ingilterra l-lingwa tal-Latin qed tiġi ntrodotta f'xi iskejjel saħansitra mill-livell tal-Primarja.\"", "Il-membri tal-Assoċjazzjoni jemmnu illi l-għarfien f'dawn l-oqsma kapaċi jgħolli l-livell in-ġenerali tas-soċjetà.", "\"Apparti milli jsaħħaħ il-mod ta' kif wieħed jaħdem u jaġixxi fil-bqija ta' ħajtu, dan l-għarfien jgħin lil dak li jkun sabiex jidħol fid-dinja tal-għorrief antiki.", "Kif ser naqbdu nfissrulek il-ġmiel u s-sodisfazzjon", "li tħoss meta taf li qed titkellem bl-istess lingwa tal-poeti Rumani Orazju, Virġilju, Ovidju u tal-filosofu u politikant Ruman Ċiċerun fost l-oħrajn?", "Barra minn hekk fiż-żminijiet klassiċi nkitbu diversi xogħolijiet imprezzabbli u għalkemm uħud minnhom ġew tradotti, għad fadal ħafna aktar bil-lingwa oriġinali.", "Fuq kollox huwa ferm isbaħ li taqra xogħol bil-lingwa proprja li nkitbet bih.", "Ngħidu aħna immaġina li qed taqra poeżija ta' Dun Karm b'lingwa oħra.", "Ma jidhirlikx illi din qatt ma tista' tiżboq in-nisġa proprja Maltija?\"", "Imma kemm jemmnu illi l-poplu Malti ser jitħajjar jitgħallem dawn il-lingwi?", "\"Il-moħħ Malti għandu kapaċità kbira għall-lingwi.", "Fuq kollox, il-lingwa Maltija hija msawwra minn ħafna kulturi li ġew flimkien.", "Fil-fatt ħafna mill-espressjonijiet Maltin jikkorrispondu sewwasew mal-Latin u l-Grieg.", "Konsegwentement huwa ħafna aktar faċli tittraduċi biċċa xogħol mill-Latin għal Malti milli għall-Ingliż fejn fl-aħħar każ trid iddawwar u ġġebbed ħafna aktar.", "Nemmnu illi jekk ikun hemm il-possibilità li wieħed jitħarreġ u jekk l-istudent jitlaqqa' ma' għalliem li għandu entużjażmu għal dan is-suġġett, l-interess ser jikber indubbjament.", "Il-kittieba Franċiża Marguerite Yourcenar kienet l-ewwel mara li ġiet aċċetata fl-Académie Française – assoċjazzjoni elitista mmens li sa dak iż-żmien kienet tilqa' biss irġiel bħala membri tagħha.", "Ngħatat", "dan l-unur wara li kitbet il-ktieb", "li hija proża ta' sbuħija, verità u ntensità liema bħalha.", "Marguerite bdiet titgħallem il-Latin meta kellha biss 7 snin u dwar il-lingwi antiki hi tħobb tgħid illi: \"they intoxicated me . . . [and] . . . poetry transformed me.\"", "Dan hu dak li aħna nixtiequ lil kulħadd iduq permezz tal-Assoċjazzjoni tagħna.", "Hija esperjenza oħra, bħal meta inti ħajtek tkun għextha kollha abjad u iswed u f'daqqa tiskopri l-kulur.", "Jew meta taħseb illi l-ħajja hi ċatta u mbagħad tagħraf illi hemm diversi perspettivi li finalment iwassluk f'dimensjoni oħra.\"", "It-twaqqif formali tal-Malta Classics Association ser iseħħ waqt l-Evenings on Campus, fid-29 ta' Lulju 2010, fl-Università ta' Malta.", "Dak in-nhar ser jittella' dramm addattat mis-", "ta' Petronju u rakkont f'forma mużikali mill-", "Ilijade", "ta' Omeru.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-23 ta' Mejju 2010)", "dinja klassika", "Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija", "Grieg Klassiku", "l-għar ta' Calypso", "mitologija", "Ramla l-Ħamra", "Torċa", "Trojja", "Università ta' Malta"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IS-SEĦER TAD-DINJA KLASSIKA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/06/il-fotografu-tan-natura/", "text": ["IL-FOTOGRAFU TAN-NATURA", "Kienet kbira l-agħa li qamet meta l-ewwel esploraturi tal-kontinent Afrikan ħadu lura magħhom l-oġġetti, l-ħlejjaq u sfortunatament anki xi individwi Afrikani.", "Minn dakinhar in-nies intilfet wara din", "l-art misterjuża u sal-ġurnata ta' llum is-seħer tagħha għadu tant qawwi li bosta jisħqu li xi darba għad iżuruha, imqar darba!", "Mhux diffiċli tifhem x'joħloq dil-ġibda: l-ambjent distint, l-annimali eżotiċi, in-nies b'kulur ta' ġilda skura u b'kulturi għal kollox differenti, għal mument iġiegħluk taħseb li dħalt f'xi dinja oħra.", "U kienu proprju dawn l-elementi ta' skoperta u kurżità li ħajjruni nżur wirja fotografika li saret riċentement taħt it-titlu 'Walking in Africa'.", "Akkost li kont biss f'kamra mdaqqsa bi sfond baxx ta' mużika Afrikana, fil-preżenza tad-diversi ritratti ta' xenarji, annimali u individwi tribali, bħal ħassejt l-istess emozzjonijiet li qanqlu l-ewwel pijunieri bis-sejbiet", "tagħhom u ma qgħadtx bi kwieti qabel irnexxieli niltaqa' mal-fotografu nnifsu.", "Guido Bonett huwa fotografu rinomat ħafna għar-ritratti tiegħu dwar in-natura.", "Din id-darba, permezz ta' sett ta' ritratti mill-aktar interessanti, huwa rnexxielu jaqsam mal-", "pubbliku l-esperjenzi indimentikabbli li għadda minnhom matul il-vjaġġ ta' madwar 5000 kilometru fin-nofsinhar tal-Afrika.", "\"Minn dejjem kelli xewqa kbira li xi darba mmur l-Afrika u kont ilni naqra ħafna kotba u nara diversi dokumentarji dwarha.", "Jekk inti dilettant tal-annimali u tal-fotografija bilfors", "trid tmur l-Afrika xi darba jew oħra, ma tistax taħrab minnha!", "Madanakollu kellhom jgħaddu 53 sena qabel kelli ċ-ċans nagħmilha.\"", "Meta Guido flimkien mal-mara, mat-tifla u ma' xi ħbieb tiegħu iddeċidew li jagħmlu dan il-pass, huma għażlu li jgħixu din l-avventura kemm jista' jkun viċin il-polz tan-natura...", "\"Żorna n-Namibia, l-Botswana u z-Zambia fejn apparti għal erbat ijiem li qattajna f'lukanda żgħira biex inkunu nistgħu ninħaslu sew, il-biċċa l-kbira tal-vjaġġ għamilnih bil-mixi, bit-trakk u fil-għaxija konna nikkampjaw f'postijiet differenti.", "Minbarra li dan hu mod irħas kif tivvjaġġa, x'hemm isbaħ milli tistenbaħ fil-għodu u hekk kif tiftaħ it-tinda u toħroġ barra, issib ruħek", "imdawwar b'dak il-ġmiel tan-natura u b'dawk l-annimali?\"", "Imma kemm hu għaqli li tivvjaġġa hekk f'inħawi bħal dawn fejn ma tafx ma' xhiex jew ma' min ser tiltaqa'?", "\"Flimkien magħna kien hemm żewġ gwidi tal-lokal li letteralment kienu enċiklopedija sħiħa tal-", "annimali u n-nies tal-post.", "Kien hemm diversi mumenti eċċitanti imma dejjem ħassejna ruħna f'idejn tajbin magħhom.", "L-aktar ħaġa importanti hija li titgħallem tirrispetta lill-ambjent tal-madwar u tagħraf il-limiti imposti minnu.", "Fil-għodu konna nimxu fis-savana jew fil-gunġla u ġieli", "anki vvjaġġajna fuq ix-xmajjar.", "Għadni ma nistax nimmaġina mumenti isbaħ minn dawk fejn inti tkun miexi u madwarek hemm dawk l-annimali li qabel tkun rajthom biss fil-kotba jew fil-filmati filwaqt li din id-darba m'hemm xejn bejnek u bejnhom!", "B'ġiraffi, żebri, iljunfanti u b'kull xorta ta' annimal jaqsmu minn quddiemek taħseb li qiegħed fil-ġenna tal-art.", "Xorta waħda trid toqgħod b'sebgħa għajnejn għall-predaturi bħall-iljuni u t-tigri.", "B'kapaċità mill-aqwa, l-gwidi tagħna kienu jiflu r-riħ biex ma jippermettux li dan jiġi minn warajna u b'hekk dawn l-", "annimali ma jxommunix.", "Għalkemm ġieli ġew drabi fejn smajna l-għajta tagħhom u ma stajnix nidentifikaw mill-ewwel fejn kienu qegħdin ... hemmhekk tħoss daqsxejn l-għaraq ixoqq għalik – u mhux bis-sħana biss!", "Ġurnata oħra waqt li konna għaddejjin fuq kenura baxxa ħafna, quddiemna minn taħt l-ilma, jitfaċċa ippoppotamu kbir daqs xarabank.", "Jiena tbellaħt bil-preżenza tiegħu u ppruvajt neħodlu erbgħa ritratti.", "Imma x'tieħu?", "Daqs kemm beżgħu l-mara u t-tifla, tant bdew jiċċaqalqu li ma ġienix wieħed tajjeb!", "Min-naħa l-oħra hekk kif jaqa' d-dlam l-istorja tinbidel ħafna u trid iżżomm ruħek protett u ġewwa taħt it-tinda.", "Konna rakkommandati biex jekk jista' jkun nevitaw li noħorġu barra wara ċertu ħinijiet.", "Jekk veru jkun hemm tali bżonn li trid toħroġ bilfors, kellna noħorġu speċi ta' torċa kbira mill-bieb tat-tinda u ndawwru d-dawl fuq il-madwar qabel nixirfu barra.", "Jekk naraw għajnejn ħodor ileqqu lura aktarx tkun xi gazella jew xi zebra u allura mhux daqshekk problema.", "Imma jekk minflok jidhru għajnejn ħomor, kellna nerġgħu nidħlu lura l-ġewwa fil-kamp għax dak hu sinjal ta' predatur.\"", "Matul dan il-vjaġġ Guido u l-grupp tiegħu ltaqgħu ukoll ma' żewġ tribujiet partikolari.", "Kont kurjuża kif irnexxielu jieħu ritratti tagħhom daqshekk mill-qrib.", "\"Iltqajna mat-tribù tal-Himba u ma' dak tas-San Bushmen.", "Dawn jgħixu f'parks nazzjonali kbar ferm u huma mdorrijin", "sewwa bit-turisti li jżuruhom.", "Sa ftit tas-snin ilu dawn iż-żewġ tribujiet kienu jiġu maqtula bla ħniena biex tittieħed l-art li jgħixu fuqha.", "Iżda matul is-snin dawn għarrfu jużaw it-turiżmu bħala attrazzjoni lejhom u b'hekk dan iggarantilhom protezzjoni.", "Il-Himba jgħixu fid-deżert Namib u huma tribu pastorali peress li jrabbu ngħaġ,", "baqar u mogħoż biex permezz tagħhom ikollhom il-ħalib u l-laħam.", "Huma jimxu minn post għall-ieħor bil-merħliet tagħhom.", "L-aktar ħaġa li laqtitni dwar dawn in-nies kienet is-sbuħija u l-eleganza tagħhom.", "Huma nies twal ħafna, kollha madwar 6 piedi.", "Il-Himba, inkluż in-nisa, jqaxxru xagħrhom iżda mbagħad jilbsu parrokka li jaħdmu huma stess.", "Ma' ġisimhom jidilku taħlita magħrufa bħala 'otjize' magħmula mix-xaħam tal-annimali u mill-kulur okra.", "Flimkien ma' taħlita oħra tfuħ, din il-prattika tagħtihom kulur ħamrani filwaqt li tipproteġihom mix-xemx u mill-insetti.", "Min-naħa l-oħra s-San Bushmen huma nomadi.", "Jinsabu fil-Botswana u jgħixu permezz tal-kaċċa u billi jiġbru l-ħxejjex.", "Dawn in-nies huma pjuttost qosra u ma jrabbux annimali.", "Apparti li lagħqtitni d-diversità mit-tribù l-ieħor kemm f'dehrithom u fl-istil ta' ħajja li jgħixu, fihom apprezzajt ir-rispett u l-għerf kbir li huma għandhom lejn in-natura.", "Permezz ta' sempliċi qaws u vleġġa jaqbdu biss dak li għandhom bżonn għall-għixien tagħhom.", "Barra minn hekk għandhom ħila fenomenali li jużaw kull pjanta li hemm tikber fil-madwar fostom għall-ikel, ilma, mediċina jew sapun.", "Finalment impressjonatni ferm is-sempliċità li jgħixu fiha ż-żewġ tribujiet li madanakollu ma jgħixux ħajja fqira u huma nies kuntenti ferm bl-istil tal-ħajja tagħhom.\"", "Imma esperjenza bħal din, xi tħalli fik?", "\"Tħallilek virus jismu afrikanajtis u tkun trid terġa' tmur,\"", "qalli Guido waqt li beda jitbissem.", "\"Is-sena d-dieħla beħsiebna nżuru t-Tanzania, il-Kenya u forsi Mozambique.", "Daqs kemm affaxxinatni din l-art, fl-Afrika nħoss li ħallejt parti minn qalbi, minn moħħi u minn ruħi.", "Permezz tar-ritratti tiegħi xtaqt naqbad l-ispirtu globali tad-dinja meraviljuża tagħna u mhux tal-Afrika biss.", "Imma fuq kollox ridt nuri kemm l-Afrika hi kontinent sabiħ, kemm għandha natura mponenti u kemm huma attraenti niesha.", "L-aktar ritratt għal qalbi huwa dak tal-iljunfant bl-isfond tax-xemx nieżla li jiena ħadt ftit minuti biss qabel kellna niskappaw bil-ġiri taħt it-tined!", "Iqanqalni għax b'mod ċar jirnexxielu jispjega l-purezza u", "l-ħlewwa ta' natura mhux mittiefsa li bħala bniedem iġġiegħlek tħossok umiljat ħdejn dak il-kobor kollu.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-13 ta' Ġunju 2010)", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-FOTOGRAFU TAN-NATURA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/06/mira-kulturali-ghas-sena-2020/", "text": ["MIRA KULTURALI GĦAS-SENA 2020", "Għalkemm pajjiżna minħabba ċ-ċokon tiegħu jaf jintilef fix-xejn meta wieħed ikun qed jifli xi mappa tad-dinja, l-istorja tiegħu turi xort'oħra.", "Fil-fatt il-pożizzjoni ġeografika ideali f'nofs il-baħar Mediterran dejjem attirat l-attenzjoni ta' dawk li għarfu l-potenzjal tal-art tagħna u minħabba f'hekk il-gżejjer Maltin għamlu bosta snin jgħaddu minn idejn barranija għall-oħra.", "Kienu diversi l-effetti u l-konsegwenzi li dawn il-ħakkiema ħallew fuq il-ħajja, il-kultura u l-istorja tal-Maltin.", "Iżda ċertament wieħed mir-riżultati pożittivi kienu n-numru ta' binjiet uniċi li dawn ħallew f'pajjiżna u li llum jagħmlu parti vasta mill-wirt storiku tagħna.", "Ormaj Malta għamlet diversi snin rajha f'idejha u personalment nemmen li m'hemm xejn isbaħ minn dan.", "Madanakollu nistqarr illi nħossni ferm diżappuntata meta nara illi l-poplu tagħna donnu mhux", "kapaċi japprezza r-rikkezza storika li tagħni lill-pajjiżu.", "Tweġġagħni l-passività li nara fir-rigward ta' dal-qasam, tant li ħallejna wħud mill-isbaħ teżori arkitettoniċi letteralment jaqgħu biċċiet.", "Donnu l-poplu Malti jagħtik x'tifhem illi jekk ma jkollux lil xi ħadd jimbuttah biex jagħmel xi ħaġa, kapaċi jħalli kollox kif ikun u mhux l-ewwel darba li jitqanqalli d-dubju f'liema stat kien ikun pajjiżna llum li kieku dan qatt ma nħakem mill-barrani!", "Wisq nibża' li kieku nsibu kollox kif kien oriġinarjament, bi żvilupp kajman kemm jista' jkun.", "Turista barranija ikkummentat miegħi illi hawn Malta tant għandna rikkezza ta' affarijiet storiċi li qisu l-poplu jekk jitlef waħda 'l hemm u 'l hawn ma jħossiex.", "Imma inti lil liema omm ser tispjega li billi jonqos xi ħadd minn uliedha mhux ser jimporta għax hekk jew hekk baqagħalha lill-oħrajn?", "Possibbli d-demm qalil tal-antenati tagħna li ssieltu u rebħu lill-agħar egħdewwa biex jiddefendu lil pajjiżhom m'għadux jiġri fil-vini tagħna?", "Dan l-aħħar attendejt għal diskussjoni organizzata mill-fondazzjoni Din l-Art Ħelwa fejn matulha il-Prof.", "Luciano Mulè Stagno ippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar il-futur tal-", "wirt kulturali Malti għall-għaxar snin li jmiss.", "Il-Prof.", "Mulè Stagno għandu Ph.D fil-Materials Physics u riċentement qiegħed jaħdem mal-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli tal-Università ta' Malta.", "Għal dawn l-aħħar tliet snin huwa kien is-CEO tal-Heritage Malta wara li għamel 12-il sena jaħdem fl-Istati Uniti.", "Kont kurjuża kif b'dottorat fix-xjenza u wara tant snin jaħdem barra minn pajjiżna huwa jinteressa ruħu tant fil-wirt kulturali Malti?", "\"Parti kbira mill-qasam kulturali tinvolvi l-konservazzjoni li hija xjenza.", "Apparti minn hekk il-laboratorji tad-Diviżjoni tal-Konservazzjoni mhumiex daqshekk differenti minn dawk li kont nuża meta kont qed naħdem fix-xjenza qabel ma ġejt lura Malta.", "Min-naħa l-oħra jiena għamilt 16 il-sena nieqes minn Malta u meta tkun nieqes minn Malta, x'inhu dak li jġiegħlek tkun kburi li int Malti?", "Mhux il-wirt kulturali tagħna?", "Għamilt 12 il-sena naħdem ma' kumpanija fl-Amerika u fl-uffiċċju tiegħi dejjem żammejt żewġ affarijiet partikolari: poster tat-tempji u poster tal-qtugħ ir-ras ta' San Ġwann ta' Caravaggio.", "Il-wirt kulturali huwa għal qalbi ħafna għax nemmen li huwa dak li jagħmilna uniċi bħala poplu.", "Infatti wara li ma bqajtx fil-pożizzjoni ta' CEO ma' Heritage Malta, xorta waħda bqajt involut volontarjament.", "Tant hawn x'tagħmel f'dan il-pajjiż li kull min irid jagħti daqqa t'id jista' jsib l-opportunità.", "Il-konċentrazzjoni ta' oġġetti u siti storiċi li jħaddan dan il-pajjiż hija tant inkredibbli li dejjem insibu x'nagħmlu u għaldaqstant l-għajnuna tal-voluntiera f'dan is-settur hija apprezzata ħafna.\"", "Waqt il-preżentazzjoni tiegħek inti sħaqt illi xejn ma jsir jekk l-ewwel ma jkunx hemm ħolma.", "X'inhi l-ħolma tiegħek dwar il-wirt kulturali Malti?", "\"Il-ħolma tiegħi hija illi sal-2020 kull sit maġġuri u kull mużew u oġġett storiku importanti li għandna f'dan il-pajjiż ikun f'kundizzjoni li nkunu kburin bih.", "Bħalissa hemm ħafna affarijiet li m'aħniex kburin bihom u dan ħadd ma jista' jiċħdu.", "F'dawn l-aħħar snin kien hemm żvilupp pożittiv fil-qasam tal-wirt kulturali bħal: aktar kuxjenza u iżjed protezzjoni, tmexxija aħjar ta' wħud mill-mużewijiet u s-siti, rajna l-NGOs u l-Kunsilli Lokali jsiru aktar attivi u ma nistax ma nsemmix il-miljuni ta' ewro li ntefqu għat-tisħiħ ta' xi siti.", "Xorta waħda għad hemm ħafna xogħol li jrid isir.", "Hemm xebgħa forti madwar il-pajjiż li jirrikjedu kura urġenti fostom Forti Sant'Anġlu, Forti Sant'Iermu, Forti Rikażli u l-Forti ta' Delimara.", "Lura fl-2000", "kien sar xogħol mill-aqwa fil-Hypogeum imma llum għandu bżonn li jinbidlulu s-sistemi mekkaniċi tiegħu.", "It-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra issa ġew protetti iżda trid tibda l-konservazzjoni fuqhom u jrid jinbena passaġġ madwarhom.", "It-tempji ta' Ħal Tarxien ser jiġu mgħottija imma jeħtieġu x-xogħol ta' konservazzjoni.", "Qiegħed isir anki bosta progress fit-tempji tal-Ġgantija imma anki hawn il-konservazzjoni għad trid tibda.", "Daqstant ieħor għandu bżonn il-protezzjoni ix-Xagħra Stone Circle u s-sit arkeoloġiku f'Tas-Silġ.", "Xogħlijiet ta' restawr urġenti huma wkoll meħtieġa fuq is-sit tal-banjijiet Rumani li jinsab fl-inħawi tal-Imġarr f'Malta.", "Ix-xogħol siewi ta' restawr li sar riċentement fuq il-Mużew tal-Gwerra u d-Domus Rumana tassew ta' min ifaħħru.", "Madanakollu numru oħra ta' mużewijiet għadda żmienhom u għandhom bżonn jiġu immodernizzati.", "Barra minn hekk teżisti l-possibilità li ċerti mużewijiet li għandna jitkabbru aktar sabiex jiżdied l-ispazju għal iżjed esebizzjonijiet.", "Ngħidu aħna snin ilu kienet ittieħdet il-proprjetà 8 Triq Zekka l-Belt li tiġi kantuniera mal-Mużew tal-Arti.", "Li kieku dil-binja kellha tiġi restawrata flok titħalla tkompli tiddeterjora, faċilment tista' tingħaqad mal-bqija tal-mużew biex il-pubbliku jkollu aċċess għall-aktar esebizzjonijiet li bħalissa m'hemmx spazju għalihom fostom il-kollezzjoni ta' l-arti kontemporanja u l-kollezzjoni ta' Antonio Sciortino.", "Eżempju ieħor huwa l-Mużew Marittimu fejn kieku kellha tiġi rranġata l-parti li bħalissa mhux qed tiġi użata, jista' jiġi ttriplikat l-ispazju li hemm fil-preżent.", "Sentejn ilu l-Heritage Malta wettqet xogħol ta' konservazzjoni fil-Palazz tal-President imma s-soqfa ma sarux u l-ħitan u l-affreski għandhom bżonn dawra sewwa.", "Issa dan hu l-palazz nazzjonali u jmorru jżuruh kwart ta miljun ruħ fih fis-sena!", "Għadna lura ħafna wkoll fil-qasam tad-diġitilizazzjoni li jinkludi l-proċess ta' tteħid ta' kopji diġitali biex ċertu dokumenti importanti jkunu disponibbli fuq l-internet.", "Qed nirreferi l-aktar għal dokumentazzjoni tal-karta fejn fil-preżent l-uniku mezz jekk trid tagħmel riċerka hu li tmur il-Biblijoteka Nazzjonali, titlob permess biex teċċedi għal ċertu dokumenti u mbagħad toqgħod tfittex u tqalleb fihom.", "Immaġina li kieku dawk id-dokumenti jkunu aċċessibbli mill-internet kemm issir aktar riċerka minn diversi individwi!", "Naturalment id-diġitilizzazjoni tinkludi wkoll ritratti tal-pitturi, artifatti u immaġni 3D fost oħrajn.", "Imma x'taħseb li huma r-raġunijiet li għad fadal tant x'isir?", "\"Żgur li mhux nuqqas ta' interess mill-ħaddiema, mill-volontarji, mill-Kunsilli Lokali jew mill-NGOs.", "Ċertament l-akbar problema hija l-iffinanzjar kemm biex isiru x-xogħlijiet u kif ukoll biex jiġu mpjegati aktar nies professjonali f'dawn l-oqsma.\"", "X'inhuma l-proposti tiegħek?", "\"Prinċiparjament jeħtieġ li nistudjaw liema huma dawk il-prijoritajiet li rridu nibdew bihom u nwettqu pjan biex naraw kif ser isiru u min ser ikun responsabbli biex jassigura li l-għanijiet jintlaħqu.", "Matul dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol u saru diversi strutturi imma forsi wasal iż-żmien li naraw x'ħadem sewwa u x'ma ħadimx daqshekk tajjeb.", "Personalment nemmen li għad hemm wisq tqassim ta'", "xogħol.", "Ngħidu aħna qed issir konservazzjoni mill-aġenzija nazzjonali tal-konsevazzjoni Heritage Malta, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u mill-Kunsilli Lokali fost oħrajn.", "M'hemmx xejn ħażin f'dan imma hemm bżonn li x-xogħol jiġi koordinat u li l-prijoritajiet jinħadmu b'mod nazzjonali u mhux kullħadd ikollu l-miri tiegħu.", "Il-Bord tal-Garanzija nħoloq proprju biex jikkoordina dawn l-affarijiet.", "Għaldaqstant jidhirli li dan għandu jingħata aktar viżibilità, awtonomija u saħħa u probabbilment irid isir aktar attiv milli hu llum.", "Jgħin ukoll il-fatt li kieku anki aġenziji bħal Heritage Malta jiġu konċessi b'aktar awtonomija.", "Eventwalment permezz ta' dan il-bord, l-aġenziji u l-NGOs ikunu jistgħu jitkellmu flimkien u jikkollaboraw biex tinħoloq lista ta' prijoritajiet li tinkludi wkoll min ser jaħdem fuqhom.", "Hemm bżonn ukoll li jinfetħu l-bibien tax-xogħol għal aktar professjonisti.", "Minkejja li ħafna jaħsbu li hemm wisq nies mal-gvern, sfortunatament l-ammont ta' nies li huma l-professjonisti li jistgħu jagħmlu l-istudji, id-diżinn, l-iskavi u l-konservazzjoni huma ftit.", "Problema oħra hija li ħloqna struttura fiċ-ċentru ta' Bighi biex inħarrġu lin-nies ħalli jsiru restawraturi u konservaturi biex imbagħad ħafna minnhom ma jsibux xogħol f'dawn l-oqsma.", "U din hija inkredibbli meta hawn tant xogħol xi jsir fil-pajjiż.", "Żgur li hemm fejn nimpjegaw iżjed nies.", "Il-finanzi mhiex kwistjoni ta' jekk nistgħux insibuhom imma meta.", "Hemm bżonn li għal dawn l-għaxar snin li ġejjin jiżdiedu l-fondi dedikati għal dan ix-xogħol b'madwar €5 sa €10 miljun ewro aktar fis-sena sabiex dawn jintużaw għall-konservazzjoni, għar-restawr, għar-riċerka u għall-akkwiżizzjonijiet ta' siti u oġġetti prezzjużi, għall-entitajiet tal-gvern, l-Università, l-NGOs u l-Kunsilli Lokali f'forma ta' grants amministrati mill-Bord tal-Garanzija.", "Is-somma ta' bejn €4 u €5 miljun ewro diġà tista' tinġabar mit-taxxa li oriġinarjament ġiet proposta minni; dik ta' 50c għal kull lejl li t-turisti jagħmlu f'pajjiżna.", "Naturalment irid jiġi aċċertat illi tali fondi jiġu utilizzati biss għal dawn il-proġetti.", "Flimkien ma' dan is-suġġeriment jiena kont ukoll ipproponejt taxxa żgħira fuq dawk it-turisti li jidħlu bil-vapuri tal-cruises.", "S'issa din l-idea baqgħet ma ntlaqgħatx imma kieku ssir, faċilment niġbru mijiet ta' eluf ta' ewro oħra fis-sena.", "Sabiex anki nissalvagwardjaw l-interessi ambjentali jiena ħriġt b'possibilità oħra ta' introjtu ta' fondi billi qed nissuġġerixxi li jsir xi tibdil kif tiġi ntaxxata l-proprjetà.", "Jidhirli li għandha titneħħa t-taxxa preżenti li titħallas max-xiri tal-ewwel u tat-tieni proprjetà u minflok għandha titpoġġa taxxa annwali fuq it-tielet u aktar proprjetajiet.", "Apparti li b'hekk inkunu nistgħu nużaw dawn il-fondi għat-tisħiħ tal-ambjent u l-wirt kulturali, inkunu wkoll qed niskoraġġixxu l-bini ta' aktar proprjetà żejda.", "Barra minn hekk teżisti l-possibilità illi dawk l-investituri l-kbar li jakkwistaw xi biċċa art kbira biex jagħmlu n-negozju minnha għandhom iħallsu perċentwal żgħir ta' taxxa li jiġi amministrat għall-proġetti kulturali.\"", "Imma kemm jidhirlek li dan kollu hu possibbli li jitwettaq?", "\"Bil-flus u bin-nies jekk tpoġġi moħħok hemm, kollox tagħmel.", "Saru bosta affarijiet kbar f'dan il-pajjiż u jiena nemmen li din tista' tkun waħda minnhom.", "Jeħtieġ li nisparaw il-fuq kemm jista' jkun.", "Ħalli mbagħad forsi nolqtu ftit aktar 'l isfel imma għallinqas inkunu wasalna x'imkien.", "Nitgħaxxaq meta mmur indur f'ċertu pajjiżi u nara li għandhom il-wirt kulturali tagħhom tant miżmum tajjeb.", "U trid jew ma tridx tistaqsi imma aħna għaliex m'aħniex kapaċi nżommu kollox hekk ukoll?", "Sfortunatament f'pajjiżna teżisti bħal telqa ġenerali kulturali li jidher li hija aċċettata mill-poplu.", "Qisna m'għandnix dik il-kburija nazzjonali bl-affarijiet tagħna.", "Il-ġenerazzjoni tagħna hija l-ewwel ġenerazzjoni li għexet taħt tmexxija esklużivament Maltija u forsi għalhekk illum qed tinħoloq aktar kuxjenza minn qabel.", "Nittamaw li l-ġenerazzjonijiet futuri jkunu", "aħjar minna.", "B'dan il-ħsieb aħna rridu naraw ħamsin sena oħra x'ser inħallu lill-ġenerazzjoni ta' warajna f'dan il-pajjiż.", "Uħud mill-affarijiet u s-siti li semmejt f'din l-intervista ilhom jitgawdew minn ġenerazzjoni għall-oħra u aħna obbligati li naċċertaw li dawn jibqgħu jitgawdew anki minn dawk ta' warajna.", "Għal 2018 ġie deċiż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja illi l-Belt Valletta ser tkun il-Belt Kapitali tal-Kultura Ewropeja.", "B'hekk għal perjodu ta' sena, l-belt tagħna ser isservi ta' vetrina fuq il-ħajja u l-iżvilupp kulturali tagħna Maltin.", "Indubbjament dan huwa inċentiv ulterjuri biex naħdmu qatiegħ sabiex nippreżentaw lill-pajjiżna bl-aħjar mod u mhux biss b'sempliċiment face-lift!\"", "Finalment x'inhu l-iskop ta' din il-preżentazzjoni u ta' din l-intervista?", "\"L-għan tiegħi huwa li nistimola diskussjoni.", "Il-qasam kulturali hu fundamentali għalija għax nemmen li huwa t-timbru uniku li għandna bħala pajjiż.", "Inħoss li għamilna avvanz enormi f'Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "U għalhekk nisħaq li hu possibbli li nkomplu mexjin il-quddiem fl-għaxar snin li jmiss.", "Huwa neċessarju li għaxar snin oħra nħarsu lura u nkunu kburin dwar fejn wasalna u kemm imxejna 'l quddiem.", "Irridu naslu fi stat li ma jkollna l-ebda wieħed mis-siti maġġuri li jkun tal-mistħija jew bir-riskju li ser jaqa' biċċiet.", "Anzi, għandna nagħmlu minn dawn il-postijiet, attrazzjonijiet mill-aqwa li kemm il-poplu Malti u kemm it-turisti jieħdu pjaċir iżuruhom sabiex permezz tagħhom jitgawda u jiġi apprezzat aktar il-wirt kulturali għani u mprezzabbli li għandna f'pajjiżna.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-20 ta' Ġunju 2010)", "Bord tal-Garanzija", "Din l-Art Ħelwa", "Diviżjoni tal-Konservazzjoni", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MIRA KULTURALI GĦAS-SENA 2020"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/07/aktar-kienet-taghti-kas-tal-kant-tal-kor/", "text": ["AKTAR KIENET TAGĦTI KAS TAL-KANT TAL-KOR", "Il-mużika hija l-ħoss li jħallu l-emozzjonijiet...", "Awtur mhux magħruf.", "Tiskanta x'jgħaddi minn moħħ it-tfal!", "Il-persuna li ntervistajt illum qaltli illi darba waħda, meta kienet għadha tifla ċkejkna, kienet marret tqerr għand qassis peress li ndunat illi waqt il-quddiesa", "aktar kienet tagħti każ tal-kant tal-kor milli tat-talb u tal-quddiesa nnifisha.", "Iżda hu serrħilha rasha billi qalilha illi meta wieħed ikun qed ikanta jkun qiegħed jitlob darbtejn u għalhekk ma kelliex għalfejn tinkwieta.", "Joanna Magri illum għandha 24 sena iżda l-imħabba lejn il-mużika u l-kant ilha snin sħaħ titrawwem fiha.", "\"Nibda biex ngħid li lil kull min jitwieled, Alla jkun għamillu diġà l-qafas ta' ħajtu.", "Minn dejjem niftakarni affaxxinata bil-mużika.", "Mhux l-ewwel darba li kont inkun fis-shower u nagħmel tabirruħi li hi mikrofonu u noqgħod inkanta magħha.", "Kont iffissata wkoll fuq id-diski u kull meta kien ikolli ċans, kont noqgħod nirrikordjahom.", "L-hena tiegħi imbagħad kienet li noqgħod nismagħhom u nkanta magħhom il-ħin kollu.", "Il-passjoni lejn il-mużika ma ġietx mix-xejn għax kemm nannti u kif ukoll ommi kienu t-tnejn sopranos mal-kor il-kbir ta' San Ġiljan.", "Għalhekk meta darba waħda ommi semgħatni nkanta ma' diska", "partikolari, mill-ewwel intebħet li kelli talent moħbi.", "Kien għad kelli biss 6 snin u ommi xtaqet tara kemm verament kont maqtugħa għal dal-qasam.", "Għalhekk kitbitni fil-kor Cantores Santi Juliani immexxi mill-Mro Lino Attard li fil-preżent huwa wkoll iċ-chairman tal-Orkestra Nazzjonali ta` Malta u Elvia Agius li sfortunatament m'għadiex magħna.", "Il-bidu bħal f'kollox hu diffiċli speċjalment sakemm tidħol fir-rutina tar-rehearsals imma jiena mill-ewwel urejt interess kbir.", "Nista' ngħid li dawn iż-żewġ personaġġi kienu importanti ħafna f'ħajti peress li emmnu fija mill-ewwel u nkoraġġewni biex inkompli nikber fil-kant.", "Għabbewni b'ħafna studju ta' vuċi u teknika hekk kif bdew jittestjaw l-ilħna tat-tfal fil-kor biex jikkonfermaw min minna kien kapaċi jkanta fl-għoli u min le sabiex tinħoloq dik l-armonija tal-kor.", "Għamilt 15 il-sena mal-kor ta' San Ġiljan imma meta żżewwiġt u mort noqgħod f'Wied il-Għajn kelli nieqaf u minflok mort nitħarreġ fl-Iskola tal-Arti mas-soprano Rosabelle Bianchi.", "Hemmhekk tgħallimt it-teknika tal-vuċi u t-teknika ta' kif tieħu n-nifs; għodda importanti ħafna f'dal-qasam speċjalment fil-mużika sagra fejn inti trid tħaddem ħafna d-dijaframma.", "Sadanittant qalbi baqgħet imxennqa biex nerġa' nkanta f'kor u meta darba jiena u r-raġel konna qegħdin nisimgħu l-quddiesa fil-Knisja ta' Wied il-Għajn, il-Kappillan għamel sejħa għal dawk li xtaqu jingħaqdu mal-kor t'hemmhekk.", "M'hemmx għalfejn ngħidlek, dak il-ħin wiċċi xegħel bil-ferħ u ddeċidejt li nipprova peress li sa mill-ewwel darba li kont smajt il-kor ikanta kien għoġobni ferm.", "Mill-ewwel tista' tgħid li integrajt u kemm il-koordinatriċi Patricia Debono u kif ukoll l-organista Kenneth Caruana tawni sostenn kbir u bdew anke jgħadduli biex inkanta biċċiet u siltiet solo speċjalment fil-Ġimgħa l-Kbira, fi żmien il-Milied jew f'xi tieġ.\"", "Ngħidilkom is-sew hekk kif kont qed nitkellem ma' Joanna u bdejt ninnota dak il-leħen melodjuż imma meqjus tagħha, bdejt insibha diffiċli biex nimmaġinaha tkanta b'dak", "il-leħen għoli li s-soprani huma magħrufa għalih.", "M'inix xi waħda esperta fil-mużika u għalhekk minn dejjem xtaqt inkun naf x'iwassal biex wieħed jiġi kkwalifikat bħala soprano, mezzo-soprano, contralto eċċ. Issa li ġietni x-xoqqa f'moxtha staqsejt...", "\"Mhux l-ewwel waħda li qed tikkummenta hekk dwar il-vuċi tiegħi, tant li sikwit jgħiduli li leħni jinstema' qisu ta' tifla żgħira.", "Imma nassigurak li meta nkanta, nsir qisni persuna oħra.", "Biex nispjegalek kif wieħed jagħraf x'tip ta' vuċi għandu, immaġina l-pjanu: għandek ix-xellug b'noti low-register, għandek in-nofs b'noti middle-register u għandek il-lemin b'noti high-register.", "Issa meta inti tmur titħarreġ fil-vuċi jew hekk kif tidħol ma' xi kor, isirlek test partikolari billi tindaqq skala fuq pjanu u inti trid tkanta eżatt bħall-pjanu.", "Permezz t'hekk, dak li jkun qed jevalwalek il-vuċi jkun jista' jara x'potenzjalità għandek.", "Fil-każ tiegħi ġie konkluż li jiena soprano.\"", "Għalkemm Joanna tħobb kull tip ta' mużika, l-aktar li taffaxxinaha hija l-mużika sagra.", "\"Inħobb nisma' minn kollox: minn mużika sagra sa pop, house, trends music eċċ. Però naħseb illi peress li għaddejt dawk is-snin kollha nkanta f'kor, awtomatikament il-mużika sagra tiġi l-ewwel għalija.", "Barra minn hekk, leħni huwa iżjed adattat għal dit-tip ta' mużika u allura bla ma trid, la tkun kapaċi f'xi ħaġa tippreferi tispeċjalizza fiha u tistudja fuqha.", "X'sodisfazzjon jagħtik il-kant?", "\"Il-mużika titfagħni f'dinja oħra u ninsa dak kollu li jkun għaddej madwari.", "Hija diffiċli ferm biex infehmek bil-kliem dwar il-ferħ li nħoss.", "Naħseb li bħal kull artist ieħor ikollok dak is-sodisfazzjon li qed tħaddem it-talent tiegħek u fl-istess ħin permezz tiegħu qed tallegra lil dawk ta' madwarek.\"", "Iltqajt ma' diffikultajiet biex dħalt f'dan il-qasam?", "\"Nista' ngħid li jiena kont kemmxejn iffortunata għax ftit li xejn kelli minn dawn il-problemi.", "Anzi sibt nies li għenuni u nkoraġġewni ħafna.", "Però bħala diffikultà forsi nista' nsemmi l-ħin twil meħtieġ għar-rehearsals li xorta waħda ma tantx inqisu bħala problema għax fir-realtà dan iservi biex tipperfezzjona l-istil tiegħek.", "B'danakollu ma rridekx taħseb li kelli ħajti ward u żahar.", "Għaddejt minn mumenti meta ħajti ma kinetx daqshekk faċli.", "Kien hemm żmien meta kont niddubita kemm mill-kapaċità tal-vuċi tiegħi u kif ukoll", "mill-possibilità li għad xi darba nirnexxi.", "Iżda dawn huma affarijiet li kulħadd jgħaddi minnhom.", "Is-sigriet huwa li tross sninek u tipprova temmen ftit aktar fik innifsek u timbotta ruħek lejn fejn hemm l-opportunità.", "Tipprova u tara.", "Hekk jew hekk mhux ser taqa' d-dinja jekk ma tirnexxix.", "Sinjal li ma jkunx destinek u f'dak il-każ timxi għal xi ħaġa oħra.", "Madanakollu jekk tiġik tajba u tara li miexja fit-triq it-tajba, tkun ftaħt bieb għalik u pass wara pass fl-aħħar tasal biex twettaq il-ħolmiet tiegħek.\"", "Fil-fatt ħolma kbira ta' Joanna ser tinqata' nhar il-Ġimgħa li ġejja 16 ta' Lulju 2010 fil-Montekristo Estate hekk kif hi ser ittella' kunċert flimkien mal-organista mill-Latvja, Liene Circene.", "\"Il-kant fil-kor jogħġobni u jagħtini ħafna sodisfazzjon speċjalment meta ġieli kkompetejna barra minn Malta u ġejna minn ta' quddiem.", "Iżda xorta waħda, dan l-aħħar kont qed inħoss dik ix-xewqa li nagħmel pass ieħor; li noħroġ bħala solista u nintegra mal-pubbliku.", "Ix-xorti riedet illi fil-kor iltqajt mas-Sindku ta' Wied il-Għajn, Mario Calleja li mill-ewwel wera interess kbir fit-talent tiegħi u wegħedni li xi darba għad ikolli l-kunċert tiegħi personali.", "U kelmtu żammha meta ġurnata minnhom infurmani li kienu qed isiru xi arranġamenti biex jittella' kunċert fl-okkażjoni li Wied il-Għajn ingħaqad ma' Douzelage; li hija assoċċjazzjoni ta' twinning tal-ibliet fl-Unjoni Ewropeja.", "Saru l-kuntatti bejni u bejn l-organista brava mill-Latvja u wara ħafna xogħol bejnietna issa nħossuna ppreparati ferm biex nagħtu spettaklu mill-aqwa.\"", "Kunċert hija biċċa xogħol kbira.", "Kelli kurżità kif qed tħossha u x'inhuma l-ħolmiet tagħha wara opportunità bħal din?", "\"Eċitata ħafna żgur għax għalkemm ormaj ilni nkanta ħafna, dal-kunċert huwa xi ħaġa ġdida għalija.", "Bħal kull kantant ieħor tkun tixtieq li kollox imurlek sewwa u għalhekk qed nipprepara ferm għalih.", "Il-kunċert ser ikun maqsum fi tnejn fejn f'parti minnhom l-organista Liene Circene ser tkun qed iddoqq xi siltiet tagħha u fil-parti l-oħra din ser tkun qed takkumpanjani fil-kant tiegħi.", "Jekk imur kollox sew f'dan il-kunċert, hemm il-pjan illi ix-xahar id-dieħel immur nagħti kunċert ma' l-istess pjanista fil-Latvja.", "Staqsejtni dwar il-ħolm...", "Naturalment il-bniedem hekk kif jilħaq tarġa, jkun irid jitla' oħra u għalhekk issa nixtieq li xi darba jkolli ċ-ċans li niltaqa' ma' żewġ personaġġi lokali li tant nammira u li jiena kburija ħafna bihom kemm minħabba li għandhom talent kbir u anki għax għamlu isem sabiħ lil Malta – Miriam Gauci u Joseph Calleja.", "Nispera minn qalbi li xi darba jkolli l-opportunità li nkanta magħhom.\"", "Minn kliem Joanna ma tistax ma tindunax illi hi temmen ħafna fid-destin.", "\"Iva hekk hu.", "Fuq kollox nemmen li kif jgħid il-Malti: il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.", "Għaldaqstant jidhirli illi akkost li inti forsi taħdem ħafna għal xi ħaġa, jekk ma jkunx imn'Alla, jinqalgħu", "ċirkustanzi li jwaqqfuk u ma jirnexxielek tagħmel qatt dak li tixtieq int. Ovvjament irrid ngħid ukoll illi trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek apparti li l-aktar ħaġa kruċjali hija li temmen fik innifsek.", "Min-naħa tiegħi jiena dejjem nirringrazzja 'l Alla li tani dan it-talent u li qed jgħini nesprimih.", "Kuntenta ħafna li dħalt f'dal-qasam tal-kant u ser nipprova nagħmel minn kollox biex nirnexxi.", "Il-bqija...\"", "Min jixtieq aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert jista' jċempel fuq 21637171.", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-11 ta' Lulju 2010)", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "AKTAR KIENET TAGĦTI KAS TAL-KANT TAL-KOR"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/07/x%E2%80%99ser-jaghmlu-t-tfal-das-sajf/", "text": ["X'SER JAGĦMLU T-TFAL DAS-SAJF?", "Jingħad li t-tfal huma bħaż-żerriegħa.", "X'isir minnhom aktar il-quddiem jiddependi ħafna mill-art li jsibu ruħhom fiha u mill-kura li jingħataw b'mod regolari.", "Għaldaqstant issa li waslu l-vaganzi u bosta tfal għandhom ħafna ħin fuq ir-riħ, huwa għaqli li wieħed jinkoraġġihom biex jinvolvu ruħhom f'xi attività interessanti li idealment tkun tvarja mix-xogħol solitu tal-iskola.", "B'hekk it-tfal ikunu qed jieħdu l-messaġġ li għalkemm jeżisti ż-żmien ta'mistrieħ, dan ma jfissirx li wieħed għandu jinqata' minn kollox u jgħaddi l-ġranet kollha jitgħażżen.", "Fortunatament illum jeżistu diversi opportunitajiet għat-tfal, ibda mill-iktar attivitajiet sempliċi u ibqa' sejjer sal-aktar proġetti intensivi.", "Bosta drabi jiddependi mit-tfal u anki minn kemm għandhom ħin il-ġenituri li joqogħdu jiġru bihom minn post għall-ieħor u minn kemm għandhom flus x'jonfqu għall-affarijiet bħal dawn.", "Madanakollu jekk wieħed ifittex sewwa għandu jsib ukoll possibilitajiet oħra interessanti li mhux neċessarjament jiswew il-flus u lanqas ħafna ġiri 'l hemm u 'l hawn.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem mal-Prof.", "Aldo Drago li huwa d-Direttur taċ-Ċentru Operattiv IOI-Malta.", "\"IOI-Malta huwa wieħed minn 25 ċentru mxerrda mad-dinja fi ħdan l-International Ocean Institute (IOI) li huwa NGO internazzjonali li twaqqaf fl-1972 mill-Prof.", "Elisabeth Mann Borgese.", "L-uffiċċju prinċipali ta' l-IOI jinsab fl-Università ta' Malta.", "Filwaqt li l-IOI-Malta jaqsam maċ-ċentri l-oħra tal-IOI l-iskop prinċipali biex jitjieb l-immaniġġjar, ir-regolamentazzjoni, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-", "baħar, il-ħidma ta' dan iċ-ċentru Malti huwa wkoll li jwettaq riċerka u studji relatati mal-baħar u li b'mod regolari jniedi diversi promozzjonijiet edukattivi u taħriġ biex jinkoraġixxi dejjem aktar il-kuxjenza pubblika dwar l-ambjent u l-ħlejjaq tal-baħar.\"", "Prof. Aldo Drago huwa wkoll il-moħħ wara s-sit IOI-KIDS", "sit ikkulurit u frisk li jmur ħafna ma' dawn iż-żminijiet sħan tas-sajf speċjalment minħabba li f'dawn il-ġranet il-baħar isir ħaġa waħda mill-ħajja tagħna l-Maltin.", "\"Dan is-sit huwa mmirat għat-tfal tal-primarja u s-sekondarja u għandu l-għan li jwassal informazzjoni dwar l-ambjent tal-baħar u l-ħlejjaq li jgħixu fih permezz ta' artikli edukattivi u viżwali, stħarriġ u logħob interattiv li jiġbed l-attenzjoni tat-tfal biex jitgħallmu waqt li jieħdu gost jilgħabu fuq l-internet.", "Huwa wkoll maħsub biex ikun ta' għajnuna għall-għalliema billi jipprovdilhom materjal adattat biex ifasslu lezzjonijiet aktar wiesgħa u interessanti fuq it-tema tal-baħar u fl-istess ħin applikabbli għall-kurrikulu nazzjonali.", "Barra minn hekk is-sit joffri opportunita' lill-għalliema u lill-esperti f'dawn l-oqsma sabiex jitħajjru jikkontribwixxu l-kitbiet tagħhom u jkomplu jkattru l-informazzjoni f'dan is-sit.", "Fl-istess waqt dan is-sit joffri kemm lit-tfal tal-iskola u lill-għalliema tagħhom mezz sabiex jaqsmu l-ideat, il-proġetti u l-esperjenzi tagħhom dwar il-baħar ma' ħbieb oħra madwar id-dinja ħalli b'hekk jinħoloq ukoll djalogu internazzjonali dwar dawn is-suġġetti.", "Għaldaqstant tfal li jgħixu f'pajjiżi fejn m'hemmx baħar u forsi qatt ma kellhom iċ-ċans li jiġu f'kuntatt miegħu, jkunu jistgħu jesperjenzawh permezz tal-għajnejn ta' sħabhom.", "Min-naħa l-oħra dan is-sit iservi wkoll biex sa minn ċkunithom it-tfal isiru aktar konxji dwar dak li huma għaddejjin minnu l-oċeani u l-ħlejjaq li jgħixu fihom.", "Jitgħallmu jsiru ċittadini tad-dinja u mhux ta' pajjiżhom biss billi jinteressaw ruħhom f'suġġetti marbuta ma' l-oċeani bħal per eżempju l-impatt uman u tal-klima fuq l-ibħra u l-ekosistemi.", "Bla dubju l-effett ta' dan ikun li t-tfal isiru aktar konxji tar-responsabbiltà li għandhom biex iħarsu l-ambjent tal-baħar u jkattru l-użu għaqli tar-riżorsi tiegħu.\"", "żmien għal żmien l-IOI-KIDS torganizza wkoll proġetti ġodda li jservu bħala opportunitajiet affaxxinanti kemm għat-tfal u anki għall-ġenituri tagħhom peress li joħolqu skop għall-avventura u l-kreattività.", "\"Għal dan is-sajf il-programm ta' l-IOI-KIDS qiegħed jindirizza l-parteċipazzjoni diretta tat-tfal tal-primarja u tas-sekondarja flimkien ma' l-għalliema u l-ġenituri tagħhom sabiex jagħmlu xi ħaġa tanġibbli għall-ambjent tal-baħar.", "Waħda minn dawn l-inizjattivi hija l-IOIKIDS 'Spot the Jellyfish'.", "L-għan ta' dan il-proġett huwa li jiżdied l-għarfien dwar id-diversità lokali ta' l-ispeċi ta' bram billi t-tfal jinvolvu rwieħhom f'eżerċizzju", "interessanti li jikkonsisti fir-rappurtaġġ ta' dehriet ta' bram li spiss naraw qrib xtutna u fil-bajjiet tagħna.", "B'hekk permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom it-tfal ikunu qed jgħinu sabiex ikun possibbli li tinġabar informazzjoni utli għal studji xjentifiċi kemm għall-awtoritajiet lokali u kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali.", "Ta' min jinnota li din l-informazzjoni apparti li tipprovdina bit-tagħrif, fl-istess ħin tkun qed twassal ukoll messaġġ siewi lil dawk li jkunu beħsiebhom iżuru x-xtut u l-ibħra ta' madwarna billi jżommhom aġġornati ma' l-inħawi fejn ikun hemm il-bram.\"", "Ir-rappurtagg isir permezz ta' fuljett ikkulurit u informattiv li jinkludi anki numru ta' ritratti ta' bram ta' speċi differenti.", "Dan il-fuljett diġà tqassam f'bosta skejjel u tpoġġa anki f'diversi postijiet fix-xtut tal-gżejjer Maltin.", "Barra minn hekk l-paġni ddedkati fuq is-sit tal-IOIKIDS (www.ioikids.net/jellyfish) iservu biex iwasslu tagħrif interessanti dwar il-bram, kif ukoll mappa aġġornata kull jum ta' fejn dehru l-bram.", "\"Dan il-fuljett huwa mibni b'mod sempliċi imma attraenti biex jaghmilha ferm facli li wiehed jidentifika l-bram u għalhekk iħajjar aktar tfal biex jipparteċipaw.", "Biex wieħed jieħu sehem kull ma jrid jagħmel huwa illi jqabbel il-bram li jkun ra huwa stess mar-ritratti fuq il-fuljett, jinkludi wkoll id-dettalji tal-ġurnata u l-ħin tar-rapport, u n-numru ta' bram li kien hemm fuq il-post.", "Il-fuljett bl-informazzjoni jista' jintbagħat bil-posta jew billi jimtela' rapport online fuq", ".", "Wieħed jista' wkoll jibgħat ir-rapport permezz ta' SMS fuq 79 222 278 jew email fuq", ".", "Ta' min insemmi illi l-parteċipanti jkunu qed jidħlu biċ-ċans li jirbħu numru ta' premijiet sbieħ!\"", "Inizjattiva oħra tal-IOIKIDS tikkonsisti f'kompetizzjoni mmirata għat-tfal fejn dawn qed jiġu mitluba joħolqu xogħolijiet kreattivi b'suġġetti marbuta mal-baħar.", "\"Dawk it-tfal fil-livell ta' edukazzjoni primarja u sekondarja għandhom l-opportunità li jgħaqqdu l-ħiliet artistiċi u teknoloġiċi tagħhom biex jippreparaw kontribuzzjonijiet elettroniċi f'forma ta' proġetti", "informattivi u attraenti.", "Il-parteċipanti jistgħu jieħdu sehem f'din il-kompetizzjoni kemm b'mod individwali u kif ukoll fi gruppi f'waħda miż-żewġ kategoriji skont l-età: 5 sa 10 snin jew 11 sa 16 il-sena.", "Ix-xogħolijiet li jintbagħtu għandhom ikunu jikkonċernaw suġġetti dwar il-baħar jew dwar xatt il-baħar u jistgħu jieħdu diversi forom bħal artikli, ġabriet jew noti dwar ġrajjiet interessanti jew insoliti, skoperti xjentifiċi ġodda, speċi ta' pjanti jew annimali, eko-sistemi jew postijiet ta' interess, nies li x-xogħol tagħhom huwa konness mal-baħar u kontribuzzjonijiet kreattivi oħra.", "Il-proġetti għandhom ikunu ppreparati elettronikament bħala dokumenti tal-Word jew preżentazzjonijiet bil-PowerPoint.", "Jekk wieħed jagħżel li jibni sit għandu jkun fl-HTML filwaqt li r-ritratti għandhom ikunu fil-format .jpg, l-audio clips f'format wav/mp3 u animazzjonijiet u video clips fil-format flv jew avi.", "Naturalment ix-xogħolijiet ippreżentati jridu jkunu oriġinali u magħhom għandha tintbagħat il-formola ta' reġistrazzjoni li tista' titniżżel mill-website ta' IOI-KIDS", "permezz ta' email:", ".", "Dawn għandhom jiġu indirizzati lil: Ms. Alicia Said, IOI-Malta Operational Centre, Room 315, Chemistry Building University of Malta, Msida MSD2080 jew permezz tal-email:", "u għandhom jaslu sal-31 ta' Lulju 2010.", "Finalment il-proġetti rebbieħa jieħdu sehem ukoll f'kompetizzjoni internazzjonali billi jiġu ppubblikati fuq is-sit IOI-KIDS u tfal minn madwar id-dinja jivvutaw għalihom.\"", "Apparti minn dawn il-proġetti l-IOI-KIDS toffri wkoll l-opportunità lit-tfal biex b'mod regolari jesprimu ruħhom permezz tal-kitba dwar fatti, aħbarijiet u attivitajiet relatati mal-baħar.", "\"Qegħdin nipprovdu lil dawk it-tfal li joħolmu li xi darba jkunu kittieba jew ġurnalisti bil-possibilità reali li jippubblikaw xogħolhom fuq l-internet billi jsiru parti mit-tim IOI-KIDS News.", "Bi ġżira bħal tagħna mdawwra bil-baħar u b'diversi xtut mill-isbaħ, il-possibilitajiet fuq hiex tikteb huma bla tarf.", "U għalhekk inħallu biss għall-imaġinazzjoni tal-kittieba tagħna!\"", "(Nota: Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-18 ta' Lulju 2010)", "kompetizzjoni", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "X'SER JAGĦMLU T-TFAL DAS-SAJF?"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/08/id-dinja-antika-ta-tfuliti/", "text": ["Li kieku kellek l-opportunità li treġġa' lura l-arloġġ u tgħix mill-ġdid żogħżitek, x'tagħżel?", "Il-preżent jew il-passat?", "Niftakar li meta kont tifla kont nixtieq ħafna li jkolli dar tal-pupi.... waħda bħal dawk li kont nara fuq il-kotba li kienu jagħtuna naqraw l-iskola jew li kont nissellef mill-librerija.", "Kienet tkun dar kbira, imqassma bi kmamar sbieħ u mimlija b'għamara ċkejkna.", "Il-karozza kienet tkun ipparkjata fil-garaxx, iż-żwiemel jistrieħu fl-istalel u pjanti mill-isbaħ kienu jżejnu l-konservatorju mal-ġenb tad-dar.", "Kont nintilef inħares lejn l-istampa filwaqt li noħlom li meta nikber ikolli dar bħalha eżatt.", "Naturalment ma kellix idea kemm ridt flus biex nixtri dar bħal dik.", "Ta' tifla li kont, lanqas biss kont intbaħt li anki biex nixtri dar tal-plastik kienet problema dak iż-żmien.", "Minflok, missieri b'ħafna mħabba u paċenzja kien għallimni kif nikkonverti kaxxa mdaqqsa tal-kartun f'dar tal-logħob.", "Konna npinġu l-bibien u t-twieqi mad-dawra tagħha u mbagħad naqtgħuhom min-nofs bl-imqass biex jinfetħu.", "Wara konna naqsmu l-kaxxa permezz ta' żewġ kartuniet u b'hekk kien ikolli erbat ikmamar.", "Il-bqija kien kollu f'idejja hekk kif kont naqbad biċċiet tal-karti u npinġihom biex nagħmel il-wallpaper, l-art u dak kollu li jiġini f'moħħi.", "Il-ġugarelli ż-żgħar li kienu joqogħdu fil-kmamar, kollha kont insibilhom xi post x'imkien.... anki lil xi suldat li kont nieħu baxx baxx mingħand ħija.", "L-immaġinazzjoni kienet is-sigriet tal-kuntentizza tiegħi.", "Illum binti għandha dar ċkejkna tal-pupi imma bilkemm tħares lejha.", "Lanqas taf b'liema ġugarell ser taqbad tilgħab daqs kemm għandha.", "Kamra mimlija ġugarelli jixxenqu biex jintrefgħu u jilgħabu ma' xi ħadd.", "Ġieli jagħtini li nintefa' nilgħab bihom jien imma l-ħajja mgħaġġla ta' daż-żmien ftit tħallilek ċans....", "Għaldaqstant ħassejtni tassew kurjuża meta l-ħabiba tiegħi Liliana tarrfitli illi taf wieħed illi jikkollezzjona d-djar tal-pupi.", "\"Huma l-għożża tiegħu,\" qaltli.", "\"Issa nlaqqgħak miegħu u tifhem għaliex.\"", "Reginaldo Schembri laqagħni għandu daqs li kieku kien ilu jafni s-snin.", "Illum jgħodd it-73 sena imma għadu fuq ruħu mhux ħażin.", "Inkejjuż u ċajtier u kif kienet qaltli Liliana, d-djar tal-pupi huma d-dinja tiegħu.", "\"Ejja ħa tarahom, ejja,\" sejjaħli l-ġewwa f'daru hekk kif beda jagħti l-istruzzjonijiet lil bintu Suzanne biex tiftaħ il-faċċati tad-djar waħda wara l-oħra.", "\"Dan il-passatemp l-ieħor tiegħu tafx, li jgħajjatli l-ħin kollu,\" lissnet bit-tbissima Suzanne hekk kif b'paċenzja u bi ħlewwa kbira bdiet iżżarma l-faċċati tad-djar kbar li għandu Reginaldo f'diversi kmamar.", "\"35 sena ilu ħdimt l-ewwel dar.", "Kont ħdimtha kollha jien, bl-għamara b'kollox.", "Wara li lestejtha kont tajtha lit-tifla ta' ħabib tiegħi,\" beda jgħidli.", "\"Imbagħad ħames snin wara ħdimt din id-dar bil-faċċata", "ċelesti.", "Din ukoll ivvintajtha kollha jien mill-bidu.", "Interessanti illi l-għamara li fiha hija dik li kelli fid-dar tiegħi fiż-żmien li ħdimtha.", "Innota l-gwardarobba kemm fiha xogħol,\" kompla jispjegali b'ħeġġa, \"dik għamiltha kollha jien b'idejja!", "Għandi għodda ċkejkna biex naħdem dawn l-affarijiet imma bis-sega tal-arkett nagħmel kollox.", "Dak kollu li jiġini f'moħħi.\"", "\"Ifakkruni f'żogħżiti,\" qalli malli staqsejtu x'inhu l-iskop li jikkollezzjona dawn id-djar.", "\"Permezz tagħhom inżomm l-isbaħ memorji tiegħi ħajjin.\"", "Staqsejtu x'kien ix-xogħol li kien jagħmel meta kien żagħżugħ....", "Jien kont naħdem bħala kuntrattur ma' missieri Ġużè Schembri.", "Missieri kien bniedem magħruf u maħbub ħafna.", "Kien negozjant kbir u kien iħaddem bosta nies miegħu.", "L-ewwel kellu banka tal-lottu", "imbagħad rama garaxx bil-karozzi tal-kiri.", "Ftit ftit kellu wkoll fabbrika tal-madum, tax-xemgħa u oħra tal-għaġin.", "Meta fl-1939 missieri żar l-Amerika, huwa baqa' mpressjonat ferm bir-Radio City Theatre t'hemmhekk.", "Tant hu hekk illi meta rritorna Malta qalilna illi jekk xi darba jibni teatru jsemmih l-istess.", "U hekk għamel!", "Baqa' baqa' sakemm bena r-Radio City Opera House li kienet magħrufa ħafna għall-operetti, t-teatrini u għall-artisti famużi li kienu joffru l-isbaħ spettakli fih.\"", "Xtaqtu jsemmili xi nies magħrufa li jiftakar jieħdu sehem...", "\"Ma nista' qatt ninsa lill-Prinċipessa Russa Nathalie Poutiatine li kienet ballerina mill-iprem.", "Min jaf kemm qattajt siegħat sħaħ inħares lejha tiżfen!", "Kien jiġi wkoll ikanta t-tenur Malti Oreste Chircop.", "Lil Oreste jien niftakru għadu qed jitgħallem ikanta.", "Kien jitħarreġ għand Madame Ravaglia f'dar fil-Ħamrun li hi kienet tikri mingħand missieri wara li kien waqa' t-Teatru Rjal bil-gwerra.\"", "Reginaldo intilef jirrakkuntali dwar il-passat tiegħu.", "Kienet ovvja ħafna l-ammirazzjoni li huwa kellu lejn missieru li barra li kien bniedem ħabrieki, kien ukoll benefattur kbir.", "\"Fir-Radio City darba nħadem dramm bl-isem 'Il-magħżula minn Alla' li kien jirrakkonta l-ġrajja ta' Fatima.", "Kien deher fuq ħamest'ijiem u l-flus li kienu nġabru, kienu ngħataw bħala fondi għall-bini tal-Knisja ta' Fatima li hemm fil-Guardamangia.\"", "Ġużè Schembri kien ukoll politiku li wara l-qasma fil-Partit Laburista kien għażel li jaħdem flimkien mat-Tabib Boffa.", "Kien f'dawn iż-żminijiet illi l-familja Schembri għamlet ħbiberija mar-Reġina Eliżabetta.", "\"Konna nikrulha l-Villa Guardamangia meta kienet tiġi Malta.", "Mhux darba u tnejn li fil-għodu kont immur inżurha u nsibha tixxemmex fuq it-taraġ.", "Kienet mara mill-aħjar magħna imma isma' din,\" qalli Reginaldo b'ħarsa mqarqċa.", "\"Darba minnhom dehrilha illi waħda mit-twieqi tal-villa kellha bżonn laqgħa żebgħa u qabbdet lil min jiżbogħilha kif riedet hi.", "Taf li mbagħad naqqsitilna l-ispejjeż li ħallset, mill-kera li kellha tagħtina?\"", "Il-familja Schembri għamlet żmien tgħix f'Villa Parisio, Ħal-Lija.", "Imma Reginaldo li kien il-ħames wild, jiftakar illi l-biċċa l-kbira ta' ħajtu qattagħha jgħix f'Villa Guardamangia.", "Bħala residenza tas-Sajf l-familja kellha wkoll il-Villa Rosa, f'San Ġorġ.", "\"Kien f'dawk l-inħawi li ltqajt mal-mara tiegħi Tereża.", "Hi kienet taħdem ir-rakkmu ma' Grixti tal-Belt.", "Niftakarha ċara l-ewwel darba li rajtha.", "Kont għedtilha int għalija.", "Anki hi ħadet grazzja miegħi mill-ewwel imma ma stajtx ngħid l-istess għall-kunjata li ma riditni b'xejn.", "Akkost li kont noqgħod inżiegħel biha u ndawwarha bil-karozzi lussużi li kellna!", "Iżda maż-żmien din l-istorja nqallbet ta' taħt fuq għax qabel ma mietet kienet sejjħitli ħdejha u qaltli 'Qatt ma rajt raġel bħalek.\"", "B'nostalġija kbira f'għajnejh Reginaldo kompla jirrakkuntali kif martu mardet meta kienet għadha fit-tletinijiet tagħha....", "\"Għamilt minn kollox biex naraha mfejjqa.", "Meta kienet għamlet l-aħħar ġranet tagħha fl-Isptar San Luqa kont norqod ħdejha kuljum.", "Iżda b'dispjaċir kbir tiegħi xorta waħda mietet u ħallietni.", "Ma nista'", "ninsiha qatt.", "Lilha biss ħabbejt.", "Qatt ma ridt nerġa' niżżewweġ.", "Kont naf li mhu ser insib lil ħadd aktar bħalha.", "Għadni naħseb fiha kuljum u nixtieq li qegħdha hawn ħdejja....", "Għalhekk dan l-istil ta' djar, din l-għamara.", "Nagħmel siegħat ħdejhom u mbagħad nagħlaq għajnejja u nibda nimmaġinani f'dawk iż-żminijiet meta kont ngħix ġo djar bħal dawk, niġri minn kamra għall-oħra.\"", "Waħda mill-aktar djar għal qalbu hija l-Grosvenor Hall, dar li fiha ftit aktar minn ħames piedi għoli.", "\"Ilni naħdem fuqha s-snin.", "Biex tlestiha dar bħal din trid ħafna xogħol u paċenzja.\"", "Tlabtu jispjegali pass pass kif tinbena dar tal-pupi...", "\"Jiena nirċievi numru ta' rivisti mingħand kumpaniji li jbiegħu dawn id-djar.", "Ikolli nammetti miegħek illi anki nħares lejhom biss fuq l-istampi nitgħaxxaq.", "Minn fuqhom inkun nista' nagħżel it-tip ta' dar", "li tolqotni.", "Id-dar tiġi f'kit, biċċa biċċa.", "Tkun tista' tagħżel id-dar miżbugħa lesta, la kemm tgħaqqadha flimkien.", "Imma jien nippreferi nagħmel kollox jien skont il-gosti tiegħi.", "Anki l-madum nagħmel jien, kaxxa kaxxa, waħda sewda u waħda bajda kontra xulxin u noqgħod inwaħħalhom bil-mod.", "Mhux la kemm taqbad u tagħmilhom dawn l-affarijiet.", "Irid ikollok ċertu ħila u ħafna dedikazzjoni.", "L-għamara nordnaha minn fuq l-istess rivisti.", "Togħġobni ħafna l-għamara stil Vittorjan, bħal dik li kien ikollna ġod-djar tagħna f'żogħżiti.", "Għandi wkoll dar li żejjintha b'għamara fuq stil antik Malti u ġiet sabiħa ħafna wkoll.", "Hu daqsxejn passatemp għali għax kollox jiswa l-flus imma jien naf naħdem xi wħud mill-affarijiet u nżidhom fid-djar tiegħi.", "Ara dawk l-inkwadri per eżempju... qed tarahom?", "Dawk jien u l-mara,\" urieni Reginaldo hekk kif beda jidħak bil-qalb u jurini l-oġġetti żgħar u ħelwin li mela l-kmamar tad-djar tal-pupi bihom.", "\"Dak li jagħmilhom uniċi... l-irtokki personali tiegħek.", "Dawk il-ballavostri jien żidthom.", "Anki dawk it-tapiti, il-purtieri, l-arloġġ antik Malti, il-platti taċ-ċeramika mal-ħitan u t-terrazzini.", "Il-bibien per eżempju kienu bojod imma jien tajthom lil wieħed mastrudaxxa biex jagħtihom il-lostru.", "Hekk għandhom dehra professjonali u aktar realistika.", "U dawk il-linef ordnajthom apposta mingħand kumpanija li taħdem il-ħġieġ.\"", "Mal-ewwel daqqa t'għajn ma kontx intbaħt bihom dawn l-oġġetti kollha li beda jindikali.", "Imma ftit ftit, permezz tal-entużjażmu tiegħu, bdejt nifli l-kmamar aħjar u aktar ma beda jgħaddi l-ħin, aktar stajt nara d-dettalji u nifhem x'ifisser dan il-passatemp għalih.", "Kull kamra ġo kull dar kienet imżejjna b'mod realistiku, bl-aċċessorji kollha meħtieġa u b'ħafna lussu wkoll.", "Ġo waħda mill-kmamar tal-ikel, kien hemm sett sħiħ ta' platti u kikkri taċ-ċeramika mpoġġija", "fuq il-mejda, donnhom għal-lest sakemm jaslu l-mistiedna.", "Minn wara l-ħġieġ tagħhom, l-armarji fil-kmamar differenti, kienu mogħnija bi platti u buqari ċkejknin... kollox irranġat sabiħ daqs li kieku l-id ta' mara ħawtiela kienet tieħu ħsiebhom.", "L-umbrella kienet lesta għax-xita fl-entrata, il-kpiepel sbieħ tax-xemx imdendlin u ppreparati għall-ħarġa, il-gazzetti tal-ġurnata mpoġġija ħdejn is-sufan u d-dawl kien jixgħel fil-linef kbar u fil-lampi ta' ħdejn is-sodod.", "Li kieku l-pupi li kienu qed iżejjnu l-kmamar kellhom jieħdu l-ħajja, ma kienu ser isibu xejn nieqes biex jgħixu ħajja mill-aħjar.", "\"Qatt ma tlesti għax dejjem issib xi ħaġ'oħra x'tivvinta.", "U jien dak li noħlom bih nibqa' nsostni fuqu sakemm nagħmlu.", "Hekk ngħaddiha l-ġurnata.\"", "Reginaldo ħadni f'kamra żgħira mdawwra bl-affarijiet kollha li jkollu bżonn għal dan ix-xogħol: kolla, kuluri, żebgħa, biċċiet irqaq tal-injam, makkinarju u mitt ħaġ'oħra.", "\"Inħoss sodisfazzjon u nofs meta nkun qed naħdem fuq id-djar tiegħi.", "Permezz tagħhom inżomm ħaj dak iż-żmien li dari kont ngħix fih.", "Iż-żmien modern ta' llum xejn ma jolqotni.", "Nippreferi d-dinja antika ta' tfuliti.", "Ikun hemm min jidħak meta jismagħni nitkellem hekk.", "Imma f'żogħżiti jiena għext f'kuntentizza kbira u hemm irrid nibqa' ngħix,\" sostna Reginaldo hekk kif induna li kienet iċċaqalqet biċċa għamara minn postha u sejjaħ lil Suzanne biex tiġi tirranġahielu malajr.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tat-23 t'Awwissu 2009)", "dar tal-pupi", "Ġużè Schembri", "Knisja ta' Fatima", "kollezzjoni", "kollezzjonista", "Tereża Schembri", "tfulija", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "ID-DINJA ANTIKA TA' TFULITI"} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/09/il-mara-li-kellha-l-bagoll-lest-biex-titlaq/", "text": ["IL-MARA LI KELLHA L-BAGOLL LEST BIEX TITLAQ...", "Nhar it-Tnejn 25 t'Awwissu 2009, ħallietna mara kbira, mhux biss għall-età li kellha imma anki minħabba l-istorja mqanqla li għexet matul ħajjitha.", "Iltqajt magħha l-ewwel darba s-sena li għaddiet meta stedintha għal intervista biex tiġi inkluża fil-programm Bijografiji ta' Carmelo Borg Pisani.", "Kellha 98 sena.", "\"Jekk Alla jrid ngħaqqad il-100 sena,\" kienet qaltli.", "Iżda ma kellux ikun.", "Xtaqt niġbor memorja tagħha bħala tifkira u bintha Bernardette laqgħetni f'darha b'idejha miftuħa, akkost li l-ferita tan-nuqqas t'ommha għadha miftuħa sew.", "Sibtha qed twaħħal ir-ritratti t'ommha f'album kbir.", "L-istorja ta' ħajjet Mary bdiet tiżvolġi ftit ftit quddiemi hekk kif hi bdiet tqalleb il-paġni tiegħu u tirrakkuntali....", "Twieldet fil-31 ta' Marzu 1910 taħt l-isem Mary Pitrè de Martino.", "Minn dejjem kienet ta' karattru ferrieħi u fuq ruħha mhux ħażin, għalkemm dejjem b'mod onest.", "Kienet tħobb ħafna l-kulur l-aħmar għax", "kien vivaċi bħalha.", "Minn età żagħżugħa uriet li kellha żewġ talenti partikolari: dik tat-tpinġija u dik tal-ħjata.", "L-ewwel waħda kellha tfasslilha l-bqija tad-destin tagħha, l-oħra kellha tgħinha taqla' l-ħobża ta' kuljum.", "Hekk kif spiċċat mill-iskola, Mary bdiet tgħallem l-arti fl-iskola tas-Sacred Heart.", "Zijuha kien ukoll ħajjarha tidħol titgħallem it-tpinġija fl-Iskola tal-Arti fejn anki bdiet", "timmudella għall-istudenti.", "Kien waqt waħda minn das-sessjonijiet, meta kienet qegħdha tippoża bħala żeffiena Spanjola għal Giorgio Preca, meta tefa' għajnejh fuqha Anton Inglott, student ieħor f'din l-Iskola.", "Bħala karattru dan il-ġuvni ma setax kien aktar differenti minn Mary.", "Kien bniedem kwiet u riservat u għalkemm dit-tfajla kienet togħġbu ħafna, kien bħal jinkwieta jaraha daqshekk fuq ruħha u tiċċajta ma' kulħadd.", "Madanakollu waqt dik il-lejla partikolari, hekk kif waqfet mill-immudellar, Mary kienet qabdet tqassam id-domni mbierka li dejjem kienet iġġorr fil-basket tagħha.", "Tat waħda lilu wkoll u kien hawn li serqitlu qalbu hekk kif intebaħ kemm kienet tfajla tal-ġabra.", "Wara diversi snin jitħarreġ fl-Iskola tal-Arti, Anton Inglott kien siefer lejn Ruma fejn kien rebaħ Borża ta' Studju ta' sentejn biex jistudja fl-Accademia Di Belle Arti.", "Huwa kien jixtieq ħafna li jsir pittur famuż u Mary kienet timbuttah biex isostni sabiex jasal.", "Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, Anton irritorna lura Malta imma miegħu ġab problema f'saħħtu – id-dijabete.", "Ftit taż-żmien wara seħħet ġrajja oħra fil-ħajja ta' Mary.", "Ħabib tagħha, Carmelo Borg Pisani, ġie mgħallaq peress li kien akkużat li kien spjuna kontra Malta f'isem it-Taljani.", "Ftit tas-snin qabel, Borg Pisani kien laqa' lill-maħbub tagħha ġewwa Ruma u miegħu kien studja l-arti fl-istess akkademja.", "Iż-żminijiet tal-gwerra kienu iebsa għall-poplu Malti.", "Mary baqgħet tiftakar bosta attakki u ġiri lejn ix-xelter.", "Ma setgħet tinsa qatt lill-Belt tirtriegħed taħt saqajha waqt attakk feroċi fuq dawk in-naħat.", "Il-", "koppja kienu jgħixu taħt biża' kontinwa għal xulxin meta kienu jisimgħu l-bombi neżlin fuq rashom.", "Għalkemm huma xtaqu jiżżewġu, kellhom ħolma li l-ewwel Anton jistabilixxi ruħu fil-qasam tal-arti sabiex hu jkun jista' jmantni lill-familja.", "Ftit ftit Anton beda jiddistingwi ruħu tant illi għamel diversi xogħlijiet ta' kalibru kbir u ġie anki fdat f'idejh ix-xogħol tal-pittura tas-saqaf tal-parroċċa tal-Imsida.", "Sadanittant Mary kienet daħlet tgħallem it-Taljan u l-ħjata fl-iskola sekondarja tal-Gvern.", "Kienet anki bdiet tagħti lezzjonijiet privati tal-ħjata fi Strada Stretta l-Belt u f'Regina Angelorum tas-Sliema.", "Iżżewġu fl-1 ta' Ġunju 1944 u minn din l-għaqda twieldet Bernardette fis-17 t'April 1945.", "Il-koppja kienet ser ittir bil-ferħ iżda erba' xhur biss wara, fil-15 t'Awwissu 1945, Anton Inglott miet kawża ta' kumplikazzjonijiet li tnisslu mill-marda tad-dijabete li dak iż-żmien kienet qerrieda ħafna.", "Mary issa kellha tieħu ħsieb weħidha lil bintha.", "Mill-għada stess tal-funeral hi kellha tkompli taħdem.", "Il-kuraġġ ġabitu permezz tal-pariri li kien jagħtiha San Ġorġ Preca li tiegħu hi kienet ilha midħla ħafna.", "Mary kienet mara kreattiva ħafna u dan it-talent ħajjar lil James Scicluna biex jiftaħ Art and Fashion Centre ġewwa l-Furjana u aktar tard fil-Belt fejn Mary kienet tgħallem il-ħjata u d-diżinn tal-ilbiesi sakemm kellha l-età ta' 80 sena!", "Matul dan iż-żmien Mary kienet ukoll tagħti sehemha fi programm fuq ir-Rediffusion u t-TV.", "Mary Inglott kienet ukoll waħda mill-fundatriċi tal-Legion of Mary f'Malta.", "Fl-2006 Mary Inglott ġiet onorata bil-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika.", "Mary ikkumbattiet b'kuraġġ kbir mal-ħajja akkost il-bosta diffikultajiet li ltaqgħet magħhom.", "Is-saħħa kienet iġġibha mill-fidi tagħha u mill-fatt li rnexxielha żżomm lil żewġha ħaj.", "\"Mhux l-ewwel darba li kont nismagħha tkellmu,\" qaltli Bernardette.", "\"L-imħabba tagħhom kienet kbira wisq.", "Hekk nimmaġinahom issa ara, kif qegħdin f'dan ir-ritratt.", "It-tnejn mill-ġdid flimkien ferħana jħarsu lejja u jieħdu ħsiebi.\"", "Ix-xogħlijiet ta' missierha huma r-rikordju li hi baqgħalha tiegħu.", "Issa tħares lejha mill-istess xogħlijiet hemm ukoll ommha li spiss kienet timmudella għal Anton biex ipinġiha.", "Tanja Cilia (Kittieba)", ": L-ewwel darba li dħalt għall-lezzjoni tagħha, fl-Arts and Fashion Centre, (Triq Zakkarija, il-Belt quddiem tal-ħaxix, fis-sular ta' fuq Rosina Depares) u rajtha, għedt \"Imma lil din il-mara nafha żgur\".", "Leħinha kien \"il-vuċi tal-ħjata\" fuq il-programm ta' Carmen Carbonaro.", "Iżjed tard, qaltli li kulħadd kien ixebbaħa ma' Nilla Pizzi, li kienet rebħet il-festival ta' San Remo fl-1951 u l-1952.", "Saħanritra kienu jwaqqfuha n-nies fit-triq u jifirħulha!", "Kemm ħadet paċenzja bija u kemm tgħallimt magħha!", "Għad għandi l-fajl tal-lezzjonijiet!", "Lil Mary Inglott kont nimmaġina xi lady ta' żmien ir-Reġina Vittorja, dejjem pulita, impekkabbli, b'libsa differenti kull darba li narawha u b'xagħarha dejjem lest għall-ordni.", "Mara eżemplari, edukata, b'kariżma kbira u li tifhem lil dak li jkun.\"", "Ġorġ Peresso (Kittieb u xandar):", "\"Minn mindu dħalt fix-xandir u ltqajt magħha u smajtha, mall-ewwel impressjonatni bħala mara twajba, imżejjna b'dik it-tjubija li ġejja mit-tiġrib tal-ħajja u għalhekk tjubija li hi forza fil-karattru.", "Laqtitni ħafna meta dehret fil-programm Meander ta' Mariella Pisani Bencini u qalet li minn mindu miet żewġha Anton hi dejjem kellha l-bagoll lest biex meta Alla jsejħilha tkun lesta.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-6 ta' Settembru 2009)", "Bijografiji", "Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "IL-MARA LI KELLHA L-BAGOLL LEST BIEX TITLAQ..."} {"url": "http://fionavella.com/features/2009/10/mhuh-thriller-psikologiku/", "text": ["MĦUĦ – THRILLER PSIKOLOĠIKU", "Dan huwa l-parir tiegħi għal dawk iż-żagħżagħ li jixtiequ jagħmlu film: Issegwux it-tendenzi, ibdewhom intom!...", "Frank Capra", "Il-ġimgħa d-dieħla, fis-7 t'Ottubru 2009, ser joħroġ il-film tiegħek 'Mħuħ' fis-swali taċ-ċinema.", "Kemm dam jinħadem dan il-film?", "Dan hu l-ewwel xogħol tiegħek?", "Mħuħ", "beda jinġibed f'Mejju 2008 u tlesta fi Frar 2009.", "Proġett ta' din il-kwalità kien esperjenza ġdida għalija.", "Wara numru ta' esperjenzi f'xogħlijiet marbuta mad-drama, dan il-proġett kien pass ieħor il-quddiem fil-karriera tiegħi.", "Tista' tgħidilna fil-qosor dwar xiex jitratta l-film Mħuħ?", "X'wasslek biex tikteb din l-istorja u għaliex ħassejt li tista' toħroġ film minnha?", "Inti u ssegwi l-istorja ta'", "Mħuħ", "trid toqgħod attent ħafna għax għalkemm għall-ewwel tieħu l-impressjoni li kollox ser ikun marbut ma' grupp ta' nies li qed jgħeddu familji dgħajfa u jqegħduhom f'periklu", "kbir, fir-realtà hemm aktar skopijiet għala dan ikun qed iseħħ.", "Mħuħ", "huwa thriller psikoloġiku fejn matulu jinħass sewwa l-effett fuq il-psikoloġija tal-bniedem minħabba l-ġrajjiet li ser iseħħu .", "L-istorja kienet ilha ftit f'moħħi imma dejjem żviluppajt magħha.", "Fil-fatt kienet l-istess storja li ġegħlitni mmur għal xi ħaġa li tikkonkludi ruħha malajr u mhux b'ħafna tul ta' episodji.", "Kien għalhekk li ddeċidejna illi x-xogħol kellu jinħadem apposta għaċ-ċinema, bħala film sħiħ li jingħalaq.", "Kemm sibt ko-operazzjoni u nkoraġġiment biex tagħmel dan il-proġett?", "Dan hu s-sabiħ ta' dax-xogħol, li l-ewwel kollox ikun f'moħħok biss iżda wara li tiżvela xi ftit mill-istorja, awtomatikament jibda jqum interess kbir.", "Nista' ngħid li kienu ħafna li xammru l-kmiem għal dan il-proġett u ħassewhom parti minn dan it-tim tal-produzzjoni.", "Għalija dan huwa ta' inkoraġġiment kbir u kien fundamentali biex l-affarijiet jimxu mingħajr problemi.", "L-atturi li qed jieħdu sehem, kemm iqarrbu lejn dawk il-karattri li kellek f'moħħok meta kont qed toħloqhom?", "Il-karattri prinċipali f'dan il-film ġew miktuba apposta għall-atturi li ser taraw u din ħadmet ħafna.", "Apparti minn hekk, qabel bdejt nadatta l-istorja għaċ-ċinema, iddiskutejt individwalment magħhom u spjegajtilhom xi xtaqt eżatt.", "Il-fatt li dan il-film iddiriġejtu jien stess, għen biex stajt niggwida aħjar lill-atturi ħalli nqarreb is-sens kollu tal-istorja.", "Fuq kollox ta' min jgħid illi l-atturi kienu tajbin ħafna u rnexxielhom jesprimu dak li kelli f'moħħi.", "Kien hemm xi xeni li kellhom jinqatgħu?", "X'kienet ir-raġuni?", "Nista ngħid illi kien hemm xeni sħaħ li nġibdu imma kellhom jiġu eliminati minħabba raġuni ta' ħin għax il-film ma setax jiġi itwal minn sagħtejn.", "Madanakollu dan ma tellef xejn mill-andament tal-istorja.", "Anzi, nista' ngħid li serva biex it-tensjoni matul il-film tkun kontinwa.", "Liema kienu dawk ix-xeni li ħolqulek l-akbar sfida biex jinġibdu?", "Kien hemm diversi.", "Speċjalment fejn jidħlu xeni perikolużi bħal dawk li ser naraw, trid tieħu diversi prekawzjonijiet.", "Biex insemmilek eżempju, fi", "Mħuħ", "ser tidher xena ta' persuna qed tinqatel", "brutalment.", "Għaldaqstant kien neċessarju illi l-attur ikun ippreparat għal dak kollu li kien ser jgħaddi minnu.", "F'dan ix-xogħol kultant trid tbati u f'dan il-każ l-attur ma kinetx tant faċli għalih li jagħmel tul ta' ħin ġo ħofra mimdud wiċċu 'l isfel, b'borża tal-plastik ġo rasu u b'idejħ marbutin fuq wara!", "Kien hemm xeni oħra illi biex ġbidnihom kellna nibnu set fi studio minħabba illi n-natura tax-xena ma kinetx tippermetti li tuża l-post proprju.", "Iżda anki f'dawn il-każi nista' ngħid li kellna nies professjonali li ħadmu bir-reqqa biex dan ix-xogħol seta' jsir mingħajr sens ta' artifiċjalità.", "X'tip ta' diffikultajiet oħra ltqajtu magħhom waqt il-ġbid ta' dal-film?", "L-iktar li jaffetwawk huma l-elementi tat-temp għax inti trid iżżomm kontinwità fl-istampa.", "Mhux l-ewwel darba li kellna nippostponu xeni wara li nkunu lħaqna ppreparajna kollox!", "Mill-banda l-oħra nixtieq nieħu din l-opportunità bi spunt pożittiv billi nirringrazzja lil kull min kellu l-awtorità dwar permessi biex niffilmjaw għax sibna ħafna ko-operazzjoni.", "Liema kien l-akbar kompromess li kellek tagħmel biex sar dan il-proġett?", "Taħseb illi l-prodott finali laħaq il-livell li xtaqt int?", "Id-dedikazzjoni lejn dak li tkun qed tagħmel hija sagrosanta kemm għalik u kemm għal dawk kollha involuti.", "Is-sensittività tilgħab parti importanti wkoll f'dan ix-xogħol għax mingħajrha ma tagħmel xejn.", "Dwar il-prodott finali nista' ngħid u qaluha anki kritiċi oħrajn, li ser nerġgħu naraw pass ieħor il-fuq fil-livell tal-produzzjonijiet lokali.", "Il-mużika ta' Mħuħ ġiet maħduma apposta?", "Il-mużika għandha sehem importanti ħafna fil-film u b'sodisfazzjon nistqarr illi din kompliet tagħti libsa lix-xeni li ser naraw.", "Fil-fatt", "Mħuħ", "għandu s-soundtrack sħiħ miktub oriġinali għalih minn Philip Vella.", "Tajjeb li nsemmu illi s-soundtrack jikkonsisti fi ħdax-il silta mużikali, dejjem skont ix-xeni li qed jintwerew.", "Interessanti ferm huwa illi Philip esperimenta wkoll b'vuċi li ma tinftiehemx sabiex b'hekk seta' joħloq l-effett tat-thewdin tal-moħħ qalb dik it-tensjoni kollha.", "X'inhuma l-emozzjonijiet tiegħek issa li dal-film wasal biex jintwera lill-pubbliku?", "Tħossok inkwetat jew emozzjonat?", "Ikolli nammetti illi l-emozzjoni tibda tagħmel tagħha.", "Tinsix illi ilna naħdmu fuq dan il-film għal numru ta' xhur mhux ħażin.", "Issa li wasalna biex nuruh lill-pubbliku ma jistax jonqos li nħoss ċertu emozzjoni.", "Jien nemmen li kulħadd għandu l-interpretazzjoni tiegħu għal kull proġett.", "U allura nħossni eċitat ferm biex nisma' x'ser jgħidu n-nies dwar", "Mħuħ", "Għandek xi xogħol ieħor ippjanat?", "Għad ma kellix ċans naħseb dwar proġetti oħra għax jien jidhirli illi trid tassisti proġett sal-aħħar tiegħu.", "Ngħidu aħna", "Mħuħ", "fadallu l-promozzjoni tiegħu, bħal ma qegħdin nagħmlu issa.", "Ippermettili nirringrazzja ħafna lilek tal-opportunità li tajtni li nitkellem dwar dan il-film.", "Nixtieq ukoll nirringrazzja lin-numru kbir ta' ġurnalisti u preżentaturi f'Malta li ġrew warajna huma stess biex jippromwovu lit-talent Malti.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi kbira tmur lil KRS Film Distributors li kellhom fiduċja f'dan il-proġett u li qed jagħtuh importanza iktar minn produzzjoni barranija.", "Tkellimt ukoll mal-Managing Director tal-KRS – Charles Pace...", "Għal KRS, li tippreżenta film Malti fis-swali taċ-ċinema huwa riskju jew sfida?", "Riskju mhux żgur għax aħna dejjem noqogħdu attenti illi nippreżentaw biss xogħol ta' kwalità.", "Fil-fatt", "Mħuħ", "huwa l-ħames produzzjoni Maltija li aħna qed niddistribwixxu fis-swali taċ-ċinema tal-Eden, Embassy Cinemaworld u l-Empire.", "B'sodisfazzjon nista' ngħid illi l-erbgħa produzzjonijiet ta' qabel, kollha kemm huma okkupaw pożizzjonijiet tajba fit-top 10 fil-box office charts tal-ġimgħa li fiha ħarġu għall-pubbliku.", "L-erbgħa xogħlijiet l-oħra kienu Qerq (2007), Heroes in the sky (2007), Anno Domini XXXIII (2008) u Santa Monika (2009).", "Nistqarr miegħek illi minn meta ħareġ Qerq, tgħidx kemm ġejna offruti films biex jintwerew fiċ-ċinema.", "Min-naħa aħna nemmnu ħafna fil-prodott Malti u lesti li nagħtu ċans u opportunità lil kulħadd.", "Iżda min-naħa l-oħra aħna rridu nassiguraw illi x-xogħol ikun ta' livell tajjeb u preżentabbli għax wara kollox irridu nikkonvinċu lis-sidien taċ-ċinemas illi l-prodott ser jiġbed l-udjenzi.", "X'tikkummenta dwar il-livell milħuq mill-produzzjonijiet tal-films Maltin u kemm temmen li dawn jistgħu jiksbu suċċess anki f'pajjiżi oħra?", "Il-livell lokali qiegħed dejjem jogħla għalkemm xorta waħda għadna l-bogħod mill-kwalità tal-films barranin.", "Madanakollu rridu nżommu wkoll quddiem għajnejna l-iffinanzjar kbir li dawn il-produzzjonijiet barranin ikollhom.", "Biex inwieġeb il-mistoqsija l-oħra ngħidlek illi kull sena għall-ħabta ta' Mejju, aħna niġu mitluba mill-European Community biex nippreżentaw produzzjonijiet Maltin li jkunu ntwerew fiċ-ċinemas lokali", "f'dik is-sena partikolari sabiex jieħdu sehem fil-Festival UGC Fête l'Europe.", "Permezz ta' dan il-festival, li jiġi organizzat minn Eurocine, madwar 27 film jintwerew fis-swali taċ-ċinema ta' Madrid, Pariġi, Lyon, Strasbourg, Ruma u Brussell.", "Bla dubju din hija opportunità interessanti ħafna sabiex inwasslu t-talent Malti anki f'dawn il-bliet Ewropej.", "Naturalment, film maħdum bil-lingwa Maltija ser ikun daqsxejn żvantaġġjat jekk ma jkunx jinkludi sub-titli almenu bl-Ingliż.", "Għaldaqstant nissuġġerixxu illi min ikun qed jippjana proġett ta' dan it-tip, irid jibda jaħseb b'mod miftuħ u jistaqsi lilu nnifsu \"Jien dax-xogħol qed nagħmlu għall-udjenza Maltija biss?\"", "Kull film li semmejtlek intbagħat biex jipparteċipa f'dan il-festival u ovvjament, is-sena d-dieħla ser nagħtu din l-opportunità anki lil dan il-film ġdid", "Mħuħ", "Mill-film Mħuħ x'laqtek l-aktar u għaliex tirrakkomanda lill-udjenza biex tmur tarah bi ħġarha?", "Mħuħ", "laqagħtni għax hu ppreżentat u maħdum b'mod differenti minn dawk il-films lokali li naraw is-soltu.", "Normalment aħna mdorrijin naraw film f'forma ta' episodji, jiġifieri ġrajja sseħħ wara oħra.", "Minflok, dan il-film fih ħafna plots żgħar, kollha mdaħħlin f'xulxin, illi fl-aħħar iwasslu għat-tmiem tal-istorja.", "Għalija Andrew Attard l-awtur u direttur u Mario Attard (Olive Productions) li ħa ħsieb il-produzzjoni eżekuttiva ta'", "Mħuħ", "ħarġu b'biċċa xogħol tajba ħafna!", "Nirrakkomanda", "Mħuħ", "lill-udjenza għax huwa film bi storja oriġinali li tagħlaq bi tmiem mhux mistenni.", "Il-mużika ta'", "Mħuħ", "hija wkoll tajba ferm u żżid fil-kwalità ta' dan ix-xogħol ġdid.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-4 t'Ottubru 2009)", "direttur", "Mħuħ", "Santa Monika", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "MĦUĦ – THRILLER PSIKOLOĠIKU"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/02/hajti-hi-avventura/", "text": ["ĦAJTI HI AVVENTURA", "Il-bniedem ma jistax jiskopri ibħra ġodda jekk ma jkollux il-kuraġġ jitlaq minn fuq ix-xatt...", "Andre Gide (1869-1951) kittieb Franċiż u rebbieħ tal-premju Nobel fil-letteratura – 1947.", "It-talent tal-iskultur jaffaxxinani.", "Dik il-kapaċità li jagħti l-ħajja u l-valur lil daqsxejn materjal permezz tal-kreattività tiegħu, sabiħa wisq!", "Wisq aktar impressjonanti huwa l-fatt illi individwu ieħor li m'għandux dik l-arti f'demmu, lest li jdaħħal idejh fil-but u jħallas għal dik il-biċċa xogħol li jixtieq.", "Dan l-aħħar iltqajt ma' Christopher Ebejer, diżinjatur u skultur li għalkemm għad għandu biss 30 sena, irnexxielu jibni karriera f'dan il-qasam u diġà mexa sewwa fit-triq tas-suċċess.", "Fostom huwa ġie magħżul biex jaħdem il-monument tal-Isptar Mater Dei....", "\"Kienet kompetizzjoni nazzjonali u ntagħżilt jien.", "Ħassejtni kburi ferm għax fost l-artisti li pparteċipaw, kien hemm saħansitra eks għalliema tiegħi.", "Dan il-monument kellu l-għan li jkun is-simbolu tal-Mater Dei.", "Il-proċess biex inħadem ħa sentejn u hu madwar 3 metri għoli.\"", "Iżda ejja mmorru lura....lejn kif inħobb nibda jien...", "Kif nibtet din il-passjoni lejn l-iskultura?", "\"Sa minn meta kont żgħir, dejjem kont ninteressa ruħi f'affarijiet mhux tas-soltu.", "Dejjem kelli gosti li jmorru lil hinn mill-popolarità tal-massa tan-nies.", "U allura fejn bosta minn sħabi kienu jħobbu l-futbol", "per eżempju, minflok jiena kien jogħġobni s-sens ta' avventura u b'mod speċjali x-xogħlijiet tal-arti.", "Irrealizzajt illi l-arti tiftaħlek beraħ l-opportunitajiet biex tagħmel affarijiet differenti.", "Kien għalhekk illi ntfajt b'ruħi u ġismi nesperjenza u nitħarreġ f'forom differenti tal-arti fostom fid-diżinn, fl-interior design, fil-pittura, fid-direzzjoni ċinematografika u fl-iskultura.", "Fir-rigward tal-iskultura kienet tiġbidni ħafna t-tanġibilità tagħha, il-fatt li tista' tmissha.", "U fl-iskultura, b'mod partikolari, kienet tinteressani l-arti monumentali.", "Ġara li f'ċertu punt minn ħajti bdew deħlin diversi kummissjonijiet tal-iskultura u allura ġiet b'mod naturali li jiena naqbad dik it-triq.\"", "Artist titwieled jew issir?", "\"Bla dubju li l-arti tkun fin-natura tiegħek imma mbagħad biex tagħmel xi ħaġa biha tassew, trid tistudja u titkisser fuqha.", "Jiena studjajt l-arti fil-forma tradizzjonali, kif kienet tiġi mgħallma fl-iskola l-antika tal-arti, jiġifieri studjajt l-anatomija tal-bniedem, il-kompożizzjoni, id-diversi forom, il-profili u l-istili differenti.", "Iżda fl-iskola tal-arti nnifisha ma domtx aktar minn sentejn għax ħassejt illi l-istil akkademiku ma kienx dak li kont qed nistenna.", "Jiena ppretendejt tagħlim aktar akkademiku bħal ngħidu aħna li jħarriġni fil-proporzjonijiet tal-figura jew f'kif għandu jkun it-taħlit tal-kuluri, inkella kif nibni statwa.", "Minflok sibt illi aktar minn kollox, din l-iskola kienet toffrilek l-inkoraġġiment biex tesprimi ruħek u l-bqija trid tara kif titgħallmu int.", "Jiena nemmen illi artist irid ikollu żewġ elementi bażiċi: l-element akkademiku u l-kreattività.", "Kien għalhekk illi attendejt ukoll għal numru ta' korsijiet privati li ħallast minn buti.", "Iżda ma rridx nonqos milli nsemmi l-bażi formattiva u siewja ħafna li rnexxieli nieħu minn għand Tarcisio Montebello, iben l-iskultur magħruf Marco Montebello.", "Niftakar li dak iż-żmien sikwit kont nintasab ħdejn Tarcisio meta kien qiegħed jaħdem il-kor il-ġdid tal-Knisja ta' Raħal Ġdid.", "Hemm, fuq l-iscaffolding, kont noqgħod ninnutah iqatta' u jsawwar l-ornamenti sbieħ fil-ġebla bħall-weraq imnaqqxa mal-orgni tal-knisja.", "Tarcisio għallimni ċerti teknikalitajiet fuq affarijiet attwali li qatt ma stajt nesperjenzahom ġo skola.", "Imbagħad komplejt ukoll niżviluppa waħdi.", "Qrajt ħafna.", "Sifirt ħafna u dort bosta mużewijiet mal-Ewropa kollha, nifli u nistudja x-xogħlijiet.", "Ftit ftit tibda tiddakkar mix-xogħol, teduka aktar għajnejk, tibda' tiżviluppa għajn artistika u titgħallem tiddistingwi l-arti minn waħda tajba għal oħra inqas tajba.", "Imma fir-realtà l-istudju ma jrid jieqaf qatt.", "Anki llum li lħaqt ċertu livell, inżomm ruħi aġġornat u nesperimenta l-ħin kollu biex nara kif ser norqom aktar xogħli.", "Ngħidu aħna, jekk qed nagħmel statwa mlibbsa, naqbad biċċa drapp, inpoġġiha fil-pożizzjoni li nixtieq u noqgħod nara kif qed jaqa' d-dawl fuqha sabiex b'hekk inkun nista' nesprimi dak li qed nara b'mod aktar realistiku fix-xogħol tal-ġebla.\"", "Kemm kien diffiċli li tiddeċiedi li tibni karriera mill-iskultura?", "\"Jiena twelidt u ngħix fir-raħal tal-Qrendi.", "Raħal sabiħ bil-bosta, mgħoni b'natura miftuħa imma b'mentalità magħluqa ferm.", "Meta turi r-rieda li ssir artist, jgħidulek inti mhux hawn trabbejt, mal-istess erbat itfal?", "Għaliex taħseb li tista' taspira għal dan?", "U fuq kollox kif taħseb li ser tiekol bl-arti biss?", "Tirċievi l-istess reazzjoni daqs li kieku għedt li tixtieq issir astronawta, xi ħaġa li wkoll ma narax impossibbli sempliċiment għax int Malti.", "Bilkemm ma jibdewx jidħku bik.", "Ma ssibx wisq min isostnik meta tħares lejn xi ħaġa li hija barra min-normalità tal-aspirazzjoni ġenerali tal-mentalità tan-nies.", "Xi ħaġa li ddejjaqni u tirritani ħafna.", "Li tibdel din il-mentalità kienet waħda mill-akbar ostakli speċjalment meta jiena m'għandi lil ħadd fil-familja li jagħmel dax-xogħol.", "Madanakollu jiena bniedem rasi iebsa ħafna u dak li noħlom nibqa' nibqa' sakemm nagħmlu, jieħu kemm jieħu żmien.", "Minn dejjem kont ċert x'irrid f'ħajti u ta' 16-il sena kont iddeċidejt li ser insir skultur professjonali.", "U hekk sirt.\"", "X'inhu dak li jispirak f'xogħlok?", "\"Il-mużika klassika u s-soundtracks tal-films.", "Tispirani wkoll ħafna l-arti tal-passat għax nemmen illi artist għandu jkun kontinwazzjoni tal-istorja u allura jrid ikompli fejn ħallew ta' qablu.", "Huwa ħażin li nikkunsidraw ix-xogħlijiet li saru qabel bħala antiki.", "Irid ikollok stil tiegħek.", "Imma minn dak li kien hemm qabel irid jibda kollox.\"", "Liema hu l-aktar xogħol li joffrilek sfida?", "\"Ix-xogħol monumentali.", "L-arti monumentali hija skola għaliha.", "Tikkonsisti fostom fl-istudju tal-pjanifikazzjoni urbana jiġifieri tkun trid tikkunsidra bir-reqqa l-pjazza, it-triq u l-ambjent ta' fejn ser jitpoġġa l-monument.", "Trid tara per eżempju li dan il-monument mhux ser jostakola l-post, la min-naħa tat-traffiku u lanqas mil-lat viżwali.", "Barra minn hekk, jekk hemm siġar kbar idawwru l-post, ma tistax tħalli lix-xogħol jinbela' minnhom.", "Għaldaqstant trid toqgħod attent ħafna għad-dehra ħolistika, għall-proporzjonijiet: illi l-istatwa qegħdha tidher tajjeb meta kkomparata mal-pedestall tagħha u li l-pedestall u l-istatwa qed jikkumplimentaw id-dehra tal-post in ġenerali.", "Meta l-monument ikun ta' figura umana mbagħad hemm sfidi oħra wkoll.", "Il-figura tal-bniedem hija l-aktar ħaġa li ġiet interpretata matul is-sekli mill-artisti, proprju għax toffri diversi sfidi.", "L-ewwel nett, trid tkun artist imħarreġ sewwa biex timmudella figura.", "U t-tieni nett irid ikollok għarfien biżżejjed biex tkun taf tesprimi l-espressjonijiet, il-pożizzjonijiet u l-istili differenti tal-figura nfisha.", "Fil-fatt niddiżappunta ħafna ruħi meta nara li f'pajjiżna ċertu xogħol monumentali jiġi fdat f'idejn individwi li ma ġewx imħarrġa f'dan il-qasam.", "Fl-istatwar hawn diversi ġeneri ta' arti bħal ngħidu aħna l-istatwi tal-festi.", "Imma min jagħmel dat-tip ta' xogħol mhux neċessarjament ikun ikkwalifikat biżżejjed biex jaħdem monument.", "Biex infehmek aħjar, dan bħal meta qed ngħidu illi tqabbad kompożitur ittrenjat fuq il-marċi biex jiktiblek opra.", "Mhux sejjer ma jagħmiliex.", "Imma la ma kienx imħarreġ f'dal-ġeneru ta' mużika, żgur li mhux ser ikun kapaċi jitfa dik il-finezza, dik l-emozzjoni fix-xogħol u aktarx li ser iħallat l-istili.", "L-istess ħaġa jiġri fil-qasam tal-monumenti.", "Sfortunatament hawn Malta hawn nuqqas ta' distinzjoni għax teżisti kultura li kollox jgħaddi.", "U dan huwa ħażin ferm għax bla ma jrid wieħed ikun qiegħed jhedded il-kredibilità ta' min huwa professjonali.", "Persuni illi għamlu sagrifiċċji kbar fil-karriera tagħhom biex jilħqu livell professjonali, ħafna drabi jsibu ruħhom kważi kważi trattati pari passu ma' ċertu dilettantiżmu.", "U dan jagħmel ħafna ħsara għax qed iwassal għall-mentalità illi jekk trid karriera fil-qasam artistiku, m'għandikx għalfejn tagħmel sagrifiċċju, m'għandikx għalfejn tistudja u m'għandikx għalfejn titkisser u titħarreġ.", "Jekk tagħmel xi ħaġa, għandek kull dritt tesponiha, hi ta' liema livell hi.", "Tmur għall-intervisti fuq it-TV u anki tbiegħ xogħolok.", "M'hemmx distinzjoni.", "Qegħdin indaħħlu lil kulħadd bl-amment, anki fl-esebizzjonijiet.", "U l-kwalità qed tmur il-baħar.", "Dan kollu hu permess għaliex m'hawnx biżżejjed għarfien kulturali dwar l-arti u ftit wisq hawn min jaf jagħraf biċċa xogħol artistika tajba minn oħra.", "Huwa għalhekk meta mbagħad tkun qed tikkompeti għal biċċa xogħol, wieħed jiflaħ jagħti prezz u l-ieħor ieħor.", "Jekk inti investejt ftit li xejn fik innifsek, tiflaħ titlob prezz anqas għal xogħlok.", "Mentri jekk wieħed investa ħafna aktar u kapaċi joffri xogħol ta' kwalità iprem ma jistax jitħallas bl-istess prezz.\"", "Imma professjoni bħal din tirrendi finanzjarjament?", "\"Biex tkun professjonist trid taħdem full-time fuq xi ħaġa.", "Irid ikollok ukoll timbru partikolari li jiddistingwixxi x-xogħol tiegħek minn dak ta' l-oħrajn.", "Barra minn dan, trid tkun kapaċi twettaq il-proġetti li tidħol għalihom b'mod dinjituż u bihom tolqot l-attenzjoni tal-pubbliku in ġenerali.", "Biż-żmien takkwista ċertu rispett artistiku u l-kummissjonijiet jibdew deħlin.", "Fil-fatt bħalissa għaddej fuq diversi xogħlijiet li finalment jirrenduli sodisfazzjon finanzjarju tajjeb.\"", "Min huma l-klijenti tipiċi tiegħek?", "\"Għandi żewġ tipi ta' klijenti: il-kollezzjonisti tal-arti u diversi organizzazzjonijiet li jikkummissjonawli l-monumenti bħal ngħidu aħna l-gvern, il-kunsilli lokali u xi fundazzjonijiet.\"", "S'issa tellgħajt tliet esebizzjonijiet solo.", "Kif mort fihom u għandek xi ħsibijiet li tagħmel xi ħaġa oħra simili?", "\"Iva, tellgħajt esebizzjoni minnhom fil-Vilhena Palace l-Imdina taħt l-isem", ".", "Ħafna mix-xogħlijiet inbiegħu u tant intogħġbu li kelli ntella' wirja oħra f'Għawdex peress li kelli domanda qawwija mill-Għawdxin.", "Esebizzjoni oħra taħt l-isem", "ittelgħet ġewwa l-Birgu.", "Din ukoll kienet ta' suċċess, tant li kelli nestendi 15 il-biċċa xogħol oħra billi kien inbiegħ kollox.", "Ħadt sehem ukoll f'esebizzjonijiet barra minn Malta fostom f'Madrid fejn ix-xogħlijiet tiegħi ġew apprezzati ħafna.", "Bħalissa qiegħed fi stadju li nibni kollezzjoni prestiġġjuża ta' xogħol ġdid, xogħol fil-bronż b'suġġetti varji.\"", "Liema hi l-aktar biċċa xogħol għal qalbek?", "\"Aktar milli norbot qalbi ma' xi xogħol, kultant biċċa xogħol partikolari tkun timmarka fażi importanti fil-karriera tiegħi u allura nkun nixtieq inżommha.", "Każ minn dawn huwa l-mudell taż-żiemel ta' Trojja li jiena ħdimt għal film", "li nħadem għat-TV hawn Malta.", "Kont diġà ħdimt fil-qasam tad-diżinn tas-settijiet ċinematografiċi f'diversi", "produzzjonijiet li saru f'pajjiżna, fostom fuq is-sett ta'", ".", "Illum l-iskulturi f'pajjiżna tgħoddhom fuq subgħajk u allura ma domtx ma ġbidt l-attenzjoni ta' dawk li kienu jaħdmu f'dan il-qasam.", "Ġara illi f'", "inbidel id-diżinjatur tal-produzzjoni u min ġie minfloku, meta ra l-kwalità ta' xogħli, talabni naħdimlu mudell żgħir taż-żiemel sabiex imbagħad jitkabbar permezz tas-CGI (", ").", "Kont sodisfatt ħafna għax fl-età ta' 23 sena, produzzjoni Amerikana kienet afdatni b'biċċa xogħol ta' responsabbiltà bħal dik.", "Iż-żiemel sar u l-film inġibed bih u ntwera lil miljuni ta' nies.", "Darba minnhom kont qiegħed għal symposium fiċ-Ċina u kont qed nitkellem ma' skultur mill-Guatemala.", "F'ħin minnhom waqa' d-diskors fuq l-istorja ta' Trojja u dan staqsini jekk kontx rajt il-film", "u lil dak iż-żiemel li tant kien impressjonah.", "Jien m'għedt xejn, ħadtu miegħi fl-appartament li kont ngħix fih u urejtu r-ritratti li kelli dwar kif kont ħdimt dak iż-żiemel.", "Baqa' jħares mistagħġeb u lanqas ried jemmen lil għajnejh li kien qiegħed jitkellem proprju ma' dak li kien ħadem iż-żiemel li tant kien għoġbu!", "Kien mument ta' sodisfazzjon kbir għalija.", "Minn dak iż-żiemel kont għamilt 4 kopji u żammejt waħda għalija.\"", "Imma oġġett hekk, tasal biex tbiegħu?", "\"Offrewli somma tajba għalih imma ma rħejtux minn idi.", "Jiena nemmen illi arti tajba bħall-inbid tajjeb...aktar ma jgħaddi żmien minn fuqha, aktar titjieb.", "Min jaf?", "Forsi xi darba, jekk nara li hu l-mument ġust, inbiegħu.\"", "Dawn l-irġiel!", "Kif donnhom mhuma kapaċi jorbtu qalbhom ma' xejn hux?", "Ngħir għalihom kultant għax jiena xi ħaġa hekk kieku ngħożża ma' qalbi u rrid immut biex teħodhieli...", "Imma inkomplu...", "Chris, mill-websajt tiegħek stajt nara illi l-ewwel monument li għamilt, sar propju fiċ-Ċina...", "\"Kultant ċertu affarijiet iseħħu meta l-inqas li tkun qed tistenniehom.", "Darba kien hemm ħabib tiegħi li nfurmani illi fiċ-Ċina kien ser isir symposium kbir tal-arti fejn fih kienu ser jiġu mistiedna jipparteċipaw 25 skultur minn madwar id-dinja.", "Min xtaq ikun eliġibbli biex jattendi, kellu jissottometti diżinn ta' monument", "u jien hekk għamilt.", "Sadanittant jiena tlajt Los Angeles biex nattendi għall-kors fid-direzzjoni tal-filming peress li f'dak iż-żmien kien jinteressani ħafna dak ix-xogħol u kont qed nikkunsidra anki li nibqa' ngħix hemm.", "Hekk kif", "qed inlesti l-kors, irċevejt l-aħbar illi d-diżinn tiegħi li bgħatt iċ-Ċina kien intagħżel fost il-25.", "Nistqarr li dak il-ħin tfixkilt.", "Hemmhekk kont sirt ħbieb mal-Prinċep Lorenzo dei Medici li kien qed jattendi kors fil-produzzjoni tal-films.", "Kien hu li mbuttani biex nerħi kollox u mmur nattendi għas-symposium.", "Kelli kollox issusidjat miċ-Ċina għal xahrejn u nofs sħaħ.", "Kont ngħix f'appartament imdaqqas u saħansitra kelli s-segretarja u l-interpretu tiegħi.", "Finalment, kull wieħed mill-iskulturi magħżula kellu jibni l-monument li kien fassal u naturalment jiena bnejt il-monument tiegħi ukoll.", "Kienet veru esperjenza interessanti fejn minn kultura liberali għall-aħħar fl-Amerika, ħabta u sabta sibt ruħi f'kultura għal kollox differenti li kienet pjuttost spiritwali u riservata.", "Iżda dik ma kienetx l-unika esperjenza tiegħi fiċ-Ċina għax għadni sal-lum nibgħat xi xogħol fil-funderiji tagħhom tal-bronż.", "Fil-fatt għandi diversi proġetti oħra li aktar il-quddiem irrid nitla' ċ-Ċina biex jitwettqu.", "Huma proġetti kbar imma għadhom fil-konċepiment tagħhom u ma nistax niżvelahom minn issa.\"", "Is-sena li għaddiet inti ġejt ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana biex taħdem monument f'ġieħ il-perit Pietro Paolo Floriani, liema xogħol issa jinstab fil-pjazza ta' Robert Sammut fil-Furjana.", "Xi tgħidilna dwar l-istil barokk ta' dan il-monument?", "\"Għażilt dan l-istil biex jidentifika sewwa maż-żminijiet li kien jgħix fihom il-perit Floriani.", "Qabel iddiżinjajt dan il-monument għamilt bosta riċerka biex nagħraf sewwa min kien dan il-personaġġ.", "Fil-fatt kien hemm min tani diżinji tiegħu mill-Biblijoteka Nazzjonali sabiex inkun nista' nagħmel rikostruzzjoni faċċjali aktar ġenwina.", "Għalkemm ix-xogħol qed jinħadem illum, jiena ridt inżomm l-interpretazzjoni tas-seklu 17.", "Barra minn hekk tkixxift kif kienu l-karattru u l-attitudni tiegħu, x-xogħlijiet li għamel u kemm kien famuż.", "Dan kollu wassalni biex noħroġ bi stil eżuberanti li jidher ċar fil-kostumi tal-epoka u fl-interpretazzjoni in ġenerali ta' dan il-monument.", "Fir-rigward ta' dan il-monument, ġejt ukoll mistieden mill-Kontessa Carla Compagnioni Floriani ġewwa Macerata, peress li hija dixxendenti tiegħu.", "Hemmhekk intlabt nagħti konferenza ntitolata 'The Making of a Baroque Monument in the 21", "Century' lill-istudenti u lill-professuri fl-Accademia di Belle Arti.", "Ta' min isemmi illi, taħt dan l-isem ukoll, qiegħed infassal ktieb dettaljat ħafna li juri l-proċess kollu ta' dan il-monument, bid-dokumentazzjoni kollha, bir-riċerka u bir-ritratti, mill-konċepiment sakemm ġie inawgurat.", "Fil-fatt dan ser ikun l-ewwel ktieb tal-ġeneru tiegħu hawn Malta.", "L-iskop tiegħu huwa illi meta llum naqsu ħafna l-monumenti, nixtieq nuri lill-ġenerazzjonijiet ta' llum u t'għada x'jinvolvi x-xogħol biex jitwettaq monument.\"", "X'inhu s-sigriet wara s-suċċess tiegħek?", "\"Id-dedikazzjoni, is-sagrifiċċju u l-perseveranza.\"", "X'inhi l-filosofija tiegħek dwar l-iskultura u għaliex jogħġbok tant dan ix-xogħol?", "\"Il-filosofija tiegħi hija \"Beauty is a joy forever\"... dak li hu sabiħ illum huwa sabiħ dejjem u mhux marbut ma' stil jew żmien.", "L-akbar sodisfazzjon ta' dan ix-xogħol huwa li dak li qed tagħmel, għada pitgħada ser isir patrimonju nazzjonali.", "Mhux ser jitgawda mill-ġenerazzjonijiet ta' llum biss imma anki minn dawk futuri.", "U allura x-xogħol irid isir b'responsabbiltà biex li tagħmel tagħmlu sewwa u li jpaxxi l-għajn.", "Dan hu l-ħsieb tiegħi in ġenerali wara kull biċċa xogħol tal-arti.", "Jogħġobni dax-xogħol għax permezz tiegħu ħajti hija avventura.", "Ma nibdlu ma' xejn dak l-eċċitament li tħoss meta kuljum qed tiltaqa' ma' nies differenti, ma' klijenti u periti ġodda, ma' diversi persuni minn kull angolu tal-ħajja fostom il-ħafna nies tas-sengħa bħal dawk li jaħdmuli l-bronż, il-ħadid u l-irħam, il-bosta organizzazzjonijiet u s-sens ta' innovattività li tagħmillek kull ġurnata differenti mill-oħra.\"", "F'pajjiżna taħseb li teżisti opportunità biżżejjed f'dax-xogħol?", "\"Opportunitajiet hawn imma ma tistax tirrestrinġi ruħek għal Malta biss, inkella tingħalaq.", "Trid tħares lejn pajjiżi oħra u twessa' l-opportunitajiet tiegħek.", "Aktar minn hekk nisħaq li huwa inutli li nistaqsu jekk hemmx opportunità għax l-opportunità inti trid toħloqha u mhux tistenna li ssibha.\"", "La jgħaddu s-snin u n-nies tkun qed tiddiskuti x-xogħlijiet tiegħek, inti kif tixtieq li tibqa' mfakkar?", "\"Bħala wieħed li dejjem insista li jagħmel xi ħaġa sabiħa li kapaċi tibqa' sabiħa għal dejjem.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-7 ta' Frar 2010)", "Knisja ta' Raħal Ġdid", "Torċa"], "category": "blog, literature, culture", "title": "ĦAJTI HI AVVENTURA"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/03/dar-ragel-kellu-jinqatel/", "text": ["DAR-RAĠEL KELLU JINQATEL!", "Rappreżentazzjonijiet tal-ġrajja tal-passjoni ta' Kristu ilhom isiru s-snin.", "Madanakollu n-nies baqgħet dejjem tattendi bi ħġara, akkost li ormaj l-istorja kulħadd jafha.", "Fil-fatt għadni niftakar b'ċarezza meta kont għadni tifla u l-ġenituri tiegħi kienu jeħduni nara xi dramm tal-passjoni f'dawn il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa.", "Kont nidħol sewwa fir-rakkont u kważi kważi kont nemmen li jiena waħda minn dawk ta' madwar Kristu.", "Qalbi kienet tibda tħabbat sitta sitta meta kont nara lil Ġuda qed jiftiehem biex jittradih.", "Kien ikolli aptit inqum u nieħdu f'kantuniera u nfehmu bl-iżball li kien ser jagħmel, kemm għalih, għax kien ser jibqa' misħut u kemm għal Ġesù li kien ser ibati u jinqatel.", "Imma ħabta u sabta kont nirrealizza li dik kienet biss reċta, li dak li kellu jiġri, diġà ġara u hekk jew hekk, dak li jseħħ kull sena quddiem għajnejna, kien ilu miktub.", "B'danakollu meta dis-sena ġejt magħżula biex għall-ewwel darba nieħu sehem fi dramm tal-passjoni, ilqajt l-istedina minnufih.", "Kemm għax id-drama hija għall-qalbi ħafna, kemm għax finalment anki jien ser jirnexxieli nkun parti minn rappreżentazzjoni ta' dil-ġrajja u speċjalment meta sirt naf li ser ninterpreta l-karattru tal-mara l-midinba – li wara l-agħa li qajjem id-Da Vinci Code dwar din il-mara, saret taffaxxinani wisq!", "Fuq kollox, meta qrajt l-iskript ta' dan id-dramm u fhimt l-iżvolġiment partikolari ta' din l-istorja, xtaqt nistħarreġ aktar x'inhu dak li jwassal biex jissawwar rakkont bħal dan u xi jfisser li taħdem il-parti ta' Kristu sena wara l-oħra...", "Dwar dan id-dramm li jġib l-isem Tamara, tkellimt ma' Charles Scerri; il-kittieb u d-direttur.", "Bdejt billi staqsejtu x'ħajjru għall-kitba ta' dan it-tip meta xogħolu huwata' natura ferm differenti?", "\"Ma nafx nagħtik risposta eżatta ta' kif jien bdejt nikteb jew x'ħajjarni nibda nikteb.", "Li naf huwa li mingħajr kitba inħossni qisni biċċa raba' li fiha ma joktor xejn.", "Forsi twieldet miegħi mistura u tinħema u tistenna l-istaġun tagħha.", "Forsi żviluppat bil-mod, fis-skiet, fil-ħemda ta' dak li jagħmlek int. Li naf huwa li saret parti essenzjali minni.", "Min-naħa l-oħra nara relazzjoni qawwija bejn ix-xogħol u l-kitba tiegħi.", "L-uġiegħ fiżiku u speċjalment dak mentali, jiżra' emozzjonijiet li mhux faċilment jinħakmu.", "Jien nikteb dak li nħoss u dak li nara madwari fil-ħajja ta' kuljum – il-ħsibijiet li jġarrbuna u li jġibu l-eżistenza tagħna sema mudlama.\"", "Minbarra Tamara qatt ktibt skripts ta' drammi oħra?", "\"Ktibt ħafna drammi u mhux biss fuq il-ġrajja tal-passjoni ta' Kristu.", "Għamilt xogħol relatat mal-problemi soċjali li jiffurmaw il-bizzilla tas-soċjeta' li ngħixu fiha illum.", "Minn dawn l-aktar għall-qalbi hemm id-dramm 'Żaren' li jesplora s-solitudni u l-impossibilita' li terġa' tqum fuq saqajk biex issir dak li vera xtaqt li kont.\"", "Jeżistu ħafna drammi tal-passjoni.", "Għaliex tħajjart tikteb wieħed inti wkoll?", "\"Ftit li xejn tagħmilli differenza jekk inkitbu mijiet ta' dawn it-tip ta' drammi jew jekk mijiet oħra għad jinkitbu.", "Iżda jkolli ngħid li jien ġej minn ambjent fejn il-ħbiberija soda għandha valur.", "U għalhekk il-kitba tad-drammi bdiet bħala mezz biex grupp ta' żagħżagħ minn Bormla fid-disgħinijiet isaħħu din il-ħbiberija ta' bejniethom billi jagħtihom lok ikunu fil-kumpanija ta' xulxin.", "Għalkemm għaddew diversi snin, dan il-valur għadu hemm, kif jistgħu jixhdu n-numru ta' atturi li did-darba qed jieħdu sehem f'dan id-dramm.\"", "X'hemm differenti fid-dramm Tamara?", "\"Huwa dramm tradizzjonali u mhux.", "Tradizzjonali fis-sens li l-ġrajja hi dik li hi u dik li kulħadd jaf.", "Iżda mbagħad id-dramm ikompli jesplora wkoll l-intern tal-bniedem, l-emozzjonijiet li jsaħħuħ u dawk li jixkanawħ minn tulu fl-art.", "Il-bniedem isofri waħdu, fis-solitudni tiegħu, imma jaqsam dan kollu ma' dawk li jdawwruh, irid jew ma jridx.", "Hemm karattri li l-istorja tradizzjonali ma' tefgħetx dellha fuqhom għalkemm huma wkoll setgħu għaddew minn sitwazzjonijiet li ġabuhom irmied.", "Il-karattru ta' omm Ġuda per eżempju, għandu sinifikat", "purament emozzjonali għalija.", "Hija wkoll tilfet iben, hekk kif tilfitu omm Kristu u għalhekk id-dulur tagħha ma setax kien anqas.", "Iċ-ċirkustanzi kienu diversi imma l-fatt jibqa' li binha ġie magħżul sabiex l-istorja tibqa' tiftakru bħala viljakk.", "Għandha diskors pjuttost b'saħħtu imma li għalija jirrappreżenta r-realta' ta' omm li tilfet wild.", "U kieku għexet warajh, b'dak id-dell ikrah tiegħu jiġri warajha, hija wkoll b'xi mod intilfet.\"", "Għaliex għażilt dan l-istil ta rakkont?", "\"Huwa stil mexxej imma fl-istess ħin idaħħlek fl-istorja billi jgħidlek li int mhux wisq differenti minn dak li qed tara u li ħajtek tista' tkun il-ħajja tal-karattru li hemm faċċata tiegħek.", "Wara kollox hija biss il-qoxra ta' barra li nbidlet matul iż-żminijiet.", "Il-bniedem kien u jibqa' l-istess flimkien mad-dgħjufija tiegħu.", "Hemm dawk li jagħtu kollox mingħajr ma jistennew xejn lura imbagħad hemm dawk li jaħtfu kollox mingħajr ma jagħtu xejn.", "Hemm dawk li l-ħajja kienet iebsa magħhom u li kontinwament ifittxu biex jiġġarbu b'idejhom.", "Il-ħajja hija ċirku dejjiemi li la fih bidu u wisq anqas tmiem.\"", "Kemm temmen illi l-udjenza ser tkun tista' tirrelata ruħha mal-atturi?", "\"Fiċ-ċirkustanzi kollha tal-ħajja, inti dejjem tibki l-istorja tiegħek.", "L-istejjer huma diversi imma jingħaqdu f'ċertu punti tagħhom.", "Huwa dan fejn l-udjenza tħossha parti minn dak li qed tara.", "L-iżvilupp tal-monologu li għandu ċerta saħħa f'din ir-rappreżentazzjoni huwa il-ħsieb tagħna lkoll.", "Ngħidu aħna, Ġuda jistaqsi lill-udjenza...", "\"Għaliex ġejtu hawn?", "Biex issiru tafu lili?\".", "Fil-verita' hemm bżonn li nfittxuh lil Ġuda, meta t-tradiment jgħix u joktor fina?", "Meta Hu kien minxur ma' l-art jitlob lil-Missieru biex jieqaf Miegħu, aħna konna hemm u il-bewsa kienet tagħna wkoll.\"", "Xi tfisser għalik il-ħajja ta' Kristu u dak li għadda minnu?", "\"Għal dawk li huma kredenti u sa ċertu punt anki għal dawk li jsibu diffikultà biex jemmnu, l-figura ta' Kristu għandha valur importanti fl-istorja ta' l-umanità.", "Ħafna kienu dawk li tilfu ħajjithom għal dan", "it-twemmin u fl-istess waqt, bosta oħra, sabu kenn u tama ġdida.", "Kristu kif deskritt fir-rakkont tal-Bibbja huwa figura rivoluzzjonarja li jfittex is-sewwa mingħajr kantunieri u preġudizzji.", "Żgur mhux personalita' medjokri.", "U hekk kif għadu jiġri sa llum, individwi ta' din ix-xorta huma ppersegwitati minn sistema li għandha għeruqha miżrugħa fl-oqbra tal-passat.", "Jien nifhem għaliex dan ir-raġel kien hemm bżonn li jinqatel u meta nħares madwari nifhem ukoll li anki kieku ġie illum, triqtu ma kienetx tintemm wisq differenti.", "Madanakollu jibqa' l-fatt li l-umanita' tiegħu ġibdet lejh liż-żgħir, lill-magħdur u lil dawk kollha li aħna nqisuhom bħala rifjut.", "Kliemu kien faċli biex tifhmu imma jeħtieġ kuraġġ inuman biex jitwettaq.", "Mhux faċli tħobb li min jobgħodok imma dak hu Kristu – karattru li jibqa' jaffaxina.\"", "Għaliex id-dramm jismu Tamara u x'inhu l-messaġġ li tixtieq twassal permezz ta' dan ir-rakkont?", "\"Il-kelma Tamara tista' tinqasam f'tama u f'mara u anki f'tama ta' mara.", "Bosta drabi l-kelma 'mara' tiġi użata biex tirrappreżenta ġens jew poplu.", "Fl-istess ħin, il-kelma 'tama' qed tirreferi għat-tama ta' kulħadd: it-tama tan-nies ta' dak iż-żmien, it-tama ta' Ġuda li emmen li Kristu kien ser jifdihom, it-tama ta' Kristu li ġie biex jifdi ġens u t-tama tagħna lkoll illum.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li Tamara huwa dramm dwar it-tama ta' kulħadd.", "Aħna nixtiequ li l-udjenza li tiġi tara Tamara ma tapprezzax biss ix-xeni li qed tara madwarha imma tixtarr u tirrifletti fil-fond dwar dawn il-ġrajjiet.", "Ġrajjiet li wara kollox, akkost li għaddew tant snin, għadhom validi sal-lum.", "Inbidlet biss il-qoxra imma ma rridux wisq biex insibu li karattru minnhom jixbaħna sew.", "Finalment il-messaġġ ta' dan id-dramm hu li għal Kristu u għas-soċjeta' ta' llum l-imħabba m'hiex biżżejjed.\"", "Ir-rwol ta' Kristu huwa f'idejn Carlos Farrugia li m'għandu bżonn ta' l-ebda introduzzjoni mal-qarrejja tagħna.", "Matul dawn l-aħħar snin inti nterpretajt il-parti ta' Ġesù f'diversi drammi tal-passjoni.", "Kif sibt ruħek taħdem dan il-karattru?", "\"Kienet purament b'kumbinazzjoni... kont qed nimmudella u wieħed li kien fl-udjenza deherlu li jiena stajt ninterpreta l-parti ta' Kristu f'film li kien qed jagħmel biex jintuża fit-tiġien.", "Qatt ma kont", "irreċtajt qabel imma minn hemm nibtet iż-żerriegħa tal-imħabba għad-drama.", "Għall-ewwel bdejt ninterpreta l-parti ta' Kristu fid-drammi tal-passjoni kif kont naf jien.", "Bdejt bi stil tradizzjonali: Kristu jippriedka, Kristu jissallab u Kristu jqum mill-mewt.", "Imma mbagħad bdejt nitħarreġ fid-drama u fit-tielet sena, ħdimt dramm tal-passjoni miktub minn Patri Ġwann Abela li kien iġib l-isem Ġrajjietna.", "Dan kien dramm bi stil modern b'paralleliżmu qawwi bejn il-ġrajja tal-passjoni u l-ħajja ta' llum.", "Qatt aktar ma ħarist lura u dis-sena ser ninterpreta l-parti ta' Kristu għat-12 il-darba.\"", "Kif tipprepara ruħek biex tinterpreta l-parti ta' Kristu?", "\"Nistqarr illi fl-ewwel sentejn, il-parti ta' Kristu kont nagħmilha biex nidher f'parti importanti u daqshekk.", "Però mbagħad meta bdejt nistudja l-linji u allura awtomatikament bdejt nitgħallem l-iskrittura u l-kliem ta' Kristu nnifsu, ħassejtni qed ninteressa ruħi aktar u aktar fil-ħajja tiegħu.", "Rajt ma nafx kemm il-film dwar il-ħajja ta' Kristu u bqajt sakemm anki rajt films illi kienu nżammu jew ġew skumnikati mill-Knisja.", "Għall-ewwel l-interess beda biex nara l-interpretazzjoni ta' atturi oħrajn bħala Kristu imma mbagħad ġiet b'mod naturali li nistudja l-ħajja ta' Kristu.", "Kliem Kristu, ngħiduha kif inhi, hu sabiħ, jagħmel ħafna sens u t-tagħlim tiegħu hu importanti.", "Tant hu hekk illi tħajjart nissieħeb ma' grupp Kariżmatiku u bqajt sakemm saħansitra mort Iżrael sabiex", "nimxi fil-passi tiegħu.", "Hemmhekk żort kull post fejn jingħad li kien.", "Xtaqt ħafna nifhem u nagħraf min kien tassew Kristu.", "Dħalt ħafna fil-fond: mort fejn twieled, fejn għex, fejn kellem l-appostli, fejn mexa fuq l-ilma, mort fil-baħħ tad-deżert ħdejn ġebla fuq irdum għoli fejn jintqal li ġie ttantat mix-xitan, rajt il-lok tas-siġra tal-Ġetsemani, dħalt fiċ-ċelel fejn inżamm u fejn ġie ffrustat, rajt kif kienu jsallbu lill-priġunieri f'dawk iż-żminijiet u mort fuq il-Golgota u missejt il-ġebla fejn jgħidu li ssallab.", "Waqt din iż-żjara stajt nifhem aħjar il-politika ta' dak iż-żmien bħal min kienu s-Seduċej, il-Fariżej, l-Esseni u ż-Żeloti u l-għala Kristu kien meqjus bħala bniedem perikoluż politikament.", "Wara esperjenza bħal din ma tistax ma tħossx xi ħaġa.", "Biss biss tifhem żgur it-tbatija tremenda kemm fiżika u kif ukoll emozzjonali li Kristu għadda minnhom.", "Ġejt lura bi spiritwalita qawwija u bdejt nitratta l-interpretazzjoni tal-parti ta' Kristu b'mod reliġjuż ħafna.", "Ngħidu aħna fi żmien ir-Randan kont bdejt insum; ma niekolx ħelu u lanqas alkoħol u bdejt anki nħalli l-leħja twila sew.", "Iżda matul is-snin ikolli ngħid li ma bqajtx daqshekk reliġjuż, għalkemm Kristu xorta waħda baqa' importanti f'ħajti.", "F'dawn l-aħħar tliet snin qisni kont bdejt nikkunsidra l-interpretazzjoni tal-karattru ta' Kristu bħal kull karattru ieħor komuni u daqstant ieħor kont nipprepara ruħi.\"", "Fil-fatt dis-sena inti tagħlaq 33 sena – l-età li kellu Kristu meta miet.", "Smajt li tixtieq tagħmel xi ħaġa speċjali f'Tamara...", "\"Iva, ma nafx għal liema raġuni imma dis-sena ilni ħafna nistennieha.", "San-numru tal-karozza għandi ddedikat għaliha.", "Fil-fatt għandi ppjanat illi dis-sena l-interpretazzjoni tiegħi ta' Kristu tkun differenti minn ta' dawn l-aħħar snin.", "Irrid nerġa' nħoss dak l-entużjażmu u dik l-ispiritwalità meta kont nidħol fil-fond fil-karattru ta' Kristu.", "Nixtieq nagħmel xi ħaġa li tibqa' memorabbli u permezz ta' Tamara m'għandix dubju li ser jirnexxieli.\"", "Xi tkun tixtieq twassal bl-interpretazzjoni tiegħek ta' Kristu?", "\"Idealment inkun irrid inwassal il-messaġġ tiegħu u dan nagħmlu b'responsabbiltà kbira.", "Iżda kultant in-nies tirċievi l-interpretazzjoni ta' attur f'diversi modi.", "Ħa nirrakkuntalek tlett ġrajjiet biex infehmek aħjar...", "Darba waħda ħabiba tiegħi laqqgħatni ma' mara li xtaqet ħafna tiltaqa' miegħi wara li ratni naħdem il-parti ta' Kristu.", "Din laqgħatni ġewwa darha u dawwritni mal-kmamar kollha.", "Kif wasalna fis-salott, nara ritratt tiegħi (fil-parti ta' Kristu) impoġġi ġo frame u b'xemgħa tixgħel quddiemu.", "Għall-ewwel inħsadt imma mbagħad fhimt li għal dil-mara, l-immaġni tiegħi kienet ta' Kristu.", "Allura bdejt inħoss ċertu responsabbiltà.", "Iżda fl-istess ħin, din mhiex daqshekk xi ħaġa sabiħa...", "Għadda ż-żmien u jiena bdejt naħdem il-parti ta' Sergio fit-teleserial Gizelle.", "Għodwa waħda kont għaddej mill-Belt u waqqfitni soru u qaltli \"Int ma jmissekx tistħi taħdimha ta' Kristu u mbagħad tmur tagħmel dawk il-pastażati fuq it-TV?\".", "Ħallieha li fir-realtà ma kont qed nagħmel l-ebda pastażata imma xorta waħda ħassejt ċertu pressjoni fuqi b'kumment bħal dan.", "Maż-żmien tibda titgħallem ma tagħtix daqshekk każ.", "Fil-fatt proprju minħabba l-parti ta' Sergio, il-kumpanija Bronk kienet qed tinkwieta li ser tonqos l-udjenza għad-dramm tal-passjoni.", "Qaluli \"Jekk ma jiġux nies it-tort tiegħek ser ikun!\".", "It-tajba kienet li tellgħajna d-dramm disgħa darbiet u f'kollha konna kważi mimlijin bil-pubbliku.", "Però udjenza minnhom ma ninisha qatt!", "Kienet rappreżentazzjoni ddedikata għat-tfal u f'waqt minnhom, meta jiena kont qed naqla' s-swat fil-parti ta' Ġesù marbut mal-kolonna, nisimgħu t-tfal jgħajtu \"Tih għax ħaqqu!\".", "Naturalment kienu qed jgħidu hekk għax ma setgħux ineħħu minn moħħhom il-karattru ta' Sergio!\"", "Min hu Ġesù għalik?", "\"Għalija Ġesù huwa dak li fetaħli t-triq għall-ħajja spiritwali.", "Irrid niċċara illi meta qed ngħid spiritwali ma rridx infisser ħajja reliġjuża iżda li tkun miftuħ għal dak li fl-aħħar hu fenomenu – dik li temmen li jeżisti esseru suprem li tista' ssejjaħlu Alla.", "Iva, nemmen li Alla jeżisti għax ħassejt l-eżistenza tiegħu bosta drabi f'ħajti u meta tlabt,u rċevejt ir-risposti.\"", "Li kieku jkollok tinterpreta personaġġ ieħor mill-passjoni ta' Kristu, lil min tagħżel?", "\"Kieku nikkunsidra lil Ġuda.", "Il-karattru tiegħu minn dejjem kien jaffaxxinani, forsi għax narah miskin, fis-sens li kien vittma.", "Jekk aħna nemmnu illi permezz tat-tradiment tiegħu, Kristu miet għalina u", "salvana, allura fl-istess ħin nistgħu ngħidu illi kieku ma kienx għat-tradiment tiegħu, aħna qatt ma konna ser insalvaw!", "Ġieli noqgħod nixtarr illi jekk dan il-bniedem kien pre-destinat li jagħmel dak l-att, kif nistgħu nsejjħulu traditur?", "Ġuda kien affaxxinat bi Kristu għax kien jemmen li kien ser jeħles lill-poplu mir-Rumani.", "Meta huwa ressqu quddiem is-Sinedrin ħaseb li dawn kienu ser ipoġġu madwar mejda flimkien ma' Kristu biex iwettqu pjan għall-ħelsien tal-poplu.", "Qatt ma basar x'kienu ser jagħmlulu.", "Ġuda nqabad f'nassa u ħelsu minnu b'somma flus.", "U għalhekk qatel ruħu b'idejh – għax hu lil Kristu kien iħobbu.", "Ma rridux ninsew li kien għamel tliet snin miexi warajh.", "Fil-fatt f'Tamara, Ġuda għandu parti importantissima bħal kif għandha wkoll ommu.", "Imma ma rridx nilħaq niżvela ħafna.", "Nista' ngħidlek iżda, li mill-ġdid f'dan id-dramm ser insib ruħi f'konfront ma' Vince Micallef Pulè li ser jinterpreta l-parti ta' Annas – wieħed mill-qassisin il-kbar li jeħduha kontra Kristu.", "Bosta mill-atturi l-oħra huma wkoll magħrufa sew mal-pubbliku fostom Ivan De Battista (Elghazar), Clive Piscopo (Azor), Ryan Galea (Ġwanni), Johann Curmi (Simghon), Manuel Farrugia (Pietru), Rainer Cassar (Ġuda), Ritienne Sammut (omm Ġuda), Jason Zerafa (Pilatu), Jason Curmi (Ġajru), Roderick Castillo (Barabba), Manuel Cucciardi (l-imxajtan) u Fiona Vella (il-mara midinba).\"", "Tamara ser jittella' fis-27, 28 u 30 ta' Marzu 2010 fis-7:00pm ġewwa s-City Theatre, il-Belt Valletta.", "Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 21808080, 79269247 jew 77150277 jew tibgħatu email fuq:", ".", "Il-biljetti jistgħu ukoll jinxtraw minn dawn il-ħwienet: Tele zone – Qormi; Call Zone – Paola; 202 Jewellery – Valletta; I – Center – Pieta'; Right Deal – Iklin & Bormla; Untours Insurance – Zabbar u Hair Excellence – Mosta.", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-7 ta' Marzu 2010)", "Ġimgħa Mqaddsa", "Ġuda", "rappreżentazzjoni"], "category": "blog, literature, culture", "title": "DAR-RAĠEL KELLU JINQATEL!"} {"url": "http://fionavella.com/features/2010/01/xtaqt-insir-qassis-intervista-mas-sindku-ta%E2%80%99-wied-il-ghajn-li-jahdem-fil-missjoni/", "text": ["XTAQT INSIR QASSIS – intervista mas-sindku ta' Wied il-Għajn li jaħdem fil-Missjoni", "Għalija Jannar huwa xahar ta' bidla, ta' deċiżjonijiet... ċans ieħor biex tibda sena ġdida ta' opportunitajiet.", "Għaldaqstant nitfixkel u ninħasad wisq meta speċjalment f'daż-żminijiet iseħħu traġedji koroh bħat-terremot f'Haiti dil-ġimgħa.", "Jibdew jgħaddu minn quddiem moħħi d-diversi ħajjiet mitlufa jew mkissra, il-pjanijiet li kellhom – issa inutli, dak kollu li qatt ħadmu għalih – trab.", "Ma tistax ma tħossx u m'hemmx bżonn ta' ħafna persważjoni biex iddaħħal idejk fil-but u tgħin kemm tista'.", "Imma fil-fond ta' qalbi nammira qatiegħ lil min għandu l-kuraġġ biex jitlaq kollox u jmur jagħti daqqa t'id.", "Kumbinazzjoni dil-ġimgħa kont iddeċidejt li nitratta x-xogħol volontarju f'pajjiżi oħra u tħajjart inkellem lis-sindku tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn.", "Għażilt lilu għax qanqalli l-kurżità.", "Nistqarr illi lil Mario aktar kont inqisu bħala xi negozjant, dejjem pulit bil-ġlekk u l-ingravata.", "Lanqas biss qatt għaddieli minn moħħi li dar-raġel kien qed jagħmel xogħol volontarju fost il-fqar tal-Perù.", "Fuq kollox hu stqarr miegħi illi f'żogħżitu kellu ħajra kbira li jsir qassis, xewqa li għadha tħabbat sewwa f'qalbu.", "Saħaq illi li kieku kellu jerġa' jitwieled mill-ġdid did-darba ma kien ikollu l-ebda dubju – kien isir qassis missjunarju...", "\"Meta kont żgħir kont immur l-iskola tas-Sależjani – Savio College, Ħad-Dingli.", "Awtomatikament meta titrabba fl-ambjent tas-Sależjani qisek titla' bi prinċipju li tkun karitattiv.", "Niftakar sewwa illi ta' tifel li kont, kont inħoss ġibda kbira lejn il-kleru.", "Iva, ikkunsidrajt u xtaqt insir qassis.", "Imma kultant f'dawn l-affarijiet, jekk ma jkollokx lil xi ħadd fil-familja, qisek ma jkollokx kuraġġ biżżejjed biex tagħmel dal-pass u minflok taqbad triq oħra.", "Fl-istess ħin, forsi bla ma tirrealizza, jibda jiġbdek xogħol fejn tagħti servizz.", "Fil-fatt għamilt żmien naħdem fil-catering fejn allura tħarriġt b'mentalità illi l-klijent dejjem għandu raġun.", "F'dax-xogħol tgħallimt inkun umli, edukat u prudenti.", "Imbagħad, wara xi snin, dħalt fil-korp tal-pulizija fejn għalkemm ix-xogħol kien ta' natura għal kollox differenti, xorta waħda kont qed nagħti servizz.\"", "Imma l-ġibda lejn il-volontarjat kif bdiet?", "\"Nemmen li l-volontarjat jitwieled fik, bħal don.", "Inti f'qalbek tkun tħoss ħafna għal ħaddieħor.", "Imbagħad, f'xi żmien minn ħajtek, ikollox is-sejħa minn Alla.... u minn hemm jibda kollox.", "Niftakarha ċara dik il-ġurnata meta ħassejt il-ġibda għal volontarjat.", "Sinċerament, qatt ma kont ħsibt fiha qabel.", "Kont qed insuq u nisma' r-radju u f'ħin minnhom nisma' diska bl-isem 'Iddeċidejt'.", "Dak il-ħin ħassejt xi ħaġa mhux tas-soltu, idejja bdew jitriegħdu u kelli nieqaf għal ftit minuti f'ġenb.", "F'qalbi bdejt inħoss li Alla ried xi ħaġa minni.", "Dakinhar għamilt il-ġurnata kollha mfixkel u bil-lejl m'għalaqtx għajn m'għajn.", "Sewwa jgħidu – min jipprova jifhem 'l Alla jiġġennen hu għax Hu jkun qed jaħdem kollox bizzilla.", "L-għada mort sal-Knisja ta' Santu Wistin il-Belt għax sirt naf li hemmhekk kellhom xi qassisin il-Brażil li kienu qed jagħmlu xogħol missjunarju.", "Imma meta urejthom ħsibijieti, li xtaqt nagħmel esperjenza qasira fil-missjoni, dawn ġabuhieli bi kbira ħafna.", "Qaluli li kelli nagħmel sena kors u li ridt nitgħallem il-lingwa.", "Matul daż-żmien huma setgħu jixtarru jekk jien kontx tajjeb biżżejjed għal dax-xogħol.", "Imma wara għoxrin sena fil-korp, fejn rajt u għaddejt minn ħafna affarijiet, ma kellix dubju li kont kapaċi nidħol għal biċċa xogħol bħal din ta' xahar, xahrejn kollox.", "Tlaqt minn hemm imma emminni, la l-pjan t'Alla jkun beda, diffiċli ħafna biex wieħed ixekklu.", "Il-ġurnata ta' wara, inzertajt iltqajt ma' persuna li qaltli li ħabib tagħha, Fr Giovanni Cefai Camilleri minn Ħaż-Żebbuġ, Għawdex, kien qed jagħmel xogħol ta' missjoni fil-Perù.", "B'sempliċiment email ikkomunikajna flimkien u sirna nafu lil xulxin sakemm finalment ikkonfermajt li xtaqt nitla' nesperjenza x'inhi li tmur tagħmel missjoni hemmhekk.\"", "Għaliex il-volontarjat barra l-pajjiż?", "Hawnhekk ma temminx li tista' tagħmel dax-xogħol ukoll?", "\"Jiena nagħmel xogħol volontarju hawnhekk ukoll!", "Ix-xogħol tal-kunsill għalija hekk hu.", "Taħseb illi l-onorarja li nieħu bħala sindku hija l-istess ħaġa li naqla' likieku kelli mmur naħdem ma' xi kumpanija privata?", "Is-sigriet huwa illi s-sodisfazzjon li tieħu meta tgħin, ma jistgħu qatt jagħtuhomlok il-flus.", "Fil-fatt jiena għalhekk għażilt li nissieħeb mal-partit laburista fil-politika għax is-soċjaliżmu jfisser li inti tipprova taqdi u tgħin lil dak li hu fil-bżonn.", "Staqsejtni għaliex barra...", "F'pajjiż ieħor ikollok iċ-ċans tara u tagħmel affarijiet li hawnhekk qatt mhu ser toħlom biss, aħseb u ara.", "Biss biss il-faqar li ssib f'ċertu pajjiżi huwa ndeskrivibbli – allaħares jeżisti f'Malta!", "U mbagħad hemm esperjenzi oħra bħal meta Fr Giovanni bagħtni niftaħ it-tabernaklu biex inġiblu l-ostji; xi ħaġa li qabbditni l-bard għax ma ħassejtnix denju.", "Iżda hekk kif dawwart iċ-ċavetta u t-tabernaklu nfetaħ bdejt nisma' ġo moħħi \"Qed tara xi tlift?", "Qed tara?\".", "Hemm bosta raġunijiet u stejjer li nista' nirrakkuntalek.\"", "X'inhi l-akbar sfida biex tagħmel dan it-tip ta' volontarjat?", "\"Li titlaq kollox warajk għal ftit żmien.", "Dan kulħadd kulħadd ikollu l-familja, x-xogħol u l-impenji tiegħu.", "Sfida oħra hija li jrid ikollok kuraġġ biżżejjed biex taffaċċja dak li ssib quddiemek: il-mard, il-faqar, l-injoranza u l-kultura differenti.", "La tmur fost il-faqar ta' veru, trid tmur ippreparat għal kollox fostom per eżempju li tpoġġi bil-qiegħda ma' familja fqira u tiekol mill-ikel imsajjar bl-inqas mod iġeniku li tista' timmaġina u mferrgħa minn ġo borom imsadda u maħmuġa.", "Barra minn hekk, jiena iddeċidejt li ntella' xi flus miegħi ħalli nkun nista' ngħin f'xi proġetti.", "B'dan il-għan ġbart xi affarijiet u mort inbiegħom is-suq tal-Birgu fis-siegħat bikrin ta' fil-għodu.", "Peress li jiena jafuni ħafna nies, kien hemm min staqsini x'qed nagħmel hemm?", "Kien hemm min għeni ħafna.", "Uħud tawni l-flus akkost li ma xtraw xejn u l-ewwel darba li mort tellgħajt miegħi s-somma ta' Lm1500.", "Finalment ħassejtni kburi ħafna bija nnifsi li dħalt għal sfida bħal din.\"", "Fil-Perù, minn xhiex sibthom l-aktar nieqsa n-nies?", "\"Jiena kont noqgħod f'appartament ħdejn il-knisja ta' Fr Giovanni ġewwa La Tomilla f'Arequipa.", "Il-faqar li rajt u missejt b'għajnejja kien kbir.", "Dawk li mit-triq jidhru djar mhumiex ħlief kmamar.", "F'kamra waħda jgħixu sitta min-nies bla dinjità ta' xejn u kultant lanqas ikollhom għaxja ta' lejla.", "Faċilitajiet sanitarji xejn, id-'djar' vojta, friġġ ma teżistix – l-aktar l-aktar, jekk ikollhom xi ħaġa li jridu jneħħuha minn taħt il-qilla tax-xemx, jidfnuha taħt il-ħamrija.", "Imma l-akbar nuqqas li għandhom huwa l-imħabba.", "Fil-fatt għalihom, aktar milli l-flus li ttella' miegħek biex tgħinhom, japprezzaw il-fatt li inti indenjajt titlaq id-dinja tiegħek biex tqatta' ftit ġranet magħhom.\"", "X'tip ta' għajnuna tajt s'issa?", "\"L-ewwel darba li tlajt għaddejt il-flus lil Fr Giovanni, li dan min-naħa tiegħu użahom biex itaffi ftit mit-tbatija tan-nies.", "Imma dis-sena rnexxieli ntella' s-somma ta' 6000 ewro (bl-għajnuna ta' diversi", "Skalin u individwi minn lokalitajiet oħra) u bihom lestejna l-klinika ta' La Tomilla minn kollox.", "Għalkemm ikollok il-limitazzjonijiet tiegħek, hemmhekk il-munita tagħhom tant hi fqira illi b'$100 did-darba rnexxieli wkoll nibni roqgħa bit-turf u l-bandli kompluti b'kollox fis-sit ta' skola żgħira li jisimha Malta.", "Kont kuntent ukoll għax f'dal-post issa tellgħu l-bandiera ta' Wied il-Għajn.", "Nippreferi ħafna meta l-għajnuna li nagħti tkun sostenibbli u li tibqa' titgawda għal tul ta' żmien u minn ħafna nies.", "Imma mbagħad kien hemm xi ħadd tal-familja li tani xi ħwejjeġ tat-tfal kważi ġodda u", "qassamthom lil xi tfal hemmhekk.", "Ħadu pjaċir bihom ħafna.", "Biex infiehmek naqra x'tip ta' faqar jeżisti hemmhekk, l-ewwel darba li mort, domt xahrejn f'La Tomilla.", "Ċertu tfal innutajthom illi kienu bi ħwejjeġ partikolari fl-ewwel ġurnata u meta ġew biex isellmuli għax kont ser nitlaq, kienu għadhom bl-istess flok u qalziet!", "Dan biex ma nsemmilekx li uħud minnhom kienu jaqilbu l-flokk ta' taħt fuq (biex taparsi biddlu) għal meta jmorru l-quddies tal-Ħadd.", "Fit-tieni darba li mort, tellgħajt ukoll erbgħa stetoskopji li offrili Dr Josie Muscat sabiex ngħaddihomlhom għall-klinika tagħhom.", "Wieħed minn dawn l-istetoskopji fil-fatt tajtu lill-kummissarju tal-pulizija (peress li l-pulizija hemmhekk għandha l-isptar tagħha) bil-patt li jekk Fr Giovanni jkollu bżonn is-servizzi tal-isptar tiegħu, hu kellu jgħinu bl-aħjar mod.", "Bil-ftit flus li kien fadal, organizzajna wkoll ikla għan-nies tal-post.", "Morna s-suq tal-belt minn fejn xtrajna 13 il-biċċa majjal u ftit ħaxix u għamilna festa bihom!", "Għalihom li jieklu biċċa laħam hija xi ħaġa speċjali.", "Biex tifhimni, s-soltu nsajjar borma brodu għal nofsinhar għal 30 tifel u tifla permezz ta' tadama waħda, borma ilma u ponn ross.\"", "Jgħidu li bniedem aħjar tagħtih il-qasba milli l-ħut...", "\"Iva tagħtih il-qasba... imma l-ħut fejn qiegħed?", "F'dan il-post opportunitajiet m'hemm assolutament xejn.", "L-aktar l-aktar jitilgħu sas-suq kmieni fil-għodu biex forsi xi ħadd iqabbadhom qadja u jħallashom.", "Il-bqija l-art niexfa qoxqox għax ma tagħmilx xita.", "Fuq kollox in-nies huma mrobbija b'kultura differenti maħkuma minn rassenjazzjoni assoluta għal dil-ħajja ta' faqar.", "Twieldu f'dak il-post u raw lill-ġenituri tagħhom jgħixu hekk u għalhekk ma jafux aħjar.", "Il-biċċa l-kbira tagħhom lanqas sal-belt (li tinsab nofs siegħa l-bogħod bil-vann) qatt ma marru għax m'għandhomx biex iħallsu għat-trasport.", "Ħajjithom bla skop.", "Fil-fatt din hi xi ħaġa li issa qegħdin jitgħallmu wliedhom fl-iskejjel – li tgħin ruħek, li titgħallem, li jkollok għan fil-ħajja biex timxi 'l quddiem.", "Bi pjaċir ngħid illi d-dentist u n-ners huma nies tal-post u għal paga miżera, dawn jagħmlu xogħol utli immens.", "Madanakollu f'dawk l-inħawi, jkolli nammetti li l-opportunitajiet diffiċli ħafna.\"", "Imma dawn in-nies kif ġew f'din il-kundizzjoni estrema ta' faqar?", "\"Ġeneralment l-ewwel ħsieb li jiġik fil-gvern u hawnhekk nista' ngħidlek li dawn in-nies m'għandhom l-ebda għajnuna soċjali.", "Li kieku ma jipprovdilhomx Fr Giovanni permezz tal-benefatturi tiegħu, kieku Alla m'għamilhom.", "Dawn huma nies li jsibu post li għandu ftit ilma, jinġabru hemm mingħajr ma jkollhom xejn u jibnu t-tribu tagħhom.", "Il-ġebla tagħhom tixbaħ ħafna lill-ġablo iebes u għalhekk malajr itellgħuha kamra.", "Imma nista' ngħidlek li f'Malta, l-fniek tagħna fil-gallinari, jinżammu f'kundizzjoni ħafna aħjar.", "Barra minn dan, in-nuqqas ta' edukazzjoni twassal għal aġir mhux f'loku.", "Insemmi per eżempju l-każi ta' inċest bejniethom li jikkaġunaw bosta tfal li jbatu b'xi forma ta' diżabbiltà.", "Imbagħad ikun hemm", "ukoll dawk l-irġiel li wara li jkollhom it-tfal minn mara, jmorru jaħdmu f'Lima bit-tama li jsibu xogħol aħjar.", "Hemmhekk ġeneralment jiltaqgħu ma' mara oħra, jkollhom it-tfal minnha wkoll, jibnu familja oħra hemm u lill-familja tagħhom f'Latomilla jabbandunawha.", "Fejn jidħol mard imbagħad iridu jħallsu għal inqas ħaġa.", "Biex jagħmlu operazzjoni per eżempju jridu jħallsu saħansitra tal-labbra u tas-sikkina.", "Għalhekk kważi kważi, meta jaslu f'dak l-istat, nieshom kważi jippreferuhom imutu għax ma jkollhomx biex iħallsulhom il-kura!", "Ara, jekk naqbad nirrakkonta, lanqas nispiċċa!\"", "Għalik li tkun fqir, xi jfisser?", "\"Hemm diversi livelli ta' faqar.", "Ngħidu aħna f'pajjiżna l-faqar huwa pjuttost relattiv; wieħed iħossu fqir għax ma jistax jixtri l-lussi li jiflaħ jakkwista ħaddieħor.", "Fl-istess ħin ma rridx ninsa wkoll illi meta kont fil-korp, għamilt żmien immexxi l-vice squad u waqt dak ix-xogħol kien hemm mumenti fejn il-faqar li sibna ma' wiċċna kien iqarreb sewwa lejn dak li rajt fil-Perù.", "Meta tara l-faqar fuq it-TV forsi tasal biex tifhem ftit x'jiġifieri tkun tassew fqir u bla ma trid tlissen \"imsieken\".", "Imma l-veru faqar biex tifhmu trid tkun f'nofsu, tarah b'għajnejk u tmissu b'idejk – tesperjenzah fir-realtà qarsa tiegħu.", "Biex nagħtik eżempju, dis-sena tela' miegħi ukoll Joe Micallef, il-President tal-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn.", "Kont ilni ħafna nirrakkuntalu u nurih ir-ritratti ta' x'hemm f'La Tomilla.", "Imma waqt li konna hemm darba lissen \"illum nifhem x'hawn!\".", "Joe ħadem ħafna miegħi, dorna bosta postijiet u nies u dħalna f'ħafna stejjer u ġrajjiet ta' nies tassew fqar.", "Stajt nara lil Joe jitqanqal dejjem aktar, ġurnata wara l-oħra.", "L-għożża li jilqgħuk biha, akkost li jgħixu f'tant għaks, ma tistax ma tmisslikx qalbek.", "Lil Joe mhux l-ewwel darba li rajtlu d-dmugħ f'għajnejh.\"", "\"Ara eżempju tal-faqar,\" qalli.", "\"Lil dar-raġel sibnih fl-art, mitluq wara ħajt tas-sejjieħ.", "Indunajna bih għax kważi rfisnih.", "Kien bil-ġuħ mejjet u jien tajtu jixrob ftit mill-yoghurt li kelli f'idi.", "Kellu d-dwiefer ta' saqajħ suwed faħma u mdawwrin bħal tal-għasafar.", "Għajnejħ kienu magħluqin b'infezzjoni.", "Kif ħares lejja rajtlu ragħwa ħadra ħierġa minn ħalqu.", "Kien qed jomgħod werqa tal-cocoa għax din tgħinu biex ma jħossx ġuħ għall-ġurnata sħiħa.\"", "Liema kien l-aktar mument memorabbli?", "\"Darba morna nżuru familja.", "Sibna r-raġel barra, jistrieħ ma' ċint, viċinu kellu rota u kien qed iħares fil-vojt.", "Meta dħalna f'daru sibna lil martu qed tmut b'infezzjoni fl-istonku.", "Ħdejha, mimdudin fis-sodda, kellha żewġt itfal li jbatu b'diżabbiltà.", "Il-mara kienet qed tibki, ddisprata u muġugħa u ma tafx x'ser taqbad tagħmel biex tgħin ruħha.", "Dak il-ħin inħsadna, ikkuntattjajna l-klinika u ġiet tabiba malajr li tatha injezzjoni.", "Tajniha wkoll xi flus biex ngħinuha.", "Imma dak kollu li stajna nagħmlu.", "Li kompla mmeraviljani kien illi wara jumejn telgħet tfittixni l-knisja.", "Ġabitli żewġ skufji mgeżwrin ġo karta tal-Milied.", "Meta ġejt biex nitlaq, ġiet issellimli.", "Għożżejthom ma' qalbi daż-żewġ rigali u għalkemm għalija m'għandhom l-ebda użu, fl-istess ħin ifissru ħafna għax ifakkruni li dakinhar aħna salvajna ħajja ta' bniedem.\"", "Illum xi jfisser għalik dax-xogħol volontarju?", "\"Il-missjoni għalija llum ġiet kilba, bħal meta bniedem ipejjep.", "Għadni kif missejt lura ma' dil-blata u diġà moħħi qed ibherren kif ser nerġa' nitla' sentejn oħra.", "Għad-darba li jmiss għandi proġett ieħor:", "dik li nibni kappella u klinika ħalli nkabbru villaġġ li bħalissa jeħtieġ ħafna għajnuna.", "Nixtieq ukoll intella' grupp mediku miegħi sabiex idealment ikun jista' jagħmel xi interventi hemm.", "S'issa mort darbtejn f'La Tomilla u hemm nerġa' mmur.", "Ma rridx li n-nies jaħsbuni xi qaddis taf, għax m'inix.", "Fil-fatt kien hemm min saħansitra ikkritikani fuq il-gazzetti lokali għax saħaq li ma kellix għalfejn noqgħod ngħid li sejjer nagħmel missjoni.", "Imma jekk ma titkellimx man-nies, kif ser tiġbor il-flus biex tkun tista' tgħin?", "Jiena anzi ngħid aktar minn hekk ... nistieden lil min hu mħajjar sabiex jiġi magħna u jqatta' ftit ġranet jagħti daqqa t'id.", "Min-naħa l-oħra min jixtieq jgħin bil-flus, jeżistu kontijiet apposta: Mario Calleja – Fondi Perù BOV – 40013785673 jew HSBC – 049-012065-050.\"", "(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tas-17 ta' Jannar 2010)", "Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn", "Torċa", "volontarjat"], "category": "blog, literature, culture", "title": "XTAQT INSIR QASSIS – intervista mas-sindku ta' Wied il-Għajn li jaħdem fil-Missjoni"}