{"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/ghada-konferenza-stampa-quddiem-il-bieb-principali-tal-kwartier-generali-tal-pulizija-l-impunita-jehtieg-li-neqirduha/", "date": "Mon, 19th Jul '21, 11:08", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ilkoll ismijiet magħrufin.", "Ilkoll persuni li suppost sabu ruħħom f'baħar ta' inkwiet meta nkixfu dwar dak li allegatament wettqu.", "Wħud minnhom ilhom fiċ-ċentru tal-aħbarijiet għal snin sħaħ.", "Uħud minnhom sa minn Frar tal-2016 u dan f'pajjiż li dak iż-żmien kien differenti minn dak li hu llum.", "Żmien li konna mingħalina li l-agħar ħaġa li tista' sseħħ fil-pajjiż kienet arloġġ tal-lira.", "Żmien li fih Daphne Caruana Galizia kienet għadha mimlija bil-għomor.", "Minn dakinhar 'l hawn seħħet bidla fit-tmexxija tal-korp tal-pulizija.", "Wħud mill-uffiċjali notorji tal-pulizija nqalgħu 'l barra u ngħata r-riedni Anġlu Gafà li wiegħed ġustizzja fi żmien raġjonevoli mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd.", "Iżda dawk li twarrbu għadhom jiġru barra.", "U mid-dehra, dawk li sal-lum baqgħu jgħadduha lixxa, ser jibqgħu jgħadduha lixxa għal dejjem.", "Kulma jonqoshom hu li ma nkomplux ninsistu li ssir ġustizzja magħhom.", "Kulma jonqoshom hu li ma nibqgħux insusu wara l-pulizija biex niżguraw li dawn jaqdu dmirhom kif suppost.", "Repubblika se tniedi konferenza stampa quddiem il-bieb tal-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija għada fis-7 pm. Jekk ser tkun fl-inħawi, nistiednuk tattendi biex tisma' x'għandna xi ngħidu.", "M'hemm ebda liġi li żżommna milli lill-pulizija ngħidulha x'inhi l-fehma tagħna fuq l-għatba tal-bieb prinċipali tagħhom. 🚨STAY TUNED 🚨 PRESS CALL Il-bżonn li l-pulizija jieħdu passi fil-qrati kontra klassi ta' nies li jaħsbu li għax għandhom il-poter u l-flus, ma jista' għalihom ħadd."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/lill-qarnita-l-gvern-ma-jridx-li-jahsdilha-rasha/", "date": "Tue, 20th Jul '21, 11:02", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-gvern ġie mwissi mill-FATF bl-aktar mod espliċitu u pubbliku biex ma jippruvax inaqqas mis-serjetà u mil l-ħtieġa tal-bidliet li huma meħtieġa sabiex Malta terġa' ssir membru rispettabbli tal-komunità finanzjarja dinjija.", "Mingħajr ebda tlaqliq, lill-gvern qalulu li jista' jsib tarf mhux bit-tibdil fil-liġijiet.", "Ma tridx xi għerf speċjali biex tibdel il-liġijiet u kull ma jeħtieġ li tagħmel hu li tqabbad impjegati tal-gvern biex jikkupjaw liġijiet li jeżistu fil-Ġermanja jew fir-Renju Unit u mbagħad tgħaddihom bilġri mill-Parlament jew ixxandarhom fil-Gazzetta preferibbilment waqt li n-nies tkun moħħha band'oħra.", "Lill-gvern tal-FATF qalulu li t-tibdil fil-liġijiet li kien meħtieġ kien seħħ kollu u li issa l-gvern kellu jara kif jagħmel biex jibgħat lill-kriminali l-ħabs jew inkella jikkastigahom skont kif jipprovdu l-liġijiet Maltin.", "Iżda l-bużillis jinsab hawn: biex il-kriminali jieħdu dak li ħaqqhom mhux biżżejjed li jinbidlu l-liġijiet tagħna.", "Jeħtieġ li jkollna uffiċjali tal-pulizija mħarrġin li l-kriminalità finanzjarja jifhmuha sewwa.", "Jeħtieġ li jkollna prosekuturi li jkollhom il-ħila li jippruvaw l-akkużi.", "Jeħtieġ li jkollna maġistrati u mħallfin li jifhmuha u li jagħrfuha biex b'hekk ikunu f'pożizzjoni li jikkastigawha.", "U minn dan kollu m'għandna xejn.", "Il-ftit taħrikiet li nbdew jinsabu mdendlin bejn sema' u ilma.", "Dawk kollha li kellhom x'jaqsmu mal-ħadma ta' John Dalli fuq nisa anzjani Amerikani kważi mietu lkoll.", "U dan biex ma nsemmux lill-vittmi li spiċċaw b'id waħda wara u l-oħra quddiem.", "L-iskrivaniji tal-qorti ser isiefru bil-piż ta' dokumenti fuq dokumenti li nġabru biex Keith Schembri u sħabu jkunu jistgħu jiġu mixlija.", "Fil-każ tal-kuntrabandu u ta' ħasil ta' flejjes li fih allegatment hemm indaħħal Debono, l-prosekuturi qed jonqsu milli jattendu għas-seduti minħabba appuntamenti oħra – skuża li x'aktarx ma kienitx titqajjem li kieku l-prosekuturi kellhom ħeġġa biex jaraw il-każ jasal fi tmiemu.", "Il-Maġistrati jinsabu mgħarrqa taħt il-piż ta' xogħol kumplikat ħafna li qed jinżamm lura minħabba proċeduri żejda bħal, per eżempju, r-regolament li jgħid li kull paġna tax-xhieda li tkun ġiet stampata jeħtieġ li tkun iffirmata bl-idejn.", "Li kieku dan kien meħtieġ għal xi rapport li jkun fih 100 paġna, fiha u ma fihiex.", "Iżda meta wieħed jiftakar li rapporti dwar kriminalità finanzjarja ġieli jkun fihom mal-50,000 paġna, wieħed jista' jimmaġina ż-żmien li jintilef bis-saħħa tal-eżistenza ta' regolament bħal dan.", "Fiċ-ċirkostanzi, x'għandu jagħmel il-gvern?", "Il-gvern għandu jħarreġ lill-uffiċjali tal-pulizija.", "Għandu jaħtar prosekuturi b'poteri speċjali.", "Għandu jaħtar u jħarreġ maġistrati speċjalizzati.", "Għandu jissimplifika u jiddiġitalizza l-proċeduri.", "Għandu jżid l-infiq biex issir għassa aktar stretta fuq wieħed aktar mill-pilastri ekonomiċi tal-pajjiż biex b'hekk inkunu nistgħu innaddfu isem Malta mill-aktar fis.", "U x'taħsbu li għamel il-gvern?", "Fil-Parlament talab il-koperazzjoni tal-Oppożizzjoni biex tgħinu jkompli jnaqqar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem permezz tal-imminar tal-garanzija ta' smiegħ xieraq għal kull min ma' wiċċu jkollu ċ-ċans li jiġi kastigat kriminalment bl-aħrax (bħal ma huma multi li jgħoddu l-miljuni).", "U minflok jiggarantixxi l-indipendenza tal-imħallfin li jaqtgħu s-sentenzi, l-gvern ippropona li jagħti s-setgħa tal-qtugħ tas-sentenzi u tat-twaħħil tal-multi lill-bażużli tal-għażla tiegħu.", "Għaldaqstant jekk tkun fil-periklu li jingħalaqlek in-negozju tiegħek u li jinxtoroblok il-ġid kollu li għandek, il-każ tiegħek ma jinstemgħax minn imħallef li jisma' l-qanpiena tiegħek u dik tal-gvern u li jiddeċiedi mingħajr biża' u favuri anki jekk is-sentenza li tinqata' ma tkunx intgħoġbot mill-gvern.", "Il-każ tiegħek jinstema' minn xi ħadd bħal Joe Cuschieri jew Heathcliff Farrugia li jmexxi l-entità li tkun qed tinvestigak li mbagħad igħaddi biex jiddeċiedi għandux jirrovinak jew le.", "M'għandniex xi ngħidu, jekk il-persuna li jkollha din is-setgħa tkun xi ħadd bħal Manfred Galdes u tiddeċiedi skont il-provi li jkunu nġiebu quddiemha u skont il-kuxjenza, hekk kif jintrifes il-kallu ta' xi Konrad Mizzi jew ta' xi Rosianne Cutajar jew xi Robert Abela, l-gvern ikun jista' jdabbarlu rasu u jqiegħed floku lil xi ħadd li jkun hemm biex iħares l-interessi tal-ħbieb tal-ħbieb.", "Peress li l-ġudikant ma jkunx imħallef, il-gvern ikun jista' jkeċċieh meta u kif ikun irid.", "Bosta minna – bħali – ma twieldux il-bieraħ.", "Joe Cuschieri huwa ħobża u sikkina ma' Yorgen Fenech.", "Tista' timmaġinaw x'tista' tistenna' li jsir minnek kemm il-darba tinzerta li int kompetitur ta' Yorgen Fenech.", "X'garanzija jkollok li l-ħbieb setgħana ta' Yorgen Fenech ma jfettlilhomx jixluk, isibuk ħati, jikkastigawk u jirrovinawk għal xi ħaġa li ma tkunx ħati tagħha biex b'hekk Yorgen Fenech ikun jista' jkompli bin-negozju tiegħu mingħajr ma jkollu lil min jikkompeti miegħu?", "Ara li ma jfettlilkomx isserrħu moħħkom bir-riżenji ta' Joe Cuschieri u ta' Heathcliff Farrugia u bl-arrest ta' Yorgen Fenech.", "X'aktarx li dawn m'għadhomx fiċ-ċentru tal-attenzjoni għaliex kienu nkixfu wara li Yorgen Fenech kompla għaddej u qatel lil Daphne Caruana Galizia (dan huwa jiċħdu) u l-kompjuters u l- mobiles tiegħu kien telaqhom fejn setgħu jsibuhom il-Pulizija (dan ma jiċħdux).", "Jekk dan int taf li seħħ fl-img]oddi, kif tista' ma tissoponix li għadu qed iseħħ sal-lum?", "Kif qatt tista' tafda' l-kelma tal-gvern li r-regolaturi li qed jinħatru issa m'humiex ukoll Mafjużi li huma qaqoċċa ma' min qed jitmagħhom?", "Jekk int m'intix Mafjuż, kemm taħseb li tista' ddum timraħ fil-wiċċ meta tkun qed tgħix f'ambjent li fih il-Mafjużi jkollhom is-setgħa li jagħlqulek in-negozju u li jieħdulek darek biex tkun tista' tħallas il-multi li jwaħħlulek?", "L-unika ħaġa li hi agħar mill-impunità għall-kriminali hi l-għoti tal-kastigi illegali lil min hu innoċenti.", "L-Oppożizzjoni għamlet sewwa meta waqqfet lill-gvern milli jċaħħadna mill-garanzija ta' smiegħ xieraq.", "Jekk għandna niġu misjuba ħatjin u kkastigati, dan għandu jsir permezz ta' qorti indipendenti jew ġuri u mhux minn persuni magħżulin mill-mafja u minn ministri li huma l-qaddejja tagħha.", "Għaldaqstant il-gvern għandu jixtarr sewwa l-appell li sar mill-FATF.", "Għandu minnufih itemm l-impunità għal dawk li huma mdaħħlin fil-kriminalità finanzjarja u fil-kriminalità organizzata.", "U għandu jagħmel dan fi ħdan il-parametri tad-drittijiet kostituzzjonali tagħna.", "Il-gvern jaf x'hemm bżonn isir.", "Il-pajjiż jeħtieġ aktar uffiċjali tal-pulizija ta' kwalità.", "U aktar prosekuturi mħarrġin u mħallfin u maġistrati.", "Iżda l-gvern m'hu jagħmel xejn minn dan għax lill-qarnita tal-mafja ma jridx li jaħsdilha rasha.", "Previous: GĦADA: Konferenza Stampa quddiem il-bieb prinċipali tal-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija – L-impunità jeħtieġ li neqirduha .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: L-hekk imsejjħin soluzzjonijiet ta' Edward .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/l-hekk-imsejjhin-soluzzjonijiet-ta-edward/", "date": "Thu, 22nd Jul '21, 11:58", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ma kellniex għalfejn nisimgħuha mingħand tal-Kummissjoni Ewropea biex stajna nifhmu li d-dewmien eżaġerat li hemm fil-qrati tagħna huwa ta' theddida għas-saltna tad-dritt.", "Id-dewmien fil-ġustizzja huwa n-negazzjoni tal-ġustizzja nnifisha.", "Nieħdu l-\"iskandlu taż-żejt\".", "Lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013, tal- Malta Today kixfu każ ta' tixħim u ta' korruzzjoni fl-Enemalta fejn għandu x'jaqsam ix-xiri ta' żjut għall-produzzjoni tad-dawl elettriku.", "Dan l-iskandlu kellu jagħmel ħsara lill-gvern Nazzjonalista.", "Iżda dak il-gvern kien mexa' skont il-kuxjenza u l-awtoritajiet tal-pulizija u l-istituzzjonijiet xlew lil kull min kien suspettat li kellu x'jaqsam kompriż il-maħtur tal-gvern biex imexxi l-Enemalta, Tancred Tabone.", "Għaddew dawn is-snin kollha u sal-lum għadu ma weħel ħadd.", "Il-prosekuzzjoni qed titmexxa' b'nofs qalb.", "L-akkużati qed ipinġu lilhom infushom bħallikieku huma l-vittmi ta' proċess li, bi ħsieb u apposta, m'hemmx li naraw it-tmiem tiegħu.", "Milli jidher dan il-proċess mhux ser naraw tmiemu, iżda ser nispiċaw biex ikollna nħallsu l-kumpens lill-akkużati.", "Il-bużillis tfaċċa meta fiċ-ċentru tal-\"iskandlu taż-żejt\" inkixef l-isem ta' Tarcisio Mifsud, eks impjegat għoli tal-Enemalta li jiġi ħu Alfred Mifsud, persuna li kienet timpjega lil Joseph Muscat.", "Bi ħbieb bħal dawn, x'jista' qatt jonqsok?", "Fil-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, kmieni f'Diċembru tal-2017 kienu ġew mixlija fil-qorti tliet persuni.", "Wieħed minnhom ammetta l-akkużi u weħel sentenza mnaqqsa ta' ħabs.", "Il-ġuri taż-żewġ akkużati l-oħrajn għadna ma nafux meta ser isir.", "U wisq inqas nafu meta ser igħaddu ġuri Yorgen Fenech, l-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella.", "L-istess jista' jingħad dwar il-każ ta' frodi li fih allegatament huwa mdaħħal John Dalli fejn sfaw vittmi numru ta' Nsara Amerikani li kienu ngħataw x'jifhmu li flushom kienu ġew investiti għall-karità fl-Afrika meta fil-fatt il-ġid tagħhom mar fil-bwiet ta' konġura ta' kriminali.", "Mal-medda taż-żmien, spiċċaw biex mietu bosta mill-membri ta' din il-konġura.", "Biex seta' jaħbi l-involviment tiegħu, John Dalli nqeda' biż-żewġ uliedu.", "Iva, sa hawn jaf jasal dan il-bniedem.", "Għaddew is-snin u l-każ li hemm pendenti fil-qorti kontra l-aħwa Dalli għadu ferm 'il bogħod milli jintemm.", "Naqta' rasi li ser jasal żmien li fih jibdew igħidu li ulied John Dalli huma vittmi, mhux biss ta' missierhom, iżda wkoll ta' sistema ġudizzjarja li m'għandhiex il-ħila li tixħet kriminal finanzjarju l-ħabs.", "Il-gvern jinsab taħt pressjoni biex itejjeb il-qagħda.", "Tal-FATF huma ħerqanin li jaraw ir-riżultati u issa ngħaqdu magħhom tal-Kummissjoni Ewropea.", "B'riħet dawn l-iżviluppi, wieħed kien jistenna' li l-gvern ifittex soluzzjonijiet li huma mill-ewl id-dinja: proċeduri riformati u simplifikati, proċessi tal-qorti diġitalizzati, żjieda fin-numru ta' maġistrati, mħallfin u prosekuturi, żjieda fil-faċilitajiet u investiment fit-taħriġ.", "Fi kliem ieħor, wieħed kien jistenna' li l-gvern ma jibqax jipprova jinforza l-liġijiet bis-saħħa tal-istess infrastrutura ta' żminijiet li fihom il-popolazzjoni tal-pajjiż kienet madwar nofs dik li hi llum u li fihom il-prodott ekonomiku kien ferm iżgħar minn dak li hemm illum.", "Il-qrati tagħna llum huma meħtieġa li jinfurzaw il-liġijiet Ewropej u huma mistennijin ukoll li jieħdu passi fil-konfront ta' reati finanzjarji kumplessi li snin ilu ma kienux kunsidrati bħala reati kriminali.", "U minkejja dan, bqajna bl-istess numru ta' mħallfin u maġistrati.", "Ebda wieħed minn dawn ma' ġie mħarreġ biex jaħdem bħala ġudikant u dawk il-waħdiet fosthom li għandhom taħriġ tekniku dwar reati kriminali finanzjarji, f'ħoġorhom għandhom xogħol ieħor ukoll.", "Diffiċli li twettaq tibdiliet radikali f'sistema li sserraħ fuq it-tradizzjonijiet tagħha.", "U din kienet waħda mir-raġunijiet il-għala l-gvern għadda biex għażel soluzzjonijiet li huma l-eħfef.", "Il-gvern qed jagħmel minn kollox biex inaqqas il-piż tal-infurzar tal-liġijiet minn fuq il-qrati u jgħaddih lil istituzzjonijiet oħrajn li ma jserrħux fuq it-tradizzjonijiet u fuq l-istorja u li allura il-gvern igħid li huma aktar effiċjenti.", "Dan jista' jsir kull meta r-regolaturi jingħataw is-setgħa li jagħmluha ta' awtoritajiet bis-saħħa li jwaħħlu l-multi fuq dawk li jinvestigaw huma stess.", "Metodu bħal dan diġà ġie dikjarat kemm il-darba bħala metodu li jikser il-Kostituzzjoni u l-gvern issa qed jilmenta dwar id-deċiżjoni li ħadet l-Oppożizzjoni li tagħlaq il-bieb biex b'hekk il-gvern ma jitħalliex jibdel u jikser l-ogħla liġi tal-pajjiż.", "U l-bieraħ il-gvern ħabbar metodu ieħor dwar kif ikun jista' jsib tarf tad-dewmien fil-qorti: bi ħsiebu \"jiddepenalizza r-reati minuri\" u r-responsabbiltà tal-qtugħ ta' kawżi bħal dawn ser tgħaddi mingħand il-maġistrati għal għand il-kummissarji li jippresjiedu t-tribunali lokali mmexxijin mill-kunsilli lokali.", "S'hawn m'hu ser isir xejn ġdid u m'hemm xejn ħażin.", "Akkuża dwar, ngħidu aħna, imġieba xurbana m'għandhiex għalfejn tinstema' f'kawża li ssir fil-bini tal-qorti fil-Belt Valletta jew fir-Rabat t'Għawdex.", "Kawżi ta' reati minuri bħal dawn jista' jieħu ħsiebhom tribunal lokali li għandu wkoll jismagħhom b'ħeffa u jwaħħal multi amministrattivi minflok igħaddi l-akkużati minn proċeduri kriminali sproporzjonati.", "Allura l-problema f'hiex tikkonsisti?", "Il-gvern huwa fid-dmir li jipprovdi l-ġustizzja proporzjonata b'ħeffa.", "Iżda għandu jiggarantixxi wkoll li jkun hemm smiegħ xieraq.", "It-tribunali lokali huma diċentralizzati, diġitalizzati, jaħdmu b'ħeffa u huma relattivament effiċjenti.", "Iżda huma wkoll immexxijin minn part-timer s li jaqilgħu dik ix-xi ħaġa żejda bil-grazzja tal-ministru.", "Il-kummissarji tal-ġustizzja li jmexxu t-tribunali lokali huma avukati magħżulin mill-ministru tal-ġustizzja, jitħallsu bit-tant fis-siegħa, u għalkemm – fuq il-karta – ma jistgħux jitkeċċew, dawn jitqabbdu għal sentejn u l-kuntratt tagħhom jista' jiġġedded biss jekk ikun irid il-ministru.", "Konna għamilna kjass sħiħ dwar il-kwistjoni tal-għażla tal-imħallfin u l-maġistrati li kienu jintagħżlu biss mill-gvern (biex fl-aħħar għaddiet tagħna).", "U l-problema ser tibqa' kemm il-darba tfeġġ il-problema tal-għażla fit-tribunali lokali wkoll li ser jingħataw is-setgħa li jisimgħu kawżi dwar ir-relazzjonijiet ta' bejn l-impjegati u min iħaddem, liċenzji tat-telekomunikazzjoni, garanziji ta' privatezza u talbiet għall-ażil mill-immigranti.", "Biex ikun hemm smiegħ xieraq, jeħtieġ li l-Istat jigarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Biex ikun hemm l-indipendenza, l-ġudikanti ma jistgħux jintagħżlu mill-ministru.", "U l-ministru ma jistax jingħata s-setgħa li jkeċċi ġudikant jew jikkonfermah fil-ħatra.", "Madankollu, wasalna s'hawn Idea brillanti…… iżda hemm xi ħadd li ndenja ruħu li jagħti daqqa t'għajn lejn l-ismijiet tal-kummissarji maħturin direttament mill-Ministru? https://t.co/xA09R718sh https://t.co/p0fw11dDe7 pic.twitter.com/GRNXph5ot1 — BugM (@bugdavem) July 21, 2021 Bis-saħħa ta' dawn ir-riformi Anna Mallia – li, fost ħatriet oħra, ngħatat il-ħatra ta' kummissarju tal-ġustizzja – ser jiżdiedulha l-kompetenzi biex tkun tista' tisma' kawżi li sal-lum huma mħarsin mill-garanziji li tagħti qorti ordinarja mmexxija minn maġistrat indipendenti.", "Din hi Anna Mallia, l-avukat ta' Yorgen Fenech.", "Tistgħu timmaġinaw lil xi għadu anti-mafjuż ta' Yorgen Fenech jidher quddiemha biex taqtagħlu l-kawża.", "Il-kompetenzi ser jiżdiedu wkoll għal kummissarji oħra bħal Luciano Busuttil, baħnan prim li ma tantx tista' ssib x'tifdi fih.", "Jista' wkoll jagħti l-każ li jkollok tidher quddiem Alessandro, iben Pawlu Lia jew quddiem Martina Herrera, bint Josè.", "Mhux il-kummissarji kollha huma pupazzi tal-gvern.", "Iżda l-kwistjoni m'hix din.", "Il-kwistjoni kollha hi li ċ-ċittadin għandu jiġi mħares mill-pressjoni politika li tista' timmina l-indipendenza ta' dawk li jingħataw is-setgħa li jaqtgħu s-sentenzi.", "Is-soluzzjoni li ħareġ biha l-gvern biex isib tarf tad-dewmien fil-qrati ser twelled żewġ problemi: (i) l-imminar tad-dritt ta' smiegħ xieraq u (ii) l-qrati tal-maġistrati ser jibqgħu bl-istess problemi ta' nuqqas ta' kompetenza, nuqqas ta' esperti u nuqqas ta' proċeduri diġitalizzati li jimxu b'aktar ħeffa.", "Fi kliem ieħor, minflok fassal riformi li huma meħtieġa u li issa qed jitolbuhom ukoll tal-FATF u tal-Kummissjoni Ewropea, l-gvern ser inaqqas il-kompetenzi tal-qrati.", "Jekk niġu għal dan, Edward Zammit Lewis għad ifettillu jabolixxi l-ġudikatura u hu u sħabu għad jibdew jiddeċiedu kollox huma.", "Mhux hekk sewwa, jewwilla?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/malta-ser-tkun-tehtieg-aktar-minn-90-jum/", "date": "Mon, 26th Jul '21, 09:10", "category": "blog, politics, government", "text": ["Waħda mill-ewwel affarijiet li kien għamel Eddie Fenech Adami wara li fl-10 ta' Mejju 1987 tela' t-taraġ tal-Berġa ta' Kastilja kienet li jżur diversi bliet kapitali Ewropej.", "U minnufih beda' x-xogħol kbir li kellu jwassal biex Malta toħroġ għal kollox miż-żminijiet tal-purtiera tal-ħadid ta' Dom Mintoff u ta' Karmenu Mifsud Bonnici.", "Parti minn dan ix-xogħol kien li Malta turi lill-gvernijiet Ewropej li fit-tmun tagħha m'għadx hemm mexxejja kkalzrati mal-ideoloġija u li issa kellha mexxej li wieħed seta' jorbot fuqu.", "Dan kellu jkun il-bidu.", "Jidher li hemm uħud li moħħhom biss biex jagħtu stampa qarrieqa ta' dak li seħħ fil-pajjiż fis-snin 70 u 80.", "Lil dawk li twieldu wara l-1987, hemm min irid li jpinġihom bħala snin li ma kienux daqshekk koroħ daqskemm jiftakru li kienu missierijiethom.", "Issa jeħtieġ nifhmu li fil-konfront ta' numru ta' figuri storiċi tul il-medda taż-żmienijiet, għandna nsibu kemm ammiraturi kif ukoll reviżjonisti.", "Maximilien Robespierre kellu ntenzjonijiet tajbin.", "Fi żmien Benito Mussolini, l-ferroviji kienu jaħdmu fil-ħin.", "Mao Zedong ra li kulħadd ikollu skutella ross biex jitrejjaq.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien soċjalista awtentiku.", "Iżda l-verità hi li, tiftakar x'tiftakar mis-snin 80, fis-sena 1987 Malta ma kienitx pajjiż fdat mill-komunità internazzjonali.", "Kien Dom Mintoff li ra kif għamel biex għamel bsaten fir-roti kemm felaħ fil-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.", "Dan ukoll seħħ fi żmien li fih Mintoff kien ċeda l-infrastruttura tas-sigurtà Maltija lil Mu'ammar Gaddafi, politiku ieħor li d-dinja kienet tħares lejh b'ċertu suspett.", "Malta setgħet kellha jew setgħet ma' kellhiex x'taqsam mal-każ Lockerbie .", "Iżda kienet ċertament tat daqqa t'id lil Gaddafi meta l-Punent kien irreaġixxa vjolentement għat-terroriżmu tiegħu.", "In-\"non-allinjament\" kien iżolana minn ma' kulħadd.", "U naffarna wkoll lil tal-Kunsill tal-Ewropa minħabba r-rekord negattiv fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet tal-bniedem.", "Kien tort tal-inkompetenza tagħna li, meta seħħ il-ħtif tal- Egypt Air, kienu ntilfu ħajjet tant persuni.", "Fl-1987, Malta kienet weħidha.", "Fl-1987, il-gvern il-ġdid ta' Eddie Fenech Adami ried jibda' paġna ġdida u ried juri lid-dinja li minn dakinhar 'il quddiem Malta kienet ser tkun pajjiż li wieħed seta' jafdaħ u jorbot fuqu.", "L-għaqal kien wassal għall-ħsad u fl-1989 l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika kienu għażlu lil Malta biex tospita laqgħa għolja li simbolikament difnet lill-Gweera l-Bierda.", "Ftit xhur wara, l-Papa Ġwanni Pawlu II żar Malta u tkellem dwar il-\"vokazzjoni Ewropea\" tagħha.", "Il-kuntest ta' dik iż-żjara storika ta' sikwit jintnesa': din seħħet fi żmien li fih ir-reġimi ta' wara l-purtiera tal-ħadid fl-Ewropa tal-Lvant kienu qed jaqgħu wieħed wara l-ieħor u fost dawn kien hemm ir-reġim li kien qed jaħkem pajjiż il-Papa stess – il-Polonja.", "Din l-ewwel żjara papali f'Malta tat bidu għar-riabilitazzjoni ta' Malta f'għajnejn id-dinja.", "Għalżmien pjuttost twil, dan ma kienx biżżejjed.", "Xahar wara ż-żjara tal-Papa, Malta applikat formalment biex tissieħeb fil-Komunità Ewropea (illum iġġib l-isem Unjoni Ewropea).", "Dak iż-żmien l-atmosfera f'Malta kienet waħda ottimista: is-snin koroħ ta' bejn 1971-1987 kienu għaddew u kien wasal żmien il-ħsad.", "Iżda ma kellux ikun.", "Meta fl-1995 il-Komunità Ewropea fetħet il-bibien tagħha biex jissieħbu aktar stati membri, kienu ssieħbu l-Awstrija, l-Isvezja u l-Finlandja.", "In-Norveġja u l-Isvizzera għażlu li ma jissieħbux.", "U Malta, minkejja l-ħeġġa li kellha, tħalliet tistenna' fuq l-għatba.", "Xi stati membri kienu tal-fehma li Malta ma kienitx pajjiż serju biżżejjed: ma setgħetx tittieħed bis-serjetà minħabba ċ-ċokon tagħha u, minħabba dak li kien seħħ fl-imgħoddi, ma setgħetx tiġi fdata.", "Il-Maltin ħadu għalihom bil-kbir u fl-1996, l-ewwel ħaġa li kien għamel il-Prim Ministru l-ġdid Alfred Sant kienet li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Ewropa.", "Iżda mbagħad f'Malta seħħ dak li ħadd ma kien stenna' li kien ser iseħħ.", "Fl-1998 Malta reġa' bdielha u reġgħet ħabbtet fuq il-bibien tal-Unjoni Ewropea u bil-mod il-mod sal-2004 sabet postha fi ħdanha.", "Il-politika barranija ta' Malta mill-2013 'l quddiem irriduċiet lill-pajjiżna fi stat tal-furbani.", "Il-liġijiet tar-Renju Unit jikklassifikaw lil Malta bħala ġurisdizzjoni finanzjarja ta' riskju għoli fejn jidħlu l-ħasil ta' flejjes maħmuġin u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.", "Jiżbalja bl-ikraħ min jipprova jnaqqas is-severità u s-serjetà ta' dan kollu.", "Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed issa qed inħejju biex niddikjaraw dritt fuq żona ekonomika esklussiva fil-Mediterran Ċentrali iżda fl-istess waqt m'aħniex lesti li nerfgħu r-responsabbiltà li nsalvaw li min ikun fil-periklu li jegħreq f'din iż-żona.", "Il-liġijiet internazzjonali qed nippruvaw ngħawwġuhom kemm nistgħu u ninterpretawhom kif jaqblilna.", "Nitkellmu favur l-integrazzjoni reġjonali għax nafu li nistgħu naqilgħu lira iżda rridu nżommu f'idejna d-\"dritt\" li pajjiżi oħrajn nisirquhom minn dak li suppost hu dovut lilhom f'dawk li huma taxxi.", "Ara ma tmorrux taħsbu li l-gvern ta' Malta nidem wara li għen lill-mexxejja tar-reġimi ta' pajjiżi bħall-Azerbajġan, Venezwela u Angola biex jaħbu l-ġid tagħhom u fl-istess waqt ta l-kenn u l-appoġġ lil Iranian biex joħloq bank Ewropew biex ikun jista' jaqdihom.", "U Malta għadna sal-lum tirrifjuta li tressaq fil-qorti lil kull min kien imdaħħal f'dawn ir-reati kriminali.", "Din hi r-raġuni wara d-deċiżjoni li ttieħdet mill-gvern biex jinbiegħu passaporti lill-membri tal-oligarkija ta' Vladimir Putin u lil ħallelin oħrajn u baqa' jinsisti li jagħmel dan quddiem il-qorti internazzjonali bi \"dritt\".", "Fi kliem ieħor, lid-dinja qiegħdin ngħidulha li \"Aħna Furbani\": ma nagħmlux biss dak li għandna nagħmlu.", "Nagħmlu dak li nistgħu għax 'Malta l-ewwel u qabel kollox'.", "Id-differenza mil-lum hi li fl-1987 kien tfassal pjan biex tinbeda' paġna ġdida b'risq ir-rijabilitazzjoni ta' Malta.", "In-non-allinjament kellu jitwarrab iżda n-newtralità kellha tinżamm.", "Kellha tinżamm distanza rispettabbli minn mal-Libja u fl-istess ħin jiġu mħarsa l-interessi kummerċjali tal-pajjiż.", "Kellha tinfetaħ l-ekonomija, kellhom jiġu żarmati t-tariffi u l-kontrolli fuq il-kambju.", "Kellna nimpenjaw ruħna favur il-valuri tal-Kunsill tal-Ewropa u nerġgħu nirrispettaw id-drittijiet tla-bniedem.", "Kellna wkoll nibdlu l-liġijiet tagħna biex stajna nissieħbu fil-Komunità Ewropea mal-ewwel okkażjoni li tiġina.", "Iżda minkejja l-fatt li kien tfassal pjan ċar, Malta damet mill-1987 sal-2004 biex infdiet f'għajnejn id-dinja (b'pawsa li kważi kienet katastrofika fl-1996).", "Li kieku fl-1987 Eddie Fenech Adami qal li kellu jdum 17 il-sena biex seta' jaqta l-frott, bosta partitarji kienu jarawh bħala pjan impossibbli li jseħħ.", "X'għandu jkun il-pjan fiċ-ċirkostanzi tal-lum?", "Għandna nirristrutturaw l-ekonomija biex din ma tibqax tiġi msejjsa fuq taxxi baxxi?", "Għandna niggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-immigranti?", "Għandna nressqu fil-qorti l-bankiera korrotti u lill-mafjużi?", "M'għandniex nibqgħu nbiegħu l-passaporti?", "Għallinqas dak huwa s-sinjal li ġej minn naħa tal-Oppożizzjoni li ta' sikwit tfakkarna li li \"unika alternattiva għal tal-Labour\".", "Bernard Grech qed igħid li r-reputazzjoni ta' Malta f'għajnejn id-dinja għandha tissewwa fi żmien 90 jum minn dakinhar li jsir Prim Ministru.", "Iżda għaliex?", "Dawk li kkummentaw dwar din l-istorja li ġiet stampata biex tħajjar lin-nies jixtru proprjetà f'Malta fit- Times ta' Londra għaliex għandu jerġa' jibdielhom dwarna dan kollu għaliex minflok lil Robert Abela jkollna biex imexxina lil Bernard Grech?", "Ċertament ikun ingħata bidu.", "Iżda dejjem tibqa' dik l-\"imma\".", "Previous: L-hekk imsejjħin soluzzjonijiet ta' Edward .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Ftit qabel jixxandar ir-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne, Bernard Grech qed juri t-triq li għandu jaqbad pajjiżna .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/ftit-qabel-jixxandar-ir-rapport-tal-inkjesta-dwar-il-qtil-ta-daphne-bernard-grech-qed-juri-t-triq-li-ghandu-jaqbad-pajjizna/", "date": "Wed, 28th Jul '21, 09:15", "category": "blog, politics, government", "text": ["Inħeġġiġkom taqraw dan l-artiklu miktub mill-Kap tal-PN Bernard Grech f'The Malta Independent tal-lum.", "Kemm ilha li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-mexxejja tal-PN kienu jkunu kemmxejn ambigwi kull darba li kienu jitkellmu dwar is-suġġett u xi drabi saħansitra anki qabżu għal dawk li taw il-kenn lill-qattiela minflok qabżu għall-vittma ta' dan id-delitt.", "Illum Bernard Grech kien ċar u tond fi kliemu.", "Lill-familja ta' Daphne qiemha minn qalbu.", "Meta espriema l-ammirazzjoni li kellu għall-ġurnalista, ma kkwalifikax kliemu b'xi \"imma\".", "Ma ddejjaqx ifaħħar ir-rwol tas-soċjetà ċivili tul dawn l-aħħar snin.", "U t-tifħir li kellu għal Therese Comodini Cachia u għal Jason Azzopardi kien f'kuntrast kbir mal-botti nġusti li jweġġgħu lill-qalb li kienu jsiru minn ta' qablu.", "Lill-klassi politika Bernard Grech jappellalha biex titgħallem mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "U liż-żewġ naħat iħeġġiġhom biex ifasslu riformi msejsin fuq ir-rakkomandazzjonijiet li dalwaqt jixxandru mill-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne.", "Bernard Grech qed jimpenja ruħu li jkaxkar bl-eżempju.", "Bis-saħħa tal-artiklu li huwa xandar illum, beda' jimxi fuq din it-triq.", "Ħaqqu prosit.", "Previous: Malta ser tkun teħtieġ aktar minn 90 jum .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Ara lill-prim ministru tiegħek jitħabat b'ilsienu barra biex joħroġna mil-lista l-griża .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/l-inkjesta-daphne-l-impunita-infirxet-bhal-qarnita/", "date": "Thu, 29th Jul '21, 12:47", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fil-qosor, lill-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia irriżultalha li: L-Istat għandu jerfa' r-responsabbiltà għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Kien hemm kultura ta' impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta' fiduċja u ċirku limitat ta' politiċi, negozjanti u kriminali.", "Kien hemm persuni b'rabtiet ma' entitajiet tal-Istat li ġabu ruħħom b'mod li bih kasbru u ppruvaw ixejjnu d-dritt ta' Daphne Caruana Galizia li teżerċita l-professjoni tagħha.", "Huwa kundannabbli l-fatt li istituzzjoni bħalma hu l-korp tal-Pulizija naqas li jinvestiga allegazzjonijiet serji.", "Il-pjan biex Daphne Caruana Galizia tiġi iżolata kien ġie mfassal mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-Istat kien responsabbli għall-ħolqien ta' ambjent li kien ta palata biex iseħħ il-qtil.", "Il-membri tal-Kabinett għandhom responsabbiltà kollettiva talli naqsu li jaġixxu wara li nkixfu l-iskandli Panama Papers u 17 Black.", "Id-deċiżjonijiet li kien ħa Joseph Muscat saħħew il-kultura ta' impunità li gawdew minnha persuni mdaħħlin fil-konġura li kien hemm bejn uffiċjali pubbliċi u negozjanti kbar li dwarhom kitbet Daphne Caruana Galizia.", "Rapport_Inkjesta_Pubblika_DCG Previous: Ara lill-prim ministru tiegħek jitħabat b'ilsienu barra biex joħroġna mil-lista l-griża .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Tissejjaħ protesta għal-lejla .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/protesta-msejjha-ghal-lejla/", "date": "Thu, 29th Jul '21, 13:03", "category": "blog, politics, government", "text": ["Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed isejjħu protesta nazzjonali quddiem il-Berġa ta' Kastilja llejla fis-7pm.", "It-rapport tal-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jikkonferma li: L-Istat għandu jerfa' r-responsabbiltà għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Kien hemm kultura ta' impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta' fiduċja u ċirku ristrett ta' politiċi, negozjanti u kriminali.", "Kien hemm persuni b'rabtiet ma' entitajiet tal-Istat li ġabu ruħħom b'mod li bih kasbru u ppruvaw ixejjnu d-dritt ta' Daphne Caruana Galizia li teżerċita l-professjoni tagħha.", "Huwa kundannabbli l-fatt li istituzzjoni bħalma hu l-korp tal-Pulizija naqas li jinvestiga allegazzjonijiet serji.", "Il-pjan biex Daphne Caruana Galizia tiġi iżolata kien ġie mfassal mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-Istat kien responsabbli għall-ħolqien ta' ambjent li kien ta palata biex iseħħ il-qtil.", "Il-membri tal-Kabinett għandhom responsabbiltà kollettiva talli naqsu li jaġixxu wara li nkixfu l-iskandli Panama Papers u 17 Black.", "Id-deċiżjonijiet li kien ħa Joseph Muscat saħħew il-kultura ta' impunità li gawdew minnha persuni mdaħħlin fil-konġura li kien hemm bejn uffiċjali pubbliċi u negozjanti kbar li dwarhom kitbet Daphne Caruana Galizia.", "Għaldaqstant il-gvern, il-ministri, uffiċjali u persuni ta' fiduċja li dwarhom jitkellem ir-rapport għandhom minnufih jerfgħu r-responsabbiltà li l-Inkjesta qiegħdet fuq spallejhom.", "L-Istat għandu jagħmel apoloġija formali u għandu joffri l-kumpens lill-qraba ta' Daphne Caruana Galizia għat-telf li huma ġarrbu minħabba r-responsabbiltà tal-Istat.", "Ministri tal-Kabinett għandhom iwarrbu minnufih u flokhom jidħlu dawk li fuq spallithom l-Inkjesta ma qiegħdet ebda responsabbiltà .", "Il-Partit Laburista għandu jassigura li ma jippreżentax bħala kandidat f'kull elezzjoni futura ebda Ministru, uffiċjal pubbliku jew persuna ta' fiduċja li fuq spallithom tqiegħdet ir-responsabbiltà.", "Il-Partit Laburista għandu minnufih jieħu passi biex ikeċċi lil Joseph Muscat mill-partit.", "L-istituzzjonijiet għandhom jaraw li minnufih jittieħdu passi bil-qorti kontra dawk li ġew identifikati mill-Inkjesta, passi li messhom ittieħdu żmien twil ilu.", "Għandu jinħoloq Kumitat inter-istituzzjonali li għandu jinkludi lis-soċjetà ċivili sabiex ir-rapport jiġi diskuss fid-dettall u sabiex jara li r-riformi proposti mill-Inkjesta jiġu implimentati.", "Possibiliment dawn ir-riformi għandhom isiru qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss u li l-elezzjoni ġenerali għandha ssir meta jkun reġistrat progress biżżejjed fil-perijodu ta' din il-leġislatura.", "Niltaqgħu l-lejla fil-Belt Valletta biex ninsistu dwar il-talbiet li qed nagħmlu."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/il-komplicita-tat-tvm/", "date": "Fri, 30th Jul '21, 08:08", "category": "blog, politics, government", "text": ["Araw il-mod kif l-istituzzjonijiet Maltin jiżguraw li kulħadd jifhem li huma qed jinjoraw dak kollu li nkiteb dwarhom mill-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Nieħdu l-istazzjon TVM, ix-xandar nazzjonali.", "L-Imħallfin tal-inkjesta rrakkomandaw fir-rapport tagħhom li għandhom isiru emendi lill-klawsoli fil-Kostituzzjoni ta' Malta li jirregolaw lill-Awtorità tax-Xandir u dan għaliex, bil-mod kif inhuma mfasslin, m'humiex qed ikunu effettivi.", "Ir-raġunijiet li nġiebu għal dawn it-tibdiliet huma li x-xandar nazzjonali ta' Malta naqas fid-dmir tiegħu li jkun imparzjali u li jxandar b'mod korrett rapporti dwar l-allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni li nkixfu bis-saħħa tal-ġurnaliżmu investigattiv.", "Fi kliem ieħor, tat-TVM huma parzjalment responsabbli għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Li kieku tat-TVM wettqu xogħolhom sewwa u lill-pubbliku infurmawh dwar dak kollu li kienet kixfet Daphne Caruana Galizia, l-pubbliku ma kienx jittollera l-impunità u l-protezzjoni li Joseph Muscat kien jagħti lill-politiċi li jkunu nkixfu.", "Iżda tat-TVM lil Daphne Caruana Galizia njorawha ħlief meta kellhom iċ-ċans li jippruvaw jimminwha b'mod sottili.", "Per eżempju, kienu jirrappurtaw dwar kull libell fil-qorti li kien isirilha iżda kienu jonqsu li jsemmu l-kuntest tal-fastidju metodiku li kienet tinċievi u l-pressjoni li kien isirilha minn uffiċjali pubbliċi li kienu jinqdew bil-qrati biex isawwtuha.", "L-Imħallfin tal-inkjesta ntebħu li dawk il-libelli kienu biss att ta' fastidju u għamlu rakkomandazzjonijiet għat-tfassil ta' liġijiet biex politiċi ma jitħallewx jużaw il-libelli bħala għodda biex isawwtu lill-ġurnalisti.", "Iżda tat-TVM – partikolarment ġurnalisti tat-TVM bħalma huma Reno Bugeja u Norma Saliba – dan il-kuntest injorawh totalment.", "Jekk int wieħed minn dawk li ssegwi biss l-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali (u minn dawn hawn kemm trid) ser tisma' biss dwar Daphne Caruana Galizia meta jsirilha xi libell.", "M'intix ser issegwi rapport dwar dak li tkun kitbet.", "U wara li tkun segwejt żewġ jew tliet rapporti bħal dan, f'moħħok tibda' tikklassifikaha mal-kriminali filwaqt li l-politiċi favoriti tiegħek tibda' tarahom bħala \"vittmi\".", "Dan il-qerq ta' TVM għen biex inqatlet Daphne.", "Hekk kif istituzzjoni tal-Istat għadha kemm irrakkomandaw li l-Kostituzzjoni ta' Malta għandha tiġi emendata biex jiġi żgurat li l-ġurnalisti tat-TVM ma jerġgħux jonqsu minn dmirhom, wiċċ dawn tal-aħħar għandu jiħmar bil-mistħija.", "B'mod partikolari meta wieħed jiftakar li n-nuqqasijiet tagħhom ikkontribwew biex inqatlet ġurnalista suppost kollega tagħhom.", "Iżda l-verità hi li dawn huma kollox barra ġurnalisti.", "M'huma xejn ħlief propagandisti.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dan l-i screenshot tal-protesta li saret il-bieraħ quddiem Kastilja.", "Min segwa r-rapport imxandar mill- website tat-TVM ingħata l-impressjoni li jien kont qed nipprotesta waħdi.", "Minflok ippreżentaw ir-rabja ta' dawk li kienu preżenti għall-fatt li, lill- ministri tal-gvern, istituzzjoni tal-istat sabithom ħatja tal-qtil ta' ġurnalista, x-xandar nazzjonali pinġa l-protesta bħala waħda ta' bniedem wieħed.", "Ftit tal-jiem ilu , tat-TVM xandru rapport dwar il-provi li ġew preżentati fil-qorti fil-każ li sar kontra Yorgen Fenech minn iben il-vittma, Matthew Caruana Galizia.", "Fir-rapport dawn qalu li Matthew Caruana Galizia kixef emails li juru li Yorgen Fenech ried jagħmel libell lil David Casa u lil Manuel Delia.", "Riedu jpinġu din l-istorja bħala waħda li hi tas-soltu.", "Min jaf x'kienu jgħidu li kieku saru jafu li xi ħadd kien qed ifassal pjan biex jagħmlilhom kawża għad-danni ta' £20 miljun jew £70 miljun f'xi qorti Ngliża?", "Min jaf kienx itihom ġenn jew kienux jibqgħu friski bħal ħassa?", "Iżda, wara kollox, taħsbu li Yorgen Fenech kien ser joqgħod iħabbel rasu biex iħarrek lill-propagandisti ta' Joseph Muscat?", "Previous: Tissejjaħ protesta għal-lejla .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Biex ikun hemm il-fejqan, jeħtieġ li tintrefa' r-responsabbiltà .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/il-qofol-kollu-mhuwiex-dwar-min-tabihaqq-huwa-gahan/", "date": "Sat, 31st Jul '21, 07:33", "category": "blog, politics, government", "text": ["Edward Zammit Lewis sar il-mira faċli – mhux għax qatt kien xi għadma iebsa, tafux – ta' min ikun irid igħaddih passata.", "Xi ftit tal-ġranet ilu Jason Azzopardi kien diġà tana ħjiel li kien hemm Ministru tal-gvern li lil Yorgen Fenech – il-persuna mixlija bil-qtil ta' ġurnalista – kien qallu li l-partitarji tiegħu stess huma \"ġaħan\".", "Għall-bidu, fl-imħuħ ta' xi wħud, kien hemm ċerta inkredulità u għal ftit ġranet ipperswadew lilhom infushom li din kienet biss xi qlajja' ta' Jason Azzopardi.", "Il-bieraħ, l-avukati ta' Yorgen Fenech komplew bl-isforzi tagħhom biex jippruvaw isikktu lil kull min jażżarda jikxef lil Yorgen Fenech ta' li hu.", "U mar-rikors li ppreżentaw quddiem il-Maġistrat, huma hemżu kopji tal-konversazzjonijiet li ma ridux li jixxandru.", "B'ċertu kuraġġ Tal- Malta Today xandruhom, sakemm eventwalment ġew imġiegħla jirtirawhom meta xi ħadd heddidhom bil-ħabs fuq disprezz lejn l-awtorità tal-qorti.", "Iżda f'dawn iż-żminijiet li fihom in-nies issegwi l-aħbarijiet minn fuq il-mezzi soċjali, dawn il-konversazzjonijiet kien hemm uħud li leħqu ħadulhom screenshots fil-ħin biex b'hekk setgħu jirċevuhom bosta eluf oħra.", "Jekk qatt kien hemm waħda, ma taħsbux li din kienet azzjoni fl-\"interess pubbliku\"?", "Permezz tal-messaġġi li bgħat, Edward Zammit Lewis kien qiesu tifel taħt l-età jipprova jimpressjona lil Yorgen Fenech u jinbxu biex iwieġbu.", "F'mument minnhom, Yorgen Fenech wieġbu, bħal donnu biex jeħles minnu.", "U minn dan il-mument 'il quddiem, Zammit Lewis intilef f'litanija ta' ilmenti.", "Ilmenta li hu m'huwiex apprezzat daqs kemm ħaqqu li jkun apprezzat u espriema l-frustrazzjoni tiegħu għall-fatt li kien hemm kandidati ħafna inqas kapaċi minnu li kien irnexxielhom jitilgħu fil-Parlament, filwaqt li hu kien baqa' l-art.", "U mbagħad faqqa' l-bomba: skont Zammit Lewis, il-votant Laburist medju ma jfittixx lil min hu kapaċi bħalu biex jirrappreżentahom fil-Parlament iżda jagħżel lill-bħaħan li jkunu lesti biss li jagħmlu l-pjaċiri u l-favuri.", "Fil-pubbliku, dawk il-politiċi li jibqgħu l-art issibhom iwaħħlu fihom infushom.", "Iżda bejn l-erba' ħitan ta' djarhom, issibhom iwaħħlu fl-elettorat.", "Meta jitkellmu fil-privat mal-kostitwenti tagħhom, il-politiċi li jaspiraw li jokkupaw siġġu parlamentari iwiegħdu sensiela ta' pjaċiri u favuri.", "Iżda bejn l-erba' ħitan ta' darhom, dawn l-istess politiċi li jibqgħu l-art juru d-diprezz tagħhom għall-klijenteliżmu.", "Edward Zammit Lewis huwa wieħed minn dawk il-politiċi li lill-elettorat li jfittex il-pjaċiri jħares lejh b'element ta' disprezz.", "Iżda din m'hix il-qofol tal-kwistjoni.", "Il-qofol jinsab fil-fatt li Edward Zammit Lewis kellu konversazzjoni privata ma' Yorgen WARA li kien diġà rriżulta pubblikament li Fenech huwa s-sid ta' 17 Black, il-kumpannija bażata fid-Dubaj li kienet qed ixxaħħam lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi permezz tal-kumpanniji li dawn it-tnejn għandhom fil-Panama.", "L-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ddikjaraw li l-ministri tal-kabinett ta' Joseph Muscat kienu kollettivament responsabbli talli dawn ma tniffsux u baqgħu b'idejhom fuq żaqqhom wara li nkixef l-iskandlu tal-Panama Papers u wara li nkixef min kien is-sid ta' 17 Black u baqgħu m'għamlu xejn biex jiżguraw li ssir ġustizzja fil-konfront ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi u fil-konfront ta' dawk li kienu qed ixaħħmuhom.", "Għaldaqstant kull ministru – bħalu – li kellu b'xi mod x'jaqsam ma' Yorgen Fenech irid ukoll jerfa' din ir-responsabbiltà kollettiva.", "Dan għadu ma jafux għaliex qalilna li r-rapport għadu ma qraħx.", "Iżda għandu jkun jaf li dak il-kaboċċa Silvio Parnis, bħall-kollegi kollha tiegħu fil-kabinett ta' Joseph Muscat, ġie wkoll mixli għal dan mill-Imħallfin tal-inkjesta.", "U biex tkompli tagħqad mal-bubun tar-responsabbiltà kollettiva, Edward Zammit Lewis kompla jgħaxxaqha.", "Dan mhux biss m'għamel xejn biex jara li Yorgen Fenech issir ġustizzja fil-konfront tiegħu għal dak kollu li kien inkixef dwaru.", "Kien ukoll ingarżat miegħu.", "Din hi kwistjoni mill-aktar serja.", "Sakemm nibqgħu nittolleraw lil Edward Zammit Lewis fil-kariga ta' Ministru tal-Ġustizzja u ta' deputat parlamentari tkun tabilħaqq tixirqilna t-tgħajjira ta' \"Ġaħan\" Previous: Biex ikun hemm il-fejqan, jeħtieġ li tintrefa' r-responsabbiltà .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;}"]}