{"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-5-qaddisin-fmejju/1-1-5-0-6-6-beata-katerina-trojani/", "title": "6 ta' Mejju: Beata Katerina Trojani", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Katerina Trojani", "\"Ejjew immorru band'oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nipprietka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt.\" –", "Ġesù f'Mark 1:38", "BEATA KATERINA TROJANI", "Reliġjuża", "1813 – 1887", "Tagħrif:", "Il-Beata Madre Marija Katerina Trojani ta' Santa Roża ta' Viterbo, twieldet f'Giuliano ta' Ruma, provinċja ta' Frosinone fid-19 ta' Jannar, 1813 minn Tumas Trojani u Tereża Panici Cantone, ġenituri tassew għonja.", "Il-pajjiż dak iż-żmien kien jifforma parti mill-istati tal-Papa.", "It-tifla ġiet mgħammda fl-istess jum tat-twelid fil-parroċċa ta' Santa Maria Maggiore u ġiet mogħtija l-ismijiet ta' Kostanza Duminka u Antonja.", "Il-livell għoli tal-familja ta' Kostanza, kien jippermetti ħajja komda u ferrieħa għal binthom.", "Iżda dan il-ferħ ma kellux għomor twil.", "Kellu jseħħ biss għal ftit snin għaliex in-niket u s-sofferenzi kellhom ikunu l-ħobża ta' kuljum biex jifformaw sa miċ-ċokon il-karattru sod ta' dik li kellha tkun Missjunarja.", "Meta Kostanza kellha sitt snin, tilfet 'l ommha fi traġedja.", "Telfa kbira bħal din swiet biex skolpiet ruħha fil-fond tal-qalb ta' Kostanza u stampat fiha dak id-distakk komplet mid-dinja, li ma għandhiex u li qatt ma tista' toffri l-veru hena tal-qalb.", "Iz-zija, oħt ommha, bi ftehim mal-isqof, ġabret it-tifla abbandunata u fdatha lis-Sorijiet Għalliema tal-Monasteru ta' Santa Kjara tal-Karità ta' Ferentino li kienu ddedikati għat-tagħlim u l-edukazzjoni tal-bniet.", "Dawn is-Sorijiet rabbew b'tant ħeġġa u għożża lit-tifla fdata lilhom, u b'hekk Kostanza kibret twajba, mingħajr dwejjaq u kienet tħoss ġibda qawwija u gratitudni lejn dawk is-Sorijiet.", "Tassew ta' min jinnota illi dawn is-Sorijiet edukaw il-qalb ta' Kostanza.", "It-talenti li bihom Alla, għoġbu jżejjen lil din it-tfajla ġew maħduma b'tali mod li t-tifla wriet sa mill-bidunett l-intelliġenza formidabbli u t-tjubija speċjali li kienu jżejnu l-moħħ u l-qalb tagħha.", "Din t-tifla, li sa miċ-ċokon ġiet ippruvata bin-niket, kienet ta' sikwit issib is-serħan tal-qalb tagħha f'riġlejn l-Altar.", "Hemmhekk kienet titkellem ma' Ġesù bħala l-uniku ħabib li kien jifhem il-ħtiġijiet u l-ħsibijiet tagħha.", "Hekk sa mill-bidu hija wriet spirtu ta' ċaħda li kienet turih saħansitra waqt il-logħob mat-tfal sħabha.", "Kienet tkun dejjem pronta u minn tal-ewwel għas-sagrifiċċju u fix-xogħol.", "Don­nha kienet qiegħda tħejji ruħha minn dak il-ħin għax-xogħol kbir ta' l-erwieħ li għalih kienet tħossha tant miġbuda u li kien qed jistennie­ha.", "Il-Vokazzjoni Reliġjuża", "It-tamiet sbieħ li l-Għalliema ta' Ferentino kellhom f'Kostanza ma naqsux.", "Meta Kostanza kibret, ta' sikwit, niesha kienu jgħidulha biex tħalli l-Monasteru u tieħu l-post tagħha fil-ħajja tad-dinja.", "Malli kellha ħmistax-il sena hija ddeċidiet li ssir soru fil-Kunvent fejn kienet trabbiet sa minn ċkunitha.", "Fit-8 ta' Diċembru, 1829, festa tal-Immakulata, l-isqof ta' Feren­tino taha l-libsa Reliġjuża u l-isem ta' Swor Marija Katarina ta' Santa Roża.", "Għaddiet is-sena tan-Novizzjat b'fervur kbir u malajr waslet għall-Professjoni u fit-18 ta' Diċembru, 1830 Marija Katerina li kienet għadha ma għalqitx it-18 -il sena, wiegħdet 'l Alla d-dedikazzjoni tal­-ħajja tagħha permezz tal-wegħdiet tas-Safa, Ubbidjenza u Faqar, għall-ġid ta' l-erwieħ.", "L-Isqof ta' Ferentino, Monsinjur Ġużeppi Lais, kien għażilha għalliema tat-tfal u ta' 18-il sena ġiet maħtura konsultatriċi, segretarja, arkivista, ekonoma tal-kunvent, kif ukoll Direttriċi ta' dawk li kienu fil-formazzjoni.", "Hawnhekk għexet ta' Soru Klarissa f'ambjent tassew fqir.", "Kienet titlob ta' kuljum quddiem it-Tabernaklu u minn hemm hija kienet tieħu l-forza u l-għajnuna għax-xogħol li Alla kien irid minnha.", "Ta' kuljum kienet tixgħel ġewwa qalbha dik il-fjamma tax-xogħol appostoliku f'dawk l-inħawi fejn il-kelma ta' Kristu ma kenitx magħrufa.", "Swor Marija Katerina għexet fil-Kunvent ta' Santa Kjara sakemm kellha 46 sena.", "Għalkemm kienet ferħana ġewwa dan il-Kunvent, hija kienet sabet ruħha f'ambjent ta' attività ristretta.", "Fil-qalb tagħha kienet tgħammar ix-xewqa ta' xogħol missjunarju f'pajjiżi mbiegħda, qalb il-pagani biex tgħarraf id-dawl tal-Vanġelu.", "Biex iżżid max-xewqa tal-ideal tagħha ta' sikwit kienu jaslu l-ittri tal-kuġin tagħha Monsinjur Ġużeppi Bavieri li kien internunzju fl-Isvizzera.", "Kien huwa li introduċieha ma' dik ir-ruħ kbira ta' Pawlina dei Marchesi Nicolai, li darba minnhom marret iżżur lil Swor Katerina fil-Kunvent ta' Ferentino u qaltilha dawn il-kelmiet: \"Se nsiefer Ġerusalemm.", "Sejra nlestilek it-triq.", "Ftakar li l-post tas-Soru Franġiskana huwa ħdejn il-Kalvarju.", "Qabel ma tmut inti tara dar tagħkom f'Ġerusalemm.\"", "U maż-żmien din il-profezija seħħet.", "Il-Beata Katerina kellha tara dik il-profezija sseħħ meta fl-1885 il-Patrijiet Minuri fdaw f'idejn is-Sorijiet ta' l-Eġittu l-orfanatrofju tal-bniet ta' l-Art Imqaddsa.", "FI-1851, il-Konfessur tas-Sorijiet ta' Santa Kjara tal-Karità ta' Ferentino, Patri Ġużepp Modena minn Sanremo, oratur famuż, tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, mar jipprietka f'Lixandra ġewwa l-Eġittu.", "Waqt il-prietki tiegħu kellu okkażjoni li jiltaqa' iktar minn darba mad-Delegat Appostoliku, Monsinjur Perpetuo Guasco.", "Dan kien ilmenta fuq in-nuqqas ta' Sorijiet f'Lixandra u fil-Kajr, li kellhom ikunu mogħtija għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ, speċjalment dawk tal-Kolonja Taljana.", "Patri Ġużepp tkellem fuq is-Sorijiet ta' Ferentino, dwar ix-xogħol bnin tagħhom mat-tfajliet u ssuġġerixxa lid-Delegat biex jibgħat għal grupp minnhom.", "Ir-rebħa fuq id-diffikultajiet", "L-lsqof malajr laqa' l-proposta; imma dlonk ippreżenta d-diffikultajiet bla għadd li magħhom kellhom jiltaqgħu biex jirnexxu skont il-ħsibijiet tiegħu.", "\"Jeħtieġ it-talb.", "Nitolbu nitolbu,\" żied jgħid id-Delegat.", "Hekk Patri Ġużepp, meta reġa' lura lejn Ferentino, kien bil-ħsieb li jkellem lis-Sorijiet.", "Wasal fl-1852, kellem is-Sorijiet kollha iżda l-proposta ma ġietx milqugħa b'entużjażmu mis-Sorijiet kollha. lżda Swor Katerina laqgħet l-istedina mingħajr kundizzjonijiet u minnufih.", "Il-ħolma ta' ħafna snin fil-ħajja Missjunarja kienet se tiġi realizzata.", "Il-Missjunarja l-ġdida riedet titlaq lejn l-Eġittu mill-aktar fis; iżda d-Delegat Appostoliku xtaq li l-ideal Missjunarju jiġi milqugħ mill­-biċċa l-kbira tas-Sorijiet.", "Għalhekk kien iżomm korrispondenza mal-­kunvent u jħajjar lis-Sorijiet biex jilqgħu l-istedina, billi jippreparaw ruħhom għal din is-sejħa waqt li jżommu sħiħ u bla mittiefes l-Ispirtu Franġiskan.", "Madre Katerina kellha Fidi straordinarja li mlietha b'kull għajnuna meħtieġa; iżda, is-siegħa ta' Alla kienet għadha ma waslitx u kellhom jgħaddu seba' snin twal ta' preparazzjoni qabel ma setgħet taqta' x-xewqa tagħha.", "Malli qalgħet il-permessi meħtieġa mill-Isqof ta' Ferentino, mid­-Delegat Appostoliku ta' l-Eġittu, mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri, u mill-Kustodja tal-Art Imqaddsa, flimkien ma' l-awtorizzazzjoni tat-Tixrid tal-Fidi, Swor Marija Katerina ta' Santa Roża organizzat il-vjaġġ u flimkien ma' erba' Sorijiet oħra, fil-25 ta' Awwissu, 1859, ħallew Ferentino.", "Huma marru Ruma u minn hemm telqu għal Citavecchia biex siefru lejn l-Eġittu għall-Missjoni tant mixtieqa.", "Id-distakk mill-belt tagħha, mill-Kunvent li kien raha tifla ċkejkna fejn ħalliet tant tifkiriet u tant erwieħ maħbuba, kien tassew okkażjoni ta' sofferenza għaliha.", "B'dana kollu hija kellha kuraġġ kbir u bi kliemha ħelu u persważiv irnexxielha tnissel fil-qalb tal-ġeni­turi tas-Sorijiet sħabha, tama u ferħ.", "Clot Bey: L-ewwel Dar", "Il-vjaġġ lejn l-Eġittu kien tajjeb u kalm sa meta waslu Malta.", "U hawnhekk bħal sajjetta fil-bnazzi kienet waslet l-aħbar tal-mewt ta' Monsinjur Guasco: dak li kien bagħat għas-Sorijiet biex imorru l-Missjoni fl-Eġittu; hu miet fl-istess jum li s-Sorijiet kienu ħallew il-kunvent tagħhom ta' Ferentino.", "Kienet din l-okkażjoni li xeħtet fidi kbira fil-qalb ta' Madre Katerina.", "Soda fil-prinċipji tagħha, emmnet li aktar ma tonqos l-għajnuna tal-bniedem, iktar qrib hemm Alla.", "Għalhekk flimkien ma' Patri Ġużepp bdiet timla bil-kuraġġ lis-Sorijiet l-oħra u hekk il-vjaġġ intemm bl-istess fervur u entużjażmu kif kien inbeda.", "Hija żiedet tgħid: \"Alla sejħilna permezz tal-Monsinjur li mis-sema sejjer jieħu ħsiebna u hemm ikollu qawwa iktar kbira milli seta' kellu fuq l-art.\"", "Madre Katerina flimkien mas-Sorijiet l-oħra niżlu f'Lixandra tal-Eġittu fil-11 ta' Settembru, 1859 u fl-14 ta' l-istess xahar daħlu l-Kajr.", "Ġew milqugħin bħala strumenti mibgħuta mill-Providenza.", "Il-Patrijiet Franġiskani wassluhom sal-Knisja.", "Wara talb ta' Ringrazzjament lil Alla, huma ħadu lis-Sorijiet fil-kwartier fqir ta' Clot Bey u mbagħad tawhom id-dar li kienet mixtrija għalihom minn Patri Ġużepp Modena.", "Opra Kbira mat-Tfal", "Malli xterdet l-aħbar li kien sejjer jinfetaħ pensjonat u skola b'xejn għall-bniet ta' kull ġens, is-Sinjura Govannina Walmassi u ħuha Feliċ marru għand is-Sorijiet ta' Clot Bey u qalulhom: \"Se nġibu tifla żgħira li adottajna.", "Hija musulmana, iżda nixtiequ nafdawha lilkom biex tedukawha fit-twemmin Kattoliku.\"", "Minn xi żmien Giovanni Battista Olivieri u Biagio Verri, saċerdoti żelanti ħafna kienu ddedikaw ruħhom għar-riskatt tat-tfal ilsiera.", "Imbagħad, huma kienu jedukawhom fir-Reliġjon Kattolika u jgħammduhom.", "Biex iżidu man-numru ta' dawn l-erwieħ ta' sikwit dawn is-saċerdoti kienu jmorru fl-Ewropa biex jiġbru flus għar-riskatt tagħhom.", "Dan Biagio Verri offra dan ix-xogħol lil Madre Katerina illi flimkien mal-Badessa u s-Sorijiet l-oħra laqgħu bil-ferħ dan ix-xogħol ta' Appostolat.", "Id-dar ta' Clot Bey malajr saret iċ-ċentru ta' l-opra tat-tfal Madre Katarina u s-Sorijiet urew tant imħabba u delikatezza lejn dawn it-tfal abbandunati.", "Kienu ta' sikwit imorru huma stess ifittxu t-trabi mormijin mill-ġenituri tagħhom.", "Kienu jgħammduhom malajr meta ma kienux jistgħu jsalvawhom.", "L-oħrajn kienu jgħallmuhom u meta ma kienx ikun possibbli li jsibulhom xogħol diċenti fil-pajjiż, huma kienu jeħduhom fl-Ewropa f'Istituti differenti.", "Madre Katerina kellha mħabba tenera lejn dawn it-tfal żgħar abbandunati.", "Kienet isservihom hija stess.", "Kellha ssofri ħafna għall-manteniment tagħhom.", "Ta' sikwit kienet toħroġ fit-toroq għalihom.", "U meta l-għaks beda jinħass fil-Komunità hija kienet dejjem issib soluzzjoni għal din il-problema.", "Kienet tgħid sikwit: \"San Ġużepp jipprovdi.\"", "B'din it-tama f'qalbha kienet tgħid: \"San Ġużepp, hu ħsieb: M'għandi xejn x'nagħti lis-Sorijiet u lit-tfal.\"", "U l-affarijiet meħtieġa kienu jaslulhom bil-bosta aktar milli kellhom bżonn.", "Wara ħafna talb lis-Sagra Familja Madre Katerina ddeċidiet li tmur quddiem il-Viċi re tal-Eġittu u titolbu biex jagħtiha l-ħobż għal dawk it-tfal.", "Hekk, fit-3 ta' Lulju 1863, kellha udjenza mal-Kedive Ismail Pascià.", "Dan, wara li ħa d-dettalji tax-xogħol tas-Sorijiet fl-Eġittu staqsiehom: \"X'titolbuni?\"", "\"Eċċellenza,\" wieġbet Madre Katerina, \"Aħna neħtieġu saqaf u ħobż.\"", "\"Dan tridu intom?\" issokta jsaqsi l-Pascià.", "\"Iva Eċċellenza,\" wieġbet.", "U l-Kedive qal: \"Mil-lum 'il quddiem jien inkun il-missier tagħkom.\"", "U wara xahrejn il-Kedive ta biċċa art kbira lil Madre Katerina u kwantità ta' qamħ kull sena.", "Ħarsien ta' San Ġużepp", "U San Ġużepp kien u għadu l-Protettur tal-Kongregazzjoni.", "Jingħad li meta Madre Katerina irnexxielha tibni Knisja fil-Kunvent Clot Bey, it-titular ma setax ikun ieħor jekk mhux San Ġużepp.", "U hawnhekk ikollna nirrakkontaw fatt li huwa tassew misterjuż.", "Madre Katerina kienet tixtieq ħafna kwadru ta' San Ġużepp, biex tkun tista' tqiegħdu fuq l-altar, biex tnissel devozzjoni kbira.", "Iżda d-distanza mill-Eġittu għall-Italja, u l-finanzi ma kienu qatt jipper­mettu.", "Bħas-soltu, bit-talb tagħha, hi għelbet kull ostaklu.", "Talbet u qalgħet.", "Fejn il-bieb tal-Kunvent, is-Sorijiet sabu kaxxa kbira tal-mer­kanzija; fuqha kien hemm miktub: \"Is-Sorijiet ta' Clot Bey.\"", "Ħadd ma kien għamel l-ordni, u ħadd ma kien kiteb lis-Sorijiet fuq dan kwadru.", "X'se jagħmlu?", "Indirizz żbaljat?", "Wara ħafna tfittix, is-Sorijiet fetħu l-kaxxa u dak li kien hemm ġewwa fiha, kien għalihom ta' sorpriża tal-għaġeb.", "Kien hemm kwadru sabiħ ta' San Ġużepp, fuq it­-tila, li kien juri il-mewt ta' San Ġużepp.", "Għadda ż-żmien, u ħadd ma mar jirreklama dan l-inkwatru meraviljuż.", "Hekk qegħduh fuq l-altar fejn sal-lum huwa oġġett ta' venerazzjoni u devozzjoni.", "Twelid tal-Franġiskani tal-Eġittu", "U t-tama ta' Madre Katerina ma tiqafx hawn, il-fidi tagħha fil-­Patroċinju ta' San Ġużepp kienet rabbiet għeruq profondi u x-xogħol tagħha kompla jikber.", "Fi Clot Bey in-numru tat-tfal issokta jiżdied; u żdiedet ukoll in-neċessità li wieħed jipprovdi għall-iltiema ta' bnadi oħra u li tieħu l-inizjattiva li tgħin fix-xogħol tal-Appostolat.", "Beda jiġri illi dawk is-Sorijiet li kienu nqatgħu mill-Klawsura Taljana saru mdaħħla fiż-żmien, u ma kienux iktar biżżejjed biex ilaħħqu max-xogħol li kien sejjer jitkattar u jinfirex ma' ħafna bnadi.", "Minn din is-sitwazzjoni, inħoloq il-ħsieb li jitwaqqaf Istitut ġdid b'fisjonomija u skopijiet propri.", "Inġabru tfajliet mill-Italja, mill-Eġittu u mill-Palestina.", "Il-Vokazzjonijiet kotru minnufih; hekk f'qasir żmien twaq­qfet il-Kongregazzjoni ġdida bl-awtonomija tagħha; b'regola u Kos­tituzzjonijiet aktar adatti għax-xogħol li kien inħoloq.", "Biex tħaffef il-permessi u d-dokumenti, Madre Katerina marret Ruma fl-1868; u rnexxielha f'qasir żmien.", "Fl-istess sena l-Istitut ġie mwaqqaf kanoni­kament taħt i-isem tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Eġittu.", "B'hekk Madre Katerina setgħet tilqa' kull inizjattiva għall-ġid għaliex kienet konvinta li l-firxa kienet tiżgura xogħol għal żmien twil.", "U hekk, b'kuraġġ u fidi soda, bdiet tiftaħ orfanatrofji, skejjel, postijiet ta' tagħlim tal-Katekiżmu u kull għajnuna missju­narja: u mhux biss fil-Kajr u fl-Eġittu.", "Illum is-Sorijiet Franġiskani jin­stabu fl-Afrika, fl-Asja, fl-Ewropa, fl-Amerika ta' fuq u t'Isfel, fl-Art Imqaddsa u f'Malta.", "Hija talbet u qalgħet udjenza mingħand il-Papa Piju IX.", "Mixtieqa li jkollha dar f'Ruma hija kellmet il-Papa dwar ix-xogħol tagħha fl-Eġittu u tat relazzjoni dettaljata dwar l-attività ġewwa l-Kajr.", "Fit-tmiem tad-diskors il-Papa li kien sema' kollox b'tant attenzjoni ma tax lill-Istitut dar f'Ruma iżda minn dak il-ħin huwa wegħedha għaxar skudi fix-xahar biex tħallas il-kera.", "Ma nistgħux niddeskrivu l-ferħ tas-Serva ta' Alla.", "Wieħed jista' jgħid li x-xogħol ta' Madre Katerina kien espressjoni tal-fjamma ta' mħabba li kienet tixgħel fil-qalb tagħha u li kienet timla b'tant kuraġġ kull azzjoni tal-jiem tagħha.", "Sa mill-ewwel snin tal-ħajja reliġjuża, hi kienet tħobb ħafna l-ħajja interjuri, f'talb kontinwu u unjoni intima ma' Alla, riedet u xtaqet li wliedha wkoll jidraw jagħmlu teżor minn kull sekonda li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom, u jibqgħu dejjem fidili lejn Alla.", "Il-Mewt ta' Omm il-Fqar", "Madre Katerina issa kienet xjieħet u daħlet fiż-żmien; għalhekk kienet tħoss ħafna n-nuqqas ta' forzi.", "FI-24 ta' Marzu, 1887, lejliet il-Lunzjata, Madre Katerina kienet gravi ħafna.", "FI-10 ta' April tal-istess sena hi rat kif għamlet biex tmur għall-Quddiesa mas-sorijiet, iżda filgħaxija irtirat għal dejjem.", "Għalxejn ma swew ir-rimedji ta' tobba bravi; il-mard kien daħal 'il ġewwa u s-siegħa tal-firda u l-premju kienu tassew waslu.", "Fis-6 ta' Mejju, 1887, Madre Katerina rċeviet b'ħerqa u devozzjoni l-aħħar Vjatku.", "Damet miġbura ħafna fit-talb u fil-ħdax ta' filgħodu, wara li kienet tat daqqa t'għajn fuq kull soru li kien hemm preżenti, ir-ruħ tagħha taret lejn Alla.", "\"Mietet Omm il-fqar;\" ingħad fuq il-gazzetta tal-Eġittu waqt li funeral twil wassal lil Madre Katerina mill-Kunvent għaċ-Ċimiterju.", "Fil-korteo kien hemm ir-rappreżentanti tal-Gvern Eġizzjan u l-Konsli ta' ħafna nazzjonijet.", "Ix-Xiżmatiċi wkoll tħalltu mal-folla li dehret li kienet tħossha mbuttata minn forza misterjuża biex tqim soru tant ħelwa u twajba li kienet għexet biex tagħmel il-ġid ma' kulħadd.", "\"Qatt ma nibku biżżejjed lill-Madre Katerina.", "L-Omm tal-fqar mhux hawn iżjed.\"", "Hekk temmet il-gazzetta.", "lżda ħaġa iktar intima turina wkoll il-mewt ta' Madre Katerina.", "Għal jum sħiħ kienet esposta għall-poplu li kien jimbotta u jross biex imur ibusha għall-aħħar darba.", "It-tfal tal-iskejjel u t-tfal iltiema kienu kemm.", "Kulħadd kien bid-dmugħ f'għajnejh.", "F'qabar sempliċi, niżel il-ġisem ta' Madre Katerina.", "Dawn huma il-kelmiet li ġew miktuba:", "\"Hawn jistrieħ l-għadam ta' Swor Marija Katerina ta' Santa Roża ta' Viterbo.", "Twieldet f'Giuliano ta' Ruma fl-1813.", "Mietet fil-Kajr fis-6 ta' Mejju fl-1887.", "Superjura Ġenerali u Fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Eġittu.\"", "Kliem sempliċi li jfakkar isem u dati.", "Iżda jgħidu kollox: is-sbuħija bla tebgħa ta' ruħ umli li għarfet tgħix biss għal Ġesù u għat-tixrid tar-renju Tiegħu.", "Nhar l-14 ta' April, 1985 il-Papa San Ġwann Pawlu II niżżel l-isem ta' Madre Katerina fil-lista tal-Beati.", "Ħsieb", ":", "Inkwantu Malta, id-dar tal-Birgu kienet l-aħħar dar li waqqfet Madre Katerina.", "Is-Sorijiet tal-Eġittu kienu ilhom magħrufa f'Malta, Swor Ludovika, Swor Carmela, u Swor Ewġenja kienu ħallew lix-xtut Maltin biex jingħaqdu mas-Sorijiet l-oħra fi Clot Bey.", "Sadattant, is-Sorijiet l-oħrajn kienu ta' sikwit jinżlu hawn biex jitolbu għajnuna għall-Opra b'risq it-tfal orfni.", "Hekk inħolqot l-atmosfera adatta biex tinfetaħ dar f'dan il-­post. L-Arċisqof bagħat telegramm lill-Madre Katerina u talabha biex tiftaħ dar f'Malta.", "Xewqa bħal din dehret wisq popolari qalb il-Maltin ta' dak iż-żmien.", "L-ewwel dar li nfetħet kienet f'Ħaż-Żabbar u mbagħad infetħet dik tal-Birgu.", "Fit-23 ta' Ottubru, 1931, is-sorijiet bdew l-opra tagħhom fi Triq Maitland, il-Ħamrun.", "Fid-19 ta' Marzu, 1935, festa ta' San Ġużepp daħlu fil-kunvent il-ġdid fejn jinsabu llum.", "L-iskola tal-Ħamrun inbniet wara talba mill-ministeru Taljan tal-affarijiet barranin li kien wiegħed sussidju kull sena b'risq dan l-impenn u t-tagħlim li kien meħtieġ.", "Meta waslu biex jiftħu l-iskola, il-gvern Ingliż ma tax il-permess li tinfetaħ.", "Dan ġara minħabba s-sitwazzjoni politika, anki għaliex mal-lingwa Ingliża u Franċiża, ħjata, rakkmu, mużika u pittura kienu sa jgħallmu wkoll il-lingwa Taljana.", "Wara ħafna talb u noveni u bil-għajnuna ta' xi ħbieb, fl-aħħar il-permess ingħata u l-iskola nfetħet.", "Naqraw fil-kronaka li f'dan iż-żmien is-sorijiet kellhom jissellfu xi flus biex jgħixu.", "L-istorja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija, hija tifkira mimlija kuraġġ u sfidi.", "Tifkira ta' dak l-ispirtu missjunarju tal-istess Beata Katerina Trojani li għadu ħaj kull fejn is-sorijiet taw il-ħidma tagħhom.", "Tifkira ta' dak l-ispirtu Franġiskan fis-sempliċità tiegħu, spirtu ta' sagrifiċċju u dedikazzjoni.", "Fis-sena 1950, is-Sorijiet Franġiskani tal-Eġittu ħadu isem ġdid li hu iżjed universali, u bla ebda rabta partikulari ma' pajjiż wieħed.", "Huma bdew jissejħu \"Franġiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgħa ta' Marija.\"", "Dawn id-djar tal-Birgu u tal-Ħamrun kienu ċentri ta' vokazzjoni­jiet Franġiskani.", "U llum dawk li, sa ftit żmien ilu, kienu studenti fil-klassijiet saru huma Missjunarji qalbiena u qed jaħdmu iebes u fis-sod fil-Qasam tal-Mulej imxerrdin u mifruxin fl-erbat irjieħ tad-dinja.", "F'dawn l-aħħar snin id-dar tal-Birgu ngħalqet iżda s-sorijiet fetħu oħra f'Baħar iċ-Ċagħaq.", "Attwalment is-sorijiet għandhom żewġ kunventi qrib il-patrijiet, jiġifieri l-Ħamrun u issa dik reċenti f'Baħar iċ-Ċagħaq.", "Fil-Ħamrun huma jmexxu skola li tilqa' fiha aktar minn 600 studenta.", "Barra il-ħidma tagħhom f'Malta, il-Franġiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgħa ta' Marija għandhom għadd ta' sorijiet li qed jagħti is-servizz missjunarju tagħhom barra minn Malta: fl-Eġittu, fil-Għana, fil-Ġordanja, fl-Iraq, f'Iżrael, fl-Italja u fl-Amerika.", "Sal-ġurnata tal-lum, ħafna sorijiet, patrijiet u lajċi, b'serjetà kbira ddedikaw u qed jiddedikaw ħajjithom għall-edukazzjoni kemm nisranija u akkademika ta' ħafna żgħażagħ biex bħala ċittadini Maltin isibu posthom fis-soċjetà ta' żmienhom u jagħmlu unur lil Malta.", "U int, għaraft kif tista' u kif qed isejjaħlek il-Mulej biex tkun ta' ġid għal ħaddieħor?", "X'inhi l-ħidma jew il-missjoni li qed twettaq fil-Knisja llum: fil-familja, fil-komunità parrokkjali jew f'xi lok ieħor?", "Talba", ":", "O Mulej, fil-providenza tiegħek, int sejjaħt lill-Beata Katerina Trojani biex tieħu ħsieb tat-tfal u ż-żgħażagħ foqra u f'diffikultà fl-Eġittu, għat-talb tagħha, agħtina sensittività akbar lejn il-bżonnijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum, hekk li naslu biex ngħaddulhom dak kollu li hu ta' ġid għalihom biex nagħtuhom futur ta' nsara tassew.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicsaints.info/blessed-maria-catalina-troiani/", "Alternative Reading:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=7113", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Caterina_Troiani", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa ta.", "Swor M. Alfonsina Rapa.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ecfd07a7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-5-qaddisin-fmejju/1-1-5-0-7-7-santa-roza-venerini/", "title": "7 ta' Mejju: Santa Roża Venerini", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Roża Venerini", "\"L-edukazzjoni nisranija tfittex li l-insara jitgħallmu jaduraw 'l Alla Missier fl-ispirtu u l-verità (cf. Ġw 4,23), l-aktar fl-azzjoni liturġika, u jitħejjew biex ifasslu ħajjiethom skont il-bniedem il-ġdid fil-ġustizzja u l-qdusija li ġejja mill-verità (cf. Ef 4, 22-24).\" –", "Gravissimum Educationis", "Paragrafu 1.", "SANTA ROŻA VENERINI", "1656 – 1728", "Tagħrif:", "Twieldet f'Viterbo fejn missierha kien tabib.", "Meta kienet għadha tifla għamlet wegħda li ssir reliġjuża, iżda meta tfarfret bdiet tagħti l-lala għal ħafna ġibdiet kuntrarji u anki bdiet tipprepara biex tiżżewweġ.", "Iddeċidiet li twettaq il-wegħda ta' tfulitha meta l-għarus tagħha miet għall-għarrieda.", "Daħlet mas-sorijiet Dumnikani tal-istess belt meta kellha 17-il sena.", "Hi kellha tmur lura darha ftit xhur wara minħabba l-mewt ta' missierha biex tieħu ħsieb lil ommha li kienet marida ħafna.", "Filgħaxija kienet tiġbor xi nisa biex jgħidu r-rużarju u bdiet ukoll tgħallimhom it-tagħlim Nisrani.", "Taħt id-direzzjoni ta' saċerdot Ġiżwita, fl-1685 Roża fetħet l-ewwel skola tagħha f'Viterbo, bla ħlas.", "Bid-don li kellha biex tħarreġ oħrajn biex jgħallmu, hi fetħet skejjel bnadi oħra.", "L-isqof ta' Montefiascone sejħilha fid-djoċesi tiegħu fejn iltaqgħet ma' Santa Luċija Filippini u għenitha twaqqaf l-ewwel skola tagħha f'dik il-belt.", "It-tnejn saru ħbieb kbar ta' xulxin.", "Sentejn wara, fl-1687, reġgħet lura lejn Viterbo fejn hi u sħabha ffurmaw kongregazzjoni reliġjuża ta' sorijiet.", "Roża waqqfet djar oħra, fosthom waħda f'Ruma, fejn mar iżurha l-Papa Klement XI u anki bierek u approva l-kongregazzjoni u l-ħidma tagħha.", "Wara aktar minn 40 sena ta' xogħol iebes u vjaġġi diffiċli, Roża Venerini mietet f'Ruma fid-dar ta' San Mark fis-7 ta' Mejju, 1728 fl-għomor ta' 72 sena.", "Meta mietet kellha erbgħin dar tal-istitut tagħha miftuħin fi 17-il djoċesi.", "Santa Roża Venerini kienet iddikjarata beata minn Piju XII fl-4 ta' Mejju, 1952.", "Iddikjaraha qaddisa l-Papa Benedittu XVI fil-15 ta' Ottubru, 2006.", "Is-sorijiet tagħha, magħrufa bħala Maestre Pie Venerini, jgħoddu madwar 400, u jinsabu fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, kif ukoll f'xi artijiet tal-missjoni.", "Ħsieb", ":", "Santa Roża Venerini, fehmet li l-edukazzjoni u t-tagħlim tal-katekiżmu kienu fost l-aktar importanti u neċessarji għas-soċjetà.", "Dan jgħodd għal kull żmien fl-istorja tal-bniedem.", "Fid-Dikjarazzjoni tal-Konċilju Vatikan II dwar L-Edukazzjoni Nisranija", "Gravissimum Educationis", "(28 ta' Ottubru, 1965) insibu dan li ġej:", "\"Il-jedd ta' kull persuna għall-edukazzjoni – X'inhi l-edukazzjoni", "1.", "Il-bnedmin kollha ta' kull razza, kundizzjoni u età, għaliex huma mżejna bid-dinjità ta' persuna, għandhom il-jedd inaljenabbli għal edukazzjoni li tkun twieġeb għall-iskop tagħhom, għax-xeħta tagħhom u għad-differenza fis-sess, li tkun addattata għall-kultura u għat-tradizzjonijiet li intirtu minn missier għal iben, u li tkun fl-istess ħin miftuħa għall-għajxien flimkien ma' popli oħra u li ġġib 'il quddiem l-għaqda u l-paċi fid-dinja.", "Edukazzjoni vera tfittex li tifforma l-persuna umana biex tilħaq l-ogħla skop tal-bniedem u fl-istess ħin tilħaq il-ġid tas-soċjetajiet li tagħhom il-bniedem huwa membru u fihom ikollu, meta jikber, xi dmirijiet x'jaqdi.", "Għalhekk it-tfal u l-adolexxenti għandhom ikunu megħjuna biex, skont il-progress li sar fix-xjenzi tal-psikoloġija, tal-pedagoġija u tal-metodi tat-tagħlim, jiżviluppaw b'mod armoniku d-doni fiżiċi, morali u intellettwali tagħhom.", "B'hekk huma jiksbu bil-mod il-mod sens ta' responsabbiltà aktar matura waqt li bi sforz kontinwu jfittxu li jgħollu kif jixraq il-ħajja tagħhom u bil-kuraġġ u bil-kostanza jiksbu l-vera libertà.", "Waqt li qed jikbru huma għandhom jingħataw bil-prudenza kollha edukazzjoni sesswali pożittiva.", "Barra minn hekk għandhom jitħarrġu biex jieħdu sehem fil-ħajja soċjali b'mod illi jkollhom il-mezzi meħtieġa u xierqa biex jieħdu posthom attivament fl-isferi differenti tal-komunità umana, ikunu miftuħa għad-djalogu mal-oħrajn u jagħtu bil-qalb il-kontribut tagħhom biex iġibu 'l quddiem il-ġid komuni.", "Hekk ukoll il-Konċilju Mqaddes jiddikjara li t-tfal u l-adolexxenti għandhom il-jedd li jkunu megħjuna biex jagħrfu b'kuxjenza retta l-valuri morali, iħaddmuhom b'għażla tagħhom personali u jagħrfu u jħobbu 'l Alla b'perfezzjoni akbar.", "Għalhekk il-Konċilju jitlob bil-ħerqa lil dawk kollha li għandhom f'idejhom il-gvern tal-popli jew li huma responsabbli għall-edukazzjoni illi jieħdu ħsieb illi ż-żgħażagħ ma jkunu mċaħħda qatt minn dan il-jedd imqaddes.", "Il-Konċilju jħeġġeġ 'l-ulied kollha tal-Knisja biex jaħdmu b'ġenerożità fil-qasam edukattiv kollu l-aktar bl-iskop illi mill-aktar fis il-ġid kbir tal-edukazzjoni u tat-tagħlim jilħaq lill-bnedmin kollha f'kull rokna tad-dinja.", "L-edukazzjoni nisranija", "2.", "L-insara kollha li permezz ta' twelid mill-ġdid bl-ilma u bl-Ispirtu s-Santu saru ħlejqa ġdida u jissejħu, u fil-fatt saru, ulied Alla, għandhom il-jedd li jirċievu edukazzjoni nisranija.", "Din l-edukazzjoni mhux biss tfittex li tagħti lill-persuna umana dik il-maturità li għadna kif semmejna, iżda tfittex l-aktar li l-imgħammdin jitwasslu bil-mod il-mod biex jagħrfu l-misteru tas-salvazzjoni u jiksbu dejjem iżjed kuxjenza tad-don tal-fidi li huma rċevew.", "L-edukazzjoni nisranija tfittex li l-insara jitgħallmu jaduraw 'l Alla Missier fl-ispirtu u l-verità (cf. Ġw 4,23), l-aktar fl-azzjoni liturġika, u jithejjew biex ifasslu ħajjiethom skont il-bniedem il-ġdid fil-ġustizzja u l-qdusija ġejja mill-verità (cf. Ef 4, 22-24); b'hekk huma jsiru raġel magħmul, fl-aħjar ta' żmienu, fihom isseħħ il-milja ta' Kristu (cf. Ef 4,13) u jagħtu sehemhom biex jikber il-Ġisem mistiku.", "Barra minn dan, b'din l-edukazzjoni nisranija, meta l-insara jagħrfu iżjed is-sejħa tagħhom, huma jitħarrġu li jkunu xhieda tat-tama li hemm fihom (cf. 1 Piet 3,15) u wkoll li jgħinu fit-trasformazzjoni nisranija tad-dinja li biha l-valuri naturali, meħudin fil-perspettiva sħiħa tal-bniedem mifdi minn Kristu, jiswew għall-ġid tas-soċjetà kollha.", "Għalhekk dan il-Konċilju Mqaddes ifakkar lir-rgħajja tal-erwieħ id-dmir l-aktar gravi li għandhom li jagħmlu minn kollox biex l-insara kollha, l-aktar iż-żgħażagħ, li huma t-tama tal-Knisja, jirċievu din l-edukazzjoni nisranija.", "Dawk li huma responsabbli għall-edukazzjoni", "3.", "Il-ġenituri li taw il-ħajja 'l uliedhom, għandhom id-dmir l-iżjed gravi li jedukawhom u għalhekk għandhom jitqiesu bħala l-ewwel u l-aqwa edukaturi tagħhom.", "Dan id-dmir ta' edukazzjoni tal-ġenituri huwa hekk importanti illi fejn jonqos mhux lakemm timla l-vojt li jħalli.", "Għaliex il-ġenituri għandhom joħolqu atmosfera fil-familja mimlija mill-imħabba u t-tjieba lejn Alla u lejn il-bnedmin li twassal għal edukazzjoni sħiħa ta' wliedhom kemm fis-sens personali kemm fis-sens soċjali.", "Għalhekk il-familja hija l-ewwel skola tal-virtujiet soċjali li s-soċjetajiet kollha jeħtieġu.", "Iżda huwa l-iżjed fil-familja nisranija, li hi mogħnija bil-grazzja u bil-missjoni taż-żwieġ sagrament, illi l-ulied għandhom ikunu mgħallma, sa minn ċkunithom, li jagħrfu u jqimu 'l Alla u jħobbu 'l-proxxmu tagħhom skont il-fidi li rċevew fil-Magħmudija; fil-familja nisranija huma jsibu l-ewwel esperjenza ta' soċjetà b'saħħitha u tal-Knisja; permezz tagħha, fl-aħħarnett huma jiddaħħlu ftit ftit fil-ħajja ta' flimkien tal-bnedmin u f'dik tal-poplu ta' Alla.", "Jeħtieġ għalhekk li l-ġenituri jħossu għal kollox kemm tiswa l-familja nisranija għall-ħajja u l-progress tal-poplu t'Alla nnifsu.", "Id-dmir tal-edukazzjoni, li jmiss qabel xejn lill-familja, jeħtieġ l-għajnuna tas-soċjetà kollha.", "Għalhekk, barra mill-jeddijiet tal-ġenituri u ta' dawk li lilhom huma jafdaw xi sehem mid-dmirijiet tagħhom, hemm ukoll xi drittijiet u dmirijiet li jmissu lis-soċjetà ċivili għaliex imiss lilha li taħseb f'dak kollu li jeħtieġ għall-ġid temporali.", "Fost id-dmirijiet tagħha hemm dak li ġġib 'il quddiem b'ħafna modi l-edukazzjoni taż-żgħażagħ, jiġifieri tħares id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġenituri u ta' dawk kollha li għandhom xi sehem fl-edukazzjoni, u tagħtihom l-għajnuna; fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn tonqos l-inizjattiva tal-ġenituri jew ta' soċjetajiet oħra, tissupplementa, fir-rispett tax-xewqat tal-ġenituri, il-ħidma edukattiva; safejn il-ġid komuni hekk jitlob, twaqqaf skejjel u istituti ta' edukazzjoni tagħha.", "Fl-aħħar nett id-dmir tal-edukazzjoni jmiss, għal raġuni speċjali, lill-Knisja mhux biss għaliex hija għandha tkun magħrufa, imqar bħala soċjetà umana, bħala kapaċi li teduka, iżda fuq kollox għaliex hija għandha d-dmir li xxandar it-triq tas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha u lil dawk li jemmnu tikkomunikalhom il-ħajja ta' Kristu u tgħinhom, b'ħerqa li ma tiqafx, biex jaslu għall-milja tal-ħajja tiegħu.", "Għalhekk lil dawn uliedha l-Knisja, bħala omm għandha d-dmir li tagħtihom dik l-edukazzjoni li biha ħajjithom kollha timtela bl-ispirtu ta' Kristu.", "Fl-istess ħin hija toffri l-kontribut tagħha biex il-popli kollha jilħqu l-perfezzjoni integrali tal-persuna umana, jiksbu l-ġid tas-soċjetà temporali u jibnu dinja aktar umana.\"", "Għad-Dokument sħiħ ara:", "http://www.laikos.org/vat2_gravissimum_educationis_ver2017.htm", "Talba", ":", "O Santa Roża Venerini, li kont ta' ispirazzjoni għal ħafna li mxew fuq il-passi tiegħek u taw l-edukazzjoni u l-kura meħtieġa lil bosta tfal foqra u fil-bżonn, għat-talb tiegħek, agħmel li aħna nitħeġġu bl-istess spirtu ta' servizz li kellek int u li nagħrfu nedukaw u ngħallmu l-valuri nsara fil-ġenerazzjonijiet ta' għada.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/05/st-rose-venerini.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-rosa-venerini-720", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Rose_Venerini", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ecfcde35', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-5-qaddisin-fmejju/1-1-5-0-2-2-san-atanasju/", "title": "2 ta' Mejju: San Atanasju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Atanasju", "\"Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.", "Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f'dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.\" –", "2 Timotju 4:7-8", "SAN ATANASJU", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "295 – 373", "Tagħrif:", "San Atanasju twieled f'Lixandra, l-Eġittu, minn familja Nisranija, fis-sena 295.", "Il-qaddis irċieva edukazzjoni nisranija soda fl-iskola ta' Alessandria u l-istudju tal-Bibbja kien għal qalbu ħafna.", "Sa minn żgħożitu huwa kien midħla tal-eremiti tad-deżert u dan kellu jkun providenzjali fl-eżilji li ġarrab għaliex ħafna minnhom ipproteġewh.", "Għal xi żmien kien dixxiplu ta' San Anton Abbati, li wara kiteb il-ħajja tiegħu.", "L-Isqof San Alessandru, Patrijarka ta' Lixandra ordnah Djaknu fis-sena 318, u għażlu biex ikun segretarju tiegħu.", "Fis-sena 323, Arju, qassis Lixandrin, beda jgħallem li Ġesù ma kienx Alla u li għalhekk il-Madonna mhix Omm Alla għax Ġesù kien biss raġel tajjeb mogħni b'bosta qawwiet.", "Fis-sena 325, Atanasju flimkien mal-Isqof tiegħu, attenda l-Konċilju ta' Niċea, f'Bitinja (illum fit-Turkija), fejn l-ereżija ta' Arju ġiet ikkundannata, u ġie addottat il-Kredu Niċean bħala l-istqarrija tal-Fidi tal-Kattoliċi kollha.", "Meta l-Isqof Alessandru miet, fis-7 ta' April 328, Atanasju ġie maħtur floku, meta kellu biss 33 sena, fis-7 ta' Ġunju, 328.", "L-Imperatur Kostantino, li l-qorti tiegħu kienet influwenzata sew mill-Arjani, sejjaħ Konċilju fil-belt ta' Tir, u għalkemm ta' raġun lil Atanasju, eżiljah fil-belt ta' Treviri, fil-Gallja (Franza ta' Fuq), fis-sena 336.", "Atanasju baqa' hemm sal-mewt ta' Kostantino, fis-sena 337.", "San Atanasju kien eżiljat ħames darbiet li b'kollox laħqu sbatax-il sena, (336-337), (339-346), (356-362), (362-363), (365).", "L-aħħar eżilju kien mill-Imperatur Valent, li għall-ewwel wera ruħu favur l-Arjani.", "Imma wara erba' xhur sejjaħlu lura f'Lixandra, fejn San Atanasju baqa' sakemm miet, ta' 72 sena, fit-2 ta' Mejju 373, wara li kien ilu Patrijarka ta' Lixandra għal 46 sena.", "Għall-kitba u t-tagħlim tiegħu kontra l-Arjani u fuq it-Trinità Qaddisa huwa magħruf bħala wieħed mid-Dutturi kbar tal-Knisja.", "Ħsieb", ":", "San Atanasju sofra ħafna provi waqt li kien Isqof ta' Lixandra.", "Huwa ngħata l-grazzja biex jibqa' b'saħħtu kontra dak li probabbilment għal żmienu kienet oppożizzjoni insormontabbli.", "San Atanasju għex l-uffiċċju tiegħu bħala Isqof b'mod komplet.", "Huwa ddefenda l-fidi vera għall-merħla tiegħu, irrispettivament mill-prezz li kellu jħallas għalih innifsu.", "Fid-dinja tal-lum aħna qegħdin nesperjenzaw din l-istess sejħa – biex nibqgħu vera għall-fidi tagħna, irrelevanti l-prezz li jeħtieġ li nħalsu.", "Fl-Uffiċċju tal-Qari tal-Liturġija tas-Sigħat insibu qari mill-ittra ta' San Atanasju li fiha jiddefendi bis-sħiħ il-Maternità divina ta' Marija.", "Infatti huwa jikteb:", "\"Il-Verb ta' Alla, jgħid l-Appostlu, mhux lill-anġli jrid jgħin, imma lil ulied Abraham.", "Għalhekk kellu jixbah lil ħutu f'kollox, u jsir bniedem bħalna.", "Kien għalhekk li hu għażel lil Marija, biex permezz tagħha jieħu ġisem bħal tagħna, ġisem li jkun tassew tiegħu, u hekk joffrih għalina.", "L-Iskrittura tirrakkonta kif Marija tatu t-twelid u fisqietu.", "L-Anġlu Gabrijel, meta wasslilha l-aħbar, tkellem bir-reqqa u bil-għaqal: ma qalilhiex li fik jitwieled, biex ħadd ma jaħseb li l-bniedem li nisslet kien xi ħaġa barranija għaliha mqiegħda fiha, imma qalilha minnek jitwieled, biex kulħadd jemmen li dak li twieled kien tassew binha mnissel minnha.''", "F'din is-silta San Atanasju jiddefendi bis-sħiħ il-Maternità divina ta' Marija.", "Ta' min jixtarr il-kelmiet tiegħu li jgħid li l-anġlu tkellem bir-reqqa meta qalilha:", "\"Minnek jitwieled\"", "u mhux", "\"fik jitwieled\"", ".", "Huwa għamel din id-distinzjoni biex jistqarr li Marija hija tassew Omm Alla.", "Kien hemm xi eretiċi fosthom Nestorju li kienu jgħidu li Marija kienet dik il-persuna li welldet lil Ġesù u mhux li tnissel minn ġisimha.", "Marija hija msejħa mill-Padri tal-Knisja mhux biss Deipara (Dik li welldet lil Alla) imma anke Dei-Genetrice (Dik li nisslet lil Alla).", "Huwa veru li Sidna Ġesù Kristu bħala Alla ma kellux bidu.", "Huwa kien qabel kull żmien.", "Marija tat ħajja lin-natura tiegħu ta' bniedem u mhux lin-natura divina.", "Però dak li nisslet u welldet Marija huwa t-tieni persuna tat-Trinità Qaddisa u huwa Alla.", "Fi Kristu n-natura umana u dik divina, għalkemm mhumiex imħalltin ma' xulxin iżda distinti, huma magħquda fil-persuna waħda divina tal-Iben ta' Alla.", "Marija li nisslet lin-natura umana ta' Kristu, Iben ta' Alla hija tassew Omm Alla, u dan it-twemmin huwa domma ta' fidi.", "Infatti kull bniedem ġie mwieled minn xi omm.", "Mingħandha hu ħa biss il-ġisem u mhux ir-ruħ li hija ta' natura spiritwali.", "Ir-ruħ joħloqha Alla.", "Però xorta waħda jissejjaħ binha jew bintha.", "L-istess japplika għal Marija.", "Għad li Ġesù Kristu kellu d-divinità sa mill-Eternità huwa ħa minn Marija l-ħajja umana.", "Il-Madonna bħala Omm Alla u Omm il-Knisja tridna li nkunu magħquda lkoll bejnietna familja u dinja waħda.", "Din hija x-xewqa tagħha bħala Omm.", "U għalhekk id-dinja kollha tħares lejn Marija fid-diversi santwarji u knejjes sbieħ iddedikati lilha bħalma naraw fil-Messiku, f'Sirakuża, f'Loreto, f'Santa Maria Maggiore, Saragossa, Monserrat, fl-Amerika t'isfel, fil-Filippini, fl-Indja, Lourdes, Fatima, Kroazja, Bosnia, Knock, Walsingham, Cszestochowa, Latvija, Awstrija, u fuq kollox f'Malta u Għawdex tagħna.", "Għalhekk Marija hi tassew Ommna lkoll: \"", "Marija, min-naħa tagħha baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha.'", "' (Luqa 2:19).", "U int, kif qed tikkumbatti l-ereżiji ta' żminijietna?", "Talba", ":", "O Alla ta' dejjem li tista' kollox, inti mlejt bil-qawwa lill-Isqof Sant'Atanasju biex b'għerf kbir jiddefendi l-verità li Ibnek huwa Alla; fil-ħniena tiegħek, agħtina li nifirħu bit-tagħlim u l-ħarsien tiegħu, u li dejjem iżjed nagħrfuk u nikbru fi mħabbtek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/05/st-athanasius.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-athanasius/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Athanasius_of_Alexandria", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed0b6c83', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-5-qaddisin-fmejju/1-1-5-0-1-1-san-guzepp-haddiem/", "title": "1 ta' Mejju: San Ġużepp Ħaddiem", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġużepp Ħaddiem", "\"San Ġużepp kien jaħdem fis-sengħa ta' mastrudaxxa b'fedeltà kbira, u hekk sar eżempju sabiħ u tal-għaġeb fix-xogħol.", "Kristu l-Mulej għoġbu li n-nies jaħsbuh bin il-mastrudaxxa.\" –", "Żewġ antifoni mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġużepp Ħaddiem.", "SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM", "Tagħrif:", "Ir-relazzjoni speċjali ta' San Ġużepp mal-ħaddiema mhix xi ħaġa ġdida.", "Kienet ilha tinstama' fid-dokumenti uffiċjali tal-Knisja.", "Ix-xogħol tal-bniedem, il-Knisja mhux biss tbierku imma wkoll tinteressa ruħha ħafna fih.", "Kien hemm żmien meta l-ewwel ta' Mejju, Jum ix-Xogħol, kien okkażjoni għal xi gruppi biex jiżirgħu mibegħda u vjolenza taħt il-pretest biex jinkisbu jew ifakkru d-drittijiet tal-ħaddiema.", "Fl-1899, il-Papa Ljun XIII, kien talab lill-ħaddiema jżommu 'l San Ġużepp bħala Protettur u l-Mudell tagħhom.", "Hu xtaqhom ifittxu li jtejbu mhux biss l-affarijiet materjali iżda wkoll dawk spiritwali.", "Fl-1891, l-istess Papa kiteb il-famuża Enċiklika \"Rerum Novarum\", li fiha ddefenda bil-qawwa d-dinjità, in-nobbiltà u d-drittijiet tal-ħaddiem.", "Fi żmienu, is-soċjet", "à", "kienet maqsuma bl-ikrah fi tnejn: il-klassi tal-għonja li għalkemm żgħira fin-numru kienet kbira fil-privileġġi u qawwija fis-setgħa; u l-klassi tal-ħaddiema, li kienet tassew kbira fil-għadd, iżda bla qawwa, magħkusa u maħqura.", "Il-Papa wera kif il-ħaddiema seta' jkollhom id-drittijiet tagħhom, bla mal-oħrajn jitilfu drittijithom.", "Il-Papa Benedittu XV, kien poġġa quddiem il-ħaddiema 'l San Ġużepp biex ikun għalihom ta' gwida, ta' eżempju, u biex jonorawh bħala l-Patrun tagħhom fis-sema.", "Il-Papa Piju XI, fil-\"Quadragesimo Anno\", fisser kif il-problemi soċjali m'għandhomx jiġu maħlula b'ideoloġija li tbiegħed minn Alla, iżda b'mod ibbażat fuq il-prinċipji nsara.", "L-ordni ekonomika u l-ordni soċjali m'għandhomx jiġu mifruda mill-ordni morali, u għalhekk il-Knisja għandha mhux biss id-dritt imma wkoll id-dmir li titkellem.", "Niftakru li fi żmien dan il-Papa, il-Komuniżmu Ateu kien daħal sew fl-Ewropa.", "Għalhekk il-Papa għażel lill-Ħaddiem ta' Nazaret, il-Mastrudaxxa Ġużeppi, bħala l-Patrun tal-ħaddiema.", "Imbagħad, il-Papa Piju XII, fl-ewwel ta' Mejju 1955, f'udjenza pubblika fil-pjazza tal-Vatikan, li kienet fgata bil-ħaddiema, fosthom tal-Assoċjazzjoni Kattolika tal-Ħaddiema Taljani, iddikjara l-1 ta' Mejju bħala l-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem, biex isaħħaħ ir-relazzjoni li kienet teżisti bejn San Ġużepp u l-ħaddiema, u biex juri wkoll l-interess kbir li l-Knisja tieħu fil-ħaddiema tad-dinja kollha, u li fiha għandhom isibu Ragħaj, Difensur u Missier.", "Il-ħaddiema laqgħu dan b'ferħ, b'entużjażmu u b'ċapċip kbir.", "San Ġużepp ġie magħżul biex ikun il-Patrun tal-Ħaddiema, mhux biss għax kien jaqla' l-ħobża ta' kuljum bix-xogħol ta' idejh u bl-għaraq ta' xbinu, iżda wkoll għax fl-istess waqt kellu jieħu ħsieb, u jmantni lil Ġesù u l-Madonna.", "Il-ħaddiem għandu jimita lil San Ġużepp, mhux biss li jaħdem bl-onest", "à", ", iżda wkoll li jrabbi l-familja tiegħu skont il-qalb t'Alla, u jieħu x-xogħol bħala mezz ta' salvazzjoni.", "Il-Martiroloġju Ruman jiddeskrivi n-natura tal-festa tal-lum b'dawn il-kelmiet:", "\"Illum issir it-tifkira ta' San Ġużepp Ħaddiem li, bħala mastrudaxxa f'Nazaret, ipprovda għall-ħtiġijiet ta' Ġesù u ta' Marija bix-xogħol tiegħu u anke kien strumentali biex l-Iben ta' Alla magħmul bniedem jidħol fil-ħajja tax-xogħol tal-bniedem.", "Għalhekk il-ġurnata li fiha Jum ix-Xogħol huwa mfakkar f'ħafna pajjiżi, il-ħaddiema nsara jqimu lil dan il-qaddis bħala eżempju u bħala protettur tagħhom.\"", "Il-Papa Piju XI fl-Enċiklika \"Divini Redemptoris\" tat-18 ta' Marzu, 1937, li fiha għażel lill-Ħaddiem ta' Nazaret bħala patrun fil-ġlieda kontra l-komuniżmu ta' bla Alla, kiteb", "\"San Ġużepp kien jappartieni l-klassi tal-ħaddiema, u hu refa' t-toqol tal-faqar, għalih u għall-Familja Mqaddsa ...", "F'ħajja ta' qadi fidila tad-dmirijiet ta' kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta' jdejhom.\"", "Il-festa prinċipali ta' San Ġużepp hi fid-19 ta' Marzu (", "ara San Ġużepp", "), u din diġà nsibuha f'martiroloġji tas-seklu 9.", "Ħsieb", ":", "\"Ibni, kun ġwejjed fix-xogħol li tagħmel, u tkun maħbub iktar minn wieħed milqugħ min-nies.", "Akbar m'int, iktar għandek iċċekken ruħek, u ssib grazzja quddiem il-Mulej.", "Ħafna huma l-imkabbrin u l-imsebbħin, imma l-Mulej jikxef lill-umli l-misteri tiegħu.", "Għax kbira hi s-setgħa tal-Mulej, imma hu msebbaħ min-nies umli\"", "(Bin Sirak 3: 17-20).", "Qari mill-Kostituzzjoni pastorali tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq il-Knisja fiż-żminijiet tal-lum:", "Il-bniedem, sew waħdu sew flimkien ma' oħrajn, dejjem tħabat u fittex biex ikollu kondizzjonijiet aħjar għall-ħajja.", "Dan it-tħabrik bla tarf, jekk aħna nħarsu lejh fih innifsu, jaqbel sewwa mal-pjan ta' Alla, kif jaf kull nisrani.", "Għax Alla, meta ħalaq lill-bniedem fuq ix-xbieha tiegħu, ordnalu biex jaħkem fuq l-art b'kull ma fiha, imexxi d-dinja fis-sewwa u bil-qdusija, u jorbot lilu nnifsu u l-ħolqien kollu ma' Alla, li hu għandu jagħrfu bħala s-Sid li ħalaq kollox.", "B'hekk jiġri li, permezz tal-ħakma tal-bniedem fuq il-ħlejjaq kollha, l-isem ta' Alla jkun ta' l-għaġeb fl-art kollha.", "Dan l-ordni kien mogħtija lill-bniedem għal kull xorta ta' ħidma li jagħmel kuljum.", "Għax sew l-irġiel sew in-nisa, meta jitħabtu għall-għajxien tagħhom u tal-familja bil-ħsieb li jaqdu dmirhom lejn is-soċjetà kif imiss, għandhom il-jedd kollu biex jifhmu li, bil-ħidma tagħhom, qegħdin jissuktaw l-opra tal-Ħallieq, ifittxu r-risq ta' ħuthom il-bnedmin, u bit-tħabrik personali tagħhom jagħtu sehemhom biex il-pjan ta' Alla jseħħ fl-istorja.", "Mela ma jaħsbux l-insara li l-opri tad-dehen u l-ħila tal-bniedem ma għandhomx x'jaqsmu mal-qawwa ta' Alla, anqas ma jqisu lill-bniedem bħallikieku kien xi rival ta' Alla; mhux biss , imma aktar imisshom idaħħluha f'moħħhom li r-rebħiet tal-bniedem huma xhieda tal-kobor ta' Alla, u jinkisbu skont il-pjan għoli tal-Ħallieq.", "Dan kollu jurina li l-messaġġ nisrani ma hu ta' ebda xkiel għall-bniedem biex jibni d-dinja, anqas ma jġagħlu jneħħi minn ħsiebu l-ġid tal-proxxmu, anzi jorbtu iżjed biex jagħmel dawn il-ħwejjeġ bħala dmiru.\"", "U int qed tagħmel mill-aħjar biex iġġib ruħek quddiem Alla, bħala bniedem li għadda mill-prova, bħala ħaddiem li m'għandux mniex jistħi, li jxandar bir-reqqa l-kelma tal-verità ?", "Talba", ":", "Glorjuż San Ġużepp, xempju ta' dawk kollha li jgħaddu ħajjithom fix-xogħol, aqlagħli l-grazzja li naħdem skont il-kuxjenza billi nippreferi dmirijieti għall-gosti tiegħi; li bil-ferħ u bi gratitudni nistmah bħala unur li nuża d-doni li tani Alla u nipperfezzjonahom bix-xogħol tiegħi; li naħdem b'metodu, fil-paċi, bil-moderazzjoni u bil-paċenzja, mingħajr qatt ma niskarta x-xogħol minħabba l-għejja jew id-diffikultajiet; fuq kollox li naħdem b'intenzjoni retta u b'interess, billi nġib kontinwament quddiem għajnejja l-mewt u l-kont li rrid nagħti taż-żmien mitluf, tad-doni li ma ħaddimtx u tal-ġid li stajt nagħmel u m'għamiltx, kif ukoll ta' kull vanaglorja li nieħu meta nirnexxi, li ġġib tant ħsara fix-xogħol magħmul għal Alla.", "Ammen.", "(Talba tal-Papa San Piju X)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/05/saint-joseph-hebrew-yosef-greek-is.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/feast-of-st-joseph-the-worker-471", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Joseph", "Film on Saint Joseph:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed0b7358', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-3-0-30-san-piju-v/", "title": "30 ta' April: San Piju V", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Piju V", "\"Jekk inti twiddeb lill-ġust biex ma jidnibx u hu ma jidnibx, huwa jgħix għax inti tkun widdibtu u int tkun salvajt lil ħajtek.", "Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek, biex issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Piju V.", "SAN PIJU V", "Papa", "1504 – 1572", "Tagħrif:", "Anton Mikiel Ghislieri, kif kien jismu qabel sar Papa, twieled fl-1504, f'Bosco, fil-Lombardija, l-Italja, f'familja fqira.", "Fl-1519, meta kellu ħmistax-il sena daħal mad-Dumnikani, u qaddes fl-1528.", "Għal sittax-il sena għallem it-teoloġija u l-filosofija, sakemm il-Papa Pawlu IV, fl-1556 ħatru Isqof ta' Sutri, u fl-1557 Kardinal.", "Imbagħad il-Papa Piju IV li laħaq wara Pawlu IV, poġġieh Isqof ta' Mondori.", "Meta l-Papa Piju IV miet, f'Diċembru tal-1565, il-Kardinal Ghislieri ġie elett Papa fis-7 ta' Jannar, 1566, u ħa l-isem ta' Piju V.", "Bil-ħajja qaddisa tiegħu ġab atmosfera ġdida f'Ruma.", "Wettaq ħafna mir-riformi fil-Knisja, mitluba mill-Konċilju ta' Trentu (1545-1563).", "Ippubblika Katekiżmu, Missal u Brevjar ġodda.", "Irriforma l-mużika u l-liturġija tal-Knisja.", "Ħadem bla serħan biex jgħaqqad il-mexxejja nsara tal-Ewropa kontra t-theddida tat-Torok.", "Fl-1570 skomunika lir-Reġina Eliżabetta I tal-Ingilterra, u kiteb lil Mary Stuart fil-ħabs biex ifarraġha.", "Malta għandha tassew biex tqisu bħala missier li ħaseb fiha ħafna bl-għajnuna kbira li ta lill-Kavallieri speċjalment biex sewwew il-ħerba li ħallew warajhom it-Torok taħt Suleiman II fl-Assedju l-Kbir u biex bnew il-belt Valletta.", "Għen ħafna lil Don Juan tal-Awstrija bħala l-Kmandant tal-flotta Nisranija, u waqt li talbu biex ma jeħux miegħu nies ta' ħajja ħażina, ordna talb pubbliku għas-suċċess tat-taqbida tiegħu kontra t-Torok li ntemmet f'rebħa kbira għall-Insara fil-battalja ta' Lepanto fis-7 ta' Ottubru, 1571.", "Fuq din ir-rebħa, il-Papa waqqaf il-festa tar-Rużarju Mqaddes (", "ara Festa tar-Rużarju Mqaddes", "), u żied it-titlu \"Għajnuna tal-Insara\" fil-Litanija tal-Madonna.", "Kien iqatta' ħafna ħin fit-talb, kien isum ħafna, u jgħaddi mingħajr il-kumditajiet u l-ħela, u kien josserva bir-reqqa ir-Regola bħala patri Dumnikan.", "Huwa miet f'Ruma fl-1 ta' Mejju, 1572.", "Il-Papa Klement X fl-1 ta' Mejju 1672, ibbeatifikah, u l-Papa Klement XI fit-22 ta' Mejju 1712, ikkanonizzah.", "Il-fdalijiet tiegħu jinsabu għall-qima tal-fidili fil-bażilika ta' Santa Maria Maggiore, Ruma b'monument mill-isbaħ.", "Ħsieb", ":", "Dan il-Papa qaddis Piju V kellu rabta mill-qrib mal-ġżejjer Maltin.", "Huwa kien bagħat lill-Arkitett Francesco Laparelli ġewwa Malta sabiex jgħin fit-tfassil tal-bini tal-Belt Valletta.", "Huwa kien ukoll jgħin finanzjarjament fil-bini tal-Belt Kapitali tagħna.", "Bħala rikonoxximent ix-xbieha tiegħu kienet tidher fuq il-bieb prinċipali tal-Belt Valletta.", "Dan il-bust kien tneħħa meta fis-snin sittin inbidel bieb il-Belt.", "Il-Papa San Piju V huwa wkoll l-fundatur tal-Parroċċa ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-belt Valletta.", "Il-Papa Piju V huwa wkoll marbut mal-festa tal-Madonna tar-Rużarju.", "Din ir-rabta twieldet fl-1571.", "It-Torok minkejja t-telfa li ġarrbu sitt snin qabel fl-Assedju ta' Malta, xorta ma qatgħux qalbhom li jakkwistaw artijiet Insara.", "F'din is-sena il-Misilmin attakkaw Lepanto, fil-Greċja, Il-Papa ħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu għall-ġellieda Nsara.", "It-talba speċjali kienet ir-Rużarju.", "Ir-rebħa seħħet nhar is-7 ta' Ottubru u sena wara dan il-jum kien iddikjarat bħala l-festa tal-Madonna tal-Vitorja, imma aktar 'il quddiem bdiet tissejjaħ il-Madonna tar-Rużarju.", "Sal-lum għadna niċċelebraw din il-festa f' dan il-jum.", "Min jaf kemm ġid sar permezz tar-Rużarju!", "Kemm nies għamlu mewta tajba, kemm nies biddlu ħajjithom, kemm grazzi nqalgħu!", "Ejjew ma ninsewx li hu l-aktar talba li tagħti unur lill-Madonna u dik li hi tkun qed tistenniena nitolbu bil-ħerqa.", "Tassew li kulħadd jafu dan, imma kulħadd jitolbu?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta' Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjos kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Bħala Papa kien mexxej spirtwali imma wkoll mexxej tal-istati Pontifiċji.", "Dan il-Papa huwa magħruf għall-bini ta' Borgo Pio, Borgo Angelico u Borgo Vittorio, ġewwa Ruma, tliet toroq li sal-Patti Lateranensi li saru bejn il-Knisja Kattolika u l-Gvern Faxxista Taljan ta' Mussolini fl-1929, kienu jagħmlu parti mit-territorju tal-Vatikan.", "Illum minkejja li jagħmlu parti mit-territorju tar-Repubblika Taljana, għadhom bl-istess ismijiet u bosta mill-bini fihom imur lura għas-snin tas-seklu XVI.", "Hemm xniegħa li tgħid li dan il-Papa kien xi ftit sever.", "Minn dan il-ftit li rajna nistgħu nifhmu kemm kien Papa rett.", "It-tradizzjoni tgħid li dan il-Papa kellu d-drawwa li qabel jorqod ibus riġlejn il-kurċifiss li kellu fil-kamra tas-sodda tiegħu.", "Meta kien qiegħed jirfes il-kallijiet ta' xi wħud jingħad li dawn poġġew il-velenu fuq il-kurċifiss.", "Meta l-Papa mar biex ibus riġlejn il-kurċifiss, dan warrab saqajh sabiex xufftejn il-Papa ma jmissux mal-velenu.", "Huwa għalhekk li bosta xbiehat iġibu lil dan il-Papa bil-kurċifiss f'idejh.", "Il-Provinċja Dumnikana Maltija, meta fl-1838 inqatgħet minn mal-provinċja Dumnikana ta' Sqallija u saret provinċja awtonoma għażlitu bħala Patrun tagħha u sal-lum għadha magħrufa bħala l-Provinċja San Piju Ħamsa.", "O Alla, int għażilt lil San Piju V biex ikun Ragħaj tal-Poplu kollu tiegħek ħalli jagħmillu l-ġid bil-kelma u bl-eżempju, ibqa' ħares nitolbok, lir-rgħajja tal-Knisja u l-merħliet li tafda f'idejhom u mexxihom ilkoll sa ma jaslu fis-salvazzjoni ta' dejjem.", "Talba", ":", "O Alla, int qanqalt fil-Knisja tiegħek lill-Papa San Piju Ħamsa biex iħares il-fidi u biex jaħseb u jħabrek ħalli tingħata lilek qima aktar xierqa: bit-talb tiegħu, agħtina li nissieħbu fil-misteri tiegħek b'fidi mħeġġa u mħabba ħajja.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/05/st-pius-v.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-pius-v/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Pius_V", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-Ħsieb huwa meħud minn kitba ta' Fr. Reno Muscat OP.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed0bab8a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-5-qaddisin-fmejju/1-1-5-0-3-3-san-filippu-u-san-gakbu/", "title": "3 ta' Mejju: San Filippu u San Ġakbu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Filippu u San Ġakbu", "\"Xi Griegi marru għand Filippu u talbuh: 'Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.'", "Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù.\" –", "Ġwanni 12:21-22", "SAN FILIPPU U SAN ĠAKBU", "Appostli", "L-ewwel Seklu", "Tagħrif:", "San Filippu", "Kien minn Betsajda fuq ix-xatt tal-Għadira ta' Ġeneżaret.", "Kien wieħed mill-ewwel appostli ta' Ġesù.", "Kien miżżewweġ u kellu xi wlied bniet.", "Kif sar jaf b'Ġesù, billi xtaq li ħabibu Natanjel jieħu sehem fil-ferħ li kien ħass, mar sab lil dan sieħbu u qallu: \"Sibna lil dak li Mosè fil-liġi u l-profeti kitbu dwaru – Ġesù ta' Nazaret.\"", "Kollu mgħaġġeb Natanjel qallu: \"Tista' minn Nazaret toħroġ xi ħaġa tajba?\"", "Filippu wieġbu: \"Ejja u ara.\"", "Dak akkumpanja lil Filippu u Natanjel sar wieħed mid-dixxipli ta' Ġesù (Ġwanni 1:43-46).", "Jerġa' jissemma fil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, meta Ġesù, kif ra folla kbira miġbura madwaru, staqsa lil Filippu: \"Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x'jieklu?\"", "L-evanġelista jgħid li dan qalulu biex jippruvah, għax hu kien jaf x'sejjer jagħmel.", "Filippu wieġbu: \"Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu ftit\" (Ġwanni 6:3-9).", "Waqt li Ġesù kien qed jagħmel l-aħħar ċena mal-appostli tiegħu, Filippu talab lil Ġesù: \"Sinjur, urina lill-Missier u jkun biżżejjed għalina.\"", "Ġesù wieġbu: \"Ilni daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix?", "Min ra lili ra lill-Missier ukoll.", "Kif tgħidli, 'Urina lill-Missier'?", "Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija?\"", "(Ġwanni 14:8-9).", "Jingħad li wara nżul l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli nhar il-Pentekoste, San Filippu mar ixandar l-Vanġelju fl-Asja ż-Żgħira, akkumpanjat minn uliedu xebbiet.", "Miet maqtul f'Ġerapoli fil-Friġja.", "Ġakbu, imsejjaħ 'iż-Żgħir'", "Kien iben Alfew (jew Klopa) u Marija, waħda min-nisa li kienu jimxu wara Ġesù.", "Hu ħu San Ġuda Taddew.", "Jissejjaħ iż-Żgħir jew għax kien iżgħar fl-età mill-appostlu l-ieħor bl-istess isem, magħruf bħala Ġakbu l-Kbir, jew inkella għax kien magħżul appostlu warajh.", "Hu maħsub li kien qarib ta' Ġesù.", "Kien raġel ġust, li nħatar l-ewwel isqof ta' Ġerusalemm.", "L-ittra fit-Testment il-Ġdid, imsejħa ta' San Ġakbu, jingħad li nkitbet minnu fis-sena 47 u kienet aktarx indirizzata lill-knejjes tas-Sirja li l-membri tagħhom kienu ġew diskriminati u ppersegwitati minħabba t-twemmin ġdid tagħhom.", "San Ġakbu sofra l-martirju fis-sena 61 billi tefgħuh miċ-ċint tat-tempju għal isfel u, billi ma mietx mill-ewwel, kien imħaġġar u maqtul bid-daqqiet.", "Ħsieb", ":", "Bħal fil-każ tal-appostli l-oħra, naraw f'San Filippu u f'San Ġakbu bnedmin li saru l-ġebel tal-pedament tal-Knisja, u dan ifakkarni għal darb'oħra li l-qdusija u l-appostolat huma kompletament don ta' Alla, u mhux kisba umana.", "Il-qawwa kollha hija l-qawwa ta' Alla, anke l-qawwa tal-libertà tal-bniedem li taċċetta d-doni tiegħu.", "\"Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f'Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art\"", "(Atti 1:8), Ġesù qal lil Filippu u lill-oħrajn.", "L-ewwel kummissjoni tagħhom kienet li jkeċċu l-ispirti mniġġsa, ifejqu l-mard, iħabbru s-Saltna.", "Tgħallmu, gradwalment, li dawn il-mirakli esterni, kienu sagramenti ta' miraklu akbar li jseħħ ġewwa fihom u fil-qlub tan-nies – is-setgħa divina li tħobb bħal Alla.", "Qari mit-Trattat ta' Tertulljanu, saċerdot, fuq il-kundanna tal-eretiċi bit-titlu 'Il-predikazzjoni appostolika':", "\"Sidna Ġesù Kristu, meta kien fostna fid-dinja, qalilna hu stess min hu u x'kien minn dejjem, x'kienet ir-rieda tal-Missier li hu ġie biex jagħmel, u x'kienu l-ordnijiet li hu ta lill-bnedmin.", "Dan qalu jew quddiem kulħadd lill-poplu kollu, jew lid-dixxipli tiegħu weħidhom, li minnhom għażel l-aqwa tnax u riedhom jibqgħu miegħu, għax ried jibgħathom biex jgħallmu lid-dinja kollha.", "Wieħed minn dawn it-tnax telqu.", "Ġesù, qabel ma reġa' mar għand Missieru wara li qam mill-imwiet, ordna lill-ħdax l-oħra biex imorru fid-dinja u jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u jgħammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu.", "Minnufih l-Appostli – kelma li tfisser 'il-mibgħuta' – tefgħu x-xorti u għażlu lil Mattija bħala t-tnax-il wieħed flok Ġuda; dan għamluh bis-setgħa tal-profezija li hemm f'wieħed mis-salmi ta' David.", "L-Ispirtu s-Santu mliehom bil-qawwa, kif kien wegħedhom Kristu, ħa jkunu jistgħu jitkellmu u jagħmlu l-għeġubijiet.", "Huma xandru l-fidi f'Ġesù Kristu, l-ewwelnett fil-Lhudija, waqqfu l-Knejjes, u mbagħad xterdu fid-dinja u xandru l-istess tagħlim u l-istess fidi qalb il-pagani.", "Huma waqqfu f'kull belt Knejjes oħra, li minnhom ixxerrdet iż-żerriegħa tal-fidi u t-tagħlim fi Knejjes oħra, u għadha tixxerred biex jitwaqqfu Knejjes iżjed.", "Bis-saħħa ta' dan, dawn il-Knejjes ukoll huma appostoliċi bħala friegħi li ħarġu mill-Knejjes imwaqqfa mill-Appostli.", "Kull ħaġa maħluqa hi bilfors marbuta mal-bidu tagħha.", "Hekk ukoll dawn il-ħafna Knejjes huma marbuta ma' l-ewwel waħda li waqqfu l-Appostli, li minnha ġew l-oħrajn kollha.", "Għalhekk huma kollha ewlenin u kollha appostoliċi, għax kollha huma miġbura f'waħda.", "Xhieda ta' din l-għaqda waħda bejniethom hija r-rabta tas-sliem, l-isem ta' aħwa li jingħata lill-insara kollha, il-laqgħa mill-qalb li jagħmlu lil xulxin.", "Dawn huma jeddijiet li ma hemmx raġuni oħra għalihom ħlief ir-rabta ta' l-insara kollha bejniethom fl-istess sagrament li lkoll irċevew.", "Il-verità li xandru l-appostli, jiġifieri dik il-verità li wriehom Kristu, ma għandhiex tiġi ppruvata mod ieħor ħlief permezz ta' l-istess Knejjes li l-Appostli stess waqqfu meta xandrulhom il-verità sew bil-kelma ta' fommhom u sew imbagħad bil-kitba.", "Il-Mulej qal ċar: \"Baqagħli ħafna ħwejjeġ xi ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux terfgħuhom;\" imma mbagħad żied jgħid: \"Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, imexxikom lejn il-verità kollha.\"", "B'dan il-kliem wera li xejn ma kien se jibqa' moħbi minn dawk li l-Ispirtu s-Santu kien se jmexxihom lejn il-verità kollha, skont il-wegħda tiegħu.", "U tabilħaqq, il-wegħda seħħet, għax l-Ispirtu s-Santu niżel tassew, kif juruna l-Atti tal-Appostli.\"", "Fl-aħħar nett, nistiednek tirrifletti dwar din is-silta mill-Ittra ta' San Ġakbu", "(1:12-15):", "\"Hieni l-bniedem li jistabar fit-tiġrib, għax wara li jkun għeleb it-tiġrib, jaqla' l-kuruna tal-ħajja li l-Mulej wiegħed lil dawk li jħobbuh.", "Waqt li tkunu mġarrbin, araw li ħadd ma jgħid: 'Alla qiegħed iġarrabni' għax Alla ma jistax jiġġarrab għall-ħażin, u anqas mhu se jġarrab lil ħadd.", "Għax kull bniedem imġarrab jinġibed u jitħajjar mill-passjoni tiegħu stess.", "Imbagħad il-passjoni, meta tnissel, tiled id-dnub; u d-dnub, meta jilħaq il-milja tiegħu, iġib il-mewt.\"", "Talba", ":", "O Alla, int timliena bil-ferħ f'din il-festa li nagħmlu ta' kull sena f'ġieħ l-appostli San Filippu u San Ġakbu: bit-talb tagħhom, agħtina li nissieħbu ma' Ibnek fil-passjoni u l-qawmien tiegħu mill-imwiet, biex ikun jistħoqqilna narawk wiċċ imb'wiċċ għal dejjem fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/05/sts-philip-and-james.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saints-philip-and-james/", "Wikipedia for Saint Philip:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Philip_the_Apostle", "Wikipedia for Saint James:", "https://en.wikipedia.org/wiki/James,_son_of_Zebedee", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed0ba473', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-8-28-santa-gianna-beretta-molla/", "title": "28 ta' April: Santa Gianna Beretta Molla", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Gianna Beretta Molla", "\"", "U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu; fuq xbihet Alla ħalqu.", "Raw għajnejk l-għemejjel tiegħi: kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek.", "Alleluja!", "\" –", "Antifona tad-Dħul tal-Festa ta' Santa Gianna Beretta Molla (Ġenesi 1:27; Salm 139:16)", "SANTA GIANNA BERETTA MOLLA", "Omm", "1922 – 1962", "Twieldet Bergamo, qrib Milan, u kienet l-10 wild fost 13.", "Studjat fl-Università ta' Milan u ta' Pavia, u fl-1949 iggradwat fil-mediċina u l-kirurġija.", "Fl-1952, speċjalizzat fil-pedjatrija u ħadmet bħala speċjalista tat-tfal f'diversi sptarijiet.", "Kienet membru attiv tal-Azzjoni Kattolika.", "Iżżewġet lill-Inġinier Pietru Molla.", "Kellha 3 ulied.", "Meta kien ser ikollha tarbija oħra, mill-ewwel dehru sinjali li kien se jkun hemm periklu gravi f'saħħitha.", "Minħabba t-tqala, irrifjutat li tieħu trattament għall-kankru.", "Lesta għal kull sagrifiċċju, issottomettiet ruħha għall-intervent kirurġiku, deċiża u titlob li jsalvaw lit-tarbija.", "Kienet tirrepeti:", "\"lesta għal kollox biex it-tarbija tgħix.\"", "Fil-21 ta' April tas-sena 1962 twieldet ir-raba' tarbija, u ġimgħa wara (fit-28 tax-xahar) mietet l-omm erojka, konvinta li", "\"hu dnub toqtol tarbija fil-ġuf.\"", "Il-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-24 ta' April tas-sena 1994, iddikjaraha Beata fil-preżenza ta' żewġha u l-erba' wliedha.", "Huma kienu wkoll preżenti meta fis-16 ta' Mejju 2004, l-istess Papa, lil Gianna Beretta Molla ddikjaraha bħala qaddisa, l-ewwel waħda taż-żminijiet tagħna.", "Ħsieb", ":", "Gianna Beretta Molla għexet il-ħajja ta' tabiba u ta' pedjatra eżemplari.", "Ħajja ta' mara miżżewġa u omm u, wara li welldet tlett itfal, fir-raba' tqala kellha problemi serji u riedet tagħżel.", "Għażlet minn jeddha li tagħti ħajja lit-tarbija tagħha u tissagrifika l-ħajja tagħha stess.", "Dan kollu, setgħet tagħmlu għax Gianna Beretta Molla għexet ħajja intensa ta' talb, fi prattika tal-karità, f'parteċipazzjoni attiva u konvinta fil-ħajja tal-Knisja, fl-imħabba kbira lejn żewġha u f'dedikazzjoni bla tarf lejn uliedhom.", "B'rieda kbira u kuraġġ, Gianna Molla għamlet l-għażla li ppermettiet lil bintha titwieled.", "Nistgħu ħafna drabi nixtiequ li konna f'ċirkostanzi differenti, iżda l-qdusija spiss ġejja mill-għażla diffiċli f'sitwazzjonijiet ħżiena.", "Din hija silta mill-omelija tal-Isqof Mario Grech waqt quddiesa għan-nisa fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika, Victoria, fl-okkażjoni tal-World Unions of Catholic Women Organisation (14 ta' Mejju, 2013):", "\"Nappella lin-nisa għaqlin tagħna biex ikunu minn ta' quddiem li jitkellmu favur il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.", "Il-ġenituri huwa l-ewwel għalliema biex inisslu f'uliedhom l-għożża għall-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.", "L-Azzjoni Kattolika qed tagħmel ħaġa sewwa li xxerred id-devozzjoni lejn Santa Gianna Berretta Molla, omm-tabiba li biex tħares lil bintha li kienet għadha fil-ġuf, għażlet li tirriskja u tagħti ħajjitha!", "Imbagħad inġedded l-istedina biex nissieħbu fil-kampanja ta' talb msejjħa \"Adozzjoni Spiritwali\" li qed tieħu ħsiebha d-Dar Ġużeppa Debono.", "F'din l-inizjattiva wieħed jimpenja ruħu li jitlob għal tarbija li qiegħda tiżviluppa f'ġuf ommha u li qiegħda f'riskju ta' abort.", "Id-Dar Ġużeppa Debono hija barka għas-soċjetà tagħna għaliex tagħmel ħafna ħidma biex issalva l-ħajjiet tat-trabi!", "Din id-dar hija \"santwarju tal-ħajja\" fid-djoċesi tagħna ta' Għawdex u jixirqilha li nagħtuha kull sapport!", "Pajjiżna għandu tassew għaliex ikun kburi li għandu dan il-patrimonju favur il-ħajja!", "Importanti ħafna li nibqgħu nilqgħu kontra kull pressjoni biex pajjiżna jiċħad dan il-patrimonju bid-dħul tal-liġi favur l-abort.", "Jekk xi darba nbexqu l-bieb għall-abort, inkunu għamilna ħsara irreparabbli liċ-ċiviltà tagħna għaliex l-abort huwa miżura li tneżżagħna mill-istess umanità tagħna.\"", "Tajjeb li wieħed ikun jaf ukoll li l-Fondazzjoni Monsinjur Salv Bartoli Galea ppubblikat bil-Malti l-ktieb Santa Gianna Beretta Molla: l-istorja ta' ħajjitha maqlub għall-Malti minn Caroline Buhagiar.", "Michael Caruana, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, qal li permezz ta' dan il-ktieb wieħed isir jaf il-ħajja qasira iżda mimlija bl-imħabba ta' Alla u tal-proxxmu ta' din il-qaddisa ta' żmienna.", "Dan il-ktieb qed jinbiegħ mil-Libreriji Ewlenin Insara.", "Wieħed jista' jirċevieh id-dar bil-posta billi jibgħat sitt ewro lil Michael Caruana, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441.", "Hu l-ħsieb tal-Fondazzjoni Monsinjur Salv Bartoli Galea li aktar tard din is-sena tippubblika t-tieni ktieb dwar din il-qaddisa ta' żmienna.", "Fil-fatt Caroline Buhagiar għadha kemm qalbet għall-Malti l-ittri li għaddew bejn Gianna Beretta Molla u żewġha Pietro li huma l-qofol tat-tieni ktieb dwarha.", "U int, kemm qed titlob, issemma' leħnek u/jew tagħti s-sapport tiegħek favur il-ħajja li tana Alla sa mit-tnissil tagħha fil-ġuf?", "Fost il-Fondazzjoni/Movimenti Ewlenin tal-Pro-Life f'Malta nsibu:", "1.", "Life Network Foundation Malta:", "http://lifenetwork.eu/about-us/our-work/", "https://www.facebook.com/lifenetworkeu/?ref=br_rs", "2.", "Gift of Life Foundation", "https://prolifemalta.org/", "https://www.facebook.com/lifemalta/?ref=br_rs", "3.", "The Malta Unborn Child Movement", "https://unbornchildmalta.org", "https://www.facebook.com/mucmmalta", "Talba", ":", "Alla Missierna, infaħħruk u nberkuk talli f'Gianna Beretta Molla tajtna u wrejtna mara li tat xhieda tal-Evanġelju bħala żagħżugħa, mara miżżewġa, omm u tabiba.", "Niżżukħajr talli bl-għotja qalbiena ta' ħajjitha tgħallimna nilqgħu u nagħtu ġieħ lil kull tarbija, ħlejqa tiegħek.", "Ammen.", "Agħmel, o Missier, li l-fidili tiegħek, fuq l-eżempju ta' Santa Gianna, jgħixu b'fedeltà l-grazzja tal-konsagrazzjoni fl-imħabba taż-żwieġ u l-familja, u jilqgħu bi gratitudni l-ulied, li fihom tiddi l-istess xbieha ta' Kristu, huma u jdawruhom bi mħabba attenta sa mill-ewwel waqtiet ta' ħajjithom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Kolletta tal-Festa ta' Santa Gianna Berretta Molla)", "English Version:", "https://www.catholiccompany.com/getfed/the-feast-of-st-gianna-beretta-molla-a-modern-mothers-heroism/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-gianna-beretta-molla/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Gianna_Beretta_Molla", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20040516_beretta-molla_en.html", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed0e5f2c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-9-29-santa-katerina-ta-siena/", "title": "29 ta' April: Santa Katerina ta' Siena", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina ta' Siena", "\"Iftaħli l-bieb, oħti: miegħi int werrieta tas-saltna tiegħi, u għax inti għaraft il-misteri tal-verità tiegħi, inti l-ħabiba tiegħi, imżejna bid-doni tal-Ispirtu tiegħi, u msaffija minn kull tebgħa bit-tixrid ta' Demmi.", "Ħalli s-skiet u l-ġabra tal-kontemplazzjoni u oħroġ tqabad b'qawwa u ħeġġa biex tagħti xhieda tal-verità tiegħi.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Katerina ta' Siena.", "SANTA KATERINA TA' SIENA", "Verġni u Duttur tal-Knisja", "1347 – 1380", "Tagħrif:", "Katerina Benincasa, hija waħda mill-akbar nisa li qatt rat id-dinja.", "Hija twieldet fi Siena, fl-Italja, fl-1347.", "Kienet l-iżgħar fost il-25 ulied ta' żebbiegħ minn Siena, fit-Toskana (l-Italja Ċentrali) u twieldet nhar l-Annunzjazzjoni, fil-25 ta' Marzu, 1347.", "Minkejja li ħajruha għaż-żwieġ, kienet għal kollox deċiża li ma tridx tiżżewweġ.", "Ta' tmintax-il sena, ikkonsagrat lilha nnifisha 'l Alla, u daħlet Terzjarja Dumnikana, u mal-ħajja kontemplattiva ta' meditazzjoni u talb, bdiet ħajja l-aktar attiva, billi bdiet tmur fl-isptarijiet iddur bil-morda, u bix-xjuħ u tgħin lil kull min setgħet.", "Kienet tmur ukoll fil-ħabsijiet, u tkellem speċjalment lil dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt.", "Fl-epidemija tal-pesta, fl-1374, kienet tieħu ħsieb lil dawk li kienu jimirdu, iddur bihom u tgħinhom, u ġieli anke difnithom hi stess meta mietu.", "Ħadmet u għenet ħafna l-Knisja meta kienet għaddejja minn wieħed miż-żminijiet tqal tagħha.", "Ġabret madwarha bosta dixxipli, il-\"Katerinati\" li kienu jgħinuha fil-ħidma kbira tagħha biex ikkonvertiet tant midinbin, u tat l-aqwa għajnuna lil dawk fil-bżonn.", "Kellha devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija.", "Bħal San Franġisk t'Assisi, irċeviet l-istigmati jew il-pjagi, imma mingħajr ma jidhru bil-għajnejn, fil-knisja ta' Santa Kristina ta' Pisa, fl-1375.", "Ħadmet biex tikseb il-paċi bejn belt u oħra, biex tħeġġeġ l-insara għall-Kruċjata fl-Art Imqaddsa mnidija mill-Papa Girgor XI, iddefendiet lill-Papa ġewwa Siena, Lucca u Pisa, u marret Avignon għand il-Papa Girgor fl-1376, biex turih li bħala Papa, is-sede tiegħu kienet Ruma.", "Il-Papiet (li kienu Franċiżi) kienu ilhom Avignon 74 sena, imma għall-kelma ta' Katerina, Girgor XI irritorna Ruma fis-17 ta' Jannar, 1377.", "Imma Girgor miet fl-1378, u meta floku laħaq Urbanu VI, kien hemm xi kardinali li dehrilhom li dik il-għażla kienet illegali, u malajr inħatar \"Papa\" ieħor.", "Dan ġab il-firda fost il-Kattoliċi, li tissejjaħ ix-\"Xiżma tal-Punent\", u li ntemmet biss wara 39 sena bl-elezzjoni ta' Martinu V fl-1417.", "Katerina ħadmet bis-sħiħ flimkien ma' Santa Katerina tal-Isvezja (", "ara Santa Katerina tal-Isvezja", "), li ltaqgħet magħha Ruma, u ma' oħrajn, biex tiddefendi l-veru Papa (Urbanu VI) u ssalva l-unjoni fil-Knisja.", "Imma ma damitx ma mietet.", "Tliet xhur qabel mietet, mardet u sofriet ħafna.", "Ħalliet difatti din id-dinja ġewwa Ruma fid-29 ta' April, 1380, ta' 33 sena.", "Ħalliet, anki bl-approvazzjoni tal-konfessur tagħha, il-Beatu Rajmondu minn Capua, Ġeneral tad-Dumnikani, il-ktieb famuż: id-\"Djalogu ta' Santa Katerina,\" kitba mistika mill-aqwa.", "Il-Papa Piju II (li kien ukoll minn Siena) ikkanonizzaha fl-1461, il-Papa Piju XII ħatarha Patruna tal-Italja (flimkien ma' San Franġisk t'Assisi) fl-1939, waqt li l-Papa San Pawlu VI ddikjaraha duttur tal-Knisja (flimkien ma' Santa Tereża ta' Avila) fl-1970.", "Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjaraha ko-patruna tal-Ewropa.", "Kontemplattiva f'ħajja ta' attività kbira.", "Għalhekk hija rnexxielha tgħaqqad il-ħajja interjuri tat-talb mal-ħajja attiva ta' għajnuna għall-oħrajn.", "Hekk kitbet,", "\"Ftakar li kull wieħed għandu għalqa għalih magħquda ma' dik tal-proxxmu bla ebda ħajt bejniethom li jifridhom minn xulxin; tant huma ħaġa waħda li ħadd ma jista' jagħmel il-ġid jew id-deni lilu nnifsu bla ma fl-istess ħin jagħmlu wkoll lill-proxxmu\"", "(Djalogu 24).", "Lejn it-tmiem tad-Djalogu tagħha hija tesprimi l-għaqda mistika tagħha m'Alla,", "\"Divinità eterna, int abiss, int baħar bla qiegħ!", "Int tajtni lilek innifsek: xi stajt tagħtini iżjed.\"", "(n. 167) Santa Katerina kitbet ukoll madwar erba' mitt ittra lill-Papiet, mexxejja ta' pajjiżi u nies prominenti, li juru l-fond tal-ispiritwalità u tal-għerf tagħha; u kitbiet oħrajn.", "Ħsieb", ":", "Ta' min inkomplu nsemmu aktar dettalji dwar il-ħajja rikka ta' din il-qaddisa tal-lum.", "Imsemmija għal Santa Katerina ta' Lixandra (", "ara Santa Katerina ta' Lixandra", "), kienet tifla ta' intelliġenza u ta' maturità 'l fuq minn normal.", "Sa minn ċkunitha kienet tidher miġbuda ħafna lejn Alla u kienet tfittex il-ġabra għat-talb.", "Ħajjitha kollha kienet tagħmel penitenzi kbar speċjalment fl-ikel u fl-irqad.", "Tiekol u torqod mill-inqas u silenzju strett.", "Tifla ċkejkna kienet tiġbor it-tfal tamparha u tkellimhom fuq Ġesù.", "Fl-età ċkejkna ta' sitt snin kellha esperjenza mistika tixbah ħafna lil dik ta' Santa Katerina ta' Lixandra u li ħalliet il-marka tagħha fuq il-kumplament ta' ħajjitha.", "Minn wara l-kampnar tal-knisja ta' San Duminku fi Siena lemħet lil Ġesù fil-glorja li ħassitu jgħidilha tkun l-għarusa tiegħu, stedina li Katerina aċċettat bil-ferħa.", "Fis-skiet ta' kamritha kienet tinġabar fit-talb, titkellem ma' Ġesù.", "L-ikbar turment tagħha kien meta kienet tħoss lil Ġesù tant il-bogħod.", "Fil-fatt meta darba dehrilha lmentat miegħu u qaltlu:", "'Fejn kont Sinjur?", "Kemm fittixtek għalxejn!", "Ġesù weġibha:", "'Kont f'qalbek nitgħaxxaq bik narak tiġri warajja!'", "Ta' 20 sena kellha dehra mistika oħra li tikkonferma dik id-dehra ta' meta kellha sitt snin.", "Din id-darba dehrilha Ġesù Redentur, fil-kumpanija tal-Madonna, ta' San Ġwann, ta' San Pawl u ta' San Duminku, ilibbisha simbolikament iċ-ċurkett tat-tieġ, sinjal taż-żwieġ mistiku tagħha miegħu.", "F'din id-dehra mistika Ġesù talab lil Katerina toħroġ mill-ġabra ta' kamritha u taqsam mal-bnedmin l-imħabba kbira li kellha lejh.", "Bil-ħeġġa kollha Katerina ngħatat għall-appostolat tal-Kelma.", "Mijiet kbar ta' nies minn kullimkien kienu jfittxuha għall-Kelma u għall-parir tagħha, u grazzi lilha ħafna bnedmin reġgħu daru lejn Alla.", "F'ħajjitha Katerina kellha diversi dehriet mistiċi.", "Spiss kienet tidħol f'estasi.", "Insemmu dik ta' quddiem il-kurċifiss ġewwa l-Knisja ta' Santa Kristina nhar l-1 t'April, 1375 meta rċeviet il-pjagi.", "Fuq talba tagħha stess ma kienux jidhru minn barra imma hi kienet tarahom u kienet tħoss weġgħat tassew kbar.", "F'waħda mill-ittri tagħha ssemmi l-każ ta' ċertu Niccolo di Toldo, aristokratiku peruġin, li kien arrestat u kkundannat għall-mewt għax kien tkellem kontra l-gvern ta' Siena.", "Siena u Perugia dak iż-żmien kienu fi gwerra bejniethom.", "Katerina marret iżżuru fil-ħabs.", "Sabitu ddisprat u bl-ebda mod ma ried iħejji ruħu għall-mewt anzi b'dagħa offensiv kien jilqa' lil kull qassis li kien jipprova jersaq lejh.", "Imżejna bid-doni tal-persważjoni u tal-ħlewwa, Katerina rnexxielha tikkalmah u tippreparah għall-mewt.", "Qaltlu:", "'Tfarraġ ħija għażiż, dalwaqt tasallek il-festa tat-tieġ.", "Int se tmur maħsul bid-demm tal-Iben t'Alla, fl-isem ħelu ta' Ġesù, li ma nixtieqek qatt tinsa.", "Jiena nkun hemm fil-post tal-eżekuzzjoni, nistenniek.'", "U hemm kienet tassew Katerina kif wegħditu u talbet għalih hi u tarah imut.", "Minn dawn ir-rakkonti kollha nagħrfu li Santa Katerina hija mudell ta' dedikazzjoni fil-kuraġġ u fl-umiltà.", "Il-kitbiet tagħha jolqtu l-Misteri fundamentali tal-Fidi tagħna: it-Trinità, l-Inkarnazzjoni u r-Redenzjoni.", "L-Imħabba tagħha għall-verità tgħinna biex nitgħallmu nagħżlu s-sewwa mill-gidba fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Katerina kienet tfittex u ssib lil Alla dejjem u kullimkien, u kienet tingħaqad miegħu tassew minn qalbha b'rabta ta' mħabba.", "(Ant.", "Tal-kant.", "Ta' Marija prop.)", "U int?", "Talba", ":", "O Alla, int ħeġġiġt bl-imħabba tas-sema lill-verġni Santa Katerina ta' Siena fil-kontemplazzjoni tal-passjoni tal-Mulej u fis-servizz li tat lill-Knisja tiegħek: agħmel, bit-talb tagħha, li l-poplu tiegħek, miġbur xirka waħda fil-misteru tal-Ġisem mistiku jikseb ferħ għal dejjem fid-dehra tal-glorja ta' Ibnek Ġesù Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/05/st-catherine-of-siena.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-catherine-of-siena/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Catherine_of_Siena", "Film on Saint Catherine of Siena in Itailian:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed0e99be', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-6-26-il-vergni-marija-omm-tal-parir-it-tajjeb/", "title": "26 ta' April: Il-Verġni Marija, Omm tal-Parir it-Tajjeb", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Verġni Marija, Omm tal-Parir it-Tajjeb", "\"Id-dinja ilha żmien li sfat meqruda, li kieku Marija ma daħlitx għaliha bl-interċessjoni qawwija tagħha.\" –", "San Fulġenz (468-533)", "IL-VERĠNI MARIJA, OMM TAL-PARIR IT-TAJJEB", "(magħrufa bħala l-Madonna tal-Bon Kunsill)", "Tagħrif:", "Ix-xbieha tal-Madonna tal-Bon Kunsill, tinsab meqjuma fis-santwarju tagħha, dak tal-Patrijiet Agostinjani, f'Genazzano viċin il-belt ta' Ruma, fejn ilha sa mill-1467.", "Skont it-tradizzjoni nġabet hawn minn Shkoder (Skutari) fl-Albanija.", "Is-santwarju ta' Genazzano żaruh papiet u nies kbar oħra, fosthom diversi qaddisin, bħall-Papa Urbanu VIII, San Ġwann Bosco u oħrajn.", "Il-Papa San Ġwanni Pawlu II żar mhux biss dan is-santwarju imma wkoll il-katidral ta' Shkoder fl-Albanija, fejn jingħad li kien hemm il-Kwadru tal-Bon Kunsill qabel.", "Devot mill-ikbar tal-Madonna tal-Bon Kunsill kien il-kappillan qaddis ta' Genazzano, il-Beatu Stiefnu Bellesini Agostinjan, li miet martri tal-imħabba tal-proxxmu meta itieħed mill-marda tal-kolera u miet fit-3 ta' Frar, 1840, u li l-fdal tiegħu jinsab meqjum f'dan is-santwarju.", "Il-Papa Ljun XIII żied l-invokazzjoni \"Mater Boni Consilii\" fil-Litanija tal-Madonna.", "Il-Madonna tal-Bon Kunsill hi l-patruna prinċipali tal-Albanija u f'Malta l-knisja tal-Agostinjani f'Paceville hi ddedikata lilha.", "Santa Bernardetta qalet li x-xbieha tal-Madonna tal-Bon Kunsill kienet l-iktar waħda li tixbah lill-Madonna li dehritilha ġewwa Lourdes.", "San Ġorġ Preca kien devot ħafna tal-Madonna taħt dan it-titlu.", "Kien spiss jitlob quddiem xbieha tagħha li kellu d-dar, biex iddawlu fid-diffikultajiet li kien jiltaqa' magħhom.", "Huwa jgħid li waqt żmien ta' tfixkil kbir kellmitu u qaltlu biex iżomm is-silenzju.", "F'dawn l-aħħar mitejn sena l-ordni tal-Brothers, daħħlu l-festa tal-Madonna tal-Bon Kunsill fil-kalendarju tagħhom.", "Fil-'Mother house' tal-brothers, f'Ruma, hemm inkwadru kbir tal-Madonna tal-Bon Kunsill fis-sala fejn is-Superjur Ġenerali jlaqqa' l-kunsilliera tiegħu.", "Ħsieb", ":", "San Alwiġi Maria De Montfort jgħid hekk:", "\"Skont il-qaddisin San Bernard u San Bonaventura, hemm tliet stadji biex nersqu lejn Alla: l-ewwel wieħed li hu l-eqreb lejna u li l-aktar jaqbel mal-ħila tagħna, hu Marija; it-tieni hu Ġesù Kristu, u t-tielet hu Alla l-Missier.", "Biex nersqu lejn Ġesù, għandna mmorru għand Marija, għax hi l-Medjatriċi biex taqbeż għalina: biex nersqu lejn il-Missier Etern, għandna mmorru għand Ġesù għax hu l-medjatur tagħna tal-fidwa.", "Għaldaqstant aħna nirrepetu bil-qawwa kollha ma' San Bernard, li għandna bżonn ta' medjatur mal-medjatur stess, u li Marija hi l-persuna l-aktar adattata biex tagħmel dan ix-xogħol ta' karità.", "Kien permezz tagħha li Ġesù Kristu ġie fostna; u hu permezz tagħha li aħna mmorru għandu.", "Jekk – għax aħna nibżgħu mill-Maestà infinita tiegħu, inkella għax nafu biċ-ċokon u bid-dnubiet tagħna – aħna nibżgħu mmorru direttament għand Ġesù Kristu, Alla tagħna, mela, ejjew bil-kuraġġ infittxu l-għajnuna u l-interċessjoni ta' Marija, Ommna.", "Il-Madonna hi qalbha tajba u ħelwa.", "Fiha m'hemm xejn ta' qilla u li jbiegħdek minnha, xejn li hu sublimi żżejjed, jew li jgħammex l-għajnejn tagħna ta' bnedmin; meta taraha aħna naraw in-natura umana tagħna.", "Hi mhix ix-xemx li bir-raġġi qawwija tagħha tkun qawwija żżejjed għal għajnejn debboli ta' bnedmin; imma hi sabiħa u tiddi bħal qamar li jieħu d-dawl tiegħu mix-xemx u li jmewwet il-qawwa tad-dija tiegħu, biex aħna nkunu nistgħu nirċevuha; hi hekk ta' karità, li tilqa' lil dawk kollha li jitolbu l-interċessjoni tagħha; ikunu midinbin kemm ikunu – għaliex jgħidu l-qaddisin, qatt ma nstama', fl-ebda żmien li xi persuna talbet l-għajnuna tal-Verġni Mbierka bil-fiduċja u l-perseveranza, u baqgħet mingħajr għajnuna.", "Hi hekk setgħana quddiem Alla li t-talb tagħha qatt ma ġie rrifjutat.", "Id-dehra tagħha biss quddiem binha divin, hi fiha nfisha talba ta' qawwa kbira.", "Bil-kemm tkun għamlet it-talba tagħha, li ma tiġix maqlugħa – għaliex Alla l-Iben hu dejjem mirbuħ mill-ġentilezza ħelwa u t-talb tal-għażiża ommu.\"", "Dawn li ġejjin huma ħsibijiet tal-Qaddisin fuq Marija:", "Il-midneb, dineb kemm dineb, jekk isir devot tal-Madonna, ma jintilifx. ~", "San Ilarju (M.368)", "Hekk kif Marija tat l-\"iva\" tagħha biex tkun omm Alla, hija stħaqqilha b'dan il-kunsens li ssir reġina tad-dinja u tal-ħlejjaq kollha. ~ San Bernardinu ta' Siena (1380-1444)", "Id-dinja ilha żmien li sfat meqruda, li kieku Marija ma daħlitx għaliha bl-interċessjoni qawwija tagħha. ~ San Fulġenz (468-533)", "Kieku ħajjitna ma kinitx taħt il-ħarsien ta' Marija, konna nitwerwru u naqtgħu qalbna li nsalvaw. ~ San Pierre Julian Eymard (1811-68)", "Imma jien:", "Kemm jien devot tassew ta' din l-Omm tiegħi tas-Sema?", "Min jaf li kieku nikkonsagra lili nnifsi lilha u nħalliha ddawwalli t-triq li twassalni għal għand Binha fil-ġenna?", "Min jaf li kieku nfittex nitgħallem dwar kif nista' ngħix ta' binha/bintha, hekk li jkun tassew jixraqli Omm bħal din?", "Jekk tixtieq tkun taf kif tista' tħejji ruħek biex tgħix hekk tassew, nistiednek iżżur is-sit Malti, li fih it-Trattat ta' San Alwiġi De Montfort fuq id-Devozzjoni vera lejn Marija u kif wieħed jista' jagħmel l-att ta' konsagrazzjoni u l-benefiċċji tagħha, Talb, l-Uffiċċju tal-Madonna, Vidjows u ħafna aktar ...", "Tista' tmur għalih billi tagħfas fuq din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "Ejjew ma ninsewx ukoll li l-aktar talba li tagħti unur lill-Madonna u dik li hi tkun qed tistenniena nitolbu bil-ħerqa, tibqa' dejjem it-talba għażiża tar-Rużarju.", "Tassew li kulħadd jafu dan, imma kulħadd jitolbu?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta' Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjows kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Talba", ":", "Marija, mara tas-smigħ,", "agħmel li widnejna jkunu miftuħa;", "agħmel li nitgħallmu nisimgħu l-kelma ta' ibnek Ġesù", "qalb il-ħafna kliem ta' din id-dinja;", "agħmel li nagħrfu nisimgħu r-realtajiet li fihom ngħixu,", "lil kull persuna li magħha niltaqgħu,", "speċjalment dik li hi fqira, fil-bżonn, f'diffikultà.", "Marija, mara tad-deċiżjoni, dawwal il-moħħ tagħna", "u l-qalb tagħna, biex nagħrfu nobdu", "l-kelma ta' ibnek Ġesù, bla tnikkir;", "agħtina l-kuraġġ tad-deċiżjoni,", "biex ma nitkaxkrux mill-kurrent ta' oħrajn li jmexxulna ħajjitna huma.", "Marija, mara tal-azzjoni, agħmel li jdejna u riġlejna", "jmorru \"jħaffu\" lejn l-oħrajn,", "biex iwasslu l-karità u l-imħabba ta' ibnek Ġesù,", "biex iwasslu, kif għamilt int,", "id-dawl tal-Vanġelu fid-dinja.", "Ammen.", "(Talba tal-Papa Franġisku)", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/our-lady-of-good-counsel-445", "Alternative Reading:", "http://www.clavermissionarysisters.org/?page_id=289", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Our_Lady_of_Good_Counsel", "Tista' wkoll iżżur sit ieħor bil-Malti ddedikat lill-Madonna billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed18e397', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-5-25-san-mark/", "title": "25 ta' April: San Mark", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Mark", "\"Kristu bagħatni nxandar il-bxara t-tajba, mhux bi kliem il-għerf, sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta' Kristu.", "Il-predikazzjoni tas-salib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw hi l-qawwa ta' Alla.", "Billi, fl-għerf ta' Alla, id-dinja b'għerfha ma għarfitx lil Alla, Alla għoġbu jsalva lil min jemmen bil-bluha tal-predikazzjoni.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Mark.", "SAN MARK", "Evanġelista", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "San Mark aktarx li kien it-tifel ta' Marija, dik il-mara armla prominenti fil-komunità Nisranija ta' Ġerusalemm, li kienet iżżomm laqgħat tal-Insara fid-dar tagħha: u li San Pietru meta ġie meħlus mill-ħabs mar dritt għandha (Atti 12:13).", "Probabbilment San Mark ġie mgħammed minn San Pietru stess.", "Meta San Pawl u San Barnaba, li kien kuġin ta' Mark, ġew Ġerusalemm bil-karità li kienu ġabru minn Antjokja, Mark issieħeb magħhom u mar magħhom fl-ewwel vjaġġ missjunarju ta' San Pawl, iżda għal xi raġuni meta kienu f'Perge tal-Pamfilja telaqhom u rritorna Ġerusalemm (Atti 13:13).", "Minħabba f'hekk San Pawl ma riedx lil Mark jakkompanjah fit-tieni vjaġġ tiegħu, u floku ħa lil Silas.", "Fuq hekk San Barnaba ma marx ma' San Pawl, iżda flimkien ma' Mark mar Ċipru, art twelidu.", "Imma ftit żmien wara Mark u Pawlu rranġaw id-differenzi ta' bejniethom u saru ħbieb.", "Għall-ħabta tas-sena 60, lil Mark insibuh Ruma ma' dan l-appostlu kbir u kien qed jaħseb biex jirritorna fil-knejjes tal-Asja ż-Żgħira, fejn kien diġà sar magħruf ħafna għall-ħidmiet appostoliċi tiegħu.", "Minn Ruma x'aktarx li mar Kolossi, fl-Asja ż-Żgħira.", "Dan nafuh mill-ittra ta' San Pawl lill-Kolossin fejn talabhom jagħtuh merħba (Kolossin 4:10).", "Meta San Mark reġa' mar Ruma, ħadem ma' San Pietru.", "Jidher li San Mark xandar l-evanġelju wkoll f'Aquilea, fit-tarf tat-tramuntana tal-Adrijatiku.", "Minn hemm telaq lejn l-Eġittu u jingħad li hu kien l-ewwel isqof ta' Lixandra.", "Mar Efesu.", "Dan nafuh mill-ittra ta' San Pawl lil San Timotju fejn talbu jġib lil Mark miegħu (2 Timotju 4:11).", "Fis-sena 61, San Pawl kiteb lil Timotju f'Efesu, u talbu li jieħu miegħu lil Marku f'Ruma.", "F'Ruma, bejn is-snin 60 u 70 w.K., San Mark kiteb l-evanġelju tiegħu, li hu ġabar mit-tagħlim ta' San Pietru, li tiegħu jidher li kien jagħmilha ta' segretarju u interpretu – hi kitba għall-pagani konvertiti.", "San Pietru jsejjaħ lil Marku \"ibni\".", "Dan it-titlu ma jfissirx bilfors li kien għammdu hu; jista' jkun titlu ta' mħabba lejn wieħed li għal bosta snin kien miegħu u bin ħabiba antika tiegħu.", "Il-vanġelju tiegħu hu l-eqdem mill-erba' vanġelji li għandna.", "Hu l-iqsar vanġelu, u kitbu bil-Grieg, għax x'aktarx li kien għall-Ġentili kkonvertiti ta' Ruma.", "L-iljun bil-ġwienaħ hu s-simbolu tal-Vanġelu tiegħu għax fih iddeskriva 'l San Ġwann Battista bħala \"vuċi tgħajjat fid-deżert,\" vuċi ta' ljun; u l-ġwienaħ għax Eżekjel kien ra viżjoni ta' erba' annimali bil-ġwienaħ.", "Tradizzjoni tgħid li x'aktarx San Mark miet martri f'Lixandra.", "San Mark hu l-patrun ta' Venezja; hu l-qaddis protettur wkoll tan-nutara.", "Illum hu kważi ċert li dak iż-żagħżugħ li ħarab għarwien mill-Ġetsemani meta arrestaw lil Ġesù , li hu jsemmi fil-Vanġelju tiegħu, kien hu nnifsu.", "Ħsieb", ":", "San Mark kiteb l-Evanġelju tiegħu ġewwa Ruma, fi żmien il-persekuzzjoni li l-Imperatur Neruni għamel kontra l-Insara.", "Din il-persekuzzjoni bdiet fis-sena 64, u San Pietru kien wieħed minn tal-ewwel li ħa l-martirju.", "Wara l-mewt ta' Pietru, Alla qanqal lil Marku biex jikteb l-Evanġelju, mhux biex sempliċiment jirrakkonta l-ħajja ta' Ġesù fuq din l-art, imma biex jagħmel kuraġġ lill-Insara ħalli jkunu lesti jagħtu ħajjithom għalih jekk Alla jitlob minnhom dak is-sagrifiċċju.", "Għalhekk Marku qagħad jaħseb biex jara x'se jagħżel minn dak kollu li kien tgħallem fuq Ġesù, u fehem li kellu jinsisti fuq żewġ veritajiet, jiġifieri li", "Ġesù huwa tassew Alla, u li Ġesù kien tassew il-Messija", ", Messija li bata għall-fidwa tagħna.", "Hekk in-Nisrani jkun aktar lest li jmut għal Ġesù meta jifhem li Ġesù nnifsu, l-istess Alla li sar bniedem, kien miet għalih.", "Lill-ktieb tiegħu Marku sejjaħlu: \"Bidu ta' l-Vanġelju ta' Ġesù, Messija, Bin Alla\" (Mk 1: 1).", "Il-kelma \"Vanġelju\" tfisser 'Aħbar Tajba', u tassew, ma hemmx aħbar isbaħ minn dik li tgħidilna li Alla l-Missier tant ħabbna li bagħtilna lil Ibnu fostna biex ikun is-Salvatur tagħna.", "Imma qabel il-kelma \"vanġelju\", Marku kiteb il-kelma \"Bidu\", biex jgħidilna: \"Mhux biżżejjed li taqraw u tistudjaw il-ktieb tiegħi.", "Il-qari ta' dan il-ktieb hu biss il-bidu; wara li taqrawh, jeħtieġ li tgħixuh, biex tkunu tistgħu tgawdu l-frott tal-fidwa li ġabilna Ġesù.\"", "Mark wettaq f'ħajtu dak li kull Nisrani huwa msejjaħ li jagħmel: jipproklama lin-nies kollha l-Aħbar Tajba tal-Vanġelu li huwa s-sors tas-salvazzjoni.", "Dan Mark għamlu b'mod partikolari bil-kitba.", "Oħrajn jistgħu jipproklamaw l-Aħbar Tajba permezz tal-mużika, tad-drama, tal-poeżija, jew billi jgħallmu lit-tfal madwar il-mejda tal-familja.", "U int, kemm tiddedika ħin biex tiskopri min hu Ġesù u kif iridna ngħixu billi taqra l-Vanġeli?", "Qed tagħmel ħiltek kollha biex ixxandar lil Kristu bil-kliem u b'mod speċjali bil-mod kif tgħix it-tagħlim tiegħu u tal-Knisja mwaqqfa minnu?", "Kemm int lest/a li tieħu riskji biex tgħix ta' xhud vera ta' Kristu anki meta jkollok tħabbat wiċċek ma' kull xorta ta' kuntrarju?", "Għall-Vanġelju ta' San Mark moqri bil-Malti f'forma ta' vidjo wmur:", "http://www.laikos.org/San_Mark_AV1.htm", "Talba", ":", "O Alla, int imlejt b'ġieħ kbir lill-evanġelista tiegħek San Mark billi tajtu l-grazzja li jxandar l-Evanġelju: agħmel li nfittxu t-triq li hu għallimna, biex nimxu bil-fedeltà wara Ibnek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/05/st-mark.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-mark/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Mark_the_Evangelist", "Playlist tal-Vaġelju ta' San Mark moqri bil-Malti f'forma ta' vidjo:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed18b865', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-7-27-beatu-nikol-roland/", "title": "27 ta' April: Beatu Nikol Roland", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Nikol Roland", "\"Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: \"Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna ta' Alla.", "Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.", "Imbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.\" –", "Ġesù f'Mark 10:14-16", "BEATU NIKOL ROLAND", "Reliġjuż", "1642 – 1678", "Tagħrif:", "Twieled f'Reims – l-istess belt li fiha twieled San Ġwann Battista de la Salle, fl-1642.", "Ordna saċerdot fl-1665.", "Il-predikazzjoni, il-formazzjoni Nisranija taż-żgħażagħ, u b'mod speċjali tal-kleru, kienu wisq għal qalbu.", "Intebaħ bil-miżerja kemm temporali kif ukoll spiritwali taż-żgħażagħ u għalhekk waqqaf il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Bambin Ġesù, iddedikati għall-edukazzjoni Nisranija tal-bniet fqar ta' Reims.", "Nikol kien kanonku, flimkien ma' San Ġwann Battista de la Salle (", "ara San Ġwann Battista de la Salle", "), tal-Katedral ta' Reims, u kien ukoll id-direttur spiritwali ta' Ġwanni de la Salle.", "Kien hu li ggwidah u ħeġġu biex jirċievi d-djakonat u jkompli biex jilħaq saċerdot.", "Bejn Roland u Ġwanni kien hemm differenza ta' 11-il sena.", "Meta Roland beda jħoss l-għejja, talab lil Ġwanni de la Salle biex ikun l-eżekutur tat-testment tiegħu, u fdalu r-responsabbiltà li jieħu ħsieb u jiggwida l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet li kien waqqaf.", "Roland miet ta' 35 sena fis-27 ta' April, 1678.", "Kien sena wara li Adrien Nyel, ma' żagħżugħ ieħor Christof, mar jiltaqa' ma' San Ġwann Battista de la Salle biex jitolbu jgħinu ħalli jwaqqaf skola għas-subien.", "Kien hawn li Alla wrieh ix-xewqa li jieħu ħsieb l-edukazzjoni tas-subien fqar.", "Ġwann Battista De La Salle kellu allura 27 sena.", "Ħsieb", ":", "Il-Malti jgħid: 'Kappell ma jmejjilx lill-ieħor' u nistgħu ngħidu li fl-istejjer tal-qaddisin, spiss ninnutaw li l-Mulej ilaqqa' l-qaddisin flimkien tul il-vjaġġ tagħhom fid-dinja biex dawn ikunu ta' għajnuna, sapport, gwida, kuraġġ u appoġġ lil xulxin fil-missjonijiet fdati lilhom mis-Sema.", "L-eżempju li għandna llum huwa tal-Beatu Nikol Roland u San Ġwann Battista de la Salle.", "Il-Mulej dejjem jibagħtilna persuna jew persuni f'ħajjitna li xi kultant ipattu għan-nuqqasijiet ta' persuni oħra li sippost kellhom ikunu ta' għajnuna u għal xi raġuni jew oħra, ma kienux.", "U għal dawk li forsi ma kellhomx lanqas persuna waħda li setgħet tgħaddilhom kelma tajba, parir qaddis, tgħallimhom dwar l-imħabba t'Alla għalihom u ddewwaqhom xi ftit minn din l-imħabba, il-Mulej tana bosta tagħlim fil-kitbiet u l-ħajjiet tal-qaddisin.", "Għal min jinteressah u jfittex li jsir jaf dwar Alla u kif nistgħu ngħixu fil-prattika t-tagħlim tiegħu u tal-Knisja Kattolika li waqqaf Hu, jista' jiddedika ħin apposta u jaqra dwar il-ħajjiet tal-qaddisin.", "Infatti diversi qaddisin sabu l-ispirazzjoni tagħhom fil-qari tal-ħajjiet ta' qaddisin oħra.", "Huma sabu fl-eżempju tagħhom mudell għal ħajjithom u tqanqlu bil-bosta biex jimitawhom.", "Nistgħu nibqgħu fi xtutna u nagħtu l-eżempju ta' San Ġorg Preca li kellu mħabba speċjali lejn il-qaddisin li kien iħares lejhom bħala veri ħbieb ta' Alla.", "Kien iħobb jirrakomanda l-qari tal-ħajja tagħhom għax minnhom wieħed jikseb ġid spiritwali kbir.", "Ħalla miktub: \"Aqraw ħajjiet il-qaddisin, u f'qasir żmien jitnissel fikom l-ispirtu ta' Kristu.", "Dal-qari jqawwikom fil-fidi, iħeġġiġkom għat-taħriġ tal-virtù u jqanqalkom biex f'kollox tirrikorru lejhom, tant huma setgħana quddiem Alla.\"", "(Is-Sinagoga l-Ġdida, n. 9).", "Lejn xi wħud minnhom Dun Ġorġ Preca wera wkoll imħabba speċjali, u ried li l-ħajja tagħhom tkun magħrufa sewwa mill-membri tal-għaqda tiegħu għall-imitazzjoni.", "Fost dawn hemm San Franġisk ta' Assisi, li mhux biss daħħlu fil-Litanija tal-Qaddisin fil-ktieb ta' l-Arloġġ Museumin, imma wkoll għażlu bħala l-Qaddis Protettur tal-virtù tal-Faqar.", "U int, kemm tħalli l-ħajjiet u t-tagħlim tal-qaddisin ikunu ta' ispirazzjoni u mudell għal ħajtek?", "Liema hu/hi l-qaddis/a preferit/a tiegħek li tixtieq timita u żżomm bħala l-patrun/a tiegħek jew il-kumpann/a tal-vjaġġ ta' ruħek?", "Kemm titlob l-interċessjoni tal-qaddisin, b'mod speċjali meta tkun fi żmien tal-akbar bżonn?", "Talba", ":", "O Alla, inti żejjint lis-saċerdot Beatu Nikol Roland, b'żelu pastorali għat-taħriġ tal-kleru u b'edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar.", "Bl-eżempju u bl-interċessjoni tiegħu, agħtina l-istess spirtu ta' karità, sabiex naqduk billi ngħinu lil dawk li inti tħobb.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicsaints.info/blessed-nicolas-roland/", "Alternative Reading:", "http://www.lasalle.org/wp-content/uploads/2011/07/27-April-B.-NICOLAS-ROLAND.pdf", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Nicolas_Roland", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed18b4d4', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-4-24-santa-marija-ewfrasja-pelletier/", "title": "24 ta' April: Santa Marija Ewfrasja Pelletier", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Marija Ewfrasja Pelletier", "\"Ħobbu s-salib u s-salvazzjoni tal-erwieħ.\" –", "Santa Marija Ewfrasja Pelletier", "SANTA MARIJA EWFRASJA PELLETIER", "Fundatriċi", "1797 – 1868", "Tagħrif:", "Din il-qaddisa hija l-fundatriċi tas-sorijiet tal-Bon Pastur.", "Roża Virġinja twieldet fuq il-gżira ta' Noirmontier fuq il-kosta tal-Brittanja (Franza) fejn il-ġenituri kienu marru biex jeħilsu mill-ġlied tar-Rivoluzzjoni Franċiża.", "Bagħtuha tistudja f'Tours, fejn Roża saret taf bil-kunvent Santa Marija tal-Karità tar-Refuġju.", "Dan kien ta' kongregazzjoni reliġjuża mwaqqfa minn San Ġwann Eudes (", "ara San Ġwann Eudes", ") biex jgħinu nisa li żbaljaw u biex iħarsu oħrajn li jkunu fil-periklu.", "Roża bdiet in-novizzjat hawnhekk fl-1814, meta kellha 18-il sena, u ħadet l-isem ta' Marija Ewfrasja.", "Madwar 11-il sena wara, meta kien għad kellha biss 29 sena, hi ġiet magħżula superjura.", "Hi waqqfet kunventi ġodda f'Angers, u marret hi nnifisha biex tmexxi dar tar-rifuġju li kienet teżisti hemm bl-isem tal-Bon Pastur (Ir-Ragħaj it-Tajjeb).", "Kellha suċċess meraviljuż, imma kellha titlaq minn hemm u marret lura fil-kunvent tagħha ta' Tours.", "Sa issa dawn id-djar tar-rifuġju kienu kull waħda minnhom indipendenti mill-oħra.", "Ewfrasja ħabirket li ġġibhom taħt amministrazzjoni waħda, taħt superjura ġenerali waħda u jkun hemm novizzjat wieħed, u hekk tkun tista' tqassam is-sorijiet minn kunvent għall-ieħor skont il-bżonnijiet.", "Sabet ħafna diffikultajiet, imma Ewfrasja baqgħet soda għax rat li b'hekk il-ħidma tagħhom tkun aktar koordinata u aktar effettiva.", "Minkejja li kienet bniedma umli u tirrispetta l-awtorità, is-superjura żagħżugħa, li xi ħadd dwarha qal li \"kellha kapaċità anki tmexxi renju,\" irnexxielha, bil-għajnuna tal-providenza li toħloq f'Angers dak li jista' jissejjaħ istitut ġdid, u d-djar kollha li bdew jinfetħu bdew jissejħu tal-Bon Pastur.", "L-approvazzjoni tal-Papa waslet fl-1835.", "F'din il-kongregazzjoni ġdida saru ħafna żviluppi fi żmien qasir, u l-ġid immens li kien qed isir kien qed jidher f'kull dar ġdida li bdiet tintefaħ.", "Fil-ħafna provi u diffikultajiet tagħha, fosthom akkużi li kienet tagħmel tibdil bla ħsieb ta' xejn, ta' ambizzjoni personali, u ta' nuqqas ta' paċenzja fl-awtorità, Santa Marija Ewfrasja Pelletier uriet qawwa erojka, baqgħet sal-aħħar iżżomm il-karattru ferrieħi tagħha, u tama kbira f'Alla.", "Mietet fl-24 ta' April tas-sena 1868 fl-età ta' 71 sena.", "L-aħħar kelmiet lil sħabha kienu – \"Ħobbu s-salib u s-salvazzjoni tal-erwieħ.\"", "Ġiet ikkanonizzata minn Piju XII fl-1940.", "Meta mietet Santa Ewfrasja Pelletier, is-sorijiet tal-Bon Pastur kienu ġa jlaħħqu l-2,760, u d-djar tagħha wasslu għal 110 mad-dinja kollha, fosthom dik ta' Malta f'Ħal Balzan fl-1858, jiġifieri din twaqqfet 10 snin qabel ma mietet il-qaddisa.", "Ħsieb", ":", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li s-sorijiet tal-Bon Pastur ġew Malta meta kienet għadha ħajja l-fundatriċi tagħhom Santa Ewfrasja Pelletier fl-1858.", "Għall-ewwel kellhom skola f'Ħal Lija, iżda meta mbagħad marru f'Ħal Balzan, fl-1868, ma żammewx l-iskola imma ntefgħu kollhom kemm huma f'ħidma ta' ħniena u għajnuna ma' xebbiet u ommijiet imġarrbin, ħidma li diġà kienu bdew jagħmlu Ħal Lija.", "Is-Sorijiet bdew jirrealizzaw li l-problema tal-vjolenza domestika kienet problema soċjali li kellha bżonn issir ħidma fuqha immedjatament u b'attenzjoni kbira.", "Illum għandhom żewġt idjar u l-kunvent f'Ħal Balzan u dar fil-Mosta.", "Fid-djar f'Ħal Balzan isibu kenn in-nisa msawta u wliedhom, kif ukoll refuġjati, uħud minnhom bil-familja.", "Saru rinnovazzjonijiet estensivi fid-dar u Dar Merħba Bik infetħet fl-1981.", "Dar li l-għan prinċipali tagħha huwa r-rikonċiljazzjoni.", "​", "Dar Merħba Bik", "toffri kenn temporanju lin-nisa vittmi tal-vjolenza.", "Tul iż-żmien f'din id-dar, il-programm jgħinnhom jistabbilixxu mod ta' ħajja li l-aħjar jissodisfa l-bżonnijiet tagħhom kif ukoll ikomplu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.", "Tipprovdi kenn sikur u adegwat għan-nisa vittmi tal-vjolenza fuq bażi ta' sess u vjolenza domestika flimkien mal-ulied tagħhom.", "Toffri servizzi psiko-soċjali bħal 'counselling', ta' assistenti soċjali u terapija speċjalizzata skont il-ħtieġa tar-residenti.", "Tgħin fl-integrazzjoni mill-ġdid tar-residenti fil-komunità, prinċipalment permezz u skont il-ħiliet tagħhom.", "Tippromovi r-rikonċiljazzjoni mal-individwu innifsu, mal-familja (b'kull mod possibbli jew mixtieq), mas-soċjetà u ma' Alla.", "Tgħin u tassisti lir-residenti jsibu akkomodazzjoni alternattiva meta jkun hemm bżonn.", "Tqajjem kuxjenza u għarfien mal-pubbliku dwar il-kwistjoni tal-vjolenza domestika u vjolenza fuq bażi ta' sess.", "Jekk forsi din l-informazzjoni ma tapplikax għalik, nitolbok tgħaddiha lil min forsi taf li jeħtieġha.", "Għal aktar informazzjoni ara:", "http://thechurchinmalta.org/mt/posts/1680/the-good-sheperd-sisters", "jew", "http://maltacvs.org/voluntary/good-shepherd-sisters-dar-merhba-bik-foundation/", "Talba", ":", "O Santa Marija Ewfrasja Pelletier, li b'ħeġġa tal-għaġeb irsistejt biex toffri kenn lil nisa b'diffikultà, nitolbuk biex b'talbek tinterċedi għal dawk in-nisa fi żminijietna li qed isofru minn kull forma ta' abbuż jew li huma fir-riskju li jiġu sfruttati; agħmel li jsibu l-kenn u l-għajnuna meħtieġa biex ikunu jistgħu jgħixu bid-dinjità ta' wlied Alla.", "Ammen.", "English Version:", "http://sistersofthegoodshepherd.com/our-history/saint-mary-euphrasia/", "Alternative Reading:", "https://anastpaul.wordpress.com/2018/04/24/saint-of-the-day-24-april-st-mary-euphrasia-pelletier-1796-1868/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Mary_Euphrasia_Pelletier", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed1c1999', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-3-23-san-gorg/", "title": "23 ta' April: San Ġorġ", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġorġ", "\"Infaħħruk, Mulej, għall-kobor tas-setgħa tiegħek, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuk biex aħna, bnedmin dgħajfa, ikollna dejjem il-għajnuna f'waqtha ta' San Ġorġ, li fil-martirju tiegħu sar jixbah lil Ibnek Ġesù Kristu Sidna.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġorġ.", "SAN ĠORĠ", "Martri", "? – 303", "Tagħrif:", "Ftit li xejn nafu dwar il-ħajja ta' San Ġorġ.", "Kulma nafu b'ċertezza dwar dan il-qaddis martri tant famuż hu li hu sofra l-martirju fil-bidu tas-seklu 4, f'Diospolis (jew Lidda) fil-Palestina, aktarx taħt Djoklezjanu.", "Ma hemmx dubju dwar l-eżistenza tiegħu.", "Sa mis-seklu 4 kien ġa miqjum f'Diospoli tal-Palestina, fejn ġa kien hemm knisja ddedikata lilu.", "Il-qima lejh hi verament ġejja mill-qedem – fuq il-Lvant tal-Baħar tal-Galilea, skrizzjoni tas-sena 367 diġà tirreferi għalih.", "Il-Griegi dejjem żammew devozzjoni partikulari (bħala patrun tas-suldati) lejn San Ġorġ u jsejħulu l-Megalo-martri (li tfisser il-kbir martri).", "Fil-Punent hu kien popolari ħafna bħala l-kavallier-martri.", "Nibtu ħafna leġġendi dwaru imma li ma għandhomx valur storiku.", "Li San Ġorġ ħeles lil bint is-Sultan mid-dragun, hi leġġenda li bdiet fl-Italja fis-seklu tnax.", "San Ġorġ hu wieħed mill-14-il qaddis protettur Awiżiljatur u hu l-patrun tal-Ingilterra, il-Portugall, il-Ġermanja u tal-ibliet ta' Ġenova u ta' Venezja.", "Hu l-patrun wkoll tal-'boyscouts'.", "Fil-gżejjer Maltin hu meqjum b'mod speċjali fil-parroċċi ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi u fir-Rabat, Għawdex, u hu wieħed mill-qaddisin protetturi ta' Għawdex.", "Ħsieb", ":", "Dawn li ġejjin huma siltiet mill-omelija fil-Festa ta' San Ġorġ Martri, 20 ta' Lulju, 2014 mill-Isqof Mons. Mario Grech:", "San Ġorġ bniedem bħalna", "\"Se nitkellem dwar id-dgħufija, għax quddiemna llum għandna lil San Ġorġ.", "Ġieli jiġri li lil San Ġorġ tant ngħolluh fil-għoli, li nirrenduh xi ħadd li ma jistax jintlaħaq.", "Bħal kull bniedem ieħor, Ġorġi kellu piżijiet tqal x'jerfa' fuq spallejh.", "Żgur ma kinitx għażla ħafifa għalih meta ddeċieda li jqassam ġidu lill-foqra.", "Anqas kien faċli għalih meta għamel f'moħħu li jmur kontra l-liġi ta' Djoklezjanu u jqatta' l-editt tiegħu.", "Kienet iebsa għal dan it-tribun meta għażel li jitfa' wara spallejh il-karriera militari tiegħu.", "Ma neskludix li Ġorġi kien xi ftit deluż meta minkejja t-taħbit tiegħu, ma kisibx il-libertà reliġjuża għal sħabu l-Insara.", "Ġorġi ma setax ma jitriegħedx xħin sema' tinqara s-sentenza tal-martirju tiegħu.", "Tajjeb inżommu quddiem għajnejna li meta ħa l-martirju, Ġorġi ma kienx jobsor li wara mewtu l-Insara kienu ser jiftakruh u jiċċelebrawh; għalih il-martirju kien it-tmiem bil-konsegwenza li jintesa ma' mewtu.", "Jien konvint li San Ġorġ, li bħalna ġarrab il-vulnerabbiltà, jifhimna meta llum qed irressqulu l-bniedem u lill-komunità Nisranija li fil-miżerja tagħhom ikollhom waqtiet ta' skuraġġiment; imma llum indur fuq San Ġorġ tagħna, imlibbes b'dik l-armatura tal-qawwa, u nitolbu jikkonvinċina li ma għandniex inċedu quddiem il-qtigħ il-qalb, imma, imsaħħin bl-eżempju tiegħu u bl-interċessjoni tiegħu, aħna nitolbu d-don tal-qawwa.", "Din hija l-Bxara t-tajba li nixtieq inwassal lill-komunità Ġorġjana u lill-Knisja kollha: agħmlu l-qalb; il-vulnerabbiltà, id-dgħufija, huma parti mill-ħajja, imma stinkaw u itolbu lil Alla bl-interċessjoni ta' San Ġorġ biex jagħtina d-don tal-qawwa.", "Ġorġi ma kienx xi ġgant.", "Ma kellux kwalitajiet super-umani – inkella l-Knisja tiżbalja meta tpoġġih bħala kampjun.", "Kien bħalna f'kollox.", "Hija grazzja minn Alla li Ġorġi tagħna kien dgħajjef, għax hekk huwa seta' jduq il-qawwa ta' Alla.", "Hija grazzja li aħna fil-ħajja ngħaddu minn waqtiet fejn inħossuna msabbtin mal-art.", "Ara taqtgħu qalbkom.", "Hija wkoll grazzja għall-Knisja li tidher dgħajfa.", "Jien jiddispjaċini li fostna għad hawn min jaħseb li l-Knisja hija qawwija meta hija Knisja trijonfanti u potenti.", "Din mhix il-Knisja ta' Kristu.", "Jekk bħalissa l-Ewropa għaddejja minn żmien fejn it-tagħlim tal-Knisja qed jaqa' fuq widnejn torox, fejn il-knejjes qed jitbattlu min-nies, fejn f'xi postijiet hija evidenti l-isterilità tal-Knisja tant li ma għadhiex twelled ulied ġodda, din tista' tkun grazzja, għax hekk il-Knisja tinża' l-armatura umana, tneħħi l-qafas materjali li nbena mal-medda tas-snin, biex hekk inħallu l-qawwa ta' Alla tidher.", "Naf li din mhix lezzjoni ħafifa, lanqas għan-nies tal-Knisja!", "Jekk San Ġorġ għandu storja glorjuża, dan għaliex aċċetta d-dgħufija tiegħu u bħal Pawlu kien jgħid: \"Jien qawwi meta jien dgħajjef.\"", "San Ġorġ. kien imbeżża' mill-eżerċtu Ruman li kien qed jippersegwita lill-Insara; hu wkoll kien konxju mill-miżerja tiegħu; imma propju għalhekk Alla seta' jgħidlu biex bil-qawwa li kien hemm fih, huwa jmur jaffronta lill-għadu.", "Kif Alla wennes lil San Pawl, hekk ukoll wennes lil Ġorġi meta qallu li kienet biżżejjed għalih il-grazzja tiegħu, li tidher fl-aqwa tagħha fejn hemm id-dgħajjef.\"", "U int, konvint illi inti bniedem/ma dgħajjef/dgħajfa u li bħal San Ġorġ jeħtieġlek tfittex l-għajnuna tal-grazzja u l-qawwa ta' Alla biex tegħleb id-dnub u dak kollu li jista' jfixklek milli ssir qaddis/a fuq il-passi tal-qaddis tal-jum?", "Talba", ":", "Mulej, f'ġieħ San Ġorġ li għeleb it-tbatijiet tal-martirju biex għadda minn din id-dinja għal għandek, għamel li aħna wkoll nibqgħu sa l-aħħar magħqudin miegħek fl-imħabba, biex ikun jistħoqqilna nidħlu miegħek fis-saltna ta' dejjem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-george.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-george/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_George", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed1f3ae3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-2-22-san-soteru/", "title": "22 ta' April: San Soteru", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Soteru", "\"Lilkom ngħatat il-grazzja li sservu lil Kristu, mhux biss temmnu fih, imma saħansitra tbatu għalih.\" –", "Filippin 1:29.", "SAN SOTERU", "Papa u Martri", "†ċ.175", "Tagħrif:", "Wara l-mewt tal-Papa San Aniċetu li ġrat madwar is-sena 166, ġie magħżul bħala t-12-il Papa, San Soteru.", "Hu kien minn Fondi qrib Gaeta fl-Italja.", "Dan il-Papa kellu jikkumbatti l-ereżija ta' Montano mill-Friġja, li kien jgħallem li xi dnubiet ma setgħu qatt jiġu maħfurin u li hu kien il-mibgħut ta' Alla biex permezz tiegħu jissawwab mill-ġdid l-Ispirtu s-Santu.", "Lil San Soteru wkoll hu attribwit il-preċett tal-Għid, li fih l-insara kollha, barra dawk ħatja ta' xi dnubiet kbar, kellhom jirċievu t-tqarbin f'Ħamis ix-Xirka.", "Ittra li l-Papa San Soteru bagħat lill-Knisja ppersegwitata ta' Korintu b'xorti ħażina ma nstabitx, imma jeżistu biċċiet mit-tweġiba li l-isqof ta' Korintu, San Dijonisju, bagħat, u fiha l-isqof jirreferi għall-\"abbundanza li l-Papa bagħat lill-qaddisin (insara) ta' Korintu, u l-konsolazzjoni li hu bagħtilhom bil-kliem ta' faraġ li hu bagħat bħal missier kollu mħabba għal uliedu.\"", "Ikompli jgħid: \"Illum, Jum il-Mulej, aħna qrajna l-ittra tiegħek, u nixtiequ dejjem li nerġgħu naqrawha u niġu mwissijin permezz tagħha, bl-istess mod kif għamilna bl-ittra li kien bagħtilna l-Papa Klement.\"", "Il-Papa San Soteru jidher li miet wara 9 snin pontifikat fis-sena 175 fi żmien l-Imperatur Marku Awrelju.", "Ħsieb", ":", "Filwaqt li nafu ftit dwar ħajtu, ix-xogħlijiet tal-karità u l-prinċipji tal-Papa San Soter għadhom jeżistu, u jispirawna biex ngħixu ħajjitna aħjar.", "Għandna nistaqsu: Kif jista' jkollna atteġġjament ta' aktar imħabba u karità lejn l-oħrajn?", "Kif nistgħu inkunu mudell aħjar għal ħaddieħor fil-ħajja tagħna kif kien San Soter?", "Kemm nistgħu nimmudellaw ħajjitna fuq dik tal-Verġni Omm Alla u tal-qaddisin kollha, b'mudell perfett tal-karità Nisranija?", "Irridu nammettu li rċevejna ħafna u ħafna.", "Kull Papa u isqof qaddis, kull reliġjuż/a u lajk/a qaddis/a ħallewlna kitbiet u eżempji ta' ħajjithom li fuqhom nistgħu infasslu l-ħajja tagħna u nagħmlu progress fil-vjaġġ ta' ruħna ftit ftit kuljum.", "Il-qdusija mhux xi tarġa kbira u għolja li rridu nitilgħu f'daqqa, imma tikkonsisti f'rebħiet żgħar imma kostanti ta' kuljum.", "Ġieli waqgħat u żbalji wkoll, imma li jibnuna fl-esperjenza biex nitgħallmu ma nirrepetuhomx.", "Jekk trid tagħmel progress fil-mixja ta' ruħek, jekk diġà ndimt minn dnubietek u qerrejthom, issa importanti li ma tħarisx lura lejn il-passat tiegħek, li forsi jħammarlek wiċċek bil-mistħija u l-għajb, imma biss lejn il-futur rebbieħ u glorjuż li qed iħejjielek is-Salvatur!", "B'dan il-mod, iżżomm 'il bogħod milli terġa' taqa' fid-dnubiet ta' qabel u tagħmel kuraġġ bit-tama ta' dak li hemm jistenniek!", "Ġesù jixtieq li inti tħallih ikun il-Paċi ta' qalbek sa minn din id-dinja stess.", "Se tħallih?", "Punt importanti ieħor huwa li tikkonċentra fuqek innifsek u ma tqabbilx lilek innifsek ma' ħaddieħor.", "Il-ħażen issibu kullimkien, f'kull qasam soċjali.", "Il-ħażen qiegħed fejn hemm il-bniedem.", "Int għandek tiffoka fuqek innifsek u tipprova tgħix b'mod li togħġob lil Alla.", "X'jagħmel ħaddieħor, mhux fil-kontroll tiegħek.", "Int tista' biss tibdel lilek innifsek, bil-qawwa tal-grazzja t'Alla li tirċievi permezz tas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.", "Jekk wieħed jittama li se jinbidlu l-oħrajn l-ewwel, biex jinbidel hu/hi, x'aktarx se jmut bil-piena.", "Alla għad jitlob rendikont minn x'għamilt int u mhux minn x'għamel ħaddieħor.", "Wasalt fejn wasalt fil-vjaġġ spiritwali tiegħek wara Kristu, kull ma trid tagħmel hu, li timxi l-quddiem b'passi żgħar kuljum... bla ma taqta' qalbek jew tippretendi wisq minnek innifsek.", "Għix il-preżent bl-aħjar mod possibbli.", "Kif tista' tħobb lill-Mulej aktar?", "Ipprova nkludi, ma dak li diġà tagħmel, affarijiet li taf li lil Alla jogħġbuh u jixtieqhom minnek (eż. talb, qrar, tqarbin, qadi, imħabba fil-prattika, eċċ) Tesaġerax f'dak li tinkludi, għax tista' taqta' qalbek.", "Żid ftit ftit u jekk għad hemm f'ħajtek xi jżommok milli tkun tajtu kollox, itolbU jurik u tassew jurik x'għad fadallek tagħmel jew toffrilU.", "Int imbagħad, agħmel dan bil-ferħ filwaqt li tiftakar li qatt m'hu se tasal tissupera l-ġenerożità tiegħu.", "Hu tana KOLLOX!", "Talba", ":", "Mulej, il-Papa San Soteru ħadem bla heda biex ikun mexxej tajjeb, għamel il-qalb lill-insara ppersegwitati, kif ukoll iddefenda lill-poplu mill-ereżiji li jmorru kontra t-tagħlim veru li ġabilna Kristu, agħti lilna lkoll li naħdmu bil-ferħ fl-għalqa tiegħek, nagħmlu kuraġġ lil xulxin u ngħixu skont it-tagħlim ta' Kristu u l-Knisja u niddefenduh bil-għaqal u bl-għerf tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://acatholiclife.blogspot.com/2016/11/pope-st-soter.html", "Alternative Reading:", "http://www.catholic365.com/article/2784/pope-st-soter.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Soter", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed21f541', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-1-21-san-anselmu/", "title": "21 ta' April: San Anselmu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Anselmu", "\"Għax jien ma nfittix li nifhem biex nemmen, imma jiena nemmen biex nifhem.", "Għax jiena nemmen dan: li jekk ma nemminx, jiena ma nifhimx.\" –", "San Anselmu", "SAN ANSELMU", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "1033 – 1109", "Tagħrif:", "San Anselmu twieled fil-Belt ta' Aosta, fuq l-Alpi, fl-Italja, fl-1033.", "Ommu kienet mara tajba, iżda missieru ma kienx.", "Meta kellu madwar ħmistax-il sena, ommu mietet, u billi missieru ma kienx jittrattah tajjeb, telaq mid-dar, u għal xi snin għex ħajja jiġġerra, u saħansitra qasam ġo Franza.", "Hemmhekk daħal fil-monasteru ta' Bec, fejn sar dixxiplu tal-magħruf Abbati Lanfranku.", "Fl-1060, sar Patri Benedittin, meta kellu 27 sena.", "Fl-1063, sar Pirjol u ħmistax-il sena wara ġie elett Abbati.", "Minħabba x-xogħol li kellu bħala Abbati, minn żmien għal żmien, kien ikollu jmur l-Ingilterra u hemm ġieli qagħad għand ħabibu Lanfranku.", "Lanfranku kien l-Arċisqof ta' Canterbury.", "Meta fl-1093, Lanfranku miet, Anselmu ġie magħżul floku, għalkemm ir-Re William Rufus opponieh.", "Fl-1097, Anselmu mar Ruma biex jiltaqa' mal-Papa Urbanu II, u baqa' hemm sakemm miet ir-Re, fl-1100.", "Meta rritorna l-Ingilterra, ħu Rufus kien Re bl-isem ta' Enriku I. Dan ir-Re wkoll, bħal ħuh, ried li jkollu s-setgħa li jagħżel l-Isqfijiet hu, iżda Anselmu baqa' ma aċċettax.", "Fl-1103, Anselmu reġa' mar Ruma u ltaqa' mal-Papa Paskal II.", "Bħal qabel sab l-appoġġ kollu tal-Papa, u baqa' Ruma sal-1105, meta Enriku I wiegħed li ma jindaħalx iktar fl-għażla tal-Isqfijiet.", "Iżda l-kwistjoni tal-Investitura nqatgħet fil-Konċilju ta' Londra, fl-1107.", "Anselmu miet fuq biċċa xkora, f'Canterbury, fil-21 ta' April 1109, wara li kien ilu Isqof ħmistax-il sena.", "Il-fdal tiegħu jinsab fil-Katidral, illum Protestant, ta' Canterbury.", "Il-Papa Klement XI iddikjarah Duttur tal-Knisja fl-1720.", "Ħsieb", ":", "San Anselmu kien magħruf bħala wieħed mill-aħjar imħuħ ta' żmienu, u l-kitba tiegħu fuq it-Teoloġija tħabbatha ma' dik ta' Santu Wistin.", "Fost l-aħjar għandu \"Għaliex Alla sar Bniedem\".", "Ħa sehem fil-Konċilju ta' Bari fl-1098 u mexxa dak ta' Westminister fl-1102, iddefenda lill-foqra, ikkundanna l-jasar, u ħalla kitba abbundanti u importanti.", "Anselmu kien bniedem attent ħafna biex jgħix ħajja qaddisa.", "Kien hekk jistmerr id-dnub li kien jgħid:", "\"kieku kont nara minn naħa d-dnub u mill-oħra l-infern miftuħ, u kelli nagħżel bejniethom, kont aktar nagħżel li ninxteħet l-infern bla dnub milli nagħmel anki dnub wieħed biss.\"", "Bħal kull veru segwaċi ta' Kristu, Anselmu kellu jġorr is-salib tiegħu, speċjalment f'forma ta' oppożizzjoni u f'kunflitt ma' dawk fil-kontroll politiku.", "Għalkemm personalment kien raġel moderat, ġentili u jħobb il-paċi, huwa ma rtirax lura mill-kunflitti u l-persekuzzjoni fejn kienu involuti l-prinċipji.", "Dawn li ġejjin huwa ftit ħsibijiet ta' Sant Anselmu dwar ir-ruħ li tfittex lil Alla:", "\"Ruħi sibt lil min kont tfittex?", "Kont tfittex 'l Alla u sibt li hu ogħla minn kollox u li ma hemm ħadd aqwa minnu, għaliex hu ħajja, dawl, għerf u tjieba, għaliex hu hena ta' dejjem u hena bla tmiem, għaliex hu dejjem u kullimkien.", "Mulej, Alla tiegħi, int ħlaqtni u fdejtni: għid lil ruħi, li tant tixtieqek, x'int aktar minn dak li tara fik, biex tara ċar dak li tixtieq.", "Ruħi tgħarrex biex tara aħjar, u ma tara xejn aktar minn dak li tista' tara ħlief dlamijiet; anzi ma tarax dlamijiet, għax fik m'hemmx dlamijiet, imma tintebaħ li ma tistax tara aktar minn dlamijietha.", "Dan hu tassew, Mulej, id-dawl li fih int tgħammar, dawl li aħna qatt ma nistgħu naraw, għax ma hawn xejn li jista' jofroq dan id-dawl biex fih jarak.", "Jien, dan id-dawl ma narahx, għaliex qawwi wisq għalija, għalkemm, kull ma nara, bih narah, bħalma għajn marida, dak li tara, tarah bid-dawl tax-xemx, għalkemm lejn ix-xemx ma tiflaħx tħares.\"", "U dawn żewġ talbiet ta' San Anselmu:", "Għall-ħniena tiegħek, għinni int, O Mulej.", "Jien lil wiċċek fittixt, u lil wiċċek mill-ġdid infittex; la tinħebiex minni.", "Eħlisni minni nnifsi biex tiġbidni lejk.", "Saffi, fejjaq, irfina, dawwal l-għajnejn ta' ħsiebi, biex jien nista' narak.", "Terġa' fuq saqajha r-ruħ tiegħi u mill-ġdid bl-għarfien kollu tagħha sserraħ ħarsitha fuqek, O Alla.", "Mulej Alla tagħna, agħtina l-grazzja li nixtiequk b'qalbna kollha, biex infittxuk sakemm insibuk, u hekk nibdew inħobbuk tassew, u fi mħabbitna lejk nobgħodu d-dnub li minnu inti ħlistna.", "U int, tfittxu lil Alla b'qalbek kollha?", "Kemm inti lest/a li tiddefendi l-prinċipji Nsara li tħaddan?", "Tfittex il-qdusija bħala l-prijorità billi tevita b'saħħtek kollha li kull tip ta' dnub?", "Talba", ":", "O Alla, int żejjint bil-grazzja tiegħek lill-Isqof Sant'Anselmu, biex ifittex u jgħallem il-ħwejjeġ għolja tal-għerf tiegħek; agħmel li d-dehen tagħna jsib fil-fidi mqaddsa l-għajnuna meħtieġa, biex nilqgħu minn qalbna u bil-ħlewwa dak kollu li int tridna nemmnu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-anselm.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-anselm/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Anselm_of_Canterbury", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed21efeb', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-2-0-20-santa-anjeze-ta-montepulciano/", "title": "20 ta' April: Santa Anjeże ta' Montepulciano", "text": ["Verzjoni Vidjo:", "Santa Anjeże ta' Montepulciano", "\"Jekk tabilħaqq tħobbuni, għandkom tifirħu li ma ndumx ma mmur ningħaqad mal-għarus tiegħi.", "Titnikktux għat-tluq tiegħi.", "Tindunaw li jiena mhux se nabbandunakom, u jiena nkun tagħkom għal dejjem.\" –", "Santa Anjeże ta' Montepulciano ftit qabel ma mietet.", "SANTA ANJEŻE TA' MONTEPULCIANO", "Reliġuża", "1268 – 1317", "Tagħrif:", "Din ir-reliġjuża Dumnikana twieldet fi Gracchiano-Vecchio, qrib Montepulciano, l-Italja u kienet ġejja mill-familja għanja Segni.", "Minn kmieni ħafna kellha ġibda għat-talb u kienet tgħaddi ħin twil f'rokna tgħid ir-rużarju għarkupptejha.", "Meta kien għad kellha biss disa' snin, niesha daħħluha f'kunvent ta' sorijiet ta' ħajja awstera f'Montepulciano, imsejħin Sacconi għax kienu jilbsu lbies tax-xkora.", "Minkejja l-età żgħira tagħha hija kienet mudell tal-virtujiet insara għall-oħrajn.", "Ftit żmien wara, meta s-sorijiet fetħu kunvent ġdid fi Proceno, raħal żgħir ħdejn Viterbo, Anjeże ntbagħtet f'dik il-komunità.", "Kontra qalbha, hija kienet maħtura badessa, imma kien meħtieġ il-permess tal-Papa Nikola IV għax hi kien għad kellha biss 15-il sena.", "Il-qaddisa kienet tgħix ħajja mgħakksa għall-aħħar: għal 15-il sena kienet issum ħobż u ilma, u torqod għall-qiegħa tal-art, imma kellha tibdel dan il-mod ta' ħajja wara marda qalila.", "Hija esperjenzjat viżjonijiet u estasijiet, u jingħad li wettqet mirakli biex titma' lis-sorijiet tagħha fi żmien ta' ġuħ.", "Imma minkejja l-fama tal-mirakli, il-qdusija tagħha kienet mibnija fuq ħajja sempliċi u mħabba kbira lejn Ġesù u ommu Marija.", "Il-fama tal-qdusija tagħha waslet f'Montepulciano u n-nies riduha tmur lura fosthom.", "Kienet ilha nieqsa 22 sena minn pajjiżha, u kellha tmur u twaqqaf monasteru ġdid ta' sorijiet taħt ir-Regola ta' Santu Wistin (1306).", "Aktar tard, bl-esperjenza li kisbet fil-komunitajiet li kienet qabel u konvinta kemm benefiċċji jistgħu jiġu jekk tkun affiljata ma' ordni reliġjuż kbir u rikonoxxut, il-qaddisa qiegħdet għal kollox dan il-monasteru taħt l-Ordni Dumnikan.", "Santa Anjeże ta' Montepulciano mietet fl-20 ta' April, 1317 ta' madwar 50 sena.", "Kienet iddikjarata qaddisa mill-Papa Benedittu XIII fl-10 ta' Ottubru, 1726.", "Ħsieb", ":", "Ħafna qaddisin dumnikani, kienu ta' spiss iqattgħu ħafna ħin quddiem Ġesù Sagramentat, u kellhom iċ-ċans igawdu minn din l-esperjenza spiritwali, u sabu f'Ġesù l-mistrieħ għal ruħhom.", "Fost dawn insibu lil Anjeże ta' Montepulciano, li fil-ħajja evanġelika kebbset lill-oħrajn bl-ispirtu kontinwu ta' mħabba u talb.", "Imdawwra minn ġenituri li kienu jgħixu bis-sħiħ ir-rieda ta' Alla, hija kibret fl-ispirtu ta' talb u wriet biċ-ċar l-għatx li kellha biex tiddedika ruħha lil Alla.", "Hija kienet mara ta' umiltà u sempliċità kbira.", "Kellha devozzjoni lejn it-tfajjel Ġesù u l-Verġni Ommu Marija.", "Kienet meqjusa bħala strument ta' paċi u kienet ipperswadiet lin-nies tal-inħawi tat-Toscana biex jaħdmu għall-paċi bejniethom.", "Santa Katerina ta' Siena issejjaħ lil Anjeże bħala \"Omm Glorjuża\", għaliex kienet dejjem ta' eżempju għall-oħrajn.", "Taħt it-tmexxija tagħha, il-kunvent mar ħafna 'l quddiem fl-għadd ta' membri u fil-ħajja qaddisa.", "Lejn tmiem ħajjitha sofriet ħafna bil-mard u lil ħutha s-sorijiet kienet tgħidilhom:", "\"Jekk tabilħaqq tħobbuni, għandkom tifirħu li ma ndumx ma mmur ningħaqad mal-għarus tiegħi.", "Titnikktux għat-tluq tiegħi.", "Tindunaw li jiena mhux se nabbandunakom, u jiena nkun tagħkom għal dejjem.\"", "Qabarha sar ċentru ta' pellegrinaġġi u fost dawk li marru jżuruha nsibu lill-imperatur Karlu IV u Santa Katerina ta' Siena.", "Anjeże hija meqjuma fil-Knisja ta' Orvieto.", "Santa Anjeże tgħallimna biex inkunu magħqudin bejnietna u nimitawha fid-devozzjoni lejn Ġesù u Ommu Marija u b'umiltà u mħabba, naslu biex dejjem nagħmlu dak li hu tajjeb u ġust.", "U int, kemm titlob quddiem Ġes", "ù", "Sagramentat?", "Ir-Rużarju huwa talba għal qalbek kif kien għal Anjeże u għal ħafna qaddisin kbar?", "Kemm tagħti importanza lil Ġes", "ù", "u lil Marija billi tgħix kif jixtiequna huma?", "Taħdem biex tkun strument ta' paċi fejn tara l-ġlied u n-nuqqas ta' qbil?", "Kemm tirsisti biex tfittex dak u dak biss li hu tajjeb u ġust u taddottah f'ħajtek?", "Talba", ":", "O Santa Anjeże ta' Montepulciano, xejn ma waqfek milli twettaq dak li Alla talab minnek, anki meta kont għadek t'età żgħira u sal-aħħar bqajt tieħu ħsieb lil dawk kollha li kienu taħt il-kura tiegħek, agħmel li b'talbek, aħna wkoll nieħdu ħsieb ta' ruħna l-ewwel u qabel kollox u nirsistu biex ngħinu lill-oħrajn biex jilħqu l-istess għanijiet: ħajja ta' virt", "ù", "kif urejtna int. Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-agnes-of-montepulciano-442", "Alternative Reading:", "https://www.roman-catholic-saints.com/st-agnes-of-montepulciano.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Agnes_of_Montepulciano", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed25a525', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-7-17-santa-katerina-tekakwita/", "title": "17 ta' April: Santa Katerina Tekakwita", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina Tekakwita", "\"Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom.\" –", "1Tessalonikin 4:3.", "SANTA KATERINA TEKAKWITA", "Verġni", "1656 – 1680", "Tagħrif:", "Twieldet fl-Amerika ta' Fuq fl-1656, ħdejn l-għadajjar Erie u Ontario u x-xmara St. Lawrence, qrib fejn illum hemm il-fruntiera tal-Kanada mal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Ir-razza tagħha, imsejħa Iroquois, kienet selvaġġa u feroċi.", "Kienu difatti n-nies tar-razza tagħha li qatlu t-tmien qaddisin martri Ġiżwiti Franċiżi, San Iżakk Jogues u sħabu.", "Anzi xi wħud minnhom kienu saħansitra kannibali, jiġifieri kienu jieklu l-laħam tal-bnedmin.", "Kellha 20 sena meta ġiet mgħammda mill-patri Ġiżwita Jacques de Lamberville, nhar l-Għid il-Kbir, fit-18 ta' April 1676, bl-isem ta' Katerina.", "Il-laqam tagħha \"Tekakwita\" jfisser \"timxi bil-mod,\" għax wara li mardet baqgħet dejjem ma tistax timxi tħaffef.", "Malli saret nisranija, din bint is-slavaġ, anki qalb dawk il-pagani feroċi ta' pajjiżha, bdiet tgħix ħajja ta' talb u ta' penitenza, tant li bdiet issofri l-persekuzzjoni u l-insulti ta' dawn is-slavaġ.", "Allura l-istess patri Lamberville, ħadha tgħix f'post ieħor, jismu Sault St. Louis, fejn kien hemm xi qraba tagħha.", "Għamlet l-Ewwel Tqarbina nhar il-Milied tal-1677, u fuq parir tal-konfessur, għad li kien hemm bosta li xtaqu jiżżewġuha, għamlet ukoll il-vot tal-verġinità.", "Mietet fl-età żgħira ta' 24 sena, fis-17 ta' April, 1680.", "Kienet ilha biss 4 snin nisranija.", "Anke l-pagani jitolbu fuq il-qabar tagħha u jagħtuha qima.", "Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjaraha beata fit-22 ta' Ġunju tas-sena 1980.", "Il-Papa Benedittu XVI ikkanonizzaha fil-21 t'Ottubru 2012, fil-Vatikan.", "Ħsieb", ":", "Xi kultant aħna ngħidu, jew aħjar jaqblilna ngħidu, li huwa diffiċli li ngħixu ta' qaddis/a minħabba s-sitwazzjoni u ċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom.", "Ngħidu li, li kieku kellna aktar solitudni, inqas oppożizzjoni, saħħa aħjar, eċċ... konna nkunu nistgħu nsiru qaddisin, imma peress li .... (u hawn kulħadd isib l-iskużi tiegħu).", "Katerina Tekakwita hija ta' eżempju għalina lkoll għax l-ambjent u ċ-ċirkustanzi li fihom għexet, ma kienu xejn favorevoli, imma għax ikkoperat mal-grazzja ta' Alla, hu wassalha għall-qdusija li għaliha ħadmet bi ħġarha.", "Il-qdusija tiffjorixxi meta magħquda mas-salib, u wieħed jista' jingħaqad mas-salib bis-sofferenzi u d-diffikultajiet tiegħu minn kullimkien fid-dinja, bla ebda skuża.", "Minkejja tant tfixkil, oppożizzjoni u perikli, Alla pprovda lil Katerina Tekakwita kull ma kellha bżonn persuna Nisranija: l-appoġġ ta' komunità.", "Hi kellha omm twajba, qassisin li jgħinuha u ħbieb Insara.", "Dawn kienu preżenti fl-ambjenti u l-kundizzjonijiet primittivi, li mbagħad komplew jiffjorixxu bit-talb, bis-sawm u bl-għoti ta' karita': għaqda ma' Alla f'Ġesù u fl-Ispirtu, penitenza u ħafna tbatija, u karità lejn ħutha l-bnedmin.", "Il-qdusija hija sejħa għal kulħadd – IVA, ANKI INT LI QED TAQRA, GĦANDEK IS-SEJĦA BIEX TILĦAQ DIK IL-QDUSIJA LI ALLA PPJANA LI JARA FIK.", "Kif qed twieġeb għal din is-sejħa ta' Alla?", "Fl-Eżortazzjoni Appostolika", "Gaudete Et Exsultate", "\"Ifirħu u Thennew\" tal-Qdusija tiegħu Papa Franġisku dwar 'Is-Sejħa għall-Qdusija fid-Dinja tal-Lum' insibu dan li ġej:", "19.", "In-Nisrani ma jistax jaħseb fil-missjoni tiegħu fuq din l-art mingħajr ma jara fiha mixja ta' qdusija, għax \"dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom\" (1 Tessalonkin 4:3).", "Kull qaddis jew qaddisa hu missjoni; hu pjan tal-Missier biex jirrifletti u jlaħħam, f'mument determinat tal-istorja, xi aspett tal-Evanġelju.", "20.", "Din il-missjoni ssib il-milja tat-tifsira tagħha fi Kristu u nistgħu nifhmuha biss jekk nibdew minnu.", "Fil-verità, il-qdusija tfisser li ngħixu f'għaqda miegħu l-misteri ta' ħajtu.", "Tfisser li nixxierku mal-mewt u l-qawmien tal-Mulej b'mod uniku u personali, li mmutu u nqumu mill-ġdid kontinwament miegħu.", "23.", "Din hi sejħa qawwija għalina lkoll.", "Int ukoll għandek bżonn tifhem it-totalità ta' ħajtek bħala missjoni.", "Ipprova agħmel dan billi tisma' lil Alla fit-talb u tagħraf is-sinjali li qed joffrilek.", "Itlob dejjem lill-Ispirtu s-Santu jurik x'qed jistenna minnek Ġesù f'kull waqt tal-eżistenza tiegħek u f'kull għażla li trid tagħmel, biex tgħarbel x'post għandu fil-missjoni tiegħek.", "U ħallih jagħġen fik dak il-misteru personali li jista' jkun mera ta' Ġesù Kristu fid-dinja tal-lum.", "24.", "Jalla int tagħraf liema hi dik il-kelma, dak il-messaġġ ta' Ġesù li Alla jixtieq ilissen lid-dinja bil-ħajja tiegħek.", "Ħalli lill-Ispirtu jibdlek, ħallih iġeddek, biex dan isir possibbli, u hekk il-missjoni prezzjuża tiegħek ma tisfax mitlufa.", "Il-Mulej iwassalha għall-milja tagħha mqar qalb l-iżbalji tiegħek u l-mumenti negattivi tiegħek, sakemm int ma twarrabx għall-ġenb it-triq tal-imħabba imma tibqa' dejjem qalbek miftuħa għall-ħidma sopranaturali tiegħu li ssaffi u ddawwal.", "32.", "La tibżax mill-qdusija.", "Mhix ħa teħodlok saħħa, ħajja u ferħ.", "Bil-maqlub, għax tasal biex issir dak li l-Missier ħaseb meta ħalqek u għalhekk tkun fidil għal dak li int tassew.", "Meta noqogħdu fuqu, hu jeħlisna mill-jasar u jwassalna biex nagħrfu d-dinjità tagħna.", "34.", "Tibżgħux timmiraw iżjed fil-għoli, li tħallu lil Alla jħobbkom u jeħliskom.", "Tibżgħux tħallu lill-Ispirtu s-Santu jmexxikom.", "Il-qdusija ma tagħmlekx inqas bniedem milli int, għax hi l-laqgħa tad-dgħufija tiegħek mal-qawwa tal-grazzja.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kif qal León Bloy, fil-ħajja \"m'hemmx ħlief niket wieħed, ... dak li ma nkunux qaddisin.\"", "Talba", ":", "Mulej, minkejja li f'pajjiżha sofriet il-persekuzzjoni u l-insulti ta' niesha, Santa Katerina Tekakwita baqgħet sħiħa fil-fehma tagħha u għexet biss b'imħabba għalik, agħti lilna wkoll li ngħixu għalik fost-il ħafna taqlib u kuntrarju li aħna mdawrin bih fi żminijietna llum u agħmel li qatt ma nieqfu navvanzaw fil-qdusija li trid minna, tkun kemm tkun diffiċli li naslu għaliha minħabba ċ-ċirkustanzi.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.loyolapress.com/our-catholic-faith/saints/saints-stories-for-all-ages/saint-kateri-tekakwitha", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-kateri-tekakwitha/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Kateri_Tekakwitha", "Film on the life of Saint Kateri Tekakwitha:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed2a11ba', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-9-19-san-ljun-ix/", "title": "19 ta' April: San Ljun IX", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ljun IX", "\"Ġesù Kristu hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa u għal dejjem.", "Tħallux li tinġibdu 'l barra mit-triq b'tagħlim xorta oħra u barrani.\" –", "Lhud 13:8-9.", "SAN LJUN IX", "Papa", "1002 – 1054", "Tagħrif:", "Bruno twieled ħdejn Kolmar (Alsazja) minn Hugh Asbourgh, kuġin tal-Imperatur Korradu, u minn Heilewida, mara qaddisa.", "Jingħad li kienet hekk devota tal-passjoni, li meta twieled Bruno kellu ġismu ttikkjat bi slaleb żgħar ħomor.", "Meta kien għadu żagħżugħ, kien hekk devot, li sħabu biex jiddistingwuh minn oħrajn tal-istess isem, kienu jsejħulu \"t-twajjeb Bruno\".", "Irċieva l-edukazzjoni tiegħu taħt Bertoldu, it-twajjeb isqof ta' Toul, u wara l-istudji tiegħu sar kanonku tal-katidral.", "Wara l-mewt ta' Herimann, isqof ta' Toul u suċċessur ta' Bertoldu, Bruno ġie magħżul bħala suċċessur (1027).", "F'Diċembru tal-1048 Bruno ħa parti fid-dietà (konċilju) ta' Worms, meta l-Papa Tedesk Damasu II miet.", "Il-poplu ta' Ruma talab lill-Imperatur Enriku III biex jibgħatulhom.", "Wara ħafna reżistenza Bruno kellu jaċċetta.", "Telaq fuq iż-żiemel ma' ħabibu Ildebrandu, il-futur Girgor VII; iżda meta wasal ħdejn Ruma niżel minn fuq iż-żiemel u daħal il-belt ħafi, liebes ta' pellegrin.", "Tela' fuq it-tron fit-12 ta' Frar, 1049.", "Beda minnufih ix-xogħol tar-riforma, bl-għajnuna ta' Ildebrandu.", "F'April laqqa' sinodu fejn ikkundanna s-simonija u l-inkontinenza.", "Imbagħad beda l-vjaġġi tiegħu madwar l-Ewropa għar-riforma tad-drawwiet.", "Laqqa' Sinodu fejn ikkundanna l-Berengarju.", "In-Normanni għelbu lit-Taljani u lit-truppi tal-Papa ħdejn Civitella (Ġunju 1053) u l-Papa ta ruħu fi jdejhom.", "Itrattawh bl-unuri kollha u wara ftit ħaduh Benevento, fejn ried imur u fejn baqa' sa Marzu tal-1054.", "Il-maqtulin ta' Civitella baqgħu dejjem quddiem għajnejn il-Papa.", "Inkwiet ieħor kien Mikiel Żerularju, patrijarka ta' Kostantinopli, li reġa' beda jġedded ix-xiżma ta' Fozju.", "San Ljun bagħat lill-Kardinal Umberto Kostantinopli bħala legat u kiteb ittra ta' eżortazzjoni għall-paċi (Settembru 1053).", "Iżda r-riżultat tal-ambaxxati wasal Ruma wara l-mewt tal-papa (Lulju 1054).", "Infatti Ljun kien ħassu ħażin Benevento u meta reġa' ġie f'tiegħu telaq minn hemm għal Ruma fejn wasal fit-3 ta' April.", "Hawn reġa' marad u wara ftit ġranet miet fid-19 tal-istess xahar u ndifen f'San Pietru.", "Ħsieb", ":", "San Ljun IX dam Papa ħames snin, iżda snin mimlijin b'attività riformatriċi tal-għaġeb, fost il-kleru u l-lajkat.", "Kellu għan prinċipali: ir-riforma fil-Knisja.", "Quddiem l-isfida lejn ir-riforma fil-punent, il-Papa kellu l-isfortuna li jara u jkun xhud ta' ġrajjiet li kienu bidu lejn ix-xiżma tal-lvant.", "Mikiel Caerularius, il-patrijarka ambizzjuz ta' Konstantinopli, fetaħ attakk ta' propaganda kontra l-punent biex tinħall l-għaqda bejn il-lvant u l-punent.", "Meta huwa beda jattwa l-pjan tiegħu li jagħlaq il-knejjes latini ġewwa Kostantinopli u jisforza lill-patrijiet tar-rit Latin biex jaddottaw ir-rit Grieg, Papa Ljun ipprotesta.", "L-imperatur sforza l-patrijarka biex iċedi, imma meta Ljun bagħat l-ambaxxaturi biex jinvestigaw, il-patrijarka sfidhom.", "Il-legati tal-Papa quddiem din l-isfida skumnikawh fis-16 ta' Lulju, 1054.", "Il-patrijarka minn naħa tiegħu qam kontra Ruma u bdiet ix-xiżma bejn il-lvant u l-punent.", "Ljun miet qabel din il-firda finali seħħet.", "Il-poplu Ruman qiemu bħala qaddis, għat-tjubija tiegħu u għall-għeġubijiet li għamel f'ħajtu u wara mewtu.", "Forsi aħna lanqas nafu xi tfisser tgħix fiż-żminijiet ta' dan il-Papa twajjeb u tipprova tagħti l-kontribut tiegħek kif tista' kif għamel tajjeb Ljun IX, imma lanqas nistgħu ngħidu li fi żminijietna m'aħniex għaddejjin minn żmien differenti ta' taqlib, minn għedewwa tal-Knisja, dawn minn barra u dawk minn ġewwa, skandli, abbużi, opinjonijiet li jikkontrastaw u joħolqu konfużjoni u nies li ma baqgħux attivi fil-Knisja minn għal raġuni u min għal oħra.", "Imma n-Nisrani veru x'inhu msejjaħ li jagħmel quddiem dan kollu?", "Imsejjaħ jaġixxi hekk kif aġixxa s-Sinjur tagħna Ġesù Kristu meta daħal fit-tempju u ra li kienu għamluh suq.", "Huma ħafna dawk li jaħsbu li llum jaqbillek tkun Nisrani tal-KONVENJENZA milli tal-KONVINZJONI.", "Għaliex li tkun Nisrani konvint ifisser li trid tirfes il-kallijiet; trid toqros fil-laħam il-ħaj ibda minnek stess.", "F'dinja li tipprietka l-konvenjenza u l-kompromessi, din hi mixja kbira kontra l-kurrent, mixja li ħafna nsara jaqtgħu nifishom imqar jaħsbu fuqha.", "In-nisrani għandu bżonn li jara jekk ħajtu saritx suq ta' kompromessi, suq fejn qed naċċettaw kollox; suq fejn minflok tempju ta' Alla, billi nfittxu li nwettqu dak li jrid Alla minna, qed nagħmlu minn ħajjitna aċċettazzjoni bla sens ta' dak li toffri d-dinja, mingħajr lanqas biss nagħmlu domandi jekk dak li qed inwettqu jmurx tajjeb mal-fidi tagħna.", "Wara eżami fuqu nnifsu u konverżjoni sinċiera, għandu mbagħad jirsisti b'kull mod biex jitkellem favur il-Verità li wasslilna Kristu u b'hekk jitfa' wkoll dawl fuq il-ħajja ta' oħrajn biex huma wkoll jerġgħu jduru lejn it-triq tas-sewwa.", "Kulħadd għad jiġi ġġudikat u 'dak li wieħed jiżra', dak jaħsad' imma ma nistgħux nakkużaw jew ninħbew wara d-dnubiet u l-iskandli tal-oħrajn biex bħal donnu nippruvaw inġibu fix-xejn il-gravità tad-dnubiet tagħna!", "Ħafna jitilqu mill-Knisja għax jiskandalizzaw ruħhom mill-imġiba ta' wħud fil-Knisja, imma allura l-mistoqsija tiġi waħda:", "Il-fiduċja u t-tama ta' dawn in-nies kienet fi Kristu li waqqaf il-Knisja jew fin-nies tal-Knisja?", "Kulħadd suxxettibli għall-iżball.", "Int ukoll midneb/midinba.", "Il-Knisja hi sptar tal-midinbin u mhux mużew tal-qaddisin.", "Jekk int qaddis/a, m'hemmx postok fil-Knisja f'dina l-art, għax f'dan il-wied tad-dmugħ, kulħadd għadu u jibqa' midneb u kulħadd għandu jirsisti biex ikompli jissielet kontra d-dnub sa l-aħħar nifs.", "Hekk għamel il-Papa Ljun IX u hekk imsejħa biex nagħmlu aħna wkoll, bla aċċezzjoni.", "Talba", ":", "O Alla, Ragħaj twajjeb, Inti qegħedt fuq it-tmun lill-Qaddis Papa Ljun IX u permezz tiegħu, iggwidajt lill-poplu tiegħek fi żminijiet iebsa, nitolbuk biex tkompli tagħtina rgħajja qaddisa fil-Knisja tiegħek li jkunu mexxejja għaqlin, twajba u mimlija bl-għerf divin tiegħek biex jagħrfu jwasslu lill-merħla ta' żminijietna fil-mergħat ta' dejjem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintsresource.com/leo-ix-pope", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/pope-saint-leo-ix/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Leo_IX", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed29f3ca', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-6-16-santa-bernardina-soubirous/", "title": "16 ta' April: Santa Bernardina Soubirous", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Bernardina Soubirous", "\"Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.", "Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.\" –", "Ġesu' f'Luqa 10:21", "SANTA BERNARDINA SOUBIROUS", "Verġni", "1844 – 1879", "Tagħrif:", "Din il-qaddisa tibqa' l-aktar magħrufa minħabba d-dehriet li kellha tal-Madonna f'Lourdes.", "Maria Bernarda twieldet f'Lourdes u kienet il-kbira minn sitt aħwa, ulied Francois Soubirous u martu Louise Castérot.", "Bernadette, kif kienu jsejħulha d-dar, kienet tifla marradija u tbati bl-ażma, u meta kellha 10 snin anki ħadet il-marda tal-kolera.", "Missierha li kellu magna tad-dqiq ma kienx jinqala' għan-negozju u l-familja sabet ruħha f'faqar kbir u kellha tmur toqgħod f'dar se taqa' u ma taqax.", "It-tifla rċeviet ftit skola, u kienet miżmuma bħala moħħha ma jagħtihiex.", "Fl-1858, fis-sena li fiha għamlet l-Ewwel Tqarbina, seħħew ġrajjiet straordinarji li biddlu għal kollox ħajjitha u li għamluha tant magħrufa.", "Id-dehriet tal-Madonna b'kollox kienu 18-il waħda.", "F'dik tal-25 ta' Marzu, meta Bernadette reġgħet staqsiet lis-sinjura tad-dehriet x'kien jisimha, il-Madonna weġbitha: \"Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata.\"", "Il-Papa B. Piju IX kien ipproklama d-domma tat-tnissil bla tebgħa ta' Marija fit-8 ta' Diċembru ta' tliet snin qabel.", "L-ilma li ħareġ mill-post fejn Bernadette ħaffret fuq it-talba tal-Madonna sar għajn ta' fejqan għal bosta, imma dak l-istess ilma lilha ma fejjaqhiex mill-mard tagħha.", "Kienet qaltilha l-Madonna: \"Inwiegħdek li nagħmlek hienja, mhux f'din id-dinja iżda fl-oħra.\"", "Bernadette kellha tgħaddi minn żminijiet diffiċli: sabet oppożizzjoni u ma kinitx emmnuta kemm mill-awtoritajiet tal-Knisja kif ukoll dawk ċivili.", "Ma tawx kasha għax qalu li kienet tifla sempliċi, bla skola u tbati mill-alluċinazzjonijiet.", "Imma s-sinċerità ovvja tagħha u s-sens komun tagħha wasslu biex ħafna bdew jemmnu fid-dehriet.", "Hi kienet tobgħod il-pubbliċità li għaliha kienet esposta minħabba d-dehriet u kienet tirrifjuta li taċċetta flus jew rigali oħra mill-ħafna nies li kienu jmorru biex jarawha.", "Fl-1864, talbet biex tidħol fil-kunvent tas-sorijiet ta' Notre Dame f'Nevers, imma minħabba saħħitha ma ġietx milqugħa qabel l-1866, meta kienet aċċettata bħala novizza u ħadet l-isem ta' Maria-Bernarda.", "Hi għexet il-bqija ta' ħajjitha bħala soru ordinarja u ma ħarġitx mill-kunvent, lanqas fl-1876 fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru biex ifakkru l-ftuħ ta' bażilika ġdida f'Lourdes.", "Jidher li din kienet għażla tagħha; xtaqet kieku tkun preżenti imma riedet tevita l-attenzjoni fuqha.", "\"O, kieku kont nista' mmur bla ma ħadd jarani,\" qalet.", "Kellha xewqa kbira li titqaddes: \"Jeħtieġli nkun qaddisa,\" kitbet, \"Ġesù dan li jrid minni u jiena obbligata li nkun hekk mill-vokazzjoni tiegħi.\"", "Kellha sens kbir ta' umiltà.", "Dwar dak li ġara minnha qabel ma daħlet reliġjuża, Bernadette xebbhet lilha nfisha ma' xkupa: \"Il-Madonna nqdiet bija.", "Imbagħad qegħduni lura fir-rokna tiegħi.", "Jiena hienja li nieqaf hemm.\"", "Il-mard qatt ma ħallieha għal kollox.", "L-aħħar erba' snin ta' ħajjitha, il-mard daħal aktar 'il ġewwa.", "Kienet issofri minn tuberkolożi fl-għadam bi tbatijiet kbar.", "Mietet ta' 35 sena, nhar is-16 ta' April tas-sena 1879.", "Bernadette Soubirous kienet iddikjarata qaddisa fis-Sena Mqaddsa tal-Fidwa fl-1933, mill-Papa Piju XI.", "Il-Festa tal-Verġni Mqaddsa Marija ta' Lourdes tiġi ċċelebrata fil-11 ta' Frar. (", "ara Il-Verġni Mqaddsa Marija ta' Lourdes", ").", "Ħsieb", ":", "Miljuni ta' nies marru ħdejn l-għajn li ħaffret Bernadette ifittxu l-fejqan tal-ġisem u tal-ispirtu, iżda hi ma ġietx eżentata mill-mard minn din l-għajn.", "Bernadette għaddiet il-ħajja tagħha, iggwidata biss minn fidi għamja f'affarijiet li ma kinitx tifhem – kif aħna wkoll ngħaddu, minn żmien għal żmien.", "Alla għażel lil Bernadette minn fost ħafna biex permezz tad-dehriet tal-Madonna, jinħoloq post ta' faraġ u fejqan fil-ġisem u r-ruħ, għall-bnedmin kollha.", "Imma għaliex intgħażlet propju Bernadette?", "Nafu li kienet tifla bla ebda importanza, sempliċi u b'nuqqas ta' intelliġenza.", "Imma dan m'għandux jiskantana ladarba l-Kelma t'Alla stess tgħidilna:", "\"Imma Alla għażel in-nies boloh għad-dinja biex iħawwad l-għorrief; għażel id-dgħajfa tad-dinja biex iħawwad il-qawwija; għażel il-mistmerra mid-dinja, u n-nies li ma huma xejn, biex iġib fix-xejn 'il dawk li huma xi ħaġa.", "Hekk ebda bniedem ma jkun jista' jiftaħar quddiem Alla\"", "(1 Korintin 1:27-29).", "U Ġesù nnifsu jgħid li:", "\"Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha\"", "(Mark 10:15).", "Il-Ġimgħa 23 ta' Ġunju 2017, fl-omelija tiegħu f'Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku qal hekk:", "\"Jeħtieġ li niċċekknu biex inkunu nistgħu nisimgħu leħen il-Mulej.", "Il-Mulej għażilna u sar wieħed minna biex jimxi magħna fil-ħajja, u ta lil Ibnu, il-ħajja ta' Ibnu, għall-imħabba tagħna.", "Mosè, fil-Ktieb tad-Dewteronomju jgħid li Alla għażilna biex inkunu l-poplu tiegħu fost il-popli kollha tad-dinja.", "F'dan it-test, insibu żewġ kelmiet partikolari: 'għażla' u 'ċokon'.", "Ma konniex aħna li għażilna lilU imma kien Alla li sar ilsir tagħna.", "Intrabat ma' ħajjitna biex ma jinfired qatt iżjed.", "U Hu jibqa' fidil f'dan l-atteġġjament tiegħu.", "Aħna ġejna magħżulin għall-imħabba u din hi l-identità tagħna.", "Tgħid, jien għażilt din ir-reliġjon?", "Le, int m'għażilt xejn.", "Huwa Hu li għażel lilek, sejjaħlek u ntrabat miegħek.", "U din hi l-fidi tagħna.", "Jekk dan ma nemmnuhx ma nkunux fhimna x'inhu l-messaġġ ta' Kristu, ma nkunux fhimna l-Vanġelu.", "Dwar it-tieni kelma: iċ-ċokon, niftakru li Mosè għamilha ċara li Alla kien għażel il-poplu ta' Iżrael, għax kien l-iċken fost il-popli.", "Alla, innamra maċ-ċokon tagħna u għalhekk għażilna.", "Hu jagħżel liż-żgħar, mhux lill-imkabbrin, lill-kbar.", "Hu juri ruħu liċ-ċkejknin: Ħeba dawn il-ħwejjeġ lil min hu għaref u wriehom liċ-ċkejknin.", "Jekk int trid tifhem xi ħaġa mill-misteru ta' Ġesù, iċċekken.", "Agħraf ix-xejn tiegħek għax Alla mhux biss jagħżel u juri ruħu liċ-ċkejknin imma jsejħilhom: 'Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħassbin u mtaqqlin u jiena nfarraġkom.'", "Intom li intom ċkejknin – minħabba t-tbatija, minħabba l-għeja....", "Allura lill-kbar ma jsejħilhomx?", "Qalbu miftuħa, imma l-imkabbrin ma jirnexxilhomx jisimgħu leħen il-Mulej għax huma mimlijin bihom infushom.", "Il-Qalb ta' Alla hija Qalb li tħobb, li tagħżel, li hi fidila u li tintrabat magħna, li turi ruħha liċ-ċkejknin, issejħilhom u tiċċekken hi stess.", "Il-problema tal-fidi hi l-qofol tal-ħajja tagħna: nistgħu nkunu twajba ħafna imma ma jkollniex fidi jew tkun nieqsa.\"", "U int, tgħodd ruħek maċ-ċkejknin, bħal Santa Bernardina Soubirous, biex bis-sinċerità , bil-fidi u b'qalb miftuħa tilqa' l-Kelma ta' Alla u tgħix kif iridna Hu?", "Ejjew ma ninsewx, li f'din id-dinja min jitkabbar, jiċċekken u min jiċċekken, jitkabbar għall-eternità!", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, hekk kif talbitna l-Madonna permezz ta' Santa Bernardina ġewwa Lourdes, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta' Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjos kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Talba", ":", "O Santa Bernardina Soubirous, li kont ċkejkna f'din id-dinja, imma ġejt magħżula għal tmintax-il aparizzjoni tal-Immakulata Verġni Marija u bil-privileġġ li titkellem magħha b'mod dirett, issa li qed tgawdi b'mod etern is-sbuħija tal-Immakulata Omm Alla, interċedi għalina, ħalli nimxu fit-toroq sempliċi tal-fidi.", "Għinna nobdu bħalma għamilt int, lir-Reġina tas-sema, billi ngħidu r-Rużarju ta' kuljum u billi nagħmlu penitenza għall-midinbin.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-bernadette-soubirous.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-bernadette-soubirous/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Bernadette_Soubirous", "Film 1:", "Film 2:", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed2cfc5d', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-8-18-beata-marija-tal-inkarnazzjoni/", "title": "18 ta' April: Beata Marija tal-Inkarnazzjoni", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Marija tal-Inkarnazzjoni", "\"Min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva.\" –", "Ġesù f'Mattew 10:22", "BEATA MARIJA TAL-INKARNAZZJONI", "Reliġjuża", "1566 – 1618", "Tagħrif:", "Twieldet f'Pariġi fl-1 ta' Frar 1566, minn familja Nisranija ħafna.", "Kienet bint Nicholas Avrillot li kien Ministru tal-Finanzi u wara laħaq il-Kanċillier tar-Reġina Margarita ta' Valois, li aktar tard iżżewġet lill-futur Re Neriku IV.", "Isimha kien Barbe.", "Barbe rċeviet l-edukazzjoni tagħha għand is-sorijiet Franġiskani ta' Long Champs, fejn zijitha kienet is-superjura.", "Barbe kienet iddeterminata li tkompli tgħix il-ħajja reliġjuża, imma ommha daqstant ieħor kienet iddeterminata li Barbe tiżżewweġ skont il-moda tal-klassi għolja ta' dak iż-żmien.", "Kellha 11-il sena meta għamlet l-Ewwel Tqarbina u minn dakinhar bdiet tħoss il-ġibda għall-ħajja reliġjuża.", "Ta' 14-il sena ħaditha ma' ommha u ma riditx taf bi żwieġ.", "Ommha ġagħlitha tgħix f'kamra għal sentejn, kamra li ma kinitx imsaħħna, biex forsi Barbe ċċedi.", "Ta' 16-il sena Barbe aċċettat li tiżżewweġ lil Pierre Acarie, Viskonti ta' Villemore, żagħżugħ intelliġenti, avukat sinjurun u kattoliku ferventi.", "Ma setgħetx ikollha raġel aħjar.", "Pierre kien jgħin lir-rifuġjati Kattoliċi Ingliżi mill-persekuzzjoni tar-Reġina Eliżabetta.", "Barbe fl-aħħar ċediet li tibda tilbes ħwejjeġ tal-moda skont il-pożizzjoni tagħha.", "Tant kienet tidher sabiħa li qalgħuhielha \"La Belle Acarie.\"", "Il-koppja kellha sitt itfal.", "Barbe kienet tgħaddi wisq ħin fuq kif ser tgħix skont il-klassi ta' dak iż-żmien.", "Pierre nduna b'dan, li kienet qiegħda tgħaddi ħafna ħin taqra r-rumanzi.", "Din il-ħajja ta' tgawdija u xalar ma damitx sejra, u bidlilha l-kotba ma' dawk aktar spiritwali.", "Bil-mod il-mod Pierre ntebaħ li Barbe kienet bdiet tgħix ħajja spiritwali intima, li xi drabi wassluha għal estasi.", "Kien patri kapuċċin Ingliż, Fr Benet Canfield li assiguraha li l-esperjenzi li kienet tgħaddi minnhom kienu ġejjin minn Alla.", "Nerik IV attakka lil Pariġi, Pierre ġie eżiljat u peress li kien nefaq somom kbar biex jiddefendi lill-Kattoliċi, Barbe sabet ruħha f'sitwazzjoni kerha ferm.", "It-tfal bagħatithom għand is-sorijiet.", "Marret tgħix mal-kuġin tagħha, ħadet f'idejha d-difiża tar-raġel.", "Kienet tmur tarah regolarment, Soissons, fejn kien 60 km 'il bogħod.", "Waqgħet darbtejn minn fuq iż-żiemel u kisret saqajha.", "Ħadulha kull ma kellha u ġiet umiljata sal-aħħar.", "Fl-1593, ir-Re Neriku IV reġa' sar Nisrani u Pierre ġie meħlus u sab ruħu bla flus, bla xogħol u sab li d-dar tbiddlet f'post ta' spiritwalità.", "Barbe rsistiet biex tagħmel xogħol ta' ħajja Nisranija għal Franza u waqqfet il-\"Karmelitani ta' Franza\".", "Għenet biex twaqqaf is-Soċjetà tal-Oratorjani.", "Fl-1613, Pierre miet wara li daret bih sal-aħħar.", "Wara l-mewt tiegħu, iddisponiet mill-propjetà u l-ġid kollu tagħha u daħlet mas-Sorijiet Karmelitani ta' Amiens.", "(Nota: Fl-1792, 16-il soru minn dan il-monasteru mietu martri fir-Rivoluzzjoni Franċiża – Il-Beati Karmelitani).", "Tawha l-isem ta' Marija tal-Inkarnazzjoni.", "Kienet tagħmel il-faċendi, tgħin fil-kċina u l-aħħar erba' snin ta' ħajjitha għaddiethom mingħajr ma ħadd jagħti kas tagħha, sħabha jikkonfrontawha, jgħajjruha u ma jikkalkulawhiex.", "Minħabba l-marda kerha li kellha, ħaduha f'kunvent ieħor f'Pontoise.", "Mietet fit-18 ta' April 1618, kien l-Għid, kellha 52 sena.", "Il-Papa Piju VI bbeatifikaha fl-1791.", "Ħsieb", ":", "Ukoll jekk mara tal-familja, il-Beata Marija tal-Inkarnazzjoni kienet ta' għajnuna kbira lil bosta persuni fil-bżonn waqt l-assedju ta' Pariġi tal-1590, u ħadmet ħafna biex ir-Riforma Protestanta ma tinxteridx ġewwa Franza.", "Hi kellha bosta grazzji mistiċi, imma wkoll provi kbar, bħal meta żewġha ġie eżiljat minn Franza għal xi żmien mir-Re Enriku IV minħabba li l-Lega li tagħha kien membru, ġiet mirbuħa.", "Wara li fl-1601 ġew f'idejha l-kitbiet ta' Santa Tereża, hi xtaqet ħafna li dawn l-ulied tar-Riformatriċi Spanjola jaslu f'pajjiżha.", "Wara li ġabet il-permessi kollha meħtieġa mir-Re, li tant kellu ammirazzjoni lejha, u mill-Papa Klement VIII, nhar is-17 ta' Ottubru tal-1604, infetaħ l-ewwel monasteru ġewwa Franza (Pariġi) bil-miġja ta' sitt sorijiet Spanjoli, fosthom il-Beata Anna ta' San Bartilmew, sieħba u infermiera ta' Santa Tereża nnifisha u l-qaddejja ta' Alla, Anna ta' Ġesù.", "Fi ftit snin u fi żmien l-istess Beata Marija tal-Inkarnazzjoni nfetħu l-monasteri ta' Pontoise, Dijon u Amiens.", "It-tliet uliedha bniet li għexulha, daħlu sorijiet, kif għamlet hi wkoll wara l-mewt ta' żewġha fl-1614 ġewwa l-monasteru ta' Amiens bħala soru-konversa bl-isem ta' Marija tal-Inkarnazzjoni.", "Xogħolha l-aktar li kien jikkonsisti kien bħala koka u infermiera.", "Fl-1616, ġiet trasferita fil-monasteru ta' Pontoise, fejn issa jinsabu r-relikwi tagħha.", "X'xorti kbira għandu l-bniedem meta l-Mulej jixħet għajnejH fuq iċ-ċokon tagħna u jużana bħala strumenti fqajra għall-opra tiegħU.", "Alla jerfa' lill-umli, imma jistkerraħ lil l-kburin.", "Dak hu dak li jagħmel Alla mal-bniedem umli, id-deżert ibiddlu f'oasi, id-dlam f'dawl, il-bniedem midneb f'Mistiku.", "BASTA L-BNIEDEM JKUN UMLI.", "Iva Alla jbiddel id-deżert f'oasi, kif għamel ma' Abraham, li ukoll jekk imdaħħal fiż-żmien, isir il-missier ta' ġens kbir.", "Dak li Alla jista' jkompli jagħmel miegħek u permezz tiegħek, huwa tal-għaġeb ... jekk biss tħalliH!", "L-għażla f'idejk ħabib/a!", "Talba", ":", "Missier tagħna tas-Sema, Inti tajt lill-Beata Marija tal-Inkarnazzjoni l-qawwa erojka biex setgħet taffaċċja kull tip ta' kuntrarju tul it-triq ta' ħajjitha, u l-ħeġġa biex hija testendi l-familja Karmelitana fid-dinja.", "Għat-talb tagħha, agħti lilna wkoll, uliedek, biex b'kuraġġ ngħaddu minn kull prova u nipperservaw sal-aħħar fl-imħabba tagħna lejk.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://ocarm.org/en/content/liturgy/bl-mary-incarnation-ocd-reigious-m", "Alternative Reading:", "http://", "carmelitesisters.ie/blessed-mary-of-the-incarnation", "/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Marie_of_the_Incarnation_(Carmelite)", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb huwa meħud minn omelija ta' Patri Juan Debono (7 ta' Ġunju 2018) ġewwa s-Santwarju Santa Tereża, B'Kara.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed2de6a8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-5-15-san-damjan-de-veuster/", "title": "15 ta' April: San Damjan de Veuster", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Damjan de Veuster", "\"Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.\" –", "Ġesu' fi Ġwanni 15:13.", "SAN DAMJAN DE VEUSTER", "Saċerdot", "1840 – 1889", "Tagħrif:", "Joseph de Veuster, bħala reliġjuż Patri Damjan, twieled fi Tremeloo qrib Louvain fil-Belġju fit-3 ta' Jannar, 1840.", "Ta' 18-il sena daħal mal-patrijiet tal-Qlub Imqaddsa ta' Ġesù u Marija, magħrufa bħala 'Picpus Fathers'.", "Ta' 23 sena hu telaq bħala missjunarju fil-gżejjer tal-Paċifiku u ġie ordnat saċerdot f'Honolulu fl-1864.", "Disa' snin wara, offra ruħu biex imur jaħdem qalb il-lebbrużi fil-gżira ta' Molokai, u wasal hemm fl-10 ta' Mejju, 1873.", "B'kollox dam f'din il-gżira 16-il", "sena, jagħmel ġid spiritwali u materjali lill-merħla għażiża tiegħu.", "Sa mill-bidu Damjan poġġa l-ġid tal-morda bil-lebbra qabel il-ġid tiegħu.", "Id-dehra u r-riħa ta' iġsma mħassra għall-ewwel ħasditu, iżda ma ċediex.", "L-ilma li kien hemm ma kienx tajjeb għax-xorb; għalhekk Patri Damjan mar fil-muntanji biex ifittex għejun friski.", "Wara ħafna xhur ta' ġlied kontra l-burokrazija, ġew mibgħuta xi kanen u Damjan, flimkien ma' xi nies tal-post bdew jaħdmu sakemm ilma safi twassal fil-Kolonja.", "Billi fuq il-post ma kienx hemm injam biex tibni, Damjan baqa' jiffitta lill-Bord tas-Saħħa ta' Honololu sakemm tawh l-għajnuna meħtieġa.", "Mhux l-ewwel darba li kien jitlef il-paċenzja, iżda qatt mal-morda li kien jitrattahom bl-ikbar rispett.", "Għal kull biċċa xogħol, sew jekk ta' bini jew tagħlim, sew jekk biex idewwi xi ferità jew jaħdem xi tebut, kont dejjem issib lil Patri Damjan.", "Ma' nżul ix-xemx kien jintasab barra quddiem l-għorfa tiegħu, flimkien ma' xi gruppi raħħala, jieħu gost bl-istejjer u l-kant tagħhom tal-post.", "Għalkemm ix-xogħol iebes kien iqabbdu l-ġuħ, mhux l-ewwel darba li qasam il-ftit ikel li kien ikollu ma' sħabu.", "Anke l-pipa tiegħu kien iħallihom ipejpu.", "Sal-1881, permezz ta' fondi mingħand l-isqof, inbnew żewġ orfanatrofji u żewġ skejjel.", "L-ewwel Ħadd ta' Ġunju, 1885, qabel ħareġ għall-adorazzjoni ta' filgħodu, Damjan waqqa' ilma jagħli fuq siequ.", "Ra l-ġilda tinstamat iżda ma ħass xejn.", "F'dik l-għodwa n-nies inħasdu hekk kif Patri Damjan ma bediex il-prietka tiegħu bis-soltu kliem, \"Għeżież ħuti ...\" iżda \"Aħna l-lebbrużi ...\"", "Bħalhom Damjan issa kien marid bil-lebbra.", "Tajjeb li wieħed isemmi li, fost oħrajn, kien hemm soru qaddisa bl-isem ta' Marija Cope (", "ara Santa Marija Cope", ") li ħadmet ma' Damjan de Veuster, meta kien qed itemm l-apostolat straordinarju tiegħu.", "Patri Damjan miet bil-lebbra, ta' 49 sena, fil-15 ta' April, 1889, u kien midfun b'għożża kbira minn sħabu taħt is-siġra tal-pandanus li taħtha kien raqad meta wasal hemm l-ewwel darba.", "Illum fuq Molokai hemm salib tal-granit li fuqu hemm imnaqqax il-kliem: \"M'hemmx imħabba ikbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu\" (Ġwanni 15:13).", "Il-fdal tiegħu ttieħed trijonfalment fil-Belġju, fejn jinsab meqjum fil-kripta tal-Knisja tal-\"Picpus Fathers\" ta' Louvain.", "Aktar minn 33,000 lebbruż, ħafna minnhom mhux insara, għamlu petizzjoni għall-beatifikazzjoni tiegħu.", "Il-Papa San Ġwanni Pawlu II bbeatifikah fil-Belġju fl-1995 waqt żjara pastorali li għamel f'dak il-pajjiż.", "Il-Papa Benedittu XVI iddikjara lil Damjan de Veuster qaddis f'Ottubru tal-2009.", "Huwa l-Patrun ta' dawk milquta bil-lebbra, HIV u l-AIDS.", "Ħsieb", ":", "Xi nies ħasbu li Damjan de Veuster kien eroj għax mar il-Molokai u oħrajn ħasbu li kien miġnun.", "Meta kleriku Protestant kiteb li Damjan kien ħati ta' mġiba immorali, Robert Louis Stevenson iddefenda bil-qawwa tiegħu \"f'Ittra bil-Miftuħ lil Dr. Hyde.\"", "Hawaii mhux dejjem kienet gżira tal-ġenna.", "F'nofs is-sena 1800, il-barranin ġabu mard ġdid, inkluż il-lebbra, li bdiet tiddomina l-popolazzjoni.", "Il-gvern iżola lil dawk milquta mill-lebbra f'Molokai, għażla żgħira ta' art imdawwra b'irdumijiet kbar u baħar perikoluż.", "L-Isqof talab għall-voluntiera mill-membri tal-Kongregazzjoni tal-Qlub Imqaddsa biex jaqdu lil-lebbrużi għal erba' xhur kull darba.", "L-ewwel li ntbagħat kien il-Belġjan Fr. de Veuster, imwieled fit-3 ta' Jannar, 1840.", "Mixi fost il-mejtin ħajjin, kien jara sfruttament grotesk, faqar terribbli, destituzzjoni u wġigħ emozzjonali.", "Mingħajr impjanti tal-irziezet u b'deformitajiet fiżiċi debilitanti, huma kienu mistennija li jkabbru l-ikel tagħhom stess, fil-ħamrija vulkanika.", "L-infermiera li wriet lil Fr de Veuster il-faċilitajiet disponibbli, irrimarkat, \"M'għandnix għedewwa hawn ħlief skabbja, rimettar, briegħed u qamel.\"", "Fr de Veuster iċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu fil-kappella sħuna fejn kien ikkonfrontat bl-iżvantaġġi fiżiċi kollha tal-lebbra, inkluża r-riħa ta' laħamhom qed jitħassar.", "Kellu jdur lejn tieqa miftuħa, biex jirnexxielu ma jirremettix, iżda l-bini kien imdawwar minn dawk li ma setgħux jidħlu fil-knisja li kienet żgħira.", "Fr de Veuster malajr intebaħ li l-eżiljati kienu mweġġa' għax qatt ma kien miss lil xi ħadd jew pejjep il-pipa komuni tal-post.", "Jekk verament ried jirbaħ il-qlub tagħhom, huwa kellu jaċċettahom kompletament u jirriskja l-infezzjoni.", "Ladarba jittieħed, hu kien jaf li kellu jmut fi żmien tliet jew erba' snin.", "Infatti, wara xi snin, huwa kien beda l-priedki tiegħu bil-kliem, \"Aħna l-lebbrużi ...\"", "L-eżiljati kienu jeħtieġu kura medika.", "Minbarra l-lebbra, il-pazjenti sofrew minn kull tip ta' infezzjoni sekondarja: infestazzjonijiet ta' qamel u qurdien, skabja, infezzjonijiet tal-pulmun, uġigħ ulċerat, dijarea, sogħla, eċċ. Huwa għen biex jittaffew dawn il-bżonnijiet kollha, ħafna drabi affaċċjat b'indifferenza, dewmien u saħansitra oppożizzjoni miftuħa.", "F'Diċembru tal-1884, innota bżieżaq severi fuq saqajh mingħajr il-preżenza ta' uġigħ.", "Huwa miet bil-lebbra fil-15 ta' April, 1889 wara 16-il sena ta' dedikazzjoni bla xkiel.", "Biex wieħed jgħin finanzjarjament il-lebbrużi madwar id-dinja – u hemm 700,000 każ ġdid kull sena! – F'Malta hemm l-Ordni tal-Karità li ilha taħdem għal dawn l-aħħar 44 sena.", "Issa qed titmexxa mill-Grand Priory ta' Malta tal-Ordni ta' San Lazarus, Ordni antika tal-Kavallieri li tiddedika l-enerġija tagħha prinċipalment għall-kawża tal-lebbrużi.", "Għal aktar informazzjoni ikteb lil tcutajar36@onvol.net.", "Talba", ":", "O Alla, Missierna, ngħidulek grazzi għal ħuna San Damjan de Veuster.", "Fuq il-passi ta' Ibnek Ġesù, huwa mar mal-lebbrużi ta' Molokai, sar wieħed minnhom anke sal-mewt; hu wriehom li Int tħobbhom; tahom lura id-dinjita' ta' bnedmin, u futur mimli tama.", "Aħna wkoll irridu nimxu fuq il-passi tiegħu, animati bl-istess fidi.", "Iftħilna għajnejna u qlubna, biex nistgħu immorru għand dawk kollha li huma abbandunati, injorati, minsija.", "Agħtihom li permezz tagħna, huma jkunu jistgħu jiskopru Int min Int u kemm tħobbhom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-damien-of-molokai-456", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-damien-de-veuster-of-moloka-i/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Father_Damien", "Film on Saint Damien de Veuster of Moloka:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb huwa meħud minn artiklu fuq it-Times of Malta, tal-10 ta' Ottubru 2009, jum qabel il-kanonizzazzjoni ta' Fr. Damjan de Veuster.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed33ab1c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-4-14-beatu-pietru-gonzales/", "title": "14 ta' April: San Pietru Gonzales", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pietru Gonzales", "\"Jekk id-dinja daħket bija, jien irrid nidħak bid-dinja.\" –", "San Pietru Gonzales", "SAN PIETRU GONZALES", "Reliġjuż", "†1246", "Tagħrif:", "Pietru Gonzales kien ġej minn familja nobbli ta' Kastilja, fi Spanja.", "Wieħed minn zijietu kien isqof ta' Astorga, li eduka lil Pietru u anki kisiblu t-titlu ta' kanonku tal-katidral minkejja li kien għadu taħt l-età.", "Darba f'jum tal-Milied, hekk kif kien kollu mdandan imlibbes bl-iżjed ilbies fin biex jieħu l-pussess bħala kanoniku, kien imtajjar minn fuq iż-żiemel tiegħu u mitfugħ f'ħofra mimlija tajn, fost id-daħk ta' dawk kollha li raw dan l-inċident.", "F'daqqa waħda ħajtu nbidlet għal kollox għax din il-ġrajja ġegħlitu jiftaħ għajnejh u jara l-frugħa kollha tiegħu.", "\"Jekk id-dinja daħket bija\" qal, \"jien irrid nidħak bid-dinja.\"", "Ħalla l-pożizzjoni li kellu u daħal Dumnikan.", "Kien predikatur kapaċi u anke ġie nominat bħala l-kappillan irjali minn San Ferdinandu III, re ta' Kastilja u Leon.", "Dan il-patri Dumnikan kien meqjum ħafna mill-baħħara Spanjoli u Portugiżi li kien jagħmlilhom żjarat fuq ix-xwieni tagħhom.", "Huwa miet fl-14 ta' April, 1246.", "Kien ibbeatifikat mill-Papa Innoċenz IV fl-1254 u kkanonizzat fit-13 ta' Diċembru, 1741 mill-Papa Benedittu XIV.", "Huwa l-qaddis protettur tal-baħħara li jsejħulu taħt l-isem ta' Elmo jew Erażmu, li minnu ġej l-isem ta' Iermu li għalih hija msemmija l-famuża Forti Sant'Iermu fil-belt Valletta.", "Ħsieb", ":", "Kemm-il darba smajna stejjer dwar xi sfortuna jew diżastru biex imbagħad wara xi żmien, tisma' li ġiet meqjusa bħala ħaġa tajba.", "Mhux kull \"diżastru\" huwa tassew ħażin fil-konsegwenzi tiegħu, għax il-Mulej jista' joħroġ it-tajjeb minn dak li jidher li hu sfortuna.", "Dan kien il-każ tal-Qaddis Pietru Gonzales li ġralu bħal San Pawl.", "Il-waqgħa minn fuq iż-żiemel għal ġot-tajn, irriżultat f'ħaġa tajba fil-ħajja tiegħu.", "Ġabietu f'sensieh u bidlitlu l-mod ta' kif jaħseb.", "Din tissejjaħ konverżjoni.", "U tassew, kull nisrani jeħtieġ li jibdel il-mod ta' kif jaħseb, għax kulħadd ikollu bżonn jikkonverti minn bniedem ħażin għal wieħed li jibda jagħmel it-tajjeb u minn bniedem tajjeb għal wieħed li jagħmel dak li hu l-aħjar, eċċ...", "Il-konverżjoni għalhekk tibqa' għaddejja tul ħajjitna kollha sakemm naslu sal-punt fejn San Pawl jgħid li rridu nsiru: \"", "Naħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù\"", "(Filippin 2:5).", "F'post ieħor jgħid:", "\"Intom il-magħżulin ta' Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu.", "Ilbsu mela sentimenti ta' ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar\"", "(Kolossin 3:12).", "Imma meta San Pietru Gonzales qal:", "\"Jekk id-dinja daħket bija, jien irrid nidħak bid-dinja\"", "x'ried ifisser eżatt?", "X'aktarx li ried jagħmel distinzjoni bejn il-fatt li qabel il-waqgħa huwa kien iblah, kien bniedem tad-dinja, b'viżjoni dejqa u ffukata fuqu nnifsu; imma minn wara l-waqgħa, ħa deċiżjoni li 'jiftaħ moħħu' jew 'għajnejh' u jilqa' l-mod ta' kif jaħsibha Alla, f'kelma waħda, li jsir bniedem spiritwali u jirbaħ fuq id-dinja.", "Kristu qal:", "\"Jiena rbaħt id-dinja!\"", "(Ġwanni 16:33).", "B'liema modi n-​'nies' tad-dinja (li jiffukaw biss fuq il-bżonn fiżiku) differenti minn dawk spiritwali?", "L-​'appostlu' Pawlu jgħinna nifhmu d-​'differenza' bejn \"bniedem spiritwali\" u \"bniedem fiżiku.\"", "Fl-​1 Korintin 2:14-16, insibu dan:", "\"Il-bniedem naturali ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta' Alla; għalih huma kollha bluha, ma jistax jifhimhom, għaliex ħadd ma jista' jgħarbilhom jekk mhux bl-Ispirtu.", "Il-bniedem spiritwali jgħarbel kollox, u lilu ma jgħarblu ħadd.", "Min hu dak li jista' jifhem il-ħsieb tal-Mulej biex ikun jista' jgħallmu?", "Imma aħna, aħna għandna fina l-ħsieb ta' Kristu.\"", "Persuna fiżika 'ma tilqax l-​affarijiet tal-​ispirtu t'Alla, għax huma bluha għaliha; u ma tistax issir tafhom.'", "B'kuntrast, persuna spiritwali 'tistħarreġ kolloxʼ u għandha \"l-​moħħ taʼ Kristu,\" li jfisser li tistinka biex taħseb bħalma jaħseb Kristu.", "Pawlu jinkuraġġina biex inkunu nies spiritwali.", "B'kuntrast maʼ persuna fiżika, persuna spiritwali jimpurtaha ħafna mir-​relazzjoni tagħha m'Alla.", "Hi tħalli l-​Ispirtu qaddis t'Alla jiggwidaha u tistinka biex timita lil Kristu.", "San Pawl jisħaqq:", "\"Kunu, mela, tixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba.\"", "(Efesin 5:1) Din tagħmel sforz biex titgħallem kif jaħsibha l-Mulej u biex tara l-​affarijiet kif jarahom Hu.", "Alla hu reali ħafna għaliha.", "Din ma tipprattikax \"l-​għemejjel tal-​laħam\" imma tipprova tiżviluppa \"l-​frott tal-​ispirtu.\"", "U f'Galatin 5:22-25 insibu:", "\"Il-frott tal-Ispirtu huma: l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa, ir-rażan.", "Kontra dawn ma hemmx liġi.", "Dawk li huma ta' Kristu Ġesù sallbu l-ġisem, il-ġibdiet u l-passjonijiet tiegħu.", "Jekk ngħixu bl-Ispirtu, ħalli nimxu bl-Ispirtu.\"", "Ġesù qal li dawk li għandhom moħħhom iffokat fuq affarijiet spiritwali huma ferħanin. (ara ​Mattew 5:3-12) Fil-qosor nistgħu inpoġġuha b'dan il-mod: Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom, għax għandhom ċans kbir li jiksbu s-​saltna tas-​smewwiet.", "F'Rumani 8:6-8 insibu wkoll:", "\"Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat ta' l-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem.", "Għalhekk ix-xewqat tal-ġisem huma għedewwa ta' Alla; ma joqogħdux għal-liġi ta' Alla, u anqas jistgħu joqogħdu.\"", "Għalhekk, jidher ċar li l-​ħajja tagħna tiddependi fuq li naħsbu bħalma jaħseb Kristu.", "Allura, jekk aħna moħħna ffokat fuq affarijiet spiritwali, minn issa stess jistaʼ jkollna l-​paċi m'Alla u magħna nfusna, u jistaʼ jkollna t-​tama tal-ħajja taʼ dejjem.", "Talba", ":", "O Mulej, int ftaħt għajnejn Pietru Gonzales permezz tal-inċident li għadda minnu, agħti lilna lkoll li nintebħu b'modi ta' kif nistgħu nsiru naħsbu bil-mod kif taħseb Int, ħalli aħna wkoll naslu nirbħu fuq id-dinja, il-bluha, l-egoiżmu u l-qerq tagħha.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/blessed-peter-gonzalez.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/blessed-peter-gonzalez/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Peter_Gonz%C3%A1lez", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed338cf6', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-2-12-santa-tereza-de-los-andes/", "title": "12 ta' April: Santa Tereża de los Andes", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Tereża de los Andes", "\"", "Għal soru Karmelitana l-mewt mhix tal-biża'.", "Mhijiex ħlief il-bidu tal-ħajja vera.", "Mhix ħlief tgħanniqa ma' Alla li hu mħabba bla tmiem.", "\" –", "Kliem Santa Tereża de los Andes ftit qabel ma mietet.", "SANTA TEREŻA DE LOS ANDES", "Reliġjuża Tereżjana", "1900 – 1920", "Tagħrif:", "Din hija l-ewwel beata u l-ewwel qaddisa miċ-Ċilì, pajjiż fl-Amerika Latina.", "Kien jisimha Juanita Fernàndez Solar u twieldet Santiago, il-belt kapitali taċ-Ċilì fit-13 ta' Lulju, 1900.", "Ta' 7 snin daħlet fil-Kulleġġ tal-Qalb ta' Ġesù f'Santiago, fejn damet sakemm kellha 18-il sena.", "Ta' 10 snin għamlet l-ewwel tqarbina.", "Ta' 16-il sena, fil-festa tal-Kunċizzjoni Immakulata, wegħdet 'l Alla li tiddedika ħajjitha lilu.", "Kellha devozzjoni speċjali lejn l-Ewkaristija.", "Bdiet tgħin lill-foqra u 'l-morda, tgħallem il-katekiżmu lit-tfal u żżur lill-familji fil-bżonn.", "Kienet dejjem ferrieħa u anke ċajtiera.", "Kienet tħobb l-isport u tirkeb iż-żiemel.", "Kienet tħobb il-passiġġati twal fil-kampanja, speċjalment qrib il-baħar.", "Meta darba żaret il-monasteru tal-Karmelitani Skalzi ta' Los Andes, iddeċidiet li ssir Karmelitana tal-Klawsura bħal Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, li dak iż-żmien kienet għadha ma ġietx iddikjarata qaddisa u lanqas beata.", "Fehmet li t-triq tal-Karmelu kienet it-triq tas-salib.", "Imma hi s-salib ħabbitu għax kien ta' Ġesù.", "Fis-7 ta' Mejju tas-sena 1919, daħlet fil-monasteru u ħalliet lill-familja għal dejjem.", "Bħala reliġjuża tawha l-isem ta' Swor Tereża ta' Ġesù.", "Fil-Karmelu sabet 'l Alla, u sabet l-ogħla ferħ ta' qalbha.", "Għażlet il-faqar, il-penitenza u s-silenzju biex tingħaqad unikament mal-Mulej, u ma damitx ma ngħaqdet għal kollox miegħu.", "Matul ir-Randan tal-1920 sfat marida.", "Għall-ewwel deher li ma kien hemm xejn gravi, imma fil-fatt kien hemm.", "Kienet mardet bit-tifù u tifù tassew qawwi.", "Meta ndunat li t-tmiem ta' ħajjitha kien qed joqrob, u rat li l-mewt kienet waslet, qalet:", "\"Għal soru Karmelitana l-mewt mhix tal-biża'.", "Mhijiex ħlief il-bidu tal-ħajja vera.", "Mhix ħlief tgħannieqa ma' Alla li hu mħabba bla tmiem.\"", "Mietet fit-12 ta' April tas-sena 1920.", "Kellha biss 19-il sena u 9 xhur, u kienet ilha biss 11-il xahar fil-monasteru.", "Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, fiż-żjara pastorali tiegħu fiċ-Ċilì fl-1987, ipproklamaha bħala l-ewwel Beata taċ-Ċilì, u fil-21 ta' Marzu tas-sena 1993, l-istess Papa, ikkanonizzaha.", "Il-Karmelitani Skalzi jiċċelebraw it-tifkira tagħha fit-13 ta' Lulju.", "Ħsieb", ":", "Il-grazzji speċjali mogħtija lil Santa Tereża de los Andes jirriflettu l-għerf misterjuż ta' Alla fejn tidħol il-ħidma tiegħu f'individwi kemm ta' età żgħira kif ukoll dawk t'età akbar.", "Jidher li Alla għandu l-loġika unika tiegħu fir-rigward ta' min, meta u kemm wieħed għandu jinkiseb fil-qasam tal-grazzja.", "Kull ma nistgħu ngħidu hu; \"Ikun imfaħħar Alla.\"", "Hu kollox jagħmel sew!", "Kollox!", "Anki meta ma nifhmux il-pjan misterjuż tiegħu, irridu nżommu dejjem quddiem l-għajnejn tal-fidi tagħna li Alla qed jara l-istampa kollha u aħna, bil-moħħ ċkejken tagħna, ma nistgħux nilmħu l-proġett sħiħ li Alla, fl-imħabba tiegħu għalina, ħejja.", "Għalhekk, it-tweġiba tagħna għal imħabbtu, għandha dejjem tkun il-fiduċja murija permezz tal-fidi, tat-tama, u b'mod speċjali tal-imħabba.", "Il-kontra ta' dawn hija l-biża', id-disperazzjoni u t-telfien!", "Kemm-il darba aħna jiġrilna bħall-appostli meta Ġesù kien fl-istess dgħajsa magħhom f'nofs maltempata, imma aħna jidhrilna li mhux qiegħed jagħti kasna.", "Għalkemm nemmnu li qiegħed hemm aħna nimtlew bil-beżgħat tagħna.", "L-Appostli kienu jafuh ħafna imma xorta waħda ddubitaw mill-Messija, minn Ġesù.", "Ġesù imma, dar fuqhom u staqsiehom għaliex qegħdin jibżgħu.", "Il-biżà hija ingredjent mill-ħajja tagħna, minn meta konna żgħar kellna ħafna beżgħat li biż-żmien inbidlu u mhux spiċċaw.", "Ilkoll kemm aħna ngħaddu minnhom u konxji wkoll li hemm il-Mulej lest biex jgħinna, però xorta waħda niddubitaw.", "Min-naħa l-oħra importanti li jkollna ftit riskju u sens ta' avventura fil-ħajja tagħna.", "F'parti oħra tal-Evanġelju Ġesù jgħidilna:", "\"Ejjew għandi intom li tinsabu mtaqqlin u mħabbtin u jiena nserraħkom.\"", "X'inhi dik il-ħaġa li ttaqqalna u tħabbatna?", "Huma l-problemi tal-ħajja.", "Kull ma nagħmlu fih il-problemi u r-riskju.", "F'dawn iċ-ċirkustanzi rridu nemmnu, nemmnu bħalma jemmnu t-tfal; mingħajr ma jistaqsu għaliex.", "Il-fidi tagħna hija misteru imma rrid nafda u nemmen li l-Mulej qiegħed hemm lest biex jgħinni.", "Hu jaf x'inhu jiġri imma qiegħed jistenniena biex nitolbuh l-għajnuna.", "San Tumas kien qal li ħajjitna qisha bħal meta aħna qegħdin tilgħajn ma' muntanja imma Alla qiegħed fil-quċċata u minn hemm jista' jara t-triq li aħna qegħdin naqbdu.", "Aħna ma nistgħux inkunu ċerti mit-triq tagħna għaliex m'aħniex naraw eżatt x'hemm wara l-kantuniera imma Alla qiegħed jara kollox minn fuq.", "Il-Mulej qiegħed mimdud fid-dgħajsa tagħna imma huwa jimpurtah minna.", "Ġesù qiegħed jgħidilna kif qal lid-dixxipli: \"Jiena Hu, afdaw fija.\"", "Ma jfissirx li l-problemi se nsolvuhom kollha jew b'mod sħiħ imma l-fatt li npoġġuhom f'riġlejn il-Mulej se jgħinna naffrontawhom.", "Int temmnu dan?", "Kemm qed tirsisti biex tkabbar il-fiduċja tiegħek fil-Mulej kif għamlet Santa Tereża de los Andes u b'hekk mietet fil-paċi b'moħħha mistrieħ li Alla se jsalvaha?", "Talba", ":", "O Alla ta' min jafdak u jintelaq għal kollox f'idejk, int urejt il-valur tal-fiduċja sħiħa li tistenna minn għandna l-bnedmin lil Santa Tereża de los Andes u din kibret f'din il-virtù bi mħabba kbira lejk, agħtina li fuq l-eżempju tagħha, aħna ngħixu hienja u b'moħħna mistrieħ li Int għax tħobbna, ser tippermetti dak u dak biss li hu ta' ġid għalina.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-teresa-of-los-andes.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-teresa-of-los-andes/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Teresa_of_the_Andes", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_19930321_teresa-de-jesus_en.html", "Film on Gloria TV about the life of Saint Teresa of the Andes (with English subtitles):", "https://gloria.tv/video/3fuupKgcCyjo3RSneXfCJ9CFk", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Parti mill-Ħsieb huwa meħud mis-sit tal-Moviment Kerygma.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed3ba7d8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-3-13-san-martin-i/", "title": "13 ta' April: San Martin I", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Martin I", "\"Min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta' dejjem.", "Il-qaddisin jgħammru fis-saltna tas-smewwiet: hemm jistrieħu għal dejjem.\" –", "Żewġ antifoni mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Martin I", "SAN MARTIN I", "Papa u Martri", "? – 655", "Tagħrif:", "San Martin twieled f'Todi, fl-Umbrija, l-Italja, u sar kjeriku tal-Knisja ta' Ruma.", "Meta ġie elett Papa, f'Lulju tas-sena 649, ma riedx li jiġi kkonfermat mill-Imperatur Kustanz II, kif kienet id-drawwa fi żmienu, għax Kustanz kien qed iħaddan l-ereżija tal-Monoteliti, li kienu jiċħdu r-rieda umana fi Kristu.", "F'Ottubru tal-istess sena, San Martin sejjaħ sinodu fil-Lateran, fejn ħadu sehem 105 Isqof, u fost affarijiet oħra ġie kkundannat it-\"Typos\", editt li kien jipprojbixxi li wieħed jitkellem sew fuq rieda waħda u sew fuq żewġ ridiet ta' Kristu, li l-Imperatur Kustanz II kien ħareġ ftit żmien qabel.", "L-Imperatur ħadha bi kbira ħafna, u għamel kemm seta' biex iġiegħel lill-Papa jaċċetta t-\"Typos\", saħansitra pprova jqajjem xiżma fost l-Isqfijiet, iżda ma rnexxilux.", "Fl-aħħar, fis-sena 653, l-Imperatur imbagħad bagħat Ruma lil Callopias u lil Tellurus, bl-ordni biex jaqbdu lill-Papa San Martin.", "Il-Papa, li dik il-ħabta kien marid, kien maqbud u meħud f'nofs ta' lejl fuq ix-xmara Tevere u mibgħut Kostantinopli.", "Wara tliet xhur wasal fuq il-gżira Naxos fejn l-għassiesa żammewh sena u soġġettawh għal ħafna żebliħ.", "Fis-sena 654, il-Papa Martin I wasal Kostantinopli u għal tliet xhur kien miżmum f'qiegħ ta' ħabs.", "Wara li nżamm diversi xhur f'Kostantinopli, fis-sena 655 kien itturufnat f'Chersonesus, waqt li f'dan il-pajjiż kien maħkum minn ġuħ kbir.", "Il-martirju mtawwal tal-Papa San Martin I ġie fit-tmiem tiegħu fit-13 ta' April tas-sena 655.", "Kien ilu Papa sitt snin.", "Hu l-aħħar fost il-Papiet li mietu martri.", "Ħsieb", ":", "It-tbatijiet li sofra l-Papa Martin I meta kien miżmum f'qiegħ ta' ħabs – kif jidher mill-ittri tiegħu – kienu kbar ħafna, imma bħal San Stiefnu ħafer u kien jittama li jindmu u jbiddlu ħajjithom.", "Kien abbandunat minn kulħadd u hu nnifsu jgħid li ħbiebu, anki dawk li qabel kienu f'kuntatt miegħu, telquh waħdu għax beżgħu jagħtuh l-inqas għajnuna.", "Fl-aħħar temmewlu dan il-martirju billi tawh il-martirju finali!", "Is-sinifikat reali tal-kelma martri ma ġietx mill-kelma mewt iżda mill-kelma xhieda – nies li huma:", "lesti li jċedu kollox,", "il-biċċa l-kbira tal-proprjetà prezzjuża tagħhom,", "il-ħajja tagħhom stess,", "jagħtu valur suprem lill-kawża jew lit-twemmin li għalihom jissagrifikaw ħajjithom.", "Il-martirju, li wieħed imut għall-fidi, huwa l-mod estrem li xi wħud kellhom jgħaddu minnu biex juru t-twemmin tagħhom fi Kristu.", "Fidi ħajja, ħajja li tixbah lil dik ta' Kristu u t-tagħlim tiegħu, u li minkejja d-diffikultajiet, hija mitluba mill-insara kollha.", "Il-Papa qaddis Martin, irrifjuta li jiċħad twemminu bħala mod biex itaffi t-tbatijiet tiegħu jew biex jagħmel lilu nnifsu komdu mal-mexxejja ċivili.", "Kieku aħna x'konna nagħmlu?", "Fit-Tieni Ktieb, Kap XII tal-Imitazzjoni ta' Kristu dwar 'Tagħlim kif wieħed għandu jmut għad-dinja biex jgħix il-ħajja tar-ruħ,' insibu dan:", "\"Il-ħajja kollha ta' Kristu kienet salib u tbatija; u inti trid li jkollok il-mistrieħ u l-hena?", "Tiżbalja bl-ikrah jekk tfittex ħaġ'oħra ħlief it-tbatija; għaliex kollha kemm hi din il-ħajja qasira tagħna hi mimlija bil-miżerji, u mdawra bis-slaleb.", "U aktar ma r-ruħ tgħaddi 'l quddiem fit-tjieba aktar issib slaleb itqal; għaliex il-piena li tħoss ir-ruħ mixħuta f'dan l-eżilju aktar tikber bl-imħabba.", "Imma l-bniedem hekk, għalkemm f'bosta ħwejjeġ jinsab imsallab, għandu xi ħaġa li ssabbru u tferrħu, għax jaf li, billi jieħu paċenzja bis-slaleb tiegħu, ġid kbir ikun qed jagħmel għalih innifsu.", "Malli hu minn rajh imidd għonqu għas-salib, l-imrar tad-dwejjaq tiegħu jinbidel f'tama ħelwa li Alla jhennih bil-grazzja tiegħu.", "L-aktar il-ġisem jinkedd bit-taħbit, aktar ir-ruħ titwettaq bil-grazzja li Alla jsawwab ġo fiha.", "Xi drabi wkoll tant tiġih qawwa kbira fit-taħbit u fid-dwejjaq tiegħu; tant isir iħobb ix-xebh tas-salib tiegħu mas-salib ta' Kristu, li jixtieq li ma jkun qatt bla niket u gwaj, għaliex aktar ma jkun jiflaħ jerfa' slaleb tqal għal Alla, aktar jidhirlu li hu jkun maħbub minnu.", "Imma dan m'hux ġej mill-ħila tal-bniedem, ġej mill-grazzja ta' Kristu.", "Tant hi qawwija u tant din il-grazzja fil-ġisem debboli tagħna, li hu bi ħrara wisq kbira jgħannaq u jħobb ħwejjeġ li kieku mingħalih dejjem jobgħodhom u jaħrabhom.", "Nafuha: mhux għall-qalb tal-bniedem li jerfa' s-salib, li jħobb is-salib, li jgħakkes lil ġismu, li jobdi dejjem b'għajnejh magħluqa, u li jaħrab l-unuri, u li jieħu paċenzja biż-żebliħ; li xejn ma jqis lilu nnifsu u jixtieq li jkun imżeblaħ; li jifraħ b'kull dwejjaq u b'kull ħsara u li ma jixtieq ebda hena f'din id-dinja.", "Infatti jekk tħares ħarsa fuqek innifsek, issib li ħwejjeġ bħal dawn ma tiflaħx għalihom.", "Imma jekk inti titma f'Alla tingħatalek qawwa mis-smewwiet, u d-dinja u l-ġisem iġġibhom għal idejk.", "Anzi anqas stess mid-demonju ma tibqa' tibża', jekk tkun armat bil-fidi, u mżejjen bis-salib ta' Kristu.", "Ħejji ruħek, mela, bħala qaddej tajjeb u fidil ta' Kristu, biex terfa' bil-qalb is-salib tas-Sinjur tiegħek imsallab għall-imħabba tiegħek.", "Ħejji ruħek għal tant għawġ u tbatija minn kull xorta f'din id-dinja mnikkta.", "Kulfejn tkun, ma tarax ma' wiċċek ħlief minn dan; u kulfejn tinħeba ma ssibx ħlief minn dan.", "Hekk jeħtieġ li jkunu s-slaleb u t-tbatijiet, u af ma tistax teħles minnhom xort'oħra, ħlief billi titqanna bil-qalb bihom. – Ixrob bil-ferħa l-kalċi tas-Sinjur tiegħek, jekk trid li tkun ħabib miegħu, li jkollok sehem miegħu.", "Is-sabar stennieh min għand Alla jagħmel minnek kif l-aktar jogħġbu.", "Min naħa tiegħek, midd għonqok għas-slaleb u anzi ħudhom bħala l-aqwa sabar tar-ruħ tiegħek; għaliex it-tbatijiet ta' din id-dinja ma humiex biżżejjed, biex tkun tistħoqqlok il-glorja tal-ġenna, anqas kieku terfagħhom kollha int waħdek.", "Ebda ħaġa ma hi mogħġuba quddiem Alla, ebda ħaġa ma tagħmel ġid lil ruħna f'din id-dinja, daqs li bil-qalb inbatu għal Alla.", "Anzi, li kien f'idejk, aktar imissek tagħżel li tbati xi ħaġa għal Kristu milli li tgħix dejjem qalb il-hena tar-ruħ.", "Hekk issir tixbah lil Kristu u lill-Qaddisin kollha tiegħu.", "Mhux billi nkunu mimlijin bil-hena u bis-sabar, aħna nkunu naqilgħu l-merti u mmorru 'l quddiem; imma billi nerfgħu slaleb tqal u nixorbu l-imrar bil-qalb it-tajba.\"", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, int tajt għajnuna lill-Papa San Martin biex ma jibżax mit-theddid u ma jinterbaħx mill-moħqrija fil-martirju tiegħu; agħti lilna wkoll qalb qawwija biex nilqgħu bis-sabar it-tiġrib kollu tad-dinja.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-martin-i.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-martin-i/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Martin_I", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed3bf6ed', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-1-11-santa-gemma-galgani/", "title": "11 ta' April: Santa Ġemma Galgani", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ġemma Galgani", "\"Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f'ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja.\" –", "Kolossin 1:24", "SANTA ĠEMMA GALGANI", "Verġni", "1878 – 1903", "Tagħrif:", "Xebba qaddisa minn Lucca (l-Italja) li, ta' 20 sena, mardet bit-tuberkolożi fix-xewka tad-dahar.", "Dil-marda t-tobba ddikjarawha inkurabbli, imma wara li talbet lil San Gabrijel tal-Addolorata (", "ara San Gabrijel tal-Addolorata", "), Ġemma fieqet għal kollox fl-ewwel Ġimgħa ta' Marzu tal-1899.", "Hawn hi talbet li tidħol soru mal-Passjonisti kif kienet ilha x-xewqa tagħha, imma t-talba tagħha ma kinitx milqugħa billi ħasbu li ma kellhiex saħħa biżżejjed.", "Minn dik l-istess sena beda jkollha ħafna esperjenzi spiritwali, li kollha ġew eżaminati b'reqqa mill-konfessur tagħha Patri Germano.", "Għal 18-il xahar, Ġemma kellha wkoll f'idejha u f'riġlejha l-istigmati, il-pjagi ta' Sidna Ġesù Kristu u esperjenzjat ukoll estasijiet u viżjonijiet.", "Fl-1902, reġgħet rikbitha marda qalila li wasslitha għall-mewt wara li offriet lilha nfisha b'sagrifiċċju għall-midinbin, speċjalment għas-saċerdoti indenji.", "Santa Ġemma Galgani mietet fil-11 t'April tal-1903 meta kellha 25 sena.", "Piju XII ikkanonizzaha f'Lapsi tal-1940.", "Sena wara ġew ippubblikati 23 ittra lill-konfessur tagħha.", "Dawn juruna lil din il-qaddisa żagħżugħa bħala bniedma twajba, sinċiera u ġeneruża, umli u dejjem lesta biex tobdi lid-diretturi tagħha.", "Juru wkoll il-karattru ferrieħi u s-sens komun tagħha, u fuq kollox imħabbitha lejn Alla u l-apprezzament tagħha għat-tbatijiet ta' Kristu għalina.", "F'xi pajjiżi, Santa Ġemma, hija mfakkra fis-16 ta' Mejju.", "Ħsieb", ":", "F'Santa Ġemma, nilmħu t-tbatijiet li l-Mulej tagħna aċċetta li jgħaddi minnhom bi mħabba għalina biex isalvana mid-dnub il-misħut.", "Qaddisin bħal Ġemma, Santa Katerina ta' Siena, Padre Piju, Franġisku ta' Assisi u bosta oħrajn:", "fehemu dawn it-tbatijiet tal-Mulej,", "imtlew bi gratitudni kbira lejH,", "tnikktu għall-fatt li ftit huma n-nies li jagħtu kas tas-salvazzjoni li Ġesù ried iġibilna u xi prezz kellu jħallas għalina,", "u xxenqu biex huma wkoll ibatu mas-Salvatur, jew bħal jippermettu lill-Mulej biex ikompli dak li beda fuq is-salib billi juża l-ġisem tagħhom.", "Xi mħabba kbira tqanqal imħabbiet oħra!", "X'offerta ta' mħabba bejn il-Ħallieq u l-ħlejqa, imbagħad bejn il-ħlejqa grata u l-Ħallieq mhux apprezzat!", "U aħna, qed ngħaqqdu bil-qalb it-tbatijiet tagħna ta' kuljum ma' dawk ta' Ġesù biex titkompla s-salvazzjoni tal-erwieħ anki fiż-żmien tal-lum jew ingergru, noħduha kontra Alla u ngħixu qisna nies bla tama?", "Il-Qaddis Papa Ġwanni Pawl II, fl-Udjenza Ġenerali , tad-19 ta' Ottubru, 1988, dwar 'Il-valur tat-tbatija u l-mewt ta' Ġesù Kristu' jgħidilna hekk:", "\"L-oġġett ewlieni tal-istudju u tar-riċerka, kien u hu dak tal-valur tal-passjoni u l-mewt ta Ġesù fir-rigward tal-fidwa tagħna.", "Ir-riżultati milħuqa dwar dan il-punt, barra milli wassluna li nkunu nafu aħjar il-misteru tal-fidwa, servew biex jitfgħu dawl ġdid ukoll fuq il-misteru tat-tbatija umana, li dwarha setgħu jiġu skoperti dimensjonijiet mhux maħsuba ta' kobor, ta' skop, ta' fertilità, minn meta sar possibli l-konfront anzi l-kollegament tagħha mas-salib ta' Kristu.", "Nerfgħu għajnejna qabel xejn lejn dak li hu mdendel mas-salib, u nistaqsu lilna nfusna: min hu dan li qed ibati?", "Dan huwa l-Iben ta' Alla!", "L-Iben ta' Alla, li ħa fuqu t-tbatija umana, huwa mela mudell divin għal dawk kollha li jbatu, b'mod speċjali għall-insara li jagħrfu u jaċċettaw fil-fidi s-sinifikat u l-valur tas-salib.", "Il-Verb Inkarnat bata skont il-pjan tal-Missier ukoll sabiex aħna nkunu nistgħu \"insegwu l-passi tiegħu,\" bħal ma jirrakkomanda San Pietru (1 Pt 2, 21; cf. S. Thomae \"Summa Theologiae,\" II, q. 46, a. 3).", "Bata u għallimna nbatu.", "Dak li l-iktar jispikka fil-passjoni u l-mewt ta' Kristu hija l-konformità perfetta mar-rieda tal-Missier, b'dik l-ubbidjenza li dejjem kienet meqjusa bħala d-dispożizzjoni l-iktar karatteristika u l-iktar essenzjali tas-sagrifiċċju.", "San Pawl jgħid dwar Kristu li huwa għamel lilu nnifsu \"ubbidjenti sal-mewt tas-salib\" (Fil 2, 8).", "Fil-Ġetsemani naraw kemm din l-ubbidjenza hija doloruża: \"Missier, jekk inhu possibbli, biegħed minni dan il-kalċi . . .", "Imma mhux dak li rrid jien, imma dak li trid int\" (Mk 14, 36).", "Dan kollu għal imħabbitna, biex jagħti lill-bnedmin id-dimostrazzjoni deċiżiva ta' mħabbtu, biex ipatti għal dnubna u jeħodna lura mit-tifrix lejn l-għaqda (Ġw 11, 52).", "Dan kollu għaliex fl-imħabba ta' Ġesù tirrifletti ruħha l-imħabba ta' Alla lejn l-umanità.", "Quddiem dan il-misteru, nistgħu ngħidu li mingħajr it-tbatija u l-mewt ta' Kristu, l-imħabba ta' Alla għall-bnedmin ma kinitx tintwera fil-profondità u l-kobor kollu tagħha.", "U minn naħa oħra it-tbatija u l-mewt saru, bi Kristu, stedina, stimolu, vokazzjoni għall-imħabba iktar ġeneruża bħal ma seħħ għal tant qaddisin li b'mod ġust jistgħu jkunu definiti bħala \"eroj tas-salib,\" u bħal ma jseħħ dejjem f'tant krejaturi, magħrufin u mhumiex, li jafu jqaddsu t-tbatija billi jirriflettu fihom infushom il-wiċċ mimli feriti ta' Kristu, hekk dawn jassoċjaw ruħhom mal-offerta feddejja tiegħu.", "Ningħaqdu ma' Katerina ta' Siena u ma' tant \"qaddisin tas-salib\" oħrajn (fosthom Ġemma Galgani) ma' dan il-feddej tant ħelu u tant ħanin, li l-istess qaddisa minn Siena kienet issejjaħlu \"Kristu-maħbub.\"", "F'qalbu minfuda hemm it-tama tagħna, il-paċi tagħna.\"", "Talba", ":", "Għażiża Santa Ġemma Galgani, li bi mħabba lejn Ġesù sofferenti u lejn l-umanità, aċċettajt li tilqa' fik innifsek il-pjagi divini tas-Salvatur tagħna, nitolbuk tinterċedi għalina biex aħna wkoll nilqgħu bil-qalb it-tbatijiet li ngħaddu minnhom tul ħajjitna u nagħtuhom l-istess skop li tajthom int, dak li jgħinu fis-salvazzjoni tal-erwieħ immortali.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.stgemmagalgani.com/", "Alternative Reading:", "http://passionists.ie/st-gemma-galgani/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Gemma_Galgani", "Short film on Saint Gemma Galgani in Italian (with English subtitles):", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed3b869f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-9-9-beata-katerina-celestina-faron/", "title": "9 ta' April: Beata Katerina Ċelestina Faron", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Katerina Ċelestina Faron", "\"Wieħed għandu dejjem jintelaq għar-rieda ta' Alla.\" –", "Beata Katerina Ċelestina Faron", "BEATA KATERINA ĊELESTINA FARON –", "Reliġjuża u Martri", "1913 – 1944", "Tagħrif:", "Katerina Ċelestina Faron twieldet ġewwa Zabrzez, il-Polonja.", "Ommha mietet meta kienet għadha żgħira ħafna u għalhekk familja ġeneruża u ta' valuri reliġjużi, rabbitha hi.", "Minn meta kienet ta' età żgħira, Katerina wriet devozzjoni kbira lejn l-Imqaddsa Verġni Marija u bdiet tgħid li tixtieq tingħata kompletament lil Alla, u tkun ta' servizz għalih biss.", "Fiż-żgħożija tagħha, ingħaqdet mal-kongregazzjoni tas-sorijiet serviti tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Stara Wies, fil-Polonja ta' Isfel.", "Hija ngħatat ix-xogħol li tgħallem lit-tfal tal-Kindergarten u fl-1938 saret id-direttriċi tal-iskola ta' Brzozow.", "Kellha natural ħelu u ġentili ħafna u kienet tmur tajjeb ħafna mat-tfal.", "Dejjem bi tbissima u ferrieħija tant li kienu jgħidu li kienet timla qalb kull wieħed bit-tama.", "Fis-19 ta' Frar tal-1942, ġiet arrestata mill-Gestapo u mitfugħa fil-ħabs ta' Jaslo u ta' Tarnow.", "Fis-6 ta' Jannar, 1943, ġiet trasferita għall-kamp tal-konċentrament ta' Auschwich-Birkenau.", "Hawnhekk sofriet il-ġuħ u torturi ħorox, iżda ntelqet kompletament fir-rieda t'Alla u bdiet tqawwi l-qalb ta' oħrajn", "Mardet bit-tifojde u bit-tuberkolożi tas-sider.", "Kien ikollha ħafna episodji meta kienet tneħħi ħafna demm.", "Din it-tbatija kienet qed toffriha għall-bżonnijiet ta' saċerdot li kien ħalla r-reliġjon.", "Il-Mulej taha risposta għaliex dan is-saċerdot ikkonverta.", "Kellha l-fama ta' qaddisa, kienet taqsam mal-oħrajn ir-razzjon tal-ikel tagħha, inkuraġġiment, ċajtiet ħelwin u anke talb.", "Fi 15-il xahar qatt ma rċeviet l-Ewkaristija, iżda ftit taż-żmien qabel ħalliet din id-dinja, saċerdot irnexxielu jdaħħal ftit ostji moħbija fil-keffa tal-kapott u b'hekk Swor Katerina Ċelestina rnexxielha titqarben u tmut ferħana.", "Hija mietet Auschwich-Birkenau, fl-ewwel siegħa tal-Għid il-Kbir, tad-9 ta' April, 1944.", "Kellha biss 31 sena.", "Ġiet ibbeatifikata mill-Beatu Papa Ġwann Pawlu II, fit-13 ta' Ġunju 1999, ġewwa Warsaw il-Polonja, flimkien ma' martri oħra tal-Polonja.", "Katerina Ċelestina Faron kienet dejjem tirrepeti:", "\"Wieħed għandu dejjem jintelaq għar-rieda ta' Alla.\"", "Ħsieb", ":", "Bħal San Massimiljanu Marija Kolbe (", "ara San Massimiljanu Marija Kolbe", "), il-Beata Katerina Ċelestina Faron sofriet il-ġuħ u torturi ħorox fil-kamp tal-konċentrament u hemm ħalliet ħajjitha li kienet għadha fil-fjur tagħha.", "M'hemmx kliem quddiem tant kefrija!", "Kif jista' bniedem ikun kawża ta' tbatijiet hekk kbar għal bniedem ieħor bħalu?", "Possibli li l-bniedem jista' jsir bla kuxjenza, bla sentimenti, bla ħniena, bħax-xitan?", "U llum?", "Għad għandna kefrija, tortura u abbużi ta' nies fuq nies oħra?", "Fid-29 ta' Lulju, 2016, waqt li l-Papa Franġisku kien fil-Vjaġġ Appostoliku tiegħu fil-Polonja, qal hekk:", "\"Mort Auschwitz u Birkenau biex niftakar fit-tbatijiet ta' sebgħin sena ilu...", "Kemm tbatija u wġigħ ta' qalb, x'kefrija!", "Imma possibbli li aħna l-bnedmin, maħluqa xbieha ta' Alla, kapaċi nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Dawn l-affarijiet saru.", "Ma rridx insewdilkom qalbkom, imma jeħtieġ ngħid il-verità.", "Il-kefrija ma ntemmitx ma' Auschwitz, ma' Birkenau: anki llum, illum qed jiġu ttorturati n-nies; tant ħabsin qed jisfaw ittorturati, mill-ewwel, biex iġagħluhom jitkellmu...", "Terribbli!", "Illum għandna rġiel u nisa fil-ħabsijiet mimlija sa ruħ ommhom; qed jgħixu – skużawni l-kelma – bħal bhejjem.", "Din hi l-kefrija ta' żmienna.", "Aħna ngħidu: Iva, rajna x'kefrija sebgħin sena ilu, kif kienu joqtluhom billi jisparawlhom, jew jgħallquhom, jew bil-gass.", "Imma llum f'tant postijiet fid-dinja, fejn hemm il-gwerra, l-istess qed jiġri.", "F'din ir-realtà ġie Ġesù biex jerfagħna fuq spallejh.", "U qed jitlobna biex nitolbu.", "Nitolbu għal tant persuni bħal Ġesù li għandna fid-dinja tal-lum: dawk bil-ġuħ, bil-għatx, fid-dubju, morda, waħidhom, dawk li qed iħossu l-piż ta' tant dubji u tant ħtijiet.", "Qed ibatu ħafna...", "Nitolbu għal tant tfal morda, innoċenti, li sa minn ċkunithom ilhom iġorru s-salib.", "U nitolbu għal tant irġiel u nisa li llum qed jiġu ttorturati f'tant pajjiżi tad-dinja; għall-ħabsin imdeffsin kollha hemm, qishom kienu annimali.", "Tad-dwejjaq dan li qed ngħidilkom, imma din hi r-realtà.", "Imma hu realtà wkoll il-fatt li Ġesù refa' fuqu dawn il-ħwejjeġ kollha.", "Anki d-dnub tagħna.", "Ilkoll aħna midinbin, ilkoll mgħobbijin bil-piż ta' dnubietna.", "Ma nafx hawnx xi ħadd li ma jħossux midneb...", "Jekk hawn xi ħadd li ma jħossux midneb, ħa jgħolli jdejh...", "Ilkoll aħna midinbin.", "Imma Hu jħobbna, iħobbna!", "U bħala midinbin, imma bħala wlied Alla, ulied Missieru, ejjew nagħmlu lkoll flimkien talba għal dawn in-nies li qed ibatu llum fid-dinja minħabba tant ħwejjeġ koroh, tant ħruxijiet.", "U meta jċarċar id-dmugħ, it-tifel ifittex lil ommu; anki aħna, midinbin, aħna tfal, ħa nfittxu lil Ommna, u nitolbu lill-Madonna lkoll flimkien, kull wieħed u waħda bil-lingwa tiegħu.\"", "Talba", ":", "O Mulej, kif inti tajt lill-Beata Katerina Ċelestina Faron biex taqdik fil-kura u l-edukazzjoni tat-tfal iż-żgħar, imbagħad wara li tingħaqad miegħek Vittma safja, hekk agħti lilna lkoll il-grazzja li nintrabtu bis-sħiħ mar-rieda tiegħek u nibqgħu fidili lejk sal-aħħar, jiswielna x'jiswielna.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicsaints.info/blessed-katarzyna-faron/", "Alternative Reading:", "https://enddak.wordpress.com/2013/01/06/the-blessed-sister-celestine-katherine-faron/", "Wikipedia:", "https://pt.wikipedia.org/wiki/Celestina_Catarina_Faron", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed3eb8c0', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-1-0-10-santa-madalena-ta-canossa/", "title": "10 ta' April: Santa Madalena ta' Canossa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Madalena ta' Canossa", "\"Il-fatt li jiena twelidt markiża għandu jimpedini milli naqdi lil Ġesù Kristu fil-foqra?\" –", "Santa Madalena ta' Canossa", "SANTA MADALENA TA' CANOSSA", "Fundatriċi", "1774 – 1835", "Tagħrif:", "Din hija l-fundatriċi tal-patrijiet u sorijiet ta' \"Ulied il-Karità\" jew \"Kanossjani.\"", "Marija Gabriella twieldet f'Verona fl-1 ta' Marzu, 1774.", "Hi kienet ġejja minn familja nobbli u għanja.", "Missierha miet meta kellha ħames snin u flimkien ma' erba' ħutha sfat abbandunata minn ommha li reġgħet iżżewġet.", "Madalena trabbiet minn mara Franċiża li ma kinetx tifhem lit-tifla.", "Ta' 15-il sena fieqet minn marda serja u wriet il-fehma tagħha li tidħol reliġjuża, imma niesha kienu kontra għax kienu qed jittamaw li għal ġmielha u l-karattru jiġbdek tagħha kienet se tiżżewweġ banda tajba.", "Ta' 17-il sena għażlet li tidħol Karmelitana, imma rriturnat f'darha wara ftit inqas minn sena għax il-mod ta' ħajja li għażlet kienet timpediha milli tgħin lill-foqra u tgħallem lil min kien fil-bżonn.", "Għal xi snin hija kienet tamministra l-proprjetà tal-familja u fl-istess ħin kienet taħdem b'kull mod mat-tfajliet foqra, l-aktar fost dawk fil-periklu li jaqbdu ħajja ħażina.", "Niesha ppruvaw iżommuha fil-ħidma tagħha mal-fqar u l-baxxi għax dehrilhom li kienet qed tagħmel xogħol li ma jixraqx id-dinjità tagħha ta' nobbli.", "It-tweġiba tagħha kienet dejjem l-istess: \"Il-fatt li jiena twelidt markiża għandu jimpedini milli naqdi lil Ġesù Kristu fil-foqra?\"", "Hi kienet tgħin lill-morda fl-isptarijiet u fid-djar; kienet tixtri kotba tal-katekiżmu biex tagħtihom lill-kappillani għall-parruċċani; torganizza rtiri, tieħu ħsieb tfajliet abbandunati u tqassam kuljum ikel u flus lil dawk li kienu jħabbtu d-dar tagħha, u tagħmel żjajjar lil dawk li kienu jgħixu fi griebeġ u djar delapidati.", "L-ittri tagħha lid-direttur spiritwali tagħha juru li hi għaddiet minn żminijiet ta' skrupli u anki tibża' li se tintilef għax ħasbet li ma kinetx qed timxi fuq ir-rieda ta' Alla għaliha.", "Imma d-direttur spiritwali tagħha, Don Luigi Libera, għamlilha kuraġġ u qalilha biex tiddedika ruħha totalment għall-appostolat li kienet ġa bdiet u, fuq il-parir tiegħu, Madalena fl-1801 fetħet l-ewwel dar għat-tfajliet fil-bżonn.", "Kellha dik il-ħabta 27 sena.", "L-Imperatur Napuljun, li kien qed jammira l-ħidma tagħha, fl-1808 taha l-kunvent ta' San Fidenzio li qabel kien tas-Sorijiet Agostinjani.", "Fetħet ukoll skola f'palazz abbandunat.", "Kienet ukoll mistiedna Venezja biex tiftaħ dar oħra fil-monasteru qadim ta' Santa Luċija.", "L-istitut tagħha kiseb l-approvazzjoni proviżorja mill-Papa Piju VII fl-20 ta' Novembru, 1828.", "Santa Madalena ta' Canossa kellha devozzjoni speċjali lejn il-passjoni ta' Ġesù u d-duluri ta' Ommu Marija.", "Hija mietet nhar il-festa tad-Duluri fl-10 ta' April, 1835, fl-età ta' 61 sena.", "Ħajjitha tillustra perfettament dak li hi kienet tħobb tgħid lir-reliġjużi tagħha: \"Il-ħajja reliġjuża mhijiex ħlief l-Evanġelju tradott fil-prattika.\"", "Kienet dikjarata qaddisa mill-Papa San Ġwanni-Pawlu II fit-2 ta' Ottubru, 1988.", "Illum ir-reliġjużi rġiel tagħha huma madwar 100, imma dawk nisa jgħoddu 'l fuq minn 4,000 u għandhom missjonijiet f'21 pajjiż, fosthom f'Hong Kong, f'Goa, fis-Sudan u fl-Amerika t'Isfel.", "Ħsieb", ":", "Il-ġid u l-privileġġ ma għamlu xejn biex jipprevjenu lill-qaddisa tal-lum milli ssegwi s-sejħa tagħha biex isservi lil Kristu fil-foqra.", "Lanqas il-protesti tal-qraba tagħha li skont huma x-xogħol li kienet qed tagħmel ma kienx jagħmel ġieħ lin-nobbiltà li tagħha kienet tagħmel parti.", "Imma għalina li qed ngħixu żewġ sekli wara Santa Madalena ta' Canossa, x'messaġġ jista' għandha għalina?", "Se niffoka fuq kategorija waħda ta' nies li hija għenet; qed nirreferi għal dawk il-bosta nisa żgħażagħ li kienu qed jiġu mkaxkra mill-kurrenti ħżiena biex jipprostitwixxu lilhom infushom.", "Din il-problema, u problemi oħra simili relatati mal-offiżi li l-Mulej jirċievi kontra s-sitt kmandament, huma tista' tgħid, in-norma tal-lum!", "Kemm għadna nagħtu importanza l-att sesswali bħala espressjoni ta' mħabba safja bejn raġel u mara fiż-żwieġ hekk kif ħalaqha u ried li tkun Alla l-Imbierek?", "Fl-ittra Pastorali bit-titlu 'L-imħabba Sabiħa' (il-Vanġelu tas-sesswalita') fl-Assunta 2014, tal-Isqof Mario Grech, insibu hekk:", "\"Ebda mġiba sesswali ma tkun ġenwina jekk il-mutur warajha ma jkunx l-imħabba.", "Filfatt, fl-istupru, fil-prostituzzjoni u fil-pedofelija", "ma hemm ebda ħjiel ta' mħabba.", "Anki n-negozju li jsir permezz tal-pornografija, bħalma", "huma s-servizzi li jbiegħu s-siti elettroniċi, ikun jiżżuffjetta bl-imħabba.", "Għaldaqstant, koppja li tfittex li tingħaqad biss fiżikament mhux f'kuntest ta' mħabba, tkun tneżża' s-sesswalità mit-tifsira ġenwina tagħha.", "Minn studju nazzjonali li sar dan l-aħħar minn Dar Ġużeppa Debono, jidher li ġeneralment imġiba sesswali mħarbta fost l-adolexxenti tagħna hija sintomu ta' nuqqas ta' mħabba li huma jkollhom fil-familja, fl-iskola u fis-soċjetà b'mod ġenerali.", "F'soċjetà", "li tisfrutta t-tbatija tagħhom billi toffrilhom soluzzjonijiet taparsi faċli, huma jispiċċaw jaqgħu f'attività sesswali li mhux biss tpoġġi f'riskju s-saħħa tagħhom, imma tkun ta' dannu psikoloġiku u sentimentali għalihom u għall-oħrajn.", "Hemm bżonn inkunu protagonisti fl-edukazzjoni sesswali ta' wliedna.", "Mill-istudju", "msemmi, jidher is-siwi tal-ħidma li qed iwettqu l-edukaturi fl-iskejjel tagħna.", "Fl-istess ħin jibqa' l-fatt li l-adolexxenti tagħna jiksbu ħafna mill-informazzjoni dwar is-sess mill-ħbieb u mill-mezzi tal-komunikazzjoni, fosthom l-internet.", "Tidher id-diffikultà tal-ġenituri biex jgħixu s-sejħa tagħhom bħala l-edukaturi ewlenin ta' wliedhom.", "Edukazzjoni vera fis-sesswalità u fl-imħabba titlob formazzjoni għall-kastità.", "Għalkemm illum il-kastità mhix suġġett li niddiskutu fit-tokk, naf b'żgħażagħ u koppji għarajjes u miżżewġa li jipprattikawha.", "Il-kastità ma tfissirx li wieħed jastjeni milli", "jkollu relazzjoni sesswali, jew li wieħed jistmerr l-imħabba sesswali, imma li", "\"jikkontrolla l-passjonijiet tiegħu u jgawdi s-sliem.\"", "Huwa minnu li l-kastità titlob sagrifiċċju, imma s-sagrifiċċju huwa triq li twassal għall-kuntentizza.", "Nagħmel appell lill-Poplu ta' Alla biex inħossu tagħfas fuqna r-responsabbiltà li niffurmaw aktar ruħna sabiex inxandru l-Vanġelu tas-Sesswalità lill-bniedem ta' żmienna.", "Importanti li l-kelma tal-Verità tkun imsieħba minn kelma ta' Ħniena, sabiex it-tagħlim tal-Knisja dwar is-sesswalità umana jiġi mwassal tassew bħala Bxara Tajba aktar milli bħala sensiela ta' kundanni li jaqtgħu qalb il-bniedem li kuljum jitqabad mad-dgħufija tiegħu.\"", "Talba", ":", "O Alla ħanin, f'Santa Madalena ta' Canossa dewwaqtna ftit mill-ħniena bla tarf tiegħek li għandek lejn il-foqra u dawk li l-aktar jeħtieġu tal-għajnuna u l-kenn tiegħek, agħtina l-istess spirtu ta' ħniena biex aħna ngħinu lin-nies f'diffikultà li għandna fostna llum, bla ma nħallu l-preġudizzji tan-nies iwaqfuna milli nagħmlu dan.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-magdalen-of-canossa.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-magdalen-of-canossa/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Magdalene_of_Canossa", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_19881002_maddalena_di_canossa_en.html", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed3eed6d', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-8-8-santa-gulja-billiart/", "title": "8 ta' April: Santa Ġulja Billiart", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ġulja Billiart", "\"Għoddu kollox b'ferħ meta tħabbtu wiċċkom ma' kull xorta ta' tiġrib, għax għandkom tkunu tafu li t-tiġrib tal-fidi tagħkom inissel is-sabar.", "Ħallu li s-sabar ikollu l-milja tiegħu fikom, biex tkunu perfetti u sħaħ, bla ma jkun jonqoskom xejn.\" –", "Ġakbu 1:2-4", "SANTA ĠULJA BILLIART", "Reliġjuża", "1751 – 1816", "Tagħrif:", "Ġulja twieldet minn familja devota ta' gabilotti minn Picardy (fil-Grigal ta' Franza).", "Minn kmieni wriet ġibda profonda lejn il-ħwejjeġ spiritwali u ta' 14-il sena għamlet wegħda ta' kastità perpetwa.", "Sentejn wara waqgħet diżgrazzja fuq missierha: tilef ir-razzett u l-għelieqi tiegħu, u minħabba f'hekk Ġulja kellha toħroġ mid-dar u tmur taħdem.", "Kienet żagħżugħa li l-imħabba tagħha lejn Alla kienet tinħass u tittieħed minn oħrajn, tixtieq li tkun ta' għajnuna spiritwali liż-żgħażagħ ta' madwarha.", "Kellha l-permess, lejn is-sena 1770, meta kellha madwar 19-il sena, li titqarben kuljum – ħaġa ma tantx kienet komuni f'dawk iż-żminijiet minħabba l-ereżija Ġansenista.", "Imma mbagħad, meta kellha 23 sena, seħħet ġrajja li ħalliet effett ikrah fuqha.", "Sar attentat fuq il-ħajja ta' missierha, u x-xokk kellu tant effett fuq il-mara żagħżugħa li hi, bil-biża', baqgħet ipparalizzata, baqgħet inkapaċi, zoppa u fis-sodda għat-30 sena li ġew wara.", "Imma l-ispirtu tagħha ma tkissirx.", "Il-ħajja mistika fid-dar u l-għaqda intima tagħha ma' Alla saru aktar profondi.", "Matul is-sitt snin terribbli tar-Rivoluzzjoni Franċiża (1789-95), diversi drabi kienet fil-periklu tal-mewt mir-Repubblikani, u għalhekk malajr kellha tmur f'Compiègne, f'Amiens, f'Bethancourt u finalment terġa' f'Amiens.", "Kien possibbli tisma' quddiesa u titqarben biss darba kultant, meta xi saċerdot maħrub kien ikun fil-qrib.", "Minkejja dan kollu, Ġulja kompliet tmexxi l-ħidmiet tagħha ta' karità mid-dar tagħha, ħerqana b'mod speċjali biex tpatti għat-tagħlim żbaljat ta' żmienha billi tipprovdi, permezz ta' ħbieb twajba, għall-edukazzjoni tat-tfal fqar orfni u aktar tard, għall-bniet inġenerali.", "Bil-kooperazzjoni tal-Viskontessa Francoise Blin de Bourden, u ta' Padre Varin, is-superjur tal-hekk imsejħin tal-Patrijiet tal-Fidi, Santa Ġulja fl-aħħar, f'Awwissu tal-1803, meta kellha 52 sena, għamlet il-ħidma tagħha fuq bażi permanenti billi waqqfet l-\"Istituti tas-Sorijiet ta' Notre Dame.\"", "Fis-sena ta' wara, il-qaddisa li allura kienet għadha ma tistax timxi, kienet imħeġġa minn qassis biex tagħmel pass u timxi għall-imħabba tal-Qalb ta' Ġesù, u hi sabet lilha nfisha mfejqa għal kollox mill-paraliżi tagħha.", "Hi issa setgħet tiddedika l-bqija ta' 12-il sena ta' ħajjitha biex ixxerred l-istitut tagħha.", "Waqqfet xi għaxar kunventi fi Franza u fil-Belġju minkejja l-oppożizzjoni li sabet u li ma kinux jifhmuha.", "Kellha tivjaġġa ħafna, spiss fuq karettun jew bil-mixi.", "Is-saħħa u l-kuraġġ tagħha ma kellhomx limiti.", "Mietet fit-8 ta' April tas-sena, 1816 fl-età ta' 65 sena u ġiet iddikjarata qaddisa fl-1969 mill-Papa Pawlu VI.", "Ħsieb", ":", "L-immobilità ta' Santa Ġulja Billiart bl-ebda mod ma fixklet l-attivitajiet tagħha.", "Minkejja t-tbatija tagħha, hija rnexxielha tgħin fit-twaqqif ta' Ordni ta' tagħlim li kienet tipprovdi tagħlim kemm tal-foqra kif ukoll tas-sinjuri.", "Kull wieħed u waħda minna għandu limitazzjonijiet, iżda l-agħar marda li wieħed jista' jkollu hija l-paraliżi spiritwali għax din iżżommna milli nservu lil Alla hawn fuq l-art u wara mmorru ngawduh fis-Sema.", "Minkejja li Santa Ġulja Billiart ma ħallitx il-limtazzjoni tagħha tillimitha minn dak li riedet tagħmel għal Alla, dik tagħha kienet prova li rrikjediet ħafna paċenzja minn naħa tagħha.", "Aħna kemm nipprattikawha l-paċenzja meta nkunu għaddejjin minn kull xorta ta' provi?", "It-Tnejn, 12 ta' Frar, 2018, fl-omelija tiegħu fid-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku qal dan li ġej:", "\"Nitolbu lill-Mulej biex itina l-virtù tal-paċenzja meħtieġa minn min jinsab f'mixja u jġorr fuq spallejh diffikultajiet u provi.", "Ġakbu l-Appostlu jikteb li meta l-fidi tgħaddi mill-prova, tiġġenera l-paċenzja.", "Xi jfisser, li nieħdu paċenzja fil-ħajja meta ngħaddu mill-provi?", "Mhux faċli tifhimha din.", "Irridu nagħmlu distinzjoni bejn il-paċenzja kristjana u r-rassenjazzjoni, bejn il-paċenzja kristjana u s-sens ta' telfa.", "Il-paċenzja kristjana hi virtù ta' min hu miexi mhux ta' min hu wieqaf u magħluq.", "Meta bniedem ikun miexi jiltaqa' ma' sitwazzjonijiet li mhux dejjem huma favorevoli.", "Għalija, il-virtù f'mixja turi l-veru paċenzja tagħha f'dawk il-ġenituri li titweldilhom tarbija marida jew diżabbli.", "Imma għall-grazzja t'Alla, li hu ħaj, dawn huma n-nies paċenzjużi.", "Dawn irabbu lill-wild tagħhom bi mħabba, sal-aħħar.", "U mhux faċli ġġorr piż bħal dan għal snin sħaħ.", "Madankollu, il-ferħ li għandhom wild itihom il-forza biex jieħdu paċenzja u din mhix rassenjazzjoni.", "Jiġifieri din hi l-virtù li tiġi meta bniedem ikun f'mixja.", "Il-paċenzja nisranija ma timxix fit-triq tat-telfa.", "Mill-oriġini tal-kelma \"paċenzja\" għandna aktar x'nitgħallmu.", "Fit-tifsira tal-kelma jidħol ukoll is-sens ta' responsabbiltà, għax min jieħu paċenzja ma jmilx taħt it-tbatija, imma din terfgħu 'l fuq bil-ferħ.", "Il-paċenzja tfisser li wieħed jiffaċċja d-diffikultà mhux jgħaddiha fuq spallejn ħaddieħor.", "Il-paċenzja hi l-għerf li wieħed jagħraf jiddjaloga mal-limitazzjonijiet tiegħu.", "Jekk inħarsu lejn l-istorja tas-salvazzjoni, kompla jgħid, naraw il-paċenzja ta' Alla, Missierna li mexxa lill-poplu rasu iebsa kull darba li dan kien jagħmel xi idolu u jibda jħares lejn naħa oħra.", "Hi paċenzja wkoll dik li l-Missier tagħna tas-Sema għandu ma' kull wieħed u waħda minna meta jakkumpanjana u jistenniena.", "Dan hu Alla li bagħat lil Ibnu biex bil-paċenzja jerfa' fuq spallejh il-missjoni tiegħu u b'rieda soda jaffronta l-passjoni.", "B'dan f'moħħna, illum nistgħu nitolbu għall-poplu ta' Alla: \"Mulej, agħti lill-poplu tiegħek il-paċenzja biex jagħraf jerfa' l-provi\".", "U nitolbu wkoll għalina ta' kemm-il darba ma konniex paċenzjużi.", "Meta l-affarijiet ma jmorrux kif irriduhom u jitlgħalna.....", "Imma ieqaf ftit, aħseb fil-paċenzja ta' Alla l-Missier.", "Il-paċenzja hi virtù sabiħa, nitolbuhielu lill-Mulej.\"", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, Int sejjaħt lil Santa Ġulja Billiart biex twieġeb bil-ferħ għall-imħabba ta' Ibnek Mislub, billi ddedikat ħajjitha għall-edukazzjoni tat-tfal, minkejja l-limitazzjonijiet li ġarrbet.", "Agħmel li t-talb u l-eżempju tagħha, jispirawna biex aħna wkoll inwieġbu b'paċenzja mimlija mħabba lejn Ġesù Msallab, u naqdu l-bżonnijiet ta' ħaddieħor bi qdusija vera u mill-qalb.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-julie-billiart.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-julie-billiart/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Julie_Billiart", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed4416a9', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-7-7-san-gwann-battista-de-la-salle/", "title": "7 ta' April: San Ġwann Battista De La Salle", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Battista De La Salle", "\"Il-bniedem li jħenn, jgħallem u jħarreġ kif jagħmel ragħaj mal-merħla tiegħu.", "Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi: għax ta' min hu bħalhom hija s-saltna tas-smewwiet.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġwann Battista De La Salle.", "SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE", "Saċerdot", "1651 – 1719", "Tagħrif:", "Il-Fundatur tal-\"Freres\" twieled f'Rheims, Franza, fit-30 ta' April, 1651, f'familja nobbli u sinjura ħafna.", "Fl-1670, daħal is-Seminarju ta' Pariġi, u ġie ordnat saċerdot fl-1678, meta kellu 28 sena.", "Sentejn wara ltaqa' ma Adrian Nyel, u miegħu beda jaħdem għall-edukazzjoni tat-tfal foqra.", "Baqa' sakemm intefa' b'ruħu u b'ġismu f'dan ix-xogħol.", "Ħalla d-dar u l-kanonikat, flusu beda jonfoqhom fit-tfal, u beda jgħix fl-istess livell tal-foqra li għalihom iddedika l-kumplament ta' ħajtu.", "Beda jiftaħ skola waħda wara l-oħra, u minn żmien għal żmien kien iżurhom.", "Kien jinkoraġġixxi l-għalliema, jagħtihom pariri, u jissuġġerilhom metodi ġodda biex jgħallmu aħjar.", "Ġieli stedinhom id-dar tiegħu biex jieklu, u joqogħdu miegħu.", "B'hekk bdiet ir-rabta ma' wħud minnhom, li wara, permezz tagħhom waqqaf il-Kongregazzjoni tal-Aħwa (Freres), fit-28 ta' Mejju, 1684.", "Fl-1684, l-ewwel tnax-il dixxiplu għamlu l-professjoni temporanja u poġġew il-kongregazzjoni taħt il-ħarsien speċjali tal-Madonna.", "Iżda fl-1700, qamu l-ewwel diffikultajiet minħabba l-metodi ġodda fit-tagħlim introdotti mill-fundatur.", "Hekk, pereżempju dawk li kienu jiċċarġjaw għat-tagħlim fl-iskejjel kienu kontra t-tagħlim b'xejn kif kien jingħata fl-iskejjel ta' San Ġwann Battista de la Salle.", "Barra minn dan, anki s-Sulpizjani rreaġixxew kontra tiegħu għax il-qaddis warrab il-metodi tradizzjonali li kien spiċċa żmienhom u kien jinsisti għall-użu tal-Franċiż aktar milli tal-Latin.", "Għalkemm għall-ewwel l-intenzjoni tiegħu kienet li jmexxi biss skejjel b'xejn għall-foqra, fl-1698, fuq talba tas-Sultan James (Ġakbu) II tal-Ingilterra, hu fetaħ l-ewwel skola għat-tfal subien tal-klassi aristokratika.", "Il-metodi pedagoġiċi tiegħu wasslu għat-twaqqif ta' stituti ta' studju għall-gradwati, l-organizzazzjoni tal-klassijiet ta' nhar ta' Ħadd, kif ukoll skejjel tas-snajja għal studenti bejn is-7 u l-20 sena.", "San Ġwann Battista de la Salle sab ruħu umiljat minn xi dixxipli tiegħu li kienu jikkritikawh għax kien iddedikat iżżejjed għall-istudenti mill-klassijiet tal-baxxi, u wkoll ikkritikat mill-aristokrazija, li kienu jakkużawh għax kien qed jiddiżunura l-istatus tiegħu tal-klassi nobbli li kien.", "Barra mill-iskejjel primarji u sekondarji li waqqaf, ħa ħsieb ukoll jiftaħ Kulleġġi tal-Għalliema (Colleges of Education).", "L-ewwel wieħed li fetaħ kien f'Rheims, fl-1687, imbagħad f'Pariġi, fl-1699, u ieħor f'Saint Denis fl-1709.", "L-iskejjel tiegħu xterdu ma' Franza kollha, u mad-dinja.", "Il-metodi tiegħu biddlu s-sistema edukattiva ta' żmienu.", "Dan swielu ħafna diżappuntamenti, ostakli u oppożizzjoni minn niesu, mill-awtoritajiet, u speċjalment mill-Ġensinisti li kienu qawwija ħafna.", "Fl-1695, ifformula sett ta' Regoli għall-Komunita' tiegħu.", "Kiteb ukoll ttrattat fuq l-edukazzjoni, \"It-Tmexxija tal-Iskejjel Insara\".", "San Ġwann Battista de la Salle rriżenja minn superjur fl-1717, sentejn qabel ma miet, u ddedika lilu nnifsu għall-istruzzjoni tan-novizzi u l-pubblikazzjoni ta' xi kotba, fosthom 'Metodu ta' Talb Mentali' (meditazzjonijet).", "Mifluġ mill-ażma u r-rewmatiżmu, miet nhar il-Ġimgħa l-Kbira, fis-7 t'April 1719, meta kellu 68 sena, f'Rouen, Franza.", "Minkejja l-ħafna provi li għadda minnhom, kliem dan il-qaddis edukatur fuq is-sodda tal-mewt kienu:", "\"jien nadura l-mod kif Alla mexa miegħi fil-ħwejjeġ kollha li jirrigwardaw lili.\"", "Kien iddikjarat qaddis flimkien ma' Santa Rita fl-1900 minn Ljun XIII.", "Il-papa Piju XII fl-1950 iddikjarah qaddis patrun tal-għalliema.", "Ħsieb", ":", "Kemm xogħol!", "Kemm dedikazzjoni!", "Kemm enerġija kkunsmata għall-avvanz tat-tfal u ż-żgħażagħ!", "Kemm importanza mogħtija lill-edukazzjoni u l-aħjar metodi kif din tiġi mwasslha!", "San Ġwann Battista De La Salle, il-qaddis patrun tal-għalliema.", "Imma l-istudenti tagħna llum, b'mod speċjali dawk li huma prodott tal-iskejjel tal-Knisja, u tal-iskola li ġġib isem ta' dan il-qaddis dedikat, qed jirriflettu valuri nsara għall-kumplament ta' ħajjithom?", "Fuq kollox mhux din l-aktar ħaġa importanti?", "Dan hu parti mid-diskors li għamel (fl-4 ta' Lulju 2016) l-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-quddiesa tal‐gradwazzjoni tal‐istudenti tas‐6th Form tal‐Kulleġġ De La Salle, il‐Birgu:", "\"Jiena d-domanda li nixtieq nagħmel lilkom iż-żgħażagħ hija domanda sempliċi.", "Għaddejtu minn esperjenza fi skola Kattolika.", "Intom illum se tħallu l-fidi tagħkom hawn u titilqu minn hawn atei prattiċi?", "Din l-aħħar quddiesa li se tisma' qabel tiżżewweġ, jekk tiżżewweġ bil-Knisja?", "Din l-aħħar Ewkaristija li ddeċidejt li tattendi għaliha għax hija parti minn serata, għax inti, bħal meta tmur cruise u kollox ikun ipprogrammat?", "Id-domanda nagħmilhielek mhux għax nixtieq nimponi xi stil ta' ħajja fuqek, nagħmilhielek għaliex tinteressani r-risposta libera tiegħek u qed nagħmilhielek quddiem il-ġenituri, għax il-ġenituri ormaj nispera li għajjew jippruvaw jipperswadukom.", "Intom adulti biżżejjed biex tieħdu d-deċiżjonijiet tagħkom, imma xi kwalita' ta' deċiżjoni se tieħu wara li għamilt snin jew almenu fl-istess grupp ta' esperjenza ta' edukazzjoni fi skola tal-Knisja?", "Sirtu iżjed anti-klerikali milli kontu qabel għax kieku ngħid allura li hija falliment.", "Bil-fidi tiegħek fejn qiegħed?", "Tgħid li ma jinterassanix, allura nifhem li l-istilla tal-fidi ta' De la Salle għalik ormaj ma tfisser xejn ħlief badge tal-iskola u li se tkun fuq iċ-ċertifikat li se jagħtuk illum.", "Tista' tgħidli: 'imma ifhimni, Father, il-kwistjoni li jiena għaddejt minn skola tal-Knisja ma jfisser xejn ħlief li nispera li jiena persuna aħjar'.", "Jiena nawgura li inti persuna aħjar għax kien hemm fl-aħħar tal-Evanġelju: \"għalik intqal mhumiex kategorija ta' nies li tiddisprezzahom imma li tgħinhom\".", "Intom tistgħu tqisukom bħala grupp ta' nies pivileġġati u din il-kelma tweġġagħni għax l-iskejjel tal-Knisja m'għandhomx ikunu għall-privileġġjati.", "Huwa privileġġ tal-komunità li toffri l-edukazzjoni, imma aħna m'aħniex hawn biex noħolqu elite li jkasbar il-fqir.", "Allura kieku jiena nagħlaq l-iskejjel, għax minflok ma nkun qed neduka l-qalb, jkun biss li kkrejajt mostri bla qalb.", "Dan il-kliem qed ngħidu biex ngħabbikom bir-responsabbiltà.", "L-edukazzjoni Kattolika trid tkun edukazzjoni mhux biss biex titgħallem tisma' l-quddiesa u tapprezzaha, imma qabel xejn tirrispetta lilek inifsek u l-proxxmu.", "Jekk student li għadda minn De la Salle huwa razzist u jiddisprezza lil min mhux bħalu, De La Salle ma sewa xejn għalih.", "Jekk inti m'intix kapaċi tgħid li l-vokazzjoni tiegħek trid tkun ta' servizz, De la Salle kien ħela ta' ħin u flus li taw il-ġenituri tiegħek li sostnew din l-iskola, ma kienx investiment tajjeb.", "Qed ngħid hekk mhux biex inkun negattiv, imma biex ngħabbikom bir-responsabbiltà.", "Fl-istess ħin jiena nifraħ magħkom ta' dak kollu li qegħdin toħolmu bih u tippjanaw għall-futur.", "Nimmaġina li diġa' qed tistennew b'ħerqa r-riżultati tal-eżamijiet, nawguralkom li tiddevertu ftit u tistrieħu sakemm jaslu r-riżultati, u li ma taqgħux f'depression meta tiftħu r-riżultati li tirċievu, nittamaw li kollox imur sew.", "Inutli tixgħel ix-xemgħat lil Sant Antnin ta' Padova u li San Giovanni Battista De La Salle għax issa li hemm hemm.", "Imma nawguralkom li, ir-riżultati jkunu tajbin u d-deċiżjonijiet li tagħmlu għall-futur tagħkom tagħmluhom b'responsabbiltà kbira, mhux biss li tuża t-talenti tiegħek tajjeb, imma li tagħżel li tkun ta' servizz għas-soċjetà.", "Huwa dan il-privileġġ li tkun Nisrani: li tkun ta' servizz għas-soċjetà, imbagħad il-Mulej ibierkek bl-għana, bil-ġid ħa tgawdi int u l-familja tiegħek u għamel minn kollox biex tgħin lil min hu inqas privileġġat.", "Jien nixtieq nirringrazzja lill-Brothers ta' De La Salle tad-dedikazzjoni tagħkom, intom ormaj an endangered species, anke għaliex vokazzjonijiet għal De La Salle ma tantx qed nara jien fuq ix-xefaq, biex ma ngħidtx fuq l-orizzont, imma fuq ix-xefaq.", "Imma jiena nawgura li jkollkom gruppi ta' lajċi bħall-Brothers mill-Colombia li hawn magħna.", "Jiena nawgura li gruppi ta' lajċi jiġu entużjażmati bl-eżempju u anke bix-xogħol li qegħdin tagħmlu, nawgura biex din l-opra tkompli\".", "Ejjew nitolbu għall-istudenti kollha, għall-Brothers u l-għalliema kollha, biex jibqgħu jimxu fuq il-passi ta' San Ġwann Battista de La Salle bla tidwir 'l hawn jew 'l hemm.", "Talba", ":", "O wisq qaddisa u safja xebba Marija, omm tal-ħniena, sultana tiegħi, protetriċi tiegħi, ħajti, l-għaxqa u t-tama tiegħi, fit-tjieba tiegħek agħmel li jkolli qalb ta' Iben veru tiegħek; qalb li malajr tobdi u twieġeb lill-iben divin tiegħek, is-Salvatur tiegħek u tiegħi; ikolli fiduċja ta' iben fit-tjubija tiegħek ta' omm u fil-kwalitajiet kollha li għandu jkollu kull iben tiegħek.", "Indenja ruħek ukoll li jkollok l-aktar għal qalbek il-ħidma kbira tas-salvazzjoni tiegħi u kull ma jgħin biex din tinkiseb matul ħajti u fil-waqt ta' mewti; u meta jasal dak il-mument tal-aħħar, omm fidila u ħanina, nitolbok b'ħerqa li ma tabbandunanix.", "Għinni inti, biex negħleb l-għedewwa kollha tas-salvazzjoni tiegħi u ħu f'idejk qaddisa lil ruħi, biex hekk tikseb ġudizzju tajjeb bl-interċessjoni tiegħek u nkun nista' nidħol fis-Saltna tas-Sema u hemm nitgħaxxaq b'hena li ma titfissirx, li nara u nħobb lil Alla u lilek l-iżjed imbierka għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "(Talba ta' San Ġwann Battista de La Salle", "li kien jgħid ta' spiss lill-Imqaddsa Verġni Marija)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-john-baptist-de-la-salle.html", "Alternative Reading:", "https://www.lasallian.info/about/history/saint-john-baptist-de-la-salle/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Jean-Baptiste_de_La_Salle", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed473668', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-6-6-santa-giljana-minn-cornillon/", "title": "6 ta' April: Santa Ġiljana minn Cornillon", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ġiljana minn Cornillon", "\"Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: \"Ħudu, kulu, dan hu ġismi.\"", "Imbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: \"Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.\" –", "Ġesù f'Mattew 26:26-28", "SANTA ĠILJANA MINN CORNILLON", "Verġni", "1193 – 1258", "Tagħrif:", "Santa Ġiljana minn Cornillon, verġni, twieldet Retinne, ħdejn Liege (il-Belġju), u wara li ta' ħames snin tilfet 'l ommha u 'l missierha poġġewha fil-kunvent ta' Mont-Cornillon, ħdejn Liege.", "Hawn mhux biss għamlet progressi kbar fil-qdusija, iżda wkoll qrat bil-pjaċir l-opri ta' Santu Wistin u ta' San Bernard.", "Uriet sa minn ċkunitha mħabba kbira lejn il-Madonna, lejn il-passjoni, u fuq kollox lejn is-Sagramenti tal-Altar.", "Fl-1206, libset il-velu ta' soru u pprofessat r-regola ta' Santu Wistin, li kienet miżmuma f'dak il-kunvent.", "Tawha f'idejha l-morda tal-isptar li kien immexxi mis-sorijiet.", "Kienet tiġbed fuqha l-qima ta' kulħadd bl-umiltà, bil-karità, bl-ubbidjenza u bil-penitenza tagħha, hekk li fl-1230, is-sorijiet kollha tal-kunvent ħatruha bħala superjura tagħhom.", "Għamlet li setgħet biex iddaħħal il-festa ta' Corpus.", "Meta kienet tersaq titqarben kienet tħoss devozzjoni kbira u tirċievi ħafna grazzji.", "Ta' sikwit kienet tmur tagħmel żjara lil Ġesù Sagramentat, tinxteħet għarkopptejha; u bl-eżempju tiġbed lill-oħrajn.", "Għalhekk Alla għażilha bħala strument umli tiegħu biex ixxandar id-devozzjoni lejn is-Sagrament, u biex tiġi magħżula ġurnata għas-solennità ta' Corpus.", "Robert, isqof ta' Liege, bit-talb u l-parir ta' Santa Ġiljana, daħħal din il-festa fid-djoċesi tiegħu, u mbagħad il-Papa Urbanu IV kabbar u xerred din is-solennità mad-dinja kollha.", "Wara l-mewt tal-Isqof Robert, Ġiljana kellha ssofri bosta persekuzzjonijiet.", "Ċertu Roger irnexxielu jxewwex lill-poplu kontriha u keċċiha mill-kunvent flimkien mas-sorijiet (1247).", "Flimkien mal-komunità, il-qaddisa sabet kenn wara bosta sofferenzi, l-ewwel Namur u mbagħad fil-Belt ta' Fosse, fejn għaddiet l-aħħar snin ta' ħajjitha fil-ġabra u fit-talb.", "Wara li rċeviet bid-devozzjoni kollha l-aħħar sagramenti mietet fiċ-ċella tagħha, għajnejha fissi fuq l-Ostja Mqaddsa (fil-5 ta' April, 1258).", "Difnuha, kif talbet, fil-monasteru taċ-Ċisterċensi tal-Belt ta' Villiers.", "Qabarha sar post ta' pellegrinaġġi għal għadd kbir ta' mirakli li saru bl-interċessjoni tagħha.", "Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Piju IX, approva l-uffizzju u l-quddiesa tagħha (1869).", "Ħsieb", ":", "Santa Ġiljana minn Cornillon qatt ma waqfet tittama fl-għajnuna ta' Alla fost l-iktar persekuzzjonijiet krudili.", "Ejjew nitgħallmu mill-paċenzja tagħha u mill-mod kif hija pprattikat il-virtù qawwija tat-tama, u fil-fatt li straħet fuq l-għajnuna divina b'aċċettazjoni ta' dak kollu li għoġob lir-rieda tiegħU.", "Imma Ġiljana baqgħet magħrufa wkoll għal kemm irsistiet biex iddaħħal il-festa ta' Corpus (Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta' Kristu).", "Dan jixhed id-devozzjoni kbira li kellha lejn Ġesù fl-Ewkaristija.", "Kien għalhekk li l-Mulej inqeda biha biex ixxandar din id-devozzjoni, u biex tiġi magħżula ġurnata għas-solennità ta' Corpus.", "Fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta' Kristu (3 ta' Ġunju, 2018), il-Papa Franġisku tenna dan il-kliem:", "\"L-Ewkaristija hi l-qalb li tħabbat tal-Knisja, tnissilha u terġa' tnissilha mill-ġdid, ixxerikha u tqawwiha.", "Imma l-Ewkaristija tħejjilna wkoll post hemm fuq, fl-eternità, għax hi l-Ħobż tas-Sema.", "Tiġi minn hemm, hi l-unika materja fuq din l-art li għandha tassew togħma ta' eternità.", "Hi l-ħobż tal-futur, li diġà minn issa ddewwaqna ġejjieni bil-wisq ikbar minn kull ħaġa aqwa li nistgħu nistennew.", "Hi l-ħobż li jaqta' l-ġuħ tal-ikbar xenqat tagħna u jitma' l-isbaħ ħolmiet tagħna.", "F'kelma waħda, hi r-rahan tal-ħajja ta' dejjem: mhux biss wegħda, imma rahan, jiġifieri garanzija minn qabel, tantiċipa konkretement dak li se jiġi mogħti lilna.", "L-Ewkaristija hi l-\"prenotazzjoni\" tal-Ġenna; hu Ġesù, ikel li jrejjaqna fil-mixja tagħna lejn dik il-ħajja hienja li ma tintemm qatt.", "Fl-Ostja kkonsagrata, barra mill-post, Ġesù jħejjilna l-ikel, li jrejjaqna.", "Fil-ħajja għandna bżonn kontinwament li nitrejqu, u mhux biss bl-ikel, imma wkoll bi proġetti u mħabbiet, b'xewqat u tamiet.", "Aħna mġewħin biex niġu maħbuba.", "Imma l-aqwa kumplimenti, l-isbaħ rigali u l-aktar teknoloġiji avvanzati mhumiex biżżejjed, qatt mhuma se jaqtgħulna l-ġuħ għal kollox.", "L-Ewkaristija hi ikel sempliċi, bħall-ħobż, imma hi l-uniku wieħed li jaqta' l-ġuħ, għax m'hemmx imħabba ikbar minn din.", "Hemm niltaqgħu ma' Ġesù tassew, naqsmu fil-ħajja tiegħu, inħossu l-imħabba tiegħu; hemm tista' tħoss kif il-mewt u l-qawmien tiegħu huma għalik.", "U meta tadura lil Ġesù fl-Ewkaristija, tirċievi mingħandu l-Ispirtu s-Santu u ssib paċi u ferħ.", "Għeżież ħuti, ejjew nagħżlu dan il-ħobż tal-ħajja: inqiegħdu fl-ewwel post il-Quddiesa, niskopru mill-ġdid l-adorazzjoni fil-komunitajiet tagħna!", "Nitolbu l-grazzja li nkunu mġewħin għal Alla, li qatt ma jinqatgħalna għal kollox dak il-ġuħ biex nirċievu dak li hu jħejji għalina.", "Hu jixtieq jgħammar f'nofsna.", "Irid iżur is-sitwazzjonijiet, jidħol fid-djar, joffri l-ħniena tiegħu li teħles, ibierek, ifarraġ.", "Ġarrabtu sitwazzjonijiet ta' tbatija; il-Mulej irid ikun qrib tagħkom.\"", "U f'ħajtek, x'post għandu Ġesù Ewkaristija?", "Kemm tmur iżżuru u toqgħod titkellem miegħU , taduraH u tirringrazzjaH?", "TirċeviH ta' spiss b'qalb u ruħ safja u mħejjija sew u kif jixraq lil Alla qaddis li jinżel mis-Sema għalik, biex jiġi fik u jgħix miegħek?", "Inħeġġek tara dan il-vidjo:", "https://www.youtube.com/watch?v=vZOgWK6Z4DE", "Talba", ":", "Ejja żurna, Mulej.", "Aħna nilqgħuk fil-qlub tagħna, fil-familji tagħna, fl-ibliet tagħna.", "Grazzi li tħejjilna l-ikel tal-ħajja u post fis-Saltna tiegħek.", "Agħmel li aħna nkunu attivi aħna u nħejjulek, inwasslu bil-ferħ lilek li int il-ħajja, biex inxerrdu l-fraternità, il-ġustizzja u l-paċi fit-toroq tagħna.", "Ammen.", "(Talba tal-Papa Franġisku f'Corpus 2018)", "English Version:", "https://sanctoral.com/en/saints/saint_juliana_of_mont_cornillon.html", "Alternative Reading:", "http://w2.vatican.va/content/benedict-xvi/en/audiences/2010/documents/hf_ben-xvi_aud_20101117.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Juliana_of_Li%C3%A8ge", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed4bf0a9', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-5-5-san-vincenz-ferrer/", "title": "5 ta' April: San Vinċenz Ferrer", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Vinċenz Ferrer", "\"Mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta' Missierkom li jitkellem fikom.", "Sirt kollox għal kulħadd, biex lil kulħadd insalva.\" –", "Żewġ antifoni mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Vinċenz Ferrer.", "SAN VINĊENZ FERRER", "Saċerdot Dumnikan", "1350 – 1419", "Tagħrif:", "San Vinċenz twieled f'Valenzja, Spanja, fl-1350, u kien ta' nisel Ingliż jew Skoċċiż.", "Fl-1367, meta kellu sbatax-il sena, daħal mad-Dumnikani.", "Ġie ordnat saċerdot mill-Kardinal Pietru de Luna, u ftit snin wara ġie magħżul Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani, f'Valenzja.", "Fi żmien meta fil-Knisja kien hemm żewġ Papiet, Klement VII, f'Avignon, u Urbanu VI, f'Ruma, San Vinċenz kien jaħseb li Klement VII kien il-veru Papa, għax kien influwenzat mill-Kardinal de Luna li kien iżomm miegħu.", "Fl-istess waqt Santa Katarina ta' Siena kienet iżomm mal-Papa Urbanu VI.", "Meta Klement VII miet, il-Kardinal de Luna laħaq floku bl-isem ta' Benedittu XIII, u San Vinċenz żamm miegħu.", "Għal ħafna snin, San Vinċenz iddedika ruħu għall-prietki u ġera f'ħafna pajjiżi, barra Franza, mar Spanja, l-Isvizzera, l-Italja, il-Ġermanja, l-Ingilterra u pajjiżi oħra.", "Kien jipprietka l-iktar fuq in-Novissimi, u kien ikollu udjenzi enormi u ħafna konverżjonijiet.", "Ix-xiżma fil-Knisja nkwetatu ferm, u ta sehmu sakemm raha tispiċċa.", "Meta San Vinċenz ra li Benedittu XIII ma riedx jirriżenja, ma baqax iżomm iktar miegħu, anzi darba, meta kien marid mejjet, f'laqgħa li fiha kien qed jippresiedi Benedittu XIII, iddenunzjah b'ħiltu kollha.", "Kien hu wkoll li ta' parir lir-Re Federiku ta' Aragona biex ma jkomplix jappoġġa lil Benedittu.", "Fl-aħħar Benedittu ġie mneħħi u hekk ix-xiżma spiċċat fl-1416 meta ġie elett il-Papa Martin V.", "Miet f'Vannes, fi Franza, waqt li kien qed jagħti missjoni li fiha pprova jwaqqaf l-hekk imsejħa 'Gwerra ta' Mitt Sena' bejn Franza u l-Ingilterra.", "Kien il-5 ta' April, 1419, meta kellu 69 sena.", "Ġie ddikjarat qaddis fl-1455 (36 sena wara mewtu) u hu meqjum ħafna mhux biss fi Spanja u fl-Amerka Latina, imma wkoll fil-Filippini.", "Ħsieb", ":", "San Vinċenz għex fi żmien meta l-Knisja kienet għaddejja minn żmien mill-aktar diffiċli fl-istorja tagħha.", "Kien iż-żmien meta l-Papa kellu r-residenza tiegħu f'Avignon (Franza) u seħħet l-hekk imsejħa Xiżma tal-Punent.", "Kien iħoss li hu kien imsejjaħ biex ixandar l-evanġelju mhux biss lill-insara, imma wkoll lil-Lhud, lill-Musulmani u lis-setet eretiċi tal-Katari u l-Valdeżi.", "Jingħad li hu kellu d-don tal-ilsna u kien magħruf għall-każi ta' fejqan li hu kien jagħmel.", "Meta kien qed jipprietka fi Lyon, fi Franza, fl-1404, hu organizza l-għadd kbir ta' nies li kienu aċċettaw it-tagħlim tiegħu u bdew imorru warajh kull fejn kien jipprietka.", "Dawn kienu jissejħu l-flagellantes jew penitenti.", "Kienu jilbsu libsa sewda u bajda bħad-Dumnikani u kienu jġorru l-ħatar bħall-pellegrini.", "Il-quċċata tal-predikazzjoni ta' San Vinċenz kienet bejn is-snin l-1412 u l-1419.", "Il-prietki tiegħu – li ħallew effett kbir – kienu b'mod speċjali fuq in-novissmi, l-aktar fuq l-aħħar ġudizzju.", "Kien iqanqal lis-semmiegħa tiegħu biex ibiddlu ħajjithom minħabba li wasal it-tmiem.", "Ħafna kienu jikkonsidrawh bħala t-tieni San Ġwann Battista, jipprietka l-penitenza għall-konverżjoni.", "Ġie msejjaħ l-Anġlu tal-Apokalissi.", "Minħabba l-għadd kbir ta' mirakli jissejjaħ Tawmaturgu.", "Imma fi żminijietna llum kemm għadna nisimgħu dwar in-novissmi?", "Jew forsi ma rridux nisimgħu min ikellimna fuq ir-realtà tal-mewt, il-ġudizzju, l-infern, il-ġenna, eċċ ...?", "Forsi biex nibqgħu ngħixu ħajja aljenata sal-aħħar imbagħad dawn ir-realtajiet insibuhom ma' wiċċna meta jkun tard wisq?", "Jeżisti ktieb illi jġib dan it-titlu: \"In-Novissmi\".", "Dan huwa ġabra ta' twissijiet mill-Qaddis Malti San Ġorġ Preca.", "Dun Ġorġ, bħall-qaddis tal-lum, kien jitkellem spiss fuq il-mewt, il-kruha tad-dnub u l-ħajja eterna.", "Huwa fatt li mitt sena oħra aħna ma nkunux hawn.", "Huwa fatt li l-ħajja hija fraġli, tgħaddi malajr.", "Il-Bibbja tgħid li", "\"l-ħajja tal-bniedem hija b'kollox sebgħin sena, tmenin jekk inkunu f'saħħtina u l-biċċa il-kbira taħbit u niket.", "Malajr tgħaddi u aħna immorru magħhom.\"", "Spiss allura, konxji ta' din il-prekarjetà nibdew nagħmlu affarijiet li b'xi mod inessuna li aħna fuq din l-art m'aħniex għal dejjem.", "Nippruvaw nagħmlu xi ħaġa biex nagħtu lilna infusna l-impressjoni li aħna għal dejjem hawn.", "Allura arana nippruvaw noħolqu \"Mini-ġenna\".", "Forsi s'hawn m'hemmx xi inkwiet tal-għaġeb, imma l-inkwiet jibda meta dik il-\"Mini-ġenna\" nipprova noħloqha għalija biss.", "Allura arani nrekken, infaddal, biex qabel norqod filgħaxija jkolli rasi mistrieħa.", "Imma filgħaxija rasi ma tistrieħx fuq l-imħadda għax naf li għandi ħafna flus il-Bank, imma għax naf li ta' ħdejja għandu x'jiekol.", "Rasi qabel norqod ma tkunx mistrieħa għax irnexxieli nġelled familja bir-regħba tiegħi fuq il-wirt li ħallew ommi u missieri, imma għax lili ħa jibqgħu jiftakruni bi bniedem ġeneruż u tal-paċi.", "U kif tista' tistrieħ rasi qabel norqod meta naf li minħabba r-regħba tiegħi hawn nies li mhux qed jitħallsu kemm jistħoqqilhom?", "Kif nista' norqod mistrieħ meta nbigħ prodotti li jagħmlu l-ħsara, huma x'inhuma?", "Għal dan kollu tista' twassal ir-regħba.", "Għiduli intom kemm hawn nies li għax alla tagħhom il-flus sallbu lil ħafna oħrajn; vittmi tal-ġlied minħabba il-wirt, vittmi tad-droga u tal-użura.", "U allura, anke jekk San Vinċenz Ferrer u San Ġorġ jidhru iebsa u 'il bogħod, anke jekk Ġesù illum huwa ċar dwar ir-realtà ta' wara l-mewt li forsi jaħsadna, ma nistgħux ma nammettux li ħafna drabi norbtu qalbna wisq mal-affarijiet li jgħaddu.", "Ħafna drabi t-talb tagħna huwa wisq ikkonċentrat fuq \"Ħobżna ta' kuljum agħtina illum\" u ninsew li aħna nistgħu nkunu responsabbli ta' ħafna nkwiet minħabba l-flus.", "Il-Mulej iridna nies ħielsa li ma nsiru skjavi ta' xejn.", "Meta l-flus iservuni (jaqduni) m'hemmx problemi kbar imma meta jien nibda nsir skjav tagħhom hemm iva, għandi għax ninkwieta.", "Trid tkun taf x'inhi l-kura?", "Agħti, qassam, tiekolx waħdek.", "Jalla lkoll kemm aħna nagħmlu esperjenza ta' dak li huwa il-ħelsien, il-ħelsien vera, dak li jista' jagħtina Alla biss!", "Talba", ":", "O Alla, is-saċerdot San Vinċenz Ferrer, li int għażiltu ministru tiegħek biex ixandar l-Evanġelju, fakkar sikwit li l-Feddej tagħna għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mid-dinja; agħtina li, kif għad narawh imħallef fuq l-art, hekk ukoll, mal-qaddisin tiegħek, narawh sultan fis-sema: Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-vincent-ferrer.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-vincent-ferrer-426", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Vincent_Ferrer", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-Ħsieb huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", "u mis-sit sejhafrangiskana.com.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed4e7be0', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-4-4-san-sidor/", "title": "4 ta' April: San Sidor", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Sidor", "\"Il-bnedmin bil-għaqal ikollhom fuqhom dija bħal dik tas-sema, u dawk li jkunu wasslu 'l ħafna fis-sewwa jkunu jiddu bħal kwiekeb għal dejjem ta' dejjem.", "San Sidor, mgħallem tassew għaref u dawl tal-Knisja imqaddsa, itlob lill-Iben ta' Alla għalina, int li ħabbejt il-liġi tal-Mulej.\" –", "Żewġ antifoni mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Sidor.", "SAN SIDOR", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "560 – 636", "Tagħrif:", "San Sidor kien tifel ta' familja nobbli Rumana, li kienet qed tgħix f'Kartaġena, Spanja.", "Tlieta minn ħutu huma wkoll qaddisin, San Leandru li kien Arċisqof ta' Sevilla, San Fulġenzju, Isqof ta' Astigi, u Santa Florentina.", "Fis-sena 599 sar Arċisqof ta' Sevilla, wara ħuh, u mexxa d-Djoċesi b'suċċess kbir għal 37 sena, sakemm miet fl-4 ta' April 636.", "Kien bniedem ta' għerf kbir, u kien l-aħħar wieħed fost il-Filosofi Nsara.", "Kien ukoll l-aħħar wieħed fost il-Missirijiet tal-Knisja Latina, u kien l-ewwel kittieb Nisrani li għamel 'Summa', ġabra ta' għerf universali.", "Hu ġabar xogħlijiet Latini u Griegi, li kienu jintilfu li kieku ma kienx hu.", "Baqa' msemmi ħafna għall-opra tiegħu \"Etymologiae\", kollezzjoni sistematika ta' 154 kittieb ta' żmienu, fuq teoloġija, axxetika, storja, ġografija, astronomija, u suġġetti oħra.", "San Sidor attenda t-Tieni Konċilju ta' Sevilla fis-sena 619, u ppresieda r-Raba' Konċilju ta' Toledo fis-sena 633.", "Ħadem ħafna biex il-Viżigoti li ddominaw Spanja għal kważi żewġ sekli, ġew ikkonvertiti mill-Arjaniżmu.", "San Sidor miet fis-sena 636, ta' 76 sena.", "Ħsieb", ":", "Is-soċjetà tagħna tista' sewwa sew tuża l-ispirtu ta' San Sidor ta' kombinazzjoni bejn it-tagħlim u l-qdusija.", "L-imħabba, il-fehma u l-għerf jistgħu jfejqu u jagħqdu flimkien nies miksura u mifruda minn xulxin.", "Aħna m'aħniex Barbari bħall-invażuri ta' Spanja fi żmien Sidor.", "Imma n-nies li huma mgħarrqa fl-għana u invażati mill-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi, jistgħu jitilfu f'ħajja ta' nuqqas ta' mħabba u konpassjoni lejn il-proxxmu.", "X'jiswew umbagħad l-avvanzi kollha tal-bniedem tal-lum jekk titmermer l-imħabba, li nafu li hi r-raġuni għalfejn ġejna f'din id-dinja?", "X'jiswielu l-bniedem intelliġenti u għani jekk jikseb tant ġid u unuri biex umbagħad jitlef ruħu?", "In-nisrani mħeġġeġ biex bl-avvanzi tad-dinja moderna, jara kif jista' jħobb, jaqdi u jservi aħjar il-ħtiġijiet tal-ħajja tiegħu u tal-oħrajn, b'attenzjoni speċjali lejn dawk l-aktar batuti u fil-bżonn?", "Il-bniedem jiftaħar għax niżel fuq il-qamar u kull sena jintefqu eluf ta' flus fuq ikomplu javvanzaw f'missjonijiet spazjali ġodda.", "U xi ngħidu għan-nefqa fl-armi li li tintefaq biex il-pajjiżi jkunu lesti għal xi gwerra li tista' tinqala?", "Illum nista' nilħaq lil xi ħadd li qiegħed fuq in-naħa l-oħra tal-globu!!", "Tassew li l-bniedem jaf ikun intelliġenti u bravu!", "Imma, ngħid jien, il-bniedem avvanza fejn tidħol il-karita', l-imħabba u l-għajnuna immedjata ta' nies fil-bżonn?", "Il-faqar irnexxielna niddistruġġuh?", "Nistgħu ngħidu li nies li jmutu bil-ġuħ, bil-mard, bil-klima għax m'għandhomx saqaf fuq rashom u oħrajn, issa saru biss memorja tal-passat??", "U xi ngħidu għan-nies bi bżonnijiet fil-gżejjer tagħna?", "F'omelija minn tiegħu, Mons. Isqof Mario Grech, waqt quddiesa fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-studenti tal-Università (21 ta' Novembru 2008) jgħidilhom hekk:", "\"Matul s-snin dejjem kien hemm nisġa qawwija bejn l-impenn intellettwali u dik l-attenzjoni speċjali għall-faqar qadim u ġdid.", "Kienu ħafna dawk li xorbu mill-għajn tal-għerf biex imbagħad setgħu jaqdu ġenerożament lill-fqir u liż-żgħir.", "Irrid nittama li dan huwa wkoll wieħed mill-ideali tagħkom, li llum qed troddu ħajr lil Alla talli temmejtu l-korsijiet tagħkom u issa tibdew tfittxu fejn tistgħu toffru l-kontribut professjonali tagħkom.", "Il-foqra qegħdin magħna.", "Peress li mhux dejjem isibu min ġenwinament isostnihom mill-kamp politiku, intom, bħala ċittadini, kulħadd esperti fil-kamp tiegħu jew tagħha, tistgħu tkunu t-tama tagħhom li b'xi mod tgħinuhom jgħixu ħajja umanament dinjituża.", "Għandna familji li qed ifittxu min jgħinhom biex jegħlbu d-diffikultajiet relazzjonali u finanzjarji;", "għandna ħaddiema li jixtiequ serħan il-moħħ dwar ix-xogħol li għandhom;", "għandna tfal u adolexxenti li qed jaffrontaw sfidi ġodda fis-sistema edukattiva;", "għandna ħafna aspettattivi biex fil-qasam tas-saħħa jkun assigurat ir-rispett lejn il-ħajja;", "għandna anzjani li jibżgħu li fl-aħħar fażi ta' ħajjithom mhux ser ikollhom min joffrilhom kenn.", "Dawn biex insemmi ftit eżempji.", "San Bernard jikteb:", "\"Hemm dawk li jridu jkunu jafu biex ikunu jafu, u din hija kurżità; hemm oħrajn li jridu jitgħallmu biex ħaddieħor ikun jaf li huma jafu, u din hija vanità; oħrajn li jistudjaw biex imbagħad ibiegħu l-għerf tagħhom għall-flus u l-unuri, u dan huwa tal-mistħija; hemm min għandu għatx għat-tagħlim biex jifforma lilu nnifsu, u din hija azzjoni prudenti; u hemm dawk li jistudjaw biex jagħmlu l-ġid lill-oħrajn, u din hija għażla karitattiva\".", "Huma kliem miktuba ħafna snin ilu, imma attwalissimi.", "Nitlob lill-Mulej biex iseddaq fikom din il-motivazzjoni li semmejt fl-aħħar.", "San Ġakbu jgħidilna li jekk hemmx xi ħadd għaref u għaqli fostna, ħa juri bl-imġiba tiegħu għemilu (Ġakbu 3;13).", "Ningħaqad mal-Appostlu u nawguralkom li l-għerf li ksibtu fis-snin li għaddejtu l-Università – għerf li żgur għad tridu tikkonfermaw u tkattru bil-formazzjoni kontinwata – , għerf li jgħinkom tiskopru min hu Alla u min hu l-bniedem, jiswielkom biex tagħmlu d-dinja aktar umana milli sibtuha\".", "U inti, qed tuża l-intelliġenza, l-għerf u l-kapċitajiet tiegħek huma x'inhuma biex tkun ta' servizz lejn il-proxxmu tiegħek?", "Li tħalli d-dinja aħjar milli sibtha bil-mod kif għamel Kristu, San Sidor u tant u tant oħrajn, huwa l-programm ta' ħajtek?", "Talba", ":", "Agħti widen, Mulej, għat-talb li qegħdin nagħmlulek fit-tifkira ta' San Sidor, biex, bħalma hu kien ta' fejda kbira għall-Knisja bit-tagħlim qaddis tiegħu, hekk ukoll ikun ta' għajnuna għaliha bit-talb tiegħu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/04/st-isidore-of-seville.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-isidore-of-seville/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Isidore_of_Seville", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed4e8eaa', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-3-3-san-rikardu/", "title": "3 ta' April: San Rikardu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Rikardu", "\"Bin il-​bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu.\" –", "Ġesù f'Mattew 20:28", "SAN RIKARDU", "Isqof ta' Chichister", "1197 – 1253", "Tagħrif:", "Rikardu tilef lil missieru meta kien għadu żgħir u l-proprjetà tal-familja marret lura.", "Meta ħuh il-kbir offrielu l-wirt, Rikardu ma aċċettax għad li għen kemm seta' biex jerġa' jwaqqafha.", "Studja Oxford u Pariġi u anki għamel kors fid-Dirittu Kanoniku f'Bolonja.", "Hu reġa' lura pajjiżu b'fama kbira tant li ħatruh rettur tal-Università ta' Oxford.", "Hawn tant spikka fl-għerf u fil-qdusija li l-arċisqof ta' Canterbury, San Edmond, riedu miegħu bħala kanċillier tad-djoċesi.", "Hekk sar kumpann intimu ta' San Edmond, akkumpanjah Franza fl-eżilju, assistieh f'mewtu u ħadu bħala mudell ta' ħajtu.", "Wara l-mewt tal-Arċisqof San Edmond, Rikardu mar jistudja t-Teoloġija mad-Dumnikani f'Orléans, fejn kien ordnat saċerdot u mbagħad mar lura pajjiżu.", "Hemm l-arċisqof il-ġdid ta' Canterbury, Bonifaċju, talbu biex jaċċetta jsir kanċillier tiegħu.", "Meta fl-1244 miet l-isqof ta' Chichester, il-kapitlu fuq ir-rakomandazzjoni ta' Bonifaċju ħatar lil Rikardu bħala suċċessur.", "Iżda din in-nomina ma għoġbot xejn lir-Re Enriku III għax Rikardu kien iżomm ma' Edmond, li kien ħadha kontra l-intrigi tar-re.", "Għalhekk Enriku ma riedx jagħti lil Rikardu d-drittijiet tal-mensa (tad-dħul).", "Bla dar fid-djoċesi tiegħu u bla mezzi, Rikardu sab ruħu dipendenti tal-karità tal-kleru u tal-fidili.", "Iżda sentejn wara (1246) Enriku kellu jċedi wara li l-Papa qabeż għalih.", "Rikardu baqa' jgħix bħala isqof fil-faqar u fil-penitenza, għax kien jagħti kważi kollox lill-foqra.", "Għamel ħafna digrieti biex jirregola l-ħajja tal-kleru, l-amministrazzjoni tas-sagramenti, is-servizz u l-privileġġi tal-knejjes.", "Meta d-dispensier kien josservalu li qed jagħti karità aktar mir-renti tal-mensa: \"ma jimpurtax,\" kien iwieġbu, \"biegħ l-oġġetti tal-fidda u ż-żiemel.\"", "Huwa u sejjer Dover biex jikkonsagra knisja ġdida f'ġieħ San Edmond, ħassu ħażin fil-vjaġġ.", "Malli wasal Dover kemm kemm laħaq ikkonsagra l-knisja.", "Miet l-għada, fit-3 ta' April, 1253 fl-età ta' 56 sena.", "Ħaduh lura Chichester u difnuh fil-katidral.", "Kien iddikjarat qaddis disa' snin wara mewtu mill-Papa Urbanu IV.", "Ħsieb", ":", "F'kull stadju ta' ħajtu, San Rikardu qeda d-doveri tiegħu sewwa u b'ġenerożità, bla ebda interess personali.", "Kemm hu importanti l-altruiżmu fil-ħajja tan-nisrani.", "Kemm għandha tispikka fina dik il-ħajja dedikata għall-oħrajn.", "Fuq kollox, din hija l-ħajja li għażel Sidna Ġesù Kristu \"li ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu.\"", "Għalhekk, in-nisrani ma jista' qatt ikun egoist!", "F'diskors waqt omelija minn tiegħu, il-Papa Franġisku (14 ta' Mejju 2013) jgħid hekk:", "\"L-egoiżmu ma jwassalna mkien.", "L-imħabba mill-banda l-oħra tillibera.", "Minħabba dan min hu kapaċi jgħix il-ħajja propja bħala \"rigal biex jingħata lill-oħrajn\" ma jibqa' qatt waħdu u ma jisperimentax \"id-dramm tal-kuxjenza iżolata,\" priża faċli ta' Satana li dejjem lest biex iqarraq\" b'min jagħżel triqtu.", "Ġesù jgħidilna kelma qawwija: 'Ħadd m'għandu mħabba ikbar minn din: li tagħti ħajtek għal ħbiebek.'", "L-ikbar imħabba: li tagħti ħajtek.", "L-imħabba dejjem timxi minn din it-triq: li tagħti ħajtek.", "Tgħix ħajtek bħala rigal, rigal biex jingħata.", "Mhux teżor biex jinżamm.", "U Ġesù hekk għixha, bħala rigal.", "U jekk tgħix ħajtek bħala rigal, inti tagħmel dak li jrid Ġesù: \"Waqqaftkom sabiex tmorru u ġġorru l-frott.\"", "Mela m'hemmx għalfejn naħarqu ħajjitna bl-egoiżmu.", "Ġuda, mill-banda l-oħra, kellu atteġġjament kuntrarju ta' min iħobb, għaliex \"qatt ma fehem, miskin, xi jkun rigal.\"", "Ġuda kien wieħed minn dawk il-bnedmin li qatt ma jaslu li jagħmlu ġest ta' altruwiżmu u li dejjem jgħixu fl-isfera tal-propju jien, bla ma qatt \"iħallu jinħatfu mis-sitwazzjonijiet sbieħ.\"", "Atteġġjament li, minflok, huwa tal-\"Maddalena, meta taħsel riġlejn Ġesù bl-ingwent, tant iqum flus... dan huwa mument, reliġjuż, mument ta' gratitudni, mument ta' mħabba.\"", "Ġuda, mill-banda l-oħra jgħix maqtugħ, fis-solitudni tiegħu, u jibqa' javvanza f'dik it-triq.", "Din hija \"l-qrusa tal-qalb\" u hekk \"bħal ma l-imħabba tikber fir-rigal,\" ukoll fl-atteġġjament l-ieħor, dak \"tal-egoiżmu, jikber.", "U kiber, f'Ġuda, sat-tradiment ta' Ġesù.\"", "Min iħobb, jagħti l-ħajja bħala rigal: min hu egoista, jittradixxi, jibqa' dejjem waħdu u \"jiżola l-kuxjenza tiegħu fl-egoiżmu, f'dik il-kura tal-propja ħajja; imma fl-aħħar jitlifha.\"", "Mela hemm żewġ toroq x'nagħżlu: ngħixu l-ħajja għaliha nfisha jew ngħixuha bħala rigal, iġifieri bħalma għamel Ġesù: \"Bħal ma ħabbni l-Missier, hekk jibgħatni għall-imħabba u jien nirregala ruħi għall-imħabba.\"", "Ejjew nitolbu: 'Ejja Mulej, u tini qalb wiesgħa, li tkun kapaċi tħobb b'umiltà, b'manswetudni'.\"", "U \"Nitolbuh ukoll li jeħlisna dejjem mit-triq l-oħra, dik tal-egoiżmu, li fl-aħħar tispiċċa ħażin.\"", "U int, f'liema triq tinsab?", "Qiegħed/qiegħda tixbah lill-Imgħallem Divin?", "Qed timxi, bħal San Rikardu fit-triq li ser twasslek għall-glorja tal-qaddisin fis-Sema?", "Talba", ":", "Grazzi lilek, Mulej tiegħi Ġesù Kristu, għall-benefiċċji kollha li tajtni, għall-uġigħ u l-insulti kollha li Inti sofrejt għalija.", "O Salvatur tant ħanin, ħabib u ħuna, agħmel li nsir nafek b'mod aktar ċar, li nħobbok b'għożża akbar, u li nsegwiek aktar mill-viċin, jum wara jum.", "Ammen.", "(Talba ta' San Rikardu)", "English Version:", "https://catholicexchange.com/saint-richard-of-wyche", "Alternative Reading:", "https://www.ewtn.com/library/MARY/RICHARD.HTM", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Richard_of_Chichester", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed4e52cb', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-2-2-san-frangisku-ta-paola/", "title": "2 ta' April: San Franġisku ta' Paola", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Franġisku ta' Paola", "\"Jiena fil-bieb, u qiegħed inħabbat; jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu, u hu jiekol miegħi.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Franġisku ta' Paola.", "SAN FRANĠISKU TA' PAOLA", "Eremit", "1416 – 1507", "Tagħrif:", "Il-ġenituri ta' San Franġisku li kienu joqogħdu f'Paola, f'Kalabrija, l-Italja, baqgħu bla tfal għal ħmistax-il sena.", "Imbagħad kellhom tlieta wara xulxin.", "Il-kbir fosthom, Robertu, twieled fl-1416.", "Meta Robertu kien għadu żgħir, intefħitlu għajnu x-xellugija hekk li kien hemm periklu li kien ser jagħma minnha.", "Il-ġenituri tiegħu għamlu wegħda ma' San Franġisk t'Assisi li jekk ifiq ilibbsuh il-libsa tal-Patrijiet Franġiskani u jibagħtuh għal sena jgħix f'kunvent tal-Ordni u fieq.", "Din il-wegħda ħelisha meta kellu tlettax-il sena.", "Wara, flimkien mal-ġenituri tiegħu mar pellegrinaġġ, u żar Ruma, Assisi u Loretu.", "Meta kellu ħmistax, bidel ismu f'Franġisku, u mar jgħix għalih waħdu fuq biċċa art ta' missieru, sakemm sab għar u beda jgħix fih.", "Żewġ żgħażagħ saru jafu bih u marru jgħixu miegħu.", "Fl-1435, bnew kappella u tliet ċelel.", "Qassis mill-parroċċa kien imur iqaddsilhom.", "In-numru ta' żgħażagħ li bdew imorru jissieħbu miegħu baqa' dejjem jikber, u fl-1454, bl-għajnuna tal-poplu bena kunvent u knisja, u l-membri bdew jgħixu f'Regola ta' faqar, umiltà u sawm kuljum.", "San Franġisk semma din il-Komunità tiegħu, \"L-Ordni tal-Minimi\" (L-iċken fost l-iżgħar).", "Fuq ix-xewqa tal-Papa Sistu IV, mar jassisti lir-Re Lwiġi XI ta' Franza, li kien qed imut.", "Il-Papa offra li jordnah saċerdot biex jaqdi aħjar il-missjoni tiegħu, iżda Franġisku talbu minn qalbu jħallih lajk.", "Wara l-mewt tar-Re Lwiġi, Karlu VIII, u warajh Lwiġi XII, żammewh fi Franza, li bis-saħħa t'hekk, San Franġisk kiseb ħafna għajnuna min għandhom biex jibni kunventi ta' l-Ordni tiegħu fi Franza u f'pajjiżi oħra fl-Ewropa.", "Tliet xhur qabel miet, ħalla l-impenn li kellu mar-Re u mar jgħix fis-solitudni tal-monasteru fejn miet fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1507, fl-età ta' 91 sena, fTours, Franza.", "Il-Papa Ljun X għamlu Beatu fis-sena 1513 u sitt snin wara ddikjarah qaddis.", "Ħsieb", ":", "Il-ħajja ta' San Franġisku ta' Paola kienet straordinarja sa mill-mument ta' twelidu, infatti hu twieled fis-27 ta' Marzu, 1416 minn Giacomo Alessio msejjaħ il-\"Martolilla\" u Vienna da Fuscaldo, koppja ta' ġenituri diġà avvanzati fiż-żmien.", "Fiż-żmien li għamel il-kunvent biex iżomm il-wegħda, huwa wera li kellu doti eċċezjonali, kien jgħaġġeb lill-patrijiet meta kienu jarawh rieqed mal-art, jagħmel sawn kontinwu u jitlob ħafna.", "Kienu jitkellmu fuqu bħala dak il-bniedem li jagħmel ħwejjeġ straordinarji bħal meta mitluf fit-talb ġewwa il-kappella, nesa jixgħel in-nar biex isir l-ikel għall-patrijiet, allura meta nduna ġera ġirja waħda għall-kċina, fejn meta għamel is-sinjal tas-salib, xegħel in-nar u ftit mumenti wara l-ikel kien sar.", "Wara 5 snin jgħix ta' eremita' fis-solitudni ngħaqdu miegħu żewġ żgħażagħ li riedu jgħixu bħalu, u fis-sena 1436 b'kappella u tlett ċellel bdiet l-ewwel żerriegħa tal-futur Ordni tal-Minimi bil-permess tal-isqof ta' Cosenza Mons Bernardino Caracciolo.", "L-għaqda tiegħu kompliet tikber tant li nħasset il-ħtieġa li jkabbar il-post fejn kienu jgħixu.", "Huwa kien jagħmel ħafna prodiġi bħal meta b'daqqa ta' bastun ħareġ l-ilma mill-blat biex jaqta' l-għatx tal-ħaddiema.", "L-istemma tal-Ordni tiegħu hija tarka bil-kliem \"Imħabba\".", "Il-fama ta' dan il-patri ta' statura ħoxna, bil-leħja u xagħar li huwa ma kien jaqta qatt, xterdet man-naħa t'isfel u minħabba f'hekk kellu jitlaq minn Paola biex iwaqqaf aktar kunventi f'diversi lokalitajiet tal-Kalabrija.", "Kien mitlub biex iwaqqaf komunit", "à", "f'Milazzo ġewwa Sqallija u ma' żewġ fratelli wasal biex jaqsam Messina.", "Talab lil Kaptan ta' dgħajsa tas-sajd biex jieħdu fuq id-dgħajsa u jwasslu n-naħa l-oħra, iżda meta ra li ma kellux biex iħallas, irrifjuta.", "Imbagħad Franġisku rabat tarf tal-mantell tiegħu mal-bastun u tela' flimkien maż-żewġ ħutu u qasam l-baħar b'dik id-dgħajsa tal-qlugħ magħmulha tal-mument.", "Dan il-miraklu kien konfermat minn żewġ xhud okulari, fosthom il-kaptan Pietro Colosa ta' Cotona, port żgħir fuq il-kosta ta' Kalabrija, li sobgħih ħafna u qatt ma seta' jsib konfort għar-rifjut tiegħu.", "Mirakli oħra għamel bil-bosta, fosthom li fejjaq il-morda, u qajjem il-mejtin.", "Kien jaqbeż għall-fqar u jitkellem kontra min kien jaħqarhom.", "Ir-re ta' Napli ra fih persuna perikoluża u bagħat xi suldati biex jalqgħulu ħalqu iżda huma ma setgħux jarawh għax għamel lilu nnifsu inviżibbli.", "Huwa miet fit-2 ta' April tas-sena 1507 ġewwa Franza meta kellu 91 sena.", "Il-qabar tiegħu sar lok ta' pellegrinaġġi iżda ma ħelisiex mill-profanazzjoni meta l-Ugonotti ħarqu l-ġisem tiegħu u ma ħallewx ħlief irmied u ftit għadam.", "Il-ftit relikwi li fadal ġew ukoll profanati waqt ir-rivoluzzjoni Franċiża.", "Iżda fl-aħħar il-fdalijiet tiegħu sabu ruħhom ġewwa is-santwarju ta' Paola fejn huwa meqjus bħala il-patrun tal-belt.", "U int, kemm tara valur f'ħajja ta' talb, penitenza u servizz lil ħutek il-bnedmin?", "Kemm tipprova taħbi l-għemil tajjeb tiegħek biex bih tagħti glorja 'l Alla biss u tibqa' umli?", "Qed tipprova tgħix ħajja ta' qdusija skont l-istat tal-ħajja tiegħek?", "Talba", ":", "O Alla, li tkabbar lil min jiċċekken, int tellajt lil San Franġisku ta' Paola fil-glorja tal-qaddisin tiegħek; agħtina li, bil-merti u l-eżempji tiegħu, niksbu b'wiċċ il-ġid il-premju li int wegħidt lil min iċekken lilu nnifsu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-francis-of-paola.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-francis-of-paola/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Francis_of_Paola", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb meħud mis-sit jesusandmary.yolasite.com.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed544d04', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-4-qaddisin-fapril/1-1-4-0-1-1-san-nonju-alvarez-pereira/", "title": "1 ta' April: San Nonju Alvarez Pereira", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Nonju Alvarez Pereira", "\"Min iridni nitlef xi battalja, jbegħdni minn dan is-sagrament tal-imħabba.", "Fl-Ewkaristija jien nirċievi 'l Alla, ikel tal-qawwija, li jagħti saħħa u għajnuna biex bil-kuraġġ nissielet għal pajjiżi.\" –", "San Nonju Alvarez Pereira", "NONJU ALVAREZ PEREIRA", "Reliġjuż Karmelitan", "1360 – 1431", "Tagħrif:", "Nonju (jew Nuño) twieled minn familja nobbli Portugiża fl-24 ta' Lulju, 1360.", "Ta' tlettax-il sena kien diġà qabad il-ħajja militari, u ma damx ma wera l-kuraġġ kbir tiegħu, u li kien kapaċi jkun mexxej tajjeb tal-armata.", "Ta' sbatax-il sena żżewweġ lil Leonora de Alvim.", "Minnha kellu tliet ulied, li minnhom għexet waħda biss, Beatrice, li fl-1401 iżżewġet lil Alfonso, iben ir-re Ġwanni I.", "Meta fl-1383 miet ir-re Fernando I tal-Portugall, u l-indipendenza tal-pajjiż kienet fraġli ħafna, Nonju kien minn ta' quddiem li jkun favur li ħu Fernando, Ġwanni ta' Aviz, ikun ir-re.", "Kien f'April 1385 li Ġwanni ta' Aviz kien rikonoxxut u aċċettat bħala r-Re Ġwanni I.", "Wara l-ewwel rebħa tiegħu fuq il-Kastilljani f'April 1384, Nonju kien maħtur dak li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall.", "Kien għad kellu biss 25 sena.", "Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien ukoll il-moħħ wara r-rebħa fil-Battalja ta' Aljubarrota fl-1385.", "Qabel il-battalji, huwa kien iħeġġeġ lis-suldati tiegħu biex jafdaw f'Alla u jippreparahom biex jirċievu s-sagramenti.", "Wara l-mewt ta' martu, fost l-għaġeb ta' kulħadd, fl-1423 Nonju ċaħad għal dak kollu li kellu, u ħaddan l-Ordni Karmelitan fil-kunvent ta' Lisbona, imwaqqaf minnu stess minn butu, u ħa l-isem ta' Fra Nonju ta' Santa Marija.", "Nonju għex sa mewtu, li ġrat fl-1 t'April tas-sena 1431, bħala sempliċi fra f'dan il-kunvent.", "Bħala Karmelitan kompla kiber fil-ħajja ta' talb, ta' penitenza, u ta' devozzjoni lejn il-Verġni Marija li għalihom kien ġa magħruf.", "Fis-sena ta' qabel ma Fra Nonju miet, mar iżuru r-Re Ġwanni I u għannqu għall-aħħar darba.", "Hu kien jara fih ħabib kbir, li għenu biex jieħu s-saltna, u jsalva l-indipendenza tal-pajjiż.", "Fit-23 ta' April, 1918, il-Papa Benedittu XV iddikjarah Beatu.", "Il-Papa Benedittu XVI iddikjarah qaddis fis-26 ta' April, 2009 fil-belt tal-Vatikan.", "Ħsieb", ":", "Il-Kavallieri ta' San Ġwann, magħrufin anke bħala l-kavallieri ta' Malta kienu nies nobbli mill-Ewropa kollha li kienu jagħtu ruħhom lil Alla bil-wegħda tas-safa, iduru bil-morda u jiġġieldu għall-art Imqaddsa.", "Il-Kavallier Don Alvares Gonsales Pereira kien Portugiż kollu ħeġġa biex jaħdem għall-Ordni Ġerosolmitan.", "Ta' 18-il sena kien diġà wiegħed ħajtu li jingħata kollu kemm hu għal Alla u għall-għan tal-Ordni ta' San Ġwann.", "Darba waqt battalja, bdew ifittxu lill-Ġeneral Nonju biex jagħtihom ordnijiet ġodda imma ħadd ma seta' jsibu.", "Fittxewh.", "Fl-aħħar sabuh għarkupptejh wara blata jitlob.", "Meta spiċċa mit-talb, qam bil-kalma kollha.", "Qal lis-suldati x'għandhom jagħmlu u l-Portugall rebaħ battalja oħra.", "B'tifkira ta' din il-battalja Nonju bena knisja lill-Madonna tar-Rużarju.", "Kien amar ukoll li fuq l-istandard tiegħu ikun hemm dejjem ix-xbieha tal-Madonna.", "Il-Ġeneral Nonju li issa beda jiġi meqjus bħala eroj ta' pajjiżu, qatt ma ried jieħu sehem fil-lussu u l-ħajja ta' divertiment li kienu jgħaddu n-nobbli Portugiżi.", "Kellu qima kbira lejn Ġesù Ewkaristija u kien iħobb jgħid,", "\"Min iridni nitlef xi battalja, jbegħdni minn dan is-sagrament tal-imħabba.", "Fl-Ewkaristija jien nirċievi 'l Alla, ikel tal-qawwija, li jagħti saħħa u għajnuna biex bil-kuraġġ nissielet għal pajjiżi.\"", "Battalja oħra msemmija li rebaħ Nonju Alvarez saret fil-pjanura tal-Aljubarrota.", "Dakinhar kollox kien kontra tiegħu.", "Imma l-Madonna għenitu.", "Rebaħ bħas-soltu u b'ringrazzjament bena knisja lill-Madonna tal-Karmnu.", "Talab u qala' min għand ir-Reġina tal-Portugall li l-Patrijiet Karmelitani jkollhom il-knisja u Kunvent f'Lisbona, għax kien iqis dawn il-Patrijiet bħala l-aħwa speċjali tal-Madonna.", "B'kollox bena seba' knejjes fil-Portugall lill-Madonna, b'sinjal tal-qima li kellu lejn din l-omm tas-sema.", "Meta wasal fil-quċċata tal-unuri meqjum minn kulħadd, San Nonju Alvarez Pereira billi ra lil pajjiżu ħieles minn kull biża' tal-għedewwa tiegħu, ried jaħrab mid-dinja.", "Il-Portugall kien isejjaħlu l-Ġeneral il-Kbir, u Nonju ried jinħeba fil-kunvent tal-Karmelitani ta' Lisbona.", "Kulħadd baqa' mgħaġġeb bih.", "Il-Patrijiet laqgħuh bil-ferħ.", "Rieduh isir saċerdot, imma Nonju għażel u ried li jkun l-inqas fost kulħadd.", "Ried isir fra, u kif jgħid hu qatt ma ħass ruħu ferħan daqskemm meta libbsuh il-libsa tal-Karmnu fil-kunvent ta' Lisbona.", "Xtaq imur f'kunvent fejn ħadd ma jafu imma ma ħallewhx.", "Kien lest li jagħmel kulma jgħidulu għax kien jgħid, \"Jien dħalt reliġjuż biex naqdi u nservi mhux biex jaqduni.", "Min iservi 'l Alla jkun isaltan fuq l-art.\"", "Kieku kien għalih kien joħroġ jiġbor iċ-ċirka liebes il-qorq u tonka fqira, bla ma jistħi mid-daħk u ż-żufjett ta' ħadd.", "Meta beda jikber fiż-żmien u l-mard kien jgħakksu dejjem aktar, qatt ma nstema' jilmenta.", "Kollox kien jieħu minn idejn Alla.", "Jaqra bla heda l-Iskrittura.", "Meta rċieva għall-aħħar darba l-Ewkaristija talab lill-Patri li kien maġenbu biex jaqralu l-Evanġelu ta' San Ġwann.", "X'ħin wasal fil-kliem \"Hawn hi Ommok\" San Nonju Alvarez Pereira fetaħ għajnejh, ta tbissima tas-sema u mar jingħaqad ma' dik l-omm li tant kien iħobb.", "Kien l-1 ta'April, 1431.", "Il-Portugall għadu jagħti qima lil San Nonju Alvarez Pereira bħala l-eroj li ħeles lil pajjiżu mill-ħakma tal-għadu u bħala fundatur tal-qima lejn il-Madonna f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk forsi f'Fatima – il-belt tar-Rużarju u tal-qima lejn il-Madonna tal-Karmnu – dan il-Qaddis għandu post kif jixraqlu.", "U int, kemm ddur lejn il-Madonna, b'mod speċjali bit-talba tar-Rużarju li hi tant tħobb, biex hi tgħinek tirbaħ fuq l-għadu, b'mod speċjali dak ta' ruħek li jipprova jbiegħdek milli tagħmel dak li jrid Alla minnek?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta' Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjos kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Talba", ":", "Fjur tal-Karmelu, dielja bil-frott mgħobbija, dija tas-sema, xebba li waħdanija, b'ġieħ t'omm tiftaħar.", "Omm l-aktar ħelwa, li ġmielek qatt ma ttabba', lill-Karmelitani ħniena uri u mħabba, kewkba tal-baħar.", "Ammen.", "(Talba lill-Madonna bl-isem Latin 'Flos Carmeli')", "English Version:", "https://ocarm.org/en/content/liturgy/st-nuno-alvares-pereira-religious-m", "Alternative Reading:", "http://www.tfp.org/saint-nuno-alvares-pereira-a-warrior-and-a-man-of-faith/#respond", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Nuno_%C3%81lvares_Pereira", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/2009/ns_lit_doc_20090426_nuno_en.html", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb huwa pprovdut mill-Parroċċa ta' Fleur-de-lys.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed5966ef', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-3-1-31-san-benjamin/", "title": "31 ta' Marzu: San Benjamin", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Benjamin", "\"Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.", "Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet\". –", "Ġesù f'Mattew 10: 32-33", "SAN BENJAMIN", "Djaknu u Martri", "† c. 424", "Tagħrif:", "Fil-bidu tas-seklu ħamsa, l-insara tal-Persja kienu gawdew tnax-il sena ta' paċi.", "Fis-sena 420, matul ir-renju ta' Isdegard, iben is-Sultan Sapor III, dan is-sliem kien disturbat miż-żelu xejn għaqli ta' Abdas, isqof nisrani, li ħaraq it-tempju tal-alla Nar, is-santwarju kbir tal-Persjani.", "Ir-re Isdegard hedded li jeqred il-knejjes kollha tal-insara kemm-il darba l-isqof ma jibnix mill-ġdid dak it-tempju.", "Billi Abdas irrifjuta li jagħmel dan, allura t-theddida ġiet esegwita; il-knejjes ġew meqruda, lil Abdas qatluh, u bdiet persekuzzjoni ġenerali li damet sejra 40 sena.", "Isdegard miet fl-421, imma ibnu u suċċessur tiegħu, Varanes, komplew il-persekuzzjoni b'qilla akbar.", "L-insara kienu sottomessi għall-moħqrijiet mill-aktar kiefra.", "Fost dawk li sofrew kien hemm Benjamin, djaknu, li kien mitfugħ il-ħabs.", "Fl-aħħar, ambaxxatur tal-imperatur ta' Kostantinopli qalagħlu l-ħelsien bil-kundizzjoni li hu qatt ma jkellem iktar lil ħadd min-nies tas-sultan dwar ir-reliġjon.", "Iżda San Benjamin kien iħoss li kien dmir tiegħu li jipprietka lil Kristu, u li ma setax iżomm is-skiet.", "Għalkemm ġie meħlus fuq il-ftehim li sar bejn l-ambaxxatur u l-awtoritajiet Persjani, hu ma riedx joqgħod ma jitkellimx, u ma kien jitlef ebda opportunità li jxandar lil Kristu.", "Wara li ġagħluh isofri ħafna, San Benjamin tawh il-martirju għall-ħabta tas-sena 424.", "Ħsieb", ":", "San Benjamin ħa bis-serjetà l-kliem ta' Sidna Ġesù meta qal:", "\"Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.", "Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.\"", "(Mattew 10:32-33).", "Benjamin ma ċaħadx lill-Mulej u hekk huwa sofra l-konsegwenzi terribbli li ġabu magħhom l-mexxejja ħżiena.", "Sakemm ma nkunux lesti li nitilfu ħajjitna għal Kristu, aħna mhux se nirtu s-Saltna Tiegħu, u lanqas għandna nirtuha.", "Illum, agħti l-qalb tiegħek lil Ġesù u għix ħajtek għaliH biss, ħalli Hu jkun jista' jippreparalek post għalik fis-Saltna Eterna Tiegħu.", "Dan li ġej huwa kliem Chiara Lubich:", "\"Ġesù jħeġġiġna biex ngħixu bis-sħiħ il-fidi tagħna fih, għax il-ħajja eterna tagħna tiddependi minn kif inkunu ġibna ruħna miegħu f'ħajjitna hawn fl-art.", "Hu jgħidilna li jekk aħna nuru li nafuh quddiem il-bnedmin, hu jkun jista' juri li jafna quddiem Missieru.", "Iżda, jekk inkunu ċħadnieh quddiem il-bnedmin, hu wkoll jiċħadna quddiem il-Missier.", "Għax iħobbna, Ġesù qed ifakkarna fil-premju jew fil-kastig li se nieħdu wara din il-ħajja.", "Kif jgħid wieħed minn Missirijiet il-Knisja, Ġesù jaf li xi drabi aħna aktar nitqanqlu mill-biża' tal-kastig milli mill-wegħda ta' premju sabiħ.", "Għalhekk hu qed ikabbar fina t-tama fil-hena bla tmiem u fl-istess ħin, biex isalvana, iqanqal fina l-biża' tal-kundanna.", "F'moħħu, Ġesù għandu ħaġa waħda biss: li aħna naslu għall-ħajja ta' dejjem m'Alla.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan biss jgħodd; dan hu l-għan li għalih ġejna maħluqin.", "Bih biss, fil-fatt, nistgħu nilħqu l-milja tagħna u niksbu b'mod sħiħ it-tamiet kollha tagħna.", "Għalhekk Ġesù jħeġġiġna \"nistqarruh\" sa minn issa stess.", "Imma jekk f'din il-ħajja ma rridux li jkollna x'naqsmu miegħu, jekk niċħduh issa, meta naslu biex ngħaddu għall-ħajja l-oħra, għad insibu ruħna maqtugħin minnu għal dejjem.", "Meta naslu fi tmiem il-ħajja tagħna hawn fl-art, Ġesù mhu se jagħmel xejn għajr li jikkonferma quddiem il-Missier l-għażla li kull wieħed ikun għamel f'ħajtu, bil-konsegwenza li din l-għażla ġġib magħha.", "Meta semma l-ġudizzju tal-aħħar, hu ried jurina kemm hi importanti u serja d-deċiżjoni li nieħdu f'din il-ħajja: infatti fuqha tiddependi l-eternità tagħna.", "Xi profitt se nagħmlu minn din it-twissija ta' Ġesù?", "Kif se ngħixu din il-Kelma tiegħu?", "Qed jgħidilna hu stess: \"Kull min jistqarr. . . li hu miegħi . . . \".", "Ejjew mela niddeċiedu li nistqarruh quddiem il-bnedmin bis-sempliċità u mingħajr ħabi.", "Ejjew nirbħu r-rispett uman.", "M'għandniex inkunu medjokri u nies li jaslu għal kompromess.", "Dan kollu jġib fix-xejn il-ħajja tagħna ta' veri nsara.", "Irridu niftakru li aħna msejħin biex inkunu xhieda ta' Kristu.", "Hu jixtieq jasal għand il-bnedmin kollha bil-messaġġ tiegħu ta' paċi, ġustizzja u mħabba sewwa sew permezz tagħna.", "Ejjew nagħtu xhieda tiegħu kulfejn inkunu, fil-familja, fuq ix-xogħol, fl-istudju u f'kull ċirkustanza oħra tal-ħajja.", "Għandna nagħtu din ix-xhieda fuq kollox b'imġibitna: b'ħajja onesta, bi drawwiet safja, bla ma nkunu marbutin mal-flus, billi nieħdu sehem fil-ferħ u fit-tbatija tal-oħrajn.", "Ix-xhieda tagħna għandna nagħtuha b'mod partikulari billi nħobbu 'l xulxin, inkunu ħaġa waħda.", "B'hekk il-paċi u l-ferħ sħiħ, li Ġesù wiegħed li jagħti lil kull min hu magħqud miegħu, jimlewlna qalbna minn din id-dinja stess u mbagħad aħna nwassluhom lill-oħrajn.", "Lil dawk li jistaqsuna għaliex inġibu ruħna hekk, għaliex aħna tant fil-paċi għalkemm qed ngħixu f'dinja mqallba, għandna nwieġbu bl-umiltà u bis-sinċerità bi kliem li jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu.", "B'hekk inkunu qed nagħtu xhieda ta' Kristu anki bil-kliem u bl-idejat tagħna.", "Imbagħad għandu mnejn li ħafna minn dawk li qed ifittxuh, ikunu jistgħu jsibuh.", "Xi drabi jista' jkun li jifhmuna ħażin, jew li ma jaqblux magħna, jew iwaqqgħuna għaċ-ċajt u forsi anki jeħduha kontrina u jippersegwitawna.", "Ġesù ppreparana anki għal dan: \"", "Bħalma ppersegwitaw lili hekk ukoll jippersegwitaw lilkom.\"", "(Ġwanni 15:20).", "Għadna fit-triq it-tajba.", "Ejjew inkomplu nagħtu xhieda tiegħu b'kuraġġ anki meta jiġu fuqna l-provi, anki jekk ikollna nagħtu ħajjitna.", "Dak li qed jistenniena jistħoqqlu dan kollu – hemm il-Ġenna li qed tistenniena, fejn Ġesù, dak li aħna nħobbu, jistqarr li hu magħna quddiem il-Missier għall-eternità kollha.\"", "Talba", ":", "Għażiż Ġesù, agħmel li aħna qatt ma nibżgħu nistqarruk quddiem il-bnedmin, billi nsemmgħu leħenna b' l-imħabba għaliK u nuru li aħna tiegħeK u miegħeK.", "Nitolbuk li, bħal San Benjamin, aħna nkunu dejjem lesti li nagħtu xhieda tal-fidi tagħna, anke meta affaċċjati minn persekuzzjonijiet u diffikultajiet ta' kull xorta.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2016/03/st-benjamin-deacon-martyr.html", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/saint-benjamin-the-deacon/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Benjamin_the_Deacon_and_Martyr", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed5cb3eb', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-7-27-beatu-pellegrin-minn-falerone/", "title": "27 ta' Marzu: Beatu Pellegrin minn Falerone", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Pellegrin minn Falerone", "\"Int għad taqdi 'l Alla fil-kundizzjoni umli ta' fratell lajk, u titħarreġ b'mod speċjali fl-umiltà.\"", "Meta l-Beatu Pellegrin minn Falerone ppreżenta ruħu quddiem San Franġisk t'Assisi, huwa qallu dan il-kliem li mmarka l-ħajja kollha tiegħu.", "BEATU PELLEGRIN MINN FALERONE", "Reliġjuż Franġiskan", "miet c.1232", "Tagħrif:", "Dan il-beatu ħass il-ħajra li jsir reliġjuż Franġiskan wara li sema' lill-Fundatur jipprietka f'Bologna.", "Meta Pellegrin ppreżenta ruħu quddiem San Franġisk t'Assisi, dan qallu:", "\"Int għad taqdi 'l Alla fil-kundizzjoni umli ta' fratell lajk, u titħarreġ b'mod speċjali fl-umiltà.\"", "Pellegrin kien ġej minn familja għanja u nobbli ta' Falerone, f'Ascoli Piceno, fl-Italja Ċentrali.", "Studja l-filosofija u d-Dirittu Kanoniku f'Bologna, u kien diġà imkisser sewwa fix-xjenzi sagri u profani.", "Minkejja dan, hu aċċetta l-profezija ta' San Franġisk bħallikieku kien kmand u, għal ħajtu kollha, ried jibqa' dejjem sempliċiment fratell lajk, mogħti għas-servizzi l-iktar umli u spiss moħbijin f'kunventi żgħar u ftit magħrufa.", "Skont il-Beatu Bernard ta' Quintavalle, Pellegrin wettaq l-ideal tal-Franġiskan perfett u kien wieħed mir-reliġjużi l-aktar eżemplari.", "Xtaq ħafna li jkun jista' jmut martri fost l-infidili, u, bħal San Franġisk innifsu, anki siefer lejn l-Art Imqaddsa, fost il-Misilmin.", "Il-Beatu Pellegrin bil-ftit il-ftit ġibed lejh lill-Misilmin minħabba l-ħajja qaddisa tiegħu.", "Meta rritorna fl-Italja, Pellegrin beda jfittex jinħeba f'postijiet u f'kunventi l-aktar imbegħda.", "Rarament kien iżur il-familja għanja tiegħu; u meta kien iżurhom kien għal żjarat qosra biex iħeġġeġ lil niesu li ma jintrabtux mad-dinja u jħobbu aktar lil Alla.", "Imma, aktar ma kien jinħeba, u aktar ma jipprova jgħix ħajja fqira u umli, aktar bdew ifittxuh in-nies, l-aktar ukoll minħabba l-fama tal-mirakli.", "Fl-aħħar snin ta' ħajtu hu kien fil-kunvent ta' San Severino Marche, fejn miet għadu żagħżugħ, għall-ħabta tas-sena 1232.", "Il-fdalijiet tiegħu għadhom f'San Severino.", "Il-kult lejn il-Beatu Pellegrino kien ikkonfermat fl-1821 minn Piju VII, u b'hekk approva l-qima lejh li kienet ilha 600 sena.", "Hu mfittex kontra l-uġigħ tad-dras.", "Ħsieb", ":", "Interessanti kif meta Pellegrin ppreżenta ruħu quddiem San Franġisk t'Assisi, dan qallu:", "\"Int għad taqdi 'l Alla fil-kundizzjoni umli ta' fratell lajk, u titħarreġ b'mod speċjali fl-umiltà.\"", "U hekk għamel u għex tassew.", "L-umiltà hija l-bażi ta' kull sejħa nisranija, hu x'inhu l-istat ta' ħajja li wieħed iħaddan.", "X'inhi eżatt din l-umiltà?", "Kif tgħix bħala bniedem umli?", "U x'jgħallimna Ġesù nnifsu dwar l-umiltà?", "Il-Papa Franġisku, fl-Angelus tal-Ħadd 28 ta' Awwissu, 2016, spjegaha b'dan il-mod:", "\"Ġesù jgħid:", "\"Meta xi ħadd jistiednek għat-tieġ, tmurx tfittex il-postijiet ta' quddiem li ma jmurx ikun hemm xi mistieden akbar minnek u dak li jkun stiednek jiġi u jgħidlek: ċedilu postok!\".....", "Imma, meta tkun mistieden, mur oqgħod fil-postijiet ta' wara\"", "(Luqa 14:8-9).", "B'din ir-rakkomandazzjoni Ġesù ma jridx jagħti xi regola ta' mġieba soċjali imma lezzjoni dwar il-valur tal-umiltà.", "L-istorja tgħallem li l-kburija, il-kilba li rridu nilħqu aktar 'il fuq, il-vanità, meta niddandnu, huma l-kawża ta' ħafna ħażen.", "U Ġesù jgħinna nifhmu kemm hu meħtieġ li nfittxu l-aħħar post, jiġifieri li nfittxu li niċċekknu u li ninħbew:", "l-umiltà.", "Meta aħna, quddiem Alla nqiegħdu lilna nfusna f'din id-dimensjoni ta' umiltà, allura Alla jgħollina, imil lejna biex jerfgħana għal ħdejh;", "\"għax min jitgħolla jiċċekken, u min jiċċekken jitgħolla\"", "(Luqa 14:11).", "Il-kliem ta' Ġesù juri ċar atteġġjamenti differenti għal kollox u opposti għal xulxin: l-atteġġjament ta' min jagħżel postu u l-atteġġjament ta' min iħalli lil Alla jagħtih il-post u jistenna l-ħlas mingħandu.", "Ma ninsewhiex: Alla jħallas ħafna aktar mill-bnedmin!", "Hu jagħtina post ferm isbaħ minn dak li jtuna l-bnedmin!", "Alla jtina post qrib qalbu u l-ħlas tiegħu hu l-ħajja eterna.", "\"Tkun beatu – jgħid Ġesù – .....", "Tirċievi l-ħlas fil-qawmien tal-ġusti!\"", "(Luqa 14:14).", "U dak li tiddeskrivi t-tieni parabbola, li fiha Ġesù jurina l-atteġġjament ta' diżinteress li għandu jkollha l-ospitalità, meta jgħid hekk:", "\"Meta tagħmel ikla stieden lill-foqra, lill-immankati, liz-zopop u lill-għomja; u tkun imbierek għax dawn ma jpattulekx lura\"", "(Luqa 14:13-14).", "Ifisser li tagħżel il-gratwità minflok il-kejl opportunist li jfittex il-ħlas lura, li jfittex l-interess u jfittex li jistgħana aktar.", "Infatti, il-foqra, is-sempliċi, dawk li ma jiswew xejn, qatt ma jistgħu jroddulek lura l-istedina għall-ikla.", "B'hekk Ġesù juri li hu jippreferi lill-foqra, lill-imwarrbin, li huma l-magħżulin fis-Saltna t'Alla, u jibgħat il-messaġġ fundamentali tal-Evanġelju, li hu s-servizz lejn il-proxxmu għall-imħabba t'Alla.", "Illum, Ġesù jagħti leħen lil min m'għandux u lil kull wieħed u waħda minna jagħmlilna appell imqanqal biex niftħu qlubna u nagħmlu tagħna t-tbatijiet u l-ansjetajiet tal-foqra, tal-morda, tal-emarġinati, tar-rifuġjati, ta' min hu tellief fil-ħajja, ta' min hu mwarrab fil-ġenb mis-soċjetà u minħabba l-prepotenza ta' min hu l-aktar setgħan.", "U fir-realtà, dawn in-nies skartati jirrappreżentaw lill-maġġornaza l-kbira tal-popolazzjoni.", "F'dal ħin qed niftakar bi gratitudni fil-postijiet fejn tant volontarji joffru s-servizz tagħhom billi jagħtu jieklu lill-persuni waħedhom, foqra, bla xogħol jew mingħajr dar fissa.", "Dawn il-postijiet flimkien ma' opri tal-ħniena oħrajn – bħalma huma ż-żjarat lill-morda, lill-ħabsin... – huma taħriġ tal-karità li jxerrdu l-kultura tal-gratwità, għax min iħaddimhom hu mqanqal mill-imħabba t'Alla u mdawwal mill-għerf tal-Evanġelju.", "B'hekk is-servizz lejn l-aħwa, iġib fid-dieher l-imħabba ta' Kristu.", "Nitolbu lill-Verġni Marija biex kuljum tmexxina fit-triq tal-umiltà, Hi li kienet umli tul ħajjitha kollha, u biex tnissel fina l-ħila li nagħmlu ġesti gratwiti ta' laqgħa u solidarjetà lejn l-emarġinati, ħalli b'hekk inkunu denji li nirċievu l-ħlas divin\".", "Dan it-tagħlim kollu, Pellegrin minn Falerone fehmu sewwa, għexu tul ħajtu kollha u issa jinsab mal-kbarat fis-Saltna tas-Sema, mal-henjin.", "U int qed taħdem biex tgħix bħala bniedem umli billi titlef lilek innifsek biex tkun għas-servizz ta' Alla u tal-proxxmu filwaqt li tistenna l-ħlas tal-ġusti mingħand Alla biss li jaf iħallas sewwa lil min jaqdiH b'fedelta' sal-aħħar?", "Talba", ":", "O Mulej ta' Qalb ħelwa u umli, li dawwalt lill-qaddej tiegħek, il-Beatu Pellegrin minn Falerone permezz tal-ħeġġa li tajtu biex jikber fil-qdusija u fl-istess ħin jiċċekken quddiemek u quddiem il-bnedmin.", "Issa li hu jinsab mas-setgħana f'post ta' ġieħ fis-Sema, nitolbuk biex bl-interċessjoni tat-talb tiegħu għalina, aħna wkoll ngħożżu u nagħżlu t-triq tal-umli u ngħixu biss biex nagħtu glorja Lilek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Italian Version:", "http://www.santiebeati.it/dettaglio/90742", "Alternative Reading:", "http://www.livinginmarche.it/cards/grandi-a-falerone-il-beato-pellegrino/", "Wikipedia:", "https://it.wikipedia.org/wiki/Pellegrino_da_Falerone", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed5d2608', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-8-28-san-gontran/", "title": "28 ta' Marzu: San Gontran", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Gontran", "\"L-imħabba tgħatti kotra ta' dnubiet.\" –", "1Pietru 4:8", "SAN GONTRAN", "Re", "ċ.525 – 592", "Tagħrif:", "San Gontran kien iben ir-Re tal-Franki Klotarju I. Huwa laħaq re tal-Burgandija u parti mill-Acquitaine mal-mewt ta' missieru li seħħet fil-561 sakemm miet 31 sena wara.", "Kulma nafu dwar San Gontran ġej mill-kitba ta' San Girgor ta' Tours (c. 538-596), li għex fl-istess żmien u li kiteb l-istorja tal-Franki.", "Kien hemm żmien fil-ħajja ta' Gontran meta ma tantx kien jagħtik impressjoni ta' bniedem qaddis, u difatti waqa' fi ħtijiet gravi li jkollna ngħidu wkoll kienu effett taż-żmien li fih għex.", "Hu keċċa lil martu u reġa' żżewweġ oħra bix-xewqa li jkollu nisel li jieħu s-saltna warajh.", "Ordna l-qtil ukoll, bla ma qagħad jaħsibha sewwa, tat-tabib li ma rnexxilux ifejjaq mara oħra tiegħu.", "Imma Gontran għaraf dawn l-iżbalji tiegħu u patta għalihom il-bqija ta' ħajtu permezz tal-karitajiet u mħabba lejn ir-reliġjon.", "Hu inkoraġġixxa biex isiru tliet sinodi (laqgħat ta' isqfijiet) biex iġib 'il quddiem id-dixxiplina tal-kleru, għana diversi knejjes u monasteri, u mexxa b'ġustizzja s-sudditi tiegħu.", "Meta l-artijiet tiegħu kienu maħkuma minn marda tittieħed msejħa \"nar ta' San Anton\" li filġet il-poplu tiegħu, hu ried li jieħdu ħsieb is-sudditi l-aktar batuti, u offra lilu nnifsu vittma lill-ġustizzja divina għall-ġid tal-poplu tiegħu.", "Miet fil-592, fl-età ta' madwar 67 sena.", "Hu kien re maħbub ħafna fost il-poplu tiegħu, li malajr beda jqimu bħala qaddis wara mewtu u ismu sab postu fil-Martiroloġju Ruman (il-ktieb li jiġbor fih l-ismijiet tal-qaddisin meqjuma mill-Knisja) bla ma qatt ġie kkanonizzat formalment.", "Ħsieb", ":", "Il-ħajja ta' kull qaddis/a, anki jekk mhux ikkanonizzati formalment, għandha xi ħaġa x'tgħallimna.", "Il-ħajja ta' dan ir-re Gontran, tfakkarna li fil-mixja spiritwali tagħna lejn is-Sema, mhux kif tibda l-importanti, imma kif tispiċċa.", "Bejn il-bidu u t-tmiem jista' wkoll ikun hemm waqgħat, fallimenti, żbalji żgħar jew kbar, dispjaċiri, nuqqas ta' fidi u fiduċja f'Alla.", "Imma", "għal Alla li jiswa huwa li nkunu qed nagħmlu 'ħilitna kollha' biex ngħixu ħajja li togħġbu", ".", "Li kieku kien jaf li wara li nagħtuH ħajjitna u nibdew nimxu warajH, ma konniex ser nerġgħu naqgħu fid-dnub, ma kienx jistabillixxi s-Sagrament tal-Qrar, li huwa wieħed mis-Sagramenti li nistgħu nirċievu għal ħafna drabi tul ħajjitna kollha.", "Il-Mulej jogħbod lid-dnub għax ibegħedna minnU imma jħobb lill-midneb li jogħbod lid-dnub, imma jaqa' fih għax huwa dgħajjef.", "Il-Mulej, f'kull qrara, jaħfer bil-qalb kollha lil dak il-midneb li tassew jiddispjaċih minn dnubietu u li jmur iqerr bil-fehma li ser jagħmel ħiltu kollha biex ma jidnibx iżjed u biex jevita kull okkażżjoni li tistgħu twaqqgħu fid-dnub.", "Din l-istorja turina propju dan:", "Jingħad li fi Spanja jonoraw kurċifiss bil-driegħ tal-lemin imniżżla 'l isfel.", "Taħt din l-immaġni ta' Ġesù, jum wieħed daħal raġel biex iqerr dnubietu, iżda l-konfessur kien indeċiż jekk jagħtihx l-assoluzzjoni.", "Huwa mbagħad ħafirlu u żied, \"Imma kun attent li ma taqax għal darb'oħra.\"", "Il-penitent wiegħed, iżda kien dgħajjef u waqa '.", "Imbagħad irritorna lejn il-qassis li laqgħu bi kliem iebes: \"Din id-darba jien ma nagħtikx l-assoluzzjoni\".", "Il-penitent wieġeb, \"Meta wegħedt li ma nerġax, kont sinċier, imma jien dgħajjef.", "Nitolbok agħtini l-maħfra tal-Mulej.\"", "Għal darb'oħra, il-konfessur ħafirlu, imma qallu.", "\"Din hi l-aħħar darba!\".", "Xi żmien wara, il-penitent irritorna, iżda l-qassis qallu bi kliem sod, \"Inti erġajt waqajt għal darb'oħra f'dan l-istess dnub, l-intenzjoni tiegħek mhix sinċiera.\"", "Ir-raġel wieġeb, \"Huwa veru li ta 'sikwit nerġa' naqa', imma għax jiena dgħajjef.", "Jiena raġel marid, imma l-indiema tiegħi hija sinċiera.\"", "Il-qassis qallu, \"Le, m'hemm l-ebda maħfra għalik.\"", "Kien hawn li mill-Kurċifiss instemgħet karba.", "Kristu deher jaqla' idu l-leminija, jgħolliha 'l fuq u jagħmel fuq ras ir-raġel is-sinjal tas-salib li bih tah l-assoluzzjoni għal dnubietu.", "Fl-istess ħin leħen qal lill-qassis: \"Ma kontx int li xerridt id-demm tiegħek għalih!\"", "(Santiago de Compostela, Spanja:", "https://www.cristianitoday.it/crocifisso-braccio-destro-schiodato/", ")", "Mhux hekk, imma, għal dak il-midneb li għax iħobb id-dnub ma jħobbx lil Alla, ifittex lid-dnub b'qalbu kollha u jekk imur iqerr, jagħmel dan mhux għax verament iddispjaċih u niedem minnu u lanqas bl-intenzjoni li se jagħmel ħiltu kollha biex ma jerġax jaqa' jew li mhux se jerġa' jfittex l-okkażjoni.", "Dan ma jistax jirċievi l-grazzji tas-Sagrament u ma jistax jogħġob lil Alla, għax l-għażla tiegħu mhix favur Alla, imma favur id-dnub li huwa jħobb.", "Hu veru li l-bniedem għandu ġibda lejn il-ħażen u jixtiequ, imma min irid jgħix tassew ħajja hienja, għandu jfittex li jaħrab kull okkażżjoni tad-dnub u/jew jikkumbatti bir-rieda tiegħu kollha biex ma jidnibx.", "Alla jgħinna fin-nuqqas ta' ħila tagħna.", "Għandna nfittxu l-għajnuna tat-talb, tal-qari tal-Bibbja, tal-Qrar, tal-Quddies u t-Tqarbin u anki nistgħu nsibu għajnuna minn diversi gruppi u għaqdiet kattoliċi.", "Minflok il-mumenti tad-dnub, għandna nippruvaw nimlew il-ħin tagħna, b'xi passatemp jew b'xi eżerċizzju fiżiku.", "M'għandnix inħallu lil moħħna jieqaf jaħseb u jfittex l-okkażjoni tad-dnub.", "Għandna wkoll induru lejn il-Madonna, li hi l-Omm l-iżjed safja u nitolbuha tieqaf magħna f'dan kollu.", "Irridu nibqgħu nissieltu BLA MA NAQTGĦU QALBNA u l-Paċi t'Alla tkun dejjem sehemna għal issa u għal li ġej.", "Talba", ":", "O Mulej ħanin, Inti tajt il-grazzja tiegħek ta' ndiema sinċiera u ta' modi kif tpatti għad-dnubiet lir-re Gontran, agħti lilna wkoll l-istess grazzja biex ma nitbegħdu qatt mis-Sagrament tal-Qrar u mill-proponiment li kemm nistgħu ma noffenduk qatt iżjed, imma ngħixu ħajja ta' qdusija li togħġbok.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.catholiclane.com/st-gontran-king/", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/saint-guntramnus/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Guntram", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed5c9dc7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-9-29-san-leonardu-murialdo/", "title": "29 ta' Marzu: San Leonardu Murialdo", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Leonardu Murialdo", "\"Naħdmu u nżommu s-silenzju; Min jumilja ruħu jkun mgħolli.\"", "Dawn iż-żewġ sentenzi, li kienu l-programm ta' ħajjet San Leonardu Murialdo, huma minquxin fuq qabru.", "SAN LEONARDU MURIALDO", "Saċerdot", "1828 – 1900", "Tagħrif:", "Il-messaġġ tal-ħajja u tal-ħidma ta' dan il-qaddis hu mill-aktar attwali.", "Hu għadda ħajtu jiddefendi l-fqir u l-batut, u dan għamlu billi ħa għalih il-kawża tal-ħaddiema li għalihom ħaraq bħal f'sagrifiċċju lill-Ħallieq l-enerġija kollha tiegħu.", "Il-ħidma tal-qaddis Murialdo f'appostolat soċjali, bit-tħejjija ta' żgħażagħ għad-dinja tax-xogħol, bil-kura tal-orfni u tal-abbandunati u bl-interess enormi li wera f'kull aspett tal-ħajja tal-ħaddiema aktar tidher fid-dawl veru tagħha meta wieħed iqis li Leonardo twieled f'familja sinjura u ta' demm aristokratiku.", "Kien it-tielet fost disa' wlied ta' bankier għani minn Torin.", "Ta' 18-il sena, wara li kien diġà beda jistudja għal inġinier, beda l-kors għal qassis.", "Kien ta' intelliġenza mhux komuni.", "Ordna ftit qabel għalaq it-23 sena.", "Dun Ġwann Bosco talbu jieħu ħsieb l-Oratorju ta' San Lwiġi għat-tfal diffiċli ġejjin mis-slums ta' Torin.", "Fl-1866 (ta' 38 sena) ġie inkarigat jieħu ħsieb il-kulleġġ tal-\"Artigianelli\" li fih kienu jitħarrġu apprentisti żgħażagħ għall-azjendi li bdew jinbtu.", "Aċċetta proviżorjament, u dam f'dil-kariga 34 sena!", "Bata, ħadem u ttallab il-karità biex isostni l-kulleġġ u ż-żgħażagħ tiegħu, b'fiduċja kbira fil-Providenza u bil-motto Fare e Tacere –\"Agħmel (Aħdem) u iskot\" dejjem quddiem għajnejh.", "Hu waqqaf il-Kongregazzjoni ta' San Ġużepp (Patrijiet Ġużeppini) li għadhom sa llum jieħdu ħsieb il-formazzjoni professjonali u reliġjuża tat-tfal.", "Il-kong., li bdiet f'Torin, xterdet mal-Italja kollha u aktar tard fl-Amerika u nħawi oħra tad-dinja.", "San Leonardo Murialdo ntebaħ li kien wasal iż-żmien li l-kattoliċi b'sens għoli ta' dover u bi dritt bħala ċittadini, jagħtu sehemhom fit-tmexxija tal-pajjiż u fil-ħajja politika tiegħu.", "Kien devot kbir tal-Ewkaristija, tal-Madonna u ta' San Ġużepp.", "Miet jaħdem sal-aħħar nhar it-30 ta' Marzu, 1900, fl-età ta' 71 sena u nofs.", "Pawlu VI iddikjarah qaddis fit-3 ta' Mejju, 1968.", "Fuq qabru hemm minquxin żewġ sentenzi li kienu l-programm ta' ħajtu: Naħdmu u nżommu s-silenzju; Min jumilja ruħu jkun imgħolli.", "Ħsieb", ":", "San Leonardu Murialdo kien jgħin b'kull mod li jista' lil min hu batut, hekk pereżempju ħa d-drawwa li kull filgħaxija jdur il-belt jiġbor il-ħaddiema taċ-ċmieni, idaħħalhom f'daru u jsaħħanhom madwar spiritiera ddaħħan.", "Ħutu bniet \"ittieħdu\" mill-imħabba ta' ħuhom saċerdot u bdew jagħtuh daqqa t'id f'din l-opra, u bdew jaħslu l-ħwejjeġ kollha nugrufun ta' dawk l-imsejkna.", "Dan jurina kemm għandna bżonn insaħħu l-kelma mitkellma bix-xhieda.", "Il-kliem iqanqal imma l-eżempju jkaxkar.", "Li kieku San Leonardu Murialdo għallem lil ħaddieħor x'għandu jagħmel biss, kien jolqot lill-intellett, imma x-xhieda tmiss il-qalb.", "Ix-xhieda għandha qawwa didattika tremenda.", "Kien għalhekk li ma' ħafna qaddisin, kienu jingħaqdu ħafna nies biex jgħinu fil-missjoni li l-qaddis/a tkun bdiet.", "Min ikollu l-gazz jibda, u min jitħajjar u jagħżel li jkompli.", "U int, f'liema minn dawn il-gruppi qiegħed/qegħda?", "Fi Ġwanni 21:15-17, insibu dan li ġej:", "\"Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: \"Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?\"", "\"Iva, Mulej,\" wieġbu, \"int taf li nħobbok.\"", "Qallu: \"Irgħa l-ħrief tiegħi.\"", "Staqsieh għat-tieni darba: \"Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?\"", "\"Iva, Mulej,\" wieġbu, \"int taf li nħobbok.\"", "Qallu: \"Irgħa n-nagħaġ tiegħi.\"", "Għat-tielet darba staqsieh: \"Xmun bin Ġwanni, tħobbni?\"", "Pietru ħass għafsa ta' qalb għax staqsieh għat-tielet darba, 'Tħobbni?' u qallu: \"Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.\"", "Qallu Ġesù: \"Irgħa n-nagħaġ tiegħi.\"", "'Tħobbni int?'", "Il-kelmiet ta' Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna.", "Id-domanda ta' Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu.", "Tfakkarni li l-qofol ta' kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu.", "'Iva Mulej, inti taf li nħobbok.'", "Inti tafni.", "Inti taf dnubieti u l-waqgħat tiegħi.", "Inti taf lil qalbi, lil ruħi.", "Inti taf il-ġewwieni tiegħi.", "Inti taf li mingħajrek ma jien xejn u ma nista' nagħmel xejn.", "Inti taf.", "U għaliex taf u minkejja dak li taf, inti tafdani u qiegħed tafdali l-merħla għażiża tiegħek, il-merħla li inti fdejt bid-demm għażiż tiegħek.", "\"Irgħa l-ħrief u n-nagħaġ tiegħi.\"", "Li tirgħa tfisser li tieħu ħsieb, li tindokra, li titma, li tmantni, li twennes, li tiggwida.", "Dan kollu rridu nagħmluh", "bil-kelma li tqanqal u fuq kollox b'eżempju li jkaxkar.", "Dan kollu rridu nagħmluh bl-imħabba u bl-ispirtu ta' ħlewwa ma' kull membru tal-merħla u, meta meħtieġ, bil-bastun quddiem il-lupu.", "Mulej, jiena naf, imma nitolbok tfakkarni dejjem, li l-ħrief u n-nagħaġ mhumiex tiegħi iżda huma tiegħek.", "Inti qiegħed tafdahomli u jiena rrid nagħti kont tagħhom lilek.", "Kun miegħi dejjem biex fija jaraw lilek, biex ma nkunx għalihom ta' tfixkil, iżda nkun għalihom ta' għajnuna, ta' kenn, ta' wens u ta' ġieħ.", "U inti qed tieħu ħsieb tkun ta' dawl u gwida għal ħaddieħor permezz ta' kliemek, u l-aktar permezz tal-eżempju ta' ħajtek?", "Jekk tgħid li tħobb lil Ġesù, qed tieħu ħsieb bl-istess imħabba u kura li wera magħna Hu bħala r-Ragħaj it-Tajjeb, lil dawk il-persuni li Huwa tak f'ħajtek?", "Min jaf jekk ir-Ragħaj it-Tajjeb hux isejjaħlek biex toħodlu ħsieb ukoll ta' nagħaġ oħra li għandu fil-merħla kbira tiegħu bi mħabba għaliH kif sejjaħ lil San Leonardu Murialdo?", "Itlob!", "Talba", ":", "O Mulej Ragħaj Divin, lit-tfal u liż-żgħażagħ tajthom lil San Leonardu Murialdo bħala ragħaj għaqli u gwida tajba tagħhom, kompli sejjaħ aktar żgħażagħ ġenerużi minn fost il-merħla tiegħek, biex imqanqlin mill-eżempji tal-ħajjiet tal-qaddisin tiegħek, jagħżlu li għall-imħabba tiegħek, jgħixu ħajja ta' servizz lill-merħla tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/saint-leonardo-murialdo.html", "Alternative Reading:", "http://www.santiebeati.it/dettaglio/32800", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Leonardo_Murialdo", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed5cd487', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-3-0-30-beatu-amedew-tas-savoja/", "title": "30 ta' Marzu: Beatu Amedew tas-Savoja", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Amedew tas-Savoja", "\"Kunu ġusti; ħobbu lill-fqar, u l-Mulej jagħtikom is-sliem fil-pajjiż tagħkom.\" –", "L-aħħar kliem tal-Beatu Amedew tas-Savoja lil uliedu u n-nobbli li nġabru madwaru fl-aħħar mumenti tal-ħajja tiegħu.", "BEATU AMEDEW TAS-SAVOJA", "Re u Raġel Miżżewweġ", "1435 – 1472", "Tagħrif:", "Amedew IX twieled f'Thonon (Franza) fl-1 ta' Frar, 1435; nannuh kien Amedew VIII li kien elett antipapa fl-1438, imma li abdika b'mod virtuż ftit snin wara.", "Kien jibda l-ġurnata b'meditazzjoni personali u bis-smigħ tal-quddies.", "Kien jersaq għas-sagramenti ħafna aktar spiss milli kienet id-drawwa dak iż-żmien.", "Minn twelidu għarrsuh lil Jolanda, oħt ir-re Lwiġi XI re ta' Franza, li żżewwiġha fl-1451 meta kellu 17-il sena u minnha kellu seba' ulied.", "Martu, bħalu, kienet mara reliġjuża ħafna, u għenitu anki fit-tmexxija ta' pajjiżu.", "Ta' 30 sena (fl-1465) hu laħaq minflok missieru, Lwiġi I, fuq it-tron tal-Pjemonte u s-Savoja; imma, matul is-seba' snin tas-saltna tiegħu, billi kien marid b'epilepsija, hu qasam it-tmexxija mad-dukessa martu.", "L-għaqda tagħhom kienet bla miksura, u huma ma kienu jaħsbu f'xejn ħlief il-ġid temporali u spiritwali tas-suditti tagħhom.", "Għalkemm il-mod ta' ħajja li għex kienet waħda li taqbel mal-grad tiegħu, u hu nnifsu kien lest li jmut f'kull mument, Amedew ma xtaq qatt li s-sudditi tiegħu jxerrdu demmhom għalxejn.", "Kien aħrax biss mal-libertini, ma' dawk li jaħqru lin-nies ('extortioners'), u midgħajja.", "Fuq l-eżempju tiegħu d-duka ta' Milan Francesco Sforza kien jimmulta lil dawk fost il-kortiġġjani tiegħu li jinstemgħu jidgħu, u bis-somma li ġabar min għandhom bena kappella li hu wkoll żejjen ħafna.", "Meta l-istess prinċep ra t-tjieba kbira u l-imħabba li Amedew kien juri lill-fqar, qal fuqu:", "\"Fil-pajjiżi tiegħek wieħed jistħajlu jinsab n-naħa l-oħra tad-dinja!", "Kullimkien tista' tgħid li aħjar tkun għani milli fqir, imma miegħek huma l-fqar li huma mweġġħin u l-għonja li huma mmaqdrin.\"", "Id-duka kien dejjem jitħarreġ fil-penitenza u fit-talb.", "Lil dawk li ppruvaw jipperswaduh ma jsumx daqshekk, hu kien iweġibhom li ebda ħaġa ma kienet daqstant tajba għal saħħtu.", "L-aħħar snin ta' ħajtu l-marda kabritu ħafna.", "Martu u ħbiebu kienu jitnikktu ħafna jarawh hekk batut.", "\"Għalfejn tinkwetaw?\"", "qalilhom meta ġie f'tiegħu,", "\"bl-umiljazzjonijiet niksbu s-saltna ta' Alla'.", "L-aħħar kliem tiegħu lil uliedu u n-nobbli li nġabru madwaru kienu:", "\"Kunu ġusti; ħobbu lill-fqar, u l-Mulej jagħtikom is-sliem fil-pajjiż tagħkom.\"", "Il-Beatu Amedew miet f'Vercelli (fil-Pjemonte) nhar it-Tnejn tal-Għid, 30 ta' Marzu, 1472, ftit ġimgħat wara li għalaq it-38 sena.", "Kien ibbeatifikat fl-1677, bit-tħabrik ta' San Franġisk de Sales u l-Kardinal Bona.", "Ħajtu nkitbet mill-kardinal ġiżwita San Robertu Bellarmino.", "Ħsieb", ":", "Interessanti ninutaw il-parteċipazzjoni ta' martu Jolanda fit-tmexxija tiegħu.", "Bħal donnu bejnu u bejn martu, kien hemm armonija u għaqda tant soda, li r-raġuni tagħha bla dubju, kienet l-għaqda tagħhom it-tnejn ma' Kristu.", "Infatti, ma setax ma jkunx żwieġ b'saħħtu, ladarba nafu li martu kienet mara reliġjuża ħafna u hu kien dejjem jitħarreġ fil-penitenza u fit-talb.", "Alla kien jiġi l-ewwel u qabel kollox fil-ħajja ta' din il-koppja rjali.", "U kien għalhekk li leħqu grad ta' għaqda u unjoni li mhux kulħadd jasal għaliha.", "Imma x'qed jiġri mill-koppji nsara tal-lum?", "Għaliex daqshekk nuqqas ta' qbil, infedeltajiet, qasmiet u firdiet?", "X'għandhom jagħtu każ biex jibqa' jkollhom żwieġ b'saħħtu, dawk il-koppji li qed jitħajru jiżżewwġu bil-Knisja?", "Dan hu d-diskors tat-8 ta' Diċembru 2015, li l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal waqt l-omelija tiegħu f'quddiesa għal dawk li kien għadhom kemm iżżewġu matul dik is-sena:", "\"", "Għeżież koppji li żżewwiġtu din is-sena, l-ewwel awgurju tiegħi għalikom hu li intom tibqgħu ta' kuljum tieħdu grazzja ma' xulxin, u li jkollkom dik l-imħabba lejn xulxin li għandu Alla għalina.", "I", "l-Mulej għażilkom għal missjoni speċjali.", "L-ewwelnett li tħobbu lil xulxin u li bl-imħabba tagħkom lejn xulxin tkunu sinjal qawwi tal-imħabba ta' Alla għad-dinja, għal kull bniedem.", "Intom u ssibu grazzja ma' xulxin, tixhdu għall-grazzja li Alla ħa magħna.", "Aħna nistgħu ngħidu: Alla ħa grazzja magħna, uriena mħabba speċjali, ħabbna mhux għax konna gustużi, jew konna twajbin, jew konna qaddisin.", "It-talba tiegħi llum hija li intom bħala miżżewġin tkunu, skont ir-rieda t'Alla u bil-koperazzjoni tagħkom, għajn ta' ħajja għal xulxin, anke billi tnisslu wlied ġodda għall-familja tagħkom u għas-soċjetà.", "Neżortakom, inħeġġiġkom, biex tikbru fil-qdusija u fl-imħabba.", "Kemm hi sabiħa l-espressjoni li nsibu fl-Ittra lill-Efesin 1:4:", "\"għażilna Fih sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.\"", "Intom hekk se tkunu qaddisin, hekk se tkunu, bla tebgħa.", "Tgħiduli: 'kultant niżloq fin-niexef taf!'", "Kulħadd jgħaddi minn din l-esperjenza, ħafna drabi kuljum, imma nibqgħu xorta msejħin inkunu qaddisin billi kuljum inġeddu l-proponiment, l-impenn għall-imħabba.", "Intom din il-vokazzjoni tgħixuha billi tħobbu ħafna lil xulxin.", "Infakkarkom fil-parir li San Ġorġ Preca ta lil Dr Spiteri.", "Meta qallu: 'Sinjur, se niżżewweġ', Dun Ġorġ qallu: 'tajjeb, issa mur lura fid-dar fejn se tgħixu u fuq il-blata ta' kull bieb ikteb tliet kelmiet: paċenzja, paċenzja, paċenzja.'", "Bil-paċenzja li tieħdu b'xulxin, bis-saram ta' din il-ħajja, biċ-ċirkustanzi li ssibu ruħkom fihom, intom tgħixu ħajja iżjed trankwilla, basta titgħallmu tieħdu paċenzja u ssiru tassew qaddisin.", "Qabel xejn, uru ħniena bejnietkom.", "Meta tonqsu lil xulxin tqattgħux il-karti malajr, bl-għaġġla, għax dik faċli tagħmilha.", "Qisu li meta jberraq u jagħmel ir-ragħad, tagħmlu impenn bejnietkom –", "dan parir li jħobb jirrepeti l-Papa Franġisku", "– li tippruvaw tagħmlu paċi qabel torqdu.", "Tħallux ir-rankur, il-weġgħat, jibqgħu jikkankraw fikom.", "Kunu umli biżżejjed biex titkellmu fuq xi ħaġa li qed iddejaqkom", ".", "Ibżgħu għall-flus ta' xulxin biex tgħixu fil-paċi.", "Timxix jew tmiddx il-pass ikbar milli l-Mulej tak, ħalli ma taqax fl-inkwiet u fid-dejn żejjed.", "Imma fuq kollox tittraskurawx dik is-siegħa fil-ġimgħa li tagħmlu fil-Knisja.", "Jiena nitlob li aħna l-qassisin ma ndejqukomx b'omeliji twal, imma li dik l-esperjenza ta' darba fil-ġimgħa fit-tempju tal-Mulej tkun ħolqien ġdid, fejn terġgħu tibdew tieħdu r-ruħ mill-ġdid.", "Ħaġa tajba ħafna wkoll hi li titolbu flimkien ta' kuljum, imqar Sliema u Qaddisa, jew inkella talba spontanja b'idejkom f'xulxin bħalma għamiltu fil-mument qaddis tal-kunsens tagħkom meta ħadtu id il-leminija ta' xulxin u wegħdtu fedeltà dejjiema lil xulxin\".", "Tajjeb li nimxu fuq dawn il-pariri siewja u li NITOLBU ĦAFNA GĦALL-KOPPJI FIL-KNISJA.", "Talba", ":", "Mulej, il-Beatu Amedew tas-Savoja qdiek tajjeb kemm bħala raġel miżżewweġ kif ukoll bħala re qalbieni li, flimkien ma' martu, ta kas tal-bżonnijiet tal-foqra fis-saltna tiegħu, agħti lilna lkoll, nitolbuk, il-grazzja li ngħixu bil-qdusija l-istat tal-ħajja tagħna u li naqdu d-doveri tagħna fuq il-post tax-xogħol u kull fejn nistgħu, ngħinu lill-foqra ta' żmienna, bħala nsara tassew.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/blessed-amadeus-ix-of-savoy.html", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/blessed-amadeus-of-savoy/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Amadeus_IX,_Duke_of_Savoy", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed5d2208', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-6-26-beata-maddalena-caterina-morano/", "title": "26 ta' Marzu: Beata Maddalena Caterina Morano", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Maddalena Caterina Morano", "\"Sinjur, la tħallix li jiena mmut bla ma nkun wasalt għall-qdusija.", "Agħmilni qaddisa.\" –", "Beata Maddalena Caterina Morano", "BEATA MADDALENA CATERINA MORANO", "Reliġjuża", "1847 – 1898", "Tagħrif:", "Twieldet fi Chieri, qrib Torin, fil-15 ta' Novembru,1847, minn familja modesta li kienet ġejja minn razza nobbli.", "Meta kienet għadha ċkejkna, hi marret tgħix mal-familja tagħha f'Buttigliera d'Asti.", "Ta' tmien snin miet missierha, u bdiet taħdem id-dar bħala nissieġa.", "Saċerdot jiġi minnha qabbadha t-triq għall-istudju u għallimha l-ewwel lezzjonijiet fuq il-grammatika Taljana.", "Meta għalqet 14-il sena, il-kappillan tal-post inkarigaha tieħu ħsieb orfanatrofju (asile) minkejja l-età żagħżugħa tagħha, waqt li hi kompliet tistudja u ħadet id-diploma ta' għalliema li biha setgħet tgħallem fl-iskejjel elementari.", "Dik il-ħabta f'pajjiżha bdiet tikber u tissaħħaħ istituzzjoni ġdida sależjana mibdija minn San Ġwann Bosco.", "Sadattant hi bdiet tħoss is-sejħa tidħol reliġjuża tal-klawsura.", "Ħadet il-parir ta' Don Bosco, imma dan ma qabilx li tidħol soru klawstrali, u indirizzaha lejn il-kollaboratur tiegħu Don Giovanni Cagliero li stedinha tingħaqad mas-Sorijiet Ulied Marija Awżiljatriċi.", "Hi aċċettat u, wara n-novizzjat, għamlet il-professjoni reliġjuża fl-4 ta' Settembru 1879, meta allura kellha 32 sena.", "F'dik l-okkażjoni talbet repetutament lil Ġesù:", "\"Signore, non permettere che io muoia senza essere arrivata alla santità.", "Fammi Santa!\"", "Sinjur, la tħallix li jiena mmut bla ma nkun wasalt għall-qdusija.", "Agħmilni qaddisa.", "\"", "Billi kienet istruwita u kapaċi tgħallem, Swor Morano spikkat fost sħabha s-sorijiet, u għalhekk tawha inkarigi ta' responsabbiltà, u fl-1881 kienet mibgħuta Sqallija fejn bdiet ħidma edukattiva tassew fekondi fost il-bniet u t-tfajliet.", "Il-ħidma tal-Beata Maddalena Caterina Morano kienet tassew tal-għaġeb: f'26 sena waqqfet ma' Sqallija kollha 19-il dar, 12-il oratorju, 6 skejjel, 5 orfanatrofji, 11-il laboratorju, 4 kunventi, 3 skejjel tar-reliġjon u qajmet l-ammirazzjoni ta' kulħadd, inklużi l-awtoritajiet tal-post u l-ġerarkiji ekklesjastiċi.", "Fuqha kien jingħad:", "\"Hija mara kbira, hija mara straordinarja.\"", "Maħtura Superjura Provinċjali, hija impenjat ruħha wkoll biex tgħin fil-formazzjoni tal-għadd kbir ta' vokazzjonijiet li nġibdu mill-ħeġġa tagħha u mill-klima komunitarja li kienet toħloq madwarha.", "Swor Morano kienet bniedma magħquda kontinwament ma' Alla, xewqana li ssir qaddisa u dedikata għal ħidma sależjana immensa.", "Ingħad fuqha li kienet kontinwament \"titfa' ħarsa waħda lejn l-art u għaxra lejn is-sema.\"", "Wara ħajja mimlija ko-erenza, mgħixa dejjem bil-fehma li", "\"ma tostakola qatt l-azzjoni tal-grazzja b'ċedimenti għall-egoiżmu personali\"", "Swor Maddalena Caterina Morano għalqet għajnejha għal din id-dinja f'Alì Marina, Messina, nhar is-26 ta' Marzu 1908, b'marda tal-kanċer, meta kellha 61 sena.", "Din l-Appostla salesjana ta' Sqallija kienet iddikjarata Beata f'Catania mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-5 ta' Novembru,1994.", "Ħsieb", ":", "L-aktar ħaġa li laqtitni hija l-fatt li fuq kull ħidma, fuq kull intelliġenza, fuq kull għerf u għaqal, kapaċità u straordinarjetà, din il-mara TALBET LIL ALLA BIEX MA JOĦODHIEX QABEL MA TKUN SARET QADDISA, u hi min naħa tagħha, għamlet kull ma setgħet u waslet mal-hienja fis-sema hekk kif xtaqet.", "Is-sejħa għall-qdusija hija sejħa għall-insara kollha mhux għal xi ftit privileġġati.", "Int li qed taqra, INT UKOLL JEĦTIEĠ LI SSIR QADDIS/A. Il-Mulej huwa ċar fi kliemu.", "Qalilna:", "\"Kunu qaddisin, għax qaddis jien\"", "(1 Pietru 1, 15-16) u ma nistgħux nidħlu fis-sema fejn Hu mar qabilna biex iħejjilna post, jekk ma nkunux qaddisin.", "Fl-Eżortazzjoni Appostolika", "Gaudete Et Exsultate", "\"Ifirħu U Thennew\" tal-Qdusija tiegħu il-Papa Franġisku dwar is-Sejħa għall-Qdusija fid-Dinja tal-Lum insibu hekk:", "\"", "14.", "Biex insiru qaddisin m'hemmx bżonn inkunu isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi.", "Ħafna drabi tiġina t-tentazzjoni naħsbu li l-qdusija hi riservata għal dawk li għandhom il-possibbiltà li jżommu 'l bogħod mit-taħbit ta' kuljum, biex jiddedikaw ħafna ħin għat-talb.", "Mhuwiex hekk.", "Ilkoll aħna msejħin inkunu qaddisin billi ngħixu bi mħabba u noffru x-xhieda tagħna fil-ħidmiet ta' kuljum, kull fejn inkunu.", "Int persuna kkonsagrata?", "Tqaddes billi tgħix l-għotja tiegħek bil-ferħ.", "Miżżewweġ jew miżżewġa?", "Tqaddes billi tħobb u tieħu ħsieb ta' żewġek jew ta' martek, kif għamel Kristu mal-Knisja.", "Taħdem?", "Tqaddes billi twettaq b'onestà u kompetenza l-ħidma tiegħek b'servizz għal ħutek.", "Int ġenitur jew nanna jew nannu?", "Tqaddes billi tgħallem bis-sabar lit-tfal kif jimxu wara Ġesù.", "Qiegħed fl-awtorità?", "Tqaddes billi titqabad b'riSq il-ġid komuni u tagħti dahrek lill-interessi personali.", "15.", "Ħalli l-grazzja tal-Magħmudija tiegħek tħalli l-frott tagħha f'mixja ta' qdusija.", "Agħmel li kollox f'ħajtek ikun miftuħ għal Alla u għalhekk agħżel lilu, agħżel dejjem mill-ġdid lil Alla.", "Taqtax qalbek, għax int għandek il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex dan jagħmlu possibbli, u l-qdusija, fl-aħħar mill-aħħar, hi l-frott tal-Ispirtu s-Santu fil-ħajja tiegħek (ara Galatin 5:22-23).", "Meta tħoss it-tentazzjoni li tingħalaq fid-dgħufija tiegħek, erfa' ħarstek lejn il-Kurċifiss u għidlu: \"Mulej, jiena msejken, imma int tista' twettaq il-miraklu li tagħmilni xi ftit aħjar\".", "Fil-Knisja, qaddisa u magħmula mill-midinbin, sa ssib dak kollu li teħtieġ biex tikber lejn il-qdusija.", "Il-Mulej għanieha bid-doni tal-Kelma, tas-Sagramenti, is-santwarji, il-ħajja tal-komunitajiet, ix-xhieda tal-qaddisin, u ġmiel ta' kull bixra ħiereġ mill-imħabba tiegħu,", "\"bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha\"", "(Iżaija 61:10).", "16.", "Din il-qdusija li għaliha l-Mulej qed isejjaħlek tkompli tikber b'ġesti żgħar.", "Ngħidu aħna: waħda mara tmur il-ħanut tagħmel ix-xirja tagħha, tiltaqa' ma' ġara tagħha u jibdew ipaċpċu, u jibdew jikkritikaw.", "Imma din il-mara tgħid bejnha u bejn ruħha: \"Le, mhux sa ngħid xejn ħażin fuq ħadd\".", "Dan hu pass lejn il-qdusija.", "Imbagħad, id-dar, binha jitlobha toqgħod tisimgħu jkellimha fuq il-fantasiji tiegħu u, imqar jekk tħossha għajjiena, tpoġġi bilqiegħda ħdejh tisimgħu b'sabar u mħabba.", "Araw offerta oħra li tqaddes.", "Imbagħad jiġiha mument ta' dieqa, imma tiftakar fl-imħabba tal-Verġni Marija, taqbad il-kuruna tar-rużarju u tibda titlob bil-fidi.", "Din hi triq oħra ta' qdusija.", "Wara, toħroġ fit-triq, tiltaqa' ma' fqir u tieqaf titkellem miegħu bi ħlewwa u tjieba.", "Anki dan hu pass 'il quddiem.", "17.", "Xi kultant il-ħajja tippreżentalna sfidi ikbar u permezz tagħhom il-Mulej jistedinna għal konverżjonijiet ġodda li bihom il-grazzja tiegħu tista' tidher aħjar fil-ħajja tagħna", "\"biex aħna niksbu sehem fil-qdusija tiegħu\"", "(Lhud 12:10).", "Drabi oħra jkun hemm bżonn biss li nsibu mod iżjed perfett ta' kif ngħixu dak li diġà nagħmlu: \"Hemm tnebbiħ li jiġbed biss lejn perfezzjonament straordinarju tat-tħaddim ordinarju tal-ħajja Nisranija\".", "Meta l-Kardinal Francis-Xavier Nguyên Van Thuân kien il-ħabs, irrifjuta li jqatta' ħinu jistenna l-liberazzjoni.", "L-għażla tiegħu kienet: \"ngħix il-mument ta' issa, u nimlieh bl-imħabba\"; u l-mod kif dan ikkonkretizzah kien: \"naħtaf l-okkażjonijiet li jiġuni ta' kuljum biex inwettaq għemejjel ordinarji b'mod straordinarju\".", "U int, qed tħalli lil Alla jagħmlek qaddis/a?", "Jekk għadek ma bdejtx, kun af li għadek qed taħli ħajtek!", "Ibda minn issa u jekk taqa', erġa qum u erġa' ibda ...", "Il-Mulej iqaddsek jekk tħalliH!", "Talba", ":", "O Mulej, minkejja li għall-Beata Maddalena Caterina Morano, in-nies kienet tgħid li hija mara kbira u straordinarja, l-attenzjoni tagħha kienet biss fuq li ssir qaddisa għalik, bit-talb tagħha għalina, agħti lilna wkoll l-għarfien li xejn ma jiswa li nagħmlu f'din id-dinja jekk mhux li nħabirku biex insiru qaddisin għax din hi s-sejħa diretta li tagħmlilna kull ħin sa ma naslu ningħaqdu fis-sema mal-henjin.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "English Version:", "https://www.cgfmanet.org/1.aspx?sez=1&sotsez=4&detsotsez=1&doc=5&lingua=2", "Alternative Reading:", "http://www.santiebeati.it/dettaglio/90098", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maddalena_Caterina_Morano", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed681f34', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-4-24-santa-katerina-tal-isvezja/", "title": "24 ta' Marzu: Santa Katerina tal-Isvezja", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina tal-Isvezja", "\"Kemm dawk li jitkellmu fuq il-proxxmu, kif ukoll dawk li joqogħdu jisimgħu jġorru lix-xitan fuq ilsienhom.\" –", "Santa Katerina tal-Isvezja", "SANTA KATERINA TAL-ISVEZJA", "1331 – 1381", "Tagħrif:", "Twieldet fl-1331 u kienet ir-raba' bint ta' Ulfo, prinċep ta' Nierck fl-Isvezja, u martu Santa Briġida.", "Kienet edukata fl-abbazija ta' Risberg (fl-Isvezja).", "Ta' 13-il sena missierha żewwiġha lil Eggard Lydersson, ta' nisel ġermaniż, żagħżugħ ta' reliġjożità kbira li miegħu ftehmet li tgħix fil-kontinenza.", "Żewġha kien bniedem marradi ħafna, u Katerina daret bih b'dedikazzjoni kbira.", "Wara l-mewt ta' żewġha, Katerina marret Ruma ħdejn ommha fl-1349 u baqgħet takkumpanjaha sakemm mietet 25 sena wara, f'Ruma.", "L-Omm u l-bint iddedikaw ħajjithom għall-opri tal-karità, f'pellegrinaġġi (żaru anke Ġerusalemm), u biex iġibu 'l quddiem l-ordni tas-Sorijiet tas-Santissimu Sagrament, imwaqqfin minn ommha Briġida u minħabba f'hekk jissejħu wkoll Briġittini.", "Wara l-mewt ta' ommha, fl-1373, Katerina ħadet il-fdal tagħha lura f'pajjiżha, u rtirat fl-abbazija ta' Vadstena, li tiegħu aktar tard saret badessa.", "Hawn hi kisbet fama ta' qdusija u ta' mirakli.", "Bejn l-1375 u l-1380, Katerina marret mill-ġdid Ruma.", "Fl-1379, kisbet l-approvazzjoni għall-Ordni tas-Sorijiet Briġittini u ħabirket ukoll biex ommha tiġi ddikjarata qaddisa.", "L-Ordni tas-Sorijiet Briġittini hu affiljat mal-Ordni Agostinjan, u għandu bħala skop prinċipali x-xogħol letterarju, speċjalment bit-traduzzjoni ta' xogħlijiet reliġjużi.", "Santa Katerina tal-Isvezja mietet fl-abbazija ta' Vadstena fl-24 ta' Marzu tal-1381, fl-età ta' 50 sena.", "Il-kult lejha kien approvat mill-Papa Innoċenzju VIII, fl-1474.", "Ħsieb", ":", "Jingħad li Santa Katerina tal-Isvezja qatt ma qalet kelma li tweġġa' jew ta' nuqqas ta' sabar; kienet titlob b'mod speċjali li l-komunità tagħha tkun meħlusa mill-ħsara tad-detrazzjoni (tqasqis fuq il-proxxmu),", "\"għaliex,\"", "kienet tgħid,", "\"kemm dawk li jitkellmu fuq il-proxxmu, kif ukoll dawk li joqogħdu jisimgħu jġorru lix-xitan fuq ilsienhom.\"", "Kemm hi marda spiritwali kerha din li wieħed jgħid fuq in-nies, li jsib kull tentufa ta' żball u/jew jiġġudika", "left, right and centre", "u kemm niddilettaw biha aħna l-Maltin!!", "Iva, erħilna nikkritikaw f'kull okkażżjoni – lill-Knisja, lil min ikun imexxi, lil individwi, u dejjem sejrin...", "Tafu x'għandna nirrealizzaw?", "Li b'dan l-għajdut kollha, kważi ma jirnexxilna nbiddlu lil ħadd!", "Għandna ngħidu lilna nfusna: Hemm ħaġa waħda biss li żgur nista' nibdel: LILI NNIFSI!", "U hekk għandna nippruvaw nagħmlu, imbagħad f'okkażjonijiet tajba u f'waqthom, nippruvaw niftħu għajnejn l-oħrajn b'mod dirett lilhom u mhux ngħidu fuq persuni minn wara daharhom, bla ma dawn jistgħu jitkellmu għalihom infushom.", "Il-Papa Franġisku, fl-Angelus tal-Ħadd, 16 ta' Frar 2014 jgħid hekk:", "\"Ġesù kien raġel prattiku; dejjem kien jitkellem bl-eżempji biex in-nies jifhmuh.", "Isemmi l-ħames kmandament: \"", "Smajtu xi ntqal lin-nies ta' dari, 'La toqtolx';...", "Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh\"", "(Mattew 5:21-22).", "B'dan Ġesù jfakkarna li anke l-kliem jista' joqtol!", "Meta ngħidu li xi ħadd għandu lsien ta' serp, xi jfisser?", "Ifisser li kliemu joqtol! għalhekk, mhux biss ħadd minna ma għandu jipprova jfittex ħajjet ħaddieħor, imma lanqas ma għandu ħadd iferragħ fuqu l-velenu tar-rabja u jolqtu bil-kalunnji.", "Lanqas ma għandna nparlaw fuq xulxin.", "Ejja ngħidu kelma fuq it-tpaċpiċ żejjed: it-tpaċpiċ żejjed ukoll jista' joqtol, għax jista' joqtol il-fama tan-nies!", "Kemm hu ikrah it-tpaċpiċ żejjed!", "Fil-bidu jista' jidher bħala xi ħaġa ta' gost, li tagħti pjaċir, bħal meta nkunu qed nerdgħu ħelwa.", "Imma fl-aħħar, il-kliem żejjed jimlielna 'l qalbna bil-qrusa, u jivvelena lilna wkoll.", "Ngħidilkom il-verità, nemmen bis-sħiħ li jekk kull wieħed minna jagħmel sforz biex jiskarta l-kliem żejjed, fl-aħħar jispiċċa jsir qaddis!", "Hija triq sabiħa din tal-qdusija!", "Nixtiequ nsiru qaddisin?", "Iva jew le?", "Irridu ngħixu ħajjitna marbutin mad-drawwa tat-tpaċpiċ żejjed?", "Iva jew le?", "Mela ftehmna: Daqshekk paroli żejjed!", "Lil min jimxi warajh Ġesù jipproponilu l-milja tal-imħabba: imħabba li l-uniku limitu tagħha hu li m'għandhiex limitu, li tmur aktar 'il hemm milli kull wieħed jista' jaħseb.", "Fid-dawl ta' dan it-tagħlim, hemm bżonn ta' aktar imħabba, u l-preċetti kollha jingħaqdu fl-akbar kmandament: ħobb lil Alla b'qalbek kollha u ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek\".", "Santa Tereża ta' Kalkutta kienet tgħid:", "\"Jekk int tiġġudika lin-nies, m'għandekx lok fejn tħobbhom\"", ".", "Minflok tiġġudikom, Santa Katerina tal-Isvezja kienet titlob għan-nies, b'mod speċjali quddiem Ġesù Sagramentat u ħeġġet lil l-oħrajn biex jagħmlu l-istess.", "Imma kemm nemmnu tassew li bit-talb in-nies jinbidlu, jew aħjar jirċievu dak id-Dawl Divin li fih jistgħu jagħrfu x'inhu tajjeb jew ħażin?", "Din mhux kulħadd jifhimha imma biss min għandu fidi kbira: in-nies ta' l-akbar poter fid-dinja, mhumiex il-gvernijiet u l-mexxejja tal-pajjiżi, imma dawk li fil-kwiet u bl-umiltà kollha jgħixu ħajja ta' talb, talb ħerqan, talb li ma jaqtax, talb għalihom, talb għall-oħrajn, talb għall-Knisja, talb għad-dinja.", "Mat-talb, jgħaqqdu wkoll xi penitenzi, sawm u atti ta' karità lejn il-proxxmu.", "Dawn u dawn biss ibiddlu l-istorja tad-dinja u jħallu d-dinja aħjar milli sabuha, għax jibdlu l-qlub tan-nies billi jdawwluhom riżultat tat-talb.", "Int temmnu dan?", "Tgħixu?", "Talba", ":", "O Santa Katerina tal-Isvezja, nitolbuk bil-ħerqa biex tinterċedi għas-saċerdoti kollha, għar-reliġjużi u l-lajċi fil-Knisja, sabiex huma, flimkien ma' bosta oħrajn li Alla għadu jsejjaħ għall-ħajja reliġjuża, saċerdotali u missjunarja, jagħtu lilhom infushom kompletament lil Alla f'ħajja ta' servizz lill-umanità billi jxerrdu l-fidi f'għaqda waħda flimkien mal-Papa, mingħajr ma jkunu influwenzati mill-ispirtu ta' sekulariżmu madwarna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/st-catherine-of-sweden.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-catherine-of-sweden-187", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Catherine_of_Vadstena", "The Life of Saint Catherine of Sweden on Gloria TV:", "https://gloria.tv/language/mKn9xGbZekLL1oBdzTvQap3Ku/video/MCtiNuNWMGFM1tB1vW14bdTe8", "Saint Catherine of Sweden narrating about her mother Saint Bridget:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6ac3e7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-0-20-santa-marija-josefa-sancho-de-guerra/", "title": "20 ta' Marzu: Santa Marija Josefa Sancho de Guerra", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Marija Josefa Sancho de Guerra", "\"Temmnux, l-aħwa, li l-assistenza, tikkonsisti biss f'li tingħata mediċina u ikel lill-morda.", "Hemm tip ieħor ta' assistenza ... l-għajnuna tal-qalb li tempatixxi mal-persuna li ssofri.\" –", "Santa Marija Josefa Sancho de Guerra", "SANTA MARIJA JOSEFA SANCHO DE GUERRA", "Reliġjuża", "1842 – 1912", "Tagħrif:", "Marija Josefa Sancho de Guerra, twieldet fis-7 ta' Settembru, 1842, fil-belt ta' Vitorja, fi Spanja, fir-reġjun Bask.", "Missierha kien Bernabe Sancho, u ommha Petra de Guerra, hija kienet l-ewwel wild tagħhom.", "Ta' 7 snin tilfet lil missierha u baqgħet tgħix ma' ommha u ħutha, fejn ħadet formazzjoni reliġjuża tajba minn ommha li wasslitha biex tkun ippreparata tajjeb biex tagħmel l-ewwel tqarbina ta' 10 snin.", "Ta' 15-il sena marret għal xi żmien tgħix ma' xi qraba f'Madrid, biex tkompli l-edukazzjoni tagħha.", "Marija Josefa kienet devota ħafna tal-Ewkaristija u tal-Verġni Mqaddsa Marija.", "Kellha sensibbilità kbira għall-foqra, morda u dawk weħidhom.", "Ta' 18-il sena rritornat lura d-dar u bdiet ittarraf lil ommha bil-ħajra li kellha li tidħol reliġjuża.", "Ħadet diversi pariri iżda ma setgħetx tasal għal deċiżjoni ma' liema ordni se tingħaqad.", "Meta kienet kważi ddeċidiet, fl-1860, mardet bit-tifu, u din ħaditha bħala l-id t'Alla għaliex kienet se tieħu għażla żbaljata.", "Wara ftit żmien hija rnexxielha tidħol fl-istitut tas-Servi ta' Marija.", "Bdiet tħoss li kienet imsejħa li twettaq iżjed xogħol minn dak li kienet qed tagħmel.", "Bil-pariri tal-konfessur tagħha San Soledad Torres Acosta, u l-Arċisqof Claret telqet mill-istitut tas-Servi ta' Marija.", "Fir-Rebbiegħa tal-1871, meta kellha 29 sena, ġewwa Bilbao, waqqfet l-istitut tas-Servi ta' Ġesù.", "Ingħaqdu magħhom tnejn oħra minn sħabha.", "Dan l-istitut ġdid ġie mwaqqaf bl-intenzjoni li jgħin lill-morda fl-isptarijiet u fi djarhom, l-anzjani, it-tfal u dawk bla dar.", "Mietet fl-20 ta' Marzu, 1912 wara marda qalila u snin twal ta' tbatija kbira.", "Id-djar tagħha dakinhar kienu jġibu 43, u kellha iżjed minn 1000 soru.", "Indifnet ġewwa ċ-ċimiterju ta' Bilbao, iżda fl-1926, billi l-fama tal-qdusija tagħha kibret ġiet trasferita għall-kappella tal-istitut.", "Ġiet ibbeatifikata fis-27 ta' Settembru, 1992 mill-Qaddis Papa Ġwann Pawlu II u fl-1 ta' Ottubru, 2000 l-istess Papa kkanonizzaha.", "Ħsieb", ":", "Marija Josefa kienet l-ewwel superjura, u żammet din il-kariga għal 41 sena.", "Kienet tivvjaġġa minn komunità għal l-komunità, ħafna vjaġġi perikolużi u diffiċli, biex tkun tista' tmexxi tajjeb id-djar tagħha, sakemm marda twila żammitha f'Bilbao.", "Minn dakinhar 'il quddiem kellha żżomm biss kuntatt permezz tal-korrispondenza.", "Dan ma fixkilhiex li tkun aġġornata b'kull ħaġa li kienet qed tiġri fid-djar tagħha.", "Li nikkuraw u nieħdu ħsieb il-morda hija waħda mill-aqwa opri tal-ħniena li din il-qaddisa qdiet sew tul ħajjitha kollha u ħarġet lil ħafna oħrajn biex jagħmlu l-istess.", "Dan li ġej huma xi siltiet mill-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei, Tal-Qroqq (8 ta' April, 2018), fil-festa tal-Ħniena Divina:", "\"Jeħtieġ naraw lill-Mulej f'xulxin, naraw 'l Mulej fil-pazjenti tagħna.", "Ejjew immiddu jdejna biex ngħinu lill-pazjent.", "Il-pazjenti li qegħdin hawnhekk għandhom pjagi fir-ruħ, fil-ġisem, fil-psike tagħhom.", "Il-Mulej qed isejħilna biex innewlu jdejna, l-id tal-faraġ, l-id tal-mediċina u tax-xjenza, tal-kura, anke dik palljattiva, meta dak li jkun ikollu bżonn dak it-tip ta' intervent u mediċina.", "U hawnhekk fejn immissu l-pjagi ta' Ġesù, hemm bżonn ukoll narawh fil-fidi u naraw ukoll l-irxoxt tiegħu.", "F'dan il-post nirrealizzaw li l-ħajja ma jistax ikun tintemm b'dak li qed naraw hawnhekk.", "Ġo fina hemm istint qawwi li jipperswadina li ma jistax ikun li l-ħajja tispiċċa hawnhekk; li dan it-taħbit kollu u l-inkwiet għal dawn l-erbat ijiem.", "U dak li qal u wiegħed Ġesù jibda jagħmel ħafna u ħafna sens.", "Min hu dak li jegħleb lid-dinja jekk mhux min jemmen li Ġesù hu l-Iben ta' Alla?", "L-ikbar rebħa tal-bniedem hija din: li jemmen u jafda f'Ġesù.", "Illum nitolbu u ninvokaw il-ħniena tiegħu fuq kull persuna li għandha bżonn il-kura f'dan il-post, imma nitolbu ħafna wkoll għall-istaff, għall-istaff mediku, l-istaff anċillari ta' dan l-isptar biex hawnhekk ikun dejjem ambjent ta' fejqan, fejn il-ħarsa ta' mħabba li nagħtu lil xulxin, anke jekk ma tfejjaqx il-ġisem, tagħti balzmu u faraġ lir-ruħ.", "U din tkun tassew opra tal-ħniena.", "Ma nistgħux aħna ma nfakkrux l-opri tal-ħniena fil-jum tal-ħniena u li żżur lill-morda, li tikkurahom u tieħu ħsiebhom hija waħda mill-aqwa opri tal-ħniena.", "U għalhekk il-barka ta' Alla tkun fuq dan il-post qaddis, imqaddes bit-tbatija, imma wkoll fuq kull min qed jagħti ħajtu b'mod professjonali biex dan il-post ikun tassew post ta' fejqan.\"", "U int, iżżurhom lill-morda?", "Tipprova tfarraġhom?", "Titlob għall-morda, għat-tobba, għall-infermiera u għal kull min għandu xogħol vokazzjonali f'dan is-settur?", "Meta tkun marid/a int, kif tkun l-attitudni tiegħek lejn il-mard u min ikun qed jgħinek biex tfieq?", "Toffri t-tbatijiet tiegħek, (il-pjagi tiegħek) tar-ruħ, tal-ġisem, u tal-psike tiegħek bi tpattija għal dnubietek u għal ġid ta' ħafna erwieħ kif Ġesù offra tiegħu lill-Missier bi tpattija għal dnubietna u għas-salvazzjoni ta' kull ruħ?", "Ejjew inżommu f'moħħna wkoll li ladarba Kristu patta għad-dnubiet tagħna, il-veru marid hu:", "dak li għadu mhux salvat bid-Demm ta' Kristu,", "dak li għadu jżomm qalbu magħluqa u ma jridx jirċievi l-Ħniena Divina li teħilsu mill-iskjavitu tad-dnub,", "dak li qed iżomm ruħu 'l bogħod mis-Sagrament tal-Qrar u jkompli jħalli lix-Xitan jagħfsu l-isfel fil-ħama tal-ħażen.", "Dan hu l-mard serju u li jġib il-MEWT fina.", "Ejjew għalhekk nitolbu ħafna għall-konverżjoni tal-midinbin, ibda minn tagħna.", "Talba", ":", "O Alla ta' kull faraġ, Int għamilt lil Santa Marija Josefa Sancho de Guerra, 'anġlu tat-tama' għall-morda ta' żmienha u bil-gwida li tat lis-sorijiet tagħha, hi baqgħet preżenti fil-persuna tagħhom biex tikkura bi mħabba qaddisa lill-għeżież morda, għallimna nkunu aħna wkoll 'anġli ta' faraġ' ma' kull min hu marid jew jeħtieġ xi forma ta' attenzjoni u mħabba.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.therealpresence.org/eucharst/misc/Angels_Demons/ANGES_josefaheartjesus.pdf", "Alternative Reading:", "https://catholicsaints.info/saint-maria-josefa-sancho-de-guerra/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Mar%C3%ADa_Josefa_Sancho_de_Guerra", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6ae089', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-1-21-beata-benedetta-frassinello/", "title": "21 ta' Marzu: Beata Benedetta Frassinello", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Benedetta Frassinello", "\"Ejja, itlaq, ħalli kollox.\" –", "Appell urġenti indirizzat direttament lill-Beata Benedetta Frassinello minn naħa tas-Sema, permezz ta' siltiet bil-Kelma ta' Alla.", "BEATA BENEDETTA FRASSINELLO", "Reliġjuża", "1791 – 1858", "Tagħrif:", "Benedetta Cambiagio Frassinello twieldet fit-2 ta' Ottubru, 1791 f'Langasco, fil-Ligurja (l-Italja), ir-raba' minn ħames ulied ta' Ġużeppi Cambiagio u Francesca Ghiglione.", "Kienet familja ta' bdiewa u ta' ħajja sempliċi u ta' fidi ġenwina.", "Benedetta kienet ta' moħħ vivaċi u tħobb taqra ħalli żżid ma' dak il-ftit li kienet tgħallmet l-iskola.", "Wara li Napuljun, fl-1805, għaqqad il-Ligurja ma' Franza, il-familja marret f'Pavia fejn fetħet ħanut tal-ħaxix fi triq ewlenija.", "Benedetta nvolviet ruħha sew f'dan il-ħanut li kien maħsub biex jipprovdi l-għajxien tal-familja u tant intilfet f'attività bla waqfien, b'mod li ftit ftit bdiet tħossha sejra lura fil-ħajja spiritwali u ħasset li ma setgħetx tibqa' sejra hekk.", "Hija bdiet tħossha miġbuda lejn Alla permezz tas-siltiet tal-Vanġelu, li hija kienet tgħallmet bl-amment, li bdew jieħdu forma ta' appell urġenti indirizzat direttament lilha: \"Ejja, itlaq, ħalli kollox.\"", "Hija bdiet taffaxina ruħha bil-ħajjiet tal-qaddisin li bdiet taqra dwarhom, li komplew ikabbru fiha x-xewqa tagħha li twieġeb malajr għas-sejħa.", "Persważa li kienet imsejħa.", "Ta' 20 sena kellha esperjenza mistika, li ħallietha ddedikata għall-ħajja ta' talb u devozzjoni u għatxana li tagħti ruħha għal ħajja reliġjuża.", "Imma minħabba x-xewqa tal-familja tagħha żżewġet lil Ġovanni Battista Frassinello.", "Għexu l-ħajja miżżewġa għal sentejn u mbagħad ftehmu li t-tnejn jidħlu reliġjużi.", "Ġovanni daħal patri u Beneditta ngħaqdet mal-Ursulini.", "Wara perjodu ta' saħħa fraġli, irritornat Pavia fl-1826.", "Bdiet taħdem mat-tfajliet tal-post, u bil-għajnuna ta' żewġha Ġovanni, fetħet skejjel li bdew jikbru u jiffjorixxu.", "Għad li kienu qed jgħixu fil-kastità, ir-relazzjoni mhux komuni tagħhom bdiet tiġbed l-attenzjoni.", "Biex ma titfgħax dell ikrah, fl-1838, telqet ix-xogħol f'idejn l-isqof tal-post u marret tgħix fil-kunvent ta' Ronco Scrivia, fl-Italja stess.", "Ma kinitx kuntenta bil-ħajja maqtugħa minn appostolat mal-poplu u għalhekk flimkien ma' 5 kompanji oħra ddeċidiet li tibda mill-ġdid.", "Waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Benedittini tal-Providenza, b'dedikazzjoni għat-tagħlim.", "Fetħet skola oħra u qattgħet il-bqija ta' ħajjitha f'dan is-servizz, f'devozzjoni u talb.", "Fil-21 ta' Marzu, 1858, mietet mewta naturali f'Ronco Scrivia.", "Ġiet ibbeatifikatha fl-10 ta' Mejju, 1987 mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II.", "Fid-19 ta' Mejju, 2002, l-istess Papa kkanonizzaha.", "Ħsieb", ":", "Kemm hu importanti t-tagħlim!", "Kemm qaddisin, inkluż din tal-lum, irsistew biex jiftħu skejjel għall-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ!", "Kemm hu importanti li naraw x'tip ta' tagħlim qed ngħaddu lill-ġenerazzjonijiet ta' għada u b'liema mod qed nitrażmettu l-eżempji konkreti tal-ħajja li nixtiequ li wliedna jgħixu meta jaslu fl-eta' tal-maturità?", "Dan hu diskors minn omelija tal‐Ħamis 21 ta' April, 2016, tal‐Arċisqof Charles J. Scicluna dwar l-Edukazzjoni u l-Iskejjel f'għeluq ix-xahar mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca:", "\"Id-dmir tal-edukazzjoni, ir-rwol tal-familja imma wkoll ir-rwol tal-għalliema hu li jagħtu formazzjoni ħolistika, formazzjoni li tkun mhux biss kontenut imma il-bini tal-karattru.", "\"Huma jagħrfu\"", "kien jgħid l-Arċisqof Mercieca fuq l-għalliema Maltin,", "\"li s-servizz li jagħtu l-għalliema fl-iskejjel huwa appostolat awtentiku li jaqbel u huwa meħtieġ ħafna fi żmienna.", "Agħrfu wkoll l-għalliema tagħna li dan huwa servizz li jrid jingħata lis-soċjetà tant li l-funzjoni tal-iskola fis-soċjetà ħadd u xejn ma jista' joħdilha postha jew jagħmilha hu.", "Kif jgħallem il-Konċilju Vatikan II: 'L-għalliema huma strument prezzjuż biex filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-fakultajiet intellettwali u l-kapaċità ta' ġudizzju, jgħinu ħafna biex fid-dar u ż-żgħażagħ iġibu 'l quddiem is-sens tal-valuri.'\"", "Dawn huwa kliem prezzjużi u attwali ħafna.", "L-istudenti li qegħdin joħorġu mill-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondajri, mill-Università, qed ikollhom dan l-iżvilupp tal-fakultà intellettwali u l-kapaċità ta' ġudizzju li inti tagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin, li inti tagħraf l-ingann, li inti tagħraf in-nofs veritajiet?", "Għandhom sens tal-valuri?", "Jiena nixtieq nirringrazzja l-ġenerazzjonijiet sħaħ ta' għalliema, ta' professuri, ta' edukaturi, talli huma u jgħallmu l-kontenut qed jgħaddu wkoll il-valur.", "L-", "ewwel pedament huwa l-edukazzjoni li jridu jagħtu l-ġenituri flimkien, l-ommijiet u l-missirijiet b'mod speċjali meta huma żgħar, imbagħad jidħol ukoll fl-iskola.", "Ikompli Mons. Mercieca:", "\"L-iskejjel imbagħad iridu joffru kontinwità mal-ħidma tal-ġenituri fil-formazzjoni tal-ulied.", "Din il-kontinwazzjoni trid tkun mibnija fuq saqajn sodi, irridu nżommu quddiem għajnejna li l-edukazzjoni trid taħseb għall-formazzjoni tal-bniedem sħiħ.", "Dan ifisser li t-tagħlim tar-reliġjon għandu jingħata attenzjoni u importanza sħiħa.\"", "Mons. Mercieca kien jgħid ukoll li,", "\"It-tagħlim li t-tfal jirċievu fil-klassijiet tal-katekiżmu fil-parroċċi u oqsma oħra tal-Knisja, għandu jkun għalina bħala tisħiħ mhux sostitut tal-formazzjoni li l-ulied jirċievu mingħand il-ġenituri tagħhom fi ħdan il-familja u fl-iskejjel.\"", "U int, kemm qed trawwem lil dawk l-aktar qrib tiegħek, uliedek jew membri tal-familja tiegħek, fit-tagħlim veru li jibni l-bniedem b'mod sħiħ?", "Kemm qed tgħin fil-Katekiżmu, fid-Duttrina, fl-Laqgħat ta' Formazzjoni, forsi anki billi tattendi għalihom jew tħeġġeġ lil min jattendi?", "Kemm qed twassal bil-kliem u bl-għemil it-Tagħlim tal-Verità li għaddielna Kristu u l-Appostli warajH permezz tal-Knisja lil kull min għadu fid-dlam tal-injoranza jew fid-dlam għax 'il bogħod minn Alla?", "Talba", ":", "Mulej, Int urejt lill-Beata Benedetta Frassinello l-importanza tat-tagħlim lit-tfal u liż-żgħażagħ biex dawn jitilgħu ċittadini tajbin kemm ta' din id-dinja, kif ukoll tas-Sema, agħti lill-ġenituri, dawk li għandhom f'idejhom l-formazzjoni tat-tfal, l-għalliema u l-katekisti kollha, dak il-għerf meħtieġ biex iwasslu t-Tagħlim vera u l-valuri Nsara li ma jinbidlux maż-żmien, f'dinja li kontinwament tinbidel.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicsaints.info/saint-benedicta-cambiagio-frassinello/", "Alternative Reading:", "https://www.corrispondenzaromana.it/santo-del-giorno/santa-benedetta-cambiagio-frassinello-religiosa/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Benedetta_Cambiagio_Frassinello", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6b07fc', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-5-25-it-thabbira-tal-mulej/", "title": "25 ta' Marzu: It-Tħabbira tal-Mulej", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "It-Tħabbira tal-Mulej", "\"", "Verġni Marija, ilqa' l-messaġġ li l-Mulej bagħatlek mal-Anġlu tiegħu: inti se tnissel, u ġġib fid-dinja iben li jkun Alla u bniedem.", "U tkun l-imbierka fost in-nisa kollha.", "Tiled iben, u xbubitek tibqa' sħiħa; tnissel fil-ġuf, u ssir omm bla ma tittiefes.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tas-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej (Salm 33(34):4; 85(86):13; Luqa 1:48)", "IT-TĦABBIRA TAL-MULEJ", "Tagħrif:", "Disa' xhur mil-lum ikun il-Milied.", "F'dan il-jum, il-Knisja tfakkarna meta l-Mulej Alla permezz tal-Arkanġlu Gabrijel stieden lill-Madonna biex issir Omm il-Messija, u hi aċċettat.", "F'dak il-mument, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, tnissel fiha Ġesù.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li llum qed niċċelebraw żewġ festi; it-tħabbira tal-maternità tal-Madonna, u l-inkarnazzjoni tal-Iben ta' Alla.", "Din il-ġrajja nsibuha rrakkontata tajjeb ferm fil-Vanġelu:", "\"Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba mgħarrsa ma' raġel, jismu Ġużeppi mid-dar ta' David; u x-xebba kien jisimha Marija.", "L-anġlu daħal għandha u qalilha: \"Ifraħ, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.\"", "Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima.", "Iżda l-anġlu qalilha: \"Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla.", "Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.", "Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli.", "Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.\"", "Iżda Marija qalet lill-anġlu: \"Kif ikun dan, ladarba jiena verġni?\"", "Wieġeb l-anġlu u qalilha: \"L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dawl tagħha fuqek.", "U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla.", "Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.\"", "Imbagħad qalet Marija: \"Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!\"", "U l-anġlu telaq minn quddiemha\".", "(Luqa 1:26-38).", "Ir-rakkont kif jagħtihulna l-Evanġelista kien suġġett ta' ħafna studju mit-teoloġi mhux biss għar-rigward ta' Kristu, imma wkoll għar-rigward ta' Marija li Alla għażilha biex tkun omm ibnu magħmul bniedem.", "Il-festa tat-tħabbira tal-Mulej bdiet issir f'Kostantinopli għall-ħabta tas-sena 430, u sas-seklu VIII saret universali wkoll fil-Punent.", "Fir-riforma tal-Liturġija li seħħet wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa, li qabel kienet festa Marjana u konna nsejħulha, it-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija, jew ukoll bħala l-Lunzjata, ġiet imsejħa t-Tħabbira tal-Mulej u għalhekk hija festa ta' Kristu.", "F'Malta, il-parroċċi ta' Ħal Tarxien u dik ta' Ħal Balzan huma ddedikati lil-Lunzjata, kif ukoll il-knisja tad-Dumnikani fil-Birgu.", "Tajjeb infakkru li l-Madonna għażlet din il-festa għażiża biex f'Lourdes tgħarraf lil Santa Bernardina Soubirous min kienet.", "Difatti kien bħal-lum 25 ta' Marzu 1858, meta l-Madonna, għall-mistoqsija ta' Bernardina min kienet u li kienet għamlitilha diversi drabi qabel, għalqet idejha palma ma' palma u qaltilha:", "\"Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata\".", "Id-domma dwar it-tnissil bla tebgħa ta' Marija kienet ġiet promulgata solennement mill-Papa B. Piju IX, ftit aktar minn tliet snin qabel.", "Nota: Meta l-25 ta' Marzu taħbat f'xi Ħadd tar-Randan, allura ssir l-għada t-Tnejn, u jekk taħbat fil-Ġimgħa Mqaddsa, allura ssir it-Tnejn fuq l-Ottava tal-Għid.", "Ħsieb", ":", "Fl-omelija tiegħu tal-25 ta' Marzu, 2017 il-Papa Franġisku jgħid dan li ġej:", "\"Alla nnifsu hu Dak li jieħu l-inizjattiva u jagħżel li jidħol, kif għamel ma' Marija, fid-djar tagħna, fit-taqbidiet tagħna ta' kuljum, mimlija ansjetajiet u xewqat.", "U hu proprju fil-bliet tagħna, fl-iskejjel u l-universitajiet tagħna, fil-pjazez u fl-isptarijiet tagħna li sseħħ l-isbaħ tħabbira li nistgħu nisimgħu:", "\"Ifraħ, il-Mulej miegħek!\".", "Ferħ li jnissel il-ħajja, li jnissel it-tama, li jitlaħħam fil-mod kif inħarsu lejn il-futur, fl-imġiba li biha nħarsu lejn l-oħrajn.", "Ferħ li jsir solidarjetà, ospitalità, ħniena lejn kulħadd.", "Bħal Marija, aħna wkoll nistgħu nitħawdu.", "\"Kif iseħħ dan\"", "fi żminijiet hekk mimlija bl-ispekulazzjoni?", "Nispekulaw fuq il-ħajja, fuq ix-xogħol, fuq il-familja.", "Nispekulaw fuq il-foqra u fuq l-immigranti; nispekulaw fuq iż-żgħażagħ u fuq il-futur tagħhom.", "Kollox donnu jirriduċi ruħu għal ċifri, waqt li, mill-bqija, il-ħajja ta' kuljum ta' tant familji tispiċċa tiċċappas mill-prekarjetà u n-nuqqas ta' sigurtà.", "Waqt li t-tbatija tħabbat fuq ħafna bibien, waqt li f'tant żgħażagħ jiżdied in-nuqqas ta' sodisfazzjon minħabba n-nuqqas ta' opportunitajiet veri, l-ispekulazzjoni toktor kullimkien.", "Ċertament, ir-ritmu frenetiku li spiċċajna fih donnu qed jisirqilna t-tama u l-ferħ.", "Il-pressjonijiet u n-nuqqas ta' saħħa quddiem tant sitwazzjonijiet donnhom iridu jnixxfulna ruħna u jġibuna insensibbli quddiem l-għadd ta' sfidi.", "U paradossalment meta kollox irid jgħaġġel jibni – fit-teorija – soċjetà aħjar, fl-aħħar ma nibqgħu nsibu ħin għal xejn u għal ħadd.", "Nitilfu l-ħin għall-familja, il-ħin għall-komunità, nitilfu l-ħin għall-ħbiberija, għas-solidarjetà u għall-memorja.", "Nagħmlu sew jekk nistaqsu lilna nfusna:", "Kif nistgħu ngħixu l-ferħ tal-Vanġelu llum fl-ibliet tagħna?", "Hi possibbli t-tama Nisranija f'din is-sitwazzjoni, hawn u issa?", "Dawn iż-żewġ mistoqsijiet imissu l-identità tagħna, il-ħajja tal-familji tagħna, tal-irħula u l-ibliet tagħna.", "Imissu l-ħajja ta' wliedna, taż-żgħażagħ tagħna u jitolbu minna mod ġdid ta' kif inqiegħdu ruħna fl-istorja.", "Jekk il-ferħ u t-tama Nisranija għadhom possibbli, quddiem tant sitwazzjonijiet ta' tbatija ma nistgħux, u ma rridux nibqgħu biss bħal spettaturi li jħarsu lejn is-sema jistennew \"ix-xita tieqaf\".", "Dak kollu li jseħħ madwarna jitlob minna li nħarsu lejn il-preżent bil-kuraġġ, bil-kuraġġ ta' min jaf li l-ferħ tas-salvazzjoni bħalma kien jissawwar fid-dar ta' żagħżugħa minn Nazaret.", "Quddiem Marija li titħawwad, quddiem it-taħwid li nħossu wkoll f'qalbna, tlieta huma l-imfietaħ li l-Anġlu qed joffrilna biex jgħinna naċċettaw il-missjoni li tiġi fdata lilna.", "1.", "Nevokaw il-Memorja", "L-ewwel ħaġa li l-Anġlu jevoka hi l-memorja, u hekk jiftaħ il-preżent ta' Marija għall-istorja kollha tas-Salvazzjoni.", "Jevoka l-wegħda magħmula lil David bħala frott tal-patt ma' Ġakobb.", "Marija hi bint il-Patt.", "Anki aħna llum imsejħin nagħmlu memorja, inħarsu lejn l-imgħoddi tagħna biex ma ninsewx mnejn ġejjin.", "Biex ma ninsewx lil missirijietna, in-nanniet tagħna u dak kollu li għaddew minnu biex wasalna fejn aħna llum.", "Din l-art u n-nies tagħha daqu x'inhi t-tbatija taż-żewġ gwerer dinjija; u daqshekk ieħor raw il-fama meritata tagħhom ta' xogħol u ċiviltà mniġġsa minn ambizzjonijiet diżordinati.", "Il-memorja tgħinna ma nibqgħux ilsiera ta' diskorsi li jiżirgħu t-tifrik u l-firdiet bħala l-uniku mod kif jissewwa l-ġlied.", "L-evokazzjoni tal-memorja hi l-aħjar antidotu li għandna f'idejna quddiem is-soluzzjonijiet maġiċi tal-firda u tal-aljenazzjoni.", "2.", "L-appartenenza għall-Poplu ta' Alla", "Grazzi għall-memorja Marija tista' tagħmel tagħha l-appartenenza għall-Poplu ta' Alla.", "Tfakkarna tajjeb li aħna membri tal-Poplu ta' Alla!", "Milaniżi, iva, Ambrosjani, daż-żgur, imma parti mill-Poplu kbir ta' Alla.", "Poplu msawwar minn elf wiċċ, storja u provenjenza, poplu multikulturali u multietniku.", "Dan hu għana kbir li għandna.", "Hu poplu msejjaħ jilqa' d-differenzi, jintegrahom b'rispett u kreattività, u jiċċelebra l-ġdid li jiġi mill-oħrajn; hu poplu li ma jibżax iħaddan il-konfini, il-fruntieri; hu poplu li ma jibżax jilqa' lil min għandu bżonn, għax jaf li hemm hu preżenti l-Mulej tiegħu.", "3.", "Il-possibbiltà tal-impossibbli", "\"Għal Alla m'hemm xejn li ma jistax isir\"", "(Lq 1:37): hekk tintemm it-tweġiba tal-Anġlu lil Marija.", "Meta nemmnu li kollox jiddipendi esklussivament minna nibqgħu lsiera tal-ħiliet tagħna, tas-saħħa tagħna, tal-ixfqa limitati tagħna.", "Imma meta nħallu lil min jgħinna, lil min jagħtina parir, meta ninfetħu għall-grazzja, donnu l-impossibbli jibda jsir realtà.", "Dan jafuh sew dawn l-artijiet li, matul l-istorja tagħhom, nisslu tant kariżmi, tant missjunarji, tant għana għall-ħajja tal-Knisja!", "Tant uċuħ li għelbu l-pessimiżmu sterili u li jifred biex infetħu għall-inizjattiva ta' Alla u saru sinjal ta' kemm tista' tkun għammiela art li ma tingħalaqx fl-ideat tagħha, fil-limiti tagħha u fil-ħiliet tagħha, imma tinfetaħ għall-oħrajn.", "Bħalma għamel qabel, Alla jibqa' jfittex alleati, jibqa' jfittex irġiel u nisa li għandhom il-ħila jemmnu, il-ħila li jagħmlu memorja, li jħossuhom parti mill-poplu tiegħu biex jikkoperaw mal-kreattività tal-Ispirtu.", "Alla jissokta jimxi fl-ibliet u t-toroq tagħna, imur f'kull post ifittex qlub li lesti jagħrfu l-istedina tiegħu u jlaħħmuh fl-hawn u l-issa.", "Nistgħu niġbru x'qal San Ambroġ fil-kummentarju tiegħu għal din is-silta u ngħidu: Alla għadu jfittex qlub bħal dik ta' Marija, li lesti jemmnu mqar f'kundizzjonijiet għalkollox straordinarji (ara Espożizzjoni tal-Vanġelu skont Luqa II, 17: PL 15, 1559).", "Ħa jkabbar fina l-Mulej din il-fidi u din it-tama\".", "Talba", ":", "L-Anġlu t'Alla ħabbar lil Marija,", "u hija saret Omm mill-Ispirtu s-Santu.", "Sliema ...", "Hawn hi l-Qaddejja tal-Mulej,", "ikun minni skont kelmtek.", "Sliema ...", "U l-Iben t'Alla sar bniedem,", "u għammar fostna.", "Sliema ...", "Itlob għalina qaddisa omm Alla", "biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.", "Xerred Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħeK,", "biex aħna li bit-tħabbira tal-Anġlu,", "għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem,", "bil-passjoni u s-salib tiegħu, naslu għas-sebħ tal-qawmien,", "bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/annunciation-of-lord.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/annunciation-of-the-lord/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Annunciation", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6ade89', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-2-22-san-benvenuto-scotivoli/", "title": "22 ta' Marzu: San Benvenuto Scotivoli", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Benvenuto Scotivoli", "\"Ftakru f'dawk li jmexxukom, dawk li wasslulkom il-kelma ta' Alla; aħsbu fuq it-tmiem ta' ħajjithom, imxu fuq l-eżempju tal-fidi tagħhom.", "Ġesù Kristu hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa u għal dejjem.", "Tħallux li tinġibdu 'l barra mit-triq b'tagħlim xorta oħra u barrani.\" –", "Lhud 13:7-9a", "SAN BENVENUTO SCOTIVOLI", "Reliġjuż Franġiskan", "†1282", "Tagħrif:", "Twieled Ancona fis-seklu 13.", "Ingħaqad mal-Ordni Franġiskan li allura kien fl-ewwel snin tat-twaqqif tiegħu.", "Studja l-liġi kanonika f'Bolonja taħt Silvestru Gussolino, kanonku ta' Osmo.", "Fl-1 ta' Awwissu, 1263, ġie nominat kappillan pontifiċju u amministratur tad-djoċesi ta' Osimo, u s-sena ta' wara kien konsagrat isqof.", "Magħruf għar-rettitudni tiegħu, fl-1267 il-Papa Klement IV, inkarigah biex ikun il-gvernatur ta' Marca di Ancona, u f'din il-kariga wera l-kapaċità tiegħu bħala amministratur.", "F'dan iż-żmien hu ordna saċerdot lill-patri Agostinjan Nikola ta' Tolentino, li sar tant magħruf għall-mirakli li wettaq.", "Bniedem ta' fidi kbira u umiltà, kif ukoll ta' kultura kbira teoloġika, Benvenuto ħadem ħafna mal-qaddis ta' żmienu San Bonaventura fi żmien meta bdew jidhru l-ewwel sinjali ta' qasma fil-familja kbira Franġiskana, li nqasmu fi tnejn: l-Osservanti (jew spiritwali) u l-Konventwali.", "San Benvenuto Scotivoli kien Riformatur kbir li nqdew bih diversi Papiet, imma fuq kollox kien ir-ragħaj it-tajjeb li ġibed lejh l-imħabba kbira tal-merħla tiegħu.", "San Benvenuto miet fit-22 ta' Marzu, 1282, u kien midfun fil-knisja kattedrali ta' Osimo fejn il-kleru u l-poplu malajr waqqfulu monument.", "Seħħew ħafna grazzji u mirakli fuq l-qabar tiegħu u l-kult lejh insibuh diġà fl-1308.", "Benvenuto qatt ma ġie kkanonizzat formalment, imma ġie magħżul Patrun tal-belt ta' Osimo", "Ħsieb", ":", "San Benvenuto Scotivoli kien Evanġelizzatur kbir ta' żmienu li wassal it-tagħlim veru b'għaqal ta' Ragħaj qaddis.", "Imma x'inhi l-Evanġelizzazzjoni?", "Li niltaqgħu aħna ma' Kristu u li nlaqqgħu lill-oħrajn ma' Kristu.", "Kważi erbgħin sena ilu fl-Enċiklika", "Evanġelii Nuntiandi", "(No. 22) il-Qaddis Papa Pawlu VI kiteb hekk:", "'Ma tista' ssir l-ebda evanġelizzazzjoni jekk l-isem, it-tagħlim, il-ħajja, il-wegħdiet, is-saltna u l-misteru ta' Ġesù ta' Nazaret, l-iben t'Alla, ma jkunux imxandrin.'", "Il-Papa emeritu Benedittu XVI darba qal:", "'Huwa biss meta niltaqgħu ma' Alla l-ħaj fi Kristu li nsiru nafu l-ħajja x'inhi!'", "Il-Papa San Girgor il-Kbir fil-Prologu tat-Tielet Ktieb tar-Regola Pastorali miktuba għall-isqfijiet tal-knisja fix-xogħol tagħhom ta' rgħajja tal-erwieħ jagħtina formola importanti ta' kif għandha ssir l-Evenġelizzazzjoni.", "Jikteb hekk:", "'Għalhekk kull għalliem, sa biex jibni lil kulħadd bil-virtù waħda tal-karità, għandu jmiss il-qlub ta' dawk li jisimgħuh b'tagħlim wieħed, duttrina waħda, imma mhux bl-istess eżortazzjoni'.", "Kemm rgħajja qaddisa bagħtilna l-Mulej!", "Kemm jibqa' jħenn għalina biex forsi ma nintilfux!", "Kemm jibagħtilna nies f'ħajjitna li jkunu bħal anġli viżibli li bil-kliem u bl-għemil tagħhom jiddireġuna biex ngħixu kif irid Alla minna, minkejja t-taqlib u d-dlamijiet li dejjem se jiċċirkondawna fid-dinja.", "Le, mhux kulħadd jitħassar u jinġarr mal-kurrent tal-mod kif tgħix il-maġġoranza.", "Le, mhux kulħadd jaqbad it-triq il-wiesa' li tagħti għat-telfien.", "Xi ftit nies qalbiena, bit-talb li jagħtihom dak id-dawl tal-Ispirtu s-Santu u dak il-għerf li jiġi għand min irid jgħix l-għaqal tal-ġusti, jagħrfu jaqbdu t-triq id-dejqa li twassal għas-salvazzjoni.", "Mhux biss!", "Dawn jiddedikaw ħajjithom, l-enerġija tagħhom u kull ma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jippruvaw juru t-triq id-dejqa, li hi dik l-inqas popolari, lil ħuthom il-bnedmin.", "Dawn jagħmluha b'att ta' karità kbira u ġieli b'ħafna tbatija u oppożizjoni, anki minn dawk li sippost tistenna li se jappoġġjawk!", "Kristu hu r-ragħaj it-tajjeb li ta ħajtu għan-nagħaġ tiegħu u għoġbu jqiegħed fil-Knisja tiegħu rgħajja qaddisin bħala eżempju tat-tjieba u l-imħabba tiegħu; ejjew nitolbuh jibqa' juri l-ħniena tiegħu magħna b'rgħajja bħalhom.", "Huwa l-Mulej nnifsu li għadu jaqdi l-uffiċċju ta' ragħaj spiritwali permezz ta' dawk li jqiegħed f'Ismu fuq il-merħla tiegħu; ejjew nitolbuh biex iżommna dejjem fit-triq it-tajba taħt il-ħarsien tal-mexxejja tagħna.", "Bil-qaddisin tiegħu, li f'idejhom jafda l-popli, Hu jurina lilu nnifsu bħala t-tabib tar-ruħ u tal-ġisem; ejjew nitolbuh biex ikompli fina bla heda l-ministeru tal-ħajja u l-qdusija.", "Huwa Hu li jipprovdi bnedmin qaddisa biex jirgħu l-merħla Tiegħu bl-għaqal u bl-imħabba; ejjew nitolbuh biex ixerred id-doni tiegħu fuq ir-rgħajja spiritwali tagħna f'dawn il-gżejjer biex jagħrfu jqaddsuna.", "Talba", ":", "O Alla, Dawl u Ragħaj ta' dawk li jemmnu, Inti tibni l-Knisja tiegħek bid-don tal-Ispirtu u l-ministeru tar-rgħajja qaddisa, agħtina nitolbuk, li aħna u niċċelebraw bil-ferħ it-tifkira tal-isqof San Benvenuto Scotivoli, li nkunu xhieda tal-fidi li kien jgħallem bil-ħajja u bid-diskors u biex nimxu fit-triq li hu ħallielna bl-eżempju ta' ħajtu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=1745", "Alternative Reading:", "http://www.santiebeati.it/dettaglio/46450", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Benvenutus_Scotivoli", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6ad267', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-2-3-23-san-turibju-ta-mongrovejo/", "title": "23 ta' Marzu: San Turibju ta' Mongrovejo", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Turibju ta' Mongrovejo", "\"Iż-żmien mhux tagħna.", "Għandna nagħtu kont tiegħu bir-reqqa.\" –", "San Turibju ta' Mongrovejo", "SAN TURIBJU TA' MONGROVEJO", "Isqof", "1538 – 1606", "Tagħrif:", "San Turibju twieled f'Majorga, Spanja, fl-1538, minn familja nobbli, u kellu edukazzjoni soda.", "Studja fl-Università ta' Salamanka, u baqa' sakemm laħaq professur tal-liġi.", "Fl-1575, ir-Re Filippu II, ħatru Prim Imħallef fil-qorti ta' l-Inkwiżizzjoni ta' Granada u Gran Inkwiżitur ta' Spanja.", "Fl-1580, meta l-Arċidjoċesi ta' Lima sfat battala, ġie deċiż li Turibju li kien bniedem ta' karattru sod u ta' ħajja edifikanti, kien l-iktar persuna addattata biex timla l-post.", "Għalhekk, għalkemm kien lajk, u kontra x-xewqa tiegħu, ġie magħżul biex ikun l-Arċisqof tad-djoċesi ta' Lima li kienet tinfirex fuq medda ta' 640 km fuq il-kosta tal-Peru li kien taħt il-ħakma tal-Ispanjoli.", "Hekk ġie ordnat saċerdot u kkonsagrat Isqof, u fl-1581 mar il-Peru u beda l-ħidma tiegħu ta' Arċisqof ta' Lima.", "Sa mill-bidu nett, l-Arċisqof Turibju ikkonfronta lill-Ispanjoli li kienu qed jimmaltrattaw lill-Peruvjani, u beda jaħdem bla serħan fost in-nies tiegħu li fil-maġġoranza tagħhom kienu foqra u għadhom lura.", "Huwa tgħallem il-lingwa tagħhom, u beda jżur kull rokna tad-Djoċesi, jitkellem ma' kulħadd, jikkonverti u jgħammed ħafna minnhom.", "Fil-25 sena li dam Arċisqof, waqqaf ħafna knejjes, monasteri u sptarijiet, u fl-1591, bena l-ewwel Seminarju fil-kontinent Amerikan, f'Lima.", "Jgħidu li San Turibju għamel il-Griżma tal-Isqof lil Santa Roża ta' Lima, lil San Martin ta' Porres, lil San Ġwann Massias u lil San Franġisk Solano.", "Turibju baqa' jaħdem sa mewtu, li ġrat fl-eta' ta' 68 sena fit-Tramuntana ta' Lima waqt li kien jagħmel żjara pastorali.", "Kien t-23 ta' Marzu tal-1606.", "Kien iddikjarat qaddis fl-1726.", "Ħsieb", ":", "San Turibju tant kien igawdi fama tajba li ntbagħat biex isib rimedju għall-iskandli tal-kleru u tal-lajċi li kienu jfixklu l-konverżjoni tal-Perú.", "Hu ma riedx jaċċetta dik il-kariga: difatti hu kkwota l-kanoni kollha li kienu jipprojbixxu l-għoti ta' dinjitajiet ekkleżjastiċi lil-lajċi, imma kien kollu ta' xejn.", "Turibju kien ordnat saċerdot u isqof u mibgħut il-Perú fejn sab il-kolonjaliżmu fl-agħar forma tiegħu.", "Għal 25 sena li ġew wara, Turibju ddedika l-enerġija kollha tiegħu għas-servizz tal-merħla tiegħu.", "Hu kien min-naħa għall-oħra jivjaġġa d-djoċesi kollha tiegħu bil-mixi, jesponi lilu nnifsu għall-klima taħraq (tikwi), annimali selvaġġi, mard tropikali, u perikli oħra biex jirriforma l-kleru u jgħallem il-poplu fil-fidi.", "L-isforzi tiegħu għall-Knisja u għall-foqra kienu spiss jiġu mgħawġin min-nies fis-setgħa, iżda s-sodizza u l-paċenzja tal-qaddis kienu fl-aħħar jirbħu.", "Il-Mulej tabilħaqq jikteb dritt fuq il-linji mgħawġin li ħafna drabi nagħmlulu aħna l-bnedmin.", "Minkejja li kontra qalbu, Turibju sar ragħaj Nisrani għal ħafna nies foqra u oppressi.", "Alla tah ir-rigal li jħobb lill-oħrajn bil-mod kif kien jeħtieġu.", "Imma din mhijiex biss l-esperjenza ta' Turibju.", "Lilna wkoll il-Mulej jagħtina kontinwament ir-rigal tal-preżenza tal-oħrajn fil-ħajja tagħna u, minkejja li bħal San Turibju ta' Mongrovejo, nippruvaw inġibu diversi skużi, xorta jibqa' l-fatt li aħna l-insara msejħa biex inkunu ta' dawl għal ħaddieħor.", "Ħafna drabi fil-ħajja tagħna nħossuna li m'aħna kapaċi għal xejn.", "Minkejja li nippruvaw u nixtiequ ngħixu ħajja tajba, xorta naqgħu; bid-dnubiet, b'attitudnijiet, bil-kliem li ngħidu...", "IMMA Ġesù għandu fiduċja fina u rridu nħalluh jaħkimna.", "Ħalli lil Ġesù jirkeb miegħek fid-dgħajsa tiegħek; fil-ħajja tiegħek li hija mimlija.", "Li tkun nisrani mhux lussu u privileġġ (Papa Franġisku).", "Li tkun nisrani mhux kumdità (Madre Tereża).", "Li tkun nisrani mhux faċli.", "Hawn min qed jgħix il-Kristjaneżmu mhux biss fil-kumdità imma f'apatija.", "Importanti li nqumu fuq saqajna.", "Inti konvint li fl-ambjent tiegħek sa tħalli ftit togħma u tkun ta' dawl għall-oħrajn?", "B'nofs ta' kelma tista' tkun ta' kuraġġ, faraġ u ta' dawl għal ħaddieħor, imma qed tagħmlu dan jew qed tibqa' sieket?", "Ġesù huwa d-dawl veru li għandu bżonn il-bniedem biex ixerred dan id-Dawl.", "Fejn qed insibuh u kif qed nużawh dan id-dawl?", "\"Intom\" qal Ġesù; jiġifieri aħna lkoll irridu nkunu dan id-dawl.", "Meta wieħed jgħix il-fidi, se jkollu d-dubji u t-tentazzjonijiet.", "Jekk ma nemmnux ma jkollnix, għax kollox jkun qisu xejn m'hu xejn.", "Kristu tana l-qawwa u ma nistgħux ma nużawhiex.", "Irridu nħallu togħma tajba fil-familja, fuq il-post tax-xogħol u ma niddejqux ma nibżgħux inqumu kontra l-ħażen.", "Hekk għamel San Turibju ta' Mongrovejo u hekk imsejħa biex nagħmlu aħna lkoll li nistqarru li aħna nsara mhux tal-isem biss.", "Talba", ":", "O Alla, int kabbart il-Knisja tiegħek bil-ħidma appostolika ta' l-isqof Turibju u bil-ħeġġa tiegħu għall-verità; agħmel li l-poplu ikkonsagrat lilek jikber dejjem iżjed fil-fidi u l-qdusija.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-turibius-of-mongrovejo.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-turibius-of-mogrovejo/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Turibius_of_Mogrovejo", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6b3764', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-9-19-san-guzepp-ir-ragel-tal-vergni-mqaddsa-marija/", "title": "19 ta' Marzu: San Ġużepp (Ir-raġel tal-Verġni Mqaddsa Marija)", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġużepp (Ir-raġel tal-Verġni Mqaddsa Marija)", "\"Alla għamilni qisni missier is-sultan u sid daru kollha; Għollieni, biex isalva l-ħafna popli.", "Il-Mulej jgħinni u jħarisni; hu sar is-salvazzjoni tiegħi.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġużepp (Sirak 51:2-3)", "SAN ĠUŻEPP", "Ir-raġel tal-Verġni Mqaddsa Marija", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "San Ġużepp, kien min-nisel tas-Sultan David, u kien daqsxejn ta' ħaddiem bis-sengħa ta' mastrudaxxa, f'Nazaret.", "Dan il-bniedem umli, twajjeb u qaddis kellu responsabbiltà mill-akbar fdata f'idejh, jew aħjar ġie mogħti lilu privileġġ uniku, dak li jieħu ħsieb il-Madonna u 'l Ġesù.", "San Ġużepp, l-għarus tal-Madonna, kien magħżul minn Alla biex ikun il-Missier putattiv tal-Iben t'Alla magħmul bniedem.", "L-evanġelji jagħtuna ftit tagħrif fuq dan il-qaddis, imma jfaħħruh biżżejjed meta jsejħulu \"bniedem ġust\" li fil-lingwaġġ bibliku jfisser \"imżejjen b'kull virtù.\"", "Tradizzjoni qadima li żammet l-għeruq tgħid li hu kien xiħ ħafna meta żżewweġ lil Marija.", "Din jidher li kellha l-iskop biex tenfasizza t-tnissil verġinali ta' Ġesù, imma fil-fatt m'għandniex naħsbu li San Ġużepp kien xiħ meta żżewweġ lil Marija.", "Meta seħħet it-tħabbira tal-anġlu, Marija kienet diġà mgħarrsa ma' San Ġużepp.", "Imma hi ma għarrfitu xejn b'dak li kien seħħ fiha u ħalliet lil Alla jaħdem hu.", "Meta Ġużeppi ntebaħ li Marija saret omm, hu ħaseb li jitlaqha bil-moħbi, imma l-anġlu tal-Mulej għarraf ukoll lil Ġużeppi li dak li seħħ f'Marija kien sar bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu:", "\"Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu lil Marija b'martek, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.\"", "(Mattew 1:18).", "L-anġlu qallu wkoll li hu kellu jagħtih l-isem ta' Ġesù.", "Imbagħad Ġużeppi ħa għandu lil Marija.", "San Ġużepp assista lill-Madonna fit-twelid ta' Binha.", "Tmint ijiem wara, ħa ħsieb li t-Tifel ikun ċirkonċiż, u semmieh Ġesù kif kien amarlu l-anġlu.", "Erbgħin jum wara t-twelid tat-Tarbija, mar fit-tempju ta' Ġerusalemm flimkien mal-Madonna, biex jippreżentaw lit-Tarbija lil Alla, skont il-Liġi ta' Mosè.", "Xhur sew wara, fuq twissija mill-anġlu, ħa 'l Marija u 'l Ġesù u telaq bihom minn Betlem lejn l-Eġittu fejn baqa' sakemm miet is-Sultan Erodi li ried joqtol lit-tarbija Ġesù.", "Meta darba Ġesù, tifel ta' tnax-il sena, intilef, San Ġużepp baqa' ma' Marija jfittxuh sakemm sabuh.", "Bla dubju San Ġużepp miet qabel il-passjoni ta' Ġesù, għax kieku Ġesù ma kienx ser jafda lil ommu f'idejn San Ġwann.", "B'misteru tal-providenza d-devozzjoni lejn San Ġużepp ma xterditx kmieni fil-Knisja, iżda kienet riservata għal żmienna, għalkemm ħafna qaddisin, bħal San Bernard ta' Clairvaux, faħħru l-virtujiet u l-privileġġi tiegħu.", "Fis-seklu ħmistax il-Franġiskan San Bernardinu ta' Siena xerred il-qima lejh, iżda kienet Santa Tereża ta' Avila li għamlitu popolari billi kitbet fuqu fl-awtobijografija tagħha:", "\"Lill-qaddisin oħra, Alla tahom il-grazzja li jgħinu lill-bnedmin f'xi ħtieġa speċjali, iżda lil dan il-qaddis glorjuż, jien naf b'esperjenza, Alla tah il-grazzja li jgħinna f'kollox.\"", "Il-Papa Ġwanni XXIII daħħal l-isem ta' San Ġużepp fil-Kanoni Ruman, poġġa l-Konċilju Vatikan II taħt il-patroċinju tiegħu u qal: \"San Ġużepp jgħallimna nobdu, inżommu s-silenzju, nitkellmu meta jinħtieġ, b'moderazzjoni u ħlewwa.\"", "Fi żmienna d-devozzjoni lejn dan il-qaddis hi mxerrda ħafna, anki fostna.", "F'Malta d-devozzjoni lejh inbdiet fir-Rabat fejn hemm l-arċikonfraternità ddedikata lil dan il-qaddis kbir.", "San Ġużepp hu l-patrun tal-Knisja Kattolika u ta' diversi pajjiżi u organizzazzjonijiet.", "B'mod speċjali hu protettur tal-ħaddiema.", "Jidher ċar li miet qabel ma Ġesù ta bidu għall-ħajja tiegħu pubblika, bla dubju ta' xejn assistit minn Ġesù u minn Marija.", "U għalhekk il-Knisja għarfitu bħala protettur tal-agonizzanti u tal-moribondi.", "Il-qima lejh hija ferm qadima fil-Lvant, speċjalment fl-Eġittu.", "Imma fil-Punent l-ewwel knisja ddedikata lilu nbniet f'Bolonja, fis-sena 1129, waqt li kien il-papa Franġiskan Konventwal li daħħal il-festa tiegħu fil-Kalendarju Universali fl-1474.", "Fl-aħħarnett, il-Beatu Papa Piju IX, nhar it-8 ta' Diċembru, 1870, ħatru bħala l-Patrun Universali tal-Knisja kollha.", "Il-Papa Leone XIII mar joħroġ enċiklika l-aktar sabiħa dwaru fl-1893.", "Il-Papa Piju XII fl-1955, waqqaf il-festa tiegħu ta' \"San Ġużepp Ħaddiem\" għall-1 ta' Mejju, bħala l-patrun u l-mudell tal-ħaddiema.", "Famuż fost tant knejjes ta' San Ġużepp, is-Santwarju tiegħu f'Montreal fil-Kanada, imwaqqaf minn Sant'Andrè Bessette, li kien Brother Kanadiż tas-Salib Imqaddes, biex jagħti qima lill-qaddis bħala l-patrun speċjali tal-Kanada.", "U naturalment jeżistu diversi kongregazzjonijiet ta' patrijiet u ta' sorijiet iddedikati lill-Patrijarka ta' Nazaret, fosthom il-Patrijiet Ġużeppini ta' San Leonardu Murialdo u s-Sorijiet ta' San Ġużepp tal-Apparizzjoni ta' Sant'Emilja De Vialar (li ġiet Malta fl-1842).", "U ma ninsewx il-qaddisin ta' ordnijiet reliġjużi oħra, li tant xerrdu d-devozzjoni lejn San Ġużepp, bħall-Benedittini, Ċisterċensi, San Bernard, id-Dumnikan San Vinċenz Ferreri, il-Franġiskan San Bernardinu ta' Siena, il-Karmelitana Santa Tereża ta' Ġesù u San Luiġi Guanella, li waqqaf is-santwarju ta' 'San Giuseppe al Trionfal' ġewwa Ruma.", "Anki l-Beatu Nazju Falzon kien devot kbir ta' San Ġużepp.", "San Ġwann Battista De La Salle għażlu bħala l-patrun speċjali tal-istitut tiegħu, u ħalla bil-miktub li l-Brothers jitħeġġu biex inisslu fit-tfal, devozzjoni dejjiema lejn San Ġużepp mudell tal-missirijiet.", "Filwaqt li San Ġużepp huwa l-mudell perfett ta' dawk li huma responsabbli tal-edukazzjoni tat-tfal.", "San Ġwann Battista De La Salle ried li l-Brothers kuljum jgħidu l-Litanija ta' San Ġużepp.", "Ħsieb", ":", "Qari mid-Diskorsi ta' San Bernardinu ta' Siena, saċerdot, dwar San Ġużepp, bit-titlu 'Missier putattiv u għassies fidil.'", "\"Kull darba li Alla jagħti grazzja speċjali lil xi anġlu jew bniedem, huwa jimxi skont regola ġenerali, li hija din: li meta hu jogħġbu jagħżel lil xi ħadd għal dik il-grazzja speċjali, jew għal xi stat għoli, huwa jagħti l-kariżmi kollha meħtieġa u li l-iżjed jixirqu lil dik il-persuna magħżula u lill-uffiċċju tagħha.", "Dan tabilħaqq ġara l-iżjed f'San Ġużepp, il-missier putattiv ta' Sidna Ġesù Kristu u l-għarus veru tas-Sultana tad-dinja u Sidt l-anġli.", "Il-Missier etern għażlu biex ikun missier putattiv u għassies fidil li jieħu ħsieb l-aqwa fost it-teżori tiegħu, jiġifieri Ibnu u l-Għarusa tiegħu: u hu qeda dan l-uffiċċju b'fedeltà mill-akbar.", "Għalhekk qallu l-Mulej: Qaddej tajjeb u fidil, idħol fl-hena ta' Sidek.", "Jekk inti xxebbaħ lil Ġużeppi mal-Knisja kollha ta' Kristu, forsi hu m'huwiex dak ir-raġel magħżul u speċjali li, bih u taħtu, Kristu daħal fid-dinja b'mod xieraq u kif imiss?", "Jekk mela l-Knisja Mqaddsa kollha hija midjuna lejn l-Omm Verġni, għax permezz tagħha stħaqqilha tilqa' lil Kristu, żgur li, wara Marija, hija għandha trodd ħajr u tagħti ġieħ speċjali lil Ġużeppi.", "Permezz ta' Ġużeppi ngħalaq it-testment il-qadim, hekk li l-ġieħ tal-patrijarki u l-profeti kiseb il-frott imwiegħed.", "Għax tassew, hu waħdu ħa fil-ġisem lil dak li Alla kien wiegħed lilhom.", "Meta kien fid-dinja, Kristu ta lil Ġużeppi dik l-imħabba, il-qima u l-ogħla ġieħ li iben jista' jagħti lil missieru.", "Għalhekk ma hemm ebda dubju li issa fis-sema wkoll jagħtih din ix-xhieda, anzi jkattarhielu sal-milja kollha tagħha.", "Mela mhux ta' xejn li l-Mulej jgħidlu: Idħol fl-hena ta' Sidek.", "Għalkemm l-hena tal-ħajja ta' dejjem jidħol fil-qalb tal-bniedem u jimlieha, iżda l-Mulej aktar għażel li jgħidlu: Idħol fl-hena, biex donnu jfissirlu b'mod mistiku li dan l-hena mhux biss jinsab ġewwa fih, imma qiegħed idawwru minn kullimkien u jixorbu fih, u jgħattih kollu kemm hu qisu baħar bla qjies.", "Mela ftakar fina, o mqaddes Ġużeppi, u, bl-għajnuna tat-talb tiegħek, idħol għalina quddiem l-Iben putattiv tiegħek; iżda xerred ukoll fuqna t-tjieba tal-Verġni mqaddsa, għarusa tiegħek, l-Omm ta' Kristu.\"", "San Ġużepp hu l-qaddis tas-skiet: ħaġa li ma tantx tmur tajjeb għal żminijietna, għall-ħajja mgħaġġla u mqallba tagħna.", "Hu l-qaddis tas-skiet u xempju għal ħafna; il-patrun tal-ħajja interjuri, il-ħajja tar-ruħ magħquda ma' Alla fil-qadi ta' dmirijietna ta' kuljum.", "U int, kemm tgħożż is-skiet li jgħinek tingħaqad ma' Alla fit-talb, tirrifletti fuq l-għeġubijiet tiegħu mal-bnedmin u taqdi d-doveri tiegħek bla ftaħir u b'mod umli?", "Tagħraf li int ukoll imsejjaħ biex tieħu ħsieb ta' Ġesù u Marija, billi tgħix ta' persuna ġusta fis-saltna tagħhom tad-Dawl u l-Ġustizzja?", "Kif qed tgħin biex issaħħaħ u tipproteġi l-fidi Nisranija mill-Erodjani ta' żminijietna?", "Qiegħed tirsisti almenu bit-talb, biex dawk l-Insara li tbegħdu mill-Knisja jerġgħu jinstabu Fiha kif Ġużeppi u Marija, wara ħafna taħbit u qsim ta' qalb, sabu lil Ġesù fit-tempju?", "Għandek devozzjoni vera lejn dan il-qaddis kbir?", "Iddur lejh fit-talb biex hu b'segħtetu jidħol għalik fi ħtiġijietek, l-aktar dawk tar-ruħ?", "Talba", ":", "O Mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b'tama qawwija nsejħu l-patronċinju tiegħek, wara dak tal-Għarusa Mqaddsa tiegħek.", "Mela f'ġieħ dik ir-rabta għażiża ta' mħabba li biha kont marbut max-xebba bla tebgħa, omm Alla, u f'ġieħ dik l-imħabba ta' missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b'demmu, u bis-setgħa u bil-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.", "Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f'din l-art għall-Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta' Ġesù Kristu.", "Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, din il-pesta ta' erruri u ta' ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja.", "Ieqaf magħna mis-smewwiet, f'din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, o protettur qawwi tagħna.", "U kif darba ħlist mill-mewt lill-Bambin Ġesù, hekk issa ddefendi l-Knisja Mqaddsa t'Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm.", "Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l-patronċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bil-għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l-hena ta' dejjem ġewwa l-ġenna.", "Ammen.", "(Talba popolari lil San Ġużepp)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-joseph.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-joseph-husband-of-mary/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Joseph", "Film of Saint Joseph:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei mill-fuljett Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed6e38a7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-4-14-santa-matilde/", "title": "14 ta' Marzu: Santa Matilde", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Matilde", "\"Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta' Alla.\" –", "Ġesù f'Mark 10:23.", "SANTA MATILDE", "Reġina", "895 – 968", "Tagħrif:", "Matilde (bl-Ingliż Maud) ingħad dwarha li kienet ir-reġina ideali għal nazzjon Nisrani.", "Isimha bil-Ġermaniż jfisser \"qawwija fit-taqbida\".", "Hija kienet bint il-Konti Teodoriku tas-Sassonja u twieldet qrib is-sena 895.", "Minn ċkunitha rċeviet l-edukazzjoni tagħha minn nannitha, jisimha wkoll Matilde, li kienet badessa fil-monasteru tal-kanonikessi ta' Herford, fejn daħlet wara li romlot.", "Hawn Matilde tgħallmet ir-rakkmu, u kisbet imħabba għax-xogħol, għat-talb u għall-qari spiritwali.", "Baqgħet fil-monasteru sakemm il-ġenituri tagħha żewġuha, fis-sena 913, lil Enriku l-Kaċċatur.", "Enriku sar duka wara l-mewt ta' missieru, u fid-919, laħaq ukoll re tal-Ġermanja.", "Bħala reġina, Matilde kienet xempju ta' virtujiet Insara; kienet iżżur u tfarraġ lill-morda u lill-imnikktin, tgħallem, tgħin lill-ħabsin, u tħabrek ukoll biex il-ħżiena jbiddlu ħajjithom.", "Żewġha kien ukoll jingħaqad magħha f'dawn l-opri tajba.", "Hija kellha b'kollox ħames ulied: tlieta subien u żewġt ibniet.", "Fost dawn insemmu lill-futur imperator, Otto I il-Kbir; lil Ġerbera, li żżewġet lir-re Lwiġi IV ta' Franza; l-arċisqof qaddis ta' Cologne, Bruno; u Enriku mlaqqam \"il-ġellied\", li kellu jikkuntenta li jsir duka tal-Bavarja.", "Wara ftit li romlot, Matilde warrbet kull xorta ta' vanità, u ngħatat aktar għall-opri ta' għajnuna għall-fqar.", "Ħasbet ukoll biex qrib il-qabar ta' żewġha, fi Queslinberg, tibni kunvent tas-sorijiet li baqgħet tieħu ħsiebu għal tletin sena.", "Ir-Re Enriku miet wara li saltan għal sittax-il sena.", "Kienet ix-xewqa tal-mejjet li ibnu l-kbir Otto jinħatar bħala re warajh.", "Imma Matilde għażlet lil binha l-fustani Enriku u ġie nkurunat re fit-8 ta' Awwissu, 936.", "Santa Matilde mietet ta' 73 sena fl-14 ta' Marzu, 968 fi Queslinberg, u kienet midfuna ħdejn żewġha fil-kappella tal-kastell.", "Kienet magħrufa bħala mara ta' tjubija tal-għaġeb u reġina qaddisa.", "Hija Patruna tal-ommijiet li uliedhom jiddiżappuntawhom.", "Ħsieb", ":", "Matilde kellha ssofri ħafna għall-iżball li għamlet, għax iż-żewġ uliedha Enriku, u aktar Otto, għaddewha minn persekuzzjoni twila u ħarxa.", "Kienu wkoll jeħduha kontra tagħha għax, qalu, li kienet idejha wisq miftuħa fil-karitajiet tagħha.", "Hija bil-moħbi kienet tirsisti ħafna biex tgħin lill-foqra fil-postijiet remoti tal-pajjiż, u bniet anke skejjel biex tgħinhom fl-edukazzjoni.", "Kollox ingħatalna b'rigal.", "Kollox huwa providenza ta' Alla.", "Issa Alla ma jipprovdix għal ftit b'ammonti kbar u għal ħafna b'ammonti żgħar, m'għandux preferenzi u ma jħarisx lejn l-uċuħ.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li l-provvisti li għandna fuq din id-dinja biex il-bniedem jgħix b'dinjità, huma ta' kulħadd u fl-istess ħin m'huma ta' ħadd.", "Aħna lil Alla ngħidulu 'Missierna', 'Missier Ġust', 'Missier Ħanin' li ħalaqna sforz l-imħabba u tana d-dinja biex nieħdu ħsiebha ħalli minnha jkollna l-għejxien.", "Il-Malti jgħid: '", "Jinħabbu bħall-aħwa.", "' Issa jekk tassew ninħabbu bħall-aħwa, għandna nippruvaw inqassmu l-ġid tal-art bejn kulħadd b'mod ġust, kulħadd skont il-ħtieġa ta' kull wieħed.", "Ġesù nnifsu qal ċar u tond li \"Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta' Alla!\"", "(Mark 10:23).", "Għaliex?", "Għax ġeneralment min għandu ħafna ġid materjali, xorta mhux kuntent u dejjem irid aktar u aktar.", "Meta fl-aħħar ta' ħajtu jintebaħ li kien għani quddiem il-bnedmin imma fqir quddiem Alla għax ma jkun investa xejn fil-Bank tas-Sema, ġieli jkun tard wisq!", "Imma dan mhux il-każ ta' din ir-reġina twajba Santa Matilde.", "Fil-każ tagħha, il-grazzja ta' Alla għarfitha taqsam ġidha, jew aħjar dak li ġie provdut, ma' dawk li magħhom kienet qed issir ġustizzja, ma' dawk li kellhom bosta bżonnijiet u ma setgħux jgħixu b'dinjità.", "B'dan il-mod, għalkemm mhux mifhuma u ppersegwitatha minn uliedha stess, din ir-Reġina għaqlija ħażnet teżor fis-sema u huwa propju hemm li llum issaltan qrib ir-Re Etern li hija ħabbet b'qalbha kollha.", "U int, idejk miftuħa biex tgħin lil dawk fil-bżonn mill-providenza li għandek u li inti ssejħilha tiegħek?", "Tara lil kulħadd bħala ħuk jew oħtok, ulied l-istess Missierna li hu fis-Smewwiet, hekk li tittratta lil kulħadd b'dinjità għax huwa/hija iben/bint Alla bħalek?", "Lest/a li tiġi mwarrab/a u ppersegwitat/a għax tagħmel dak li hu sewwa u ġust quddiem Alla?", "Talba", ":", "Mulej, Santa Matilde kienet reġina twajba li mexxiet is-saltna tagħha b'għaqal kbir u b'ġenerożità lejn dawk li kienu jeħtieġu l-aktar għajnuna, bit-talb tagħha għalina, agħtina mexxejja tajba u għaqlin kullimkien fid-dinja, li jagħrfu jqassmu b'mod ġust il-ġid tal-pajjiżi biex jittaffew il-problemi tal-faqar, tal-mard, tal-vizzji, tal-qagħad, u ta' kull ħaġa oħra li tnaqqas id-dinjità tagħna l-bnedmin, ulied Alla l-Missier.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-matilda.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-matilda-177", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Matilda_of_Ringelheim", "March 14 – Saint Matilda on Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/Khu1hu88NF336uSkcMDy34faG", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7a6dfe', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-3-13-santa-ewfrasja/", "title": "13 ta' Marzu: Santa Ewfrasja", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ewfrasja", "\"Billi ġa tajt ruħi lil Kristu, ma nistax nonqos mill-kelma li tajtu u niżżewweġ bniedem mortali.\" –", "Santa Ewfrasja kitbet dan il-kliem lill-Imperatur Teodosju meta dan talabha tmur lura fil-qorti, għax ried iżewwiġha lil senatur żagħżugħ.", "SANTA EWFRASJA", "Verġni", "380 – 410", "Tagħrif:", "Santa Ewfrasja verġni, kienet bint waħdiena ta' Ewfrasja u ta' Antigonu, senatur ta' Konstantinopli.", "Missierha miet ftit wara twelidha, u ommha kkonsagrat 'l Alla l-bqija ta' ħajjitha.", "Biex twettaq dan il-ħsieb, ħalliet il-belt kapitali u ma' bintha ta' seba' snin marret l-Eġittu , fejn għammret f'wieħed mill-oqsma art li kellha hemm, ħdejn kunvent tas-sorijiet, li tagħhom hi addottat l-għamla ta' ħajja qalila.", "L-eżempju tal-omm qanqal fiċ-ċkejkna x-xewqa li tidħol mas-sorijiet, u ommha fdatha f'idejn is-superjura, sabiex tħarriġha fil-ħajja axxetika.", "Ewfrasja issa qabdet iktar bil-ħeġġa minn qabel it-triq tal-perfezzjoni, u saret għal ħutha s-sorijiet mudell ta' umiltà, tjubija u karità.", "Kull tentazzjoni li kellha kienet tmur tistqarrha lis-superjuri, sabiex b'dan l-att ta' umiljazzjoni, tkeċċiha.", "Mietet ta' xi tletin sena.", "San Ġwann Damaxxenu jsemmiha fit-tielet taħdita tiegħu dwar ix-xbihat sagri.", "Ħsieb", ":", "Bħala tislima ta' firda, qabel ma Ewfrasja daħlet mas-sorijiet, ommha offrietha 'l Ġesù:", "\"Mulejja Ġesù, ilqa' din it-tifla taħt il-protezzjoni tiegħek.", "Lilek biss hi tħobb u tfittex.\"", "Ħallietha, u ħarġet mill-monasteru bid-dmugħ f'għajnejha.", "Ftit wara ħassha ħażin u tat l-aħħar parir lil bintha:", "\"Ibża' minn Alla, u aqdi lil ħutek bl-umiltà kollha.", "Kun umli u fqira fl-art, sabiex tkun sinjura fis-sema.\"", "Wara l-mewt ta' ommha l-Imperatur Teodosju talabha tiġi lura fil-qorti, għax ried iżewwiġha lil senatur żagħżugħ.", "Iżda hi kitbitlu:", "\"Billi ġa tajt ruħi lil Kristu, ma nistax nonqos mill-kelma li tajtu u niżżewweġ bniedem mortali.\"", "Talbitu wkoll biex iqassam il-ġid tagħha kollu lill-fqar u lill-istituti tal-karità.", "Meta l-imperatur qara l-ittra ħariġlu d-dmugħ u s-senaturi qalulu:", "\"Hi bint denja ta' Antigonu, li jiġi minnek, u nisel qaddis ta' siġra qaddisa.\"", "Il-kliem iqanqal imma l-eżemplu jkaxkar.", "Il-bint ħadet minn ommha it-tagħlim u l-eżempju.", "L-omm għaqlija, rawmet lil bintha Ewfrasja biex tgħix din il-ħajja bi preparazzjoni kontinwa għal li jmiss.", "Il-ħajja li jmiss, hija eterna u għalhekk min hu għaqli u jaf jagħmel il-kontijiet sew, jirrealizza li dawn l-erbat ijiem li għandna hawn jgħaddu bħal leħħa ta' berqa, imma l-eternita', imqabbla maż-żmien t'hawn, hi l-vera ħajja li tibqa' għal dejjem.", "Dejjem jaqblilna, għalhekk, li bħal din l-omm u bintha u tant u tant irġiel u nisa li aħna nsejħulhom 'qaddisin' ngħixu hawn bil-għaqal ħalli mbagħad ikollna ħajja tal-akbar kwalita' u glorja għal dejjem ta' dejjem!", "U int, tgħodd ruħek man-nies għaqlin?", "Kemm qed tinvesti fil-ħajja li jmiss li hi l-veru ħajja li ma tintemm qatt?", "Qiegħed/qiegħda tgħin, tħeġġeġ u tagħmel minn kollox biex tara li l-oħrajn madwarek, speċjalment dawk l-aktar qrib tiegħek, huma wkoll jinvestu fil-ħajja eterna?", "Meta se jasal it-tmiem ta' din id-dinja ma nafux imma t-tmiem ta' ħajjitna jista' jasal minn mument għall-ieħor, bla avviż ta' xejn.", "Se jsibek preparat/a biżżejjed biex tidħol tgawdiH għal dejjem fil-ġenna?", "Talba", ":", "O Alla ta' min iħobboK fuq kollox, bl-eżempju ta' ħajjitha, Santa Ewfrasja tgħallimna ma naħżnux għalina teżori f'din l-art imma biss fis-Sema, fejn jibqgħu miżmuma għalina u jagħtuna post ta' ġieħ la naslu għandeK, agħtina dan l-għerf u din l-attitudni tal-qalb biex aħna wkoll ngħixu b'mod li jogħġob lileK ħalli magħha, niġu ngawduK meta ssejħilna għal għandeK.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-euphrasia.html", "Alternative Reading:", "http://www.sainteuphrasia.com/home/inner/10", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Euphrasia_Eluvathingal", "Film on Blessed Euphrasia:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7a6015', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-8-18-san-cirillu-ta-gerusalemm/", "title": "18 ta' Marzu: San Ċirillu ta' Ġerusalemm", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ċirillu ta' Ġerusalemm", "\"Il-bnedmin bil-għaqal ikollhom fuqhom dija bħal dik tas-sema, u dawk li jkunu wasslu 'l ħafna fis-sewwa jkunu jiddu bħall-kwiekeb għal dejjem ta' dejjem.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ċirillu ta' Ġerusalemm (Danjel 12:3).", "SAN ĊIRILLU TA' ĠERUSALEMM", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "315 – 386", "Tagħrif:", "San Ċirillu twieled fis-sena 315 minn ġenituri nsara, u ġie edukat f'Ġerusalemm.", "Ġie ordnat saċerdot minn San Massimu, l-Isqof ta' Ġerusalemm.", "Kienet l-għaxqa tiegħu jgħallem u jipprepara l-katekumeni għall-magħmudija.", "Meta San Massimu miet, Ċirillu laħaq floku fis-sena 349, fi żmien meta l-Knisja kellha tħabbat wiċċha bil-kbir ma' l-ereżija ta' Arju, li Ċirillu kkumbatta b'ħiltu kollha.", "Fis-sena 357, ġie mkeċċi minn Ġerusalemm minn Akaċju, l-Arċisqof Metropolitan ta' Ċesarija li kien Arjan, u mar f'Tarsus.", "Iżda sentejn wara, il-Kunsill ta' Selewkja ġabu lura f'Ġerusalemm.", "Fis-sena 360, Akaċju reġa' keċċieh bl-għajnuna tal-Imperatur Kostanzu, iżda sena wara ġie msejjaħ lura mill-Imperatur Ġuljanu (li 'l quddiem ġie msejjaħ l-\"Apostata\"), li kien laħaq flok Kostanzu.", "San Ċirillu ra l-attentat ta' Ġuljanu l-Apostata jisfaxxa fix-xejn meta bi sfida għall-kliem ta' Ġesù ried jerġa' jibni t-tempju ta' Ġerusalemm.", "Għat-tielet darba, Ċirillu ġie mkeċċi minn Ġerusalemm.", "Din id-darba mill-Imperatur Arjan Valent fis-sena 367.", "Ħdax-il sena wara, ġie msejjaħ lura mill-Imperatur Teodosju, fejn baqa' sakemm miet fil-paċi, tmien snin wara, fit-18 ta' Marzu, 386.", "Fis-sena 381, attenda l-Konċilju ta' Kostantinopli, fejn aċċetta l-verżjoni sħiħa tal-Kredu ta' Niċea.", "Ħsieb", ":", "Ċirillu jidher li twieled fi żmien meta kien qed jibda żmien ġdid għall-insara għax Kostantinu l-Kbir ta l-libertà lill-Knisja.", "Hekk kif sar saċerdot, l-isqof tiegħu Massimu tah l-inkarigu li jipprietka fir-Randan lil dawk li qed jitħejjew għall-magħmudija, u fi żmien il-Għid lil dawk li jkunu tgħammdu ġodda.", "Huwa qeda dan id-dmir b'effett kbir, mhux tant mill-elokwenza tiegħu daqskemm mill-eżempju billi ħajtu kienet taqbel perfettament ma' dak li kien jipprietka.", "Ċirillu kellu dik il-ħabta madwar 34 sena.", "Hu kellu jġarrab ħafna persekuzzjonijiet minħabba li kien difensur qalbieni tat-twemmin kattoliku kif definit mill-Konċilju ta' Niċea (325), kontra l-Arjani li kienu jiċħdu d-divinità ta' Kristu.", "Ċirillu kien imkeċċi mis-sede ta' Ġerusalemm minn Akaċju, isqof Arjan ta' Ċesarea, li kien jgħid li kellu ġurisdizzjoni fuq Ġerusalemm.", "Dan Akaċju laqqa' sinodu Arjan biex jikkundanna lil Ċirillu fuq il-pretest li dan l-isqof qaddis kien biegħ oġġetti tal-Knisja biex jgħin lill-foqra bil-ġuħ; imma fil-verità kkundannah għax kien jopponi l-Arjaniżmu.", "Fis-sena ta' wara (379), il-Konċilju ta' Antjokja bagħat lil San Girgor ta' Nissa fil-Palestina biex jinvestiga akkużi li qalgħu kontra San Ċirillu, fosthom li hu ma kienx ordnat isqof b'mod regolari u li hu ma kienx konformi mal-Konċilju ta' Niċea.", "San Girgor ta' Nissa, wara eżami bir-reqqa, irraporta lura lill-Konċilju li s-sede ta' Ġerusalemm kienet imħabbta mill-partiti u l-Arjaniżmu, imma l-fidi tagħha u dik ta' Ċirillu kienu ortodossi (jiġifieri jaqblu mal-fidi vera kattolika).", "San Ċirillu għex ħajja ta' sofferenzi għall-kawża tas-sewwa.", "Hu kkalkolat li dan l-isqof qaddis għamel b'kollox sittax-il sena fl-eżilju.", "San Ċirillu ta' Ġerusalemm huwa l-awtur tal-famuż Catecheses, sensiela profonda, u fl-istess ħin sempliċi, ta' erbgħa u għoxrin prietka fuq il-Kredu, il-Missierna u s-sagramenti tal-Għid.", "Din l-opra kitibha meta hu kien għadu sempliċi saċerdot, għall-ħabta tas-sena 347.", "Din tiegħu hija waħda mill-opri l-aktar prezzjużi tal-antikità.", "U int, tibqa' sod/soda fit-twemmin tiegħek meta tiġi affaċċjat ma' kull xorta ta' kuntrarju, meta jwarrbuk u jikkundannawk inġustament?", "Tpoġġi t-tama tiegħek kollha f'Alla f'kull mument ta' ħajtek?", "Kemm tirsisti biex tibqa' xxandar is-sewwa bla biża' bil-kliem, forsi bil-kitba, imma b'mod speċjali bl-eżempju ta' ħajtek?", "Talba", ":", "O Alla, permezz tal-isqof San Ċirillu inti tajt għajnuna tal-għaġeb lill-Knisja tiegħek biex tifhem aħjar il-misteru tas-salvazzjoni; agħmel li, bit-talb tiegħu, aħna nagħrfu dejjem iżjed lil Ibnek biex ikollna l-ħajja bil-kotra.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-cyril-of-jerusalem.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-cyril-of-jerusalem/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Cyril_of_Jerusalem", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-Ħsieb hu huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7a93e1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-6-16-beatu-torello/", "title": "16 ta' Marzu: Beatu Torello", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Torello", "\"Qallu Ġesù: \"Tassew, ngħidlek, li dal-lejl, qabel ma jidden is-serduk, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.\" –", "Mattew 26:34", "BEATU TORELLO", "Eremit", "1202 – 1282", "Tagħrif:", "Torello twieled qrib l-1202 f'Poppi, raħal fuq ix-xmara Arno, fit-Toskana, l-Italja.", "Imrobbi sewwa minn missieru Paolo, hu għadda tfulitu ta' Nisrani tajjeb f'raħal twelidu.", "Imma, ftit wara l-mewt ta' missieru, ħajtu nbidlet għal kollox.", "Għamilha ma' kumpanija ħażina, u Torello għoġbitu l-kumpanija tagħhom, u beda jgħix ħajja mtajra bħalhom.", "Ġara li darba, waqt li kien barra jilgħab, serduk ittajjar għal ħdejh, qagħad fuq driegħ Torello, u idden b'leħen qawwi għal tliet darbiet.", "Torello tbikkem, ma kompliex il-logħba u telaq minn fejn kien.", "Waħħal f'rasu li dak li għamel is-serduk ma ġarax b'kumbinazzjoni, u ħadu bħala twissija kif darba l-Appostlu Pietru kien imwissi fuq l-iżbalji tiegħu mit-tiddin ta' serduk.", "Fehem li l-mod ta' ħajja li fiha kien qed jgħix kien qed ibiegħdu minn Alla.", "Malajr Torello mar fl-abbazija San Fidele tal-Benedittini Vallambrosani, tkellem mal-abbati li għenu biex jagħmel qrara tajba.", "Imbagħad mar isib post kwiet qalb is-siġar u għadda diversi ġranet jitlob.", "Fl-aħħar qatagħha li jsir eremita.", "Lura f'Poppi, hu biegħ il-proprjetà tiegħu, u minn dak li daħħal, żamm biss ftit flus biex seta' jixtri ftit art f'Avellaneto.", "Hemm hu bena daqsxejn ta' kamra fejn seta' jgħaddi l-bqija ta' ħajtu.", "Hu kien ikabbar il-ħxejjex li kellu bżonn għall-għajxien u jieħu l-ilma minn nixxiegħa.", "Kien jitlob u jaħqar lil ġismu, u jorqod mhux aktar minn tliet sigħat billejl.", "Torello fehem li Alla ried minnu li jgħix ħajja ta' eremit.", "Matul ħajtu biss ftit nies kienu jafu bih.", "Il-kult lejh kien konfermat mill-Papa Benedittu XIV.", "Huwa l-patrun tal-belt ta' Forlì.", "Kemm il-Franġiskani, kif ukoll il-Vallambrosani, jgħodduh bħala wieħed minnhom, imma jidher li hu kien oblata Benedittin Vallambrosan.", "Il-Beatu miet fis-16 ta' Marzu tal-1282, meta kellu 80 sena.", "Ħsieb", ":", "Ħelwa tassew l-istorja tas-serduk jidden fil-ħajja ta' dan il-Beatu.", "Huwa fehem li dan ma ġarax b'kumbinazzjoni imma l-għaġir tas-serduk kien ikkumbinat mal-pjan ta' Alla biex hu jġibu f'sensieh.", "U int kemm temmen li Alla għandu l-modi tiegħu kif isemmgħalna leħnu u jurina x'jixtieq minn għandna?", "Tassew li għal min jemmen, xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni.", "Kollox għandu skop preċiż.", "Kull avveniment, Alla jista' jdawru għall-ġid tagħna.", "Kemm temmen li Alla għandu dan il-pjan ta' mħabba għalik, minkejja li dan ma jfissirx li se jkollok ħajja komda u bla tbatija?", "Ġesù wkoll, kien jaf li l-passjoni tiegħu ma kinetx xi ġrajja li kienet se sseħħ b'kumbinazzjoni, lanqas ma kienet se tkun xi deċiżjoni meħuda mill-bnedmin.", "Kienet fil-pjan t'Alla.", "Ġesù ttella' quddiem il-ġustizzja tal-bnedmin, imma l-\"kalċi\" kien ġej mingħand Alla.", "Ġesù jgħallimna li l-Missier għandu pjan ta' mħabba għal kull wieħed u waħda minna.", "Hu jħobbna bi mħabba personali u, jekk aħna nemmnu f'din l-imħabba, jekk inwieġbu bi mħabbitna għaliha, minn kull ġrajja li ngħaddu minnha, Hu se joħroġ il-ġid.", "Għal Ġesù xejn ma ġara b'kumbinazzjoni, lanqas il-passjoni u l-mewt Tiegħu.", "Wara li seħħ dan kollu, Hu Rxoxta.", "L-eżempju li tana Ġesù Rxoxt għandu jdawlilna ħajjitna.", "Kulma jasal fuqna, kulma jiġri, kulma hemm madwarna, kif ukoll kull ħaġa li ġġiegħilna nbatu, għandna nitgħallmu naqrawha bħala rieda t'Alla li jħobbna jew bħala xi ħaġa li jippermettiha Hu.", "Imbagħad kollox jibda jagħmel sens f'ħajjitna, kollox ikun jiswa, anki dawk l-affarijiet li meta jiġru ma nifhmuhomx jew narawhom bla sens, anki dawk li, bħalma ġralu Ġesù, jistgħu jitfgħuna f'dieqa tal-mewt.", "Ikun biżżejjed li, flimkien miegħu, nagħrfu ntennu, b'fiduċja sħiħa fl-imħabba tal-Missier:", "\"Mhux li rrid jien, imma li trid int.\"", "Hu jrid li aħna ngħixu, li nirringrazzjawh bil-ferħ għad-doni li jagħtina fil-ħajja tagħna.", "Imma xi drabi din ma tkunx kif ħsibnieha aħna.", "Il-ħajja mhijiex li tirrassenja ruħek quddiem id-diffikultajiet, l-aktar meta tgħaddi minn mumenti ta' tbatija.", "Lanqas ma hi sensiela ta' azzjonijiet monotoni mifruxa tul ħajjitna hawn fl-art.", "Ir-rieda t'Alla hi l-leħen tiegħu li l-ħin kollu jkellimna u jistedinna, hi l-mod kif hu jfisser imħabbtu, biex jagħtina l-milja tal-Ħajja.", "Lanqas il-provi jew it-tbatijiet m'għandhom ibeżżgħuna.", "Jekk bl-għajnuna ta' Ġesù nagħrfu r-rieda t'Alla fit-tbatijiet u l-provi, jiġifieri l-imħabba tiegħu għalina, dawn m'għandhomx ibeżżgħuna.", "U int, kemm qed tafda f'kollox lill-Mulej u sserraħ rasek Bih, li Hu għad iwasslek biex tgawdiH?", "Talba", ":", "O Alla Ħanin, int ma tridx li aħna nispiċċaw fit-telfien ta' dejjem, għalhekk qatt ma tieqaf issejħilna lura għal għandek.", "Nitolbuk, bl-interċessjoni tal-Beatu Torello, biex bħalu ma nibqgħux aljenati, imma nagħrfu nisimgħu l-vuċi tiegħek f'kull ċirkustanza tal-ħajja tagħna u nagħmlu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex inwarbu minna dak li ma jogħġbokx, u ngħixu ħajja ta' qdusija kif trid minna Int.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.roman-catholic-saints.com/blessed-torello-of-poppi.html", "Alternative Reading:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/blessed-torello.html", "or", "http://hagiomajor.blogspot.com/2013/03/march-16-feast-of-blessed-torello-of.html", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7a4e7b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-2-12-beata-angela-salawa/", "title": "12 ta' Marzu: Beata Anġela Salawa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Anġela Salawa", "\"Jien ngħix skont ir-rieda tiegħek, immut meta inti trid; salvani għaliex inti tista'!\" –", "Beata Anġela Salawa", "BEATA ANĠELA SALAWA", "Lajka", "1881 – 1922", "Tagħrif:", "Anġela Salawa twieldet f'familja reliġjuża ġewwa Siepraw, qrib Krakovja, il-Polonja, fid-9 ta' Settembru, 1881.", "Missierha kien jismu Bartlomiej u ommha kienet jisimha Ewa, u kienet il-ħdax-il wild tal-familja.", "Kienet debboli ħafna u ta' saħħa dgħajfa.", "Fl-1897, marret toqgħod ma' oħtha ikbar minnha fi Krakovja u hemm bdiet taħdem ta' seftura, fid-djar tas-sinjuri.", "Damet għal xi għoxrin sena f'dan ix-xogħol.", "Sadanittant kienet tiġbor it-tfajliet u tħarriġhom għal dan is-servizz.", "Fl-1913, saret lajka tal-Ordni Franġiskan.", "Fl-ewwel Gwerra Dinjija, kienet tgħin lill-priġunieri kollha, mingħajr kas ta' x'nazzjonalità huma jew x'reliġjon iħaddnu.", "Kienet wkoll tiġri fl-isptarijiet u ddur bis-suldati feruti u tqatta' ħinijiet twal tikkurahom.", "Fl-1917, is-saħħa dgħajfa tagħha ma ppermettitilhiex tagħmel iżjed dan l-appostolat.", "Qabditha marda u damet issofri, fi tbatija kbira, għal ħames snin.", "Fid-djarju tagħha kitbet \"", "Jien ngħix skont ir-rieda tiegħek, immut meta inti trid; salvani għaliex inti tista'!", "\" Darba oħra kitbet: \"", "Għażiż Ġesù, nixtieqek tkun adorat kif inti kont distrutt.\"", "Hija mietet fit-12 ta' Marzu, 1922.", "Mietet fil-faqar, iżda b'fama ta' qaddisa.", "Il-Qaddis Papa Ġwann Pawlu II, ibbeatifikaha fl-1991, fi Krakovja.", "Ħsieb", ":", "L-umiltà qatt m'għandha tiġi mifhuma bħala nuqqas ta' konvinzjoni, perspettiva jew enerġija.", "Anġela ġabet l-Aħbar it-Tajba u l-assistenza materjali lil xi wħud miċ-ċkejknin tal-Mulej.", "Il-ħajja ta' servizz u sagrifiċċji personali tagħha, ispiraw lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess.", "Insibu f'Mattew 25:34-36 40, li Ġesù jgħidilna hekk:", "\"Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu, 'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja.", "Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.'", "Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.\"", "Żgur li meta l-Beata Anġela Salawa għaddiet minn din il-ħajja għall-oħra, is-Sultan Divin qallha:", "\"Ejja, imbierka minn Missieri, ħu b'wirt tiegħek is-Saltna, għax Jien kont marid u ġejt tarani ...\"", "Kemm hu nobbli x-xogħol tal-infermiera, tat-tobba, u ta' dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur.", "Hija tassew vokazzjoni jew missjoni li wieħed idur bil-marid.", "Il-marid hu vulnerabbli, jeħtieġ il-kura mhux biss ta' ġismu, mhux biss tal-istat psikoloġiku li jkun fih imma fuq kollox tar-ruħ għax mingħajr Alla, iċ-ċans hu li wieħed jiddispra.", "Din li ġejja hija silta minn omelija tat-12 ta' Frar, 2017, tal-Isqof t'Għawdex Mario Grech fl-okkażjoni ta' Jum il-Morda:", "\"Meta llum qegħdin niċċelebraw Jum il-Morda, niftakru li l-marid qatt ma huwa piż, u l-familja u s-soċjetà huma fid-dmir li joffrulu l-kura ordinarja biex ma jbatix u jfiq.", "Tal-mistħija li hemm min bla kuxjenza jagħmel sfruttament finanzjarju mill-morda.", "Min-naħa l-oħra, nafu li ġieli jkun hemm pazjenti fl-isptarijiet li jkollhom qalbhom imtaqqla, mhux minħabba l-mard li jkollhom imma għax iħossuhom abbandunati jew sfruttati wkoll mill-familja u minn qrabathom.", "Fil-Vanġelu hemm diversi ġrajjiet li juruna kemm Ġesù kellu qalb li tħoss għall-marid u kien jaġixxi biex itaffi kull għamla ta' tbatija.", "Illum ukoll Ġesù għadu qrib tal-marid.", "Ħafna drabi Alla jinqeda bina l-bnedmin, anki b'dawk li ma jemmnux jew għandhom id-dubji tal-fidi, biex idewwaq imħabbtu lill-morda.", "Dan jgħodd partikularment għal dawk li jaqdu fil-professjoni medika u b'ħidmiet oħra fl-isptarijiet.\"", "U inti, tmur iżżur lill-morda biex tagħmlilhom kuraġġ u turihom li qiegħed/qiegħda hemm għalihom?", "Tara lil Ġesù fil-marid hekk li tasal biex iddur bih/biha bil-qalb akkost ta' kull sagrifiċċju personali?", "Titlob għall-morda, b'mod speċjali għal dawk li għadhom m'aċċettawx is-salib tal-mard tagħhom u għalhekk jinsabu konfużi u bla paċi f'qalbhom?", "Jekk inti marid/a inti stess, tagħraf li din tiegħek hija rikkezza, hekk li jekk tgħaqqad tbatijietek ma' dawk ta' Ġesù fuq is-Salib, dawn iservu għas-salvazzjoni ta' ruħek u ta' erwieħ oħra?", "Talba", ":", "O Mulej Alla, li tfejjaq u li tfarraġ, Int żejjint lill-Beata Anġela Salawa bi spirtu ta' qadi lejn il-morda u s-suldati feruti u minkejja n-nuqqas ta' saħħa personali tagħha, hija tat servizz kollu mħabba lil ħafna pazjenti; agħtina l-kuraġġ biex induru bil-morda ta' żminijietna u qatt ma narawhom bħala piż, anzi nifhmu li Int tinsab moħbi fil-persuna ta' kull wieħed u waħda minnhom, għalhekk kull ma nagħmlu magħhom, inkunu qed nagħmluh miegħeK.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/blessed-angela-salawa.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/blessed-angela-salawa/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Angela_Salawa", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7a722d', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-5-15-santa-lwiza-de-marillac/", "title": "15 ta' Marzu: Santa Lwiża de Marillac", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Lwiża de Marillac", "\"Ħudu ħsieb aqduhom lill-fqar.", "Ħobbuhom lill-fqar; weġġhuhom, uliedi, kif kontu tweġġhu lil Kristu nnifsu.\" –", "Santa Lwiża de Marillac", "SANTA LWIŻA DE MARILLAC", "1591 – 1660", "Tagħrif:", "Twieldet fi Franza nhar Santa Marija tal-1591, minn familja magħrufa ħafna f'Pariġi.", "Ommha mititilha meta kienet għadha żgħira u rabbitha zija li kienet reliġjuża f'Poissy.", "Ta' 16-il sena ħasset sejħa qawwija biex tidħol soru Kapuċċina, imma l-konfessur ma kienx tal-idea.", "Fl-1613, iżżewġet lil Antoine Le Gras li kien segretarju tal-familji de' Medici u minnu kellha iben.", "Bil-kunsens ta' żewġha, hi kienet tgħaddi l-ħin liberu tagħha f'ħidma ta' karità fost il-fqar ta' Pariġi.", "Fl-1619, iltaqgħet ma' San Franġisk de Sales u San Vinċenz de Paule.", "Meta miet żewġha, fl-1625, u ħallieha b'tifel li nikkitha ħafna, il-qaddisa poġġiet lilha nnifisha totalment taħt id-direzzjoni ta' San Vinċenz de Paule, u ddedikat l-enerġija kollha tagħha biex tieħu ħsieb id-diversi konfraternitajiet tal-karità mwaqqfin mill-qaddis, bħala għajnuna għall-foqra ta' Pariġi.", "Hi bdiet ukoll torganizza korsijiet regulari għat-tfajliet żgħażagħ tal-kampanja fil-kura personali tal-fqar morda.", "Dan jista' jitqies bħala l-bidu tas-Sorijiet tal-Karità.", "Ix-xogħol dedikat tagħhom ħalla frott abbundanti kif jidhru mill-fatt li fl-ewwel sena biss tal-ħidma tagħhom kellhom 760 konverżjoni minn fost il-Luterani u l-Kalvanisti.", "Is-sorijiet bdew jieħdu ħsieb it-tagħlim reliġjuż u sekulari tat-tfal foqra, bdew djar għall-anzjani, il-morda u n-nies b'diżabbiltajiet, fiżiċi u mentali.", "Fuq talba tar-reġina ta' hemm, li qabel kienet Dama tal-Karità, xi sorijiet marru l-Polonja u hemm ħadu ħsieb itaffu t-tbatijiet tas-suldati feruti, u bdew jissejħu \"l-anġli tal-kamp tal-battalja.\"", "Qabel ma mietu San Vinċenz de Paule u Santa Lwiża de Marillac, kien hemm diġà 40 dar fi Franza.", "Illum ilaħħqu aktar minn 4,000 dar u xi 40,000 soru mxerrdin mad-dinja kollha.", "Santa Lwiża de Marillac mietet fil-15 ta' Marzu tal-1660, ta' 69 sena.", "Fuq is-sodda tal-mewt qalet lis-sorijiet tagħha: \"", "Ħudu ħsieb aqduhom lill-fqar.", "Ħobbuhom lill-fqar; weġġhuhom, uliedi, kif kontu tweġġhu lil Kristu nnifsu.", "\"", "Santa Lwiża de Marrillac iddikjaraha qaddisa Piju XI, fl-1934.", "Ħsieb", ":", "Meta Santa Lwiża de Marillac bdiet torganizza korsijiet regulari għat-tfajliet, fil-kura personali tal-fqar morda, dan jista' jitqies bħala l-bidu tas-Sorijiet tal-Karità.", "Il-ħidma tas-sorijiet kienet meħtieġa ħafna fil-kerrejja u l-isptarijiet, imma f'dak iż-żmien kienet ħaġa li qatt ma nstemgħet li s-sorijiet ma jkunux magħluqin fil-klawsura.", "San Vinċenz de Paule ried li:", "l-klawsura tagħhom tkun il-biża' ta' Alla,", "il-velu tagħhom il-modestja,", "il-kappella tagħhom il-knisja parrokjali,", "kamra mikrija ċ-ċella tagħhom, u", "l-opri ta' karità l-uffiċċju divin tagħhom.", "Bħala libsa, is-sorijiet addottaw libsa kaħla/griża u b'kappell wiesa' tal-għażel abjad.", "Illum, din l-ordni, qed tkompli tgħin lill-morda u l-anzjani u tipprovdi kenn għall-orfni.", "Ħafna mill-membri tagħha huma ħaddiema soċjali li jaħdmu taħt il-patroċinju ta' Santa Lwiża de Marillac.", "Mill-bqija, aħna lkoll għandna nkunu konċernati dwar il-bżonnijiet ta' dawk l-aktar żvantaġġati.", "Imma kemm qed nagħtu kas tan-nies foqra, b'nuqqas ta' saħħa, nies b'diżabbiltà, fiżika kif ukoll mentali?", "Kemm qed nirsistu biex dawn jgħixu bid-dinjità li tixraq lil kull bniedem?", "Fl-Omelija tal-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna fid-Dar tal-Providenza (1 ta' Marzu, 2015) is-Siġġiewi, jgħid hekk:", "\"Id-diżabbilità tista' taraha bħala limitu, tista' taraha wkoll bħala xi ħaġa li ma jistax ikollha s-sbuħija tagħha, xi ħaġa li tbegħdek, xi ħaġa li tinkwetak.", "F'din id-Dar, bl-ispirazzjoni tal-fundatur Dun Mikiel Azzopardi, bil-ġenerożità ta' ġenerazzjonijiet ta' Maltin u Għawdxin, id-diżabbilità ġiet trasfigurata u mibdula.", "Hawnhekk id-diżabbilità ma naħbuhiex, imma bil-karità, bl-għajnuna, bil-paċenzja, bl-imħabba, sitwazzjonjiet diffiċli jiġu trasfigurati u mibdula.", "Dawn jiġu mibdula b'xhieda tad-dinjità tal-bniedem li ma tistrieħx fuq l-intelliġenza tiegħu jew il-kapaċità li juża s-sensi kollha tiegħu, u lanqas ma tiċċaħħad minħabba l-limiti tiegħu.", "Id-dinjità tal-bniedem hija don ta' Alla li ħalaqna lkoll uliedu.", "Din id-Dar hija dar il-wens, dar il-kenn.", "Bl-isforzi ta' tant Maltin u Għawdxin, din id-Dar hija trasfigurata, hija mibdula kuljum f'art San Pawl, b'att ta' karità.", "Meta nkunu f'din id-Dar, nixtiequ nagħrfu li deħlin fid-dar fejn dak li hu mistkerrah għad-dinja, jiġi ttrasfigurat f'innu ta' mħabba u ta' karità.\"", "Ejjew ma nieqfux inkunu ta' providenza lejn dawk l-aktar fil-bżonn ta' aktar dinjità u mħabba.", "Jekk ma nistgħux inkunu hemm għalihom fiżikament, f'għajnuna konkreta u viżibbli, almenu ngħinhom bi flusna.", "Dawn id-djar jeħtieġu eluf ta' flus biex jitmexxew u jaqdu d-doveri tagħhom lejn ir-residenti.", "Ejjew nibqgħu nkunu ġens karitattiv, ulied veri ta' San Pawl li bil-fidi li għaddielna, wrienha kif insibu lil Kristu f'kull bniedem u naqduh minn qalbna u mill-aħjar li nistgħu.", "Talba", ":", "Għażiż Mulej, Santa Lwiża de Marillac għarfet lilek fil-batut, qdietek b'fedeltà u kienet ta' eżempju għal tant u tant persuni li għadhom sal-lum jimxu fuq il-passi tagħha.", "Għallimna nagħrfuk f'kull persuna li int tlaqqgħana magħha, ħalli aħna wkoll naqduk u nħobbuk kif jixraqlek tul ħajjitna kollha.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/way-of-life-wife-mother-widow-foundress.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-louise-de-marillac/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Louise_de_Marillac", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7a915d', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-7-17-san-patrizju/", "title": "17 ta' Marzu: San Patrizju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Patrizju", "\"Għad jiġu ħafna mil-lvant u mill-punent u joqogħdu fuq il-mejda ma' Abraham u ma' Iżakk u ma' Ġakobb fis-saltna tas-smewwiet.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Patrizju (Mattew 8:11)", "SAN PATRIZJU", "Isqof", "385 – 461", "Tagħrif:", "Dan l-appostlu tal-Irlanda twieled aktarx f'Wales madwar is-sena 385 f'Dunbarton, l-Iskozja, jew f'Cumberland, l-Ingilterra.", "Kien iben familja nisranija u ta' pożizzjoni soċjali aktarx għolja.", "Ġurnata waħda, meta kellu sittax-il sena, waqt li kien fir-razzett ta' missieru, ġie maqbud u mbagħad mibjugħ bħala lsir fl-Irlanda.", "Sitt snin wara ħarab, u raġa' lura lejn id-dar.", "Fis-sitt snin li dam fil-jasar huwa sar bniedem ta' Alla billi kien jitlob fit-tul waqt li kien jirgħa n-ngħaġ, u bil-lejl.", "Imnebbaħ minn Alla, Patrizju ħarab mill-jasar u rritorna d-dar.", "Iżda wara xi żmien, fil-ħolm kien jisma' l-ilħna tal-Irlandiżi jgħidulu: \"Ejja u erġa' imxi fostna.\"", "Sabiex iħejji ruħu għal din il-missjoni, Patrizju mar f'Auxerre (Franza) taħt id-direzzjoni tal-isqfijiet Amatore u Ġerman, u meta waslet l-aħbar tal-mewt ta' Palladju, li kien mar jevanġelizza l-Irlanda imma bi ftit suċċess, hu telaq biex jeħodlu postu wara li ġie kkonsagrat isqof.", "Madwar is-sena 432 (meta allura kellu madwar 43 sena) niżel l-art ma' sħabu ħdejn Wicklow.", "Il-missjoni tiegħu ħalliet frott kbir, speċjalment fil-provinċji ta' fuq tal-gżira.", "Hawn huwa kellu jikkumbatti l-paganiżmu, waqqaf għadd kbir ta' knejjes u ta kunventi, għalkemm kien imfixkel mhux ftit mis-saċerdoti saħħara pagani, imsejħin druwidi, li kienu jgħammru fil-boskijiet.", "Wara li għamel vjaġġ għal Ruma (c. 442), Patrizju waqqaf is-sedi tiegħu fil-belt ta' Armagh, li saret iċ-ċentru tal-missjonijiet tiegħu u aktar tard saret is-sedi primazjali tal-Irlanda kollha.", "Fil-belt ta' Naas, li kienet il-belt irjali ta' dawk iż-żminijiet, Patrizju għammed liż-żewġ ulied tar-re ta' Leinster.", "Minn hawn, huwa mar Munster, fejn għammed lil Aengus, iben ir-re.", "Minn fejn kien jgħaddi huwa kien jikkonverti lill-kapijiet, persważ li l-poplu kien jimxi warajhom.", "Il-qaddis kiteb ħajtu fil-qosor u semmieha Stqarrija.", "Huwa kien jirrifjuta li jaċċetta rigali u ddefenda lilu nnifsu kontra akkużi foloz.", "Kien promutur kbir tal-verġinità kkonsagrata u kellu konvinzjoni sħiħa tas-sejħa personali tiegħu għall-appostolat.", "Għal ħidmietu jixraqlu tassew it-titlu ta' Appostlu Nazzjonali tal-Irlanda", "San Patrizju miet fis-17 ta' Marzu, għall-ħabta tas-sena 461 meta kellu madwar 72 sena.", "Hu l-Patrun tal-Irlanda, u hu għall-Irlandiżi bħalma San Pawl hu għall-Maltin.", "Il-jum tal-festa tiegħu hu btala pubblika, u jinżamm hekk mhux biss fl-Irlanda, iżda kull fejn hemm komunitajiet Irlandiżi.", "Ħsieb", ":", "Dak li jiddistingwi lil San Patrizju huwa l-perseveranza fl-isforzi tiegħu.", "Meta wieħed jikkunsidra l-istat tal-Irlanda meta l-qaddis beda x-xogħol missjunarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-ħidmiet tiegħu, u kif iż-żerriegħa li tħawlet kompliet tikber u tirnexxi, wieħed jista' jammira x'tip ta' raġel kien San Patrizju.", "Il-qdusija ta' persuna hija magħrufa biss mill-frott tal-ħidma tiegħu jew tagħha.", "Nhar is-17 ta' Marzu ta' kull sena, tista' tgħid li d-dinja tinżebaħ ħadra – hekk kif tradizzjoni li bdiet fl-Irlanda u mxiet sakemm issa laħqet anke l-aktar irkejjen imbegħdin mill-pajjiż li fih bdiet.", "Dik li xi darba kienet festa reliġjuża għall-qaddis patrun tal-Irlanda – San Patrizju, illum saret ċelebrazzjoni tal-kultura Irlandiża, ċelebrazzjonijiet li ma jistgħux ma jkunux karatterizzati minn nies libsin l-aħdar, kpiepel u kostumi, u ovvjament, tazza jew tnejn tal-birra Irlandiża li l-kulur skur tagħha donnu sar kulur tradizzjonali ta' din il-festa wkoll.", "Jingħad li l-aħdar sar il-kulur assoċjat ma' din il-festa għaliex dan il-qaddis kien juża", "shamrock", "– pjanta bi tliet werqiet, sabiex jispjega it-trinità qaddisa lill-Irlandiżi Pagani.", "Għalkemm din hija festa pubblika fir-Repubblika tal-Irlanda u fl-Irlanda ta' Fuq, iċ-ċelebrazzjonijiet u l-parati ma jsirux hemm biss.", "New York, fil-fatt, għandha l-ikbar parata f'dan il-jum li ddum għaddejja 6 sigħat u li jieħdu sehem fiha sa 150,000 persuna.", "Barra minn hekk, monumenti famużi madwar id-dinja jinxtegħlu bl-aħdar f'dan il-jum – bħalma huma l-Piramidi ta' Giza, kif ukoll il-Kollossew f'Ruma.", "U hawn Malta?", "Bosta jiċċelebrawha f'lokalitajiet bħall-Furjana, Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Ikun hemm parata fil-Belt Valletta fi Triq ir-Reppubblika.", "Barra minn hekk, wara x-xogħol bosta jinġabru għal tazza birra jew tnejn fil-pubs favoriti tagħhom.", "Imma San Patrizju kuntent b'dawn iċ-ċerimonji pagani?", "Qiegħed jiġi onorat kif jixraqlu għat-taħbit tiegħu biex ixerred il-fidi nisranija?", "Xi jrid Alla minna propjament?", "Hu jgħid: \"Kunu qaddisin, għax qaddis jien.\" (1 Pietru 1, 15-16)", "Kemm qed ngħixu ta' qaddisin?", "Kemm qegħdin verament nimxu fuq il-passi tal-qaddisin li l-Knisja tpoġġilna bħala mudelli għall-ħajja tagħna nisranija?", "Qegħdin tassew insaħħu l-poplu Irlandiż u l-popli kollha fil-Fidi Nisranija, li għaliha San Patrizju u qaddisin oħra, ħadmu b'ħeġġa l-iktar kbira?", "Talba", ":", "O Alla, int għażilt lill-isqof San Patrizju biex ixandar il-glorja tiegħek lin-nies ta' l-Irlanda; għall-merti u t-talb tiegħu, agħtina li l-insara kollha jħabirku biex ixandru l-għeġubijiet tiegħek lill-bnedmin.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-patrick.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-patrick/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Patrick", "Film on Saint Patrick:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed7e201f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-6-6-santa-koletta-ta-corbie/", "title": "6 ta' Marzu: Santa Koletta ta' Corbie", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Koletta ta' Corbie", "\"Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier.", "U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta' Ibnu.", "Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha.\" ~", "Ġesu' fi Ġwanni 14:12-14", "SANTA KOLETTA TA' CORBIE", "Reliġjuża u Riformatriċi", "1381 – 1447", "Tagħrif:", "Santa Koletta Boilet tibqa' magħrufa bħala l-aktar waħda li ħabirket matul it-800 sena tal-istorja tal-Klarissi biex tiġi osservata r-regola tal-bidu, ir-regola li kitbet Santa Klara nnifisha.", "Nikoletta (kif kien isimha proprju) twieldet fi Franza fl-1381.", "Hi kienet tifla sabiħa, imma tant ma kien fiha xejn li kienu jaħsbu li se tmut ta' età ċkejkna.", "Billi niesha rawha tifla twajba, ħallewha libera biex tagħti ruħha għat-talb u għax-xogħol tad-dar.", "Ta' sbatax-il sena, Koletta tilfet lill-ġenituri tagħha u ġie inkarigat biex jieħu ħsiebha l-abbati ta' Corbie f'Picardy, fejn missierha kien mastrudaxxa.", "Inkitbet Terzjarja Franġiskana.", "F'inqas minn sentejn hija ppruvat tidħol mal-Begwini, mal-Benedittini u mal-Klarissi, imma ma rnexxilhiex.", "Billi xtaqet tgħaddi ħajja moħbija u fis-skiet hi bdiet tgħix bħala eremita f'post qrib il-knisja ta' Corbie.", "Minħabba l-ħajja qaddisa tagħha kienu jmorru ħafna jżuruha.", "Tul it-tliet snin li damet tgħix waħedha, hi kellha dehra ta' San Franġisk t'Assisi li fdalha x-xogħol li tagħti lura lis-sorijiet Klarissi l-mod ta' ħajja iebsa kif kienet fil-bidu.", "Meta Koletta bdiet il-ħidma tagħha, il-biċċa l-kbira tal-monasteri kienu qegħdin josservaw ir-regola li għamel il-Papa Urbanu IV, li kienet tippermetti lis-sorijiet li jkollhom dħul fiss ta' flus.", "Hija marret għand il-Papa Benedittu XIII.", "Dan emmen lil Koletta, iddispensaha milli tagħmel novizzjat, laqagħha mal-Klarissi u għamilha badessa ġenerali ta' kull monasteru li setgħet twaqqaf jew tirriforma.", "Hija kien għad kellha biss ħamsa u għoxrin sena.", "Fl-erbgħin sena ta' wara hija waqqfet mill-inqas sbatax-il dar u rriformat ħafna oħrajn, u kitbet kostituzzjonijiet hija stess.", "It-talb kien ir-rifda tagħha.", "Sikwit kienet titla' f'estasi wara t-tqarbin.", "Hija kienet tgħaddi l-ġurnata tal-Ġimgħa mehdija fuq il-passjoni ta' Kristu, bla ma tiekol jew tixrob.", "Kienet tgħid li l-aktar ħaġa li setgħet iġġegħelha ssofri kienet li tgħaddi ġurnata bla ma tbati xi ħaġa għal Alla.", "Kienet tikkonsulta wkoll qaddisin ta' żmienha bħal Ġovanna d'Arco, u Ġwanni Capistran.", "Id-dumnikan San Vinċens Ferreri, li flimkien miegħu ħadmet biex tintemm ix-'Xiżma tal-Punent', taha Kurċifiss bħala turija ta' apprezzament.", "Santa Koletta ta' Corbie mietet titlob għall-konverżjoni tal-midinbin, fl-età ta' 67 sena, nhar is-6 ta' Marzu, 1447.", "Hi ġiet ikkanonizzata mill-Papa Benedittin Piju VII, fl-1807.", "Il-fdal tagħha jinsab meqjum ġewwa urna mill-isbaħ fil-knisja tas-sorijiet tagħha ta' Poligny fi Franza.", "Hija l-Patruna ta' dawk li jixtiequ t-tfal u li jkollhom xi problemi fit-tqala.", "Ħsieb", ":", "Twieldet meta ommha kien diġa' kellha 60 sena, minkejja li l-omm talbet għal snin twal li jkollha iben.", "It-talba tagħha kif xtaqitha hi qatt ma seħħet.", "Ir-rieda ta' Alla kienet li l-wild ikun femminili.", "Billi t-talb tagħha kien indirizzat lejn l-interċessjoni ta' San Nikola ta' Bari, li kien meqjum ħafna f'dik l-epoka, ommha semmietha għall-qaddis, Koletta.", "Kienu jsejħulha Nikoletta fil-qosor Koletta f'ġieħ San Nikola minn Bari.", "Kienet soru eżemplari ħafna u ta' tjubija liema bħala hekk li Alla żejjinha b'doni kbar, bħalma kienu l-estasi, profeziji, qari tal-qlub u rivelazzjonijiet fuq erwieħ li kienu ħallew din id-dinja, saħansitra anke billi wetqet mirakli.", "Sa minn mindu kienet żgħira t-tfajla kienet tagħmel opri ta' karita' u penitenza.", "Kienet il-providenza divina li lluminat lil Koletta biex tirriforma l-ordni tal-Klarissi, liema riforma seħħet wara xi problemi u taħbit.", "Barra dan hija rnexxielha twaqqaf 17 -il kunvent ġdid biex fih iħaddnu nisa li riedu jgħixu l-ħajja konsagrata.", "Ta' min isemmi li s-soru kienet tkun ittentata ħafna waqt it-talb mix-xitan biex ma jħallihiex titlob u meta darba llamentat ma' Alla dwar dan, ix-xitan qalilha: \"Ieqaf mit-talb tiegħek għaliex it-talb tiegħek jaħqarna aktar milli aħna naħqru lilek.\"", "Il-Franġiskan Pietro de Vaux li kien jafha personalment u kien preżenti fil-mumenti tal-aħħar ta' ħajjitha jirrakkonta fost l-oħrajn li Koletta kellha dehriet anġeliċi li kienu jħarsuha mill-attakki tax-xitan.", "U int, tagħti eżempju tajjeb lil ta' madwarek?", "Tippersevera fit-talb anki jekk ix-xitan jagħtik bosta raġunijiet għalfejn għandek tieqaf?", "Kemm hi importanti għalik li mhux int biss tgħix tajjeb imma li ngħin u twassal lill-oħrajn b'kull mezz possibli biex jagħmlu l-istess?", "Talba", ":", "O Alla, int qanqalt lil Santa Koletta ta' Corbie bl-Ispirtu Qaddis tiegħek biex hija treġġa' lura fil-Knisja dik l-istil ta' ħajja li bdiet Santa Klara ta' Assisi snin qabel; agħmel li, aħna wkoll ngħixu ta' nsara awtentiċi billi nimxu fuq it-tagħlim tiegħek u tal-Knisja Kattolika li waqqaf Ibnek il-Għażiż.", "Bl-istess Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-colette.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-colette/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Colette_of_Corbie", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8dc734', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-9-9-santa-frangiska-rumana/", "title": "9 ta' Marzu: Santa Franġiska Rumana", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Franġiska Rumana", "\"Il-Mulej jgħid: Kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri, dak hu ħija u oħti u ommi", ".\" ~", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Franġiska Rumana", "SANTA FRANĠISKA RUMANA", "Armla u Reliġjuża", "1384 – 1440", "Tagħrif:", "Santa Franġiska twieldet fl-1384, fi Trastevere f'Ruma, għand familja sinjura.", "Kellha ħajra li ssir soru, iżda biex tobdi lill-ġenituri tagħha żżewġet ta' tlettax-il sena lil Lorenzo Ponziano, nobbli Ruman.", "Kien żwieġ feliċi li dam għal 40 sena, u kellhom żewġ subien u tifla.", "Franġiska, li minn dejjem kellha x-xewqa li tgħin lill-foqra, iltaqgħet mal-mara ta' ħu żewġha, Vannozza, li kellha l-istess ħajra, u flimkien, bil-barka ta' żwieġhom, bdew ħidma għal dawk li kienu fil-bżonn.", "Kienu ta' għajnuna kbira għal dawk li ġew milquta mill-epidemija tal-pesta li xterdet f'Ruma.", "Fl-1408, il-familja ta' żewġha ġiet ippersegwitata u mfaqqra mit-truppi ta' Ladislaw ta' Napli li kien qed jappoġġa lill-Antipapa Ġwanni XXIII.", "Fl-1410, Ladislaw raġa' invada Ruma, u mhux biss għamel straġi mill-propjetà tal-familja ta' Ponzjano, imma saħansitra immaltratta lil Lorenzo li baqa' jbati tul il-kumplament ta' ħajtu.", "Fl-1413, binha ż-żgħir miet kawża tal-pesta li kienet reġgħet ħakmet Ruma.", "Ftit wara bintha mietet ukoll.", "Fl-1414, binha l-kbir iżżewweġ, u l-mara li ħa kienet tiddisprezza lil Franġiska, iżda ma baqgħetx wara li mardet serjament u ġiet ikkurata minn Franġiska nnifisha.", "Franġiska fetħet parti minn darha bħala sptar.", "U fl-1426, billi xi nisa ngħaqdu magħha biex jgħinuha fix-xogħol li kienet qed tagħmel mal-morda, waqfet l-Oblati ta' Marija, komunità għan-nisa li ma kienu marbuta bl-ebda voti ħlief li joffru ruħhom għas-servizz ta' Alla u tal-foqra..", "Franġiska ma kinetx tgħix fil-komunita', iżda fid-dar tagħha ma' żewġha.", "Kienet tgħid:", "\"Il-mara miżżewġa għandha tħalli anki l-artal biex tħobb 'l Alla fil-qadi tad-dar.\"", "Wara l-mewt ta' żewġha (1436), marret bil-mixi titlob biex tidħol fil-monasteru ta' Tor di Specchi, imwaqqaf minnha.", "Laqgħuha bħala superjura, iżda dejjem fittxet is-servizzi l-aktar baxxi tad-dar.", "Meta binha marad marret tagħmillu żjara, iżda ħassha ħażin u mietet fil-jum li kienet ħabbret, id-9 ta' Marzu, 1440.", "Sa minn mewtha ġiet meqjuma mill-poplu ruman bħala qaddisa, u wara tliet proċessi (1440, 1443, 1451), il-Papa Pawlu V iddikjaraha uffiċjalment qaddisa fl-1608.", "Ġisimha difnuh fil-knisja ta' Santa Maria Nuova, fil-Foro Romano.", "Għaliha l-knisja l-lum tissejjaħ ta' Santa Francesca Romana.", "Ħsieb", ":", "Minkejja li għażlet li tiżżewweġ b'rispett lejn il-ġenituri tagħha, Franġiska Rumana baqgħet tħobb il-ġabra u tistmerr il-festi u l-laqgħat soċjali.", "Iż-żwieġ ħaditu bħala dmir, mhux bħala pjaċir jew sport.", "Għas-sejħa ta' żewġha kienet tħalli kollox, għax dik kienet il-prijorità ta' ħajjitha.", "Alla wrieha kemm togħġbu: darba kellha tħalli erba' darbiet il-bidu ta' Salm, u wara l-ħames darba sabet l-ewwel ittri miktubin bid-deheb.", "Il-mortifikazzjoni u l-penitenza tagħha kienu tabilħaqq straordinarji, kemm fl-ikel kemm fl-ilbies u bl-eżempju tagħha ġibdet warajha bosta sinjuri rumani minn ħajja ta' frugħa u ta' lussu u għaqqdithom f'assoċjazzjoni taħt it-tmexxija tal-patrijiet Benedettini ta' Santa Maria Nuova.", "Aktar tard iffurmaw il-kongregazzjoni tal-Oblati Benedittini ta' Tor di Specchi, approvata minn Ewġenju IV fl-1433.", "Il-membri kienu jgħixu ta' reliġjużi, iżda bla klawsura u bla voti, mogħtijin għat-talb u għall-opri tajba.", "Bil-kunsens ta' żewġha għamlet il-vot tal-kontinenza, u għamlet hekk progressi fil-ħajja kontemplattiva li saret waħda mill-mistiċi l-kbar tas-seklu ħmistax.", "Id-dehriet li kellha kienu spiss jieħdu għamla ta' drammi li fihom kienu jieħdu sehem persunaġġi tas-sema.", "Kienet ta' sikwit tara l-anġlu kustodju tagħha u titkellem miegħu.", "Kellha d-don tal-mirakli u tal-estasi, rivelazzjonijiet dwar il-purgatorju u l-infern, kif ukoll id-don li taqra l-qlub u li tara l-ġejjieni.", "Kienet magħrufa għall-umiltà u għad-distakk mid-dinja, għall-ubbidjenza u għall-paċenzja li biha sofriet it-turufnament ta' żewġha, il-priġunerija ta' binha Ġanpatist, il-mewt ta' wliedha u t-telfa tal-ġid li kellha.", "Kalma fost dawn id-diżgrazzji kienet ittenni l-kliem ta Ġob:", "\"Alla tani u Alla ħadli.", "Ikun dejjem imfaħħar l-isem t'Alla.\"", "U int, tagħraf li kull ma għandek huwa rigal mingħand Alla u li jekk dan ma jibqax tiegħek, m'għandekx toħodha bi kbira imma tkompli tafda f'Alla u jieħu ħsiebek Hu?", "Taqdi d-dmirijiet tiegħek sew skont l-istat tiegħek billi tpoġġi lill-membri tal-familja tiegħek u lil dawk taħt il-kura tiegħek fl-ewwel post qabel ma tinvolvi ruħek f'impenji oħra?", "Kemm tfittex li tgħix b'tali mod li dak li tgħid u tagħmel jiġbed l-attenzjoni ta' nies bħalek li forsi jsibu fik u fil-fidi tiegħek għajn għal ħajjithom hekk li forsi jibdew jimxu fuq l-eżempji tiegħek?", "Talba", ":", "O Alla, inti li tajtna lil Santa Franġiska Rumana bħala xempju tal-għaġeb, sew bħala mara miżżewġa, sew bħala reliġjuża; agħmel li aħna naqduk sa l-aħħar, billi, f'dak kollu li nsibu ruħna fih f'din il-ħajja, inżommu lilek quddiem għajnejna u nimxu warajK.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-frances-of-rome.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-frances-of-rome-415", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Frances_of_Rome", "Nota: It-Tagħrif u l-Ħsieb dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8b51de', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-7-7-santa-perpetwa-u-santa-felicita/", "title": "7 ta' Marzu: Santa Perpetwa u Santa Feliċita", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Perpetwa u Santa Feliċita", "\"Ibqgħu qawwija fil-fidi, u ħobbu lil xulxin.", "Tħallux is-sofferenzi jaqtgħulkom qalbkom\". ~", "Santa Perpetwa qalet dan il-kliem lil xi Nsara li rat meta kienet fl-arena.", "SANTA PERPETWA U SANTA FELIĊITA", "Martri tal-Ewwel Seklu", "? – 203", "Tagħrif:", "Santa Perpetwa kienet mara sinjura, edukata fl-aħjar skejjel, żagħżugħa ta' 22 sena, miżżewġa u kellha tarbija.", "Kienet mill-belt ta' Thuburbo, ftit 'l isfel minn Kartaġni, fl-Afrika ta' Fuq (illum it-Tuneżija).", "Santa Feliċita kienet ilsira, seftura ta' Perpetwa, u kienet qed tistenna tarbija, li fil-fatt welditha meta kienet il-ħabs, ftit ġranet qabel mietet.", "It-tnejn kienu qed iħejju ruħhom biex jitgħammdu, meta fil-persekuzzjoni ta' Settimu Severu, ġew arrestati u mitfugħin il-ħabs, flimkien mal-ilsiera Revokatu, Saturninu u Sekundulu, u wara wkoll il-Katekist Saturu.", "Missier Perpetwa riedha tiċħad il-Fidi biex issalva ħajjitha.", "Darba minnhom urietu vażett u qaltlu:", "\"Missier, qed tara dan il-vażett?", "Jista' dan ikun xi ħaġa oħra?", "Lanqas jien ma nista' nkun ħaġa oħra għajr nisranija\".", "Perpetwa u Feliċita kienu kkundannati għall-mewt, biex jittieklu mill-annimali selvaġġi fl-anfiteatru.", "It-trabi tagħhom ittieħdu u trabbew mill-Insara.", "Billi l-annimali selvaġġi ma messewhomx, ġew maqtula bix-xabla mill-gladjaturi, fis-7 ta' Marzu, 203.", "Isimhom insibuh fir-Raba' Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.", "Ħsieb", ":", "Ir-rakkont tal-martirju ta' Santa Perpetwa u Santa Feliċita u sħabhom, li seħħ f'Kartaġni (fl-Afrika ta' fuq) fis-sena 203 taħt l-Imperatur Severus hu wieħed mid-dokumenti awtentiċi l-aktar interessanti tal-Knisja tal-qedem.", "Permezz tiegħu waslitilna stampa ħajja tal-esperjenzi tagħhom kif ukoll tal-personalitajiet tagħhom.", "Fih hemm djarju ta' Perpetwa nnfisha, u paġna miktuba minn martri ieħor, u r-rakkont tal-għeluq minn xi ħadd li kien xhud ta' dak li kiteb, u li ħafna jaħsbu li kien Tertulljanu.", "Il-grupp ta' martri kienu ġew konvertiti għall-fidi nisranija minn sekular jismu Saturus, li ngħaqad magħhom minn rajh fil-ħabs li fih kienu mitfugħin talli ma ridux joffru sagrifiċċju lill-allat.", "Perpetwa tat 'il binha-tarbija lil missierha pagan biex jieħu ħsiebu, imma baqgħet sħiħa fil-fehma tagħha minkejja l-appelli ħerqana li għamlilha missierha.", "Feliċita bdiet titlob li tfittex twelled it-tarbija tagħha li ma tmurx titlef iċ-ċans tal-martirju.", "Meta bdiet tingħi bl-uġigħ tal-ħlas u suldat staqsieha: \"Mela kif se tissaporti l-uġigħ tal-martirju?\", hi pronta qaltlu:", "\"Bħalissa qiegħda nsofri jien; imma dak il-ħin (tal-martrirju) ħaddieħor ikun qed isofri hu minfloki.\"", "Hi welldet tifla fil-ħabs u baqgħet sħiħa fil-fehma tagħha anki meta ħadulha t-tarbija.", "Dak li kellu jagħti d-daqqa tal-mewt lil Perpetwa tant tqanqal mill-qawwa li wriet Perpetwa li hi nnifisha kellha tiggwidalu x-xabla tiegħu għal fuq għonqha.", "Il-martirju tagħhom sar magħruf mal-Knisja kollha – Santu Wistin ipprietka għall-ġieħ tagħhom mill-inqas tliet darbiet.", "L-ismijiet ta' Santa Perpetwa u Santa Feliċita jissemmew fil-kanoni Ruman tal-quddiesa.", "\"Ibqgħu qawwija fil-fidi, u ħobbu lil xulxin.", "Tħallux is-sofferenzi jaqtgħulkom qalbkom.\"", "Santa Perpetwa qalet dan il-kliem lil xi Nsara li rat meta kienet fl-arena u issa qed tgħidu lilna lkoll.", "Kemm qed inżommu sħiħ fil-fidi u nħobbu lil xulxin bla ma naqtgħu qalbna?", "Talba", ":", "O Kbir Alla, Int li għoġbok iżżejjen lil dawn iż-żewġ ommijiet żgħażagħ, Santa Perpetwa u Santa Feliċita b'fidi kbira u soda, li resqu lejn il-martirju b'kuraġġ kbir, agħmel li jkunu għalina ta' eżempju biex b'fidi qawwija jkunu xhieda għall-oħrajn fiż-żminijiet tal-lum, mod speċjali fost l-ommijiet u n-nisa.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-perpetua-and-st-felicity.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saints-perpetua-and-felicity/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Passion_of_Saint_Perpetua,_Saint_Felicitas,_and_their_Companions", "Nota: It-Tagħrif u l-Ħsieb dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8b6108', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-0-10-san-gwann-ogilvie/", "title": "10 ta' Marzu: San Ġwann Ogilvie", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Ogilvie", "\"Nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda.", "Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni\". ~", "Ġesù fi Ġwanni 17:21", "SAN ĠWANN OGILVIE", "Ġiżwita u Martri", "1579 – 1615", "Tagħrif:", "Dan il-qaddis kien bin il-baruni ta' Drum-na-Keith fl-Iskozja; kien imrobbi bħala kalvinista.", "Kien mibgħut jistudja fi Franza, u hawn, bħala student beda jinteressa ruħu fuq il-kontroversji reliġjużi li kienu jifirdu 'l qrabatu.", "Ġie milqugħ fil-Knisja Kattolika fil-Kulleġġ Skoċċiż f'Louvain (1596) meta kellu sbatax-il sena.", "Mar imbagħad jistudja f'Regensburg u ngħaqad mal-Ġiżwiti fi Brno tliet snin wara, fl-1599.", "Għal għaxar snin John Ogilvie ħadem fl-Awstrija, l-aktar fi Graz u fi Vjenna.", "Imbagħad kien assenjat lill-provinċja Franċiża, u kien ordnat saċerdot f'Pariġi fl-1610.", "Minn dak iż-żmien xtaq u talab li jintbagħat lura jaħdem f'pajjiżu fl-Iskozja.", "Xewqtu ġiet maqtugħa fl-1613.", "Minħabba l-liġijiet kontra s-saċerdoti nsara, hu vvjaġġa bl-isem ta' John Watson, bħala negozjant taż-żwiemel jew bħala suldat.", "Hu sab li ħafna nobbli Skoċċiżi aċċettaw ir-reliġjon protestanta, almenu minn barra, u ma kinux lesti jgħinu saċerdot ipprojbit.", "Billi f'pajjiżu ma tantx irnexxa, John Ogilvie mar Londra biex jikkuntattja wieħed mill-ministri tar-re u mbagħad mar Pariġi għall-konsultazzjoni, imma qalulu biex jirritorna lura fl-Iskozja, kif fil-fatt għamel.", "F'Edinburgh hu qagħad għand wieħed avukat u għamilha ta' għalliem għal ibnu, jamministra s-sagramenti lil ġemgħa ta' kattoliċi, jipprietka u jżur il-ħabsijiet.", "Iżda wara ħdax-il xahar ġie mikxuf u arrestat fi Glasgow.", "Għadda ħames xhur fil-ħabs fejn kien maħqur billi ma jagħtuhx jiekol u ma jħalluhx jorqod, qatgħulu xagħru u waddbuh kemm -il darba fl-art.", "Darba nżamm imqajjem għal tmint ijiem sħaħ f'attentat biex jikxef ismijiet ta' Kattoliċi oħra.", "Mill-ħabs irnexxielu joħroġ b'kuntrabandu.", "San Ġwann Ogilvie ġie kkundannat għal tradiment", "high treason", "imma offrewlu li jiġi meħlus u ħafna benefiċċji għoljin kieku kellu jiċħad ir-reliġjon tiegħu.", "Billi ma aċċettax, hu kien mgħallaq fi Glasgow minħabba d-difiża tiegħu tas-supremazija tal-Papa, fl-10 ta' Marzu, 1615 meta kellu 36 sena.", "Iddikjarah qaddis Pawlu VI fl-1976.", "Ħsieb", ":", "Ġwanni għex fi żmien meta la l-Kattoliċi u lanqas il-Protestanti ma kienu lesti li jittolleraw lil xulxin.", "Meta fittex fl-Iskrittura, sab kliem li kabbrulu l-viżjoni tiegħu.", "Għalkemm sar Kattoliku u miet għall-fidi tiegħu, huwa fehem xi jfisser il-kliem \"kattoliku żgħir\", il-firxa wiesgħa ta' dawk li jemmnu li jħaddnu l-Kristjaneżmu.", "Anke issa, huwa bla dubju ta' xejn, jifraħ fl-ispirtu ekumeniku mrawwem mill-Konċilju Vatikan II u jingħaqad magħna fit-talb tagħna għall-għaqda ma' dawk kollha li jemmnu.", "Il-Mulej Ġesù jrid li aħna l-Insara – kemm jekk Kattoliċi bħalna, kemm jekk Ortodossi, jew Anglikani, jew Luterani – nagħmlu minn kollox biex nersqu aktar lejn xulxin, u biex flimkien nagħtu xhieda tal-Aħbar it-Tajba li ġabilna Kristu bit-tagħlim u l-mirakli tiegħu, kif ukoll bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu.", "Ħafna huma l-Insara li jinġabru flimkien sabiex jitolbu għall-għaqda.", "Ġesù stess, lejlet il-Passjoni tiegħu, talab bil-ħerqa lill-Missier:", "\"Nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda.", "Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni\"", "(Ġwanni 17:21)", "Kull sena, bejn it-18 ta' Jannar u l-25 ta' Jannar, Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu tal-Ġnus, San Pawl, issir din il-ġimgħa ta' talb intensiv mill-insara biex jingħelbu l-firdiet bejn il-Knejjes u d-denominazzjonijiet insara differenti.", "Sfortunatament, tul il-medda tas-sekli, il-Knisja għaddiet minn bosta firdiet, fosthom il-firda tal-Ortodossi fis-Seklu Ħdax, u aktar tard, il-firda tal-Protestanti, fis-Seklu Sittax.", "Jeħtieġ li ngħixu bl-impenn il-fidi tagħna hekk li ngħadduha lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Jekk aħna ma ngħixux il-fidi tagħna, din tmut u l-ġenerazzjonijiet futuri ma jkollhomx iċ-ċans li bħalna jduqu t-tjubija u l-kobor tal-imħabba ta' Alla għalina f'Ibnu Ġesù.", "L-impenn tagħna ma jridx jieqaf meta tintemm il-Ġimgħa ta' Talb għall-Għaqda tal-Insara, imma jrid ikun iżjed minn hekk.", "Irridu nkomplu nitolbu u fuq kollox rridu nikbru fl-imħabba għal xulxin.", "L-għaqda li Ġesù jrid fil-Knisja tiegħu u li aħna tant nixtiequ, tinbena fuq l-imħabba.", "L-għaqda sseħħ jekk aħna ma niqfux fuq id-differenzi ta' bejnietna imma nfittxu li negħlbu d-differenzi tagħna bl-imħabba.", "Talba", ":", "O Mulej, San Ġwann Ogilvie għadda minn persekuzzjonijiet, tiġrib u fl-aħħar ħa l-martirju għall-fidi tiegħu.", "Agħtina l-istess spirtu ta' konvinzjoni u ħeġġa, biex bl-imħabba għalik, nibqgħu nikbru fil-fidi tagħna u nkomplu nwassluha lill-oħrajn.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/saint-john-ogilvie.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-ogilvie/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Ogilvie_(saint)", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8b39e1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-8-8-san-gwann-ta-alla/", "title": "8 ta' Marzu: San Ġwann ta' Alla", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann ta' Alla", "\"Tassew, ngħidilkom, kemm għamiltu ma' wieħed minn dawn iż-żgħar tiegħi, għamiltuh miegħi.", "Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja\". ~", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġwann ta' Alla.", "SAN ĠWANN TA' ALLA", "Reliġjuż", "1495 – 1550", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled f'Montemor, il-Portugal, fl-1495, minn ġenituri fqar iżda nsara tajbin.", "Żogħżitu għaddieha fi Spanja, ma' ragħaj sinjur, u kien sejjer tajjeb ħafna miegħu, sakemm dan ried iżewġu lil bintu.", "Billi San Ġwann ma riedx jiżżewweġ telaq, u daħal suldat.", "Ħa sehem fil-gwerra kontra Franza, u fl-Ungerija kontra t-Torok, fiż-żmien li Karlu V kien Re ta' Spanja.", "Il-kumpanija ħażina nissietu l-prattika tar-Reliġjon u ttraskuraha bis-sħiħ.", "Fl-1536, ħareġ minn suldat, u sab jaħdem bħala ragħaj.", "Bil-mod beda jbiddel ħajtu.", "Wasal biex iddeċieda li jmur l-Afrika biex jeħles l-ilsiera ħalli jpatti għal dnubietu.", "Issa kellu 40 sena.", "Mill-Afrika mar Ġibiltà.", "Fl-1538, kien fi Granada, Spanja, fejn fetaħ ħanut u beda jbigħ kotba, santi, inkwatri tal-qaddisin u affarijiet reliġjużi.", "Ġurnata waħda, sama' prietka mingħand il-Beatu Ġwanni ta' Avila, u tant laqtitu li ta kull ma kellu lill-foqra, u beda jibki dnubietu pubblikament fit-toroq.", "Spiċċa biex daħħluh għal żmien qasir bħala pazjent fi sptar tal-moħħ.", "Fl-1540, kera dar u beda jżomm fiha nies morda li kienu fqar.", "Kien jieħu ħsiebhom kollox waħdu.", "Kien idur bihom, u fl-istess waqt kien isib il-ħin biex ibigħ l-injam u xi affarijiet oħra biex jaqla' l-għixien tiegħu ta' kuljum.", "F'qasir żmien, l-għajnuna mingħand il-qassisin, tobba u bosta oħrajn bdiet ġejja qatigħ.", "Tnejn min dawk li offrew lilhom infushom biex jgħinu lil San Ġwann, kienu għedewwa ta' xulxin, għamlu paċi, u saru l-qalba tal-Ordni \"Fratelli Ospidalieri ta' San Ġwann ta' Alla\", li twaqqaf għoxrin sena wara mewtu.", "Fl-Italja huma msejħin il-Fatebene Fratelli, mill-espressjoni komuni tal-qaddis:", "\"Agħmlu l-ġid, ħuti.\"", "Hu impenja ruħu għall-kura tal-morda b'ħeġġa li donnha ma kellhiex limitu.", "Wara għaxar snin ta' ħidma iebsa hu waqa' marid.", "L-aħħar marda tiegħu kienet verament edifikanti, kif wara kollox kienu l-aħħar 15-il sena ta' ħajtu.", "San Ġwann t'Alla miet għarkopptejh quddiem l-artal, nhar it-8 ta' Marzu,1550, dakinhar li għalaq 55 sena.", "Ġie kkanonizzat mill-Papa Alessandru VIII fl-1690.", "Il-Papa Ljun XIII ħatru Patrun tal-Isptarijiet u tal-agunizzanti, tal-morda, tal-infermiera u l-isptarijiet.", "Il-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-knisja tal-patrijiet tiegħu fi Granada.", "San Rikardu Pampuri, u San Ġwanni Grande, il-Beatu Beneditt Menni, u 71 Beati Martri Spanjoli kienu reliġjużi Ospedaljieri.", "Ħsieb", ":", "Kien jismu Ġwanni Ciudad u twieled f'Montemor-o-Novo, ftit 'il-bogħod minn Lisbona, fil-Portugal, minn ġenituri foqra iżda ta' ħajja qaddisa.", "L-ewwel snin tiegħu għaddiehom bħala ragħaj, f'safa kbira u fil-virtù; imma meta kiber, il-ħbiberija ħażina kienet il-kawża li naqqsitlu l-ħajja virtuża li kellu qabel.", "Meta wara l-konverżjoni tiegħu, l-isptar ta' Granada li fih hu u sħabu kienu jduru bil-morda, ħa n-nar.", "San Ġwann u sħabu għaddew minn bejn il-fjammi, u ssugraw ħajjithom, biex iġorru l-morda u jeħilsuhom mill-mewt.", "Dan jgħallimna x'differenza tagħmel il-kumpanija!", "Meta kien fil-kumpanija tal-ġenituri qaddisa tiegħu, kien jgħix f'safa kbira u f'ħajja ta' virtù.", "Aktar tard, il-kawża li naqqsitlu l-ħajja virtuża kienet il-kumpanija ħażina ta' sħabu.", "Meta ġie f'sensieh u kkonverta tant li ried ipatti għal dnubietu b'għemejjel tajba, kien huwa stess li ġibed kumpanija tajba ta' rġiel li bħalu bdew jaqdu lill-morda.", "Mhux biss, din il-kumpanija waqqfet l-Ordni \"Fratelli Ospidalieri ta' San Ġwann ta' Alla\", għoxrin sena wara mewtu.", "U b'hekk il-frott it-tajjeb intiret u tkattar.", "Daqs kemm nistgħu ninġarru mal-kurrent, daqshekk ieħor nistgħu nibqgħu sodi, ngħixu ħajja li togħġob lil Alla u li tiġbed kumpanija tajba ta' persuni li jinġibdu mill-eżempju tal-ħajja tagħna.", "L-għażla tibqa' dejjem f'idejna.", "Fir-rakkont tal-istorja ta' San Ġwann, insibu li darba l-Arċisqof bagħat għal Ġwanni ta' Alla wara li saru xi rapporti li kien qed iżomm nies vagabondi u nisa tat-triq ġewwa l-isptar tiegħu.", "B'umiltà kbira niżel għarkupptejh u qallu:", "\"Iben il-bniedem ġie għall-midinbin u aħna fid-dmir li ngħinuhom jikkonvertu.", "Jien ma kontx fidil lejn il-vokazzjoni tiegħi għax traskurajtha, imma nistqarr li ma naf l-ebda persuna ħażina fl-isptar ħlief jien innifsi li ma jistħoqqlix niekol ħobż minn tal-fqar.\"", "Dan jurina li minkejja li kien sar mudell għal bosta nies li bdew jgħinu fl-istess ħidma ta' karità, huwa baqa' umli u dejjem b'attitudni ta' bniedem niedem.", "U int, kemm tfittex li tgħix bħala persuna umli u dejjem niedma minn dnubietek?", "X'qed tagħmel biex bħal San Ġwann ta' Alla, turi tjieba u ħniena ma' min hu mġarrab mill-hemm tad-dinja?", "Tifhem li dak li tagħmel mal-oħrajn, Ġesù jqisu magħmul lilu nnifsu?", "Kemm tfittex li tgħin lil ħaddieħor jinbidel b'ħajja ta' virtù u ta' karità nisranija?", "Talba", ":", "O Alla, inti tajt lill-qaddej tiegħek San Ġwann qalb kollha ħniena għall-proxxmu; nitolbuk biex, b'għemejjel ta' mħabba, jistħoqqilna nissieħbu mal-magħżulin tiegħek fis-saltna tas-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/st-john-of-god.html", "Alternative Reading:", "https://www.sjog-na.org/our-founder/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_of_God", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8b701f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-1-1-11-san-sofronju/", "title": "11 ta' Marzu: San Sofronju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Sofronju", "\"Aħna nistqarru li Kristu, il-Verb ta' Alla magħmul bniedem, hu dejjem veru Iben Alla u hu dejjem veru Bin il-bniedem\". ~", "Minn Ittra tal-Papa San Ljun il-Kbir", "SAN SOFRONJU", "Patrijarka ta' Ġerusalemm", "?560 – 638", "Tagħrif:", "Twieled fil-belt ta' Damasku (is-Sirja) madwar is-sena 560.", "Wara li studja u għallem għal xi żmien ir-rettorika mar jgħammar fl-ermitaġġ ta' San Teodosju ħdejn Ġerusalemm.", "Għal bosta snin, taħt it-tmexxija ta' San Ġwann Mosku u miegħu, żar is-santwarji u l-monasteri tal-Palestina, tas-Sinaj u tal-Eġittu, fejn sar ħabib taż-żewġ patrijarki ta' Lixandra, Ewloġju u San Ġwann l-Elemożinier.", "San Sofronju kiteb il-ħajja ta' San Ġwann l-Elemożnier ma' Mosku.", "Mar ukoll Ruma ma' Mosku, u meta dan miet hemm fis-sena 619, ħa ġismu lura lejn il-Palestina u difnu fil-monasteru ta' San Teodosju.", "Kellu sehem kbir fil-lotta kontra l-ereżija tal-Monoteliti, li kienu jgħidu li Kristu kellu rieda waħda biss, ir-rieda tan-natura divina u mhux ukoll dik ta' bniedem.", "Fuq din il-kwistjoni kellu kontroversja sew mal-patrijarka Ċiru ta' Lixandra, u anki ma' Serġju ta' Kostantinopoli.", "Kiteb ukoll trattat kbir kontra din l-ereżija, issa mitluf, fejn ġabar 600 test tas-Santi Padri dwar iż-żewġ ridiet ta' Kristu.", "Għandna tiegħu għaxar omeliji fuq bosta festi tas-sena, magħrufa għall-kontenut dommatiku u għall-istil rettoriku tagħhom.", "Kiteb ukoll il-ħajja ta' San Ċiru u ta' San Ġwann, żewġ martri Lixandrini talli kienu ħelsuh mill-mard tal-għajnejn, u l-ħajja ta' Santa Marija mill-Eġittu.", "Ġie magħżul patrijarka ta' Ġerusalemm fis-sena 634.", "Minnufih laqqa' konċilju biex jikkundanna l-ereżija tal-Monoteliti, u bagħat l-ittra sinodali mwettqa mis-sitt konċilju ġenerali, lill-Papa Onorju, biex ifakkru li s-skiet fuq din il-kwistjoni kien x'aktarx ta' dannu aktar milli ta' ġid.", "Waqt il-patrijarkat tiegħu kellu jsofri l-waqgħa ta' Ġerusalemm taħt l-Għarab.", "Waqt l-assedju tal-belt qaddisa ħa sehem bil-qlubija tiegħu fid-difiża, u mbagħad irranġa l-waqgħa tal-belt mal-kaliffu Omar (636), fejn kiseb il-libertajiet ċivili u reliġjużi lill-Insara bi ħlas ta' taxxa.", "Miet x'aktarx fil-11 ta' Marzu, 638.", "Ħsieb", ":", "Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Sofronju bit-titlu 'Nilqgħu d-dawl dejjem jiddi':", "\"Ġie Dak li hu id-dawl tassew, li jdawwal kull bniedem li jiġi fid-dinja.", "Mela niddawwlu lkoll, ħuti; ħa niddu lkoll.", "Ħadd minna ma għandu jibqa' mingħajr din id-dija, ħadd ma għandu joqgħod mistur fid-dalma tal-lejl; imma noħorġu kollna niddu, immorru mdawla lkoll flimkien u b'ruħna ferħana nkantaw innijiet ta' radd il-ħajr lil Missier id-dawl, li bagħtilna d-dawl veru biex ikeċċi d-dlam minna u jdawwalna lkoll.", "Permezz tiegħu aħna wkoll rajna s-salvazzjoni ta' Alla, li l-Missier ħejja għall-popli kollha u wrihielna għall-glorja tagħna, Iżrael il-ġdid.", "Aħna wkoll, bil-fidi tagħna, ħaddanna lil Kristu li ġie għandna minn Betlehem.", "Hu, is-Salvatur mibgħut lilna minn Alla l-Missier, sejħilna minn fost il-ġnus u għamilna l-poplu ta' Alla; u aħna rajna b'għajnejna lil Alla magħmul bniedem, rajna lil Alla magħna u lqajnieh fid-dirgħajn ta' ruħna.", "U għalhekk aħna, niċċelebraw din il-preżenza ta' Alla fostna u ma ninsewha qatt\".", "U int, ilqajt lil Kristu li Hu l-veru Dawl li jdawwal id-dlamijiet ta' din id-dinja u tal-ħajja tiegħek?", "Tmur għandu, li Hu tassew Alla setgħani u tassew bniedem li jagħder, b'kunfidenza u b'qima?", "Tagħmel ħiltek kollha, biex bħal San Sofronju tiddefendi l-fidi nisranija tiegħek kontra l-ereżiji ta' żminijietna?", "Talba", ":", "O Alla, permezz ta' San Sofronju, Int dawwalt lill-poplu tiegħeK bit-tagħlim veru fost il-ħafna opinjonijiet u stqarrijiet foloz, agħtina li bit-talb tiegħu, aħna wkoll niddefendu t-Tagħlim u l-Valuri nsara li qed jiġu mhedda bil-kbir fi żminijietna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-sophronius-718", "Alternative Reading:", "http://saintsresource.com/sophronius-of-jerusalem", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Sophronius_of_Jerusalem", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8bd784', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-5-5-san-gwann-guzeppi-tas-salib/", "title": "5 ta' Marzu: San Ġwann Ġużeppi tas-Salib", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Ġużeppi tas-Salib", "\"Agħmlu mela frott xieraq tal-indiema\". ~", "Mattew 3:8", "SAN ĠWANN ĠUŻEPPI TAS-SALIB", "Reliġjuż", "1654 – 1734", "Tagħrif:", "Kien Franġiskan tar-Riforma ta' San Pietru minn Alkantara, twieled fil-gżira ta' Iskja, 'il barra mill-golf ta' Napli.", "Il-ħajja eżemplari li għex sa minn ċkunitu", "kisbitlu l-grazzja li jkun l-ewwel Taljan imsejjaħ mill-Mulej li għannaq ir-riforma ħarxa ta' San Pietru minn Alkantara.", "Malli libes iċ-ċoqqa ħarxa ta' din ir-riforma, ħa bħala mudelli tiegħu l-Patrijarka ta' Assisi u l-penitenti ta' Alkantara, u minn dak tal-ewwel tgħallem bi ħrara kbira l-umiltà u l-faqar, waqt li mit-tieni ħa l-ispirtu ta' kontemplazzjoni u tal-penitenza.", "Tliet snin wara li pprofessa, is-superjuri tawh l-inkarigu li jwaqqaf kunvent hekk fqajjar u żgħir, li kien kopja mitmuma ta' dak li l-Alkantara kien waqqaf fl-Estremadura (Spanja).", "Wara ħatruh majjistru tan-novizzi, u hekk seta' jifforma bil-kelma u bl-eżempju fil-prattika tal-virtujiet reliġjużi tant li bosta saru mbagħad magħrufin għall-qdusija u għall-mirakli.", "Kiseb mill-Papa Klement XI il-permess li jiftaħ provinċja ġdida tal-istitut tiegħu fir-renju ta' Napli, u tagħha kellu jaċċetta li jkun l-ewwel superjur.", "Miet ta' 80 sena fl-1734.", "Ħsieb", ":", "\"O penitenza mbierka li kisbitli premju hekk kbir!\"", "Hekk qal San Pietru minn Alkantara meta deher lil Santa Tereża wara mewtu.", "San Pietru kien patri li għex f'penitenzi kbar.", "Kien qaddis li għen bil-kbir lil Santa Tereża ta' Ġesù fir-Riforma tal-Karmelu.", "San Ġużepp tas-Salib ried isir iben dan il-qaddis Franġiskan u jgħix ir-Riforma tiegħu.", "Aħna m'aħniex se nimitawh fil-ħruxija tal-penitenzi; il-penitenza tagħna trid tkun il-ħarba mid-dnub u minn dak kollu li nħossu li Alla ma jridux.", "Imma xi tfisser li tagħmel penitenza skont San Franġisk?", "\"Li wieħed jkollu fih l-Ispirtu s-Santu, joħroġ ċar f'dak l-istil ta' ħajja qaddisa li Franġisku jsejjaħlu \"tagħmel il-penitenza\".", "B'din l-espressjoni Franġisku jrid ifisser dak l-atteġġjament ta' konverżjoni kontinwa li hija karatteristika tal-ħajja Nisranija.", "Dik il-bidla totali li twassal il-bniedem joħroġ mill-egoiżmu u l-indipendenza tiegħu għal dak is-serħan u d-dipendenza sħiħa minn Alla\".", "Imma meta nisimgħu bi kliem bħal penitenza, sawm, astinenza u sagrifiċċji, x'għandna nifhmu bihom u n-nisrani tal-lum kif għandu jipprattikhom?", "Fl-1966, San Pawlu VI Papa rriforma l-forma tal-penitenza fil-Kostituzzjoni Appostolika dwar il-penitenza (Poenitemini).", "Fiha, fost l-obbligi ta' żmien ir-Randan li probabli tafuhom, ifakkarna fil-liġi ta' Alla li tħeġġiġna biex nagħmlu penitenza, b'mod speċjali bi tpattija għal dnubietna aħna u nitolbu maħfra lil Alla.", "Iżda ma' dawn il-penitenzi hemm ukoll il-ħtieġa tal-maħfra u l-mogħdrija u l-imħabba konkreta lejn il-proxxmu tagħna kollu fil-mod kif inġibu ruħna miegħu.", "Wieħed jista':", "ma jikolx laħam;", "jastjeni ruħu minn xorb alkoħoliku;", "ma jpejjipx;", "jiċċaħħad minn xi divertiment;", "jieħu sehem f'Quddiesa, jew jagħmel il-Via Sagra;", "jitlob aktar mal-famlija e.ż. jitlob ir-Rużarju;", "jaqra l-Iskrittura Mqaddsa;", "irażżan l-infiq u jagħti karità;", "iżur il-morda jew ix-xjuħ li huma weħidhom.", "Nistgħu ukoll nieħdu iktar paċenzja b'xulxin, per eżempju, 'l mod kif inġibu ruħna mal-membri tal-familji tagħna u fuq il-postijiet tax-xogħol, inkunu kalmi u iktar osservanti tar-regoli tat-traffiku waqt is-sewqan, moderazzjoni fl-użu tal-internet u t-telefowns ċellulari biex nagħtu iktar importanza u attenzjoni lil dawk li jinsabu fiżikament magħna.", "Huwa ta' valur kbir wkoll għalina li niċċaħħdu, għax irridu, minn ħwejjeġ li jogħġbuna, imqar għal ftit ħin f'ġurnata.", "Talba", ":", "Mulej, bħalma għallimt lil San Ġużepp tas-Salib kif irażżan l-aptiti u l-burdati tiegħu u l-attenzjoni żejda għal dak li mhux indispensabbli u jagħti iktar attenzjoni Lilek li ħabbejtna u bgħatt lil Ibnek biex jurina mħabbtu bil-passjoni u l-mewt tiegħu, għallem lilna wkoll biex norbtu qalbna biss miegħeK li ser tibqa' għal dejjem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-john-joseph-of-cross.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-joseph-of-the-cross/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Joseph_of_the_Cross", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Parti mill-ħsieb huwa ta' Fr Michael Bugeja (Ċeremonier tal-Isqof Charles J. Scicluna).", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed8df9f9', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-2-2-santa-anjeze-ta-praga/", "title": "2 ta' Marzu: Santa Anjeże ta' Praga", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Anjeże ta' Praga", "\"Int stmellejt il-kobor tas-saltna tad-dinja u qist bħala ħaġa ta' bla siwi ż-żwieġ mal-lmperatur u għażilt li timxi b'rieda sħiħa fuq il-passi ta' Dak li immeri­tajt li tkun l-għarusa tiegħu.\" –", "Santa Klara ta' Assisi lil Santa Anjeże ta' Praga, f'waħda mill-ittri li kitbitilha.", "SANTA ANJEŻE TA' PRAGA", "Reliġjuża", "1211 – 1282", "Tagħrif:", "Din il-qaddisa kienet il-fundatriċi tal-ewwel monasteru tas-Sorijiet Klarissi 'l fuq mill-Alpi.", "Hija twieldet fl-1211 fi Praga, u kienet bint ir-Re Otakar I tal-Boemja u tar-Reġina Kostanza, oħt Andrea II re tal-Ungerija.", "Hija kienet prima kuġina ta' Santa Eliżabetta tal-Ungerija.", "Ta' tliet snin, Anjeże kienet mibgħuta fil-monasteru tas-sorijiet Ċisterċensi.", "Ta' sitt snin ittieħdet lura Praga, u wara ġiet fdata lis-sorijiet Premostratensi ta' Doksany biex tirċievi l-edukazzjoni li kien jixirqilha.", "Fl-1220, minħabba li kienet imwiegħda bħala għarusa ta' Enriku VII iben l-Imperatur Federiku II, Anjeże kienet meħuda fil-qorti tad-duka tal-Awstrija.", "Billi l-għerusija tħassret, hija marret lura Praga fl-1225.", "Wara riflessjoni matura hija ddeċidiet li tikkonsagra l-verġnità tagħha lil Alla.", "Anjeże kienet semgħet minn xi predikaturi Franġiskani ġo Praga dwar il-ħajja qaddisa skont l-ispirtu ta' San Franġisk li l-Verġni Klara kienet qed tgħix ġo Assisi.", "Hija nġibdet lejn dik il-kwalità ta' ħajja u ddeċidiet li timxi fuq l-eżempju tagħha.", "Wara li waqqfet il-monasteru ta' San Franġisk għas-\"Sorijiet Foqra\" jew \"Damjaniti\" (fl-1234), hija stess ingħaqdet magħhom nhar il-Pentekoste, fil-11 ta' Ġunju, 1234.", "Din l-azzjoni tagħha tant qajmet agħa fost il-klassi tal-aristokratiċi ta' żmienha li mijiet ta' tfajliet imxew fuq l-eżempju tagħha u daħlu f'kunvent.", "Anjeże għaddiet b'kollox 45 sena bħala soru Klarissa u serviet għal żmien qasir bħala badessa fuq talba tal-Papa.", "Santa Klara ta' Assisi kienet tistħajjilha hija nnifisha, u għadha teżisti korrispondenza li għaddiet bejn dawn iż-żewġ qaddisin.", "Flimkien ma' Klara, Anjeże ħadmet biex tinkiseb l-approvazzjoni tar-regola ġdida li hija kienet ħaddnet.", "Santa Anjeże ta' Praga mietet fit-2 ta' Marzu, 1282, fl-età ta' 71 sena.", "Ħafna mirakli kienu attribwiti lil din il-prinċipessa-badessa.", "Hi kienet iddikjarata beata mill-Papa Piju IX fl-1874, u kkanonizzata mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-1988.", "Ħsieb", ":", "Il-familjari ta' Anjeże ppruvaw diversi drabi oħra jgħarrsuha ma' xi prinċep jew xi nobbli, imma hi rnexxielha teħles minnhom kull darba – l-aħħar każ kien meta hi kellha ftit inqas minn tletin sena u niesha riduha tiżżewweġ lill-Imperatur Federiku II.", "Imma Anjeże appellat lill-Papa Girgor IX u insistiet li x-xewqa tagħha kienet li ssir soru Franġiskana.", "Fl-aħħar Federiku ċeda.", "\"M'għandix neħodha b'offiża,\" qal l-imperatur, \"ladarba hi ppreferiet lis-Sultan tas-Sema milli lili.\"", "Dawn li ġejjin huwa siltiet mit-Tieni Ittra li Santa Klara ta' Assisi kitbet lil Santa Anjeże ta' Praga:", "\"Jiena nrodd ħajr lil Dak li mingħandu tiġi kull ħaġa tajba u kull don perfett (Ġakbu 1:17), li għoġbu jżejnek b'tant ġmiel ta' virtù, u riedek li tiddi b'sinjali l-aktar għoljin ta' perfezzjoni, biex ladarba int sirt tixbah lill-Missier ta' kull perfezzjoni (Mattew 5:48) min-naħa tiegħek ikun jixraqlek li ssir perfetta, hekk li għajnejh ma jsibu xejn fik li fih xi ħjiel ta' imperfezzjoni.", "(Salm 138:16).", "U din hija l-perfezzjoni li għaliha s-Sultan ser jgħaqqdek miegħu fil-għamara tat-tieġ tal-ġenna, fejn Hu qiegħed glorjuż fuq tron tal-­kwiekeb, għaliex int stmellejt il-kobor tas-saltna tad-dinja u qist bħala ħaġa ta' bla siwi ż-żwieġ mal-lmperatur.", "Flok dan kollu, għall-imħabba tal-faqar imqaddes, u fi spirtu ta' umilta' kbira u ta' karita' l-aktar imħeġġa, għażilt li timxi b'rieda sħiħa fuq il-passi (1 Pietru 2:21) ta' Dak li immeri­tajt li tkun l-għarusa tiegħu.", "Verġni fqira, tgħannaq ma' Kristu fqir.", "Qis li Hu sar oġġett ta' disprezz, u għalhekk int imxi warajh, u għall-imħabba tiegħu tarahiex bi kbira li ssir immaqdra f'din id-dinja.", "O Reġina l-aktar nobbli, ħares lejn l-Għarus tiegħek, l-isbaħ fost ulied il bnedmin (Salm 44:3), li biex isalvak sar l-aħħar wieħed fost il-bnedmin, immaqdar, imsawwat u midrub f'ġismu kollu, u miet fost l-eħrex tbatijiet fuq is-salib.", "Aħseb fuqu u kkontemplah, u xtieq b'ħeġġa li ssir tixbhu.", "Jekk tbati miegħu, għad tifraħ miegħu (Rumani 8:17); jekk tmut miegħu fuq is-salib tan-niket, għad tgħammar miegħu fil-għamajjar leqqiena tal-qaddisin (Salm 109:3,22) u ismek ikun miktub fil-Ktieb tal-ħajja, u jkun imsebbaħ fost il-bnedmin.", "U għalhekk inti għad tiret għall-eternità u għal dejjem ta' dejjem il-glorja tas-sema minflok l-unuri li jgħaddu ta' din id-dinja; ikollok sehem mill-ġid li ma jispiċċa qatt minflok il-ġid li jisfa' fix-xejn, u tgħix għal dejjem ta' dejjem.\"", "L-erba' ittri li Santa Klara ta' Assisi kitbet lil Santa Anjeże ta' Praga huma dawn:", "1.", "L-Ewwel Ittra", ".", "2.", "It-Tieni Ittra", ".", "3.", "It-Tielet Ittra", ".", "4.", "Ir-Raba' Ittra", ".", "Talba", ":", "O eżempju ta' virtu' mill-isbaħ, verġni glorjuża Santa Anjeże, f'din l-art int għażilt li tkun l-għarusa tar-Re tar-Rejiet u tiegħu biss u bħalu għext fil-faqar, issa, li tinsab miksija bl-ilbies tal-ferħ u mgħammra bħal għarusa bil-ġojjellerija spiritwali li tak is-Sultan qalbieni, interċedi għalina quddiemU, biex aħna wkoll nagħżlu li nitwaħdu miegħu biss, l-uniku Salvatur tagħna, ħalli naslu ngawduh għal dejjem fis-sema.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/saint-agnes-of-bohemia.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-agnes-of-bohemia/", "or", "http://www.olamnuns.com/blog/inspirations-blog/118-a-holy-princess-st-agnes-of-bohemia.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Agnes_of_Bohemia", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed9a665a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-4-4-san-kazimiru/", "title": "4 ta' Marzu: San Każimiru", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Każimiru", "\"Xejn ma jagħmlilna unur ikbar, daqs dak li nunuraw lil Ġesù Kristu fil-persuna tal-fqar.", "Irrid inwarrab kull glorja biex inservi l-ifqar fost il-fqar.\" –", "San Każimiru", "SAN KAŻIMIRU", "Prinċep tal-Polonja", "1458 – 1484", "Tagħrif:", "San Każimiru twieled fit-3 ta' Ottubru, 1458, fil-palazz rjali ta' Krakow, il-Polonja.", "Kien it-tielet fost it-tlettax-il wild tar-Re Każimiru IV tal-Polonja, u ta' Eliżabetta, prinċipessa tal-Awstrija.", "Sa minn tfulitu kien reliġjuż, u għal xi żmien, kien jieħu d-direzzjoni spiritwali tiegħu mingħand il-kanonku Ġwann Dlugosz, bniedem ta' spiritwalità kbira.", "Kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna, u kien jgħidilha kuljum it-talba \"", "Omni die dic Mariae", "\" (Kuljum, kuljum, għanni lil Marija), ta' San Anselmu, u xtaq li meta jmut, kopja ta' din it-talba tindifen miegħu.", "Kien jgħix ħajja sempliċi u mingħajr privileġġi li kellu bħala Prinċep.", "Anzi kien juża flusu u l-influwenza tiegħu biex jgħin lill-foqra.", "Fl-1471, meta lanqas biss kellu ħmistax-il sena, missieru bagħtu jmexxi l-armata, u jinvadi l-Ungerija biex ineħħi lir-Re Matthias Covinus mis-setgħa, u jilħaq hu floku.", "Iżda meta għaraf li kien ser iwettaq inġustizzja, malajr abbanduna dan il-pjan.", "Biex ma jżidx is-sens ta' telfa f'missieru, mar irtira għal tliet xhur fil-kastell ta' Dobzki.", "Mill-1479 sa l-1483, San Każimiru ggverna l-Polonja flok missieru li kien mar il-Litwanja.", "Il-Pollakki kienu jaraw fih raġel twajjeb u rett, u kienu jħobbuh ħafna.", "Meta missieru ried iżewwġu lit-tifla tal-Imperatur Federiku, ma riedx.", "Kien ilu li għamel il-vot taċ-ċelebat.", "Fl-1484, kellu attakk qawwi fil-pulmuni, u billi kien ġa debboli bis-sawm u bil-penitenza ma felaħx għalih.", "Miet ta' 25 sena, fil-qorti ta' Grondo, fi triqtu lejn il-Litwanja, wara ħajja qaddisa.", "Hu ġie midfun fil-kappella tal-Madonna fil-Katidral ta' Vilna u huwa l-Patrun tal-Polonja.", "Ħsieb", ":", "Ommu, wara li rabbietu fil- biż", "à", "t'Alla, fdat lil Każimiru f'idejn Patri Dlugosz, bniedem reliġjuż tabilħaqq, kellu don speċjali għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ, flimkien mal-għerf u mat-tjubija kien jgħaqqad l-arti, u hekk kien ikun maħbub mid-dixxipli.", "Iċ-ċkejken Każimiru ta' disa' snin, kien ġa mrawwem fil-biżà t'Alla, u għamel progressi kbar taħt it-mexxija ta' mgħallem hekk għaqli.", "Daqs kemm wera ruħu indifferenti għall-ħwejjeġ tad-dinja u għall-unuri tal-qrati, daqshekk kien mixtieq li jkattar teżori fil-ġenna.", "L-akbar devozzjoni tiegħu kienet lejn il-passjoni u l-mewt ta' Ġesù.", "Spiss bil-lejl kien imur joqgħod għarkupptejh wara l-bieb magħluq ta' xi knisja, anki fl-eqqel tax-xitwa, jitlob u jistenna l-għodwa biex jidħol u jieħu sehem fil-kant tal-mattutin.", "Kellu wkoll devozzjoni kbira lejn il-Verġni Marija.", "L-Innu \"Omni die dic Mariae\" li jissemma fil-ħajja ta' San Każimiru ġie tradott għall-Malti mill-Kan.", "Dun Karm Farrugia, fiż-żmien li hu kien kappillan ta' San Girgor – Tas-Sliema.", "Il-ġmiel tiegħu mmużikat bl-arja Franċiża tal-oriġinali.", "Il-Beatu Papa Ġwanni XXIII jgħid hekk:", "\"Kull nisrani tajjeb għandu jafda fi Kristu; iwettaq dmirijietu skont il-kmandamenti li huma r-regola tal-kuxjenza tiegħu, quddiem is-soċjetà, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.", "In-nisrani m'għandux jaħrab il-liġi u jagħmel kompromessi, imma jgħix bla biża' u ċert mill-affarijiet tiegħu.", "Għandu jkun ta' għajnuna fil-problemi tal-paċi.", "Biex jissaħħaħ iktar kontra l-ħażen u l-iżbalji għandu jitlob; isejjaħ l-għajnuna tal-grazzja li tagħti d-dawl u l-qawwa.\"", "U int, kif qed tipprova tinqeda b'dak kollu li pprovdielek Alla biex tkun ta' rigal għall-oħrajn?", "Kemm tmur ħerqan/a lejn il-knisja biex hemm tiltaqa' ma' Ġesù fl-Ewkaristija, taduraH u tgħix biH?", "Kemm tfittex li taqdi dmirijietek sew skont l-istat tiegħek, hekk li ma tagħmel l-ebda kompromess ma' min ikun se jwettaq inġustizzja?", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, min jaqdi lilek, isaltan; agħmel li, għat-talb ta' San Każimiru, naqduK dejjem b'ħajja tajba u qaddisa.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/st-casimir.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-casimir-of-poland-167", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Casimir", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed9aa0fb', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-1-1-beatu-pietru-rene-roque/", "title": "1 ta' Marzu: Beatu Pietru Rene Roque", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Pietru Rene Roque", "\"Min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.\" –", "Ġesù f'Mattew 16:25", "BEATU PIETRU RENE ROQUE", "Saċerdot", "1758 – 1796", "Tagħrif:", "Kien saċerdot minn Vannes u twieled fl-1758.", "Kien l-uniku wild fil-familja, u missieru miet ftit wara li twieled hu, waqt li kien ġej lura minn xogħol fuq negozju, għalhekk qatt ma ra lil Pietru.", "Kien ta' saħħa fraġli ħafna u bniedem ta' statura żgħira u dgħajfa.", "Ġie ordnat saċerdot fl-1782 u sar il-kappillan tas-sorijiet \"", "Dames de la Retracte", "\" (Xebbiet tal-Irtir).", "Iżda wara erba' snin mar Pariġi u daħal fil-kongregazzjoni tal-Lazaristi, magħrufin bħala l-kongregazzjoni tal-missjoni ta' San Vinċenz de Paul.", "Hu kien għadu ma temmx in-novizzjat, li s-superjuri bagħtuh bħala professur tat-teoloġija fil-belt ta' Vannes, art twelidu.", "Kien fiż-żmien li kien Vannes li faqqgħet ir-Rivoluzzjoni Franċiża u hawn wera eroiżmu biex iwettaq kull xorta ta' appostolat.", "Fl-1791, irrifjuta li jieħu l-Ġurament Kostituzzjonali tar-Reġim Rivoluzzjonarju.", "Fuq l-eżempju tiegħu, ħafna saċerdoti li kienu ddeċidew li jieħdu dan il-ġurament, irrifjutawh ukoll.", "Meta s-sitwazzjoni saret iżjed ħarxa u l-għassa kienet iżjed intensa beda jmur iqaddes fid-djar privati u jkompli l-appostolat tiegħu klandestinament.", "Iżjed 'il quddiem kellu saħansitra jbiddel ismu.", "Fl-lejlet il-Milied tal-1795, mar jieħu l-vjatku lil xi morda u wieħed eretiku kixfu, ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs.", "Waqt li kien il-ħabs kiteb artiklu bħala difiża tal-Knisja Kattolika u kien iwettaq appostolat fost il-ħabsin.", "Meta ġie mogħti s-sentenza tal-mewt niżel għarkupptejh, talab lil Alla u ġie mogħti l-giljottina.", "Kien l-1 ta' Marzu, 1796.", "Ġie bbeatifikat fl-10 ta' Mejju, 1934.", "Ir-relikwi tiegħu huma meqjuma f' Vannes.", "Ħsieb", ":", "Ir-rakkont jgħid hekk: Fit-3 ta' Marzu, 1796, is-saċerdot Pietru Rene Roque kien meħud mill-ħabs fejn kien miżmum f'lejliet il-Milied ta' qabel, meta kien ġie arrestat minħabba l-akkuża li ħa l-Vjatku lil raġel marid f'Vannes, Franza.", "Ir-Rivoluzzjonarji damu ħafna jippruvaw jikkonvinċuh ħalli jbidlulu fehemtu u jġegħluh jaġġorna ruħu għall-bdil taż-żminijiet, u jaddatta ruħu għar-riti ta' qima li kienu ġew adottati mill-awtoritajiet rivoluzzjonarji, iżda Fr Roque (li kien magħmul ċkejken tant li kien magħruf bħala", "le petit prete", "min-nies tal-lokal) żamm sod fil-fidi tiegħu.", "Qabel l-eżekuzzjoni, il-kullar Ruman tiegħu ġie maqtugħ, rasu ġiet imqaxxra u għalhekk ma kien għad fadallu l-ebda sinjal tas-saċerdozju tiegħu, u jdejh ġew marbuta wara dahru.", "Fit-triq lejn il-giljottina, beda jkanta kanzunetta ta' tifħir li kien kiteb fil-ħabs, u rnexxielu jagħti l-arloġġ tiegħu lill-bniedem li kien ittradih.", "Ommu kienet preżenti waqt il-proċess kollu, fejn kienet abbużata b'mod orribli mir-Rivoluzzjonarji li bdew jgħajtu magħha u jgħidulha, \"Int rabbejt monstru!\"", "Kienet ukoll preżenti waqt l-eżekuzzjoni ta' binha, li kienet ser tiġi mwettqa minn wieħed mill-istudenti preċedenti tiegħu.", "Fl-Eżortazzjoni Appostolika", "Gaudete Et Exsultate", "\"Ifirħu u Thennew\" Tal-Qdusija Tiegħu Franġisku dwar 'Is-Sejħa għall-Qdusija fid-Dinja tal-Lum' insibu dan li ġej:", "\"Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.\"", "90.", "Ġesù nnifsu jisħaq li din il-mixja hi kontra l-kurrent sal-punt li tagħmel minna persuni li b'ħajjithom stess jisfidaw lis-soċjetà, persuni li jagħtu fastidju.", "Ġesù jfakkar kemm nies huma ppersegwitati u ġew ippersegwitati sempliċiment għax issieltu għall-ġustizzja, għax għexu l-impenji li ħadu ma' Alla u mal-oħrajn.", "Jekk ma nixtiqux li nispiċċaw mgħarrqa f'medjokrità mudlama, ejja ma nippretendux li jkollna ħajja komda, għax", "\"min irid isalva ħajtu, jitlifha.\"", "(Mattew 16:25).", "91.", "Biex ngħixu l-Evanġelju, ma nistgħux noqogħdu nistennew li kollox madwarna jkun favurina, għax ħafna drabi l-ambizzjonijiet tal-poter u l-interessi tad-dinja jkunu qed jilagħbu kontrina.", "San Ġwanni Pawlu II qal li \"soċjetà hi aljenata jekk il-forom tagħha ta' organizzazzjoni soċjali jew ta' produzzjoni u ta' konsum, jagħmluha aktar iebsa li tagħti lilha nfisha ħa jkun hemm solidarjetà bejn il-popli\".", "F'soċjetà aljenata bħal din, maqbuda f'orkestrazzjoni politika, medjatika, ekonomika, kulturali u saħansitra reliġjuża li xxekkel l-iżvilupp awtentiku uman u soċjali, il-ħajja tal-Beatitudnijiet issir diffiċli u tista' wkoll tidher f'dawl ikrah, ta' suspett, u tiġi mwaqqgħa għaż-żufjett.", "94.", "Il-persekuzzjonijiet mhumiex realtà tal-imgħoddi, għax anki llum qed inbatu minnhom, kemm bit-tixrid tad-demm, bħal tant martri ta' żminijietna, u kemm b'mod iżjed sottili, permezz ta' kalunnji u qlajjiet foloz.", "Ġesù jgħid li jkun hemm il-ferħ meta", "\"jaqilgħu kull xorta ta' ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija\"", "(Mattew 5:11).", "Drabi oħra jkun żebliħ li jipprova jisfigura l-fidi tagħna u jgħaddina ta' nies boloh.", "Li nilqgħu ta' kuljum it-triq tal-Evanġelju minkejja l-problemi li toħolqilna, din hi l-qdusija.\"", "U int, qed tmur kontra l-kurrent minħabba Kristu u l-fidi Kattolika Rumana tiegħek?", "Qed tibqa' sod/a fl-istqarrija tal-fidi u fix-xhieda tiegħek ta' veru nisrani/ja, kull darba li tiltaqa' ma' kull forma ta' kuntrarju, gideb u insulti?", "Filwaqt li inti miexi/ja fid-dawl ta' Kristu u tat-tagħlim tal-Knisja Kattolika, x'inhu l-aktar importanti għalik: kif qed jarak Alla jew kif qed jiġġudikak il-bniedem?", "Lil omm il-Beatu Pietru Rene Roque, qalulha li 'rabbiet monstru', mentri fir-realt", "à", "din l-omm kellha l-unur li tgħid li binha miet martri għal Kristu u l-Knisja niżżlitu mal-lista tal-Beati!", "Hu lanqas ma miet iddisprat, għax fi triqtu lejn il-giljottina, esprima l-ferħ tiegħu billi beda jkanta tifħir lil Alla!", "Kemm għandna x'nitgħallmu mill-qaddisin!", "Talba", ":", "O Beatu Pietru Rene Roque, Patrun tal-morda, itfa' l-ħarsa tiegħek fuq dawk li jinsabu fuq is-sodda ta' tbatijiethom.", "Issa li inti tinsab fis-sema, u li għandek qawwa kbira quddiem Alla, idħol għalina b'talbek, ħalli aħna wkoll niksbu s-saħħa f'ġisimna u b'mod speċjali f'ruħna ħalli nkomplu nagħtu xhieda għal Kristu sal-aħħar nifs ta' ħajjitna kif għamilt int. Ammen.", "English Version:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=375", "Alternative Reading:", "http://ierardineto.blogspot.com/2016/09/pedro-renato-rogue-sacerdote-martir-da.html", "or", "http://wdtprs.com/blog/2016/05/ask-father-should-i-say-amen-if-the-priest-is-making-up-prayers/", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed9a8457', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-3-qaddisin-fmarzu/1-1-3-0-3-3-santa-katerina-drexel/", "title": "3 ta' Marzu: Santa Katerina Drexel", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina Drexel", "\"Mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema\". ~", "Ġesù f'Mark 10:21", "SANTA KATERINA DREXEL", "Reliġjuża", "1858 – 1955", "Tagħrif:", "Il-qaddisa twieldet f'Filadelfja, nhar is-26 ta' Novembru, 1858, it-tieni bint ta' Francis Drexel, u Hannah Langotroll li mietet xahar biss wara t-twelid ta' Katerina.", "Ftit wara li romol, missierha Francis iżżewweġ lil Emma Bouvier, li kienet kattolika, u li rabbiet lil Katerina u lil oħtha l-oħra fil-fidi.", "Fl-1879, meta għalqet 21 sena, Katerina kienet imdaħħla fis-soċjetà għolja ta' Filadelfja, imma kienet aktar miġbuda għal l-ħajja reliġjuża.", "Ommha tar-rispett, mietet dik l-istess sena.", "Meta miet missierha, Katerina u oħtha wirtu, kull waħda minnhom, renta ta' elf dollaru kuljum.", "Meta kellha 28 sena, fis-sena 1886, Katerina mardet u marret il-Ġermanja biex tieħu saħħitha.", "Waqt li kienet hemm, hi ġabret diversi saċerdoti u sorijiet biex imorru jaħdmu fil-missjonijiet fost l-Indjani tal-Amerika, wara li kienet issuġġeriet it-twaqqif ta' fond kattoliku għal dawn il-ħidmiet.", "Waqt li darba Katerina Drextel kellha udjenza privata mal-Papa Ljun XIII, il-Papa qalilha biex hi ssir missjunarja.", "Fis-sena ta' wara hi bniet skejjel fl-istati Amerikani ta' Dakota, Wyoming, Montana, Kalifornja, Oregon u New Mexico.", "Ta' 31 sena, Katerina daħlet novizza mas-sorijiet tal-Ħniena (Sisters of Mercy), u ħadet il-libsa reliġjuża fis-7 ta' Novembru, 1889 mill-Arċisqof Ryan ta' Filadelfja.", "Sentejn wara, fl-1891, Katerina ħadet il-voti bħala l-ewwel membru tas-Sorijiet tas-Santissmu Sagrament għall-Indjani u l-Poplu ta' Kulur.", "Hi fetħet novizzjat, u sat-tmiem tas-sena, f'Cornwall Heights qrib Filadelfja, kien hemm fil-kongregazzjoni 21 reliġjuż.", "L-ewwel missjoni kienet dik ta' Santa Katerina f'Santa Fé, New Mexico.", "Imbagħad infetħu missjonijiet oħra u skejjel, fosthom ukoll Xavier University fi New Orleans.", "Il-Papa San Piju X ta l-approvazzjoni preliminari għall-kongregazzjoni tagħha fl-1907.", "Barra l-voti tal-faqar, safa u ubbidjenza, Katerina daħħlet fil-kongregazzjoni tagħha r-raba' vot: dak li s-sorijiet tagħha jkunu ommijiet u qaddejja tar-razez Indjani u Suwed skont ir-regoli tas-Sorijiet tas-Santissmu Sagrament, u li ma jieħdu ebda xogħol li jista' jwassal li r-razez Indjani u lin-nies ta' Kulur jistgħu jiġu traskurati jew abbandunati.", "Hija rċeviet ukoll pariri siewja u prudenti mill-qaddisa fundatriċi ta' żmienha, Santa Franġiska Saverja Cabrini.", "Katerina kienet magħżula superjura ġenerali, u kompliet tifrex l-iskop tal-ħidmiet tal-kongregazzjoni.", "Fl-1912, meta kienet fi New Mexico, ħadet il-marda tat-tifù u ħtiġielha tagħmel żmien biex tieħu saħħitha.", "Wara li fieqet, fl-1915 waqqfet Xavier University fi New Orleans – l-ewwel istituzzjoni kattolika ta' edukazzjoni għolja għas-Suwed.", "Fl-1935 attakk tal-qalb ġagħalha tirtira minn superjura.", "Hi marret fl-infermerija tal-kunvent biex titlob u timmatura fil-ħajja komtemplattiva.", "Santa Katerina Drexel mietet fit-3 ta' Marzu, f'Cornwell Heights, Pennsylvania, fl-età ta' 96 sena.", "Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjaraha beata fl-1988, u dan l-istess Papa ddikjaraha qaddisa fl-1 ta' Novembru, 2000.", "Ħsieb", ":", "Katerina Drexel kienet waħda mill-aktar nisa sinjuri tal-Amerika.", "Hi offriet il-ġid tagħha, ħajjitha u l-impenn kollu ta' qalbha għall-ġid tal-oħrajn.", "Missierha li kien billjunarju ħalla kollox lit-tlitt ibniet kull waħda ndaqs.", "Iżda jekk waħda tmut flusha jmorru għal min jibqa' ħaj.", "Ġara li ħutha t-tnejn mietu u l-flus marru kollha għandha.", "Għal 70 sena ħadmet kemm felħet fil-missjonijiet tal-Amerika.", "Meta fl-1935 sofriet minn attakk tal-qalb li ġegħelha tirtira minn superjura, Katerina ma waqfitx mill-ħafna proġetti tagħha jew mit-tqassim tal-miljuni ta' dollari li wirtet.", "Hu kkalkulat li minn mindu kellha 33 sena fl-1891 sakemm mietet fl-1955, il-qaddisa qassmet mill-wirt u d-dħul tagħha t-total ta' 20 miljun dollaru biex jitwaqqfu skejjel u missjonijiet għall-Indjani u għas-Suwed.", "Ġesù qal:", "\"Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta' Alla!\"", "(Mark 10:23) imma għall-kuntrarju, ftit qabel ma qal dan, Ġesù xeħet fuq ż-żagħżugħ għani ħarsa ta' mħabba u qallu:", "\"...", "Mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema\"", "(Mark 10:21).", "U hekk nistgħu nifhmu l-ħarsa ta' mħabba ta' Ġesù fuq Katerina Drexel u fuq kull min jagħti widen għall-kliem tal-Iben t'Alla li 'ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi'.", "Nistgħu nimmaġinaw it-teżor fis-sema li Katerina Drexel kellha jistennieha meta ħalliet din id-dinja.", "Imma dan ma kienx kull ma għamlet din il-qaddisa!", "Hi ma qassmitx ġidha bla ma billet subagħha.", "Bħal Ġesù hija libset il-fardal biex isservi lil dawk ir-razez Indjani u lin-nies ta' Kulur bla ma tinvolvi ruħha fl-ebda ħidma li tista' twassal biex dawn jiġu traskurati jew abbandunati.", "U biex tassigura li tassew iseħħ dan, l-attitudni li ħaddnet f'ħajjitha, daħlitha fil-kongregazzjoni tagħha bħala r-raba' vot skont ir-regoli tas-Sorijiet tas-Santissmu Sagrament li hija kienet waqfet.", "Fl-omelija tiegħu fil-Quddiesa tas-17 ta' Jannar, 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jgħid hekk:", "\"Il-Mulej jitħallat magħna, aħna min aħna, hi x'inhu l-kulur tal-ġilda tagħna.", "Daħal fil-kju ta' dawk li kienu jistennew il-magħmudija tal-indiema.", "Hu kien għadu fl-ilma, il-Missier tas-Sema jgħidlu: \"Ibni int, fik sibt il-għaxqa tiegħi\" (Luqa 3:2).", "U din il-kelma l-Mulej Alla jagħmilha u jgħidha fuq kulħadd, hu min hu, inti minfejn ġej: inti iben Alla.", "Kemm hi ħaġa sabiħa li meta persuna tixref fuq ix-xtut tagħna, l-ewwel li naraw mhux kemm għandha flus fil-but, jew jekk għandux kuntatti politiċi utli, imma li hija persuna umana, bniedem li għandu d-dinjità tiegħu għax huwa iben Alla.", "U allura jistħoqqlu rispett fil-protezzjoni u nagħmlu kull ma nistgħu biex ukoll nassigrawlhom futur.", "Qatt mhu se jonqosna l-ġid u qatt ma se tonqosna l-barka, jekk aħna b'ġenerożita' kbira naqsmu mill-ġid li għandna ma' kulħadd.", "Qatt mhu se tinxtorob il-qalb tagħna jekk tinfetaħ ukoll għal kulmin jiġi jħabbat fuq xtutna.", "U dan jgħodd mhux biss għal pajjiżna, imma wkoll għall-Ewropa\".", "M'hemmx għalfejn li ssiefer 'il bogħod biex tfittex u tgħin lin-nies fil-bżonn.", "Biżżejjed tħares lejn dawk li għal xi raġuni jew oħra qed jgħixu fuq l-istess gżira tagħna.", "Dawn ħutna u jeħtieġu l-għajnuna tagħna f'kull bżonn tagħhom.", "Jekk trid tgħix il-karita', tista' anki tibda minn dawk ta' madwarek.", "Talba", ":", "O Alla mimli mħabba, int sejjaħt lil Santa Katerina Drexel biex tgħallem il-Messaġġ tal-Vanġelju u biex iġġib il-ħajja tal-Ewkaristija lin-nies ta' Kulur u lir-razez Indjani.", "Permezz tat-talb u l-eżempju tagħha, agħtina li nkunu nistgħu naħdmu għall-ġustizzja fost il-foqra u oppressi.", "Iġbidna lkoll fil-komunità Ewkaristika tal-Knisja tiegħeK, ħalli nkunu ħaġa waħda Fik.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/03/blessed-katharine-drexel.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-katharine-drexel/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Katharine_Drexel", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ed9a81a7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-3-0-30-san-sabinu/", "title": "30 ta' Diċembru: San Sabinu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Sabinu", "\"U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi.\" –", "Ġesù f'Mattew 10:22", "SAN SABINU", "Isqof u Martri", "†305", "Tagħrif:", "San Sabinu jingħad li kien isqof ta' Faenza (280) u ta' Assisi (290).", "Skont il-\"Passio\" tiegħu, miktub fis-seklu V u li dwaru hemm dubji serji Sabinu kien isqof waqt il-persekuzzjoni qalila kontra l-Insara, imqanqla mill-Imperatur Djoklezjanu, il-gvernatur ordnalu biex jadura 'l-allat tal-imperu.'", "Iżda l-isqof ma riedx.", "Kollu mgħaddab, il-gvernatur ordna li b'kastig jaqtgħu idejn il-qaddis u jixħtuh fil-ħabs.", "Fil-ħabs Sabinu fejjaq raġel għama, u din l-aħbar malajr xterdet u sema' biha wkoll il-Gvernatur Venustianus, li hu kien ukoll ibati b'għajnejh.", "Dan talab lil Sabinu biex ifejqu, u meta fil-fatt fejqu, talab li jitgħammed hu, martu u ż-żewġ uliedu subien.", "Meta Djoklezjanu sar jaf b'dan, ordna li Sabinu, il-gvernatur u l-familja tiegħu jiġu msawtin u maqtulin.", "Kien għall-ħabta tas-sena 305.", "Il-qabar ta' San Sabinu jinsab ftit aktar minn mil bogħod minn Spoleto, u l-kult lejh xtered lejn Assisi, u bliet oħra fl-Umbrija, fl-Italja.", "San Sabinu u sħabu martri huma mfakkrin flimkien fit-30 ta' Diċembru.", "Qatluhom qrib il-belt ta' Spoleto, fl-Umbrija, fl-Italja Ċentrali fis-sena 303.", "Kemm Assisi, kif ukoll Faenza, Spoleto u Chiusi jissemmew bħala l-belt li tagħha kien isqof.", "Barra mill-gvernatur Venustjanu u l-familja kollha tiegħu, jissemmew ukoll Marċell u Eżuperanzju li kienu djakni miegħu.", "Wara San Rufino, li lilu hu ddedikat il-Katidral ta' Assisi, San Sabinu hu l-iktar martri meqjum f'din il-belt.", "Ħsieb", ":", "San Sabinu ftit ħabbel rasu li kienu diġà qatgħulu jdejh, u fejjaq lill-gvernatur minn għajnejh li wara sar Nisrani hu u l-familja kollha tiegħu.", "Għal dan, San Sabinu ħa l-mewt.", "Minn naħa l-oħra, il-gvernatur Venustjanu fieq tassew minn għajnejh u ftit wara ta ħajtu għal Kristu flimkien ma' familtu!", "X'eżempju kbir jagħtuna dawn il-martri!", "Jidher ċar lit-tama tagħhom kienet soda fil-wegħda ta' Kristu, li hemm glorja kbira u eterna tistenna lil dawk li jibqgħu jħobbuh sal-aħħar!", "Il-Papa Franġisku, fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 28 ta' Ġunju 2017, jgħid hekk dwar din it-Tama li kellhom il-Martri:", "\"Illum nirriflettu fuq it-tama Nisranija bħala qawwa tal-martri.", "L-unika qawwa tan-Nisrani hi l-Vanġelu.", "Fiż-żminijiet ta' diffikultà, irridu nemmnu li Ġesù jinsab quddiemna, u ma jiqafx jimxi mad-dixxipli tiegħu.", "Il-persekuzzjoni mhix kontradizzjoni għall-Vanġelu, imma tagħmel parti minnu: jekk ippersegwitaw lill-Imgħallem tagħna, kif nistgħu nittamaw li aħna nevitaw it-taqbida?", "Imma, qalb it-tiġrib kollu, in-Nisrani m'għandux jitlef it-tama tiegħu, jew jaħseb li ġie abbandunat.", "Ġesù jiżgura lid-dixxipli tiegħu billi jgħidilhom: \"", "Sa x-xagħar ta' raskom kollu hu magħdud\"", "(Mattew 10:30).", "Biex qisu jgħid li l-ebda tbatija tal-bniedem, l-anqas l-iċken waħda u l-aktar moħbija, ma hi inviżibbli f'għajnejn Alla.", "Alla jara, u żgur jipproteġi; u se jagħti l-fidwa tiegħu.", "Fil-fatt fostna hemm Xi Ħadd li hu aqwa mill-ħażen, iktar b'saħħtu mill-mafja, mill-komplotti mudlama, minn min jaqlagħha tajjeb minn fuq dahar dawk ta' qalbhom maqtugħa, minn min jgħaffeġ lill-oħrajn bi prepotenza...", "Xi Ħadd li minn dejjem sema' l-vuċi ta' demm Abel li qed tgħajjat mill-art.", "Għalhekk l-Insara għandhom ikunu dejjem fuq \"in-naħa l-oħra\" tad-dinja, dik magħżula minn Alla:", "mhux persekuturi, imma ppresegwitati;", "mhux arroganti, imma umli;", "mhux bejjiegħa tad-duħħan, imma sottomessi għall-verità;", "mhux imposturi, imma onesti.", "Din il-fedeltà fl-istil ta' Ġesù – li hu stil ta' tama – sal-mewt, l-ewwel Insara sejħulha b'isem sabiħ ħafna: \"martirju,\" li jfisser \"xhieda.\"", "Xi drabi, aħna u naqraw l-istejjer ta' tant martri nibqgħu mistagħġbin quddiem il-qawwa li biha affrontaw il-prova.", "Din il-qawwa hi sinjal tat-tama kbira li kienet tmexxihom: it-tama żgura li xejn u ħadd ma seta' qatt jifridhom mill-imħabba ta' Alla mogħtija lilna f'Ġesù Kristu (ara Rum 8:38-39).\"", "Talba", ":", "O Alla, għat-talb ta' San Sabinu, nitolbuk agħtina dejjem il-qawwa li nkunu xhieda tiegħek, li ngħixu t-Tama Nisranija fuq kollox fil-martirju moħbi li nwettqu tajjeb u bi mħabba d-dmirijiet tagħna ta' kuljum.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/saint-sabinus-and-his-companions.html", "Alternative Reading:", "http://www.keytoumbria.com/Spoleto/St_Sabinus.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Sabinus_of_Spoleto", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edacbf60', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-8-28-beata-marija-caritas-brader/", "title": "28 ta' Frar: Beata Marija Caritas Brader", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Marija Caritas Brader", "\"Aktar ma tkunu infurmati, aktar tistgħu tagħmlu ġid għar-reliġjon qaddisa tagħna u l-glorja t'Alla.\" –", "Beata Marija Caritas Brader", "MADRE MARIJA CARITAS BRADER", "Fundatriċi", "1860 – 1943", "Tagħrif:", "Maria Josefa Carolina Brader twieldet f'Kaltbrunn fl-Isvizzera fl-14 ta' Awwissu, 1860.", "Missierha kien Joseph Sebastian Brader u ommha, Marija Anna Carolina Zahner.", "Maria Josefa Carolina kienet l-unika tifla li kellhom.", "Maria Josefa kienet intelliġenti ħafna u fl-1880 iddeċidiet li minflok ma tmur l-Università tidħol mal-Franġiskani – u ħadet l-isem: Marija-Caritas (Karità).", "Fl-1882, għamlet l-aħħar voti mas-sorijiet tal-klawsura.", "Fl-ewwel snin, b'permess speċjali, għallmet fl-iskola fejn kienet tmur bħala tifla u wara ftit laħqet kap ta' din l-iskola.", "Wara ftit il-Papa ta l-fakultà li l-Ordnijiet tas-Sorijiet Klawstrali jistgħu joħorġu jgħallmu.", "Ġara li ħafna isqfijiet fil-pajjiżi tal-Missjoni talbuhom biex jiftħu l-iskejjel.", "L-Isqof Pedro Schumacher tal-Ekwador talab lis-superjura Maria Hilf biex tibgħat xi sorijiet.", "Is-superjura stess, Madre Marija Bernarda Butler li ġiet ibbeatifikata fid-29 ta' Ottubru 1995, flimkien ma' ħames sorijiet fosthom Suor Marija Caritas, marru l-Ekwador.", "Għal 5 snin Swor Marija Caritas kienet għalliema u katekista fil-belt ta' Chone.", "Fl-1893 marret tagħmel appostolat fil-belt ta' Tuquerres fil-Kolombja.", "Bl-għajnuna ta' saċerdot Ġermaniż, Father Reinaldo Herbrana, waqqfet kongregazzjoni, tas-Sorijiet Franġiskani ta' Marija Immakulata, li tagħha saret l-ewwel superjura.", "L-ewwel sitt sorijiet kienu mill-Isvizzera u wara bdew ġejjin tfajliet Kolombjani.", "Kienet l-ewwel Superjura Ġenerali tal-Kongregazzjoni l-ġdida mill-1893 sal-1919 u wara mill-1928 sal-1940 reġgħet saret Superjura Ġenerali u matul dawn is-snin għamlet il-voti tad-djar fl-Amerika.", "Ta' 80 sena talbet li ma tibqax Superjura.", "Fis-27 ta' Frar 1943 mietet fil-Belt ta' Pasto fil-Kolombja.", "Fis-sena 2003, il-Papa Ġwanni Pawlu ll bbeatifikaha.", "Ħsieb", ":", "Meta Swor Marija Caritas, fl-1893 marret fil-belt ta' Tuquerres fil-Kolombja, iż-żona tal-appostolat kienet tinkludi t-territorju ta' xatt il-baħar, il-muntanji għoljin tal-Andes u l-pjanura tal-għoljiet ta' madwar l-Andes.", "In-nies kienu fqar immens u l-kundizzjonijiet tal-ħajja kienu perikolużi ħafna.", "Swor Marija Caritas kellha mħabba kbira għal dawn in-nies u għamlet minn kollox biex ittaffilhom il-problemi tagħhom.", "Lis-sorijiet tagħha kienet tinkuraġġihom u tgħinhom biex jakkwistaw diplomi akkademiċi u kienet tgħidilhom:", "\"Aktar ma tkunu infurmati, aktar tistgħu tagħmlu ġid għar-reliġjon qaddisa tagħna u l-glorja t'Alla.\"", "Fuq kollox kienet tħabbrek biex jgħixu l-Ispirtu Franġiskan, u jgħożżu l-faqar biex ikunu jistgħu jgħinu lill-fqar u jkunu ta' eżempju għalihom.", "L-imħabba kbira tagħha lejn Ġesù fl-Ewkaristija wasslitha biex titlob u tikseb permess għall-Adorazzjoni Perpetwa tas-Sagrament Divin fil-kunvent.", "Hija ħalliet dan l-aktar teżor prezzjuż u qaddis fil-Kongregazzjoni tagħha flimkien ma' rispett kbir lejn is-saċerdoti.", "U int, tfittex li tmur ħdejn Ġesù Ewkaristija għal xi ħin ta' Adorazzjoni?", "Taf b'xi kappella tal-Adorazzjoni qrib ta' fejn toqgħod int li forsi tkun miftuħa għal xi ħin tul il-jum?", "(", "ara lista ta' Kappellel tal-Adorazzjoni u sib dik l-aktar qrib tiegħek", ")", "Talba", ":", "O Alla, li qaddist lil Swor Marija Caritas permezz tal-imħabba kbira li tajtha lejn il-persuni taħt il-kura tagħha, hekk li kienet tagħmel ħilitha kollha biex ittaffilhom il-problemi, agħtina l-kuraġġ biex nimxu fuq il-passi tagħha ta' virtù u nkunu aħna wkoll ta' għajnuna għal dawk kollha li jinsabu f'kull xorta ta' bżonn.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/blessed-maria-caridad-brader-160", "Alternative Reading:", "http://www.jeanmheimann.com/2017/02/blessed-maria-caridad-brader-foundress/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Josefa_Karolina_Brader", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eda6c44a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-4-24-san-ethelbert/", "title": "24 ta' Frar: San Ethelbert", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ethelbert", "\"Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta' Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut.\"-", "Ġesù f'Luqa 4:43", "SAN ETHELBERT", "Re ta' Kent", "? – †616", "Tagħrif:", "Ethelbert inħatar Re ta' Kent fil-560, u estenda s-setgħa tiegħu għan-naħa ta' isfel tal-Ingilterra.", "Huwa żżewweġ lill-prinċipessa Nisranija Bertha, bint Charibert Re tal-Franki.", "B'hekk daħlet għall-ewwel darba l-fidi Nisranija fl-Ingilterra Anglo-Sassona għaliex missier Bertha insista li bintu tkun tista', bil-libertà, tipprattika t-twemmin tagħha f'dak il-pajjiż.", "Meta Santu Wistin ta' Canterbury wasal l-Ingilterra, fil-597, flimkien mal-40 irħieb Benedittini li kienu ntbagħtu hemm mill-Papa San Girgor il-Kbir, hu kellu merħba sabiħa mir-Re Ethelbert minkejja li sa dak iż-żmien kien għadu pagan, u tahom is-setgħa li jipprietkaw il-Vanġelu kemm iridu.", "Imqanqal mill-eżempju tal-fidi ta' martu, kif ukoll mill-ħeġġa ta' Santu Wistin u l-irħieb tiegħu, Ethelbert għażel li jħaddan il-fidi Nisranija, u rċieva l-magħmudija nhar l-Għid il-Ħamsin tal-istess sena (597) minn idejn Santu Wistin.", "Dan jixhdu wkoll San Beda l-Venerabbli.", "B'hekk Ethelbert sar l-ewwel Re Nisrani ingliż, u minn dak inhar 'il quddiem ta s-sapport tiegħu għall-kawża ta' Kristu fis-saltna tiegħu.", "Kontra s-slaten ta' żmienu li kienu jimponu t-twemmin tagħhom fuq is-sudditi tagħhom, Ethelbert kien ħalla lis-sudditi fil-libertà jekk iħaddnux il-fidi li issa beda jħaddan hu, għaliex kien iżomm li l-konverżjoni permezz tal-konvinzjoni kienet l-unika vera konverżjoni, u inkoraġġixxa l-ħidma tal-missjunarji Nsara.", "Għad li ma sforza lil ħadd isir Nisrani bilfors, kienu ħafna mis-sudditi tiegħu li saru Nsara fis-saltna tiegħu, li kienet tinkludi l-parti kbira tal-Ingilterra.", "Kien il-fundatur tal-katidrali ta' Canterbury.", "San Ethelbert kien kontinwament ħsiebu biex iġib 'il quddiem il-ġid tal-poplu tiegħu.", "Huwa ħareġ liġijiet siewja li baqgħu miżmumin b'għożża fl-Ingilterra fiż-żminijiet li ġew wara.", "Huwa ħabrek biex jeqred il-paganiżmu fis-saltna tiegħu, u kien mezz biex ukoll ikkonverta Sebert, ir-Re ta' East Saxony, flimkien man-nies tiegħu, kif ukoll lil Redwald, Re ta' East Anglia.", "San Ethelbert miet fl-24 ta' Frar 616, wara li kien ilu re 56 sena, u ġie midfun fl-abbazija ta' San Pietru u San Pawl ta' Cantebury maġenb Santu Wistin, l-ewwel arċisqof ta' dik il-Belt.", "Ħsieb", ":", "Interessanti li wieħed jinnota li dan ir-Re qaddis, Ethelbert ma mponiex ir-Relġjon Nisranija fuq is-sudditi tiegħu, imma ħallihom fil-libertà jekk iħaddnux il-fidi li issa beda jħaddan hu, għaliex għaraf li l-konverżjoni permezz tal-konvinzjoni kienet l-unika vera tweġiba għas-sejħa ta' Alla.", "Alla huwa mħabba u t-tweġiba għal din l-imħabba tiegħu, ma tistax tkun ħlief imħabba libera.", "Fil-lingwa tal-imħabba, ma jistgħux jeżistu l-kundizzjonijiet u t-theddid li jqanqlu l-biża'.", "Il-biża' mhux ġejja minn Alla.", "Għalkemm il-Knisja, tibqa' ssostni li hija universali, jiġifieri li tilqa' u tħaddan lil kulħadd, imma dan ma tagħmlux bil-forza!", "Il-missjoni tal-Knisja hi li xxandar il-Verità tal-Vanġelu, l-unika Triq li twassal għas-salvazzjoni tal-bnedmin, għax twassal għand Kristu li Hu l-Awtur tas-salvazzjoni ta' kulħadd.", "Imma, bħal Kristu, li b'ġentilezza jibqa' jħabbat fuq il-bieb ta' qlubna u jistenna biex niftħulu, jekk niftħulu, il-Knisja wkoll tħalli l-bniedem liberu li jagħmel id-deċiżjoni tiegħu/tagħha.", "Innotaw, li fil-Vanġeli, huwa Ġesù li jagħżel lid-dixxipli – hekk ukoll Hu jagħżel lilna – Huma laqgħu s-sejħa tiegħu u", "\"Minnufih telqu x-xbiek u marru warajh..\"", "Kemm hawn nies li jiġu msejħa iżda jagħżlu li ma jwieġbux għal din is-sejħa?", "F'passaġġ mill-Vanġelu ta' San Ġwann 10:26-27, insibu:", "\"Iżda intom ma temmnux għax m'intomx min-nagħaġ tiegħi.", "In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.\"", "Ġesù ma jgħidx in-nagħaġ jisimgħuni imma", "\"in-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni..\"", "F'passaġġ ieħor minn Mattew 10:14 Ġesù jgħid lid-dixxipli:", "\"Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu 'l barra minn dik id-dar jew belt u farfru sat-trab ta' saqajkom.\"", "L-għażla li nimxu wara Ġesu trid tkun għażla ħielsa.", "Aħna rridu nitfgħu ż-żerriegħa u nħallu lil Alla jsaqqiha.", "Imma jekk insibu min jagħlqilna l-bieb ma jfissirx li l-missjoni tagħna spiċċat.", "Ġesù qal:", "\"Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta' Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut.\"", "(Luqa 4:43).", "Kull min hu Nisrani għandu l-istess missjoni – li jxandar l-Evanġelju ... dan nistgħu nagħmluh bil-kelma u/jew bl-għemil.", "Billi ngħinu lil min hu fil-bżonn.", "Ma kinitx faċli għal Ġwanni u Ġakbu illi jħallu lil missierhom warajhom; infatti nsibu l-isem ta' missierhom Żebedew msemmi darbtejn f'dan il-passaġġ ... hawn l-Evanġelista jrid juri li", "l-għajta ta' Ġesu hi dik li għandha tiġi l-ewwel f'ħajjitna.", "U int, kemm qed tħalli l-għajta ta' Ġesù tkun il-preorità f'ħajtek?", "Meta l-Mulej iħabbatlek fuq il-bieb ta' qalbek, iddaħħlu minnufih ħa tara xi jrid mingħandek jew tħallih jistenna, jistenna, u jistenna ... ?", "(Ftakar li mhux ser jibqa' jistenna għal dejjem)", "Kemm qed tħalli lil Ġesù jibdlek f'persuna aħjar, b'fidi aqwa, bi qdusija dejjem akbar, bħalma għamel San Ethelbert, ħalli int imbagħad tkun ta' dawl biex jinbidel ħaddieħor?", "Talba", ":", "Alla tal-Ħolqien, li ffurmajt l-umanità mill-art fertili: Agħtina li aħna, fuq l-eżempji tajbin tar-Reġina Bertha u r-Re Ethelbert, nistgħu nirċievu bil-ferħ u nieħdu ħsieb iż-żerriegħa tal-Fidi li rċevejna u nxandu l-Aħbar Tajba tal-Vanġelu lil kulħadd, għat-tkattir tas-Saltna tiegħek fuq l-art.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.christianity.com/church/church-history/timeline/601-900/ethelbert-1st-christian-king-of-kent-11629721.html", "Alternative Reading:", "https://catholicexchange.com/st-ethelbert", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/%C3%86thelberht_II_of_East_Anglia", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edaa5386', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-7-27-san-gabrijel-tal-addolorata/", "title": "27 ta' Frar: San Gabrijel tal-Addolorata", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Gabrijel tal-Addolorata", "\"Meta Alla tani l-vokazzjoni tiegħi, Hu sawwab fuqi waħda mill-aqwa grazzji tiegħu.", "Jiena rrid inpattilu billi nagħtih l-aqwa ħaġa li għandi – l-imħabba kollha ta' qalbi.\" –", "San Gabrijel tal-Addolorata", "SAN GABRIJEL TAL-ADDOLORATA", "Reliġjuż", "1838 – 1862", "Tagħrif:", "Twieled f'Assisi fl-1 ta' Marzu 1838 u għammduh fl-istess jum u semmewh għal San Franġisk.", "Missieru, Sante Possenti, li bħala gvernatur tal-Istati Pontifiċji ħtieġlu jiċċaqlaq minn post għall-ieħor, fl-aħħar mar joqgħod għal kollox fi Spoleto.", "Fil-kulleġġ ta' Spoleto, Franġisk kien maħbub ħafna minn sħabu.", "L-ewwel f'ħafna suġġetti, jinteressa ruħu fit-teatru u fil-kaċċa u kien iħobb ukoll il-ballijiet.", "Iżda b'għaġeb kbir għan-nies ta' Spoleto, fil-21 ta' Settembru 1856, l-għada tal-gradwazzjoni tiegħu, ta' 18-il sena, telaq biex jibda n-novizzjat mal-Patrijiet Passjonisti f'Morrovalle, u għażel l-isem ta' Gabrijel tal-Addolorata.", "Sena wara għamel il-professjoni reliġjuża.", "Fin-novizzjat, sar mudell tal-osservanza u tal-perfezzjoni għal kulħadd.", "Imma l-qaddis miet fis-27 ta' Frar 1862 bil-marda tat-tiżi, f'Isola del Gran Sasso, fl-Italja, tlett ijiem qabel ma għalaq erbgħa u għoxrin sena, meta kien għadu rċieva biss l-ordnijiet minuri u kien kważi lest għas-saċerdozju.", "San Gabrijel tal-Addolorata ġie ddikjarat Beatu minn San Piju X fl-1908 u fost dawk preżenti għall-okkażjoni, kien hemm dik li darba kienet in-namrata tiegħu.", "Il-Papa Benedittu XV ikkanonizzah fit-13 ta' Mejju, 1920.", "Il-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-Bażilika ddedikata lilu f'Isola del Gran Sasso, tal-Patrijiet Passjonisti.", "Huwa ġie msejjaħ San Alwiġi ta' żmienna u mudell taż-żgħażagħ.", "Ħsieb", ":", "Hu bena l-qdusija tiegħu prinċipalment fuq żewġ pilastri: id-devozzjoni lejn il-Madonna u r-rebħa totali tiegħu nnifsu permezz ta' attenzjoni għall-ħwejjeġ żgħar.", "Huwa kiteb:", "\"Meta Alla tani l-vokazzjoni tiegħi, Hu sawwab fuqi waħda mill-aqwa grazzji tiegħu.", "Jiena rrid inpattilu billi nagħtih l-aqwa ħaġa li għandi – l-imħabba kollha ta' qalbi.\"", "F'waħda mill-ittri tiegħu kiteb:", "\"Il-ġenna tiegħi huma d-duluri tal-maħbuba ommi Marija.\"", "F'ittra oħra stqarr kemm kien iħossu hieni fil-ħajja reliġjuża tiegħu u jgħid li, kieku ż-żgħażagħ kellhom ikunu jafuh dan, żgur li kienu jagħżlu lilha u mhux il-pjaċiri tad-dinja li jgħaddu f'tebqa ta' għajn.", "Huwa kellu tentazzjonijiet kbar biex iżeblaħ 'l Alla u biex ma jemminx.", "Fl-aħħar lejl qabel miet hu ġarrab id-dlam tas-Salib, iżda l-aħħar siegħa kienet waħda ta' paċi kbira hekk kif hu qabad ix-xbieha favorita ta' Marija Addolorata u sejjaħ isimha.", "San Gabrijel huwa notevoli għaliex wasal hekk malajr għall-perfezzjoni minn ħajja ta' eċċess, iddedikata għall-pjaċiri ta' din id-dinja, għal ħajja marbuta mal-Passjoni ta' Sidna.", "U ladarba, San Gabrijel kellu devozzjoni kbira lejn Ommna Marija Addolorata, tajjeb li ninkludi xi talb u riflessjonijiet dwarha, għall-meditazzjoni u l-użu tagħkom:", "TALB U RIFLESSJONIJIET DWAR ID-DULURI TA' MARIJA", "Id-duluri tal-Verġni Marija – Via Matris", "Il-Kurunella lill-Madonna tad-Duluri", "Litanija tas-seba' Duluri u talba lil Marija tad-Duluri", "Wieqfa taħt is-Salib", "Jiltaqa' m'Ommu", "Fi ħdan Ommu", "Ma' Marija taħt is-Salib", "Stabat Mater – Wieqfa kienet imbikkija", "Is-seba' Duluri ta' Ommna Marija", "Talba", ":", "O Alla Missier, aħna lkoll bħal San Gabrijel tal-Addolorata nistgħu nħobbu lil Ġesù tant li nżommuh bħala l-Maħbub Divin tar-ruħ tagħna u norbtu qalbna miegħu biss, hekk li nibqgħu fidili lejH sal-aħħar ta' ħajjitna, twila kemm tkun twila.", "Nitolbuk dan bl-istess Ibnek u Sidna Ġesù.", "Ammen.", "English Version:", "http://vultuschristi.org/index.php/2007/02/feast-of-saint-gabriel-of-the-addolorata/", "Alternative Reading:", "https://www.findagrave.com/memorial/138877055/gabriel_of_our_lady_of_sorrows-possenti", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Gabriel_of_Our_Lady_of_Sorrows", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edaa3383', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-6-26-santa-anna-line/", "title": "26 ta' Frar: Santa Anna Line", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Anna Line", "\"Min jilqa' lilkom ikun jilqa' Lili, ... u kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax huwa dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu.\" –", "Ġesù f'Mattew 10: 40,42", "SANTA ANNA LINE", "Martri", "c. 1565 – † 1601", "Tagħrif:", "Din hija waħda mill-40 martri Ngliżi li l-Qaddis Papa Pawlu VI kkanonizza flimkien fl-1970.", "Hi u żewġha huma eżempju erojku ta' dedikazzjoni minn lajċi fi żmien ta' persekuzzjoni.", "Anna née Heigham kienet bint ġenituri Kalvinisti akkaniti; ikkonvertiet għar-reliġjon Kattolika flimkien ma' ħuha meta kien għad ma kellhiex 20 sena.", "Minħabba f'hekk it-tnejn kienu maqtugħin mill-wirt.", "Fl-1585, meta hi kellha dsatax-il sena, iżżewġet lil Roger Line, ikkonvertit tal-età tagħha li malajr ġie arrestat għax kien imur għall-quddies.", "Huwa wkoll kien ġie maqtugħ mill-wirt u miet fl-eżilju fi Fjandra fl-1594.", "Anna sabet ruħha f'faqar kbir u bdiet tieħu ħsieb dar kbira f'Londra, li Fr. John Gerard, Ġiżwita, kien fetaħ biex jilqa' fiha lill-qassisin fiż-żmien tal-persekuzzjoni Protestanta.", "Minkejja s-saħħa dgħajfa tagħha, Anna kienet tagħmel kollox f'din id-dar, tant li kienu laqqmuha s-\"Sinjura Marta.\"", "Hi wriet li kienet mara ta' kapaċità, diskreta, u ġentili.", "Fil-ħin liberu tagħha kienet tgħallem lit-tfal u taħdem ir-rakkmu.", "Wara l-ħarba famuża ta' Fr. Gerard mit-Torri ta' Londra fl-1597, hi marret f'dar oħra.", "Biex id-dedikazzjoni tagħha tkun permanenti u aktar kompleta, Anna ħadet il-voti ta' faqar, kastità u ubbidjenza u, minkejja l-periklu, nuqqas ta' saħħa u uġigħ ta' ras kważi kontinwu, kienet tgawdi paċi kbira.", "Il-folla kbira li nġabret filgħodu kmieni nhar il-Kandlora tas-sena 1601 qanqlet suspett, u meta waslu l-pulizija, il-qassis kien diġà ħarab, imma sabu kamra mimlija nies u kollox lest għall-quddiesa.", "Anna ġiet arrestata u mitfugħa l-ħabs.", "Fis-26 ta' Frar hi kienet akkużata li laqgħet għandha saċerdot: il-prova prinċipali kien l-altar li nstab fid-dar.", "Instabet ħatja u kkundannata għall-mewt; qatluha l-għada.", "Meta ġiet ikkundannatha għall-mewt, hi laqgħet is-sentenza tagħha bil-ferħ għax hi kienet spiss tgħid lil Fr. Gerard:", "\"Jien nixtieq, aktar minn kollox, li mmut għal Kristu.\"", "Lill-folla li nġabret f'Tyburn hija qaltilhom:", "\"Jiena ġejt is-sentenzjata għall-mewt għax tajt kenn lil qassis Kattoliku, u tant m'għandix indiema li għamilt hekk li b'qalbi kollha nixtieq li flok wieħed nilqa' elf.\"", "Imbagħad hija bieset il-forka, qagħdet għarkopptejha u bdiet titlob.", "Kellha biss xi 35 sena.", "Hija ġiet iddikjarata Beata mill-Papa Piju XI fil-15 ta' Diċembru, 1929, u kkanonizzata bħala martri fil-25 ta' Ottubru 1970, mill-Papa Pawlu VI.", "Santa Anna Line tista' titqies bħala mudell u patruna tan-nisa li jieħdu ħsieb id-djar tas-saċerdoti.", "Ħsieb", ":", "Il-Mulej Ġesù wiegħed premju lil kull min jagħti mqar \"tazza ilma frisk\" (Mattew 10:40,42) lill-missjunarji tiegħu.", "Anna Line tat aktar għan-nom tas-saċerdozju – tat il-ħajja tagħha stess.", "Forsi ma tantx għad hawn min għadu japprezza l-kobor tas-saċerdozju fiż-żminijiet tal-lum, għax ix-xitan qed jagħmel minn kollox biex minħabba xi ftit minnhom, jagħti reputazzjoni ħażina lil kollha kemm huma.", "Is-saċerdoti qieshom l-ajruplani, meta jaqa' wieħed, id-dinja kollha ssir taf b'dan.", "Imma kemm iwasslu erwieħ fid-destinazzjoni tagħhom li hija s-Sema, dan ma jixxandarx?", "Min hu s-Saċerdot?", "Ejjew naħsbu għal ftit mumenti fuq il-kobor tas-Saċerdozju fil-Knisja:", "fuq il-qawwa tas-saċerdoti li jaħfru d-dnubiet f'isem Alla,", "fuq is-setgħa li jikkonsagraw sempliċi ħobż fil-Ġisem, ir-Ruħ u d-Divinità ta' Sidna Ġesù Kristu,", "fuq ir-responsabbiltà tremenda tas-saċerdoti fejn jidħol id-destin etern tal-erwieħ immortali li huma fdati f'idejhom,", "li huma għandhom jigwidaw lill-erwieħ billi jxandrulhom il-Verità Sħiħa u jwissuhom biex iżommu fit-triq id-dritta tal-Kmandamenti t'Alla.", "Issa, is-Sagrament tal-Ordni Sagri huwa wieħed mit-tliet Sagramenti li bniedem jista' jirċievi darba biss, għax dawn iħallu siġill dejjiemi fir-ruħ ta' min jirċevihom.", "Minħabba l-effett kbir u l-influenza sinifikanti fuq il-ħajja tal-bniedem, il-Knisja tpoġġi persuni bħala għajnuna, anki meta dawn is-sagramenti jirċevihom adult.", "Fejn, mela, nistaqsi, huma l-isponsers għas-saċerdot?", "Huwa din il-grazzja mhux tqila biżżejjed biex jistħoqqilha dan is-sapport?", "Ċertament li l-Mulej fada lis-saċerdoti kollha tiegħu ma' San Ġwann f'idejn il-merti tal-Omm Imbierka taħt is-salib!", "Imma hi ma tkunx ferħana li jkollha llum iben jew bint li jgħinuha f'din ir-responsabbiltà permezz ta' interċessjoni, sagrifiċċji u kull xorta ta' għajnuna lis-saċerdoti li huma l-ulied ta' qalbha?", "Ċertament li ħadd m'għandu dubji dwar dan.", "X'sejħa nobbli hi din li wieħed jilqa' fuqu l-missjoni li jissapportja lil xi saċerdoti, billi jgħinhom fir-responsabbiltà immensa tagħhom fejn jidħlu l-affarijiet qaddisa t'Alla f'dinja dejjem iżjed sekularizzata.", "Tissapportjahom bit-talb speċjali tiegħek, biċ-ċaħdiet żgħar jew kbar li inti toffri lill-Mulej għalihom, b'offerta bi mħabba tad-diffikultajiet li ġġib magħha l-ħajja tiegħek ta' kuljum u flimkien ma' għajnuna prattika fil-parroċċi, knejjes, kappelli, djar, kunventi, skejjel, sptarijiet u postijiet oħra fejn is-saċerdoti jkunu qed iwettqu l-appostolat tagħhom.", "F'dan int tassew iben u bint is-Sinjura!", "F'dan int tassew għajnuna xierqa għas-saċerdoti.", "Il-Mulej wiegħed: \"", "Min jilqa' lilkom ikun jilqa' Lili, ... u kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax huwa dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu.", "\" (Mattew 10:40,42)", "Jalla il-ħlas tal-Mulej ikun il-grazzja li int ikollok dejjem saċerdot li jagħtik kuljum lil Ġesù fis-Sagrament Imqaddes u fl-aħħar ta' ħajtek ferħ etern.", "(", "ara Channel fuq Youtube b'Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti", ")", "(", "ara Ktieb ta' Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti", ")", "(", "ara kif tista' tkun Omm Spiritwali għas-Saċerdoti – Fr Hayden Williams OFM Cap", ")", "Talba", ":", "Għinna Mulej, għat-talb ta' Santa Anna Line, biex nerġgħu inqajmu fina u fl-oħrajn reverenza lejn is-Saċerdozju fil-Knisja, li Inti fil-ħniena tiegħek waqqaft biex minnu nirċievu l-grazzji tiegħek.", "Agħmel li naslu biex nagħtu s-sapport tagħna lis-saċerdoti tiegħek, bit-talb u bl-offerta tas-sagrifiċċji tagħna ta' kuljum, b'għajnuna fil-prattika fil-parroċċi u fil-postijiet kollha fejn is-saċerdoti jkunu qed iwettqu l-appostolat tagħhom.", "Għinna ngħinuhom ikunu saċerdoti qaddisin!", "Bi Kristu Sidna", ".", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicireland.net/saintoftheday/st-anne-line-d-1601-2/", "Alternative Reading:", "http://www.newadvent.org/cathen/09270b.htm", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Anne_Line", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edaa41ac', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-7-27-san-gwann/", "title": "27 ta' Diċembru: San Ġwann", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann", "\"Ġwanni xehed għall-ħwejjeġ mistura li ra fuq il-Verb ta' Alla u fuq ix-xhieda mogħtija minn Ġesù Kristu.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ġwann", "SAN ĠWANN", "Appostlu u Evanġelista", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled fil-Galilija, madwar is-sena 6 wara Kristu.", "Missieru kien sajjied jismu Żebedew.", "Ġwanni u ħuh San Ġakbu l-Kbir ġew imsejħin minn Ġesù biex ikunu dixxipli tiegħu (Mark 1:19-20).", "Mid-dehra kellhom karattru fuq tagħhom.", "Darba resqu lejn Ġesù u qalulu: \"Mgħallem, irridu li dak li nitolbuk tagħmilhulna (ara Mark 10:35-41).", "Darb'oħra meta s-Sammaritani ma laqgħux lil Ġesù, dawn it-tnejn staqsewh riedx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?", "(Luqa 9:54) Ġesù kien sejħilhom Boanerges, jiġifieri \"ulied ir-ragħad.\"", "(Mark 3:17)", "B'danakollu, Ġesù kellu mħabba kbira lejn dawn iż-żewġ aħwa.", "U San Ġwann kien \"id-dixxiplu l-maħbub ta' Ġesù\" (Ġwanni 21:7).", "Huwa kien preżenti fit-trasfigurazzjoni ta' Ġesù fuq l-għolja Tabor; meta Ġesù qajjem lit-tifla ta' Ġajru: fl-agunija ta' Ġesù fil-Ġetsemani.", "Flimkien ma' Pietru kien magħżul biex iħejji l-aħħar ikla.", "F'dik l-ikla kien ħdejn Ġesù b'rasu ma' sider Ġesù.", "Kien ukoll l-uniku fost l-appostli li għalkemm kien l-iżgħar fosthom baqa' mal-Madonna taħt is-salib meta Ġesù kien imsallab sakemm miet u difnuh.", "Minn fuq is-salib, ftit qabel miet, Ġesù fdah f'idejn il-Madonna, u fl-istess waqt talbu jieħu ħsiebha.", "F'Ħadd il-Għid, Ġwanni mar jiġri flimkien ma' San Pietru lejn il-qabar ta' Ġesù, u emmen li Ġesù kien qam mill-mewt.", "Kien hu wkoll, l-ewwel wieħed, li għaraf lil Ġesù rxuxtat ħdejn il-baħar ta' Tiberjade.", "Ġwanni kien ma' San Pietru ħdejn it-Tempju, wara l-Pentekoste, meta sar l-ewwel miraklu kbir – il-fejqan ta' wieħed magħtub minn twelidu, li minħabba f'hekk kellu jqatta' l-lejl fil-ħabs, flimkien ma' San Pietru.", "Wara li waqqaf il-Knisja f'Ġerusalemm huwa mar għal xi snin f'Efesu, fl-Asja Minuri (illum Turkija).", "Hawnhekk, skont tradizzjoni, għex mal-Madonna sakemm mietet, u kiteb il-Vanġelu u l-ittri.", "Minħabba t-tagħlim tiegħu huwa ġie eżiljat għal xi żmien fil-gżira ta' Patmos fejn kiteb l-Apokalissi.", "(Apokalissi 1:9)", "Huwa ħadha bil-qawwa kollha mal-eretiċi li kienu jgħidu li Ġesù ma kienx Alla, u saħaq ħafna mal-Insara fuq il-kmandament tal-imħabba.", "Huwa miet f'Efesu, l-aħħar fost l-Appostli, meta kellu madwar erbgħa u disgħin sena.", "Ħsieb", ":", "Il-messaġġ tar-raba' Vanġelu huwa kollu fuq Ġesù bħala dak li ġie biex jagħti l-ħajja fil-milja tagħha.", "Din hija lista ta' xi siltiet mill-Vanġelu ta' San Ġwann li juru dan:", "\"Kul ma sar kellu l-ħajja fih.\"", "(Ġwanni 1:4)", "\"Kif Mosè refa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem.\"", "(Ġwanni 3:16)", "\"Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta' dejjem.\"", "(Ġwanni 3:36)", "\"L-ilma li nagħti jien isir fih għajn ta' ilma li jwassal sal-ħajja ta' dejjem.\"", "(Ġwanni 4:14)", "\"Għax bħal ma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu.\"", "(Ġwanni 5:21)", "\"Tassew tassew ngħidilkom li min jisma' kelmti u jemmen f'min bagħatni, għandu l-ħajja ta' dejjem, u ma jsirx ħaqq minnu, imma għadda mill-mewt għall-ħajja.\"", "(Ġwanni 5:24)", "\"Tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-oqbra jisimgħu leħnu (leħen l-Iben), u joħorġu; dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja.\"", "(Ġwanni 5:28)", "Lil-Lhud qalilhom \"Intom ma tridux tiġu għandi biex ikollkom il-ħajja.\"", "(Ġwanni 5:40)", "\"Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.\" (ara Ġwanni 6:22-59)", "Pietru jistqarr, \"Mulej, inti għandek il-kliem tal-ħajja ta' dejjem.\"", "(Ġwanni 6:68)", "\"Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.\"", "(Ġwanni 8:12)", "\"Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u l-ħajja bil-kotra.\"", "(Ġwanni 10:10)", "\"In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni ... u jiena nagħtihom il-ħajja ta' dejjem.\"", "(Ġwanni 10:28)", "\"Jiena hu l-qawmien u l-ħajja.\"", "(Ġwanni 11:25)", "\"Jienu hu t-triq, il-verità u l-ħajja.\"", "(Ġwanni 14:6)", "\"Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma inti tajtu s-setgħa fuq il-bnedmin kollha, biex huwa jagħti l-ħajja ta' dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu f'idejh.\"", "(Ġwanni 17:1-2)", "\"Dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta' Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu.\"", "(Ġwanni 20:31)", "U int, ilqajt lil Ġesù, Sid il-ħajja f'ħajtek jew għadek tgħammar fid-dlamijiet tad-dnub?", "Qed tħalli lill-Mulej iġib il-ħajja vera f'qalbek u f'ħajtek billi tfittex li timxi fuq it-tagħlim tiegħu?", "Il-ħajja li għandek fi Kristu, qiegħed/qegħda twassalha lill-oħrajn madwarek?", "Titgħajjex b'ruħ safja u ta' spiss bil-Ħobż tal-Ħajja?", "Talba", ":", "O Alla, inti wrejtna l-misteri tal-Verb tiegħek permezz tal-appostlu San Ġwann: agħmel li nifhmu sewwa kemm nistgħu, it-tagħlim li hu fissrilna hekk tajjeb.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/saint-john-apostle.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-the-apostle/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_the_Apostle", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb92eda', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-9-29-san-tumas-becket/", "title": "29 ta' Diċembru: San Tumas Becket", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Tumas Becket", "\"Min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta' dejjem.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Tumas Becket", "SAN TUMAS BECKET", "Isqof u Martri", "1118 – 1170", "Tagħrif:", "San Tumas Becket twieled f'Londra, fil-21 ta' Diċembru 1118, minn familja sinjura u prominenti.", "Huwa studja mal-Kanonċi regulari f'Merton, Surrey.", "Meta kellu 24 sena daħal skrivan ma' Teoboldu, Arċisqof ta' Canterbury, u malajr sar kunfidenti ewlieni tiegħu.", "Fl-1154 ordna djaknu u l-Arċisqof ħatru Arċidjaknu ta' Canterbury, u fl-1155 ir-Re Neriku II ħatru l-Kanċillier tal-Ingilterra.", "Malajr sar bniedem setgħan u għani ħafna.", "Meta Teoboldu miet fl-1161, Tumas ġie nnominat mir-Re stess biex jilħaq floku.", "Għalhekk, fl-1162 Tumas ġie ordnat saċerdot u wara kkonsagrat isqof.", "Hekk Tumas sar l-Arċisqof ta' Canterbury u Primat tal-Ingilterra.", "Wara l-ħatra tiegħu, Tumas irriżenja minn kanċillier, ħalla l-ħajja lussuża tiegħu u ħaddan waħda l-iktar sempliċi, u beda jagħmel id-doveri reliġjużi tiegħu bl-ikbar reqqa.", "Il-ħbiberija li kien hemm bejn ir-Re u l-Arċisqof bdiet titħassar minħabba l-konflitti li bdew jinqalgħu bejn il-Gvern u l-Knisja.", "Neriku ried li l-Knisja tkun ubbidjenti lejh, waqt li Tumas ma setax skont il-kuxjenza tiegħu jħalli l-Knisja titlef il-libertà u d-drittijiet tagħha.", "Fl-1164, l-Arċisqof irrifjuta li jaċċetta l-Kostituzzjoni ta' Clarendon li fost kollox kienu jiċħdu lill-kleru d-dritt li jappella għand il-Papa.", "Minħabba f'hekk l-Arċisqof kellu jaħrab u jmur fi Franza fejn dam eżiljat għal sitt snin sakemm reġa' lura l-Ingilterra fl-1170.", "Meta r-Re sar jaf li l-Arċisqof irritorna, ir-Re mitluf bir-rabja qal: \"Kif?", "Ma hawn ħadd f'saltnati li jista' jeħlisni minn dal-qassis insolenti?\"", "Għal dan il-kliem, erba' kavallieri tar-Re marru immedjatament fil-Katidral ta' Canterbury u qatlu lill-Arċisqof bix-xwabel tagħhom fid-29 ta' Diċembru, 1170.", "Il-mewt ta' San Tumas ħasdet l-Ewropa kollha.", "Sentejn wara mewtu ġie kkanonizzat Qaddis mill-Papa Alessandru III.", "Ħsieb", ":", "Mal-Verità m'hemmx kompromessi!", "Ma nistgħux insejħulu abjad dak li nafu li hu iswed, anki jekk l-avversarji tagħna jaslu joqtluna!", "Kemm hu nobbli n-Nisrani li jirraġuna b'dan il-mod.", "\"Min jibqa' jżomm sħiħ sal-aħħar, dan isalva.\"", "(Mattew 24:13) qalilna Ġesù u f'post ieħor qal:", "\"Dan ngħidilkom, ħbieb tiegħi, tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iżjed.\"", "(Luqa 12:4)", "San Tumas Becket iddefenda bis-sħiħ id-drittijiet li l-kariga tiegħu kienet titlob li għandu jħares.", "Żamm iebes kontra pressjoni u intimidazzjoni l-iktar qawwijin.", "Ma ċediex akkost li jitlef ħajtu.", "Aħna kemm naqdu l-kariga jew nagħmlu x-xogħol tagħna kuxjenzjożament?", "Kemm ma nħallux il-flus, il-prestiġju, il-poter, l-avvanz, impieg ieħor, jew xi gwadann ieħor jinfluwenzana b'mod li nittraskuraw il-qadi ta' dmirijietna?", "Il-Papa Franġisku qal dan id-diskors fis-16 ta' Novembru, 2015 waqt omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta:", "\"L-idea li kulħadd ikun jaħsibha l-istess, l-umaniżmu li jieħu post Kristu, il-bniedem veru, teqred l-identità Kristjana.", "Ma nirkantawx il-karta tal-identità tagħna.", "Naraw dawn it-tliet kelmiet:", "mondanità, apostasija (ċaħda), persekuzzjoni", ":", "Il-mondanità", "tfisser li nagħmlu dak li tagħmel id-dinja.", "Tfisser li nirkantaw il-karta tal-identità tagħna: aħna ugwali mal-oħrajn.", "B'hekk insibu li ħafna Iżraeliti ċaħdu l-fidi tagħhom u tbiegħdu mill-Patt il-Qaddis.", "U dak li deher tant raġonevoli – aħna bħal kulħadd, aħna normali – sar il-qerda.", "L-apostasija,", "hi ċ-ċaħda.", "Jiġifieri li l-mondanità twasslek għall-ħsieb uniku u għall-apostasija.", "Mhux aktar permess li jkun hemm differenzi: ilkoll l-istess.", "Qed ifakkruni f'każ: li l-festi reliġjużi nbidlilhom isimhom, – eżempju t-twelid tal-Mulej jingħata isem ieħor – biex tinqered l-identità.", "Dan jibda minn għerq, għerq żgħir, u jispiċċa biex isir deżolazzjoni ta' min jistmerrha, jispiċċa jsir", "persekuzzjoni", ".", "Dan hu l-ingann tal-mondanità u għalhekk Ġesù kien talab lill-Missier f'dik iċ-Ċena: 'Missier ma nitolbokx biex tneħħihom mid-dinja, imma ħarishom minnha' – minn din il-mentalità, minn dan l-umaniżmu, li ġej biex jieħu post il-bniedem veru, Ġesù Kristu, li ġej biex ineħħilna l-identità Nisranija u jridna kollha naħsbu l-istess ħaġa: ħafna jagħmlu hekk, jien għaliex le?", "Dal-ħsieb dominanti ta' żmienna għandu jġegħelna naħsbu:", "kif inhi l-identità tiegħi?", "Hija Nisranija jew mondana?", "Jew jien ngħid li jien Nisrani għax meta kont tarbija għammduni u għax twelidt f'pajjiż Nisrani, fejn kulħadd hu Nisrani?", "Il-mondanità tidħol inkiss inkiss, tikber, tiġġustifika ruħha u tniġġes.", "Tikber bħal dak l-għerq, tiġġustifika ruħha: 'Imma ħa nagħmlu bħalma jagħmel kulħadd, fl-aħħar mill-aħħar m'aħniex differenti!'", "Infittxu dejjem ġustifikazzjoni, u fl-aħħar nitniġġsu u ħafna mill-gwaj jinbet minn hemm.", "Nitolbu lill-Mulej għall-Knisja, biex il-Mulej iħarisha minn kull forma ta' mondanità.", "Jalla l-Knisja jkollha dejjem l-identità li taha Ġesù Kristu; jalla aħna lkoll ikollna l-identità li rċevejna fil-Magħmudija, u li din l-identità li rridu nkunu bħal kulħadd, biex inkunu 'normali', tintrema 'l barra.", "Jalla l-Mulej agħtina l-grazzja li nżommu u nħarsu l-identità Nisranija tagħna kontra l-ispirtu tal-mondanità li dejjem qed jikber, li jiġġustifika ruħu u jniġġes.\"", "Talba", ":", "O Alla, int tajt il-grazzja lill-martri San Tumas biex bi qlubija kbira jxerred demmu għall-ġustizzja; bit-talb tiegħu, agħtina li f'din id-dinja niċħdu ħajjitna għal Kristu ħalli nsibuha fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/saint-thomas-becket.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-thomas-becket/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Thomas_Becket", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb978b6', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-6-26-san-stiefnu/", "title": "26 ta' Diċembru: San Stiefnu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Stiefnu", "\"Kristu, li twieled għalina, żejjen lil San Stiefnu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.\" –", "Antifona tad-dħul mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Stiefnu", "SAN STIEFNU", "Djaknu u l-Ewwel Martri", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "Kul ma nafu dwar San Stiefnu nafuh mis-sitta u s-seba' kapitli tal-Atti tal-Appostli.", "San Stiefnu kien Lhudi, iżda ta' kultura Griega.", "Ismu bil-Grieg ifisser kuruna.", "Sar dixxiplu ta' Ġesù wara l-Axxensjoni, u ntagħżel biex ikun wieħed mis-seba' Djakni.", "Il-kelma djakni ġejja mill-Grieg \"diakonia\" li tfisser servizz.", "In-numru tal-Insara kien qed joktor.", "Dawk li kienu ta' kultura Griega (Hellenin) bdew igergru li n-nisa romol tagħhom ma kinux jieħdu ħsiebhom bħalma kienu jieħdu ħsieb ir-romol tal-Lhud.", "L-appostli ma setgħux iħallu l-Kelma ta' Alla biex jaqdu fl-imwejjed, għalhekk talbu l-komunità biex jagħżlu sebat irġiel prudenti u twajbin biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "L-ewwel li għażlu kien San Stiefnu, żagħżugħ mimli bl-Ispirtu u bil-għerf.", "Kellu inizjattiva straordinarja, għamel bosta għeġubijiet u kien jitkellem b'għerf u b'enerġija hekk qawwija li ħadd ma kien jista' jirreżistih.", "Il-Lhud xegħlu kontrieh, u billi ma setgħux ilaħħqu mal-għerf tiegħu xlewh quddiem is-Sinedriju li kien qed jinsulta l-liġi ta' Alla u ta' Mosè.", "Huma karkruh barra mill-belt u ħaġġruh.", "Hekk sar l-ewwel wieħed li ta ħajtu għall-fidi tiegħu f'Ġesù.", "Meta kien quddiem din il-ġemgħa ta' nies mimlija qilla għalih biex joqtluh wera kuraġġ kbir liema bħalu meta għamel kif għamel qablu Ġesù, talab għall-għedewwa tiegħu.", "Fost dawk li kienu preżenti kien hemm Sawlu, dak li mbagħad sar l-Appostlu tal-Ġnus, kien l-ewwel u l-akbar frotta tad-demm li xerred San Stiefnu fil-martirju tiegħu.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mid-Diskorsi ta' San Fulġenzju, Isqof ta' Ruspe bit-titlu 'L-armi tal-imħabba':", "\"Il-bieraħ iċċelebrajna t-twelid temporali tas-Sultan etern tagħna; illum qegħdin niċċelebraw it-tbatija u l-mewt rebbieħa tas-suldat tiegħu.", "Il-bieraħ is-Sultan tagħna, liebes il-ġisem ta' bniedem bħal b'libsa rjali, ħareġ minn ġuf il-Verġni qisu mill-palazz tiegħu, u għoġbu jiġi u jżur id-dinja; illum is-suldat tiegħu ħareġ mit-tinda tal-ġisem, u telaq rebbieħ lejn is-sema.", "Stiefnu, biex tkun tistħoqqlu l-kuruna li tfisser ismu:", "kellu l-imħabba bħala l-arma tiegħu,", "biha ħareġ rebbieħ kullimkien.", "Bl-imħabba ta' Alla ma ċediex quddiem il-qilla tal-Lhud,", "bl-imħabba ta' għajru talab għal min kien iħaġġru.", "Bl-imħabba qagħad iħaqqaq ma' min kien fl-iżball, biex dawn jerġgħu lura għas-sewwa;", "bl-imħabba talab għal min ħaġġru, biex ma jiġux ikkastigati.", "Bl-għajnuna u l-qawwa tal-imħabba rebaħ lil Sawl, qalil u aħrax, hekk li fis-sema stħaqqlu jaqsam fl-hena ma' dak li kien ippersegwitah fuq l-art.", "L-istess imħabba qaddisa u sħiħa xtaqet tikseb bit-talb lil dawk li ma setgħetx tiksibhom għal Alla bit-twissijiet.", "Għalhekk, ħuti, ladarba Kristu tana l-imħabba bħala s-sellum li bih kull Nisrani jista' jitla' fis-sema, fittxu li jkollkom l-imħabba safja u qawwija, uruha lil xulxin bejnietkom, u permezz tagħha imxu u itilgħu 'l fuq.", "San Stiefnu ħaddan il-mewt li ġiet għalih fl-aħjar ta' ħajtu, b'kuraġġ mill-akbar, b'tama l-iktar qawwija li kien ser jingħaqad ma' Ġesù fil-ġenna, u bl-imħabba liema bħalha lejn kulħadd, ukoll lejn dawk li kienu qed joqtluh.", "Tgħid aħna kapaċi naslu li nagħmlu bħalu meta xi ħadd joffendina bil-kbir!", "Iva naslu jekk inkunu nħobbu lil Ġesù bħalma kien iħobbu hu.\"", "Talba", ":", "Aħna u nagħtu ġieħ lil San Stiefnu fit-tifkira tad-daħla tiegħu fis-sema, agħtina l-grazzja, Mulej, li nsiru nixbhuh, u nitgħallmu nħobbu wkoll l-għedewwa, kif talab hu għal dawk li ħaqruh.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/saint-stephen_21.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-stephen/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Stephen", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb95a28', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-5-25-it-twelid-ta-sidna-gesu-kristu/", "title": "25 ta' Diċembru: It-Twelid ta' Sidna Ġesu' Kristu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "It-Twelid ta' Sidna Ġesu' Kristu", "\"Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.\" –", "Galatin 4:4-5", "IT-TWELID TA' SIDNA ĠESÙ KRISTU", "Tagħrif:", "Il-Messija kien ilu mwiegħed sa minn mijiet ta' snin.", "Kienet ta' preparazzjoni għalih l-għażla ta' poplu, li sar il-poplu ta' Alla.", "Ħabbruh il-Profeti.", "Xtaquh l-poplu magħżul, speċjalment meta ħass ruħu magħfus mill-ġnus barranin.", "Meta, imbagħad, waslet il-milja taż-żminijiet, il-Mulej twieled minn mara jisimha Marija.", "Għalkemm miżżewġa ma' Ġużeppi, raġel ġust, hi baqgħet verġni fit-twelid tal-Iben waħdieni tagħha, għax dak li sar fiha kien opra tal-Ispirtu s-Santu.", "Fi twelidu, fil-faqar ta' għar ġo Betlem, l-ewwel ma għarfuh kienu r-rgħajja.", "Imma hu ġie għall-bnedmin kollha, fqar u għonja bla differenza ta' xejn.", "Minn dakinhar ta' twelidu, id-dinja bdiet tisma' s-sejħa ħalli timxi warajh.", "Il-poplu Lhudi ma baqax waħdu bħala l-poplu ta' Alla.", "Bdiet isseħħ il-fidwa tal-bnedmin kollha, ta' kull lewn, ta' kull razza, u ta' kull żmien.", "Il-25 ta' Diċembru kienet il-ġurnata li fiha d-dinja Rumana kienet tiċċelebra t-twelid tax-xemx, għax f'dak iż-żmien tas-sena l-ġurnata terġa' tibda titwal.", "L-Insara għażlu din il-ġurnata biex fiha jiftakru u jifirħu bit-twelid ta' Ġesù Kristu: ix-Xemx ta' dejjem u d-Dawl ta' kull bniedem.", "Il-ferħ tal-Milied, it-tiżjin tat-toroq, ir-rigali li nagħtu lil xulxin suppost li huma sinjali li jfakkruna li Ġesù Kristu twieled ġewwa fina u qed jgħix fil-qalb tagħna.", "Flimkien mar-rigali, in-Nisrani jwassal 'il Kristu bil-kelma u bl-imġiba, u b'messaġġ li jibqa' jinħass għal wara l-Milied ukoll.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mid-Diskorsi tal-Papa San Ljun il-Kbir bit-titlu 'Agħraf, o Nisrani, l-kobor tiegħek!':", "\"", "Għeżież, illum twieled is-Salvatur tagħna; ejjew nifirħu.", "M'huwiex sewwa li wieħed isewwed qalbu fejn hi mwielda l-ħajja, dik il-ħajja li qerdet il-biża' tal-mewt u mlietna bl-hena tal-ħajja ta' dejjem.", "Ħadd m'hu se jkun imċaħħad minn sehmu f'din ix-xrara ta' hena li għalih kulħadd xorta waħda hu msejjaħ: għax Sidna, li qered id-dnub u l-mewt, bħalma 'l ħadd minna ma sab nieqes mill-ħtija hekk ġie biex jeħles lil kulħadd.", "Jithenna l-qaddis għax wasal għall-premju.", "Jifraħ il-midneb għax hu mistieden għall-maħfra.", "Jieħu r-ruħ il-pagan għax isejjaħ għall-ħajja.", "Għax l-Iben ta' Alla, fil-milja taż-żminijiet, kif fassal Alla fil-pjan għoli tiegħu li ħadd ma jista' jiflih, sar bniedem biex jerġa' jħabbeb il-bnedmin mal-ħallieq tagħhom, u hekk ix-xitan, li bih daħlet il-mewt fid-dinja, jintrebaħ bis-saħħa ta' dik l-istess natura li biha hu kien ħareġ rebbieħ.", "Għalhekk, aħna jeħtieġ li ninżgħu l-bniedem il-qadim bl-għemejjel tiegħu; u, ladarba issa ksibna sehem fit-tnissil ta' Kristu, irridu niċħdu l-għemejjel tal-ġisem.", "Agħraf, o Nisrani, il-kobor tiegħek; int, li sseħibt ma' Alla fin-natura tiegħu, la terġax taqa' fil-post baxx ta' dari b'ħajja mhix xierqa.", "Ftakar ta' liema ras u ġisem int membru.", "Żomm f'moħħok li inti nqtajt minn taħt is-setgħa tad-dlamijiet u għaddejt fid-dawl u s-saltna ta' Alla.", "Bis-Sagrament tal-Magħmudija sirt tempju tal-Ispirtu s-Santu; qis li Spirtu hekk qaddis li jgħammar fik ma tkeċċihx minnek b'għemejjel ħżiena u tintelaq mill-ġdid taħt il-jasar tax-xitan: għax il-ħlas tal-fidwa tiegħek hu d-demm ta' Kristu.\"", "U int, wellidt lil Ġesù f'qabek u f'ħajtek?", "Neħħejt id-dlamijiet tad-dnub bis-Sagrament tal-Qrar biex tkun tista' tilqa' ġewwa fik lid-Dawl ta' dejjem fit-Tqarbin Imqaddes?", "Se tkompli tgħix b'tali mod li l-Milied tkun tista' tkompli tiċċelebrah is-sena kollha għax il-Mulej se jkompli jgħix f'qalbek waqt li inti tgħix ħajja li togħġob lilu?", "Talba", ":", "O Alla, li ta' kull sena tferraħna fl-istennija tal-fidwa tagħna, agħmel li aħna, bħalma nilqgħu bil-ferħ lil Ibnek il-waħdieni, Feddej tagħna, hekk ukoll jistħoqqilna narawh bla biża' meta jiġi b'Mħallef tagħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/christmas-birthday-of-jesus.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/the-nativity-of-the-lord-christmas-665", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Nativity_of_Jesus", "A short version of the Film 'The Nativity Story':", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb98f50', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-8-28-il-qaddisin-innocenti-martri/", "title": "28 ta' Diċembru: Il-Qaddisin Innoċenti Martri", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Qaddisin Innoċenti Martri", "\"Kristu, li twieled għalina, żejjen lill-Innoċenti martri bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh. ...", "Dawn kienu mifdijin minn fost il-bnedmin, l-ewwel frott għal Alla u għall-Ħaruf: huma bla tebgħa quddiem it-tron ta' Alla.\" –", "Antifoni mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa tal-Qaddisin Innoċenti Martri", "IL-QADDISIN INNOĊENTI MARTRI", "Tagħrif:", "Fit-tieni kapitlu tal-Vanġelu skont San Mattew, insibu li malli s-Sultan Erodi l-Kbir li taħtu twieled Ġesù, għaraf li kien ġie ngannat mill-Maġi, xegħel b'rabja kbira, u minnufih ordna l-massakru tat-tfal subien ta' taħt is-sentejn f'Betlem u fl-inħawi ta' madwar.", "Hu bbaża l-kalkoli tiegħu fuq id-dati li kien ġabar minn fomm il-Maġi.", "Il-maġġoranza tal-kommentaturi jgħidu li n-numru tat-tfal innoċenti martri ma kienx jgħodd iżjed minn 25.", "Din il-festa nsibuha tiġi ċċelebrata fil-Knisja sa mis-seklu ħamsa, u mis-seklu sitta 'l quddiem il-jum tal-Festa sar it-28 ta' Diċembru.", "Dawn il-vittmi innoċenti huma meqjumin bħala \"martri,\" iżda mhux bħala martri ordinarji.", "Huma mhux biss mietu għal Kristu, iżda minflok Kristu.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mid-Diskorsi tal-isqof San Quodvultdeus bit-titlu 'Għadhom anqas jafu jitkellmu, u diġà qegħdin jistqarru 'l Kristu':", "\"Twieled it-tifel, tarbija ċkejkna, li hu s-Sultan il-Kbir.", "Il-kewkba wasslet lill-maġi ħdejh mill-bogħod; u ġew jaduraw lil dak li għalkemm mindud f'maxtura iżda jsaltan fuq is-smewwiet u fuq l-art.", "Il-maġi xandru t-twelid tas-Sultan, u Erodi tħawwad.", "Ried joqtlu biex ma jitlifx is-saltna.", "Kieku emmen fih, kien jista' jserraħ rasu mis-saltna tiegħu tal-art, u kien isaltan għal dejjem fil-ħajja l-oħra.", "Għaliex beżżgħetek, Erodi, l-aħbar tat-twelid tas-Sultan?", "Hu ma ġiex biex ikeċċi lilek, imma biex jegħleb lix-xitan.", "Int ma fhimt xejn minn dan, u għalhekk tħawwadt u wrejt il-qilla tiegħek; biex teqred lil dak il-wieħed li fittixt, sirt aħrax u qtilt dawk it-trabi kollha!", "Ebda ħniena ma ħassejt għall-ommijiet u l-missirijiet jibku u jolfqu minħabba l-qtil ta' wliedhom, anqas għat-trabi tagħhom iwerżqu u jixhru.", "Fnejt il-ħajja tat-tfal, għax il-biża' fnielek qalbek; mingħalik se tgħix ħajja twila jekk il-ħsieb tiegħek iseħħ, int li ridt teqred lill-istess Ħajja.", "Kemm hu kbir id-don tal-grazzja!", "X'merti kellhom it-trabi biex jaqilgħu grazzja ta' rebħa bħal din?", "Għadhom ma jafux jitkellmu, u ġa qegħdin jistqarru 'l Kristu.", "Għadhom bla ħila li jxejjru jdejhom u jitqabdu, u ġa qegħdin ixejjru l-palma tar-rebħa.\"", "U xi ngħidu għall-eluf ta' trabi li jinqatlu bl-abort?", "Forsi dawn m' humiex it-trabi innoċenti ta' żminijietna?", "U int, għaqli/ja biżżejjed biex tkun minn ta' quddiem li titkellmu favur il-ħajja sa mit-tnissil tagħha fil-ġuf għax taf lit-tarbija m'għandhiex vuċi ħlief tiegħek?", "Titlob biex jitwaqqaf l-abort u ma jiġix introdott f'pajjiżna?", "Tgħin u tagħti s-sapport tiegħek lill-Fundazzjonijiet Favur il-Ħajja li jaħdmu ma' nisa b'diffikultà fit-tqala u problemi oħra li jistgħu jkunu ta' theddida kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija?", "Talba", ":", "O Alla, f'dan il-jum it-Trabi Innoċenti martri xandru t-tifħir tiegħek mhux bil-kliem iżda bil-mewt tagħhom: agħmel li l-fidi li nistqarru b'fommna nuruha wkoll fl-imġiba ta' ħajjitna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/holy-innocents.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/holy-innocents/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Massacre_of_the_Innocents", "Nota: It-Tagħrif dwar din it-tifkira tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb96222', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-3-23-san-polikarpu/", "title": "23 ta' Frar: San Polikarpu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Polikarpu", "\"Lill-Anġlu tal-Knisja li hemm fi Żmirna iktiblu hekk: 'Dan jgħidlek dak li hu l-Ewwel u l-Aħħar, li kien mejjet u reġa' ħaj: 'Jiena naf it-taħbit u l-faqar tiegħek għad li inti għani.", "Ibqa' fidil sal-mewt, u jiena nagħtik il-kuruna tal-ħajja.", "Tibżax minn dak li jkollok issofri: ara, id-demonju se jixħet lil xi wħud minnkom fil-ħabs biex iġarrabkom.'\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Polikarpu", "SAN POLIKARPU", "Isqof u Martri", "59 – 155", "Tagħrif:", "L-atti awtentiċi ta' dan il-martri famuż kienu miktuba mill-Knisja ta' Żmirna u huma dokument importanti fl-istorja tal-knisja tal-bidu.", "San Polikarpu kien żagħżugħ meta ġie mgħammed minn San Ġwann l-Evanġelista u sar dixxiplu tiegħu f'madwar is-sena 80.", "Meta kellu 37 sena, ġie kkonsagrat Isqof ta' Żmirna, minn San Ġwann stess, probabbilment qabel ma kien eżiljat f'Patmos, fis-sena 96.", "Polikarpu mexxa l-Knisja ta' Żmirna għal 70 sena, u fost id-dixxipli tiegħu nsibu lil San Irenew u lill-kittieb Papija.", "San Irenew ħalla miktub li San Polikarpu kien jaf personalment lil San Ġwann u lill-oħrajn li kienu raw lill-Mulej.", "Waħda mill-avvenimenti kbar f'ħajtu, kienet li f'madwar is-sena 155, meta kellu iktar minn 96 sena, ftit qabel ma miet, mar Ruma biex f'isem il-Knisja tal-Lvant jiddiskuti mal-Papa San Aniċetu, it-twaqqif tal-jum tal-festa tal-Għid il-Kbir, u ddeċidew li ż-żewġ Knejjes jiċċelebraw l-Għid għal rashom, skont l-użanzi rispettivi tagħhom.", "Taħt l-imperaturi Lucius Virus u Marcus Aurelius, il-qaddis kien arrestat u meħud quddiem il-prokonslu.", "San Polikarpu kien miġjub quddiem Kwadratu li kien Prokonslu tal-Asja, u kkundannah għall-mewt billi jaħarquh.", "Meta ġie mitlub biex jiċħad lil Ġesù, wieġeb:", "\"Jien ili 86 sena li sirt nafu, ħabbejtu u servejtu, u Hu qatt ma naqasni.", "Kif nista' niċħdu issa!\"", "Talli ma riedx jiċħad lil Kristu, hu kien ikkundannat għall-mewt billi kien mitfugħ fin-nar.", "L-awturi tal-atti tiegħu, li jgħidu li kienu xhieda ta' dak li kitbu, isemmu l-fatt li l-fjammi tan-nar ma messewhx, imma ffurmaw bħal arkata fuq rasu.", "Minħabba f'hekk Polikarpu kien maqtul bix-xabla.", "Il-mewt tiegħu ġrat fit-23 ta' Frar, għall-ħabta tas-sena 166.", "Ġismu ġie maħruq, imma xi għadam tiegħu nġabar b'devozzjoni mill-Insara u llum jinsab ppreservat fil-knisja ta' San Ambrogio in Massimo, f'Ruma.", "San Polikarpu hu wieħed mill-Padri Appostoliċi.", "Ir-rakkont tal-martirju tiegħu, l-ittra tiegħu lill-Filippin u l-ittra li San Injazju ta' Antjokja kitiblu, huma fost l-aktar dokumenti prezzjużi tal-knisja bikrija.", "Ħsieb", ":", "Qari minn Ittra tal-Knisja ta' Żmirna fuq il-martirju ta' San Polikarpu:", "\"Meta kollox kien imħejji għall-ħuġġieġa, Polikarpu neża' ħwejġu, ħall il-ħżiem, u għamel kif seta' biex ineħħi wkoll il-qorq minn riġlejh, ħaġa li ma kienx jagħmilha qabel, għax l-Insara kollha kienu dejjem bl-imħatra bejniethom min jersaq lejh u jmissu l-ewwel; għax, sa minn qabel ma ħa l-martirju, kien bniedem imżejjen b'kull tjieba minħabba l-qdusija ta' ħajtu.", "Fejn kien qiegħed issa, kellu madwaru dak kollu li kien tħejja għall-ħuġġieġa.", "Resqu fuqu, u riedu jsammruh bl-imsiemer, iżda hu qalilhom:", "'Ħalluni hekk; min tani l-grazzja li mmut maħruq, jgħinni wkoll biex nibqa' fin-nar b'qalbi fis-sliem, bla ma jkun hemm għalfejn issammruni.'", "Għalhekk ma waħħluhx bl-imsiemer, imma rabtuh biss.", "Tahom idejh wara dahru, u rabtuh.", "Kien qisu barri sabiħ mill-merħla l-kbira lest għas-sagrifiċċju, bħal vittma li togħġob imħejjija għal Alla.", "Refa' għajnejh 'il fuq lejn is-sema, u qal:", "'Mulej Alla li tista' kollox, Missier ta' Ġesù Kristu, Ibnek l-għażiż u l-imbierek li ġie fostna u għarrafna min int, inti Alla tal-anġli u tal-qawwiet, Alla tal-ħlejjaq kollha u tal-ġusti kollha li jgħixu quddiemek.", "Tkun imbierek, Mulej, għax inti għoġbok li llum, f'din is-siegħa, flimkien mal-martri nieħu sehem fil-kalċi ta' Kristu Ibnek, biex bl-Ispirtu s-Santu nikseb il-qawmien tar-ruħ u l-ġisem għall-ħajja ta' dejjem li ma titħassarx.", "Ilqagħni magħhom illum quddiemek, bħal sagrifiċċju ta' offerta sabiħa li togħġbok, kif inti stess ħejjejtu, kif urejtni sa minn qabel li kellu jsir u issa qiegħed tagħmel li jseħħ, o Alla tas-sewwa li ebda gidba ma hemm fik.", "Għalhekk infaħħrek, imbierkek u nigglorifikak għal dak kollu li għamilt miegħi, b'Ibnek il-għażiż Ġesù Kristu, ir-ragħaj etern tagħna mis-sema; permezz tiegħu, tingħata glorja lilek, miegħu u mal-Ispirtu s-Santu, issa u għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.'", "Wara l-'Ammen' li biha għalaq it-talba, taw in-nar lill-ħuġġieġa.", "Kif in-nar beda jikber u jogħla, rajna quddiemna dehra tal-għaġeb.", "Alla żammna sa dak il-ħin biex nistgħu naraw dik id-dehra u ngħidu lill-oħrajn b'kulma ġara.", "Għax in-nar infetaħ qisu ark, u sar donnu l-qlugħ ta' dgħajsa fir-riħ, bil-ġisem tal-martri f'nofsu.", "U kif kien hekk fin-nofs, kont tistħajlu mhux laħam mixwi, imma ħobża misjura, jew bħal deheb u fidda jleqqu fil-forġa.", "U riħa tassew tfuħ li xammejna kienet qisha inċens jew xi fwieħa prezzjuża.", "'Missier ... jien imbierkek, talli ħaqqni din il-ġurnata u din is-siegħa.'", "U inti, lest/a tibqa' leali lejn Ġesù f'kull ċirkustanza ta' ħajtek, anki jekk ikollok iġġarrab xi forma ta' martirju mingħand dawk li jagħmlulek il-ħajja diffiċli għax inti ta' Kristu?", "Talba", ":", "Alla tal-ħolqien kollu, li għoġbok tagħti lill-Isqof San Polikarpu post qalb il-martri, agħtina li bl-interċessjoni tiegħu li waqt li naqsmu miegħu fil-kalċi ta' Kristu, aħna nqumu għall-ħajja eterna bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.", "Mulej, in-nar ta' mħabbtek mela l-martri San Polikarpu bil-kuraġġ.", "Il-Vanġelu neħħielu kull biża' tal-mewt.", "Agħti l-poplu tiegħek il-grazzja li jħobb bħal ma ħabb hu, li jgħix bħal ma għex hu, u li jmut għall-fidi.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/st-polycarp-of-smyrna.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-polycarp-of-smyrna-156", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Polycarp", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb9562a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-3-23-san-gwann-ta-kety/", "title": "23 ta' Diċembru: San Ġwann ta' Kety", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann ta' Kety", "\"Iġġieled kontra l-iżbalji, imma agħmilha b'mod tajjeb, bil-paċenzja, bil-ġentilezza u bl-imħabba.", "Il-ħruxija tagħmel ħsara lil ruħek u tħassar l-aħjar kawża.\" –", "San Ġwann ta' Kety", "SAN ĠWANN TA' KETY", "Saċerdot", "1390 – 1473", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled fir-raħal ta' Kety, Djoċesi ta' Krakovja, il-Polonja, fit-23 ta' Ġunju 1390.", "Hu studja fl-Università ta' Krakovja minn fejn ordna saċerdot, u wara sar professur tat-teoloġija.", "Għallem għal bosta snin fl-Università ta' Krakovja; imbagħad l-għira ta' xi wħud minn sħabu pperswadiet lis-superjuri tiegħu biex jibagħtuh bħala kappillan tal-parroċċa ta' Ilkusi.", "Iżda wara xi tmien snin raġa mar Krakovja jgħallem l-Iskrittura fl-Università fejn baqa' sakemm miet.", "San Ġwann kien qaddis tipiku: kien bniedem ta' fidi safja, twajjeb, umli, ġeneruż, dejjem ferħan iżda serju, u mimli mħabba lejn għajru tant li wasal li ta' ġidu kollu lill-foqra.", "B'xewqa li jmut martri, għamel pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa biex jipprietka fost il-Musulmani.", "F'ħajtu għamel erba' pellegrinaġġi għal Ruma bil-mixi, iġorr ħwejġu fuq dahru.", "San Ġwann miet fi Krakovja lejliet il-Milied tal-1473.", "Ikkanonizzah il-Papa Klement XIII fl-1767.", "Ħsieb", ":", "Dan hu dak li qal il-Papa Klement XIII dwar San Ġwann ta' Kety:", "\"San Ġwann kien ta' eżempju mill-isbaħ għall-professuri tal-Università, kien ispirazzjoni ta' dedikazzjoni kompleta fid-doveri tiegħu u fit-tagħlim. ...", "Barra mill-umiltà kbira li kellu, kien sempliċi qisu tifel.", "Kuljum wara li jkun għallem kien jibqa' sejjer dritt il-knisja u jqatta' sigħat sħaħ jitlob quddiem Ġesù fl-Ewkaristija.\"", "Il-kelma \"universitas\" għandha l-idea ta' ġabra fimkien ta' kollox, jiġifieri tas-suġġetti u d-dixxiplini kollha, u l-idea tal-komunità.", "Ma tistax tgħix tassew mingħajr ma tgħolli r-ruħ u l-moħħ lejn l-għerf u t-tagħlim, mingħajr ix-xewqa li wieħed jgħolli 'l fuq il-ħsieb u l-konoxxenza tiegħu.", "Ir-riċerka trid issir flimkien, waqt li tistimola interessi tajbin komuni, li wieħed jaqsam ukoll mal-oħrajn.", "Din hi l-karatteristika universali tal-università, karatteristika li qatt ma tieqaf milli tinkludi fiha lil kulħadd u lil kull suġġett possibbli.", "Ir-riċerka tat-tajjeb, infatti, hija ċ-ċavetta biex wieħed jirnexxi fl-istudji tiegħu, l-imħabba hija l-ingredjent li jagħti t-togħma lit-teżori kollha tal-għerf u tat-tagħlim u b'mod partikulari lid-drittijiet tal-bniedem u tal-popli.", "Il-Papa Franġisku, fid-diskors tiegħu tas-7 ta' Lulju 2015, fil-Laqgħa mad-Dinija tal-Iskola u l-Università, qal dan:", "\"Hemm riflessjoni li tolqot lilna lkoll: familji, skejjel, għalliema: kif nistgħu ngħinu liż-żgħażagħ tagħna biex ma jħarsux lejn id-diploma tal-università bħala ċertifikat li jagħmilhom xi ħaġa aktar minn ħaddieħor, bħala xi ħaġa li tfisser 'aktar flus,' prestiġju soċjali.", "Le, dawn ma jfissrux hekk.", "Kif nistgħu ngħinuhom biex jagħrfu li din it-tħejjija hi sinjal ta' responsabbiltà akbar quddiem il-problemi tal-lum, quddiem il-ħtieġa tal-għajnuna lill-aktar foqra, quddiem il-ħtieġa tal-ħarsien tal-ambjent?", "Lilkom illum, lili, lil kulħadd, aħna mitlubin biex b'urġenza nfittxu naħsbu, nfittxu niddiskutu dwar is-sitwazzjoni attwali tagħna – u ngħid urġenti -; li nsibu l-kuraġġ naħsbu dwar liema tip ta' kultura rridu jew nippretendu li jkollna, mhux biss għalina imma wkoll għal uliedna u għan-neputijiet tagħna.", "Din l-art irċevejnieha b'wirt, bħala don, bħala rigal.", "Nagħmlu tajjeb nistaqsu lilna nfusna:", "Kif irridu nħalluha?", "Liema toroq irridu nimmarkaw bihom l-eżistenza tagħna?", "Għal liema raġuni aħna ġejna f'did-dinja?", "Għal liema għan ġejna f'dil-ħajja?", "Għal liema għan naħdmu u nissieltu?", "Għalfejn qed nistudjaw?", "L-Ispirtu s-Santu jispirana u jakkumpanjana għax Hu kien li sejħilna, stedinna, tana l-opportunità u fl-istess waqt, tana r-responsabbiltà li nagħtu l-aħjar tagħna.", "Jalla jagħtina l-qawwa u d-dawl li għandna bżonn.", "Hu l-istess Spirtu li fl-ewwel jum tal-ħolqien kien jittajjar fuq l-ilmijiet biex jittrasformahom, mehdi li jagħti l-ħajja.", "Hu l-istess Spirtu li lid-dixxipli tahom il-qawwa fil-Pentekoste.", "Hu l-istess Spirtu li ma jabbandunana qatt u jitwaħħad magħna biex insibu modi ta' ħajja ġdida.", "Jalla jkun Hu l-kumpann tagħna u l-gwida tagħna tul il-vjaġġ.\"", "Talba", ":", "San Ġwann ta' Kety, inti kont il-professur li għamilt il-ħajja tiegħek studju fil-qdusija, nitolbuk tinterċedi għall-professuri, l-għalliema u dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet ta' għada.", "Ħa jkollhom l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu biex iwasslu dak id-Dawl u l-Għerf vera lill-istudenti.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/saint-john-cantius.html", "Alternative Reading:", "http://www.cantius.org/go/about_us/category/st_john_cantius_saints_story/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Cantius", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edb95df9', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-2-22-santa-frangiska-saveria-cabrini/", "title": "22 ta' Diċembru: Santa Franġiska Saveria Cabrini", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Franġiska Saveria Cabrini", "\"Afdaw f'Alla dejjem u tkunu xhieda ta' għeġubijiet.\" ~", "Santa Franġiska Saveria Cabrini", "SANTA FRANĠISKA SAVERIA CABRINI", "1850 – 1917", "Tagħrif:", "Franġiska twieldet f'Sant'Angelo Lodigiano, qrib Milan; kienet l-iżgħar fost 13 -il aħwa ta' familja ta' bdiewa.", "Minn kmieni kienet mimlija b'żelu missjunarju għax fil-familja kienu jinqraw l-Annali tal-Propagazzjoni tal-Fidi.", "Hija kisbet ċertifikat ta' għalliema u applikat biex tidħol soru f'żewġ ordnijiet reliġjużi differenti li kellhom djar fil-missjoni iżda d-darbtejn ġiet irrifjutata billi kienet tidher ta' saħħa dgħajfa.", "Ix-xewqa tagħha kienet li tmur missjunarja fiċ-Ċina.", "Kontra qalbha, fuq talba tal-isqof tagħha, hija pprovat issalva orfanatrofju f'Codogno u tagħmel l-istaff tiegħu komunità reliġjuża, iżda wara 6 snin ta' xogħol iebes, din il-ħidma ma rnexxietx.", "Fl-1880, meta kellha 30 sena, Franġiska b'7 sħabha mill-orfanatrofju bdiet il-komunità tagħha tas-Sorijiet Missjunarji tal-Qalb ta' Ġesù bl-iskop li jmorru missjunarji fiċ-Ċina.", "L-isqof ta' Piacenza, il-Beatu Giovanni Battista Scalabrini, issuġġerielha li tmur taħdem fost l-immigranti Taljani, speċjalment fl-Istati Uniti, bħalma ġa kienet qiegħda tagħmel il-kongregazzjoni tiegħu ta' San Karlu; iżda qalb Madre Cabrini kienet aktar miġbuda lejn iċ-Ċina.", "Dik il-ħabta eluf kbar ta' Taljani kienu emigraw lejn l-Amerika fejn ma kienu popolari xejn; ħafna minnhom bla sengħa u bla ma jafu kelma bl-Ingliż, u spiss kienu jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet fejn kienu jiġu sfruttati.", "Madre Franġiska talbet il-parir tal-Papa Ljun XIII, li bla tlaqliq qalilha: \"Mhux lejn il-Lvant, iżda lejn il-Punent.\"", "Hija obdiet mill-ewwel u flimkien ma sitt sorijiet tagħha waslet fi New York fl-1889, fejn ma damitx ma waqqfet l-ewwel dar u orfanatrofju.", "L-ilsien Ingliż sabitu tqil, kif ukoll ħassitha stramba meta kellha tiltaqa' mal-Protestanti, imma ma kinitx bniedma taqta' qalbha.", "Minkejja li għall-bidu kienet tibża' tivvjaġġa fuq il-baħar, hi qasmet l-Atlantiku tletin darba.", "Matul 28 sena rnexxielha twaqqaf diversi skejjel, djar għall-iltiema, kif ukoll erba' sptarijiet fosthom il-famuż Columbus Hospital ġo New York.", "Madre Cabrini daħħlet ukoll is-sorijiet tagħha f'diversi pajjiżi fl-Ewropa barra mill-Italja, fosthom Franza, Spanja u l-Ingilterra, kif ukoll fl-Amerika t'Isfel bħall-Brażil, l-Arġentina u n-Nikaragwa.", "Xtaqet tasal anki sal-Alaska.", "Madre Cabrini mietet għal għarrieda waħedha f'wieħed mill-isptarijiet tagħha f'Chicago waqt li kienet tħejji r-rigali tal-Milied għal 500 tifel u tifla, nhar it-22 ta' Diċembru, 1917 meta kellha 67 sena.", "Ġiet ibbeatifikata 21 sena wara mewtha (13.11.1938) u ddikjarata qaddisa 8 snin wara (7.7.1946), l-ewwel ċittadina tal-Istati Uniti li ġiet ikkanonizzata.", "Fl-1950, il-Papa Piju XII ħatarha Patruna tal-emigranti.", "Ħsieb", ":", "Inebbħuna l-kelmiet ta' San Ġwanni Pawlu II:", "\"Jekk il-'ħolma' ta' dinja fil-paċi tkun maqsuma bejn ħafna, jekk nagħtu valur lill-kontribut tal-immigranti u r-rifuġjati, l-umanità tista' ssir dejjem iżjed familja ta' kulħadd u artna 'dar komuni' tassew.\"", "Ħafna fl-istorja emmnu f'din il-\"ħolma\", u dak li wettqu hu xhieda li m'aħniex nitkellmu dwar utopja li ma tistax isseħħ.", "Fost dawn ta' min isemmi lil Santa Franġiska Saverja Cabrini, li fis-sena 2017 ħabat iċ-ċentinarju tat-twelid tagħha għas-Sema.", "Illum, ħafna komunitajiet ekkleżjali jiċċelebraw it-tifkira tagħha.", "Din il-mara ċkejkna imma kbira, li kkonsagrat ħajjitha għall-qadi tal-immigranti, biex imbagħad saret il-Patruna tagħhom mis-Sema, għallmitna kif nistgħu nilqgħu, nipproteġu, nippromovu u nintegraw lil dawn ħutna.", "Il-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu ta' Jum il-Paċi tal-1 ta' Jannar 2018, qal hekk:", "\"Bi spirtu ta' ħniena, ejjew inħaddnu magħna lil dawk kollha li qed jaħarbu mill-gwerra u mill-ġuħ jew huma mġiegħla jħallu artijiethom minħabba f'diskriminazzjonijiet, persekuzzjonijiet, faqar u taħsir ambjentali.", "Aħna nafu li mhux biżżejjed li niftħu qlubna għat-tbatijiet tal-oħrajn.", "Irid isir wisq aktar qabel ma' ħutna jistgħu jerġgħu lura jgħixu fil-paċi f'dar żgura.", "Li nilqgħu lill-oħrajn jitlob minna mpenn konkret, katina ta' għajnuniet u ta' għemejjel ta' tjieba, attenzjoni li tishar u tifhem, it-trattament responsabbli ta' sitwazzjonijiet ġodda kumplessi li, xi drabi, jiżdiedu ma' għadd ta' problemi oħra li diġà jeżistu, kif ukoll tar-riżorsi dejjem limitati.", "Bil-prattika tal-virtù tal-prudenza, min jiggverna jista' jagħraf jilqa', jippromovi, jipproteġi u jintegra, waqt li jistabbilixxi miżuri prattiċi, u \"jgħinhom isiru membri ġodda ta' pajjiżhom fil-limiti tal-ġid komuni mifhum sewwa.\"", "Huma għandhom responsabbiltà preċiża lejn il-komunitajiet tagħhom, li għandhom jiżgurawlhom id-drittijiet ġusti u l-iżvilupp armoniku tagħhom, biex ma jkunux bħall-bennej iblah li qies ħażin u ma rnexxilux iwettaq sal-aħħar it-torri li kien beda jibni.", "L-għerf tal-fidi jagħtina din il-ħarsa, li kapaċi tintebaħ li lkoll nagħmlu", "'parti minn familja waħda, immigranti u popli lokali li jilqgħuhom, u lkoll għandhom l-istess jedd għall-użu tal-ġid tal-art, li d-destinazzjoni tagħha hi universali, kif tgħallem id-duttrina soċjali tal-Knisja.'", "Biex noffru lil dawk li qed jitolbuna kenn, rifuġjati, immigranti u vittmi ta' traffikar, possibbiltà biex isibu dik il-paċi li qed ifittxu, dan jitlob strateġija li tiġbor flimkien erba' azzjonijiet:", "nilqgħu:", "'Tinsewx tilqgħu lill-barranin; minħabba f'hekk xi wħud laqgħu l-anġli bla ma kienu jafu' (Lhud 13:2),", "nipproteġu:", "'Il-Mulej li jħares lill-barranin; hu li jżomm lill-iltim u lill-armla' (Salm 146:9),", "nippromovu:", "Il-Bibbja tgħallem li Alla 'jħobb il-barrani u jagħtih ħobż u lbies.' imbagħad issejjaħ: \"Ħobbu l-barrani, għax intom barranin kontu fl-art tal-Eġittu.'", "(Dewteronomju 10:18-19),", "nintegraw", ": \"Għalhekk ma għadkomx aktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta' Alla.'", "(Efesin 2:19).", "Għall-interċessjoni ta' Santa Franġiska Saveria Cabrini, ħa jagħti l-Mulej lilna lkoll li nduqu kif 'dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott tal-ġustizzja.'", "(Ġakbu 3:18).\"", "Talba", ":", "Alla ħanin, Int ħeġġiġtna permezz ta' Ibnek Ġesù, biex nitolbu l-għajnuna tiegħek fil-bżonnijiet kollha tagħna.", "Agħtina permezz tal-interċessjoni ta' Santa Franġiska Saveria Cabrini, il-grazzja li ma nagħmlu l-ebda distinzjoni bejn bniedem u ieħor, imma li nħobbu u naqdu lil kulħadd, irrelevanti l-kulur, in-nazzjon jew il-lingwa.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.cabrinipilgrimage.org/mother-cabrini/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-frances-xavier-cabrini/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Frances_Xavier_Cabrini", "An old film on Saint Frances Xavier Cabrini:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edc8d041', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-0-20-beatu-vincenz-romano/", "title": "20 ta' Diċembru: Beatu Vinċenz Romano", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Vinċenz Romano", "\"Tassew ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi\" ~", "Ġesù f'Mattew 25:40", "IL-BEATU VINĊENZ ROMANO", "Saċerdot", "1751 – 1831", "Tagħrif:", "Il-Beatu Vinċenz Romano kien ġej minn familja ta' bdiewa f'Torre del Greco, qrib Napli.", "Huwa studja fis-seminarju Djoċesan ta' Napli u fost dawk li kienu jgħallmuh kien hemm ukoll San Alfons M. de Liguori.", "Kien ordnat qassis Djoċesan fl-10 ta' Ġunju, 1775.", "Hu għadda kważi s-56 sena tiegħu bħala qassis fil-belt fejn kien twieled ta' Torre del Greco.", "Kien iddedikat b'mod speċjali għat-tagħlim u għall-predikazzjoni u kien mezz biex ħafna żgħażagħ saru qassisin bħalu.", "Ta' 48 sena ġie nominat kappillan, imma minkejja li kien ilu ġa 24 sena bħala saċerdot, huwa ma riedx jidħol għal din ir-responsabbiltà ta' kappillan u kien biss wara ordni formali mill-isqof tiegħu li aċċetta din il-kariga.", "B'kollox għamel 33 sena (mill-1799 sal-1831) kappillan tal-unika parroċċa f'dik il-belt dak iż-żmien, il-knisja ta' Santa Croce, illum bażilika pontifiċja.", "Bħala kappillan daħħal il-prattika li jqabbad saċerdoti bħala kappillani għas-sajjieda li jaħdmu fuq l-ibħra; kien iħabrek biex il-baħħara jkollhom paga ġusta u anki waqqaf arbitraġġ għall-kwistjonijiet li dawn kien ikollhom ma' dawk li jimpjegawhom.", "Wara l-eruzzjoni tal-Vessuvju tal-15 ta' Ġunju, 1794 li qered il-belt kważi għal kollox, hu għen biex jerġgħu jinbnew id-djar imwaqqgħin.", "Hu kien mudell ta' ragħaj.", "Meta l-Beatu Vinċenz Romano miet, fl-20 ta' Diċembru, 1831, ta' 80 sena, il-belt kollha ħarġet tagħti qima lill-missier maħbub u ġeneruż tagħha.", "Iddikjarah Beatu, il-Beatu Papa Pawlu VI fis-17 ta' Novembru, 1963.", "Ħsieb", ":", "Għalkemm ħafna drabi kien oppress minn gruppi politiċi u minn dawk ta' madwaru, Romano baqa' reżiljenti matul iż-żmien tiegħu f'Santa Croce u aċċerta ruħu li dejjem jagħti attenzjoni bir-reqqa lill-edukazzjoni tat-tfal u lill-evanġelizzazzjoni tal-poplu.", "Kien predikatur li pproklama l-messaġġ tal-Evanġelju b'tali mod li kien sempliċi u mmirat lejn l-edukazzjoni tal-fidili kollha.", "Fis-sajjieda, hu ra x-xbieha ta' Alla, u għalhekk iddefendihom kontra nuqqas ta' paga ġusta u kontra inġustizzji oħra li kienu qed isofru minn dawk li jimpjegawhom.", "Ġesù ġie biex jgħinna nidentifikaw ix-xbieha ta' Alla f'kull bniedem, wkoll f'dawk il-persuni li hu diffiċli għalina naraw din ix-xbieha ta' Alla fihom.", "Fil-Vanġelu huwa jsemmi dawk li huma bil-ġuħ, dawk bil-għatx, il-barrani, dak li huwa għeri, dak li hu marid u dak li qiegħed fil-ħabs.", "Hu jgħid lid-dixxipli tiegħu:", "\"Tassew ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.\"", "Ovvjament, illum insibu forom oħra ta' faqar: id-droga, ix-xorb alkoħoliku eċċessiv, it-tfal li jgħixu b'mod jew ieħor il-problemi jew il-kundizzjonijiet diffiċli tal-ġenituri tagħhom.", "Ġesù ma setax jagħtina kliem iktar qawwi biex in-Nisrani jħobb lil kulħadd iktar minn hekk.", "Wara dan il-kliem ta' Ġesù, l-ebda Nisrani veru ma jista' jsib raġuni biex ma jħobbx lil kulħadd, b'mod speċjali l-foqra u l-batuti.", "Huwa ġie fid-dinja jfittex b'mod speċjali lil dawk li huma batuti u fqar.", "Għalkemm Alla l-Missier bagħat lil Ibnu għall-bnedmin kollha, għax ilkoll tbegħdu minnu, iktar u iktar bagħtu fost il-fqar u l-batuti għaliex Alla jweġġa' kull darba li jara bniedem, magħmul xbieha tiegħu, qiegħed ibati.", "Kellu sensittività kbira għat-tbatija tal-bniedem.", "Dan jixhduh il-ħafna mirakli, b'mod speċjali għal dawk li d-dixxipli tiegħu kienu jippruvaw ibegħduhom minnu.", "Huwa mhux talli ma tbiegħedx, talli kien ifittex li jiġi f'kuntatt magħhom.", "Għalhekk narawh b'mod speċjali jfittex il-fqar, il-morda u t-tfal li kien iħallihom jersqu lejh.", "Sidna Ġesù Kristu tant jagħti valur lil din l-imħabba, li jgħaqqad il-ġudizzju ta' kull bniedem mat-twettiq ta' din l-imħabba.", "\"Tassew ngħidilkom,\"", "jgħid Ġesù,", "\"kul ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi.\"", "Dawn huma dawk li joqogħdu fuq il-lemin tiegħu fis-saltna.", "Għal Alla, li tħobb tfisser ukoll li tgħin lil dawk li qegħdin ibatu.", "Fil-ktieb tad-Dewteronomju insibu:", "\"la twebbisx qalbek u tagħlaqx idek għal ħuk fil-bżonn imma iftaħ idek", "miegħu.", "Iftaħ idek sewwa lil ħuk, lill-fqar u lill-miskin f'artek.\"", "Il-faqar tal-oħrajn, għan-Nisrani huwa okkażjoni li l-Mulej jagħtih biex qalbu tinfetaħ għall-batut u, jgħid id-Dewteronomju,", "\"la ssewwidtx", "qalbek meta tagħtih, għaliex minħabba f'dan ibierkek il-Mulej Alla tiegħek.\"", "Din hija s-sejħa li San Pawl jagħmel lill-Kolossin u jagħmilha lilna,", "\"U fuq kollox ilbsu l-imħabba li hi l-qofol tal-perfezzjoni.", "Jalla s-sliem ta' Kristu jsaltan fi qlubkom . . .", "Kul ma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f'isem il-Mulej Ġesù u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.\"", "(Kolossin 3:14.17).", "Il-Mulej Ġesù, ir-Re u s-Sid fuq kulħadd ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi.", "Jien li ma jien xejn, x'qed nagħmel?", "Itlob lill-Mulej, biex jagħtik il-qawwa u l-grazzji li għandek bżonn biex taqdi lilU fl-oħrajn bil-ferħ u bil-qalb anki meta affaċċjat/a ma' bosta umiljazzjonijiet.", "Għidlu li tixtieq tħobbU ta' veru kif ħabbna Hu!", "Talba", ":", "Agħtina O Mulej, li fuq l-eżempju ta' dan ir-Ragħaj tajjeb, is-saċerdot Vinċenz Romano li kien figura sempliċi iżda b'saħħitha għan-nies ta' Torre del Greco, aħna wkoll nieħdu ħsieb lil dawk li ġew fdati f'idejna, anki jekk huma biss il-membri tal-familja tagħna, ngħinuhom jikbru fil-fidi, u nagħtuhom xhieda tal-imħabba vera ta' Alla bil-mod kif nittrattaw magħhom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saltandlighttv.org/blogfeed/getpost.php?id=85494", "Alternative Reading:", "http://www.italyonthisday.com/2017/06/the-blessed-vincent-romano-neapolitan-priest.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Vincent_Romano", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edc8e48c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-6-16-beata-marija-tal-angli/", "title": "16 ta' Dicembru: Beata Marija tal-Anġli", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Marija tal-Anġli", "\"It-Tjubija ta' Alla hija akbar minn kemm deni u dnubiet nistgħu nagħmlu, u qabel ma ngħejjew noffenduh hu jaħfrilna\". –", "Beata Marija tal-Anġli", "BEATA MARIJA TAL-ANĠLI", "Reliġjuża", "1661 – 1717", "Tagħrif:", "Kien jisimha Marianna Fontanella, u twieldet fis-7 ta' Jannar, 1661 f'Augusta fil-provinċja ta' Turin, l-Italja.", "Hija kienet bint familja nobbli mill-Pjemonte.", "Minkejja l-oppożizzjoni tal-ġenituri tagħha, fl-1675, meta kien għad kellha 15-il sena, daħlet fil-monasteru Karmelitan Tereżjan ta' Santa Kristina ta' Turin.", "Imma għall-ewwel ma setgħetx tidra bħala novizza u kienet tistmell il-mod ġdid ta' ħajja u lill-majjistra tagħha.", "Hi għaddiet minn stati għoljin ta' talb u kienet tagħmel penitenzi ħorox.", "Il-fama ta' qdusija ta' din il-mistika Karmelitana ħarġet ukoll barra l-monasteru u ħafna kienu jfittxuha għall-pariri tagħha fosthom anki membri tal-familja rjali.", "Hija kellha qima speċjali lejn San Ġużepp, li f'ġieħu hija waqqfet monasteru ġdid fil-belt ta' Moncalieri li fetħet fl-1703 biex tilqa' fih tfajliet li ma setgħux jingħaqdu magħhom bħala sorijiet f'Turin minħabba nuqqas ta' wisa'.", "Bosta drabi qdiet hawn bħala majjistra tan-novizzi u prijura u fittxet li tnissel fil-komunità l-imħabba mħeġġa lejn Alla wkoll meta kienet għaddejja minn provi kbar.", "Meta kienet ser tingħażel bħala prijura għall-ħames darba, hija ma ħassithiex kapaċi għal din il-kariga u talbet li, jekk kienet volontà ta' Alla, hija tmut f'qasir żmien.", "Fi żmien tliet ġimgħat hija mardet b'mod gravi u mietet fis-16 ta' Diċembru, 1717 fl-għomor ta' 56 sena.", "Kienet iddikjarata Beata mill-Beatu Piju IX fl-1865, bħala l-ewwel soru Karmelitana Taljana li telgħet għall-ġieħ tal-altari.", "Ħalliet miktub: \"It-Tjubija ta' Alla hija akbar minn kemm deni u dnubiet nistgħu nagħmlu, u qabel ma ngħejjew noffenduh hu jaħfrilna.\"", "Ħsieb", ":", "Beata Marija tal-Anġli għexet bħala bint vera ta' Santa Tereża ta' Ġesù, u żammet b'entużjażmu l-osservanza sħiħa tar-regola u l-kunsilli.", "Kienet distinta minn safa kbira – imqabbla ma' dik ta' San Alwiġi Gonzaga, li kienet relatata miegħu minn naħa ta' ommha – bl-imħabba intensa tagħha biex tbati, mill-entużjażmu apostoliku li kellha, mis-suffraġji kontinwi li kienet tagħmel għall-erwieħ tal-Purgatorju, u mid-devozzjoni kbira li kellha lejn il-Verġni Marija u lejn San Ġużepp.", "Alla berikha wkoll b'diversi kariżmi straordinarji.", "Wara mewtha, hija ħalliet warajha ħafna ittri u xi rakkonti awtobijografiċi spiritwali.", "Xtaqt nagħmel aċċen dwar id-devozzjoni li l-Beata Marija tal-Anġli kellha lejn San Ġużepp, hekk li f'ġieħu waqqfet monasteru ġdid fil-belt ta' Moncalieri.", "Kif qatt setgħet il-Beata Marija tal-Anġli tinsa lil dak li tant kien iħobb lill-Omm l-aktar ħelwa tagħha Tereża ta' Ġesù u li lilha kien jobdi b'fedeltà?", "Għaliex għandu jkollna devozzjoni lejn San Ġużepp?", "Bħalma San Ġużepp ħadem bl-għaraq ta' xbinu u bata kemm felaħ biex jieħu ħsieb lil martu u jrabbi u jħares mill-perikli kollha, lil Ġesù afdat f'idejh, hekk ukoll aħna msejħa biex niddedikaw ħajjitna għal Ġesù u Marija.", "San Ġużepp huwa meqjum ukoll fil-Karmelu bħala mudell ta' kontemplazzjoni, għax f'ħajtu kellu x-xorti li jgħix f'familjarità umana u spiritwali ma' Ġesù u Marija.", "Huwa għalhekk li Santa Tereża ta' Ġesù (1515-1582), għalliema tal-ħajja tat-talb, fil-Ktieb tal-Ħajja (V/1.3; VI/3.6-8) tistqarr li meta bdiet tieħu bis-serjetà is-sejħa tagħha għall-ħajja ta' talb ħadet bħala avukat u patrun tagħha lill-glorjuż San Ġużepp u ntelqet f'idejh bl-akbar ħeġġa fit-talb tagħha.", "Mill-esperjenza tagħha, Santa Tereża tgħid li tixtieq tħajjar ...", "\"lil kulħadd ħalli jkun devot ta' dan il-Qaddis glorjuż, għax issa għandi esperjenza kbira tal-barkiet li jista' jaqlgħalna mingħand Alla.", "Jiena ma naf b'ħadd li huwa tassew devot tiegħu u li jqimu b'qadi partikulari, li ma mexiex sewwa 'l quddiem fil-virtù, għax dan il-Qaddis jagħti għajnuna tal-akbar fejda lil dawk l-erwieħ li jintelqu f'idejh.", "Dawk li jitħarrġu fil-ħajja ta' talb għandu dejjem ikollhom ġibda speċjali lejh.", "Jekk hemm xi ħadd li ma jistax isib surmast li jgħallmu kif jitlob, ħalli jieħu lil dan il-Qaddis glorjuż bħala għalliem tiegħu u żgur li ma joħroġx mit-triq it-tajba.\"", "U int, devot/a ta' San Ġużepp?", "Issejjaħlu biex iħarsek u jipproteġik kif għamel ma' Marija u Ġesù?", "Din li ġejja hi talba lil San Ġużepp, li tassew tajjeb li nitolbuha spiss:", "\"O Mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b'tama qawwija nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara dak tal-Għarusa Mqaddsa tiegħek.", "Mela f'ġieħ dik ir-rabta għażiża ta' mħabba li biha kont marbut max-Xebba bla tebgħa, omm Alla, u f'ġieħ dik l-imħabba ta' missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b'demmu, u bis-setgħa u bil-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.", "Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f'din l-art għall-Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta' Ġesù Kristu.", "Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, din il-pesta ta' erruri u ta' ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja.", "Ieqaf magħna mis-smewwiet, f'din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, O Protettur qawwi tagħna.", "U kif darba ħlist mill-mewt lill-Bambin Ġesù, hekk issa ddefendi l-Knisja Mqaddsa t'Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm.", "Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l-patroċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bil-għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l-hena ta' dejjem ġewwa l-ġenna.", "Ammen.\"", "Talba", ":", "Nitolbuk, O Ġesù, permezz tal-interċessjoni tal-Beata Marija tal-Anġli, sabiex il-ħajja ta' qdusija tagħha tkun ta' kontribut f'li tgħarraf lill-bnedmin l-għeġubijiet li Int kapaċi tagħmel ma' min jintelaq f'idejk u jafdak b'qalbu kollha, bis-sempliċità u bl-umiltà.", "Agħtina li nimxu fuq il-passi ta' din il-qaddejja tiegħek, sabiex bħalha, naslu ngawduk fil-hena tas-Sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://hagiomajor.blogspot.com/2012/12/december-16-feast-of-blessed-mary.html", "Alternative Reading:", "http://ocds-carmelite.blogspot.com/2008/12/blessed-mary-of-angels.html", "or", "http://ocarm.org/en/content/liturgy/bl-mary-angels-ocd-virgin-m", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Marianna_Fontanella", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edc8da8a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-8-18-san-gatjanu/", "title": "18 ta' Diċembru: San Gatjanu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Gatjanu", "\"Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.", "Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.\" ~", "Ġesù fMark 16:15-16", "SAN GATJANU", "L-ewwel isqof ta' Tours", "ċ†337", "Tagħrif:", "Aktarx kien ġej mill-inħawi ta' Tours.", "Hawn, kien l-ewwel wieħed li daħħal il-fidi Nisranija, xi ftit għaxriet ta' snin qabel San Martin, u kien l-ewwel isqof ta' Tours.", "Kiseb bosta għall-fidi.", "Għall-ewwel kien jiġbor il-merħla żgħira tiegħu fl-għerien, fejn kien iqaddes, biex jaħrab it-theddid tal-pagani.", "Dam jaħdem mal-ħamsin sena u miet fil-paċi madwar it-337 w.K.", "Iżda meta San Martin mar Tours it-traċċi tal-appostolat ta' San Gatjanu kienu għebu kważi għal kollox, għax Sulpizju Severu jgħid: \"kważi ħadd ma kien jaf b'isem Kristu.\"", "Iżda xi ftit kienu jiftakru f'San Gatjanu, li kien mar jipprietkalhom il-Vanġelu u li kien temm ħajtu hemm.", "Skont leġġenda taż-żminijiet tan-nofs, San Gatjanu kien wieħed mir-rgħajja li marru jqimu 'l Ġesù f'Betlem u wieħed mit-72 dixxiplu ta' Kristu, u San Pietru nnifsu bagħtu l-Gallja.", "Din hi fi żgur invenzjoni, bħall-oħrajn tal-istess għamla.", "San Girgor, isqof ta' Tours, fis-seklu 6, jgħid fl-\"Istorja tal-Franki\", li San Gatjanu kien wieħed mis-seba' isqfijiet li l-Papa San Fabjanu bagħat minn Ruma, madwar nofs is-seklu 3.", "Iżda dan il-grupp ta' seba' isqfijiet, numru simboliku, hu wkoll leġġendarju.", "Ħsieb", ":", "San Gatjanu stabbilixxa ospizju għall-foqra 'l barra mill-ħitan ta' Tours.", "Hemm hu, ħass l-għejja tegħlbu, wara ħames deċennji ta' sawm, penanzi u tiġrib.", "U hemm, l-abbati Jaud jirrelata, li s-Salvatur deherlu, u qallu,", "\"La tibżax!", "Il-kuruna tiegħek imħejjija u l-Qaddisin qed jistennew il-wasla tiegħek fil-Ġenna.\"", "B'dawn il-kliem, is-Salvatur qarbnu u amministralu l-aħħar riti Hu nnifsu.", "Għalhekk, minn dan nafu li San Gatjanu għamel suċċess kbir quddiem Alla u l-qaddisin tiegħu.", "Imma mhux hekk jingħad għas-suċċessi tiegħu hawn fuq l-art, għax il-predikazzjoni tiegħu donnha ma qabditx għeruq u l-frott tat-tagħlim tiegħu ntesa maż-żmien.", "Imma għal Alla, li ma jaħrablu xejn u li jara kull sforz minn naħa tagħna, Gatjanu kien ħaqqu l-kuruna tal-glorja mal-qaddisin.", "Kemm ikejjel b'mod differenti minna l-bnedmin il-Mulej!", "U mnalla li kien hekk!", "Għax ħafna minna, aktar jidhru telliefa milli rebbieħa f'għajnejn in-nies tad-dinja.", "Id-dinja u s-soċjetà jriduk tagħmel u tkun suċċess.", "Is-suċċess li jrid minnek Alla hu differenti.", "Alla jridek tħobb u tibqa' tħobb akkost ta' kollox u tipprova u tibqa' tipprova togħbod id-dnub akkost ta' kollox.", "Dan tal-aħħar tagħmlu billi taħrab id-dnub bi mħabba lejH li ma jixtieqx li d-dnub jidħol bejnietkom u jifridkom.", "Jekk jirnexxilekx u jekk tkunx suċċess f'dawn, għal Alla mhux importanti.", "Sa mewtek, jista' jkun li f'għajnejn dawk li jiġġudikawk int se tibqa' tidher falliment, imma għal Alla li jħares lejn l-isforzi moħbija tiegħek biex tegħleb id-dnub, biex tkun xhud veru tiegħu bil-kliem u bl-għemil u biex tħobb u taqdi lill-oħrajn, int jista' jkun li jkun ħaqqek is-suċċess u l-premju tal-ġusti fil-Ġenna.", "Fir-realtà, kul man-Nisrani għandu bżonn iżomm f'moħħu huwa li", "hu qiegħed f'din id-dinja biss għall-imħabba – biex iħobb", ".", "L-affarijiet l-oħra kollha (sitwazzjonijiet u azzjonijiet tan-nies) m' humiex importanti u m'għandux bżonn jogħqod jieqaf jinkwieta dwarhom.", "Lanqas biss għandu jaħseb wisq dwar il-bżonnijiet u x-xewqat tiegħu stess.", "Filwaqt li minn naħa tiegħu, għandu jipprova jagħmel dak li jista', għal dawn li huma r-riżultati, għandu jafda kompletament f'idejn Dak li wiegħed li jagħtini dak li għandna bżonn, filwaqt li nkunu qed nippruvaw b'ħilitna kollha, nobdu l-kmandamenti Tiegħu u nħobbu lin-nies kollha mingħajr kundizzjoni hekk kif ħabbna Hu.", "Talba", ":", "Mulej Alla tagħna, int għażilt lil San Gatjanu biex ixandar il-misteru tal-imħabba tiegħek ġewwa Tours; ħares lil dawk li tajthom il-ġieħ ta' wliedek u żommhom sal-aħħar qalb waħda u ruħ waħda, u agħmel li l-ġnus kollha jaraw is-salvazzjoni tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicexchange.com/st-gatian", "Alternative Reading:", "https://wikivisually.com/wiki/Gatianus_of_Tours", "or", "http://logismoitouaaron.blogspot.com/2009/12/very-pious-god-fearing-manst-gatianus.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Gatianus_of_Tours", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edc8fe09', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-2-1-21-san-pietru-kanisju/", "title": "21 ta' Diċembru: San Pietru Kanisju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pietru Kanisju", "\"Għandek kemm għandek x'tagħmel, bil-għajnuna ta' Alla, tista' tlaħħaq ma' kollox.\" ~", "San Pietru Kanisju", "SAN PIETRU KANISJU", "Saċerdot u Duttur tal-Knisja", "1521 – 1597", "Tagħrif:", "San Pietru twieled f'Nijmegen, l-Olanda fl-1521.", "Missieru kien is-Sindku tal-Belt.", "Meta kellu 15-il sena mar jistudja fl-Università ta' Cologne fejn iggradwa fil-filosofija.", "Hawhekk iltaqa' ma' San Pietru Faber, kumpann ewlieni ta' San Injazju ta' Loyola.", "Minn Cologne mar fl-Università ta' Louvain biex jistudja l-liġi, iżda hawnhekk ġietu l-ħajra li jsir saċerdot.", "Mar sab lil Patri Faber li kien f'Mainz, u għamel l-eżerċizzi spiritwali taħt id-direzzjoni tiegħu u daħal Ġiżwita.", "Qaddes fis-sena 1546, u sar l-ewwel Ġiżwita Ġermaniż.", "Fetaħ dar tal-Ġiżwiti f'Cologne u ntefa' jikteb u jipprieTka waqt li kien jgħallem fl-Università.", "Attenda għall-Konċilju ta' Trentu u tkellem fih darbtejn.", "Wara, mar Ruma fejn San Injazju ma damx ma bagħtu jgħallem fl-ewwel skola li l-Ġiżwiti kienu għadhom kemm fetħu f'Messina.", "Fl-1549, il-Papa Pawlu III talab lil San Injazju jibgħat xi Professuri Ġiżwiti fl-Università ta' Ingolstadt.", "L-għażla ta' San Injazju waqgħet fuq San Kanisju.", "Fl-1552, fuq talba tar-Re Ferdinand, San Kanisju mar jgħallem fl-Università ta' Vjenna.", "Riduh isir Isqof tal-belt iżda m'aċċettax, u meta l-Papa Ġulju III għamlu amministratur tad-Djoċesi, irnexxielu jeħles minn din il-kariga wara sena.", "Fl-1556, ġie maħtur minn San Injazju l-ewwel Provinċjal tal-Ġermanja ta' Fuq.", "Sadanittant baqa' jaħdem bla heda għar-riforma kattolika kontra l-Protestantiżmu.", "Ipprietka fil-biċċa l-kbira tal-ibliet u l-irħula kollha tal-Ġermanja.", "Il-lista tal-kitbiet tiegħu hi twila ferm.", "L-ittri biss ilaħħqu mat-tmien volumi.", "Hawn msemmi ħafna għat-tliet kotba tal-Katekiżmu li kiteb għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-kbar.", "Fl-1580 mar fi Fribourg, l-Iżvizzera biex iwaqqaf kulleġġ li llum sar l-Università ta' Fribourg.", "Baqa' fl-Iżvizzera għall-aħħar 17-il sena ta' ħajtu, u miet fl-istess kulleġġ, fil-21 ta' Diċembru, 1597.", "Ħalla warajh legat kbir enormi ta' xogħol appostoliku li wettaq għall-Knisja li hu tant ħabb.", "Il-Papa Piju XI żied ismu fil-lista tal-Qaddisin u ddikjarah Duttur tal-Knisja.", "Hu magħruf bħala \"t-Tieni Appostlu tal-Ġermanja,\" wara San Bonifazju.", "Ħsieb", ":", "L-isforzi bla jaqtgħu ta' Pietru Kanisju huma eżempju tajjeb għal dawk involuti fit-tiġdid tal-Knisja jew fit-tkabbir tal-morali fin-negozju jew fil-gvern.", "Huwa meqjus bħala wieħed li ħoloq l-istampa Kattolika, u jista' faċilment ikun mudell għall-awturi jew il-ġurnalisti Nsara ta' żminijietna.", "L-għalliema jistgħu jaraw fil-ħajja tiegħu passjoni għat-trażmissjoni tal-verità.", "L-istemma tal-Ġiżwiti hi monogramma, it-tlitt ittri ta' \"Iesus Hominum Salvator\" (IHS).", "Forsi dan nafuh diġà.", "Imma din l-istemma tfakkarna l-ħin kollu f'realtà li aħna m'għandna ninsew qatt:", "iċ-ċentralità ta' Kristu", ", li Sant'Injazju ried proprju jsejħilha \"ta' Ġesù\" biex juri il-punt ta' riferenza.", "Mhux biss, imma fil-bidu tal-Eżerċizzi Spiritwali wkoll, iqegħedna quddiem il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, quddiem il-Ħallieq u s-Salvatur tagħna \"biex noħorġu mill-imħabba tagħna nfusna, mix-xewqat u l-interessi tagħna.\"", "M'hijiex għalxejn il-mistoqsija għalina lkoll:", "Kristu huwa ċ-ċentru ta' ħajti?", "Inqiegħed jien tassew lil Kristu fiċ-ċentru ta' ħajti?", "Għaliex dejjem hemm it-tentazzjoni li naħsbu li nkunu aħna fiċ-ċentru.", "U meta nqiegħdu lilna nfusna u mhux lil Kristu fiċ-ċentru, niżbaljaw.", "Kristu huwa l-ħajja tagħna!", "Għaċ-ċentralità ta' Kristu tikkorispondi wkoll iċ-ċentralità tal-Knisja: huma żewġ nirien li ma jistgħux jiġu mifrudin: jien ma nistax nimxi wara Kristu jekk mhux fil-Knisja u mal-Knisja.", "U f'dan il-każ ukoll, aħna qegħdin għall-qadi ta' Kristu u tal-Knisja, l-Għarusa ta' Kristu l-Mulej tagħna, li hija l-Knisja Qaddisa Ommna Ġerarkika.", "Irridu nħallu lilna nfusna niġu mirbuħa minn Kristu u dan ifisser inkunu dejjem b'ħarsitna lejn dak li hemm quddiemna, lejn l-għan tagħna, li hu Kristu (ara Filippin 3:14) u nsaqsi lili nnifsi bil-verità u bis-sinċerità:", "X'għamilt jien għal Kristu?", "X'qiegħed nagħmel jien għal Kristu?", "X'għandi nagħmel jien għal Kristu?", "Ejjew nitolbu li San Pietru Kanisju jgħinna nqiegħdu dejjem fiċ-ċentru ta' ħajjitna u tal-qadi tagħna lil Kristu u l-Knisja tiegħu; nitolbuh jgħinna nħallu lilna nfusna niġu mirbuħa minn Kristu biex nimxu warajh u naqduh f'kull sitwazzjoni.", "Ħa nimxu fuq l-eżempji u t-tagħlim tiegħu, u nitolbu lilu u lill-qaddisin l-oħra, biex jimxu magħna fi triqtna, u jkomplu jgħallmuna biex nagħmlu kollox bl-umiltà,", "għall-akbar glorja t'Alla", "!", "Jekk għandna ħafna x'nagħtu, kif għamel Pietru Kanisju, jew jekk għandna biss ftit x'nagħtu, kif għamlet l-armla fqira fl-Evanġelju ta' Luqa (ara Luqa 21:1-4), l-importanti hu li lkoll nagħtu milli għandna.", "Huwa b'dan il-mod li Pietru tant baqa' eżemplari għall-insara f'erà ta' bidla mgħaġġla meta aħna msejħa li nkunu fid-dinja imma mhux tad-dinja.", "Talba", ":", "Għażiż San Pietru Kanisju, Duttur u Difensur tal-Knisja, li fost affarijiet oħra, ikkomponejt kotba li għenu u ispiraw għadd kbir ta' nies f'ħafna artijiet, għin lil dawk li għandhom f'idejhom il-ministeru tal-katekiżmu biex jikkomunikaw it-tagħlim vera ta' Kristu b'modi li jistgħu jinftiehmu fiż-żminijiet tal-lum sabiex kulħadd jitqanqal biex jimxi wara Kristu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/saint-petrus-canisius.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-peter-canisius/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Peter_Canisius", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edc924ec', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-9-19-beatu-urbanu-v/", "title": "19 ta' Diċembru: Beatu Urbanu V", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Urbanu V", "\"", "L", "-imħabba ma tintefaħx", "biha nnfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn.", "\" –", "1Korintin 13:4", "BEATU URBANU V", "Papa", "1310 – 1370", "Tagħrif:", "William de Grimouard, il-futur Papa Urbanu V, kien ġej minn familja nobbli Franċiża u twieled fi Grisac, fil-Languedoc (Franza).", "Daħal mal-Benedittini f'Chirac, u studja f'Montpellier, Toulouse, Pariġi u Avignon.", "Kien ordnat saċerdot u ħa d-dottorat fil-liġi, u kiseb fama kbira bħala professur tal-liġi f'Montpellier u f'Avignon, u serva bħala vigarju ġenerali fi Clermont u f'Uzés.", "Ta' 42 sena l-Papa Klement VI ħatru (1352) abbati ta' St Germain f'Auxerre, u serva fuq ħafna missjonijiet diplomatiċi fl-Italja.", "Papa Innoċenz VI ħatru abbati ta' San Vittore f'Marsilja fl-1361 u legat tar-reġina Ġwanna tal-Italja f'Napli.", "Kien hawn meta huwa ngħażel Papa fl-1362 f'Avignon meta l-kardinali ma setgħux jiftehmu biex jagħżlu wieħed minn fosthom wara l-mewt ta' Innoċenz VI u ħa l-isem ta' Urbanu V.", "Urbanu kompla juri interess fl-edukazzjoni u waqqaf l-universitajiet ta' Krakovja u ta' Vjenna.", "Hu kien eżempju ta' sempliċità u integrità, kien ħieles min-nepotiżmu u ħadem ħafna għar-riforma tal-Knisja.", "L-ikbar att tal-pontifikat tiegħu kien ir-ritorn tiegħu minn Avignon għal Ruma, minn fejn il-Papa kien ilu nieqes 60 sena.", "Għamel dan il-pass kuraġġuż minkejja l-oppożizzjoni tal-kardinali u l-qorti Franċiżi meta l-Kardinal Albornoz rebaħ mill-ġdid l-Istati tal-Papa fl-1367.", "Urbanu V b'enerġija kbira beda jibni mill-ġdid il-bażilki l-kbar li kienu ġġarrfu.", "Iżda wara 3 snin, mifni mid-diżordnijiet lokali, ċeda għal diversi pressjonijiet, kif ukoll minħabba l-imħabba li kellu għal Franza, huwa reġa' lura lejn Avignon minkejja t-twissija ta' Santa Briġida li jekk jitlaq minn Ruma imut f'qasir żmien.", "Mewtu ġrat f'Avignon fid-19 ta' Diċembru 1370, f'inqas minn tliet xhur wara li ħalla Ruma.", "Il-kult lejh kien approvat minn Piju IX fl-1870.", "Ħsieb", ":", "Is-sempliċità f'nofs il-poter u l-kobor li kellu tidher li tiddefinixxi lil dan il-qaddis, li aċċetta b'diffikultà l-papat tiegħu, iżda baqa' patri Benedittin f'qalbu.", "Dak li jiċċirkundana m'għandux għalfejn jinfluwenzana b'mod negattiv.", "Tassew li għall-Beatu Papa Urbanu V, nistgħu napplikaw dawn il-versi mil-1 Korintin 13:4-6:", "\"... l-imħabba ma tintefaħx biha nnfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn; ma tagħmilx dak li mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha, ... ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verità.\"", "Imma xi jfisser eżatt dan u kif nistgħu bħal Papa Urbanu ma ninqdewx bil-pożizzjonijiet tagħna biex nitkabbru fuq l-oħrajn imma biex inservu lill-oħrajn u nwasslulhom il-Verità u l-Imħabba ta' Kristu?", "\"L-imħabba ma tintefaħx bija nnfisha.\"", "ma tagħmilx biex tidher hi, anzi l-imħabba tingħata b'mod li tikkonsma lil dak li jkun u għalhekk", "\"l-imħabba ma titkabbarx fuq l-oħrajn.\"", "Aħna, ħafna drabi, meta naħsbu fil-", "leaders", "ta' din id-dinja, naħsbu li l-poter għandu x'jaqsam mal-arroganza, jew inkella mal-agressività, jew mal-vjolenza, imma l-imħabba, għaliex il-qadi huwa forma sabiħa tal-imħabba,", "\"ma titkabbarx fuq l-oħrajn.\"", "Ma tmegħekomx taħt saqajha, ma tikkalpestahomx.", "\"L-imħabba ma tagħmilx dak li mhux xieraq.\"", "L-imħabba allura tgħożż l-onestà, l-integrità: l-imħabba tevita dak kollu li mhux xieraq, l-imħabba tgħin id-dinjità ta' dak li jkun, tagħrafha, tippromoviha.", "\"L-imħabba ma tfittixx dak li hu tagħha.\"", "L-imħabba ma toqgħodx tagħmel il-kontijiet.", "L-imħabba ma tgħidx, 'dan huwa dritt tiegħi.'", "L-imħabba tagħti lil hemm mill-eżiġenzi tal-ġustizzja.", "\"L-imħabba ma tifraħx bl-inġustizzja imma tifraħ bil-verità.\"", "Jalla fuq l-eżempju tal-Beatu Urbanu V, aħna nifirħu bil-ġustizzja, nifirħu bil-verità, nifirħu b'dak kollu li huwa sewwa u nġibu l-ġid u l-barka fuq l-għażiż pajjiż tagħna.", "Il-veri dixxipli ta' Ġesù Kristu jħobbu jservu.", "Huma jafu li meta huma jaqdu lil ħaddieħor huma jkunu qed jesprimu l-imħabba vera tagħhom u jwettqu patt li huma għamlu fil-magħmudija.", "Hi x'inhi s-sejħa tagħhom fil-Knisja jew l-irwol tagħhom fil-komunità, huma jħossu fihom xewqa akbar li jħobbu u jaqdu lill-Mulej u lil xulxin.", "U int, f'hiex int fl-imħabba tiegħek lejn l-oħrajn?", "Tinqeda bil-pożizzjoni tiegħek (kemm jekk hi ta' livell għoli u kemm jekk le) biex taqdi lill-oħrajn bla ma tfittex dak li hu tiegħek?", "Kemm inti lest/a li tirsisti biex sakemm ikun possibli għalik, iġġib il-ġustizzja u tixhed għall-Verità u s-Sewwa anki jekk dan jiswielek ħafna?", "Talba", ":", "Missier Etern, aħna nirringrazzjawk għal dak kollu li bil-qawwa tiegħek irnexxielu jwettaq il-Beatu Papa Urbanu V matul il-papat tiegħu.", "Agħtina aktar irġiel u nisa qaddisin fil-Knisja ta' Ibnek, li jħabirku għall-kura u s-salvazzjoni tal-erwieħ fi żminijietna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/pope-urban-v.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/blessed-pope-urban-v-89", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Urban_V", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edc94b28', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-2-22-il-katedra-ta-san-pietru/", "title": "22 ta' Frar: Il-Katedra ta' San Pietru", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Katedra ta' San Pietru", "\"Pietru, qabel ma sejjaħtlek mid-dgħajsa, għaraftek, qegħedtek kap tal-poplu tiegħi, U tajtek l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet.", "Kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa tal-Katedra ta' San Pietru (Mattew 16:19)", "IL-KATEDRA TA' SAN PIETRU", "Tagħrif:", "X'aktarx li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata kull sena mill-bidunett tal-Knisja, b'tifkira tal-ġurnata li fiha San Pietru għamel l-ewwel ċerimonja reliġjuża hekk kif wasal Ruma, xi ħdax-il sena wara li Ġesù tela' s-sema.", "Kittieba tal-Istorja jaffermaw li San Pietru, qabel ma mar Ruma, kien diġà waqqaf is-Sedi tiegħu f'Antjokja.", "Antjokja dak iż-żmien kienet il-kapitali tal-Lvant.", "San Girgor il-Kbir jgħid li l-Prinċep tal-Appostli kien isqof ta' dik il-belt għal seba' snin.", "Huwa fatt ukoll ibbażat fuq il-kunsens unanimu tal-kittieba Nsara tal-qedem li San Pietru kien ukoll Ruma u waqqaf il-Knisja hemmhekk.", "B'danakollu hu ma baqax kontinwament Ruma, billi għal xi waqtiet kellu spiss ikun bnadi oħra minħabba l-ħidma appostolika tiegħu .", "Fil-Vatikan, hemm siġġu sempliċi bid-dirgħajn, magħmul mill-injam tal-ballut, u li żmien wara kien ġie msebbaħ b'panelli tal-avorju.", "Dan is-siġġu (", "sedes gestatoria", ") jinsab ippreservat ġo kaxxa kbira tal-bronż, iddisinjata minn Bernini, u tinsab imqiegħda fil-għoli mal-ħajt.", "Fl-1867, dan is-siġġu kien ġie espost għall-venerazzjoni tal-Fidili biex jiġi kkomemorat it-tmintax-il ċentinarju mill-mewt ta' San Pietru.", "Biż-żmien, il-Knisja, bdiet tara fis-siġġu ta' San Pietru, simbolu tal-awtorità tal-Papa, jew fi kliem ieħor l-għaqda tal-Knisja mal-Papa suċċessur tal-Appostli, u għalhekk f'dan il-jum, tħeġġeġ il-Fidili biex isaħħu l-fedeltà tagħhom lejn il-Papa u biex jitolbu għalih.", "Fl-imgħoddi, il-festa li tfakkar l-awtorità pontifiċja ta' San Pietru kienet tiġi ċċelebrata f'żewġ dati differenti: fit-18 ta' Jannar, f'ġieħ il-pontifikat tiegħu f'Ruma, u fit-22 ta' Frar f'ġieħ il-pontifikat tiegħu f'Antjokja.", "Fir-riforma tal-Kalendarju Universali tal-Knisja tal-1969 dawn iż-żewġ festi nġabru f'festa waħda.", "Ħsieb", ":", "Qari mid-Diskorsi tal-Papa San Ljun il-Kbir:", "\"Minn fost kulħadd, Pietru waħdu ntagħżel, u tqiegħed fuq il-ħidma għas-sejħa tal-ġnus kollha, fuq l-Appostli kollha, u fuq il-missirijiet kollha tal-Knisja.", "Għalkemm ħafna huma s-saċerdoti u ħafna r-rgħajja fil-poplu ta' Alla, sewwa sew huwa Pietru li jmexxi lil kulħadd, taħt il-mexxej il-kbir, li hu Kristu.", "Għeżież, kemm hu kbir u tal-għaġeb is-sehem li Kristu għoġbu jagħti lil dan ir-raġel mis-setgħa tiegħu stess!", "U jekk Kristu għoġbu wkoll jagħti sehem minn din l-istess setgħa tiegħu lill-Appostli u 'l-mexxejja l-oħra, jekk hu ma ċaħadx jagħti lill-oħrajn sehem minn dak li għandu hu, huwa qatt ma tahom xejn jekk mhux permezz ta' Pietru.", "Ġesù qal lil Pietru: 'Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.'", "Il-jedd ta' din is-setgħa għadda wkoll lill-Appostli l-oħra, il-kmand mogħti b'dan id-digriet twassal ukoll lill-kapijiet kollha tal-Knisja; iżda m'hux ta' xejn tħalla fil-ħsieb ta' wieħed dak li ġie kkmandat lil kulħadd.", "Dan ġie fdat b'mod speċjali lil Pietru, għax Pietru hu l-mudell li lejh għandhom iħarsu l-mexxejja kollha tal-Knisja.\"", "Ma kienx is-soltu li Ġesù jbiddel l-ismijiet tad-dixxipli tiegħu; barra mil-laqam li ta lill-ulied Żebedew, 'ulied ir-ragħad' (Mark 3;17).", "Qatt ma ta isem ieħor, biss lil Xmun biddillu ismu u sejjaħlu 'Kefas.'", "Dan l-isem aktar 'il quddiem ġie maqlub bil-Grieg bħala Petros u bil-Latin bħala Petrus.", "U dan ġie maqlub mhux għax kien isem imma għax kien mandat li Petrus irċieva mingħand il-Mulej.", "Dan l-isem Petrus baqa' jidher spiss fil-Vanġelu u spiċċa biex biddel l-isem oriġinali ta' Xmun.", "\"U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.", "Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.\"", "(Mattew 16: 18-19)", "Papa Franġisku, f'silta mill-ewwel omelija tiegħu meta laħaq Papa (19 ta' Marzu, 2013) qal hekk:", "\"Hu minnu li Ġesù Kristu lil Pietru tah f'idejh is-setgħa, imma x'setgħa hi din?", "Wara l-mistoqsija tripla li Ġesù jagħmel lil Pietru dwar l-imħabba, tasal l-istedina tripla: irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-nagħaġ tiegħi.", "Ma ninsew qatt li s-setgħa vera hi s-servizz, u li anki l-Papa, biex iħaddem is-setgħa tiegħu, irid jidħol dejjem iżjed f'dak is-servizz li għandu l-quċċata kollha dawl tiegħu fuq is-salib.\"", "Tajjeb li f'dan il-jum nitolbu b'mod speċjali għall-Papa: nitolbu għall-bżonnijiet, għall-protezzjoni u għall-qdusija tiegħu kif ukoll skont l-intenzjonijiet li għandu.", "Ma ninsewx nitolbu għall-Knisja kollha biex tibqa' fidila lejn is-suċċessur ta' Pietru u f'għaqda miegħu, taħdem u sservi lil kulħadd fuq l-eżempju tal-Iben t'Alla li \"ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra.\"", "Talba", ":", "Mulej Ġesù Kristu int waqqaft il-Knisja tiegħek fuq il-blata tal-fidi ta' San Pietru.", "Agħmel li ħadd u xejn ma jkun il-kawża li jdgħajjef jew ixejjen il-fidi tagħna.", "Int għażilt lil San Pietru biex ikun l-ewwel wieħed li jmexxi l-Knisja tiegħek, u tlabt għalih biex il-fidi tiegħu ma tonqosx; wettaqna fl-istess fidi, u saħħaħna fil-fedeltà tagħna lejn il-Papa, is-suċċessur ta' San Pietru.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.lwctt.org/2018/02/22/chair-of-st-peter-22-february-2/", "Alternative Reading:", "https://www.associationofcatholicpriests.ie/2018/02/22-february-the-chair-of-st-peter-apostle/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Chair_of_Saint_Peter", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edcd39a0', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-3-13-santa-lucija/", "title": "13 ta' Dicembru: Santa Luċija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Luċija", "\"Bqajt sħiħa sa l-aħħar u salvajt ħajtek, Luċija, għarusa ta' Kristu: int seħħlek tobgħod kull ma hu tad-dinja, u b'demmek stess irbaħt lill-għadu; issa qiegħda tiddi bil-glorja mal-anġli.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tat-Tifkira ta' Santa Luċija", "SANTA LUĊIJA", "Verġni u Martri", "283? – 304", "Tagħrif:", "Skont tradizzjoni, jew forsi aħjar leġġenda, Santa Luċija twieldet Sirakuża, Sqallija, dwar is-sena 283, minn familja nobbli.", "Meta kienet għadha żgħira tilfet lil missierha, u rabbietha ommha, Ewtakja.", "Meta kibret, Luċija ipperswadiet lil ommha li kienet ilha marida, biex jagħmlu pellegrinaġġ flimkien għal Katanja u jmorru fuq il-qabar ta' Santa Agata li kienet mietet martri xi ħamsin sena qabel.", "Waqt li kienu qed jitolbu, l-omm fieqet f'daqqa waħda.", "Luċija ddeċidiet li tħalli d-dinja u tikkonsagra ħajjitha kollha lil Alla, u tgħin lill-fqar.", "Għamlet il-vot tal-verġinità u ħassret iż-żwieġ li kienet ser tidħol fih ma' żagħżugħ nobbli pagan.", "Dak iż-żagħżugħ ħassu mweġġa b'din l-azzjoni ta' Luċija, u biex ipattihielha akkużaha quddiem il-Konslu Ruman li kienet Nisranija, u ma kinetx tosserva l-liġijiet tal-Imperu.", "Santa Luċija b'kuraġġ kbir stqarret il-fidi tagħha u ġiet ikkundannata għat-torturi bin-nar u bl-ilma jagħli.", "Hi baqgħet soda minkejja t-torturi li sofriet sakemm fl-aħħar nifdulha griżmejha b'xabla.", "Hi baqgħet ħajja sakemm xi ħadd qarbinha, imbagħad mietet.", "Dan ġara fil-persekuzzjonijiet tal-Imperatur Djoklezjanu fis-sena 304.", "Għalkemm ma hemm l-ebda evidenza storika ta' din it-tradizzjoni dwar ħajjitha, ma hemm l-ebda dubju dwar il-kult tagħha u l-konnessjoni tagħha ma' Sirakuża.", "Isimha hu mniżżel fil-Kanone tal-quddiesa.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mit-Trattat fuq il-Verġnità, tal-isqof San Ambroġ:", "\"Int, waħda mill-poplu, waħda mill-kotra, fuq kollox waħda mill-verġni, int, li d-dija ta' ruħek issebbaħ il-ħlewwa ta' ġismek (għax għal ftit ma xebbahtikx mal-Knisja!) aħseb dejjem fi Kristu xħin tkun mistrieħa f'kamartek bil-lejl, u l-ħin kollu oqgħod stennieh ġej.", "Hekk xtaqek Kristu, hekk għażlek Kristu.", "Hu jsib il-bieb miftuħ, u jidħol ġewwa; dan ma jistax jonqos, ladarba hu stess wiegħed li jidħol.", "Ħaddan mela lil dak li fittixt; ersaq lejh u ssir kollok dawl; żommu, itolbu biex ma jitlaqx malajr, għidlu bil-qalb biex ma jwarrabx.", "Għax il-Verb ta' Alla jiġri, u ma jinqabadx minn min jiddejjaq bih, ma jinżammx minn min ma jagħtix kasu.", "Ersaq b'ruħek kollha lejn il-kelma tiegħu, imxi bla mistrieħ wara l-ħoss tal-kliem tiegħu tas-sema, għax malajr jgħaddi.", "Taf x'qalet dik ix-xebba?", "Fittixtu, u ma sibtux, sejjaħtlu, u ma semagħnix.", "Imma int li sejjaħtlu, li tlabtu, li ħallejtlu l-bieb miftuħ, taħsibx li għandek għax issewwed qalbek jekk telaq malajr: hu sikwit iħallina niġġarrbu.", "X'qalilhom fl-Evanġelju lil dawk li talbuh biex ma jwarrabx minn pajjiżhom?", "Qalilhom: 'Jeħtieġli nxandar il-kelma ta' Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk ġejt mibgħut.", "U mqar jekk mingħalik ikun telaq, oħroġ, mur erġa' fittxu.'", "Iżda min, ħlief il-Knisja mqaddsa, għandu jgħallmek kif iżżomm lil Kristu?", "Anzi hi diġà għallmitek, jekk taqra u tifhem sewwa dan li hemm miktub: 'Bilkemm ilħaqt għaddejthom meta sibt lill-maħbub ta' qalbi; żammejtu, u ma tlaqtux.'", "Mela biex inżommuh lil Kristu?", "La b'rabtiet ħżiena u lanqas b'għoqod ta' ħbula.", "Lil Kristu norbtuh magħna bl-imħabba, niġbduh lejna bir-riedni ta' moħħna, inżommuh bil-ġibdiet ta' ruħna.", "Għalhekk, jekk int ukoll trid iżżomm lil Kristu miegħek, mur fittxu, u xejn la taqta' qalbek mit-tbatija; għax sikwit jiġri li lil Kristu nsibuh aħjar fost it-tbatijiet tal-ġisem u f'idejn l-istess persekuturi tagħna.", "'Bilkemm ilħaqt għaddejthom,' qalet.", "U tassew, sakemm int ma tħallix is-setgħat tad-dinja jegħlbuk, tara li fi żmien qasir, f'waqt wieħed, malli tkun ħlist minn taħt idejn il-persekuturi tiegħek, Kristu jiġi jilqgħek minnufih, u ma jissaportix jarak tiġġarrab iżjed.", "Dik li tfittex lil Kristu b'dan il-mod, u ssibu, tkun tista' tgħid: 'Żammejtu, u ma tlaqtux, sa ma daħħaltu fid-dar ta' ommi, fil-kamra ta' dik li nisslitni.'", "Xi tkun id-dar u l-kamra ta' ommok jekk mhux il-qalba ta' qalbek moħbija 'l ġewwanett?", "Ħu ħsiebha sewwa din id-dar, naddafha tajjeb minn ġewwa biex, wara li tkun għamiltha għamara bla tebgħa, id-dar spiritwali tiegħek, marbuta sewwa fuq il-ġebla tax-xewka, tinbnielek f'saċerdozju qaddis u fiha jgħammar l-Ispirtu s-Santu.", "Kristu ma jitlaqx lil dik il-verġni li tfittxu hekk, li titolbu dawn il-ħwejjeġ; mhux biss, imma jiġi jżurha sikwit; għaliex huwa magħna sa l-aħħar taż-żmien.\"", "Il-Papa Ġwanni XXIII, Il Tempio Massimo, fl-ittra lin-nisa reliġjużi, jgħidilhom hekk:", "\"Jalla l-imġiba tagħkom turi lil kulħadd li l-kastità mhix biss virtù possibbli iżda hi wkoll virtù soċjali, li għandha tkun imħarsa permezz tat-talb, tal-viġilanza u bit-tgħakkis tas-sensi.\"", "U int, kemm qed iżomm ruħek safi/ja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin?", "Lest/a li tagħti xhieda tal-fidi tiegħek sat-tixrid ta' demmek?", "Nitolbu lil Santa Luċija biex titlob għaż-żgħażagħ tagħna ħalli jżommu ruħhom safja u jgħixu sa minn żogħżithom ħajja li togħġob lil Alla.", "Nitolbuha wkoll tinterċedi għalina biex ikollna aktar xebbiet li fuq l-eżempju tagħha jikkonsagraw il-verġinità tagħhom u jgħixu ħajja f'servizz għal kull min hu fil-bżonn.", "Talba", ":", "Agħtina l-għajnuna, Mulej, għat-talb qaddis li tressaq quddiemek għalina Santa Luċija, verġni u martri, biex il-glorja li hi għandha quddiemek niċċelebrawha kif jixraq fuq l-art, sa ma naslu li narawha fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/saint-lucy-saint-lucia.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-lucy/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Lucy", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edd9cb5a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-1-11-san-damasu-i/", "title": "11 ta' Diċembru: San Damasu I", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Damasu I", "\"Dak li miexi fuq il-baħar seta' jikkalma l-mewġ qawwi: Dak li jagħti l-ħajja liż-żerriegħa li qed tmut fil-ħamrija; Dak li kien kapaċi jħoll il-ktajjen tal-mewt, u wara tlett ijiem fid-dlam iġib lura fid-dinja lil ħu Marta; nemmen li hu għad iqajjem mill-ġdid lil Damasu mit-trab tal-art.\" –", "Skrizzjoni li San Damasu I kiteb għalih stess.", "SAN DAMASU I", "Papa", "305 – 384", "Tagħrif:", "San Damasu twieled aktarx f'Ruma għall-ħabta tas-sena 305.", "Missieru li kien Spanjol, wara l-mewt ta' martu jew bil-kunsens tagħha sar qassis u kien jieħu ħsieb il-knisja ta' San Lawrenz, f'Ruma.", "Damasu sar Djaknu fil-knisja li kien qed jieħu ħsieb missieru, u wara sar qassis.", "Fis-sena 366, meta kellu madwar 62 sena sar Papa.", "Miegħu sar l-antipapa Ursinu, iżda dan ġie eżiljat mill-Imperatur Valentinjanu.", "Matul il-papat twil tiegħu ta' 18-il sena, San Damasu kellu jħabbat wiċċu ma' ħafna nkwiet, speċjalment dak imqanqal mis-segwaċi ta' Ursinu, u minn ħafna tagħlim falz sew f'Ruma u sew f'postijiet oħra fil-Knisja.", "B'danakollu, San Damasu ra ħwejjeġ sbieħ iseħħu fil-Knisja.", "Fis-sena 380, l-Imperatur Teodozju tal-Lvant u Grazjanu tal-Punent ipproklamaw il-Kristjaneżmu bħala r-Reliġjon tal-Imperu Ruman.", "Kien hu l-ewwel Papa li sejjaħ il-Knisja bl-isem ta' \"Is-Sedja Appostolika.\"", "Hu ħatar lil San Ġilormu segretarju tiegħu u awtorizzah biex jagħmel reviżjoni b'reqqa ikbar tal-verżjoni Latina qadima tal-Bibbja, b'riżultat li llum għandna l-Vulgata.", "F'Sinodu tat-374, San Damasu ħareġ Kanoni importanti tal-Kotba tat-Testment il-Ġdid.", "Fi żmienu il-lingwa tal-Liturġija nbidlet mill-Grieg għal-Latin, f'Ruma.", "Hu sab u rrestawra l-katakombi fejn bosta martri Nsara kienu midfuna, u għamilhom postijiet ta' pellegrinaġġi.", "Huwa kiteb bosta skrizzjonijiet fuq lapidi ta' oqbra u knejjes biex il-Fidili japprezzaw aħjar il-wirt Nisrani tagħhom.", "San Damasu miet f'Ruma fil-11 ta' Diċembru 384, u difnuh fil-qabar fejn kien hemm midfunin ommu u ħutu, fiċ-ċimiterju ta' San Kallistu.", "Biex titpoġġa fuq qabru kiteb din l-iskrizzjoni: \"Jien, Damasu, xtaqt nindifen hawn, iżda bżajt li noffendi l-fdalijiet ta' dawn il-qaddisin.\"", "Ħsieb", ":", "L-istorja tal-papat u l-Knisja hija inseparabbilment imħallta mal-bijografija personali ta' Damasu.", "F'perjodu problematiku u kruċjali tal-istorja tal-Knisja, huwa jispikka bħala difensur tal-fidi vera b'ħeġġa kollha żelu li kien jaf x'għandu jagħmel f'kull ċirkustanza li kellu jaffaċċja.", "Damasu jagħmilna konxji ta' żewġ kwalitajiet ta' tmexxija tajba: viġilanza għat-tħeġġiġ tal-Ispirtu, u servizz.", "It-taħbit tiegħu għandu jfakkarna li Ġesù qatt ma wiegħed il-protezzjoni tal-blat tiegħu mir-riħ tal-uragani u lanqas li se jħares lis-segwaċi tiegħu mid-diffikultajiet.", "L-unika garanzija tiegħu hija r-rebħa finali.", "Kull Nisrani jinsab f'din it-taqbida ħarxa biex jaħdem għas-salvazzjoni ta' ruħu fost tant taħbit u tiġrib li qatt ma jonqos.", "Dawn huma siltiet minn kummentarju għat-talba tal-Missierna: \"La ddaħħalniex fit-tiġrib\" ta' San Frangisk Anton Fasani:", "\"Mulej, fil-għerf ġust tiegħek, int għall-ġid tagħna ridt li ħajjet il-bniedem fuq l-art tkun taqbida, iżda din m'hijiex taqbida kontra d-demm u l-laħam, imma kontra l-prinċpijiet u l-mexxejja tad-dlamijiet.", "Hija ġlieda bejn l-ispirti l-ħżiena u l-ispirti tas-sema.", "Imma, Mulej, min jista' jżomm sħiħ kontra x-xitan?", "Dak li kien maħluq biex ma jibża' minn xejn, dak hu s-sultan ta' wlied is-suppervja.", "U lkoll kemm aħna nintilfu, jekk ma tgħinniex int, Mulej.", "Tkun imbierka, mela, dejjem il-ħniena tiegħek, għax int dawwaltna, u aħna nitolbu l-għajnuna mingħandek, aħna u ngħidu: 'u la ddaħħalniex fit-tiġrib.'", "Jeħtieġ li wieħed jifhem sewwa żewġ kelmiet:", "sahra", "u", "talb", ".", "Jeħtieġ li nishru dejjem, għax l-għadu tagħna, ix-xitan, dejjem jishar fuqna biex jagħmlilna l-ħsara.", "Min jishar joqgħod attent u jaħrab mill-perikli.", "U t-talb ukoll hu meħtieġ b'mod speċjali, għax għalkemm l-ispirtu jrid, dan għadu mirbuħ mid-dgħufija tal-ġisem, li hu magħqud max-xitan li hu qawwi.", "Mela biex ir-ruħ tirbaħ lill-ġisem u lix-xitan, jeħtieġ li tilbes dik il-qawwa li ġejja minn fuq.", "U din tinkiseb biss bit-talb.", "Fhimt, ja ruħ?", "Imma jaħasra, kemm jitqarrqu l-bnedmin meta jaħsbu li jistgħu jkunu fiż-żgur bla ma jishru.", "Imorru fil-periklu u dlonk jaqgħu.", "Hekk ukoll hemm dawk li jaħsbu li huma qawwijin mingħajr it-talb, iżda mbagħad meta jinqala' t-tiġrib jintelqu f'idejn ix-xitan.", "\"", "Meta ngħidu \"Iddaħħalniex fit-tiġrib\" inkunu nitolbu 'l Alla biex ma jħalliniex naqbdu t-triq tad-dnub.", "B'din it-talba nitolbu l-Ispirtu jagħtina l-grazzja li nagħrfu t-tajjeb mill-ħażin, u l-qawwa biex nagħmlu t-tajjeb.", "Nitolbu wkoll li qalbna tishar dejjem fuq l-imġiba kollha tagħna u li niksbu l-perseveranza tal-aħħar.", "U int, kemm tishar fit-talb?", "Meta titlob lil Alla biex ma jdaħħlekx fit-tiġrib, tagħmel ħiltek kollha biex titbiegħed minn dak kollu li jista' jwasslek għad-dnub?", "Meta tinqabad fin-nassa tax-xitan minħabba d-dgħjufija tiegħek, tfittex li tinħeles bit-talb, u bis-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin li jagħtuna l-qawwa kontra l-Ħażin u l-qerq tiegħu?", "Ejjew nitolbu biex il-Mulej jeħles mit-tiġrib kontinwu tax-xitan lill-Papa u l-isqfijiet, is-saċerdoti, il-patrijiet u s-sorijiet, dawk ta' ħajja kkonsagrata u l-lajċi kollha.", "Nitolbuh jipproteġina minn kull tip ta' tentazzjoni, iwaqqaf kull spirtu ta' firda bejnietna u jħarisna mill-iskandli li jġibu kunfużjoni u taħwid qalb il-poplu.", "Nitolbuh ukoll biex jagħtina mexxejja tajba u qaddisa bħall-Papa li qed niċċelebraw it-tifkira tiegħu llum biex imexxuna bil-għaqal, bl-għerf u bil-qdusija.", "Talba", ":", "Nitolbuk, Mulej, biex kif il-Papa San Damasu weġġah u ħabb il-martri tiegħek, hekk aħna niċċelebraw dejjem il-merti tagħhom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/st-damasus-i.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-damasus-i/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Damasus_I", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-Ħsieb huwa meħud minn Kummentarju għat-talba tal-\"Missierna\" ta' San Frangisk Anton Fasani, maqlub għal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edda10d3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-2-12-santa-govanna-frangiska-de-chantal/", "title": "12 ta' Diċembru: Santa Ġovanna Franġiska De Chantal", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ġovanna Franġiska De Chantal", "\"Minkejja s-sofferenzi kollha li ġarrbet, wiċċha qatt ma tilef is-serenità tiegħu, u lanqas qatt darba ma naqset mill-fedeltà li Alla talab minnha.\" –", "Dan il-kliem dwar Santa Ġovanna Franġiska de Chantal qalu San Vinċens de Paul li kien direttur spiritwali tagħha meta kienet Superjura tal-Kunvent ta' Pariġi.", "SANTA ĠOVANNA FRANĠISKA DE CHANTAL", "Armla u Reliġjuża", "1572 – 1641", "Tagħrif:", "Santa Ġovanna twieldet f'familja prominenti f'Dijon, Franza, fit-28 ta' Jannar, 1572.", "Kellha żewġ ħutha subien, wieħed ikbar u l-ieħor iżgħar minnha.", "Omma mietet meta twieled it-tieni tifel meta Ġovanna kellha biss sena u nofs.", "Ta' 20 sena, missierha żewwiġha lill-Baruni de Chantal li kien seba' snin ikbar minnha, u kellha sitt itfal li minnhom għexu erbgħa.", "Hija gawdiet żwieġ hieni sakemm disa' snin wara li żżewġu sfat deżolata meta żewġha miet f'inċident waqt li kien għall-kaċċa, fl-1601.", "Fl-1604, meta kellha 32 sena ltaqgħet ma' San Franġisk de Sales u l-ħbiberija ta' bejniethom baqgħet sal-mewt tiegħu fl-1622.", "Taħt it-tmexxija tiegħu hi ħaffet b'ħeġġa 'l quddiem fit-triq tal-perfezzjoni, u ħabirket kemm felħet f'opri ta' mħabba għall-foqra u l-aktar għall-morda.", "Meta San Franġisk urieha l-proġett tiegħu li jifforma l-Kongregazzjoni tas-sorijiet tal-Viżitazzjoni, hija laqgħet bil-ferħ il-proposta tiegħu u offriet li tgħinu b'ħilitha kollha.", "Bintha l-kbira żżewġet lil ħu San Franġisk de Sales, binha ta' erbatax-il sena ħa ħsiebu ħuha li kien l-Arċisqof ta' Bourges, u ż-żewġt ibniet l-oħra ngħaqdu magħha fil-Kongregazzjoni li waqqfet ma' San Franġisk fl-1610, f'Annecy, meta l-Qaddisa kellha 45 sena.", "Il-Qaddisa mexxiet il-Kongregazzjoni b'għaqal kbir, u ratha tikber hekk malajr li sa qabel ma mietet kienu ġa nfetħu 86 kunvent.", "Santa Ġovanna mietet f'Moulins, f'wieħed mill-kunventi tagħha, fit-13 ta' Diċembru,1641, fl-età ta' 69 sena.", "Ġisimha ħaduh f'Annecy u difnuh ħdejn dak ta' San Franġisk de Sales.", "Il-Papa Klement XIII iddikjaraha qaddisa fl-1767.", "Ħsieb", ":", "Minn traġedja, jista' joħroġ ħafna tajjeb, anke meta s-sitwazzjoni tidher bla tama.", "Santa Ġovanna Franġiska De Chantal tilfet lil żewġha u ġarrbet it-trattament krudili ta' missieru, iżda spiċċat biex misset il-ħajjiet u l-qlub ta' ħafna nies meta waqqfet l-Ordni tal-Viżitazzjoni tal-Madonna.", "Jekk int ukoll għaddejt minn traġedja fil-ħajja tiegħek, itlob lil Alla biex jgħinek titratta ma' kwalunkwe feriti sentimentali jew psikoloġiċi, jew anki rabja li jista' jkollok għal xi persuna/i. Importanti li aħna l-Insara ma nieqfux nagħmlu t-tajjeb u l-ġid lill-proxxmu tagħna anki meta aħna nkunu rċevejna xi forma ta' deni mingħand min stennejna li se jħobbna.", "Meta aħna niltaqgħu mal-kuntrarju, wiċċna jrid jibqa' bħalma baqa' dak ta' Santa Ġovanna (hekk kif qal fuqha d-direttur spiritwali tagħha San Franġisk de Sales), jitbissem biex jagħmel kuraġġ lill-oħrajn.", "Santa Ġovanna Franġiska De Chantal kienet tgħid:", "\"Żomm għajnejk fuq Alla u ħallih jagħmel Hu.", "Dan huwa dak kollu li għandek għalfejn tinkwieta dwaru.\"", "Imma, tgħiduli, li aħna ngħidu wkoll:", "\"Għin ruħek biex Alla jgħinek.\"", "Mela kif ser nifhmu eżatt fejn għandna nagħmlu xi ħaġa u fejn għandna sempliċiment nafdaw u nintelqu f'idejn Alla?", "Ċertament li għandna nitkellmu ma' Alla b'kunfidenza, għax Ġesù stess qalilna nsejħulu 'Missier!'", "Irridu nitolbuh dak li nemmnu li neħtieġu.", "Minn naħa tagħna, għandna ngħinu rwieħna biex naslu għal dan.", "Is-sigriet ta' ħajja ferħana li tħallilek wiċċek imbissem bħal ta' Santa Ġovanna fost ħafna tiġrib, hu li:", "LIL ALLA NAFDAWH BIR-RIŻULTAT TAL-ISFORZI TAGĦNA", ", huma x'inhuma u jagħmel Hu!", "U dan li riedet tfisser il-qaddisa tal-lum għax Hu dejjem jifhem aħjar minna x'għandna bżonn!", "Meta lill-Mulej nitolbuh xi ħaġa speċifika għax jidhrilna li hi tajba għalina, ir-risposti tiegħu jistgħu jkunu erbgħa:", "IVA, LE, STENNA", "jew", "SE NTIK XI ĦAĠA AĦJAR", "(ma jagħtikx dak li titolbu eżatt, biex jagħtik xi ħaġa aħjar li forsi int stess mhux qed taraha bħalissa).", "Għalhekk, wara li nkunu għamilna ħilitna kollha, jeħtieġ li nkomplu nafdawh bis-serjetà u bi mħabba filjali u Hu stess jurina maż-żmien x'kien l-aħjar għalina u b'mod speċjali għal ruħna, li hi l-aktar ħaġa prezzjuża għalih għax hi l-vera aħna u ser tibqa' għal dejjem.", "Tajjeb ukoll li bħal Santa Ġovanna Franġiska De Chantal, infittxu li jkollna direttur spiritwali tajjeb, għaqli u għaref ħalli jakkumpanjana fil-vjaġġ spiritwali tagħna lejn is-Sema pajjiżna.", "Talba", ":", "O Alla, int żejjint b'merti kbar lil Santa Ġovanna Franġiska de Chantal f'kull stat ta' ħajja li minnu għaddejtha; bit-talb tagħha, agħtina li nimxu dejjem fidili mas-sejħa tagħna li nxerrdu bla heda madwarna d-dawl tal-eżempji t-tajba.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-jane-frances-de-chantal/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-jane-frances-de-chantal-567", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Jane_Frances_de_Chantal", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edd9bf59', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-4-14-san-gwann-tas-salib/", "title": "14 ta' Dicembru: San Ġwann tas-Salib", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann tas-Salib", "\"Fejn ma hemmx imħabba, qiegħed int l-imħabba, u ssib l-imħabba.\" –", "San Ġwann tas-Salib", "SAN ĠWANN TAS-SALIB", "Saċerdot u Duttur tal-Knisja", "1542 – 1591", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled f'Fontivers fl-1542 minn Gonzalvo d'Yepes u Katerina Alvarez.", "Missieru kien bniedem għani li kien ġej minn familja nobbli.", "Imma kien waqa' f'tant faqar li kważi kienu jbatu l-ġuħ.", "Kellu żewġ aħwa oħra akbar minnu; Ġużeppi li hu venerabbli u anke kellu s-setgħa li jagħmel il-mirakli, u Lwiġi.", "Minn ċkunitu Ġwanni kien juri li hu mogħni b'moħħ tajjeb.", "Ta' erba' snin waqa' fi xmara u kien qed jegħreq għax kien għeb taħt l-ilma, u darba oħra, meta kellu ħdax-il-sena, waqa' ġo bir bla ħorża waqt li kien qed jilgħab ma' xi tfal oħra.", "Ommu Katerina għalkemm fqira u romlot kmieni għamlet kull sagrifiċċju biex tgħallmu l-iskola.", "Kienet tibagħtu f'kulleġġ tal-Ġiżwiti.", "Wara li spiċċa l-iskola, Ġwanni ried jitgħallem sengħa.", "Ipprova jitgħallem ta' mastrudaxxa, ta' ħajjat, ta' skultur u ta' pittur.", "Imma ftit li xejn irnexxa f'dawn is- snajja.", "Fl-aħħar sar infermier biex jieħu ħsieb u jgħin lill-morda foqra.", "Kulħadd kien irid lilu biex idewwihom, daqskemm kellu qalbu tajba.", "Sadanittant l-istudju ma ħallieh qatt.", "Qabel ma kien jibda x-xogħol ta' kuljum kien jisma' l-quddiesa b'ħerqa kbira.", "Bil-mod il-mod ħass ruħu miġbud lejn il-ħajja reliġjuża u ta' 20 sena daħal Karmelitan.", "Kien novizz u student ta' eżempju għal kulħadd.", "Għall-ubbidjenza kien lest li jagħmel kollox, u kellu ġibda kbira lejn it-tgħakkis tal-ġisem.", "San Ġwann qaddes l-ewwel quddiesa fl-1563, u dakinhar kellu żewġ grazzji kbar; waħda li minn idejh iqarben lil ommu, u l-oħra l-grazzja li kien ilu jitlob żmien twil li f'ħajtu kollha qatt ma jaqa' fid-dnub mejjet.", "Imma San Ġwann qatt ma kien jgħid biżżejjed fejn tidħol l-imħabba ta' Alla u t- tgħakkis tiegħu nnifsu.", "Għalhekk li kien trawwem fih il-ħsieb li jindifen għad-dinja billi jingħalaq maċ-Ċertosini sakemm Santa Tereża wrietu t-triq li Alla kien sejjaħlu għaliha.", "Taħt it-tmexxija ta' Santa Tereża u wara li qala' l-permessi meħtieġa, flimkien ma' Patri Tonin ta' Ġesù u Fra Ġużepp ta' Kristu, San Ġwann waqqaf l-ewwel dar tal-Karmelitani Riformati f'Duruelo, raħal l-aktar fqir u minsi li bħalu ħadd ma seta' jsib.", "Il-kunvent kien dar mill-iżjed fqira, biex ikun għalihom ta' għajnuna biex waqt li jgħakksu 'l ġisimhom ħsiebhom jgħammar biss f'Alla.", "B'hekk waqt li jagħtu 'l Alla t-tifħir li jistħoqqlu, ipattu għall-ħtijiet tad-dinja.", "Ħsiebhom kien li jgħixu għal Alla biss.", "B'tifkira ta' din il-ħajja ġdida Patri Ġwann ta' San Mattija biddel ismu u sar Patri Ġwann tas-Salib, biex ifisser li s-salib kellu jkun il-mera ta' ħajtu.", "It-tajjeb kulħadd iridu miegħu, u hekk ġralu Patri Ġwann tas-Salib.", "Il-kunventi kollha tal-Karmelitani Riformati kienu jriduh magħhom, imma fl-aħħar rebaħ il-monasteru tas-Sorijiet ta' Avila.", "F'dan il-monasteru kien hemm aktar minn 190 soru.", "Il-ħajja tagħhom ftit li xejn kienet taqbel mal-ħajja reliġjuża.", "Għadda ħames snin hemmhekk u l-monasteru ta' Avila nbidel bħal lejl minn nhar.", "It-talb, il-ġabra, is-skiet u t-tgħakkis bdew jiġu mħarsin, kif jixraq.", "San Ġwann għaraf inissel f'dawk il-Karmelitani x-xewqa li jgħixu biss għal Alla.", "Wara ħafna taħbit u talb kollox kien jidher miexi sewwa f'dak il-monasteru, meta f'daqqa waħda San Ġwann u Patri Ġermano ġew maqbudin u mixħuta l-ħabs li f'dak iż-żmien kien ikollhom fil-kunventi.", "San Ġwann ġie meħud fil-ħabs tal-kunvent ta' Toledo għax qalu li kien qed iġib il-ġlied u l-firda fost il-patrijiet.", "Santa Tereża malli saret taf, kitbet ittra qawwija lir-Re Filippu II ta' Spanja, biex isir il-ħaqq kif imiss, imma għalxejn.", "San Ġwann dam disa' xhur fil-ħabs ta' Toledo, magħluq f'kamra ċkejkna bla dawl, jiekol ħobż u ilma.", "Lanqas kienu jħalluh iqaddes u kienu jħalluh joħroġ darba kultant biex jagħti bil-ħabel fuq spallejh fir-refetorju quddiem il-patrijiet l-oħra.", "Fl-aħħar xhur li għamel magħluq f'dan il-ħabs, kien jieħu ħsiebu Fra li kellu qalbu tajba ħafna.", "Kien iġib musbieħ lil San Ġwann, pinna u xi ftit karti biex jikteb u kultant kien iħallih jippassiġġa xi ftit fil-kuritur.", "B'hekk San Ġwann kiteb, f'dan iż-żmien, l-aħjar poeżiji tiegħu li jfissru l-għaqda tar-ruħ ma' Alla, fosthom il-poeżija: \"L-Għanja tar-Ruħ.\"", "F'dawn id-disa' xhur San Ġwann tas-Salib bata' u sofra mhux biss minn nuqqas ta' ikel imma I-aktar għax kien miżmum mit-tqarbin li kien tant iħobb.", "Għadda minn tiġrib bla qjies, imma kien dejjem ferħan għax kull ruħ magħquda ma' Alla tgħix fil-paċi.", "Kien jaf x'iġifieri meta kiteb il-poeżija: \"Lejl fid-Dlam\" fejn fisser it-tiġrib minn kull naħa li trid tgħaddi minnu r-ruħ għatxana għal Alla.", "Ftit jiem qabel il-festa ta' Santa Marija, San Ġwann kellu dehra mill-Madonna li nebbħitu kif kellu jaħrab minn dak il-ħabs, u żguratu li fil-festa tagħha kellu jkun ħieles.", "Darba sema' leħen jgħidlu: \"Ġwanni x'titlob minni!\"", "Malli żgura ruħu li kien il-Kurċifiss li qiegħed ikellmu, Ġwanni wieġeb: \"Sinjur, jien nixtieq li nbati u li nkun immaqdar għall-imħabba tiegħek.\"", "U Ġesù laqa' t-talba tiegħu, għax ftit wara sar il-Kapitlu fejn tela' Provinċjal Patri Nikola Doria li kellu fehmiet strambi mhux ftit.", "San Ġwann tas-Salib kien bniedem sinċier u meta ra li s-sorijiet Karmelitani, li wara l-mewt ta' Santa Tereża kienu mmexxija minn Madre Anna ta' Ġesù ma kinux qed jiġu meqjusa kif imiss mill-Provinċjal talab li kollox jimxi kif suppost bil-ħaqq.", "Għax qal is-sewwa ġie mneħħi minn kull uffiċċju li kellu, u mibgħut lejn il-Messiku.", "San Ġwann ried kieku jobdi, imma marda serja li qabditu żammitu fi Spanja.", "Darb'oħra wara li ra li żewġ reliġjużi ma kinux qed jaqdu dmirhom kif imiss u kienu ta' ħsara għall-oħrajn, talab li ċerti ħwejjeġ ma jibqgħux sejrin kif kienu.", "Imma għall-kuraġġ u reqqa tiegħu, Patri Ġwann ħallasha qares, għax qalgħu ħafna ħwejjeġ kontrih sakemm kellha ssir inkjesta fuq l-imġiba tiegħu.", "Sabuh bla ħtija, imma ħadd ma tah raġun.", "Issa, Patri Ġwann kulma jmur kien qiegħed jikber.", "Għamel ġid kemm felaħ iżda sab ruħu minsi qabel il-waqt.", "Ġietu I-ordni biex imur l-Indja.", "Mill-ġdid ried jobdi, imma r-rieda ta' Alla kienet xort'oħra.", "Sadattant baqa' jikteb poeżiji biex ikantawhom is-sorijiet u fl-istess ħin jitgħallmu.", "Huma kienu jieħdu pjaċir ikantawhom imma sabuhom tqal wisq biex jifhmuhom, għalhekk talbu lil San Ġwann biex ifissirhomlhom.", "B'hekk kiteb: \"It-Telgħa għall-Karmelu\" u \"Il-Fjamma tal-Imħabba Ħajja.\"", "Meta San Ġwann ma kienx jista' jaħdem aktar tawh jagħżel kunvent fejn ried imur, iżda huwa kiteb u qal: \"Min irid igawdi għandu bżonn ibati, biex tkun ferħan hemm bżonn ngħaddi mit-tiġrib, biex ikollok kollox trid tagħti kollox, ir-ruħ li trid lil Alla għandha tfittex mhux dak li jogħġobha imma dak li l-aktar iġagħalha ġġarrab.\"", "Għal daqshekk San Ġwann għażel il-kunvent ta' Ubeda, fejn kien hemm superjur wieħed minn dawk ir-reliġjużi li għax ikkorreġieh kien tant ikkalunjah u għamillu ħsara.", "San Ġwann kien nesa kollox u ħafirlu, imma dak is-superjur baqa' jżomm.", "U fl-aħħar jiem ta' ħajtu Patri Ġwann ġarrab ferm minn dan il-bniedem, li kien jieħdu bil- herra u jimxi miegħu bħallikieku kien xi wieħed bla ġieħ.", "San Ġwann tas-Salib ma kien jilmenta qatt.", "Dejjem ferħan li jġarrab kollox għal Alla.", "Il-mard baqa' dieħel 'il ġewwa.", "Patri Ġwann talab maħfra lil kulħadd u f'nofs il-lejl tal-14 ta' Diċembru, 1591 ittajjar lejn Alla.", "Il-Knisja permezz tal-Papa Beneditt XIII għarfitu bħala qaddis; u l-Papa Piju XI għamlu Duttur tal-Knisja.", "San Ġwann tas-Salib huwa msejjaħ 'Id-Duttur Mistiku' għax hu l- aktar għaref tal-Knisja li jfisser kif il-grazzja tgħaqqad ir-ruħ ma' Alla f'għaqda sħiħa u misterjuża.", "Il-festa ta' dan il-qaddis kbir issir nhar l-14 ta' Diċembru, il-jum li fih twieled għas-sema.", "Ħsieb", ":", "Dawn li ġejjin huma ħsibijiet ta' San Ġwann tas-Salib:", "Iċħad ix-xewqat tiegħek, u ssib dak li tixtieq qalbek; għax int fejn taf jekk ix-xewqat u l-ġibdiet tiegħek humiex skont ma jridhom Alla?", "Għemil tajjeb, magħmul għal kollox u fis-safa għal Alla, f'sider kollu safa, iħejji saltna sħiħa għall-imgħallem tiegħu.", "Ir-ruħ imkebbsa bl-imħabba hija ħelwa, ġwejda, umli u kollha sabar.", "Min jitlef okkażjoni tajba huwa bħal wieħed li jħalli għasfur jaħrablu minn idu, imbagħad ma jkunx jista' jerġa' jaqbdu.", "Jiena ma għaraftekx, Mulejja, għax bqajt nixtieq nagħraf il-ħwejjeġ u nitgħaxxaq bihom.", "Ħsieb wieħed biss tal-bniedem jiswa ħafna aktar mid-dinja kollha; mela jistħoqq biss lil Alla waħdu.", "L-ispirtu tiegħi nixef ġewwa fija, għax jinsa jieħu l-ikel min għandek, Mulej.", "Imbierek huwa dak li jqiegħed fil-ġenb il-gosti u l-ġibdiet tiegħu, u jħares lejn il-ħwejjeġ kollha fid-dawl tar-raġuni qabel ma jagħmilhom.", "Int, Mulej, iddur bil-ferħ u l-imħabba lejn min joffendik ħalli terfgħu mill-ġdid, u jiena ma ndurx lejn min jirrabjani ħalli ngħollih u nagħtih ġieħ.", "Mulej Alla tiegħi, Int ma tkunx barrani għal min ma jagħmilx lilu nnifsu barrani għalik; kif jistgħu jgħidu li Int ma tagħmilx preżenti lilek innifsek?", "Jekk trid tasal biex tikseb ġabra qaddisa, int tiksibha, mhux billi tilqa', iżda billi tiċċaħħad.", "Jekk kull fejn immur, immur miegħek, Alla tiegħi, kullimkien kollox imurli tajjeb, ukoll kif nixtieq li jmur tajjeb miegħek.", "La taħsibx li se togħġob lil Alla billi tagħmel ħafna għemil tajjeb daqskemm billi tagħmlu b'rieda tajba, u bla ebda rabta ma' xi ħadd u mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd.", "Fil-għabex tal-ħajja għad jeżaminawk fl-imħabba.", "Tgħallem ħobb kif Alla jrid ikun maħbub u ħalli fil-ġenb it-temperament tiegħek.", "Il-bniedem la jaf kif jifraħ sewwa u lanqas kif jitnikket sewwa, għax ma jagħrafx id-distanza li hemm bejn it-tajjeb u l-ħażin.", "F'kull xorta ta' tiġrib, ersaq malajr lejn Alla bil-fiduċja, u tkun imsaħħaħ u mdawwal u mgħallem sewwa.", "Talba", ":", "O Alla, int tajtna lis-saċerdot San Ġwann tas-Salib b'eżempju mill-isbaħ taċ-ċaħda sħiħa tagħna nfusna u ta' mħabba kbira għas-salib: agħmel li ngħixu dejjem bħalu, biex naslu li narawk wiċċ imb 'wiċċ fis-sebħ tiegħek ta' dejjem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/st.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-of-the-cross/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_of_the_Cross", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mis-sit tal-Parroċċa ta' Fleur-de-Lys.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edd9cd5b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-1-5-15-santa-pawla-marija-di-rosa/", "title": "15 ta' Dicembru: Santa Pawla Marija Di Rosa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Pawla Marija Di Rosa", "\"Ma nistax immur norqod b'kuxjenza kwieta jekk matul il-ġurnata nkun tlift ċans, żgħir kemm hu żgħir, li nipprevjeni l-imġiba ħażina jew li ngħin biex noħroġ xi ħaġa tajba.\" –", "Santa Pawla Marija Di Rosa", "SANTA PAWLA MARIJA DI ROSA", "Fundatriċi", "1813 – 1855", "Tagħrif:", "Kien jisimha Pawla Francesca Marija, u kienet ġejja minn familja tat-tajjeb minn Brescia.", "Ommha mietet meta hi kellha 11-il sena, u kienet edukata fl-iskola tas-sorijiet tal-Viżitazzjoni.", "Meta ħalliet l-iskola ta' 17-il sena, hi bdiet tieħu ħsieb ix-xogħol ta' missierha, u billi kienet inklinata għall-ħajja reliġjuża, hi rruftat il-proposta ta' missierha biex tieħu l-istat taż-żwieġ.", "Bdiet tiddedika ruħha għal xogħol soċjali u ta' appostolat fost ix-xebbiet li kienu jaħdmu fil-fabbrika tat-tessuti ta' missierha.", "Kienet taħdem fi sptar fi Brescia, iddur bil-vittmi tal-kolera fl-1836, saret direttriċi ta' dar għall-bniet abbandunati s-sena ta' wara; waqqfet dar oħra hi nfisha għall-bniet u anki fetħet skola għall-bniet torox u muti.", "Bdiet tifforma lil dawk li kienu jaħdmu magħha, f'komunità reliġjuża biex jieħdu ħsieb il-morda fl-isptarijiet.", "Fl-1840, ta' 27 sena, id-direttur spiritwali tagħha Mons. Faustino Pinzoni ħatarha superjura tal-grupp tan-nisa, u ħadet l-isem ta' Maria Crocifissa.", "Hekk twaqqfet is-soċjetà tal-Qaddejja tal-Karità ta' Brescia.", "L-istitut irċieva l-approvazzjoni tal-isqof ta' Brescia fl-1843, u tul il-gwerer li xxukkjaw l-Ewropa fl-1848 kienu jduru bil-feruti fil-battalji fl-Italja ta' Fuq u fl-isptarijiet ta' Brescia.", "Fl-1850 kisbet l-approvazzjoni għall-kongregazzjoni tagħha mill-Papa.", "Wara li ħliet saħħitha fis-servizz tal-proxxmu, hi mietet fi Brescia fil-15 ta' Diċembru, 1855 u kellha 42 sena.", "Kienet iddikjarata qaddisa minn San Piju XII fl-1954.", "Ħsieb", ":", "Il-ħajja ta' Santa Pawla Marija Di Rosa kienet waħda ta' disponibbiltà għal kull persuna fil-bżonn.", "Kienet tmur tgħin lil xi ħadd f'kull siegħa tal-ġurnata, kemm jekk kienet kura ta' xi ħadd marid jew assistenza ta' xi ħadd qed imut, kemm biex iġġib il-paċi fid-djar li kien ikollhom kwestjonijiet, jew biex tikkonforta lil xi ħadd f'diffikultà kbira.", "Kienet x'kienet il-ħtieġa, hija kienet iġġib l-imħabba u l-fejqan ta' Alla lil kulħadd u kullimkien.", "Hija pprattikat b'devozzjoni u paċenzja kbira, il-virtù tal-karità fix-xogħol tagħha ta' kuljum u l-imħabba tagħha lejn Kristu Kurċifiss urietha mill-mod kif ħabbet lill-membri tal-Ġisem Mistiku Tiegħu.", "Kienet qaddisa li tassew għexet l-Opri tal-Ħniena li kull Nisrani hu msejjaħ biex jgħix.", "Imma liema huma eżatt?", "Hemm l-Opri tal-Ħniena li jmissu l-ġisem:", "1.", "Itma' lil min hu bil-ġuħ.", "2.", "Isqi lil min hu bil-għatx.", "3.", "Libbes lil min hu għarwien.", "4.", "Ilqa' lil min hu bla dar (frustier).", "5.", "Żur il-morda.", "6.", "Żur il-ħabsin.", "7. idfen il-mejtin.", "u dawk li jmissu r-ruħ:", "1.", "Agħti parir tajjeb lill-ħosbien.", "2.", "Għallem lil min ma jafx.", "3.", "Widdeb lill-midinbin.", "4.", "Farraġ lill-imnikktin.", "5.", "Aħfer il-ħtijiet.", "6.", "Ħu sabar b'min idejqek.", "7.", "Itlob 'l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin.", "Il-Papa Franġisku qal dan dwar l-Opri tal-Ħniena fil-5 ta' Ġunju, 2017 f'Quddiesa f'Dar Santa Marta:", "\"Opra tal-ħniena mhix li tagħmel xi ħaġa biex isserraħ il-kuxjenza: nagħmel opra tajba u b'hekk inħossni kalm, qiesni neħħejt xi piż minn fuq spallejja.....", "Le!", "L-opra tal-ħniena tfisser li jien inbati t-tbatija ta' ħaddieħor.", "Il-qsim u l-kumpassjoni jmorru flimkien.", "Il-bniedem ħanin hu dak li jaf jaqsam u jitħassar il-problemi tal-ieħor.", "Minn hawn joħorġu l-mistoqsijiet:", "Jiena naf naqsam?", "Jien ġeneruż/ġeneruża?", "Meta nara lil ħaddieħor qed isofri, jinsab f'diffikultà, insofri jiena wkoll?", "Naf inqiegħed lili nnifsi minflok l-ieħor?", "Min jagħmel opri tal-ħniena jaf isib min jiddieħak bih.", "Ma jimpurtax.", "L-opra tal-ħniena trid tiskomoda: eżempju, jien għandi ħabib, ħabiba, morda, nixtieq immur narahom imma m'għandix aptit... nippreferi noqgħod nara t-televixin, nistrieħ... noqgħod bi kwieti.", "L-opra tal-ħniena hi minnha nfisha skomda.", "Iżda l-Mulej skomda ruħu għalina bis-salib.", "Skomda ruħu biex jagħtina l-ħniena.", "Min għandu ħila jagħmel opra tal-ħniena jaf li ħaddiehor kien ħanin miegħu qabel.", "Dan kien il-Mulej li wera ħnientu magħna.", "U jekk aħna nagħmlu dawn l-opri nafu li l-Mulej għamilhom magħna qabel.", "Naħsbu ftit fi dnubietna, fl-iżbalji tagħna, u kif il-Mulej ħafrilna: ħafrilna kollox, kellu dil-ħniena magħna, u aħna għandna nagħmlu l-istess ma' ħutna.", "L-opri tal-ħniena huma dawk li jneħħu l-egoiżmu minna u jagħmluna xbieha ta' Ġesù għax inkunu qed nimitawh aktar mill-qrib.\"", "Talba", ":", "Mulej, isma' t-talb ta' dawk li jfakkru l-ħajja devota tal-Verġni Santa Pawla Marija Di Rosa.", "Igwidana tul it-triq u għinna nikbru fl-imħabba u l-qadi lejn ħutna l-bnedmin hekk li naslu nixbħu lil Kristu li fil-ħniena tiegħu lejna, qal li Hu ma ġiex (fid-dinja) biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra.", "Nitolbuk dan bl-istess Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.newmanconnection.com/faith/saint/saint-maria-crocifissa-di-rosa", "Alternative Reading:", "https://vitaesanctorum.wordpress.com/2012/12/15/st-maria-crocifissa-di-rosa/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Crocifissa_di_Rosa", "Film bit-Taljan ta' Santa Pawla Marija Di Rosa:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edda48a0', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-9-9-san-gwann-diego-cuauhtlatoatzin/", "title": "9 ta' Diċembru: San Ġwann Diego Cuauhtlatoatzin", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Diego Cuauhtlatoatzin", "Ġesù qabad u qal: \"Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.", "Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.\" –", "Ġesù f'Mattew 11:26", "SAN ĠWANN DIEGO CUAUHTLATOATZIN", "1474 – 1548", "Tagħrif:", "Ftit nafu dwar dan il-qaddis li San Ġwanni Pawlu II sejjaħlu bħala \"l-Indjan sempliċi u umli.\"", "Fil-bidu kien magħruf bħala Cuauhtlatoatzin, li tfisser 'l-ajkla li titkellem.'", "L-isem ta' Ġwann Diego hu marbut mal-Madonna ta' Guadalupe, fil-Messiku.", "Il-Madonna kienet dehret l-ewwel darba lil Ġwann Diego, fid-9 ta' Diċembru 1531, fuq l-għolja ta' Tepeyac, fejn qaltlu biex jgħid lill-isqof li xtaqet li tinbena knisja għad unur tagħha.", "Fl-istorja, wisq magħrufa, ta' dan il-qaddis, insibu li hu ġabar xi ward fil-mantar tiegħu, wara li l-Madonna talbitu jagħmel dan, u dawn inbidlu, fl-immaġini mirakuluża tal-Madonna ta' Guadalupe.", "Meta nbena s-Santwarju f'Tepeyac, Ġwann Diego, mar jgħix fil-qrib, fejn beda jgħallem il-katekeżi, waqt li kien ta' xhieda bl-eżempju tajjeb tiegħu.", "Huwa ġie kkanonizzat fil-31 ta' Lulju 2000, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II, fil-Bażilika ddedikata lill-Madonna ta' Guadalupe.", "Il-Papa dakinhar qal li kien persuna sempliċi u umli, li aċċetta l-Kristjaneżmu mingħajr ma ċeda l-identità tiegħu bħala Indjan.", "San Ġwann Diego jfakkarna li \"L-aħbar it-tajba ta' Ġesù hi għal kulħadd.\"", "Id-Dehriet", "Il-Verġni Marija dehret erba' darbiet fl-1531 lil wieħed Indjos, Juan Diego (li kien dikjarat beatu fl-1990), fuq l-għolja Tepeyac, barra mill-belt tal-Messiku, u ordnatlu biex jgħid lill-isqof Zumarraga bix-xewqa tagħha li tinbena knisja għaliha hemmhekk.", "Wara xi sentejn, l-isqof għamel dak li kien mitlub, wara li kkonvinċa ruħu li d-dehriet kienu ġenwini meta ra x-xbiha ta' daqs naturali tal-Verġni Marija stampat mirakolużament fuq il-fardal tal-Indjos.", "Il-mantell li fih ix-xbieha tal-Madonna għadu ppreservat u hu merfugħ fil-bażilika ta' Sidtna Marija ta' Guadalupe, li għandu storja twila bħala ċentru ta' devozzjoni u pellegrinaġġi fil-Messiku.", "Il-Papa Benedittu XIV fl-1754 awtorizza quddiesa u talb għall-Uffiċċju Divin f'ġieħ il-Madonna taħt dan it-titlu biex tkun iċċelebrata fit-12 ta' Diċembru.", "Ħatar ukoll lill-Madonna bħala Patruna ta' Spanja l-Ġdida.", "Il-Madonna ta' Guadalupe kienet iddikjarata Patruna tal-Amerika Latina minn Piju X fl-1910 u Patruna taż-żewġ Ameriki minn Piju XII fl-1945.", "Ħsieb", ":", "Dan hu kliem Papa Franġisku meta kien fil-Belt tal-Messiku fis-Santwarju tal-Madonna f'Guadalupe nhar is-Sibt 13 ta' Frar, 2016:", "\"Aħna jista' jiġrilna dak li ġara lil Juan Diego, li nħarsu lejn l-Omm tagħna mil-lenti tat-tbatijiet tagħna, tal-biżgħat tagħna, id-disperazzjoni, in-niket, u ngħidulha: 'X'nista' nagħtik jien jekk m'iniex persuna mgħallma?.'", "Inħarsu lejn l-Omm tagħna b'għajnejn li jgħidulha: 'Huma ħafna s-sitwazzjonijiet li jixorbulek saħħtek kollha, li jġagħluna nħossu li m'hemmx lok għat-tama, għall-bidla, għat-trasformazzjoni.'", "Għalhekk nemmen li l-lum jagħmlilna tajjeb xi ftit tas-silenzju, u noqogħdu nħarsu lejn ix-xbieha tal-Madonna ta' Guadalupe, inħarsu ħafna lejha bil-kalma, u ntennulha l-kelmiet ta' dak l-iben l-ieħor li kien iħobbha ħafna:", "'Sempliċement inħares lejk – ja Omm –,", "inżomm biss ħarsti fuqek;", "inħares lejk kollok kemm int bla ngħidlek xejn,", "u ngħidlek kollox, bla kliem u bil-qima.", "Iċċaqlaq xejn l-arja ta' quddiemek;", "bennen biss is-solitudni misruqa tiegħi", "fl-għajnejn maħbuba tiegħek ta' Omm", "u fil-bejta ta' l-art safja tiegħek.", "Is-sigħat jiġru; imħarrka, u storbjużi", "l-boloh bejn snienhom jomogħdu", "ż-żibel tal-ħajja u tal-mewt.", "Inħares lejk, ja Omm; u biżżejjed nikkontemplak,", "b'qalb imsikkta mill-ħlewwa tiegħek,", "fis-skiet tiegħek safi bħall-ġilji.'", "(Innu liturġiku).", "U fis-skiet, nibqgħu nikkontemplawha, u nħossuha għal darb'oħra ttennilna:", "'X'għandek, ibni, l-iċken fost kollha?", "X'qed inikket lil qalbek?'", "(ara Nican Mopohua, 107, 118).", "'Forsi m'hawnx jien ħdejk, jien li għandi l-ġieħ li nkun ommok?'", "Hi tgħidilna li għandha 'il-ġieħ' li tkun ommna.", "Dan jimliena biċ-ċertezza li d-dmugħ ta' dawk li qed ibatu m'huwiex għalxejn.", "Hu talba siekta li titla' sas-sema u li f'Marija dejjem sa ssib post taħt il-mant tagħha.", "Fiha u magħha, Alla jsir ħuna u sieħeb tagħna fit-triq, jerfa' magħna s-slaleb biex ma jħalliniex nitgħattnu taħt l-uġigħ tagħna.", "'Forsi m'iniex ommok jien?", "M'iniex hawn ħdejk?", "Tħallix l-uġigħ tiegħek ikaxkrek miegħu, tħallix in-niket tiegħek jirbħek,'", "tgħidilna.", "Il-lum terġa' lura għandna mill-ġdid biex tibgħatna, bħal Juanito; il-lum mill-ġdid reġgħet hawn biex ittennilna: kun int il-messaġġier tiegħi, kun l-istedina tiegħi għall-bini ta' tant santwarji ġodda, għat-tisħib ta' tant ħajjiet, għall-ixxuttar ta' tant dmugħ.", "Biżżejjed timxi fit-toroq ta' fejn toqgħod, tal-komunità tiegħek, tal-parroċċa tiegħek bħala messaġġier tiegħi, messaġġiera tiegħi; ibni santwarji ġodda billi taqsam il-ferħ tiegħek għax taf li m'aħniex waħidna, li hi tinsab magħna.", "Kun il-messaġġier tiegħi – qed tgħidilna – billi tagħti x'jieklu lill-imġewħa, x'jixorbu lill-għatxana, kenn lil min hu fil-bżonn, ħwejjeġ lil min hu għarwien u żur lill-morda.", "Aqbeż għall-ħabsi, tħallihx waħdu, aħfer lil min għamillek id-deni, farraġ lill-imnikket, stabar bl-oħrajn u, fuq kollox, tkarrab u itlob lil Alla tagħna.", "U fis-skiet ngħidulha dak li nħossu tiela' minn ġo qalbna.", "'Forsi m'iniex ommok jien?", "Jewwilla mhux hawn ninsab, miegħek?,'", "qed tgħidilna mill-ġdid Marija.", "Mur ibni s-santwarju tiegħi, għinni ħa rrodd il-ħajja lil uliedi, ħutek.\"", "Talba", ":", "O Madonna ta' Guadalupe, Warda Mistika, interċedi għall-Knisja Mqaddsa, ipproteġi lill-Papa, għin lil dawk kollha li jirrikorru għandek fi ħtiġijiethom, u itlob lil Ibnek għalina biex jagħtina li nibqgħu qawwija fil-fidi, mimlija bit-tama f'nofs il-qrusa tal-ħajja, imħeġġa fil-karità, u l-grazzja li nipperseveraw sal-aħħar f'ħajja qaddisa.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/12/saint-juan-diego.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-juan-diego-409", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20020731_juan-diego_en.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Juan_Diego", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edea0586', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-7-7-san-ambrog/", "title": "7 ta' Diċembru: San Ambroġ", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ambroġ", "\"Waqt li ma kontx nimpressjona ruħi mill-essenza ta' tagħlimu, tqanqalt mill-ħlewwa ta' kliemu.\" –", "Dan il-kliem dwar San Ambroġ, qalu Santu Wistin għal meta kien għadu eretiku.", "SAN AMBROĠ", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "340? – 397", "Tagħrif:", "San Ambroġ twieled fi Treviri, il-Ġermanja, minn familja aristokratika Rumana, fis-sena 340 jew ta' qabilha.", "Wara l-mewt ta' missieru, ommu mat-tlett itfal li kellha, reġgħet lura f'Ruma.", "Ambroġ li kien l-iżgħar, kien għadu żgħir.", "San Ambroġ irċieva edukazzjoni tajba mingħand ommu u mingħand oħtu Santa Marċellina, studja l-Grieg, sar poeta u oratur tajjeb.", "Meta kellu madwar 28 sena sar avukat fejn kiseb isem kbir.", "L-Imperatur Valentinjanu għaraf l-abiltà tiegħu u ħatru Gvernatur tal- Ligurja u Emilja, fis-sena 372.", "Fis-sena 374, l-Isqof ta' Milan, li kien Arjan, miet.", "Biex jagħżlu suċċessur tiegħu l-Insara li kienu maqsumin f'Kattoliċi u Arjani, ma setgħux jiftiehmu bejniethom lil min jagħżlu.", "Biex iġib il-paċi, Ambroġ mar il-knisja biex jindirizza l-ġemgħa.", "Waqt li kien qed jitkellem, xi ħadd għajjat: \"Ambroġ Isqof.\"", "F'daqqa waħda, kulħadd, Kattoliċi u Arjani bdew jgħajtu l-istess.", "Ambroġ li lanqas biss kien għadu tgħammed, irrifjuta, iżda b'insistenza qawwija mill-Imperatur, kellu jaċċetta u fi żmien qasir ġie mgħammed u kkonsagrat Isqof ta' Milan, fis-7 ta' Diċembru 374, meta kellu mal-35 sena.", "San Ambroġ qeda dan il-ministeru tiegħu b'reqqa tal-għaġeb, l-aktar bl-imħabba li wera lejn kulħadd.", "Kien ukoll difensur kbir tal-Knisja u t-tagħlim tagħha.", "Bil-kitba u bl-għemil ħadha bil-qawwa kollha kontra l-Arjani biex iħares il-Fidi.", "Kien Isqof tassew kuraġġuż u qaddis, għex ħajja sempliċi u fl-istess ħin awstera.", "Kien jikkonverti lil ħafna nies tant li permezz tiegħu ftit li xejn kienu baqgħu Arjani fid-Djoċesi tiegħu.", "L-ikbar konverżjoni kienet dik ta' Santu Wistin fis-sena 387.", "Meta l-Imperatur Valentinjanu ried jindaħal fl-affarijiet tal-Knisja, l-Isqof Ambroġ ipproklama: \"L-Imperatur huwa fil-Knisja, mhux fuqha.\"", "Kien l-ewwel fost il-Padri tal-Knisja li uża l-Latin b'tali effett li sar l-ilsien uffiċjali tal-Knisja tal-Punent.", "Miet nhar Sibt il-Għid, 4 ta' April 397, fil-għomor ta' madwar 57 sena.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa Qari mill-Ittri tal-isqof San Ambroġ:", "\"Int ħadt fuqek id-dmir ta' qassis, inxtħett bilqiegħda fil-poppa tal-Knisja, u qiegħed trieġi d-dgħajsa fuq il-mewġ.", "Żomm sewwa t-tmun tal-fidi, biex il-ħalel kbar ta' din id-dinja ma jkollhomx ħila jħawduk.", "Tassew li l-baħar kbir u miftuħ, iżda xejn la tibża', għax hu fuq l-ibħra waqqafha, u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.", "Għalhekk, fost it-taqlib ta' din id-dinja, il-Knisja tal-Mulej mhux bix-xejn tibqa' fis-sod: hija mibnija fuq il-blata tal-appostli u fuq dawn is-sisien qawwija tieqaf kontra l-ħalel tal-baħar imqalleb.", "Il-mewġ jitla' għaliha, imma hi xejn ma titheżheż; u għalkemm sikwit l-elementi ta' din id-dinja jaħbtu fuqha bi ħsejjes kbar, hija għandha port tassew żgur ta' salvazzjoni biex fih tilqa' lill-imħabbtin.", "Iżda barra milli hi dgħajsa miexja f'wiċċ il-baħar, hi wkoll tiġri fix-xmajjar; m'iniex ngħid iżjed għal dawk ix-xmajjar li fuqhom hemm miktub: jgħollu x-xmajjar leħinhom.", "Għax hemm xmajjar oħra, ħierġa minn min imur għand Kristu u jixrob u jirċievi l-Ispirtu s-Santu.", "Dawn mela huma x-xmajjar li jgħollu leħinhom meta jfuru bil-grazzja spiritwali.", "Hemm xmara li tiġri mimlija u ħafifa fil-qaddisin tiegħu, xmara li s-swieqi tagħha jferrħu r-ruħ ta' min hu fl-heda u s-sliem.", "Kull min jieħu mill-milja ta' din ix-xmara jgħolli leħnu, kif għamel Ġwanni l-evanġelista, kif għamlu Pietru u Pawlu; u huwa jibda jxandar il-bxara t-tajba ta' Sidna Ġesù, bħalma l-Appostli għollew leħen qawwi u xandru l-evanġelju lid-dinja kollha minn tarf għall-ieħor.", "Imtela minn Kristu, ħalli int ukoll issemma' leħnek.", "Ħu mill-ilma ta' Kristu, dak l-ilma li jfaħħar lill-Mulej.", "Imla l-ilma minn kull fejn jinżel minn ġos-sħab tal-profeti.", "Min jiġbor l-ilma tal-muntanji, min itella' jew jieħu l-ilma tal-għejun, huwa wkoll isir qisu sħab li jniżżel ix-xita.", "Mela fawwar ħdan ruħek bl-ilma, biex l-art tiegħek ikollha t-tira u tissaqqa mill-għejun it-tajba.", "Jekk xi ħadd jaqra ħafna u jifhem, dan jimtela; u, wara li jimtela hu, isaqqi lil ħaddieħor ukoll; għalhekk tgħid l-Iskrittura: 'Jekk is-sħab jimtela, iniżżel ix-xita fuq l-art.'", "Ħa jkunu d-diskorsi tiegħek ilma ġieri, ħa jkunu safja u ċari, biex bit-taħbit tajjeb tiegħek ixxerred il-ħlewwa f'widnejn il-bnedmin, u l-grazzja ta' kliemek tħoll il-poplu biex minn rajh jimxi fejn tmexxih int.", "Kun ta' dehen kbir fid-diskorsi tiegħek.", "Għalhekk Salamun jgħid li xufftejn l-għaref huma l-armi tad-dehen; u xi mkien ieħor iwissik ukoll biex xufftejk ikunu marbuta mal-għaqal, jiġifieri, il-ħwejjeġ li tfisser bi kliemek għandhom ikunu mimlija bid-dawl biex dehnek ikun jiddi, u fit-taħdit u d-diskorsi li tgħid ma jkollokx bżonn min jagħmilha ta' avukat difensur tiegħek; għax kliemek ikun jaf jiddefendi ruħu bil-mezzi tiegħu stess, u ebda kelma minn tiegħek ma toħroġ fil-fieragħ jew bla sens.\"", "U inti kemm tixbhu lil San Ambroġ f'li titkellem bil-ħlewwa wkoll ma' dawk li ma jkunux jaqblu miegħek?", "Qatt m'għandna nkellmu lil ħadd bil-herra, imma dejjem bil-ħlewwa.", "Talba", ":", "O Alla, int għamilt lil San Ambroġ mgħallem tal-fidi kattolika u eżempju ta' qawwa appostolika; ibgħat fil-Knisja tiegħek bnedmin skont qalbek biex imexxuha bil-qawwa u bl-għerf.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/saint-ambrose.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-ambrose/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Ambrose", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis/a huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edea0f2e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-5-5-san-saba/", "title": "5 ta' Diċembru: San Saba", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Saba", "\"U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f'salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies.", "Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħadtuh.", "Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta' ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.\" –", "Ġesù f'Mattew 6:5-6.", "SAN SABA", "Eremita", "439 – 532", "Tagħrif:", "San Saba huwa wieħed mill-figuri kbar tal-monastiċiżmu tal-Lvant, Huwa twieled fil-Kappadoċja għall-ħabta tas-sena 439.", "Fi tfulitu ħarab minn taħt il-ħarsien ta' zijuh u daħal f'monasteru f'Mutalaska, pajjiż twelidu, ħdejn Ċesarea, fit-Turkija.", "Ta' 18-il sena mar Ġerusalemm fejn kien taħt id-direzzjoni tar-raħeb San Ewtimju.", "Mar miegħu jgħix fid-deżert, qrib il-Baħar Mejjet, minn fejn hu ħa l-formazzjoni spiritwali tiegħu.", "Wara l-mewt ta' Ewtimju, Saba għażel li jidħol aktar 'il ġewwa fid-deżert u mar jgħix ġewwa għar fi rdum.", "Hu waqqaf komunità ta' dixxipli li nġabru madwaru f'Mar Saba.", "Din il-kolonja ta' eremiti fi żmien qasir kellha 150 membru.", "F'din il-komunità tiegħu l-irħieb kienu jgħixu maqtugħin minn xulxin għal ħamest ijiem mill-ġimgħa jitolbu u jaħdmu xogħol manwali, u mbagħad jiltaqgħu s-Sibt u l-Ħadd flimkien biex jiċċelebraw l-Ewkaristija.", "Il-patrijarka Elija ta' Ġerusalemm talab lil Saba biex jaċċetta l-ordinazzjoni saċerdotali ħalli jkun jista' jservi lill-komunità.", "Kien ordnat saċerdot fl-492 u kien ukoll maħtur arkimandrita tal-irħieb kollha tal-Palestina.", "Xejn ma kien ħafif dan ix-xogħol billi kien hemm bejniethom qasmiet kbar minħabba l-ereżija monofiżita mibdija minn Ewtike li kienet tiċħad in-natura umana ta' Kristu.", "Saba ddefenda bil-qawwa t-tagħlim taż-żewġ naturi fi Kristu kif kien definit fil-Konċilju ta' Kalċedonja.", "Minħabba f'hekk il-qaddis ivjaġġa mal-Palestina biex jipprietka kontra l-ereżija u mar ukoll Kostantinopli biex jipprova jikkonvinċi lill-Imperatur Anastasju li kien miġbud lejn l-ereżija.", "Darba Saba ma rahiex bi kbira li jitlaq minn udjenza mal-Imperatur Ġustinu f'Kostantinopli għax kien sarlu l-ħin biex jagħmel siegħa talb.", "Kien magħruf għall-imħabba tiegħu lejn il-fqar u l-batuti.", "Xwejjaħ ta' 90 sena mar għand l-Imperatur Ġustinjanu jinterċedi favur is-Samaritani ribelli u ġabilhom il-maħfra.", "San Saba miet fil-5 ta' Diċembru 532 ta' 93 sena, ġa miqjum matul ħajtu bħala qaddis.", "L-għadam tiegħu nġarr f'Venezja iżda, fl-1965, il-Papa Pawlu VI bi ftehim mal-Patrijarka ta' Venezja, ta dan il-fdal prezzjuż lill-Patrijarka Ortodoss Grieg ta' Ġerusalemm li tah lill-komunità ta' 15-il raħeb f'Mar Saba.", "San Saba hu miqjum bħala wieħed mill-fundaturi tal-monastiċiżmu tal-Lvant.", "Ħsieb", ":", "San Saba huwa figura ewlenija fil-monastiċiżmu bikri, u l-monasteru li huwa waqqaf, magħruf bħala Mar Saba, għadu jeżisti bħala l-eqdem monasteru abitat fid-dinja.", "Bir li kien ħaffer il-qaddis, għadu hemm sal-lum.", "Numru ta' qaddisin kbar għexu bħala patrijiet fil-komunitajiet tiegħu għas-snin li segwew.", "Imma x'għamel lil dan l-eremità qaddis?", "Probabbli li s-sinjal", "DO NOT DISTURB", "għenu jsib il-qdusija u l-paċi.", "Infatti, Saba ma rahiex bi kbira li jitlaq minn udjenza mal-Imperatur Ġustinu f'Kostantinopli għax kien sarlu l-ħin biex jagħmel siegħa talb.", "Minn naħa l-oħra, minkejja li t-talb u l-għaqda tiegħu ma' Alla fis-solitudni kienu l-għaxqa ta' qalbu, huwa kien jilqa' bil-qalb lil kull min kien ifittex l-għajnuna jew il-gwida tiegħu, tant li spiċċa jgħix f'komunità.", "Infatti kien magħruf għall-imħabba tiegħu lejn il-fqar u l-batuti.", "Mhux biss, imma meta ħass il-bżonn li jinterċedi favur is-Samaritani ribelli, minkejja li issa kellu 90 sena, mar għand l-Imperatur Ġustinjanu u rnexxielu jġibilhom il-maħfra.", "Ftit minna nixxenqu biex bħal Saba immorru fi grotta fid-deżert, iżda ħafna minna kultant jirreżistu għad-domanda tal-oħrajn fuq il-ħin li jkollna għad-diżpożizzjoni tagħna.", "Saba fehem dan.", "Meta fl-aħħar kiseb is-solitudni li għalih kien ħerqan, komunità immedjatament bdiet tinġabar madwaru, u kien imġiegħel jidħol għar-rwol ta' tmexxija.", "Huwa qiegħed bħala mudell ta' ġenerożità paċenzjuża għal kull min kellu bżonn il-ħin u l-enerġija tiegħu.", "Dan kollu jurina li fil-ħajja tagħna bħala Nsara, għandna nagħmlu preċiżament żewġ affarijiet:", "NITOLBU ...", "(jekk ikun hemm bis-sinjal", "DO NOT DISTURB", "quddiem il-bieb ta' qalbna): quddies, adorazzjoni Ewkaristika, Rużarju, talb ieħor tal-fomm, u talb ta' ftuħ il-qalb mal-Mulej, eċċ...", "NAĦDMU ...", "billi nkunu ta' servizz għal kull min jeħtieġ l-għajnuna tagħna skont l-istat ta' ħajjitna u skont dak li l-Mulej isejħilna biex nagħmlu, kemm fil-parroċċi tagħna u forsi anki f'postijiet oħra.", "Is-sigriet tal-ħajja perfetta huwa li aħna rridu nfittxu dejjem dak il-", "BILANĊ", "meħtieġ bejn il-mumenti ta'", "talb", "u dawk ta'", "ħidma.", "Il-Mulej jitgħaxxaq b'qalb ġeneruża li lesta li tkun offerta sabiħa għaliH u għaliH fil-proxxmu.", "Inti trid tkun din l-offerta tfuħ quddiem Alla bħalma kien San Saba?", "Talba", ":", "O San Saba, li dehert bħala wieħed li għandu qawwa kbira quddiem il-Mulej, itlob lil Alla għalina ħalli jkompli juri ħniena magħna midinbin; iqawwi fina l-fidi, ikabbar fina l-għerf u l-imħabba, jagħtina spirtu ta' paċi u ferħ fl-Ispirtu s-Santu, jeħlisna mit-tiġrib u jagħtina l-qawwa negħelbu t-tentazzjonijiet, ħalli b'hekk naslu għas-salvazzjoni ta' ruħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/saint-sabbas-sanctified.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-sabas/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Sabbas_the_Sanctified", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edec70ed', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-6-6-san-nikola/", "title": "6 ta' Diċembru: San Nikola", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Nikola", "\"Nitolbok bil-ħerqa, quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, f'isem id-Dehra tiegħu u s-Saltna tiegħu: xandar il-kelma, insisti f'waqtu u barra minn waqtu, ċanfar, widdeb, wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim.\" –", "2Timotju 4:2", "SAN NIKOLA", "Isqof", "Ir-Raba' Seklu", "Tagħrif:", "San Nikola twieled lejn is-sena 270, minn familja sinjura f'Patara, Liċja, fl-Asja ż-Żgħira fejn San Pawl kien ħawwel il-Fidi.", "Sar Isqof ta' Mira, illum Dembre, raħal fit-Turkija.", "Kien mitfugħ il-ħabs fil-persekuzzjoni ta' Djokleżjanu u ġie meħlus minn Kostantinu.", "X'aktarx li attenda l-Konċilju ta' Niċea fis-sena 325, u miet f'Mira bejn 345 u 352.", "Fl-1087, wara l-invażjoni tal-Asja ż-Żgħira mill-Musulmani, il-fdal tiegħu ġie miġjub f'Bari, l-Italja, fejn għadu hemm sal-lum.", "Bħal-lum f'Bari jsiru festi kbar lil dan il-Qaddis.", "San Nikola hu magħruf mad-dinja kollha speċjalment għall-istejjer ta' karità li xterdu dwaru.", "Fosthom meta darba sema' b'wieħed raġel li ma kellux flus biżżejjed biex iżewweġ it-tliet xebbiet li kellu.", "San Nikola mar bil-lejl u tefagħlu mit-tieqa tliet boroż tal-flus biex ikun jista' jżewwiġhom.", "Storja oħra tgħid li San Nikola fi żmien Kostantinu rnexxielu jipprova l-innoċenza ta' tliet żgħażagħ li kienu kkundannati għall-mewt mill-Gvernatur Estathius, u b'hekk ġew meħlusin.", "Stejjer bħal dawn għamluh popolari ħafna.", "Ħsieb", ":", "Din li ġejja hija omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Festa ta' San Nikola, is-Siġġiewi (25 ta' Ġunju, 2017):", "\"", "Ħa nieħu l-ewwel episodju li jimmarka lil San Nikola fl-ikonografija kollha, kemm tal-Oċċident, jiġifieri tan-naħat tagħna, kif ukoll tal-Orjent fejn trabba, fejn għex u fejn miet.", "Ġuvni li għandu aċċess għall-flus u li nduna li missier minħabba l-faqar kbir li safa fih m'għandux biex iżewweġ lit-tliet tfajliet tiegħu u bi qsim ta' qalb il-missier jgħidilhom li biex ikollkom biex tgħixu aħjar tmorru 'fit-triq.'", "Illum 'it-triq' tfisser l-istess bħal ma' kienet tfisser fi żmien San Nikola.", "Aħna għandna din l-espressjoni ta' qsim il-qalb: 'mara tat-triq.'", "Anke meta nitkellem mar-residenti fir-rijabilitazzjoni mid-droga ta' San Blas, għadhom jitkellmu fuq 'it-triq.'", "Issib id-droga 'mit-triq.'", "Mhux issib id-droga ħdejn il-bankina.", "It-triq huwa ambjent.", "U dan il-missier ikollu jagħmel deċiżjoni ta' qsim il-qalb bħal kull missier li jgħidilhom: 'm'għandix biex inżewwiġkom.", "Tridu tbigħu lilkom infuskom!'", "Intom tifhmu li din mhix biss realtà tas-Seklu Tlieta biss jew tas-Seklu Erbgħa.", "U Nikola, kif tafu, jaqbad borża u jimlieha muniti tad-deheb u bil-moħbi jitfagħha mit-tieqa u tiżżewweġ l-ewwel tifla.", "U jerġa' għat-tieni darba u jerġa' għat-tielet.", "Dan il-lajk li bil-ġest tiegħu huwa ma' Ġesù b'mod konkret għax għażel li jgħin lil dak il-missier li minflok iħalli lil uliedu tfajliet fit-triq, iqabbadhom it-triq taż-żwieġ.", "U din hi l-ewwel tagħlima li nixtieq nislet minn dan l-episodu li intom tafuh tajjeb.", "Fl-ikonografija anke tal-istatwa titulari hemm wieħed mill-anġli jżomm il-ktieb bi tliet boroż tal-muniti tad-deheb bħala hemm anke fl-istatwa antika li qiegħda fis-sagristija.", "Lil San Nikola tagħrfu dejjem b'dan il-ġest li għamlu qabel sar isqof.", "Ta' ġuvni li huwa ma' Ġesù, lil dawn it-tliet tfajliet foqra għenhom biex jagħżlu ż-żwieġ u ż-żwieġ kif ħalqu Alla.", "U ż-żwieġ, tgħid x'tgħid il-liġi, jibqa' l-għaqda dejjiema, esklussiva bejn raġel u mara li bl-imħabba u mill-imħabba ta' bejniethom jitnisslu l-ulied.", "Mela meta fl-ikonografija ta' San Nikola taraw dawk it-tliet boroż ta' flus li hu ċċaħħad minnhom biex tliet xebbiet isibu tlitt irġiel u jiżżewġu, ftakru li jekk kull wieħed u waħda minnkom iridu jkunu ma' Ġesù, iż-żwieġ kif ħalqu Alla tridu tgħallmuh lil uliedkom u lil ulied uliedkom bir-rispett kollu lejn il-liġi.", "Aħna l-Insara ġabuna f'estremità li rridu ngħidu: 'il-liġi tal-istat aħna ma nagħrfuhiex.'", "Immaġinaw lil San Nikola kieku x'kien jgħid.", "San Nikola, kif tafu, ġie magħżul isqof wara li miet l-Isqof ta' Mira, u s-saċerdoti u l-presbiteri ma kinux jafu lil min se jagħżlu u għamlu lejl jitolbu u qalu: 'il-Mulej irid jurihulna.", "Il-Mulej irid jagħżlu.", "L-ewwel wieħed li jidħol fil-knisja ikun hu.'", "U dakinhar l-ewwel wieħed li daħal fil-knisja kien Nikola.", "Imma Nikola kien magħruf għall-għerf u l-ġenerożità tiegħu għax kif tafu, it-tielet darba, missier dawk it-tfajliet qagħadlu għassa u nduna min kien u xterdet mal-ambjenti tal-Asja Minuri, il-fama tal-għerf, il-kuraġġ u anke l-umiltà tiegħu li l-karità ma għamilhiex bid-daqq tat-trombi, ma għamilhiex biex jarawh in-nies, imma l-Mulej jagħraf il-qalb u għażlu lilu u għamlu tajjeb għax fihom kien hemm ir-rebħa tar-ragħaj u fir-rebħa tar-ragħaj kien hemm ir-rebħa tal-poplu – Nicholaus.", "Nikola ddefenda l-verità li Ġesù huwa l-iben ta' Alla, li Alla huwa l-missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.", "U Nikola kien dejjem mal-kelma qaddisa tal-verità.", "Mhux ta' b'xejn li l-ewwel qari tal-liturġija ta' din is-solennità tfakkarna fit-titlu tal-Mulej: 'Qaddis, Qaddis, Qaddis.'", "(Iżaija 6:3) U tfakkarna li l-Mulej jipparteċipa, jaqsam il-qdusija tiegħu ma' min jagħżel u jippurifikah għax Nikola kien dgħajjef bħalna.", "Kien bniedem bħalna.", "Kien midneb bħalna.", "Minkejja l-leġġendi li nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa kien isum, kien bniedem ta' dgħjufija bħalna.", "Imma kien bniedem ta' fedeltà.", "Kien bniedem li kien jaf joqgħod prostrat, għarkupptejh quddiem Ġesù jitolbu ħniena għal dnubietu u għad-dnubiet tal-poplu tiegħu.", "U kien bniedem li l-Mulej, permezz tiegħu, għamel għeġubijiet kbar.", "L-aħħar ħsieb.", "San Nikola kien meqjum u dejjem kien meqjum bħala r-regola tal-fidi kanóna písteos – ir-regola tal-fidi.", "Min kien iħares lejh, min kien jarah jitħabat u jiġri biex isalva tliet kaptani kkundannati biex jaqtgħulhom rashom, min kien jarah jiddefendi l-innoċenza tat-tfal.", "Min kien jarah jagħti l-qamħ lill-poplu li m'għandux x'jiekol, kien jirrealizza li l-fidi ta' Nikola kienet fidi konkreta u mhux tal-paroli.", "Mhux tal-eżortazzjoni biss.", "Kien ragħaj li fejn kien hemm il-bżonn jiddefendi d-dinjità tal-bniedem jew jgħinu konkretament, qatt ma ħarab, qatt ma nħeba.", "U aħna nistgħu nifhmu għax min kien jarah lil Nikola, jgħix, jitlob, jopera kien jgħid dan jgħallimna kif tkun il-fidi għax il-fidi turiha mill-opri, mill-imġiba tiegħek, mill-għażliet tiegħek, minn kemm inti kapaċi tagħraf lill-Mulej fil-fqir, fil-batut.", "Aħna nitolbu li aħna l-Insara nibqgħu komunità ta' solidarjetà vera.", "Il-fidi tagħna mhux tal-paroli, lanqas hija tal-festi.", "Il-fidi tagħna hija tal-fatti, tal-karità.\"", "Mhux ta' b'xejn li isem San Nikola hu hekk magħruf, u l-eżempju tiegħu u hekk imfakkar mad-dinja kollha!", "Kemm tkun ħaġa sabiħa li bil-karita' tagħna nferrħu xi qalb li tkun tassew fil-bżonn, speċjalment fil-ġranet ħelwin tal-Milied!", "Talba", ":", "O Alla, li glorifikajt lil San Nikola, Konfessur u Isqof, b'sinjali u għeġubijiet bla għadd; agħtina, nitolbuk, li aħna, bħalu ma nibżgħux nistqarru s-sewwa bla biża' quddiem kulħadd u li niddefendu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; tal-ħajja u tal-familja hekk kif riedhom ikunu Alla sa mill-bidu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "San Nikola ta' Bari,", "Isqof ta' Myra:", "http://www.kappellimaltin.com/Kitbiet/Qaddisin/San_Nikola_ta-_Bari/san_nikola_ta-_bari.html", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/born-c.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/the-real-saint-nicholas/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Nicholas", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis/a huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Il-Ħsieb huwa siltiet meħudin minn Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Festa ta' San Nikola, is-Siġġiewi (25 ta' Ġunju 2017)", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edeca640', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-8-8-it-tnissil-bla-tebgha-tal-vergni-mqaddsa-marija/", "title": "8 ta' Diċembru: It-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "It-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija", "\"Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.\" –", "Antifona tad-dħul mil-Liturġija tas-Sigħat tas-Solennità tat-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija", "IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA", "Tagħrif:", "Il-festa solenni tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Madonna li tiġi disa' xhur qabel il-festa tat-twelid tagħha fit-8 ta' Settembru, tfakkarna fit-twemmin Nisrani li l-Madonna kienet meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub oriġinali sa mill-bidu nett tat-tnissil tagħha fil-ġuf ta' ommha, Sant'Anna, bis-saħħa tal-merti li kellu jikseb Ġesù.", "Għalhekk it-Tnissil bla Tebgħa tal-Madonna kien jiddependi mill-merti ġejjiena ta' Binha Ġesù, għad li fi żmien sar qabilhom.", "Billi Marija kienet il-magħżula ta' Alla biex tkun Omm Ġesù, Alla żejjinha bi grazzji u rigali speċjali.", "Bħala Eva ġdida, hi ġabet ħajja ġdida fid-dinja permezz tal-Iben Divin tagħha.", "Din il-festa kienet ilha tiġi ċċelebrata fil-Knisja tal-Lvant sa mis-seba' seklu, u daħlet fil-Knisja tal-Punent fid-disa' seklu.", "L-ewwel li għallmu d-duttrina tat-tnissil bla tebgħa ta' Marija kienu Eadmer ta' Canterbury u l-Patri Franġiskan Dun Scotus.", "Fl-1854, il-Papa Piju IX ipprokklamaha bħala domma tal-Fidi.", "Fl-1858, f'Lourdes il-Madonna kkonfermat id-domma meta stqarret hi stess lil Santa Bernardina: \"Jiena l-Immakulata Kunċizzjoni.\"", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Anselmu, bit-titlu: 'Verġni, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd':", "\"", "O Verġni mbierka fuq li mbierka, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd għax bik jitbierek mhux biss il-ħolqien mill-Ħallieq iżda wkoll il-Ħallieq mill-ħolqien!", "Alla minn ġo qalbu nissel lil Ibnu l-waħdieni u daqsu, ħabbu bħalma ħabb lilu nnifsu, u tah lil Marija: u minn Marija għamel għalih iben li kien l-istess wieħed, mhux ieħor; b'hekk wieħed hu l-iben naturali tat-tnejn, ta' Alla u ta' Marija.", "Il-ħolqien kollu ħareġ minn idejn Alla, u Alla twieled minn Marija.", "Alla ħalaq kollox, u Marija nisslet 'l Alla.", "Alla għamel kollox, u hu għamel lilu nnifsu minn Marija; u b'hekk ġedded kull ma kien għamel.", "Dak li bis-setgħa tiegħu għamel il-ħlejjaq kollha mix-xejn, wara li tħassru ma riedx iġeddidhom mingħajr Marija.", "Għalhekk Alla hu missier il-ħolqien, Marija omm il-ħolqien il-ġdid.", "Alla hu missier it-tqegħid ta' kollox, Marija omm it-twaqqif mill-ġdid ta' kollox.", "Alla nissel lil dak li bih sar kollox, Marija wildet lil dak li bih ġie salvat kollox.", "Alla nissel lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma teżisti.", "Marija wildet lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma hi sewwa.", "Tassew il-Mulej miegħek, Marija, int li, bil-grazzja li tak hu, il-ħlejjaq kollha saru tant midjuna lejk talli reġgħu ngħaqdu miegħu.\"", "Hekk kif Alla għamel li l-Madonna tkun bla dnub xejn biex tkun tista' tilqa' ġo fiha lil Ġesù, hekk jixtieq li aħna wkoll nagħmlu l-parti tagħna mill-aħjar li nistgħu biex inneħħu kull dnub minn ġo fina qabel nitqarbnu ħalli nkunu denji li nirċievu l-Ġesù Ewkaristija kif tassew jixraq.", "Imma f'hiex tikkonsisti l-qdusija ta' Marija?", "Il-kobor ta' Marija quddiem Alla hija l-IVA tagħha biex twettaq dak li xtaq minnha Hu u din l-iva baqgħet ittenniha anki jekk qalbha ġiet minfuda bis-sejf tan-niket.", "Iva, tassew jixirqielha kull qima u tifħir.", "Imma x'tip ta' qima tistenna min għandna din l-Omm tagħna tas-Sema?", "Forsi trid il-briju u piki tal-festi fil-jum iddedikat għaliha?", "Mhux aktar tridna nersqu lejn Binha, nindmu minn dnubietna u nirċievu s-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin b'mod frekwenti?", "Mhux li nimitaw il-virtujiet tagħha, b'mod speċjali dik tal-umiltà u d-dispożizzjoni tagħha li tisma' l-Kelma t'Alla u twettaqha?", "Kemm qed nagħtu widen għall-Kelma t'Alla fil-Bibbja?", "Mhux li ngħixu ħajja ta' talb bħalha u ningħaqdu magħha fit-talba tant għal qalbha tar-Rużarju.", "Kemm qed nixbhu lil Ommna li tiddi bil-barkiet għax kienet lesta li tħobb lil Alla, akkost ta' kull sagrifiċċju u tbatija personali li wassalha sal-Kalvarju?", "Illum tinsab glorjuża, għax ħadet il-premju li stħaqqilha.", "Il-qima vera li tixtieq minn għandna hi prinċipaljament dik li bħalha ngħixu dak li Alla kkmandana.", "Talba", ":", "O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta' dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/immaculate-conception.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/solemnity-of-the-immaculate-conception/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Immaculate_Conception", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis/a huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edea0cdf', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-1-21-san-pietru-damiani/", "title": "21 ta' Frar: San Pietru Damiani", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pietru Damiani", "\"San Pietru, mgħallem tassew għaref u dawl tal-Knisja mqaddsa, itlob lill-Iben ta' Alla għalina, int li ħabbejt il-liġi tal-Mulej.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Pietru Damiani.", "SAN PIETRU DAMIANI", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "1007 – 1072", "Tagħrif:", "San Pietru Damiani twieled f'Ravenna, l-Italja, fl-1007, għand familja numeruża u fqira ħafna.", "Meta kien għadu ċkejken tilef lil missieru.", "Sa minn tfulitu beda jaħdem, billi daħal ma wieħed ragħaj, u kien jirgħalu l-merħliet.", "Ħuħ il-kbir, li kien miżżewweġ, ħadu miegħu, imma kien jittrattah ħażin.", "Imbagħad ħuh ieħor li kien jismu Damian u kien sar Arċipriet ta' Ravenna ħadu miegħu, rabbieh, u edukah.", "Bħala rikonoxximent lejn dan ħuh, Pietru ħa ismu, u beda jissejjaħ Pietru Damiani.", "Fl-1032, ta' ħamsa u għoxrin sena laħaq professur.", "Iżda l-ħajja tad-dinja ma għoġbitux.", "Ried jgħix f'għaqda ikbar ma' Alla, u fl-1035, ħalla l-karriera ta' għalliem li kien qabad b'suċċess, u daħal mal-Benedittini fil-monasteru ta' Fonte Avellana, fuq il-muntanji Appennini.", "Il-mortifikazzjonijiet u l-penitenzi li kien jagħmel kienu qed iħassrulu saħħtu, u s-Superjuri tiegħu meta ndunaw, biex ma jħalluhx ikompli jagħmilhom, talbuh jintefa' fuq il-kitba u l-prietki, u biex jagħti l-irtiri.", "Kellu mħabba speċjali lejn il-Madonna.", "Fl-1043, meta kellu 36 sena, ġie magħżul biex ikun Abbati ta' Fonte Avellana, u fl-1057, il-Papa Stiefnu IX, ħatru Kardinal-Isqof ta' Ostia.", "Ħabrek kemm felaħ bil-kitba u bil-kelma biex jikkumbatti l-abbużi skandalużi li kienu komuni fil-Knisja: l-inkontinenza, il-lussu żejjed, il-laxkezza tal-kleru, ix-xiri u l-bejgħ ta' benefiċċji ekkleżjastiċi.", "Pietru Damiani jibqa' magħruf għall-kitbiet tiegħu, fosthom il-", "Liber Gomorrhianus", ", ippublikat fl-1051, li fih il-qaddis jikkundanna 'l-kleru li ma kienx qed jgħix il-vokazzjoni tiegħu, u l-", "Liber Gratissimus", "li jitkellem dwar il-validità tal-ordinazzjonijiet bis-simonija. (simonija = l-intenzjoni determinata li wieħed jixtri, jew ibigħ, ħwejjeġ sagri)", "Għamel missjonijiet diplomatiċi li wħud minnhom kienu tassew diffiċli, għal seba' Papiet, bħala Delegat tagħhom.", "Fl-aħħar, il-Papa Alessandru II, tah permess imur jgħix kif xtaq, fis-solitudni tal-monasteru ta' Fonte Avellana.", "Iżda wkoll minn hemm għamilha ta' Delegat tal-Papa f'missjonijiet tqal oħra.", "Darba fi triqtu lura minn Ravenna fejn kien mar b'Missjoni, marad sew u kellu jirtira fil-monasteru ta' Santa Maria Vecchia f'Faenza, fejn miet fit-22 ta' Frar 1072 meta kellu 65 sena.", "Ġie ddikjarat Duttur tal-Knisja mill-Papa Ljun XII, fl-1828.", "Ħsieb", ":", "Minħabba li San Pietru Damiani kien ibati ħafna bin-nuqqas ta' rqad u b'uġigħ ta' ras, huwa msejjaħ minn dawk li jsofru minn dawn l-inkonvenjenzi.", "Fuq qabru ried li jinkitbu dawn il-kelmiet:", "\"Dak li int, kont jien; dak li jien għad tkun int. Ftakar fija u itlob għalija.", "Ħenn għal Pietru li l-fdal tiegħu jinsab hawn.", "Itlob 'l Alla jħenn għalija.\"", "San Pietru Damiani kien jitkellem b'konvinzjoni kbira fuq il-ġenna minħabba l-esperjenza sħiħa tiegħu ta' kontemplazzjoni divina.", "Hu kien profeta jgħajjat kontra kull ħaġa minn ġewwa jew minn barra li żżomm lill-bnedmin marbutin ma' din id-dinja.", "Kien jinkoraġġixxi ħafna d-dixxiplina.", "San Pietru Damiani żviluppa t-teorija tas-\"sempliċità qaddisa\" li biha l-bniedem juża l-għerf filwaqt li jibqa' maħlul għal kollox minn kull rabta.", "Dawn pariri ta' San Pietru Damiani:", "\"Tħallix li l-qtigħ ta' qalb jagħmel bik,", "toqgħodx tgemgem u titlewwem,", "tkunx qalbek sewda u mdejjaq, u", "qis li n-nuqqas ta' kuraġġ ma jtelliflekx sabrek; imma", "kun dejjem wiċċek għad-dawl, spirtu ferħan,", "u fommok mimli bir-radd ta' ħajr.\"", "Naħseb nagħmlu sew li nsegwu dawn il-pariri sempliċi, prattiċi u qaddisa.", "Mhux li kien aħna l-Maltin ingemgmu inqas, inkunu iżjed kuraġġużi u inqas imdejqa u nkunu mimlija bi gratitudni li nirringrazzjaw lil Alla għax dan inissel il-veru ferħ li mbagħad jidher ukoll fuq wiċċna.", "Alla biss jista' jagħtina dan il-ferħ li jibda hawn u ma jintemm qatt.", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, agħtina l-għajnuna biex nimxu fuq it-twissijiet u l-eżempju tal-isqof San Pietru Damiani, ħalli nagħżlu lil Kristu fuq kollox u ningħataw dejjem għas-servizz tal-Knisja tiegħek, biex naslu fil-hena u d-dawl ta' dejjem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/st-peter-damian.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-peter-damian/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Peter_Damian", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edea1abe', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-4-4-san-gwann-damaxxenu/", "title": "4 ta' Diċembru: San Ġwann Damaxxenu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Damaxxenu", "\"Urini l-ikoni li inti tqim, biex jien nista' nifhem il-fidi tiegħek.\" –", "San Ġwann Damaxxenu", "SAN ĠWANN DAMAXXENU", "Saċerdot u Duttur tal-Knisja", "674? – 749?", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled għall-ħabta tas-sena 674, f'Damasku, il-belt ewlenija tas-Sirja.", "Missieru, li kien uffiċjal fid-Dipartiment tal-Finanzi tal-belt ta' Damasku, xtaq jagħti edukazzjoni tajba lil ibnu, u fdah f'idejn patri Kożma.", "Taħt patri Kożma ż-żagħżugħ għamel progress ġmielu kemm fix-xjenza reliġjuża u kemm fix-xjenzi profani.", "Meta l-Insara tilfu l-kontroll ta' Damasku, u l-Musulmani ħadu t-treġija tal-belt f'idejhom, missieru kompla jservi lill-Gvern Musulman.", "Hu mifhum li Ġwanni laħaq flok missieru.", "Meta l-Musulmani bdew inaqqru d-drittijiet reliġjużi tal-Insara, Ġwanni ddeċieda li jkun jaqbel iktar għal ruħu u għall-ġid tal-komunità Nisranija li jirriżenja mill-post li kellu mal-Gvern, u daħal fil-monasteru ta' San Saba, ħdejn Ġerusalemm, għall-ħabta tas-sena 715, u sar saċerdot.", "Fis-sena 726, l-Imperatur tal-Lvant, Ljun minn Iżawrja, ikkundanna l-użu tax-xbihat reliġjużi mill-Insara.", "San Ġwann mill-ewwel ħadha kontra dan l-indħil minn Gvern sekular f'materji reliġjużi.", "Hu sostna li l-Insara kellhom kull dritt li jirrapreżentaw lil Ġesù, lill-Madonna u lill-Qaddisin permezz ta' stampi u xbihat.", "Minħabba f'hekk Ġwanni ġibed fuqu l-korla tal-Imperatur, u tas-suċċessur tiegħu Kostantinu Kopronimu.", "Ġwanni kiteb ħafna wkoll kontra ereżija oħra li kienet qed tħabbat l-Knisja f'dawk iż-żminijiet.", "Fost il-kitbiet tiegħu nsibu wkoll l-opri \"Il-Għajn tal-Għerf,\" \"Dwar l-Ereżija,\" \"Tifsir bir-reqqa tal-Fidi Nisranija,\" u bosta omeliji sbieħ fuq Marija, l-Omm t'Alla.", "Hu kien teologu brillanti, poeta u kittieb mill-aqwa u oratur elokwenti, tant li qala' l-isem ta' \"Kriżorroas\" (Xmara tad-deheb).", "Huwa l-aħħar wieħed fost is-Santi Padri Griegi.", "Miet fl-4 ta' Diċembru tas-sena 749.", "Il-kamra li fiha għex għadha ppreservata fil-monasteru tiegħu ħdejn Ġerusalemm.", "Il-Papa Ljun XIII iddikjarah Duttur tal-Knisja, fl-1890.", "Ħsieb", ":", "San Ġwann Damaxxenu huwa famuż għax iddefenda l-għarfien tal-Knisja dwar il-venerazzjoni ta' xbihat u spjega l-fidi tal-Knisja f'diversi kontroversji oħra.", "Għal aktar minn 30 sena, huwa kkombina ħajja ta' talb ma' dawn id-difiżi u l-kitbiet l-oħra tiegħu.", "Il-qdusija tiegħu esprimiet ruħha fit-tqegħid tat-talenti letterarji flimkien ma' dawk tal-predikazzjoni għas-servizz tal-Mulej.", "Il-Konċilju Ekumeniku ta' Niċea II (887), fakkar it-tagħlim ta' Missirijiet il-Knisja dwar l-ikoni, u l-aktar dwar it-tagħlim ta' San Ġwann Damaxxenu, li tant iddefenda l-venerazzjoni lejn l-ikoni kontra l-kurrent tal-ikonoklasti li riedu jeqirdu x-xbihat qaddisa.", "L-ikona, skont dan it-tagħlim, fiha teoloġija, jew aħjar, titkellem dwar Alla ma min iħares lejha b'qima u fidi.", "L-ikona ssir sagrament, sinjal li jidher ta' misteru.", "Il-qofol ta' dan il-misteru li jiġi rivelat fl-ikona hu l-inkarnazzjoni tal-Iben ta' Alla, li x-xbieha qaddisa tirrappreżenta episodji mill-ħajja tiegħu, jew mill-ħajja ta' qaddisin li ntrabtu ma' Kristu b'mod speċjali.", "Ir-regola tad-deheb tal-ikona hi x-xebh perfett (identità) tal-ikona mal-persuna li tirrappreżenta, hekk li nistgħu nsejħu l-ikona ritratt ta' qdusija.", "L-iskop tal-ikona hu li jdaħħal lil min iħares lejha fis-sens ta' qima lejn il-misteru, imma wkoll li jgħinu fl-imitazzjoni tal-persuna qaddisa raffigurata.", "L-ikonografu jpitter l-ikona fi spirtu ta' talb u sawm.", "Għandna l-eżempju ta' ikonografu qaddis Russu, Sant'Andreij Rublev, awtur famuż tal-ikona tat-Trinità.", "Fl-ikona kollox jitkellem, u hemm regoli ta' teknika, użu ta' kuluri u atteġġjamenti tax-xbihat qaddisa li jiġu raffigurati.", "Fuq kollox l-ikona qatt ma għandha l-iskop li żżejjen il-post qaddis, imma pjuttost hi oġġett ta' qima fil-liturġija u t-talb privat tal-Insara.", "Hawnhekk tinsab id-differenza radikali bejn ix-xbihat qaddisa fl-Orjent u l-arti sagra tagħna l-Oċċidentali, li ħafna drabi ħarisna aktar lejn l-aspett estetiku tar-raffigurazzjonijiet artistiċi tal-knejjes tagħna milli lejn l-aspett liturġiku, kateketiku u devozzjonali li għandu jkun il-bażi ta' kull raffigurazzjoni sagra.", "Biex wieħed japprezza l-Ikona, irid jifhem li din ma ssirx biex inħarsu lejha u nammiraw is-sbuħija u s-sengħa ta' min għamilha.", "Kull ikona trid twassal messaġġ, iġġibna wiċċ-imb -wiċċ mal-misteru ta' Alla.", "Napprezzawha kemm-il darba naqrawha b'għajnejn qalbna u nimmeditawha.", "Hija \"ktieb\" spiritwali.", "Eżempju, l-ikonografu li pinġa l-Kurċifiss ta' San Damjan, ħa l-ispirazzjoni tiegħu mill-Evanġelju ta' San Ġwann.", "U inti, tħalli l-ikoni, is-santi jew l-istatwi, ifakkruk li ruħ waħda għandek u li l-bżonnijiet ta' ruħek għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox fil-ħajja?", "Timmedita ta' spiss bl-użu ta' ikoni, santi jew statwi, kemm ħabbna l-Mulej tant li sab bniedem bħalna u lejn l-aħħar ta' ħajtu, bata biex ipatti għad-dnubiet tagħna l-bnedmin?", "Tipprova tgħix fuq l-eżempju tal-Mulej, tal-Madonna u tal-Qaddisin li tagħhom tqim ix-xbihat?", "Talba", ":", "O Mulej, bit-tagħlim u l-eżempju ta' ħajtu, San Ġwann Damaxxenu wriena li l-iktar xogħol importanti f'ħajjitna hu li nieħdu ħsieb ruħna billi ninsġu ħajjitna f'għaqda kontinwa miegħek.", "Agħtina, nitolbuk, għat-talb tiegħu għalina, li nużaw xbihat qaddisa bil-mod kif tixtieqna int, biex hekk naslu għal dik il-qdusija li trid tara fina.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/saint-john-of-damascus.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-john-of-damascus-407", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_of_Damascus", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis/a huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfa2a8f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-2-2-beata-marija-angela-astorch/", "title": "2 ta' Diċembru: Beata Marija Anġela Astorch", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Marija Anġela Astorch", "\"", "Waħdi ma' Alla Waħdu.", "\" –", "Beata Marija Anġela Astorch", "BEATA MARIJA ANĠELA ASTORCH", "Verġni", "1592 – 1665", "Tagħrif:", "Il-Beata Marija Anġela Astorch twieldet fl-1 ta' Settembru tal-1592, fi Spanja.", "Kienet ir-raba' wild ta' familja reliġjuża ħafna u trabbiet f'devozzjoni kbira.", "Fis-16 ta' Settembru tal-1603, fl-età ta' 11-il sena, daħlet mas-sorijiet tal-Klarissi u sitt snin wara ħadet il-professjoni reliġjuża.", "Ftit snin wara waqqfet monasteru f'Żaragoza, fi Spanja, u fl-1627 saret il-Badessa.", "Imbagħad fit-2 ta' Ġunju fl-1645, waqqfet monasteru ieħor fi Spanja wkoll, f'Murcia, fejn serviet ta' Badessa sal-1661.", "Kienet tgħaddi ħafna mill-ħin tagħha tistudja l-Kitbiet Sagri, kif ukoll il-kittieba kbar tal-Knisja.", "Dan ispiraha biex tikteb il-Brevjar, skema ta' talb u innijiet għal kuljum.", "Marija Anġela, kienet mistika u viżjunarja, kienet tara u tkellem l-Anġlu Kustodju tagħha.", "Mietet fit-2 ta' Diċembru, tal-1665 u fid-29 ta' Settembru 1850, ġiet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, għall-virtujiet erojċi tagħha.", "Kienet ibbeatifikata fit-23 ta' Mejju 1982, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.", "Ħsieb", ":", "Il-Beata Marija Anġela Astorch baqgħet magħrufa bħala \"l-Mistika tal-Brevjar\" minħabba d-devozzjoni tagħha lejn il-Liturġija.", "Hekk kien sejħilha l-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II fil-jum tal-beatifikazzjoni tagħha.", "Semma wkoll li hi kellha devozzjoni kbira lejn il-Passjoni u lejn il-Qalb ta' Ġesù.", "Imma xi jkun dan il-Brevjar, l-Uffiċċju Divin jew it-Talba tal-Liturġija tas-Sigħat?", "Forsi tgħiduli li dan huwa ktieb li minn fuqu jitolbu s-saċerdoti, l-partijiet u s-sorijiet f'ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "Iva, imma huma biss imsejħa jitolbuh?", "F'hiex tikkonsisti t-Talba tal-Knisja Universali tal-Liturġija tas-Sigħat?", "L-Uffiċċju Divin, jew il-Brevjar, hu talb u qari li l-Knisja trid li l-Insara jitolbu kuljum.", "Is-saċerdoti, id-djakni u r-reliġjużi kollha għandhom obbligu li jgħidu dan it-talb kuljum.", "Dan huwa magħruf ukoll bħala l-Liturġija tas-Sigħat għax huwa mqassam biex jintalab f'ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "It-talbiet prinċipali tal-Liturġija tas-Sigħat huma dawk li jsiru filgħodu u filgħaxija.", "Ta' filgħodu magħruf bħala it-Tifħir ta' Sbiħ il-jum propju għax biha n-Nisrani jagħti bidu għall-ġurnata tiegħu.", "It-talb ta' filgħaxija, li huwa magħruf bħala l-Għasar jintalab ma' nżul ix-xemx, meta l-jum ikun qed jintemm.", "Minbarra dawn it-talbiet prinċipali hemm talbiet oħra li huma iqsar li jintalbu f'ħinijiet differenti tal-jum.", "Hemm ukoll dak li huwa magħruf bħala l-Uffiċċju tal-Qari b'siltiet mill-Kotba Mqaddsa u l-aħjar siltiet minn awturi spiritwali.", "L-aħħar talb ta' qabel l-irqad huwa it-Talb ta' Għeluq il-jum magħruf ukoll bħala l-Kompjeta.", "Fit-talbiet kollha hemm Salmi u Kantiċi ta' tifħir lil Alla.", "Fil-Kostituzzjoni Appostolika,", "Laudis Canticum", ", 1 Nov. 1970, insibu dan li ġej:", "\"L-Insara kollha qegħdin jiġu mistiedna biex jgħidu t-talb tas-sigħat, ukoll dawk li mhumiex marbuta b'liġi li jgħiduh.", "Dawk imbagħad li laqgħu l-preċett tal-Knisja biex jiċċelebraw il-Liturġija tas-Sigħat, l-Uffiċċju jgħiduh kollu kuljum bil-ġabra tar-ruħ u, kemm jista' jkun fil-ħin tassew li fih kull talba tiegħu jmissha tingħad; fuq kollox għandhom jagħtu lit-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum u lill-Għasar l-importanza kollha li tistħoqqilhom.\"", "Konsagrazzjoni tal-Ħin – Mill-Ordni ġenerali għal-Liturġija tas-Sigħat, 10:", "\"Kristu wissa lil dawk li huma tiegħu biex jitolbu dejjem bla ma jintelqu.", "(Luqa 18:1) Il-Knisja laqgħet din it-twissija bil-qalb kollha; hija qatt ma taqta' mit-talb, u lilna tħeġġiġna u tgħidilna; '", "B'Ġesù ejjew noffru f'kull ħin lil Alla sagrifiċċju ta' tifħir'", "(Lhud 13:15).", "Dan il-preċett inħarsuh mhux biss biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, iżda wkoll b'għemejjel oħra, l-aktar bil-Liturġija tas-Sigħat, li fost l-azzjonijiet liturġiċi l-oħra, għandha bħala ħaġa proprja tagħha li tqaddes il-medda kollha tal-jum binhar u bilejl.\"", "Għal min jixtieq jingħaqad mal-Knisja Universali b'din it-Talba tant prezzjuża tal-Liturġija tas-Sigħat, jista' jsib it-test kollu ta' kull Siegħa bil-Lingwa Maltija, minn hawn:", "http://www.laikos.org/LS/LS_2014-2015.php", "F'dan il-", "Youtube Channel", "bl-isem ta'", "Brevjar", ", issibu wħud mit-talbiet tal-Erba' Ġimgħat tas-Salterju, is-Salmodija Komplementari (Talbiet ta' Nofs il-Jum) u t-Talb kollu ta' Għeluq il-Jum (il-Kompjeta):", "https://www.youtube.com/user/BREVJAR/playlists", "Talba", ":", "O Mulej, fuq l-eżempju u għat-talb tal-Beata Marija Anġela Astorch, agħtina li fil-silenzju profond tal-qlub tagħna, inkunu nistgħu nikkontemplaw lilek anke f'nofs il-ħsejjes u l-istorbju ta' din id-dinja, hekk li naslu biex nagħtuk qima dejjem perfetta bi kliemna u b'għemilna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2016/12/blessed-maria-angela-astorch.html", "Alternative Reading:", "https://www.capdox.capuchin.org.au/saints-blesseds/blessed-maria-angela-astorch/", "or", "http://www.therealpresence.org/eucharst/misc/Angels_Demons/ANGES_astorch.pdf", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Angela_Astorch", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfa2671', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-8-18-beatu-gwann-ta-fiesole/", "title": "18 ta' Frar: Beatu Ġwann ta' Fiesole", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Ġwann ta' Fiesole", "\"Biex tpinġi lil Kristu, trid tgħix lil Kristu.\" –", "Beatu Ġwann ta' Fiesole", "BEATU ĠWANNI TA' FIESOLE", "(Beatu Anġeliku)", "Saċerdot Duminikan", "1387 – 1455", "Tagħrif:", "Kien jismu Guidolino di Pietro, u twieled f'Vicchiodi Mugello, fl-Italja.", "Sa minn żgħożitu hu tgħallem is-sengħa ta' pittur f'Firenze.", "Madwar l-1420 flimkien ma' ħuh Benedetto ngħaqad mad-Dumnikani fil-kunvent ta' Fiesole, u ħa l-isem ta' Fra Ġwann ta' Fiesole.", "Huwa kien bniedem sempliċi, twajjeb, fqir u umli.", "Wara li ordna saċerdot issokta jpitter.", "Hu kien tipikament Dumnikan: jgħaddi lill-oħrajn il-frott tal-kontemplazzjoni tiegħu, għax fi kwadri mill-isbaħ pinġa l-misteri tas-sema li huwa kien jikkontempla fit-talb u fl-istudju tal-Kotba Mqaddsa.", "Fil-kunvent ta' San Marco, f'Firenze nsibu ġojjelli artistiċi tiegħu.", "Ġie mibgħut l-Italja, fejn baqa' Ruma sal-1447, meta kellu x'jagħmel xogħlijiet oħra fil-Katidral ta' Orvieto.", "Wara rritorna Firenze fl-1449 jew l-1450.", "F'Ġunju 1450, kien Pirjol fil-kunvent ta' San Duminku fi Fiesole.", "Bejn l-1453-1454, x'aktarx reġa' kien Ruma biex jagħmel xi xogħol hemmhekk.", "Ix-xogħlijiet tiegħu għadhom sal-lum jgħaxxqu lil kulħadd fi Fiesole, Firenze, Orvieto u fil-Vatikan.", "Bħala xhieda tal-virtujiet u tal-arti tiegħu kulħadd kien isejjaħlu l-\"Beatu Anġeliku\" u b'dan l-isem hu magħruf bħala wieħed mill-aqwa pitturi reliġjużi ta' kull żmien.", "Jingħad fuqu li qatt ma beda jpitter bla ma qabel ikun talab, u qatt ma kien ipitter kurċifiss bla mad-dmugħ kien iġelben minn għajnejh.", "Mewtu ġrat fit-18 ta' Frar 1455, fil-kunvent ta' Sidtna Marija fuq il-Minerva, u l-fdalijiet tiegħu jinsabu fil-knisja ta' dan l-istess kunvent.", "Il-Papa San Ġwann Pawlu II, fit-3 ta' Ottubru tal-1982, ikkonferma l-qima lejn il-Beatu Ġwanni ta' Fiesole u aktar tard ħatru Patrun tal-artisti.", "Ħsieb", ":", "Nistgħu ngħidu li dan il-bniedem sempliċi u twajjeb, il-Beatu Ġwann ta' Fiesole, jew kif kulħadd kien isejjaħlu \"Il-Beatu Anġeliku,\" xandar il-messaġġ tal-Vanġelu bil-ġenju tal-pittura tiegħu.", "L-espressjoni artistika hija rifless tal-ispiritwalità kbira li kellu moħbija f'qalbu.", "Kif jgħid hu stess:", "\"Biex tpinġi lil Kristu, trid tgħix lil Kristu.\"", "Ix-xogħlijiet tiegħu huma espressjoni ta' fidi u mħabba lejn Kristu u tal-valuri kbar tal-ħajja qaddisa tiegħu.", "Il-Beatu Anġeliku kien pittur devot u metikoluż ħafna.", "Is-serenità li wieħed jara fl-arti tiegħu tirrifletti l-ħajja tiegħu.", "Huwa kien jgħid, li jekk xi ħadd irid jipprattika l-arti għandu jgħix ħajja kwieta u bla ma jinkwieta żejjed.", "Kien jgħid ukoll, li dak il-bniedem li jintriga ruħu biex iressaq l-affarijiet fuq Kristu, għandu jgħix ma' Kristu.", "Ejjew nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex juża t-talenti u l-abilitajiet tagħna biex nagħmlu d-dinja post aħjar.", "Ejjew nifirħu meta naqsmu bejnietna mingħajr għira u pika t-talenti li tana Alla.", "Ejjew naħsbu spiss li għad jiġi l-mument meta se jkollna nagħtu kont.", "Dak ikun l-aħħar mument.", "Tajjeb li nippjanaw għal dak il-mument billi sikwit nistaqsu lilna nfusna:", "\"Jiena li l-Mulej tani ħafna, berikini b'tant affarijiet, x'qiegħed nagħmel b'ħajti?\"", "Naħseb din hija mistoqsija l-iżjed importanti: x'qiegħed nagħmel b'ħajti?", "Irridu, qabel xejn, u din l-iżjed ħaġa forsi li ninsew, nirrealizzaw li dak li rċevejna huwa rigal minn Alla, huwa mogħti lilna b'fiduċja kbira.", "Ħafna drabi din il-ħaġa ninsewha, jekk ninsew din ma nifhmux għaliex irridu nagħtu kont lil Alla.", "Għax irrid nagħti kont lil Alla jien?", "Għaliex dak kollu li għandi rċevejtu mingħandu b'don u b'fiduċja kbira.", "Il-Mulej se jgħidli,", "'Inti, tajtek dak it-talent, x'għamilt bih?'", "Hu jirrita ruħu meta t-talenti tagħna ma niżviluppawhomx.", "Jalla ngħinu lil xulxin bħala komunità, bħala familja.", "L-ewwel nett biex niskopru t-talenti sbieħ li tana l-Mulej, it-tieni li nħaddmuhom għall-ġid tal-oħrajn għaliex hekk jitkattru.", "Huwa għalhekk fil-parabbola tat-talenti, dak li rċieva ħamsa, fl-aħħar kellu għaxra għaliex qassamhom mal-komunità u tkattru.", "Dak li pprova jew iżommu għalih jew inkella jaħbih baqa' b'li kellu u aħna nafu li meta ħaġa ma tħaddimhiex ma tibqax li tkun.", "Immaġina jkollok karozza dejjem magħluqa ġo garaxx, mur ipprova startjaha wara xi ħames snin!", "Jekk ma taqax biċċiet quddiemek, il-batterija tgħidlek bonswa.", "Għax il-ħaġa hi u titħaddem qed propju mhux tgħin lilek biss imma lill-oħrajn ukoll.", "Mela l-kapaċitajiet li Alla tana, li għalihom aħna responsabbli u rridu nagħtuh kont, il-Mulej isejħilna biex inħaddmuhom għall-ġid tal-komunità, kif għamel il-Beatu Ġwann ta' Fiesole.", "Talba", ":", "O Alla, li tqassam id-doni tiegħek fuqna l-bnedmin b'ġenerożità kbira, Int li għent lill-Beatu Ġwann ta' Fiesole iħaddem it-talent tiegħu għall-ġid tal-oħrajn, agħtina li b'talbu aħna, b'sens ta' ġenerożità kbira, nifirħu meta naqsmu bejnietna mingħajr għira, mingħajr pika, it-talenti li tajtna Int għall-glorja tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/blessed-john-of-fiesole/", "Alternative Reading:", "https://www.nashvilledominican.org/community/our-dominican-heritage/our-saints-and-blesseds/bl-john-fiesole-fra-angelico/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Fra_Angelico", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfcc87c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-9-19-san-korradu-confalonieri/", "title": "19 ta' Frar: San Korradu Confalonieri", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Korradu Confalonieri", "\"Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust, hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen.", "Jekk ngħidu li ma dnibniex, nkunu qegħdin ingiddbuh, u kelmtu ma tkunx fina.\" –", "1Ġwanni 1:9-10", "SAN KORRADU CONFALONIERI", "Eremit", "1290 – 1354", "Tagħrif:", "Kien nobbli mill-belt ta' Piacenza fl-Italja ta' Fuq, fejn twieled fl-1290.", "Meta kien għadu żagħżugħ iżżewweġ u qabad il-karriera militari.", "Huwa kien miġnun wara l-kaċċa tal-annimali.", "Jum minnhom, waqt li kien għall-kaċċa, aktarx biex igerrex xi annimali, qabbad nar li għamel ħsara kbira.", "Wieħed raġel li kien jgħix fil-bosk ġie akkużat b'din il-ħsara, bdew jittorturawh biex jammetti u kienu ser jgħallquh.", "Korradu kellu l-kuraġġ jistqarr il-ħtija tiegħu u li kien lest jagħmel tajjeb għall-ħsara li saret b'ġidu u b'ġid martu.", "Wara li qassmu kulma fadlilhom, huwa u martu Kjara bdew japprezzaw l-ideali ta' San Franġisk.", "Il-mara daħlet mal-Klarissi u Korradu sar terzjarju Franġiskan.", "Il-qaddis għamel żmien jiġġerra minn post għall-ieħor ifittex post fejn seta' jinġabar jgħix ħajja fil-kwiet ma' Alla.", "Jingħad li l-qaddis anki żar Malta, u minn hawn wara ftit telaq lura lejn Sqallija, niżel il-port ta' Palazzolo u mbagħad mar f'Noto Antico.", "Minn hawn mar Val di Noto fejn għadda l-aħħar tletin sena ta' ħajtu jgħix għalih waħdu ġewwa għar f'ħajja ta' talb u penitenzi bħala eremit.", "Ħafna kienu jmorru għandu għall-pariri.", "Huwa miet fid-19 ta' Frar, 1354.", "Il-fdal tiegħu jinsab meqjum ġo urna rikka u artisika fil-katidral iddedikat lilu f'Noto, u hawn huwa l-patrun ta' dik il-belt u d-djoċesi.", "Huwa wkoll il-qaddis protettur tal-kaċċaturi.", "Il-Papa Leone X ppermetta l-festa tiegħu għal Noto fl-1515, waqt li l-Papa Pawlu III (1534 – 1549) tah it-titlu ta' qaddis, u l-Papa Urbanu VIII fl-1644 approva l-festa tiegħu għall-kalendarju ta' Ordni kollu Franġiskan.", "Lejh jirrikorru speċjalment f'każi ta' ernja, u bla dubju ta' xejn hu mudell mill-isbaħ tal-ħajja tat-talb u l-kontemplazzjoni.", "Ħsieb", ":", "Minkejja, li Korradu Confalonieri fil-paniku u l-biża' li qabdu x'ħin ra dak in-nar jinfirex u jeqred kulma jsib, ħarab minn fuq il-post, aktar tard, meta ra li raġel innoċenti kien spiċċa l-ħabs, kien qed jiġi ttorturat biex jammetti u ġie saħansitra kkundannat għall-mewt għax is-suspetti kollha kienu fih, NIDEM mill-fatt li ħarab minn fuq il-post.", "Għalkemm, ma qabbadx dan in-nar apposta, imma l-ħsara kienet tkun ta' detriment kbir għal ruħu li kieku weħel it-tort kollu dak ir-raġel innoċenti!", "Kien ikollu l-mewt tiegħu fuq il-kuxjenza!", "Niedem u b'kuraġġ ta' min jagħżel li jaffaċċja l-konsegwenzi ta' għemilu, Korradu jistqarr is-sewwa kollu u jħallas il-prezz li swielu kważi ġidu kollu.", "Imma jekk tilef il-ġid materjali, żgur li akkwista s-salvazzjoni ta' ruħu, paċi kbira f'qalbu u serħan f'moħħu, u skopra, flimkien ma' martu, li kellhom sejħa Franġiskana x'jgħixu.", "Il-faqar li daqu, wassalhom biex jgħixu s-sejħa tal-Fqir ta' Assisi.", "U hawn, Korradu jgħix ħajja ta' qdusija kbira u ħafna nies irċevew mingħandu pariri mill-aqwa.", "Imma x'inhi l-indiema?", "Xtaqt naqsam magħkom xi ħsibijiet ta' Franġiskan ieħor, Sant'Antnin dwar l-indiema:", "\"Għad li mgħarrqa fil-vizzji, ir-ruħ il-mitlufa dejjem ikollha fiha mkebbsa xrara li tniggżilha l-kuxjenza.", "Ruħ il-midneb, hekk kif tagħraf il-ħażen ta' dnubha, għandha tibda titlob hekk: 'Mulej, bin David, ikollok ħniena minni!", "O għajn ta' kumpassjoni u maħfra, li ħriġt tgelgel mill-imqaddsa Verġni Marija, naddaf il-ħmieġ ta' dnubieti.", "Ikollok ħniena minni.'", "Dak li tabilħaqq jikkonverti, imqanqal mill-Ispirtu ta' Alla, isir insensibbli għall-pjaċiri tad-dinja, jibki bin-niket li jħoss u jmur ifittex lil xi qassis biex quddiemu jistqarr dnubietu.", "Ir-rikonċiljazzjoni tal-midneb ma' Alla tista' tissejjaħ l-għerusija ta' l-Ispirtu s-Santu mar-ruħ niedma.", "Minn din il-għaqda jitnissel in-Nisrani l-ġdid, werriet tal-ħajja ta' dejjem.", "Ejjew, mela, jekk għandna bżonn, insejħu u mmorru b'ġirja nfittxu l-Għarus tas-sema, u nitolbu 'l Alla jaħfrilna dnubietna.", "Dan nitolbuhulu permezz ta' Ġesù, ħuna l-kbir: 'o Ġesù, aħna laħam minn laħmek.", "Biex tifdi lill-bnedmin sirt bniedem.", "Mill-uġigħ kbir li sofrejt għalina tgħallimt tikkumpatina.'", "Aktar mal-midneb ikun 'il bogħod meta jdur biex jerġa' għal għand Missieru, daqstant ieħor dan jilqgħu bi mħabba kbira.", "Ħadd ma jsir perfett f'daqqa waħda.", "Għalhekk jeħtieġ li ninfatmu mid-dinja bil-ftit il-ftit, aħna u nistmellu l-għana u l-pjaċiri li toffrilna.", "Wieħed jeħles minn drawwa billi jibda drawwa oħra bil-kontra.", "Wieħed filosfu tal-qedem jgħid li l-vizzji jintemmu meta nitgħallmu naqtgħuhom.", "Jekk wieħed irid jindem tabilħaqq, ma għandux jistrieħ fuq il-merti tiegħu, ma jimliex rasu bil-ġid li għamel; iżda, b'sogħba u mistħija, imur juri fil-qrar il-ħażen kollu li għamel.", "U mhux biżżejjed li jagħraf li hu midneb, iżda jekk xi ħadd iċanfru għal dnubietu għandu joqgħod ġwejjed bl-umiltà.", "Jekk ma jagħmilx hekk juri li ma nidimx tabilħaqq.", "Kemm hi kbira t-tjieba ta' Alla!", "Kemm xejn ma jista' joqgħod ħdejn id-dinjità tal-bniedem!", "Min jgħammar fl-eternità jinżel jgħammar fil-qalb umli u fir-ruħ niedma.'", "Talba", ":", "O Missier tas-sema, nitolbuk biex, bħal Korradu Confalonieri, aħna dejjem nagħmlu ħilitna biex nagħmlu l-aħjar għażliet, anke jekk dan ifisser li nsofru l-umiljazzjoni u t-telf tal-ġid materjali tagħna kollu.", "Korradu sofra dan kollu, imma għax għażel li jmut għalih innifsu u jgħix għalik, huwa kiseb ir-rispett u l-venerazzjoni ta' ħafna, u issa qed igawdi premju etern miegħek, li jmur lil hinn minn kwalunkwe pussess jew unur ta' din id-dinja materjali.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-conrad-of-piacenza/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-conrad-of-piacenza-152", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Conrad_of_Piacenza", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Parti mill-Ħsieb huwa kitba ta' Sant'Antnin, maqluba għall-Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfcb368', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-7-17-is-seba-fundaturi-tal-ordni-tas-serviti-ta-marija/", "title": "17 ta' Frar: Is-Seba' Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta' Marija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Is-Seba' Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta' Marija", "\"Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa li l-aħwa jgħammru flimkien!\" –", "Salm 133:1 u Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa tas-Seba' Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta' Marija.", "IS-SEBA' QADDISIN FUNDATURI TAS-SERVITI TA' MARIJA", "Seklu XII", "Tagħrif:", "Dawn il-qaddisin kienu negozjanti tad-drapp f'Firenze li, għall-ħabta tas-sena 1233, waqt li belthom kienet għaddejja minn żmien ta' ġlied imdemmi bejn l-aħwa, ħallew il-familji tagħhom u ġidhom u bdew jgħixu ħajja ta' faqar fid-distrett ta' Cafaggio.", "Huma libsu l-abitu griż tal-Aħwa tal-Penitenza, konfraternità ta' lajċi li tagħha kienu membri, u ddedikaw ruħhom għat-talb, penitenzi u għemejjel ta' ħniena.", "Wara ftit taż-żmien, xi wħud minnhom bdew jgħixu ħajja waħedhom fuq il-Muntanja Senario, xi dsatax-il kilometru 'l bogħod minn Firenze.", "Meta d-dumnikan qaddis Pietru ta' Verona, ipprietka f'Firenze matul l-Avvent u r-Randan tas-snin 1244-45, is-seba' sħab għenuh jorganizza s-Soċjetà ta' Marija, għaqda ta' lajċi, filwaqt li hu għen lill-aħwa biex jifformaw komunità reliġjuża, waħda li tinkludi kemm l-eremiti fuq il-muntanja Senario kif ukoll il-grupp ta' appostolat f'Cafaggio.", "Huma sejħu lilhom infushom \"Servi ta' Marija\" għax kien hemm kappella tal-Madonna fiż-żewġ postijiet.", "Dawn is-serviti adottaw ir-regola ta' Santu Wistin u ħadu l-abitu iswed b'devozzjoni lejn id-Duluri tal-Madonna.", "Is-seba' fundaturi kienu dawn:", "Bonfiglio (gwida tal-grupp lajk u wara prijur tal-komunità ġdida);", "Bonagiunta, (prijur bejn l-1256 u l-1257);", "Manetto (li waqqaf l-ewwel fundazzjonijiet fi Franza);", "Amadio (ir-ruħ tal-grupp);", "Sostegno u Uguccione (ħbieb magħhom); u", "Alessju (ziju ta' Santa Ġuljana).", "Ruma kienet għarfet il-kontribut tagħhom iżda kellhom jgħaddu mas-sittin sena, jiġifieri fis-sena 1304 li s-Santa Sede tathom l-għarfien uffiċjali.", "Dawn is-Seba' Fundaturi tas-Servi ta' Marija ġew ikkanonizzati flimkien fl-1888, mill-Papa Ljun XIII.", "Jinsabu kollha midfunin flimkien f'Monte Senario, fuq l-altar li sar mill-Kardinal Alessio Enrico Maria Lepicier, tal-istess ordni, li kien żar Malta u Għawdex u nkuruna lill-Madonna ta' Pinu bħala legat tal-Papa fl-1935.", "Is-Serviti ta' Marija għamlu 'l fuq minn mitt sena fil-paroċċa ta' Stella Maris, Sliema.", "Ħsieb", ":", "Dawn is-seba' Servi ta' Marija ddedikaw ruħhom għat-talb, penitenzi u għemejjel ta' ħniena.", "Ftit snin wara li waqqfu l-ordni, il-persuni li ngħaqdu magħha kienu jgħoddu 10,000.", "Dan kien attribut għall-ħidma li wettqu u ż-żelu li wrew.", "Il-mexxej tagħhom kien Buonfiglio Monaldo li kien l-akbar wieħed fiż-żmien.", "Il-kappillan tal-Laudesi, Giacomo Poggibonsi, bniedem ta' qdusija, kien id-direttur spiritwali tagħhom.", "Imma kif beda kollox?", "Kollox beda f'nhar l-Assunta, meta waqt li kienu miġburin jitolbu flimkien kellhom dehra tal-Madonna u qatgħuha li jirrinunzjaw għad-dinja u jinxteħtu taħt il-protezzjoni tagħha.", "Tlieta minnhom kienu ċelebi, tnejn romol u t-tnejn l-oħra miżżewġin.", "Ir-romol u l-miżżewġin riedu jaraw kif se jirranġaw mal-familji li kienu jiddependu minnhom.", "Minn hawn u minn hemm instab mezz kif id-dipendenti tagħhom jkunu sostnuti fil-bżonnijiet materjali tal-ħajja u bil-kunsens ta' qrabathom setgħu jingħataw għas-sejħa l-ġdida li kienet ġiethom.", "L-isqof għenhom ħafna u tlieta u għoxrin jum wara li kienu ġew imsejħin daħlu fid-dar imsejħa", "La Carmarzia", "barra minn Firenze.", "Din is-sejħa għal ħajja ta' kontemplazzjoni u ċaħda b'kuntrast mal-ħajja libertina ta' Firenze u l-madwar, ġibdet l-ammirazzjoni tal-poplu.", "Ta' kuljum in-nies kienet tmur f'", "La Carmarzia", "biex tkellem lil dawn l-irġiel twajba.", "Għalhekk huma qatgħuha li jitbiegħdu mill-belt u jmorru fuq Monte Senario, ħdax-il mil 'il barra minn Firenze, fejn bnew knisja sempliċi u eremitaġġ u bdew jgħixu ħajja ta' awsterità.", "Nhar it-13 t'April, 1240, kellhom dehra tal-Verġni Mbierka li ridithom jilbsu l-abitu iswed b'għelm tad-Duluri tagħha f'riġlejn is-Salib ta' binha.", "Talbithom ukoll jintrabtu bir-Regola ta' Santu Wistin u li jissejħu s-'Serviti ta' Marija.'", "Fuq ix-xewqa tal-isqof, kollha barra Fratell Alexis, aktar tard irċevew l-Ordni Sagri .", "L-Ordni ħadet il-bixra aktar ta' Ordni Mendikanti u hija l-ħames waħda ta' din ix-xorta fil-Knisja.", "Tul ħajjithom, is-Serviti tal-bidu raw l-Ordni tiftaħ Djar f'diversi pajjiżi barranin.", "F'ħamsin sena l-għadd tal-imseħbin laħaq l-10,000 u sal-bidu tas-seklu 14 kellhom 'il fuq minn 100 monasteru b'missjonijiet ukoll fi Kreta u l-Indja.", "Aktar tard twaqqfet ukoll is-Sekond Ordni ta' sorijiet klawstrali u Terz Ordni b'ħidma ta' karità u edukazzjoni imwaqqfa minn Santa Ġuljana Falconieri.", "L-aħħar wieħed li miet, u l-iktar wieħed li għex fosthom kien il-Fratell Alessju Falconieri, meta kellu 110 snin, fis-17 ta' Frar, 1310.", "Il-fdalijiet tagħhom jinsabu meqjumin f'qabar wieħed fil-knisja tal-monasteru f'Monte Senario.", "Min jaf li kieku inti, bħal dawn is-seba' żgħażagħ issib ħin matul il-jum biex tinġabar f'post għall-kwiet biex tingħaqad f'aktar intimità ma' Alla fit-talb?", "Min jaf li kieku t-talb u l-penitenza tagħmilhom l-iskop tal-ħajja tiegħek hi ta' liema stat hi?", "Min jaf li kieku inti wkoll tkabbar id-devozzjoni tiegħek lejn il-Verġni Mbierka Marija u lejn is-seba' duluri tagħha li kienet waħda mid-devozzjonijiet ta' dawn l-aħwa qaddisa?", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Talba", ":", "Agħtina, Mulej, it-tjieba tar-ruħ tal-aħwa qaddisa li llum qegħdin infakkru, li kellhom devozzjoni tal-għaġeb lejn l-Omm qaddisa ta' Alla, u ħabirku biex iressqu lejk il-poplu tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/seven-founders-of-servite-order.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/seven-founders-of-the-servite-order/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Servite_Order", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-maġġoranza tal-Ħsieb huwa kitba ta' Joe Fenech li dehret fl-Leħen is-Sewwa.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfce1e8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-2-0-20-san-frangisku-u-santa-gjacinta-marto/", "title": "20 ta' Frar: San Franġisku u Santa Ġjaċinta Marto", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Franġisku u Santa Ġjaċinta Marto", "\"U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx.\" –", "Apokalissi 12:1", "SAN FRANĠISKU (1908-1919)", "u", "SANTA ĠJAĊINTA MARTO (1910-1920)", "Tagħrif:", "Franġisku u Ġjaċinta Marto kienu żewġ aħwa rgħajja li l-Madonna dehritilhom diversi drabi f'Fatima u tathom messaġġ ta' penitenza u talb għall-konverżjoni tal-midinbin.", "Iż-żewġ aħwa twieldu f'Aljustrel, fil-Portugal, Franġisku fil-11 ta' Ġunju 1908 u Ġjaċinta fil-11 ta' Marzu 1910.", "Huma raw l-ewwel darba lill-Madonna fit-13 ta' Mejju 1917, meta huma kienu qed jirgħu in-nagħaġ ma' kuġinthom Lucia dos Santos.", "Il-Verġni Marija b'kollox dehritilhom sitt darbiet, bl-aħħar dehra sseħħ fit-13 ta' Ottubru, 1917.", "Il-Madonna qalet lil Franġisku u 'l oħtu Ġjaċinta li hi ma kinitx se ddum ma tibgħat għalihom biex ikunu magħha l-ġenna, waqt li Luċija kellha tibqa' ħajja, titgħallem taqra u tikteb għax riditha xxerred mad-dinja d-devozzjoni lejn il-qalb immakulata tagħha.", "F'waħda mid-dehriet il-Madonna wriet lit-tfal dehra tal-infern fejn imorru mitlufin għal dejjem il-midinbin li jmutu bla ma jikkonvertu.", "Hi talbet lit-tfal jagħmlu talb u sagrifiċċji għall-midinbin.", "Franġisku, u speċjalment Ġjaċinta, ħadu dan il-messaġġ bl-ikbar serjetà u impenn, u għamlu sagrifiċċji mhux żgħar għall-konverżjoni tal-midinbin.", "Meta wieħed jikkonsidra l-età żgħira tagħhom ikollok tgħid li bilfors kellhom qawwa speċjali biex jaslu li jbatu tant u b'rassenjazzjoni perfetta t-tbatijiet kbar li ġarrbu.", "Franġisku miet fl-4 ta' April 1919 fid-dar tal-familja; għex b'kollox 10 snin u xahrejn.", "Ġjaċinta mietet f'Lisbona, fl-20 ta' Frar 1920, xahar qabel għalqet l-10 snin.", "Il-proċess tal-beatifikazzjoni ta' Franġisku u Ġjaċinta Marto nbeda fl-1952.", "Ġew iddikjarati beati flimkien waqt żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II f'Fatima fit-13 ta' Mejju, 2000.", "Il-Papa Franġisku ddikjarhom qaddisin f'Fatima, il-Portugal, fit-13 ta' Mejju, 2017 (fl-ewwel ċentinarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima).", "Huma l-iżgħar fost il-qaddisin mhux martri, u huma eżempju ħaj ta' mħabba u tbatija għall-Insara kollha.", "Ħsieb", ":", "Mill-omelija tal-Kanonizzazzjoni tal-Beati Franġisku u Ġjaċinta Marto tal-Papa Franġisku:", "\"Sinjura wisq sabiħa,\"", "ikkummentaw bejniethom it-tfal li kellhom id-dehra ta' Fatima, fi triqthom lura d-dar, f'dak il-jum imbierek tat-13 ta' Mejju ta' mitt sena ilu.", "U filgħaxija, Ġjaċinta ma rnexxilhiex tissaporti aktar u tarrfet bis-sigriet lil ommha:", "\"Illum rajt lill-Madonna.\"", "Huma kienu raw lil Ommna tas-Sema.", "Fuq l-istess post li straħu għajnejhom, waqfu l-għajnejn ta' ħafna, imma... dawn ma rawhiex.", "L-Omm Verġni ma ġietx hawn biex aħna narawha: għal dan sa jkollna l-eternità kollha, jekk immorru l-Ġenna.", "Inġbarna hawn biex irroddu ħajr tal-għadd bla qies ta' barkiet li qlajna mis-Sema matul dawn il-mitt sena, li għaddew minn taħt il-mant tad-Dawl li l-Madonna, ibda minn dan il-Portugall għani bit-tama, xerrdet mal-erbat irjieħ tad-dinja.", "Bħala eżempji, għandna quddiem għajnejna lil San Franġisku u Ġjaċinta, li l-Verġni Marija daħħlet fil-baħar bla tarf tad-Dawl ta' Alla billi wasslithom biex jadurawh.", "Minn hawn ġiet il-qawwa tagħhom li jegħlbu l-kuntrarju u t-tbatijiet.", "Il-preżenza divina saret kostanti fil-ħajja tagħhom, kif jidher ċar fit-talba insistenti għall-midinbin u fix-xewqa kontinwa li jibqgħu quddiem", "\"Ġesù Moħbi\"", "fit-Tabernaklu.", "Ma stajtx ma niġix hawn biex inqim lill-Omm Verġni u nafdalha lil uliedha.", "Taħt il-mant tagħha ma jintilfux; minn dirgħajha jiġu t-tama u l-paċi li tant għandhom bżonn u li jien nitlob għal ħuti kollha fil-Magħmudija u fl-umanità, b'mod partikulari għall-morda u l-persuni b'diżabbiltà, il-ħabsin u l-qiegħda, il-foqra u l-imwarrbin.\"", "San Ġwanni Pawlu II kien għażel bħala motto tal-Papat tiegħu il-kliem", "\"Totus Tuus,\" kollni kemm jien tiegħek", ".", "Dan il-kliem kien indirizzat lejn Marija Santissima.", "Dan kien il-Papa li nħeles mill-mewt vjolenti sewwasew skont il-messaġġ tal-Madonna ta' Fatima.", "Bla dubju ta' xejn, il-beatifikazzjoni u issa anke l-kanonizzazzjoni ta' Franġisku u Ġjaċinta Marto huma sinjali ta' Knisja li tagħraf kemm Alla għadu jibgħat qaddisin fid-dinja minkejja kollox, minkejja l-ħafna ħażin li hawn fil-globu.", "Tajjeb ngħidu li l-viżjunarji ta' Fatima huma l-iżgħar persuni li kienu kkanonizzati li m'humiex martri.", "Is-sejħa għall-qdusija hija sejħa għal kulħadd, hu ta' liema età hu, ta' liema pajjiż hu, għax il-Mulej miet għal kulħadd.", "Int li qed taqra, int ukoll imsejjaħ/imsejħa biex issir qaddis/a u b'hekk tagħmel ħafna ġid, ġid għalik innifsek u għall-oħrajn.", "Qed tirsisti biex titqaddes?", "Talba", ":", "O San Franġisku u Santa Ġjaċinta Marto, tfal għaqlin, u issa qaddisin ċkejknin, itolbu għalina midinbin, biex ma nispiċċawx fl-infern mal-ħatjin imma niksbu l-glorja tas-sema mal-henjin.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/jacinta-and-francisco-marto.html", "Alternative Reading:", "https://denvercatholic.org/francisco-jacinta-marto-great-saints-changed-history/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Francisco_and_Jacinta_Marto", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "'The Miracle of Our Lady of Fatima full movie on Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/JaCQyJA31Jb816LaA3Fvk2U3y", "'The 13th Day' full movie (the Story of the Apparitions of Fatima) on Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/vfR1YjZiwYdB14LcUcP1WemCL", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfd061c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-2-qaddisin-fdicembru/1-1-2-2-0-1-1-beatu-charles-de-foucauld/", "title": "1 ta' Diċembru: Beatu Charles de Foucauld", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Charles de Foucauld", "\"Meta skoprejt u bdejt nemmen li hemm Alla, fhimt li ma stajt nagħmel xejn aktar ħlief ngħix biss għalih.\" –", "Beatu Charles de Foucauld", "BEATU CHARLES DE FOUCAULD", "1858 – 1916", "Tagħrif:", "Charles de Foucauld twieled fi Strasburgu, fi Franza, u safa ltim meta kellu 6 snin.", "Nannuh min-naħa ta' ommu, li kien raġel għani, rabba' lilu u lil oħtu 3 snin iżgħar minnu.", "Għadda żgħożitu fix-xalar.", "Wara li ngaġġa suldat, kellhom ikeċċuh minħabba imġibtu.", "Imma mbagħad reġa' qabad il-karriera militari u fl-1883, mar fi spedizzjoni fid-deżert tal-Marokk u kiteb deskrizzjoni tajba ħafna ta' dan il-pajjiż li rebbħitu midalja tad-deheb mis-Soċjetà Ġeografika Franċiża.", "Huwa kkonverta għall-ħajja reliġjuża fl-1886 meta kellu 28 sena wara li kien mar għall-parir għand is-saċerdot Henri de Huvelin li mbagħad baqa' jgħinu fid-direzzjoni spiritwali.", "Sentejn wara Charles mar pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa.", "Wara esperjenza bħala Trappista fis-Sirja u bħala eremit f'Nazaret, huwa kien ordnat saċerdot fl-1901 meta kellu 43 sena.", "Għex fil-faqar, fil-kontemplazzjoni u fl-umiltà, jagħti xhieda ta' mħabba, fraternità fost l-Insara, il-Lhud u l-Musulmani.", "Huwa kien jaf tajjeb l-Għarbi u l-Lhudi.", "Biex jimita l-ħajja moħbija ta' Ġesù f'Nazaret, de Foucauld mar jgħix f'Tamanrasset, fil-qalba tad-deżert tas-Saħara.", "Kiteb diversi kotba fuq it-Twareg, membri tal-poplu Berberu tas-Saħara tal-punent u ċentrali, fosthom ktieb tal-grammatika u dizzjunarju Franċiż-Twareg.", "Huwa kellu ħsieb iwaqqaf il-Fraternità tal-Qalb Imqaddsa.", "Magħrufin bħala l-Aħwa ż-Żgħar ta' Ġesù, bl-iskop li jevanġelizzaw it-Twareg.", "Din il-ħolma tiegħu saret realtà wara mewtu permezz ta' Dun Réné Voillaume u ta' Sr. Magdeleine Hutin.", "Charles de Foucauld kien maqtul b'tir fl-1 ta' Diċembru, 1916 waqt l-irvellijiet fost il-Berberi ta' Hoggar.", "Kien iddikjarat beatu fit-13 ta' Novembru, 2005.", "Ħsieb", ":", "Dan hu kliem meħud minn omelija tal-Isqof Pawlu Cremona O.P. dwar il-Beatu Charles de Foucauld (19 ta' Lulju, 2013):", "\"Meta l-Mulej ġie fuq din l-art, seta' ġie bil-kburija biex juri d-divinità tiegħu.", "Dan kien ikun f'konformità ma' dak li l-bnedmin jaħsbu dwar id-Divinità: il-kobor tagħha, l-infinità tagħha.", "Minflok, Sidna Ġesù Kristu għażel ix-xejn, il-faqar, l-umiltà biex jiġi fostna.", "Ried li aħna nersqu lejh b'mod spiritwali: billi fix-xejn u fl-umiltà, permezz tat-tagħlim u s-sinjali tiegħu, aħna naraw id-Divinità tiegħu.", "Dan li aħna nsibu fil-Vanġelu ta' Luqa 14:8-14: li l-mixja lejn Alla ġiet murija lilna minn Sidna Ġesù Kristu.", "Il-mixja lejn Alla trid tgħaddi mill-umiltà: huwa Alla li mbagħad jintervjeni biex jagħtina post fil-ħajja eterna.", "Barra minn hekk, l-imħabba pura, billi ma tistenna xejn mill-oħrajn, hija kontinwazzjoni ta' din it-tfittxija għal Alla: l-imħabba lejn l-oħrajn għandha takkompanja t-tfittxija għall-imħabba t'Alla.", "L-imħabba tal-Beatu Charles lejn l-oħrajn tirrifletti din l-imħabba.", "Fir-Regola tal-\"Little Brothers\" insibu:", "'L-appostolat tiegħi għandu jkun l-appostolat tat-tjieba.", "Kieku xi ħadd kellu jistaqsi għaliex jien manswet u twajjeb, jiena għandi ngħid: il-għaliex jien l-qaddej ta' xi ħadd li huwa aħjar minni.'", "Il-Beatu Charles kien iħares lejn il-bnedmin kollha fid-dawl tal-fidi tiegħu.", "Dawn il-versi mill-Ktieb tal-Għerf, ċertament ispirawh tul ħajtu kollha:", "'Iżda int tħenn għal kulħadd, għax tista' kollox; int tagħlaq għajnejk għal dnubiet il-bnedmin biex huma jindmu...", "Int, o Sid, li tħobb kull ma jgħix, lil kulħadd tagħder, għax kollox huwa tiegħek, Mulej li tħobb il-ħajja'", "(ara Għerf 11:23-12,2).", "F'dawn il-versi nistgħu nifhmu aħjar il-mod kif il-Beatu Charles kien iħares lejn bnedmin oħra, kemm jekk kienu ta' razza oħra bħat-Touareg, jew ta' reliġjon oħra bħall-Musulmani.", "Irridu niftakru li l-ewwel pass tiegħu lejn il-konverżjoni wasal meta ra Musulmani devoti jitolbu.", "Fil-perjodu tal-ħajja li l-Beatu Charles de Foucauld għadda f'Nazaret, kien tfittxija ta' din il-kwalità ta' spiritwalità:", "'Il-Mulej tani l-ħila biex insib dak li kont qed infittex: l-imitazzjoni ta' dik li kienet il-ħajja tal-Mulej Ġesù, fl-istess Nazaret...'", "'Nixtieq ħafna li fl-aħħar mill-aħħar nibda ngħix dik il-ħajja li skoprejt meta kont nimxi f'Nazaret, f'dawk il-mogħdijiet li mxew fuqhom ir-riġlejn tal-Mulej, li kien mastrudaxxa jgħix moħbi u emarġinat.'", "Wara sebgħa snin ta' spiritwalità li għex mal-Patrijiet Trappisti, mar l-Art Imqaddsa, biex ifittex li jkun tassew segwaċi ta' Ġesù.", "Nistgħu ngħidu li l-ħajja tiegħu wara l-konverżjoni tiegħu kienet maqsuma fi tliet stadji.", "L-ewwelnett mar għand il-Patrijiet Trappisti fejn skopra l-ispiritwalità, li tkun viċin t'Alla.", "Imbagħad mar l-Art Imqaddsa fejn dam għal erba' snin sas-sena 1900: hawn b'mod speċjali skopra il-mixja ta' Kristu fuq l-art, biex jimitah.", "Wara li sar saċerdot fl-1901 mar jgħix ta' eremit, imma fi fraternità, billi fetaħ id-dar tiegħu għal kulħadd.", "Hawn seta' jgħix il-kliem tal-Vanġelu li fil-bidu biddillu ħajtu.", "Waqt li kien fl-Alġerija, ftit xhur qabel ma miet huwa kiteb:", "'Jien nemmen li m'hemmx kelma fil-Vanġelu li ħalliet impressjoni iktar profonda fija u bidlitli ħajti minn din: \"kull ma tagħmlu mal-iżgħar minn dawn, tagħmluh lili.'", "Reġa' kiteb:", "'Nixtieq li l-bnedmin kollha li jgħixu hawn, jaraw fija lil ħuhom, ħuhom universali.", "Diġà bdew isejħu din id-dar 'Aħwiġa' jew 'Fraternità' u dan l-isem jagħtini ferħ kbir.'", "Hawn se nagħmlu riflessjoni fuq iż-żmien li l-Beatu Charles għadda f'Nazaret.", "Imma x'kien Nazaret għal Sidna Ġesù Kristu?", "Kien post fejn seta' jgħix maqtugħ min-nies, f'ħajja moħbija, imma post ukoll fejn tkompliet l-Inkarnazzjoni.", "Għex għal tletin sena fost niesu, u sar jafhom sewwa.", "Il-Beatu de Foucauld kien jaf li l-uniku mod kif seta' jiddjaloga ma' bnedmin oħra, kien billi jkun jafhom, jitgħallem il-kultura tagħhom, il-lingwa tagħhom.", "Għalhekk għex magħhom, speċjalment mat-Touareg.", "Tgħallem il-lingwa tagħhom u saħansitra ħareġ dizzjunarju tal-lingwa tagħhom.", "Nazaret kien il-post fejn tkompliet il-konverżjoni tiegħu; din bdiet permezz tar-reliġjożità tal-Musulmani għax l-ewwel kien mar il-Marokk.", "Nazaret kien il-post fejn iltaqa' ma' Ġesù Kristu, fit-tagħlim tiegħu, fil-Vanġeli, fil-ħajja tiegħu.", "Għalhekk mar Nazaret biex ikun viċin il-post fejn il-Mulej fl-umanità tiegħu, kompla jikber fil-grazzja, mdawwar bil-familja tiegħu.", "Għall-Beatu Charles il-'familja' f'Nazaret kienu l-Klarissi li kienu jipprovdulu l-bżonnijiet tiegħu.", "Imma, f'Nazaret huwa għex il-kliem ta' Sidna Ġesù Kristu li huwa ġie mhux biex ikun moqdi imma biex jaqdi, u dak li jixtieq ikun l-ikbar għandu jiġi l-aħħar.", "Huwa qala' l-għajxien tiegħu billi ħadem ta' qaddej għall-Klarissi:", "'li dejjem nixtieq li nkun tal-aħħar, fl-inqas post biex inkun ċkejken bħalma kien l-Imgħallem tiegħi.'", "Il-Mulej stenna f'Nazaret sakemm huwa joħroġ ixandar il-Kelma.", "Għall-Beatu Charles, Nazaret kien il-post fejn skopra l-vokazzjoni vera tiegħu: li jifforma fraternitajiet.", "Huwa għaraf li ż-żmien li għadda mat-Trappisti, iż-żmien li għadda bħala eremit, kienu biss tħejjija għall-missjoni aħħarija li l-Mulej riedu jwettaq ħalli jifforma fraternitajiet tal-\"Little Brothers u l-Little Sisters\" fil-Knisja kollha.", "U hemmhekk skopra l-missjoni għas-saċerdozju.", "Ma kienx don personali li kien qiegħed ifittex, imma don għall-fraternità biex l-Ewkaristija Mqaddsa tkun dejjem preżenti fil-fraternità.", "Kien ordnat saċerdot fil-1901.", "Immedjatament mar l-Alġerija u fetaħ l-ewwel fraternità.", "Imbagħad fl-1904 mar għand it-Touareg fejn għex sal-aħħar ta' ħajtu.", "Jiena naħseb li l-Beatu Charles de Foucauld ħalla dan il-wirt għall-posterità: Huwa qal li wieħed jista' jgħix Nazaret kullimkien.", "Lill-fraternita' tal-\"Little Brothers u Little Sisters\" huwa kiteb fir-\"Rule of Life\" tiegħu:", "'Nazaret għandha titniżżel u għandha tkun preżenti fl-imħabba.'", "Huwa ttrasforma r-reliġjon fl-Imħabba.", "'Wieħed jista' jgħix Nazaret kullimkien.'", "'L-imħabba tikkonsisti mhux filli nħossu li aħna nħobbu imma illi nixtiequ li nħobbu.'", "Hu wriena li l-qalb f'kull intrapriża hija l-Ewkaristija u l-Adorazzjoni.", "Huwa ġie maqtul waqt li kien mat-Touareg.", "Huwa wriena l-urġenza li wieħed jagħmel il-ġid.", "Xi żmien qabel ma miet, huwa kiteb:", "'Ma nistax ngħid li nixtieq il-mewt.", "Fil-passat kont nixtieqha imma issa nara li hemm tant ġid li jrid isir, tant erwieħ mingħajr ragħaj, li iktar minn kull ħaġa oħra, nixtieq nagħmel xi ftit ġid.'", "'Jenħtieġ li naqraw u nerġgħu naqraw mingħajr tlaqliq il-Kelma t'Alla, biex inżommu f'moħħna il-kliem u l-ħsibijiet ta' Ġesù biex nibdew naħsbu, nitkellmu b'mod li nimitaw lil Ġesù.'", "Talba", ":", "Missier, f'idejk nintelaq jiena.", "Agħmel minni dak li jogħġbok.", "Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: Jien lest għal kollox, nilqa' kollox.", "Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fija, u fil-ħlejjaq kollha tiegħek.", "Ma nixtieq xejn aktar Mulej.", "F'idejk jien nitlaq ruħi; nagħtihielek bl-imħabba kollha ta' qalbi, għax jien inħobbok, Mulej, u għalhekk inħoss il-ħtieġa li nagħti lili nnifsi lilek, li nintelaq f'idejk għal kollox u b'kunfidenza bla tarf, għax int Missieri.", "Ammen.", "(Talba tal-Beatu Charles de Foucauld)", "English Version:", "http://www.charlesdefoucauld.org/en/biographie.php", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20051113_de-foucauld_en.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Charles_de_Foucauld", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64edfd05d4', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-6-16-beatu-guzeppi-allamano/", "title": "16 ta' Frar: Beatu Ġużeppi Allamano", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Ġużeppi Allamano", "\"Qatt ma jkollna tama biżżejjed fil-Providenza ta' Alla.", "Hu li jagħti l-ikel lill-għasafar tas-sema, ċertament li lilna ser jagħtina b'abbundanza akbar.\" –", "Beatu Ġużeppi Allamano", "BEATU ĠUŻEPPI ALLAMANO", "Saċerdot", "1851 – 1926", "Tagħrif:", "Dan il-beatu hu l-fundatur tal-missjunarji tal-Consolata.", "Hu twieled f'Castelnuovo d'Asti fil-21 ta' Jannar 1851, ir-raba' minn ħames ulied.", "Ommu kienet oħt San Ġużeppi Cafasso (festa: it-23 ta' Ġunju).", "Missieru miet meta hu kellu tliet snin.", "Studja fl-oratorju ta' San Ġwann Bosco f'Valdocco, u dan il-qaddis kien wieħed mid-diretturi spiritwali tiegħu.", "Hu daħal is-seminarju djoċesan ta' Turin f'Jannar 1866 u kien ordnat saċerdot ta' 22 sena, fl-20 ta' Settembru, 1873.", "Seba' snin wara (fit-2 ta' Ottubru, 1880) kien maħtur rettur tas-santwarju tal-Madonna Consolata f'Turin, li ġabu ħafna 'l quddiem u għamlu għajn ta' tiġdid spiritwali għad-djoċesi kollha.", "Hu kien ukoll jgħallem it-Teoloġija fis-seminarju.", "Fl-1889, insibuh Ruma fejn mar jassisti għall-beatifikazzjoni ta' zijuh Don Cafasso.", "Waqt li kien hemm, iltaqa' ma' missjunarju Taljan jaħdem fiċ-Ċina, Padre Bonzano, li ħajjar lil Allamano jwaqqaf istitut missjunarju ġdid.", "Dan seħħ fid-29 ta' Jannar, 1901 u li ssemma għal Consolata.", "Fl-1902, l-istitut tal-Consolata bagħat l-ewwel żewġ missjunarji tiegħu lejn il-Kenja.", "Tmien snin wara sar vigarju u wieħed miż-żewġ saċerdoti nħatar isqof.", "Fuq il-parir tal-Papa San Piju X, Padre Ġużeppi Allamano fl-1910 waqqaf ukoll istitut ieħor tas-sorijiet tal-Consolata.", "Malajr, il-membri taż-żewġ istituti żdiedu sewwa u nfetħu missjonijiet ġodda fl-Afrika tal-Lvant.", "Don Allamano kien bniedem paċenzjuż u dejjem lest biex jgħin lil min jitolbu l-għajnuna.", "Kien jinsisti ħafna mal-missjunarji tiegħu li, qabel kollox, kellhom ikunu ta' ħajja qaddisa biex ikunu jistgħu jqaddsu lil oħrajn.", "Riedhom ukoll li jistudjaw l-użanzi u l-kultura tal-pajjiżi li jmorru jaħdmu fihom.", "Ħabrek ħafna li jkollhom katekisti tajbin u vokazzjonijiet minn fost in-nies tal-pajjiż.", "Huwa kien grat ħafna lejn il-benefatturi tal-istituti tiegħu, u speċjalment lejn il-ġenituri tal-missjunarji li mhux biss taw minn ġidhom imma lil uliedhom stess għall-missjoni.", "Ħsieb", ":", "Matul ħajtu, il-Beatu Ġużeppi Allamano esperjenza l-ħniena u l-imħabba ta' Alla.", "Hu dejjem ħeġġeġ lil ta' madwaru biex jitolbu b'kunfidenza kbira, mingħajr", "\"il-biża' li ma jiksbux dak li jkunu talbu għalih,\"", "għaliex il-Mulej", "\"jagħti dak li nitolbuh lil dawk li jafdawh.\"", "Ġużeppi fehem kif Alla l-Missier jinteressah minn uliedu kollha, speċjalment dawk f'diffikultà.", "Huwa jassigura li,", "\"Ħadd minn dawk li jafdaw Fih ma jisfaw imħawda,\"", "għaliex il-Mulej", "\"Jista', jaf kif u jrid jgħinna.\"", "Ġużeppi esperjenza b'mod konkret ir-realtà tal-għajnuna ta' Alla.", "Huwa jgħid li:", "\"Qatt ma jkollna tama biżżejjed fil-Providenza ta' Alla,\"", "għax", "\"Hu li jagħti l-ikel lill-għasafar tas-sema, ċertament li lilna ser jagħtina b'abbundanza akbar.\"", "Ejjew għalhekk nirrikorru lejn Alla bl-għarfien li Huwa dejjem viċin tagħna, dejjem attent għall-ħtiġijiet tagħna.", "Il-Beatu għaraf li Alla l-Missier dejjem fidil għall-Wegħdiet li jagħmel!", "Għalhekk dejjem poġġa l-fiduċja tiegħu Fih u kien iħeġġeġ bil-kliem:", "\"Poġġu kollox f'idejn il-Mulej mingħajr ebda biża' għaliex Hu qatt ma jagħmel nofs l-affarijiet,\"", "u jiddiżappunta lil uliedu li jittamaw Fih.", "Kien jgħid ukoll:", "\"Agħmlu spiss atti ta' kunfidenza fl-imħabba ta' Alla mingħajr qatt ma taqtgħu qalbkom.\"", "Jew", "\"Jekk xi drabi jħallina nistennew, hu biex jgħaddina minn prova u jfakkarna kemm aħna foqra.\"", "Matul ħajtu kollha, il-Beatu Ġużeppi Allamano għamel esperjenza tal-għana tat-tjubija tal-Mulej.", "Hu, għalhekk, ħeġġeġ bil-kliem:", "\"Kemm jieħu gost bina l-Mulej meta nemmnu fit-tjubija tiegħu.", "Hu jħobb jerfgħana qrib tiegħu, anke fl-affarijiet iż-żgħar u fl-avvenimenti ...", "Huwa jifraħ meta nuru fiduċja Fih, ikun xi jkun il-kors li jsegwi tal-avvenimenti ta' ħajjitna.\"", "Aħna qatt ma għandna niddubitaw mill-ġenerożità ta' Alla lejna.", "Meta niftakru li Hu infinitament tajjeb, għandna nagħtuh lilna nfusna bla riservi u nafdawh b'fiduċja dejjem akbar, jiġri x'jiġri.", "Kull meta l-Beatu Ġużeppi Allamano kellu bżonn xi ħaġa mingħand Alla, huwa dejjem wera tip ta' perseveranza soda.", "Hu jgħallem li", "\"Sabiex niksbu favuri mingħand Alla, irridu nitolbuh b'ħafna fidi, bil-verità u bil-fiduċja li Hu se jwettaq il-mirakli.\"", "U jkompli:", "\"Kuraġġ, ... u dejjem imxu 'l quddiem fil-Mulej!\"", "Anke fis-sitwazzjonijiet l-iktar diffiċli tal-ħajja tiegħu, il-Beatu Ġużeppi Allamano ttama kontra kull tama (Ara Rumani 4:18).", "Huwa jgħid li", "\"għandna niftħu qlubna għal tama ħajja, għal tama aqwa, għax min jittama ftit fil-Mulej, ikunu qed jonqsu, għax Hu Tjubija bla qies.\"", "Kemm nagħmlu sew, kieku kellna nimxu fuq il-pariri ta' dan il-beatu għaqli u għaref li sab fil-fiduċja tiegħu f'Alla, l-aqwa ġid, l-aqwa serħan tal-moħħ u tal-qalb.", "U x'inhu l-aħjar li jkollok minn dawn it-tnejn?", "Talba", ":", "O Alla u Missierna, il-Beatu Ġużeppi Allamano għoġbok f'kulma għamel, għax mexa fuq il-pass ta' Ibnek l-Għażiż.", "Agħtina li bit-tagħlim u bl-interċessjoni tiegħu, aħna nagħmlu ħilitna kollha biex nafdawk, anki fl-affarijiet iż-żgħar, għax nafu li Inti tidderieġi kollox għall-ġid tagħna stess.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicsaints.info/blessed-joseph-allamano/", "Alternative Reading:", "https://theblackcordelias.wordpress.com/2009/02/16/blessed-giuseppe-allamano-february-16/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Giuseppe_Allamano", "Blessed Joseph Allamano – February 16 (Italian Rap):", "https://gloria.tv/video/6CHFmYPLQZ9z66vSH449ZoBM4", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d0770', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-9-29-beatu-dionisju-tan-nativita-u-beatu-redent-tas-salib/", "title": "29 ta' Novembru: Beatu Dionisju tan-Natività u Beatu Redent tas-Salib", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Dionisju tan-Natività u Beatu Redent tas-Salib", "\"Il-Mulej hu s-sultan tal-martri: ejjew nadurawh.\" –", "Antifona tad-dħul mill-Komun tal-Martri fil-Liturġija tas-Sigħat", "IL-BEATI DJONISJU TAN-NATIVITÀ U REDENT TAS-SALIB", "Martri", "† 1638", "Tagħrif:", "Il-Beatu Djonisju kien saċerdot u l-Beatu Redent kien ajk, it-tnejn Karmelitani Skalzi (Tereżjani) u sofrew il-martirju f'Sumatra.", "Djonisju kellu 37 sena, kien għadu kif ġie ordnat saċerdot u kien ilu biss 4 snin Karmelitan.", "Qabel huwa kien navigatur professjonali u jagħmel il-mapep.", "Xi mapep tiegħu jinsabu ppreservati fil-Mużew Brittaniku.", "Hu kien jismu Pierre Berthelot u twieled fin-Normandija, beda jaħdem fuq il-baħar u nqabad mill-pirati Olandiżi fl-ewwel vjaġġ tiegħu lejn l-Indji.", "Wara li nħeles mill-ħabs f'Ġava huwa mar f'Malacca, innegozja xi ftit għal rasu u ħa l-kmand ta' vapur Portugiż.", "Kien f'Goa meta ġie f'kuntatt mal-Karmelitani Tereżjani.", "Il-Beatu Djonisju nħatar kappillan ta' spedizzjoni Portugiża f'Sumatra u l-Beatu Redent, li qabel serva bħala suldat fl-Indja qabel ma daħal ajk, ingħażel bħala assistent tiegħu.", "Huma nqabdu priġunieri kważi mill-ewwel malli waslu u nqatlu għax ma ridux li jħaddnu l-Iżlam.", "Ħsieb", ":", "L-Ordni Karmelitana ġiet imbierka matul l-istorja tagħha minn tant irġiel u nisa li kienu mimlija ħeġġa u entużjażmu għal Alla u għat-tixrid tal-Kelma Tiegħu kull fejn sabu ruħhom.", "Xi wħud minn dawn ġew imtella' minn Omm il-Knisja għall-grad ta' Beati u Qaddisin.", "Imma minn fejn jiġi dan iż-żelu għal Alla u x-xandir għall-Kelma tiegħu, tant li bla biża', ħadu l-martirju biex ikunu ta' xhieda għalih?", "Kif nistgħu nimitaw lil dawn il-mudelli li l-Knisja tpoġġilna quddiemna billi tiċċelebra t-tifkira tagħhom?", "Imnejn sabuh is-sabar biex jissaportu l-għawġ u l-persekuzzjonijiet?", "U aħna?", "Għandna sabar fit-tribulazzjonijiet tagħna tal-ħajja ta' kuljum jew ingergru u nniżlu l-gdiedem?", "Dan li ġej huwa rapport ta' dan li qal il-Papa Franġisku f'Omelija tiegħu bl-isem 'Ferħ fis-sabar' (It-Tlieta, 7 ta' Mejju, 2013):", "\"", "ll-Papa jipproponi l-ispirtu ta' sabar imwettaq mill-ewwel martri Nsara.", "Dawn kienu ferħana għaliex batew xi ħaġa f'isem Ġesù.", "Kienu trankwilli.", "Kienu jkantaw, jitolbu u jbatu.", "Huma, f'dak il-waqt, kienu f'dak l-istat ta' qalb tant Nisrani: l-istat tas-sabar.", "Meta Ġesù jibda t-triq tal-Passjoni tiegħu, wara ċ-ċena, 'jidħol fis-sabar.'", "Tidħol fis-sabar: din hija 't-triq li Ġesù jgħallem lilna l-insara.", "Tidħol fis-sabar.'", "Imma dan 'ma jfissirx li nkunu mdejqa.", "Le, le, hija xi ħaġa oħra!", "Dan ifisser tissaporti, iġġorr fuq spallejk il-piż tad-diffikultajiet, il-piż tal-kontradizzjonijiet, il-piż tat-tribulazzjonijiet.'", "'Is-sabar nisrani mixhud mill-martri, huwa proċess ta' maturità Nisranija' – spjega l-Papa – 'għal għonq it-triq tas-sabar; li sabiex jitwettaq huwa meħtieġ iż-żmien.", "Huwa bħall-inbid tajjeb' qal b'espressjoni effikaċi, li tistenna bis-sabar tistenna l-waqt li fih ikun propjament matur.'", "Imbagħad reġa' ppropona l-eżempju tal-martri li 'kienu mimlija ferħ' li jmorru jagħtu xhieda ta' Ġesù.", "Q", "uddiem it-tribulazzjonijiet, m'għandniex inċedu għat-tentazzjoni tat-tgergir, għaliex 'Nisrani li jgerger kontinwament' jieqaf li jkun nisrani tajjeb u jsir 'is-sinjur jew is-sinjura gergirhielu.'", "In-Nisrani tajjeb jiskopri, għall-kuntrarju, 'is-silenzju fis-sabar.", "Dak is-silenzju ta' Ġesù' li waqt il-Passjoni esprima biss 'tnejn jew tliet kelmiet meħtieġa.'", "Madankollu dan ma kienx silenzju mdejjaq, bħal ma ma kienx imdejjaq is-silenzju ta' Ġesù li ssaporta s-Salib: 'Huwa doloruż, bosta drabi iktar doloruż, imma mhux imdejjaq,' għaliex il-qalb tinsab fis-sliem.", "Mela li ġġarrab bħal Ġesù, bil-qalb fil-paċi, jirrendina kuntenti.\"", "Ejjew nitolbu lil Missier tagħna tas-Sema jkabbar fina l-istess sabar li kellu Ġesù , filwaqt li aħna nagħmlu ħilitna biex nipprattikaw din il-virtù filwaqt li miexja wara s-Salvatur tagħna bis-salib fuq spallejna.", "Talba", ":", "O Alla ta' dejjem li tista' kollox, inti żżejjen il-ġisem qaddis tal-Knisja tiegħek bl-istqarrija tal-qaddisin martri; agħtina li l-martirju glorjuż li qegħdin infakkru llum ikun għalina ta' għajnuna qawwija, kif kabbar għal dejjem fis-sema lill-Beatu Dionisju tan-Natività u Beatu Redent tas-Salib.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/blessed-denis-of-the-nativity-and-blessed-redemptorus-of-the-cross-402", "Alternative Reading:", "http://ocarm.org/en/content/liturgy/bl-denis-nativity-ocd-priest-and-martyr-bl-redemptus-cross-ocd-religious-and-martyr-", "Wikipedia for Denis of the Nativity:", "https://www.olrl.org/lives/laboure.shtml", "Wikipedia for Redemptus of the Cross:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Redemptus_of_the_Cross", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d2c65', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-4-14-san-cirillu-u-san-metodju/", "title": "14 ta' Frar: San Ċirillu u San Metodju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ċirillu u San Metodju", "\"Dawn huma żewġt aħwa li qdew il-Mulej bil-qdusija u l-ġustizzja tul ħajjithom kollha.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Ċirillu u San Metodju.", "SAN ĊIRILLU (827-868) U", "SAN METODJU (826-840)", "Appostli tas-Slavi u Patruni tal-Ewropa", "Tagħrif:", "Dawn iż-żewġ qaddisin, Appostli tas-Slavi u Patruni tal-Ewropa, huma l-uniċi żewġ qaddisin aħwa, minbarra l-appostli, li għandhom post għalihom fil-kalendarju universali Ruman.", "Huma mhux biss għallmu lis-Slavi imma huma wkoll awturi tal-liturġija tagħhom.", "Huma kienu Griegi mit-Tessalonika u kienu jafu jitkellmu bl-ilsien Slavoniku.", "Dawn ġew mibgħuta mill-imperatur ta' Kostantinopli u mill-patrijarka Fozju fil-Moravja bħala missjunarji.", "Ċirillu kien qassis b'fama ta' filosfu msemmi.", "Metodju kien raħeb.", "Qabel marru fil-Moravja huma sawru alfabett Slavoniku u ttraduċew il-Vanġeli.", "Ix-xogħol tagħhom fil-Moravja mar 'il quddiem, in-nies riedu isqof u għalhekk marret delegazzjoni Ruma biex titlob dan.", "Hemmhekk Ċirillu daħal raħeb f'monasteru Grieg u miet ħamsin jum wara.", "Metodju ġie ordnat qassis u mibgħut bħala legat tal-Papa għas-Slavi kollha.", "Wara ftit xhur huwa reġa' mar Ruma u ġie magħmul arċisqof ta' Sirmium (illum post fl-ex-Jugoslavja) b'ġurisdizzjoni fuq il-Pannonia u l-Moravja kollha u suġġett direttament lejn is-Santa Sede.", "Billi d-Duka tal-Moravja kien jippreferi l-liturġija Latina, San Metodju ġie akkużat fil-falz, għamel żmien fl-eżilju u kien anke mitfugħ il-ħabs.", "Il-Papa rnexxielu jeħilsu mill-ħabs u mill-akkużi foloz, u reġa' kkonferma d-dritt tal-liturġija bl-ilsien tal-post.", "San Metodju għadda l-aħħar sittax-il sena bħala isqof jittraduċi l-bqija tal-Bibbja fl-ilsien Slavoniku u jsawwar kodiċi ta' liġijiet tal-Knisja.", "Il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara lil S. Ċirillu u S. Metodju bħala ko-patruni tal-Ewropa (flimkien ma' San Benedittu) bl-Ittra Appostolika \"", "Egregi Virtutis", "\" (31 ta' Diċembru, 1980).", "Ħsieb", ":", "Qari mill-Ħajja ta' Kostantinu bit-titlu 'Kabbar il-Knisja tiegħek, u iġbor 'il kulħadd f'għaqda waħda':", "\"Kostantinu Ċirillu, wara li għadda minn ħafna taħbit, marad.", "Kien ilu ħafna ġranet marid, meta ra 'l Alla f'dehra, u nfexx jgħanni u jgħid:", "'Ferħet ruħi, u qalbi qabżet bil-ferħ, meta qaluli: Sejrin fid-dar tal-Mulej.'", "Imbagħad libes l-ilbies imqaddes, u baqa' bih il-ġurnata kollha; u, kollu ferħan, qal:", "'Mil-lum 'il quddiem m'iniex iżjed qaddej la tal-imperatur u lanqas ta' ħadd fid-dinja, imma ta' Alla waħdu li jista' kollox.", "Jien ma kont xejn.", "Ammen.'", "L-għada tefa' fuqu l-libsa mqaddsa ta' raħeb, u żied glorja oħra ma' dik li kellu billi ried li jissejjaħ ukoll Ċirillu.", "Dam ħamsin ġurnata b'dik il-libsa fuqu.", "Meta qorob għalih iż-żmien li jidħol fil-mistrieħ tal-għamara ta' dejjem, refa' jdejh 'il fuq lejn Alla, u bid-dmugħ f'għajnejh talab u qal:", "'Mulej, Alla tiegħi, int ħlaqt il-kori kollha tal-anġli u l-qawwiet spiritwali, frixt is-sema, qgħEdt l-art fis-sod, u mix-xejn tajt l-eżistenza lil dak kollu li jeżisti.", "Inti dejjem tisma' lil dawk li jagħmlu r-rieda tiegħek u jqimuk u jħarsu l-preċetti tiegħek.", "Isma' t-talba tiegħi, u żomm fidili l-merħla li fdajtli f'idejja, qaddej tiegħek li ma jinqalax u ma jistħoqqlux.", "Eħlishom mill-ħażen u l-qerq tal-pagani li jżebilħuk, kabbar u kattar il-Knisja tiegħek, u iġbor 'il kulħadd fl-għaqda tagħha.", "Agħmel li l-poplu tiegħek ikun għoli fil-ġieħ, żommhom qalb waħda fil-fidi vera u fl-istqarrija tajba tiegħek, u nissel f'qalbhom il-kelma tat-tagħlim tiegħek.", "Huwa don tiegħek jekk inti lqajtna biex inxandru l-Evanġelju ta' Kristu tiegħek, inħeġġu lill-oħrajn għall-għemejjel it-tajba u nagħmlu dak li jogħġob lilek.", "Dawk li tajtni, inroddhomlok lura għax huma tiegħek; mexxihom bil-leminija qawwija tiegħek, u żommhom taħt il-kenn ta' ġwenħajk, biex ilkoll ifaħħru u jagħtu glorja lil ismek, l-isem tal-Missier u ta' l-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.", "Ammen.'", "Imbagħad ta bewsa qaddisa lil kulħadd u qal: '", "Imbierek Alla, li ma ħalliniex inkunu priża tal-għedewwa tagħna li ma jidhrux, imma qatta' x-xibka tagħhom u ħelisna minnhom biex ma jeqirduniex.'", "U hekk straħ fil-Mulej meta kellu tnejn u erbgħin sena.", "Il-Papa ordna li l-Griegi ta' Ruma u r-Rumani kollha jinġabru madwar il-katavru tiegħu bix-xemgħat mixgħula f'idejhom għall-Uffiċċju, u ried ukoll li l-funeral isirlu xorta waħda kif isir lill-Papa stess: u hekk sar.\"", "L-14 ta' Frar norbtuh ħafna drabi mal-festa ta' San Valentinu (Saċerdot u Martri. + c. 269).", "Valentinu kien saċerdot Ruman li aktarx sofra l-martirju fil-persekuzzjoni kontra l-Insara, taħt Karlu l-Goti, għall-ħabta tas-sena 269.", "Jinsab midfun fil-Via Flaminia, f'Ruma, u fuq il-qabar tiegħu nbniet bażilika fit-350.", "Bħal-lum il-'maħbubin' jibagħtu l-kartolini msejħin \"ta' San Valentinu\" li m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' dan il-qaddis ħlief li jissemmew għalih.", "Din id-drawwa jingħad li bdiet minħabba t-twemmin popolari li l-għasafar jibdew isibu s-sieħba tagħhom f'dan il-jum.", "Kristu hu l-veru Maħbub ta' kulħadd, li ħabbna mhux bil-paroli biss imma fis-sewwa u fil-verità billi miet għalina fuq is-salib biex isalvana.", "Int qed tħobbU lura billi tgħix skont it-tagħlim tiegħu kif għamlu u għallmu San Ċirillu u San Metodju?", "Hu li qal:", "\"Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti\"", "(Ġwanni 14:23)", "Talba", ":", "O Alla, int dawwalt il-ġnus Slavi bil-ħidma qaddisa tal-aħwa San Ċirillu u San Metodju; dawwal lil qlubna bit-tagħlim tiegħek, u agħmel li lkoll inkunu poplu wieħed, magħqud fl-istqarrija tal-fidi vera.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/sts-cyril-and-methodius.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/sts-cyril-and-methodius-147", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saints_Cyril_and_Methodius", "Film on Cyril and Methodius: The Apostles of the Slavs (2013) with English subtitles:", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d37b8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-5-15-san-klawdju-de-la-colombiere/", "title": "15 ta' Frar: San Klawdju de la Colombière", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Klawdju de la Colombière", "\"Ma nistgħux nunuraw lil Alla billi nippretendu affarijiet kbar mingħandu.", "Il-fiduċja tagħna Fih hija l-virtù li tagħtih l-akbar unur.\" –", "San Klawdju de la Colombière", "SAN KLAWDJU DE LA COLOMBIÈRE", "Saċerdot", "1641 – 1682", "Tagħrif:", "San Klawdju De La Colombière nistgħu nsejħulu l-Appostlu tal-Qalb ta' Ġesù flimkien ma' Santa Margerita M. Alacoque li tagħha kien direttur spiritwali.", "Klawdju twieled ftit 'il bogħod minn Lyon (Franza) fl-1641.", "It-tifel kiber fl-għożża ta' familja tassew Nisranija.", "Kmieni bagħtuh jistudja f'kulleġġ tal-Ġiżwiti.", "Ma kienx differenti mit-tfal tamparu: delikat f'persuntu iżda ferrieħi, studjuż imma wkoll ċajtier.", "Ma kienx jonqos li jitħallat ma' sħabu f'dak li hu sports tal-kulleġġ.", "Ta' 17-il sena ngħaqad mal-Kumpanija ta' Ġesù.", "Ġie ordnat saċerdot f'Pariġi ta' 28 sena, fl-1669.", "Għallem fi skola tal-Ġiżwiti u kien predikatur f'Lyon.", "Ta' 33 sena ħa l-voti solenni u xahrejn wara, fi Frar 1675, sar superjur ta' komunità żgħira f'Paray-le-Monial.", "B'kollox dam hemm 18-il xahar biss, iżda dan kien żmien biżżejjed biex jagħti lil Santa Margarita Marija Alacoque, f'kunvent tal-viżitazzjoni fil-qrib, id-direzzjoni spiritwali u l-inkoraġġiment li kellha bżonn.", "Hu l-aktar li jibqa' mfakkar għal din il-missjoni tiegħu li sawret it-tifsira ta' ħajtu.", "F'Ottubru 1676, kien mibgħut Londra bħala predikatur tal-qorti ta' Maria Beatrice d'Este, mart Ġakbu d-Duka ta' York li 'l quddiem sar ir-Re Ġakbu II.", "Hawn beda jxerred kemm jista' d-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Ġesù.", "Jibqa' msemmi għall-fiduċja sħiħa li kellu f'Alla anki meta l-affarijiet ma kinux jidhru sejrin tajjeb.", "Diversi talbiet tiegħu jixhdu tajjeb dan.", "Wara sentejn f'Londra, Klawdju kien akkużat falzament li kien qed jipprieTka kontra Charles II, u l-Parlament (magħmul minn protestanti) f'Novembru 1678 tefgħu lil Klawdju l-ħabs.", "Minkejja li ma nstabx ħati tal-akkużi li nġiebu kontrieh, hu xorta waħda kien imkeċċi mill-Ingilterra u ordnat jirritorna fi Franza, saħħtu mkissra għall-aħħar.", "Sas-sena 1681, il-qaddis kien id-direttur tal-istudenti Ġiżwiti f'Lyon.", "Imbagħad kien mibgħut mill-ġdid f'Paray-le-Monial fejn saħħtu tant marret lura li miet nhar il-15 ta' Frar 1682, ta' 41 sena.", "Klawdju De La Colombière kien dikjarat beatu minn Piju XI fis-16 ta' Ġunju 1928, u l-Papa San Ġwanni Pawlu II iddikjarah qaddis f'April, 1992.", "Ħsieb", ":", "Fil-jum tal-bieraħ, ta' San Valentinu jew Jum il-Maħbubin, iċċelebrajna l-imħabba!", "Żgur li rajna ħafna qlub ħomor ma' kullimkien biex idaħħluna fl-atmosfera.", "Illum fil-festa ta' San Klawdju de la Colimbiere, li flimkien ma' Santa Margarita Marija Alacoque (", "ara Santa Margarita Marija Alacoque u dettali dwar il-Messaġġi li rċeviet mingħand Ġesu'", ") waqqfu d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù, niftakru f'din imħabbtu safja u qaddisa.", "Qalb li tingħata lil kull wieħed u waħda minna u li tixxennaq biex tidħol f'relazzjoni ma' kull qalb, għax dak li ngħidu bil-Malti, 'Kull qalb trid oħra,' japplika wkoll għal Ġesù.", "Il-Papa Franġisku, fl-Angelus tad-9 ta' Ġunju 2013 jgħid hekk dwar il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù.", "\"Id-devozzjoni popolari tagħti ħafna importanza lis-simboli, u l-Qalb ta' Ġesù hu l-aqwa simbolu tal-ħniena ta' Alla; imma mhux simbolu figurattiv, huma simbolu reali, veru, li juri ċ-ċentru, l-għajn li minnha gelglet is-salvazzjoni għall-ġens uman kollu.", "Fl-evanġelji nsibu numru ta' riferimenti għall-Qalb ta' Ġesù, per eżempju fis-silta fejn Kristu stess jgħid:", "'Ejjew għandi, intom ilkoll li intom għajjenin u mgħakksin, u jien inserraħkom.", "Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni għax jien ta' qalb ħelwa u umli.'", "(Mattew 11:28-29).", "Silta fundamentali oħra hi r-rakkont tal-mewt ta' Kristu skont Ġwanni.", "Dan l-evanġelista fil-fatt jixhed dak li ra fuq il-Kalvarju, jiġifieri li suldat, meta Ġesù kien diġà mejjet, itih daqqa ta' lanza f'ġenbu u minn dik il-ferita joħorġu demm u ilma (Ġwanni 19:33-34).", "Ġwanni għaraf f'dan is-sinjal, li jidher komuni, it-twettiq tal-profeziji: mill-Qalb ta' Ġesù, Ħaruf maqtul fuq is-salib, igelglu il-maħfra u l-ħajja għall-bnedmin kollha.", "Imma l-ħniena ta' Ġesù mhix biss sentiment, hija qawwa li tagħti l-ħajja, li tqajjem lill-bniedem!", "Dak li jħoss Ġesù għalina, hi l-imħabba ta' Alla għall-bniedem, il-ħniena tiegħu, jiġifieri l-imġiba ta' Alla meta jmiss mal-miżerja tagħna, man-nuqqasijiet tagħna, it-tbatija tagħna, id-dwejjaq tagħna.", "Ejjew naħsbu fuq din il-ħaġa sabiħa: il-ħniena ta' Alla tagħti l-ħajja lill-bniedem, tqajjmu mill-mewt.", "Il-Mulej dejjem iħares lejna bil-ħniena; ejjew dan ma ninsewhx, iħares lejna dejjem bil-ħniena, jistenniena bil-ħniena.", "Ejjew ma nibżgħux nersqu lejh!", "Għandu qalb mimlija ħniena!", "Jekk aħna nuruh il-feriti li għandna minn ġewwa, dnubietna, Hu dejjem jaħfrilna.", "Hija biss ħniena!", "Ejjew immorru għand Ġesù!\"", "Wara Santa Margarita Marija Alacoque u San Klawdju de la Colombière, aktar riċenti bejn l-1905 u l-1938, għexet Santa Fawstina Kowalska (", "ara Santa Fawstina Kowalska u dettalji dwar id-Djarju u l-Messaġġ tal-Ħniena", "), magħrufa bħala l-Appostlu tal-Ħniena Divina li bid-Djarju li l-Mulej riedha tikteb u bil-Festa tal-Ħniena li permezz tagħha ġiet introdotta fil-Knisja, għandna enfasi kbira fuq din il-Ħniena ħierġa minn din il-Qalb ta' Alla magħmul bniedem.", "Int tagħraf din it-tip ta' mħabba safja u ħanina fil-Persuna ta' Ġesù li dejjem lest biex iħaddnek miegħu, għamilt x'għamilt f'ħajtek, u permezz tas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin jagħtik il-vera ħajja Fih?", "Talba", ":", "Mulej, jien qiegħed fid-dinja biex nuri l-ħniena Tiegħek waqt li xi nies jigglorifikawk billi juru l-qawwa tal-grazzja Tiegħek, bil-fedeltà dejjiema lejk.", "Jiena nigglorifikak billi nuri kemm Inti ħanin lejn il-midinbin.", "Nuri li l-ħniena Tiegħek hija bla tarf, u li ebda midneb, kbira kemm hi kbira l-offiża, m' għandu jaqta' qalbu mill-maħfra.", "Jekk jien inqastek sew, Redentur tiegħi, tħallinix noffendik iżjed billi naħseb li m'għandekx ħniena biżżejjed biex taħfirli.", "Ammen.", "(Talba ta' San Klawdju de la Colombière)", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/02/st-claude-de-la-colombiere.html", "Alternative Reading:", "https://www.ignatianspirituality.com/ignatian-voices/16th-and-17th-century-ignatian-voices/st-claude-de-la-colombiere-sj", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Claude_de_la_Colombi%C3%A8re", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d52c6', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-7-27-san-frangisk-anton-fasani/", "title": "27 ta' Novembru: San Franġisk Anton Fasani", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Franġisk Anton Fasani", "\"O Mulej, jien ngħanni lill-ħniena tiegħek għal dejjem u l-ħniena tiegħek tfaħħrek, għat-tifħir u r-radd ta' ħajr li jien nagħtik għal dejjem.\" –", "San Franġisk Anton Fasani", "SAN FRANĠISK ANTON FASANI", "Presbiteru", "1681 – 1742", "Tagħrif:", "Kien jismu Giovaniello u twieled fil-belt ċkejkna imma tant ħelwa ta' Lucera, qrib Foggia, fil-Puglie, fl-Italja t'Isfel, fl-1681.", "Daħal mal-Patrijiet Franġiskani Konventwali, u studja f'Monte Sant'Angelo, qrib is-Santwarju famuż ta' San Mikiel, f'San Lorenzo Maggiore ta' Napli u fil-Collegio Sistino ta' Ruma, imwaqqaf mill-Papa Franġiskan Konventwali Sistu V, u ġie ordnat saċerdot Assisi flimkien ma' sieħbu, il-Beatu Antonju-Marija Lucci, li wara laħaq isqof ta Bovino.", "Il-Papa Klement XI ħatru provinċjal tal-Puglie u rnexxielu jirriforma l-provinċja.", "Il-\"Patri Majjistru\" kif kien u għadu magħruf sal-lum f'Lucera, devotissimu tal-Immakulata, kiseb minn Napli, għall-knisja tiegħu, statwa mill-isbaħ tal-injam, tal-Kunċizzjoni, u daħħal l-użu tan-Novena Sollenni tagħha.", "Magħruf bħala kittieb, predikatur, konfessur, direttur spiritwali, mistiku, kif ukoll għall-estasi u għall-mirakli, kienu jsejħulu San Franġisk t'Assisi ieħor.", "Miet fl-ewwel jum tan-Novena tal-Immakulata, festa tal-Qaddisin Kollha, tal-Ordni Franġiskan, fid-29 ta' Novembru, 1742, ta' 61 sena.", "Il-fdal tiegħu jinsab meqjum b'għożża kbira taħt l-altar maġġur tal-knisja ta' San Franġisk ta' Lucera, tal-patrijiet ħutu Franġiskani Minuri Konventwali.", "Il-Papa Ġwanni Pawlu II, ikkanonizzah fit-13 ta' April, 1986.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa parti minn kummentarju għat-talba tal-\"Missierna\" ta' San Franġisk Anton Fasani fuq il-vers", "'Aħfrilna dnubietna, bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina'", ":", "\"O Mulej, jien ngħanni lill-ħniena tiegħek għal dejjem u l-ħniena tiegħek tfaħħrek, għat-tifħir u r-radd ta' ħajr li jien nagħtik għal dejjem.", "Mulej Alla l-Aktar Għoli, jiena rgħextek f'ħafna postijiet u b'ħafna modi, ħafna drabi u bil-kbir, tant li jien stess ninsab imħawwad u ma nistax ngħodd kemm-il darba nqastek jew nagħraf il-gravità ta' dnubieti.", "U int, imriegħex, tagħmel lil min riegħxek jitlob maħfra u jgħid: aħfrilna, għax int trid tħassar ħtijietna.", "Min hu dak li ma jifhimx il-ħniena tiegħek, Mulej?", "Min hu dak li sa jintilef fid-disperazzjoni?", "Min hu dak li ma jridx maħfra?", "J", "ekk il-midinbin l-oħra jridu jibqgħu midjunin, jien ma rridx.", "Quddiem il-ħniena divina tiegħek jiena nferragħ dnubieti kollha u b'leħen għoli nlissen: aħfrilna.", "Ngħolli leħni mill-qiegħ ta' qalbi u ngħajjat quddiemek: aħfrilna.", "Nistqarr li ħtijieti huma kbar fil-għadd u fil-qjies, iżda x'inhuma dawn ħdejn il-ħniena tiegħek bla tarf?", "In-nuqqasijiet tiegħi, għalkemm bla għadd, ma jistgħux jidhru quddiem daqstant ħniena u ma jitħassrux.", "Forsi n-nuqqasijiet tiegħi qegħdin hemm biex joħorġu rebbieħa fuq il-ħniena tiegħek?", "Dan ma jkun qatt!", "Alla tiegħi, ħniena u sabar bla tarf tiegħi, aħfirli u aħfer id-dejn kollu ta' dnubieti.", "Aħfirli kemm il-ħtija u kemm il-piena.", "Aħfirli l-ħtija għax din titħallas bil-mewt ta' dejjem.", "Aħfirli l-piena għax din titħallas bi tbatija temporali jew f'din il-ħajja jew fil-Purgatorju.", "Aħfrilna, mela, bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina.", "Jekk hemm min hu ħati għalija naħfirlu u naħfirlu bil-qalb.", "U mhux lilu biss, jekk hemm, imma 'l dawk ukoll li għad ikun hemm.", "U nitlob mingħandek, int li tqassam kull ġid, il-kotra ta' kull grazzja u ta' kull ġid għar-ruħ u għall-ġisem, fil-qasam temporali, spiritwali u etern.", "Naħfer mhux biss bil-qalb, imma fejn nista' bil-fatti wkoll.", "Mulej Ġesù Kristu, kemm jiżbaljaw dawk li ma jridux jaħfru lill-għedewwa!", "Inroddlok ħajr għal dejjem għax int għarraftni u fehemtni dawn il-ħwejjeġ.", "X'nista' ngħid aktar?", "Int li taħtaf il-qlub, int Tama waħdanija ta' dawk li jeħtieġu s-salvazzjoni!", "Aħfer, Mulej, għax jien min-naħa tiegħi diġà ħfirt, u jekk hemm oħrajn ħatjin għalija jien ninsab lest li naħfrilhom.", "U jekk fil-ġejjieni jkun hemm, minn issa stess naħfrilhom b'qalbi kollha.", "Eventwalment aħna nsiru skont l-għażliet li nagħżlu.", "Jekk aħna nagħżlu x-xewk, insiru nnigżu.", "Jekk nagħżlu t-tjieba, insiru tajba.", "Il-qdusija ta' San Franġisk Anton Fasani kienet riżultat tal-ħafna deċiżjonijiet żgħar li għamel biex jikkopera mal-grazzja ta' Alla.", "U int?", "Talba", ":", "O San Franġisk Anton Fasani, li kont diliġenti fl-istudju, ferventi fil-karità u l-meditazzjoni, perfett fil-qadi ta' dmirijietek u dejjem ubbidjenti lejn is-superjuri tiegħek, itlob għalina ħalli aħna nwettqu bi mħabba u dedikazzjoni kbira d-dmirijiet kollha tal-istat tagħna ħa jistħoqqilna l-premju tas-Sema miegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.archbishopcurley.org/about/article/franciscan-reflection-st.-francis-anthony-fasani", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-francesco-antonio-fasani-66", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_19860413_fasani_en.html#top", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Francis_Fasani", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", "u l-Ħsieb hi kitba tal-qaddis maqluba għal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d1c6e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-3-13-beatu-gordan-tas-sassonja/", "title": "13 ta' Frar: Beatu Ġordan tas-Sassonja", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Ġordan tas-Sassonja", "\"Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.\" –", "Ġesù f'Mark 16:15", "BEATU ĠORDAN TAS-SASSONJA", "Presbiteru", "c1199 – 1237", "Tagħrif:", "Twieled f'Burberg, fil-Ġermanja, lejn tmiem is-seklu tnax.", "Ħa l-libsa tal-Ordni Dumnikan fil-kunvent ta' Pariġi fit-12 ta' Frar 1220 minn idejn il-Beatu Reġinaldu.", "Ġordan kien ħabib kbir tal-Fundatur San Duminku u l-ewwel wieħed li ngħażel Superjur Ġenerali bħala suċċessur ta' San Duminku biex imexxi l-Ordni tal-Predikaturi.", "Għal ħmistax-il sena Ġordan mexxa bi ħlewwa u tjieba kbira ż-żewġ fergħat tal-Ordni (patrijiet u sorijiet) iħeġġiġhom bil-kelma u l-eżempju tiegħu, jiktbilhom, iżurhom ta' sikwit, u jirranġa l-kostituzzjonijiet.", "Ġordan kellu mħabba kbira lejn il-Verġni Mbierka u għall-ġieħ tagħha ordna l-kant tas-Salve Regina wara l-kompjeta.", "Il-Beatu Ġordan miet b'diżgrazzja fl-età ta' madwar 37 sena, meta sab l-għarqa huwa u rieġa' lura bil-baħar minn żjara fil-Provinċja tal-Art Imqaddsa.", "Kien it-13 ta' Frar 1237.", "Il-Papa Piju XII wettaq il-qima lejh fl-10 ta' Mejju, 1826.", "Ħsieb", ":", "Deskritt mill-bijografu bikri tiegħu Gerald de Frachet bħala \"l-aktar suċċessur li kien jistħoqqlu post Duminku,\" Ġordan dejjem ġie mfakkar bħala", "\"mera ta' kull aspett tal-osservanza reliġjuża, eżempju ta' virtù, raġel ta' kastità mhux minsusa tal-moħħ u tal-ġisem.\"", "Tabilħaqq, l-eżempju ta' Ġordan jingħad li ġieb miegħu elf raġel biex jissieħbu fl-Ordni u l-interċessjoni tiegħu għad għandha l-qawwa biex tqajjem żelu u entużjażmu fl-irġiel u fin-nisa tal-lum biex dawn jaslu jikkonsagraw ħajjithom lil Alla bl-ilbies abjad ta' San Duminku.", "Mill-bosta stejjer li nafu dwar Ġordan, nistgħu nsemmu dwar il-karità kostanti tiegħu, il-paċenzja u l-imħabba mal-oħrajn.", "Hu qatt ma naqas milli jikkonferma lill-aħwa fil-fidi u jassigurahom fi żminijiet ta' prova.", "Imma kif għamel dan?", "Hu għamel dan billi għamel dak li l-Ordni tal-Predikaturi jeżistu għalih: ix-xandir tal-Aħbar it-Tajba.", "L-aħbar li r-rebħa tappartjeni lil Alla tagħna, li Ġesù ħarġina mill-iskjavitù ta' dnubietna u li aħna salvajna minn kull inġustizzja.", "Kull meta tiġrilna xi ħaġa ħażina, kull meta nħossuna dgħajfa jew oppressa minħabba l-iżbalji li nkunu wettaqna, nistgħu nsegwu l-parir ta' Ġordan u nduru lejn Kristu Msallab.", "Quddiem il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù nistgħu ngħidulu: 'Mulej, ikollok ħniena minna' u mmorru għandu kif qalilna Hu stess:", "\"Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom\"", "(Mattew 11:28).", "U int kull darba li tiżbalja, tmur b'mod spiritwali quddiem Ġesù msallab u għand is-saċerdot fil-Qrar biex tirċievi mingħand il-Mulej il-ħniena u l-maħfra?", "Kemm int lest/a xxandar l-Aħbar it-Tajba bla ma tħalli xejn ifixklek jew iwaqfek milli tagħmel dan għax temmen lix-xandir hi s-sejħa ta' kull Nisrani?", "Timpenja ruħek biex twettaq fil-fidi u biex tagħmel kuraġġ lil dawk in-nies madwarek li forsi għaddejjin minn żmien iebes u qed jaqtgħu qalbhom?", "Talba", ":", "Beatu Ġordan ta' Sassonja, suċċessur ta' San Duminku, fil-jiem bikrija tal-Ordni, l-eżempju tiegħek u l-ħeġġa ġiegħlu lil ħafna rġiel u nisa jsegwu lil Kristu bl-ilbies abjad tal-Qaddis.", "Bħala Patrun tal-vokazzjonijiet Dumnikani, nitolbuk tkompli tħeġġeġ aktar irġiel u nisa ddedikati biex jikkonsagraw ħajjithom lil Alla.", "Permezz tal-interċessjoni tiegħek, nitolbuk ukoll biex tipproteġi u tqaddes lill-patrijiet kollha fl-Ordni tal-Predikaturi biex ikunu dejjem imħejjija għall-appostolat tax-Xandir tal-Verità, kemm b'fommhom, kif ukoll bl-eżempju ta' ħajjithom.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.nashvilledominican.org/community/our-dominican-heritage/our-saints-and-blesseds/bl-jordan-of-saxony/", "Alternative Reading:", "https://www.english.op.org/godzdogz/great-dominicans-blessed-jordan-of-saxony", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Jordan_of_Saxony", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d3af9', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-8-28-santa-katerina-laboure-u-l-midalja-mirakuluza/", "title": "28 ta' Novembru: Santa Katerina Labourè u l-Midalja Mirakuluża", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina Labourè u l-Midalja Mirakuluża", "\"Wieħed għandu jara lil Alla f'kuħadd.\" –", "Santa Katerina Labourè", "SANTA KATERINA LABOURÈ", "Verġni", "1806 – 1875", "Tagħrif:", "Zoe (għax dan kien l-isem tagħha qabel daħlet reliġjuża) kienet id-disa' tarbija fost ħdax-il wild ta' familja ta' bdiewa mir-raħal żgħir ta' Fain-les-Moutiers, fil-Cote d'Or, Franza.", "Twieldet fit-2 ta' Mejju, 1806 minn Pierre Labourè, bidwi tat-tajjeb, u Louise Gontard, mara tar-ruħ u omm mill-aħjar.", "Hi ġiet mgħammda l-għada li twieldet.", "Ta' erbatax daħlet mas-sorijiet tal-karità Chatillon-sur-Seine, ħdejn Pariġi (1830), fejn għaddiet ħajjitha ddur bil-morda fil-kunvent ta' Rue de Bac.", "Fl-1832, fil-kappella tal-kunvent, il-Madonna dehritilha għal tliet darbiet, u rrikmandatilha li tħabrek biex jagħmlulha midalja f'ġieħ il-ħniena tagħha bħala omm Alla – dik il-midalja magħrufa bl-isem tal-\"Midalja Mirakuluża.\"", "Dik is-sena stess (fl-1832) saru 1,500 midalja, fit-tifkira tagħha.", "Bis-saħħa tal-Midalja Mirakoluża, fil-knisja ta' \"Sant'Andrea delle Fratte,\" tal-Patrijiet Minimi ġewwa Ruma, quddiem l-altar tal-\"Madonna tal-Mirakli,\" il-Lhudi Alfons Ratisbonne, fit-18 ta' Jannar, 1842, ikkonverta u sar Kattoliku u anki saċerdot u fundatur tal-patrijiet u s-sorijiet tal-Madonna ta' Sijon għall-konverżjoni tal-Lhud.", "Mietet ta' 70 sena fil-kunvent ta' Enghien-Reuilly, fejn kienet għaddiet l-aħħar 46 sena ta' ħajjitha bħala infermiera mal-morda u x-xjuħ, kif ukoll bħala purtinara.", "Hi kienet qalet minn qabel li ma tarax is-sena 1877, għax fil-fatt mietet fil-31 ta' Diċembru, 1876.", "Il-funeral kien popolari ħafna.", "Iżjed tard, ftit snin wara li difnuha, tifel ta' tnax-il sena, magħtub minn twelidu, fieq b'miraklu fuq qabarha.", "Il-ġisem tagħha kien għadu sħiħ 56 sena wara mewtha, meta fil-21 ta' Marzu, 1933, ittieħed Pariġi bl-akbar solennità għas-santwarju tal-Madonna Mirakoluża, f'Rue du Bac, fejn, (flimkien ma' dak tal-fundatriċi, Santa Louisa de Marillac), għadu meqjum sal-lum.", "Ibbeatifikata mill-Papa Piju XI, fl-1933 u l-Papa Piju XII ikkanonizzaha fis-27 ta' Lulju, 1947.", "San Massimiljanu Marija Kolbe, martri Franġiskan Konventwali u fundatur tal-Milizzja tal-Immakulata, mhux biss qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu fl-altar tal-\"Miraklu\" li diġà semmejna, imma xerred kemm felaħ fil-Polonja u fil-Ġappun il-Midalja Mirakoluża, kif għamel ukoll f'Malta San Ġorġ Preca.", "Ħsieb", ":", "Il-Madonna dehret diversi drabi lil Santa Katerina Labourè, soru tal-Karità ta' San Vinċenz, fil-monasteru ta' Rue du Bac, Pariġi, meta Katerina kienet għadha novizza.", "Dawn id-dehriet bdew f'Novembru tal-1830 u komplew sa kważi sena wara.", "L-aktar dehra importanti minn dawn kienet dik tas-27 ta' Novembru, li fiha l-Verġni Marija talbitha biex tagħmel medalja f'għamla ovali skont id-dettalji li wrietha.", "Jiġifieri: fuq naħa kien hemm ix-xbiha tal-Madonna fuq globu, b'riġlejha tgħaffeġ ras is-serpent, b'idejha miftuħin li minnhom ħerġin ir-raġġi, li aktar tard il-qaddisa fissret bħala l-grazzji li l-Madonna lesta tagħti lil min jitlobhomlha u mad-dawra ovali kien hemm il-kelmiet:", "O Marija, imnissla mingħajr dnub oriġinali, idħol għalina li nirrikorru lejk.", "Fuq in-naħa ta' wara kien hemm l-ittra M, li minn ġo fiha kienet għaddejja strixxa u li fuq din l-istrixxa kien hemm salib.", "Madwar dawn is-simboli kien hemm tnax-il kewkba, waqt li taħt l-ittra M kien hemm żewġt iqlub, waħda inkurunata bix-xewk u l-oħra minfuda bis-sejf.", "Katerina ma għarrfet lil ħadd dwar dawn id-dehriet ħlief lill-konfessur tagħha M. Aladel, li f'Ġunju tal-1832 għamel l-ewwel domni skont kif xtaqet il-Madonna.", "Bdew jiġu rrapportati, tista' tgħid mill-ewwel, każijiet ta' fejqan tal-għaġeb, konverżjonijiet kbar u favuri spiritwali, marbutin ma' din il-medalja, tant li popolarment bdiet tissejjaħ il-Medalja Mirakoluża.", "Fl-1836, tribunal f'Pariġi approva l-medalja bħala waħda ta' oriġini sopranaturali.", "Imma l-medalja kisbet prestiġju kbir bil-konverżjoni f'daqqa waħda u bla mistennija għall-fidi Kattolika tal-Lhudi Alfonsu Ratisbonne, bniedem ateu u antikattoliku, waqt li kien imlibbes biha meta żar knisja f'Ruma biex jirranġa għall-funeral ta' xi ħadd.", "Ratisbonne aktar tard waqqaf il-kongregazzjoni reliġjuża ta' Sidtna Marija ta' Sijon, biex taħdem għall-ftehim bejn il-Lhud u l-Insara.", "Fl-umiltà kbira tagħha Katerina Labouré rnexxielha żżomm is-sigriet dwar dawn id-dehriet tagħha sa mewtha 40 sena wara.", "F'Malta, id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża kienet imxerrda ħafna minn San Ġorġ Preca, u llum il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-Blata l-Bajda taħt l-unika knisja f'Malta li hi ddedikata lill-Madonna taħt dan it-titolu.", "San Ġorġ Preca jgħidilna:", "\"Nissel kunfidenza kbira fl-omm divina ta' Ġesù Kristu għax hi setgħana wisq fuq il-qalb ta' Alla, li xejn ma jiċħdilha minn dak li titolbu.", "Il-predestinati huma kollha marbutin magħha bi spirtu ta' vera devozzjoni.", "Hija ssaltan ma' Ġesù Kristu fis-sema bħala reġina, bħala padruna u bħala omm.\"", "Jekk għad m'għandekx, tajjeb li jkollok u anki żżomm fuqek", "il-Midalja Mirakuluża", "(li tidher fl-istampa t'hawn fuq) li talbitna l-Madonna permezz ta' Santa Katerina Labourè.", "Tinsiex wkoll li l-aktar talba li tagħti unur lill-Madonna u dik li hi tkun qed tistenniena nitolbu bil-ħerqa għall-bżonnijiet tagħna u tad-dinja, tibqa' dejjem it-talba sabiħa tar-Rużarju Mqaddes.", "Tassew li kulħadd jafu dan, imma kulħadd jitolbu?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta'", "Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjos kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Talba", ":", "Ftakar, ja l-iżjed ħanina verġni Marija, li qatt ma nstema', li xi ħadd intefa' taħt il-patroċinju tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li inti tidħol għalih u inti ma smajtux.", "Imqanqal minn dan il-ħsieb jien għal għandek niġi ja verġni omm tiegħi, għal għandek niġi, quddiemek noqgħod, midneb u niedem, ja omm l-iben t'Alla, magħmul bniedem.", "La tistmerrx it-talb tiegħi iżda ismagħni u weġibni.", "Ammen.", "(Talba ta' San Bernard ta' Clairvaux)", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/st-catherine-laboure-and-miraculous.html", "Alternative Reading:", "https://www.olrl.org/lives/laboure.shtml", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Catherine_Labour%C3%A9", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif u l-Ħsieb dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee0d581b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-2-22-santa-cecilja/", "title": "22 ta' Novembru: Santa Ċeċilja", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ċeċilja", "\"Xħin beda jżernaq, Ċeċilja semmgħet leħinha u qalet: Ħaffu, suldati ta' Kristu: warrbu għemil id-dlam u ilbsu l-armi tad-dawl!\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-festa tal-lum.", "SANTA ĊEĊILJA", "Verġni u Martri", "It-Tieni jew it-Tielet Seklu", "Tagħrif:", "Skont leġġenda Rumana, Santa Ċeċilja kienet mill-belt ta' Ruma.", "Sa minn ċkunitha bdiet tħobb lil Ġesù, u iktar ma kienet qed tikber, iktar kienet qed issir tħobbu.", "Kienet għadha daqsxejn ta' tfajla meta offrietlu ħajjitha u l-verġinità tagħha.", "Iżda biex tobdi lill-ġenituri tagħha, iżżewġet lil żagħżugħ nobbli pagan, jismu Valerjanu.", "Ftit wara ż-żwieġ, ikkonvertitu, u hu kkonverta wkoll lil ħuh, Tiburzju.", "It-tnejn inqabdu li kienu Nsara, u ġew ikkundannati għall-mewt flimkien ma' uffiċjal jismu Maximus.", "Santa Ċeċilja ddispjaċiha ħafna li kellhom imutu fil-fjur ta' ħajjithom, iżda fl-istess ħin ferħet li mietu martri għal Ġesù.", "Hi stess difnithom.", "Ftit ġranet wara, hi wkoll mietet martri, wara agunija ta' tlett ijiem, minħabba ferita li sofriet bid-daqqa tal-mannara fuq għonqha.", "Għalkemm din hi storja sabiħa ta' mara Nisranija li ħarset xbubitha u tat ħajjitha għall-imħabba ta' Kristu, mhix ibbażata fuq materjal awtentiku.", "B'danakollu fiċ-ċimiterju ta' San Kallistu, f'Ruma, hemm qabar b'lapida li ġġib isimha, u sa mis-seklu ħamsa ġa kienet inbniet knisja f'Ruma għall-ġieħ tagħha.", "Santa Ċeċilja hija l-patruna tal-mużiċisti.", "Fl-1599, il-Kardinal Sfondarati ordna li jinfetaħ il-qabar u l-ġisem deher intatt għal kollox.", "Il-ġisem kien imlibbes libsa ndurata bid-deheb, jistrieħ fuq il-ġenb tal-lemin, id-dirgħajn mitluqin minn tulhom, wieħed fuq l-ieħor, l-għonq maqtugħ; il-posa tal-ġisem kien bla dubju, dak ta' tfajla żagħżugħa, waqt l-aħħar mumenti ta' ħajjitha.", "Ħsieb", ":", "Min iħobb lil Ġesù ma jkunx kuntent li jħobbu waħdu, imma jħabrek biex jarah maħbub minn oħrajn.", "Mhux hekk għamlet Santa Ċeċilja?", "Għalhekk filwaqt li aħna nikbru dejjem iżjed fi mħabbitna lejn Ġesù, infittxu li permezz tagħna oħrajn ukoll isiru jħobbuh iżjed.", "Dan l-eżempju narawh ukoll fil-Verġni Marija li marret għand Eliżabetta biex twasslilha, l-ewwel u qabel kollox, lil Binha Ġesù, imbagħad biex tgħinnha fi bżonnijiet prattiċi oħra tal-ħajja ta' kuljum.", "Infatti dan hu dak li qal il-Papa Franġisku f'waħda mill-katekeżi tal-Udjenzi Ġenerali:", "\"Meta marret iżżur lil Eliżabetta, il-Verġni Marija ma ħaditilhiex biss għajnuna materjali; dan ukoll, imma wasslitilha lil Ġesù, li diġà kien jinsab f'ġufha.", "Li ħadet lil Ġesù f'dik id-dar kien ifisser li ħadet il-ferħ, il-ferħ sħiħ.", "Eliżabetta u Żakkarija kienu ferħana b'dik it-tqala li kienet tidher impossibbli għall-età tagħhom, imma hi x-xbejba Marija li twasslilhom il-ferħ sħiħ, dak li jiġi minn Ġesù u mill-Ispirtu s-Santu u jesprimi ruħu f'li nagħmlu karità bla ma nistennew ħlas, f'li naqsmu mal-oħrajn, f'li ngħinu lil xulxin, f'li nifhmu lil xulxin.\"", "F'kelma waħda l-Papa qed ifakkarna li l-missjoni tal-Knisja u ta' kull Nisrani hija dik li jwassal lil Kristu, għaliex il-ferħ veru u sħiħ il-bniedem isibu biss fi Kristu.", "Kemm sagrifiċċji nagħmlu biex intejbu l-ħajja tagħna, u sew nagħmlu!", "Iżda jista' jiġri li niżbaljaw meta naħsbu li l-kuntentizza tiġi minn dak li għandi u minn dak li nakkwista.", "Ħarsu lejn tifel ċkejken, kemm jifraħ meta jirċievi xi ġugarell!", "Jgħaddi ftit tal-ħin u dak il-ġugarell jispiċċa f'xi kantuniera u lanqas iħares aktar lejh.", "Il-Papa jgħidilna li avolja Żakkarija u Eliżabetta kienu ferħanin bit-tqala, li għalihom kienet impossibbli għaliex kienu xjuħ, imma kienet il-preżenza ta' Marija li kienet iġġorr lil Kristu li ġabet \"il-ferħ sħiħ.\"", "U għalik, kemm hi importanti li ħaddieħor jikkonverti u jsir Nisrani tajjeb?", "Hija prijorità f'ħajtek li xxandar l-imħabba ta' Kristu?", "Taħtaf kull okkażjoni li jkollok biex tagħmel dan ma' dawk ta' madwarek?", "Tibqa' tagħmel dan anki meta jkollok tħalles prezz għoli ħafna?", "Jalla fuq l-eżempju ta' Santa Ċeċilja u tal-qaddisin kollha, aħna wkoll inkunu xhieda veri ta' Kristu mhux biss bi kliemna, imma b'għemilna u tassew, anki jekk dan ifisser tbatija jew martirju kontinwu minn dawk li jagħmlulna l-ħajja diffiċli għax aħna ta' Kristu.", "Talba", ":", "Fit-tjieba tiegħek, Mulej, ieqaf magħna, u bl-għajnuna ta' Santa Ċeċilja, agħtina dik il-ħeġġa u l-qawwa li wassluha biex tibqa' soda fl-istqarrija tal-fidi tagħha sal-aħħar, anki jekk dan jiswielna saħansitra ħajjitna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.stceciliaroch.org/66", "Alternative Reading:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/11/saint-cecilia.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Cecilia", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee1cf4ec', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-5-25-santa-katerina-ta-lixandra/", "title": "25 ta' Novembru: Santa Katerina ta' Lixandra", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina ta' Lixandra", "\"Dawk li jisimgħu l-kelma t'Alla u jagħmluha, dawk huma ommi u ħuti.\" –", "Ġesù f'Luqa 8:21", "SANTA KATERINA MINN LIXANDRA", "Verġni u martri", "? – 305", "Tagħrif:", "Ma għandna ebda aħbar ta' din il-qaddisa, la fil-letteratura u lanqas fil-liturġija, ħlief minn żewġ dokumenti tardivi, il-Passio u l-Conversio, ta' madwar is-seklu tmienja.", "Skont dawn l-Atti tagħha, Katerina kienet ta' nisel irjali ta' Lixandra, kienet studjuża ħafna, u kienet semgħet bil-Kristjaneżmu.", "Il-ktieb tal-Iskrittura kien il-Vade Mecum ta' ħajjitha li fiha ltaqgħet ma' Alla.", "L-ewwel lejl wara l-magħmudija kellha viżjoni, fejn saret għarusa mistika ta' Ġesù quddiem il-Madonna.", "Fil-persekuzzjoni ta' Massenzju (Massiminu), Imperatur ta' Lixandra, Katerina, ta' 18, marret iċċanfru għat-tiranija tiegħu.", "L-imperatur ma kellux il-ħila jweġibha, u sejjaħ 50 għaref biex iweġbuha.", "Dawn ikkonvinċew ruħhom bl-argumenti tagħha u l-imperatur inkurlat, ħaraqhom għax saru Nsara.", "Katerina ħarġet rebbieħa, u Massenzju, wara li sawwatha, qafilha ġo ħabs.", "Wara dan telaq; iżda meta reġa' ġie lura, sab li martu Fawstina marret iżżur lil Katerina fil-ħabs, u saret Nisranija flimkien ma' 200 suldat tal-għassa.", "Ġew kollha maqtulin, u lill-qaddisa kkundannawha biex tiġi maqtula b'rota mdawra bl-imsiemer.", "Meta ġew biex joqtluha, il-ktajjen tagħha nħallu u r-rota nkisret, waqt li l-imsiemer taru fl-arja u qatlu xi wħud li kienu preżenti.", "Fl-aħħar qatgħulha rasha.", "Kienu l-monaċi li ġarrew il-ġisem tagħha fil-knisja li l-Imperatur Ġustinjanu kien bena ad unur tagħha, u minn dak iż-żmien il-monasteru beda jissejjaħ ta' Santa Katerina.", "Ħsieb", ":", "Minn omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna (25 ta' Novembru, 2016) fil-festa ta' Santa Katerina, fiż-Żejtun:", "\"Twieldet minn demm nobbli", "u l", "-għorrief u l-antiki jgħidulna li hi għażlet li titgħammed, ma tgħammditx ta' tarbija imma d-deċiżjoni tagħha li tħaddan il-fidi Nisranija kienet deċiżjoni adulta, kienet frott riflessjoni profonda ta' bniedma intelletwali u għarfa li ddeċidiet fost tant proposti ta' għerf, u sapjenza.", "Il-kelma ta' Ġesù tagħmel ħafna sens.", "Ma tikkalpestax l-għerf tal-bniedem imma twasslu għall-milja tiegħu u mhux biss, l-għerf tal-bniedem tibdlu għall-perspettiva tal-eternità.", "Mhux biss l-għerf ta' Ġesù Kristu jagħżel risposta għall-ħajja ta' din id-dinja, imma l-ħajja ta' din id-dinja jilluminaha u jdawwalha mhux biss fil-wegħda imma bir-realtà tal-ħajja li ma tintemmx.", "F'din il-belt hija tagħżel li titgħammed u l-isem tagħha jieħu sinifikat iżjed profond, għax l-isem tagħha jfisser 'mara msoffija,' mara safja, mara pura, Katerina, huwa isem Grieg li jkompli jurina li Katerina twieldet u trabbiet fuq ix-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran fl-Eġittu, imma f'belt Ellenika.", "Bil-Magħmudija Katerina twieldet mill-ġdid, issaffiet mid-dnub oriġinali, minn dnubietha kollha u bdiet dik il-ħajja li lil Kristu titgħarras miegħu fil-profond.", "Il-verġinità ta' Katerina, qabel hija verġinità fiżika, hija verġinità spiritwali.", "Bil-Magħmudija hija ssir totalment ta' Ġesù.", "L-esperjenza mistika tat-tieġ mal-Għarus tagħha hija esperjenza qawwija li tagħtiha sinjal profond, kważi karattru fir-ruħ tagħha.", "Katerina hija dik li quddiem l-aggressjoni ta' Massiminu l-Gvernatur ma tibżax.", "Ta' tmintax-il sena bl-għerf tagħha, bir-rieda soda tagħha, taf tieqaf il-praspar, id-delużjonijiet, is-superstizzonijiet ta' min irid ibegħdha minn Ġesù.", "Mhux hekk, tipperswadi, u tant tirrabja lit-tirann, li r-rebħa tagħha li hija rebħa ġwejda, rebħa li d-djalogu twassalha għas-saħħa tar-raġuni, ma jibqagħliex iżjed armi ħlief il-vjolenza.", "Kemm-il darba aħna l-Insara quddiem il-loġika tal-Evanġelju, is-sabar li jgħallimna Ġesù l-istil ġwejjed tiegħu, niltaqgħu ma' min għax m'għandux argumenti jitfa' biss it-tajn, il-kalunnja u l-insulti.", "Imma l-Mulej fl-Evanġelju avżana: \"Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabilkom.", "Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha iżda billi intom m'intomx tad-dinja għax jiena ħriġtkom mid-dinja, għalhekk id-dinja tobgħodkom\" (Ġwanni 15:18-19).", "Mhux għal daqshekk se nibżgħu, mhux għalhekk se nibżgħu jew se niddejqu mill-fenomenu tal-blogs jew mit-tgħajjir, jew mill-minaċċi.", "Aħna nafdaw bħalma afdat Katerina fis-saħħa tal-kelma ta' Ġesù, fid-djalogu rispettuż u profond.", "Ir-risposta tagħna la hija t-tgħajjir, ir-risposta tagħna la hija l-kalunnja, ir-risposta tagħna la hi vjolenza, ir-risposta tagħna hija l-għerf tas-Salib Imqaddes.", "Allura l-martirju ta' Santa Katerina għad-dinja, għal Massiminu li mbagħad spiċċa suiċida fis-sena 316, spiċċa ħażin, u ngħidlu miskin, imma kien magħruf li kien feroċi.", "Qalb Katerina it-trijonf għan-nies tad-dinja ta' żmienha kien falliment, bħalma jgħid Ktieb il-Għerf: \"il-mewt għat-tajbin qisha falliment imma huma jikbru fil-glorja.\"", "Il-martirju tagħha f'dan il-falliment tad-dinja, li min m'għandux iżjed argumenti, joqtlok l-ewwel bl-ilsien, imbagħad bis-sejf – hija rebħa – ir-rebħa ta' min jagħti ħajtu għal Ġesù, ta' min jixhed li r-rebħa hi tal-Mulej imsallab u rxuxtat.", "Dan ukoll huwa, skont it-tradizzjoni, il-jum tal-martirju tagħha.", "Il-jum tal-25 ta' Novembru tas-sena 305.", "Avveniment storiku – jista' jkun imżewwaq bit-tradizzjoni – imma fatt storiku.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq ħlejjaq jew ħrejjef tal-bnedmin, qegħdin nitkellmu fuq persuna storika, qegħdin nitkellmu fuq devozzjoni antika li l-providenza riedet li tkun marbuta wkoll mal-iżjed għolja qaddisa li hawn fid-dinja, fuq is-Sinaj, fejn hemm ukoll il-ġebel Katerin, fejn hemm il-monasteru ddedikat lilha.", "Huwa monument protett minn dejjem mill-umanità.", "Ħaġa interessanti, qrajt m'ilux li tant kienet qawwija d-devozzjoni lejn Santa Katerina fuq il-monasteru tas-Sinaj li l-istess Mohammed, il-fundatur tal-Iżlam, ta privileġġ ta' protezzjoni lill-monasteru.", "Hemm bżonn tbiddel il-qalb tagħna, hemm bżonn tbiddel il-mod kif naġixxu, kif nitkellmu, kif inħobbu u din hija t-talba tiegħi li intom tħarsu lejn Katerina titolbuha li tnissel fikom dak l-għerf li ġej mis-salib ta' Ġesù għax min m'għandux salib għandu domna.", "Għandna bżonn nitgħallmu minnha d-don tal-paċenzja, id-don tal-għerf, id-don tax-xhieda li hija wkoll il-martirju.\"", "Talba", ":", "Maħbuba Santa Katerina, nitolbuk tinterċedi għalina u żżommna taħt il-ħarsien tiegħek, fil-ferħ u n-niket tagħna, fil-mard, fl-istudju u fil-ħidma tagħna.", "La tħallina qatt nitbiegħdu minn Ġesù, għax nixtiequ nħobbuh bħalma ħabbejtu int. Ammen.", "(Addattata minn talba ta' Alexander Tanti)", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/saint-catherine-of-alexandria.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-catherine-of-alexandria-398", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Catherine_of_Alexandria", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb huwa meħud minn Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna (25 ta' Novembru 2016) fil-festa ta' Santa Katerina, fiż-Żejtun.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee1d16f2', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-6-26-san-leonardu-minn-portomaurizio/", "title": "26 ta' Novembru: San Leonardu minn Portomaurizio", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Leonardu minn Portomaurizio", "\"Min jimmedita l-Passjoni ta' Kristu jasal għall-indiema mill-qalb.\" –", "San Leonardu minn Portomaurizio", "SAN LEONARDO TA' PORTOMAURIZIO", "Reliġjuż", "1676 – 1751", "Tagħrif:", "Kien jismu Pietru Ġirolamo Casanova, u jissejjaħ hekk għax twieled f'Portomaurizio, fuq il-Golf ta' Ġenova (l-Italja).", "Ta' 13-il sena ntbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f'Ruma.", "Zijuh Wistin, li kien jgħix miegħu riedu jsir tabib, imma billi ma riedx, qatgħu mill-wirt.", "Ta' 21 sena (1697) ngħaqad mal-Franġiskani tal-Osservanza stretta f'Ponticelli u ħa l-isem ta' Leonardu.", "Kompla jistudja fil-Kulleġġ San Bonaventura f'Ruma u kien ordnat saċerdot fl-1703 meta kellu 27 sena.", "Emorraġija gastrika qawwija żammitu invalidu għal erba' snin, imma ħa saħħtu kompletament meta għamel wegħda li jiddedika ħajtu kollha għall-konverżjoni tal-midinbin.", "Mar fil-monasteru ta' San Francesco del Monte, Firenze, fl-1709, u minn hemm beda l-missjonijiet tiegħu li kellhom suċċess kbir.", "Għal 44 sena ta missjonijiet mal-Italja kollha tan-nofs u t'isfel, u kien jipprietka lil eluf fil-pjazez.", "Mhux biss irnexxielu jikkonverti midinbin kbar, imma wkoll jirrikonċilja partiti li kienu spiss fi ġlied bejniethom, u jerġa' jqajjem il-ħeġġa reliġjuża tal-poplu kollu.", "Hu xerred id-devozzjoni lejn it-Tnissil bla Tebgħa ta' Marija, l-adorazzjoni lis-Sagrament tal-Artal, il-qima lejn il-Qalb ta' Ġesù, u b'mod speċjali d-devozzjoni tal-Via Sagra.", "Huwa waqqaf mhux inqas minn 571 stazzjon tal-Via Sagra fl-Italja, fosthom sett fil-Kolossew Ruman.", "Darba ta missjoni ta' ġimagħtejn fi Pjazza Navona, Ruma, li għaliha attenda l-Papa bil-kulleġġ tal-kardinali.", "Fl-1744, Papa Benedittu XIV bagħtu jipprietka missjoni u jġib il-paċi f'Korsika, imma l-ħidma tiegħu hemmhekk ma kellhiex suċċess għax in-nies ta' Korsika ħarsu lejh aktar bħala għodda politika f'idejn il-Ġenoviżi li kienu jokkupaw il-gżira milli bħala missjunarju.", "San Leonard ħalla għadd kbir ta' kitbiet spiritwali bħala gwida għall-missjunarji u għal-lajċi, li jimlew 13-il volum u li ġew stampati diversi drabi u tradotti b'ilsna oħra.", "Miet ta' 75 sena fis-26 ta' Novembru, 1751 u ġie ddikjarat qaddis fl-1867.", "Hu patrun tal-missjonijiet parrokkjali.", "Ħsieb", ":", "Din li ġejja hija silta mid-diskors ta' San Leonardu dwar il-meditazzjoni tal-Passjoni ta' Kristu li jgħid li twassalna għall-indiema mill-qalb:", "\"Il-ħażen jiġi mill-fatt li ħadd ma jaħseb fir-realtajiet li għandna dejjem nimmeditaw dwarhom.", "Għalhekk ma għandux għalfejn wieħed jistagħġeb meta jara diżordni morali sħiħa.", "L-ewwelnett, insejna l-veritajiet eskatoloġiċi; imbagħad ħadd ma jaħseb la dwar il-ħwejjeġ ta' Alla u lanqas dwar il-passjoni doloruża li għadda minnha Ġesù Kristu għalina.", "L-impenji u d-dmirijiet tagħna jsiru bla qalb, u m'aħniex naħarbu kif imiss mill-perikli spiritwali li jinsabu kullimkien.", "Waqt li d-dinja tinsab f'qagħda morali mwiegħra ħafna, jinstemgħu f'waqthom il-kelmiet ta' Ġeremija: 'Il-pajjiż jinsab kollu mħarbat u ħadd ma jagħti kas.'", "Hemm xi rimedju għal dal-ħażen?", "Bl-umiltà kollha, nixteħet għarkopptejja quddiem il-prelati, il-kappillani, il-qassisin u l-ministri kollha ta' Alla biex nurihom li d-duwa tant mixtieqa jista' jilħaqha kulħadd: it-taħriġ imqaddes tal-Via Crucis.", "Jekk bil-ħeġġa u l-ħidma tal-kleru dat-taħriġ qaddis jibda jsir fil-parroċċi u fil-knejjes kollha, huwa jsir difiża f'waqtha u qawwija kontra t-tixrid tal-vizzju u jrodd benefiċċji kbar lil kull min jibda jimmedita ta' sikwit fuq it-tbatijiet u l-imħabba ta' Kristu l-Mulej.", "Il-meditazzjoni ta' sikwit fuq il-passjoni ta' Kristu ddawwal il-moħħ, tħeġġeġ ir-rieda, u ġġib indiema sinċiera fil-qalb.", "Jien ta' kuljum innutajt, u qisni messejt b'idejja, li t-titjib fid-drawwiet tal-Insara jistrieħ fuq it-taħriġ imqaddes tal-Via Crucis.", "Dan it-taħriġ huwa duwa kontra l-vizzji, waqfa kontra l-passjonijiet, tħeġġiġ f'waqtu għal ħajja qaddisa u virtuża.", "Jekk il-passjoni ħarxa ta' Kristu nżommuha ħajja quddiem għajnejna, daqslikieku mnaqqxa fil-għuda, imdawlin b'dawl hekk qawwi, aħna ma nkunux nistgħu ma nobogħdux il-għajb u d-dgħufija ta' ħajjitna.", "Nibdew inħossu ġo fina li għandna nwieġbu bi mħabba kbira għall-imħabba ta' Kristu u li għandna nilqgħu bil-ferħ it-toqol ta' dil-ħajja li minnu ma nistgħux naħarbu\".", "U dan kliem li qal il-Papa Franġisku liż-żgħażagħ (29 ta' Lulju, 2016) dwar it-Triq tas-Salib (Via Crucis):", "\"It-Triq tas-salib hija t-triq tal-hena f'li timxi wara Kristu dejjem u sal-aħħar, f'ċirkustanzi sikwit drammatiċi tal-ħajja ta' kuljum; hija t-triq li ma tibżax mill-insuċċessi, mit-twarrib jew mis-solitudini, għaliex timla l-qalb tal-bniedem bil-milja ta' Ġesù.", "It-Triq tas-salib hija t-triq tal-ħajja u tal-istil ta' Alla, li Ġesù jmexxina fiha ukoll f'mogħdijiet ta' soċjetà xi kultant maqsuma, inġusta u korrotta.", "It-Triq tas-salib mhijiex drawwa sadomażokistika; biss it-Triq tas-salib tegħleb id-dnub, il-ħażen u l-mewt, għaliex twassal għad-dawl jiddi tal-Qawmien mill-imwiet ta' Kristu u tiftaħ il-bibien għal ħajja ġdida u mimlija.", "Hija t-Triq tat-tama u tal-futur.", "Min jimxiha b'ġenerożità u bil-fidi, jagħti tama lill-futur u lill-umanità.", "Min jimxiha b'ġenerożità u bil-fidi jiżra' t-tama.", "U jien irrid li intom tiżirgħu t-tama.\"", "Tajjeb li nitolbu din it-talba wisq prezzjuża u ta' benefiċċji kbar għar-ruħ tagħna ta' spiss, forsi fil-jum tal-Ġimgħa fejn l-aktar li nfakkru l-Passjoni ta' Ġesù.", "Jeżistu diversi vidjos bil-Malti wkoll.", "Fost oħrajn, hemm:", "VIA SAGRA – ma' Fr Hayden Williams OFM Cap u Mona Borg:", "https://www.youtube.com/watch?v=bf84pTDgclU", "It-Triq tas-Salib għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti:", "https://www.youtube.com/watch?v=pAOg-KfFGF8&list=PLE39BD106F62C6BAA", "'Ikun li trid Int'", "playlist", ":", "https://www.youtube.com/watch?v=VAKvQzKfmKs&list=PLPAbF-_bN4riwGHKdRM4e-YjDCWny1eZE", "Talba", ":", "Isma' t-talb, Mulej, setgħani, tal-Qaddej tiegħek San Leonardu minn Portomaurizio u agħtina li ngħixu fuq l-eżempji sbieħ tal-ħajja tiegħu hekk li naslu biex infaħħruk miegħu fis-sema għall-ġid kollu li tagħmel magħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Sermon by St. Leonard of Port Maurice:", "https://www.olrl.org/snt_docs/fewness.shtml", "The Hidden Treasure Or The Immense Excellence Of The Holy Sacrifice of The Mass' by St. Leonard:", "https://trcatholics.org/images/TheHiddenTreasure.pdf", "English Version:", "https://www.roman-catholic-saints.com/saint-leonard-of-port-maurice.html", "Alternative Reading:", "https://theblackcordelias.wordpress.com/2009/11/26/saint-leonardo-de-porto-maurizio-november-26/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Leonard_of_Port_Maurice", "Film: La vita di San Leonardo da Porto Maurizio:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Il-Ħsieb meħud minn tagħrif miġbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee1ceecd', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-4-24-san-andrija-dung-lac-u-shabu/", "title": "24 ta' Novembru: San Andrija Dung-Lac u Sħabu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Andrija Dung-Lac u Sħabu", "\"Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.\" –", "Ġesù f'Mattew 5:10", "SAN ANDRIJA DUNG-LAC", "Saċerdot, u sħabu Martri", "1839 – 1867", "Tagħrif:", "Il-kanonizzazzjoni ta' 117-il martri tal-Vietnam saret mill-Papa Ġwanni Pawlu II fid-19 ta' Ġunju, 1988.", "Kienet waħda mhix tas-soltu fl-istorja tal-kanonizzazzjoni tal-Qaddisin.", "In-numru 117 kien l-ikbar għadd ta' qaddisin martri li qatt ġew ikkanonizzati f'daqqa.", "Fosthom kien hemm tmien isqfijiet, ħamsin saċerdot, seminarista, u lajċi.", "Minnhom, 96 kienu Vietnamiżi, 11 Spanjoli u 10 Franċiżi.", "Kien hemm 35 patri mill-Ordni Dumnikan, 10 kienu saċerdoti tas-Soċjetà tal-Missjoni Estera ta' Pariġi, oħrajn kienu minn fost il-kleru indiġenu, u seminarista.", "Barra minn hekk fost il-lajċi kien hemm missirijiet ta' familji, omm, 16-il katekist, sitt suldati, erba' tobba, ħajjat, bdiewa, sajjieda u kapijiet ta' komunitajiet Insara.", "Sitta minnhom mietu bil-qtugħ tar-ras, oħrajn mgħallqin, oħrajn maħruqin ħajjin, oħrajn qattgħulhom ġisimhom biċċa biċċa, oħrajn mietu minħabba t-turmenti kbar li sofrew.", "Ngħidu xi ħaġa fil-qosor fuq xi wħud minnhom:", "San Andrija Dung Lac twieled fit-tramuntana tal-Vietnam fl-1795, minn ġenituri fqar pagani li fdawh f'idejn wieħed katekista.", "Meta kiber sar katekista, imbagħad sar saċerdot fl-1823, u ħadem f'bosta nħawi tal-pajjiż.", "Tefgħuh il-ħabs iktar minn darba.", "Miet martri fl-1839, fl-età ta' 44 sena.", "San Vinċenz Liem miet martri fl-1773.", "Kien l-ewwel wieħed fost il-Vietnamiżi li ta ħajtu għal Kristu.", "San Tumas Tran Van twieled fl-1820 fiċ-ċentru tal-Vjetnam.", "Arrestawh meta kien seminarista, u qatluh fl-1838, ta' 18-il sena.", "San Manwel de Van Phung twieled fin-nofsinhar tal-Vietnam, sar katekista, u kien missier ta' familja.", "Miet martri fl-1859.", "San Valentin Berrio Ochoa, patri Dumnikan Spanjol mar il-Vietnam fl-1858, sar Isqof u miet martri fl-1861 fl-età ta' 34 sena.", "San Jean-Theophane Venard, Franċiż mis-Soċjetà tal-Missjoni Estera ta' Pariġi, mar fil-Vjetnam fl-1854 u sofra l-martirju fl-1861 fl-età ta' 32 sena.", "Ħsieb", ":", "Mill-ittri li bagħat fis-sena 1843 San Pawl Le-Bao-Tinh, student fis-Seminarju ta' Ke-Vinh dwar 'Is-sehem tal-martri fir-rebħa ta' Kristu r-Ras':", "\"Jien, Pawlu, fil-ktajjen minħabba l-isem ta' Kristu, nixtieq ngħarrafkom bit-tiġrib kollu li qiegħed kuljum jagħfas fuqi biex, kollkom ħeġġa ta' mħabba għal Alla, flimkien miegħi tfaħħru lil Alla, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu.", "Dan il-ħabs hu tassew xbieha tal-infern ta' dejjem: mat-tiġrib kiefer ta' kull xorta, imxekkel kif jien u marbut bi ktajjen tal-ħadid, irrid inżid il-mibegħda, il-vendetti, il-kalunji, il-kliem ħażin, it-tgergir, l-azzjonijiet ħżiena, il-ħalf bil-qerq, il-kliem ta' saħta, u fl-aħħar nett id-dwejjaq u n-niket.", "Alla, li fl-imgħoddi ħeles it-tliet żgħażagħ mill-forn tan-nar, hu dejjem miegħi, u ħelisni minn dan it-tiġrib kollu, u biddilhuli f'hena, għaliex għal dejjem hi l-ħniena tiegħu.", "Fost dan it-tiġrib kollu, li soltu jimla bil-biża' lil ħaddieħor, għall-grazzja ta' Alla, jien mimli ferħ u hena, għax m'iniex waħdi imma jien ta' Kristu.", "Hu, l-imgħallem tagħna, qiegħed jerfa' t-toqol kollu tas-salib, u lili għabbieni biss bl-iċken u l-aħħar biċċa minnu.", "Hu mhux biss qiegħed iħares lejn il-ġlieda tiegħi, imma qiegħed jitqabad miegħi u huwa se jkun ir-rebbieħ tal-ġlieda kollha.", "Għalhekk fuq rasu se titqiegħed il-kuruna tar-rebħa, u f'din il-glorja għandhom sehem il-membri kollha tiegħu.", "Kif kont se nissaporti dehra bħal din, nara kuljum il-kmandanti, il-mandarini u l-qaddejja tagħhom jidgħu bl-isem qaddis tiegħek, Mulej, li qiegħed fuq il-Kerubini u s-Serafini?", "Ara, Mulej, salibek qed jiġi mgħaffeġ taħt saqajn il-pagani!", "Fejn hi l-glorja tiegħek?", "Jien u nara dan kollu, imkebbes bi mħabbtek, nixtieq ikolli ġismi mqatta' biċċiet ħa mmut u nagħti xhieda tal-imħabba tiegħek.......Uri, Mulej, il-qawwa tiegħek, salvani u wettaqni, biex il-qawwa tiegħek tidher f'dak li hu dgħajjef fija, u tkun igglorfikata fost il-ġnus, biex ma naqtax qalbi f'din it-triq u l-għedewwa tiegħek jerfgħu rashom kollhom imkabbrin.", "Ħuti għeżież, intom u tisimgħu dan kollu, roddu ħajr għal dejjem bil-ferħ lil Alla, li minnu jiġi kull ġid, u bierku l-Mulej miegħi għax għal dejjem hi l-ħniena tiegħu.", "Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddej tiegħu; iva, minn issa 'l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hieni: għax għal dejjem hi l-ħniena tiegħu.", "Faħħru l-Mulej, intom ġnus kollha, sebbħuh, popli kollha għaliex Alla għażel id-dgħajfa tad-dinja biex iħawwad il-qawwija; għażel il-mistmerra mid-dinja u n-nies li ma huma xejn, biex iġib fix-xejn dawk li huma xi ħaġa.", "B'fommi u b'fehemti ħawwadt il-filosofi li huma dixxipli tal-għorrief ta' din id-dinja, għax għal dejjem hi l-ħniena tiegħu.", "Qiegħed niktbilkom dan kollu biex il-fidi tiegħi u tagħkom ikunu ħaġa waħda.", "F'nofs din it-tempesta kollha, inniżżel l-ankra tiegħi sat-tron ta' Alla: it-tama ħajja li hemm f'qalbi.", "U intom għeżież ħuti, hekk iġru biex tiksbu l-kuruna tal-glorja, ilbsu l-armatura tal-fidi u ħudu f'idejkom l-armi ta' Kristu fuq il-lemin u fuq ix-xellug, kif għallem San Pawl, il-qaddis tiegħi.", "Jaħbtilkom aħjar li tidħlu b'għajn waħda u dgħajfa fil-ħajja, milli tinxteħtu 'l barra bil-membri kollha ta' ġisimkom sħaħ.", "Għinuni bit-talb tagħkom, biex nitqabad skont il-liġi, nitqabad it-taqbida tajba tiegħi u nitqabad sa l-aħħar u hekk intemm bis-sliem il-ġirja tiegħi; jekk mhux se naraw aktar lilna nfusna f'din id-dinja, dan għad ikun l-hena tagħna fid-dinja l-oħra, meta nkunu qegħdin quddiem it-tron tal-Ħaruf bla tebgħa, inkantaw flimkien it-tifħir tiegħu, ferħanin għal dejjem u henjin bir-rebħa tiegħu.", "Ammen\".", "\"Meta Alla jiġi għalihom, huma jiddu, bħal xrar tan-nar li jżiġġ f'għalqa bil-qasab\".", "(Għerf 3:7)", "~ Il-Papa applika dan il-vers għall-martri tal-Vietnam fl-Omelija tal-Quddiesa tal-kanonizzazzjoni tagħhom.", "Dan kollu jixhed kemm hu minnu li:", "In-nisrani ma jista' jiġi distrutt minn ħadd u minn xejn ... ladarba ħlasu mill-Mulej.", "Jekk iġgħeluh ibati, ikunu jżidulu l-mertu, il-glorja u l-unuri.", "Bl-offerta ta' tbatijietu, li tagħmlu għani ta' vera, in-nisrani jibbenifika hu u dawk kollha li għalihom jagħmel din l-offerta.", "In-nisrani diġa' rebbieħ u daħal fid-dimensjoni eterna ma Kristu Rxoxt.", "It-tieni mewt ma tista' tagħmillu l-ebda ħsara ladarba diġa miet għad-dnub u qed jgħix bi Kristu.", "In-nisrani ma jistax jiġi megħlub bl-ebda mod għax għażel li jgħix fuq in-naħa tar-rebbiħin fi Kristu.", "Il-mewt għalih hi rebħ.", "Talba", ":", "O Alla, int l-għajn u l-bidu tas-setgħa li għandu kull min hu missier; int żammejt sħaħ, sat-tixrid tad-demm, fil-fedeltà lejn is-salib ta' Ibnek Ġesù, lill-qaddisin martri Andrija u sħabu; bit-talb tagħhom għalina, agħmel li nissejjħu u nkunu tassew uliedek, aħna u nxandru l-imħabba tiegħek għal kulħadd.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2010/11/st-andrew-dung-lac-and-his-116.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-andrew-dung-lac-and-companions/", "or", "https://catholicexchange.com/st-andrew-dung-lac-and-companions", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Andrew_D%C5%A9ng-L%E1%BA%A1c", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee1ca3f8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-0-20-beata-marija-fortunata-viti/", "title": "20 ta' Novembru: Beata Marija Fortunata Viti", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Marija Fortunata Viti", "\"Żmien it-tbatija qasir, il-ferħ hu etern.\" –", "Beata Marija Fortunata Viti", "BEATA MARIJA FORTUNATA VITI", "Verġni", "1827 – 1922", "Tagħrif:", "Anna Felicia Viti twieldet ġewwa Veroli fl-Italja fil-provinċja ta' Frosinone, nhar l-10 ta' Frar, 1827.", "Missierha kien Luiġi Viti, li għalkemm kien sid ta' ħafna artijiet, kellu l-vizzju tal-logħob tal-azzard u tax-xorb.", "Ommha, Anna, mietet meta Marija kellha 14-il sena.", "Marija kienet it-tielet wild minn disa' aħwa u minħabba f'hekk kellha tieħu ħsieb il-familja wara l-mewt t'ommha.", "Biex ikollha l-flus għall-familja ħarġet taħdem bħala seftura.", "Kellha proposta għaż-żwieġ imma ddeċidiet li minflok tagħti ħajjitha għall-ħajja reliġjuża.", "Fil-21 ta' Marzu, 1851, fl-età ta' 24 sena, Marija ngħaqdet mal-Benedittini fil-Monasteru ta' Santa Marija de Franconi, ġewwa Veroli.", "Għaddiet aktar minn 70 sena fl-ordni u peress li baqgħet illitterata, għaddiet ħajjitha tagħmel xogħol tal-ħjata, ħasil u tiswija tal-ħwejjeġ – ħajja verament umli.", "Iżda kellha devozzjoni kbira lejn is-Sagrament Imqaddes.", "Mietet fl-20 ta' Novembru, 1922 u ħdejn il-qabar tagħha seħħew ħafna mirakli.", "Matul ħajjitha kienu rrapurtati xi mirakli u jingħad li kellha d-don tal-profezija.", "Darba fost l-oħrajn, waqt quddiesa nstemgħet tibki għax kellha viżjoni li l-qassis li kien iqaddes kien ser jitlaq il-vokazzjoni tiegħu.", "Jingħad ukoll li żewġ tfajliet fiequ mill-marda tal-meninġite wara t-talb tagħha.", "Fl-1935, il-fdalijiet tagħha twasslu fil-knisja tal-monasteru hekk kif beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni.", "Fit-8 ta' April, 1964, il-Papa Pawlu VI ddikjaraha venerabbli, u fit-8 t'Ottubru ġiet ibbeatifikata.", "Il-kawża tal-kanonizzazzjoni tagħha għadha sejra.", "Hija patruna ta' dawk li jbatu bil-mard mentali.", "Ħsieb", ":", "Il-Beata Marija Fortunata Viti, li mietet fl-età ta' 96, wara 72 sena ta' talb, ħjata, tindif u tiswija fl-klawsura tal-monasteru tagħha f'Frosinone, li kien, wieħed jista' jgħid, il-parti femminili ta' din l-istil ta' ħajja li għex San Charbel Mahklouf (1828-1898), l-eremità Maronita bbeatifikat mill-istess Papa Pawlu VI fl-1965.", "Kien, b'xi mod tipiku ta' dan il-Papa li, jpoġġi mudelli tal-qdusija lill-Knisja, persuni li għexu ħajja monastika.", "Fl-omelija tiegħu għall-beatifikazzjoni ta' Beata Marija Fortunata Viti fit-8 ta' Ottubru, 1967, il-Papa Pawlu VI qal:", "\"Aħna mhux dispensati milli niġbru f'kelma waħda din il-ħajja, din il-qdusija, b'tali mod li nikklassifikaw taħt kelma waħda dak kollu li jista' jingħad dwarha; il-kelma hija", "umiltà", ".", "Aħna esprimejna din anki fil-Beatifikazzjoni fil-Qosor tagħha, u lilna dehrilna li hi l-aktar espressjoni vera tal-eżistenza tagħha, u wkoll ir-raġuni per eċċellenza għall-glorifikazzjoni preżenti tagħha.\"", "Marija Fortunata Viti tippersonifika din il-virtù tal-umiltà.", "Il-kobor tagħha huwa f'dan iċ-ċokon.", "Hawn qegħdin fil-qafas tal-Magnificat; u dan innifsu diġà jgħidilna l-grad ta' awtentiċità u spiritwalità profonda li nsibu fil-perfezzjoni ta' Marija Fortunata.", "L-Umiltà hija l-messaġġ tagħha.", "Hi tistieden lilna u kważi tobbligana naħsbu mill-ġdid dwar il-valur u l-esiġenza ta' ħajja Kristjana, ibbażata preċiżament fuq il-prattika ta' din il-virtù li nistgħu nsejħulha l-Omm ta' kull virtù.", "Dan li ġej huwa rapport dwar Omelija tal-Papa Franġisku (8 ta' April, 2013) dwar l-Umiltà:", "Il-Papa sostna li l-istorja kollha tal-fidi hija magħmula minn umiltà u tkellimna lkoll dwar l-umiltà.", "U dan jidher ukoll mill-fatt storiku tat-twelid ta' Ġesù.", "F'kull ġrajja jidher li Alla ried li kollox isir fil-moħbi, li ma jsirx pubbliku, li bħal donnu kien mgħotti bid-dell tal-Ispirtu s-Santu.", "U hu għalhekk li jgħaddi mit-triq tal-umiltà.", "Alla, umli, jbaxxi lilu nnifsu: jiġi għandna u jbaxxi lilu nnifsu.", "U jkompli jbaxxi lilu nnifsu sas-salib.", "Alla tagħna – għaliex Hu tajjeb, għaliex mhux Alla taparsi, Huwa veru; mhux xi Alla tal-injam, magħmul mill-bnedmin, Huwa veru – jippreferi jimxi b'dan il-mod, mit-triq tal-umiltà.", "Din l-imħabba kollha tiġi mit-triq tal-umiltà.", "Li tkun umli ma jfissirx li timxi fit-triq hekk, b'għajnejn baxxi: le, le.", "L-umiltà hija dik li jgħallimna Alla, dik ta' Marija, dik ta' Ġużeppi.", "L-umiltà hija dik ta' Ġesù, li jispiċċa fuq is-salib.", "U din hija r-regola tad-deheb tan-Nisrani: jipprogressa, jimxi 'l quddiem, ibaxxi lilu nnifsu.", "Ma jistax jgħaddi minn triq oħra.", "Jekk jiena ma nbaxxix lili nnifsi, jekk inti ma tbaxxix lilek innifsek, m'intix Nisrani.", "'Imma għaliex għandi nbaxxi lili nnifsi?'", "Sabiex tħalli l-imħabba kollha ta' Alla tgħaddi minn din it-triq, li hija l-unika waħda li Hu għażel – ma għażilx oħra – li twassal sas-salib.", "U wara, għar-rebħa tal-qawmien.", "Ir-rebħa tan-Nisrani tieħu dil-mixja tat-tbaxxija.", "Naħseb li hekk jgħidu hux: tbaxxi lilek innifsek.", "Inħarsu lejn Ġesù li jibda jbaxxi lilu nnifsu f'dan il-misteru tant sabiħ.", "Inħarsu lejn Marija, inħarsu lejn Ġużeppi.", "U nitolbu l-grazzja tal-umiltà.", "Imma ta' din l-umiltà, li hija t-triq li minnha żgur tgħaddi l-imħabba.", "Meta Pawlu jgħidilna,", "'kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu.'", "(ara Filippin 2:3), kultant huwa diffiċli taħseb hekk.", "Imma Pawlu jaħseb dwar dan il-misteru, dwar din it-triq, għaliex huwa, fil-qiegħ nett ta' qalbu jaf li l–imħabba biss tgħaddi minn din it-triq tal-umiltà.", "Infatti jekk ma hemmx umiltà, l-imħabba tibqa' bblukkata, ma tgħaddix.", "F'okkażjoni oħra, Papa Franġisku stqarr dan li ġej:", "\"Ma jistax ikun hemm umiltà mingħajr ma jkun hemm umiljazzjonijiet.\"", "U int, qed tilqa' l-umiljazzjonijiet li l-Mulej jippermetti f'ħajtek biex iżomm ruħek umli billi tagħraf li int kulma int bniedem/bniedma midinba?", "Tirrifletti ta' spiss fuq kif Alla tbaxxa u umilja ruħu tant bi mħabba għalina?", "Minkejja li diffiċli, int taċċetta li ħaddieħor huwa dejjem akbar minnek fil-ġieħ u li kull ħaġa tajba li hemm fik, hija grazzja ta' Alla?", "Skont Ġesù, aħna 'qaddejja li ma niswew għal xejn.'", "Tagħrafha din il-verità li aħna mingħajr Ġesù, ma nistgħu nagħmlu xejn, propju xejn, għax kull don u kull grazzja ġejjin minnu?", "Talba", ":", "Mulej, bħall-qaddejja tiegħek Beata Marija Fortunata, għinna niffokaw fuq il-premju etern li qed jistenniena fir-renju tiegħek, aktar milli fuq il-provi temporanji li niffaċċjaw f'din il-ħajja.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://guadalupehousehi.blogspot.com/2016/11/saint-of-month-november-2016-blessed.html", "Alternative Reading:", "http://www.jeanmheimann.com/2012/11/blessed-maria-fortunata-viti/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Fortunata_Viti", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee1cad86', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-2-1-21-il-prezentazzjoni-tal-vergni-mqaddsa-marija/", "title": "21 ta' Novembru: Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija", "\"Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b'Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.\" –", "Isaija 61:10", "IL-PREŻENTAZZJONI TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA", "Tagħrif:", "Din il-festa tfakkar il-jum tal-konsagrazzjoni (fis-sena 543) tal-knisja ta' Santa Marija mibnija qrib it-tempju f'Ġerusalemm.", "Permezz ta' din il-festa aħna niċċelebraw il-\"konsagrazzjoni\" ta' Marija lil Alla, li sa minn ċkunitha tatu lilha nnifisha kollha kemm hi, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu li mlieha bil-grazzja tiegħu fit-tnissil tagħha bla tebgħa.", "Skont tradizzjoni antika ħafna, meta l-Madonna kienet għadha tifla żgħira, il-ġenituri tagħha, Santa Anna u San Ġwakkin, għamlu vjaġġ ta' madwar mija u tletin kilometru, minn Nazaret għal Ġerusalemm, biex jippreżentawha lil Alla, u jħalluha f'idejn in-nisa twajba tat-tempju.", "Dan għamluh biex iżommu wegħda li kienu għamlu li jekk ikollhom tarbija jikkonsagrawha lil Alla.", "Minn dak iż-żmien, il-Madonna ġiet imrobbija u edukata ma' tfal oħra, minn dawn in-nisa.", "Għalhekk il-Madonna kibret f'ambjent ta' talb, meditazzjoni, u fil-qadi tas-sagrifiċċju lil Alla.", "Din il-festa oriġinat fis-Sirja u daħlet fil-Punent fiż-żmien meta l-Papiet kienu f'Avignon, mill-Papa Girgor XI.", "Għall-ewwel kienu jiċċelebrawha biss il-patrijiet Franġiskani Minuri, iżda ma damitx ma bdiet tiġi ċċelebrata wkoll fil-kurja tal-Papa f'Avignon.", "Ħsieb", ":", "Qari mid-Diskorsi tal-isqof Santu Wistin:", "\"Nitlobkom tisimgħu sewwa x'qal Kristu Sidna meta midd idu lejn id-dixxipli tiegħu: Dawn, ara, huma ommi u ħuti; kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li bagħatni, da huwa ħija, u oħti, u ommi.", "Forsi l-Verġni Marija ma għamlitx ir-rieda tal-Missier?", "Hija emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi, kienet magħżula biex minnha jitwildilna s-Salvatur fost il-bnedmin, Kristu ħalaqha qabel ma hija nisslet lilu.", "Iva, il-Verġni mqaddsa għamlitha r-rieda tal-Missier, u għamlitha sewwa, u għalhekk għal Marija hi ħaġa aqwa li kienet waħda mid-dixxipli ta' Kristu milli omm Kristu; hu ferħ akbar għaliha li kienet waħda mid-dixxipli ta' Kristu milli omm Kristu.", "Għalhekk Marija kienet hienja, għax qabel ma tat l-Imgħallem lid-dinja, hija ġibitu fil-ġuf.", "Mela żommu sewwa f'moħħkom, għeżież tiegħi: intom ukoll membri ta' Kristu, intom ukoll il-ġisem ta' Kristu.", "U araw kif intom hekk, għax qal: Dawn huma ommi u ħuti.", "Kif tkunu omm Kristu?", "Kull min jisma', u kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.", "Kristu, fil-ħniena tiegħu, għalkemm hu Iben waħdieni, ma riedx jibqa' waħdu, imma riedna nkunu werrieta tal-Missier, u werrieta flimkien miegħu.\"", "Tgħid għalina l-Mulej m'għandux ukoll pjan misterjuż ta' mħabba li jinkludi fih ħajjitna kollha biex jitwettaq?", "M'għandux ukoll għan għalfejn ħalaqna u sawwarna?", "Ma jixtieqx li minn ġo fina jagħti ħajja ġdida lil dawk kollha li se jiltaqgħu magħna tul il-vjaġġ ta' ħajjitna f'din l-art lejn Ġerusalemm tas-Sema?", "Alla se jafda ruħu f'idejna għaliex iħobbna tassew.", "Imma aħna x'se nagħmlu?", "X'se tkun it-tweġiba tagħna?", "Iva jew le?", "X'kienet it-tweġiba ta' Marija jekk mhux Iva sħiħa għall-pjan ta' Alla għaliha?", "Jgħallimna San Ġwanni Pawlu II:", "\"Il-ħlewwa kollha ta' Marija lejn ir-rieda divina, kienet marbuta mal-fidi tagħha.", "Billi emmnet fil-kelma ta' Alla, hija setgħet taċċetta din l-ubbidjenza kompletament u wriet lilha nnifisha lesta għall-pjan sovran ta' Alla; hija aċċettat dak kollu li ġie mitlub minnha.", "Hekk il-preżenza tas-Sinjura Tagħna fil-Knisja tinkoraġġixxi lill-Insara biex jisimgħu kuljum il-kelma tal-Mulej; biex jifhmu l-pjan Tiegħu, mimli mħabba, f'dak kollu li jiġri kuljum u li jikkoperaw bil-fedeltà kollha biex jitwettaq dan il-pjan.\"", "Marija kkoperat b'mod sħiħ mal-pjan ta' Alla għaliha.", "Tagħha ma kinitx parteċipazzjoni passiva għall-pjan Divin.", "Għall-kuntrarju, hija kkoperat sal-punt li akkumpanjat lil Binha Ġesù sa fuq l-Altar tas-Salib fuq il-Kalvarju.", "Għalhekk, \"Marija mxiet il-mixja tal-Fidi qabilna: meta emmnet il-messaġġ tal-anġlu, hija kienet l-ewwel waħda li laqgħet il-misteru tal-Inkarnazzjoni u għamlet hekk b'mod perfett ... il-fidi tagħha kienet waħda kuraġġuża.", "Fit-Tħabbira hija emmnet dak li umanament kien impossibbli; f'Kana hija ġegħlet lil Ġesù iwettaq l-ewwel miraklu; għamlitlu premura biex ixandar il-qawwa messjanika tiegħu.", "Marija tgħallem lill-Insara biex jgħixu l-fidi tagħhom, bħala vjaġġ li jġiegħelek tinġibed lejh u li jitlob minnek impenn.", "Dan jeħtieġ kuraġġ u perseveranza fi kwalunkwe sitwazzjoni tal-ħajja.\"", "Tassew, dan jitlob kuraġġ liema bħalu!", "Staqsi lil min hu mġarrab!", "Bħala Nsara m'aħniex nieqsa minn sfidi li jressqulna quddiem wiċċna għażliet li rridu nwettqu illum jew għada.", "Xi drabi huma għażliet li jweġġgħu bil-bosta.", "Iżjed u iżjed meta wieħed jaf dak li qiegħdha toffrilna l-kultura ta' żmienna!", "Infatti, qiegħda toffrilna l-opportunità li nagħmlu xirja tajba mill-valuri li ġew mgħoddija lilna b'tant tbatija u sagrifiċċji.", "Qiegħda ttina ċ-ċans li nagħżlu virtù minn oħra.", "Waħda ngħożżuha u l-oħra narmuha għaliex skaduta.", "Hekk ngħidu aħna ma jimpurtax li wieħed ma jkunx leali fl-impenji tiegħu basta juri li qiegħed jifhem lil dak li jkun, għandu tort jew raġun.", "Hija kultura fejn mhux biss trid tlaħħaq ma' Alla u max-xitan imma wkoll li tiddetta hi stess x'inhu t-tajjeb u l-ħażin.", "Kultura fejn ħadet f'idejha t-tmun arbitrarju tal-valuri u biddlithom kif qablilha hi.", "Kultura fejn, kulma jmur, qiegħda tbiegħed lill-bniedem minn Alla li ħalqu u fdieh u, bħala konsegwenza, minnu nnifsu stess!", "Huwa sewwa sew f'din il-kultura li għandu jkollna l-kuraġġ li naffermaw, bil-qawwa kollha li jagħtina l-Ispirtu ta' Alla, dak li tgħallimna Ommna Marija bl-eżempju ta' ħajjitha.", "Jiġifieri li tant kemm il-Mulej ikollu post tassew importanti f'ħajjitna li ħadd u xejn m'hu se jazzarda joħodlu postu!", "Bit-talb u l-gwida ta' Marija irridu insarrfu l-fidi tagħna f'modi ta' mġiba li joħduha kontra u jixlu bil-kbir il-kultura ta' żmienna.", "Fejn fostna l-arja ta' xejn m'hu xejn qiegħda, kulma jmur, taħkem l-ambjenti kollha tagħna, bil-gwida ta' Marija ejjew inġibu ruħna b'kuxjenza totalment miftuħa għal dak li Alla jrid kif mgħallem lilna minn Ommna l-Knisja Mqaddsa.", "Fejn il-kultura kontemporanja għamlet lill-bniedem alla għaliex tħabbar permezz tal-fomm u l-imġiba ta' xi wħud: \"Jiena hu alla sidi,\" Marija bil-fidi kollha mħabba tagħha qiegħda ssejħilna biex b'ħajjitna u bi kliemna nħabbru li s-\"Setgħani huwa Alla biss!\"", "U dak Alla li lil min jiqaflu jispiċċa ħażin miegħu hu għaliex jispiċċa vittma tal-ħażen tiegħu stess!", "\"Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin\" (Luqa 1:52).", "U inti, togħġbu lil Alla b'dak li taħseb, tgħid u tagħmel?", "Qiegħda twettaq ir-rieda tiegħu għalik billi tgħix il-vokazzjoni tiegħek (hi x'inhi) bl-aħjar mod possibli?", "Mhux Marija biss hi t-tempju tal-Mulej.", "Aħna wkoll, ġisimna huwa t-tempju tal-Ispirtu s-Santu li rċevejna fil-Magħmudija.", "Qed tgħix b'mod li jixraq il-preżenza ta' Alla fik?", "Kemm int devot tassew ta' din l-Omm tiegħek tas-Sema?", "Min jaf li kieku tikkonsagra lilek innifsek lilha u tħalliha ddawwallek it-triq li twasslek għal għand Binha fil-ġenna?", "Min jaf li kieku tfittex li titgħallem dwar kif tista' tgħix ta' binha/bintha, hekk li jkun tassew jixraqlek Omm bħal din?", "Jekk tixtieq tkun taf kif tista' tħejji ruħek biex tgħix hekk tassew, nistiednek iżżur is-sit Malti, li fih it-Trattat ta' San Alwiġi De Montfort fuq id-Devozzjoni vera lejn Marija u kif wieħed jista' jagħmel l-att ta' konsagrazzjoni u l-benefiċċji tagħha, Talb, l-Uffiċċju tal-Madonna, Vidjos u ħafna aktar ...", "Tista' tmur għalih billi tagħfas fuq din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "Għar-Rużarju bl-għajnuna ta' vidjos:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Għall-grupp fuq", "Facebook", "bl-isem:", "'Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija'", ".", "Talba", ":", "Mulej, qegħdin nagħtu ġieħ lill-Verġni Mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek.", "Bi Kristu Sidna Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/11/presentation-of-blessed-virgin-mary.html", "Alternative Reading:", "http://www.piercedhearts.org/hearts_jesus_mary/presentation_mary_temple.htm", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Presentation_of_Mary", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-Ħsieb huwa kitba ta' Parti Mario Attard OFM Cap.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee1cf081', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-2-12-beatu-reginaldu-ta-orleans/", "title": "12 ta' Frar: Beatu Reġinaldu ta' Orleans", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Reġinaldu ta' Orleans", "\"Jum wieħed, permezz tar-Rużarju u l-Iskapular, il-Madonna għad issalva d-dinja.\" –", "San Duminku (Fundatur tal-Ordni tal-Predikaturi)", "IL-BEATU REĠINALDU TA' ORLEANS", "Presbiteru", "1183 – 1220", "Tagħrif:", "Dan kien l-ewwel fost il-qaddisin u l-beati Dumnikani.", "Twieled fid-djoċesi ta' Orleans fi Franza.", "Sar duttur tal-liġi u għallem id-dritt kanoniku fl-Akkademja ta' Pariġi.", "Waqt li kien iżur il-postijiet imqaddsa f'Ruma, laqtu ħafna l-kliem ta' San Duminku u baqa' impressjonat bil-faqar evanġeliku tal-ordni tal-Predikaturi u l-ħeġġa tiegħu għall-appostolat.", "Ġiet fuqu marda, imma reġa' ħa saħħtu bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka u mbagħad ngħaqad mal-ordni ta' San Dumniku kif kienet indikatlu l-Madonna.", "Bl-eżempju t-tajjeb u l-kelma mħeġġa tiegħu ħafna żgħażagħ u nies magħrufa daħlu fl-ordni, l-ewwel f'Bolonja u mbagħad f'Pariġi.", "Billi kien professur tal-liġi kanonika fl-Università ta' Pariġi, Reġinaldu kien ta' għajnuna kbira għal San Duminku fl-għoti ta' għamla definittiva lill-ordni tiegħu.", "B'għaqal kbir Reġinaldu organizza u mexxa 'l quddiem il-ħajja tal-komunità, u tkebbes bil-ħeġġa tal-appostli għat-tiġdid tas-saltna ta' Kristu.", "Skont tradizzjoni fl-Ordni Dumnikan, il-Madonna għarrfet lil Reġinaldu li kienet tixtieq li l-patrijiet predikaturi jilbsu l-labtu abjad flok ir-rukkett li San Duminku kien jilbes bħala kanonku.", "Il-beatu miet f'Pariġi fl-1220, meta kellu inqas minn 40 sena u kien midfun fil-knisja ta' Notre Dame des Champs.", "Il-Papa Piju IX, fit-8 ta' Lulju 1875, ikkonferma l-qima lejh li kienet ilha mogħtija lilu.", "Ħsieb", ":", "Il-ferħ li jqanqal fina l-Beatu Reġinaldu huwa dak l-istess ferħ li tqanqal fih meta libes l-abitu tal-Ordni tal-Predikaturi, l-abitu li nistgħu ngħidu rċieva mingħand il-Verġni Mbierka Marija.", "Dan iferraħna għax lilna wkoll ifakkarna li aħna \"ġejna mlibbsa bl-ilbies tas-salvazzjoni.\"", "Reġinaldu irċieva dan l-iskapular mingħand San Duminku, deskritt fil-voti tal-Ordni bħala \"il-wegħda materna mis-sema tal-imħabba tal-Verġni Mbierka Marija lejna.\"", "Wara Kristu, il-Madonna hi l-aqwa mudell tal-qdusija.", "Hi twassalna għand Ġesù billi turina fil-prattika li aħna wkoll, bħalha, nistgħu nagħmlu dak li ordnalna Binha.", "Imma xi jfisser li wieħed jilbes l-iskapular jew il-labtu tal-Madonna?", "Dawn jgħinu lin-Nisrani jimxi wara Kristu, billi jidħol f'relazzjoni speċjali ma' Marija.", "Hija relazzjoni li għandha l-karattru ta' konsagrazzjoni.", "Għaldaqstant il-konsagrazzjoni lil Marija tfisser li wieħed iwiegħed li jagħmel ħiltu biex jimxi fuq l-eżempju tagħha, mera tal-qdusija ta' Alla, speċjalment", "fl-imħabba tagħha lejn il-proxxmu,", "fit-talb bla heda u", "fir-rabta qawwija tagħha mar-rieda ta' Alla.", "L-att ta' konsagrazzjoni huwa l-impenn l-aktar għoli ta' fedeltà li jsir lil Alla, u li wieħed jidħol għalih permezz ta' Marija, għalhekk għandu garanzija kbira li ser jirnexxielu.", "Jekk tixtieq tkun taf kif tista' tħejji ruħek biex tgħix bħala persuna ikkonsagrata lill-Verġni Marija, nistiednek iżżur is-sit Malti, li fih it-Trattat ta' San Alwiġi De Montfort fuq id-Devozzjoni vera lejn Marija u kif wieħed jista' jagħmel l-att ta' konsagrazzjoni u l-benefiċċji tagħha, Talb, l-Uffiċċju tal-Madonna, Vidjos u ħafna aktar ...", "Tista' tmur għalih billi tagħfas fuq din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "Talba", ":", "O Alla, li minnek ġej kull għana, bl-għajnuna tal-Omm tal-Ħniena, Inti tlabt lill-Beatu Reġinaldu biex jgħix ħajja ta' faqar u tajtu is-setgħa li jipperswadi oħrajn biex bħalu jħaddnu l-ħajja reliġjuża.", "Permezz ta' talbu, iggwida l-passi tagħna fit-triq tal-Kelma Tiegħek, sabiex bi qlubna mħeġġa nistgħu niġru fit-triq tal-kmandamenti tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/05/blessed-reginald-cop.html", "Alternative Reading:", "https://www.nashvilledominican.org/community/our-dominican-heritage/our-saints-and-blesseds/bl-reginald-of-orleans/", "or", "http://dominicans.ie/blessed-reginald-of-orleans-op/", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee2d4980', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-9-19-santa-anjeze-ta-assisi/", "title": "19 ta' Novembru: Santa Anjeże ta' Assisi", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Anjeże ta' Assisi", "\"Hekk kif nittama fik O Mulej, ispirani b'dik il-fiduċja li twassalni sal-muntanja qaddisa tiegħek.\" –", "Santa Anjeże ta' Assisi", "SANTA ANJEŻE TA' ASSISI", "Verġni", "c.1197 – 1253", "Tagħrif:", "Il-Familja ta' Anjeże u tfulitha", "Santa Anjeże twieldet f'Assisi fl-1197 minn ġenituri nobbli.", "Il-familja tagħha kienet toqgħod f'palazz ħdejn il-kattidral ta' San Rufino.", "Missierha kien kavallier għani jismu Favarone di Offreduccio u ommha Ortolana kienet ukoll minn familja nobbli u għanja.", "Hija kienet il-fustanija fost tliet aħwa bniet.", "Il-kbira, Klara, kienet tliet snin ikbar minnha.", "Oħtha ż-żgħira kien jisimha Beatrice.", "Fil-magħmudija lil Anjeże semmewha Katarina.", "Katarina kienet tifla sempliċi u sensibbli li fi ċkunitha ġarrbet mal-familja tagħha t-tbatija kkaġunata mill-irvell li fl-1198, iċ-ċittadini tal-klassi tan-nofs ta' Assisi (il-'minores') għamlu kontra l-aristokrazija ta' Assisi (l-'maiores').", "Il-familja ta' Anjeże kellha ssib kenn fil-kastell ta' Cocorano u meta fl-1202 faqqgħet il-gwerra bejn Assisi u Perugia, kellha taħrab għal Perugia fejn għexu refuġjati għand ħbieb ta' fiduċja sas-sena 1205.", "Fil-gwerra bejn Assisi u Perugia, Franġisku Bernardone kien waqa' priġunier għal sena u aktar tard, wara marda, ikkonverta u minn ġuvni xalatur b'ambizzjoni li jsir kavallier, huwa beda jgħix ħajja ta' sempliċità u faqar fuq il-passi ta' Kristu fqir, umli u msallab.", "Dlonk ingħaqdu miegħu f'dan l-istil ta' ħajja evanġelika uħud minn sħabu stess, fosthom Rufino, kuġin ta' Klara u Katarina.", "Fl-1209, din l-Għamla ta' Ħajja ta' Franġisku u l-ewwel kumpanni tiegħu ġiet approvata oralment mill-Papa Innoċenz III.", "Żgħożitha", "Katarina kienet marbuta ma' oħtha Klara bi mħabba kbira.", "It-tnejn kienu jaqblu ħafna u jaħsbuha l-istess.", "Hija kellha 15-il sena meta fit-18 ta' Marzu 1212, Klara ħarbet mid-dar biex tħaddan il-ħajja evanġelika fuq l-eżempju ta' Franġisku ta' Assisi.", "Fil-'Leġġenda ta' Santa Klara' (nru 24) naqraw li Klara kienet tixtieq ħafna li oħtha tifhem il-frugħa tad-dinja u bħalha tingħata lil Alla u kienet titlob bil-ħerqa li bħalma hi u oħtha kienu qalb waħda u qrib ħafna fl-ispirtu meta kienu fid-dinja, ikunu wkoll rieda waħda bejniethom fis-servizz ta' Alla'.", "Katarina tingħaqad ma' oħtha Klara", "Xi 16-il jum wara, fl-4 ta' April 1212, Katarina marret tara lil oħtha f'monasteru tal-Benedittini jismu Sant'Angelo di Panzo, qrib Assisi, fin-naħa tal Lvant ta' Monte Subasio, fejn kienet sabet kenn temporanju.", "Klara qaltilha:", "'Ftakar, għażiża oħti li jum wieħed fit-tempju tal-Mulej, aħjar minn elf jum f'post ieħor (ara Salm 83,10).", "Iż-żgħożija u s-sbuħija jgħebu.", "Il-ħajja tintemm u hawn xejn ma jibqa'.", "Għażiża oħti, kieku kellek idduq il-ħlewwa tal-imħabba tal-Mulej!", "Hija mħabba dejjem ġdida, li ħadd ma jista' jeħodilna!'", "Il-kliem u l-eżempju ta' Klara ħajjru lil Katarina biex hi wkoll tikkonsagra ruħha lil Alla.", "Infatti, Katarina qalet lil Klara li hi ġiet biex toqgħod magħha għax hi wkoll xtaqet taqdi lil Alla biss.", "Għal dan il-kliem Klara għannqitha bil-ferħ waqt li qaltilha :", "'Inrodd ħajr lil Alla, oħti l-aktar għażiża, għax il-Mulej għoġbu jisma' talbi.'", "U hekk Klara akkwistat l-ewwel kumpana tagħha.", "Katarina tirreżisti lill-familja tagħha", "Fil-'Leġġenda ta' Santa Klara' (nmr 25 u 26) insibu rakkont dwar kif malli l-familja ndunat bil-ħarba ta' Katarina, tnax -il raġel armati taħt it-tmexxija ta' zijuha Monaldo, marru għaliha.", "Sabuha barra mill-klawsura u għalhekk setgħu jerfgħu jdejhom fuqha.", "Kaxkruha mal-art, qattgħulha ħwejjiġha u sawtuha.", "Klara ma setgħet tagħmel xejn ħlief titlob imbikkija biex oħtha tingħata rieda sħiħa, u biex il-qawwa ta' Alla tegħleb is-saħħa ta' dawk l-irġiel.", "U hawn ġara miraklu doppju.", "F'daqqa waħda, il-ġisem tat-tfajla sar hekk tqil li dawk l-irġiel kollha ma felħux ikaxkruha aktar.", "Għalhekk l-irġiel ħallewha filwaqt li bdew jisħtu u jgħidu li kielet iċ-ċomb!", "Iz-ziju Monaldo tilef il-kontroll u kif kien ser ixejrilha daqqa, ħass uġigħ kbir fi driegħu li baqa' pparalizzat u merfugħ fl-arja.", "Klara fl-aħħar ipperswadiet lill-qraba tagħha jħallu lil oħtha magħha.", "Fil-bażilika ta' Santa Klara f'Assisi hemm meqjum il-fdal tal-kranju (għadam tal-iskutella tar-ras) ta' Katarina, u f'dan il-fdal għadha tidher traċċa ta' daqqa li kienet qalgħet mis-suldati kiefra meta marru għaliha f'Sant'Angelo di Panzo.", "Wara din il-ġrajja, Franġisku nnifsu qata' xagħar Katarina, ikkonsagraha lil Alla u bidel l-isem tat-tfajla minn Katarina għal Anjeże.", "Dan għaliex Franġisku xebbaħha mal-Ħaruf bla tebgħa peress li hi wkoll xerrdet demmha biex tmur warajh fit-taqbida li kellha ma' qrabatha.", "Tixbah wkoll lill-verġni u martri Rumana Anjeże li fl-ewwel żminijiet tal-Knisja tat ħajjitha għal Kristu.", "Fil-kunventin ta' San Damjan", "Tul l-erba' xhur li Klara u Anjeże damu f'Sant'Angelo di Panzo, Franġisku ħejja kollox biex jeħodhom f'kunventin tipikament Franġiskan, f'San Damjan, barra l-ħitan tal-belt ta' Assisi.", "F'dak il-post, fl-1206 kien kellmu Ġesù Msallab u mimli b'faraġ tas-sema, ħass li kellu jitlaq id-dinja għal kollox.", "Ftit taż-żmien wara, waqt li kien qed isewwi l-knisja beda jsejjaħ b'leħen għoli bl-ilsien franċiż lill-bdiewa li kienu jinsabu f'dawk l-inħawi:", "'Ejjew u għinuni nibni l-monasteru ta' San Damjan, għaliex għad jiġu joqgħodu fih nisa li bil-fama u bil-ħajja qaddisa tagħhom għad jagħtu glorja lill-Missier tas-sema fil-Knisja mqaddsa kollha tiegħu.'", "Din il-profezija seħħet meta Klara u Anjeże daħlu f'dak il-post fqir.", "Tfajliet ħbieb u qraba, u xebbiet oħra li bosta minnhom kienu nobbli ngħaqdu magħhom f'San Damjan u l-komunità kompliet tikber b'mod tal-għaġeb.", "Fl-1229, Beatrice, oħthom iż-żgħira ħaddnet il-ħajja evanġelika.", "Saħansitra, ommhom Ortolona, meta romlot, daħlet soru f'San Damjan.", "Fi żmien qasir saru komunità ta' ħamsin.", "Twaqqfu wkoll monasteri oħra f'diversi postijiet fl-Italja u anke fi Franza, Spanja, fil-belt ta' Praga, il-Ġermanja, il-Polonja...", "Anjeże baqgħet f'San Damjan sas-sena 1220 meta Franġisku bagħatha twaqqaf monasteru f'Monticelli, ħdejn Firenze (ara 'Il-Fjuretti ta' San Franġisk,' Kap XV).", "Waqqfet monasteri oħra tax-Xbejbiet Foqra f'Mantova, fil-Feltrino u postijiet oħra fit-Toskana u forsi aktar 'l bogħod... u reġgħet lura f'San Damjan matul l-aħħar ġimgħat tal-ħajja ta' oħtha Klara, f'Lulju/Awwissu,1253.", "Fil-Proċess tal-Kanonizzazzjoni ta' Santa Klara, Anjeże tissemma' f'żewġ episodji li ġraw qabel it-tluq tagħha għal Monticelli.", "Fir-rakkont tal-miraklu taż-żejt fil-ġarra mwettaq minn Klara li ġara fl-1213 (ara Proc.", "I, 15), l-ewwel xhud Pacifica di Guelfuccio meta mitluba tgħid liema mis-Sorijiet l-oħra kienu preżenti, fost l-oħrajn isemmi lil Swor Anjeże, oħt Santa Klara.", "Sr Ċeċilia, is-sitt xhud, meta kienet qed tixhed dwar l-ispirtu tal-profezija li kellha Klara, tgħid 'li oħtha Swor Anjeże – li ftit taż-żmien ilu għaddiet minn din il-ħajja – kienet hemm, tisma'.' (ara Proc,VI, 15).", "Xhieda oħra tas-snin li fihom Anjeże għexet ma' Klara f'San Damjan insibuha fil-'Fjuretti ta' San Franġisk' (nmr 33) li jirrakkontaw il-ġrajja meta l-Papa Girgor IX mar iżur lil Klara u din bierket il-ħobż u minnufih fuq il-ħbejżiet kollha deher is-sinjal tas-salib.", "'F'dak iż-żmien f'dak il-monasteru kienu jgħixu Sor Ortolana, omm Santa Klara, u Sor Anjeże, oħtha, it-tnejn li huma, flimkien ma' Santa Klara, mimlijin bil-virtujiet u bl-Ispirtu s-Santu, u kien hemm ukoll ħafna Sorijiet oħra qaddisa.'", "'Altera Clara' – Klara oħra", "Għall-ħabta tal-1220, il-Kardinal Ugolino, li wara sar il-Papa Girgor IX, kiteb ittra lil Klara li hija xhieda tal-istima profonda li kellu għal Klara u għal Anjeże u għall-'qaddejja l-oħra ta' Kristu u tal-fiduċja kbira li kellu fit-talb tagħhom.", "Ugolino xtaq jerġa' jara lil Klara u lil ħutha s-Sorijiet; u jiftakar b'mod speċjali f'Anjeże, li magħha juri rabta qawwija meta jsejħilha 'oħtu.'", "'Insellem lil verġni Anjeże, oħti, u lil ħutek kollha fi Kristu.", "Lil Anjeże insejħilha wkoll 'qaddejja umli u l-iżjed ċkejkna ta' Kristu.'", "Aktar minn tletin sena wara, fl-1253, fir-raba' ittra tagħha lil Santa Anjeże ta' Praga, Klara stess tqis lil Anjeże oħtha daqsha u tikteb hekk: 'Dawn l-istess uliedi mbagħad, imma b'mod partikulari l-verġni l-aktar għaqlija, Anjeże, oħtna, jirrikmandaw ruħhom bil-qawwa kollha fil-Mulej lilek u lil uliedek.'", "Il-fatt li Franġisku għażel lil Anjeże bħala 'l-mibgħuta speċjali' biex twaqqaf monasteru f'Monticelli, Firenze, juri li Franġisku wkoll kellu stima kbira għall-personalità u l-kwalitajiet li kienu jżejnu lil Anjeże.", "Bħal oħtha kienet animata minn ideali evanġeliċi li għexithom b'xeħta u qawwa ġdida.", "Pellegrina għall-imħabba ta' Kristu", "Għall-imħabba ta' Kristu, Anjeże aċċettat li tmur Monticelli biex bħala Badessa tkun eżempju ħaj għal grupp ta' xebbiet żgħażagħ li xtaqu jgħixu l-istess stil ta' ħajja ta' Klara u ħutha f'San Damjan.", "Imma l-firda minn oħtha Klara, mis-sorijiet u mill-'benniena ' tagħha f'San Damjan swietilha sagrifiċċju mill-akbar lil Anjeże.", "Dan jidher mill-ittra li kitbet lil Klara li fiha stqarritilha:", "'Irridek tkun taf, għażiża ommi, li għalija l-firda minnek u mis-sorijiet l-oħra li jien kont nemmen li se ngħix u mmut magħhom, hi piena kbira għall-aħħar; inħoss niket kbir f'ruħi u f'ġismi.... u b'danakollu hawn qed inġarrab faraġ kbir u ħaqqkom tifirħuli tassew.", "Firdiet bejnietna m'hawnx, u hawn sibt għaqda tal-għaġeb, aktar milli ħsibt li hu possibbli.", "Kollha laqgħuni b'ferħ kbir u huma kuntenti ħafna bija; kollha kemm huma wegħduni l-ubbidjenza bl-akbar qima.'", "Spirtu missjunarju", "Minkejja d-distanzi, Anjeże u ħutha f'Monticelli kienu jħossuhom ġisem wieħed u spirtu wieħed fi Kristu ma' Klara u s-sorijiet f'San Damjan, Assisi.", "Kull fejn marret twaqqaf monasteru, Anjeże xerrdet Vanġelu ħaj bil-ħajja siekta, sempliċi u serena tagħha.", "Dan l-ispirtu missjunarju li ta frott kotran kien imsoqqi minn ġewwa b'ħajja interjuri li ħjiel tagħha nsibuha fil-'Vita Agnetis' li hemm imdaħħla fil-'Kronaka tal-24 Ġeneral.'", "Il-mewt ta' Anjeże", "F'Lulju jew Awwissu 1253, Anjeże marret lura f'San Damjan u kienet imbikkija qrib oħtha Klara meta din kienet qed tmut.", "Imma Klara qaltilha:", "'Ja oħt l-aktar għażiża, Alla jogħġbu li jiena nitlaq, iżda int tibqax tibki, għax dalwaqt tiġi tgħaġġel warajja għand il-Mulej.'", "(ara 'Leġġenda ta' Santa Klara, nmr 43).", "Skont l-istess 'Leġġenda' fin-numru 48 insibu : 'Ftit jiem wara (l-mewt ta' Klara fil-11 ta' Awwissu, 1253) Anjeże wkoll ġiet imsejħa għat-Tieġ tal-Ħaruf, u marret wara oħtha Klara fil-ferħ ta' dejjem: hemm it-tnejn li huma bniet ta' Sijon, aħwa bid-demm, bil-grazzja u bis-saltna, ifaħħru lil Alla bla heda.'", "X'aktarx li Anjeże mietet fis-27 ta' Awwissu,1253 imma skont it-tradizzjoni mietet tliet xhur wara fis-16 ta' Novembru,1253.", "Anjeże ndifnet fis-sepolcretto ta' San Damjan u fis-sena 1260 il-fdalijiet tagħha ġew meħuda fil-Bażilika ta' Santa Klara f'Assisi, u mqiegħda f'kappella ddedikata lilha.", "Il-Papa Benedittu XIV iddikjara lil Anjeże qaddisa fl-1752, imma l-kult tagħha f'Assisi hu ħafna eqdem, u jixhdu għalih il-mirakli li saru bl-interċessjoni tagħha u li huma mniżżlin fil-'Vita Agnetis.'", "Fil-Bażilka ta' Santa Klara wieħed jista' jara x-xena tal-mewt tal-qaddisa f'affresk ta' Puccio Capanna (skola ta' Giotto), li fiha Anjeże tidher għarkupptejha fuq il-ġisem mejjet ta' oħtha Klara.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej hu kliem Santa Anjeże ta' Assisi:", "\"Niġi, O Mulej, fis-santwarju tiegħek biex nara l-ħajja u l-ikel ta' ruħi.", "Hekk kif nittama fik O Mulej, ispirani b'dik il-fiduċja li twassalni sal-muntanja qaddisa tiegħek.", "Ippermettili, Ġesù Divin, biex nersaq aktar qribek, hekk li ruħi kollha tkun tista' tagħti qima lill-kobor tal-Majestà Tiegħek; li l-qalb tiegħi, bl-affermazzjonijiet l-aktar ħelwin tagħha, tista' tirrikonoxxi l-imħabba infinita Tiegħek; li l-memorja tiegħi tista' tinżamm fuq il-misteri ammirabbli li hawnhekk jiġu mġedda kuljum, u li s-sagrifiċċju ta' kull ma' jien jakkumpanja Lilek.\"", "Wieħed jista' jimmaġina kemm kien diffiċli għal Santa Anjeże tisfida x-xewqat tal-ġenituri u l-qraba tagħha u ssegwi lil oħtha, Santa Klara.", "Madankollu, hija kellha tgħaddi minn dawn it-tbatijet kollha biex tasal tgħix il-vokazzjoni tagħha.", "Tajjeb li nitolbu l-interċessjoni ta' din il-qaddisa biex nirċievu barka fuq il-vokazzjoni tagħna (hi x'inhi), speċjalment jekk qed naffaċċjaw oppożizzjoni u nsibu min jagħmlilna l-bsaten fir-roti tul it-triq.", "Ejjew nagħmlu kuraġġ fuq l-eżempju tagħha u nipperseveraw fit-triq tas-sewwa bħalha.", "Tul ħajjitha kollha Anjeże rawmet bi mħabba sinċiera tliet devozzjonijiet partikulari:", "L-ewwel nett kellha devozzjoni lejn il-Missier, li kienet tikkontemplaH fil-ħniena bla tarf tiegħu, fid-delikatezza lejn uliedu li huma tant ingrati lejH u tant bierda u indifferenti għall-imħabba paterna tiegħu.", "It-tieni devozzjoni tagħha kienet lejn Ġesù fil-Passjoni u Anjeże kuljum kienet tikkontempla t-tbatijiet mill-aktar ħorox ta' Kristu u l-ingratitudni tal-bnedmin lejn din l-imħabba bla qies tal-Feddej.", "It-tielet devozzjoni kienet il-mogħdrija tagħha għall-Erwieħ tal-Purgatorju.", "Anjeże kienet taf li l-offerta tat-talb tagħha kienet tgħinhom jissaffew minn ħtijiethom biex jaslu aktar malajr, kollha dija, fil-preżenza tal-Aktar Għoli.", "Imma l-karatteristika essenzjali tal-ispiritwalità ta' Anjeże kienet il-kontemplazzjoni tagħha ta' Ġesù Bambin.", "Dan għaliex Anjeże għexet fil-moħbi u fis-skiet il-ġrajjiet kollha ta' ħajjitha, anke dawk esterni li għamlu ħoss, f'adorazzjoni bla heda tar-rieda ta' Alla.", "Fil-ferħ u fil-għeja ta' kuljum, fil-paċi u fit-taqbid, fid-dawl u fid-dlam interjuri, għexet marbuta mar-rieda ta' Alla f'isem il-fiduċja bla limiti f'Alla ta' dawk li huma żgħar u foqra, kbar u għonja, għas-Saltna tas-Sema.", "U int, kemm int lest/a biex tagħti post ta' prijorità lil Alla u minħabba Fih twarrab dawk l-affarijiet jew dawk il-persuni li forsi qed iżommuk 'l bogħod milli tista' tgħix kif jixtieqek tgħix Hu?", "Liema hu/hi l-qaddis/a li lilek jispirak/tispirak b'dak li qal/et jew għex/et?", "Aħseb kif tista' b'xi mod timxi fuq il-passi tiegħu/ha?", "U hawn ma nistgħux ma nagħmlux aċċenn għall-preżenza tal-Klarissi fil-gżejjer tagħna, f'San Ġiljan:", "https://www.facebook.com/sorijietklarissi/", "u f'Victoria, Għawdex:", "https://www.facebook.com/klarissi.gozo", "Din", "playlist", "ta' vidjos dwar il-Klarissi fi gżiritna:", "https://www.youtube.com/watch?v=nbJKqIBiA3A&list=PLPAbF-_bN4rgrthXAFi36sA4BqjreMNCh&index=2&t=0s", "Talba", ":", "O Alla li minnek ġej il-vera ferħ, agħtina l-grazzja li bħal Santa Anjeże ta' Assisi, nagħrfu li fik jinsab dak li kull bniedem jixxennaq għalih, anki jekk mhux dejjem jaf dan.", "Fakkarna li jekk nimxi fit-toroq tiegħek, dawn se jwassluna żgur għall-hena ta' dejjem fis-sema fejn Int għad tkun il-premju ta' dawk li ħallew il-ġid u l-pjaċiri tad-dinja biex jgħixu ħajja aktar mill-qrib tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-agnes-of-assisi/", "Alternative Reading:", "http://www.marianhouseoftheholyspiritpcc.org/saint-agnes-of-assisi/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Agnes_of_Assisi", "Film of Saint Francis of Assisi:", "Nota: It-Tagħrif u wħud mill-Ħsieb dwar din il-qaddisa tal-lum huma meħudin mis-sit:", "http://www.sanfrangisk.com/12klara/SK750-00-werrej.htm", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee2d2665', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-5-15-san-albertu-l-kbir/", "title": "15 ta' Novembru: San Albertu l-Kbir", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Albertu l-Kbir", "\"San Albert kellu dak id-don rari u divin, l-istint xjentifiku, fi grad għoli ferm.", "Hu sewwasew il-qaddis li bl-eżempju tiegħu għandu jdawwal l-epoka tal-lum, li tfittex hekk bil-ħeġġa l-paċi u hi hekk mimlija bit-tama fl-invenzjonijiet xjentifiċi tagħha.\" –", "Il-Papa Piju XI dwar San Albertu l-Kbir", "SAN ALBERTU L-KBIR", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "1206 – 1280", "Tagħrif:", "San Albertu twieled f'Lauingen f'xatt id-Danubju, il-Ġermanja, fl-1206.", "Kien l-iben il-kbir ta' familja sinjura ħafna, nobbli u aristokratika.", "Kien qed jistudja fl-Università ta' Padova meta ħass li kellu jsir saċerdot, u kontra x-xewqat tal-familja tiegħu daħal mad-Dumnikani fl-1223.", "In-novizzjat tiegħu għamlu f'Cologne, il-Ġermanja.", "Ħames snin wara, beda jgħallem fil-kulleġġi tad-Dumnikani.", "Fl-1245, ħa d-Dottorat fit-teoloġija mill-Università ta' Pariġi.", "Kien l-ewwel Dumnikan li kiseb grad hekk għoli.", "Minnufih beda jgħallem it-teoloġija fl-istess Università.", "Hawn kellu lil San Tumas ta' Aquino bħala student tiegħu.", "Fl-1428, ġie maħtur Reġġent tal-istudji f'Cologne, fejn iż-żgħażagħ Dumnikani kienu jiġu mħarrġin biex isiru predikaturi tajbin kif kien jitlob minnhom l-Ordni.", "San Albertu kien imżejjen b'intelliġenza straordinarja.", "Kien awtorita' fil-Fiżika, Ġometrija, Bioloġija, Ġografija, Astronomija, u oħrajn, flimkien max-Xjenzi Teoloġiċi.", "Dawk li kienu jafuh, kienu jiskantaw kif moħħ ta' bniedem wieħed seta' jkollu dak l-għerf kollu, u fl-istess ħin ikun bniedem sempliċi, b'fidi kbira, umli u qaddis li kien iqatta' ħafna ħin quddiem l-Ewkaristija.", "Minħabba l-ġenju u l-għerf fenominali tiegħu huwa magħruf bħal Duttur Universali.", "Fl-1254, ġie elett Provinċjal tal-Ordni fil-Ġermanja, iżda wara sentejn irreżenja.", "Fl-1260, il-Papa Urbanu IV ħatru Isqof ta' Regensburg, il-Ġermanja.", "Wara sentejn irreżenja.", "Xtaq jiddedika ruħu għat-tagħlim.", "Fl-1278, waqt li kien qed jagħti 'lecture', f'daqqa waħda l-memorja ħallietu għal kollox, u ma ġietu qatt lura sakemm miet sentejn wara, f'Cologne, fil-15 ta' Novembru 1280, meta kellu 75 sena.", "Miet fil-paċi, ħelu ħelu, bilqiegħda fuq is-siġġu tiegħu, bla mard, imdawwar minn ħutu d-Dumnikani.", "Ġie ddikjarat Qaddis u pproklamat Duttur tal-Knisja mill-Papa Piju XI, fl-1931.", "Ħsieb", ":", "Dan x'jgħid San Bernard dwar l-għerf minn Prietka fuq l-Għanja tal-Għanjiet:", "\"Hemm xi wħud li jixtiequ l-għerf biex jitkabbru, dik hi għarukaża.", "Oħrajn biex isiru magħrufa, dik hi vanità u għajb.", "Oħrajn biex jakkwistaw il-flus u l-favuri, dan hu skreditu.", "Iżda hemm oħrajn li jixtiequ l-għerf biex ikunu jistgħu jgħinu lill-oħrajn, u dik hi karità.", "Oħrajn biex itejbu lilhom infushom, dik hi prudenza.", "Minn dawn it-tipi kollha, it-tnejn tal-aħħar biss jużaw l-għerf tajjeb u kif għandu jkun.\"", "Bla dubju li San Albertu l-Kbir kien tal-aħħar żewġ tipi u kien għalhekk li laħaq il-qdusija li kull bniedem hu msejjaħ għaliha.", "Tassew li ma tridx tkun xi studjuż kbir biex tiddaħħal fil-ġenna mal-henjin imma hu importanti li dawk li jaslu għal xi pożizzjoni għolja f'għajnejn il-bnedmin, jibqgħu umli u jagħrfu li dak li għandhom ingħatalhom mingħand Alla biex jużawh għall-ġid tal-oħrajn u biex jitqaddsu huma stess.", "Hawn ukoll min jispeċjalizza fis-sengħa tiegħu wkoll u hawn min jipprova jasal għall-perfezzjoni tal-mod kif jidher minn barra, hawn min iffissat kif se jagħmel iżjed u iżjed flus, min moħħu kif se jisfrutta u jiddomina fuq l-oħrajn u għandu ħabta kif jintimida lil dawk li jiġu f'kuntatt miegħu, hawn min jirsisti biex ikabbar fama tajba għalih innifsu u jsir popolari.", "Imma x'jiswa' dan kollu jekk imbagħad ma tkunx għext ħajja li biha jkun jixraqlek tiddaħħal fl-hena tal-ħajja eterna – id-destin vera ta' kull bniedem.", "Għax:", "X'jiswielek li int avukat jekk wara mewtek ma tistax tiddefendi l-kawża tiegħek?", "X'jiswielek li inti arluġġar, jekk wara mewtek ma tkunx tista' tmexxi 'l quddiem jew lura, mqar għal sekonda waħda, l-arloġġ tal-eternità?", "X'jiswielek li inti bennej tajjeb, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tneħħi minn fuqek dawk l-erba' xorok li jkunu jgħattuk?", "X'jiswielek li inti għandek persuntek sabiħa, jekk wara mewtek issir tant ikrah li jfittxu jaħbuk fit-trab?", "X'jiswielek li inti għandek flus kemm trid, jekk wara mewtek ma tkunx tista' ssarrafhom fil-bank tal-ġenna?", "X'jiswielek li inti tikkmanda u tbeżża' 'l kulħadd, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tikkmanda d-dud li jkun għaddej minn fuqek?", "X'jiswielek li fid-dinja tgawdi fama tajba, jekk wara mewtek issib li għandek fama", "ħażina quddiem min ħalqek?", "Mela fil-ħajja kull ma għandek tagħmel huwa tgħix ħajja tajba u l-bqija ħallih f'idejn l-Imgħallem.", "Il-ħlas tat-tajjeb li nkunu għamilna nieħduh b'garanzija u mhux mingħand il-bniedem li filli jċapċaplek jew iċapċapielek imma mingħand Alla li jara kollox (anki dak li nagħmlu fil-moħbi) u wegħedna li jħallasna Hu. (ara Mattew 6:7) 'U l-ħlas tiegħu jkun kbir daqs kemm hu kbir Hu.'", "Inti temmnu dan?", "Għal liema ħajja qed taħdem: għal dik li tgħaddi, jew għal dik li tibqa' għal dejjem, dik li qed iħejjielek il-Mulej fis-sema?", "U nispiċċa bi stqarrija sabiħa ta' San Ġorġ Preca:", "\"Sinjur Alla, min għarfek ma jafx jitkellem ħlief fuqek, u m'għandux delizzju ieħor ħlief li juri l-ħniena tiegħek, li biha hija mimlija l-art; m'għandux gost ieħor ħlief li jipprietka kemm int ta' min iħobbok, u ta' min jirringrazzjak, min għarfek jitpaxxa bik, u bik jitgħaxxaq u barra minnek ma jarax ħlief frugħa u duħħan.", "Min tassew iħobbok mhuwiex kuntent li jħobbok waħdu, u xejn ma jara prezzjuż ħlief il-volontà santissma tiegħek u fiha jħoss il-ħajja u l-hena u l-glorja.\"", "Talba", ":", "O Alla, Int għamilt lil San Albertu kbir billi ppermettejtlu jikkombina l-għerf tal-bnedmin mal-Fidi Divina.", "Għinna sabiex inżommu sħiħ mat-tagħlim tiegħu hekk li nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem fix-xjenzi u fl-istess ħin naslu għal għarfien aktar profond u mħabba dejjem akbar għalik, li minnek ħadna kulma hu tajjeb u sewwa.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/11/st-albert-great.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-albert-the-great/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Albertus_Magnus", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee2d21e3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-4-14-san-nikola-tavelic-u-shabu/", "title": "14 ta' Novembru: San Nikola Tavelić u sħabu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Nikola Tavelić u sħabu", "\"Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità.", "U kull min iħobb il-verità jisma' leħni.\" –", "Ġesù lil Pilatu fi Ġwanni 18:37", "SAN NIKOLA TAVELIC U SĦABU MARTRI", "Reliġjuż", "1340 – 1391", "Tagħrif:", "Twieled fil-belt ta' Sibenik, fil-Kroazja, madwar l-1340.", "Daħal mal-Franġiskani Konventwali ta' belt twelidu u sar saċerdot madwar l-1365.", "Għal 20 sena ħadem fil-Bosnija kontra l-ereżija tal-Patareni u tal-Manikej.", "Imma meta t-Torok daħlu fis-Serbja u fil-Kroazja, San Nikola deherlu li l-aħjar ħaġa li kellu jagħmel kienet li jmur missjunarju fl-Art Imqaddsa, biex jikkonverti lill-Misilmin.", "Telaq għalhekk ma' tliet patrijiet oħra, Dijodatu minn Rodez, Franċiż, Stiefnu minn Cuneo, Taljan, li dawn kienu Konventwali bħalu, u Pietru minn Norbonne, Franċiż ukoll, li dan kien dixxiplu tal-Beatu Pauluccio Trinci, il-Fundatur fl-1368, tar-Riforma Osservanti.", "Għexu għal xi żmien fil-kunvent ta' Sijon, ħdejn iċ-ċenaklu.", "Imma fil-11 ta' Novembru 1391, marru fil-Moskea ta' Omar, mibnija flok it-tempju ta' Ġerusalemm, u b'kuraġġ li ma jitwemminx, qalu lill-Qadi, li jekk ma jsirx Nisrani, ma jistax isalva.", "Il-Qadi wieġeb li jekk huma ma jsirux Misilmin jieħdu l-mewt.", "Wara tlett ijiem, dawn l-erba' Franġiskani mietu martri għal Kristu.", "Il-metodu tagħhom illum ma nifhmuhx, imma huma fil-fatt ħadu l-mewt biex ixandru lil Kristu.", "Għalhekk il-Papa Pawlu VI mar jikkanonizzahom fil-21 ta' Ġunju, 1970.", "Ħsieb", ":", "Fil-11 ta' Novembru 1391, San Nikola Tavelić u sħabu marru quddiem il-Qadi ta' Ġerusalemm fil-preżenza ta' ħafna Musulmani, u esponew ruħhom, billi ppreżentaw l-argumenti tagħhom b'kuraġġ kbir.", "Filwaqt li dawk preżenti semgħuhom bir-reqqa, m'aċċettawx kliemhom, u fl-aħħar inkurlaw għalihom u talbuhom jirrepetu dak li kienu qalu; l-erba' patrijiet irrifjutaw u għalhekk ġew ikkundannati għall-mewt fi tlett ijiem, tqiegħdu l-ħabs fejn sofrew abbużi.", "Fl-14 ta' Novembru ġew miġjuba lura fit-toroq, għal darb'oħra ntalbu jerġgħu jgħidu dak li kienu qalu kontra l-Islam, wara li ċaħdu din l-opportunità finali biex isalvaw ħajjithom billi jiċħdu lil Kristu, qatgħulhom rashom u ħarquhom sabiex il-fdalijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu venerati bħala martri mill-Insara.", "Il-martirju tagħhom ġie deskritt fid-dettall f'rapport mill-Gwardjan tal-Art Imqaddsa, Fr. Gerald Calvet, OFM, xaharejn wara l-mewt tagħhom.", "Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien konxju ħafna dwar ix-xhieda tal-martri fil-Knisja tagħna.", "Kull kontinent ġie minsus bid-demm tal-martri.", "Huwa ddeskriva l-martirju bħala", "\"l-prova l-aktar elokwenti tal-verità tal-fidi.\"", "Skont hu, din il-\"prova tal-fidi\" hija evidenzjata fi tliet modi:", "L-ewwel nett, il-martirju jafferma l-invjolabbiltà tal-ordni morali – kemm il-verità u l-qdusija tal-liġi ta' Alla u d-dinjità tal-persuna umana.", "It-tieni nett, il-martirju jikkonferma l-umanità u l-ħajja vera tal-bniedem.", "U fl-aħħar, il-martirju jikkonferma l-qdusija tal-Knisja, bi preżentazzjoni ta' xhieda impenjati għall-verità.", "Fil-qosor,", "\"bl-eżempju elokwenti u attraenti tagħhom ta' ħajja kompletament trasformata mill-isplendur tal-Verità morali, il-martri u, b'mod ġenerali, il-qaddisin tal-Knisja kollha, jixegħlu kull perjodu ta' Storja billi jqajmu s-sens morali tagħha\"", "(L-Isplendur tal-Verità, # 93).", "Għalhekk, irridu nkunu konxji tal-martri tal-Knisja tagħna, għax ix-xhieda tagħhom tagħmlilna kuraġġ u tagħtina tama kbira.", "Permezz tal-grazzja ta' Alla, jalla aħna wkoll inkunu daqshekk impenjati lejn il-Mulej tagħna, lejn il-Knisja tiegħu, u lejn il-fidi kif kienu huma.", "Ejja nagħmlu tagħna l-kliem ta' San Pawl:", "\"Ladarba aħna wkoll għandna madwarna sħaba hekk kbira ta' xhieda, ejjew inwarrbu minna kull xkiel u kull dnub li malajr ifixkilna, u b'qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna quddiemna; inżommu għajnejna merfugħa lejn Ġesù, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu, qagħad għas-salib bla xejn ma qies l-għajb tiegħu, u issa qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tat-tron ta' Alla.\"", "(Lhud 12:1-2)", "Talba", ":", "O Alla, li gglorifikajt lill-konfessur tiegħek San Nikola Tavelić billi tajtu li jxerred l-Evanġelju u l-palma tal-martirju, agħtina li b'talbu, ikun jistħoqqilna li nimxu fuq il-passi tiegħu u permezz tal-interċessjoni tiegħu nirċievu l-premju tar-rebbieħa, il-ħajja eterna .", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-nicholas-tavelic-and-companions/", "Alternative Reading:", "https://daily-prayers.org/saints-library/nikola-tavelic-2/", "or", "https://www.roman-catholic-saints.com/saint-nicholas-tavelich.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Nicholas_Tavelic", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee2d34c1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-8-18-id-dedikazzjoni-tal-bazilika-ta-san-pietru-u-ta-san-pawl/", "title": "18 ta' Novembru: Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' San Pietru u ta' San Pawl", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' San Pietru u ta' San Pawl", "\"Tħallux qalbkom titħawwad!", "Emmnu f'Alla, u emmnu fija wkoll.", "Fid-dar ta' Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom.", "Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.", "U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa' niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.\" –", "Ġesù fi Ġwanni 14:1-3", "ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKI TA' SAN PIETRU U TA' SAN PAWL", "Tagħrif:", "Hemm tradizzjoni li tgħid li l-Papa San Anakletu, it-tieni Papa li laħaq wara San Pietru, bena żewġ kappelli, waħda fuq il-qabar fejn kien hemm midfun San Pietru, taħt l-għolja tal-Vatikan, f'Ruma, u oħra fuq il-qabar fejn kien hemm midfun San Pawl, ftit 'il barra minn Ruma, fit-triq lejn il-belt ta' Osita.", "Fis-sena 326, Kostantinu l-Kbir bena knisja flok il-kappella li kien hemm fuq il-qabar ta' San Pietru, li għal kważi tnax-il seklu baqgħet kważi l-istess.", "Magħha nbena palazz li serva bħala residenza tal-Papiet wara l-eżilju ta' Avignon.", "Biż-żmien din il-knisja saret żgħira wisq, u fl-1506, il-papa Ġulju II beda jibni l-Bażilika li hemm illum fuq il-pjani ta' Bramante.", "Damet tinbena 120 sena, b'ħafna tibdil ta' pjani u adattamenti, l-iktar mill-Papa Pawlu V u minn Mikelanġlu.", "Din il-knisja msemmija għal San Pietru, illum hi magħrufa wkoll bħala \"Il-Vatikan.\"", "Hi l-ikbar knisja fid-dinja, tesa' 50,000, u l-Papa Urbanu VIII ikkonsagraha fit-18 ta' Novembru, 1626.", "Il-martirju ta' San Pawl ġara ftit kilometri 'l bogħod minn dak ta' San Pietru, fil-post ta' Aquae Salviae (Tre Fontane), fit-triq Ostia, u difnuh xi ħames kilometri 'l bogħod.", "Anke fuq il-qabar ta' San Pawl, Kostantinu kien bena knisja flok il-kappella li kien bena San Anakletu.", "Din il-knisja wkoll kienet saret żgħira, u l-Papa San Ljun il-Kbir u l-Imperatur Teodozju bnew Bażilika flokha, li nħarqet fl-1823, iżda reġgħet inbniet mill-ġdid.", "Hi twila 400 pied, u hi wkoll sabiħa bħal dik ta' San Pietru.", "Ġiet ikkonsagrata mill-Papa Piju IX fl-10 ta' Diċembru fl-1854, jumejn wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni, iżda l-kommemorazzjoni tagħha ssir llum ma' dik ta' San Pietru.", "Ħsieb", ":", "Għall-ewwel kien hemm kappelli żgħar, imbagħad inbidlu fi knejjes, u llum hemm bażiliki kbar il-ġmiel tagħhom.", "Dejjem ikbar, dejjem isbaħ, dejjem aħjar!", "Hekk ukoll fil-perfezzjoni Nisranija hemm tliet gradi:", "l-ewwel grad hu li tobgħod il-ħażen għall-imħabba ta' Alla;", "it-tieni grad li tagħmel il-ġid u t-tajjeb biex togħġob lil Alla;", "it-tielet grad li tħobb lil Alla għalih innifsu u l-proxxmu għall-imħabba ta' Alla.", "Meta dawn il-Bażiliki ġew iddedikati lil Alla, Alla sab postu fihom biex jiltaqa' mal-poplu tiegħu.", "Huwa jsib postu f'kull santwarju, kbir jew żgħir li l-bniedem jibni ad unur tiegħu, biex il-bnedmin isibu posthom.", "Ġesù jgħammar f'kull knisja u kappella u jagħmilha d-dar tiegħu biex ikun qrib tagħna ħalli jgħinna nsibu postna, u meta nsibu postna, ma nitilfuhx!", "Din hija l-missjoni tal-Knisja: li tgħin lill-bniedem jiltaqa' ma' Ġesù li huwa t-triq, il-verità u l-ħajja, biex il-bniedem ikun kapaċi jżomm postu fil-ħajja.", "Mela ħa nidħlu f'rabta aktar mill-qrib ma' Ġesù, u Ġesù jħejjilna post li jixirqilna.", "Kemm hija ħaġa kerha meta f'ħajjitna jkollna waqtiet fejn ma nkunux inħossuna f'postna!", "Meta ma tkunx f'postok, xejn ma jagħmlek kuntent u ma tkunx tista' ssib kwiet.", "Mhux faċli ssib postok fil-ħajja!", "L-esperjenza tixhdilna li rridu nimpenjaw ruħna sewwa, speċjalment meta nkunu għadna żgħar, biex meta nikbru nsibu postna fis-soċjetà.", "Min-naħa l-oħra, il-fatt li tkun kbirt fis-snin mhux bilfors ifisser li tkun sibt postok – tant li hawn min sar adult u għadu ma sabx postu, u għalhekk il-ħin kollu għaddej minn ħaġa għall-oħra... u jsir bħal", "a rolling stone that gathers no moss.", "Barra minn hekk, hemm min minħabba l-karattru tiegħu mhux kapaċi jżomm postu!", "Meta tkun għadek student normalment ikollok ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tiegħek u tistinka ħafna biex tasal issib postok, fis-sens li jkollok okkupazzjoni definittiva.", "Imma llum, minħabba l-kunċett ta' mobbiltà anki fix-xogħol, kważi ebda post ma joffri stabbiltà u sodisfazzjon biżżejjed u kapaċi nitħajru ngħaddu minn post għal ieħor.", "L-istess jiġri fir-relazzjonijiet affettivi.", "Qisha saret parti mill-kultura tagħna li wieħed jgħaddi minn relazzjoni għall-oħra, u mhux lakemm wieħed jasal biex jgħid li affettivament ikun sab postu!", "Sa ftit snin ilu, meta wieħed kien jiżżewweġ, kien ikun konvint li dak iż-żwieġ huwa postu, imma llum l-affarijiet inbidlu bil-kbir.", "Nosservaw li llum iż-żgħażagħ mhux qegħdin jiżżewġu ta' età żgħira għax iridu ż-żmien biex jikkonvinċu ruħhom li posthom ikun f'dik ir-relazzjoni partikulari – fil-fatt, ġieli jiġri li meta żagħżugħ jidħol f'relazzjoni stabbli, jibda jinħakem minn ċerti dubji, inċertezzi u beżgħat!", "Imbagħad hemm dawk li affettivament isibu posthom u jiżżewġu, imma għal xi raġuni jew oħra jerġgħu jaqgħu jew iwaqqgħuhom minn posthom... u għalhekk ikollhom jaffrontaw mill-ġdid dak il-proċess biex jerġgħu jsibu posthom.", "Hemm imbagħad dawk li jibqgħu ma jsibux posthom fil-mod kif jaħsbu, jirraġunaw u jiddeċiedu – jew għax ikunu nieqsa mill-maturità jew għax jinfixlu fil-ħsieb dgħajjef ta' żminijietna.", "Ir-relattiviżmu tal-lum jagħmilha diffiċli li l-ħsieb tal-bniedem isib postu.", "Quddiem din is-sitwazzjoni tolqotni s-sentenza li nsibu fil-Vanġelu meta Ġesù jgħid li sejjer iħejjilna post fejn noqogħdu (Ġwanni 14:3).", "Fi kliem ieħor Ġesù qed joffrilna li jagħtina post fil-ħajja fejn aħna jkollna ħsibijiet ċari, trankwillità u serenità.", "Ġesù qed jgħidilna:", "Tħallux qalbkom titħawwad,", "għax jien ngħinkom issibu postkom fil-ħajja.", "Ħafna drabi, biex infittxu nsibu post tajjeb, aħna nagħmlu proġett li naħsbu li jista' jwassalna f'dak il-post; nippruvaw niksbu għarfien sħiħ, ċert u veritier li jgħinna niżguraw il-post li nixtiequ.", "Imma Ġesù ma joffrilniex triq jew għarfien, imma joffrilna lilu nnifsu meta jgħid:", "Jien hu t-Triq u l-Verità!", "Għalhekk, biex isib postu n-Nisrani ma għandux bżonn ta'", "road map", "jew xi damma/ktieb bit-tagħrif, imma jeħtieġlu jidħol f'relazzjoni personali ma' Ġesù.", "In-Nisrani li jrid isib postu għandu bżonn tal-persuna ta' Ġesù Kristu.", "Min jiltaqa' ma' Ġesù jkun sab it-triq u s-sewwa li jgħinuh iżomm postu fil-ħajja.", "Jien ċert li fil-ħajja ġieli ltqajna ma' persuni li kienu sereni u f'posthom, u dan għaliex f'ħajjithom kienu ltaqgħu ma' Ġesù.", "Min ikollu din il-laqgħa ma' Kristu, għandu garanzija li f'ħajtu jħossu f'postu anki jekk madwaru jkun hemm ħafna affarijiet li ma humiex f'posthom.", "Irridu nemmnu li jekk inħallu lil Ġesù jakkumpanjana, anki jekk ħajjitna tkun ħafna biċċiet, naraw dawn il-biċċiet jaqgħu f'posthom.", "U int, sibtu postok jew għadek qed tfittxu?", "Ippermettejt lil qalbek u lil ruħek jistrieħu f'posthom, jiġifieri f'min ħalaqhom għaliH?", "X'post qed tagħti lil Ġesù f'ħajtek u fis-santwarju l-aktar intimu ta' qalbek?", "Il-Mulej jista' jagħmel l-għamara tiegħu fik, għax f'ruħek isib post li jogħġbu?", "Talba", ":", "Inti Mulejja, li tgħammar ġewwa fina: Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistriħux.", "Fik biss tinsab il-hena u l-mistrieħ tagħna.", "Int għamiltna għalik, o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet, jekk ma tistrieħx fik.", "Ammen.", "(Talba ta' Santu Wistin)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/dedication-of-churches-of-saints-peter-and-paul/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/dedication-of-the-churches-of-peter-and-paul-659", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Dedication_of_Saints_Peter_and_Paul", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u l-Ħsieb minn omelija tal-Isqof Mario Grech (12 ta' Mejju 2017).", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee2dbe2e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-7-17-santa-elizabetta-tal-ungerija/", "title": "17 ta' Novembru: Santa Eliżabetta tal-Ungerija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Eliżabetta tal-Ungerija", "\"Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.\" –", "Ġesù f'Mattew 25:40", "SANTA ELIŻABETTA TAL-UNGERIJA", "1207 – 1231", "Tagħrif:", "Fil-ħajja qasira tagħha, Santa Eliżabetta spikkat fl-imħabba kbira li kellha lejn il-foqra u lejn il-morda.", "Aktarx li twieldet fl-1207, f'Sarospatak, fl-Ungerija.", "Missierha kien ir-Re Indri II tal-Ungerija, u ommha kienet ir-Reġina Ġertrude ta' Merano, għalhekk trabbiet f'ħafna kumdità.", "Fl-1221, meta kellha biss 14-il sena, iżżewġet lil Ludoviku IV, Landgraf tat-Turinġja, fil-Ġermanja.", "Żewġha kellu 21 sena , 7 snin akbar minnha.", "Kien żwieġ qasir, imma kien tassew hieni għax kienu jinħabbu ħafna.", "Kellhom tlitt itfal.", "Sa minn ċkunitha kellha qalbha tajba mal-fqar u l-morda.", "Meta żżewġet sabet l-għajnuna ta' żewġha għax hu wkoll kien karitattiv.", "Bl-għajnuna ta' żewġha, bniet sptar ħdejn il-palazz tagħha, u hi stess kienet tmur iddur bil-morda.", "Ġieli ġara li meta l-isptar kien ikun mimli bil-pazjenti, kienet tieħu l-morda fil-palazz tagħha.", "Fil-knisja qatt ma daħlet bil-kuruna fuq rasha, kienet tgħid:", "\"Kif nista' jien nidher bil-kuruna tad-deheb u l-ħaġar prezzjuż fuq rasi, meta Ġesù hu nkurunat bix-xewk?\"", "Wara sitt snin ta' ħajja l-iktar kuntenta fiż-żwieġ, żewġha miet fl-Italja minn marda li ħakmitu waqt li kien qed jieħu sehem fil-Kruċjata tal-Imperatur Frederiku II, fl-1227, 18-il ġurnata wara t-twelid tat-tielet tarbija tagħha Ġertrude.", "L-għedewwa politiċi ta' żewġha keċċewha mill-palazz, u eżiljawha.", "Eliżabetta, li issa kellha 20 sena, waqgħet f'faqar kbir għax il-qraba tagħha (min-naħa ta' żewġha) ċaħħdu lil din l-armla żagħżugħa minn kull kenn u mezzi għaliha u għal uliedha.", "Hi kellha tmur minn post għal ieħor tittallab il-karità, imma l-virtujiet tagħha kienu akbar mill-isfortuni tagħha.", "Irrifjutat li terġa' tiżżewweġ.", "Minflok, hija ritirat ġewwa Eisenak, imbagħad fil-kastell ta' Pottenstin.", "Iżda wara, għażlet li tgħix ġo dar modesta, ġewwa Marburgo.", "Inkitbet mat-terz'ordni tal-franġiskani u kienet iżżur il-morda darbtejn matul il-jum u tgħinhom fil-ħtiġijiet tagħhom, tant li ftaqret hi stess.", "Kienet tmur titlob il-karità u tagħmel l-aktar xogħlijiet umli fejn kien meħtieġ.", "Din l-għażla ta' ħajja qajmet rabja kbira fost il-kunjati tagħha, tant, li waslu biex ħadulha l-kustodja ta' wliedha.", "Imma xejn ma seta' jtellef jew inaqqas il-ġentilezza jew it-tjubija tagħha, lanqas is-severità eċċessiva tas-saċerdot li għażlet bħala direttur spiritwali tagħha.", "Fl-aħħar, kisbet lura xi ftit mill-ġid li kellha u permezz tiegħu ħasbet għall-futur ta' wliedha imma qassmet il-bqija tas-sehem tagħha f'opri ta' karità.", "Mietet fis-16 ta' Novembru 1231, meta kellha 24 sena.", "Il-Papa Girgor IX iddikjaraha Qaddisa fl-1235, erba' snin biss wara mewtha.", "Hija l-Patruna tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Knisja u tat-Terzjarji Franġiskani.", "Ħsieb", ":", "Eliżabetta tal-Ungerija fehmet tajjeb il-lezzjoni li Ġesù għallimna meta ħasel saqajn id-dixxipli tiegħu fl-aħħar Ċena: Il-Kristjan għandu jkun wieħed li jservi l-bżonnijiet l-aktar umli ta' ħaddieħor, anke jekk wieħed iservi minn pożizzjoni għolja.", "Ta' demm irjali li kienet, Eliżabetta setgħet tirrenja fuq is-suġġetti tagħha, imma minflok hija servithom b'qalb tant kbira u umli li l-ħajja qasira tagħha rebħet għaliha post speċjali fil-qlub ta' ħafna.", "Insibu din l-affermazzjoni li ġejja dwar is-servizz u d-dedikazzjoni ta' Eliżabetta lejn il-foqra u l-morda f'din l-ittra:", "\"Hija kellha d-drawwa li żżur personalment il-morda kollha darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija, Hija ħadet ħsieb b'mod personali lil dawk li l-aktar kienu jimbuttawk minħabba l-mard tagħhom.", "Hija tat jieklu li xi wħud, akkwistat sodod lil xi oħrajn, ġarret xi wħud fuq spallejha stess u kienet tinvolvi ruħha f'bosta servizzi oħra għall-ġid tagħhom.\"", "U jekk se nitkellmu dwar il-ħajja tat-talb ta' Santa Eliżabetta, il-konfessur tagħha Fr. Konrad ħallielna tassew xhieda eżemplari:", "\"Jiena nikkonferma quddiem Alla li, għalkemm kienet iddedikatha għal xogħlijiet bħal dawn tal-ħajja attiva, rari rajt mara kontemplattiva bħal Eliżabetta.", "Xi nisa u rġiel reliġjużi nnutaw ħafna drabi li, meta hija kienet tkun lestiet it-talb privat tagħha, kien ikollha dawl emanenti f'wiċċha u, bħar-raġġi tax-xemx, kienu jiddu minn għajnejha.\"", "Barra minn hekk, Santa Eliżabetta turina l-ħtieġa li għandu jkollna, fil-vjaġġ tal-fidi tagħna, gwida spiritwali kwalifikata li takkumpanjana lejn il-qdusija.", "Eliżabetta segwiet bir-reqqa l-istruzzjonijiet tad-direttur spiritwali tagħna u dan hu ta' eżempju għalina lkoll.", "Li wieħed jikber fil-ħajja spiritwali huwa proċess diffiċli.", "Huwa faċli li naqgħu f'ħafna żbalji jekk ma jkollniex lil xi ħadd li jiddixxiplinana.", "Santa Eliżabetta saret qaddisa mhux għax iżżewġet meta kellha 14-il sena, lanqas għax kellha tlitt itfal qabel ma għalqet għoxrin, lanqas għax romlot ta' għoxrin, lanqas għax mietet ta' 24 u ħalliet warajha tlitt itfal żgħar, iżda għax uriet imħabbitha lejn Alla fil-proxxmu, billi saret fqira biex tgħin il-foqra, ħliet saħħitha ddur bil-morda.", "U int, għażilt lil xi saċerdot tajjeb u għaref bħala d-direttur spiritwali tiegħek, biex jigwidak u jakkumpanjak fil-vjaġġ tal-ħajja tiegħek?", "Inti kemm tarah lil Alla f'ħutek il-bnedmin hekk li tasal tiftaqar u taħli saħħtek għalihom?", "Sa fejn tasal imħabbtek għal Alla fl-oħrajn?", "Talba", ":", "Missier Ħanin, nitolbuk biex tferra' r-raġġi kollhom dawl tal-grazzji tiegħek fil-qlub tagħna: ħalli bit-talb glorjuż ta' Santa Eliżabetta, nistgħu nitgħallmu npoġġu fil-ġenb il-ġid ta' din id-dinja mudlama, biex dejjem iżjed nifirħu bil-konsolazzjonijiet tiegħek tas-Sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-elizabeth-of-hungary-56", "Alternative Reading:", "https://ccdocle.org/about-us/our-patron-saint-st-elizabeth-of-hungary", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Elizabeth_of_Hungary", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee2d4400', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-0-10-san-ljun-il-kbir/", "title": "10 ta' Novembru: San Ljun il-Kbir", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ljun il-Kbir", "\"O Nisrani, ftakar fid-dinjità tiegħek.\" –", "San Ljun il-Kbir", "SAN LJUN IL-KBIR", "Papa u Duttur tal-Knisja", "? – 461", "Tagħrif:", "San Ljun twieled fit-tmiem tas-seklu erbgħa x'aktarx f'Ruma, imma ta' nisel Toskan.", "Huwa serva bħala Djaknu taħt San Ċelestinu I u San Sistu III.", "Sar Papa fid-29 ta' Settembru, 440, wara l-mewt ta' Sistu III.", "Kellu jkun l-ewwel wieħed fost it-tliet Papiet li minħabba l-ħidma kbira fi żmien il-pontifikat tagħhom qalgħu l-isem tal-Kbir.", "It-tnejn l-oħra huma San Girgor I (590-604), u San Nikola I (858-867).", "Fis-sena 451 sar ir-raba' Konċilju Ekumeniku ta' Kalċedonja fejn inġabru xi 600 isqof.", "Il-Papa bagħat ittra lill-Konċilju fejn fiha ddefinixxa ż-żewġ naturi u persuna waħda ta' Kristu kontra l-ereżija ta' Ewtike.", "Dakinhar, minn fomm l-isqfijiet ħarġet l-espressjoni:", "\"Pietru tkellem permezz ta' Ljun.\"", "Meta fis-sena 452, Attila kien nieżel bl-armata qawwija tiegħu lejn Ruma, il-Papa mexxa ambaxxata għand Attila, u rnexxielu jinnegozja miegħu li ma jaħbatx għal Ruma fuq wegħda li l-Papa jħallas lil Attila tribut annwali.", "Tliet snin wara, meta Ġenseriku, Re tal-Vandali, ħabat f'daqqa waħda għal Ruma, il-Papa kien l-uniku li ddefenda l-belt u rnexxielu jwaqqaf il-kefrija u l-istraġi li kienet qed issir, u salvaha minn qerda totali.", "Il-Papa Ljun ddefenda wkoll it-tagħlim tal-Knisja kontra l-Manikej, il-Pelaġjani, il-Prixxiljanisti u n-Nestorjani.", "Bil-qawwa kollha ddefenda u saħħaħ il-Papat, u wera ċar li l-awtorità sħiħa tal-Knisja tinsab f'idejn il-Papa.", "Fost il-kitba tiegħu għandna 96 prietka u 143 ittra magħrufin għall-għerf teoloġiku tagħhom.", "San Ljun miet fl-10 ta' Novembru, 461.", "Illum il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-Bażilika ta' San Pietru, taħt artal iddedikat għalih.", "Fl-1754, Benedittu XIV iddikjarah Duttur tal-Knisja.", "Ħsieb", ":", "\"Toqol li taħarbu\"", "– hekk tkellem San Ljun I fuq l-uffiċċju tal-Papa.", "Madankollu ftit kienu tant kapaċi li jġorru bil-għaqal dan it-toqol b'tant diliġenza u ħeġġa.", "Ma kinitx ħaġa ħafifa li tmexxi l-knisja fil-ħames seklu.", "Il-gwerra tal-barbari kienet qed tkisser il-provinċji li ma felħux jirreżistu.", "Il-Lvant kien imħawwad b'ereżija ġdida u perikoluża.", "Kontra kull ereżija Ljun I ħadha bil-qawwa kollha.", "Il-kriżi dommatika tul il-pontifikat tiegħu qamet meta patri minn Kostantinopli jismu Ewtikes u l-patrijarka ta' Alessandria, Dioscorus bdew jgħallmu li fi Kristu hemm natura waħda biss.", "Fuq talba tal-patrijarka ta' Kostantinopli San Flavjan li informa lill-Papa li din l-ereżija bdiet tinxtered b'mod allarmanti, il-Papa Ljun kiteb ittra lil Flavjan fejn b'mod kategoriku kkundanna l-iżball ta' din id-duttrina falza.", "Din l-ittra tant hi famuża għat-tagħlim li fiha, li ġiet miżmuma u venerata bħala kredu.", "Sar konċilju, ir-raba' wieħed, li ltaqa' fil-Kalċedonja fis-sena 451 fejn il-padri kkundannaw lil Ewtikes u ġiet aċċettata l-ittra ta' Ljun bħala t-twemmin reali fuq in-natura ta' Kristu.", "Fl-oċċident id-dgħjufija imperjali kienet ir-raġuni li l-Papa Ljun għamilha ta' intermedjatur bejn il-poplu tiegħu u l-barbari.", "Attila kien theddida għall-popli.", "Ljun kollu kuraġġ mar jiltaqa' miegħu fuq ix-xtut ta' Mincio, wieħed jirrapreżenta l-qawwa brutali u l-ieħor il-forza morali.", "Rebaħ Papa Ljun.", "Attila laħaq ftehim ta' paċi ma' Ruma u ħelisha minn kull deni.", "Tliet snin wara meta l-flotta ta' Genseric għaddiet mix-xmara Tiber, ir-Rumani kollha mbeżża' daru lejn l-isqof tagħhom.", "Għal darba oħra l-Papa ġie wiċċ imbwiċċ mar-re vandalu li wiegħed lill-Papa li ebda bniedem ma kien ser ikun maqtul u ebda dar ma kienet ser tkun mogħtija n-nar.", "Genseric żamm kelmtu u għal 14 -il jum is-suldati serqu kemm felħu mill-ġid ta' Ruma.", "Kien Papa tassew kbir.", "Diplomatiku, amministratur, teologu u oratur u fuq kollox bniedem t'Alla.", "Bir-raġun jistħoqqlu l-isem ta' Papa Ljun il-Kbir.", "Miet fis-sena 461 wara 21 sena ta' ħidma pontifiċja.", "Probabbilment aħna mhux ser ikollna nwettqu x-xogħol li għamel dan il-Qaddis, li niltaqgħu ma' mexxejja ta' armati qawwija u ninnegozjaw magħhom biex nevitaw qerda u ħerba kbira.", "Iżda lkoll kemm aħna nistgħu, f'ħin jew ieħor, innisslu l-ordni, l-kwiet u il-paċi, permezz ta' kliem li jberred jew li jfarraġ jew ukoll billi nżommu s-skiet flok intawlu lsienna.", "Talba", ":", "O Alla, int waqqaft il-Knisja tiegħek fuq l-Appostlu li għażilt bħala l-blata sħiħa, u ma tħalli qatt li s-setgħat tal-infern jegħlbuha; agħmel li, bit-talb tal-Papa San Ljun, hija tibqa' sħiħa fil-verità tiegħek u titwettaq dejjem fis-sliem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/pope-st-leo-the-great-651", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-leo-the-great/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Leo_I", "Here one can find all of Saint Leo's writings:", "https://biblehub.com/library/leo/writings_of_leo_the_great/index.html", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee3d5b73', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-8-8-beata-elizabetta-tat-trinita/", "title": "8 ta' Novembru: Beata Eliżabetta tat-Trinità", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Eliżabetta tat-Trinità", "\"Meta Ġesù għamel fija l-għamara tiegħu, meta Alla ħa pussess tant tajjeb tal-qalb tiegħi, minn dak il-waqt, minn dak il-kunċert misterjuż, minn dik il-laqgħa divina u delikata, ma kelli l-ebda ispirazzjoni oħra ħlief li nagħti ħajti sabiex nirritorna xi ftit għal din l-imħabba kbira tiegħu.", "Lill-Maħbub Ewkaristiku li straħ fil-qalb dgħajfa tiegħi, filwaqt li mlieha bil-grazzji kollha tiegħu.\" –", "Minn poeżija tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità", "BEATA ELIŻABETTA TAT-TRINITÀ", "Soru Karmelitana", "1880 – 1906", "Tagħrif:", "Hija twieldet filgħodu fit-18 ta' Jannar 1880, f'kamp/sptar tal-militar, ladarba missierha kien Kaptan fl-Armata Franċiża.", "Missierha kien il-Kaptan Francois Joseph Catez u ommha, Marija Rolland.", "Tgħammdet nhar it-22 ta' Lulju, fil-festa ta' Santa Marija Maddalena u ġiet imsejħa Maria Ġużeppa Eliżabetta.", "Meta miet missierha, kellha 7 snin u dan ġegħelha taħseb fil-fond u fit-tul fuq l-eternità.", "Il-karattru tagħha ma kienx wieħed faċli.", "L-istorja tagħha tgħidilna li kienet sensittiva, ta' rasha u jitlagħlha malajr.", "Madankollu t-tifla kellha qalbha miftuħa beraħ.", "Tant hu hekk li meta seħħilha tagħmel l-ewwel qrara tagħha kienet determinata li tibda gwerra dejjiema kontra l-karattru diffiċli tagħha.", "Fil-kitbiet tagħha Eliżabetta ssejjaħ dan il-jum partikulari fil-mixja spiritwali tagħha bħala \"il-ġurnata tal-konverżjoni tiegħi.\"", "Hija baqgħet tissielet mal-karattru tagħha sal-età ta' 19-il sena.", "Wara li rċeviet lil Ġesù għall-ewwel darba fit-Tqarbin Imqaddes Eliżabetta kellha l-grazzja żżur ma' ommha l-Karmelu ta' Dijon.", "Jumejn wara din iż-żjara l-Madre kitbitilha hekk liċ-ċkejkna:", "\"Binti hemm misteru kbir moħbi wara ismek... inti jismek 'Dar ta' Alla.'", "Hemm qegħdin jgħammru t-Tlieta li inti tħobb.\"", "Minn hemm 'il quddiem Sabeth, l-isem li bih kienet magħrufa Eliżabetta, bdiet mixja profonda ta' għarfien ta' din ir-realtà daqshekk kbira u ta' sbuħija mill-aqwa.", "Meta kellha 14-il sena bdiet tħoss l-istedina ta' Ġesù li jgħarrasha miegħu.", "Kien hawn fejn Sabeth sabet ostakolu kbir: ommha.", "Dan il-fatt iżda ma gerrixx lil Sabeth milli tgħix ħajjitha b'serenità.", "Tant hu hekk li ssuktat timxi 'l quddiem fil-mogħdija mużikali tagħha bħala pjanista.", "Ħilitha tant kemm kienet kbira li fuq fomm kulħadd kien hemm l-istess għajta: x'futur sabiħ kien hemm lest għal Sabeth!", "Sabeth kienet ukoll tagħti daqqa t'id fil-parroċċa fejn kienet tgħix permezz tat-tagħlim tal-Katekiżmu, id-daqq tal-orgni u l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ.", "L-affarijiet ħadu xejra differenti f'ħajjitha meta għalqet 21 sena.", "Kien f'din l-età li ommha ċediet u tatha l-barka tagħha biex tkun tista' tidħol fil-Karmelu ta' Dijon.", "Hija daħlet nhar il-Festa tal-Porzjunkola, jiġifieri nhar it-2 t'Awwissu, 1901.", "Sabeth libset il-libsa kkonsagrata Karmelitana nhar it-8 ta' Diċembru tal-istess sena u s-superjuri tagħha tawha l-isem ta' Swor Eliżabetta tat-Trinità.", "In-novizzjat għaliha kien mument ta' prova kbira.", "Batiet fuq li batiet f'ruħha.", "Madankollu wara xitwa qalila tan-novizzjat hekk kif għamlet il-professjoni reliġjuża tagħha dehret b'mod tal-għaġeb għaliha rebbiegħa ta' grazzji kbar.", "Aktar ma bdiet tikber fil-grazzja tal-Mulej aktar Eliżabetta bdiet tagħraf li s-sejħa tagħha fil-Knisja kienet 'avvent ieħor' li kellu bħala għan l-Inkarnazzjoni tal-Verb fl-erwieħ tal-bnedmin.", "Is-sinsla tal-ħajja spiritwali tal-Beata Eliżabetta kienu l-kliem ta' Ġesù fil-Vanġelu skont San Ġwann:", "\"Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu\"", "(Ġwanni 14:23).", "Bil-qawwa tal-grazzja ta' Alla li fiha saret xmara ta' ilma frisk u ħaj Eliżabetta bdiet tgħix ħajja mill-aktar maqgħuda mat-Trinità li kienet tħoss tgħix ġewwa fiha.", "Ta' għalliema għarfa u umli li kienet Eliżabetta għaddiet it-teżor tal-esperjenza tagħha lil ħaddieħor.", "Eliżabetta kitbet mat-13-il meditazzjoni lil oħtha Margaret u semmiethom \"Kif issib il-Ġenna fl-art.\"", "Misjuqa mill-prijura tagħha Eliżabetta kitbet il-meditazzjonijiet li għamlet fl-aħħar irtir tagħha hawn fl-art.", "F'Ġunju tal-1903 Eliżabetta tat bidu għall-kalvarju tagħha fl-art.", "Kien f'din is-sena li mardet bl-Addison Disease.", "Minkejja li kienet fl-eħrex tbatija fuq is-salib tal-mard tagħha Eliżabetta aktar issuktat titwaħħad ma' Kristu Msallab.", "L-imħabba tagħha għalih wasslitha biex toffri tbatijietha għas-salvazzjoni tal-erwieħ u biex il-Knisja tissokta tissaħħaħ.", "Aktar ma Eliżabetta ngħatat lilha innifsha għall-Mulej permezz tal-offerta ta' tbatijietha aktar bdiet tara l-grazzja tiegħu tfur minn ġo fiha għall-oħrajn.", "Il-grazzja tal-Mulej fiha tant kemm kienet qawwija li Eliżabetta bdiet issejjaħ lilha nfisha \"Tifħir tal-Glorja.\"", "Dan kien l-għan aħħari u ewlieni ta' ħajjitha.", "U xtaqet li tkun hekk mhux biss fis-sema imma, u fuq kollox, minn din id-dinja stess!", "F'Novembru, tal-1904 Eliżabetta, imnebbħa minn Alla Trinità, l-għaxqa ta' dak kollu li hi, kitbet b'tant imħabba t-talba tagħha lit-Trinità.", "F'din it-talba ta' Eliżabetta wieħed ma jistax ma japprezzax il-profondità tal-għaqda tagħha mal-qalba tal-misteru tal-fidi tagħna Nisranija.", "L-aħħar kliem li lissnet fuq din l-art huma xhieda ta' kemm l-għaqda tagħha mat-Trinità kienet tassew profonda:", "\"Sejra lejn id-Dawl, lejn l-Imħabba, lejn il-Ħajja.\"", "Eliżabetta marret fid-Dar ta' Missierna tas-Sema nhar id-9 ta' Novembru, 1906.", "Kien nhar il-25 ta' Novembru, tal-1984 meta Eliżabetta tat-Trinità ġiet ibbeatifikata fil-Bażilika Vatikana flimkien ma' José Manyanet y Vives u Daniel Brottier.", "Min jista' jinsa l-kliem tassew sabiħ li ħarġu minn fomm San Ġwanni Pawlu II fl-omelija tal-beatifikazzjoni tagħha:", "\"Illum nippreżentaw lid-dinja lil din ir-reliġjuża klawstrali li għexet ħajja 'moħbija flimkien ma' Kristu f'Alla' (Kolossin 3:3) l-għaliex hija xhieda imdawla tal-ferħ li wieħed ikun miżrugħ u msejjes fl-imħabba (Efesin 3:17).", "Hija tiċċelebra l-isplendur ta' Alla l-għaliex għexet fil-qalba tal-preżenza tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u li fihom għarfet ir-realtà ħajja tal-imħabba bla tmiem\"", "(nru.5).", "Ħsieb", ":", "Talba sabiħa tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità:", "\"O Alla tiegħi, Trinità li nqim, għinni ninsa għal kollox lili nnifsi biex ngħammar fik, fis-sod u fis-sliem qisha ruħi ġa qiegħda fl-eternità; jalla xejn ma jkun jista' jtellifli s-sliem jew iġegħelni nitbiegħed minnek, o Alla tiegħi li fik ma hemmx tibdil, iżda kull minuta teħodni aktar 'il bogħod fil-fond tal-Misteru tiegħek!", "Agħti s-sliem lil ruħi.", "Agħmilha l-ġenna tiegħek, l-għamara għażiża tiegħek u l-post tal-mistrieħ tiegħek.", "Jalla ma nħallik qatt waħdek, imma nkun hemm jien, kollni kemm jien, dejjem nishar fil-fidi tiegħi, dejjem inqimek, dejjem mogħtija għall-ħidma ħallieqa tiegħek.\"", "Dan hu kliem Eliżabetta, f'waħda mill-ittri li kitbet lil oħtha:", "\"Oħt għażiża, jeħtieġ li tħassar il-kelma 'skuraġġament' mill-vokabularju tiegħek tal-imħabba; aktar ma tagħraf id-dgħufija tiegħek, id-diffikultà biex tinġabar, aktar mal-Imgħallem jidher moħbi, aktar għandek tifraħ għax aktar tkun qiegħda tagħtih, u mhux aħjar tagħti milli tirċievi meta wieħed ikun iħobb?", "Alla qal lil San Pawl: 'biżżejjed għalik il-grazzja tiegħi, il-qawwa tiegħi tidher fejn hemm id-dgħajjef' (2 Korintin 12:9), u l-qaddis kbir dan fehmu tant tajjeb li għajjat: 'niftaħar minn qalbi l-aktar bid-debbulizzi tiegħi biex il-qawwa ta' Kristu tgħammar fija.'", "X'jimporta għalhekk dak li nħossu?", "Hu l-immutabbli, Dak li ma jinbidel qatt: iħobbok illum, bħalma kien iħobbok il-bieraħ u bħalma se jħobbok għada.\"", "Dan kliem li qalet il-Beata lill-Madre tagħha ftit qabel mewtha:", "\"Madre għażiża, qabel ma nitlaq se nħallilek bħala wirt din il-vokazzjoni li kelli fi ħdan il-Knisja u li minn issa se naqdiha bla ebda waqfien fil-Knisja tas-sema: inkun tifħir ta' sebħ lit-Trinità Qaddisa.\"", "L-għerf li kellha Eliżabetta tat-Trinità kien matur u sod.", "Il-ħajja spiritwali tagħha kienet żviluppata ħafna qabel ma daħlet fil-Karmelu.", "Hija ħallitilna ħafna fuq xiex naħsbu qabel ma mietet fl-età żgħira ta' sitta u għoxrin sena.", "Hi tat imħabbitha għall-ħajja spiritwali u għax-xewqa tagħha li kulħadd għandu jikber f'din il-ħajja, l-Insara kollha.", "Hija esprimiet dak li riedet tagħmel fis-sema bil-kliem li ġej:", "\"Naħseb li fis-sema l-missjoni tiegħi se tkun li niġbed l-erwieħ billi ngħinhom joħorġu minnhom infushom sabiex jigranfaw ma' Alla b'moviment sempliċi u ta' mħabba totali, u biex iżommu lilhom infushom f'dan is-silenzju kbir ġewwa fihom, li jħalli lil Alla jikkomunika lilu nnifsu lilhom u jittrasformahom Fih innifsu.\"", "B'dawn il-ħsibijiet profondi, il-Beata tal-lum tisfida lin-Nisrani ta' żminijietna u lilek li qed taqra bħalissa, biex tieqaf, tagħti ħarsa u titwila tajba lejk innifsek u tistaqsi:", "Fejn jiena sejjer/sejra?", "X'tip ta' prijorità għandu Alla fil-ħajja tiegħi?", "Kif qed nitrasforma lili nnifsi f'Alla?", "Nixtieq li ħajti tkun xhieda mdawla tat-Trinità Qaddisa?", "Nixtieq li ħajti tkun ċelebrazzjoni waħda tal-isplendur ta' Alla Trinità, li ħalaqni fuq xbiehetu u fdieni b'mod tal-għaġeb?", "Nixtieq li ħajti tkun \"Tifħir tal-Glorja\" bħalma kienet dik tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità?", "Talba", ":", "Verb Etern, Kelma ta' Alla tiegħi, irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta biex nitgħallem kollox mingħandek.", "Ammen.", "(Talba tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità)", "O Alla tiegħi, Trinità li nadura, għinni biex ninsa għal kollox lili nnifsi ħalli nistabbilixxi ruħi fik, ħiemda bla ma nitħarrek bħallikieku ruħi ġa qiegħda fl-eternità!", "Jalla xejn ma jtellifni l-paċi tiegħek jew joħroġni minnek.", "Ammen.", "(Talba tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità)", "English Version:", "http://ocarm.org/en/content/ocarm/elizabeth-trinity", "Alternative Reading:", "http://www.helpfellowship.org/Blessed_Elizabeth_of_the_Trinity.htm", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Elizabeth_of_the_Trinity", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", "u minn kitba ta' Patri Mario Attard OFM Cap.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee3d608a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-1-11-il-vergni-mqaddsa-marija-ta-lourdes/", "title": "11 ta' Frar: Il-Verġni Mqaddsa Marija ta' Lourdes", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Verġni Mqaddsa Marija ta' Lourdes", "\"Sliem għalik, o Vergni Mqaddsa,", "l'Inti dehert lil Bernardina", "ġewwa l-grotta minn ta' Lourdes,", "biex imħabbtek int turina.\"", "~ Innu mill-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Lourdes", "IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TA' LOURDES", "1858", "Tagħrif:", "Lourdes, belt żgħira ħdejn il-Pirinej, il-muntanji li jifirdu lil Franza minn Spanja, kienet ftit magħrufa sal-1858.", "Dak li kellu jagħmilha ċentru ta' attrazzjoni għad-dinja kollha kienet grotta moħbija u minsija minn kulħadd – grotta fil-blat ta' Massabielle, li kienet isservi bħala post ta' kenn lir-rgħajja tal-post u lill-merħliet tagħhom.", "Minnha bdiet dik l-opra grandjuża tal-ħniena ta' Marija.", "Fil-11 ta' Frar 1858, il-Madonna dehret għall-ewwel darba, fl-aħħar ġurnata tal-Karnival, lil tfajla fqajra ta' erbatax-il sena li ħarġet għall-ħabta tal-ħdax minn darha ma' oħtha iżgħar minnha u ma' ħabiba oħra, u marret biex issib xi ftit zkuk għan-nar.", "Kienet Bernardetta Soubirous, xebba sempliċi u marradija, iżda innoċenti u twajba, li l-Madonna għażlitha bħala strument għall-pjan tagħha – għodda umana ċkejkna ta' ħidma kbira u divina.", "Waqt li t-tfajla kienet tfittex post mnejn tista' taqsam ix-xmara Gave, ħasset bħal buffura riħ qawwija żżommha u f'nofs ta' dawl qawwi rat bilwieqfa fid-daħla tal-grotta sinjura ta' sbuħija singulari u ta' mġiba maestuża.", "Kienet tidher ta' xi għoxrin sena, la twila u lanqas qasira.", "Kellha libsa twila bajda aktar mis-silġ, marbuta ma' qaddha b'faxxa lewn is-sema b'għoqda quddiem u nieżla rduppjata sa rkopptejha.", "Rasha kienet mgħottija b'velu abjad, jinżel sal-art, u fuq kull riġel kienet tiddi warda tad-deheb.", "F'idha kellha kuruna sabiħa tar-rużarju, biż-żibeġ bojod minsuġin bid-deheb u b'salib tad-deheb.", "Idejha kienu mgħaqqdin quddiem sidirha u għajnejha fissi lejn is-sema, bħal waħda qiegħda titlob.", "F'din l-ewwel dehra s-Sinjura tas-sema għallmitha trodd is-salib bid-devozzjoni; u waqt li kienet tgħodd iż-żibeġ tal-kuruna bdiet tħeġġiġha bl-eżempju ħalli tgħid hi wkoll ir-Rużarju.", "Fit-tieni jum tad-dehra, it-tfajla, imwissija minn ommha, xeħtet ftit ilma mbierek fuq is-Sinjura, u hi bi tbissima ta' ħlewwa wriet kemm dan kien jogħġobha.", "Fit-tielet dehra stiednet lil Bernardetta biex tiġi fil-grotta għal ħmistax-il jum fuq xulxin, u wegħditha hena kbir, mhux f'din id-dinja, iżda fl-oħra.", "F'dawn id-dehriet is-Sinjura ħeġġitha biex titlob għall-midinbin, biex tbus l-art u tagħmel penitenza; talbitha wkoll biex tgħid lis-saċerdoti ħalli jibnulha knisja hemm, fejn il-popli jistgħu jmorru jitolbu.", "Urietha post fil-grotta, u qaltilha biex tixrob u tinħasel bl-ilma li beda ħiereġ minn hemm minnufih.", "B'kollox dehritilha tmintax-il darba, ġo għar, mill-11 ta' Frar sas-16 ta' Marzu, 1858.", "Waqt id-dehriet il-Madonna kienet tgħaddi ż-żibeġ tal-kuruna bejn subgħajha filwaqt li Bernadette titlob ir-Rużarju.", "Għat-talba tal-kappillan, f'kull dehra lis-Sinjura li kienet qed tidhrilha kienet issaqsiha x'jisimha.", "Kien fil-25 ta' Marzu, festa tal-Annunzjazzjoni, għall-mistoqsija li Bernadetta reġgħet għamlitilha dwar x'kien jisimha, is-Sinjura għaqqdet il-palmi ta' idejha flimkien u b'leħen ċar wieġbet bid-djalett ta' Lourdes:", "\"Jiena l-Immakulata Kunċizzjoni.\"", "Id-domma tat-Tnissil Bla Tebgħa ta' Marija kienet ġiet definita mill-Papa Piju IX inqas minn erba' snin qabel.", "It-tmintax u l-aħħar dehra saret nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fis-16 ta' Lulju 1858.", "Id-dehriet ħallew impressjoni qawwija fuq Bernadetta.", "Meta darba neputija tagħha staqsietha:", "\"Zi, hija xejn sabiħa l-Madonna?\"", "Bernadetta weġbitha:", "\"Hija tant sabiħa li, min jaraha darba, jkollu seba' mitt sena sa jmut biex ma jitlifha qatt iktar!\"", "Sadattant il-poplu, miġbud mill-għeġubijiet li bdew isiru u l-grazzji li bdew jinkisbu, beda kulma jmur jiżdied, minn dehra għall-oħra.", "Mhux ta' min jistagħġeb li l-kobor tal-folla beda jħasseb 'l-awtoritajiet ekkleżjastiċi minn banda u l-oppożizzjoni ta' awtorità ċivili anti-reliġjuża u atea mill-oħra.", "Iżda l-lealtà u s-sinċerità tat-tfajla, flimkien mal-fejqan sopranaturali li kien ġa beda jsir fil-beraħ, rebħu fuq kull xkiel u kull biża', u ftit xhur kienu biżżejjed biex iwasslu l-isem ta' Lourdes barra mill-fruntieri ta' Franza.", "L-aħħar dehriet saru quddiem bosta eluf ta' fidili.", "Fid-19 ta' Mejju 1866, fil-preżenza ta' Bernardetta, kienet saret l-ewwel quddiesa fil-kappella (Kripta), li 25 raġel, fosthom missierha, kienu ħadmu għal tliet xhur, lejl u nhar, jaqtgħu il-blat biex lestewha.", "F'din il-knisja Ġesù Ewkaristija jkun espost minn filgħodu sa filgħaxija, għax il-fini tal-Madonna hu li permezz tagħha, il-bnedmin jersqu iktar qrib lejn Ġesù.", "(Fuq il-lemin ta' din il-knisja, taqsam it-triq, hemm il-Kappella kbira tar-Rikonċiljazzjoni fejn ikun hemm qrar b'ilsna differenti.", "Terġa' fuq il-lemin ta' din il-kappella hemm għolja li ma' tulha hemm l-istazzjonijiet tal-Via Sagra bi statwi kbar tal-bronż).", "Imbagħad inbniet il-Bażilika ta' Fuq, li l-artal tagħha jiġi sewwa sew fuq l-għar fejn dehret il-Madonna.", "Fl-1901 ġiet ikkonsagrata l-Bażilika tar-Rużarju.", "Tissejjaħ hekk għax barra l-artal maġġur fiha ħmistax-il kappellun li jirrappreżentaw il-ħmistax-il misteru tar-Rużarju.", "Fil-25 ta' Marzu 1958 infetħet il-Kappella ta' taħt l-art iddedikata lil San Piju X, li tesa' 30,000 ruħ, biex meta jkun il-maltemp il-funzjonijiet isiru fiha.", "Bernardetta għexet għal sentejn oħra f'darha, u mbagħad talbet biex tidħol mas-Sorijiet tal-Karità ta' Nevers, u saret soru magħhom fl-1865.", "Għexet 14-il sena oħra, qalb ħafna mard u sofferenzi, u mietet fis-16 ta' April tas-sena 1879, b'sinjali mhux ordinarji ta' qdusija.", "Baqgħet sa mewtha ssostni li kulMa qalet kien kollu minnu.", "Il-Papa Piju XI iddikjaraha beata fl-1925 u qaddisa fit-8 ta' Diċembru, 1933.", "Permezz ta' dawn id-dehriet, il-Madonna tistieden il-midinbin għall-indiema u tqanqal fil-Knisja l-ħeġġa għat-talb u mħabba ikbar speċjalment fl-għajnuna lill-morda u lill-foqra.", "Wieħed mill-messaġġi tal-Madonna kien li ngħidu r-Rużarju.", "Illum Lourdes huwa wieħed mill-aktar santwarji Marjani li jżuruh nies, fejn l-għadd ta' mirakli kbar li saru, ġeneralment waqt il-Purċissjoni bis-Sagrament, huma monument ħaj tal-interess kbir li Marija għandha fina l-bnedmin mifdijin bid-Demm ta' Binha.", "Mill-1992, il-Papa Ġwann Pawlu II iddikjara l-11 ta' Frar Jum Internazzjonali tal-Morda.", "Ħsieb", ":", "Dan diskors li qal il-Qaddis Papa Ġwann Pawlu II – Vatikan 13 ta' Mejju, 1992:", "\"Flimkien ma' Marija Omm Kristu, li kienet ħdejn is-Salib, ejjew aħna nieqfu quddiem is-slaleb tal-bnedmin illum.", "Hekk Lourdes huwa wieħed mill-akbar santwarji Marjani maħbuba mill-Insara, huwa l-post u fl-istess ħin is-simbolu tat-tama u grazzja, bħala sinjal ta' aċċettazzjoni tat-tbatija offruta għas-salvazzjoni.", "Bħalissa Alla qed jippermetti li jien ukoll ikolli nsofri t-tbatija u d-dgħjufija tiegħi nnifsi.", "Dan jagħmilni aktar qrib tagħkom, jgħinni nifhem aħjar dak li għaddejjin minnu intom.", "Jiena nistedinkom biex flimkien miegħi toffru t-tbatijiet tagħkom lill-Mulej, li bis-salib tiegħu wettaq ħwejjeġ kbar; noffru dan biex bl-Ewkaristija, il-Knisja kollha tgħaddi minn tiġdid tal-fidi u l-karità; biex id-dinja kollha tagħraf il-benefiċċju tal-maħfra, il-paċi u l-imħabba.\"", "Imma x'tip ta' qima tistenna mingħandna din l-Omm tagħna tas-Sema?", "Mhux li nersqu lejn Binha, nindmu minn dnubietna u nirċievu s-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin b'mod frekwenti?", "Mhux li nimitaw il-virtujiet tagħha, b'mod speċjali dik tal-umiltà u d-dispożizzjoni tagħha li tisma' l-Kelma t'Alla u twettaqha?", "Mhux li ngħixu ħajja ta' talb bħalha u ningħaqdu magħha fit-talba tant għal qalbha tar-Rużarju?", "Jekk tixtieq tkun taf kif tista' tħejji ruħek biex tgħix hekk tassew, nistiednek iżżur is-sit Malti, li fih it-Trattat ta' San Alwiġi De Montfort fuq id-Devozzjoni vera lejn Marija u kif wieħed jista' jagħmel l-att ta' konsagrazzjoni u l-benefiċċji tagħha, Talb, l-Uffiċċju tal-Madonna, Vidjos u ħafna aktar ...", "Tista' tmur għalih billi tagħfas fuq din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "Tista' tara wkoll:", "Tagħrif dwar it-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa", "Kurunella tal-Madonna tal-Lourdes", "Rużarju bl-għajnuna ta' vidjos", "Grupp fuq", "Facebook", "bl-isem:", "'Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija'", ".", "Talba", ":", "O Verġni, Immakulata, Omm tal-ħniena, saħħa tal-morda, refuġju tal-midinbin, konsolatriċi tal-imnikktin, inti tagħraf il-bżonnijiet tiegħi, it-tbatijiet tiegħi, ixħet fuqi l-ħarsa ħanina tiegħek.", "Bid-dehra tiegħek fil-grotta ta' Lourdes, inti ridt li hija ssir lok magħżul mnejn ixxerred il-grazzji tiegħek, u diġà bosta msejknin sabu r-rimedju tal-mard tagħhom fir-ruħ u l-ġisem.", "Niġi jiena wkoll mimli bit-tama sabiex nitolbok il-grazzji tiegħek ta' omm: isma', omm ħanina, it-talb umli tiegħi, sabiex mimli bil-benefiċċji tiegħek, nagħmel kemm nista' biex nimità l-virtù tiegħek, biex ġurnata jkolli sehem fil-glorja tiegħek tas-sema.", "Hekk ikun.", "Omm tagħna ta' Lourdes, itlob għalina.", "Santa Bernardetta itlob għalina.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/our-lady-of-lourdes/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/our-lady-of-lourdes-144", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Our_Lady_of_Lourdes", "On old film entitles 'The Song of Bernadette':", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee3d88d8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-3-13-san-stanizlaw-kostka/", "title": "13 ta' Novembru: San Staniżlaw Kostka", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Staniżlaw Kostka", "\"Għandi nirrifletti fuqi nnifsi u nistaqsi: \"X'għamilt għal Kristu?", "X'qed nagħmel għal Kristu?", "X'għandi nagħmel għal Kristu?\"", "San Staniżlaw Kostka", "SAN STANISLAW KOSTKA", "Konfessur u novizz Ġiżwita", "1550 – 1568", "Tagħrif:", "Kien it-tieni wild ta' Ġovanni Kostka, senatur tal-Polonja.", "Twieled fil-kastell ta' Rostkovo, u flimkien ma' ħuh, Pawlu, sentejn akbar minnu, studja d-dar, u mbagħad, ta' 14, mar miegħu l-kulleġġ tal-Ġiżwiti, Vjenna.", "Kien mogħti minn ċkunitu għat-talb u għall-istudju, u ma kienx jisma' kliem mhux xieraq bla ma jħossu ħażin.", "Sħabu fil-kulleġġ, kienu jistgħaġbu bid-devozzjoni u bil-ġabra tiegħu.", "Ħuh kien ta' sikwit jiddieħek bih u jsawtu.", "Iżda Stanislaw ma qatax qalbu: anzi darba wieġbu:", "\"Ġurnata għad naħrab u mbagħad ikollok tfisser lill-papà u lill-mamà għax ħrabt.\"", "Kien jitqarben il-Ħdud u l-btajjel, isum il-jum ta' qabel, u dejjem f'kamartu jitlob jew jistudja.", "Wara kważi sentejn marad u xtaq jitqarben.", "Sid id-dar, Luteran, ma riedx; iżda f'dehra ġew iqarbnuh żewġ anġli.", "F'dehra oħra, il-Madonna qaltlu li mewtu kienet għadha ma waslitx u li kellu jidħol Ġiżwita.", "Malli fieq, talab lill-Provinċjal, Patri Maggi; iżda dan beża' jaċċettah Vjenna, billi missieru ma kienx irid.", "Allura l-qaddis qatagħha li jitlaq bil-mixi għal Ruma, 350 mil.", "Wara li waqaf Dillingen, fejn il-Provinċjal Kanisju żammu tliet ġimgħat, telaq għal Ruma ma' tnejn oħra, fejn il-Ġeneral Borġia aċċettah.", "Libes ta' novizz fit-28 ta' Novembru 1567, ta' sbatax.", "Ħa bħala dmiru li jaqdi dmirijietu kollha bil-perfezzjoni.", "Ħajtu saret orazzjoni kontinwa.", "L-imħabba ta' Ġesù Sagramentat kienet tidher fix-xegħla ta' wiċċu meta jidħol il-kappella.", "Iżda dan il-mudell tan-novizzi ma kellux ħlief disa' xhur ħajja.", "Ftit jiem qabel mewtu ħabbar li għandu jmut fil-festa tal-Assunta.", "Miet fit-tlieta ta' filgħodu tal-15 ta' Awwissu.", "Ħuh Pawlu kien wieħed mix-xhieda prinċipali fil-proċess għall-kanonizzazzjoni: ta' sittin sena talab li jidħol Ġiżwita.", "Il-Papa Benedittu XIV ikkanonizzah fl-1726.", "Ħsieb", ":", "Din li ġejja hija kitba tal-Qaddej Venerabbli ta' Alla Dun Ġwann A. Hardon S.J. mill-kitbiet tiegħu fuq San Staniżlaw:", "\"L-ewwel lezzjoni li nitgħallmu (minn dan iż-żagħżugħ qaddis San Staniżlaw Kostka) hija li jista' jkun hemm qdusija kbira anki fiż-żgħażagħ.", "Fi kliem ieħor, Alla mhux biss ma jħares lejn wiċċ ħadd, Huwa ma ħarisx lejn wiċċ l-anġli.", "L-essenza tal-qdusija hija fil-grazzja li Hu jagħtina.", "Alla jagħti l-grazzji tiegħu lil min jixtieq Hu, f'liema kwantità jixtieq u aħna minn naħa tagħna, għandna nirrikonoxxu dawn ir-rigali tiegħu, napprezzawhom u nikkultivawhom.", "Iva, jista' jkun hemm qdusija kbira fiż-żgħażagħ.\"", "San Staniżlaw kien miġbur, umli, kellu d-dixxiplina li jevita konversazzjonijiet bla sens, fidil fir-rwoli u fir-relazzjonijiet tiegħu, studjuż, jilbes b'mod sempliċi, u jitlob ħafna; forsi l-eżempju konkret tar-raġel li dwaru nsibu fit-tieni ittra ta' San Pietru: raġel li jgħożż il-fidi tiegħu bi", "\"l-virtù, mal-virtù l-għerf; mal-għerf ir-rażna; mar-rażna s-sabar; mas-sabar it-tjieba; mat-tjieba l-ħbiberija tal-aħwa; mal-ħbiberija tal-aħwa l-imħabba.\"", "(2Pietru 1:5-7) Qabel ma sar wieħed minnhom, kienu diġà jinkuh billi laqqmuh \"Il-Ġiżwita!\"", "Il-fidi tiegħu talbet lit-tama biex takkumpanjah, biex tfarrġu fit-taqbid psikoloġiku u anke fiżiku kontra familtu.", "Il-Fidi għenitu jirrealizza li Alla kien miegħu.", "Kien għalhekk, li aktar ma kien ikollu tbatijiet, speċjalment mingħand ħuh, aktar kien jirċievi provi li Alla tassew, tassew iħobbu dejjem iżjed.", "Sakemm, ġurnata waħda, il-fidi tiegħu tat in-nar – għall-imħabba.", "X'setgħet kienet ir-raġuni jekk mhux l-imħabba li tħeġġet f'qalb it-tifel biex hu:", "ħalla l-ġid materjali u l-ġejjieni politiku tiegħu,", "ma beżax jaffaċċja t-theddid tal-ħallelin fit-triq,", "bata minħabba l-klima,", "u għadda mill-inkonvenjenzi kollha tat-toroq post-medjevali, infestati mill-ġlied bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti minħabba r-Riforma, waqt li vvjaġġa mill-Awstrija lejn Ruma, it-tul ta' nofs il-Filippini?", "X'kienet, jekk mhux l-imħabba dik li kkonvinċiet lil Staniżlaw, fl-aħħar, biex jaħfer lil ħuh u lil missieru għall-abbużi kollha li għaddewh minnhom?", "Illum, aħna nunuraw b'għira qaddisa lil dan iż-żagħżugħ li ġġieled għal u fuq in-naħa ta' Alla għax tassew, minkejja d-dgħjufija anki tal-età tenera tiegħu, huwa qatt ma ħalla lil Alla.", "Naħseb li hekk tfisser li tħobb – li tibqa' ggranfat/a ma' min tħobb u ma titilqux, jiġri x'jiġri.", "Għalhekk meta ngħidu, Alla jħobbni, tfisser, Alla ma jħallini qatt.", "Nicholas Sparks fin-Novella tiegħu 'Il-Messaġġ fil-Flixkun' jgħid, \"Jekk inti tħobbha, jekk hi tagħmlek ferħan, u jekk tħossok bħal diġà tafha – allura tħallihiex titlaq.\"", "Ittraduċi din għar-relazzjoni tagħna ma' Alla, u ssir: \"Jekk inti tħobb lil Alla, jekk Alla jagħmlek ferħan/a, u jekk tħossok bħal tafu, allura titilqu qatt.\"", "Imma l-Mulej huwa akbar minn dawn il-ħsibijiet li qed insemmu, u huwa aktar profond fi mħabbtu minn Nicholas Sparks għax għal Alla:", "Anke jekk aħna ma nħobbuHx, anki jekk aħna ma nagħmluHx kuntent bina, u anke jekk inħossuh bħal barrani – minkejja dawn – Hu qatt mhu se jitlaqna.", "Fil-lejla ta' qabel it-tluq tiegħu minn din id-dinja, Staniżlaw kiteb ittra lill-Verġni Mqaddsa Marija u talabha biex isejjaħlu għas-sema biex hemm ikun jista' jiċċelebra magħha l-anniversarju glorjuż tal-Assunzjoni tagħha.", "Il-fiduċja tiegħu fil-Madonna, li diġà kienet ġabitlu ħafna sinjali favorevoli, kienet għal darb'oħra ppremjata; fil-15 ta' Awwissu, għall-ħabta tat-tlieta ta' filgħodu, waqt li kien miġbur b'devozzjoni jitlob lil Alla, lill-qaddisin, u lill-Verġni Marija, miet.", "San Staniżlaw kien ħa għalih bħala l-patrun tax-xahar tiegħu ta' Awwissu, lill-martri glorjuż San Lawrenz, u ad unur tiegħu huwa kien iwettaq xi penitenza jew devozzjoni kuljum.", "Lejlet il-festa tiegħu, huwa kiseb permess biex jagħmel d-dixxiplina; filgħodu mar għat-Tqarbin, u mbagħad poġġa quddiem l-immaġni tal-qaddis, l-ittra indirizzata lil Marija, li fiha talab li jkun jista' jmut fil-Festa tal-Assunzjoni, u talab lil San Lawrenz biex hu jippreżentalha l-petizzjoni tiegħu .", "F'dak il-lejl qabdu deni ħafif, li, madankollu, żdied b'mod mgħaġġel; u lejliet l-Assunta, huwa rċieva l-aħħar Sagramenti.", "Imbagħad, waqt li kien qiegħed imut, hu ġab miegħu ktieb żgħir li kien fih litanija li kiteb hu tal-qaddisin li lilhom iddedika kull xahar, u beda jinvokahom kontinwament.", "Fit-tlieta ta' filgħodu, fil-Festa tal-Assunta, wiċċu ddawwal f'daqqa bil-ferħ, ħa l-aħħar nifsijiet u telaq ruħu f'idejn l-Omm ta' Alla, li kienet ġiet biex teskortah lejn is-sema.", "San Staniżlaw jgħallimna f'kull prova tal-ħajja, u fuq kollox fil-mument tal-mewt, li għandna nirrikorru għand il-Madonna u l-qaddis/a patrun/a tagħna, u nafdaw mingħajr biża' fl-għajnuna tagħhom.", "U int, kemm tagħtihom importanza lil Marija u lill-qaddisin hekk li tgħix fuq l-eżempju tagħhom?", "Taħfer lil min abbuża u qed jabbuża minnek bi mħabba għal Kristu li miet għalik?", "Lest/a għall-imħabba ta' Alla taffaċċja kull sfida u kuntrarju biex fl-aħħar mill-aħħar twettaq ir-rieda ta' Alla f'ħajtek?", "It-talb ħerqan lejn Alla, l-Madonna u l-Qaddisin qed jiswa biex int titħeġġeġ għal ħajja aktar perfetta li tħejjik għall-jum il-mewt tiegħek?", "Talba", ":", "Missier Qaddis, nitolbok il-grazzja li jien nasal għall-qdusija li Int tixtieq tara fija.", "Agħtini l-għerf hekk li nimxi wara Ibnek, il-qawwa li nippersevera fit-tiġrib kollu li ngħaddi minnu, imma l-aktar Missier Qaddis, agħtini l-grazzja li nikseb il-ħajja eterna.", "Żagħżugħ prezzjuż, San Staniżlaw, itlob għalina.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.ignatianspirituality.com/ignatian-voices/16th-and-17th-century-ignatian-voices/st-stanislaus-kostka-sj", "Alternative Reading:", "https://sanctoral.com/en/saints/saint_stanislaus_kostka.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Stanislaus_Kostka", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee3d59e0', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-1-11-san-martin-ta-tours/", "title": "11 ta' Novembru: San Martin ta' Tours", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Martin ta' Tours", "\"Isqof qaddis, li minn qalbu ħabb lil Kristu s-sultan u ma beżax mill-kbarat setgħana tal-art!", "Ruħ ta' qdusija liema bħalha, li għalkemm ma nfiridx mill-ġisem bis-sejf tal-moħqrija, iżda ma tilifx il-premju tal-martirju!\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Martin ta' Tours", "SAN MARTIN TA' TOURS", "Isqof", "316 – 397", "Tagħrif:", "San Martin twieled fis-sena 316, minn ġenituri pagani f'Sabaria, l-Ungerija, fejn missieru li kien fizzjal fl-Armata Rumana kien stazzjonat.", "Ftit wara, missieru ġie trasferit f'Pavia, l-Italja.", "Ta' ħmistax-il sena, daħal fl-Armata Rumana, u xi sentejn wara ntbagħat f'Amiens, Franza.", "Hawn iltaqa' ma' wieħed fqir, li kien qed iterter bil-bard, ġietu ħniena minnu, qabad il-mantell li kellu fuqu, qasmu fi tnejn u tah biċċa.", "Bil-lejl kellu viżjoni li dak il-fqir kien Ġesù stess.", "M'għaddiex żmien twil, meta ħalla l-Armata, u tgħammed.", "Wara mar Poitiers fejn ġie ordnat saċerdot minn San Ilarju, li kien Isqof ta' Poitiers.", "San Martin talab lill-Isqof biex jagħtih biċċa art biex hemm ikun jista' jgħix fis-solitudini.", "Hawn bdew jingħaqdu miegħu xi eremiti oħrajn, u bil-mod bena dak li kellu jkun l-ewwel monasteru ta' Franza, ġo Linuge', li malajr ifjorixxa.", "Meta miet San Ilarju, in-nies bi ħġarhom marru għal San Martin, ġabuh u għamluh Isqof tagħhom fis-sena 371.", "Bħala Isqof baqa' jgħix ħajja umli u sempliċi, iżda kien sod ħafna kontra l-eretiċi, għalkemm flimkien ma' San Ambroġ kien kontra li l-eretiċi jiġu kkundannati għall-mewt.", "Miet fit-8 ta' Novembru 397, fl-età ta' 81 sena.", "San Martin huwa l-ewwel Qaddis fil-Knisja tal-Punent, li ġie pubblikament ivvenerat qaddis, għalkemm ma kienx miet martri.", "Difnuh f'Tours.", "Fi Franza hemm madwar 4,000 knisja msemmijin għalih.", "Il-kelma kappella ġejja mil-Latin \"Cappella,\" u din hi ġejja mill-Franċiż \"Chapele.\"", "Jgħidu li l-oratorju fejn kienet meqjuma l-kappa (bil-Franċiż Chape) li San Martin qasam mal-fqir iterter bil-bard, beda jissejjaħ \"Chapele.\"", "Ħsieb", ":", "Dan qari mill-Ittri ta' Sulpiċju Severu dwar Martin, fqir u umli:", "\"Martin kien jaf ħafna minn qabel jum il-mewt tiegħu, u, meta wasal, qal lil ħutu li dan il-jum kien ħafna fil-qrib.", "Ġara li kellu jmur iżur id-djoċesi ta' Candes minħabba l-firda li kien hemm fost il-kleru: għalkemm kien jaf li kien wasal fi tmiem ħajtu.", "Xtaq iġib il-paċi fosthom u ma beżax jagħmel il-vjaġġ: qis li jkun tmiem tassew sabiħ għall-ħajja tiegħu ta' tjieba kieku kellu jħalli l-Knisja fl-hena tas-sliem.", "Wara li qagħad ftit taż-żmien f'dak ir-raħal, jew aħjar f'dik il-knisja, fejn kien mar, u rnexxielu jġib il-paċi bejn il-kleru ta' hemm, meta beda jaħseb biex jerġa' lura lejn il-monasteru ħass tonqoslu s-saħħa ta' ġismu, sejjaħ 'l ħutu u qalilhom li kien wasal biex imut.", "In-niket u l-biki ħakimhom ilkoll, u b'leħen wieħed, imbikkijin, bdew jgħidulu:", "'Għaliex, missier, se tħallina?", "Għaliex se titlaqna waħedna fin-niket tagħna?", "Ara lpup ħattafa se jaqbżu fuq il-merħla tiegħek: jekk ir-ragħaj ikun midrub, min se jeħlisna mill-qilla tagħhom?", "Nafu li int tixtieq 'il Kristu, imma l-premju tiegħek hu fiż-żgur u ma titilfux jekk tiddawwar biex tiksbu: ikollok, mela, ħniena minna lkoll, li se tħalli waħedna.'", "Imqanqal minn dan il-biki, li ġegħlu jagħdirhom kif dejjem għamel tul ħajtu kollha b'mogħdrija ġejja mill-fond tal-ħniena ta' Alla, hu wkoll beda jibki – hekk qalulna – u dawwar wiċċu lejn Alla u, għall-kliem ta' ħutu mbikkija, wieġeb biss b'dan il-kliem:", "'Mulej, jekk il-poplu tiegħek għad għandu bżonn is-servizz tiegħi, jien ma nwarrabx mit-toqol tax-xogħol.", "Ir-rieda tiegħek tkun magħmula, u jien niġġieled it-taqbida t-tajba.", "Madanakollu jekk inti tridni nkompli niġġieled fuq quddiem biex niddefendi l-kamp tiegħek, ma nitolbok qatt li niġi skużat waqt li saħħti tippermettili.", "Jien inkompli nagħmel ix-xogħol li fdajtli.", "Waqt li int tkompli tikkmanda, jien nibqa' niġġieled taħt il-palju tiegħek.'", "Raġel li jgħaġġbek, la nkedd mix-xogħol, lanqas reġa' lura quddiem il-mewt; ma nġibidx la lejn naħa u lanqas lejn l-oħra; ma beżax mill-mewt, għalkemm ma ċaħadx li jibqa' jgħix.", "Għajnejh u jdejh il-ħin kollu merfugħa lejn is-sema, ma kienx iħalli l-ispirtu qawwi tiegħu jehda mit-talb, u lill-qassisin li kienu madwaru, meta staqsewh iridhomx idawruh biex itaffulu l-uġigħ, weġibhom:", "'Ħalluni, ħuti, inħares lejn is-sema u mhux lejn l-art, biex ruħi tkun tħares lejn Alla meta tasal biex titlaq.'", "Kif qal dan, ra x-xitan maġenbu: 'X'qed tagħmel hawn,' qallu, 'bhima kollok dmija?", "Xejn ma ssib fija minn tiegħek, ja mejjet ħaj; jien sejjer fi ħdan Abraham.'", "Kif qal dan il-kliem ruħu ttajret lejn is-sema.", "Martin, kollu ferħan, intlaqa' fi ħdan Abraham.", "Martin, fqir u umli, daħal għani fis-sema.", "San Martin ta' Tours, kien imwieled fi ħdan il-paganiżmu, imma minn ċkunitu kien magħżul bħala Prinċep tal-Knisja; bħala isqof ta' Tours, ħafna erwieħ nidmu u nħelsu mill-qawwa tal-ispirti ħżiena bil-ħila tat-talb, tat-tpattija u l-barkiet.", "Il-karità, it-talb u s-salvazzjoni tal-erwieħ fdati f'idejh, kienu t-tliet virtujiet li jiddominaw bis-sħiħ fil-ħajja ta' San Martin.", "Wara kollox dawn huma l-pedamenti tal-qdusija fil-ħajja ta' kull Nisrani.", "U int, f'hiex int fil-karità?", "Qed tagħti minn dak li għandek u minnek innifsek f'servizz għal min jeħtieġ?", "It-talb huwa l-prijorità f'ħajtek?", "Twarrab affarijiet inqas importanti biex tagħmel ħin għat-talb tiegħek ta' kuljum?", "Minbarra bit-talb, kif qed tgħin biex isalvaw aktar erwieħ, b'mod speċjali dawk li l-Mulej tak f'ħajtek?", "Qed tagħti eżempju tajjeb, xi kelma ta' ġid jew tagħmel atti ta' ħniena li jirriflettu l-imħabba ta' Alla li hemm ġewwa fik?", "Talba", ":", "O San Martin, li qsamt il-mant tiegħek biex tlibbes lill-Mulej tagħna li deher f'sura ta' tallab, b'umiltà nitolbuk tidħol għalina quddiem Sidna Ġesù Kristu, u tagħtina l-għajnuna biex ikun jistħoqqilna l-grazzja u l-mogħdrija tal-Ispirtu s-Santu li jreġġgħana mid-dlam għad-dawl fis-Saltna eterna tiegħu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/saint-martin-of-tours.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-martin-of-tours-50", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Martin_of_Tours", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee3d9d10', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-1-2-12-san-gosafat/", "title": "12 ta' Novembru: San Ġosafat", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġosafat", "\"Min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta' dejjem.\" –", "Ġesu' fi Ġwanni 12:25", "SAN ĠOSAFAT", "Isqof u Martri", "1580? – 1623", "Tagħrif:", "Ġwanni Kunsevich twieled fl-Ukrajna, għall-ħabta tal-1580, minn ġenituri Ortodossi.", "Missieru kien neguzjant.", "Meta kiber kellu jkun l-ewwel mexxej kbir tal-Kattoliċi Ruteni (Parti mill-Polonja u mir-Russja) li qabel ma ngħaqdu mal-Knisja ta' Ruma fl-1595, kienu Xiżmatiċi.", "Ma kellu l-ebda ħajra li jsir negozjant, anzi wara li ħaddan il-fidi Kattolika daħal reliġjuż fil-monasteru ta' San Bażilju meta kellu madwar 24 sena, fl-1604.", "Fl-1609, ordna saċerdot, u ħa l-isem ta' Ġosafat.", "Sa mill-bidu tal-ordinazzjoni tiegħu beda jaħdem biex jgħaqqad il-Knisja Ortodossa ma' ta' Ruma.", "Fl-1614, sar Abbati.", "Fl-1617, sar Isqof ta' Vitebsk, Russja, u ftit żmien wara, meta kellu 38 sena, inħatar Arċisqof ta' Polotsk.", "Bil-ħidma ħabrieka tiegħu, l-Arċidjoċesi saret kważi kollha Kattolika.", "Fl-1620, meta San Ġosafat kien f'Varsavja, il-Patrijarka Xiżmatiku tal-Palestina waqqaf Ġerarkija Xiżmatika f'Polotsk, b'Melezju bħala Arċisqof.", "Meta Ġosafat reġa' lura fl-Arċidjoċesi sab taħwid kbir.", "Għad li Polotsk baqgħet sħiħa, inħawi oħra tal-Arċidjoċesi nħakmu minn tensjonijiet kbar, speċjalment Vitebsk li sar Ċentru ta' ħafna nkwiet.", "Bil-ħsieb li jnaqqas it-tensjoni, Ġosafat mar Vitebsk.", "Iżda xi Xiżmatiċi fanatiċi armati, daħlu fid-dar fejn kien qed joqgħod, qabduh, sawtuh sa ma qatluh u tefgħu ġismu fix-xmara Dvina.", "Wara, ġismu ttieħed Polotsk.", "Miet fit-12 ta' Novembru, 1623.", "Huwa sar magħruf bħala l-Appostlu tal-għaqda bejn il-Knejjes Insara.", "Il-martirju tiegħu ġab l-Għaqda fost l-Insara, u saħansitra xi snin wara, Melezju għamel penitenza.", "L-Għaqda tar-Ruteni baqgħet sakemm l-Imperatriċi Katarina II tar-Russja u Nikola I għaqqdu bil-forza r-Ruteni Kattoliċi mal-Knisja Xiżmatika tar-Russja.", "San Ġosafat kien l-ewwel wieħed mill-Lvant li ġie kkanonizzat formalment mill-Knisja, fl-1867.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mill-Enċiklika \"Il-Knisja ta' Alla\" tal-Papa Piju Ħdax:", "\"Il-Knisja ta' Alla twaqqfet b'dehen tassew tal-għaġeb tant li fil-milja taż-żminijiet tkun qisha familja hekk kbira li tħaddan magħha l-bnedmin kollha.", "Barra dan, Alla ried iżejjinha bi kwalitajiet oħra tal-għaġeb, fosthom l-għaqda tal-Insara kollha flimkien.", "Il-Mulej Ġesù mhux biss ta lill-Appostli, u lilhom biss, il-missjoni li rċieva mingħand il-Missier, meta qalilhom:", "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art.", "Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha;", "ried ukoll li l-Appostli jkunu flimkien kulleġġ wieħed fuq kulħadd, marbutin bejniethom għal darbtejn b'rabta liema bħalha: minn ġewwa bir-rabta tal-fidi u tal-imħabba, li ssawwbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu, u minn barra b'setgħa waħda fuq kulħadd: dan seħħ meta lil San Pietru għażlu prinċep tal-Appostli biex ikun għal dejjem il-bidu tal-għaqda fil-Knisja u l-pedament tagħha li jidher.", "Biex tibqa' sħiħa għal dejjem din l-għaqda fil-Knisja, Alla, fil-providenza tiegħu, wettaqha bil-qdusija u l-martirju, bħala s-sinjali tagħha.", "Bi ħsibijiet bħal dawn naslu biex naraw x'tifħir jistħoqqlu l-Arċisqof ta' Polotsk, Ġosofat, tar-rit Slavoniku orjentali, li", "aħna nqisuh bħala bniedem ta' ġieħ mill-aqwa u protettur tal-poplu Slavoniku orjentali;", "ħadd daqsu ma għamlilhom ġieħ,", "ħadd bħalu ma ħabrek għas-salvazzjoni tagħhom,", "bħala r-ragħaj u l-appostlu tagħhom,", "u l-aktar meta xerred demmu biex isseħħ l-għaqda bejn l-Insara kollha fil-Knisja.", "Fit-tħabrik tiegħu għall-għaqda tal-Insara kollha bejniethom, qisu mqanqal minn ħsieb mis-sema, fehem tajjeb li jkun ta' siwi tassew kbir għall-għaqda tal-Insara, jekk jibqa' bla mittiefes ir-rit Slavoniku orjentali u l-ħajja monastika skont ir-regola ta' San Bażilju.", "Kollu ħerqa biex jara l-poplu tiegħu magħqud mal-kattedra ta' San Pietru, kien iħabrek biex f'kullimkien ifittex mezzi ħa jġib 'il quddiem din l-għaqda u jsaħħaħha b'argumenti mill-aqwa: dan kien jagħmlu l-aktar billi kien iqalleb il-kotba tal-liturġija li, skont l-ordnijiet ta' Missirijiet qaddisa, minn dejjem intużaw fil-knejjes orjentali, ukoll minn dawk li huma mifrudin mill-Knisja Kattolika.", "Imħejji b'dan il-mod għal ħidma bħal din, beda jħabrek ħa sseħħ l-għaqda tal-Insara kollha fil-Knisja, u wera tant ħeġġa u tant ħlewwa f'din il-ħidma tiegħu li l-istess avversarji tiegħu kienu jsejħulu:", "\"Dak li jaħtaf l-erwieħ.\"", "Kull min jidħol għal xi kariga ma jaċċettax biss l-awtorità, l-unur u l-benefiċċji, imma wkoll il-qadi sewwa u bla biża' ta' dmirijietu akkost li b'hekk iġib fuqu xi inkonvenjenzi kbar.", "U int, qed taqdi d-dmirijiet tal-istat tiegħek billi tingħata kompletament għall-ħidma li hemm bżonn li ssir, b'mod speċjali biex dawk fdati f'idejk isalvaw ruħhom?", "Kemm int determinat/a li tkompli tkun xhud ta' Kristu billi ġġib l-għaqda fejn hu possibli filwaqt li tibqa' sod/a fit-twemmin Kattoliku tiegħek?", "Jekk illum, il-Mulej isejjaħlek għal għandu, tħossok preparat/a biex tiltaqa' mal-Ħallieq li lest jagħtik il-premju tal-isforzi kollha tiegħek biex titqabad it-taqbida t-tajba favur is-saltna tiegħu?", "Hawn ma nistax ma nsemmix lil Beata Marija Columba Gabriella Sagheddu, Reliġjuża li għexet bejn l-1914 u l-1939, li minkejja li ma ħaditx il-martirju bħal San Ġosafat, hija wkoll offriet ruħha vittma għall-istess għan – jiġifieri għall-għaqda fost l-Insara.", "Wieħed jista' jaqra l-istorja tagħha minn hawn:", "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/2018/09/12/24-ta-settembru-beata-marija-columba-gabriella-sagheddu/", "Talba", ":", "Qanqal, Mulej, fil-Knisja tiegħek dak l-ispirtu li bih imlejt lil San Ġosafat biex ta ħajtu għall-merħla tiegħek, u, bit-talb tiegħu, qawwina bl-istess spirtu ħalli ma nsibuhiex bi tqila li aħna wkoll nagħtu ħajjitna għal ħutna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://thebasilica.org/josaphat", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-josaphat-653", "or", "http://saintscatholic.blogspot.com/2012/11/st-josaphat.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Josaphat_Kuntsevych", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee3dd1ee', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-7-7-san-willibrord/", "title": "7 ta' Novembru: San Willibrord", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Willibrord", "\"Għandek tneħħi l-ħażen u l-inġustizzja, u minn issa 'l quddiem tgħix bħala bniedem ġdid fit-temperenza, fil-ġustizzja u fil-qdusija.", "Jekk tagħmel dan, ser tgawdi glorja eterna ma' Alla u l-qaddisin tiegħu; imma jekk tinjorani, issa li poġġejtlek it-triq tal-ħajja quddiemek, kun żgur li mad-demonju li ssottomettejt ruħek għalih, int se ssofri kastig bla tmien u l-fjammi tal-infern.\" –", "San Willibrord lir-re tal-Daniżi.", "SAN WILLIBRORD", "Isqof ta' Utrecht", "658 – 739", "Tagħrif:", "Twieled fin-Northumbria, fit-tramuntana tal-Ingilterra fis-sena 658.", "Ta' seba' snin, insibuh jitgħallem fil-Monasteri ta' Ripon, immexxi minn San Wilfrid.", "Wara mar l-Irlanda ma' San Egbert u ma' San Wigbert.", "Ordnat saċerdot ta' 30 sena fis-sena 688, telaq sentejn wara ma' 11-il Benedittin lejn il-Friżja, fl-Olanda, fejn ipprietka u kkonverta bosta pagani.", "Fit-22 ta' Novembru 695, fil-Bażilka ta' Santa Ċiċilja fi Trastevere, ġewwa Ruma, f'jum il-festa tagħha, il-Papa San Serġju I ikkonsagrah isqof u tah l-isem ta' Klement.", "Willibrord waqqaf is-sedje tiegħu f'Utrecht, li tagħha kien l-ewwel isqof, u ddedika l-katidral tiegħu lis-Santissimu Salvatur, bħall-Katidral tal-Lateran ta' Ruma u dak ta' Canterbury fl-Ingilterra.", "Waqqaf ukoll il-Monasteru ta' Echternach fil-Lussemburgu u pprietka wkoll fid-Danimarka u fil-gżira ta' Heligoland.", "Kull fejn mar waqqa' l-idoli u bena knejjes Insara.", "Kien mgħejjun mill-appostlu tal-Ġermanja, San Bonifaċju, Benedittin Ingliż bħalu u mfaħħar ħafna mid-Duttur tal-Knisja San Beda, Benedittin Ingliż ieħor.", "Willibrord, l-Appostlu tal-Olanda, miet ta' 81 sena fil-Monasteru ta' Echternach fil-Lussemburgu, fis-7 ta' Novembru, 739 u ġie midfun hemmhekk.", "Illum insibu r-relikwi tiegħu fil-Katidral Kattoliku ta' Utrecht fl-Olanda, iddedikat lilu.", "Huwa l-qaddis patrun tal-Olanda u tal-Lussemburgu.", "Ħsieb", ":", "San Willibrord kien magħruf bħala l-Appostlu għall-Frisjani.", "Huwa kien missjunarju lejn iż-żona li llum hija l-Olanda.", "Huwa pprietka l-Evanġelju lill-Frisjani u d-Daniżi pagani.", "Kwotazzjonijiet qawwija dwar il-magħmudija u l-ħtieġa tal-fidi Kattolika spiss jinstabu fil-ħajja tal-Kattoliċi ta' dan il-perjodu, speċjalment missjunarji, qaddisin u Papiet.", "Il-ħajja ta' San Willibrord kienet miktuba minn Alcuin, skular kattoliku tat-tmien seklu.", "Wara li pprietka l-Evanġelju fost id-Daniżi, San Willibrord irrikonoxxa li kienu", "\"mgħaddsa fi prattiċi ħżiena.\"", "Konsegwentement, huwa ddeċieda li jġib miegħu 30 żagħżugħ u żagħżuha pagani li magħhom irritorna lejn l-art tal-Franki.", "Peress li l-vjaġġ kien perikoluż, huwa fittex li jagħti istruzzjonijiet fil-fidi lil dawn il-pagani u jgħammidhom; għax, kif Alcuin għamilha ċara, Willibrord kien jaf li li kieku jmutu mingħajr fidi u magħmudija, kienu jintilfu.", "Dawn li ġejjin huma ħsibijiet ta' San Willibrord li jsostnu li m'hemm l-ebda salvazzjoni mingħajr il-Fidi u l-Magħmudija:", "\"Dan il-bniedem ta' Alla pprova wkoll ixerred it-tagħlim tal-Vanġelu barra l-konfini tar-renju Franċiż.", "Huwa kellu l-gazz li jippreżenta ruħu fil-qorti ta' Radbod, dak iż-żmien ir-re tal-Frisjani li kien pagan, hu u dawk kollha taħtu.", "Kull fejn ivvjaġġa huwa xandar il-Kelma ta' Alla mingħajr biża'; iżda għalkemm ir-re laqa' lill-bniedem ta' Alla fi spirtu umli u ġentili, qalbu kienet imwebbsa kontra l-Kelma tal-Ħajja.", "Allura meta l-bniedem ta' Alla ra li l-isforzi tiegħu ma kienu swew xejn, huwa biddel il-kors missjunarju tiegħu lejn it-tribujiet ħarxa tad-Daniżi.", "Ġejna mgħarrfa li f'dak iż-żmien, il-ħakkiem Daniż kien Ongendus, raġel aktar selvaġġ minn kull bhima selvaġġa u aktar iebsa minn ġebla, li madankollu, permezz ta' intervent divin, irċieva l-kelma tal-verità b'kull marka ta' unur.", "Imma San Willibrord sab li n-nies kienu mdawra bi prattiċi ħżiena, abbandunati għall-idolatrija u indifferenti għal xi tama ta' ħajja aħjar, għażel tletin żagħżugħ minn fosthom u rritorna magħhom għand il-poplu magħżul tal-Franki.", "Matul il-vjaġġ hu ta istruzzjonijiet liż-żgħażagħ fil-fidi u għammidhom, b'tali mod li li kieku mietu tul il-vjaġġ twil fuq il-baħar jew mill-imbark tas-slavaġ li kienu jogħoqdu f'dawk il-postijiet, huwa ma kienx ibati it-telfien tagħhom.\"", "Dan jurina b'mod ċar, li Willibrord kien jemmen b'ċertezza li dawk li ma kinux jinbidlu, kienu jintilfu.", "Meta San Willibrord ikkundanna s-superstizzjonijiet tal-pagani, ir-re tad-Daniżi kien imriegħed.", "Dan hu d-diskors li qallu:", "\"L-oġġett tal-qima tiegħek, O re, mhuwiex alla imma demonju, u hu jżommok imdawwar f'sitwazzjoni gradwali sabiex ikun jista' jitfa' r-ruħ tiegħek fin-nirien eterni.", "Għaliex m'hemmx Alla ħlief wieħed, li ħalaq is-sema u l-art, l-ibħra u dak kollu li jinsab fihom; u dawk li jqimuh fil-fidi vera se jkollhom il-ħajja eterna.", "Bħala qaddej tiegħu nistiednek f'dan il-jum biex tirrinunzja għall-iżbalji li missirijietek taw il-kunsens tagħhom għalihom u temmen f'Alla wieħed li jista' kollox, Sidna Ġesù Kristu.", "Għandek tiġi mqaddes fil-funtana tal-ħajja u tinħasel mid-dnubiet kollha tiegħek, sabiex, billi tneħħi l-ħażen u l-inġustizzja, tkun tista' minn issa 'l quddiem tgħix bħala bniedem ġdid fit-temperenza, fil-ġustizzja u fil-qdusija.", "Jekk tagħmel dan, ser tgawdi glorja eterna ma' Alla u l-qaddisin tiegħu; imma jekk tinjorani, issa li poġġejtlek it-triq tal-ħajja quddiemek, kun żgur li mad-demonju li ssottomettejt ruħek għalih, int issofri kastig bla tmien u l-fjammi tal-infern.\"", "Meta sema' dan, ir-re kien sorpriż u wieġeb:", "\"Huwa ċar li t-theddid tiegħi ma waqfekx milli tgħaddili dan kliemek li huwa mingħajr kompromessi bħal għemilek.\"", "Għalkemm ir-re ma kienx jemmen dwar il-predikazzjoni tal-verità, huwa bagħat lura lil Willibrord b'kull unur għand Pippin, re tal-Franki.", "Fid-diskors ta' San Willibrord ninutaw dawn l-affarijiet li ġejjin:", "Huwa jiddikjara (konsistenti mal-verità Kattolika) li l-allat tal-pagani huma xjaten (Salm 95: 5; 1 Korintin 10:20)", "Huwa jiġġudika u jiddikjara b'ċertezza li jekk ir-re ma jaċċettax il-fidi, jintilef,", "Huwa jipproklama li r-re kien se jsofri żgur piena eterna jekk ma jaċċettax li jiġi mgħammed.", "Din l-attitudni ta' San Willibrord hija l-fidi Kattolika vera, minkejja dak li jemmnu u jgħallmu numru ta' eretiċi u tradizzjonisti foloz fi żminijietna.", "Din hija l-pożizzjoni mgħallma mill-Knisja Kattolika fid-dikjarazzjonijiet infallibbli tagħha kollha.", "San Willibrord, itlob għalina.", "Il-kapaċità ta' xi qaddisin li jippersistu minkejja l-ostakli serji li jħabbtu wiċċhom magħhom, hija ta' ispirazzjoni għalina lkoll.", "San Willibrord ra ħafna mill-kisbiet tiegħu meqruda, u minkejja dan, hu kompla jippersevera.", "Forsi nistgħu nitolbuh għall-perseveranza.", "U int, kemm tippersevera f'dak li taf li hu t-tajjeb, minkejja l-bruda ta' dawk ta' madwarek?", "Kemm int konvint mill-fidi tiegħek hekk li lest/a li tkompli tipperswadi lil dawk li m'għandhomx fidi u tagħmel minn kollox biex dawn jiksbuha?", "Tistħi jew tibża' mir-reazzjoni tan-nies għax-xhieda Nisranija tiegħek?", "X'inhu l-aktar importanti għalik: li tikseb aktar erwieħ għal Alla jew li tikseb aktar nies li jirrispettawk għax tmur għal għajnhom?", "Talba", ":", "O Mulej Alla tagħna, inti ssejjaħ lil min trid u tibgħathom fejn trid.", "Nirringrazzjawk talli bgħatt lill-qaddej tiegħek Willibrord bħala appostlu għall-Pajjiżi Baxxi, biex jibdlilhom il-qima tal-idoli f'qima u servizz lejk, Alla l-ħaj; nitolbuk il-grazzja li nżommu lilna nfusna 'l bogħod mit-tentazzjoni li nibdlu lilek mal-ħafna idoli li noħolqu aħna stess u li jagħmluna skjavi tagħhom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/saint-willibrord.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-willibrord/", "or", "http://saintwillibrordpress.com/saint-willibrord/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Willibrord", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee49616b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-6-6-beata-guzeppa-naval-girbes/", "title": "6 ta' Novembru: Beata Ġużeppa Naval Girbes", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Ġużeppa Naval Girbes", "\"It-talb, it-talb ... itlob għal waqt kuljum, u l-ħajja tkun aktar faċli u sopportabbli.", "Tgħallem tkellem ma' Alla mingħajr kliem u, b'dan il-mod, ipprattika t-talb tal-meditazzjoni.", "Kun fidil/a u reverenti quddiem il-Mulej fl-Ewkaristija Mqaddsa. \" –", "Beata Ġużeppa Naval Girbes", "BEATA ĠUŻEPPA NAVAL GIRBES", "Verġni, Karmelitana Sekulari", "1820 – 1893", "Tagħrif:", "Josefa Navel Girbes, twieldet fil-11 ta' Diċembru 1820, f'Algemesi, provinċja ta' Valencia, fi Spanja.", "Hi kienet il-kbira, mill-ħames ulied ta' Franġisku Naval u Ġużeppina Girbes.", "Kienet familja spiritwali ħafna u għalhekk ħadet trobbija ta' valuri sodi u Nsara.", "Għad li ma marritx skola, tgħallmet taqra u tikteb u kienet taf tirrakkma ħafna.", "Ta' 13-il sena ommha mietet u huma marru joqogħdu man-nanna.", "Għenet lil missierha jrabbi lil ħutha iżgħar minnha.", "Iktar ma kibret iżjed saħħet id-devozzjoni tagħha lejn Sidna Ġesù Kristu u l-Verġni Marija.", "Bid-direzzjoni tal-kappillan tal-parroċċa, ta' 18-il sena kkonsagrat lilha nnifisha lil Alla u għamlet il-vot tal-kastità perpetwa.", "Fil-mixja tagħha ta' qdusija, iddedikat ħajjitha lil Alla u wegħdet li sservi lill-Knisja u lill-proxxmu.", "Bdiet tlaqqa' nisa f'darha biex tgħallimhom ir-rakkmu u waqt dawn il-lezzjonijiet kienu jaqraw kotba spiritwali u jiddiskutuhom.", "Għallmithom il-katekiżmu u kienet tisħaq ħafna fuq l-importanza tat-talb u l-meditazzjoni.", "Kienet bniedma ta' ħajja interjuri profonda, ta' talb u meditazzjoni.", "Kienet dejjem tirrepeti kemm hu importanti li wieħed jiltaqa' ma' Alla fit-talb kuljum, sabiex ikun jista' jgħix aħjar ħajtu u d-diffikultajiet li jiltaqa' magħhom.", "Kienet ukoll ixxerred id-devozzjoni lejn Ġesù fl-Ewkaristija.", "Fil-parroċċa bdiet tipprepara lit-tfal biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina.", "Tlaqqa' tfajliet qabel jieħdu l-istat tagħhom ta' nisa miżżewġa u ommijiet, jew reliġjużi.", "Ġużeppa daħlet mat-terz'Ordni tal-Karmelu u l-komunità lajka tagħha kienet taqa' taħt is-superviżjoni tal-Patrijiet Karmelitani tal-Provinċja ta' Valencia.", "Saħħitha bdiet sejra lura u mietet ta' 72 sena, f'darha f'Algamesi, fl-24 ta' Ottubru, 1893, wara li rċeviet is-Sagramenti Mqaddsa.", "Kienet midfuna bl-abiti Karmelitani.", "Fl-20 ta' Ottubru 1946, il-fdalijiet tagħha tpoġġew f'tebut tal-ħġieġ u ttrasferewhom għall-knisja parrokkjali ta' San Ġakbu, fejn kienu esposti għall-venerazzjoni tal-fidili.", "Il-qaddis Papa Ġwanni Pawlu II, għamilha venerabbli f'Jannar tal-1987 u fil-25 ta' Settembru tal-1988, ibbeatifikaha.", "Il-beata f'ħajjitha kienet mudell ta' qdusija, u kienet dejjem tirrepeti,", "\"qaddes lilek innifsek u lill-oħrajn.\"", "Ħsieb", ":", "Din li ġejja hija kwotazzjoni mill-Promotur Ġenerali tal-Fidi, Monsinjur Petti, fil-konklużjoni tal-eżami tal-Konsulenti Teoloġiċi:", "\"Ġużeppa Naval Girbes hija eżempju eċċezzjonali ta' kif wieħed imexxi ħajtu bil-qdusija fid-dinja sekulari.", "Hija mudell tal-ħajja Kristjana fis-sempliċità erojka tagħha: mudell tal-ħajja parrokkjali.", "Il-ħajja sħiħa tagħha turi kif wieħed jista' jilħaq il-qdusija fl-istati kollha tal-ħajja f'konsagrazzjoni totali lil Alla u mħabba bla egoiżmu lejn l-aħwa, anke waqt li tgħix fid-dinja.", "Kienet mara mingħajr doni straordinarji, eċċezzjonali fis-sempliċità tagħha u bint il-poplu.", "Hija wettqet id-doveri tagħha b'fedeltà fiċ-ċirkustanzi ordinarji tal-ġurnata tax-xogħol tagħha.\"", "Din silta mid-digriet dwar il-virtujiet erojiċi tal-Beata Ġużeppa Naval Girbes (3 ta' Jannar, 1987):", "\"Peress li l-parroċċi b'ċertu mod jirrappreżentaw il-Knisja viżibbli stabbilita fuq l-art, Ġużeppa, il-qaddejja ta' Alla, qieset il-parroċċa tagħha bħala Ommha fil-fidi u fil-grazzja, u bħala tali ħabbitha u servitha bl-umiltà u bi spirtu ta' sagrifiċċju.", "U għal din ir-raġuni wriet lill-kappillan tagħha venerazzjoni sinċiera u fdat ruħha fid-direzzjoni spiritwali tiegħu.", "Kienet tara li l-għamara li tintuża għal-liturġija kienet fi stat tajjeb, li tinżamm nadifa u kkurata.", "L-istess l-altari.", "Kuljum kienet tmur fil-knisja parrokkjali biex tieħu sehem fis-sagrifiċċju Ewkaristiku.", "Imma kienet partikolarment notevoli għall-appostolat intelliġenti u produttiv tagħha, li hija dejjem wettqet bil-kunsens tal-qassisin tagħha, li lejhom kellha rispett assolut u ubbidjenza.", "Konvinta kif kienet li l-Kristjani għandhom ikunu l-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja, hija ma kinitx kuntenta li tipprattika l-virtujiet fid-dar.", "Pjuttost riedet twettaq kompletament il-kmand tal-Mulej li qal, '", "Ħalli d-dawl tiegħek jiddi quddiem il-bnedmin sabiex ikunu jistgħu jaraw l-għemejjel tajba tiegħek u jagħtu glorja lil Missierek tas-sema", ".'", "U hekk hija fittxet kull opportunità biex ixxandar lil Kristu bil-kelma u bl-għemil kemm lil dawk li ma jemmnux, sabiex tiġbidhom għall-fidi, kif ukoll lil dawk li kienu jemmnu", ", sabiex tagħtihom istruzzjonijiet li jikkonfermawhom u jinkoraġġuhom biex jgħixu b'qawwa akbar il-fidi tagħhom.", "B'dawn il-ħsibijiet f'moħħha, hija għallmet lill-foqra u lil dawk kollha li kienu jmorru għandha.", "Hija rrestawrat il-paċi fil-familji miksura.", "Hi organizzat laqgħat għall-ommijiet fid-dar tagħha biex tgħinhom fil-formazzjoni Nisranija tagħhom.", "Hi ressqet lura lejn it-triq tal-virtù lin-nisa li kienu ħarġu 'l barra minnha, u wissiet b'mod prudenti lill-midinbin.", "Madankollu, il-ħidma li fuqha ffokat l-attenzjoni u l-enerġija tagħha kienet dik ta' istruzzjonijiet liż-żgħażagħ f'dak li kellu x'jaqsam mal-ħajja tal-fidi.", "Għall-fini tagħhom hi fetħet fid-dar tagħha skola tar-rakkmu b'xejn li għaliha kien hemm attendenza numeruża.", "Il-kamra fejn kienu jaħdmu, saret il-post ta' laqgħat fraterni u ċentru ta' talb, fejn Alla ġie mfaħħar u fejn ġiet spjegata u żviluppata l-Iskrittura Mqaddsa u l-veritajiet eterni.", "Bħala omm kollha mħabba, din il-qaddejja ta' Alla ħadet ħsieb lis-segwaċi tagħha u ħejjithom għall-ħajja.", "Hija kienet mudell ta' mħabba ferventi għal Alla.", "Kienet fanal li minnu ħareġ dawl u sħana, u eżempju li jleqq b'diversi modi ta' fidi ħajja u kuntaġġuża, ta' mħabba li ma titkabbarx, u ta' sottomissjoni ferrieħa għar-rieda ta' Alla u tas-superjuri tagħha.", "Ġużeppa hi mfakkra għall-kura bla limiti tagħha għas-salvazzjoni tal-erwieħ.", "Hi spikkat għall-prudenza partikolari tagħha, u għall-umiltà, il-faqar, is-silenzju u l-paċenzja li hija dejjem ipprattikat, minkejja numru ta' ostakli u diffikultajiet.", "Il-fervur li hija kkultivat fil-ħajja ta' ġewwa tat-talb u l-meditazzjoni, u l-paċenzja tagħha waqt il-provi, kienu magħrufa sew, kif kienet ukoll l-imħabba tagħha lejn l-Ewkaristija u lejn il-Verġni Marija u l-qaddisin.", "B'dan il-mod, il-qaddejja ta' Alla għenet biex tinbena l-komunità parrokkjali tagħha.\"", "Skont l-eżempju mill-isbaħ ta' din il-beata tal-lum, nitgħallmu li fir-rigward tal-parroċċi tagħna, għandna nagħmlu l-għażla li ma nkunux kuntenti nduru magħna nfusna, mehdijin bina nfusna, nieħdu gost għax tagħna f'tagħna; imma għandna noħorġu nwasslu l-Aħbar it-Tajba.", "Noħorġu niltaqgħu man-nies fejn qegħdin, noħorġu nfittxu lil min tbiegħed mill-Knisja, min b'xi mod inqata' minn mal-komunità, min m'għadux jemmen; kif ukoll min qed ibati waħdu u forsi t-tbatija tiegħu ħadd ma jaf biha.", "Dawn ukoll għandhom ikunu għeżież ħafna għalina.", "Hekk għamel Ġesù meta ltaqa' ma' Mattew – ma ltaqax miegħu fit-tempju, imma fuq il-mejda tat-taxxi.", "Hekk għallem Ġesù meta kien hemm min skandalizza ruħu għax kien jiekol mal-pubblikani u mal-midinbin.", "Qalilhom:", "\"It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma b'saħħithom, iżda l-morda ... mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.\"", "Nitolbu lill-Mulej biex ikollna dejjem mhux biss qalb miftuħa għal kulħadd, imma ħeġġa biex inwasslu l-imħabba ta' Alla wkoll fejn bniedem ikun qata' qalbu minnha.", "U jien, qed nilqa' l-isfidi li titlob minni l-missjoni li nxandar lil Kristu fil-komunità fejn ngħix?", "Qed nipprova nagħti servizz kif nista' lill-komunità parrokkjali tiegħi?", "Nuri rispett u sottomissjoni lejn is-saċerdoti li b'xi mod Alla ried jagħtini f'ħajti?", "Nipprova nressaq lura lejn Alla lin-nies li tbiegħedu minnu?", "Kemm ngħożż u nitlob għall-parroċċa u għall-parruċċani tiegħi b'impenn u b'fervur?", "Talba", ":", "O Alla, permezz tal-ħmira l-ġdida tal-Vanġelju, inti ssejjaħ irġiel u nisa u tagħtihom is-setgħa li jservuk fedelment fil-ħajja sekulari.", "Agħtina li jistgħu fedelment jimitaw l-eżempju tal-Beata Ġużeppa Naval Girbes, u, bl-interċessjoni tagħha, naħdmu bla heda bħala Nsara veri biex nibnu s-saltna tiegħek billi naqdu sewwa d-doveri tagħna fid-dinja.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.carmelite.com/saints/default.cfm?loadref=114", "Alternative Reading:", "http://ocds-carmelite.blogspot.com/2008/11/bl-josepha-naval-girbes-virgin.html?m=0", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Josefa_Naval_Girb%C3%A9s", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "Parti mill-Ħsieb huwa meħud minn omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi (21 ta' Settembru 2018)", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee4c41b3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-5-5-beata-frangiska-tamboise/", "title": "5 ta' Novembru: Beata Franġiska t'Amboise", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Franġiska t'Amboise", "\"F'kull ma' tagħmel, agħmel dak li jagħmel lil Alla maħbub l-aktar.\" –", "Beata Franġiska t'Amboise", "IL-BEATA FRANĠISKA (FRANCOISE) D'AMBOISE (FRANZA)", "Reliġjuża", "†1485", "Tagħrif:", "Fl-1431, Ġwanni V, Duka ta' Brittanja (Franza), għamel alleanza bejn is-saltna tiegħu u dik ta' Louis d'Amboise.", "Louis bagħat lil bintu ta' 4 snin, Francoise, biex titrabba fil-familja tar-Re Ġwanni V.", "Ta' 15-il sena, iżżewġet lil Peter – it-tifel tad-Duka, u ftit wara ntebħet kemm kien supperv, għajjur u vjolenti.", "Ħadet ħafna paċenzja bih, u kienet kaġun li kkalmat l-inkwiet li kien jinqala' bejn il-familji.", "Ma kellhiex ulied.", "Pietru sar id-Duka u Francoise approfittat ruħha biex tagħmel opri ta' karità.", "Bniet kunvent fil-belt ta' Nantes (Franza), għall-Klarissi.", "Fl-1457, Pietru miet u s-suċċessuri tiegħu ma riedu li jkollhom xejn x'jaqsmu ma' Francoise.", "Inqatgħet mill-ħajja pubblika u rreżistiet l-avvanzi tar-Re Louis XI ta' Franza, biex tiżżewġu.", "Kienet tgħaddi ħafna żmien fil-kunvent tal-Karmelitani ta' Nantes, u għenithom ħafna, permezz tal-inkoraġġiment li kien jagħtiha l-Beatu John Soreth, is-Superjur Ġenerali tal-Karmelitani.", "Kienet mara ta' viżjoni u ta' kalibru ta' waħda Fundatriċi, tant li kienet ipprovdiet is-servizz ta' konfessur straordinarju għas-sorijiet.", "Fl-1468, daħlet mas-sorijiet Karmelitani ta' Vannes.", "Il-Beatu John Soreth taha l-libsa ta' soru.", "Kienet tieħu ħsieb il-morda tal-kunvent.", "Wara 4 snin saret il-prijura tal-kunvent ta' Vannes.", "Fetħet kunvent ieħor, qrib Vannes, fejn mietet fl-1485.", "Kienet hi li għenet lill-Beatu John Soreth idaħħal is-sorijiet Karmelitani fi Franza.", "Ħsieb", ":", "Dawn li ġejjin huma Eżortazzjonijiet tal-Beata Franġiska t'Amboise:", "\"Huma x'inhuma l-problemi u d-diffikultajiet li qed itaqqluk, ġorrhom kollha bil-paċenzja u ftakar li dawn huma dawk li jikkostitwixxu s-salib tiegħek.", "Itlob l-għajnuna mingħand il-Mulej u ġorr is-salib miegħu bil-ferħ f'qalbek.", "Dejjem se jkollok xi forma ta' tiġrib, u jekk tirrifjuta salib wieħed, kun żgur/a li ser tiltaqa' ma' ieħor, u forsi wieħed itqal.", "Jekk b'fiduċja f'Alla, niddependu fuq l-għajnuna tiegħu, aħna negħlbu l-vizzji.", "Aħna qatt ma għandna nħallu l-isforzi tagħna jidgħajfu u lanqas għandna nintelqu fil-mixi tagħna, iżda nżommu qlubna ddixxiplinati sew.", "Ikkunsidra t-tiġrib u l-provi kbar li l-Missirijiet qaddisa ġarrbu fid-deżert.", "Il-provi interni li sofrew kienu ħafna iktar intensi mill-penitenzi fiżiċi li kienu jipprattikaw.", "Wieħed li qatt ma jgħaddi mill-provi, ftit jikseb saħħa.", "Aċċetta dak kollu li Alla jixtieq jibgħatlek, għax kwalunkwe tbatija li jippermetti, hi kompletament għall-ġid tiegħek.", "Fil-Vanġelu, Kristu jassigurana,", "'Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.", "Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.'", "(Mattew 16:24-25)", "Din l-attitudni ġejja mill-kmand tal-Mulej li għandna nerfgħu salibna u nimxu warajh.", "Għandna naċċettaw t-tbatijiet tal-moħħ u tal-ġisem għall-imħabba ta' Alla, hekk kif huwa ġarrab t-tbatijiet tiegħu għall-imħabba tagħna.", "Huwa veru li l-Lhud neħħew is-salib minn fuq spallejn is-Salvatur tagħna, iżda dan ma kienx għax tħassruh imma biex ma jmutilhomx b'eżawriment totali qabel ma jilħaq il-post fejn kellu jiġi msallab.", "U meta poġġew il-piż tas-salib fuq spallejn Xmun, huwa ssottometta ruħu għalih għax kien imġiegħel, anki jekk kien jaf li hu ma kienx destinat li jmut fuq is-salib li kien se jġorr.", "Kristu, min-naħa l-oħra, ġarr is-salib tiegħu (jew aħjar tagħna) volontarjament u bil-ferħ u lejn l-aħħar telaq ruħu f'idejn Missieru u miet fuqu.", "Ejja nimxu warajh u nimitaw dak kollu li għamel għalina.", "Int għandek diversi tbatijiet u dawn jiffurmaw is-salib tiegħek.", "Aċċettahom volontarjament u sal-aħħar, meta finalment trodd ruħek lil Alla.", "Agħtih tifħir u rringrazzjah talli għażlek fis-servizz tiegħu.", "Tiġġieled ma' ħadd, għax hija r-rieda t'Alla li tħobb lil kull wieħed u waħda mill-proxxmu tiegħek bħalma tagħmel ma' dawk ta' ġewwa.", "Tħabat biex trażżan l-istinti tiegħek.", "Għal dan il-għan, ipprova rimedju llum u ieħor għada, sabiex gradwalment int jirnexxielek tikseb kontroll fuq l-impulsi diżordinati tiegħek, u meta l-Mulej jara r-rieda tajba u l-perseveranza tiegħek, jagħtik l-appoġġ tal-grazzja tiegħu, li issostnik sal-aħħar.", "Permezz ta' mħabbtu, xejn mhu se jkun diffiċli wisq li ġġarrab.\"", "U int, aċċettajthom is-slaleb li trid iġġorr kuljum, kif Kristu ġarr is-salib li suppost ġarrejna aħna minħabba dnubietna?", "Qed tfittex lill-Mulej għall-kenn u l-grazzji kollha li għandek bżonn biex tippersevera fil-mixja tiegħek bis-salib sal-aħħar?", "Tifhem li l-Mulej se joħroġ ġid kbir mill-paċenzja u s-sabar tiegħek biex iġġorr is-salib għal imħabbtu?", "Tagħraf li m'hemmx glorja mingħajr is-salib u li hemm glorja kbira tistenniek jekk iġġorru fedelment u b'perseveranza?", "Toffri tbatijietek bħala talba biex magħquda ma' dawk ta' Kristu, jissarrfu fi grazzji kbar għall-ġid tiegħek u tal-oħrajn?", "Talba", ":", "Alla Missierna, int sejjaħt lill-Beata Franġiska t'Amboise biex tfittex is-saltna tiegħek f'din id-dinja billi sservi lil Ġesù Kristu u l-Omm Imbierka tiegħu.", "Bit-talb tagħha li jagħtina kuraġġ, għinna biex nimxu 'l quddiem bi qlub ferrieħa fil-triq tal-imħabba.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.carmelites.net/news/blessed-frances-damboise/", "Alternative Reading:", "http://www.ocarm.org/en/content/liturgy/bl-frances-d-amboise-religious-m", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Fran%C3%A7oise_d%27Amboise", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee4c58f5', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-1-1-il-qaddisin-kollha/", "title": "1 ta' Novembru: Il-Qaddisin Kollha", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Qaddisin Kollha", "\"Alla hu gglorifikat fil-laqgħa tal-qaddisin: ejjew nadurawh.\" –", "Antifona tad-dħul mil-Liturġija tas-Sigħat", "IL-QADDISIN KOLLHA", "Tagħrif:", "Illum il-Knisja tagħmel festa lill-Qaddisin kollha – lil dawk kollha li jinsabu fil-ġenna; ikkanonizzati jew mhumiex; qrabatna, ħbiebna u ġemgħa kbira ta' oħrajn li ma nafuhomx; Maltin, Ingliżi, Taljani, nies ta' kull sura u ta' kull xorta, nies ta' kull ġens u ta' kull ilsien; dawk li għadhom kemm daħlu l-ġenna u dawk li ilhom hemm.", "Il-Knisja tifraħ – tifraħ magħhom u tifraħ bihom.", "Fl-istess ħin tfakkarna li huma kienu bnedmin bħalna jgħixu fuq din l-art.", "Illum jinsabu fl-isbaħ, fl-ikbar, fl-aqwa stat li jista' jakkwista l-bniedem – il-ġenna, fejn ma hemmx sadid, kamla jew taħsir; hemm il-paċi, l-hena, u l-għaqda l-iktar intima ma' Alla.", "San Pawl qalilna:", "\"L-erwieħ fil-ġenna qed jaraw dak il-ġmiel li ebda bniedem qatt ma ra f'din id-dinja; qed jisimgħu dak li ħadd minna qatt ma sema'; u qed igawdu dik il-hena li ħadd qatt ma gawda fuq din l-art.\"", "(1 Korintin 2:9)", "Il-Qaddisin mhux biss ifakkruna fit-tgawdija li qiegħda tistenniena, imma wkoll isejħulna biex ningħaqdu magħhom bħala wlied tal-istess Missier fid-dar tiegħu tas-sema.", "Din il-festa tgħollilna għajnejna lejn dik 'is-sħaba kbira ta' xhieda,' u tħeġġiġna biex naħdmu u nirsistu ħalli aħna wkoll ikun jistħoqqilna li wara din il-ħajja nidħlu f'dik is-sħaba ta' kobor enormi.", "Li jkollok pożizzjoni għolja fis-soċjetà hija ħaġa sabiħa tassew – tabib, avukat, perit qassis – imma niftakru li dawn jgħaddu u jintemmu fix-xejn.", "Mhux hekk li tkun qaddis.", "Jaqblilna tassew mela li nkunu qaddisin f'din il-ħajja biex nibqgħu qaddisin għal dejjem fil-ġenna.", "Ħsieb", ":", "Nistgħu ngħidu li l-qaddisin kienu bnedmin bħalna f'kollox imma li għażlu li jkunu għaqlin u għorrief tant li dawn l-erbat ijiem li għandna fid-dinja, għażlu li jgħixuhom SKOMDI biex ipoġġu f'qagħda inqas skomda lil ħaddieħor.", "X'qanqalhom jagħżlu dan f'dinja fejn l-aktar li jsaltan hu l-egoiżmu?", "X'aktarx li l-PAĊI vera li d-dinja mhux kapaċi tipproduċi u li sabu fi KRISTU, wasslithom biex iwarrbu l-pjaċiri tal-mument u jimlew qalbhom biss b'dak il-FERĦ li jibda minn hawn u jisplodi f'ammonti infiniti fl-eternità.", "Dan il-ferħ, kawża tal-IMĦABBA ta' Alla li esperjenzaw f'ħajjithom, għażlu li jaqsmuh mal-proxxmu f'kull bżonn tiegħu.", "Wieħed BISS jista' jagħtina dan u l-qaddisin huma kollha xhieda ta' dan!", "Il-qaddisin iservu ta' mudelli għalina, li għadna qed nitħabtu mad-dnub u nippruvaw ngħixu ħajja tajba.", "Huma rnexxielhom!", "Kienu midinbin u mġarrba bit-tentazzjonijiet bħalna.", "It-talb tagħhom huwa qawwi quddiem il-Mulej għax ippruvaw jagħmlu dak kollu li Alla talab minnhom waqt li kienu għadhom hawn.", "Dan huwa ta' inkuraġġiment kbir għalina li għadna fil-vjaġġ tal-fidi tagħna.", "L-aktar ħaġa importanti li wieħed għandu jżomm f'moħħu hi li, Dak li qaddishom huwa l-Ispirtu s-Santu li lkoll irċevejna fil-Magħmudija u kkonfermajna fil-Griżma tal-Isqof.", "Jekk il-qaddisin ħallew lill-Ispirtu t'Alla joħroġ l-aħjar verżjoni tagħhom infushom, għaliex ma għandniex aħna lkoll nagħmlu l-istess?", "Ma hemm l-ebda skuża għalina jekk ma nilħqux livell ogħla ta' qdusija.", "Aħna nimxu biss pass pass kuljum u jwassalna l-Mulej fejn irid Hu ... biex imbagħad inkunu nistgħu nissieħbu mal-korijiet tal-anġli u nsiru l-qaddisin tal-lum.", "Mela żomm f'moħħok li l-istess Spirtu li qaddes lilhom, JGĦIX FIK.", "Iż-żmien tal-qaddisin biex ikunu kuraġġużi matul ħajjithom għadda u ntemm, ... issa qegħdin jaħsdu dak li żergħu fil-Ġenna.", "IŻ-ŻMIEN TIEGĦEK HUWA BĦALISSA.", "Ma tistax terġa' tgħix kull minuta li tgħaddi.", "Għadek ħaj/ja fil-ġisem tiegħek u għaldaqstant għad għandek l-opportunità li tħalli lill-Ispirtu ta' Alla jitrasformak u jagħmlek togħġob kemm lil Alla, kif ukoll xi kultant, anki lill-bniedem.", "L-għażla f'idejk u f'idejn ħadd iżjed.", "Kun għalhekk għaqli/ja fl-għażliet tiegħek f'din id-dinja għax dawn se jkollhom l-eku tagħhom għall-eternità.", "Talba", ":", "O Alla, qawwi u etern, li xgħelt dik il-fjamma ta' mħabba fil-qalb tal-qaddisin, agħmel li aħna jkollna wkoll dik l-istess fidi u qawwa ta' mħabba li kellhom huma, u waqt li nifirħu bir-rebħa li kisbu agħmel li aħna nimxu fuq l-eżempju tagħhom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/all-saints-day.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/category/holy-days/all-saints-day/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/All_Saints%27_Day", "Nota: It-Tagħrif dwar din it-Tifkira Solenni tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee4c8682', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-4-4-san-karlu-borromeo/", "title": "4 ta' Novembru: San Karlu Borromeo", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Karlu Borromeo", "\"Aħrab kemm tista' kull distrazzjoni; ibqa' miġbur mal-Mulej; warrab mit-tpaċpiċ fieragħ.\" ~", "San Karlu Borromeo", "SAN KARLU BORROMEO", "Isqof", "1538 – 1584", "Tagħrif:", "San Karlu hu figura mill-aktar importanti fi żmien il-kontro-riforma.", "Hu twieled fit-2 ta' Ottubru 1538, fil-kastell ta' Aroma, fuq il-Lago Maggiore, l-Italja, it-tieni iben ta' Gilbert Borromeo u Margerita De Medici.", "Meta kellu disa' snin tilef lil ommu.", "Kien intelliġenti ħafna.", "Studja f'Milan u fl-Università ta' Pavia.", "Ta' 21 sena, fl-1559, kien ġa laħaq avukat fil-Liġi Ċivili u fil-Liġi Kanonika.", "F'Diċembru 1559, ħu ommu, Angelo De Medici, ġie elett Papa bl-isem ta' Piju IV.", "Ftit jiem wara l-Papa ġdid sejjaħ lil Karlu Ruma u għamlu kardinal u nnominah biex ikun l-amministratur tal-arċidjoċesi ta' Milan, minkejja li kien għadu mhux ordnat saċerdot.", "Karlu kien igawdi ħafna setgħa, imma hu uża l-influwenza kbira tiegħu dejjem favur il-Knisja.", "Kien bis-saħħa tiegħu li tkompla l-Konċilju ta' Trentu, li kien ilu wieqaf 10 snin u saru disa' sessjonijiet.", "Hu għen ukoll fil-kompilazzjoni tal-famuż Katekiżmu tal-Konċilju, kif ukoll fil-konklavi li għażel lil Piju V.", "Il-mewt għal għarrieda ta' ħuh akbar minnu fl-1562 ħalliet effett kbir fuqu.", "Kellu dik il-ħabta 24 sena.", "Sa dak iż-żmien kien qiegħed jgħix ħajja Nisranija tajba; imma minn issa 'l quddiem beda jgħix il-ħajja ta' qaddis.", "Kontra dak li riedet il-familja tiegħu, li sfurzatu biex iħalli l-karriera ekklesjastika u jiżżewweġ, hu malajr ħa l-ordni sagri u ordna saċerdot; imbagħad ippjana biex iħalli l-qorti tal-Papa.", "Kien aktar liberu meta miet zijuh Papa Piju IV fl-1565.", "Huwa rritorna fid-djoċesi tiegħu (Milan) u minn hemm 'il quddiem iddedika l-bqija ta' ħajtu fir-riforma tagħha skont il-prinċipji tal-konċilju ta' Trentu.", "Il-qaddis, mill-ġid tiegħu, waqqaf seminarji, skejjel u sptarijiet.", "Hu kellu jħabbat wiċċu ma' nuqqas ta' popolarità, kalunnji, saħansitra anki attentat ta' mewt.", "Kien fl-1569, meta kien qed jitlob fil-knisja, u wieħed sparalu, iżda ma laqtux serjament.", "Hu ġġieled u rnexxielu jrażżan l-abbużi li kien hemm fost l-irħieb u l-kleru; waqqaf kull xorta ta' istituzzjonijiet biex iqajjem il-fervur reliġjuż, anki sejjaħ il-Ġiżwiti biex imorru jaħdmu f'Milan.", "Huwa waqqaf il-Konfraternità tad-Duttrina Nisranija u minħabba f'hekk hu miżmum bħala qaddis patrun tal-katekisti.", "Kellu 600,00 ruħ taħt il-ħarsien pastorali tiegħu;", "bena bosta knejjes, sa fuq l-Alpi;", "waqqaf is-seminarju tal-belt, u oħrajn żgħar 'l hawn u 'l hemm, u s-seminarju għall-kleru Svizzeru;", "fetaħ 740 ċentru tad-duttrina, u beda l-iskejjel elementari fil-parroċċi;", "waqqaf ħafna istituzzjonijiet soċjali u kulturali;", "waqqaf l-Università ta' Brara li fdaha f'idejn il-Ġiżwiti;", "bena l-kulleġġ ta' Pavia;", "żar il-parroċċi kollha tad-djoċesi, madwar elf;", "laqqa' sitt konċilji provinċjali u ħdax-il sinodu djoċesan, l-aħħar wieħed ftit xhur qabel miet.", "Barra minn dan kollu, għamel ħafna xogħol ieħor u għalkemm kellu difett f'ilsienu (kien itemtem), ma kienx jaqta' qalbu mill-prietki.", "Ġieli pprietka tliet darbiet kuljum, l-aktar matul iż-żjajjar pastorali tiegħu.", "Kuljum kien jagħmel żewġ meditazzjonijiet ta' siegħa,", "kien jgħid l-Uffiċċju tas-Sigħat (Brevjar) għarkupptejh,", "kien tista' tgħid isum kuljum ħobż u ilma,", "jorqod imlibbes fuq il-qiegħa.", "Qabbad wkoll żewġ qassisin biex jgħidulu bid-difetti tiegħu.", "Għen eluf ta' foqra, biegħ il-platt tad-deheb li kellu, għalihom, Saħansitra anki tahom is-sodda tiegħu.", "Meta faqqgħet l-epidemija tal-pesta f'Milan, li damet mill-1576 sal-1578, waqt li l-kbarat telqu mill-belt, hu baqa' hemm, iqarben, ifarraġ u jgħin lill-morda b'idejh stess.", "Iż-żelu li kellu kien bla tarf.", "San Karlu Borromeo miet fl-4 ta' Novembru, 1584 ta' 46 sena, meta kien għadu kif spiċċa jagħmel l-irtir tiegħu annwali.", "L-aħħar kelmiet tiegħu kienu: \"Ecce venio,\" li tfisser: \"Arani, Mulej, ġej.\"", "Ġie kkanonizzat fl-1610 mill-Papa Pawlu V, 26 sena wara mewtu.", "Ħsieb", ":", "Dawn li ġejjin huma siltiet ta' pariri siewja għalina lkoll minn diskors tal-isqof San Karlu Borromeo fl-aħħar sinodu tiegħu:", "\"Aħna lkoll dgħajfa, u jien dan ma niċħdux, imma l-Mulej Alla tana l-mezzi kollha biex, jekk irridu, ngħinu ruħna bil-ħeffa kollha.", "Tridni ngħallmek kif timxi dejjem aktar 'il quddiem f'kull virtù? ...", "Aħrab kemm tista' kull distrazzjoni; ibqa' miġbur mal-Mulej; warrab mit-tpaċpiċ fieragħ.", "Dmirek li tipprietka? li tgħallem?", "Fittex li tagħmel sewwa dak li hu meħtieġ biex taqdi sewwa dan id-dmir tiegħek;", "kun int l-ewwel li tgħix il-ħajja li tipprietka, fittex int qabel xejn li ġġib ruħek kif tgħid lin-nies li għandhom iġibu ruħhom fil-prietki tiegħek", "; jekk tagħmel dan ma jiġrilekx li n-nies, huma u jarawk tgħid ħaġa u tagħmel oħra, jiddieħku bik u jwaqqgħuk għaċ-ċajt, u jċaqilqu rashom minħabba fik.", "Għandek fdata lilek il-kura tal-erwieħ?", "Tittraskurax il-kura ta' ruħek", "; tagħtix ruħek għal kollox lill-oħrajn hekk li ma jkollok lanqas ftit taż-żmien għalik innifsek; jeħtieġlek tiftakar dejjem illi,", "int u tieħu ħsieb l-erwieħ fdati lilek, m'għandekx tinsa tieħu ħsieb ruħek.", "\"", "Hija virtù mill-isbaħ li aħna bħal San Karlu niddedikaw lilna nfusna kompletament għad-doveri tagħna.", "Hu dmirna li nwettquhom bl-aħjar mod li nistgħu.", "\"Kulma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom.\"", "(Kolossin 3:23) B'liema impenn qegħdin nwettqu d-doveri tagħna?", "Ejjew nimxu fuq l-eżempji mdawla li ħalliena San Karlu Borromeo u nimitawhom.", "Talba", ":", "Ħares, Mulej, fil-poplu tiegħek dak l-ispirtu li bih imlejt lill-isqof San Karlu Borromeo, ħalli l-Knisja tiegħek tiġġedded bla heda u tkun xbieha ta' Kristu biex tista' turih lid-dinja.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/st-charles-borromeo.html", "Alternative Reading:", "https://www.roman-catholic-saints.com/saint-charles-borromeo.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Charles_Borromeo", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut kif ukoll mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee4c7264', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-1-qaddisin-fnovembru/1-1-2-1-0-3-3-san-martin-de-porres/", "title": "3 ta' Novembru: San Martin De Porres", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Martin De Porres", "\"Infaħħru l-kobor tal-Mulej, għax għolla bid-doni tas-sema lill-qaddej umli tiegħu Martin.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat", "SAN MARTIN DE PORRES", "Reliġjuż", "1579 – 1639", "Tagħrif:", "San Martin twieled fid-9 ta' Novembru 1579, f'Lima, il-Perù, fl-istess belt u l-istess żmien ta' Santa Roża ta' Lima.", "It-tnejn kienu ħbieb ħafna u t-tnejn saru reliġjużi Dumnikani.", "Martin kien it-tifel ta' sinjur kbir Spanjol u ta' mara fqira sewda.", "Meta twieled, missieru ma riedx jaf bih, għalhekk kellu jaqsam il-faqar ta' ommu sakemm tmien snin wara missieru aċċettah.", "Ta' tnax-il sena daħal jaħdem ma' wieħed tabib li kien ukoll parrukkier, għalhekk tgħallem is-sena ta' parrukkier, u wkoll kif jagħmel xi mediċini, jamministrahom, u jdewwi l-ġrieħi.", "Meta kellu sittax-il sena, talab lill-Patrijiet Dumnikani biex iħalluh jgħinhom fix-xogħol tagħhom.", "Il-Patrijiet ħallewh, u wara disa' snin, meta raw kemm kien żagħżugħ bil-għaqal, aċċettawh ukoll bħala fratell magħhom, fl-1603.", "Bil-għajnuna ta' xi nies li ssieħbu miegħu, waqqaf orfanatrofju, u ġabar flus biżżejjed għall-fondi permanenti ħalli xebbiet fil-bżonn tingħatalhom dota biex biha jkunu jistgħu jiżżewġu.", "Barra minn hekk, kien jgħin ħafna lill-ilsiera suwed li kienu jinġiebu fil-Perù mill-Afrika.", "Għex ħajtu jgħin lill-foqra u lill-morda, u jittrattahom bid-dinjità ta' bnedmin, u kien ifakkarahom f'Alla li jħobb bl-istess mod lill-bnedmin kollha ta' kull ġens u ta' kull kulur.", "Miet meta kellu sittin sena, fil-kunvent tar-Rużarju Mqaddes ta' Lima, fit-3 ta' Novembru, 1639.", "Lima kollha bkietu, u l-kelmiet \"Miet l-ikbar ħabib tal-fqar,\" kienu fuq fomm kulħadd.", "Ġie bbeatifikat mill-Papa Girgor XVI fl-1837 u kkanonizzat fl-1962 mill-Papa Ġwanni XXIII.", "Ħsieb", ":", "Alla jħares lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu u jagħmel magħhom ħwejjeġ kbar.", "Hekk għamel ma' Marija Santissima, kif ukoll ma' ħafna qaddisin oħra fosthom San Martin de Porres.", "Meta Martin kien tfajjel ċkejken kien abbandunat minn missieru għax kien ta' kulur, trabba u għex fil-faqar, imma kien għani f'qalbu tant li kien dejjem lest li jagħti kollox lil kulħadd speċjalment il-morda, il-foqra u l-abbandunati...", "Kien imżejjen b'fidi, bi mħabba, b'sempliċità u b'innoċenza kbira, u kellu devozzjoni kbira lejn Ġesù Sagramentat u lejn il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu.", "Hu kien ifittex li jgħin lil kulħadd u għalhekk in-nies kienet tmur għandu bi ħġarha, għax kien iħobbhom bi mħabba kbira.", "Kien jagħmel ħafna sawm u penitenzi u jgħaddi ħinijiet twal fit-talb.", "Bl-umiltà u l-ħlewwa tiegħu, hu ġibed il-qlub ta' ħafna u bl-għerf spiritwali tiegħu għaġġeb saħansitra lill-għorrief.", "Fl-1945, il-Papa Piju XII iddikjarah Patrun tal-Ħidmiet tal-ġustizzja soċjali fil-Perù, u fl-1962 Papa Ġwanni XXIII iddikjarah qaddis minħabba li bil-ħajja u l-ħidma tiegħu ġab 'il quddiem l-emanċipazzjoni tas-suwed, għeleb kull differenza razzjali u ta' klassi u ġab il-vera fraternità fost il-bnedmin.", "Fra Martin kien imżejjen minn Alla b'kariżmi straoridinarji bħal profezija, mirakli, estasi... li kien iwettaqhom għas-servizz tal-proxxmu tiegħu.", "Hu kellu d-don tal-għerf u x-xjenza tant li ħutu r-reliġjużi midħla tat-teoloġija kienu jisimgħuh jikkwota testi sħaħ mill-Iskrittura u mis-Summa Teoloġika ta' San Tumas t'Aquino.", "Mhux biss, imma nies minn kull kategorija saħansitra fil-poter ekkleżjastiku u ċivili kienu jmorru għandu biex jieħdu l-pariri.", "Kien jagħti l-għajnuna tiegħu lil kulħadd bla distinzjoni ta' kulur jew klassi.", "Kellu wkoll imħabba kbira lejn l-annimali għax fihom kien jara s-sbuħija t'Alla u kien jipprovdilhom l-ikel u jfejjaqhom mill-ġrieħi tagħhom.", "Hu jgħallimna l-valur tax-xogħol bħala kontinwazzjoni tal-ħidma kreattiva ta' Alla għas-servizz ta' ħutna l-bnedmin.", "Waqt li għandna naħdmu biex naqilgħu l-għajxien tagħna għandna noffru ħidmietna bħala talba lil Alla u għall-bini aħjar ta' soċjetà aktar ħanina u umana.", "Probabilment hu diffiċli għalina li nwaqqfu xi fondi, kif għamel San Martin, ħalli nies bi bżonn partikulari jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom!", "Iżda żgur li nistgħu, għall-inqas b'mod żgħir, nikkontribwixxu għal xi fondi ta' karità li nisimgħu li qed jitwaqqfu minn żmien għal żmien, biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.", "Aħna, kemm tassew nikkontribwixxu?", "Dawn li ġejjin huma siltiet mill-Omelija tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII, nhar il-Kanonizzazzjoni ta' San Martin de Porres:", "San Martin de Porres, bl-eżempju ta' ħajtu, jurina liema hi t-triq li twassalna għall-qdusija u s-salvazzjoni, it-triq li l-Mulej stess jurina.", "Din it-triq hi li tħobb 'l Alla fuq kollox b'qalbek kollha, b'ruħek kollha, b'moħħok kollu u tħobb lil għajrek bħalek innifsek.", "Meta għaraf li Kristu bata għalina u tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib, Martin tqanqal bi mħabba liema bħala għal Kristu msallab, u meta kien jikkontempla t-tbatijiet ħorox li l-Mulej ġarrab għalina, ma kienx jista' jżomm id-dmugħ.", "Kellu wkoll imħabba speċjali għas-Sagrament Imqaddes tal-Ewkaristija, kien jgħaddi sigħat sħaħ jadura 'l Ġesù moħbi fit-tabernaklu u dejjem kellu xewqa kbira li jirċevih fit-tqarbin.", "Kien dejjem lest jiskuża n-nuqqasijiet tal-oħrajn u jaħfer l-agħar tkasbir, għax kien jidhirlu li jistħoqqlu l-akbar kastigi minħabba dnubietu.", "Kien jagħmel ħiltu biex ireġġa' lura l-ħatjin fit-triq it-tajba; b'tjieba liema bħala kien idur bil-morda.", "Kien iqassam ikel, ilbies u mediċini lill-foqra; kien jgħin sa fejn jista' b'kull mezz u b'ħerqa kbira, lill-bdiewa, lin-nies ta' kulur u lin-nies ta' razza mħallta, li dak iż-żmien kienu ttrattati agħar mill-ilsiera, u għalhekk kien jistħoqqlu li jsejħulu 'Fra Martin tal-karità.'", "Dan il-qaddis li bi kliemu, u bl-eżempji tal-imġiba tajba tiegħu, ġibed ħafna nies għand Alla, illum wkoll jista' jerfagħlna b'mod tal-għaġeb ħsibijietna lejn is-sema.", "Mhux kulħadd, jaħasra, jifhem dawn il-ħwejjeġ qaddisa, mhux kulħadd jagħtihom ġieħ, anzi tant huma dawk li jħajjarhom il-ħażen, li dawn il-ħwejjeġ jew ma jistmawhomx jew idejquhom, jew jittraskurawhom.", "Jalla l-eżempju ta' San Martin ikun ta' tagħlim għal ħafna biex jurihom it-triq tas-salvazzjoni.", "Talba", ":", "O Alla, int għaddejt lil San Martin de Porres mit-triq tal-umiltà biex wassaltu fil-glorja tas-sema; agħmel li ngħixu fuq l-eżempji sbieħ tiegħu, biex jistħoqqilna li tgħollina miegħu fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Martin_de_Porres", "Alternative Reading:", "https://www.notablebiographies.com/supp/Supplement-Mi-So/Porres-Mart-n.html", "Wikipedia bil-Malti:", "https://mt.wikipedia.org/wiki/Martin_de_Porres", "Wikipedia in English:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Martin_de_Porres", "Film on the life of Saint Martin de Porres (with English Subtitles):", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-Ħsieb huwa ta' Fr. Charles Tonna OP.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee4c8040', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-1-0-10-san-pawl-patrun-ta-malta/", "title": "10 ta' Frar: San Pawl, Patrun ta' Malta", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pawl, Patrun ta' Malta", "\"Appostlu San Pawl, xandȃr tas-sewwa u mgħallem tal-ġnus, idħol għalina quddiem Alla li għażlek.\" ~", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tas-Solennità ta' San Pawl: Patrun ta' Malta.", "SAN PAWL: PATRUN TA' MALTA", "Appostlu", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "Illum fil-gżejjer tagħna, u kull fejn hemm il-Maltin, tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Pawl – Patrun ta' Malta.", "Din hija ġrajja ta' importanza ewlenija fl-istorja ta' pajjiżna.", "Huwa l-jum tal-Magħmudija ta' Malta għax kienet dik iċ-ċirkustanza li fiha missirijietna semgħu għall-ewwel darba bl-aħbar it-tajba ta' Sidna Ġesù Kristu, ftit snin biss wara t-tlugħ fis-sema ta' Ġesù.", "Meta San Pawl kien fi vjaġġ fuq il-baħar fi triqtu lejn Ruma bħala priġunier biex il-kawża tiegħu tinstema' quddiem Ċesari, Alla fil-providenza tiegħu tal-għaġeb, għoġbu li dan l-appostlu jara l-għarqa biex jiġi hawn Malta.", "Il-kliem li San Pawl qal lil sħabu wara li deherlu l-anġlu meta t-tempesta kienet fl-eqqel tagħha:", "\"jeħtieġ li naħbtu ma' gżira\"", "(Atti 27, 26) bilfors jagħtina x'naħsbu li Alla kellu ħsibijiet kbar fuq Malta meta riedu li f'dawk iċ-ċirkustanzi jasal fostna l-Appostlu tal-Ġnus.", "San Luqa fl-Atti jsemmi l-laqgħa sabiħa li missirijietna għamlu lill-appostlu u lil sħabu, b'kollox 276 ruħ.", "Bla dubju, tul it-tliet xhur li dam fostna, San Pawl xandar it-twemmin fi Kristu Ġesù, li kien għadu kif miet u rxoxta inqas minn 30 sena qabel.", "Ix-xandir ta' Pawlu, kif ukoll il-mirakli li għamel, kellhom effett kbir fuq il-poplu Malti ta' dak iż-żmien u aċċetta d-don tal-fidi li, bi grazzja speċjali ta' Alla, baqgħet nieżla minn ġenerazzjoni għall-oħra sal-ġurnata tal-lum.", "Hu emmnut li, kif kien soltu jagħmel San Pawl f'kull pajjiż li jżur, huwa waqqaf il-Knisja fuq artna u anki taha, skont it-tradizzjoni, l-ewwel isqof tagħha fil-persuna ta' Publju, il-prinċep tal-gżira.", "Din hi l-ikbar festa tagħna l-Maltin, bħala Maltin Insara.", "Biha nuru kemm aħna kburin li nissejħu \"Ulied San Pawl.\"", "Fis-sena 60, meta sar in-Nawfraġju, il-ftit eluf ta' Maltin kienu pagani, jaduraw ix-xemx, il-qamar u allat foloz.", "Kien San Pawl li tahom it-twemmin f'Alla Wieħed, Veru u Ħaj, u f'Ġesù Kristu Msallab, is-Salvatur tal-bnedmin.", "Dan it-Twemmin, missirijietna għaddewh lilna bla mittiefes, minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Jalla aħna wkoll, bl-istess mod ngħadduh lil uliedna u lill-ulied uliedna.", "Huwa tassew xieraq li aħna l-Maltin kull sena nfakkru l-ġrajja ta' dan in-nawfraġju u fl-istess ħin nagħmlu Festa Solenni 'l San Pawl bħala l-Missier tagħna l-Insara Maltin.", "In-nawfraġju ta' San Pawl hu t-titular ta' waħda mill-parroċċi tal-Belt Valletta, kif ukoll dik tal-Munxar ġewwa Għawdex.", "Kif kien xieraq, il-Knisja f'Malta tfakkar dan il-jum providenzjali bħala", "festa kmandata", ", u għalhekk illum hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies.", "Nitolbu llum lil Alla li jagħmel li Malta żżomm sħiħ u bla mittiefes it-tagħlim li San Pawl tana bil-kliem u bl-eżempji tiegħu.", "Ħsieb", ":", "Il-Knisja f'Malta trodd ħajr lill-Mulej għaliex sejħilna mid-dlamijiet tad-dnub u mid-dell tal-mewt li fihom konna qed ngħixu, u daħħalna fid-dawl tiegħu tal-għaġeb meta bagħtilna lill-appostlu tiegħu jxandrilna l-bxara t-tajba tal-Evanġelju.", "Din hija silta mid-diskors tal-Papa Ġwann Pawlu II – Fosos tal-Furjana, 2001:", "\"Il-wasla tal-appostlu fuq ix-xtajta tagħkom kienet drammatika.", "San Luqa rrakkontalna l-vjaġġ fil-maltemp u kif ma setgħu jagħmlu xejn il-baħħara u l-passiġġieri hekk kif il-ġifen inkalja u beda jinqasam (ara Atti 27,39-44).", "U smajna b'liema mod inħelsu:", "\"Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.\"", "(Atti 28,1)", "Fil-providenza ta' Alla, Malta kellha tħaddan l-Evanġelju fil-jiem bikrija tal-Kristjaneżmu.", "\"Inroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu, għall-għeġubijiet tiegħu mal-bnedmin.\"", "(Salm 107,15) ...", "B'fedeltà lejn l-Appostlu Pawlu, missierkom fil-fidi, intom magħrufin mal-Knisja kollha għad-devozzjoni u l-ħeġġa missjunarja tagħkom.", "Malta għandha wirt Nisrani mill-akbar li tiegħu intom għandkom raġun tkunu kburin, imma dak il-wirt hu wkoll don li jitlob responsabbiltà kbira (ara Luqa 12,48) ...", "San Pawl wasal Malta bħala priġunier fi triqtu lejn Ruma ...", "Għal żewġ millennji bqajtu fidili lejn is-sejħa li ħarġet minn dik il-laqgħa singulari.", "Illum is-suċċessur ta' Pietru jixtieq iwettaqkom fl-istess fidi u jħeġġiġkom fl-ispirtu ta' tama u mħabba Nisranija.", "Jitlob biex, bħal missirijietkom, intom ukoll tagħtu frott tajjeb u bil-bosta.", "Siġar tajba jagħtu ħafna frott tajjeb (ara Mattew 12,33-35) ...", "Il-pożizzjoni ta' Malta fl-Ewropa u fil-Mediterran tagħmilha eredi, b'mod speċjali, ta' tradizzjoni kulturali sinjura, li l-qalb tagħha hi l-umaniżmu tal-Vanġelu ...", "Għożżu s-sejħa Nisranija!", "Kunu kburin tal-wirt reliġjuż u kulturali!", "Ħarsu lejn il-ġejjieni b'tama u imxu b'ħeġġa ġdida biex tagħmlu dal-millenju ġdid żmien ta' solidarjetà u paċi, ta' mħabba għall-ħajja u rispett għall-ħolqien t'Alla.\"", "San Ġwann Battista De La Salle jgħid:", "\"...", "Għandek xorti kbira li inti għaraft il-verità, u li twelidt, u trawwimt fir-reliġjon Nisranija.", "L-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hija li tieħu ħsiebha u tippreseverha.", "Inti tħossok imħeġġeġ f'din il-ħaġa, bħalma kien San Pawl billi żamm r-reliġjon Lhudija?\"", "Il-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu f'Malta, 2010, qalilna hekk:", "\"Dawk il-kelmiet – 'Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira' (Atti 27:26) – fil-kuntest oriġinali tagħhom huma sejħa għall-kuraġġ quddiem dak li mhux magħruf u fiduċja kostanti fil-providenza misterjuża ta' Alla.", "In-nawfraġi, fil-fatt, intlaqgħu bil-qalb mill-poplu Malti li mexa wara l-gwida mogħtija minn San Publju.", "Fil-pjan ta' Alla, San Pawl b'hekk sar missierkom fil-fidi Nisranija.", "Bis-saħħa tal-preżenza tiegħu fostkom, l-Evanġelju ta' Ġesù Kristu rabba għeruq sodi u ta' frott mhux biss fil-ħajjiet ta' individwi, familji u komunitajiet iżda wkoll fil-formazzjoni tal-identità nazzjonali ta' Malta u tal-kultura vibranti u distintiva tagħha.", "Komplu esploraw l-għana u l-fond tar-rigal ta' Pawlu lilkom u kunu żguri li tgħadduh mhux biss lil uliedkom iżda wkoll lil dawk kollha li tiltaqgħu magħhom illum.\"", "Ngħożżu b'għożża l-iktar kbira l-Fidi li ksibna mingħand San Pawl, mhux biss individwalment, iżda wkoll li bħala nazzjon, bħala ġens.", "Ejjew nitolbu lil San Pawl, l-Appostlu tal-Mulej biex jgħinna nkunu appostli, li naqdu lill-Knisja b'qalb safja, inkunu xhieda tal-verità u s-sbuħija tagħha f'dan id-dlam ta' żminijietna.", "Talba", ":", "Ejja Mulej Ġesù, f'nofs dan il-poplu, ejja b'dik il-qawwa li biha żortu l-ewwel darba permezz ta' San Pawl elfejn sena ilu.", "Ejja mill-ġdid fil-qlub tal-Maltin li ċaħduk jew insewk.", "Ejja fil-ħajja ta' dan il-poplu kif ġejt permezz ta' Pawlu, u għamiltu poplu ġdid.", "Ejja Mulej fil-Knisja Maltija u agħtiha ħajja ġdida, ejja fil-familji Maltin, ejja fl-għaqdiet, ejja fost il-morda, u ejja fit-tmiem tal-ħajja ta' kull Malti u kull Maltija, sabiex ebda wieħed u waħda minn dawn uliedek ma jintilef jew tintilef, imma jiġu jgawdu lilek u lilu fis-sema, għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "(Talba ta' Mons. Lawrence Cachia)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.visitmalta.com/en/st-paul-in-malta", "Alternative Reading:", "https://malta.intercontinental.com/2016/02/09/the-shipwreck/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Paul_the_Apostle", "Filmat addattat għat-tfal:", "Film on the life of Saint Paul:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee4cfa14', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-6-6-san-pawl-miki-u-shabu-martri/", "title": "6 ta' Frar: San Pawl Miki u Sħabu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pawl Miki u Sħabu", "\"Aħna għandna niftaħru bis-salib ta' Sidna Ġesù Kristu; fih hi s-salvazzjoni, il-ħajja u l-qawmien tagħna, Bih salvajna u ħlisna.", "Lilkom ingħatat il-grazzja li sservu lil Kristu, u mhux biss temmnu fih, imma saħansitra tbatu għalih.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' San Pawl Miki u Sħabu", "SAN PAWL MIKI U SĦABU", "Martri", "1562 – 1597", "Tagħrif:", "Nagasaki hija dik il-belt fil-Ġappun magħrufa mad-dinja kollha li fuqha splodiet it-tieni bomba atomika li qerdet mijiet ta' eluf ta' nies.", "Fl-istess belt, tliet sekli u nofs qabel, kienu mietu sitta u għoxrin martri tar-Reliġjon Kattolika, fosthom tliet Ġiżwiti Ġappuniżi: l-Iskolastiku Pawlu Miki ta' 33 sena, u ż-żewġ Fratelli, Ġwanni Soam ta' 19-il sena, u Diegu (Ġakbu) Kisai ta' 64 sena; sitt Franġiskani li erbgħa minnhom kienu Spanjoli: il-Patrijiet Pietru Battista, Martin de Aguirre u Franġisku Blanco, u l-Fratell Franġisku ta' San Mikiel; Messikan; il-Kjeriku Filippu de las Casas; u Indjan: il-Fratell Gunsalv Garcia; is-sbatax l-oħra kienu lajċi ġappuniżi.", "Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta' xi tlettax-il sena l-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S. Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki.", "Dawn ġew arrestati u maqtulin għas-sempliċi raġuni li kienu Nsara.", "Riduhom jiċħdu l-Fidi u meta baqgħu sodi fi mħabbithom lejn Ġesù, dawn il-martri ġew marbutin ma' sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minn metru 'l bogħod minn xulxin f'ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jipprietkaw u jkantaw.", "Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b'lanza u, meta ngħata s-sinjal, ġew maqtula lkoll f'ħin wieħed.", "Qabel miet, Pawlu Miki qal:", "\"Is-sentenza li għaliha ser joqtluni hi li jien Nisrani, u xerridt l-imħabba lejn Ġesù.", "Fuq l-eżempju ta' Ġesù, naħfer il-persekuturi tiegħi.", "Nitlob 'l Alla jkollu ħniena minnhom u nittama li demmi jnissel il-frott fost ħuti l-Ġappuniżi.\"", "Dan kollu ġara fil-5 ta' Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta' San Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000 Kattoliku.", "San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.", "Meta fid-dsatax-il seklu, il-missjunarji kellhom il-libertà li jirritornaw il-Ġappun sabu eluf ta' nies li kienu baqgħu Nsara bil-moħbi.", "Ħsieb", ":", "Qari minn rakkont tal-martirju ta' San Pawl Miki u sħabu, bit-titlu 'Tkunu xhud tiegħi':", "\"Meta sallbuhom, huma għaġġbu lil kulħadd bil-qawwa li wrew, u Patri Pasius Rodriguez beda jħeġġiġhom biex jibqgħu sħaħ sa l-aħħar.", "Il-Patri Kummissarju qagħad hemm il-ħin kollu wieqaf, bil-kemm jitħarrek, b'għajnejh 'il fuq lejn is-sema.", "Fra Martin, b'radd ta' ħajr lit-tjieba ta' Alla, qabad ilissen xi salmi u jżid magħhom il-versett F'idejk, Mulej.", "Fra Franġisku Blanco wkoll b'leħen ċar beda jiżżi ħajr lil Alla.", "U Fra Gunsalv għolla leħnu ħafna u qabad jgħid il-Missierna u s-Sliema.", "Patri Pawl Miki tagħna, meta ra ruħu mtella' fl-għoli aktar mill-oħrajn, qisu f'post ta' ġieħ kbir li hu qatt ma fittex, fetaħ fommu u beda biex qal lil ta' madwaru li hu Ġappuniż u Ġiżwita u li kien se jmut għaliex xandar l-Evanġelju; radd ħajr lil Alla għal din il-grazzja hekk kbira, u mbagħad żied jgħid:", "'Inħoss li ħadd minnkom ma jaħseb li rrid naħbi l-verità, issa li wasalt sa hawn.", "Għalhekk ngħidilkom li ma hemmx triq oħra għas-salvazzjoni ħlief dik tal-Insara.", "Din it-triq tgħallimni li għandi naħfer lill-għedewwa; għalhekk jiena naħfer minn qalbi lil dawk li għamluli l-ħsara, lis-sultan u lil dawk kollha li bihom qiegħed nieħu l-mewt; nitlob biss li jieħdu l-magħmudija.'", "Imbagħad dawwar għajnejh lejn sħabu u beda jagħmlilhom il-qalb għat-taqbida tal-aħħar.", "Fuq il-wiċċ ta' kull wieħed minnhom dehret bixra ta' ferħ, l-aktar fuq wiċċ Ludoviku; lil dan, wieħed Nisrani beda jifraħlu talli ma kienx se jdum ma jidħol il-ġenna, u hu hekk imtela bil-ferħ li beda jċaqlaq subgħajh u ġismu kollu b'mod li ġibed għajnejn kulħadd fuqu.", "Anton, li kien fit-tarf min-naħa ta' Ludoviku, refa' ħarstu lejn is-sema, sejjaħ l-ismijiet imqaddsa ta' Ġesù u Marija, u beda jgħid is-salm 'Faħħru, tfal, il-Mulej,' li hu kien tgħallem f'Nagasaki fil-klassijiet tal-katekiżmu, fejn, fost ħwejjeġ oħra, it-tfal jitgħallmu xi salmi.", "Oħrajn, b'wiċċhom jixhed is-sliem, kienu jtennu: 'Ġesù, Marija.'", "Xi wħud ukoll bdew iħeġġu lill-fidili ta' madwarhom biex jgħixu ħajja xierqa ta' Nsara.", "B'hekk, u bi ħwejjeġ oħra bħal dawn, urew kemm kienu mħejjija biex jilqgħu l-mewt.", "Imbagħad erba' bojjiet siltu x-xwabel mill-għant, kif jużaw il-Ġappuniżi.", "Għal din id-dehra tal-biża' l-Insara nfexxew jgħajtu: 'Ġesù!", "Marija!,' u nfaqgħu f'bikja li waslet sas-sema.", "Il-bojjiet resqu fuq il-martri u, b'daqqa jew tnejn lil kull wieħed minnhom, malajr temmewlhom ħajjithom.\"", "\"Il-martirju jxebbah lid-dixxipli mal-Imgħallem, li aċċetta l-mewt bil-ferħ għas-salvazzjoni tad-dinja, u b'hekk huma jsiru bħalu fit-tixrid tad-demm.", "Għalhekk il-Knisja dan tqisu bħala l-akbar don u l-ogħla prova tal-imħabba.", "Għalkemm dan mogħti lil xi wħud biss, kulħadd għandu jkun lest li jagħti xhieda għal Kristu quddiem l-umanità, u li jimxi warajh it-triq tas-salib.\"", "~ Kostituzzjoni Dogmatika tal-Knisja – Austin Flannery", "U int, l-eżempju ta' dawn il-Ġappuniżi li sofrew daqstant għall-imħabba tagħhom lejn Ġesù, jistimulak biex akkost ta' kull sagrifiċċju tgħix ħajtek biex tara lil Ġesù iktar magħruf u maħbub?", "Talba", ":", "O Alla, qawwa tal-qaddisin kollha, int għoġbok ittella' fis-sema lill-martri San Pawl Miki u sħabu billi jieħdu l-mewt fuq is-salib; agħtina l-għajnuna tat-talb tagħhom, biex inżommu qawwijin u sħaħ sal-aħħar fil-fidi li aħna nistqarru.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/st-paul-miki-and-companions.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-paul-miki-and-companions/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Paulo_Miki", "Nota: It-Tagħrif dwar dawn il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5bed75', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-8-8-san-girolmu-emiliani/", "title": "8 ta' Frar: San Ġirolmu Emiliani", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġirolmu Emiliani", "\"Jekk inti tibqa' kostanti fil-fidi, quddiem il-prova, il-Mulej jagħtik il-paċi u l-mistrieħ għal xi żmien f'din id-dinja u għal dejjem f'li jmiss.\" –", "San Ġirolmu Emiliani", "SAN ĠIROLMU EMILIANI", "Saċerdot", "1481 – 1537", "Tagħrif:", "San Ġirolmu twieled f'Venezja, l-Italja, fl-1481.", "Meta kien għadu tifel, tilef lil missieru.", "Ommu rabbietu fil-biża' t'Alla; iżda l-passjonijiet ħżiena fgaw iż-żerriegħa tajba.", "Ta' ħmistax il-sena telaq mid-dar, u ma damx ma daħal suldat, fejn ittraskura u sar indifferenti għar-reliġjon.", "Ħa sehem fid-difiża ta' Castelnuovo kontra l-lega ta' Cambraj u waqa' priġunier (1508).", "Fil-ħabs kienet tistennieh il-grazzja t'Alla; daħal fih innifsu u beda jaħseb fuq l-istat infeliċi ta' ruħu.", "Malli ħeles mill-ħabs mar għamel pellegrinaġġ lill-Madonna ta' Treviso, bi twettiq ta' wegħda li kien għamel.", "Xi għaxar snin wara, meta kellu 25 sena, waqa' priġunier.", "Fil-fatt ħarab mill-ħabs, u tassew biddel ħajtu, u xtaq isir qassis.", "Waqt li kien jistudja kien ukoll isib ħin iżur il-morda, u jgħallem ir-reliġjon lit-tfal iltiema.", "Fl-1518, meta kellu 37 sena sar qassis, u ntefa' b'ruħu u b'ġismu biex jieħu ħsieb it-tfal u jedukahom speċjalment lil dawk li kienu orfni jew ittraskurati mill-ġenituri tagħhom.", "Meta fl-1528 faqqgħet l-epidemija tal-pesta f'Venezja, ħa f'idejh l-isptar li kien twaqqaf minn San Gejtanu, u kont issibu kullimkien jgħin u jfarraġ.", "Iżda l-iltiema kienu saru l-mimmi t'għajnejh.", "Kera dar għalihom u bl-għajnuna ta' xi sekulari kien jieħu ħsiebhom għal kollox u jrabbihom hu.", "Fl-1531, mar Verona u hemmhekk bena sptar ieħor.", "Mar Brescia u bena orfanatrofju.", "Minn hemm mar Bergamo fejn bena żewġt orfanatrofji, wieħed għas-subien u l-ieħor għall-bniet, u hawn fetaħ ukoll dar għan-nisa u x-xebbiet li jkunu għaddejjin minn perjodu ħażin f'ħajjithom.", "Żewġ qassisin oħra ngħaqdu miegħu għal dan ix-xogħol, Alessandro Besuzio u Agostino Bariso.", "Fl-1532, waqqaf Kongregazzjoni li l-għan ewlieni tagħha kien li tieħu ħsieb l-iltiema, il-morda u l-foqra.", "Il-membri tagħha kienu saċerdoti, li ġew imsejħin Somaski għax id-dar ċentrali tal-Kongregazzjoni kienet f'raħal żgħir, qrib Milan, jismu Somaska.", "Skont ir-regola tal-kongregazzjoni x-xogħol ewlieni tal-membri għandu jkun it-trobbija tal-iltiema u l-ħsieb tal-fqar u l-morda.", "San Ġirolmu kien l-ewwel wieħed li beda jgħallem ir-reliġjon lit-tfal bil-Katekiżmu, f'forma ta' mistoqsija u tweġiba.", "Il-qaddis miet ta' 56 sena fit-8 ta' Frar tal-1537, martri taż-żelu tiegħu: ittieħed Bergamo waqt li kien idur bil-morda u miet Somaska.", "San Ġirolmu ġie kanonizzat fl-1767 u għamluh Patrun tal-orfni u tat-tfal abbandunati fl-1928.", "Ħsieb", ":", "Ladarba beda jivvjaġġa 'l bogħod minn dik il-fortizza tal-ħabs, qatt ma waqaf jiġri!", "Huwa studja, ġie ordnat saċerdot, u vvjaġġa matul it-Tramuntana tal-Italja.", "Stabbilixxa orfanatrofji, sptarijiet, u djar għall-orfni, għat-tfal abbandunati, għal nisa f'diffikultà, u għal nies imwarrba ta' kull tip.", "Waqt li eżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħu f'Ewropa li nofsha għadha Protestanta, huwa kiteb l-ewwel katekiżmu f'forma ta' mistoqsija u risposta.", "Bħal ħafna qaddisin, ħadem fuq li ħadem u deher qisu kien qiegħed kullimkien fl-istess ħin, ileħħaq ma' kull opra tajba, u kien jieħu ħsieb lil kulħadd minbarra lilu nnifsu.", "Filwaqt li kien qed idur bil-morda, ġie infettat u miet martri għall-ġenerożità.", "Huwa kien, b'mod naturali, it-tip ta' bniedem li attira bosta segwaċi li eventwalment iffurmaw fi Kongregazzjoni reliġjuża u rċevew approvazzjoni ekkleżjastika fl-1540.", "Il-ħajja tiegħu kienet tiddependi fuq ħaġa waħda u hija lezzjoni għalina lkoll.", "Is-sofferenza emottiva, fiżika jew psikoloġika, meta tiġi maħkuma jew ikkontrollata, tista' tkun preludju għall-gratitudni intensa u għall-ġenerożità kbira.", "Ħadd ma jimxi fit-triq aktar ħieles minn dak li qabel kien ostaġġ.", "Ħadd ma jgawdi sodda sabiħa u komda bħal xi ħadd li darba kien jorqod fit-toroq.", "Ħadd ma jiġbed nifs ta' arja friska ta' filgħodu bħal xi ħadd li għadu kemm sema' lit-tabib jgħidlu li l-kanċer m'għadux hemm.", "Ġirolmu Emiliani qatt ma tilef il-gratitudni li mliet lil qalbu fil-mument tal-ħelsien tiegħu mill-ħabs.", "Kollox kien ġdid.", "Kulħadd kien żagħżugħ.", "Id-dinja kienet tiegħu.", "U hu seta' jinvesti l-enerġija kollha tiegħu f'servizz lil Alla u lill-proxxmu għax issa kiseb il-libertà.", "Ħafna drabi l-ħajja tagħna tidher tieħu xi forma ta \"priġunerija\" bl-għan li teħlisna minn irbit fir-ruħ tagħna jew tkabbarna fil-ħajja tar-ruħ bħalma ppermetta l-Mulej fil-ħajja ta' dan il-qaddis tal-lum.", "Meta aħna \"maqbuda\" f'xi sitwazzjoni ma rridux nkunu fiha, fl-aħħar nitgħallmu kif nistgħu nilliberaw lill-oħrajn minn dak li jkun qed jassarhom.", "Biex wieħed jimxi fuq il-passi ta' San Ġirolmu Emiliani, jista', jekk ikun possibli għalih/għaliha jiddeċiedi li jsir ġenitur ta' trabi jew tfal orfni u abbandunati jew f'xi tip ta' bżonn.", "Miljuni ta' tfal jeħtieġu l-imħabba u l-kura ta' familja li trabbihom, familja li forsi m'għandhomx!", "Ikkuntattja l-aġenziji tiegħek li joffru Servizzi ta' dan it-tip lill-Familji jew lis-Sorijiet tal-Ursulini (", "The Ursuline Sisters of Saint Angela Merici", ") li jagħmlu din il-ħidma ma' tfal fil-bżonn u dawn ikunu jistgħu jgħidulek modi differenti li jeżistu kif wieħed jista' jikkontribwixxi.", "San Ġirolmu Emiliani, int għelibt il-ħabs biex tgħix ħajja produttiva ddedikata lil Alla u lill-bnedmin.", "Għin b'talbek lil dawk kollha li jinsabu f'xi forma ta' ħabs għax huma limitati b'xi mod – fiżikament, finanzjarjament, emozzjonalment, spiritwalment, jew psikoloġikament – biex jegħlbu dak li jorbothom u jgħixu ħajja mingħajr imrar iddedikata għall-persuni fil-bżonn ta' kwalunkwe tip, speċjalment dawk li ma jafux lil Alla.", "Ejjew nitolbu wkoll lil San Ġirolmu Emiliani, għat-tfal kollha abbandunati, neqsin mill-imħabba u/jew abbużati biex b'talbu jagħtihom persuni u ċirkustanzi li jimlewhom bil-kuraġġ, u fejn ikunu jistgħu jesperjenzaw l-imħabba ta' Alla permezz ta' dawk li jieħduhom fil-kura tagħhom.", "Nitolbuh jinterċedi għalina wkoll, li forsi ninsabu marbuta b'xi forma ta' ktajjen li qed iżommuna milli ngħixu l-ħajja li Alla ħaseb għalina.", "Tifhem in-neċessità li tgħin bil-mezzi li għandek lill-istituti tal-Karità?", "Qiegħed tgħin?", "Talba", ":", "O Alla, Missier ta' kull ħniena, int ħadt ħsieb it-tfal iltiema u bgħattilhom lil San Ġirolmu Emiliani biex jieqaf magħhom u jkunilhom missier; bit-talb tiegħu, agħtina li nħarsu b'fedeltà sħiħa l-Ispirtu ta' adozzjoni, li bih nissejħu wliedek, u aħna tassew.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/st-jerome-emiliani.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-jerome-emiliani/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Gerolamo_Emiliani", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5c1991', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-4-4-santa-katerina-ricci/", "title": "4 ta' Frar: Santa Katerina Ricci", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Katerina Ricci", "\"Irridu nemmnu b'fidi soda li Alla li jista' kollox, iħobbna aktar milli nħobbu lilna nfusna, u jieħu ħsiebna aktar milli nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna.\" –", "Santa Katerina Ricci", "SANTA KATERINA DE RICCI", "Verġni", "1522 – 1589", "Tagħrif:", "Santa Katerina De Ricci kienet soru Dumnikana.", "Hi magħrufa fuq kollox għall-ħajja mirakoluża u mistika tagħha.", "Alessandra Lucrezja Romola – isimha qabel ma saret soru – kienet tħobb titlob weħidha sa minn tfulitha.", "Riedet issir soru, u daħlet mas-sorijiet Dumnikani ta' San Vincenzo di Prato, bil-kunsens ta' missierha, fl-1535, ta' tlettax-il sena.", "Fil-bidu tal-ħajja reliġjuża tagħha kellha ssofri ħafna għax ma kinitx mifhuma minħabba l-grazzji straordinarji li kellha, iżda l-umiltà u l-qdusija tagħha sa fl-aħħar ħarġu rebbieħa.", "Wara dan ġiet magħżula għal bosta uffiċċji importanti, hekk li sal-aħħar ta' ħajjitha kienet superjura jew viċi-superjura.", "Il-passjoni ta' Kristu kienet is-suġġett tal-meditazzjonijiet tagħha, u minn Ġesù kellha d-don li tieħu sehem fid-duluri tiegħu bl-impressjoni tal-istigmati.", "Ma' dan il-fenomenu żdied aktar tard ieħor: għal bosta snin, ta' kull ġimgħa, minn nofsinhar tal-Ħamis sal-erbgħa ta' wara nofsinhar tal-Ġimgħa, il-qaddisa kienet iġġedded f'ġisimha d-duluri u l-ġrajjiet prinċipali tal-passjoni ta' Ġesù.", "Dawn l-estasijiet tagħha ġew ikkontrollati u awtentikati bir-reqqa l-aktar skrupluża, u ma damux ma bdew jiġbru ħafna devoti mill-inħawi ta' Prato.", "Din il-ġrajja hekk tal-għaġeb saret l-ewwel darba fi Frar tal-1542, meta l-qaddisa għalqet l-għoxrin sena, u baqgħet sejra minn ġimgħa għal ġimgħa, bla qatt ma taqta', għal tnax-il sena, meta spiċċat għat-talb tagħha nnifisha u tas-sorijiet sħabha, għax il-fama tagħhom kienet qiegħda tiġbed lejn il-kunvent bosta nies ta' kull kategorija, hekk li l-paċi u l-osservanza regulari tal-komunità kienu qegħdin isofru.", "Qalb dawk li marru jżuruha kien hemm bosta prelati għoljin tal-Knisja, isqfijiet u kardinali, fost oħrajn il-Kardinali Cervini, Alessandro dei Medici u Aldobrandini, it-tlieta telgħu fuq it-tron tas-suċċessuri ta' San Pietru bl-isem ta' Marċellu II, Klement VIII u Ljun XI.", "Kienet ukoll iżżomm korrispondenza epistolari mal-Papa San Piju V, u ma' San Filippu Neri.", "Wara marda twila għaddiet minn din id-dinja għall-oħra fil-festa tal-purifikazzjoni tal-Madonna tal-1589, ta' sebgħa u sittin sena.", "It-talb, il-meditazzjoni u l-kontemplazzjoni kienu l-mezzi li bihom għamlet progressi hekk kbar.", "Ħsieb", ":", "Santa Katerina Ricci saret famuża għat-tagħlim sod tagħha, li ħafna minnu hija kkomunikatu b'ittri lis-sorijiet, lill-qassisin u lil-lajċi.", "Din li ġejja hija kitba dwar \"Il-Perfezzjoni Nisranija fil-qosor\" lil waħda mis-sorijiet żgħażagħ:", "\"1.", "Inżommu lil Alla fl-ewwel post:", "Għandna ninsistu magħna nfusna biex niddistakkaw qalbna u r-rieda tagħna mill-imħabbiet kollha ta' din id-dinja, ħlief mill-imħabba ta' Alla.", "M'għandniex inħobbu l-ebda ħaġa li tintemm.", "Fuq kollox, m'għandniex inħobbu lil Alla b'mod egoistiku biex nakkwistaw xi ħaġa għalina nfusna mingħandu, imma bi mħabba safja daqs it-tjubija tiegħu stess.", "2.", "Kulma nagħmlu, nagħmluh għall-unur ta' Alla:", "Irridu nidderieġu l-ħsibijiet, il-kliem u l-azzjonijiet kollha tagħna għall-unur tiegħu.", "U bit-talb, bl-istruzzjonijiet u bl-eżempju t-tajjeb infittxu l-glorja tiegħu biss, kemm jekk dawn nagħmluhom għalina nfusna, kemm wkoll jekk għal ħaddieħor, sabiex permezz tal-azzjonijiet tagħna kollha aħna nkunu nistgħu nħobbu u nunuraw lil Alla.", "Din it-tieni ħaġa togħġbu aktar minn tal-ewwel, għax hi tassew skont ir-rieda tiegħu.", "3.", "Nixxenqu biss għar-rieda ta' Alla li hi għall-aħjar tagħna:", "Għandna nimmiraw dejjem iżjed biex nagħmlu r-rieda divina: billi ma nixtiequ li jiġri xejn aktar, ħażin jew saħansitra tajjeb, f'din il-ħajja ta' ħażen, biex b'hekk inżommu lilna nfusna dejjem għad-dispożizzjoni ta' Alla, b'qalbna u b'ruħna fil-paċi.", "Imma irridu wkoll nemmnu b'fidi soda li Alla li jista' kollox, iħobbna aktar milli nħobbu lilna nfusna, u jieħu ħsiebna aktar milli nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna.\"", "U int għaraft li Alla hu Missier ħanin li jagħder, jaħfer u jifhem iċ-ċirkustanzi ta' ħajjitna u lest li jgħinna u jerfa' t-toqol tagħna?", "Temmen li Hu dejjem magħna u jekk nafdawH, Hu jieħu ħsieb ta' dawk il-problemi li f'ħajjitna jidhru kbar u bla soluzzjoni?", "Tifhem li mingħajrU ma nistgħu nagħmlu xejn, Hu li tana kulma għandna b'rigal?", "Kompli afdaH bis-serjetà u bi mħabba filjali u Hu stess jurik maż-żmien x'kien l-aħjar li jippermetti f'ħajtek għall-ġid tiegħek u b'mod speċjali għall-ġid ta' ruħek li hi l-aktar ħaġa prezzjuża għaliH għax hi l-vera int u dik li ser tibqa' għal dejjem.", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, int wassalt lil oħtna Santa Katerina Ricci għall-qdusija permezz tal-kontemplazzjoni tal-passjoni ta' Ibnek, filwaqt li niftakru fil-mewt u l-qawmien ta' Ibnek, għinna biex insiru predikaturi kuraġġużi u għalliema dedikati ta' dawn il-misteri.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-catherine-de-ricci-146", "Alternative Reading:", "https://www.loyolapress.com/our-catholic-faith/saints/saints-stories-for-all-ages/saint-catherine-dei-ricci", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Catherine_of_Ricci", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5c1751', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-5-5-santa-agata/", "title": "5 ta' Frar: Santa Agata", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Agata", "\"Hi u sejra l-ħabs, Agata kienet ferħana bħal waħda li kellha l-ġieħ tkun mistiedna għal festa ta' tieġ, u bit-talb irrikkmandat il-martirju tagħha lill-Mulej.\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Agata", "SANTA AGATA", "Verġni u Martri", "? – 251", "Tagħrif:", "Din il-Qaddisa żagħżugħa tal-ewwel żminijiet, bħal Santa Anjeże, storikament ftit li xejn nafu fuqha.", "Nafu fi żgur li ħadet il-martirju fi żmien il-persekuzzjoni ta' Deċju, fi Sqallija.", "Skont tradizzjoni, hi twieldet għand familja sinjura ħafna f'Katanja.", "Meta tfarfret, Kwinzjanu, Konslu ta' Ruma, li kien prefett fi Sqallija, ried jiżżewwiġha, iżda hi ma riditx, u qaltlu li kienet għarusa lil Ġesù u riedet tibqa' tiegħu u tiegħu biss.", "Biex ibeżżagħha u jġegħilha ċċedi għax-xewqa tiegħu, inqeda bl-Editt kontra l-Insara, u ħadha quddiem l-Awtorità.", "Bagħtuha f'dar tal-prostituzzjoni biex idawrulha fehmitha, u ttorturawha li saħansitra qatgħulha sidirha, iżda hi baqgħet soda fl-imħabba tagħha lejn Ġesù, sakemm ġisimha ma felaħx għat-torturi u mietet, fis-sena 251.", "Santa Agata hi waħda mill-Patruni ta' Malta li missirijietna emmnu li ħelsithom mit-theddid tal-Musulmani.", "L-isem ta' Santa Agata (li jfisser \"twajba\") jissemma fl-ewwel Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.", "Għandna provi li d-devozzjoni lejha hi waħda antika ħafna fil-Knisja.", "B'danakollu ftit wisq għandna tagħrif ċert dwarha.", "Fi Sqallija, kemm Palermo kif ukoll Katanja jippretendu l-unur tat-twelid ta' Agata.", "Santa Agata hija waħda mill-patruni minuri ta' Malta u d-devozzjoni lejha hija antika ferm.", "Hawn Malta, diversi knejjes żgħar huma ddedikati lilha.", "Ta' min isemmi li l-Casa Madre tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl fir-Rabat, mibdija mill-qaddej t'Alla Mons. Ġużeppi De Piro, hi ddedikata lil Santa Agata, kif għaliha wkoll huma msemmija l-katakombi li hemm taħtha.", "Ħsieb", ":", "Qari minn prietka fuq Sant'Agata, ta' San Metodju, isqof ta' Sqallija:", "\"Illum qed niċċelebraw it-tifkira tal-martri Sant'Agata.", "Hi martri mill-kbar u magħrufa ħafna għat-taqbida li tqabdet fl-imgħoddi, imma qisha għadha fi żmienna titqabad u tirbaħ sa issa minħabba l-mirakli li Alla jagħmel biha, biex bħallikieku jsebbaħha u jżejjinha kuljum b'kuruna ġdida.", "Hija verġni, għax twieldet permezz tal-Verb ta' Alla, li ma jmutx, imma li sar ukoll bniedem u miet minħabba fina; twieldet bis-saħħa tal-Iben ta' Alla, li hu wieħed mal-Missier, u li, kif jgħid Ġwanni t-teologu, lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla.", "Din hi t-tfajla verġni li stidnitkom għall-ikla mqaddsa tagħna; hija dik ix-xebba mgħarrsa lil raġel wieħed, li hu Kristu, kif jgħid San Pawl fuq l-għaqda taż-żwieġ.", "Hija verġni li, fid-dawl spiritwali tagħha, kienet tħammar u ssebbaħ xufftejha, ħaddejha u lsienha bid-demm tal-Ħaruf veru ta' Alla, u li l-ħin kollu kienet iżżomm f'moħħha u ġġorr f'qalbha l-mewt ta' min ħabbha b'tant ħeġġa u xerred demmu għaliha.", "Il-fidi li stqarret libbsitha libsa mmarkata tajjeb ħafna bil-marka ħamra u li ma titħassarx tad-demm ta' Kristu, libsa mżejna bir-rubini għanja ta' xbubitha, jiġifieri dik il-virtù li kienet il-prietka qawwija tagħha f'ħajjitha, u li biha baqgħet titkellem bla heda wara mewtha.", "Agata hija xebba tajba tassew, ladarba Alla għażilha b'sehmu.", "U Alla, li hu l-għajn ta' kull tjieba, taha bħala don lill-Għarus tagħha, u taha lilna wkoll permezz tax-xirka tagħna fit-tajjeb, ħalli b'hekk donnu jsaħħaħ u jwettaq it-tifsira ta' isimha.", "Jekk Alla hu l-aqwa tjieba fih innifsu, min jista' qatt jgħaddih fil-ħwejjeġ tajba li hu jagħti?", "U għalhekk min se jsib ħaġa li hi ta' min jifraħ biha u jfaħħarha aktar minn Agata?", "Għax l-istess isem Agata jfisser ħwejjeġ tajba, u għalhekk hija taqbel sewwa ħafna ma' dak li qegħdin ngħidu.", "Bl-għemejjel glorjużi tagħha, Agata kisbet isem tajjeb, li fih innifsu hu xhieda mill-isbaħ tal-kobor ta' għemilha.", "Agata, bis-saħħa tal-istess tifsira ta' isimha, tistedinna lkoll biex nersqu lejha u nfittxuha bil-ħerqa, u", "bl-eżempju tagħha tgħallimna biex flimkien magħha nħaffu lejn dak li hu tassew it-Tajjeb, Alla waħdu.\"", "U int, tħaffef biex tmur tiltaqa' ma' Kristu fit-Talb u fil-Quddies, b'mod speċjali fit-Tqarbin?", "Iżżomm ruħek safi/safja hekk li jkun jistħoqqlok l-unur li tirċievi lil Ġesù fl-Ewkaristija u mbagħad jirċevik Hu fis-saltna tiegħu tas-sema meta jasal il-waqt li Hu jibgħat għalik?", "Talba", ":", "Agħtina, Mulej, il-maħfra ta' dnubietna għat-talb tal-verġni u martri Sant'Agata, li dejjem sabet grazzja quddiemek għas-safa ta' ħajjitha u għall-qawwa li wriet fil-martirju tagħha.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/st-agatha.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicculture.org/culture/liturgicalyear/calendar/day.cfm?date=2018-02-05", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Agatha_of_Sicily", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5bfd9a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-9-9-santa-skolastika/", "title": "9 ta' Frar: Santa Skolastika", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Skolastika", "\"Il-verġni qaddisa talbet lil Alla biex ħuha ma jitlaqhiex; seħħilha taqla' iżjed mingħand is-Sid ta' qalbha, għax ħabbitu iżjed.", "Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-aħwa jgħammru flimkien!\" –", "Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa ta' Santa Skolastika / Salm 132 (133):1", "SANTA SKOLASTIKA", "Verġni", "480 – 547", "Tagħrif:", "Santa skolastika twieldet fis-sena 480.", "Kienet tiġi oħt San Benedittu u x'aktarx tewmija miegħu.", "Hi kienet ikkonsagrata verġni meta kienet għadha żagħżugħa.", "Meta San Benedittu mar Monte Cassino fejn bena l-monasteru famuż tiegħu, Santa Skolastika marret toqgħod xi ħames mili 'l bogħod minnu, f'Plombariola, qrib Monte Cassino u hemm waqqfet monasteru għas-sorijiet li josservaw ir-Regola ta' San Benedittu.", "Saret ukoll badessa (superjura) – aktarx taħt id-direzzjoni ta' ħuha.", "Kienet tmur tiltaqa' ma' ħuha darba fis-sena ftit qabel ir-Randan, biex jiddiskutu ħwejjeġ spiritwali u jitolbu flimkien.", "Billi ma kinetx tista' tidħol fil-monasteru tiegħu, hu flimkien ma xi patrijiet kien imur jiltaqa' magħha f'dar fil-qrib.", "Papa San Girgor jirrakkonta l-aħħar laqgħa ta' dawn iż-żewġt aħwa qaddisin li ġrat tlett ijiem qabel il-mewt ta' Santa Skolastika u ftit ġimgħat qabel dik ta' San Benedittu.", "Dan il-qaddis niżel l-għolja Cassino ma' diversi patrijiet u qagħad ġurnata ma' oħtu.", "Filgħaxija huma kielu flimkien u komplew jitkellmu sat-tard.", "Skolastika talbet lil ħuha biex ma jitlaqhiex, iżda jibqgħu jitkellmu sa filgħodu fuq il-hena tal-ġenna.", "Imma l-Abbati ħass li kellu jerġa' lura fil-monasteru biex jgħaddi l-lejl hemm.", "Skolastika bdiet titlob u tibki.", "Santa Skolastika kienet ħasset li ma kinetx ser iddum ħajja, għalhekk talbitu biex jgħaddu l-lejl jitolbu flimkien.", "Imma hu ma riedx jikser ir-regola tal-monasteru li kien għamel hu stess, u jqatta' l-lejl barra mill-monasteru.", "Ġara li qamet tempesta qalila u San Benedittu ma setax joħroġ mid-dar, u hekk kellu jibqa' d-dar ma' oħtu.", "Santa Skolastika qaltlu:", "\"Tlabtek favur u int ċħadthuli; tlabtu lil Alla u Hu tahuli.\"", "San Girgor il-Kbir jikkummenta:", "\"Il-Liġi tal-Imħabba rebħet fuq il-Liġi tal-ġustizzja u d-dixxiplina.\"", "Tlett ijiem wara, Santa Skolastika mietet fis-sena 547 fl-età ta' 67 sena, u San Benedittu ra 'l ruħha bħal ħamiema tittajjar lejn is-sema.", "San Benedittu difinha fil-qabar li kien ħejja għalih innifsu, u meta miet hu, ġie midfun ħdejha.", "San Girgor jikkonkludi:", "\"L-iġsma ta' dawn it-tnejn qegħdin fil-post tal-mistrieħ flimkien kif fil-ħajja l-erwieħ tagħhom kienu dejjem ħaġa waħda f'Alla.\"", "Hekk it-tewmin reġgħu ngħaqdu wara li waqqfu ż-żewġ friegħi ta' dak l-Ordni kbir li baqa' jiffjorixxi għal erbatax-il seklu, u n-numru ta' Qaddisin li ta lill-Knisja jlaħħaq iktar minn 5,000.", "F'Malta għandna żewġ monasteri tas-Sorijiet Benedittini: wieħed fl-Imdina (", "ara informazzjoni dwar il-Monasteru ta' San Pietru fl-Imdina", ") u l-ieħor il-Birgu (", "ara s-sit dwar il-Monasteru ta' Santa Skolastika fil-Birgu", ").", "Fil-Kalendarju Universali t-tifkira ta' Santa Skolastika ssir fl-10 ta' Frar, iżda f'Malta billi dakinhar niċċelebraw il-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, u San Pawl hu l-Patrun tagħna l-Maltin, issir fil-jum ta' qabel.", "Ħsieb", ":", "Qari mill-ktieb tad-Djalogi tal-Papa San Girgor il-Kbir, bit-titlu 'Kellha setgħa aqwa, għax ħabbet iżjed':", "\"Skolastika, oħt San Benedittu, sa minn ċkunitha kkonsagrat ruħha lil Alla li jista' kollox.", "Kellha d-drawwa li darba fis-sena tagħmel żjara lil ħuha, u dan il-bniedem ta' Alla kien jinżel jilqagħha f'kamra li l-irħieb kellhom barra mill-monasteru mhux 'il bogħod mill-bieb.", "Darba ġiet bħas-soltu, u ħuha ħa miegħu xi dixxipli u niżel jilqagħha.", "Għaddew il-jum kollu jfaħħru 'l Alla u jitħaddtu bejniethom fuq ħwejjeġ qaddisa.", "Meta kien dieħel il-lejl, ħadu xi ħaġa tal-ikel flimkien.", "Huma baqgħu jitħaddtu fuq il-ħwejjeġ ta' Alla, u l-ħin għamel sewwa.", "Għalhekk dik il-mara qaddisa talbet lil ħuha u qaltlu:", "'Nitolbok biex ma titlaqnix waħdi dal-lejl, imma nibqgħu ngħidu xi ħaġa fuq l-hena tal-ħajja tas-sema sa ma' jisbaħ.'", "Hu weġibha:", "'X'inti tgħid, oħt?", "Ma jistax ikun li nibqa' barra miċ-ċella!'", "Meta rat li ħuha ċaħdilha t-talba tagħha, dik il-mara qaddisa qiegħdet idejha fuq il-mejda, b'subgħajha ġo xulxin, serrħet rasha fuq idejha, u talbet lil Alla li jista' kollox.", "Malli refgħet rasha minn fuq il-mejda, beda jberraq u jriegħed waħda f'waħda u qabdet nieżla xita bil-qliel, hekk li la Benedittu u lanqas ħutu r-reliġjużi li kienu miegħu ma setgħu joħorġu barra mill-kamra fejn kienu bilqiegħda.", "Imbagħad ir-raġel ta' Alla sewwed qalbu u beda jitniehed: u qalilha:", "'Alla li jista' kollox jaħfirlek, oħt!", "X'għamilt?'", "Hi weġbitu:", "'Tlabt lilek, u ma ridtx tismagħni; tlabt lil Alla tiegħi, u semagħni.", "Mela issa oħroġ, jekk tista', ħallini, u erġa' lura fil-monasteru!'", "Iżda hu, li ma riedx jibqa' hemm minn rajh, kellu jibqa' bilfors.", "U hekk ġara li għaddew il-lejl kollu mqajmin, iferrħu 'l xulxin bi kliemhom fuq il-qdusija tal-ħajja spiritwali.", "U xejn m'hu tal-għaġeb li dik il-mara wriet ruħha aqwa minn ħuha; għax ladarba Alla hu mħabba, kif jgħid San Ġwann, nistgħu ngħidu bir-raġun kollu li hi kellha setgħa aqwa, għax ħabbet iżjed.", "Ġara mbagħad li, wara tlett ijiem, ir-raġel ta' Alla kien bilqiegħda fiċ-ċella tiegħu, ħares 'il barra b'għajnejh 'il fuq, u lemaħ ir-ruħ ta' oħtu barra minn ġisimha, tittajjar f'sura ta' ħamiema u dieħla s-sema.", "Dik il-glorja kollha tagħha mlietu bil-ferħ, u nfexx irodd ħajr lil Alla li jista' kollox, b'innijiet ta' tifħir.", "Imbagħad bagħat lil ħutu r-reliġjużi biex iġibu l-katavru tagħha fil-monasteru, u difnuh fl-istess qabar li kien ħejja għalih innifsu.", "B'hekk ġara li, bħalma l-erwieħ tagħhom kienu dejjem marbutin bejniethom f'Alla, l-iġsma tagħhom ukoll anqas fil-qabar ma nfirdu minn xulxin.'", "Regolarment nilmentaw għaliex għandna ħafna x'nagħmlu, li ma nafux mnejn se nibdew u fejn se nispiċċaw, nixtiequ li l-ġurnata fiha aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa.", "Donnu li aktar mat-teknoloġija moderna tipprovdilna għajnuniet biex iħaffulna x-xogħol, aktar insibu x'nagħmlu.", "U meta kultant jirnexxilna nieħdu vaganza, mhux biss naslu lura aktar għajjiena, imma aktarx insibu li x-xogħol li ħallejna warajna jkollna npattu għalih wara.", "Quddiem dan il-paradoss tal-ħajja moderna, xi nisa jħallu dan il-ġenn biex jidħlu jgħixu f'Monasteru, u fuq il-passi ta' San Benedittu u Santa Skolastika, jagħmlu ħilithom biex iħarsu r-regola monastika ta' silenzju, ubbidjenza u umiltà, eċċ ...", "Kemm għandha x'tgħidilna din fid-dinja li ngħixu llum!", "Fil-mixja tal-ħajja, l-Ispirtu t'Alla jsejjaħ lil min jixtieq.", "Is-sbuħija tal-persuna tkun ir-rigal għal Alla biex permezz ta' ħajja dedikata għat-talb, riflessjoni u xogħol komuni fil-monasteru, jagħmlu ħajjithom vokazzjoni li tagħmel sens.", "Minkejja t-taħbit u l–impenji tiegħek, nistiednek biex tfittex ftit ħin kuljum ħalli tagħmel ftit ħin ta' riflessjoni dwar il-valur veru tas-silenzju – mhux bħala ħarba mir-realtajiet tal-ħajja, imma bħal valur nisrani fejn il-bniedem l-ewwel jiskopri tassew lilu nnifsu biex f'dak il-ħin jiskopri wkoll lil Alla.", "Talba", ":", "O warda sabiħa tal-imħabba Santa Skolastika, inti kont dejjem fidila mal-Għarus Divin tiegħek billi offrejt il-volontà tiegħek kollha Lilu u b'hekk ippurifikajt lil qalbek mill-ħwejjeġ tad-dinja u kebbistha bl-imħabba divina tiegħu.", "Aħna u niċċelebraw it-tifkira tal-verġni Santa Skolastika, agħmel, Mulej, li nitgħallmu minnha biex naqduk bi mħabba sħiħa, u hekk ikun jistħoqqilna li tfawwarna bl-hena ta' mħabbtek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/st-scholastica.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-scholastica-143", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Scholastica", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5bfd3a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-7-7-beatu-piju-ix/", "title": "7 ta' Frar: Beatu Piju IX", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Piju IX", "\"Agħtini armata li titlob ir-Rużarju u jien nirbaħ lid-dinja.\" –", "Il-Beatu Piju IX", "IL-BEATU PIJU IX", "Papa", "1792 – 1878", "Tagħrif:", "Dan il-Papa kellu l-itwal pontifikat fl-istorja tal-Knisja.", "Kien jismu Giovanni Maria Mastai Ferretti u twieled fit-13 ta' Mejju, 1792 f'Senigallia.", "Missieru xtaqu jidħol fil-gwardja Svizzera tal-Papa iżda kien rifjutat għax kien ibati b'attakki epileptiċi.", "Reġa' beda jistudja t-teoloġija u, meta fieq mill-marda li kellu, ġie ordnat saċerdot fl-1819.", "Fis-sena 1823, akkumpanja lid-delegat appostoliku ġewwa ċ-Ċilì.", "Kien maħtur Isqof ta' Spoleto fl-1827, u ta' Imola fl-1832.", "Bħala arċisqof ta' Spoleto huwa kkontrolla l-irvell kontra l-Awstrijaċi b'attitudni ta' benevolenza.", "Kien maħtur kardinal fl-1840.", "Ġie magħżul Papa fl-1846 wara l-mewt tal-Papa Girgor XVI.", "Piju IX, li kellu reputazzjoni liberali, beda jgħix dak li kien magħruf għalih.", "Huwa ħabbar amnestija lill-priġunieri politiċi u għamel ħafna riformi fl-Istati Papali.", "Imma, għalkemm saru ħafna riformi, kien hemm dawk li riedu aktar.", "Meta l-Papa rrifjuta li jingħaqad fil-gwerra kontra l-Awstrija, tilef ħafna mill-popolarità tiegħu.", "Fl-10 ta' Novembru 1848, ir-radikali qatlu lill-prim ministru tiegħu Rossi, u tista' tgħid li prattikament daħlu għall-Papa, iżda fl-24 tal-istess xahar irnexxielu jaħrab bil-moħbi għal Gaèta.", "Dam eżiljat f'din il-belt sal-4 ta' Settembru, 1849.", "Fl-istess sena 1849, armata Franċiża stabbiliet mill-ġdid l-awtorità tal-Papa ġewwa Ruma u fl-1850 Piju IX mill-ġdid daħal fil-Belt Eterna.", "Fl-1860, Cavour u Garibaldi ħatfu ħafna mill-istati tal-Papa u, fl-1870, meta l-armata Franċiża rtirat minn Ruma, daħlu l-Pjemontiżi.", "Piju IX għamel reżistenza simbolika u nqafel ġol-Vatikan.", "Issielet bla ma rnexxielu biex iħares is-setgħa temporali, garanzija tal-indipendenza spiritwali.", "Jekk kien sfortunat fl-isfera temporali, Piju IX wera lilu nnifsu mexxej kbir fil-ħwejjeġ spiritwali.", "Dan il-Papa jissejjaħ \"il-Papa tal-Immakulata\" għax kien hu li pproklama, nhar it-8 ta' Diċembru 1854, id-domma tat-Tnissil Bla Tebgħa ta' Marija.", "Permezz tal-enċiklika Quanta Cura u s-\"Sillabu\" dan il-Papa kkundanna \"ċerti erruri taż-żminijiet moderni.\"", "Kien hu wkoll li laqqa' l-ewwel Konċilju Vatikan li pproklama l-infallibiltà tal-Papa meta jitkellem \"", "ex cathedra", "\" fuq fidi u morali.", "Papa Piju IX b'kollox mexxa l-Knisja għal 32 sena.", "Huwa miet f'Ruma fis-7 ta' Frar, 1878.", "Kien iddikjarat Beatu f'Ruma flimkien mal-Papa Ġwanni XXIII fit-3 ta' Settembru, 2000 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.", "Kien matul il-pontifikat tal-Beatu Piju IX li Għawdex ġiet iddikjarata bħala djoċesi għaliha.", "Ħsieb", ":", "Papa Piju IX kien bniedem ta' ħlewwa u qdusija kbira.", "Kien bniedem li ħabb lil Kristu u lill-Knisja tiegħu.", "Kien bniedem ragħaj, li fuq l-eżempju ta' Pietru mexxa l-bastiment f'serenità ta' baħar kalm u fil-qilla tal-mewġ għoli.", "Ħadem bis-sħiħ għall-'id spiritwali tal-Italja, tal-Ingilterra, tal-Olanda, tal-Polonja, tal-Amerika ta' Fuq, ta' Burma, taċ-Ċina, tal-Ġappun u tal-Awstralja.", "Iżda għall-Għawdxin, Papa Piju IX huwa l-Papa li ta l-Indipendenza għal dik li hi s-sovranità ta' Djoċesi għal Għawdex.", "Apparti li l-Papa Piju IX għolla lil Għawdex għad-dinjità ta' djoċesi, għandu rabta oħra interessanti ma' Malta għaliex kien kardinal Malti, Fabrizio Sceberras Testaferrata li ordnah saċerdot fl-1819.", "Dakinhar kien iġib l-isem Giovanni Maria Ferretti.", "Fl-istess katidral t'Għawdex, wieħed għad jista' jara l-bolla Singulari Amori, id-digriet pontifikali li permezz tiegħu, il-beatu Piju IX kien għolla lill-gżira Għawdxija għad-dinjità ta' djoċesi.", "L-isqof t'Għawdex, Mario Grech ħabbar li t-tifkira speċjali tal-150 sena mit-twaqqif tad-djoċesi Għawdxija se ssir fis-16 ta' Settembru, 2014.", "Xtaqt ninkludi siltiet mill-Omelija fil-Quddiesa ta' Radd il-Ħajr fil-150 Anniversarju mit-Twaqqif tad-Djoċesi ta' Għawdex, (16 ta' Settembru, 2014) tal-Isqof Mario Grech:", "\"Bi mħabba singulari Alla ħabb din il-gżira meta mija u ħamsin (150) sena ilu, permezz tal-Papa Piju IX, waqqaf din id-Djoċesi.", "Matul dawn il-mija u ħamsin sena kienet il-Kelma ta' Alla li serviet ta' bastun biex ħafna setgħu jimxu t-triq tal-ħajja.", "Matul dawn is-snin il-Kelma ta' Alla ssawbet bħal balzmu fuq il-ġerħat ta' ħafna.", "Kienet il-Kelma ta' Alla li tat il-qawwa lil għadd kbir ta' familji biex ma jaqtgħux qalbhom mill-ħajja u jibqgħu magħqudin.", "Kienet din il-Kelma li saħħret mijiet ta' żgħażagħ għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża – biżżejjed insemmi li kienu żewġ Għawdxin ulied din il-Knisja li waqqfu żewġ istituti ta' ħajja reliġjuża: is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù u s-Sorijiet Dumnikani.", "Kien il-Vanġelu li qanqal diversi ispirazzjonijiet ta' tant proġetti soċjali u kulturali.", "Misjuqa minn din il-Kelma, xi wħud waqqfu monumenti kbar tal-karità bħalma kienu d-djar tat-tfal u l-Arka.", "Imma l-passat mhux garanzija tal-futur.", "Fil-preżent, ix-xewqa tiegħi hija li jkollna Knisja li tagħti aktar prijorità lill-Kelma salvifika ta' Alla.", "Għalhekk nara li rridu ninvestu aktar fil-katekeżi, partikularment tal-kbar.", "Jiddispjaċini li hemm diversi li jistgħu jmiddu għonqhom għal din il-ħidma imma jippreferu jibqgħu b'idejhom marbuta.", "Irridu naħdmu biex l-Ewkaristija, speċjalment dik tal-Ħadd, tkun verament ċelebrazzjoni li tirrakkonta l-istorja tal-imħabba ta' Alla għalina.", "Fuq kollox, ilkoll għandna bżonn nitolbu aktar u aħjar.", "Dan kollu jgħodd għal kulħadd: għalija Isqof, għas-saċerdoti, għar-reliġjużi u għal-lajċi.", "Imma din ix-xorta ta' ħidma pastorali tfisser li rridu nagħmlu konverżjoni pastorali", "– nara l-ħtieġa urġenti li bħala Knisja nadottaw il-pastorali tagħna biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.", "Jekk nittraskuraw it-talb u l-Ewkaristija, il-ħajja spiritwali tagħna tnin.", "Ċerti żbalji fil-ħajja tagħna jixhdu li għandna ħajja spiritwali fqira.", "Jekk ma nistinkawx biex inkunu Knisja spiritwali, inkunu nagħtu raġun lil min jgħid li l-Knisja hija istituzzjoni ta' poter jew li għandha xi aġenda politika!", "L-aġenda tal-Knisja hija waħda: dik diġà mfassla mill-Vanġelu!", "U int, b'liema mod qed tagħti s-sehem tiegħek fil-Knisja biex din taqdi l-missjoni tagħha dejjem aħjar?", "Talba", ":", "Mulej Ġesù Kristu, inti tajtna 'l Ommok Marija li aħna nqimu bħala l-Omm tagħna li dejjem lesta biex tgħinna; bil-qalb nitolbuk li kull x'ħin infittxu l-għajnuna ta' din l-Omm, jistħoqqilna ngawdu l-frott tas-salvazzjoni tiegħek.", "Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta' dejjem.", "Ammen.", "(Talba tal-Beatu Papa Piju IX)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq jew biex tniżżel id-dokument.", "Aktar informazzjoni bil-Malti:", "https://benghisa.wordpress.com/l-immakulata-kuncizzjoni/96-2/", "English Version:", "https://www.smp.org/resourcecenter/resource/7775/", "Alternative Reading:", "http://www.piustheninth.com/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Pius_IX", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20000903_pius-ix_en.html", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5c1199', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-3-0-30-beatu-duminku-collins/", "title": "30 ta' Ottubru: Beatu Duminku Collins", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Duminku Collins", "\"Inżommu għajnejna merfugħa lejn Ġesù, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu, qagħad għas-salib bla xejn ma qies l-għajb tiegħu, u issa qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tat-tron ta' Alla.\" –", "Lhud 12:2", "IL-BEATU DUMINKU COLLINS", "Fra Ġiżwita u Martri", "1566 – 1602", "Tagħrif:", "Twieled fl-1566 minn familja kattolika, f'Youghal, Cork, l-Irlanda.", "Kemm missieru u wara ħuh kienu s-sindku tal-belt.", "Aktarx attenda l-iskola tal-Ġiżwiti.", "Fl-1583, salpa lejn Franza.", "Hemmhekk daħal fl-armata kattolika tad-duka Mercoeur u biż-żmien sar gvernatur militari.", "Biż-żmien ġie trasferit għal Spanja.", "Fl-1598, iltaqa' ma' Ġiżwita Irlandiż li ġie biex iqarar lis-suldati fir-Randan.", "Duminku wrieh ix-xewqa li jidħol ġiżwita.", "Ma tantx għamillu kuraġġ minħabba l-livell ta' studju, imma Dumink wieġeb li għalih kien biżżejjed li jidħol bħala Fra.", "Baqa' jirsisti għaliex għall-ewwel il-Ġiżwiti ma ridux jaċċettawh.", "Fl-aħħar beda n-novizzjat f'Santiago De Compostela.", "Faqqgħet il-pesta u Fra Collins wera qlubija kbira, dar mal-vittmi, morda u l-moribondi.", "Fl-1601, reġa' lura l-Irlanda flimkien ma' ġiżwita ieħor, biex jagħti l-għajnuna lis-suldati waqt il-gwerra mal-Ingliżi.", "Sab ruħu assedjat flimkien ma' 143 suldat f'kastell żgħir għal diversi xhur.", "Hawn reġa' mill-ġdid wera kuraġġ kbir idur mal-feruti u dawk moribondi.", "Saħansitra pprova jagħti lilu nnifsu bħala ostaġġ sabiex jieqaf il-ġlied, imma kien kollu għalxejn.", "Fl-aħħar żammewh priġunier flimkien ma' tnejn oħra u l-oħrajn nqatlu kollha.", "Kien interrogat f'Cork.", "Sofra terturi liema bħalhom biex jippruvaw jibdlulu fehmtu u jipperswaduh isir protestant.", "Saħansitra anke membri mill-familja tiegħu qalulu jagħmilha tabirruħu dar biex jeħles il-martirju, imma Duminku baqa' ma ċediex.", "Fil-31 ta' Ottubru 1602, libes il-libsa ta' ġiżwita, għaddewh mit-toroq ta' beltu għall-post tal-eżekuzzjoni.", "Tkellem bil-ħeġġa mal-folla bl-Irlandiż, l-Ingliż u l-Ispanjol.", "Qalilhom li kien ferħan li kien reġa' lura l-Irlanda biex jiddefendi l-fidi Kattolika.", "Huwa ġie mgħallaq quddiem folla emozzjonata għall-aħħar.", "Bil-lejl xi Kattoliċi tal-belt, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh f'post sigriet.", "Mal-ewwel beda jissejjaħ venerabbli u l-fama tiegħu nxterdet mal-Irlanda u l-Ewropa.", "Ħafna mirakli ġew attribwiti bl-interċessjoni tiegħu.", "Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifikah fl-1992.", "Huwa wieħed mill-aktar beati popolari fl-Irlanda.", "Ħsieb", ":", "Il-Beatu Duminku Collins huwa mfakkar l-aktar għall-mod kif żamm sod u kostanti fil-fidi tiegħu sal-aħħar.", "Għalkemm il-libertà u l-avvanz ġew imqiegħda quddiemu, hu għażel li", "\"joqgħod għas-salib, bla xejn ma qies l-għajb tiegħu\"", "(Lhud 12:2).", "Kienet fidi soda tassew dik tiegħu!", "Mhux biss, imma l-fidi tiegħu kienet kawża ta' ferħ kbir f'qalbu li spikka fil-ħin tal-martirju.", "It-tbissima tiegħu waqt dawk il-mumenti tal-aħħar, impressjonat mhux ftit lil min kien preżenti.", "Kien għalhekk li wieħed mix-xhieda stqarr li dik kienet tbissima li hu kien ikollu fuq fommu li kieku kien sejjer għal xi ikla tajba u mhux għall-qatla!", "Duminku Collins, minn naħa tiegħu stqarr li kien lest li jieħu l-martirju għal ħafna drabi oħra, dejjem bl-istess attitudni.", "Imma minn fejn ġietu din il-fidi tal-azzar?", "U aħna kif nistgħu nikbru fil-fidi fqajra tagħna?", "Il-fidi hi bħal pjanta li rridu nieħdu ħsiebha.", "Iħawwilha Alla fil-Magħmudija, ikabbruha dawk ta' madwarna bit-tagħlim u l-eżempju tagħhom, imma meta nsiru adulti, huwa aħna li rridu:", "nkomplu nsaqquha bit-talb u l-Qari tal-Kelma t'Alla,", "inneħħulha l-ħaxix ħażin li jibker magħha billi nqaċċtu minn ħajjitna d-drawwiet ħżiena,", "nagħtuha l-fertilizzant bl-għemejjel tajba li nagħmlu u", "nesponuha għall-ilma, l-arja u d-dawl permezz tas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.", "Bniedem ta' fidi, xi kultant iġib ruħu b'mod li kważi lanqas jitwemmen.", "Ix-xhieda skantaw b'Duminku Collins għax kien bħal donnu 'frisk bħal ħassa' riesaq biex jieħu l-martirju!", "Dan minħabba l-fiduċja tiegħu f'Alla, fiduċja bħal tat-tfal ċkejknin li jiddependu għal kollox fuq il-ġenituri tagħhom jew fuq min jieħu ħsiebhom.", "Infatti, jekk infittxu fl-Iskrittura kollha ma nsibux passaġġ wieħed li hu wieħed, fejn Alla jgħidilna u jikkmandana biex ninkwetaw!", "Anzi Kristu nnifsu jtenni b'ħerqa kbira l-kelma:", "\"Tinkwetawx ...\"", "(Mattew 6:25).", "It-tfal żgħar jinkwetaw bħall-kbar?", "Le tassew!", "Mela wara li nkunu qed nagħmlu ħilitna kollha, sa fejn jiddependi minna li nagħmlu,", "għaliex għandna nibqgħu ninkwetaw?", "L-inkwiet hu mxebbah ma' min qed juża", "rocking chair", "– qed jiċċaqlaq imma mhu se jwasslek għal imkien, iħallik fl-istess post, taħli l-enerġija mentali għal xejn u bla ma jirnexxielek tbiddel xejn.", "Hi biss l-azzjoni kollha mħabba ta' Alla li tista' tagħtik raġuni biex tibqa' titbissem.", "Ma' Alla, dejjem se noħorġu rebbieħa, b'mod speċjali la nkunu nsaltnu miegħu fil-glorja.", "Għalhekk, din it-tip ta' tbissima tiġi naturali bla ma jkollok bżonn tagħmel sforz fuqek innifsek minn barra.", "Jekk inti tkun mimli/ja bit-tjubija ta' Alla minn ġewwa, allura ħadd qatt ma jista' joħodlok din it-tbissima minn fuq wiċċek!", "U int, kif qed tkabbar il-fidi tiegħek?", "Kemm tagħmel ħiltek biex tirbaħ l-inkwiet bil-fiduċja f'Alla?", "Min jagħmilha miegħek, jista' jgħid li t-tbissima fuq fommok tixhed il-fidi u l-fiduċja li għandek f'Alla, irrelevanti ċ-ċirkustanzi li tkun għaddej/ja minnhom?", "Talba", ":", "O Alla ta' dejjem li tista' kollox, Int tajtna eżempju ta' kuraġġ meraviljuż fil-martri tiegħek il-Beatu Duminku Collins u sħabu.", "Għall-ferħ li ġie mqiegħed quddiemhom, huma sofrew is-salib, bla xejn ma qiesu l-għajb tiegħu.", "Agħtina permezz tat-talb tagħhom li, filwaqt li nibqgħu fidili lejn il-kmandamenti tiegħek, aħna wkoll inkunu nistgħu inġibu l-għaqda u l-paċi kull fejn inkunu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicireland.net/saintoftheday/blessed-dominic-collins-1566-1602-irish-martyr-jesuit-brother/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicireland.net/saintoftheday/decisions-decisions-blessed-collins-sj/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Dominic_Collins", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee5c131b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-5-25-san-gwann-stone/", "title": "25 ta' Ottubru: San Ġwann Stone", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Stone", "\"Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.\" –", "Ġwanni 15:13", "SAN ĠWANN STONE", "Saċerdot u Martri", "†1539", "Tagħrif:", "Dan il-qaddis kien patri Agostinjan f'Canterbury li rrifjuta li jagħraf lil Neriku VIII bħala Kap tal-Knisja.", "Ftit nafu fuq il-ħajja ta' San Ġwann Stone, qabel daħal Agostinjan u l-ħajja tiegħu bħala patri.", "Il-Parlament tal-Ingilterra għadda liġi, magħrufa bħala l-Att ta' Supremasija li kienet tipproklama lir-Re Enriku VIII bħala l-kap tal-Knisja.", "Erba' snin wara uffiċjal tar-Re mar Canterbury biex jagħlaq il-kunventi kollha u jieħu bil-miktub mingħand kull patri id-dispożizzjoni għal dan il-att.", "Meta wasal għand l-Agostinjani, kulħadd iffirma dan il-kuntratt minbarra Ġwanni.", "Ġwanni ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs fit-Torri ta' Londra, fl-1539.", "Anki wara sena fil-ħabs baqa' sħiħ f'fehmtu u baqa' jixtieq li jmut biex jibqa' fidil lejn il-Papa.", "Ħass lil Alla qed jinkuraġġih biex ma jċedix anke jekk ikun se jirċievi l-mewt.", "Dan imlieh b'saħħa liema bħala.", "Huwa ġie mgħallaq għall-fidi tiegħu u wara l-ġisem tal-martri ġie mqatta'.", "Rasu u biċċiet minn ġismu ġew imdendlin f'bieb il-belt, billi kien meqjus bħala traditur.", "Il-Papa Leo XIII ibbeatifika lil Ġwann Stone fl-1886 u l-Papa Pawlu VI ikkanonizzah fl-1970, flimkien ma' 39 martri Ingliżi oħra tal-istess perjodu.", "Ħsieb", ":", "Għalkemm aħna lkoll msejħa għall-qdusija, il-mogħdijiet li nieħdu biex naslu għaliha, huma ta' kulħadd differenti.", "Ħafna minn dawk ipproklamati bħala qaddisin huma nnotati għall-ħajja eċċezzjonalment virtuża tagħhom.", "F'oħrajn, bħal fi Ġwann Stone, madankollu, ħafna mill-virtujiet tal-ħajja huma moħbija u huwa biss l-erojiżmu tal-fedeltà li jdawwal ħajtu, iżda minn dak li nafu fuq kif għex lejn l-aħħar ta' ħajtu sat-tmiem, il-validità tiegħu ma tistax tiġi interpretata ħażin.", "Ħadd m'għandu mħabba akbar minn din li wieħed jagħti ħajtu għall-Ħabib!", "Kien propju meta kien fil-ħabs li Ġwann kellu esperjenza reliġjuża li ġiet irreġistrata mill-apologu u l-bijografu Kattoliku, Nicholas Harpsfield:", "\"Ġwann Stone ġie mlibbes bil-kuruna tal-martirju f'Canterbury.", "Imma qabel dan, wara li talab bil-ħerqa fil-ħabs lil Alla u wara li sam b'mod kontinwu għal tlett ijiem, huwa sema' vuċi, għalkemm ma ra lil ħadd, li", "indirizzah b'ismu u qallu jagħmel il-qalb u ma joqgħodx lura milli jibqa' sod fit-tbatijet sal-mewt għat-twemmin li hu kien jistqarr.", "Minn dan iż-żmien 'l quddiem, Ġwann kiseb tali ħeġġa u saħħa li qatt ma ħalla lilu nnifsu, bil-persważjoni jew bit-terrur, jerġa' lura mill-għan tiegħu.", "Dawn il-fatti tgħallimthom mingħand raġel niedem u ta' fiduċja, li għadu ħaj, u li lilu Stone stess kien għarrafhomlu.\"", "Minn din l-esperjenza ta' Ġwann Stone naraw kif il-Mulej qatt ma jabbandunana fiż-żmien tal-aktar bżonn, li Alla huwa dak li jagħti l-qawwa lill-martri.", "Dan l-eżempju narawh ċar ukoll fil-mumenti tant iebsa li għadda minnhom Sidna Ġesù Kristu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ:", "\"Inxteħet għarkupptejh jitlob u jgħid: 'Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalċi!", "Iżda tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi.'", "Deherlu anġlu mis-sema biex jagħmillu l-qalb, imma hu ħass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b'ħerqa akbar.", "L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sal-art.", "\" (Luqa 22:41-44)", "Imma mbagħad fl-ittra lil-Lhud insibu dan:", "\"Meta kien jgħix fuq din l-art, Kristu offra talb u suppliki b'leħen għoli u bid-dmugħ lil dak li seta' jsalvah mill-mewt.", "U kien mismugħ minħabba fil-qima tiegħu lejn Alla.", "Għad li kien Iben, tgħallem minn dak li bata xi tfisser l-ubbidjenza.", "U, billi laħaq il-perfezzjoni, sar awtur tas-salvazzjoni ta' dejjem għal kull min jisma' minnu.\" (", "Lhud 5:7-9)", "U hawn tiġi l-mistoqsija: 'Imma kif dan il-passaġġ qed jgħidilna li t-talb ta' Kristu biex Alla jsalvah mill-mewt ġie mismugħ jekk nafu li minkejja t-talb u s-suppliki b'leħen għoli u bid-dmugħ, huwa xorta għadda mill-mewt l-aktar kiefra?'", "Tgħid dan xi żball?", "Le.", "Ir-rakkont jgħid li Ġesù:", "daħal fil-ġnien", "imtaqqal", ",", "ruħu mnikkta għall-mewt", ",", "talab lil ħbiebu biex jishru u jitolbu miegħu,", "kellu biża' tremenda", "minħabba dak li kien ser jgħaddi minnu għalina,", "imma", "talab b'ħerqa dejjem iżjed", "lil Missieru li kellu s-setgħa jeħilsu u jbiegħed minnu l-kalċi tal-Passjoni,", "hekk li", "għereq l-għaraq tad-demm", "(kundizzjoni li tiġri meta bniedem ikun fi stat ta' biża' u terrur kbir).", "Imma mbagħad nafu wkoll li:", "deherlu anġlu mis-sema biex jagħmillu l-qalb,", "mar iqajjem hu stess lid-dixxipli", "biex jgħidilhom li s-siegħa tiegħu kienet waslet:", "\"reġa' mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem.", "Imbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: Qumu!", "Ejjew immorru!", "Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib!\"", "(Mattew 26:44,46)", "Ġesù", "mar bil-kuraġġ kollu jaffaċċja lil dawk li kienu ġejjin biex jarrestawh", ".", "Insibu fi Ġwanni:", "\"Mar fuqhom u qalilhom: \"Lil min qegħdin tfittxu?\"", "Huma weġbuh: \"Lil Ġesù ta' Nazaret.\"", "U hu qalilhom: \"Jiena hu.\" ...", "\"Lil min qegħdin tfittxu?\" raġa' staqsiehom.", "U huma qalulu: \"Lil Ġesù ta' Nazaret.\"", "Ġesù weġibhom: \"Għedtilkom li jiena hu.", "Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru,\"", "(b'referenza għad-dixxipli) (Ġwanni 18:4-9)", "issaporta t-tradiment ta' Ġuda", ":", "\"Quddiem kien hemm dak li jismu Ġuda, wieħed mit-Tnax, u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu.", "Imma Ġesù qallu: \"Bewsa għażilt, Ġuda, biex tittradih lil Bin il-bniedem?\"", "(Luqa 22:47-48)", "fejjaq il-widna ta' Malku", "meta:", "\"Xmun Pietru darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija.\"", "(Ġwanni 18:10)", "\"Ġesù messlu widintu u fejjqu.\"", "(Luqa 22:52)", "u qal lil Pietru:", "\"Erġa' daħħal is-sejf fl-għant tiegħu.", "Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux", "?\"", "(Ġwanni 18:11)", "Dan kollu jindika li minkejja li l-Missier xorta waħda riedu jgħaddi mill-Passjoni, imma", "TAH IL-QAWWA", "biex ikun jiflaħ jgħaddi minn dak kollu li kien fil-pjan li jgħaddi.", "L-istess kif għamel ma' San Ġwann Stone meta dan kien fil-ħabs imbeżża'.", "Fil-każ ta' Ġesu', il-qawwa li rċieva tidher fit-trasformazzjoni li seħħet fih waqt it-talb ħerqan li għamel lill-Missier.", "Fil-bidu daħal beżgħan imma wara li talab umbagħad qam, qajjem lid-dixxipli u mar jaffaċċja hu stess lil min kien ġej jarrestah.", "Kellimhom b'awtorita' u talabhom biex ladarba riedu lilu, kellhom iħallu lid-dixxipli jmorru, fejjaq widnejn Malku u ċanfar lil Pietru bil-kliem:", "\"Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?\"", "U nafu li din il-qawwa wasslitu biex iġorr is-salib, jissammar fuqu u ftit qabel ma' jmut jgħid il-kelmiet:", "\"Kollox mitmum!\"", "L-istess fil-każ ta' San Ġwann Stone.", "It-trasformazzjoni li seħħet waqt it-talb ħerqan tiegħu meta kien fil-ħabs, tidher fil-mod kif baqa' sod fl-istqarrija tal-fidi tiegħu sal-aħħar tant li affronta l-martirju tiegħu b'kuraġġ kbir.", "X'tista' titgħallem minn dan?", "Titgħallem li forsi Alla ma jridx ineħħielek is-salib li qed titolbu jneħħilek.", "Forsi dan l-istess salib, se jkun għalik sors li bih int issir qaddis/a u ssalva wkoll erwieħ oħra.", "Min jaf li kieku minflok titolbu jneħħilek is-salib, titolbu biex jagħtik il-qawwa jew l-għerf, jew jgħallmek kif għandek iġġib ruħek f'ċerti sitwazzjonijiet?", "Ħaġa waħda hi ċerta, li min għandu qima vera lejn Alla u min jitlob b'ħerqa u b'perseveranza mill-qalb, dejjem ser jaqla' mingħandu l-għajnuna kollha meħtieġa biex iwettaq ir-rieda tiegħu sal-aħħar.", "U int x'inhi l-attitudni tat-talb tiegħek lejn Alla?", "Tafda xejn li Hu dejjem ser jagħżel dak li hu l-aħjar għalik u għall-Knisja?", "Tafdah li jagħtik dik l-għajnuna f'waqtha meta forsi l-biża' tkun ser taħkmek?", "Talba", ":", "Mulej, agħmel li xejn ma jbeżżagħni, għax kulma jiġri mhuwiex għajr ir-rieda tiegħek!", "Mulej, agħmel li ma jkolli l-ebda xewqa fija, għax l-akbar xewqa tiegħi hi r-rieda waħdanija tiegħek.", "Fl-aħħar mill-aħħar, x'inhu importanti fil-ħajja, mhux ir-rieda tiegħek?", "Agħmel li xejn ma jħawwadni, għax ir-rieda tiegħek tinsab f'kollox.", "Agħmel li ma niftaħar b'xejn, għax kollox ġej mir-rieda tiegħek\".", "(Talba ta' Chiara Lubich)", "English Version:", "https://www.midwestaugustinians.org/st-john-stone/", "Alternative Reading:", "http://augustinians.net/index.php?page=jstone_en", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Stone_(martyr)", "Life of Saint John Stone:", "https://gloria.tv/video/ZMjR3k3pN3Hv3X6hGsg7cHCYi", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6bf1a4', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-6-26-beatu-bonaventura-minn-potenza/", "title": "26 ta' Ottubru: Beatu Bonaventura minn Potenza", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Bonaventura minn Potenza", "\"Ġesù, għad li kellu n-natura ta' Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta' lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.\"", "Filippin 2:4-8", "IL-BEATU BONAVENTURA MINN POTENZA", "1651 – 1711", "Tagħrif:", "Twieled fl-4 ta' Jannar 1651, ġewwa Potenza fil-limiti ta' Napli, l-Italja ġo familja fqira, iżda għanja fil-virtujiet.", "Ta' 15-il sena daħal mal-Patrijiet Konventwali Minuri, f'Noceva.", "Huwa kompla bl-istudji tiegħu.", "Is-superjuri tiegħu bagħtuh Amalfi u hemm taħt direttur spiritwali kompla jikber fil-virtujiet tal-umiltà, safa u ubbidjenza, fost oħrajn.", "Kien ta' eżempju kbir għal kulħadd.", "Kellu ubbidjenza għamja għas-superjuri tiegħu.", "Kien jagħti l-għajnuna tiegħu fil-parroċċa speċjalment lill-batuti, lill-fqar u lill-morda.", "Meta f'pajjiżu faqqgħet epidemija, lejl u nhar intefa' b'ruħu u ġismu jdur bil-morda u jassistihom.", "Kien jaħdem ħafna mal-priġunieri speċjalment dawk li kienu qed jistennew il-piena tal-mewt, iqararhom u jassistihom.", "Bħala saċerdot kien jipprietka u jipprattika d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u l-importanza tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.", "Kien iqatta' ħin twil fil-konfessinarju tant li ħa l-fama tal-appostlu tal-konfessinarju u tal-ubbidjenza.", "B'ubbidjenza lejn is-superjuri aċċetta l-kariga ta' majistru tan-novizzi.", "Kien irawwem fl-istudenti tiegħu l-prattika tal-virtujiet tal-umiltà u l-ubbidjenza.", "Wara 45 sena ta' servizz impekkabbli, mogħni b'kull virtù Patri Bonaventura mar jingħaqad mal-Mulej.", "Fl-aħħar nifs ta' ħajtu kien imdawwar minn sħabu l-patrijiet kollha, u talabhom skuża għal kull darba li naqashom.", "Kien is-26 ta' Ottubru, 1711.", "Fis-26 ta' Novembru, 1775, il-Papa Piju VI bbeatifikah.", "Ħsieb", ":", "Dan il-qaddis tal-lum jispikka l-aktar għall-umiltà u għall-ubbidjenza għamja lejn is-Superjuri tiegħu.", "Jingħad li ġurnata waħda, Bonaventura qal lis-Superjur tiegħu li kienet intilfet iċ-ċavetta tas-sagristija.", "\"Tajjeb,\" qallu s-Superjur bi tbissima, \"mela jkollok tfittixha fil-bir; aqbad qasba u stad għaliha.\"", "Malajr, Bonaventura mar fejn il-bir u bil-qasba u x-xlief stad għaċ-ċavetta.", "Ma damx wisq qabel ma rnexxielu jtellagħha.", "Ovvjament, is-Superjur tiegħu baqa' mistgħaġeb għax hu kien qallu hekk biex jiċċajta!", "Alla kien ippremjah b'mod mirakoluż għall-ubbidjenza għamja tiegħu.", "Ġesù Kristu, il-Ħaruf bla tebgħa, huwa l-eżempju perfett għalina lkoll fejn tidħol l-umiltà u l-ubbidjenza, kif jgħallem San Pawl fl-Ittra lil Filippin 2:4-8.", "\"Ħadd minnkom ma għandu jfittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.", "Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù: hu li għad li kellu n-natura ta' Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta' lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.\"", "Kristu sar għalina ubbidjenti sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.", "U fl-aħħar nifsijiet tiegħu, Hu jikkonferma din l-ubbidjenza totali tiegħu bil-kliem: \"Kollox hu mitmum!\"", "(Ġwanni 19:30) – fi kliem ieħor, Ġesù juri li qagħad għal kollox u għamel kollox hekk kif kien mitlub minnu mill-Missier sal-aħħar.'", "San Ġwann ikompli: \"Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu\" (Ġwanni 19:30) Ta' min jinnota f'dan l-aħħar vers li Ġwanni jikteb li l-ewwel mejjel rasu, imbagħad radd ruħu.", "Is-soltu r-ras titmejjel wara li l-persuna tkun għadha kif mietet.", "Fil-każ ta' Ġesù, probabli li San Ġwann ried jagħmel enfasi fuq dak il-ġest ta' meta wieħed ibaxxi rasu b'sinjal ta' ubbidjenza.", "Kien propju dan l-għatx li mmotiva l-ħajja ta' Ġesù, l-għatx li jwettaq il-pjan tal-Missier kif qal lil Pietru:", "\"Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?\"", "(Ġwanni 18:11) Xi mkien ieħor jgħid: \"", "L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta' min bagħatni u li nwassal fit-tmiem l-opra tiegħu\"", "(Ġwanni 4:34) u post ieħor:", "\"Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad!", "Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x'dieqa għandi sa ma dan iseħħ!\"", "(Luqa 12:49-50)", "X'nitgħallmu minn dan?", "L-ubbidjenza u l-umiltà huma tnejn minn ħafna virtujiet: għerf, sempliċità, faqar evanġeliku, karità, ħniena, fidi, tama, ġenerożità, rażan, ħlewwa, kompassjoni, hena, sliem, sabar, tjubija, fedeltà, żelu u oħrajn.", "Il-virtujiet huma l-kwalitajiet tal-karattru ta' Ġesù l-Mulej.", "L-Ispirtu s-Santu jaħdem fina sabiex aħna nsiru bħal Ġesù, mimlijin, anzi nfuru b'dawn il-qawwiet u saħħiet interjuri.", "L-UMILTÀ", "Ġesù l-umli (Filippin 2:5-11):", "\"Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù...\"", "L-umli hu dak li", "\"jqis lill-ieħor aħjar minnu\"", ", li m'għandu qatt", "\"ifittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.\"", "Ġesù", "\"ma qgħadx ifittex tiegħu,\" \"xejjen lilu nnifsu.\"", "\"Ċekken lilu nnifsu\"", "Ġesù kif wera l-umiltà?", "\"Ħa n-natura ta' lsir\"", "(Ġwanni 13:1-17)", "\"sar jixbah lill-bnedmin u deher minn barra bħala bniedem\"", "(Lhud 2:14-18) Għalhekk, l-umiltà mhix sentiment imma għażla li tħobb tant li toqrob kemm tista' lejn min trid tgħin, issir ħaġa waħda mas-sofferenza tagħhom, tieħu fuqek il-madmad tagħhom, tidentifika ruħek magħhom,", "\"għalhekk Ġesù ma jistħix isejħilhom ħutu\"", "(Lhud 2:11).", "Servizz umli hu dak li jissorprendi.", "Hu servizz li ma jfittixx dak li hu tiegħu (id-drittijiet)!", "Hu dak li ma jippretendihiex imma jfittex il-post tal-aħħar.", "Id-dixxiplu umli ta' Ġesù jaf li hu l-werriet tas-Saltna ta' Alla u bħall-Mulej tas-Saltna jagħti ħajtu fis-servizz tal-aħwa bla ma jfittex il-glorja, il-kumplimenti u l-unuri.", "L-UBBIDJENZA", "\"Ċekken lilu nnifsu billi obda sal-mewt\"", "(Filippin 2:8) Min hu l-ubbidjenti?", "\"Min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet.\"", "(Mattew 7:21; Luqa 6:46) Alla jkellimna mhux biex jikkmandana (għalkemm għandu s-setgħa biex jagħmel dan).", "Alla jkellimna biex jiggwidana, biex jgħinna ninbidlu f'Ibnu.", "Obdi sabiex tifforma ħajtek.", "Obdi biex tegħleb it-tentazzjoni.", "Obdi biex tkun taf il-moħħ ta' Missierek.", "Obdi biex isservi lil ħutek.", "Ġesù hu l-Mulej!", "Mulej, Sinjur, Sid.", "Aħna hekk insejħulu.", "Is-Sid hu propjetarju.", "Ġesù hu l-", "Kyrios", ".", "Aħna d-", "doulos", "(qaddejja f'sens evanġeliku).", "Aħna tiegħu, propjetà tiegħu!", "X'jimplika dan?", "Nisimgħu sew lilna nfusna meta nkantaw: \"dil-qalb, dal-moħħ, dal-ġisem, dir-ruħ, irrid nagħtik o Mulej.\"", "Il-ħin, it-talenti, l-inkwiet, il-ferħ, il-mard, is-saħħa, ir-rebħiet, is-suċċessi, it-telfiet, il-fallimenti, ix-xogħol, id-divertiment, il-ġid materjali, il-familja, il-ħbieb, il-passatemp, l-imgħoddi, il-mument preżenti u l-ġejjieni.", "Aħna kollna tiegħu!", "L-ubbidjenza tagħna lejn Ġesù hi kompleta meta mmorru l-ġenna.", "Sa dakinhar, misjuqa mill-Ispirtu s-Santu, nimxu b'ħilitna kollha u bid-dgħjufija tagħna fuq il-passi tiegħu biex inħobbu lil Alla b'qalbna kollha, b'moħħna kollu, b'saħħitna kollha u b'ruħna kollha.", "X'tip ta' ubbidjenza?", "Mhux ta' skjav!", "Ta' wlied maħbuba, ta' wlied ħielsa li jagħżlu li jridu jobdu.", "Aħna lil min se naqdu u nobdu?", "Lil Alla ta' Ġesù Kristu jew xi alla ieħor? : partit politiku, każin, passatemp, drawwa, ġid materjali, rabta ma' xi mexxej ... ?", "Liema hu t-teżor tiegħek li fih issib is-sigurtà, il-faraġ, it-tama?", "L-attitudni ubbidjenti tan-Nisrani hi l-fedeltà lejn is-Saltna ta' Alla!", "L-ubbidjenza tad-dixxiplu lejn Ġesù hi s-sottomissjoni totali tal-persuna sħiħa għall-Mulej u l-pjanijiet tiegħu.", "L-ubbidjenza ta' Ġesù hi l-mudell tagħna:", "\"Jiena dejjem nagħmel dak li joġgħob lilu\"", "(Ġwanni 8:29).", "Fi Ġwanni 14:21.23, Ġesù jgħidilna:", "\"Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni, u min iħobb lili jħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi ...", "Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu.\"", "U int kemm tirsisti biex tgħix fl-umiltà?", "Qiegħed tpoġġi l-ħtiġijiet ta' ħaddieħor qabel tiegħek?", "Tagħraf li inti midneb/midinba u li mingħajr Ġesù f'ħajtek ma tista' tagħmel xejn tajjeb?", "F'hiex int fl-ubbidjenza tiegħek lejn il-kmandamenti ta' Alla u t-tagħlim tal-Knisja mwaqqfa minn Kristu?", "Ir-rieda ta' Alla hi l-għan ta' ħajtek?", "Kemm int lest/a li tilħaq dak il-livell ta' qdusija li Alla jixtieq jara fik?", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, Inti għamilt lill-Beatu Bonaventura magħruf għall-virtù tal-umiltà u tal-ubbidjenza, u għall-imħabba tiegħu lejn il-proxxmu.", "Permezz tat-talb u l-eżempju tiegħu, agħtina li nimxu skont il-preċetti tiegħek, biex nifirħu fl-ispirtu, u navvanzaw fit-triq tal-perfezzjoni.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.roman-catholic-saints.com/blessed-bonaventure-of-potenza.html", "Alternative Reading:", "http://thefranciscanfamily.blogspot.com/", "Wikipedia:", "https://it.wikipedia.org/wiki/Bonaventura_da_Potenza", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6bcb0c', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-8-28-san-xmun-u-san-guda/", "title": "28 ta' Ottubru: San Xmun u San Ġuda", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Xmun u San Ġuda", "\"Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.", "L-ismijiet tat-tnax -il appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta' Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta' Alfew, u Ġuda Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.\" –", "Mattew 10:1-4", "SAN XMUN U SAN ĠUDA", "Appostli", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "San Xmun hu msejjaħ \"il-Kananew\" u \"iż-Żelota\", bl-Aramajk u bil-Grieg, li t-tnejn ifissru l-istess ħaġa: \"l-Imħeġġeġ.\"", "Fil-Vanġelu huwa msemmi l-ħdax-il wieħed fil-lista tal-Appostli, u flimkien magħhom irċieva l-Ispirtu s-Santu.", "Barra minn hekk ma nafu xejn iżjed fiż-żgur dwaru.", "X'aktarx li wara li mar jipprietka fl-Eġittu ssieħeb ma' San Ġuda li kien fil-Mesopotamja, marru flimkien il-Persja, u mietu martri fil-Belt ta' Swanir.", "San Ġuda msejjaħ Taddew, kien ħu San Ġakbu ż-Żgħir.", "Kienu wlied Alfew u Marija l-kuġina tal-Verġni Marija.", "Għalhekk kien jiġi mill-qrib minn Ġesù.", "Meta n-nies stagħġbu b'Ġesù u bdew jgħidu: \"Dan mhux bin il-mastrudaxxa?", "Ommu ma jisimhiex Marija, u ħutu Ġakbu, u Ġużeppi u Xmun u Ġuda?\"", "(Mattew 13:55)", "Ma nafux meta jew kif sar Appostlu.", "Iżda ismu nsibuh fil-listi kollha tal-Appostli (Matew 10:2-3; Mark 3:16-19; Luqa 6:14-16).", "Fil-Vanġelu ta' San Ġwann insibu li wara l-aħħar Ċena, meta Ġesù wiegħed lill-Appostli li kien ser jerġa' jidhrilhom, San Ġuda staqsieh għala kien ser jidher lid-dixxipli tiegħu biss u mhux lid-dinja, u Ġesù wieġbu li kien ser iżur lil dawk kollha li jħobbuh.", "(Ġwanni 14:22)", "Wara t-tlugħ ta' Ġesù fis-sema, San Ġuda mar jipprietka l-Vanġelu f'bosta artijiet.", "Skont tradizzjoni sofra l-martirju flimkien ma' San Xmun fil-Persja.", "Fl-Armenja hemm devozzjoni kbira lejn dan il-Qaddis għax hu miżmum li flimkien ma' San Bartilmew kien mar hemm u żera' l-ewwel żerriegħa tal-Fidi.", "Ħsieb", ":", "L-istess bħat-tnax-il dixxiplu li għażel Ġesù, Alla jagħżel lil kull wieħed minna għal skop speċjali.", "Ma jimpurtax jekk f'għajnejk jew f'għajnejn ħaddieħor ħajtek tista' tidher bla tama – forsi għax m'għandekx xi livell ta' edukazzjoni għolja, jew għax ġejt kemm-il darba rrifjutat/a, jew ittradut/a. Alla jixxennaq li joħloqna mill-ġdid billi jimliena bil-qawwa tiegħu.", "L-istess qawwa li ħarġet minn Ġesù meta kien fostna bid-deher f'din id-dinja għaddieha lid-dixxipli (Atti 10:38).", "Irrispettivament mill-maltempati tal-ħajja, l-imħabba ta' Alla tibqa' ankra soda.", "\"U din it-tama ma tqarraqx bina, għax l-imħabba ta' Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.\"", "(Rumani 5:5).", "L-istess Spirtu huwa disponibbli għalina.", "Jekk aħna nimxu wara Ġesù bla ma naqtgħu qalbna, b'lealtà u b'umiltà, il-ħajja ordinarja tagħna ssir straordinarja.", "Inti temmnu dan?", "Il-Papa Franġisku f'waħda mill-Omeliji tiegħu waqt Quddiesa ta' xi Ordinazzjonijiet Presbiteri (1 ta' Diċembru, 2017) qal hekk:", "\"Il-Mulej Ġesù jagħżel xi wħud b'mod partikulari, biex huma u jħaddmu pubblikament fil-Knisja l-uffiċċju saċerdotali f'ismu għall-ġid tal-bnedmin kollha, jissoktaw il-missjoni personali tiegħu ta' mgħallem, saċerdot u ragħaj.", "Kif fil-fatt għal dan ġie mibgħut mill-Missier, hekk hu min-naħa tiegħu bagħat fid-dinja l-ewwel lill-Appostli u mbagħad l-isqfijiet, suċċessuri tagħhom, li lilhom fl-aħħar ġew mogħtija bħala kollaboraturi l-presbiteri, li, magħquda magħhom fil-ministeru saċerdotali, huma msejħa għas-servizz tal-poplu ta' Alla.", "Għalhekk, qassmu lil kulħadd dik il-kelma ta' Alla, li intom stess ilqajtu bil-ferħ.", "Aqraw u mmeditaw ta' spiss il-Kelma tal-Mulej biex temmnu dak li qrajtu, tgħallmu dak li fhimtu fil-fidi, għixu dak li tkunu għallimtu.", "Ħa jkun mela ikel għall-poplu ta' Alla t-tagħlim tagħkom, ferħ li jwieżen lill-fidili ta' Kristu u l-fwieħa ta' ħajjitkom, biex bil-kelma u l-eżempju tibnu d-dar ta' Alla, li hi l-Knisja.", "U llum nitlob lil kulħadd preżenti għal din iċ-ċerimonja: itolbu dejjem għas-saċerdoti tagħkom.", "Il-poplu ta' Alla jwieżen is-saċerdoti bit-talb.", "Hi responsabbiltà tagħkom twieżnu lis-saċerdoti.", "Xi ħadd forsi jistaqsini: 'Imma, Dun, kif nagħmlu biex inwieżnu lis-saċerdoti?'", "Afdaw fil-ġenerożità tagħkom.", "Il-qalb ġeneruża li għandkom turikom hi kif twieżnu lis-saċerdoti.", "Imma l-ewwel għajnuna li tistgħu tagħtu lis-saċerdot hi t-talb.", "Il-poplu ta' Alla – jiġifieri kulħadd, kulħadd – iwieżen lis-saċerdot bit-talb.", "Tegħjew qatt titolbu għas-saċerdoti tagħkom.", "Jien naf li hekk ħa tagħmlu.", "Grazzi ħafna!\"", "IMMA JIEN U INT QED NITOLBU VERAMENT B'IMPENN GĦAS-SAĊERDOTI TAGĦNA?", "MINGĦAJR SAĊERDOTI, MA JKOLLNIEX L-EWKARISTIJA U S-SAGRAMENTI L-OĦRA, IL-KNEJJES JINGĦALQU, IL-KNISJA UNIVERSALI TINĦATT U L-MERĦLA TIXXERRED.", "HEMM BŻONN \"KBIR\" LI N-NIES TAGĦRAF TGĦOŻŻ LIS-SAĊERDOTI U MINFLOK TIĠĠUDIKOM, TITLOB GĦALIHOM B'IMPENN.", "GĦALL-MEJTIN NITOLBU, GĦALL-MORDA WKOLL, GĦALL-PERSUNI BI PROBLEMI WKOLL...", "IMMA KEMM HAWN LI QED JITOLBU B'MOD KOSTANTI GĦALL-BŻONNIJIET SPIRITWALI TAS-SAĊERDOTI U GĦALL-VOKAZZJONIJIET ĠODDA?", "Bħala Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti, tista' żżur il-", "youtube channel", "bl-isem ta' 'Saċerdoti 1':", "https://www.youtube.com/user/SACERDOTI1/playlists", "Talba", ":", "O Alla, int wassaltna biex nagħrfuk permezz ta' l-Appostli qaddisa tiegħek; agħmel li, għat-talb ta' San Xmun u San Ġuda, il-Knisja tiegħek tikber dejjem billi joktor l-għadd ta' dawk li jemmnu fik.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-jude-thaddeus-and-st-simon-the-zealot-apostles-541", "Alternative Reading:", "http://justus.anglican.org/resources/bio/277.html", "Wikipedia for Simon (the Zealot):", "https://en.wikipedia.org/wiki/Simon_the_Zealot", "Wikipedia for Jude:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Jude_the_Apostle", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6bbbd5', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-9-29-beatu-mikiel-rua/", "title": "29 ta' Ottubru: Beatu Mikiel Rua", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beatu Mikiel Rua", "\"Il-Familja Salesjana oriġinat permezz ta' Don Bosco, u kompliet permezz ta' Fr. Rua ... li żviluppa l-eżempju tal-Qaddis fi skola, ir-Regola tiegħu fi spirtu, il-qdusija tiegħu f'mudell.", "Huwa bidel ir-Rebbiegħa fi xmara.", "\" ~", "Papa Pawlu VI fil-beatifikazzjoni tal-Beatu Mikiel Rua", "BEATU MIKIEL RUA", "Saċerdot", "† 1910", "Tagħrif:", "Dan il-beatu għen lil San Ġwann Bosco u kien is-suċċessur tiegħu bħala Rettur Maġġur tas-Salesjani.", "Taħt it-tmexxija tiegħu, is-soċjetà, fi 22 sena kibret minn 800 għal 4000 membru.", "Il-Papa Pawlu VI ddeskrivieh bħala qassis xipli, kollu tjubija u ħlewwa, ħsiebu fi dmirijietu u kollu sagrifiċċju.", "Mikiel iltaqa' ma' Dun Bosco wara li mietlu missieru.", "Ta' 16-il sena huwa beda jmur is-seminarju u jgħix ma' Dun Bosco fl-oratorju, fejn kien inkarigat mid-dixxiplina u mill-finanzi.", "Ta' 18-il sena kien l-ewwel fost id-dixxipli ta' Dun Bosco li għamel il-voti reliġjużi u tliet snin wara huwa akkompanja lill-fundatur tiegħu f'Ruma u ġarr kopja tal-kostituzzjonijiet miktuba minn idu stess għall-Papa Piju IX.", "Meta Dun Rua sar qassis, Dun Bosco ħabbarlu li kellu jara s-soċjetà tinfirex, li kellu jaħdem u jbati, iżda li kellu jkollu wkoll il-faraġ u l-għajnuna tal-Mulej.", "Dun Rua ġie Malta darbtejn.", "Ħsieb", ":", "Bla dubju li kulħadd iqis lil dan il-Beatu bħala l-bastun ta' Dun Bosco u s-suċċessur tiegħu.", "Imma karatteristika partikolari li kienet tispikka fil-Beatu Mikiel Rua u li xtaqt li niffoka fuqha, kienet dik li kien raġel ta' talb profond.", "Kont issibu dejjem l-ewwel f'postu fil-knisja għall-meditazzjoni tal-komunità, fejn kien jinżel għarkupptejh u jitlob mingħajr ma jiċċaqlaq, b'wiċċu jistrieħ fuq il-pali ta' jdejh, filwaqt li jżomm maktur abjad.", "Fit-23 ta' Frar, 1887 kmieni filgħodu, sar terremot li nħass anki fl-Italja ta' Fuq, f'Turin u lil hinn.", "Xhieda li kienu preżenti fil-knisja f'dak il-ħin tal-quddies li għaliha kien preżenti Mikiel Rua, jiddeskrivu din ix-xena:", "\"Filgħodu tat-23 ta' Frar, 1887 aħna, is-Salesjani tal-Oratorju, inġbarna għall-meditazzjoni tagħna fil-kappella tal-knisja ta' Marija Għajnuna tal-Insara.", "F'daqqa waħda, ħassejna l-art titriegħed b'mod vjolenti taħt saqajna, akkumpanjat ma' elf oġġett iċekċku bil-qawwi.", "Kien bħallikieku monstru ġgantesk kien qed jipprova jgħaffeġ il-knisja b'dwiefer tal-azzar.", "'Terremot!", "Terremot!' kienet l-għajta.", "Ilkoll kemm aħna, terrifikati sewwa, ġrejna lejn is-sigurtà tal-bitħa, filwaqt li żammejna għajnejna fuq il-koppla tal-knisja, nistennewha tikkrolla minn mument għall-ieħor.", "Iżda meta waqaf kollox, il-knisja dehret li ma sofriet l-ebda ħsara.", "Allura morna lura fil-kappella, u hemm insibu li Fr Rua ma kienx iċċaqlaq mill-post tiegħu tas-soltu u mill-qagħda ta' talb.\"", "Forsi ma kienx jaf x'kien qed jiġri?", "Huwa diffiċli li temmen dan!", "Jew forsi kien qiegħed fi stat ta' estasi.", "Jew forsi anki f'dak il-mument tal-biża' Fr Rua ma riedx jieqaf mit-talb tiegħu.", "Huwa fatt li l-mewt ma tbeżżax lil min ikun ippreparat biex imur jieħu l-ħlas tal-ġusti u jidher li f'dak il-mument, it-talb għal Fr Rua deherlu li kien iżjed importanti.", "Imma x'inhu t-talb?", "U kif titlob?", "Kull min jikkomunika, jaf jitlob.", "It-talb hu li tiftaħ qalbek ma' min iħobbok tant li ssallab għalik, u ma' min hu fil-kontroll ta' kollox.", "Għandna nitkellmu ma' Alla b'kunfidenza għax Ġesù stess, qalilna nsejħulu 'Missier!'", "Irridu nitolbuh dak li nemmnu li neħtieġu.", "Minn naħa tagħna, għandna ngħinu rwieħna biex naslu għal dan.", "Is-sigriet ta' ħajja ferħana hu li: LIL ALLA NAFDAWH BIR-RIŻULTAT TAL-ISFORZI TAGĦNA, huma x'inhuma u jagħmel Hu!", "Hu dejjem jifhem aħjar minna x'għandna bżonn!", "Il-problema hi: Kemm qed ninvestu ħin u enerġija biex tassew infittxu lill-Mulej u r-Rieda tiegħu f'ħajjitna?", "It-talb tibbenifika int u l-għeżież tiegħek bih.", "Fit-talb taf li qed tiftaħ qalbek ma' min taf li jħobbok b'mod etern u jixtieqlek il-ġid aktar milli tixtiequ int għalik innifsek jew għall-għeżież tiegħek.", "Titlob ifisser li tagħraf li Alla hu Missier ħanin li jagħder, jaħfer u jifhem iċ-ċirkustanzi ta' ħajjitna u lest li jgħinna u jerfa' t-toqol tagħna.", "Hu dejjem magħna u jekk nafdawH, HU jieħu ħsieb ta' dawk il-problemi li f'ħajjitna jidhru kbar u bla soluzzjoni.", "Mingħajru m'aħna xejn u ma nistgħu nagħmlu xejn.", "Xorta jibqa' l-fatt li ġieli t-talb ma jibdilx is-sitwazzjonijiet ta' ħajti, imma jibdel lili billi jkabbarni fil-fidi, tant li nibda nħares lejn is-sitwazzjoni b'mod tant differenti li nispiċċa jkolli ngħid, li s-sitwazzjoni bidlet l-intenzjoni tagħha u jekk inkompli nafda f'Alla, ser tispiċċa tagħmilli l-ġid u mhux il-ħsara!", "Mal-Ħallieq, l-IMĦABBA VERA hi r-Realtà... ħafna nies jibqgħu biss joħolmu li forsi għad xi darba jesperjenzawha.", "Tgħannieqa ta' xi ħadd li veru jkun iridlek il-ġid, tfejjaq ħafna ġrieħi u tikkalma l-maltemp tal-qalb.", "Dan hu t-talb – it-tgħanniqa ħelwa tal-Mulej.", "Int tfittex li tesperjenzah dan kollu?", "Talba", ":", "O Alla, li tajtna lill-Beatu Mikiel Rua fil-Knisja tiegħek biex juri lil ħaddieħor it-triq tas-salvazzjoni, agħtina, li bl-eżempju tiegħu, aħna nimxu wara Kristu bħala s-Sid tagħna, biex inkunu nistgħu niġu, flimkien mal-proxxmu tagħna, fil-preżenza ħelwa tiegħek fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.papalartifacts.com/portfolio-item/blessed-michael-rua/", "Alternative Reading:", "http://www.salesianmissions.org/about-us/bl-michael-rua-beatified-1972", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Michele_Rua", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6bb6fd', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-7-27-san-frumenzju/", "title": "27 ta' Ottubru: San Frumenzju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Frumenzju", "\"Aħna nafu li Alla, ma' dawk li jħobbuh, ma' dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f'kollox jaħdem id f'id għall-ġid tagħhom. \" –", "Rumani 8:28", "SAN FRUMENZJU", "Isqof ta' Aksum u Appostlu tal-Etjopja (Abissinja)", "†383", "Tagħrif:", "Frumenzju u ħuh Edesju, Griegi minn Tiru, meta kienu għadhom tfal, marru għamlu vjaġġ ma' zijuhom u l-għalliem tagħhom, Metropju, lejn l-Etjopja.", "Waqt li kienu sejrin lura, daħlu f'port tal-Baħar Aħmar għall-proviżjonijiet.", "In-nies tal-inħawi qatlu lil kull min sabu quddiemhom, minbarra liż-żewġt itfal, li kienu jistudjaw taħt siġra.", "Ħaduhom bħala lsiera lis-sultan ta' Aksum, fit-Tigre.", "Għoġbuh bl-imġiba u bix-xjenza tagħhom, hekk li wara ftit ħatar liż-żgħir, Edesju, bħala koppier u lil Frumenzju bħala segretarju u nutar tal-istat.", "Ftit qabel ma' miet, is-sultan tahom il-ħelsien.", "Iżda r-reġina, li baqgħet reġġenti, talbithom biex jibqgħu fil-pajjiż, ħalli jgħinuha trabbi sewwa lill-prinċep u tamministra l-affarijiet.", "Baqgħu u bdew ixerrdu r-reliġjon Nisranija.", "Bdew biex jistiednu neguzjanti Nsara jiġu jgħammru fil-pajjiż u kisbulhom il-privileġġ biex jistgħu jipprattikaw ir-reliġjon bla xkiel.", "Imbagħad, bil-kelma u bl-eżempju tagħhom, bdew ukoll jikkonvertu lill-pagani.", "Meta ż-żagħżugħ sultan Abreha ħa r-riedni f'idejh, Edesju mar lura pajjiżu f'Tiru, fejn sar qassis.", "Iżda Frumenzju, li l-konverżjoni tal-Abissinja kienet ferm għal qalbu, waqaf Lixandra, fejn talab lil San Atanasju biex jibgħat isqof u xi saċerdoti biex jissuktaw il-konverżjoni tal-pajjiż.", "San Atanasju qatagħha li ħadd ma kien aħjar minn Frumenzju nnifsu għal dan l-iskop: għalhekk ikkonsagrah isqof (bejn it-340 u t-346).", "Hekk bdiet id-dipendenza tal-Insara tal-Abissinja mill-Knisja ta' Lixandra.", "Frumenzju mar lura Aksum u għamel bosta konverżjonijiet: waqqaf hemm is-sedi tiegħu ta' isqof, għammed lis-sultan u lil ħuh Asbeħa, bena ħafna knejjes, u xerred ir-reliġjon Nisranija mal-Etjopja kollha.", "Iż-żewġ aħwa slaten kienu minn tal-ewwel bil-ħeġġa u d-devozzjoni tagħhom: huma meqjumin bħala qaddisin fil-kalendarju tal-Abissini.", "L-Imperatur Kostanzu, Arjan, għamel li seta' biex ixewwex lis-slaten kontra Frumenzju; iżda dawn ma emmnuhx.", "Meta l-qaddis miet, fit-383, il-poplu tah it-titlu ta' \"Abuna\" (missierna), jew \"Abuna Salam\" (il-missier tal-paċi).", "Dan it-titlu ta' \"Abuna\" għadu jġibu sal-lum il-Primat tal-Knisja dissident (Xiżmatika) tal-Abissinja.", "Ħsieb", ":", "Jingħad li San Mattew kien l-ewwel li evanġelizza l-Etjopja, iżda Frumenzju huwa magħruf bħala l-appostlu ta' dak in-nazzjon minħabba l-effettività tiegħu biex jikkonverti n-nies għall-fidi.", "Jingħad li d-Djoċesi bikrija ta' Louisiana osservat il-festa ta' San Frumenzju fis-1700, possibbilment bħala rikonoxximent għall-iskjavi Afrikani t'hemmhekk.", "Il-personalità, ix-xogħol u l-ħajja venerabbli ta' San Frumenzju jagħtuna l-opportunità li nenfasizzaw dan li ġej:", "L-ewwel nett, li f'ħajjitna xejn ma' jiġri b'kumbinazzjoni.", "Alla huwa dak li jidderieġi l-istorja, kif ukoll il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna, iżda mingħajr ma jikser jew joħdilna l-libertà tagħna.", "L-avveniment apparentement sfurtunat tan-nawfraġju u l-jasar ta' San Frumenzju saru r-raġuni biex tibda ħidma missjunarja serja fil-pajjiż kbir tal-Etjopja.", "Inċident sfortunat imma li kien il-kawża għall-evanġeliżmu u s-salvazzjoni ta' ħafna.", "Alla jaf kif jibdel il-morr f'ħelu.", "Jekk aħna nibqgħu paċenzjużi f'mumenti ta' tfixkil u falliment, dawn jistgħu jkunu kawża ta' barka kbira għalina u/jew għall-oħrajn.", "Ovvjament biex aħna nemmnu dan, irridu nagħmlu att ta' fidi.", "Li tgħix bil-fidi ma jfissirx li tifhem lil Alla, imma li tafdah għax temmen li jħobbok.", "Dan l-istess kif ikunu t-tfal żgħar... ma jifhmux kull ħaġa li jgħidu u jagħmlu l-ġenituri tagħhom, imma fil-fond ta' qalbhom jafu li jridulhom il-ġid għalhekk jafdawhom kompletament.", "Il-fidi hi propju esperjenza ta' Alla l-ħaj.", "Aktar ma dduq mill-benna ta' dan il-Missier Ħanin, aktar il-fidi tiegħek twasslek biex tistqarr li mhux biss temmen Fih, imma tafu, u għalhekk tafdah b'għajnejk magħluqa.", "Irridu naslu nintelqu f'idejh b'telqa bħal dik ta' tarbija f'ħoġor ommha kif jgħidilna Salm 130.", "Meta ninħakmu mill-maltempati tal-ħajja, xi drabi ġieli nibdew nitilfu l-fidi.", "Imma meta xitla jaħkimha r-riħ, hi, b'mod naturali tniżżel għeruqha fil-fond biex ma titqaċċatx.", "San Pawl juża dan l-istess eżempju meta jwissina u jgħidilna:", "\"Niżżlu għeruqkom fi Kristu, ibnu ħajjitkom fuqu; issaħħu fil-fidi\"", "(Kolossin 2:7).", "Huwa tajjeb li aħna nuru lil Alla bil-ħtiġijiet tagħna waqt it-talb, imma mbagħad irridu bil-fidi nemmnu li Alla, li jismagħna żgur, jagħtina mhux dejjem dak li nitolbuh, imma żgur dak li għandna bżonn u meta jkollna bżonnu!", "Tgħiduli: 'Mela mhux kulħadd jaf x'għandu bżonn?'", "Ħalluni ngħidilkom: Wieħed jaħseb li jaf x'għandu bżonn, imma żgur li l-moħħ ċkejken tagħna mhux daqs dak ta' min ħalaqna, u għax ħabbna, fdiena.", "Għalhekk, hu ovvja li Hu jaf x'għandna bżonn aktar milli nafu aħna.", "Il-problema hi, jekk aħniex ser nibqgħu mmorru għandu fit-talb u nafdawh waqt li nistennewh jagħmel xi tip ta' bidla fis-sitwazzjonijiet ta' ħajjitna!", "Issib min jgħidlek, li jekk Alla jagħtih dak li jrid, imbagħad jersaq lejH u jibda jemmen Fih.", "Jekk se nagħżlu li nibqgħu norbtu l-fidi tagħna ma' xi bidla li nixtiequ li ssir, probabbli li qatt mhu se nikbru fil-fidi għax Alla jimxi magħna propju bl-oppost!", "Hu jrid il-fiduċja tagħna.", "Iridna nħalluh imexxina bħal tfal żgħar.", "L-akbar miraklu li għandna nfittxu hu l-bidla tal-qalb!", "Din il-meravilja, hi xogħol il-Mulej fil-qlub ta' dawk li qed jippruvaw jintelqu kompletament f'idejH.", "U int, f'min qed tpoġġi l-fiduċja u t-tama tiegħek?", "It-tieni, kull proġett fil-Knisja għandu jsir bil-permess u l-kunsens tal-Isqof jew tal-kappillan, jew ta' xi ħadd ieħor li jkun inkarigat fil-parroċċa fejn tkun se ssir xi attività.", "Tkun xi tkun, dak li jsir mingħajr il-barka tal-Knisja, ma jitbierikx minn Alla u ma jkollux tmiem hieni u ma jipproduċix riżultati tajbin.", "Wieħed jista' jagħraf fl-imġiba kollha ta' San Frumenzju personalità dinamika b'żelu ispirat, imħabba għal Alla u għan-nies, u mentalità ekklesjastika.", "Huwa ma bediex ix-xogħol missjunarju tiegħu skont il-fehma tiegħu biss.", "Huwa ltaqa' ma' San Atanasju, għamel skont dak li talbu u b'hekk irċieva l-barka.", "Kemm hu importanti li ma naqbdux u nagħmlu kull ma jiġina f'moħħna, imma li nuru fehemitna lil xi saċerdot għaref jew lill-kappillan tal-parroċċa jew lil xi ħadd ieħor li jista' jagħtina direzzjoni, permess jew awtorità, flimkien mal-barka ta' Alla fuq il-proġetti tagħna.", "Ikunu kemm ikunu tajba u qaddisa, qatt ma għandna nkunu prużuntużi u nagħmlu li jfettlilna għax nistgħu nkunu qed nagħmlu aktar ħsara milli ġid.", "U int titlob parir/i mingħand xi ħadd għaqli u li jimxi mas-sewwa biex tħalli li tiġi ggwidat/a f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-avvanz spiritwali tiegħek jew ta' dawk fdati f'idejk?", "Jekk le, itlob lill-Mulej jilluminak għand min tista' tmur u forsi lil min tista' tagħżel bħala direttur spiritwali tiegħek hekk kif għamlu l-qaddisin.", "Talba", ":", "Itlob għalina, għażiż San Frumenzju, biex aħna wkoll", "\"nikbru fejn ġejna mħawla.\"", "Int kont għadek tifel żgħir f'artijiet strambi u pagani, imma għamilt l-aħjar li stajt fis-sitwazzjoni li sibt ruħek fiha u wassalt il-verità u l-ħajja f'dik l-art abbandunata qalb nies mitlufa.", "Nitolbu biex bl-interċessjoni tiegħek inwasslu aħna wkoll id-dawl ta' Kristu kull fejn inkunu bit-tama li nkunu ta' ispirazzjoni għall-oħrajn biex huma wkoll jaslu biex jimxu wara Ġesù.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://oca.org/saints/lives/2015/11/30/103451-st-frumentius-the-archbishop-of-abyssinia-ethiopia", "Alternative Reading:", "https://www.americaneedsfatima.org/Saints-Heroes/st-frumentius-of-ethiopia.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Frumentius", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6b9738', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-3-3-san-ansgar/", "title": "3 ta' Frar: San Ansgar", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ansgar", "\"Kieku kien jistħoqqli dawn it-tip ta' favuri mingħand Alla tiegħi, kieku kont nitolbu li jagħmilli miraklu wieħed: dak li bil-grazzja Hu jagħmel minni raġel tajjeb.\" –", "San Ansgar lil wieħed mis-segwaċi tiegħu li kien immeraviljat bil-mirakli kollha li kien qed iwettaq dan il-qaddis.", "SAN ANSGARJU (OSCAR)", "Isqof", "801 – 865", "Tagħrif:", "San Ansgar, appostlu tad-Danimarka u tal-Isvezja, twieled fis-sena 801, f'Amiens, Franza, għand familja nobbli.", "Ġie edukat mill-patrijiet benedittini fil-monasteru ta' Corbie l-Qadim, f'Picardy, Franza, u wara sar patri fl-istess monasteru.", "Fis-sena 826, mar id-Danimarka bħala missjunarju, iżda ftit li xejn kellu suċċess.", "Wara tliet snin, fuq stedina tar-Re Bjorn, mar l-Isvezja, fejn irnexxielu jikkonverti xi ftit nies, u bena l-ewwel knisja Nisranija.", "F'inqas minn sentejn, fis-sena 832, ġie msejjaħ biex ikun l-Abbati tal-Monasteru ta' Corbie l-Ġdida, f'Westphalia, il-Ġermanja, u l-Isqof ta' Hamburg.", "Wara tlettax-il sena bħala Isqof ta' Hamburg, fis-sena 845, kellu x-xorti ħażina li jara n-Normanni jinvadu u jħarbtu l-pajjiż, u minħabba fihom ukoll, id-Danimarka u l-Isvezja reġgħu qalbu għall-paganiżmu.", "Fis-sena 848, ġie maħtur Arċisqof ta' Brema, il-Ġermanja, u sitt snin wara, fis-sena 854, flimkien ma' grupp ta' missjunarji, reġa' mar id-Danimarka.", "Irnexxielu jikkonverti lir-Re Erik ta' Jutland, u wara lir-Re Olaf tal-Isvezja.", "Miet fil-paċi fi Bremen fis-sena 865, u ġie midfun fil-Katidral tal-Belt.", "Wara l-mewt tiegħu, l-Isvezja reġgħet saret pagana u baqgħet hekk għal żewġ sekli, sakemm reġgħu marru hemm missjunarji oħra.", "Ħsieb", ":", "Ansgar (jew Oskar) jissejjaħ l-Appostlu tal-Iskandinavja għax ħadem ħafna fid-Danimarka u fl-Isvezja.", "Ansgar kien predikatur u amministratur jinqala'.", "Kien bniedem mogħti għat-tgħakkis u jħobb il-foqra.", "Kien jixtieq imut martri, iżda miet fil-paċi fi Bremen fl-età ta' 65 sena.", "B'xorti ħażina wara l-mewt ta' San Ansgar (jew Oskar) l-Isvezja reġgħet lura kompletament għall-paganiżmu.", "L-istorja tirreġistra dak li n-nies jagħmlu, aktar milli dak li n-nies huma.", "Iżda l-kuraġġ u l-perseveranza tal-irġiel u n-nisa bħal Ansgar jistgħu jiġu biss minn bażi solida ta' kuraġġ u perseveranza Missjunarja.", "Il-ħajja ta' Ansgar għandha tfakkarna wkoll li Alla jikteb dritt fuq il-linji mgħawġin li nagħmlulu aħna.", "Kristu jieħu ħsieb tal-effetti tal-apostolat bil-mod uniku tiegħu, imma l-ewwel interess tiegħu jibqa' dejjem il-qdusja tal-appostli u d-dixxipli nfushom.", "L-appostolat jiġi wara.", "Jiġifieri, minkejja li l-istorja tirrakkuntalna li wara l-mewt ta' Ansgar, in-nies reġgħet lura għall-paganiżmu, Alla kien kuntent bil-qdusija tal-qaddej tiegħu Ansgar, minkejja li forsi deher li falla fil-vokazzjoni tiegħu bħala missjunarju.", "Alla jinteressah mill-persuna li tagħmel ħilitha biex tħobbu aktar milli mis-suċċessi miksuba b'riżultat tal-appostolat li l-persuna tagħmel.", "Rakkont ħelu dwar dan il-qaddis, jgħid li wieħed mill-segwaċi ta' San Ansgar kien immeraviljat bil-mirakli kollha li kien qed jagħmel dan il-qaddis.", "Ansgar sab rimedju għal dan u qallu:", "\"Kieku kien jistħoqqli dawn it-tip ta' favuri mingħand Alla tiegħi, kieku kont nitolbu li jagħmilli miraklu wieħed: dak li bil-grazzja Hu jagħmel minni raġel tajjeb.\"", "Ejjew nitolbu lill-Mulej biex il-fidi Nisranija tibqa' dejjem tissaħħaħ fil-pajjiżi tal-Iskandinavja fejn San Ansgar ħadem b'ħeġġa mill-ikbar.", "Imma xi ngħidu għal pajjiżna?", "Bħalma Ansgar jissejjaħ l-Appostlu tal-Iskandinavja, San Pawl huwa l-Appostlu ta' Malta jew \"Missierna fil-Fidi.\"", "F'hiex inhi l-fidi li rċevejna aħna?", "Forsi ftit ftit qed nerġgħu insiru pagani?", "Fid-Diskors tiegħu l-Papa Benedittu XVI, meta kien fil-grotta ta' San Pawl, ir-Rabat, Malta", "(17 ta' April, 2010) qal dan:", "\"Il-pellegrinaġġ tiegħi f'Malta beda b'mument ta' talba fis-skiet fil-Grotta ta' San Pawl li ġab għall-ewwel darba l-fidi lil dawn il-gżejjer.", "Il-ħidmiet appostoliċi ta' Pawlu taw ukoll ħsad għani fil-ġenerazzjonijiet ta' predikaturi li segwew il-passi tiegħu, u b'mod partikolari fl-għadd kbir ta' saċerdoti u reliġjużi li imitaw iż-żelu missjunarju tiegħu billi ħallew Malta biex iwasslu l-Evanġelju fi xtut imbiegħda.", "Waqt li jien fostkom bħala s-Suċċessur tal-Appostlu Pietru, jien", "nistedinkom biex tisimgħu l-kelma ta' Alla mill-ġdid, kif għamlu l-antenati tagħkom, u tħalluha tisfida l-modi ta' kif taħsbu u l-mod kif tgħixu ħajjitkom.", "Minn dan il-post qaddis minn fejn il-predikazzjoni appostolika xterdet ma' dawn il-gżejjer kollha, jien insejjaħ lil kull wieħed u waħda minnkom biex tidħlu għal din l-isfida eċċitanti tal-evanġelizzazzjoni ġdida.", "Għixu l-fidi tagħkom b'mod dejjem isħaħ:", "mal-membri tal-familji tagħkom,", "fl-inħawi fejn tgħixu,", "fil-post tax-xogħol u", "fit-tessut sħiħ tas-soċjetà Maltija.", "B'mod partikolari jien inħeġġeġ lill-ġenituri, lill-għalliema u lill-katekisti biex jitkellmu ma' oħrajn fuq il-laqgħa ħajja tagħhom infushom ma' Ġesù Ħaj, l-aktar maż-żgħażagħ li huma l-futur ta' Malta.", "'Il-fidi tissaħħaħ meta tingħadda lill-oħrajn!' (ara Redemptoris Missio, 2).", "Emmnu li l-mumenti tagħkom ta' fidi jiżguraw laqgħa ma' Alla li fis-setgħa qawwija tiegħu jmiss il-qlub tal-bnedmin.", "B'dan il-mod intom tintroduċu liż-żgħażagħ għas-sbuħija u l-għana tal-fidi Kattolika u toffrulhom katekeżi soda b'mod li tistednuhom għal sehem dejjem aktar attiv fil-ħajja sagramentali tal-Knisja.", "Id-dinja teħtieġ din ix-xhieda!", "Quddiem tant theddidiet għas-sagralità tal-ħajja umana, u għad-dinjità taż-żwieġ u tal-familja, m'għandhiex tidher il-ħtieġa li n-nies tal-lum jitfakkru l-ħin kollu fil-kobor tad-dinjità tagħna bħala wlied Alla u fis-sejħa sublimi li rċevejna fi Kristu?", "M'għandhiex is-soċjetà l-ħtieġa li terġa' tagħmel tagħha u tiddefendi dawn il-veritajiet morali fundamentali li jibqgħu l-pedament ta' libertà awtentika u progress ġenwin?", "Iss'issa, kif kont quddiem din il-Grotta, jien irriflettejt fuq id-don spiritwali kbir (ara Rum 1:11) li Pawlu ta lil Malta,", "u jien tlabt li intom tkun tistgħu żżommu bla mittiefes il-wirt imħolli lilkom mill-Appostlu l-kbir.", "Jalla l-Mulej iwettaq lilkom u lill-familji tagħkom fil-fidi li topera permezz tal-imħabba (ara Galatin 5:6) u tagħmilkom xhieda ferrieħa tat-tama li qatt ma tqarraq (ara Rumani 5:5).\"", "Talba", ":", "O Alla, int bgħatt lill-isqof Sant'Ansgarju biex iwassal id-dawl tiegħek lil bosta ġnus; agħtina l-għajnuna tat-talb tiegħu, ħalli nimxu dejjem 'il quddiem fid-dawl tal-verità tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-ansgar/", "Alternative Reading:", "http://stansgar.weebly.com/st-ansgar.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Ansgar", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6bd194', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-3-23-san-gwann-ta-capestrano/", "title": "23 ta' Ottubru: San Ġwann ta' Capestrano", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann ta' Capestrano", "\"Dawk li huma msejħa biex jieklu mill-mejda tal-Mulej għandhom jiddu bid-dija li tiġi mill-eżempju tajjeb ta' ħajja li jixraqielha t-tifħir u bla nuqqas.\" –", "San Ġwann ta' Capestrano", "SAN ĠWANN TA' CAPESTRANO", "Saċerdot", "1386 – 1456", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled f'familja prominenti, f'Capestrano, l-Italja, fl-1386.", "Meta kien għadu tifel żgħir tilef lil missieru, u rabbietu ommu waħidha.", "Studja l-Liġi, laħaq avukat, u beda l-karriera tiegħu mal-Gvern.", "Fl-1412, meta kellu 26 sena, inħatar Gvernatur ta' Perugia.", "Kien amministratur kapaċi u fl-istess ħin onest.", "Fl-1416, qamet gwerra bejn Perugia u Malatesta.", "San Ġwann mar biex jagħmilha ta' ambaxxatur tal-paċi, iżda tal-Malatesta xeħtuh il-ħabs.", "Meta kien priġunier għaraf kemm ma kienu jiswew xejn quddiem Alla, is-setgħa, l-unuri u l-ġid tad-dinja.", "Hekk kif inħeles, fl-istess sena li fiha kien waqa' priġunier, daħal mal-Patrijiet Franġiskani.", "Fl-1425, ordna saċerdot.", "Fl-Ordni ltaqa' ma' San Bernardinu ta' Siena, sar ħabib tiegħu ħafna, bħalu sar predikatur kbir u xerred id-devozzjoni lejn l-Isem Imqaddes ta' Ġesù.", "Ġera bla serħan mal-Ewropa kollha biex isaħħaħ lill-popli fil-ħajja Nisranija u jeħodha mal-eretiċi.", "Fl-1439, San Ġwann mar Milan biex jaħdem kontra x-xiżma li nħolqot mill-antipapa Feliċ V. Mis-sena 1439, 'il quddiem, erba' Papiet wara xulxin bagħtuh bħala Legat tagħhom fil-Palestina, fil-Polonja, fi Franza (fejn iltaqa' ma' Santa Collette u ħeġġiġha biex tkompli tifforma lis-Sorijiet Klarissi), fl-Awstrija u fil-Bohemia (fejn irnexxielu jġib ħafna eretiċi lura fil-Fidi).", "Biċċa xogħol kbira li għamel f'ħajtu, kienet li wara l-waqgħa ta' Kostantinopli f'idejn il-Musulmani fl-1453, imħeġġeġ mill-Papa Kallistu III, organizza Kruċjata biex iwaqqaf l-avvanz tal-armata Musulmana taħt Mohammed II.", "Hu stess ħa sehem fiha, għamel standard kbir bl-Isem ta' Ġesù miktub fuqu, u kien ta' kuraġġ kbir u għen ħafna biex l-Insara jirbħu l-battalja ta' Belgrad, fl-1456.", "Tliet xhur wara, San Ġwann miet f'Villach, Awstrija, fit-23 ta' Ottubru 1456, fl-età ta' 70 sena, u kien ikkanonizzat fl-1724.", "Il-laqam li ngħatalu huwa dak ta' \"suldat qaddis\" u huwa awtur ta' bosta opri kontra l-ereżiji ta' żmienu.", "Huwa wkoll il-patrun tal-kappillani militari u ta' dawk li jaħdmu fil-liġi.", "Ħsieb", ":", "Fuq il-qabar ta' dan il-qaddis fil-belt Awstrijaka ta' Villach, il-gvernatur kiteb dan il-messaġġ:", "\"Dan il-qabar iżżomm lil Ġwanni, imwieled Capistrano, raġel li jistħoqqlu t-tifħir, difensur u promotur tal-fidi, gwardjan tal-Knisja, protettur ferventi tal-Ordni tiegħu, ornament għad-dinja kollha, li kien iħobb il-Verità u l-Ġustizzja reliġjuża, mera tal-ħajja, gwida żgura fid-duttrina; imfaħħar minn numru bla qies ta' ilsna, issa hieni jsaltan fis-sema.\"", "Immaġinak tgħix f'pajjiż fejn il-pesta u l-gwerer ċivili qerdu l-popolazzjoni u komplew jheddu l-għajxien ta' ħafna għal perjodu ta' żmien.", "Żmien fejn kienet teżisti konfużjoni fil-Knisja b'żewġ u xi kultant bi tliet irġiel jgħidu li huma l-Papa.", "Fl-aħħar nett, ippretendi li għandek ir-responsabbiltà ta' ordni reliġjuża maqsuma b'ħafna kampijiet opposti.", "Dawn iċ-ċirkostanzi xejn sbieħ u ta' niket jipprovdu sfond għall-ħajja ta' San Ġwann ta' Capistrano u jagħtuna perspettiva dwar l-azzjonijiet tiegħu.", "U llum fejn ninsabu?", "Fid-dinja?", "F'pajjiżna?", "Hemm raġuni għalfejn id-dinja tinsab f'kaos.", "Aktar ma nneħħu lil Alla mis-soċjetà, aktar ma nwarrbuh u nagħtuh il-ġenb, aktar joħroġ kaos.", "Hija r-riċetta għad-diżastru.", "Iswed, abjad, kannella, isfar, aħmar, vjola ... ma jimpurtax liema kulur tal-ġilda għandek.", "Ġesù ma ġiex biex isalva r-razez imma l-erwieħ!", "Dinja li tibqax iżżomm għajnejha fuq Alla hi dinja mifxula fid-dlam.", "U sfortunatament, illum dan huwa evidenti ħafna.", "Imma San Ġwann ta' Capistrano jurina li meta kollox jidher bla tama, irridu niftakru li hemm qawwa fl-Isem ta' Ġesù.", "Huwa ġabna lura f'għaqda ma' Alla li kienet inkisret bid-dnub.", "Huwa salva l-umanità kollha, u ħallas il-prezz tad-dejn tagħna darba għal dejjem.", "Huwa waqqafna fuq saqajna fit-triq id-dejqa biex aħna nagħmlu opri tajba, fejn għandna nuru rispett lejn kulħadd.", "Huwa salvana mill-iskjavitù tad-dnub fuq dak is-salib u bih ksibna l-veru ħelsien!", "\"Il-predikazzjoni tas-salib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw, għalina, hi l-qawwa ta' Alla\"", "(1 Korintin 1:18).", "Meta Ġesù xerred għalina demmu fuq is-salib, ġabilna l-libertà, il-maħfra, is-salvazzjoni u l-ħajja eterna ... jekk irridu biss \"ikollna l-fidi u nemmnu.\"", "Il-qawwa tal-Isem ta' Ġesù ma spiċċatx mas-salib imma ħarġet rebbieħa fis-salib!", "Ġesù jfittex in-nagħaġ mitlufa, qalb il-midinbin.", "Huwa lest li jqajjimna mill-mewt spiritwali tagħna, lilna lkoll, li forsi ninsabu mejta fi dnubietna.", "M'hemm l-ebda tama għar-rikonċiljazzjoni ma' Alla mingħajr il-maħfra tad-dnubiet u mingħajr ma' wieħed jirrikorri għas-Sagrament tal-Qrar fejn fih u permezz tiegħu, id-Demm u l-Isem ta' Ġesù jħolluna minn dnubietna.", "Għalhekk jista' jkunu li għalik li qed taqra, wasal iż-żmien li inti tieħu deċiżjoni u ma tibqax titratjeni jew tipposponi.", "Għada jista' jkun tard wisq.", "Tibqax lura milli tisma' u twieġeb għas-sejħa li jista' jkun qed jagħmillek Alla fil-qalb tiegħek f'dan il-mument.", "Tkellem ma' Alla,", "għidlu fi kliemek li inti lest għal ħajja ġdida fih,", "itolbu jagħtik il-qawwa u l-għajnuna biex tassew jiddispjaċik minn dnubietek kollha, tindem minnhom,", "biex jgħinek tipprepara ruħek għal qrara tajba,", "biex jagħtik il-kuraġġ biex tmur u tagħmilha", "u deċiżjoni soda li tibqa' miexja warajh u tgħix ħajja li togħġbu.", "Meta tkun ħallejt lill-Mulej inaddfek mid-dnub, imbagħad ersaq irċevieH fit-Tqarbin imqaddes biex Hu nnifsu ġewwa fik, ikun jista' jimliek bi mħabbtu li tgħaxxaq u jqawwik.", "San Ġwann ta' Capestrano jwissi: \"Dawk li huma msejħa biex jieklu mill-mejda tal-Mulej għandhom jiddu bid-dija li tiġi mill-eżempju tajjeb ta' ħajja li jixraqilha t-tifħir u bla nuqqas.\"", "Imbagħad, wara dan, il-Mulej li wegħedna Paċi li d-dinja ma tistax tagħtina,", "ifawrek bil-", "Paċi", "tiegħu,", "jimlielek qalbek bil-", "Ferħ", "u f'ruħek jagħtik il-", "Grazzji", "li għandek bżonn biex ma tħarisx iżjed lura imma biss 'il quddiem u tħallih imexxik id f'id fit-toroq tiegħu filwaqt li", "Tafdah", "li Hu kapaċi", "jieħu ħsiebek f'kollox", "tul il-vjaġġ tiegħek f'din id-dinja mudlama.", "U meta tiltaqa' mal-hemm u l-għawġ tal-ħajja, ħa jkollok dak l-", "ottimiżmu Nisrani", "qawwi li jitnissel minn", "fidi soda f'Ġesù Kristu", "Sidna, bħalma kellu San Ġwann ta' Capestrano.", "Talba", ":", "O Alla, int bgħatt lil San Ġwann ta' Capestrano biex iqawwi lill-poplu fidil tiegħek fi żminijiet ta' biża' u dwejjaq; żommna sħaħ taħt il-ħarsien tiegħek, u mexxi dejjem il-Knisja tiegħek fis-sliem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-john-of-capistrano-633", "Alternative Reading:", "https://www.roman-catholic-saints.com/saint-john-of-capistrano.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_of_Capistrano", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee6eede2', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-6-16-santa-margerita-marija-alacoque/", "title": "16 ta' Ottubru: Santa Margerita Marija Alacoque", "text": ["Verżjoni", "Vidjo:", "Santa Margerita Marija Alacoque", "\"Ara din il-Qalb li tant ħabbet il-bnedmin u li hi maħbuba ftit minnhom.", "Jien inwiegħed li niftaħ qalbi u nxerred l-imħabba abbundanti fuq dawk kollha li jonorawha jew iqimuha.\" –", "Kelmiet Ġesù nnifsu lil Santa Margerita Marija Alacoque.", "SANTA MARGERITA MARIJA ALACOQUE", "Verġni", "1647 – 1690", "Tagħrif:", "Santa Margerita Marija twieldet fid-Djoċesi ta' Autun, Franza, fl-1647.", "Meta kellha tmien snin tilfet lil missierha.", "Kien għad għandha ħdax-il sena meta bdiet issofri ħafna bir-rewmatiżmu, u meta tnejn minn ħutha bdew jitrattaw ħażin lilha u lil ommha, hi bdiet issib ħafna faraġ f'Ġesù Sagrament.", "Minn kmieni wriet devozzjoni speċjali lejn Ġesù Ewkaristija.", "Irrifjutat proposti għaż-żwieġ, u fl-1671, meta kellha 24 sena, daħlet soru tal-Viżitazzjoni f'Paray-le-Monial, u għamlet avvanzi tal-għaġeb fit-triq tal-perfezzjoni.", "Hija talbet lill-majjistra tan-novizzi tgħidilha x'kellha tagħmel biex timmedita.", "Il-majjistra weġbitha biex tpoġġi lilha nnifisha quddiem Alla bħala tila vojta.", "Sa minn mindu kellha 20 sena Margerita esperjenzat dehriet ta' Kristu, u fis-27 ta' Diċembru 1673, kellha bidu għal serje ta' rivelazzjonijiet li kellhom ikomplu għas-sena u nofs ta' wara.", "Fihom, il-Mulej urieha mħabbtu lejn id-dinja.", "F'dawn ir-rivelazzjonijiet Kristu għarrafha li hu kien għażilha bħala strument biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu; għarrafha wkoll b'devozzjoni ġdida fil-Knisja li kellha tkun magħrufa bħala tad-Disa' Ġimgħat u wkoll l-Ora Santa.", "Talabha wkoll li fil-Knisja titwaqqaf il-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi fuq l-Ottava ta' Corpus Christi.", "Is-superjura tagħha, Madre de Saumaise, ħaditha kontra tagħha fl-isforzi tagħha biex timxi fuq l-istruzzjonijiet li hija kienet irċeviet fir-rivelazzjonijiet.", "Imma mbagħad aċċettat.", "Anki fost sħabha, ħafna ma setgħux iniżżluha li kellha dehriet ta' Kristu.", "Margerita sabet appoġġ kbir fil-persuna ta' San Klawdju la Colombière, SJ li għal xi żmien kien il-konfessur tal-komunità.", "Bil-għajnuna ta' San Klawdju de la Colombiere SJ li ddikjara li r-rivelazzjonijiet kienu ġenwini, Santa Margerita Marija bdiet dawn id-devozzjoni u bl-isforzi tagħha ġiet imwaqqfa l-festa tal-Qalb ta' Ġesù.", "L-oppożizzjoni fil-komunità waqfet meta fl-1683 ġiet eletta superjura l-Madre Mélin li għażlet lil Margerita bħala l-assistenta tagħha.", "Hi mbagħad saret majjistra tan-novizzi.", "Hi rat ukoll, fl-1686 – erba' snin qabel mietet – il-kunvent jibda josserva privatament il-festa tal-Qalb ta' Ġesù; u sentejn wara nbniet kappella f'Paray-le-Monial iddedikata lill-Qalb ta' Ġesù.", "Malajr l-osservanza tal-festa bdiet tixtered fil-kunventi l-oħra tas-Sorijiet Viżitandini.", "Margerita Alacoque mietet ta' 43 sena f'Paray-le-Monial fis-17 ta' Ottubru 1690, u ġiet ikkanonizzata fl-1920 mill-Papa Benedittu XV.", "Ġisimha jinsab taħt l-artal tal-Kappella tal-kunvent ta' Paray.", "Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Ġesù ġiet uffiċjalment rikonoxxuta 75 sena wara mewtha fl-1765 minn Klement XIII.", "Ħsieb", ":", "Għandna d-drawwa sabiħa li x-xahar ta' Ġunju nqisuh bħala xahar iddedikat lill-Qalb ta' Ġesù.", "Diversi parroċċi jorganizzaw mumenti ta' talb u adorazzjonijiet u ħafna minna nieħdu sehem f'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.", "Imma xi jfisser li tkun devot lejn il-Qalb ta' Ġesù?", "Min fejn u meta beda dan il-kult lejn il-Qalb ta' Ġesù?", "Sa minn żmien San Bernard u l-iskola ta' spiritwalità taċ-Ċisterċensi naraw żvilupp tal-kult lejn l-umanità ta' Kristu.", "Dan kien bejn is-sekli ħdax u tnax.", "Din il-qima tinbena fuq il-kliem ta' San Ġwann f'Kap 19 vers 37 li jaqra", "\"Huma għad iħarsu lejn min nifdu.\"", "Fl-1765, il-Knisja bdiet tiċċelebra l-festa tal-Qalb ta' Ġesù u, għalhekk, din il-qima saret aktar popolari.", "Id-devozzjonijiet ewlenin, partikularment l-adorazzjoni riparatriċi, is-Siegħa Qaddisa (ora santa), u l-ewwel Ġimgħa tax-xahar bdew f'dan iż-żmien.", "Fl-1928, il-Papa Piju XI fl-Enċiklika", "Miserentissimus Redemptor", "(Ir-Redentur l-aktar Ħanin) afferma l-pożizzjoni tal-Knisja dwar dan il-kult bl-esperjenzi mistiċi ta' San Ġwann Eudes (1601-1680) u Santa Margerita Marija Alacoque (1647-1690).", "Aktar tard, fl-1956, il-Papa Piju XII fl-ittra Enċiklika tiegħu", "Haurietis Aquas", "tana d-duttrina uffiċċjali tal-Knisja dwar il-qima lejn il-Qalb ta' Ġesù.", "Santa Margerita Marija Alacoque hi meqjusa bħala l-persunaġġ l-aktar importanti fl-istorja riċenti tal-qima lejn il-Qalb ta' Ġesù.", "Kellha diversi esperjenzi mistiċi u rivelazzjonijiet.", "M'hemm xejn x'jindika li din is-soru kellha għarfien ta' din id-devozzjoni qabel ma kellha dawn l-esperjenzi.", "Hija ġiet iddikjarata beata fl-1864 mill-Papa Piju IX u qaddisa fl-1920 mill-Papa Benedittu XV.", "Bla dubju dawn iż-żewġ mumenti fl-istorja tal-Knisja ħallew effett fuq Madre Margarita De Brincat (1862-1952) – fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù.", "Fil-ħafna esperjenzi li Santa Margerita Marija Alacoque kellha, Ġesù għamel tnax–il wegħda lil dawk li huma tassew devoti tal-Qalb Imqaddsa tiegħu:", "Jiena nagħtihom il-grazzji kollha li jkollhom bżonn fil-ħajja tagħhom.", "Jiena nġibilhom il-paċi fid-dar tagħhom.", "Jiena nfarraġhom fid-dwejjaq kollha tagħhom.", "Jiena nkun ir-refuġju tagħhom waqt il-ħajja, u fuq kollox waqt il-mewt.", "Jiena nxerred barka kbira fuq kulma jagħmlu.", "Il-midinbin isibu f'qalbi ħniena bla tarf.", "Erwieħ berdin jitħeġġu bl-imħabba.", "Erwieħ devoti jitilgħu fi qdusija akbar.", "Jiena nbierek id-dar fejn ix-xbieha tal-Qalb Tiegħi hija esposta u meqjuma.", "Jiena nagħti l-grazzja lill-qassisin li jikkonvertu l-qlub iebsin tal-midinbin kbar.", "Min ixerred din id-devozzjoni jkollu ismu miktub f'Qalbi u minn hemm ma jitħassar qatt.", "Lil dawk kollha illi jitqarbnu fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar għal disa' darbiet wara xulxin, jien, nagħtihom il-grazzja tal-indiema waqt il-mewt, li ma jmutux imbegħdin minni, li jirċievu s-sagramenti, u fil-mewt qalbi tkun il-port tas-salvazzjoni tagħhom.", "Kieku din l-aħħar wegħda hekk kbira ma ħarġitx minn fomm l-Iben t'Alla konna naqtgħu qalbna, għax hi ħaġa kbira li b'disa' tqarbiniet, wieħed bħal ikollu jedd għall-ġenna.", "Imma l-Papa Benedittu xandarha hu wkoll u għamel qaddisa lil Santa Margerita Marija Alacoque.", "Nemmen li ħafna adulti jippratikaw din id-devozzjoni, pero mhux biżżejjed, jeħtieġ li ngħallmu lil uliedna ukoll biex jipprattikaw din id-devozzjoni u nkunu devoti lejn l-Ewkaristija u l-grazzji li Ġesù għoġbu jagħtina għax għandu mħabba kbira lejna.", "It-teoloġi jgħidu li wieħed jista' jemmen, jew ma jemminx ir-rivelazzjonijiet privati.", "Bix-xjenza ma nistgħux nippruvawhom.", "Imma nistgħu niddubitaw il-messaġġ ta' din il-Qaddisa li Alla jħobbna bi mħabba tal-ġenn?", "L-imħabba titħallas bl-imħabba.", "Hekk qed inħallsuh aħna lil Alla?", "Jew bl-ingratitudni li qed jagħmlu ħafna, kif ilmenta Ġesù mal-Qaddisa?", "Imma kif tkun devot tal-Qalb ta' Ġesù?", "Ir-risposta sempliċi hi li tħobb kif iħobb Ġesù u dan nistgħu inkunu nafuh mill-Vanġelu.", "Din it-talba, ispirata minn Fr Pedro Arrupe SJ, li kien Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti; għandha tagħtik dawl ġdid dwar kif ħabb Ġesù; kemm kien uman fl-imħabba Divina tiegħu:", "\"Agħmel Mulej li nħoss bl-istess sentimenti ta' Qalbek.", "Għallimni kif kont iġġib ruħek mad-dixxipli tiegħek, l-aktar dawk viċin tiegħek, bħal Pietru u Ġuda... kif ħsiltilhom saqajhom!", "Fakkarni kif ġibt ruħek mal-midinbin, mat-tfal, mal-Fariżej, ma' Pilatu u ma' Erodi.", "Għallimni nagħder lil min qed ibati, lill-foqra, lill-għomja, lill-magħtubin, lill-lebbrużi.", "Urini kif kont taqsam man-nies dak li kien l-aktar għal qalbek... meta ħariġlek id-dmugħ jew meta ħassejtek imnikket u mdejjaq.", "Int ma żammejtx lura milli twissi lil min ma kienx jimxi sew iżda t-tjubija tiegħek kienet tiġbed il-follol.", "Tassew li kont iebes miegħek innifsek meta għext imċaħħad minn ħafna ħwejjeġ u ħdimt bla waqfien, iżda mal-oħrajn kont kollok tjubija u ħerqan biex taqdihom.", "Qalbek kienet tistrieħ fl-intimità ma' Missierek fit-talb... ta' spiss tul il-lejl kollu.", "Biddilt il-ħajja ta' dawk li ltaqgħu miegħek.", "Kif jista' xi ħadd jinsa l-impatt li kellek fuq Marija Maddalena jew fuq il-ħalliel it-tajjeb waqt li kont imdendel fuq is-salib, bla ma ħaqqek.", "Ġesù iġbidni lejn Qalbek, minfuda bi mħabba għall-bnedmin...għalija.", "Fil-pjagi tiegħek aħbini sabiex imġedded mill-Ispirtu Tiegħek, inkun xhud tal-Imħabba Tiegħek f'dak kollu li jinqala' f'ħajti.\"", "Ngħidu li meta tkun taf persuna tibda tħobbha aktar, u aktar ma tħobbha tkun trid issir taf iktar dwarha.", "Il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù tistedinna biex insiru nafuh u nħobbuh aktar, biex wara inxandruh mal-oħrajn.", "Talba", ":", "O Alla ta' dejjem li tista kollox, ħares lejn il-Qalb tal-maħbub Iben tiegħek u lejn it-tifħir u t-tpattija li jagħtik f'isem il-midinbin, u lilhom, waqt li jitolbu l-ħniena tiegħek, agħtihom il-maħfra fl-isem tal-istess Ibnek Ġesù Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/st-margaret-mary-alacoque.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-margaret-mary-alacoque/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Margaret_Mary_Alacoque", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Parti mill-ħsieb huwa meħud minn artiklu ta' Joseph u Melissa Anne D'Emanuele."]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-2-2-il-prezentazzjoni-tal-mulej/", "title": "2 ta' Frar: Il-Preżentazzjoni tal-Mulej", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Preżentazzjoni tal-Mulej", "\"Dawl biex idawwal il-ġnus\" –", "Luqa 2:32", "IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ", "Tagħrif:", "llum, jaħbat l-erbgħin jum wara l-Milied, u l-Knisja tfakkarna fil-Preżentazzjoni ta' Ġesù fit-tempju u fil-Purifikazzjoni tal-Verġni Marija.", "Erbgħin jum wara t-twelid ta' Ġesù, il-Madonna u San Ġużepp marru fit-tempju biex jagħmlu ċerimonja reliġjuża li kienet preskritta fil-Liġi ta' Mosè biex joffru t-tarbija tagħhom bħala l-ewwel wild lil Alla.", "L-għan ta' din iċ-ċerimonja kien biex il-Lhud jifhmu li l-ulied ta' Alla, afdati f'idejn il-ġenituri, li flok Alla, kellhom jieħdu ħsiebhom.", "Il-Liġi kienet tgħid ukoll li l-għonja kellhom joffru ħaruf u ħamiema bħala offerta; fil-waqt li l-foqra joffru par gamiem jew żewġ bċieċen.", "Din tal-aħħar kienet l-offerta tal-Madonna u ta' San Ġużepp, għax kienu fqar.", "(Luqa 2:22)", "Xmun, xwejjaħ li kien fit-tempju, ħa t-tarbija f'idejh u mnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, għarfu bħala l-Messija Mwiegħed.", "U wara l-preżentazzjoni, sakemm kien qed jitkellem mal-ġenituri, daħlet il-Profetessa Anna, u hi wkoll għarfet fit-tarbija l-Messija li kien wasal.", "Din il-festa tissejjaħ ukoll \"il-Gandlora,\" għax minħabba l-kliem li bih Xmun sejjaħ lil Ġesù: \"Dawl biex idawwal il-ġnus\" (Luqa 2:32), kienet daħlet drawwa fil-Knisja li jitbierku u jinxtegħlu x-xemgħat.", "Il-Knisja tagħmel din il-festa mhux biss biex tfakkarna f'din il-ġrajja, iżda wkoll biex tħajjarna nerġgħu inġeddu l-offerta tagħna nfusna lil Alla.", "Fir-Rużarju wkoll meta naslu fir-raba' misteru tal-Ferħ, nieqfu naħsbu għal ftit fuq dan l-episodju.", "Ħsieb", ":", "Fit-2 ta' Frar, 2018, l-Isqof ta' Għawdex, Mons. Mario Grech qal dan fl-omelija li għamel tal-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej:", "\"Bħal donnu fi żminijietna kulma jmur il-lejl qed jitwal u d-dlam isir aktar iswed!", "Qed ngħid għad-dlam li jaħkem il-moħħ meta dan ma jibqax iffukat fuq il-verità; qed ngħid għad-dlam li jimla l-qalb meta l-imħabba vera ssir skarsa; u qed nirreferi għad-dalma tar-ruħ meta d-dubji jibdew jherru l-fidi tagħna f'Alla wieħed fi Tliet Persuni u fi Kristu Feddej tal-umanità.", "Imma x'ser insewwu jekk noqogħdu neqirdu fid-dlam?", "Il-qrid ikompli jikkarga d-dlam.", "Għalhekk ikun aħjar jekk f'din is-sitwazzjoni naraw kif nistgħu nixegħlu mqar xrara waħda biex hekk negħlbu d-dlam.", "Il-festa tal-Gandlora, jew aħjar, tal-Preżentazzjoni ta' Ġesù fit-Tempju, hija festa tad-dawl.", "Fil-fatt, meta Xmun ħa f'idejh lil Ġesù tarbija, sejjaħlu 'dawl li jdawwal il-ġnus.'", "Bir-raġun, għax f'idejh Xmun kien qed jerfa' lil Kristu li jsejjaħ lilu nnifsu 'd-dawl tad-dinja.'", "Xmun, li bħalek u bħali kien ilu fid-dlam, stejqer meta wara tant stennija u qtigħ il-qalb, fid-dawl ta' Kristu beda jara t-tamiet ta' ġensu jitwettqu, u hekk id-dlam jirtira: 'Il-poplu li kien miexi fid-dlam, ra dawl kbir.'", "Kif meta Marija daħlet fit-Tempju ta' Ġerusalemm bit-tarbija f'idejha, hija kienet qiegħda ġġorr id-dawl, hekk meta aħna nidħlu fit-tempju bix-xemgħa tixgħel f'idejna, neħtieġu li nemmnu li qegħdin inġorru lil Ġesù f'idejna.", "Fil-fatt, kull wieħed minna jista' jissejjaħ 'Kristofru' – dak li jġorr lil Kristu.", "Kif Marija kienet strumentali biex id-dawl jasal fejn kien hemm id-dlam (għand Xmun u fit-Tempju), in-Nisrani llum huwa msejjaħ jirrifletti d-dawl ta' Kristu f'dawk l-irqajja' mudlama tal-ħajja.", "Illum, kull min qed ifittex xaqq ta' dawl, qed jistaqsi lilna d-dixxipli ta' Ġesù x'tip ta' risposta għandna għalih.", "Ma' dawn il-persuni mhux biżżejjed li nitkellmu dwar Ġesù jew noqogħdu niddettawlhom il-katekiżmu; f'ċertu sens, dawn iridu jaraw rifless tad-dawl ta' Ġesù.\"", "U int qed tkun dawl għal ħaddieħor billi bi kliemek u b'għemilek twasslilhom lil Kristu li jgħammar f'qalbek u f'ħajtek?", "Talba", ":", "Mulej Ġesù, 40 jum wara t-twelid tiegħek, inti kont meħud fit-tempju mill-ġenituri tiegħek u ppreżentat lil Alla Missierna.", "Fakkarna kontinwament li aħna t-tempju tal-Ispirtu s-Santu.", "Agħmel li d-dawl tiegħek jidher fina.", "Xmun ħabbar li l-qalb ta' Marija se tkun minfuda.", "Kif Marija baqgħet Miegħek fit-tbatija, nitolbuk li aħna nkunu nistgħu nkunu ta' għajnuna 'l dawk li jkunu għaddejja minn kull xorta ta' tbatija.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://opusdei.org/en/article/feast-of-the-presentation/", "Alternative Reading:", "https://www.wordonfire.org/resources/blog/why-the-feast-of-the-presentation-is-more-important-than-you-think/2203/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Presentation_of_Jesus_at_the_Temple", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee7c2ac3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-8-18-san-luqa/", "title": "18 ta' Ottubru: San Luqa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Luqa", "\"Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda sal-jum li fih kien meħud fis-sema, wara li, permezz tal-Ispirtu s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel.", "Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f'erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta' Alla.\"", "Bidu tal-Ktieb tal-Atti 1:1-3 miktub minn San Luqa.", "SAN LUQA", "Evanġelista", "L-ewwel Seklu", "Tagħrif:", "San Luqa kien minn Antjokja, belt ewlenija tas-Sirja.", "Hu kien ta' razza u kultura Griega.", "Fejn, kif u meta kkonverta ma nafux.", "X'aktarx li kkonvertieh San Pawl f'Antjokja, iżda żgur li kkonverta qabel sewwa s-sena 50 w.K.", "San Luqa kien tabib, infatti San Pawl sejjaħlu \"Luqa, l-għażiż tabib\" (Kolossin 4:14).", "Aktarx li kien ukoll jiddeletta jpitter, għax hemm xi pitturi li huma attribwiti lilu.", "F'Malta wkoll hemm tradizzjoni li tgħid li l-pittura tal-Madonna meqjuma fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa hi xogħol idejh, iżda xejn b'ċertezza.", "San Pawl ħadu miegħu fit-tieni u fit-tielet vjaġġi tiegħu.", "San Luqa qatt ma ħallieh lil San Pawl jekk mhux għal xi waqtiet ta' qadjiet għall-knejjes stess.", "Kien miegħu fl-aħħar priġunerija tiegħu fil-ħabs, f'Ruma.", "Meta San Pawl telaq minn Ċesarija għal Ruma, Luqa kien miegħu, u miegħu kien fin-nawfraġju tiegħu f'Malta, u miegħu kien meta wara t-tliet xhur tax-xitwa telaq minn Malta, 61 – 63 W.K.", "San Luqa kiteb it-tielet Vanġelu, u wara, il-ktieb tal-Atti tal-Appostli.", "L-istudjużi moderni jgħidu li kitibhom lejn is-sena 70 – 80 w. K. Ma nafux fejn kitibhom.", "Tradizzjoni tgħid li San Luqa miet martri, imsallab ma' siġra, f'Boeotia, il-Greċja, fil-għomor ta' 84 sena.", "Fl-arti jġibuh b'gendus.", "Dan għaliex jibda l-Vanġelu tiegħu bir-rakkont tal-qassis Żakkarija qed joffri sagrifiċċju fit-tempju.", "Ħsieb", ":", "Il-karattru uniku ta' Luqa jista' jidher l-aħjar mill-enfasi tal-Evanġelju tiegħu, li ngħata numru ta' sottotitoli:", "(1) L-Evanġelju tal-Ħniena u tal-Maħfra", "(a) Ġesù jħenn għall-batut: l-armla ta' Najm (7:11); il-mara milwija (13:10); l-għaxar imġiddma (17:11); fejqan tal-qaddej tal-Qassis il-Kbir fil-Ġetsemani (22:51).", "(b) Ġesù jħenn għall-midinbin: il-midinba anonima li marret tibki f'riġlejn Ġesù (7:36); Żakkew (19:1); \"Il-Mulej dar u ħares lejn Pietru\" (22:61); \"Missier, aħfrilhom\" (23:34); \"Illum tkun fil-Ġenna miegħi\" (23:43).", "(ċ) Parabboli dwar il-ħniena ta' Alla: is-siġra bla frott (13:6); id-drakma mitlufa (15:8); l-iben il-ħali (15:11).", "(d) Ġesù jrid li aħna nuru ħniena: \"Mur, u agħmel hekk int ukoll\" (10:37).", "(e) L-eżempju ta' Luqa fir-rakkont tal-Passjoni, billi ma jsemmix ċerti dettalji, eż. ma jsemmix li Pietru ħalef, li l-kbarat tas-Sinedriju beżqu fuq Ġesù, li s-suldati għamlu kuruna tax-xewk.", "(2) L-Evanġelju tas-Salvazzjoni Universali", "(a) Luqa jurina li Ġesù ġie fid-dinja biex isalva mhux lil-Lhud biss, imma lill-ġnus kollha:", "(i) Xmun jistqarr li Ġesù hu s-Salvatur li Alla ħejja \"għall-popli kollha, dawl biex idawwal il-ġnus\" (2:31-32).", "(ii) Il-Battista jiddikjara li kull bniedem jista' jsir \"bin Abraham\" (3:8).", "(iii) Fil-ġenealoġija ta' Ġesù, Luqa jibqa' sejjer sa Adam, missier il-bnedmin kollha (3:38).", "(iv) Wara li jqum mill-imwiet, Ġesù jgħid lil-Appostli biex ixandru f'ismu l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet lill-ġnus kollha (24:47).", "(b) Luqa jieħu gost isemmi kemm Alla joffri s-salvazzjoni lill-imwarrbin tas-soċjetà:", "(i) Ir-rgħajja kienu mistmella mill-kbarat ta' Ġerusalemm.", "Imma jkunu r-rgħajja li jiġu mistiedna biex imorru jaraw lil Ġesù fil-maxtura (2:8-20).", "(ii) Il-pubblikani u s-suldati kienu mistmella mill-Fariżej u mill-qassisin, u kienu meqjusa minnhom bħala midinbin, għax kienu jaħdmu għas-saltna ta' Ruma.", "Imma Ġwanni l-Battista jurihom li huma wkoll setgħu isalvaw (3:12-14).", "(iii) Min kien jimrad b'xi marda tal-ġilda kien ikollu jitlaq minn daru u jmur jgħix kif jista' 'l barra mill-ibliet u mill-irħula.", "Malli jara lil xi ħadd riesaq fil-qrib, il-marid kellu jibda jgħajjat li hu \"imniġġes.\"", "Min imissu kien jitqies ukoll bħala \"mniġġes.\"", "Imma lil dawn il-morda Ġesù kien iħallihom jersqu quddiemu, kien imisshom u jagħtihom il-fejqan.", "Għax Hu kien is-Salvatur tagħhom ukoll (5:12-13).", "(3) L-Evanġelju tat-Talb", "(a) Luqa jurina lil Ġesù qed jitlob ħafna aktar milli juruhulna l-Evanġelisti l-oħra.", "Ġesù jitlob wara l-magħmudija (3:21); qabel ma jagħżel l-Appostli (6:12); qabel it-trasfigurazzjoni (9:28); qabel ma jgħallem it-talba tal-\"Missierna\" (11:1-4); jitlob għal Pietru (22:32); jitlob qabel imut (23:46).", "(b) Ġesù jħeġġiġna biex nitolbu: il-parabbola dwar il-ħabib li jiġi f'nofs ta' lejl (11:5-13); il-parabbola dwar l-armla li baqgħet tieħu ras l-imħallef sakemm semagħha (18:1-8).", "(ċ) Luqa jurina diversi nies jitolbu: in-nies fit-tempju waqt ir-rit ta' l-inċens (1:10); il-Madonna (1:46); Żakkarija (1:67); ix-xwejjaħ Xmun (2:28); Anna bint Fanwel (2:37); l-Appostli wara li jaraw lil Ġesù tiela' s-sema (24:53).", "(d) Luqa jagħtina tliet kantiċi mill-isbaħ bħala mudelli ta' talb: il-\"Magnificat\", jiġifieri l-Kantiku ta' Marija (1:46-55);", "il-\"Benedictus\", jew il-Kantiku ta' Żakkarija (1:68-79); u l-Kantiku tax-xwejjaħ Xmun, \"Nunc dimittis\" (2:29-32).", "(4) L-Evanġelju tal-Faqar", "(a) Ġesù jagħżel li jkun fqir: jitwieled fil-faqar (2:7); jagħżel bħala ommu mara fqira (2:24); fil-ħajja pubblika tiegħu jiddependi mill-offerti ta' l-oħrajn għall-ikel (8:3); jistqarr li ma kellux fejn imidd rasu (9:58).", "(b) Ġesù juri kemm ir-rikkezzi jistgħu jkunu ta' tfixkil għas-salvazzjoni: iż-żerriegħa li taqa' qalb ix-xewk (8:14); il-parabbola tal-għani iblah (12:15); il-parabbola tal-għani u Lazzru (16:19); iż-żagħżugħ għani (18:18-30).", "(ċ) Ġesù jisħaq li d-dixxipli tiegħu ma għandhomx jorbtu qalbhom mal-ġid tad-dinja: \"Ħadd ma jista' jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu\" (14:33); \"Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus\" (16:13).", "(d) Minn dawk li huma fqar u ma jistgħux itejbu l-kondizzjoni tagħhom, Ġesù jitlob li jaċċettaw il-faqar tagħhom minn idejh u li jkunu ġenerużi mill-ftit li jkollhom: \"Min irid jiġi warajja għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum, u jimxi warajja\" (9:23); Ġesù jfaħħar lil dik l-armla li \"fil-faqar tagħha tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix\" (21:1-4).", "(e) Luqa jkellimna wkoll dwar dak li nsejħulu \"l-faqar tal-ispirtu\", jiġifieri dwar l-atteġġjament ta' umiltà ta' dawk li jagħrfu kemm għandhom bżonn ta' Alla u kemm bil-ħila tagħhom ma jistgħu jagħmlu xejn:", "(i) Marija tagħraf li hija l-fqajra tal-Mulej (1:48)", "(ii) Il-Bxara t-Tajba titħabbar lill-fqajrin (4:18)", "(iii) Fil-parabbola tal-Fariżew u l-pubblikan (18:9-14), ikun il-pubblikan li jaqla' l-maħfra, għax ikun hu li jagħraf kemm kellu bżonn tal-ħniena ta' Alla.", "(5) L-Evanġelju tal-Ferħ", "(a) \"L-Evanġelju tal-Infanzja\" hu mimli bil-ferħ li ġġib magħha l-miġja tal-Messija:", "(i) Jifirħu Żakkarija (1:68), martu Eliżabetta u binhom Ġwanni l-Battista (1:41-45)", "(ii) tifraħ Marija u tinfexx f'għanja ta' radd il-ħajr (1:47)", "(iii) jifirħu r-rgħajja ta' Betlehem li l-anġlu jwasslilhom aħbar ta' ferħ kbir (2:10)", "(iv) jifraħ Xmun, raġel ġust li kien jistenna l-faraġ ta' Israel (2:28), u tifraħ ukoll Anna bint Fanwel (2:38).", "(b) Ġesù nnifsu jitqanqal bil-ferħ u jfaħħar lil Missieru li kien qed jagħti l-grazzja tiegħu liċ-ċkejknin (10:21).", "(ċ) Il-folol jifirħu meta jaraw il-mirakli ta' Ġesù (13:17), u meta jaraw lil Ġesù dieħel Ġerusalemm (19:37).", "(d) Ġesù jirrakkonta tliet parabboli li fihom juri l-ferħ li jkun hemm fis-sema meta midneb jikkonverti: il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa, il-parabbola tad-drakma l-mitlufa, u l-parabbola tal-iben il-ħali (kap 15).", "(e) Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu biex jifirħu għall-premju li Alla lestielhom fis-sema: \"Ifirħu, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet\" (6:22-23); \"Ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet\" (10:20).", "(f) L-Appostli jifirħu meta jidhrilhom Ġesù wara li jqum mill-imwiet (24:41), u meta jarawh tiela' s-sema (24:50-53).", "(6) L-Evanġelju tal-Ispirtu s-Santu", "(a) Marija tnissel lil Ġesù fil-ġuf tagħha bil-qawwa tal-Ispirtu", "s-Santu (1:35).", "(b) Eliżabetta (1:41), Żakkarija (1:67), u x-xwejjaħ Xmun (2:27)", "jagħrfu li l-Messija kien wasal, bid-dawl li jagħtihom l-Ispirtu s-Santu.", "(ċ) Meta Ġesù tgħammed fil-Ġordan, l-Ispirtu s-Santu wera li kien il-Messija billi deher fuqu fis-sura ta' ħamiema (3:22).", "(d) Il-ġlieda tiegħu kontra x-Xitan, Ġesù jagħmilha mimli bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu (4:1).", "(e) Fil-ħidma kollha li wettaq għas-salvazzjoni tagħna, Ġesù kellu dejjem miegħu lill-Ispirtu s-Santu.", "Ġesù nnifsu jistqarr: \"L-Ispirtu tal-Mulej fuqi\" (4:18).", "(f) Lill-Appostli Ġesù jgħidilhom li huma wkoll kien se jkollhom id-dawl u l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu (24:49).", "(g) Fil-persekuzzjonijiet li jkollha l-Knisja, l-Insara mhumiex se jitħallew weħidhom; se jkollhom l-għajnuna ta' l-Ispirtu s-Santu (12:11-12).", "Imma fuq kollox, San Luqa jurina lil Ġesù bħala s-Salvatur ħanin tal-bnedmin kollha.", "Ma ninsewx li San Luqa kien tabib; kien iħenn għal kull marid li jara, u jipprova jgħinu.", "Għalhekk fehem li Ġesù hu t-tabib tagħna lkoll, it-tabib li jfejjaqna mill-pjagi tar-ruħ tagħna, u li jgħallimna kif għandna ngħixu fl-imħabba lejn Alla u lejn xulxin.", "U inti tmur għand dan it-Tabib Divin fil-bżonnijiet tiegħek kemm tal-ġisem kif ukoll tar-ruħ?", "Tapplika t-tagħlim tiegħu bħala l-mediċina li biha tfieq, tissaħħaħ u tibqa' b'saħħtek?", "Ejjew ilkoll immorru niġru għand Dan it-Tabib li mhux bħall-oħrajn.", "Nistgħu nagħmlu appuntament miegħu kuljum.", "Huwa Tabib tajjeb tassew u uniku!", "Hu qatt ma jżommna nistennew, ma jitlob minna l-ebda ħlas, joffri pariri li jagħtu l-ħajja u jippreskrivi Lilu Nnifsu bħala kura għall-mard kollu!", "Skont San Luqa u tant u tant oħrajn, din taħdem dejjem!", "Dan it-Tabib jgħid ukoll li saħansitra dożi regolari se jżommuna ħajjin għal dejjem f'saħħa perfetta!", "Jien nemmnu!", "U Inti?", "Il-laqgħa tagħna miegħu hi msejħa: IL-QUDDIESA!", "Dejjem jistenniek!", "Talba", ":", "Mulej Alla tagħna, int għażilt lil San Luqa biex, bil-kelma u l-kitba, ixandar il-misteru tal-imħabba tiegħek għall-foqra; ħares lil dawk li tajthom il-ġieħ ta' wliedek u żommhom sal-aħħar qalb waħda u ruħ waħda, u agħmel li l-ġnus kollha jaraw is-salvazzjoni tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "Qari animat tal-Evanġelju Skont San Luqa bil-Malti:", "https://www.youtube.com/watch?v=PKUIRI1ipbI&list=PLC73D4CC47EDE3730", "English Version:", "https://www.vaticannews.va/en/saints/10/18/st–luke–evangelist–physician—patron-of–artists.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-luke/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Luke_the_Evangelist", "Qari animat tal-Evanġelju Skont San Luqa bil-Malti:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Il-Ħsieb meħud minn kitba ta' Dun Karm Attard.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee7c63b3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-2-22-san-gwanni-pawlu-ii/", "title": "22 ta' Ottubru: San Ġwanni Pawlu II", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwanni Pawlu II", "\"Tibżgħux tiftħu qalbkom beraħ għal Kristu!\" –", "San Ġwanni Pawlu II", "SAN ĠWANNI PAWLU II", "Papa", "1920 – 2005", "Tagħrif:", "Karol Jozef Wojtyla twieled Wadowice, il-Polonja fit-18 ta' Mejju, 1920.", "Kien l-iżgħar minn tlett itfal.", "Ommu Emilja mietet meta kellu 8 snin, waqt li kienet qed twelled lil oħtu Olga, li mietet ukoll.", "Ħuh Edmund, li kien 14-il sena ikbar minnu, sar tabib, imma mbagħad miet bl-iskarlatina.", "Bħala tifel kien iħobb ħafna l-atletika, kien anke f'tim tal-futbol.", "Kien iħobb ukoll il-palk u kien jieħu sehem f'diversi reċti – speċjalment meta kien Krakow – ma' grupp ta' żgħażagħ oħra, il-biċċa l-kbira tagħhom Lhud.", "Fl-1938, Karol u missieru telqu minn Wadowice għal Krakow.", "Hemm daħal fl-Università tal-post jistudja, il-lingwi fost suġġetti oħra.", "Tgħallem 12-il lingwa.", "Waqt dak iż-żmien kellu ta' bilfors jieħu sehem f'taħriġ tal-armata.", "Fl-1939, il-Ġermanja invadiet lill-Polonja u ngħalqet l-Università.", "Bejn l-1940 u l-1944, Karol kellu jagħmel diversi xogħlijiet, fosthom fil-barrieri u f'fabbrika tal-kimiċi.", "Fl-1940, missieru miet b'attakk tal-qalb waqt li Karol kien xogħol, b'hekk hu safa' waħdu, mingħajr ebda membru tal-familja, ta' 20 sena.", "Fl-1942, beda l-istudju tiegħu għas-saċerdozju fis-seminarju ta' taħt l-art.", "Fis-17 ta' Jannar 1945, il-Ġermaniżi ħarbu mill-belt ta' Krakow u b'hekk is-seminaristi komplew l-istudji tagħhom fis-seminarju nofsu mġarraf.", "Kien ordnat saċerdot fl-1 ta' Novembru, 1946.", "Kompla jistudja Ruma fejn ħa d-dottorat fit-Teoloġija.", "Id-dottorat fil-filosofija ħadu aktar tard fl-Università ta' Krakow.", "Fl-1948, reġa' lura l-Polonja, jagħmel appostolat f'parroċċa qrib Krakow.", "Fl-1949, mar jgħallem fl-Università ta' Krakow.", "Hawn beda jlaqqa' grupp soċjo-reliġjuż, ta' żgħażagħ, li kien popolari ħafna.", "Fit-13 ta' Ottubru, 1964 kien ordnat arċisqof ta' Krakow u fis-26 ta' Ġunju 1967, kardinal.", "Bħala kardinal kien instrumentali biex issir l-Enċiklika", "Humanae Vitae.", "F'Ottubru tal-1978, wara l-mewt tal-Papa Pawlu VI, imbagħad ta' Ġwanni Pawlu I, li l-pontifikat tiegħu dam 33 ġurnata biss, Kardinal Karol Wojtyla kien elett Papa.", "Kellu 58 sena, u ħa l-isem ta' Ġwanni Pawlu II.", "Kien inawgurat Papa fit-22 ta' Ottubru.", "Poġġa l-ħidma tiegħu taħt il-patroċinju ta' Ommna Marija Santissima '", "Totus Tuus.", "'", "Il-pontifikat tiegħu kien it-tieni l-iżjed twil fl-istorja tal-papiet.", "Għamel taqlib kbir.", "Żar 129 pajjiż.", "Ibbeatifika 1,340 persuna u kkanonizza 483 qaddis.", "Kiteb 14-il enċiklika.", "Ħadem ħafna għall-għaqda tal-knejjes.", "Kellu sehem kbir biex jinqered il-komuniżmu.", "Il-motto tiegħu kien s-sejħa universali għall-qdusija.", "\"Tibżgħux tiftħu qalbkom beraħ għal Kristu,\"", "kienet waħda mill-frażijiet popolari tiegħu.", "Waqqaf il-Jum Dinji għaż-Żgħażagħ.", "Fit-13 ta' Mejju, 1981 ippruvaw jassasinaw lill-Papa Ġwanni Pawlu II fi pjazza San Pietru.", "Kif ġie konxju l-isptar mill-ewwel qal li kien għadu ħaj bl-interċessjoni ta' Sidtna Marija ta' Fatima.", "Bl-umiltà kollha mar iżur 'l-assassin il-ħabs u tah il-maħfra.", "Fl-1995, Ġwanni Pawlu reġa' kien fil-mira, din id-darba tal-Al-Qaeda, fil-Filippini.", "Fl-2001, beda jsofri bil-marda tal-Parkinsons u minkejja t-tbatijiet tiegħu kompla jaqdi dmiru sal-aħħar.", "Miet fit-2 ta' April, 2005.", "Fis-19 ta' Diċembru, 2009 sar venerabbli u l-Papa suċċessur tiegħu, Benedittu XVI, ibbeatifikah fl-1 ta' Mejju, 2011.", "Fis-27 ta' April 2014, dakinhar ukoll Festa tal-Ħniena Divina, kien iddikjarat qaddis fi Pjazza San Pietru minn Papa Franġisku.", "Ħsieb", ":", "Fl-omelija tal-Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II, il-Papa Benedittu XVI semma s-sofferenza u l-fidi qawwija u ġeneruża li hu dejjem wera, saħħa ta' ġgant li kienet ġejja minn Alla sabiex biddel soċjetà, kulturi kif ukoll sistemi politiċi u ekonomiċi.", "Semma kif sitt snin qabel, malli tħabbret il-mewt tiegħu, diġà kienu bdew is-sejħiet għall-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u qal li dan il-jum fl-aħħar wasal.", "Semma lill-Verġni Marija li Ġwanni Pawlu dejjem afda lilu nnifsu għal kollox f'idejha, u din kienet raġuni oħra għaliex intgħażel l-ewwel Ħadd tax-xahar Marjan barra għax il-Ħadd tal-Ħniena Divina.", "Il-miraklu li wassal għall-kanonizzazzjoni tiegħu kien dak ta' Floribeth Mora, mara mill-Kosta Rika li fieqet minn anewriżma ċelebrali bl-interċessjoni ta' Ġwanni Pawlu II ftit wara l-beatifikazzjoni tiegħu.", "Dan kien approvat fit-2 ta' Lulju, 2013 u kkonfermat minn Papa Franġisku jumejn wara.", "Dan huwa diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar l-ewwel żjara tiegħu f'Malta fl-Udjenza tal-Erbgħa, 30 ta' Mejju, 1990:", "\"Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija pajjiż b'importanza internazzjonali kbira.", "Il-qagħda ġeografika tagħha iffavoriet il-laqgħa ta' kulturi u idjomi differenti.", "Illum ukoll Malta għadha tħaddan din il-vokazzjoni ta' medjazzjoni fost il-ġnus tal-baħar Mediterran kollu.", "Nittama li hija tagħraf tissokta f'din il-missjoni naturali tagħha, mingħajr ma tirrinunzja għall-patrimonju prezzjuż ta' valuri li kisbet mill-ġenerazzjonijiet li għaddew.", "Filwaqt li kont qed nerġa' lura lejn Ruma, bqajt inħoss profondament l-impressjonijiet li ħadt waqt iż-żjara; fuq ix-xtut ta' dik il-gżira kien niżel San Pawl; hemmhekk kien inkiteb kapitlu importanti tal-istorja tal-Knisja, li f'Jum l-Għid il-Ħamsin wriet ruħha lid-dinja kollha bħala l-Poplu ta' Alla, imwieled mis-Salib u mill-Qawmien mill-Imwiet ta' Kristu, u li qiegħed jimxi t-triqat ta' din l-art fil-qawwa tal-Ispirtu.\"", "U din hija silta mid-diskors tal-aħħar messaġġ tat-tluq fl-Ajruport, (9 ta' Mejju, 2001) ta' Ġwanni Pawlu II qabel ħalla Malta fit-tieni żjara tiegħu:", "\"Malta qiegħda fiċ-ċentru tal-Mediterran.", "Għalhekk intkom għandkom vokazzjoni unika biex tibnu pontijiet bejn l-popli tal-Mediterran, bejn l-Afrika u l-Ewropa.", "Il-futur tal-paċi fid-dinja jiddependi fuq it-tisħiħ tad-djalogu u ftehim bejn kulturi u reliġjonijiet.", "Komplu fit-tradizzjoni tagħkom ta' ospitalità, u komplu fl-impenn tagħkom nazzjonali u internazzjonali fl-interess tal-ħelsien, ġustizzja u paċi.", "....", "Jiena xtaqt li nħeġġeġ lil dawk li kollha ta' rieda tajba biex jiddefendu l-ħajja, biex jġibu 'l quddiem ir-rispett lejn id-dinjità ta' kull bniedem, biex iħarsu l-familja minn tant theddid tallum, biex jgħinu lill-foqra u l-isfruttati tad-dinja, u biex jaħdmu għall-ordni internazzjonali mibni fuq ir-rispett għall-liġi u fuq is-solidarjetà ma' dawk inqas ixxurtjati.", "Dan huwa wkoll ix-xogħol u l-ideal li nħallilkom, maħbub poplu ta' Malta.", "Fl-Atti tal-Appostli, San Luqa jikteb li l-Maltin", "\"urew ġieħ kbir [lil San Pawl u sħabu], u meta [ġew] biex jitilqu, għabbew fuq il-ġifen kull ma [kienu jeħtieġu]\"", "(Atti 28:10).", "Spiritwalment jiena kelli din l-istess esperjenza u ser nitlaq infaħħar 'l Alla f'qalbi għalikom ilkoll.\"", "Mhux li kien li nieħdu kliemu u tagħlimu bis-serjetà u napplikawh fil-ħajja tagħna, kieku aħna wkoll inbiddlu l-istorja tad-dinja kif għamel dan il-Papa kbir!", "San Ġwanni Pawlu II, itlob għalina, u b'mod speċjali għal Malta li ma tantx qed tagħti widen għat-twissijiet tiegħek!", "Biex tkompli taqra d-diskorsi li għamel il-Papa Ġwanni Pawlu II f'Malta fl-1990 u fl-2001, agħfas fuq din il-link:", "http://www.laikos.org/JPii_list.htm", "Biex tkompli taqra l-wirt għani li ħallilna dan il-Papa kbir u qaddis, agħfas fuq din il-link:", "http://www.laikos.org/Gwanni_Pawlu_II_mt.htm", "Talba", ":", "Talba tal-Papa San Ġwanni Pawlu II quddiem l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni, nhar it-8 ta' Diċembru 2004, f'għeluq il-150 sena tad-Domma:", "Verġni Immakulata!", "Għal darb'oħra ninsabu hawn biex nagħtuk qima f'riġlejn din il-kolonna minn fejn int tħares bi mħabba lill-belt ta' Ruma u lid-dinja kollha minn mindu, 150 sena ilu l-beatu Pio IX pproklama bħala verità ta' fidi Kattolika, il-ħarsien tiegħek minn kull tebgħa tad-dnub, minn qabel il-mewt u l-qawmien ta' Ibnek Ġesù Kristu.", "Verġni Immakulata!", "Is-sbuħija spiritwali bla mittiefsa tiegħek hija għalina għajn ħajja ta' fiduċja u ta' tama.", "Meta għandna lilek bħala Omm, Verġni Qaddisa, bħala rahan tal-fidwa eterna, inħossuna żguri fil-mixi tal-ħajja.", "Għalhekk, o Marija, b'fiduċja lejk nirrikorru.", "Għinna biex nibnu dinja fejn il-ħajja tal-bniedem tkun dejjem maħbuba u mħarsa minn kull forma ta' vjolenza, fejn kulħadd ifittex bil-qawwa kollha l-paċi.", "Verġni Immakulata!", "F'din is-Sena tal-Ewkaristija agħtina li niċċelebraw u naduraw b'fidi mġedda u mħabba tħeġġeġ il-misteru qaddis tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu.", "Fl-iskola tiegħek, o Mara Ewkaristika, għallimna nagħmlu tifkira tal-opri tal-għaġeb li Alla ma jieqaf qatt iwettaq fil-qlub tal-bnedmin.", "Bi premura ta' Omm, Verġni Marija, mexxi dejjem il-passi tagħna fit-triq tat-tajjeb.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-paul-ii/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-paul-ii/", "Wikipedia bil-Malti:", "https://mt.wikipedia.org/wiki/Papa_%C4%A0wanni_Pawlu_II", "Wikipedia bl-Ingliż:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_John_Paul_II", "L-ewwel diskors tiegħu bħala Papa", "(\"Non abbiate paura!", "Aprite, anzi, spalancate le porte a Cristo!\" 1:15mins)", "L-Ewwel Żjara tal-Papa f'Malta", ", f'Mejju 1990", "It-Tieni Żjara tal-Papa f'Malta", ", f'Mejju 2001", "L-Aħbar ta' mewtu", ", 2 ta' April 2005", "Rapport tal-Aħħar Sigħat, tal-Funeral u tal-Beatifikazzjoni", "Movies of Saint John Paul II in English:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-Wikipedia u l-ħsieb mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee7c8c08', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-0-20-santa-bertilla-boscardin/", "title": "20 ta' Ottubru: Santa Bertilla Boscardin", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Bertilla Boscardin", "\"Ma jien kapaċi nagħmel xejn.", "Jiena msejkna – qisni wiżż.", "Għallimni.", "Irrid insir qaddisa ...", "Hawn jiena, Mulej, biex ngħix skont ir-rieda tiegħek, taħt kull aspett li tippreżenta ruħha, kemm jekk hi l-ħajja, il-mewt jew it-terrur.\"", "Santa Bertilla Boscardin", "SANTA BERTILLA BOSCARDIN", "Reliġjuża", "1888 – 1922", "Tagħrif:", "Kienet bint familja fqira ta' bdiewa u twieldet fir-raħal ta' Brendola, qrib Vicenza fl-Italja ta' Fuq fl-1888 u semmewha Anna-Franġiska.", "Kellha missier alkoħoliku u vjolenti.", "In-nies laqqmuha \"wiżż\" minħabba li kienet tagħmel kollox bil-lajma.", "Il-qassis Dun Capovilla għaraf li kellha vokazzjoni reliġjuża, imma l-arċipriet ta' Brendola qal li kienet tajba biss biex tqaxxar il-patata.", "Infatti, ma ġietx aċċettata mill-ewwel ordni reliġjuża li applikat għaliha.", "Imma minkejja dan, aktar tard ġiet aċċettata mis-sorijiet ta' Santa Dorotea ta' Vicenza fl-1904, meta kienet għadha ta' 16-il sena u semmewha Bertilla għall-Badessa qaddisa ta' Chelles.", "Għamlet tliet snin fil-kċina u wara ħadmet ta' ħassiela, taħsel il-ħwejjeġ, sakemm bagħtuha fl-isptar tat-tfal ta' Treviso.", "Tul l-ewwel gwerra dinjija (1914-1918), kienet infermiera fl-isptar militari qrib Como, fejn uriet ruħha l-veru anġlu tal-faraġ, il-vera omm ħanina tal-morda u tal-feruti.", "Fl-1919, wara t-tmiem tal-gwerra rritornat fl-isptar tat-tfal ta' Treviso, imma ma damitx ma mardet gravament.", "Għamlulha operazzjoni biex neħħewlha tumur, imma kien kollu għalxejn.", "Lit-tabib qaltlu:", "\"Jiddispjaċini li kellek toqgħod titħabat għalxejn minħabba fija.\"", "Din il-mara mill-iktar sempliċi, li kellha l-ħila ssir qaddisa qalb il-borom u l-platti, mietet ta' 34 sena, fl-20 t'Ottubru, 1922.", "Il-qaddis Papa Ġwanni XXIII ikkanonizzaha fil-11 ta' Mejju, 1961.", "Il-fdal tagħha jinsab meqjum fil-knisja tas-sorijiet ta' Santa Dorotea Vicenza.", "Ħsieb", ":", "Jekk hemm xi ħadd li kien jaf x'jiġifieri tkun irifjut/a, irredikolat/a u ddiżappuntat/a, kienet din il-qaddisa tal-lum.", "Din il-qaddisa pjuttost riċenti, kienet taf xi jfisser li tgħix fit-tbatija ta' sitwazzjoni abbużiva.", "Tajjeb li nitolbuha biex tgħin lil dawk kollha li qed isofru minn kwalunkwe forma ta' abbuż: spiritwali, mentali jew fiżiku.", "Bertilla kienet magħrufa minn kulħadd bħala dik li tagħmel kollox bil-lajma, tant li laqqmuha \"wiżż.\"", "Huwa probabbli li kienet għal din ir-raġuni illi hija ġiet irrifjutata mill-ewwel ordni reliġjuża li hi applikat għaliha.", "Imma għal Bertilla, dawn il-provi li għaddiet minnhom, resquha eqreb ta' Alla u aktar determinata li sservih.", "Il-qaddisa tal-lum turina bil-provi li li tkun qaddis/a mhuwiex dwar kemm wieħed ikun intelliġenti jew dwar is-suċċess, imma dwar l-intensità li biha wieħed jagħmel kollox b'imħabba kbira u b'ġenerożità.", "Kien b'din l-attitudni li Bertilla daħlet għal kull ħidma li ġiet offruta lilha.", "Imma l-aktar li spikkat, kien għall-karita', li sħabha s-sorijiet kienu jarawha \"esaġerata,\" li wriet mat-tfal morda u anki mas-suldati tal-ewwel gwerra dinjija.", "Tabib fl-isptar ta' Treviso, fejn Bertilla saret l-infermiera favorita fost il-ħafna pazjenti tagħha, jixhed hekk dwarha:", "\"It-tfal jiġu ammessi fis-swali t'hawn bid-difterite; huma jkunu ttieħdu minn mal-familji tagħhom u jsibu ruħhom fi stat ta' aġitazzjoni, ta' dipressjoni, tant li ma jkunx faċli li tikkalmahom; għal jumejn jew tliet ijiem, huma jkunu bħal slavaġġ żgħar, jagħtu bil-ponn, jirrumblaw fuq is-sodda, jirrifjutaw l-ikel.", "Imma Suor Bertilla kien jirnexxielha malajr issir ommhom ilkoll; wara tnejn jew tliet sigħat it-tfal, li kienu ddisprati, jigranfaw magħha bil-kalma bħalma kieku jagħmlu ma' ommhom u jsegwuha kull fejn kienet tmur.", "Is-sala, taħt il-kura tagħha, kienet tippreżenta spettaklu kommoventi: gruppi ta' tfal igranfati magħha.", "Is-sala kienet tassew waħda eżemplari.\"", "Imma s-sempliċita' ta' din il-mara dedikata, bdiet issir dejjem iżjed magħrufa aktar ma bdiet tavvanza l-marda tagħha u Bertilla kienet qed toqrob lejn il-mewt.", "Ta' madwarha bdew jagħrfu li filfatt kienet qed tmut qaddisa li għexet l-imħabba lejn il-morda b'mod erojku.", "Fir-realta', dak li kien straordinarju fl-ordinarju kienet l-imħabba kbira li biha ingħatat lil Alla u l-għotja totali tagħha nnfisha biex tkun duwa għall-pazjenti li ngħatawlha.", "Minkejja li Bertilla waslet għall-glorja tal-altari, il-kariżma tagħha, mhix xi waħda sigrieta, ma għandha l-ebda formula kkumplikata, anzi tistaħba fin-normalita', fid-dimostrazzjoni ċara li permezz ta' opri tajba fil-ħajja ta' kuljum, huwa possibbli li wieħed jilħaq il-milja tal-eżistenza tiegħu, li tikkonsisti minn eżerċizzju kostanti li fih wieħed imur lil hinn minnu nnifsu u b'hekk javvanza lejn Alla u lejn il-karità tiegħu.", "Din il-mara sempliċi li tqaddset", "f'sitwazzjoni abbużiva fi tfulitha minħabba l-vjolenza ta' missierha u l-", "bullying", "li esperjenzat minn dawk li laqqmuha \"wiżż,\"", "fl-uġigħ tar-rifjut meta ma ġietx aċċettata mill-ewwel ordni reliġjuża li applikat għaliha,", "bl-umiljazzjoni għall-fatt li kważi ma kellha l-ebda kapaċita',", "b'xogħol qalb il-borom, il-platti u l-ħasil tal-ħwejjeġ,", "b'ħidma ma' tfal konfużi u s-suldati feruti", "u bit-tbatijiet fiżiċi li damet tbati bihom għal snin twal minħabba l-marda tal-kankru li ħatfitilha ħajjitha f'eta żgħira,", "għandha tagħmlilna kuraġġ.", "L-eżempju ta' ħajjitha għandu jqawwina biex aħna wkoll, għad li ngħaddu minn tbatijiet simili bħal tagħha, nistgħu bħalha nimlew qalbna bl-imħabba ġeneruża li biha jħobbna Alla, u b'ħajja ta' servizz mill-qalb, inkunu ta' komfort għal dawk kollha li jiġu f'kuntatt magħna.", "Talba", ":", "Mulej, ħafna drabi aħna ma nifhmux u ma nagħrfux it-triqat imbierka tiegħek.", "Ħa tkun il-qaddejja tiegħek, Santa Bertilla Boscardin, li tgħallimna triqatek sabiex aħna wkoll, inkunu nistgħu nsiru qaddisin u naslu fil-hena ta' dejjem fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-bertilla-boscardin-630", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-maria-bertilla-boscardin/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Bertilla_Boscardin", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee7c0ce8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-9-19-san-pawl-tas-salib/", "title": "19 ta' Ottubru: San Pawl tas-Salib", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pawl tas-Salib", "\"Id-dinja tgħix bla ma taħseb fit-tbatijiet ta' Ġesù, li huma l-miraklu tal-mirakli tal-Imħabba ta' Alla ...", "Ħares fuq il-wiċċ tal-Imsallab, li jistiednek timxi warajh.", "Huwa jkun Missier, Omm – u kollox għalik\".", "San Pawl tas-Salib", "SAN PAWL TAS-SALIB", "Saċerdot", "1694 – 1775", "Tagħrif:", "Pawlu Franġisku Daneo twieled f'Ovada, qrib Ġenova, l-Italja, fit-3 ta' Jannar, 1694.", "Kien l-ewwel fost sitt itfal li baqgħu ħajjin minn tlettax.", "Kien wild ta' familja nobbli li kienet fetħet negozju fil-Lombardija (l-Italja ta' Fuq), imma li kienet ftaqret.", "Minn kmieni wera mħabba kbira lejn Ġesù Sagramentat u kien jagħmel ħinijiet twal jitlob quddiemu.", "F'żgħożitu għen lil missieru li kien negozjant.", "Fl-1713, priedka li sama' mingħand il-Kappillan kebbsitlu qalbu bl-imħabba ikbar lejn Alla, għalkemm baqa' ma ddeċidiex x'vokazzjoni jħaddan.", "Fl-1715, mar biex jinkiteb bħala suldat fl-armata li l-Papa Klement XI kien qed iwaqqaf biex jirreżisti lit-Torok.", "Kien ittama li b'hekk kien ser jagħti ħajtu għall-Fidi tiegħu.", "Iżda fi triqtu biex jingaġġa fil-Kruċjata, għadda fi knisja biex jinvista lil Ġesù Sagramentat.", "Kif kien miġbur fil-kwiet qed jitlob, ra ċar li ma kienx imsejjaħ biex ikun suldat.", "Fl-1719, fl-eta' ta' 25 sena rċieva l-Griżma tal-Isqof.", "Beda jħoss iktar minn qatt qabel ix-xewqa li jwaqqaf kongregazzjoni li żżomm ħajja u ssaħħaħ il-memorja tal-Passjoni ta' Ġesù.", "Hu għadda minn saċerdot għall-ieħor ifittex li jieħu parir u direzzjoni.", "Fl-aħħar iltaqa' mal-Isqof Gattinara ta' Alessandria li nkurraġġieh u ħeġġu biex iwettaq dak li kellu f'moħħu.", "Ta' 26 sena ġie mgħarraf permezz ta' viżjoni biex jibda kongregazzjoni ġdida f'ġieħ il-Passjoni.", "Huwa kiteb ir-Regola fl-1720 u l-Isqof tah il-permess li jilbes l-abitu tal-'Kjeriċi Ħafjin tas-Salib u tal-Passjoni.'", "Fit-22 ta' Novembru fl-1720, l-Isqof libsu l-libsa sewda li l-Passjonisti għadhom jilbsu sal-lum.", "Wara, taħt id-direzzjoni tal-Isqof għamel irtir ta' erbgħin jum.", "Mar Ruma u hemm beda jistudja biex isir saċerdot.", "Fl-istess waqt kien idur bil-morda fl-isptar ta' San Gallicano f'Ruma.", "Fis-7 ta' Ġunju, 1727, il-Papa Benedittu XIII ordnah saċerdot.", "Fis-sena ta' wara, flimkien ma' sitt kumpanni oħra mar jgħix f'Monte Argentario fejn waqqaf dak li kellu jkun l-ewwel \"Irtir\" (hekk kien isejjaħ id-djar tiegħu) tal-Kongregazzjoni tal-Passjonisti.", "Malajr żdied l-għadd ta' dawk li riedu jimxu fuq il-passi tiegħu u kontra qalbu, San Pawl tas-Salib ġie maħtur superjur ġenerali, kariga li baqa' biha sa ma miet.", "L-ordni ġdid tal-Passjonisti kien jgħaqqad fih l-awsterità tal-ħajja Kartużjana mal-appostolat attiv tal-Ġiżwiti biex jiġbed l-erwieħ lejn Kristu permezz ta' kontemplazzjoni devota tal-passjoni tiegħu.", "Għad li kien imħabbat bil-ħsieb tat-tmexxija tal-Ordni u tat-twaqqif ta' Irtiri ġodda, qatt ma ħalla l-predikazzjoni tal-kelma ta' Alla.", "Kien jitkellem b'ħeġġa kbira fuq il-Passjoni ta' Ġesù.", "Kellu ħabta jisraq qlub il-midinbin u jikkonvertihom.", "L-hena tiegħu kienet li jressaq in-nies lejn Alla, u hekk inissel il-paċi f'qalbhom u jagħmilhom ferħanin u kuntenti.", "L-għadd kbir ta' konverżjonijiet ma naqas qatt.", "Alla żejnu bid-don tal-mirakli, speċjalment dawk marbutin mal-konverżjoni ta' midinbin iebsin u li dwarhom intilfet kull tama li jbiddlu ħajjithom.", "Għal sittin sena talab biex l-Ingilterra tirritorna għall-vera fidi u kellu diversi viżjonijiet konsolanti dwar din il-ħaġa.", "Infatti kien permezz tal-Passjonisti li l-Kardinal Newman u eluf ta' protestanti oħra reġgħu daħlu fil-Knisja Kattolika.", "L-aħħar snin ta' ħajtu għaddiehom Ruma fejn miet fit-18 ta' Ottubru 1775, fl-età ta' 81 sena.", "Il-Papa Piju IX ikkanonizzah fl-1867.", "Ħsieb", ":", "It-tbatija, kemm jekk hi fiżika, mentali, emozzjonali jew spiritwali, tidher li hija parti inevitabbli tal-ħajja.", "Xi wħud jippruvaw jaħarbu mit-tbatija.", "Oħrajn, diżillużi bl-uġigħ, isiru konfużi dwar it-tifsira tal-ħajja u xi wħud, inkwetati mill-ħażen fid-dinja, jistaqsu dwar l-eżistenza ta' Alla.", "Kemm jekk xi ħadd qed jiġġieled kontra l-inġustizzja, iġorr il-konsegwenzi tal-għażliet tiegħu stess b'dispjaċir, jew il-konsegwenzi tal-għażliet foqra ta' ħaddieħor, mgħaffeġ mid-dnub jew mgħobbi bil-mard, Ġesù Kristu jurina li t-tbatija m'għandhiex tkun inutli.", "Ir-rigal tagħna nfusna fl-imħabba jinkludi aċċettazzjoni ġeneruża tat-tbatija kif il-Papa San Ġwanni Pawlu II jesprimi fit-Teoloġija tal-Ġisem:", "\"Huwa propju tal-qalb umana li taċċetta esiġenzi, saħansitra diffiċli, f'isem l-imħabba għal ideal u speċjalment f'isem l-imħabba lejn il-persuna (infatti l-imħabba, hija min-natura tagħha orjentata lejn il-persuna).", "U għalhekk f'dik is-sejħa għar-rażan \"għas-Saltna tas-Smewwiet,\" l-ewwel l-istess dixxipli u mbagħad it-Tradizzjoni kollha ħajja tal-Knisja jiskopru kmieni l-imħabba li tirreferi għal Kristu nnifsu bħala l-Għarus tal-Knisja, Għarus tal-erwieħ, li lilhom huwa rregala lilu nnifsu sal-aħħar, fil-misteru tal-Għid tiegħu u tal-Ewkaristija.\"", "(Udjenza 79:9)", "Bħala membru tat-\"Tradizzjoni ħajja tal-Knisja,\" San Pawl tas-Salib għażel ħajja ċelibi għar-renju tas-sema u ssieħeb fl-imħabba ma' Kristu l-Maħbub Divin tar-ruħ u mal-Knisja tiegħu.", "Huwa aċċetta bil-qalb u b'rieda soda l-esiġenzi li titlob l-imħabba u daħal \"fil-misteru tal-Passjoni tal-Mulej u tal-Ewkaristija.\"", "Għal din ir-raġuni, \"Ġesù Kristu u lilu msallab\" (1 Korintin 2: 2) sar il-motto ta' San Pawl tas-Salib , il-missjoni tiegħu u n-natura tal-komunità reliġjuża li waqqaf, magħruf bħala Passjonisti.", "San Pawl tas-Salib kien jirsisti ħafna biex inissel paċi, ferħ u hena f'ħaddieħor.", "Inħallu ftit minn dan l-Ispirtu ta' dan il-Qaddis jaħdem fina, u nibdew infittxu li aħna wkoll inkunu ta' għajnuna biex ħaddieħor iħossu ferħan u kuntent.", "Inkunu strumenti tal-paċi.", "Imma niftakru li ħadd ma jagħti minn dak li ma għandux!", "Bit-tbatija tiegħu, Ġesù ta lit-tbatija valur li qatt ma kellha.", "It-tbatija għan-nisrani saret 'rikkezza,' għax meta nagħqduha ma' dik ta' Ġesù u noffruha għall-bżonnijiet tagħna jew ta' xi ħadd, hi l-aktar talba qawwija li nistgħu noffru.", "Nistgħu wkoll noffruha bi tpattija għad-dnubiet u nibdew innaqsu miż-żmien tal-purgatorju.", "Din ir-rikkezza għandna nħaddmuha b'mod għaqli u ma naħlu xejn minnha.", "Int tagħmlu dan?", "Fit-tbatija l-bniedem idur fuq Alla u jistaqsi: 'Imma għaliex jien?", "X'għamilt ħażin?'", "Meta niftakru li Ġesù aċċetta li jieħu fuqu dnubietna u jpatti għalihom bit-tbatija li kellu jgħaddi minnha, għandna nieqfu u nirriflettu...", "Ġesù, li kien bla dnub, patta għalina, imma lill-Missier ma staqsiehx: 'Għalfejn JIEN?'", "Min iħobb, jaf ibati bla ma jitlef il-paċi tal-qalb, għax jagħraf f'kull tip ta' tbatija, valur imprezzabbli.", "U int, wasalt biex tagħraf dan il-valur?", "Talba", ":", "Nitolbuk, Mulej, li s-saċerdot San Pawl tas-Salib jaqlagħalna mingħandek il-grazzja tiegħek, biex hu, li ħabb is-salib bi mħabba tal-għaġeb, iħeġġiġna dejjem bl-eżempju tiegħu ħalli nilqgħu bil-kuraġġ is-salib tagħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://www.saintpaulofthecross.com/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-paul-of-the-cross/", "Miracles of Saint Paul of the Cross (Alternative Reading):", "http://www.saintpaulofthecross.com/2009/09/miracles-of-st-paul-of-cross.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Paul_of_the_Cross", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee7c3375', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-2-1-21-santa-ursula/", "title": "21 ta' Ottubru: Santa Ursula", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Ursula", "\"Lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi imma min jibqa' jżomm sħiħ sal‐aħħar, dan isalva\". –", "Ġesù f'Mattew 10:22", "SANTA URSULA", "Verġni u Martri", "975 – ?", "Tagħrif:", "Santa Ursula kienet bint ta' Re Kattoliku tas-Seklu 4 bl-isem ta' Kristjan fil-Gran Brittanja.", "Hija kienet tifla sabiħa, intelliġenti, spuntanja u taf tmur man-nies.", "Ursula kienet tifla spiritwali u ta' età bikrija kkonsagrat lili nnifisha lil Alla u ddeċidiet li tibqa' verġni minħabba l-imħabba tagħha lejn Kristu.", "F'dak iż-żmien, il-bniet żgħażagħ ma kinux jagħżlu huma stess l-irġiel li jkunu jixtiequ jiżżewġu, imma kienu l-ġenituri tagħhom li jagħżlu għalihom.", "Kien hemm re ta' tribu qawwija, li talab lill-missier Ursula biex hi tiżżewweġ lil ibnu Ethereus.", "Il-re pagan bagħat ambaxxaturi lil missierha b'offerti ta' somom kbar ta' flus u wegħdiet oħra jekk dan iż-żwieġ iseħħ.", "Madankollu, żiedu theddid terribbli ta' x'jista' jiġri jekk iż-żwieġ ma jsirx.", "Missier Ursula ġie maħkum mill-biża' għal tliet raġunijiet: kien jibża' mir-reazzjoni vjolenti tar-re; kien jaf li x'aktarx Ursula ma kinitx ser taqbel ma' dan iż-żwieġ; kemm hu kif ukoll Ursula kienu jippreferu żwieġ Kristjan.", "Imma b'sorpriża kbira għal missierha, Ursula, ispirata minn Alla, qablet ma' dan iż-żwieġ, iżda b'ċerti kundizzjonijiet biss.", "Kellhom jitqegħdu għad-dispożizzjoni tagħha għaxar tfajliet.", "Kull tfajla kellha tkun akkumpanjata minn elf tfajla oħra.", "Ir-rejiet kellhom jipprovdu vapuri għall-vjaġġ.", "Ursula kellha tingħata tliet snin biex tiddedika ruħha lil Alla.", "Il-prinċep li kien se jsir żewġha kellu jingħata istruzzjonijiet biex imbagħad jitgħammed u jsir Kristjan.", "Ursula fil-fatt ħasbet li l-proposti kienu se jiġu rtirati minħabba dawn il-kundizzjonijiet – iżda għall-kuntrarju, ir-re aċċetta t-talbiet ta' Ursula u riedhom jiġu mwettqa minnufih.", "Missier Ursula stieden ukoll grupp ta' żgħażagħ biex jakkumpanjawha u ż-żgħażagħ bdew jaslu mid-direzzjonijiet kollha biex jingħaqdu magħha tul dan il-vjaġġ.", "Matul il-vjaġġ, Ursula kkonvertit il-bniet kollha għall-Kristjaneżmu u dawn waslu f'Kolonja, il-Ġermanja.", "Hawnhekk anġlu deher lil Ursula u qalilha li hi u l-kumpanni kollha tagħha kienu se jirritornaw f'dan il-post u jirbħu l-kuruna tal-martirju.", "Huma komplew il-vjaġġ tagħhom lejn Ruma u l-Papa Cyriacus kien kuntent li jarahom peress li huwa stess kien mill-Gran Brittanja u kien jaf lil ħafna mill-kumpanni li kienu qed jivjaġġaw ma' Ursula.", "Dak il-lejl il-Papa rċieva messaġġ mingħand anġlu, li hu wkoll, flimkien ma' Ursula u l-kumpanni tagħha, kien se jikseb il-kuruna tal-martirju.", "Ftit jiem wara, il-Papa talab biex jingħaqad mal-grupp ta' Ursula.", "Huwa poġġa lil Papa ieħor minfloku bl-isem ta' Ametos.", "Il-Papa Cyriacus, Ursula u l-kumpanni tagħha bdew ir-ritoron tagħhom lejn il-Kolonja.", "Il-Huns kienu jibżgħu li l-Kristjaneżmu kien se jsir popolari u li ħafna nies isiru Kristjani.", "Huma ġabru armata u ppjanaw li joqtlu lil Ursula u lill-kumpanni tagħha meta dawn jaslu l-Kolonja.", "Lura fil-Gran Brittanja, Etherius li issa sar re ngħata messaġġ minn anġlu li Ursula kienet għaddejja lejn il-Kolonja mal-Papa u mal-ħbieb tagħha u li għandu jmur malajr u jingħaqad magħhom.", "Huwa wkoll kien se jsir martri.", "Etherius telaq għall-Ġermanja u ltaqa' ma' Ursula u mal-kumpanni tagħha f'Kolonja.", "Meta Ursula u l-kumpanni tagħha waslu f'Kolonja ltaqgħu mal-Huns li kienu biss interessati fin-nisa għall-pjaċir.", "Ursula u t-tfajliet kollha li kienu magħha rreżistew din il-vjolazzjoni.", "Ġulju, mexxej tal-Huns, ta struzzjonijiet lill-armata tiegħu biex joqtolhom kollha, inklużi Etherius u l-Papa Cyriacus.", "Ġulju ddeċieda li ma joqtolx lil Ursula għax hu ħaseb li kienet tant sabiħa li ried jiżżewwiġha.", "Ursula rrifjutat b'mod sod il-proposta tiegħu għax riedet iżżomm il-wegħda li kienet għamlet lil Alla biex tibqa' verġni.", "Ġulju tant irrabja li waddbilha vleġġa, li laqtitha f'qalbha u qatlitha.", "U hekk Ursula u l-kumpanni tagħha ħadu l-martirju fil-Kolonja.", "Angela Merici (", "ara Angela Merici", ") waqqfet l-Ursulini fl-1535 fl-Italja.", "Dak iż-żmien l-istorja ta' Ursula kienet popolari ħafna u n-nies kollha kienu familjari magħha u kienu jitolbuha.", "Angela kienet qed tistieden nisa żgħażagħ biex jgħixu ħajja ta' verġinità u biex ikunu ta' servizz għal ħaddieħor.", "Hija għażlet lil Ursula bħala mudell għaliha nnfisha u għall-kumpanni tagħha u hekk sal-lum baqgħu magħrufa bħala Ursulini.", "Devozzjoni lejn Santa Ursula fil-gżejjer tagħna", "Ta' min jinnota li fil-gżejjer tagħna, id-devozzjoni lejn din il-Prinċipessa kienet fil-quċċata tagħha matul il-Medju Evu.", "Ħafna talbu lilha għall-protezzjoni matul il-gwerra, oħrajn għall-mewt fil-paċi.", "(Litaniae Ursulanae pro felici morte).", "Kienet meqjusa bħala l-qaddisa patruna tal-għalliema u n-negozjanti tad-drapp.", "Is-snin bejn is-sekli 12 u 15 raw it-twelid tal-kommunitajiet u l-kongregazzjonijiet reliġjużi taħt il-patrunanza tagħha.", "Id-devozzjoni Maltija tmur lura għas-seklu 15.", "Kien hemm diversi knejjes u kappelli ddedikati lilha, inkluża waħda li nbniet fl-1467 minn Randino u Pawla Vella.", "Fl-1646, insibu kuntratt li jsemmi Ġnien ta' Santa Ursula.", "Post ieħor iddedikat lil Santa Ursula huwa altar fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù fil-Belt Valletta.", "L-Għawdxin, min-naħa l-oħra, iqisu lil Santa Ursula bħala ko-patrona tal-gżira ċkejkna tagħhom flimkien ma' San Ġorġ.", "Id-devozzjoni tmur lura għall-1614.", "Il-ġurnata ddedikata lill-patruna ġiet ikkunsidrata bħala ġurnata ta' festa.", "Id-devozzjoni Għawdxija tista' tidher anki f'testmenti bħal dik ta' Dianora Vella li talbet li tvalja tiġi mogħtija lill-altar tagħha.", "Saret ukoll purċissjoni ad unur tagħha f'azzjoni ta' ħajr meta l-gżira ġiet meħlusa minn traġedji li setgħu ġew ikkawżati mit-terremot tal-1693.", "Fl-1698, il-kleru wiegħed li din il-purċissjoni kienet se tibqa' ssir kull sena.", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Ursula 2016:", "\"Aħna u niċċelebraw il‐martri, bħalma qegħdin niċċelebraw illum lil Santa Ursula, ma niqfux nitolbu għad‐don tal‐qawwa, li jagħtik il‐ħeġġa u l‐għerf spiritwali li permezz tagħhom tagħżel it‐tajjeb u tevita l‐ħażin, anzi twarrbu.", "Il‐Mulej jitkellem dwar il‐firda li jista' jkun hemm saħansitra bejn il‐familji minħabba l‐Kelma tiegħu:", "'għad jerħukom f'idejn il‐qrati, jagħtukom is‐swat fis‐sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija.'", "Għalkemm dan kollu jsir b'għan persekutorju, il‐Mulej jgħid:", "\"biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il‐pagani\"", "(Mattew 10:17‐18).", "In‐Nisrani m'għandux jippretendi ħajja komda għax il‐Mulej ma wegħedniex ħajja komda u l‐esperjenza tad‐dixxipli qatt ma kienet hekk.", "Iva, wegħedna li minkejja l‐persekuzzjoni, minkejja li nħossuna li aħna limitati, li ħaddieħor jimxi f'karriera, fin‐negozju, fl‐għana, fil‐poter, u inti għax inti dixxiplu, le.", "L‐effett tax‐xhieda tiegħek mhix fil‐kontroll tiegħek, m'għandek l‐ebda dritt, lanqas mir‐rieda tiegħek, imma mill‐pjan ikbar u mill‐providenza ħafna ikbar tal‐Mulej.", "Din hija dejjem providenza ta' ħniena, ta' mħabba u għalhekk providenza ta' libertà.", "'Lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi imma min jibqa' jżomm sħiħ sal‐aħħar, dan isalva'", "(Mattew 10:22).", "Il‐Mulej jitlob minna l‐paċenzja tal‐perseveranza.", "Ħafna drabi t‐tentazzjoni tan‐Nisrani li jkun iġġieled u jirritorna d‐dar mimli feriti tat‐taqbida, hija li jaqta' qalbu, 'dan it‐taħbit kollu għalfejn?'", "Il‐Mulej jitlobna l‐perseveranza li nżommu sħiħ sal‐aħħar.", "Is-salvazzjoni, għal min iżomm sħiħ sal‐aħħar, hija esperjenza li tibda minn din id‐dinja, mhix xi ħaġa utopika li ssibha 'l quddiem.", "Aħna ma nwiegħdux affarijiet li ma nkunux diġà bdejna ngħixuhom minn hawn.", "Min irid jemmen fil‐ġenna, jobdi lil Ġesù u jibda jkollu esperjenza tagħha minn hawn, u tgħiduli: 'kif se tkun din?", "Il‐paċi fil‐qalb tiegħek' Tgħidli: 'imma jiena f'kompromess mal‐ħażen.'", "Itlob maħfra, patti għal dnubietek u dik il‐paċi li tħoss meta tkun irrikonċiljat mal‐Mulej, hija l‐anti-camera tal‐esperjenza tal‐ġenna.", "Fil‐każ ta' Santa Ursula aħna qegħdin ukoll nirringrazzjaw lill‐Mulej għad‐don tal‐verġinità.", "Fit‐talba tal‐Knisja spiss jissemma d‐don tas‐safa.", "Is‐safa hija vokazzjoni għal kulħadd: għall‐miżżewġin u għal min mhux miżżewweġ.", "Hija r‐rispett fundamentali tal‐ġisem ta' kull wieħed u waħda minna, kemm f'atteġġjament personali kif ukoll fl‐atteġġjament tal‐proxxmu, għax lill‐proxxmu aħna rridu nuruh l‐imħabba.", "Fiż‐żwieġ, ir‐raġel juri l‐imħabba lejn martu, u martu lejn żewġha, dik ukoll hija esperjenza ta' safa għax is‐safa mhix li l‐lingwaġġ sesswali jieqaf imma li jkun approprjat ‐ kollox f'waqtu u f'ħinu.", "Iż‐żwieġ huwa mbierek, huwa safi.", "Inħoss li din, hija s-sejħa li l-Mulej qed jagħmel lil kulħadd.", "Illum dan hu l‐għan tagħna, li nitolbu maħfra lill‐Mulej f'kull mument ta' ħajjitna u hekk inkunu nistgħu nimitaw is‐safa tal‐martri.", "Mhux għax ma nitolbux, imma għaliex kull meta nitolbu, nirrealizaw li għandna bżonn nersqu lejn il‐maħfra li jagħti l‐Mulej.", "Irridu niċċelebraw is‐safa tal‐verġni li kienet safa indivisa: l‐imħabba ta' Ġesù l‐għarus tagħhom, imħabba esklussiva.", "Ursula ħabbet lil Ġesù u fil‐proxxmu tagħha rat lilu.", "Hija sejħa ta' kull Nisrani għax is‐safa tal‐qalb mhix kwistjoni biss tas‐sitt kmandament imma fuq kollox hija tal‐ikbar kmandament:", "\"ħobb lil Alla bil‐qalb tiegħek kollha, b'moħħok, bl‐ispirtu, bir‐ruħ tiegħek, u lil għajrek bħalek innifsek.\"", "Is‐safa tal‐qalb hija li jiena f'ħija nara l‐ikona ta' Ġesù, l‐immaġini tal‐Imgħallem, mhux xi ħadd li jiena nisfrutta, jew inkella ninqeda bih fl-aspett soċjali, f'kull aspett u f'kull livell.", "Dik hija s‐safa, is‐safa tal‐qalb li għandna bżonn nimitaw aħna u nagħtu unur lill‐martri verġni flimkien mad‐don tal‐qawwa.", "Il‐mewt tal‐martri hi meqjusa, għal min ma jemminx, bħall-qerda, kif naqraw fil-Ktieb tal-Għerf,", "\"qishom sfaw fix-xejn għax twarrbu mid-dnub, iżda huma jinsabu fis‐sliem.\"", "\"Il‐martirju\" kif iħobb jgħid il‐Papa Franġisku, \"huwa karatteristika tal‐Knisja u tax‐xhieda tagħha.\"", "Wara kollox il‐kelma 'xhieda' bil‐Grieg tfisser 'martus.'", "Il‐kelma martri tfisser xhud.", "Aħna rridu nsellmu llum waqt li nfakkru lil Sant'Ursula, lil tant Insara li huma persegwitati mingħajr ma jinqatlu għax huma diskriminati, għax huma mhumiex vantaġġjati bħal ħaddieor, għax il‐metodi tagħhom huma antikwati, huma l‐martri tal‐lum.", "Niftakru wkoll f'dawk minn sħabna Kattoliċi u Nsara li qegħdin jinqatlu għall‐Isem ta' Ġesù, mhux il-bieraħ, imma llum stess.", "Insellmu lil dawn ħutna li ġew insejħa għal din l‐għotja totali bħal dak is‐saċerdot Franċiż li spiċċa b'għonqu mħanxar għarrkubbtejh quddiem l‐artal.", "Dawn huma ġrajjiet tal‐lum, mhux tal‐bieraħ!", "Aħna u niċċelebraw il‐martri tal‐bieraħ, niftakru fil‐martri tal‐lum mhux biex naqtgħu qalbna, imma biex nagħmlu kuraġġ għaliex il‐kelma tal‐appostlu Missierna tibqa' vera u mhix marbuta.", "\"Jekk Alla huwa magħna. min jista' jkun kontra tagħna?\"", "(Rumani 8:31).", "\"La ż‐żmien ta' issa u la ta' li ġej, la s‐setgħat, la l‐għoli u lanqas il‐fond, u l‐ebda ħlieqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill‐imħabba ta' Alla li dehret fi Kristu Ġesù\"", "(Rumani 8:38‐39).\"", "Inti qed tgħixha s-safa li l-Mulej jixtieq jara fik?", "Tħobb kif iħobb Kristu?", "Kif qed taġixxi meta tiltaqa' mal-iebes u l-kuntrarju propju għax qed tipprova tgħix ta' nisrani/ja?", "X'jiswa għalik, li tagħmel dak li taf li jogħġob lil Alla jew li ma tagħmilx dak li taf li ma jogħġbux, jew li tagħmel dak li jaħsbu l-bnedmin ta' bla fidi?", "Talba", ":", "O Alla, li tajt il-grazzja lil dawn il-verġni kkonsagrati lilek, tal-kuraġġ biex jiffaċċjaw, flimkien ma' Ursula bħala l-mexxej tagħhom, ġlieda mill-isbaħ li permezz tagħha, bil-palma tal-martirju, huma laħqu l-glorja tas-sema fejn illum jikkontemplawk, agħmel li bit-talb tagħhom għalina aħna wkoll naslu biex nitgħaxxqu bil-glorja tiegħek fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholiccompany.com/getfed/st-ursula-and-her-11000-companions/", "Alternative Reading:", "http://osueast.org/st-ursulas-feast-day-october-21st/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Ursula", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee7c3cdc', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-1-11-san-gwanni-xxiii/", "title": "11 ta' Ottubru: San Ġwanni XXIII", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwanni XXIII", "\"Is-sigriet tal-veru ferħ u tal-paċi jinsab f'min ibaxxi rasu b'umiltà għar-rieda ta' Alla\". –", "San Ġwanni XXIII (15 t'Awwissu, 1954)", "SAN ĠWANNI XXIII", "Papa", "1881 – 1963", "Tagħrif:", "Il-Papa li twieled fqir, għex fqir u miet fqir!", "Fil-25 ta' Novembru, 1881: Angelo Giuseppe Roncalli twieled f'Sotto l-Monte – ħdejn Bergamo.", "Missieru kien Battista Roncalli u ommu kien jisimha Marianna Mazzola.", "Huwa ġie mgħammed dakinhar stess.", "Kien minn familja numeruża ta' bdiewa u ferm fqira.", "Fis-sena 1904, ordna saċerdot.", "Minn meta qaddes qatt ma naqas li jagħmel irtir kull sena.", "Kien ikun irtir ta' tmint ijiem.", "Ta' spiss kien jagħmel pellegrinaġġ għal xi Santwarju tal-Madonna fl-Italja u f'pajjiżi oħra.", "Matul l-Ewwel Gwerra kien suldat u bħala saċerdot kien il-kappillan tal-isptar ta' Bergamo.", "Fl-1921, kien inkarigat mill-opri missjunarji tal-Knisja kollha.", "Fl-1924, laħaq professur tal-Patroloġija fl-Università tal-Lateran.", "Fl-1925, kien ikkonsagrat isqof għall-knejjes tal-Lvant.", "Mis-sena 1924 sal-1944, kien viżitatur appostoliku, l-aħħar għoxrin sena kien nunzju appostoliku, f'diversi minn dawn il-pajjiżi tal-Lvant, anke fl-aħħar snin qabel il-Konċilju Vatikan II, fl-Ewropa.", "Il-Papa Piju XII, fl-1952 għażlu bħala Patrijarka ta' Venezja.", "Fl-1953, ġie nnominat kardinal mill-istess Papa Piju XII.", "Fl-1954-1957 ħa sehem f'diversi laqgħat pastorali u pellegrinaġġi f'diversi pajjiżi.", "Fid-9 ta' Ottubru tal-1958, miet il-Papa Piju XII.", "Fit-28 ta' Ottubru, 1958 ġie elett Papa.", "Huwa kiteb diversi enċikliki.", "Fil-31 ta' Marzu, 1961 ħareġ l-enċiklika:", "Mater et Magistra", ".", "Fl-1963, sejjaħ Konċilju Ekumeniku.", "U ftit wara fl-istess sena tal-1963 ħareġ l-enċiklika:", "Pacem in Terris", ".", "Miet fit-3 ta' Ġunju 1963, imma l-festa tiegħu ssir illum 11 ta' Ottubru, il-jum meta nfetaħ il-Konċilju Vatikan II – li allura kienet issir festa ta' Marija Omm Alla li issa ġiet trasferita għall-1 ta' Jannar.", "Ġwanni XXIII, magħruf mill-poplu bħala l-Papa Buono, ġie ddikjarat beatu mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-3 ta' Settembru, 2000 flimkien mal-Papa Piju IX.", "Huwa ġie kanonizzat flimkien mal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-27 ta' April, 2014.", "Illum il-ġurnata Ġwanni XXIII huwa magħruf bħala \"il Papa Buono\" (il-Papa Twajjeb).", "Ħsieb", ":", "Dawn li ġejjin huma pariri spiritwali mingħand San Ġwann XXIII Papa biex ngħixu ħajja tassew Nisranija:", "L-atti erojċi mhumiex dejjem meħtieġa.", "Meta l-ħajja tkun offerta dejjiema għas-servizz ta' Kristu, tal-Knisja tiegħu u tal-erwieħ, dan hu biżżejjed għall-qdusija u l-glorja tagħna.", "Għal min iżomm ħarstu f'Alla u jittama fih ma jinħasad minn xejn, anqas il-mewt ma tasal taħsdu; il-mewt hi ġrajja sagra għax twassal għall-glorja u l-hena eterna.", "Parti kbira mid-dinja tgħix bit-tpaċpiċ; aħna nimxu wara l-Vanġelu, l-unika verità li ma tispiċċa qatt.", "L-imħabba hija l-essenza tal-qdusija.", "Dwar il-familja:", "Hu meħtieġ li l-familja tiġi mħarsa u li n-nisa jiddefenduha b'kuraġġ u jżommu posthom b'sens ta' responsabbilità f'din l-opra; jaħdmu bla waqfien billi joqogħdu attenti, jikkoreġu, jgħallmu u jagħżlu bejn dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin.", "U, meta hu meħtieġ, għandhom ifittxu l-għajnuna tal-liġi ċivili.", "Hi tajba dik il-familja li fiha l-imħabba reċiproka tkun tixgħel bħal fjamma fl-eżerċizzju ta' kull virtù.", "Dwar it-talb:", "It-talb hu n-nifs tar-ruħ.", "Hi ħasra li d-dinja tħares lejn il-ħwejjeġ spiritwali bħala oġġett ta' dwejjaq.", "Huma ftit dawk li jitolbu u huma ftit ħafna dawk li jafu jitolbu tajjeb.", "Titlob ifisser tikkomunika ma' Alla, tagħti qima lill-kobor bla qies tiegħu; tafda bħala iben fil-Missier tas-sema, tfaħħru, titolbu maħfra, tirringrazzjah, titolbu b'ħerqa ...", "It-talb fil-ġewwieni tar-ruħ, wiċċ imb' wiċċ ma' Alla, għandu valur li xejn ma jegħlbu jew li jasal joqgħod floku.", "Din riflessjoni sabiħa oħra minn tiegħu:", "Il-paċi tal-Mulej titlob firda sħiħa minna nfusna u telqien sħiħ mir-rieda tagħna li trid il-ġid u l-kumdità f'ħajjitna.", "Meta r-ruħ tilħaq l-indifferenza sħiħa fejn jidħlu persuni, inkarigi u tibdil ta' postijiet, u karrieri ftit jew wisq ta' xorti tajba, dik hi l-paċi vera.", "It-tagħlim tal-Imitazzjoni ta' Kristu, ktieb III, kap.", "23, \"De quattour magnam importantibus pacem\" , jitħaddet eżatt dwar dawn il-punti:", "agħżel aktar ir-rieda ta' ħaddieħor milli tiegħek;", "agħżel aktar li jkollok anqas milli aktar;", "agħżel l-iżgħar post;", "agħżel dejjem u itlob li ssir ir-rieda ta' Alla, sal-punt li jekk dan iġib miegħu uġigħ u mrar, dawn ukoll isiru għajn ta' ferħ.", "Ftakar fit-talba: \"Ħu, Mulej, il-libertà kollha tiegħi.\"", "Talba", ":", "Mulej għal-lum biss: ser inwettaq għall-inqas ħaġa waħda li ma tantx għandi aptit nagħmilha.", "Jekk offendewni nagħmel minn kollox biex ħadd ma jkun jaf.", "Mulej għal-lum biss: nemmen b'fidi ferma anke jekk iċ-ċirkustanzi jkunu kontra, l-providenza tal-ħanin Alla tieħu ħsiebi, bħallikieku xejn ma jeżisti aktar fid-dinja.", "Mulej għal-lum biss: ma nibża' xejn u speċjalment ma nibża' xejn nuri l-apprezzament tiegħi lejn dak li huwa sabiħ, u nemmen fit-tjubija.", "Ammen.", "(Talba ta' San Ġwanni XXIII, Papa)", "English Version:", "https://www.catholicculture.org/culture/liturgicalyear/calendar/day.cfm?date=2018-10-11", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-xxiii/", "His Biography from the Vatican Site:", "http://w2.vatican.va/content/john-xxiii/en/biography/documents/hf_j-xxiii_bio_16071997_biography.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_John_XXIII", "Film dwar il-ħajja tal-Papa Qaddis Ġwanni XXIII:", "Nota: It-Tagħrif u l-Ħsieb dwar dan il-qaddis tal-lum huma meħudin mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8c6fcc', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-9-9-san-djonisju/", "title": "9 ta' Ottubru: San Djonisju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Djonisju", "\"Rasek ġiet maqtugħa mill-bqija ta' ġismek, u int bħala wieħed kbir, ġrejt biha f'idejk, Djonisju.\" –", "Versi fuq San Djonisju minn San Nikodemu l-Hagiorite (magħruf ukoll bħala tal-Muntanja Mqaddsa)", "SAN DJONISJU", "Isqof u Martri u Sħabu Martri", "? – 258", "Tagħrif:", "Skont tradizzjoni, San Djonisju, magħruf ukoll bħala San Denis, twieled l-Italja.", "Għall-ħabta tas-sena 250 mar Franza flimkien ma' sitta minn sħabu, u sar l-ewwel Isqof ta' Pariġi, u flimkien ma' San Rustiku, qassis, u mad-djaknu San Elewterju, ħa l-martirju mhux 'il bogħod minn Pariġi.", "It-tradizzjoni tgħid li l-ħidma tagħhom biex jikkonvertu lin-nies għall-Kristjaneżmu kienet tant effettiva li l-qassisin pagani instigaw lill-Gvernatur Ruman biex jarrestahom.", "Wara li żammewhom żmien twil fil-ħabs, qatluhom bil-qtugħ tar-ras, u tefgħu ġisimhom fix-xmara Siene, fis-sena 258.", "Katulla, mara Nisranija, ħadet l-iġsma tagħhom u difnithom qrib il-post fejn inqatlu.", "L-Insara bnew daqsxejn ta' knisja fuq qabarhom, u biż-żmien inbniet l-abbazija famuża ta' Saint-Denis, fejn huma miżmuma r-relikwi ta' dawn it-tliet qaddisin, u fejn ukoll, għal żmien twil kienu jindifnu s-Slaten ta' Franza.", "Fl-arti jġibu lil San Djonisju bħala Isqof qed iżomm rasu f'idejh, għax hemm leġġenda li tgħid li hu sofra l-martirju f'Montmartre (Għolja tal-Martri), f'Pariġi, imma reġa' qam mill-mewt u minn hemm mexa b'rasu f'idejh lejn il-post fejn kellu jiġi midfun, illum hemm l-abbazija li ġġib ismu.", "Ħsieb", ":", "\"Tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-oqbra jisimgħu l-leħen ta' Bin il-Bniedem u joħorġu: dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja, imma dawk li jkunu għamlu ħażin iqumu għall-kundanna.\"", "(Ġwanni 5: 28-29)", "Għal darb'oħra għandna l-każ ta' qaddis li dwaru nafu ftit u li mhux magħruf, iżda wieħed li l-kult tiegħu kien parti vigoruża tal-Istorja tal-Knisja għal sekli twal.", "Nistgħu nikkonkludu biss li l-impressjoni profonda li dan il-qaddis għamel fuq il-poplu ta' żmienu jirrifletti ħajja ta' qdusija straordinarja.", "F'dawn il-każijiet, hemm żewġ fatti fundamentali: (1) Li kien raġel kbir li ta ħajtu għal Kristu, u (2) li l-Knisja qatt ma nsietu – simbolu uman li jfakkarna li Alla ma jinsiena qatt.", "Il-bnedmin appostoliċi bħal San Djonisju, li kkonvertew ħafna nies għal Kristu, kienu mimlijin bl-Ispirtu tiegħu, u aġixxew u għexu għaliH biss.", "Huma taw ħajjithom biex ixerrdu r-reliġjon tiegħu, konvinti li l-ġid tal-individwi u n-nazzjonijiet jiddependi fuqU.", "Infatti fuq ir-Reliġjon tiddependi s-sigurtà u l-istabbiltà tal-gvern u tas-soċjetà kollha.", "Il-liġijiet tal-bniedem huma dgħajfin wisq biex irażżnu lil dawk li jinjoraw u jirreġettaw il-liġi ta' Alla.", "Sakemm il-kuxjenza tal-bniedem ma tkunx iffurmata mir-Reliġjon u marbuta bil-preċetti tagħha, il-passjonijiet tiegħu tant jassruh, li l-impuls tal-inklinazzjonijiet ħżiena jwassluh għal kollox, hekk li jasal biex jieħu vantaġġ minn kollox, u jekk ikun jista' fis-sigriet u b'mod li ma jiġix ikkastigat.", "Ir-Reliġjon vera, għall-kuntrarju, tassigura l-hena veru, il-paċi u l-ferħ fost il-provi l-aktar qawwija, is-sigurtà fil-mewt innifisha, u wara l-mewt l-ikbar premju glorjuż u etern f'Alla.", "Kemm għandna għax inkunu grati għalhekk, lejn in-nies li pprietkaw ir-Reliġjon vera fost ħafna diffikultajiet, provi u persekuzzjonijiet; u wkoll lejn dawk li qed jipprietkawha fi żminijietna, animati mill-istess Spirtu.", "U kif bir-reqqa għandna nevitaw il-persuni, il-kotba, il-perjodiċi, l-istazzjonijiet u kull forma ta' midja oħra li qed ixekklu u jippruvaw iġibu fix-xejn il-Fidi Nisranija u qaddisa tagħna, billi joħolqu ħrejjef u liġijiet ibbażati fuq dak li jaqbillu l-bniedem!", "U inti, tfittex bil-għaqal kollu sorsi li jgħinuk, aktar milli jfixkluk fil-Fidi Nisranija tiegħek?", "Kemm tirsisti biex tikber u titgħallem dejjem aktar dwar ir-Reliġjon Nisranija li tħaddan, li għaliha eluf ta' nies mietu martri?", "Ixxandar dak li temmen bi kliemek u b'għemilek ħalli bħal San Djonisju tressaq l-erwieħ lejn Kristu?", "Talba", ":", "O Alla, int bgħatt lil San Djonisju u 'l sħabu biex ixandru l-glorja tiegħek lill-pagani, u qawwejthom sal-aħħar fil-martirju tagħhom; agħtina li bħalhom immaqdru d-dinja u r-risq tagħha, u li ma nibżgħu minn ebda taħbit li hija tqanqal kontra tagħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.johnsanidopoulos.com/2016/10/saint-denis-first-bishop-of-paris.html", "Alternative Reading:", "https://vitaesanctorum.wordpress.com/2015/10/09/st-denis-and-companions-martyrs/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Denis", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8c578e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-2-12-san-serafin-minn-montegranaro/", "title": "12 ta' Ottubru: San Serafin minn Montegranaro", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Serafin minn Montegranaro", "\"Omm Qaddisa, isma' talbi, dawk il-pjagi qegħedli f'qalbi, t'Ibnek Ġesù Msallab\" –", "Talba lill-Madonna li San Serafin kien iħobb jitlob ta' spiss.", "SAN SERAFIN TA' MONTEGRANARO", "Reliġjuż", "1540 – 1604", "Tagħrif:", "Dan il-qaddis kien iben bennej fqajjar minn Montegranaro, fil-Marche ta' Ancona.", "Hu nnifsu kien qed jistenna li jikber biex bħal ħuh akbar minnu jieħu s-sengħa ta' missieru, imma sadanittant kien jaqla' xi ħaġa tal-flus jirgħa n-ngħaġ f'raħal fil-qrib.", "Mal-mewt ta' missieru, hu kien imsejjaħ lura d-dar; u ħuh ikbar minnu, li allura issa kien beda jaħdem miegħu jgħinu fil-bini bħala assistent, kien jiddieħak bih minħabba t-tjubija tiegħu, kien jumiljah u jheddu, u kien ukoll isawtu u jittrattah ħażin ħafna.", "Huwa kellu l-ħsieb li jmur eremit iżda meta sema' bil-Kappuċċini applika biex jidħol ajk magħhom f'Tolentino.", "Wara li ġie rrifjutat kemm-il darba, il-provinċjal daħħlu ta' 16-il sena.", "Serafin għamel progress kbir fil-ħajja spiritwali iżda ma tantx kien tajjeb għax-xogħol ordinarju li jagħmlu l-ajkijiet u kien isir ħafna tgergir dwar li Serafin kien bla grazzja f'għemilu.", "Il-fedeltà tiegħu lejn ir-regola, id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament, il-karità lejn kulħadd u l-mirakli tiegħu għamluh maħbub mill-poplu.", "Għadda żmien twil mill-ħajja tiegħu monastika f'deżolazzjoni interna, spiss kien anki jiddubita mis-salvazzjoni ta' ruħu.", "Huwa miet f'Ascoli fl-età ta' 64 sena u sitt snin wara Pawlu V ppermetta li jinxtegħlu l-lampi fuq il-qabar tiegħu.", "Ħsieb", ":", "Il-qdusija ta' San Serafin kienet rikonoxxuta minn ħafna.", "Xi drabi, kien skoraġġut minħabba li sħabu l-patrijiet kienu jirredikolawh.", "Serafin kien jerġa' jikseb il-paċi ta' qalbu u l-perspettiva tiegħu permezz tat-talb.", "Huwa spjega,", "\"Meta dħalt fil-ħajja reliġjuża kont ħaddiem fqir imsejken, nieqes minn kull talent u bla potenzjal.", "Bqajt kif kont, u dan ikkawżali tant umiljazzjonijiet u ċanfir li x-xitan kien juża dawn bħala opportunit", "à", "biex iħajjarni nħalli l-ħajja reliġjuża u nirtira f'xi deżert, u ningħalaq fija nnifsi.", "Jiena ntlaqt f'idejn il-Mulej, u lejl minnhom smajt vuċi ġejja mit-tabernaklu tgħid,", "\"Biex isservi lil Alla trid tmut għalik innifsek u taċċetta d-diffikultajiet, ta' kwalunkwe tip.\"", "Allura jien aċċettajthom u daħħalt f'rasi li nitlob ir-rużarju għal kull min ikkawżali l-problemi.", "Imbagħad smajt l-istess vuċi mit-tabernaklu tgħidli,", "\"It-talb tiegħek għal dawk li jimmortifikawk lili jogħġobni ħafna.", "Bi tpattija għal dan, jiena lest li nagħtik ħafna grazzji.\"", "Tassew li l-għeġubijiet li għamel b'idejh kienu abbundanti.", "Fil-fatt, in-nies bdew jikkonsidrawh bħala qaddis, wieħed li jaf ifejjaq u jipprofetizza.", "Ħafna mill-patrijiet taw xhieda li, wara li kulħadd kien imur fis-sodda, kienu spiss jisimgħu lil Serafin miexi lejn il-knisja biex iqatta' l-lejl f'adorazzjoni quddiem is-Sagrament Imqaddes.", "Serafin darba stqarr li r-raġuni li kien iqatta' ħafna mil-lejl fil-knisja kien minħabba li, fil-kamra tiegħu, kien ikun imħajjar biex jaqa' fid-dnub kontra l-kastità, anki fix-xjuħija tiegħu.", "Ir-reputazzjoni ta' Serafin waslet ukoll għand id-Duka tal-Bavarja u ta' Parma, għand il-Popli Nobbli ta' Bologna, u l-Kardinal Bandini.", "Biex jiġi evitat li n-nies ibusulu jdejh jew il-libsa tiegħu bħala turija tar-rispett tagħhom, Serafin kien iġorr kurċifiss miegħu, u joffrilhom lilu biex ibusuh.", "Għalkemm kien kważi analfabeta, Serafin kien jitkellem dwar Alla b'mod aktar eloċenti minn kwalunkwe teologu.", "Anki l-isqof ta' Ascoli, it-teologu eminenti, il-Kardinal Girolamo Bernerio, talab il-pariri ta' Serafin.", "Serafin kien awster fil-persuna tiegħu.", "Darba biss f'ħajtu aċċetta libsa reliġjuża ġdida, u għax kien taħt ubbidjenza.", "Għal 40 sena kontinwi, huwa kiel biss soppa jew insalata.", "B'konformità mal-ispiritwalità prevalenti ta' dak iż-żmien, Serafin kellu devozzjoni personali li jqaddes l-akbar ammont ta' quddies possibbli.", "F'qalbu kien spiss jikkontempla t-tbatijiet ta' Kristu.", "Imħeġġeġ kif kien bl-imħabba ta' Alla, xtaq anki jxerred demmu għall-imħabba ta' Dak li xerred Demmu għal kulħadd.", "Peress li x-xewqa tiegħu li jmut martri ma seħħitx, huwa għamilha d-drawwa tiegħu li jitlob lill-Madonna ta' spiss bil-kliem:", "\"Omm Qaddisa, isma' talbi, dawk il-pjagi qegħedli f'qalbi, t'Ibnek Ġesu Msallab.\"", "Serafin kellu wkoll sens kbir ta' umoriżmu.", "Darba, mara staqsietu jekk hi kinetx se twelled tifel jew tifla.", "Serafin ipprova jevita li jwieġeb.", "Imma l-mara insistiet, u qaltlu,", "\"Kif inkun naf liema isem nagħżel?\"", "Daħkan, Serafin weġibha,", "\"L-aħjar li tagħżel Ursula u sħabha,\"", "biex jindika li matul ħajjitha, il-mara kienet se twelled diversi bniet waħda wara l-oħra.", "Min dan kollu li issa sirna nafu dwar dan il-patri sempliċi, nistgħu ngħidu li tispikka fih l-umanità fl-aqwa tagħha:", "Kien", "bullied", "minn ħuh,", "imbagħad mill-patrijiet,", "kien jiftaħ qalbu ma' Ġesù,", "iżomm lilu nnifsu fil-knisja tul il-lejl għax fiċ-ċella kien jesperjenza tentazzjonijiet kontra s-sitt kmandament,", "u kien iħobb jiċċajta u jnissel tbissima fuq fomm ta' madwaru.", "Kien propju t-", "TALB", "u l-kuntatt frekwenti tiegħu ma' Alla, li", "BIDEL", "lil dan il-bniedem:", "imweġġa',", "umiljat,", "forsi b'nuqqas ta' maħfra u bi ħsibijiet ta' vendetta", "u b'ħajra għaż-żina,", "f'wieħed", "QADDIS", ".", "Mhux talli ma kien baqalu l-ebda xewqa kontra dawk li għaddewh minn tant tbatija, talli ħareġ minnu karattru umoristiku li jferraħ lil ħaddieħor!", "X'bidla kapaċi jagħmel Alla fil-ħajja ta' dawk li jfittxuh b'sinċerità u b'ħerqa!!", "U inti, tfittex lil Alla bil-ħerqa u bis-sinċerità biex taqsam miegħu il-ferħ u n-niket tiegħek?", "Tħallih jibdillek qalbek u ħajtek hekk li jfejjaqlek il-ġrieħi li sarulek u jgħinnek taħfer u titlob għal min weġġgħek?", "Tagħmel kull ma hu possibbli biex tevita li taqa' fid-dnub kontra s-sitt kmandament jew kontra xi kmandament ieħor?", "Tipprova tinsa ftit lilek innifsek u tkun kawża ta' ferħ fil-ħajja tal-oħrajn li forsi għadhom m'għarfux li l-ferħ veru jinsab biss fi Kristu?", "Talba", ":", "Mulej, il-qaddej tiegħek San Serafin għadda ħajtu fl-ubbidjenza, fis-sempliċità, fis-sawm, fil-penitenza u fil-karità; u kellu wkoll devozzjoni speċjali lejn is-Sagrament tal-Ewkaristija u lejn il-Verġni Marija, agħtina li nimitaw l-eżempji sbieħ li tana f'ħajtu, hekk li naslu ngawduk miegħu fis-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/03/seraphin-of-montegranaro.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-seraphin-of-montegranaro/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Seraphin_of_Montegranaro", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8c70b8', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-5-15-santa-tereza-ta-avila/", "title": "15 ta' Ottubru: Santa Tereża ta' Avila", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Tereża ta' Avila", "\"Tħalli xejn xi jħawdek, tħalli xejn xi jbeżżgħek.", "Kollox jgħaddi; Alla biss ma jitbiddilx.", "Is-sabar jikseb kollox.", "Min għandu 'l Alla ma jonqsu xejn.", "Alla waħdu biżżejjed.\" –", "Santa Tereża ta' Avila", "SANTA TEREŻA TA' AVILA (jew TA' ĠESU')", "Verġni u Duttur tal-Knisja", "1515 – 1582", "Tagħrif:", "Santa Tereża twieldet f'Avila, Spanja, fit-28 ta' Marzu, 1515, għand familja sinjura.", "Telgħet ta' natural ħelu u vivaċi.", "Meta kellha seba' snin, hi u ħuha iżgħar minnha, wara li qraw xi ħajjiet ta' qaddisin martri, ġiethom f'moħħhom li jmorru għall-Missjoni biex imutu martri, iżda ma laħqux tbiegħdu wisq mid-dar meta ltaqgħu ma' zijuhom u ħadhom lura għand ommhom.", "Meta kellha 12-il sena, ommha mietet.", "Tliet snin wara, oħtha l-kbira li kienet tieħu ħsieb id-dar iżżewġet, u l-missier daħħal lil Tereża mas-sorijiet Agostinjani.", "Wara sena u nofs, mardet, u kellha tmur lura lejn id-dar.", "F'dawn is-snin kienet bierda ħafna fir-Reliġjon.", "Imbagħad f'daqqa waħda fl-1535, iddeċidiet li tidħol Soru mal-Karmelitani li kienu f'Avila.", "Missierha għall-ewwel ma ridhiex, iżda mbagħad ċeda.", "Sena wara li daħlet soru, ipprofessat.", "Imbagħad ġie fuqha żmien twil ta' mard, u ta' nixfa fil-ħajja spiritwali.", "Meta missierha kien marid, hi marret iddur bih.", "Il-mewt tiegħu ġabet bidla ġo fiha għax marret tqerr għand il-konfessur tiegħu u dan ordnalha terġa' tibda titlob.", "Issa kienet qrib l-erbgħin.", "Imbagħad beda jkollha esperjenzi spiritwali li nafu bihom għax hi niżżlithom b'mod ċar u b'sengħa l-iktar kbira f'kotba li llum huma meqjusa bħala klassiċi spiritwali: l-\"Awtobiografija,\" \"Mixja tal-Perfezzjoni,\" u \"Il-Kastell Ġewwieni.\"", "Kitbet ukoll diversi ittri.", "Fl-1560, ġieha l-ħsieb li tirriforma l-Ordni tagħha, u ġġedded l-awsterità u d-dixxiplina li kellha qabel, u fl-1562, bil-għajnuna ta' San Pietru ta' Alkantara, minkejja bosta taħbit u tfixkil, rat l-ewwel erba' Sorijiet Karmelitani Skalzi jilbsu l-libsa l-ġdida fil-Monasteru l-ġdid ta' San José, f'Avila.", "Sitt xhur wara, meta ġieha l-permess, marret tgħix magħhom.", "Xahar wara, ġiet magħżula biex tkun is-Superjura.", "Wara xi snin ta' ħajja kwieta, bdiet tiftaħ kunventi oħra mxerrdin ma' Spanja.", "Fl-1568, bil-għajnuna ta' San Ġwann tas-Salib waqqfet l-ewwel monasteru tal-Patrijiet.", "B'kollox hi fetħet 17-il kunvent tas-Sorijiet u 15 tal-Patrijiet.", "Santa Tereża ta' Avila kellha wkoll devozzjoni speċjali lejn il-Patrijarka San Ġużepp.", "Il-kunventi kollha tal-Patrijiet u tas-Sorijiet Karmelitani Skalzi li hi waqqfet, poġġiethom kollha taħt il-Patroċinju tiegħu.", "Santa Tereża tikteb hekk:", "\"Jien ħadt b'avukat u patrun tiegħi lill-Glorjuż San Ġużepp, rajt u messejt tassew li l-għajnuna tiegħu hi wisq akbar minn dak kollu li stajt nittama.", "Kunu devoti b'mod partikolari ta' San Ġużepp, li għandu wisq qawwa u setgħa quddiem Alla!\"", "Tħabtet u batiet biex iġġedded l-ispirtu ġenwin Karmelitan skont ir-Regola ta' Ħajja ta' Sant'Albert, hekk li sa mewtha fl-1582 rat jinfetħu xejn inqas minn 17-il monasteru tas-sorijiet tagħha.", "U Alla ried illi f'laqgħa tassew providenzjali mal-patri żagħżugħ Karmelitan, Juan de Yepes, hija tirbaħ għall-kawża tagħha lil dan il-qaddis, hekk li bis-saħħa tiegħu bl-isem ġdid ta' Ġwann tas-Salib setgħet torganizza r-Riforma tagħha fost il-patrijiet ukoll u sa mewtha tara jinfetħu 15-il kunvent tal-Patrijiet tagħha, li bdew jissejħu Karmelitani Skalzi.", "Fl-aħħar vjaġġ tagħha fl-1582, wara li fetħet monasteru f'Burgos, telqet lejn Alba de Tormes.", "Meta waslet fl-20 ta' Settembru, kienet għajjiena ħafna u marida, inxteħtet fis-sodda, u mietet ftit ġranet wara, fl-4 ta' Ottubru.", "Fl-1622, il-Papa Girgor XV ikkanonizzaha, u fl-1970, il-Papa Pawlu VI ipproklamaha Duttur tal-Knisja flimkien ma' Santa Katerina ta' Siena.", "Ħsieb", ":", "Tereża għaddiet mill-kriżijiet iebsin tal-mard u tal-bruda spiritwali.", "Wara din il-kriżi ta' snin twal fil-ħajja reliġjuża, il-grazzja t'Alla refgħetha u għenitha terġa' ssib lil Ġesù.", "Qalbha saret ħuġġieġa waħda ta' mħabba tremenda għal Ġesù.", "Kellha diversi dehriet mistiċi u bdiet tintilef f'estasi Fih.", "Saret tabilħaqq Tereża ta' Ġesù.", "Hija kellha żwieġ mistiku ma' Ġesù u dan f'okkażjoni meta kienet qed tirċievi l-Ewkaristija.", "L-ispiritwalità ta' Tereża hi waħda tassew profonda.", "Għaliha, l-unjoni ma' Ġesù hija il-fus ta' kollox fil-ħajja tan-Nisrani.", "Araw b'liema reqqa din il-mistika kbira tispjega dan:", "\"", "Min għandu miegħu lil Ġesù Kristu bħala ħabib u mexxej twajjeb, għal kollox jiflaħ: għax hu jgħinna, iqawwina, qatt ma jonqosna, u hu veru Ħabib sinċier.", "Jiena naraha ħaġa ċara li, jekk irridu nogħġbu lil Alla u nirċievu grazzji kbar mingħandu, hu jrid iwasslilna kollox permezz tal-Umanità qaddisa ta' Kristu, li fiha l-Maestà tiegħu qal li jsib l-għaxqa tiegħu.", "Bosta drabi dan tgħallimtu bl-esperjenza, u qaluli l-Mulej innifsu.", "Rajt b'għajnejja stess li minn dan il-Bieb għandna ngħaddu jekk irridu lis-Sultan kbir tagħna jiftħilna beraħ is-sigrieti kbar u għolja tiegħu.", "Ma għandniex infittxu triq oħra, imqar jekk inkunu lħaqna l-quċċata tal-kontemplazzjoni.", "Din it-Triq hija żgura.", "Huwa Sidna Ġesù li minnu u bih jiġina kull ġid: hu jgħallimna.", "Jekk inħarsu lejn ħajtu, ma nsibux xempju aħjar u aktar perfett li nistgħu nimxu fuqu.", "X'neħtieġu aktar milli jkollna magħna ħabib hekk twajjeb li ma jitlaqniex weħidna fit-taħbit u t-tfixkil, kif jagħmlu l-ħbieb tad-dinja?", "Hieni min iħobbu bil-qalb u tassew, u jżommu dejjem miegħu.", "Inħarsu lejn il-glorjuż Appostlu San Pawl, li donnu ma kienx jista' joqgħod bla ma jsemmi 'l Ġesù b'fommu, hu li kellu dan l-isem miktub u mnaqqax f'qalbu.", "Meta fhimt dan, stħarriġt bir-reqqa l-ħajja ta' xi qaddisin li kienu kontemplattivi kbar, bħal San Franġisk, Sant'Antnin ta' Padova, San Bernard, Santa Katerina ta' Siena, u sibt li huma ma għaddewx minn triq oħra.", "Jeħtieġ li aħna nimxu minn din it-triq b'libertà sħiħa, mitluqin għal kollox f'idejn Alla.", "Ladarba l-Maestà tiegħu għoġbu jdaħħalna fost dawk li huma midħla u fidili tiegħu, inweġbuh minn qalbna.", "Kull meta naħsbu fi Kristu, għandna niftakru dejjem b'liema mħabba xerred fuqna tant grazzji u ġid, u kemm hi kbira l-imħabba li wriena Alla meta tana rahan hekk kbir tal-imħabba li għandu għalina: għax l-imħabba tistenna l-imħabba.", "Mela nagħmlu ħilitna kollha biex dan inżommuh dejjem quddiem għajnejna, u hekk nitħeġġu fl-imħabba.", "Għax jekk Alla jagħtina darba l-grazzja li din l-imħabba titnaqqax fil-qiegħ ta' qalbna, kollox isirilna mill-eħfef, u naħdmu ħafna fl-iqsar żmien u bi tbatija ċkejkna.\"", "U għalik, Ġesù huwa l-Ħabib l-aktar intimu li miegħu tħossok komdu/komda tiftaħ qalbek fit-talb?", "Tqisu bħala l-", "Għarus", "ta' ruħek hekk li l-hena tiegħek issibu f'li ssir taf dejjem iżjed dwarU, tqatta' ħin miegħU u titgħallem minnU?", "F'mumenti ta' nixfa meta donnu l-Mulej mhux qiegħed miegħek, inti tibqa' tħobbu u tagħmel atti ta' fidi Fih?", "Tibqa' tafdaH, tittama fiH u tistennieH bħalma l-għarajjes jistennew lil xulxin bil-qalb?", "Talba", ":", "O Alla, int qanqalt lil Santa Tereża ta' Ġesù bl-Ispirtu Qaddis tiegħek biex hija turi lill-Knisja t-triq tal-perfezzjoni; agħmel li, fil-ħobż tat-tagħlim tagħha tas-sema, insibu dejjem l-ikel spiritwali tagħna biex nitħeġġu bix-xewqa tal-qdusija tassew.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.coraevans.com/blog/article/the-incredible-life-of-st.-teresa-of-avila", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-teresa-of-avila-625", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Teresa_of_%C3%81vila", "Film playlist divided in Episodes on Saint Theresa of Avila with English subtitles:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8c8290', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-3-13-beata-alessandra-marija-de-costa/", "title": "13 ta' Ottubru: Beata Alessandra Marija de Costa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Alessandra Marija de Costa", "\"Int mhux se tiekol aktar ikel fuq din l-art.", "L-ikel tiegħek se jkun Ġismi; id-demm tiegħek se jkun id-Demm Divin Tiegħi, il-ħajja tiegħek tkun il-Ħajja Tiegħi.", "Int tirċeviha minn għandi meta ngħaqqad il-Qalb Tiegħi mall-qalb tiegħek.", "La tibżax, binti ... \"", "Ġesù lil Beata Alessandra ftit qabel ma bdiet tgħix biss bl-Ewkaristija – miraklu li dam sejjer għal 13-il sena.", "BEATA ALESSANDRA MARIJA DE COSTA", "Verġni", "1904 – 1955", "Tagħrif:", "Alessandra Marija de Costa twieldet fit-30 ta' Marzu, 1904 f'Balasar, il-Portugall.", "Hija rċeviet edukazzjoni Nisranija solida minn ommha u minn oħtha, Deolinda, u n-natura vivaċi u ta' manjieri tajba tagħha kienu jiġbdu l-attenzjoni ħelwa ta' kulħadd.", "Is-saħħa fiżika kważi straordinarja u l-istamina tagħha, ippermettewlha li tagħmel sigħat twal ta' xogħol agrikolu tqil fl-oqsma li kellhom, u b'hekk tgħin fid-dħul tal-familja.", "Meta kellha 12-il sena, Alessandra mardet b'infezzjoni u kważi mietet; il-konsegwenzi ta' din l-infezzjoni kellhom jibqgħu magħha anki meta tikber u jsiru \"l-ewwel sinjal\" ta' dak li Alla kien qed jitlob minnha: li tbati bħala \"ruħ vittma.\"", "Il-konsegwenzi tad-dnub", "Meta Alessandra kellha 14-il sena, kien hemm xi ħaġa li ħalliet marka permanenti fuqha, kemm fiżikament kif ukoll spiritwalment: tatha li tħares wiċċ imb' wiċċ mal-orrur u l-konsegwenzi tad-dnub.", "F'Sibt il-Għid tal-1918, filwaqt li Alessandra, Deolinda u apprendista żagħżugħa kienu qed jaħdmu fil-ħjata, tliet irġiel vjolenti daħlulhom f'darhom u ppruvaw jabbużaw minnhom sesswalment.", "Biex tippreserva l-purità tagħha, Alessandra qabżet minn tieqa, u waqgħet erba' metri għal isfel.", "Il-korrimenti tagħha kienu ħafna, u t-tobba djanjostikaw l-kundizzjoni tagħha bħala \"irriversibbli\": kien imbassar li l-paraliżi li sofriet kien se jibda jmur għall-agħar.", "Sal-età ta' 19-il sena, Alessandra kienet għadha tista' \"tkaxkar lilha nfisha\" lejn il-knisja, fejn kienet tibqa' mwaħħla fit-talb, u l-parroċċani kollha kienu jistgħaġbu biha.", "Minkejja li l-paraliżi u l-uġigħ tagħha marru għall-agħar, madankollu, hija kienet imġiegħla tibqa' immobbli, u mill-14 ta' April, 1925 sal-mewt tagħha – madwar 30 sena – tibqa'", "bedridden", ", kompletament paralizzata.", "Alessandra kompliet titlob lill-Verġni Marija għall-grazzja ta' fejqan mirakuluż, u wegħdet ukoll li ssir missjunarja jekk tfiq.", "Ftit ftit, madankollu, Alla għenha biex tara li t-tbatija kienet il-vokazzjoni tagħha u li kellha sejħa speċjali biex tkun il-\"vittma\" tal-Mulej.", "Aktar ma' Alessandra \"fehmet\" li din kienet il-missjoni tagħha, aktar ħaddnitha b'mod dejjem aktar volontarju.", "Hija qalet:", "\"Il-Madonna tatni grazzja saħansitra akbar: l-ewwel, l-abbandun; imbagħad, konformità sħiħa mar-rieda ta' Alla; fl-aħħar, l-għatx għat-tbatija.\"", "Missjoni li tbati ma' Kristu", "Ix-xewqa li ssofri kompliet tikber fiha aktar mal-vokazzjoni tagħha kienet qed issir iżjed ċara: fehmet li hi kienet imsejħa biex tiftaħ għajnejn ħaddieħor mill-effetti tad-dnub, tistedinhom għall-konverżjoni, u toffri xhieda ħajja tal-Passjoni ta' Kristu, għall-fidwa tal-umanità.", "Għalhekk ġara li mit-3 ta' Ottubru, 1938 sa l-24 ta' Marzu 1942, Alessandra għexet il-\"passjoni\" ta' tliet sigħat ta' Ġesù kull nhar ta' Ġimgħa, wara li rċeviet il-grazzja mistika li tgħix fil-ġisem u fir-ruħ tagħha s-sofferenzi tal-aħħar tliet sigħat ta' Kristu.", "Matul dawn it-tliet sigħat, il-paraliżi tagħha kienet \"tingħeleb,\" u hija kienet terġa' tgħix l-Istazzjonijiet tas-Salib flimkien mal-movimenti u l-ġesti tagħha, akkumpanjati minn uġigħ fiżiku u spiritwali kbir ħafna.", "Hija kienet ukoll attakkata djabolikament u tturmentata b'tentazzjonijiet kontra l-fidi u dan kollu kien iħalli konsegwenzi ta' korrimenti fiżiċi.", "Il-fatt li n-nies ma kinitx tifhimha u lanqas ma kienet temmen fil-kredibbiltà tagħha, kienu wkoll ta' salib kbir għaliha, speċjalment minn dawk li hi l-aktar kienet tistenna li \"jassistuha\" – membri u mexxejja tal-Knisja – dan żied mall-kruċifissjoni tagħha.", "Investigazzjoni mmexxija mill-Kurja ta' Braga rriżultat f'ittra ċirkolari miktuba mill-Arċisqof li fiha serje ta' \"projbizzjonijiet\" rigward il-każ ta' Alessandra.", "Kien ir-riżultat ta' verdett negattiv magħmul minn kummissjoni ta' saċerdoti.", "Barra minn hekk, kien ta' komfort spiritwali għaliha, li wara lid-direttur spiritwali tagħha, (qassis Ġiżwita li għenha mill-1934 sal-1941) waqaf jgħinha, saċerdot Salesjan, ċertu Fr Umberto Pasquale, beda jgħenna fl-1944.", "Tgħix biss bl-Ewkaristija", "Fis-27 ta' Marzu 1942, bdiet fażi ġdida għal Alessandra li kienet se tkompli għal 13-il sena u seba' xhur sal-mewt tagħha.", "Ma rċeviet l-ebda nutriment ieħor ħlief l-Ewkaristija Mqaddsa.", "Kien hemm drabi fejn kienet tiżen biss 33 kilo.", "It-tobba mediċi baqgħu mistgħaġba b'dan il-fenomenu u bdew iwettqu diversi testijiet fuq Alessandra, u aġixxew b'mod iebes ħafna u ostili lejha.", "Dan żied mat-tbatija u l-umiljazzjoni tagħha, iżda hija ftakret fil-kliem li Ġesù stess qallha:", "\"Rarament se tirċievi konsolazzjoni ...", "Irrid li waqt li l-qalb tiegħek tkun mimlija bit-tbatija, fuq xufftejk ikun hemm tbissima.\"", "B'riżultat ta' dan, dawk li żaru jew li ġew f'kuntatt ma' Alessandra dejjem sabu mara li, għalkemm fi skumdità fiżika apparenti, dejjem kienet tidher ferrieħa u titbissem minn barra, u ttrasmettiet lil kullħadd paċi profonda.", "Ftit fehemu dak li kienet qed tbati u kemm kienet reali d-deżolazzjoni interjuri tagħha.", "Dun Pasquale, li baqa' qrib ta' Alessandra matul dawn is-snin, ordna lil oħt Alessandra biex iżżomm djarju u fih tniżżel il-kliem li tgħid il-qaddisa u l-esperjenzi mistiċi tagħha.", "Fl-1944, Alessandra saret membru tal-\"Unjoni ta' Kooperaturi Salesjani\" u offriet is-sofferenza tagħha għas-salvazzjoni tal-erwieħ u għall-qdusija taż-żgħażagħ.", "Hija dejjem kellha interess qawwi fil-foqra kif ukoll fis-saħħa spiritwali ta' dawk li fittxew il-pariri tagħha.", "\"Toffendix lil Ġesù aktar!\"", "Bħala \"xhieda\" għall-missjoni li għaliha Alla kien sejħilha, Alessandra xtaqet dan il-kliem li ġej miktub fuq qabarha:", "\"Ja midneb, jekk it-trab tal-ġisem tiegħi jista' jkun ta' għajnuna biex isalvak, ersaq qrib, imxi fuqu, ixxutjah sakemm jisparixxi.", "Imma tidnibx iżjed: Toffendix lil Ġesù aktar!", "Ja midinbin, kemm nixtieq ngħidilkom ...", "Tirriskjawx li titilfu lil Ġesù għall-eternità kollha, għax hu tant hu twajjeb.", "Tkomplux tidinbu.", "Ħobbu lil Ġesù, ħobbu lilu!\"", "Alessandra mietet fit-13 ta' Ottubru, 1955.", "L-aħħar kelmiet tagħha kienu:", "\"Jiena ferħana, għax sejra l-Ġenna.\"", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huma kliem il-Papa San Ġwanni Pawlu II fil-Beatifikazzjoni ta' Alessandra Marija de Costa:", "\"Tħobbni?\"", "Ġesù jistaqsi lil Xmun Pietru, li jirrispondi: \"Iva Mulej, taf li nħobbok.\"", "Il-ħajja tal-Beata Alessandra Marija de Costa tista' tiġi mqassra f'dan id-djalogu ta' mħabba.", "Ikkunsmata u tħeġġeġ b'din l-ansjetà tal-imħabba, hija xtaqet li lis-Salvatur tagħha ma tiċħadlu xejn.", "B'rieda qawwija, hija aċċettat kollox biex turi l-imħabba tagħha lejh.", "\"Għarusa tad-demm,\" hija rrivelat mistikament il-Passjoni ta' Kristu u offriet lilha nfisha bħala vittma għall-midinbin, imsaħħa mill-Ewkaristija: li din saret s-sors uniku ta' nutriment tagħha għall-aħħar 13-il sena tal-ħajja li kien għad fadlilha.", "Bl-eżempju tal-Beata Alessandra, imfisser fit-trilogu \"sofri, ħobb, u agħmel riparazzjoni,\" l-insara jistgħu jiskopru l-istimulu u l-motivazzjoni biex jagħmlu \"nobbli\" dak kollu li hu iebes u tad-dwejjaq fil-ħajja, permezz tal-akbar evidenza tal-imħabba: ħajja li tgħixha għal min tħobb.", "Is-Sigriet tal-qdusija huwa l-imħabba għal Kristu.\"", "U dan huwa diskors li għamel l-Isqof Mario Grech fil-5 ta' Marzu, 2016 b'referenza għat-Triq tas-Salib Nazzjonali li ssir qrib il-Ġimgħa l-Kbira fuq l-Għolja tal-Għammar, Ta' Pinu, Għawdex:", "\"It-tbatija hija parti mill-għaġna ta' ħajjitna.", "Minbarra t-tbatija tal-ġisem u tal-qalb, għalina l-Insara hemm dik it-tbatija li nġarrbu minħabba li aħna dixxipli ta' Kristu.", "Ix-xhieda Nisranija tiswa qatigħ.", "Hija din it-tbatija li permezz tagħha nieħdu sehem mit-tbatija ta' Kristu: hija t-tbatija tal-imħabba li tingħata; hija tbatija li permezz tagħha nagħtu ħajja u tama lill-proxxmu.", "Fil-fatt il-ħniena tal-Missier intweriet lilna permezz tal-Passjoni ta' Ibnu l-Waħdieni.", "Huwa biss jekk aħna nitħeġġu minn din l-istess Passjoni li nistgħu nħennu bħall-Missier.", "Ejjew nitolbu lill-Feddej tagħna ħalli jkebbes lil qalbna b'din l-istess Passjoni, biex bħala dixxipli ma negħjewx mexjin warajH nerfgħu s-salib, u biex bħalu nkunu lesti nbatu għall-imħabba lejn l-oħrajn.\"", "Ġesù, int ma kontx komdu fuq is-Salib biex tpatti għal dnubietna!", "Għinna niftakru f'dan kull darba li nkunu ttentati li nidinbu.", "Midinbin konna, għadna u nibqgħu, imma Inti taf li nixtiequ nħobbu LILEK iżjed mid-dnub f'ħajjitna u għalik irridu nkunu lesti li niġu anki mwarrba u mistkerrha mill-ħbieb tagħna stess, imbasta nibqgħu leali lejk u ngħixu ħajja li togħġbok.", "Grazzi Mulej tal-paċenzja u tal-paċi li inti tpoġġi fil-qlub ta' dawk li jirsistu biex jilqgħu kollox minn idejk bħala r-rieda mqaddsa tiegħek.", "Din il-paċi tinstab biss FIK!", "Ħadd ma jista' jimlielna qalbna u jissodisfha ħliefek.", "Tkun imbierek O Ġesù għal dejjem, għax bil-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien tiegħek, fdejtna mill-misħut dnub!", "Talba", ":", "Alla ħanin, li fil-Knisja tajtna l-eżempju tal-Beata Alessandra Marija, intimament magħquda mal-Passjoni ta' Ibnek, nitolbu biex bl-interċessjoni tagħha, f'kull parti tad-dinja jinxtgħelu qima u devozzjoni lejn l-Ewkaristija u lejn il-Qalb Immakulata ta' Marija, u biex aħna wkoll insiru tempju dejjem aktar xieraq tal-Ispirtu s-Santu u xhieda awtentiċi tal-imħabba tiegħek.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.mysticsofthechurch.com/2009/11/blessed-alexandrina-da-costa-mystic-and.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=5911", "Her Biography from the Vatican Site:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20040425_da-costa_en.html", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Alexandrina_Maria_da_Costa", "Film on Blessed Alexandrina:", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huma meħud mis-sit tal-Vatikan.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8c6cc1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-2-qaddisin-fi-frar/1-1-2-0-1-1-santa-brigida-tal-irlanda/", "title": "1 ta' Frar: Santa Briġida tal-Irlanda", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Briġida tal-Irlanda", "\"Jien il-Mulej li nfejqek.\" –", "Il-Mulej fil-Ktieb tal-Eżodu 15:26", "SANTA BRIĠIDA TA' KILDARE, IRLANDA", "Reliġjuża u Fundatriċi", "452 – 524", "Tagħrif:", "Santa Briġida hija l-aktar qaddisa importanti fl-Irlanda, wara San Patrizju.", "Għexet ħajja ta' verġni minn ċkunitha.", "Bniet ċella, taħt siġra tal-ballut, li għalhekk jisimha Kill-dara (ċella tal-balluta).", "Billi marru jgħixu magħha bosta nisa oħra, għamlu komunità ta' sorijiet, li kellha ħafna friegħi oħra mxerrdin fl-Irlanda kollha u li baqgħu jagħrfu 'l Briġida bħala Madre Badessa tagħhom.", "In-nisa li kienu jissieħbu magħha fid-diversi monasteri kienu l-biċċa l-kbira nisa ta' klassi għolja.", "Kellhom magħhom patrijiet li kienu joffrulhom is-servizzi Liturġiċi, u anke xogħol manwali ta' kull xorta.", "Santa Briġida kienet magħrufa għat-tjubija tagħha, l-għaqal li kienet turi biex tgħin lill-miżżewġin fil-problemi tagħhom.", "Is-Salib ta' Santa Briġida: hija kienet għamlet salib bil-friegħi tal-ġummar biex tipproteġi lil kap tat-tribù li kien marid.", "Dan il-kwalità ta' salib wieħed għadu jarah imdendel mad-djar u bini ieħor lejliet il-festa tagħha, biex ibiegħed il-pajjiż min-nar u biex jgħin lin-nagħaġ li kienu ser iweldu l-ħrief.", "Il-fama ta' Santa Briġida ta' Kildare nxterdet mal-Ewropa mill-pellegrini Irlandiżi u missjunarji, u ħafna knejjes ġew mibnija f'ġieħha: fi Pjaċenza fl-Italja u speċjalment fil-Bretanja fi Franza.", "L-isem tagħha jfisser ħafna u stmat min-nisa Irlandiżi.", "L-Irlanda pproklamat – Btala Nazzjonali f'ġieħ in-nisa Irlandiżi.", "Bosta knejjes fl-Ingilterra u fl-Iskozja huma ddedikati għaliha, fosthom", "St. Bride ta' Fleet Street", ", Londra.", "Ħsieb", ":", "Xtaqt naqsam magħkom xi stejjer marbutin ma' din il-qaddisa tal-lum:", "Mirakli ta' Briġida tal-Irlanda", "Briġida kienet qed tivvjaġġa riekba fuq żiemel flimkien mas-sorijiet l-oħra, meta ż-żiemel waqaf f'daqqa u Briġida waqgħet minn fuqu, u ħabtet rasha ma' ġebla.", "Id-demm li ħareġ mill-ferita, tħallat ma' xi ilma li kien hemm fl-art.", "Briġida kienet taf b'żewġ sorijiet, li kienu jinsabu qribha, li ma setgħux jisimgħu jew jitkellmu u talbithom jferrgħu t-taħlita tad-demm u l-ilma fuq għonqhom filwaqt li jitolbu għall-fejqan.", "Soru minnhom għamlet dan u fieqet, filwaqt li l-oħra fieqet billi sempliċement misset l-ilma mdemmi meta tbaxxiet l-isfel lejn l-art biex tiċċekkja fuq Briġida.", "Fi storja oħra, Briġida fejqet raġel milqut mil-lebbra billi bierket kontenitur tal-ilma u tat istruzzjonijiet lil waħda min-nisa fil-monasteru tagħha biex tgħin lir-raġel juża l-ilma mbierek biex bih jaħsel il-ġilda tiegħu.", "U b'dan, il-ġilda tar-raġel ġie imnaddfa kompletament.", "Briġida kienet tħobb l-annimali, u diversi mirakli mill-ħajja tagħha jinvolvu annimali.", "Huwa maħsub li misset baqra li waqfet tagħti l-ħalib u bierkitha biex tkun ta' għajnuna għan-nies bil-ġuħ u bil-għatx.", "Imbagħad, meta ħelbu l-baqra, kisbu 10 darbiet aktar l-ammont ta' ħalib li qabel kienu jieħdu minnha.", "Imwielda Skjava", "Briġida twieldet fis-seklu 5 tal-Irlanda minn missier pagan, Dubhthach, kap tal-klann ta' Leinster.", "Ommha, Brocca, kienet iskjera u Kristjana li kienet waslet għall-fidi permezz ta' San Patrizju li pprietka l-Vanġelju.", "Mit-twelid, Briġida kienet ikkunsidrata bħala skjava u ġarbet trattament ħażin mis-sidien tagħha hi u tikber.", "Minkejja t-trobbija tagħha, żviluppat reputazzjoni ta' natura straordinarja u ġeneruża lejn l-oħrajn.", "Skont storja dwar it-tfulija tagħha, jingħad li darba tat b'karità l-provvista sħiħa tal-butir li kellha ommha lil xi ħadd fil-bżonn, imbagħad talbet lil Alla biex iforni l-provvista nieqsa lil ommha.", "Bi tweġiba għat-talb ta' Briġida, b'miraklu reġa' deher il-butir.", "L-Irġiel li ppruvaw jieħduha b'marthom", "Is-sbuħija fiżika tagħha (li kienet tinkludi għajnejn sbieħ ta' kulur blu) ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna rġiel, iżda Briġida ddeċidiet li ma tiżżewwiġx biex tkun tista' tiddedika ħajjitha kollha għall-ministeru Kristjan bħala soru.", "Storja antika tgħid li meta l-irġiel ma waqfux jippruvaw jaqbdu magħha, Briġida talbet lil Alla jneħħi s-sbuħija li kellha, u Hu għamel dan b'mod temporanju billi ppermetta li jitfaċċaw tbajja fuq wiċċha u li għajnejha jintefħu.", "Meta s-sbuħija ta' Briġida reġgħet lura, l-irġiel kienu leħqu marru xi mkien ieħor biex ifittxu mara oħra.", "Il-Monasteru ta' Briġida", "Meta Briġida kienet qegħda tfittex art li setgħet tuża biex tibni l-monasteru tagħha, talbet lir-re lokali biex jagħtiha biss art kemm ikopri l-mantell tagħha.", "Hu aċċetta dan.", "Imbagħad hija talbet lil Alla biex jespandi l-mantell tagħha biex b'hekk tikkonvinċi lir-re biex jgħinha.", "L-istorja tgħid li mbagħad, il-mantell ta' Briġida kiber b'miraklu u re kien xhud ta' dan, kiber tant li kopra erja kbira ta' art li mbagħad huwa taha biex tibni l-monasteru tagħha.", "Briġida waqfet monasteru taħt siġra tal-ballut f'Kildare, l-Irlanda, u malajr kiber hekk li sar monasteru ta' komunità kbira kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.", "Il-monasteru tagħha ġibed ħafna nies li kienu jistudjaw ir-reliġjon, il-kitba u l-arti hemmhekk.", "Bħala superjura ta' komunità li mbagħad saret iċ-ċentru tat-tagħlim fl-Irlanda, Briġida saret mara importanti fid-dinja tal-qedem u fil-Knisja.", "Eventwalment kienet qisha taqdi rwol ta' isqof.", "Fil-monasteru tagħha, Briġida waqfet fjamma ta' nar biex tirrappreżenta l-preżenza kostanti tal-Ispirtu s-Santu mal-poplu.", "Dik il-fjamma ntfiet diversi mijiet ta' snin wara matul ir-Riforma, iżda reġgħet inxtelgħet mill-ġdid fl-1993 u għadha tixgħel f'Kildare sal-lum.", "Il-bir li Briġida kienet tuża biex bih tgħammed lin-nies, jinsab barra minn Kildare, u l-pellegrini jżuru l-bir biex hemm jitolbu u skont tradizzjoni, jorbtu żigarelli mlewna ma' siġra partikolari li tinsab maġenbu.", "Is-Salib ta' Santa Briġida", "Jeżisti tip speċjali ta' salib, magħruf bħala \"Is-Salib ta' Santa Briġida\" li huwa popolari ħafna fl-Irlanda.", "Dan jikkommemora storja famuża li fiha Briġida marret fid-dar ta' mexxej pagan meta n-nies qalulha li kien qed imut u kien meħtieġ li jisma' malajr il-messaġġ tal-Vanġelju.", "Meta Briġida waslet, ir-raġel kien marid u mdejjaq u ma riedx jisma' dak li Briġida kellha xi tgħidlu.", "Allura hi baqgħet miegħu u talbet, u waqt li għamlet dan, ħadet ftit mit-tiben ta' mal-art u bih bdiet taħdem forma ta' salib.", "Gradwalment, ir-raġel deher kalm u staqsa lil Briġida x'kienet qed tagħmel.", "Imbagħad hi spjegatlu t-tagħlim tal-Vanġelju, billi użat is-salib magħmul bl-idejn bħala għajnuna viżwali.", "Ir-raġel imbagħad aċċetta l-fidi f'Ġesù Kristu, u Briġida għamditu eżatt qabel ma' miet.", "Illum, ħafna nies Irlandiżi jesponu s-salib ta' Santa Briġida fi djarhom, peress li jgħidu li jgħin biex iżommhom 'il bogħod mill-ħażen u jressaqhom lejn it-tajjeb.", "Wara l-mewt tagħha, in-nies bdew iqimuha bħala qaddisa, u jitolbu l-għajnuna tat-talb tagħha għall-fejqan, peress li ħafna mill-mirakli li seħħew matul ħajjitha kienu relatati mal-fejqan.", "Mirakli jew mhux, stejjer jew leġġendi, l-interess essenzjali li kellha Santa Briġida u li kellhom il-qaddisin kollha, kien li jwasslu lilhom infushom u lill-oħrajn għas-salvazzjoni tar-ruħ.", "Il-fejqan tar-ruħ mill-mard tad-dnub huwa l-fejqan essenzjali li kulħadd għandu jfittex li jakkwista għalih innifsu u għall-oħrajn.", "Is-Sagrament tal-Qrar jagħmel dan il-miraklu fina u s-Sagrament tat-Tqarbin isaħħaħ lir-ruħ tant li jagħmel li din tgħix għal dejjem.", "Int tfittex dan it-tip ta' fejqan essenzjali għalik innifsek u tħeġġeġ oħrajn biex huma wkoll jirċievu dan it-tip ta' fejqan?", "Talba", ":", "O Santa Briġida tal-Irlanda, int għażilt li titħabbeb ma' Kristu, li minnu ġej il-ġid veru li kull bniedem jixtieq, agħtina li b'talbek, nagħżlu li dejjem nibqgħu ggranfati mal-Mulej għax Hu biss jista' jfejjaq il-mard tar-ruħ tagħna b'mod permanenti, permezz tas-salib li hu sofra bi mħabba għalina.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2014/02/st-brigid-of-ireland.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-brigid-of-ireland-134", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Brigid_of_Kildare", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8c7ef4', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-1-4-14-san-kallistu-i/", "title": "14 ta' Ottubru: San Kallistu I", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Kallistu I", "\"Fi żmien ta' persekuzzjoni l-battalja trebbħek il-kuruna, iżda fi żmien ta' paċi hija x-xhieda ta' kuxjenza safja.", "\" –", "minn trattat ta' San Ċiprijanu li tapplika", "sew għal San Kallistu I li rebaħ il-kuruna tal-martirju msaħħaħ minn kuxjenza safja ffurmata skont ir-rieda ta' Alla.", "SAN KALLISTU I", "Papa u Martri", "? – 222", "Tagħrif:", "Jingħad li San Kallistu kien Nisrani Ruman.", "F'żogħżitu kien ilsir ta' Karpoforu, Nisrani impjegat fil-qorti imperjali.", "Karpoforu ħatar lil Kallistu \"Manager\" ta' bank.", "Għal xi raġuni, il-bank falla.", "Biex isewwi kif seta' t-telfa, Kallistu mar jitlob lura minn min kellu jagħtih.", "Fosthom kien hemm xi Lhud li xlewh bħala Nisrani.", "Il-maġistrat bagħtu jaħdem fil-minjieri ta' Sardinja bħala kastig.", "Inħeles minn ilsir wara talba għall-ħelsien tiegħu li Marcia għamlet lill-Imperatur Kommodu li kien ħabib tagħha.", "Għal għaxar snin ma nafux x'sar minn Kallistu ħlief li mar jgħammar f'Anzio.", "Fis-sena 199, il-Papa San Żeferinu sejjaħlu Ruma, ordnah djaknu, u ħatru amministratur tal-ħwejjeġ temporali tal-knisja.", "F'din il-kariga, Kallistu ħa ħsieb iċ-Ċimiterju ta' l-Insara, li kien jinsab fi Triq Appja, probabbilment l-ewwel biċċa art li l-Knisja kellha tagħha.", "Dan iċ-ċimiterju għadu jeżisti sal-lum u hu magħruf bħala ċ-\"Ċimiterju ta' San Kallistu\" għalkemm il-Qaddis mhux midfun fih.", "Kallistu żamm sħiħ mal-Papa San Żeferinu, kontra r-rigoruż Ippolitu li wara ħalla lilu nnifsu jsir l-ewwel antipapa fl-istorja tal-Knisja.", "Wara l-mewt ta' San Żeferinu, Kallistu nħatar Papa, fis-sena 217.", "Matul il-papat tiegħu li dam ħames snin u xahrejn, wera li kien Ragħaj għaqli, kuraġġuż u fl-istess ħin ħanin.", "Huwa żamm it-tagħlim Kattoliku fuq it-Trinità, u kkundanna lil Sabellju li ċaħad it-Tliet Persuni fit-Trinità Qaddisa.", "Żamm ukoll li kull dnub, kbir kemm ikun kbir, jista' jinħafer bl-indiema, u kkundanna t-tagħlim kuntrarju li kienu qed ixerrdu Ippolitu u Tertuljanu.", "Żamm ukoll iż-żwieġ tal-ilsiera ma' dawk li ma kinux ilsiera kien validu avolja l-liġi Rumana kienet tipprojbih.", "Miet martri fis-sena 222, fi rvell li qam fi Trastevere u difnuh fiċ-Ċimiterju ta' Kalepodju, fi Trastevere, fit-Triq Aurelia.", "Il-leġġenda tgħid li nqatel billi ntefa' ġo bir b'ġebla marbuta ma' għonqu.", "Jgħidu wkoll li kien hemm saċerdot li mar itella' l-ġisem tiegħu u ġie maqtul hu wkoll talli għamel dan, iżda m'hemm l-ebda evidenza soda dwar dawn ir-rakkonti.", "Uħud huma tal-opinjoni li wkoll mill-ftit li nafu dwaru, San Kallistu jista' jitniżżel fost il-papiet il-kbar.", "Ħsieb", ":", "Il-ħajja ta' San Kallistu turina li bħala żagħżugħ, kien skjav.", "Huwa kompla jservi lill-Knisja, u kien id-djaknu tal-Papa Żeferinu.", "Il-ħajja tiegħu turina t-tiġrib tal-Knisja Nisranija tal-bidu, u kemm kellhom ħajja iebsa.", "Il-Papa Żeferinu fdah bil-kmamar tad-dfin tul il-Mogħdija Appian, fejn disa' Isqfijiet ta' Ruma ġew midfuna u skoperti aktar tard – u b'hekk għamluh il-patrun ta' dawk li jaħdmu fiċ-ċimiterji.", "Biex tassew inkunu nistgħu napprezzaw is-sabiħ kollu li ngawdu fil-Knisja llum, ma rridux ninsew it-tiġrib kbir li għaddew minnu l-mexxejja tal-Knisja tal-bidu.", "Imma x'inhi l-enfasi li l-Knisja trid tagħmlilna kull darba li tippreżentalna dawn it-tifkiriet tal-martri u l-martirju tagħhom?", "X'importanza hemm f'li wieħed joqgħod jistudja propju dwar dan is-suġġett?", "1) Il-martirju tal-Insara jfakkarna dwar x'inhu l-prezz li wieħed irid iħallas biex ikun dixxiplu ta' Kristu.", "X'kien il-prezz fl-imgħoddi u x'għadu llum għal ħafna.", "(Luqa 14:27) Niftakru fl-Iskrittura, bħal fi Ġwanni 16:33 fejn Ġesù jwissi lid-dixxipli tiegħu li se jkollhom tribulazzjoni f'din id-dinja, u f'Atti 14:22 fejn Pawlu jgħid li d-dixxipli li għandhom jgħaddu minn ħafna tribulazzjonijiet biex jidħlu fis-Saltna ta' Alla.", "Imma dawn ma jagħmlux l-istess impressjoni fuqna daqs kemm kien jagħmlu fuq l-Insara tal-bidu li għexu taħt persekuzzjonijiet kontinwi u li ħajjithom kienet dejjem mhedda.", "Iżda dawn il-versi mill-Iskrittura, u oħrajn bħalhom (Luqa 9: 23-25; Atti 20:24; 21:13), juruna li l-persekuzzjoni kienet, hija u għada realtà.", "Passaġġi ta' dan it-tip ifakkru lin-Nisrani ppersegwitat li jeħtieġ ikun paċenzjuż fid-diffikultajiet, jirringrazzja 'l Alla fi żmien ta' prosperità, u jkun kunfidenti li fil-futur xejn mhu se jifirdu mill-imħabba ta' Alla.", "2)", "Meta nitgħallmu dwar il-kobor tat-tbatijiet li għaddew minnhom, aħna nitgħallmu wkoll is-sosten estiż li Alla lest li jagħti lill-qaddisin tiegħu f'dawn il-mumenti hekk iebsa u ta' tbatija.", "Irrispettivament mill-età jew mis-sess, Alla kien aktar minn kapaċi biex isaħħaħ lill-martri tiegħu.", "Irġiel fi xjuħithom, żgħażagħ u subien, u l-martri kollha kemm huma, ġew sostnuti lkoll minn Alla permezz tal-qawwa li ngħatatilhom fl-Ispirtu s-Santu u li huma rċevew fil-mument tal-martirju tagħhom.", "3) Jista' jservi biex isaħħaħna.", "Wara kollox huwa għalhekk li dawn l-istejjer ġew imniżżla fl-ewwel post. Fl-introduzzjoni ta' wieħed mill-Atti tal-Martri, il-kittieb jgħid li huma (l-Atti tal-Martri) iservu biex jixhdu l-grazzja t'Alla u jedukaw lill-bniedem.", "Huma jonoraw lil Alla u jsaħħu lill-bniedem.", "Il-persuna li kitbet dan tidher li kellha l-1Korintin 10:11 f'moħħha fejn insibu miktub li l-Iskrittura kienet miktuba għall-benefiċċju tagħna.", "L-intenzjoni tal-awtur, bil-kitba ta' wieħed mill-Atti tal-Martri, kienet li jippreserva l-istorja tal-martirju għall-istruzzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "4) Aħna aktar minn rebbieħa, bis-saħħa ta' Dak li ħabbna – dan jgħallimna li minkejja li aħna dgħajfa, aħna qawwija.", "Pawlu jgħid li tgħallem, li meta kien l-iktar dgħajjef, li kien l-aktar b'saħħtu, għaliex induna li huwa meta aħna fil-punt l-iktar dgħajjef li aħna niddependu aktar fuq grazzja t'Alla, u l-grazzja tiegħu hija aktar minn biżżejjed biex isostnina.", "Hu jasal jistqarr:", "\"Mela bil-qalb kollha nitgħaxxaq bid-debbulizzi tiegħi, bit-tagħjir, bl-għaks, il-persekuzzjonijiet, bid-dwejjaq minħabba Kristu; għax meta nkun dgħajjef, nkun qawwi.\"", "(2Korintin 12:10)", "U inti iddur fuq il-Mulej bħala l-ewwel sors li jista' jagħtik l-għajnuna u l-qawwa tiegħu f'mumenti iebsa?", "Temmen li hekk kif qalilna f'Rumani 8:28, Huwa kapaċi jdawwar anki avveniment li jidher ikrah, f'wieħed li jista' anki jagħmillek il-ġid jekk int tkompli tittama u tafda Fih?", "Kemm inti lest/a biex ma tiċħadx it-twemmin tiegħek u lil Kristu fil-mumenti meta n-nies tagħmilielek diffiċli billi tirredikulak, tinsultak, tippersegwitak u timmaltrattak?", "Talba", ":", "Fil-ħniena tiegħek, Mulej, isma' t-talb tal-poplu tiegħek u agħtina l-għajnuna, għall-merti tal-Papa San Kallistu, li llum qegħdin infakkru l-martirju tiegħu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas", "PDF", "fuq jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-callistus-i/", "Alternative Reading:", "http://www.newworldencyclopedia.org/entry/Pope_Callixtus_I", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Callixtus_I", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee8cba74', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-4-4-san-frangisk-ta-assisi/", "title": "4 ta' Ottubru: San Franġisk ta' Assisi", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Franġisk ta' Assisi", "\"Franġisku, mur u sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf.\"", "San Franġisk sema' dan il-leħen meta kien qed jitlob quddiem kurċifiss fi knisja żgħira abbandunata fil-kampanja f'San Damjan.", "SAN FRANĠISK T'ASSISI", "Djaknu", "1182 – 1226", "Tagħrif:", "Tfulija", "Franġisku twieled f'Assisi fl-Umbrija, fil-qalba tal-Italja, lejn l-aħħar tas-seklu tnax.", "Missieru, kummerċjant għani tad-drappijiet, malli ġie lura minn Franza, lil dan ibnu ried isejjaħlu \"Francesco,\" b'rabta ma' Franza li hu tant kien iħobb.", "Ommu, ta' mara twajba li kienet, għamlet ħilitha biex trawwem fih sa minn ċkunitu mħabba kbira lejn Alla.", "Fl-iskola tal-parroċċa tgħallem jaqra u jikteb.", "Kien iħobb il-poeżija, u kellu ġibda qawwija għall-mużika.", "Missieru kellu ħafna ambizzjonijiet għal ibnu; kien jittama li ibnu jasal għal pożizzjoni li tgħollih għal kollox 'il fuq mill-foqra u dawk li s-soċjetà kienet tqis bħala ż-żgħar.", "Sakemm kellu 23 sena, Franġisk kien il-hena ta' missieru għaliex hu wkoll kien mogħni b'tant xewqat li d-dinja ma titfgħux fil-ġenb.", "Kien ċert li jekk Franġisk jaqbad l-istess triq tiegħu kellu ċans kbir li jirnexxi fil-ħajja.", "Imma missieru ma kienx kuntent għal kollox bih.", "Franġisk kien jaf iħaddem moħħu biex jaqla' l-flus; imma, imbagħad, hu kien ħali, u jtajjar somom kbar.", "Żgħażagħ tal-età tiegħu kienu jixxalaw ħafna minn fuq dahru; lilu kienu jarawh bħala l-mexxej tagħhom għaliex mhux biss kien jonfoq, imma kien kapaċi wkoll jagħti ħajja lill-festi li kienu jiġu organizzati.", "Franġisk kien jiġbed lejh l-attenzjoni taż-żgħażagħ ta' Assisi għaliex kien iħobb jitfa' fuqu lbies li jagħti ħafna fil-għajn, u jgħaqqad oħrajn miegħu fid-daqq u fil-kant.", "Minkejja dan, missieru u ommu riedu jkunu ġenerużi miegħu.", "Missieru, għalkemm ma kienx japprova dak l-infiq, ħassu hieni li ibnu kien tant maħbub u stmat.", "Ommu kienet qed tapprezza ħafna l-kwalitajiet tajbin ta' binha; għalkemm iħobb il-ħajja, Franġisk kien dejjem ta' mġiba tajba, nobbli fi kliemu u għemilu, u ta' qalb kbira mal-foqra.", "Il-Gwerra", "Fil-gwerra li nqalgħet bejn Assisi u Peruġja, Franġisku ta s-sehem tiegħu.", "Dawk ta' beltu sofrew telfa, u hu nnifsu waqa' priġunier.", "Dak kien żmien meta Franġisk beda jirrifletti fuq il-veru valur tal-ħajja.", "Wara sena magħluq fil-ħabs, Franġisk waqa' f'marda li ħadet fit-tul.", "Imma malli fieq mill-marda tiegħu, lilu malajr reġgħu rikbuh l-ambizzjonijiet ta' qabel, u telaq lejn il-Pulja bit-tama li jinħatar Kavallier.", "Imma bilkemm beda dak il-vjaġġ, li kellu ħolma li ġegħlitu jirrifletti ħafna.", "X'inhu l-aħjar timxi wara l-Imgħallem jew wara l-qaddej?", "Franġisk ma ddubitax liema kellha tkun l-għażla tiegħu.", "Imma hu ma kienx fehem x'kellu jagħmel.", "Il-Konverżjoni", "Lura lejn Assisi, beda għal Franġisk żmien ġdid.", "Hu qisu nesa l-ħbieb tal-imgħoddi, u ntafa' f'ħajja ta' ġabra.", "F'għar fqajjar maqtugħ mill-ħsejjes tal-belt, Franġisk fit-tnehid talab mingħand Alla dawl biex jurih x'ried minnu.", "Franġisk, żagħżugħ imrobbi fil-fsied, kellu bħal stmerrija mill-mard tal-ġdiem.", "Imma, f'dan iż-żmien ta' xejra ġdida għal ħajtu, hu għamel rebħa kbira fuq in-natura dgħajfa tiegħu meta, bi mħabba sinċiera, għannaq miegħu u bies bniedem milqut mill-ġdiem.", "Ftit wara din il-ġrajja, Kristu Msallab qanqlu meta jingħad li kellmu għall-ewwel darba, u mlielu lil qalbu bi mħabba kbira lejn it-tbatijiet li l-Mulej kien ġarrab f'ħajtu.", "Franġisk baqa' ġeneruż bħalma kien qabel; imma dawk li stħoqqilhom il-ġenerożità tiegħu kienu oħrajn.", "L-imġiddmin dehrulu l-iżjed mitluqin fost il-morda; għalhekk, hu ħabbhom bi mħabba speċjali.", "Barra minn dan, minflok ma tajjar flusu f'divertimenti, Franġisk beda jqassam ħafna karità lill-foqra, u ma qatax milli jgħin lill-knejjes foqra tal-belt ta' Assisi u lis-saċerdoti li kienu jieħdu ħsiebhom.", "Knisja għażiża għal qalbu kienet dik ta' San Damjan.", "F'dik il-knisja ċkejkna u fi stat ħażin, hu sama' leħen mill-Kurċifiss impinġi li kien imdendel wara l-altar.", "Dan stiednu biex isewwi l-Knisja tiegħu li kienet qed tiġġarraf.", "Franġisk kien għadu ma fehemx tajjeb x'ried Alla mingħandu.", "Imma hu beda jintebaħ li l-Mulej riedu jagħti ħajtu għas-servizz tal-Knisja.", "Għal xi żmien, Franġisk ħalla daru, inġabar fil-knisja ta' San Damjan, u għamel dak li s-saċerdot tal-post talab mingħandu.", "Il-Proċess quddiem l-Isqof", "Missieru kien għadu jittama li dak ma kienx ħlief żmien qasir ta' kriżi.", "Imma, meta baqa' jara 'l ibnu mitfugħ fuq attivitajiet li 'l dak il-missier dehru jbaxxuh, missieru ħa deċiżjoni li għal Franġisk fissret ħajja ġdida.", "Quddiem missier irrabjat u fil-preżenza tal-Isqof Gwido ta' Assisi li kien qed jagħmilha ta' mħallef, Franġisk iddikjara li jiċħad għal kull wirt li kien imissu minn missieru.", "\"Mil-lum 'il quddiem,\" stqarr iż-żagħżugħ Franġisku, \"ngħid: Missierna, li inti fis-smewwiet.\"", "Issa Franġisku kien ċert x'kellha tkun it-triq ta' ħajtu.", "Hu libes libsa fqajra b'salib fuqha, u dak li kien jixtieq isir \"Kavallier tad-dinja,\" sejjaħ lilu nnifsu \"Kavallier tar-Re l-Kbir.\"", "Franġisk beda sentejn ta' ħajja iebsa maqtugħ għalih waħdu, mogħti għat-talb u għall-penitenza.", "Hu għex ukoll jaqdi u jitlob f'xi monasteri Benedittini, u għamel fihom il-ħidmiet l-iżjed umli u l-iżjed iebsin.", "Kienu għadhom f'moħħu l-kelmiet tal-Kurċifiss ta' San Damjan li qallu: \"Sewwi l-Knisja tiegħi.\"", "Franġisk aċċetta dawk il-kelmiet kif daqqew f'widnejh; għalhekk, hu ntafa' biex isewwi l-ħsara li kien fihom tliet knejjes ċkejknin ta' madwar Assisi: dawk ta' San Damjan, San Pietro della Spina, u Santa Marija tal-Anġli.", "Franġisk kien qed jistenna għal darb'oħra l-leħen ta' Alla.", "Hu ma ġġarrafx quddiem id-disprezz ta' dawk li fl-imgħoddi kienu ħbiebu; imma hu lanqas ma ntefaħ bl-ammirazzjoni ta' dawk li raw fih bidla tal-għaġeb.", "Darba, waqt li fil-knisja ta' Santa Marija tal-Anġli sema' l-qari tal-Vanġelu, hu ntlaqat minn kelmiet li ħasshom qed jingħadu għalih.", "Kienu l-kelmiet li Kristu bihom ħabbar x'kellha tkun il-missjoni tal-appostli, u l-ħajja ta' faqar li kienu sejrin jgħixu.", "Saċerdot fissirlu dawk il-kelmiet tal-Mulej, u hu sema' t-tifsira bil-ferħ għaliex Alla rrivelalu li dawk kienu jgħoddu għalih ukoll.", "Minn dak il-waqt 'il quddiem, Franġisk biddel ukoll il-libsa tiegħu: beda jilbes ċoqqa griża, lewn l-irmied, tħażżem b'ħabel abjad, u ried li jimxi ħafi.", "L-Isqof ta' Assisi tah il-permess li jipprietka l-Vanġelu fil-knisja ta' San Ġorġ; fid-dawl tal-kelmiet ta' Kristu, Franġisk ipprietka l-paċi u l-penitenza.", "L-ewwel dixxipli u l-approvazzjoni Papali", "Għalkemm ma tkellimx bil-kelmiet diffiċli tal-għorrief, ma kinux ulied il-poplu biss dawk li ssaħħru minn kliemu.", "L-għani Bennard u l-ġurista Pietru Cattani wrewh li xtaqu li flimkien miegħu jaqsmu l-istess ħajja tiegħu.", "Imma, mal-għonja u l-għorrief, malajr tħalltu l-foqra u s-sempliċi.", "Fl-ewwel sena, kien hemm tmienja oħra li għażlu dik l-għamla ta' ħajja.", "Franġisk, li ried jgħix dejjem f'ubbidjenza lejn il-Knisja, sena wara, ħadhom miegħu Ruma, quddiem Papa Innoċenz III.", "Il-Papa sabha diffiċli biex jagħtihom l-approvazzjoni tiegħu; imma l-Mulej nebbħu li kien sejjer jinqeda b'dak il-bniedem qaddis sabiex il-Knisja ma tiġġarrafx.", "Bil-barka tal-Papa, Franġisk beda jinħass bħal Kristu ieħor iħabbar l-aħbar it-tajba.", "Hu kien predikatur li jgħaddi minn post għall-ieħor.", "Kien jitkellem b'kelmiet li jifhimhom kulħadd u kien jolqot il-bniedem fil-laħam il-ħaj.", "Franġisk kien il-ħabbar tassew tal-kelma t'Alla għaliex ix-xandir tal-kelma kien ifisser li min jisimgħu, aktar milli jitgħallem, jieħu d-deċizjoni li jbiddel ħajtu.", "Anki l-għorrief u l-kbar tad-dinja kienu jisimgħuh, u l-kelmiet imqanqla tiegħu ġieli ġiebu fihom sens ta' biża' li ma setax ma jiswilhomx ta' ġid.", "Minkejja dan, il-bniedem li ssejjaħ \"dawl mibgħut mis-sema\", \"il-mibgħut minn Alla\", jew \"Kristu ieħor\" emmen li ma kienx jistħoqqlu li jkun saċerdot.", "Għalhekk, hu għażel li jibqa' jservi 'l Alla bil-ministeru ta' djaknu.", "Ix-Xewqa Missjunarja", "Il-qasam ewlieni tal-ħidma appostolika ta' San Franġisk kien l-Italja għaliex f'din l-art hu ħadem bla waqfien mis-sena 1208 'il quddiem.", "Imma dak li tant kellu jifraħ għall-fatt li x'uħud minn uliedu fl-Ordni tal-Minuri mietu f'art ta' missjoni għal Kristu, ma setax ma jkunx hu nnifsu mħeġġeġ bl-istess entużjażmu.", "Il-ħeġġa missjunarja u x-xewqa tal-martirju ingħaqdu flimkien f'San Franġisk.", "Imma l-ewwel darbtejn li pprova jmur lejn is-Sirja u l-Marokk, darba minnhom tempesta, u darb'oħra l-mard, reġġgħuh lura lejn art twelidu.", "Il-Klarissi", "Fis-sena 1212, San Franġisk waqqaf it-tieni Ordni tiegħu li kien dak tas-Sorijiet.", "Fil-bidu ssejħu: \"Id-Dami Fqajrin ta' San Damjan\".", "Għalkemm San Franġisk kien ir-ruħ ta' din l-istituzzjoni, huma sabu mexxejja kbira f'Santa Klara ta' Assisi: li minnha s-Sorijiet issejħu \"Klarissi\".", "Il-Vjaġġ fl-Eġittu", "Ftit wara t-tluq tal-ewwel missjunarji tiegħu, San Franġisk innifsu, fl-24 ta' Lulju, 1219, salpa lejn l-Eġittu.", "Is-Sultan Malik-el-Kamil laqgħu tajjeb u sema' l-kelma tiegħu.", "Is-Sultan inġibed lejn dak il-bniedem għaliex kien konvint li hu riedlu l-ġid; imma ma ħalliex it-twemmin Musulman tiegħu.", "San Franġisk ma ġiex mogħti l-martirju għal Kristu għaliex, fiż-żmien qasir ta' esperjenza missjunarja, lilu ħabbewh anki dawk li ma qablux ma' dak li kien qed jippritkalhom.", "F'dak iż-żmien, ir-raba' Konċilju tal-Lateran kien ordna li ssir Kruċjata ġdida.", "Din kienet bejn is-snin 1217 -1221.", "L-imġiba ta' San Franġisk wriet li, fi żmien ta' falliment sħiħ ta' dik il-Kruċjata, aktar kien hemm possibiltà li l-Musulmani jersqu lejn Kristu permezz ta' messaġġier ta' paċi, milli permezz ta' suldati li jużaw l-armi kontra dawk li ma jaqblux magħhom.", "Il-Presepju ħaj ta' Greccio", "Nhar l-24 ta' Diċembru, 1223, huwa ġabar miegħu l-bdiewa u r-rgħajja fqajrin li kienu jgħixu qrib l-għolja ta' Greccio.", "San Franġisk riedhom li jħossu l-imħabba kbira ta' Ġesù għall-bniedem meta għażel li jitwieled fil-għar ta' Betlem.", "Hu ppreżenta presepju ħaj, u tkellem b'kommozzjoni kbira fuq dan il-misteru tal-għaġeb.", "Dik id-drawwa malajr bdiet tinfirex mad-dinja kollha kemm hi.", "Għalkemm ma kienx l-ewwel darba li sar il-presepju fid-dinja nisranija, madankollu kien San Franġisk li qanqal l-imħabba ta' kulħadd għall-presepju.", "L-aħħar snin", "Mis-sena 1221 'il quddiem, meta kien għadu ta' madwar 40 sena, Franġisku kien marid.", "L-ulied spiritwali tiegħu diġà kienu jwasslu għal eluf.", "Kien hemm bżonn ta' mexxej minfloku.", "Għalhekk fis-sena 1221, San Franġisk għażel lil Fra Elija ta' Cortona biex ikun il-Vigarju tiegħu fit-tmexxija.", "L-aħħar snin ta' ħajtu, kienu dawk li fihom issokta jingħaqad ma' Alla dejjem iżjed fit-talb.", "L-għaqda ma' Kristu msallab kien qed iħossha fil-ġisem u r-ruħ tiegħu għaliex hu kien għaddej minn żmien ta' tbatija.", "Il-Pjagi", "Fis-sajf tas-sena 1224, San Franġisk inġabar fis-skiet tal-kunvent li kien fuq il-għolja La Verna.", "Il-qaddis kien jgħakkes il-ġisem tiegħu billi, matul is-sena, isum ir-Randan għal seba' darbiet.", "Fuq dik il-għolja, hu kien qiegħed isum ir-Randan li kien jagħmel f'ġieħ l-Arkanġlu San Mikiel.", "Lejn il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, li taħbat fl-14 ta' Settembru, waqt li kien fuq dik l-għolja fi ġranet ta' sawm u f'meditazzjoni fuq il-passjoni ta' Kristu, jingħad li l-Mulej Ġesù deherlu b'sitt iġwienaħ, bħal serafin, maqtugħ fl-ajru u b'dirgħajh miftuħin, bir-riġlejn ma' xulxin, u msallab ma' salib.", "Mill-ġwienaħ, tnejn kienu weqfin fuq ir-ras, tnejn mifruxin għat-titjir, u tnejn jiksu l-ġisem kollu.", "Imbagħad, waqt li kien mitluf f'estasi ta' mħabba, fl-idejn, fir-riġlejn, u fil-ġenb ta' Franġisku bdew jidhru l-pjagi tal-istess Kristu msallab.", "L-idejn u r-riġlejn dehru minfudin b'imsiemer li kellhom bħal ras tonda u sewda fuq iż-żewġ naħat; kienu ppuntati u milwijin sabiex ma jinqalgħux.", "L-imsiemer kienu tal-laħam stess, imma maħruġin 'il barra.", "Il-ġenb lemini wkoll deher bħallikieku minfud minn lanza, u kien jagħti fl-aħmar bħall-ġerħa li kellu; ta' sikwit, il-ġerħa kienet tnixxi d-demm, u lbiesu kien jiċċappaslu.", "Minn dak il-waqt, il-qaddis Franġisku, li sa minn tant żmien kien jarawh bħal Kristu ieħor, ġie trasfigurat fi xbieha ħajja tal-Mulej anki fl-istess ġisem tiegħu.", "Minn mindu ngħata l-pjagi, San Franġisk ma qata' qatt milli jbati fil-ġisem tiegħu.", "Hu mar lejn Assisi fejn għadda l-aħħar sentejn ta' ħajtu, u kien dejjem marid.", "Persuni għeżież kienu jieħdu ħsiebu, u jikkurawh.", "Ma kienx possibbli li jaħbihom.", "Imma ftit kienu dawk li raw il-pjagi tiegħu.", "L-aħħar sentejn ġiebu magħhom tbatijiet oħrajn.", "San Franġisk kien qiegħed jitlef id-dawl ta' għajnejh.", "F'dan iż-żmien li matulu Kristu kien għaqqdu miegħu tant mill-qrib fil-passjoni tiegħu, San Franġisk kiteb l-\"Għanja tal-Ħejjaq\".", "Biex jobdi lill-Kardinal Ugolino ta' Segni, il-Protettur tal-Ordni, San Franġisk qagħad għal xi kura li riedu jagħmlulu f'għajnejh it-tobba tal-Qorti Papali nnifisha.", "Dan kien f'Rieti fis-sena 1225; kienet kura li ġiebet magħha tbatijiet kbar fil-pazjent.", "Fl-aħħar sena ta' ħajtu, fl-1226, San Franġisk għadda perjodi qosra fi Siena u f'Cortona.", "F'dak iż-żmien, il-qaddis deher tant magħfus bl-uġigħ b'mod li kulħadd ħaseb li kien sejjer imut.", "Fix-xahar ta' April, 1226, bil-mod il-mod u b'ħafna waqfien, San Franġisk reġa' ttieħed fil-belt ta' Assisi.", "Għall-ewwel, hu nżamm fil-palazz tal-Isqof; imbagħad, għall-aħħar ta' Settembru, hu ġie trasportat fil-kunvent għażiż tal-Porzjunkola.", "Mewt", "Franġisku għadda l-aħħar ħinijiet ta' ħajtu jimmedita fuq il-passjoni ta' Kristu li r-rakkont tagħha nqralu mill-Vanġelu ta' San Ġwann.", "Flimkien ma' ħutu reliġjużi, hu ried iġedded ukoll it-tifkira tal-aħħar ċena tal-Mulej mal-appostli.", "Il-mewt, li San Franġisk fil-\"Għanja tal-Ħlejjaq\" ried isejħilha \"Oħtu\", ma kenitx fil-bogħod.", "Ir-reliġjużi bdew ikantaw is-Salm 142: \"B'leħen qawwi lill-Mule] insejjaħ; b'leħen qawwi lill-Mulej nitlob\".", "U, lejn it-tmiem tas-Salm, meta tkantaw il-kelmiet: \"Mill-ħabs oħroġni, biex inrodd ħajr lil ismek.", "Madwari jduru l-ġusti, għax Int timxi tajjeb miegħi\", ruħu ħarġet minn ġismu.", "Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru, 1226, filgħaxija.", "San Franġisk kellu biss qrib-il 45 sena.", "Billi ma nżul ix-xemx kien jitqies li bdiet il-ġurnata ta' wara, it-tifkira ta' San Franġisk intrabtet dejjem mal-4 ta' Ottubru.", "Il-Ħadd filgħodu, li kien proprju l-4 ta' Ottubru, il-ġisem tiegħu, b'akkumpanjament tal-kleru u l-poplu, ittieħed minn Santa Marija tal-Anġli għall-knisja ċkejkna ta' San Ġorġ.", "Il-ġisem ta' San Franġisk, għaddewh minn maġenb il-monasteru tas-Sorijiet Klarissi, f'San Damjan: fejn huma, minn bejn il-gradi tal-monasteru, setgħu jaraw u jqimu l-pjagi tal-ġisem qaddis tiegħu.", "Il-ġisem inżamm f'San Ġorġ għal erba' snin.", "Kien hemm li hu ġie ddikjarat qaddis mill-Papa Girgor IX, ħabib kbir u ammiratur tiegħu, fis-16 ta' Lulju, 1228.", "Il-Qabar", "Fil-25 ta' Mejju, 1230, il-fdal tiegħu ttieħed fil-Bażilika ġdida li nbniet fuq l-għolja li bdiet tissejjaħ \"Colle del Paradiso\": l-Gholja tal-Ġenna, waqt li, sa dak iż-żmien, kienet tissejjaħ l-għolja tal-Infern.", "Fil-bini ta' dik il-bażilika, il-mertu l-iżjed kbir kien ta' Fra Elija ta' Cortona.", "Il-Papa Girgor IX, b'sinjal ta' qima lejn il-fdal ta' San Franġisk, lil dik il-Knisja riedha tissejjaħ \"l-Omm u r-ras tal-Ordni kollu tal-Minuri\", u hi baqgħet dejjem is-Santwarju l-aktar għażiż tal-Ordni Franġiskan.", "Patrunat", "Hu l-qaddis patrun tal-ambjent, tal-annimali, tal-ekoloġisti, tan-negozjanti, tal-Azzjoni Kattolika, u tal-Italja.", "Ħsieb", ":", "Dawn li ġejjin huma siltiet mill-Omelija tal-Papa Franġisku waqt żjara pastorali f'Assisi fl-2013:", "\"Mnejn titlaq il-mixja ta' Franġisku lejn Kristu?", "Titlaq mill-ħarsa ta' Ġesù fuq is-salib.", "Inħalluh iħares lejna fil-mument li fih jagħtina ħajtu u jiġbidna lejh.", "Franġisku din l-esperjenza daqha b'mod partikulari fil-knisja ċkejkna ta' San Damjan, hu u jitlob quddiem il-Kurċifiss.", "F'dak il-Kurċifiss Ġesù ma jidhirx mejjet, imma ħaj!", "Id-demm jidher nieżel mill-ġrieħi ta' jdejh, ta' riġlejh u tal-kustat, imma dak id-demm jesprimi l-ħajja.", "Ġesù m'għandux għajnejh magħluqin, imma miftuħa beraħ: ħarsa li tkellem lill-qalb.", "U l-Kurċifiss ma jkellimniex dwar telfa, dwar falliment; paradossalment, ikellimna dwar mewt li hi ħajja, li tagħti l-ħajja, għax ikellimna dwar l-imħabba, għax hi l-Imħabba ta' Alla inkarnata, u l-Imħabba ma tmutx, anzi, tirbaħ fuq il-ħażen u l-mewt.", "Min iħalli lil Ġesù mislub iħares lejh jiġi maħluq mill-ġdid, isir \"ħolqien ġdid\".\"", "U dan diskors ieħor tal-Papa Franġisku f'Rio de Janiero:", "\"Għandna wisq bżonn nitgħallmu nħaddnu magħna lil min hu fil-bżonn, kif għamel San Franġisk.", "Kemm għandna sitwazzjonijiet fil-dinja, li jitolbu l-attenzjoni, l-għożża u l-imħabba tagħna.", "Spiss, imma, fis-soċjetajiet tagħna jirbaħ l-egoiżmu.", "Kemm għandna \"negozjanti tal-mewt\" li jimxu skont il-loġika tal-poter u tal-flus, hu x'inhu l-prezz li jrid jitħallas.", "Jeħtieġ naffrontaw il-problemi tal-lum billi:", "nippromovu iktar il-ġustizzja,", "nedukaw liż-żgħażagħ fil-valuri li jibnu l-ħajja komuni,", "nakkumpanjaw lil min jinsab f'diffikultà u", "nagħtu tama għall-futur.", "La tibżgħux toħorġu u tmorru tiltaqgħu ma' persuni bi problemi li qed jaffaċċjaw diversi sitwazzjonijiet iebsa.", "Tkunux miżmumin minn:", "preġudizzji,", "minn drawwiet,", "riġidità mentali jew pastorali,", "immexxijin mill-motto famuż \"imma dejjem hekk sar!\".", "Imma nistgħu biss immorru fil-periferiji jekk inġorru l-Kelma t'Alla fi qlubna, u nimxu mal-Knisja, bħal San Franġisk.", "Jekk ma jkunx hekk, inġorru lilna nfusna u mhux il-Kelma t'Alla; u dan mhux tajjeb, ma jgħin lil ħadd!", "Mhux aħna li nsalvaw id-dinja: huwa proprju l-Mulej li jsalvaha!", "Ilkoll għandna bżonn li nħarsu lejn l-oħrajn bl-għajnejn tal-imħabba ta' Kristu, nitgħallmu nħaddnu magħna lil min hu fil-bżonn, biex nuruh li qegħdin qrib, bir-rispett u l-imħabba.\"", "U int kif tħares lejn l-oħrajn?", "Tiġġudikhom jew tħobbhom?", "Qed ixxammar idejk u taqdi lil min hu fil-bżonn fuq l-eżempju ta' San Franġisk?", "Qed tismgħaha l-karba ta' Ġesu' Kurċifiss li qed jgħid lilek ukoll illum: \"Mur u sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf?\"", "Talba", ":", "Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek.", "Fejn hemm il-mibgħeda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba;", "fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra;", "fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi;", "fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama;", "fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl;", "fejn hemm in-niket; ħallini nxerred il-ferħ.", "La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ milli nfarraġ jien;", "la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor milli nifhem lil ħaddieħor jien;", "la tħallix li iżjed inkun maħbub, milli nħobb jien.", "Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu.", "Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura.", "Għax meta mmutu, inqumu għall-ħajja ta' dejjem.", "Ammen.", "(Talba popolari ta' San Franġisk ta' Assisi)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/st-francis-of-assisi.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-francis-of-assisi/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Francis_of_Assisi", "Film of Saint Francis of Assisi:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-Wikipedia u l-ħsieb mill-fuljett", "Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9d91cf', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-8-8-santa-tajde/", "title": "8 ta' Ottubru: Santa Tajde", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Tajde", "\"Nitlob lil Alla biex jixhed għalija li minn meta ġejt hawnhekk id-dnubiet tiegħi kienu dejjem quddiem għajnejja bħal piż; qatt ma nsejthom u dejjem bkejt jien u niftakarhom.\" ~", "Santa Tajde lil Pafnuzju meta mar biex joħroġha miċ-ċella.", "SANTA TAJDE", "Penitenta", "Seklu 4", "Tagħrif:", "Jingħad li Tajde għexet fis-seklu 4.", "Skont il-leġġenda tagħha, hija kienet imrobbija bħala Nisranija imma saret magħrufa f'Lixandra, l-Eġittu, minħabba li bi ġmielha kienet tipprova tiġbed u twaqqa' fid-dnub lil diversi rġiel.", "Il-fama tal-ħażen tagħha wasal ukoll f'widnejn Pafnuzju, li kien jgħix fid-deżert qrib, li ħalla l-ħajja rtirata tiegħu biex jgħinha tbiddel ħajjitha.", "Meta wasal fid-dar tagħha talabha li jkellimha fejn żgur ma kien jarahom u josservahom ħadd.", "\"Jekk inti qed tibża' li jarawk in-nies,\"", "qaltlu Tajde,", "\"hawn ma jarana ħadd; imma jekk qed tgħid għal Alla, inti taf tajjeb li hu jinsab kullimkien.\"", "Pafnuzju ħa spunt minn dak li kienet qalet u kellimha fuq it-tmiem tagħha meta jkollha tagħti kont ta' għemilha kollu.", "L-eremit irnexxielu bil-grazzja t'Alla, ibiddlilha ħajjitha.", "Hi għamlet ħuġġieġa u ħarqet fiha l-ilbies u l-ġawhar li bihom kienet tiżżejjen u tiġbed in-nies lejha u Pafnuzju ħadha f'kunvent ta' reliġjużi nisa fid-deżert.", "Wara li għalaqha f'ċella qalilha biex tgħid spiss it-talba:", "\"Inti li ħlaqtni, ikollok ħniena minni.\"", "Għaddiet tliet snin f'din iċ-ċella titlob u tpatti għal ħtijietha, u hemm fl-aħħar sabet tassew il-paċi tal-qalb.", "Wara dan Pafnuzju, bil-parir ukoll ta' eremit famuż ieħor, San Anton Abbati u rħieb oħra sħabu, fosthom Pietru s-Sempliċi, ħariġha miċ-ċella u reġa' taha l-libertà.", "Imma Tajde l-penitenti talbet li tingħaqad mas-sorijiet ta' dak il-kunvent fejn mietet ġimgħatejn wara.", "Ħsieb", ":", "\"Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta' Alla.\"", "(Ġesù f'Mattew 21:31)", "Pafnuzju, hu stess dixxiplu ta' Sant Anton il-Kbir iltaqa' miegħu u ma' xi wħud mid-dixxipli l-oħra tiegħu.", "Huma ddiskutew is-sitwazzjoni ta' Tajde u l-penitenza li Pafnuzju kien ordnalha tagħmel.", "Issa kienu għaddew 3 snin minn mindu Tajde daħlet fiċ-ċella.", "Ġara li wieħed mid-dixxipli ta' San Pawl kellu ħolma qawwija aktar tard dak il-lejl fejn ra sodda sabiħa b'kisja tal-bellus imdawwar bil-fjuri.", "Il-patri kompla jiddeskrivi s-sbuħija inkredibbli ta' din il-ħolma.", "Hu ħaseb li kienet dwar il-mewt imminenti ta' San Anton, li issa kien imdaħħal fiż-żmien u kellu qrib il-mitt sena.", "Imma Sant Anton qal lil Pafnuzju li l-ħolma kienet dwar Tajde u l-post li l-Mulej lestielha fis-sema.", "Qallu li issa kienet għamlet biżżejjed penitenza li kellha tiġi liberata.", "Pafnuzju mar biex jeħles lil Tajde miċ-ċella u l-penitenza tagħha.", "Huwa spjegalha li issa kienet għamlet penitenza biżżejjed u li l-Mulej kien ħafrilha.", "Hi qaltlu: \"Jien dejjem kelli t-tifkira ta' dnubieti quddiem għajnejja.\"", "Imma b'sorpriża għal Pafnuzju, Tajde ma riditx titlaq minn hemm ġew.", "Hi riedet toqgħod fiċ-ċella tagħha u tkompli titlob u tagħmel penitenza, iżda mbagħad b'ubbidjenza qaddisa, Tajde ħalliet iċ-ċella tagħha u talbet li tibqa' fil-kunvent mas-sorijiet l-oħra u tgħix ħajja ta' penitenza u talb, u tħalliet tagħmel dan.", "Imma r-rieda misterjuża ta' Alla kienet li wara biss ħmistax-il ġurnata hija tmut f'età żgħira ħafna.", "Pafnuzju irċieva l-aħbar tal-mewt tagħha u kien kunfidenti dwar il-ħniena t'Alla fuq ħajjitha.", "Tajde, wara tliet snin ta' penitenza l-iktar severa kienet tabilħaqq ħielsa mid-dnubiet tagħha kif ukoll mill-battalji ta' din il-ħajja.", "X'misteru ta' Ħniena kbira tinsab fil-Qalb ħelwa u umli tal-Mulej u Salvatur tagħna!", "Dan huwa l-kliem li qal lil Santa Fawstina f'Paragrafu", "723", "tad-Djarju tagħha dwar il-Ħniena tiegħu lejn il-midneb li jindem:", "\"Iktar ma jkun kbir il-midneb, iktar ikollu dritt għall-ħniena Tiegħi.\"", "U f'Paragrafu", "1146", ", Ġesù jkompli:", "\"L-ikbar midinbin għandhom ipoġġu l-fiduċja tagħhom fil-ħniena Tiegħi.", "Għandhom id-dritt qabel oħrajn li jafdaw fl-abbiss tal-ħniena Tiegħi.", "Binti, ikteb dwar il-ħniena Tiegħi lejn l-erwieħ itturmentati.", "Erwieħ li jirrikorru lejn il-ħniena Tiegħi Jiena nieħu gost bihom.", "Lil dawn l-erwieħ Jiena nagħtihom iktar grazzji milli huma jifilħu jitolbu.", "Ma nistax nikkastiga wkoll lill-ikbar midneb jekk hu jirrikorri lejn il-ħniena Tiegħi, imma għall-kuntrarju Jiena niġġustifikah fil-ħniena Tiegħi li hi bla tarf u li ħadd ma jista' jifhimha.", "Ikteb: qabel ma Jiena niġi bħal Imħallef ġust, l-ewwel niftaħ beraħ il-bieb tal-ħniena Tiegħi.", "Min ma jridx jgħaddi mill-bieb tal-ħniena Tiegħi jkollu jgħaddi mill-bieb tal-ġustizzja Tiegħi.\"", "Kien għalhekk li tana s-Sagrament tal-Qrar (tar-Rikonċiljazzjoni) biex jgħaddilna dawn il-grazzji li diġà kisbilna bil-mewt tiegħu għalina fuq is-salib permezz tas-saċerdot ministru tiegħu.", "M'hemm l-ebda mezz ieħor biex wieħed jirċievi l-maħfra għal dnubietu.", "Hekk jgħidilha lil Santa Fawstina f'Paragrafu", "1448", ":", "\"Ikteb, tkellem dwar il-ħniena Tiegħi.", "Għid lill-erwieħ fejn għandhom ifittxu l-faraġ; jiġifieri, fit-Tribunal tal-Ħniena (is-Sagrament tal-Qrar).", "Hemmhekk iseħħu l-ikbar mirakli u jirrepetu ruħhom bla waqfien.", "Biex wieħed japprofitta minn dan il-miraklu, m'hemmx għalfejn imur xi pellegrinaġġ kbir jew iwettaq xi ċerimonja li tidher minn barra; biżżejjed li wieħed jiġi bil-fidi f'riġlejn ir-rappreżentant Tiegħi u jurih il-miżerja tiegħu, u l-miraklu tal-Ħniena Divina jkun jista' jidher bis-sħiħ.", "Li kieku r-ruħ tkun bħal kadavru qed jitmermer u għalkemm, skont kif jarawha l-bnedmin, ma jkun hemm l-ebda (tama li) terġa' tiġi f'tagħha u kollox ikun diġ", "à", "mitluf, mhux hekk ma' Alla.", "Il-miraklu tal-Ħniena Divina jerġa' jġedded lil dik ir-ruħ bis-sħiħ.", "O, kemm huma msejknin dawk li ma japprofittawx mill-miraklu tal-Ħniena ta' Alla!", "Għalxejn għad issejjaħli, għax ikun tard wisq.\"", "Għal min jixtieq jaqra d-", "Djarju ta' Santa Fawstina", ", jista' jsibu kollu bil-Malti u anki jniżżlu bħala dokument sħiħ minn hawn:", "https://djarjutasantafawstina.wordpress.com/", "U int bogħod xejn mill-Qrar?", "Qatt ħsibt li jekk tkompli tipposponi għal għada biex tersaq lejn il-Qrar u tirċievi l-ħniena t'Alla, għada jista' jkun tard wisq?", "Qed tagħmel xi forma ta' penitenza bi tpattija għal dnubietek u biex tibker aktar fil-qdusija li bħala Nisrani/Nisranija int imsejjaħ/imsejħa għaliha?", "Talba", ":", "Mulej Alla, int kont ġeneruż fi ħnientek lejn Santa Tajde u meta rajt l-indiema sinċiera tagħha, minn prostituta wassalt lil din il-penitenta għall-qdusija li ridt tara fiha.", "Kun ħanin magħna lkoll u agħtina li nkunu niedma b'mod sinċier għal dnubietna hekk li naslu li nogħġbuk ħalli meta jasal il-waqt, inkunu nistgħu nfaħħruk għall-ħniena tiegħek għal dejjem.", "Bi Kristu Sidna Ammen.", "English Version:", "https://orthodoxwiki.org/Thais_the_Harlot", "A More Detailed Reading:", "http://d.lib.rochester.edu/teams/text/whatley-saints-lives-in-middle-english-collections-life-of-saint-thais-introduction", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Tha%C3%AFs_(saint)", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9d6f26', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-7-7-il-vergni-mqaddsa-marija-tar-ruzarju/", "title": "7 ta' Ottubru: Il-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju", "\"Waqt li ngħidu l-kliem tal-Ave Marija jiġu quddiem l-għajnejn tar-ruħ tagħna l-episodji ewlenin tal-ħajja ta' Kristu.", "Dawn l-episodji flimkien jagħmlu l-misteri tal-ferħ, tat-tbatija u tal-glorja, u nistgħu ngħidu li jpoġġuna f'komunjoni ħajja ma' Kristu permezz tal-qalb ta' Ommu.\"", "San Papa Ġwanni Pawlu II, silta mill-Ittra Appostolika", "Rosarium Virginis Mariae", "IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAR-RUŻARJU", "Tagħrif:", "Fis-7 ta' Ottubru 1571, il-flotta navali tal-Insara taħt il-kmand ta' Don Juan tal-Awstrija għamlet rebħa kbira kontra t-Torok, f'Lepanto.", "L-Insara, ibda minn Don Juan stess, attribwew din ir-rebħa kbira lill-għajnuna li l-Madonna tathom wara li daru lejha bit-talb tar-rużarju.", "Bħala ringrazzjament lill-Madonna, il-Papa ta' dak iż-żmien li tant ħadem għal dik ir-rebħa, San Piju V, dak li kien hekk ġeneruż ma' Malta wara l-Assedju l-Kbir, waqqaf festa annwali bl-isem ta' \"Il-Madonna tal-Vitorja.\"", "Sentejn wara, il-Papa Girgor XIII li laħaq wara Piju V, bidel l-isem tal-festa f'\"Madonna tar-Rużarju\", u ffissaha għall-ewwel Ħadd ta' Ottubru.", "Il-Papa Klement XII daħħalha fil-Kalendarju tal-Knisja Universali.", "Il-Papa San Piju X iffissa d-data tal-festa fis-7 ta' Ottubru, il-jum li fih seħħet ir-rebħa ta' Lepanto.", "Meta saret il-battalja ta' Lepanto, id-Dumnikani f'Malta ġa kellhom fratellanza tar-Rużarju fil-knisja tagħhom fil-Birgu.", "Id-Dumnikani ħabirku ħafna għat-tixrid tar-Rużarju f'pajjiżna u waqqfu fratellanzi li minn tal-ewwel daħħlu l-istatwi fil-purċissjonijiet tagħna.", "Din il-festa ġiet estiża għall-Knisja Universali fl-1716 meta l-Prinċep Ewġenju rebaħ rebħa oħra importanti fuq l-istess għadu fl-Ungerija.", "Ir-Rużarju hu talba li skont it-tradizzjoni, il-Madonna rrivelat lil San Duminku, fil-bidu tas-seklu tlettax, u hi waħda mill-isbaħ devozzjonijiet lejn il-Madonna.", "Ir-reċita tar-Rużarju tgħinna nimmeditaw il-misteri fil-ħajja ta' Sidna Ġesù Kristu f'għaqda ma' Marija li kienet hekk qrib tiegħu f'ħajtu, fil-passjoni u fil-qawmien tiegħu mill-imwiet.", "Ir-Rużarju Mqaddes ħa spinta kbira bid-dehriet tal-Madonna f'Lourdes u f'Fatima u bl-appelli ta' ħafna qaddisin u Papiet.", "Ir-Rużarju hu wieħed mill-aktar devozzjonijiet lejn ommna Marija approvata mill-Knisja.", "Anzi hu d-devozzjoni prinċipali Marjana fil-Knisja tal-Punent matul l-aħħar 500 sena.", "Il-Papa Ljun XIII żied it-titolu \"Sultana tar-Rużarju Mqaddes\" fil-Litanija tal-Madonna.", "Il-Papiet għanew din id-devozzjoni tar-Rużarju b'bosta indulġenzi, u ħabirku biex jingħad regolarment mill-insara, possibilment kuljum, għax iġib grazzji kbar fuq min jirreċitah bid-devozzjoni.", "Kien il-Papa San Ġwanni Pawlu II li kompla żejjen ir-rużarju meta mal-misteri tal-ferħ, tbatija u l-glorja żied il-misteri tad-dawl.", "Ħsieb", ":", "Il-Rużarju huwa talba tradizzjonali Nisranija li fiha nikkontemplaw il-wiċċ ta' Kristu.", "Il-Beatu Papa Pawlu VI ddeskriviha hekk:", "\"Ir-Rużarju huwa talba evanġelika li tiċċentra fuq il-misteru tal-inkarnazzjoni u tal-fidwa, u għalhekk żgur li hu talba li twassalna lejn Kristu.", "Fil-fatt, anki meta ntennu l-Ave Marija, aħna nkunu qed nagħmlu att kontinwu ta' tifħir lil Kristu, li huwa l-għan aħħari kemm tat-Tħabbira tal-Anġlu, kif ukoll tat-tislima li għamlet omm il-Battista: 'Imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek' (Luqa 1:42).", "U hemm xi ħaġa aktar minn hekk: fir-ripetizzjoni tal-Ave Marija hemm mistura dik ix-xi ħaġa li fuqha tintiseġ il-kontemplazzjoni tal-misteri: Ġesù li jissemma f'kull Ave Marija huwa l-istess Ġesù li l-misteri jpoġġu quddiemna, xi drabi bħala iben Alla u drabi oħra bħala iben il-Verġni Marija.\"", "L-iskop tar-Rużarju huwa li jgħinna nimmeditaw fuq il-misteri kbar tas-salvazzjoni tagħna.", "Piju XII qal li huwa kompendju tal-Vanġelu.", "L-enfasi ewlenija hija fuq Ġesù: it-twelid, il-ħajja, il-mewt u l-qawmien tiegħu.", "Il-Missierna tfakkarna li l-Missier ta' Ġesù huwa l-inizjatur tas-salvazzjoni.", "Is-Sliema tfakkarna nissieħbu ma' Marija biex nikkunsidraw dawn il-misteri.", "Huma jagħmluna konxji li Marija kienet u hija magħquda mill-qrib ma' Binha fil-misteri kollha tal-eżistenza tiegħu fid-dinja u fis-Sema.", "Il-Glorja tfakkarna li l-iskop tal-ħajja kollha tagħna hija l-glorja tat-Trinità.", "Ir-Rużarju jappella għal kulħadd.", "Huwa sempliċi.", "Ir-ripetizzjoni kostanti tal-kliem tgħin biex tinħoloq atmosfera li fiha tikkontempla l-misteri ta' Alla.", "Aħna nemmnu li Ġesù u Marija huma magħna fil-ferħ u fid-dwejjaq tal-ħajja.", "Jgħinna nikbru fit-tama li Alla se jwassalna biex naqsmu l-glorja ma' Ġesù u Marija għal dejjem.", "Min jaf kemm ġid sar permezz tar-Rużarju!", "Kemm nies għamlu mewta tajba, kemm nies biddlu ħajjithom, kemm grazzi nqalgħu!", "Ejjew ma ninsewx li hu l-aktar talba li tagħti unur lill-Madonna u dik li hi tkun qed tistenniena nitolbu bil-ħerqa.", "Tassew li kulħadd jafu dan, imma kulħadd jitolbu?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta' Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjows kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Għal min jixtieq, jista' jaqra' wkoll l-Ittra Appostolika tal-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar ir-Rużarju Mqaddes (16 t'Ottubru, 2002) bl-isem", "Rosarium Virginis Mariae", "issa wkoll bil-Malti minn hawn:", "http://www.laikos.org/JP2_Rosarium_Virginis_Mariae_16102002.htm", "Ara wkoll il-15-il wegħda li l-Verġni Marija għamlet lil min jitlob it-talba tar-Rużarju minn hawn:", "https://www.youtube.com/watch?v=XZcmLKViKS8", "Talba", ":", "Omm il-bnedmin kollha nixtieq li nressaq quddiem il-Qalb tiegħek bla tebgħa, il-ferħ u t-tamiet tiegħi flimkien mal-problemi u l-weġgħat tiegħi u ta' dawk kollha li jirrikorru lejk fil-bżonnijiet kollha tagħhom.", "Ja Omm l-aktar ġentili u ħanina, inti taf lil kull waħda minna b'isimha u żgur li tagħrafna mill-fattizzi tagħna u mill-istorja personali tagħna.", "Iżda fuq kollox, inti tħobbna bi mħabba ta' Omm li taf il-bidu tagħha fil-Qalb tal-Ħniena Divina.", "Għalhekk nagħmel kuraġġ, u lejk nersaq, f'idejk nintelaq, lilek nafda, waqt li nikkonsagralek dak kollu li jien u li għandi, ja Omm Qaddisa u ħanina tiegħi.", "Ammen.", "(Talba li għamel il-Papa Benedittu XVI quddiem il-Madonna ta' Fatima f'Mejju, 2010)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/our-lady-of-rosary.html", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/feast-of-our-lady-of-the-rosary-617", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Our_Lady_of_the_Rosary", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar il-festa tal-lum hija meħuda mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9d5fb2', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-5-5-santa-marija-fawstina-kowalska/", "title": "5 ta' Ottubru: Santa Marija Fawstina Kowalska", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Marija Fawstina Kowalska", "\"Jiena qiegħed nibgħatek bil-ħniena Tiegħi għand in-nies tad-dinja kollha.", "Jiena ma rridx nikkastiga lill-umanità li qiegħda tbati, imma nixtieq infejjaqha u nrossha mal-Qalb Tiegħi mimlija Ħniena.", "(Djarju, 1588)", "Inti s-segretarja tal-ħniena Tiegħi.", "Jiena għażiltek għal din il-missjoni f'din il-ħajja u fil-ħajja l-oħra.", "(Djarju, 1605)", "... sabiex inti tgħarraf lill-erwieħ bil-ħniena kbira Tiegħi għalihom, u sabiex inti tħeġġiġhom biex ikollhom fiduċja fil-ħniena Tiegħi bla tarf.", "(Djarju, 1567)", "\" –", "Ġesù lil Santa Marija Fawstina Kowalska", "SANTA MARIJA FAWSTINA KOWALSKA", "Verġni u Appostlu tal-Ħniena Divina", "1905 – 1938", "Tagħrif:", "Santa Marija Fawstina Kowalska, magħrufa llum fid-dinja kollha bħala 'l-Appostlu tal-Ħniena Divina,' hija meqjusa mit-teoloġi bħala waħda mill-mistiċi kbar tal-Knisja.", "Hija kienet it-tielet wild minn għaxra mweldin ġo familja kampanjola, fqira u reliġjuża fi Glogowiec, raħal fil-qalba tal-Polonja.", "Fawstina ġiet mgħammda fil-Knisja parrokkjali qrib Swinice, Warckie, u ngħatat l-isem ta' Helena.", "Sa minn tfulitha fiha spikkaw it-tjubija, l-imħabba għat-talb, il-bżulija u l-ubbidjenza; kif ukoll is-sensittività kbira li hi kellha għall-miżerja umana.", "Bilkemm laħqet għamlet tliet snin ta' skola, għax fl-età ta' erbatax-il sena telqet mid-dar sabiex tgħin lill-ġenituri tagħha u taqla' l-għejxien tagħha bħala qaddejja fil-bliet ta' Aleksandrow u Lodz li jinsabu fil-qrib.", "Meta kellha biss seba' snin (sentejn qabel l-ewwel Tqarbina tagħha) Helena kienet diġà qiegħda tħoss ġewwa ruħha s-sejħa għall-ħajja reliġjuża.", "Meta iktar tard qalet lill-ġenituri tagħha b'din ix-xewqa, bil-qawwa kollha huma ma ridux iħalluha tingħalaq f'kunvent.", "Minħabba din is-sitwazzjoni, Helena għamlet li setgħet biex twarrab din is-sejħa divina.", "Imma wara dehra ta' Kristu jbati, Hu ċanfarha b'dal-kliem:", "Kemm ser indum nissaportik u kemm ser iddum tgħidli le?", "(Djarju, 9) u bdiet tfittex kunvent fejn setgħet tidħol.", "Ħabbtet ħafna bibien ta' kunventi, imma ħadd ma laqgħaha.", "Fl-aħħar nhar l-1 ta' Awwissu 1925, Helena daħlet fil-kunvent tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena fi Triq Zytnia ġo Varsavja.", "Fid-Djarju tagħha, hija kitbet: \"", "Deherli li kont dħalt fil-ħajja tal-Ġenna.", "Kien hemm talba waħda ħierġa bil-qawwa kollha minn qalbi, talba ta' radd il-ħajr.\"", "(Djarju, 17)", "Madanakollu, wara ftit ġimgħat kellha tentazzjoni kbira li tmur f'kongregazzjoni oħra fejn ikollhom iktar ħin għat-talb.", "Kien f'dan il-waqt li l-Mulej Ġesù wrieha wiċċu midrub mimli tbatija u qalilha: '", "Ser tkun int li tikkaġunali dan l-uġigħ jekk inti tħalli dan il-kunvent.", "Jiena għal hawn sejjaħtlek u għal imkien iżjed; u Jiena ħejjejt ħafna grazzji għalik.", "'(Djarju, 19)", "Meta daħlet fil-Kongregazzjoni, Helena irċeviet l-isem ta' Swor Fawstina.", "Hija għamlet in-novizzjat tagħha fi Krakovja, u hemmhekk fil-preżenza tal-Isqof Stanislaus Rospond, ħadet l-ewwel voti reliġjużi tagħha.", "Ħames snin wara għamlet il-professjoni tal-voti perpetwi tal-kastità, faqar u ubbidjenza.", "Għalkemm ingħatat xogħol f'xi wħud mid-djar tal-Kongregazzjoni tagħha, għaddiet żmien itwal fid-djar ta' Krakovja, Plock u Vilnius, fejn wettqet id-dmirijiet ta' koka, ġardinara u purtinara.", "Minn barra ma kien hemm xejn x'juri l-ħajja mistika tagħha tal-għaġeb u mimlija għana.", "Hija kienet twettaq id-dmirijiet tagħha b'ħeġġa kbira, kienet tosserva bil-fedeltà r-regoli kollha tal-ħajja reliġjuża, kienet iżżomm il-ġabra u s-skiet, fil-waqt li l-ħin kollu kienet iġġib ruħha b'mod naturali, dejjem burdata tajba, ta' qalbha tajba u mimlija mħabba li ma tfittixx li hu tagħha mal-proxxmu.", "Ħajjitha kollha kienet mibnija fuq sforz kontinwu għal għaqda dejjem iktar sħiħa ma' Alla waqt li tikkopera ma' Ġesù b'għadd ta' sagrifiċċji fil-ħidma tas-salvazzjoni tal-erwieħ.", "Hija stqarret fid-Djarju tagħha,", "'Ġesù tiegħi, Inti taf li, sa minn ċkuniti, jiena ridt insir qaddisa kbira, jiġifieri, jiena ridt inħobbok bi mħabba hekk kbira li ma jkun hemm ħadd iżjed li jkun ħabbek daqshekk s'issa.'", "(Djarju, 1372)", "Huwa d-Djarju tagħha li jikxfilna l-profondità tal-ħajja spiritwali tagħha.", "Jekk naqraw dawn il-pitazzi b'attenzjoni, ikollna stampa tal-ogħla grad tal-għaqda tar-ruħ tagħha ma' Alla: kemm Alla fittex li jżomm kumpanija lir-ruħ tagħha, kif ukoll l-isforzi u t-taqbid tagħha fit-triq lejn il-perfezzjoni Nisranija.", "Il-Mulej taha grazzji kbar: id-don tal-kontemplazzjoni, b'għerf profond tal-misteru tal-ħniena ta' Alla; dehriet; rivelazzjonijiet; il-pjagi moħbijin; id-don tal-profezija u li taqra l-erwieħ, kif ukoll id-don mhux komuni taż-żwieġ mistiku.", "Għalkemm kellha din l-abbundanza ta' doni, kitbet hekk:", "'La grazzji, la rivelazzjonijiet, la estasi, lanqas id-doni mogħtija lir-ruħ ma jagħmluha perfetta, imma aktar il-għaqda intima tar-ruħ ma' Alla ...", "Il-qdusija u l-perfezzjoni tiegħi huma bbażati fuq l-għaqda intima tar-rieda tiegħi mar-rieda ta' Alla.'", "(Djarju, 1107)", "L-istil awster ta' ħajjitha flimkien mas-sawm li kien jgħejjiha, li hi kienet ħadet fuqha nnifisha wkoll qabel ma ngħaqdet mal-Kongregazzjoni, tant neħħewlha s-saħħa minn ġisimha li meta kienet għadha postulanta kien meħtieġ li jibagħtuha Skolimow qrib Varsavja sabiex tkun tista' terġa' tieħu saħħitha.", "Qrib it-tmiem tal-ewwel sena tan-novizzjat tagħha, kellha esperjenzi mistiċi li ġabulha uġigħ mhux tas-soltu ta' dak li jsejħulu l-lejl mudlam (tar-ruħ), u iktar tard kellha tbatijiet spiritwali u morali li kellhom x'jaqsmu mat-twettiq tal-missjoni li hija kienet qiegħda tirċievi mingħand il-Mulej Ġesù.", "Swor Fawstina offriet ħajjitha bħala sagrifiċċju għall-midinbin u minħabba dan kellha tbati wkoll diversi tbatijiet, sabiex permezz tagħhom setgħet tgħin lil ruħhom.", "Fl-aħħar snin ta' ħajjitha t-tbatijiet interni ta' dak li jsejħulu l-lejl passiv tar-ruħ u mard tal-ġisem żdiedu fl-intensità.", "It-tuberkolożi li xterditilha attakkatilha l-pulmuni u l-kanal tal-ikel.", "Minħabba f'hekk darbtejn kellha toqgħod għall-kura ta' diversi xhur fl-isptar ta' Triq Pradnik fi Krakovja.", "Bla saħħa f'ġisimha imma matura għal kollox spiritwalment, hija mietet b'fama ta' qaddisa, f'għaqda mistika ma' Alla, nhar il-5 ta' Ottubru, 1938.", "Bil-kemm kellha 33 sena, li tlettax-il sena minnhom għexithom bħala reliġjuża.", "Il-fdalijiet tagħha tpoġġew fil-qabar komuni fiċ-ċimiterju tal-kunvent fi Krakovja – Lagiewniki.", "Fl-1966, waqt il-proċess ta' ġbir ta' informazzjoni għall-beatifikazzjoni ta' Swor Fawstina, il-fdalijiet tagħha ġew trasferiti għall-kappella tal-kunvent.", "Ħsieb", ":", "Mid-Djarju ta' Santa Fawstina Paragrafu numru 635:", "\"25 ta' Marzu.", "Filgħodu waqt il-meditazzjoni l-preżenza ta' Alla daret miegħi b'mod speċjali, għax rajt il-kobor, li ma tistax tkejlu, ta' Alla, u fl-istess ħin, kif Hu jindenja jitbaxxa lejn il-ħlejjaq Tiegħu.", "Imbagħad rajt lil Omm Alla, li qaltli:", "O, kemm togħġob lil Alla dik ir-ruħ li timxi bil-fedelt", "à", "fuq l-ispirazzjonijiet tal-grazzja Tiegħu!", "Jiena tajt il-Feddej lid-dinja; inti għandek tkellem lid-dinja dwar il-ħniena kbira Tiegħu u tħejjijha għat-Tieni Miġja ta' Dak li għad irid jiġi, mhux bħala Salvatur ħanin, imma bħala Mħallef ġust.", "O, kemm tkun terribbli dik il-ġurnata!", "Il-jum tal-ġustizzja, il-jum tal-korla divina huwa fiss.", "L-anġli jirtogħdu quddiemu.", "Kellem lill-erwieħ dwar din il-ħniena kbira sakemm għad hemm żmien li (tingħata) il-ħniena.", "Jekk inti ma titkellimx issa, inti jkollok twieġeb għal għadd kbir ta' erwieħ f'dak il-jum terribbli.", "Tibża' minn xejn.", "Ibqa' fidila sal-aħħar.", "Jiena nissimpatizza miegħek.", "\"", "Lil din ir-reliġjuża sempliċi, bla skola imma kuraġġuża, li afdat lill-Mulej Ġesù għal kollox bla ebda limitu, Huwa taha l-missjoni kbira li xxandar il-messaġġ Tiegħu ta' ħniena indirizzat lid-dinja kollha: '", "Illum, Huwa qalilha, Jiena qiegħed nibgħatek bil-ħniena Tiegħi għand in-nies tad-dinja kollha.", "Jiena ma rridx nikkastiga lill-umanit", "à", "li qiegħda tbati, imma nixtieq infejjaqha u nrossha mal-Qalb Tiegħi mimlija Ħniena.", "(Djarju, 1588)", "Inti s-segretarja tal-ħniena Tiegħi.", "Jiena għażiltek għal din il-missjoni f'din il-ħajja u fil-ħajja l-oħra.", "(Djarju, 1605)", "... sabiex inti tgħarraf lill-erwieħ bil-ħniena kbira Tiegħi għalihom, u sabiex inti tħeġġiġhom biex ikollhom fiduċja fil-ħniena Tiegħi bla tarf.'", "(Djarju, 1567)", "Fi ftit kliem, il-missjoni tagħha tikkonsisti filli tfakkarna fil-veritajiet tal-fidi tagħna, li kienu sa minn dejjem imma li qisna nsejniehom, dwar l-imħabba ta' Alla mimlija ħniena għall-bnedmin, u filli twasslilna suriet ġodda ta' devozzjoni lejn il-Ħniena Divina, li meta aħna nipprattikawha tmexxina sabiex aħna niġġeddu fil-ħajja spiritwali fl-ispirtu Nisrani ta' fiduċja u ħniena.", "Id-Djarju li Ġesù kkmanda lil Swor Fawstina biex iżżommu fl-aħħar erba' snin ta' ħajjitha, huwa speċi ta' ġurnal fejn l-awtriċi kitbet ġrajjiet li kienu qegħdin iseħħu, jew li kienu diġà seħħew, u li kellhom x'jaqsmu l-aktar mal-'laqgħat' li r-ruħ tagħha kellha ma' Alla.", "Analiżi dettaljata u magħmula bis-sengħa tal-pitazzi tagħha kienet meħtieġa sabiex seta' jittieħed minnhom dak kollu li ġie meqjus li hu essenzjali għall-missjoni tagħha.", "Issa d-Djarju ta' Santa Fawstina Kowalska, flimkien ma' tagħrif ieħor dwar id-Devozzjoni li xtaq il-Mulej, jinsabu", "online", "wkoll hawnhekk:", "https://djarjutasantafawstina.wordpress.com", "u mis-sit stess jista' jitniżżel bħala dokument sħiħ PDF jew WORD flimkien ma' dokumenti oħra relevanti ma' din id-Devozzjoni.", "L-istess bħalma hemm bil-Malti, hemm ukoll is-sit bil-lingwa Ingliża hawnhekk:", "https://diaryofstfaustina.wordpress.com/", ".", "Jeżisti wkoll grupp li jxerred id-Devozzjoni lejn il-Ħniena Divina fuq", "Facebook", ". bl-isem ta' 'Devozzjoni lejn il-Ħniena Divina (Malta).", "Għal siltiet mid-Djarju ta' kuljum, Vidjow bit-talba tat-3 p,m., Stampi, Posters, Riflessjonijiet, Attivitajiet u aktar, dwar id-Devozzjoni lejn il-Ħniena Divina, min irid jista' jingħaqad ma' dan il-Grupp billi jagħfas din il-link", "https://www.facebook.com/groups/212658735419300/", "Għandna bżonn inxandru l-Messaġġ tal-Ħniena Divina mad-dinja kollha.", "Ejjew ilkoll ngħinu billi ngħaddu din l-informazzjoni lill-ħbieb tagħna fuq", "Facebook", "f'kull fejn hu possibli.", "Din kienet ix-xewqa ta' Ġesù espressa lil Sr. Fawstina.", "Hu wiegħed li jagħti grazzji speċjali f'din il-ħajja u fil-ħajja eterna, lil kull min ikun appostlu ta' din il-Ħniena billi jxandarHa kull fejn jista'.", "Ħa tkun il-ħarsa ħanina t'Alla fuqkom u fuq l-għeżież tagħkom issa u għal dejjem.", "Talba", ":", "Santa Fawstina, Inti għedtilna li l-missjoni tiegħek kellha tibqa' sejra anke wara mewtek u li inti ma kontx se tinsiena.", "I", "l-Mulej Ġesù tak ukoll privileġġ kbir meta qallek li inti strument f'idejH u li għalhekk tkun tista' \"tqassam il-grazzji kif trid, lil min trid u meta trid.\"", "B'fiduċja sħiħa f'dan il-kliem, jiena nitlob l-interċessjoni tiegħek biex naqla' l-grazzji li għandi bżonn.", "Għinni fuq kollox biex jiena nafda f'Ġesù bħalma kont tagħmel int u b'dan il-mod nigglorifika l-Ħniena Tiegħu f'kull mument ta' ħajti.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/st-faustina-kowalska.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-maria-faustina-kowalska/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Faustina_Kowalska", "Film of Saint Faustina Kowalska:", "Film of Saint Faustina Kowalska on Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/Uksp2sweS6Fi2KUk7tf1MtRtR", "Nota: It-Tagħrif u parti mill-ħsieb dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħuda mis-sit bil-Malti '", "Djarju ta' Santa Fawstina", "':", "https://djarjutasantafawstina.wordpress.com/", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9d7657', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-1-1-santa-tereza-tal-bambin-gesu/", "title": "1 ta' Ottubru: Santa Tereża tal-Bambin Ġesù", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Tereża tal-Bambin Ġesù", "\"Il-qdusija ma tikkonsistix f'din jew dik il-prattika, iżda f'dispożizzjoni tal-qalb li tagħmilna umli u ċkejknin f'dirgħajn Alla.\"", "Santa Tereża tal-Bambin Ġesù", "SANTA TEREŻA TAL-BAMBIN ĠESÙ", "Verġni u Duttur tal-Knisja", "1873 – 1897", "Tagħrif:", "Marie-Francoise-Therese Martin twieldet fit-2 ta' Jannar, 1873, f'Alencon, Franza.", "Kienet l-iżgħar fost disa' aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.", "Missierha kellu daqxejn ta' negozju tal-ġojjelli u ommha kienet taħdem il-bizzilla.", "Meta kellha erba' snin u nofs tilfet 'l ommha u t-telfa tagħha ħassitha ħafna u baqgħet tħossha sew għal tmien snin, avolja waħda miz-zijiet tagħha u żewġ ħutha l-kbar kienu jieħdu ħsiebha ħafna.", "Wara l-mewt ta' ommha, missierha ħa l-familja f'Lisieux.", "Ta' tlettax-il sena, Tereża bdiet tħoss ħerqa kbira li tmur għall-missjoni.", "Hija żiedet fil-ħin tat-talb u bdiet titħajjar tidħol mas-sorijiet Karmelitani f'Lisieux, fejn ħutha l-kbar Marija u Pawlina kienu ġa daħlu.", "B'permess speċjali, Tereża daħlet mal-Karmelitani fid-9 ta' April 1888, u pprofessat fit-8 ta' Settembru 1890, ta' 17-il sena.", "Fit-tmien snin li ġew wara, jiġifieri sakemm mietet, hija għexet ħajja ta' talb, u tagħmel id-doveri tagħha bl-ikbar fedeltà u mħabba.", "Qatt ma gemgmet, qatt ma lmintat, qatt ma kkritikat, qatt ma wżat kliem iebes.", "Kienet taf iżżomm is-skiet, kienet kapaċi ssofri, kienet taf iżżomm kalma, iżda din l-attitudni tagħha kienet tfawrilha qalbha bil-paċi u bil-ferħ.", "Hija saret il-Majjistra tan-Novizzi fl-aħħar erba' snin ta' ħajjitha.", "Mietet fit-30 ta' Settembru 1897, bil-marda tat-tuberkulożi, meta kellha 24 sena u 9 xhur.", "L-awtobijografija tagħha, \"L-Istorja ta' Ruħ\" li hi kitbet b'ubbidjenza tal-konfessur, irrevelat lid-dinja s-sbuħija meraviljuża tal-ħajja interjuri li fil-kas tagħha lanqas is-sorijiet sħabha ma kienu ndunaw biha.", "Dan il-ktieb hu magħruf mad-dinja kollha u mfittex minn kull kategorija ta' nies.", "Tajjeb li kull nisrani jaqrah għax żgur li jsibu ta' ispirazzjoni kbira u ta' għajnuna fil-vjaġġ spiritwali tiegħu kif sabuh miljuni ta' nies.", "Tereżina ġiet ikkanonizzata mill-Papa Piju XI, fis-17 ta' Mejju 1925.", "Flimkien ma' San Franġisk Saverju, hija l-Patruna tal-Missjonijiet.", "Hija wkoll Duttur tal-Knisja.", "Ħsieb", ":", "Kliem Santa Tereża mill-Awtobiografija tagħha bl-isem", "The Story of a soul", "(li hemm", "link", "għalih aktar 'l isfel ta' din il-paġna):", "\"Ftaħt l-ittri ta' San Pawl u bqajt naqra u ma qtajtx qalbi, u sibt faraġ f'dan il-kliem: 'Intom tħeġġu għal doni akbar.", "Jiena nurikom triq li tgħaddihom ilkoll.'", "L-Appostlu jfisser kif id-doni akbar m'huma xejn mingħajr l-imħabba, u kif", "l-imħabba hija l-aħjar triq li twassal żgur għand Alla.", "U fl-aħħar sibt il-mistrieħ.", "Fhimt li l-Knisja għandha qalb, u li din il-qalb hija mixgħula bl-imħabba.", "Fhimt li l-imħabba biss tħaddem il-membri tal-Knisja, u li jekk xi darba kellha tintefa', l-Appostli ma kinux ixandru aktar l-Evanġelju, il-martri ma kinux aktar ixerrdu demmhom.", "Rajt u għaraft li l-imħabba tiġbor fiha s-sejħat kollha, li l-imħabba hija kollox u li tħaddan iż-żminijiet kollha u l-imkejjen kollha, f'kelma waħda, li l-imħabba ma tintemm qatt.", "Imbagħad fit-telfa tal-ferħ kbir tiegħi għajjatt:", "'O Ġesù, Imħabba tiegħi, sibt fl-aħħar is-sejħa tiegħi: is-sejħa tiegħi hija l-imħabba.", "Iva, sibt posti fi ħdan il-Knisja, u dan il-post tajthuli int, o Alla tiegħi.", "Fil-qalb tal-Knisja, Omm tiegħi, jien għad inkun l-imħabba, u hekk għad inkun kollox, u f'dan għad isseħħ il-ħolma tiegħi.'", "\"", "Il-ħajja ta' Santa Tereża ma turi xejn straordinarju: la mirakli u lanqas penitenzi kbar.", "Dak li għaddiet minnu hi, ngħaddu minnu aħna wkoll fil-ħajja ta' kuljum.", "Hemm karatteristika waħda fejn l-għemil tagħna u l-għemil ta' Suor Tereża mhux dejjem se jaqbel.", "Hi kienet kapaċi twettaq anke l-għemil l-aktar ordinarju b'manjiera straordinarja.", "Tgħiduli kif?", "Kien jirnexxielha tagħmel dan minħabba li kienet tpoġġi ħafna mħabba f'kull ħaġa, tagħmilha bil-ferħ u mhux bit-tqanżiħ u b'rabta sħiħa mar-rieda t'Alla.", "Mentri aħna, ġieli anke l-għemil ordinarju naraw tqil u naqbdu ngergru filwaqt li nagħmlu kollox b'nofs qalb.", "Kull Nisrani, jinsab fejn jinsab u hu x'inhu l-istat tal-ħajja tiegħu, jista' b'mod liberu jagħżel li jkun l-imħabba fil-qalba tal-Knisja, billi bħal Tereża, jagħmel kull ħaġa li għandu jagħmel bil-qalb kollha, jiġifieri bi mħabba kbira lejn Alla.", "Dan nistgħu nagħmluh permezz ta' stil ta' ħajja ta' virtù, li tinkludi l-użu frekwenti tas-Sagramenti, ħajja ta' talb personali u komunitarju, devozzjoni lejn il-Madonna u l-Ewkaristija, servizz lejn l-oħrajn b'mod speċjali dawk li huma l-aktar fil-bżonn u li nxandru l-Bxara t-Tajba tal-Vanġelu bil-kliem u b'ħajja eżemplari kif ukoll b'mezzi oħra bħall-medja soċjali.", "Din l-istil ta' ħajja tirrikjedi:", "sapport,", "kuraġġ,", "talb,", "qsim ta' esperjenzi, u", "materjal validu ieħor.", "Forsi għal min ma jafx, jeżisti grupp fuq Facebook li nħoloq propju għal dawn l-għanijiet.", "Infatti l-grupp iġib l-isem: '", "L-Imħabba fil-Qalba tal-Knisja Kattolika", "' – il-frażi meħuda mill-kitbiet ta' Santa Tereża stess, minn fejn ħa l-ispirazzjoni tiegħu dan il-grupp.", "L-għan tiegħu hu li l-membri jkunu ta' inkuraġġiment għal xulxin biex flimkien jgħixu s-sejħa li jħobbu lil kulħadd b'imħabba konkreta u fil-prattika fuq il-passi ta' Sidna Ġesù.", "Il-membri għandhom isibu dan kollu fil-grupp li fih ikun hemm posts ta' interess kuljum li jgħinu biex aħna ninbnew u narrikkixxu l-ħajja Nisranija tagħna, flimkien ma reklamar Kattoliku bil-Malti ta' attivitajiet li jkunu qed iseħħu madwar il-gżejjer tagħna, sabiex kulħadd ikun jista' jattendi kif wieħed jara l-aħjar għalih jew għaliha.", "Wieħed jista' jmur għal dan il-grupp u jingħaqad miegħu billi jagħfas", "JOIN", "minn din il-link li ġejja:", "https://www.facebook.com/groups/1682287322045953/", "Talba", ":", "O Alla, int ħejjejt is-saltna tiegħek għal min hu umli u żgħir fost il-bnedmin; agħmel li, b'qalbna qawwija, nimxu dejjem fit-triq iċ-ċkejkna li wrietna Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, biex, bit-talb tagħha niġu narawk fil-glorja tiegħek bla tmiem.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.osv.com/OSVNewsweekly/Story/TabId/2672/ArtMID/13567/ArticleID/23004/Why-Is-St-Th%C3%A9r%C3%A8se-So-Popular.aspx", "Alternative Reading:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/st-therese-of-child-jesus.html", "Wikipedia bil-Malti:", "https://mt.wikipedia.org/wiki/Tere%C5%BCa_ta%27_Lisieux", "Wikipedia bl-Ingliż:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Th%C3%A9r%C3%A8se_of_Lisieux", "Her autobiography The Story of a soul online", ":", "https://www.ccel.org/ccel/therese/autobio.toc.html", "Full Audiobook of St. Therese's autobiography", "The Story of a Soul", ":", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9dc8d1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-2-2-l-angli-kustodji-mqaddsa/", "title": "2 ta' Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "L-Anġli Kustodji Mqaddsa", "\"L-anġli tiegħu hu jibgħatlek, u jħarsuk fi triqatek kollha.", "Fuq idejhom jerfgħuk, li ma taħbatx ma' xi ġebla riġlek.\"", "Salm 91:11-12", "L-ANĠLI KUSTODJI MQADDSA", "Tagħrif:", "Il-Knisja tgħallimna li l-anġli kienu l-ewwel ħolqien ta' Alla, kreaturi spiritwali, bi spirtu safi, bla ġisem, u ferm aktar superjuri mill-bnedmin fid-doni naturali.", "Kemm l-Antik u kemm il-Ġdid Testment jagħtuna ħjiel li lil kull bniedem li jidħol f'din id-dinja, Alla jassenjalu anġlu kustodju biex jieħu ħsiebu.", "\"Hu jibgħatlek l-anġli tiegħu, u jħarsuk fi triqatek kollha\" (Salm.", "91:11).", "Ġesù sejjaħ ħdejh tifel ċkejken u wissiena biex ma nagħtux eżempju ħażin liż-żgħar, għax l-anġli tagħhom jitolbu ħaqq minn Alla kontra min jiskandalizzahom (Mattew 18:10).", "Imissna kuljum preċett nirringrazzjaw lill-Anġlu Kustodju tagħna, u nitolbuh ikompli jgħinna.", "M'għandniex nonqsu li nagħmlu hekk b'mod speċjali llum.", "L-arti nisranija, pittura u skultura, tagħti lill-anġli:", "sura ta' bniedem,", "biex turina li huma jieħdu ħsieb il-magħżulin (Lhud 1: 4);", "ġwienaħ,", "biex bihom iħarsuna mill-perikli (Salm 90: 11);", "inċensier,", "skont il-kliem tal-Apokalissi (8: 3-4);", "iż-żgħożija,", "biex tfissrilna ż-żgħożija eterna tal-ġenna; u", "libsa bajda,", "simbolu tas-safa.", "L-ewwel approvazzjoni tal-festa tal-anġli kustodji, għal Spanja biss, saret mill-Papa Pawlu V, mitlub minn Ferdinandu tal-Awstrija, għamel festa obbligatorja għall-imperu kollu u libera għal barra mill-imperu (1608).", "Fl-aħħar, il-Papa Klement X estenda l-festa bħala obbligu għad-dinja kollha u iffissaha għall-ewwel jum liberu wara l-festa ta' San Mikiel, li jaħbat illum.", "Ljun XIII għolla l-festa billi għamilha \"doppju maġġuri.\"", "It-talba magħrufa tal-\"Angele Dei qui custos es mei,\" x'aktarx ġejja minn Reginald ta' Canterbury, li għex fis-seklu tnax.", "Ħsieb", ":", "\"L-eżistenza ta' ħlejjaq spiritwali, mingħajr ġisem li l-Iskrittura Mqaddsa s-soltu ssejjaħ anġli, hi Verità tal-fidi.", "Ix-xhieda tal-Iskrittura hi ċara daqs kemm hi unanimi t-tradizzjoni.\"", "Katekiżmu tal-Knisja Kattolika", "Dan li ġej huwa qari mid-diskorsi ta' San Bernard, abbati:", "\"", "L-anġli tiegħu hu jibgħatlek, u jħarsuk fi triqatek kollha.\"", "(Salm 91:11-12) Kelma bħal din kemm għandha tnissillek rispett, tħeġġek bl-imħabba u timliek bil-fiduċja!", "Bir-rispett, għax dawn l-anġli dejjem issibhom maġenbek;", "bl-imħabba, għax iridulek il-ġid;", "bil-fiduċja, għax iħarsuk tajjeb.", "Huma qegħdin hawn, qegħdin hawn għalik, mhux biss miegħek iżda wkoll minħabba fik.", "Qegħdin hawn għall-ħarsien tiegħek, qegħdin hawn għall-ġid tiegħek.", "Tassew li kien Alla li ordnalhom biex jagħmlu dan, iżda huma obdewh bi mħabba kbira u ġew jieqfu magħna fi ħtiġietna, u għalhekk ma nistgħux ma nkunux nafuhulhom.", "Inħobbuhom, mela, u nuruhom qalbna lil dawn l-għassiesa kbar tagħna.", "Inroddulhom imħabba bi mħabba, u nagħtuhom il-ġieħ kollu li nistgħu u li jmissna nagħtuhom.", "Iżda l-imħabba kollha tagħna u l-ġieħ għandna nrodduhom lil Alla, għax huwa Alla li, sew lilhom sew lilna, jagħtina l-ħila kollha biex nistgħu nħobbu, u biex jistħoqqilna ninħabbu.", "Għalkemm għadna qisna tfal, għalkemm għad għandna quddiemna triq twila, u mhux biss twila imma wkoll imwiegħra ħafna, b'danakollu x'għandna x'nibżgħu taħt għassiesa bħal dawn?", "La ħadd jista' jegħlibhom u lanqas iqarraq bihom, u wisq inqas jistgħu jqarrqu bina dawn li jħarsuna fi triqatna kollha.", "Huma fidili, bil-għaqal, qawwija: xi rridu nibżgħu?", "Mela ejjew nimxu warajhom u ningħaqdu magħhom, u żgur ngħammru", "għad-dell ta' dak li jista' kollox.\"", "Inti tirringrazzjah lil Alla u lil anġlu tiegħek ta' din l-għajnuna imprezzabli hekk li m'int ħa taffaċċja l-ebda ċirkostanza iebsa waħdek?", "Tikkomunika miegħu b'mod speċjali bit-talba li probabbli tgħallimt fil-Katekiżmu meta kont żgħir/a?", "Issejjaħlu f'mumenti fejn tħoss li qiegħed / qiegħda fil-periklu tal-ġisem u b'mod speċjali tar-ruħ?", "Tgħallem lil uliedek (jekk għandek) biex jitolbuh spiss ħalli jkunu mħarsa minn kull periklu?", "Talba", ":", "Anġlu t'Alla, li fit-tjubija tiegħu, Alla tani biex tħarisni, dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f'dan il-jum.", "Ammen", "(Talba popolari lill-Anġlu Kustodju)", "O Alla, bi providenza tal-għaġeb, int jogħġbok tibagħtilna l-anġli qaddisa tiegħek biex iħarsuna fi triqatna kollha; fiċ-ċokon tagħna nitolbuk li żżommna dejjem taħt il-ħarsien tagħhom, ħalli nissieħbu magħhom fl-hena tas-sema.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/feasaint-of-the-guardian-angels/", "Alternative Reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/the-guardian-angels-612", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Holy_Guardian_Angel", "Nota: It-Tagħrif dwar il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9dc929', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-2-0-qaddisin-fottubru/1-1-2-0-0-6-6-san-bruno/", "title": "6 ta' Ottubru: San Bruno", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Bruno", "\"", "Dawk biss li esperjenzaw is-solitudni u s-silenzju jafu l-benefiċċju u l-ferħ divin li jġibu lil dawk li jħobbuhom.", "\" –", "San Bruno", "SAN BRUNO", "Fundatur tal-Kartużjani", "ċ1030 – 1101", "Tagħrif:", "Twieled f'Kolonja, fil-Ġermanja.", "Meta kien għadu żgħir mar jistudja fl-iskola tal-Katidral ta' Reims, waħda mill-aħjar fl-Ewropa.", "Għamel passi kbar fl-istudji klassiċi u sagri.", "Lura Kolonja tawh kanonikat u sar saċerdot.", "Fl-1056, mar lura Reims bħala professur u s-sena ta' wara, meta l-magħruf Herimanus, rettur tal-iskola, irtira u sar reliġjuż, Ġervasju, isqof ta' Reims, ħatru rettur.", "Għal kważi għoxrin sena (1057-1075) żamm għoli l-isem tal-iskola, li kienet saret hekk magħrufa taħt Gerbert u Heriman, predeċessuri tiegħu.", "Imbagħad Bruno, flimkien ma' sitta oħra, ħalla warajh kulma kellu u nġabar fis-solitudni.", "Għall-ewwel marru taħt it-treġija ta' San Robertu, abbati ta' Molesmes; iżda fl-aħħar qatgħuha li jmorru jitolbu l-parir ta' Sant'Ugo, isqof ta' Grenoble.", "L-isqof ħadhom f'post deżert, imsejjaħ Chartreuse, fuq l-Alpi tad-Delfinat, xi erba' mili 'l bogħod minn Grenoble, f'nofs preċipizzji u muntanji.", "San Bruno, ma' sitta minn sħabu, bnew monasteru (1084), fejn għexu fis-solitudni u l-faqar, jitolbu, jistudjaw, jaħdmu, jikkupjaw opri prezzjużi, u josservaw fejn jistgħu r-regola ta' San Benedittu.", "Infatti San Bruno ma kellu l-ebda ħsieb jistitwixxi ordni ġdid.", "Dan twettaq meta l-Providenza sejħitlu barra mid-Delfinat sitt snin wara.", "Il-Papa Urbanu II, dixxiplu tiegħu, sejjaħlu Ruma (1098) biex jgħinu bil-pariri tiegħu fit-tmexxija tal-Knisja.", "Il-qaddis talab li jerġa' lura biex jgħix fis-solitudni.", "Sa fl-aħħar il-Papa semgħu, iżda bil-patt li ma jirritornax Chartreuse.", "Il-Konti Ruġġieru tah il-wied ta' La Torre, fid-djoċesi ta' Skwillace, fejn mar jgħammar ma' xi dixxipli li kien ġabar miegħu Ruma.", "Bit-twaqqif tat-tieni Certosa (S. Stiefnu) fil-Kalabrija (1095), u bil-ġenerożità tal-Konti Ruġġieru, il-ħajja Kartużjana ħarġet mill-muntanji tad-Delfinat.", "F'Settembru tal-1101 ħass li s-siegħa tiegħu kienet waslet.", "Qabel ma miet ġabar 'l uliedu madwaru u għamel quddiemhom professjoni tal-Fidi Kattolika fuq il-misteri tat-Trinità u tal-Ewkaristija li kienu attakkati dik il-ħabta minn Roxxellinu (tri-teiżmu) u minn Berengarju.", "Miet fil-5 jew fis-6 ta' Ottubru, 1101.", "Il-mewt tiegħu ġiet imħabbra fil-knejjes u l-monasteri prinċipali tal-Ewropa tal-Punent.", "Ħsieb", ":", "San Bruno li tiegħu qegħdin niċċelebraw il-festa llum, kien il-fundatur tal-Kartużjani – ordni reliġjuża li għandha l-unur li qatt ma għaddiet minn perjodu ta' riforma.", "Papa Piju XI qal dan dwar din l-Ordni:", "\"Il-Kartużjani tant żammew l-ispirtu tal-fundatur, missierhom u dak li tahom ir-Regola, li b'differenza minn Ordnijiet reliġjużi oħra, l-Ordni tagħhom qatt ma kellha bżonn xi emenda, jew, kif jgħidu, \"riform", "a.", "\" Fil-fatt qatt ma kienet meħtieġa, għax minkejja li hija kkunsidrata bħala l-Ordni reliġjuża l-aktar stretta fil-Knisja, baqgħet fidila lejn l-ideal ewlieni ta' Bruno, ta' talb u penitenza fis-silenzju u s-solitudni.\"", "Forsi wħud minnkom iltaqgħu mal-film:", "Into Great Silence", "(Film provdut aktar 'l isfel f'din il-paġna) fejn filmatur segwa r-rutina ta' monasteru tal-Kartużjani u ra l-ħajja tagħhom ta' silenzju, talb, xogħol u penitenza.", "Ovvjament, ma kienx xi", "triller", "b'ritmu mgħaġġel u eċitanti, imma fl-istess ħin kien ta' tribut għal dak li wieħed jiddefinixxi bħala", "l-veru eċċitament il-kbir għal kulħadd – li tkun taf li int maħbub minn Alla u li tagħti lilek innifsek totalment biex tħobb lil Alla.", "F'Ottubru tas-sena 2011, il-Papa Benedittu XVI żar monasteru tal-Kartużjani fl-Italja u tkellem dwar il-ħtieġa tas-silenzju f'dinja mimlija ħsejjes.", "Dan ma jfissirx li inti msejjaħ/a li tkun patri jew soru tal-klawsura, iżda jfisser li int u jiena għandna bżonn insibu ħin kwiet kuljum għat-talb.", "Dan huwa dak li qal il-Papa:", "\"Il-progress tekniku, b'mod partikolari fil-qasam tat-trasport u tal-komunikazzjoni, għamel il-ħajja tal-bniedem aktar komda, iżda wkoll inqas kwieta u xi drabi anke b'żieda ta' ansjetà.", "L-ibliet kważi dejjem storbjużi u l-ħsejjes fl-isfond, f'ċerti żoni, jibqa' sejjer anke matul il-lejl.", "Fl-aħħar deċennji, barra minn hekk, l-iżvilupp tal-midja inbidel u estenda fenomenu li diġà ġie spjegat fis-sittinijiet: dak li hu virtwali jirriskja li jirbaħ fuq dak li hu reali.", "In-nies qed isiru aktar immersi f'dimensjoni virtwali minħabba l-messaġġi awdjoviżivi li jakkumpanjaw il-ħajja tagħhom minn filgħodu sa filgħaxija.", "Iż-żgħar tagħna, li diġà twieldu f'dawn il-kundizzjonijiet, jidhru li jixtiequ jimlew kull mument vojt bil-mużika u l-istampi, għax jibżgħu li jħossu vojt akbar jekk ma jagħmlux dan.", "Xi nies m'għadhomx kapaċi jibqgħu għal perjodi twal fis-silenzju u s-solitudni.", "Meta l-bnedmin jirtiraw fis-silenzju u s-solitudni, ikunu qed \"jesponu,\" biex ngħidu hekk, lilhom infushom għar-realtà għarwiena tagħhom, għal dak \"il-vojt\" apparenti, sabiex minfloku jibdew jesperjenzaw sens ta' milja fil-preżenza ta' Alla – ir-Realtà l-aktar reali li teżisti u li tinsab lil hinn mid-dimensjoni tanġibbli.\"", "U int qed tagħmel ħiltek biex telimina dak l-istorbju żejjed li hemm f'ħajtek biex fis-skiet tidħol fil-preżenza t'Alla u quddiemu tagħraf x'jeħtieġ li tagħmel biex ħajtek tinbidel għall-aħjar?", "Qed toħloq spazju u ħin ta' kwalità tajjeb għat-talb, u talb fis-silenzju, biex tkun tista' tħalli lil Alla jkellmek, forsi b'xi passaġġ mill-Iskrittura?", "Talba", ":", "Missier, Int sejjaħt lil San Bruno biex iservik fil-solitudni.", "Bi tweġiba għat-talb tiegħu għalina, għinna nibqgħu fidili lejk f'nofs il-bidliet storbjużi ta' din id-dinja.", "Nitolbuk dan bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2011/12/saint-bruno.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-bruno/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Bruno_of_Cologne", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64ee9e1ed4', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-8-28-san-vinceslaw/", "title": "28 ta' Settembru: San Vinċeslaw", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Vinċeslaw", "\"Ħi, il-Mulej jaħfirlek.\"", "L-aħħar kelmiet li San Vinċeslaw qal lil ħuh Boleslaw, li ma' grupp ta' nies, qabeż fuqu u qatlu fil-bieb tal-knisja biex joħodlu t-tron.", "SAN VINĊESLAW", "Re tal-Boemja u Martri", "907 – 929", "Tagħrif:", "San Vinċeslaw twieled ħdejn Praga, Ċekoslovakkja, fis-sena 907.", "Missieru Ratislav, Duka ta' Boemja, kien nisrani, waqt li ommu Drahomira, għalkemm kienet ikkonvertiet mill-paganiżmu baqgħet pagana f'qalbha.", "Fortunatament, Vinċeslaw trabba man-nanna tiegħu, Santa Ludmilla li edukatu u tellgħetu bħala Nisrani.", "Meta kien għadu żagħżugħ ta' madwar 13-il sena, missieru miet jitqabad kontra l-Maġjari (Ungeriżi), u ommu saret Reġġenti, u bdiet persekuzzjoni kontra l-Insara.", "Fost affarijiet oħra, keċċiet lill-qassisin u lis-sorijiet li ma kinux mill-pajjiż, ipprojbiet it-tagħlim tar-Reliġjon Nisranija barra minn ġol-knejjes, u insistiet li binha Vinċeslaw ma jibqax nisrani, għalkemm hu ssaħħaħ iktar fil-fidi.", "Meta Santa Ludmilla bdiet tħeġġeġ lil Vinċeslaw biex jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh malli jkollu l-età", ",", "għax hu ma kienx inklinat li jagħmel hekk, ġiet assassinata fis-sena 921.", "Fis-sena 925, Vinċeslaw għalaq it-tmintax-il sena, u ħa l-gvern f'idejh.", "Malajr beda jaħdem b'ħiltu kollha biex jgħaqqad il-poplu tiegħu kollu fir-Reliġjon Nisranija, u waqqaf relazzjoni tajba ma' l-Imperatur Enriku I tal-Ġermanja.", "Din il-politika tiegħu favur ir-reliġjon Nisranija, u ta' ħbiberija mal-Ġermanja, qajmet partit kontrih.", "Fl-istess waqt, meta ħuh Boleslaw, ra li kien tilef iċ-ċans li jieħu t-tmexxija tal-pajjiż kollu f'idejh, ftiehem mal-partit kuntrarju, u beda jikkonfoffa biex joqtol lil Vinċeslaw.", "Boleslaw trabba ma' ommu li tant kienet influwenzatu u bħalha tela' b'mibegħda kontra l-Insara.", "Boleslaw stieden lil San Vinċeslaw biex imorru f'Boleslava ħalli jiċċelebraw il-festa tal-Qaddisin protetturi, San Kosma u San Damjan.", "Vinċeslaw laqa' l-istedina u mar.", "Meta filgħodu Vinċeslaw kien fi triqtu lejn il-knisja biex jisma' quddiesa, Boleslaw, bi grupp ta' nies miegħu, qabeż fuqu u qatlu, fl-20 ta' Settembru, 929.", "San Vinċeslaw miet fil-bieb tal-knisja bil-kelmiet fuq fommu: \"Ħi, il-Mulej jaħfirlek.\"", "Kellu 22 sena.", "Vinċeslaw laħaq mexxa biss 7 snin u kien għadu kif kellu iben li assiguralu s-suċċessjoni.", "Tliet snin wara, Boleslaw nidem, u difen bl-unuri kollha l-ġisem ta' ħuh Vinċeslaw fil-knisja ta' San Vitu, fi Praga, waħda mill-knejjes li l-Qaddis stess kien bena.", "San Vinċeslaw huwa l-Patrun taċ-Ċekoslovakkja.", "Ħsieb", ":", "Dan il-qaddis tal-lum ifakkarna fi żmien il-Milied.", "Dan minħabba l-innu tal-Milied", "Good King Wenceslaus", "fejn jissemma dan ir-re twajjeb li ħareġ fil-festa ta' San Stiefnu (26 ta' Diċembru) u meta ra raġel fqir jiġbor il-ħatab biex iqabbad in-nar dlonk tah l-għajnuna kollha li seta'.", "U dan li ġej, inkiteb minn Kosma ta' Praga, dwar San Vinċeslaw madwar is-sena 1119.", "Diversi sekli wara din l-istqarrija ġiet ikkonfermata bħala fatt mill-Papa Piju II:", "\"Kull lejl mis-sodda nobbli tiegħu, ħafi u bi gwardja wieħed biss, kien imur fil-knejjes ta' Alla u jagħti għotjiet ta' karità ġenerużi lir-romol, lill-orfni, lil dawk fil-ħabs u dawk milquta b'kull tip ta' diffikultà, tant hu hekk li kien ikkunsidrat, mhux prinċep, iżda missier ta' dawk kollha li spiċċaw f'xi miżerja.\"", "Dan l-ispirtu ta' servizz hu wieħed mill-affarijiet li jeħtieġ li jerġa' jiġi stabbilit fis-soċjetà tagħna.", "Il-flus huma meħtieġa, imma mhux biżżejjed li niffirmaw ċekk imbagħad infarfru jdejna minn dak is-servizz lin-nies fil-bżonn ikunu jeħtieġu.", "In-Nisrani tal-lum, għandu bżonn iġedded il-viżjoni tiegħu ta' Kristu li għandu jara, isib u jservi fil-foqra tiegħu.", "Ħaġa oħra li tispikka f'dan il-qaddis hija s-sens qawwi ta' maħfra, li saħansitra wasal biex miet bi kliem ta' maħfra għal ħuh li biex joħodlu t-tron, irnexxielu joqtlu għal għarrieda.", "Kien għad kellu biss 22 sena.", "Kemm insibuha diffiċli biex naħfru!", "Xi nies ġieli jgħidu li kien ikun aħjar li kieku l-Mulej qatt ma kkmandana naħfru, imma dan mhux biss huwa kmand dirett mingħand il-Mulej imma saħansitra huwa l-kundizzjoni biex wieħed jinħafrulu dnubietu!", "F'Luqa 6: 27-38 Ġesù jgħid:", "\"Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom.", "Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu.", "Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista' jkollkom?", "Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom.", "U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmel il-ġid lilkom, xi ħlas jista' jkollkom?", "Għax dan jagħmluh saħansitra l-midinbin.", "Imma intom ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir; u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u l-ħżiena.", "Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.", "Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra.\"", "Fil-Missierna lil Alla ngħidulu: 'AĦFRILNA BĦALMA NAĦFRU' jiġifieri jekk ma naħfrux lil xulxin minn qalbna, ma nistgħux nirċievu l-maħfra għal dnubietna", "... u Alla dejjem joħodna bis-serjetà meta jgħidilna jew iwegħedna xi ħaġa.", "Ġesù għadu u jibqa' jaħfrilna!", "Hu jtella' x-xemx kemm fuq it-tajbin kif ukoll fuq il-ħżiena.", "Mela aħna għax m'għandiex naħfru u nixtiequ t-tajjeb lil kulħadd?", "Tassew li meta jasal il-waqt, kulħadd jieħu li ħaqqu mingħand Alla, imma f'din id-dinja, Alla ħalliena liberi nagħżlu jekk irridux nagħmlu l-ġid jew id-deni.", "X'aktarx li San Vinċeslaw l-għażla tiegħu li jaħfer, qanqlet lil ħuh Boleslaw tant li aktar tard nidem mid-dnub tiegħu u kkonverta.", "Il-maħfra u t-talb għall-għedewwa tiegħek tista' wkoll twassal biex dawn jindmu u jsalvaw ruħhom.", "Kemm nistgħu nferħu lil Ġesù b'atteġġjament bħal dan.", "Jista' jkun li l-proċess tal-maħfra jieħu ftit fit-tul imma l-maħfra tibqa' dejjem għażla libera u l-ewwel priġunier li tillibera huwa int għax tikseb il-paċi ta' Alla f'qalbek li hi imprezzabbli.", "Ġesù rebaħna bi mħabbtu!", "Ejjew nkomplu niġġieldu l-battalja l-qaddisa billi nħobbu kif iħobbna Hu u meta jweġġgħuna, (jgħaffġu fuqna bħal fuq is-sagħtar) noħorġu għalihom riħa tfuħ.", "Ejjew nirbħu l-erwieħ għal Kristu u ngħinuh jaħtafhom hekk kif ħataf lilna bi mħabbtu!", "Talba", ":", "O Alla, int għallimt lill-martri San Vinċeslaw biex aktar jagħżel is-saltna tas-sema milli saltna ta' l-art; bit-talb tiegħu, agħtina li niċħdu lilna nfusna u ningħaqdu miegħek b'qalbna kollha.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-wenceslaus-608", "Additional Reading:", "https://anastpaul.wordpress.com/2017/09/28/saint-of-the-day-28-september-st-wenceslaus-907-935-king-of-bohemia/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Wenceslaus_I,_Duke_of_Bohemia", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eeae46e7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-6-26-san-kosma-u-san-damjan/", "title": "26 ta' Settembru: San Kosma u San Damjan", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Kosma u San Damjan", "\"Il-folla kollha tal-morda kienet tfieq.", "Ir-rikkezza ta' dawn il-qaddisin ma tintemm qatt.\"", "Kliem wieħed mix-xhieda ta' dak iż-żmien li ra l-fejqan ta' dawk il-morda li kienu jmorru jqattgħu l-lejl jitolbu għall-fejqan lil San Kosma u San Damjan fuq l-oqbra tagħhom.", "SAN KOSMA U SAN DAMJAN", "Martri", "? – 303", "Tagħrif:", "M'hemm xejn li nafu b'ċertezza dwar dawn iż-żewġ qaddisin ħlief li mietu martri fil-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu.", "Skont tradizzjoni, San Kosma u San Damjan kienu tewmin mill-Għarabija, iżda marru jgħixu f'Egea, Ċiliċja.", "It-tnejn kienu tobba, u ħadu din il-professjoni tagħhom bħala vokazzjoni u ma kinux jaċċettaw flus għas-servizzi li kienu jagħtu lin-nies.", "Fil-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu kontra l-Insara, dawn iż-żewġ tobba kienu minn tal-ewwel arrestati minn Lisjas, Gvernatur ta' Ċiċilja.", "Ittorturati u maqtulin bil-qtugħ ta' ras, f'madwar is-sena 303.", "L-Insara ħadu l-iġsma tagħhom u difnuhom f'Ciro, is-Sirja.", "Isimhom tniżżel fil-Kanone tal-Quddiesa, (Talba Ewkaristika I) probabbilment fis-sitt seklu, mill-Papa San Simmaku.", "Fis-sitt seklu wkoll l-Imperatur Ġustinjan I, li ġie mfejjaq minn marda permezz tal-interċessjoni ta' dawn il-qaddisin, reġa' bena l-belt ta' Cyrrhus, fejn jingħad li seħħ il-martirju tagħhom u bena żewġ knejjes ad unur tagħhom f'Kostantinopli.", "Persuni morda kienu jorqdu f'dawn il-postijiet matul il-lejl biex jitolbu għall-fejqan tagħhom lil dawn iż-żewġ tobba qaddisa \"Il-folla kollha tal-morda kienet tfieq,\" qal wieħed mix-xhieda ta' dak iż-żmien.", "\"Ir-rikkezza ta' dawn il-qaddisin ma tintemm qatt.\"", "Fil-Punent, San Benedittu huwa maħsub li kien l-ewwel persuna li ddedika l-ewwel monasteru tiegħu f'Subiaco għalihom, dak li llum hu magħruf bħala ta' Santa Skolastika.", "Disa' sekli wara, Franġisku t'Assisi (Ottubru 4) reġa' bena l-knisja mġarrfa ddedikata lil San Damjan ftit 'il bogħod minn Assisi.", "San Kosma u San Damjan huma l-Patruni tat-tobba, tal-kirurgi u tal-ispiżjara.", "Ħsieb", ":", "Peress li llum qed infakkru dawn iż-żewġ tobba ta' qalb kbira, xtaqt li nibda l-ħsieb b'silta mill-Iskrittura dwar x'tgħidilna l-Kelma t'Alla fuq it-tobba, meħuda minn Bin Sirak 38: 1-15:", "\"Agħti ġieħ lit-tabib kif jistħoqqlu, minħabba li teħtieġu, għax lilu wkoll ħalaq il-Mrrulej; għax il-fejqan ġej mingħand l-Għoli.", "Is-sengħa tat-tabib terfagħlu rasu, u quddiem il-kbarat jistagħġbu bih.", "Il-Mulej ħalaq id-duwa mill-art, u l-bniedem li għandu s-sens ma jżeblaħhiex.", "Mhux b'zokk l-ilma sar ħelu, biex hekk tingħaraf ħilet Alla?", "Il-Mulej ta wkoll is-sengħa lill-bnedmin biex jiftaħru bl-għeġubijiet tiegħu.", "Bihom ifejjaq u jeħles lil min ibati; bihom l-ispiżjar jagħmel it-taħlita.", "B'hekk xogħol il-Mulej ma jintemm qatt, u mingħandu hemm is-saħħa fuq wiċċ l-art.", "Ibni, fil-mard tiegħek tħarisx bl-ikrah, imma itlob lill-Mulej, u hu jfejqek.", "Tbiegħed min-nuqqas tiegħek u imxi b'subgħek dritt, u naddaf qalbek minn kull dnub u fittex lit-tabib u tħallihx jitilqek, għax għandek bżonnu.", "Hemm żmien meta l-fejqan qiegħed f'idejhom; għax huma wkoll jitolbu l-Mulej, biex jagħtihom li jserrħu, li jifhmu l-marda u jfejqu ħalli l-bniedem iżommuh ħaj.\"", "Dawn il-kliem ta' għerf imorru tajjeb ma' din il-festa tal-lum.", "Il-Knisja, infatti tonora l-professjoni medika fil-persuni ta Kosma u Damjan, li mhux biss, bħal ħafna oħrajn, tqaddsu f'din il-karriera; imma, ferm lil hinn mill-oħrajn kollha, urew lid-dinja is-sehem kbir li jista' jkollu t-tabib fis-soċjetà Nisranija tal-lum.", "Kosma u Damjan kienu Nsara minn tfulithom.", "L-istudju ta' Hippocrates u ta' Galen kabbar l-imħabba tagħhom lejn Alla, li kienu jammiraw il-perfezzjonijiet inviżibbli tiegħu fil-ħolqien, imma b'mod speċjali fil-ġisem uman, li hu l-palazz u t-tempju tal-bniedem.", "Infatti San Pawl jaċċenna għal dan fl-Ewwel Ittra lill-Korintin Kap 6 vers 19:", "\"Ma tafux li ġisimkom hu tempju tal-Ispirtu s-Santu li jinsab fikom, li għandkom mingħand Alla?", "Ma tafux li intom m'intomx tagħkom infuskom?", "Intom kontu mixtrijin bil-għoli.", "Mela agħtu ġieħ lil Alla permezz ta' ġisimkom.\"", "Għal Kosma u Damjan ix-xjenza kienet innu ta' tifħir lill-Ħallieq tagħhom, u l-eżerċitazzjoni tal-professjoni tagħhom ministeru qaddis.", "Huma kienu jservu lil Alla fil-membri sofferenti tiegħu u jaraw is-santwarju uman tiegħu, hekk li jaslu biex jippreservawh mill-ħsara jew ifejquh mill-mard.", "Din il-ħajja ta' karità reliġjuża kbira ġiet inkurunata bis-sagrifiċċju perfett tal-martirju tagħhom.", "Sfurtunatament, spiss jiġri li fi żmienna l-istudju tal-mediċina jwassal biex wieħed joħroġ 'il barra mit-triq tas-sewwa u jidħol f'dik tar-regħba għall-materjaliżmu, għad-detriment kbir tax-xjenza u tal-umanità.", "Huwa falz li wieħed jasserixxi li n-natura waħedha hija l-ispjegazzjoni tat-tbatija u l-mewt u tassew ħasra meta t-tobba iqisu lill-bniedem sempliċi laħam u demm.", "Jalla bis-saħħa tax-xhieda ta' dawn iż-żewġ martri qalbiena, is-soċjetà marida tal-lum terġa' lura għall-fidi vera, tiftakar f'Alla, u terġa' tħaddan il-virtù sabiħa tal-ħniena li hija ta' profitt għal kull bnedmin, u li hija tiżgurana mill-wegħda ta' ħajja hienja hawn fuq l-art u ta' glorja eterna għall-ħajja li jmiss.", "Tirringrazzja lil Alla tal-ġisem tiegħek li bih għamlek xbieha tiegħu nnifsu?", "Inti tieħu ħsieb tas-saħħa fiżika tiegħek biex imbagħad tkun tista' sservi lil Alla u lill-proxxmu kull fejn jeħtieġ?", "Konxju/a mill-preżenza ta' Alla fik hekk li żżomm quddiem għajnejk li għandek tħares ġismek mit-tbajja' tad-dnub, mod speċjali dnubiet kontra s-safa relatati mas-sitt kmandament?", "Toffri ġismek lil Alla biex tħallih jagħmel bih dak li hu jara l-aħjar, sew jekk hu fejqan, kif ukoll jew hu s-salib tal-mard għas-salvazzjoni ta' ruħek u ta' erwieħ oħra?", "Talba", ":", "Fl-imħabba li kellkom lejn l-Imħabba Divina, il-karità tagħkom kienet tispikka u ta' min jammiraha; nitolbukom issa biex tgħinuna billi b'talbkom tagħtu s-saħħa lill-morda li jfittxu l-għajnuna tagħkom.", "Ippreservaw is-saħħa tal-ulied ta' Alla, sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom fid-dinja u jkunu jistgħu jġorru b'kuraġġ il-madmad ħafif tal-preċetti tal-Knisja.", "Bierku lil dawk it-tobba li jgħixu b'fedeltà l-magħmudija tagħhom, u li jfittxu l-għajnuna tagħkom; u żiduhom fin-numru.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/sts-cosmas-and-damian-606", "Alternative Reading:", "https://www.pharmaceutical-journal.com/opinion/blogs/saint-cosmas-and-damian-the-patron-saints-of-pharmacy-and-medicine/20201708.blog?firstPass=false", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saints_Cosmas_and_Damian", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eeae8fc3', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-7-27-san-vincens-de-paul/", "title": "27 ta' Settembru: San Vinċenz De Paule", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Vinċenz De Paule", "\"Mur għand il-foqra u ssib lil Alla.\"", "San Vinċenz De Paule", "SAN VINĊENZ DE PAULE", "Saċerdot", "1581 – 1660", "Tagħrif:", "San Vinċenz twieled f'Pouy, qrib il-muntanji Pirinej, Franza, fl-24 ta' April, 1581.", "Il-ġenituri tiegħu kellhom daqsxejn ta' razzett żgħir li minnu kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Meta l-missier ra li ibnu Vinċenz kien inklinat ħafna lejn l-istudju, iddeċieda li jedukah, u bagħtu jistudja f'kulleġġ immexxi mill-Franġiskani.", "Meta Vinċenz kien qed jistudja, laqa' talba ta' wieħed sinjur mid-distrett biex ikun l-għalliem privat ta' wliedu.", "Hekk ma baqax iktar ta' piż finanzjarju fuq missieru.", "Fl-1596 daħal l-Università ta' Toulouse biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija.", "Fl-1600, sar saċerdot u baqa' jistudja sal-1605, meta telaq lejn Marsilja biex jiġbor somma ġmielha ta' flus li kienet imħollija lilu.", "Hu u ġej lura bil-baħar, il-pirati qabżu fuq il-ġifen tiegħu, u lilu ħaduh Tuneż.", "Hemm dam madwar sentejn u qeda tliet sidien bħala lsir, l-aħħar wieħed kien apostata, minn Nisrani sar Mawmettan.", "Bl-eżempju tal-ħajja tajba tiegħu Vinċenz ħajru jerġa jsir Nisrani, u flimkien miegħu ħarab minn Tuneż.", "Wara mawra qasira f'Ruma rritorna Franza fl-1607.", "Mar Pariġi u hemm iltaqa' ma' Monsinjur de Berulle li wara nħatar Kardinal, u fuq il-parir tiegħu sar Kapillan ta' Clinchy, raħal żgħir qrib il-belt, fl-1611.", "Fl-istess waqt kien ukoll kappillan tar-Reġina Margerita ta' Valois, u għalliem privat ta' wlied il-Konti de Gondi li kien Ġeneral tax-xwieni kollha ta' Franza.", "Fl-1617, beda jipprietka l-missjonijiet.", "Darba meta kien f'raħal, sama' l-aħħar qrara ta' wieħed fqir qabel miet, u ntebaħ kemm il-fqar ta' Franza kellhom bżonn min jieħu ħsiebhom.", "Minn dakinhar intefa' b'ruħu u b'ġismu jaħdem għall-fqar, fil-ħabsijiet, fl-isptarijiet u fost l-ilsiera tax-xwieni.", "Fl-1619, inħatar uffiċjalment bħala Kappillan tal-ilsiera tax-xwieni.", "Fl-1625, waqqaf il-\"Kongregazzjoni tal-Missjoni\" li l-membri tagħha saru magħrufa bħala \"Lazzaristi\" minħabba li l-kunvent li kien qed sar bħala d-Dar Ċentrali u kien iġib l-isem ta' San Lazzru \"Saint Lazare\", f'Pariġi.", "Bil-għajnuna ta' Santa Louise de Marillac waqqaf il-\"Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità\" li l-\"Kappella tagħhom kienet il-knisja parrokkjali u l-kunvent tagħhom kien fil-'wards' tal-morda fl-isptarijiet u fit-toroq mal-fqar.\"", "Bil-għajnuna tal-membri ta' dawn il-kongregazzjonijiet huwa waqqaf orfanatrofji għas-subien u għall-bniet, sptarijiet, djar għall-kura tal-mard tal-moħħ, u rnexxielu jifdi iktar minn 1,200 ilsir f'Tuneż u fl-Alġier.", "Kien bniedem li jġib il-ferħ kull fejn jersaq.", "Kien sensittiv ħafna għall-bżonnijiet tal-oħrajn.", "Is-sabiħa hi li ma kienx hekk minn dejjem anzi kif jgħid hu stess kellu jissielet bis-sħiħ biex jirbaħ it-temperament supperv, żorr u aħrax li kellu.", "San Vinċenz miet fis-27 ta' Settembru, 1660.", "Il-Papa Klement XII niżżel ismu fil-lista tal-Qaddisin.", "Il-Papa Ljun XIII ħatru Patrun tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Knisja.", "Ħsieb", ":", "\"Stinka biex tkun kuntent ukoll meta ssib ruħek imdawwar b'ħafna affarijiet li jikkaġunaw l-iskuntentizza.", "Oqgħod attent li ma taħkmekx l-għira għax din teqred l-imħabba fraterna.\"", "(Minn ittra ta' San Vinċenz De Paule)", "Id-don ta' San Vinċenz De Paule li jintegra s-servizz ta' karità tiegħu ma' ħajja profonda ta' talb huwa wieħed mill-akbar attrazzjonijiet tiegħu għall-Insara kontemporanji.", "It-taħlita ta' talb u ta' azzjoni ta' Vinċenz appellat lil għexieren ta' eluf ta' fidili matul l-aħħar tliet sekli.", "Huwa għad għandu u jibqa' jkollu valur spiritwali li jdawwal lin-nies li:", "jiġġieldu biex jintegraw it-talb u l-meditazzjoni b'servizz għall-proxxmu fil-bżonn;", "jiġu eżawriti mill-attività tagħhom minflok ma jiġu nutriti minnha;", "raw lil Alla fil-foqra, fil-morda, fin-nies bla dar, u f'dawk b'diżabbiltà.", "Vinċenz dejjem se jibqa' jkun ħabib u kumpann tajjeb għal kull min ifittex bilanċ bejn l-azzjoni u l-kontemplazzjoni, jorganizza ħidmiet tajba ta' karità, jiddependi fuq il-Providenza Divina, jorganizza attivitajiet intelliġenti u jintelaq b'fiduċja sħiħa f'Alla.", "Il-Knisja hija għall-ulied kollha ta' Alla, sinjuri u fqar, bdiewa u skulari, dawk sofistikati u sempliċi.", "Imma ovvjament l-ikbar tħassib tal-Knisja għandu jkun għal dawk li jeħtieġu l-iktar għajnuna: dawk li jkunu bla saħħa minħabba mard, faqar, injoranza jew krudeltà.", "Vinċenz De Paule huwa patrun partikolarment xieraq għall-Kristjani kollha llum, meta l-ġuħ tassew jagħmel tiegħu, u l-għajxien għoli tal-għonja jinsab dejjem aktar f'kuntrast qawwi mad-degradazzjoni fiżika u morali li fiha ħafna minn ulied Alla huma mġiegħla jgħixu.", "Id-devozzjoni ta' Vinċenz qatt ma ċċaqalqet u hu volontarjament ta ħajtu biex iservi lill-ifqar fost il-foqra.", "Bħal Santa Tereża ta' Kalkutta, Vinċenz ra lil Kristu fl-uċuħ tal-foqra u fittex li jservih permezz tal-ħidma tiegħu.", "Ix-xhieda tiegħu llum tkompli tagħti l-frott mhux biss fil-kongregazzjonijiet reliġjużi diversi li jittraċċaw l-oriġini tagħhom għal San Vinċenz De Paule, iżda wkoll fis-Soċjetà San Vinċenz De Paule, imwaqqfa fl-1833 mil-lajċi, Frederic Ozanam, u li hija organizzazzjoni internazzjonali li sservi lil dawk li jsofru minn diżastri naturali u gwerer.", "Inti tara lil Alla fin-nies l-aktar fil-bżonn?", "Qalbek sensittiva biżżejjed lejn il-ħtiġijiet tal-oħrajn madwarek?", "Tfittex li tgħin mill-aħjar li tista' lill-batuti?", "Tmur iżżur lill-morda u l-anzjani fid-djar jew sptarijiet biex tkun ta' kenn għalihom?", "Twarrab xi ftit flus għall-karità?", "Talba", ":", "Alla Ħanin, ġedded fina l-ispirtu ta' San Vinċenz De Paule,", "– ħeġġeġ fina n-nar tal-imħabba tiegħek.", "Alla Twajjeb, urina kif nibku ma' dawk li jibku,", "– imla l-qlub tagħna bil-kompassjoni u l-imħabba.", "Alla Ħallieq, inti titlob lin-nisa u l-irġiel biex jimxu fuq l-eżempju ta' San Vinċenz De Paule,", "– agħtina għajnejn li jaraw lil Kristu fil-batuti u l-foqra.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-vincent-de-paul-607", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-vincent-de-paul/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Vincent_de_Paul", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eeae6b4d', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-9-29-l-arkangli-mqaddsa-mikiel-gabrijel-u-rafel/", "title": "29 ta' Settembru: L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel", "\"O Alla, int ordnajt lill-anġli tiegħek biex iħarsuna fi triqatna kollha: mexxina llum fil-mogħdijiet tiegħek.", "U intom anġli kollha, bierku l-Mulej.\"", "Mill-Preċi ta' Sbiħ il-Jum.", "L-ARKANĠLI MQADDSA, MIKIEL, GABRIJEL U RAFEL", "Tagħrif:", "L-Iskrittura titkellem mill-anġli bħala l-ministri ta' Alla li wasslu l-messaġġi tiegħu lill-bnedmin.", "L-Arkanġli huma t-tieni mill-aħħar fost id-disa' kori ta' l-anġli – Serafini, Kerubini, Troni, Dominazzjoni, Virtujiet, Qawwiet, Prinċipati, Arkanġli u Anġli.", "Fl-Iskrittura nsibu lil San Mikiel miżmum bħala l-Anġlu kustodju ta' Iżrael (Daniel 12:1).", "L-isem Mikiel ifisser: \"Min hu bħal Alla?\"", "Sa minn żmien l-appostli, San Mikiel inħatar bħala l-Patrun u l-Protettur tal-Knisja (Apokalissi 12:7).", "Is-Santi Padri Griegi poġġewh bħala l-prinċep tas-Serafini.", "Gabrijel ifisser \"Alla wera lilu nnifsu l-Qawwi.\"", "Fl-Iskrittura nsibu ismu fil-ktieb ta' Danjel (Daniel 9:21-27), meta għarraf lil Danjel il-profezija tas-seba' ġimgħat; fil-Vanġelu, meta ħabbar lil Żakkarija t-twelid ta' San Ġwann il-Battista (Luqa 1:11); u meta ħabbar lil Marija li kienet ser tnissel Iben bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu (Luqa 1:26).", "Rafel ifisser \"Alla jfejjaq\".", "Insibu ismu fil-ktieb ta' Tobit fejn narawh jiggwida lil Tobija fil-vjaġġ tiegħu, u fejjaq lil missier Tobit li kien agħma.", "Hu stess stqarr: \"Jien Rafel, wieħed mis-seba' anġli li qegħdin quddiem il-maestà tal-Mulej\" (Tobija 12:15).", "Ħsieb", ":", "Dan li ġej huwa qari mill-Omeliji tal-Papa San Girgor il-Kbir dwar l-Arkanġli Mqaddsa:", "\"Alla ma bagħatx għand Marija Verġni wieħed mill-anġli, kien min kien, iżda bagħtilha lill-arkanġlu Gabrijel; għax kien jixraq li Alla jibgħat l-aqwa anġlu biex jaqdi servizz hekk kbir li jwassal l-aqwa messaġġ li qatt intbagħat.", "Hu għalhekk li jingħata isem proprju lill-anġli, biex l-istess isem ifisser kull wieħed minnhom x'ħila għandu jagħmel.", "Kull meta tinqala' xi ħaġa li titlob qawwa tal-għaġeb, dejjem Mikiel jintbagħat, biex l-istess isem u għemil iġagħalna nifhmu li ħadd ma jista' jagħmel dak li Alla jagħmlu b'mod aqwa.", "L-għadu antik, li tkabbar u ried isir daqs Alla, qal:", "Nitla' fis-sema.", "Inqiegħed it-tron tiegħi 'l fuq mill-kwiekeb, u nkun bħal Alla l-Għoli;", "imma bil-qawwa kollha li għandu, fl-aħħar tad-dinja, meta jkun wasal għall-kastig ta' dejjem, se jkun l-arkanġlu Mikiel li jqum biex jitqabad miegħu, kif jgħid Ġwanni:", "Qamet gwerra, u l-arkanġlu Mikiel tqabad.", "U għand Marija wkoll, Alla bagħat lil Gabrijel, li jfisser \"Qawwa ta' Alla\": għax hu ġie jħabbar lil dak li għoġbu jiġi fostna umli ħalli jxejjen lis-setgħat qawwija ta' l-ajru.", "Mela dak li kien ġej bħala l-Mulej ta' l-eżerċti, qawwi fit-taqbida, kellu jitħabbar mill-Qawwa ta' Alla.", "U fl-aħħar nett Rafel li, kif għedna, ifisser \"Duwa ta' Alla\"; għax meta mess għajnejn Tobija bħal wieħed li kellu l-missjoni biex ifejjqu, neħħielu d-dlamijiet tal-agħma minn għajnejh.", "Mela kien jixraq li, dak li ġie mibgħut biex ifejjaq, jissejjaħ \"Duwa ta' Alla.\"", "\"Min-natura kollha tagħhom, l-anġli huma qaddejja u messaġġiera ta' Alla.", "Għaliex \"dejjem jaraw wiċċ missieri li hu fis-smewwiet\" (Mattew 18:10) huma \"jagħmlu l-ordni tiegħu, malli jisimgħu l-kelma tiegħu.\"", "(Salm 103:20).", "San Mikiel huwa l-anġlu li jiipproteġina", "– ejjew nitolbuh jeħlisna minn kull ħsara, lilna u l-familji tagħna. (ara Talba ta' San Mikiel tal-Papa Ljun XIII ftit linji 'l isfel)", "San Gabrijel huwa l-messaġġier ta' Alla", "– ejjew nitolbuh jgħinna nisimgħu l-vuċi ta' Alla.", "San Rafel huwa l-anġlu li jfejjaq", "– ejjew nitolbuh ifejjaqna minn kull nuqqas ta' mard jew ħsara.", "Talba", ":", "San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju.", "Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa.", "Int l-aqwa fost il-qtajja' tas-sema, itfa' bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ.", "Ammen.", "(Talba tal-Papa Ljun XIII)", "O Alla, int tqassam b'ordni ta' l-għaġeb il-ħidmiet ta' l-anġli u tal-bnedmin: fil-ħniena tiegħek, agħtina li ħajjitna f'din l-art tkun imħarsa mill-anġli li fis-sema dejjem quddiemek jaqduk.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicculture.org/culture/liturgicalyear/calendar/day.cfm?date=2014-09-29", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saints-michael-gabriel-and-raphael/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Archangel", "Nota: It-Tagħrif dwar il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eeae6846', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-5-25-san-finbar/", "title": "25 ta' Settembru: San Finbar", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Finbar", "\"Insejħulu Fionn-Bahr, jiġifieri 'Ras Bajda', li hu offra b'sagrifiċċju lil Alla,\"", "l-isem li l-patrijiet ta' Kilmacahil f'Kilkenny taw lil San Finbar li qabel kien jismu Lochan", "SAN FINBAR", "Isqof ta' Cork", "570 – 623", "Tagħrif:", "Twieled madwar is-sena 570 u kien jismu Lochan, u twieled f'Connaught, l-Irlanda, fis-seklu VI.", "Ommu kienet nobbli fil-qorti Irlandiża u missieru bniedem tas-sengħa.", "Tgħallem għand il-patrijiet ta' Kilmacahil f'Kilkenny, li semmewh Fionn-Bahr, jiġifieri \"Ras Bajda\", u beda jissejjaħ Finbar.", "Mar pellegrinaġġ Ruma u għadda minn Wales, fejn żar lil San David ta' Menevia.", "Waqqaf skola monastika fuq il-gżira ta' Lough Eiroe, fejn għex għal xi żmien bħala eremit.", "Waqqaf imbagħad monasteru li madwaru żviluppat il-belt ta' Cork, li tagħha kien l-ewwel isqof.", "Dan il-monasteru kien popolari ħafna fl-Irlanda t'Isfel u ssieħbu fih ħafna dixxipli.", "Ipprietka l-Vanġelu fl-Iskozja u fl-Irlanda, u miet madwar is-sena 623 fil-belt ta' Cloyne, imma ġie midfun f'Cork.", "Wara mewtu saru ħafna mirakli li kienu attribwiti għal dan il-qaddis.", "Hu l-patrun prinċipali tal-belt u d-djoċesi ta' Cork.", "Kemm il-Kattidral Protestant tant sabiħ (li qabel kien Kattoliku) kif ukoll il-Kattidral Kattoliku, anki dan kbir u sabiħ, fil-belt ta' Cork, huma ddedikati lil San Finbar.", "Huwa patrun tal-imigranti.", "Ħsieb", ":", "Fil-Punent ta' Cork u fin-Nofsinhar ta' Kerry, il-prattika tal-mixi bħala pellegrinaġġ lejn l-eremitaġġ ta' San Finbar f'Gougane ilha stabbilita għal ħafna sekli.", "F'dan il-pellegrinaġġ, wieħed jista' jammira l-ħolqien b'veduti spettakolari fuq Bantry Bay u meded tal-kosta tal-West Cork.", "Iżda huwa l-aspett spiritwali li jattira ħafna nies; il-mistoqsijiet li wieħed jiġuh f'moħħu hu u jagħmel dan il-vjaġġ bil-mixi:", "X'immotiva lil Finbar biex iġib l-aħbar tajba ta' Kristu f'dawn il-postijiet?", "Liema messaġġ waslilhom li bih għamel fuqhom dak l-impatt li bidilhom mill-qiegħ?", "Għaliex il-bnedmin ta' dak iż-żmien bikri għażlu propju dawn l-imkejjen siekta qalb in-natura biex fihom ħolqu monument li fih ikkomunikaw ma' Alla bit-talb?", "U għaliex f'dan il-lok hemm sens ta' paċi u serħan mhux tas-soltu?", "Nistgħu nitolbu minn kullimkien.", "Fejn hu l-post favurit tiegħek biex titlob?", "Nafu li Alla jismana' minn kull fejn nitolbu, iżda kulħadd għandu l-post jew postijiet speċjali fejn l-aktar li jħobb iqatta' ħin mal-Mulej.", "Qalb in-natura", "In-natura hija element importanti ta' bosta postijiet speċjali għat-talb.", "Hawn min għandu l-ġnien personali tiegħu fejn fih jagħmel ħin ta' meditazzjoni u fejn fih ikunu jista' jkun ftit kwiet waħdu.", "Is-sbuħija tal-fjuri, tas-siġar, tal-għasafar, eċċ... tagħtihom sens ta' kalma.", "San Franġisk ta' Assisi hu l-qaddis tipiku li ħafna artisti jippreżentawh jinnamra ma' Alla qalb in-natura.", "Ħdejn il-baħar jew qrib xi post bl-ilma jgelgel huwa lok ieħor magħżul minn diversi nies.", "Hawn min iħobb jippassiġġa fuq ir-ramel waqt li jiftaħ qalbu mal-Ħallieq.", "Hawn min imur fuq xi għoljiet jew f'xi wied sabiħ.", "Kienu diversi r-reliġjużi li għażlu li jibnu l-monasteri tagħhom propju f'dawn il-postijiet li ħafna drabi kienu 'l bogħod mill-abitat, u għalhekk mill-istorbju tal-ibliet.", "San Benedittu nistgħu ngħidu li kien l-ewwel fost il-monaċi li ħajruh postijiet bħal dawn.", "Dan l-aħħar saret moda li kulħadd imur jippassiġġa (li hija xi ħaġa tajba għal saħħitna) bil-", "headphones", "f'widnejh.", "Ħafna nsara prattikanti joħolqu l-", "playlist", "favorita tagħhom għax jgħidu li huma u jisimgħuha, flimkien ma' xi veduti li jaraw huma u miexja, tgħinhom jerfgħu l-ħsieb tagħhom lejn Alla u jiddjalogaw miegħu.", "Hawn min jgħid ir-rużarju b'dan il-mod ukoll.", "Waqt is-sewqan", "Talb waqt li wieħed ikun qed isuq huwa post popolari ieħor, b'mod speċjali għal dawk li jivvjaġġaw waħedhom, fit-tul jew li spiss jeħlu fit-traffiku!", "Iva, hawn min jagħmel mill-karozza \"il-kamra tat-talb tiegħu.\"", "Kull meta jaraw xi xenarju sabiħ li jkunu għaddejja minn ħdejh, jieqfu jirringrazzjaw lil Alla.", "L-istess bħal fil-każ tal-mixi, xi mużika favorita fl-isfont, xi kant ta' tifħir, talb jew riflessjonijiet.", "Għal min isegwi Radju Marija, għandu minjiera ta' tagħlim nisrani wkoll.", "Fil-knejjes u fil-kappelli", "Oħrajn jimxu jew isuqu lejn xi knisja, li huwa l-post ta' Alla per eċċellenza għaliex fit-tabernakli jew espost fil-ħafna kappelli tal-adorazzjoni, insibu l-preżenza ħajja tal-persuna ta' Ġesù bil-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità tiegħu.", "Hu jinżel mis-sema fuq l-altari tagħna biex jiġi jiltaqa' magħna, l-ewwel u qabel kollox fit-Tqarbin Imqaddes imma mhux biss.", "Hu jibqa' hemm jistenna li nagħmlulu xi viżta, bħal donnu ħabsi li jixxennaq għal ftit kumpanija ta' xi ħadd li jixtieq iħobbu.", "Hu minn naħa tiegħu, qatt ma jħallina nitilqgħu minn ħdejh b'idejna vojta imma dejjem lest li jibdilna biex noħorġu minn ħdejh imsaħħin, imfarġin, imfejqin, imdawlin u aktar ippreparati biex inkomplu naffaċċjaw l-isfidi li din il-ħajja toffrilna kuljum.", "Il-qaddisin kollha kienu jgħaddu bosta mill-ħin tagħhom quddiem Ġesù Ewkaristija.", "Fid-dar", "Ħafna jgħidu li l-post fejn l-aktar iħossuhom komdi huwa fi djarhom stess.", "Min fis-salott, min fil-kamra tas-sodda, min f'xi kamra partikolari oħra u min f'xi gallarija jew fuq il-bejt.", "Hawn min għandu wkoll xi pultruna, jew siġġu jew inġinokjatur jew imħadded apposta li jużhom waqt it-talb.", "Dan l-aħħar daħlet l-użanza sabiħa li jinħoloq post jew aħjar kamra apposta, imżejna b'mod li jgħinek tidħol f'atmosfera ta' talb.", "Fiha hawn min iżejjen xi figuri ta' Ġesù, Marija, anġli jew qaddisin, jifrex xi tapit komdu fejn fuqu wieħed ikun jista' jintasab u forsi jaqra l-Bibbja jew xi kotba oħra spiritwali.", "F'din il-", "prayer room", ", il-familja tista' tiltaqa' f'xi ħin tal-ġurnata biex titlob flimkien, eżempju r-rużarju.", "Forsi tgħiduli li ma tantx għad fadal djar bi spazju biżżejjed biex wieħed jiddedika kamra sħiħa għal dan il-għan.", "Tassew imma min irid, kulħadd jista' jsib xi rokna fuq xi biċċa għamara u jagħmel minnha speċi ta' altar żgħir li jgħinek tgħolli l-ħsibijiet tiegħek lejn is-Sema.", "Fis-sodda", "Wara jum twil, ħafna jħobbu jagħlqu l-ġurnata bit-talb fil-post favorit tagħhom ... is-sodda.", "Hawn min ma jidħolx fis-sodda qabel ma jkun niżel għarkupptejh ħdejha biex jitlob tal-aħħar.", "Minn naħa l-oħra hawn min jemmen meta jkun komdu, aktar ikun jista' jikkonċentra fit-talb.", "U din hi vera l-aktar għal min għandu xi limitazzjonijiet ta' saħħa u ma jistax jgħaddi wisq ħin 'il barra mis-sodda.", "Hu x'inhu l-post speċjali tiegħek, Alla huwa dejjem lest biex jisimgħek kull fejn inti tieqaf biex tikkomunika miegħu.", "F'Salm 145: 18 insibu: \"Il-Mulej huwa viċin ta' kull min jitolbu, jisma' lil kull min jitolbu b'sinċerità.", "Talba", ":", "O Alla, int għamilt lil San Finbar eżempju eċċellenti tal-imħabba Divina u tal-fidi li tikseb lid-dinja, u żiedtu mal-lista tar-Rgħajja qaddisin.", "Agħtina li bit-talb tiegħu għalina, aħna nipperseveraw fil-fidi u fl-imħabba bħalma għamel hu, hekk li naslu biex naqsmu miegħu wkoll fil-glorja.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://orthochristian.com/97682.html", "Alternative reading:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=224", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Finbarr_of_Cork", "Nota: It-Tagħrif dwar il-beata tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eeaec554', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-4-24-beata-marija-columba-gabriella-sagheddu/", "title": "24 ta' Settembru: Beata Marija Columba Gabriella Sagheddu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Beata Marija Columba Gabriella Sagheddu", "\"", "Ir-rieda ta' Alla, hi x'inhi: din hija l-ferħ tiegħi, il-kuntentizza tiegħi u l-paċi tiegħi.", "\" –", "Beata Marija Columba Gabriella Sagheddu", "IL-BEATA MARIJA GABRIELLA SAGHEDDU", "1914 – 1939", "Tagħrif:", "Marija Sagheddu – l-isem Gabriella żdied wara li daħlet reliġjuża – twieldet f'Sardinja, fis-17 ta' Marzu 1914, il-ħames minn tmien ulied li sfaw orfni minn missierhom f'età żgħira.", "Kellha tfulija sempliċi ħafna.", "Meta ommha ħajritha tidħol fl-Azzjoni Kattolika, Marija għall-ewwel ma riditx għax dehrilha li kienet għadha mhix ippreparata tagħmel id-dmirijiet tagħha sewwa, iżda mbagħad daħlet b'ruħha u ġisimha.", "F'Marija kienu jidhru l-karatteristiċi ta' fedeltà, sens kbir ta' dover, qawwa ta' karattru u safa intransiġenti – kif ukoll dawk ftit u xejn negattivi: ras iebsa u xi ftit vjolenti.", "Ma kinetx tfajla li minn ċkunitha wriet sinjali ta' qdusija.", "Wara l-mewt t'oħtha ż-żgħira, Marija ta' 18-il sena, iltaqgħet mal-Mulej f'ċirkustanzi li ma tantx nafu fuqhom – nafu biss li ta' din l-età ħajjitha nbidlet għal kollox, u tat lilha nfisha għal ħajja ta' talb u għall-prattika sħiħa tar-reliġjon, kif ukoll iddedikat ruħha għall-ħidma ta' karità.", "Bdiet tgħallem il-katekiżmu lit-tfal u tassisti lill-anzjani tal-villaġġ tagħha.", "Ta' 21 sena, bl-għajnuna tal-kappillan, iddeċidiet li tikkonsagra lilha nfisha kollha kemm hi 'l Alla u tingħaqad mas-sorijiet Trappisti fil-monasteru ta' Grottaferrata, qrib Ruma.", "Fi tmiem Settembru, 1935 sellmet għall-aħħar darba lil pajjiżha u lil niesha.", "Fit-13 ta' April, 1936 ħadet il-libsa reliġjuża u fil-31 t'Ottubru tal-istess sena pprofessat bl-isem ta' Marija Gabriella.", "Żewġ elementi li nsibu jaħkmu l-ħajja ġdida ta' Gabriella fil-ħajja monastika: l-ewwel kien li tħossha li għandha trodd ħajr lil Alla għall-ħniena li wera magħha li sejħilha biex tkun kollha kemm hi tiegħu.", "Kienet tħobb ixxebbah lilha nnfisha mal-Iben il-Ħali li reġa' lura f'dar missieru.", "It-tieni element kien ix-xewqa li twieġeb għal din il-grazzja li taha Alla bil-ħeġġa kollha tagħha biex, dak li beda Alla magħha, jiġi mitmum sal-aħħar.", "F'jum il-professjoni, li ħabat nhar il-festa ta' Kristu Re, għamlet \"l-offerta żgħira\" tagħha: \"Mulej, agħmel minni dak li trid.\"", "U kien propju l-Mulej li aktar 'il quddiem wassalha biex toffri ħajjitha għall-Għaqda bejn il-Knejjes.", "Ta' 24 sena ħassitha mqanqla mill-kliem tal-ittra ta' Father Paul Couturier, l-Appostlu tal-Ekumeniżmu, fl-ittra li kiteb lil Madre Badessa u talbet biex toffri ħajjitha biex isseħħ l-Għaqda bejn il-Knejjes Insara.", "Il-Badessa la wieġbet iva lanqas le, iżda talbitha biex taħsibha sew u wara titkellem mal-kappillan.", "Dan qabel mat-talba.", "Saret l-offerta u ġiet aċċettata.", "Ftit jiem wara, f'Marija Gabriella bdew jidhru l-ewwel sintomi tal-marda avvanzata tat-tuberkolożi li kellha twassalha sal-qabar wara 15-il xahar ta' tbatijiet.", "L-agunija tagħha ntemmet fit-23 ta' April, 1939.", "Kien it-Tieni Ħadd fuq l-Għid, il-Ħadd tar-Ragħaj Divin.", "Nhar it-Tlieta 25 ta' Jannar, 1983, fl-okkażjoni ta' għeluq l-Ottava ta' Talb għall-Għaqda tal-Knejjes, il-Papa San Ġwanni Pawlu II, fil-Bażilika ta' San Pawl Barra s-Swar, iddikjaraha Beata.", "Il-Papa sejjaħ lil din il-Beata ġdida: \"Gabriella tal-Unità.\"", "Ħsieb", ":", "\"Fis-sempliċità tal-qalb jiena noffrilek kollox bil-ferħ o Mulej.", "Il-Mulej li poġġieni f'din it-triq, jiftakar iqawwini fil-battalja.", "Għall-ħniena tiegħu jiena nafdalu l-fraġilità tiegħi.", "Rajt quddiemi salib kbir ... intbaħt li s-sagrifiċċju tiegħi ma kien xejn meta mqabbel ma' Tiegħu.", "Jien offrejt lili nnifsi kollni kemm jien u m'iniex ser nerġa' lura mill-kelma li tajt.", "Ir-rieda t'Alla, tkun xi tkun, din hija l-ferħ tiegħi, il-kuntentizza tiegħi, il-paċi tiegħi.", "Qatt mhu se nkun nista' nirringrazzjah biżżejjed.", "Ma nistax ngħid ħlief dan il-kliem: 'Alla Tiegħi, il-Glorja Tiegħek!'", "~ Beata Marija Gabriella", "Il-Ġimgħa ta' Talb għall‐Għaqda fost l‐Insara hija osservata minn Jannar 18 sa 25 ta' Jannar.", "Matul din il‐ġimgħa, il‐Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, anki hawn Malta.", "Għalkemm Marija Gabriella ma kinitx magħrufa tul ħajjitha, Alla għażel li jonora lil din ir-ruħ umli wara mewtha.", "Wara li bosta sorijiet, li għexu magħha fil-kunvent, irrappurtaw messaġġi li rċevew fil-ħolm minn Suor Marija Gabriella u raw sinjali oħra minn naħa tas-Sema, il-badessa ħadet l-inizjattiva li tippubblika l-bijografija tagħha.", "Fi ftit snin, viżitaturi ta' denominazzjonijiet varji kienu diġà qed jagħmlu pellegrinaġġi għall-qabar tagħha.", "Meta l-qabar ta' Marija nfetaħ fl-1957, il-ġisem u l-ilbies tagħha nstabu inkorrotti – stat naturali mhux spjegabbli għal xi ħadd li miet bit-tuberkolożi.", "Hija pjuttost sorprendenti li xi ħadd li ma għamel xejn ħlief talab sar Patrun tal-Knisja għall-Ekumeniżmu.", "Imma dak li hu l-aktar sorprendenti huwa li f'Sardinja fejn trabbiet, hija qatt ma ltaqat ma' Nisrani mhux Kattoliku.", "Hi taf biss li xi Kristjani kienu separati mill-Knisja Kattolika, u li dan inikket il-Qalb ta' Ġesù.", "Aħna jinteressana minn dak li jnikket il-Qalb ta' Ġesù?", "In-niket tiegħu nistgħu ngħidu li hu n-niket tagħna wkoll?", "Qed nagħmlu jew nixtiequ nagħmlu xi ħaġa dwaru?", "Nistgħu infarrġu lil Ġesù b'xi mod?", "Qed jiġuk f'moħħok xi modi ta' kif tista' tfarrġu?", "Iva, nistgħu infarrġuh u nistgħu ukoll, bil-ħajja tagħna, hi ta' liema stat hi, nagħmlu xi ħaġa.", "Immorru jew le għas-servizz ta' talb organizzat matul il-Ġimgħa ta' Talb għall-Għaqda fost l-Insara, il-ħajja ta' Marija Gabriella tfakkarna li għandna nitolbu kontinwament għall-għaqda mill-ġdid fost l-Insara kollha.", "U minbarra t-talb, forsi l-Mulej qed isejħilna biex bħal Marija noffru wkoll is-sofferenzi personali tagħna, huma ta' liema għamla huma, kemm jekk huma fiżiċi, mentali, emozzjonali, spiritwali, eċċ... – kollox jgħodd – jekk noffruh bi mħabba bħala talba lil Alla li hu mnikket.", "Talba", ":", "Beata Marija Gabriella, inti mmaturajt u kbirt fil-fidi Kattolika; itlob għaż-żgħażagħ Insara kollha, ħalli jżommu l-fidi li jkunu rċevew fit-tfulija tagħhom u jservu lill-Mulej meta adulti.", "Għalkemm int sofrejt ħafna mit-tuberkolożi li ħaditlek ħajtek fl-età ta' 25 sena, bqajt paċenzjuża mqawwija mill-grazzja ta' Alla; itlob għall-morda u l-moribondi kollha, ħalli jagħrfu li jistgħu joffru t-tbatija tagħhom lil Alla għas-salvazzjoni tal-erwieħ.", "Li n-nies kollha jistgħu jkunu ħaġa waħda fi Kristu kienet għal qalbek ħafna, tant li tajt ħajtek għaliha; itlob li nkunu nistgħu naraw l-għaqda tal-knejjes kollha taħt Ragħaj wieħed.", "Ammen.", "English Version:", "https://catholicsaints.info/blessed-maria-gabriella-sagheddu/", "Alternative reading:", "http://communio.stblogs.org/index.php/2016/04/blessed-maria-gabriella-sagheddu/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Gabriella_Sagheddu", "Nota: It-Tagħrif dwar il-beata tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eeaec33b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-2-22-san-injazju-minn-santhia/", "title": "22 ta' Settembru: San Injazju minn Santhia", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Injazju minn Santhia", "\"Ġesù nefaħ fuqhom u qalilhom: 'Ħudu l-Ispirtu s-Santu.", "Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.'", "Ġwanni 20:22-23", "SAN INJAZJU BALOCCO TA' SANTHIA", "Presbiteru", "1679 – 1770", "Tagħrif:", "Injazju Balocco tilef lil missieru meta kellu biss 7 snin u ħa ħsiebu qassis qaddis.", "Meta kiber huwa sar qassis u ngħaqad mal-Kapuċċini ta' 30 sena.", "Huwa għamilha ta' sagristan, ta' majjistru tan-novizzi, ta' kappillan militari, kien imfittex ħafna bħala konfessur u kien mitlub jagħti ħafna konferenzi spiritwali.", "Darba missjunarju fil-Kongo kiteb lil Patri Injazju biex jitlob għalih għaliex kellu xi mard f'għajnejh li kien se jġiegħlu jħalli l-Kongo.", "Il-qaddis talab li l-mard tal-missjunarju jieħdu hu, għaliex hu kien ta' ftit siwi.", "Għajnejn il-missjunarju fiequ, iżda Patri Injazju ma baqax fil-kariga tiegħu għax għajnejh tant tgħarrqu li ma setax jaqra aktar, għalkemm aktar 'il quddiem huwa fieq bl-għajnuna tat-tobba f'Turin.", "Injazju rnexxielu jirbaħ ir-rispett tal-ħbieb u l-għedewwa tiegħu bil-kura sagramentali u spiritwali li tahom kif ukoll bil-kura medika li hu amministralhom.", "Kif intemmet il-gwerra, irritorna għall-ħajja regolari ta'", "Capuchin Hill", ".", "Imbagħad ingħata l-kompitu ta' konfessur u għalliem reliġjuż lil lajċi rġiel, u kien f'dan ix-xogħol li seta' jkompli juri l-imħabba tiegħu għal ħutu.", "Dan kien evidenti minħabba li ma kienx jaħsibha darbtejn biex jagħti daqqa t'id meta kien jara l-ħtieġa.", "Meta xjaħ, kien jiddedika ħin biex iżur il-morda u l-foqra tal-belt ta' Turin.", "Eluf kienu jmorru bi ħġarhom lejn", "Capuchin Hill", "ta' kuljum biex jirċievu l-barka min għandu jew biex jisimgħu kelma ta' faraġ.", "Saħħtu bdiet tħallih u beda jipprepara għall-mewt.", "Il-patri xwejjaħ tant maħbub miet mewta qaddisa u straħ fis-sliem fit-22 ta' Settembru, 1770 fl-età ta' 91 sena.", "Kien ilu mal-Kapuċċini għal 54 sena.", "Miet b'fama tal-mirakli, f'jum li hu stess kien ħabbar minn qabel.", "Ġie ddikjarat beatu mill-Papa Pawlu VI fis-17 ta' April, 1966 u qaddis mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fid-19 ta' Mejju, 2002.", "Ħsieb", ":", "Dan huwa id-diskors li qal il-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni ta' Injazju ta' Santhia:", "\"Is-saċerdot Kappuċċin Injazju ta' Santhia għex b'mod uniku l-missjoni li jaħfer id-dnubiet u li jkun ta' gwida għal bosta rġiel u nisa fit-triq tal-perfezzjoni evanġelika.", "Għall-imħabba ta' Kristu u biex javvanza aktar malajr fil-perfezzjoni evanġelika, huwa mexa fuq il-passi tal-Fqir ta' Assisi.", "Fil-Piemonte ta' żmienu, Injazju ta' Santhiá kien missier, konfessur, konsulent u għalliem ta' ħafna – saċerdoti, reliġjużi u lajċi – li fittxew il-gwida għaqlija u mdawla tiegħu.", "Anke llum huwa jkompli jfakkar lil kulħadd dwar il-valuri tal-faqar, tas-sempliċità u ta' ħajja Kristjana awtentika.\"", "Imma x'għandi nagħmel biex inkun qed ngħix ħajja Kristjana awtentika?", "Dawn huma xi suġġerimenti:", "A", "MMETTI", "Ammetti li mingħajr Kristu ma tista' tagħmel xejn (Ġwanni 15: 5).", "\"Jiena d-dielja, intom il-friegħi.", "Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott;", "għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.", "\" – int, li qed taqra – \"ma tista' tagħmel xejn.\"", "Allura ammettiha.", "Għidha.", "Emminha.", "Inti m'għandek ħila tagħmel xejn sinifikanti, jew ta' valur etern, jew ta' kwalunkwe valur spiritwali mingħajr Kristu.", "I", "TLOB", "Jekk taċċetta li ma tista' tagħmel xejn, għid: 'O Alla, għinni.'", "\"Itolbu u taqilgħu,\" qal Ġesù (Ġwanni 16:24).", "\"M'għandekx, għax ma titlobx\" (Ġakbu 4:02).", "\"Sejjaħli f'jum id-dwejjaq\" (Salm 50:15).", "Allura staqsi lill-Mulej għal-libertà minn dak li hu tiegħek.", "'Agħtini l-libertà.", "Agħtini l-ħsibijiet tiegħek.", "Agħtini emozzjonijiet awtentiċi.", "Ipproteġini milli niżbalja jew inħawwad lil ħaddieħor.", "Nitolbok biex dak kollu li nagħmel ikun imqanqal mill-ħidma tal-Ispirtu tiegħek ġewwa fija.'", "A", "FDA", "Afda lil Alla li wiegħed li jagħmel xi ħaġa dwar is-sitwazzjonijiet tal-ħajja tiegħek.", "Afda li kull sitwazzjoni, ladarba tajtha lilu, se jieħu kontroll tagħha hu.", "Int, minn naħa tiegħek, agħmel il-parti tiegħek – 'għin ruħek biex Alla jgħinek.'", "Imma wara li tkun għamilt li stajt fiċ-ċirkustanzi u bil-limiti tiegħek, afda r-riżultati bħala r-rieda ta' Alla għalik.", "Afda li hu jaf x'għandu jagħżillek u ftakar li int ma tistax tleħħaq ma' għerfu u ma' mħabbtu lejk.", "Għalhekk Alla qed jgħidlek: \"La tibżax, għax miegħek jien!", "La titħassibx, għax Alla tiegħek jien!", "Jiena nwettqek, jiena ngħinek\" (Isaija 41:10).", "\"Jien għandi l-ħila nfawrek b'kull xorta ta' barka, hekk li dejjem u f'kollox ikollok kull ma hu biżżejjed għalik, u jibqgħalek ukoll għal kull opra tajba.\" (2 Korintin 9: 8).", "\"Jiena Alla tiegħek li nimliek b'kull ġid fil-ħtieġa tiegħek\" (Filippin 4:19).", "Għalhekk inti għandek temmen f'dawn il-wegħdiet li Alla għamel miegħek u tafdah li se jwettaqhom bl-aħjar mod.", "A", "ĠIXXI", "Aġixxi b'ubbidjenza għall-Kelma t'Alla, filwaqt li tistenna li Alla jaġixxi fik u permezz tal-aġir tiegħek, biex ikunu preċiżi, l-aġir tiegħu.", "Aħna naħdmu u hu jaħdem fl-istess ħin.", "\"Aħdmu s-salvazzjoni tagħkom\" (Filippin 2:12).", "Allura aħna nagħmlu l-azzjoni.", "Aħna l-atturi u Alla huwa li jwettaq il-miraklu tal-grazzja tiegħu fina u fl-oħrajn.", "I", "RRINGRAZZJA", "Imbagħad finalment, meta tkun għamilt dan kollu t'hawn fuq, irringrazzja lil Alla għal kwalunkwe ħaġa tajba.", "\"Irringrazzja lilu u agħtih glorja.\"", "\"Għidlu grazzi dejjem.\"", "(Efesin 5:20).", "Imma ċ-ċavetta, il-fulkru, f'din is-sekwenza, naħseb li huwa l-punt tal-fiduċja.", "Fiduċja fl-għajnuna mwiegħda minn Alla.", "U dan ifisser li wieħed jgħix bil-fidi fil-grazzji futuri li Alla wiegħed li jagħtina.", "Ifisser nintelqu fi ħdanu bħalma jintelqu t-tfal żgħar.", "Dan huwa l-", "A", "I", "A", "A", "I", "(", "A", "mmetti –", "I", "tlob –", "A", "fda –", "A", "ġixxi –", "I", "rringrazzja),", "u dan huwa dak li naħseb li tfisser li tgħix bl-Ispirtu u timxi bil-fidi fl-Ispirtu u taħdem is-salvazzjoni tiegħek.", "Huwa b'dan il-mod li tkun qed tgħix verament ħajja Kristjana awtentika kif għex il-qaddis Injazju ta' Santhia.", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox u etern, li ridt li n-natura tagħna l-bnedmin tiġi mġedda bl-ubbidjenza li tikkompensa dak li tlifna bil-kburija: agħtina li għat-talb u l-eżempju ta' dan is-saċerdot qaddis Injazju, aħna nkunu dejjem lesti li nogħoqdu għar-rieda tiegħek, ladarba inti tgħallimna li din hija l-bidu tas-salvazzjoni tagħna.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.roman-catholic-saints.com/saint-ignatius-of-santhia.html", "Alternative reading:", "https://www.olacapuchins.org/apps/pages/index.jsp?uREC_ID=301723&type=d&pREC_ID=696961", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Ignatius_of_Santhia", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/2002/documents/ns_lit_doc_20020519_ignazio_en.html", "It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eec08132', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-1-21-san-mattew/", "title": "21 ta' Settembru: San Mattew", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Mattew", "\"Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.", "'Ejja warajja,' qallu.", "Dak qam u mar warajh.\" –", "Mattew 9:10", "SAN MATTEW", "Appostlu u Evanġelista", "L-Ewwel Seklu", "Tagħrif:", "Mattew kien Lhudi.", "X'aktarx li kien mill-Galilija.", "Bla dubju kien raġel għani.", "Ismu jfisser \"Rigal ta' Alla.\"", "Huwa l-istess persuna li San Mark u San Luqa jsejħulu Levi.", "Bi professjoni kien Pubblikan, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi mingħand il-Lhud u jgħaddihom lill-ħakkiema tagħhom ir-Rumani.", "Dan kien fi żmien Erodi Antipa.", "Il-Lhud ma kinux jaħmluhom lir-Repubblikani, għax barra milli kienu aġenti tal-Gvern Ruman, kellhom il-fama li kienu rgħiba u qarrieqa.", "Għalhekk il-Lhud ma kinux iħalluhom jidħlu fit-tempju u fis-sinagoga.", "L-ebda Lhudi tal-affari tiegħu ma kien ikollu kuntatti magħhom.", "B'danakollu, darba waħda Ġesù rah bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu:", "\"Ejja warajja.\"", "Dak qam u mar warajh.", "(Mattew 9:9) Hekk kienet is-sejħa ta' San Mattew biex isir wieħed mit-tnax l-Appostli ta' Ġesù.", "Ftit wara, Mattew stieden lil Ġesù għall-ikla fid-dar tiegħu f'Kafarnaum u stieden ukoll ħafna kolletturi ħbieb tiegħu.", "X'ħin il-Fariżej raw dan ħaduha kontra Ġesù u qalu:", "\"Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin?\"", "Ġesù sempliċiment weġibhom:", "\"It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda.\"", "(Mattew 9:12)", "Isem San Mattew insibuh fil-lista tal-Appostli.", "Flimkien mal-Appostli kien xhud tal-qawmien mill-mewt ta' Ġesù; kien magħhom ukoll meta Ġesù tela' s-sema; u wara mar magħhom ukoll Ġerusalemm jitlob u jistenna l-miġja tal-Ispirtu s-Santu.", "(Atti 1:13)", "San Mattew kiteb l-ewwel Vanġelu.", "Kitbu bl-Aramajk, l-ilsien antik tal-Palestina, u li bih kien jitkellem Ġesù.", "Is-simbolu tiegħu hu figura ta' bniedem għax il-Vanġelu tiegħu jibda bil-ġenealoġija ta' Ġesù.", "It-tradizzjoni tgħid li San Mattew mar jipprietka lil Ġesù fl-Etjopja (mhux dik tal-Afrika iżda ta' ħdejn il-baħar Kaspju) fejn miet martri.", "Ħsieb", ":", "\"Jekk Alla jrid jiltaqa' magħna bħala bnedmin umani – anzi bħala tfal – anke aħna rridu nagħmlu l-almu tagħna biex nersqu lejn Alla.", "Meta Ġesù jsejjaħ, dan jagħmlu mhux biex ixekkel il-personalità, imma biex iġegħelha tinfetaħ fl-essenza vera tagħha, u hekk takkwista l-ideal li jagħtiha motivazzjoni.\"", "~ San Ġwanni Pawlu II", "\"Ġesù għażel lil Mattew bħala dixxiplu, li għal għajn in-nies, kien meqjus midneb u li ma kellux il-valuri meħtieġa ta' qaddis.", "Madanakollu huwa kien onest u umli biżżejjed biex jammetti li hu kien midneb.", "Għaraf il-verità f'Ġesù u 'qabad u qam u mar wara Ġesù' (Mattew 9:9).", "Ġesù għażel lil Mattew bħala wieħed mill-pedamenti tal-Knisja tiegħu.\"", "~ Bro.", "Louis Camilleri", "U dawn meditazzjonijiet ta' San Ġwann Battista De La Salle:", "\"L-iktar karatteristika ammirabbli fil-ħajja ta' San Mattew hija li fedelment segwa lil Ġesù Kristu hekk kif kien imsejjaħ.", "Biex juri l-ferħ u l-gratitudni li kellu lejn Ġesù Kristu minħabba l-konverżjoni tiegħu, huwa stiednu għal ikla kbira fid-dar tiegħu fejn kien hemm diversi pubblikani u midinbin.", "Dawn, jgħidilna San Ġilormu, ikkonvertew minn Sidna.", "Il-konverżjoni ta' San Mattew hija pjuttost straordinarja u turi l-qawwa tal-grazzja u l-effett li tipproduċi f'ruħna.", "Huwa veru li l-kelma ta' Ġesù Kristu hija effikaċi fis-sejħa tal-ewwel Appostli tiegħu, iżda mhuwiex sorprendenti li l-biċċa l-kbira tagħhom segwew lil Ġesù għax kienu sajjieda foqra, filwaqt li San Mattew kellu propjetà u kien jgħix b'mod komdu.", "U inti kemm kont tkun pront biex issegwi lil Ġesù Kristu kif għamel San Mattew: fuq il-post, mal-ewwel kelma, bla ma tħalli żmien biex tissetilja l-affarijiet tiegħek, u mingħajr ma titlob biex il-Mulej jistenniek ħalli tagħmel dan?", "Kemm-il darba sejjaħlek Ġesù Kristu?\"", "(Med.", "167, l-1 punt)", "\"Wara l-konverżjoni tiegħu, San Mattew baqa' imwaħħal sewwa ma' Ġesù Kristu sa tmiem ħajtu, kif jgħidilna San Ġilormu.", "Huwa għalhekk li kien magħżul biex ikun wieħed mill-Appostli ta' Kristu, biex jipprietka l-Evanġelju tiegħu flimkien miegħu u warajh, u biex ikun l-ewwel li jikteb l-Evanġelju, bl-istess lingwa li biha Ġesù Kristu kien ipprietkaha.", "Huwa inkonċepibbli kemm Ġesù Kristu jħobb lil dawk li jċedu kollox għalih u kemm hu jagħtihom grazzji kemm għalihom infushom u kemm għall-oħrajn.", "Minħabba li l-qlub tagħhom huma vojta mill-affarijiet ta' din id-dinja, Alla jimliehom bl-Ispirtu tiegħu, kif għamel lill-qalb ta' San Mattew.", "Għax aktar ma nħallu affarijiet esterjuri warajna, aktar nirċievu mingħand Alla b'mod interjuri.\"", "(Med.", "167, it-2 parti)", "\"Aħżnu ġid fis-sema, fejn la susa u la sadid ma jħassar, u fejn il-ħallelin la jiftħu u la jisirqu.\"", "(Mattew 6:19) Eżempju l-iktar ċar ta' min ħaddan dan it-tagħlim ta' Ġesù kien San Mattew li nfatam mill-ġid kollu li kellu, ħalla kollox, mar ingħaqad ma' Ġesù, għex il-ħajja sempliċi u fqira tiegħu, baqa' sakemm ta' ħajtu għalih, u llum jinsab miegħu fis-sema.", "U int?", "Qed twieġeb għas-sejħat li Ġesù qed jagħmillek f'ħajtek fil-preżent?", "Forsi qed isejjaħlek biex tirbaħ fuq xi dnub jew fuq xi vizzju u għadek qed tittratieni?", "Forsi jridek twettaq dak li ilek tipposponi?", "Jew qed isejjaħlek biex twarrab fil-ġenb dak li qed jurik u tagħmel għażliet differenti li joġgħbu lilu?", "Forsi sejħa biex titlob aktar u/jew biex tiffrekwenta s-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin aktar spiss?", "Żgur li l-Mulej bħalissa qed ipoġġilek f'qalbek dak li hu jixtieq minnek.", "Jalla twieġbu fil-pront kif għamel San Mattew ħalli ma titlifx il-grazzji li lesta għalik.", "Talba", ":", "O Alla, bi ħniena liema bħalha għoġbok tagħżel lil San Mattew, u minn pubblikan għamiltu Appostlu tiegħek; għinna bl-eżempju u t-talb tiegħu, biex aħna wkoll jistħoqqilna nimxu warajk u ningħaqdu miegħek b'rabta sħiħa.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2015/09/st-matthew.html", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-matthew/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Matthew_the_Apostle", "Film based on Saint Matthew's Gospel:", "Il-Qari tal-Evanġelju ta' San Mattew bil-Malti:", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Il-ħsieb huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei", ".", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eec0c7f1', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-7-17-san-roberto-bellarmino/", "title": "17 ta' Settembru: San Roberto Bellarmino", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Roberto Bellarmino", "\"Min isib lil Alla jkun sab kollox, min jitlef lil Alla jkun tilef kollox.\"", "San Roberto Bellarmino", "SAN ROBERTU BELLARMINO", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "1542 – 1621", "Tagħrif:", "San Robertu twieled f'Montepulciano, it-Toskana, l-Italja, fl-4 ta' Ottubru 1542, għand familja influwenti.", "Ommu kienet tiġi oħt il-Papa Marċell II.", "Ta' 18-il sena, fl-1560, kontra r-rieda tal-ġenituri tiegħu li xtaquh imur jistudja fl-Università ta' Padova, daħal Ġiżwita f'Ruma, u fl-1570, sar saċerdot.", "Wara l-ordinazzjoni hu laħaq l-ewwel Professur Ġiżwita fl-Università ta' Louvain, il-Belġju.", "Fl-1576, meta kellu 34 sena, sejħulu Ruma biex jokkupa l-katedra ġdida u diffiċli tal-Kontroversji fil-Kulleġġ Ruman.", "Fl-1588, sar il-Prefett Spiritwali tal-Kulleġġ u kellu x-xorti li jmexxi lil San Alwiġi fl-aħħar snin ta' ħajtu u li jkun il-promotur tal-beatifikazzjoni tiegħu.", "Fl-1592, inħatar Rettur tal-istess Kulleġġ.", "Il-ktieb tal-katekiżmu li hu kiteb ġie maqlub f'sittin ilsien, u għadu jiġi wżat sal-lum f'xi pajjiżi.", "Fl-1591, il-Papa Girgor XIV ħatru membru tal-kummissjoni biex tirrivedi l-edizzjoni Sisto – Clementina tal-Vulgata.", "Fl-1599, il-Papa Klement VIII ħatru Kardinal, u fl-1602 ikkonsagrah Arċisqof ta' Capua.", "Wara l-mewt ta' Klement VIII fl-1605, (Ljun XI ma damx Papa ħlief 26 jum) il-Papa Pawlu V sejjaħlu miegħu Ruma biex jieħu l-pariri tiegħu.", "Hekk ħa sehem sewwa fil-kwistjonijiet li nqalgħu, fosthom il-kontroversji bejn il-Knisja Kattolika u r-Reformisti Protestanti.", "Fl-1616, huwa intervjena fil-kwistjoni tal-ħabib tiegħu Galileo, u kkonvinċieh jipproponi t-teoriji ta' Copernicus bħala ipotesi milli bħala fatt ippruvat.", "Fis-sajf tal-1621, Robertu rtira f'San Andrea, f'Ruma fejn miet fis-17 ta' Settembru tal-istess sena.", "Il-Papa Piju XI iddikjarah Qaddis u Duttur tal-Knisja.", "Ġismu jinsab fil-knisja ta' San Injazju, Ruma, ħdejn il-qabar ta' San Alwiġi, kif kien xtaq f'ħajtu.", "Ħsieb:", "Jekk int sejjer għall-vjaġġ, żgur li żżomm id-destinazzjoni tiegħek f'moħħok u taċċerta ruħek li l-biljett tal-ajru jkollu miktub il-post tad-destinazzjoni fuqu, jew tara li l-GPS tiegħek ipprogrammat sew.", "Issa, jekk dan hu veru għall-vjaġġi tagħna fil-ħajja, kemm hu aktar importanti għall-vjaġġ tal-ħajja?", "Minn dak li kiteb San Robertu Bellarmino, jidher ċar li l-attenzjoni tiegħu f'din il-ħajja, kienet id-destinazzjoni tiegħu mal-ħruġ tiegħu minn din il-ħajja.", "Kif kien qed jirifletti fuq diversi qaddisin u dutturi tal-Knisja, il-Papa Benedittu XVI kellu dan xi jgħid dwar San Robertu Bellarmino:", "\"Bellarmino jgħallimna b'ċarezza kbira u bl-eżempju tal-ħajja tiegħu stess li ma jista' jkun hemm l-ebda riforma vera tal-Knisja sakemm ma jkunx hemm ir-riforma personali tagħna u l-konverżjoni ta' qalbna stess.", "Bellarmino sab fl-Eżerċizzji Spiritwali ta' Sant Injazju, rakkomandazzjonijiet biex wieħed jikkomunika s-sbuħija profonda tal-misteri tal-fidi, anki lil nies l-aktar sempliċi.", "Huwa kiteb:", "\"Jekk int għaqli, allura tifhem li inti ġejt maħluq għall-glorja ta' Alla u għas-salvazzjoni eterna tiegħek.", "Dan huwa l-għan ta' ħajtek; dan huwa ċ-ċentru ta' ruħek u t-teżor ta' qalbek.", "Għalhekk ikkonsidra bħala tassew tajjeb għalik dak li jwassal għal din il-mira tiegħek, u verament ħażin dak li jikkawża li titlifha.", "Il-persuna għaqlija m'għandhiex tfittex avvenimenti hienja jew mhux hienja, ġid jew faqar, saħħa jew mard, unuri jew offiżi, ħajja jew mewt.", "Huma tajbin u mixtieqa biss jekk jikkontribwixxu għall-glorja ta' Alla u għall-ferħ etern tiegħek, imma huma ħżiena u għandhom jiġu evitati jekk", "jostakolaw dawn.\"", "(De ascensione mentis in Deum, grad 1).", "Dawn ovvjament mhumiex kliem li m'għadux moda fi żmienna, iżda kliem li fuqu għandna nimmeditaw fit-tul illum, biex nagħtu direzzjoni tajba lill-vjaġġ tagħna fuq din l-art.\"", "Tassew li San Robertu Bellarmino jista' jgħinna nikkonċentraw l-attenzjoni fuq id-destinazzjoni tagħna b'dawn il-riflessjonijiet profondi tiegħu.", "Din li ġejja hija talba li hu jindirizza lil Alla:", "\"Mhuwiex tassew veru li Int wegħedt premju aktar mixtieq minn ġid kbir u aktar ħelu mill-għasel lil dawk li jżommu l-kmandanti tiegħek?", "Int wegħedt premju akbar, għax kif jgħid l-appostlu tiegħek Ġakbu, 'Il-Mulej ħejja kuruna tal-ħajja għal dawk li jħobbuh.'", "X'inhi din il-kuruna tal-ħajja?", "Huwa ċertament premju akbar minn dak li nistgħu naħsbu fuqu jew nixxenqu għalih, għax kif jgħidilna San Pawl: 'għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u qatt ma tnissel f'qalb il-bniedem, dak li Alla lesta għal dawk li jħobbuh.' (1Korintin 2:19) Fi kliem ieħor, minkejja li jista' jkollok stampa tajba u sabiħa tal-ġenna, ir-realtà se tkun lil hinn minn kull ħaġa li tista' qatt timmaġina, għaliex Alla dejjem jissuperana fit-tjubija tiegħu lejna.\"", "Robert Bellarmino ddedika l-ħajja tiegħu għall-istudju tal-Iskrittura u d-duttrina Kattolika u kien teologu kbir għal żmienu.", "Il-kitbiet ta' San Bellarmino jgħinuna nifhmu li l-persuna ħajja ta' Ġesù kif nsibuha fil-ħajja, il-mewt u l-qawmien tiegħu, hija l-għajn tar-rivelazzjoni sħiħa.", "L-għejun tal-fidi tagħna mhix biss ġabra ta' duttrina, imma hija l-istess persuna ta' Kristu li għadha tgħix fil-Knisja llum.", "Meta Ġesù tela' s-sema, lill-appostli wegħedhom li se jibqa' magħhom, u għalhekk magħna u miegħek.", "Il-Papa Benedittu XVI, jikkonkludi bil-kliem:", "\"Kliem Robert Bellarmino jfakkruna li l-għan tal-ħajja tagħna huwa l-Mulej Alla, li rrivelalna lilu nnifsu f'Ġesù Kristu, li fih ikompli jsejħilna u jwegħedna komunjoni miegħu.", "Ifakkruna dwar l-importanza li nafdaw fil-Mulej, li nikbru f'ħajja leali lejn l-Evanġelju, u li naċċettaw u ndawwlu kull ċirkustanza u kull azzjoni tal-ħajja tagħna bil-fidi u bit-talb, filwaqt li nfittxu unjoni dejjem akbar miegħu.\"", "Talba", ":", "O Alla, int tajt l-għerf u qawwa liema bħalhom lill-isqof San Robertu Bellarmino biex jiddefendi b'ħila kbira l-fidi tal-Knisja tiegħek; bit-talb tiegħu, agħmel li l-poplu tiegħek jgħożż din il-fidi u jżommha dejjem sħiħa.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.ignatianspirituality.com/ignatian-voices/16th-and-17th-century-ignatian-voices/st-robert-bellarmine-sj", "Alternative reading:", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Robert_Bellarmine", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eec096e2', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-8-18-san-guzepp-ta-copertino/", "title": "18 ta' Settembru: San Ġużepp ta' Copertino", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġużepp ta' Copertino", "\"Lilkom studenti żgħażagħ, nawguralkom impenn ta' studju seren u li jagħti frott.", "Ħallu li l-iskola tkun għalikom ilkoll post fejn tistgħu tikbru kulturalment u umanament.", "Ħa jkun eżempju u għajnuna għalikom il-Qaddis li tiegħu llum qed nagħmlu l-festa liturġika: San Ġużepp ta' Copertino, Patrun tal-Istudenti.\"", "Silta mid-diskors li kien għamel il-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Ġużepp ta' Copertino", "SAN ĠUŻEPP TA' COPERTINO", "Saċerdot u Reliġjuż", "1603 – 1663", "Tagħrif:", "Diffiċli biex issib qaddis ieħor li beda l-ħajja tiegħu b'tant diżabilitajiet daqs Ġużeppi Desa, li twieled fis-17 ta' Ġunju, 1603, fir-raħal ċkejken ta' Copertino, bejn Brindisi u Otranto, fl-Italja.", "Missieru, mastrudaxxa fqir, kellu tant dejn li kellu jbigħ id-dar fejn kienet tgħix il-familja biex jifdi d-dejn.", "Difatti Ġużeppi twieled ġo kamra mwarrba fuq il-parti ta' wara tad-dar fejn ommu kienet qiegħda tinħeba bil-mistħija tal-faqar li waqa' fuqhom.", "Wara ftit miet missieru.", "It-tifel għex ħajja miżera, nieqes mis-sustanzi u marradi tant li kien ilaqqat kull marda li tkun għaddejja u kien fil-pont tal-mewt ħafna drabi.", "Fl-iskola kien dejjem l-aħħar tal-klassi u lanqas biss ma kellu l-ħila jfisser dak li xtaq jgħid.", "Kien dejjem qisu sturdut u skantat, dejjem ħalqu miftuħ qisu iblah, tant li qalgħuhielu \"Boccaperta\" (Ħalq miftuħ).", "Kien saħansitra jinsa jmur jiekol u wara jiskuża ruħu għax nesa!", "Kien tant jinħasad mix-xejn li anke jekk b'kumbinazzjoni ddoqq qanpiena ta' knisja huwa u sejjer l-iskola, kienu jaqgħulu l-kotba minn idejh.", "Darba pprova jidħol ma' skarpan biex jitgħallem is-sengħa imma la rnexxielu jagħmel żarbun u lanqas almenu jsewwi xi wieħed.", "Tant ma kien tajjeb għalxejn li anqas ommu stess ma riditu magħha; għaliha kien toqol u xkiel.", "Kien hemm żewġ ħwejjeġ favur tiegħu: dik li almenu kien jaċċetta lilu nnifsu kif kien bin-nuqqasijiet tiegħu kollha, tant li hu stess kien isejjaħ lilu nnifsu \"l-ħmar\", u l-oħra dik li mhux biss kien iħobb jitlob ħafna iżda kien ukoll devot, verament mill-qalb, ta' Ommna Marija.", "L-iċken ħaġa li kien jilmaħ kienet biżżejjed biex tfakkru fil-kobor u fl-imħabba t'Alla għalina.", "Kull ħlejqa kienet biżżejjed biex jiċċassa fuqha u titfgħu f'estasi ta' mħabba lejn il-Ħallieq!", "Bil-mod il-mod din l-imħabba profonda mmanifestat ruħha mhux biss f'sensiela ta' mumenti ta' estasi, imma anke ta' mirakli ta' fejqan u ta' ġrajjiet sopranaturali li ma nsibuhom imsemmija fil-ħajja ta' ebda qaddis ieħor.", "Isib ruħu fit-triq imċerċer", "Darba, meta Ġuzeppi kellu 17-il sena, ġie patri jitlob il-karità fir-raħal tiegħu.", "Kif rah, Ġużeppi ħass illi hu wkoll seta' jagħmel dak ix-xogħol, jidħol patri u jaqla' l-ħobża ta' kuljum b'dak il-mod.", "Beda jħabbat il-bibien ta' monasteru wara l-ieħor sakemm fl-aħħar ġie aċċettat bħala lajk minn komunità ta' Kapuċċini.", "Imma kien kollu għal xejn; ma seta' jdaħħal xejn f'moħħu.", "Barra minn hekk, il-patrijiet ma felħux għal dawk il-mumenti ta' aljenazzjoni li ta' spiss kien jaqa' fihom.", "Filli kien ikun qed jaħdem u filli kien jieqaf ċass u skantat, jekk mhux ukoll jaqa' għarkopptejh ikun fejn ikun.", "Il-platti jaqgħulu minn idejh u jitfarrku mal-art.", "Biex forsi jġegħluh joqgħod iktar attent saħansitra rabtulu biċċiet taċ-ċaqquf li kisser ma' ħwejġu biex iżommuh attent.", "Imma kollox għalxejn.", "Fl-aħħar wara tmien xhur, ma felħux iżjed u kellhom ikeċċuh.", "Darba qal li l-iktar ġurnata iebsa ta' ħajtu kienet dik meta kellu jneħħi ċ-ċoqqa minn fuqu; ħassu qishom qegħdin iqaxxrulu l-ġilda minn fuqu!", "Ġuzeppi sab ruħu fit-triq imċerċer, bi ħwejġu mqattgħin u ma jafx x'se jagħmel.", "Qabad it-triq għal għand zijuh, li kien negozjant u jagħmilha tajjeb.", "Imma kif wasal għandu, qala' tgħajjira kif imiss u reġa' sab ruħu fit-triq mingħajr ċenteżmu fil-but.", "Telaq lejn Copertino, ir-raħal tiegħu, mar lejn id-dwejra t'ommu, fetaħ il-bieb u daħal, ra lil ommu u waqa' fl-art quddiemha sturdut u mifluġ għall-aħħar tant li ma felaħx ilissen kelma.", "Seta' biss iħares lejn ommu b'għajnejh mimlijin dmugħ jitlobha ħniena.", "Imma anqas ommu ma ħennet għalih.", "\"Keċċewk mill-kunvent,\" qaltlu ommu \"waqqajtilna wiċċna l-art.", "Itlaq minn hawn ma tiswa għal xejn.", "Mur il-ħabs, jekk trid, jew mur fuq il-baħar.", "Jekk tibqa' hawn tmut bil-ġuħ.\"", "Imbagħad ommu marret għand ħuha, li kien Franġiskan Konventwali fi Grotella u lmentat kif il-Kapuċċini keċċew lil binha b'dak il-mod u talbithom ituh xi xogħol ieħor, ikun xi jkun, basta jżommuh.", "Il-Franġiskani aċċettawh bħala terzjarju u tawh ix-xogħol li jieħu ħsieb il-bagħal li kellhom fl-istalla.", "Ġużeppi tgħidx kemm feraħ!", "Għalkemm ma setax jilbes iċ-ċoqqa ta' Franġiskan, almenu seta' jkun is-seftur tagħhom!", "Ilqgħuh fl-Ordni", "L-umiltà, il-paċenzja, il-qdusija u l-ubbidjenza ta' Ġużeppi, seftur mal-Franġiskani Konventwali, malajr ġibdu l-ammirazzjoni tal-patrijiet.", "Qatt ma kien igerger u kien jaċċetta kull ma jagħtuh bil-ferħ, ħwejjeġ u ikel; ikun x'ikun.", "Saħansitra ma kienx jiddejjaq jorqod fuq tavla li kien hemm fl-istalla tal-bagħal li kien jieħu ħsieb tiegħu.", "Mhux hekk biss imma anke offra li jmur jittallab għall-bżonnijiet tal-patrijiet, kif kienet id-drawwa ta' dak iż-żmien.", "Kien dejjem ferħan u jilqa' lil kulħadd bi tbissima.", "Tant ammirawh li ddeċidew li jaċċettawh fl-Ordni tagħhom u jħalluh ukoll jipprepara ruħu biex jirċievi l-Ordni Sagri.", "Dan kien fis-sena 1625, meta kellu madwar 22 sena.", "L-istudju kien ħaġa iebsa ħafna għal Ġużeppi; bilkemm irnexxielu jitgħallem jaqra u jikteb u qatt ma kellu l-ħila jfisser fi kliemu xi passaġġ mill-Iskrittura ħlief, oħroġ il-għaġeb, wieħed biss!", "Dan kien Luqa 11:27: \"Hieni l-ġuf li ġiebek (fid-dinja)...\"", "Meta kien jaqbad jitkellem fuq dak il-vers ma kienx ikun jista' jieqaf għax tant kien jintilef fl-imħabba li kellu lejn Marija, Omm Alla.", "Ħaġa li ma titwemminx, imma meta kellu jersaq quddiem l-Isqof biex jeżaminah qabel ma seta' jirċievi d-Djakonat, l-Isqof talbu spjegazzjoni preċiża ta' dik is-silta li tant kien iħobb!", "Naturalment Ġużeppi ma setax imur aħjar.", "Kien baqa' għadma oħra għax is-sena ta' wara kellu jagħmel l-eżami qabel jirċievi s-Saċerdozju.", "Imma x'ġara?", "L-Isqof tant kien impressjonat bir-risposti tajbin li tawh l-ewwel grupp ta' kandidati li ddeċieda li jaċċetta anke lil dawk li kien għad baqa' mingħajr ma jeżaminahom; u Ġużeppi kien wieħed minnhom.", "Tassew li riditu l-Madonna!", "Ġużeppi issa kellu 25 sena meta beda jqaddes.", "Imma baqa' umli bħal qabel.", "Kien imur jaħsel il-platti fil-kċina, jaħsel l-art, iġorr il-bricks u t-tajn u jagħmel ix-xogħol kollu li l-oħrajn ma kinux iridu jagħmlu.", "Issa, pero' bdew jidhru fih fenomeni tal-għaġeb li forsi ma dehru f'ebda qaddis ieħor.", "Waqt il-ħin tat-talb, kien ta' spiss jintilef estasi ta' mħabba għall-Mulej u jdum hekk għal sigħat sħaħ.", "Ħutu l-patrijiet ġieli kienu jniggżuh u anke jmissuh bil-ġmamar biex forsi jqajmuh mill-estasi.", "Kollu għalxejn.", "Kien jiġi f'siktu biss meta kien jordnalu s-superjur tiegħu u dak il-ħin ta' estasi divina tal-imħabba t'Alla hu stess kien isejjaħlu \"sturdament!\"", "Bl-interċessjoni tiegħu saru għadd kbir ta' mirakli; kien imiss l-għajnejn ta' nies għomja u jiġu jaraw, jerfa' tarbija mifluġa f'dirgħajh u din tfiq fil-pront; kien jikteb il-barkiet ta' San Franġisk fuq karta u ħafna minn dawk li kienet tiġi f`idejhom, mar-raħal kollu, kienu jfiqu.", "Kien jaqra l-qlub.", "Bilkemm kien jaf jaqra u jikteb u b'danakollu kellu għerf divin tant li kien isolvi problemi dottrinali l-iżjed diffiċli.", "In-nies kienu jmorru bi ħġarhom biex iqerru għandu, u meta kien imur jittallab ta' spiss kienu jaqtgħulu xi biċċa miċ-ċoqqa biex iżommuha b'devozzjoni.", "Il-Qaddis li jtir", "San Ġużepp ta' Copertino hu magħruf bħala \"l-Qaddis li jtir\" minħabba d-don li kellu li jinqata' mill-art.", "Ta' spiss, waqt il-quddies kien jinqata' u jogħla.", "Anke xi drabi, meta kien jiċċassa fejn xi pittura tal-Madonna fis-saqaf tal-knisja u jidħol f'meditazzjoni profonda, kien mhux biss jinqata' mill-art imma jogħla sa ħdejn il-pittura fis-saqaf!", "Anke waqt l-ikel, ġieli kien jidħol f'estasi u jogħla 'l fuq bil-platt f'idejh.", "Meta kien ikun fil-kampanja, mhux l-ewwel darba li kien itir għal fuq xi siġra u joqgħod hemm mitluf fil-meditazzjoni.", "Dawn il-fenomeni kienu jarawhom mijiet ta' nies u xi wħud minnhom huma rrekordjati uffiċjalment.", "Darba waħda – u dan il-fatt hu wieħed minn dawk magħrufin uffiċjalment – xi ħaddiema kienu qegħdin isibu diffikultà biex iwaħħlu salib kbir, twil 36 pied, fil-ħofra tiegħu, bejn żewġ slaleb oħra.", "Ġużeppi rahom, inqata' mill-art u għola 'l fuq, qabad is-salib, qisu xi tibna, u niżlu fil-ħofra tiegħu.", "Minħabba dawn il-fenomeni straordinarji, matul il-35 sena tas-saċerdozju tiegħu, Ġużeppi kien sospiż għal ħafna żmien milli jqaddes fil-knisja; seta' biss iqaddes f'kappella privata, ma setax jiekol fir-refettorju, ma setax jirreċita l-Uffiċċju Divin mal-Komunità u lanqas ma seta' jieħu parti f'xi proċessjoni.", "Kien hemm saħansitra min beda jissuspetta ħażin fih u li kien qed jagħmel dak kollu biex jitkessaħ, li ried jaqla' l-inkwiet, u akkużawh quddiem il-Vigarju Ġenerali.", "Minħabba f'hekk Ġuzeppi kellu jidher quddiem l-Inkwiżituri ta' Napli, imma dawn ma sabu ebda ħtija fih.", "Bagħtuh quddiem il-Ministru Ġenerali tal-Ordni f'Ruma.", "Dan baqa' impressjonat bl-umiltà ta' Ġużeppi.", "Fl-aħħar kellu jidher quddiem il-Papa Urbanu VIII.", "Kif sab ruħu quddiem il-Papa, Ġużeppi waqa' f'estasi u nqata' mill-art b'għaġeb ta' kulħadd.", "Mewtu", "Fis-sena 1653, l-Inkwiżituri ta' Perugia ġew ordnati li jibagħtu lil Ġużeppi lura lill-Kapuċċini u li jinżamm f'xi kunvent `il bogħod, maqtugħ min-nies.", "Meta n-nies saru jafu fejn kien u bdew imorru jfittxuh hemm, lil Ġużeppi ħaduh f'kunvent ieħor, imbagħad f'ieħor u ieħor.", "Dan baqa' sejjer hekk għal erba' snin sħaħ.", "Fis-sena 1657, bagħtuh lura lill-Ordni tal-Konventwali, fil-Kunvent ta' Osimo, fejn qegħduh f'ċella żgħira b'kappella privata magħha.", "L-uniċi nies li setgħu jarawh kienu dawk biss magħżula minn fost il-kleru.", "Issa kien waqa' tista' tgħid f'estasi kontinwa.", "Issa li ġie maqtugħ minn man-nies, Ġużeppi ħassu maħbub minn Alla aktar minn qatt qabel!", "Ġużeppi kellu l-ordni li qatt ma jitlaq minn Osimo.", "FI-10 ta' Awissu, 1663, f'daqqa waħda qabdu attakk ta' deni li ma riedx iħallih.", "Ġużeppi xorta baqa' jqaddes sa ma waslet il-festa tal-Assunzjoni.", "Minn dak inhar ma felaħx iżjed u kellu jibqa' fis-sodda.", "Imma qatt ma tilef tqarbina.", "FI-aħħar, meta wasal fi stat ħażin ħafna, irċieva l-Griżma tal-Morda u fit-18 ta' Settembru, 1663, ħalla dal-wied tad-dmugħ waqt li bi tbissima fuq wiċċu tenna l-kliem ta' San Pawl: \"Ix-xewqa tiegħi hi li mmur u ningħaqad ma' Kristu.\"", "(Filippin 1:23).", "Il-Papa Klement XIII ikkanonizzah fis-sena 1767.", "Fi żmien San Ġużepp ħadd ma kien isemmi titjir bl-ajru; kien għadu kmieni wisq, imma meta vvintaw l-ajruplani, fis-seklu għoxrin, San Ġużepp ta' Copertino ġie magħżul bħala l-Patrun tal-ivvjaġġar bl-ajru u tal-Piloti.", "Illum ukoll huma ħafna dawk l-istudenti li jitolbu lil San Ġużepp ta' Copertino biex jinterċedi għalihom ħalli jgħaddu mill-eżamijiet.", "Ħsieb", ":", "Xtaqt nagħżel xi siltiet meħuda minn kitba tal-Papa San Ġwanni Pawl II lill-Ministru Ġeneral tal-Ordni Franġiskan tal-Patrijiet Minuri Konventwali fl-okkażjoni tal-400 sena mit-twelid ta' San Ġużepp ta' Copertino:", "\"San Ġużepp ta' Copertino jkompli jiddi fi żmienna bħala fanal li jdawwal il-mixja ta' kuljum ta' dawk li jirrikorru għall-interċessjoni ċelesti tiegħu.", "Bħala Patrun tal-istudenti, San Ġużepp ta' Copertino jagħti kuraġġ lid-dinja tal-kultura, b'mod partikulari tal-iskola.", "Huwa propju minħabba d-doċilità interjuri għall-Għerf divin tiegħu, li dan il-qaddis singolari jista' jipproponilna lilu nnifsu bħala gwida spiritwali lil kull kategorija ta' nies.", "Mis-sema issa ma jiqafx jipproteġi u jsaħħaħ lil dawk, li jsegwu l-passi tiegħu u li bi ħsiebhom jikkonvertu lejn Alla u jimxu b'fehma sħiħa fuq it-triq tal-qdusija.", "Aspett ieħor importanti tal-ispiritwalità tiegħu kienet l-imħabba lejn l-Ewkaristija.", "Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa, kif ukoll is-sigħat twal li kien iqatta' fl-adorazzjoni quddiem it-tabernaklu, kienu l-qalba tal-ħajja tiegħu ta' talb u ta' kontemplazzjoni.", "Kien iqis is-Sagrament tal-Altar bħala \"Ikel tal-Anġli,\" misteru tal-Fidi mħolli minn Ġesù lill-Knisja tiegħu, Sagrament li fih l-Iben ta' Alla magħmul bniedem ma jidhirx lill-fidili wiċċ imb 'wiċċ, imma qalb ma' qalb.", "F'dan il-misteru kbir – kien jgħid – Alla tana t-teżori kollha tas-setgħat Divini u għamilha possibli biex nieħdu sehem fil-Ħniena Divina tiegħu.", "Minn dan il-kuntatt ta' kuljum ma' Ġesù Ewkaristija, huwa kien jikseb is-serenità u l-paċi, li mbagħad kien jittrasmetti lil dawk li kien jiltaqa' magħhom, waqt li jfakkar li b'dan il-mod aħna lkoll pellegrini u għorba fil-mixja tagħna lejn l-eternità.", "U xi ngħidu għad-devozzjoni filjali u mqanqla li kellu lejn il-Verġni Marija?", "Sa minn żgħożitu deher jieqaf fit-tul f'riġlejn il-Madonna tal-Grazzji, fis-Santwarju ta' Galatone.", "Aktar tard kien jieqaf biex jikkontempla x-xbieha tant għażiża għalih tal-Verġni ta' Grottella, li kienet is-sieħba tiegħu tul ħajtu kollha.", "Fl-aħħar nett, mill-kunvent ta' Osimo, fejn għadda l-aħħar snin ta' ħajtu, kien idawwar ħarstu lejn il-Bażilka ta' Loreto, ċentru ta' devozzjoni Marjana.", "Għalih Marija kienet l-Omm tassew li magħha kellu rapport ta' iben sempliċi u kunfidenza sinċiera.", "Illum ukoll huwa jtenni lid-devoti li jersqu lejh: \"Din hija l-Protettriċi, Sinjura, Patruna, Omm, Għarusa, Għajnuna tagħna.\"", "(Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", ")", "F'San Ġużepp ta' Copertino, tant għażiż għall-poplu, jiddi l-għerf taċ-ċkejknin u l-ispirtu tal-Beatitudni tal-Vanġelu.", "Matul il-ħajja tiegħu kollha huwa juri t-triq li twassal għall-ferħ veru, ukoll jekk fost it-taħbit u t-tbatija: ferħ li ġej minn fuq u li jitwieled mill-imħabba lejn Alla u lejn l-aħwa, frott ta' tfittxija twila u mpenjattiva tal-veru ġid u għaldaqstant kontaġġuża għal min jiġi f'kuntatt magħha.", "Jekk minħabba l-impenn intens u sħiħ tal-axxeżi nisrani tiegħu, dan il-qaddis jista' jidher quddiem il-ħarsa superfiċjali bħala bniedem rozz, sever u rigoruż, fir-realtà iżda, huwa bniedem ta' ferħ, ta' min iħobbu u dħuli ma' kulħadd.", "Anzi dawk li kitbu dwaru jirreferu li hu rnexxilu jitrassmetti l-ferħ qaddis u franġiskan tiegħu permezz tal-mod kif kien jitlob, mogħni b'komposizzjonijiet mużikali sbieħ u minn versi popolari li kienu jsaħħru lil min jisimgħu u jqanqlu mill-ġdid id-devozzjoni.", "Dawn il-karatteristiċi kollha jressqu spiritwalment viċin lil San Ġużepp ta' Copertino lejn il-bniedem ta' żmienna.", "F'kelma waħda, ix-xhieda erojka tal-Vanġelu ta' dan il-bniedem ta' Alla li jiġbdek, magħruf mill-Knisja u propost mill-ġdid lill-irġiel u lin-nisa ta' żmienna, hija għalina lkoll sejħa qawwija biex ngħixu mqanqla u b'ħeġġa l-fidi tagħna, fis-sitwazzjonijiet differenti u kumplessi taż-żmien li qed ngħixu fih.\"", "Talba", ":", "O Alla, fil-għerf tiegħek tal-għaġeb, int ridt li l-Iben il-waħdieni tiegħek merfugħ mill-art jiġbed kollox lejh: fil-ħniena tiegħek agħmel li bil-merti u fuq l-eżempju ta' San Ġużepp ta' Copertino ninfatmu mix-xewqat kollha tad-dinja u hekk inkunu nixbhu tassew lil Ibnek.", "Ammen.", "English Version:", "http://faith.nd.edu/s/1210/faith/interior.aspx?pgid=16374&cid=32858&ecid=32858&crid=0", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-joseph-of-cupertino/", "Wikipedia bil-Malti:", "https://mt.wikipedia.org/wiki/San_%C4%A0u%C5%BCepp_ta%27_Kopertinu", "A film on Saint Joseph of Copertino:", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa kitba ta' Fr. Vincent Vaz, S.D.B. maqluba għall-Malti minn Joseph Agius Delicata.", "Il-ħsieb huwa magħmul minn siltiet meħuda minn messaġġ tal-Papa San Ġwanni Pawl II lill-Ministru Ġeneral tal-Ordni Franġiskan tal-Patrijiet Minuri Konventwali fl-okkażżjoni tal-400 sena mit-twelid tal-qaddis.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eec1143b', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-2-0-20-san-andrija-taegon-san-pawl-chang-hasang-u-shabhom/", "title": "20 ta' Settembru: San Andrija Taegon, San Pawl Chang Hasang, u Sħabhom", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Andrija Taegon, San Pawl Chang Hasang, u Sħabhom", "\"Din hija l-aħħar siegħa tal-ħajja tiegħi, isimgħuni b'attenzjoni: jekk kelli komunikazzjoni mal-barranin, kien għar-reliġjon tiegħi u għal Alla tiegħi.", "Huwa għalih li se mmut.", "Il-ħajja immortali tiegħi daqt tasal fil-bidu tagħha.", "Siru nsara jekk tixtiequ tkunu kuntenti wara mewtkom, għax Alla għandu kastigi eterni maħżuna għal dawk li jkunu rrifjutaw li jsiru jafuh.\" –", "San Andrija Taegon", "SAN ANDRIJA TAEGON, SAN PAWL CHANG HASANG, U SĦABHOM", "Martri", "1839 – 1867", "Tagħrif:", "Għal ħamsin sena sħaħ il-fidi nisranija fil-Korea xxandret mil-lajċi, u kien biss fis-sena 1836 li daħħlu fil-pajjiż l-ewwel missjunarji, li kienu minn Franza.", "Fil-Korea, il-Knisja kellha persekuzzjonijiet ħorox speċjalment fis-snin 1839, 1846, 1866, u 1867, li matulhom bosta nsara taw ħajjithom għal Kristu.", "Ta' min isemmi b'mod speċjali lil Andrija Kim Taegon, l-ewwel saċerdot Korean li wara li tefgħuh il-ħabs, qatluh bil-qtugħ tar-ras; u Pawlu Hasang li kien appostlu lajk ta' qlubija kbira.", "Flimkien ma' San Andrija u San Pawl ġew ikkanonizzati 101 martri oħra fosthom kien hemm iż-żagħżugħ Peter Yu ta' 17 –il sena u Mark Chong ta' 72 sena.", "Kien hemm ukoll tliet isqfijiet u tmien saċerdoti mis-Soċjetà tal-Missjonijiet Esteri ta' Pariġi, fosthom Monsinjur Imbert li kien l-ewwel Isqof li pprietka l-kelma ta' Alla fil-Korea.", "Barra minn dawn il-Missjunarji Franċiżi, il-bqija kienu kollha Koreani: irġiel u nisa, miżżewġin u mhumiex, xjuħ, żgħażagħ u tfal, għonja u foqra.", "Dawn il-103 martri tal-Korea ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Ġwanni Pawlu II, waqt quddiesa li ċċelebra fis-6 ta' Mejju 1984, f'Misraħ Youido, f'Seoul, quddiem folla ta' iktar minn nofs miljun ruħ, meta kien qed jagħmel il-pellegrinaġġ appostoliku tiegħu fil-Korea.", "Ħsieb", ":", "Dan huwa d-diskors li l-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II qal dwar il-Knisja Kattolika fil-Korea:", "\"Il-Knisja Koreana hija unika għaliex ġiet imwaqqfa kompletament mil-lajċi.", "Din il-Knisja li għadha qed tiżviluppa, tant żgħira imma tant b'saħħitha fil-fidi, baqgħet sħiħa minkejja li kellha tegħleb mewġa wara mewġa ta' persekuzzjoni ħarxa.", "F'inqas minn seklu, inti tista' tiftaħar b'10,000 martri.", "Is-snin 1791, 1801, 1827, 1839, 1846, u 1866 huma ffirmati għal dejjem bid-demm sagru tal-martri tiegħek u mnaqqxa fil-qlub tiegħek.", "Il-mewt ta' dawn il-ħafna martri sar il-ħmira tal-Knisja u wassal biex il-Knisja tal-Korea tifjorixxi kif qed naraw illum.\"", "L-Ispirtu s-Santu, li jonfoħ fejn irid, inqeda bl-appostolat ġeneruż tal-lajċi biex seħħet il-bidu tal-Knisja fl-art tal-Korea.", "Kieku dawn qatgħu qalbhom, kieku dan il-ġid kollu ma kienx iseħħ.", "Kull nisrani huwa msejjaħ biex iwettaq il-missjoni li l-Mulej għażillu.", "Hi propju f'din il-missjoni li l-Mulej irid iqaddes lil dawk li jsejjaħ.", "Ma jsejħilniex għax perfetti jew għax kapaċi mija fil-mija, imma matul il-vjaġġ tal-appostolat li jagħżlilna, huwa lest li jipperfezzjonana bil-grazzji tiegħu jekk inħallu l-Ispirtu s-Santu joħloqna.", "M'hemmx qdusija vera jekk ma nwettqux ir-rieda t'Alla f'ħajjitna.", "Imma kull sejħa f'din il-ħajja twassal għall-qdusija u għalhekk għall-glorja ta' bla tmien fis-Sema.", "Santu Wistin jgħidilna:", "\"Għax fil-ġnien tal-Mulej, ħuti, insibu, iva insibu, mhux biss ward tal-martri iżda wkoll ġilji tal-verġni, liedni tal-miżżewġin, u vjoli tar-romol.", "Ebda bniedem ħuti għeżież ma għandu jaqta' qalbu mis-sejħa tiegħu anqas xejn.", "Kristu għal kulħadd miet.", "Hi kelma tas-sewwa dik li nkitbet fuqu.", "Irid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu s-sewwa.\"", "Il-qtigħ il-qalb ħafna drabi jġiegħelna nkomplu niżlin 'l isfel u nitbiegħdu minn Alla.", "Għaliex?", "Għaliex ma nerġgħux lura lejn dak Alla li huwa għani fil-ħniena?", "Inkunu għamilna ħafna tajjeb fil-ħajja tagħna iżda xi kultant nintelqu u niżolqu lura.", "Ninsew it-tajjeb li għamilna u naqgħu fid-dnub.", "Wasalt fejn wasalt fil-vjaġġ spiritwali tiegħek, jeħtieġ li tagħmel il-qalb u tagħti l-pass li jmiss.", "Agħraf it-tajjeb li għamilt f'ħajtek u ħalli li dan jagħmillek kuraġġ.", "Imbagħad ara fejn żbaljajt jew qed titfixkel u indem.", "Irritorna lejn il-Mulej anki bl-użu tas-Sagrament tal-Qrar u erġa' ħallih jifraħ bik u jħaddnek miegħu bil-ħniena.", "Taqtax qalbek għax il-Mulej għandu fiduċja sħiħa fik u mhux se jieqaf isejjaħlek!", "Intelaq f'idejh u agħmel dak li jgħidlek hu u tikseb mill-ġdid il-kuraġġ tat-tisħiħ tal-fidi tiegħek.", "Tintelaqx!", "Afda fih!", "L-opri tajba tiegħek huma teżor għalik fis-sema.", "Ftakar fihom u kompli żid magħhom ħa tkabbar dan il-ħlas li l-Mulej qed jaħżen għall-ġusti, u kull darba li taqa', erġa' qum u kompli miexi fid-direzzjoni li qed jurik dan ir-Ragħaj Divin.", "Huwa qatt mhu se jħallik waħdek.", "Int tinsab f'idejh, il-mimmi t'għajnejh.", "Mhux dejjem faċli li tagħmel ir-rieda t'Alla għax xi drabi ma tkunx qed taħsibha bħalu.", "Hawn trid iżomm quddiem għajnejk li Hu dejjem jaf aħjar minnek dak li hu meħtieġ u int qatt mhu ser twassal mal-għerf u l-imħabba tiegħu.", "Umbagħad, kif jgħidilna Sant Anselmu:", "\"Fil-ġenna ħadd ma jkollu xewqa oħra ħlief dik li jkun irid Alla; u x-xewqa ta' wieħed tkun ix-xewqa ta' kulħadd; u x-xewqa ta' kulħadd u ta' kull wieħed tkun ukoll ix-xewqa ta' Alla. – Armonija Perfetta.\"", "(Opera Omnia, ittra 112)", "Talba", ":", "O Alla, int ħlaqt in-nazzjonijiet kollha u int s-salvazzjoni tagħhom.", "Fl-art tal-Korea s-sejħa tiegħek għall-fidi Kattolika ffurmat poplu ta' adozzjoni, li għall-għejxien tiegħu sqejtu bid-demm ta' Andrew, Pawlu, u sħabhom.", "Permezz tal-martirju u l-interċessjoni tagħhom, agħtina s-saħħa biex aħna wkoll nibqgħu fidili għall-kmandamenti tiegħek dejjem u sal-aħħar ta' ħajjitna.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicculture.org/culture/liturgicalyear/calendar/day.cfm?date=2018-09-20", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saints-andrew-kim-taegon-paul-chong-hasang-and-companions/", "Wikipedia on Andrew Kim Taegon:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Andrew_Kim_Taegon", "Wikipedia on Paul Chong Hasang:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Paul_Chong_Hasang", "Wikipedia on", "Korean Martyrs:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Korean_Martyrs", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddisin tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eec0e456', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-9-19-san-gennaru/", "title": "19 ta' Settembru: San Ġennaru", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġennaru", "\"Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel.\" –", "Ġesù fi Ġwanni 14:12", "SAN ĠENNARU", "Isqof u Martri", "c275 – 305", "Tagħrif:", "San Ġennaru twieled f'Napli jew f'Benevento, l-Italja, f'madwar is-sena 275.", "Ta' madwar tletin sena sar Isqof ta' Benevento, u fi żmien il-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu miet martri flimkien ma' sitta oħra fosthom id-Djaknu u l-Lettur tiegħu, billi wara li kkundannawhom għall-mewt, tefugħom lill-iljuni fl-Anfiteatru ta' Pozzoli, fis-sena 305, iżda peress li l-iljuni ma missewhomx, qatluhom bil-qtugħ tar-ras.", "Fil-Katidral ta' Napli hemm xi relikwi tiegħu fosthom il-magħruf \"Demm ta' San Ġennaru.\"", "Dan id-demm magħqud li hu miżmum f'kunjett issiġillat, jinħall tliet darbiet fis-sena;", "fid-19 ta' Settembru, nhar il-festa tiegħu;", "fl-ewwel Ħadd ta' Mejju, l-anniversarju ta' meta r-relikwi tal-Qaddis inġiebu f'Napli; u", "fis-16 ta' Diċembru b'tifkira ta' meta bl-interċessjoni tal-Qaddis Napli ġiet meħlusa mill-qerda li ġabu magħhom l-eruzzjonijiet tal-Vessuvju fis-sena 685.", "S'issa x-xjenzati għadhom ma sabu l-ebda spjegazzjoni naturali ta' dan il-fenomeni, u kull possibiltà ta' tqarriq hi eskluża.", "Ħsieb", ":", "Dan hu dak li San Alfons Marija De Liguori kiteb dwar il-qaddis tal-lum San Ġennaru:", "\"In-Naplitani jonoraw lil dan il-qaddis bħala l-patrun prinċipali tal-belt u n-nazzjon tagħhom u l-Mulej innifsu kompla jonorah, billi jħalli ħafna mirakli jseħħu bl-interċessjoni tiegħu, b'mod partikolari meta l-eruzzjonijiet terribbli tal-vulkan Vessuvju heddew bil-qerda totali lill-belt ta' Napli.", "Filwaqt li l-fdalijiet ta' San Ġennaru kienu qed jinġiebu f'purċissjoni lejn dan il-vulkan terribbli, it-torrenti tal-lava u n-nirien likwidi li kienu ħierġa minnu, waqfu jew biddlu d-direzzjoni tagħhom 'il bogħod mill-belt.", "Imma l-aktar miraklu tal-għaġeb u dak li l-aktar jiġi ċċelebrat bil-kbir fil-knisja, huwa l-likwifikazzjoni u t-togħlija tad-demm ta' dan il-martri mbierek kull meta l-kunjetti jinġiebu fil-vista tar-ras tiegħu.", "Dan il-miraklu jiġġedded diversi drabi fis-sena, fil-preżenza ta' dawk kollha li jixtiequ li jarawha; iżda wħud mill-eretiċi ppruvaw jitfgħu dubju dwar il-ġenwinità tiegħu, bi spjegazzjonijiet frivoli u inkoerenti; imma ħadd ma jista' jiċħad l-effett mirakuluż, sakemm ma jkunx lest li jiddubita l-evidenza tas-sensi tiegħu stess.\"", "Dan il-miraklu ta' San Ġennaru ilu jseħħ għal aktar minn 600 sena u huwa wieħed mill-fenomeni reliġjużi l-aktar studjati xjentifikament fid-dinja.", "Ix-xjentisti ma setgħux jispjegaw dan il-miraklu.", "Kemm jekk int temmen fil-mirakli jew le, hemm ammont enormi ta' dokumentazzjoni għall-avvenimenti apparentement mhux spjegabbli li seħħew matul is-sekli, li ħafna nies jemmnu li huma x-xogħol ta' Alla nnifsu:", "Il-ħafna apparizjonijiet ta' Ġesù u Marija (", "https://www.coraevans.com/blog/article/this-is-the-most-complete-list-of-marian-apparitions", ") eżempju dak f Zeitoun (1968 – 1970) meta l-Madonna dehret lil ħafna nies f'daqqa ħdejn il-koppla tal-knisja,", "l-eluf ta' iġsma tal-qaddisin li jgħaddu kemm jgħaddu snin, jibqgħu ma jikkorrompux, (", "http://saintscatholic.blogspot.com/p/incorrupt.html)", "diversi qaddisin li rċevew l-istigmati (il-marki tal-pjagi ta' Sidna Ġesù Kristu), (", "http://saintscatholic.blogspot.com/p/stigmata-and-stigmatist.html", ")", "mirakli Ewkaristiċi eżempju l-miraklu ta' Lanciano (700 AD), (", "https://churchpop.com/2015/06/28/5-extraordinary-eucharistic-miracles-with-pictures/", ")", "eluf ta' fejqan sopranaturali wara li jkun sar talb bl-interċessjoni ta' Ġesù, Marija jew xi qaddisin, (", "https://listverse.com/2014/02/20/10-amazing-stories-of-supernatural-healing-at-lourdes/", ")", "statwi jibku d-dmugħ, bħal per eżempju l-istatwa f'Akita (1973 – 1975), (", "https://www.tldm.org/news10/akita.htm", ")", "l-elevazzjoni fl-ajru tal-qaddis ta' Ġużepp ta' Cupertino (1603 – 1663) li kienu xhieda għaliha eluf ta' nies fi żmienu, u l-ħafna mirakli oħra fil-ħajjiet tal-qaddisin, (", "http://www.miraclesofthesaints.com/2010/10/levitation-and-ecstatic-flights-in.html", ")", "it-tilma ta' Juan Diego (1474-1548) li magħha hemm marbuta fenomeni tal-għaġeb li ġew skoperti tul iż-żmien, (", "https://www.youtube.com/watch?v=2lA5NUHqC88", ")", "il-miraklu tax-xemx ġewwa Cova da Iria ħdejn Fatima, il-Portugall, avveniment li seħħ fit-13 ta' Ottubru, 1917 u rawh 100,000 persuna. (", "https://www.ewtn.com/fatima/sixth-apparition-of-our-lady.asp", ")", "U l-lista tkompli ... imma min ma jridx jemmen, xorta jista' jibqa' jagħżel li ma jemminx.", "Hekk uriena Ġesù nnifsu", "fil-parabbola tal-għani u Lazzru.", "(Luqa 16: 19-31)", "Meta l-għani li spiċċa l-infern fi tbatijiet ħorox, talab lil Abraham biex jibgħat lil Lazzru ħalli jidher lil ħutu li kienu għadhom fid-dinja, għax skont hu jekk iqum xi ħadd mill-imwiet imbagħad jindmu.", "Imma araw kif iwieġbu Abraham:", "\"Qallu l-għani, 'Mela nitolbok, missier Abraham, ibgħat lil-Lazzru f'dar missieri, għax għandi ħames aħwa, ħalli jagħmlilhom twissija kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jiġu f'dan il-post ta' tbatijiet ħorox!'", "Qallu Abraham, 'Għandhom lil Mosè u l-Profeti; jisimgħu lilhom.'", "'Le, missier Abraham,' qallu dak, 'imma jekk imur għandhom xi ħadd mill-imwiet, jindmu.'", "Iżda wieġbu Abraham,", "'Jekk ma jisimgħux lil Mosè u l-Profeti, anqas jekk iqum xi ħadd mill-imwiet ma jemmnu.'\"", "(Luqa 16: 27-31)", "U dan tassew li hu minnu għax min għandu fidi u fiduċja vera f'Alla, jintebaħ bil-miraklu tad-dudu li jsir farfett, tal-bajda li ssir għasfur, ta' daqsxejn ta' żerriegħa li ssir siġra m'għola hawn, tan-nifs li nieħdu u ta' tant mirakli oħra li jsiru kuljum madwarna!", "Imma, minn naħa l-oħra, min iżomm qalbu magħluqa għall-Kelma t'Alla li titħabbrilna mill-Knisja llum, dan iwassal biex ma jibqax iħobb iżjed lil Alla u hekk jibda jistkerraħ wkoll lill-proxxmu.", "Li wieħed jemmen, ifisser li jħalli l-Kelma ta' Alla tqanqlu għall-konverżjoni sinċiera tal-qalb u għall-bidla kontinuwa għall-aħjar matul ħajtu sa ma jilħaq il-qdusija li Alla jrid jara fina.", "U ħafna drabi din hi r-raġuni għalfejn in-nies jagħżlu li ma jemmnux.", "Issa aħna li nemmnu, irridu naraw li tassew qed inħallu l-Kelma t'Alla tibdilnha u tqaddisna.", "Ma jistax wieħed jgħid li jemmen f'Alla mbagħad ma jgħix dak li jrid minna Alla.", "Fidi bħal din hi fidi tal-livell tax-xjaten, għax ix-xitan ukoll jemmen f'Alla imma ma jgħix skont dak li Alla jrid.", "U min jagħlaq qalbu għad-don ta' Alla li jitkellem permezz ta' Kelmtu, dan iġib miegħu l-għeluq tal-qalb u l-egoiżmu fl-aqwa tiegħu.", "Dan rajnieh iseħħ b'mod evidenti ħafna fl-Istorja tal-umanità.", "Talba", ":", "O Alla, agħtina l-grazzja li nissieħbu mal-isqof San Ġennaru fil-hena ta' dejjem, bħalma llum qiegħed tagħtina li niċċelebraw it-tifkira tal-martirju tiegħu.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://anastpaul.wordpress.com/2017/09/19/saint-of-the-day-19-september-st-januarius/", "Additional Reading:", "https://sourcebooks.fordham.edu/basis/januarius.asp", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Januarius", "Wikipedia on visions of Jesus and Mary:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Visions_of_Jesus_and_Mary", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eec0c39a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-2-12-l-isem-tal-imqaddsa-vergni-marija/", "title": "12 ta' Settembru: L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija", "\"Imbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David.", "Dix-xebba kien jisimha Marija.\" –", "(Luqa 1: 26-28)", "L-ISEM TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA", "Tagħrif:", "Skont drawwa Lhudija, il-ġenituri ta' Marija tawha isimha tmint ijiem wara t-twelid tagħha.", "Huwa għalhekk li l-festa tal-Isem Imqaddes ta' Marija ssir wara dik tat-twelid tagħha.", "Il-festa oriġinat fi Spanja u kienet approvata mis-Santa Sede fl-1513.", "Il-Papa Innoċent XI estenda din il-festa lill-Knisja kollha fl-1683 wara li r-Re tal-Polonja, Ġwanni Sobieski ħareġ rebbieħ fuq it-Torok fit-12 ta' Settembru, 1683.", "Din il-ġurnata kienet iċċelebrata fi Vjenna.", "Minn żmien San Ġeremija sas-seklu sittax, l-isem ta' Marija kien interpretat f'diversi forom, l-aktar popolari kien, 'Stella Maris,' il-Kewkba tal-Baħar.", "Fi żmien ir-Rinaxximent permezz ta' studju Lhudi, saret kritika assenjata mal-ismijiet mogħtija lill-Verġni Marija, bil-ħsieb li tingħata stima aktar qawwija.", "Miryãm deher li kien l-isem ġenwin bil-Lhudi, u ma nstabet l-ebda raġuni valida, li permezz ta' dan l-isem Lhudi titbaxxa l-awtorità sovrana tagħha.", "Għalhekk Marija tieħu l-virtù tas-sovranità mingħand Binha li għandu l-awtorità bħala Sid id-dinja.", "Bħal ma ngħidu li Ġesù hu l-Mulej, hekk ukoll insejħu lil Marija, 'Is-Sinjura Tagħna.'", "Kull darba li nlissnu l-isem tagħha naffermaw il-qawwa tagħha, nitolbu l-għajnuna tagħha u npoġġu lilna nfusna taħt il-protezzjoni tagħha.", "X'jgħidu l-qaddisin fuq l-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija:", "\"L-Isem ta' Marija fih il-leqqitur tal-virtujiet, id-dawl ħelu tal-modestja u s-sagrifiċċju li jogħġob lil Alla.", "Huwa s-sinjal tal-ospitalità u ċ-ċentru tal-qdusija.\" ~ San Franġisk Saverju", "\"Imberkin dawk li jgħożżu l-Isem ta' Marija.", "L-għajnuna tagħha żżommhom fis-siegħa tal-prova u huma jġibu l-frott tas-salvazzjoni.\" ~ Sant'Antnin ta' Padova", "\"M'hemmx isem ieħor, wara dak tal-Iben, kemm fil-ġenna kif ukoll fl-art, minn fejn imħuħ devoti qalgħu daqshekk grazzji, tama u ħlewwa, mill-isem tal-Verġni Marija.\" ~ Abbati Francone", "\"Tkun kemm tkun il-qalb iebsa u b'nuqqas ta' fiduċja, l-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija għandu tant qawwa, li jekk biss jingħad, dik il-qalb tirtab.\" ~ Beatu Rajmondu Jordano", "\"L-isem tiegħek, O Omm Alla, hu mimli bil-grazzji u l-barkiet divini.\" ~ San Metodju", "\"L-isem tiegħek, O Marija, ma jistax jitlissen mingħajr ma jaqla' xi grazzja lil dak li jkun semma' dan l-isem bl-akbar devozzjoni.\" ~ San Bonaventura", "\"M'hemm l-ebda qawwa f'isem, lanqas hemm xi isem ieħor mogħti lill-bniedem, wara dak ta' Ġesù, li minnu ħarġet is-salvazzjoni tal-bnedmin, daqs l-isem ta' Marija ... li d-devozzjoni lejn dan l-isem ħlejju u qaddis twassal għall-abbundanza ta' grazzji f'din il-ħajja, u glorja qawwija għall-ħajja li jmiss.\" ~ San Rikardu ta' San Lawrenz", "\"O Marija, agħmel li ismek ikun dejjem miegħi fil-perikli, fid-dwejjaq, kif ukoll fil-ferħ.\" ~ Sant'Anselmu", "Ħsieb", ":", "San Ġwann Battista De La Salle (Med.", "164, l-1 punt) jgħid hekk dwar din il-festa tal-lum:", "\"Illum il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-isem imbierek u mqaddes tal-Madonna biex tgħallimna kemm hu utli u ta' benefiċċju għalina li ninvokaw l-isem tagħha fil-ħajja tagħna, b'mod speċjali f'mumenti tal-aktar bżonn.", "L-isem ta' Marija, li bih nonoraw lill-Verġni Mbierka, ifisser 'Kewkba tal-Baħar.'", "San Bernard, jgħidilna li dan l-isem jmur tajjeb ħafna mal-persuna tal-Madonna, għaliex hija tabilħaqq l-istilla li ddawwalna, tiggwidana, u twassalna sal-port mixtieq, fost il-maltemp ta' din il-ħajja.", "Din il-Verġni mqaddsa, jgħid l-istess qaddis, hija għalina l-istilla li telgħet minn Ġakobb, li r-raġġ tagħha, li hu Ġesù Kristu, idawwal id-dinja kollha, għax hi nislitu fil-ġuf verġinali tagħha bħal stilla li tibgħat ir-raġġi safja tagħha u ddawwal id-dinja kollha, kif jispjega San Bernard, wara dak li nsibu fl-Evanġelju ta' San Ġwann.", "Marija hi din l-istilla safja u brillanti, jgħid San Bernard, li tiddi fuq dan il-baħar kbir u spazjuż, bid-dawl tal-merti tagħha, u tilluminana bl-eżempju tagħha.", "Huwa mingħajr dubju, li inti għandek bżonn tad-dawl f'ħajtek, fejn kontinwament qed titqabad f'baħar fil-maltemp, bir-riskju li ma' ssalvax!", "Għalhekk, irrikorri għand Marija.", "Hi ddawwlek u tgħinek tagħraf ir-rieda t'Alla għalik, għaliex hi magħquda mal-istess dawl ta' Ġesù Kristu, Binha, li ġie fid-dinja biex idawwal lil kulħadd (anke jekk ħafna ma għarfuhx).", "Marija hija d-dawl jiddi fid-dlam.", "Għalhekk għandek titlobha spiss, biex hija ddawwal lil moħħok u tagħmel li inti tilqa' l-Verità.", "Peress li hija taf il-Verità sħiħa b'mod perfett, huwa faċli għaliha li twasslek għal din il-Verità u tfissirlek, int li tinsab fid-dlam, dak li ma tistax tifhem waħdek.\"", "Jgħidilna wkoll:", "\"It-triq li trid timxi fiha f'din il-ħajja tant hi perikoluża, li għandek bżonn gwida biex tgħaddi minnha fost ħafna perikli.", "Ma jistax ikollok gwida aqwa mill-Verġni Mqaddsa, għax hija l-aktar pura minn ġewwa u minn barra, għax il-qaddisin isejħulha t-teżoriera tal-grazzji li Alla ta lilha biex hi taqsamhom magħna, u għaliex hija taf it-toroq kollha u l-mezzi biex iżżommok fiż-żgur f'nofs il-perikli li tiltaqa' magħhom.", "Din hija r-raġuni għaliex huwa l-iktar vantaġġuż għalik li tħalli lilek innifsek tiġi ggwidat/a minnha, għaliex, kif jgħid San Bernard, meta nimxu warajha, ma nistgħux nintilfu; meta naħsbu fuqha, ma nistgħux nitbiegħdu mit-triq it-tajba; meta nitolbu lilha, ma nistgħu qatt niddispraw għax ma naslux fil-post mixtieq; meta hi tipproteġina, aħna ma nibżgħu minn xejn, u meta hija tiggwidana, qatt ma naqtgħu qalbna.", "Fil-perikli u fil-mogħdijiet dojoq u perikolużi, aħseb f'Marija.", "Invoka l-isem mqaddes tagħha, u f'daqqa waħda ssib faraġ u ħelsien fil-problemi kollha tiegħek.", "Oh, kemm tkun hieni, jekk tiddedika lilek innifsek lill-Verġni Mbierka, u jkollok rikors faċli għall-isem imqaddes tagħha u b'din l-invokazzjoni tkun fiż-żgur f'nofs il-problemi kollha ta' dan il-vjaġġ daqshekk diffiċli!", "Kemm jien devot tassew ta' din l-Omm tiegħi tas-Sema?", "Min jaf li kieku nikkonsagra lili nnifsi lilha u nħalliha ddawwalli t-triq li twassalni għal għand Binha fil-ġenna?", "Min jaf li kieku nfittex nitgħallem dwar kif nista' ngħix ta' binha/bintha, hekk li jkun tassew jixraqli Omm bħal din?", "Jekk tixtieq tkun taf kif tista' tħejji ruħek biex tgħix hekk tassew, nistiednek iżżur is-sit Malti, li fih it-Trattat ta' San Alwiġi De Montfort fuq id-Devozzjoni vera lejn Marija u kif wieħed jista' jagħmel l-att ta' konsagrazzjoni u l-benefiċċji tagħha, Talb, l-Uffiċċju tal-Madonna, Vidjows u ħafna aktar ...", "Tista' tmur għalih billi tagħfas fuq din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "Talba", ":", "O Alla li tista' kollox, int tilqa' bil-qalb lill-qaddejja tiegħek li bil-ħerqa jpoġġu lilhom infushom taħt id-dell tal-isem u tal-protezzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina, li bl-interċessjoni tagħha kollha mħabba għalina, aħna nkunu mħarsa mill-perikli u l-ħażen ta' din id-dinja, hekk li naslu fil-ferħ tas-sema magħkom.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "English Version:", "http://www.themostholyrosary.com/appendix8.htm", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/The_Most_Holy_Name_of_the_Blessed_Virgin_Mary", "Additional Reading:", "http://catholicstraightanswers.com/what-is-the-origin-of-the-feast-of-the-most-holy-name-of-mary-september-12th/", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-fuljett Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed1599e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-8-8-it-twelid-tal-vergni-mqaddsa-marija/", "title": "8 ta' Settembru: It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija", "\"Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.\"", "Antifona tad-dħul fil-Liturġija tas-Sigħat", "IT-TWELID TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA", "Tagħrif:", "Ma nafux sewwa fejn u meta twieldet il-Madonna.", "Skont tradizzjoni antika twieldet f'Nazaret.", "Flimkien mat-twelid ta' Ġesù u mat-twelid ta' San Ġwann il-Battista, it-twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ilu jiġi ċċelebrat fil-Knisja sa mill-ewwel żminijiet tagħha.", "Żgur li din il-festa kienet ġa bdiet tiġi ċċelebrata fis-sitt seklu.", "Imbagħad, kif nafu fiż-żgur, il-Papa San Serġju I (687-701) kien ordna li jinżammu erba' festi tal-Madonna: It-Tħabbira, it-Tlugħ fis-sema, it-Twelid, u l-Purifikazzjoni.", "Id-data tat-8 ta' Settembru, intgħażlet għaliex dakinhar kienet ġiet iddedikata knisja lill-Verġni Marija f'Ġerusalemm qrib il-menqgħa ta' Beteżda.", "F'Malta, fis-sena 1275, ġa kien hemm knisja dedikata lit-Twelid tal-Verġni Marija (magħrufa bħala l-Bambina), iżda kien l-Assedju l-Kbir li għamel il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija waħda mill-ikbar festi tal-Madonna f'dawn il-Gżejjer, u nistgħu ngħidu li għadha hekk sal-lum.", "Ħsieb", ":", "Il-festa tal-Bambina tfakkarna fit-Twelid ta' Marija, Omm Ġesù.", "Kien ma' dan it-twelid tal-Bambina li beda l-proċess biex Alla jerġa' jinżel fil-ġnien tal-umanità biex jimxi pass pass mal-bniedem.", "Alla għażel li jerġa' jkun ħabib tal-bniedem kif inhu u mhux kif suppost ikun.", "Għax hija Omm Kristu, Marija Bambina hija Omm il-bnedmin kollha.", "Huwa għalhekk li qatt ma nstema' li xi ħadd resaq għandha u t-talb tiegħu ma kienx mismugħ.", "Għalhekk, aħna nafu li jekk nafdaw il-qalb tagħna f'idejn il-Madonna, hi tagħmilha sabiħa u tagħmilha tixbah lil dik ta' Ġesù.", "U l-Qalb ta' Ġesù kif inhi?", "X'qal?", "\"Ejjew għandi intom l-imħabbtin u l-imtaqqlin u jiena nserraħkom.", "Tgħallmu minni għax jien ta' qalb ħelwa u umli.\"", "(Mt 11, 28-29).", "Mela min irid jimxi wara Ġesù, irid jafda qalbu f'idejn il-Madonna li l-ħlewwa u t-tjubija tagħha jisirqulna qalbna.", "Għalhekk ejjew nitolbuha 'int li sraqtli qalbi, agħmilhieli bħal ta' Ġesù, agħmel li qalbi tkun qalb ħelwa' – mhux biz-zokkor – 'qalb ħelwa' għax taf tħenn u taf taħfer.", "Kuljum ikollna okkażjoni naħfru, kuljum.", "Jekk mifxul minħabba l-għira, minħabba l-mibegħda, minħabba l-kalunnja, ħares lejn il-Madonna u għidilha: 'inti sraqtli qalbi, agħmilhieli bħal ta' Ġesù, qalb ħelwa, qalb li tħenn, qalb li taħfer'.", "Qalb umli, mhux supperva, mhux li tirrabja u tieħu għaliha għal kull ħaġa ta' xejn.", "X'ngħidulha l-Madonna fis-'Salve Regina'?", "\"Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f'dan il-wied tad-dmugħ.", "Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena.", "Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù,\"", "Il-ħarsa ta' Marija hija ħarsa ta' ħniena.", "Ġesù qalilna:", "\"Min jemmen fija, minnu joħorġu xmajjar ta' ilma ħaj.\"", "(Ġwanni 7:38) Il-Madonna emmnet f'Ġesù?", "U żgur li emmnet.", "X'qaltilha Eliżabetta meta laqgħatha f'darha f'Ein Karem?", "\"Imbierka dik li emmnet.\"", "(Luqa 1:45).", "Mela anke mill-Madonna li emmnet, joħorġu minnha xmajjar ta' ilma ħaj, għax dik hija l-kelma ta' Binha Ġesù.", "Wara kollox, meta semgħet dawk il-kliem ta' Eliżabetta, Ġesù kien fi ħdanha, fil-ġuf imqaddes tagħha.", "Il-Madonna, l-għarusa tal-Ispirtu s-Santu għaliex fil-ġuf tagħha l-Ispirtu s-Santu opra t-tnissil ta' Ġesù, hija mimlija b'dan l-Ispirtu.", "Hi tagħtihulna bħal \"xmajjar ta' ilma ħaj\" u għalhekk meta aħna nħossuna taħt il-madmad tan-nixfa tad-dnub, tad-deżert, tal-mibegħda li jaf idawwarna, aħna ma naqtgħux qalbna, induru lejn il-Madonna, dik li emmnet u li minnha joħorġu xmajjar ta' ilma ħaj u aħna ngħidulha: 'aħna wkoll irċevejna l-Ispirtu qaddis tal-Mulej fil-Griżma tal-Isqof, agħtina li minna wkoll joħorġu xmajjar ta' ilma ħaj u li jwasslu l-paċi, il-ħlewwa, l-umiltà, l-għaqda, ir-rikonċiljazzjoni, il-kelma ta' għerf, il-kelma ta' kuraġġ.", "San Pawl Missierna jgħidilna: \"intom il-fwieħa ta' Kristu,\" mhux l-intiena tax-xitan, intom il-fwieħa ta' Kristu.", "Mela jekk in-nisrani huwa l-fwieħa ta' Kristu bl-umiltà tiegħu, bis-sabar tiegħu, bil-fedeltà tagħha, kemm iżjed u iżjed il-Madonna timla' l-qlub tagħna u l-Knisja, il-poplu t'Alla, bil-fwieħa sabiħa ta' Ġesù rxoxt.", "Nitolbuha lil Ommna Sidtna Marija, il-Bambina, biex hi li tisraqilna qalbna bil-ġmiel u l-fwieħa tagħha, tgħinna biex qalbna tkun tassew bħal ta' Ġesù biex aħna nkunu l-fwieħa ta' Ġesù.", "Ejjew ma ninsewx ukoll li l-aktar talba li tagħti unur lill-Madonna u dik li hi tkun qed tistenniena nitolbu bil-ħerqa, tibqa' dejjem it-talba għażiża tar-Rużarju.", "Tassew li kulħadd jafu dan, imma kulħadd jitolbu?", "Bħala għajnuna biex wieħed jitlob ir-Rużarju, tistgħu tidħlu fil-Youtube Channel bl-isem ta'", "Rużarji u Devozzjonijiet bil-Malti.", "Fih issibu ġabra ta' vidjos kollha fuq ir-Rużarju.", "Ara din il-link:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/youtube/", "Talba", ":", "Verġni Omm Alla, it-Twelid tiegħek ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha: għax minnek tnisslet ix-Xemx tal-ġustizzja, Kristu Alla tagħna, li neħħa s-saħta minn fuqna u xerred il-barka, qered il-mewt u tana l-ħajja ta' dejjem.", "Ammen.", "(Antifona tal-Kantiku ta' Zakkarija)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.thoughtco.com/nativity-of-the-blessed-virgin-mary-542466", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/nativity-of-the-blessed-virgin-mary/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Nativity_of_Mary", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar il-festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u l-ħsieb huwa addattat minn omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna bi preparazzjoni għall-festa ta' Marija Bambina 2016, in-Naxxar.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed12a48', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-0-10-san-nikola-ta-tolentino/", "title": "10 ta' Settembru: San Nikola ta' Tolentino", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Nikola ta' Tolentino", "\"Is-smewwiet mhumiex safja f'għajnejn Dak li jien inservi; kif nista' jien, raġel midneb, noqgħod quddiemu?\"", "San Nikola ta' Tolentino", "SAN NIKOLA TA' TOLENTINO", "Saċerdot u Predikatur", "1245 – 1305", "Tagħrif:", "San Nikola ta' Tolentino kien patri sempliċi Agostinjan li laqat il-ħajjiet ta' ħafna nies.", "Kellu spirtu ta' talb, penitenza, ħajja ta' awsterità u devozzjoni kbira lejn l-erwieħ tal-Purgatorju.", "Bil-predikazzjoni tiegħu, ressaq ħafna nies lejn Kristu.", "Nikola Gurutti twieled fl-1245 f'Angelo, Pontano, Macerata, l-Italja.", "Il-familja tiegħu kienet pjuttost fqira u semmewh Nikola għal San Nikola ta' Myra fejn fis-Santwarju ddedikat lilu kienu talbu biex ikollhom tarbija.", "Huwa ngħaqad mal-Ordni Agostinjan fl-età ta' 16-il sena, wara li sema' l-predikazzjoni ispirata ta' Reginaldo ta' Monterubbiano (superjur lokali) tal-monasteru Agostinjan f'Angelo.", "Ġie ordnat saċerdot fl-1270 u kien magħruf għall-prietki u t-tagħlim tiegħu.", "Fl-1274, huwa mar Tolentino fejn dam hemm sa mewtu.", "Bħala saċerdot u reliġjuż, huwa kien mimli karità lejn ħutu Agostinjani kif ukoll lejn in-nies li huwa kien jaqdi.", "Kien iżur il-morda u jieħu ħsieb persuni fil-bżonn.", "Huwa ta attenzjoni speċjali lil dawk li kienu tbiegħdu mill-Knisja.", "In-nies kienu jikkunsidrawh bħala dak li jagħmel il-mirakli.", "Spiss kien isum u jagħmel diversi penitenzi u kien iqatta' sigħat twal fit-talb.", "L-istorja tgħid li, ġurnata waħda, wara li kien ilu żmien twil sajjem, Nikola kien fiżikament dgħajjef.", "Waqt it-talb, Ġesù qallu jiekol xi ħobż immarkat b'salib u mxarrab fl-ilma sabiex jerġa' jikseb saħħtu.", "Għalhekk inħolqot l-użanza Agostinjana tal-barka u d-distribuzzjoni tal-ħobż ta' San Nikola b'memorja tiegħu.", "Storja oħra dwar Nikola tgħid li waqt li kien rieqed fis-sodda, sema' l-vuċi ta' patri mejjet li kien jaf.", "Dan il-patri qal lil Nikola li kien fil-Purgatorju, u ħeġġu biex jiċċelebra l-Ewkaristija għalih u għal erwieħ oħra li kienu fl-istess post, sabiex ikunu meħlusa bil-qawwa ta' Kristu.", "Nikola għamel hekk għal sebat ijiem.", "Il-patri kellmu għal darb'oħra, irringrazzjah u assigurah li għadd kbir ta' erwieħ kienu issa ħdejn Alla.", "It-talb għall-erwieħ tal-Purgatorju hija l-karatteristika li l-aktar tispikka fil-ħajja tiegħu.", "Minħabba dan, Nikola ġie pproklamat Patrun tal-erwieħ tal-Purgatorju.", "Huwa wkoll meqjus bħala l-qaddis Patrun kontra mard epidemiku u kontra n-nirien.", "Nikola miet f'Tolentino, l-Italja fl-10 ta' Settembru fl-1305.", "Ġie kkanonizzat fl-1446 mill-Papa Euġenju IV.", "Il-fdalijiet tiegħu huma ppreservati fil-Knisja ta' San Nikola fil-belt ta' Tolentino.", "Ħsieb", ":", "Riżultat tal-ħajja ta' talb u penitenza li għex San Nikola, ħafna erwieħ waslu fis-sema, speċjalment erwieħ tal-Purgatorju.", "Fil-Purgatorju jmorru dawk l-erwieħ li jkunu mietu fil-grazzja t'Alla.", "Tmut fil-grazzja t'Alla jfisser ma tkunx fid-dnub il-mejjet u jew tkun irċevejt is-Sagrament tal-Qrar u ġejt imnaddaf mid-dnub il-mejjet.", "Filwaqt li s-Sagrament tal-Qrar huwa essenzjali għall-maħfra tad-dnubiet, il-Purgatorju xorta jista' jkun meħtieġ għal ħafna minna, biex nissodisfaw il-pwiena temporanja li tkun għadha dovuta għal dnubiet venjali u dawk mejta li nkunu qerrejna.", "Biex wieħed jifhem aħjar dan xi jfisser, aħsbu f'tifel li kisser tieqa waqt li kien qed jilgħab bil-ballun.", "Huwa jista', u għandu, jitlob skuża lill-persuna li kissrilha t-tieqa, imma hu jew il-ġenituri tiegħu (jew it-tnejn) iridu jħallsu tad-danni!", "Kull nisrani huwa msejjaħ biex juri ħniena mal-għeżież mejtin li jinsabu fit-tisfija tagħhom fil-Purgatorju.", "Hawn huma jbatu ħafna ġo 'nar' li jippurifikom (kif jiġi ppurifikat id-deheb) kulħadd skont id-dnubiet li jkun wettaq.", "Għandna naħsbu fihom fit-talb tagħna ta' kuljum għaliex huma ma jistgħux jitolbu għalihom infushom.", "Jekk tlift li xi ħadd għażiż jew taf lil xi ħadd li għadu kemm mietlu xi qarib, kun af", "lit-talb biss jista' jgħin", ".", "Hawn b'talb qed nirreferi għal kwalunkwe tip ta' talb: quddies, rużarju,", "(lejn l-aħħar tal-paġna hemm link għar-Rużarju tal-Erwieħ tal-Purgatorju bil-Malti)", "talb ieħor, atti ta' karità u offerta tat-taħbit u t-tbatijiet li ngħaddu minnhom.", "Kollox jgħodd jekk nagħmluh bħala talba biex intaffu t-tbatijiet ta' dawn l-erwieħ u nħaffulhom it-triq għas-sema.", "Filwaqt li nistgħu niksbu konsolazzjoni kbira mit-tama li l-maħbubin tagħna qed igawdu l-Ħajja Eterna ma' Alla, qatt ma għandna nieqfu nitolbu għal ruħhom.", "M'għandiex nikkonfondu wisq xi jsir mit-talb tagħna ladarba huma jaslu l-ġenna.", "Li hu żgur hu li dan it-talb jiġi applikat għal erwieħ oħra.", "L-erwieħ li nitolbu għalihom jitolbu huma wkoll għalina, anki meta jkunu għadhom fil-Purgatorju.", "Meta jmorru l-ġenna, imbagħad ikomplu jidħlu għalina quddiem Alla li issa jkunu qribu, għaliex aħna nkunu sirna l-benefatturi tagħhom.", "Alla jimla lilna bil-barka u l-grazzji tiegħu talli nkunu ħennejna u tlabna għall-erwieħ b'ġenerożità.", "It-Talba ta' Santa Ġeltrude l-Kbira għall-erwieħ tal-Purgatorju hija waħda mill-aktar famużi.", "Din kienet soru Benedittina u mistika li għexet fis-seklu 13.", "Ġesù qal lil Santa Ġeltrude li din it-talba teħles 1,000 ruħ mill-Purgatorju kull darba li tingħad:", "\"Missier Etern, jiena noffrilek id-demm l-iżjed prezzjuż tal-Iben Divin tiegħek Ġesù, flimkien mal-quddies kollu li jingħad mad-dinja kollha llum għall-Erwieħ Imqaddsa tal-Purgatorju u għall-midinbin kollha fid-dinja, għal dawk f'dari stess u fil-familja tiegħi.", "Ammen.\"", "Ħafna mill-Missirijiet tal-Knisja, ikkunsidraw it-talb għall-erwieħ tal-Purgatorju bħala essenzjali.", "Il-knisja ħarġet id-duttrina dwar il-Purgatorju fil-Konċilji ta' Firenze u ta' Trentu fis-sekli 15 u 16.", "Il-vers l-aktar famuż tal-Iskrittura, fost oħrajn, li jikkonċerna it-talb għall-erwieħ, huwa dak mit-Testment il-Qadim fejn jgħid,", "\"Il-ħsieb tiegħu kien qaddis u twajjeb.", "Għalhekk offra sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, biex il-mejtin jinħelsu minn dnubhom.\"", "(2 Makkabin 12:46)", "Mela niftakru li l-fjuri u x-xemgħat fuq l-oqbra u l-lapidi, jgħinu li min ikun għadu f'din id-dinja biex jesprimi s-sentimenti tiegħu/tagħha għat-telfa tal-għeżież, imma l-erwieħ m'għandhom bżonn ta' xejn aktar mit-talb tagħna u dan b'impenn.", "U mhux f'Novembru, f'xi anniversarju, f'jum twelidhom jew f'xi festa biss, imma b'mod regolari.", "Ejjew nitolbu lil dan il-qaddis li ddedika ħajtu biex jitlob għall-erwieħ Purganti ħalli jgħinna nimxu fuq l-eżempju mħeġġeġ tiegħu lejn dawn l-imsejkna, li ħafna minnhom m'għandhomx min jitlob għalihom.", "Ejjew inkunu aħna li niftakru f'erwieħ abbandunati mill-familjari tagħhom.", "Jekk nagħmlu dan, żgur li nħaffu ż-żmien tagħna tal-Purgatorju u l-Mulej jagħtina s-sliem.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf ukoll, li sakemm għadna f'din id-dinja, aħna stess nistgħu nnaqsu miż-żmien tal-Purgatorju tagħna billi nagħmlu atti ta' karità.", "B'karità mhux qed ninkludi biss flus mogħtija lill-foqra, imma kull ġest ta' mħabba lejn l-oħrajn, bil-kliem u bil-għemil, kif ukoll bl-offerta tat-talb tagħna magħquda ma' tbatijiet li ngħaddu minnhom.", "Hekk kif tgħidilna l-Iskrittura:", "\"L-imħabba tgħatti kotra ta' dnubiet.\"", "(1Pietru 4:8)", "Talba", ":", "Alla Missier, aħna noffrulek il-pjagi divini ta' Kristu, Ibnek, għall-erwieħ tal-Purgatorju, sabiex inti titħallas kif jixraq fil-ġustizzja tiegħek għad-djun tagħhom u tqegħidhom fil-ferħ etern tiegħek.", "(Talba ta' San Ġorġ Preca)", "Nitolbuk biex permezz tal-fidwa ta' Ibnek issaffi lil dawk l-erwieħ li għadhom fil-purgatorju u twassalhom fil-hena ta' dejjem.", "Ftakar ukoll fl-erwieħ tagħna, fil-ġenituri mejtin tagħna, fl-erwieħ abbandunati u f'dawk l-erwieħ kollha li jeħtieġu t-talb tagħna.", "Marija, għajnuna tal-insara, idħol għalihom int u wassalhom fit-tgawdija ta' dejjem.", "Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fis-sliem.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicireland.net/saintoftheday/st-nicholas-of-tolentino-1245-1305-augustinian-friar-patron-of-the-souls-in-purgatory/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Nicholas_of_Tolentino", "Alternative reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-nicholas-of-tolentino-590", "Wikipedia on Purgatory:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Purgatory", "Rużarju għall-erwieħ tal-Purgatorju fuq Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/1J9xMm1yKdseAJfDL3m9iMhp2", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed1568e', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-3-13-san-gwann-krisostmu/", "title": "13 ta' Settembru: San Ġwann Krisostmu", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Krisostmu", "\"Ikun imfaħħar Alla f'kollox.\" –", "L-aħħar kelmiet ta' San Ġwann Krisostmu qabel ma' miet", "SAN ĠWANN KRISOSTMU", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "c. 349 – 407", "Tagħrif:", "San Ġwann twieled f'Antjokja, Sirja, fis-sena 349.", "Meta kien għadu tarbija tilef lil missieru li kien kmandant fl-armata Imperjali.", "Ommu ħadet ħsiebu ħafna, tellgħetu fl-għożża u edukatu sewwa.", "Tgħammed meta kellu 20 sena kif kien isir f'dak iż-żmien.", "Huwa studja r-rettorika taħt Libanju, l-aħjar oratur ta' żmienu.", "Iggradwa fil-Liġi u pprattikaha għal xi żmien.", "Wara l-mewt ta' ommu fis-sena 374, mar ingħaqad ma' grupp ta' eremiti fuq il-muntanji ħdejn Antjokja, iżda wara sitt snin marad u kellu jirritorna.", "L-Isqof Flavju tefa' għajnejh fuqu u ordnah qassis fis-sena 386.", "Ġwanni ntefa' għall-prietki li bihom kien isaħħar lil kull min kien jisimgħu.", "Fis-sena 398, inħatar Patrijarka ta' Konstantinopli, il-belt ewlenija tal-Imperu tal-Lvant f'dak iż-żmien.", "Għen ħafna lill-foqra u lill-morda, u kien iħeġġeġ lill-għonja biex jgħinuhom.", "L-elokwenza brillanti tiegħu qalgħetlu l-isem ta' \"Krisostmu\", li jfisser \"Fomm tad-Deheb.\"", "Minn fuq il-pulptu kien jitkellem bla biża' u jikkundanna l-ħażin, ukoll jekk dan kien ikun ġej mill-mexxejja jew mill-kbarat tal-pajjiż.", "B'hekk laqat fil-laħam il-ħaj lil Eudosia, il-mara tal-Imperatur Arkadju, u wkoll lill-Arċisqof ta' Alexandra, Teofilu, u għalhekk ħabat difrejh magħhom.", "Fis-sena 403, Teofolu laqqa' sinodu li għalih attendew Isqfijiet li ma kellhomx grazzja ma' Ġwanni.", "Dan is-sinodu kkundannah u neħħieh mill-kariga.", "Imbagħad Arkadju instigat minn martu, eżiljah imma n-nies ipprotestaw, u Ġwanni malajr issejjaħ lura.", "Iżda ma damx wisq għax l-Imperatur Arkadju eżiljah f'Cucusus, fl-Armenja, fejn Ġwanni dam tliet snin, u minkejja l-età li kellu u l-ambjent xejn sabiħ li kien qed jgħix fih, ħadem kemm felaħ għall-Knisja, u kompla jikteb.", "Eudosia mietet, u l-poplu saħaq biex l-Isqof jinġieb lura.", "Meta l-għedewwa tiegħu raw hekk, iddeċidew li jeħilsu minnu darba għal dejjem, u ordnaw li jittieħed f'Pityus, fuq ix-xtajta tal-Baħar l-Iswed.", "Iżda mifni bil-mard, bit-tbatija u bil-għajja miet fit-triq, f'Cumana, f'Pontu, fl-14 ta' Settembru, 407.", "L-aħħar kelmiet tiegħu kienu: \"Ikun imfaħħar Alla f'kollox.\"", "Tletin sena wara, Teodosju II, iben Arkadju u Eudosia, ġab il-fdal ta' Ġwanni f'Konstantinopli, u għamillu laqgħa kbira.", "Bies it-tebut tiegħu u talab maħfra f'isem ommu u missieru li kienu ppersegwitawh bla bżonn.", "Illum il-fdal tiegħu jinsab fil-knisja ta' San Pietru, Ruma.", "Il-ħafna kotba li kiteb għamluh wieħed mid-Dutturi kbar tal-Knisja.", "Ħsieb", ":", "Hemm ħafna x'wieħed jista' jgħid dwar San Ġwann Krisostmu, imma se niffoka biss fuq dan li ġej.", "Hu", "ma kienx bniedem li jfittex li jintogħġob minn nies", ".", "Dan ifisser li ma kienx jissagrifika lilu nnifsu u dak li kien, jiġifieri nisrani ta' vera (wieħed motivat mill-imħabba għal Kristu) sabiex jogħġob lin-nies.", "Dan ifisser wkoll li", "kienet l-imħabba li qed timmotivah u mhux il-biża'", ".", "Hu ma beżax mill-opinjoni tal-bnedmin, anki jekk kienet l-opinjoni ta' nies awtorevoli bħalu jew nies fil-poter.", "Dan għaliex l-attenzjoni tiegħu baqgħet fuq Alla u fuq il-Kelma tiegħu.", "Tassew li meta naqgħu fir-rutina li nogħġbu u nikkuntentaw lin-nies (marda li bl-Ingliż isejħulha", "'a disease-to-please,'", "u bil-Malti l-marda tar-rispett uman), aħna nitilfu l-attenzjoni tagħna.", "Inkunu qed nibdlu l-attenzjoni li sippost ikollna fuq Alla u l-Kelma tiegħu u nissostitwixxuha b'attenzjoni fuq il-fenomenu li dejjem jinbidel (u għalhekk inkontrollabbli), tal-opinjoni tal-bniedmin.", "Din l-attenzjoni tal-aħħar hi marbuta mal-biża' li ma nkunux aċċettati mill-oħrajn u forsi wkoll miċħuda.", "Nistgħu nimmaġinaw wkoll li qegħdin inkunu twajba ma' ħaddieħor jew saħansitra li aħna nies li ta' paċi.", "Infatti, silta mill-Iskrittura li tmur sewwa mall-ħajja ta' dan il-qaddis tal-lum, hi propju kliem Kristu nnifsu meta qal ċar u tond li biex wieħed jimxi warajh fid-dawl tal-Verità li biha dawwalna, irid jaffaċċja l-kuntrarju u joħloq l-għedewwa anki minn niesu stess.", "F'din is-silta jagħmel wkoll referenza għall-misħut rispett uman.", "Jgħid li min iħobb lill-persuni aktar Minnu u mill-Kelma tiegħu, jew min jipprova jogħġob lill-persuni u b'konsegwenza ta' dan ma jkunx qed jgħixu r-rieda tiegħu, ma jisħoqqlux ikun miegħu!", "Tassew għandna għax nieqfu nimmeditaw fuq din it-twissija ħierġa mingħand il-Mulej tagħna, li għax iħobbna, ma jridx li jkun hemm xi jfixkilna fi triqatna biex naslu għandu fis-sema pajjiżna:", "\"Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art!", "Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf.", "Iva, ġejt nifred lill-iben minn missieru, lill-bint minn ommha, u lil mara minn omm żewġha, u l-bniedem ikollu n-nies ta' daru stess għedewwa tiegħu.", "Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi.", "U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi.", "Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.\"", "(Mattew 10: 34-39)", "Min naħa l-oħra, huwa fatt li meta aħna nogħġbu lin-nies, dan iwassalna biex nitilfu l-paċi ta' qalbna stess, li mingħajrha ma nkunux nistgħu nibbenefikaw verament lill-oħrajn jew lilna nfusna.", "Naturalment huwa faċli li naqgħu f'din il-marda meta ma nkunux qed niffokaw l-attenzjoni tagħna fuq Alla u l-Kelma tiegħu u fuq li nservuh kif jixtieq minna.", "Filfatt inti dejjem isservi lil xi ħadd kif stqarr Bob Dylan fil-kanzunetta tiegħu", "Gotta Serve Somebody", ", u jekk m'intix isservi lil Alla, ser tispiċċa sservi lil xi ħadd jew lil kulħadd!", "Meta naqgħu f'din in-nassa, ejjew nerġgħu niffokaw fuq Alla fit-talb tagħna ta' kuljum, billi fil-kwiet noqogħdu attenti għall-Kelma tiegħu li jgħidilna, fost affarijiet oħra: \"Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek\" (Mark 12:31) u dan ifisser li aħna ma nistgħux nieħdu ħsieb tal-proxxmu tagħna mingħajr mal-ewwel inkunu qed nieħdu ħsieb lilna nfusna.", "Għalhekk, ejjew nenfasizzaw fuq is-servizz tagħna lejn Alla fil-Kelma tiegħu biex dan ikun jista' jgħinna nħallu l-bżonn kostanti u awto-distruttiv li nservu lil kulħadd!", "Talba", ":", "O Alla, qawwa ta' min jittama fik, int ridt li l-isqof San Ġwann Krisostmu jkun predikatur ta' fama kbira u f'ħajtu jgħaddi minn bosta tiġrib; agħmel li nimxu 'l quddiem fuq it-tagħlim tiegħu u bħalu nżommu sħaħ sa l-aħħar.", "Bi Kristu Sidna.", "Ammen.", "(Talba fil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://orthochristian.com/43102.html", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-john-chrysostom/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Chrysostom", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed16371', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-5-15-il-vergni-mqaddsa-marija-tad-duluri/", "title": "15 ta' Settembru: Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri", "\"Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.\" –", "Antifona tad-dħul mil-Liturġija tas-Sigħat", "IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAD-DULURI", "Tagħrif:", "Il-Knisja tfakkar id-duluri tal-Madonna darbtejn matul is-sena: nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa tal-Passjoni (il-Ġimgħa ta' qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum 15 ta' Settembru.", "L-ewwel waħda nbdiet f'Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu ħmistax bħala tpattija tal-ereżija ta' Ġovanni Hus.", "Dik tal-lum bdewha l-Patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħand il-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba' Duluri fit-tielet Ħadd ta' Settembru.", "Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 irritorna mill-eżilju estenda din il-festa għall-Knisja kollha bħala tifkira ta' kemm il-Knisja (u hu personalment) batiet minn Napuljun.", "Imbagħad, il-Papa San Piju X, meta għamel ir-riforma tal-Kalendarju liturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta' Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija.", "Il-Madonna sofriet mhux għax kellha xi dnub.", "It-tnissil tagħha kien immakulat.", "Il-ħajja tagħha kienet bla l-iċken dnub.", "Is-Seba' Duluri nistgħu nniżżluhom hekk:", "Il-Profezija ta' Xmun fit-tempju.", "Il-ħarba lejn l-Eġittu, triq ta' 480 kilometru, bit-tarbija Ġesù ta' inqas minn sena.", "It-telfa ta' Ġesù.", "Il-laqgħa tagħha ma' Ġesù jġorr is-salib fi triqtu lejn il-Kalvarju.", "Il-kruċifissjoni.", "Ġesù mejjet fi ħdanha.", "Id-difna ta' Ġesù.", "Ħsieb", ":", "Marija Omm Alla hija bniedma bħalna, u bħalna għaddiet minn bosta esperjenzi t'uġigħ, tbatija u ansjetà.", "Hi, fl-imħabba tagħha t'Omm, takkumpanjana fl-uġigħ tagħna, il-mard li ngħaddu minnu aħna jew il-membri tal-familja tagħna, il-mewt tal-għeżież tagħna, l-inkwiet li ngħaddu minnu, l-ansjetà li tolqotna.", "L-Ewwel dulur", "li ġarrbet Marija kien f'Ġerusalemm.", "Meta Marija u Ġużeppi marru jippreżentaw lil binhom Ġesù fit-tempju.", "Dakinhar kien hemm wieħed jismu Xmun.", "Raġel ġust u tajjeb li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu.", "Dan kien jistenna l-faraġ ta' Iżrael u minn dejjem kien jixtieq li qabel ma jmut jara l-Messija tal-Mulej.", "Darba fost l-oħrajn ġie mqanqal mill-Ispirtu biex imur fit-tempju.", "Xmun jgħid lil Marija:", "\"Marija, Ibnek Ġesù se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael, se jkun sinjal li jmeruh, u int ukoll sejf jinfidlek ruħek sabiex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna.\"", "Min jaf x'ħasset f'qalbha Marija meta semgħet il-kliem tant iebes ta' Xmun li għarrafha bil-Passjoni u l-mewt kiefra ta' Binha Ġesù tarbija.", "Minkejja dan, Marija ma tfixklitx għaliex l-Iva tagħha meta dehrilha l-Anġlu Gabriel kienet il-frott tal-fiduċja sħiħa tagħha f'Alla.", "Aħna wkoll fil-ħajja mhux dejjem nistgħu nifhmu kollox.", "Ġieli jiġru affarijiet f'ħajjitna li nħossuna ma nifhmuhomx.", "Mela, ejja nafdaw fl-imħabba ta' Alla bħalma għamlet Ommna Marija f'ħajjitha.", "Ommna Marija dejjem tkun lesta li tgħinna biex fid-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom f'ħajjitna ma nitilfux il-fidi tagħna, anke f'dawk il-mumenti li ma nkunux qed nifhmu.", "It-Tieni dulur", "li ġarrbet Marija kien dak inhar li flimkien mar-raġel tagħha Ġużeppi u binhom Ġesù, kellhom jaħarbu lejn l-Eġittu.", "Min jaf x'ħasset Marija meta flimkien ma' Ġużeppi u binhom Ġesù kellhom jaħarbu mal-lejl u jmorru l-Eġittu.", "Dan is-sagrifiċċju għamluh biex isalvaw lil binhom Ġesù mill-mewt.", "Min jaf kemm hawn ġenituri li ta' kuljum ikollhom jgħaddu minn sagrifiċċji kbar biex jgħinu lil uliedhom jikbru u jimmaturaw.", "Min jaf kemm hawn ġenituri oħrajn li għalkemm qed jagħmlu dak kollu li hu possibli biex irabbu lil uliedhom tajjeb, qed jaraw lil uliedhom jitbegħdu minn Alla.", "Marija u Ġużeppi għandhom ikunu xempju għal dawk il-ġenituri li għal xi raġuni jew oħra qed jaħarbu mir-responsabbiltajiet tagħhom biex jagħrfu li wliedhom għandhom bżonnhom.", "Marija dejjem lesta li tgħinna biex ikollna dan il-kuraġġ, din il-fidi lejn Alla.", "Hija tgħinna naċċettaw deċiżjonijiet diffiċli f'ħajjitna bla kundizzjoni.", "It-Tielet dulur", "li ġarrbet Marija kien meta binha Ġesù kien intilef u wara tlett ijiem sabitu jiddisputa mad-dutturi fit-tempju.", "Ta' kull sena l-ġenituri ta' Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid.", "Meta kellu tnax-il sena, huma telgħu skont id-drawwa ta' dik il-festa.", "Wara li għaddew dawk il-ġranet, qabdu t-triq lura, imma t-tifel Ġesù baqa' Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu.", "X'għafsa ta' qalb ġarrbet Marija għat-telfa ta' binha.", "Tlett ijiem tfittxu bla ebda aħbar.", "Xejn ma qatgħalha qalbha u fil-pront tirritorna ma' Ġużeppi Ġerusalemm, fost l-għejja u l-biża', tfittxu b'dieqa ta' qalb.", "Min jaf kemm-il darba aħna wkoll ħsibna li tlifnieh!", "Ġesù, għinna dejjem insibuk ikun xi jkun iż-żmien f'ħajjitna.", "Ejjew nersqu bit-talb tagħna lejn Ommna Marija, ħalli nieħdu s-saħħa kull darba li nitbiegħdu minn binha Ġesù minħabba d-dnubiet tagħna, u b'hekk b'kuraġġ nerġgħu nersqu lejn Ġesù permezz tas-Sagrament imqaddes tal-Qrar.", "Ir-Raba' dulur", "li ġarrbet Marija kien meta ltaqgħet ma' binha Ġesù jġorr is-salib.", "Huma u sejrin bih qabdu wieħed jismu Xmuni minn Ċirene li kien ġej mir-raba u għabbewh is-salib biex iġorru wara Ġesù.", "Kotra kbira ta' nies kienet mixja warajh fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh.", "Aħna wkoll għandna s-salib tagħna xi nġorru.", "Marija se tgħinna nħarsu lejn binha Redentur, speċjalment meta nkunu mgħobbijin taħt it-toqol tal-problemi u tad-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom f'ħajjitna.", "Hawn xi ħadd li ma jħossx meta jara dik l-Omm hekk imnikkta?", "Iżda aħna bid-dnubiet tagħna, inkunu kawża li nnifdu l-Qalb ta' Marija.", "Nistgħu ma nħossux dispjaċir għall-ingratitudni tagħna lejha?", "Mela, ejjew inħarsu lejn Ġesù u lejn Marija fid-dulur tagħhom u npoġġu s-sitwazzjonijiet diffiċli tagħna f'idejhom.", "Il-Ħames dulur", "li ġarrbet Marija kien meta hija baqgħet wieqfa taħt is-salib ta' binha Ġesu', flimkien ma' oħtha Marija ta' Kleofa, Marija ta' Magdala u l-appostlu maħbub tiegħu Ġwanni.", "Ejjew bl-imaġinazzjoni tagħna nħarsu lejn il-Kalvarju fejn naraw lil Ġesù msallab u 'l Omm mbikkija.", "Kemm hija ta' dieqa lil Omm tara 'l binha msammar fuq is-salib.", "Kull daqqa tal-martell, kull kelma ta' żebliħ u t-tinfida bil-lanza fil-kustat ta' Ġesù, kollha ħassithom Marija Addolorata ġewwa qalbha.", "Għajnejn Marija ma tħarrkux minn fuq binha Ġesù fuq is-salib, semgħetu jlissen l-aħħar kelmiet tiegħu qabel ma ħa l-aħħar nifs ta' ħajtu.", "Hi sofriet dan kollu ma' binha Ġesu' għalina.", "Marija, agħtina l-kuraġġ naffrontaw il-mewt ta' kuljum: fid-dar, meta mhux dejjem ikun ward u żahar; fuq ix-xogħol, meta ma nifthemux; fil-ħajja tagħna ta' kuljum, meta naffaċjaw tentazzjonijiet u jkollna mmutu għall-imħabba ta' ibnek.", "Kemm qegħdin nifhmu xi tfisser is-sofferenza fil-ħajja tagħna sabiex it-tama fina qatt ma tonqos?", "Kemm qegħdin fit-tiġrib li niltaqgħu miegħu ninxteħtu quddiem Ġesù u Ommu Marija biex insibu s-sabar tagħna?", "Is-Sitt dulur", "li ġarrbet Marija kien meta Ġesù ġie mniżżel minn fuq is-salib u mqiegħed fi ħdanha.", "Ejjew naħsbu ftit fuq id-dulur l-aktar kiefer li fena l-Qalb imqaddsa ta' Marija meta rat lil binha Ġesù mejjet fi ħdanha, kollu dmija u mimli ġrieħi u pjagi.", "L-ebda qalb iebsa meta tara din ix-xena tant krudila, ma ddubx mill-ebusija tagħha.", "Ommna Marija Addolorata dejjem tkun lesta li tfarraġna fil-għawġ u l-mumenti ta' dgħjufija tagħna.", "Ejjew nirrikorru għand Marija ħalli noħorġu mid-dlam tad-dnubiet tagħna, mill-kaos li jista' jkollna f'ħajjitna.", "Ejjew niftħu jdejna bħal dawk ta' Ġesù msallab u nilqgħu l-imħabba tiegħu mingħajr kundizzjoni.", "Is-Seba' dulur", "li ġarrbet Marija kien meta rat lil binha Ġesù jiġi midfun.", "Wara l-mewt ta' Ġesù, Ġużeppi minn Arimatea li kien dixxiplu ta' Ġesù bil-moħbi għax kien jibża' mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta' Ġesù.", "Pilatu ħallieh u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu.", "Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù bil-lejl, u ġab miegħu taħlita ta' morr u sabbara tiżen xi mitt libra.", "Min jaf kif Qalb Marija Santissima splodiet bin-niket.", "Meta rat lil binha l-Maħbub imqiegħed fil-qabar.", "Aktar u aktar ma felħitx meta rat il-blata mgerba tagħlaq il-qabar qaddis.", "Talba", ":", "O Verġni Marija, Omm wisq maħbuba tagħna, int li toqgħod qrib is-slaleb tagħna, bħalma bqajt ħdejn is-salib ta' Ibnek Ġesù, qawwi l-fidi tagħna sabiex anke jekk mifluġa bid-dulur, inżommu fissa l-ħarsa tagħna fuq il-wiċċ ta' Kristu, u fit-tbatija estrema tas-salib, naraw l-imħabba kbira u safja t'Alla għalina.", "Omm tat-tama tagħna, agħtina l-għajnejn tiegħek biex 'l hinn mit-tbatija u l-mewt naraw id-dawl tal-qawmien.", "Agħtina l-qalb tiegħek biex nibqgħu nħobbu u naqdu, anke fil-mumenti tal-prova.", "O Marija Santissima Sidtna tas-salib, itlob għalina.", "Ammen.", "(Talba tal-Papa Emeritus Benedittu XVI lill-Verġni Marija, meta kien żar lil dawk milquta mit-terremot qawwi ġewwa l-Italja)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://www.themostholyrosary.com/appendix1.htm", "Alternative reading:", "https://www.franciscanmedia.org/our-lady-of-sorrows/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Our_Lady_of_Sorrows", "Passion of The Christ (full movie with English Subtitles) on Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/UEyNBGckJHyK3dX4zwowJpxd1", "Għal aktar dwar il-Verġni Marija u d-Devozzjoni vera lejha, żur is-sit bil-Malti ddedikat għaliha billi tagħfas din il-link:", "https://ruzarji.wixsite.com/devozzjonilejnmarija", "Nota: It-Tagħrif dwar it-Tifkira tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Il-ħsieb huwa meħud minn meditazzjoni bl-isem ta' 'Is-seba' Duluri ta' Ommna Marija' mis-sit Malti tal-Madonna 'Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija.'", "Tista' żżur is-sit minn hawn:", "https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed17f93', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-1-11-san-gwann-gabrijel-perboyre/", "title": "11 ta' Settembru: San Ġwann Gabrijel Perboyre", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġwann Gabrijel Perboyre", "\"", "Wieħed jagħmel tajjeb għall-erwieħ biss bit-talb.", "F'dak kollu li tagħmel, aħdem biss biex togħġob lil Alla, inkella tkun qed taħli ħinek u l-isforz tiegħek", ".\" –", "San Ġwann Gabrijel Perboyre", "SAN ĠWANN GABRIJEL PERBOYRE", "Saċerdot, Missjunarju u Martri", "1803 – 1840", "Tagħrif:", "Ġwanni Gabrijel twieled fir-raħal ċkejken ta' Puech, fi Franza, fi ħdan familja nisranija tassew.", "Kienu tmien aħwa b'kollox, li ħamsa minnhom daħlu fil-kongregazzjoni ta' San Vincenz de Paul.", "Kien tant attent fl-istudju u tant magħruf għal tjubitu, li kiseb it-titlu ta' \"qaddis ċkejken.\"", "Meta kellu 15-il sena sema' prietka u tnisslet fih xewqa li jsir missjunarju.", "Huwa ngħaqad mal-Viċenzjani fil-Milied tal-1818.", "Kien ordnat saċerdot f'Pariġi fl-1825.", "Huwa għadda l-ewwel 12-il sena wara l-ordinazzjoni tiegħu bħala għalliem, rettur ta' seminarju u assistent majjistru tan-novizzi waqt li sikwit kien jitlob li jintbagħat fiċ-Ċina.", "Fl-aħħar qata' xewqtu u telaq minn Franza għal Macao fil-21 ta' Marzu, 1835.", "Għal erba' snin ħadem kemm felaħ u kellu suċċessi tajbin fil-provinċji ta' Honan u ta' Hupeh.", "Imbagħad l-imperatur ħareġ l-editt ta' persekuzzjoni kontra l-insara.", "Wara li kien ilu jaħdem hemm erba' snin, Padre Perboyre, bħal Ġesù, kien ittradut għal ftit flus minn wieħed mill-insara ġodda tiegħu u mogħti f'idejn l-awtoritajiet.", "Għal sena sħiħa Ġwann Gabrijel sofra torturi tal-biża' magħluq ġo ċella kollha ntiena għax irrifjuta li jgħaffeġ salib taħt saqajh jew li jittradixxi lil sħabu.", "Stampawlu fuq wiċċu erba' karattri Ċiniżi li jfissru \"Għalliem ta' reliġjon falza.\"", "Hu kien ikkundannat għat-tgħalliq fuq salib flimkien ma' ħames kriminali.", "Ftit qabel qatluh irnexxielu għal ftit mumenti jinżel għarkupptejh jitlob, u, minn taħt l-ilsien lissen: \"Missier, f'idejk nerħi ruħi.\"", "U hekk, fost tbatijiet ħorox sal-aħħar, radd ruħu lill-Mulej.", "Kien il-jum tal-Ġimgħa, 11 ta' Settembru, 1840.", "Sentejn biss wara mewtu, Papa Girgor XVI iffirma d-digriet għall-introduzzjoni tal-beatifikazzjoni ta' Ġwann Gabrijel Perboyre.", "Ljun XIII niżżlu mal-beati fl-1889, u Ġwanni-Pawlu II niżżlu fil-lista tal-qaddisin fit-2 ta' Ġunju, 1996.", "Ħsieb", ":", "Il-mod kif San Ġwann Gabrijel Perboyre ppersevera sal-aħħar fil-missjoni tiegħu minkejja t-torturi ħarxa li għadda minnhom, huwa mhux biss impressjonanti u juri kif l-Ispirtu s-Santu waqaf miegħu, imma wkoll għandha tfakkarna fir-responsabbiltà li kull nisrani għandu li jissieħeb mal-missjunarji mhux biss finanzjarjament, iżda wkoll spiritwalment permezz tat-talb.", "Il-predikazzjoni qawwija u ministeru produttiv fil-qasam tal-missjoni jiddependu fuq it-talb tal-poplu t'Alla.", "San Pawl dan fehemu sewwa.", "Eżatt qabel it-tluq għall-ewwel u t-tieni vjaġġi missjunarji tiegħu (u probabbli anki għat-tielet), il-fidili f'Antijokja talbu għal Pawlu u dawk li kienu sejrin miegħu (Atti 13:03; 15:40).", "Barra minn hekk, fl-ittri tiegħu, hu talab direttament għat-talb ħames darbiet.", "Fl-Ewwel ittra lit-Tessalonikin 5:25, hu sempliċement jgħid,", "\"Ħuti, itolbu wkoll għalina,\"", "imma huwa aktar speċifiku fl-appelli l-oħra tiegħu:", "Rumani 15: 30-32 –", "\"Inħeġġiġkom, ħuti, permezz ta' Sidna Ġesù Kristu u permezz tal-imħabba ta' l-Ispirtu, tqabdu miegħi intom u itolbu lil Alla għalija biex jeħlisni minn dawk fil-Lhudija li ma jemmnux, u biex is-servizz tiegħi jkun milqugħ tajjeb mill-qaddisin f'Ġerusalemm.", "Imbagħad, jekk Alla jrid, niġi għandkom ferħan u jkolli ftit tal-mistrieħ għandkom.\"", "Efesin 6: 19-20 –", "\"Itolbu għalija wkoll, biex meta niftaħ fommi tingħatali l-kelma, ħalli b'wiċċi minn quddiem inxandar il-misteru tal-Evanġelju, li tiegħu jiena l-ambaxxatur fil-ktajjen.", "Jalla jien u nxandar inkun nista' nitkellem b'wiċċi minn quddiem kif għandi nagħmel.\"", "Kolossin 4: 3-4 –", "\"Itolbu wkoll għalina, biex Alla jiftħilna l-bieb għall-kelma u nxandru l-misteru ta' Kristu, li minħabba fih jien marbut bil-ktajjen.", "Itolbu ħalli jiena nxandru u nitkellem fuqu kif għandi nitkellem.\"", "2 Tessalonikin 3: 1-2 –", "\"Mill-bqija, ħuti, itolbu għalina biex il-kelma tal-Mulej tiġri l-ġirja tagħha u tkun milqugħa bil-ġieħ bħalma ġara fostkom.", "[2Tess:3:2] Itolbu biex inkunu meħlusa minn nies ħżiena u bla liġi.", "Għax mhux kulħadd għandu l-fidi.\"", "Il-piż kbir tal-missjunarju hu li jġib l-Evanġelju lin-nies li ma jemmnux, biex jarahom konvertiti, u mbagħad biex jgħinhom jibdew Knejjes u komunitajiet ġodda.", "Alla jsalva lill-midinbin permezz tax-xandir tal-Evanġelju (ara Rumani 10:17), iżda Hu ma jsalvhomx mingħajr it-talb ta' dawk li jemmnu.", "Infatti l-Knisja għamlet lil Santa Tereżina ta' Lisieux, (soru tal-klawsura) Patruna tal-Missjunarji għax minkejja li qatt ma ħarġet mill-monasteru, hija għamlet bħala s-sejħa tagħha li titlob u toffri tbatijiet għall-bżonnijiet tal-missjunarji.", "James Fraser, missjunarju taċ-ċittadini ta' Lisu fiċ-Ċina, kiteb lil sħabu li kienu qed jitolbu għalih minn djarhom f'pajjiżu:", "\"Nemmen li hu biss fl-Aħħar Jum li jkun magħruf kemm saret ħidma missjunarja bl-għajnuna tat-talb ta' min baqa' f'daru.\"", "Għandna nħossu l-urġenza ta' din ir-responsabbiltà li nitolbu għall-missjunarji.", "Nitolbu għalihom:", "Biex Alla jiftħilhom il-bibien meħtieġa:", "Ħafna missjunarji jaħdmu f'pajjiżi li huma diffiċli biex jaċċettawhom jew f'oqsma li huma reżistenti għall-Evanġelju.", "Iżda l-bibien miftuħa jinkludu iktar milli sempliċement aċċess għan-nazzjonijiet u l-gruppi ta' nies.", "Il-qlub tal-individwi jeħtieġu wkoll li jkunu miftuħa u riċettivi għall-verità t'Alla.", "Biex l-Ispirtu t'Alla jqawwihom:", "Il-missjunarji huma nies bħalna li jibżgħu mill-uġigħ u li jiġi rifjutati.", "Meta jiffaċċjaw l-oppożizzjoni, jeħtieġu l-qawwa ta' Alla biex tgħinhom jibqgħu sodi.", "Biex il-Kelma t'Alla tinxtered:", "L-ostakoli għandhom jitneħħew biex il-Kelma t'Alla tkun tista' tinfirex malajr u b'mod ħieles, u l-missjunarji jeħtieġu s-saħħa biex ikomplu quddiem l-oppożizzjoni jew id-diffikultajiet.", "Hekk kif Aaron u Hur appoġġjaw dirgħajn Mosè fil-battalja kontra l-Amalekiti (Eżodu 17:12), aħna nistgħu insaħħu l-armi tal-missjunarji billi nappoġġjawhom permezz tat-talb tagħna.", "Biex il-Mulej jipproteġihom:", "F'xi pajjiżi, il-missjunarji jistgħu jkunu esposti għall-possibbiltà ta' periklu u ħsara personali.", "L-oppożizzjoni għall-Evanġelju tista' tinkludi mibegħda u vjolenza.", "Biex il-ministeru tagħhom ikun effettiv:", "Huwa importanti li wieħed jintelaq u jafda f'Alla għall-aspetti kollha tal-ministeru – speċjalment fi żminijiet ta' diffikultà kbira, sabiex l-isforzi jipproduċu frott u fl-aħħar mill-aħħar jinġabar il-ħsad.", "Biex jivvjaġġaw bla diffikultà:", "Ħafna missjunarji jivvjaġġaw ta' spiss, kemm nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment.", "Il-modi ta' trasportazzjoni tagħhom jistgħu jvarjaw minn ajruplani għal xarabanks, għal kenuri u muturi, u kulma jkollhom jgħaddu minnu sakemm jaslu fid-destinazzjoni.", "Biex ikollhom mumenti ta' mistrieħ:", "Il-missjunarji jgħaddu mill-istess tensjonijiet li kull wieħed u waħda minna naffaċċjaw fil-ħajja, bħal piżijiet ta' ħafna xogħol f'daqqa, konflitti fir-relazzjonijiet mal-oħrajn u inċertezzi finanzjarji.", "Spiss, madankollu, il-missjunarju jitħabat ma' dawn il-kwistjonijiet waħdu, mingħajr l-għajnuna, is-sapport u l-appoġġ ta' nsara oħra.", "Li tgħix u taħdem f'kulturi differenti jżid l-element addizzjonali li jista' jkun ta' sfida kemm emozzjonalment, kemm spiritwalment u kif ukoll fiżikament.", "Ejjew ma ninsewhomx għax ħafna drabi huma jħossuhom iżolati u bħal abbandunati f'nofs is-slaleb diffiċli li jkollhom jaffaċċjaw kuljum.", "James Fraser, meta talab lil dawk li bagħtu ċ-Ċina biex jipperseveraw fit-talb għall-bżonnijiet tal-ministeru tiegħu, esprima dak li kull missjunarju jemmen:", "\"Xogħol missjunarju solidu u dejjiemi jsir fuq l-irkopptejn.\"", "U għal dawk li forsi l-Mulej qed jagħtihom sejħa speċjali li jmorru fiżikament fl-artijiet tal-missjoni, teżisti l-Għaqda Voluntiera Lajċi Missjunarji, li jinsabu l-Uffiċċju tal-Missjoni, 7 Triq il-Merkanti, Valletta.", "Tel: 21236962.", "L-għaqda nbdiet fis-27 ta' Frar, 1985 biex iħeġġu, iħejju u jgħinu lin-nies għall-ħidmiet f'artijiet tal-Missjoni.", "Għal aktar tagħrif ara:", "http://thechurchinmalta.org/mt/posts/37440/ghaqda-volumtieri-missjunarji", ".", "Ara wkoll dawn is-siti:", "http://www.missionfund.org.mt/", "u", "http://www.icpe.org/malta", ".", "Talba", ":", "O Salvatur Divin tiegħi, ittrasformani fik innifsek.", "Ħa jkunu jdejja, idejn Ġesù.", "Agħtini li kull fakultà ta' ġismi sservi biss għall-glorja tiegħek.", "Fuq kollox, ittrasforma lil ruħi u s-setgħat kollha tagħha sakemm il-memorja, ir-rieda u l-affezzjoni tiegħi jkun il-memorja, ir-rieda u l-affezzjoni ta' Ġesù.", "Nitolbok teqred fija dak kollu li mhux ġej minnek.", "Agħtini li ngħix biss fik, minnek u għalik, ħalli mbagħad inkun nista' verament ngħid ma' San Pawl, \"Qed ngħix – mhux iżjed jien imma Kristu jgħix fija.", "Ammen.\"", "(Talba ta' San Ġwann Gabrijel Perboyre)", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-jean-gabriel-perboyre-591", "Martyrdom of St. John Gabriel:", "https://cmglobal.org/en/2017/09/11/the-harvest-gathered-in-martyrdom-of-st-john-gabriel-perboyre/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/John_Gabriel_Perboyre", "Vatican Biography:", "http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_19960602_perboyre_en.html", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis tal-lum huwa meħud mill-fuljett", "Signum Fidei.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed1b596', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-1-4-14-l-ezaltazzjoni-tas-salib-imqaddes/", "title": "14 ta' Settembru: L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes", "\"Kemm jiddi s-salib ta' Kristu, iġib il-ħajja, mhux il-mewt; id-dawl, mhux id-dlam; il-Ġenna, mhux it-telfien tagħha.", "Huwa l-injam li fuqu l-Mulej, bħal gwerrier kbir, kien ferut f'idejh, f'saqajh u f'ġenbu, imma fejjaq il-feriti tagħna.", "Siġra qerdetna, siġra ġabitilna l-ħajja.\" –", "Teodoru ta' Stoudio", "L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES", "Tagħrif:", "Wara li l-Ġisem Imqaddes ta' Ġesù tniżżel minn fuq is-salib u tpoġġa fil-qabar, neħħew is-salib minn postu, tefgħuh ġo ħofra u radmuh.", "Xi tliet mitt sena wara, għall-ħabta tas-sena 327, fi żmien Kostantinu, meta fuq il-Knisja reġgħet feġġet il-paċi, San Makarju, Isqof ta' Ġerusalemm, imħeġġeġ u megħjun minn Santa Elena waqt li kienet f'pellegrinaġġ fl-Artijiet Imqaddsa (326-327), ta ordni ħalli jinstabu l-imkejjen sagri.", "Hekk fost affarijiet oħra nstabu l-qabar ta' Kristu, il-Kalvarju u s-Salib imqaddes.", "Kostantinu bena knisja fuq il-post fejn instab is-Salib, li l-konsagrazzjoni tagħha saret fl-14 ta' Settembru, 335.", "Fis-sena 614, ir-Re Kosroe II tal-Persjani kien għamel ħerba minn Ġerusalemm u mill-Artijiet Imqaddsa, u ġarraf jew ħaraq bosta knejjes u istituti reliġjużi nsara.", "Fost kollox kien kaxkar miegħu biċċa kbira mis-Salib li kienet miżmuma ġo relikwarju bil-ġawhar.", "L-Imperatur Eraklju ta' Kostantinopli, wara li ma rnexxilux jasal fi ftehim mal-Persjani, mexxa l-armati tiegħu kontrihom.", "Fis-sena 627, Kosroe II ħarab u ġie maqtul minn ibnu Siroe.", "Eraklju wasal fi ftehim ma' Siroe, u fost affarijiet oħra ħa r-relikwa tas-Salib f'Kostantinopli fejn kellu laqgħa trijonfali.", "Fis-sena 629, Eraklju ħa s-Salib lura Ġerusalemm.", "Meta wasal fit-triq li kienet tagħti għall-Kalvarju, neħħa l-ilbies ta' Imperatur minn fuqu, libes ilbies ordinarju u ħafi, wassal ir-relikwa tas-Salib u taha lil Żakkarija, Patrijarka ta' Ġerusalemm.", "Din hi l-ġrajja li l-Knisja qed tfakkarna fiha llum.", "Ħsieb", ":", "Is-Salib għandu żewġt uċuħ.", "Min-naħa waħda hemm il-krudeltà tagħna l-bnedmin li wasalna biex noqtlu lil Alla magħmul bniedem.", "Imma l-wiċċ l-ieħor, li rridu niftakru l-iktar, huwa propju l-imħabba għalina lkoll li ħarġet mis-salib tal-Mulej Ġesù.", "Kien hemm tliet affarijiet li Alla l-Imbierek ma ħalaqx, imma ġibniehom aħna.", "Dawn huma", "t-tbatija, id-dnub, u l-mewt", ".", "Sidna Ġesù Kristu għadda minn dawn kollha, biex meta ngħaddu minnhom ma nkunux waħedna.", "It-tbatija:", "Ġesù għadda mit-tbatija u kienet diffiċli għax lill-Missier qallu, \"Għaliex tlaqtni?\"", "Bħalma jiġri lilna!", "Imma l-aħħar kelma kienet, \"f'idejk jien nerħi ruħi.\"", "In-Nisrani allavolja jbati, it-tbatija m'għandux jixtieqha, imma jgħixha ma' Kristu u jkollu l-faraġ f'qalbu.", "Id-dnub:", "Fuq is-salib, ra lil dawk li kienu qed isallbuh u mhux hu ħafrilhom għax huwa il-Missier li jaħfer, imma pprova jiskużahom, u dar għalihom quddiem Alla l-Missier.", "Jekk Alla l-Missier ħafer dan id-dnub il-kbir tagħna li qtilna lil Ibnu, se jaħfer id-dnubiet kollha tagħna għax ma nistgħux nagħmlu dnub akbar minn hekk.", "Kemm iweġġa' l-Mulej meta kultant wara l-Qrar nibqgħu ngħidu, 'min jaf ħafirlix?", "Min jaf ħafirlekx?'", "Ma tafux kif ħafer u kif jaħfer Ġesù?", "Insewhom id-dnubiet tal-imgħoddi ladarba qerrejtuhom.", "Għidulu, 'grazzi Mulej talli ħfirtli tal-iżbalji u d-dnubiet li għamilt.'", "Il-mewt:", "X'għamel Ġesù?", "Għadda mill-mewt biex ħadd minna ma jgħaddi waħdu fil-mewt imma jgħaddi ma' Kristu, għax fi Kristu mhux biss mewt hemm: imma hemm qawmien ukoll.", "Kemm hu sabiħ li aħna mhux naħsbu biss fuq il-mewt, dik bilfors għax hija xi ħaġa umana.", "Aħsbu li Ġesù jwassalna biex naraw il-wiċċ tal-Missier!", "Taħsbux biss fil-mewt meta se tasal, imma kull Nisrani ngħidulu, \"kemm nixtieq li narak wiċċ'imb'wiċċ!\"", "Il-mewt mhijiex it-tmiem, il-mewt hija wkoll il-bidu ta' ħajja oħra.", "F'din il-festa solenni tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, illum nirringrazzjaw lill-Mulej għall-fidwa li ġabilna u għall-prezz għoli li ħallas biex jurina kemm iħobbna.", "Il-Papa Franġisku bħal-lum kien qal din l-espressjoni sabiħa: \"", "is-salib huwa għajta ta' mħabba, is-salib ta' Ġesù huwa kollu mħabba.", "\"", "Xtaqt naqsam magħkom ukoll silta mill-omelija tal-Arċisqof J. Scicluna tas-sena 2017 f'din l-okkażjoni għaliex laqatni r-rakkont tiegħu dwar esperjenza li kellu ġewwa sptar f'Londra.", "Dan ir-rakkont jagħti ħafna sens lis-sinifikat tas-salib.", "Qal hekk:", "\"L-aħwa, għadni ġej minn Londra fejn kelli l-opportunità nżur lil ħutna Maltin u Għawdxin li jitilgħu hemmhekk għall-kura speċjalizzata.", "U kelli l-privileġġ noqgħod ħdejn is-sodda tat-trabi tat-twelid, ta' żgħażagħ, ta' tfal u ta' adulti.", "Il-mard ma jħares lejn wiċċ ħadd, kif tafu, u inti tara s-salib ħaj u konkret.", "Pazjent, kien għadu żagħżugħ, qalli xi ħaġa li ma ninsieha qatt.", "Qalli, 'Father, jiena kont inbiegħ is-saħħa u missetni din ix-xorti, mhijiex sabiħa.", "Imma meta nara t-tbatija fit-tfal taf x'ngħidlu lil Ġesù?", "Neħodha jiena t-tbatija tagħhom basta ma jbatux huma.'", "U jiena f'qalbi għidt, 'Hawnhekk qiegħed fil-preżenza ta' xi ħadd li fehem il-misteru tas-salib tal-Mulej.'", "Dan ma għamilx ħafna korsijiet tat-Teoloġija imma hu, bi mħabba kbira u fil-verità, lest li jitgħabba bil-mard ta' ħaddieħor biex ma jarax lil ħaddieħor ibati.", "U aħna hekk ngħidu fil-Ġimgħa l-Kbira, aħna u nirrepetu l-kliem tal-profeta Isaija: 'tgħabba bil-mard tagħna, il-kastig tad-dnub tagħna waqa' fuqu ... mill-ġrieħi tiegħu aħna ksibna l-fejqan tagħna' (ara Isaija 53 4.5).", "Dawn huma l-qaddisin tal-lum.", "Jien ma rridx nikkanonizzah lil dan ir-raġel, ma jafx li qed insemmih u mhux se ngħid min hu.", "Alla jaf min hu.", "Imma dawn huma l-qaddisin tal-lum, l-aħwa, u allura San Pawl kellu raġun isejjaħ lill-aħwa qaddisin, għax il-qaddisin huma dawk li minkejja li huma dgħajfa u midinbin, fehmu l-Qalb ta' Ġesù u jippruvaw jgħixu din il-vokazzjoni.\"", "Xi jfisser is-salib ta' Kristu għalik, li minħabba fih int tista' taqla' l-maħfra tad-dnubiet tiegħek permezz tas-Sagrament tal-Qrar?", "U s-slaleb tiegħek qed tħallihom ikunu mezz ta' purifikazzjoni u salvazzjoni għalik u għall-oħrajn billi bla ma tgerger, tgħaqqad tbatijietek ma' dawk ta' Ġesù fuq is-salib biex tkompli l-fidwa li għadha u tibqa' għaddejja sal-aħħar tad-dinja?", "Kemm qed tfittex il-faraġ tiegħek fl-Imsallab billi timmedita spiss fuq it-tisliba ta' Ġesù ħalli fil-ġrieħi tiegħu tkun tista' ssib il-kenn tiegħek u minnhom tieħu s-saħħa li għandek bżonn biex tkompli tħobb lil Alla u lill-proxxmu tiegħek bla ma tħares lejn il-ġrieħi?", "Talba", ":", "Ġesù twajjeb, aħna dnibna, dorna lura mit-triq tiegħek; o Mulej ħanin, aħfrilna l-għilt u l-ħażen kollu tagħna.", "Bis-salib imqaddes tiegħek, is-sinjal għażiż tal-fidwa, kullimkien u dejjem żommna taħt għajnejk, għax aħna wliedek.", "Ammen.", "(Mill-Uffiċċju tal-Qari, Innu matul is-sena, l-I Ġimgħa, il-Ġimgħa)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.franciscanmedia.org/exaltation-of-the-holy-cross/", "Alternative reading:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/the-exaltation-of-the-holy-cross-594", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Feast_of_the_Cross", "Nota: It-Tagħrif dwar il-Festa tal-lum huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "Il-ħsieb huwa addattat minn żewġ omeliji, waħda tal-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-oħra tal-Arċisqof J. Scicluna għall-okkażżjoni tal-Festa tal-lum.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eed1661f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-7-7-san-klodoald/", "title": "7 ta' Settembru: San Klodoald", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Klodoald", "\"Jekk trid tkun perfett, mur, biegħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.\" –", "Vers li qal Ġesù liż-żagħżugħ għani f'Mattew 19:21 li jmur sewwa mal-mod kif għażel li jgħix San Klodoald.", "SAN KLODOALD", "Abbati u Konfessur", "522 – 560", "Tagħrif:", "San Klodoald twieled fil-522.", "Huwa kien in-neputi ta' Klovju, fundatur tar-Renju tal-Franki, u martu Santa Klotilde.", "Wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu, kienet in-nanna (Klotilde, reġina armla) li ħadet ħsieb ta' Klodoald u ż-żewġ ħutu subien.", "Wara l-mewt ta' missieru, iz-zijiet ta' Klodoald fittxew li jaħtfu t-tron ta' missieru billi ppjanaw kif se joqtlu lil Klodoald u lil ħutu.", "Irnexxielhom joqtlu lil ħutu, filwaqt li Klodoald ħarab u mar ġo santwarju ma' San Remiġju, l-Isqof ta' Reims, li jinsab f'distanza qasira minn Pariġi.", "U hekk, Klodoald minn tfulitu sa żogħżitu kiber taħt il-gwida u l-protezzjoni tal-isqof qaddis u n-nanna qaddisa tiegħu.", "Ftit li xejn huwa magħruf dwar il-ħajja ta' Klodoald mill-età ta' ħames snin sa tmintax-il sena.", "Huwa għex ħafna minn dawn is-snin mal-Isqof ta' Reims, u l-aħħar snin ma' San Severinu, eremita.", "Matul dawn is-snin ta' formazzjoni, huwa qorob aktar lejn Alla permezz tas-silenzju u tas-solitudni.", "Għalkemm din l-istil ta' ħajja kienet imġiegħlha fuqu minħabba l-attentat taz-zijiet fuq ħajtu, Klodoald kiber japprezza s-separazzjoni tiegħu mid-dinja u l-ħajja ta' silenzju.", "Fl-età ta' għoxrin sena, San Klodoald ħalla l-ermitaġġ tiegħu, deher quddiem l-Isqof ta' Pariġi mdawwar bil-mexxejja reliġjużi u ċivili u l-membri tal-familja rjali – il-familja rjali tiegħu.", "Klodoald kien prinċep u werriet tat-tron!", "Huwa deher liebes ħwejjeġ irjali u kellu mqass f'id waħda u ċoqqa fl-ieħor.", "Huwa offra ċ-ċoqqa lill-isqof li libbisielu bħala simbolu tar-rikkezzi \"spiritwali\" aktar milli dik \"materjali\".", "Bl-imqass, l-isqof qata' x-xagħar twil ta' Klodoald, li kien simbolu tar-regalità tiegħu.", "Fis-silenzju u s-solitudni tal-ermitaġġ tiegħu, Klodoald stabbilixxa prijoritajiet f'ħajtu.", "Huwa kien jaf id-differenza bejn il-pjaċiri vera u dawk foloz.", "Wara l-mewt tal-eremita San Severinu, Klodoald telaq mill-inħawi ta' Pariġi biex isib aktar solitudni fil-foresta.", "Huwa fittex is-silenzju biex ikun jista' jikkomunika ma' Alla aktar mill-qrib filwaqt li jitlob għall-ħtiġijiet tan-nies.", "Alla wieġeb għat-talba tiegħu b'mod stramb billi bagħat lin-nies biex ifittxuh fil-foresta.", "Huma marru bil-mijjiet minħabba li semgħu li Klodoald kellu d-don tal-fejqan tal-ġisem u tar-ruħ.", "Il-ministeru tiegħu kien dak tal-fejqan u r-rikonċiljazzjoni.", "Klodoald għex ħamest snin bħala eremita.", "Matul dawn is-snin, huwa qatta' żmien jistudja l-Iskrittura.", "Dawn ma kinux snin moħlija għall-prinċep li kien ħarab mill-qorti rjali biex jgħix ħajja ddedikata lil Kristu!", "Għal din ir-raġuni l-artisti matul is-sekli dejjem urew lil Klodoald b'Bibbja f'idejh.", "Għalkemm Klodoald qassam bosta rigali lill-oħrajn, kien hemm rigal wieħed li ma setax jagħtih – l-Ewkaristija, il-Ġisem u d-Demm ta' Kristu.", "In-nies irrikonoxxew dan, u ħafna ħeġġew lil Eusebju, Isqof ta' Pariġi, biex jordna lil dan il-prinċep qaddis bħala saċerdot.", "L-isqof qabel ma' dan u fis-sena 551 Klodoald ġie ordnat saċerdot għall-Knisja ta' Pariġi.", "Hu sar ragħaj ta' raħal żgħir li jikkonsisti minn rġiel u nisa foqra li kienu jistadu fix-xmara, u familji bl-irziezet fl-inħawi qrib Pariġi.", "Illum, ir-raħal (issa subborg ta' Pariġi) jissejjaħ", "Saint Cloud", ".", "Fir-raħal, San Klodoald uża d-doni tiegħu ta' fejqan, ta' pariri, ta' predikazzjoni u ta' ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-ministeru tiegħu għall-poplu.", "Hekk kif għaddew is-snin, iz-zijiet ta' San Klodoald nidmu minn dnubhom u rrikonċiljaw ruħhom man-neputi tagħhom.", "Dawn iz-zijiet, min-naħa tagħhom, taw lura lil Klodoald ħafna kastelli, ereditajiet u artijiet, imma huwa biegħ xi wħud minn dawn il-propjetajiet u qassam il-ġid tiegħu lill-foqra.", "Huwa rċieva permess mingħand l-Isqof Eusebju biex juża porzjon żgħir ta' dak il-ġid biex jibni knisja bl-idejh stess, li ddedikaha lil San Martin ta' Tours.", "San Klodoald kien jirradja dak il-ferħ kbir ta' qalb Kristjana mimlija bl-imħabba ta' Alla.", "Ħafna rrikonoxxew dan fih u marru jgħixu ħdejh.", "Biż-żmien, sar mexxej u għalliem ta' dawk li ssieħbu miegħu.", "Huma ffurmaw komunità reliġjuża, mhux bħal kunvent jew monasteru, imma assoċjazzjoni ta' persuni li ddedikaw ruħhom għall-imħabba ta' Alla u s-servizz tal-proxxmu.", "L-aħħar seba' snin tal-ħajja tiegħu, San Klodoald għexhom f'din il-komunità marbuta mal-Knisja ta' San Martin ta' Tours.", "Imdawwar mill-komunità, miet fil-paċi fis-7 ta' Settembru, tal-560, fl-età ta' 38 sena.", "San Klodoald, jew", "Clodoald", "sar l-isem ta' diversi bliet u rħula.", "Dawn jinkludu s-subborg ta'", "Saint Cloud", "ta' Pariġi, u wara", "Saint Cloud, Minnesota", ", id-Djoċesi Kattolika tiegħu tqiegħdet taħt il-patroċinju tiegħu.", "Ħsieb", ":", "Jispikka l-kuntrast qawwi bejn iz-zijiet li saħansitra waslu biex qatlu ħalli jaħtfu t-tron, u l-prinċep żagħżugħ li t-tron kien jgħajjat lilu imma li għażel li jgħix 'l bogħod mill-ħajja ta' lussu u ta' poter!", "X'jasal jagħmel il-bniedem biex jakkwista kemm hu possibli flus u pożizzjoni tajba?", "Jaħseb li jekk fil-ħajja jkollu dawn it-tnejn, imbagħad jista' jserraħ rasu minn kollox, u jgħix trankwill u jpappiha tajjeb.", "Imma x'fettilu dan il-prinċep jibqa' jiċħad għall-pożizzjoni bħal din?", "Possibli li sab xi ħaġa aħjar milli jkollok il-flus, il-lussu, il-kumdità u pożizzjoni fejn tista' tikkontrolla lin-nies?", "Iva, tassew!", "Fi Kristu sab KULMA XTAQ LI JKOLLU!", "Fl-imħabba tal-Iben t'Alla, li:", "\"għad li kellu n-natura ta' Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta' lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.\"", "(Filippin 2:6-8)", "Meta wieħed verament, jabbanduna kull ħaġa li jaf li ma togħġobx lil Alla u jiftaħ qalbu għal dak li jrid minnu Alla, imbagħad jibda jduq u jagħmel esperjenza tanġibbli tal-imħabba, tal-ħniena, tal-mogħdrija, tal-ħlewwa, tat-tjubija, tal-ħeġġa, tas-sbuħija, tal-hena u tas-sliem ta' Alla.", "Huwa l-Ispirtu t'Alla li jgħammar ġewwa fina li meta nħalluh jaħdem, jagħtina li:", "\"... nifhmu, flimkien mal-qaddisin kollha, x'inhu l-wisa' u t-tul, l-għoli u l-fond tal-imħabba ta' Kristu; nagħrfu kemm din l-imħabba ta' Kristu tisboq kull għerf,", "biex nimtlew bil-milja kollha ta' Alla.", "\"", "(Efesin 3:18-19)", "U ladarba nimtlew bil-milja kollha ta' Alla, tassew li xejn ma jkun jonqosna.", "Il-viżjoni tagħna tad-dinja u l-affarijiet materjali, tieħu xejra oħra.", "Qisu bħal donnu nilbsu nuċċali ġdid li jurina kollox b'mod differenti.", "Nibdew nagħrfu l-kobor u s-sbuħija ta' din l-imħabba t'Alla li taqtalna l-għatx ta' qalbna u kemm huma insinifikanti u ta' xkiel l-affarijiet tad-dinja li jħalluk dejjem bil-għatx u b'qalb vojta.", "U tassew, li meta l-bniedem jakkwista dak li jkun ilu mxennaq għalih, wara ftit dan jindara u jibda jixxennaq u jara kif se jakkwista xi ħaġa oħra.", "Kif ġieli tisma' li min jitkellem fuq min hu sinjur:", "\"Għandu kollox u dejjem irid!", "Qatt mhu kuntent!", "M'għandux xebgħa!\"", "Għalhekk, il-fatt li dan Klodoald irrifjuta l-ġid li kellu u tah lill-foqra, biex hu jkun jista' jgħix ħajja kwieta u sempliċi, fqira imma sinjura fit-talb, iġiegħelna nirriflettu u nistaqsu lilna nfusna:", "Jien tassew nemmen u nagħraf l-imħabba immensa li Alla għandu għalija hekk li sar bniedem bħali billi ħa l-mewt tas-salib bi tpattija għal dnubieti?", "Jien infittex li ninħall minn rabtiet, vizzji, dnubiet u attitudnijiet ħżiena li jistgħu qed iżommu lil qalbi lsiera b'tali mod li ma tistax tirċievi l-imħabba sħiħa li biha Alla jrid ifawwarhieli?", "Kemm qed inwarrab miż-żejjed tiegħi u anki minn dak li hu tiegħi, biex nagħtih lil min ma għandu kważi xejn u qed jgħix fil-faqar u l-miżerja?", "Kemm qed nagħmel ħilti biex ma nattakkax qalbi mal-affarijiet ta' din id-dinja li ma jissodisfawx lil qalbi bħalma jista' jissodisfaha Alla bi mħabbtu?", "Qed nagħti spazju biżżejjed għat-talb tiegħi ma' Alla f'post kwiet jew f'xi knisja tal-adorazzjoni?", "Kemm qed ninqata' minn mal-oħrajn biex inkun nista' nitlob għall-oħrajn għax nemmen li Alla jista' jagħtihom dak li għandhom bżonn aktar milli nista' nagħtihom jien?", "Talba", ":", "San Klodoald, prinċep għaqli li llum tinsab issaltan ma' Kristu li wkoll fi żmien għażel li jkun fqir u umli għall-imħabba tagħna, agħtina li bl-interċessjoni tiegħek għalina, nagħrfu sewwa kif ninqdew bil-ġid li jgħaddi hekk li naslu norbtu qalbna biss ma' dak il-ġid li jibqa' għal dejjem, hekk kif għamilt int. Ammen.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-cloud-708", "Alternative reading:", "http://www.catholictradition.org/Saints/saints9-5.htm", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Clodoald", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eee17a16', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-6-6-san-eleuterju/", "title": "6 ta' Settembru: San Eleuterju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Eleuterju", "\"Hu kien raġel tant sempliċi, wieħed li kien jagħmel penitenzi kbar, li m'għandniex niddubitaw li Alla l-għoli kien jagħtih ħafna grazzji għad-dmugħ u l-umiltà tiegħu!\" –", "Il-Papa San Girgor il-Kbir dwar San Eleuterju", "SAN ELEUTERJU", "Abbati", "? – 585", "Tagħrif:", "Is-sempliċità u l-ispirtu ta' ndiema kienu l-virtujiet distinti ta' dan l-Abbati qaddis tas-sitt seklu.", "Huwa ġie elett biex jippresjedi l-monasteru ta' San Marku qrib Spoleto, u kien imżejjen minn Alla bid-don tal-mirakli.", "Tifel li ġie fdat f'idejn il-monasteru, biex jiġi edukat hemm wara li l-Abbati kien ħelsu minn pussess diaboliku, kien jidher quddiem kulħadd imfejjaq minn dak li kien jimmolestah.", "Imma darba waħda, Eleuterju azzarda jgħid:", "\"Ladarba dan it-tifel qiegħed fost il-qaddejja ta' Alla, id-demonju mhux se jazzarda jersaq lejh\"", ".", "Dan il-kliem deher li kien frott il-vanità, u għalhekk id-demonju reġa' daħal fit-tifel u kompla jittormentah.", "L-Abbati għaraf li kien żbalja bi kliemu u umilment stqarr il-ħtija tiegħu, beda sawma minnufih u l-komunità kollha ngħaqdet miegħu, sakemm it-tifel reġa' ġie meħlus.", "Meta San Girgor il-Kbir sab ruħu ma jistax isum fil-jum imqaddes ta' Sibt il-Għid, minħabba dgħufija estrema, stieden lil dan il-qaddis, li kien f'Ruma f'dak iż-żmien, biex joffri talb lil Alla għalih, sabiex ikun jista' jingħaqad mal-fidili fil-prattika solenni tas-sawm ta' dik il-ġurnata.", "San Eleuterju talab b'ħafna dmugħ, u l-Papa, meta t-tnejn ħarġu 'l barra mill-knisja, ħassu f'daqqa waħda msaħħaħ u seta' jwettaq is-sawma hekk kif xtaq.", "Jingħad li dan l-istess Papa, kien qal li l-Abbati kien qajjem raġel mejjet lura għall-ħajja.", "Dan hu l-kliem li uża biex jiddeskrivih:", "\"Hu kien raġel tant sempliċi, wieħed li kien jagħmel penitenzi kbar, li m'għandniex niddubitaw li Alla kien jagħtih ħafna grazzji għad-dmugħ u l-umiltà tiegħu!\"", "Wara li rriżenja mit-tmexxija tiegħu bħala Abbati, San Eleuterju miet f'Ruma fil-monasteru ta' San Indri, madwar is-sena 585.", "Ħsieb", ":", "Il-ħajja ta' dan il-qaddis, fis-skiet tal-monasteru, mimlija talb, sawm u penitenza, fakkritni fi kliem Ġesù meta qal:", "\"Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin.", "Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.", "Iżda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek, biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma quddiem Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.\"", "(Mattew 6: 16-18)", "U l-każ tat-tifel li reġa' ġie meħlus, fakkritni f'silta' oħra fil-Vanġelu meta Ġesù kien keċċa spirtu ħażin minn tifel li d-dixxipli tiegħu ma rnexxielhomx ikeċċu:", "\"Ġesù, meta ra l-kotra tiżdied, hedded bl-aħrax lill-ispirtu ħażin u qallu: 'Ja spirtu mbikkem u trux, jiena nordnalek: oħroġ minnu, u la terġax tidħol fih, qatt iżjed!'", "U filwaqt li qabad jixher u jħabbtu ħafna, ħareġ minnu, u t-tifel inxteħet għal mejjet, hekk li l-kotra tan-nies bdiet tgħid: 'Miet!'", "Imma Ġesù qabdu minn idu u qajjmu, u hu waqaf fuq saqajh.", "Meta mbagħad Ġesù raġa' daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh rasu u rashom: 'Għaliex ma rnexxilniex inkeċċuh?'", "'Spirtu bħal dak,' qalilhom, 'ma jista' jitkeċċa b'xejn ħlief bit-talb u bis-sawm.'", "(Mark 9: 25-29)", "Imma s-sawm għadu jgħodd fiż-żmien tal-lum?", "Iva, ladarba Kristu nnifsu kellimna fuq kif għandna nsumu u fuq l-importanza tiegħu; u nafu anki mill-ħajjiet tal-qaddisin kif is-sawm magħqud mat-talb iċaqlaq il-muntanji!", "Tgħid bis-sawm jirnexxieli nirqaq?", "Le, il-benefiċċji primarji ma jinkludux telf ta' piż, għalkemm dan jista' jiġri.", "Is-sawm għall-Kattoliku għandu tifsira spiritwali u mhux sempliċement fiżika.", "Is-sawm huwa mħeġġeġ mill-kowċis għall-benefiċċji fiżiċi.", "Naturalment, mexxejja spiritwali ta' reliġjonijiet differenti joffru dan ukoll bħala prattika.", "Iżda, aħna l-Kattoliċi ilna ninkoraġġixu dan għal 2,000 sena u fil-fidi ta' Iżrael kien ipprattikat sa minn dejjem bħala mezz biex toqrob lejn Alla.", "Barra minn hekk, Alla jitlob li nsumu f'ċerti żminijiet kif insibu fl-Iskrittura (eżempju f'Dewteronomju 4: 4).", "Imma kif nistgħu nsumu?", "Kull meta nisimgħu dwar il-bżonn tas-sawm u l-astinenza, dlonk nistgħu naħsbu li dan ifisser li għandna nnaqsu mill-ikel.", "Imma jeżistu modi oħra li jistgħu jgħinuna biex aktar nagħtu spazju lill-Mulej u nħalluh iħalli l-marka tiegħu f'ħajjitna.", "Dawn huma xi suġġerimenti li wieħed jista' jikkunsidra:", "Iċċaħħad mir-rabja u l-mibegħda ... minflok agħti lil familtek doża żejda ta' mħabba f'kull jum li jgħaddi.", "Iċċaħħad milli tiġġudika lill-oħrajn ... qabel tiġġudika lill-proxxmu tiegħek ftakar li l-Mulej jagħdrek fin-nuqqasijiet tiegħek.", "Iċċaħħad min-nuqqas ta' kuraġġ li jista' jaqtalek qalbek ... ftakar fil-wegħda tal-Mulej li għandu pjan għal kull wieħed u waħda minna.", "Iċċaħħad mill-garr ... meta ssib ruħek f'burdata li tgorr, agħlaq għajnejk u ftakar f'dawk il-mumenti sbieħ li l-Mulej tak f'ħajtek.", "Iċċaħħad mill-ħsibijiet ta' ġrajjiet negattivi u weġgħat li forsi qed itaqqluk ... tgħallem aħfer saħansitra anke lil min jagħmillek id-deni.", "Iċċaħħad mill-infiq bla rażan ... agħmel ħiltek li tnaqqas mill-infiq ta' kuljum, u dak li ġġemma' offrih karità lil min tassew hu fil-bżonn.", "Iċċaħħad milli toqgħod tgħid fuq in-nies jew tkompli ma' min jgħid fuq in-nies ... minflok itlob għan-nies li tiġik it-tentazzjoni li titkellem fuqhom u tiddiskuti għemilhom, ħalli l-Mulej jagħtihom il-grazzji li għandhom bżonn ħa jsiru nies aħjar.", "Iċċaħħad minn ħin żejjed ta' rilassament ... ħu ħsieb li tuża' ħinek sabiex tirrifletti u taħseb ftit aktar fuq x'tista' ttejjeb f'ħajtek (tneħħi jew iżżid xi affarijiet li taf li tassew jeħtieġlek) ħalli tavvanza fil-mixja spiritwali tiegħek li tagħha trid tagħti kont lil Alla la tidher quddiemu.", "Iċċaħħad minn ħin quddiem it-televiżjoni, il-mowbajl, it-", "tablet,", "il-", "play station,", "il-", "facebook, Instagram,", "iċ-", "chat", "eċċ ... u għaddi aktar ħin quddiem Ġesù Ewkaristija fil-kappelel tal-Adorazzjoni mxerrdin ma' kullimkien, ħu sehem fil-Quddiesa ta' kuljum u rċievi s-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin ta' spiss, ħalli żżomm ruħek 'il bogħod mid-dnub u tirbaħ fuq it-tentazzjonijiet li jkollok.", "Imma x'inhuma l-benefiċċji tas-sawm?", "Il-benefiċċji spiritwali huma diversi u hawn se nsemmu ftit minn dawk ewlenin.", "Is-sawm:", "Jgħin lill-moħħ biex jiffoka u jikkontempla fuq l-affarijiet li jogħġbu lil Alla u li jridna naħsbu fuqhom u nkunu nistgħu nagħmlu eżami tal-kuxjenza,", "Ipatti għad-dnubiet tagħna u tal-oħrajn,", "Iġib f'kontroll il-passjonijiet tagħna li ġeneralment jirbħu fuqna meta npaxxuhom iżżejjed,", "Nidħlu daħla fina nnfusna u nirrealizzaw kemm aħna ċkejknin fejn il-kobor tal- Mulej – u l-umiltà tagħmel ġid lir-ruħna.", "Meta numiljaw ruħna, inkunu nistgħu nirċievu aktar mingħand Alla, hekk kif insibu fl-Iskrittura:", "\"Alla jieqaf lill-kburi u jagħti l-grazzja lill-umli.\"", "(Ġakbu 4:6)", "L-umiltà tirrikonoxxi l-ħtieġa tagħna għal Alla.", "Inħeġġiġkom bl-imħabba fil-Mulej, biex issumu meta u skont kif jispirakom Hu.", "Il-Knisja tobbligana nsumu biss fl-Erbgħa tal-Irmied u fil-Ġimgħa l-Kbira, (naturalment is-siegħa sawm qabel nirċievu lil Ġesù fl-Ewkaristija tapplika s-sena kollha) Imma min iħalli l-Ispirtu t'Alla jmexxih, jasal jagħraf li jeħtieġ ta' sawm aktar frewkenti.", "Is-sawm hu offerta lil Alla, biex Hu minn naħa tiegħu, jieħu ħsieb tad-diffikultajiet tagħna u ta' dawk tal-proxxmu kollu madwar id-dinja.", "Talba", ":", "Għażiż ħuna fi Kristu San Eleuterju Abbati, agħmel li bl-interċessjoni tat-talb tiegħek aħna nagħrfu l-valur tas-sawm magħqud mat-talb biex bihom inkeċċu x-xjaten tal-ħażen fi żminijietna u biex naqilgħu mingħand Alla dak li neħtieġu għalina u għal kuħadd fil-ġisem u b'mod speċjali fir-ruħ.", "Ammen.", "English Version:", "https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=44", "Alternative Reading:", "https://www.britannica.com/biography/Saint-Eleutherius", "Nota: Uħud mill-ħsibijiet huma addattati minn kitba ta' Chris Buttieġieġ.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eee17b36', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-5-5-santa-tereza-ta-kalkutta/", "title": "5 ta' Settembru: Santa Tereża ta' Kalkutta", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Tereża ta' Kalkutta", "\"Il-paċi tibda bi tbissima.\"", "Santa Tereża ta' Kalkutta", "SANTA TEREŻA TA' KALKUTTA", "1910 – 1997", "Tagħrif:", "Madre Tereża ta' Kalkutta (Skopje, 26 ta' Awwissu, 1910 – Kalkutta, Indja, 5 ta' Settembru, 1997) twieldet f'familja Kattolika Albaniża fi Skopje, illum parti mill-Maċedonja.", "Ta' 18-il sena ddeċidiet li tidħol fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjunarji tal-Madonna ta' Loreto.", "Fl-1928, telqet lejn l-Irlanda, u sena wara kienet l-Indja.", "Fl-1931, iż-żagħżugħa Ines ħadet l-ewwel voti u l-isem ġdid ta' Swor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù (għad-devozzjoni tagħha lejn il-qaddisa ta' Lisieux), u ta' 20 sena kienet tgħallem l-istorja u l-ġografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta' Loreto f'Entally, żona fil-lvant ta' Kalkutta.", "Wara l-ħajt tal-kunvent kien hemm il-kwartier ta' Motti bl-intiena soffokanti tiegħu, wieħed mill-ifqar slums ta' Kalkutta, il-miżbla tad-dinja.", "Mill-bogħod Swor Tereża setgħet tisma' l-ħsejjes li kienu jaslu sal-kulleġġ lussuż, iżda ma kinitx taf x'kienu.", "Kienu l-wiċċ l-ieħor tal-Indja, dinja oħra 'l bogħod minnha, għallinqas sa dik il-lejla tal-10 ta' Settembru, 1946, meta kienet f'ferrovija diretta lejn Darjeeling għall-eżerċizzji spiritwali u hemm ġietha t-\"tieni sejħa\": matul dak il-lejl frażi baqgħet imwaħħla f'moħħha tul il-vjaġġ kollu, l-għajta muġugħa ta' Ġesù msallab:", "\"Għandi l-għatx!\"", "Hija kellha tħalli l-kunvent biex tiddedika ruħha għall-ifqar fost il-fqar: dawk li huma x-xejn, l-emarġinati f'kollox, l-abbandunati li kuljum kienu jmutu fuq il-bankini ta' Kalkutta, mingħajr lanqas id-dinjità li jistgħu jmutu fil-paċi ta' dejjem.", "Swor Tereża ħalliet il-kunvent ta' Entally b'ħames rupiji fil-but u s-sari abjad bit-tarf ikħal tal-ifqar Indjani, wara kważi 20 sena mas-sorijiet ta' Loreto.", "Kien is-16 t'Awwissu, 1948.", "Iċ-ċkejkna Ines saret Madre Tereża.", "Fl-1950, id-djoċesi approvat il-kongregazzjoni ġdida tagħha tal-Missjunarji tal-Karità.", "Kien is-7 ta' Ottubru, il-festa tar-Rużarju, u mhux b'kumbinazzjoni għax din il-kongregazzjoni ġdida ġiet ddedikata lil Marija.", "L-imħabba profonda ta' Madre Tereża lejn il-Madonna kellha għeruq fit-tfulija tagħha, meta ommha kienet tieħu lilha u lil ħutha Lazar u Age l-knisja, iżuru l-foqra u jitolbu flimkien ir-rużarju.", "Barra t-tliet voti tal-faqar, kastità u ubbidjenza, kull Missjunarju tal-Karità jieħu ieħor, dak ta' \"servizz gratwit lejn l-ifqar fost il-fqar.\"", "Enfasi fuq l-imitazzjoni tal-virtujiet tal-Madonna, speċjalment l-umiltà, is-silenzju, u l-karità.", "\"I thirst\" (għandi l-għatx), hemm miktub fuq il-kurċifiss tal-Casa Madre u f'kull kappella – f'kull parti tad-dinja – f'kull dar tal-kongregazzjoni ta' Madre Tereża.", "Din il-frażi tat-\"tieni sejħa tagħha,\" tiġbor f'żewġ kelmiet l-ispiritwalità tagħha.", "Illum il-figura rqiqa ta' Madre Tereża, il-ġisem fraġli tagħha mgħawweġ bl-għejja tax-xogħol, u wiċċha mkemmex saru magħrufin mad-dinja kollha.", "Kull min iltaqa' magħha, anke darba, ma jistax jinsieha: id-dija tat-tbissima tagħha kienet tirrifletti l-imħabba immensa tagħha.", "Meta hi tħares lejk, b'dawk għajnejha profondi, amorevoli, limpidi, kont tħoss li qed iħarsu lejk l-istess għajnejn ta' Alla l-Imbierek.", "Attiva u kontemplattiva fl-istess ħin, fiha kien hemm idealiżmu u konkretezza, pragmatiżmu u utopja.", "Kienet tħobb tiddefinixxi lilha nnifisha bħala \"l-lapes żgħir ta' Alla\", strument żgħir u sempliċi f'idejh.", "Kienet tagħraf b'umiltà li meta l-lapes jispiċċa, il-Mulej jarmih u jafda lil ħaddieħor il-missjoni appostolika tagħha:", "\"Min jemmen fija jagħmel hu ukoll l-għemejjel li qed nagħmel jien, u ikbar minnhom ukoll\"", "(Ġwanni 14, 12).", "Madre Tereża mietet f'Kalkutta filgħaxija tal-Ġimgħa 5 ta' Settembru, 1997, fid-9.30.", "Kellha 87 sena.", "Fis-26 ta' Lulju, 1999 infetaħ il-proċess tagħha ta' beatifikazzjoni, 3 snin qabel suppost; għalkemm għall-poplu Madre Tereża kienet diġà qaddisa.", "Nhar id-19 ta' Ottubru 2003, il-Papa", "Ġwanni Pawlu II", "iddikjaraha Beata.", "Madre Tereża ta' Kalkutta kienet ġiet iddikjarata qaddisa fl-4 ta' Settembru 2016, mill-Papa Franġisku.", "L-ulied spiritwali tagħha għadhom jaqdu lill-\"ifqar fost il-fqar\" fl-orfanatrofji, fil-lebbrożarji, fid-djar tal-anzjani, f'ommijiet xebbiet, u l-moribondi.", "B'kollox qegħdin 5000 f'madwar 600 dar imferrxin madwar id-dinja.", "\"Meta mmut\"", "– kienet tgħid hi –", "\"inkun nista' ngħinkom iktar...\"", "Ħsieb", ":", "Fil-pjan terren tal-Mother House, fil-", "Lower Circular Road", "ta' Kalkutta, wieħed isib il-kappella sempliċi u mneżża' minn kollox, fejn mit-13 Settembru ta' l-1997, wara l-funeral statali li ngħatalha, jinsab midfun il-ġisem ta' Madre Tereża.", "Barra, l-istorbju li jtarrax tal-metropoli Indjana, mimli faqar u miżerja.", "Ġewwa, iżda l-ħin bħal jieqaf quddiem qabar fqir: blokka siment abjad u fuqu l-Bibbja personali ta' Madre Tereża u statwa tal-Madonna b'kuruna ta' fjuri m'għonqha.", "Ħdejha lapida tal-irħam b'versett bl-Ingliż mill-Vanġelu ta' San Ġwann:", "\"Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.\"", "(15: 12)", "\"Tassew ngħidilkom; kull m'għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.\"", "(Ġesu' f'Mattew 25:40) Ħafna drabi l-Mulej kellimna bil-ġrajjiet ta' mħabbtu qabel ma kellimna bi kliemu.", "San Ġwann, fit-Tieni Qari mill-Ewwel Ittra tiegħu, itenni li għandna nħobbu lil xulxin għax l-imħabba ġejja minn Alla.", "Iżda meta tisma' stejjer dwar abbużi tat-tfal, tifrik u ġlied fil-familji wara ftit snin ta' ħajja miżżewġa, meta tisma' nies li jiġġakbinaw lil xulxin fuq il-post tax-xogħol, meta tara stejjer ta' aħwa mifruda għal snin sħaħ minn xulxin minħabba xi ġlieda jew nuqqas ta' qbil... dan kollu jindika li għadna lanqas bdejna nifhmu xi jrid il-Mulej minna, xi jrid jgħidilna l-Mulej meta jtenni li għandna nħobbu kif ħabbna hu.", "Huwa ferm importanti li fil-ħajja tagħna nagħmlu deċiżjonijiet ċari meta ngħidu li nħobbu lil xi ħadd.", "Tħobb ma jfissirx li tibgħat xi kartolina, iżda jfisser li int tagħmel minn kollox għal dik il-persuna, saħansitra tkun lest li titlef ħajtek.", "Madre Tereża ta' Kalkutta tgħidilna li tħobb ifisser li tibqa' toffri lilek innifsek sakemm tbati.", "Iżda l-Vanġelu falz li qed tipprietka d-dinja huwa Vanġelu li jedifika l-egoiżmu tal-persuna umana, huwa mmirat biex tikber inti u ċċekken lil ta' madwarek.", "Għalhekk, anki llum, is-salib ta' Sidna Ġesù Kristu għadu skandlu għal-Lhud u bluha għall-pagani.", "Alla huwa mħabba.", "Din l-imħabba tahielna bħala wirt, imma ...", "Taf tassew x'inhi l-imħabba?", "Kemm qed tgħix l-imħabba vera mal-proxxmu tiegħek fil-ħajja ta' kuljum?", "Kemm inti lest biex tkompli tħobb?", "\"Sejjaħtilkom ħbieb,\"", "jgħid il-Mulej.", "Tħoss li l-Mulej tassew huwa l-ħabib tiegħek?", "\"Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi tibqgħu fi mħabbti.\"", "Hekk qal il-Mulej.", "Kemm qed tipprova tgħix dan il-kmand?", "Jekk fl-imħabba ma jkunx hemm tbatija, din m'hi mħabba xejn.", "Ħares lejn Kristu Msallab!", "Il-messaġġ ta' Madre Tereża huwa dejjem attwali: li kulħadd ifittex il-Kalkutta tiegħu, li tinsab ukoll fit-toroq tal-Oċċident sinjur, fir-ritmu frenetiku tal-ibliet tagħna.", "Tista' ssib Kalkutta fid-dinja kollha jekk għandek għajnejn biex tara ... kull fejn hemm persuni mhux maħbuba, li ma jridhom ħadd, imwarrbin u minsijin minn kulħadd.", "Talba", ":", "Marija, agħtina l-Qalb tiegħek, hekk sabiħa, hekk safja, hekk Immakulata, il-Qalb tiegħek hekk mimlija bl-imħabba u bl-umiltà sabiex anke aħna nistgħu nirċievu u nwasslu 'l Ġesù bħalma inti rċivejtu u wassaltu lill-oħrajn.", "Ammen.", "(Talba lil Marija ta' Santa Tereża ta' Kalkutta)", "English Version:", "https://www.biography.com/people/mother-teresa-9504160", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-teresa-of-calcutta/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Mother_Teresa", "Filmati ta' Santa Tereża fuq Gloria TV:", "https://gloria.tv/video/gDFxjpvG1zBU1kP7SnC9tNf1y", "Nota: It-Tagħrif u l-ħsieb dwar din il-qaddisa huwa meħuda w addattati mill-Wikipedia u minn riflessjoni ppublikata fis-sit tal-Moviment Kerygma.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eee173e6', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-3-3-san-girgor-il-kbir/", "title": "3 ta' Settembru: San Girgor il-kbir", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Girgor il-kbir", "\"Kieku kellna nifhmu bir-raġuni l-ħidma t'Alla, ma tkunx iżjed meraviljuża, u l-fidi ma jkollhiex iżjed mertu, li kieku r-raġuni tipprovdi l-provi.\" –", "San Girgor il-kbir", "SAN GIRGOR IL-KBIR", "Papa u Duttur tal-Knisja", "540 – 604", "Tagħrif:", "San Girgor twieled f'Ruma, l-Italja, f'madwar is-sena 540, minn familja sinjura ħafna.", "Meta kellu xi 30 sena kien laħaq Prefett ta' Ruma.", "Iżda minkejja li kellu din il-pożizzjoni għolja fis-soċjetà u kien wieħed mill-aktar nies sinjuri ta' Ruma, fis-sena 575, ħalla kollox biex jingħaqad iktar ma' Alla.", "Daħal mal-Patrijiet Benedittini, bidel daru f'monasteru taħt il-protezzjoni ta' San Andrija, u ħadem bla heda biex waqqaf sitt monasteri oħra.", "Il-Papa Pelaġju II ordnah saċerdot u ftit wara bagħtu bħala Legat tiegħu f'Konstantinopli.", "Fis-sena 586, ġie lura u sar l-Abbati tal-monasteru ta' San Andrija.", "Meta l-Papa Pelaġju II miet bil-pesta fis-sena 590, Girgor ġie elett Papa, l-ewwel patri li qatt kellu dan l-unur.", "Fis-sena 596, bagħat lil Santu Wistin flimkien ma' xi erbgħin patri ieħor l-Ingilterra biex ixerrdu l-fidi nisranija.", "Minkejja li kien bniedem marradi u kien jeħtieġlu jqatta' perjodi twal fis-sodda, huwa ħadem bis-sħiħ matul l-erbatax-il sena tal-pontifikat tiegħu.", "Ikkumbatta s-simonija, l-ereżiji u l-inġustizzja, u kabbar l-interess fil-Knisja lejn il-liturġija u l-mużika sagra.", "Ma kienx jehda jipprietka u jikteb.", "Il-kitba tiegħu turi l-qdusija, l-għerf u ż-żelu li kellu li wassluh biex ikun iddikjarat Duttur tal-Knisja.", "Għalkemm kien isejjaħ lilu nnifsu bħala \"l-qaddej tal-qaddejja ta' Alla,\" ma kien jaqta' qalbu minn xejn.", "Kien ikun dejjem biċ-ċoqqa ta' patri ħlief f'okkażjonijiet formali.", "Huwa baqa' jaħdem sal-aħħar minkejja li kien sar għadma u ġilda, qisu skeletru u bilkemm kien jiflaħ jimxi.", "Miet f'Ruma fit-12 ta' Marzu, 604.", "Ħsieb", ":", "Mhux kulħadd jista' jagħmel ħwejjeġ hekk sbieħ, ta' mużika, kitba, eċċ., li n-nies tibda ssejjaħlu \"kbir.\"", "Imma lkoll kemm aħna għandna affarijiet li jekk nagħrfu nużawhom tajjeb, insebbħu ħajjitna u ħajjet l-oħrajn.", "Dik it-tbissima!", "Dik il-kelma!", "Dik id-daqqa t'id!", "Dik iż-żjara!", "Tassew li hemm bosta aspetti fuqiex nistgħu niffukaw meta qed nirriflettu fuq dan il-Papa umli u kbir.", "Xtaqt li nieħdu aspett wieħed, dak tat-talb, fejn fuq bażi regolari, wieħed jidħol daħla fih innifsu fil-preżenza t'Alla.", "San Girgor jgħid li l-bniedem li jitlob, jimmerita li jirċievi dak li Alla fil-kobor tiegħu sa minn dejjem ikun iddeċieda li jagħtih.", "Għalhekk it-talb ma jibdilx il-fehma ta' Alla, imma jibdel lilna u jiddisponina biex nilqgħu dak li fil-providenza kbira tiegħu Alla jrid jagħtina.", "L-istorja ta' San Girgor tgħidilna li sew meta kien ambaxxatur f'Kostantinopli u sew meta kien Papa, hu kien jibki għax ma kienx ikollu ħin biżżejjed għat-talb – kien jilmenta li ma kellux spazju biżżejjed għas-solitudni biex ikompli jidħol fih innifsu u jingħaqad ma' Alla.", "San Girgor jgħid li \"aħna lkoll monaċi.\"", "Din il-kelma ġejja minn", "monakos", "li bil-Grieg tfisser il-bniedem li huwa \"sħiħ,\" liema milja l-bniedem jista' jikseb biss jekk jiltaqa' ma' Alla – għax fi kliem Santu Wistin, il-qalb tal-bniedem issib il-mistrieħ biss f'Alla.", "Inkunu persuni sħaħ jekk niggranfaw mal-Ħallieq – ma' Ġesù Kristu!", "Il-Papa Girgor isejjaħ lil Kristu \"Alla Ħallieq\" għax bil-mewt u l-qawmien tiegħu joħloq mill-ġdid.", "It-triq biex naslu għal din l-armonija, hija t-triq tal-ħajja interjuri – nidħlu fina nfusna biex Alla jidħol fina.", "Id-dinja għandha bżonn tax-xhieda ta' dawn il-persuni ta' ħajja interjuri (persuni li jitolbu b'impenn) li bl-għażla vera tagħhom favur Alla, joffru \"gost\" differenti.", "Din hija s-sejħa tagħna llum u ma għandniex għaliex naqtgħu qalbna, għax jekk frott il-ħajja interjuri aħna niżviluppaw kultura ta' djalogu, aħna naslu biex nikkonvinċu li fid-dar ta' Missierna hemm ġid li jixraq lil kull bniedem.", "Għalhekk, meta tisimgħu b'ċerti deċiżjonijiet, poplu ta' Alla, agħmlu l-qalb.", "Għandna jkollna fiduċja kbira li aħna nistgħu nagħmlu differenza.", "Imma biex dan iseħħ, irridu nsejħu lill-Ispirtu s-Santu kontinwament biex ikun Hu li jgħinna nidħlu fina nfusna u niskopru l-preżenza ta' Alla u r-rieda tiegħu għalina fid-dinja tal-lum.", "U jien, nista' ngħid li jiena \"persuna ta' ħajja interjuri\" li għax qiegħed/qegħda f'kuntatt kontinwu ma' Alla bit-talb, għandi dak id-dawl meħtieġ biex nista' bi kliemi u b'għemili, indawwal lil dawk ta' madwari?", "Talba", ":", "O Alla, int taħseb fina bi ħniena bla tarf u taħkem fuqna bl-imħabba; għat-talb tal-Papa San Girgor il-Kbir, sawwab l-ispirtu tal-għerf fuq dawk li lilhom fdajt it-tmexxija fit-tagħlim, biex il-ġid li jiksbu n-nagħaġ qaddisa tiegħek jisfa' ta' hena għal dejjem lir-rgħajja tagħhom.", "Ammen.", "(Talba fil-Liturġija tas-Sigħat)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-gregory-the-great-583", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-gregory-the-great/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pope_Gregory_I", "Nota: It-Tagħrif dwar il-qaddis/a huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u l-ħsieb huwa addattat minn omelija tal-Isqof t'Għawdex Mario Grech, fil-Festa ta' San Girgor il-Kbir.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eee158d7', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-4-4-santa-rozalija-ta-viterbo/", "title": "4 ta' Settembru: Santa Rożalija ta' Viterbo", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Rożalija ta' Viterbo", "\"It-talb juri lill-erwieħ il-vanità tal-affarijiet materjali u l-pjaċiri tad-dinja.", "Jimliehom bid-dawl, bis-saħħa u bil-konsolazzjoni; u jdewwaqhom dik il-kalma u l-paċi tad-dar tagħna tas-sema.\"", "Santa Rożalija", "SANTA ROŻALIJA TA' VITERBO", "Verġni u Eremita", "1234 – 1252", "Tagħrif:", "Alla l-għoli għamel affarijiet meraviljużi ma' Santa Rożalija ta' Viterbo.", "Jidher li l-ġenituri tagħha tawha dan l-isem b'ispirazzjoni divina, għax kien simboliku għall-ħajja kollha tagħha.", "Tul ħajjitha, hija nfetħet bħala fjura li tfewwaħ il-ġnien tal-Knisja, u fl-isbaħ ta' żogħżitha, ittieħdet biex tiġi mħawla fis-Sema.", "Qabel ma kienet kapaċi titkellem, Santa Rożalija ppruvat tippronunzja l-ismijiet ħelwin ta' Ġesù u Marija; u hekk kif kienet għadha kemm tgħallmet timxi, talbet li tittieħed il-knisja u f'postijiet oħra għall-kwiet, biex titlob.", "Kienet tisma' b'attenzjoni kbira diskorsi reliġjużi.", "Meta kellha biss 3 snin, Alla wrieha kemm hu kuntent biha b'mod l-aktar ħelu.", "Waħda miz-zijjiet tagħha mietet.", "Tal-familja kienu bilwieqfa madwar it-tebut, jibkuha.", "Rożalija tant tqanqlet quddiem in-niket tal-qraba tagħha, li marret ħdejn it-tebut, għolliet għajnejha lejn is-sema, u talbet fis-silenzju.", "Imbagħad poġġiet idejha ċkejknin fuq il-ġisem tal-kadavru taz-zija u sejħitilha b'isimha.", "Il-mara mejta fetħet immedjatament għajnejha u ħaddnet lin-neputija tagħha, li qajmitha għall-ħajja mill-ġdid.", "It-tifla kienet tiġiha ħniena kbira mill-foqra; hi dejjem ippruvat twarrab xi ikel biex tagħtih lilhom.", "Ġurnata waħda, meta telqet mid-dar b'xi ħobż fil-fardal tagħha, iltaqgħet ma' missierha, li staqsieha x'reġgħet kienet qed iġġorr.", "It-tifla mbeżża fetħet il-fardal tagħha u fih kien hemm ward ifuħ.", "Meta kellha 7 snin, Santa Rożalija rtirat f'ċella żgħira fid-dar ta' missierha.", "Kien hawn li għaddiet kważi ħajjietha kollha fil-kontemplazzjoni u fil-prattika ta' penitenzi rigorużi.", "Hija talbet ħafna għall-konverżjoni tal-midinbin.", "Sadanittant, il-Mulej kien qed iħejjiha għall-missjoni straordinarja.", "Santa Rożalija kien għad ma kellhiex 10 snin, meta l-Verġni Mbierka Omm Alla, tatha l-istruzzjonijiet biex tingħaqad mat-Terza Ordni ta' San Franġisk.", "Ftit wara, il-Mulej deherilha fuq is-Salib, liebes il-kuruna tax-xewk fuq rasu u b'bosta demm iċarċar mill-feriti tiegħu kollha.", "Santa Rożalija inħasdet b'din id-dehra u bdiet tgħajjat: \"Mulej tiegħi, min ġabek f'dan l-istat?\"", "Il-Mulej wieġeb: \"L-imħabba tiegħi, l-imħabba profonda tiegħi għall-bnedmin għamlitli dan.\"", "\"Imma,\" staqsiet Rożalija, \"min taqbek u mliek bix-xewk b'dan il-mod?\"", "\"Id-dnubiet tal-bnedmin għamluli dan,\" kienet ir-risposta tal-Mulej.", "\"Id-dnub, id-dnub!\" għajtet il-qaddisa, u qabdet tifflaġella lilha nnifisha biex tagħmel riparazzjoni għad-dnubiet tad-dinja.", "Permezz ta' ispirazzjoni divina, Rożalija mbagħad ħadet salib f'idejha u bdiet tiela' u nieżla bih fit-toroq u fil-pjazez pubbliċi tal-belt tagħha u tgħid lin-nies dwar it-torturi terribbli li sofra l-Mulej tagħna u dwar il-kruha tad-dnub.", "U kultant żmien, baqgħet toħroġ mis-solitudni tagħha biex tħeġġeġ lin-nies jagħmlu penitenza.", "Il-belt ta' Viterbo, li kienet tappartjeni lill-Istati Papali, kienet kontra l-awtorità tal-Papa.", "In-nuqqas ta' rispett għar-reliġjon u d-degradazzjoni morali, kienu l-ordni tal-ġurnata.", "Imma l-prietki ta' din il-missjunarja żgħira, kellhom riżultati tal-għaġeb.", "In-nies kienu jinġabru bil-folol biex tismagħha.", "Il-ġebla li fuqha hija kienet titla', dehret tiela' fl-arja, u ż-żagħżugħa żammet fuqha b'miraklu, filwaqt li kliem jaħraq baqa' ħiereġ minn xufftejha.", "Il-parti l-kbira taċ-ċittadini aċċettaw li jagħmlu penitenza u li jerġgħu lura f'għaqda mal-Papa, filwaqt li Santa Rożalija u l-ġenituri tagħha ġew eżiljati minn Viterbo mill-awtoritajiet ċivili.", "Ir-riżultat kien li issa kellha bosta ħidmiet x'tagħmel.", "F'Sorianu, u wara f'Vitorchianu, il-predikazzjoni tagħha kellha l-istess riżultati mbierka.", "F'dan tal-aħħar, saħħara għamlet ħafna ħsara lill-abitanti.", "Rożalija nkwetat li wara t-tluq tagħha, din il-mara kienet ser terġa' tħassar il-ġid li jkun sar hemmhekk, għalhekk xtaqet il-konverżjoni tagħha.", "L-isforzi inizjali ta' Rożalija fallew.", "Imbagħad il-qaddisa ġabret numru kbir ta' injam u poġġiethom fil-pjazza pubblika; qabdet in-nar u telgħet fil-quċċata ta' dan il-munzell.", "Hija damet f'dan in-nar bil-fjammi jduru magħha għal tliet sigħat, tkanta u tfaħħar lil Alla.", "In-nar ma għamlilha l-ebda ħsara.", "Kien hawn li s-saħħara ntefgħet f'riġlejn Rożalija u kkonvertiet sinċerament.", "Sadanittant, l-awtorità leġittima tal-Papa kienet ġiet stabbilita mill-ġdid f'Viterbo, u Rożalija setgħet tirritorna.", "Issa kellha 15-il sena u kienet ħerqana biex tidħol fil-kunvent tal-Klarissi.", "Peress li ma kellha l-ebda dota, hija ma setgħetx tidħol.", "\"Ma jimpurtax,\" qalet Rożalija, \"intom mhux se tilqgħuni waqt li jiena ħajja, imma tirċevuni meta nkun mejta.\"", "Rożalija, flimkien ma' xi ħbieb li akkumpanjawha, inqatgħu għalihom waħedhom f'post 'il bogħod min-nies, bl-intenzjoni li jiffurmaw komunità.", "Madankollu, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi ma approvawx il-pjan tagħha u għalhekk marret lura d-dar.", "Hija mietet sentejn wara fid-dar ta' missierha, mimlija b'ħeġġa kbira li tingħaqad ma' Alla tagħha.", "Sentejn u nofs wara l-mewt tagħha, hija dehret tliet darbiet lill-Papa Alessandru IV, li kien f'Viterbo f'dak iż-żmien, u talbitu jitrasporta l-ġisem tagħha lejn il-kunvent tal-Klarissi.", "Meta seħħ dan, skoprew li l-ġisem tagħha kien intatt; u baqa' hekk sal-lum.", "Il-mirakli għadhom iseħħu b'mod kostanti sal-lum, b'mod speċjali minn min imur iżur il-qabar tagħha.", "Il-Papa Kallistus III ikkanonizzaha fl-1457.", "Għalkemm il-ġilda tagħha hija skura, il-ġisem tal-qaddisa għadu flessibbli u l-organi interni f'kondizzjoni tajba.", "Fl-1921, il-qalb tneħħiet biex titqiegħed f'relikwatorju għal purċissjoni, u f'dak iż-żmien, instabet perfettament intatta.", "Ħsieb", ":", "Rożalija għexet biss tmintax-il sena, salvat il-kawża tal-Knisja, u mietet qaddisa.", "Aħna ngħixu, forsi, ħafna itwal, iżda b'liema riżultat?", "F'kull minuta, aħna nistgħu nagħmlu xi ħaġa għall-imħabba t'Alla.", "Il-ħin huwa flus, u l-eku għal mod kif inkunu nqejna bih, sa jkun għall-eternità.", "Għandna naħluh u ma jkollna xejn x'nieħdu qligħ minnu għall-eternità?", "Forsi hawn min jgħid li l-lista ta' qaddisin Franġiskani tidher li għandha pjuttost ftit irġiel u nisa li ma għamlu xejn straordinarju.", "Rożalija hija waħda minnhom.", "Hija ma influwenzatx il-Papiet u r-Rejiet, ma mmultiplikatx il-ħobż għall-imġewwħin, u qatt ma stabbilixxiet l-ordni reliġjuża tal-ħolm tagħha.", "Imma hi ħolqot post fil-ħajja tagħha biex fih tilqa' l-grazzja t'Alla, u bħal San Franġisk qabilha, rat il-mewt bħala l-bieb għal ħajja ġdida.", "Minkejja s-sempliċità tagħha, Santa Rożalija (li kienet għadha adoloxxenti) sabet il-gazz spiritwali li xxandar il-verità lill-politiċi ta' żmienha.", "Minħabba dan, hija sabet ruħha f'diversi problemi mal-awtoritajiet, iżda qalet,", "\"Jiena nagħmel dak li Ġesù qalli.\"", "Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li tfajla tiġi eżiljata mill-belt ta' art twelidha għax titkellem kontra l-uffiċjali politiċi, iżda dan kien eżattament dak li ġara lil Santa Rożalija.", "Ma kien hemm xejn f'Rożalija li kien jattira lejn l-attiviżmu politiku, iżda kienet żagħżugħa b'qalb mogħtija kompletament lil Kristu, u dan xi drabi jwassal lin-nies biex jagħmlu dak li mhux immaġinabbli.", "Dan il-qaddisa għexet ħajjitha xxandar il-verità, kienu x'kienu l-konsegwenzi, u konsegwenzi kien hemm.", "Illum, l-4 ta' Settembru, il-ġurnata tal-festa tagħha, ejjew nitolbu l-interċessjoni tagħha għal dawk kollha li b'xi mod ġew emarġinati minħabba l-impenn tagħhom għall-verità.", "Santa Rożalija ta' Viterbo, itlob għalina!", "Talba", ":", "Alla Missierna, għall-imħabba tiegħek Santa Rożalija tat kollox biex tiddedika ruħha għal ħajja ta' penitenza.", "Bl-għajnuna tat-talb tagħha, agħtina li nkunu nistgħu nimitaw il-mod ta' kif tat ħajjitha għalik u għall-ġid tal-proxxmu ħalli mbagħad immorru ngawdu l-milja tal-barka tiegħek flimkien magħha fis-sema.", "Ammen.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2016/09/saint-rose-of-viterbo.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-rose-of-viterbo/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Rose_of_Viterbo", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eee1776a', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-9-qaddisin-fsettembru/1-1-1-9-0-1-1-san-gillus/", "title": "1 ta' Settembru: San Ġillus", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ġillus", "\"Issa O Sid tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem.\" –", "L-aħħar kelmiet ta' San Ġillus", "SAN ĠILLUS", "Eremita u Abbati", "650 – 710", "Tagħrif:", "Ġillus twieled f'Ateni, il-Greċja fis-sena 650.", "Meta mietu l-ġenituri tiegħu, huwa qassam il-wirt abbundanti li ħallewlu, lill-foqra.", "Għal din ir-raġuni, u anki għax wettaq diversi mirakli, dan iż-żagħżugħ kiseb bosta ammiraturi.", "Imma hu, għall-kuntrarju, la ried it-tifħir u lanqas kien ifittex li jkun famuż.", "Għalhekk, biex ikun jista' jservi lil Alla f'ħajja moħbija, huwa telaq mill-Greċja u baħħar lejn Franza.", "Hemm mar jgħix waħdu f'foresta mudlama.", "Għażel għar fis-selvaġġ bħala d-dar tiegħu.", "Dan l-għar kellu siġra b'xewk kbir quddiemu.", "Ġillus kien kuntent li beda jgħix f'dan il-post u ħassu għall-kenn, 'il bogħod mit-tifħir tan-nies li setgħu wassluh biex jintefaħ bih innifsu.", "Imma darba waħda, kien hemm re ma' xi nies minn tiegħu, iduru fil-foresta bħala kaċċaturi.", "Dawn ġrew wara ċerva li kienet spiss tmur fil-għar ta' Ġillus u takkumpanjah.", "Irnexxielha taħrab minnhom billi marret tistaħba ġewwa l-għar ta' Ġillus.", "Madanakollu, wieħed mill-irġiel tefa' vleġġa lejn id-direzzjoni tax-xewk li kien jgħatti l-għar, bit-tama li jirnexxielu jolqot liċ-ċerva.", "Wara li tħabtu biex daħlu fil-għar, sabu lil Ġillus ferut bil-vleġġa.", "\"Min int u x'inti tagħmel hawn?\" staqsa b'vuċi awtorevoli r-re.", "San Ġillus irrakkuntalhom l-istorja ta' ħajtu.", "Meta semgħuha, talbuh maħfra.", "Ir-re bagħat għat-tobba tiegħu biex jieħdu ħsieb il-ferita tal-qaddis.", "Għalkemm Ġillus talabhom biex iħalluh waħdu, ir-re tant ħass rispett lejh, li baqa' jmur jarah spiss.", "Ġillus qatt ma kien se jaċċetta rigali mingħand ir-re.", "Fl-aħħar imma, hu aċċetta li jħalli lir-re jibni monasteru kbir f'dak il-post.", "Ġillus sar l-ewwel abbati tiegħu.", "Dan il-monasteru, tant sar famuż, li nħolqot belt sħiħa fl-inħawi tiegħu.", "Meta l-qaddis miet, il-qabar tiegħu ġewwa l-monasteru, sar post ta' qima kbira u ċentru ta' pellegrinaġġi.", "San Ġillus huwa wieħed mill-qaddisin l-aktar popolari taż-żmien medjevali u huwa l-Patrun ta' diversi, fosthom ta' dawn li għandhom diffikultà ta' mobbiltà.", "Ħsieb", ":", "L-Arċisqof Fulton Sheen jgħid xi ħaġa hekk:", "\"Il-Mulej ma jkejjilx il-ġenerożità tagħna b'kemm jirnexxielna nagħtu, imma b'kemm jifdlilna wara li nkunu tajna.\"", "Veru għandha x'togħmod din ir-riflessjoni li hi l-eku tal-kumment li għamel Ġesù fuq dik l-armla li l-offerta tagħha kienet tikkonsisti f'dak kollu li kien fadlilha biex tgħix.", "(Mark 12: 41-44).", "U hekk għamel il-ħabib qaddis tagħna tal-lum Ġillus.", "Imma dan m'għamlux biex in-nies tfaħħru u jsir famuż.", "L-attenzjoni tan-nies tant ma ridhiex, għax dak li għamel għamlu biss għall-glorja t'Alla u l-ġid tal-proxxmu, li ddeċieda li jitlaq minn pajjiżu u jfittex kenn xi mkien solitarju u jgħix ta' fqir.", "X'inhuma l-intenzjonijiet tiegħi meta nagħti karità jew meta b'xi mod inkun ta' ġid għall-proxxmu tiegħi?", "Jien infittex it-tifħir, l-isem tajjeb jew fama ta' qaddis/a, jew nagħraf lit-tajjeb kollu tiegħi hu wkoll don ta' Alla?", "Kemm ninħeba min-nies kif nista', biex dak li nkun għamilt ikun biss għall-glorja t'Alla, li ħabbni u ta kollox għalija?", "L-unika ħaġa li Ġillus xtaq għalih innifsu, kien post għall-kwiet qalb in-natura, fejn 'il bogħod mill-istorbju tan-nies, seta' jitlob u jissaħħaħ fil-ħajja tar-ruħ.", "Il-ħajja tat-talb u l-kontemplazzjoni, wasslitu jagħżel għalih mhux ir-rikkezzi ta' din id-dinja, imma r-rikkezzi interjuri ta' min għaraf li jekk ikollok 'l Alla, għandek kollox.", "U hawn niftakru f'dak li qalet Santa Tereża ta' Avila:", "\"Minn għandu 'l Alla, ma jonqsu xejn.", "Alla waħdu biżżejjed.\"", "U tassew li biex wieħed jasal joħroġ bi stqarrija bħal din, wieħed irid ikun daħal f'intimità kbira ma' Alla fit-talb.", "U hija din il-familjarità mimlija rispett u qima lejn Alla, li twassalna nagħrfu li, ladarba kull ħaġa tajba ħarġet minnU, mela Hu huwa il-Kollox f'kollox tagħna.", "Frott it-talb, hija", "fiduċja", "dejjem akbar f'Alla-Imħabba.", "U l-fiduċja li kiseb Ġillus mill-konverżazzjonijiet li kien ifittex li jkollu mal-Ħabib Divin, wassluh biex jintelaq f'idejn Alla għal kollox f'dak li kellu x'jaqsam mal-għejxien tiegħu.", "F'dak il-post imneżża minn kull kumdità li soltu jfittex il-bniedem, kumdità li titqies bħala s-sigurtà essenzjali tiegħu, ma setax ma jintelaqx għal kollox f'idejn il-Ħabib-Ħallieq.", "It-tradizzjoni tgħidilna li Alla mhux biss urieh bil-għar fejn kellu jsib kenn, imma wkoll ipprovdielu ċerva li sqietu mill-ħalib tagħha.", "Tassew li din l-istorja tista' tkun frott it-tradizzjoni, imma l-istorja ta' Elija tinsab fl-Iskrittura u hija aċċessibli għal kull min iridha jaqraha.", "Dan il-profeta, meqjus bħala wieħed mill-eqdem eremiti, Alla kien mantnieh bi providenza diretta tiegħu meta talbu jmur jgħix ġo wied.", "Din il-ġrajja nsibuha fl-1 Slaten 17: 2-6:", "Il-Mulej kellem lil Elija u qallu: \"Itlaq minn hawn, iġbed lejn il-lvant, u mur inħeba fil-wied ta' Kerit, biswit il-Ġordan.", "Inti tixrob mill-wied, u jien ikkmandajt liċ-ċawl jitimgħek hemmhekk.\"", "Elija telaq u għamel kif qallu l-Mulej, u qagħad ħdejn il-wied ta' Kerit biswit il-Ġordan.", "U ċ-ċawl kienu jġibulu ħobż u laħam mas-sebħ u ħobż u laħam fil-għaxija.", "U kien jixrob mill-wied.", "U jien u int kemm qed infittxu postijiet solitarji jew addattati biex fihom ningħaqdu mal-Ħabib Divin tagħna permezz tat-talb?", "Kemm qed infittxu li nsibu ħin ta' kwalità waħedna jew mal-għeżież tagħna biex nirriservawh għall-ġid ta' ruħna f'dinja mimlija storbju u distrazzjonijiet?", "Kemm qed inħallu l-vuċi t'Alla, bil-meditazzjoni tal-Kelma tiegħu, tippenetra u tinfed il-qalb tagħna hekk li tibdlilna l-mod kif nirraġunaw u l-istil ta' ħajja li ngħixu?", "F'liema livell waslet il-fiduċja tagħna f'Alla, hekk li nagħrfu ngħixu fil-kwiet u fil-paċi, bla ebda lussu żejjed u grati għal kull ma ngħatalna?", "It-telqa u l-fiduċja tagħna f'Alla għandhom ikunu l-qawwa tagħna l-insara.", "Talba", ":", "Induru lejk, għażiż ħuna eremita qaddis, u nitolbuk tgħinna b'talbek ħalli bl-impenn fil-ħajja tagħna tat-talb, nikbru fil-fiduċja tagħna f'Alla li waħdu jimla' l-qalb tagħna u jissodisfa b'mod, li l-ebda ħaġa li qatt jista' jkollna f'din id-dinja, ma tista' tagħmilna verament hienja.", "Grazzi talli int dan urejtulna bl-eżempju ta' ħajtek.", "Ammen.", "English Version:", "https://anastpaul.wordpress.com/2017/09/01/saint-of-the-day-1-september-st-giles/", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-giles/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Giles", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eee18768', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-9-29-il-martirju-ta-san-gwann-il-battista/", "title": "29 ta' Awwissu: Il-Martirju ta' San Ġwann il-Battista", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Il-Martirju ta' San Ġwann il-Battista", "\"Xi ħriġtu taraw fid-deżert?", "Qasba tixxejjer mar-riħ?", "Xi ħriġtu taraw?", "Raġel liebes fin?", "Dawk li jilbsu fin fil-palazzi tas-slaten issibhom.", "Mela xi ħriġtu taraw?", "Profeta?", "Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta.", "Dan hu li fuqu hemm miktub,", "'Ara, jiena nibgħat qablek il-ħabbar", "tiegħi biex iħejji triqtek quddiemek.'", "Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista.", "U b'danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.", "Minn żmien Ġwanni l-Battista sa llum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ, jaħtfuha.", "Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi.", "\"", "Ġesù dwar Ġwanni l-Battista f'Mattew 11: 7-14", "IL-MARTIRJU TA' SAN ĠWANN IL-BATTISTA", "Tagħrif:", "San Ġwann il-Battista twieled f'Ain-Karin, ħdejn Ġerusalemm.", "Missieru kien Żakkarija, qassis f'Ġerusalemm.", "Ommu kienet Eliżabetta, kuġina tal-Verġni Marija.", "Sakemm kellu madwar 30 sena għex bħala eremita fid-deżert tal-Ġudea.", "Imbagħad ħareġ jipprieTka matul ix-xtut tal-Ġordan u jtenni:", "\"Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet.\"", "(Mattew 3:2)", "Ħafna nies kienu jmorru jisimgħuh, li wara, uħud minnhom saru dixxipli ta' Ġesù.", "Kellu l-unur kbir li jgħammed lil Ġesù, u jurih lin-nies bħala l-Ħaruf ta' Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.", "Ġwanni kien ikkundanna ż-żwieġ ta' Erodi Antipa ma' Erodja li kienet il-mara ta' ħuh.", "Fuq hekk Erodi arrestah u tefgħu l-ħabs.", "Iżda Erodja ma kinetx kuntenta b'hekk.", "Kienet tfittex li toqtlu.", "Ġietha x-xoqqa f'moxtha meta Erodi, f'jum għeluq sninu għamel ikla li għaliha stieden il-kbarat tal-pajjiż, u bint Erodja, Salome, tant għoġbitu biż-żifna li għamlet quddiemu, li ħalfilha li kien lest jagħtiha kulma titolbu mqar nofs is-saltna.", "Imġiegħla minn ommha, it-tfajla qaltlu:", "\"Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt.\"", "(Mattew 14:8)", "Erodi sewwed qalbu għal din it-talba, iżda biex ma jiksirx kelmtu quddiem il-mistednin, bagħat suldat biex iwettaq dak li xtaqet it-tfajla.", "Il-mewt ta' San Ġwann ġrat madwar sena qabel dik tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.", "(Mattew 14:3-12; Mark 6:17-29; Luqa 3:1-20, 9:7-9)", "Ħsieb", ":", "Li kellek tinzerta tara lil min qed jixrob minn tazza li fiha l-velenu, kont twaqqfu u tgħidlu?", "Jekk ma tgħidlux, jista' jkun li int tkun responsabbli tal-mewt tiegħu?", "Forsi din nistgħu nsejħulha dnub tal-ommissjoni (li tibqa' lura milli tagħmel dak li għandek tagħmel)?", "Propju dan hu dak li l-insara huma msejħa biex jagħmlu.", "Qed ngħixu f'dinja tossika u mimlija b'ħafna affarijiet li għandhom is-setgħa li javvalenaw lin-nies spiritwalment u aħna għandna r-responsabbiltà li niftħu għajnejn dawk li qed jixorbu dan il-velenu!", "Dan hu dak li għamel il-qaddis tal-lum, Ġwanni l-Battista, li filwaqt li f'Ġunju ċċelebrajna l-festa tat-twelid tiegħu fid-dinja, llum qed niċċelebraw it-twelid tiegħu fis-sema.", "Qed infakkru u nunuraw il-kuraġġ li wera fil-martirju li ħa, propju għax fetaħ għajnejn Erodi u qallu li kien qed jixrob il-velenu bir-relazzjoni immorali li kien qed jgħix.", "Kien għalhekk li Erodi arrestah u tefgħu fil-ħabs.", "Mhux faċli li wieħed ikun leali lejn il-verità u jxandarha lill-oħrajn.", "Id-dinja llum tgħidilna: 'Kollox relattiv.", "Int għandek il-verità tiegħek u jien għandi tiegħi!'", "Imma jekk xi ħadd jgħidlek hekk, staqsih mistoqsija sempliċi: 'Kif taf li l-verità?'", "Kulħadd fih innifsu għandu kuxjenza, li jekk tkun iffurmata tajjeb, tagħraf tagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin, il-verità u l-gideb.", "Mingħajr dawn il-moralitajiet, kulħadd ikun f'riskju li jixrob il-velenu!", "Nistgħu ngħidu li Ġwanni l-Battista kien qed jimponi t-twemmin u l-morali tiegħu fuq l-oħrajn?", "Le.", "Kien qed jgħid il-verità, u r-raġuni kienet biex jgħin lir-re jevita l-velenu li kien qed joqtlu, dak li aħna nsejħulu", "d-dnub", ".", "Il-fidi nisranija hija dejjem", "personali", "imma qatt", "privata", ".", "Għalhekk dawk li jippruvaw iġibu fix-xejn ir-reliġjon tagħna billi jgħidu li hi biss sett ta' opinjonijiet li wieħed jista' jsegwi fil-ħajja personali tiegħu, imma li għandu jżomm sieket dwarhom fil-pubbliku, dejjem ifallu.", "Qisek qed titlob lil raġel miżżewweġ, iġib ruħu ta' raġel mhux miżżewweġ meta jkun fil-pubbliku.", "Għalhekk, kull wieħed u waħda minna msejħa biex ikollna l-istess kuraġġ ta' Ġwanni l-Battista u nibqgħu nżommu sod mal-Verità (li hi Kristu nnifsu li qal:", "\"Jiena l-Verità\"", "(Ġwanni 14:6).", "Jeħtieġ li nitolbu bil-qalb lill-Ispirtu s-Santu biex jagħtina l-virtujiet tal-kuraġġ u l-qawwa, biex jirnexxielna nagħmlu dan.", "Ħadd minna ma jista' jirrepeti l-missjoni li kellu San Ġwann il-Battista, b'danakollu aħna lkoll imsejħin biex bħalu nkunu xhieda ta' Kristu, hi x'inhi l-pożizzjoni tagħna.", "Bħala nsara, irridu nagħtu xhieda għal Kristu.", "Nagħmlu hekk bi kliemna, bil-mod kif inġibu ruħna, bl-eżempji li nagħtu, fid-dar, fuq il-post tax-xogħol u kull fejn inkunu.", "San Ġwann, itlob għalina llum, biex fi żminijietna wkoll, ikollna l-istess kuraġġ li kellek int, għaliex hu importanti immens li minbarra ħajja nisranija tajba, aħna ma nżommux siekta quddiem l-immoralità li qed tavvalenana.", "U int, kemm qed tkun tassew xhieda ta' Kristu, bil-mod kif qed tgħix il-ħajja nisranija tiegħek?", "Talba", ":", "O Alla, int ridt li San Ġwann il-Battista jkun l-Prekursur ta' Ibnek, mhux biss fil-ħajja iżda wkoll fil-mewt; agħtina li, bħalma hu sofra l-martirju għall-verità u għall-ġustizzja, hekk ukoll aħna nissieltu bil-qawwa biex niddefendu t-tagħlim tiegħek.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicculture.org/culture/liturgicalyear/calendar/day.cfm?date=2018-08-29", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/martyrdom-of-john-the-baptist/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Beheading_of_John_the_Baptist", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eef11d28', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-8-28-santu-wistin-ta-ippona/", "title": "28 ta' Awwissu: Santu Wistin ta' Ippona", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santu Wistin ta' Ippona", "\"Tard jien ħabbejtek Sbuħija bla tarf, tard jien ħabbejtek Ġmiel tassew qadim tassew ġdid.", "Inti Mulejja kont tgħammar ġewwa fija, fittixtek barra minni.", "U jien bla ebda sura, tgħaxxaqt b'dik is-sbuħija tal-ħolqien tiegħek.", "Int kont miegħi u miegħek jien ma kontx.", "Żammewni l-istess ħwejjeġ li ma kinux jeżistu li kieku m'humiex Fik.", "Inti għajjattli u l-widnejn torox infetħu bis-sejħa li għamiltli.", "Bħal berqa xħettli d-dija tiegħek fuqi.", "Neħħejtli l-għamad.", "Xerridt il-fwieħa tiegħek u jien ġbidt nifs 'il ġewwa.", "Għalik kollni mxennaq.", "Issa li doqtok, imġewwaħ u għatxan.", "Messejtni u jien tħeġġiġt. \"", "Santu Wistin wara li kkonverta.", "SANTU WISTIN TA' IPPONA", "Isqof u Duttur tal-Knisja", "354 – 430", "Tagħrif:", "Santu Wistin twieled fit-13 ta' Novembru, 354 minn missier pagan, Patrizju, li kien Kunsillier ta' muniċipju, u minn omm nisranija Kattolika, Monika, ta' razza bérbera f'Tagaste, fin-Numidja, Souk-Ahras, illum l-Alġerija.", "Minħabba l-edukazzjoni li kellu, hu kien marbut b'ruħu u b'ġismu ma' Ruma, mal-Imperu Ruman, u mal-kultura Rumana.", "Studja f'Tagaste fejn twieled, wara kompla jistudja fil-belt ta' mad-dawra (ġewwa l-Alġerija) u mbagħad temm l-istudji f'Kartaġni.", "Meta kellu tnax-il sena kien se jmut minħabba x-xedda li qabditu, u kien se jitgħammed.", "Imma billi għaddielu, hu baqa' ma tgħammidx żgħir.", "Ta' dsatax-il sena tbiegħed mill-fidi Kattolika.", "Wara li qara l-ktieb", "L-Ortensju ta' Ċiċerun", "li kien iħajjar għat-triq tal-filosofija, Wistin sar Manikew.", "Issa mietlu missieru (370), u reġa' lura lejn Tagaste, u miegħu ħa l-mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodatu.", "Ommu ma laqgħethomx għandha.", "Hu beda jgħallem il-grammatika Latina fl-istess Tagaste (374).", "Wara dan huwa qabad jgħallem ir-retorika l-ewwel f'Kartaġni (375-383), imbagħad f'Ruma (384), u fl-aħħar Milan (Ħarifa 384 – Sajf 386).", "Kien għatxan għall-għerf u sab dak li xtaq meta sama' lill-Isqof ta' Milan, San Ambroġ, jipprietka.", "Dan l-Isqof qaddis flimkien mal-istudji tan-neoplatoniċi, għenuh iħoll il-problema tal-materjaliżmu u tal-ħażen.", "Bil-qari ta' San Pawl hu għeleb il-problema tan-naturaliżmu, u fehem li Kristu mhux biss hu l-Imgħallem, imma wkoll il-Feddej.", "Hekk wasal biex aċċetta l-medjazzjoni divina u l-grazzja.", "U fl-aħħar wasal ukoll għall-konverżjoni tiegħu.", "Wistin ikkonverta fl-ewwel jiem tax-xahar ta' Awwissu tas-sena 386, jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta' Ippona.", "Bejn il-konverżjoni u l-episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin, imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta' tagħlim tat-teoloġija Kattolika.", "Hekk kif ikkonverta hu ħa żewġ deċiżjonijiet kbar:", "dik li jirrinunzja għat-tagħlim tar-retorika, u", "dik li jirrinunzja għaż-żwieġ.", "Hekk, qrib it-tmiem ta' Ottubru tas-sena 386 Wistin irtira f'Kassiċijaku, x'aktarx Cossago fil-Brianza, biex hemm iħejji ruħu għall-magħmudija.", "F'dan il-post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl-ewwel ġranet ta' Marzu tas-sena 387 hu reġa' lura lejn Milan, inkiteb katekumenu, segwa l-kors tal-katekeżi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma' Alipju, sieħbu, u Adeodatu, ibnu, fil-lejl ta' bejn l-24 u l-25 ta' April, il-viġilja tal-Għid tas-sena 387.", "Ommu kienet preżenti għall-magħmudija tiegħu, għax hi kienet marret tfittxu u kienet iltaqgħet miegħu f'Milan, xi sena qabel.", "Wara l-Magħmudija Santu Wistin flimkien ma' ommu u xi ħbieb tiegħu, kien ser jirritorna lejn l-Afrika, imma ftit wara li waslu f'Ostia Tiberina, ommu mardet u mietet.", "Wistin reġa' lura lejn Ruma u baqa' sas-sena ta' wara jikteb il-kotba u jitkixxef iżjed dwar il-ħajja monastika.", "Wara l-mewt tal-Imperatur Massimu li ġrat f'Lulju jew f'Awwissu tas-sena 388, Wistin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l-ħajja komunitarja flimkien mal-ħbieb tiegħu u ma' Adeodatu li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara (389-391).", "Fis-sena 391, Wistin mar Ippona bil-ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista' jwaqqaf knisja.", "F'dik l-okkażjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot.", "L-Isqof Valerju tah biċċa mill-kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il-monasteru tal-lajċi li xtaq jibni.", "Hawn beda jagħti ruħu għal iżjed ħajja axxetika, għal iżjed studji tat-teoloġija, u fl-istess ħin beda l-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni.", "Fis-sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof.", "Għadda xi żmien jgħin lill-Isqof Valerju, imbagħad, għallinqas minn Awwissu tas-sena 397, hu beda l-ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta' Ippona.", "Meta sar Isqof tal-post, Wistin ħalla l-monasteru tal-lajċi fejn qabel kien superjur, u mar fid-dar tal-Isqof u għamel minn din monasteru tal-Kjeriċi.", "Bħala Isqof, Santu Wistin ħadem bis-sħiħ kemm fid-djoċesi tiegħu, kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l-iktar biex jipprietka, u kemm għall-Knisja universali l-iktar bil-kotba tiegħu.", "Fid-djoċesi tiegħu, Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt u l-Ħadd.", "F'xi okkażjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin, meta mhux ukoll jagħmel żewġ prietki kuljum.", "Kellu wkoll laqgħat tal-Isqof mal-membri tad-djoċesi, li kienu jissejħu", "audientia episcopalia", ", u dan biex jisma' u jaqta' s-sentenzi fil-kawżi li kienu jippreżentawlu l-fidili.", "Xi kultant dawn il-laqgħat kienu jdumu l-ġurnata kollha.", "Kellu wkoll jieħu ħsieb il-fqar, ir-romol u l-iltima permezz ta' tqassim ta' affarijiet meħtieġa għall-ikel u għall-ħajja mill-imħażen li kien hemm apposta fil-kwartier nisrani.", "Kien jieħu ħsieb it-tagħlim reliġjuż tal-kleru li fosthom ġab riforma kbira bil-ħsieb li s-saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament.", "Organizza l-monasteri kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.", "Kien iżur il-morda fi djarhom stess.", "U kien jaqbeż għall-fidili quddiem l-awtorità ċivili.", "Kien ukoll jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja, xogħol li kien jagħmel kontra qalbu.", "Għall-Knisja tal-Afrika u b'xi mod għall-Knisja Universali, hu ħa sehem f'diversi konċilji Afrikani.", "Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall-problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu.", "Ħa sehem f'disputi pubbliċi mal-eretiċi meta tqum l-okkażjoni, fosthom fil-konferenza tas-sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti.", "Hu ħadem ħafna għas-soluzzjoni tax-xiżma Donatista u tal-kontroversja Pelaġjana.", "Meta miet fit-28 ta' Awwissu tas-sena 430, fit-tielet xahar tal-assedju ta' Ippona mill-Vandali, ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma.", "L-aħħar xogħol tiegħu kienet l-Ittra 228 li x'aktarx li ddettaha fuq is-sodda ta' mewtu u indirizzaha lis-saċerdoti tad-djoċesi dwar id-dmirijiet tagħhom għal waqt l-invażjoni barbarika.", "Hu kien midfun fil-Bażilika Pacis ġewwa Ippona.", "Iktar tard l-għadam tiegħu, f'data inċerta, ittieħed f'Sardinja, u qrib is-sena 725 kien ittrasportat f'Pavia fil-Bażilika ta' San Pietru f'Ciel d'Oro, fejn għadu sal-lum.", "L-iktar kotba famużi ta' Santu Wistin huma", "\"Il-Belt ta' Alla\"", "u", "\"L-Istqarrijiet.\"", "Fosthom, \"", "Il-Belt ta' Alla\" (De Civitate Dei)", "hi l-aqwa biċċa xogħol tiegħu.", "Fiha hu jagħti fil-qosor il-ħsieb tiegħu filosofiku, teoloġiku u politiku.", "Dan kitbu bejn is-snin 413-426.", "Ħsieb", ":", "Il-bieraħ iċċelebrajna l-festa ta' omm bl-isem ta' Monika, li għamlet snin twal (30 sena) imnikta minħabba l-ħajja ħażina ta' binha.", "Hi talbet u xerdet id-dmugħ bix-xewqa li tarah mibdul.", "Illum niċċelebraw il-festa ta' binha, magħruf bħala Santu Wistin, Isqof u Duttur tal-Knisja.", "Fl-awtobiografija tiegħu magħrufa bħala \"", "L-Istqarrijiet\"", "huwa kiteb din is-sentenza famuża:", "\"O Alla, inti għamiltna għalik, u qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistrieħx fik.\"", "F'waħda mid-diski tiegħu, Bruce Springsteen jgħid ukoll li:", "\"F'kull qalb hemm il-ġuħ.\"", "Bħal donnu hemm vojt f'qalb kulħadd u nibqgħu bil-ġuħ u bla mistrieħ, sakemm ma nimlewhx.", "U aħna nippruvaw minn kollox: pjaċiri tal-mument, relazzjonijiet, ikel tajjeb, affarijiet materjali, kumditajiet, lussu, eċċ...", "Dan il-ġuħ jista' bħal jittaffa għal ftit tal-ħin, imma l-vojt ta' qalbna jibqa'!", "Dan għaliex, kif skopra Wistin, aħna maħluqa biex ngħixu f'għaqda ma' Alla-Imħabba, u xejn ħlief din l-għaqda, ma timla' l-qalb.", "Dan il-vojt fina huwa infinit u jista' jimtela' biss b'Alla, għax Alla biss infinit.", "'", "Fl-Istqarrijiet,'", "Wistin ikompli jirrakkonta li dam ħafna jfittex din l-Imħabba f'postijiet żbaljati, imma fl-aħħar sabha f'Alla, jew aħjar Alla sab lilu.", "U hawn Wistin joħroġ bil-għanja tiegħu ta' mħabba lejH, li nsibu bħala kwotazzjoni bil-blu fil-bidu ta' dan l-artiklu.", "Din turina li wara ħafna snin, Wistin sab li hu Alla l-unika Mħabba li tissodisfa lill-bniedem.", "Xi ġmiel ta' kliem, li juri l-qsim ta' qalb ta' Wistin għax dam wisq biex skopriH u beda jħobbU!", "Jgħid li ħaseb li se jsib il-ferħ f'affarijiet maħluqa, u li fl-istess ħin Alla kien tant qrib tiegħu, anzi ġewwa fih.", "Imma kif seta' jgħid li Alla kien ġewwa fih?", "Iva, għax l-Ispirtu s-Santu hu qrib tagħna, hu bħan-nifs li nieħdu.", "L-Ispirtu s-Santu bħalissa jinsab fik u lest li jkun il-gwida, l-ispirazzjoni u l-għalliem tiegħek, u jitlob minn ġewwa fik.", "Dan jagħmlu biss jekk inti tħalliH.", "Itolbu bil-qalb biex ikompli jieħu kontroll ta' ħajtek f'dan il-mument u afdah li hu jista' jimliek b'dak il-ferħ u b'din il-paċi li jekk iddur id-dinja kollha ma' ssibhiex!", "Warrab minn ħajtek dak li taf li bih qed iżżomm lil Alla milli jkun jista' jagħtik dan f'qalbek, li forsi bla ma taf, inti tant imxennaq għalih!", "Talba", ":", "Lilek biss inħobb, Mulej, warajk biss irrid nimxi.", "Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi.", "Nitolbok, Mulej, ikkmandani dak li trid.", "Irrid naqdik bil-ferħ kollu ta' qalbi.", "Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba qiegħda ssejjaħli lejk.", "Agħmel, Mulej, li nkun kapaċi nisma' dak li int tixtieq minni.", "Għinni ngħix dak li tikkmandani, u kkmandani dak li trid.", "Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistrieħux.", "Fik biss tinsab il-hena u l-mistrieħ tagħna.", "Int għamiltna għalik, o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet,", "jekk ma tistrieħx fik.", "Ammen.", "(Talba ta' Santu Wistin)", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "https://www.catholicnewsagency.com/news/august-28-marks-feast-of-st.-augustine-convert-who-changed-church-history", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-augustine-of-hippo/", "Wikipedia in English:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Augustine_of_Hippo", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut u mill-Wikidepia.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eef14916', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-3-0-30-san-pammakju/", "title": "30 ta' Awwissu: San Pammakju", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Pammakju", "\"Martek hija issa xhieda tiegħek u dik li tinterċedi għalik ma' Ġesù.", "Agħmilha dik li takkumpanjak fl-atti ta' karità li tagħmel.", "Hi unurata bil-virtujiet tiegħek u tixba' bil-ħobż li inti tagħti lill-foqra.\"", "Uħud mill-kliem ta' nkuraġġiment li San Pawlinu ta' Nola u xi ħbieb oħra, kitbu lil San Pammakju malli saru jafu bil-mewt ta' martu f'qasir il-għomor", "SAN PAMMAKJU", "? – 409", "Tagħrif:", "Pammakju twieled minn familja nobbli Rumana.", "F'żogħżitu, ifrekwenta l-iskejjel tar-retorika u sar ħabib ta' San Ġlormu.", "Baqgħu ħbieb u żammu kuntatt bejniethom tul ħajjithom.", "Fis-sena 385, Pammakju żżewweġ lil Pawlina, it-tieni bint ta' Santa Pawla, ħabiba oħra ta' Ġlormu.", "Imma Pawlina mietet waqt li kienet qed twelled fis-sena 397 u San Ġlormu, San Pawlinu ta' Nola u xi ħbieb oħra kitbu ittri mqanqla lil Pammakju mimlija kondoljanzi, kuraġġ u wegħdi tat-talb tagħhom.", "\"Martek hija issa xhieda tiegħek u dik li tinterċedi għalik ma' Ġes", "ù,\"", "kitiblu San Pawlinu ta' Nola.", "\"Agħmilha dik li takkumpanjak fl-atti ta' karità li tagħmel.", "Hi unurata bil-virtujiet tiegħek u tixbà bil-ħobż li inti tagħti lill-foqra.\"", "Minkejja li Pammakju tnikket ħafna bil-mewt ta' martu, hu ħa l-parir tal-ħbieb tiegħu, beda jgħix ta' patri u ngħata kollu kemm hu għal ħidmiet ta' karità, b'mod speċjali f'ospizju, li kien bena flimkien ma' San Fabjola f'Porto, fil-bokka ta' Tiberija, għall-barranin foqra.", "Kien idur bil-pellegrini foqra, morda jew dawk b'diżabbiltà.", "Pammakju kien jemmen li l-għażiża martu kienet qed tieqaf miegħu waqt li kien qed jagħmel dawn l-atti ta' ħniena.", "Pawlina kienet magħrufa għall-imħabba tagħha lejn il-foqra u l-batuti u hu ried ikompli jimxi fuq il-passi tagħha.", "Żewġha issa beda jemmen li, li jieħu ħsiebhom, kien l-aqwa tribut possibli li seta' jagħti għall-memorja ta' martu.", "Fis-sena 399, Pammakju u Oċejanu kitbu lil San Ġlormu u nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill-oriġinal tad-", "De Principiis", "ta' Oriġenu u biex jirriġetta l-insinwazzjoni ta' Rufinu.", "San Ġlormu wieġeb is-sena ta' wara.", "Pammakju kien aktar ġentili fi kliemu minn San Ġlormu u ġieli ġibed l-attenzjoni ta' San Ġlormu dwar dan.", "Minkejja li Ġlormu rringrazzja lil ħabibu tal-interess tiegħu, baqa' ma bidilx ċertu ħruxija fi kliemu, l-aktar meta kien jikkumbatti l-ereżiji ta' żmienhom.", "Pammakju pprova wkoll jirrikonċilja lil Ġlormu ma' Rufinu li kellhom nuqqas ta' qbil fl-argumenti tagħhom, imma Ġlormu baqa' sod fil-pożizzjoni tiegħu.", "Pammakju kien jikkorrispondi wkoll ma' Santu Wistin.", "Fis-sena 401, Santu Wistin innifsu rringrazzja lil Pammakju għal ittra li kiteb lin-nies ta' Numidja, fejn hu kellu propjetà, u talabhom biex jabbandunaw ix-xiżma Donatiska.", "Ħafna mill-kummentarji ta' San Ġlormu dwar l-Iskrittura, kienu ddedikati lil Pammakju.", "Is-sit fejn inbena l-ospizju, ġie skavat, u l-iskavi żvelaw il-pjan u l-arranġament ta' dan il-bini uniku fit-tip tiegħu, li kien fih kmamar u swali għall-morda u l-foqra mad-dawra kollha.", "Interessanti wkoll il-fatt li Pammakju kellu knisja fid-dar tiegħu, dik li llum hi l-Basilika tal-Passjonisti, iddedikata lill-Qaddisin Ġwanni u Pawlu f'Ruma.", "Din twaqqfet jew minn Pammakju nnifsu, jew minn missieru.", "Fil-bidu din kienet magħrufa bħala", "Titulus Bizantis", ", u mbagħad bħala", "Titulus Pammachii", ".", "Pammakju miet madwar is-sena 409 meta l-Goti ħadu lir-Ruma.", "Ħsieb", ":", "Fil-Ktieb ta' Tobija Kapitlu 4, versi 16 u 18 insibu dan:", "\"Mill-ħobż tiegħek itma' lil min hu bil-ġuħ, u minn ilbiesek libbes lil min hu għarwien.", "Kulma jkollok żejjed, agħtih karità u tagħtix b'nofs qalb.", "Fittex il-parir ta' min hu għaref; tmaqdarx parir siewi.\"", "U d-Duttur tal-Knisja San Basilju l-Kbir (329-379) isostni li:", "\"Il-ħobż li taħżen, huwa ta' dawk li m'għandhomx x'jieklu;", "l-ilbiesi li żżomm fil-gwardarobba, huma ta' dawk li m'għandhomx x'jilbsu;", "iż-żraben li ma tilbisx, huma ta' dawk li m'għandhomx żarbun;", "il-flus li għandek żejda, huma tal-foqra.\"", "Jidher li l-qaddis tal-lum fehem sewwa t-tifsir ta' dawn il-vrus.", "Kull nisrani hu msejjaħ biex jagħmel użu tajjeb tal-ġid materjali li Alla pprovdielu u tal-ħin misluf lilu fuq din l-art.", "Imma x'wassal lil Pammakju biex jibda' din il-ħidma konkreta tiegħu ta' karità lejn il-proxxmu?", "Il-mewt ta' martu u l-pariri siewja tal-ħbieb qaddisa li kellu.", "Iva tassew li kien jgħożżha u hu minnu li ħassu mkisser ġewwa fih bit-telfa tagħha, għax din kienet tagħmel parti essenzjali minn ħajtu u magħha kien intrabat għal kollox.", "Ħsibijiet u tifkiriet imlew lil moħħu, u qalbu li kienet għadha maqsuma bin-niket, bdiet tara kif se ssib mezz biex minkejja l-firda, tibqa' tesprimi mħabbitha lejn min tħobb.", "Min ġarrab il-mewt ta' xi ħadd għażiż, jaf eżatt xi jfisser dan il-kliem.", "Il-ħajja trid tkompli, kif kompliet dik ta' Pawlina fis-sema, li kienet wkoll qalbha miftuħa għall-bżonnijiet ta' dawk l-aktar batuti.", "Imma kif se tkompli tagħna hawn fuq l-art?", "Pammakju, bħalma ħafna drabi nagħmlu aħna, emmen u ttama li martu b'xi mod hi ruħ ħajja li tinsab miegħu f'kull ma' jagħmel, u li ladarba kienet ruħ tajba, hi kienet qed titlob għalih quddiem Alla.", "Imma fi mħabbtu lejha, Pammakju staqsa l-aktar mistoqsija li kienet tinteressah:", "\"Kif nista' nogħġob lil marti minn fejn hi qiegħda?\"", "U r-risposta, li kienet bħal ispirazzjoni mis-Sema, ħadha mingħand il-ħbieb qaddisa li kellu.", "Beda jimla' ħinu u ħajtu b'għemejjel ta' karità kif kienet tagħmel hi, li mbagħad dawn imlewlu wkoll lil qalbu.", "Kien ċert li b'dan il-mod hu seta' jagħmilha iżjed kuntenta.", "U tassew ġara dan, ladarba dawk l-għeżież li qegħdin jistennewna fis-sema, jifirħu jarawna nġemmgħu għalina teżori u post fil-ġenna biex meta jasal il-waqt, ninġabru lkoll flimkien u ma ninfirdu qatt iżjed.", "U aħna, meta ninfirdu minn ma' xi ħadd għażiż għalina, kif nimlew il-vojt li din il-persuna tkun ħalliet f'ħajjitna u f'qalbna?", "Nirsistu biex ngħixu b'mod li tabilħaqq inkunu nistgħu ningħaqdu ma' dawk l-għeżież tagħna li ħallewlna eżempji tajba fuq x'hiex nimxu, ħalli mbagħad nissieħbu magħhom?", "Min jaf li kieku ningħaqdu ma' xi gruppi ta' volontarjat li minnhom għandna bosta f'pajjiżna, biex barra li nkunu qed nagħmlu l-ġid lill-oħrajn, insibu wkoll is-sapport ta' persuni oħra li jistgħu mbagħad isiru ħbieb tagħna?", "U xi ngħidu għal dawn li ma jistgħux jerġgħu jiżżewġu għax għad hemm marthom jew żewġhom ħajjin u jinsabu separati minnhom?", "Kif qed jimlew il-vojt u l-ħin f'ħajjithom?", "Qed jużawh f'għemejjel li jagħtu glorja lil Alla u jedifikaw lill-proxxmu?", "Talba", ":", "San Pammakju, itlob għalina, li b'xi mod inġarrbu t-telfa ta' xi ħadd li kien ifisser ħafna għalina; agħtina, li fuq l-eżempju tiegħek, aħna nimlew il-vojt ta' ħajjitna b'għemejjel qaddisa bħalek, biex dan jimla wkoll lil qalbna, bil-paċi li għad tkun bla tmiem fis-Sema pajjiżna.", "Ammen.", "English Version:", "http://faith.nd.edu/s/1210/faith/interior.aspx?sid=1210&gid=609&pgid=16085&cid=32368&ecid=32368&crid=0&calpgid=61&calcid=53508", "Alternative Reading:", "https://vhoagland.wordpress.com/tag/coelian-hill/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Pammachius", "Tagħrif dwar San Ġilormu:", "https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0lormu", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eef1117f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-5-25-san-ludoviku-ta-franza/", "title": "25 ta' Awwissu: San Ludoviku ta' Franza", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "San Ludoviku ta' Franza", "\"Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b'qalbek kollha u b'saħħtek kollha.", "Mingħajr dawn, m'hemmx salvazzjoni.\"", "San Ludoviku", "SAN LUDOVIKU TA' FRANZA", "Re", "1214 – 1270", "Tagħrif:", "San Ludoviku twieled f'Poissy, Franza, fil-25 ta' April, 1214.", "Kien iben ir-Re Ludoviku VIII.", "Fl-1226, tilef lil missieru, u billi kien għadu tifel ta' tnax-il sena, ommu saret Reġġenti, u mexxiet il-pajjiż floku.", "Ta' dsatax-il sena żżewweġ lil Margerita, u tfal kellhom ħdax: ħames subien u sitt ibniet.", "Fl-1235, meta kellu 21 sena, ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh, u sar Ludoviku IX ta' Franza.", "Kien mexxej eżemplari, u ħadem ħafna biex ikun hemm il-paċi u l-ġustizzja fis-saltna tiegħu.", "Kien jinteressa ruħu fil-fqar, bena sptarijiet u skejjel.", "Kien jgħix ħajja umli u ta' talb tant li kien isib ħin biex jisma' quddiesa kuljum, u jfittex li jagħmel ġid spiritwali lil kulħadd.", "Qatt ma wettaq vendetti, u qatt ma ġera wara ambizzjonijiet u konkwisti.", "Fl-1248, mexxa s-seba' Kruċjata kontra s-Sultan tal-Eġittu li kien qed jhedded l-artijiet imqaddsa, iżda waqa' priġunier tas-Seraċini.", "Meta ġie mifdi fl-1250, huwa bl-armata tiegħu, baħħar lejn il-Palestina fejn dam sal-1254.", "Irritorna lejn pajjiżu hekk kif sema' li ommu, li kienet qed tmexxi l-pajjiż floku kienet mietet.", "Fl-1270, mexxa Kruċjata oħra, iżda waqa' marid fit-Tuneżija fejn miet fil-25 ta' Awwissu.", "Għalkemm iż-żewġ Kruċjati fallew bil-kbir, iżda hu ħalla eżempju mill-isbaħ ta' eroiżmu.", "Il-Papa Bonifaċju VIII ikkanonizzah fl-1927.", "Ħsieb", ":", "Meta Ludoviku kien għadu tifel kien jisma' 'l ommu tgħidlu:", "\"Ibni, aktar irrid narak mejjet milli mtabba' bid-dnub u 'l bogħod mill-grazzja ta' Alla.\"", "Mhux ta' b'xejn li minkejja l-pożizzjoni għolja soċjali tiegħu, tela' b'dawk-il ħafna sentimenti sbieħ li wassluh biex isir qaddis!", "Jalla l-ġenituri, u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal jagħrfu r-responsabbiltà kbira tagħhom li jagħmlu mat-tfal fdati lilhom mhux biss ġid materjali iżda wkoll spiritwali.", "Interessanti wieħed jinnota li t-tradizzjoni tgħidilna li, fost-il ħafna għemejjel ta' karità li għamel dan ir-re, l-aktar waħda li kien iħobb, kienet li jagħti minn ġidu lin-nies għomja.", "Għalfejn taħsbu?", "Għax dawn ma setgħux jaraw li kien hu, ir-re, li kien qed jagħtihom din l-għajnuna.", "Ma riedx it-tifħir tagħhom, imma ried jagħmel dak kollu li hu possibli biex jibqa' anonimu u umli.", "U dan hu propju dak li Ġesù qalilna biex nagħmlu.", "Infatti, fid-diskors tiegħu tal-muntanja, f'Kapitlu 6 tal-Vanġelu ta' San Mattew, Ġesù jgħidilna:", "\"Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.", "Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom.", "Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.", "Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m'għandhiex tkun taf x'inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.\"", "(Mattew 6: 1-4)", "Din dejjem kienet it-tentazzjoni tan-nies spiritwali u reliġjużi, dik li jagħmlu għemejjel tajba bit-tama li xi nies jarawhom u josservawhom ħalli jfaħħruhom!", "U hawn fejn tidħol is-suppervja, li ddawwar it-tajjeb li tkun għamilt u tavvalenak.", "Għalhekk kun bħala San Ludoviku, sakemm ikun possibli.", "Agħmel l-umiltà l-pedament ta' kull opra tajba tiegħek biex imbagħad ikun Alla nnifsu li jonorak u jagħtik il-ħlas xieraq li jkun jistħoqqlok.", "U issa niġu għall-parir famuż li Ludoviku ta lil ibnu bħala testment, li tajjeb li nieħduh għalina lkoll għax tassew huwa validu għal kull żmien:", "\"Għażiż ibni, l-ewwel istruzzjoni tiegħi hi, li għandek tħobb lill-Mulej Alla tiegħek b'qalbek kollha u b'saħħtek kollha.", "Mingħajr dawn, m'hemmx salvazzjoni.", "Żomm lilek innifsek, ibni, 'il bogħod minn kull ħaġa li taf li ma togħġobx lil Alla, jiġifieri fi kliem ieħor, żomm 'il bogħod mid-dnub il-mejjet.", "Għandek tippermetti lilek innifsek li tiġi ttormentat b'kull tip ta' martirju qabel ma tħalli li taqa' fid-dnub il-mejjet!", "Jekk il-Mulej jippermettielek li tgħaddi minn xi tiġrib, kun paċenzjuż u aċċetta dan bi gratitudni, filwaqt li żżomm f'moħħok li dan seħħ għall-ġid tiegħek u forsi wkoll għax kien ħaqqek.", "Jekk il-Mulej jagħtik xi tip ta' prosperit", "à", ", irringrazzjah b'umilt", "à", "u ara li ma ssirx bniedem agħar għax taħkmek is-suppervja jew xi ħaġa oħra, għax int m'għandek qatt topponi lil Alla jew toffendih fejn għandhom x'jaqsmu l-istess doni tiegħu.", "Segwi b'attenzjoni l-uffiċċju divin, bil-ferħ u bid-devozzjoni.", "Sakemm għadek fil-knisja, kun attent li ma tħallix lil għajnejk iduru 'l hemm u 'l hawn, u tgħidx kliem bla bżonn, imma itlob lill-Mulej bil-qima, bil-fomm jew b'talb interjuri mill-qalb.", "Kun ta' qalb kbira mal-foqra, dawk inqas ixxurtjati u dawk imġarba.", "Għinhom kemm tiflaħ u kkunslhom kif tista'.", "Irringrazzja lill-Mulej tal-benefiċċji kollha li jkun tak, ħalli jkun jistħoqqlok tirċievi aktar.", "Kun ġust man-nies u mingħajr tidwir 'l hemm jew 'l hawn, imma żomm biss mal-linja tal-ġustizzja.", "Kun dejjem man-naħa tal-foqra aktar milli ma' dik tas-sinjuri, sakemm tista' tkun ċert mill-verit", "à", ".", "Ara li n-nies tiegħek jgħixu fil-ġustizzja u l-paċi, imma b'mod speċjali dawk li għandhom pożizzjoni ekklesjastika u jagħmlu parti minn ordnijiet reliġjużi.", "Kun devot u ubbidjenti lejn Ommna l-Knisja ta' Ruma u lejn il-Pontifikat Suprem tal-Papa bħala l-missier spiritwali tiegħek.", "Aħdem biex tneħħi d-dnubiet kollha minn artek, partikolarment tad-dagħa u l-ereżiji.", "Fl-aħħar nett, għażiż ibni, nagħtik kull barka li missier li jħobb lil ibnu jista' jagħti.", "Jalla t-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa u l-qaddisin kollha jipproteġuk minn kull ħażen.", "U jalla l-Mulej jagħtik il-grazzja li twettaq ir-rieda tiegħu ħalli b'hekk Hu jkun jista' jiġi moqdi u unurat permezz tiegħek, ħalli fil-ħajja li jmiss inkunu nistgħu flimkien narawh, inħobbuh u nfaħħruh għal dejjem.", "Ammen.", "Talba", ":", "O Alla, int ħadt lil San Ludoviku mit-tmexxija ta' saltna fuq l-art għall-glorja tas-Saltna tas-Sema; bit-talb tiegħu, agħtina li fil-qadi ta' dmirijietna, f'din il-ħajja li tgħaddi, infittxu s-Saltna tiegħek, li tibqa' għal dejjem.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://www.ewtn.com/library/mary/louis.htm", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-louis-of-france/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Louis_IX_of_France", "Il-pariri li San Ludoviku ta lil ibnu bl-Ingliż:", "http://tylertenbarge.blogspot.com/2012/08/saint-louis-letter-to-his-son.html", "Dokumentarju dettaljat u interessanti dwar il-ħajja ta' San Ludoviku:", "Nota: It-Tagħrif dwar dan il-qaddis huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eef14251', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]} {"url": "https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/category/1-1-qaddis-ghal-kuljum/1-1-8-qaddisin-fawwissu/1-1-1-8-2-7-27-santa-monika/", "title": "27 ta' Awwissu: Santa Monika", "text": ["Verżjoni Vidjo:", "Santa Monika", "\"Ibni, ngħid għalija, ma għandi xejn iżjed x'jiġbidni f'din il-ħajja.", "Issa li ntemmet għalija t-tama ta' din id-dinja, ma nafx x'jien nagħmel iżjed hawn jew għalfejn għadni hawn.", "Ħaġa waħda kelli, li minħabba fiha xtaqt nibqa' ftit ieħor f'din il-ħajja: dik li nara lilek nisrani kattoliku qabel immut.", "Alla tani aktar minn hekk, għax int stmerrejt l-hena tad-dinja u issa qiegħda narak taqdi lilu.", "X'jien nagħmel hawn?\"", "Santa Monika lil binha Wistin xi ftit jiem qabel mewtha", "SANTA MONIKA", "Armla", "332 – 387", "Tagħrif:", "Santa Monika twieldet fi ħdan familja nisranija sinjura fis-sena 332, f'Tagaste, illum Souk-Arras, fl-Afrika ta' Fuq.", "Meta kellha madwar sittax-il sena, kif kienet id-drawwa ta' dawk iż-żminijiet, tgħammdet u għamlet l-Ewwel Tqarbina.", "Xi erba' snin wara żżewwġet lil wieħed żagħżugħ pagan jismu Patrizju, u kellha tlitt itfal, żewġ subien u tifla.", "Monika sofriet ħafna minn żewġha minħabba n-natural qalil li kellu u wkoll minħabba n-nuqqas ta' fedeltà lejha.", "Hi ma nfexxitx fil-ġlied u fit-tgħajjir, imma fittxet li tgħix sewwa u tkun twajba, ħelwa u paċenzjuża miegħu.", "Anke omm żewġha kienet tal-istess natural ta' binha, u Santa Monika sofriet ħafna minnha wkoll.", "Wara tmintax-il sena f'din il-ħajja ta' żwieġ, Monika rat lil żewġha jinbidel u jaqbad ħajja tajba u saħansitra sar nisrani.", "Wara sena miet, fis-sena 370.", "Għall-aħħar tal-istess sena, binha l-kbir Wistin meta kellu sittax-il sena, mar jistudja f'Kartaġni li dak iż-żmien kienet il-belt ewlenija tal-Afrika.", "Hemm iltaqa' ma' mara u għex magħha bla ma żżewwiġha sas-sena 385, u kellhom tifel, Adeodatu.", "Sadanittant kien ħaddan l-ereżija tal-Manikej.", "Minn Kartaġni mar Ruma u wara Milan.", "B'qalbha maqsuma Santa Monika kienet issus u tiġri wara binha biex ma jkomplix f'dik il-ħajja.", "Fis-sena, 383 marret Ruma warajh u fis-sena 386, marret Milan.", "F'Milan kellha x-xorti tara l-konverżjoni ta' binha u għenitu jipprepara ruħu għall-Magħmudija minn idejn l-Isqof San Ambroġ fl-Għid tas-sena 387.", "Ftit wara l-Magħmudija, Santa Monika flimkien ma' binha telqu minn Milan biex imorru lura lejn l-Afrika.", "Meta kien f'Ostia jistennew il-bastiment biex jimbarkaw fuqu għal Kartaġni, Monika mardet u fi żmien disat ijiem mietet meta kellha 54 sena.", "Difnuha f'Ostia, iżda fl-1430 il-Papa Martin V ġab ir-relikwi tagħha Ruma fejn illum jinsabu fil-Knisja ta' San Wistin.", "Ħsieb", ":", "Illum tiltaqa' ma bosta nies, b'mod speċjali ġenituri, li għandhom storja ta' qsim-il qalb x'jirrakuntaw dwar xi iben jew bint, jew xi ħadd qarib tagħhom, li ħarġu 'l barra mit-triq tal-fidi, li ma għadhomx imorru quddies jew qed jgħixu ħajja immorali, jew li lanqas għammdu lil uliedhom.", "Huma jistaqsu: \"Imma x'nistgħu nagħmlu?\"", "Ir-risposti huma dawn:", "Itolbu u ibqgħu ipperseveraw fit-talb!", "Agħtu eżempju tajjeb bil-mod kif tgħixu intom.", "Ħobbu bi mħabba qaddisa kif ħabbna u għallimna Kristu.", "Armaw ruħkom b'ħafna paċenzja u tama kbira f'Alla.", "Il-fidi tagħkom f'dan kollu, tgħinkom tkomplu għaddejja fil-ħajja u tagħmilkom nies aħjar.", "Xi kultant tistgħu toħorġu bi stqarrija oħra: \"Imma Alla mhux qed jisma' talbi!\"", "Filfatt, Alla jisma' kull talba li nagħmlu għall-oħrajn, imma hemm ċerti limitazzjonijiet fil-mod kif huwa jwieġeb għal talbna.", "Per eżempju, Alla ma jistax ineħħi l-libertà tal-għażla mill-persuni u jġelgħelhom jerġgħu lura lejn il-fidi bilfors.", "Alla huwa Mħabba u jħobbna tant, li ma joħdilnix il-libertà tagħna, għax tassew l-imħabba hekk titlob.", "Mela meta inti tagonizza fuq persuna/i li telqu l-fidi, għandek tiftakar li Alla qed jaqsam miegħek din is-sofferenza.", "Jekk int jiddispjaċik tant għalihom, immaġina kemm aktar hu ddispjaċut Alla – hu li xerred demmu fuq is-salib għas-salvazzjoni tagħhom!", "Meta naqsmu tbatijiet simili ma' xulxin, dan iressaqna qrib xulxin.", "U għalhekk, meta inti taqsam is-sofferenza tiegħek ma' Alla, żomm f'moħħok li Hu qed jaqsam tiegħU miegħek dwar l-għeżież tiegħek, u dan iressqek qribU.", "Imma x'se jsir mill-persuna/i mitlufa?", "Ejjew inkunu bħal Monika li talbet b'fiduċja u bkiet fuq binha Wistin għal 30 sena sħaħ!", "Afda dak li San Ambroġ qal lil Monika meta din fetħet qalbha miegħu dwar il-qagħda ta' binha:", "\"Ħallih!", "Kompli itlob għalih.", "Huwa impossibli li dan ibnek, li fuqu xerridt ħafna dmugħ, jintilef!\"", "\"Min jistenna jithenna!\"", "Imma rridu nistennew kif stenniet Santa Monika – bis-sabar, bil-kuraġġ, bil-għaqal u bit-talb.", "Għada niċċelebraw il-festa ta' binha Wistin li mhux biss tgħammed, imma sar Isqof ta' Hippo, għex ħajja ta' qdusija u minħabba l-kitbiet prezzjużi li ħallielna, ġie ddikjarat Qaddis u Duttur tal-Knisja.", "Altru semax talbha Alla!", "Monika rnexxielha tara l-konverżjoni ta' żewġha, tal-kunjata u ta' binha Wistin.", "Nistgħu ngħidu li għexet propju biex titlob sa ma jseħħ dan u mietet hienja tassew!", "U int, għalfejn qed tgħix?", "X'inhu l-iskop ewlieni ta' ħajtek?", "Taħdem biex tara l-konverżjoni ta' dawk ta' madwarek?", "Talba", ":", "O Alla, faraġ tal-imnikktin, int, kollok ħniena, ilqajt id-dmugħ li Santa Monika xerrdet bil-qalb għall-konverżjoni ta' binha Santu Wistin; bit-talb tagħhom it-tnejn, agħtina li aħna nibku ħtijietna biex naqilgħu l-grazzja u l-maħfra tiegħek.", "Ammen.", "Liturġija tas-Sigħat:", "Agħfas fuq", "PDF", "jew", "WORD", "biex tniżżel id-dokument.", "English Version:", "http://saintscatholic.blogspot.com/2013/08/today-is-feast-of-st-monica.html", "Alternative Reading:", "https://www.franciscanmedia.org/saint-monica/", "Wikipedia:", "https://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Monica", "Nota: It-Tagħrif dwar din il-qaddisa huwa meħud mill-ktieb \"Qaddisin fil-Liturġija tal-Knisja Universali\", miktub minn Dun Anton Sammut.", "__ATA.cmd.push(function() { __ATA.initDynamicSlot({ id: 'atatags-26942-5ed64eef1539f', location: 120, formFactor: '001', label: { text: 'Advertisements', }, creative: { reportAd: { text: 'Report this ad', }, privacySettings: { text: 'Privacy settings', } } }); });"]}