{"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-ara-xgara-meta-omm-alliet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Afgħas hawn taħt u ara x'ġara meta omm ħalliet lil binta fil-karozza waqt li ħarġet qadja ta' malajr ġewwa ħanut quddiem fejn ipparkjat il-karozza.", "Din li qed tara fil-filmat hija Malak Geriwa, tifla ta' sitt snin.", "Dan il-filmat ħaditu hi waqt li ommha daħlet tagħmel qadja ta' malajr ġo ħanut.", "Romina Geriwa, omm it-tifla, ħallietilha l-arja kkundizzjonata ħabba lis-sħana u Malak mhux talli ma bdietx tiddejjaq tistenna talli xelgħet ir-radio u qabdet tkanta waqt li tieħu l-filmat bil-mobile t'ommha.", "Ommha qaltilna li meta waslet lura mill-ħanut Malak kienet diġa' waqfet tiġbed il-filmat.", "Romina indunat b'dan kollu wara xi erbat ijiem.", "Dan għaliex waqt li kienet qed tqalleb fir-ritratti tal-mobile, sabet il-filmat sħiħ tat-tifla tagħha, għaddejja tqalleb id-di", "ski, tkanta, tiżfen u tinterpreta d-diski.", "Għal dan ommha tefgħet il-filmat fuq Facebook u kitbet 'Qbadtek'."], "title": "Bil-filmat - Ara x'ġara meta omm ħalliet lit-tifla tagħha fil-karozza."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/il-facebook-isalva-lil-dawn-l-anzjani.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Minhabba l-Urugan li ghaddej f'Texas, f'din id-Dar ta' l-Anzjani \"La vita Bella\" beda dieħel ħafna ilma u beda jkaxkar lil anzjani, l-istaff u l-għamara b'kollox.", "L-ilma beda dieħel mil-bibien u f'temp ta ħmistax il-minuta l-ilma tela' m'għola metru.", "Ħafna mil-affarijiet bdew jiflowtjaw fl-ilma filwaqt li uħud mil-anzjani ppruvaw jgħinu lil xulxin kif setgħu.", "Uħud kienu fis-sodda morda 'ma jistgħux jiċċaqalqu\"", "Mill-ewwel l -istaff ċemplu 911 iżda tan 911 qalulhom li minħabba dan l-Urugan, ma setgħux jaslu fid-Dar ta' l-Anzjani.", "Kien hawnhekk li anzjana minnhom ħadet ritratt bil-mobile tagħha u ta' l-oħrajn fl-ilma (li baqa dejjem tiela) u bagħtitu lit-tifla tagħha.", "It-tifla ta' din l-anzjana , kif irċevietu, tefgħat ir-ritratt fuq facebook u talbet għall-għajnuna.", "F'daqqa waħda bdiet ġejja l-għajnuna minn kullimkien , min nies fil viċin li setgħu jaslu hemm.", "U l-anzjani u l-istaff ġew salvati.", "Il-Maltempata tropikali bl-isem ta' Harvey qed tolqot l-Istati Uniti.", "Hija maltempata kbira li aħna hawn Malta ma nistgħux nimmaġinawha.", "Jghidilna Peppi Azzopardi li snin ilu kien inqabad f'Urugan imsejjah Francis.", "\"Niftakar konna l-Amerika u ġejna biex niġu lura u beda ġej maltemp inkredibbli.", "Tal-lukanda laqqgħuna u qalulna li ħadd ma seta jiċċaqlaq minn hemm ġew.", "Aħna kellna nibqgħu hemm ġimgħa extra.", "Niftakar jien, għax ma kontx naf, kont abbużajt ftit u ħrigt.", "Kont se mmut.", "Ir-riħ itajrek u jsabtek.", "Kelli inżomm mal-ħitan waqt li quddiemi ir-riħ beda jaqla il-bankijiet mill-art.", "Pulizija li kienu faċċata bdew jgħajtu biex nidhol il-ġewwa u li kieku setgħu jiġu ħdejja kienu jarrestawni.", "Għax l-ordni kienet li ħadd ma joħrog jekk ma jkunx evakwat ħabba li fejn ikun qed joqgħod ikun ta periklu\"", "Bħalissa hemm urugan li mid dehra huwa iktar b'saħħtu minn dak li kien fih Peppi mal-familja tiegħu.", "Is-servizzi ta 'emerġenza ta' Houston irċevew kważi 6,000 talba għal salvataġġ.", "Il-gwardja tal-kosta qalet li kienet salvat 1,200 ruħ, li minnhom 200 kienu mill-ajru.", "Waqt dan l-istess uragan reporter li kienet qed tirraporta d-diżastru live min ġot toroq,", "spiċċat issalva raġel maqbud ġo truck.", "L-uffiċjali jgħidu li din hija l-akbar maltempata fl-istorja tal-istat ta 'Texas.", "Rekord 75cm ta 'xita waqa", "fuq il-belt ta 'Houston, li dawwar toroq fi xmajjar.", "Dan l-uragan qed jiġi mqabbel mal-uragan Katrina li seħħ 2005 u skont id-direttut ta' l-emerġenza kif tispicca il-maltempata iridu is-snin biex il-pajjiż jirnexxielu jirkupra min dan d-diżastru.", "Peppi jirrakonta li minhabba l-urugan , f'dik il-Ġimgha żejda li għamlu magħluqin fil-kamra , kellu jħassar diversi appuntamenti. \"", "Wiehed mill-appuntamenti b'kumbinazzjoni kien mal-Ministru Francis Zammit Dimech.", "Niftakar l-Indpendent kienet għamlet titolu \"Francis keeps Peppi away from Francis."], "title": "Il-Facebook isalva lil dawn l-anzjani mill-mewt. Peppi jirrakonta kif kien inqabad f'uragan simili."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/illejla-fuq-it-tv-se-nittanta-ma-nibqax.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Darren iddejjaq fuq l-ixkaffa.", "Jixtieq isib it-tfajla tal-ħolm tiegħu.", "Ilu jipprova.", "Illejla se jipprova jsibha minn fuq it-television.", "Minn fuq Tough Luck.", "Illejla wara l-aħbarijiet tat-8.00 fuq TVM.", "Darren Pace huwa wiehed mil-kompetitur tal-programm tal-lejla ta' Tough Luck.", "Illejla Darren se jirrakonta għaliex iddejjaq jekk nistgħu insejħulu hekk fuq l'ixkaffa' u se jirrakonta ukoll, għala it-tfajla ideali tiegħu ma tridx tkun tħobb il-klieb.", "Darren huwa persuna li tħobb ħafna il-festa ta' Santa Venera u jħobb ħafna il-futball.", "Pero huw", "a persuna storbjuż ħafna u għaldaqstant il-ħbieb ta' Darren jixtiequ li llum fil-programm, Darren jirnexxielu jsib it-tfajla ideali tiegħu.", "Clint Portelli wkoll se jkun f'Tough Luck tal-lejla u se jirrakonta l-istorja tiegħu.", "Clint ibagħti min brain damage.", "Huwa twieled b'din il-kundizzjoni u ma kinitx faċli għalih.", "Sfortunatament Clint tilef lil missieru meta kien għadu żgħir.", "Clint jirrakonta kemm kienet iebsa ħajtu speċjalment kemm kien iħossu mweġġa meta kienu jghajruħ in-nies minħabba il-kundizzjoni tiegħu.", "Fil-programm se titkellem ukoll omm Clint u tirrakonta il-weġa ta' omm kull darba li kienet tara lil binha jiġi 'bullied'.", "It-tielet storja tal-lejla se niltaqgħu ma Elaine Dimech, persuna li daħlet tistudja ta' 30 sena u li rnexxiela tasal fejn riedet għax qegħda taħdem mat-tfal bħalma dejjem xtaqet.", "Tħobb tagħmel il-crafts u llum waqt il-programm se naraw ħafna xogħol min tagħha.", "Tkunu tafu aktar illejla fil-programm Tough Luck."], "title": "Illejla fuq it-TV se nittanta ma nibqax fuq l-ixkaffa."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/tifel-li-ma-jaqtax-qalbu-imma-jaqtalek.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan huwa filmat li bħalissa qed idur il-facebook.", "Għandu iktar minn 22 miljun view u huwa filmat ta' inspirazzjoni għal kull min xi darba jew oħra qata' qalbu f'ħajtu.", "Fil-filmat jidher dan it-tifel li għalkemm għandu diżabilita, xorta waħda ma jaqtax qalbu u jipprova jaqbad il-ballun u jtellgħu it-taraġ.", "U aħna kultant naqtgħu qalbna ma l-ewwel ostaklu li nsibu..."], "title": "Tifel li ma jaqtax qalbu imma jaqtalek nifsek. (Ara il-filmat u tifhem aktar)"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/tagmel-tattoo-u-tgin-lil-bjorn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Minn €50 tagħmel Tattoo għand uħud mill-aqwa artisti li jpinġu fuq il-ġisem.", "L-ALS Malta", "flimkien ma' Ozzy Lino, se tiġi organizzata Tattoo", "bejn l-1 u", "t-3 ta' Settembru.", "jibdew minn €50", ", se jiġu mpinġija minn uħud mill artisti f'Positive Vibrations, San Ġwann u se jsiru kollha", "b'risq ALS Malta!", "Jekk trid tpinġi", "m'għandekx titlef din l-opportunità.", "Biex tibbukkja tista ċċempel fuq 79981911.", "Jiddispjacina għall-kwalità tal-awdjo."], "title": "Tagħmel tattoo u tgħin lil Bjorn"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/jekk-joffrulek-paga-tajba-taccetta-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fir-Renju Unit, ħanut għall-adulti professjonali, qed jirreklama li għandu bżonn mara sabiex tipprova vibrators, lingerie u dak kollu li jqajjem eċitament sesswali.", "Dan l-impjieg huwa full-time fejn il-kandidat irid jaħdem jumejn mid-dar u tlett ijiem fl-uffiċċju.", "Is-salarju huwa ta' €30,429.84 fis-sena.", "Dan ifisser madwar €2,535.82 fix-xahar!", "Jekk għadek m'intix kuntent bil-paga, min se jintgħażel se jkun intitolat għal żmien ta' mistrieħ fil 'birthday', kura tas-saħħa privata, sħubija f'Gym, u iktar.", "Ovvjament dawn ma tippruvahomx fil-pubbliku.", "U ma tarax!!", "Dawn tippruvahom fil-privat, imbagħad tagħti rapport dwar kif sibtom.", "Issa kun onest miegħek innifsek.", "Taċċetta?", "Le?", "Jew għadek qed taħsibha?", "Kos, f'Malta dan l-avviż kien ikun illegali?", "Le mhux għax ix-xogħol huwa marbut mas-sess, imma għax ma tistax tgħamel avviż għal xogħol u titlob għal mara jew għal raġel.", "f'Mejju li għadda", "waqt studju li sar, ġie", "issuġġerit li l-istaff fuq il-postijiet tax-xogħol għandom jitħallew jimmasturbaw matul il-ħinijiet ta'", "l-uffiċċju", "Dan iżid l-attenzjoni ta'", "l-impjegati", ", inqas agressjoni", "u jtejjeb il-produttività.", "X'taħseb?"], "title": "Jekk joffrulek paga tajba, taċċetta li taħdem f'post fejn tipprova il-logħob u l-għodda sesswali li joħorġu qabel ma tal-ħanut joħroġom għall bejgħ?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/meta-alliena-vince-laus-duane-tilef-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": [", imwieled fl-1 ta' Jannar, 1945 f'San Ġiljan u", "kien popolari fuq ir-radju", "u televiżjoni.", "Bniedem ċajtier u ferrieħi.", "Duane li huwa ir-raġel tal-preżentattriċi Angie Laus (il-kunjatu),", "jgħidilna li Angie u missieru kienu jħobbu lil xulxin u jaqblu ħafna", "vjament it-tnejn li huma", "Ma' Duane, ħafna nies għadom jitkelmu u jiftakru lil Vince b'ċertu nostalġija.", "lum il-ħsibijiet ikunu fuq x'ġara eżatt 13-il sena ilu", "fl-imħabba tal-mużika minn meta kien għadu żagħżugħ.", "huwa mar l-Ingilterra, fejn segwa", "l-mużika tal-pajjiż aktar mill-qrib u għex hemmek għal 12-il sena.", "Matul dan iż-żmien serva wkoll bħala s-segretarju tal-Fan Club tal-", "grupp popolari -", "Fl-aħħar tas-sebgħinijiet Vince ġie lura Malta u ried jagħmel il-mużika Maltija iktar popolari fost il-Maltin.", "Għalekk f'Ottubru 1978, huwa nieda s-Soċjetà ta' l-Apprezzament tal-Mużika tal-Pajjiż, li kellha aktar minn 200 membru.", "F'Awwissu 1991, Vince ingħaqad ma' Super 1 Radio u kiseb popolarità permezz tal-programm tiegħu \"", "Nagħżel Jien, Nagħżel Country", "F'Ottubru, 1999 din id-darba fuq Super 1 TV, ixxandar l-ewwel programm bl-isem '", "' li kien programm iddedikat kollu kemm hu għall-mużika Country.", "Interessanti kif qabel dan, Vince beda jxandar fuq l-istazzjon tar-radju Libjan-Malti, Leħen il-Ħbiberija u Solidarjeta' – stazzjon li ma kellux ħajja twila wisq.", "Iktar tard beda jikteb ukoll artikli informattivi fuq gazzetti u magażin's lokali.", "Iżżewweġ lil Daphne fil-21 ta ' Settembru 1969 wara li ġew introdotti lil xulxin minn D.J Brittaniku, Robbie Dale.", "Huma kellhom żewġt itfal, Sherri u Duane.", "Vince Laus miet fir-residenza tiegħu propju bħall llum is-26 ta' Awissu 2004 fl-età ta' 59 sena.", "Il-mara tiegħu Daphne, mietet fis 26 ta' Settembru, 2010 ...6 snin wara żewġha Vince.", "Apparti il-familjari u il-ħbieb, Vince ħalla warajħ eluf ta' Albums, C.D's u oġġetti relatati oħra.", "Vince, il-mużika mhi se tinsik qatt u \""], "title": "Meta ħalliena Vince Laus. Duane tilef lil missieru u Angie tilfet lill kunjatu."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/mhux-veru-li-fil-knisja-ir-ragel-beda.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt minn iNews", "Għadn", "if ġejna i", "minn qarib tal-mejjet li attenda", "il-", "il-Marsa", "li fih daħlet persuna Afrikana bla mistenni.", "Dan il-qarib qalilna li hu jiġi mill-mejjet u kien fil-Knisja waqt il-Funeral.", "Huwa rrabjat", "l mod kif il-midja gidbet biex tkun sensazzjonali", "ghax l-affarijiet ma ġrawx kif intqal.", "Filwaqt li kkonferma li", "l-bniedem kien", ", huwa", "qal", "bniedem", "qatt ma resaq lejn il-bankina u", "qatt ma għajjat ​​li Allahu", "bar, iżda", "talab sabiex", "il-", "imur is-sema ma' Ġesù Kristu", "li hemm Alla wieħed biss", "u \"send him to Jesus\".", "Huwa beda jitlob għall mejjet.", "Filwaqt li ma", "jiġi aċċettat qatt li", "tkun fis-", "' wieħed", "ħobb, din il-persuna hija ferm rrabjata", "għall", "mod kif din l-istorja ġiet mibdula.", "Qarib ta' din l-istess persuna i", "wkoll lill-Patrijotti", "biex jiċċaraw", "ir-rapport", ", iżda għal darb'oħra, il-verżjoni tiegħu ġiet injorata.", "li jingħad dak li ma' ntqalx\" \"F'pajjiżna kulħadd huwa milqugħ u naqbel li jekk il-barranin ma joqgħodux għal liġijiet tagħna, nibgħatuhom lura imma dan mhux il-każ\"."], "title": "\"Jien kont hemm u mhux veru li dak ir-raġel Afrikan beda jgħajjat 'Allahu Akbar' - Jitkellem qarib tal-mejjet li kien qiegħed hemm."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/meta-lill-boyfriend-qaltlu-li-kienet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["tgħix", "ħajjitha", "fil-faxxinu tal-isbuħija u il-lussu tar-runways tal-imudellar.", "Anke fuq il-paġni ta' 'Vogue' iżda hija qatt ma kienet kompletament kuntenta.", "minn dejjem", "kienet taf li ma kinitx fil-ġisem it-tajjeb.", "Meta għalqet", "l-20 sena hi bdiet it-tranżizzjoni tagħha minn raġel għal mara, u", "lestietha fl-età ta' 21 sena.", "\"Kienet stramba għalija li kont nimmudella qabel ma'għamilt il-bidla għax fl-immudellar irid ikollok kunfidenza fik innifsek.", "Pero' issa nħossni mill-aqwa\".", "trabbiet f'familja konservattiva", "fejn iħadnu ir-reliġjon", "bħala xhieda ta'", "Jehovah u għal bidu ma kenitx ċert", "jekk il-familja tagħha kienet", "tappoġġja", "il-bidla", "tagħha imma għalkemm għal ewwel kienu dubjużi, huma appoġġaw bis-sħiħ id-deċiżjoni tagħha.", "Filfatt għall bidu kien xokk għal ommha imma bħal kull omm li tħobb lil uliedha, hi tinsab kuntenta propju għax tara lil bintha kuntenta.", "Eden iltaqat ma", "l-għarus Malik McBride meta marret tiekol fir-ristorant fejn", "ħdem.", "Bħal ma kważi jiġri dejjem f'", "każijiet bħal dawn, m", "eta qaltlu li kienet transġender, kien ixxukkjat, iżda wara ftit żmien induna li ma setax jitlob", "għal", "mara aħjar.", "L-ottimiżmu ta'", "huwa ta' ispirazzjoni u", "trid tkun ta'", "eżempju għall oħrajn."], "title": "Meta lill boyfriend qaltlu li kienet twieldet f'ġisem ta raġel."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/stijl-gdid-ta-protesta-fit-turkija.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bla għajjat, bla storbju, bla ġlied.", "Din it-tip ta' protesta qed issir f'diversi postijiet fit-Turkija.", "L-għan hu li jitwassal messaġġ lil pulizija, mingħajr ħafna tensjoni u vjolenza, u minflok b'ħafna kalma li tqajjem kurżita'.", "Eluf ta' persuni qed joqgħodu mifruxin fi pjazzezz sħaħ bilwieqfa, f'silenzju perfett.", "Dawn in-nies jemmnu li d-dinja ma tinbidilx bil-vjolenza, iżda bil-kalma.", "Din it-tip ta' protesta ġiet ispirata ħafna minn Mahatma Gandhi, li kien jinsisti li revoluzzjoni issir fis-skiet."], "title": "Stijl ġdid ta' protesta fit-Turkija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-grupp-ta-tfal-maltin-jagti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn it-tfal ta' bejn 5 u 15 -il sena għadhom kemm tellgħu", "ġewwa Disneyland f' Pariġi.", "Dawn it-18 -il student u studenta kantaw, żifnu u rreċtaw fil-Videopolis Theatre, f'Discoveryland.", "It-tfal ġew magħżula minn Centre Stage Malta u mill-Malta National Choir.", "Ara parti minn dan ix-", "fil-filmat t'hawn taħt:"], "title": "Bil-Filmat: Grupp ta' tfal Maltin jagħti show f'Disneyland"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/jekk-l-ewwel-gurnata-bla-las-niedulu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Interessanti kif ħafna mill-ħaddiema li qed jismgħu bil-proposta tal-", "qed iwieġbu, 'mhux nieħdulu jumejn?'", "Sa issa l-unika", "li ħarġet titkellem kontra din il-proposta hi l-", "L-", "qed tipproponi li l-ewwel ġurnata tas-", "għandha tkun bla ħlas, peressli qed ikun hemm żieda qawwija ta' sick leace fost il-ħaddiema, speċjalment wara l-weekend.", "L-", "stqarret ukoll li fl-eventwalita' li l-ħaxixa ssir legali f'Malta, min iħaddem għandu jkollu dritt ikeċċi lil ħaddiema li jinqabu jpejpu l-ħaxixa waqt ix-xogħol u għandu dritt jagħmel testijiet fuq il-ħaddiema li jrid biex jiċċekkja jekk humiex taħt l-effett tad-droga.", "Qalu ukoll li min iħaddem għandu jkun infurmat dwar ħaddiema li jikkonsmaw il-ħaxixa, anki wara l-ħin tax-xoghol, u għandu dritt li ma jħalliex il-ħaddiema jaħdmu jekk ikunu taħt l-effett tal-ħaxixa.", "Ir-raġuni ewlenija għaliex l-", "qed tagħmel dawn il-kundizzjonijiet fuq l-użu tal-ħaxixa mill-ħaddiema hi għax persuni li jikkonsmaw din id-droga għandhom iżjed ċans li jkollom bżonn is-", "r-raġunijiet għala dawn il-persuni hemm iżjed ċans li jkollom bżonn", "huma; a.) li d-droga fiha nnifisha tista' tikawza ċerta mard, u b.) għax jista' jkun hemm ħaddiema li jieħdu is-", "peressli jkunu għadhom taħt l-effett tal-ħaxixa meta jsirihom il-ħin għax-xoghol."], "title": "Jekk l-ewwel ġurnata bla ħlas, nieħdulu jumejn"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/xjigri-jekk-bid-drone-taqbad-lilu_25.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Żgur li rajt wieħed itir fuq rasek.", "Tigdibx, għall ewwel żgur li ħsibtu", "jew ajruplan.", "Magħrufa bħala", ", dan huwa inġenju ta' l-ajru mingħajr pilota abbord.", "Oriġinarjament kellom użu għall missjonijiet ta' spjunaġġ u għal użu militari iżda issa qed jespandu b'rata mgħaġġla l-applikazzjonijiet kummerċjali, xjentifiċi, rikreattivi u oħrajn.", "Imma dan trid liċenzja għalih?", "Illum l-ebda Regolament Ewropew ma jeżisti biex", "jintużaw mil", "l-Istati Membri kollha għalkemm ċerti stati għandhom liġijiet lokali", "L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) li tagħha Malta hija membru ħarġet il-vidjo ta'", "tagħrif għall-prototipi kurrenti.", "Għalkemm m'hawn l-ebda liġi lokali kontra d-dwana għal Malta biex tirregola din l-attività, madanakollu il-permessi għal", "jistgħu jinħarġu fuq bażi ta' każ b'każ mid-Direttur Ġenerali għall-Avjazzjoni Ċivili (DAC).", "F'konformità mal-liġijiet Ewropew, id-DAC mhux se jippermetti operazzjonijiet ta' drones fuq membri tal-pubbliku, vetturi jew bastimenti, proprjetà, bliet u irħula popolati, qrib runways jew l-ajruporti, oqsma ta' importanza kritika bħal sptarijiet, power stations, bini ta' importanza Politika, eċċ.).", "Aħna nirrakomandawlek li jekk se ttajjar wieħed u tiffilmja fuq propjeta' privata, ħu il-kunsens mingħand il-ġirien.", "Tevita li taqbad lilu bla ħwejjeġ maġenb il-pool u lilha mal-ġardinar.", "...Ma' tgħamilx ħażin jekk titlob karta bil-miktub aqqas.", "Jekk wara dan li għadek kif qrajt, għadek trid tixtri u jew issuq wieħed, applika għal permess fuq drones.aviation@transport.gov.mt"], "title": "X'jiġri jekk bid-drone taqbad lilu għarwien u lilha mal-ġardinar?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/alex-perice-calascione-jghid-li-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan qalu waqt intervista ma' Xarabank ftit jiem qabel il-kunsilliera u t-tesserati jibdew il-proċess tal-għażla ta' Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.", "Fl-intervista, Dr Perici Calascione sostna li jixtieq jikkultiva politika minn isfel għal fuq, u mhux minn fuq għal isfel, u għalhekk stqarr li ma xtaqx jikkommetti ruħu fuq proposti minn issa, għax jekk jagħmel hekk, hu stess ikun qed jiddeċiedi waħdu fuq miżuri li għad irid jieħu l-partit.", "Jinsisti li la hu u l-anqas il-Partit ma ghandu jiehu pozizzjoni fuq il-legalizazzjoni jew il-prostituzzjoni qabel ma jkun hemm diskussjoni infurmata.", "Qal ukoll li jixtieq jagħti aktar importanza lill-volontarjat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, b'mod li l-volontarjat isir fergħa oħra fil-partit, bħall-fergħa tal-MŻPN, il-fergħa tan-nisa, u l-bqija.", "Meta mistoqsi jekk Daphne Caruana Galizia għenitx jew fiklitx lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, Dr Perici Calascione saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu jissettja l-agenda hu, u mhux jistenna lil xi blogger biex tissettja l-agenda tal-partit.", "Fl-intervista, Dr Perici Calascione jwieġeb ukoll dwar Franco Debono, dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu ta' rikreazzjoni u dwar il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni.", "Din l-intervista kienet parti minn sensiela ta' intervisti li Xarabank għamel mal-erba' kontestanti għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Kellna 17-il mistoqsija għal kull kandidat u tajniehom ċans 10 minuti biex iweġbuhom.", "Tista' tara l-intervisti l-oħra fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank jew fuq din il-"], "title": "Alex Perice Calascione jgħid li ma jistax isemmi ismijiet ta' min jista' iċedilu is-siġġu fil-Parlament."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/missieru-malti-pete-buttigieg-jaf-ikun.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan jismu Pete Buttigieg.", "Missieru Malti, ommu Skoċċiża u hu twieled l-Amerka.", "Pete huwa sindku f'raħal f'Indiana, l-Amerka u bħalissa qed jagħmel ħoss fl-Amerka.", "Mayor Pete Buttigieg għad għandu 35 sena u bħalissa", "qed jagħmel ħoss fl-Amerka għax huwa politiku demokratiku ġo stat republikan.", "Il-Washington Post irreferew ghal Buttigieg bħala \"l-iżjed sindku interessanti li qatt smajt bih\".", "Il-media Amerikana qed tispekula l-possibilta' li Buttigieg jkun il-kap li jmiss tal-partit demokratiku Amerikan.", "In-New York Times ħarġu artiklu dwar Buttiegieg u l-isem tal-artiklu kien jgħid, \"Se jkollna l-ewwel President Gay?\"", "It-tieni darba li kkontesta l-elezzjoni għal sindku, Buttigieg kiseb maġġoranza ta' 80% tal-voti, aktar mill-ewwel darba li kkontesta.", "Meta laħaq sindku, Pete kien l-iżgħar sindku fl-Amerka, u kiseb rekord ta' voti.", "Illum possibilment huwa lizjed sindku li qiegħed jagħmel ħoss fl-Amerka.", "Pete Buttigieg gradwa mill-Universita' ta' Harvard u fl-2013 serva fil-gwerra tal-Afghanistan."], "title": "Missieru Malti; Pete Buttigieg jaf ikun l-ewwel President gay fl-Amerka."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/frank-portelli-jgid-li-se-jirrezenja.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tabib u kirurgu Dr Frank Portelli qed jgħid li għandu pjan ta' kif jirbaħ lura 20,000 vot għall-Partit Nazzjonalista sal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sentejn oħra.", "U jekk ma jilħaqx din il-mira, qed iwiegħed li jirreżenja.", "Dan qalu waqt intervista ma' Xarabank ftit jiem qabel il-kunsilliera u t-tesserati jibdew il-proċess tal-għażla ta' Kap ġdid tal-Partit.", "Fl-intervista Dr Portelli jinsisti li Daphne Caruana Galizia kienet fattur ewlieni li minħabba fiha, il-Partit Nazzjonalista tilef l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet u ta' qabilha.", "\"Daphne dejjem kienet negattiva.", "Qatt ma qalet xejn pożittiv u qatt ma għamlet proposti pożittivi.", "Minflok, moħħha biex tħammeġ u tkisser.", "F'partit immexxi minni, m'hemmx postha,\" jgħid Dr Portelli.", "Frank Portelli jghid li Simon Busuttil inġarr xi ftit minn din il-kultura ta' negattività u wiegħed li jekk hu jkun fit-tmun, il-Partit Nazzjonalista se jkollu attitudni aktar pożittiva.", "Fil-jiem li għaddew, fil-", "Dr Portelli kien ikkwotat jgħid li ddispjaċih li kkontesta għall-Elezzjoni ta' Kap tal-PN.", "U meta mistoqsi dwar jekk jikkunsidrax li jitlaq mit-tellieqa, qal li le, imma xorta jinsab iddispjaċut għall-mod kif ġiet trattata l-familja tiegħu waqt din il-kampanja.", "Fost il-ħafna proposti li qed jagħmel, waħda mill-aktar kontroversjali hi li qed jissuġġerixxi li 80% tal-immigranti li hawn f'Malta jintbagħtu lura lejn pajjiżhom.", "Meta mistoqsi jekk hux se jibgħat anke lil dawk li qed jaħdmu hawn u għandhom it-tfal li twieldu u qed imorru skola f'Malta, qal li lest idaħħal sistemi li jassiguraw li min issetilja f'Malta u qiegħed jikkontrobwixxi għas-soċjetà, ikun jista' jibqa' hawn.", "Dr Portelli tkellem ukoll dwar kif beħsiebu jieqaf jimporta l-karozzi", "u jibda jimporta l-karozzi tal-elettriku, dwar il-koalizzjoni tal-PN mal-PD u dwar liema kandidat jivvota kieku hu ma kienx fit-tellieqa.", "Din l-intervista kienet parti minn sensiela ta' intervisti li Xarabank għamel mal-erba' kontestanti għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Kellna 17-il mistoqsija għal kull kandidat u tajniehom ċans 10 minuti biex iweġbuhom.", "Tista' tara l-intervisti l-oħra fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank jew fuq din il-"], "title": "Frank Portelli jgħid li se jirreżenja jekk ma jirbaħx 20,000 vot sal-Elezzjoni tal-MEPs"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/l-istorja-tal-egrant-ma-nistax-nemminha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-avukat u eks president tat-tim ta' Birkirkara FC, Dr Adrian Delia, qal li ma jistax jemmen l-istorja tal-Egrant qabel ma jara l-evidenza li tissostanzjaha, u jistqarr li kieku hu kien fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista, ma kienx jibbaża l-kampanja elettorali fuq din l-istorja.", "Dan qalu waqt intervista ma' Xarabank ftit jiem qabel il-kunsilliera u t-tesserati jibdew il-proċess tal-għażla ta' Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.", "Fl-intervista Dr Delia jistqarr ukoll li verament offrewlu biex joħroġ għall-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet.", "U meta mistoqsi għalfejn dakinhar ma aċċettax u llum qed jikkontesta għal Kap, spjega li dakinhar kien għadu jokkupa l-kariga ta' President tal-klabb u ammetta li kien wara t-telfa elettorali kbira li ħass li għandu jagħmel xi ħaġa biex ibiddel is-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Fil-jiem li għaddew ingħad li meta Dr Delia kien għadu President tal-klabb tal-futbol, ġie każ ta' korruzzjoni quddiemu, u flok mar għand il-Pulizija ħa lill-", "f'karozza ġo garaxx u interrogah hu.", "Meta mistoqsi jekk din l-allegazzjoni hijiex vera, Dr Delia ammetta li vera kien sema b'każ ta' korruzzjoni, u qabel ma mar għand il-Pulizija għamel l-indaġni interna bħala l-persuna responsabbli mill-klabb.", "\"Meta mbagħad rajt li l-plejer kien qed jiċħad l-allegazzjoni, mort għand il-Pulizija,\" spjega Dr Delia. \"", "għall-korruzzjoni fil-futbol,", "għall-korruzzjoni fil-politika.\"", "Waqt l-intervista, Dr Delia ma jwiegħedx li se jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, imma jwiegħed li jekk jiġi afdat bit-tmexxija tal-Partit, se jkun qed jiltaqa' man-nies u jipproponi miżuri li jolqtu direttament lill-familji tagħhom fil-ħajja ta' kuljum.", "Bħat-tliet kandidati l-oħra, f'din l-intervista Dr Delia jistqarr x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq il-legalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu ta' rikreazzjoni u fuq ir-regolarizzazzjoni tal-prostituzzjoni.", "Din l-intervista kienet parti minn sensiela ta' intervisti li Xarabank għamel mal-erba' kontestanti għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Kellna 17-il mistoqsija għal kull kandidat u tajniehom ċans 10 minuti biex iweġbuhom.", "Tista' tara l-intervisti l-oħra fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank jew fuq din il-"], "title": "\"L-istorja tal-Egrant ma nistax nemminha għax ma rajt l-ebda evidenza\" - Adrian Delia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/il-kandidat-gawdxi-jgid-li-jrid-jibni.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-avukat u membru parlamentari Dr Chris Said qed jgħid li jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħmel minn kollox biex jibni ħafna pontijiet fil-partit li tkissru maż-żminijiet.", "Dan qalu waqt intervista ma' Xarabank ftit jiem qabel il-kunsilliera u t-tesserati jibdew il-proċess tal-għażla ta' Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.", "Fil-leġiżlatura li għaddiet, Simon Busuttil kien bagħat lil Chris Said jaħdem f'Għawdex biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ lil Għawdex fl-Elezzjoni Ġenerali.", "Meta mistoqsi dwar il-fatt li fl-Elezzjoni li għaddiet il-PN tilef lil Għawdex, Dr Said qal li l-missjoni li kellu laħaqha, u dan jixhduh is-", "li kienu qed joħorġu, li ftit qabel l-Elezzjoni kienu qed juru li l-PN kien qed jirbaħ lil Għawdex b'distakk ta' 7%.", "\"Madanakollu, meta l-Gvern ra dan, abbuża mill-", "tiegħu u beda jagħti", "bl-addoċċ mal-Gvern u ma' kumpaniji li jaħdmu għall-Gvern,\" qal Dr Said.", "\"Jekk jiena nkun fit-tmun tal-partit, għandna strateġija biex dan l-abbuż tal-poter jieqaf darba għal dejjem.\"", "Meta mistoqsi jekk Daphne Caruana Galizia għenitx jew tellfitx lill-PN fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, Dr Said stqarr li bħala ġurnalista, Daphne kellha stejjer investigattivi li kienu l-fulkru ta' żviluppi politiċi importanti li seħħew fil-pajjiż.", "Madanakollu stqarr ukoll li filwaqt li jirrispetta x-xogħol ġurnalistiku li tagħmel, ma jaqbel xejn magħha meta tattakka personali lill-persuni, inkluż meta qed tattakka lil Adrian Delia u lil Frank Portelli, li qegħdin fit-tellieqa kontrih għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.", "Fl-intervista Dr Said jgħid ukoll li se jagħmel minn kollox biex għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, il-Partit Nazzjonalista \"ma jkollux bżonn forċini\", jiġifieri ma jkollux għalfejn jagħmel koalizzjonijiet ma' partiti oħra.", "Mill-banda l-oħra jgħid: \"Il-Partit Nazzjonalista huwa miftuħ biex jidħol fih kulħadd, inkluz persuni li fil-passat ikkontestaw ma' partiti oħra.\"", "Fl-intervista, Dr Said jitkellem ukoll dwar il-liġi li tillegalizza l-kannabis għall-użu ta' rikreazzjoni u dwar il-liġi li tillegalizza l-prostituzzjoni u jagħti ħjiel ta' kif kieku jivvota l-Partit Nazzjonalista jekk kemm-il darba hu jkun Kap tal-Oppożizzjoni.", "Din l-intervista kienet parti minn sensiela ta' intervisti li Xarabank għamel mal-erba' kontestanti għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Kellna 17-il mistoqsija għal kull kandidat u tajniehom ċans 10 minuti biex iweġbuhom.", "Tista' tara l-intervisti l-oħra fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank jew fuq din il-"], "title": "Il-kandidat Għawdxi jgħid li jrid jibni ħafna \"bridges\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-id-danusan-u-orajn-gal-fost.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-ħin ieħor, Daniel ta' Danusan, Angie Laus u oħrajn se jaqbdu titjira lejn iż-Żambja sabiex imorru jagħmlu xogħol volontarju.", "Aħna tkellimna ma' Daniel Chircop u qalilna li l-għan tagħhom hu li jibnu skola fiż-Żambja.", "B'hekk illum se jitilgħu f'dan il-pajjiż fqir sabiex jibdew bil-ħidma tagħhom.", "Daniel qalilna li għandhom hemmekk sal-bidu ta' Settembru.", "Il-fondi biex dan il-proġett ikun jista' jseħħ inġabru permezz ta'", "li saru f'dawn l-aħħar xhur mill-personalitijet li qed jipparteċipaw.", "Il-personalijiet li se jkunu qed iwettqu ix-xogħol volontarju fiż-Żambja huma Angie Laus, Artur Caruana, Ivan Gaffiero, is-sopran Claire Ghigo, u Steph Hili.", "Magħhom ingħaqad ukoll xufier tal-linja, Stephen, li ġie magħżul minn fost il-ħaddiema tal-Malta Public Transport sabiex jingħaqad mal-imsemmija personalitajiet għal din l-esperjenza.", "Sander u l-preżentatur Mark Caruana diġa' qegħdin fiż-Żambja u qed jistennew lil Daniel u lill-parteċipanti kollha jitilgħu jingħaqdu magħhom fis-sigħat li ġejjin.", "Ara l-filmat li bagħtulna ftit tal-ħin ilu, waqt li kienu fi triqthom lejn l-ajruport:", "Ix-xogħol li se jkun qed isir fiż-Żambja se jkun qed jintwera fuq il-programm il-Proġett li se jibda jixxandar minn Ġunju li ġej fuq TVM.", "Daniel u Sander qegħdin jipproduċu dan il-programm, filwaqt li Mark Caruana se jkun qed jippreżenta, bħas-snin li għaddew."], "title": "BIL-FILMAT: Id-Danusan u oħrajn għal fost il-fqar fiż-Żambja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/l-awtur-tad-diska-dwar-l-iffrizar-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-jiem ilu aħna tkellimna ma' Clint Abela Wadge dwar id-diżappunt tiegħu għall-kanzunetta Maltija dwar l-iffriżar tal-embrijuni fil-proċess tal-IVF.", "Illum, l-awtur tad-diska George Cassar tkellem ma' Xarabank, u aħna esklussivament qed nippubblikaw it-tweġiba tiegħu għall-kontroversja li nqalgħet.", "George Cassar jgħid,", "hi kontra l-ivf u lanqas kontra l-iffriżar tal-embrijuni.", "Fl-ebda ħin ma tikkundanna lil min jgħaddi minn dawn il-proċessi.", "Il-kanzunetta titkellem mill-perspettiva tal-embrijun waqt il-mument ta' stennija.\"", "Cassar iżid jgħid li hu konxju li embrijuni ffriżati ma jħossux l-emozzjonijiet li jissemmew fid-diska, u jgħid li din hija espressjoni artistika fejn hu qed jagħti kwalitajiet li l-embrijun m'għandux fil-realtà sabiex iwassal messaġġ;", "\"Din hija espressjoni artistika u mhux dokument xjentifiku.", "Fil-fatt lill-embrijun umanizzjatu billi tajtu kwalitajiet li fil-verità m'għandux: il-vuċi, in-nifs u l-qalb għax għalija l-embrijun mhux sempliċiment grupp ta' ċelloli imma potenzjal ta' ħajja.\"", "George Cassar isostni li l-istorja ta' Clint hija filfl-fatt waħda pożittiva għaliex l-embrijun tiegħu u ta' martu llum żviluppa f'tarbija.", "Appuntu l-istorja ta' Clint dan tikkonfermah għax l-embrijun ma ġiex imwarrab imma ħa l-ħajja u ma tħallhiex jistenna għal dejjem bħalma qed jibża' li se jiġrilu l-embrijun fil-kanzunetta\"", "-jgħid George Cassar", "George Cassar sostna ukoll li hu jista' jiddefendi biss il-lirika tal-kanzunetta u mhux il-vidjow li deher fuq il-media soċjali.", "Jiena nista' nitkellem biss dwar il-lirika tal-kanzunetta u nerfa' r-responsabbiltà tagħha.", "Dwar il-vidjow ma kelli x'naqsam xejn u lanqas biss naf min hi l-persuna li ħadmitu.", "Naqbel li huwa kemxejn misleading għax il-kanzunetta hija dwar embrijun u mhux dwar fetu żviluppat kif jidher fil-vidjow.\"", "George Cassar jagħlaq it-tweġiba tiegħu billi jiskuża ruħu;", "Mhux importanti li naqblu imma l-importanti li ma nweġġgħux lil xulxin.", "Jien min-naħa tiegħi niskuża ruħi jekk kien hemm min weġġa' b'din il-lirika għax l-intenzjoni tiegħi żgur li ma kinitx dik.\"", "George Cassar qalilna ukoll li huwa diġa għamel kuntatt ma' Clint Abela Wadge.", "Lil Clint bgħattlu jien personalment u skużajt ruħi miegħu wara li ħassu mweġġa' għal dak li ktibt u dan tista' tikkonfermah miegħu.\"", "Dwar l-istess kanzunetta, ilbieraħ irreagixxa ukoll il-kunsillier Nazzjonalista Alan Abela Wadge, li jigi ħu Clint.", "Alan kiteb ittra miftuħa lil George Cassar, l-", "awtur ta' din id-diska,", "fejn esprima d-diżappunt tiegħu għal din id-diska.", "Alan Abela Wadge appella lil Cassar biex qabel jikteb u jippubblika xi ħaġa ikun ċert li mhux se jagħmel ħsara.", "Abela Wadge żied jgħid li ħadd ma jistħoqqlu jkun insultat talli jkun għamel minn kollox sabiex iġib tarbija fid-dinja", "Abela Wadge jsaqsi għalfejn l-awtur qed jitkellem dwar l-embrijun bħallikieku huwa konxju, meta fir-realtà l-embrijun huwa numru ta' celloli li m'ghandhom l-ebda emozzjoni jew ħsieb.", "Għal din il-mistqosija, George Cassar iwieġeb hekk; \"", "ill-embrijun umanizzjatu billi tajtu kwalitajiet li fil-verità m'għandux: il-vuċi, in-nifs u l-qalb għax għalija l-embrijun mhux sempliċiment grupp ta' ċelloli imma potenzjal ta' ħajja.\"", "Tista' tara l-vidjow li qala' din il-kontroversja hawn taħt:"], "title": "L-awtur tad-diska dwar l-iffriżar tal-embrijuni jwieġeb"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/jaqa-s-saqaf-fuq-l-artal-fir-rabat.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-ħin ilu l-Patrijiet Franġiskani tar-Rabat infurmaw li fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu' fir-Rabat waqgħet parti sew mis-saqaf fuq l-artal.", "B'xorti tajba dan l-inċident seħħ matul il-lejl u b'hekk ma kien hemm ħadd ġewwa l-knisja dak il-ħin.", "Il-Patrijiet Franġiskani qed javzaw li minħabba periklu, ħadd ma jista' jidħol fil-knisja, u qed jappellaw għall-prudenza."], "title": "Jaqa' s-saqaf fuq l-artal fir-Rabat"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-bocelli-jgid-li-t-tenur.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nhar is-Sibt li għadda sar il-kunċert annwali ta' Joseph Calleja fuq il-fosos tal-Furjana; din id-darba flimkien ma' Andrea Bocelli.", "Waqt il-kunċert Bocelli stqarr li Joseph Calleja hu t-tenur favorit tiegħu.", "Ħafna kienu inkwetati li Bocelli jista' jkun ma jattendix għas-serata minħabba li ftit tal-jiem qabel kien marid tant li ħassar xi kunċerti oħra li kellu skedati.", "Iżda b'xorti tajba, nhar is-Sibt li għadda Bocelli kien f'saħħtu u flimkien ma' Calleja u artisti oħrajn tella' kunċert mill-isbaħ.", "Dis-sena il-kunċert kien ukoll ċelebrazzjoni f'għeluq l-20 sena minn meta Joseph Calleja ddebuta għall-ewwel darba f'din l-industrija.", "Artisti oħrajn li wkoll kienu parti minn dan il-kunċert huma Destiny Chukunyere, is-sopran Gillian Zammit, il-bass baritone minn Wales Sir Bryn Terfel, u l-mezzo sopran Marvic Monreal, li hija tfajla ta' 25 sena li qed tistudja u taħdem fl-opra barra minn Malta.", "Dawn l-artisti kienu lkoll assisti mill-", "Malta philharmonic orchestra", "taħt id-direzzjoni tal-Maestro Eugene Kohn u mill-BOV Joseph Calleja", "Tista' tara ftit mill-aqwa mumenti fil-filmat t'hawn taħt:"], "title": "Bil-Filmat: Bocelli jgħid li t-tenur favorit tiegħu huwa Joseph Calleja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-il-bewsa-ta-ben-u-peppi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kieku f'Malta għandna l-kultura li nagħtu isem lis-", ", kieku wara lbieraħ filgħaxija nistgħu ngħidu li għandna koppja ġdida - Peppen - Peppi u Ben.", "Dan għaliex ilbieraħ Ben u Peppi dehru jbusu lil xulxin", "fuq it-televixin.", "Tista' tara l-filmat ta' kif ġrat hawn taħt.", "L-istorja kollha bdiet meta Ben stieden lili u lil Peppi biex immorru fuq il-programm", "Tnejn Tnejn,", "li jagħmel kull nhar ta' Tnejn filgħaxija fuq ONE.", "F'dan il-programm jistieden diversi personalitajiet, u jistedinhom tnejn tnejn.", "Fil-programm tal-bieraħ kien imiss lilna u fost l-oħrajn tkellimna fuq il-", "li jinkitbu dwarna fuq l-internet, qajjimna argument fuq iż-żewġ pitturi ta' Peppi, rajna l-invit tat-tieġ ta' Peppi u Mandy, tkellimna fuq il-famuża verġinità tiegħi, ġagħluni nagħżel tfajla li togħġobni waqt logħba li għadni s'issa nistħi li lgħabtha, u wara li għażilt lil Valentina Rossi, ċemplulha minn wara dahri u kelli nkellimha ġo nofs il-programm.", "Qatt ma naf li spiċċajt bla kliem quddiem", ".", "Imma lbieraħ lanqas kelma waħda ma stajt ngħid.", "Lgħabna wkoll diversi logħob, fosthom logħba li fiha Peppi spiċċa faqa' żewġ bajdiet friski ġo nofs wiċċu, ħaġa li qatt ma bsart li se tiġri imma li għal xi raġuni ħassejt sodisfazzjon kbir meta rajtha.", "Il-famuża bewsa bejn Peppi u Ben seħħet waqt waħda mil-logħbiet.", "Ben qabad jistaqsini fuq il-bewsa li kont bist lil Peppi fuq it-televixin u bid-daħka ta' wieħed li kien ilu jippjanaha minn filgħodu qalli biex nerġa' nbusu.", "Dak il-ħin jien ftakart li fil-bidu tal-programm, Ben kien introduċa lil Peppi billi qal li \"jħobbu.\"", "Kien qed jirreferi għall-ammirazzjoni li għandu lejh bħala personalità.", "Ftakart f'dak il-mument, u dik kienet it-tibna li qbadt magħha biex ma nerġax negħreq.", "U għedtlu:", "\"Għax ma tbusux int?!", "Fil-bidu tal-programm mhux int għedtlu li tħobbu?!\"", "U balleċ biesu.", "Mhux darba, imma darbtejn, u t-tieni darba kienet partikolarment twila.", "Lil Ben Camille qatt ma rajtu jagħsar għajnejn daqsekk bis-saħħa.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, jiena għandi kull interess li nkabbar din l-istorja kemm nista', anke għaliex issa hemm persuna oħra barra jiena u Mandy, li bisna lil Peppi.", "Allura dalgħodu tkellimt ma' Kristina, li hija l-mara ta' Ben, u staqsejtha x'ħasset meta rat dik il-bewsa.", "Staqsejtha wkoll jekk bdietx tgħir.", "\"Mela l-ewwel joqgħod jaqbad miegħi għax Ben ikollu l-", "man-nisa fuq Strada Stretta, u issa qed ibusli lir-raġel hu!\" qaltli Kristina, li ma setgħetx tieqaf tidħak meta rat dik ix-xena.", "Kristina kienet qed tirreferi għal storja li ġrat f'Xarabank is-sena l-oħra.", "Mela aħna konna stedinna lilha u lil Ben biex jitkellmu fuq it-tieġ f'Xarabank.", "U għall-bidu kienet vera diffiċli biex nipperswaduha tiġi fil-programm, għax hija tfajla mistħija u ġenwinament ma tħobbx tidher.", "Fl-aħħar ikkonvinċejnieha u Peppi xtaq jaqbad ftit magħha waqt l-intervista u staqsieha jekk tgħirx meta tara lil Ben ibus nisa oħra fuq Strada Stretta.", "Dakinhar, it-tweġiba li tatu ħallietna kollha ħalqna miftuħ:", "U allura, meta tatni dak il-kumment kienet qed tirreferi għal dik id-darba, li jidher li baqgħet iżżommhielu fil-komma.", "Staqsejtha wkoll x'ħasset meta rat lil żewġha jbus lil Peppi: \"Ħeq...it-tieni bewsa damet daqsxejn iżżejjed eh!\"", "Insomma, dik għaddiet ukoll.", "Però għandi nifhem li kemm jien u kemm Ben ħloqna preċedent kbir meta bisna lil Peppi.", "Ejja nittamaw li l-ebda", "tal-ebda programm ieħor ma jaraw dan il-bews u jiġuhom aktar ideat biex jistednuna nitbewsu fuq il-programmi tagħhom."], "title": "BIL-FILMAT: Il-bewsa ta' Ben u Peppi"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/il-patrijotti-joorgu-jwasslu-ikel-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Għaqda Patrijotti Maltin kienet qed tappella biex jinġabru ikel, ilma u flus għal dawk abbord il-vapur C-STAR.", "L-appell intlaqa' u llum il-patrijotti rnexxielhom iwasslu kulma ġabru lil dawk abbord il-vapur.", "Ftit tal-jiem ilu, il-Gvern Malti rrifjuta t-talba li dan il-vapur jidħol fil-port Malti għar-raġuni li l-għan ta' dan il-vapur hu li jwassal mibegħda kontra l-eluf ta' immigranti li qed jivvjaġġaw lejn l-Ewropa.", "Il-Prim Ministru qal li l-gvern Malti mhux se jħalli lil \"Malta tiġi użata minn din l-orgranizzazzjoni xellugija razzista, jekk mhux nazzista\".", "ritratt - Merħba? - Andrew Borg Carbott", "Il-Patrijotti Maltin qed isostnu li mhux minnu li dan il-vapur huwa vapur tal-mibegħda, anzi qed jirreferu għalih bħala l-vapur li qed jiddefendi lill-Ewropa.", "F'dawn l-aħħar jiem diversi membri tal-Għaqda Patrijotti Maltin ingħaqdu sabiex jiġbru ikel, ilma u fondi biex jassistu lil dawk abbord il-vapur C-STAR, ħalli jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom."], "title": "Il-Patrijotti joħorġu jwasslu ikel u xorb fuq il-vapur li ma tħalliex jidħol Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/mijiet-isellmu-lil-janie-turner_21.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Facebook mimli kummenti u ritratti jsellmu lil Janie Turner, omm ta' tliet subien li kienet maħbuba minn ħafna.", "Il-mijiet ta' persuni li kitbu fuq Facebook sabiex ifakkru l-memorja ta' Janie Turner huma xhieda tal-qalb tajba u l-ġenwinità ta' Janie.", "Dawn huma ftit mill-ħafna", "li l-ħbieb u l-qraba ta' Janie tellgħu fuq facebook.", "Oħt Janie Turner, Carmen, mietet fl-1 ta' Awwissu ta' 24 sena ilu, ftit metri l-bogħod minn fejn mietet Janie."], "title": "Mijiet isellmu lil Janie Turner"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/jien-twelidt-tifla-fgisem-ta-tifel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Shanaia Micallef għadha kemm għamlet operazzjoni biex tibdel is-sess tagħha.", "Illum Shanaia tista' tgħix ħajjitha iżjed komda għaliex id-dehra ta' ġisimha tirrifletti l-persuna li verament hi.", ", Shanaia se tirrakkonta kif kienet tħossha meta kienet għadha żgħira u kienet tgħix f'ġisem ta' tifel.", "Kulħadd kien jgħajtilha b'isem ta' tifel u kulħadd kien jassumi li hija tifel, filwaqt li", "hi kienet tħossha tifla.", "Shanaia se tirrakkonta x'ġara dakinhar li qalet lil ommha li hi tifla u mhux tifel kif dejjem ħasbu li hi.", "Shanaia se taqsam ukoll l-esperjenza tagħha tal-operazzjoni serja li għamlet ftit żmien ilu, u tgħidilna illum kif qiegħda tħares lejn il-futur.", "Leanne Cini wkoll se tkun f'", "tal-lejla u se tirrakkonta l-istorja stramba ta' kif fil-", "ma raqditx mar-raġel tagħha biss.", "Leanne se tgħidilna wkoll kif il-", "tagħha spiċċa praspura wara li ddeċidiet li tagħmlu fil-baħar.", "Leanne tgħix ħafna minn ħajjitha b'uġigħ li ma jista' jifmhu u jispjegah ħadd.", "Leanne tbati mill-", "Giulia Borg hija persuna li ddeċidiet li tibdel ħajjitha kompletament.", "Illum tgħix għal bintha.", "Illejla f'Tough Luck se nsiru nafu ħafna dwar Giulia mingħand kuġinitha u mingħand il-ħabiba tagħha.", "Li nafu sa issa hu li Giulia ffissata li trid kollox fl-ordni u f'postu!"], "title": "Jien twelidt tifla f'ġisem ta' tifel"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/din-id-diska-wegggetni-afna-clint.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Clint jinsab imweġġa' ħafna b'diska Maltija li nħarġet riċentament.", "Id-diska titkellem dwar l-iffriżar tal-embrijuni fil-proċess tal-", ".", "Clint qalilna li hu ddiżappuntat għax permezz ta' din id-diska qed jitwassal messaġġ qarrieq.", "\"Id-diska tant iddiżgustanti li qas flaħt nismagħha kollha.", "Qed jagħmlu promotion ta' xi ħaġa li mhijiex minnha.", "Użaw stampi ta' fetu mqabbad mal-ġuf tal-omm.", "Qed ipoġġu stampa li m'għandha x'taqsam xejn\"", ", qalilna Clint.", "Clint għadda mill-kanċer għall-ewwel darba fl-età ta' 15-il sena, u waħda mill-konsegwenzi tal-marda kienet l-infertilità.", "B'hekk dak iż-żmien lil Clint kienu refgħulu l-isperma tiegħu ġo", "biex meta jkun jixtieq isir missier jagħmel l-IVF u x-xewqa tiegħu ssir realta'.", "Ftit tax-xhur ilu Clint u MaryRose saru ġenituri għall-ewwel darba, wara li għaddew mill-process tal-", "\"Kieku dak iż-żmien ma ffriżawlix l-isperma u kieku ma kienx jeżisti l-IVF jien u MaryRose ma kienx se jkollna lil Emma\",", "jgħid Clint.", "Clint żied jgħidilna, \"", "Meta jsir l-iffriżar tal-embrijuni, qed nitkellmu fuq żewġ ċelloli u mhux fuq fetu bħall-istampa li użaw fil-vidjow tad-diska.", "Jekk iridu jwasslu messaġġ, jwassluh in the right way għax dan huwa gideb sfaċċat.\"", "Din hija d-diska li qed jitkellem dwarha Clint:"], "title": "\"Din id-diska weġġgħetni ħafna\" - Clint"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/asbuhom-immigranti-u-tgidx-kemm-gajruhom_21.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn iż-żewg irġiel suwed intlemħu bilqiegħda fuq bank.", "Xi ħadd ħadilhom ritratt, tellgħu fuq facebook, u malajr bdew il-kummenti negattivi u t-tgħajjir, fosthom li dawn l-'immigranti' qed ipappuha minn fuq darna.", "Li ma rrealizzax min ikkummenta hu li dawn iż-żewġ irġiel mhumiex immigranti, iżda huma l-attur popolari Samuel L Jackson u l-exsplayer tal-Basketball Amerikan, Magic Johnson, u li dawn it-tnejn qegħdin fuq btala."], "title": "Ħasbuhom immigranti u tgħidx kemm għajruhom"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/ben-camille-u-peppi-azzopardi-jbusu-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iva.", "Din ġrat vera.", "Meta tkun taħseb li f'ħajtek rajt kollox, titfaċċa waħda ġdida li ssammrek u tħallik ħalqek miftuħ.", "Dan mhuwiex ritratt editajt.", "Ben Camille u Peppi Azzopardi VERA biesu lil xulxin.", "Kienet ta' bla ħsieb, imma kif jgħidu, ta' bla ħsieb jirnexxi.", "Ben stieden lili u lil Peppi għall-programm tiegħu", "Tnejn Tnejn,", "u meta ġie biex jintroduċi lil Peppi qal li huwa bniedem li verament jammirah u \"jħobbu.\"", "Insomma...għaddiet.", "Aktar tard fil-programm, waqt li konna qed nilagħbu logħba, Ben staqsieni x'ħassejt meta fuq it-televixin għamluli sfida biex inbus lil Peppi Azzopardi.", "Bl-onestà kollha għedtlu li għaddejt minn ħafna esperjenzi isbaħ f'ħajti, u eżatt malli għedtha, tefagħli l-bomba.", "\"Jiġifieri ma naħsibx li tiddejqu terġgħu tagħmluha fuq it-televixin hux?\" qalilna b'daħka mqarba ta' wieħed li kien jidher li ilu jippjanaha minn filgħodu.", "Ma ridtx nemmen!", "F'qalbi bdejt nirrealizza li se jkolli nerġa' nagħmilha.", "Tifhmunix ħażin.", "Lil Peppi nħobbu ħafna, imma l-bews nixtieq inħallih għal Mandy...u onestament ma ngħirx għaliha.", "Insomma, bdejt nara kif se noħroġ minnha.", "Imbagħad ftakart f'dak li kien qal Ben dwar Peppi fil-bidu tal-programm.", "U għedtlu:", "\"Isma, għax ma tbusux int?", "Fil-bidu tal-programm mhux INT għedt li tħobbu?!\"", "U balleċ, ma kinitx kelma.", "Mingħajr ma ħasbuha darbtejn, Ben u Peppi biesu lil xulxin.", "Dan li għedt huwa biss FTIT mill-istorja kollha kif ġrat.", "Din il-bewsa, flimkien mal-programm kollu fejn konna mistedin jien u Peppi se jixxandru fuq il-programm ta' Ben Camille għada.", "Jiġfiieri jekk tixtieq tkun taf eżatt kif ġrat u tara din il-bewsa storika, għada t-Tnejn ibqa' se jkollok tibqa' ġewwa biex tara l-programm", "Tnejn Tnejn,", "fit-8:15pm fuq ONE.", "Min-naħa tagħna, nixtiequ nirringrazzjaw lit-tim ta'", "li stednuna għal dan il-progamm u tawna l-filmat qabel ixxandar biex inkunu nistgħu nieħdu din is-", ".", "Ejja ngħidu li kienet esperjenza li m'aħna ħa ninsewha qatt."], "title": "Ben Camille u Peppi Azzopardi jbusu lil xulxin"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/ara-hawnekk-ftit-mill-aqwa-verzjonijiet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Ġimgħa 22 ta' Settembru tibda l-ħarifa u jispiċċa s-sajf.", "Miegħu jkun spiċċa wkoll ir-renju għal dan is-sajf – 'Despacito'.", "Despacito nistgħu ngħidu li kienet id-diska ta' dan is-sajf.", "Fil-fatt f'inqas minn 6 xhur, onlajn rawha iktar minn 4.6 biljun persuna.", "Fonsi, il-moħħ wara din id-diska", "qal li kulma ried huwa li n-nies jiżfnu.", "Għalhekk dak li ġara ma kienx b'kumbinazzjoni li Despacito hija waħda mill-aqwa", "Latini li nbiegħet fl-Istati Uniti.", "Għalkemm din id-diska hija popolari, ħafna minnkom forsi dejqitkom.", "Fil-fatt il-Malasja, li fil-maġġoranza n-nies huma Musulmani, ipprojbixxiet din id-diska milli tindaqq fuq l-istazzjonijiet tal-istat għaliex raw li l-lirika hija offensiva.", "Ma jistax jonqos li fuq is-siti soċjali ssib parodiji u vidjows oħra.", "Aħna sibna ftit mill-aqwa u poġġejniehom hawnhekk.", "Uħud minnom wisq probabbli diġà rajtuhom imma żgur li ma tiddejjaqx terġa' tarahom.", "Li kieku kellha tkun parti mil-logħob tal-kompjuter ta' żmien it-tmeninijiet, kienet tkun xi ħaġa hekk -", "Tismagħha kull fejn tkun u kull fejn tmur -", "Dan id-dentist ŻGUR li kulħadd rah -", "...Din għal min iħobb il-mużika", "Iva, anke lil Chuck Norris qażżet -", "u din tal-aħħar biex tiffriska -", "Issa jekk għandek il-verżjoni tiegħek ibgħathielna.", "Jekk le baqagħlek ftit jiem oħra tismagħha żgur!"], "title": "Ara hawnekk ftit mill-aqwa verżjonijiet ta' Despacito"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/trid-tara-biex-temmen-imma-tixtieq-tara.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ fil-Kottonera, proprju fl-ibliet tal-Birgu u Bormla, ingħaqadna mal-grupp", "jżur postijiet fejn jintqalu stejjer magħrufa", "għall-", "Għalkemm barra minn Malta dan ix-xogħol jiġi kkritikat minħabba n-nuqqas ta' metodu xjentifiku, dan xorta jittieħed b'serjetà kbira fejn kumpaniji u individwi jużaw kameras apposta flimkien ma' apparat ieħor.", "Charmaine Borg, gwida professjonali fejn smajna bl-istorja tal-Grey Lady ta' St. Angelo, l-istorja interessanti ta' Bettina Testaferrata, il-mara tal-Markiż D. Mario Testaferrata fejn tintqal l-istorja tal-abbati li nħaraq ħaj fi Triq Wenzu Dyer fil-Birgu u kif ukoll dar Bir Mula f'Bormla fejn smajna stejjer li ġraw propju f'dan il-post.", "Jingħad li", "f'dan il-post", "l-laqgħat bejn l-Ottomani u l-Kavallieri", "kif ukoll laqgħat sigrieti.", "Ir-riċerka paranormali tmur lura għas-seklu 19, b'organizzazzjonijiet bħas-Soċjetà għar-Riċerka Psikika li tinvestiga kwistjonijiet spiritwali.", "ir-riċerkatur psikiku Harry Price ppubblika l-konfessjonijiet tiegħu.", "L-interess fl-iħirsa u spirti kienet ippopolarizzata fis-snin 2000 permezz ta'", "serje televiżivi", "bħal", "Dan il-ħin abbli", "jew qed tħares warajk jew", "qed tqarres wiċċek", "emmen jew ma", "temminx, il-", "joħloq splużjoni ta' interess", "ġieli mort tinvestiga postijiet li huma rrappurtati li jidhru l-iħirsa?", "Tixtieq?", "Jew", "ġieli kellek xi esperjenza?", "Ċemplilna fuq 21249200, kellimna fuq Facebook jew ibagħtilna", "fuq xarabank@tvm.com.mt", "Bettina Testaferrata Palazzo, il-Birgu.", "Il-Bieb tal-propjeta' fejn l-abbati nħaraq ħaj fi Triq Wenzu Dyer, il-Birgu.", "Dar Bir Mula, il-Bormla."], "title": "Trid tara biex temmen. Imma tixtieq tara biex temmen? Jew tibża'?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/xtaseb-gandu-jkun-hemm-zona-gall.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ġie għal taħt għajnejna dan ir-ritratt li ttieħed nhar il-Ħadd li għadda fil-bajja magħrufa għat-tafal bejn il-ġnejna u l-bajja tar-Riviera.", "F'dan ir-ritratt wieħed jista' jinnota l-ammont ta' opri tal-baħar u għalkemm f'din il-bajja ma tantx għandha aċċess faċli biex wieħed jinżel fiha bil-mixi, iżuruha ħafna turisti.", "Imma dan iċaħħad milli wieħed jinżel jiffriska?", "Il-popolazzjoni tal-karozzi u tad-dgħajjes żdiedu?", "Irridu nittolleraw iżjed lil xulxin?", "Għandu jkun hemm prudenza?", "U l-awtoritajiet?"], "title": "X'taħseb? Għandu jkun hemm żona għall-għawwiema wkoll?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/minn-btala-mal-familja-fuq-cruise-liner.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-ġ", "imgħa li għaddiet", "waqt btala ta' 12-il ġurnata mal-familja fuq", "tfajla Maltija ta' 13-il sena, spiċċat tkanta spontanjament fil-", "mal-pjanista residenti tal-vapur.", "kellha rispons pożittiv ħafna mill-mistednin preżenti u wkoll mill-pjanista nfisha, tant li stedn", "tha terġa'", "lejl ieħor", "Waqt l-istess btala, it-tfajla Maltija", "​​flimkien ma", "residenti li kienet iddoqq fin-", ", fejn anke din id-darba, kienet milqugħa tajjeb.", "Haley mal-kantanti ta' Prism Band", "Lejliet l-aħħar ġurnata tal-", "daħlet", "f'kompetizzjoni", "miftuħa għall-mistednin kollha li fiha hija spiċċat bħala rebbieħa."], "title": "Minn btala mal-familja fuq cruise liner, spiċċat kantat u rebħet."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/insistew-li-ma-ridux-li-jservihom-wieed.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["fuq Facebook, omm imweġġa' kitbet hekk: \"Din is-sena t-tifel tiegħi li huwa kważi 17 iddeċieda li jaħdem ftit xhur tas-sajf u jaqla' ftit flus żejda.", "Huwa qiegħed jaħdem f'restorant f'Marsaskala u kien tassew entużjast li sab l-ewwel impjieg.", "Fit-tieni jum, meta mar biex jieħu l-ordnijiet, tal-mejda, li kienu barranin, insistew li jkunu servuti minn persuna differenti .\"", "Gabriel, peress li għadu qed jitħarreġ, intervjena minfloku l-maniġer u staqsa x'inhi r-raġuni għal din it-talba.", "It-tweġiba kienet li dawn ma ridux li jkunu moqdija minn raġel skur.", "Ir-rispons fuq din il-", "kien wieħed kbir u pożittiv tant li xi nies bdew jistaqsu fejn hu r-restorant sabiex imorru hemm.", "L-omm tkellmet magħna u qaltlilna:", "\"Mhux l-iskop tiegħi li nqajjem", ".", "Kienet il-frustrazzjoni li ġegħlitni nikteb hekk.", "Hija stramba li wieħed jirrifjuta servizz mingħand xi ħadd għax ta' kulur skur.\"", "Ta' min isemmi li l-maniġer dak il-ħin skuża ruħu f'isimhom u qal li jekk din l-istorja terġa' tirrepeti ruħha, dawn ma jiġux servuti u se jkunu mitluba jħallu l-post.", "XARABANK jixtieq jifraħ lil dan ir-restorant tal-azzjoni li ħa."], "title": "\"Insistew li ma ridux li jservihom wieħed ta' ġilda skura\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/il-vapur-tal-mibegda-riesaq-lejn-malta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Defend Europe - Il-vapur li jiddefendi jew tal-mibegħda?", "Il-vapur kontroversjali kontra l-immigranti, bħalissa qiegħed 'il barra mill-ibħra territorjali Maltin.", "Sa issa ma saret ebda talba biex jidħlu Malta u mhux ċar jekk il-Gvern Malti hux f'pożizzjoni li jirrifjuta li l-vapur jidħol hawn Malta.", "Peress li dan il-vapur jipprova jimblokka s-salvataġġ fuq refuġjati, dan ħoloq kontroversja fejn NGOs lokali ħarġu twissija sabiex dan il-vapur joqgħod 'il bogħod minn Malta.", "Ma jistax jonqos li fuq facebook tqajmu diversi reazzjonijiet fosthom dawk li insistew", "\"li għandna nħallu lil dan il-vapur jidħol f'Malta.\"", "Din hija r-reazzjoni ta' Peppi.", "U int x'taħseb?"], "title": "BIL-FILMAT: Il-vapur tal-mibegħda riesaq lejn Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/gagglu-applikaw-gax-jumejn-ora-ikun.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Malti għadu kif", "irċieva 10 boroż ta'", "studju ġodda mill-Università Amerikana ta' Malta (AUM), li jammontaw għal aktar minn €300,000", "Dawn, il-Gvern", "lill-istudenti f'Malta", "biex", "joħolqu aktar opportunitajiet għall-istudenti", "li għadhom ma ggradwawx.", "L-istudenti li jirċievu l-borża ta'", "studju se ji", "dħlu fl-ewwel parti tal-binja li se tkun lesta f'Settembru li ġej f'Bormla.", "Dawn l-", "10 boroż ta'", "studju jkopru tliet korsijiet", "mifruxa fuq 4 snin li huma", "Il-Gvern ser jipprovdi wkoll stipendji lill-għaxar studenti mogħtija l-boroż ta'", "Jekk imħajjar, għaġġel għax l", "-applikazzjonijiet għal dawn il-boroż ta'", "studju huma miftuħa sal-20 ta' Awwissu 2017.", "Għal aktar informazzjoni, agħmel kuntatt fuq"], "title": "Għaġġlu applikaw għax jumejn oħra ikun tard wisq"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-minn-footballer-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Bħala patri jkollu tentazzjonijiet ta' nisa?\"", "tajjeb ħafna.", "Internazzjonali.", "Għamel sitt snin jilgħab mal-", ".", "Kien jgħix ta' sinjurun.", "Kellu", ".", "Min-nisa ma kienx nieqes lanqas.", "U għaġġeb lil sħabu xħin qalilhom li se jitlaq kollox għax ried jagħti ħajtu għal Alla.", "Daħal Patri Dumnikan.", "Li tfisser li issa assolutament ma għandu xejn, lanqas ċenteżmu tiegħu.", "Xejn.", "\"Kelli ħolma li jkolli", "Xtrajtha.", "Wara xahrejn xbajt minnha u ridt xi ħaġa oħra.", "Illum għandi lil Alla f'ħajti u minn Alla ma tixba' qatt.\"", "Illum se jkun qed jaħdem ġo skola b'900 student.", "Waqt li tkellimna miegħu fakkarna ħafna f'Fr Hillary li bħala patri uża l-isport biex iwassal lil Ġesù Kristu.", "Fr Philip hekk jidher li se jagħmel.", "Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT: Minn footballer tal-Manchester United għal patri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/filmat-esklussiv.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan il-filmat bagħathulna xi ħadd minn fuq il-", "ta' ħaddiema f'lukanda Spanjola."], "title": "FILMAT ESKLUSSIV"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bkumbinazzjoni-llum-iddecidejna-li-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-preżentatur Deo Grech bħalissa jinsab f'Barċellona fuq btala u jinsab 10 minuti biss 'il bogħod minn fejn seħħ l-attakk li ftit ħin ilu ħalla mill-inqas persuna mejta u ħafna oħrajn midruba.", "Ma' Xarabank Deo jispjega li kienet kumbinazzjoni kbira li hu u sieħbu Adrian Spiteri ddeċidew li llum ma jmorrux f'", "fejn seħħ l-attakk.", "\"Hija kumbinazzjoni kbira ħafna.", "Ninsab tajjeb imma biex inkun onest ixxukkjat ħafna meta naf li dan l-inċident seħħ 10 minuti 'l bogħod minn fejn qiegħed jiena,\" jistqarr Deo.", "Iżid jgħid li qatt ma għadda minn esperjenza bħal din.", "\"Sirna nafu għaliex ċemplulna minn Malta biex jaraw kif aħna.", "Imbagħad morna niġru lejn il-lukanda u dħalna niċċekkjaw x'qed jiġri minn fuq Facebook u minn fuq il-mezzi tal-aħbarijiet,\" jispjegalna Deo.", "li tella' Deo Grech fuq Facebook", "Deo jgħid li baqa' sorpriż li dan l-attakk seħħ f'Las Ramblas: \"Skantajt kif seħħ hemmhekk għax Las Ramblas huwa l-iktar post f'Barċellona li jkun hemm ammont kbir ta' pulizija.\"", "Jispjegalna l-atmosfera t'hemmhekk: \"Bħalissa ħlief sireni u ħelikopters mhux nisimgħu.", "Filli kien hawn atmosfera rilassanti u filli nqelbet għal waħda allarmati ħafna.\"", "Però din l-esperjenza mhux se twaqqaf lil Deo milli jmur safra oħra: \"Nirringrazzja lill-Mulej li ma ġratx lili u nitolb għall-oħrajn li ndarbu.", "Però din l-esperjenza mhux se żżommni milli mmur safra oħra.\"", "Jgħidilna li filwaqt li", "tal-familja saru jibżgħu meta jsiefer minħabba dan it-terroriżmu, l-unika ħaġa li jiddejjaq jagħmel meta jkun imsiefer hi li jirkeb l-metro minħabba li jkun taħt l-art u fih ikun hemm ħafna nies."], "title": "\"B'kumbinazzjoni llum iddeċidejna li ma mmorrux Las Ramblas\" - Deo Grech minn Barċellona"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/dan-il-grupp-ta-35-maltin-fbarcellona.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Grupp ta' 35 Malti u Maltija bħalissa jinsabu għal vaganza f'Barċellona, u fil-mument li seħħ l-attakk terroristiku llum waranofsinhar, il-Maltin kienu qegħdin tliet minuti bogħod minn fejn il-vann abjad saq għal fuq in-nies.", "Aħna tkellimna bit-telefown ma' Joseph Testa, li huwa t-", "tal-grupp u qalilna minn xiex għaddew u x'ħassew.", "Dak il-ħin li seħħ l-attakk, it-", "Malti kien qed jistenna l-grupp jinġabar fil-", "biex joħodhom lura l-lukanda.", "\"Konna litteralment wara l-kantuniera minn fejn seħħ l-attakk,\" qalilna Joseph.", "\"U dak il-ħin kont qed nistenna erba' persuni mill-grupp ġejjin proprju minn dik il-pjazza fejn seħħ l-attakk.\"", "Joseph jirrakkonta li dak il-ħin ħass xokk kbir, għax f'idejh kellu r-responsabbiltà ta' ħafna nies li seta' ġralhom xi ħaġa.", "U qalilna li sakemm ra l-grupp kollu miġbur fil-", "qalbu ma setgħetx tistrieħ.", "\"Kien hawn, u għad hawn stress kbir fil-Belt.", "Kulħadd jimxi mbeżża' u l-forzi tal-ordni qalulna biex kemm jista' jkun nibqgħu ġewwa.\"", "Forsi waħda mill-aktar affarijiet tal-biża' hi li lbieraħ, eżatt fil-ħin tal-inċident, il-grupp kollu kien eżatt fil-pjazza fejn illum seħħ l-inċident.", "\"Kieku l-attakk kien pjanat li jseħħ ilbieraħ kien isib il-Maltin kollha hemm,\" qalilna Joseph, li sakemm kellimnih kien jinstema' li għadu ma ġiex f'tiegħu.", "Għalkemm ma weġġa' ħadd, ix-xokk fost il-Maltin huwa evidenti.", "Ħafna minnhom qed iċemplu lill-familjari biex jgħidulhom li huma jinsabu", ", uħud minnhom qed jibżgħu jidħlu fiċ-ċentru tal-belt u Joseph stess qalilna li issa jrid ibiddel daqsxejn il-pjanijiet li kellu għall-jiem li ġejjin.", "Għall-ħabta tal-5:30pm tal-lum, il-Pulizija Spanjola kkonfermat li seħħet ħabta kbira fiċ-ċentru tal-Belt.", "Il-Pulizija kkonfermat ukoll li diversi nies weġġgħu.", "Aktar tard sar magħruf li dan kien attakk terroristiku.", "Vann abjad tela' fuq il-bankina u saq għal fuq in-nies li kienu qegħdin fi pjazza enormi jisimha Las Ramblas.", "Il-vann baqa' sejjer u ħarab minn fuq il-post.", "Xufier ta' taxi li ra kollox qal li l-vann kien għaddej b'veloċità kbira u beda jiknes lil kull min isib quddiemu.", "Sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu jidher li nqatlu żewġ persuni u ħafna oħrajn ġew feruti gravi."], "title": "Dan il-grupp ta' 35 Maltin qegħdin Barċellona u kienu 3 minuti bogħod minn fejn seħħ l-attakk"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-dawn-huma-xi-waqtiet-mill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ waranofsinhar ngħatat l-aħħar tislima lil Karmenu Ellul, magħruf aktar bħala l-Balaj.", "Fil-funeral kien imdawwar minn dawk kollha li ħabb u ħabbewh matul ħajtu, jiġifieri l-familjari u l-ħbieb intimi tiegħu u ż-żwiemel li tant kien iħobb.", "Aħna morna l-funeral u dawn ta' hawn taħt huwa xi ftit mumenti minn dak li ġara lbieraħ.", "Karmenu kellu 72 u miet għax ittajjar minn karozza waqt li kien qed jaqsam it-triq ta' Aldo Moro, il-Marsa, nhar is-Sibt li għadda.", "Dik il-ġurnata kienet waħda kerha ħafna fit-toroq tagħna, għaliex fiha ġraw ammont kbir ta' inċidenti.", "Dakinhar, f'temp ta' 18-il siegħa ġraw 3 inċidenti tat-traffiku li ħallew 3 persuni mejta.", "Wieħed minnhom kien il-Balaj.", "Fuq Facebook mijiet kienu dawk in-nies li wrew sogħba kbira għall-mewt tal-Balaj u diversi personalitajiet u persuni magħrufa oħra minn kull qasam tal-ħajja tkellmu dwar il-qalb tajba tiegħu.", "Dakinhar stess li miet, aħna tkellimna ma' ibnu, Joe Ellul, li b'qalbu maqsuma qalilna li din is-sena wkoll, 8 xhur ilu biss, tilef lil ommu.", "Joe kien irrakkonta li sal-lejl ta' qabel, jiġifieri sa ftit sigħat biss qabel seħħ l-inċident, hu u missieru kienu reqdin ħdejn xulxin.", "Tista' taqra x'kien qalilna", "Il-funeral sar ilbieraħ fil-Knisja ta' Marija Reġina, il-Marsa, u kien funeral differenti ħafna mis-soltu, għaliex in-nies kollha ġew bil-karozzini u t-tebut ta' Karmenu nġarr f'karozzella tal-mejtin miġbuda miż-żwiemel li tant kien iħobb.", "Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT: Dawn huma xi waqtiet mill-funeral ta' Karmenu Ellul il-Balaj"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/kieku-l-video-tal-mara-garwiena-gie.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara li kien ippubblikat il-video tal-mara għarwiena xi jiem ilu, ġbarna ftit reazzjonijiet kuntrastanti ħafna.", "Kien hemm ħafna li kkundannaw il-fatt li ġie ippubblikat dal-filmat.", "Oħrajn jemmnu li mhux talli għandna nippubblikawh, imma talli għandu jiġi mgħallem fl-iskejjel.", "Andrew Farrugia jgħid: \"Hija xokkanti li xi nies jieħdu gost u pjaċir minn dawn is-sitwazzjonijiet traġiċi, xokkanti, tad-dwejjaq...\"", "Malcolm Seychell ma jaqbel xejn ma' Andrew Farrugia, u kiteb", "li jgħid: \"Naqbel ma' filmati bħal dawn ħalli jarawhom iż-żgħażagħ tagħna u jkunu jafu x'tagħmillek id-droga.", "Dan il-filmat għandu jiġi mgħallem fl-iskejjel.\"", "Malcolm Seychell, opinjonist", "Aħna tkellimna mal-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta' PBS, Reno Bugeja, u staqsejnieh għalfejn ippubblika dan il-filmat.", "\"Ridt nuri r-realtà vera ta' Paceville.", "Din hija biss x'inqabad fil-", ".", "Dan kien l-iskop,\" qalilna Reno Bugeja.", "\"Jiena stess mort għand il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia, li sa dak il-ħin lanqas kien jaf biha, u rringrazzjani u tani kumment.\"", "Reno Bugeja, Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta' PBS", "Mhux hekk jaħseb l-editur ta'", ", Herman Grech, li kiteb: \"Mhux se nippubblikaw dan il-filmat għax aħna nirrifjutaw li nkunu parti minn din il-", "Iżda madwar sena ilu, meta fuq il-", "ta' San Ġiljan kien ħareġ raġel jiġġoggja għarwien, it-", "kienet ħarġet storja u ppubblikat filmat tar-raġel jiġri għarwien.", "Herman Grech, Editur ta'", "Fuq Facebook, in-nies staqsew lil Herman - allura tal-mara kellek problema tippubblikah u tar-raġel le?", "Mark Mallia jagħmel dan il-punt grafiku: \"Fi żmien l-ugwaljanza, raġel għarwien tgħidx kemm nibagħtuh jieħu 'l hemm u 'l hawn, imma mara tintefa' għarwiena ġo trakk taż-żibel ngħidu li każ mentali.\"", "Kien hemm min qal li hija għarukaża li wħud minn dawk preżenti kienu aktar moħħhom biex jiġbdu l-filmat tal-mara milli biex jgħinu.", "Robert Musumeci jikteb din is-sentenza: \"Taf xiex?", "Minn dawk preżenti, is-suwed ħennew għaliha.\"", "Robert Musumeci, perit u avukat", "Fuq Facebook kien hemm min tella' filmati ta' wieħed iswed qed jiffilmja.", "Oħrajn semmew kemm kienu effiċjenti l-Pulizija.", "Rosalie Freestone-Bayes qalet li l-persuna li ffilmjat instemgħet tidgħi bil-Madonna u nstemgħet tidħak bil-mara.", "Charles Caruana Carabez jirrakkonta li meta kien jaħdem fl-", "kien iġġieled ħafna biex il-karattru ta' Ġaħan ma jibqax jiġi mgħallem fl-iskejjel.", "\"Dak iż-żmien, mingħajr ma kienu jafu u mingħajr ma kienu qed jirrealizzaw, l-għalliema kienu qed jgħallmu lit-tfal kif jirredikolaw persuna 'mhux bħalhom,' bħal Ġaħan.", "Charles Caruana Carabez, edukatur u opinjonist", "Charles Caruana Carabez assuma li din il-mara kienet qed tagħmel hekk minħabba li ħadet id-drogi u jwissi: \"Għadu kif kellna eżempju prattiku ta' kif jaħdmu d-drogi għal skop ta' rikreazzjoni.\"", "Mill-ewwel iwieġeb Sigo Gatt: \"Xi kultant id-drogi huma wżati minn persuni li jridu jinsew ir-realtà li ma jkunux jifilħu jgħixu...", "Inti x'taħseb?", "Ikkummenti hawn taħt."], "title": "Kieku l-video tal-mara għarwiena ġie għandek l-ewwel, kont ittellgħu fuq l-internet?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/fil-marcijiet-tal-festi-qed-jinbieg.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'omelija pjuttost xokkanti li għamel ilbieraħ, l-Isqof ta' Għawdex qal li għandu l-informazzjoni li fil-festi qed jiżdied ħafna t-traffikar tad-droga.", "Qal li fil-marċijiet qed ikun hemm konsum qawwi ta' droga minn żgħażagħ u minn adoloxxenti taħt l-età.", "Qal ukoll li l-ħwienet qed jirreġistraw inqas bejgħ ta' alkoħol u aktar bejgħ ta' ilma, u dan jindika li d-droga fil-festi qed tkun ikkunsmata b'mod allarmanti u qed tkun aċċessibbli ħafna aktar milli wieħed jista' jaħseb.", "L-Isqof Mario Grech qal dan fil-Katidral ta' Għawdex, waqt il-quddiesa tal-festa ta' Santa Marija.", "Huwa tkellem dwar il-figura ta' Marija, li fl-Apokalissi toħroġ rebbieħa fuq id-dragun, li kellu l-pjan li jeqred lilha u lil binha.", "L-Isqof Grech qal li \"kif dakinhar, id-dragun kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art, illum, dan id-dragun infernali qed jiknes u jwaddab mal-art lil ħafna minn uliedna fil-fjur ta' ħajjithom.\"", "\"Waqt li aħna qegħdin għall-kenn hawn ġewwa, jista' jkun li d-dragun qed iħejji biex b'denbu jolqot u jħassar lil dawk li jkunu fil-marċijiet,\" qal lin-nies miġbura fil-Knisja.", "L-Isqof ta x'jifhem li l-aktar droga komuni fl-idejn hija l-kokaina, u wissa biex il-forzi tal-ordni jagħmlu xogħlhom biex iwaqqfu dan it-traffikar.", "Aħna għamilna kuntatt ma' diversi sidien tal-ħwienet tax-xorb f'Malta u Għawdex biex naraw jekk dak li qed jgħid l-Isqof huwiex minnu.", "Mhux il-ħwienet kollha qablu li l-konsum tal-alkoħol naqas.", "Xi wħud qalulna li l-konsum baqa' kif kien.", "Oħrajn qalulna li nnutaw nuqqas żgħir.", "Min-naħa l-oħra, il-maġġoranza tas-sidien li tkellimna magħhom ikkonfermawlna li l-bejgħ tal-ilma żdied ħafna.", "U dak li qalulna s-sidien tal-ħwienet Għawdxin huwa simili ħafna ta' dak li qalulna s-sidien Maltin.", "Wieħed minnhom qalilna: \"Ġieli rajt ġuvintur u xebbiet imdamdmin bi flixkun tal-ilma f'idejhom.", "Ma naħsibx li jkunu ddamdmu bl-ilma.\"", "Ieħor saħansitra qalilna: \"Niftakar żmien meta kien jibqagħlna l-fliexken tal-ilma wara li tgħaddi l-festa, għax ma nkunux bigħejniehom kollha.", "Issa qed inġibu l-ilma u sa qabel il-weekend ikun diġà telaq kollu.\"", "Tkellimna wkoll ma' xi żgħażagħ li jkunu fil-marċijiet tal-festi.", "Filwaqt li qalulna li huma ma joħdux droga, qalulna wkoll li mhux darba u tnejn ikunu f'bar jew każin u jinnutaw kjuwijiet twal u strambi ħafna għat-", "Fl-omelija, l-Isqof esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li dawn l-atti kriminali qed iseħħu f'attivitajiet u f'postijiet ispirati mill-festi li nagħmlu lill-qaddisin, u qal li t-traffikar tad-droga mhix l-unika problema.", "Tkellem ukoll dwar l-użura, is-serq, il-logħob tal-azzard u l-ħasil tal-flus.", "\"Darba wieħed qalli li meta kien imsiefer daħal f'bar jieħu kafè.", "Meta ħallas u talab irċevuta, tal-ħanut tah irċevuta ta' €100,\" irrakkonta l-Isqof waqt l-omelija, b'referenza għall-mod kif fi ħwienet bħal dawn tista' tintuża din it-tattika biex jinħaslu mijiet ta' eluf ta' ewro ta' flus maħmuġin.", "U kompla jwissi: \"Irrid nittama li s-sistema fiskali ta' pajjiżna hija serja biżżejjed biex dawn l-abbużi ma jiġrux.\"", "L-Isqof tkellem ukoll dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis.", "\"Wieħed ma jiġġilidx id-droga bid-droga, lanqas b'dik li tissejjaħ droga ħafifa.", "Id-droga hija ħażina u m'għandna nagħmlu l-ebda ċediment jew kompromess dwar l-użu tagħha.\"", "Madanakollu, l-Isqof qal ukoll li ma jridx jikkundanna lil min jitraffika d-droga.", "\"Nemmen li huma wkoll jeħtieġu l-għajnuna,\" qal.", "Saħaq ukoll li f'pajjiżna għad hawn ħafna familji tajbin, u finalment, \"it-tajjeb dejjem jirbaħ fuq il-ħażin.\""], "title": "Fil-marċi tal-festi qed jinbiegħ inqas alkoħol u aktar ilma, u r-raġuni mhix pożittiva"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/l-istorja-ta-kif-dan-it-tifel-xegel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Matthew Attard jgħoddha b'waħda għax meta kien żgħir kien kważi ħaraq id-dar.", "Kien qed jilgħab, xegħel xemgħa, u ħa kullimkien.", "Matthew huwa wieħed mill-parteċipanti li se jkunu fuq", "illejla, u se jirrakkonta l-istorja kollha.", "Fil-programm ukoll se jirrakkonta kif iltaqa' mat-tfajla fuq programm tat-televixin.", "Illum għandu l-familja tiegħu u llejla se jilgħab bit-tama li jirbaħ", "li għandu bżonn biex jużah għax-xogħol li jagħmel.", "Illejla se tilgħab ukoll Josephine Sacco, li hija ffissata fuq il-karozza.", "Ma tkunx trid taħsilha bil-biża' li tigrifha, u llejla se tilgħab biex forsi tirbaħ sena ħasil tal-karozza b'xejn.", "Josephine tesprimi ħafna ruħha bit-", "u b'xagħarha, u llejla se tirrakkonta ħafna aktar.", "It-tielet storja f'", "tal-lejla għandu ftit tort Xarabank fiha.", "Donna Attard kienet ġiet fuq Xarabank u missierha tgħidx kemm kien għajjat magħha għax ġiet f'Xarabank.", "Tkunu tafu għaliex illejla!"], "title": "L-istorja ta' kif dan it-tifel xegħel xemgħa u qabbad id-dar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/10-affarijiet-li-se-jigru-malli-l-axixa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fi ftit xhur oħra għandhom jibdew id-diskussjonijiet biex f'Malta tiġi legalizzata l-ħaxixa għall-użu rikreattiv, u aħna ta' Xarabank qed inbassru 10 affarijiet li se jiġru malli l-ħaxixa ssir legali.", "10.", "L-istess spettur li nsista li ż-żagħżguħ jeħel il-ħabs fuq abbuż mill-ħaxixa, issa beda jpejjep", "'l hemm u 'l hawn.", "9.", "Fil-purċissjonijiet, l-anzjani bdew joħorġu l-qsari tal-kannabis fuq il-bankina mal-qsari l-oħra.", "8.", "Fl-Università l-KSU torganizza l-", "Ħaxixa Week.", "7.", "Fuq TVM2 jibda jixxandar programm soċjo-edukattiv bl-isem \"Il-Ħaxixa u Int.\"", "6.", "Waqt l-Elezzjoni li jmiss il-Ministru se jkun qed iqassam", "bil-ħaxixa fihom, bis-slogan \"Vot Number 1 għall-Ministru tal-Ħaxi xa.\"", "5.", "L-Arċisqof joħroġ Ittra Pastorali li fiha jagħmilha ċara li wara ċ-ċerimonja taż-żwieġ ma jistgħux jitqassmu", "fuq iz-zuntier.", "L-Arċisqof jgħid li jistgħu jistqassmu biss gallettini u", "4.", "Il-Ministeru tal-Edukazzjoni javża lill-istudenti tas-Sixth Form li mhux permess li tiddaħħal ħaxixa minna barra fl-iskola.", "L-istudenti għandhom jixtru l-ħaxixa mit-", "3.", "Id-deputat parlamentari ċaħad li raqad fil-Parlament għax kien għadu kif ħa l-ħaxixa.", "Huwa sostna li kien ilu ma jieħu ħaxixa mill-", "2.", "Il-Maġistra isib lil Mary Borg ħatja li waqt", "Ħaxixa Party", "inqabdet tpejjep sigarett f'post pubbliku.", "1.", "Mad-daqsxejn ta'", "wara Xarabank, se nibdew nagħtu wkoll", "lil kull min jiġi fis-sala.", "(N.B. Mhux veru li din diġà qed issir bħalissa, anke jekk l-udjenza ta' Xarabank kultant ikunu jidhru", "PS.", "B'din il-liġi, fil-Ħabs mhu se jinbidel xejn.", "Il-ħabsin se jibqgħu jsibu l-ħaxixa fil-Ħabs bħalma jsibuha llum."], "title": "10 affarijiet li se jiġru malli l-ħaxixa ssir legali"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/dan-mariou-daal-jagmel-l-ezami-ta-uh-it.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn Mario u Leli.", "Tewmin.", "Għandhom 52 sena.", "U meta kienu iżgħar, Mario daħal jagħmel eżami ta' ħuh Leli, u ma nduna ħadd!", "Mario u Leli jaħdmu ma' Paul Target u bħalissa qegħdin jaħdmu fuq xi partijiet ġodda li se nkunu qed indaħħlu fis-sett ta' Xarabank għall-iskeda l-ġdida.", "Staqsejthom jekk qattx jitfixkluhom ma' xulxin.", "\"Ġieli ta, għax bqajna nixxiebhu,\" qaluli.", "U meta kienu żgħar ġieli gawdew minn xi privileġġ ladarba t-tnejn huma kopja ta' xulxin?", "Iwieġeb Mario: \"Ijwa ta...darba għamilna waħda goffa nsomma.\"", "Jirrakkuntaw li fil-familja kienu 11 aħwa, u kienu pjuttost fqar.", "Kellhom sett tat-", "wieħed li kien jintiret minn tifel għall-ieħor.", "Meta waslu għat-tewmin, Mario u Leli kellhom jagħmlu l-eżamijiet flimkien u ma kellhomx biex jixtru sett ieħor tat-", ".", "Allura x'għamlu?", "Applikaw it-tnejn għall-eżami, imma dakinhar tal-eżami mar Mario biss.", "Miegħu ħa s-sett tat-", "u ż-żewġ ID", "- tiegħu u taħ ħuh.", "L-ewwel daħal jagħmel l-eżami bl-ID", "fuq ismu.", "Għaġġel kemm felaħ, lesta, ħareġ mill-eżami u bl-ID", "ta' ħuh Leli reġa' daħal jagħmel l-istess eżami tat-", "X'ħin mort biex nidħol għat-tieni darba għamiltha tabirruħi li wasalt tard u ħallewni nidħol,\" jirrakkonta Mario bi tbissima.", "\"Għaddejtu?\" staqsejthom.", "\"Għaddejna t-tnejn li aħna, imma l-isbaħ waħda hi li fl-eżami li għamilt f'isem ħija mort aħjar, u ħija spiċċa b'marka aħjar minn tiegħi!\" qalli Mario.", "Jirrakkuntaw kif ilhom jaħdmu ma' Pawlu Target għal dawn l-aħħar ħames snin.", "\"Pawlu Target jimpressjonana għax kull ħaġa li jivvinta u li naħdmu fuqha aħna, jitkellem fuqha bħala team.", "U dan aħna napprezzawh ħafna.\"", "Ma kellniex ċans nitkellmu fit-tul ħafna, għaliex Mario u Leli qabdu l-għodda biex jitilqu.", "\"Ħa mmorru nkomplu għax jekk se nibqgħu nparlaw, is-sett ta' Xarabank mhux se jkun lest sa Ottubru.\"", "Ritratt tal-faċċata: Mario u Leli mal-imgħallem tagħhom Paul Target.", "Ma nafux eżatt min hu Mario u min hu Leli għax anke aħna għadna qed nitħawduhom."], "title": "Dan Mario...u daħal jagħmel l-eżami ta' ħuh it-tewmi Leli"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/il-abs-tawna-verzjoni-differenti-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ok...mela issa għandna verżjoni ġdida, differenti minn dik li konna qed nirrappurtaw s'issa.", "L-Aġent Direttur tal-Ħabs, Mariella Camilleri, bagħtitilna", "f'isem id-Direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u fiha \"spjegatilna\" x'ġara meta priġunier laqqat xebgħa kbira fil-Ħabs aktar kmieni dil-ġimgħa.", "Din il-verżjoni hija pjuttost differenti milli konna nafu s'issa, u tnibbet mistoqsijiet ġodda.", "Nhar it-Tlieta li għadda filgħodu daħlulna rapporti li kien hemm priġunier fil-Ħabs li laqqat xebgħa kbira.", "Issa aħna bħala Xarabank ikollna interess fi storja bħal din għax dejjem ħdimna biex titħares id-dinjità tal-priġunieri, imma f'dan il-każ, kellna interess partikolari, għaliex aħna nemmnu li dan l-inċident ġara wara storja li ħarġet fuq din il-", "Nhar it-Tnejn filgħodu fuq din il-", "ippubblikajna intervista bit-telefown minn ġol-Ħabs.", "L-intervista kienet ma' omm li talbet li binha, li wkoll qiegħed il-Ħabs, jitħalla jmur għall-magħmudija tat-tifla tiegħu.", "Dan il-priġunier mhux qed jitħalla jmur għal-magħmudija minħabba li l-uffiċjali tal-Ħabs sabu li kien qed jieħu d-droga fil-Ħabs.", "Tista' tara dik l-intervista hawn taħt:", "It-Tlieta wara nofsinhar daħlulna rapporti li xi uffiċjali tal-Ħabs daħlu fiċ-ċella ta' dan il-priġunier, għamlulu rejd, sabulu affarijiet illegali, ħaduh f'parti oħra tal-Ħabs, u hemm laqqat xebgħa kbira.", "Dan ġara inqas minn 24 siegħa wara li aħna ppubblikajna l-intervista ma' ommu, u llum, wara li ilna snin twal niġġieldu għad-drittijiet tal-priġunieri, nifhmu li mhux darba u tnejn, kumbinazzjonijiet bħal dawn ma jkunu kumbinazzjonijiet xejn.", "Ir-rapporti ma bdewx jaqblu għall-bidu.", "Min kien qed jgħid li tawh xebgħa l-uffiċċjali tal-Ħabs stess, u min kien qed jgħid li tawh xebgħa żewġ priġunieri oħra li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija.", "Tajna ftit ċans biex nivverifikaw il-fatti u l-Erbgħa ħriġna", "tal-istorja.", "Ippubblikajna artiklu li fih għedna li għandna rapporti li laqqat xebgħa u tlabna lit-tmexxija tal-Ħabs biex iħalluna nidħlu niffilmjaw fil-Ħabs u niltaqgħu mal-priġunier biex jgħidilna x'ġara u nintervistaw lid-Direttur jew lill-Aġent Direttur tal-Ħabs dwar il-każ.", "Dak l-artiklu tista' taqrah", "Il-Ħamis irċevejna lura mill-Ħabs.", "Infurmawna li ma ngħatajniex il-permess biex nidħlu niltaqgħu mal-priġunier fil-Ħabs u ma ngħatajniex il-permess lanqas biex nidħlu niffilmjaw u nintervistaw lil xi ħadd fit-tmexxija tal-Ħabs.", "Sadanittant sirna nafu wkoll li l-omm ma kinitx qed titħalla tara lil binha fil-Ħabs.", "Tista' taqra d-dettalji ta' dik l-istorja", "Għalina, dan huwa każ serju ħafna, u kien għalhekk li dakinhar stess bgħatnielhom lura.", "Bgħatnielhom sett ta' mistoqsijiet marbuta mal-każ u tlabniehom biex almenu jwieġbu l-mistosqijiet b'", "Il-mistoqsijiet kienu dawn:", "X'ġaralu *isem il-priġunier* nhar it-Tlieta li għadda filgħodu?", "Min tah dik ix-xebgħa?", "Kif tispjega li laqqat xebgħa kbira inqas minn 24 siegħa wara li ommu tkellmet f'intervista ma' Xarabank?", "Xi rapporti qalu li x-xebgħa tawhielu priġunieri oħra.", "Teskludi li dawn setgħu kienu mqabbdin minn uffiċjali tal-Ħabs biex jagħtuh xebgħa?", "Infetħet xi investigazzjoni dwar il-każ?", "Dan il-priġunier instab li kien qiegħed jieħu d-droga fil-Ħabs.", "Ladarba qiegħed taħt il-kustodja tagħkom, ma taħsibx li hija responsabbiltà tagħkom li 1 - daħlet id-droga fil-Ħabs u 2 - hu għadu bil-vizzju?", "Għalfejn ommu mhix titħalla tarah?", "Għalfejn in-numru ta' Xarabank 21249200 huwa blukkat mill-Ħabs?", "U aktar milli solviet il-każ, l-email li rċevejna lura nibbtet mistoqsijiet ġodda.", "Biex nevitaw li aħna stess nikkwotaw ħażin, hawn taħt qed nippubblikaw l-email eżatt kif irċivejnieha:", "B'din il-verżjoni jidher li d-Direzzjoni tal-Ħabs qed teskludi għal kollox dak li rrappurtajna s'issa, imma dan ma jfissirx li l-każ huwa solvut.", "Dan iqajjem mistoqsijiet ġodda, bħal: L-uffiċjali tal-Ħabs vera li għamlu rejd fiċ-ċella tal-priġunier?", "Xi ħadd tah xebgħa jew kien \"diżgwit\" żgħir bejniethom?", "Id-\"diżgwit\" seħħ b'kumbinazzjoni l-għada li fuq il-", "ta' Xarabank ħarġet intervista ma' ommu?", "Id-\"diżgwit\" kellu x'jaqsam mal-intervista li ħarġet fuq Xarabank?", "Bħalissa dan il-priġunier qed jitħalla jitkellem ma' ommu?", "U jekk ma kien hemm xejn minn dak li konna qed nirrappurtaw, għalfejn kellhom problema biex iħalluna nidħlu nkellmuh u niffilmjaw?", "Naturalment jibqa' l-mistoqsijiet l-oħra li ma ġewx iwieġba, bħal jekk iħossuhomx responsabbli li xi ħadd qed jirnexxilu jdaħħal id-droga fil-binja li huma responsabbli minnha huma, jekk infetħitx inkjesta dwar il-każ, u għalfejn in-numru 21 249 200 ġie blukkat mill-Ħabs xi xhur ilu.", "Aħna nibqgħu nistennew it-tweġibiet."], "title": "Il-Ħabs tawna verżjoni differenti ta' x'ġara lill-priġunier li qala' xebgħa kbira nhar it-Tlieta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/dis-sena-diga-tlift-l-ommi-u-issa-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ kienet ġurnata kerha ħafna għal pajjiżna.", "Kienet ġurnata li ħalliet 3 persuni mejta u diversi oħrajn midruba u xxukkjati wara 3 inċidenti tat-traffiku koroh li ġraw fi 18-il siegħa.", "Aħna tkellimna ma' Joe Ellul, li huwa iben l-anzjan li ttajjar fil-Marsa, u dalgħodu qed nippubblikaw dawn il-kummenti tiegħu.", "Joe huwa t-tifel ta' Karmenu Ellul, l-anzjan ta' 72 sena magħruf bħala l-Balaj.", "Karmenu kien qed jaqsam it-Triq ta' Aldo Moro l-Marsa, ilbieraħ għall-ħabta tas-7am, meta tajritu karozza u ħallietu mejjet fuq il-post.", "\"Għedewwa mhux żgur kellu wieħed,\" qalilna Joe b'diqa kbira.", "\"Min ma kienx ikollu flus kien jitimgħu, u kien iħenn għal kulħadd.", "Ftit kien hawn b'qalb bħal tiegħu, u kulħadd kien iħobbu għax hu kien ċajtier u kien iħobb lil kulħadd.\"", "Joe jirrakkonta li sal-lejl ta' qabel stess, jiġifieri sa ftit sigħat qabel l-inċident, kien rieqed ħdejn missieru.", "U qatt ma kien qed jistennieha din li jmutlu missieru, aktar u aktar għaliex tmien xhur ilu biss tilef lil ommu wkoll.", "Il-qalb tajba ta' Karmenu l-Balaj jikkonfermawha l-mijiet ta' nies li kitbu messaġġi ta' dispjaċir u kondoljanzi fuq l-internet ilbieraħ.", "Fosthom kien hemm personalitajiet u nies magħrufa oħra li rrakkontaw stejjer ta' kemm kien jgħinhom meta jkollhom bżonn.", "Lil missieru, Joe jgħidlu: \"Issa nfirdna pa...imma nibqa' nħobbok sakemm niġi ħdejk jien pa.\"", "Il-funeral ta' Karmenu l-Balaj se jsir nhar l-Erbgħa li ġej fis-2pm, u peress li l-familja tiegħu għandhom iż-żwiemel, il-funeral se jkun komplut biż-żwiemel u l-karozzini."], "title": "\"Dis-sena diġà tlift 'l ommi, u issa lil missieri wkoll\" - jitkellem magħna iben l-anzjan li ttajjar ilbieraħ"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/dan-ir-ragel-qed-jipprova-jsib-lil-sid.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk inti sid din il-karozza, jew għaraftha u taf min hu sidha, ikkuntattja lil dan il-ġuvni.", "Dan huwa l-ġuvni li lbieraħ ra din il-karozza taħbat u niżel mat-tfajla tiegħu biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma ta' ġo fiha.", "Jidher li dan kien inċident ieħor ikrah li seħħ fit-toroq tagħna lbieraħ.", "Christian Aquilina, il-ġuvni li ppostja dan ir-ritratt fuq il-Facebook tiegħu, irrakkonta kif ilbieraħ kien qed isuq wara din il-karozza, raha taħbat, u niżel malajr mat-tfajla tiegħu biex jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel li kien hemm ġo fiha.", "Issa qed jipprova jsib min hu dan ir-raġel għax jixtieq jiltaqa' miegħu u jsir jaf kif baqa' wara l-iniċident.", "\"Sfortunatament dan ir-ritratt biss għandi biex forsi jirnexxili nsib min int,\" kiteb Christian.", "\"Jekk qed tara dan il-messaġġ ibgħatli kif bqajt sieħbi, j'Alla ma sabulek xejn gravi ħabib.\"", "Fil-", "tiegħu, Christian kiteb ukoll biex in-nies ma jiġġudikawx lil dan ir-raġel li ħabat, għaliex fi kliemu, dar-raġel ma kienx qed isuq b'aktar minn 60km fis-siegħa u ħassu ħażin wara l-isteering.", "Għalhekk, aħna qed intennu l-appell ta' Christian minn fuq il-blog tagħna ta' Xarabank bit-tama li nsibu min hu l-vittma tal-inċident.", "Jekk sid il-karozza jara dan l-artiklu jista' wkoll jikkuntattja lilna u aħna ngħaddu l-kuntatt lil Christian."], "title": "Dan ir-raġel qed jipprova jsib lil sid din il-karozza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/esklussiva-godfrey-farrugia-jista-jkun.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jista' jkun li minn Ottubru li ġej, Dr Godfrey Farrugia jkun il-Kap il-Ġdid tal-Partit Demokratiku.", "Dan wara li ftit tal-ħin ilu fuq Facebook,", "il-", "tiegħu u l-fundatriċi tal-PD, Dr Marlene Farrugia, ħabbret li se tissejjaħ Elezzjoni f'Ottubru li ġej biex jintagħżel Kap ġdid tal-Partit Demokratiku.", "Dr Farrugia ħabbret ukoll li mhix se tkun qed terġa' tikkontesta, la għal kariga ta' kap u lanqas għall-ebda kariga oħra fl-eżekuttiv tal-Partit.", "Minn xħin ħarġet din l-aħbar, sorsi infurmati qrib il-Partit Demokratiku qalulna li l-", "ta Marlene Farrugia, it-tabib Godfrey Farrugia, qed jitħajjar joħroġ għall-kariga ta' Kap tal-Partit.", "Aħna kkuntattjajna lil Dr Godfrey Farrugia u qalilna hekk: \"Ma neskludi xejn.", ", u iva, ma neskludix li nikkontesta għall-kariga ta' kap tal-Partit.\"", "Lil Dr Farrugia staqsejnieh ukoll għalfejn se jkun qed jirreżenja kulħadd mit-tmexxija tal-PD.", "Staqsejnieh: It-tmexxija tal-PD se tirreżenja għax qed tħoss li falliet?", "It-tweġiba tiegħu: \"Inti taħseb li l-PD falla?", "Il-Partit Demokratiku għamel suċċess kbir, għax f'inqas minn sena minn meta twaqqaf irnexxielu jikseb biżżejjed appoġġ biex tela' fil-Parlament.", "Żgur li m'aħniex se nirriżenjaw minħabba xi falliment.", "Anzi...il-fatt li rriżenjajna juri li l-interess tagħna huwa Malta, u mhux is-suċċess personali.", "Kieku kellna interessi personali, kieku bqajna hemm.", "Imma aħna għandna interess ġenwin biex pajjiżna dejjem jimxi 'l quddiem, u dik tiġi qabel kollox, saħansitra qabel il-Partit innifsu.\"", "Dr Godfrey Farrugia rreżenja minn whip tal-Partit Laburista, u eventwalment irreżenja mill-Partit Laburista ftit ġimgħat biss qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet, wara li fi kliemu, ħass li bħala tabib għandu jagħmel xi ħaġa biex ifejjaq lil dan \"il-pajjiż marid.\"", "Dakinhar kien ingħaqad mal-Forza Nazzjonali taħt il-kappa tal-Partit Demokratiku."], "title": "ESKLUSSIVA: Godfrey Farrugia jista' jkun il-Kap il-ġdid tal-Partit Demokratiku"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/dawn-iz-zeffiena-gawdxin-irnexxielhom.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Li tmur iżżur", "diġà hija ħolma pjuttost kbira li ħafna nies għadhom ma rnexxielhomx iwettqu sal-ġurnata tal-lum.", "Imma li tmur", "bħala attur jew żeffien hija ħolma ħafna ikbar li ftit huma dawk in-nies fid-dinja li għandhom il-privileġġ li jniżżluha fis-CV tagħhom bħala waħda mill-affarijiet li għamlu.", "Ma' dawk il-ftit nies, issa se jiżdiedu grupp ta' 42 żeffiena Għawdxija li lbieraħ taw spettaklu ta' żfin f'wieħed mill-isbaħ u l-ikbar teatri f'", "U hawn taħt tista' tara l-ewwel filmati minn dan l-ispettaklu.", "Iż-żeffiena tas-", "lbieraħ ġew mistiedna biex jagħmlu spettaklu ta' żfin ġewwa l-Videopolis f'għeluq il-25 sena mill-ftuħ tal-park ta' Disneyland.", "Il-Videopolis huwa l-ewwel teatru li nbena f'dan il-park 25 sena ilu, u f'dawn il-25 sena ġo fih saru shows klassiċi ta' Disney, fosthom il-", "Iż-żeffiena Għawdxin kellhom jagħmlu", "biex intagħżlu, u kif tispjega Natalie Sciortino, li hija d-Direttur ta' din l-iskola, xejn ma kienet faċli li tikkompeti ma' gruppi ta' żfin minn madwar id-dinja kollha.", "B'kollox intagħżlu tliet skejjel - l-iskola Għawdxija u żewġ skejjel Ingliżi, u ġew magħżula minn uffiċjali ta' Disneyland stess.", "B'kollox, ix-", "kienet twila 25 minuta u kif wieħed jista' jara mill-filmat kien fiha taħlita ta' stili ta'", "jazz", "modern, żfin liriku, u żfin mal-mużika ta' Bollywood.", "L-iżgħar żeffiena fil-grupp għandha biss 11-il sena filwaqt li l-ikbar waħda għandha 26 sena.", "Natalie Sciortino, li kienet ukoll il-persuna li għamlet il-koreografija taż-żfin kollu, stqarret ma' Xarabank li l-atmosfera fuq il-palk u wara l-kwinti kienet eċitanti ħafna.", "\"Li niżfnu ġo teatru ta' Disney quddiem udjenza daqsekk sabiħa u kbira, hija unur kbir għalija u għaż-żeffiena tiegħi,\" qaltilna.", "\"Għal din l-avventura għażilna dan is-slogan -", "- u konna definittivament tim wieħed b'ħolma waħda li flimkien irnexxielna nagħmluha realtà.\"", "Iż-żeffiena ta' din l-istess skola diġà żifnu darbtejn oħra f'avvenimenti kbar barra minn Malta.", "Għal sentejn wara xulxin żifnu fid-Dance Proms li jsiru kull sena fir-Royal Albert Hall, f'Londra."], "title": "Dawn iż-żeffiena Għawdxin irnexxielhom jiżfnu ġo Disneyland, u aħna għandna l-filmati"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/marlene-farrugia-tabbar-elezzjoni-gal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dalgħodu, fuq il-paġna ta' Facebook tagħha, Marlene Farrugia ħabbret li llejla, wara t-8pm, il-membri tal-Partit Demokratiku se jiltaqgħu il-Qrendi għal waħda minn tliet", "li se jwasslu biex f'Ottubru li ġej issir Laqgħa Annwali Ġenerali li fiha jintagħżel Kap ġdid għall-Partit Demokratiku.", "fuq Faebook Dr Farrugia qalet ukoll li mhix se tkun qed terġa' tikkontesta għal kariga ta' Kap.", "Dr Farrugia għamlet appell imqanqal lil dawk kollha li jħossu li għandhom jagħtu kontribut lill-pajjiż.", "\"Malta u Għawdex għandhom bżonnkom għax spiċċaw immexxija mis-sangisugi,\" qalet fil-messaġġ li kitbet.", "\"Min lest li jagħti kontribut f'dan il-Partit ġdid, speċjalment f'dawn iż-żminijiet imwiegħra għax-xena politika Maltija, nappellalu biex jersaq, ġejn mnejn ġej.\"", "Marlene Farrugia qalet li l-Kap il-ġdid tal-Partit Demokratiku se jintagħżel minn dawk il-persuni li minn issa sa dakinhar tal-Elezzjoni jattendu bi ħġarhom għall-attivitajiet tal-Partit.", "Ħabbret ukoll li hija se tibqa' \"tikkontribwixxi fil-PD\" imma mhix beħsiebha tikkontesta \"għal", "jew għal karigi oħra.\"", "\"Filwaqt li jien nikkonċentra fuq sfidi oħra fil-ħajja tiegħi, nemmen li nies oħra differenti u kapaċi għandhom ikollhom l-ispazju u l-opportunità biex jagħġnu dan il-Partit f'dak li l-Poplu jeħtieġ biex jerġa' jikseb il-fiduċja fil-Politika Maltija,\" temmet tgħid."], "title": "Marlene Farrugia tħabbar Elezzjoni għal Kap ġdid tal-PD - hi mhix se tikkontesta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/kieku-kellna-nagmlu-reality-show-dwar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ara ftit dan il-filmat...għax jekk int wieħed minn dawk li tħobb tirranġa u tillapazza u tfotti fl-affarijiet li tippostja fuq Facebook, dan il-filmat x'aktarx huwa r-", "ta' ħajtek.", "Wara li rajna ħafna filmati fuq l-internet u ħsibna daqsxejn fuq kif nużaw il-Facebook, ħsibna li nikkreaw dan ir-reklam li jispjega xi ftit jew wisq kif saret il-ħajja tagħna fuq l-internet.", "Il-vantaġġ tal-Facebook hu li dak li titfa' fuqu m'hemmx għalfejn ikun 100% veru.", "Jekk qed tieħu ritratt, tista' titfa' tbissima, anke jekk int bin-nervi.", "Tista' tieħu r-ritratt b'mod li l-post fejn qiegħed jidher isbaħ milli fil-fatt hu.", "Tista' tagħti l-impressjoni li qed tieħu gost meta tkun imxebba'.", "Insomma, il-Facebook jagħtik il-faċilità li tgħawweġ kemm kemm il-verità biex taqla' ftit aktar", "Insomma...il-punt kollu hu li Xarabank jerġa' jibda minn Ottubru b'aktar stejjer, diskussjonijiet, investigazzjonijiet, intervisti ħelwin, u affarijiet tad-daħk bħal dan il-filmat.", "Sadanittant, sakemm niltaqgħu f'Ottubru, Xarabank ikompli fuq dan il-blog!"], "title": "Kieku kellna nagħmlu 'reality show' dwar ħajtek taħseb li tkun tidher xi ħaġa hekk?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/dan-il-guvni-gadu-kif-lesta-tattoo.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iż-żagħżguħ Nick Vella għadu kif lesta din it-tattoo li damu jpinġuhielu madwar 150 siegħa.", "Tattoo li tiksilu nofs ġismu.", "F'dan il-filmat, ippostjat minn Wayne Psaila, li huwa t-", "li għamilhielu, Nick jidher jippoża biex juri t-", "enormi li tgħattilu nofs żaqqu, saqajh, dahru kollu, u saħansitra tiksilu l-warrani.", "\"Għamiltha għax togħġobni,\" qalilna Nick meta tkellimna miegħu.", "\"Qabel kelli xi żewġ", "oħra imma din l-ikbar waħda.\"", "It-tpinġija hija dettaljata għall-aħħar u saret minn Wayne Psaila, li dam mhux inqas minn 150 siegħa biex lestiha.", "\"L-ewwel pinġejna l-", "kollu, imbagħad bdejna nimlew ġo fiha,\" qalilna Nick.", "Lil Nick staqsejtu jekk jinkwetax li", "kbira bħal din tista' taffettwalu x-xogħol, ir-relazzjoni jew it-tfal aktar 'il quddiem.", "U weġibni: \"Jien naħdem f'", "tal-familja, jiġifieri x-xogħol mhux problema, u llum Malta n-nies saru jaħsbuha differenti fuq it-", "ukoll.", "Fuq ir-relazzjoni ma ninkwetax lanqas għax kif jgħid il-Malti, min iridek jieħdok kif inti, u fuq it-tfal...it-trobbija kollox...", "Din mhijiex l-ewwel", "enormi li pinġa Wayne.", "\"L-aktar li jkunu jridu huwa", "spjegalna.", "\"Din tal-aħħar hija bħalma għamilt lil Nick.\"", "Wayne ilu jagħmel it-", "mill-1996, u qabad il-karriera li kellu missieru, li kien ilu f'dan in-negozju mill-1969.", "\"Niftakar kont ħadtlu l-apparat tat-tpinġija bil-moħbi, kellna kamra faċċata tal-ħanut ta' missieri, u malli hu kien jagħlaq, kont niftaħ jien, f'din il-kamra,\" jirrakkonta Wayne.", "\"Wara sena nduna, kien ġie ħadli l-affarijiet u qalli 'mil-lum 'il quddiem int għal miegħi.'\"", "Wayne spjegalna li llum il-ġurnata m'għadekx tista' tgħid jekk hux l-irġiel jew in-nisa jfittxu l-aktar it-", ", għax kulħadd imur għalihom.", "Meta staqsejtu jekk ikunx hemm min jistaqsih biex ipinġilu fuq il-partijiet ġenitali tiegħu, Wayne qalli: \"Rari ħafna li tiġri, imma meta tiġri, ma naċċettax li npinġi.\"", "Dawn huma xi", "oħra li pinġa Wayne.", "Int x'taħseb?", "Togħġbok?", "Kieku int tagħmilha?"], "title": "Dan il-ġuvni għadu kif lesta tattoo enormi li tiksilu nofs ġismu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/il-crew-ta-xarabank-mhux-jitalla-jidol.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Id-Direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed tirrifjuta li tħalli lill-", "ta' Xarabank jidħol fil-Ħabs biex jiffilmja u jintervista lill-priġunier li laqqat xebgħa kbira nhar it-Tlieta li għadda.", "Qed tirrifjuta wkoll li tagħtina intervista li fiha tispjega kif u għalfejn ġara dan l-inċident.", "L-istorja kollha bdiet nhar it-Tnejn li għadda, meta fuq dan is-sit, aħna ħriġna intervista esklussiva ma' omm li bħalissa tinsab il-Ħabs.", "L-intervista saret fuq it-telefown mill-Ħabs stess u fl-intervista, l-omm għamlet appell biex binha, li wkoll qiegħed il-Ħabs, jitħalla jmur għall-quddiesa tal-magħmudija tat-tifla tiegħu.", "Il-missier mhux qed jingħata permess biex imur għall-quddiesa minħabba li nstab li kien qed jieħu d-droga fil-Ħabs.", "L-intervista tista' taraha hawn:", "Kif mistenni, fuq Facebook, din l-istorja qalgħet pandemonju sħiħ.", "Min jaqbel li għandu jitħalla jmur għall-magħmudija għax hija okkażjoni ta' darba u għax it-tarbija ma taħti xejn, u min jinsisti li messu qatt ma ħa droga u ma kienx ikun f'din is-sitwazzjoni.", "Imma l-istorja iggravat u kkumplikat ruħha meta", "t-Tlieta filgħodu - jiġifieri inqas minn 24 siegħa wara li ppubblikajna dik l-intervista, irċevejna rapporti li dan il-ġuvni laqqat xebgħa kbira fil-Ħabs.", "Mill-informazzjoni li daħlitilna jidher li dakinhar filgħodu, uffiċjali tal-Ħabs daħlu jagħmlu rejd fiċ-ċella ta' dan il-priġunier, sabulu xi affarijiet illegali, ħarġuh miċ-ċella u ħaduh f'sezzjoni oħra tal-Ħabs.", "Kien hemm li diversi sorsi kkonfermawlna li laqqat xebgħa kbira li ħallietu bi ġrieħi serji.", "Xi rapporti qalulna li din ix-xebgħa tawhielu żewġ priġunieri oħra li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija.", "S'issa għadna ma rnexxilniex nikkonfermaw jekk dan huwiex vera, u jekk dan huwa veru, ma nafux lanqas jekk dawn iż-żewġ priġunieri tqabbdux minn xi uffiċjali tal-Ħabs biex jagħtuh xebgħa.", "Meta sirna nafu b'dan, aħna immedjatament ktibna lid-Direzzjoni tal-Ħabs u tlabniehom biex nidħlu fil-Ħabs niffilmjaw u nitkellmu mal-priġunier li laqqat ix-xebgħa biex hu stess jgħidilna x'ġara.", "Tlabna wkoll li nagħmlu intervista mad-Direttur jew mal-Aġent Direttur tal-Ħabs.", "Issa rċevejna tweġiba li tgħid: \"It-talba għall-iffilmjar u l-intervisti mhix qed tiġi milqgħuha.\"", "Sadanittant sirna nafu wkoll li l-omm li tkellmet f'intervista magħna issa mhix qed titħalla tara lil binha.", "Għaldaqstant, ladarba mhux qed nitħallew nieħdu intervista tal-persuni li huma responsabbli għal dak li jiġri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, aħna weġibna lura l-email b'sett ta' mistoqsijiet li qed nistennew li jiġu mwieġba.", "Il-mistoqsijiet huma dawn:", "X'ġaralu *isem il-priġunier* nhar it-Tlieta li għadda filgħodu?", "Min tah dik ix-xebgħa?", "Kif tispjega li laqqat xebgħa kbira inqas minn 24 siegħa wara li ommu tkellmet f'intervista ma' Xarabank?", "Xi rapporti qalu li x-xebgħa tawhielu priġunieri oħra.", "Teskludi li dawn setgħu kienu mqabbdin minn uffiċjali tal-Ħabs biex jagħtuh xebgħa?", "Infetħet xi investigazzjoni dwar il-każ?", "Dan il-priġunier instab li kien qed jieħu d-droga fil-Ħabs.", "Ladarba qiegħed taħt il-kustodja tagħkom ma taħsibx li hija responsabbiltà tagħkom li 1 - daħlet id-droga fil-Ħabs u 2 - hu għadu bil-vizzju?", "Għalfejn ommu mhix qed titħalla tarah?", "Għalfejn in-numru ta' Xarabank 21 249 200 huwa blukkat mill-Ħabs?", "Il-mistoqsijiet bgħatniehom lill-Aġent Direttur tal-Ħabs, is-Sinjura Mariella Camilleri, peress li d-Direttur tal-Ħabs bħalissa mhuwiex dispost.", "U qed nistennew spjega mingħandha għal dan l-inċident serju ħafna.", "Xarabank ilu diversi snin jitlob il-permess biex jitħalla jidħol jiffilmja u jiltaqa' mal-priġunieri fil-Ħabs.", "Dan wara li diversi priġunieri nfushom jitolbu biex jitkellmu magħna kemm wara u kemm quddiem il-", ".", "Mhux biss ma ngħatajna l-ebda permess biex nidħlu niffilmjaw, imma saħansitra xi xhur ilu sirna nafu li n-numru 21 249 200 ġie blukkat mill-Ħabs, li jfisser li l-ebda priġunier ma jista' jċempel l-uffiċċju ta' Xarabank.", "Sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu, il-mistoqsijiet dwar il-każ ta' dan il-priġunier għadhom ma ġewx imwieġba.", "Malli jkollna aktar informazzjoni naġġornawkom."], "title": "Il-crew ta' Xarabank mhux jitħalla jidħol jiffilmja u jitkellem mal-ġuvni li qala' xebgħa fil-Ħabs"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/prigunier-ilaqqat-xebga-kbira-fil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nhar it-Tnejn li għadda ħriġna intervista ma' omm li tinsab il-Ħabs.", "L-intervista saret bit-telefown minn ġol-Ħabs stess, u fl-intervista, l-omm qaltilna li binha, li wkoll jinsab il-Ħabs, mhux qed jitħalla jmur għall-Quddiesa tal-Magħmudija tat-tifla tiegħu wara li sabu li kien ħa d-droga waqt li qiegħed fil-Ħabs.", "Issa qed jidħlulna rapporti li l-għada li ħarġet din l-intervista, dan il-priġunier laqqat xebgħa kbira fil-Ħabs.", "Hawn taħt tista' tara l-intervista li għamilna ma' omm dan il-priġunier.", "L-intervista qajmet diversi reazzjonijiet.", "Kellna mijiet ta' kummenti u telefonati wara li ppubblikajnieha, u l-istorja baqgħet tiżviluppa.", "Din l-intervista ppubblikajnieha nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta ta' nofsinhar.", "Mir-rapporti li daħlulna jidher li iben din il-mara laqqat xebgħa l-għada filgħodu, jiġifieri inqas minn 24 siegħa wara li ħarġet din l-intervista.", "Jidher li xi uffiċjali mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin daħlu jagħmlulu rejd fiċ-ċella tiegħu t-Tlieta filgħodu, sabulu xi affarijiet illegali, u kien dak il-ħin li ttieħed f'parti oħra tal-Ħabs u laqqat xebgħa kbira.", "Xi rapporti qed jgħidu li x-xebgħa tawhielu żewġ min-nies li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija.", "Għaldaqstant, aħna bgħatna lid-Direttur tal-Ħabs, is-Sur Paul De Battista, u lill-Aġent Direttur, is-Sinjura Mariella Camilleri, u tlabniehom permess biex nidħlu niffilmjaw fil-Ħabs u nintervistaw lil dan il-priġunier biex jgħidilna hu stess x'ġara.", "Tlabna wkoll intervista mad-Direttur u l-Aġent Direttur tal-Ħabs dwar dan l-inċident.", "Sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu, għadna ma rċevejniex risposta mingħandhom.", "It-tim ta' Xarabank ilu għal dawn l-aħħar snin kontinwament jitlob il-permessi lid-Direttorat tal-Ħabs biex nidħlu niffilmjaw u nintervistaw lill-pirġunieri fil-Ħabs.", "Dan anke għaliex diversi priġunieri jitolbuna huma stess biex immorru nintervistawhom waqt li qegħdin jiskontaw is-sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Madanakollu, sal-ġurnata tal-lum għadu qatt ma nħarġilna l-permess biex nidħlu niffilmjaw fil-Ħabs.", "Barra minn hekk, ftit tax-xhur ilu ġejna infurmati li n-numru ta' Xarabank, jiġifieri t-21249200, ġie blukkat mill-Ħabs.", "Jiġifieri l-priġunieri ma jistgħux iċemplu l-uffiċċju ta' Xarabank mill-Ħabs.", "Għalhekk, minn dak iż-żmien 'l hawn, qed ikollna nsibu modi oħra kif nikkomunikaw mal-priġunieri u kif huma jikkomunikaw magħna.", "U qed jirnexxielna.", "Fil-fatt għandna diversi każijiet oħra mill-Ħabs li se nkunu qed ninvestigawhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin."], "title": "Priġunier ilaqqat xebgħa kbira fil-Ħabs...inqas minn 24 siegħa wara li ppubblikajna intervista ma' ommu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/arget-diska-fuq-adrian-delia.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħalissa fuq is-siti soċjali hemm kanzunetta dwar Adrian Delia.", "Aħna ċċekkjajna jekk dan hux l-innu uffiċjali ta' Adrian Delia li kif jaf kulħadd qiegħed jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Kelliem għall-grupp ta' Delia qalilna li dik mhijiex id-diska uffiċjali: \"Lanqas biss konna nafu li se ssir u sa issa lanqas għadna nafu min għamilha.\"", "Jidher li din saret minn", "Fir-ritornell jingħad:", "\"Mela ejjew nivvutaw Adrian Delia", "Jinfetħu l-bibien għalik u għalija...\""], "title": "Ħarġet diska fuq Adrian Delia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/frances-tizzewweg-lill-galliem-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Frances Grima ta' 102, kienet omm ta' 4, nanna ta' 9, bużnanna ta' 20 u bużbużnanna ta' 3.", "Aħna tkellimna ma' Gail Debono, proneputija ta' Frances, li tispjegalna ftit jew wisq l-istorja tal-bużnanna tagħha.", "Fost dawn l-istejjer se nisimgħu kif l-aritmetika wasslet lill-bużnanna tagħha tinnamra mal-għalliem tagħha, Carmelo.", "\"Meta kellha 12-il sena, ommha u missierha għażlu lil Carmelo, li dak iż-żmien kellu 22 sena, biex jibda jagħtiha l-privat tal-aritmetika.", "Iżda r-relazzjoni ta' bejniethom ħadet xejra oħra.", "Minkejja li kien hemm 10 snin differenza bdew jinġibdu lejn xulxin!", "Carmelo għad jistenna seba' snin oħra, minħabba li kienet għadha taħt l-età, u meta kellha 20 sena, Frances u Carmelo ssiġġilaw l-imħabba ta' bejniethom.\"", "Gail tispjegalna kif tiftakar lill-bużnanna tagħha bħala mara bieżla ħafna.", "\"Meta kellha fuq it-tmeninijiet kienet għadha taħdem u kienet għadha tmur tistudja l-Università.", "Kienet iddedikata ħafna lejn is-", "u bdiet taħdem magħhom wara l-gwerra.", "Fil-fatt, kienet ħabiba tagħha li ssuġġeritilha tieħu kors tal-", "u dan wassalha biex taqbad karriera mas-", ".", "Imbagħad spiċċat għamlet iktar minn 50 sena taħdem bħala lekċerer.", "Is-servizz tagħha lejn l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann tant kien qawwi li ġie rrikonoxxut mir-Reġina Eliżabetta II, li għamlitha Dama, f'ċerimonja f'Buckingham Palace.", "Minkejja li wara waqfet tgħallem ta' 81 sena, sa 90 sena baqgħet taħdem mal-anzjani u mal-persuni bi bżonnijiet speċjali.\"", "Gail tispjegalna kif kienet tħobb tiddiskuti magħha l-Istorja.", "\"Il-bużnanna għexet iż-żewġ gwerer.", "Avolja l-ewwel gwerra ma tantx laħqitha, tiftakar il-kju għall-pitrolju u raġel iġorr qoffa mimlija ħobż biex iqassmu fid-djar.", "Iżda t-tieni gwerra tiftakarha sew għaliex kienet diġà miżżewġa u kellha żewġt itfal fil-gwerra.", "Apparti l-gwerer, kont nieħu gost nitkellem magħha dwar il-pajjiż, kif kien dak iż-żmien u kif kienu jgħixu.\"", "Wieħed mill-iktar ritratt li tibqa' tgħożż Gail huwa dak li fih il-bużnanna tidher ma' bintha: \"Aħna dejjem konna nieħu pjaċir nieħdu r-ritratti tal-erba' ġenerazzjonijiet.", "Malli twieldet binti saret ħamsa u għandna ritratt li fih tidher il-bużnanna tagħlaq 101 u binti ħdejha li dak iż-żmien kellha sentejn.", "Allura bla ma ridt ikkalkulajt li hemm 99 sena bejniethom!\"", "Gail tagħlaq billi tirrakkontalna l-aħħar mumenti ta' Frances: \"Lejn l-aħħar kienet qed tbati imma kienet konxja ta' dak li kienet għaddejja minnu.", "Konna qed nistennewha u fil-fatt mietet waqt l-irqad fejn kien hemm ommi ħdejha.", "M'għandix xi ħaġa li xtaqt ngħidilha li m'għedtilhiex.\""], "title": "Frances tiżżewweġ lill-għalliem tal-privat"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/christina-magrin-tirba-unur-kbir-ieor.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Christina Magrin, it-tifla li rrappreżentat lil Malta fil-", "tal-2016 rebħet wieħed mill-aktar festivals prestiġjużi fis-Slovenja.", "U hawn isfel tista' tara l-filmat esklussiv tal-mument xħin hi rebhet dan it-titlu.", "F'dan il-festival ipparteċipaw 14-il pajjiż u wħud mill-kontestanti li kompetew fih kienu wkoll fl-X Factor.", "Aħna tkellimna ma' Christina u qaltilna li ħadet xokk meta ma semgħetx isimha mar-rebbieħ tal-kategorija tagħha, imma ftit kienet qed tistenna li se tirbaħ l-ikbar unur tal-kompetizzjoni kollha.", "Il-Festival kien jismu", "F'dan il-filmat Christina tinterpreta", "eżatt wara l-", "jidhru l-parteċipanti mdawrin magħha jxejru l-bandiera Maltija."], "title": "Christina Magrin tirbaħ unur kbir ieħor barra minn Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/jamming-wara-li-ggammjaw-bil-karozza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Immaġinak tieħu", "illum, f'dis-sħana.", "U wara ftit terġa' tieħu", "ieħor.", "U minflok tgħolli kollox bir-rabja, tintefa' fuq it-", "l-imniżżlin u tagħmel", "sakemm tistenna t-trakk jiġi jsalvak.", "Hekk għamlu Peter Paul tat-Tribali u Nicky Bomba!", "Peter Paul ta' Tribali tella' post fuq Facebook u fiha spjega kif hu u Nicky Bomba spiċċaw jagħmlu", "bejnithom waqt li qed jistennew lit-", "biex jibdlilhom żewġ", ".", "Mid-dehra, il-vann ta' Peter Paul ħa żewġ", "wara xulxin.", "U kellhom spettatur attent ħafna wkoll...dak il-kelb f'nofshom!"], "title": "'Jamming' wara li ġġammjaw bil-karozza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-gala-joseph-muscat-u-simon.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["'xi wieħed miż-żewġ dibattiti li saru f'Xarabank, kemm Joseph Muscat u kemm Simon Busuttil xi darba libsu ingravata blu.", "Qatt ħsibt għalfejn?", "Aħna tkellimna dwar dan mal-Avukat Dr Ramon Bonett Sladden, li fil-ħin liberu tiegħu jħobb jaqra u josserva dwar dan is-suġġett.", "Għala Simon Busuttil u Joseph Muscat libsu ingravata blu?", "Dr Bonett Sladden iwieġeb: \"Il-kulur tal-ingravata li kien libes Simon Busuttil kien", ".", "Wieħed jista' jgħid li kien qed jilbes dak il-kulur għaliex huwa", "l-kulur tradizzjonali tal-Partit Nazzjonalista.", "Imma lil Joseph Muscat kif qatt ma rajnielu ingravata ħamra?", "Fid-dibattitu tiegħu ma' Simon Busuttil,", "Joseph Muscat libes ingravat ċelesti.", "Dak huwa kulur li jorbot lill-persuna maż-żgħożija, iwassal ċertu ottimiżmu, ċerta ċarezza u mhuwiex aħrax fuq l-għajnejn tant li faċli tħares lejh.\"", "Imma għala Joseph Muscat libes ingravata blu skur meta ltaqa' ma' Matteo Renzi?", "\"Joseph Muscat jilbes dan il-kulur meta jkollu laqgħa ma' mexxej internazzjonali.", "Dan il-kulur jintuża għax iwassal sens ta' maturità,\" jispjegalna Dr Bonett Sladden.", "Għala l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ta' spiss jilbes ingravata ħamra?", "Dr Bonett Sladden jgħidilna: \"Jista' jkun li jilbes dak il-kulur għaliex huwa l-kulur tal-Partit tiegħu, jiġifieri tar-Repubblikani.", "Fl-inawgurazzjoni tiegħu, fl-20 ta' Jannar li għadda, Trump ukoll libes ingravata ħamra.", "Wieħed jista' jara li dan il-kulur huwa daqsxejn diviżiv għall-ewwel diskors tiegħu lin-nazzjon bħala mexxej ta' dak il-pajjiż.", "Allura ma kienx jagħmel sens li jkun diviżiv.", "Kien jagħmel iktar sens li kieku libes ingravata newtrali.", "Jista' jkun wkoll li jilbes ingravata ħamra biex juri li huwa dominati.\"", "U meta wieħed meta ma jilbisx ingravata, x'messaġġ ikun qed iwassal?", "\"Jekk tara r-ritratt tal-mexxejja kollha tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, Alexis Tsipras, il-Prim Ministru tal-Greċja, huwa l-uniku wieħed li ma jkollux ingravata.", "Jaf ikun qed iwassal messaġġ li huwa ma jridx jimxi mar-regoli u biex juri li qed jirrifjuta dak li qed iwasslu l-mexxejja bl-ilbies tagħhom,\" jgħidilna Dr Bonett Sladden.", "Għaliex Dr Bonett Sladden libes ingravata vjola?", "Jistqarr: \"Nistqarr li le mhux apposta ilbist il-kulur vjola.", "Però l-kulur vjola huwa kulur interessanti.", "Il-kulur vjola jilbsuh ħafna l-moderaturi", "fl-Istati Uniti", "għaliex huwa taħlita ta' aħmar u blu.", "L-aħmar huwa assoċjat mal-Partit Repubblikan u l-blu mal-Partit Demokratiku.", "Għalhekk il-moderaturi b'ingravata vjola jkunu perfettament newtrali.\"", "Din hija biss osservazzjoni u dak li jkun seta' libes ingravata li ġietu għal idejh.", "Għad-darba li jmiss, qabel ma tilbes ingravata, aħsibha sew!", "Muntaġġ: Andrew Borg Carbott"], "title": "BIL-FILMAT: Għala Joseph Muscat u Simon Busuttil libsu ingravata blu?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-it-tieg-ta-christine-haber-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ix-xahar li għadda Christine Haber u Francesco Catania ssiġilaw l-imħabba ta' bejniethom biż-żwieġ.", "Il-filmat li jidher hawn taħt jiġbed il-mumenti uniċi ta' din l-okkażjoni speċjali.", "Mill-preparamenti fid-darhom għall-mument li qalu iva lil xulxin saċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ.", "Fil-bidu, omm Christine, Eileen Montestin tiddedika dan il-messaġġ lil bintha: \"Waslet il-ġurnata qalbi.", "Inti taf li apparti li jien dejjem kont il-", "u pprovajt mill-aħjar li nista' ngħallmek il-valuri ta' omm u bint, aħna dejjem konna ħbieb.", "U nispera li hekk ħa nibqgħu.", "Inti taf illi", "u dejjem ngħidlek li inti", "u inti hekk ħa tibqa'.", "Inħobbuk ħafna.\"", "Christine u Francesco huma magħrufin għall-karattri tagħhom f'D", "éjàVu u f'It's Morris.", "Xarabank jixtieq jawgura lil Christine u lil Francesco", "ħafna paċi u mħabba."], "title": "BIL-FILMAT: It-tieġ ta' Christine Haber u Francesco Catania"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/fil-gym-jiltaqa-ma-rita-jizzewgu-u-rita.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-eksboxer Bertu Camilleri, li llum il-ġurnata għandu 73 sena, għadu jittrenja l-", "Bertu jagħmel madwar siegħa ta' taħriġ 4 darbiet fil-ġimgħa.", "Huwa jirrakkontalna li meta kien għad għandu 19-il sena ra l-ewwel ġlieda tal-", "f'Malta u minn hemm ġietu l-ħajra li jibda jittrenja għal din id-dixxiplina.", "Bertu jgħidilna kif lil ommu u lil missieru ma kien qalilhom b'xejn għax dawn kienu jibżgħu ħafna mill-ġlied.", "Allura kien iqum kmieni u bil-moħbi jmur jittrenja qabel ix-xogħol.", "Jgħaddu 4 snin u fl-1966 Bertu jsir iċ-", "f'Malta.", "Bertu jirnexxielu jibqa'", "għal 3 snin.", "Bertu rnexxielu jibqa' l-", "f'Malta għal 20 sena sħaħ.", "Jgħaddi ż-żmien u Bertu jiftaħ wieħed mill-ewwel", "f'Malta.", "Huwa jirrakkonta kif kulħadd kien jgħidlu li mhux ħa jkun ta' suċċess għax Malta ma konniex mdorrija nittrenjaw regolari.", "Iżda Bertu kellu passjoni kbira għall-eżerċizzju u daħħalha f'moħħu li kien ha jirnexxi, kif fil-fatt ġara.", "Illum il-ġurnata Bertu għandu wieħed mill-aktar", "mgħammra f'Malta.", "Ftit żmien wara li fetaħ il-", "Bertu jiltaqa' mal-maħbuba ta' ħajtu fil-", "stess.", "Hu jgħidilna kif ftit kienu n-nisa li kienu jmorru l-", "dak iż-żmien imma inzerta li Rita kienet waħda minn dawk il-ftit.", "Jgħaddi ftit taż-żmien u Rita u Bertu jiżżewġu.", "Issa", "mhux Bertu biss kellu passjoni għall-", "iżda anke martu.", "Infatti flimkien iddeċidew li jiftħu", "ieħor għan-nisa biss biex iħossuhom iktar komdi jittrenjaw.", "Bertu u Rita jkollom żewġt ibniet li llum il-ġurnata t-tnejn li huma gradwati; il-kbira avukata u ż-żgħira", "Sfortunatament ftit tas-snin ilu Rita fl-età ta' 56 titlef il-battalja kontra l-kanċer.", "Bertu jgħidilna kif din it-traġedja ġarfitu bil-kbir.", "Jgħidilna kif l-uniku żvog li għa", "d fadallu fil-ħajja huwa propju l-", ".", "Fil-2014 Bertu ngħata l-", "mill- Assocjazzjoni Maltija tal-", ".", "Bertu jħossu onorat li l-akbar", "ta' Malta fil-", "trenjaw fil-", "tiegħu.", "Bertu kien ġie magħżul biex jittrenja l-", "lil Ira Losco sabiex toħroġ il-vidjow il-ġdid tagħha", ".", "Bertu kien għamilha ta' kowċ u trejner personali ta' Ira Losco, fejn wassalha għall-ewwel ġlieda uffiċjali tagħha fuq ir-"], "title": "Fil-gym jiltaqa' ma' Rita u jiżżewġu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/izzewweg-filippina-wara-li-eggu-siebu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mario Genius huwa wieħed mill-parteċipanti li se jilgħab fuq", "Mario għex il-parti l-kbira ta' ħajtu orfni.", "Mario xorta baqa' f'kuntatt ma' ħutu avolja kienu separati minn xulxin.", "Huwa qatt ma kellu l-ħsieb li jiżżewweġ għax kien dera jgħix waħdu.", "Però darba sieħbu ħeġġu jiżżewweġ lil waħda Filippina u hekk għamel.", "Issa ilhom miżżewġin 15-il sena u għandhom tifla.", "Illejla se jkun qed jilgħab biex jirbaħ", "ta' dan il-programm, jgħidilna li Lisa Malli hija parteċipanta oħra u llejla se tkun qed tilgħab biex tirbaħ għamara tal-ġnien.", "Hi u żewġa milhomx wisq li marru jgħixu f'post ġdid u fadlilhom biss li jimlew il-bitħa.", "Bħalissa ħafna mill-flus qed jinvestuhom fit-tifel, allura tippreferi tilgħab u tirbaħ l-għamara tal-ġnien b'xejn.", "L-aħħar parteċipant tal-lejla huwa Michael Fava, li xogħlu jdur il-festi bit-trakk tal-ikel.", "Illejla se nkunu qed naraw il-", "oriġinali li vvinta Michael għal Tough Luck.", "Huwa ffissat fuq l-", "u fuq iċ-", "tad-dinja tal-", "Aaron Ciantar.", "Illejla se jkun qed jilgħab għall-unika xewqa li għandu; li jiltaqa' ma' Aaron u jmur dawra miegħu bil-", "Nawguraw lill-parteċipanti"], "title": "Iżżewweġ Filippina wara li ħeġġu sieħbu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/gawdxija-nnominata-bala-l-ajar-attrici.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Angie Marie tgħix ġewwa New York iżda ta' sikwit iżżur il-gżira ta' art twelidha n-Nadur.", "Infatti bħalissa qiegħda Għawdex għal btala qasira.", "Hija marret l-Universita' ta' Malta fejn gradwat fil-Psikologija.", "Imma din ma kinitx il-ħolma tagħha u b'hekk reġgħet telgħet New York fejn bdiet it-taħriġ tagħha ma' James Price.", "F'dawn l-aħħar jiem hija ħadet sehem f'", "għal serje televiżiva bl-isem ta'", ".", "Angie Marie tispjega ma' Xarabank li meta kellha l-ewwel", "staqsewha minn", "fejn hi minħabba l-aċċent tagħha.", "Meta qaltilhom li hija mill-gżira żgħira ta' Malta kollha baqgħu ċċassati għax ħadd ma kien sema' biha.", "Kompliet tgħid li hi u tispjegalhom ħassitha veru kburija tgħidilhom dwar il-ġmiel li għandna f'pajjiżna.", "Hija qaltilna li wara din l-intervista hija ġiet magħżula għat-tielet", ".", "Angie Marie qaltilna li għal din l-", "kien hemm ħafna atturi popolari li marru għall-intervista.", "Hija qiegħda tistenna b'ħerqa kbira li issa tiġi magħżula, għax dan huwa", "popolari ħafna.", "Angie Marie diġa' kienet ħadmet parti ewlenija fil-", "li rebaħ ħafna premji bl-isem ta'", ".", "Fil-fatt Angie Marie ġiet innominata bħala l-aħjar attriċi bil-karattru tagħha f'dan il-film f'New York.", "Araw lil Angie Marie f'dan it-"], "title": "Għawdxija nnominata bħala l-aħjar attriċi f'New York"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/in-nies-gadhom-iwaqfuni-u-jgiduli-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Janice Mangion, li fil-Eurovision li għadda ġiet fit-tieni post bil-kanzunetta", ", għadha mhijiex ċerta jekk se terġax tipprova tieħu sehem fil-Eurovision.", "Ma' Xarabank Janice tispjegalna x'qed tagħmel: \"Bħalissa qed naħdem fuq materjal ġdid iżda xorta mhux ċerta jekk se nerġax nipprova nieħu sehem fil-Eurovision.", "Jekk inkun ċerta mill-materjal li qed naħdem fuqu u jkun tajjeb daqs il-kanzunetta", "iva nerġa' nipprova imma jekk ikolli dubju ma niħux sehem.\"", "Jekk terġa' tieħu sehem, se terġa' tkanta bil-Malti?", "Janice tweġibna: \"Iva nerġa' nkanta bil-Malti għaliex hawn għatx kbir għal-lingwa tagħna kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna.\"", "Sal-lum il-ġurnata lil Janice għadhom iwaqqafuha n-nies dwar", ".", "\"In-nies għadhom iwaqfuni fit-triq u jgħiduli li kienet l-isbaħ diska li kien hemm din is-sena fil-Eurovision,\" tistqarr Janice.", "Fil-jiem li għaddew, Cyprian Cassar ħareġ il-verżjoni", ".", "Dan wara li t-tim li ħadem fuq il-kanzunetta xtaqt jagħtiha libsa ġdida biex tinżel sew mas-semmiegħa tar-radju.", "Wieħed jista' jara l-vidjow mużikali ta' din ir-", "hawn taħt:", "Għal iktar informazzjoni dwar Janice Mangion, tistgħu tagħtu ħarsa lejn il-paġna tagħha fuq il-midja soċjali:"], "title": "\"In-nies għadhom iwaqfuni u jgħiduli li kienet l-isbaħ diska\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/galfejn-dawn-in-nies-mhumiex-qed-jaqblu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Inti x'tgħid: \"Ilbieraħ kilt", "tajba\" jew \"Ilbieraħ kilt", "tajjeb?\"", "Staqsejna lil dawn in-nies u mhux kollha jaqblu jekk hijiex tajba jew le.", "Ħriġna fit-toroq tal-Belt u staqsejna lin-nies kif jirreferu għal", "Ġegħilniehom iqiegħdu kull waħda minn dawn il-kelmiet ġo sentenza biex naraw jekk jirreferux għal dawn l-oġġetti fil-maskil jew fil-femminil.", "U ma qablux bejniethom.", "Min beda jgħid li l-", "tajjeb, u min beda jgħid li hi", ".", "Min beda jgħid li l-", "huwa mimli bil-frott u min beda jgħid li hija mimlija bil-frott.", "Min beda jgħid li marlu l-", "u min beda jgħid li marritlu l-gearbox.", "U tista' tarahom f'dan il-filmat:", "Ir-raġuni għalfejn inħawdu daqshekk bejn il-maskil u l-femminil hija sempliċi ħafna.", "F'xi lingwi, bħall-Malti, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ispanjol, kull oġġett għandu ġens.", "Jiġifieri kull oġġett huwa maskil jew femminil.", "F'lingwi oħra, bħall-Ingliż, l-oġġetti m'għandhomx maskil u femminil.", "Fil-fatt, l-Ingliż jirreferi għall-oġġetti kollha bħala", ", u mhux", "Għalhekk, meta f'Malta bdejna nitkellmu b'ħafna kliem ġej mill-Ingliż, sibna diffikultà jekk hux se nirreferu għalih bħala maskil jew femminil, għaliex fl-Ingliż m'għandux ġens.", "U għalhekk, kulħadd jirreferi għalih skont kif dera jisimgħu.", "U għalhekk dawn in-nies kollha fil-vox pop ma qablux bejniethom!", "Aħna tkellimna ma' Dr George Farrugia, lettur anzjan tal-Malti fl-Università ta' Malta, li għamel riċerka sħiħa fuq dan il-fenomenu lingwistiku msejjaħ \"Il-ġens Grammatikali.\"", "Dr Farrugia jispjegalna kif fl-Għarbi, in-nom irid ikun maskil jew femminil, u l-Malti, li huwa wirt tal-Għarbi, għandu din is-sistema.", "Jgħidilna wkoll li l-Malti baqa' jħaddan din is-sistema anke meta ġie f'kuntatt mal-Isqalli u mat-Taljan.", "\"L-Isqalli u t-Taljan għandhom l-istess sistema tal-Għarbi.", "Fil-fatt, nomi li jispiċċaw bl-ittra 'a' fl-Isqalli u t-Taljan huma femminili, bħalma nsibu fl-Għarbi.", "Hemm xi eċċezzjonijiet bħalma hi l-kelma 'problema', li minkejja li fit-Taljan hija maskili, fil-Malti ngħatat il-ġens femminili,\" jispjegalna Dr Farrugia.", "Il-problema tal-ġens inħolqot meta l-Malti ġie f'kuntatt mal-Ingliż.", "\"In-nomi fl-Ingliż m'għandhomx maskil jew femminil.", "Allura meta l-Malti kellu bżonn idaħħal kliem bħal", ", inħolqot il-problema jekk dawn se jingħatawx il-ġens femminil jew dak maskil,\" jgħidilna Dr Farrugia.", "Dr Farrugia jispjegalna li nom ta' nisel Ingliż jingħata ġens maskil jew femminil fuq sett ta' kriterji.", "\"Wieħed jista' jagħti l-ġens maskil lil nom partikolari fuq il-kriterju formali.", "Jekk in-nom jispiċċa bl-ittra 'a' huwa femminili, filwaqt li jekk jispiċċa b'konsonanti huwa maskili.\"", "Madankollu, Dr Farrugia jgħidilna wkoll li wieħed jista' jirreferi għall-istess nom b'ġens differenti għaliex japplika l-kriterju tal-iperonimu.", "tispiċċa b'ħoss konsonantali 'l' u minkejja li l-konsonanti jintrabtu mal-maskil, ħafna jgħidu", "tajba u mhux tajjeb.", "Dan għaliex wieħed ikun qed jassoċċja l-kelma", "mal-kategorija li", "taqa' taħtha, li f'dan il-każ hija frotta.", "Minħabba li l-kelma 'frotta' tispiċċa bl-ittra 'a', in-nom", "jingħata l-ġens femminili.\"", "Dr Farrugia jżid jispjega li wieħed jista' jagħti ġens lil nom partikolari billi jqabblu ma' kelma ekwivalenti għalih.", "\"In-nom", ", minkejja li jispiċċa b'ħoss konsonantali, ħafna nies jagħtuh l-ġens femminil għaliex dak il-ħin moħħhom jassoċjah mal-kelma 'rota' li hija ekwivalenti għall-kelma", "Imma l-mistoqsija tibqa' waħda.", "Liema hija t-tajba u liema l-ħażina?", "Dr Farrugia jgħidilna li filwaqt li hemm qbil fuq ċerti nomi bħalma hu n-nom", "kompjuter", "li għandu ġens maskil, hemm nomi oħra li għad m'hemmx qbil fuqhom, bħalma hu n-nom", ".", "Għalhekk isostni li wieħed għandu jżomm komma wiesgħa fuq in-nomi li għadhom qed jilagħbu bejn il-ġens maskil u dak femminil.", "Itemm jgħidilna li dan il-fenomenu se jdgħajjef ir-regola ġenerali: \"Li huwa żgur hu li jekk nibqgħu nissellfu iktar nomi mill-Ingliż, ir-regola ġenerali li dawk li jispiċċaw b'konsonanti huma maskili u dawk li jispiċċaw b'vokali huma femminili, se tibda tiddgħajjef minħabba li qed nużaw il-kriterji l-oħra li semmejna.\"", "Fimati u Muntaġġ: Xandru Azzopardi"], "title": "Għalfejn dawn in-nies mhumiex qed jaqblu jekk 'burger' hijiex tajba jew le?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-pramm-ma-stajtx-ngaddi-l-arbli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Familja li kienet miexja bi pramm fuq bankina, ma setgħetx tagħmel użu sew minnha minħabba li l-arbli huma mwaħħlin fin-nofs.", "Dalgħodu ċemplilna raġel jilmenta dwar din is-sitwazzjoni li tinsab fi triq li tagħti għall-entratura tal-", "f'Ta' Qali.", "\"Ilbieraħ jiena u l-familja tiegħi morna sal-attività li qed issir f'Ta' Qali.", "Aħna u sejrin lura, binti ma setgħetx timxi fuq il-bankina bil-pramm għaliex l-arbli huma mwaħħlin fin-nofs,\" jgħidilna r-raġel.", "J", "ispjegalna: \"Binti minflok kellha tuża t-triq u ssograt għaliex apparti li t-triq hija mudlama, kien hemm ħafna karozzi pparkjati u karozzi oħra għaddejjin minnha.\"", "Però l-istorja ma tiqafx hawnhekk għaliex ir-raġel jallega li l-arbli ta' dawl imwaħħlin f'nofs din il-bankina ma jaħdmux.", "\"Mhux talli l-arbli twaħħlu fin-nofs ta' din il-bankina, talli dawn l-arbli għalxejn qegħdin hemm għax ma jixegħlux.", "Spiċċajna kellna nużaw it-", "tal-mowbajl biex insibu t-triq lura lejn il-karozza,\" jgħidilna r-raġel.", "Jappella lill-awtoritajiet: \"Bejn l-arbli u n-nies, sippost tagħżlu n-nies.\""], "title": "\"Bil-pramm ma stajtx ngħaddi. L-arbli waħħluhom fin-nofs.\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/waqt-il-funeral-iqum-mill-mewt.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Matteo ta' 8 snin, qam mill-mewt waqt il-funeral tiegħu.", "It-Tlieta li għadda, f'kappella viċin Palermo, kien qed jiġi ċċelebrat il-funeral ta' Matteo.", "Tifel li tilef ħajtu wara li marad serjament.", "Skont", ", kien għall-ħabta tal-għaxra ta' filgħodu, waqt li kien qed jipprietka s-saċerdot, meta beda jinstema' ħoss ta' xi ħadd jibki.", "Mal-ħin dan il-biki beda jiżdied.", "Ommu resqet viċin it-tebut, fetħet l-għatu u sabet li binha kien għadu ħaj.", "Dak il-ħin Lucia bkiet bil-ferħ għaliex it-talb li talbet bħala devota ta' Santa Rosalia kien instema'.", ", il-Professur Montecassini stqarr: \"Iċ-ċkejken kien klinikament mejjet.", "Ma nafx x'se naqbad ngħid.", "Forsi bħalissa qed inħarsu lejn dak li jista' jissejjaħ miraklu.\"", "Aħna tkellimna fuq dan il-fenomenu mal-Kirugu Mr Alex Manchè li jispjegalna dwar il-", "tirreferi għal bniedem li jqum mill-mewt, xi ħin wara li jiġi ddikjarat mejjet.", "Din tiġri l-aktar wara li jkun sar is-CPR (", ") fuq il-persuna.\"", "Jgħidilna li l-iktar spjegazzjoni plawsibbli hija li l-bniedem ma jkunx miet iżda s-sinjali vitali li jindikaw li l-ġisem ta' persuna għadu jiffunzjona tant jkunu neqsin mill-intensità, li l-persuna tkun qed tidher li hija mejta.", "\"Persuna li tkun intilfet minn sensiha, ma tibqax tieħu nifs u magna tal-qalb li ma tibqax turi li l-qalb qiegħda tħabbat, huma xenarji li jagħmlu persuna klinikament mejta.\"", "Mr Manchè jispjegalna kif iseħħ dan il-fenomenu: \"Spjegazzjoni waħda hija li l-qalb tista' tibda tħabbat meta timtela b'mod passiv bid-demm wara li jkun sar is-CPR.", "ista' jkun wkoll li l-iżbilanċi ta' elettroliti fid-demm jittranġaw u dan jippermetti biex jerġa' jkun hemm attività elettrika fil-qalb biex din terġa' tibda taħdem.", "Imma kemm hija komuni?", "Mr Machè jistqarr li hija rari: \"Il-fenomenu huwa rari ħafna.", "Fil-fatt mill-1982, ġew irrapportati inqas minn 50 każ minn madwar id-dinja.\"", "Dan il-fenomenu qatt seħħ hawn Malta?", "Mr", "Machè jweġibna: \"Ma nafx każ bħal dan irreġistrat f'Malta."], "title": "Waqt il-funeral iqum mill-mewt"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/tiffany-pisani-tirba-it-titlu-ta-miss.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-ħin ilu, Miss Attard, jew aħjar, Tiffany Pisani, għadha kemm rebħet it-titlu ta' Miss Universe Malta 2017 waqt is-serata finali li ttellgħet fil-Lukanda Hilton, f'San Ġiljan.", "Tiffany Pisani issa tingħaqad ma' mudelli oħra minn 90 pajjiż ieħor biex tikkompeti għat-titlu ta' Miss Universe barra minn xtutna.", "Tiffany Pisani hija minn Ħ'Attard u għandha 25 sena.", "Tiffany bdiet timmudella ta' età żgħira ħafna u malajr ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna fotografi u", ".", "L-ikbar akkwist tagħha jibqa' dak li kisbet fl-2010, meta kienet rebħet l-edizzjoni ta' dik is-sena ta'", "Caricia Sammut ġiet fit-tieni post. Caricia hija t-tfajla li l-ġimgħa l-oħra ppubbliajna l-intervista magħha li fiha tirrakkonta kif ommha nqatlet mill-eks għarus tagħha.", "Minn nhar il-Ħadd li ġej stess jibdew il-preparamenti għal barra minn pajjiżna.", "Issir il-", "uffiċjali, jibda jitlesta l-kostum ta' Malta, u preparamenti oħrajn.", "Din hija t-tieni sena li Malta qed tieħu sehem f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.", "Il-Konkors", "huwa organizzat minn", "Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors is-sena l-oħra kienet Martha Fenech, li kienet irrappreżentat il-lokalità ta' San Ġiljan.", "Minn qalbna nawguraw lil Tiffany ħafna suċċess meta tmur tirrappreżenta lil pajjiżna."], "title": "Tiffany Pisani tirbaħ it-titlu ta' Miss Universe Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-kieku-nerga-nitwieled-mill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Phyllis Cassar.", "Ta' 16-il sena tidħol soru tal-klawsura u toħroġ wara 30 sena.", "Phyllis taqsam magħna l-esperjenza li waslitha biex tidħol soru: \"Qabel ma kelli s-sejħa li nidħol soru, kont immur il-mużew.", "Hemmhekk ħassejt li l-Mulej irid jeħodni f'triq oħra biex ningħaqad iktar miegħu.", "U mill-bank tal-iskola, dħalt soru tal-klawsura.\"", "30 sena wara, Phyllis tieħu d-deċiżjoni li toħroġ minn soru tal-klawsura: \"Qabel ma ħadt id-deċiżjoni tiegħi, jien tlabt lill-Mulej, urini u tkellimt mad-direttur spirtwali.\"", "Toħroġ mill-kuvent u taffaċċja dinja differenti: \"Qabel ma ħriġt mill-kuvent, għamlit tliet xhur barra.", "Matulhom rajt kif id-dinja nbidlet minn meta kelli 16-il sena.", "Ħassejtni imbarazzata naffaċċja din id-dinja u xtaqt li ma noħroġx mill-ħajja tal-kunvent.", "Xtaqt li bqajt hemm ġew imma l-Mulej ma ridnix.\"", "Tistqarr li l-ħajja tal-klawsura hija waħda differenti: \"Bħala soru kont mogħtija għal Alla, fejn la tara u lanqas tisma' x'hemm hemm barra.", "Kienu jiġu nies bil-problemi tagħhom imma dawn kienu jibqgħu barra, u fil-kuvent kulma stajna nagħmlu hu li nitolbu għalihom.\"", "Mal-aħbar li toħroġ minn soru, il-familjari u s-sorijiet jibqgħu sorpriżi: \"Ma bassrux li jiena se nħalli l-ħajja reliġjuża.", "Meta dħalt soru kont għedtilhom li jiena se nidħol u mhux se nerġa' noħroġ.", "Imma diżgrazzjatament Alla qalli biex nieħu dak il-pass ma xtaqtx nagħmlu.", "Kieku nerġa' nitwieled mill-ġdid, nerġa' nidħol soru.\"", "Ittemm billi taqsam magħna d-dispjaċir li tħalli lis-sorijiet l-oħra: \"Jiddispjaċini li ħallejt lil ħuti warajja.", "Għalija huma ħuti għaliex huma rabbewni ta' sittax-il sena.", "Għadni mmur narahom sal-lum, nixtrilhom u naqdihom.", "Dawk huma ħuti għalija, għaliex għandi nirrifjutahom?\"", "Ara l-intervista sħiħa li xxandret f'Tough Luck, it-Tnejn li għadda:"], "title": "BIL-FILMAT: \"Kieku nerġa' nitwieled mill-ġdid, nerġa' nidħol soru\" - Eks Soru"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/tablet-jew-mogza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Amber.", "Ta' 4 snin tinżel tagħlef u tiġbor il-bajd minn razzett.", "Aħna tkellimna ma' Anthea, omm Amber, li tispjegalna kif Amber minn età żgħira bdiet tinżel ir-razzett.", "\"It-tifla ilha tinżel r-razzett minn mindu kellha sentejn u nofs.", "Daqqa toqgħod qalb l-għoġġiela u daqqa qalb il-ħnieżer imma moħħha dejjem biex iġġorr mogħża partikolari magħha,\" tgħidilna Anthea.", "Tgħidilna li bħala omm tikkoraġġiha biex tinżel ir-razzett: \"Għalkemm għadha żgħira dejjem ngħidilha biex tkompli tiftaħ moħħha għall-istudju imma xorta nikkoriġġiha tinżel u tgħin lil missierha filgħaxijiet.", "Jekk ma jkunux nies hekk ma jkollha xejn!", "L-iskola hija tajba imma mhijiex kollox.\"", "Milux reġa' beda jdur", "li kienet kitbet Anthea s-sena l-oħra dwar kumment negattiv li rċeviet fuq ritratt tat-tifla fir-razzett: \"Kien hemm mara li staqsietni kif inħalliha tinżel kważi kuljum r-razzett qalb il-ħmieġ u dawk l-annimali kollha.", "Jiena dak il-ħin għedtilha, 'X'nagħmel?", "Inħalliha lejl u nhar fuq it-", "jew quddiem it-televiżjoni minn xħin tasal sa xħin torqod?", "Allaħares ma jeżistux nies hekk għax kieku inti la tiekol laħam u lanqas bajd.", "F'kemm trodd salib din il-mara sparixxiet minn quddiemi.'\"", "Anthea ssostni l-importanza tal-bdiewa: \"L-għeżież bdiewa u raħħala mhumiex diżunur!", "Għalkemm għad hawn min ma japprezzahomx, mingħajrhom ma nagħmlu xejn!.\""], "title": "Tablet jew mogħża?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/kelli-bzonn-urgenti-lil-dr-deo-u-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dr Deo Debattista Segretarju Parlamentari", "Peppi Azzopardi jirrakkonta kif ftit ġranet ilu membru tal-familja tiegħu, li bħalissa qed tgħix miegħu, kellha bżonn ta' tabib urġenti.", "It-tabib tagħha huwa Dr. Deo Debattista.", "Peppi jirrakkonta kif ċempel lil Dr. Deo u qata' għax ftakar li issa Dr. Deo Debattista ma jistax jara iżjed pazjenti.", "La sar segretarju parlamentari ma jistax jibqa' jagħmilha ta' tabib.", "Peppi Azzopardi jinsisti li din hija inġustizzja kbira fuq in-nies li kellhom tabib jew avukat jew accountant jew nutar u mil-lum għal għada ma jkunux jistgħu jużaw is-servizzi tagħhom għax isiru ministri.", "Xarabank.com.mt tkellem ma' Dr. Deo Debattista.", "Qalilna li hu jħossu skomdu li kellu jitlaq pazjenti, wħud li ilhom għandu 30 sena, hekk ħabta u sabta.", "\"Jien naqbel li jkun hemm żmien ta' tranżizzjoni u l-pazjenti nibqgħu narawhom bla ħlas u nidderiġuhom biex isibu alternattiva li jkunu komdi biha huma.\"", "Din l-issue mhijiex ġdida tant li l-Profs Franco Mercieca, speċjalista tal-għajnejn, kellu jitlaq minn segretarju parlamentari għax ma setax iħalli lill-pazjenti 'lampa u stampa'.", "Xi jiġifieri pazjent li jkun operat ġimgħa qabel, l-istess professur ma jistax jarah għax issa sar ministru?", "Il-każijiet jinkludu wkoll lill-professjonijiet l-oħra kollha.", "\"Jien mort nikxef għajni ma' avukat u f'daqqa waħda ma setax jiddefendini jew imqar jarani għax laħaq ministru,\" qaltilna persuna li tixtieq tiġi titkellem fil-programm Xarabank.", "Peppi Azzopardi qed jipproponi li wara li jinħatar ministru jew segretarju parlamentari, b'rispett lejn il-pazjenti jew klijenti, għandu jkun hemm sitt xhur ta' perjodu ta' tranżizzjoni.", "F'dan il-perjodu, il-professjonist ikun jista' jibqa' jara lill-pazjenti/klijenti u jagħtihom direzzjoni fejn jistgħu jmorru biex ikollhom persuna ta' fiduċja tagħhom."], "title": "\"Kelli bżonn urġenti lil Dr Deo u ma setax jaqdini\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-aduli-l-parking-u-qlajt.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Christian kull filgħodu jwassal lil ibnu ċ-", ".", "Jum minnhom meta jasal fuq il-post fejn kien ir-", "għall-ġenituri jsib krejn u ebda alternattiva għall-parkeġġ.", "\"Hemmhekk perikoluż ħafna biex taqsam bi tfal żgħar bil-karozzi ġejjin minn kull naħa.\"", "Hu qalilna wkoll li jum minnhom ħalla l-karozza quddiem iċ-", "tat-tfal u sab ċitazzjoni.", "\"Fejn riedni nipparkja l-", "jekk serqulna l-parkeġġ bla avviż?", "Tafu li hawn lanqas", "sura m'hawn viċin l-iskola?\"", "Kompla jgħidilna illi hu pprova jkellem lill-Kunsill ta' Pembroke, il-Bord tal-LESA u anke lil tal-MTA, però għalxejn.", "Huwa jikkonkludi billi jgħidilna illi ċ-ċitazzjoni m'għandux problema jħallasha, però l-", "għandu jkun konsistenti mhux meta jfettilu jiġi fuq il-post jagħti ċ-ċitazzjonijiet u jixtieq li jsiru ż-", "illum qabel għada."], "title": "BIL-FILMAT: \"Ħaduli l-parking u qlajt ċitazzjoni\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/bil-filmat-meta-bellguha-lil-peppi-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tgħid Ġiet Hekk Hux", "kien programm popolari segwit minn ħafna, ipproduċut minn Karl Bonaci.", "Kien mimli candids lill-personalitajiet Maltin u ma setax ma jmissx lil Peppi.", "Iċ-ċajta bdiet mis-sala, meta attur waqqaf lil Peppi live waqt diskussjoni biex jgħidlu li jrid ikellmu fuq xi rigali li ħass li ta' Xarabank ma mxewx ġustament.", "Peppi kien qallu li se jkellmu wara l-programm u ġara hekk:"], "title": "BIL-FILMAT: Meta bellgħuha lil Peppi ta' Xarabank"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/flejl-minnhom-ibni-beda-jitwal-u-jitwal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tirrakkonta omm Brian, Josephine.", "\"Brian kien għadu kif ġie mit-Tuneżija u meta wasal qalli: 'Ma, taf kemm jien iddispjaċut li ma lħaqtx xtrajt", "ta' oħti għall-Preċett!\"", "Tant iddispjaċih li reġa' tela' weekend ma' ommu t-Tuneżija biex jixtru s-", "Fit-Tuneżija, Brian beda jħossu mhux f'sikktu.", "Beda jitlef il-bilanċ u jogħtor, u ommu tgħidilna li darba waħda, f'lejl minnhom, binha beda jitwal.", "Minn 5'7 għal 6'7 f'salt.", "Spjegawlha li dan kien wieħed mis-sintomi tal-marda li ħakmitu.", "Brian jagħmel xahar l-isptar, u ommu Josephine tirringrazzja 'l Alla li ma kellhiex tarah ibati ħafna.", "\"Kieku baqa' ħaj u rajtu għadu f'dik it-tbatija kont naqbad imħadda u nifgah,\" tgħidilna Josephine, imbikkma wara t-traġedja li għaddiet minnha.", "Illum għaddew 21 sena minn meta Brian ħalliena, \"u jien kuljum għadni nistaqsih għalfejn ħalliena hekk, ħabta u sabta,\" tkompli Josephine.", "L-aħħar ritratt li ħa Brian kien proprju ma' oħtu Jolene, liebsa l-libsa tal-Preċett.", "U anke meta miet, Josephine baqgħet tittama.", "Baqgħet tistennieh ġej lura d-dar, baqgħet tistennieh iqum mill-mewt.", "\"Ma tibqax tirraġuna.", "Kiefra, kiefra wisq,\" qaltilna.", "Issa Josephine qed tirrakkonta kif dan l-aħħar rat lil binha qisu ġie lura.", "\"Kellimni u qalli biex inserrħu rasna li qiegħed f'post aħjar,\" tirrakkonta Josephine.", "\"Imbagħad poġġa fuq is-sodda u qalli: 'Mill-plattina li tani niekol il-Mulej, jien aċċettajtha.'\""], "title": "\"F'lejl minnhom ibni beda jitwal u jitwal, imbagħad miet\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/08/clint-jaqleb-gall-ajar-u-jgammed-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-istorja ta' Clint Abel Wedge issa jafuha ħafna nies.", "Meta kellu sittax-il sena kellu kanċer aggressiv.", "It-tobba kienu qalulu li aħjar jekk iżomm l-isperma ġo bank minħabba li bil-kimoterapija ma setax ikollu tfal.", "Ifiq kompletament mill-kanċer.", "Jiltaqa' ma' Maryrose u jiżżewġu.", "Ikollhom tarbija u jsemmuha Emma.", "Tliet xhur wara li twieldet, Clint jerġa' jaqbdu kanċer ieħor.", "Fuq Xarabank.com.mt konna għednielkom li Clint kellu jagħmel operazzjoni serja li damet 4 sigħat", ".", "Illum aħna tkellimna ma' Clint u nistgħu ngħidu li Clint iħossu ħafna aħjar, ħareġ mill-isptar u qed jistenna r-riżultati mediċi.", "Nhar il-Ħadd li għadda Clint u Maryrose għammdu lil binthom Emma.", "Tkellimna ma' Clint li qalilna li dan kien mument ta' ferħ għalih u għal martu.", "Staqsejnieh jekk qabel l-operazzjoni kienx iddedika xi talba speċjali.", "Clint wieġeb hekk: \"Il-qaddisin tiegħi huma ħajjin u nsibhom f'Puttinu.", "Kif ħriġt mill-operazzjoni sibt lil Puttinu illi ilhom isegwuni minn meta kelli 16-il sena.\"", "Clint ħerqan ħafna li jerġa' jibda jservi lill-klijenti tiegħu bħala", "nhar il-Ħamis li ġej (3 ta' Awwissu)."], "title": "Clint jaqleb għall-aħjar u jgħammed lil bintu Emma"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/gal-min-jixtieq-jaddotta-dan-il-hamster.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan il-", "instab f'nofs ta' triq u qed ifittex li jiġi addottat minn xi ħadd.", "Dan il-", "intlemaħ fi triq minn persuna illi kienet miexja bil-kelb tagħha.", "Fuq", "fuq Facebook il-persuna li sabitu qalet li ħassitha ddispjaċuta għax il-", "kien fis-sħana għall-ħin twil.", "Żiedet tgħid li qed jiddispjaċiha wkoll li ma tistax iżżommu.", "Pero', fuq nota pożittiva jidher li ħafna nies iriduh u qed joffru li jilqgħuh ġo darhom.", "Jekk inti interessat, ibagħtilna messaġġ fuq Facebook."], "title": "Għal min jixtieq jaddotta dan il-hamster..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/torog-minn-soru-wara-31-sena-magluqa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla din l-eks soru se tirrakkonta xi ġralha f'Tough Luck", "Ta' 15-il sena daħlet soru tal-Klawsura.", "Għamlet 31 sena magħluqa mas-sorijiet.", "Ma toħroġ qatt minn hemm ġew.", "Sakemm ta' 46 sena ħasset lill-Mulej jgħidilha: \"It-triq tiegħek tieqaf hawn.\"", "Xi ġralha wara li telqet mill-Klawsura ta' fuqha senduqha?", "Tiltaqgħu ma' din l-eks soru llejla waqt il-programm", ".", "L-istorja tagħha tkompli.", "Tgħid ix-xewqa sempliċi li għandha se tinqata' llejla waqt il-programm?", "Jurgen Manicolo, wieħed mill-producers ta'", ", jgħidilna li llejla Christian Debono se jkun qed jilgħab f'", "bit-tama li jaqta' x-xewqa li jqatta' ġurnata mal-band Tribali.", "Illejla niltaqgħu wkoll ma' Daniela Micallef, xufiera ta' trakk tal-kostruzzjoni.", "Daniela għandha xewqa li jkollha", "Staqsejna lil Jurgen min se jirbaħ illejla u pront weġibna \"segwu l-programm", "fuq TVM, wara l-Aħbarijiet tat-8pm!\""], "title": "Toħroġ minn soru wara 31 sena magħluqa f'kunvent tal-Klawsura"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/franco-debono-lil-min-se-jivvota_31.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'intervista li xarabank.com.mt għamel ma' Franco Debono, Dr Debono sostna li huwa għadu tesserat mal-Partit Nazzjonalista.", "Jgħid:", "\"Qatt ma ġejt infurmat li ma għadnix tesserat.", "Fil-fatt sentejn ilu bagħtuli mill-PN biex inħallas it-tessera.", "Dan ifisser li għadni tesserat.\"", "Jekk, skont Franco Debono, għadu tesserat, allura jista' jivvota biex jagħżel il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.", "Lil min kieku jivvota?", "Franco Debono jwieġeb hekk:", "\"Ż", "gur ma nivvutax lil xi ħadd li qatt ma lagħab futbol u b'opportuniżmu sfaċċat jippretendi li jsir captain.\"", "Kieku Franco Debono għadu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kien hemm probabiltà kbira li jkun parti mit-tmexxija tal-Partit.", "Staqsejna lil Franco Debono jekk illum jiddispjaċihx għal dak li kien għamel u jekk kienx jagħmel l-istess illum.", "Weġibna:", "\"Dak li għamilt kien measure of last resort u nixtieq ma ġejtx f'pożizzjoni li kont kostrett nieħu ċerti stands.", "Kont qed nimbotta riformi importanti.", "Jiddispjaċini li weġġajt nies li kienu u għadhom ħbieb tiegħi u nies li appoġġjawni.", "Kieku llum, le, ma nerġax nagħmel dak li għamilt fi żmien Gonzi.", "Minkejja li dak iż-żmien kelli ħafna paċenzja llum nifhem li kelli bżonn ħafna iżjed paċenzja u kieku llum nibqa' nippersisti nipprova nbiddel minn ġol-Partit.\"", "Wara l-aħħar elezzjoni Franco Debono jgħid li kienu ħafna dawk li ħajruh jikkontesta l-elezzjoni għ", "all-Kap tal-PN.", "Tant kien hemm rispons qawwi, li Franco Debono kkummissjona stħarriġ xjentifiku li sar minn", "F'dan l-istħarriġ, li xarabank.com.mt għandu kopja tiegħu, jirriżultaw ħafna punti interessanti.", "Insibu li 53% ta' dawk li fl-aħħar elezzjoni jew ta' qabilha vvutaw PN jaħsbu li Franco Debono kellu raġun fil-kritika li kien jagħmel.", "Skont dan l-istħarriġ, 73% ta' dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni jew f'ta' qabilha, jgħidu li Franco Debono kellu jingħata aktar spazju biex jaħdem.", "Ironikament, 54% ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ ma kinux jafu jsemmu", "li Debono kien qajjem fil-Parlament waqt li l-bqija semmew li Debono tkellem fuq il-qasam tal-ġustizzja u tal-kostituzzjoni, fost oħrajn.", "Fost dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni jew ta' qabilha, 43% jaħsbu li llum, Franco Debono jista' jkollu kariga fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.", "Tlabna l-kummenti ta' Franco Debono dwar dan l-istħarriġ:", "\"Dawn ir-riżultati juru li minkejja sentiment ta' ostilità mill-Partit għal diversi snin, xorta ngawdi minn sentiment ta' appoġġ sostanzjali fil-PN u l-Partit irid jagħmel eżami profond tal-kuxjenza biex jifhem kemm żbalja meta ma ħallinix naħdem u ċaħħad lilu nnifsu minn element li seta' kien utli ħafna.", "Wasal iż-żmien li l-PN jibda jaffaċċja domandi li ilu jitfa' taħt it-tapit.", "Li l-issues kienu validi u li kelli raġun kienu diġà ċari mir-riżulati elettorali kif ukoll mill-fatt li r-riformi li pproponejt ġew implimentati.\"", "Staqsejna lil Franco Debono min jaħseb li se jkun il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista:", "\"Nemmen li mill-kontestanti hemm min għandu l-esperjenza neċessarja biex jieħu f'idejh ir-riedni tal-partit f'dan l-mument tant diffiċli u delikat.", "Nemmen li se jsir kap mhux min ipaċpaċ l-aktar, imma min għandu track record biex isostni dak il-kliem u wegħdi.\""], "title": "Franco Debono lil min se jivvota?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-it-tieg-tal-ministru.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Ministru Ian Borg għadu kif tefa'", "tat-tieġ tiegħu ma' Rachelle fuq Facebook.", "Il-koppja kienu pjanaw id-data tat-tieġ ferm qabel ma tħabbret l-Elezzjoni Ġenerali għall-għarrieda, u f'Xarabank kienu ġew u rrakkontaw kif kienu qed jippreparaw għat-tieġ u għall-Elezzjoni.", "Il-Ministru Borg kien qal li kellhom problema bl-inviti għax fuq l-invit kien laħaq niżżel ismu bħala", "imbagħad inkwieta li sa wara l-Elezzjoni jista' jinbidel kollox, għax fi kliemu, \"meta jasal it-tieġ ma nafx inkunx fil-Parlament u ma nafx jekk hux se nkun segretarju parlamentari u ma nafx inkunx fil-Gvern, għax it-tieġ wara l-Elezzjoni.\"", "Kif jaf kulħadd, ġara li mhux talli baqa' fil-Gvern u fil-Parlament, imma talli spiċċa l-iżgħar Ministru bl-ikbar Ministeru fil-Kabinett.", "Ian Borg twieled Ħad-Dingli u sar sindku ta' raħal twelidu meta kellu biss 18-il sena.", "Dakinhar kien l-iżgħar sindku ta' Malta u Għawdex.", "U b'kumbinazzjoni, it-tfajla li sab (li llum hija l-mara tiegħu), kunjomha Dingli!", "Din hija l-intervista li konna għamilna magħhom meta ġew f'Xarabank, ftit jiem qabel l-Elezzjoni.", "Dakinhar, Ian u Rachelle kienu mistiedna ma' Clayton u Graziella.", "Clayton huwa l-", "tan-NET, u dak iż-żmien Graziella kienet kandidata għall-Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista, u wkoll kienu żżewġu fi żmien l-Elezzjoni.", "Xarabank jixtieq jawgura lil Ian u lil Rachelle ħafna paċi u mħabba."], "title": "BIL-FILMAT: It-Tieġ tal-Ministru"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-marlene-farrugia-terga.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jidher li x-xogħol ta' bandista qed jogħġob lid-Deputat Parlamentari u Kap tal-Partit Demokratiku Dr Marlene Farrugia.", "F'dan il-filmat, li tellgħetu hi stess ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, tidher qed iddoqq il-plattini waqt il-marċ ta' dalgħodu fil-Palazz tal-Grazzja f''Ħaż-Żebbuġ.", "Dr Marlene Farrugia u Dr Godfrey Farrugia flimkien mal-banda Ż", "ebbuġija De Rohan kienu qed jiċċelebraw flimkien maż-Żebbuġin il-festa ta' San Ġużepp.", "Fil-", "li tellgħet fuq Facebook Dr Farrugia qalet li dritt wara baqgħet sejra Marsaxlokk biex tkompli tiċċelebra l-festa mal-poplu Xlukkajr."], "title": "BIL-FILMAT: Marlene Farrugia terġa' tagħmilha!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/ic-ckejken-ta-11-il-xahar-charlie-gard.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Charlie Gard, it-tarbija li kienet f'kontroversja legali dwar il-kura tagħha, miet.", "Charlie ta' 11-il xhar kien ibati minn kundizzjoni ġenetika rari.", "Fix-xhur li għaddew il-ġenituri tiegħu ġġieldu battalja legali kontra l-isptar Great Ormond Street biex it-tarbija tingħata l-kura fl-Istati Uniti.", "Madankollu, it-Tnejn li għadda l-ġenituri ċedew din il-battalja wara li t-tabib qal li kien tard wisq biex il-kura taħdem fuq Charlie."], "title": "Iċ-ċkejken ta' 11-il xahar Charlie Gard imut"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/l-gannej-tal-mulej-jaglaq-91-sena.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illum Ġorġ Agius, l-għannej tal-Mulej, jagħlaq 91 sena.", "Ġorġ huwa magħruf għall-kuraġġ li jagħti meta jżur lill-morda u lill-anzjani fl-isptarijiet.", "Dan il-kuraġġ minbarra li joħroġ bil-preżenza tiegħu, jintwera wkoll bit-taqbiliet tiegħu.", "Aħna nawgurawlu xewqat sbieħ!"], "title": "L-għannej tal-Mulej jagħlaq 91 sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/josie-coppini-jaglaq-19-il-sena-mejjet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Komiku u attur magħruf.", "Kantant tal-mużika klassiku u raġel tal-familja.", "Josie Coppini li jibqa' magħruf bħala r-Ronnie.", "Josie li ħadem anke f'partijiet serji, żgur li baqa' magħruf għall-parti ta' Ronnie.", "Raġel ġwejjed u li jibża' minn martu; mara dominanti, parti maħduma minn Maryrose Mallia.", "Josie Coppini twieled il-Belt Valletta u", "ħa l-edukazzjoni", "fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira.", "Fl-aħħar tas-snin disgħin, Coppini kien imħarreġ bħala baritonu mi", "ziju", "Fil-fatt l-ewwel imħabba lejn il-palk kienet permezz tal-mużika, liema passjoni ġiet mill-familja.", "Wara kors, huwa ħa t-tmexxija fil-produzzjoni", "Fost oħrajn ħ", "Ġensna", "Iskra", "u fil-La Traviata ta'", "kellu diversi partijiet", "il-", "Justice u Black Eagle.", "Produzzjonijiet oħra li ħa sehem fihom huma", "Triq Waħda", ", interpreta l-parti tas-Sur Nin fis-serje", "F'Baħar wieħed", "In-neputija tal-kappillan", "u fil-produzzjoni", "L-aħħar dehra tiegħu kienet fil-produzzjoni", "fejn żgur kulħadd jiftakar lil Maryrose ssejjaħlu 'purċinell'.", "Huwa miet it-Tlieta 28 ta' Lulju, 1998 fl-eta' ta 64 sena.", "Id-difna saret fiċ-ċimiterju ta'", "Raħal Ġdid", "Coppini kien figura popolari fost il-Maltin, li ammiraw", "l-karattru ferrieħi tiegħu."], "title": "Josie Coppini jagħlaq 19-il sena mejjet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/parlata-elwa-bejn-ragel-u-qattusa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan ir-raġel qajjem reazzjoni fuq Facebook wara li xi ħadd ħadlu ritratt jikkomunika ma' qattusa.", "Skont il-kummenti ta' Facebook dan ir-raġel jismu Leli, u kull filgħodu jgħajjat lil qtates tat-triq, jitmagħhom u jgħaddi ħafna ħin 'jitkellem' u jirrilassa magħhom.", "X'inhi r-reazzjoni tagħkom għal raġel bħal dan?", "Ikkumenta hawn taħt!"], "title": "Parlata ħelwa bejn raġel u qattusa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/caricia-tirrakkonta-kif-ommha-nqatlet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["-10 ta' Diċembru tal-2010, fiż-Żebbiegħ.", "L-ex għarus ta' Christina nstab ħati tal-qtil tagħha.", "Seba' snin ilu, eżatt wara li qatlu lil ommha, Caricia kienet għamlet intervista esklussiva ma' Xarabank.", "Illum, 7 snin wara, Caricia qiegħda fl-istess", "ta' Xarabank tirrakkonta x'gara minn dakinhar li qatlu lil ommha.", "Illum Caricia qiegħda fl-istudio ta' Xarabank, iġġedded il-memorji koroh, tirrakkonta x'ġara dakinhar tal-qtil ta' ommha u tgħidilna kif ħajjitha nbidlet minn dakinhar 'l hawn.", "Fl-intervista Caricia tirrakkonta kif għal xhur sħaħ l-ex għarus ta' ommha kien jhedded lil ommha li se joqtol lilha u lil kull min ikun magħha.", "Caricia tgħid, \"kien qed jiġri warajna ħafna, eżempju darba żammilha sikkina ma' għonqa għal sagħtejn.\"", "Caricia tkompli tgħid li ommha kienet f'relazzjoni ma' dan il-ġuvni għal 4 xhur biss u meta ddeċidiet li ma tibqax miegħu sar possessiv u kien jgħidilha \"jekk ma tkunx tiegħi, ma tkun ta' ħadd\".", "Lil dawk għaddejjin minn esperjenza simili għal dik ta' ommha, Caricia tgħidilhom \"itilqu!\".", "Caricia tgħid li dakinhar li ommha nqatlet, hi kellha tkun magħha, iżda b'xorti tajba ma laħqithiex u ftehmu li jiltaqgħu filgħaxija.", "Caricia filgħaxija saret taf minn Facebook li ommha kienet inqatlet, u li issa hi spiċċat orfni, għax Caricia kellha biss lil ommha.", "Caricia u Christina filgħaxija ma ltqagħux.", "Wara 7 snin mill-qtil ta' ommha, Caricia llum iżjed b'saħħitha minn qatt qabel.", "Malli tiltaqa' magħha mill-ewwel turik kemm kibret fi tfajla determinata li ma tħalli xejn jaqtagħlha qalbha.", "Illum, fl-età ta' 23 sena, Caricia qed tikkompeti f'Miss Universe Malta u qiegħda tirrappreżenta l-lokalità tar-Rabat.", "Il-konkors se jsir nhar il-Ġimgħa 4 ta' Awwissu u qed jiġi organizzat minn Jeff Francalanza u Alan Darmanin.", "Xarabank jawguralha.", "Ara l-intervista sħiħa ma' Caricia f'dan il-filmat:"], "title": "Caricia tirrakkonta kif ommha nqatlet mill-ex għarus tagħha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/dan-il-membru-parlamentari-gadu-kif-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo lbieraħ ta kilwa lil xi ħadd li ma jafx.", "Dalgħodu, Peppi Azzopardi kiteb dan il-messaġġ dwar dan il-ġest: \"Rari nkun bla kliem.", "Imma ma nistax insib kliem addattat biex niddeskrivi s-solidarjetà ta", "' Ivan Bartolo li ta kilwa lil persuna li hu ma jafx min hi.", "Ivan mhux biss jemmen fil-valuri ta", "' Kristu imma jgħixhom.", "U nfakkar, għal dawk li dejjem jipprovaw ikissru lin-nies fil-politika, li dan ir-raġel huwa Membru Parlamentari.", "Kburi li nafek Ivan u tgħallimt mingħandek fuq in-nies fil-bżonn.\""], "title": "Dan il-Membru Parlamentari għadu kif ta kilwa lil xi ħadd li ma jafx"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/mark-ta-xarabank-u-jd-tal-vibe-fm-gamlu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mark ta' Xarabank u l-preżentatur ta' Vibe FM Jd Patrick marru dawra bil-karozza u fost l-oħrajn tkellmu dwar l-aktar ħaġa li qed turtahom bħalissa, ix-xagħar ta' Mark, u għamlu mħatra biex jaraw min minnhom l-aktar li jintagħraf min-nies fit-triq.", "Mark u Jd spiċċaw fil-karozza ma' xulxin wara li nhar it-Tnejn li għadda, waqt il-", "tagħhom fuq Vibe FM, il-preżentaturi Jd, Martina u Jonathan għamlu sfida lil xulxin.", "L-isfida jirbaħha dak jew dik li l-ewwel jirnexxilhom jispiċċaw f'", "oħra li m'għandhiex x'taqsam mar-radju tagħhom.", "\"Meta tkun fil-", "tiġik kurżità biex tikteb ismek fuq Google u tara x'jitla',\" jispjega Jd lil Mark.", "\"U meta ktibt ismi waqajt ħażin għax telgħu biss affarijiet fuq Valentina Rossi.", "U allura ġejt għandek biex forsi tgħinni nispiċċa fuq il-", "tagħkom ta' Xarabank ħalli nirbaħ din l-isfida.\"", "\"Vera li Valentina isbaħ minni fid-dehra, imma jien aħjar minnha,\" kompla jargumenta Jd.", "Din l-isfida aħna dħalna għaliha ma' Jd b'qalbna kollha u rnexxielna nirbħuha, għax sakemm qed nippubblikaw l-intervista fil-karozza ma' Jd, Jonathan u Martina jidher li ma rnexxielhomx inaqqxu isimhom fuq xi", "oħra.", "Waqt l-intervista, Jd jammetti li hu u sħabu tar-radju huma fost il-ftit nies li jirringrazzjaw 'l Alla li żdied it-traffiku f'Malta, għax minħabba li n-nies qed iqattgħu aktar ħin fil-karozzi, qed jisimgħu aktar il-programmi tagħhom.", "Huwa evidenti li Jd ma jogħġbu xejn xagħar Mark, u ma tantx idur mal-lewża għax jgħidlu f'wiċċu fil-karozza.", "U kelma ġġib lill-oħra, u t-tnejn jispiċċaw jimpikaw fuq min minnhom jintagħraf l-aktar fit-triq.", "U jagħmlu mħatra.", "Jiftehmu li jieqfu jistaqsu lin-nies biex jaraw in-nies lil min jagħrfu l-aktar, jekk hux lil Mark jew lil Jd!", "Jd Patrick huwa wieħed mill-preżentaturi tal-", "ta' Vibe FM.", "Il-", "tixxandar kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7am sal-10am u l-programm jippreżentawh miegħu Martina Zammit u Jonathan Abel.", "Ritratt ta' Mark: Cng Fotography"], "title": "Mark ta' Xarabank u Jd tal-Vibe FM għamlu din l-imħatra ġol-karozza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-se-jaqsmu-minn-malta-sal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt: Deborah u Daryl", "Dawn Deborah u Daryl.", "Koppja li b'mutur wieħed f'Settembru li ġej se jgħaddu minn 15-il pajjiż biex jaslu l-Awstralja.", "Matul dan il-vjaġġ se jieqfu f'diversi pajjiżi biex jagħmlu xogħol volontarju.", "Kif ġietu din l-idea lil Daryl?", "\"Kont nara din ir-rivista li kienet toħroġ darba fix-xahar u fih kont nara stejjer ta' min kien ibigħ id-dar biex jitla' għall-avventura jew jaqsam id-dinja u minn hemm ġiet din l-idea.", "Moħħi beda jtektek li nagħmel din l-avventura mill-2013,\" jispjega Daryl.", "Imma kif iltaqgħu Deborah u Daryl?", "Deborah tirrakkonta li ltaqgħu waqt li kienet ix-xogħol: \"Kont qiegħda x-xogħol f'ħanut tax-xorb u Daryl kien l-fotografu tal-avveniment.", "Xħin rajtu ħadt grazzja mieg", "ħu", ".", "Sibt ritratt li kien ħadli fuq Facebook u fejn qatt ma nagħmilha, żidtu bħala ħabib fuq Facebook.", "Ma kellimtux jien imma daħal ikellimni hu.", "Bdejna nitkellmu, fosthom fuq l-ivvjaġġjar.\"", "Iżżid tgħid li darba fost oħrajn saqsieha jekk kellhiex aptit tmur dawra miegħu fuq il-mutur u marret.", "\"Avolja ma qatt ma rkibt mutur, mort, imma sakemm wasalna fejn kellna mmorru kelli rogħda kbira fuqi.\" tistqarr Deborah.", "B'kuntrarju, Daryl ilu jsuq il-mutur żmien twil u jispjegalna kif wiret din l-imħabba lejn il-muturi minn missieru.", "Jispjegalna li mutur jagħtih l-libertà: \"Li ssuq mutur jagħtini sens ta' libertà tal-ġenn.\"", "F'din l-avventura, Daryl u Deborah se jsuqu b'mutur wieħed u għalhekk kellu jarmah sew għal din l-avventura.", "\"Peress li se nkunu żewġ min-nies fuq il-mutur se tkun sfida ikbar.", "Għalhekk irridu nieħdu affarijiet għal żewġ min-nies.", "B'mutur wieħed għandna inqas fejn nitfgħu affarijiet.", "Għamilna żewġ basktijiet għal quddiem tal-mutur u kemm stajna kull rokna vojta li għandu l-mutur, ippruvajna nivvintawlu xi ħaġa biex nitfgħulu iktar affarijiet,\" jispjegalna Daryl.", "Fil-pront, Deborah tistqarr b'nofs tbissima: \"Bażikament jekk se neħxin jitlaqni f'nofs tat-triq.\"", "Wieħed jista' jkun parti f'din l-avventura billi jagħti donazzjoni: \"Bdejna minn issa niġbru l-flus.", "Ħriġna b'dan il-kunċett li għal kull €10 nipprovdu uniformi lil tifel jew tifla fl-Indja,\" tgħidilna Deborah.", "Filwaqt li wieħed jista' jagħti donazzjoni", "hawnhekk", ", wieħed jista' jsegwi l-avventura fuq", "u fuq"], "title": "BIL-FILMAT: Se jaqsmu minn Malta sal-Awstralja b'mutur"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-galiex-qed-isibu-l-ittra-v.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tinħasdux!", "Din l-ittra bl-aħmar se tkun qed tintlemaħ biss minn Ottubru li ġej fis-serje l-ġdida", "Aħna tkellimna ma' David Rizzo minn darC Producations li qed jikteb u qed jidderiġi din is-serje.", "Jagħtina sfond tal-istorja u jispjegalna: \"", "jittratta storja ta' tfajla bl-isem Azalea li taħdem bħala konsulenta ma' tfal u adoloxxenti.", "Kif se naraw Azalea kienet tgħix ma' ommha, missierha u oħtha.", "Però Azalea titlef lil ommha u lil missierha f'inċident tat-traffiku u jispiċċaw biss hi u oħtha.", "Oħtha toħodha bil-kbira t-telfa t'ommha tant li titlaq l-istudji u taqa' f'dipressjoni.", "Tibda tagħmilha ma' ġuvni li minflok jgħinha toħroġ minn din is-sitwazzjoni, iqabbadha triq ħażina bil-vizzju tad-droga u xorb.", "Però l-ġuvni li kienet toħroġ miegħu jidħak biha u tispiċċa tipprostitwixxi ruħha sakemm issir taf sigriet dwaru.", "Għalhekk jiddeċiedu li joqtluha b'", "u tinstab mejta minn oħtha.\"", "Ikompli jgħidilna li fl-istess ħin fuq il-midja u l-aħbarijiet jibda jingħad li hemm", "jiġri mas-saqajn u dan joħloq kurżità.", "Jispiċċa jpatti lil nies għal għemilhom u wħud jibdew jammirawh.", "David jistqarr: \"Fis-serje nidħlu fi stejjer oħra bħal abbuż u", "jibda jidħol fihom ukoll biex joħloq ġustizzja u ma jibqgħux isofru.", "Il-Pulizija jibdew jindunaw li min qed iwettaq din l-azzjoni, qed iwettaqha għax irid hu u għaliex dejjem isibu karta miktuba bl-ittra 'v' bl-aħmar.", "Hawn min se jaħseb li l-ittra 'V' qed tirreferi għal Vigilante imma mbagħad nindunaw li din l-ittra tfisser xi ħaġa oħra.\"", "Imma kif ħarġu b'din l-idea?", "David jistqarr li pprovaw imorru għal xi ħaġa differenti: \"Is-soltu niktbu stejjer li ndaħħlu fihom misteru kbir imma indunajna li n-nies iħobbu wkoll xi ħaġa tradizzjonali bħalma huma l-problemi soċjali u relazzjoni li ma tirnexxix.", "Ipprovajna ngħaqqdu dawn iż-żewġ affarijiet flimkien biex noħorġu b'idea oriġinali.\"", "Bħalissa t-tim tal-produzzjoni u l-atturi għaddejjin b'ħidma ġmielha: \"Il-proċess tal-", "beda fil-bidu tax-xahar u qed naħdmu sitt ijiem fil-ġimgħa.", "L-atturi wkoll qed jieħdu xi lezzjonijiet tal-arti marzjali u anke tal-ġlied bix-xabli biex jippreparaw ruħhom sew qabel ma tinġbed ix-xena.", "L-iscript għadu qed jinkiteb u bħalissa qed niltaqgħu biex noħorġu b'iktar ideat.", "Għaliex wieħed għandu jara Vigilante, f'Ottubru li ġej kull nhar ta' Sibt fit-8:30pm?", "\"Din is-serje nqabbilha ma' mejda mimlija platti varji u platt minnhom se jolqtok u jogħġbok żgur.\"", "Din is-serje qed tittella' minn DarC production f'kollaborazzjoni ma' WE Media.", "Żur il-", "paġna", "ta' Vigilante biex tikseb iżjed informazzjoni."], "title": "BIL-FILMAT: Għaliex qed isibu l-ittra V bl-aħmar?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/titkellem-magna-l-mara-ta-chris-said.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt: Chris Said flimkien ma' martu Linda Attard Said", "X'kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?", "Id-deċiżjoni ħadnieha flimkien, ovvjament, u allura ma kien hemm l-ebda element ta' sorpriża.", "Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?", "Kif għidtlek qabel, ħsibnieha flimkien u fit-tul.", "Hi deċiżjoni li tħalli impatt fuq il-familja kollha u allura mhix għażla ta' persuna waħda, jew deċiżjoni li tista' tieħu ta' malajr.", "Tkellimt ma' xi ħaddieħor tal-familja?", "Sakemm ħadna d-deċiżjoni bejnietna, le.", "Imbagħad l-ewwel nies li infurmajna kienu dawk tal-familja, bix-xieraq.", "Fl-aħħar mill-aħħar hi deċiżjoni li tolqot lilhom ukoll.", "Kieku għedtlu 'le' taħseb li xorta kien jikkontesta?", "Ovvjament li le.", "Impossibbli li tidħol għal kariga bħal dik mingħajr l-appoġġ totali tal-familja.", "Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalist, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika?", "U kif tħares lejha din?", "Nista' nimmaġina li wiċċi jibda jidher iżjed 'l hawn u 'l hemm però mhix xi ħaġa li ddejjaqni.", "Kull fejn stajt ngħin lil Chris – inkluż billi nkun miegħu għal ċertu avvenimenti – qatt ma qgħadt lura.", "Però nammetti li m'iniex xi ħadd li jfittex il-popolarità.", "L-importanti li nappoġġja bi sħiħ lil Chris u li naraw li l-familja ma tintlaqatx ħażin.", "It-tliet uliedna l-iżjed ħaġa prezzjuża.", "Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri?", "Jeħodhom?", "Il-pariri tiegħi ġeneralment huma aktar fuq affarijiet tal-ħajja ta' kuljum, bħal x'jilbes.", "Però meta nħoss li għandi nikkontribwixxi, ma noqgħodx lura.", "Iva, generalment, il-pariri jeħodhom jew niddiskutuhom.", "Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik 'biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti'?", "M'iniex it-tip ta' persuna li tħobb ħafna l-attenzjoni u allura ma nimmaġinax li jista' jkun hemm xi sitwazzjoni fejn nista' nimbarazza, b'xi mod, lil Chris.", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3 karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?", "Chris it-tip ta' bniedem determinat, persistenti u li kapaċi jaħdem ma' kulħadd.", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista' tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?", "Li, meta jkun qed jara", "fuq it-TV, jimmaġinah il-kontestant u jinsa li jkun qiegħed fuq is-sufan.", "Iġri tgħaddi jew iġri tasal?", "La tkun waslet allura s-sajf ikun kważi għadda u s-sajf lili jogħġobni.", "Allura, ħalliha ħa tasal mingħajr ebda għaġla!", "Ritratt: Chris Said flimkien ma' martu", "Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista."], "title": "Titkellem magħna l-mara ta' Chris Said"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/titkellem-magna-l-mara-ta-frank-portelli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt: Frank Portelli flimkien ma' martu Jenny", "X'kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għa", "ll-Kap tal-Partit Nazzjonalista?", "Meta Frank qalli li se jikkontesta g", "ħ", "all-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma kontx sorpri", "ż", "ħ", "ax kont naf illi kien ilu j", "ħ", "ħm", "ħaġ", "a konkreta kontra l-korruzzjoni f'pajji", "ż", "na u biex jer", "ġ", "gib lura dawk in-nies li g", "ħal", "ġ", "uni jew o", "ħ", "ra telqu jew ma vvutawx g", "ħall-", "Partit Nazzjonalista.", "Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?", "Peress li kont naf x'kien qieg", "ħ", "ħ", "oss, tajtu r-risposta mal-ewwel.", "G", "ħ", "edtlu li jekk kien qieg", "ħ", "ħ", "ġ", "o qalbu li jrid imur g", "ħ", "al din is-sej", "ħ", "a daqshekk diffi", "ċ", "mela jiena kont lesta nissupportjah sal-a", "ħħar.", "Tkellimt ma' xi ħaddieħor tal-familja?", "' Ġ", "ġ", "ħn", "għ", "ċiż", "joni b", "ħ", "al din taffettwa l-familja kollha.", "Kieku għedtlu 'le' taħseb li xorta kien jikkontesta?", "Le ma kienx jikkontesta g", "ħ", "ħ", "għedt", "ċiż", "joni b", "ħ", "al din taffetwa l-familja kollha, allura kul", "ħ", "add irrid ji", "ġ", "ħabe", "l wie", "ħ", "Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalist, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika?", "U kif tħares lejha din?", "ħ", "idlek il-verit", "ċl", "i nemmen il-fatt li nista", "na pubblika g", "ħ", "ax jiena pers", "na li n", "ħ", "obb il-privatezza tieg", "ħ", "ħ", "ċiż", "joni li se ng", "ħ", "in lil Frank f", "din il-kampanja,", "aċċ", "etta l-pu", "Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri?", "Jeħodhom?", "Jekk taqta", "!", "Infatti jekk ja", "ħ", "seb illi", "l-p", "arir huwa validu, malajr jag", "ħ", "milha tieg", "ħ", "u u jispicca fuq il-", "ħ", "Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik 'biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti'?", "ħ", "seb li fil-", "ħ", "ajja", "kun hemm sitwazzjonjiet fejn", "tista'", "twassal il-messa", "ġġ", "ħ", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3 karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?", "ż", "ż", "minijiet iebsin.", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista' tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?", "Dejjem xtaq ikun", "aptan tal-vapur tal-", "Iġri tgħaddi jew iġri tasal?", "ħ", "għaġġ", "-ħ", "ajja!", "Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista."], "title": "Titkellem magħna l-mara ta' Frank Portelli"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/titkellem-magna-l-mara-ta-alex-perici.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt: MayAnne flimkien ma' żewġha Alex Perici Calascione", "1.", "X'kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?", "Inzerta li konna flimkien ħerġin mid-Dar Centrali meta rċieva telefonata minn wieħed mill-Membri tal-Parlament biex ikellmu fuq dil-kwistjoni u dak il-ħin qalli li kien ilu xi ftit jiem b'numru ta' persuni jkellmuh biex jikkunsidra li joħroġ.", "Kien għadu ma semma xejn għaliex kienet deċiżjoni li kienet għad trid tittieħed.", "L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet biss li nistaqsih jekk kienx qies kollox u jekk ħasibhiex sew.", "Wara li tkellimna ftit u indunajt li, kif fil-fatt jagħmel dejjem, kien ħaseb fl-aspetti kollha, ftehemna għalhekk li flimkien inkellmu lit-tfal.", "Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?", "Ir-reazzjoni tajthielu mill-ewwel u b'mod naturali.", "Wara 31 sena żwieġ drajna xi ftit lil xulxin u għalhekk naf illi f'ċirkostanza bħal din, kien ikun diġà ħaseb fit-tul u kkunsidra kollox.", "Tkellimt ma' xi ħaddieħor tal-familja?", "Aħna tkellimna flimkien mat-tfal għaliex naturalment hija deċiżjoni li bilfors tinvolvi b'xi mod lill-familja.", "Kieku għedtlu 'le' taħseb li xorta kien jikkontesta?", "Matul dawn is-snin kollha li ilna flimkien dejjem ħallejna spazju lil xulxin u tajna appoġġ lil xulxin – speċjalment fejn wieħed minna jkun jew jixtieq jew determinat li jagħmel ħaġa.", "Għalhekk, bejn minħabba f'hekk u minħabba wkoll li ilu għal dawn l-aħħar snin b'involviment qawwi bħala uffiċjal tal-Partit, naħseb li minkejja l-fatt li din hi deċiżjoni importanti ħafna, ma kontx ngħidlu le.", "5.", "Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalista, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika?", "U kif tħares lejha din?", "Naf minn dak li rajt direttament f'dawn is-snin li Alex ilu involut fil-politika, li kariga bħal din tfisser ukoll li l-lenti pubblika ma taqax biss fuq il-Kap innifsu.", "Din hija responsabbilità li tiġi mal-kariga u għalhekk hija responsabbilità illi, b'ċerta maturità, inkun irrid naċċetta u naqdi mill-aħjar li nista'.", "Bħal ħafna ċirkostanzi oħra fil-ħajja, ixxammar il-kmiem, tmidd għonqok għax-xogħol, tkun lesta li tieħu l-pariri fejn meħtieġ u ma tħalli lil ħadd u xejn jitla' għar-rasek.", "6.", "Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri?", "Jeħodhom?", "Sinċerament le.", "Għandu l-Campaign Team li jaħdem u hu jieħu d-deċiżjonijiet magħhom.", "Bħala regola ngħaddi xi kumment dwar jekk xi artiklu jew xi intervista jkunux laqtuni jew le u b'hekk nagħtih reazzjoni oġġettiva ta' min ikun qed jaqra jew jisma'.", "7.", "Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik 'biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti'?", "Il-fatt li llum nafu lil xulxin sew, jagħmilni ċerta li sitwazzjoni bħal din ma tantx tinqala'.", "Xtaqt ngħid ħaġa fuq dil-kwistjoni.", "Ilni nsegwih ukoll fl-involviment politiku tiegħu matul dawn is-snin, u matulhom iltqajt u għadni niltaqa' ma' ħafna u ħafna persuni li jagħtu qalbhom u l-enerġija kollha tagħhom, ukoll b'sagrifiċċju kbir, għall-Partit.", "Għalhekk għalija huwa ċar ħafna li sew min ikun qiegħed imexxi l-Partit u kif ukoll min ikun maġenb min qed imexxi, għandhom dejjem iżommu f'moħħhom illi żball tagħhom ibatuh l-ewwel proprju dawn in-nies kollha li jiddedikaw ħajjithom għall-Partit.", "Din fiha nnifisha hija responsabbilità kbira li għandha wkoll tiggwida l-mod kif inġibu ruħna.", "8.", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3 karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?", "Insemmi tliet karatteristiċi li mmarkawh f'kull rwol li fdalu l-Partit s'issa u li tant huma parti mill-karattru tiegħu. (i) Lealtà u dedikazzjoni assoluta lejn il-Partit, li hu jrid jarah dejjem magħqud u sod; (ii) Sens ta' responsabbilità qawwi ħafna għal kulma jidħol għalih u (iii) Determinazzjoni soda li jerġa' jara l-Partit fil-post fejn minn dejjem għamel tant ġid lil Malta u Għawdex.", "9.", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista' tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?", "Jagħmel ħafna xogħol ta' għajnuna man-nies minn wara l-kwinti, li jibqa' xogħol moħbi.", "10.", "Iġri tgħaddi jew iġri tasal?", "Iġri tasal u tgħaddi ħalli bl-għajnuna t'Alla u bil-ħidma ta' kulħadd, inkomplu bil-ħidma meħtieġa.", "Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista."], "title": "Titkellem magħna l-mara ta' Alex Perici Calascione"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/titkellem-magna-l-mara-ta-adrian-delia.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["X'kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?", "Kont kburija illi r-ragel u l-familja tag", "ħ", "ħ", "du pass sabiex umilment nag", "ħ", "mna biex", "insaħħ", "u l-partit fl-", "żizz", "joni u konsegwentement na", "ċċ", "ertaw li fl-elezzjoni li jmiss insa", "ħħ", "u d-demokrazija f'pajji", "ż", "Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?", "ħ", "idlek id-dritt domt nog", "ħ", "mod u g", "ħ", "-ġu", "lum ma nafx x'laqatna.", "Tkellimt ma' xi ħaddieħor tal-familja?", "Iva tkellimt ma' tal-familja u mal-", "ħ", "bieb tal-qalb.", "Kieku għedtlu 'le' taħseb li xorta kien jikkontesta?", "ħ", "seb illi filwaqt illi Adrian u jiena dejjem nie", "ħ", "du de", "ċ", "ż", "jonijiet b", "ħ", "ala koppja n", "ħ", "oss u nemmen illi fil-ka", "ż", "odjern, peress illi Adrian", "ħ", "iż", "ż", "mien illi jsegwi l-vokazzjoni politika tieg", "ħ", "ċ", "jalment wara t-tieni telfa storika elettorali li per se tikkostitwixxi theddida g", "ħ", "ad-demokrazija f'pajji", "ż", "na) kien j", "kkontesta indipendentement mill-benedizzjoni tieg", "ħ", "Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalista, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika?", "U kif tħares lejha din?", "Inħ", "ħ", "naf illi kif dejjem g", "ħ", "amilt ser inkun l-ewwel u qabel kollox omm g", "ħ", "al 5 uliedna li g", "ħ", "ż", "ħ", "ar u g", "ħ", "andhom b", "ż", "onni iktar minn qatt qabel - it-tfal l-ewwel u qabel kollox.", "Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri?", "Jeħodhom?", "pariri.", "Għandu tim kapa", "ċ", "i u mimlijin ener", "ġ", "ija", "ż", "mill-bidu konna ftehmna illi jiena nibqa", "l-ewwel u qabel kollox (u dan indipendentament mill-", "ħ", "ajja politika) mara indipendenti, omm,", ", opinjonista u avukat.", "Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik 'biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti'?", "Iebsa din - per", "naħseb illi li nissott", "ħi", "ser tkun impossibbli", "ħ", "ħ", "ala persuna dejjem nimxi skon", "dak li n", "ħ", "oss huwa", "ġ", "ust u ekwu indipendentament mill-politika.", "Dak li huwa", "ħ", "ż", "in jibqa", "ħ", "ż", "in filwaqt li dak li huwa tajjeb jibqa", "tajjeb indipendentament mill", "Inti li ta", "fu daqshekk mill-qrib, għidilna", "3 karatterisitiċi pożitt", "ivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu", "ċ", "Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista' tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?", "Huwa romantiku g", "ħall-", "ħħ", "Iġri tgħaddi jew iġri tasal?", "ġ", "ħ", "Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista."], "title": "Titkellem magħna l-mara ta' Adrian Delia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/xse-naraw-fil-programm-ta-tough-luck.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla fuq Tough Luck se jilagħbu tliet kontestanti li se jikkompetu biex jirbħu r-rigal li jixtiequ huma.", "F'dan il-programm se nisimgħu l-storja ta' ħu Joseph Randic, li miet biex isalva żewġt itfal.", "Aħna tkellima ma' Jurgen Manicolo,", "ta' dan il-programm, li jgħidilna fuq il-parteċipanti tal-programm tal-lejla.", "Ikellimna fuq Daniela Farrugia, parteċipanta li se tkun qiegħda tilgħab fil-programm tal-lejla.", "\"Ix-xewqa tagħha hi li tiltaqa' mal-omm bijoloġika tagħha.", "Meta kellha biss ftit ġranet, Daniela ġiet addottata minn familja Maltija u tispjegalna kif huma tawha l-imħabba u l-valuri imprezzabbli.\"", "Jgħidilna li Daniela ftit li xejn għandha informazzjoni dwar il-familja tagħha imma qalulha li tixbah ħafna lil ommha.", "Iżid jgħid: \"Wara ħafna riċerka, irnexxielha ssib xi ħaġa li għaliha kienet il-bidu għall-ikbar pass li jmiss.", "Jekk tirbaħ, Daniela se tingħata vjaġġ għal Bucharest biex din il-ħolma ssir realtà.\"", "Parteċipant ieħor huwa Joseph Randich li jixtieq jirbaħ treadmill.", "\"Joseph huwa missier ta' żewġt itfal li jagħmel minn kollox għalihom.", "Ftit rajt missirijiet bħalu, li lest li jitlef kollox biex jiddedika ħafna mill-ħin tiegħu matul il-ġurnata għalihom,\" jispjegalna Jurgen.", "Iżid jgħidilna li t-tfal diġà qalulhom li jekk jirbaħ missierhom żgur se jispiċċa ma jużahiex għax huma se jkunu l-ħin kollu fuqha.", "Dwar dan il-parteċipant, Jurgen jgħidilna li Joseph jammira ħafna lil ħuh li miet biex isalva lil żewġt itfal li kienu qed jegħrqu.", "Stephanie Abood hija l-aħħar parteċipanta tal-lum, li x-xewqa tagħha hi li tqatta' ġurnata f'razzett mimli majjali żgħar.", "\"Din il-fissazzjoni fil-majjali ilha minn mindu kienet żgħira.", "Fil-fatt xħin morna d-dar tagħha stajna naraw kollezzjoni kbira ta' majjali ta' kull xorta u qis,\" jispjegalna Jurgen.", "Jgħidilna li filwaqt li ħafna jafu lil Stephanie minn fuq programmi ta' diskussjoni għax hi skjetta, hija persuna li ma tiddejjaq xejn titkellem magħha fuq kwalunke suġġett u persuna li tferraħ lil min ikun madwarha.", "Aħna nawguraw lill-kontestanti kollha", ", u mhux"], "title": "X'se naraw fil-programm ta' Tough Luck illejla?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/huwa-abbuz-kbir-li-tipprova-tgaffeg-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Li tipprova tgħaffeġ il-kuxjenza ta' xi ħadd huwa abbuż kbir.\"", "Dawn huma wħud mill-ewwel kelmiet ta' ittra miftuħa li Dun Anton Gouder kiteb bħala risposta lil Peppi Azzopardi.", "Din inkitbet wara l-ittra miftuħa li Azzopardi kiteb lil Dun Anton Gouder.", "Fil-bidu tal-ittra tiegħu, Dun Anton Gouder jirringrazzja lil Azzopardi għall-kliem ġentili li kitiblu fil-bidu tal-ittra tiegħu.", "Ikompli billi jerġa' jikteb il-mistoqsijiet li Azzopardi staqsieh fl-ittra miftuħa: \"Il-mistoqsijiet tiegħek huma dawn: Kieku l-liġi kienet tagħmel kienet se tagħmel l-abort (u allura l-qtil tat-trabi) legali, kont taċċetta li partit ispirat minn valuri nsara jagħti vot ħieles lid-deputati tiegħu?", "Kieku l-liġi kienet qed tintroduċi li \"tista' tintuża t-tortura\" f'ċerti ċirkostanzi fid-depow tal-Pulizija, kont taċċetta li partit ispirat minn valuri Nsara jagħti vot ħieles lid-deputati tiegħu?\"", "Dun Anton Gouder iwieġeb bit-tweġiba ċara: \"It-tweġiba hija ċara: IVA għaliex li tipprova tgħaffeġ il-kuxjenza ta' xi ħadd huwa abbuż kbir.\"", "Iżid jgħid li l-libertà tal-kuxjenza hija prinċipju mhux skont kif jaqbillu dak jew l-ieħor.", "\"Tibqa' r-responsabbiltà ta' kull deputat li jirriforma tajjeb il-kuxjenza tiegħu fuq prinċipji sodi.", "Inkella jgħid li se jimxi fuqi l-kuxjenza u jkun qed jagħmel fattih jew iħalli lilu nnifsu jitmexxa mal-kurrent,\" jispjega Dun Anton Gouder.", "Ikompli billi jistqarr li ma jafx xi jfisser \"partit ispirat minn valuri nsara.\"", "Filwaqt li jispjega li individwi fil-partiti għandhom ikunu ispirati minn valuri nsara, jgħid li l-politika trid titmexxa fuq il-ġid komuni u l-ordni tan-natura.", "\"Dan mhuwiex l-Evanġelju jew il-Kmandamenti ta' Alla kif jaħsbu ħafna, imma qatt ma jmur kontra dak li jrid Alla.", "Il-ġid komuni ma jkunx determinat bil-vot tal-maġġoranza.", "Bħal meta nimxu mal-maġġoranza, bilfors ikun hemm xi minoranzi li jbatu,\" iżid jgħid Dun Anton Gouder.", "Jispjega kif huwa diffiċli f'paragrafu ngħidu eżatti xi jfisser ġid komuni u kif mhux faċli fil-qosor ngħidu x'inhu dritt fundamentali tal-bniedem u x'inhi xewqa.", "Però jistqarr li huwa ċar li nies fil-qasam legali kapaċi jgħidu akbar minnu fhiex jikkonsisti dritt u għaliex mhux kull xewqa ta' ftit jew ħafna hija dritt.", "Iżid jgħid li dan m'għandux x'jaqsam mat-twemmin Nisrani.", "Dun Anton ikompli billi jitkellem fuq is-separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat: \"Din il-preżentazzjoni hija antika.", "Aħjar nitkellmu mill-awtonomija tal-Knisja u tal-Istat minn xulxin, u mir-rispett lejn xulxin.\"", "Iżid jgħid \"Billi bosta ċittadini huma membri kemm tal-Knisja u tal-Istat, għandhom dmir jikkoperaw flimkien għall-ġid taċ-ċittadini tagħhom.", "Imma dan żgur ma jfissirx li l-politiċi nsara jinsew li huma nsara.\"", "Jistqarr li japprezza li Azzopardi qabel li ħadd m'għandu jieħu passi dixxiplinari kontra l-Onor.", "Edwin.", "Itemm jgħid: \"Forsi kif inti imdorri tagħmel is-soltu, kien imissek bdejt kampanja b'saħħitha fuq hekk.", "Forsi wasal iż-żmien li d-dinjità tal-persuni li huma deputati fil-Parlament iġġagħalna nistaqsu jekk hux dinjituż li dawn il-persuni jkun mġiegħla jivvutaw bilfors kif jgħidulhom, ukoll jekk ma jaqblux.\""], "title": "\"Huwa abbuż kbir li tipprova tgħaffeġ il-kuxjenza ta' bniedem\" - Dun Anton Gouder"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/tfal-li-gadhom-ma-twildux-gandhom-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Żewġ ħaddiema tax-xatt jilmentaw magħna li tfal, anke dawk li għadhom ma twildux, se jirtu l-liċenzja mingħand missierhom/ommhom u huma se jibqgħu mingħajrha.", "Ma' Xarabank l-ewwel ħaddiem jispjega s-sitwazzjoni li għaddej minnha bħala", ": \"Xi għaxar snin ilu l-ħaddiema tax-xatt kienu mgħallqin bix-xogħol.", "Infetaħ kors ġewwa l-MCAST biex meta jlestuh imbagħad idaħħlu lil dawn l-istudenti jaħdmu x-xatt.", "Meta rajt li se jkolli xogħol garantit bil-liċenzja, għamilt dan il-kors.", "Illum il-ġurnata naħdem hemm bħala", "u sippost maż-żmien Transport Malta kellha tagħtini l-liċenzja.\"", "Il-ħaddiem jallega li mhux se jingħata din il-liċenzja u jispjega għala: \"Qabel l-2007 il-liċenzja setgħet tintiret.", "Fl-2007, apparti li kien hemm ħafna xogħol, il-Gvern ra li ma kienx għad fadal lok li din tibqa' tintiret u b'hekk inħoloq il-kors li semmejt qabel.\"", "Ir-raġel avviċina lil Xarabank wara li xahrejn ilu saru xi tibdiliet li bihom hemm ċans kbir li din se terġa' tibda tintiret il-liċenzja.", "\"B'dawn it-tibdiliet, it-tfal tal-ħaddiema li għandhom il-liċenzja, anke dawk li lanqas għadhom twieldu, għandhom xogħol garantit għax se jirtu l-liċenzja.", "U jiena li qgħadt nistudja biex 'il quddiem ningħata l-liċenzja se nibqa' fejn jien.\"", "Ritratt: Il-Port Ħieles (The Malta Indepedent)", "It-tieni ħaddiem huwa", "li jispegalna li huwa wieħed minn dawk li jissejħu l-griżi; ħaddiema li jkunu jafu li jridu jidħlu xogħol b'messaġġ li jirċievu dak il-jum stess.", "\"Jiena ma nkunx naf meta se nkun xogħol sakemm nirċievi messaġġ dakinhar stess.", "Dakinhar nista' nkun għamilt mitt elf pjan għax xorta jkolli nidħol xogħol minn nofsillejl sat-tmienja jew mill-erbgħa sa nofsillejl.", "Skont kif jgħiduli.\"", "jallega li f'każ li jkun ma jiflaħx, huwa obbligat li javża lil Malta Dockers Union sa mhux iktar tard mid-9 ta' filgħodu u jaqralna messaġġ li kien irċieva: \"", "B'effett immedjat is-sick se jkun aċċettat sad-9 ta' filgħodu.", "Għall-ebda raġuni mhux se jkun aċċettat sick wara d-9:00am.", "Grazzi tal-kooperazzjoni", ".\"", "Iżid jgħid li b'din is-sistema jekk wieħed ikun ta' billejl u jqum ma jiflaħx waranofsinhar; is-", "ma jiġix aċċettat.", "Minbarra li jallegaw li hemm differenza ta' €75,000 fis-sena bejn ħaddiem liċenzjat u", "; jistqarru li x-xogħol l-ewwel li ma jingħata lil min hu liċenzjat u jekk jifdal jingħata lill-", "imbagħad lill-", "\"Il-ħaddiema li għandhom il-liċenzja jiddeċiedu huma kemm iridu jaħdmu.", "Jista' jagħti l-każ li ħaddiem bil-liċenzja jiddeċiedi li dakinhar jaħdem 12-il siegħa u jiġu jċempluli u jgħiduli li m'għandix għalfejn nidħol xogħol.", "Ġieli għamilt jumejn id-dar.", "Filwaqt li huma jitħanżru, lilna jagħtuna l-biċċa tal-għadma.", "Aħna ma nistgħux nitkellmu mal-", "għax l-", "stess tħaddimna\" jistqarr b'rabja l-", "Jispjegawlna kif hemm qabża kbira wkoll fil-mod kif jiġu ttrattati l-ħaddiema tal-liċenzja, f'kuntrast mal-", "\"Jekk membru tas-sigurtà jaqbadni nagħmel xi ħaġa, l-ewwel li ma jistaqsini jekk għandix il-liċenzja.", "Ġieli ġraw każijiet fejn", "qala' ċitazzjoni fuq ħaġa li ħaddieħor ma kienx jaqlagħha għax ikollu l-liċenzja,\" jallega l-", ".", "Jallega wkoll li minn 12-il siegħa xogħol, il-brejk ġieli ħadu wara 9 sigħat isuq it-trakk bla waqfien.", "Huma jistqarru li ma jitilqux minn hemm għal raġuni waħda: \"Kieku qegħdin ma' kuntrattur privat, kont naqbad u nitlaq imma dan huwa xogħol mal-Gvern.", "Meta rajna li se jsiru dawn it-tibdiliet, tkellimna mal-Ministru, dak iż-żmien Joe Mizzi, fejn kien wegħedna li se joffrilna pakkett tajjeb, imma kulma kellna nieħdu żieda ta' €0.23c fuq kull kontenitur li xorta bqajna mingħajrha.\"", "Filwaqt li jappellaw lill-awtoritajiet responsabbli biex iħarsu lejn il-kundizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema, itennu x-xewqa tagħhom biex maż-żmien huma wkoll jingħataw id-dritt li jingħataw il-liċenzja."], "title": "\"Tfal li għadhom ma twildux għandhom il-liċenzja garantita u aħna se nibqgħu mingħajrha\" - Ħaddiema tax-Xatt"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-nirien-kbar-jakmu-galqa-fal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-ewwel informazzjoni turi li dan in-nar irriżulta wara li waqa' xi ġamar mill-murtali tal-festa ta' Ħal Tarxien.", "Minħabba li r-razzett kien fih ħafna tiben f'ħakka t'għajn ħa n-nar.", "Bħalissa f'Ħal Tarxien għaddejja ħidma intensiva sabiex jintefa nar li ħakem dan ir-razzett mimli tiben.", "Ir-razzett jinsab fi Triq Ħal Tarxien.", "Persuni li jgħixu qrib il-post fejn sar l-inċident dehru mħassba u inkwetati minħabba li f'dak l-istess post normalment jinżammu xi annimali, fosthom baqar.", "Filmat u Ritratti: Matthew Ellul"], "title": "BIL-FILMAT: Nirien kbar jaħkmu razzett f'Ħal Tarxien"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-it-tfajla-li-tarab-mid-dar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit jiem ilu l-kantant Sebastian Calleja ħareġ il-vidjow mużikali 'Escape' li titkellem dwar il-ħarba mir-realtà.", "Ma' Xarabank, Sebasatian jistqarr li din il-kanzunetta titkellem dwar tfajla li tiddeċiedi li taħrab mid-dar ta' missierha biex tkun qrib il-maħbub tagħha.", "Jispjega kif l-idea tal-vidjow mużikali ġiet minn storja li għaddew minnha ħbieb antiki tal-familja tiegħu, li ħarbu flimkien u finalment żżewġu.", "\"Jonas Gladnikoff, Michael James Down u Primoz Poglajen, li kitbu din id-diska, saru jafu bija minn vidjow fuq YouTube li fih nidher inkanta fuq il-programm Ħadd Għalik.", "Wara avviċinawni u bagħtuli d-diska.", "Flimkien ma' Glen Vella, għamilt sena naħdem sew fuq id-diska.", "Imbagħad ħriġt bl-idea tal-vidjow, li ġie ffilmjat u editjat minn Luke Borg,\" jispjega Sebasatian.", "Imma min hu Sebasatian Calleja?", "Sebasatian ilu jkanta għal dawn l-aħħar tmien snin.", "Pass importanti fil-karriera tiegħu seħħ fl-2014 meta kien wieħed mill-kantanti magħżula għal San Remo Junior u ftit xhur wara għal Microfono d'Oro, fl-Italja.", "Sebasatian kien irrappreżenta lil Malta ġew Ogae Eurovision Weekend f'Berlin fejn rebaħ l-ewwel edizzjoni u din is-sena kien wieħed mill-mistiedna flimkien ma' Glen Vella, Kurt Calleja u Claudia Faniello.", "Filwaqt li ġieli ħa sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordina ħa sehem fil-", "'Qawmien'.", "Huwa wkoll wieħed mill-kantanti tal-programm Ħadd Għalik.", "Jekk tixtieq issir taf fuq Sebasatian, żur il-paġna uffiċjali fuq"], "title": "BIL-FILMAT: It-tfajla li taħrab mid-dar ta' missierha biex tkun qrib il-maħbub tagħha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/michelle-muscat-ittemm-bsuccess-l-itwal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Is-Sinjura Michelle Muscat ittemm b'suċċess l-għawma fil-Port ta' Marsamxett.", "Kien g", "ħall-ħabta tal-4:30pm, meta mart il-Prim Ministru waslet f'dan il-port fejn nlaqgħet minn żewġha u mit-tfal.", "Kienu l-10:30am, meta minn ħdejn it-Torri tal-Għallis, Michelle Muscat bdiet l-isfida tagħha.", "Din l-isfida għamlitha biex jinġabru l-flus għall-Fondazzjoni Marigold.", "Xarabank il-gimgħa l-oħra sewga mill-qrib lil Michelle Muscat tipprepara għall-itwal u l-itqal għawma."], "title": "Michelle Muscat ittemm b'suċċess l-itwal u l-itqal għawma"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmati-mill-kamra-tagha-gal-vidjow.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ira Losco ħarġet il-kanzunetta Oh My God u fih spikka s-sehem tal-kantanta Shyli Cassar.", "Għal min ma jafx, is-sena l-oħra Shyli ħarġet d-diska 'Il-Patt' li f'ġurnata rawha 'l fuq minn 200,000 ruħ.", "Din il-kanzunetta kienet kitbitha Shyli stess u ma' Xarabank kienet spjegat il-ħsieb wara din id-diska: \"Ta' sentejn kont tlift lil missieri.", "Kont irribellajt għax xtaqt li kelli ċ-ċans li jkolli missier bħal ħaddieħor.\"", "Però din ma kinitx l-unika kanzunetta li Shyli kitbet b'messaġġ qawwi.", "F'kanzunetta oħra ddedikata lil ommha", ", Shyli kienet espremiet kliem li ma tantx tistennieh minn tfajla ta' 16-il sena.", "Fuq Xarabank kienet fissret il-messaġġ wara din il-kanzunetta: \"Ta' 14-il sena kont tqila b'tarbija u sirt omm.", "Minħabba li tlift lil missieri, ir-rabja kienet kibret fija u kont waqajt f'dipressjoni.", "Kont nagħmlilha ħafna kummiedji lil ommi u bl-affarijiet li kont nagħmel kont inweġġagħha.", "Però llum il-ġurnata jiena omm u nagħraf il-ħażen li kont nagħmel.\"", "Minn tfajla tkanta quddiema kamera fil-kamra tagħha, illum lil Shyli qed narawha fil-vidjow mużikali ta' Ira Losco.", "Aħna tkellimna ma' Shyli li tispjegalna kif ġiet avviċinata għal din id-diska: \"Bagħatli Howard Keith Debono u staqsieni biex nipparteċipa f'diska ma' Ira Losco.", "Bla dubju ta' xejn ħtaf l-opportunità u aċċettajt.\"", "Shyli tiddeskrivi din l-esperjenza bħala waħda unika: \"Kienet esperjenza sabiħa ħafna u differenti għax ħdimt ma' Ira.", "Din kienet opportunità li mhux ħa tiġik kuljum.\"", "Tispjega kif damu ġimgħa jaħdmu sew fuq id-diska: \"Jiena u Ira ppreparajna ħafna għaliha billi ltqajna u flimkien qagħdna nirrekordjawha.\"", "\"Kelli reazzjoni tajba ħafna.", "Id-diska għamlet", "u mxiet sew,\" tgħid Shyli.", "Iżżid tgħid li din id-diska ntlaqet ħafna min-nies u ħafna kienu dawk li kitbu kummenti pożittivi fuq il-midja soċjali.", "Shyli tistqarr li għandha ħafna affarijiet li tixtieq tagħmel fil-futur fix-xena mużikali.", "Ittemm tgħid li din l-esperjenza kienet ta' mbuttatura biex tkompli tikber f'din il-karriera."], "title": "BIL-FILMATI: Mill-kamra tagħha għal vidjow ma' Ira Losco"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmati-3-xhur-wara-li-sar-papa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan huwa Clint.", "Clint jerġa' joħroġlu l-kanċer għat-tieni darba.", "Ħa nfakkrukom ftit l-istorja tiegħu...", "Clint, 12-il sena ilu, marad bil-kanċer u qatt ma kien jemmen li xi darba jista' jsir missier.", "Mal-aħbar li marad bil-kanċer, Clint jispjega: \"Dak il-ħin qisha taqa' bomba fuqek.\"", "Dak iż-żmien Clint kellu biss 15-il sena u \"filli qed tippjana biex tagħlaq is-16-il sena ħalli titla' Paceville u minflok ta' 16-il sena kelli nitla' mill-ewwel l-Ingilterra.\"", "Bl-għajnuna tal-kura u ta' Puttinu, Clint fieq u ltaqa' ma' Maryrose.", "Jispjega: \"Ilni seba' snin ma' Maryrose u sentejn u nofs ilu żżewwiġna.\"", "Illum din il-koppja għandhom tarbija jisimha Emma.", "Maryrose tistqarr li \"tant kien hemm affarijiet, anke l-istorja tiegħu stess, li lanqas qatt ma ried jemmen li jista' jkollu tfal u f'daqqa waħda għandu tifla.\"", "Iżżid tgħid, \"Dan kollu grazzi għal Puttinu.\"", "Tkompli tgħid: \"Tkun għaddej minn stress qawwi, imbagħad issib lil dawn in-nies li litteralment anġli.\"", "Dwar xi jfissru għaliha Clint u Emma, Maryrose tgħid: \"Huma ħajti, jiġifieri m'hemmx xi tgħid iktar.", "In-nifs tiegħi huwa hu u t-tifla bħalissa.\"", "Clint jistqarr: \"Dan huwa biki ta' ferħ għax għadna s'issa ma nistgħux nemmnu.\"", "Ftit tal-ġimgħat", "lil Clint jerġgħu jsibulu kanċer.", "\"Kont ilni nħossi żewġ boċċi f'għonqi imma dejjem bqajt nittrateni minħabba x-xogħol.", "Però f'mument minnhom iddeċidejt li mmur għand it-tabib u rreferini mill-ewwel għall-E.N.T,\" jispjega Clint.", "Iżid jgħid li wara t-testijiet ikkonfermawlu li għandu tip ta'", ": \"Dak il-ħin ħadt xokk għaliex dan il-kanċer m'għandu jaqsam xejn mal-ewwel kanċer li kelli.\"", "Illum (is-Sibt) Clint se jgħaddi minn operazzjoni kbira: \"Illum se jneħħuli t-tieni biċċa tat-", ".", "Imbagħad jerġgħu jeżaminawni u nimxu minn hemm.\"", "L-operazzjoni ta' llum fiha r-riskji: \"Waqt l-operazzjoni ħa jgħaddu eżatt minn mal-kordi vokali u hemm riskju li nitlef leħni,\" iżid jgħid Clint.", "Għal Clint, it-tifla tiegħu Emma hija ħajtu: \"Mill-ewwel ġurnata li nqabdet tqila Maryrose għedtilha li nixtieq nara lil Emma tikber.", "Dak huwa l-għan ta' ħajti għaliex m'għandix għanijiet oħra fil-verità.\"", "Maryrose tistqarr li Emma qed nessilhom minn dak li qed jgħaddu minnu bħalissa: \"Imnalla hemm Emma għax tnessina ħafna.", "Tant inkunu impenjati biha li bqajna ngħixu normali.\"", "Clint iżid jgħid li permezz ta' Emma m'għadhomx jitkellmu fuq il-mard.", "Ta' 15-il sena, qabel ma ħa l-kimoterapija, lil Clint kienu tawh il-parir biex jerfa' l-isperma ħalli fil-futur ikun jista' jkollu tfal: \"Li kieku m'għamiltx hekk u ma ħsibx għall-quddiem kieku fiż-żgur li llum il-ġurnata ma jistax ikollna tfal.\"", "Maryrose tistqarr li Clint minkejja l-marda jibqa' determinat: \"Għadda minnha u ħe jerġa' jgħaddi minnha imma Clint determinat u kuraġġuż ħafna.\"", "\"Fis-seba' snin li ilna flimkien qatt ma għedna għall-erwieħ u ħadna brejk.", "Imma fl-istess ħin kull ħaġa li ġiet fuqna, naħseb tant iġġilidnieha flimkien li għaqditna ħafna iktar.", "Meta għandek l-għajnuna u l-appoġġ, għandek iktar minn biżżejjed,\" iżid jgħid Clint.", "Maryrose ttemm billi tirringrazzja lil Clint: \"Ngħid grazzi lil Cint mhux għalina biss imma għall-kuraġġ li qed jagħmel lin-nies.", "Ġieli jiġu klijenti għandi jgħiduli kemm għamillhom kuraġġ għax ikunu għaddejjin minn esperjenza simili.\"", "Kemm Clint u kemm Maryrose huma", "u llum Maryrose se tkun qed tieħu ħsieb ix-xagħar tal-klijenti ta' Clint.", "Mil-lum sat-3 t'Awwissu Clint mhux se jkun qed jaħdem fil-ħanut bħala", "Clint itemm jgħid li qed jispera li tibda t-triq għall-fejqan."], "title": "BIL-FILMATI: 3 xhur wara li sar papà jerġa' joħroġlu kanċer"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/tgid-terga-tgajjatilha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iltqajna ma' dan il-filmat ta din it-tifla b'ommha tipprova tgħallimha l-kelma 'Mum'.", "Arawh kif meta qalitha 'Mum' u ommha ġennitha bl-għajjat!", "Ħalli kumment jekk ġieli kellek esperjenza simili."], "title": "Tgħid terġa' tgħajjatilha?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/l-aktar-diska-li-bieget-kopji-fmalta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["'Viva Malta' qed tindaqq ukoll ġewwa l-Iran!", "Freddie Portelli, ir-Re tar-", "Malti li ħareg din id-diska fis-sittinijiet, jikseb il-popolarità tiegħu mhux biss fi xtutna u f'pajjiżi kbar imma saħansitra fil-Libja wkoll.", "Miktuba fl-1967, din id-diska ġabet fama internazzjonali lill-grupp Malta Bums li magħha kien ikanta Freddie Portelli.", "Viva Malta ndaqqet fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fl-Istati Uniti, fir-Russja u issa qiegħda tindaqq fil-Libja wkoll.", "Meta tkellimna ma' Freddie Portelli qalilna li darba kien hemm ġurnalist Malti li kien tela' għal delegazzjoni fi Tripli ma' Gaddafi u kif daħlu fid-dar tiegħu Bab Al Jazira jilmaħ LP ta' 'Viva Malta'.", "Ovvjament dan kien veru sorpriż u meta ġie Malta mar għand Freddie Portelli biex jgħidlu, iżda Freddie daħakha u bħal donnu ma emmnux.", "Jgħaddi ż-żmien u din id-darba Peppi Azzopardi ta' Xarabank jispiċċa fi Tripli waqt il-gwerra fuq xogħol u hu wkoll fit-tiġrif jilmaħ l-LP ta' Viva Malta mwaħħla taħt is-sodda tad-dar ta' Gaddafi li kienet attakkata.", "Nistgħu ngħidu li ftit huma dawk li ma jafux din id-diska għax meta tisma' 'Mela ejjew ngħidu VIVA MALTA dlonk kulħadd jirrispondi 'Malta u l-Maltin...'", "U Freddie Portelli għandu l-unur jgħid li hija l-iktar diska li biegħet kopji f'Malta."], "title": "L-aktar diska li biegħet kopji f'Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/darba-refgu-karozza-pparkjata-fkaxxa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel minn Santa Venera jallega li ħaddiema li jħottu l-kontenituri refgħu karozza li kienet ipparkjata f'kaxxa bajda bil-", "Ma' Xarabank, ir-raġel jispjega s-sitwazzjoni li ilha għaddejja snin twal fi Triq Ħal Qormi: \"Xi negozjanti għandhom ħafna garaxxijiet mikrija hemmhekk u jiġu jħottu l-kontenituri.\"", "Però jaqsam magħna l-akbar problema li qed issib: \"Huma jħottu kontenituri taħt il-garaxx ta' fejn noqgħod jiena.", "Iħottu mal-art, meta mhux sippost, u l-inkwiet tiegħi hu jekk jinqaleb xi wieħed minnhom.", "Apparti li jikkawża ħsara kbira l-post tiegħi, ikun ta' periklu għal familti.\"", "\"Meta morna l-laqgħa tal-Kunsill, kien ġie rappreżentant tal-Pulizija u qalilna li ħadd ma jista' jħott affarijiet mal-art għaliex il-liġi ma tħallikx,\" jgħid ir-raġel.", "Huwa jallega wkoll li f'din it-triq qed jitwaħħlu xi permessi biex ma jipparkjawx karozzi ħalli jkunu jistgħu jħottu imma dawn ma jkollhomx timbru tal-Kunsill u tal-għassa.", "Iżid jgħid: \"Il-Kunsill Lokali ta' Santa Venera mhux qed joħroġilhom dawn il-permessi iżda n-negozjanti qed jgħidu li l-permessi qed jinħarġu mill-Pulizija.\"", "Ir-raġel jistqarr li ilu jirrapporta din is-sitwazzjoni: \"Irrapportajna l-għassa tal-Ħamrun u l-aħħar li telgħu l-pulizija aġġixxew għax rajthom iħarrku.", "Iżda s-sitwazzjoni donnha marret għall-agħar għax iktar qegħdin iħottu.\"", "L-istorja ma tiqafx hawn għax ir-raġel jallega wkoll li ċaqalqu karozza pparkjata bil-", ": \"Apparti li ġieli laqgħtu l-karozzi, darba refgħu anke karozza li kienet ipparkjata f'kaxxa bajda bil-", ".", "Din il-ġimgħa kienu se jerġgħu jagħmluha din il-biċċa xogħol.\"", "Filwaqt li jgħid li s-Sindku fetaħ kawża kontrihom, jappella lill-awtoritajiet biex jieħdu l-passi meħtieġa.", "Itemm jgħid: \"Jekk mhux se tittieħed azzjoni, illum jew għada ħa jweġġa' xi ħadd jew se tiġri diżgrazzja.\"", "Xarabank ilu jsegwi din l-istorja minn April li għadda.", "Kien bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Pulizija li qalu li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom."], "title": "\"Darba refgħu karozza pparkjata f'kaxxa bajda bil-forklifter\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-jidol-il-abs-ma-jiux-droga-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Żagħżugħ jidħol il-ħabs ma jiħux droga u joħroġ minn hemm bil-vizzju tad-droga.", "Il-preżentatur u ġurnalist Peppi Azzopardi jaqsam magħna l-istorja ta' dan il-ġuvni: \"Tliet ġimgħat ilu ltqajt ma' żagħżugħ.", "Daħal il-ħabs u qatt ma kien", "Ħareġ mill-ħabs", "u ftit ġimgħat ilu lesta l-kors ta' riabilitazzjoni.\"", "Peppi jkompli billi jistaqsi: \"Min se jieħu r-responsabbiltà ta' dan il-ġuvni li daħal il-ħabs mingħajr droga u ħareġ minn hemm", "?", "Hemm xi ħadd li ħa jmur il-ħabs minħabba fih?", "(Mhux għax nemmen li xi ħadd għandu jkun il-ħabs).", "Dak kien responsabbiltà tal-ħabs.\""], "title": "BIL-FILMAT: \"Jidħol il-ħabs ma jiħux droga u joħroġ minn hemm bil-vizzju\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/imut-il-kantant-ta-linkin-park.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Miet il-kantant ewlieni tal-grupp mużikali Linkin Park; Chester Bennington, fl-eta' ta' 41 sena.", "Kien għall-ħabta tad-9:00 ta' dalgħodu meta l-kantant instab mgħallaq fir-residenza tiegħu.", "Qed jiġi rrapportat li huwa neħħa ħajtu b'idejh.", "Bennington ħalla warajh lil martu u lis-sitt uliedu.", "Qed jingħad li l-kantant kien ilu jiġġieled mal-vizzju tad-droga għal snin twal, u fil-passat tkellem fuq is-suwiċidju wara li meta kien żgħir sefa' vittma ta' abbuż."], "title": "Imut il-kantant ta' Linkin Park"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/armando-urso-jaglaq-41-sena-mejjet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-attur komiku Armando Urso jagħlaq 41 sena mejjet.", "Imma min hu Armando?", "Ta' 4 snin iddebutta t-Teatru Rjal.", "Ir-reċtar baqa' jikber fih tant li mbagħad ħadem ma' diversi kumpaniji teatrali fit-Teatru Manoel, fosthom ma' Goldoni, Ribalta, Indipendenza u Maleth.", "Fl-1947 u 1970, Armando kien ħa sehem fuq Radju Muskettieri, programm komiku fuq ir-radju li kien isir bejn 1947 u 1970.", "Armando kien ukoll fix-xena televiżiva u ppreżenta l-programmi Armando28 u Armando70.", "Armando kellu wkoll it-talent tal-kitba u kiteb diversi kanzunetti fosthom il-famuża 'Lanċa Ġejja u Oħra Sejra'."], "title": "Armando Urso jagħlaq 41 sena mejjet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bir-ritratti-fl-operazzjoni-it-tabib.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aaron huwa ġuvni", "ta' 21 sena", "fost 10 aħwa li twieled b'każ gravi ta' Spina Bifida, jiġifieri bi spina li ma leħħqitx iffurmat", "Minħabba f'hekk Aaron ilu", "ħajtu kollha", "jgħix ġo siġġu tar-roti; u fl-età ta' 10 snin, żviluppatlu wkoll l-", "Ftit ta' xhur ilu l-kundizzjoni ta' Aaron ġiet tant gravi li l-ispina bdiet tgħaffiġlu l-pulmun u taqtagħlu n-nifs, tant li kważi kienet se toqtlu.", "Ftit tal-ġ", "ħ", "at ilu Aaron kellu jitla' l-Ingilterra għal operazzjoni serja ħafna.", "Fl-operazzjoni kellhom iressqu l-ispina 'l bogħod mill-pulmun sabiex Aaron ma jibqax fil-periklu tal-mewt.", "Ritratt: Aaron ma' uħud minn ħutu", "jitla' għall-operazzjoni ġ", "ewwa l-Ingilterra", "7 sigħat sħaħ.", "Qabel l-operazzjoni t-tabib", "jgħid lil", "Aaron li minn din l-operazzjoni Aaron se joħrog l-istess, ħlief li l-ispina", "tieqaf", "tgħaffeg", "l-pulmun", "Aaron iqum mil-loppju tal-operazzjoni u", "iħoss", "xi ħaġa stramba f'dahru.", "jgħidlu", "li t-tabib irnexxielu jiddritta", "l-ispina b'mod impressjonanti.", "jistaqsi", "lit-tabib għaliex ma kienx qallu minn qabel x'kien se jagħmel, it-tabib", "iwieġeb", "hekk, \"Lill-pazjenti ma nħobbx ngħidilhom li nkun se nipprova niddritta l-ispina għax jekk ma jirnexxilix jiddiża", "puntaw ruħhom,", "allura l-ewwel nagħmilha u mbagħad wara jekk tirnexxi ngħidilhom.", "Tiegħek irnexxiet\"", "Ritratt: Aaron mal-kirurgu li operah.", "Ir-ritratti ta' hawn taħt juru l-ispina ta' Aaron qabel u wara l-operazzjoni.", "L-ispina ta' Aaron qabel l-operazzjoni.", "L-ispina ta' Aaron wara l-operazzjoni.", "Wara din l-operazzjoni serja", "qed jieħu nifs ħafna aħjar", ".", "Iż", "da wkoll qed iħossu ħafna aħjar bl-apparenza fiżika tiegħu għaliex issa jista' jpoġġi iżjed dritt.", "Bħalissa", "jikteb l-awtobijografija tiegħu", "asal fl-aħħar fażijiet tal-ktieb", "u sab ukoll xi ħadd", "li se jippubblika dan il-ktieb.", "L-idea li", "dan il-ktieb nibtet wara li k", "artiklu fiċ-ċirkulari tal-grupp", "li għalih kelli", "rispons pożittiv ħafna.", "Aaron jgħid li l-kitba ta' dan il-ktieb kienet possibbli grazzi għas-sapport kbir li", "mingħand il-ġenituri tiegħu u mingħand sħabu.", "Għas-suċċess ta' din l-operazzjoni li biddlitlu ħajtu, Aaron jirringrazzja lill-ġenituri, lill-familja u lill-ħbieb tiegħu, lill-Onorevoli Ministru Chris Fearne u l-ministeru tas-saħħa, lill-", ", lill-kirurgu Mr. Colin Nnadi u lit-tim tieghu, lill-istaff kollu ta' Karen Grech RW1 u fl-aħħar lil Alla talli mlieh bil-kuraġġ u d-determinazzjoni."], "title": "BIR-RITRATTI: \"Fl-operazzjoni it-tabib tani lura n-nifs u ddrittani\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/laqga-li-tista-tinteressak.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["se jorganizza laqg", "ħ", "ħ", "al dawk kollha li jbatu", "b'din il-k", "ndizzjoni u g", "ħ", "al dawk li jie", "ħ", "ħ", "Din se ssir għada", ", fis-6.", "ta' filgħaxija f", "Palazz ta' San Anton", "Min jattendi jrid jieħu miegħu l-karta tal-identità tiegħu.", "Ta' min jiftakar li minħabba li l-laqgħa se ssir fil-kappella, biex jiġi rrispettat il-qdusija tal-post, ma jistax jintlibes ilbies qasir.", "Ritratt: Be Positive - Bipolar Self help."], "title": "Inti tbati minn bipolar?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/jekk-nhar-is-sibt-ma-tafx-fejn-se-tmur.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk nhar is-Sibt għad m'għandekx pjanijiet fejn se tmur, post wieħed għandek tmur, il-Cornucopia Hotel.", "Fis-19:00, ser jittella' BBQ fejn il-", "b'risq il-Fondazzjoni Arka bi prezz ta' €25 għall-kbar u €12 għat-tfal.", "Għal min iħobb jiżfen, se jkun hemm ukoll il-mużika.", "F'dan il-BBQ, l-inbid u l-ilma se jkunu b'xejn.", "Jekk tixtieq tirriserva post ċempel fuq 21550596 jew 21565773."], "title": "Jekk nhar is-Sibt ma tafx fejn se tmur..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bzonn-urgenti-ta-demm-o-positive-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għad-demm", ".", "Dan hekk kif ir-riserva tad-demm niżlet b'mod drastiku.", "Kull min jista' jagħti d-demm huwa mitlub biex imur iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm."], "title": "Bżonn urġenti ta' demm O positive u A positive"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/se-nkun-kburi-bikom-jiena-u-nares.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Carmelo Borg (Nenu), wieħed mill-prijunieri ta' Mannarinu; negozju magħruf għall-ħelu u għall-ikel tipiku tiegħu.", "Aħna tkellimna ma' Carlos Borg, in-neputi ta' Nenu, li qasam magħna l-aħħar kliem li qallu nannuh: \"Kull wieħed minna kellu ċ-ċans li jitkellem miegħu għax kien għadu f'sensih.", "L-aħħar kliem li qalli kien li avolja għamel ħajtu jaħdem għan-negozju, jaf li jien, ħija u missieri se nkomplu mmexxuh sew.", "Qalli wkoll li huwa u jħares lejna minn hemm fuq, se jkun kburi bina.\"", "Kien Manwel Cachia, missier il-mara ta' Nenu li beda dan in-negozju u maż-żmien waqa' f'idejn Carmelo.", "Minkejja li mbagħad beda jmexxih ibnu Noel; missier Carlos, Nenu baqa' attiv sal-aħħar: \"Sa ftit ġimgħat ilu kien għadu jinżel għax-xogħol u milux ukoll għamel żewġ programmi fuq Skjetti.\"", "Ħadd ma kien qed jistenna li Nenu se jmut daqshekk malajr: \"Konna nafu li kellu problemi b'qalbu imma ma konniex qed nistennew li l-proċess se jkun daqshekk mgħaġġel.", "Hu daħal l-isptar u l-ġimgħa l-oħra ggrava f'daqqa.\"", "Carlos jibqa' jiftakar lil Carmelo bħala n-nannu, bħala kollega u bħala għalliema: \"Jiena u ħija, Ismael, minn età żgħira konna mmorru ngħinu u llum il-ġurnata t-tnejn li aħna naħdmu hemm.", "Ilni naħdem ma' Mannarinu ħames snin u ilni ħames snin narah kuljum u naħdem miegħu.", "Huwa dejjem kien jipprova jgħallimna l-affarijiet tiegħu u kif kienu jaħdmu fl-antik, u dejjem kien jagħtina t-", "tiegħu.\"", "Nenu se jingħata l-aħħar tislima għada fil-Knisja tal-Karmnu l-Belt Valletta, fl-10:00am."], "title": "\"Se nkun kburi bikom jiena u nħares lejkom minn hemm fuq\" - Nenu ta' Mannarinu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/kieku-tlajt-fil-parlament-malti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Francis Zammit Dimech jgħid li kieku ġie elett bħala deputat, probabbli ma kienx jitfa' n-nomina tiegħu f'din l-elezzjoni u jagħżel li jservi fil-Parlament Malti.", "Ma' Xarabank, Francis Zammit Dimech jibda billi jirringrazzja lill-poplu Malti: \"L-ewwel kumment tiegħi huwa ta' ringrazzjament lejn l-poplu Malti talli esprima din il-fiduċja fija.", "Jiena nilqa' din il-fiduċja b'sens ta' umiltà u b'sens kbir ta' dover.\"", "Jistqarr ukoll li l-pjan tiegħu huwa li jservi lill-poplu Malti għaliex il-Parlament Ewropew huwa verament ta' dan il-poplu.", "Żied jgħid: \"Hemmhekk irrid nagħmel dak kollu li nista' noffri biex b'mod dinjituż nirrappreżenta lill-poplu f'din l-istituzzjoni tant importanti għal pajjiżna.\"", "Zammit Dimech jispjega x'ħass meta ma telax bħala deptutat: \"Fil-ħajja pubblika u fil-ħajja politika tidra l-mumenti iktar diffiċli u l-mumenti li jkunu ta' sodisfazzjon ikbar u li jkunu isbaħ.", "Dak il-mument jirrappreżenta mument diffiċli imma dan il-mument jirrappreżenta mument li huwa ta' sodisfazzjoni kbir u ta' ferħ, u fl-istess ħin iġib miegħu sfidi ġodda biex wieħed jaqdi d-doveri tiegħu.\"", "Meta mistoqsi jekk kienx jitfa' n-nomina tiegħu f'din l-elezzjoni li kieku tela' bħala deputat, Zammit Dimech iwieġeb: \"Bla dubju kienet tkun sitwazzjoni diffiċli ħafna, però l-probabbiltà hi li fiċ-ċirkustanza kont nagħżel li nservi fil-Parlament ta' Malta.\"", "Din l-elezzjoni każwali ssejħet wara li Comodini Cachia rriżenjat minn Membru Parlamentari Ewropew wara li ġiet eletta fl-Parlament.", "Flimkien ma' Francis Zammit Dimech, kien hemm Raymond Bugeja, Kevin Cutajar, Helga Ellul, Jonathan Shaw u Norman Vella jikkontestaw għal din il-kariga."], "title": "\"Kieku tlajt fil-Parlament Malti, probabbli ma kontx nagħżel li mmur MEP fi Brussell\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bir-ritratti-pulizija-twettaq-rajd-fil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aġġornata (17:38): Kienet informazzjoni li wasslet lill-iskwadra ta' kontra d-droga, il-pulizija tad-distrett tal-Belt Valletta flimkien mal-", "biex iwettqu rejd f'ħanut tax-xorb f'Xatt il-Mollijiet, il-Marsa u anke f'blokka ta' appartamenti biswit l-ħanut.", "Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġewwa ż-żewġ postijiet instabet ammont ta' droga għat-traffikar.", "Spjegat li fost id-droga kien hemm sustanzi suspettati sintetiċi, raża u ħaxixa tal-kannabis.", "Żiedet tgħid li d-drogi kienu ppakkjati u lesti biex jiġu ttraffikati.", "Filwaqt li qalet li għadd ta' persuni qed jiġu miżmuma mill-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjoni, it-tfittxija għadha għaddejja.", "Aġġornata (15:55): Ġew arrestati tliet persuni oħra.", "Bħalissa l-Pulizija qed teskorta lill-persuni arrestati 'l barra mill-bini tan-New Tiger Bar.", "B'kollox s'issa ġew arrestati erba' persuni.", "Aġġornata (14:57) S'issa jidher li ġiet arrestata persuna.", "Uffiċjali tal-Pulizija bħalissa qed iwettqu rejd fil-ħanut tax-xorb New Tiger Bar fil-Marsa.", "Ma' Xarabank kelliema għall-Pulizija qalet li ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti iktar dettalji.", "Aktar dettalji kif jidħlulna.", "Ritratti u filmat: Mark Laurence Zammit"], "title": "BIR-RITRATTI U BIL-FILMAT: Pulizija twettaq rejd fil-Marsa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/galkemm-l-immigranti-mhumiex-jaslu-fuq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Isqof Mario Grech jappella biex ma ninsewx il-karba ta' tant immigranti.", "Waqt il-Pontifikal ta' San Ġorġ Martri fil-Bażilika ta' San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex, spjega li l-festa ta' San Ġorġ tfakkarna fl-immigranti li qed ifittxu bieb li jiftħilhom futur.", "Stqarr li filwaqt li hija ħaġa sewwa li aħna nagħmlu festa, qal li fl-istess ħin ma ninsewx il-karba ta' tant immigranti.", "Qal li hemm eluf ta' persuni vulnerabbli li għandhom xewqa li jsibu opportunità ġdida imma minflok isibu min jgħinhom, hemm min qed jabbuża ħafna minnhom.", "Żied jgħid li sfortunatament hemm individwi, organizzazzjonijiet u saħansitra stati li qed japprofittaw mid-dgħufija tagħhom.", "Qal li mhux korrett li wieħed jorbot il-fenomenu tal-immigrazzjoni mal-kriminalità, it-terroriżmu jew l-espansjoni tal-Iżlam.", "Saħaq li għalkemm l-immigranti mhumiex jaslu fuq xtuna, dan ma jfissirx li aħna nistgħu noqogħdu gallarija.", "Żied jgħid li din hija responsabbiltà morali tagħna li ngħinu biex aħna u l-Ewropa jkollna politika soċjali li tindirizza dan il-fenomenu."], "title": "\"Għalkemm l-immigranti mhumiex jaslu fuq xtutna, ma jfissirx li aħna nistgħu noqogħdu gallarija!\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/qed-nistennew-li-jittajjar-xi-add-biex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Student fuq siġġu tar-roti kellu jitniżżel minn fuq bankina għaliex l-imwejjed u s-siġġijiet waqfuh milli jkompli għaddej.", "Ċemplilna raġel jesprimi l-frustazzjoni tiegħu fuq l-imwejjed u s-siġġijiet li qed jitqiegħdu fi Triq Ball f'San Ġiljan.", "Jispjegalna x'ġara f'din it-triq: \"Kont qed nimxi u rajt lil dan l-istudent fuq siġġu tar-roti ma jafx x'jaqbad jagħmel għaliex il-bankina li kien fuqha kienet mimlija siġġijiet u mwejjed.", "Dan l-istudent waqaf, staqsejtu jekk għandux bżonn xi għajnuna u minħabba li hija bankina għolja, għentu jinżel minn fuqha.", "Huwa ma kellux alternattiva oħra u meta niżżiltu spiċċa juża t-triq li minnha kienu qed jgħaddu ħafna trakkijiet u karozzi\".", "Ir-raġel jesprimi r-rabja għas-sitwazzjoni u għall-aġir tan-nies: \"Il-bankina li sippost qiegħda għan-nies, qed tintuża għall-imwejjed u għas-siġġijiet.", "Imma iktar irrabjajt meta mbagħad rajt li n-nies li kienu qegħdin jixorbu l-kafè fuq dawn is-siġġijiet, ma marrux jgħinuh u minflok baqgħu jixorbu l-kafè.\"", "Ir-raġel jirrakkontalna wkoll li x-xahar li għadda, kien għaddej man-neputija tiegħu bil-pramm minn fuq l-bankina, u kellhom jagħmlu l-istess ħaġa, jiġifieri jinżlu minn fuqha minħabba li bil-pramm ma setax ikompli juża l-bankina.", "Ir-raġel jappella lill-awtoritajiet responsabbli billi jsaqsihom mistoqsijiet: \"Qed nistennew li jittajjar xi ħadd biex nagħmlu xi ħaġa?\""], "title": "\"Qed nistennew li jittajjar xi ħadd biex nagħmlu xi ħaġa?\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-genituri-ta-dan-it-tifel-jridu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan huwa Charlie Gard.", "Tarbija ta' 11-il xahar li tbati minn kundizzjoni ġenetika rari.", "Fix-xhur li għaddew, l-isptar Ormond Street fl-Ingilterra kien issuġġerixxa li jintfew il-magni ta' dan iċ-ċkejken ta' 11-il xahar.", "Dan għaliex l-isptar qal li ma fadalx kura għalih.", "Il-ġenituri tiegħu talbu li jieħduh l-Istati Uniti għat-trattament iżda din it-talba ġiet miċħuda diversi drabi.", "Ilbiraħtlula wasal Dr Michia Hirano, it-tabib li se jiddeċiedi jekk it-tifel immurx l-Istati Uniti għall-kura esperimentali fl-Istati Uniti.", "Bħall-bieraħ ġimgħa, il-Maġistrat se jieħu d-deċiżjoni finali fuq il-futur tat-tarbija.", "Hawn Malta tqajmu diversi diskussjonijiet u għalhekk aħna tkellimna ma' Fr Emmanuel Agius, Professur tat-Teoloġija Morali u tal-Etika Filosofika.", "Jispjega li fl-Ingilterra jkollhom diversi każijiet u l-qrati dejjem ħadu inkonsiderazzjoni l-interess tal-minorenni.", "\"Ma jfissirx li l-qrati fl-Ingilterra ma jagħtux kas il-ġenituri iżda jaraw x'inhu l-aħjar interess tal-minorenni,\" jispjega Fr Emmanuel.", "Huwa jagħmel referenza għall-każ ta' Gillick, fejn it-tfal kienu minorenni ta' bejn sena u tlettax-il sena, u l-omm irrifjutat li wliedha jieħu l-kontraċettivi.", "\"F'dan il-każ, minkejja li l-ġenituri ma riedux, il-Qorti ddeċidiet li kien fl-aħjar interess tat-tfal li jieħduhom minħabba l-istil tal-ħajja li kienu qed jgħixu.\"", "Dwar il-każ ta' Charlie Gard, Fr Emmanuel jispjega: \"Il-ġenituri mhux qed jiġu injorati imma hemm sentenza tal-Qorti, tal-appell u tal-Qorti Ewropea li qed jgħidu li l-kura f'dan il-każ mhux se tgħinu minħabba l-kundizzjoni tiegħu.\"", "Huwa jsaħħaħ dan b'eżempju: \"Immaġina xi ħadd kbir li l-qraba jridu li dak il-pazjent jagħtuh l-kura bilfors, meta t-tim mediku qed jgħid li l-kura hija inutli.\"", "Iżid jgħid li l-ġenituri jixtiequ li jibagħtuh l-Amerika biex jingħata kura li tfal oħra kienu fiequ biha, però l-Qorti qed tgħid li mhux se taħdem fuq Charlie għax il-każ tiegħu huwa differenti."], "title": "Il-ġenituri ta' dan it-tifel jridu jieħduh l-Amerika għall-kura u l-Qorti qalet li għandu jibqa' l-Ingilterra fejn dalwaqt imut"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/dawn-huma-xi-affarijiet-li-zgur-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["oriġinali", ", il-Hooligan kien jgħix fil-faqar, għadda minn żmien ta'", "u waqa' żewġ sulari u nofs u kien qed imut.", "Illum huwa wieħed mill-aktar kantanti li qatt għamlu suċċess f'Malta u l-eks mara tiegħu hija waħda mill-akbar ħbieb li għandu.", "Dan kollu u ħafna aktar iddiskutewh hu u Mark meta ħarġu dawra bil-karozza, li tista' taraha f'dan il-filmat:", "Johnston Farrugia, magħruf aħjar bħala l-", ", qassar l-i", "tiegħu għal", ", wara li ilu għal dawn l-aħħar xhur jaħdem fuq proġetti ġodda, pjuttost oriġinali!", "Fost l-oħrajn kellu l-opportunità li jmur ikanta ma' Amber fiċ-Ċina, u issa qed jaħdem fuq proġett ġdid li tista' tara", "tiegħu hawn taħt.", "Imma aktar dwar dak dalwaqt.", "Fl-intervista, il-Hooli jgħid lil Mark li kull fejn ikun in-nies jgħidulu biex iqabblilhom waħda.", "Dak il-ħin Mark jistaqsih biex iqabbillu waħda, u kelma ġġib lill-oħra u jispiċċaw jagħmlu", "qasira.", "Il-Hooli jirrakkonta kif meta kien tifel żgħir waqa' żewġ sulari u nofs fid-dar tiegħu stess.", "\"Qomt bil-lejl biex nidħol sat-", ", u jien u miexi lura lejn il-kamra tas-sodda, għaddejt mill-bieb tax-", "flok mill-bieb tal-kamra tas-sodda,\" jispjega l-Hooli.", "\"Domt ħafna l-isptar u kont se mmut.\"", "Il-farrett li għandu fuq moħħu huwa 'tifkira' ta' dan l-inċident, u l-Hooli jgħid li kien hemm min offrielu", "biex ineħħih, imma hu assolutament ma jridx.", "\"Dik it-", "tiegħi,\" jgħid lil Mark bid-daħka.", "Madanakollu, il-Hooli jammetti wkoll li dan il-farrett u affarijiet oħra kienu l-kawża ta' ħafna", "meta kien għadu żgħir.", "\"Kienu jwaddbuli n-nemel fil-", "u ċ-", "f'xagħri, u lil ommi ma kontx ngħidilha,\" jirrakkonta.", "\"Imma biż-żmien, grazzi għal ħafna ħbieb ġenwini, irnexxieli nqum fuq saqajja u llum kburi ngħid li ma nħalli lil ħadd jagħmel li jrid bija.\"", "Jirrakkonta wkoll kif xi żmien qabel beda jikteb l-ewwel kanzunetti rap, għex litteralment fil-faqar.", "\"Kont immur nixtri ħobża, għax dik timlik, u kont nagħmel ġurnata biha,\" jispjega l-Hooli.", "\"U fis-Sajf, peress li ma kellix fann, kont ngħaffeġ l-imħadda ġol-friża - il-friża dejjem kienet tkun vojta għax bla ikel - u noħroġha qabel norqod ħalli bil-lejl ngħannaqha miegħi.\"", "Imma l-ħajja tal-Hooli nqalbet ta' taħt fuq meta darba kien hemm xi ħadd li qabbad lilu u lil sieħbu jiktbulu sigla ta' programm għar-radju.", "\"Wara dik kont ktibt kanzunetta rap u semmajtha lil ħabiba tiegħi, Joanne, li sal-lum nafdaha b'għajnejja magħluqa u nħobbha daqs oħti.", "U malli semgħetha għoġbitha u marret tatha lil Alfie Fabri, li dak iż-żmien kien DJ fuq ir-radio.", "U meta semagħha, daqqha dak il-ħin stess.\"", "Wara dik il-kanzunetta ġiet il-kanzunetta", "Oriġinali Bħali", ", u ħafna kanzunetti oħra, u l-Hooli sploda fil-popolarità.", "\"Kont għadni żgħir ħafna u ma bdejtx nifhem kif kienet qed tiġri...ma bdejtx inlaħħaq mas-CD's,\" jirrakkonta l-Hooli hu u jiftakar f'dawk iż-żminijiet.", "\"Kienu jiġu l-Pulizija jħabbtuli l-bieb u jgħiduli li qed jaqbdu lin-nies jagħmlu l-kopji tas-CD tiegħi biex ibiegħuhom.\"", "Is-suċċess tal-Hooli jidher li mhux se jieqaf hawn, għaliex bħalissa qed jaħdem fuq proġetti ġodda li ma tantx xtaq jikxef sigrieti dwarhom.", "Semmielna li ġej xi proġett fuq it-televiżjoni, imma l-aktar ħaġa li huwa eċitat għaliha hija l-kanzunetta l-ġdida", "Mument ta' Skiet,", "li għandha tema pjuttost spiritwali.", "M'hemmx xi ngħidu, il-lirika hija tiegħu stess, u l-mużika hija tal-kompożitur Elton Zarb.", "Il-Hooli aċċetta li jagħtina dan it-", "qasir ta' dak li ġej dalwaqt!"], "title": "Xi 7 affarijiet li żgur ma kontx taf fuq il-Hooligan...u waħda minnhom hi li m'għadux 'Hooligan'"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/dawn-is-sorijiet-maltin-mudelli-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kulħadd qed jistaqsi, \"Imma dawn is-sorijiet, it-", "minn fejn sabuhom?\".", "Ftit investigazzjoni u sibna li dawn mhumiex sorijiet imma mudelli u żeffiena Maltin li qed jieħdu sehem fil-vidjow tad-diska \"Ħafi Paċi Kuluri\".", "Ara l-vidjow ta' din il-kanzunetta l-ġdida hawn taħt.", "Issa kieku waħda minn dawn il-mudelli kellha tidħol soru ta' veru min taħsbu li tkun?", "Iktbu hawn taħt.", "Aħna ltqajna mal-membri kollha ta'", "u staqsejniehom ftit mistoqsijiet personali.", "It-tweġibiet tagħhom qegħdin hawn taħt.", "Liġi li tibdel kieku għandek il-poter?", "- Tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta' karozzi fit-toroq tagħna", "Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta' ħajtek x'tilbes?", "Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?", "- Il-mużika", "Iddeskrivi lilek innifsek f'żewg kelmiet.", "- Ċajtier u enerġetiku", "Kelma li tuża wisq?", "- \"Uwejja!\"", "Sigriet tiegħek?", "- Ma nistax ngħid le?", "X'jaħarqek l-iżjed?", "Film li jdaħħqek l-iżjed?", "Liġi li tibdel kieku għandek il-poter?", "- Iktar pieni ħorox fuq moħqrija tal-annimali.", "Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta' ħajtek x'tilbes?", "Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?", "- Il-ħbiberija li għandna fil-band.", "Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom?", "Kelma li tuża wisq?", "- Dejjem hekk", "Sigriet tiegħek?", "- Li ma tantx għandi sigrieti!", "X'jaħarqek l-iżjed?", "- Meta tiftiehem ħin imma ħaddieħor jiġi tard", "Xi ħaġa li ddaħħqek?", "- Sylvano jkanta (membru ieħor tal-band)", "Liġi li tibdel kieku għandek il-poter?", "- Multi akbar għal min juża l-mowbajl waqt is-sewqan.", "Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta' ħajtek x'tilbes?", "- Nuċċali tax-xemx", "Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?", "Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom?", "Mużika li ġġiegħlek tiżfen?", "Kelma li tuża wisq?", "Sigriet tiegħek?", "- Ma nistax ngħid għax sigriet jibqa'", "L-ewwel xogħol li qatt għamilt?", "Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta' ħajtek x'tilbes?", "- Flokk ta' taħt.", "Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?", "- Il-mużika!", "Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom?", "Mużika li ġġiegħlek tiżfen?", "Kelma li tuża wisq?", "L-iżjed ħaġa li tbeżżgħek fil-ħajja?", "L-ewwel xogħol li qatt għamilt?", "- Indoqq mal-baned, jekk tista' ssejjaħlu xogħol.", "Qatt ma ħdimt barra mill-mużika.", "Xi ħaġa li ddaħqek?", "Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta' ħajtek x'tilbes?", "Xi ħaġa li ma tgħix mingħajrha?", "- Il-kitarra", "Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom?", "Iddeskrivi lilek innifsek f'żewġ kelmiet.", "- Kreattiv u bieżel", "Kelma li tuża wisq?", "L-iżjed ħaġa li tbeżżgħek fil-ħajja?", "- Li nieqaf nitgħallem", "X'jaħarqek l-iżjed?", "- Min ma jżommx kelmtu", "Xi ħaġa li ddaħqek?", "Kieku kellek tilbes xi ħaġa għall-bqija ta' ħajtek x'tilbes?", "- Arloġġ.", "Diska li tixtieq li ħriġtu biha intom?", "Mużika li ġġiegħlek tiżfen?", "Kelma li tuża wisq?", "Sigriet tiegħek?", "- Hmmm... ħeħe.", "Xi ħaġa li ddaħħqek?", "- Sieħbi tas-sassofonu (Sylvano)", "L-ewwel xogħol li qatt għamilt?", "ma' mastrudaxxa.", "X'jaħarqek l-iżjed?", "- Min imeri u ma jkollux raġun.", "Film li jdaħħqek l-iżjed?", "Ritratti waqt gig: Albert Camilleri", "Ritratti fl-istudio:"], "title": "Dawn is-sorijiet Maltin mudelli u żeffiena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/l-aar-tislima-lil-bradley-lowery-it.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fi tmiem il-ġimgħa, miljuni ta' nies sellmu lil Bradley.", "Bradley sar popolari u seraq il-qlub ta' eluf ta' nies meta kien", "deher ħiereġ bħala", "tat-tim ta' Sunderland ma' Jermain Defoe.", "Defoe kien il-plejer favorit ta' Bradley.", "Dakinhar, Sunderland kienu lagħbu kontra Everton.", "Nhar il-Ġimgħa li għadda, mijiet ta' nies inġabru fit-toroq biex isellmu lil Bradley, u spikkaw il-flokkijiet u x-xalel bil-kuluri tas-Sunderland u tat-tim Nazzjonali Ingliż, li tant kienu għal qalb Bradley.", "Waqt il-funeral, Father Ian Jackson fakkar il-memroja ta Bradley u qal: \"L-effett li dan it-tifel ħalla fuq miljuni ta' nies madwar id-dinja huwa inkredibbli.\"", "Bradley miet fl-età ta' 6 snin fis-7 ta' Lulju li għadda, wara li tilef il-battalja ma' kanċer li jisejjaħ", "Lil Bradley sabulu l-kanċer meta kellu biss 18-il xahar.", "Għal xi żmien, Bradley kien irnexxielu jfiq, imma f'Lulju tas-sena l-oħra, il-kanċer reġa' ħariġlu u l-ġenituri tiegħu għamlu minn kollox biex jiġbru l-flus ħalli jibagħtuh għall-kura l-Amerka.", "Imma f'Diċembru li għadda, it-tobba nfurmaw lill-ġenituri tiegħu li l-marda kienet saret terminali u li Bradley ma kellux ċans ifiq.", "Il-Kappillan tat-tim ta' Sunderland AFC qal li ħafna drabi, ħafna nies jitkellmu fuq il-futbol b'mod negattiv, minħabba l-iskandli li mhux darba u tnejn jaħkmu din ix-xena.", "Iżda mhux illum.", "Illum il-futbol kollu ngħaqad f'daqqa bla ma nħarsu lejn il-kuluri biex nagħtu tislima lil tifel b'personalità kbira.", "\"Bl-imħabba innoċenti li kellu għal-logħba tal-futbol, Bradley għaqqad lil ħafna nies,\" qal il-Kappillan.", "\"Kien ta' ispirazzjoni għal ħafna plejers u tefa' dawl ta' tama lil ħafna nies li qegħdin ibatu.\"", "Spiċċa jgħid li Bradley ma kienx biss", "tat-tim ta' Sunderland biss, iżda kien ukoll ta' kuraġġ għalina kollha u ħalla tbissima ta' mħabba fuq kulħadd.", "F'bosta messaġġi fuq is-siti soċjali spikkaw dawk tal-attakkant Ingliż Jermain Defoe li kiteb x'impatt ħalla fuq ħajtu Bradley.", "Tim ieħor li fakkar il-memorja ta' Bradley huwa dak ta' Newcastle United.", "F'partita li kellhom kontra Hearts, is-", "li kienu preżenti nfaqgħu f'għajta waħda jkantaw", "li ġie akkumpanjat miċ-ċapċip ta' dawk preżenti.", "Iżda l-isem Bradley Lowery mhux se jkun l-aħħar darba li smajna bih.", "F'messaġġ li kitbet omm Bradley fuq il-paġna ta' Facebook", ", ħabbret li se tiftaħ għaqda li tgħin lil tfal oħra li għandhom din il-marda tal-kanċer."], "title": "L-aħħar tislima lil Bradley Lowery, it-tifel li seraq il-qlub ta' eluf ta' nies madwar id-dinja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-il-mument-meta-sidt-issib.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt: Il-mument meta Gertrude ltaqgħet mal-kelba tagħha", "Dalgħodu ltqajna ma' dan il-filmat li jiġbed il-mument emozzjonali meta mara ssib lill-kelba tagħha wara jiem mitlufa.", "Ħamest ijiem ilu, Gertrude Portelli telgħet", "fuq Facebook tgħid li serqulha l-kelba tagħha mill-Fgura.", "Filwaqt li qalet li għandha qalbha maqsuma, talbet l-għajnuna tan-nies biex il-kelba tagħha tinstab.", "Ritratt: L-appell ta' Gertrude biex tinstab il-kelba", "Ilbieraħ, Gertrude sabet lill-kelba tagħha u fuq Facebook stqarret li tinsab kuntenta ħafna.", "Hija rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li xerrdu r-ritratt tagħha biex tinstab din il-kelba."], "title": "BIL-FILMAT: Il-mument meta ssib lill-kelba tagħha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/galiex-mgandekx-titlef-tough-luck.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla fuq Tough Luck se jilagħbu tliet kontestanti li se jikkompetu biex jirbħu r-rigal li jixtiequ huma.", "Aħna tkellima ma' Jurgen Manicolo,", "ta' dan il-programm, li spjegalna x'se nkunu qed nistennew illejla.", "Jispjega li fost l-oħrajn se tilgħab Rose Calleja li għal aktar minn 50 sena ilha tixtieq tixtri xini.", "\"Minn mindu kienet żgħira, dejjem kienet tara dan ix-xini tal-injam għand nannitha u dejjem xtaqitu.", "Wara mewtha, dan ix-xini ma nstabtx u ilha snin twal tixtieq tixtri wieħed bħalu.", "Għal xi raġuni qatt ma xtratu iżda kemm-il darba waddbet xi botta lit-tfal tagħha.\"", "U l-kontestant l-ieħor huwa Matthew Mulholland li jixtieq jirbaħ dekorazzjonijiet ta' Minnie Mouse għall-kamra tat-tifla tiegħu.", "\"Matthew huwa DJ li jħobb il-", "u jilgħab anke l-futbol iżda tliet snin ilu ħajtu nbiddlet ta' taħt fuq għax sar missier.", "It-tifla hi kollox għalih tant li waqaf mix-xogħol u mill-passatempi tiegħu biex iqatta' iżjed żmien magħha.", "Ġieli joqgħod b'żarbun imqatta' biex jixtri u jikkuntenta lit-tifla biex żgur ma jħalliha nieqsa minn xejn,\" jispjegalna Jurgen.", "Assunta Farrugia hija t-tielet parteċipanta u x-xewqa tagħha hija li tirbaħ kċina.", "Jurgen jgħid li din il-mara f'ħajjtiha ħlief imrar ma ratx iżda xorta baqgħet tħares lejn il-ħajja b'mod pożittiv u b'mod ċajtier.", "\"Din il-mara hi żagħżugħa fl-ispirtu u qaltilna li dejjem barra ħlief fil-ħin tal-irqad.", "Fil-programm tal-lejla se tisimgħu wkoll xi wħud mill-praspar li għaddiet minnhom.\"", "Aħna nawguraw lill-kontestanti kollha", ", u mhux", "Ritratt tal-faċċata: Jurgen Manicolo"], "title": "Għaliex m'għandekx titlef Tough Luck illejla..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/l-avukat-gawdenz-bilocca-jirba-kawza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fabian Scerri De Carlo magħruf għall-karattru tal-Avukat Gawdenz Bilocca rebaħ kawża vera tal-Qorti.", "Flimkien mal-attur Frederick Camilleri, Fabian tressaq il-Qorti wara li l-kumpanija Bronk ressqitilhom mandat.", "\"Xi għaxar snin ilu, ħloqt", "għal rasi flimkien ma' Frederick u ġimgħa qabel il-", "għamluli mandat.", "Imbagħad fetħu żewġ kawżi kontrina; waħda dwar il-", "u oħra biex ma nkomplux nużaw il-karattru ta' Gawdenz,\" jirrakkontalna Fabian.", "Jispjega kif huma ġew mixlija li ħadu l-karattru ta' Gawdenz mill-", "tal-Bronk, 'Il-Mara tal-Ministru', li mbagħad irriżulta wkoll li din kienet", "ikkuppjata minn oħra.", "Xahar ilu nqatgħet is-sentenza u jumejn ilu kienet l-aħħar ġurnata biex is-sentenza tiġi appellata.", "Din is-sentenza nqagħet favur Fabian u Frederick li rebħu l-kawża, bl-ispejjeż b'kollox.", "\"Għalkemm minn dejjem kien tiegħi l-karattru ta' Gawdenz, illum nista' ngħid li veru huwa tiegħi,\" jistqarr Fabian b'emozzjoni kbira.", "Filwaqt li jispjega li dan kien kunċett li ħoloq huwa, jgħid ukoll li hu stess jaf kif dan il-karattru żviluppa maż-żmien.", "Dwar din is-sitwazzjoni, isostni d-dispjaċir tiegħu: \"Immaġina inti toħloq xi ħaġa, jiġi xi ħadd, jgħidlek li din hija tiegħu u jipprova joħodhielek, meta ma jkun għamel xejn.", "Jiena naf kemm-il sagrifiċċju għamilt u kemm xtrajt affarijiet biex inkompli niżviluppa dan il-karattru.\"", "Ħaġa interessanti minn dan kollu huwa li din kienet l-ewwel kawża ta' din in-natura f'Malta.", "Fil-fatt għal din is-sentenza l-imħallef kellha tfittex sentenzi simili li kienu ġraw fl-Amerika.", "Tkellimna wkoll ma' Frederick li apparti jaqsam magħna r-reazzjoni tiegħu, jiżvela kif hemm ċans li naraw lil Gawdenz mill-ġdid.", "\"Meta nqatgħet is-sentenza ħassejt ferħ kbir għax saret ġustizzja xierqa magħna wara 9 snin.", "Issa la nqatgħet is-sentenza, forsi nistgħu nerġgħu nintroduċu lil Gawdenz fuq it-televiżjoni b'xi forma differenti.\""], "title": "L-Avukat Gawdenz Bilocca jirbaħ kawża vera l-Qorti"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmati-il-kilwa-li-tajtu-spiccat.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan huwa Stephen.", "Ilna biex inkellmuh 3 snin.", "Dejjem irrifjuta għax ma riedx jiftaħar b'dak li għamel.", "Imma llum Stephen ġie hu stess biex jitkellem ma' Xarabank.", "Stephen kien sema' li Mario ta' 33 sena, ħabib tat-tfal tiegħu, kellu bżonn kilwa: \"Din jiena naraha qisha vokazzjoni.", "Bħal meta bniedem il-Mulej jgħajjatlu biex jidħol għal qassis.", "Il-vokazzjoni tiegħi kienet li dejjem xtaqt ngħin lil persuna oħra.", "Nagħmel xi ħaġa ta' ġid għal din il-persuna.\"", "Stephen beda t-testijiet biex jara jistax jagħti l-kilwa lil Mario: \"Bdejna t-testijiet, tkellimna mal-familjari għax dik hija l-ewwel u qabel kollox.", "Li ġietni daqsxejn favur illi d-demm tat-tfal inzerta mhux", "bħal tiegħi għax id-demm huwa bħal ta' ommhom.", "Jiġifieri jekk Allaħares qatt jiġu bżonni t-tfal, xorta ma nistax ngħinhom.", "Ma nistax inkun donatur tagħhom.", "U bqajna mexjin minn hemm.", "Iddeċidejt illi rrid ngħinu biex dan il-bniedem jerġa' jgħix ħajtu. \"", "Mit-testijiet jirriżulta li Stephen jista' jagħtih il-kilwa.", "Ftit qabel l-operazzjoni, Mario jkun muġugħ ħafna u biex itaffi l-uġigħ beda jieħu l-ħaxixa: \"Dan kien jeħodha mhux b'kapriċċ.", "Dan kien jeħodha biex itaffi l-uġigħ għax ma kienx jista' jorqod.", "Dan, ma nafx kif u x'ġara, kien ibigħ naqra minnha biex isostni tiegħu għaliex huwa bniedem bla finanzi u b'xejn, u nqabad.", "Sadanittant għandna d-data tal-operazzjoni.\"", "Il-Pulizija tressaq lil Mario l-Qorti.", "U waqt li kien tiela' u nieżel il-Qorti, issir l-operazzjoni: \"Tlajna bit-tbissima t-tnejn li aħna.", "Għedtlu issa nagħtik biċċa minn tiegħi u inti tiġi tajjeb jekk il-Bambin irid.", "U tlajna għall-operazzjoni.", "L-operazzjoni ma nafx kemm damet imma naf li damet sigħat twal.", "Li niftakar żgur illi kif ħriġna mit-teatru tal-operazzjoni, il-Professur eżatt kif infetaħ il-bieb tal-", "u ħa joħduni s-sala, jiena u nistejqer qalli: \"Stephen, x'qed tħoss bħalissa?\"", "Jiena għedtlu: \"Żewġ affarijiet bħalissa; uġigħ minħabba l-operazzjoni u ferħ għax għamilt xi ħaġa...\"", "Taptapli tnejn fuq spallti u tellgħuni s-sala.\"", "L-operazzjoni rnexxiet u Mario reġa' twieled mill-ġdid: \"L-istat li kien fih qabel l-operazzjoni, kien wasslu biex imur għad-", "tlieta jew erba' darbiet fil-ġimgħa.", "Il-kulur tiegħu kien spiċċa, kien naqqas ħafna mill-piż u ma setax jaħdem.", "Kien bniedem bla saħħa.", "Kieku dan il-bniedem illum qiegħed taħt it-trab.\"", "Wara l-operazzjoni Mario jingħata s-setenza.", "Jeħel 5 snin ħabs u €15,000 multa: \"Is-sentenza nqatgħet u daħal il-ħabs.", "Mas-sentenza, dak il-ħin inqara li qiegħed fuq il-medikazzjoni.", "Dan ma tistax tfallilu ċertu pirmli inkella jirrifjuta l-kilwa li tajtu jien.\"", "Steve jallega li fil-ħabs, lil Mario ġieli qabżulu xi medikazzjoni: \"Tliet darbiet infila ħallewh mingħajr pilloli u jerġa' jispiċċa l-isptar.", "Mela jiena għamilt sagrifriċċju mix-xogħol, issograjt ħajti għal dan il-bniedem, nagħtih il-kilwa tiegħi biex ngħajjex lil dan il-bniedem u bi skapitu u b'negliġenza ma jagħtuhx il-pilloli.", "Jerġa' jispiċċa ġewwa l-isptar u jirrifjuta l-kilwa li tajtu jien.", "Jiġifieri l-biċċa li tajtu jien, spiċċat fix-xejn.", "Din mhijiex aċċettabbli.", "Din xi ħaġa assurda.", "Bħalissa nħossni li qalgħu biċċi minni u tefgħuha fiż-żibel.", "Hekk qed inħoss jien.\"", "Stephen issostni li post dan il-bniedem mhuwiex il-ħabs: \"Qiegħed il-ħabs ġo ċella u bil-kundizzjonijiet li qiegħed ma jistax ikompli jgħix.", "Qiegħed fuq sodda normali, meta sippost għandu jkollu sodda li trid titla' għax hu ma jkunx jista' jieħu nifs.", "Dan il-bniedem ma jistax jixrob u ċ-ċella kollha sħana.", "Jekk ikun xi mkien għall-inqas b'arja kkondizzjonata kif qegħdin fl-eqqel tas-sajf, ma jaqbdux għatx għall-inqas u jkun jista' ma jixrobx.", "Għax hu la jista' jixrob sew, u lanqas jiekol.", "Dan irid minn ħaddieħor.", "Dan postu mhuwiex hemm.\"", "Ritratt: Peppi Azzopardi", "Dwar din l-istorja jikkummenta Peppi Azzopardi: \"Għandna persuna hawnhekk illi għax huwa muġugħ ħass li kienet qed tgħinu l-ħaxixa u beda jeħodha.", "Naturalment peress li kien marid u ma kienx qed jaħdem, kellu jbigħ xi ftit minnha kif jagħmel kull min jieħu d-droga hawn Malta.", "Dak iż-żmien illi ġrat, ma kinitx possibbli li l-ħaxixa teħodha bħala mediċina.", "Allura dan huwa sewwa illi għax dan il-bniedem ħadha bħala mediċina jiġi kkundannat ħames snin ħabs?\"", "Peppi jistaqsi lill-awtoritajiet: \"Din il-persuna wara li beda jeħodha u għamel l-operazzjoni, waqaf jeħodha l-ħaxixa.", "Allura la", "u m'għadux jieħu d-droga, tibgħatu l-ħabs?", "X'bgħattu jagħmel il-ħabs?", "Għalhekk ngħidilha vendikazzjoni.", "Kull min imur il-ħabs fuq droga, kif taqbad u titfgħu hemm u tgħidlu li jekk tixtieq tirrijabbilta ruħek l-aħħar sentejn, tista' tmur programm.", "L-aħħar sentejn?", "U l-ewwel tliet snin?", "Mhux ovvjament jibqgħu jieħdu d-droga kull min jidħol hemmhekk b'vizzju.", "Għalhekk il-persuni li jieħdu d-droga m'għandhom qatt jidħlu l-ħabs.", "Dawk huma persuni li għandhom problemi soċjali u li għandha tiġi solvuta fi sptar soċjali u mhux il-ħabs.\"", "Iżid jgħid: \"L-appell li għamel Stephen huwa appell importanti.", "Ir-responsabbiltà ta' min għandu l-poter hija din; x'jiġri jekk dan jitlef ħajtu?", "Min se jieħu r-responsabbiltà ta' dan il-ġuvni jekk dan jitlef ħajtu?", "Nistennew u nkomplu nsegwu din l-istorja.\"", "Peppi jirringrazzja lill-uffiċjali tal-ħabs illi jifhmu dawn il-problemi u li juru simpatija u solidarjetà ma' dawn it-tip ta' nies fil-ħabs.", "Itemm billi jsostni li post dawn il-persuni mhuwiex il-ħabs: \"In-nies li jieħdu d-droga u n-nies li huma morda posthom mhuwiex fil-ħabs.\""], "title": "BIL-FILMATI: \"Il-kilwa li tajtu spiċċat il-ħabs.\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-meta-morna-ma-michelle.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kont ili nisma' ħafna fuq il-famuża għawma li tagħmel il-mara tal-Prim Ministru darba fis-sena, imma qatt ma kelli ċ-ċans li nifhem verament x'tinvolvi għawma bħal din...sakemm dil-ġimgħa, jien u Mandy morna niffilmjaw lil Michelle Muscat waqt li qed titrennja għall-itwal u l-itqal għawma li qatt għamlet s'issa.", "Nhar is-Sibt li ġej, Michelle Muscat se tgħum mill-Qawra sal-Belt - għawma ta' 10 kilometri, li ddum madwar 6 sigħat.", "Għawma diffiċli ħafna b'riskju li ma tirnexxix.", "Meta konna sejrin niffilmjaw qalulna biex immorru l-Qawra.", "Dakinhar, Michelle Muscat kienet se tipprova tgħum id-distanza kollha, bħala prova għal nhar is-Sibt li ġej.", "Wasalna hemm u sibnieha kkargata u lesta.", "\"Hawnhekk il-baħar jidher kalm, imma diġà qed jgħiduli li aktar 'il barra hemm ħafna riħ,\" qaltli l-mara tal-Prim Ministru eżatt malli wasalna ħdejha.", "Kienet tidher anzjuża, imma determinata.", "L-għan ta' din l-għawma se jerġa' jkun biex jinġabru fondi għall-Marigold Foundation.", "Din il-Fondazzjoni tisponsorja lill-atleti Maltin bi bżonnijiet speċjali li jmorru jikkompetu fl-i", ".", "Barra minn hekk, il-Fondazzjoni tgħin diversi NGOs li jaħdmu mal-persuni li għandhom mard rari.", "Michelle Muscat hija c-", "Insomma, bqajna nsegwuha tipprepara ruħha għall-għawma, u fl-aħħar niżlet il-baħar.", "U telgħet l-art 6 sigħat wara...in-naħa l-oħra ta' Malta.", "Niffollowjawha biss ukoll għajjejna.", "Meta kont naraha fuq il-", "qatt ma fhimt kemm hija għawma diffiċli.", "It-taħriġ tal-lum kien sitt sigħat sħaħ ta' stamina u determinazzjoni.", "Mhux ċajta tgħum 10 kilometri.", "Sa ftit snin ilu, ftit kienu n-nies li kienu jafu li Michelle Muscat għandha mħabba kbira għall-baħar u l-għawm, sakemm fl-2015 ħarġet l-aħbar li se tipprova taqsam il-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex bl-għawm.", "Id-distanza kienet ta' 6 kilometri u dakinhar kien irnexxielha tagħmilha fi ftit iżjed minn 3 sigħat.", "Is-sena l-oħra, fl-2016, reġgħet għamlitha.", "Din id-darba għamet minn ħdejn it-Torri tad-Deredin fiż-Żonqor sal-Port il-Kbir.", "Id-distanza kienet ta' 8 kilometri u dakinhar kien irnexxielha tagħmilha f'sagħtejn u tliet kwarti.", "Għalhekk, l-għawma ta' nhar is-Sibt li ġej se tkun l-itwal, l-ikbar u l-itqal għawma li kellha tagħmel s'issa.", "Filmati u editing: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT: Meta morna ma' Michelle Muscat waqt li qed tipprepara għall-itwal u l-itqal għawma"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/fnofs-iz-zifna-t-tnejn-jispiccaw-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt minn SWNS", "Dawn huma Sharon u Andy Price.", "Koppja li ntilfet minn sensiha fiż-żifna ta'", "Fid-diska", ", Patrick Swayze jerfa' lil Jennifer Gray.", "Hekk ipprovaw jagħmlu Andy u Sharon meta kienu qed jipprattikawha biex jiżfnuha fit-tieġ tagħhom.", "F'nofs iż-żifna spiċċaw l-isptar.", "Kompli aqra ħa tara x'ġara'.", "Sharon u Andy raw din iż-żifna 'l fuq minn 30 darba biex wara marru jipprattikawha fi ġnien qrib id-dar.", "Minn hemm spiċċaw l-isptar.", "X'ġara?", "Kif wasal il-mument li Sharon tiġri lejn Andy biex jerfagħha, f'ħakk t'għajn spiċċaw it-tnejn mal-art.", "Resqu lejhom il-familjari tagħhom u raw lill-koppja mal-art bla ma tiċċaqlaq.", "Ippanikjaw.", "Sejħu l-ambulanza li wasslithom malajr l-isptar.", "Wara dan l-inċident, il-koppja tistqarr kif inhi: \"Aħna issa ninsabu aħjar imma Andy weġġa' għonqu u jiena weġġajt dahri.", "Il-paramediċi kellhom jisseparawna għax saqajna spiċċaw ingħaqdu f'ta' xulxin.\"", "Wara dan l-inċident, jiżvelaw li għat-tieġ se jmorru għal żifna inqas ikkumplikata.", "Aħna bħala Maltin nissuġġerulhom li jagħzlu d-diska Vertigo...", "Araw x'sippost kellhom jagħmlu Andy u Sharon f'dan il-filmat:"], "title": "F'nofs iż-żifna t-tnejn jispiċċaw l-isptar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/galiex-edwin-vassallo-u-bosta-orajn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Peppi Azzopardi jirrispondi għall-ittra mifuħa ta' Dun Anton Gouder.", "Jibda billi jistqarr: \"Niddikjara l-ammirazzjoni kbira ħafna li għandi lejk.", "Mhux daqstant għal dak li għalih jafuk in-nies imma għall-ġid kbir li tagħmel man-nies fil-bżonn.", "Ta' dan għandi l-provi.\"", "Ikompli billi jgħid li għandu żewġ mistoqsijiet bħala tweġiba għall-ittra miftuħa li kitiblu: \"Kieku l-liġi kienet se tagħmel l-abort (u allura l-qtil tat-trabi) legali, kont taċċetta li partit ispirat minn valuri nsara jagħti vot ħieles lid-deputati tiegħu?", "Kieku l-liġi kienet qed tintroduċi li \"tista' tintuża t-tortura\" f'ċerti ċirkostanzi fid-depow tal-Pulizija, kont taċċetta li partit ispirat minn valuri Nsara jagħti vot ħieles lid-deputati tiegħu?\"", "Filwaqt li Peppi Azzopardi jistqarr li ovvjament ħadd m'għandu jieħu passi dixxiplinari kontra Edwin Vassallo, isostni: \"Anzi ma nistax nifhem kif Edwin Vassallo ma ngħatax iċ-ċans li jsemma' leħnu f'diskussjoni miftuħa fuq in-NET u kellu juża midja oħra biex jesprimi ruħu.\"", "Madankollu jkompli billi jgħid: \"Din tal-vot ma kinitx opinjoni iżda azzjoni li ċċaħħad persuni li għax twieldu differenti kienu ddiskriminati u kienu qed jgħixu fi tbatija, u uġigħ kontinwu u inġust.\"", "Peppi Azzopardi jagħlaq ir-risposta tiegħu b'poeżija qasira li kiteb eżatt kif għadda l-vot fil-Parlament:", "\"Jekk inti Alla ħloqt lill-", "u lit-trans", "xbieha tiegħek,", "lil dawk li laħqu telqu", "żgur għannaqthom miegħek", "U dawk li għadhom hawn", "u jixtiequ jħobbu bla kundizzjoni", "Li jwiegħdu mħabbithom għal dejjem", "Int li ħlaqthom, issib xi oġġezzjoni?\"", "\"Inti ssostni tant li kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, għaliex l-Onor.", "Edwin u bosta oħrajn, m'għandhomx?\"", "Din hija waħda mill-mistoqsijiet li Dun Anton Gouder kiteb f'ittra miftuħa lill-preżentatur u ġurnalist Peppi Azzopardi.", "Din l-ittra miftuħa nkitbet wara l-ittra miftuħa li Peppi Azzopardi kiteb lil Edwin Vassallo, ftit sigħat qabel ma ttieħed il-vot dwar il-liġi taż-żwieġ ugwali fil-Parlament", ".", "Fost oħrajn, fl-ittra tiegħu, Peppi Azzopardi qal lil Edwin Vassallo li jifhem id-dubji li għandu fuq iż-żwieġ ta' persuni LGBTIQ huma ġenwini, imma jgħidlu ċar u tond li din mhijiex kwistjoni ta' opinjoni.", "Fl-ittra, Dun Anton Gouder jibda billi jistqarr miegħu: \"M'għandix dubji li l-kummenti tiegħek huma ġenwini.", "Kif tagħmel bosta drabi, tpoġġi fejn xulxin bosta sitwazzjonijiet ta' tbatija li jappellaw għall-emozzjoni biex issaħħaħ il-punt tiegħek.\"", "Ikompli billi jistqarr li f'ħafna mis-sitwazzjonijiet li semma Peppi Azzopardi, għandu raġun.", "Madankollu Dun Anton Gouder jistaqsih x'għandhomx x'jaqsmu mal-liġi li għaddiet.", "Wara li jsaqsih din il-mistoqsija, ikompli b'sensiela ta' mistoqsijiet oħra: \"Inti ssostni tant li kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, għaliex l-Onor.", "Edwin u bosta oħrajn, m'għandhomx?", "Inti ssostni tant li ħadd m'għandu jiġġudika, għaliex l-Onor.", "Edwin qed ikun iġġudikat?", "Inti ssostni tant li tirrispeta lil min ma jaqbilx miegħek u lest li tagħti ħajtek biex ikollu dan id-dritt li ma jaqbilx, għaliex illejla m'għedtx hekk?\"", "Ikompli billi jistqarr li huwa ħaseb li Peppi Azzopardi se joħroġ jgħid lill-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista biex ma jfettillhomx jieħdu xi passi fuq Edwin Vassallo għax wera l-opinjoni tiegħu.", "Jagħlaq l-ittra tiegħu billi jerġa' jindirizzah: \"Għażiż Peppi, int appellajt lill-Onor.", "Edwin kif għandu jkun Nisrani.", "Naturalment, għandek dritt.", "Jista' jkun li t-triq li wrejtu mhix l-aħjar triq u l-unika triq.", "Insellimlek.", "Ħabibek.", "Dun Anton.\""], "title": "Aġġornata: Peppi Azzopardi jirreaġixxi"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/wara-li-miet-dak-il-guvni-fl-istess.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara li s-Sibt li għadda ġuvni ta' 22 sena tilef ħajtu quddiem stabbiliment fl-Iklin, raġel ħassu mħeġġeġ li jaqsam l-esperjenza li għaddiet minnha bintu ftit ġranet qabel fl-istess post.", "Ma' Xarabank dan ir-raġel jispjega kif xi ħmistax qabel ma miet il-ġuvni, bintu ta' 21 sena marret", "fl-istess post. F'ħin minnhom jirċievi telefonata mingħand sħabha.", "Jgħidulu li bintu ttieħdet l-isptar.", "\"Kien tard billejl u sħabha ċempluli u qaluli li binti mitlufa minn sensieha u se joħduha l-isptar.", "Dak il-ħin kelli qatgħa kbira fuqi.", "Mort l-isptar u sibt lil binti fuq l-i", ", storduta,\" jirrakkonta r-raġel.", "Din it-tfajla tispiċċa mkeċċija mill-istabbiliment mill-", "fuq ordni tas-sid.", "\"Sħabha qaluli li meta s-sid ra lil binti mitlufa minn sensieha, qal lill-", "biex joħorġuha 'l barra mill-aktar fiss possibbli.\"", "Jallega li fuq il-post ma kienx hemm għajnuna medika.", "\"Fuq il-post la kien hemm ambulanza u lanqas tabib.\"", "Meta sema' x'kien ġara, ir-raġel ħassu li għandu jieħu azzjoni.", "\"Meta smajt x'ġara, ridt nara jekk is-sid kellux permess jagħmel dan il-", "u ċempilt lill-Pulizija.", "Huma qaluli li ħa jċemplu lill-Pulizija tad-Distrett biex jiċċekkjaw iżda minn dakinhar 'l hawn ma kellimni ħadd.\"", "Wara t-traġedja tal-ġuvni, ir-raġel ħassu iktar imqanqal li jitkellem mal-midja: \"Ħassejtni mħeġġeġ li nkellem lill-midja għax apparti li kienet involuta l-familja tiegħi, ġimagħtejn wara dak li ġara lit-tifla tiegħi, miet ġuvni fl-istess post. Nappella li meta jsiru dawn il-", ", l-awtoritajiet jaraw jekk għandhomx permess li jagħmlu dawn il-", ".", "U jekk għandhom, għandhom jordnawlhom li fuq il-post irid ikollhom tabib u ambulanza, inkella l-permess ma joħroġx.\""], "title": "\"Wara li miet dak il-ġuvni fl-istess post, ħassejt li kelli nkellem lill-midja\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/mur-u-u-li-trid-bil-prezz-li-tiddeciedi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din mhix ċajta.", "U mhix waħda minn dawk ir-reklami li tidher mod u tkun mod ieħor.", "Din vera.", "Nhar il-Ħadd li ġej se jkun hemm post fejn int tista' tmur, tieħu li trid u li jogħġbok, u minflok ma jgħidulek kemm trid tħallas, il-prezz tiddeċidih int. Jiġifieri tħallas kemm trid int. Tieħu x'tieħu, u tieħu kemm tieħu affarijiet!", "Dan huwa Garage Sale, u d-dettalji tiegħu huma dawn:", "Se jsir darba biss, nhar il-Ħadd li ġej, 16 ta' Lulju, bejn is-7am u l-11am.", "Il-post huwa ġo garaxx fi Triq l-Għakrux, ix-Xgħajra (wara s-St.", "Peter's Boċċi Club).", "F'dan il-garaxx se jkun hemm ħafna kotba antiki b'kull lingwa, fajjenza, għamara li għadha tajba, pitturi u frejms, oġġetti antiki, ħwejjeġ, żraben, u xi appliances.", "Kull ma trid tagħmel huwa li tmur hemm, tagħżel li jogħġbok, u meta tmur biex tħallas tgħidilhom int kemm tixtieq tagħti.", "Dak kollu li se tagħti se jmur għall-missjoni.", "Din l-inizjattiva, li kważi ma tara bħalha qatt, qed jorganizzawha l-grupp Mzungu Mission.", "Dawn huma grupp ta' żgħażagħ li ftit ġimgħat oħra se jitilgħu l-Kenja bħala voluntiera biex iwettqu proġetti kbar f'irħula foqra ħafna.", "Għal dawn l-aħħar xhur, dawn iż-żgħażagħ kienu qed jiġbru dawn l-oġġetti minn ħafna djar f'Malta u Għawdex, biex imbagħad ikunu jistgħu jbigħuhom u l-qligħ kollu minnhom imur għall-proġetti li se jkunu qed jagħmlu fost il-foqra fl-Afrika.", "Imma s-soltu, meta jbiegħuhom, kienu jagħtuk il-prezz huma.", "Din id-darba se tagħtihom il-prezz int!"], "title": "Mur u ħu li trid bil-prezz li tiddeċiedi int"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-jitwaqqaf-reklam-ta-prodott.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Reklam li jippromwovi", "li bih tqaxxar ix-xagħar twaqqaf fl-Ingilterra milli jibqa' joħroġ fil-midja.", "Dan għaliex ir-reklam jenfassiza x-xagħar fil-parti ġenitali tal-mara.", "Uħud fl-Ingilterra sostnew li hemm diversi reklami li jenfasizzaw is-sesswalità tal-mara.", "Dan narawh f'reklami tal-karozzi, fwejjaħ u b'xi mod anke reklam li uża s-sesswalità tal-mara f'reklam tal-ħobż.", "Hemm min argument li din mhijiex xi diskriminazzjoni kontra l-mara għax f'ħafna reklami naraw lill-irġiel bħala 'oġġett' sesswali.", "Iżda l-awtoritajiet Ingliżi tal-istandards fehmuha mod ieħor u ċċensuraw dan ir-reklam tal-", "li jqaxxar ix-xagħar.", "Inti kieku kont tiċċensurah?", "Ara l-filmat u ibagħtilna.", "Ritratt: PA:Press Association"], "title": "BIL-FILMAT: Jitwaqqaf reklam ta' prodott li jqaxxar ix-xagħar tan-nisa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-knisja-ttenni-l-impenn-tagha-favur.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara li lbieraħ fil-Parlament għaddiet il-liġi taż-żwieġ ugwali, il-Knisja ssostni li ż-żwieġ jibqa' dejjem ir-rabta esklussiva bejn raġel u mara.", "Fi stqarrija, l-isqfijiet ta' Malta u Għawdex qalu li ż-żwieġ bejn raġel u mara hu miftuħ għat-tnissil tal-ulied.", "Żiedu jgħidu li dan iż-żwieġ hu l-mudell li dejjem ħaddnet l-umanità u mhux biss il-viżjoni Nisranija taż-żwieġ.", "Spjegaw li l-liġi twarrab id-differenza u r-reċiproċità naturali bejn raġel u mara.", "Spjegaw li s-soċjetà tiftaqar għaliex minflok taċċetta d-diversità, timponi uniformità fil-mod kif ikunu espressi r-relazzjonijiet.", "Madankollu l-isqfijiet qalu li l-Knisja tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità ta' kull persuna, ikunu xi jkunu l-għażliet li tagħmel f'ħajjitha u r-relazzjonijiet li tħaddan.", "Stqarrew li għall-Knisja, kull persuna hi għażiża u tibqa' għażiża għax hija maħluqa xbieha ta' Alla.", "Żiedu jgħid li l-Knisja hija impenjata wkoll li tibqa' tilqa', takkumpanja u tgħin lil dawk il-persuni li jagħżlu jgħixu l-ħajja tagħhom f'kuntest differenti minn dak taż-żwieġ Nisrani.", "Qalu li l-Knisja qed tittama li din il-liġi ma tkunx segwita b'miżuri oħra li jnaqqsu mid-dinjità tal-ulied, bħall-kiri tal-ġuf u d-donazzjoni tal-gameti.", "Qalu li l-Knisja tappella lis-soċjetà biex tibqa' tagħraf li l-ulied huma don li għandu jkollhom dejjem l-ambjent addattat fejn jitnisslu, jitwieldu u jikbru b'mod seren u b'ħafna mħabba, u li l-vuċi tagħhom tinstema' b'mod qawwi fis-soċjetà Maltija.", "Temmew jgħidu li quddiem din ir-realtà, il-Knisja, kif għamlet dejjem, bl-Evanġelju ta' Sidna Ġesù Kristu f'idejha, se tkompli taħdem biex jissaħħu ż-żwiġijiet u l-familji f'pajjiżna, u tibqa' turi l-apprezzament lejn tant ommijiet u missirijiet li qed jitħabtu biex jgħixu b'fedeltà l-missjoni insostitwibbli tagħhom u jiddedikaw ħajjithom għal uliedhom."], "title": "Il-Knisja ttenni l-impenn tagħha favur żwieġ bejn raġel u mara"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/michelle-muscat-fxarabank-ta-18-il-sena.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit huma dawk li jafu li Michelle Muscat kienet parti mit-tim ta' Xarabank ...", "Wara il-filmat fl-artiklu li tellajna ilbieraħ", ", innutajna li fis-sala kien hemm Michelle Muscat, illum il-mara tal-Prim Ministru.", "Dak iż-żmien Michelle kienet parti mit-tim ta' Xarabank.", "F'dan il-programm li kien dwar żwieġ għal persuni", ", Michelle Muscat kienet fis-sala u għalhekk meta Albert li kien fuq il-", "semma li hu jrid ikun stmat daqs persuna ugwali, fost oħrajn, hi approvat u ċapċpet għal dan il-kumment.", "Min qatt xi ħadd seta jifhem li 18-il sena wara kellha tkun fil-post proprju meta lbieraħ għaddiet il-liġi għal żwieġ ugwali għal kulħadd?"], "title": "Michelle Muscat f'Xarabank ta' 18-il sena ilu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/fl-underground-ta-londra-daqshekk-se.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["ħ", "det id-de", "ċ", "ż", "joni li fl-", "tal-Londra tieqaf tintu", "ż", "ż", "ħ", "tas-servizz tal-", "irid jibda ju", "ż", "biss frażijiet bħal", "ħaj", "ma jkompli l-frażi billi juża", "kliem li jindika", "w xi ġ", "eneru jew ie", "ħ", "Dan it-tibdil qed isir sabiex is-servizz tal-", "ikun inqas diskriminatorju u ma jeskludi lil", "ebda individwu li ju", "ż", "a s-servizz.", "B'hekk persuna li la tidentifika b", "ħ", "ġ", "el u lanqas b", "ħ", "ħ", "ż", "ż", "Inti x'jidhirlek?", "Taqbel?", "Ma taqbilx?", "Ikkumenta!"], "title": "Fl-underground ta' Londra daqshekk se tisma' l-kliem 'ladies and gentlemen'"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmati-u-r-ritratti-in-nies.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ filgħaxija Malta għexet mument storiku wara li fil-Parlament għaddiet il-liġi taż-żwieġ ugwali.", "Dan wara li l-maġġoranza tal-Parlament approvat it-tielet u l-aħħar qari tal-abbozz tal-liġi.", "Xarabank għex dan il-mument storiku man-nies li nġabru fi Pjazza Kastilja, li nxtegħlet bil-kuluri tal-qawsalla għall-okkażjoni.", "Spikkaw ukoll it-tgħanniq, il-bews u l-ferħ tan-nies LGBTIQ li issa jistgħu jesprimu l-imħabba tagħhom biż-żwieġ.", "Tliet snin wara li daħlet il-liġi tal-Unjoni Ċivili, issa Malta ngħaqdet mal-14-il pajjiż fl-Ewropa li fihom koppji LGBTIQ jistgħu jiżżewġu.", "Għix il-mumenti kkuluriti li Xarabank irnexxielu jiġbed mil-lenti tiegħu:", "Ritratti, filmati u editing: Andrew Borg Carbott"], "title": "BIL-FILMATI U R-RITRATTI: In-nies jiċċelebraw id-dħul tal-liġi taż-żwieġ ugwali fi Pjazza Kastilja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/esklussiva-il-kumment-tal-prim-ministru.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'kumment esklussiv lil Xarabank, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal: \"Dan l-iżvilupp għal Malta jfisser li aħna lkoll indaqs.", "Ifisser li ħa jkun hawn min ħa jkollu bżonn din il-liġi biex jesprimi mħabbtu.", "Imma ħa jkun hemm Maltin u Għawdxin li għadhom ma twildux illum jew tfal li l-ġenituri tagħhom jgħidulek li din il-liġi m'għandniex xi rriduha , iżda li għada pitgħada ħa jkollhom bżonnha.", "Għalhekk l-ugwaljanza u għalhekk aħna iktar ugwali.", "Hija riflessjoni ta' soċjeta' matura għaliex qed ninfetħu dejjem għal iktar nies.\"", "Żied jgħid: \"Fadal x'nagħmlu u fadal xi jsir.", "L-ugwaljanza bejn nisa u rġiel għadna ma wasalniex f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappreżentanza, pagi u setturi oħra tas-soċjeta' fejn irridu naħdmu ħafna iktar biex kulħadd ikollu l-istess opportunita' fil-ħajja.", "Il-Ministru għal-Libertajiet Ċivili, Helena Dalli qaltilna: \"Din hija liġi li kont ilni ngħid li għandha ssir.", "Allura ngħid li qegħdin tard illi li nwassluha għaliex kien hawn ċittadini bħali u bħalek illi ma kellhomx id-drittijiet li għandna aħna.", "Jiena ma naħsibx li minħabba l-mod kif titwieled għandu jaffettwalek f'ħajtek jekk għandekx ikollok id-drittijiet bħal kulħadd.", "Issa li għaddiet jiena sodisfatta.", "Aħjar tard milli qatt.", "Għall-inqas issa għandna iktar ugwaljanza fis-soċjeta' tagħna.\"", "Ritratt, filmati u editing: Andrew Borg Carbott"], "title": "ESKLUSSIVA: Il-kumment tal-Prim Ministru ftit minuti wara li għaddiet il-liġi taż-żwieġ ugwali"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/ara-l-filmati-tal-ewwel-xarabank-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn il-filmati ġibniehom minn minn wieħed mill-programmi ta' Xarabank tal-1999.", "18-il sena ilu, Xarabank kien iddiskuta l-koabitazzjoni bejn żewġ persuni tal-istess sess, u fil-panel kien hemm diversi persuni omosesswali.", "Din kienet xi ħaġa rari ħafna.", "F'dak iż-żmien kważi qatt ma kienet tiġri li persuna omosesswali turi wiċċha u titkellem favur id-drittijiet tagħha fuq it-televixin.", "F'din il-ġurnata storika, ftit sigħat qabel jittieħed il-vot tal-liġi taż-żwieġ ugwali, aħna morna niltaqgħu ma' Albert, li kien wieħed mill-ewwel persuni omosesswali li b'kuraġġ kbir kienu ġew jitkellmu f'Xarabank.", "F'dan il-filmat jirrakkonta x'kien ġara dakinhar.", "Il-programm kien sar il-Ġimgħa 28 ta' April 1999, u bi kburija, aħna ngħidu li Xarabank kien l-ewwel programm li ma beża' qatt jitkellem f'isem il-minoranzi, inkluż f'isem il-komunità", "Mistiedna fil-", "kien hemm is-Sinjuri Jonathan Shaw, Fr. Paul Chetcuti, Aldo Ciangura, l-Imħallef Prof. Giuseppe Mifsud Bonnici, Albert Buhagiar u Sasha Vella.", "Dakinhar kienu ddibattew mis-sala wkoll il-mibki Karl Chircop, rappreżentant tal-Partit Laburista, u Dolores Cristina mill-Partit Nazzjonalista.", "Tista' tara siltiet minn dak il-programm hawn:", "Fid-diskussjoni, Fr Paul Chetcuti kien qal li l-Knisja tifhem is-sitwazzjoni tal-individwi", ", tgħinhom u tħenn għalihom, imma żżomm il-prinċipji li ma tistax tagħmel kompromess fuqhom.", "Dalgħodu aħna morna niltaqgħu ma' Albert, wieħed mill-persuni li kienu fil-panel dakinhar, u li jidher fil-filmat ta' hawn fuq.", "U rrakkontalna x'kien ġara meta ġie jitkellem fuq Xarabank bħala persuna omosesswali:", "Waħda mill-akbar kwistjonijiet li kienu jinqalgħu fuq dan is-suġġett dak iż-żmien kienet jekk il-", "jitweldux jew isirux.", "U din kienet il-kwistjoni prinċipali f'dak il-programm.", "Sadanittant, dalgħodu, il-preżentatur ta' Xarabank u ġurnalist Peppi Azzopardi tkellem dwar Xarabank bħala l-ewwel programm li tkellem fuq il-persuni", "Peppi kien wieħed mill-ewwel nies li flimkien mal-familja tiegħu kien imur għall-mixjiet favur il-persuni", ".", "Imma f'dan il-filmat, filwaqt li saħaq fuq id-dritt taż-żwieġ tal-persuni LGBTIQ, Peppi qal ukoll li qed jittama li ma niqfux hawn, għax għad hawn nies oħra ddiskriminati ħafna, bħalma huma l-immigranti u l-ħabsin.", "Aktar tard illum wara nofsinhar, ftit qabel ma bdiet is-seduta tal-Parlament, fuq il-Facebook tiegħu", "Peppi ppubblika ittra miftuħa lid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo", ", li fiha qallu li din mhix kwistjoni ta' taqbel jew ma taqbilx, imma hija kwistjoni ta' tbatija kbira ta' eluf ta' persuni li matul is-snin għaddew u għadhom għaddejjin minn martirju, sempliċiment għaliex huma"], "title": "Ara l-filmati tal-ewwel Xarabank li tkellem fuq iż-żwieġ ta' persuni 'gay'...18-il sena ilu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/kull-min-hu-nisrani-llejla-gandu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Edwin, din mhix kwistjoni ta' taqbel u ma taqbilx.", "Din hija kwistjoni ta' tbatija kbira.\"", "Dawn huma ftit mill-ewwel kelmiet ta' ittra miftuħa li l-preżentatur ta' Xarabank Peppi Azzopardi kiteb lil Edwin Vassallo llum, proprju ftit sigħat qabel jittieħed il-vot dwar il-liġi taż-żwieġ ugwali fil-Parlament illejla.", "L-ittra miftuħa ppostjaha fuq il-", "tal-Facebook tiegħu ftit minuti ilu.", "Fl-ittra, Peppi jindirizza direttament lid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.", "Jibda billi jistqarr miegħu li jifhem li d-dubji li għandu fuq iż-żwieġ ta' persuni LGBTIQ huma dubji ġenwini, imma jkompli jgħidlu ċar u tond li din mhix kwistjoni ta' opinjoni.", "\"Edwin, illejla, bħala Nisrani missek tqum fil-Parlament u tiskuża ruħek mal-komunità LGBTIQ u mal-familji tagħhom ta' kemm ħallejtuhom ibatu,\" jgħidlu Peppi Azzopardi.", "Wara li jgħidlu hekk, jelenkalu lista ta' sitwazzjonijiet li fihom, il-persuni LGBTIQ batew matul iż-żminijiet u għadhom qed ibatu sal-lum.", "Isemmilu fost l-oħrajn it-tfal li huma", "l-iskola, iż-żgħażagħ omosesswali li jgħidulhom li qed jgħixu fid-dnub għax iħobbu persuna tal-istess sess, u l-adoloxxenti li jgħidulhom li huma morda u li għandhom bżonn il-kura, jew li bagħtuhom għand qassis.", "L-ittra miftuħa li Peppi kiteb lid-deputat Edwin Vassallo", "\"Illejla m'għandux ikun hemm vot ħieles, għax m'għandu qatt ikollok il-ħelsien li tivvota biex toħnoq il-ħelsien ta' ħaddieħor,\" jgħidlu Peppi Azzopardi.", "Peppi jsib iċ-ċans biex fl-ittra jagħmel appell lill-insara biex minflok jinkwetaw fuq il-kelmiet ta' kif se nsejħu lill-omm u lill-missier, jinkwetaw fuq \"iż-żagħżugħ li waqfulu l-kliewi u għadu maqful f'ċella fil-Faċilità Vendikattiva ta' Kordin.\""], "title": "\"Kull min hu Nisrani llejla għandu jivvota favur\" - Peppi Azzopardi jikteb ittra miftuħa lil Edwin Vassallo"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/morna-gat-tieg-ta-ray-calleja-u-dawn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, 7 ta' Lulju, konna mistednin għat-tieġ ta' Ray Calleja u r-raġel tiegħu Joakim Josupeit.", "Joakim huwa ners Żvediż u ismu huwa pronunzjat Yukke.", "Hu u Ray iltaqgħu fuq", "qabdu jiċċettjaw, u nhar it-3 ta' Ġunju li għadda, proprju fil-jum meta f'Malta kellna l-Elezzjoni Ġenerali, Ray u Yukke kienu l-Iżvezja u żżewġu hemm.", "U nhar il-Ġimgħa li għadda kien imiss lil Yukke li jiġi Malta u jagħmlu tieġ kbir f'Malta.", "Ray Calleja ġie f'Xarabank għal intervista ftit jiem wara li żżewweġ fl-Iżvezja u tkellem magħna fost l-oħrajn dwar kif iltaqa' mar-raġel tiegħu, dwar id-diffikultajiet li jsibu minħabba li joqogħdu 'l bogħod minn xulxin, u dwar il-fatt li Ray ikbar sew mir-raġel tiegħu.", "Ray u Yukke damu 18-il xahar jiċċettjaw fuq l-internet qabel irnexxielhom jiltaqgħu għall-ewwel darba, u żżewġu wara li kien ilhom li raw lil xulxin fiżikament għal 15-il ġurnata biss.", "\"Jekk tgħaqqad id-drabi kollha li ltqajna fiżikament qabel iżżewwiġna, b'kollox jgħaqqdu 15-il ġurnata,\" kien qalilna Ray ftit wara li wasal mit-tieġ fl-Iżvezja.", "Din hija l-intervista li konna għamilna lil Ray fuq Xarabank ftit ġimgħat ilu:", "Insomma, aħna morna t-tieġ nhar il-Ġimgħa li għadda, u kien tieġ mimli daħk, żfin, u fuq kollox, imħabba.", "Issa jmiss li jmorru l-", "Se jmorru s-sena d-dieħla u qed jippjanaw li jmorru l-Amerka u t-Tajlandja.", "Issa biex inkunu onesti, meta ġejna mistednin għat-tieġ ta' Ray u Yukke f'Malta, ma kellniex f'moħħna li mmorru niffilmjaw għal Xarabank.", "Ħsibna li noħduha naqra", "u mmorru nieħdu gost, u allura ma ħadniex", "magħna.", "Imma meta konna hemm tant rajna ferħ u briju u personalitajiet u affarijiet ħelwin, li ma flaħniex ma noħdux ftit filmati bil-", "U qed nippubblikawhom illum f'dan l-artiklu.", "Ikkumpatuna, għax minħabba li huma meħudin bil-", ", il-kwalità tal-istampa u l-ħoss mhumiex daqsekk tajbin, imma fil-fehma tagħna jagħtu togħma ħelwa ħafna lil dawk li ma kinux it-tieġ u jixtiequ jkunu jafu x'ġara.", "Fost l-oħrajn, Ray kanta l-kanzunetta 'Flimkien' ta' Freddie Portelli.", "Kantaha għar-raġel tiegħu Yukke, u l-ewwel kantahielu bil-Malti, imbagħad kantalu l-verżjoni tagħha bl-Iżvediż.", "Tista' taraha fil-filmat:", "Għal min irid jismagħha ċara, din hija l-kanzunetta 'Flimkien' ta' Freddie Portelli:", "Minn qalbna nawguraw lil Ray u lil Yukke ħafna ferħ u paċi fil-ħajja miżżewġa tagħhom!"], "title": "Morna għat-tieġ ta' Ray Calleja u dawn huma xi filmati li ħadna hemm"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-ilbiera-xgamlu-u-xqalu-minn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["bieraħ filgħaxija quddiem Kastilja nġabru mijiet ta' nies biex sa quddiem il-bini tal-Parlament il-Belt jipprotestaw kontra l-liġi taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess.", "Din il-mixja ġiet organizzata mill-Koalizzjoni għall-Ħajja, iż-Żwieġ u l-Familja.", "Kien hemm ħafna organizzazzjonijiet, fosthom il-grupp", "ta' Gordon Manché,", "u l-Partit tal-Patrijotti Maltin.", "Philip Beattie, ir-rappreżentant tal-grupp fuq Facebook", ", appoġġja l-pass li ħa", "d-Deptutat Nazzjonalista Edwin Vassallo meta vvota kontra l-abbozz kif imressaq mill-Gvern fit-tieni qari.", "Beattie indirizzah u qallu: \"Onorevoli Edwin Vassallo, meta tmut quddiem Alla se tidher u mhux quddiem Simon Busuttil.\"", "\"Din il-liġi li se jgħaddu hija intiża biex tkasbar il-liberta' tal-kuxjenza, id-dritt tal-espressjoni ħielsa u l-libertà reliġjuża.", "Fil-fatt din il-liġi tgħid li membri tal-kleru u nies reliġjużi huma eċċezzjoni u jistgħu jgħidu l-affarijiet tagħhom.", "Il-bqija tal-popolazzjoni ma tista' tgħid xejn għax tiġi mkasbra bħala omofobika.", "Din hija theddida kontra d-demokrazija, il-libertà tal-espressjoni u kontra l-ħajja,\" qal Beattie.", "Dr Miriam Sciberras mill-Life Network Malta Foundation qalet: \"Jekk tgħaddi din il-liġi se jitneħħa kliem bħal żewġi u marti, omm u missier.", "Għalina dan mhuwiex kliem biss imma huwa kliem ankrat fl-antropoloġija, il-pedagoġija u f'ħafna affarijiet oħra.", "Il-biża' tagħna hi li din il-liġi hija biss il-bidu tal-imponiment fuq Malta bl-ideoloġija tal-ġeneru.", "Għaldaqstant mhux veru se jkun hemm tolleranza li tirrenja.", "Ħa jkun hemm dittatorjat fejn kull min ma jaqbilx, ma jkunx kapaċi jitkellem.", "Jekk lanqas il-vot tal-kuxjenza mhu tollerat, allura fejn hi t-tolleranza.", "Fejn huma l-liberali li sippost jaċċettawni, jisimgħuni u jħalluni ngħix?\"", "Tkellimna wkoll ma' Norman Scicluna tal-Moviment Patrijotti Maltin: \"Inħoss li l-valur tal-familja tradizzjonali qed jintilef b'din il-liġi.", "Inħoss li xi ħadd irid isostni li post il-familja, post l-omm u post il-missier għadu hemm.", "Jien personali m'għandi xejn kontra", "li jiżżewġu, forsi mhux mill-aspett reliġjuż ,imma mill-aspett legali għandhom kull dritt.", "Ma kellniex għalfejn inżarmu l-familji biex tgħaddi l-liġi taż-żwieġ tal-", ".", "Inħoss li fil-liġi l-omm faċilment setgħet tibqa' tissejjaħ omm u li missier jibqa' jissejjaħ missier.", "Inħossu wkoll li din il-liġi hija l-ewwel pass għal serje ta' liġijiet oħra li jistgħu jiġu introdotti fil-pajjiz u li bihom se jiftħu bibien oħra li ma nafux fejn se jwassluna, fosthom is-", "Pastor Gordon Manché stqarr waqt il-protesta li dawk preżenti kienu hemmhekk għaliex jemmnu fil-prinċipji sodi.", "Kompla billi qara silta mill-Ktieb tal-Proverbji u mill-Evanġelju ta' San Mattew.", "Fil-protesta ddominaw il-bnadar ta' Malta, ix-xemgħat mixgħula u t-tliet minuti ta' silenzju ta' talb.", "Lejn l-aħħar tkanta wkoll l-Innu Malti li tmexxa minn Gordon Manché.", "Fil-bidu kien hemm preżenti wkoll persuni", "bil-kartelluni", "Il-vot dwar l-abbozz ta' liġi dwar l-att taż-żwieġ mill-Membri Parlament se jittieħed iktar tard illum.", "Jekk dan il-vot jgħaddi, illejla mistennijin ikun hemm ċelebrazzjonijiet kbar mill-komunità LGBTIQ fi Pjazza Kastilja.", "Filmati u editing: Xandru Azzopardi"], "title": "BIL-FILMAT: Ilbieraħ x'għamlu u x'qalu minn Kastilja sal-Parlament?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-persuni-li-jbatu-bdin-il-kundizzjoni.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-persuni li huma", "jistgħu jitqarbnu bl-inbid jew bl-ostji li huma", "imma mhux bla glutina.", "Fil-jiem li għaddew, il-Vatikan bagħat ittra lill-Isqfijiet dwar l-ostji li jintużaw għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.", "Wara li ħarġet din l-ittra, fuq il-midja soċjali ħafna ħasbu li din se twaqqaf lill-persuni li huma", "milli jitqarbnu.", "Imma kif inhi s-sitwazzjoni ta' tqarbin għall-persuni li huma", "ames Grima, membru tal-Assoċjazzjoni Maltija tas-", "li jwieġeb:", "\"L-ostji jinxtraw minn min hu", "u dawn iridu jkunu magħmula mill-qamħ.", "Minħabba l-kundizzjoni, il-kontenut tal-glutina jrid ikun inqas minn 20ppm", "jew inqas minn 100ppm.", "Qabel ma persuni", "ikunu jistgħu jitqarbnu, hemm bżonn li l-knisja fejn se jitqarbnu tkun avżata u l-persuni għandhom jixtru ostji li huma approvati mis-Santa Sede.\"", "James ikompli jispjegalna: \"Dakinhar tal-quddiesa l-ostji jitqiegħdu fuq l-altar biex jiġu kkonsagrati f'kontenitur appost li s-", "jixtru għall-użu personali tagħhom.", "Iċ-ċelebrant irid jiġi avżat minn qabel u infurmat jekk il-persuna hux se titla' titqarben l-ewwel jew l-aħħar.\"", "L-ittra li ntbagħtet lill-Isqfijiet ma ħoloqx differenza għaliex is-sitwazzjoni tat-tqarbin baqgħet l-istess għal min hu persuna", ": \"L-ittra nħarġet biss biex tikklarifika l-pożizzjoni tal-Knisja fuq ostji mingħajr glutina li nħarġet fl-2005.\"", "Fil-fatt, fi stqarrija l-Kurja ta' Malta wkoll enfasizzat li mhux se jkun hemm l-ebda tibdil fl-ostji li jintużaw diġa' minn persuni", "Madankollu xorta kien hemm reazzjoni mill-persuni", "\"Ir-reazzjoni ġenerali li rajna kienet waħda ta' konfużjoni, speċjalment fuq il-midja soċjali.", "Fl-opinjoni tagħna dan iktar dovut għal kif ġiet irrapportata l-istorja milli għall-istqarrija nfisha.\"", "James ittemm jgħid li persuna", "tista' titqarben ukoll bl-inbid: \"Persuni", "jistgħu jitqarbu bil-metodu li semmejna qabel imma importanti li nsemmu wkoll li dejjem hemm l-għażla li jitqarbnu wkoll bl-inbid."], "title": "\"Il-persuni li jbatu b'din il-kundizzjoni jridu jixtru l-ostji huma u jkunu konformi ma' kif qed jitlob il-Vatikan\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmati-bal-lum-9-snin-ilu-simshar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Simshar, id-dgħajsa li fuqha ħargu 5 persuni u rritorna ħaj wieħed minnhom biss.", "Fl-għodwa tas-7 ta' Lulju 2008, Simshar telaq mill-kosta ta' Marsaxlokk fuq vjaġġ tas-sajd, u kien ippjanat li jirritorna lura x-xatt 4 ijiem wara, fil-11 ta' Lulju.", "Pjan li ma seħħx.", "Fuq id-dgħajsa kien hemm ħames persuni - is-sid Simon Bugeja, missieru; Karmenu Bugeja, it-tifel ta' Simon; Theo Bugeja ta' 11-il sena, Noel Carabott, u raġel Somaljan; Abdulrahman Abdala Gedi ta' 21 sena.", "Dakinhar stess is-Simshar telaq mill-kosta u wara 4 ijiem xogħol, sar", "abbord il-bastiment u qered parti mid-dgħajsa.", "Kien Simon li induna b'riħa li qatt ma xamm qabel u mar iqajjem lill-oħrajn.", "Kif waslu ħdejn il-magna din splodiet u ħadet in-nar.", "Il-5 li huma ħarbu għall-parti ta' quddiem tad-dgħajsa.", "Ftit ħin wara seħħet splużjoni oħra li din id-darba tajrithom il-baħar.", "Dak il-ħin raw kif għamlu u bil-biċċiet li kien fadal, ippruvaw jagħmlu ċattra biex iserrħu magħha u l-ħames persuni abbord baqgħu ħajjin u baqgħu ħajjin għal diversi jiem.", "Għaddew l-iljieli u sbieħ it-Tnejn il-baħar li ġab lil Abdul, ħadu lura.", "Ħass il-mewt, talab, straħ u miet.", "Wara jiem ta' xemx qalila, mewġ, kesħa u riħ, ġuħ u għatx Simon Bugeja kien l-uniku wieħed li baqa' ħaj.", "Noel Carabott miet l-ewwel wieħed fit-13 ta' Lulju.", "Wara 5 ijiem bil-għatx mela nofs flixkun bl-ilma baħar u fi stat iddisprat xorbu.", "Għamillu d-deni, raqad u kif qam beda jħawwad fil-kliem, niżel jgħum u miet fiċ-ċaqliq tal-baħar.", "Fi programm speċjali li kien għamel Xarabank minn Marsaxlokk, Dr.Deo Debattista kien fisser li l-kliewi jipproduċu l-urina, li hija inqas ikkonċentrata mill-ilma baħar, u meta persuna tixrob l-ilma baħar b'ammonti kbar biex il-kilwa tarmi l-melħ żejjed trid tarmi iktar volum ta' ilma.", "Karmenu Bugeja magħruf bħala t-tabakku għex u miet fuq il-baħar fl-eta' ta' 61 sena.", "Simon żamm il katavru ta' missieru Karmenu mingħajr qatt ma għaddielu minn moħħu li jagħmel dan.", "Kien wara jumejn li Simon telaq il-katavru, b'Theo jistaqsi jekk hu u missieru hux se jiġrilhom l-istess.", "Hawnhekk Simon jirrakkonta kif wara 7 ijiem u 6 sigħat bla xorb u ikel u wara ljieli ta' talb u tama, Theo l-anġlu tal-baħar - iċedi.", "L-iġsma ta' tlieta mill-vittmi nstabu, madankollu dak ta' Theo Bugeja ma nstab qatt.", "Wara t-tfittxija intensiva mill-Forzi Armati ta' Malta, u l-komunità tas-sajd Maltija, bastiment tas-sajd imsejjaħ il-Grecale sab lil Simon Bugeja ħaj sebat ijiem wara.", "Wara li ra l-mewt ta' sħabu, ta' missieru u ta' ibnu, ittella' mill-baħar u ttieħed Mater Dei b'ħelikopter.", "Il-kundizzjoni kienet gravi ħafna bit-tobba jibqgħu skantati kif baqa' ħaj.", "Simon wieġeb li miegħu kellu lil ibnu u lill-Madonna.", "Minn dakinhar intqalu diversi suspetti u qlajjiet fuq din l-istorja, li kollha ġew ipprovati li ma kinux minnhom.", "Fl-2014 din it-taġedja ġiet ddrammatizzata mid-direttriċi Maltija Rebecca Cremona permezz ta' film li ġie msejjaħ Simshar."], "title": "BIL-FILMATI: Bħal-lum 9 snin ilu, Simshar, it-traġedja li ħasdet lil Malta. L-unika persuna li baqgħet ħajja tirrakkonta x'ġara."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/mill-panel-ta-xarabank-gal-kappilan.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Father Brian, waqt il-quddiesa li fiha ġie maħtur bħala kappillan", "Nhar il-Ħadd waranofsinhar, Father Brian Gialanzè ġie maħtur bħala l-Kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta' San Ġużepp fil-Kalkara.", "Ftit snin ilu, Dun Brian flimkien ma tliet saċerdoti oħra, kienu mistednin fuq Xarabank tliet xhur biss qabel laħqu saċerdoti.", "Storja li rrakkonta dan s-saċerdot waqt il-programm kienet meta darba mar jara logħba futbol u ltaqa' ma' koppja.", "\"Darba kont għajjien u dħalt nieħu flixkun birra ġo ħanut,\" jirrakkonta Dun Brian \"Kien hemm koppja tħares lejja u wara li damet taħsibha mhux ħazin, ħarsu lejja u qaluli 'qatt ma rajna qassis jixrob il-birra.'", "U minn hemm bdejt nitkellem magħhom.", "\"Is-sigriet huwa li tikkomunika ma kulħadd b'kull mezz li jibagħtlek il-Mulej,\" qalilna Dun Brian bi tbissima.", "Il-Mument li fih father Brian jiġi ikkonsagrat bħala saċerdot.", "Father Brian huwa saċerdot b'differenza.", "Kull min xi darba attenda quddiesa ta' dan is-saċerdot żgur spiċċa joħroġ mill-knisja bi tbissima.", "Saċerdot li waqt l-omelija jirrakonta xi storja ħelwa b'tagħlima.", "It-tfal tal-parroċċa kien itellagħom kollha fuq l-artal waqt il-konsagrazjoni u t-tfal kienu jħossuhom parti minnha u jipparteċipaw bis-sħiħ waqt il-quddiesa.", "Saċerdot li bis-sempliċita tiegħu għaqqad ħafna zagħzagħ għax jikkomunika magħhom b'mod differenti.", "Meta kien saċerdot fil-parroċċa ta' Raħal il-Ġdid, dan is-saċerdot ħoloq il-karattru ta' Josie.", "Josie huwa buffu.", "U fil-fatt, Dun Brian jilbes ta' dan il-buffu biex iferraħ u jwassal il-Kelma ta' Alla lit-tfal tal-parroċċa b'mod differenti.", "Father Brian maz-zagħzaqgħ waqt l-eżerċizzji tat-tfal fl-iskejjel.", "Meta staqsejnieh dwar ix-xogħol li se jkun qed jagħmel fil-parroċċa l-ġdida tiegħu, Dun Brian qalilna: \"Jien noħlom li jkollna paroċċa sabiħa u magħquda u nixtieq minn qalbi li din il-ħolma ssir realtà.\"", "Dawn huma l-kummenti li ħadna lil Dun Brian u lill-Arċisqof Charles Scicluna minuti wara li spiċċat il-quddiesa tal-pussess fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara."], "title": "Mill-panel ta' Xarabank għal Kappilan"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/dwayne-rock-johnson-ser-jikkontesta-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fi programm Amerikan li xxandar nhar is-Sibt li għadda, l-attur famuż Dwayne Johnson ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-Elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti fl-2020.", "Din kienet ċajta.", "L-attur, magħruf aħjar bħala", "qal li se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Presidenzjali tal-2020.", "Dan qalu waqt il-programm famuż", "Dwayne Johnson ma kienx l-unika artist li qal li se jikkontesta għall-elezzjoni tal-2020 għaliex anke l-artist Kanye West kien qal li jixtieq jikkontesta.", "Però wara li iltaqa' mal-President preżenti Donald Trump qal li mhux ser jikkontesta fl-2020, imma fl-2024.", "Id-differenza bejn dak li qal", "u dak li qal Kanye West hija li ta", "hija ċajta.", "L-oħra mhix.", "Dawn t'hawn taħt huma biċċiet mill-filmat taċ-ċajta li għamel The Rock, li fiha tinkludi artisti kbar oħrajn, bħal Tom Hanks."], "title": "Dwayne 'The Rock' Johnson ser jikkontesta l-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-is-soru-ttemm-l-aar-jum-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ta' fuq id-", "hija Sr Grace Debattista, il-kap tal-iskola ta' Santa Monika tal-Mosta, li tidher fl-aħħar ta' dan il-vidjow.", "Dan il-filmat telgħuh l-istudenti u l-għalliema tal-iskola, li jidhru bi stil ta' xagħar differenti, u miegħu tefgħu d-diska", "wkoll.", "Sr Grace Debattista ħadet gost fuq id-", "u ħadet gost bil-filmat li telgħu l-istudenti u l-għalliema.", "\"Il-vaganzi t-tajba\" bħal donnha qed tgħidilhom... u huma bħal donnhom qed iwieġbu, \"Narawkom xahrejn oħra\"..."], "title": "BIL-FILMAT: Is-soru ttemm l-aħħar jum tal-iskola fuq id-deckchair"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/tfal-mill-kullegg-santa-klara-jirbu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nathan Spiteri Hogan, Beatrice Mizzi u Kyle Borg mill-Kulleġġ Santa Klara f'Pemrboke rebħu l-programm", ".", "Dawn it-tfal għandhom 12-il sena u għadhom kemm spiċċaw il-Form 2.", "Il-kompetizzjoni kienet bejn 16-il skola, u t-tfal li ħadu sehem irrappreżentaw lil iskejjel rispettivi tagħhom.", "Waqt il-programm, fost l-oħrajn kellhom jirrispondu mistoqsijiet fuq diversi suġġetti, fosthom l-użu sostenibbli tal-ilma, l-immigrazzjoni, it-trasport, il-frott u l-ħxejjex, l-iskart organiku u Xrobb l-Għagin.", "Il-programm", "ġie mtella' minn Gabriella Parsons bil-kollobarazzjoni ta'"], "title": "Tfal mill-Kulleġġ Santa Klara jirbħu quiż dwar l-iżvilupp sostenibbli"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/saret-izjed-komuni-li-timrad-bil-kancer.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["ġ", "dida turi li", "saret iżjed komuni li", "persuna timrad bil-kan", "ċ", "er milli ti", "żż", "ġ", "jew ikollha tarbija.", "Skont il-figuri ma", "ħ", "ġ", "a minn", "kien hemm 361,216", "persuna li nstabilhom kan", "ċ", "hemm biss", "żż", "mara li kellhom l-ewwel tarbija, filwaqt li kien hemm 319,001 persuna li nstabilhom kan", "ċ", "ħħ", "ż", "jed minn 1.2", "miljun persuna fl-Ingilterra nstabilhom kan", "ċ", "er, u madwar 25% minnhom kellhom inqas minn 40 sena", "meta qabadhom.", "L-istudji", "jkomplu", "li madwar nofs il-popolazzjoni se tg", "ħ", "addi mill-esperjenza tal-kan", "ċ", "er tal-anqas darba f'", "ħ", "ieħor", "ngilterra jirri", "ż", "l-marda ta", "ċ", "hija", "ż", "jed marda li tbe", "żż", "Iż", "jed mid-d", "sja", "( 7%), dipressjoni", "mill-", "mard tal-qalb (4%) u", "mill-", "Jirriżulta wkoll li 10% tal-Ingliżi kollha, aktar jibżgħu mill-kanċer milli jibżgħu li jitilfu lil xi ħadd viċin tagħhom u milli jmutu huma stess u milli jesperjenzaw attakk terroristiku."], "title": "Saret iżjed komuni li timrad bil-kanċer milli tiżżewweġ"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/qassis-jizfen-u-janima-l-briju-waqt-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Qassis qagħad jiżfen u janima l-birju huwa u jqaddes quddies ta' tieġ bid-diska Mamma Maria ta' Ricchi e Poveri.", "Kieku tixtieq li jkun il-qassis li jżewġek?", "Għidulna x'taħsbu."], "title": "Qassis jiżfen u janima l-briju waqt li jqaddes quddiesa ta' tieġ"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/jizzewgu-u-jiddeciedu-li-jmorru-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Catherine u Albert jiżżewġu (Ritratt: Rene Rossignaud)", "Ix-xahar li għadda, Catherine u Albert Sciberras iżżewġu u għall-", "se jmorru l-Kenja għall-missjoni.", "Albert jerfa' lil Catherine (Ritratt: Rene Rossignaud)", "Kemm Catherine u kemm Albert huma minn San Ġorġ Ħal Qormi u kien proprju grupp f'raħal twelidhom li laqqagħhom ma' xulxin: \"Albert kien jaf bija ferm qabel ma ltqajna għax ġieli rani r-raħal u mid-dehra kont nogħġbu sew għax dam sena u nofs jiġri warajja,\" tgħidilna Catherine b'nofs tbissima.", "Iżżid tgħid: \"Iltqajna fl-2007, fil-grupp taż-żgħażagħ", "u sena wara sirna ħbieb sew, tant li spiċċajna fl-istess klikka ta' ħbieb u mbagħad tliet snin wara bdejna noħorġu flimkien.\"", "Mill-knisja sas-sala tat-tieġ marru bil-mutur (Ritratt: Rene Rossignaud)", "Imma min ippropona lil min?", "Catherine tirrakkontalna kif fl-2013 Albert kien taha ċ-ċurketta bla ma staqsieha l-mistoqsija: \"Konna quddiem it-Tieqa tad-Dwejra ma' grupp ta' ħbieb u Albert tani ċ-ċurkett iżda ma kienx staqsieni jekk irridx niżżewġu.", "Però jumejn qabel b'ċajta kien staqsieni jekk irridux immorru niffissaw il-ġurnata taż-żwieġ u morna.", "Imbagħad il-mistoqsija għamiltha jiena 800 jum qabel ma żżewiġna.", "Kont xtrajtlu flixkun", ", staqsejtu u t-twieġba tiegħu kienet iva.\"", "U meta qal iva, tgħid il-flixkun kien xorbu?", "Catherine u Albert ħerġin mill-knisja (Ritratt: Rene Rossignaud)", "Imma kif iddeċidew li jmorru għall-missjoni?", "\"Kull sena sħabna tal-Mzungu Mission imorru l-missjoni u fl-2015 tħajjarna nitilgħu magħhom l-Afrika imma peress li konna għadna kemm nixtru l-post, konna iddeċidejna li aħjar naqbżuha.", "Però minkejja li ma tlajniex magħhom, bqajna ngħinuhom fl-attivitajiet ta' matul is-sena li jsiru biex jinġabru l-flus,\" tispjegalna Catherine.", "Għall-ewwel kienu bit-tir li għall-", "imorru Sardenja iżda Catherine tgħidilna li minħabba li Albert iddejqu x-xemx ma tantx kien konvint li se jirnexxielu jagħmel ġimgħa sħiħa fix-xemx u b'hekk inbidel il-pjan.", "\"Wara Albert staqsieni jekk sħabi humiex sejrin l-Afrika u ċċekkjajt ma' Olwyn, waħda mill-grupp tal-Mzungu Mission, u qaltli li din is-sena se jmorru.", "L-għada kellhom laqgħa, morna għaliha u ħriġna minnha deċiżi li sejrin magħhom,\" tgħidilna Catherine,", "Ritratt: Mzungu Mission ibigħu l-kejkiet b'risq il-missjoni f'Ħal Qormi", "Catherine u Albert, flimkien mal-kumplament tal-grupp, se jitilqu għal din l-avventura f'nofs Awwissu u matul dawk it-tliet ġimgħat se jkunu qed jirranġaw binja, fosthom klinika u klassi, għall-komunità ta' Wema fil-Kenja.", "Sir af iktar dwar Mzungu Mission u l-attivitajiet li saru matul is-snin billi tidħol fuq", "Ritratt: Muzungu Mission fil-Kenja", "Ritratti tat-tieġ: Rene Rossignaud"], "title": "Jiżżewġu u jiddeċiedu li jmorru l-missjoni għall-honeymoon"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-mary-fenech-adami-mietet-bal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fl-1933 twieldet Slimiża li qattgħet tfulitha fil-kruha tal-Gwerra, il-mara tal-eks President ta' Malta, Mary Fenech Adami.", "Mara li b'umiltà kbira ħadmet biex tgħin lil min hu fil-bżonn.", "Kienet villeġjatura mal-familja f'San Pawl il-Baħar meta Mary tiltaqa' ma' żagħżugħ mistħi, Eddie.", "Min kellu jgħidilhom li kellhom ikunu dik il-koppja mill-aktar prominenti għal iktar minn 30 sena?", "Mary iżżewġet lil Eddie l-Ħadd 27 ta' Ġunju tal-1965, lir-raġel li kien Prim Ministru erba' darbiet u li wara sar il-President ta' Malta.", "Fl-1987 Eddie Fenech Adami, minn avukat isir Prim Ministru għall-ewwel darba, però qabel dan iż-żmien il-familja għaddiet minn żmien diffiċli.", "Vjolenza li ġabet magħha l-politika taż-żmien it-tmeninijiet.", "Minkejja t-tbatija, Mary kienet paċenzjuża u titlob lil Alla jagħtiha iktar paċenzja u sabar.", "Ta' min isemmi li għalkemm il-politika ma kinitx togħġobha, lil żewġha xorta kienet tgħinu u kienet kolonna li fuqha kien iserraħ.", "Mary lil Eddie kienet ittih l-appoġġ kollu, dejjem, ħlief darba biss, meta fl-2004 Eddie kien se jsir President u hi ma riditx tmur tgħix fil-Palazz ta' San Anton.", "Mary riedet tibqa' tgħix fid-dar li kellhom Birkirkara.", "Kienet tiddejjaq lil min jgħidilha \"sinjura\" u riedet tibqa' dik il-persuna li kienu jafu n-nies.", "Għaddiet tagħha u hi flimkien ma' żewġha baqgħu jgħixu fid-dar tagħhom.", "Minkejja dan, ix-xogħol ma naqasx.", "Għalkemm kellha 70 sena, meta kienet il-", "ta' Malta Mary għamlet xogħol kbir b'risq il-", ", u kienet tgħin lill-morda, speċjalment lil tfal morda bil-kanċer.", "Mary Fenech Adami flimkien ma' żewġha fil-gallarija wara l-ġurament ta' George Abela bħala l-President ta' Malta", "Il-preżentatur ta' Xarabank Peppi Azzopardi jirrakkontalna kif darba, waqt li kienu Londra jiffilmjaw għall-Istrina ma' Mary Fenech Adami, biex tiffranka xi spejjeż u anke minħabba l-umiltà li kellha, marret tixtri l-ħobż, il-butir u l-perżut minn", "u ppreparat xi ħobż, u hi flimkien mat-tim li kien magħha marru jikluhom fuq bank ġo ġnien pubbliku.", "Is-Sibt 2 ta' Lulju 2011, waqt it-tieġ ta' bint l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, fil-Girgenti, Mary ħassha ħażin u bl-assistenza tat-tobba li kienu mistiedna, fosthom Dr. Alex Manchè, twasslet l-isptar.", "Mary għamlet ftit jiem fit-taqsima tal-kura intensiva u bħal-lum 6 snin ilu, fit-3 ta' waranofsinhar ħadet l-aħħar nifs ta' ħajjitha fl-età ta' 77 sena.", "Il-funeral sar fil-Bażilika ta' Santa Liena f'Birkirkara.", "Ritratt: Il-familjari u l-ħbieb waqt il-funeral ta' Mary Fenech Adami", "Din hija lirika miktuba minn Vince Fabri bħala tislima lil mibkija Mary Fenech Adami -", "ħ", "od mill-folla tipprotesta", "qalb it-toroq lejl u nhar", "hemm imbe", "żżgħa", "mara anzju", "ż", "fuq ix-xwiek tistenna d-dar", "ħ", "od mill-", "ġ", "ħ", "ċċ", "ħ", "matul il-lejl", "bil-kuruna", "żż", "ġ", "f'idha", "tirringrazzja lill-Mulej", "ħ", "od mis-swali tal-palazzi", "f'dar li darba rat imfar", "qalb t-tfal u tfal t'", "mal-familja ssib il-barka", "ħa", "jr djarju", "fit-triqat tilqa", "l-kliem tal-ilħna siekta"], "title": "BIL-FILMAT: Mary Fenech Adami mietet bħal-lum 6 snin ilu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-ira-losco-tgid-tagha-dwar-iz.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fl-isfond tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa fuq il-liġi taż-żwieġ ugwali li qed tiġi proposta fil-Parlament, il-kantanta Maltija Ira Losco ħasset li għandha tgħid tagħha wkoll.", "Aħna morna niltaqgħu ma' Ira aktar kmieni llum, waqt li kienet għaddejja bis-", ", li qed iseħħ illejla.", "U dan huwa x'qaltilna:", "Ira qaltilna li ilha minn mindu kellha 16-il sena titkellem favur id-drittijiet indaqs tal-persuni LGBTIQ, għaliex kien ta' dak l-età li skopriet li dawn il-persuni jgħaddu minn ħajja mhux daqstant faċli minħabba li ta' spiss is-soċjetà tiddiskrimina kontrihom.", "\"Dak iż-żmien, fid-disgħinijiet, ma tantx kien hemm", "fuq il-komunità LGBTIQ, u jien sirt naf bihom mill-ħbieb li kelli, li wħud minnhom kienu omosesswali,\" qaltilna.", "Ira saħqet li hija temmen li kull relazzjoni hija bbażata fuq ir-rispett, u allura ma tarax raġuni għalfejn hi, bħala persuna eterosesswali, għandha dritt tiżżewweġ, filwaqt li persuna li hija omosesswali m'għandhiex l-istess dritt.", "\"Nirrispetta lil min ma jaqbilx ma' din il-ħaġa, imma kulħadd għandu jqiegħed lilu nnifsu fis-sitwazzjoni ta' ħaddieħor,\" saħqet Ira.", "\"Naħseb li l-empatija hija nieqsa ħafna f'dan il-pajjiż u hemm bżonn li lit-tfal tagħna ngħallmuhom iħossu dak li qed iħoss ħaddieħor, għax mhux sew li jekk inti qiegħed sew tiġi titmejjel minn ħaddieħor.\"", "Ira għamlet referenza wkoll għal dak li sejħet \"lingwaġġ diskriminatorju\" fil-liġi Maltija kif inhi s'issa.", "Qalet li hemm bżonn li anke fil-liġi, dawn il-kelmiet li jiddiskriminaw ma' min huwa LGBTIQ għandhom jiġu mibdula biex tinqered darba għal dejjem kull forma ta' diskriminazzjoni f'dan ir-rigward.", "Illejla Ira Losco qiegħda tkanta fil-", "Dan wara li nhar it-Tlieta li għadda, Ira ħarġet", "tas-single il-ġdida tagħha"], "title": "BIL-FILMAT: Ira Losco tgħid tagħha dwar iż-żwieġ ugwali għal persuni LGBTIQ"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/hemm-bzonn-li-niktbu-r-rizultati-tat.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-preżentattriċi u eksġurnalista Ramona Attard issaqsi jekk hemmx bżonn li niktbu r-riżultati tat-tfal fuq Facebook.", "Hekk kif dan ix-xahar huwa magħruf għall-wasla tar-riżultati, fuq Facebook Ramona Attard tistqarr: \"Milli jidher waslu r-riżultati tat-tfal u l-ġenituri, u kulħadd jifraħ bihom kif mistenni.\"", "Madankollu wara tistaqsi: \"Iżda hemm bżonn li niktbu r-riżultati tat-tfal fuq Facebook meta nafu li jkun hemm tfal oħra li marru inqas tajjeb għax bla dubju għandhom talenti oħra li forsi s-sistem edukattiva tagħna għadha qed tfallihom?\"", "Għal dan il-", ", il-preżentatur ta' Xarabank Peppi Azzopardi jwieġeb: \"Naqbel miegħek għax għandna nkunu sensittivi imma ma naqbilx miegħek għax min ma jgħaddix irid irabbi 'kallu' u jifhem li fil-ħajja se taqa' u terġa' taqa', inkella jekk ma tidrax tfalli meta tiġrilek l-ewwel darba ssir it-trawma ta' ħajtek.", "Nibża' wisq li t-tfal mhux jitgħallmu jfallu.\"", "Ramona Attard qablet ma' dak li kiteb Peppi u wieġbet: \"Naqbel ma' dak li għedt Peppi Azzopardi.", "Irridu ngħallmu t-tfal kif iqumu mill-fallimenti.\"", "Inti taqbel li l-ġenituri jew anke t-tfal stess jiktbu r-riżultati tagħhom jew jgħidu li għaddew fuq Facebook?", "Jew għandna nkunu sensittivi ma' studenti li ma jkunux għaddew?"], "title": "\"Hemm bżonn li niktbu r-riżultati tat-tfal fuq Facebook?\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/iz-zifna-tal-gimga.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħalissa jekk ikollok tixgħel ir-radju u tqalleb l-istazzjonijiet, żgur u mhux forsi se tinzerta d-diska", "U kif jidher f'dan il-filmat, dan ir-raġel jidher li mhux biss semagħha, imma daħal sew fiha.", "Id-diska tant telgħet għal rasu, li qabad flixkun ilma u beda jwaddbu fuqu nnifsu, sakemm fl-aħħar, xi ħadd qabad u waddablu barmil ilma!", "Eżempju ċar ta' kif tista' tiffriska ftit dan is-sajf?"], "title": "Iż-żifna tal-ġimgħa..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-coldplay-joorgu-diska-gal-grupp.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-grupp mużikali Coldplay ħareġ diska li l-qligħ minnha se jmur għall-organizzazzjoni Maltija", "magħrufa aħjar bħala MOAS.", "Bid-diska", ", il-MOAS stqarr li bil-flus li se jaqilgħu minnha se tingħata iktar għajnuna għat-tfittxija u għas-salvataġġ tal-immigranti fil-baħar Mediterranju.", "Il-MOAS huma organizzazzjoni mmexxija minn Regina Catrambone, Taljana li tgħix Malta mal-familja tagħha.", "Regina tirrakkonta li wara li semgħet lill-Papa jitkellem dwar l-immigranti f'Lampedusa, ġietha l-idea li tixtri dgħajsa kbira u toħroġ hi stess, flimkien ma'", "sħiħ, issalva lill-immigranti irregolari li jkunu qed jaqsmu mill-Afrika għall-Ewropa.", "Il-grupp MOAS qal li jinsab grat lejn Coldplay u lejn it-tim kollu għall-appoġġ kontinwu tagħhom.", "Temm jgħid li ma setax isib xi ħadd aħjar biex jgħin fil-missj", "oni tiegġu u biex jaqsam dak jemmnu fih, li ħadd ma jistħoqqlu jmur fil-Mediterran.", "Din hija d-diska li ħarġu l-Coldplay:", "U dan huwa feature li konna għamilna f'Xarabank dwar il-proġett MOAS:"], "title": "Il-Coldplay joħorġu diska għal grupp Malti li jsalva l-immigranti"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-l-garusa-tikkraxxja-bil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din hi storja li ġrat vera.", "Storja traġika li ġrat f'Sao Paolo, fil-Brażil, fil-ġimgħat li għaddew.", "Rosemere do Nascimento u Silva Udirley Damasceno huma koppja li kienu ser jiżżewġu b'mod spettakolari, għax bħala sorpriża, Rosemere ddeċidiet li tinżel fil-post fejn ser jiżżewġu permezz ta' ħelikopter.", "Għalhekk, l-għarusa, li kellha 32 sena, flimkien ma' ħuha u fotografu li kienet b'sitt xhur tqala, telgħu abbord dan il-helikopter u l-pilota saqhom sal-post tat-tieġ.", "Imma l-pjan falla bl-ikrah.", "Waqt li kienu fi triqithom, il-ħelikopter kraxxja ftit 'il bogħod mill-post fejn kien se jsir it-tieġ u fejn kienu qed jistennewhom l-għarus u 300 mistieden.", "Mal-impatt, dawk kollha abbord fuq il-ħelikopter, jiġifieri l-għarusa, ħuha, il-fotografa u l-pilota mietu kollha.", "F'dan il-filmat jidher il-mument meta seħħ l-inċident.", "Il-pulizija u investigaturi tal-ajru għaddejjin bl-investigazzjonijiet neċessarji biex jiddeterminaw xi kkawża dan l-inċident fatali.", "Jidher li l-pulizija jidher li daħlulha rapporti li qed jgħidu li l-inċident seħħ minħabba li kien hemm viżibbiltà ħażina, sforz ta' xita, ċpar u sħab."], "title": "BIL-FILMAT: L-għarusa tikkraxxja bil-ħelikopter u tmut hi u sejra għat-tieġ"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/esklussiva-granet-qabel-kont-avzajthom.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fit-22 ta' Mejju li għadda seħħet dik li x'aktarx kienet waħda mill-akbar traġedji kkawżati min-nirien f'Malta.", "L-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin ħa n-nar u l-parti fejn jiġi pproċessat l-iskart riċikabbli tista' tgħid li nqerdet għalkollox.", "Wara li tkellem man-nies li joqogħdu fil-post u għamel l-investigazzjoni tiegħu, illum Xarabank qed jippubblika intervista esklussiva ma' *Bernard Borg, resident minn Marsaskala, li ftit jiem qabel ma ħa n-nar l-impjant ta' Sant' Antnin, induna li l-impjant kien f'riskju li jieħu n-nar u beda javża lill-awtoritajiet, imma jidher li ftit li xejn taw widen għal dak li qalilhom.", "Bernard, li qiegħed jistudja l-", "ma' Università barranija, minħabba l-viċinanza tar-residenza tiegħu mal-impjant ta' Sant' Antnin qiegħed f'pożizzjoni li josserva l-operat ta' dan l-impjant kuljum.", "Madwar 7 snin ilu, Bernard beda jinnota l-ewwel sinjali li kienu jindikaw li kien hemm ir-riskji fl-impjant ta' Sant' Antnin, u ġimgħat biss qabel ma l-impjant ħa n-nar, Bernard bagħat diversi", "lill-Wasteserv, lill-Ministeru tas-Saħħa, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, lil Joseph Muscat, Simon Busuttil, Arnold Cassola, Marlene Farrugia u lil diversi persuni oħra fil-MEPA u fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jieħdu azzjoni dwar dawn ir-riskji.", "Aħna għandna dawn l-", "kollha, u qed nagħżlu li nippubblikaw uħud minnhom hawn taħt f'dan l-artiklu.", "F'dawn l-", "kien qed jgħidilhom li mill-osservazzjoni li għamel, il-perikli huma ikbar minn impjanti simili minħabba li l-materjal riċikabbli kien qiegħed jiġi maħżun viċin ħafna tal-faċilità li tipproduċi l-gass.", "Fil-ġimgħat ta' qabel ma seħħ l-inċident, saħansitra ġibdilhom l-attenzjoni għal inċidenti simili oħra li ġraw fl-Istati Uniti, l-Ingilterra, l-Italja, u Ħal Far stess.", "Bernard induna bir-riskji li hemm ġol-impjant wara li għamel ħafna riċerka u qagħad jinnota kif inhuma mqegħdin l-affarijiet fl-impjant minn fuq", "Ma' Xarabank Bernard spjegalna li qajjem id-dubji tiegħu dwar is-sigurtà tal-impjant anke f'laqgħat ta' diskussjoni fi żmien meta l-impjant kien qed jiġi rrinovat.", "Però riċentament Bernard ħass il-ħtieġa li jressaq iktar l-ilmenti tiegħu minħabba li fil-ġranet ta' qabel ma seħħ l-inċident tal-impjant, maħżen ta' materjal riċikabbli f'Ħal Far ħa n-nar u seħħew ukoll inċidenti simili barra minn xtutna.", "\"Meta rajt li kien hemm diversi inċidenti fl-Istati Uniti, fir-Renju Unit, fl-Italja u anke f'Ħal Far, bgħatt diversi imejls fosthom lis-CEO tal-Wasteserv fil-5 ta' Mejju, lill-partiti politiċi kbar fl-14 ta' Mejju u lill-Protezzjoni Ċivili fl-1 ta' Mejju.\"", "(Ritratt 1)", "Ritratt 1: L-imejl mibgħuta lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili", "Fit-28 ta' April ta' din is-sena, Bernard kien bagħat", "lill-Awtorità tal-Ippjanar, u fiha kienu kkuppjati l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala u s-CEO tal-Wasteserv, li ilu jikkorrispondi magħhom għal snin twal kif wieħed jista' jara mir-ritratti (Ritratt 2).", "Fiha jistqarr li ħassu mħeġġeġ jikteb dwar ir-riskji li hemm fl-impjant ta' Marsaskala minħabba li l-materjal riċikabbli jista' potenzjalment jieħu n-nar.", "Ritratt 2: L-imejl lill-Awtorità tal-Ippjanar", "Fil-5 ta' Mejju Bernard reġa' kiteb, din id-darba lis-CEO tal-Wasteserv, u fiha kien ikkuppjat il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil u uffiċjali oħra fil-MEPA.", "Fiha ġibed l-attenzjoni tal-awtoritajiet dwar in-nar li ħakem depot tar-riċiklaġġ għall-materjal tal-plastik f'Pomezia f'Ruma u b'diversi eżempji saħħaħ l-argument tiegħu kif l-istess sitwazzjoni tista' tiġri fl-impjant ta' Marsaskala kif fil-fatt seħħ ġimagħtejn wara.", "Għal din l-imejl, is-CEO tal-Wasteserv fost oħrajn stqarr li qed jieħdu l-prekawzzjonijiet kollha.", "Qallu li qed jagħmlu", "u li kontinwament qed itejbu l-operazzjonijiet tal-impjant minn meta dan sar jaqa' taħthom", "(Ritratt 3 u 4)", "ijiem biss qabel ma seħħ id-diżastru f'Marsaskala, Bernard reġa' kiteb lil Dr Joseph Muscat, lil Dr Simon Busuttil, lill-Professur Arnold Cassola u lil Marlene Farrugia u stqarr magħhom dak li ilu għaddej minnu bħala resident li joqgħod viċin l-impjant għal dawn l-aħħar 7 snin u saħaq il-perikli li jħaddan dan l-impjant, fosthom l-allegati rwejjaħ tossiċi (Ritratt 5).", "Ritratt 3: L-imejl mibgħuta lis-CEO tal-Wasteserv", "Ritratt 4: L-imejl mibgħuta lil Bernard mingħand is-CEO tal-Wasteserv", "Bernard kien ikkorrisponda wkoll ma' Dr Joseph Muscat qabel ma l-Partit Laburista tela' fil-Gvern, proprju fl-2010 (Ritratt 6), fejn ġie kkuttatjat mill-uffiċċju tiegħu għal appuntament.", "Bernard ikkorrisponda b'", "ma' Dr Lawrence Gonzi fi żmien meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern.", "Kif tixhed l-", "Dr Gonzi tkellem ukoll mil-lenti ta' resident li wkoll jgħix ftit passi 'l bogħod mill-impjant u stqarr li mhux konxju tal-allegati rwejjaħ tossiċi li Bernard kien qed jilmenta li ġejjin mill-impjant (Ritratt 7).", "Ritratt 5: Imejl mibgħuta lil Joseph Muscat, Simon Busuttil, Arnold Cassola u Marlene Farrugia", "Meta mistoqsi jekk qattx ittieħdu xi azzjonijiet, Bernard isostni li l-uniku titjib li sar kien dwar l-intiena tal-iskart domestiku, għax \"l-inkonvenjenzi l-oħrajn għadhom hemm.\"", "Dan għaliex skont Bernard kien hemm problema oħra bl-impjant.", "Mhux biss kien f'riskju li jieħu n-nar, imma wkoll, għal diversi snin, mill-impjant allegatament kienu u għadhom joħorġu diversi rwejjaħ.", "Bernard jemmen li dawn l-irwejjaħ huma tossiċi u qed jagħmlu ħafna ħsara lilu u lir-residenti l-oħra.", "\"Dik kienet kwistjoni oħra, dawk kienu rwejjaħ oħra,\" qalilna Bernard.", "\"M'għandhomx x'jaqsmu mal-irwejjaħ li bdew ħerġin wara li l-impjant ħa n-nar.\"", "Rigward dawn l-irwejjaħ l-oħra, Bernard qalilna li mhux darba jew tnejn hu u l-familja tiegħu jqumu bil-lejl bi griżmejhom juġgħuhom u b'nifishom maqtugħ minħabba l-intiena li tkun ħierġa mill-impjant.", "\"U jkollna nagħlqu t-twieqi, anke fis-sajf, minħabba dawn l-irwejjaħ,\" qalilna.", "Imma mmorru lura għall-istorja ta' kif l-impjant ħa n-nar...", "Ritratt 6: Imejl mibgħuta lil Bernard* mibgħuta mingħand Dr Muscat", "Ritratt 7: Imejl mibgħuta lil Bernard* mingħand Dr Gonzi", "Fit-22 ta' Mejju, dakinhar li seħħ l-inċident, Bernard ra l-ewwel dħaħen mit-tieqa tiegħu u assuma x'kien se jiġri: \"99% kont l-ewwel wieħed li ċempilt l-emerġenza għax mill-ewwel bsart bil-gravità tas-sitwazzjoni u immedjatament bdejt nieħu r-ritratti u l-filmati bħala evidenza.\"", "Iżid jgħid: \"Li kieku r-riħ kien bil-kontra, kienet isseħħ traġedja ikbar għax fuq wara tal-istruttura hemm it-tankijiet tal-gass, u r-riħ kien imexxi n-nar lejn it-tankijiet u jagħmel straġi akbar.\"", "Ritratt li ħa Bernard* meta l-Impjant beda jaqbad", "Bernard iżid jgħid ukoll li matul iż-żmien ilmenta dwar l-istorbju li jiġi mill-makkinarji u l-vetturi użati fl-impjant lejl u nhar.", "L-ilmenti tressqu għand numru ta' awtoritajiet u fil-fatt Bernard jelenkahom: \"Ressaqt l-ilmenti tiegħi lill-Wasteserv, lill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, lill-MEPA, lill-kapijiet tal-partiti politiċi u membri oħra f'dan il-kamp, lill-awtoritajiet tas-saħħa u lill-Unjoni Ewropea.", "Kollha jafu bl-ilmenti tiegħi.\"", "Minbarra n-numru ta'", "li bagħat, Bernard jgħid li ressaq l-ilmenti f'diversi laqgħat.", "\"Kelli numru ta' okkażjonijiet li fihom iltqajt mal-persuni kkonċernati u għedtilhom bl-ilmenti tiegħi, apparti laqgħat oħra tal-Kunsill Lokali, laqgħat privati magħhom u anke f'laqgħat oħra mal-Kunsill Lokali, mas-CEO tal-Wastersev, mal-Ministeru tas-Saħħa u anke mal-MEPA.\"", "Bernard jitkellem ukoll dwar l-effett li qed iħalli warajh l-inċident tax-xahar li għadda.", "\"Il-ħruq li seħħ fl-impjant żied din il-problema ta' riħ tossiku ġej mill-ħruq tal-plastik u minn materjal ieħor.", "L-uniċi struzzjonijiet li għandna mid-Dipartiment tas-Saħħa huma li nżommu t-twieqi magħluqa, anke fi żmien meta t-temparatura qed tilħaq it-30 grad u anke meta m'għandniex", "Lanqas biss kienu konxji li d-duħħan għadu ħiereġ mill-istruttura, aħseb u ara kemm qed jimmoniterjaw is-sitwazzjoni u jipprovdu avviż tajjeb (Ritratt 8).\"", "B'dispjaċir kbir, Bernard jgħid li sal-lum il-ġurnata l-Awtoritajiet tas-Saħħa ma tawhx informazzjoni dwar l-impatt tal-inċident, apparti l-istruzzjonijiet li tawhom biex iżommu t-twieqi magħluqa.", "Jistqarr ukoll li l-awtoritajiet u l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala qatt ma kkunttatjawhom direttament minn meta ġara l-inċident.", "\"Ħadd ma ġie jara kif aħna jew jekk għandniex bżonn xi ħaġa minn wara l-inċident.\"", "Jispjega kif f'korrispondenza li s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta lill-Uffiċjal Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali spjega li l-impjant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill iżda hemm rappreżentant fil-bord tal-moniteraġġ.", "Bernard iżid jgħid li s-Segretarju Eżekuttiv spjega kif fit-22 ta' Ġunju li għadda kiteb biex jiltaqa' l-bord, li ilu ma jiltaqa' 'l fuq minn sena, u stqarr ukoll il-ħtieġa li l-Kunsill għandu jiltaqa' mal-Ministeru responsabbli (Ritratt 9).", "Ritratt 8: Imejl mibgħuta lil Dr Fearne mingħand Bernard*", "Ritratt 9: Imejl mibgħuta mis-Segretarju Eżekuttiv lill-Uffiċjal Eżekuttiv", "Bernard jitkellem dwar il-periklu tal-inċident fuq il-prodotti tal-ikel u fuq l-ambjent tal-madwar: \"Sadanittant, eżatt wara l-inċident il-prodotti agrikoli kienu għadhom qed jitkabbru fiż-żona u jinbiegħu u jittieklu, u l-", "tal-familja kien għadu miftuħ minkejja li d-dħaħen kienu għadhom ħerġin.\"", "Jispjega li f'korrispondenza mad-Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mill-Mard, din spjegatlu li d-Direttur għas-Saħħa Ambjentali infurmah li saret spezzjoni immedjata fl-impjant u f'diversi toroq fil-qrib tiegħu u kif ma ġiet innotata l-ebda riħa (Ritratt 10).", "Il-problema, kif jispjega Bernard, hi li l-ispezzjonijiet kienu qegħdin isiru filgħodu u mhux waranofsinhar meta l-materjal ikun reġa' saħan wara ġurnata xemx.", "Ritratt 10: Imejl mibgħuta minn Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mill-Mard lid-Direttur għas-Saħħa Ambjentali", "\"Għedtilhom li dik il-lejla d-dħaħen tant kienu qawwija, li wara t-8:00pm ċempel l-emerġenza li għall-ewwel irrifjutaw li jieħdu azzjoni, iżda fuq l-insistenza tiegħu ġiet karozza tat-tifi tan-nar u tfiet id-dħaħen,\" jispjegalna Bernard (Ritratt 11).", "Ritratt li juri kif id-duħħan għadu ħiereġ mill-Impjant", "Ritratt 11: Imejl mibgħuta minn Bernard li", "d-Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mill-Mard u lis-Segretarju Permanenti għas-Saħħa", "Bernard itemm billi jitkellem dwar l-iljieli li jgħaddi minnhom.", "\"Sal-lejl li għadda għaddejna minn martirju ieħor fejn kellna nagħlqu t-twieqi, u din mhijiex sitwazzjoni ideali, apparti il-ħsara li qed nagħmlu lil saħħitna.\"", "*L-isem tal-persuna li tatna l-intervista huwa vvintat biex nipproteġu l-identità tagħha.", "Ritratti u filmat: Claire Bonello"], "title": "ESKLUSSIVA: \"Ġranet qabel kont avżajthom li hemm ir-riskju li l-impjant jieħu n-nar\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-assu-ispirat-mill-kliem-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit jiem ilu l-kantant Malti Dario Mifsud Bonnici ħareġ vidjow mużikali għall-kanzunetta ta' James Arthur", "Dario interpreta din id-diska u taha laqta differenti għax ħass li l-kliem tagħha jista' jirrelata ħafna magħhom.", "Ma' Xarabank Dario jistqarr li għażel din il-kanzunetta għaliex James Arthur huwa l-kantant favorit tiegħu.", "Madankollu, Dario jgħidilna wkoll li għażilha minħabba l-messaġġ qawwi li twassal din id-diska.", "\"James Arthur kiteb din il-kanzunetta għaliex meta kien żgħir ħa ħsieb lil oħtu ż-żgħira li ġiet abbandunata meta kienet għadha vera żgħira, minkejja li ma kellux idea kif se jaqdi r-rwol ta' missier,\" qalilna Dario.", "\"Meta mbagħad bdew jgħixu 'l bogħod minn xulxin, James seta' jifhem l-inkwiet li jkollhom il-ġenturi meta jinfirdu minn uliedhom għaliex ġarrabha huwa stess.\"", "Il-messaġġ tal-kanzunetta ħalla impatt fuq Dario tant li rrelata miegħu: \"Ħassejt dak li ħass James Arthur għal oħtu, ma' ħija, li huwa iżgħar minni 11-il sena, u din il-kanzunetta ħeġġitni biex jiena wkoll inkun hemm għal ħija u nipproteġih.\"", "Il-vidjow mużikali ta' Dario diġà ntlemaħ f'pajjiżi oħra lil hinn minn Malta fosthom fir-Renju Unit, fil-Filippini, fl-Italja, fil-Ġappun u anke fl-Iżvizzera.", "Jekk tixtieq issir taf iktar fuq Dario, żur il-paġna uffiċjali tiegħu fuq"], "title": "BIL-FILMAT: Ħassu ispirat mill-kliem ta' kanzunetta famuża u għamel il-verżjoni tiegħu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/rigna-fit-toroq-biex-nistaqsu-lin-nies.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dal-jumejn irrealizzajna li l-kontroversja dwar il-famuż reklam tal-Aħħar Ċena ta'", "għadu s-suġġett ta' ħafna mid-diskussjonijiet li hemm fuq Facebook.", "U aħna ħriġna l-Belt biex nistaqsu lin-nies x'jaħsbu dwaru.", "Staqsejna nies ta' kull età, u wħud minnhom ma kinux Maltin, u ssorprendejna ruħna għax indunajna li l-maġġoranza assoluta, inkluż iż-żgħażagħ, iddejjaqhom l-immaġini ta' Ġesù u l-Appostli jieklu l-pizza, il-", "u ċ-", "Is-Sibt li għadda, filwaqt li ma' Xarabank l-Arċisqof Charles Scicluna qal li r-reklam huwa", "wieħed mis-sidien ta'", ", Tommy Diacono, qal li l-pi", "ttura tal-Aħħar Ċena tmur lil hinn mir-reliġjon, u għalhekk ir-reklam jirrifletti s-sabiħ li taqsam l-ikel ma' ħbiebek.", "flimkien ma' kandidat ieħor li ħareġ ukoll għall-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet mal-Partit tal-Patrijotti Maltin,", "ċarrtu l-biċċa tar-reklam fejn jidher Ġesù."], "title": "Ħriġna fit-toroq biex nistaqsu lin-nies jekk idejjaqhomx ir-reklam tal-Aħħar Ċena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bir-ritratti-u-l-filmat-ara-xgara.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ filgħaxija, quddiem il-Parlament il-Belt inġabru ċorma nies biex jagħmlu protesta siekta kontra l-liġi taż-żwieġ ugwali.", "In-nies, li kienu ġejjin minn diversi organizzazjonijiet, fosthom il-", "u l-Partit tal-Patrijotti Maltin kienu qed jipprotestaw kontra l-fatt li l-liġi kif hemm ċans li titgħadda hija differenti mil-liġi kif ġiet proposta li tiġi emendata fil-programmi elettorali taż-żewġ partiti l-kbar.", "\"Qabel l-Elezzjoni, il-partiti wegħdu biss bidla fl-isem...minn unjoni ċivili għal żwieġ...imma issa fil-Parlament qed jiddiskutu bidliet fundamentali fit-tifsir tal-kliem li bihom nirreferu għall-familji tagħna,\" bdew jinsistu n-nies li nġabru quddiem il-Parlament.", "\"Il-familja tradizzjonali sawret il-poplu Malti għal ġenerazzjonijiet sħaħ u sawritna b'kultura sabiħa, u dik ma nistgħux narmuha.\"", "\"Jekk se nneħħu t-termini 'omm' u 'missier' mil-liġijiet tagħna, se nkunu qed nagħmlu ħsara kbira lil uliedna,\" qalet Dr Miriam Sciberras.", "Il-persuni li marru jipprotestaw kellhom diversi tabelli f'idejhom, u b'dawn it-tabelli kienu qed jinkoraġġixxu lill-membri parlamentari li kienu deħlin il-parlament biex jivvutaw skont il-kuxjenza tagħhom, u mhux skont kif qalilhom biex jivvutaw il-partit tagħhom.", "Paul Vincenti, li huwa l-President tal-għaqda", "qalilna li minkejja li n-numru ta' nies li ġew jiprotestaw huwa żgħir, il-vuċi tagħhom tirrappreżenta l-vuċi ta' eluf ta' nies li stħaw jew beżgħu jiġu, jew ma kellhomx ċans isiru jafu b'din il-protesta.", "\"Jiena għandi kuxjenza mistrieħa li f'din il-ġurnata fl-istorja jiena u sħabi se nibqgħu mniżżlin bħala dawk in-nies li nġbarna hawn għax skont il-kuxjenza tagħna nemmnu li dak li qiegħed jiġi propost f'din il-liġi mhuwiex tajjeb,\" temm jgħidilna Paul Vincenti.", "Dawn in-nies bdew jinġabru quddiem il-Parlament għall-ħabta tas-6:30pm, u ftit wara tfaċċat ukoll Gaby Calleja, President tal-MGRM u attivista għad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ.", "Għall-bidu, Gaby żammet lura u għażlet li tosserva kollox mill-bogħod, però wara ftit tal-ħin iddeċidiet li tersaq eqreb lejn iċ-ċorma tan-nies.", "Malli ndunaw li kienet hemm, diversi persuni li kienu bit-tabelli f'idejhom marru jkellmuha.", "\"Nifhem li dawn in-nies għandhom kull dritt li jiġu jsemmgħu leħinhom,\" qaltilna Gaby, \"u jiena stess irrid li nipproteġilhom dan id-dritt.", "Imma nista' nassigurahom li xejn minn dak li hemm fil-liġi l-ġdida mhu se jaffettwa lis-soċjetà, lill-familja jew lit-tfal tagħna.\"", "Dawn huma ftit mill-mumenti li ħakmu l-", "tar-ritratti tagħna waqt li konna hemm ilbieraħ.", "Ritratti u Filmati: Xandru Azzopardi u Andrew Borg Carbott"], "title": "BIR-RITRATTI U L-FILMAT: Ara x'ġara lbieraħ quddiem il-Parlament"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/jekk-gadek-qatt-ma-smajt-bdin-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'dal-pajjiż, meta taħseb li tkun rajt u smajt it-talent mużikali kollu, jitfaċċa xi ħadd ieħor li jimmeraviljak bl-abbiltajiet mużikali li għandu jew għandha.", "U jekk għadek ma smajthiex jew ma rajthiex, il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici hija waħda minn dawk li jimpressjonawk.", "F'dal-jiem għadha kif nediet il-kanzunetta ġdida tagħha", "u din il-kanzunetta diġà qed tindaqq fuq ir-radjijiet lokali.", "Fix-xhur li għaddew Sarah bdiet taħdem fuq din il-kanzunetta, li hija t-tieni waħda tagħha wara li fl-2015 ħarġet il-kanzunetta", "Miktuba minn Kevin Borg u Simon Gribbe,", "hi taħlita ta'", "u Sarah tistqarr li din hija kanzunetta friska, kurrenti u waħda li tieħu gost tinterpreta.", "Sarah iżżid tgħid li tinsab kuntenta li kellha opportunità li taħdem fuq kanzunetta mal-personalità u l-kantawtur magħruf Kevin Borg.", "Kevin ukoll għandu kliem ta' tifħir lejn Sarah u jistqarr: \"Ninsab impressjonat mill-abilitajiet ta' Sarah bħala kantanta u ħassejt li bilfors kelli naħdem magħha.", "Ġiet il-muża u kont naf mill-ewwel li Sarah kienet il-kantanta ta'", "It-tim flimkien ma' Sarah ħadmu biex il-kanzunetta tkun effettiva u għalhekk ħarġu vidjow bil-lirika, li fih jinkludi disinji u kuluri affaxxinanti.", "Biex issir taf iktar fuq Sarah Bonnici u fuq din il-kanzunetta żur", "il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook."], "title": "Jekk għadek qatt ma smajt b'din il-kantanta Għawdxija, se ssir taf biha llum"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-charles-u-camilla-mogxijin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fil-filmat ta' hawn taħt, il-Prinċep Charles u l-mara tiegħu Camilla jidhru mogħxijin bid-daħk li qabadhom waqt ċerimonja formali fil-Kanada.", "Charles u Camilla kienu qegħdin waqt ċerimonja solenni waqt żjara statali fil-Kanada.", "Waqt din iċ-ċerimonja, żewġ tfajliet tal-lokal jidhru qed ikantaw kanzunetta tradizzjonali tal-post.", "Il-kanzunetta tissejjaħ Katajjaq, u hi pjuttost differenti mill-kanzunetti li aħna mdorrijin bihom, għaliex din il-kanzunetta ma fihiex melodija u ma fihiex kliem.", "Il-kanzunetta hija speċi ta' logħba li fiha, żewġ kantanti joqogħdu bilwieqfa faċċata ta' xulxin u waqt li kważi qed imissu sider ma' sider b'mikrofonu bejniethom, jibdew jagħmlu sensiela ta' ħsejjes mill-gerżuma billi jdaħħlu u joħorġu l-arja minn ħalqhom.", "(ARA l-filmat biex tifhem eżatt x'qed nippruvaw ngħidulek)", "Il-ħsejjes huma strambi mmens, u jekk tipprova tagħmilhom b'ħalqek tinduna li xejn mhi faċli li żżomm sensiela ta' ħsejjes bħal dawk ħerġin minn ħalqek.", "Fil-fatt, fil-logħba, jirbaħ min jirnexxilu jibqa' għaddej l-aktar b'dawn il-ħsejjes.", "L-ewwel wieħed li jitlef il-", "jew jimmissja nifs, jitlef.", "Fil-filmat jidhru żewġ tfajliet qed ikantaw din il-'kanzunetta' u l-Prinċep Charles u Camilla jidhru li ma jistgħux iżommu bid-daħk.", "Ngħiduha kif inhi, għal xi raġuni, kollox isir iżjed tad-daħk meta tkun f'post fejn mhux suppost tidħak, u jekk tiġik id-daqquqa f'ċirkustanza serja bħal din, diffiċli ħafna biex twaqqafha.", "Jekk xi darba ssib ruħek f'sitwazzjoni bħal din u jkollok bilfors tieqaf milli tidħak, agħmel waħda minn dawn l-4 affarijiet:", "Igdem ilsienek jew xofftok ta' isfel.", "Igdem iż-żewġ naħat ta' ġewwa ta' ħalqek bi snienek.", "Aħseb f'xi ħaġa tad-dwejjaq.", "Ipprova ibdel il-ħsieb.", "Pereżempju, billi tgħodd mill-1 sal-10 bil-kontra, taħdem xi somma ġo moħħok, jew tkanta diska li taf (ġo qalbek).", "Fil-verità tista' taħseb li trid...basta tneħħi dak li qed idaħħqek minn moħħok!"], "title": "BIL-FILMAT: Charles u Camilla mogħxijin bid-daħk"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-ligi-taz-zwieg-tiddiskrimina-lill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Fondazzjoni Aditus issostni li kulħadd, inkluż l-immigranti, għandhom jingħataw id-dritt li jiżżewġu u li jkollhom familja.", "Fi stqarrija l-grupp, li huwa favur id-drittijiet umani, jistqarr li jinsab kuntent li jara lil Malta taddotta l-liġi taż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess.", "Madankollu jgħid li hija diskriminazzjoni għall-immigranti irregolari li ma jistgħux jiżżewġu minħabba li jiġu mitluba li jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa.", "Il-Fondazzjoni tispjega li l-awtoritajiet ħadmu ftit biex isolvu dawn id-diffikultajiet u b'hekk komplew jiċħdu ż-żwieġ lill-persuni li diġà huma mwarrba mis-soċjetà.", "Tisħaq li l-abbozz qed iwarrab ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw ir-refuġjati u l-immigranti meta jintalabu jagħmlu dikjarazzjoni fuqhom fil-ġranet wara li jaslu Malta.", "Issostni li hemm bżonn li l-Gvern japprezza li dawn il-persuni ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu dikjarazzjonijiet fuqhom infushom jekk humiex miżżewġa jew le.", "Għaldaqstant Aditus tħeġġeġ lill-Gvern biex jirrevedi l-abbozz ħalli kulħadd jingħata d-dritt li jiżżewweġ."], "title": "\"Il-liġi taż-żwieġ tiddiskrimina lill-immigranti\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/koppja-maltija-ssuq-minn-malta-sal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["B'mutur armat bi tliet kaxex u ħames basktijiet, f'Settembru li ġej koppja Maltija se tivvjaġġa mat-30,000 kilometru, jiġifieri qisha se taqsam minn Marsaxlokk għaċ-Ċirkewwa għal 220 darba, biex f'sena minn Malta jaslu l-Awstralja.", "Deborah u Daryl, li jsejħu lilhom infushom", ", se jgħaddu minn 15-il pajjiż qabel ma jaslu l-Awstralja, fosthom mill-Indja u mill-Kambodja fejn se jieqfu hemmhekk biex jagħmlu xogħol volontarju.", "Deborah, li ma ssuqx mutur u qatt ma rikbet wieħed qabel ma ltaqgħet ma' Daryl, tispjegalna l-ħidma tagħhom f'dawn il-pajjiżi: \"F'kollaborazzjoni mal-NGO Right2Smile, se nkunu qed nagħmlu volontarjat fl-iskejjel tagħhom fl-Indja u l-Kambodja.\"", "Il-ħidma min-naħa tagħhom diġà bdiet tant li diġà bdew jiġbru xi flus: \"Għal kull €10 li niġbru se nkunu nistgħu nagħtu uniformi lil tifel jew tifla fl-Indja.\"", "Daryl fl-iskola primrja ta' San Pawl il-Baħar", "Deborah fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar", "Però Deborah tispjegalna li jixtiequ li jduru xi skejjel fil-pajjiżi li se jkunu qed jgħaddu minnhom biex jaraw tfal differenti madwar id-dinja u l-privileġġi li għandhom.", "Din ix-xewqa diġà qed iwettquha minn hawn Malta: \"Fil-fatt bdejna minn hawn Malta, mill-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, fejn konna akkumpanjati minn Gillian tar-Right2Smile li spjegat lit-tfal fuq il-volontarjat u kif anke tal-età tagħhom jistgħu jagħmlu ġid għall-komunità.\"", "L-ispirtu avventuruż ta' din il-koppja deher ukoll fiż-żjara li għamlu f'din l-iskola: \"Dħalna fis-sala bil-mutur u wara li spjegajna lit-tfal x'se nagħmlu, għednielhom jgħidulna x'għandna nippreparaw u x'għandna nippakkjaw, u r-risposti li ħarġu bihom it-tfal kienu vera bis-sens!\"", "L-istudenti flimkien ma' Deborah u Daryl fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar", "Daryl kien ilu jixtieq jagħmel din l-avventura għal erba' snin sħaħ.", "Deborah tirrakkontalna kif kienet ħassitha meta Daryl semmiehielha l-ewwel darba: \"Is-sena l-oħra, ftit wara li ltqajna, Daryl semmieli din l-avventura li xi darba xtaq jagħmel u kien qalli wkoll li f'parti mill-vjaġġ, jixtieq jagħmel xi volontarjat.", "Meta bdejt naħseb fuq din l-avventura kollha, ma stajtx nieqaf nhewden u l-għada għedtlu li kieku kellu jgħidli nagħmilhiex miegħu, nippakkja u nitlaq!", "Wara ftit taż-żmien evolvejna din l-idea flimkien u bdejna nippjanaw.\"", "Minkejja ċ-ċokon li għandu mutur, dan ma qatgħax qalb Deborah u Darly li ħasbu għal kollox: \"Il-mutur se jkun armat bi tliet kaxex u ħames basktijiet.", "Minn ħwejjeġ sa anke għodda se nġorru magħna u kollha jridu joqogħdu fihom.\"", "Kif jixhed l-isem tagħhom Wild Feathers, l-avventura se tirrifletti l-ispirtu avventuruż u s-sens liberali ta' Deborah u Daryl.", "Filwaqt li wieħed jista' jagħti donazzjoni", "hawnhekk", ", wieħed jista' jsegwi l-avventura fuq", "u fuq"], "title": "Koppja Maltija ssuq minn Malta sal-Awstralja fuq mutur"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-adt-grazzja-magha-u-fhimt-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raisa, 4 snin ilu tagħmel 9 xhur f'koma.", "B'għaġeb ta' kulħadd toħroġ mill-koma.", "Tiltaqa' ma' Daniel.", "Illum jinħabbu.", "Din hija l-istorja tagħha, tiegħu u tagħhom flimkien.", "Raisa żżomm mal-Juventus.", "Daniel ukoll iżomm mal-Juventus.", "Kif iltaqgħu Daniel u Raisa?", "\"Iltqajna fl-1 ta' Frar li għadda, fil-ftuħ tal-klabb tal-Juventus fil-Marsa.", "Kien hemmhekk li jiena rajt lil Raisa u hi rat lili.\"", "Daniel sar jaf lil Raisa wara l-inċident tagħha u jistqarr magħna dan li għadda minn moħħu xħin raha dakinhar: \"Malli rajtha għedt li ma' din il-persuna nixtieq li nibni ħbiberija.\"", "Wara dakinhar, Daniel ifittex lil Raisa fuq Facebook.", "Bagħtilha", "u aċċettatu.", "Bdew jitkellmu.", "Nibtet ħbiberija.", "F'Jum San Valentinu, Daniel itella' ritratt ta' iżola forma ta' qalb.", "Rais tiktiblu lura \"", "U minn dakinhar il-ħbiberija nbidlet f'relazzjoni.", "Jispjegalna kif wara ftehmu biex imorru jaraw logħba futbol fil-klabb tal-Juventus.", "Wasal dak il-jum, poġġew ħdejn xulxin u Raisa tieħu pjaċir meta ratu ġej: \"Meta tfaċċajt ħadet gost għax ħasbet li se ngħaddiha biż-żmien u ma nitfaċċax iżda mhux talli ma ġarax hekk, talli minn dakinhar il-ħbiberija ta' bejnietna żviluppajnieha għal relazzjoni.\"", "Daniel jgħidilna li meta jarawh fil-pubbliku ma' Raisa, ġieli jisma' xi nies jgħaddulu xi kumment żejjed u kif anke kien hemm min ipprova jħassarlu: \"In-nies kien jsaqsuni jekk naf għal xiex dieħel jew għalfejn minn tant tfajliet għażilt lil Raisa, imma jiena ngħidilhom li nħobbha bla kundizzjoni u l-kundizzjoni tagħha ma tagħmel ebda differenza fl-imħabba li nħossu għal xulxin.\"", "Minbarra li l-imħabba tidher fl-għemil ta' Daniel, din tidher ukoll fil-kliem li bih jiddeskrivi lil Raisa: \"Raisa hija intelliġenti u bniedma ta' kuraġġ.", "Minkejja dak kollu li għaddiet minnu, hija tagħti dawl lil ħaddieħor, u tħobb u tagħti kas lil persuni oħra.\"", "Min-naħa l-oħra, Raisa tiddeskrivi l-laqgħa ta' bejniethom bħala waħda maġikali: \"L-istorja tiegħi ma' Daniel insejħilha maġika għax iltqajna vera b'kumbinazzjoni.", "U Daniel għalija jfisser kollox.\"", "Ma jonqosx ukoll li Daniel jgħaddilha messaġġ ta' mħabba: \"Lili ħa ssibni fit-tajjeb u fil-ħażin, u dejjem hemm għalik.\"", "It-Tnejn li għadda,", ", Daniel li lagħab f'isem Raisa, fejn rebaħ l-għodda tal-kċina biex Raisa tkun tista' tagħmel il-kejkiet.", "Ara biċċa mill-programm tal-bieraħ u ara r-reazzjoni ta' Raisa malli rat li Daniel għażel it-teżor it-tajjeb."], "title": "BIL-FILMAT: \"Ħadt grazzja magħha u fhimt l-istorja kbira tagħha\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/liema-gesu-kristu-kont-qed-tiddefendi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara l-kontroversja li nqalgħet fuq il-", "tal-Aħħar Ċena li twaħħal fl-i", "tal-Imsida, Peppi Azzopardi jistaqsi mistoqsija lill-Mexxej tal-Partit tal-Patrijotti Maltin, Henry Battistino, li flimkien ma' kandidat mill-istess partit, mar iċarrat l-immaġini ta' Ġesù mill-poster nhar is-Sibt li għadda filgħaxija.", "\"Minix se niġġudika jekk dak li għamel is-Sur Battistino huwiex tajjeb jew le,\" jispjega Peppi Azzopardi f'filmat li tella' fuq Facebook.", "\"Imma nixtieq nfakkru x'qal dan l-istess Ġesù Kristu: \"Kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont il-ħabs u ġejtu żżuruni, u kont barrani u lqajtuni...dak li tagħmlu fost l-iżgħar minn ħuti tkunu qed tagħmluh miegħi.\"", "U hawnhekk, fil-filmat, Peppi jdur fuq is-Sur Battistino u jistaqsih: \"Meta mort hemmhekk tiddefendi lil Ġesù Kristu, liema Ġesù Kristu kont qed tiddefendi?\"", "Dan qed jgħidu fl-isfond tal-ideoloġija tas-Sur Battistino u tal-partit tiegħu, li spiss jippriedkaw il-bżonn li nżommu lill-barranin 'il barra minn pajjiżna.", "li twaħħal l-i", ", qabel ma nqala' mill-Pulizija aktar kmieni llum", "Il-kontroversja bdiet ftit qabel il-", "li għadda, meta l-ħanut tal-ikel", "ta' tnax-il metru fl-i", "tal-Imsida.", "Il-", "kien juri l-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci, b'Ġesù u l-Appostli jieklu l-", "u ikel ieħor ta'", "Imma l-kontroversja splodiet meta s-Sibt filgħaxija, Henry Battistino mar iċarrat l-immaġini ta' Ġesù minn fuq il-", "bħala sinjal ta' protesta.", "Henry Battistino u l-kollega tiegħu iċarrtu l-poster is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-7:30pm", "Il-membri tal-Partit tal-Patrijotti Maltin jippużaw bl-immaġini ta' Ġesù Kristu mċarrta", "Id-diskussjonijiet fuq il-midja soċjali komplew il-Ħadd, meta f'kummenti li ta lil dan is-sit,", "l-Arċisqof Charles Scicluna qal li dan ir-reklam huwa \"", "Fl-istess artiklu aħna ppubblikajna intervista li għamilna ma' wieħed mis-sidien ta'", "Tommy Diacono, u staqsejna lil Henry Battistino nnifsu biex jagħtina l-kumment tiegħu, imma s'issa għadna ma rċevejniex tweġiba mingħandu.", "Minn informazzjoni li waslitilna aktar kmieni llum stess, jidher li l-", "Pulizija llum marret taqla' l-", "minħabba li s-sid tal-bini li kien imwaħħal miegħu talab li jinqala'.", "Int x'taħseb?", "Taqbel ma' Peppi?", "U taħseb li s-Henry Battistino kellu jagħmel dak li għamel?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "\"Liema Ġesù Kristu kont qed tiddefendi?\" - Peppi Azzopardi jistaqsi lil Henry Battistino"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-kura-gan-nies-bi-problema-ta-piz.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk għandek it-tifel, it-tifla, il-ħabib tat-tifel jew it-tifla tal-kuġina li bdiet tmur tiekol waħedha, taħbi l-ikel, bdiet tiffissa fuq kemm l-ikel li se tiekol għandu kaloriji jew xaħmijiet jew inkella tiekol iktar minn 2,000 kalorija f'salt u mbagħad tmur taqla', ħu azzjoni għax jaf tkun qed ibati mill-anoressija jew mill-bulimja.", "Ix-xhur ta' qabel is-sajf huma sinifikanti għal min irid ikollu dehra tajba għas-sajf, tant li r-rata ta' nies li jintefghu b'ruħhom u ġisimhom il-", "tibda tiżdied, iżda dan il-perjodu jġib miegħu wkoll żieda fir-rata ta' nies li jitolbu l-għajnuna minħabba każijiet ta' anoressija u bulimja.", "Aħna tkellimna ma' Darleen Zerafa, id-Direttur ta' Dar Kenn għal Saħħtek, li tispjegalna kif filwaqt li matul is-sena kollha jkollhom każijiet ta' obeżità, fis-sajf tiżdied ir-rata ta' nies li jitolbu l-għajnuna minħabba l-anoressija u l-bulimja.", "Filwaqt li jolqtu lill-persuni kollha, iż-żgħażagħ huma dawk li jfittxu l-iktar lil din id-Dar għal din l-għajnuna: \"Il-ġuvintur u t-tfajliet ta' bejn l-14 u t-18-il sena l-iktar li jfittxu l-għajnuna għaliex minbarra li jkollhom il-pressjoni tal-eżamijiet, li jaħbtu qabel il-vaganzi tas-sajf, ikollhom pressjoni minn sħabhom fuq kif se jidhru.\"", "Il-midja minn dejjem ħalliet impatt kbir fuqna u daqskemm taf tagħmel ġid, taf tagħmel ħsara kbira u Darleen tispjegalna l-influwenza tagħha:\" Il-midja tpinġilek il-persuna ideali u din taffettwa lit-tfajliet u lill-ġuvintur għaliex jibdew jimmiraw li jkollhom dik id-dehra.\"", "Bl-anoxerija jħarsu lejn il mera, ikunu stikek u jaraw lilhom infishom ħoxnin", "Iż-żieda fir-rata tan-nies li jfittxu jitolbu l-għajnuna fis-sajf ma timminax il-probelma tal-obeżità li f'pajjiżna kulma jmur dejjem qed tiżdied: \"Ikollna każijiet ta' obeżità s-sena kollha u hemm diversi fatturi li qed jikkontribwixxu għall-obeżità, fosthom l-istil ta' ħajja.\"", "Darleen tispjega kif f'Malta l-attività fiżika naqset u fost l-oħrajn din qed tidher fit-tfal li qed iqattaw ħafna aktar ħin jilagħbu fuq il-kompjuter.", "Hija ssostni l-importanza li nagħmlu tibdiliet żgħar li jkunu sostennibbli: \"Jekk aħna nagħmlu tibdiliet żgħar fil-ħajja tagħna ta' kuljum, intejbu l-kwalità tal-ħajja li qed ngħixu u b'hekk nipprevjenu l-obeżità.\"", "Darleen tispjega li meta wieħed jagħmel bidla fl-istil ta' ħajja li qed jgħix, għandha tiġi involuta l-familja kollha: \"Nipprovaw nagħmlu attività li l-familja kollha tkun tista' tagħmilha, u b'hekk din tipprevjeni milli wieħed jaqa' għall-istil ta' ħajja li kellu qabel.\"", "Dar Kenn għal Saħħtek toffri servizz b'xejn ta' edukazzjoni, appoġġ u ispirazzjoni għal kull min ibati min xi", "u għall-għeżież tagħhom.", "Għalhekk jekk taf lil xi ħadd jeħtieġ l-għajnuna professjonali, żur il-paġna ta' Dar Kenn għal Saħħtek", "hawnhekk"], "title": "\"Il-kura għan-nies bi problema ta' piż nieqes tiżdied fis-sajf\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/il-pulizija-taqla-l-billboard-tal-aar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Minn informazzjoni li qed tidħlilna bħalissa jidher li l-", "ta' tnax-il metru tar-reklam tal-Aħħar Ċena inqala' mill-Pulizija ftit tal-ħin ilu wara li sid il-post fejn twaħħal talab li jitneħħa.", "Il-poster twaħħal ma' faċċata ta' binja fl-i", "tal-Imsida l-ġimgħa l-oħra u kien iċ-ċentru ta' kontroversja sħiħa li baqgħet għaddejja matul il-", "Inwasslulkom aktar informazzjoni hekk kif taslilna."], "title": "Il-Pulizija taqla' l-billboard tal-Aħħar Ċena għax kien \"bla permess\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/illejla-fmalta-se-tibda-l-ewwel-game.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla, fid-9pm fuq TVM se jibda programm ġdid jismu", ".", "Huwa", "ibbażat kollu kemm hu fuq kemm int fortunat, u l-akbar differenza li għandu minn", "oħra huwa li r-rigal li tixtieq tirbaħ tagħżlu int.", "Normalment, meta tapplika għal", "tmur tilgħab u jekk tirbaħ, tirbaħ ir-rigal li jkunu għażlu minn qabel il-", "tal-programm.", "Imma f'dal-programm, meta tapplika, inti tagħżel ir-rigal li tixtieq tirbaħ u tmur tilgħab biex tirbaħ dak ir-rigal.", "\"In-nies ikunu jridu minn kull xorta ta' affarijiet,\" jispjega PJ Vassallo Mintoff, li huwa wieħed mit-tim tal-programm.", "\"Min ikun irid rigal żgħir, min rigal kbir, u min rigal kbir ħafna, u ġeneralment ikunu affarijiet li tixtieq taqlagħhom bħala rigal imma ma tkunx lest li tixtrihom int, għax tarahom ħela ta' flus.\"", "F'kull programm jilagħbu tliet kontestanti u l-kontestanti tal-lejla kollha għandhom storja li ma titwemminx.", "Fost l-oħrajn se tilgħab mara li għal snin twal kienet taħseb li missierha mejjet.", "Issa skopriet li għadu ħaj u qed tfittxu.", "Kontestanta oħra hija mara li minn dejjem kellha piż żejjed u ddeċidiet li trid tibda dieta stretta wara li hi u bintha kienu mexjin, kienet se ttajjarhom karozza, hi imbuttat lil bintha biex issalvalha ħajjitha, u d-daqqa tal-karozza ħaditha hi.", "U l-kontestant l-ieħor huwa żagħżugħ li qed joħroġ ma' tfajla b'diżabilità.", "It-tfajla tiegħu tixtieq tibda tagħmel il-kejkijiet u llejla se jkun fil-programm biex jipprova jirbaħ sett ta' affarijiet li għandek bżonn biex tagħmel il-kejkijiet...biex jagħtih lit-tfajla tiegħu.", "Nadia, Ruth u Daniel - it-3 kontestanti li se jilagħbu fl-ewwel programm illejla", "\"Il-kontestanti jistgħu jirbħu r-rigal li ġew jilagħbu għalih, jistgħu jirbħu xi wieħed mir-rigali li ġew jilagħbu għalih il-kontestanti l-oħra, u jistgħu jirbħu rigal pjuttost redikolu li ħadd ma jixtieq jirbħu,\" tispjegalna Angie Laus li hija l-preżentatriċi u l-", "tal-programm.", "\"Għalhekk il-logħba tiddependi ħafna fuq kemm tkun fortunat.\"", "Fil-programm hemm 6 teżori.", "Fi 3 teżori hemm it-tliet rigali li jridu t-tliet kontestanti.", "Fit-tliet teżori l-oħra hemm tliet rigali redkoli li ħadd ma jkun jixtieq jirbaħ.", "Kull parteċipant jagħżel teżor u jgħaddi minn sensiela ta'", "li jwassluh biex bil-mod jikxef x'hemm fit-teżor tiegħu, u eventwalment x'hemm fit-teżori l-oħra.", "Matul ir-", "il-kontestanti", "jkunu qed jirbħu diversi rigali oħra imma wkoll ikunu qed jissugraw li jitilfu kollox.", "Il-kontestanti jistgħu jagħżlu li jibdlu t-teżori, jitkeċċew mill-programm jew ikeċċu kontestant ieħor mill-programm, fost l-oħrajn.", "Angie Laus, il-preżentatriċi u", "tal-programm", "Il-programm huwa l-kreazzjoni tal-istess imħuħ li ħolqu u pproduċew il-", "\"Ħadd Għalik,\" li ilu jixxandar fuq l-Istazzjon Nazzjonali għal dawn l-aħħar 10 snin.", "Illejla fil-programm", "se jinkixef ukoll sett ġdid, kbir u teknoloġiku, li jikkumplimenta l-istil tal-programm.", "Is-sett huwa xogħol Paul Target.", "\"Finalment, aħna nawguraw lill-kontestanti kollha", ", u mhux"], "title": "Illejla f'Malta se tibda l-ewwel 'game show' li fiha, ir-rigal li tirbaħ tagħżlu int"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bil-filmat-dawn-huma-biscuit-alaska-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Hekk kif dħalna mill-bieb tas-santwarju", "mill-ewwel ġew jiġru għal fuqna ħafna qtates u għall-mument ħsibna li qegħdin fl-Arka ta' Noè...li kieku l-fuq l-Arka Noe ħa biss qtates.", "F'dik il-binja jgħixu aktar minn 250 qattus.", "Min sibnih rieqed, min jixrob jew jiekol, u min qabad jiġri wara l-", "ta' Xarabank u jidħol jiżżattat quddiem il-lenti biex ikun ċert li jiġi jidher.", "Il-qtates f'dan is-santwarju huma ftit aktar speċjali għaliex kollha għandhom storja kbira, ħafna drabi traġika, x'jirrakkontaw.", "U minkejja li wħud minnhom huma għomja, b'sieq nieqsa jew mingħajr widnejn, l-imħabba li joffrulhom il-voluntiera hija xi ħaġa li tgħaqqad dawn il-qtates flimkien.", "Aħna tkellimna ma' Joyce Scerri, waħda mill-voluntiera ta' dan is-santwarju, li b'dedikazzjoni kbira, hi flimkien ma' sħabha jagħmlu dak kollu li huwa possibbli biex jaraw li kull qattus ma jonqsu xejn.", "Dan is-santwarju li ilu mwaqqaf 'il fuq minn 10 snin ra l-bidu tiegħu fuq il-maċina tal-Isla u Joyce tispjegalna kif beda.", "\"Kienet Doris Zarb li bdietu dan is-santwarju, u bdietu bi ftit qtates imma minħabba li fil-post l-ieħor kellu jsir proġett kellna niċċaqlaqu u tliet snin ilu ġejna hawn.\"", "Minkejja l-kobor ta' dan il-post, Joyce tispjega kif minħabba nuqqas ta' finanzi u ta' voluntiera, iżommu numru limitat ta' kemm idaħħlu qtates, però żżid tgħid li kważi kuljum dan il-post jara qattus ġdid dieħel minn ġol-bieb.", "Joyce tistqarr li ħafna minn dawn il-qtates sfaw abbundanti: \"Uħud minnhom kienu qtates li kienu pets imma għal xi raġuni ma riduhomx iktar u riedu jitilquhom barra.", "\"Però tistqarr ukoll li qtates oħrajn spiċċaw f'dan is-santwarju għaliex kienu qed jgħixu ma' qtates oħra iżda minħabba xi ġrieħi ġew fis-santwarju għall-kura u spiċċaw jgħixu hemm hemmhekk.", "Joyce tispjegalna dwar is-servizzi veterinarji: \"Dan is-santwarju joffri servizzi veterinarji għal qtates li għandu fih.", "Il-qtates li jkunu morda jittieħdu għand veterinarju għall-kura u mbagħad jitqiegħdu f'postijiet addattati biex il-proċess tal-fejqan ikompli għaddej.\"", "Joyce laqqgħatna ma' tliet qtates partikolari - Buscuit, Alaska u Blue - tliet qtates li raw kapitlu ġdid f'ħajjithom grazzi għal dan is-santwarju.", "Ritratt: Buscuit flimkien ma' Joyce", "Dan huwa Buscuit li minkejja huwa qattus li jimxi fuq tliet saqajn, jagħmel ħiltu kollha biex ikompli man-nies u ma' sħabu l-qtates kollha.", "Joyce tirrakkontalna kif dan il-qattus kien ġie minn ġo għalqa u wara kien se jiġi addottat: \"Però s-sidtu kellha ġġibu lura għax ma riedx joqogħdilha fid-dar.", "Fil-fatt meta ġie lura, reġa' lura għal kien.", "Bħalu hawn oħrajn, li tant ikunu draw l-ambjent t'hawnhekk, li ma jkunux iridu jgħixu f'dar.", "Ritratt: Alaska", "Din hija Alaska, li kif tistgħu taraw m'għandhiex widnejn u Joyce tgħidilna li din il-qattusa, li kienet instabet barra, kellha tiġġieled mal-kanċer: \"Din il-qattusa kellha kanċer u b'hekk kellna nneħħulha widnejha iżda llum tinsab b'saħħitha.", "Il-qtates il-bojod ma tantx huma tajbin għal barra, u qed nittammaw li Alaska, li tħobb titffissed ħafna, tiġi addottata u b'hekk illum tkun il-ġurnata fortunata tagħha.\"", "Dan huwa Blue li twieled proprju f'dan il-post qabel ma ġie rrinovat biex jagħti kenn lil dawn il-qtates.", "\"Dan il-post kien diżastru meta ħadnieh tant li kienu jgħidulu ġungla.", "Meta ġejna narawh sibna lil xi qtates jibku.", "Lanqas biss kellhom ġimgħatejn għaliex ma kinux għadhom fetħu għajnejhom iżda sfortunatament kollha kemm huma kellhom għajnejhom f'kundizzjoni ħażina u minħabba f'hekk, sfortunatament Blue għandu għajn waħda.", "Jiddispjaċini li ħafna jmorru għal qattus bħalma huwa Blue imma minħabba li għandu għajn waħda ma jaddottawhx.\"", "Filwaqt li ltqajt ma' ferħ ta' xi ġimgħat u li f'ħakka t'għajn sabet lil min jaddottaha, iltqajna wkoll ma' koppja li fil-bidu kellha l-ħsieb li taddotta tnejn imma spiċċat ħarġet mis-santwarju bi tlieta.", "Jirrakkontawlna kif dawn mhumiex l-ewwel qtates li se jidħlu jgħixu għandhom: \"Kellna waħda li kienet ilha magħna 19-il sena u mititilna.", "Imbagħad sibna oħra mit-triq imma mietet ukoll u għalhekk ġejna hawn bil-ħsieb li naddottaw tnejn imma issa spiċċajna addottajna tlieta għax ma ridniex nifirduhom peress li huma aħwa.", "Dawn addottajniehom għat-tifla għaliex ħutha żżewġu u jservu ta' kumpanija għaliha.\"", "Ma stajniex ma nsaqsuhomx x'se jsemmuhom.", "\"Se nsemmu l-qattus Jack, il-qattusa Sophie u l-oħra għadna ma nafux imma naħseb li Phoebe, bħall-qattusa li konna ġibna minn barra.\"", "Dan is-santwarju jitmexxa mill-voluntiera u permezz tad-donazzjonijiet mogħtija min-nies iżda Joyce tispjega kif il-bżonn ta' iktar għajnuna dejjem qed jikber: \"Minkejja li nagħmlu xi attivitajiet biex niġbru l-flus, għandna bżonn għajnuna finanzjarja u anke ta' iktar voluntiera.\"", "Għaldaqstant, filwaqt li wieħed jista' jaddotta qattus/a, anke dawk il-qtates li jeħtieġu iktar imħabba u għajnuna, wieħed jista' jgħin ukoll billi jagħti donazzjoni.", "Numru tal-NGO: VO/0081"], "title": "BIL-FILMAT: Dawn huma Biscuit, Alaska u Blue"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/imut-fantozzi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-attur famuż Taljan Paolo Villaggio, magħruf l-aktar għall-karattru popolari ta' Fantozzi, miet dalgħodu fl-età ta' 84 sena.", "Villaggio kien jgħix f'Ruma u fl-1968 ivvinta l-karattru ta' Ugo Fantozzi, ir-raġel pjuttost diżgrazzjat li kemm-il darba jsib ruħu umiljat jew fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja.", "Ritratt tal-faċċata: Paolo Villaggio waqt li qed jinterpreta l-karattru ta' Ugo Fantozzi fuq it-televiżjoni."], "title": "Imut Fantozzi"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/bad-taste-l-arcisqof-jitkellem-dwar-ir.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara li lbieraħ eskalat sew il-kontroversja dwar ir-reklam li juri lil Ġesù u l-Appostli jieklu l-", "waqt l-Aħħar Ċena, aħna kkuntattjajna lill-Mexxej tal-Knisja f'Malta - l-Arċisqof Charles Scicluna u tlabnih jgħidilna x'jaħseb dwar dan ir-reklam.", "\"Bad taste\" kienu l-ewwel żewġ kelmiet li qalilna l-Arċisqof, li jidher li dan ir-reklam ma tantx niżillu.", "L-Arċisqof ta' Malta huwa wkoll gradwat bħala avukat, u meta tlabnih jikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu, ir-risposta li tana verament kienet risposta ta' avukat.", "\"Meta rajt ir-ritratt tar-reklam tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo Da Vinci bil-pizza u ċ-chips ġewni f'moħħi żewġ kelmiet bl-Ingliż: bad taste.", "U forsi dak huwa l-veru messaġġ tar-reklam.\"", "Il-kontroversja nqalgħet fl-aħħar jumejn, wara li s-sidien tal-ħwienet", "ħarġu poster biex jirreklamaw l-ikel tagħhom.", "Il-poster juri l-Aħħar Ċena ta' Leonardo Da Vinci, imma huwa editjat, għax minflok il-ħobż u l-inbid, Ġesù u l-Appostli jidhru qed jieklu ikla kbira", ".", "Min qed jiekol", "u min għandu kaxxa", "quddiemu.", "Ġesù għandu pizza enormi quddiemu u saħansitra, wieħed mill-appostli jidher qed jisqi", "ta'", "lil San Ġwann.", "Il-poster ta' 12-il pied li twaħħal l-iskatepark tal-Imsida dil-ġimgħa", "L-Affresk oriġinali tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo Da Vinci (c.1496).", "Jinsab fir-refettorju tal-Kunvent ta' Santa Marija tal-Grazzji f'Milan.", "ittella' fuq Facebook u twaħħal ma' faċċata ta' binja mar-", "tal-Imsida.", "Il-poster li twaħħal l-i", "huwa kbir xejn inqas minn 12-il pied u jidher li dan kien l-aktar li ħaraq lin-nies, għaliex fi ftit sigħat minn x'ħin ittella', is-", "kienet diġà qed tinfaqa' b'kummenti ta' nies li għoġobhom jew ħaraqhom.", "Ħafna nies dehrilhom li din kienet idea tajba u kreattiva.", "Għoġbithom u qalu li għandna bżonn ta' aktar reklamar minn dan, għax iqanqal tbissima.", "Madanakollu, ħafna oħrajn offendew ruħhom u qalu li reklam bħal dak iwaqqa' għaċ-ċajt it-twaqqif tal-Ewkaristija.", "Id-diskussjoni fuq Facebook kienet jekk dan ir-reklam iwaqqax għaċ-ċajt ir-Reliġjon Kattolika jew le.", "Naturalment kien hemm min offenda ruħu u kien hemm min ipprova jipperswadi lil min offenda ruħu li kieku Ġesù kien jgħix fl-2017, kieku x'aktarx li fl-aħħar ċena xi ħaġa hekk kien jiekol.", "Oħrajn pruvaw ikunu aktar analitiċi u qalu li r-reklam sar speċifikament biex jaqla' kontroversja ħalli jmur", "Saħansitra kkummenta wieħed mill-ħaddiema li printjaw il-poster.", "Qal: \"Minn x'ħin rajtu fuq l-iskrin qabel ipprintjajnih indunajt li se joħloq kontroversja...jien ma jogħġobnix.", "Li", "jasal għal konklużjoni bħal din hija tajba daqs kemm hi fjakka...", "tajjeb ifittex li jagħmel reklam uniku, u mhux jagħmel editing li jaf jagħmlu n-neputi tas-sagristan.\"", "Xi ħadd ieħor fakkar lil sid ir-restorant li darba kien hemm restorant ieħor li spiċċa falla wara li għadda kumment fuq tim tal-futbol.", "U żied jgħidlu: \"I wish you the same in weeks, or better, in days.\"", "(Mhux eżatt l-ispirtu tal-Vanġelu li qed jipproteġi, imma nsomma).", "Però hemm diskussjoni anke fuq kif u għalfejn toffendi ruħek.", "Għaliex kulħadd joffendi ruħu b'affarijiet differenti, u forsi jekk ikollna nneħħu kull ħaġa li toffendi lil xi ħadd, nispiċċaw b'pajjiż vojt.", "Din il-mara, pereżempju, talbet li issa jitneħħew il-", "\"Jista' xi ħadd jiġi jgħinni nneħħi l-", "tal-malji u l-", "?", "Għax bħala mara jurtawni.\"", "Imma s-sitwazzjoni kompliet teskala wara li lbieraħ (Is-Sibt) filgħaxija, għall-ħabta tas-7:30pm, il-Kap tal-Partit tal-Patrijotti Maltin, Henry Battistino flimkien ma' kandidat ieħor li ħareġ għall-Elezzjoni li għaddiet mal-istess partit, marru l-i", "u ċarrtu l-biċċa tal-poster fejn jidher Ġesù.", "Wara li qalgħu lil Ġesù minn mal-bqija tal-Appostli, ħadu ritratt miegħu u tefgħuh Facebook.", "Henry Battistino qed iċarrat l-parti tal-poster fejn kien hemm Ġesù bil-pizza quddiemu", "M'għandniex xi ngħidu, dik kompliet iżżid il-ħruq f'ħafna aktar nies u lbieraħ filgħaxija l-internet kien mixgħul b'din il-kontroversja.", "Aħna bgħatna lil Henry Battistino biex nitolbuh iwieġeb xi mistoqsijiet b'rabta ma' dak li għamlu lbieraħ, imma s'issa għadna ma rċevejniex risposta.", "Malli jkollna r-risposti tiegħu nippubblikaw dawk ukoll.", "F'dak il-mument li dawn iż-żewġ persuni kienu qed iċarrtu l-", ", wieħed mis-sidien ta'", ", Tommy Diacono, għadda minn hemm bil-karozza, ħadilhom filmat, tefgħu Facebook u miegħu tefa' l-", "Din għamilha b'referenza għall-ġrajja ta' Ġesù, li wara tlett ijiem li miet, qam mill-mewt.", "Ftit tal-ħin wara li Tommy ħa dak il-filmat aħna tkellimna miegħu u staqsejnih fost l-oħrajn \"will Jesus be back in three days?\"", "Tommy Diacono, wieħed mis-sidien tal-", "\"Da Vinci kien ġenju, u l-pittura tal-Aħħar Ċena tmur lil hinn mir-Reliġjon,\" qalilna Tommy.", "\"Fil-fatt għażel li fl-isfond ipittrilha arkitettura kontemporanja biex jagħmilha aktar relevanti għaż-żminijiet, u bħal dik il-kamra tal-Aħħar Ċena, il-ħwienet tagħna huma l-post fejn tista' tiġi u tixxerja l-ikel ma' sħabek.\"", "Tommy stqarr li kien qed jistenna xi tip ta' reazzjoni, imma ammetta li ma kienx qed jobsor din id-\"drama\" kollha.", "\"Niskanta kif ċerti nies għandhom opinjoni kontra l-ugwaljanza, kontra l-immigrazzjoni u kontra l-immigranti, u mbagħad jemmnu ħafna fi Kristu, li f'ħajtu ppriedka l-imħabba u l-ugwaljanza, li huma l-affarijiet li ma jgħixux huma.", "Għalija din hija kontradizzjoni,\" kompla jgħidilna Tommy.", "Meta staqsejtu jekk hux se jirranġa l-", "li ġie mċarrat, bagħtli dan ir-ritratt u kitibli \"jaf inwaħħal dan issa.\"", "U b'nofs ċajta qalli: \"Imma ma naħsibx li jħalluni haha!\"", "Tommy ikkritika wkoll lill-persuni mill-Partit tal-Patrijotti Maltin.", "\"Dawn huma n-nies li f'waħda mill-attivitajiet tagħhom qassmu s-", "bil-perżut, apposta, għax il-Musulmani ma jiklux perżut,\" spjegali.", "\"Għalija, dak il-ġest huwa ħafna aktar offensiv.\"", "Ma setax jonqos li ġrajja bħal din ġabet magħha reazzjonijiet satiriċi.", "Kien hemm min ippostja", "bil-", "#jesuisNYB, u oħrajn ħarġu bit-teoriji tagħhom.", "\"Poster taċ-ċajt.", "Kulħadd jaf li Ġesù aktar kien jippreferi ħobż u ħut milli dan il-", "qal xi ħadd.", "U xi ħadd ieħor staqsa lil Tommy jekk hux se jibda jagħmel pizez", "Lil Tommy xi ħadd ikkwotalu l-kliem ta' Ġesù fuq is-salib: \"Aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jagħmlu\" u ma setax jonqos li jkun hemm xi ħadd ieħor li jgħidlu: \"", "Sfortunatament l-iskeda ta' Xarabank għal din is-sena spiċċat nhar il-Ġimgħa li għadda, jiġifieri bħalissa m'hemmx Xarabank għax waqafna għas-sajf.", "Imma kieku hemm, tista' sserraħ rasek li iva, konna nistednuh jiġi.", "Ix-xogħlijiet ta' Da Vinci minn dejjem kienu ċ-ċentru ta' ħafna kontroversji, spekulazzjonijiet u", "matul iż-żminijiet.", "Lura fl-2003 l-awtur Amerikan Dan Brown kien ħareġ ir-rumanz", ", li aktar tard kien inħadem f'film.", "Dakinhar ukoll kienet nibtet kontroversja madwar din il-pittura, li skont dan il-ktieb, kienet tikxef fatti dwar il-ħajja ta' Ġesù li s'issa ma konniex nafuhom, fosthom li Ġesù kien miżżewweġ u li l-Appostlu ta' maġenbu mhi ħadd ħlief il-Madalena."], "title": "\"Bad taste\" - L-Arċisqof jitkellem dwar ir-reklam ta' Ġesù u l-appostli jieklu l-burgers"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/07/meta-kien-zgir-dan-ir-ragel-kienu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport intrebħet minn Victor Ellul u miegħu ħa €3000.", "Victor huwa l-parteċipant li għandu diżabilità f'idejh, u waqt il-programm irrakkonta kif meta kien żgħir fl-iskola kienu jaqfluh ġo kamra tal-imbarazz biex ma jitħallatx mat-tfal l-oħra.", "Victor spjega kif id-diżabilità tiegħu ġrat minħabba li meta kienet tqila bih, ommu kienet tieħu xi mediċini li kienu komuni ħafna li jittieħdu min-nisa tqal f'dawk iż-żminijiet.", "Jidher li dawn il-mediċini kienu qed jikkawżaw xi diżabilitajiet fit-trabi, u Victor kien wieħed minn dawk it-trabi li twieled b'diżabilità.", "Fil-fatt Victor twieled biż-żewġ idejn b'daqs iqsar min-normal.", "Fil-programm Victor irrakkonta kif meta kien għadu żgħir, il-", "tal-iskola kienet taqflu ġo kamra tal-imbarazz meta jasal l-iskola, u terġa' tiftaħlu malli tispiċċa l-ġurnata, ħalli ma jitħallatx mat-tfal l-oħra.", "\"U kienet tgħidli biex ma ngħidx lil ommi u lil missieri, u jekk ngħidilhom kienet se terġa' taqfilni l-għada,\" jirrakkonta Victor.", "\"Ġieli kont nagħmel taħti bil-biża', u mbagħad kont immur fejn ommi u tgħajjat miegħi għax taħseb li qed nagħmel taħti bi traskuraġni.\"", "Dawn il-ġrajjiet koroh ġraw madwar 50 sena ilu, meta f'pajjiżna ma kienx hawn kuxjenza dwar il-persuni b'diżabilità u meta l-persuni b'diżabilità kienu jiġu msakkrin ġol-kmamar ta' ġewwa tad-djar u jinħbew kemm jista' jkun mis-soċjetà.", "Madanakollu, Victor jgħid li din id-diżabilità qatt ma waqqfitu milli jagħmel l-affarijiet.", "Meta kiber ħareġ mill-problema li kellu fl-iskola u għamel l-affarijiet kollha li għamlu sħabu kollha.", "Isuq il-karozza, tgħarras, iżżewweġ, involut sew fil-klabb tal-futbol tal-Hibs tan-nisa, jikteb il-kotba bl-istatistiċi, u jaħdem bħala", "fil-Ministeru tas-Saħħa.", "\"Nagħmel kollox bħal ħaddieħor,\" jgħid Victor bi tbissima.", "\"Qatt ma naf li kien hemm xi ħaġa li ma stajtx nagħmilha minħabba jdejja.\"", "Victor flimkien ma' Christopher Borg, Ryan Calleja, Vanessa Calleja, Deanna Camilleri, Victor Cremona, Lee Julian Dimech, Romina Geriwa, Carmen Les Gros u Manwella Schembri tawna ċ-ċavetta tal-karozza tagħhom għal ġimgħa sħiħa biex matulha jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Il-parteċipanti kollha rnexxielhom jagħmlu din l-isfida sal-aħħar iżda parteċipant wieħed biss seta' jirbaħ it-€3,000.", "Ilbieraħ, Victor rebaħ din is-somma wara li kiseb 16.4% tal-voti.", "Ir-rebbieħ intagħżel bit-televoting.", "Matul din il-ġimgħa l-pubbliku seta' jivvota għall-parteċipant favorit tiegħu billi jċempel fuq in-numru abbinat miegħu.", "Il-parteċipaw kollha ngħataw kard ta' tal-linja biex jużawha għal xahar kif ukoll USB mingħand il-kumpanija li topera s-servizz tat-trasport pubbliku f'Malta - Il-"], "title": "Meta kien żgħir dan ir-raġel kienu jsakkruh f'kamra tal-imbarazz għax kellu diżabilità"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/bil-filmat-fxarabank-tal-lejla-xi-add.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dalwaqt se jibda l-aħħar programm għal din l-iskeda u dan se jkun dwar l-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport.", "Matul din l-isfida Christopher Borg, Ryan Calleja, Vanessa Calleja, Deanna Camilleri, Victor Cremona, Lee Julian Dimech, Victor Ellul, Romina Geriwa, Carmen Les-Gros u Manwella Schembri tawna ċ-ċavetta tal-karozza tagħhom u għal ġimgħa sħiħa kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "F'Xarabank tal-lejla, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi ddikjarat rebbieħ ta' din l-isfida u se jieħu miegħu €3,000.", "Illejla se nurukom l-avventuri li għaddew minnhom dawn il-parteċipanti matul dik il-ġimgħa li għamlu l-isfida.", "Jekk tixtieq li wieħed minn dawn il-parteċipanti jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel fuq wieħed min-numri li qed jidhru ħdejn l-ismijiet tal-parteċipanti hawn taħt.", "Inti tista' ċċempel minn linja fissa jew minn mowbajl.", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown qabel iċempel."], "title": "BIL-FILMAT: F'Xarabank tal-lejla xi ħadd se jirbaħ €3000"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/ninsab-kuntenta-li-llejla-se-nara-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illum huwa jum mistenni", "ħafna għal Amy Camilleri Zahra għaliex illejla se tara lil ħuha Aaron jiġi ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna.", "Aaron ilu jistenna dan il-jum tmien snin u issa li wasal xorta ma jistax jemmen li proprju wasal: \"Però llejla waqt li jibda l-ewwel innu tal-ordinazzjoni naħseb se nirrealizza li l-ordinazzjoni waslet.\"", "Qabel ma beda l-mixja tiegħu fl-Ordni Dumnikan, Aaron kien għarus: \"Ta' 15-il sena kont għarus u għamilt erba' snin imma wara li r-relazzjoni spiċċat kont għamilt żmien ngħix iż-żgħożija bħal kull żagħzugħ ieħor.\"", "Jirrakkontalna x'kien qallu missieru meta Aaron stqarr miegħu li dieħel Patri Dumnikan: \"Alla jaħfirlu, missieri kien qalli li l-patrijiet ma jidħlux fl-erbgħa ta' filgħodu minn Paceville.\"", "Jispjega kif anke sħabu kienu xxukkjati wkoll b'din l-aħbar iżda jżid jgħid li llum jinsabu iktar eċitati minnu għal din iċ-ċelebrazzjoni.", "Jirrakkonta kif Ġesù ressaqlu din is-sejħa li jidħol patri u kif hu wieġeb għaliha: \"Meta kont żgħir dejjem kont nilgħab bl-artal, attaparsi nqaddes imma meta dħalt f'relazzjoni din taret mal-ħin.", "Imbagħad fl-2009, f'Jannar, qabel ma missieri u oħti Amy għamlu t-trapjant tal-kilwa, kont mort is-Santwarju ta' Pompej fl-Italja u waqt li kont qed nitlob ir-rużarju ħassejt xi ħaġa ġo fija tgħidli jekk qattx ħsibt fuq il-ħajja saċerdotali.", "Dak il-ħin ħarist lejn ix-xbieha tal-Madonna ta' Pompej u lejn San Duminku, li minn dejjem kelli devozzjoni lejh.", "Meta ġejt lura bdejt nipprova naħrabha din is-sejħa għax kelli x-xogħol, il-karozza u l-paga li kienu tiegħi, però Ġesù xorta baqa' jħabbat.", "Wara għamilt kuntatt mad-Dumnikani li laqgħuni b'idejhom miftuħa għax wara seba' snin ma kienx hemm vokazzjonijiet, ġejt jien.\"", "Aħna tkellimna wkoll ma' Amy li tistqarr magħna kif din hija ġurnata ta' ferħ u ta' eċitament għall-familja kollha: \"Kuntenta ħafna għalih għaliex ilu jaħdem ħafna għal din il-ġurnata, kemm permezz tal-istudju, kemm bħala xogħol pastorali u kemm b'sagrifiċċji oħra li fil-ħajja tal-lum żgur huma kemxejn diffiċli.\"", "Però żżid tgħid li llum huwa jum wkoll ta' dieqa: \"Illum il-papà mhux se jkun magħna biex igawdi l-frott li żera' f'Aaron.", "Il-papà kien ferħan ħafna għal Aaron li beda din il-mixja miegħu u magħna imma ċerta li qiegħed jara lil Aaron b'ferħ kbir.\"", "Tirrakkontalna kif hija kienet l-ewwel persuna li saret taf li Aaron dieħel patri: \"Kont fil-kamra tiegħi u ġie jkellimni bil-mod.", "Dak il-ħin kont ferħana għalih imma kont ukoll xi ftit inkwetata wkoll għaliex kellu xogħol tajjeb, kellu futur quddiemu, kien hemm żmien meta kien għarus u kien hemm żmien meta kien jiddeverti ħafna.", "Bla ma ridt bdejt nistaqsih jekk żgur din hijiex id-deċiżjoni li verament jixtieq jieħu għax kienet waħda difficli.\"", "Iżda Aaron kien sostna li din hija t-triq li għażel għalih il-Mulej u rrisponda għas-sejħa tiegħu, u wara qasam din l-aħbar ma' ommu u missieru: \"Imbagħad għedna lil ommi u lil missieri li laqgħu din l-aħbar b'ferħ kbir.\"", "Amy tixtieq twassal messaġġ għal ħuha f'din l-okkażjoni: \"Inħobbuk ħafna u kburin b'kull pass li għamilt fil-ħajja tiegħek.\"", "Ittemm tgħid: \"Jalla l-Mulej li għażlu għal din it-triq ikompli jkun miegħu fil-ħidma tiegħu.\""], "title": "\"Ninsab kuntenta li llejla se nara lil ħija jsir saċerdot\" - Amy Camilleri Zahra"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/nibza-li-malli-nifta-il-bieba-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kitbitilna mara b'dan l-ilment: \"Dan il-pajp li qed joħroġ minnu", "tal-kċina qed iġib il-ġrieden fit-triq li noqgħod fiha f'Marsaskala.", "Lanqas għadni nipparkja hemmhekk għax nibża' li malli niftaħ il-bieba jidħol xi ġurdien milli jkun hemm fuq il-bankina.", "Ġieli pparkjajt hemm qabel imma ġieli sibt il-bieba kollha ikel mill-ilma li jinżel mid-", "u li mbagħad jispiċċa jtir għal fuq il-karozza.\"", "\"Ilni tliet xhur nirrapporta din is-sitwazzjoni, fosthom lill-Kunsill Lokali li qalilna li din taqa' taħt ir-responsabbiltà tas-sanità.", "Kont bgħatt imejl lil tas-Sanità u wara xi żmien qalulna li skont in-", "li ntbagħtet irridu nagħtu ċans 3 ġimgħat biex is-sid tal-appartament jirranġa s-sitwazzjoni.", "Però wara li għaddew dawn it-3 ġimgħat, qalulna li ma jistgħu jagħmlu xejn għaliex is-sid ma jridx jaf u li jridu jħarrkuh għall-Qorti.", "Minbarra li din hija sitwazzjoni marbuta mas-sanità, hemm ukoll il-liġi li wieħed ma jistax jarmi l-affarijiet barra u fuq hekk għandu jiġi mħarrek.", "Sadanitant dan il-pajp se jibqa' hemm, se nibqgħu nbatu l-konsegwenzi sakemm tittieħed azzjoni.\"", "Din il-ġimgħa, resident li joqgħod viċin ta' dan l-appartament ukoll ilment magħna dwar dan il-pajp."], "title": "\"Nibża' li malli niftaħ il-bieba tal-karozza jidħol xi ġurdien\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/alphaville-chris-norman-u-ira-losco-gaz.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Min-nhar l-Erbgħa li ġej sal-Ġimgħa, iż-Żejtun se jinbidel f'festa ta' mużika bis-sehem ta' artisti kbar mix-xena lokali u anke internazzjonali.", "Għas-sitt edizzjoni, qed jerġa' jittella' l-", "li se jiftaħ bil-grupp Alphaville, li huwa magħruf għal ħafna diski fosthom", "Jekk inti tħobb id-diska", ", il-Ħamis li ġej għandek iċ-ċans li tara u tisma' lil Chris Norman, li huwa l-kantant tal-grupp Smokie li jkanta din id-diska.", "G", "ħall-aħħar jum, iż-Żejtun se jagħlaq b'kunċert ta'", "Ira Losco u dan se jkun l-ewwel kunċert tagħha wara li rrappreżentat lil Malta fil-", "Għadd ta' artisti oħra se jkunu qed jagħtu spettaklu waqt din il-festa ta' mużika, fosthom il-gruppi Crux, The Crowns u The Travellers.", "F'dan il-festival se jkun hemm ukoll il-", ", li qed ikun organizzat bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u", "F'din il-kompetizzjoni se jkunu qed jieħdu sehem Xarulu, WaterWings, Oxygyn, Vinyl Paradise, The Voyage u Relikc li se jkunu qed jikkompetu għall-aqwa esibizzjoni", "f'dan il-festival.", "Aktar informazzjoni dwar il-Beland Music Festival tista' ssibha"], "title": "Alphaville, Chris Norman u Ira Losco għaż-Żejtun"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/10-pariri-gal-dan-is-sajf.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-temperaturi huma ogħla mill-medja u minkejja d-diversi twissijiet mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, aħna iddeċidejna li nfakkrukhom fi ftit pariri għal dan is-sajf.", "Ixrob ħafna ilma", "Din bħalissa ssibha f'kull avviż imma importanti ħafna li tixrob ħafna ilma għax temperaturi għolja jikkaġunaw iktar telf ta' ilma mill-ġisem li jistgħu jikkaġunaw", ".", "Tistenniex li tkun bil-għatx biex tixrob.", "U jekk ma tħobbux, żid ftit frott miegħu.", "Hu rrakkomandat li persuna għandha tixrob minn tal-inqas 3 litri fis-sajf.", "Żomm ġismek imxarrab", "Agħmel attivitajiet li bihom iżżomm ġismek imxarrab.", "Iffriska ruħek... le żomm.... ruħek ma tistax tiffriskaha.", "Insomma fi kliem ieħor tbaħbaħ!", "Ibqa' fid-dell", "Ixgħel l-arja kkondizzjonata, poġġi liżar fl-art, ftit ikel ġo qoffa, pakkett", "u ntefa'.", "U jekk filgħaxija, tista' tixgħel ftit xemgħat ukoll.", "Agħsar frott frisk", "Ħallik mill-ġelat u agħsar frott frisk biex tagħmel xi", "tajjeb!", "Idealment meraq kiesaħ, b'iktar sustanzi u b'ħafna inqas zokkor.", "Żejjen tazza, poġġi", "u ixrob bil-mod.", "Kul ikel kiesaħ u evita li tixgħel il-forn... ħlief jekk tkun se ssajjar xi kejk tajjeb taċ-ċikkulata.", "Iffriża x-xugamani", "Xarrab biċċiet tad-drappijiet bħal xugamani, agħsarhom tajjeb, daħħalom fil-friża u żommhom miegħek.", "Ituk dehxa li tieħu gost biha.", "Ħu ħsieb dak l-annimal", "Jekk għandek xi annimal, bħal kelb, qattus jew fenek, ara li żżommu frisk ukoll.", "Tħallihx marbut barra fis-sħana u ara li jkollu ilma frisk,", "u silġa tal-ilma ma tagħmilx ħażin lanqas.", "Uża", "Kun ħanin ma' ħaddieħor u uża", ".", "Għal ħafna minna r-riħa tal-għaraq huwa l-agħar effett tas-sajf.", "Apparti li jxarrablek il-ħwejje, hemm ir-riskju li xi ħadd jagħtih xi ħass ħażin bir-riħa!", "Iċċaqlaq!", "Li barra tkun is-sħana mhijiex skuża biex tnaqqas mill-eżerċizzju.", "Agħmel użu minn pixxina,", ", agħmel", "d-dar u evita li toħroġ timxi jew tiġġoggja bejn il-11:00am u l-4:00pm.", "Dak l-imgħarraq nemus", "Diment li ma tgħix ġo bużżieqa, in-nemus fis-sajf iqattgħak.", "Iż-żejt taċ-ċ", "hu magħruf li jżomm l-insetti 'l bogħod u din hi vverifikata minn riċerka.", "Evita li tuża żejt pur taċ-ċitronella fuq il-ġilda tiegħek.", "an iż-żejt jista' jikkawża irritazzjonijiet tal-ġilda jew reazzjonijiet allerġiċi f'persuni b'ġilda sensittiva.", "In-nisa tqal għandhom joqogħdu attenti meta jużaw iż-żejt taċ-ċitronella, minħabba li l-ġilda tagħhom hija sensittiva ħafna matul dawk id-disa' xhur.", "Ukoll, iż-żejt taċ-ċitronella m'għandux jintuża fuq trabi u tfal żgħar minħabba li l-ġilda tagħhom tkun delikata.", "Issa attent li ma taqbiżlekx għax is-sħana tal-ġisem mas-sħana ta' moħħok ma tantx ikunu sbieħ flimkien.", "Tifqanix..."], "title": "10 pariri għal dan is-sajf..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/jitkellem-is-sewwieq-malti-li-baqa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit aktar minn tlett ijiem wara li seħħ l-inċident ikrah fi Sqallija, is-sewwieq Malti Ryan Mangion qalilna li kieku f'Malta għandna korsa tat-tlielaq tal-karozzi, kieku dan l-inċident seta' jiġi evitat.", "Aħna tkellimna ma' Ryan dalgħodu, u stqarr magħna li għadu xxukkjat b'dak li ġara l-Ħadd li għadda.", "Ryan kien qiegħed isuq il-karozza tiegħu f'tellieqa fi Sqallija meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, skiddja 'l barra mit-trakka u baqa' dieħel b'veloċità qawwija ġon-nies li kienu qed isegwu t-tellieqa mal-ġenb tat-triq.", "Iċ-", "ppubblika dan il-filmat li juri l-mument li fih ġara l-inċident.", "L-inċident seħħ waqt tellieqa li saret fil-Piemonte u ħalla tmien persuni midruba.", "U meta staqsejnieh għalfejn ġara l-inċident, Ryan stess ma kienx jaf jagħtina tweġiba.", "\"Emminni sal-lum ma nafx eżatt x'ġara,\" qalilna b'leħen miksur li juri ċar li għadu taħt xokk.", "\"Il-karozza qiegħda għand il-Pulizija u għadu ma ħariġx riżultat ta' x'mar ħażin, imma jidher li kien hemm problema fil-pedala tal-gass.\"", "Ryan qalilna li dawn huma problemi komuni f'dawn il-karozzi, imma ġeneralment huma problemi li s-sewwieqa jindunaw bihom meta jkunu għadhom qed jittrenjaw fit-trakka fil-pajjiż tagħhom, u mhux waqt it-tellieqa.", "U għalhekk Ryan qed jinsisti li kieku f'Malta għandna trakka tal-", "li hija attrezzata kif suppost, kieku dan id-difett fil-pedala setgħu jindunaw bih u jsewwuh meta kienu għadhom Malta.", "U b'hekk kien jiġi evitat l-inċident.", "Ryan spjegalna wkoll li f'dak il-mument meta nduna li se jitlef il-kontroll tal-karozza ipprova jevita l-inċident.", "\"Ippruvajt inwaqqaf il-karozza kemm jista' jkun malajr imma ma kienx hemm biżżejjed ħin,\" qalilna.", "\"Dak il-ħin ħassejt paniku kbir.", "Ma stajtx niċċaqlaq bix-xokk li kelli fuqi għax hija xena kerha ħafna u tal-biża' li ma nistax inneħħi minn quddiem għajnejja.\"", "Ftit tal-mumenti wara li seħħ l-inċident ġew l-ambulanzi u ħadu lilu u lill-persuni feruti l-isptar, imma qalilna li ftit li xejn jiftakar x'ġara dak il-ħin.", "\"Kollox seħħ f'qasir żmien u dak il-ħin ma tkunx taf x'inhu għaddej,\" qalilna.", "Sal-lum Ryan għadu xxukkjat.", "\"Inħossni qed niċċassa l-ħin kollu u ma nistax inneħħi x-xena minn quddiem wiċċi.", "J'Alla ż-żmien itaffi dak li qed inħoss bħalissa.\"", "\"Għalhekk għandna bżonn trakka professjonali tal-", ", biex jekk ikun hemm difetti bħal dawn, nindunaw bihom u nsolvuhom meta nkunu għadna Malta, u hekk nevitaw li jweġġgħu n-nies,\" temm jgħidilna Ryan.", "Ritratt tal-faċċata: Carlston Saliba"], "title": "Jitkellem is-sewwieq Malti li baqa' dieħel ġon-nies f'inċident fi Sqallija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/filmat-insellmu-lil-pietru-pawl.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dalgħodu tħabbar li miet Pietru Pawl Busuttil, fl-età ta' 73 sena.", "Miet fl-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo wara li kien ilu xi żmien jiġġieled il-kanċer.", "Pietru Pawl Busuttil kien ir-raġel li lura f'Diċembru tal-1986 ġie ffrejmjat mill-Pulizija għall-qtil ta' Raymond Caruana.", "Il-Pulizija marru jħabbtulu d-dar u qalulu biex joħodhom fir-razzett tiegħu.", "Hemmhekk kienu ġew moħbijin il-", "li ntużat fil-qtil ta' Raymond Caruana u ammont ta' kannabis, flimkien ma'", ".", "Dawn l-oġġetti kienu tpoġġew hemm minn persuni oħra biex meta l-Pulizija jsibuhom, jeħel Pietru Pawl Busuttil għall-qtil ta' Raymond Caruana.", "Raymond Caruana kien ġie maqtul xi jiem qabel meta kien qiegħed ġol-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja għal riċeviment, u mit-triq għaddiet karozza li minnha ġew sparati diversi tiri lejn il-każin.", "Tir minnhom kien laqat lil Raymond Caruana u qatlu fuq il-post.", "Ftit wara l-Qorti kienet sabet lil Pietru Pawl Busuttil kompletament innoċenti u ordnat li jingħata kumpens ta' Lm40,000.", "Ir-reat għadu mhux solvut sal-lum il-ġurnata.", "Pietru Pawl Busuttil dam iservi bħala sindku ta' Ħal Safi għal 18-il sena.", "li għamilna f'Xarabank u li jirrakkonta l-istorja kollha ta' Pietru Pawl Busuttil:", "Ritratt tal-qoxra: Pietru Pawl Busuttil flimkien mal-avukat tiegħu Guido de Marco, mumenti wara li l-Qorti ddikjaratu innoċenti."], "title": "FILMAT: Insellmu lil Pietru Pawl Busuttil b'feature li kien sar f'Xarabank"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/il-koppja-li-daru-d-dinja-qabel-izzewgu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara li nhar il-Ħadd li għadda ppubblikajna l-istorja t", "al-koppja Maltija li żarmaw mix-xogħol biex iduru d-dinja sena qabel jiżżewġu", ", kien hemm ħafna nies fuq is-", "li spekulaw minn fejn setgħu ġabu l-flus biex għamlu dil-ħaġa.", "Fost il-kummenti kien hemm min kiteb:", "\"Mank insib lil xi ħadd hekk li jdawwarni d-dinja u jkollu l-liri.\"", "\"Mhux għax tal-flus it-tnejn li huma?", "Flus ma' flus, flus jagħmlu.\"", "\"Rebħu s-Super 5 lol.\"", "Naturalment, bħalma jiġri kull meta l-poplu jmur fuq Facebook biex jesprimi ruħu, ħafna nies li jikkummentaw ikunu qed jiżbaljaw, kif ġara f'dan il-każ.", "U l-koppja Luke u Romy ħassew li għandhom jispjegaw minn fejn ġabu l-flus biex għamlu din l-avventura.", "\"Aħna m'aħniex sinjuri, u din m'aħniex qed ngħiduha biex ninstemgħu umli jew biex nidhru sbieħ.", "Din hija l-verità...aħna m'aħniex sinjuri,\" spjegawlna Luke u Romy.", "\"Konna naħdmu bħal kulħadd, kellna paga bħal kulħadd, u l-ġenituri tagħna huma mill-klassi tal-ħaddiema.", "Jiġifieri ħadd minna mhu mgħarraq fil-flus.\"", "Luke u Romy spjegaw li din l-avventura tiswa' ħafna inqas milli wieħed jaħseb.", "\"Jekk temmen fil-ħolm tiegħek, tista' twettqu,\" Qaltilna Romy.", "\"Ta' 15-il sena jien kont diġà bdejt naħdem.", "U kemm jien u kemm Luke ġemmajna u pjanajna l-vjaġġi sewwa.\"", "Min-naħa l-oħra, Luke spjegalna li erba' snin ilu waqqaf kumpanija ta' konsulenza li kienet sejra tajjeb, u mbagħad biegħha.", "\"Imma l-kumpanija ma tahieli ħadd...bdejtha jien ma' sieħbi u bdejtha mix-xejn,\" qalilna.", "\"U meta tippjana l-vjaġġi tajjeb u minn kmieni ssib li tista' tmur in-naħa l-oħra tad-dinja bi prezz irħas milli tista' tmur sa Londra,\" qaltilna Romy bi tbissima.", "Fl-2012 mort għaxar xhur l-Awstralja u domt sena u nofs inġemma' biex immur, għax fil-ħajja, mhux kemm għandek flus jgħodd, imma kemm għandek determinazzjoni li twettaq il-ħolm tiegħek.\"", "F'dawn l-aħħar disa' xhur, Luke u Romy marru fi tliet kontinenti differenti u żaru mhux inqas minn 18-il pajjiż.", "\"Bejn wieħed u ieħor infaqna kważ €600 kull wieħed, kull xahar,\" spe", "gawlna.", "\"Jiġifieri probabilment infaqna daqs kull koppja oħra li kienet qed tgħix Malta.\"", "Spjegaw ukoll li huwa qed jippruvaw iħeġġu aktar koppji jagħmlu bħalhom, tant li fil-", "tagħhom jagħtu rendikont tal-ispejjeż li kellhom għal kull pajjiż li marru.", "\"Dejjem irqadna f'sodod nodfa, imma qatt ma fittixna li noqogħdu fil-lussu.", "Konna niġru bil-mutur, u biex nieklu ma konniex immorru fl-aktar restoranti għoljin, anzi, ħafna drabi konna nieklu man-nies tal-post u bħalhom,\" qalulna.", "\"Imma dik hija l-isbaħ ħaġa tal-avventura.\"", "Luke u Romy jiddokumentaw l-avventuri kollha tagħhom fuq", "fuq Youtube jismu", ".", "Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar l-avventuri tagħhom agħfas fuq is-sit tagħhom"], "title": "Il-koppja li daru d-dinja qabel iżżewġu jispjegaw minn fejn ġabu l-flus"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/bil-filmat-zejt-jinterma-fil-baar-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Riċentament fuq Facebook qed ikun hemm ħafna posts relatati mal-bajja biswit Fort Ricasoli.", "Posts b'ritratti u filmati tal-post fejn juru pajp li jispiċċa fil-baħar u li minnu ħiereġ dak li jidher qisu żejt.", "Il-maġġoranza tan-nies li kkumentaw lura fuq l-istess posts jidhru li jinsabu diżappuntati ħafna b'dan l-aġir li s'issa ħadd mhu ċert minn fejn hu ġej.", "In-nies fil-kummenti tagħhom saħansitra jiddeskrivu kif dan il-pajp ilu hemmhekk 'il fuq minn 30 sena u saru diversi rapporti pero' qalu li baqa' ma sar xejn.", "Dan is-sit tkellem ma' Speranza Chircop li hija s-Sindku tal- Kalkara, fejn din qalet li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara ma rċeviex rapporti permezz ta' telefonati pero' saru jafu b'dan il-każ minn fuq Facebook u għalhekk qed jittieħdu passi neċessarji.", "Aktar dettalji jingħataw hekk kif il-Kunsill Lokali jagħmel kuntatt magħna bl-aħħar dettalji."], "title": "Bil-Filmat - 'Żejt' jintrema fil-baħar ta' Ricasoli"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/fuq-tal-linja-kont-norog-live-fuq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ryan Calleja huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "\"Kienet sfida għax kont drajt immur ix-xogħol bil-karozza tiegħi imma la dħalt għaliha, ilqajt din l-isfida.\"", "Iżied jgħid li ħassu mar tajjeb imma kien qed jaħsiblu kmieni biex żgur jasal fil-ħin.", "Ryan għamel użu ġmielu mill-karozza tal-linja u jgħid: \"Kien hemm ġranet li qbadtha 8 darbiet il-karozza tal-linja u ġieli anke aktar.\"", "Ryan mar diversi postijiet, fosthom Ħal Għaxaq, San Ġiljan, Raħal Ġdid, il-Belt imma ddeċieda wkoll li jmur sa Għawdex b'tal-linja minn Birżebbuġa u lura.", "Ryan mhux qed jara l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li wieħed jagħżel il-karozza tal-linja jew dik personali imma: \"F'din l-isfida iktar esplorajt... pereżempju rajt kemm ix-xufiera huma minn tagħna u min-naħa tiegħi indunajt kemm inħossni komdu li nimxi dik il-mixja filgħodu għall-arja friska.\"", "kbir ta Claudia Faniello tant li tela' magħha għall-Eurovision Song Contest ta' din is-sena meta rebħet bil-kanzunetta", ".", "Ryan huwa attur bravu ħafna: \"Inħobb nirreċta u anke nimita lill-atturi tal-programm Min Imissu.\"", "Barra minn hekk, Ryan irnexxielu jieħu ritratt mal-kantanta internazzjonali Nicole Scherzinger u għandu aktar popolari fosthom ma'", "Ritratt: Ryan ma' Claudia", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Ryan matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida.", "U jekk tixtieq li Ryan jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel fuq 52202052 minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown."], "title": "\"Fuq tal-linja kont noħroġ live fuq Facebook u ġieli qgħadt nimita\" - Ryan Calleja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/iltqajna-ma-afna-wirdien-fit-toroq-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Romina Geriwa hija partiċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Xarabank tkellem ma' Romina li sabet din l-isfida kemxejn diffiċli minħabba l-ħin: \"Kienet naqra diffiċli minħabba l-ħin għax ikollok tiġġieled kontrih meta trid tmur għax-xogħol u jkollok l-appuntamenti.\"", "Però Romina sabet problemi oħra, fosthom il-mixi u l-ostakli li ltaqgħet magħhom fit-triq: \"Mort bit-tfal għand oħti, u aħna u ġejjin lura kellna nieqfu l-", ", u sakemm wasalna Ħal Qormi ltqajna ma' ħafna wirdien u tista' timmaġina kemm ġrejna u għajjatna\":", "Però ssemmi s-sabiħ li tirkeb tal-linja: \"Fuq tal-linja stajt ingawdi l-veduta, norqod u nqum!", "Barra minn hekk, ma ħabbiltx rasi biex nipparkja u ma kellix għalfejn inħallas għall-parkeġġ.\"", "Romina daret mhux ħażin f'din l-avventura fosthom il-Belt, Wied il-Għajn, ix-Xgħajra u marret ukoll l-avvenniment ta' Earth Garden u dakinhar marret lura lejn darha fis-02:00am b'tal-linja!", "Romina tispjegalna kif saret Musulmana wara li ltaqgħet ma' żewġha li huwa Eġizzjan u tistqarr kif ta' sikwit kienet tilbes il-", "hijab", "imma minħabba saħħitha kellha tieqaf tilbisha minkejja li jogħġbuha.", "\"Meta kont żgħira ma kontx reliġjuża imma meta ltqajt ma' żewġi sirt iktar reliġjuża u ħadd ma ħadha kontrija meta kkonvertejt għal Musulmana.\"", "Tgħidilna li meta kienet tilbes il-", "hijab", "ma kinux jafu li hi Maltija u ġieli semgħet lil xi nies jgħidu kontriha għax kienu jaħsbu li mhux tifhimhom.", "\"Kont nieqaf u ngħidilhom u niksirhom għax mhux sewwa jitkellmu hekk fuq ħadd.\"", "Issostni li kieku jiġri l-każ li żewġha jeqlibilha lesta li taħfirlu: \"Iżda din iġġibuhiex ma jmurx ikun jaf li naħfirlu u jitħajjar\" tgħidilna b'nofs tbissima Romina.\"", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Romina matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida.", "U jekk tixtieq li Romina tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown."], "title": "\"Iltqajna ma' ħafna wirdien fit-toroq u tgħidx kemm ġrejna\" - Romina Geriwa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/besiebni-mmur-ix-xogol-btal-linja-lee.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Lee Julian Dimech huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Ma' Xarabank Lee Julian jispjega li filwaqt li ħassu komdu ħafna juża l-karozza tal-linja, f'din l-isfida sab l-okkażjoni li jimxi iktar u ma sab l-ebda problema li jagħmel kwarta jimxi mill-istage għad-dar u kwart oħra lura.", "Barra minn hekk, Lee Julian jistqarr: \"B'tal-linja ma kellix għalfejn naħseb kmieni biex nara fejn se naqbad jipparkja.\"", "Iżied jgħid li bil-karozza tiegħu jdum idur u jagħqad, ġieli kwarta u saħanistra anke nofs siegħa biex isib parkeġġ.", "Isostni: \"B'tal-linja l-problema solvuta.\"", "Jidher li Lee Julian għoġbitu din l-isfida u mhux se jiddejjaq juża t-trasport pubbliku: \"Beħsiebi nkompliha żgur u se nibda mmur x-xogħol b'tal-linja.", "Min-naħa tiegħi l-missjoni hija kompluta.\"", "Lee Julian kien surġent tal-Pulizija u jirrakkontalna esperjenza li fiha salva ħajjet persuna oħra: \"Kien daħlilna rapport ta' inċident u meta morna fuq il-post sibna bennej mitluq fuq l-art wara li waqgħet bajla li fetħitlu rasu.", "Minkejja li bdejt nibża' mmissu, qbadt u żammejtlu rasu biex nagħlaqlu l-fetħa.", "Ġiet l-ambulanza u qaluli li kieku ma żammejtlux rasu kien jiżvina u jmut.", "Dan il-bennej baqa' grat lejja talli salvajtlu ħajtu.\"", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Lee Julian matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida.", "U jekk tixtieq li Lee Julian jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel", "fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown."], "title": "\"Beħsiebni mmur ix-xogħol b'tal-linja\" - Lee Julian Dimech"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/meta-n-nannu-qala-10-daqqiet-ta-sikkina_28.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Deanna Camilleri hija parteċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Deanna tirrakkontalna esperjenza li ħalliet impatt fuq ħajjitha: \"Kont għadni żgħira meta ġrat din l-istorja.", "Fit-triq kien hemm raġel mimli rabja jinsisti li ried jara lit-tarbija li kellu u li s-sieħba ma kinitx ħallietu jaraha.", "Mimli rabja u emozzjoni dan ir-raġel beda jiġri b'sikkina f'idejh u jħabbat il-bibien forsi xi ħadd jiftaħlu ħa jitla' fuq xi bejt u jaqbeż il-bjut biex jinżel għas-sieħba u jara t-tarbija.", "Ġara li n-nannu tiegħi, li kien joqgħod fit-triq tagħna, beda tiela' t-taraġ u jiltaqa' ma' dan ir-raġel bis-sikkina f'idu fuq il-bejt.", "Kien jafu għax kienu ġirien imma dak il-ħin dan ir-raġel ta 10 daqqiet ta' sikkina lin-nannu tiegħi.", "Mhux hekk biss iżda refa' lin-nannu mimli demm, poġġieh ġot-tarf taċ-ċint u beda jhedded li jekk mhux se jħalluh jara lit-tarbija kien se jitfa' lin-nannu għal isfel tliet sulari.", "F'dan il-mument drammatiku pulizija minn isfel spara u laqat lir-raġel li miet fuq il-post.", "Fortunatament in-nannu minn fuq iċ-ċint waqa' 'l gewwa u ma waqax għal isfel.", "Illum in-nannu għandu 87 sena u Alla jbierku, iżda dawk ix-xeni li rajt ma nista' ninsiehom qatt.", "Kienet trawma fi tfuliti.", "Nixtieq nagħmilha ċara li jien m'għandi xejn kontra din il-familja għax nemmen li din setgħet tiġri lil kulħadd u jiena ma kontx fiż-żarbun ta' din il-familja.\"", "Ritratt: Deanna man-nannu", "Xarabank tkellem ma' Deanna waqt li kienet qed tagħmel din l-isfida u qaltilna li affettwatha b'mod tajjeb din l-esperjenza għaliex saret iktar kalma.", "Dan għaliex iffrankat li toqgħod tinkwieta fuq it-traffiku, jew mil-liema toroq se tgħaddi, u ffrankat il-problema tal-parkeġġ.", "\"Għall-bidu ħsibt li se tkun iktar diffiċli imma wara t-tieni ġurnata ħassejtni aħjar.", "Affettwatni wkoll biex inkun iktar kalma minħabba li kont qed nipprepara l-affarijiet minn qabel,\" qaltilna Deanna.", "Minkejja li tal-linja sabitha tajba, ammettiet li kellha mumenti diffiċli wkoll, għax kellha tippjana l-ġurnata minn ħafna qabel, u ma kellhiex il-lussu li taqbad u titlaq bil-karozza.", "Fil-fatt f'dik il-ġimgħa, Deanna qamet kmieni kuljum biex tħejji għall-ġurnata, bil-konsegwenza li kienet qed tkun iktar għajjiena:", "\"Minħabba li kien qed ikolli ħafna affarijiet wara xulxin, kont qed inkun iktar għajjiena iżda fl-istess ħin nerġa' ngħid li din l-esperjenza kkalmatni.\"", "Qaltilna wkoll li waqt li kienet qed tagħmel l-isfida, kienet qed tieħu l-affarijiet iktar bil-mod, billi timxiha sal-istage, taqbad tal-linja bil-kwiet, fuq tal-linja setgħet taqra u tuża l-mowajl \"u jekk nasal ftit kmieni fejn ikolli mmur, ġieli anke kont immur mixja.\"", "\"L-iktar ħaġa stramba li ġratli hija li rnexxieli nqatta' aktar ħin ma' ommi.", "Għax is-soltu, malli nasal id-dar mix-xogħol, kont noqgħod nilgħab bil-mowbajl", "Imma issa, qed nidħol", "acebook meta nkun fuq tal-linja", "mix-xogħol għad-dar u hekk, meta nasal id-dar inkun nista' nwarrab il-mowbajl mal-ġenb u nqatta' aktar ħin ma' ommi,\" qaltilna Deanna.", "\"Kienet xi ħaġa li qatt ma mmaġinajt li tista' tiġri.\"", "Din l-esperjenza tant affettwatha b'mod tajjeb li tgħidilna li qed tikkunsidra li fil-ġimgħat li ġejjin tibqa' tuża l-karozza tal-linja għax-xogħol, però żżid tgħid wkoll li meta jkollha xi affarijiet li jaħbtu eżatt wara x-xogħol se tuża l-karozza tagħha.", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Deanna matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida.", "U jekk tixtieq li Deanna tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown."], "title": "Meta n-nannu qala' 10 daqqiet ta' sikkina f'għadira demm"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/qatt-ma-tgaddi-gurnata-li-ma-nasibx-fit.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Carmen Le-Gros hija parteċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Fl-ewwel laqgħa mal-parteċipanti l-oħra, Carmen, ferrieħa u l-ħin kollu tiċċajta, f'mument infaqgħet tibki.", "Tirrakkonta kif fil-bidu taż-żwieġ tagħha kellha tifel li kien il-mimmi t'għajnejha.", "Ta' 5 snin kienet ħarġitlu l-ħożba u qisu qatt ma reġa' ġie lura normali kif dejjem kien.", "\"Ibni beda sejjer lura biex kellna anke neħduh l-Ingilterra għall-kura.", "Ta' 10 snin ibni miet.\"", "Fis-sala waqa' kwiet u wħud bdew jibku magħha.", "Carmen toħroġ ir-ritratt: \"Dan it-tifel, kien bravu ħafna fl-iskola u baqa' sal-aħħar jaf x'qed jiġri.", "Jien u missieru konna ħdejh meta għalaq għajnejh għal dejjem.\"", "Imbagħad Carmen f'daqqa waħda bidlet il-burdata: \"Ejja issa ma rridx li noqogħdu nibku, ħa nirrakkontalkom ftit praspar milli għamilt...\"", "F'din l-isfida, bħala nanna, Carmen tkun impenjata biex twassal lin-neputi tagħha għax-xogħol u għalhekk din kienet sfida enormi għaliha u għall-familja tagħha.", "Fil-fatt ma' Xarabank tistqarr: \"Immissjatha l-karozza tiegħi għax ilni snin twal nużaha kuljum biex inkun ta' servizz għan-neputi tiegħi.\"", "Però Carmen tgħidilna li daħlet għal din l-isfida għaliex tħobbhom l-isfidi u qatt ma bassret li ser tingħażel: \"Tfajtha għal sieqi u ma bsartx li se ningħażel u ħadt ħafna pjaċir għax qgħadt nikkomunika mal-partiċipanti li l-ħin kollu tuża l-Facebook.\"", "Carmen tistqarr li bħala penzjonata, li ma tridx tmur għax-xogħol, ħassietha rilassata f'din l-isfida għax xorta marret fejn riedet mingħajr ma kienet marbuta bil-ħin.", "Iżżid tgħid li kieku ma tridx twassal lin-neputi, kieku tħossha komda b'tal-linja: \"Għax m'għandix għalfejn ninkwieta li se naħbat jew fejn ħa nipparkja.\"", "Carmen tagħmel paragun mat-trasport li kien jintuza minn bosta nies fl-antik u tgħid: \"F'din l-isfida ħassejt li m'għandniex għalfejn ingergru għax ommi fl-antik kienet tgħidli li kienet timxi minn Birżebbuġa sa Raħal Ġdid u kienu jinqdew ukoll bil-bhima biex jivvjaġġaw.\"", "Ittemm tgħid li tħossha li aħna ffortunati u li mxejna 'l quddiem għax tal-linja kollha ndaf u bl-arja kkondizzjonata.", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Carmen matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida.", "U jekk tixtieq li Carmen tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown."], "title": "\"Qatt ma tgħaddi ġurnata li ma naħsibx fit-tifel\" - Carmen Le-Gros"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/kont-se-nnei-ajti-meta-kienu-se-jaqtgu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Victor Cremona huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Victor huwa kaċċatur u fiż-żmien li kienu se jwaqqfu l-kaċċa fir-Rebbiegħa, kien se jtemm ħajtu sforz l-imħabba li għandu lejn dan il-passatemp.", "Victor kien wieħed mill-aktar parteċipanti li sabha diffiċli!", "Il-post fejn joqgħod inzerta ftit 'il bogħod miċ-ċentru fejn jgħaddu l-aktar karozzi tal-linja, u allura, il-ġranet tiegħu kellu jippjanahom ftit aktar bir-reqqa mill-parteċipanti l-oħra.", "Imma ammetta magħna li hemm ħafna vantaġġi.", "\"Ma naħlix", ", noqgħod bilqiegħda mingħajr ma jkolli għalfejn inżomm l-i", "u m'għandix għalfejn noqgħod b'seba' għajnejn li se joħorġli xi ħadd minn xi", "jiena u nsuq,\" qalilna.", "Tkellimna ma' Victor dwar l-isfidi li sab.", "\"Minn ħdejna tgħaddi biss darba f'siegħa u darba minnhom kelli ninżel għax ma ħallienix nitla' bil-kelba.\"", "Iżid jgħid li darba minnhom mill-Imsida għan-Naxxar dam sagħtejn minħabba li tal-linja ma tgħaddix minn fejn joqgħod hu, u apparti minn hekk iżied jgħid li m'hemmx tal-linja diretta u b'hekk iddur bosta nħawi oħra qabel ma tasal fid-destinazzjoni finali.", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Victor matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida.", "U jekk tixtieq li Victor jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi", "ċċempel", "fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown."], "title": "\"Kont se nneħħi ħajti meta kienu se jaqtgħu l-kaċċa\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/malli-gabet-il-licenzja-tal-karozza-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Vanessa Calleja hija partiċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "\"Malli ġibt il-liċenzja tal-karozza ma erġajtx tlajt fuq karozza tal-linja oħra,\" qaltilna Vanessa bi tbissima hi u tiġri biex tilħaq il-karozza tal-linja.", "\"U issa li dħalt għal din l-isfida ħassejtni stramba u sibtha diffiċli biex inwarrab il-karozza għal kollox.\"", "Vanessa tiġri ħafna minn post għall-ieħor, u allura, matul l-isfida kellha taqbad ħafna karozzi tal-linja.", "\"Meta jkollok ħafna qadjiet f'postijiet differenti trid tippjana ħafna,\" qaltilna.", "\"Bil-karozza tiegħek kemm taqbad u tmur fejn trid u fi xħin trid, imma bil-karozza tal-linja trid tippjana l-vjaġġ kollu minn lejliet!\"", "Imma l-aktar ħaġa diffiċli għal Vanessa kienet li kuljum tqum kmieni aktar mis-soltu biex taqbad tal-linja għax-xogħol.", "\"Dik kienet il-qatla tiegħi,\" qaltilna.", "\"Għax iddeċidejt li naqbad tal-linja kmieni ħafna biex immur għax-xogħol, għax fir-", "tkun dejjem mimlija u teħel ħafna iżjed fit-traffiku.\"", "Madanakollu Vanessa ammettiet magħna li din l-isfida kienet ta' avventura għaliha u beħsiebha tibqa' tuża' tal-linja aktar spiss, anke wara li tgħaddi l-isfida.", "Mill-banda l-oħra qalet li l-ħin fuq ix-xarabank użatu biex taqra, biex tidħol Facebook, titkellem fuq il-", "u bħat-turisti, tosserva l-ġmiel ta' Malta.", "Matul l-isfida, Vanessa marret kullimkien b'tal-linja, fosthom għax-xogħol, biex tara l-qraba, tiltaqa' ma' sħabha u tagħmel il-qadi ta' matul il-ġimgħa.", "Vanessa għandha talent partikolari ħafna.", "Kapaċi tirrestawra l-għamara, u qaltilna wkoll li dalwaqt se tmur tgħix f'dar ġdida u tixtieq tgħaddi d-dawl u l-ilma hi.", "Xi għamara li rrestawrat Vanessa", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Vanessa matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida.", "U jekk tixtieq li Vanessa tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel", "fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown."], "title": "Malli ġabet il-liċenzja tal-karozza ma reġgħetx qabdet tal-linja...sakemm daħlet għal din l-isfida"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/kont-qed-nagmel-20-minuta-nfittex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Victor Ellul huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Victor kien ilu ħafna ma juża l-karozza tal-linja, għax kif ammetta hu stess, il-karozza privata komda.", "\"Wara jumejn ma nsuqx il-karozza tiegħi ħassejtni li ilni żmien mingħajr il-karozza u dak il-ħin ġejt konxju ta' kemm jien dipendenti fuq il-karozza,\" spjegalna Victor waqt li qed jagħmel l-isfida.", "\"Imma għamilt skeda ta' dak li kelli x'nagħmel, pjanajt ir-rotot u l-ħinijiet, u minn hawn u minn hemm qed jirnexxili.\"", "Victor huwa daqsxejn differenti mill-parteċipanti l-oħra għaliex twieled b'diżabilità.", "Hija diżabilità viżibbli li minħabba fiha twieled b'idejh iqsar mid-daqs normali.", "Hija diżabilità li ma tarax bħalha kuljum, imma lil Victor qatt ma affettwatu milli jagħmel xejn.", "Għall-kuntrarju, jagħmel kollox bħal kulħadd, inkluż isuq il-karozza.", "Fil-jiem li qattajna nduru miegħu waqt din l-isfida spjegalna li d-diżabilità tiegħu ġrat minħabba li fiż-żmien li ommu kienet tqila bih, l-ommijiet kienu jieħdu pillola li ma kinux jafu li qed tagħmel il-ħsara lit-trabi fil-ġuf tagħhom.", "\"Minħabba f'din il-pillola kien hemm ħafna trabi li twieldu bl-istess diżabilità fl-istess żmien li twelidt jien,\" spjegalna Victor.", "Irrakkontalna wkoll il-", "li kien jgħaddi minnu bħala tifel fl-iskola.", "\"L-iskola kienu jaħbuni u jpoġġuni fi klassi waħdi,\" qalilna.", "\"Kienu jgħiduli biex ma ngħidx lil ommi u missieri, imma missieri kien sar jaf xorta waħda u rrabja ħafna.\"", "Minkejja l-ħafna sfidi li ltaqa' magħhom f'dik il-ġimgħa tal-isfida, Victor irnexxielu jmur kullimkien b'tal-linja.", "\"Jien naħdem il-Belt, u l-akbar vantaġġ li mmur għax-xogħol b'tal-linja kien li ma kellix għalfejn infittex parking,\" spjegalna.", "\"Is-soltu ndum għoxrin minuta nfittex biex nipparkja.\"", "L-aktar vjaġġi komuni ta' Victor kienu mill-Kalkara għall-Belt u lura, u kien hemm darba meta kellu jmur ta' Qali, darba oħra meta kellu jmur il-Marsa u Raħal Ġdid, fost l-oħrajn.", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Victor matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida.", "U jekk tixtieq li Victor jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel", "fuq 52202057 minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown."], "title": "\"Kont qed nagħmel 20 minuta nfittex parking, imma solvejtha\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/ma-rridx-nistenna-fit-traffiku-manwela.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Manwela Schembri hija partiċipanta oħra li daħlet għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Manwela ma ddejqet xejn li għal dik il-ġimgħa warrbet il-karozza tagħha, u nqdiet bit-trasport pubbliku għax rat ħafna vantaġġi: \"Ħassejtni veru komda għax iffrankajt il-flus u ma rridx nagħti", "lill-karozza tiegħi, li hija waħda li veru taħli.\"", "Barra minn dan, Manwela tispjega li b'tal-linja kellha ċ-ċans li tgawdi x-xenarju u kif ma riditx tistenna fit-traffiku: \"Minħabba li l-karozza tibqa' għaddejja mill-", ", evitajt ħafna traffiku.\"", "Hija marret f'diversi postijiet b'tal-linja fosthom il-Belt, il-Kalkara u Ħaż-Żabbar: \"Daqqa qbadt erba' karozzi u daqqa qbadt sitta.", "Mhux dejjem l-istess.\"", "Manwela beħsiebha terġa' tagħmilha din l-esperjenza minkejja li l-isfida għaddiet: \"Nerġa' nagħmilha imma mhux kuljum.\"", "Manwela tgħidilna ftit dwarha u tispjegalna li llum tħoss li ħliet ħafna żmien f'ħajjietha, imma l-aħħar disa' snin tqishom bħala l-aħjar żmien għax bdiet terġa' tgħix mill-ġdid: \"Bdejt nagħmel l-arti marzjali, nieħu sehem f'", ", inkanta u anke npitter.\"", "Manwela tirrakkontalna kif meta kienet żgħira falliet ħafna ġranet mill-iskola biex tgħin lil ommha u lil missierha iżda bid-determinazzjoni tagħha reġgħet bdiet tistudja: \"Ta' 43 sena erġajt bdejt kollox mill-ġdid, qisni minn", "u rnexxieli nġib 3", "u issa nixtieq li nistudja l-arti fl-Università.\"", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għaddiet minnhom Manwela matul dik il-ġimgħa li għamlet l-isfida.", "U jekk tixtieq li Manwela tirbaħ din l-isfida tista' tivvutalha billi ċċempel", "fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown."], "title": "\"Ma rridx nistenna fit-traffiku\" - Manwela Schembri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/inbilli-tkun-mingajr-karozza-ir-rutina.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Christopher Borg huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-", ".", "Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.", "Ma' Xarabank Christopher jgħid li l-karozza personali tiegħu hija iktar komda, però jgħid: \"Is-servizz tal-karozza tal-linja huwa tajjeb ukoll għaliex ngħid għalija jiena ma sibtx problema biex nirkibha.\"", "Iżied jgħid: \"Biex ngħidu kollox, ġieli ridt nistenna ftit.\"", "Jispjega li għala ħass in-nuqqas tal-karozza tiegħu: \"Immissjatha għax anke biex tmur minn post għall-ieħor mhux dejjem tkun daqshekk faċli.", "Jekk ikollok ċertu qadi trid toqgħod tfittex sakemm tidra naqra s-sistema.\"", "Christopher mar diversi postijiet bil-karozza tal-linja u rikibha ħafna drabi u jsostni: \"Imbilli tkun mingħajr karozza, ir-rutina tal-ġimgħa xorta trid tagħmilha.\"", "Fost il-vantaġġi li jsemmi Christopher dwar il-karozza tal-linja huwa n-nuqqas ta' problema biex isib parkeġġ: \"B'tal-linja qbadt inżilt fuq l-istage, imxejt ftit u m'għandek problemi ta' xejn.\"", "Christopher jaqsam magħna wkoll esperjenza traġika li fiha kien se jispiċċa vittma: \"Kont naħdem ix-", "u t-tarzna riedu mitt ħaddiem Kont wieħed minn dawk li tlajt bil-polza.", "Rieduni naħdem fuq vapur fil-għoli imma ma għoġbnix l-ambjent minħabba li nibża' ħafna mill-għoli.", "Tlabthom biex naħdem fuq vapur ieħor, fuq El Faroud li kien baxx.", "Kienu qaluli li ma stajtx noqgħod nagħżel u l-Ġimgħa waqaft u erġajt mort ix-", "F'dak il-lejl seħħet l-isplużjoni fuq l-El Faroud li ħalliet 9 persuni mejta.", "Ix-xokk li tara ħaddiema bħalek, il-familji tagħhom, il-fatt li stajt kont jien, kien kbir wisq u nqisha bħala l-akbar trawma ta' ħajti.\"", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Christopher matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida.", "U jekk tixtieq li Christopher jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel", "fuq", "minn linja fissa jew mill-mowbajl.", "Il-linji huma miftuħin diġà!", "Kull telefonata tiswa €0.75c.", "Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown."], "title": "\"Kont se nkun fuq El Faroud meta sploda\" - Christopher Borg"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/karl-stagno-navarra-jircievi-ittra-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aktar kmieni dalgħodu l-ġurnalist u preżentatur Karl Stagno Navarra ippostja ritratt fuq il-paġna ta' facebook tiegħu, ritratt li juri ittra indirizzata lilu.", "Din l-ittra tgħid hekk: \"KARL ISSA INT IMISS, MAGNETIC CAR BOMB QORMI.\"", "Aħna tkellimna ma' Karl, li spjegalna kif ġrat.", "Karl spjega kif din l-ittra rċevieha l-istudios tal-ONE ilbieraħ u ngħatat lilu dalgħodu għaliex mhux soltu li jirċievi ittri f'dan il-post, minħabba li kif spjega, hu ma jaħdimx hemmhekk imma jmur il-ONE biex jippreżenta l-programm.", "Karl stqarr li din ma kinitx l-ewwel ittra intimidanti li rċieva.", "Qal li l-ittri preċedenti kienu ittri li għalkemm kienu intimidanti kienu jinkludu biss tgħajjir u kliem oħra li joffenduh, mhux theddid ta' bomba.", "\"Din kienet waħda minn sensiela mhux l ewwel ittra, kien hemm minnhom intidmidanti imma kienu dejjem ta' tgħajjir.", "Kienu joffenduni però din il-waħda partikolari kienet waħda li xxukkjatni ħafna.''", "Karl stqarr li tul il-karriera tiegħu kellu kollegi oħrajn li ġieli rċevew dawn it-tip ta' ittri u anke wħud li kienu gravi daqs din u dejjem ħares lejhom b'mod serju però ammetta li din id-darba kien hu li rċieva din l-ittra u ħassu ixxokjat immens.", "Karl għadda din l-ittra lill-Pulizija biex b'hekk issir l-investigazzjoni mistħoqqa rigward dan il-każ ta' theddid.", "Karl għalaq il-kumment tiegħu billi qal li għalkemm il-professjoni tal-ġurnaliżmu hija waħda li fiha tistenna dan it-tip ta' aġir fil-konfront tiegħek, huwa jikkundanna kull tip ta' intimidazzjoni, issir kif issir.", "Karl irringrazzja lil dawk kollha li ċemplulu u bagħtulu jew għamlu kuntatt miegħu biex juru is-soliderjetà miegħu.", "Min-naħa tagħna nikkundannaw dan l-att u kull att bħal dan, jiġri fuq min jiġri, għaliex dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens f'soċjetà demokratika u ċivilizzata bħal tagħna."], "title": "Karl Stagno Navarra jirċievi ittra li fiha jhedduh li se jagħmlulu bomba"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/il-love-guru-zzewweg.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ritratt: Daniel u Adrian", "Ilbieraħ fil-ġnien tal-Gardjola fl-Isla nfetaħ kapitlu ġdid għall-Guru tal-Imħabba Adrian Gusman u għall-", "Daniel Wright, wara li l-imħabba lejn xulxin wasslithom biex jingħaqdu flimkien f'Unjoni Ċivili.", "Ma' Xarabank Daniel jispjega kif ilhom jafu lil xulxin fuq 25 sena minn fuq il-midja, u kien proprju programm tat-televixin li laqqagħhom flimkien: \"Iltqajna fuq is-sett ta'", "ta' programm li s-suġġett tiegħu kien fuq l-imħabba.\"", "Jispjegalna kif ir-rivalità fuq xogħolhom wasslet biex waqt id-diskussjoni kien hemm kontroversja sħiħa bejniethom, tant li tefgħu xi botti lejn xulxin.", "Madankollu spiċċaw il-programm b'nota li qarrbithom lejn xulxin: \"Wara l-intervista tkellimna u qabel tlaqna għannaqna lil xulxin.\"", "Min kellu jgħidilhom, li din it-tgħanniqa kienet se twassal lil Adrian u lil Daniel biex jingħaqdu f'Unjoni Ċivili!", "\"Minn dakinhar bdejna nibagħtu l-messaġġi lil xulxin u ltqajna,\" jispjegalna Daniel.", "\"Mill-ewwel ħassejna bħal ġibda tant li ma konniex qed ngħixu mingħajr xulxin, u bdejna nħossu l-ħtieġa li niltaqgħu kuljum.\"", "Ritratt: Gino Tanti, wieħed mill-producers ta' Xarabank, għamel il-kejk tat-tieġ", "U min ippropona lil min?", "Daniel jispjegalna kif Adrian ipproponielu darbtejn: \"L-ewwel darba wara xahar imma ma rnexxietx u t-tieni darba waslet wara sena waqt li konna d-dar, u dakinhar għedtlu iva.\"", "Daniel jistqarr li ddeċidew li jingħaqdu f'Unjoni Ċivili għax riedu juru lin-nies li l-imħabba teżisti anke bejn karattri opposti u li l-imħabba għadha teżisti u għadha moda.", "Iżid jgħid: \"It-tieġ mhuwiex iż-żwieġ għax dan huwa uman, spirtwali u legali fejn żewġ enerġiji jingħaqdu f'waħda u bih tikseb rispett, imħabba u ammirazzjoni mingħand l-oħrajn.\"", "Hekk kif illum fil-Parlament bdiet diskussjoni fuq żwieġ bejn koppji tal-istess sess, Daniel u Adrian se jikkonvertu l-Unjoni Ċivili tagħhom fi żwieġ u Daniel jistqarr: \"Fi żwieġ tintilef l-identità taż-żewġ persuni u ssir identità waħda.\"", "Daniel u Adrian waqt it-tieġ ilbieraħ (il-Ħadd)", "(Ritratt: Clint Azzopardi)", "Kemm Daniel u kemm Adrian jipprattikaw l-ispirtwalità li jemmnu fiha u jitkellmu fuq l-imħabba fuq il-midja u meta staqsejniehom jekk hijiex faċli li jipprattikaw dak li jitkellmu dwaru, Daniel jispjega: \"Biex tgħaqqad kollox flimkien, xi ħadd irid iċedi u dan li jagħmel ir-relazzjoni iktar faċli.\"", "Emozzjonat huwa u jitkellem, Daniel itemm jgħid: \"Qatt titlef it-tama tiegħek fl-imħabba, jiġri x'jiġri f'ħajtek.\""], "title": "Il-'Love Guru' żżewweġ!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/kellu-negozju-u-kien-sportiv-u-kellu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-istorja ta' Andrew, għal ħafna nies hija ħolma kerha li jitolbu lil Alla li tibqa' biss ħolma.", "Sfortunatament, għal dan ir-raġel ta' 48 sena, din mhix ħolma, imma hija r-realtà li jrid jgħix kuljum.", "Imma hija realtà li qed jgħixha b'pożittività u determinazzjoni, għax irid li mis-sitwazzjoni tiegħu tinħoloq kuxjenza fost il-Maltin.", "Andrew għandu l-", ".", "Din il-kundizzjoni ma twelidx biha, imma ħakmitu 5 snin ilu, u meta ħakmitu, minn sportiv u", "b'negozju li kien qed jagħmel suċċess, spiċċa bilqiegħda għal għomru fuq dan l-i", "Fi kliem sempliċi ħafna, il-", "hija kundizzjoni li ġejja mill-familja tal-kundizzjoni tal-ALS, li għandu Bjorn.", "Din il-kundizzjoni hija kronika u toqtollok is-saħħa tal-muskoli f'partijiet minn ġismek.", "Lil Andrew affettwatu f'siequ x-xellugija.", "Siequ x-xellugija hija kompletament bla saħħa, jiġifieri biex jerfagħha, irid jerfagħha b'idejh, kif jidher f'dan il-filmat:", "\"Bdejt inzappap u għall-ewwel ħsibt li maż-żmien se tgħaddili, imma mbagħad, wara r-riżultati li ħarġu mill-MRI, in-newrologu qalli li għandi għomri kollu hekk,\" jispjega Andrew.", "\"Għall-bidu ma emmintx li għandi", "imma mbagħad bdiet tmur għall-agħar.", "Bdejt inzappap iktar u bdejt inħoss li sieqi mhux tiffunzjona tajjeb biex intellagħha u bil-mod il-mod bdiet tmut.\"", "Andrew jgħix b'din il-marda 24 siegħa kuljum u jistqarr magħna d-diffikultajiet li jgħaddi minnhom.", "\"Tħoss skumdità kbira għaliex tħoss in-nervituri jinġibdu minn fuq għal isfel ta' ġismek.", "Hija difficli għaliex anke matul il-lejl, nibda nħoss l-uġigħ u nispiċċa ma norqodx tajjeb.\"", "Però d-diffikultajiet imorru lil hinn minn hekk għaliex il-", "temmitlu l-karriera tiegħu fin-negozju u l-ħajja sportiva tiegħu: \"Minħabba li tlift l-enerġija tiegħi minn sieq waħda, kelli nieqaf.", "Allura kelli nirtira minn ħafna affarijiet.", "Fejn qabel kont sportiv, kont niġġoggja, insuq ir-rota, nilgħab il-", "u nilgħab il-futbol, kelli nwaqqaf kollox.\"", "Din il-kundizzjoni affettwatlu wkoll il-ħajja soċjali tiegħu: \"M'għadnix noħroġ filgħaxijiet...mhux se noħroġ fl-għaxra ta' billejl fuq", "Andrew jgħix u jagħmel kollox waħdu, u jispjegalna kif il-ħajja indipendenti tiegħu mhijiex waħda faċli.", "\"Ġieli l-bankini ma ssibhomx illivellati kif suppost u r-rampi mhux dejjem ikunu proporzjonati, tant li kważi jegħlbuk.\"", "Però jistqarr ukoll li jsib min jagħtih daqqa t'id meta jipprova jidħol f'post b'tarġa jew tnejn, billi jtellgħulu l-i", "u jgħinuh iħossu milqugħ fil-post.", "Minħabba l-kundizzjoni li għandu, Andrew jirċievi l-għajnuna mingħand", "apposta, però dan mhuwiex biżżejjed għalih.", "\"Apparti li finanzjarament il-benefiċċji li hemm huma ftit u jistgħu jkunu aħjar, li tiġi", "għal 4 sigħat fil-ġimgħa mhux biżżejjed.\"", "Jispjega kif jixtieq li jkun hemm ukoll fiżjoterapista tal-muskoli personali għal kull min ibati minn din il-kundizzjoni, u kif jixtieq li jkun hemm klinika apposta.", "Itemm billi jistqarr li f'din il-marda m'hemmx pass 'il quddiem iżda hemm mediċina li tista' ttaffi l-uġigħ: \"Trid taċċetta tgħix biha għaliex fejqan għaliha m'hemmx, però hemm il-", "medical marjuana", "li joħduha f'24 pajjiż fid-dinja u nixtieq li l-Gvern ta' Malta jillegalizzaha biex nies bħali jkunu jistgħu joħduha.\"", "Muntaġġ: Andrew Borg Carbott"], "title": "Kellu negozju u kien sportiv u kellu jieqaf minn kollox minħabba din il-marda..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/fmarsascala-hemm-dan-il-pajp-iereg-minn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din hija xena stramba li hemm f'Marsaskala bħalissa.", "F'din it-triq hemm pajp tal-plastik ħiereġ minn ġo gallarija sular 'il fuq mil-livell tat-triq.", "Il-pajp jibqa' nieżel għal fuq il-bankina, u jibqa' mdendel ftit pulzieri 'l fuq minn wiċċ il-bankina.", "Residenti li joqogħdu f'dawn l-inħawi lmentaw magħna għaliex apparentament minn dan il-pajp qed joħoroġ", "li qed iġib miegħu ħafna nemus u dubbien.", "\"Ilbieraħ (il-Ħadd) id-", "beda joħroġ għal fuq il-bankina għax għalqu l-", "li jintuża biex id-", "imur fih,\" qalilna wieħed mir-residenti.", "\"Minħabba f'hekk il-bankina ġiet sewda bil-ħmieġ u mtlejna kollna nemus u dubbien, apparti li dan jista' jġib ukoll il-ġrieden.\"", "Skont ir-residenti, id-", "ġej minn xi kċina u miegħu ġieli joħroġ xi sapun li jagħmilha aktar perikoluża għal min ikun qed jimxi fuq il-bankina, speċjalment xi tfal li jkunu għaddejjin mit-triq u li jistgħu faċilment jiżolqu.", "Ir-resident qalilna li rrapporta s-sitwazzjoni lill-Kunsill Lokali u qalulu li din mhix biċċa xogħol ta' jdejhom.", "\"Qaluli li din qiegħda f'idejn il-Qorti u ċemplitli mara min-naħa tas-Sanità ta' Ħaż-Żabbar, u tatni raġun u għenitni, imma s-sitwazzjoni għadha kif kienet,\" qalilna.", "Ir-residenti qed jagħmlu appell lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu azzjoni dwar din is-sitwazzjoni."], "title": "F'Marsaskala hemm dan il-pajp ħiereġ minn ġo gallarija għal fuq il-bankina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/gaia-qed-tikberu-s-single-il-gdida-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tifla żgħira li għall-ewwel darba rebbħitna l-", "jidher li m'għadhiex żgħira daqskemm naħsbuha, u dan joħroġ ċar mis-", "il-ġdida u l-", "li ħarġet dal-weekend!", "Il-kantanta brava Maltija Gaia Cauchi ħarġet il-kanzunetta", ", li titratta l-ewwel imħabbiet ta' meta nkunu għadna żgħar.", "stqarret Gaia stess fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta' Facebook.", "Il-kanzunetta u l-", "damu aktar minn sena biex inħadmu, u l-kliem inkiteb mill-Muxu, filwaqt li l-mużika nkitbet minn Cyprian Cassar.", "\"Ridna noħorġuha fil-bidu tas-Sajf peress li għandha tema tal-baħar,\" qalet Gaia f'kummenti li tat lill-", "meta nediet il-kanzunetta.", "Fil-", "jidhru wħud mill-ħbieb tal-qalb ta' Gaia, fosthom il-kantant u mużiċist żagħżugħ Andy Shaw, li fil-", "għandu l-parti tal-ġuvni li tiffansja Gaia u li ltaqgħet miegħu ħdejn il-baħar.", "Issa aħna nifhmu li n-nies li hemm fil-", "huma atturi imma aħna għamilna naqra riċerka u sirna nafu li Gaia u Andy ta' spiss iqattgħu ħin flimkien, għaliex ġieli anke jkantaw flimkien.", "U allura ġietna l-kurżità u staqsejna lil Gaia jekk hemm xi tip ta'", "bejnha u bejn Andy fil-ħajja reali!", "...xejn iktar!\" qaltilna Gaia b'ħeġġa partikolari, donnha biex tħassar kull tip ta' xniegħa li tista' tinqala'!", "Gaia u Andy", "Minn qalbna nawguraw lil Gaia kull suċċess u m'għandniex dubju li din il-kanzunetta se nisimgħuha ħafna matul dan is-Sajf."], "title": "Gaia qed tikber...u s-single il-ġdida li ħarġet hija prova ta' dan!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/jingabru-355353-fxarabank-gad-dar-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank reġgħet spikkat il-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi, li bi ħġaru rrisponda għas-sejħa tagħna u ġabar is-somma sabiħa ta' €355,353 b'risq id-Dar tal-Providenza.", "Matul il-programm iddominaw il-filmati li fakkruna f'min qed jiġi bżonn din id-dar li tagħti kenn lill-persuni b'diżabbiltà.", "Però ma setax jonqos ukoll l-ispettaklu li taw diversi personalitajiet Maltin, fosthom il-Membri Parlamentari u l-atturi ta' diversi drammi Maltin.", "Fl-istess programm is-sena l-oħra konna ġbarna €260,005, jiġifieri s-somma ta' din is-sena taqbeż lil tas-sena l-oħra b'€95,348.", "Il-programm beda ftit qabel id-9pm u spiċċa f'12:20am, u t-telefonati baqgħu deħlin sa anke wara li spiċċa l-programm.", "Fil-programm, il-familji, in-negozji, il-ħwienet, il-każini, il-kumpaniji, l-għaqdiet u nies oħra setgħu jagħtu pleġġ ta' 'l fuq minn €300 biex jgħinu lir-residenti fil-bżonnijiet tagħhom.", "Għaldaqstant, nhar il-Ġimgħa li ġej se tibda l-maratona ta' 53 siegħa logħob ta' volleyball, li bħal kull sena qed tittella' b'risq id-Dar tal-Providenza, u din tibqa' sejra sat-2 ta' Lulju.", "B'kollox fi tliet programmi ta' ġbir li għamilna din is-sena - għal Puttinu Cares, għall-ALS Malta u għad-Dar tal-Providenza - inġabret is-somma totali ta' €2,575,988.", "Minn qalbna, nirringrazzjawkom talli tajtu d-donazzjonijiet tagħkom f'Xarabank tal-lejla.", "Grazzi talli kontu protagonisti f'din il-kawża ġusta!"], "title": "Jinġabru €355,353 f'Xarabank għad-Dar tal-Providenza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/dalwaqt-tibda-l-festa-ta-generozita.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti qabel ma jibda Xarabank li se jsir b'risq id-Dar tal-Providenza.", "B'iktar minn 95 personalità, f'Xarabank se jsir spettaklu bis-sehem ta' diversi kantanti, membri parlamentari u atturi minn diversi drammi Maltin fosthom minn La Tħobbnix, Santa Monica, Intriċċi, Ta' Taħt Fuq, Inkwilini, Divison 7, Ħbieb u Għedewwa, Klassi Għalina, Manwel, Tereża, Division 8 u Strada Stretta.", "Barra minn hekk, waqt il-programm se jintwerew diversi filmati li fihom se naraw għal xiex u għal min qegħdin niġbru.", "Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, tista' ċċempel fuq 51702012 biex tagħti donazzjoni ta' €15, jew 51802013 biex tagħti donazzjoni ta' €25, jew inkella ibgħat messaġġ fuq 50618944 biex tagħti donazzjoni ta' €6.99.", "U jekk trid tagħti pleġġ ta' €300, €500 jew ta'", "iktar minn €500 tista' ċċempel fuq 21249200"], "title": "Dalwaqt tibda l-festa ta' ġenerożità b'risq id-Dar tal-Providenza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/06/sena-qabel-it-tieg-iddecidew-li-jzarmaw.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["li għadda żżewġet il-koppja li probabilment hija l-aktar koppja avventuruża li qatt iltqajna magħha.", "Luke u Romy żżewġu fis-17 ta' Ġunju, u sena ilu ddeċidew li qabel jiżżewġu jridu jduru d-dinja.", "U balleċ hekk għamlu.", "Żarmaw it-tnejn li huma mix-xogħol u telqu jduru d-dinja.", "U issa ġew lura u żżewġu!", "Romy kienet għalliema u Luke huwa inġinier u kellu kumpanija żgħira li kienet sejra tajjeb.", "Imma żarmaw minn kollox u telqu bla ma jafu fejn se joħodhom id-destin.", "\"Konna sejrin tajjeb fix-xogħol imma fil-ħajja ma konniex sejrin tajjeb.", "Kellna ħajja", "qalilna Luke.", "\"U għalhekk iddeċidejna li mmorru nduru d-dinja ħalli ngawdu kemm nistgħu u nidraw lil xulxin qabel nidħlu għall-", "taż-żwieġ.\"", "Fost ħafna pajjiżi marru l-Marokk, il-Montenegro, in-Nepal, il-Vjetnam, Laos, il-Kolumbja u l-Indja, u kull fejn marru ddokumentaw l-avventuri tagħhom fuq", "fuq Youtube li jismu", "Huwa vera li normalment il-koppji jmorru l-", "wara t-tieġ, u mhux qabel, imma skont Romy \"il-fatt li qed noqogħdu flimkien qed jippreparana ħafna aktar għall-ħajja miżżewġa.", "Qed nidraw aktar lil xulxin u qed nittestjaw il-karattri tagħna, għax qed immorru ġo pajjiżi ta' faqar u kundizzjonijiet estremi.\"", "\"Iltqajt ma' Luke permezz Dana, li hija l-akbar ħabiba tagħna, u għalhekk ma setax jonqos li hija kienet waħda mix-xhieda tagħna fiċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ,\" qaltilna Romy.", "Luke ipproponielha b'mod avventuruż ukoll...waqt li qed jagħmlu", ".", "Tista' tara l-proponiment f'dan il-filmat:", "L-avventuri ta' Luke u Romy ġieli kienu riskjużi, għaliex kienu jmorru f'postijiet fejn hemm ħafna faqar u fejn tista' faċilment tiġik ħażina.", "Ma tantx ħadu ħwejjeġ magħhom (biex ma jtaqqluhomx matul il-vjaġġ), u fejn kien isib insetti u annimali eżotiċi li jidhru tajbin, Luke ma kien jiddejjaq xejn ibill subgħajh u jduqhom!", "Lura f'Ottubru li għadda, meta l-avventura ta' Luke u Romy kienet għadha qed tibda, lil din il-koppja konna stedinnihom f'Xarabank.", "U kienu ġew u spjegaw x'beħsiebhom jagħmlu qabel jiżżewġu u fost l-oħrajn, Mark kien sfida lil Luke biex jiekol insett LIVE fuq it-televixin.", "M'għandniex xi ngħidu...Luke laqa' l-isfida u Mark u Luke spiċċaw jieklu l-insetti LIVE fuq il-programm.", "Tista' tara x'kien ġara dakinhar hawn taħt:", "\"Din l-avventura għamilnieha biex neżaminaw ir-relazzjoni tagħna u biex naraw jekk hux se ssalva 24/7 għal disa' xhur sħaħ\" tgħid Romy.", "Iżżid tgħid li t-tnejn li huma esperjenzaw tlugħ u nżul u l-avventura għenithom isiru jafu iktar lil xulxin, jitgħallmu jikkomunikaw bejniethom u anke joħolqu kompromess ma' xulxin.", "Anke it-tieġ tagħhom tawh kulur differenti: \"Il-libsa tat-tieġ għamiltha l-Indja u din ivvjaġġat miegħi għal tliet xhur fi tliet pajjiżi differenti u kelli wkoll", "li kienet magħmula minn aċċessorji li xtrajt mill-Vjetnam, mill-Filippini u mill-Indja,\" spejgatilna Romy.", "Barra minn hekk it-tieġ sar fuq bajja u allura kulħadd kien ħafi.", "\"Kulħadd kien kuntent u rilassat biex igawdi t-tieġ,\" qaltilna Romy.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, it-tieġ kien marbut kollu mas-safar, tant li l-kejk kellu forom ta' ħafna bagalji.", "U mill-Knisja sat-tieġ kien vjaġġ maġiku, tant li kellhom minn Wolkswagen Beetle sa", "mogħla 42 pied u saħanistra daħlu b'", "jet ski", "Però Romy u Luke ma kinux l-uniċi tnejn avventurużi.", "\"Il-mistednin infushom ħassew li setgħu jkunu avventurużi fir-rigali li jagħtuna,\" qalulna.", "Fost l-oħrajn kien hemm ħabib tagħhom li tahom rigal ta' flus...imma mhux ġo envelop bħalma s-soltu nagħtu l-flus fit-tiġijiet.", "\"Il-flus tahomlna kollha muniti żgħar ġo xkora ramel, u biex nieħdu r-rigal tiegħu għadna rridu nbattlu l-ixkora u noqogħdu nfittxu l-muniti waħda waħda minn ġor-ramel!\" qalulna Luke u Romy bid-daħka.", "Tista' taqra aktar dwar l-avventuri ta' Romy u Luke", "hawnhekk"], "title": "Sena qabel it-tieġ iddeċidew li jżarmaw mix-xogħol u jmorru jduru d-dinja"}