{"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-xgew-jagmlu-frankie-u-nadia.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ħbieb u Għedewwa ġew għand Xarabank għax dalwaqt se jxandar is-700 episodju!", "Illum ġew iħabbtulna Frankie u Nadia, b'kejk li fuqu kellu l-kliem", ".", "Dan għaliex fis-17 ta' Mejju fuq TVM 1 se jixxandar is-700 episodju.", "Dak li 700 episodju ilu kellu jkun esperiment jew ħolma ambizzjuża, illum il-ġurnata sar parti integrali fil-ħajja ta' ħafna nies.", "Ħbieb u Għedewwa kien intiż u maħluq biex ikun", "qasira għal waranofsinhar li kellha tlaqqa' lit-telespettatur mal-protagonist u karattri ta' familji fittizji u jsegwi kif minn ġurnata għall-oħra tiżvolġi ħajjithom.", "F'din id-drama naraw kif il-ħbiberija faċilment tinbidel f'sentimenti oħra, li għalkemm ġirien, huma ferm oppost għal xulxin.", "Ħbieb u Għedewwa jirrifletti ġrajjiet u atteġġjament li jekk inħarsu madwarna, aktarx insibhom fl-ambjent u l-inħawi li lkoll ngħixu fihom.", "Ħbieb u Għedewwa żvolġa matul dawn l-erba' snin bl-istess pass li l-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna tiżvolġi ħajjitna.", "B'dan il-mod ippermetta lit-telespettatur jirrelata aħjar u jħares lejn id-drama u l-karattri li jieħdu sehem bħala ġirien, ħbieb, għedewwa, sejħilhom li trid u bħalma jiġri normalment f'ħajjitna, inkunu irridu nafu x'qed jiġri f'ħajjithom dakinhar u kif se tiżvolġi ħajjithom għada.", "It-Tlieta li għadda, il-cast u l-crew iltaqgħu biex jiċċelebraw.", "Ħadu xi ritratti kemxejn differenti mis-soltu u lagħbu xi logħob.", "Għalhekk tinsiex, fis-17 ta' Mejju, 14-il jum ieħor, ara s-700 episodju ta' Ħbieb u Għedewwa!"], "title": "BIL-FILMAT: X'ġew jagħmlu Frankie u Nadia għand Xarabank?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/il-midja-mhijiex-milquga-fil-funeral-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, tistqarr li l-familja ma awtorizzatx il-preżenza tal-midja fil-funeral ta' Daphne.", "F'post fuq Facebook qalet li l-uniċi nies li jistgħu jawtorizzaw biex jagħmlu tħabbira uffiċjali huma l-membri tal-familja u l-ebda tħabbira uffiċjali ma ntqalet issa.", "Żiedet tgħid li l-funeral mhux se jixxandar live u l-familja ma awtorizzatx il-preżenza tal-ebda midja fil-knisja u d-difna se tkun privata.", "Qalet li", "l-preżenza tal-midja fil-funeral jew waqt id-difna mhijiex mixtieqa, mhux iġġustifikata u mhux awtorizzata.", "Temmet tgħid li k", "walunkwe informazzjoni għall-kuntrarju hija żbaljata, mhux uffiċjali, u toffendi profondament lill-familja tagħna."], "title": "Il-midja mhijiex milqugħa fil-funeral ta' Daphne Caruana Galizia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/nixtieq-nerga-nilgab-u-ssir-gustizzja.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-plejer Emmanuel Briffa lbieraħ ġie sospiż għal għomru mill-UEFA wara li nstab ħati, flimkien ma' plejer ieħor, talli influwenza b'xi mod ir-riżultat ta' żewġ partiti mir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2017.", "Dan meta Malta kienet lagħbet kontra l-Montenegro fit-23 ta' Marzu 2016 u Malta kontra r-Repubblika Ċeka, li kienet intlagħbet sitt ijiem wara.", "Issa Emmanuel qed jipprotesta l-innoċenza tiegħu u jixtieq li ssir ġustizzja miegħu.", "Aħna tkellimna ma' Emmanuel li jgħidilna kif instab ħati.", "\"Jiena ġejt akkużat li avviċinani persuna u li ma kxiftux, u li aċċettajt l-offerta li offrieli.", "Jiena ammettajt mill-ewwel mal-pulizija li ġie avviċinani imma mhux veru li aċċettejt l-offerta.", "Ma ħassejtnix tajjeb li ġejt akkużat fuq ħaġa li jien m'għamiltx u li lanqas tlabt għaliha.", "Kieku kellimtu jien, tgħid paċenzja, imma hu ġie avviċinani.\"", "Ilbieraħ Manuel flimkien ma' plejer ieħor instabu ħatja mill-UEFA.", "Manuel jistqarr li ma setax jemmen meta sema' dak li qallu l-avukat ilbieraħ.", "\"Meta ċempilli l-avukat u qalli li għandi għomri ma nilgħabx futbol, lanqas stajt nemmnu.", "L-ewwel staqsejtu jekk hux qed jiċċajta.", "Qalli li qed jagħtuni għomri ma nilgħabx futbol għax instabt ħati li jiena nxtrajt u li aċċettajt l-offerta.", "Kif qalli hekk, bqajt imbellah.", "Bdejt ngħid kif jista' jkun.", "Anke l-avukat baqa' mbellah għax lanqas stennejna li se jagħtuna għomorna ma nilgħabux futbol.", "Minflok stennejna sospensjoni imma mhux għomorna ma nilagħbux futbol.\"", "Ta' min jiftakar li Manuel Briffa u l-plejer l-ieħor kienu nħelsu minn dawn l-akkużi fil-Qrati Maltin.", "Però bħalissa qed jerġgħu jaffaċċjaw l-istess akkużi wara li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tas-sentenza tal-ewwel Qorti.", "\"Veru għad hemm l-appell, però minn hawn ġejna illiberati u issa l-UEFA sabitna ħatja u qed tmur kontra l-ġustizzja ta' Malta.\"", "Issostni li trid issir ġustizzja miegħu.", "\"Mhux inħossni tajjeb.", "Tkun ilek dawn is-snin kollha tilgħab il-futbol, tasal tilgħab mal-kbar u tispiċċa ma tistax tilgħab iktar.", "Inħossni ddispjaċut.", "Ix-xewqa tiegħi hi li nerġa' nilgħab u li ssir ġustizzja miegħi,\" itemm jgħid Emmanuel."], "title": "\"Nixtieq nerġa' nilgħab u ssir ġustizzja miegħi\" - Emmanuel Briffa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/il-pulizija-weel-fija-talli-ingema-t.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-mara kien ipparkjata quddiem garaxx bil-", "mixgħulin.", "Aħna tkellimna mal-mara li tgħidilna xi ġralha lbieraħ filgħodu fi Triq Fleur-de- Lys.", "\"Kien filgħodu, mort sal-iskola innewwel xi affarijiet lit-tifla l-iskola.", "Ipparkjajt quddiem garaxx u xgħelt il-", "għax kont naf li ma kellix indum.", "Kif ħriġt mill-iskola, il-Pulizija għajjat miegħi u qalli li għandi ċitazzjoni għax ostakolajt it-triq.", "Mentri jiena ma ostakolajt xejn.", "Li ġara kien li t-tfal tal-iskola kellhom ħarġa u allura ġew ħafna", "kbar li kollha kienu pparkjati fejn mhux sippost, u b'hekk weħel it-traffiku.\"", "Din mhijiex l-ewwel darba li pparkjat f'dan il-post.", "\"Naf liema huma l-garaxxijiet li jintużaw ta' spiss, u għandi anke l-familjari u l-ħbieb tiegħi li joqogħdu hemm.", "Mhux jiena biss ġieli pparkjajt hemm.", "Rari ħafna li nipparkja hemm għax it-triq tkun magħluqa għat-traffiku f'ċerti ħinijiet, u lbieraħ inzerta li kien qabeż dak il-ħin, u b'hekk kienet miftuħa .\"", "Tixtieq li din iċ-ċitazzjoni ma tingħatax.", "\"Nixtieq li ma niħux ċitazzjoni għax ma ħaqqnix.", "Jiena pparkjajt mal-ġenb, bil-", "mixgħulin u apparti minn hekk naf illi sid il-garaxx kieku ried iċċempel hu stess biex din titneħħa.", "Però ma ġara xejn minn dan.", "Inħossha inġusta li għax weħel it-traffiku, il-Pulizija li kien hemm weħħel fija.", "In-nies li kien hemm ukoll qaluli li jien fil-ġenb kont u ma naħti xejn.", "Apparti minn hekk, meta pparkjajt l-", "kienu għadhom ma waslux kollha.", "Kulma kien hemm waħda, ipparkjata aktar 'il fuq.", "Fi kliem ieħor, żgur li ma kontx jiena li ostakolajt it-triq.\"", "Xarabank bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Pulizija."], "title": "\"Il-Pulizija weħħel fija talli inġema' t-traffiku u qabad jgħajjat li se jtini ċitazzjoni\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jekk-il-knisja-qed-tgid-li-halloween.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jeremy Camilleri jgħid li hija idea tajba li t-tfal jilbsu ta' qaddisin għax jistgħu jilbsu kostum iktar makabru minn ta' vampir.", "L-opinjonista Jeremy Camilleri jgħid li din hija festa, bħal kull festa oħra.", "\"Halloween hija festa li nħobb ħafna.", "Jiena trabbejt l-Ingilterra u din kienet ħaġa importanti għalina t-tfal.", "Din hija festa bħal festi oħra.", "Bħal min iħobb festa' ta' xi qaddis, hawn min iħobb il-festa ta' Halloween, li hija okkażjoni li min togħġbu, jista' jiċċelebraha,\" jgħidilna Jeremy.", "Isostni li ma jaqbilx ma' dak li tgħid il-Knisja li din hija festa satanika.", "\"Jiena la nemmen f'Alla u lanqas fix-Xitan u xorta niċċelebraha.", "Ma naqbilx ma' dak li tgħid il-Knisja, li huwa raġunament ta' żmien il-ħaġar.", "Jiena ilni niċċelebra Halloween xi 35 sena, la qatt ma ġejt ippossedut u qatt ma ġara xejn għax hija festa bħal kwalunke oħra.", "Issa jekk il-Knisja qed tinsisti li hija festa tal-okkult, dik affari tal-Knisja u lili ma tantx taffettwani.\"", "Iżid jgħid li jixtieq jara l-provi tal-Knisja.", "\"M'hemm xejn sataniku.", "Jekk il-Knisja qed tgħid li hija satanika, nixtieq nara l-provi li juru li hija satanika.", "Issa l-Knisja li qed tgħid li hija satanika, trid tgħidilna għalfejn?", "Jekk tifel jilbes ta' vampir f'Halloween huwa ħażin u jekk jilbes hekk fil-Karnival m'hemmx problema?", "Daqshekk hija redikola din it-teżi li l-Halloween hija perikoluża.", "Inbilli t-tfal jieħdu ftit pjaċir ma fiha xejn ħażin.\"", "li l-Knisja qed tagħmel purċissjonijiet tat-tfal biex jilbsu ta' qaddisin.", "Idea tajba ħafna għax tfal li jilbsu ta' xi qaddis, jistgħu jilbsu kostum iktar makabru minn ta' vampir.", "Bħalma huwa San Bartilmew li qaxxruh ħaj,\" itemm jgħidilna Jeremy.", "Aħna konna tkellimna wkoll ma' Fr Franco Fenech, eżorċista li jgħid li kien qalilna li fil-jiem tal-Halloween ix-xogħol tal-eżorċisti f'Malta jiżdied b'rata allarmanti.", "Fr Franco kien appella lin-nies: \"Aħsbu fil-konsegwenzi qabel tmissu ma' dawn l-affarijiet tal-okkult.", "U temmen jew ma temminx, tipprovax.", "U jekk ma temminx, aktar m'għandekx tipprova għax aktar tkun miftuħa għax-Xitan.\"", "Fr Franco kien insista li l-", "tat-tfal tal-Hallowwen fihom infushom m'għandhom xejn ħażin.", "\"L-unika ħaġa li tinkwetani hi li dawn it-tfal jikbru, jibqgħu f'din it-tradizzjoni u jispiċċaw f'", "li mbagħd ikollhom x'jaqsmu max-Xitan,\" itemm jgħidilna Fr Franco.", "Ara l-intervista sħiħa hawn taħt:", "Inti x'taħseb dwar il-festa ta' Halloween?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "\"Jekk il-Knisja qed tgħid li Halloween hija festa satanika, nixtieq nara l-provi\" - Jeremy Camilleri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/se-jagtuh-l-ikel-gall-annimali-wara.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Borg Cardona & Company Limited raw l-istorja ta' Lawrence u se jgħinuh.", "Ftit ġimgħat ilu, Xarabank.com.mt tkellem ma' Lawrence", ", pensjonant li kuljum jitma' mal-160 qattus u qanfud.", "Lawrence jikkalkula li jonfoq mat-€80 kuljum u mal-€2,400 fix-xahar, f'ikel għal dawn il-qtates u qniefed.", "L-ispiża mhux dejjem ikun jiflaħ għaliha u kien qalilna li meta ma jlaħħaqx mal-ispejjeż, jispiċċa jbigħ mill-oġġetti tiegħu.", "Saħansitra biex ilaħħaq mal-ispiża, kultant ikollu jbigħ xi kitarra mill-kollezzjoni antika tal-kitarri li għandu.", "Wara li raw din l-istorja, Borg Cardona & Co. LTD, id-distributuri tar-Royal Canin f'Malta, se jtaffu ftit mill-ispejjeż ta' Lawrence, billi jgħinuh.", "\"Wara li rajna l-istorja ta' Lawrence, aħna nixtiequ ngħinuh billi nagħtuh 3 boroż ikel ta' Royal Canin (SC365D), ta' 15-il kilo kull borża.\"", "Aħna ċempilna lil Lawrence, li kumbinazzjoni kien qed jixtri l-ikel għall-qtates u l-qniefed, u tajnieh din is-sorpriża.", "Araw x'għandu x'jgħidilna: \"Nirringrazzja lil Royal Canin, speċjalment lil Nigel li dejjem kien ta' sapport.", "Mhux l-ewwel darba li jikkuntattjani, u jgħidli li hawn konsenja biex neħodha.", "Din l-għajnuna se tgħinni ħafna għax tnaqqasli ħafna mill-ispejjeż li għandi.", "Illum l-ispiża telgħet għal €77 u s-soltu nonfoq ma' €80 kuljum.\"", "Wara li ħarġet l-istorja, Lawrence rċieva ħafna kummenti.", "\"Wara li ħarġet l-istorja rċevejt ħafna kummenti sbieħ, twarrab 3 kummenti negattivi.\"", "Itemm billi jappella għall-għajnuna, din id-darba waħda differenti.", "\"Għandi bżonn l-għajnuna ta' xi persuni li jkunu lesti li jibdew jitimgħu miegħi għax jekk jiġrili xi ħaġa jiena, ma nafx x'se jiġri minnhom,\" itemm jgħidilna Lawrence."], "title": "Se jagħtuh l-ikel għall-annimali wara storja li ħriġna fuq din il-website"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/kemm-ilna-hawn-il-prim-ministru-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Ħamis 26 t'Ottubru grupp kollettiv ta' nisa ltaqgħu fi pjazza Kastilja bit-tined u kkampjaw hemm sal-Ħadd.", "Qed nitolbu r-riżenja tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija", "F'kumment li ħadna, waħda mill-kelliema ta' dan il-grupp, qaltilna li huma għamlu din il-protesta biex jitolbu lill-Awtoritajiet jieħdu l-passi neċessarji fuq il-karigi tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.", "Mistoqsija jekk dawn il-protesti humiex ser jieqfu, din irrispondiet billi qalet li huma mhux ser jaqtgħu qalbom u l-pressjoni mhux ser tieqaf.", "Kompliet billi qalet li fit-tlett ijiem li kienu ilhom quddiem Kastilja, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, ma rrikonoxxiex il-preżenza tagħhom.", "Għaldaqstant kif ġie rrapportat anke fuq ġurnali oħra, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat aktar kmieni l-Ħadd filgħodu fid-diskors tiegħu fir-Rabat, qal li dan il-grupp qatt staqsa jew wera x-xewqa li jitkellem miegħu.", "Dr Joseph Muscat qal li hu kien u huwa lest jiltaqa' magħhom.", "AĠĠORNATA:", "Wara li l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat dalghodu qal li lest jiltaqa' man-nisa li kienu quddiem Kastilja ,", "in-nisa migbura quddiem Kastilja ghal dawn it-tlett ijiem ħarġu stqarrija li fiha qalu li kienet ċara biżżejjed lit-talba biex jiltaqgħu mal-Prim Ministru bdiet mill-Ħamis meta bdew jarmaw it-tined tagħhom.", "Dawn ikkumentaw ukoll fuq il-fatt li l-Prim Ministru għażel propju l-Ħadd biex jikkummenta u jgħid li hu lest jiltaqa' magħhom, fil-ġurnata meta telqu minn Pjazza Kastilja.", "Għaldaqstant #OccupyJustice qalu li l-istedina tagħhom għadha tapplika.", "Lil Xarabank jirriżultalu allura li l-laqgħa mistennija ssir fil-jiem li ġejjin."], "title": "\"Kemm ilna hawn il-Prim Ministru ma rrikonoxxiex l-preżenza tagħna...aħna mhux ħa naqtgħu qalbna\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/adt-pjacir-li-gejt-innominat-mill-meps.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bjorn Formosa ġie nnominat minn ħames Membri Maltin tal-Parlament Ewropew għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.", "Aħna tkellimna ma' Bjorn li jgħidilna kif ħa gost b'din in-nominazzjoni.", "\"Ilqajt din l-aħbar bi pjaċir kbir speċjalment meta kienu MEPs miż-żewġ partiti li nnominawni għal dan il-premju.", "Il-premju huwa rikonoxximent kemm għalija u kemm għall-Fondazzjoni ta' ALS Malta tax-xogħol kollu li sar matul dawn is-sentejn.\"", "Jgħidilna kif in-nominazzjoni ġiet fil-mument opportun.", "\"Din in-nominazzjoni ġiet f'mument opportun ukoll għax bħalissa għaddejja l-kampanja", "biex niġbru fondi biex inkunu nistgħu nwettqu l-proġett il-kbir li jmiss marbut ma' Dar Bjorn.\"", "Mistoqsi kif inhu, Bjorn jgħidilna li qed jispera li jingħata ħajja biżżejjed biex jitwettaq il-proġett.", "\"Bħalissa s-saħħa hi talli hi.", "Is-sitwazzjoni hija stabbli imma mill-aspett ta' nifs is-sitwazzjoni mhijiex l-aħjar.", "In-nifs huwa l-ikbar problema.", "Qatt ma tkun taf fejn qiegħed.", "Filli", "u fill ħażin ħafna.", "Nisperaw li jagħtina ħajja biżżejjed biex inkunu nistgħu nwettqu l-proġett li jmiss.\"", "Bjorn ġiet innominat minn David Casa, Miriam Dalli, Roberta Metsola, Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech."], "title": "\"Ħadt pjaċir li ġejt innominat minn MEPs taż-żewġ partiti\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-zewg-cittadini-li-taw.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Żewġ persuni li taw id-donazzjonijiet tagħhom waqt Xarabank li ttella' b'risq ALS Malta se jiftħu d-dar għall-pazjenti bl-ALS.", "Nhar l-Erbgħa li ġej din id-dar se tiġi inawgurata wkoll minn Bjorn mill-Prim Ministru u l-Arċisqof ta' Malta, grazzi għad-donazzjonijiet tagħkom.", "U aħna morna għand Bjorn li tella' żewġ persuni bix-xorti u ċemplilhom biex jgħidilhom li se jawguraw din id-dar.", "F'Marzu li għadda, inġabru €900,441 b'risq Borjn u ALS Malta li qegħdin jintużaw biex fost l-oħrajn, Bjorn iwettaq il-ħolma li tinbena din id-dar.", "Din id-dar għandha l-faċilitajiet kollha u t-tekonoloġija neċessarja biex persuni b'din il-marda jkunu jistgħu jgħixu ħajja pjaċevoli u indipendenti b'dinjità.", "Fost oħrajn, l-", ", il-bibien u l-kompjuters f'din id-dar se tkun tista' tħaddimhom b'għajnejk.", "Waqt dan il-programm ġew għexieren ta' nies bid-donazzjonijiet tagħhom u mijiet oħra taw donazzjonijiet ta' €300 jew aktar biex jgħinu lil Bjorn jibni din id-dar, u biex jirrikonoxxi dan il-ġest sabiħ, Bjorn kiteb l-ismijiet ta' dawn in-nies fuq il-madum tad-dar.", "Bjorn jirringrazzjakom talli bl-għajnuna tagħkom din il-ħolm se ssir realtà nhar l-Erbgħa li ġej.", "Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, idħol", "Filmati: Xandru Azzopardi u Mandy Micallef Grimaud", "Muntaġġ: Andrew Borg Carbott"], "title": "BIL-FILMAT: Żewġ ċittadini li taw donazzjoni se jiftħu Dar Bjorn mal-Prim Ministru"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/imut-il-papa-ta-manuel-u-joe-cuschieri.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' missier Manuel u Joe Cuschieri.", "Aħna tkellimna ma' Manuel Cuschieri li jiddeskrivi lil missieru bħala l-iktar persuna importanti f'ħajtu.", "\"Il-papà kien l-iktar persuna importanti f'ħajti għaliex iggwidani tajjeb ħafna.", "Fil-mument li l-papà tiegħi ġie f'diffikultà f'ħajtu, jien għamilt dak li ħassejt li hu d-dover tiegħi, billi nipproteġih.", "Għamilt dan għal sitta, seba' snin u tant tajtu importanza li biex stajt nagħmel dan, fil-ħajja tiegħi bħala persuna pubblika kelli nirrinunzja l-karigi pubbliċi biex nista' niddedika l-ħin kollu tiegħi għal missieri.\"", "Jistqarr li bħalissa qed iħoss vojt f'ħajtu.", "\"Il-missier", "huwa l-persuna illi m'hemmx dubju meta tonqos, bħall-omm, tħalli vojt kbir.", "Dan li qed inħoss bħalissa, vojt kbir, għaliex meta tonqos il-persuna l-iktar importanti f'ħajtek, xi kultant jgħaddilek il-ħsieb li l-ħajja ma fadalhiex iktar tifsira.", "Irrid inrabbi kuraġġ kbir biex nifhem li dan mhuwiex il-każ, avolja huwa diffiċli biex inkun konvint minnu.\"", "Manuel baqa' ma' missieru sal-aħħar.", "\"Sodisfatt biss li rnexxieli nkun dixxiplinat miegħi nnifsi għal sitt, seba' snin sħaħ u tajtu l-attenzjoni massima tiegħi ħalli nkun nista' nassigura li mhux biss nagħtih l-aqwa u l-aħjar imma nipproteġih minn kollox.", "Irnexxieli nagħmel dan sat-tlieta u nofs ta' dalgħodu, xħin telaq.", "Waqt li l-papà kien qed iħallin", "a kelli jdejh f'idejja, mingħajr ma kont naf li qed iħallina.\"", "Manuel jirringrazzja lill-Prim Ministru.", "\"Nirringrazzja lill-iktar persuna li għenitni f'dawn l-aħħar seba' snin biex għalija kien possibbli li niddedika l-ħin kollu tiegħi għall-attenzjoni ta' missieri, li huwa l-Prim Ministru.", "Huwa kien il-persuna, minn wara l-kwinti, li tani l-appoġġ u l-ħin kollu tiegħu biex inkun nista' nagħmel dan.", "Li kieku ma kienx hu, missieri ma kienx jirċievi dak li rċieva mingħandi.\"", "L-aħħar tislima se tingħata għada, fis-2:00pm, fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Balluta.", "Xarabank jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Cuschieri."], "title": "Imut il-papà ta' Manuel u Joe Cuschieri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/il-kelma-qaba-ma-gietx-minn-cikku-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Partit Demokratiku tella' post li fiha sejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia", "\"village escort\".", "Din tneħħiet ftit minuti wara.", "Aħna tkellimna mad-Deputata Laburista Julia Farrugia", "li tistqarr magħna kif din ma ġietx minn kwalunkwè persuna imma ġiet mill-Oppożizzjoni.", "\"Li tiġi mgħajra qaħba mir-raħal, meta qatt ma pprostituxxejt ruħek, kif tħossok?", "Din hija l-istess emozzjoni li ħassejt jiena.", "Li ddejjaqni għax din ma ġietx minn ċikku l-poplu imma ġiet minn fuq Facebook", "tal-Oppożizzjoni.", "Dan mhuwiex individwu kwalunkè.", "Bażikament dan huwa messaġġ degradanti li qed nibagħtu fis-soċjetà li għax tkun mara fil-politika tiġi mgħajra u mżebblaħ b'dik it-tip ta' tonalità u b'dik it-tip ta' ħdura.", "Qed nibagħtu messaġġ ħażin ħafna fil-politika għal min qed jaspira li xi darba jew oħra, raġel jew mara, jagħmel dan il-pass biex jagħti servizz lil pajjiż.\"", "Filwaqt li l-Partit Demokratiku talab skuża, ħabbar it-twaqqif ta' kumitat", "immexxi mis-Segretarju Ġenerali fil-Partit Demokratiku biex jeżamina dan il-każ.", "Dwar dan, is-Segretarju Parlamentari qalet: \"Din l-investigazzjoni li qed jgħidu li qed jagħmlu tal-Partit Demokratiku, se jagħmilha Godfrey Farrugia.", "L-istess bniedem li inqas minn 24 siegħa qabel fil-Parlament għajjarni 'purċinella.'\"", "Issostni li ma taqbilx ma' dan it-tip ta' lingwaġġ.", "\"Ma nista' qatt naqbel ma' dan id-diskors, kif ma qbiltx miegħu 8 snin ilu.", "Dak iż-żmien kont l-ewwel editur mara u ġejt mgħajra li jien begħt ġismi biex jiena nilħaq editur.", "Jiena fil-verità, anke fil-Qorti, irribattejt dan l-argument u rbaħt b'kawża li ftaħt il-Qorti.", "Jiena bħala editur kont mistiedna biex nagħmel dak ix-xogħol snin qabel u rrifjutajtu għaliex ħassejt li għandi nagħti kontribut bħala ġurnalista f'dak l-istadju.\"", "Tgħidilna li dan il-lingwaġġ mill-Partit Demokratiku ma bediex issa.", "\"Kif ġejt eletta fil-", "minn kien hemm maġenbi, bil-ferħ, refagħni għaliex kont l-unika mara li ġejt eletta fil-5 distrett.", "Għaddiet Marlene Farrugia, li ma indunatx li kellha l-", "mixgħul u nqabdet tgħajjarni 'ħamalla'.", "Instemgħet tgħid lil Godfrey, 'Rajtha kemm hi ħamalla?'.", "Imbagħad qalet ukoll 'Rajtha kienet se tipprova ittina [daqqa]?'", "Jiena lanqas nemlu ma ngħaffeġ għax ukoll niġbru u nsalvah u nitfgħu lura fil-ħamrija, aħseb u ara kemm ħa nsawwat lil xi ħadd.", "L-għada xorta ma indunatx forsi li żbaljat, tellgħet Facebook post terġa' tgħajjarni 'ħamalla', u mbagħad forsi biex tiġbor ġieħa marret tgħid li għandu jkolli post fil-Kabinett.", "L-insulti ma waqfux hemmhekk imma baqgħu għaddejjin.\"", "\"Din xi ħaġa li turi li qed neqirdu l-bażi ta' dak li sippost jgħaqqadna fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, fil-Parlament,\" ittemm tgħid."], "title": "\"Il-kelma 'qaħba' ma ġietx minn ċikku l-poplu imma mill-Oppożizzjoni\" - Julia Farrugia Portelli"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/se-nadem-biex-innaddaf-ismi-kyle-cesare.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["l-plejer Kyle Cesare jibqa' jsostni l-innoċenza tiegħu, wara li nstab ħati mill-UEFA talli influwenza b'xi mod riżultat ta' żewġ partiti mir-rawnd tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2017.", "Huwa ġ", "ie sospiż", "għal għomru milli jilgħab futbol.", "Dan meta Malta kienet lagħbet kontra l-Montenegro fit-23 ta' Marzu 2016 u Malta kontra r-Reppubblika Ċeka, li ntlagħbet sitt ijiem wara.", "Manuel Briffa, il-plejer l-ieħor li nstab ħati u jixtieq ukoll li ssir", "ġustizzja miegħu,", "kienu nħelsu mill-istess akkużi fil-Qrati Maltin.", "Bħalissa qed jerġgħu jaffaċċjaw l-istess akkużi wara li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tas-sentenza tal-ewwel Qorti.", "Aħna tkellimna w", "Kyle li jistqarr li se jaħdem biex ismu jitnaddaf komplement.", "\"Waqt li nibqa' nsostni l-innoċenza sħiħa tiegħi, fejn infakkar li ma nstabtx ħati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, nista' nikkonferma li se nkun qed nappella u nagħmel dak kollu possibbli kemm fil-kamp legali kif ukoll fil-kamp sportiv fejn se naħdem sabiex innaddaf ismi.\"", "Temm jg", "ħid: \"Diġà saret talba mill-Avukat tiegħi biex ningħata r-raġunijiet wara d-deċiżjoni min-naħa tal-Bord tal-UEFA, fejn ladarba jkolli dawn f'idejja jkun jista' jibda x-xogħol fuq l-appell tiegħi.", "M'għandix aktar xi nżid f'dan l-istadju.\"", "Iktar kmieni din il-ġimgħa Xarabank.com.mt tkellem ma'", "Matthew Calleja Cremona, il-plejer li l-UEFA sabet li ma kellu l-ebda ħtija fil-każi ta' korruzzjoni reltati mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena."], "title": "\"Se naħdem biex innaddaf ismi\" – Kyle Cesare"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-kull-mara-kull-xahar-gandha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan li ġej, aħna n-nisa li għandna 'l fuq minn 20 sena, irridu nagħmluh darba fix-xahar.", "Kemm jista' jkun tkun l-istess ġurnata fix-xahar.", "F'dan il-filmat, mudella se tkun qed tindika bl-eżatt xi trid tagħmel meta tkun qed tiċċekkja sidrek.", "L-ewwel", "li għandek tagħmel meta tiċċekkja sidrek hu li tmur quddiem mera u tniżżel idejk isfel.", "U mbagħad tibda tiċċekkja jekk sidrek, mix-xahar l-ieħor 'l hawn kienx hemm xi tibdil.", "huwa li tpoġġi idejk ħdejn qaddek, tagħfas 'il ġewwa u bl-istess mod tibda tfittex għal tibdil li fittixt fuq l-ewwel pass.", "huwa li tiċċekkja l-istess tibdil fil-mera imma din id-darba b'idejk 'il fuq.", "Ir-raba' pass", "huwa li timtedd fuq sodda u tiċċekkja sidrek meta inti tkun minduda.", "Għad-dettalji ta' kull pass, ara l-filmat li se jispjegalek x'għandek tagħmel:", "Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT: Kull mara, kull xahar, għandha tagħmel dan"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/sirna-nafu-li-miet-in-nannu-minn-fuq-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kien 41 sena ilu, f'Jum il-Ħaddiem, meta n-nannu tal-", "Shasha Fabri ma daħalx lura d-dar, wara li nqatel b'inċident.", "Aħna tkellimna ma' Shasha li tgħidilna kif nannuha, Ninu n-nitfa, kien sejjer jisma' t-tieni quddies.", "\"Niftakar li konna ħallejnieh il-Ħamrun, u qabel tlaqna kien tana 50 ċenteżmu.", "Minħabba li kien San Ġużepp ħaddiem, kien sejjer għat-tieni quddiesa.\"", "Isiru jafu li miet f'inċident minn fuq l-aħbarijiet.", "\"Konna qed naraw l-aħbarijiet u x-xandar qal li miet raġel fl-Imrieħel.", "Kien għad kelli 4 snin imma niftakar lil ommi tgħid lil missieri, 'Dak missierek'.", "Marru fuq il-post b'taxi, u sabuh hemm, u kkonfermaw li hu.", "Xena li żgur mhux ħa tintesa.", "In-nannu kien imur kullimkien bil-mixi għax kien jibża' mill-karozzi.", "Mur għidlu li kellu jmut b'karozza.\"", "Tistqarr li aħbar bħal din, ma riditx tismagħha minn fuq l-aħbarijiet.", "\"Ħażin li kellna nsiru nafu mill-aħbarijiet.", "Kienet trawma kbira għal kulħadd għax anke l-qraba tiegħu, saru jafu minn fuq l-aħbarijiet.", "Għadni nisma' t-twerżiq ta' ommi u tan-nanna, u għadni niftakar lil missieri jippanikja.", "Tant affettwatni u impressjonajt ruħi, li llum nibża' mill-karozzi.", "Lin-nannu kont inħobbu ħafna, u din it-trawma se nibqa' nġorrha miegħi.\"", "Ittemm billi tgħid: \"Ma ninsewh qatt lin-nannu Ninu.", "Nixtieq li bħalissa jitlob ħafna għalina għax għaddejjin minn mumenti diffiċli.\""], "title": "\"Sirna nafu li miet in-nannu minn fuq l-aħbarijiet\" - Shasha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-ara-l-ewwel-rehearsal-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-ħin ilu, Christabelle għamlet l-ewwel", "Fi Frar li għadda Christabelle rebħet il-Malta Eurovision Song Contest b'din id-diska li nkitbet minn Christabelle stess flimkien ma' Matt 'Muxu' Mercieca, Thomas G Son u Johnny Sanchez.", "Christabelle rebħet b'123 punt u ġabet l-akbar ammont ta' voti mit-televoting u mill-ġurija.", "Christabelle se tkanta fit-tieni semifinali li se jsir il-Ħamis, 10 ta' Mejju.", "Ara r-reazzjoni tal-wiwibloggs:", "Nhar il-Ġimgħa, Xarabank speċjali għal Christabelle."], "title": "BIL-FILMAT: Ara l-ewwel rehearsal ta' Christabelle ġewwa Lisbona"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-dak-li-bnejna-fgaxar-snin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Chris għandu Wildlife Park fl-Imtaħleb li fih irabbi iljuni, tigrijiet, orsijiet, xadini u annimali slavaġġ oħra.", "Ta' min jgħid li Chris kellu Wildlife Park għax ftit tal-ġimgħat ilu inħaraqlu kollox u mietulu ħafna annimali.", "Chris u l-familja tiegħu kienu joqogħdu ġo dar żgħira fil-park stess u man-nar inħarqitilhom id-dar kollha waqt li huma kienu reqdin fiha.", "Chris jirrakkonta li dakinhar tat-traġedja qam bħas-soltu fil-erbgħa ta' filgħodu biex jagħti x'jiekol lill-annimali.", "\"Ħriġt barra, ħares lejn ix-xellug u rajt dawl isfar jixgħel.", "Għal mument ħsibtu bozza tal-Gvern qed titfi u tixgħel qabel ma tmur.", "Ħarist fuq in-naħa tal-lemin u rajt dawl isfar u għedt, 'Ara hemm bozza oħra qiegħda tmur.", "Tlajt fuq u kulma naf li rajt balla nar u leopard Buddy jiġri bin-nar fuqu.", "Dak kien l-ikbar uġigħ.", "Rajt lit-tifel tiegħi jaqbad u ma nista' nagħmel xejn.", "Inżilt niġri b'paniku fuqi, bdejt inwerżaq u ngħajjat lill-mara u lit-tfal biex joħorġu 'l barra.", "Bdejna nipprovaw nitfu n-nar b'fire extinguisher imma n-nar tant kien qawwi li ma kellniex kontroll tiegħu, \" jirrakkonta Chris.", "Buddy kien wieħed minn żewġ leopard li kellu Chris.", "\"Buddy kien qisu t-tifel.", "Meta konna nitkellmu fuqu kien qisu parti mill-familja.", "Spiċċajna ngħidu t-talb għalih.", "Qabel norqdu, it-tifla titlob għalih għax tgħidli li qiegħed il-ġenna,\" jistqarr Chris.", "Chris, il-mara u t-tfal tilfu d-dar b'dak kollu li kellhom ġo fija.", "\"Kieku ma tbaxxix id-dawl ma konniex nindunaw.", "Aħna qomna għax tbaxxa d-dawl.", "Kien ix-xadini, li kienu jiġu fuqna meta konna niġu nitimgħuhom, kollha mietu.", "Dak li bnejna f'għaxar snin, spiċċa f'siegħa,\" jgħidilna Chris.", "Bin-nar, il-gaġeġ bdew jinħallu u l-iljuni sabu ruħhom barra.", "\"Kien hemm mument minnhom meta dħalt u sibt 'l-iljuni barra.", "Il-gaġġa dabet, in-nar idur magħhom u huma barra.", "Kull min kien qed jaħdem hawn, spiċċa bl-iljuni miegħu u meta bdejt nara li l-pulizija kienu se jisprawlhom għal raġunijiet ta' sigura, intervjent u għedtilhom biex jagħtuni ċ-ċans ħalli nirranġa kollox jien,\" jispjega Chris.", "Chris jirnexxielu jdaħħal l-iljuni ġewwa.", "\"Miraklu kien li daħħalthom ġo kamra u l-mument li daħħalthom, il-bieb ingħalqet waħedha u xħin daħlu, kienu siguri.", "Kien miraklu li bdew jobduni,\" jgħidilna Chris.", "Chris jidħol fin-nirien biex isalva l-annimali u dak il-ħin, it-tigri li jirnexxilu jsalva, jiġru fuqu biex jgħannquh.", "\"Dak il-ħin tan-nar, kien hemm tliet tigri li rabbejt jien u ġew jgħannquni.", "L-emozzjoni li ħassejt dak il-ħin kienet kbira u kienu qishom qed jgħiduli li għandhom is-sigura, u xħin rawni ħadu r-ruħ.", "Jaqbdek il-biki meta tara tigra, dik il-kobor u tiġi b'dik il-ħniena tgħannqek, jaqbdek biki kbir u xi ħaġa li tagħtik il-kuraġġ biex terġa' tibnih\" itemm jgħidilna Chris.", "Chris jixtieq jerġa' jibni l-Wildlife Park mill-ġdid.", "Tista' tgħin billi ċċempel lil Chris fuq 99894659 jew billi tibgħat messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook: Wildlife Park Malta.", "Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT: \"Dak li bnejna f'għaxar snin, spiċċa f'siegħa\" - Chris tal-Wildlife Park"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/baby-blues-jew-post-natal-depression.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Huwa normali li wara li twelled omm tgħaddi mill-", ".", "Dawn huma dwejjaq ikkawżati mit-tibdil fl-ormoni tal-omm.", "Ġeneralment dan id-dwejjaq u ansjetà jitilqu", "sa 3 t'ijiem wara t-twelid tat-tarbija.", "F'każ li dawn is-sintomi jibqgħu fuq l-omm għal ġimagħtejn", "jew aktar, il-persuna għandha tfittex l-għajnuna għax tkun għaddejja minn", "Is-sintomi tal-", "huma dwejjaq u aptit li tibki bla raġuni, nuqqas ta' interess fis-sess, diffikultà", "biex torqod, nuqqas ta' aptit, nuqqas ta' gost f'affarijiet li s-soltu jagħtu gost, nuqqas ta' aptit li tiltaqa' man-nies, anki nies li taf sew, sens ta' ħtija li mhux qed tkun omm tajba biżżejjed", "dwar it-tarbija.", "F'Xarabank dalwaqt se jkollna programm dwar is-saħħa mentali.", "Jekk int għaddejt minn", "jew xi kundizzjoni mentali ohra, aħna nixtiequ niltaqgħu miegħek.", "Ċ", "emplilna fuq 21249200 jew ibagħtilna messaġġ", "fuq"], "title": "Baby blues jew post-natal depression?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/natius-jispira-ruu-minn-ivan-bartolo-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Natius Farrugia jispira ruħu minn Ivan Bartolo u se jagħti kilwa.", "Ivan Bartolo ftit tal-ġimgħat ilu ta kilwa lil xi ħadd li lanqas biss jafu.", "Ivan Bartolo, li llum huwa deputat fil-Parlament Malti, u kien qed jagħmel", "għall-elezzjoni tal-Kunsill u daħal għand familja li kellhom wieħed għandu bżonn kilwa.", "\"Kien hemm mara u t-tifel tagħha kellu bżonn kilwa u impressjonatni.", "U bqajt naħseb fuqha.", "Kont qiegħed Medjugore u rajt kuruna, ħsibt fih u xtrajthielu.", "U x'kumbinazzjoni, dan il-bniedem ċempilli u qalli li qiegħed Lourdes u se jixtrili kuruna,\" jgħidilna Ivan Bartolo.", "F'dak il-mument Ivan iddeċieda li jrid jgħinu.", "\"Ġejt lura Malta u ddeċidejt li nagħtih il-kilwa jien.", "Għedtlu li sibtlu xi ħadd li jagħtih kilwa u morna l-isptar għat-testijiet flimkien.", "Baqa' jistaqsi min hu u fl-aħħar għedtlu li huwa jien,\" jirrakkontalna Ivan Bartolo.", "Però ma setax jagħtihielu għax il-kliewi ma qablux.", "\"Imbagħad għedt 'issa la bdejt it-testijiet nibqa' sejjer u nagħtiha lil xi ħaddieħor.'", "U tlabthom biex nagħtiha lil xi ħadd li l-iktar għandu bżonnha.", "Issa jiena kont nibża' mill-", ",\" jgħidilna Ivan Bartolo.", "U wara ħafna testijiet għamlu l-operazzjoni u l-kilwa ta' Ivan llum qiegħda għand ġuvni jismu Josmar.", "\"L-ewwel ħaġa li smajt malli qomt kienet xi ħadd jgħidli li l-kilwa diġà qed tiffunzjona.", "Ftit affarijiet tawni sensazzjoni f'ħajti, però dik kienet kbira wisq,\" jistqarr Ivan.", "Iżid jgħid li llum iħossu tajjeb ħafna.", "Omm Josmar, Marina, kienet se tagħti kilwa lil binha.", "\"It-tifel kellu infezzjoni fi griżmejh, niżlet fil-kliewi u kellu", ".", "Dak il-ħin ħassejt li jien wellidtu, u jien ridt nerġa' nwelldu, u kont lesta li nibqa' fuq irħama jien, bast nsalva lilu.", "Ridt nagħtih il-kilwa jien.", "Għamilna t-testijiet kollha u qablet u konna qed nistennewhom jagħtuna d-data tal-operazzjoni.", "Imbagħad ċempluli, u minflok tawna d-data tal-operazzjoni qaluli li mit-testijiet irriżulta li għandi tumur fil-kilwa.", "Dak il-ħin id-dinja kienet qisha spiċċat,\" tgħidilna Marina.", "\"Dak il-ħin li qalulna li sabu kilwa għal Josmar, ħassejna biża' u ferħ f'daqqa.", "Ivan impressjonani l-iktar għax ma qal lil ħadd.", "Żammha sigrieta.", "U huwa faċli tagħti kilwa lil ibnek... imma lil xi ħadd ma jiġix minnek mhux l-istess!\" tgħidilna Marina.", "Marina u Josmar jagħmlu appell.", "\"Nixtiequ li aktar nies jispiraw ruħhom mill-att erojku ta' Ivan u jagħtu kilwa huma wkoll.", "Bniedem jgħix b'kilwa waħda,\" itemmu jgħidu Ivan u Marina.", "Natius ispira ruħu minn din l-istorja u se jagħti kilwa huwa wkoll.", "\"Ivan jispirani.", "Kien hemm ħabib tiegħi li kellu", "snin ilu.", "Konna l-iskola flimkien u bdejt it-testijiet biex nagħtihielu.", "Din tinvolvi sagrifiċċju kbir, dieta u ħafna affarijiet oħra,\" jgħidilna Natius.", "Itemm jgħidilna li jekk jirriżulta li l-kilwa tiegħu ma taqbilx mal-ħabib tiegħu, se jagħtiha lil xi ħaddieħor xorta."], "title": "Natius jispira ruħu minn Ivan Bartolo u se jagħti kilwa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/nas-daily-jgaddi-messagg-gall-maltin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nas Daily jikteb żewġ punti għall-Maltin biss dwar l-i", "tiegħu li ntuża mill-Partit Laburista għal fuq il-flokkijiet tal-", "għall-1 ta' Mejju.", "Jibda billi jistqarr li l-post tiegħu qed jidher għal Malta biss.", "Dan huwa l-ewwel punt li jqajjem:", "\"Riċentament, qrajt uħud mill-artikli dwar l-", "Oh My Malta u din hija r-risposta tiegħi.", "L-ewwel nett, inweġġa' li nara partit jew ieħor juża l-i", "tiegħi bħallikieku hija tagħhom, jew bħallikieku huma assoċjati ma' Nas Daily.", "Nixtieq nagħmilha ċara: Nas Daily irċieva $0 mingħand ħadd f'Malta, speċjalment mill-Gvern.", "Ix-xogħol li għamilt għamiltu minn qalbi għax ġenwinament ħassejtni milqugħ f'Malta.", "Ma kelli l-ebda idea x'jirrappreżenta kull partit, imma nixtieq b'ħerqa li ma niġix assoċjat mal-ebda minnhom.\"", "Il-verità kerha hi f'Malta l-politikanti jiġu qabel l-umanità tagħkom.", "Allura fl-interess li nżommu 'Oh My Malta' nadifa, ma rridx li ninvolviha fil-politika.", "Fir-realtà, \"Oh my Malta\" mhijiex minjiera biex tiddomina.", "Din hija ta' kulħadd.", "Nixtieq li intom tużawha biex turi l-isbuħija ta' Malta u l-ikrah tagħha.", "Taħdem għat-tnejn.", "L-unika talba hija li tużawha b'responsabbli u mhux għal gwadann politiku.\"", "Dan huwa t-tieni punt:", "\"Ħafna ġurnalisti qaluli li jiena", "talli jiena pożittiv iżejjed u naħseb b'mod pożittiv fuq Malta.", "Lil dawn ngħidilhom ...", "Ħija, jiena Palestinjan Iżraelit.", "Naf ħaġa jew tnejn dwar il-gwerra, id-diviżjoni, il-politika, il-qtil, il-marġinalizzazzjoni, u l-mewt.", "Din kienet ir-realtà tiegħi għal 18-il sena.", "Imma nemmen li d-diviżjonijiet jistgħu jitfejqu f'Malta jew fl-Iżrael jew 'il bogħol bħall-Awstralja, fejn ninsab.", "Jien m'iniex", "jew ottomist.", "Jiena nħoss ġenwinament li d-diviżjoni hija temporanja.", "F'terminu qasir aħna maqsuma.", "F'terminu twil, aħna ħaġa waħda.", "Fl-aħħar tal-ġurnata, jiena m'iniex Malti.", "Jiena barrani.", "Però forsi tridu lil xi ħadd minn barra li jgħidilkom li għandkom xi ħaġa kbira f'idejkom.", "Intom għandkom Malta mill-aqwa.", "Minkejja d-divżjoni, il-korruzzjoni, (poġġi l-kliem kollu ħażin), intom qed tagħmlu ħafna affarijiet b'mod tajjeb.", "U malli rajt lil pajjiżkom għall-ewwel darba, bqajt nisma' din il-vuċi f'moħħi tgħid kontinwament: Oh...my..Malta!\"", "Ara l-filmat kien għamel Nas Daily bl-i", "Oh..my...Malta u li kien mar"], "title": "Nas Daily jgħaddi messaġġ għall-Maltin biss"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/tista-tpejjep-u-ssuq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Ħadd ma qal li hi illegali li tpejjep fil-karozza.\"", "Dan huwa kliem il-President tal-Police Officers Union, Sandro Camilleri, li tkellimna miegħu dwar dan is-suġġett.", "Filwaqt li qal li ħadd ma qal li hija illegali li tpejjep fil-karozza, saħaq sewwieq għandu jkollu kontroll sħiħ tal-vettura.", "\"Jekk tpejjep u tkun waħdek fil-vettura, mhuwiex illegali.", "Però waqt is-sewqan irid ikollok kontroll sħiħ tal-vettura.", "Minn dejjem kienet illi tiekol, tixrob, tpejjep, tagħmel il-", ", tagħmel xagħrek, tixrob il-kafè inti u ssuq, hija kontra l-liġi.", "Meta tkun qed issuq irid ikollok kontroll sħiħ tal-vettura.\"", "X'inhi l-liġi l-ġdida li ddaħħlet?", "\"Ma ddaħħlet l-ebda liġi ġdida, ħlief il-liġi li min ipejjep fil-preżenza ta' minuri jeħel €50 multa għax ikun hemm il-minuri fil-vettura.", "Dan biex nissalvagwardjaw lit-tfal milli jibilgħu d-dħaħen.\"", "U s-sistema tal-punti?", "\"M'hemmx punti marbuta ma' min jinqabad ipejjep, jixrob, jiekol, tagħmel il-", ", tagħmel xagħrek, waqt li qed isuq, iżda jingħata ċitazzjoni talli kiser il-liġi.", "Dwar is-sistema tal-punti ta' min jgħid li din qed taħdem tajjeb ħafna għax qed naraw inqas nies jiksru l-liġi u iktar nies isegwu r-regolamenti ta' sewqan b'iktar attenzjoni,\" ittemm jgħidilna l-Ispettur Sandro Camilleri.", "Bid-dħul tas-sistema tal-punti, inti rajt tibdil fil-mod kif isuqu l-Maltin?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "Tista' tpejjep u ssuq?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/illejla-xarabank-fdiversi-partijiet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Minn wara li nqatlet Daphne, Robert Musumeci jitkellem għall-ewwel darba llejla f'Xarabank.", "Xarabank illejla jibda bi storja umana ta' solidarjetà.", "Xarabank jitlaq fuq diskussjoni jiddiskuti r-ritratt misterjuż li fih tfaċċa immaġni ta' bniedem.", "It-tim ta' Xarabank reġa' mar fuq il-post fejn ittieħed ir-ritratt....", "Ikompli b'diversi mistiedna li raw jew kellhom esperjenzi ma' iħirsa.", "Ukoll mara li tgħid li qed tikkomunika mal-ispirti tiltaqa' ma' diversi personalitajiet.", "Fit-tieni parti tal-programm diskussjoni tkompli wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Jieħu sehem Charlon Gouder, Manwel Delia, Mario Frendo u Robert Musumeci.", "Muntaġġ: Chantanne Mackay"], "title": "Illejla Xarabank f'diversi partijiet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/5-affarijiet-li-joggbu-u-jdejqu-lill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn li ġejjin huma 5 affarijiet li jogħġbu u jdejqu lill-istudenti.", "Affarijiet li jogħġbuna", "Bil-", "l-istudenti jistgħu jirrilassaw, jagħmlu xogħol tad-dar jew jitkellmu mal-ħbieb.", "Għalliema li jifhmu lill-istudenti", "Għalliema li jifhmu l-istudenti jgħinuhom jitgħallmu f'ambjent aħjar u ma jkunx hemm pressjoni.", "Ħarġiet", "Tfal jkollhom opportunitajiet li jqattgħu ftit ħin barra mill-iskola fejn xorta waħda għandhom ċans li jitgħallmu xi ħaġa ġdida b'mod differenti mill-bank tal-iskola.", "Suġġetti tal-", "Tfal għandhom l-opportunità li jitgħallmu suġġett li jinteressawhom bħal arti, P.E, mużika li 'l quddiem jistgħu jgħinuhom fil-karrieri tagħhom.", "Esperjenza ta' xogħol", "Studenti jkollhom iċ-ċans iqattgħu xi jiem ġewwa post tax-xogħol li jistgħu jaħdmu fih 'il quddiem u jesperjenzaw xi ħaġa unika.", "Affarijiet li jdejquna", "L-attitudni ħażina ta' għalliema", "Hemm xi għalliema li l-attitudni tagħhom lejn l-istudenti ma tkunx xierqa u b'hekk ir-relazzjoni ta' bejniethom ma tkunx waħda tajba u ma twassalx għall-ġid.", "L-uniformi", "L-uniformi li l-istudenti jkollhom jilbsu mhijiex komda u b'dan il-mod nemmnu li l-istudenti jitilfu l-interess tagħhom minħabba nuqqas ta' kumdità.", "Ħafna", "L-għalliema ma jqisux li hemm suġġetti oħra barra dak li jgħallmu huma u b'hekk il-ħin li sippost iqattgħu mal-familja d-dar jispiċċa mqatta' jagħmlu x-xogħol tal-iskola.", "Nuqqas ta' faċiltajiet għal ċerti suġġetti", "F'ċerti suġġetti bħall-edukazzjoni fiżika jkun hemm bżonn ta' ċertu apparat attapost bħal-lasti tal-futboll, kif ukoll ambjent meħtieġ li jkun nieqes u allura ma jkunux jistgħu jiġu pprattikati ċertu attivitajiet.", "Ħinijiet kmieni", "Ċerti studenti li jaslu għall-iskola bi trasport provdut, ikollhom iqumu kmieni ħafna u b'dan il-mod ikunu għajjiena ħafna matul il-ġurnata.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-iskola hija importanti ħafna, bit-tajjeb u l-ħażin kollu, dan għaliex it-tagħlim wassal biex fil-futur il-ħolm tiegħek isir realtà u jkollok ix-xogħol li dejjem xtaqt b'attitudni tajba lejn is-soċjetà.", "Dan l-artiklu nkiteb minn Maya Sesay u Mattea Schembri, żewġ studenti tal-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja, ta' Ħad-Dingli."], "title": "5 affarijiet li jogħġbu u jdejqu lill-istudenti"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/il-addiema-tal-prim-ministru-jagtu-816.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Is-segretarjat privat tal-Prim Ministru jagħti 816-il siegħa għal ħaddiema oħra li jiġu bżonn iktar", "matul is-sena, minħabba raġunijiet ta' saħħa u bżonnijiet oħra.", "Aħna tkellimna ma' Mark Farrugia, Deputy Chief of Staff tal-Prim Ministru, li qallina dwar dan il-fond li jikkontribwixxu fih il-ħaddiema tal-Gvern.", "\"Il-Gvern għandu fond li fih kull impjegat li jaħdem mal-Gvern, jista' jaqbad ġurnata jew ammont ta' ġranet ta'", "jgħid lis-superjuri tiegħu, u jitfagħhom f'dan il-fond.", "Imbagħad impjegati oħra tal-Gvern li jiġu bżonn ammont straodinarju ta'", "pereżempju minħabba mard, li l-", "normali li tippermetti l-liġi ma jkunx biżżejjed.", "Għalhekk dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu japplikaw u jieħu l-", "minn dan il-fond.", "Din hija solidarjetà bil-fatti bejn il-ħaddiema f'dipartimenti u f'sezzjonijiet differenti tal-Gvern.\"", "Is-Segretarjat Privat, jiġifieri n-nies li jaħdmu fil-qrib mal-Prim Ministru f'Kastilja, ġabar 816-il siegħa għal dan il-fond.", "\"Bħala segretarjat, lejn l-aħħar tas-sena nitkellmu bejnietna u kulħadd minn dak li jkun fadallu jiddeċiedi li jagħti ġurnata jew aktar.", "Din is-sena b'kollox tajna 816-il siegħa ta'", "lil dan il-fond, li fih ikun hemm mijiet ta' sigħat oħra li jkunu taw impjegati oħra li jaħdmu mal-Gvern.\"", "Imma minn fejn ġiet din l-idea.", "\"Fl-2013, meta bdejna noperaw bħala segretarjat privat, kellimni xi ħadd u spjegali li jeżisti dan il-fond.", "Jiena persuna li bil-limitazzjonijiet kbar tiegħi, nipprova ngħin lin-nies li jkollhom bżonn l-għajnuna.", "Tkellimt ma' sħabi u kulħadd qabel li dan huwa ġest nobbli u kulħadd wieġeb lura li jixtieq jagħti xi ġurnata jew ġranet mil-", "tiegħu.\"", "\"Inħeġġeġ lil kull min jista' biex mill-bidu tas-sena jirriserva ġurnata u jgħid li din il-ġurnata mhux ħa tkun tiegħu imma minflok ħa jagħtiha lil dan il-fond.", "Iktar ma jkun hemm min jagħti, iktar jakkumulaw is-sigħat u iktar nies li sfortunatament ikunu qed jgħaddu minn diffikultajiet, ikunu jistgħu jgawdu minn dawn is-sigħat.\"", "F'Xarabank ukoll għadha għaddejja l-inizjattiva biex ħaddiema fis-settur privat iwaqqfu fond tal-", "fil-post fejn jaħdmu.", "\"Din ħadmet ħafna u aħna bħala Xarabank nipprovdu l-għajnuna professjonali kollha biex dan il-fond jitwaqqaf,\" jgħidilna l-maniġer ta' Xarabank Mark Laurence Zammit.", "Ukoll f'Ottubru 2015, f'Xarabank ittellgħet maratona li fiha nġabar il-ħin li n-nies jixtiequ joffru biex jgħinu lil ħaddieħor.", "F'din l-inizjattiva kienu offrew il-ħin tagħhom ħafna u ħafna nies, fosthom il-President ta' Malta, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Arċisqof ta' Malta."], "title": "Il-ħaddiema tal-Prim Ministru jagħtu 816-il siegħa minn tagħhom għal min ikollu bżonn iktar leave"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/abta-iwiegbu-l-forzi-armati-ta-malta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nhar l-Erbgħa fu", "q din il-website ppubblikajna l-istorja ta' raġel li allega li fis-sajf li għadda ħabtet miegħu vettura tal-Forzi Armati ta' Malta u ba", "qgħet sejra mingħajr ma ammettiet it-tort.", "U r-raġel gerger magħna għax it-tort intefa' fuqu.", "Aħna bgħatna xi misto", "qijiet lill-", "Forzi Armati ta' Malta li weġbuna,", "u minn dak li", "qalulna joħorġu affarijiet interessanti, fosthom li l-karozzi tal-Gvern m'għandhom l-ebda obbligu li jkunu koperti bl-", "Il-Forzi Armati ta' Malta", "qed jinsistu li l-verżjoni tal-istorja kif", "qed jgħidha r-raġel mhijiex vera u kif din ġiet ikkontestata.", "Kelliem għall-Forzi Armati ta' Malta jgħid, fost oħrajn, li m'hemmx qbil dwar min hu responsabbli għall-ħsarat li ġew ikkawżati u bħal ċittadin normali, l-AFM għandha l-għażla li tikkontesta l-ħtija jew l-ammont ta' danni, jekk taħseb li dawn mhumiex dovuti jew ġusti.", "Spjega kif xejn u ħadd mhu qed iżomm lis-sid tal-vettura milli jagħmel it-tiswijiet għall-ħsarat biex b'hekk ikun jista' jkompli juża l-vettura.", "Żied jgħid li jekk jiġi deċiż li l-ħtija hija tax-xufier tal-AFM, ir-raġel jirkupra l-ispejjeż."], "title": "Ħabta: Iwieġbu l-Forzi Armati ta' Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmati-id-diska-tad-dj-malti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bid-diska", ", DJ Joseph Armani huwa l-ewwel Malti li rnexxielu jasal s'hawn.", "Aħna tkellimna ma' DJ Armani li jgħidilna kif id-diska tiegħu u ta' Baxter intgħoġbot mill-ewwel, malli ħarġet.", "\"Din id-diska tnediet fuq waħda mill-ikbar", "tal-Ewropa, Kontor, li qiegħda l-Ġermanija.", "Kif ħarġuha fuq il-YouTube Channel tagħhom, kien hemm rispons kbir, u sal-lum il-filmat rawh 'il fuq minn 61,000 darba.", "Daħlet fil-", ", u fil-", "fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fl-Iżvizzera, u mbagħad daħlet fiċ-", "mill-ewwel.\"", "Din id-diska tintlemaħ mill-MTV imma sadanittant DJ Armani jgħidilna kif ma kellu l-ebda idea dwarha.", "\"Wara ftit l-MTV lemħuha permezz tal-Kontor Channel u daqqewha.", "Ma kelli l-ebda idea u sirt naf għaliex l-MTV stess itteggjawni fuq Facebook.", "Din kienet sorpriża kbira għalija.", "Għall-ewwel ħsibt li qed jirreferu għad-diska li ħriġt f'Mejju li għadda f'Malta, Happy People, għaliex kienu diġà qaluli li ħa jdoqquha, però fuq din id-diska ma kelli l-ebda idea.", "Kienet sorpriża sabiħa u xewqa li qtajt minn fuq il-", "tiegħi.\"", "Jgħidilna li din kienet waħda mill-għanijiet li xtaq jikseb.", "\"Mhux li qatt ma immaġinajt li ħa nasal s'hawn, però dan minn dejjem kien it-tir tiegħi.", "Għalhekk nibqa' naħdem, ħalli nkompli nitjieb.", "Qatt ma kienet faċli għax ilni nipprova għal dawn l-aħħar 10 snin biex nasal s'hawnhekk.\"", "DJ Armani jgħaddi messaġġ lis-segwaċi tiegħu u lill-artisti lokali.", "\"Waħda mill-mottos ta' ħajti hi li qatt m'għandi ninsa minn fejn ġejt.", "Jiena ġejt mix-xejn.", "Ġejt min-Nigret ir-Rabat.", "Għalhekk n", "ixtieq nirringrazzja lil kull min isegwini u huwa", "tiegħi għax kieku żgur ma kontx nasal s'hawn.", "Lill-artisti lokali ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom għax bħalma għamiltha jiena, jista' jagħmilha ħaddieħor.", "M'għandi xejn iktar minn ħaddieħor.", "Kif l-MTV lemħu lili, jistgħu jilmħu artisti lokali oħra.\"", "Xi ħaġa interessanti li ma konniex nafu dwarha qabel hi li DJ Armani ħa jkun qed jagħmel", "promozzjonali fir-Russja għal din il-kanzunetta matul il-perjodu tat-Tazza tad-Dinja.", "Hu ħa jkun qed idoqq fi 11-il pajjiż differenti, fejn se jintlagħbu wħud mil-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja!", "Segwi l-intervista sħiħa li Mark kien għamel fil-karozza:"], "title": "BIL-FILMATI: Id-diska tad-DJ Malti Joseph Armani tispiċċa fuq l-MTV"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmati-illejla-phyllis-tirrakkonta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla f'Xarabank se jkollna lil Phyllis, li wara 30 sena ħarġet minn soru tal-klawsura.", "Aħna inzertajna li meta Phyllis kienet għadha soru tal-klawsura konna dħalna fil-kunvent tas-sorijiet niffilmjaw.", "F'Xarabank tal-lejla, ħa nuru wħud minn dawn il-filmati ta' Phyllis ta' meta kienet għadha soru.", "Se tirrakkonta magħna għalfejn ħarġet, kif qed tħossha u kif rat lil Malta tinbidel.", "Fuq l-istess sufan għandna lil Alex Mangion u lis-sieħba tiegħu li ħa jiżżewġu din is-sena.", "Għandna wkoll lil Ramona Attard, flimkien mar-raġel u lit-tifla tagħha li għandha kemm twieldet fix-xhur li għaddew.", "Imbagħad għandna sufan esperimentali għax fil-programm se jkollna magħna lil Valentina Rossi u lil JD Patrick, żewġ Djs fuq Vibe Fm, l-għarus ta' Valentina, Carlo, li huwa wkoll Dj, u lil Dorian Cassar, Dj ta' Magic Malta.", "Mark ħa jsaqsihom ħafna mistoqsijiet u magħhom ħa jilgħab ħafna logħob li ftit minnhom mhux ħa jispiċċaw tajjeb."], "title": "BIL-FILMATI: Illejla Phyllis tirrakkonta kif rat lil Malta mibdula wara 30 sena klawsura"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-il-familjari-ta-daphne.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għadd ta' nisa armaw il-kampijiet fi Pjazza Kastilja biex jitolbu r-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali.", "Ilbieraħ filgħaxija dawn in-nisa armaw il-kampijiet għal tliet ijiem bħala protesta li", "qed iġġib l-", "isem ta'", "#OccupyJustice għall-", "qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia", ".", "Dan bil-għan li jwasslu l-mesaġġ", "biex jissaħħu l-awtoritajiet li fu", "qhom tistrieħ id-demokrazija ta' pajjiżna.", "F'din il-protesta, spikka l-ġest tat-tliet subien ta' Daphne Caruana Galizia, li provdew l-ikel għan-nies preżenti kif ukoll il-wera", "q tar-rand mill-ġnien ta' ommhom li jġorr is-simbolu tal-", "qlubija, tar-rebħ u tas-saħħa.", "Xarabank illejla se jkompli jiddiskuti l-", "Filmat u muntaġġ: Xandru Azzopardi"], "title": "BIL-FILMAT: Il-familjari ta' Daphne jibagħtu l-ikel lil dawk li qed jikkampjaw quddiem Kastilja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/waqt-l-ivf-l-embrijuni-diga-kienu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din il-mara għażlet l-iffriżar tal-embrijuni, wara li s-sieħeb tagħha marad bil-kanċer.", "Wara l-programm dwar l-emendi l-ġodda tal-IVF, din il-mara ħassejt li tikteb ittra miftuħa.", "Ittra miftuħa għal kull min irid jisma'.", "Appell biex ma ngħaġġlux.", "Ilni ħafna nixtieq nikteb.", "Ilni ħafna nitqabad ġewwa fija biex ngħid x'qed inħossu.", "Speċjalment wara l-programm ta' Xarabank, ma nistax noqgħod siekta.", "Nixtieq nibqa' anonima mhux għax nistħi jew għax inħoss li żbaljajna, imma għax nibża' li jien jew iktar agħar minn hekk, it-tfal tiegħi jħarsu lejhom b'mod differenti għax huma riżultat ta' IVF.", "Inħossni grata immens li kellna ċ-ċans li nagħmel dan it-trattament (barra minn Malta) u m'għandix kliem biżżejjed biex nirringrazzja lit-tobba u l-istaff li ħadu ħsiebna u mxew magħna pass pass.", "Bil-wisq iktar m'għandix fomm u kliem biżżejjed ta' graditudni lejn Alla li żgur li bil-grazzja tiegħU llum għandna żewġt itfal.", "Nemmnu li minkejja kellna bżonn l-għajnuna medika biex tgħinna nkun tqila, kien Alla però li żamm it-tqala, għal darbtejn, sal-aħħar u li l-embrijun, f'kull tqala, impjantat u nżamm sal-aħħar.", "Dan għalina miraklu!", "Frott l-impossibbiltà!", "Biex anke nikkwota lit-tabib tagħna stess wara t-trasferiment qalilna: \"Now it's not in my hands.\"", "Inħares lejn uliedi u m'għandix kliem biżżejjed biex nesperimi l-gratitudni u l-fortuna li nħossu li stajna nkabbru familja qalb iċ-ċifri u l-persentaġġi baxxi li kellna quddiemna dak iż-żmien.", "Jien u nara, u nisma' l-programm bdejt inħossni mtertqa, imbaqbqa u anke ddispjaċuta f'ċerti waqtiet, b'dak kollu li beda jingħad.", "Furur ta' emozzjonijiet.", "Bejn naqbel u bejn ma naqbilx.", "Bejn inħoss għal min kien qed jitkellem, u bejn nibki.", "Kif qal Dr. Sant, jien qatt ma ħsibt li ħa nasal nagħmel IVF, u qatt ma ridt nagħmel IVF.", "Imma ċirkostanzi mediċi tal-ħajja u fil-mument meta qarsitni fil-laħam il-ħaj, urini mod ieħor.", "Kienet battalja kontinwa, u dejjem inħossni li ħa nagħmel xi ħaġa ħażina, u agħar minn hekk dejjem inħossni ġġudikata min-nies.", "Għadni s'issa nħossni hekk, li ċerti nies iħarsu lejk qisek għamilt xi dnub mejjet, qisni qtilt lil xi ħadd, jew għamilt xi adulterju.", "Semmejna ħafna drittijiet.", "Nemmen żgur li ħadd m'għandu d-dritt li jiġġudika lil ħaddieħor, speċjalment fuq għażliet li nagħmlu bħala koppja.", "Kull koppja għandha libertà li tagħżel dak li jħossu li hu l-aħjar għalihom, u ħadd ma poġġa lil ħadd bħala mħallef tar-relazzjoni jew tal-istorja tagħhom.", "Nirringrazzja lil Dr. Sant għall-kliem li qal meta ħaseb f'min diġà għadda minnha għax dan vera mhux luss jew kapriċċ.", "L-uġigħ li koppja tgħaddi minnu huwa kbir, eżatt kif qalet Leanne: id-diżappunt kontinwu, l-uġigħ fiżiku, u l-istress emozzjonali, il-fatt li ma tħossokx normali, il-fatt li tħossok waħdek u ħadd (iħobbuk kemm iħobbuk tal-familja) ħadd ma jista' jifhem eżatt dak li qed tħoss u li qed tgħaddi minnu.", "Il-fatt li dejjem hemm inċertezza li din it-tbatija kollha tista' tkun għalxejn, li trid tgħixha fis-silenzju eċċ. Minħabba dan kollu u iktar, iva, kif qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, tfal imwelldin bl-IVF huma l-iktar tfal maħbuba għax dawn ġew permezz ta' ħafna mħabba u tbatija, ħafna stennija.", "Dawn ġew b'miraklu, mhux b'ċikka jew għax inżertat hekk ...", "Fl-istess ħin però, inħares lejn it-tfal tiegħi u nara kemm fis-snin, sakemm tlajna u ppruvajna l-embrijuni kollha, ma kellix peace of mind, għax f'qalbu f'moħħi kelli biċċa minni hemmhekk.", "It-tifel kellu lil ħutu qed jistennewh.", "Snin bil-ħsieb fuq moħħi li hemm biċċa minni, it-tfal prospettivi tagħna jistennewna.", "Għalhekk qatt ma nista' naqbel, u nemmen li l-ebda omm/ġenitur wara l-kedda u tbatija tal-IVF ħa jasal jagħti lit-tfal tiegħu (embrijuni) għall-addozzjoni għax dawk huma tiegħi.", "Dawk uliedi!", "Dawk ħut it-tifla/tifel tiegħi!", "U għalhekk tlajna għalihom kollha.", "Fl-istess ħin nista' nifhem li forsi mhux kulħadd ħa jkollu ċ-ċans, jew jinqalgħu ċirkostanzi fejn ma tkunx tista' tmur għalihom kollha, kif qalet Dr. Schembri.", "Wara l-ewwel tarbija, kont dejjem nhewden u nitlob li ma jiġri xejn lili jew lir-raġel sakemm immorru għalihom kollha.", "Dejjem nitlob li r-raġel ma jkollux r-relapse tal-kanċer għax waħdi ma nafx kienx se jkolli s-saħħa u l-forza li nerġa' ngħaddi minnha.", "Koppja jista' jkollha l-intenzjonijiet tajbin kollha tad-dinja, imma nafu li l-ħajja hi imprevedibbli, u ma tafx fis-snin ta' wara x'ħa jiġri jew kif se tkun.", "Minkejja l-ħafna kliem tajjeb li qas, ma nista' qatt naqbel ma' Dr Sant li jgħid li huma \"ftit cells b'potenzjal\".", "Ftit cells?", "Kull min għamel l-IVF jaf u jħoss li sa mill-bidu sa minn meta jara dawk il-ftit ċelloli fuq l-iscreen lest biex it-tabib jitfagħhom fik, hemm aħna diġà nħossu li dik tarbija tagħna!", "Diġà nħossuha parti minna.", "Diġà għandu DNA u li tagħmlu persuna, tagħmlu t-tifel tagħna!", "Wara ftit sigħat mill-fertilizzar, tinħoloq DNA speċifika ta' dik il-persuna unika.", "Kif tista' tgħid li din mhijiex ħajja?", "It-tliet embrijuni l-oħra li ma żammewx/ħadux, għalija huma anġli fis-sema, minkejja li kienu żgħar ħafna.", "Aħna xtaqna jkollna tfal, u iva pprovajna, u iva hemm bżonn li jkun hawn aċċess li jkun jista' jgħin koppji jkollhom tfal.", "Però ma nistgħu nikkreaw it-tfal akkost ta' kollox għax iva aħna bħala ġenituri għandna drittijiet, imma t-tfal għandhom drittijiet bażiċi wkoll.", "Hawnhekk naqbel ma' Dr. Sciberras.", "L-ewwel u qabel kollox it-tfal għandhom dritt għall-ħajja kollha kemm huma.", "Aħna tlajna iktar minn darba barra minn Malta biex ma nħallu lil ħadd warajna!", "Issallabna, ħadna loans eċċ, imma ma ridna nħallu lil ħadd warajna għax dawk kollha tfal tagħna!", "It-tieni, għandhom dritt li jkollhom familja u ambjent san u stabbli fejn jitrabbew.", "U dan irridu aħna, bħala l-adulti fis-sitwazzjoni, naraw li dan iseħħ għalihom.", "Għalhekk nemmen u nappella lill-politiċi, li ma jagħmlu minn din aġenda politika!", "Mhuwiex sew li taqbdu l-'vulnerabbli', biex nuża' l-kliem tal-Prim Ministru, u lil min qed ibati biex tagħmluha ħaġa politika.", "Jekk trid tgħinu verament lil min qiegħed ibati, ikkonsultaw magħhom, imxu u qisu kull pass biex verament tipprovdu l-aħjar servizzi, mhux kollox iġri u ġerri, ħalli jaqtgħu oħra mil-lista.", "Dawn huma ħajjiet tan-nies u familji li qed jitkellmu dwarhom!", "Hemm bżonn insaħħu u nkabbru sew dak li diġà hemm preżentament, qabel ma nagħmlu kollox free for all. Nemmen li barra minn Malta għandhom riżultati aħjar għax għandhom esperjenza vasta u twila, u mhux konsultazzjoni ta' 3 snin biss.", "Barra minn hekk, mal-IVF (u jekk jidħlu surrogacy eċċ) hemm bżonn tiġi offruta terapija obbligatorja għall-familji konċernati, mhux iħalluhom riħhom.", "Tafu daqsi u aħjar minni kemm sessjonijiet ma' counselor/therapist tqum.", "Ħa nieħu average ta' €50, u dan mhux ta' darba jew tnejn, imma jrid ikun hemm kontinwazzjoni u l-familji jridu jiġu segwiti, u dan iqum ħafna flus ukoll.", "Dwar is-surrogacy, nemmen li jrid ikun hemm eċċezzjonijiet bħalma hu l-każ ta' Leanne, fejn hemm ambjent san u stabbli għat-trabi u t-tfal.", "Fejn jissemmew single parents eċċ, mill-esperjenza tiegħi li naħdem mat-tfal u adoloxxenti, ħa nkunu qegħdin noħolqu aħna problema għat-tfal billi qed nikkreawhom u npoġġu aħna f'sitwazzjoni żvantaġġjata minn tfal oħra.", "Irridu nħarsu lejn l-interess tat-tfal ukoll u mhux inħallu kollox jaqa' taħt il-kappa tal-ugwaljanza.", "Ma tistax tikkumparaha ma' tfal addottati għax tfal addottati, hi x'inhi l-familja li taddottahom, huwa dejjem aħjar milli tikber f'istitut, jew fi triq, jew fil-moħqrija.", "Imma f'każ ta' donazzjoni/surrogacy, fejn jidħol single/gay parents qed nikkreawhom aħna l-problemi.", "Nixtieq insaqsi lil Dr Fearne jekk l-iffriżar tal-bajd ħa tibqa' miftuħa għal min moralment jixtieq jipprova jkollu tfal imma ma jixtieqx jiffriża l-embrijuni.", "Ħaġa oħra.", "Barra minn Malta ingħatajna ċ-ċans li ma niffriżawx embrijun, imma niffriżaw fil-pro-nucleate stage - fl-ewwel ftit sigħat wara l-fertilizzar qabel ma jitħallat id-DNA u qabel ma jsir persuna.", "Dan huwa metodu li l-Profs.", "Pace Axiaq għamel it-teżi tiegħu dwarha u jgħid li hija etikament u moralment iktar korretta.", "M'hemmx ċans li Malta jkollna dan iċ-ċans biex għal min qed jikkumbatti mal-etika u l-morali jkollhom opportunità wkoll?"], "title": "\"Waqt l-IVF, l-embrijuni diġà kienu wliedna u mhux biss 8 ċelloli\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/gada-s-sibt-tista-tivvota-gall.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ivvota għall-kantanta Maltija Emma Muscat li qed tirrappreżenta lil Malta fl-Italja, fil-programm Amici di Maria De Filippi.", "Agħmel dan billi ssegwi l-programm t'għada, is-Sibt 13 ta' Jannar u kull nhar ta' Sibt fuq Canale 5 fis-2pm.", "Kif jiftaħ it-", "waqt il-programm ikollok ċans tivvota sa ħamsin darba billi tagħfas fuq ir-ritratt ta' Emma li ssibu fuq din il-ħolqa:", "Peress illi dan huwa l-ewwel darba li qed nivvutaw minn Malta, ma għandniex mezzi oħra kif nivvutaw bħala SMS.", "Emma Muscat hija kantanta Maltija u studenta tal-Università ta' 18-il sena.", "Xahrejn ilu Emma kienet għamlet", "f'Amici iżda b'diżappunt għal ħafna nies, ma kinitx intgħażlet.", "Madankollu, il-", "kienu tawha ċans ieħor billi qalulha tidħol għal sfida.", "Emma għamlet dik l-isfida u minnha ngħażlet bħala parteċipanta ta' Amici.", "Ejjew nixxerjaw dan l-artiklu kemm nifilħu ħalli ħafna Maltin jivvutawlha."], "title": "Għada s-Sibt tista' tivvota għall-parteċipanta Maltija f'Amici"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/minkejja-fuq-siggu-tar-roti-dan-it.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nick ta' 11-il sena jbati minn", ".", "Minkejja din il-kundizzjoni, Nick jipprattika l-karatè.", "Aħna tkellimna ma' ommu Michelle, li tgħidilna kif meta twieled Nick, kellhom joperawh mal-ewwel.", "\"Kelli tqala normali, u qatt ma qalulna li hemm xi problema.", "Però meta twieled qalulna li għandu", "kundizzjoni li toħloq nuqqasijiet fl-ispina tad-dahar u fl-għadam tagħha.", "Imbagħad kif twieled għamlulu operazzjoni.\"", "Illum Nick qiegħed fuq siġġu tar-roti.", "U għal ommu dan kien xokk kbir malli saret taf li Nick għandu", ".", "\"Kien xokk kbir għax malli twieled qalulna li mhu ħa jkun jaf jagħmel xejn.", "Però llum il-ġurnata, inqisu bħal tfal oħra għax jagħmel kollox, minkejja li ma jimxix u juża s-siġġu tar-roti.\"", "Minkejja din il-kundizzjoni, Nick ma jaqtax qalbu u jitħajjar jibda jipprattika l-karatè.", "\"Ma jaqtax qalbu u jħossu l-istess bħal tfal oħra, tant li beda l-karatè.", "Ħuħ il-kbir imur il-karatè, u Nick kien imur miegħu biex jarah.", "Minn dejjem kien jgħidli li jixtieq jagħmel il-karatè u f'qalbi kont ngħid, 'Kif jista'?' u ma kontx inkun naf x'se naqbad ngħidlu.", "Però darba s-sensei qallu, 'Tridx tiġi pprova?'.", "Aċċetta u beda jmur.\"", "Il-karatè lil Nick jagħtih sodisfazzjoni.", "\"Il-karatè jgħinu ħafna lit-tifel u meta tkun ħa tasal kompetizzjoni, minkejja li ma hemm ħadd min jikkompettilu, xorta jkun entużast għax jagħmel demostrazzjoni.", "Minn qalbi nirringrazzja lis-sensei, lil Joseph Tanti, li mill-bidu nett emmen fih.\"", "Michelle tistqarr magħna li kburija ħafna b'binha. \"", "Kburija bih li narah jasal s'hawn, speċjlament meta niftakar f'dak li qaluli, li t-tifel mhu ħa jkun jista' jagħmel xejn.", "Nixtieq ngħaddi messaġġ lill-ġenituri li għandhom lit-tfal tagħhom ibatu minn din il-kundizzjoni biex l-aħjar ħaġa li jistgħu jagħmlu hu li jinsew x'għandhom uliedhom, u jipprovaw jagħmlulhom ħajja bħal tagħhom stess, u aħjar.\"", "Aħna tkellimna wkoll mal-kowċ ta' Nick, ta' La Salle, Joseph Mizzi, li jgħidilna kif aktarx Nick huwa l-uniku tifel li jipprattika l-karatè minn fuq siġġu tar-roti.", "\"Naħseb li dan huwa l-ewwel każ f'Malta li jipprattika l-karatè minn fuq siġġu tar-roti.", "Kien ħuħ li ħeġġeġ lil Nick biex jingħaqad magħna.", "Malli avviċinawna lqajnieh b'idejna miftuħin.\"", "Jgħidilna li Nick għandu potenzjal kbir fil-karatè.", "\"Għandu potenzjal b'saħħtu ħafna u huwa tifel determinat, u ma jaqtax qalbu.", "Minkejja d-diżabiltà tiegħu, ma jħarisx lejn tfal oħra u jgħid, 'Intom aħjar minni għax jien għandi diżabiltà.'", "D", "ak li jista' jagħmel, jagħmlu u jagħti l-100% tiegħu.", "Huwa tifel iffukat u jitgħallem mill-ewwel.", "Bħalissa qiegħed", "u ħadem ħafna għaliha, u miexi 'l quddiem.", "Nixtieq li jkolli iktar studenti bħal Nick.\"", "Jekk din l-istorja ispiratek, agħmel 'like' u xxerja dan l-artiklu."], "title": "Minkejja fuq siġġu tar-roti, dan it-tifel Malti jipprattika l-karatè"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/ma-naqbilx-li-ndawru-l-in-siega-lura.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ivan Grech ma jaqbilx li nhar il-Ħadd li ġej se nmexxu l-ħin siegħa lura.", "Ivan jippreferi li l-ġurnata tkun itwal għal diversi raġunijiet.", "\"Dik li l-ġurnata ddum iktar ma tiddlam u mal-17:00pm jkun kważi dalam, iddejjaqni, tant li taffettwani fil-burdata.", "Nippreferi li tkun itwal il-ġurnata għaliex anke min jispiċċa xogħol fl-16:30pm, għandu siegħa dawl oħra u mhux isuq lura għad-dar fid-dlam.", "Anke jekk trid tagħmel xi ħaġa wara x-xogħol, tista' tagħmilha meta jkun għadu d-dawl.", "Pjuttost ngħid li nixtieq li kieku mmexxiha siegħa oħra 'l quddiem.", "Però hija l-opinjoni personali tiegħi għax hawn min jgħidlek li jiddejjaq jitlaq ix-xogħol fid-dlam.", "Nifhem ukoll lil min iqum kmieni għax-xogħol u jiddejjaq li jmur ix-xogħol fid-dlam.\"", "Clint Azzopardi wkoll jemmen li għandna nduru l-ħin siegħa lura.", "\"Nemmen li jekk nibqgħu bil-ħin tas-sajf is-sena kollha, dan se jgawdu minnu n-negozju, is-saħħa tal-bniedem u anke l-ambjent,\" jgħidilna Clint.", "Fil-fatt studju juri li iktar minn 70 pajjiż jeqilbu l-ħin siegħa 'l quddiem biex tiġi kkonservata l-enerġija li tinħela fuq dawl artifiċjal.", "Apparti minn hekk b'dan il-ħin jonqsu l-inċidenti filħinijiet li l-iżjed ikun hemm traffiku.", "Fuq nota soċjali, in-nies jibqgħu iktar bara u b'hekk tiżdied l-attività kummerċjali.", "Inti taqbel li s-siegħa ma mmexxuhiex lura?"], "title": "\"Ma naqbilx li ndawru l-ħin siegħa lura\" - Ivan Grech"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-meta-rigt-minn-soru-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Phyllis.", "Wara 30 sena ħarġet minn soru tal-klawsura.", "Lil Phyllis nafuha minn programm li konna għamilna dwar is-sorijiet tal-klawsura.", "Kif tħares lejn il-ħajja klawsura Phyllis?", "\"Hija memorja sabiħa li ma ninsa qatt.", "Trid tkun dedikata għaliha għax inkella ma tgħixx minuta b'minuta hemm ġew.", "Għaddejt 30 sena fil-kunvent.", "Kont kuntenta u kont ferħana.", "Qatt ma ddispjaċini li għamilt dan il-pass.", "Però l-Mulej qalli, 'S'hemm irridek.", "Tajtek 30 sena minn ħajtek.'", "Is-sejħa t'Alla għadha hemm, ġewwa fija.", "Mhux ħa taqbad u tneħħi din is-sejħa minn ġewwa fik.\"", "Phyllis wara 30 sena magħluqa f'kunvent, tistqarr li xħin ħarġet minn soru rat Malta differenti.", "\"Fi 30 sena li għamilt klawsura, Malta nbidlet totalment.", "Hija differenti ħafna.", "Nimxi u nħares madwari u ngħid: 'Din mhux il-ħajja li ħallejt jiena warajja.\"", "X'kienet ħasset Phyllis meta ta' 16-il sena daħlet klawsura u ngħalaq dak il-firoll.", "\"Ħassejtha għax jiena minn fuq il-bank tal-iskola dħalt klawsura.", "Filli mdawra mal-ħbieb tal-iskola u filli wasal il-25 ta' Settembru u se nidħol hemm ġew u mhu ħa nara lil ħadd.", "Kif irfist it-taraġ tal-parlatorju u se nħabbat l-ewwel ħabta mal-bieb, qisha niżlet ċerta kalma fuqi, li nsejt dak li hemm warajja u ftakar x'se nsib hemm ġew.\"", "Phyllis ilha ħames snin li ħarġet minn soru tal-klawsura.", "\"Minkejja li għaddew 5 snn, għadni mbeżżgħa għax minn 30 sena ġol klawsura u mbagħad toħroġ barra ħassejt differenza kbira,\" ittemm tgħid Phllis."], "title": "BIL-FILMAT: \"Meta ħriġt minn soru tal-klawsura rajt Malta oħra\" - Phyllis"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/anzjana-bi-problemi-firkupptejha-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Anzjana, bi problemi f'irkupptejha, ma tibqax tattendi l-lezzjonijiet tal-", "għax qed isiru ġo klassi fit-tieni sular minflok ġo t'isfel.", "knitting", "iżda ma bqajtx nattendihom minħabba l-istess problema li kellna tliet snin ilu.", "Din is-sena erġajt applikajt għal dawk il-lezzjonijiet u meta morna għall-ewwel lezzjoni qalulna li l-lezzjonijiet se jerġgħu jibdew isiru fuq fl-iskola tal-Furjana.", "Għal din il-kamra hemm żewġ sulari u bħalissa qed nistenna operazzjoni biex tinbidilli l-irkoppa.", "Dakinhar stess jiena u anzjana oħra, li għamlet", ", ma stajniex nitilgħu fuq u minħabba din il-problema ma bqajniex nattendu,\" tispjegalna l-mara.", "Tgħidilna li tliet snin ilu din il-problema ġie solvuta.", "\"Tliet snin ilu kont ilmentajna fuqha u kienu rranġawlna.", "Din is-sena reġa' hawn din il-problema u qalulna li minħabba s-sigurtà, il-klassi ta' fuq hija iktar ideali minħabba li hija spazjuża iżjed.", "Spjegawlna li fil-kamra t'isfel, li konna nużaw fi snin ta' qabel, m'hemmx post biżżejjed biex ikun hemm dawk in-nies kollha,\" tgħidilna l-anzjana.", "Tappella biex il-lezzjonijiet jerġgħu jibdew isiru fil-klassi t'isfel.", "\"Għandi xogħol mibdi u issa ma nafx kif se nkomplih.", "Ninsab veru rrabjata għax il-maġġoranza tan-nies huma anzjani, u mhux jipprovdu l-faċilitajiet neċessarji li jkunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Tal-inqas messhom jaqsmuna f'żewġ klassijiet.", "Ilni mmur għal dawn il-lezzjonijiet ħames snin u veru kont inkun ħerqana li tasal dik il-ġurnata, għax konna qisna familja u għalija din kienet ħarġa.", "Nixtieq li jirranġawlna biex jiena u ħabibti nerġgħu nibdew nattendu,\" ittemm tgħidilna l-anzjana."], "title": "Anzjana bi problemi f'irkupptejha ma tistax tibqa' tattendi l-lezzjonijiet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/l-sdm-tirba-l-elezzjoni-tal-universita.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) rebħet l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Università (KSU).", "Dan wara li l-istudenti wrew il-fiduċja f'din l-għaqda, b'", "rekord ta' 50%.", "Minbarra l-istudenti Universitarji, ivvotaw ukoll l-istudenti tal-Junior College u l-Iskola Medika.", "It-tema matul il-kampanja ta' din l-elezzjoni kienet", "Li jixraq lilek."], "title": "L-SDM tirbaħ l-elezzjoni tal-Università"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-gadni-ma-nistax-innizzilha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit xhur ilu miet Dun Ġorg Grima u oħtu Grace għadha sal-lum ma tistax temmen li ħallieha.", "F'Xarabank, Grace tgħidilna x'qed tħoss issa li ħuha miet.", "\"Nimmissjah ħafna.", "Għadni ma nistax inniżżilha li ħalliena.", "Huwa kien jafda ħafna bija.", "Kont nieħu ħsiebu ħafna.\"", "Grace qatt ma kien issejjaħ lil ħuha, Ġorġ.", "\"Kont u bqajt ngħidlu Dun Ġorġ.", "Ma nħossx li għandi ngħidlu Ġorġ minħabba d-dekor tiegħu ta' qassis.", "Dejjem Dun Ġorġ kont ngħajjatlu.\"", "Waqt il-programm intwera dan ir-ritratt t'hawn taħt, ta' Dun Ġorġ b'din it-tarbija f'idu.", "Waħda minn ħafna li Dun Ġorġ kien jgħin.", "Illum din it-tarbija, li jisimha Georgana, kibret u qed tgħix ġewwa Għawdex.", "Ġiet addottata minn oħt Dun Ġorġ, Carmen.", "X'tgħidilna Georgana dwar Dun Ġorġ?", "\"Issa qiegħed il-Ġenna.", "Qed jitlob għalina.", "Veru kellu qalbu tad-deheb.", "Kull min ġie quddiemu, kien jgħinu.", "Kellu dejjem idu miftuħa għal proxxmu,\" ittemm tgħidilna Georgana.", "Kif tiddeskrivih lil Dun Ġorġ Grima?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "BIL-FILMAT: \"Għadni ma nistax inniżżilha li ħallieni\" - Grace, oħt Dun Ġorg Grima"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/ma-stajtx-nitkellem-fdari-stess-bl.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel lanqas seta' jkellem lill-persuna l-oħra li kellu miegħu f'daru stess minħabba l-mużika għolja li bdew idoqqu ta' maġenbu.", "Dan ir-raġel jgħix fi Triq San Lawrenz Għawdex.", "Jgħidilna kif din is-sitwazzjoni qed jesperjenzawha nies oħra wkoll, u mhux hu biss.", "Però ħadd ma jażarda li jitkellem minħabba li hi komunità żgħir.", "\"Hemm ħafna residenti oħra, li jgħixu San Lawrenz ukoll, li għaddejjin minnha din is-sitwazzjoni.", "Però minħabba li hi komunità żgħira, fejn kulħadd jaf lil kulħadd, ħadd ma jrid jitkellem fuqha.", "Għandna problema kbira bil-postijiet li qed jinkrew għal qasir żmien, lil min jiġi għal vaganza, għax in-nies li jiġu, jagħmlu storbju sħiħ sa kmieni filgħodu, bil-konsegwenza li lanqas nitkellem f'dari stess ma nista'.\"", "Jgħidilna kif fil-bidu tax-xahar li għadda, lanqas konverżazzjoni ma' persuna oħra fil-", "ta' daru stess ma setgħet issir.", "\"Maż-żewġ naħat tad-dar tiegħi (u għaliha ħriġt ħafna flus), hemm żewġ postijiet tal-kiri u meta jintużaw, storbju sħiħ ikun hemm.", "Tant isir storbju li fil-bidu tax-xahar li għadda, jiena u persuna oħra lanqas stajna nitkellmu fil-", "Dan minħabba li l-mużika għolja li bdiet tindaqq kienet għolja żżejjed.", "\"Bejn dari u dawn iż-żewġ postijiet hemm ħajt komuni.", "Bdew idoqqu mużika li kienet għolja wisq.", "Biex nitkellmu jiena u l-persuna l-oħra, kellna nagħjtu ma' xulxin.", "Tajt ftit ċans iżda mbagħad kelli mmur inħabbatilhom biex ibaxxulu.", "Baxxewlu għal 5 sekondi, u reġgħu għollewlu.", "Spiċċajt kelli norqod bit-tajjar ma' widnejn għax l-istorbju baqa' għaddej sas-sagħtejn ta' filgħodu, u l-għada ridt inqum għax-xogħol.\"", "Jappella biex tittieħed azzjoni.", "\"Nixtieq li tittieħed azzjoni.", "Mhux għalija biss, imma għal oħrajn li jgħaddu minn dak li għaddej jien.", "Żgur li hemm xi ħaġa li tista' ssir.", "In-nies iridu jkunu jafu li meta jiġu f'dawn il-postijiet, hemm residenti oħra li jgħixu viċin tagħhom u l-għada jridu jqumu għax-xogħol, u mhux għal vaganza.\""], "title": "\"Ma stajtx nitkellem f'dari stess bl-istorbju li għamlu sas-sagħtejn ta' filgħodu\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/malta-public-transport-tirba-il-bus.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Malta Public Transport tirbaħ il-Bus Excellence Award għas-servizz eċċellenti li tagħti bit-trasport pubbliku.", "L-IRU, li hija l-organizzazzjoni dinija għat-trasport fit-toroq, qalet li Malta Public Transport għamlet xogħol tajjeb biex tittrasforma t-trasport pubbliku b'tal-linja f'servizz affidabbli u komdu għall-passaġġieri.", "Żiedet tgħid li l-investimenti sinifikanti rriżultaw f'żieda ta' 15% fin-numru ta' passiġġieri meta mqabbel fl-2014, fil-passiġġieri li ġew infurmati aħjar bl-Tallinja app u fiż-żieda fis-sodisfazzjon tal-klijent.", "Iċ-Chairman tal-Malta Public Transport,", "qal: 'Ninsabu onorati li ksibna dan il-premju.", "F'dawn l-aħħar sentejn u nofs, iltqajna ma' diversi sfidi, iżda d-determinazzjoni tagħna biex nipprovdu servizz ta' trasport sigur u affidabbli lin-nies, immotiva lil xogħolna bħala tim biex niksbu riżultati pożittivi.\"", "Bħalissa Xarabank qed jorganizza t-Tallinja Challenge u għadek fiċ-ċans illi tapplika.", "Jekk inti lest li tagħmel ġimgħa mingħajr il-karozza personali tiegħek u tuża tal-linja biss, tkun qiegħed fiċ-ċans li tirbaħ €3,000.", "Ibagħtilna fuq xarabank@tvm.com.mt jew ċemplilna fuq 21249200.", "Qed nistennewk!"], "title": "Malta Public Transport tirbaħ il-Bus Excellence Award"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-george-jiltaqa-mal-galliema.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara l-programm tal-Ġimgħa li għadda, George jgħidilna li ma setax ilaħħaq mal-messaġġi li rċieva.", "F'Xarabank sirna nafu li George tad-", ", fl-iskola kellu għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn.", "Illum George qiegħed l-Università.", "George jgħidilna li ltaqa' ma' din l-għalliema.", "\"Wara xi żmien iltqajt magħha l-Belt.", "Ġiet tifraħ bija għax għarfitni.", "Dak il-ħin ħassejt li kelli ngħidilha.", "Għedtilha: 'Tiftakar meta kont niġi għall-ġurnata tal-premijiet u kont tkeċċini?", "Dik weġġgħetni.", "Meta nkun ħa nagħmel pass, dejjem nisma' l-leħen tiegħek jgħidli li m'iniex tajjeb.", "Imbagħad kelli leħen ieħor, ma nafx minn fejn ġie, u kien jgħidli li jiena kapaċi.'\"", "X'għamlet dak il-ħin, l-għalliema?", "\"Emozzjonat ruħha u skużat ruħha miegħi.", "Għedtilha li m'għandhiex għalfejn għaliex kieku jagħtuni permess, nagħmillha monument għax bis-saħħa tagħha wasalt fejn wasalt għax jiena kont niġġieled kontra dan il-leħen.\"", "Ftit ġranet ilu mietet omm Alfred Zammit.", "George jgħidilna li se jiddedika l-kors li qed isegwi bħalissa għaliha.", "\"Meta konna sejrin lura d-dar wara l-isptar, lil Alfred għedtlu li dan il-kors la nispiċċah ħa niddedikah lilha.", "Ċertu affarijiet li tgħallimt waqt dan il-kors, bdejt nipprovahom ma' omm Alfred u ma' pazjenti oħra.", "Omm Alfred kienet q", "addisa.", "Kienet mara sempliċi li anke jekk taf li hemm persuna li qed tagħmillha l-ħsara, xorta kienet tgħinha.", "X'għandu jgħidilna George, wara l-Ġimgħa li għadda?", "\"Għadni qed nirrispondi l-ħafna messaġġi li rċevejt.", "In-nies għadhom jibagħtuli.", "Ma stennejtx daqshekk", ".", "Bdejt nisma' l-mowbajl il-ħin kollu jdoqq għax bdew deħlin il-messaġġi.", "Bdejt ngħid: 'Illaħwa dawn l-messaġġi kollha!'", "Imbagħad kulħadd sejjer jibgħatli: 'Proset.", "Kont tajjeb f'Xarabank.", "Kif irrid nagħmel?", "Nixtieq nagħmlu dan il-kors.'", "Din kienet xi ħaġa inkredibbli li fil-verità emozzjonati.\"", "Diversi nies għaddew mill-istess esperjenza ta' George.", "\"Kultant tibda taħseb li l-affarijiet jiġru lilek biss u fil-verità mhuwiex il-każ.", "Bdejt nara ħafna mill-kummenti li ħallew in-nies fuq il-Facebook ta' Xarabank.", "Hemm ħafna nies li għaddew mill-istess sitwazzjoni jew ġenituri li għandhom it-tfal li għadhom s'issa għaddejjin minn din il-problema li llum naraha bħala sfida.\"", "Wara li ħloqna l-aptit lin-nies biex jitgħallmu u jidħlu l-Università, aħna nixtiequ nkompluh.", "Jekk għandek iktar minn 24 sena, tista' tidħol l-Università, bħalma għamel George.", "Anke jekk m'għandekx eżamijiet, O' levels u A' Levels, tista' tidħol bħala student matur.", "Kulma trid tagħmel huwa li tibgħat imejl fuq sas@um.edu.mt u hemm tim sħiħ ta' nies li tista' tiltaqa' miegħu, jissuġġerilek x'tista' tagħmel bħala kors u titlaq minn hemm."], "title": "BIL-FILMAT: George jiltaqa' mal-għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/dawn-huma-l-iktar-3-affarijiet-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Stress.", "Ħafna, jekk mhux kulħadd, jaf x'inhu stress.", "Ix-xogħol, l-eżamijiet, tibdil tad-dar, l-għajjat tar-raġel jew tal-mara, il-qrid tat-tfal, il-mard, l-ispejjeż, il-mewt u r-relazzjonijiet, kollha jikkawżaw xi tip ta' stress.", "Anke tgħidhom, aħseb u ara tesperjenzahom!", "Però liema huma l-iktar tliet ċirkustanzi li jikkawżaw livelli għolja ta' stress?", "It-telfa ta' xi ħadd għażiż/a", "It-telfa tas-sieħba/sieħeb, tal-omm jew tal-missier, tat-tifel, tat-tifla jew tat-tfal, tal-ħabib/a hija l-ikbar stress li persuna tista' taffaċċja.", "Il-mewt huwa parti mill-ħajja, imma t-telfa ta' xi ħadd għażiż tikkawżawha iktar stress.", "Qalbna tinqasam aħna u nġarrbu dan id-dulur.", "Sfortunatament ftit li xejn nistgħu nagħmlu fuqha u hija xi ħaġa li rridu naffaċċjaw xi darba jew oħra f'ħajjitna.", "Id-divorzju", "Anke jekk aħna kuntenti li fl-aħħar ħlisna mill-eksmaħbub/a tagħna, id-divorzju jqanqal ħafna stress.", "Minbarra li jikkawża stress lill-koppja nfisha, tikkawża stress kbir lit-tfal.", "Ħafna koppji tant ikunu mdawrin bl-emozzjonijiet tagħhom matul id-divorzju, li ftit li xejn jinnutaw l-impatt li qed tħalli s-sitwazzjoni fuq it-tfal.", "Anke jekk huma żgħar wisq biex jifhmu, it-tfal ukoll jesperjenzaw stress kbir li jaraw lill-ġenituri tagħhom jiddivorzjaw.", "Li tiċċaqlaq minn dar għal oħra", "Anke jekk tiċċaqlaq minn girna għal palazz, dan it-tibdil jikkawża stress kbir!", "Tista' tkun okkażżjoni sabiħa, imma xorta tħarbatlek ir-rutina kollha.", "Kull ħaġa li titliflek ir-rutina, tikkawża stress.", "Meta tiċċaqlaq minn post għal ieħor, iġġib diżordni fil-familja kollha.", "Dan apparti li trid iġġorr l-affarijiet!", "Fuq l-ewwel tnejn, diffiċli biex issib soluzzjoni tanġibbli għall-istress li jikkawżawlek.", "Però l-Best Deal Properties għandhom is-soluzzjoni għat-tielet waħda.", "Aħna tkellimna ma' Erksine Vella minn Best Deal Properties li huwa żviluppatur Malti tal-propjetà.", "Jgħidilna li l-", "huwa wieħed mill-ikbar uġigħ ta' ras.", "\"L-iktar ħaġa importanti għan-nies huwa l-", "jiġifieri li jsibu dak li jixtiequ b'dak il-", "li jaffordjaw.", "Jikkawża ħafna stress meta wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor, għax hemm ħafna affarijiet li jidħlu fin-nofs.", "Fosthom iż-żmien, li tiddependi ħafna min-nies, ċertu affarijiet ma jmorrux kif tixtieq u jkollok tibdel il-pjanijiet kollha, u li trid toħroġ ħafna flus.", "Minħabba li dan huwa wieħed mill-ikbar investiment ta' ħajtek, bilfors jinħoloq l-istress.\"", "Però jekk tmur għand Best Deal Properties, żgur li dan l-istress jonqoslok b'iktar min-nofs.", "\"Aħna qed nagħtu ċans lill-klijent li jagħżel u jiddisinja l-affarijiet hu, u mhux jidħol f'appartament lest li jrid jieħdu bilfors.", "Allura dawn l-affarijiet kollha li bniedem jagħmel kieku jixtri għalih biex jagħmel il-post kif jixtieq hu, aħna permezz tal-", "tagħna, nieħdu ħsieb li nagħmluhom kif jixtieq il-klijent.", "B'hekk l-istress li tiġri wara n-nies inti u l-affarijiet kollha involuti biex tlesti appartament, dawk nieħdu ħsiebhom kollha aħna u li m'għandux għalfejn jidħol fihom il-klijent.", "Il-klijent kemm jiġi, jara x-xogħol u jara li huwa kuntent.\"", "Illum il-ġurnata, Erskine u Chris, tal-Best Deal Properties, huma tnejn mill-aktar żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba x-xogħol professjonali tagħhom fil-proġetti ta' kostruzzjoni li jagħmlu madwar Malta u Għawdex.", "Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq", "is-sit tagħhom", ", u anke fuq il-paġna ta'", "Facebook tagħhom"], "title": "Dawn huma l-iktar 3 affarijiet li jikkawżaw l-ikbar stress"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/tifel-jitkecca-mill-iskola-iwiegbu-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Malta Union of Teachers toġġezzjona u tiċħad kategorikament l-allegazzjonijiet li għamlet l-omm li qalet li t-tifel ġie mkeċċi mill-iskola.", "Dan wara li qalet li l-MUT ħarġet rapport li fih stqarr li l-għalliema u l-LSA tiegħu ma jridux jagħtu servizz lit-tifel minħabba l-aggressività tiegħu.", "Filwaqt li l-unjoni qalet li toġġezzjoni l-allegazzjonijiet tal-omm, żiedet tgħid li mhux se tipprovdi l-ebda dettall fuq il-każ biex ma tesponix lill-istudent.", "Spjegat li d-direttiva maħruġa lill-għalliema u lil-LSA twettqet biex tħares lill-membri flimken mal-istudenti tal-klassi.", "Żiedet tgħid li l-unjoni segwiet din il-proċedura biex tassigura li l-istudent jirċievi s-sapport neċessarju ħalli l-iżvilupp tiegħu ma jiġix imfixkel.", "Qalet li l-isforzi li twettqu mill-iskola biex tassigura li l-istudent jirċievi l-assistenza meħtieġa u l-protezzjoni għall-istudent u għall-istudenti l-oħra, messhom ġew imfaħħra minflok saru allegazzjonijiet mhux fondati li ma jagħmlu l-ebda ġid, lanqas lill-istudent innifsu.", "Min-naħa l-oħra l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-każ tal-istudent huwa wieħed delikat u segwit kemm mill-iskola kif ukoll minn Uffiċċjal Edukattiv (Inclusion),", ", il-Prinċipal tal-Kulleġġ u anke mid-Direttur Ġenerali li lbieraħ stess ltaqgħet mal-omm u t-tifel fejn semgħet il-każ u tat il-kelma li se tkun qiegħda taħdem fuq il-każ fil-jiem li ġejjin.", "Xarabank jemmen li dan il-każ huwa eċċezzjoni, u jirrikonoxxi l-ħidma tal-LSAs, tal-għalliema u tal-iskejjel li jagħmlu xogħolhom b'dedikazzjoni.", "Xarabank jirriżultalu, anke minn ħafna ġenituri li niltaqgħu magħhom, li l-maġġoranza assoluta tal-LSAs huma persuni dedikati u professjonali.", "Ta' dan nirringrazzjawhom u ma nixtiqux li dan il-każ ixekkel lil dan ix-xogħol tajjeb ħafna li jagħmlu l-LSAs f'Malta u f'Għawdex."], "title": "Tifel jitkeċċa mill-iskola: Iwieġbu l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/xkienu-qed-jagmlu-ruslana-loreen-abba-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-kantanti tal-Malta Eurovision Song Contest interpretaw lil dawn il-kantanti u aktar f'karozza tal-linja.", "Tkellimt ma' Anita Vassallo Piccinino u Mandy Micallef Grimaud, li qed jipproduċu din il-biċċa xogħol għal Xarabank tal-Eurovision.", "\"Wara l-", "pożittiv li rċevejna fuq il-", "li għamilna fil-karozza, ħsiebna li tkun idea tajba li nagħmluha wkoll mal-kantanti tal-Eurovision bid-diski tal-Eurovision l-aktar popolari; din id-darba f'karozza tal-linja.", "Qassamna lill-kantani f'4 gruppi u kull grupp se jinterpreta ħames kanzunetti.\"", "Il-Ħadd li għadda kellna l-", "X'se narawhom jagħmlu lil Aidan, Andy, Brooke, Cherylis, Deborah, Jasmine, Kevin, Mikahil, Rhiannon u Petra?", "Araw il-kantanti kollha kif qatt ma rajtuhom qabel fis-26 ta' Jannar u fit-2 ta' Frar, f'Xarabank speċjali tal-Eurovision."], "title": "X'kienu qed jagħmlu Ruslana, Loreen, Abba u Conchita f'karozza tal-linja?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/gurnata-ri-isfel-gas-surmast.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din storja minn ħafna stejjer oħra fil-ktieb", "li kitbu 6 studenti mill-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More ta' Santa Luċija.", "Sitt studenti ġabru l-praspar u l-istejjer li għaddew minnhom matul l-aħħar sentejn fi ktieb.", "Aħna tkellimna mal-LSAs tagħhom, Loranna Bonnici u Elysienne Farrugia, li jgħidulna kif xtaqtu jimmotivaw lill-istudenti tagħhom/", "\"Ridna nagħmlu xi ħaġa li timmotiva lill-istudenti tagħna.", "Huma jsegwu kors ta' ħiliet bażiċi u kellhom ċertu nuqqas ta' fiduċja fihom infushom.", "Ridna nagħtuhom xi ħaġa li dawn l-istudenti jibdew jemmnu li huma iktar kapaċi u li huma jistgħu jaslu.", "Fil-bidu tas-sena bdew jirrakkontaw xi praspar li għamlu f'dawn is-sentejn li għaddew,", "u għedna, 'Għaliex ma niġbrux dawn il-praspar fi ktieb?'", "Din l-idea għoġbithom, u minn hemmhekk bdejna naħdmu fuq dan il-ktieb.", "Sibna għajnuna mingħand il-", "tal-klassi Ms. Claire Zammit, l-għalliema tal-Malti s-Sa Lilian Mercieca, l-awtur Trevor Zahra, l-assistenti kapijiet Ms Miriam Vella u Ms Joanna Mangion, u s-urmast is-Sur Mercieca.\"", "Il-protagonisti tal-ktieb huma l-istudenti nfushom.", "\"Fil-ktieb, l-ewwel insibu ftit informazzjoni fuq il-karattri tat-tfal.", "Imbagħad il-ktieb ikompli bi stejjer, bawxati, stejjer serji li jitkellmu fuq il-", ", u mbagħad hemm dawk umoristiċi fejn ħadu pjaċi jaqbdu mal-għalliema li għallmuhom.\"", "U x'inhi din l-istorja li s-Surmast spiċċa jkanta l-Innu Malti waħdu?", "\"Fost l-istejjer insibu dik tas-Surmast.", "Is-Surmast ried li jerġa' jqajjem d-drawwa li darba fil-ġimgħa nibdew inkantaw l-Innu Malti.", "Però mill-bidu ġiet ftit ħażina għax tgerbeb fit-taraġ.", "Xħin ipprova jqum, ġabar in-nuċċali li tgħawweġ bil-waqgħa u spiċċa jkanta l-Innu Malti waħdu.", "Però impressjonanti kif fl-aħħar paragrafu ta' din l-istorja, it-tfal kitbu li s-Surmast kompla qisu mhux hu u dan li jagħmel lis-Surmast tagħna baħri tal-maltemp.\"", "U kif spiċċat l-istorja ta' meta l-istudenti marru jixtru, flimkien mas-Sinjura Claire Zammit li tmexxihom, għal ikla bħala parti mill-programm dwar l-immaniġjar tal-flus?", "Jekk għandkom kurżità kif tispiċċa din l-istorja, u dwar l-istejjer l-oħra, ixtru Pinzellati li jinsab fil-ħwienet ewlenin tal-kotba.", "U jekk tixtiequ tordnawh, ibagħtu messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook tal-iskola:", "jew ċemplu fuq 79330155 u 79280078."], "title": "Ġurnata riħ isfel għas-Surmast"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jabtu-fuqi-l-forzi-armati-ta-malta-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel jirrakkonta kif il-Forzi Armati ta' Malta daħlu fih, ma ammettewx it-tort, u hu baqa' b'xejn.", "\"F'Lulju li għadda kont qiegħed fit-traffiku f'Burmarrad u daħal ġo fija", "tas-suldati li baqa' sejra.", "Għall-grazzja t'Alla ma weġġajtx, imma bid-daqqa stess dħalt ġo ħajt u l-karozza nkisret miż-żewġ naħat.", "Bqajt sejjer nagħmel rapport l-għassa tal-Qawra u l-għada bagħtu għalija l-għassa tal-Mosta,\" jgħidilna r-raġel.", "Minkejja li s-suldata li ħabtet fih tiskuża ruħha, it-tort jintefa' fuq ir-raġel.", "\"Fl-għassa kien hemm is-suldata li ħabtet fija.", "Qaltli, 'Skużana għax konna fuq emerġenza.'", "Jiena għedtilha, 'Ma ġara xejn, l-aqwa li weġġajtx dak il-ħin.'", "Kien hemm xi ħaddieħor magħha, li tani karta biex nagħtiha lil tal-", ".", "Għaddew xi xahrejn u qaluli biex inqabbad avukat għax mhux jammettu t-tort.", "Issa qed jgħidu li jien bqajt fin-nofs, meta jiena kont wieqaf wara t-traffiku.", "Issa la nista' ngħaddiha mill-VRT il-karozza, ingħalqitli l-liċenzja u din il-karozza, li xtrajtha f'April li għadda, lanqas tiswa €500 kif inhi,\" jispjegalna r-raġel.", "Itemm jgħidilna, \"Jiena għax ħaddiem u ma għandix saħħa se nibqa' b'xejn.", "Għaliex mela skużat ruħha?", "Din inġustizzja u nixtieq li l-awtoritajiet responsabbli jieħdu azzjoni fuqha.\""], "title": "\"Jaħbtu fuqi l-Forzi Armati ta' Malta u bqajt b'xejn\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-ma-naqbilx-li-soru-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ħafna ma jaqblux li soru tal-klawsura toħroġ tivvota imma ma toħroġx", "għal funeral ta' ommha jew missierha.", "F'Xarabank tal-Ġimgħa li għadda kellna lil", "Phyllis, li wara 30 sena,ħarġet minn soru.", "Spjegatilna kif għat-t", "ieġ ta' oħtha, funeral ta' ommha jew missierha, soru tal-klawsura ma tistax toħroġ.", "Però toħroġ biss għal bżonn, bħal għal", "appuntament tal-isptar, elezzjoni tal-Gvern jew tal-Kunsilli u meta jiġi l-Papa f'Malta.", "Wara rċevejna bosta kummenti ta' nies li ma jaqblux li soru tal-klawsura ma toħroġx għal funeral u minflok għandha l-permess li", "toħroġ tivvota.", "Antoniella Gatt kitbet: \"Tieġ forsi nifhimha li ma tistax tmur imma funeral t'ommok l-għażiża!", "Imma mbagħad tmur tivvota.", "Dawk prijoritajiet bis-sens.", "!\"", "Robert Briffa wkoll ma jaqbilx u jgħid: \"L-unika ħaġa li ma naqbilx magħha hija li joħroġu jivvutaw għax fil-verità minn hemm ġew, ma naħsibx li tagħmillek differenza mingħandu jiggverna, speċjalment jekk ma tkunx taf x'inhu j", "iġri hemm barra.", "Mill-bqija hija deċiżjoni tagħhom li jgħixu hekk.", "Kulħadd liberu li jagħżel triqtu.\"", "Min-naħa l-oħra Bernardette Micallef ma qablitx ma' dawn l-argumenti.", "\"Dawn huma ordnijiet reliġjużi li kienu mwaqqfa minn nies li ħassew li riedu jgħixu f'intimità", "qaddisa ma' Alla, fis-silenzju, sempliċità u jservu lil ħuthom bnedmin", "oħra bit-talb tagħhom.", "Ma nistax nifhem għalfejn dawn l-attakki kollha kontra dawn in-nies twajba u umli.", "Forsi aħna ma nifhmux x'jiġbidhom għal din il-ħajja, imma min aħna biex niġġudikawhom u ngħidu li qed jaħlu ħajjithom?", "X'differenza qed tagħmlilna jekk għażlu jinqatgħu mid-dinja u jingħalqu f'dinja ta' serenità u talb?", "Aħjar nitgħallmu minnhom u napprezzaw il-paċi li l-ħajja sempliċi u qrib Alla ġġib.\"", "Mark Josef Rapa wkoll ma jaqbilx.", "\"Il-krudeltà u stmerrija fil-kummenti tagħkom tgħaġġibni.", "Kulħadd jitkellem b'disprezz kontra d-deċiżjoni li għamlet jew kif issir it-tmexxija tal-Knisja.", "Dan meta possibbilment ħafna minnkom huma kattoliċi u jmorru l-quddies kull nhar ta' Ħadd.", "Ifirħu bil-ferħ ta' ħaddieħor u ibku ma' min jibki, avolja forsi ma nifhmux x'ġagħlek tidħol soru oriġinarjament, xorta waħda kuntent", "li naf li għext ħajtek kuntenta u ferħana.", "U issa nifraħ miegħek għal dan il-kapitlu ġdid.", "Awguri!\"", "Inti x'taħseb dwar dan?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "BIL-FILMAT: \"Ma naqbilx li soru tal-klawsura ma toħroġx għal funeral u minflok toħroġ tivvota\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/grazzi-gal-alla-rnexxieli-nafer-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["kellu l-vizzju tad-droga u llum sab lil Ġesù f'ħajtu.", "Aħna tkellimna ma' Fabrizio li jgħidilna kif Ġesù sar parti minnu.", "\"Jiena sibt lil Alla f'ħajti meta kont qed nattendi d-dar tal-knisja tal-Caritas.", "Kien ikollna sessjonijiet u darba ngħatajna Bibbja.", "Dak il-ħin għedt, 'Jien ippruvajt kollox f'ħajti, ma nippruvax din?'", "U minn dakinhar 'l hawn ma waqaftx naqra l-Bibbja, kemm filgħodu u kemm filgħaxija.", "B'mod regolari nżomm kuntatt miegħu u nirringrazzjah ta' dak kollu li jagħtini matul il-ġurnata.\"", "F'Fabrizio, Ġesù għamel differenzi kbar.", "\"Inħossni aktar fil-paċi.", "Mhux għax ma taqbiżlix jew għax jien xi qaddis għax jien uman u niżbalja wkoll.", "Minn meta sibtu, bil-kelma tiegħu nħoss li dak il-vojt imtela.", "Jiena kont nieħu d-droga u ġieli jgħaddili ħsieb ta' meta kont nuża imma dak il-ħin stess, inrodd salib u ngħidlu, '", "neħħili dan il-ħsieb minn moħħi.'", "U l-ħsieb dak il-ħin stess jitlaq.\"", "Permezz tal-Bibbja, Fabrizio rnexxielu jaħfer il-passat tiegħu.", "\"Grazzi għall-Bibbja wkoll, li biha nħossni iktar qrib Alla, irnexxili naħfer il-passat tiegħi u wkoll naħfer lil dawk in-nies li kienu madwari u weġġgħu.\"", "Fabrizio jiddeskrivi lil Alla bħala ħabib tiegħu.", "\"Qabel kont ngħidlu kuġin, illum il-ġurnata ngħajjatlu iktar bħala ħabib.", "Inkellmu daqslikieku qiegħed inkellem ħabib wiċċ imb wiċċ matul il-ġurnata.", "Nirringrazzjah talli jqajjimni, talli niekol, ta' dak kollu li jkolli, iktar u iktar meta naħseb fuq nies li huma inqas xxurtjajt, niftakar fihom fit-talb ta' filgħaxija.\"", "Ftit tal-ġranet ilu, Fabrizio ħareġ", "l-album il-ġdid tiegħu bl-isem ta'", ".", "\"L-album kien kważi lest 4 snin ilu, però minħabba l-problemi li kelli ma kontx stabbli biżżejjed biex jinvestu fl-album.", "Għalhekk", "għax fl-aħħar wasal ukoll u f'mument opportun.", "hija wkoll s-", "ġdida li tittratta dwar kemm m'għandekx għalfejn taqta' qalbek fil-ħajja li", "ssib dik il-persuna li vera tirrispettak u tħobbok.\"", "hawnhekk u sir af iktar dwar Fabrizio Faniello u l-kanzunetti tiegħu fuq il-website tiegħu", "u fuq il-paġna ta' Facebook:"], "title": "\"Grazzi għal Alla rnexxieli naħfer il-passat tiegħi\" - Fabrizio Faniello"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-gimagtejn-qabel-kont.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Chanelle llum għalqet 3 snin li ħallietna.", "Chanelle.", "Tfajla kuraġġuża li għal darbtejn irnexxielha tirbaħ il-marda tal-kanċer.", "Kien il-Ħamis ta' 3 snin ilu.", "Filgħaxija.", "Chanelle jħossha ħass ħażin u ftit wara tħallina.", "Aħna tkellimna ma' Ivan Gaffiero, direttur ta' kumpanija tal-immudellar, li kien ħabib ta' Chanelle.", "\"Ħames snin ilu sirt naf lil Chanelle.", "Kelli", "żgħir in-Naxxar u hi kienet waħda mill-klijenti tiegħi.", "Kienet tfajla li mingħajr ma trid, issir tħobbha.", "Miegħi kienet uriet ix-xewqa li tkanta u timmudella.", "Però sfortunatament meta għamlet dak il-pass ħarġilha l-ewwel kanċer tagħha.\"", "Minkejja li ma setgħetx timmudella, Ivan, ġimagħtejn qabel ma mietet, lil Chanelle jikkurunaha bħala Miss Simpatika 2014.", "\"Jiena kont il-ħanut u kienet ċemplitli ommha tgħidli, 'Chanelle ħallietna.'", "Ħassejtni", "xxukkjat u lanqas kont naf x'qed nagħmel.", "Kont ħadtha bil-kbira għax ġimagħtejn qabel kelli xow u tajtha t-titlu Miss Simpatika 2015.", "Il-ferħ li kellha dakinhar bil-kuruna u bis-", "kien kbir.", "Filli qed naraha ġimagħtejn qabel u filli m'iniex naraha iktar, kienet iebsa ħafna għalija.\"", "Jiddeskriviha bħala persuna ferriħija.", "\"Chanelle kienet persuna dejjem tidħak u mimlija ferħ.", "Minkejja li kienet marida, kellha kuraġġ kbir u baqgħet ferħana.", "Dik lili għallmitni ħafna f'ħajti.", "Tfajla kuraġġuża, b'qalb kbira u ta' ispirazzjoni.\"", "Għal Ivan, dan mhuwiex jum bħal kwalunke jum ieħor.", "\"Illum bħala jum huwa wieħed ta' diqa.", "Bħal-lum noqgħod għall-kwiet.", "Ma tantx ikolli aptit niltaqa' ma' nies għax dan huwa jum li jġib miegħu ħafna memorji.\"", "Jgħaddi messaġġ lil Chanelle.", "\"Nixtieq li l-ferħ li kellek tgħaddih lil ħafna nies li forsi mhumiex.\""], "title": "BIL-FILMAT: \"Ġimagħtejn qabel kont ikkurunajtha bħala Miss Simpatika\" - Ivan Gaffiero"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jitkecca-mill-iskola-gax-l-lsa-u-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tifel ta' 5 snin li jbati mill-awtiżmu tkeċċa mill-iskola għaliex l-LSA u l-għalliema tiegħu ma jridux jagħtuh is-servizz tagħhom.", "Omm ta' żewġt itfal li jbatu bl-awtiżimu tispjega kif binha spiċċa \"abbużat\" mill-iskola.", "\"It-tifel ingħata l-istess LSA li kellu f'", "2 u mill-ewwel ġimgħa bdejna bil-problemi.", "Beda jiġini d-dar bil-qalziet, biż-żarbun u bil-kalzetti mxarrbin.", "Minflok ma kienet iċċempilli biex inġiblu xi ħwejjeġ ħalli ma jagħmilx ġurnata bi ħwejjeġ għasra, kienet", "tħallih jiġri fil-bitħa peress li ma kienx qed joqogħdilha fil-klassi.", "Fl-ewwel jum tal-iskola, it-tifel minflok ġbartu mingħandha, spiċċajt ġbartu mingħand ħaddieħor għaliex riedet tirkeb il-vann biex tmur lura d-dar.", "Sippost t-tifel irrid niġbru mil-LSA u mhux mingħand xi ħaddieħor,\" tispjegalna l-omm.", "L-omm tallega li l-LSA naqset ukoll milli tagħmel xogħolha.", "\"Sippost l-LSA mill-bidu tas-sena kellha tikteb kif inhu sejjer it-tifel.", "Għaddiet ġimgħa u l-", "baqa' vojt.", "Għedtilha diversi drabi dwaru għaliex jiena minn dan il-ktieb biss nista' nkun naf kif inhu sejjer minħabba lit-tifel tiegħi ma jitkellimx.", "Kien biss bi pressjoni mingħand ta' fuqha li bdiet taħdem fuqu.", "In-nuqqas f'xogħolha rawh ukoll tal-Inspire meta sabu li ma kellhiex il-", "li jintużaw biex it-tifel ikun jista' jikkomunika.", "Kellhom jgħaddu ġimagħtejn biex dawn saru,\" tgħidilna l-omm.", "Però l-ikbar inkwiet tal-omm żdied meta rat li binha mhuwiex jiekol.", "\"Indunajt li t-tifel ma kienx qed jiekol u wara nsir naf li li l-", "kienu qed jaħbuhulu biex it-tifel ma jikolx meta jrid hu.", "Minħabba f'hekk it-tifel beda jbiddel l-attitudni tiegħu.\"", "Ir-rabja li beda jkollu t-tifel wasslitu biex iwaddab siġġu lil-LSA.", "\"Minn tifel fil-klassi tiegħu, insir naf li t-tifel waddab siġġu lil-LSA u hija spiċċat qarsitu u ħarab mill-klassi.", "L-għada mort niċċekkja x'ġara u l-LSA qaltli li veru kien waddabilha siġġu, imma bdiet tgħidli li mhux veru li qarsitu.", "Mhux talli l-għalliema u l-LSA marru jgħajtu mat-tifel li kixef kollox, talli l-K", "ap tal-Iskola qaltli biex ma nemmnux għax qed jigdeb.", "Ma naħsibx li tifel ta' 5 snin jista' jivvinta gidba bħal din,\" issostni l-omm.", "It-tifel jispiċċa mkeċċi mill-iskola.", "\"Il-Ħamis qaluli li se jipprovaw ibidlulu l-klassi għax it-tifel kien qed jiddejjaq ukoll minħabba l-għajjat tal-għalliema, Il-Ġimgħa bagħtu għalina u l-Kap tal-Iskola qaltli li ma jistax jibqa' jattendi l-iskola, wara li r-rapport mill-MUT tal-għalliema qal li l-LSA u l-għalliema qed jirrifjutaw li jagħtu servizz lit-tifel minħabba l-aggressività tat-tifel.", "Qaluli li l-għażla li għandi hi li nibagħtu programm tal-Inspire, tliet darbiet fil-ġimgħa għax huma ma jistgħu jagħmluli xejn.", "Issa qed ibiddlu l-verżjoni,\" tistqarr l-omm.", "L-omm kienet talbet l-għajnuna biex tinbidel LSA.", "\"Kont tlabt l-għajnuna tal-Kap tal-Iskola biex lit-tifel ibidlulu l-LSA, iktar u iktar meta rajt li l-imġiba tat-tifel ukoll bdiet tinbidel.", "It-terapisti wkoll raw li f'dawn l-aħħar ħmistax ma kienx qed jaħdem tajjeb minħabba li kien qed jibki bla waqfien.", "Jiena ma nistax nagħlaq għajnejja għax l-ewwel sena hija importanti għat-tfal.", "Meta ġew jiċċekkjaw tal-LSAs, raw lit-tifel ma daħalx fil-klassi tiegħu, imma kien f'oħra u spiċċa mal-art, iħabbat wiċċu.", "Meta lil-LSA qalulha biex tikkalmah u biex tiġbru minn mal-art, qaltilhom li qed tibża' ma jmurx jiġri xi ħaġa lilha.", "Ir-risposta li ħadt mingħandhom kienet biex nagħtuha ċans ieħor u kif ma jistgħux ibiddlu l-LSA,\" tispjegalna l-omm.", "\"Qatt ma stennejt dan it-tip ta' abbuż fuq tifel ta' 5 snin minn nies li sippost tawh is-sapport.", "Lil ibni rrovinawh u rrid it-tweġibiet kollha għall-affarijiet kollha li għamlu lil ibni,\" ittemm tgħidilna l-omm.", "Xarabank bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Malta Union of Teachers u lill-Ministeru tal-Edukazzjoni."], "title": "Jitkeċċa mill-iskola għax l-LSA u l-għalliema ma jridux jagħtuh servizz"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-zewg-prezentaturi-maltin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-preżentaturi Ryan u Josmar kienu fl-istess lukanda li fiha nstabet mejta l-kantanta ta' The Cranberries,", "Ryan u Josmar jgħidulna li qabel ilbieraħ, ma kinux jafu li fl-istess lukanda kienet qed toqgħod il-kantanta.", "\"Aħna ma kellniex idea li fl-istess lukanda kienet qed toqgħod Dolores O'Riordan.", "Fil-fatt qalulna li kienet iżżomm 'il bogħod mill-attenzjoni tal-pubbliku u lanqas membri tas-sigurtà ma kien ikun hemm magħha.\"", "Il-kantanta tmut fil-ħin li s-soltu jkunu fil-lukanda.", "\"Is-soltu nqassmu l-ġurnata, immorru ninħaslu u nerġgħu noħorġu filgħaxija.", "Però minħabba li lbieraħ kienet l-aħħar ġurnata, iddeċidejna li nibqgħu barra.", "Xħin lestejna u se nidħlu fil-lukanda, isfel kien hemm ħafna nies mhux ħażin u indunajna li ġara xi ħaġa.\"", "\"Meta smajna lil waħda tgħid:", "Għedna: 'Illaħwa, dan miet xi ħadd hawn.'", "Għednielha, '", "' U bdiet tgħidilna li l-kantanta ta' The Cranberries sabuha mejta.", "Dak il-ħin bqajna mbellha u qabditna rogħda kbira.\"", "Fil-lukanda nħasset tensjoni kbira.", "\"Xħin wasalna kienet diġà kkalmat l-atmosfera imma xorta inħasset ċertu tensjoni.", "Kien hemm ħafna nies fil-", "u kulħadd ried isir jaf x'ġara u jsaqsi,\" temmew jgħidulna Josmar u Ryan.", "Dolores O'Riordan mietet ilbieraħ filgħaxija fl-età ta' 46 f'lukanda ġewwa Park Lane.", "Is-sena li għaddiet il-grupp The Cranberries kien ħabbar li se jagħmel", "madwar l-Ewropa imma f'Mejju li għadda kien ikkanċella l-pjanijiet minħabba s-saħħa tal-kantanta.", "The Cranberries huwa magħruf għal kanzunetti Zombie, Linger u Dreams."], "title": "BIL-FILMAT: Żewġ preżentaturi Maltin metri 'l bogħod minn fejn mietet il-kantanta ta' The Cranberries"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/l-ewwel-tinxef-l-art-u-mbagad-tidol-fil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tfajla li kienet qed tbati minn attakk ta' ażżma ma titħallix tidħol fil-kamra tat-trattament taċ-ċentru tas-saħħa qabel ma tinxef l-art.", "Aħna tkellimna mas-sieħeb tat-tfajla li jgħidilna kif kienet infermiera li ma tatx prijorità lill-pazjenta.", "\"It-tfajla tbati mill-ażżma (", ") u meta jkollha bonn", "tkun gravi ħafna, tant li tippanikja u ma tkunx taf x'ħa taqbad tagħmel.", "Bħas-soltu, meta jaqbadha attakk tal-ażżma mmorru ċ-ċentru tas-saħħa.", "Xħin wasalna naraw", "qed taħsel kamra wara oħra.", "Issa dawk li jkollhom bżonn", "għandhom dritt li jaqbżu n-nies u jibqgħu deħlin fil-kamra tat-trattament.", "Kif wasalna mill-ewwel għednielha lill-", "biex tgħajjat lil xi infermiera ħalli tiġi tgħinna.", "Il-", "mill-ewwel telqet ġol-i", "biex tgħid lill-infermiera.", "Xħin ħarġet l-infermiera qaltilna, 'L-ewwel ħa tinxef l-art u mbagħad tidħol,' u daħlet 'il ġewwa.\"", "Ir-raġel iwieġeb lill-infermiera.", "\"'Mela l-ewwel nistennew l-art tinxef u mbagħad naraw x'għandu bżonn il-pazjent?'", "Bl-arroganza kollha ħarġet mill-kamra fejn kienet qed tieħu brejk u qaltilna, 'L-ewwel naħslu l-arti ħalli nneħħu l-mikrobi u mbagħad tidħlu intom.'\"", "It-tfajla tibda tiggrava.", "\"It-tfajla bdiet tiggrava u bdejna nibżgħu nissugraw inħalluha tistenna għax bdiet tbiddel il-kuluri.", "Bdiet tippanikja ħafna għax kienet iffrustrata li l-ewwel importanza kienet l-art u mhux hi.", "Din xorta setgħet iddaħħalha ġo kamra oħra tat-trattament għax hemm tnejn imma tatx kasna.", "Minflok qabdet u marret fl-i", ".", "Minn hemm morna għal klinikja tal-Mosta fejn qdewna mill-ewwel u nirringrazzjahom għas-servizz eċċellenti li tawna.\"", "\"Nappella biex ikun hawn iktar serjetà għax din setgħet spiċċat agħar,\" itemm jgħidilna.", "Xarabank bagħat lill-Ministeru tas-Saħħa għal reazzjoni."], "title": "\"L-ewwel tinxef l-art u mbagħad tidħol fil-kamra għall-kura\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/l-arcisqof-iqaddes-gal-ru-daphne-ftit.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Arċisqof Charles Scicluna jistaqsi lil min qatel, jistax jorqod b'kuxjenza safja.", "Fl-omelija li saret waqt il-quddies fil-Bidnija, ġimgħa wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-Arċisqof qal li dak li ġara ġimgħa ilu m'għandux ibeżżagħna imma għandu jgħinna nibżgħu għal xulxin.", "Filwaqt li qal li min qatel ried ibeżżagħna u jitterrorizzana, żied jgħid li minkejja ma nafux min hu, Alla jaf.", "Staqsa jekk dak li mela l-qlub bin-niket, jistax jorqod b'kuxjenza safja.", "L-Arċisqof sostna kif il-qattiel ċaħħad lill-pajjiż minn ġurnalista u kif għandha ssir ġustizzja u ħniena għal Daphne u anke għal min qatilha.", "Żied jgħid li jekk naħdmu għall-ġid komuni, m'għandniex nibżgħu, imma nibżgħux għal xulxin.", "Spjega li", "fejn hemm il-vjolenza għandna naħdmu għall-paċi, fejn hemm il-mibegħda naħdmu għall-imħabba, fejn hemm l-inġustizzja, nistinkaw biex issir ġustizzja, fejn hemm il-biża' naħdmu għall-kuraġġ u fejn hemm il-firda naħdmu għall-għaqda.", "Il-quddiesa saret fil-kappella tal-Bidnija li għaliha attendew mijiet ta' nies.", "Fost in-nies preżenti kiem hemm", "l-aġent President Dolores Cristina, Simon Busuttil, Lawrence Gonzi, Eddie Fenech Adami u wkoll", "membri mill-Kummissjoni Taljana ta' Kontra l-Mafja, fosthom iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Rosy Bindi.", "Ara l-post ta' fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia, ġimgħa wara:"], "title": "L-Arċisqof iqaddes għal ruħ Daphne ftit metri bogħod minn fejn splodiet il-karozza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-dalwaqt-xarabank-specjali.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ġimgħa oħra l-ewwel programm tal-Eurovision.", "Bħalissa t-tim ta' Xarabank qed jipprepara għaż-żewġ programmi tal-Eurovision.", "Dawn ħa jsiru fis-26 ta' dan ix-xahar u fit-2 ta' Frar, jum biss qabel il-Malta Eurovision Song Contest.", "Minbarra l-", "bid-diski tal-Eurovision", ", bħalissa Peppi, Claire u Russell qed jiltaqgħu mal-kantanti kollha tal-MESC biex jittellgħu dawn iż-żewġ programmi.", "Fihom se nisimgħu l-kanzunetti, se nsiru nafu ħafna affarijiet li ma konniex nafu, se jkollna xi sorpriżi u ma jonqosx ukoll iċ-ċajt.", "Kumbinazzjoni llum iltqajna ma' dan il-filmat t'hawn taħt li ttieħed fil-programm tal-Eurovision ta' sentejn ilu.", "Hawnhekk Peter Carbonaro u Corazon interpretaw lil Paul Giordamania u lil Georgina bid-diska Could it Be.", "Għalhekk, Xarabank speċjali tal-Eurovision titilfuhx!", "Ritratt tal-faċċata: Eurovision Song Malta"], "title": "BIL-FILMAT: Dalwaqt Xarabank speċjali tal-Eurovision"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmat-dawn-iz-zgazag-urew-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-ġimgħat ilu, żgħażagħ fil-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal Kirkop, telgħu fuq il-palk, u quddiem kulħadd stqarrew il-problemi li għandna fis-soċjeta'.", "L-attivita' li kienet ittellgħet kien jisimha BU (Be Yourself), u l-għan tagħha kien li tħeġġeġ lill-istudenti biex ma jibżgħux ikunu dak li huma, u ma jibżgħux jgħixu dak li verament jagħmilhom kuntenti.", "Ir-rappreżentazzjoni kien fiha wkoll kanzunetta oriġinali miktuba minn Maria Bellia, li hija studenta fl-istess skola.", "Il-koreografija f'din l-attivita' kienet impressjonani, u kienet mimlija simboli ta' problemi li għandna fis-soċjeta' tal-lum.", "Matul il-ġurnata, l-iskola stiednet diversi kelliema f'forums organizzati apposta għall-istudenti u l-ġenituri.", "Fost il-kelliema kien hemm il-President ta' Malta, iċ-ċkejknin Samuel Farrugia u Katriel Zahra, u Chucky Bartolo mil-Lovin' Malta, l-avukat Dr Deborah Schembri, l-Avukat Dr Kevin Cutajar u ċ-Ċermen tal-KNPD, Oliver Scicluna.", "Ix-xogħol ta' din l-iskola huwa ta' min infaħħruh, għaliex dawn in-nies qed jippromwovu s-solidarjeta', l-inklussivita', u r-rispett, u qed iwasslu l-messaġġ li min hu differenti mhux talli mhux importanti, imma talli għandna bżonnu, għax jgħinna nikbru aktar bħala soċjeta'."], "title": "BIL-FILMAT: Dawn iż-żgħażagħ urew il-problemi li għandna fis-soċjeta'"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-tefaghom-fl-galqa-u-qed.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel mhux magħruf tefa' t-tiġieġ u s-sriedaq f'għalqa, u jagħmlu storbju sħiħ lejl u nhar.", "Mara tistqarr magħna dak li qed jgħaddu minnu hi u ġirien tagħha fi Triq il-Jannara f'Birkirkara.", "\"Erba' xhur ilu raġel tefa' dawn it-tiġieġ u s-sriedaq f'għalqa u ħadd ma jista' jorqod bl-istorbju li qed jagħmlu.", "Il-ħin kollu jagħmlu l-istorbju għax filgħaxija jkun hemm id-dawl u għalihom qisu għadu binhar.", "L-għalqa privat iżda s-sid ma jsib l-ebda problema li dawn it-tiġieġ u s-sriedaq jittieħdu f'post ieħor, ġaladarba dawn mhumiex tiegħu.\"", "Il-mara u r-residenti ta' din it-triq jagħmlu ljieli sħaħ bla rqad.", "\"Qed inqumu għajjieni u mkissrin għax-xogħol għax m'aħniex nistrieħu bl-istorbju li qed jagħmlu 24 siegħa sħaħ.", "Aħna nixtiequ li dawn it-tiġieġ u s-sriedaq jittieħdu f'post ieħor addattat ħalli aħna nkunu nistgħu nistrieħu.", "Il-lejl jiġi għall-mistrieħ.\"", "Xarabank bagħat lill-Animal Welfare għal reazzjoni."], "title": "BIL-FILMAT: \"Tefagħhom fl-għalqa u qed nagħmlu ljieli sħaħ bla rqad\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/77-tal-kriminalita-fil-marsa-ssir-mill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Skont il-Ministru Michael Farrugia, iżjed minn tliet kwarti tal-każi kriminali li saru fil-Marsa saru mill-Maltin.", "Bejn l-2015 u Ġunju ta' din is-sena, ġew arrestati 389 ruħ fil-Marsa, u 301 minnhom kienu Maltin, u 88 kienu barranin.", "Ir-residenti tal-Marsa spiss jesprimu biża' minħabba l-popolazzjoni ta' persuni barranin li dejjem qed tiżdied fil-Marsa.", "Minkejja dan, meta aħna morna l-Marsa u tkellimna mal-Marsin stess huma esprimew ma' Xarabank li ħafna mill-barranin li jgħixu hemmhekk ma jikkawżaw ebda problema, iżda mbagħad hemm ftit minnhom li \"jpattu għall-oħrajn kollha\"."], "title": "77% tal-kriminalità fil-Marsa ssir mill-Maltin"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/gandu-jkun-hemm-cameras-fuq-il-addiema.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Inti taqbel jew ma taqbilx li jkun hemm", "fuq il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?", "Ftit tal-jiem ilu tellajna dan ir-ritratt b'din il-mistoqsija.", "Filwaqt li li kien hemm min qabel li jkun hemm", "minħabba għas-sigurtà tal-ħaddiema stess, il-maġġoranza tan-nies ma qablux.", "Roderick Mizzi kien fost dawk in-nies li qablu, \"X'inhi l-problema li jkollok", "?", "Anzi pjuttost ċerti xogħlijiet hemm bżonnhom iżjed minn oħrajn li jkun hemm", ".", "Jien ix-xogħol immur biex naħdem.", "Min iħaddimni jaf x'inhu x-xogħol tiegħi u billi kollhom aċċess jarawni nagħmlu ma fiha xejn.", "li għandhom xogħol biżżejjed biex ikunu qed jaħdmu bħali u ma jkunux sieq fuq sieq kif qed jimmaġinawhom xi wħud jaraw xi Grande Fratello.", "Wara kollox dik il-", "tista' tkun utli għalija jekk jinqala' xi ħaġa fl-uffiċċju u jkolli bżonn prova ta' dak li ġara.", "Sinċerament min jibqa' li jkollu", "fuqu sinjal li qed jagħmel xi ħaġa bil-ħabi u ma jridx jinqabad li qed jagħmilha għaliex jekk qed taħdmu, x'differenza se tagħmel jkun hemm", "Min-naħa l-oħra, Louisa Gauci Loporto ma taqbilx", ".", "\"Le.", "Il-kapaċità li turi ħila, reputazzjoni u imġiba huma biżżejjed biex turi x'tip ta' ħaddiem inti.", "Wettaq evalwazzjonijiet biex issegwi l-impjegati tiegħek mhux tara kull mossa tagħhom.", "Il-fiduċja għandha tiġi mingħand il-ħaddiem u mingħand min qed iħaddem.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kumpanja ma tistax tiġi mmexxija mingħajr il-ħaddiema u x-xogħol jista' jiġi mwettaq tajjeb jekk iħossuhom siguri, komdi, fdati u rrispettati.\"", "Inti x'taħseb?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "Għandu jkun hemm 'cameras' fuq il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/daphne-tghaqqad-lil-pn-u-lil-pl-flimkien.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["B'mod mill-iżjed \"storiku\" llum, il-PL u l-PN se jieħdu sehem flimkien, f'dimostrazzjoni li qed titlob għall-ġustizzja fil-każ tal-qtil barbaru ta' Daphne Caruana Galizia.", "Illum il-PN, il-PL, il-PD u l-AD se jingħaqdu f'dimostrazzjoni li se tibda fl-4:00pm, il-Belt Valletta.", "Fid-dimostrazzjoni mistennija eluf kbar ta' nies.", "Daphne llum irnexxielha tgħaqqad ukoll il-paġni ta' quddiem tal-gazzetti kollha li ħarġu dalgħod"], "title": "DAPHNE TGĦAQQAD LILL-PN U LILL-PL FLIMKIEN"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/maltija-tagmilha-mal-bestsellers-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-ktieb tal-awtriċi Maltija Natalie G. Owens jagħmilha mal-", "Aħna tkellimna ma' Natalie li tgħidilna kif il-ktieb", ", li jagħmel parti mis-sett ta' kotba", ", ġie fid-89 post.", "Natalie ilha tikteb minn meta kellha 15-il sena u minn meta kienet żgħira kienet xtaqet li taqbad din il-karriera.", "\"Meta kont żgħira bdejt nikteb il-poeżiji, anke bil-Malti.", "Wara xi ftit żmien ġejt it-tieni u ngħatajt premju għall-poeżija mill-Għaqda Letterarja Maltija.", "Dejjem xtaqt nidħol fil-kitba imma qatt ma ħsibt li jista' jkun hemm xi qligħ mill-kitba jew li jista' jkollha karriera.", "Mort l-Università, ġibt id-", ", iżda fl-istess waqt kont nikteb fil-", "u kont nikteb fuq affarijiet differenti minn Filosofija sal-moda.\"", "Natalie tiddeċiedi li ssiefer l-Amerika.", "Hemmhekk tiltaqa' mar-raġel u tibda twettaq il-ħolma tagħha.", "\"Fl-1998 sifirt l-Amerka, iltqajt mar-raġel u bdejt naħdem fil-kamp legali.", "Iżda l-kumpanija li kont naħdem magħha bdiet tkeċċi n-nies minħabba li l-ekonomija bdiet tmur għall-agħar.", "Sadanittant ir-raġel kien dejjem jarani nikteb u qalli biex nibda nikteb la kont qed nistenna xogħol ieħor.\"", "U Natalie tibda teditja l-kotba.", "\"Kien hemm xi nies li bdew isaqsuni neditja x-xogħol tagħhom.", "Bdejt nagħmilha u r-raġel qalli għaliex ma tkomplix fuq din il-linja.", "Bdejt nagħmel dan ix-xogħol u bdejt nippubblika xi xogħol ma' kumpanija żgħira, li llum ma għadhiex teżisti.", "Imbagħad fl-2009 ġejt Malta, bdejt nikteb l-ewwel rumanz tiegħi sakemm imbagħad ġiet l-opportunità li nikteb għal serje.\"", "Natalie tispiċċa tikteb kiteb li jispiċċa", ".", "\"Kont iltqajt ma' xi ħbieb li kienu qed jiktbu f'din is-serje u persuna minnhom ħajritni biex nikteb.", "Kellimt lil koawtriċi tiegħi, Zee Monodee, li ilna niktbu flimkien għal dawn l-aħħar sitt snin, u ħriġna l-ktieb", ", li huwa dwar id-draguni.\"", "U dan il-ktieb li jagħmel parti mis-sett", "jagħmilha mal-", ".", "\"Wara li konna ilna nistennew u niċċekkjaw, ħarġet il-lista u rajna li għamilnieha mal-aqwa kotba.", "Fraħt ħafna għax hija ħaġa li dejjem kienet il-ħolma tiegħi u issa nixtieq il nibni fuqha.\"", "Natalie tgħidilna wkoll li bħalissa qed taħdem fuq serje oħra."], "title": "Maltija tagħmilha mal-bestsellers tal-Istati Uniti"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/dawn-it-tfal-tgallmu-minn-ragel-li-tela.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-istudenti ta' Mater Boni Consilii St Joseph ta' Raħal Ġdid kellhom l-opportunità li jistaqsu u jitgħallmu mill-astronawta Amerikan Daniel Tani.", "Bħalissa f'din l-iskola għaddej proġett fejn l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom għaddejjin bi proġett fejn ix-xjenza, it-teknoloġija u l-arti qed jingħaqdu flimkien b'mod kreattiv biex it-tfal jitgħallmu u jifhmu ix-xjenza u l-ispazju b'mod aħjar u aktar prattiku.", "Bħala parti mill-inizjattiva tal-Arts Council Malta, l-istudenti u l-għalliema tal-iskola, flimkien ma' Dr Patrick Camilleri, li hu konsulent u lettur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta, u Dr Kenneth Vella, il-kap tal-iskola, kellhom iċ-ċans li jitkellmu mal-astronawta Amerikan Daniel Tani.", "Dan l-awstronawta tela' fl-ispazju 4 darbiet u għamel żmien twil fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.", "It-tfal kellhom l-opportunità li jitgħallmu direttament mingħand l-astronawta fejn setgħu wkoll isaqsu l-mistoqsijiet huma stess!", "Il-kap tal-iskola, Dr Vella, esprima l-apprezzament tiegħu lejn l-Arts Council Malta għall-appoġġ finanzjarju, lejn it-tfal u l-għalliema Francesca Camilleri u Sara Schembri għad-dedikazzjoni tagħhom, lejn Dr Camilleri għall-konsulenza u l-pariri professjonali tiegħu, l-ambaxxata Amerikana u dawk kollha involuti fl-organizzazjoni ta' din l-inizjattiva speċjali.", "Huwa rringrazzja wkoll lill-astronawta nnifsu Daniel Tani, lill-Gvern Amerikan u lill-uffiċjali għolja fl-ambaxxata Amerikana speċjalment lis-Sinjura Joanna Zingariello, lis-Sinjura Susan Ross PAO u s-Sur Mark Schapiro.", "Fi tmiem l-attività, is-Sinjura Ross għamlet donazzjoni ta' kotba u riżorsi mogħtija mill-Gvern Amerikan lill-iskola Maltija u kkonfermat li fil-futur l-iskola u l-ambaxxata se jkomplu jikkollaboraw f'attivitajiet oħra edukattivi.", "Hi ferħet ukoll lill-iskola u lill-istudenti għax fi kliemha din kienet l-ewwel darba li bħala ambaxxata organizzaw konferenza bħal din ma' astronawta Amerikan."], "title": "Dawn it-tfal tgħallmu minn dan ir-raġel li tela' fl-ispazju 4 darbiet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/16-il-persuna-se-jkomplu-l-missjoni-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan huwa l-ewwel grupp wara l-mewt ta' Dun Ġorġ li se jkompli l-ħidma tiegħu fl-Etjopja.", "Aħna tkellimna ma' George Sultana, li jumejn oħra flimken ma' 15-il persuna oħra se jitla' għall-missjoni.", "\"Ftit qabel ma ħalliena, jiena u Dun Ġorġ ippjanajna li mmoru l-Etjopja għall-missjoni.", "Jiena kont wegħidtu li sakemm nibqa' b'saħħti u ħaj, nibqa' ngħaqqad il-gruppi biex il-Moviment jibqa' għaddej.", "Minħabba li jiena naħdem ma' kumpanija tal-bini u tal-kostruzzjoni, għaqqadt grupp ta' 16.", "7 minna se jitilgħu jibnu kċina f'raħal ġo foresta, u l-kumplament, bil-flus li ġbarna, se nipprovdu l-ikel u ndewwu lin-nies u lit-tfal ta' dawk l-irħula.\"", "George kien jaħdem mill-qrib ma' Dun Ġorġ u jirrakkontalna x'kienet tfisser it-telfa tiegħu.", "\"Bdejt naħdem miegħu fl-2014.", "Minn dejjem xtaqt li mmur l-missjoni u peress li minn Għawdex, kont iltqajt miegħu u wrejt ix-xewqa li mmur.", "Qalli biex ngħaqqad grupp ta' ħbieb u tmienja minna tlajna għall-ewwel darba l-Etjopja.", "Minn hemm 'il quddiem bdejt naħdem mill-qrib miegħu u erġajt għaqqadt grupp ieħor fl-2016.\"", "\"Kienet kiefra li tlifnieh lil Dun Ġorġ.", "Kien kollox.", "Dun Ġorġ kien jaħdem 24 siegħa kuljum għall-missjoni.", "Kien ifisser ħafna għalina, imma kien ifisser ħafna għal dawk il-villaġġi u l-ibliet li kien jieħu ħsieb hu fil-Kenja, l-Etjopja u l-Brażil.", "Niftakar li l-ewwel darba li mort rajt faqar kbir.", "Imbagħad bdejt nara knisja, sptar jew skola sabiħa, u bdew jgħiduli li dawn bniehom Dun Ġorġ.\"", "\"Aħna se nkunu l-ewwel grupp wara l-mewt ta' Dun Ġorġ li se nkomplu bil-ħidma tiegħu.", "Aħna nemmnu li Dun Ġorġ se jkun ferħan li nuru li l-Moviment għadu ħaj permezz tagħna,\" itemm jgħidilna George."], "title": "16-il persuna se jkomplu l-Missjoni ta' Dun Ġorġ Grima jumejn oħra"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/araw-xgamlu-dawn-is-700-zagzuga-fta-qali.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn is-700 żagħżugħ/a għamlu jumejn flimkien.", "Ftit iktar minn ġimgħa ilu, sar l-ewwel festival għaż-żgħażagħ 'Encounter' li fih ż-żgħażagħ iltaqgħu ma' żgħażagħ oħra.", "Permezz tal-esperjenzi tagħhom għarfu s-sbuħija u l-kobor ta' Alla, u ċċelebraw il-ħajja u l-fidi.", "Dan filwaqt li ltaqgħu ma' realitajiet differenti rrappreżentati minn għadd ta' gruppi u għaqdiet fil-Knisja.", "L-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa' maż-żgħażagħ u ċċelebra quddiesa matul il-jumejn tal-festival.", "L-attività ġiet organizzata mill-Kumissjoni tal-Knisja għaż-żgħażagħ.", "Ritratti: Kurja/knisja.org/ritratti"], "title": "Araw x'għamlu dawn is-700 żagħżugħ/a f'Ta' Qali"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-inossni-bniedem-li-twelidt.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Emanuel Camilleri huwa l-missier li kien akkużat li abbuża sesswalment minn bintu.", "L-istorja li nqalgħet fuqu kienet gidba, u wara taqtiegħa sħiħa fil-qrati Maltin, dil-ġimgħa tneħħa mir-reġistru tal-pedofeli.", "Xarabank kien hemm ma' Emanuel mill-bidu nett tal-każ, u eżatt malli tneħħa mir-reġistru, aħna erġajna konna hemm miegħu.", "Dak il-ħin qalilna li jħossu bniedem li reġa' twieled mill-ġdid.", "Fl-2002, Emanuel kien akkużat li abbuża sesswalment minn bintu.", "Emanuel kien sostna li din kienet gidba u kien ġie l-uffiċċju ta' Xarabank biex jiltaqa' ma' Peppi Azzopardi.", "Peppi emmnu u kien għamillu intervista.", "Emanuel kien weħel sena ħabs imma kienet it-tifla tiegħu stess li qalet li missierha qatt ma messha jew abbużaha, u li kienet ivvintat kollox għax kienet imġiegħla.", "Wara din ix-xhieda, Emanuel inħeles mill-ħabs iżda ismu, sat-Tnejn li għadda, kien għadu jidher fuq ir-reġistru tal-pedofeli.", "Xarabank ilu jsegwi dan il-każ sa mill-bidu nett u dan huwa biss sommarju ta' dak li ġara.", "Ħa nfakkrukom l-istorja tiegħu.", "Illum Emanuel iħossu bniedem differenti.", "\"Inħossni qisni bniedem li erġajt twelidt mill-ġdid.", "Qed inħoss piż qawwi merfugħ minn fuqi.", "Bħal bniedem li kien qiegħed ġo gaġġa kontra l-volontà tiegħu u reġgħet infetħet,\" jistqarr Emanuel.", "Ftit sigħat wara li jitneħħa isem Emanuel minn fuq ir-reġistru tal-pedofeli, Desire tirringrazzja lil Luke, iben Emanuel, li ġo nofs din l-istorja kollha tilef ħajtu bil-kanċer.", "\"Luke kien magħna l-ħin kollu.", "Fl-2010, Luke kien dejjem jittama li jibqa' ħaj u jara din is-sħaba sewda fuq il-ħajja tagħna titwarrab u jkollna r-raġġi tax-xemx.", "Minn dejjem kien jitlobha.", "Kien qiegħed hemmhekk matulha kollha,\" qalilna Emanuel.", "\"Kienet waħda mill-ħolmiet tiegħu li jarani illiberat.", "Però waħda mill-ħolmiet tiegħu kienet diġà saret realtà, dik li jkolli l-kura u l-kustodja kompletament tiegħu, u din kienet saret qabel ma miet.", "Sfortunatament it-tieni ħolma, li jkolli ismi nadif, kellu jaraha minn hemm fuq,\" ikompli Emanuel.", "Issa Emanuel jista' jsiefer.", "\"Aħna bħala familja qatt ma morna vaganza flimkien, ħlief sa Għawdex u l-iktar ħaġa li tħossok rebbieħ fuq dak il-fatt li inti qisek għandek katina ma' saqajk.", "Tħossok li qisek qed tiġi kmandat, avolja taf li ma għamilt xejn.", "Issa l-katina nfetħet taret u qed inħossni għasfur b'gaġġa miftuħa.\"", "Emanuel iħossu bniedem kompletament ġdid.", "\"Qabel kont naħbi l-uġigħ b'daħka imma llum il-ġurnata d-daħka hija sinċiera bil-ferħ.", "Naħseb dik waħda mill-iktar affarijiet differenti minn Emanuel ilbieraħ għal Emanuel tal-lum,\" jispjegalna.", "Xarabank għal Emanuel ifisser ħafna.", "\"Meta ħaddieħor ma tanix widen u ma emminx, avolja bil-provi kollha, u litteralment fetaħli l-bieb u tefgħani 'l barra, Xarabank kien dik l-ispalla, apparti l-familja tiegħi, u llum Xarabank ġie l-", "tiegħi.", "Dejjem kien hemmhekk, tana s-sapport anke b'dik id-daqsxejn telefonata, dejjem lesti biex jisimgħuk.", "Kemm-il persuna għamlitha dik f'dan iż-żmien?\" jgħidlna Emanuel.", "\"Nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tas-sapport li tani tul dan iż-żmien.", "Ma stennejtx dan is-sapport u llum il-ġurnata naf kemm hu poplu magħqud u naf li fejn tidħol inġustizzja, il-poplu jaf jagħraf,\" itemm jgħidilna Emanuel.", "ġ", "ġ: Andrew Borg Carbott"], "title": "BIL-FILMAT: \"Inħossni bniedem li twelidt mill-ġdid\" - Emanuel Camilleri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-meta-peppi-ltaqa-ma-dawn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tliet snin ilu Peppi Azzopardi tela' Pariġi biex jiltaqa' mal-Voca People.", "Ftit qabel ma bdiet il-", "tagħhom f'Bobino Theatre, Peppi jispjega għaliex jaffaxxinawh.", "\"Ma nkunx nista' nifhem kif jirnexxilhom b'leħinhom biss jagħmlu orkestra.\"", "Kont taf għaliex jilbsu l-abjad?", "\"Niżlu fid-dinja għax kienu kkraxxjaw bl-i", "u hawnhekk qed jagħmlu l-kanzunetti għaliex bihom iġibu l-enerġija,\" jispjegalna Peppi.", "U dawn kif saru popolari?", "\"Skoprew lill-Voca People minn fuq il-You Tube b'filmati li marru", ".", "Kulħadd kien baqa' mmeraviljat kif dawn jirnexxilhom jagħmlu l-ħoss ta' pjanu, ta' trumbetta, ta' kitarra u ta' vjolin b'leħenhom.\"", "Kienu għamlulna wkoll id-diska ta' Xarabank.", "Arawha f'dan il-filmat ta' hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMAT: Meta Peppi ltaqa' ma' dawn"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jispara-waqt-argument-fal-gaxaq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Pulizija arrestat raġel li spara xi tiri wara li allegatament kellu argument f'Ħal Għaxaq.", "Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13.30pm meta l-Pulizija u membri mir-Rapid Intervention Unit issejħu għall-assistenza fi Triq Santa Marija.", "Il-Pulizija qaltilna li allegatament kien hemm argument u x'aktarx intużat arma tan-nar.", "Fortunatament ħa", "dd ma weġġa'.", "Iktar dettalji fil-ħin li ġej."], "title": "Jispara waqt argument f'Ħal Għaxaq"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/taseb-fputtinu-cares-waqt-li-kienet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Abigail Pace.", "Għandha 21 sena.", "Sentejn ilu mardet bil-kanċer.", "Waqt l-uġigħ insapportabbli li kienet għaddejja minnu, Puttinu jgħinha b'kelma ta' kuraġġ.", "Ħasset il-ħtieġa li tagħti xi ħaġa lura u tibda tagħmel il-kartolini.", "Aħna tkellimna ma' Abigail li tgħidilna kif fl-2016 mardet bil-kanċer.", "\"F'Novembru ta' dik is-sena ġejt", ".", "Kelli boċċa fuq għonqi fuq in-naħa tal-lemin.", "Għall-ewwel ħasbu li għandi", ".", "Għamilt xahar immur għat-testijiet.", "Però mbagħad telgħetli boċċa n-naħa l-oħra u ddeċidew li jagħmluli l-operazzjoni biex ineħħuli l-", "li kienet intefħet.", "Mit-testijiet ta' qabel l-operazzjoni indunaw li kien kanċer.\"", "Abigail tieqaf mill-iskola, tibda l-kimoterapija u tibda tpinġi.", "\"Bdejt nieħu l-kimoterapija u għamilt l-ewwel sitt xhur id-dar.", "Kelli ħafna ħin id-dar għax waqaft mill-iskola biex niffoka fuq saħħti.", "Xtaqt insib xi ħaġa x'nagħmel biex ninsa l-uġigħ li kont għaddejja minnu.", "Minn dejjem kelli interess fit-tpenġija iżda kont inħalli dak li penġejt hemm.", "Ma kontx insib sodisfazzjon nara l-karta, ma nafx x'se nagħmel biha u nħares lejha biss.\"", "Tiltaqa' ma' Rennie ta' Puttinu Cares u trodd lura l-għajnuna li kien jagħtiha, bit-tpenġija tagħha.", "\"Kien ikolli ġimgħat fejn kont nieħu l-kimoterpaija u kont inkun fir-Rainbow Ward, is-sala li fiha jkun hemm parti mit-tim ta' Puttinu Cares.", "Darba minnhom ġie Rennie u bdejna nitkellmu kif twaqqaf Puttinu, u tani kuraġġ kbir bil-mod pożittiv li jħares lejn il-ħajja.\"", "\"Id-dedikazzjoni li rajt fih kien li ispirani biex nibda xi ħaġa.", "Xtaqt li nagħmel xi ħaġa li tgħinni nirkupra, tkun forma ta' arti għax għalija hija terapija u fl-istess ħin nagħmel xi ħaġa biex ngħin lil ħaddieħor, speċifikament lil Puttinu.", "Ġietni l-idea li nagħmel il-kartolini li wieħed jista' jagħtiha lil xi ħadd u fl-istess ħin jifraħ xi ħaddieħor biha.\"", "\"L-għan tiegħi mhux biex niftaħar jew nuri x'kapaċitajiet li għandi iżda li forsi nferraħ lil dawk li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili.", "Hemm tama li toħroġ xi ħaġa pożittiva minn esperjenza negattiva,\" ittemm tgħidilna Abigail.", "Wara 6 xhur għaddejja bil-kimoterapija, illum Abigail reġgħet qed tkompli bl-istudji tagħha.", "Qiegħda fit-tielet sena tagħha bħala studenta tal-Mediċina.", "U għadha tkompli tagħmel il-kartolini li kull waħda li tbigħ, parti mill-qligħ qed imur għal Puttinu Cares."], "title": "Taħseb f'Puttinu Cares waqt li kienet marida bil-kanċer"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/esklussiva-chris-fearne-jwiegeb-dwar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara l-inċident taż-Żurrieq, kien hemm appell kbir biex min jista' jagħti d-demm.", "Kien hemm ħafna rġiel", "li bdew jgħidu li għandhom l-istess tip ta' demm imma ma jistgħux imorru għax huma", "Irġiel", "ħa jibqgħu ma jistgħux jagħtu demm?", "Id-Deputat Prim Ministru Dr Chris Fearne ma' Xarabank jistqarr li se jkunu jistgħu jagħtu demm.", "\"Is-sistema ta' għalfejn ma jistgħux sal-lum kienet li l-bank tad-demm jgħid li hemm ċerti kategoriji ta' nies li ma jistgħux", "jagħtu demm", "minħabba li jistgħu jkunu assoċjati mar-riskju akbar ta' problema għal min jieħu d-demm.\"", "B'apparat ġdid, se jsiru iżjed testijiet fini fuq id-demm ta' kulħadd.", "\"Issa l-irġiel", "li għandhom relazzjoni sesswali ma' rġiel oħra, statistikament u sfortunatament juri li għandhom riskju akbar ta' ċertu kundizzjonijiet li jistgħu jgħaddu minn ġod-demm.", "Allura issa aħna ħriġna", "li ilu jinkiteb għal dawn l-aħħar xhur, biex nixtru apparat ġdid fejn inkunu nistgħu nagħmlu iktar testijiet fini fuq id-demm ta' kulħadd, mhux tal-", "biss u allura ċerti kategoriji li ma setgħux jagħtu, ħa jkunu jistgħu jibdew jagħtu, fosthom irġiel li jkollhom relazzjoni ma' rġiel oħra.\"", "Itemm jgħidilna: \"Ladarba jgħaddi t-", ", jidħol l-apparat u jkun hemm it-taħriġ tal-", ", ikunu għaddew ftit xhur, il-persuni", "mhux se jibqgħu ma' dawk il-persuni li s'issa ma jistgħux jagħtu demm.\"", "Ritrat tax-xellug: T", "Ritratt tal-lemin:"], "title": "ESKLUSSIVA: Chris Fearne jwieġeb dwar jekk il-gays hux se jkunu jistgħu jagħtu demm"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/daphne-caruana-galizia-tibgat-messagg.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Daphne Caruana Galizia bagħtet żewġ messaġi lill-Avukat tagħha li jistgħu jgħinu fl-investigazzjoni tal-qtil.", "F'Xarabank, l-Avukat Roberto Montalto spjega li Daphne Caruana Galizia kienet ilha tibgħatlu biex tiltaqa' miegħu iżda minħabba li kien fil-Qorti ma setax ikellimha.", "Qal li kienet differenti mis-soltu għax qaltlu li qiegħda l-Belt u li se tibqa' tistennieh.", "Żied jgħid li din ma kinitx tagħmilha meta kienet tfittxu għal parir u ma kinitx tippersisti jekk ma kienx jista' jirrispondiha.", "Stqarr li ma jistax jgħid jekk it-talba biex jiltaqgħu hijiex marbuta mal-qtil.", "Filwaqt li ma zvelax il-messaġġi, temm billi qal li l-messaġġi tahom lill-Pulizija."], "title": "Daphne Caruana Galizia tibgħat messaġġ lill-Avukat tagħha jiem qabel ma nqatlet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-neville-u-corazon-qed-joorgu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iva, Corazón u Neville qed joħorġu flimkien u flimkien ħarġu wkoll il-kanzunetta Perfect.", "Il-ġimgħa l-oħra Corazón u Neville ħarġu l-cover-version ta' 'Perfect' ta' Ed Sheeran.", "Xħin smajnieha bqajna impressjonati bil-chemistry perfetta li hemm bejn il-vuċijiet tagħhom.", "Però din il-chemistry innutajnieha wkoll bejniethom.", "U bdejna nistaqsu, kif qed ikantaw kanzunetta daqshekk romantika flimkien?", "Jaqaw qed joħorġu flimkien?", "Il-kurżità għelbitna u ċempilnielhom.", "Jiltaqgħu flimkien l-ewwel darba fil-programm li kienet tippreżenta Corazón.", "\"Iltqajna meta Neville kien ġie fil-programm Twelve to 3.", "Dak iż-żmien konna organizzajna ikla għall-mistednin.", "Hemmhekk sirna nafu lil xulxin u mbagħad maż-żmien bdejna noħorġu flimkien,\" tgħidilna Corazón.", "Ftit jiem ilu, Corazón u Neville ħarġu l-kanzunetta", ".", "\"Bħalissa qed naħdmu fuq xi kanzunetti oriġinali u għedna ħa nipprovaw din il-kanzunetta biex naraw x'rispons ikollna u nara jekk il-vuċijiet tagħna jmorrux flimkien.", "Allura għamilna din il-kanzunetta bħala antiċipazzjoni għal kanzunetta ġdida oriġinali li qed naħdmu fuqha bħalissa,\" tistqarr Corazón.", "\"Għażilnieha għax hija l-iktar kanzunetta li nkantaw fit-tiġijiet, it-tnejn li aħna nafuha u bħalissa hija popolari wkoll,\" tgħidilna Corazón.", "\"Bħala kliem, il-fatt li qegħdin flimkien jagħmlu iktar sens,\" żied jgħidilna Neville.", "Ma setax jonqos li staqsejniehom biex jgħaddu messaġġ lil xulxin.", "Corazón tgħidilna: \"Neville inti persuna speċjali ħafna għalija għaliex sibt dak kollu li kont qed infittex; kumpanija, lealtà, sapport u persuna intelliġenti li tifhimni.\"", "U Neville?", "\"Corazón hija l-iktar persuna importanti f'ħajti.", "Hija l-estensjoni tiegħi.", "Grazzi talli qed iġġibli ħajti ħafna isbaħ, li qed tagħtini kuraġġ u sapport.", "Kull ħaġa li bħalissa għandi bżonn, insibha fiha.", "Grazzi u nħobbok.\""], "title": "BIL-FILMAT: Neville u Corazón qed joħorġu flimkien?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/kieku-s-sibt-li-gadda-golla-t-tazza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Denilson Briffa ta' 19-il sena tilef ħajtu l-Ħamis li għadda wara li kellu inċident bil-mutur.", "Bosta kienu dawk li nħasdu bil-mewta traġika ta' dan il-ġuvni, fosthom sħabu tat-tim tal-futbol, Tarxien AFC, li s-Sibt li għadda refgħu t-tazza wara li ġew fit-tieni post fi swan league amateur.", "Ritratt: Il-kowċ Yalcin Sammut", "Aħna tkellimna mal-kowċ ta' Tarxien AFC, Yalcin Sammut, li b'niket stqarr magħna li kieku s-Sibt li għadda Denilson refa' t-tazza flimkien mal-bqija tat-tim.", "\"Is-Sibt li għadda ġejna mogħtija t-tazza għat-tieni post minn disa' timijiet, u ħadna din it-tazza b'emozzjoni li diffiċli biex nispjegaha.\"", "\"Min-naħa konna onorati għaliex ħdimna fuq li ħidmna, imma min-naħa l-oħra kellna qalbna maqsuma għaliex nafu li Denilson kellu jkun magħna, kif dejjem kien.", "Il-Ġimgħa kif smajna bl-aħbar ksaħna għaliex kien wieħed mill-iżgħar plejers fostna u żgur li ħadd ma stenna din diżgrazzja.\"", "Ritratt: It-tim ta' Tarxien AFC", "Lil Denilson kienu jsejħulu l-Brażiljan tat-tim.", "\"Kien wieħed mill-plejers ewlenin fis-suċċess li ksibna.", "Kien attakkant ħafif li ħadem ferm għat-tim u dejjem kien jagħti qalbu, għalhekk kien plejer imfittex.", "Konna nsejħulu l-Brażiljan tat-tim għax kellu tattika tal-ġenn.", "Mhux biss kien parti mit-tim, imma kien ħabib b'karattru liema bħalu.\"", "Ritratt: Uħud mill-plejer ta' Tarxien AFC", "Illum Denilson ingħata l-aħħar tislima."], "title": "\"Kieku s-Sibt li għadda għolla t-tazza magħna\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/l-aar-telefonata-li-franco-debono-kellu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Avukat Dr Franco Debono jgħid li bl-aħħar telefonata li kellu ma' Daphne Caruana Galizia, spiċċaw bit-tajjeb.", "Daphne Caruana Galizia kkritikatu ħafna drabi, però Franco Debono jgħidilna li bl-aħħar telefonata spiċċaw bit-tajjeb.", "\"Oriġinarjament, ġieli kitbet kummenti pożittivi fuqi imma mbagħad meta ħadt ċerti pożizzjonijiet, ikkritikatni u ġieli kienet ħarxa u inġusta fil-konfront tiegħi.", "Però ironikament l-aħħar telefonata li kelli ma' Daphne kienet xi xahar u nofs ilu.", "Kumbinazzjoni, kif kien jaf kulħadd, kellna pożizzjonijiet simili fl-", "tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u kienet ċemplitli, niftakar kont Amsterdam, biex tistaqsini jekk nistax nagħtiha xi informazzjoni,\" jgħidilna Franco Debono.", "Iżid jgħid, \"It-telefonata żviluppat u bdejna nitkellmu fuq il-vloggs li kont qed nagħmel jien, u bdejna nitkellmu kif dawn jilħqu ċerti udjenza.", "Imbagħad għedtilha, 'Isma' Daphne la ċempilt u qed nitkellmu, inti tgħid ċerti affarijiet li taf li mhumiex veri u taf li tgħidhom biex iddejjaqni...'", "Qaltli, 'Għandek raġun.", "Ħa nieqaf.'", "U din għadha qed tidwi ġo widnejja u din żammitha għax minn dakinhar 'l hemm ma reġgħetx kitbet darb'oħra fuq affarijiet li għedtilha li ma kinux veru u li jdejquni.", "Allura filwaqt li tista' tgħid li kitbet diversi affarijiet mhux pjaċevoli fil-konfront tiegħi, spiċċajna bit-tajjeb,\" jistqarr Franco Debono.", "Jgħidilna li huwa minn dejjem emmen fil-libertà tal-espressjoni, anke meta kienet tattakkah.", "\"Faċli tgħid li temmen fil-libertà tal-espressjoni, imma turi veru kemm temmen fiha meta inti stess tkun taħt attakk.", "Jiena meta kont taħt attakk taf x'għamilt?", "Ippreżentajt mozzjoni fil-Parlament biex jitneħħew il-libelli kriminali.", "Madankollu, il-libertà tal-espressjoni mhijiex assoluta, hemm il-limitazzjonijiet ukoll għal-libertà tal-espressjoni, ma tistax taqbad tgħid li trid u tgħid fuq kulħadd,\" jgħidilna Franco Debono.", "Franco Debono jirrakkonta kif kien ħabib tiegħu li bagħatlu fuq Facebook dwar l-aħbar.", "\"Bagħtli wieħed, ħabib tiegħu fuq Facebook.", "Sadanittant l-aħbarijiet kienu għadhom deħli u qalli, 'Smajt fuq x'ġara lil Daphne?'", "Għedtlu, 'Le ma smajtx.'", "Dak il-ħin qalli, 'Ħarqulha l-karozza.'", "U r-reazzjoni spontanja tiegħi kienet, 'Allaħares.", "Nispera li le.'", "Xħin sirt naf li nqatlet, kelli dispjaċir kbir għax mhumiex affarijiet li wieħed jieħu gost bihom.", "Kien xokk, fis-sens, aħbar li tidħol dak il-ħin u taħsdek.", "Dan, iżda, bl-ebda mod ma jista' b'xi mod jiġġustifika l-qtil ta' ġurnalist,\"", "jistqarr Franco Debono."], "title": "L-aħħar telefonata li Franco Debono kellu ma' Daphne Caruana Galizia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmat-keith-demicoli-jintervista.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Keith Demicoli jiltaqa' ma' zijuh John li emigra lejn l-Awstralja wara 17-il sena, u jagħmillu intervista.", "Fiż-żjara li Keith għamel lil zijuh, ma setax jonqosx li bħala", "ġurnalist", "jintervista lil zijuh.", "Ħaġa interessanti f'John hija l-imħabba partikolari li għandu lejn familtu.", "Din juriha b'kamra li għandu f'daru, li biddilha f'mużew tal-familja u li fiha ssib ritratt ta' kull membru tal-familja.", "\"Din il-kamra żammejtha apposta.", "Meta xtrajna d-dar kienet kamra tas-sodda.", "Però minħabba li għandi 3 t'ikmamar tas-sodda oħra, ddeċidejt li noqgħod ngħaddi ż-żmien f'din il-kamra u nagħmel ir-ritratti fl-inkwatri, u nwaħħalhom mal-ħajt.\"", "John għandu 6 itfal, kollha miżżewġin, 14 tfal ta' tfal, u għandu 11 tfal ta' tfal ta' tfal.", "Ma' kull ħajt tal-kamra, insibu ħafna u ħafna ritratti tal-familja.", "Jispjega kif familtu tfisser ħafna għalih.", "\"Il-familja tfisser kollox għalija.", "Ngħidlek il-verità nixtieq li mmut jien qabel kulħadd għax ma nistax noħodha l-mewt ta' xi ħadd mill-familja tiegħi.", "Ngħid, 'Kellu bżonn Alla jieħu lili l-ewwel.'", "Meta ngħid hekk, tal-familja jgħiduli, 'X'inti tgħid pa?'", "Aħjar jieħu lili l-ewwel.\"", "Imma kif spiċċa l-Awstralja?", "\"Niżel wieħed Malti lejn Malta, iltaqa' m'oħt l-mara u żżewwiġha.", "Ħajjar lil ommha u lil missierha, tellagħhom l-Awstralja, u mbagħad tela' ħuha, u telgħet oħtha l-oħra.", "Wara marti qaltli, 'Imxi ħa mmorru u għedtilha, 'U ħallini, fejn tridni mmur wara 6 snin il-Ġermanja.'", "Tlajt imma wara 5 snin, bdejt niddejjaq, u 7 snin wara erġajna nżilna Malta, però erġajna sibna ruħna hawnhekk.\"", "Minkejja li għaddew ħafna snin, John baqa' jħobb lil Malta.", "\"Malta ma ninsieha qatt.", "Nixtieq naqta' saba', u nerġa' mmur.", "Però minħabba li kelli operazzjoni żgħira fil-qalb, naqta' qalbi biex ninżel.", "Però Malta l-ewwel u qabel kollox.", "Ilni hawn ħafna u kważi lanqas drajt hawnhekk.", "Malta għalija hija kollox.", "Hemmhekk, għandi l-familja, in-neputijiet, il-kuġini, kollox għandi.", "Nieħu gost ninżel narahom imma ma nistax.", "Malti hija pajjiżi.\"", "Meta Keith staqsa lil zijuh, liema kien l-isbaħ mument li żgur ma jinsieh qatt, jgħidilna li kien dakinhar li żżewweġ.", "\"L-isbaħ mument li żgur mhux ħa ninsieha qatt, huwa meta żżewwiġt.", "Missieri kien strett fuqi, u mas-7 ridt inkun ġewwa.", "Ta' 17-il sena għedt lil missieri li qed naħseb biex niżżewweġ u żżewwiġt meta kelli 18-il sena u 7 xhur.\"", "Issa se jagħlqu 60 sena miżżewġin u jgħidilna x'inhu s-sigriet wara dawn is-snin kollha.", "\"Ir-relazzjoni tagħna kienet tajba ħafna.", "Kellna ftit tax-xorti li ltqajna u li qbilna ma' xulxin.", "Kellna 6 itfal.", "Ninsabu kuntenti ħafna.", "Niġġieldu wkoll u kultant ma naqblux imma mbagħad filgħaxija noqogħdu naraw it-televixin u jgħaddi kollox.\"", "Ilbieraħ Keith spjegalna kif il-laqgħa maz-zijuh John kienet tfisser ħafna, u f'zijuh ra raġel li b'sagrifiċċju kbir u b'għafsa ta' qalb ħalla kollox warajh biex jagħti futur aħjar lil familtu."], "title": "BIL-FILMAT: Keith Demicoli jintervista lil zijuh li emigra lejn l-Awstralja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-dan-hu-l-bob-marley-ta-gawdex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Isejħulu l-Bob Marley ta' Malta jew aħjar ta' Għawdex.", "M'hemmx dubju għalfejn isibu hekk.", "Ma' Marley jista' jkun li ġieli ltqajtu fil-pjazza tat-Tokk, ir-Rabat Għawdex.", "Imma ma' Marley konna ltqajna miegħu", "id-dar tiegħu fix-Xewkija.", "Dar li Marley isejħilha razzett.", "Marley jismu John Spiteri.", "Jgħidilna li jgħix waħdu imma fil-verità jgħix ma' ħafna annimali li jżomm fir-razzett u fl-għelieqi.", "John ta' 8 snin kellu jiddaħħal ġo orfanatorfju ġewwa Għawdex għax il-ġenituri tiegħu ma setgħux jieħdu ħsiebu.", "Meta għalaq 18, għamel kuntatt ma' missieru fl-Ingilterra.", "\"Kif ħriġt mill-istitu, l-ewwel ħarġa tiegħi minn hemm kienet lejn l-Ingilterra.\"", "Lura Għawdex.", "Il-Marley jidħol għal Mr Malta u jiġi t-tieni.", "John isir ukoll plejer tal-futbol u b'gowl tiegħu fl-aħħar minuti, it-tim ta' Xewkija Għawdex jirbaħ il-Kampjonat Għawdxi.", "\"Kellu jinqala'", "u kelli nkun jien li nidħol b'veloċità, nagħti daqqa ta' ras perfettament ġol-kantuniera tal-lasta, u bil-ferħ, bdejt nara n-nies jaqbżu għal ġol-grawnd.\"", "Imma dan il-ferħ għal John malajr jispiċċa.", "\"Mhux dejjem iġġibha kif trid inti l-ħajja.", "Is-siwazzjonijiet dejjem jinbiddlu.", "Illum tkun minn fuq u għada tista' tkun minn taħt.", "U hemmhekk trid toqgħod attent għax il-bniedem jintilef f'mumenti hekk u jiddispjaċih.\"", "John jispiċċa bla xogħol u bla flus.", "Għal żmien twil jispiċċa ddisprat u jmur jisraq.", "\"Tant tiġi dahrek mal-ħajt illi tibda toħlom.", "U f'daqqa waħda ħlomt li nagħmel", "u l-azzjoni ġiet bil-kontra.", "Flok ħadt il-flus, spiċċat 17-il xahar il-ħabs.", "Minn hemm bdejt nitgħallem.\"", "Il-mument ta' ferħ jerġa' jiksbu.", "\"L-aktar ħaġa li fraħt meta ħriġt mill-ħabs.", "Meta l-imħallef qalli: 'Inti tista' tmur taqbad il-vapur t'Għawdex u dak il-ħin tirt bil-ferħ.\"", "Il-libertà għal Marley tfisser kollox.", "U qatt ma reġa' ssogra li jitlifha.", "Illum tgħallem japprezza l-iktar affarijiet sempliċi.", "\"Għix il-ħajja.", "Għix il-ġurnata.", "Ħares lejn is-sema kemm hu sabiħ.", "Ħares lejn il-baħar sabiħ li għandek kollu ħut, kollu ġmiel.", "Ħares lejn it-tjur, lejn il-bhejjem,\" itemm jgħidilna Marley."], "title": "BIL-FILMAT: Dan hu l-Bob Marley ta' Għawdex"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-kieku-kont-gaxar-piedi-aktar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Frans Sant, li kien qed isuq ftit metri 'l bogħod minn Daphne Caruana Galizia, jgħid li kieku kien għaxar piedi aktar 'il fuq, il-karozza kienet tidħol ġo fih.", "Frans jirrakkonta kif ra l-ewwel splużjoni.", "\"Kont ġej min-naħa tal-Mosta, tiela' t-telgħa tal-Bidnija.", "Xħin wasalt kważi nofs din it-telgħa, nara karozza ġejja fl-oppost tiegħi.", "Ma kinitx qed tinstaq b'veloċità qawwija.", "Fi ħin minnhom din il-karozza li kienet naqra 'l bogħod minni mhux ħażin, xi 50 metru, splodiet, imma l-isplużjoni ma kinitx qawwija,\" jispjegalna Frans.", "Frans jgħid li kien hemm żewġ splużjonijiet oħra.", "\"Kien hemm daħna bajda minn taħt u xi biċċiet mill-karozza.", "Jiena kont ġa waqaft 'l isfel minnha għax indunajt li ġara xi ħaġa peress li rajt l-isplużjoni.", "Tlieta/erba' sekondi wara saret it-tieni splużjoni u din kienet tremenda daqskemm kienet qawwija.", "Xħin qabżet għal ġol-għelieqi, rajt splużjoni oħra imma nimmaġina li seħħet minħabba t-tanker tal-petro,\" jgħidilna Frans.", "Jistqarr li kieku kien ftit 'il fuq kienet teħel ġo fih, \"Rajtha ġejja għal ġo fija u dak il-ħin ksaħt mal-isteering u lanqas iċċaqlaqt.", "F'żewġ sekondi, il-karozza ġiet balla nar tant kemm kienet qawwija t-tieni splużjoni.", "Il-karozza għaddiet minn miegħi, minn faċċata, u qabżet għal ġol-għelieqi u ġiet ħuġġieġa nar.", "Li kieku kelli nkun 10 piedi 'l fuq, kienet teħel ġo fija u ma kinitx tkompli taqbeż għal ġol-għelieqi,\" jgħidilna Frans.", "Frans jgħidilna li x'ra mal-art.", "\"Anke biċċiet umani rajt fl-art.", "Dak il-ħin għedt mela din il-karozza fiha n-nies u għedt li fiha iktar minn persuna waħda.", "Inżilt biex nipprova ngħin imma ma stajt nagħmel xejn.", "Sadanittant inqalgħet sinjorina lanqas nafha u għedtilha, 'Ċempel'.", "Qaltli, 'X'ġara?", "Ħabtu?'", "Għedtilha, 'Le.", "Għadha kemm splodiet din il-karozza.'", "U għedtilha biex iċċempel l-għassa malajr.", "F'tliet minuti ġew il-Pulizija,\" jispjega Frans.", "Frans jirrakkonta kif ra lit-tifel ta' Daphne Caruana Galizia ġej.", "\"Ma kontx għaraftha lis-Sinjura Caruana Galizia.", "Rajt lit-tifel tagħha ġej jiġri u rajtu kkonfondut.", "Għedtlu,'Taf ta' min hi l-karozza?'", "Imma ma felaħx ikellimni.", "Imma mbagħad hu kompla miexi u joqrob lejn in-nar.", "Imma ma seta' jagħmel xejn għax in-nirien kienu nirien qawwija ħafna.", "Qed jara lil ommu tinħaraq u ma jista' jagħmel xejn.\"", "Jiddeskrivi lil Daphne Caru", "ana Galizia bħala mara rispettabbli ħafna u ġieli kienet tkun u tieqaf tkellmu.", "Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT: \"Kieku kont għaxar piedi aktar 'il fuq, il-karozza kienet tidħol fija\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/xarabank-l-iktar-programm-segwit.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Xarabank reġa' ġie ddikjarat bħala l-iktar programm segwit fost il-programmi kollha li jidhru fuq l-istazzjonijiet kollha f'Malta u Għawdex fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata wara l-aħbarijiet.", "Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għadu kif ħareġ ftit ħin ilu.", "Wara Xarabank, Vigilante huwa l-iktar drama segwita.", "Ħadd Għalik mhux biss huwa l-iktar programm segwit matul il-ġurnata qabel it-tmienja, talli huwa l-ħames l-iktar programm segwit fuq TVM.", "Mitlub jikkummenta, Mark Laurence Zammit, preżentatur u l-maniġer tat-", "ta' Xarabank qal: \"21 sena ilu, meta jien kont għadni biċċa tat-tifel żgħir, Peppi ħoloq Xarabank biex jagħti vuċi lin-nies.", "Illum, 21 sena wara dan is-", "qed jerġa' jikkonferma li Xarabank għadu l-vuċi tan-nies u sakemm in-nies jibqgħu jafdawna, aħna se nibqgħu nagħtuhom vuċi fil-programm tagħna.\"", "Il-preżentatur u l-producer Peppi Azzopardi wkoll jirringrazzjakom:"], "title": "Xarabank l-iktar programm segwit"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmati-xkienu-qed-jagmlu-ozzy-lino.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk dawn il-jumejn se tirkeb tal-linja, forsi tinzerta festa sħiħa.", "It-Tlieta li għadda beda jdur dan il-filmat li s'issa rawh 'il fuq minn 43, 000 darba.", "Fih jidhru Ozzy Lino u Żaren tal-Ajkla, li waqt li kienu fuq tal-linja miż-Żejtun għal Raħal Ġdid, qagħdu jkantaw u jdoqqu Xemx.", "Aħna tkellimna ma' Ozzy Lino li qalilna li qed jagħmlu din il-biċċa xogħol artistika, li jisimha Tal-Lino, bi tħejjija għal għada, għall-ftuħ ta' Valletta 18.", "\"Aħna bdejna nagħmlu", "u mingħajr ma riedna tlajna fuq karozza tal-linja b'oħra.", "Kif indunajna, għedna ninżlu hawnhekk iżda n-nies, li bdew jieħdu pjaċir, bdew jgħidulna biex nibqgħu magħhom.", "U dak il-ħin iddeċidejna biex niġbdu vidjow.", "L-istorja minn hemm bdiet u l-filmat telaq", "Għaliex qed jagħmluha?", "\"Din qed issir għal Valletta 18 u fiha qed inwassal il-messaġġ li t-toroq kollha jwasslu għall-belt kapitali tal-kultura.", "Bdejna mit-Tnejn li għadda billi dorna b'tal-linja miċ-Ċirkewwa 'l isfel.", "Għamilnieha t-Tlieta, kif spjegat qabel u lbieraħ tlajna anke Għawdex.", "L-għan tagħna huwa li noħolqu atmosfera sabiħa u nxerrdu l-imħabba.\"", "Din mhux l-ewwel darba li lil Ozzy qed narawh jagħmel xi ħaġa hekk.", "Fil-fatt kien għamilha wkoll fis-Subway fi Frankfurt! :", "Jekk illum u għada tirkeb tal-linja, għandek mnejn tinzertahom!"], "title": "BIL-FILMATI: X'kienu qed jagħmlu Ozzy Lino u Żaren tal-Ajkla fuq tal-linja?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/it-tifel-tagna-qed-jgix-f7-persuni-ora.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Andrew ta' 20 sena miet", "wara li kellu emoroġija f'moħħu.", "Kien biss sentejn ilu, meta bħal sajjetta fil-bnazzi Kenneth u Sharon tilfu lil binhom.", "\"Kien Ġunju.", "Irċevejna dik it-telefonata li ħadd, l-ebda ġenitur, ma jkun irid jirċievi mill-isptar.", "Qalulna lit-tifel qiegħed f'koma.", "Inħasadna ħafna u kienet xi ħaġa li ma konniex qed nistennewha.\"", "It-tifel Drew jmut b'emorġija tal-moħħ.", "Minkejja li għaddew ix-xhur, Sharon u Kenneth għadhom iħossu n-nuqqas ta' binhom.", "\"Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, nibqgħu nimmissjawh.", "L-uġigħ inħossuh daqslikieku għadha kif tiġri din it-traġedja.", "Anzi jgħaddi ż-żmien, u iktar nixtiequ li għadu magħna.", "Kull fejn indawru wiċċna, naraw affarijiet li jfakkruna fih.", "Tkun tixtieq tiftakru mhux tinsieh, u iktar ma tiftakar iktar tħossha li inti mifrud minn ibnek.", "Fuq il-kompjuter tiegħu għad hemm lista ta' films li xtaq jara sal-2020.\"", "Ritratt: Andrew flimkien ma' oħtu", "Grazzi għal Drew għax hekk kienu jsejħulu, 7 persuni qed jgħixu bl-organi tiegħu.", "\"Aħna konna ilna rreġistrati madwar għoxrin sena, u qatt ma ġie d-diskors li fih qalilna li jekk immut nixtieq nagħti l-organi.", "Però kemm min-naħa tiegħu, kif ukoll min-naħa tagħna u tat-tifla, dejjem kellna dak l-ambjent altruwist, li ma naħsbux fina nfusna biss imma naħsbu fil-ġid ta' ħaddieħor ukoll.", "Huwa kien ġeneruż immens u dejjem kien jara x'jagħmel biex jgħin.", "Għalhekk wasalna għall-konklużjoni li dik kienet għażla xierqa.\"", "Għal Kenneth u Sharon, binhom huwa eroj.", "\"Minn traġedja, Drew ta tama u kwalità ta' ħajja aħjar lil ħaddieħor.", "Minkejja li t-tifel tagħna ħallina, ħalla biċċa minnu hawn u bis-saħħa t'hekk qed jgħin lil ħaddieħor biex jgħix aħjar.", "Il-ġenerazzjoni żagħżugħa llum affaxxinata bl-eroj, u għalina u għal min irċieva l-organi, Drew huwa eroj.\"", "Bħalissa Kenneth, Sharon, u z-zija ta' Drew, Claire, li huma involuti fil-għaqda Transplant Support Group (TSG), u huma involuti f'kampanja", "li se ssir bejn Mejju u Ġunju, biex titqajjem iżjed kuxjenza dwar is-suġġett.", "\"Aħna omm u missier li ġarrabna t-telfa tat-tifel.", "Sibna ħafna għajnuna imma nħossu li għandu jkun hemm iktar sapport u għajnuna għal min jgħaddi minn dan il-proċess li wieħed jagħti l-organi tiegħu.", "Inħossu li għandha titqajjem kuxjenza, u għalhekk se nagħmlu kampanja bejn Mejju u Ġunju.", "Għan ieħor huwa li jżdiedu r-reġistrazzjonijiet għaliex b", "it-tibdil li sar fil-liġi, min kien irreġistrat bid-", ", issa għandu bżonn jerġa' jirreġistra.", "Inħossu li fl-iskola għandha ssir edukazzjoni dwar xi tfisser li tkun altruwist, xi tfisser li tgħin lil ħaddieħor fuq livelli żgħar u kbar, xi tfisser li tagħti l-imħabba lil ħaddieħor, u li fuq kollox tkun altruwist anke wara mewtek.\"", "Jekk tixtieq issir taf iktar fuq d-donazzjoni tal-organi idħol", "hawnhekk"], "title": "\"It-tifel tagħna qed jgħix f'7 persuni oħra\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/kienet-magha-ftit-qabel-ma-tilfet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Norma Shaw tirrakkonta kif kienet ma' Stephanie Rapa, il-mara li lbieraħ tilfet ħajjitha f'inċident tat-traffiku, ftit qabel ma ttajret.", "Ilbieraħ Stephanie Rapa ta' 30 sena sfat milquta minn vettura fil-Gżira u sfortunatament hija tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.", "Norma tgħidilna li kienu jaħdmu flimkien fi spiżerija.", "\"Konna kollegi u lbieraħ filgħaxija konna xogħol flimkien.", "Xħin tlaqna qaltli li sejra n-naħa tal-Gżira u hemmhekk fil-fatt sar l-inċident.\"", "Tistqarr li saret taf li Stephanie kienet il-vittma tal-inċident minn fuq l-", ".", "\"Sirt naf bl-aħbar minn fuq Facebook u ma stajtx nemmen.", "Infqajt nibki u ma stajtx nieqaf nirtogħod.\"", "Dalgħodu Norma tikteb li ma setgħetx temmen li lbieraħ kien l-aħħar", "flimkien u kienet l-aħħar darba li se jaraw lil xulxin.", "Tiddeskrivi lil Stephanie bħala mara pożittiva ħafna.", "\"Kulħadd kien iħobbha lil Stephanie.", "Hija kienet bniedma pożittiva u ċajtiera.", "Kienet ħabiba tiegħi sew u ħa nimmissjaha ta' vera,\" ittemm tgħidilna Norma."], "title": "Kienet magħha ftit qabel ma tilfet ħajjitha f'inċident tat-traffiku"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-illejla-ningaqdu-mill-belt.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għada l-ftuħ ta' Valletta 2018 u llejla Xarabank se jkun hemm jurikom l-aħħar preparamenti.", "F'Xarabank tal-lejla Mark se jdur it-toroq tal-Belt Valletta f'karozza kemxejn differenti minn tas-soltu.", "Ma' Jason Micallef, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, se ngħaddukom mit-toroq li jwasslu għall-erba' pjazez u għall-inħawi li se jiġbru l-qofol ta' din il-festa.", "Se nispjegawlkom x'se jiġri u x'se jkun hemm għada.", "Magħna llejla se jkollna lil Katriel.", "Miegħu se naraw l-istorja sħiħa ta' dan it-tfajjel u mumenti oħra minn wara l-kwinti li qatt ma rajniehom qabel.", "Se ngħidulkom ukoll l-istorja ta' raġel li jinsab il-ħabs bla kliewi.", "Bħalissa qiegħed il-ħabs u", "jista' jkun qiegħed hemmhekk għalxejn.", "F'parti oħra tal-programm se jkollna dibattitu politiku bejn Glen Bedingfield f'isem il-Partit Laburista u Frank Psaila f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Magħhom se niddiskutu s-sitwazzjoni politika f'Malta.", "Jiġifieri f'Xarabank tal-lejla żgur se ssib xi ħaġa togħġbok!"], "title": "BIL-FILMAT: Illejla ningħaqdu mill-Belt Valletta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/ana-nixtiequ-li-l-addiema-jkollhom.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA:", "Alfred Grixti, is-CEO tal-Fondazzjoni jgħid li mhux veru ma hemmx qbil fuq it-talbiet jew li min-naħa tal-\"Gvern\" mhux qed isir xejn.", "Nibda biex ngħid li aħna bħala", "irridu li l-impjegati kollha tagħna mhux biss ikollhom kundizzjonijiet adegwati imma li jkollhom l-aħjar kundizzjonijiet possibbli.", "Irridu li l-pagi u l-kundizzjonijiet jirriflettu r-responsabbilt", "u x-xogħol delikat li jagħmlu l-ħaddiema tagħna kollha, speċjalment il-professjonisti li jaħdmu ma' nies vulnerabbli.\"", "\"Dan għax bħala l-aġenzija nazzjonali għall-ħarsien soċjali, u li tagħmel parti mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjet", "Soċjali, aħna nirċievu l-finanzjament kollu tagħna mill-Gvern.\"", "\"Mhux veru li ma hemmx qbil fuq it-talbiet jew li min-naħa tal-\"Gvern\" mhu qed isir xejn.", "Anzi wara li qbilna fuq il-prinċipji u l-linji ġenerali, ħdimna sal-anqas dettall kemm dak li konna qed naqblu dwaru se jiġi jiswa' lit-", "Maltin u ressaqna dawn it-talbiet ikkostjati lill-Ministeru għall-Finanzi.\"", "\"Nista' nikkonferma li qegħdin, sal-lum stess, f'kuntatt kontinwu mal-Ministeru għall-Finanzi dwar dawn it-talbiet.", "Wieħed irid japprezza li l-Ministeru għall-Finanzi jrid jifli bir-reqqa u fid-dettal it-talbiet kollha ta' kull ftehim kollettiv, u bħalissa hemm xi erbgħa quddiemhom, għax fl-aħħar minn l-aħħar il-Ministeru għall-Finanzi ma jistax jagħti minn dak li ma għandux u dak li jagħti jrid ikun finanzjarjament sostennibbli fuq it-terminu tal-ftehim, fil-kas tagħna fuq medda ta' ħames snin.\"", "\"Nixtieq ngħid ukoll li hemm komunikazzjoni miftuħa mal-", "u li aħna qed naġġornaw lil din il-", "b' kull żvilupp li jkun hemm.\"", ", il-fiżoterapisti, il-psikologi, il-", ", il-", ", il-ħaddiema amministrativi tal-Foundation for Social Welfare għandhom ikollhom kundizzjonijiet u pagi adegwati għalihom.\"", "Bħalissa dawn il-ħaddiema għaddejjin b'azzjoni industrijali.", "U aħna tkellimna mal-", "li qed taqbeż għad-drittijiet tagħhom, l-Union Ħaddiem Magħqudin - Voice of the Workers.", "\"Il-ftehim kollettiv tal-Foundation for Social Welfare ngħalaq fil-31 ta' Diċembru 2016.", "Aħna bħala", "konna bgħattna l-proposti tagħna biex nibdew niddiskutu.", "Bdejna n-negozjati u komplejna, imma bħalissa ninsabu daqsxejn weqfin għax qegħdin nistennew konferma fuq l-aħħar affarijiet li tlabna dwar il-pagi u l-kundizzjonijiet ta' xogħol,\" tgħidilna Isabelle Farrugia, kelliema għall-UĦM.", "Minħabba li għadu ma ntlaħaqx ftehim, il-ġimgħa l-oħra l-ħaddiema bdew azzjoni industrijali.", "\"Fit-8 ta' Jannar bdiet azzjoni industrijali biex ma jirrispondux it-telefowns, l-imejls, ittri u messaġġi, u ma jagħmlux laqgħa multi-dixxiplinarji sakemm jintlaħaq tip ta' ftehim.\"", "Jekk ma jkunx hemm żviluppi, l-Union se teskala d-direttivi.", "\"Illum ktibt lill-ħaddiema li l-Union se teskala d-direttiva min-nhar it-Tlieta 23 ta' Jannar.", "Fosthom li ma jkun hemm l-ebda attendenza, partiċipazzjoni u intervent fi skejjel, fil-post tax-xogħol jew fil-komunità.\"", "\"Aħna interessati fil-", "tal-ħaddiema.", "Dawn in-nies għax-xogħol li qed jagħmlu f'servizz sensittiv u vulnerabbli, għandhom ikollhom kundizzjonijiet u pagi adegwati għalihom,\" ittemm tgħidilna Isabelle.", "Xarabank bagħat lill-Foundation for Social Welfare għal reazzjoni."], "title": "AĠĠORNATA: \"Aħna nixtiequ li l-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet u pagi adegwati\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/il-papa-frangisku-jitkellem-dwar-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Papa Franġisku bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba ta' Daphne Caruana Galizia.", "F'telegramma, mibgħuta lill-Arċisqof Charles J Scicluna, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin stqarr li l-Papa jaf b'dak li ġara f'pajjiżna u jinsab qrib il-poplu Malti f'dan il-mument diffiċli.", "Żied jgħid li l-Papa qed jitlob għall-mistrieħ ta' dejjem ta' Daphne Caruana Galizia u għall-barka ta' Alla fuq il-poplu Malti.", "Illejla Xarabank se jiddiskuti l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia."], "title": "Il-Papa Franġisku jitkellem dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmat-dan-l-ajruplan-adulu-45000.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["ġibdet 'il fuq minn 45,000 ritratt tal-ajruplan il-ġdid ta' Aigle Azur li ġie trasformat b'kuluri ġodda.", "Aħna tkellimna ma' Xandru Azzopardi li kien involut f'dan il-proġett.", "Jgħidilna kif din il-biċċa xogħol straordinarja bdiet minn talba.", "\"Dan il-proġett beda minn talba tas-sidien il-ġodda tal-ajruplan Aigle Azur illi bagħtu Malta l-ajruplan li kienu għadhom kemm xtraw biex jinżebagħ bil-kuluri l-ġodda tal-linja tal-ajru tagħhom.\"", "Jgħidilna kif għamlu 11-il ġurnata intensivi biex jiġbdu t-trasformazzjoni sħiħa ta' dan l-ajruplan.", "\"Ix-xogħol kien mifrux fuq żmien ta' 11-il ġurnata.", "F'dak iż-żmien l-ajruplan tnaddaf mill-kuluri l-antiki u nżebagħ bil-kuluri u bil-marki l-ġodda.", "Matul dan il-ħin kellna 3 kameras għaddejjin il-ħin kollu, b'kull kamera tieħu ritratt kull minuta biex b'hekk spiċċajna kellna 'l fuq minn 45 elf ritratt.\"", "X'naraw fil-filmat?", "\"Fih narawh il-proċess ta' kif ajruplan jibdel il-kuluri tiegħu kif ukoll it-", "li huma l-marki uffiċjali li jiddistingwu kull ajruplan.", "Dan isir meta jinbidel is-sid jew inkella l-operatur jew anke r-reġistazzjoni ta' kull ajruplan.", "L-iskop tal-filmat kien li l-maniġers tal-", "jużaw il-filmat għat-tnedija tal-linja l-ġdida.\"", "Itemm jgħidilna, \"Għalina kienet l-ewwel darba li għamilna dan it-tip ta' xogħol u nħossu li għamilna xogħol tajjeb li operaturi barranin jistgħu jħossuhom kunfidenti li f'Malta hawn professjonisti kapaċi li jistgħu jafdawlhom dan it-tip ta' xogħol.\"", "Aigle Azgur hija kumpanija Franċiża ta' daqs medja li bħalissa qegħdin ikabbru l-flotta tal-ajruplani u qed jiftħu rotot ġodda, fosthom minn Pariġi għal Beirut.", "Filmat u muntaġġ: WE MEDIA"], "title": "BIL-FILMAT: Dan l-ajruplan ħadulu 45,000 ritratt u ġie hekk"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/jitlef-3-kliewi-tiegu-fi-3-snin-u-jista.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan Chris Bartolo.", "Sa ftit snin ilu Chris kien raġel jaħdem u jarmi s-saħħa.", "Però wara marad serjament.", "Fi tliet snin tilef 3 kliewi.", "Bħalissa Chris jinsab il-ħabs, bla kliewi u jista' jkun li qiegħed il-ħabs għalxejn.", "Din hija l-istorja kollha.", "Chris kien jgħix ħajja normali ħafna.", "Kien jaħdem minn filgħodu sa filgħaxija u qatt ma kellu inkwiet mal-Pulizija, u ma kellux vizzji.", "Però oħtu qabadha kanċer u mietet.", "Din Chris ħadha bi kbira ħafna u għal xi żmien wara li mietet beda jħossu ma jiflaħx.", "Beda jħoss sturdament u uġigħ, u ħaseb li dan kollu kien qed jiġrilu minħabba t-telfa t'oħtu.", "Iżda mar jagħmel xi testijiet.", "Imbagħad darba kien qiegħed ix-xogħol.", "Iċempluli mill-isptar u jgħidulu: \"Jew tiġi issa, jekk niġu għalik b'ambulanza.\"", "Lil Chris joħduh l-isptar u jgħidulu li marrulu ż-żewġ kliewi.", "Chris spiċċa bla kliewi.", "Dak iż-żmien Chris kien f'Xarabank jirrakkontalna kollox.", "Bla kliewi, il-bniedem imut.", "Chris jibda sensiela ta' operazzjonijiet u jagħmel sigħat sħaħ imwaħħal mal-magni biex jippruvaw isalvawlu ħajtu.", "Minn dakinhar, il-ħajja ta' Chris tinqaleb ta' taħt fuq.", "Biex isalva, Chris ikollu bżonn kilwa.", "Sarah, l-ekstfajla tiegħu, tisma' li Chris għandu bżonn l-għajnuna u tibda tipprova tgħinu biex isib kilwa.", "Dak il-perjodu f'Xarabank konna stedinna lil Chris u lill-ekstfajla tiegħu biex ngħinuhom isibu kilwa għal Chris.", "Wara dan il-programm, Sarah tirċievi rispons enormi.", "Għexieren ta' nies jgħidulha li jixtiequ jagħtu kilwa lil Chris u mijiet ta' nies oħra jinkitbu biex wara mewthom jagħtu l-organi tagħhom għal min hu fil-bżonn.", "Ir-rispons tant ikun qawwi, li l-ġimgħa ta' wara, Sarah terġa' tiġi f'Xarabank biex tirringrazzja lill-Maltin.", "Dakinhar fost in-nies li jkun qed jaraw Xarabank mid-dar, ikun hemm Stephen.", "Wara l-programm, huwa jċempel lil Sarah u jgħidilha li jrid jagħti kilwa minn tiegħu lil Chris.", "Jagħmlulhom it-testijiet u l-kilwa taqbel.", "Chris u Stephen jidħlu l-isptar u jsir it-trapjant.", "L-operazzjoni ddum 8 sigħat.", "U din tirnexxi.", "Jumejn wara l-operazzjoni, f'Xarabank tkellimna ma' Chris u ma' Stephen bit-telefown.", "Kollox ikun sejjer tajjeb.", "Iżda...", "Fi żmien li jdum jistenna li tinstablu kilwa, Chris ikun muġugħ ħafna, u minkejja l-pirmli li jagħtuh, l-ugigħa ma kienx iħalli jorqod.", "Biex itaffi l-uġigħ, jibda jpejjeġ il-ħaxixa.", "Chris qatt ma kien ħa droga u ma kienx jaf x'effett tħalli.", "Jipprovaha u din taħdem.", "Ittaffilu l-uġigħ u tgħinu jorqod billejl wara jiem sħaħ imqajjem.", "Minħabba l-kundizzjoni tiegħu, Chris ma jkunx jista' jaħdem u allura jispiċċawlu l-flus.", "U meta jispiċċawlu l-flus, bħal ħafna nies oħra li jieħdu d-droga, Chris jibda jbigħ il-ħaxixa lill-ħbieb tiegħu ħalli jkollu biex jixtri tiegħu wkoll.", "Lil Chris jarrestawh, isibulu 160 gramma ħaxixa, u jtellgħuh il-Qorti akkużat bi traffikar ta' droga.", "Sakemm ikun tiela' u nieżel il-Qorti, Chris jibqa' jikkumbatti biex isalva ħajtu.", "Isir it-trapjant tal-kilwa, jirnexxi, l-uġigħ jispiċċa, u Chris jieqaf jieħu l-ħaxixa għax jibqagħlux iktar bżonnha.", "Però sadanittant, is-sentenza tal-Qorti tibqa' mdendla fuq rasu.", "F'April li għadda, il-Qorti taqta' s-sentenza u twaħħal lil Chris 5 snin ħabs u €15,000 multa.", "Chris jispiċċa l-ħabs bil-kilwa ta' Stephen ġo fih.", "Biex il-ġisem tiegħu jidra l-kilwa l-ġdida, Chris ikollu bżonn ħafna pilloli kuljum, kura kontinwa u post nadif fejn joqgħod.", "Il-kundizzjonijiet fil-ħabs huma terribbli għal xi ħadd li qiegħed fil-pożizzjoni ta' Chris.", "Chris ma jistax jixrob ħafna, u fis-sajf, fil-ħabs, bla arja kkundizzjonata, ikun se jiġġennen.", "Chris jallega li darba minnhom, il-ħabs ma tawhx il-mediċina wkoll.", "Fil-kundizzjonijiet ħżiena li jkun fihom, lil Chris tmurlu kwila oħra.", "It-tielet waħda.", "Il-kilwa li tah Stephen.", "Stephen jisma' x'ġara u jiġi l-uffiċċju ta' Xarabank jinsisti li jrid jitkellem.", "Dakinhar, Stephen jitkellem għall-ewwel darba ma' Xarabank.com.mt", "L-istorja ma tiqafx hawn.", "Ftit ġimgħat ilu, il-Qorti Kostituzzjonali waslet għall-konklużjoni li meta arrestaw lil Chris, huwa ma kienx f'kundizzjoni ta' saħħa tajba, u minħabba f'hekk, il-każ kollu tiegħu għandu jerġa' jibda jinstema' mill-bidu.", "Il-Qorti ddikjarat li dak kollu li ġara s'issa huwa null.", "Dan ifisser li Chris għadu mhuwiex ħati u xorta waħda qiegħed il-ħabs.", "Dan ifisser li Crhis mhux biss qiegħed il-ħabs mingħajr kliewi, bla saħħa u f'kundizzjonijiet ħżiena imma jista' jkun ukoll li Chris qiegħed il-ħabs għalxejn."], "title": "Jitlef 3 kliewi tiegħu fi 3 snin u jista' jkun qiegħed il-ħabs għalxejn"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/nixtieq-li-l-programm-tal-lejla-ma-nkun.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla mistieden il-Kummissarju tal-Pulizija.", "\"Nixtieq li l-programm tal-lejla ma nkun għamiltu qatt,\" jgħidilna Peppi Azzopardi ftit ħin qabel jibda Xarabank li llejla se jiddiskuti l-każ tal-qtil makabru ta' Daphne Caruana Galizia.", "\"Għalija dan programm surreali.", "Kif nista' qatt li waħda minn fostna tisplodi ġol-karozza tagħha u tieħu n-nar quddiem binha,\" ikompli Peppi Azzopardi.", "\"Nistqarr li s-suġġett tal-lejla huwa skomdu ħafna għax quddiem mara maqtula brutalment, jaqa' s-skiet.\"", "Illejla fil-programm se jiltaqa'", "ta' persuni jafuha, qalu kontriha, qalet kontrihom, ħadmu magħha.", "Fosthom se jkun hemm Lou Bondi, Saviour Balzan, Pierre Portelli u Gino Cauchi.", "Se jkun hemm ukoll l-eks-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u l-espert fuq dawn it-tip ta' delitti, John Ellul.", "Fil-programm se jintwera filmat tal-uniku programm li Daphne qatt ħadet sehem fih.", "\"Kumbinazzjoni kien programm jismu Bir-Rispett Kollu fejn Daphne kienet il-mistiedna għal sagħtejn sħaħ.", "Sibna kopja tal-programm u llejla se naraw siltiet minnu.\"", "\"Fil-programm mistieden wkoll il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti imma sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu, ma kienx wieġeb,\"", "itemm jgħidilna Peppi."], "title": "\"Nixtieq li l-programm tal-lejla ma nkun għamiltu qatt\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/taqla-citazzjoni-talli-naqset-milli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA:", "Aħna tkellimna ma' Vanessa Bugeja, is-sidt ta' din il-karozza u qaltilna hekk:", "\"Ingħatajt iċ-ċitazzjoni minħabba l-istat li kienet qiegħda fih.", "Ma ħadtx gost għax stennejtx ċitazzjoni wara dak li ġara.", "Nimmaġina li l-gwardjan lokali ra kif kienet il-karozza.", "Ma kellux għalfejn jagħtihieli ċ-ċitazzjoni, iktar u iktar meta qalulu eżatt x'ġara u x'ma ġarax.", "Nixtieq li din iċ-ċitazzjoni titneħħa u tinħafer għax m'għandix tort.\"", "Dan wara li waqa' xi ġebel ta' xi ċint li ġġarraf.", "Fuq Facebook, mara tefgħet ritratt tal-karozza tagħha li spiċċat bi ħsarat intensivi wara li waqa' xi ġebel ta' ċint.", "Ilbieraħ din il-mara ngħatat ċitazzjoni ta' €23.29 minħabba r-raġuni li ġejja: \"Inqast li żżomm l-imsemmija vettura nadifa, u/jew fi stat tajjeb.\"", "Iċ-ċitazzjoni ngħatat fi Triq Karmen Mikallef Buhagar, f'Ħaż-Żebbuġ.", "Ħafna kienu dawk li kitbu li din ma kinitx ġusta."], "title": "AĠĠORNATA: Taqla' ċitazzjoni talli 'naqset milli żżomm il-vettura tagħha nadifa'"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/din-hija-l-intervista-li-xarabank-kien.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'dan il-filmat tista' tara lil Sara Ezabe twieġeb diversi mistoqsijiet li forsi ħafna Maltin qed jistaqsu bħalissa, wara li ġiet magħżula bħala waħda mit-30 żagħżugħ u żagħżugħa ta' ispirazzjoni taħt l-età ta' 30 sena minn Forbes.", "Sentejn ilu konna intervistajna lil Sara Ezabe u lil Naomi Bugri.", "It-tnejn huma tfajliet Maltin, u konna staqsejniehom dwar il-ħajja tagħhom f'Malta, minħabba li jidhru differenti minn ħafna Maltin.", "Fost l-oħrajn, lil Sara u Naomi staqsejniehom kemm-il darba jitolbu, x'qed jagħmlu fil-ħajja, kemm iħossuhom aċċettati, u x'kienu l-agħar insulti u l-aħjar kumplimenti li qatt qalgħu.", "\"L-agħar insulti li qatt qlajt kienu meta qaluli", "ħmieġ", "żibel.\"", "Hekk kienet qalet Sara meta staqsejnieha x'inhi l-aktar ħaġa kerha li qatt qalulha.", "Dan ta' hawn taħt huwa l-filmat tal-intervista.", "Sara Ezabe qed tirċievi kritika ħarxa minn diversi Maltin wara li ġiet innominata minn Forbes bħala waħda mit-30 żagħżagħ u żagħżugħa ta' ispirazzjoni li għandhom taħt 30 sena.", "Sara hija żagħżugħa Maltija ta' 21 sena li qiegħda tistudja għal avukat, u rċeviet l-unur għax-xogħol tagħha f'", ", li hija NGO li waqqfet hi stess biex tippromowovi d-diversità u d-djalogu fis-soċjetà Maltija.", "Sara hija l-iżgħar tfajla fost iż-żgħażagħ magħżula.", "Fl-2016, Sara kienet ukoll fost iż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-", "li rċevew l-unur", "mingħand ir-Reġina Eliżabetta II."], "title": "Din hija l-intervista li Xarabank kien għamel ma' Sara Ezabe"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmati-wara-17-il-sena-keith.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iz-'ziju' ta' Keith Demicoli kien emigra lejn l-Awstralja b'$100 biss.", "Aħna tkellimna ma' Keith li jirrakkontalna kif ħu n-nannu tiegħu li jismu John, isejjaħlu 'ziju'.", "\"John jiġu ħu n-nannu tiegħi imma nsejjaħlu ziju.", "Jien kelli relazzjoni qrib ħafna man-nannu għax meta miet il-papà trabbejt għandu.", "Allura John jiġi qisu ħu 'missieri' għax in-nannu kienu qisu missieri minħabba li l-papà tiegħi tlifu meta kont għadni żgħir.\"", "John kien emigra lejn l-Awstralja fis-snin 70 b'$100 biss f'butu.", "\"Iz-ziju kien emigra fl-1972 u fl-1977 iddeċieda li flimkien ma' familtu jiġi lura lejn Malta, u l-flus kollha li faddal f'ħames snin nefaqhom fil-passaġġ biex ġie lura Malta.", "Però wara 6 ġimgħat, fejn anke l-bagalji lanqas kienu għadhom waslu, kien reġa' mar l-Awstralja għax ma kienx ħassu komdu Malta, u baqa' hemm sal-lum.", "Emigra lejn l-Awstralja b'$100 biss f'butu u fl-Awstralja ħadem mal-flotta t'hemmhekk u rabba sitt itfal.\"", "F'Awwissu z-ziju ta' Keith kien qiegħed ħażin ħafna.", "Minħabba f'hekk, is-saħħa tiegħu ma tippermettilux li jiġi Malta.", "Però ftit jiem ilu, Keith, bħala ġurnalist, ġie assenjat biex jirrapporta ż-żjara tal-Prim Ministru fl-Awstralja.", "Għalhekk ħa l-okkażjoni biex jiltaqa' maz-ziju tiegħu.", "\"Bqajt erbat ijiem iktar biex immur lejn Sydney ħalli niltaqa' maz-ziju tiegħi.", "Għamilt ġimgħa maz-ziju u mat-tifel tiegħu.", "K", "onna mmorru l-quddiesa miegħu u xħin naslu kien jagħmilli l-", "filgħodu.", "Kien jaf li ħa niġi narah imma kulma kont ikkonfermajtlu xi 4 ijiem qabel li kont se mmur narah, allura kien ħerqan ħafna.\"", "Għal Keith, il-laqgħa miegħu kienet tfisser ħafna.", "\"Diffiċli biex nispjega l-emozzjoni li ħassejt fi kliem.", "Però kienet emozzjoni li ħalliet impatt fuqi.", "Rajt raġel li b'sagrifiċċju kbir u b'għafsa ta' qalb ħalla kollox warajh, mar l-Awstralja biex jagħti ġejjieni aħjar lill-familja tiegħu, lis-sitta tat-tfal.", "Minkejja għaddew 46 sena minn kemm ilu li mar, huwa jgħidlek li xorta ma darax biżżejjed l-Awstralja.", "Li mmur l-Awstralja ma tiġrix sikwit u li naf li huwa mhux ġej lura Malta, ħassejt li din hija okkażjoni unika biex narah.\"", "Keith emozzjona ruħu meta ra filmat tiegħu ta' meta kellu biss erba' ġimgħat.", "\"Emozzjonajt ruħi iktar għax imbagħad ir-raġel ta' waħda mit-tfal tiegħu qalli li meta kien jiġi Malta, iz-ziju kien jiġi jiffilmja.", "Inzerta li meta twelidt jien, fl-1982, kien iffilmja lili, u fil-filmat qed iżżommni z-zija Tess, il-mara taz-ziju John, u fih jidher in-nannu tiegħi.\"", "Ara dan il-mument u l-laqgħa ta' Keith ma' zijuh fil-filmat t'hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMATI: Wara 17-il sena, Keith Demicoli jiltaqa' maz-ziju li emigra lejn l-Awstralja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/mara-titlef-ajjitha-fincident-tat.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mara tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn vettura fil-Gżira.", "Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin għoxrin, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.", "Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li mara ta' 30 sena residenti ż-Żurrieq sfat milquta minn vettura misjuqa minn raġel ta' 40 sena residenti s-Swieqi.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda sfortunatament hija tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.", "Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.", "Filwaqt li nħatret inkjesta maġisterjali, li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.", "Ritratti: Maria Desira"], "title": "Mara titlef ħajjitha f'inċident tat-traffiku"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-william-irid-jistudja-u-mhux.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["William, li weħel 3 snin ħabs wara li għamel 10 snin clean u 14-il sena jistenna, jixtieq jistudja iżda mhux qed iħalluh.", "Peppi Azzopardi jgħid: \"Nixtieq nerġa' nitkellem dwar William.", "William li issa tafu l-istorja tiegħu, wara dawn is-snin kollha, spiċċa qiegħed il-ħabs.\"", "\"William qabel ma daħal il-ħabs kien qed jieħu kors l-MCAST.", "Iddeċieda li jieħu kors tan-nutrizzjoni u tal-ġim għax meta kellimtu kien qalli, 'Issa nagħti lura lis-soċjetà, billi nurihom kif għandhom jibżgħu għal saħħithom.'", "Daħal il-ħabs u ġimgħa wara applika biex kif jiġri f'każijiet oħra fil-ħabs, ikompli dan il-kors l-MCAST.", "Qalulu li ħa jiltaqa' l-", "u li se jagħtuh risposta.\"", "\"Jiena għalhekk ma tkellimtx għax stennejt u stennejna.", "Imma llum iddeċidejt li nitkellem għax sal-lum dan William, li s-soċjetà sippost lil dawn il-priġunieri trid tirriformahom, tridhom jitgħallmu, għadhom ma tawhx risposta biex imur ikompli l-kors l-MCAST.", "U l-MCAST il-kors beda u għaddej, u issa se nispiċċaw li jekk u meta jgħidulu 'iva', l-MCAST jgħidulu: 'Issa tlift iċ-ċans.", "Tlift wisq lezzjonijiet.", "Ipprovajna nġibulu n-noti.'", "Imma dan mhuwiex kors tan-noti.", "Dan kors li jagħmlu l-affarijiet hemmhekk.\"", "\"Allura jiena nistaqsi, 'Imma dan x'ħabs hu?'", "Għalhekk jiena ngħidlu 'ħabs vendikattiv'.", "Ħabs illi mhux vera jħares lejn dawn in-nies u jgħid, 'Ejja nagħtuhom l-imħabba.", "Ejja ngħallmuhom jekk iridu jitgħallmu.", "Għax bħal William min jaf kemm hemm oħrajn li jixtiequ jitgħallmu.", "Nesiġu li immedjatament li William ikompli l-kors l-MCAST.\""], "title": "BIL-FILMAT: William irid jistudja u mhux iħalluh"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/qed-niktiblek-din-l-ittra-biex-nurik.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ Stephen ħalla din id-dinja u ibnu Xavier ta' 9 snin jiktiblu ittra.", "jaħdem l-emerġenza.", "Kien ilu 8 snin marid bil-kanċer u lbieraħ Stephen ħalla warajh lil martu Natasha u liż-żewġ uliedu.", "Xavier, it-tifel tiegħu, jikteb ittra lil missierha, jindirizzaha l-Ġenna, u jixtieq jagħtiha fil-funeral ta' missieru li se jsir għada.", "Fl-ittra, it-tifel jistqarr hekk:", "Għażiż papà,", "Nispera li tinsab kuntent fil-Ġenna.", "Qed niktiblek din l-ittra biex nurik kemm inti speċjali u kemm se nimmissjak.", "Jiena veru ffortunat li għandi lilek bħala l-papà tiegħi.", "Grazzi talli wrejtni kif għandi nħobb u nirrispetta lil oħrajn.", "Għalija inti l-aqwa missier fid-dinja.", "Jien, ommi, Kyle, il-familja kollha u sħabi mhux se ninsewk.", "Inti se tibqa' dejjem f'qalbna u dejjem se niftakar f'dak li dejjem għedtli: QATT TAQTA' QALBEK.\"", "Ommu Natasha, fuq Facebook stqarret li qalbha nqasmet meta qrat dak li kiteb binha f'din l-ittra.", "Ilbieraħ Natasha qaltilna li kien bniedem li kellu mħabba kbira u li ħajjitha spiċċat mingħajru.", "L-aħħar tislima lil Stephen ħa tingħata għada fis-14:00, fil-Knisja ta' Santa Marija, f'Ħal Għaxaq."], "title": "\"Qed niktiblek din l-ittra biex nurik kemm inti speċjali u kemm se nimmissjak\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/sigra-gal-kull-min-jagti-500-lill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kull min se jagħti donazzjoni ta'", "500 jew iktar b'risq l-Istrina, se jħawwel siġra.", "Aquilina, is-Sindku tal-Ħal Qormi, u s-Sur John Camilleri, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund Foundation, nedew kampanja li permezz tagħha ġiet inawgurata inizjattiva ġdida għall-Istrina 2017.", "Din se tkun possibli bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta Ħal Qormi u l-Malta Parks.", "Il-President ħabbret li għall-edizzjoni tal-Istrina 2017, dawk l-individwi, familji jew entitajiet kummerċjali li ser jagħtu donazzjoni jew", "ta' €500 jew aktar, ser jiġu mistiedna jħawlu siġra f'dawn l-imsaġar tas-Solidarjetà.", "Il-benefatturi ser ikollhom l-opportunità", "li din l-istess siġra tingħata isem skont ix-xewqa tagħhom.", "Il-President spjegat ukoll li, flimkien mal-Kunsilli Lokali, qed u ser jkunu identifikati aktar żoni madwar Malta u Għawdex, biex il-gżejjer tagħna, permezz ta' dawn l-imsaġar, ikomplu jkabbru wkoll l-għarfien b'risq is-sostenibbilita' tal-ambjent tagħna u saħħitna.", "Dawn l-imsaġar tas-Solidarjetà huma maħsuba biex jagħtu ħajr lill-benefatturi tal-MCCFF, iżda fuq kollox, biex jikkontribwixxu lejn is-saħħa tal-membri tal-komunatijiet tagħna għax tiżdied l-arja nadifa.", "Fil-fatt, f'Wied is-Sewda, ġewwa Ħal Qormi tħawlet l-ewwel siġra indiġiena (Siġra tal-Luq) mill-President ta' Malta.", "B'din l-inizjattiva, l-MCCFF u l-Kunsilli Lokali qed jagħtu s-sehem tagħhom lejn l-Agenda 2030 tal-Ġnus Magħquda u l-Miri għall-Iżvilupp Sonstenibbli, partikolarment il-Mira Numru 15, li tittratta dwar il-protezzjoni tal-użu sostenibbli tal-ekosistemi u l-immaniġjar sostenibbli tal-foresti."], "title": "Siġra għal kull min jagħti €500 lill-Istrina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmat-tilef-lil-ommu-ta-21-sena-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tliet snin ilu Matthew tilef lill-mamà tiegħu bil-marda tal-kanċer.", "Kellha 57 sena u qabad 57 sena oġġett, imbagħad tahom dehra kompletament biex jibqa' jfakkar il-memorja tagħha.", "Aħna tkellimna ma' Matthew li jgħidilna kif ommu mardet bil-kanċer darbtejn.", "\"9 snin ilu ommi mardet bil-kanċer tas-sider.", "Ħadet il-kura u fieqet għal ħames snin.", "Però sena wara, reġa' qabadha kanċer.", "Din id-darba kien wieħed terminali għax kien fl-għadam.", "Infirex kullimkien u tant kienet qed tbati li f'temp ta' sena ħallietna.\"", "Dak iż-żmien Matthew kellu biss 21 sena.", "Jistqarr li minkejja li jħoss in-nuqqas tagħha, jaf li issa mhijiex qed tbati.", "\"Meta mardet bil-kanċer tas-sider, kien hemm tama ta' fejqan, u allura t-tbatija kienet", ".", "Però fl-aħħar kanċer, ommi kienet biss qed iġġedded ħajjitha.", "Kienet miżerja.", "Ma kinitx tiflaħ tiċċaqlaq, snienha kienu qed jinqalgħu u xagħarha kien qed jaqa'.", "Għamilt li stajt magħha u dort biha iżda meta rajt lill-għażiża ommi f'dik il-qagħda u naf li ma tistax tfiq, għedt aħjar issa li straħet u ma nkunx egoist li ngħid li nixtieq li qiegħda miegħi, meta naf kemm kienet qed tbati.\"", "Għal Matthew, ommu kienet tfisser kollox.", "U biex ifakkar il-memorja tagħha, qabad 57 oġġett, kemm kellha ommu meta mietet biex ifakkar il-ħajja ta' ommu mit-tfulitha sa meta mardet, sena b'sena.", "Fost l-oġġetti, hemm żibġa li kienet tagħha meta kienet tifla u bott li fih kienet iżżomm meta mardet.", "\"L-oġġetti li użajt għall-esebizzjoni huma kollha ta' ommi.", "Bdejt naħseb daqsxejn x'kienet tgħid u tuża ommi matul is-snin, mit-tfulija sa meta mietet.", "Fost l-affarijiet hemm żibġa li kienet tilgħab biha meta żgħira, munità, u affarijiet relatati mal-marda tagħha, bħalma huwa l-bott tal-pirmli u l-", "Dawn l-oġġetti indurahom bid-deheb u jgħidilna għaliex.", "\"Indurajthom bid-deheb biex metaforikament nuri li huma prezzjużi.", "Fl-istess ħin, hekk biddilthom u l-oġġetti kważi kważi lanqas baqgħu jingħarfu.", "Tajthom 'ħajja' ġdida u meta jirbħuhom in-nies, il-ħajja t'ommi hekk tkun kibret.\"", "Din l-esebizzjoni jisimha", "u tista' tmur tara fl-esebizzjoni li qed tittella' fil-Kavallier ta' San Ġakbu sal-Ħadd li ġej.", "Il-kuratriċi ta' din l-esebizzjoni hija Dr. Irene Biolchini."], "title": "BIL-FILMAT: Tilef lil ommu ta' 21 sena u qabad oġġett għal kull sena li għexet u indurahom bid-deheb"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/esklussiva-gamilt-4-xhur-norqod-sagtejn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Duane Laus kien l-artist diġitali li ħa ħsieb", "ta' 20 minuta fuq il-faċċata ta' Kastilja nhar is-Sibt li għadda, waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018.", "Is-Sibt li għadda kien hemm il-ftuħ ta' Valletta 2018.", "Dak il-ħin u fil-ġranet ta' wara, ħafna tkellmu fuq kif baqgħu impressjonati bil-", "'Mill-Qiegħ tal-Imgħoddi għall-Quċċata tal-Ġejjieni' - l-ispettaklu li seħħ f'waħda mill-Erba' Pjazez", "Aħna ħadna l-okkażjoni u tkellimna ma' Duane Laus, l-artist li għamel dan ix-xogħol.", "\"Flimkien ma' Mario Philip Azzopardi, u Paul u Ryan Abela, ħadt ħsieb li nagħmel animazzjoni artistika li wriet biċċiet mill-istorja ta' Malta, mill-passat għall-futur.\"", "X'xogħol kien hemm?", "\"Bix-xogħol li kelli nagħmel, għamilt erba' xhur norqod sagħtejn biss kuljum.", "Kien xogħol li jieħu ħafna ħin.", "Ħin taħseb fuq l-ideat, biex nikkrea dawn l-ideat fuq il-kompjuter, ħin biex nikkordina dan kollu ma' Paul u Ryan Abela li għamlu l-mużika, ħin mal-atturi, ħin għall-kostumi u ħin għall-filming.", "Kienet iebsa għax il-qies tal-kompjuter mhuwiex il-qies ta' Kastilja!\"", "\"Fuq din il-biċċa xogħol ħadmu diversi persuni.", "B'kollox kien hemm xi 40 persuna involuti; fosthom atturi, mudelli, kittieba, nies li jifhmu fl-istorja u kostumisti.", "Kien hemm Jens Klein, li jgħix l-Amerika, u flimkien mat-tim tiegħu ħadmu fuq uħud mill-animazzjoni li dehru, kif ukoll Joseph Bugeja li pinġa l-karikaturi.", "U ovvjament sibt għajnuna kbira mit-tim professjonali li kellhom f'idejhom il-Valletta 18.\"", "kellu?", "\"Meta kelli l-ewwel laqgħa, ħassejt li hija ħaġa kbira.", "Kelli pressjoni kbira għax huma afdawni bl-iktar binja importanti f'Malta u x-xogħol ried ikun ta' livell għoli.\"", "U x'ħass meta waslet il-ġurnata tas-Sibt?", "\"Kelli emozzjonijiet differenti.", "Bejn issa fl-aħħar ħa nibda ngħix normali mal-familja u bejn għax kif jgħidu, issa li hemm hemm!\"", "X'ġara fil-jumejn ta' qabel?", "\"Jumejn qabel ippruvajnieha imma kellna ħafna ostakli minħabba li fost oħrajn it-twieqi ta' Kastilja kienu miftuħin.", "Fil-fatt il-kuluri ma bdewx joħorġu kif suppost u allura dak il-lejl stess bdejt nirranġa", "il-kulur u nimmaġina kif jistgħu jidhru aħjar.", "Il-Ġimgħa mbagħad raha kulħadd.", "Hemhekk tkun taf li issa żgur ma tista' tbiddel xejn.", "Ħassejt emozzjoni kbira għax qisni matul ix-xhur li għaddew kont", "u fl-aħħar wellidt.\"", "U temmnu li dakinhar Duane qagħad qalb in-nies u beda jaraha magħhom?", "\"Dakinhar ħassejtni turist.", "Bdejt minn Tritoni, bdejt nimxi sa kull pjazza, bdejt napprezza x-xogħol li sar, u jiena rajt il-", "li għamilt jien mal-bqija.", "L-iktar mument li emozzjonajt ruħi fih kien meta n-nies raw il-bandiera Maltija u bdew jgħidu 'Viva Malta' u 'Jiena Maltija, miskin minn ikasbarni, miskin min jidħak bija.\"", "Aħna tkellimna wkoll ma' Angie Laus, il-mara ta' Duane, li rat pass pass is-sigħat twal li Duane għamel jaħdem bla waqfien.", "\"Kien mument diffiċli għax għamilna 4 xhur ma noħorġux.", "Kienet iebsa ħafna meta tara lir-raġel tiegħek ma jorqodx, jiena u Mick ħa mmorru nistrieħu, u qed narawh jinkwieta u jikkrolla.", "Ma bdejniex ngħixu.", "In-nies ma jifhmux is-sofferenzi u t-tbatija tal-ħaġa.\"", "U x'ħasset meta rat ix-xogħol finali.", "\"Infqajt nibki.", "Għalija għamel kapulavur u xogħol li ħa jibqa' jissemma.", "F'ħajti għamilt elf miljun ħaġa imma qatt ma ħassejtni kburija daqskemm ħassejtni kburija bl-opra enormi tal-arti li għamel żewġi,\" temmet tgħidilna Angie.", "Ritratt tal-lemin: Jason Borg"], "title": "ESKLUSSIVA: \"Għamilt 4 xhur norqod sagħtejn biss kuljum\" - Duane Laus"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-il-gurnalisti-maltin-wara.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ġurnalisti Maltin ingħa", "qdu flimkien wara l-q", "til ta' Daphne Caruana Galizia.", "Faċċata tal-Parlament, il-ġurnalisti, fosthom it-tim ta' Xarabank, ingħa", "qdu biex juru sobgħa għall-qtil ta' Caruana Galizia u biex jitwassal il-messaġġ li dan l-attakk mhux se jintimida din il-professjoni tagħhom.", "Filwaqt li wrew is-solidarjeta' tagħhom mal-familja ta' Caruana Galizia, ikkundannaw dan l-att barbaru li ħakem il-ħajja tal-ġurnalista, kollega tagħna.", "Bil-kartelluni f'idejhom li fuqhom kien hemm kliem bħal liberta' tal-espressjoni, demokrazija u ġustizzja, il-ġurnalisti mxew minn quddiem il-Parlament sa quddiem il-", "Għalda", "qstant l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ressaq rikors biex is-sorsi, informazzjoni u dejta kunfidenzjali li kellha Daphne Caruana Galizi jiġu protetti inkluż kull element li jista' jikxef sors miġbur minn apart diġitali.", "Għada, Xarabank se jitkellem dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fosthom se jkollna raġel li ra kollox u li se jirrakkonta.", "Se jkollna l-esperti forensiċi li se jitkellmu dwar din l-isplużjoni u l-investigazzjoni.", "Se jkollna wkoll diskussjoni u fost il-mistiedna se jkollna lil Lou Bondi, lil Saviour Balzan u lil Pierre Portelli.", "Filmat u muntaġġ: Xandru Azzopardi"], "title": "BIL-FILMAT: Il-ġurnalisti Maltin wara Daphne Caruana Galizia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/illum-se-jaqtguli-sieqi-l-leminija.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Damian għandu 16-il sena u llum dieħel għal operazzjoni li matulha ħa jaqtgħulu siequ l-leminija.", "Bl-operazzjoni tal-lum, Damian ikun għamel 101 operazzjoni.", "Minn meta twieled, Damian sofra minn kundizzjoni li biha qed ikollhom jaqtgħulu partijiet minn ġismu.", "Damian qatta' ħin iktar l-isptar milli d-dar.", "Aħna tkellimna ma' Damian li qallina, \"Illum se jagħmluli l-operazzjoni li fiha ħa jaqtgħuli sieqi minn fuq l-irkoppa.", "Ix-xellugija diġà messewha.\"", "Il-lejl li għadda, Damian stqarr li dan se jkun l-aħħar lejl li se jorqod b'saqajh.", "\"Dan il-lejl huwa l-aħħar wieħed li fih se norqod b'saqajja.", "M'iniex kuntent imma xi drabi trid tagħmel dak li ma tridx.", "Tinkwetax Damian, inti b'saħħtek biżżejjed biex tagħmilha.", "Il-lejl it-tajjeb lil sħabi u lil familti.", "Grazzi tal-appoġġ tagħkom.\"", "Skont ir-rekords li jeżistu, Damian jidher li huwa l-iżjed persuna li qatt għamel operazzjonijet f'Malta.", "Bħalissa li tista' tagħmel huwa li titlob għalih, u tħajjar lil ħaddieħor jagħmel bħalek.", "Ara l-intervista li konna għamilna lil Damian sentejn ilu:"], "title": "\"Illum se jaqtgħuli sieqi l-leminija\" - Damian"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jekk-inti-dilettant-tal-gasafar-u-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk tixtieq tara għasafar u fniek li forsi qatt ma rajt bħalhom qabel, dan il-", "għandek iżżur Ħal Kirkop.", "Is-Sibt u l-Ħadd li ġej, se ssir l-ewwel Wirja ta' Għasafar u Fniek imtella' mill-Malta All-Breed Rabbit Club u l-Malta Cage Bird Association.", "Din se tittella s-Sibt 21 ta' Ottubru bejn id-9:00am u t-20:00pm, u l-Ħadd 22, bejn it-8:00am u 16:00pm, fis-sala tas-sekondarja fil-Kulleġġ ta' San Benedittu, f'Ħal Kirkop.", "L-għasafar u l-fniek se jiġu ġġudikati s-Sibt filgħodu.", "F'din l-attività, it-tfal jistgħu jiltaqgħu mal-fniek iżjed mill-viċin f'sezzjoni li se jkun hemm apposta s-Sibt waranofsinhar u l-Ħadd.", "Waqt il-wirja, jista' jinxtara ikel u xorb mill-bar.", "U l-", "huwa b'xejn."], "title": "Jekk inti dilettant tal-għasafar u tal-fniek, din m'għandekx titlifha!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmati-il-kantanti-tal-eurovision.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Karozza tal-linja, kantanti, kostumi u parrokki kollha f'Xarabank speċjali tal-Eurovision!", "Wara li konna diġà laqqajna nofs il-kantanti tal-Malta Eurovision Song Contest, il-Ħadd li għadda laqqajna l-bqija tal-kantanti.", "Ikollna ngħidu li impressjonawna fl-imitazzjonijiet tagħhom.", "Fost ħafna affarijiet li kellna armat fuq tal-linja, kien hemm kejk tat-tieġ u xampanja għad-diska 'Congratulations' u forn għal 'Party for Everybody'.", "Jiġifieri tistgħu timmaġinaw x'kellna fuq tal-linja.", "Fl-ewwel grupp għandna lil Brooke, Rhiannon, Kevin u Andy minn Avenue Sky, lil Aidan li wkoll huwa parti minn Avenue Sky.", "Dawn interpretaw il-kanzunetti 'Kisses for me', 'Drama Queen', 'Everyway that I can', 'Insieme' u 'Angel' ta' Chiara.", "Fit-tieni grupp għandna lil Jasmine, Deborah C, Petra, u lil Mikhail u Cherylis ta' Dwett.", "Huma interpretaw il-kanzunetti 'Little Child', 'Vodka', 'Party for Everybody', 'Congratulations' u 'Shake it'.", "Nhar il-Ġimgħa li ġej f'Xarabank se ssiru tafu affarijiet li ma kontux taf qabel, imitazzjoni, sorpriżi u ċajt.", "Għalhekk, Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa ma tistax titilfu!"], "title": "BIL-FILMATI: Il-kantanti tal-Eurovision litteralment fuq Xarabank!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmati-inti-taqbel-mat-tibdil-fil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dr Chris Fearne ressaq abbozz ta' liġi tal-IVF.", "Fost l-oħrajn il-liġi tipproponi li raġel jew mara jistgħu jagħtu l-isperma jew il-bajda tagħhom lil koppja li qed tbati minn infertilità jew lil xi persuna", ".", "Dan jistgħu jagħmluh darba biss f'ħajjithom.", "Il-liġi li qed tipproponi li tinfetaħ diskussjoni pubblika dwar is-", ", jiġifieri f'każ ta' kumplikazzjoni l-koppja tkun tista' tiddeċiedi li mara oħra ġġorrilhom it-tarbija u huma joħduha mat-twelid.", "Il-liġi tagħmel l-iffriżar tal-embrijuni legali u l-embrijuni li ma jittiħdux mill-koppja se jingħataw għall-addozzjoni.", "Dwar dawn l-emendi, il-fondazzjoni favur il-ħajja u l-familja, Life Network Foundation Malta ma taqbilx.", "Aħna tkellimna maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, Dr Miriam Sciberras.", "Qaltilna li dawn l-emendi ma jagħtux kas l-interessi tat-tfal.", "\"Ninsabu inkwetati għax dawn l-emendi ma jagħtux kas l-interessi tat-tfal.", "Agħar minn hekk inħossu li din qed tinbiegħ lill-pubbliku bħala ħaġa li hi vera tajba, meta fil-verità hemm ingann sħiħ dwarha.", "Il-lingwaġġ ta' din il-liġi qed jagħmel oġġett mit-tfal.", "Inti ma tiffriżax lit-tfal u ma tagħtix lit-tfal.", "It-tfal twellidhom u trabbihom.\"", "Tistqarr li din il-liġi qed tħeġġeġ biex ikun hawn", "\"Din il-liġi qed tippromwovi biex inti tkun", "minħabba dik li qed insejħulha 'ugwaljanza'.", "Din il-liġi qed tgħid li hi ħaġa pożittiva li toħroġ tqila mingħajr ma tkun taf lil missier.", "Dan minflok qed ngħinu liż-żgħażagħ ikunu responsabbli.", "Morru staqsu lit-tfal jekk jixtiqux lil jkollhom omm u missier, jekk jixtiqux li ma jkunux jafu minn fejn ġew.\"", "Tistqarr li din mhijiex ugwaljanza kif donnha qed tidher.", "\"Fejn hi l-ugwaljanza?", "Kif tista' tagħżel min jitwieled minn ġuf ommu u min imur għall-iffriżar?", "Min jaf kontx inti l-embrijun li tagħżel tmurx fil-friża jew minn titwieled minn ġuf ommok?", "Id-drittijiet tat-tfal qed jiġu injorati, u qed jiġu ċċentrati fuq il-bżonnijiet u x-xewqa tal-kbar.\"", "Dwar is-", ", Dr Sciberras tistqarr li tagħmel lill-mara kontenitur.", "\"Is-", "tkisser il-", "li jibda bejn l-omm u t-tarbija, kif ukoll bejn il-missier.", "Fis-", ", wara li mara tkun ġarret tarbija għal xhur sħaħ, qed ngħidulha, 'Ġib it-tarbija ħa nagħtuha lil ħaddieħor.'", "Qed inċaħħdu lill-omm u lit-tarbija minn affarijiet li jkunu bdew fil-ġuf.", "Il-movimenti kollha femministi kollha ma jaqblux mas-", "għax tagħmel mill-mara kontenituri.", "F'dan kollu qed naraw li l-aqwa li twelled lit-tfal u kull min irid it-tfal nagħtuhomlhom.\"", "Tappella lill-Membri tal-Parlament biex iġorru r-responsabbiltà tagħhom.", "\"L-appell tiegħi lill-MPs kollha hu li jifhmu verament x'qed tipproponi din l-emenda għax iridu jġorru r-responsabbiltajiet, min se jiffirma favuriha, tad-danni li ħa jikkawżaw lit-tfal li ħa jitwieldu.", "Ħarsu lejn l-interessi tat-tfal, araw xi jridu.", "Tifqux biss fuq l-adult għax it-tfal għandhom id-dritt li jkollhom min jitkellem għalihom.", "M'għandhomx vot imma mhumiex oġġetti lanqas.", "It-tfal huma wliedna.\"", "Aħna tkellimna wkoll ma' Claudette Abela Baldacchino, li għamlet użu mill-IVF u tqis li l-emendi huma pass quddiem.", "\"Il-bidliet proposti huma pass kbir 'il quddiem.", "Se jagħtu ċans lill-iktar familji jkollhom l-ulied, iħobbuhom, jibnu familja u hemm diversi każi fejn se jnaqqsu t-tbatijiet li tgħaddi minnhom koppja, partikolarment mara li tagħmel IVF għax dan mhux proċess faċli.", "Jiena fost dawk li xtaqt li sar ftit iktar.", "Iżda, ladarba r-riżultat ta' dak propost se jfisser iktar IVF b'suċċes mis-servizz tas-saħħa pubblika, jiena bilfors irrid nappoġġja dak propost.\"", "Tistqarr li mara m'għadhiex tiġi mċaħħda milli jkollha familja.", "\"Biex insemmi eżempju wieħed hemm każi fejn mara tkun għaddiet minn mard u ma jkollhiex ċans iġġorr it-tarbija tagħha.", "Rajna każ bħal dan quddiem il-kumitat parlamentari fl-aħħar ġimgħat fejn din il-mara għandha l-offerta ta' oħtha, li tagħmel dan għaliha.", "B'mod altruwistiku, jien lil dik il-mara għaliex għandi nċaħħadha miċ-ċans li hi wkoll ikollha familja?\"", "Dwar l-adozzjoni tal-embrijuni, tgħidilna li ma tistax tifhem li l-għala hawn min hu kontriha.", "\"Dan juri kemm il-proposti li qed isiru kienu studjati sew u għalhekk ma nistax nifhem l-oppożizzjoni fundamentali ta' wħud.", "Embrijun irid jintuża mill-koppja u jekk għal raġunijiet straordinarji ma jkunx sar hekk se jingħata l-ħajja b'adozzjoni.", "Jien naf koppji li marru barra minn Malta jagħmlu din l-adozzjoni.", "Issa se jkun hemm każi, għalkemm forsi rari, fejn dan jista' jsir Malta wkoll.\"", "Permezz tal-IVF Claudette Abela Baldacchino tgħidilna li tat ħajja lil tewmin.", "\"L-IVF ifisser li tajt ħajja lil tewmin, li għalija m'hawnx għeżez minnhom.", "Ifisser li nweġġa' meta nisma' min jitkellem fuq l-IVF qisu xi proċess skandaluż ta' barra minn hawn għax ikun qed jitkellem fuq uliedi.", "Imma jfisser ukoll jiena determinata iktar minn qatt qabel biex iktar familji jingħataw iċ-ċans li ngħatajt jien.", "Jekk jista' jkun f'pajjiżna u mhux lil minn minn xtutna f'ċirkustanzi li jżidu mad-diffikultajiet li diġà jkun hemm.\"", "Nhar il-Ġimgħa se nitkellmu fuq l-IVF u dwar dan l-emendi.", "Inti x'taħseb?", "Ritratt tax-xellug: Newsbook.com.mt", "Ritratt tal-lemin: One Radio"], "title": "BIL-FILMATI: Inti taqbel mat-tibdil fil-liġi tal-IVF?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/moira-trid-il-klieb-fl-ufficini.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Moira Delia, magħrufa għall-ħidma tagħha favur id-drittijiet tal-annimali,", "qalet li kieku kienet CEO ta' kumpanija tagħmel b'mod obbligatorju uffiċini li jaċċettaw il-klieb.", "Moira tispjega li f'intervista li saret mit-Times of Malta ġiet mistoqsija din id-domanda:", "Kieku jkollok tagħmel xi ħaġa obbligatorja bħala CEO ta' kumpanija, xi tkun?", "\"Jiena għedtilhom li kieku nagħmel uffiċini li jaċċettaw il-klieb fihom.", "Peress li meta nsiefer ġieli rajt dan l-ambjent u lill-impjegati rajthom iktar kuntenti, deherli li naħseb hekk.", "Madankollu ħafna ħasbu li", "qed nimbotta din l-idea, pero' din", "kienet biss l-opinjoni tiegħi li xtaqt naqsamha mal-qarrejja.\"", "Proprju għażlet kelb u mhux annimal ieħor minħabba r-relazzjoni li teżisti bejn is-sid u l-kelb.", "\"Il-kelb huwa l-iktar annimal viċin tal-bniedem u għalhekk issuġġerixxejt hekk.", "Kelb jekk tagħtih iċ-ċans, huwa leali lejn is-sid tiegħu u jrid jogħġbu.", "Kelb", "qatt ma jissepara jew jabbanduna lis-sid tiegħu u kulma jagħmel, jagħmlu miegħu għax dan huwa l-istint naturali tiegħu.", "Kelb ikun irid jgħix sal-aħħar mas-sid tiegħu u b'hekk il-klieb ibatu meta jiġu abbandunati,\" tgħidilna Moira.", "Lura għall-opinjoni tagħha.", "X", "i jiġri f'każ li persuna tkun tibża' jew tkun allerġika?", "\"Meta jkun hemm xi ħadd allerġiku, l-affarijiet iridu jittieħdu iktar b'serjeta'.", "Il-kumpanija trid tirrispetta lil min jibża' mill-klieb.", "Taħsbux li ma nħossx u ma nirrispettahomx, anzi nixtie", "li xi darba li ma jib", "qgħux jibżgħu u jers", "qu viċin ta' kelb għax huwa annimal li ġid biss jista' jġib miegħu u", "qatt ma jġib deni.", "Wieħed għandu jinforma lill-kumpanija li għandu allerġija jew biża', u min-naħa l-oħra anke l-impjegat għandu jista", "qsi lil min se jħaddem ħalli jsib alternattiva oħra,\" tispjegalna Moira.", "Tgħidilna li b'kelb f'uffiċċju, persuna tirrilassa mill-istress tax-xogħol.", "\"Meta persuna taħdem f'uffiċċju għal sigħat twal se jkollha ħafna stress.", "Persuna li toħroġ tixgħel sigarett biex taqta' mill-istress, minflok tista' tmelles il-kelb u dan se jagħmillha iktar ġid għax filwaqt li inti tirrilassa, il-kelb se jurik kemm hu kuntent.", "Bla dubju, il-kelb m'għandux jitħalla marbut u jrid ikollu bitħa biex joħroġ, sodda, ikel u ilma.\"", "Imma ma taħsibx li kelb itellef lill-persuna f'xogħolha?", "\"Jiena din għextha.", "Inti bħala s-sid tiegħu, taf il-ħin ta' meta l-kelb irid joħroġ u jagħmel il-bżonnijiet tiegħu.", "Għalhekk meta tieqaf għal kafe', fl-istess ħin tista' tara jekk għandux bżonn jixrob jew jiekol, jew jekk għandux bżonn j", "agħmel il-bżonnijiet tiegħu.", "Hekk l-impjegati qed jaħdmu iktar għal qalbhom għax inti għandek kelb li mhux qiegħed 8 sigħat id-dar waħdu imma minflok qiegħed miegħu, u", "joħroġ u jidħol miegħu d-dar,\" tgħidilna Moria.", "qbel li l-uffiċini għandhom ikunu miftuħa għall-klieb?"], "title": "Moira trid il-klieb fl-uffiċini"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-annabelle-taglaq-7-snin-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Annabelle Vassallo, il-persuna li tibqa' tissemma għall-fidi tagħha quddiem it-tbatija tal-marda li kienet qed tiġġieled, illum tagħlaq 7 snin li ħallietna,", "Tkellimna ma' Mandy Micallef Grimaud u Olwyn Jo Saliba, żewġ persuni li kienu qrib ħafna ta' Annabelle matul il-marda tagħha.", "Olwyn u Mandy iltaqgħu ma' Annabelle permezz ta' Xarabank.", "\"Jiena kont imsiefra fuq xogħol u bagħtuli messaġġ li se jintervistaw persuna, ħa jagħmlu", "magħha u kif ħa niġi lura ħa nsib", "biex neditjah.", "Fi triqti lura lejn Malta, reġgħu bagħtuli u qaluli li minflok ħa jagħmlu programm.", "Dak il-ħin għedt, 'Kif ħa nagħmlu programm ma' persuna li ma jafha ħadd?'", "Ma kontx naf min hi imma kont naf li hi persuna marida bil-kanċer.", "Rajt l-intervista xorta waħda u kont bkejt ħafna jiena u nismagħha.", "Imbagħad minn hemm iltqajt magħha u sirna ħbieb,\" tgħidilna Olwyn.", "Mandy tiddeskrivi lil Annabelle bħala persuna ferreħija.", "\"L-ewwel darba li ltqajt ma' Anabelle kien meta mort nieħu xi", "tagħha għall-programm.", "Konna morna Ħad-Dingli wkoll nieħdu xi filmati.", "Il-ħin kollu kienet tidħak u kienet persuna spiritwali ħafna.", "Ma kinitx tidher marida,\" tistqarr Mandy.", "Ma' dan Olwyn iżżid tgħid, \"Avolja kienet ħa tmut, Annabelle kellha l-ħajja fiha.", "Kont nistaqsi lili nnifsi kif temmen daqshekk u taf li ħa tmut.", "Imma tant kienet temmen li kienet issejjaħlu l-għarus tagħha.\"", "Mandy kienet hemm siegħa qabel ma mietet.", "\"L-aħħar darba li rajtha kien l-isptar Boffa.", "Xi siegħa qabel ma mietet.", "Waqt li qed nikteb bħalissa qed jaqbadni l-biki.", "Kienet tidher li waslet fl-aħħar.", "Meta dħalt ġol-kamra tagħha bdiet tkanta 'Ejjew Ejjew ja Anġli'.", "Niftakar li kienet għarfitni għax għajtitli.", "Sitwazzjoni kerha ħafna.", "Tal-biki.\"", "U Olwyn akkumpanjata waqt l-aħħar nifsijiet.", "\"Fl-aħħar jiem kienet ħażin ħafna.", "Kont hemm kuljum u fl-aħħar mumenti, hi u tieħu l-aħħar nifsijiet, żammejtilha idha.", "Ħassejt vojt kbir dak il-ħin.", "Xtaqt li kont nafha ħafna qabel biex inqatta' iktar żmien magħha.\"", "\"Annabelle hi mara ta' ispirazzjoni kbira għalija u għal ħafna nies oħra.", "Iġri nerġgħu niltaqgħu flimkien ħalli nagħmlu festa ta' kant, daħk u żfin,\" tgħidilna Mandy.", "Olwyn ittemm tgħidilna, \"Illum nixtieq qiegħda hawn, tgħannaqni.\""], "title": "BIL-FILMAT: Annabelle tagħlaq 7 snin li ħallietna"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmat-nwiegdek-li-nibqa-nieu-sieb.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["jaħdem l-emerġenza.", "Kien ilu tmien snin marid bil-kanċer.", "Illum Stephen ħalla warajh liż-żewġ uliedu u lil martu Natasha.", "Aħna tkellimna ma' martu Natasha li tgħidilna li Stephen kien bniedem li kellu mħabba kbira.", "\"Kien raġel tal-ġenn.", "Kien jaf iħobb u kien jaf jirrispetta lil kulħadd u mhux lill-familja tiegħu biss.", "Għamilt ħajti miegħu, u bqajt miegħu sal-aħħar mument.", "Qatt ma tlaqtu.", "Minn filgħodu sa filgħaxija ħdejh.", "Bħalissa qed inħoss li ħajti spiċċat.", "Mingħajru min jiena xejn.\"", "Fuq Facebook, Natasha kitbet dan il-messaġġ.", "\"Fil-ħamsa ta' filgħodu kelli narak tiegħu l-aħħar nifs ta' ħajtek.", "Ma nafx kif mil-lum ħajti rrid ngħixha mingħajrek ħdejja.", "Qatt ma naf li dawn is-17-il sena li ilna nafu lil xulxin irqadna miġġildin jew konna nagħmlu xi ħaġa mingħajr xulxin.", "Wara tbatija kbira għal dawn l-aħħar 8 snin ta' mard, xorta bqajt hemm għalina, tiġġieled din it-tbatija tant kerha.", "Jien nista' ngħid li ħajti kienet biss għalik u għat-tfal, u nwiegħdek li nibqa' nieħu ħsiebhom bħalma ħadt ħsiebna inti.\"", "Aħna tkellimna wkoll mal-maniġer tal-Malta Community Chest Fund Foundation, Claire Micallef Pule, li kienet taf lil Stephen permezz ta' xogħolha.", "Tiddeskrivi lil Stephen bħala bniedem b'qalbu tajba.", "\"Bħala stuttura, Stephen kien ġgant, bħala manjieri u tjubija qisek qed tara tifel tant kemm kellu qalbu tajba.", "Jinkwieta fuq ħaddieħor u mhux fuqu nnifsu.", "Hekk kien.", "L-aħħar li mort ħdejh kien mitluf minn sensih.", "Għalkemm kont qed nistennieha, xorta jaqbadni swied ta' qalb għax kien raġel b'qalbu tajba u ħalla nies li kienu jħobbuh ħafna.", "Ħa jħalli vojt kbir.", "Min-naħa l-oħra, hekk straħ, u nemmen b'qalbi u b'ruħi kollha li fejn qiegħed, qiegħed ħafna aħjar.", "Iebsa issa li naf li mhux ħa nkellmu iktar u jaqbadni d-dwejjaq.", "Għalkemm ilu ħafna marid, kellu xewqa kbira li jgħix u b'dak il-mod se nibqa' niftakru.\"", "Dwar Stephen, tkellem ukoll Peppi Azzopardi, li kien intervista lil Stephen u ftit żmien ilu mar jarah.", "\"Ftit żmien ilu mort nara lil Stephen.", "L-imħabba li rajt u ħassejt f'dik id-dar ġo qalb din il-familja nibqa' nġorrhom miegħi bħala ispirazzjoni.\"", "L-aħħar tislima lil Stephen se tingħata nhar il-Ħamis fis-14:00, fil-Knisja ta' Santa Marija f'Ħal Għaxaq.", "Din l-intervista sħiħa li ntweriet fl-Istrina, f'Diċembru li għadda:"], "title": "BIL-FILMAT: \"Nwiegħdek li nibqa' nieħu ħsieb lit-tfal, bħalma ħadt ħsiebna inti\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/katriel-iktar-eggigni-biex-nagti-d-demm.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["In-nanna ta' Katriel, it-tifel li ta' 3 snin tatu puplesija u għandu Lupus CQ Deficient 1.", "Grace għandha 64 sena u tat id-demm 69 darba.", "U meta marad Katriel iktar ħeġġet ruħha biex tagħti d-demm.", "Kien avviż fuq ir-radju li wassalha biex tagħti d-demm l-ewwel darba.", "\"Niftakar li kien fl-14 ta' Settembru 1987, l-għada tal-festa ta' Ħaż-Żabbar.", "Konna se mmorru xalata u mbagħad smajt li hemm bżonn tad-demm.", "Dak il-ħin għedt lit-tfal li ħa mmur nagħti d-demm u li x-xalata se neħodhom darba oħra.", "Irraġunajt li l-ewwel insalva lil ħaddieħor imbagħad immur ix-xalata.", "U hekk għamilt.\"", "U minn dakinhar Grace bdiet tagħti d-demm.", "Fil-fatt tgħidilha li fl-2015, ingħatat premju flimkien ma' 8 irġiel u 6 nisa oħra mill-President ta' Malta talli ilha għal snin twal tagħti d-demm u ssalva il-ħajja ta' ħaddieħor.", "Meta marad in-neputi tagħha Katriel, iktar għamlet kuraġġ biex tagħti d-demm.", "\"Katriel ħeġġiġni iżjed biex nagħti d-demm.", "Meta nisma' li hemm min għandu bżonn id-demm naqbdad immur u kieku nista' anke darba fix-xahar.", "Iktar tħeġġiġt għax hemm ħafna tfal li għandhom bżonn id-demm.\"", "Grace lesta li twasal lil kulħadd biex issir għotja demm.", "\"Nikkorraġixxi lin-nies biex jagħtu d-demm għax dan ma ssibux kuljum.", "Min jiflaħ, nikkoraġġixxih biex jagħti d-demm.", "Min ma għandux biex imur, għandi l-karozza privata tiegħi u lesta li nwassalu biex żgur imur jagħti d-demm.\"", "Jekk trid iktar informazzjoni fuq x'għandek tagħmel biex tagħti d-demm, idħol"], "title": "\"Katriel iktar ħeġġiġni biex nagħti d-demm\" - In-nanna tiegħu Grace"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jacob-jiddaal-l-isptar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jacob, magħruf bħala t-Titanium Man, jiddaħħal l-isptar.", "Fuq Facebook, ommu Sarah tistqarr li l-iscans wrew akkumulazzjoni ta' ftit demm fil-moħħ (", "qed jaħsbu li kellu attakk ta' epilesija (seizure) wa", "qad, f'ħin minnhom, jew fil-ġimgħat li għaddew.", "B'hekk żiedulu l-medikazzjoni u żammewh għall-osservazzjoni u għat-testijiet.", "\"Inħarsu lejn il-pożittiv, m'hemmx infezzjoni u d-demm", "qed jiġi kkontrollat.", "Aħna", "qed nippruvaw inżommu l-affarijiet kemm jista' jkun normali.", "Se n", "qatta' l-iljieli maġenbu ħdejn is-sodda u Sammy matul il-ġurnata fil-ħin meta nkun", "qiegħda l-ħanut (se nżommuh miftuħ fu", "q l-insistenza ta' Jacob).", "Kif", "qed taraw mir-ritratt,", "qiegħed ma' oħtu, jiċċajta bħas-soltu b'dik it-tbissima fu", "q wiċċu li ser", "qet il-", "qalb tal-Malta,\" tikteb Sarah.", "Jacob kellu infezzjoni fil-moħħ li kważi qatlitu u wara din l-esperjenza, ommu kienet", "waqfet l-għaqda", "biex jagħtu ispirazzjoni lil min hu marid.", "Fix-xhur li għaddew, Jacob fetaħ il-kafetterija", "qa kbira li kellu."], "title": "Jacob jiddaħħal l-isptar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/din-ix-xadina-arbet-u-nstabet-flukanda.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Franco nstab fil-lukanda Corinthia ġewwa l-bajja ta' San Ġorġ.", "Kulħadd iħobb igawdi xi erbat ijiem f'lukanda, speċjalment jekk tiġih b'xejn.", "Din ix-xadina kellha din ix-xorti.", "Franco, li jgħix ġewwa l-Iklin, instab fil-lukanda jgawdi mill-faċiltajiet f'lukanda.", "Tal-Corinthia raw li ma jonqus xejn, u tawh ħafna banana!", "Wara li din ix-xalata, bl-għajnuna tat-tim tal-ambulanza tal-annimali, Franco ġie irritornat lura għand sidu."], "title": "Din ix-xadina ħarbet u nstabet f'lukanda f'Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/karozza-btieqa-mkissra-tqajjem-suspett.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Karozza b'tieqa mkissra qajmet suspett.", "Ma' Xarabank kelliem għall-Pulizija qal li l-każ seħħ f'inqas minn siegħa ilu, meta ġew infurmati li hemm karozza b'tieqa mkissra fi Triq l-Ursolini l-Pieta' li qajmet suspett.", "Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta u t-triq ingħalqet għat-traffiku.", "Madankollu, il-Pulizija kkonfermat li s-suspetti rriżultaw fin-negattiv.", "It-triq għadha magħluqa.", "Ritratt: Maria Desira"], "title": "Karozza b'tieqa mkissra tqajjem suspett"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/xjagmel-richard-jekk-it-tfajla-tiegu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raisa t-tfajla ta' Richard daqt twelledt.", "F'nofs Frar.", "Qiegħda f'36 ġimgħa u kollox jista' jiġri.", "X'jiġri jekk twelledt fil-ġurnata tal-Malta Eurovision Song Contest?", "X'jagħmel Richard?", "Ikanta jew imur dritt l-isptar?", "F'Xarabank, il-papa' ta' Richard, Joe, qalilna: \"Jgħum jekk jinfaqgħalha l-ilma,\" b'nofs tbissima.", "Iżid jgħid, \"", "Jien naħseb irid jagħmel ix-xow imbagħad imur.\"", "Pront pront jaqbeż Richard, \"Le mbagħad f'idejk.", "Immur l-isptar.\"", "Kif iwieġbu hekk, Joe George jgħidlu, \"Ara ma tħallinix, waħdi ta!\"", "Richard u Raisa jiżvelaw li se jsemmuh lit-tarbija Benjamin.", "\"Kumbinazzjoni isem Ben kien jogħġobni mill-bidu u konna qed nitkellmu ma' missieri u qalli li kieku jsemmih Benjamin.", "Imbagħad irnexxieli nikkonvinċi lil Richard,\" tgħidilna Raisa.", "Dan u aktar f'Xarabank tal-lejla."], "title": "X'jagħmel Richard jekk it-tfajla tiegħu twelledt fis-serata tal-Malta Eurovision Song Contest?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/minn-furnar-gal-zviluppatur-tal-propjeta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Chris Attard illum huwa wieħed mis-sidien tal-Best Deal Properties.", "Però Chris mhux minn dejjem kien żviluppatur tal-propjetà.", "Ta' żagħżugħ beda jaħdem bħala furnar tal-ħobż u llum, flimkien ma' Erskine Vella, imexxi waħda mill-aħjar kumpaniji tal-propjetà f'Malta.", "\"Ta' età żgħira kont immur ngħin lil tal-ħobż.", "Komplejt ninteressa ruħi f'din is-sena, u mill-furnara stess tgħallimt din is-sengħa.\"", "Iktar 'il quddiem Chris beda jinteressa ruħu fil-propjetà.", "Beda fuq sieq ħażina iżda din ma waqfitux milli jaqbad din il-karriera.", "\"Niftakar li l-ewwel biċċa art li kelli, ġietni ħażina u fallejt.", "Fil-fatt għamilt 6 snin 'il bogħod mill-propjetà, sakemm imbagħad erġajt bdejt u llum il-ġurnata wasalt fejn wasalt.\"", "Id-determinazzjoni f'dan ix-xogħol wasslitu biex minn furnar illum huwa wieħed mill-aqwa żviluppaturi tal-propjetà.", "Però n-namra lejn il-forn, baqgħet hemm u fil-fatt il-forn għadu għandu.", "\"Ix-xogħol ta' furnar domt nagħmlu għal ħafna żmien.", "In-namra lejn ix-xogħol tal-ħobs għadha hemm u tibqa' għal dejjem għax għalija s-sengħa tal-ħobs hija arti.", "Minkejja m'għadnix naħdem bħala furnara, il-forn għadu għandi.\"", "Imma x'ġibdu lejn dan ix-xogħol biex ma baqax jaħdem bħala furnar?", "\"Beda jinteressani iktar ix-xogħol ta' żviluppatur għax il-kumpanija, li mmexxu jiena u Erksine, bdiet tikber, tlaqqagħna ma' sfidi ġodda, ma' nies differenti u ma' ġranet differenti.", "Ma jiddispjaċinix li għandi din il-karriera għax mort għall-aħjar bħala persuna, u qatt ma immaġinajt li ħa nikber daqshekk.\"", "Is-sigriet wara l-Best Deal Properties huwa s-servizz tagħhom lejn il-klijenti.", "\"Nagħtu servizz tajjeb lill-klijenti u nipprovaw nagħmlu minn kollox biex ikollna l-aħjar riżultati possibbli.", "Nimxu tajjeb mal-klijent u dan huwa s-suċċess tal-kumpanija tagħna, li nimxu tajjeb mal-klijenti li jiġu għandna.\"", "Fil-fatt, Chris u Erksine huma tnejn mill-iżjed żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba l-professjonalità tagħhom fil-proġetti ta' kostuzzjoni li jagħmlu.", "Fil-fatt, Chris u Erskine, kienu wettqu l-ħolma ta' Jacob,", ", billi bnew kaffetterija u ħallsu l-ispejjeż kollha biex għamluha bl-aħħar tekonoloġija.", "Barra minn hekk, grazzi għal Erksine u Chris Attard, in-nies li jmutilhom", "se jerġa' jkollhom il-possibbiltà li jaħarqu lill-", "tagħhom u jieħdu l-irmied tiegħu magħhom id-dar bħala tifkira.", "Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq", "is-sit tagħhom", ", u anke fuq", "il-paġna ta' Facebook tagħhom.", "Ritratt tal-faċċat (lemin): issuu.com"], "title": "BIR-RITRATT: Min hu l-Malti li minn furnar spiċċa b'wieħed mill-akbar negozji?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-u-bir-ritratti-dan-huwa-dak.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ eluf ta' nies inġabru biex isellmu lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li n", "qatlet b'bomba fil-karozza tagħha ftit metri 'l bogħod mir-residenza tagħha.", "Ħafna kienu n-nies wrew id-dispjaċir tagħhom u kkundannaw dan il-", "nġabru għall-vġili li saret ilbieraħ.", "Din bdiet fit-8:30pm u spiċċat", "quddiem il-monument tal-Love f'San Ġiljan bl-Innu Malti, bl-isfond tax-xemgħat mixgħula li dawlu ż-żona.", "Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud"], "title": "BIL-FILMAT U BIR-RITRATTI: Dan huwa dak li ġara waqt il-vġili"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/iltqajt-mal-garus-tiegi-go-londra.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Brooke għamlet 6 snin tgħix l-Ingilterra u fl-aħħar sentejn iltaqgħet mal-għarus tagħha.", "Imma kif iltaqgħu?", "\"Kont qed inkanta f'dan il-post fejn qaluli li ħa jkun hemm ħafna nies.", "Mort u ma nara lil ħadd.", "Lil tal-", "għedtilhom biex xorta nixegħlu l-kameras ħalli jkollna xi ntellgħu fuq You Tube.", "Kien għaddej hu, li llum huwa l-għarus tiegħi, minn hemmhekk u ra", "u kien hemm jiena nkantat.", "Mort niskuża ruħi miegħu li speċi m'hawn ħadd u għedtlu biex jiġi għall-", "Imbagħad Brooke tiskopri li ommu minn Birkirkara.", "\"Qalli, '", "Jiena għedtlu li minn Malta u huwa weġibni, '", ".'", "Imbagħad skoprejt li ommu minn Birkirkara.", "Veru b'kumbinazzjoni li ltqajt mal-għarus tiegħi f'Londra, li huwa nofsu Malti u nofsu Ingliż!\""], "title": "\"Iltqajt mal-għarus tiegħi ġo Londra b'kumbinazzjoni' - Brooke"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/ebda-annimal-ma-gandu-jigi-mgiegel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fil-ġranet li għaddew, raġel uża l-kolla tal-ġrieden u minflok ġurdien, weħel pitirross.", "It-Tlieta li għadda tkellem magħna raġel li qallina kif uża l-kolla biex jikkontrolla l-infestazzjoni tal-ġrieden f'daru.", "Minflok ġurdien, il-persuna sabet pitirross imwaħħal mal-kolla.", "Ir-raġel qalilna li ma kienx jaf li l-kolla hi illegali u se jtellgħuh il-Qorti.", "L-għada kellimna lil Arnold Sciberras,", ", li qalilna li fil-liġi m'hemmx miktub li l-kolla hija illegali.", "F'reazzjoni, il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Emanuel Buhagiar qalilna li l-ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ.", "\"L-ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn.\"", "Iżid jgħid li l-kolla ma tistax tintuża biex jinqabad annimal.", "\"Billi l-kolla hija waħda mill-modi kif, jekk jinqabad annimal fiha, toħloqlu dan il-gwaj kollu, kif hemm fl-artiklu ma tistax tintuża biex dan jiġi maqbdud.\"", "B'referenza għal-leġislazzjoni, il-Kummissarju jgħidilna li l-kolol ma jistgħux jintużaw għalhekk.", "\"Meta xi ħadd juża l-kolla għal xi għan li jinqabdu annimali, kif deskritti fil-liġi, hija ċara li ma tistax tintuża, għaldaqstant dawk l-annimali kollha li huma protetti b'dawn il-liġijiet.\"", "Itenni li l-kolla ma tistax tintuża bħala nassa.", "\"Mhijiex il-kolla li hija projbita f'Malta jew hija illegali li xi ħadd jimpurtaha, hi x'inhi l-kwalità tagħha, sakemm din tissodisfa liġijiet l-oħra li huma permessi.", "Imma meta din tintuża bħala nassa għal xi annimal kif deskritt fil-liġijiet li semmejt u bil-konsegwenzi li ġġib magħha jkun hemm ksur tal-liġijiet.\""], "title": "\"Ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ\" - Il-Kummissjaru tal-Animal Welfare"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/eluf-jingabru-biex-isellmu-lil-daphne.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Eluf ta' nies inġabru biex isellmu lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia llejla f'Tas-Sliema, ħames sigħat biss wara li nqatlet b'bomba fil-karozza tagħha ftit metri bogħod mid-dar tagħha.", "Kien għall-ħabta tat-15:00 meta Daphne Caruana Galizia nqatlet wara li splodiet il-karozza tagħha.", "Filwaqt li l-awtoritajiet urew id-dispjaċir tagħhom u kkundannaw dan il-qtil, eluf ta' nies inġabru f'din il-vġili llejla.", "Din bdiet fit-8:30pm u spiċċat quddiem il-monument tal-Love San Ġiljan bil-kant tal-Innu Malti li ngħalaq b'ċapċipa."], "title": "Eluf jinġabru biex isellmu lil Daphne Caruana Galizia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/gandi-zewg-angli-hemm-fuq-il-in-kollu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Joseph, membru minn Avenue Sky, tilef lil missieru u lil ħuħ.", "Joseph għadda minn ħafna affarijiet.", "Joseph jgħidilna: \"Meta kelli 7 snin tlift lil ħija b'inċident.", "Imbagħad erba' snin ilu kellu inċident ħija l-ieħor fuq il-post tax-xogħol.", "U tlift lil missieri s-sena li għaddiet.", "Jiena ngħid li għandi żewġ anġli hemm fuq.", "Il-ħin kollu miegħi.", "L-iktar ħaġa li nħossni xxortjajt biha hi li meta gradwajt jien, missieri għamel sentejn u nofs ħiereġ u dieħel l-isptar, u dakinhar li ggradwajt irranġajtlu biex jiġi u joqgħod fuq sid komdu, u rani niggradwa.", "Kienet xi ħaġa li ħassejt li kien rigal mingħand ħija u l-Mulej.\"", "Anke Karl tilef lil missieru.", "Meta kellu sentejn.", "\"Missieri ma niftakrux.", "Huwa kellu 29 sena u jiena kelli sentejn.", "Inħossha.", "Issa missieri ħa jagħlaq 29 sena li miet.", "Inħossha ħafna f'ċerti mumenti meta naf li mhuwiex preżenti miegħi, bħalma huwa jum il-missier.", "L-iktar żmien diffiċli għalija kien fit-tfulija.", "Li trid tikber mingħajr qatt ma tgħajjat, '", "'.", "Żmien ieħor diffiċli esperjenzajtu l-iskola.", "Ċertu", "tat-tfal li kienu jgħiduli li missieri mhux vera miet imma li telaqni.\"", "Interessanti li Andy u Clive huma għalliema, u Kevin lsa.", "Dawn it-tliet ukoll jagħmlu parti minn Avenue Sky.", "U Clive jirrakkontalna xi rrisponda student partikolari f'eżami tar-reliġjon.", "\"Qed nikkoreġi eżami tar-reliġjon u kellhom eżerċizzju biex jimlew il-vojt.", "Kellhom l-ewwel ittra lesta.", "Kienet l-ittra 'M'.", "Kellhom miktub: Ġesu' kien jagħmel il-m _ _ _ _ _.", "U l-istudent kiteb il-maġija minflok il-mirakli.\"", "Clive jgħidilna storja oħra.", "\"Erbat ijiem wara li twelidt għamluli l-magħmudija.", "Ġew il-mistednin bir-rigali u ħallewhom id-dar, u morna l-knisja għall-magħmudija.", "Kif ġew lura indunaw li kienu daħlulna, u mir-rigali li kien hemm, kulma kien fadal kien tajjar u kaxxi vojta tad-deheb.", "Allura l-mistednin kellhom jerġgħu jixtru r-rigali u naħseb rawni ħelu dakinhar.\"", "Lil Aidan, li huwa parti minn Avenue Sky, u qed jipparteċipa wkoll waħda b'kanzunetta, għamilnielu sorpriża ċkejkna wkoll.", "Għedna lill-ħaddiema tiegħu biex jgħaddulu messaġġ ta' awgurju.", "Dan u aktar f'Xarabank tal-lejla."], "title": "\"Għandi żewġ anġli hemm fuq. Il-ħin kollu miegħi\" - Joseph minn Avenue Sky"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/ragel-jaqa-mill-goli-fil-belt.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA: Ħaddiem, x'aktarx ta' nazzjonalità barranija, waqa' għoli ta' madwar 3 sular.", "Filwaqt li huwa ttieħed l-isptar Mater Dei, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.", "Ħaddiem waqa' minn xi għoli f'sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.", "Kelliema għall-pulizija kkonfermat li dan l-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar u issejħu ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.", "Aktar dettalji kif jaslulna."], "title": "BIL-FILMAT: Raġel jaqa' mill-għoli fil-Belt"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/malta-youth-press-tikkundanna-l-qtil-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Malta Youth Press tikkundanna bla riservi l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Fi stqarrija, hija qalet li tinsab iddispjaċuta bl-aħbar li għadha kemm ixxukkjat lil Malta.", "Spjegat li dan l-inċident mhuwiex biss attakk personali iżda huwa attakk ukoll fuq il-libertà tal-espressjoni, fuq kull min jaħdem fil-midja kif ukoll fuq id-demokrazija", "Filwaqt li tikkundanna dan l-attakk fuq Daphne Caruana Caruana Galizia u fuq id-dritt tal-kelma, ittemm billi tibgħat il-kondoljanzi lill-familja u ħbieb ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-Malta Youth Press hija organizzazzjoni li tirrappreżenta liż-żgħażagħ li jaħdmu fil-midja."], "title": "Malta Youth Press tikkundanna l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/l-imabba-wegggetni-afna.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Petra tgħidilna li meta tħobb, tħobb ħafna u tispiċċa tħobb iktar lil ħaddieħor milli tħobb lilha nfisha.", "F'Xarabank tgħidilna li l-imħabba weġġgħetha ħafna.", "\"Meta tħobb lil ħaddieħor iktar milli tħobb lilek innifsek, tispiċċa tweġġa' għax mhux kulħadd twajjeb daqskemm tkun inti.", "Ġieli ssib min jieħu vantaġġ mit-tjubija ta' dak li jkun.", "Illum il-ġurnata naħseb b'moħħi u nimxi b'qalbi.\"", "\"Sfortunatament sirt ftit iebsa.", "Rabbejt ftit qoxra għax għaddejt minn ċertu relazzjonijiet li kienu iebsin.", "Xorta għadni nħobb imma sirt inħobb lili nnifsi għax meta tħobb lilek innifsek, ħaddieħor iħobbok u jirrispettak iktar.\"", "Dak u aktar f'Xarabank tal-lejla."], "title": "\"L-imħabba weġġgħetni ħafna\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmat-dan-il-guvni-nhar-is-sibt-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fr Jethro Bajada se jiġi ordnat saċerdot flimkien ma' 8 djakni oħra.", "Iva, il-ġuvni tal-ewwel ritratt huwa Fr Jethro.", "Fr Jethro differenti minn kif nafuh illum.", "Dak iż-żmien kellu mal-ħmistax-il misluta.", "\"Kienet fażi f'ħajti fejn kont qed nikber.", "Kont inħobb l-imsielet u kelli ħafna kuluri f'xagħri.\"", "Fr Jethro esperjenza s-sejħa li jidħol patri meta mar Medjugore.", "Minn hemmhekk, ma baqax l-istess u niżel Malta bniedem differenti.", "\"Kien ġie raġel li qalilna li ħa jorganizza pelligrinaġġ f'Medjugore.", "Qalilna li l-Madonna tixtieqna li nitolbu.", "Jiena ma kontx interessat fit-talb imma fil-ħajja li noħroġ, mal-ħbieb, kelli", "ukoll iżda spiċċajt b'kurżità.", "Kont ilni ma nsiefer u għedt ħa mmur.\"", "Fr Jethro jesperjenza ferħ li qatt ma esperjenza qatt.", "\"Meta mort Medjugore esperjenzajt xi ħaġa ġdida f'ħajti.", "Dejjem kelli l-attenzjoni ta' sħabi imma l-ferħ, it-trankwiltà u l-kalma li esperjenzajt hemm, ma esperjenzajtux qabel.", "Meta dan il-ferħ li esperjenzajt għoġobni, għedt dan it-talb qed jagħtihuli u nżilt lura Malta u bdejt nitlob.\"", "Il-ħajja ta' Fr Jethro ma tibqax l-istess.", "\"Meta bil-mod il-mod bdejt nitlob, sħabi bdew jarawni ninbidel.", "Qatt ma xammew li kien se nidħol patri.", "Xorta kienu jgħidu li jekk nidħol jien, joħorġu kollha.", "Ma kontx beħsiebni nidħol patri imma ħajti nbidlet.", "Filli qiegħed ma' sħabi u filli ngħidilhom li ħa mmur.", "Kont immur nitlob il-kappella, noqgħod għall-kwiet, naqbad il-Bibbja kif naf jien, nitlob xi sliema u qaddis u l-ħaġa nbidlet.\"", "U Fr Jethro jwieġeb għas-sejħa t'Alla.", "Jumejn oħra Fr Jethro, flimkien ma' 8 djakni oħra se jiġi ordnat saċerdot, u Xarabank se jsegwi l-aħħar provi u l-proċess kollu sakemm jilħqu saċerdoti.", "Aħna nawguraw lil Fr Jethro u lit-tmien djakni l-oħra!", "Din hija l-intervista sħiħa li konna għamilna lil Fr Jethro snin ilu:"], "title": "BIL-FILMAT: Dan il-ġuvni nhar is-Sibt li ġej se jsir saċerdot"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/esklussiva-jitkellem-ir-ragel-li-kien.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Persuna li kienet qed issuq ftit metri 'l bogħod minn Daphne Caruana Galizia, jgħid li l-karozza għaddiet minn quddiemu qabel qabżet ġol-għalqa.", "Daphne Caruana Galizia nqatlet fi splużjoni ġo karozza fi Triq il-Bidja.", "Aħna tkellimna ma' persuna residenti hemmhekk u li kienet qed issuq fl-istess triq fil-ħin meta seħħet l-isplużjoni.", "\"Jiena kont qed insuq u xħin rajt il-karozza ttir għal ġol-għalqa, iġġammjajt u waqaft għax weħlu idejja dak il-ħin.", "Minn quddiemi għaddiet il-karozza u dak il-ħin żammejt il-brejk, u mbagħad għaddiet minn quddiemi bi żbrixx qabel qabżet ġol-għalqa.", "Jiġifieri kieku kont ftit 'il fuq, kienet teħel ġo fija,\" jgħidilna r-raġel.", "Iżid jgħid li l-karozza spiċċat balla nar.", "\"Il-magna baqgħet taħdem, imbagħad il-karozza rrejżjat u ħarbet xħin splodiet minħabba li kienet għan-niżla.", "Il-karozza ma kellha kontroll ta' xejn u xħin splodiet kienet ħuġġieġa nar.", "Lilha ma rajthiex bin-nar li kien hemm.", "Ma nistax niddeskrivi għax għadni xxukkjat,\" jgħidilna r-raġel.", "Jirrakkontalna kif iltaqa' ma' binha ftit qabel ma mar fuq il-post.", "\"Rajt lit-tifel ħiereġ u mort fuqu u għedtlu, \"Taf min huma?\"", "Dak il-ħin beda jtemtem u ma rrispondnix u ħarbu jiġru biex jidħlu ġon-nar, imma ma setgħux minħabba n-nar li kien hemm,' itemm jgħidilna r-raġel."], "title": "ESKLUSSIVA: Jitkellem ir-raġel li kien metri bogħod mill-karozza xħin splodiet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/aidan-ivvinta-kelma-u-daalha-gol.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aidan jivvinta Dai Laga għax huwa kontra s-sistemi tal-edukazzjoni.", "Jgħidilna li ivvinta din il-kelma biex jisfida n-norma.", "\"Meta ktibt il-kanzunetta żammejt f'moħħi li hija waħda ferreħija.", "Pero' żammejt f'moħħi wkoll artiklu li kont qrajt.", "Dan l-artiklu kien dwar mużiċist li beda jħoss illi għax ħa l-karriera tal-mużika huwa waħdu u l-familja tiegħu ma appoġġjatux.", "L-arti hija wkoll professjoni u allura ivvintajt il-kelma 'Dai Laga' għax inħossni jien.\""], "title": "Aidan ivvinta kelma u daħħalha ġol-kanzunetta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/il-kolla-mhijiex-illegali-arnold.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qal li din hija illegali.", "Ilbieraħ raġel qalilna li ma kienx jaf li l-kolla tal-ġrieden illegali u se jtellgħuh l-Qorti.", "Dan wara li r-raġel uża l-kolla biex jikkontrolla l-infestazzjoni tal-ġrieden f'daru u minflok ġurdien, mal-kolla weħel pitirross.", "Ħafna staqsew, 'Imma jekk hija illegali kif qed tinbiegħ mill-ħwienet?\"", "Aħna komplejna nistaqsu u tkellimna ma' Arnold Sciberras,", "speċjalizzat l-iktar fil-ġrieden u gradwa f'dan il-qasam mill-Università ta' Warwick.", "Jgħidilna li l-kolla mhijiex illegali.", "\"Għall-bidu l-Kummissjarju tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qal li hija illegali.", "Jiena ċempiltlu u għedtlu li fittixna fil-leġiżlatura Maltija, u l-liġi ma tgħidx li ma tistax tuża kolla u lanqas tgħid li hija illegali.", "Il-moħqrija hija illegali u huwa xtaq juri l-pubbliku li ma tistax taqbad u tuża dawn l-affarijiet bl-addoċċ\"", "Arnold Sciberras jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-użu tal-kolla.", "\"Jien wieħed minn dawk li qed nipproponi li l-kolla tiġi illegali għall-pubbliku u tiġi użata minn nies professjonali biss għax huma jimmiraw għal", "partikolari u ma jiġux affettwati speċi oħra li huma protetti bil-liġi.", "Nemmen ukoll li għandha tintuża kolla partikolari għax hemm oħrajn li jitterminaw il-ħajja ta' annimali b'mod li mhux xieraq.", "Aħna tkellimna wkoll mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali dwar l-istorja tal-bieraħ.", "Filwaqt li ma qalliniex jekk ir-raġel se jittellax il-Qorti, ma tax reazzjoni għall-artiklu u stqarr magħna li l-każ qed jiġi investigat.", "Inti taqbel mal-użu tal-kolla?"], "title": "\"Il-kolla mhijiex illegali\" - Arnold Sciberras"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/spluzjoni-aktarx-persuna-mejta-fil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA:", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li llum seħħ qtil politiku.", "Waqt konferenza tal-aħbarijiet li Dr Adrian Delia ta lill-midja stqarr li llum seħħ qtil politiku, dak ta' Daphne Caruana Caruana; persuna li kixfet l-akbar skandli ta' korruzzjoni f'pajjiżna, fosthom l-iskandlu tal-Panama.", "Żied jgħid li dak li ġara llum huwa l-agħar qtil politiku minn meta nqatel Raymond Caruana.", "Filwaqt li stqarr is-solidarjetà tal-Partit Nazzjonalista mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, żied jgħid li dak li seħħ illum mhuwiex qtil kwalunkwe.", "Spjega li dan huwa konsegwenza ta' kollass totali tas-saltna tad-dritt li ilu jseħħ tul dawn l-aħħar 4 snin u li għalih huwa unikament responsabbli l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat.", "Żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista matul dawn is-snin ilu jgħid li s-saltna tad-dritt qiegħda titkisser u issa kkollassat.", "Sostna li qed jistennew b'effett immedjat li ssir investigazzjoni għalkollox indipendenti u mhux se jistennew investigazzjoni minn nies bħall-Kummissarju tal-Pulizija, bħall-Kmandant tal-Forzi Armati u bħall-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li kienu f'ċentru ta' kritika minn Daphne Caruana Galizia tul dawn l-aħħar snin.", "Żied jgħid li issa ma nistgħux nafdaw istituzzjonijiet li huma moralment falluti.", "Qal li llum huwa l-iktar jum ikrah fl-istorja politika ta' pajjiżna, f'dawn l-aħħar 40 snin u mil-lum xejn iktar mhu ħa jibqa' l-istess.", "Itemm jgħid li jistenna li npoġġu l-ewwel l-interess nazzjonali u s-saltna tad-dritt; jiġifieri il-ġustizzja, il-libertà u d-demokrazija.", "AĠĠORNATA:", "L-Arċisqof ta' Malta, Charles J Scicluna kiteb:", "AĠĠORNATA:", "Il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca appellat biex lill-poplu biex ikun meqjus fi kliemu.", "Fuq il-midja soċjali, il-President qalet:", "\"F'dawn il-mumenti, fejn pajjiżna huwa xxukkjat b'delitt daqshekk faħxi, nappella biex kulħadd ikun meqjus fi kliemu, ma jagħmilx ġudizzji u juri s-solidarjetà ma' wlied u żewġ is-Sinjura Caruana Galizia.", "Hekk titlob id-diċenza, u wkoll, sabiex inħallu l-ġustizzja tieħu l-korsa tagħha, fl-aħjar interess tal-familja u d-demokrazija f'pajjiżna.\"", "AĠĠORNATA", ": Il-Prim Ministru stqarr li l-pajjiż huwa ferm aħjar minn hekk.", "F'konferenza li Dr Muscat ta lill-mezzi tax-xandir sostna li l-pajjiż huwa ferm aħjar minn hekk u dak li seħħ illum huwa inaċċettabbli.", "Żied jgħid li jikkundanna bla riservi dan l-attakk barbaru.", "Filwaqt li qal li Daphne Caruana Galizia użat kritika ħarxa fuqu, iżda stqarr ukoll li qatt ma jista' juża dan biex jiġġustifika dan l-att barbaru għaliex imur kontra kull dinjità u ċiviltà.", "Żied jgħid li huwa ta istruzzjoni lill-pulizija u lis-sigurtà biex jieħdu kull miżura u biex il-ħatja jitressqu.", "Spjega wkoll li fi qbil mal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Delia, id-diskors dwar il-baġit se jiġi pospost u t-tnejn li huma se jagħmlu stqarrija dwar dak li ġara llum.", "Kompla jgħid li huwa Prim Ministru ta' kulħadd u s-saħħa tad-demokrazija toħroġ f'mumenti koroh bħal dawn.", "Temm billi jappella għall-għaqda nazzjonali, u sostna li mhux se jistrieħ qabel ma sseħħ ġustizzja f'dan il-każ għax il-pajjiż jistħoqqlu ġustizzja.", "AĠĠORNATA:", "Allegatament l-isplużjoni seħħet f'karozza tat-tip Peugeot 108.", "Bħalissa t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.", "Dwar il-każ inħatret Maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet immexxija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.", "AĠĠORNATA:", "Daphne Caruana Galizia hi l-persuna li mietet fi splużjoni.", "Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat se jkun qed jindirizza lill-mezzi tax-xandira fl-:4:30pm.", "Qed jiġi rrapportat li persuna mietet fi splużjoni fil-limiti tal-Mosta.", "Kien għall-ħabta tal-15:05, meta l-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq il-Bidnija hemm karozza qed taqbad.", "Kelliem għall-Pulizija qalilna li fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, membri tal-", "tal-Forzi Armati ta' Malta, il-Pulizija u ambulanza.", "Madankollu, s'issa l-Pulizija ma kkonfermatx jekk hemmx persuna mejta.", "Aktar dettalji fil-ħin li ġej.", "Ritratt tal-lemin: TVM"], "title": "BIL-FILMATI U R-RITRATTI - Splużjoni: Daphne Caruana Galizia tinqatel fi splużjoni"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/minflok-pane-xqal-mela.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mikhail ried ftit ħobż imma bi żball talab xi ħaġa differenti ħafna.", "Mikhail ma jafx Taljan u jirrakkontalna x'għamlu hu u Cherylis meta marru l-Italja.", "\"Morna l-Italja jiena u Cherylis biex inkantaw.", "Darba minnhom, filgħodu qomt bl-aptit tal-ħobż u għedt lil Cherylis, 'Kif se ngħidilhom Cher biex iġibulna l-ħobż la spiċċa.", "Cherylis qaltli biex ngħidilhom, 'Un po di pane per favore.'\"", "Cherylis tkompli tgħidilna x'ġara.", "\"Ġie Mikhail u qalli, 'Cher, lanqas tatni u daħket ħafna bija.'", "Jien għedtlu, 'Mela x'għedtilha?'", "Qalli li qalilha, 'Un po di pene.'", "Mhux ta' b'xejn ma tatux il-ħobż!"], "title": "Minflok 'Pane' x'qal mela?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/xarabank-illum-jaglaq-21-sena.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħal-lum 21 sena ilu sar l-ewwel programm ta' Xarabank.", "F'dan il-jum tant speċjali għat-tim kollu, ma' Xarabank.com.mt il-preżentatur Peppi Azzopardi jgħidilna li huwa kburi b'dan il-programm.", "\"Wieħed u għoxrin sena ilu, meta ma kienx hawn il-midja soċjali, fuq it-televiżjoni kienu jitkellmu biss l-esperti.", "Kienu jitkellmu minn studji u riċerka li jkunu għamlu u ħadd ma kien imerihom.", "Kburi li bis-sehem ta' Xarabank bdew jitkellmu n-nies 'komuni' u mill-esperjenza tagħhom bdew anke jisfidaw lill-esperti u lin-nies, dak iż-żmien kienu meqjusa intelletwali fis-soċjetà.", "Kburi li 21 sena, minkejja t-tgħajjir u l-insulti u t-tfigħ ta' tajn, Xarabank baqa' għaddej għax baqa' jġib is-saħħa tiegħu min-nies li jarawh u jieħdu sehem fih.\"", "Grazzi talli kontu u għadkom temmnu f'Xarabank."], "title": "XARABANK illum jagħlaq 21 sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/emanuel-camilleri-jitnea-minn-fuq-ir.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Emanuel Camilleri m'għadux imniżżel fuq ir-reġistru tal-pedofeli.", "Il-ġimgħa l-oħra, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell, fil-każ ta' Emanuel Camilleri, li fiha l-Qorti ċaħdet kemm l-appell ta' Camilleri u kemm l-appell tal-Avukat Ġenerali,", "l-avukat ta' Camilleri kien insista li immedjatament isem Camilleri għandu jitneħħa minn fuq ir-reġistru.", "Illum isem Camilleri tneħħa minn fuq dan ir-reġistru.", "Minn hawn u ftit ieħor Emanuel Camilleri", "se jkun qed jitkellem", "esklussivament ma' Xarabank.com.mt."], "title": "Emanuel Camilleri jitneħħa minn fuq ir-reġistru tal-pedofeli"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/gala-miriana-kantat-bin-naplitan.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Missier Miriana huwa Naplitan, u f'Xarabank Miriana kantat miegħu bin-Naplitan.", "F'Xarabank niftakru lil Missier Mirana bħala gwardjan lokali imma biddel il-linja.", "Kien anke pulizija.", "Jgħidilna xi ftit mill-esperjenzi li għadda minnhom.", "\"Kien hemm xi seraq ġo fabbrika, u kif mort rajt tieqa miftuħa, u jiena u tiela' kien hemm xi ħadd tiela' wkoll, u xħin ġejna wiċċ imb wiċċ beda jgħajjat u jiena qbadt u bdejt ngħajjat ukoll.", "Qalli, 'X'qatgħa tajtni.'", "U minn hemm bdejt ninduna li m'iniex tajjeb għal pulizija.\"", "Minħabba li missierha Naplitan, flimkien ma' bintu Mirana kanta xi kanzunetti bin-Naplitan waqt Xarabank."], "title": "Għala Miriana kantat bin-Naplitan?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/meta-gibt-quddiem-gajnejja-li-mmut.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fr Elmar Pace se jiġi ordnat saċerdot, flimkien ma' 8 djakni oħra, nhar is-Sibt li ġej.", "Il-jum mistenni għal Elmar jinsab 4 ijiem biss 'il bogħod, u jgħidilna kif qed iħossu.", "\"Minkejja li rasi tqila minħabba li rrid naħseb fuq ħafna affarijiet, għandi ferħ kbir f'qalbi li lanqas nista' nesprimih bil-kliem.", "Il-ġimgħa l-oħra kelli irtir u dan tani viżjoni ċara ta' dak li se nagħmel.\"", "It-triq li wasslitu sa dan il-punt, ma kinitx waħda faċli u qasira.", "Kellu 27 sena meta wieġeb għas-sejħa t'Alla bi sħiħ.", "Minkejja li ma kinitx triq faċli, il-ħajja reliġjuża kienet ilha tinħema ġewwa fih u", "fil-fatt kien anke soċju tal-mużew.", "\"Meta kont żgħir kont imdorri mmur il-muż", "ew u l-knisja, u ta' 19-il sena ddeċidejt li nidħol soċju.", "Però wara ftit ħriġt għax xorta ħassejtni vojt minn ġewwa u bdejt nimla ħajti bil-karozza, bil-mużika u bis-safar.\"", "\"F'qalbi xorta baqa' dan il-vojt u erġajt dħalt il-mużew.", "Però 4 snin wara erġajt tlaqt għax ma ħassejtx li qed ngħixha kompletament din il-vokazzjoni.", "Minkejja li ħriġt minn soċju, qatt ma kelli ħajra li niżżewweġ.", "Dejjem kont ngħid li nibqa' ġuvni,", "għalkemm il-ħajja fil-familja togħġobni.\"", "Jirrakkonta kif", "darba ra l-mewt quddiem għajnejh", ", u dak kien l-ewwel ħjiel ta' x'tista' tkun il-vokazzjoni tiegħu.", "\"Ħajti komplejt nimlieha bl-affarijiet materjali sakemm darba kelli esperjenza kerha.", "Qomt imbeżża', qalbi bdiet tħabbat ħafna u sibtu ħa jagħtini attakk tal-qalb.\"", "\"Dak il-ħin ġibt quddiem għajnejja li ħa mmut u ħa nidher quddiem Alla b'idejja vojta.", "Bdejt nitlob u nistaqsi lili nnifsi x'inhu jiġrili.", "Spiċċajt l-isptar u għamluli t-testijiet imma sabu li kelli ansjetà.", "Minn dak il-mument, għedt li issa ma jistax ikun nibqa' hekk u rrid nagħti ħajti b'mod radikali lil Alla, u nitlaq kollox.\"", "Alla jagħtih sinjali oħra.", "Din id-darba b'refuġjat fix-xogħol tiegħu.", "Fr Elmar kien jaħdem fl-enġinerija eletrika u jidħol jaħdem magħhom refjuġjat.", "\"L-imgħallem qalli biex nieħu ħsiebu u ngħinu fix-xogħol.", "Mill-ewwel sirna ħbieb u darba filgħaxija staqsieni jekk għandix xi borom għax ma kellux fejn issajjar.", "Mort l-Marsa Open Center, fejn dak iż-żmien kien fi stat veru ħażin, u hu kien jgħix hemmhekk.", "Bqajt impressjonat bil-mod kif kien qed jgħix.", "Niftakar li l-għada li tajtu l-borom, konna xtrajnielu żarbun u din kienet esperjenza li mlietni b'ferħ li qatt ma esperjenzajtu qabel.\"", "Fl-istess waqt Fr Elmar kien qed iżur ukoll lil xi nies l-isptar.", "B'dawn il-ġesti, kif ukoll bis-smigħ tal-quddies il-Marsa għand il-Kapuċċini, għenu lil Fr Elmar ikollu indikazzjoni li l-Mulej riedu jagħti ħajtu għal din it-tip ta' ħajja, ħajja li jgħixuha l-Kapuċċini.", "Però Fr Elmar ma kienx ċert minnu nnifsu sakemm minn programm li kien għamel Xarabank", ", wasslu biex ikellem lis-sorijiet tal-klawsura l-Belt Valletta.", "\"Ma kontx inqis lili nnifsi tajjeb u bdejt nitlob b'serjetà kbira biex jekk veru riedni, jagħtini sinjal ċar.", "Niftakar li sena qabel kont rajt Xarabank fuq is-sorijiet tal-klawsura tal-Belt u għedt issa mmur għandhom u ngħidilhom biex jitolbu għalija.", "Kont ħabbat u niftakar li s-soru kienet saqsietni x'qed nagħmel b'ħajti.", "Qed nirrakkontalha u mbagħad qaltli, 'X'qed tistenna?' u bagħtitni għand Fr William Axiaq, patri Kapuċċin, u minn dak il-mument infetħu l-bibien, u bdiet it-triq li wasslitni sa dan il-punt.\"", "Jgħidilna kif ħaduha l-ġenituri tiegħu.", "\"Meta ommi qalet lil missieri, qalilha, 'Għandu xogħol bħal dak kif sejjer saċerdot?'", "Però qatt ma rreżista u r-relazzjoni ma' missieri", "pjuttost i", "ssaħħet.", "Niftakar li wara dawk il-jumejn fil-ġimgħa d-dar, qabel kont nitlaq lejn il-kunvent kien jgħidli, 'Kun imbierek,' frażi li qabel kienet tgħidhieli ommi biss.", "Ommi dejjem appoġġjatni fil-vokazzjoni, u qatt ma sibt reżistenza mingħandhom.\"", "Illum il-Knisja stiednet lil kulħadd biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija, b'mod partikolari għal dawk li se jiġu ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.", "It-tim ta' Xarabank jawgura lil Fr Elmar u lit-tmien djakni l-oħra għal din il-ħajja reliġjuża."], "title": "\"Meta ġibt quddiem għajnejja li ħa mmut, iddeċidejt li nitlaq kollox u nagħti ħajti lil Alla\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/peter-calamatta-mill-pjanti-gall-country.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Peter Calamatta, magħruf għall-ħidma tiegħu fl-ortikultura, ta' 77 sena joħroġ is-sitt CD tiegħu.", "Peter jirrakkontalna kif qabad il-karriera mużikali, ħames snin ilu.", "\"Qatt ma immaġinajt li ta' 72 sena nibda nkanta.", "Kont qiegħed fil-karozza ma' Stan Azzopardi, li jgħix l-Awstralja u ġie għal btala Malta, u fil-karozza kien hemm id-diski għaddejjin.", "Bdejt inkanta magħhom u Stan dar fuqi u qalli , \"Kemm taf tkanta.\"", "Minn hemm ħarġet l-idea li nibdew naħdmu flimkien fuq xi kanzunetti,\" jgħidilna Peter.", "Peter jistqarr li kienet il-ħolma ta' ħajtu li jkun kantant.", "\"Minħabba li l-karriera ta' kantant ma waqgħetx fil-parametri li ommi u missieri kienu ħolqu għalija u għall-ħuti, din ix-xewqa qatt ma rnexxieli nwettaqha.", "Però matul is-snin, l-interess fil-kant baqa' hemm.", "Kont inħobb nisma' ħafna lil Frank Sinatra, Perry Como, Nat King Cole, Domenico Mundugo, Adriano Celentano u Gianni Morandi.", "U ta' 72 sena, ix-xewqa li kelli minn età żgħira, saret realtà,\" jistqarr Peter.", "\"L-ewwel tkellimna ma' Fr Hillary u flimkien iddeċidejna li noħorġu xi kanzunetti marbuta mal-Milied, u li l-qliegħ imur għall-Millennium Chapel.", "Wara li ħriġna 5 CDs, Fr Hillary qalli biex din id-darba naħsbu f'organizzazzjoni oħra u ħsiebna fl-Inspire.", "Din is-CD hi daqsxejn differenti mill-oħrajn għaliex minħabba li għandi leħni baxx li jmur ħafna għall-", ", morna għal", ",\" jispjegalna Peter.", "B'24 diska, din is-CD tinkludi d-diski Ruby, Lucille u She Believes in Me.", "Jekk tixtieq tixtri kopja, u fl-istess ħin tgħin lill-Inspire, idħol", "Ħa nagħtuk ħjiel żgħir ta' din id-diska f'dan il-filmat:"], "title": "Peter Calamatta, mill-pjanti għall-country"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/minabba-li-ommu-assistant-head-din.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["ġo skola.", "Peppi jgħidilna li l-ewwel darba li ltaqa' magħha qal bejnu u bejn ruħu li veru ma tidhirx li hi minħabba l-idea sterotipatika.", "Kienet iżżommlu dixxiplina lil Matthew?", "\"Tipprova imma ma tantx jirnexxilha miegħi.", "U meta saret", "ma ggravatx, anzi pjuttost l-oppost.\"", "U ommu tgħidilna għaliex.", "\"Għax ma tkunx fil-klassi.", "Allura sakemm nasal id-dar, ikollok iktar paċjenza.\"", "Matthew jifforma parti mill-grupp ta' żfin Southville u għamlulu sorpriża b'filmat li fih jawgurawlu kull suċċess."], "title": "Minħabba li ommu assistant head, din taffettwah lil Matthew?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/ma-kontx-naf-li-l-kolla-tal-grieden.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-intenzjoni tar-raġel li juża l-kolla kien biex jikkontrolla l-infestazzjoni tal-ġrieden f'daru.", "Minflok ġurdien, il-persuna sabet pitirross imwaħħal mal-kolla.", "Aħna tkellimna mar-raġel li jgħidilna kif kull ġimgħa f'daru jidħol ġurdien.", "\"Fejn noqgħod jien, il-Fgura, hemm żewġ għelieqi, u hemm infestazzjoni sħiħa ta' ġrieden.", "Aħna li noqogħdu isfel, imtlejna bil-ġrieden.", "Anke l-għasfar tiegħi qed jiġu attakki mill-ġrieden.", "Ma tgħaddix ġimgħa li ma jidħolx ġurdien.", "Ipprovajt minn kollox iżda l-unika ħaġa li ħadmet kienet il-kolla.\"", "Ir-raġel jagħmel il-kolla fejn jidħlu l-ġrieden, u jsib pitirros imwaħħal mal-kolla.", "Itella' ritratt u tinqala' kontroversja sħiħa.", "\"Innutajt li daħal ġurdien li kiel għasfur minnhom u użajt il-kolla biex jinqabad dan il-ġurdien.", "Minfloku nqabad pitirross.", "Qlajtu bil-mod mill-kolla u għamilt minn kollox biex insalvah, tant li ċempilt lil tal-Animal Welfare.", "Ħadtlu ritratt ġol-gaġġu, tfajtu fuq Facebook u għedt li qed nitħassar dan il-pitirross.\"", "Wara tinqala' kontroversja sħiħa u jidħol ikellmu wieħed fuq Facebook li jgħidlu li se jiġi mtella' l-Qorti mid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali minħabba li din l-azzjoni hija meqjusa bħala krudeltà fuq l-annimali.", "Jingħad ukoll li l-kolla li uża r-raġel hija projbita u kontra l-liġi li din tintuża.", "Ir-raġel jisħaq magħna li l-kolla faċilment tinxtara u ma kienx jaf li din hija illegali.", "\"Jien ma kontx naf li l-kolla tal-ġrieden hija illegali.", "Jiena nixtieq li l-ewwel nedukaw lin-nies u nagħmlu ħafna avviżi li din hija illegali għax ċert li ħafna minna ma jafux.", "Kieku kont naf, ma kontx se nuża l-kolla għax jien dawn l-affarijiet qatt ma għamilthom.\"", "Xarabank bagħat reazzjoni u mistoqsija lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali."], "title": "\"Ma kontx naf li l-kolla tal-ġrieden illegali u se jtellgħuni l-Qorti\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/mutur-itir-gall-korp-tal-pulizija.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mutur itir?", "Kif jista' jkun?", "Ara l-mutur l-ġdid li ser ikunu qed jużaw il-Pulizija f'Dubai.", "F'esibizzjoni li seħħet Dubai il-Pulizija esibixxew l-aħħar gadgets tagħhom.", "L-aktar żewġ affarijiet li spikkaw kienu żewġ muturi ġodda fjammanti.", "L-ewwel mutur spikka għaliex dan il-mutur jaħdem bl-elettriku imma xorta kapaċi jilħaq il-veloċita' ta' 124 mil fis-siegħa.", "Dan il-mutur jidher vera futuristiku u qisu nqala' minn xi film.", "It-tieni mutur għamel ħoss akbar!", "Dan għaliex dan il-mutur mhux tal-art imma tal-ajru.", "Il-Kumpanija Hoversurf ħolqot mutur b'erba' skrejjen, li kapaċi jtir b'veloċita' ta' 40 mil fis-siegħa.", "Apparti minn hekk dan il-mutur jista' jiġi kkontrollat mingħajr ma tkun fuqu.", "Skont il-paġna ta' Facebook tas-CEO ta' din il-kumpanija, jidher li huma ffirmaw ftehim u dan il-mutur ser jibda jiġi produċut bil-massa f'Dubai.", "Ara l-filmat ta' dan il-mutur li jtir hawn taħt... tgħid meta ser tasal Malta din it-teknoloġija?"], "title": "Mutur itir għall-korp tal-Pulizija."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/filmat-dwar-malta-jarawh-26-elf-fi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-vlogger Nuseir Yassin għamel filmat sħiħ ta' minuta fuq Malta.", "Ilbieraħ huwa wasal Malta biex itella' wieħed mill-filmati ta' minuta li hu magħruf għalihom ma' eluf ta' nies madwar id-dinja.", "Bl-isem ta' Oh My Malta, il-filmat jitkellem fuq il-vapur li nkalja u spiċċa jdur fuq", ", fuq il-Belt Valletta, in-natura, in-nies u l-ikel tradizzjonali Malti.", "Nuseir Yassin mistenni jagħmel ġimgħa idur madwar Malta.", "Ara l-filmat sħiħ hawnhekk:"], "title": "Filmat dwar Malta jarawh 26 elf fi kwarta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/meta-nara-lil-xi-add-jiekol-nibza-li-se.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Christabelle għaddiet minn problemi ta' saħħa mentali.", "F'Xarabank Christabelle tistqarr il-biża' tagħha li jifga xi ħadd.", "\"Ma narax lin-nies jieklu, speċjalment it-tfal għax nibda naħseb li se jiġrilhom xi ħaġa.", "Inkun qiegħda f'restorant u nisma' lil xi ħadd jisgħol nibża'.", "Dan minħabba li kont rajt episodju jseħħ quddiemi u ma nistax inneħħih.", "Hija xi ħaġa li affettwatni.", "\"Anke lil tad-dar, ngħidilhom biex il-laħam u l-ħut ma jikluhx waħedhom jew jekk se jkunu waħedhom, ngħidilhom biex iċempluli biex inkun naf li kielu mingħajr problemi.", "Jiena naħseb li jekk infittxu l-għajnuna nistgħu nkunu iktar pożittivi u ngħixu ħajjitna aħjar.\""], "title": "\"Meta nara lil xi ħadd jiekol nibża' li se jifga\" - Christabelle"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmat-meta-binti-z-zgira.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din hija Victoria, omm ta' żewġt itfal.", "Ta' 23 sena Victoria ssir", "Victoria tgħidilna, \"Kien fini naqra ta' tifla.", "Għaddieli kumment xi ħadd u weġġagħni ħafna.", "U l-istorja bdiet li ma nikolx.", "Xahar, xahrejn ma nikolx, naħbi l-ikel, nara l-ikel niġi ħażin u ġejt", ".", "Ftit żmien ilu kien sabni missieri mitlufa minn sensija, ma kontx naf x'inhu jiġri u bdejt nipprova niġi f'saħħti.", "Ma kontx niflaħ nimxi u anke beda jaqagħli xagħri.\"", "Tfiq mill-", "ġa", "tibda tiekol u tie", "ħ", "ħħ", "tuġagħha ħ", "\"Meta ġibt saħħti lura, tfaċċat marda kerha.", "Dejjem tweġġagħni rasi li nkun irrid noqgħod waħdi, il-kliem li nisma' jweġġagħni, min jgħajjat inweġġa', jgħollu d-diski nżomm rasi għax ma nkunx nista' niflaħha u tuġagħni ħafna għajni,\" tistqarr Victoria.", "Ritratt: Victoria flimkien ma' ommha", "Lil Victoria jgħidulha li għandha tumur f'rasha.", "\"Erġajt bdejt proċess ieħor.", "Lit-tfal għall-ewwel ma għedtilhomx.", "Lil ommi ħbejtilha ħafna affarijiet, imma f'Settembru ta' sentejn ilu kelli ngħidilha kollox.", "Ħaditha bil-kbira u niddejjaq naraha hekk għax missieri hekk miet.\"", "Victoria tfiq iżda ftit xhur wara terġa' timrad.", "\"Għaddieli.", "Erġajt ħadt ħajti lura, bdejt naħdem, nagħmel affarijiet sbieħ li kulħadd iħobb jagħmilhom u erġajt imradt.", "Ħadtha ħażina għax ma bsartx li se jerġa' jaqbadni.", "Għedt kif jista' jkun?", "Però xorta mhux se naqta' qalbi.", "Insejjaħ lili nnifsi suldata u", "kbira, li hemm it-tfal li għandhom bżonni u ħa ngħix għalihom sakemm jikbru u jixjieħu,\" tgħidilna Victoria.", "Il-ħajja ta' Victoria tinbidel u magħha tinbidel il-ħajja tat-tfal.", "\"Il-kbira għaddejja minn mumenti diffiċli minħabba fija.", "Nista' ngħid liż-żgħożija tagħha kienet tad-dwejjaq.", "Inwaħħal fija nnifsi kultant.", "Ngħid għala ġrali hekk?", "Forsi ma kontx omm tajba biżżejjed?\" tistqarr Victoria.", "Ritratt: Victoria ma' bintha Amber", "It-tifla ż-żgħira taqsamli qalbi meta tgħidli, \"Imma inti ħa tmut?\"", "U dik il-kelma ma niflaħhiex.", "Ngħidilha, \"Jiena ħa nibqa' miegħek għal dejjem.\"", "U tgħidli biex nagħmlilha", ".", "Tiġi tiċċekkjani billejl biex tara jekk m'iniex", "u dik tweġġagħni ħafna,\" tispjegalna Victoria.", "Ritratt: Victoria ma' binth Enya", "Il-marda ma twaqqafx lil Victoria milli timmudella.", "\"Ilni nimmudella mhux ħażin, però jien kif jien bħalissa, le.", "Avviċinani Ivan Gaffiero u qalli biex nibda nimmudella, u għedtlu le għax ma ħassejtnix tajba għal mal-oħrajn.", "Għamilli kuraġġ.\"", "Tkellimt ma' ommi, mal-għarus tiegħi u ma' Amber, it-tifla l-kbira tiegħi.", "Hi mhux dak it-tip li timmudella għax hi totalment differenti u qaltli, \"Ejja nidħlu flimkien.\"", "U għedtilha, \"Iva.\"", "Għamlitha biex tarani kuntenta u mhux biex tarani nibki,\" tistqarr Victoria.", "Ritratt: Victoria tirbaħ Mrs Queen Model Malta", "U Amber u Victoria jidħlu għal konkors u Victoria", "tirbaħ Mrs Queen Malta 2017.", "Malli tħabbar isimha ħarset lejn bintha u lejn ommha: \"Ħarist lejha u lejn ommi u tajtha bewsa għax huma jgħinuni ħafna biex ma nħossnix waħdi.\"", "Tirrakkontalna kif ħutha bidlulha d-dar u jagħmlu minn kollox biex jagħmlulha kuntenta.", "Ritratt: Victoria ma' familtha", "\"Għandi xi ħaġa li ddejjaqni ħafna imma dik il-ħaġa ma ddejjaqnix essaċċ għax għandi familja li għalija hi kollox,\" ittemm tgħidilna Victoria.", "Muntaġġ: Andrew Borg Carbott"], "title": "BIL-FILMAT: \"Meta binti ż-żgħira tistaqsini, \"Ma, inti dalwaqt se tmut?\" taqsamli qalbi\" - Victoria"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/jasmine-garusa-lit-tifel-ta-pawlu-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ryan u Jasmine qed jinnamraw flimkien u t-tnejn li huma kunjomhom Abela.", "L-ewwel darba li Peppi ra lil Jasmine, ħaseb li kienet it-tifla ta' Georgina u ta' Pawlu.", "Min kellu jgħidilha li ftit wara Georgina saret il-kunjata tagħha!", "Kellna kurżita' kif inhi Georgina bħala kunjata u għalhekk saqsejna lil Jasmine.", "\"Faqgħa ħafna,", ", tgħidilek kif inhi u magħha tkun tkun taf fejn inti.\"", "U Georgina kif issibha lil Jasmine bħala t-tfajla tat-tifel?", "\"Jasmine hija tifla matura għall-eta' li għandha u xi kultant iżżejjed.", "Għadha żgħira u taħseb fuq ħafna affarijiet.", "Jiena nixtiqha li tgawdi għax il-ħajja qasira biex toqgħod taħseb fuq ħafna affarijiet.\"", "Ma setax jonqos li Jasmine u Georgina jkantaw flimkien xi kanzunetti ta' Paul."], "title": "Jasmine għarusa lit-tifel ta' Pawlu u Georgina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/bil-filmati-il-papa-gwanni-pawlu-ii.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħal-lum, 13-il sena ilu, ħallina l-Papa Ġwanni Pawlu II.", "Min kien Papa Ġwanni Pawlu II?", "Kien ilu iktar minn 4 sekli u nofs ma jkun hemm Papa li mhuwiex Taljan.", "Dakinhar li laħaq Papa, il-folla kien ċapċpet imma staqsiet: Min kien Karol Wojtyla?", "Karol Wojtyla twieled fil-belt żgħira ta' Wadowice, fil-Polonja, fit-18 ta' Mejju tal-1920.", "Missieru kien uffiċjal fl-armata u kien jismu Karol ukoll, u ommu kien jisimha Emilia.", "Minbarra t-tfajjel Karol, il-koppja Wojtyla kellha żewġ ulied oħra, Olga li mietet qabel twieled Karol, u ħuħ Edmond.", "Minħabba li l-familja Wojtyla ma kinitx toqgħod 'il bogħod mill-knisja, it-tfajjel Karol kien jgħin fis-servizzi liturġiċi u kien għamel il-preċett ta' 9 snin.", "Il-ħajja ta' Karol ma kinitx fil-knisja biss.", "Kienet l-għaxqa tiegħu jilgħab il-futbol ma' sħabu, dejjem fil-pożizzjoni ta'", "Karol, meta kellu biss 8 snin, mietet ommu Emilia.", "3 snin wara, ħuh Edmond li kien għadu kif sar tabib, ħa marda serja mingħand xi pazjenti tiegħu, u miet ukoll.", "Fid-dar, kien fadallu biss lil missieru.", "Karol u missieru kienu marru joqogħdu fi Krakovja.", "Ta' età żagħżugħa, kien sar midħla tat-teatru, beda jikteb il-poeżija u d-drama, u kien anke jirreċta.", "Karol kien daħal l-Università biex jistudja l-filosofija u wara ntbagħat għal taħriġ militari.", "Ta' 20 sena, imutlu missieru b'attakk tal-qalb.", "F'20 sena ta' ħajtu, Karol tilef lil kulħadd, u spiċċa waħdu.", "Karol sar saċerdot f'Novembru tal-1946.", "Kompla l-istudji tiegħu f'Ruma u meta reġa' lura l-Polonja, ħadem ħafna fost l-istudenti universitarji u ż-żgħażagħ.", "F'Dun Karol, iż-żgħażagħ raw saċerdot li tassew fehemhom.", "Fil-ħajja tiegħu maż-żgħażagħ, waqt il-ħruġ magħhom fuq il-muntanji u ħdejn ix-xmajjar, Karol qatt ma nesa l-missjoni tiegħu bħala saċerdot, anke f'pajjiż komunista li ma jemminx li Alla jeżisti.", "Karol inħatar isqof fl-1958 u 6 snin wara sar arċisqof tal-Krakovja.", "Mar Ruma biex jattendi u jieħu sehem fil-Konċilju Vatikan II, u fl-1967, Papa Pawlu VI ħatru bħala Kardinal.", "Kardinal li kellu jsir parti mill-istorja, mhux biss ta' pajjiżu iżda tad-dinja kollha.", "Fis-16 ta' Ottubru 1978, Karol Wojtyla nħatar Papa.", "Għamel 9,665 ġurnata fit-tmexxija tal-Knisja.", "Kien papa b'enerġija li żar 129 pajjiż.", "Ivvjaġġa 7025 mil, jiġifieri daqs 30 darba d-dawra tad-dinja.", "Kien papa b'saħħtu u b'enerġija kbira.", "Kienet ħakmitu l-marda tal-", "u saħħtu marret lura.", "Minkejja kollox, Ġwann Pawlu II kien kompla bil-ħidma tiegħu, bit-tbatija kollha li kellu iżda wkoll bil-ħeġġa kollha li kellu meta kien b'saħħtu.", "Fl-aħħar dehra tiegħu fil-pubbliku, il-Papa kien ipprova jitkellem imma ma rnexxilux.", "Dakinhar il-folla kienet tatu l-kuraġġ.", "Fl-aħħar ftit ġranet, id-dinja kienet imħassba fuq is-saħħa tal-Papa u l-poplu ma ħallitux waħdu.", "Dakinhar Xarabank biddel il-programm biex propju jsegwi dak kollu li kien qed jiġri mill-Papa.", "Is-Sibt 2 t'April 2005, fid-9:37 ta' filgħaxija, il-Papa Ġwanni Pawlu II għadda għall-ħajja eterna.", "Minn madwar id-dinja kollha, in-nies kienu ġejjin biex isellmulu.", "Għall-funeral attendew ħafna dinjitarji, nies ta' reliġjon differenti, imma fuq kollox attendew in-nies.", "L-akbar folla li qatt rat Ruma sellmet lil dan il-Papa kbir.", "Papa li ħalla timbru fuq id-dinja kollha.", "Kif tiddeskrivih lill-Papa Ġwanni Pawlu II?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "BIL-FILMATI: Il-Papa Ġwanni Pawlu II jagħlaq 13-il sena mejjet"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/min-isawtek-l-ewwel-darba-jibqa-jsawtek.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ruth, mara li sfat vittma ta' swat,", "tistqarr li min isawtek l-ewwel darba, jibqa' jsawtek.", "F'Xarabank, Ruth tirrakkonta kif kienet tissawwat mill-eks tagħha.", "\"Konna l-quddies u minħabba li kelli 3 xhur tqala, il-ħwejjeġ kienu qed jiġuni ssikkati u lbist qmis minn tiegħu.", "Waqt il-quddies, beda jgħidli, \"Dik tiegħi!", "Min qabdek tilbisha?\",\" tistqarr Ruth.", "Tgħidilna li wara li ħarġu mill-Knisja, beda jimbuttaha u fi triq imwarrba beda jsawwatha kemm jiflaħ, filwaqt li pprovat tipproteġi lit-tarbija.", "Iżżid tgħid li kellha biss 17-il sena u s-swat mingħandu baqa' jikber.", "Ruth titlef it-tarbija.", "Tistqarr li dan l-abbuż ħalla l-effetti tiegħu: \"Ma nistax nidħol f'", "waħdi, anke ġo restorant.", "Fil-fatt jidħol miegħi r-raġel għax nibda nibża' li se nissakkar għax li l-eks kien isakkarni ġo", "f'appartament żgħir.\"", "Tistqarr li minn dan l-abbuż rat il-mewt u s-swat kien wieħed mentali u anke fiżiku.", "\"Min jabbuża, jibda jkissrek mentalment għax kien jgħidli li m'iniex sabiħa u tajba,\" tgħidilna Ruth.", "\"Darba kien qed isawwatni u ħriġt mill-appartament.", "Jiena u ħierġa nara lil din it-tifla li kienet toqgħod taħti.", "Daret lejja u qaltli, \"Terġax tiġi għax se joqtlok.\"", "Imxejt fi triq u ġabbarni missieri li kien għaddej bil-karozza minn dik it-triq,\" ittemm tgħidilna Ruth.", "Ruth baqgħet tiftakar dak li qaltilha dik it-tifla, dak iż-żmien, u tixtieq tiltaqa' magħha.", "Jekk inti dik it-tifla, inħeġġuk tagħmel kuntatt magħna fuq 21249200.", "Xarabank se jkompli jiddiskuti l-vjolenza u l-abbuż fil-ġimgħat li ġejjin."], "title": "\"Min isawtek l-ewwel darba, jibqa' jsawtek\" - Ruth"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/rhiannon-dalet-fkompetizzjoni-bla-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Rhiannon kienet ħadet sehem fil-kompetizzjoni I.D imma hi ma kinitx se tidħol għaliha.", "F'Xarabank, ommha tispjegalna kif applikat għal bintha stess.", "\"Kien hemm din il-kompetizzjoni u bdejt ngħidilha biex tapplika u dawn l-applikazzjonijiet riedna mmorru l-Belt għalihom.", "Qaltli biex jekk irrid immur inkanta jiena.", "U għedt, 'Ar' hemm.", "Dik mhux li tgħid hi.", "Mort, ġibt l-applikazzjoni, bdejt nimlieha u fejn ma bdejtx nifhem bdejt inċempillha.", "Għedtilha, 'Ħa niffirmalek.'", "Qaltli, 'Inti taf'.\"", "U dik l-applikazzjoni ntbagħtet.", "Rhiannon tkompli tirrakkonta.", "\"Jiena spiċċajt f'kompetizzjoni bla ma naf u spiċċajt irbaħtha.\"", "X'qalet meta rebħet, ommha?", "\"Inti titpaxxa b'uliedek meta tarahom mexjin 'il quddiem.", "Jiena kont naf li kapaċi u kont ngħidilha li l-għala qed toqgħod lura?", "Agħti t-talent tiegħek.", "Tgħidx kemm fraħt meta rebħet.", "Imbagħad jien, nifraħ mix-xejn!\""], "title": "Rhiannon daħlet f'kompetizzjoni bla ma taf u rebħitha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/illum-gandi-fotokopja-tagha-missier-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan Tony, is-sajjied li lemaħ lil Mark u lil Nick - iż-żewġ żgħażagħ li għamlu erbat ijiem mitlufa.", "Tony ukoll għandu storja kbira għax 25 sena ilu tilef waħda mit-tewmin tiegħu f'inċident ikrah tat-traffiku.", "Tony jirrakkonta, \"Kien is-7 t'Awwissu, il-Ġimgħa, ġurnata qabel il-", "tal-mara.", "Kont tiela' l-Armier u kelli t-tfal fuq il-", "lil Lynn u lil Greta, u lil Janice fin-nofs.", "Kont qed insuq fi triq tal-Balala u kien hemm żewġt aħwa f'karozza u baqgħet dieħla", "fuqi.", "Qatluli t-tifla ta' 10 xhur, waħda mit-tewmin.", "Ħaduha l-isptar u l-magni bdew iżommuha ħajja imma mbagħad wara tmintax-il ġurnata mietet.", "Illum ngħid li għandi anġlu fis-sema.\"", "Itemm jgħidilna: \"Tant kienu identiċi li ma kontx nagħrafhom imma l-mara kienet tagħrafhom.", "Illum għandi fotokopja tagħha.", "Għandi lil Lynn.", "Għandha 25 sena u meta nara lilha, niftakar fiha.\""], "title": "\"Illum għandi fotokopja tagħha\" - Missier li tilef waħda mit-tewmin tiegħu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/04/dun-brian-jerga-jagmel-cajta-tal-ewwel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ta' kull sena dan il-qassis fl-1 t'April jagħmel ċajta lin-nies li jmorru l-quddies.", "Tiftakruha ċ-ċajta tas-sena li għaddiet?", "Is-sena l-oħra lill-parruċċani ta' San Bastjan, Dun Brian kien qalilhom li minħabba l-prezz tal-ostji ogħla ħafna, kull min jitla' jitqareb irid itella' 5 ċenteżmi miegħu u jitfagħha f'sasla apposta, biex tittaffa' l-ispiża tal-ostji.", "Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, Fr Brian ħaseb għal oħra, din id-darba bħala l-kappillan tal-parruċċani Kalkariżi.", "Fr Brian ħasibha sew u rabat iċ-ċajta mal-festa ta' San Ġużepp, tal-Kalkara stess.", "\"Il-festa ta' San Ġużepp ġejja fil-15 ta' Lulju.", "Dakinhar se taħbat il-finali tat-Tazza tad-Dinja.", "Fl-avviżi tal-quddiesa għedtilhom li minħabba f'hekk, il-festa ta' San Ġużepp se ssir fil-15 ta' Awwissu, f'Santa Marija, biex niċċelebraw il-festa ta' San Ġużepp u ta' martu flimkien.", "Minħabba li din hija l-ewwel sena tiegħi l-Kalkara, qbadthom fuq sieq waħda u belgħuha.\"", "Jgħidilna li kien ilu jippjanaha u din kien diġà tkellem dwarha anke fil-laqgħat b'rabta ma' tal-festa, biex żgur din iċ-ċajta tirnexxi.", "\"Fl-evalwazzjoni tal-festa lill-kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-każini tal-baned, kont għedtilhom li rridu naħsbu sew x'se nagħmlu għall-festa minħabba li se taħbat fil-finali tat-Tazza tad-Dinja.", "Għedtilhom li jien inżomm mal-Ġermanja u ma tantx se jkolli moħħi hemm jekk il-Ġermaniżi jkunu fil-finali u fl-istess ħin ikun ħiereġ San Ġużepp.\"", "U Fr Brian irnexxilu jqanqal tbissima fuq wiċċ il-parruċċani.", "Dun Brian huwa magħruf ukoll għall-mod kif daħħal il-maġija, il-", "u ċ-ċajt fil-liturġija tat-tfal.", "Dun Brian jilbes ta'", "u jagħmel il-maġija quddiem it-tfal biex jgħallimhom ir-reliġjon.", "U skontu, din il-ħaġa taħdem ħafna.", "Inti għamilt ċajta lil xi ħadd jew għamlulek ċajta?", "Għidilna billi tikkummenta hawn taħt."], "title": "Dun Brian jerġa' jagħmel ċajta tal-ewwel t'April fil-quddiesa tal-Ħadd"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/afna-nies-ibatu-minn-abbuz-psikologiku.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Eleanor se tkanta kanzunetta dwar relazzjoni li tbati minn abbuż psikoloġiku.", "F'Xarabank, Eleanor tispjegalna l-kanzunetta tagħha.", "\"Id-diska tiegħi tittratta l-abbuż psikoloġiku.", "Huwa abbuż ikrah ħafna fejn għandek xi ħaġa li mhux qed tweġġgħek fiżikament iżda persuna li tkun qiegħda tweġġa' minn qalbha.\"", "\"Sfortunatament ma tantx hawn kuxjenza dwarha.", "Ħafna nies ibatu minnha fis-silenzju wkoll.", "U d-diska tiegħi tittratta fuq relazzjoni li qed tbati minn abbuż psikoloġiku u rnexxielha tegħlibha, u bdiet ħajja ġdida.\""], "title": "\"Ħafna nies ibatu minn abbuż psikoloġiku fis-silenzju\" - Eleanor Cassar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/jekk-tixtieq-tiltaqa-ma-samuel-u-tixtri.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ixtri l-ktieb tiegħu u jiffirmahulek Samuel stess!", "Bejn illum u għada tista' tixtri l-ktieb ta' Samuel bl-isem ta' Samuel and the Magic Tooth minn The Boathouse Restaurant fix-Xlendi.", "Ħadd il-Għid, waranofsinhar, Samuel se jkun ħdejn l-istatwa ta' San Andrija, ix-Xlendi stess, biex jiffirma l-kotba u jiltaqa' magħkom ukoll.", "Il-ktieb jiswa €10 u l-qligħ kollu se jmur għal The Malta Community Chest Fund Foundation.", "Ritratt tal-faċċata: OPR"], "title": "Jekk tixtieq tiltaqa' ma' Samuel u tixtri l-ktieb tiegħu ..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/danica-tixbah-lil-ragel-famuz-taljan.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara l-", "fuq il-karozza tal-linja, Russell,", "ta' Xarabank xebbah lil Danica ma' Umberto Smaila li jippreżenta l-programm Colpo Grosso.", "Danica għamlet sena sħiħa tieħu sehem f'programm Taljan Io Canto.", "\"Kont inkun l-ewwel wiċċ li jidher kull darba li tibda s-siegla biex jibda l-programm bis-siegla.", "Miegħi kien ikun żewġt ibniet oħra.", "Kont inkanta bħala parti mill-kompetizzjoni li kienet issir kull ġimgħa.\""], "title": "Danica tixbah lil raġel famuż Taljan?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bid-droga-sintetika-gamilt-tlett-ijiem.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan Conray.", "Ta' 13-il sena mess il-ħaxixa u ta' 15-il sena beda jieħu d-droga qawwija.", "Darba minnhom ipprova d-droga s-sintetika.", "\"Jien ħadt droga li kienet ikkonteminata.", "Min għamilha jew min xtraha għamilha ħażina.", "Tilfitni minn sensija u sabitni ommi bil-pipi taħti u remetar quddiemi u ċemplet l-ambulanza.", "Għamilt 4 ijiem l-isptar u sal-lum għadni bl-effetti,\" jgħidilna Conray.", "Conray jgħid li d-drogi sintetiċi huma l-agħar", ".", "\"Ikolli ħafna ansjetà, ma nħarisx f'għajnejn in-nies u l-ħin kollu nħares lejn l-art.", "Ikolli ħafna biża' fl-istess ħin.", "L-ebda droga ma ħallietni dawn l-effetti.", "Din id-droga faqgħetni.", "L-", "tagħha hija ħafna kbira u fiha ħafna", ".", "Agħar mid-drogi kollha imma kollha huma ħżiena.\"", "Bid-droga sintetika anke x-xjaten beda jara u saħansitra anke beda jisma' l-ilħna.", "\"Darba minnhom sa anke nitkellem b'lingwa li ma nafx bdejt nitkellem.", "Bdejt nara viżjonijiet tal-infern u fi stat", "qbadt ngħajjat,\" jgħidilna Conray.", "Conray kien jixtieq lil Alla jieħdu imma lil ommu u missieru jħobbhom wisq.", "\"Bdejt nitlob li jeħodna u jieħu ħsieb lil ommi.", "Baqgħu jieħdu ħsiebi u għadhom s'issa jgħinuni.", "Ommi bil-lejl toqgħod tiċċekkja mit-tieqi biex tara jekk għadnix ħaj.", "Illum nifhimha u jiddispjaċini li ma nistax inpatti għal li għamilt.\"", "Conray kien l-aqwa", "ta' Malta.", "\"Kont niżfen il-", "ta' 13/15-il sena u ftaħt skola tant li kelli xi 30 student.", "Kont nilgħab il-", "dħalt naħdem ma' tal-films u mbagħad qbadt karriera ta' kok.\"", "Conray tilef lil sħabu bid-droga sintetika.", "\"Tlift tnejn bid-droga sintetika u xi tnejn oħra bid-drogi l-oħra.", "Tiddejjaq speċjalment meta lil sieħbi ta' 23 sena ftaħtlu għajnejh xħin ħriġt mill-isptar.\"", "Javża biex ħadd ma jieħu din id-droga: \"Din id-droga mhijiex ċajta.", "Din hija valenu għax meta teħodha tibda tmut bil-mod.\""], "title": "\"Bid-droga sintetika għamilt tlett ijiem f'koma\" - Conray"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/ommi-ma-tistax-tigi-malta-deborah.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Deborah tgħidilha li ommha ma tistax tiġi Malta għax nannitha tbati bid-dimensja.", "F'Xarabank, Deborah tgħidilna l-unika darba li tiġi Malta huwa fil-Eurovision.", "Ma tistax tkun magħna għax qed tieħu ħsieb lin-nanna li tbati bid-dimensja.", "In-nanna ma tistax tiekol ikel normali.", "Kollox pure' għax l-istonku ċkien ħafna.\"", "\"Il-mama' ħasset li kellha d-dover li tieħu ħsiebha.", "Ma riditx toħodha f'dar tal-anzjani.", "Qaltli li tixtieq tieħu ħsiebha.", "Pero' dakinhar tal-Eurovision tiġi.", "Dik l-unika darba li tiġi Malta.\""], "title": "\"Ommi ma tistax tiġi Malta\" - Deborah"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jinsisti-li-jitnea-ismu-mir-registru.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell, fil-każ ta' Emanuel Camilleri, li fiha l-Qorti ċaħdet kemm l-appell ta' Camilleri u kemm l-appell tal-Avukat Ġenerali, l-avukat ta' Camilleri qed jinsisti li immedjatament isem Emanuel Camilleri għandu jitneħħa minn fuq r-reġistru tal-pedofeli fejn għadu hemm sal-lum.", "Jgħidilna l-Avukat ta' Emmanuel Camilleri, Tonio Azzopardi: \"Issa li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet kemm l-appell ippreżentat minn Emanuel Camilleri kif ukoll l-appell ippreżentat mill-Avukat Ġenerali, is-sentenza mogħtija mill-Ewwel Qorti li ħassret kull sentenza li biha ġie misjub ħati issa saret finali.\"", "Ikompli Azzopardi: \"Bis-sentenza tal-Imħallef Joseph R Micallef ġie ordnat li isem Emanuel Camilleri jitneħħa mir-Reġistru.", "Sal-lum għadu kollox kif kien.", "Għalhekk sar ukoll rikors fil-Qorti.\"", "\"Ta' min isemmi li Emanuel Camilleri kien instab ħati li abbuża minn bintu u weħel il-ħabs.", "Kienet it-tifla tiegħu stess illi qalet li missierha qatt ma missha jew abbużaha u li kienet ivvintat kollox għax kienet imġiegħla.", "Wara din ix-xhieda, Emmanuel Camilleri nħeles mill-ħabs iżda ismu għadu jidher fuq ir-reġistru tal-Pedofeli,\" Dr Tonio Azzopardi jinsisti.", "\"Nittama li min-nhar it-Tnejn li ġej isem Emanuel Camilleri ma jkunx aktar fuq ir-reġistru tal-pedofeli,\" itemm jgħidilna Dr Azzopardi."], "title": "Jinsisti li jitneħħa ismu mir-reġistru tal-pedofeli, immedjatament"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/inoss-li-z-zija-rita-gadha-tgix-gewwa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tiziana Calleja tistqarr li z-zija Rita hi l-anġlu tagħha.", "F'Xarabank, Tiziana tgħidilna għaliex iz-zija Rita kienet tfisser ħafna għaliha.", "\"Iz-zija Rita kienet importanti ħafna għalija.", "Kieku jien mhux qiegħda hawn għax hi bdietni b'dan il-ġenn.", "Jiena jaqbiżli u nibki dejjem meta nsemmi liz-zija Rita għax inħossha wisq għadha miegħi.", "Inħossha għadha tgħix ġewwa fija.\"", "\"Kieku ma nagħmilx li nagħmel għax xogħli huwa impenjattiv ħafna, u l-kuraġġ minn xi mkien ġej, apparti min-nies ta' madwari.", "Naħseb li meta ngħidu li hemm anġlu kustodju jħares fuqek, naħseb iz-zija hi l-anġlu tiegħi."], "title": "\"Inħoss li z-zija Rita għadha tgħix ġewwa fija\" - Tiziana"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/illejla-fxarabank.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla f'Xarabank live ż-żewġ żagħżagħ li kienu mitlufa għal erbat ijiem.", "Illum taraw x'ġara meta morna magħhom fl-għar fejn kienu maqbuda.", "F'Xarabank ukoll lil Caricia, tirrakkonta kif l-għarus li kellha ommha, qatilha għax ma riditx tkompli relazzjoni miegħu.", "Se niltaqgħu mal-kantanta Domenique li meta kellha 16-il sena, ġuvni ħadha ġo garaxx u sfurzaha biex ikollha relazzjoni sesswali magħha.", "Se niltaqgħu ma' Ruth li tirrakkonta kif tilfet it-tarbija wara swat li qalgħet mill-", "tagħha.", "Illejla live Danusan."], "title": "Illejla f'Xarabank"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/migbura-somma-rekord-ta-1620530.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank illeja nġabret is-somma rekord ta'", "€1,620,530 b'risq Puttinu.", "Bħalma nagħmlu kull sena, fil-Ġimgħa l-Kbira xandara l-edizzjoni speċjali ta' Xarabank li fiha ġbarna l-flus biex Puttinu jkun jista' jibni", "fiċ-ċentru ta' Londra ħalli jgħin lill-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura l-Ingilterra.", "Waqt il-programm, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jagħti €5 miljun lil Puttinu.", "Dawk il-familji, negozji, kumpaniji u nies oħra li taw pleġġ ta' €300 jew €500 se jkollhom isimhom imnaqqax f'dawn il-flats fil-qalba ta' Londra.", "Il-kumpaniji, fabbriki, lukandi u negozji kbar li taw €5,000 se jkollhom kamra fil-", "li ġġib isimhom jew isem il-kumpanija.", "Nirringrazzjaw lilkom, il-Maltin u l-Għawdxin li tajtu d-donazzjonijiet tagħkom f'Xarabank tal-lejla.", "Grazzi talli kontu protagonisti f'din il-kawża ġusta.", "Din is-somma tixhed il-qalb ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin!"], "title": "Miġbura somma rekord ta' €1,620,530 f'Xarabank għal Puttinu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/4-professuri-qaluli-li-jien-infertili.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Erba' professuri qalu lil Lawrence li hu infertili iżda llum huwa papa' ta' tfajjel jismu Liam.", "F'Xarabank, Lawrence jirrakkonta l-esperjenza li għadda minnha meta hu u Maronia xtaqu li jibnu familja.", "\"Morna biex nagħmlu t-testijiet li naraw li kollox", ".", "Erba' professuri qaluli li jien infertili u ma jistax ikolli tfal assolutament.", "Qaluli biex jew nipprovaw tentattiv wieħed ta' IVF jew inkella naddottaw.", "Barra minn hekk, Mariona kellha problemi wkoll min-naħa tagħha.\"", "\"Imbagħad għedt lil Mariona li jiena mhux qed inħossni kif qed jgħidu t-tobba.", "Għedtilha biex nirrilassaw għax dawn huma affarijiet tal-Mulej mhux affarijiet tal-bniedem.", "U ħames snin ilu kellna lil Liam.\""], "title": "\"4 professuri qaluli li jien infertili, imbagħad kelli tifel\" - Lawrence Gray"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/wara-li-conray-azzopardi-d-droga.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla f'Xarabank se niltaqgħu ma' Conray, dan il-ġuvni Malti li hawn f'dan ir-ritratt, hawn wara li ħa d-droga sintetika.", "\"Niltaqa' ma' diversi nies jgħiduli, \"Dak Xarabank meta wrejtu l-ħofor fis-saqajn bid-droga, salva lil ibni jew lil binti.\"", "Ġieli niltaqa' ma'", "li qaluli li marru għand il-Caritas wara li raw dak il-filmat.", "Illejla nittama li jiġri l-istess wara li se nuru x'tagħmillek id-droga sintetika,\" jgħidilna Peppi Azzopardi.", "F'Xarabank se jintwera wkoll filmat ta' Conray.", "Conray jgħidilna, \"Kienet tieħu l-filmati ommi biex meta niġi f'tiegħi turihomli għax jien ma kontx inkun naf li qiegħed f'dan l-istat.\"", "Wara li ħa d-droga sintetika, Conray intilef minn sensih u għamel 3 ijiem f'koma, fix-xifer tal-mewt.", "\"Illeja għidu liż-żagħżagħ, anke ta' 12-il sena, biex jaraw il-programm għax fil-bidu se nxandru din l-istorja."], "title": "Wara li Conray Azzopardi ħa d-droga sintetika, intilef minn sensih u għamel 3 ijiem f'koma"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/esklussiva-il-gvern-jagti-5-miljun-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Prim Ministru għadu kemm daħal b'telefonata waqt Xarabank.", "F'intervent telefoniku, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr: \"Nikkonferma li Angele u Rennie ta' Puttinu, u Peppi ilhom jitkellmu maċ-Chief of Staff Keith Schembri biex il-Gvern jgħin ħalli jkun hemm", "issa fiċ-ċentru ta' Londra.", "Il-bżonn sar akbar għax il-kura speċjalizzata żdiedet u issa għandna ħafna Maltin li qed imorru fi sptarijiet fiċ-ċentru ta' Londra.\"", "Spjega kif nistgħux nistennew u fl-istess ħin ikollna nies li qed ibatu, u għaldaqstant bħala Gvern iħoss li jrid jgħin lil Puttinu biex ikollu dawn il-", "fiċ-ċentru ta' Londra mill-iktar fis possibbli.", "\"Aħna nifhmu li din mhijiex ħaġa li tista' tistenna.", "Fhimna li", "fiċ-ċentru ta' Londra jiswew il-miljuni u allura llum bħala Prim Ministru nixtieq nikkometti ruħi li l-Gvern se jgħin biex dawn il-", "isiru realtà din is-sena.", "Għaldaqstant il-Gvern se jagħti €5 miljun biex dan il-proġett isir.\"", "Tista' tagħti donazzjoni billi ċċempel:"], "title": "ESKLUSSIVA: Il-Gvern jagħti €5 miljun lil Puttinu waqt Xarabank"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/sena-wara-li-fieqet-mill-kancer-zewgha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raymond bħalissa qiegħed l-Ingilterra għall-kura.", "Rose, il-mara tiegħu qiegħda miegħu l-Ingilterra.", "Qegħdin joqogħdu fi", "li pprovdilhom Puttinu.", "Rose wkoll kellha kanċer.", "Sena wara li fieqet minnu, jaqbad kanċer lil żewġha Raymond.", "\"Ħadtha bi kbira tiegħu, iktar milli tiegħi għax meta kont naf x'għandi jien għedt, 'Grazzi Mulej.", "Aħjar jien milli t-tfal u r-raġel.\"", "Ilhom l-Ingilterra 3 xhur u ħallew warajhom lil uliedhom u lin-neputijiet hawn Malta.", "\"Narahom kuljum.", "Inkun nixtieq inbushom u ngħannaqhom imma ma nistax.", "Għandi ġenn sakemm nerġa' nerfagħhom.\"", "Puttinu jfisser ħafna għal Rose u għal Raymond.", "\"Lanqas nimmaġina Malta mingħajr Puttinu.", "Ma nafx x'kienu jagħmlu qabel għax qisek meta tkun fl-affari tkun taf.", "Diffiċli għal min għadda minnha qabilna u kellu jsiefer għall-kura u ma kienx hemmx Puttinu.\""], "title": "Sena wara li fieqet mill-kanċer, żewġha jaqbdu kanċer ukoll"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/imut-l-ewwel-bniedem-li-bidlulu-qalbu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA:", "Stefan, in-neputi ta' Alfred, jgħidilna li lil nannuh dejjem jiftakru bħala bniedem li jpoġġi l-interessi ta' ħaddieħor, qabel tiegħu.", "Stefan jistqarr:", "\"In-nannu Alfred dejjem niftakru bniedem attiv li jaħseb f'ħaddieħor qabel ma jaħseb fl-interessi tiegħu.", "Is-simbolu tal-imħabba lejn il-proxxmu kienet tidher fl-għaqda li huwa stess kien waqqaf wara t-trapjant.", "Huwa bniedem li wara li għadda minn martirju, minflok qal, \"Issa striħajt bit-trapjant\", waqqaf grupp biex kull min għaddej mill-istess martirju, ikollu l-appoġġ.", "Apparti dan huwa kien qajjem kuxjenza kbira dwar il-bżonn li l-Maltin jirreġistraw bħala donaturi tal-organi.", "Dan l-attiviżmu wassal biex il-liġi anke tinbidel biex ikun hemm reġistru tal-organi nazzjonali.", "F'dawn l-aħħar snin kien hawn moviment kbir biex il-popolazzjoni ta' Malta tkun fost l-aktar b'persentaġġ għoli ta' donaturi.", "Dan jgħin lil kull min qed jistenna xi organu biex isib l-għajnuna meħtieġa.\"", "Imut Alfred Debattista, wieħed mill-ewwel persuni f'Malta li għamel trapjant tal-", "qalb.", "Alfred kien ingħata il-", "qalb ta' George Sultana, żagħżugħ ta", "' 17-il sena li kien tilef ħajtu traġikament.", "qalulu li jekk", "ma jingħatax", "qalb", "qagħlu", "biss sitt xhur ħajja.", "Pero' Alfred irnexxielu jib", "qa' ħaj għal sentejn oħra huwa u jistenna", "qalb oħra.", "George ma kellux d-", "qalet lit-tobba li binha minn dejjem wera x-xew", "qa li jsalva l-ħajja ta' ħaddieħor wara li jmut.", "Bis-saħħa ta' George, Alfred ba", "qa' ħaj.", "Wara li għadda minn dan it-trapjant, Alfred kien wa", "af it-Transplant Support Group u sal-aħħar ba", "qa' jaħdem biex in-nies iħallu l-organi warajhom.", "Min jixtie", "jagħti l-organi tiegħu jew tagħha wara l-mewt jista' jagħmel kuntatt permezz tas-sit transplantsupport.com.mt", "Ritratt tal-faċċata: Times of Malta"], "title": "AĠĠORNATA: Nitkellmu man-neputi ta' Alfred"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-il-muxu-jagti-sorpiza-kbira.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara 8 xhur tistennieh u tibgħatlu kemm għad fadal ġranet biex tarah, il-Muxu jagħmilha sorpriża u jiġi Malta ġimagħtejn qabel.", "Aħna tkellimna mal-Muxu li l-ħolma tiegħu kien li jdur id-dinja.", "\"Għamilt kważi l-aħħar 8 xhur indur id-dinja.", "Din kienet il-ħolma tiegħi minn meta kont żgħir.", "Pero' bejn ix-xogħol u l-affarijiet personali, ma kellix il-ħin li nagħmilha.", "Ġejt f'punt li għedt lili nnifsi li għal darba f'ħajti ħa ngħix u ħa nagħmel xi ħaġa għalija.", "Għalhekk iddeċidejt li mmur f'dawn il-postijiet biex nitgħallem u nikber bħala persuna.\"", "Il-ħabib tiegħu għamel l-istess ħaġa qablu, u din għenitu biex jagħmilha hu wkoll.", "\"Bħala familja minn dejjem konna nsiefru.", "Meta kont żgħir kelli din l-imħabba għad-dinja u kont naf li ridt nara ħafna postijiet, speċjalment l-Ażja.", "Kont staqsejt lili nnifsi, 'Imma kif ħa nagħmilhom kollha dawn f'ħajti?'", "\"Imbagħad rajt lil ħabib tiegħi, li kien għamilha f'sena, u għedt li din hija idea sabiħa li tagħmel sena minn ħajtek iddur id-dinja mingħajr regolamenti, appuntamenti u xogħol.", "Ġejt f'pożizzjoni f'ħajti fejn għedt li din issa nista' nagħmilha.", "Ma kinitx faċli minħabba x-xogħol, il-ħbieb u l-familja, speċjalment li trid tinqata' għal dak iż-żmien kollu.\"", "Il-Muxu wasal Malta t-Tlieta li għadda.", "Ġimagħtejn qabel ma kien ippjanata li jiġi Malta.", "U jagħti sorpriża lil ommu li kienet qed tgħodd il-ġranet biex dawn il-'ġimagħtejn' jgħaddu u terġa' tarah wara dawn ix-xhur kollha.", "\"Ommi dejjem kellha", "bil-ġranet ta' kemm għad baqa' biex niġi lura Malta.", "Kienet toqgħod tibgħatli l-messaġġi u tgħidli, '", "' pereżempju.", "U xtaqt nagħtiha sorpriżi lil ommi għax naf li kienet qed tistennieni.", "Ma għedtilhiex li se niġi ġimagħtejn qabel u għamilt sorpriża lilha, lil nannha u lin-neputi.\"", "\"Xħin rawni kellhom reazzjoni tal-ġenn.", "Bdew jgħajtu u jifirħu tant li ommi kienet kważi qed tibki xħin ratni quddiem għajnejha għax lanqas setgħet temmen li kont wasalt ma kienet taf,\" temm jgħidilna l-Muxu."], "title": "BIL-FILMAT: Il-Muxu jagħti sorpiża kbira lil ommu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jawguralhom-li-jaqbadhom-kancer.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel jawgura lill-amministraturi tal-pagna ta' Facebook Malta and Gozo Like & Share li jaqbadhom kanċer terminali.", "Fil-jiem li għaddew, raġel qabad jgħajjar lill-amministraturi wara li fuq il-paġna tellgħu filmat tiegħu jkanta.", "B'reazzjoni għal dan, fost affarijiet oħra, dan ir-raġel fuq Facebook kiteb hekk: \"Jalla l-Mulej imarradkom b'kanċer terminali... imbagħad ejjew għand Puttinu u oqgħodu ibku ħalli noqgħod nogħxa bid-daħk.\"", "Il-President tal-Police Officers Union, l-Ispettur Sandro Camilleri jinsisti li min joffendi, jhedded u jinsulenta lin-nies, ikun qed jikkommetti reat.", "\"Li tinsulenta u li toffendi wiċċ imb wiċċ huwa reat.", "U meta dawn l-affarijiet tagħmilhom fuq il-mezzi ta' telekomunikazzjoni, huwa reat ikbar għaliex tkun qed tabbuża minn dawn il-mezzi, tant li l-multa tista' titla' għal €23,000.\"", "Jispjega li wieħed għandu dritt jagħti l-opinjoni tiegħu imma ma jistax iwessa' l-komma ta' libertà tal-espressjoni.", "\"Filwaqt li huwa dritt fundamentali tiegħek li tikkritika persuna jew persun imma ma għandekx id-dritt li toffendihom u tgħajrhom.", "Apparti kriminalment, wieħed jista' jfittxek ukoll ċivilment.", "Għalhekk min wieġeb lil dan ir-raġel billi offendieh jew insulentah, ukoll wettaq reat", ",\" jgħidilna l-Ispettur.", "Isostni li f'dawn il-każijiet il-Qorti għandha tieħu azzjoni iktar b'saħħtiha.", "\"Jeħtieġ li l-qrati tal-ġustizzja jagħfsu u jżommu kontroll fuq dawn l-affarijiet għax issa qed immorru fl-assurd.", "Ilbieraħ daħlu ħafna rapporti s-Cyber Crime Unit fuq dan il-", ".", "Ta' min jgħid li dan ir-raġel tressaq diversi drabi l-Qorti fil-passat fuq akkużi simili.", "Issa l-Qorti trid tieħu azzjoni għax jekk għandu bżonn l-għajnuna, din għandha tingħata.", "Fil-fatt iktar milli tikkastigah, il-Qorti iktar għandha tgħinu,\" jgħid l-Ispettur Sandro Camilleri.", "L-Ispettur temm jgħidilna li se jipprova jikkuntattjah wara li xi nies qalulu li r-raġel qed jipprova jagħmel kuntatt miegħu.", "Ilbieraħ George Tabone dwar dak li kiteb ir-raġel stqarr hekk: \"F'ġieħ is-sewwa.", "F'kollox hemm limitu.", "Taħsbu li dan huwa sew?", "Jiena veru favur il-libertà tal-espressjoni imma kollox hemm limitu u postu.", "U naħseb ċerti nies għandhom posthom fejn ikunu.\"", "Però ftit tal-ħin ilu George jiskuża ruħu: \"Nixtieq nitlob skuża pubblikament.", "Li forsi ma fhimtx li ċerti nies għandhom bżonn aktar għajnuna milli kundanna.", "Niskuża ruħi mal-familjari ta' din il-familja.\""], "title": "Jawguralhom li jaqbadhom kanċer terminali ħalli jidħak bihom"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/gie-t-tifel-jarani-l-ingilterra-u-qbadt.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mario ilu ħames xhur l-Ingilterra għall-kura.", "\"Ħariġli kanċer u għamilt żewġ trapjanti.\"", "Ilu diġà 5 xhur l-Ingilterra.", "\"Il-firda hija firda.", "Ara kemm ilni nieqes issa minn Malta.", "Ħames xhur fihom.", "Lanqas trid tiftakar għax jaqbdek il-biki.\"", "Ħalla lil uliedu Malta u jimmissjahom wisq.", "\"Meta tkun 'il bogħod mill-pajjiż, tħossok imweġġa'.", "Ma tarax lit-tfal, lil ħbieb, lil ommok ... dawn warajja qegħdin.", "Inħosshom ħafna għax xħin narahom naqbad nibki.", "Gradwatli t-tifla lanqas ilħaqtha.\"", "Minn Malta lil Mario bagħtuhulu filmat tat-tifla tiegħu tiggradwa.", "\"Xħin rajtha, qbadt nibki.", "Qaltli biex ma nagħmilx hekk.", "X'ma nagħmilx hekk.", "Binti hi x'inhi.\"", "\"Weġgħa kbira ġo qalb għax xħin tiftakar li inti mifrud biżżejjed inti.", "Jiġu jarawni u jerġgħu jiġu imma għedtilhom biex ma jiġux għax ma niflaħx narahom sejrin.", "Kelli t-tifel qiegħed hawn, qbadt nibki xħin rajtu sejjer.", "Uġigħ kbir ġo qalbek.", "Nixtieq narahom illum qabel għada biex inkun ħdejhom.", "Id-darba l-oħra xħin inżilt l-ajruport ġew jiġru u bdew jgħannquni.", "Nixtieq li nerġa' naraha din l-affari.", "Kultant naqta' qalbi li ma ninżilx imma nipprova niġġieled kemm niflaħ biex forsi nerġa' ninżel.\"", "M'għandix dubju li qed tifhem minn xiex għaddej Mario bħalissa u naf li llejla se ċċempel biex tgħinu."], "title": "\"Ġie t-tifel jarani l-Ingilterra u qbadt nibki xħin rajtu sejjer\" - Mario"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/triq-il-kosta-saret-qisha-korsa-gas.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel li jsuq ir-rota jistqarr li għandha tittieħed azzjoni fuq is-sewwieqa tal-muturi, li kull Sibt u Ħadd jgħaddu b'veloċita' qawwija minn Triq il-Kosta.", "Ir-raġel jgħidilna s-sitwazzjoni li qed tiġri kull", "f'din it-triq.", "\"Is-Sibt waranofsinhar u l-Ħadd mis-7:00am sa 12:00pm, is-sewwieqa tal-muturi qed iġibu din it-triq qisha korsa.", "Ikunu għaddejjin kollha b'veloċita' qawwija, b'uħud minnhom isuqu b'180 kilometru fis-siegħa.\"", "Jallega li n-", "ta' dawn il-muturi ma jidhrux fil-mument li jkunu qed jinstaqu b'veloċita' qawwija.", "\"Xħin jibdew isuqu b'dik il-veloċita', jgħollu n-", ", biex wieħed ma jiħux nota tan-numru u b'hekk ma jistax imur jirrapportahom.\"", "Iżid jgħid li din it-triq saret post kummerċjali għall-fotografi.", "\"Ilbieraħ kien hemm erba' fotografi, tnejn ma' kull naħa tat-triq li tagħti għall-Magħtab.", "Joqogħdu hemm biex malli l-muturi jingħelbu mal-ġenb fid-dawra, joħdulhom ritratt.\"", "Isostni l-inkwiet tiegħu għall-inċidenti li possibbilment jistgħu jsiru.", "\"Jiena u nsuq bir-rota nħosshom għaddejjin.", "Nibda nibża' li xi ħadd minnhom se jiskidja, jidħol fuqi u nibqa' nsofri xi ġrieħi għal għomri kollu jew iħallini hemm tal-post.", "Faċilment jistgħu jitilfu l-kontroll u jibqgħu deħlin f'xi karozza li fuq wara jkun hemm xi tfal bħala passiġġiera.\"", "Jappella għal azzjoni immedjata.", "\"Kont ċempilt lid-Depot tal-Pulizija u qaluli li qed jinvestigaw.", "Pero' din għadha tiġri kull", "X'qed jistennew biex jieħdu azzjoni, li jinqatel xi ħadd?", "Nixtieq li jkun hemm min joqgħod għassa u jimmulta lis-sewwieqa tal-muturi li jinqabdu għaddejjin b'dik il-veloċita' qawwija.", "Naħseb jekk xi ħadd imissilhom il-but u l-punti, se jibdew joqogħdu iżjed attenti.", "Dan mhuwiex il-post li wieħed isuq hekk.\"", "Din l-istorja aħna qed ninvestigawha, ħalli naraw jekk dan huwiex vera.", "Matul il-", "li għaddew, aħna għaddejna f'ħinijiet differenti minn Triq il-Kosta u innutajna għexieren ta' muturi u s-sewwieqa tagħhom, speċjalment il-Ħadd.", "Nistgħu nikkonfermaw li hemm sewwieqa li qed isuqu b'veloċita' enormi, massiva u perikoluża ħafna.", "Pero' ħafna sewwieqa oħra qed isuqu b'mod sigur.", "Innutajna wkoll li f'postijiet differenti u f'ħinijiet differenti tal-ġurnata qed ikun hemm stazzjonati l-pulizija tal-muturi u innutajna li xi sewwieqa malli jaslu fejn il-pulizija, inaqqsu l-veloċita' b'mod konsiderevoli.", "Xarabank", "bagħat ukoll lill-Pulizija għal reazzjoni."], "title": "\"Triq il-Kosta saret qisha korsa għas-sewwieqa tal-muturi\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/tkellimna-mal-kantanti-kollha-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ tħabbru dawn is-16-il kanzunetta għall-fażi finali tal-Malta Eurovision Song Contest:", "U araw ftit x'kellhom x'jgħidulna issa li għaddew:", ": \"Kuntent ħafna għax l-ewwel darba li qed nieħu sehem fil-Eurovision.", "Apparti minn hekk għandi kanzunetta oħra li għaddiet għall-finali, We Can Run, ta' Avenue Sky għax jiena parti minn dan il-grupp.", "Kuntent li għaddiet ukoll il-kanzunetta li se nkun qed inkanta waħdi għaliex il-kliem u l-mużika ktibthom jiena wkoll.", "Ikolli nistqarr magħkom li bkejt waħda u sew xħin għajtuli.\"", "\"Aħna eċċitati ħafna għax bħala grupp ma tantx ilna flimkien u din hija l-ewwel esperjenza tagħna", "daqshekk kbir imma ħerqanin ħafna.", "Naħseb il-grupp tagħna huwa wieħed mill-aqwa", "li qatt kien hemm fil-Eurovision.\"", "\"Minkejja li din mhijiex l-ewwel darba li għaddejt għall-finali, kull sena jkolli l-istess emozzjonijiet.", "X'ħin tħabbar li l-kanzunetta għaddiet għall-finali, kont kuntenta imma fl-istess ħin waqajt ftit ħażin għal sħabi l-oħra li kienu hemmhekk u ma qalux isimhom.", "Tal-familja kienu kuntenti ħafna għax emmnu fid-diska imma dan ma jfissirx li ħaduha", "li se ngħaddi.\"", "\"Ferħana ħafna.", "Però hija triq twil għax il-Eurovision huwa fi Frar li ġej.", "Nibdew naħdmu minn issa għax il-kompetizzjoni hija qawwija u hemm ħafna kantanti tajbin li ġieli segwejthom.", "Ovvjament il-kanzunetti tal-kantanti l-oħra għadni ma smajthomx, però nemmen fil-kanzunetta tiegħi.", "Jiena nsuq iż-żiemel tiegħi u ħaddieħor isuq iż-żiemel tiegħu.\"", "\"Wara li ħdimt ħafna u emmint ħafna fil-kanzunetta, hija ta' sodisfazzjoni li qiegħda mal-finalisti.", "Kull meta ngħaddi għall-Eurovision inkun kuntenta għax naf li għalkemm ħa jkollok ħafna preparamenti, fl-aħħar mill-aħħar ħa jkollok is-sodisfazzjoni li tajt", "tajjeb.", "Issa naħdmu u naraw minn hemm.\"", "\"Ferħana ħafna għax din hija esperjenza pożittiva u dejjem inkun ħerqana għall-Eurovision.", "L-uniku dispjaċir li għandi hu li Josef mhux qiegħed miegħi, wara sena naħdmu flimkien.", "Però l-kanzunetta li għandi nemmen ħafna fiha.", "Naħseb li hija l-iktar kanzunetta għal qalbi u li fiha potenzjal.\"", "\"Wara ħames snin ma niħux sehem, issa ninsab kuntenta ħafna.", "Ħdimt ħafna fuq din il-kanzunetta.", "Hija kanzunetta totalment differenti u anke l-istil tiegħi huwa differenti.", "Ħerqana ħafna li nerġa' nitla' fuq dak l-istage għax ilni ħafna issa!", "Immissjajtu.\"", "\"Kont eċċitata ħafna imma xħin għajtuli, striħajt u fl-istess ħin tibda tgħid xi ġmiel ħa jkolli opportunità li nerġa' nippjana dan proċess twil u sabiħ.", "Minkejja li din t-tieni darba tiegħi, xorta kelli dik l-emozzjoni minkejja li pprovajt nibqa' kalma.\"", "\"Kuntent ħafna li ħa nerġa' nkun hemmhekk wara sena ma nieħu sehem.", "L-importanti għalija li nipparteċipa, li qiegħed hemmhekk, li nieħu gost u li nagħti gost il-", "\"L-ewwel darba li qed nieħu sehem fil-Eurovision u hija naqra surrealistika l-ħaġa għalija għax jiena vera", "kbir tal-Eurovision u nħobb insegwi l-kantanti ta' Malta u anke ta' barra, u issa li jiena parti minnhom, għaddew jumejn u xorta ma nistax nemmen tant kemm jien kuntent ħafna!\"", "\"Ninsabu verament kuntenti għax din hija l-ewwel esperjenza tagħna.", "Din id-diska minn dejjem konna nemmnu fiha u din hija t-tielet darba li ssottomettejnieha u fl-aħħar għaddiet.", "Issa ħerqanin li naqsmu din l-esperjenza flimkien.", "Nawguraw kull suċċess lill-kantanti l-oħrajna u jalla l-wirja tagħna tkun waħda tajba u li tintlaqa' min-nies.\"", "\"Onestament dakinhar li mort għall-", "qabadni laryngitis il-lejl ta' qabel, u l-audition mort bla leħen.", "Allura ma tantx kont ċerta jekk se ngħaddix jew le.", "Għalhekk ilbieraħ ħadt sorpriza tal-blieh.", "Kuntenta ħafna li għat-tieni darba reġa' rnexxieli.\"", "\"Inħossni kuntenta ħafna għax ilni erba' snin ma nieħu sehem.", "Issa nibdew il-preparament għal Frar li ġej.\"", "\"Kuntenta ħafna li rnexxieil ngħaddi għat-tieni darba konsekuttiva fi ħdan il-", "!", "L-impenn ilu li beda u issa għandi l-opportunità li nwettaq dak li xtaqt u ħerqana ħafna għal li jmiss.", "Beyond Blue Horizons' hi kanzunetta li emmint ħafna fiha, b'ħoss differenti għal Eurovision.", "Nispera u nittama li l-għan u l-messaġġ jintlaħaq u nkomplu bix-xogħol li jien flimkien mat-tim tiegħi bdejna.\"", "\"Ħadt pjaċir li 'l Richard daħlitlu l-kanzunetta għax bħala kantawtur huwa dedikat ħafna.", "Din is-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla ħa jkollu tarbija u jekk jirbaħ, ikun rigal sabiħ għalih.", "Min-naħa tiegħi diġà rbaħt għax għandi l-unur ngħid li naħseb li jiena l-ixjeħ li qatt kien hemm s'issa f'dan il-festival.", "Għandna kliem oriġinali u kanzunetta tajba għax kieku ma kinitx tasal sa din il-fażi.", "Kien semmagħhieli fuq il-kitarra u kien qalli: \"Din għalik u għalija u jekk ma tagħmilhiex miegħi, ma ndaħħalhiex\" u għedtlu \"Mhux se niksirlek qalbek.\"", "Nirringrazzja lil Alla u nispera li nibqa' ħaj biex nagħmilha.\"", "\"Jiena kont ilni ma nidħol mill-2010.", "Jiġifieri domt ma naħsibha ftit imma din is-sena għandi tim li mbuttaw naqra miegħi wkoll u irnexxielna nagħmlu s'hawn.", "Ma stennejthiex imma kont fil-logħba u ħdimt għaliha biex nasal sal-finali mbagħad jiġri li jrid.", "Issa naħdmu għal li jmiss.\"", "Il-Eurovision se jsir fi Frar li ġej.", "Ritratt tal-faċċata: Television"], "title": "Tkellimna mal-kantanti kollha tal-Eurovision"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/din-il-mara-telqet-kollox-biex-titla-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Joseph.", "Bħal daż-żmien sena ilu jsir jaf li għandu kanċer fid-demm.", "Din oħtu Angelika.", "\"Ċempilli mill-isptar u biex jiċċajta qalli, 'Qiegħed", "' Saqsejtu fejn u qalli li qiegħed l-isptar.\"", "Lil Joseph jgħidulu li jrid jitla' għall-kura l-Ingilterra.", "\"Qalli, 'Inti ma tiġix?'", "Għedtlu, 'Dażgur.", "Ħuti l-oħra miżżewġin u bil-familja, u jiena waħdi d-dar, u tlajt jiena miegħu.\"", "Bħalissa qegħdin l-Ingilterra u ilhom hemm 3 xhur, fil-", "ta' Puttinu.", "\"Infaħħar ħafna lil Puttinu.", "Li joffrilek dan l-ispazju kollu u bla ebda ħsibijiet ta' xejn, diġà ħafna.\"", "Għalhekk, għada, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu."], "title": "Din il-mara telqet kollox biex titla' ma' ħuha l-Ingilterra għall-kura"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-il-papa-qed-jippromwovi-t.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA:", "Dr Neil Falzon, id-Direttur tal-Fondazzjoni Aditus, jgħid li dak li qed jgħid is-Sur Seychell mhuwiex veru.", "\"L-istatistiċi ripetutament wrew li ħafna min-nies li jaħarbu minn gwerra jew minn persekuzzjoni li ġejja mill-Gvern, fil-fatt jibqgħu viċin tal-pajjiż tagħhom.", "L-Afrika u l-Lvant Nofsani jibqgħu t-territoriji li jżommu l-iktar refjuġati, bl-Ewropa tilqa' madwar 17%.", "Għalhekk mhux veru u hi nuqqas ta' responsabbilta' biex tgħid li l-Ewropa għandha żżejjed, u tibbaża l-", "tal-immigrazzjoni fuq dawn il-fatti foloz.\"", "\"Ir-refjuġati mis-Sirja, mis-Somalja u minn postijiet oħra", "mhux siguri ma jistgħux sempliċiment jivvjaġġaw xi mkien sigur b'mod legali.", "Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jimbottawhom f'rotot perikolużi.", "Aħna nemmnu li l-ħajja umana għandha tkun protetta għal kull akkosta u taħt kull ċirkostanza.", "Is-salvataġġ li jsir mill-Istati, inkluż Malta, u entitajiet oħra, huma rakkomandati għaliex jipprevjenu milli jsiru xi traġedji.", "Hija ta' stmerrija li s-Sur Seychell jakkuża lin-nies tas-salvtaġġ li huma għandhom interessi ekonomiċi, meta l-missjoni tagħhom huwa li jpoġġu l-ħajja umana fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom.\"", "l-Papa jfaħħar ix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tar-Red Cross, li jgħinu lill-immigranti jiġu fl-Ewropa bil-baħar.", "L-opinjonista Malcom Seychell jgħid li l-Papa qed jippromwovi t-traffikar tal-bnedmin.", "Malcom huwa kontra x-xogħol li jagħmlu l-membri tar-Red Cross u kontra dak li jgħid il-Papa.", "\"Għalija dan huwa", "għax qed jikkoraġixxu lin-nies biex jaqsmu iktar lejn l-Ewropa.", "L-Afrika hija ikbar mill-Ewropa u hemm fejn joqogħdu.", "Ma jistax ikun li jibqgħu ġejjin hawn bla ebda limitu.", "Jekk irid il-Papa jżommhom il-Vatikan u jagħtina eżempju.\"", "Jgħid li l-Papa għandu interess wieħed.", "\"Dawn għandhom interess li jkun hawn minn dawn in-nies ġejjin hawnhekk.", "Dawn jieħdu l-fondi, anke ġo Malta, u dawn żgur mhux ħa jiġġieldu biex titwaqqaf xi ħaġa.", "Jien m'iniex reliġjuż, nemmettiha, imma li jagħmlu jagħmluh għall-flus.", "Huwa sippost mexxej spirtwali u ma kellux għalfejn jindaħal.\"", "Jgħid li l-immigranti jriduhom mhux għax jitħassurhom.", "\"Hemm filmati sħaħ li juru laneċ ta' NGOs li jmorru l-Libja u jġibuhom huma.", "Jekk mhux traffikar tal-bnedmin, x'inhu dan?", "M'hemm kontroll ta' xejn fl-Ewropa.", "Dawn iriduhom għaċ-", "u għalxejn iktar.", "Tgħid mhux għax jitħassruhom.\"", "Jemmen li l-immigranti m'għandhomx jivvjaġġaw lejn l-Ewropa.", "\"Jekk allaħares qatt tiġi gwerra f'Malta, immur l-Italja għax il-kultura t'hemmhekk hija simili għal tiegħi u iktar viċin.", "Mela naqsam id-dinja.", "Jiena nemmen li kieku dawn mhux qed jgħinhom xi ħadd minn hawn, lanqas ikunu jafu fejn hi l-Ewropa.\"", "Iżid jgħid li m'għandhomx jiġu Malta.", "\"Il-pajjiż ma jiflaħx iktar nies.", "Tgħidli l-ekonomija mhux sejra tajba?", "Għala mela ma għandhomx jiġu?", "M'għandux x'jaqsam għax aħna populati żżejjed.", "Jien ma rridx li biex ikollna ekonomija tajba, noqogħdu nimxu fuq xulxin.\"", "L-iktar ħaġa li tinkwetah mill-immigranti hi l-kultura tagħhom.", "\"Ninkwieta ħafna minħabba l-kultura differenti tagħhom.", "B'hekk qed jitilgħu l-partiti tal-lemin estrem,\" itemm jgħidilna Malcom.", "Xarabank bagħat lill-Fondazzjoni Aditus, li taħdem favur id-drittijiet umani, u qed jistenna", "r-reazzjoni tagħha.", "Inti taqbel ma' dak li qed jgħid Malcom?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "AĠĠORNATA - BIL-FILMAT: \"Il-Papa qed jippromwovi t-traffikar tal-bnedmin\" - Malcom"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/galiex-ma-ax-lili-minflok-lil-jerome.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Martina li l-Ġimgħa li għadda tilfet lill-għarus tagħha Jerome, tistaqsi li l-għala Ġesù ma ħax lilha minflok lil Jerome.", "Fuq Facebook Martina kitbet hekk:", "\"Għadni ma nistax nemminha.", "L-iktar żewġ persuni għal qalbi ttieħdu f'post aħjar.", "F'post fejn huma 'l bogħod mill-kanċer, f'post fejn rebħu u mhux tilfu l-battalja għax rebħu l-ħajja eterna.", "Jiena ninsab ċertissima li ltaqgħu flimkien u qed jipproteġu l-familja tiegħi u ta' Jerome.", "Minn meta tlift lil ommi ma bqajtx nibża' mill-mewt, imma issa li miet Jerome, inħoss li p", "arti minni diġà qiegħda hemm għax hemm żewġ persuni jistennewni.\"", "Il-Ġimgħa li għadda meta Jerome mar f'post aħjar, kont ħafna emozzjonata, imdejqa u iva, irrabjata!", "Irrabjata għaliex din il-marda rnexxielha tkisser kantina oħra fil-familja, u bdejt nistaqsi għala jiena salvajt?", "Għala Ġesù ma ħax lili minflok lil Jerome?", "Hemm ommi hemm u familti mkissra, għala kellu jkisser familja oħra?", "Imbagħad irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna tal-qalb tiegħi, u qaltli: \"Kiseb lil ommok fil-Ġenna u inti ksibt lil familtu f'din id-dinja.\"", "Għażiż Jerome u ommi, komplu ħarsuna.", "Ħabbejtkom dejjem.", "Għadni nħobbkom.", "Dejjem kont u dejjem nibqa'.", "Viċin xulxin jew 'il bogħod minn xulxin, għażiża ommi u għażiż qalbi tiegħi, dejjem se tibqgħu f'qalbi.\"", "Xarabank se jerġa' jsellem il-memorja ta' Jerome, għada."], "title": "\"Għaliex ma ħax lili minflok lil Jerome?\" - Martina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/is-sibt-trid-tmur-tagmel-xagrek-u-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk nhar is-Sibt trid tagħmel xagħrek, mur sal-Mosta u fl-istess ħin tkun qed tgħin lil tal-missjoni.", "Ħafna ħwienet, inkluż tax-xagħar, għada u pitgħata se jkunu magħluqin minħabba l-festi tal-Għid.", "Però Mzungu Mission ħasbu fikom.", "Bla ebda appuntament, nhar is-Sibt tista' taqbeż qabża s'għand", ", f'Wied il-Għasel, il-Mosta, bejn is-7 t'filgħodu sas-7 ta' filgħaxija, u fl-istess ħin tkun tkun qed tgħin lill-missjoni.", "Għal iktar informazzjoni żur", "hawnhekk"], "title": "Is-Sibt trid tagħmel xagħrek u li tmur għandu s-soltu se jkun magħluq?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/ajruplan-jagmel-inzul-temergenza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA: Kien ajurplan tar-Ryanair li kellu jagħmel inżul ta' emerġenza wara li żviluppatlu ħsara fir-roti.", "Jidher li qabel niżel, l-ajruplan għamel xi ħin idur fuq Għawdex biex jaħli l-fuel ħalli ikun eħfef biex jinżel.", "Huwa rrapportat li għadd ta' passiġġiera sofrew minn xokk.", "Fil-ħin li ġej ajruplan mistenni jagħmel inżul t'emerġenza fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Numru ta' ambulanzi dehru fi triqthom lejn l-ajruport.", "Iktar dettalji fil-ħin li ġej."], "title": "AĠĠORNATA: Ajruplan jagħmel inżul t'emerġenza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/qabel-telaq-dustin-dar-dejja-u-qalli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Maria.", "Fid-duluri tas-sena l-oħra saru jafu li żewġha Dustin marid bil-kanċer.", "Ftit jiem ilu Dustin ħalliena.", "Kellu 31 sena.", "Ħalla warajh lil ibnu Jack ta' sentejn.", "Ħalla warajh lil martu Maria.", "\"L-aħħar ftit jiem kien iħares lejja u jgħidli, '", "' u jien ngħidlu, 'Għal dejjem'.", "Qabel telaq kien dar lejja u qalli, 'Inħobbok', u għedtlu, 'Anke jien.'\"", "Fil-funeral, Maria tħossha kburija bi żewġha.", "\"Meta rajt dawk in-nies kollha fil-knisja, dik iċ-ċapċipa kbira li daħlet ġo qalbi... kont kburija li kont il-mara tiegħu imma issa iktar u iktar għax naf kemm kien maħbub.\"", "Maria titkellem miegħu kull ħin u kull mument.", "\"Il-ħin kollu.", "Kull ħin u kull mument.", "Nitkellem miegħu imma ma jirrispondinix.", "Però naf li qiegħed jismagħni.\"", "Minkejja li Dustin m'għadux magħna, Maria se tkompli tgħin lil Puttinu.", "\"Għalkemm jien tlift ir-raġel tiegħi jiena se nibqa' ngħin.", "Kieku kien hawn hu hekk kien jagħmel.", "Dustin kien iħobb jgħin u ovvjament xogħlu irrid nieħdu jien.", "Bħala turija ta' apprezzament, dak li għamel magħna Puttinu, jiena rrid nagħti lura bi sħiħ.\"", "Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu."], "title": "\"Qabel telaq, Dustin dar lejja u qalli 'Inħobbok'\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/din-it-tfajla-ppreparat-il-funeral.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Il-Bambin għoġbu jsejjaħli.", "Jien se nkompli nieħu ħsiebkom minn hemm fuq għax il-mewt ma tifridniex.\"", "Dan huwa kliem Caroline.", "Tfajla ta' 30 sena li minkejja li kienet taf li ħa tmut bil-kanċer, kienet kuntenta.", "Ħejjiet ruħha u saħansitra organizzat kollox mis-santa sal-omelija.", "Tfajla li messet il-qalb ta' kull min iltaqa' magħha bl-imħabba u l-fidi tagħha.", "Ritratt: Fr Hayden flimkien ma' Caroline", "Caroline kienet mimlija paċi, u din kienet anke tidher fis-sodda ftit qabel ma mieter.", "Fl-omelija tal-funeral tagħha, Fr Hayden, li magħha għamel l-omelija, spjega li Caroline kellha ħafna xewqat, fosthom li ma tarax lin-nies jibkuha.", "\"Qaltilna biex ma nibkux.", "'Impossibbli imma nixtieqhom ma jibkux meta mmut.'", "Caroline kienet kuntenta li ħa tmut għax kienet taf fejn hi sejra.", "Kienet tgħid, 'Iġri mmur.'\"", "Caroline twassal anke messaġġ lill-persuni li għandhom il-vizzju tad-droga.", "\"Caroline xtaqet tgħid lid-drogati biex igawdu l-ħajja mhux fil-ħażen imma fit-tajjeb.", "Kellha x-xewqa, li kieku fieqet, tibda tiltaqa' magħhom u tkellimhom fuq is-sbuħija tal-ħajja.", "Caroline offriet is-sofferenza tagħha għal dawn in-nies, u għal dawk li huma 'l bogħod minn Ġesu'.\"", "Xtaqet li jibqgħu jiftakru fit-tbissima tagħha.", "\"Kienet qaltli, 'Nixtieq li jibqgħu jiftakru fit-tbissima tiegħi u ma jibkux.'Il-Bambin lili għoġbu jsejjaħli u jien se nkompli nieħu ħsiebkom minn hemm fuq għax il-mewt ma tifridniex.\"", "Aħna tkellimna ma' oħtha Rodianne li tiddeskrivi lil oħtha bħala bniedma speċjali.", "\"Kienet tfisser ħafna għalija.", "Persuna bilgħaqal, umli, qalbha tajba u kienet tħobb lil kulħadd.", "Imżejna b'kollox.", "Fil-marda tagħha, baqgħet tiġġieled sal-aħħar u kienet tgħidli, 'Jien ħa nfiq' u fl-aħħar ċediet għax ma felħitx iktar.", "Kienet persuna speċjali għalija għax flok tħalli lili nsaqsiha kif inhi kienet aktar tinkwieta kif qed inħossni jien.", "-telfa tagħha hija diffiċli għax konna", "ħafna ta' xulxin.", "Lanqas nista' nemmen li ħallietna.", "Ritratt: Caroline flimkien ma' oħtha Rodianne", "Xarabank jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Bajada, lil qraba u lil ħbieb."], "title": "Din it-tfajla ppreparat il-funeral tagħha stess"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/xarabank-u-add-galik-jitilfu-kollega-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ta' kull filgħodu nsib iż-żewġ maggijiet lesti biex nibda l-ġurnata b'", "kafè.", "Dawn iż-żewġ maggijiet fuq id-", "Ilbieraħ tlifna lil Lorna tagħna, kollega u ħabiba.", "Ilbieraħ daħlet għax-xogħol u ħarġet minn hawn b'ambulanza.", "Illum nistennewha kemm nistennewha, mill-bieb tal-uffiċċju mhux se nerġgħu narawha tidħol.", "Mgħobbijin bix-xogħol għall-programm t'għada ta' Puttinu, b'Ħadd Għalik u b'Tough Luck, ilbieraħ bdejna għodwa differenti mis-soltu.", "Hemm fuq is-sufan l-iswed, tokrob bl-uġigħ, u mdawrin magħha nistennew l-ambulanza ġejja.", "Toħroġ minn hawn fuq", "u tittieħed l-isptar.", "Jgħaddu s-sigħat u kulħadd għadu jistaqsi għaliha.", "F'daqqa u l-ħin nirċievu telefonata.", "Qalulna li Lorna ħallietna.", "Ħoss ta' xejn.", "Kollha nħarsu lejn xulxin.", "Imma kif jista' jkun?", "Daqshekk smajna, 'Ħallihom hemm, issa nagħmilhom jien dawk?' u daqshekk rajnieha dieħla bil-ħalib u l-ħobż biex żgur ma jkun jonqosna xejn.", "Lorna.", "Omm u mara li ħabbet bi mħabba kbira lis-sieħeb tagħha, lil uliedha u lin-neputija.", "Ma kinitx tgħaddi ġurnata, li ma kinitx titkellem fuqhom.", "Għaliha kienu kollox.", "Kienet tagħmel kollox għalihom.", "Mara li ma kinitx tiqaf sekonda.", "Il-ħin kollu għaddejja sa kmieni filgħodu basta tara li ma jonqos xejn.", "Kif taħdem kos il-ħajja.", "Is-siparju tal-ħajja għal Lorna ngħalaq u issa nfetaħ ieħor, dak li jibqa' għal dejjem.", "Sakemm nerġgħu narawk Lorn!"], "title": "Xarabank u Ħadd Għalik jitilfu kollega u ħabiba"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/ilbiera-kellu-jcempilli-lura-imma-din.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nhar it-Tlieta Paul Giordimaina flimkien ma' sħabu kienu se jagħmlu sorpriża lill-Bayzo.", "Paul Giordamaina, kien ħabib kbir ta' Tony Camilleri, magħruf bħala l-Bayzo, li lbieraħ miet fl-eta' ta' 70 sena.", "Il-Bayzo kien magħruf ħafna għas-sehem tiegħu f'Ġensna.", "Paul jgħidilna li t-Tlieta li ġej kienu se jagħmlulu sorpriża.", "\"It-Tlieta li ġej konna se niltaqgħu flimkien.", "Pero' huwa lanqas kien għadu jaf.", "Konna se nagħtuh sorpriża għax ried jiltaqa' miegħu Joe Galea, li pproduċa Ġensna, u kien se jiġi wkoll Paul Abela.", "Minħabba l-Eurovision, għedna ħa nħalluh jgħaddi u nagħmluha t-Tlieta.", "Ċempiltlu biex ngħidlu li t-Tlieta se niltaqgħu imma dak il-ħin ma setax ikellimni.", "Imbagħad il-mara qaltli li se jċempilli lura.", "Pero' din kienet telefonata li qatt ma ġiet lura.\"", "\"Kont xogħol xħin sirt naf.", "Dak il-ħin ma stajtx indoqq u poġġejt bilqiegħed.", "Bdew deħlin ħafna telefonati mingħand il-ħbieb u l-kantanti.", "Kont naf li saħħtu ma kinitx perfetta, imma ma stennejtx li ħa jħallina hekk,\" jistqarr Paul.", "Jiddeskrivih bħala l-kantant favorti tiegħu.", "\"Tony kellu l-vuċi tad-deheb.", "Il-kantant favorit tiegħi.", "Kont immur il-klabbs fejn kien ikanta biex nisimgħu.", "Sibtu fil-bidu tal-karriera tiegħi u kien ħabib personali tiegħi.", "Bqajna f'kuntatt, konna noħorġu u għalkemm dan l-aħħar kellu problemi ta' saħħa, konna noħroġu dawk is-sagħtejn biex immorru nieħu kafe' jew te.\"", "Paul jgħaddi messaġġ lill-Bayzo.", "\"Grazzi Ton talli għentni mill-bidu tal-karriera tiegħi, talli emmint fija, tad-diskussjonijiet fit-tul li kellna u ta' dawn is-snin kollha illi dejjem bqajna f'kuntatt.\""], "title": "\"Ilbieraħ kellu jċempilli imma din it-telefonata qatt ma ġiet lura\" - Paul Giordimaina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/il-baqra-fil-presepju.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit jiem ilu, il-Benna tat dehra ġdida lill-kartuna tal-ħalib, billi fost affarijiet oħra introduċiet it-tapp.", "Filwaqt li kien hemm min għoġbitu l-idea tat-tapp, kien hemm min ipprefera li jibqa' jiftaħ il-kartuna tal-ħalib bħal qabel.", "F'din il-kontroversja sħiħa, Joe Julian Farrugia ħareġ b'din is-satira.", "Jekk għandek xi ċajta tajba, ibgħathielna."], "title": "Il-baqra fil-presepju"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/jagmlu-l-isforzi-kollha-biex-iarsu-t.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iktar kmieni din il-ġimgħa, raġel stqarr magħna li Triq il-Kosta saret qisha korsa għas-sewwieqa.", "Ir-raġel spjega magħna li s-Sibt waranofsinhar u l-Ħadd, is-sewwieq tal-muturi qed isuqu b'veloċita' qawwija, b'uħud minnhom isuqu b'180 kilometru fis-siegħa.", "Allega li n-", "ta' dawn il-muturi ma jidhrux fil-mument li jkunu qed jinstaqu b'dik il-veloċita' u kif din it-triq saret post kummerċjali għall-fotografi.", "Ir-raġel appella b'qawwa biex tittieħed azzjoni immedjata.", "Għaldaqstant, Xarabank qed jinvestiga din l-istorja.", "Matul il-", "li għaddew, aħna għaddejna f'ħinijiet differenti minn din it-triq.", "Ikkonfermajna li hemm sewwieqa li qed isuqu b'veloċita' enormi iżda innutajna wkoll li ħafna sewwieqa kienu qed isuqu b'mod sigur.", "Aħna innutajna wkoll li xi sewwieqa malli jaslu fejn il-pulizija, inaqqsu l-veloċita' b'mod konsiderevoli.", "Aħna tkellimna mal-Pulizija dwar dan u qalulna li qed jagħmlu l-isforzi kollha.", "\"Is-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mad-Distretti jagħmlu l-isforzi kollha biex iħarsu t-toroq kollha madwar Malta u Għawdex, b'mod speċjali toroq arterjali bħalma hi Triq il-Kosta, għal sewqan eċċessiv, fost l-oħrajn.", "Għaldaqstant, d", "iversi sewwieqa jiġu mħarrka waqt dawn l-ispezzjonijiet.\"", "Inti x'taħseb?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "\"Jagħmlu l-isforzi kollha biex iħarsu t-toroq\" - il-Pulizija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jisparaw-fuq-il-kugin-u-nsiru-nafu-mill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nicholas, il-kuġin ta' Darren; ir-raġel li ntlaqat mi", "nn tir il-Ħamis li għadda fil-Mellieħa, jgħidilna li hi xokkanti li saru jafu x'ġara minn fuq l-aħbarijiet.", "Il-Ħamis li għadda, xufier u passiġġier kienu għaddejjin b'vann, meta allegatament persuna mhux magħrufa li kienet wara siġra allegatament sparat tiri t'arma tan-nar fid-direzzjoni tagħhom.", "Iż-żewġ persuni wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.", "Nicholas jispjega kif ma kienx jaf li l-ambulanzi li ra neżlin,", "kienu sejrin għ", "al kuġinuh.", "\"Kont qiegħed il-ħanut tal-familja u f'daqqa waħda naraw neżlin diversi ambulanzi u vetturi tal-Protezzjoni Ċivili.", "Dak il-ħin għedt, \"Jalla tibgħathielu tajba lil min weġġa'.\"", "Ħames minuti wara nisma' lil oħti twerżaq u tgħajjat għax rat li kamra tal-aħbarijiet kienet tefgħet ritratt tal-vann ta' Darren.", "Xħin imbagħad rajna li l-vann kien miksi demm, mill-ewwel għedna li ġara xi ħaġa,\" jgħidlna Nicholas.", "Nicholas jgħidilna kif sab lill-familja xxokkjata wara li", "saret taf dan kollu", "minn fuq l-aħbarijiet.", "\"Morna l-emerġenza u kif dħalna saqsej", "na għalih.", "Ħadt qatgħa oħra għax għall-ewwel qaluli li ħadd ma daħal l-isptar bl-isem ta' Darren.", "Dak il-ħin, bejni u bejn ruħi għedt mela miet.", "Wara ftit l-infermiera ħaditni u sibt lill-familja kollha hemmhekk.", "Kulħadd kien ixxokkjat għax saru jafu x'ġara mill-aħbarijiet u mhux mill-Pulizija.\"", "Nicholas jappella lill-midja biex tkun iktar", "sensittiva u tagħmel pass lura.", "\"Il-Pulizija għandhom ikunu huma li jinfurmaw l-ewwel lill-familja u qabel ma jiġu infurmati, l-ebda kamra tal-aħbarijiet m'għandha tpoġġi l-", "aħbar fuq il-midja għax tikkawża ħsara enormi.", "Illum il-ġurnata jiena għext din l-esperjenza u baqgħet ġo fija", ".", "Grazzi talli intom ma għamiltux bħalma għamlu m", "oħra,\" itemm jgħidilna Nicholas."], "title": "\"Jisparaw fuq il-kuġin u nsiru nafu mill-aħbarijiet\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/nibzgu-gal-puttinu-alli-puttinu-jibqa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dr Deo Debattista jinsab Sutton iżur lill-pazjenti Maltin li bħalissa qed jgħixu fil-", "ta' Puttinu biex ikunu jistgħu jingħataw il-kura l-Ingilterra.", "Aħna tkellimna mad-Deputat Dr Deo Debattista li jistqarr magħna l-emozzjoni li jħoss meta jiġi Sutton.", "\"Temozzjonana ruħek bla trid meta tiġi tara l-kobor tal-ġid li qed jagħmel Puttinu.", "Se nitkellem bħala tabib.", "Moħħi dejjem ikun mistrieħ li fejn ħa jmorru l-pazjenti ħa jsibu l-għajnuna għax f'moħħi Puttinu qisu l-Florence Nightingale ta' Malta, fejn taf li l-pazjenti tiegħek lil hinn minn xtutna hemm min jieħu ħsiebhom.", "Inħossni xxurtjat li għandna lil Puttinu, u lill-poplu Malti li jibża' għal Puttinu biex Puttinu jibqa' jibża' għalina.\"", "Dr Debattista jappella biex in-nies ikomplu jgħinu lil Puttinu.", "\"Puttinu barra x-xogħol tajjeb li qed jagħmel, għandu bżonn l-għajnuna tagħna.", "Huwa importanti li jkollna post ċentrali f'Londra.", "Min ħareġ bl-idea ta' Puttinu u min qed ikompli b'din l-idea, ċert li għandhom post il-Ġenna.", "Mhijiex biss li inti ġejt għall-kura, imma hemm il-faraġ li għandek das-suppost kollu li huwa parti mill-kura.", "Il-kura waħedha mingħajr Puttinu mhi xejn.\"", "Għalhekk, għada, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu."], "title": "\"Nibżgħu għal Puttinu ħalli Puttinu jibqa' jibża' għalina\" - Dr Deo Debattista"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/nixtieq-narah-imqar-gal-5-minuti-biex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Lil Ziam tiftakruh żgur.", "Tifel li għadda minn ħafna.", "Fl-ewwel jum ta' din is-sena, Ziam ta' sentejn jaqleb għall-agħar.", "\"Imbagħad kien fuqi, għamel kważi tliet kwarti, u mbagħad f'daqqa waħda waqaf jieħu n-nifs.", "Ħa l-aħħar nifs qawwi, u waqaf.", "Dak il-ħin bdejt ngħid, 'Imma din veru ġrat?", "Daqshekk ħa narah?", "Tal-aħħar rajtu jieħu n-nifs?'", "Imma veru tal-aħħar kien.\"", "\"Ziam kien speċjali għalija.", "Imbagħad tibda tarah bla ħajja u jibdew ilibbsuh qisu sejjer xi mkien ... iebsa.", "Filli tbusu u filli għalxejn għax kesaħ.", "Qatt ma nista' ninsieh.", "Ġie għal 3 snin u għallimna ħafna.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar inkun nixtieq narah imqar għal 5 minuti, tgħannqu.\"", "\"Ma tistax il-ħin kollu toqgħod tibki hux.", "Għat-taparsi tkun qed tgħix normali, tipprova imma ma tkunx normali.", "It-tifla għandha problema kbira.", "Kull karta li ssib tikteb fuqha", "\" jgħidilna l-missier.", "\"It-tifla għandha", ", tawhomlha l-ħbieb tagħha, b'wiċċu fuqhom.", "Tqiegħdhom fis-sodda magħha, tgħattihom bil-kutra u tgħidli, 'Għax jiksaħ.'\"", "Titkellem oħt Ziam u tgħidilna, \"Qisni ma kontx naf li sejjer.", "Jien kont inħobbu ħafna u hu kien iħobbni.\"", "Minkejja li tilfet lil binha, omm Ziam tagħżel li tibqa' tgħin lil Puttinu.", "\"Għax bħalma għaddejt jien u sibt l-għajnuna, tajjeb li ssibha u tagħtiha lil", "ħaddieħor.", "Ziam żgur hekk jixtieq daqskemm iħobbhom lit-tfal.", "Nibda ngħidlu, 'Ziam itlob għat-tfal kollha li huma mardu.'", "Għalhekk, nhar il-Ġimgħa f'Xarabank ftakar f'Puttinu."], "title": "\"Nixtieq narah imqar għal 5 minuti biex ngħannqu\" - omm Ziam"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/qed-ngix-ajja-gdida-ta-talb-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fabrizio kuljum jaqra vers mill-Bibbja qabel ma jorqod u xħin iqum.", "Meta mistoqsi kif jinsab, Fabrizio jgħid, \"Nizzi ħajr lil Alla ninsab tajjeb ħafna u fil-paċi.\"", "Dlonk Peppi jistaqsih dwar kif sab lil Alla f'ħajtu.", "\"Jien dejjem kont nemmen f'Alla.", "Pero' dan l-aħħar sibtu u sibt il-paċi ġewwa fija.", "Illum il-ġurnata ma nistax ma naqrax vers mill-Bibbja qabel ma norqod u filgħodu xħin inqum.", "Ma jfissirx li sirt xi qaddis imma nħossni ħafna fil-paċi, u norqod u nqum aħjar.\"", "Minkejja l-problemi li ltaqa' magħhom, Fabrizio jgħid li l-ħajja trid tkompli.", "\"Il-ħajja trid tkompli.", "Il-ħajja mimlija nżul u tlajjiet.", "Pero' l-importanti li taffaċċja l-problema, tqum, tieħu", ", tagħmel sagrifiċċju, u bil-motivazzjoni u d-determinazzjoni terġa' ssib lilek innifsek u tħares 'il quddiem.\"", "Fabrizio se jkun magħna llejla f'Xarabank.", "Għalhekk titilfux!"], "title": "\"Qed ngħix ħajja ġdida ta' talb u trankwillita' kbira\" - Fabrizio"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/nigel-jorog-mill-isptar-u-ma-jsibx.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nigel, it-tifel li għamel trapjant tal-qalb wara 5 xhur l-Ingilterra jistenna qalb, joħroġ mill-isptar u ma jsibx appartament fejn joqgħod.", "\"Ċemplulna t-Tlieta li għadda u infurmawna li ħa jilliċenzjaw lil Nigel mill-isptar illum.", "Il-25 appartament li għandna kollha huma mimlijin u ma kienx hemm post għal Nigel.", "Imbagħad kien hemm familja Maltija, li tgħix l-Ingilterra, u meta ġiet tarana, kienet qaltilna li tixtieq tgħin lil Puttinu xi darba.", "Imbagħad ċempilnielha u saqsejnieha jekk hijiex lest li żżomm lil Nigel u aċċettat.", "It-trapjant li għamel Nigel huwa rari ħafna u ma jistax joqgħod ma' pazjenti oħrajn.", "Fil-verità l-pazjenti kollha ma jistgħux jaqsmu l-appartament tagħhom, minħabba li jkunu vulnerabbli,\" tgħidilna Angele Cuschieri, kelliema għal Puttinu Cares.", "Angele tappella għall-għajnuna tal-awtoritajiet.", "\"Li qed nitolbu l-għajnuna tal-awtoritajiet li għandhom kuntatt ma' nies u lesti jgħinuna nfittxu dawn l-appartamenti fiċ-ċentru ta' Londra.\" ittemm tgħidilna Angele.", "Nigel ġie operat f'Great Ormond Street Hospital u l-operazzjoni marret tajjeb."], "title": "Nigel joħroġ mill-Isptar u ma jsibx appartament fejn joqgħod"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/l-operazzjoni-fuq-ibni-rnexxiet-grazzi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-operazzjoni tal-", "tirnexxi fuq Dailyn.", "lbieraħ għamel operazzjoni", "li damet ma' 7 sigħat u nofs.", "Aħna tlabniekom titolbu għalih u, omm u missier Dailyn, Raisa u Carlos, jixtiequ jirringrazzjawkom.", "\"Ħafna nies bagħtuli li qed jitolbu għalih u nixtiequ nirringrazzjawhom talli ħasbu fih waqt l-operazzjoni.", "Kull min hu għaddej minn xi ħaġa simili, ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom u nibqgħu nitolbu.", "Puttinu għenna ħafna u ma nafx x'konna nagħmlu mingħajru.", "Itaffulek ħafna mill-uġigħ li jkollok.", "Żgur kienet tkun diffiċli, kieku ma kellniex l-għajnuna ta' Puttinu.", "Tkun qisek ġo dgħajsa, f'daqqa waħda tegħreq, u ssib lil xi ħadd min jgħinek.\"", "Għalhekk, nhar il-Ġimgħa f'Xarabank ftakar f'Puttinu."], "title": "\"L-operazzjoni fuq ibni rnexxiet ... grazzi tat-talb tagħkom\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/tagtih-stroke-fix-xhur-li-gaddew.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Renato jitkellem dwar dak li ġralu ftit ilu.", "\"Is-sena l-oħra kelli", "imma għall-grazzja t'Alla ninsab aħjar.", "Ma stajtx nitkellem.", "Għamilt 3 xhur terapija fejn fost l-oħrajn tgħallimt naqfel il-buttuna, nikteb u kelli nitgħallem kollox mill-bidu.", "Kienet esperjenza veru kerha.\"", "Jirrakkonta l-esperjenza li għadda minnha f'quddiesa.", "\"Kelli quddiesa, u minn wara l-i", "bdejt nibża' mmur waħdi.", "Ċempilt lil Mary Rose u ġiet miegħi.", "Ħassejt xi stramba jiena u nkanta.", "Inkanta u fl-istess ħin qed nisma' qisu lil xi ħaddieħor qed ikanta u mhux jiena.\"", "\"Minn din, tibda tapprezza kull ħin u kull mument għax meta jkollok nofs ġismek mejjet ma tista' tagħmel xejn.\"", "Illejla f'Xarabank Renato se jkun magħna jirrakkonta l-istorja tiegħu."], "title": "Tatu stroke fix-xhur li għaddew"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/cajta-tajba-jitnejku-bpeppi-azzopardi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Xi ħadd mhux magħruf tella' fuq Facebook reklam, għat-taparsi qed jagħmlu Peppi ta' Xarabank, ftit ħin wara li l-ħallelin daħlu f'The Point u ħarbu hekk kif ġew il-Pulizija.", "Jekk għandek xi ċajta tajba ibgħathielna."], "title": "Ċajta tajba, jiċċajtaw b'Peppi Azzopardi"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/wara-li-tani-panic-attack-tkeccejt-mix.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din l-istorja ta' żagħżugħ ta' 24 sena li għal dawn l-aħħar 7 sena ilu jbati mill-", "Wara li segwa l-programm ta' Xarabank fuq is-saħħa mentali u sema' lil Christabelle, li rebħet il-Eurovision Song Contest bid-diska Taboo u nħatret ambaxxatriċi għas-saħħa mentali, titkellem, dan iż-żagħżugħ ħass il-ħtieġa li jaqsam l-istorja tiegħu.", "Ta' sikwit kien iħoss dwejjaq kbar.", "Induna li kien qed ikun imdejjaq, avolja ma jafx għalfejn.", "Sakemm darba ddeċieda li jmur ifittex għall-għajnuna.", "\"Kont inħossni imdejjaq ħafna.", "Dwejjaq ma nafx minn fejn ġej u kelli stress kbir f'ħajti.", "Kont qed inħoss kollox nieżel fuqi biċċa biċċa.", "Spiċċajt li min ikellimni, nibilgħu jew nieħu għalija.", "Wara ħassejt il-ħtieġa li nfittex il-kura.", "Mort għand diversi professjonisti u maż-żmien indunajt li l-kura li jagħtik il-psikjatra għandek toħodha dejjem u kif sippost.\"", "Jgħidilna kif spiċċa tkeċċa mix-xogħol wara", ".", "\"Qabel ma dħalt naħdem ingħatajt ħafna taħriġ u ġejt assessjat medikament ħalli l-kumpanija li applikajt għaliha tkun taf jekk jgħoddx għalija x-xogħol.", "Din is-sejħa ngħatat lill-ETĊ speċifikament għall-persuni b'diżabilità.", "Aċċettawni imma ma domtx 3 ġimgħat fih.", "Mhux l-ewwel darba li s-superjuri tiegħi ġibduli l-attenzjoni li ma kontx produttiv biżżejjed.", "Wissewni wkoll fuq l-imġiba tiegħi u qaluli li l-problemi tiegħi m'għandix neħodhom miegħi fuq il-post tax-xogħol.", "Darba waqt ix-xogħol, tani", "u tlaqt mix-xogħol.", "Wara rċevejt telefonata li tkeċċejt mix-xogħol u qaluli li ma kienx jgħodd għalija.\"", "Jistqarr li l-problemi tas-saħħa ġġorrhom kullimkien.", "\"Il-problemi ta' saħħtek iġġorrhom kullimkien, anke fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk trid min jifhmek mija fil-mija għax inkella tkun qed tagħmel iktar ħsara milli ġid lilek innifsek.", "Kull persuna fid-dinja, għandha ssib xogħol adattat, irrevelanti l-kundizzjoni jew id-diżabilità tiegħu.", "Fid-dinja kull xogħol huwa bżonjuż u kulħadd għandu sehem x'jagħti.", "Min jiflaħ ħafna, jagħti ħafna u min jiflaħ ftit, jagħti ftit, kulħadd skont l-abbiltà tiegħu.\"", "Dan iż-żagħżugħ isostni li minħabba din il-kundizzjoni, ma tantx għandu ħbieb.", "\"Il-ħbiberija u s-soċjalizazzjoni huma ferm diffiċli biex takkwistahom għax min ikun miegħek ma jkunx jista' jifhem eżatt il-problemi li tkun għaddej minnhom.\"", "Jistqarr li l-mediċina hi utli, iżda jħoss il-bżonn li nies bħalu jiġu mifhuma iżjed.", "\"Li tqum mis-sodda diġà hi xi ħaġa kbira, meta tkun b'dipressjoni.", "Il-mediċina tgħin biex ittella' ftit il-moral, imma ta' madwarek iridu jifhmu tajjeb minn xiex tkun għaddej.", "Iridu jilbsu ż-żarbun tiegħek.", "Nixtieq li titqajjem iżjed kuxjenza biżżejjed għal min ibati minn saħħa mentali, b'diversi programmi oħra bħalma diġà ttella' dan l-aħħar.\"", "Illum dan iż-żagħżugħ qiegħed jaħdem u qed jingħata s-sapport mill-kollegi tiegħu.", "Itemm jgħid, \"Il-kundizzjoni tmur għall-aħjar, bil-kura, billi titkellem mal-professjonisti, li s-soċjetà jkollha iktar għarfien u fl-aħħar u mhux l-inqas, l-imħabba u l-paċjenzja li ħaddieħor għandu jkollu lejn min ibati b'dan il-mard biex ilkoll nimxu id f'id.", "Wara kollox il-ħajja bħal katina b'ħafna ħoloq.", "Jekk tinqata' waħda ma tibqax iktar sħiħa.\"", "Dan iż-żagħżugħ għandu xewqa kbira li jiltaqa' mal-ambaxxatriċi tas-saħħa mentali, Christabelle."], "title": "\"Wara li tani panic attack, tkeċċejt mix-xogħol\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/avenue-sky-jibilgu-din-ic-cajta-sa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iċ-ċajta l-ewwel kienet se ssir fuq Karl imma lilu konna għednielu lil Claudia mhux veru se tieħu għaliha biex iċ-ċajta tkun fuq il-membri l-oħra ta' Avenue Sky.", "Iċ-ċajta tibda b'Karl jimita lil Claudia Faniello.", "Jaqbad il-mowbajl u jibda jitkellem u jidħak bħalha.", "B'sorpriża, lil Karl inġibulu lil Claudia, minħabba li jammiraha, iżda din tidħol b'wiċċ diżappuntanti għall-aħħar.", "Tibda tinħass it-tensjoni.", "U jibda argument bejn Karl u Claudia.", "\"Għandi rogħda u qalbi qed tħabbat mija mija.", "Inti, Pepp, għedtlli sipposta ġejja għal sorpriża u nsib lil Karl jimitani.", "Umiljatni Karl għax ġibtni qisni raġel.", "Darb' oħra nimita lilek ħalli tara kif tħossok.\"", "U pront pront jaqbeż Karl.", "\"Skużani ma kinitx l-intenzjoni tiegħi.", "Niċċajta kont qiegħed.", "Pero' bħala persuna pubblika ma naħsibx li kellek tieħu għalik.", "Daqsxejn pastażata li qed twaqqagħni għaċ-ċajt u tumiljani quddiem in-nies kollha.", "Jiena qatt ma għedt li Claudia hija l-kantanta favorita tiegħi.", "Ira Losco hija l-kantanta favorita tiegħi.\"", "Sadanittant għadna qed nirrekordjaw u niddeċiedu li din il-parti nerġgħu nagħmluha.", "Karl minn wiċċu u minn kliemu xorta baqa' jħossu diżappuntat bir-reazzjoni ta' Claudia sakemm wara ftit tiddeċiedi li tgħidlu, \"Qed niċċajtaw miegħek!\"", "Pero' l-membri l-oħra ta' Avenue Sky u Claudia ma kinux jaf li Karl kien jaf li Claudia se tirreċta li ħadet għaliha.", "U f'daqqa waħda ċ-ċajta ddur fuqhom u pront pront jaqbeż Karl u jgħidilhom, \"Iċ-ċajta kienet kollha fuqkom għax kont naf biha!\""], "title": "Avenue Sky jibilgħu din iċ-ċajta sa griżmejhom!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/daqshekk-blazers-qomos-u-ingravajjet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-istudenti tal-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira warrbu l-", ", il-qomos u l-ingravajjet!", "Fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo tella'", "fejn staqsa lin-nies x'jaħsbu dwar l-idea li t-tfal jibdew imorru l-iskola bit-", "pulita minflok b'uniformi.", "Ħafna kienu dawk li qablu li t-tfal m'għandhomx jintbagħtu b'uniformi pulita.", "Fil-fatt, il-Kulleġġ ta' Stella Maris ħa l-inizjattiva u ħaseb minn qabel.", "Minn din is-sena skolastika li għadha kif bdiet, il-Kulleġġ nieda uniformi ġdida li hi differenti minn tas-soltu għax tneħħew il-", "il-qomos u l-ingravajet.", "Minflok, l-istudenti issa qed jilbsu ħwejjeġ iktar komdi u addatti aktar għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.", "Għalhekk, l-istudenti li jattendu dan il-kulleġġ għandhom uniformijiet iktar friski fis-sajf u iktar komdi fix-xitwa.", "Il-Kulleġġ jappella lill-iskejjel biex jimxu fuq il-passi tiegħu u jibdew it-triq lejn riforma serja fl-uniformijiet tat-tfal.", "Inti taqbel lit-tfal għandhom jilbsu uniformi pulita?", "Ikkummenta."], "title": "Daqshekk blazers, qomos u ingravajjet fil-Kulleġġ ta' Stella Maris"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/jerome-kien-talabni-nwiegdu-biex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jerome huwa ż-żagħżugħ li f'Ottubru li għadda tilef ħajtu bit-tielet kanċer.", "Martina u Jerome, koppja li kawża tal-kanċer, Puttinu laqqagħhom flimkien.", "5 xhur ilu, Martina tilfet lil Jerome wara li ħariġlu t-tielet kanċer.", "Bħal dan iż-żmien sena ilu, flimkien kienu qed jaħdmu għall-programm tal-Ġimgħa l-Kbira, fejn f'Xarabank ngħinu lil Puttinu.", "\"Bħal daż-żmien sena, Jerome u jiena konna qed nippjanaw u naħdmu ħafna flimkien mat-tim kollu għall-programm li jsir kull sena f'Xarabank fil-Ġimgħa l-Kbira li fih ngħinu lil Puttinu.", "L-istess Puttinu li għen lili u lil Jerome kontinwament fil-mumenti iebsa.\"", "Minkejja l-marda tiegħu, Jerome kellu missjoni, dik li jibqa' jgħin lil Puttinu.", "Jerome baqa' jappoġġja lil Puttinu sal-aħħar.", "Fil-fatt, ġimagħtejn qabel ma ħalliena, talabni biex niġbed filmat tagħna t-tnejn ħalli nħeġġu lin-nies jgħinu waqt il-maratona annwali ta' Puttinu.\"", "Jerome, xtaq li anke wara mewtu, Martina tibqa' tgħin.", "Din il-kelma żammitha u bħalissa Martina qiegħda fi triqtha lejn Malta.", "\"Kien qalli biex nwiegħdu lil jiġrilu x'jiġrilu, nibqa' ngħin lil Puttinu, bl-istess mod kif konna ngħinu aħna t-tnejn flimkien.\"", "Fil-fatt bħalissa Martina qiegħda fi triqtha lura l-ajruport lejn Malta, vjaġġ ta' 6 sigħat. \"", "Il-ħolma tiegħi li ngħin lil Puttinu kienet sa minn meta kont żgħira.", "Għalkemm iltqajt ma' Puttinu meta mradt, għedt li din hi opportunità li biha issa nista' nibda ngħinhom.", "Ma ħaristx lejn Puttinu għax jiena mradt, anzi dħalt iżjed għaliha għax nemmen li daqskemm nistgħu nifhmu lill-pazjenti aħna li għaddejna minnha, ma jista' jifhimhom ħadd.", "Irrid li ħaddieħor isib l-istess għajnuna li sibt jien u jekk hu possibbli jsib aħjar.\"", "Martina tħoss li għandha tibqa' tgħin biex issir differenza.", "\"Inħoss li għandi nibqa' ngħin biex nagħmlu l-ħajja ta' dawn in-nies iżjed faċli.", "Nibqa' ngħin billi nagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn.", "Nifhem li bħalissa Puttinu jkun impenjat ħafna, speċjalment biex is-Sibt jiġbru l-", "Għalhekk bħalissa ninsab fi triqti lejn Malta biex nagħti sehmi.", "Din id-darba mhux se ngħin f'ismi biss imma f'isem Jerome għax naf kemm Puttinu kien għal qalbu, u kemm flimkien konna naħdmu għalih.\"", "Martina twassal appell.", "\"Filwaqt li nirringrazzja lin-nies talli dejjem għeu lil Puttinu u sibthom dejjem warajja meta kelli bżonn, inħeġġiġhom biex jerġgħu jkunu hemm għal Puttinu.", "Dan sabiex nies oħra li huma fil-bżonn, u flimkien inwettqu l-ħolma ġdida ġewwa ċ-ċentru ta' Londra biex inkunu nistgħu nservu iżjed nies.\"", "Għalhekk nhar il-Ġimgħa, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu."], "title": "\"Jerome kien talabni nwiegħdu biex jiġrilu x'jiġrilu, jien nibqa' ngħin lil Puttinu\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/jawguralha-l-kursar-li-imitat-fuq-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-kantanti tal-Malta Eurovision Song Contest interpretaw lil diversi kantanti tal-Eurovision f'karozza tal-linja.", "F'waħda minn dawn il-", "spikkat ħafna Tiziana fejn imitat b'mod tajjeb ħafna lil Robert Meloni, li fl-2008 rrappreżenta lil Latvia bil-kanzunetta Pirates of the Sea.", "Dan ra lil Tiziana timitah, għoġbitu u bagħatilha dan il-messaġġ: \""], "title": "Jawguralha l-kursar li imitat fuq tal-linja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jeel-xahar-abs-galxejn-u-fidejna-gadna.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Raġel jeħel xahar ħabs għalxejn wara li nstab ħati li naqas milli jagħti l-manteniment lill-eksmara tiegħu.", "F'idejn għandna provi ċari ta' dokumenti li juru li r-raġel kien ħallas il-manteniment kollu u li dawn l-istess dokumenti kienu quddiem il-Maġistrat qabel ingħata s-sentenza ta' xahar ħabs.", "Xahar ħabs bla ebda ħtija.", "Dan ir-raġel, li ilu għaddej bil-każ tas-separazzjoni għal dawn l-aħħar 7 snin, instab ħati li naqas milli jagħti l-manteniment.", "\"Irċevejt taħrika li tgħid li jiena nqast milli nagħti l-manteniment għax-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu li għadda, ta' €250 kull xahar lill-eksmara tiegħi,\" jispjegalna r-raġel.", "Min-naħa tiegħu r-raġel isostni li huwa kien taha l-manteniment.", "\"Il-manteniment għal dawn ix-xhur tajthulha u kont ħallastha bil-quddiem.", "Fil-fatt f'Diċembru kont tajtha €500 li jkopru x-xhur ta' Jannar u Frar, u f'Marzu tajtha €500 li jkopru dak ix-xahar u x-xahar t'April,\" jgħidilna r-raġel waqt li ppreżentalna t-tranżizzjonijiet tal-bank.\"", "Dawn id-dokumenti originali kollha qegħdin f'idejna u juru li dan ir-raġel ħallas il-manteniment.", "Il-ġimgħa li għaddiet huwa kellu jidher il-Qorti biex iwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih.", "\"Tlajt il-Qorti u ġibt il-provi miegħi, billi ppreżentajt t-tranżizzjonijiet oriġinali tal-bank.", "Però spiċċajt neħel xahar ħabs,\" jistqarr ir-raġel huwa u jurina t-tranżizzjonijiet.", "Dan ir-ragel mhux biss weħel xahar ħabs iżda s-sentenza ma kinitx xahar ħabs sospiża imma xahar ħabs effettiv.", "Jekk ma jinstabx rimedju immedjat dan ir-raġel lest, b'wiċċu mikxuf jiġi f'Xarabank u jirrakkonta l-istorja inġusta li ġrat fil-konfront tiegħu.", "\"Aħna qed nistennew azzjoni immedjata biex din l-inġustizzja tissewwa,\" jgħidilna Mark Laurence Zammit, il-Maniġer ta' Xarabank."], "title": "Jeħel xahar ħabs għalxejn! U f'idejna għandna l-provi."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/aidan-kieku-xtagzel-tgaddi-d-diska.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Peppi saqsa din il-mistoqsija lil Aidan li għall-Malta Eurovision Song Contest qed jikkompeti b'żewġ kanzunetti, waħda tiegħu u oħra mal-grupp Avenue Sky.", "Aidan x'jagħżel, li tgħaddi tiegħu jew li tgħaddi l-kanzunetta li għandu ma' Avenue Sky?", "\"Fil-verita' nkun qed nigdeb jekk ngħid mhux il-kanzunetta tiegħi għax ktibt il-mużika u l-kliem jien.", "Iżda fil-verita' nkun qed nigdeb ukoll jekk ngħid li nixtieqx naqsam din l-esperjenza magħhom.\""], "title": "\"Aidan kieku x'tagħżel: Tgħaddi d-diska tiegħek jew id-diska tiegħek ma' Avenue Sky?\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/wieed-mill-aktar-nazzjonalisti-kritici.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dalgħodu kellimna ma' Wayne Hewitt.", "Hekk kif ilbieraħ spiċċa d-diskors tal-", ", Wayne Hewitt, kandidat tal-Partit Nazzjonalista u kritiku kbir tal-Labour jikteb fuq Facebook \"", "tajjeb\".", "F'daqqa waħda, dawk li s-soltu jgħajruh dwar kemm huwa negattiv u kemm \"jobgħod lil tal-Labour\" ħarġu jgħidulu prosit, fosthom Tessie Caruana.", "U hawn jaqbżu n-Nazzjonalisti li nħarqu jisimgħu wieħed minn tagħhom ifaħħar il-", ", ma jikkritika xejn u jgħid li huwa", "tajjeb.", "Simon Muscat jgħidlu:", "U mill-ewwel iwieġeb Hewitt u jibqa' jinsisti li l-", "huwa tajjeb.", "Jidħol fix-xena Franco Debono li fil-kampanja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien kritiku ħafna ta' Delia.", "Jagħti parir b'xejn lil Wayne Hewitt.", "U, għaġeb tal-għeġubijiet, Wayne Hewitt jaqbel ma' Franco.", "Pauline Falzon ma tiflaħx tisma' lil Wayne jfaħħar il-", "u titlobu ma jibqax ipaxxi lil-Laburisti.", "Saħansitra Kareem Spiteri jgħid lil Hewitt li jmur mal-Labour.", "Interessanti li Kareem juża l-kliem li Kristu uża ma' Ġuda fl-aħħar ċena qabel ma ttradieh.", "Wayne Hewitt bħal donnu ma jistax jemmen li għax fettilu jgħid li l-", "huwa tajjeb kien se jkollu dan il-", "hekk negattiv.", "Tkellimna ma' Wayne Hewitt.", "\"X'taqbad tikkritika fil-", ".", "Forsi tista' tgħid li hemm affarijiet nieqsa bħal Għawdex imma l-", "huwa tajjeb u nkunu diżonesti jekk ngħidu li huwa", "ħażin u l-element tas-", "huwa xi ħaġa pożittiva f'dan il-pajjiż.\"", "\"Qabel jiena stess ikkritikajt is-", "għax ma kienx hemm investiment imma issa jidher minn dan il-Baġit li l-Partit Laburista ħa l-kritika tal-Partit Nazzjonalista u f'dan il-", "qed jinvesti fl-infrastruttura,\" jgħid Hewitt.", "Nistaqsu lil Hewitt jekk dawn il-kummenti humiex ispirati mill-antipatija li għandu għall-Kap il-ġdid Adrian Delia.", "Wayne Hewitt iwieġeb:", "\"Li ma għandniex grazzja ma' Deli mhux xi sigriet imma jekk huwa n-", "irridu nibdew ma nikkritikawx biss u nkunu prepożittivi.\""], "title": "Wieħed mill-aktar Nazzjonalisti kritiċi ta' dan il-Gvern jgħid li l-Budget huwa tajjeb"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/balissa-dan-it-tifel-malti-qed-issirlu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dailyn bħalissa qiegħed l-Ingilterra u qed issirlu", "tal-qalb.", "Dailyn twieled b'toqba f'qalbu u kien qed imut.", "Fi tliet ijiem kellhom isiefruh għax ġurnata wara ġurnata kien qed jiggrava.", "Bħalissa, dan il-ħin, qed issir l-operazzjoni biex Dailyn jimxi 'l quddiem.", "Aħna tkellimna ma' Raisa, omm Dailyn li tgħidilna li bħalissa tixtieq li kulħadd jitlob għal binha.", "\"Bħalissa ninsabu emozzjonati ħafna.", "Ftit ħin ilu raqduh.", "Din weġgħa kbira tara lit-tfal tiegħek jgħaddu minn dan kollu.", "Nixtieq li jitolbu għalih.", "Nixtieq li kull min hu għaddej minn sitwazzjoni simili jagħmel kuraġġ.\"", "Tappella biex nhar il-Ġimgħa, in-nies jgħinu lil Puttinu.", "\"Ċemplu ħalli ngħinu lil dawn it-tfal għax verament għandhom bżonn l-għajnuna ta' Puttinu.", "Kieku m'hemmx Puttinu ma nafx x'naqbad nagħmel.", "Huma ta' spalla u ta' sapport kbir.\"", "Li tista' tagħmel bħalissa huwa li titlob għalih u li tagħfas 'share' biex ħaddieħor jagħmel bħalek.", "Nhar il-Ġimgħa, f'Xarabank ftakar f'Puttinu."], "title": "Bħalissa dan it-tifel Malti qed issirlu bypass"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/il-ajja-sesswali-ta-joe-george.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Liema kanzunetta Maltija tiddeskrivi s-sitwazzjoni sesswali ta' Joe George?", "F'Xarabank Peppi staqsa diversi mistoqsijiet, fosthom din il-mistoqsija saqsieha lil Joe George, missier Richard.", "U x'weġibna?", "Pront pront qabadha u beda jkantalna: \"Nirringrazzja lill-Mulej, illi sa issa għadni għaddej, kieku tafu x'għamilt jien matul il-lejl.\""], "title": "Il-ħajja sesswali ta' Joe George f'kanzunetta Maltija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/dan-ir-ragel-jixtieq-li-jmut-tat-gvern_9.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Waqt li raġel pensjonant kien qed jitkellem ma raġel ieħor qallu, \"Nixtieq immut taħt in-Nazzjonalisti...\".", "...Ir-raġel staqsa lill-pensjonant għalfejn qed jgħid hekk, u dan wieġbu \"Għax ifisser li baqagħli ħafna ħaj\".", "Din hija ċajta li kiteb fuq Facebook Etienne St John iżjed kmieni illum."], "title": "Dan ir-raġel jixtieq li jmut taħt gvern Nazzjonalista."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/bil-filmat-23-sena-ilu-kkonvertejt-u-s.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jesmond.", "Sena ilu jimrad bil-kanċer.", "\"F'Jannar tas-sena l-oħra ħassejt boċċa taħt spallti li bdiet tikber.", "F'jum minnhom kont muġugħ ħafna li mort għand it-tabib.", "Ħaduli", "u rrizulta li għandi kanċer.", "Bdejt il-kimoterpija u f'Settembru li għadda mort l-Ingilterrra fejn għamilt it-trapjant.", "Għamilt 3 xhur ngħix fil-", "ta' Puttinu u bħalissa għadni taħt osservazzjoni.\"", "Jgħidilna x'ħass meta sar jaf bl-aħbar li marad.", "\"Xokk kbir.", "Ħadd ma jobsorha li xi ħaġa bħal din tiġi fuqek.", "Ħafna jgħidu li tkun waqgħet id-dinja fuqhom, però dak il-ħin moħħi ma bediex jaħseb.", "Bdejt nipprova naċċetta l-aħbar iżda xorta kelli l-biża' li ma nafx x'se jiġri minni.", "Ta' madwari wkoll ħadu xokk, però pprovaw ma jurunix biex jagħmluli kuraġġ.\"", "23 sena ilu, Jesmond kien il-", "ħabs meta", "esperjenza lil Ġesù f'ħajtu.", "Din għenitu fil-marda tiegħu.", "\"Il-passat tiegħi kien differenti mil-lum.", "Kelli esperjenza ta' ħabs u kien f'dak il-post li esperjenzajt lil Kristu.", "Kien ġie grupp ta' talb li ġie jagħmlilna ikla.", "Ħafna bdew jaqsmu t-testimonjanzi tagħhom dwar kif iltaqgħu ma' Kristu f'ħajjithom u fihom rajt xi ħaġa li ma kinitx fija.", "Dik ridtha u fl-istess waqt bdejt ngħid li ma stajtx nibqa' hekk.\"", "\"Ġesù ħabbatli u tant kemm kienet qawwija dik it-taħbita, li aċċettajt l-offerta ta' Kristu u minn hemm 'il quddiem ma ħaristx lura.", "Li esperjenzajt lil Ġesù f'ħajti din għenitni.", "Nitolbu biex jgħinni u tajtu kelmti li jien se nintelaq f'idejh.\"", "Jistqarr li Puttinu kien is-salvauomo waqt il-marda.", "\"Puttinu jgħinek ħafna, kien qisu s-salvauomo tiegħi.", "Puttinu jidħol fis-sitwazzjoni tiegħek u jagħtik tama u l-kuraġġ, u joħdlok ħsieb biċċa xogħol kbira; il-post fejn toqgħod.\"", "Jesmond iwassal appell.", "\"Nappella lin-nies biex jgħinu nhar il-Ġimgħa f'Xarabank għax ikun ideali li jinbnew il-flats fiċ-ċentru ta' Londra.", "Ma jgħinx li n-nies ikollhom bżonn jivvjaġġaw sagħtejn 'l hemm u sagħtejn lura, iktar u iktar jekk ikunu għadhom kemm ħadu t-treatment.\"", "Nhar il", "-Ġimgħa f'Xarabank, ftakar f'Puttinu."], "title": "BIL-FILMAT: \"23 sena ilu kkonvertejt u s-sena l-oħra qabadni kanċer\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jekk-jinstab-li-gandi-flus-barra-minn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan huwa l-kliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia, ftit tal-ħin ilu waqt Xarabank, meta Peppi staqsieh dwar l-allegazzjonijiet li ħarġu fuqu fil-midja fil-ġimgħat li għaddew.", "\"Jekk jinstab li għandi flus barra minn Malta nirreżenja kompletament, għax m'għandix,\" qal Dr Delia meta Peppi beda jistaqsih jekk jirriżenjax fl-eventwalità li tinstab li għandu xi irregolarità.", "Peppi staqsieh ukoll jekk lestx imur l-bord tal-etika tal-Partit Nazzjonali u jitlob jieħdu l-ħin u jinvestigaw.", "Huwa jwieġeb li jekk hemm xi ħadd li jrid jinvestiga ma għandux problema.", "Dawn il-mistoqsijiet kienu wħud minn sensiela ta' mistoqsijiet f'intervista", "li Peppi għamel lil Dr Adrian Delia f'Xarabank tal-lejla.", "Kif nagħmlu kull meta jilħaq xi ħadd fit-tmexxija, anke llum għandna magħna lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lil martu, u ġew live fil-programm eżatt wara li Dr Delia ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni fil-Palazz tal-President, fil-Belt.", "Fost l-oħrajn, illejla se nurukom x'ġara meta morna nqattgħu ġurnata mal-familja Delia, se nurukom biċċiet mill-filmat tat-tieġ ta' Adrian u Nickie u se ssiru tafuhom b'mod li qatt ma kontu tafuhom qabel.", "Illejla, Xarabank arah sal-aħħar!"], "title": "\"Jekk jinstab li għandi flus barra minn Malta nirriżenja kompletament\" - Dr Adrian Delia"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/daniel-testa-jawgura-lil-miriana-conte.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Miriana jgħoġobha ħafna Daniel Testa u għaddilha messaġġ ta' awgurju.", "\"Hello Miriana.", "Smajna li inti fan ta' Bay Breakfast u fan tiegħi.", "Pero' ridt ngħidlek good luck kbira u anke mingħand Ylenia għall-Eurovision.", "U good luck ukoll lill-parteċipanti kollha.", "Good luck bid-diska tiegħek Rocket.", "Nisperaw li tmur tajjeb ħafna.", "Smajt ukoll li tixtieq li nagħmlu xi kanzunetta.", "Meta tkun trid għidli u nirrangaw.\""], "title": "Daniel Testa jawgura lil Miriana Conte"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/ara-galfejn-din-il-mara-maltija-gadha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Sarah hija omm Maltija li ftit jiem ilu ċemplulha minn Londra u qalulha li r-Reġina Eliżabetta II tixtieq tagħtiha unur għax-xogħol li qed tagħmel.", "Sarah hija omm Jacob - iż-żagħżugħ magħruf bħala", "Jacob kellu infezzjoni f'moħħu li kważi qatlitu.", "Imma b'enerġija u kuraġġ enormi, ommu Sarah baqgħet miegħu sakemm bis-saħħa tal-kura, illum Jacob għaddielu u jgħix ħajja normali.", "Imma r-Reġina ma tatx l-unur lil Sarah għal daqshekk biss.", "Sarah timpressjonak l-aktar għaliex flok qagħdet bi kwietha d-dar, wara l-esperjenza li għaddiet minnha mat-tifel tagħha, waqqfet l-għaqda", "L-iskop ta' din l-għaqda kien li tgħin u tagħti ispirazzjoni b'diversi modi lil min hu marid.", "U wieħed minn dawk il-modi kienet li twettaq xewqa kbira ta' binha Jacob - dik li jiftaħ u jmexxi kafetterija.", "Aħna tkellimna ma' Sarah li ftit jiem ilu rċeviet mir-Reġina nfisha l-unur imsejjaħ", "li jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb li jagħmlu n-nies fil-komunità fejn jgħixu.", "Sarah ma' binha Jacob fil-kafetterija \"Jacob's Brew\" (Ritratt: Mark Zammit Cordina)", "\"Inħossni verament grata li rbaħt dan il-premju.", "Mhux għax irċevejtu jiena personalment, imma għaliex ġew rikonoxxuti d-dedikazzjoni ta' familti u n-nies li dejjem appoġġjawna f'dak li qed nagħmlu,\" qaltilna Sarah.", "Sarah mal-unur iffirmat mir-Reġina nfisha", "Tgħidilna li l-premju, apparti li jagħti kredibbiltà lil NGO", ", qed ifakkarha li qed twettaq il-missjoni tagħha b'mod tajjeb.", "\"Darba qaluli li kulma jiġri f'ħajjitna, jiġri għal raġuni.", "Meta rnexxielna ngħaddu mill-maltempata ta' Jacob kont determinata li dik l-esperjenza nagħmilha r-raġuni għalfejn għandi nagħmel differenza,\" qaltilna.", "\"Kulma għamilna sar b'ħafna sagrifiċċji u kien hemm waqtiet meta ħassejna li se naqtgħu qalbna, però issa dan il-premju qed ifakkarni li mexjin fit-triq it-tajba u qed jimmotivani biex", "niftaħ proġetti fil-futur li jgħinu lil dawk il-familji li qed jaffaċċjaw trawma", "Sarah kienet qed tkellimna minn ġol-kafetterija tat-tifel tagħha", ".", "Għax iva, dik il-kafetterija li kienet il-ħolma ta' Jacob, irnexxielhom jibnuha wkoll, grazzi għal żewġ żviluppaturi Maltin tal-propjetà - Chris u Erskine - li semgħu b'din l-istorja ta' Jacob u ssieħbu fil-ħolma tiegħu u ommu u ddeċidew li mill-qligħ tal-kumpanija tagħhom - Best Deal Properties - jibnu l-kafetterija u jħallsu l-ispejjeż kollha biex jarmawha bl-aħħar teknoloġija.", "Aħna tkellimna ma' Erskine wkoll.", "\"Introduċewni mal-familja ta' Jacob u qaluli bil-ħolma ta' Jacob li jixtieq ikollu ħanut tiegħu.", "Il-binja kienet lesta, imma kienet vojta, u allura aħna ddeċidejna li nagħmlu x-xogħol kollu fuq ġewwa, għax dik hi l-linja tagħna,\" qalilna Erskine.", "\"Wieħed mill-akbar mumenti ta' sodisfazzjon li qatt kelli f'ħajti kien meta lestejnieha u ħarisa lejn it-tbissima fuq wiċċ Jacob u Sarah.\"", "Illum il-ġurnata, Erskine u Chris huma tnejn mill-aktar żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba x-xogħol professjonali tagħhom fil-proġetti ta' kostruzzjoni li jagħmlu madwar Malta u Għawdex.", "Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq is-", "sit tagħhom", ", u anke fuq il-paġna ta'", "Facebook tagħhom"], "title": "Ara għalfejn din il-mara Maltija għadha kif irċeviet unur kbir mingħand ir-Reġina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/gamilna-prova-gat-tieg-ta-christabelle.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tieġ ta' Christabelle u Jordan jinsab ftit xhur 'il bogħod u għamilna prova tagħha.", "F'Xarabank Christabelle spjegatilna kif se titlef l-indipendenza tagħha fl-indipendenza.", "Bla ma kienet taf, ippreparajna kollox, il-qniepen, il-mantell, it-tapit l-aħmar, il-kejk u l-bukkett!", "U f'temp ta' ftit sekondi, għamilna prova tat-tieġ live f'Xarabank!", "U Peppi pprepara poeżija qasira għal din l-okkażjoni:", "Nilqa' magħna lil Christabelle u lil Jordan", "li nnammra magħha", "Hi se twiegħed li se tkun tiegħu", "u hu se jwegħedha li jkun tagħha", "Jordan kalm u frisk daqs ħassa,", "hi f'ġisimha m'għandhiex kwiet", "U hu jkun għadu kif se jibda,", "u hi diġa' tkun lestiet", "Imma t-tnejn f'ġirja sabiħa", "u f'telieqa m'għandhiex ħin", "ta' minn minnhom jirnexxilu", "jħobb l-aktar lil xulxin"], "title": "Għamilna prova għat-tieġ ta' Christabelle"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/insellmulek-jerome.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Insellmu lil Jerome bil-poeżija li kiteb Peppi Azzopardi.", "Jerome jiena ma nifhmekx", "Kif saħħtek tmur għall-agħar", "U xorta kont tmur tgħinhom", "Lit-tfal ġewwa l-isptar", "Kif kont titlob f'Ta' Pinu", "Flok hekk titlob għal saħħtek", "Kont titlob għal Puttinu", "Jerom għid, kif tagħmilha", "Jiena b'riħ u se jgħaddili", "Flok nagħmel kuraġġ lilek", "Inti tagħmel kuraġġ lili", "Jerome spjegali naqra", "Kif qatt ma gergirt f'xejn", "Bqajt tfaħħar lill-Mulej", "Kif inti l-eroj tagħna", "Dagħodu tlaqt għal dejjem", "Jew inti se tibqa' magħna?", "Jerome se tibqa' magħna", "Għax i-valuri tiegħek", "Inġorrhom kullimkien"], "title": "Insellmulek, Jerome"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/bil-filmat-titwaqqaf-il-muzika-gal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Daryl Aloisio huwa s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f'inċident bil-mutur it-Tnejn li għadda.", "Waqt l-ewwel party ta' DJ Ryan Spiteri għal din is-sena twaqqfet il-mużika għal minuta biex jitfakkar Daryl.", "Matul din il-minuta, in-nies preżenti xegħlu tip ta' dawl, u malli ntemmet din il-minuta ndaqqet id-diska famuża", "L-Erbgħa li għadda, Ryan Spiteri qalilna kif il-kelma 'mewt' kienet waħda mill-kliem li qallu Daryl qabel l-inċident.", "Araw din il-minuta silenzjuża hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMAT: Titwaqqaf il-mużika għal minuta biex jitfakkar Daryl"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/cherylis-ipproponiet-lil-kimberly-biex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Cherylis ipproponiet lit-tfajla tagħha Kimberly biex tiżżewwiġha.", "Cherylis, minn Dwett, tispjegalna kif kienu l-Italja meta pproponitilha.", "\"Ftehmna li ħa mmorru vaganza u kont ilni ngħid li rrid nagħmilha.", "Sibt il-kuraġġ u pproponejtilha quddiem il-Fontana di Trevi.\"", "U Kim tgħidilha iva!", "Fuq is-sufan kellna magħna lil omm Cherylis li tgħidilna li tħobbhom kif tħobb lit-tnejn li huma.", "\"Meta jiġġieldu ma nżomm ma' ħadd.", "Ma nistax nindaħal u noqgħod lura.", "Inħobbhom lit-tnejn li huma.\""], "title": "Cherylis ipproponiet lil Kimberly biex tiżżewwiġha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/ma-nergax-nagmel-l-esperjenza-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nickie De Fremeaux tistqarr li ma terġax tagħmel l-esperjenza li kellha matul il-kampanja għall-ħatra ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Waqt Xarabank, Nickie Vella De Fremeaux tgħid: \"Ngħidlek le, ma nagħmilhiex.", "Kien hemm ħafna stress fuq il-familja u kellna nagħmlu ħafna sagrifiċċji.", "Jiena minn dejjem kont persuna pubblika, ngħin lin-nies bi bżonnijiet soċjali, nisa msawta imma l-kampanja kienet xi ħaġa negattiva minħabba dak li kienu qed jgħidu n-nies.", "Però llum kburija li qiegħda hawn u li r-raġel tiegħi sar il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Bħala persuna minn dejjem kelli opinjoni u se nibqa' ngħin lin-nies.\"", "Meta mistoqsija x'ħasset ftit minuti wara l-ġurament tal-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Vella De Fremeaux tgħidilna li kienet inkwetata fuq l-imġiba tat-tfal.", "\"Però għadni qed ngħix f'ħolma u lanqas naf x'laqatni,\" iżżid tgħid Nickie Vella De Fremeaux.", "Spjegatilna li Adrian Delia kien jgħidilha li jrid joħroġ għall-politika.", "\"Kien jgħidli xi darba noħroġ għall-politika u jiena kont ngħidlu li jekk toħroġ, nitilqek.", "Illum żgur li ma nitilqux avolja ħareġ għall-politika.", "Meta l-Partit Nazzjonalista għadda minn żewġ telfiet kbar, għedtlu li huwa biss jista' jsalva l-Partit,\" tgħidilna Nickie Vella De Fremeaux.", "Tispjega li ma kinitx taf li se jirbaħ l-elezzjoni għall-ħatra ta' kap tal-Partit Nazzjonalista.", "\"Kont mija fil-mija li se mmur lura d-dar u ngħix ħajja normali.\"", "Dwar li l-għala għalqet Facebook, Nickie tistqarr li ma għalqitux minħabba l-politika.", "\"Għalaqtu meta Adrian iddeċieda li joħroġ bħala kandidati.", "Bdejt nirċievi messaġġi ta' theddid fuq it-tfal u fuq ir-raġel, u ma flaħtx in-negattività.", "Jiena kelli", "u għedt m'għandix bżonn in-nies jgħiduli dawk l-affarijiet u għalhekk għalaqtu.\""], "title": "\"Ma nerġax nagħmel l-esperjenza li għaddejt minnha fil-kampanja\" - Nickie Vella De Fremeaux"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/dan-it-tifel-malti-meta-jorqod-jinsa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iċ-ċkejken Mason għandu marda serja u rari ħafna.", "Meta Mason jorqod jinsa jieħu n-nifs u allura dejjem fil-periklu tal-mewt.", "Ommu Daniela u missieru Malcolm qegħdin l-isptar l-Ingilterra ma' binhom għall-kura.", "Ommu tirrakkonta x'ġara ftit minuti wara li twieled Mason.", "\"Jien ma indunajt b'xejn għax kont għadni taħt l-effett tal-loppju.", "It-tobba indunaw.", "It-tifel ġie blu u beda jiġġieled għal ħajtu għax kull darba li jorqod beda jinsa jieħu n-nifs.\"", "Iżid jgħid Malcolm, \"Indunajt li ġara xi ħaġa ħażina għax qaluli li jekk ikun kollox sew jagħtuni l-", "wara kwarta u wara kwarta ma wasalx.\"", "Daniela tistqarr, \"Ħafna iebsa għax tipprepara kollox, ikollok kollox lest, id-dar qatt ma ħadtu u s'issa", "għadu qatt ma ħareġ mill-isptar u lanqas jaf x'inhi l-ħajja ta' barra.\"", "Mingħajr il-magni speċjalizzati fl-Ingilterra, Mason ma jistax jgħix.", "\"Fil-fond ta' qalbi jibqagħli xorta x-xewqa li jfiqli kompletament.", "Naf li impossibbli imma xorta nitlob li xi darba jfiq kompletament.", "Dik il-ħaġa ibni jorqod fuqi u rrid inqabbad din il-magna, inħossha bħal ħaġa li qed tifred il-", "ta' bejnietna.", "Nixtieq li xi darba ma jkollux bżonn dik il-magna u jkun jista' jorqod bħalna normali.\"", "Biex isalvaw il-ħajja tat-tifel tagħhom omm u missier Mason kellhom imorru jgħixu l-Ingilterra u jistgħu jdumu sa 8 snin hemmhekk.", "Immaġinaw kieku ma kienx hemm Puttinu.", "\"Puttinu huwa t'għajnuna kbira.", "Meta konna qalb dak il-ġenn, sibna għajnuna kbira mingħandhom.\"", "Nhar il-Ġimgħa l-Kbira f'Xarabank ftakar f'Puttinu."], "title": "Dan it-tifel Malti meta jorqod jinsa jieħu n-nifs"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/il-kugini-ta-brooke-jawgurawlha-mill.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-kuġini ta' Brooke jibgħatulha messaġġ ta' awgurju mill-Awstralja.", "Fil-programm lil Brooke tajnieh sorpriża u din tibda minn Josephine Zammit Cordina tiftaħ il-programm tagħha Waltzing Matilda.", "\"Insellmilkom u niltaqgħkom għal din l-edizzjoni tal-programm Waltzing Matilda.", "Nistgħu ngħidu li permezz ta' dan il-programm inkunu nafu iktar dwar il-komunita' Maltija fl-Awstralja.", "Intant nagħtu bidu għall-edizzjoni tal-lum b'dan is-servizz li ġej.\"", "Pront pront jitfaċċaw il-kuġini tagħha u jgħidulha: \""], "title": "Il-kuġini ta' Brooke jawgurawlha mill-Awstralja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/ta-37-sena-taqbdu-marda-serja-u-jibda.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan Marc Vlemmix.", "Ta' 37 sena taqbdu l-", "L-ewwel sintomi tfaċċaw f'idu.", "\"Idi x-xellugija bdiet tibbies u ma stajtx inċaqlaq sew is-swaba'.", "Minn hemm bdiet il-problema.", "Għamilt ftit riċerka l-isptar biex nara x'kienet il-problema imma ma sabu xejn.", "Allura għedt li din se tmur waħedha imma ma marritx.", "Minn id imbagħad timxi lejn id-driegħ u minn hemm marret lejn sieqi.", "Il-vuċi tiegħi ġiet affettwata wkoll.", "Imbagħad meta rajna hekk, għedna hemm xi ħaġa ħafna ħażina,\" jispjega Marc.", "Ħames snin wara lil Marc jgħidulu li għandu l-", "u din tibda tipprogressa.", "\"Bil-mod il-mod, il-", "bdiet tieħu kontroll ta' ġismi.", "Naħseb kien lejn l-aħħar tal-2012, meta kont bilqiegħda fuq is-sufan id-dar u ma stajtx niċċaqlaq u nqum iżjed beix nagħmel ħaġa, għedt li deċiżjoni waħda stajt nieħu; jew nagħmel xi ħaġa jew xejn.\"", "Dak iż-żmien Marc kien direttur ta' kumpanija ta' żfin.", "Minn hemm tiġih l-idea li jibda jiżfen u jibda jgħallem iż-żfin lin-nies morda bil-", "e. U Marc iwaqqaf l-organizzazzjoni Dance for Health.", "\"Ġietni l-idea li ż-żfin jista' jkun is-soluzzjoni għalija.", "Minħabba li kont imdawwar minn żeffiena li jipprattikaw kull filgħodu biex jagħtu prestazzjoni sabiħa kull lejla.", "Allura ġietni l-idea li nuża ż-żfin biex nipprattika u hekk bdejt nagħmel.", "L-ewwel lezzjoni li għamilt fl-istudio tiegħi kienet tal-għaġeb.", "Mort għal din il-lezzjoni taż-żfin u fih tiġri xi ħaġa maġika,\" jistqarr Marc.", "Marc jgħid li ż-żfin huwa mediċina.", "\"Minbarra l-mediċina, iż-żfin huwa t'għajnuna kbira u forsi mediċina biex tibqa' għaddej.", "Għaliex kull filgħodu, naħdem fuq il-bilanċ tiegħi u nista' nżomm il-bilanċ tiegħu fuq sieqi, nista' naħdem fuq il-qagħda tiegħi, allura qed jgħinek fiżikament imma ż-żfin huwa iktar minn hekk.", "Iż-żfin huwa wkoll forma ta' arti.", "Hija espressjoni tal-emozzjonijiet tiegħek f'ambjent soċjali ma' nies oħra li għandhom l-istess problema li qed taffaċċja inti.", "Allura m'għandek għalfejn tispjega xejn lil ħadd.", "Huwa l-post fejn verament tista' tkun inti.", "Iż-żfin huwa fiżiku, emozzjonali u soċjali.", "Huwa kollox,\" itemm jgħidilna Marc.", "Jekk ispirak, ixxerjah biex tispira lil ħaddieħor.", "Muntaġġ: Andrew Borg Carbott"], "title": "BIL-FILMAT: Ta' 37 sena taqbdu marda serja u jibda jiżfen"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/03/bl-gajnuna-tommhom-dawn-iz-zewg.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Sarah u Victoria, żewġ tfajliet li mardu bil-kanċer.", "Ftit taż-żmien ilu ltqajna ma' Sarah.", "\"Għall-bidu ħadtha naqra bil-kbira.", "Ovvjament ħa teħodha bil-kbira sakemm tidra imma qisni għamilt kuraġġ.\"", "Fl-istess żmien sirna nafu lil Victoria.", "\"Missieri hekk miet.", "Għaddieli.", "Erġajt ħadt ħajti lura, bdejt naħdem, nagħmel affarijiet sbieħ li kulħadd iħobb jagħmilhom u erġajt imradt.\"", "Għal Victoria u Sarah ma kinitx faċli.", "Sarah tgħidilna, \"", "Ommi ħaditha ħażin.", "Anke jien ħadtha ħażin.", "Iktar minħabba xagħri ħadtha ħażin imma naf li ħa jerġa' jitla' fuqha.", "Imma nixtieq nagħmel kuraġġ għax hawn affarijiet .", "Mhux għax ġralek hekk, taqta' qalbek fuqha.", "Trid tkompli tiġġildilha l-ħaġa.", "Trid tagħmel kuraġġ u trid taċċetta u tħobb lilek innifsek mhux qisek iżżomm lura u toqgħod tistaħba.", "Jiena xtaqt nidher biex ngħaddi l-messaġġ tiegħi:", "Bint Victoria ta' 6 snin, il-ħin kollu taħseb fiha. \"", "It-tifla ż-żgħira taqsamli qalbi meta tgħidli, \"Imma inti ħa tmut?\"", "U dik il-kelma ma niflaħhiex.", "Ngħidilha, \"Jiena ħa nibqa' miegħek għal dejjem.\"", "U tgħidli biex nagħmlilha", ".", "Tiġi tiċċekkjani billejl biex tara jekk m'iniex", "u dik tweġġagħni ħafna.", "Però xorta mhux se naqta' qalbi.", "Insejjaħ lili nnifsi suldata u", "kbira, li hemm it-tfal li għandhom bżonni u ħa ngħix għalihom sakemm jikbru u jixjieħ.", "Ftit ġimgħat ilu, fl-istess żmien Sarah u Victoria jingħataw l-aħbar.", "\"Ċempluli għar-riżultat.", "Bdejt nitriegħed mill-ewwel u bdejt nistaqsi lili nnifsi, 'Tgħid tajbin?", "Tgħid le?'", "It-tabib qalli biex niġi għax iridu jkellmuni.", "Ġiet ommi miegħi u bdejt ngħidilha, 'Min jaf.", "Min jaf.'", "Dħalt u qalli, '", "'.", "Xħin qalli hekk infqajt nibki u nwerżaq.", "Qalli, '", "'.", "Jiġifieri fiqt.", "It-tfal kienu l-iskola u bdejt ngħid, min jaf x'se jgħidu.", "Għedtilhom, 'Fiqt.", "Ħa nibqa' magħkom.", "Żammejtha l-wegħda',\" tgħidilna Victoria.", "Sarah tgħidilna, \"Ħadt gost li kkonfermali li kollox", ".", "Ommi wkoll ferħet għax ġiet miegħi.", "Ħassitha se ttir bil-ferħ.\"", "Bl-għajnuna t'ommhom dawn iż-żewġ tfajliet sabu l-kuraġġ biex jiġġieldu l-kanċer.", "Victoria twassal messaġġ lil ommha.", "\"Ma grazzi ta' kulma tagħmel miegħi.", "Taf kemm inħobbok.", "Ħa nibqa' hemm ngħinek u inti tgħin lili, u l-iktar omm naħseb b'qalb tad-deheb għalija.", "Grazzi ta' kollox.\"", "U anke Sarah twassal messaġġ lil ommha.", "\"Ma nħobbok ħafna.", "Minn qalbi qed ngħidlek.", "Għalkemm niġġieldu, taf jien dejjem hawn għalik.\"", "Nhar il-Ġimgħa l-Kbira f'Xarabank ftakar f'Puttinu."], "title": "Bl-għajnuna t'ommhom dawn iż-żewġ tfajliet sabu l-kuraġġ biex jiġġieldu l-kanċer"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/02/omm-petra-gaddiet-minn-kancer-tas-sider.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Omm Petra għaddiet minn kanċer iżda matul din il-marda baqgħet pozittiva.", "F'Xarabank, Petra tgħidilna li dak kien iż-żmien li ma kienx faċli.", "\"Hija l-persuna li l-iktar li nħobb u li tiġi darba fost oħrajn u tgħidlek, 'Għandi boċċa.", "Ejja ħossha għax qed inħossha iebsa,' mhijiex faċli.", "F'moħħok tibda taħseb li jista' jkun kanċer.", "Xħin jiġu u jgħidulek li kanċer imbagħad tikkontrolla.", "Imma tant hi kuraġġuża li bla ma trid tagħmillek il-kuraġġ.\"", "Ommha tistqarr li baqgħet pożittiva għaliex temmen li din tgħin f'kollox u li llum tinsab tajba."], "title": "Omm Petra għaddiet minn kanċer tas-sider"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/jekk-tkun-wieqaf-fit-traffic-tista-tuza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk tkun wieqaf fit-traffiku, anke għal aktar minn 25 minuta, xorta ma tistax tuża l-mowbajl.", "\"Huwa illegali li wieħed isuq karozza jew vettura oħra waqt li jżomm f'idejh jew juża mowbajl jew apparat simili li jinżamm fl-idejn waqt li l-vettura tkun miexja.", "Dan għaliex il-persuna tkun qed tonqos milli toqgħod attenta u b'hekk tkun ta' periklu għas-sigurtà tagħha u ta' ħaddieħor,\" jgħidilna l-Avukat Dr Ramon Bonett Sladden.", "U jekk tkun wieqaf fit-traffiku?", "Dr Bonett Sladden jgħidilna li l-liġi ma tagħmilx eċċezzjoni għat-traffiku.", "\"Għalkemm il-liġi tispeċifika li l-kontravvenzjoni sseħħ meta l-vettura tkun miexja, wieħed jista' faċilment jgħid li jekk vettura tkun miexja f'nofs tat-triq iżda tkun imwaħħla fit-traffiku, din hija xorta miexja.", "Li karozza tkun wieqfa f'nofs tat-triq hija l-eċċezzjoni u mhux in-norma,\" jgħidilna Dr Bonett Sladden.", "Anke jekk tkun imwaħħal fit-traffiku u titfi l-karozza, xorta illegali li tuża l-mowbajl?", "Iva illegali.", "\"Jekk wieħed jitfi l-karozza bil-konsegwenza li joħloq ostaklu għal vettura oħrajn,", "jissogra li jekk jinqabad, jiġi akkuża li ħoloq ostaklu u jekk jinstab ħati, jeħel multa ta' €104.82.", "Però wieħed jista' jirrispondi l-mowbajl", "jew bil-", ",\" jispejga Dr Bonett Sladden.", "Jekk persuna tinqabad tuża l-mowbajl waqt li tkun qed issuq, għandek tliet għażliet.", "\"Għandu l-għażla li jħallas €100 minnufih jew li jidher quddiem il-Kummissjarju għall-Ġustizzja fit-tribunal tar-reġjun jew jikteb lil-Bord tal-Petizzjonijiet.", "Jekk il-Bord u l-Kummissjarju jara li l-persuna kienet qed tuża l-mowbajl għal raġuni ġusta, jilliberawha,\" jgħidilna l-Avukat.", "Dwar dan, Glenn Muscat jistqarr hekk: \"Irreleventi hux fit-traffiku jew le.", "Jekk il-karozza hija sstartjata u qiegħda fit-triq u kull ċertu ħin timxi, m'għandekx tuża l-mowbajl.", "Jintuża biss jekk titfa' mal-ġenb.", "Għalija kull min joqgħod jitfa' r-ritratti li qiegħed fit-traffiku, kif iddejjaq imwaħħal u jitfa' r-ritratti minn wara l-isteering tas-sewwieqa għandhom jiġu mħarrka!", "Inkella m'aħna se nitgħallmu qatt u l-problema tal-użu tal-mowbajl se tibqa' tiggrava iktar minn kemm diġà qiegħda gravi.", "Hemm ħafna", "tajbin fuq ir-radju filgħodu.", "Jiena jżommuli kumpanija tajba.\"", "Min-naħa l-oħra, Joe Aquilina qal hekk: \"Naħseb li jekk wieħed ikun imwaħħal fit-traffiku u jwieġeb jew jagħmel telefonata dak il-ħin, m'għandu qatt jingħata ċitazzjoni.", "Karozza wieqfa jew miexja bil-mod ħafna qatt mhi se tkun ta' periklu għal terzi persuni.\"", "Inti x'taħseb?"], "title": "Jekk tkun wieqaf fit-traffic tista' tuża l-mowbajl? Iwieġeb l-avukat"}