{"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-ma-nistax-nieqaf-naseb-fuq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-kantanta Amber tippreferi ma tmurx vaganza biex tmur tagħmel xahar il-missjoni.", "Ninni la Tibkix Iżjed", "hija kanzunetta rinomata f'dawn iż-żminiji", "et.", "Però din ħadet xejra differenti għaliex Amber rabtet l-istorja ta' din il-kanzunetta mat-tfal li għexet il-faqar tagħhom fil-missjoni ġewwa l-Afrika.", "\"Din il-kanzunetta kienet tfakkarni f'ħafna affarijiet ta' tfulija imma meta bdejt immur il-missjoni ħadet xejra oħra.", "Il-kliem tagħha jitkellem fuq kif Ġesù twieled fil-faqar.", "U meta bdejt immur l-Afrika, din il-kanzunetta bdiet tfakkarni f'dawn it-tfal tal-missjoni li jgħixu l-ħajja tagħhom", "ġurnata b'ġurnata fil-faqar u l-unika ħaġa li għandhom fiċ-ċert huwa dak il-mument li qegħdin jgħixu fih.", "B'din id-diska pprovajt ngħaqqad it-twelid ta' Ġesù man-nies li għadhom jgħixu fl-istess faqar li Ġesù għex fih.\"", "Amber ilha titla' tmur il-missjoni għal dawn l-aħħar ħames snin.", "\"Jiena nagħmel parti mill-għaqda Mzungu Mission fejn kull sena jkollna proġett.", "Inkunu ilna sena sħiħa naħdmu biex dawk it-3 ġimgħat jew xahar li ntqattgħu hemmhekk iħallu l-frott.", "Il-missjoni saret tidentifikani.", "Jiena Amber li nkanta u li nagħmel parti mill-grupp li jitla' l-missjoni.", "Tant kemm saret importanti ħafna, li nippreferi ma mmurx vaganza u mmur nagħmel xahar il-missjoni.\"", "Amber tħoss sodisfazzjoni kbir meta titla' hemmhekk.", "\"B'mod egoist inħoss ċertu sodisfazzjoni fija nnifsi, ċertu paċi u serenità meta nkun l-Afrika għaliex hemm inkun maqtugħa minn kollox.", "Jiena veru neqred u ngorr fuq affarijiet sempliċi li ma jkollix, u l-missjoni tgħinni nirrifletti fuq dawn it-tfal li", "lanqas affarijiet neċessarji m'għandhom u xorta huma kuntenti.", "Però nħoss ukoll għafsa ta' qalb.", "Meta tkun hemm fuq bla ma trid toħloq ċertu rabta man-nies, speċjalment mat-tfal u meta tiġi biex titlaq tibda tgħid li f'dawn il-ġimgħat tajthom idea ta' kif inhi ħajja aħjar u min jaf issa x'se jiġri minnhom la nitlaq jien.\"", "Amber ma tistax tieqaf taħseb fuq Milka.", "\"Il-ħin kollu naħseb fuq Milka.", "Li kieku stajt qbadt u ġibtha miegħi għax tal-inqas Malta jkollha l-futur.", "Minn dawn il-postijiet tgħallimt li tifla agħar minn tifel.", "Jiġifieri li kieku stajt neħodha miegħi Malta, kieku żammejtha 'l bogħod mill-prostituzzjoni u 'l bogħod mill-abbużi.", "Nitlob", "biss li tkompli bl-iskola u li tirnexxi f'ħajjitha.\"", "Amber il-ħin kollu titfakar fuq dawn it-tfal.", "\"Bla ma trid jaqgħu ħafna ħsibijiet fuqi u dawn jibqgħu sena sħiħa.", "Naħseb fuq xiex naħseb, dejjem naħseb fuqhom.", "Nibda nistaqsi min jaf x'sar minnhom?", "Min jaf jekk għandhomx x'jieklu?", "Dan ix-xahar iktar u iktar jiġuni dawn il-ħsibijiet.", "Anke nkun fis-sodda bil-kura, nibda ngħid min jaf dawn it-tfal humiex fix-xita u jekk għandhomx biex jistkennu?", "Bla ma trid tibda taħseb f'ħaddieħor iktar milli fuqek għax tkun rajt u għext ħajja differenti.\"", "Dan il-vidjow ittella' bl-għajnuna ta' Olwyn Jo Saliba u Elton Zarb."], "title": "BIL-FILMAT: \"Ma nistax nieqaf naħseb fuq Milka\" - Amber"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/jekk-hemm-xi-add-li-huwa-iktar-batut.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Lyden Lee għamel 11-il operazzjoni.", "Għalkemm għaddej minn tbatija kbira, Lyden jinsa t-tbatija tiegħu u jmur id-Dar tal-Providenza biex jgħin lil nies b'diżabiltà.", "Lyden Lee li għandu 11-il sena għadda minn problema f'qalbu, għamel 6 operazzjonijiet f'siequ u ġie anke operat f'ħalqu.", "Lyden ma jużax is-servizzi tad-Dar tal-Providenza, però malli sema' b'din id-Dar, ried ikun t'għajnuna għal ħaddieħor.", "Aħna tkellimna ma' Josianne, li tgħidilna kif binha sar jaf bid-Dar tal-Providenza.", "\"Jiena għamilt 14-il sena naħdem id-Dar tal-Providenza.", "Id-dar ġieli tkellimna fuqha, u meta beda jisma' lili nitkellem fuq id-Dar tal-Providenza, qisu beda jieħu interess, però qatt ma qal xejn.\"", "Jitla' Lourdes, jiltaqa' ma' tad-Dar tal-Providenza u jinżel minn hemmhekk b'ħeġġa kbir biex jgħin lil nies b'", "diżabiltà", ".", "\"Is-sena l-oħra morna Lourdes, fejn iltqajna mal-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona u Fr Martin, u ltqajna wkoll man-nies tad-Dar tal-Providenza.", "Qabad ma' Karmelina u pprova jgħin kif jista' hemmhekk.", "Però kif ġejna minn hemmhekk qalli, 'Mamà jien nixtieq nibda mmur id-Dar Providenza.\"", "Jibda jmur id-Dar tal-Providenza u Lyden Lee tibda tinbet mħabba speċjali lejn nies morda u lejn dawk b'diżabiltà.", "\"It-tifel ma jarax id-diżabiltà ta' persuna, imma l-abbiltà.", "Għalkemm huwa jgħaddi minn tbatija ta' kull qabel operazzjoni, u wara kull waħda, jibqa' jiġġieled, minkejja għadu żgħir.", "Jgħidli, 'Mamà jiena lill-Bambin nitolbu biex jagħtini l-għajnuna, ħalli nkun nista' ngħin lil ħaddieħor.'\"", "F'Lulju li ġej, ġewwa l-Ingilterra Lyden Lee aktarx se jagħmlulu 2 operazzjonijiet f'daqqa f'ħalqu.", "Minkejja li għandu xewqa kbira li jitkellem, ipoġġi lil ħaddieħor qablu.", "\"Darba minnhom it-tifel qalli, 'Jiena nixtieq li niġi nitkellem ħalli ħaddieħor jifhimni.", "Però jekk hemm xi ħadd li huwa iktar batut minni, nitlob lill-Bambin biex ifejjaq lilu.\"", "Josianne tagħlaq billi tgħaddi messaġġ lin-nies biex nhar il-Ġimgħa, in-nies jiftakru fid-Dar tal-Providenza.", "\"Bil-ftit li għandkom tistgħu tgħinu lil ħaddieħor.", "Għinuhom għax dejjem hemm il-bżonn.", "Naf kemm Fr Martin huwa ddedikat u kemm għandu mħabba lejn in-nies u l-ħaddiem tad-Dar tal-Providenza.\"", "Għalhekk tinsiex, nhar il-Ġimgħa f'Xarabank ftakar fid-Dar tal-Providenza."], "title": "\"Jekk hemm xi ħadd li huwa iktar batut minni, nitlob lill-Bambin biex ifejjaq lilu\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-wara-14-il-sena-jistenna-se.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["William se jeħel il-ħabs wara 14-il sena jistenna, avolja ilu", "Ta' 14-il sena William beda jieħu d-droga.", "Sar", "għal ħafna snin u anke beda jxerred id-droga.", "William inqabad ixerridha u tressaq il-Qorti.", "Din il-ħaġa ilha għaddejja 14-il sena.", "\"Bdejtha ta' 14-il sena.", "Wara qisek tibda tesprimenta sakemm imbagħad tispiċċa tqum darba filgħodu b'kullimkien juġgħak.", "Biex tkompli l-ġurnata ta' kuljum, bħal ħafna nies li jieħdu d-droga, tkompli teħodha biex tkompli man-nies u bl-affarijiet li tkun qed tagħmel.", "Għalhekk nirringrazzja lil Alla li għaddejt minn dan kollu għax jekk żbaljajt u wara dak kollu tgħallimt minn dak li żbaljat, din tiġi tagħlima.", "Fil-fatt wara dħalt il-Caritas,\" jispjegalna William.", "William f'10 snin minn meta ħareġ mill-Caritas ma ħax droga.", "Ilu 8 snin li qata' s-sigaretti u 7 snin li qata' x-xorb.", "Fi ftit kliem, illum huwa bniedem li la jixrob, la jpejjep u lanqas jieħu d-droga.", "William tul dan iż-żmien fetaħ ħanut u impjega n-nies.", "Imma f'daqqa waħda kellu jneħħiħ dan il-ħanut għax jeħel il-ħabs.", "\"Għalaqtu l-ħanut għax mhux ħa mmexxi negozju minn ġol-ħabs.\"", "William jibża' jidħol il-ħabs.", "\"Nibża' mill-ħabs għax dak kollu li bnejt matul dawn is-snin abbli nitilfu.\"", "William ma jridx li aħna nħallsu €100 għalih.", "\"Dħalt fis-soċjetà, qed naħdem, għandi l-ħaddiema, inħallas kollox kif sippost u bnejt dan kollu u mbagħad se jitfgħuni ġo ċella u se tħallsu €100 kuljum biex noqgħod il-ħabs.\"", "Għalhekk Peppi, minflok il-ħabs jissuġġerixxi affarijiet oħra li għandhom jingħataw lill-persuni li jinsabu f'din is-sitwazzjoni, bħalma jinsab William.", "\"Li taċċetta li meta jrid l-istat jieħu l-urina tiegħek biex jara jekk inti", ".", "Li teħel 10 snin biex darbtejn fil-ġimgħa tmur ġo skola u tgħid l-esperjenza tiegħek.", "U li tingħata 6 xhur kors fejn titgħallem kif tikkomunika mat-tfal.\"", "Willam jaċċetta dak li qed jipproponi Peppi.", "Inti x'taħseb dwar dan?"], "title": "BIL-FILMAT: Wara 14-il sena jistenna, se jidħol il-ħabs"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/michelle-muscat-tingata-zewg-unuri.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ix-xogħol tas-Sinjura Michelle Muscat jiġi rrikonoxxut f'pajjiżna u barra minn Malta.", "It-Tlieta li għadda, Michelle Muscat, ingħatat il-premju l-Voluntier tas-Sena.", "Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat irrikonoxxa il-ħdima u l-appoġġ li Michelle Muscat toffri mal-Fondazzjoni Marigold u l-Alleanza Nazzjonali dwar Mard Rari.", "Però anke barra minn Malta rrikonoxxew il-ħidma ta' Michelle Muscat.", "Din id-darba mill-organizzazzjoni Celebrating Women International", "għax-xogħol li twettaq fil-qasam politiku u filantropiku.", "Hija ngħatat dan ir-rikonoxximent f'Nassau, il-Bahamas."], "title": "Michelle Muscat tingħata żewġ unuri f'inqas minn ġimgħa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/ara-xi-jwiegeb-il-prim-ministru-meta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla tixxandar intervista li Katriel għamel mal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Fl-intervista Katriel jispjega lill-Prim Ministru kemm bata hu u l-familja meta kellu jsiefer għall-kura fl-Ingilterra.", "\"Prim Ministru jistgħu jiġu t-tobba hawn Malta u ma jkollniex insiefru?\" jistaqsi", "Fost oħrajn Katriel jistaqsi lill-Prim Ministru jekk jiħux gost li wliedu jidħlu fil-politika.", "Il-Prim Ministru jaħseb dwarha mbagħad iwieġeb b'mod interessanti.", "Il-Prim Ministru jgħid lil Katriel li hu jaqbel li l-isptar neħħew il-", "mill-", "u jitkellem fuq il-politika li jkollna tfal u kbar aktar b'saħħithom.", "Jgħid li hu stess biddel id-dieta tiegħu u sar jiekol b'moderazzjoni.", "\"Pereżempju qabel tmur tixtri ġos-", "tajjeb li tiekol għax bil-ġuħ tixtri ħafna ikel li m'għandekx bżonn.", "Jien hekk nagħmel.\"", "Il-Prim Ministru jitkellem meta għal jumejn ma baqax jara u kif ħaseb li kien għama għalkollox.", "Fl-aħħar Katriel jagħmillu l-aħħar mistoqsija.", "\"Prim Ministru fejn se tkun 10 snin oħra?\"", "Jekk tridu tafu x'wieġeb, araw l-intervista llejla fuq il-Facebook tal-", ", fis-18:00."], "title": "ARA: Xi jwieġeb il-Prim Ministru meta Katriel jistaqsih x'jagħmel jekk fl-anniversarju taż-żwieġ ikun hemm logħba tal-Milan?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-illejla-xarabank-fuq-xiex-se.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["llejla Xarabank se jiddiskuti r-", "Fuq il-panel jiddiskutu se jkollna lil Ben Camille, Abigail Mallia, Marie-Claire Portelli, Peter Carbonaro u Justin Farrugia.", "Se niltaqgħu ma' Sasha, li se tgħidilna dwar il-", "li tagħmel fuq il-mejtin.", "F'parti oħra tal-programm, se jkollna lil William li wara 14-il sena jistenna, se jidħol il-ħabs minħabba d-droga avolja issa", "U fl-aħħar u mhux l-inqas it-tieni parti tal-famuża intervista li Mark għamel ma' Emmy Bezzina u l-intervista ta' livell għoli ma' Chucky Bartolo."], "title": "BIL-FILMAT: Illejla Xarabank fuq xiex se jkun?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/gada-gin-lill-istrina-billi-tirkeb-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għada irkeb tal-linja u fl-istess ħin tkun qed tgħin lill-Istrina.", "Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, għada se terġa' ssir", "B'tal-linja għall-Istrina.", "Permezz ta' din l-inizjattiva, Malta Public Transport se tkun qed tagħti donazzjoni tal-prezz sħiħ li l-passiġġiera jħallsu dakinhar għall-ewwel vjaġġ tagħhom meta jużaw it-talinja card jew meta jixtru biljett mingħand ix-xufier.", "Dan ifisser li jekk inti tivvjaġġa b'tal-linja għada se tgħin biex jinġabru l-flus għall-karità.", "L-Istrina hija okkażjoni nazzjonali li tiġi organizzata kull sena mill-Malta Community Chest Fund Foundation biex jinġabru fondi għall-Maltin u l-Għawdxin li jfittxu l-għajnuna tagħha.", "Id-donazjoni se tkun ibbażata direttament fuq l-ammont li jiġi mħallas minn dawk li għandhom talinja cards u n-nurmu ta' biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozzi tal-linja."], "title": "Għada għin lill-Istrina billi tirkeb tal-linja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-kont-taf-li-tista-tivvuta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għall-ewwel darba tista' tivvota sabiex jiġi deċiż ir-rebbieħ tal-Junior Eurovision Song Contest u se tkun tista' tivvota anke għall-kantant Malti, Gianluca Cilia bil-kanzunetta 'Dawra Tond'.", "Mil-lejla fis-6 ta' filgħaxija, tista' tivvota billi tidħol fuq is-sit junioreurovision.tv fejn hemmhekk tista' tisma' u tara s-16-il kanzunetta finalista.", "Il-votazzjoni f'Malta tagħlaq ftit qabel jibda x-", "nhar il-Ħadd li ġej u tkompli wara li jkunu nstemgħu l-kanzunetti kollha.", "Dawn il-voti se jkunu qed jirrappreżentaw 50% tar-riżultat.", "In-nofs l-ieħor jiġi deċiż mill-ġurija.", "Ara hawnekk il-messaġġ li bagħatilna Gianluca."], "title": "BIL-FILMAT: Kont taf li tista' tivvota lil Gianluca mil-lum stess?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/bil-filmat-ma-nkunx-nifla-nagmel-izjed.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Peppi Azzopardi ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jagħmel il-programmi ta' ġbir.", "Meta t-tim ta' Xarabank ippreżenta ċ-ċekk ta' €1,620,530 lil Puttinu, Peppi spjega kif jiġu mumenti fejn ma jiflaħx jagħmel iktar programmi ta' ġbir.", "\"Kull sena jkun hemm mumenti fejn inkellem lil Angele u lil Rennie u ngħidilhom, 'Ma nkunx niflaħ nagħmel iktar dan il-programm.", "Din is-sena kellna lil Ziam illi miet ta' età daqshekk żgħira, u kellna wkoll lil Jerome.\"", "\"Imbagħad tibda tiltaqa' mal-istejjer l-oħra bħal ta' Nigel li kien qed jistenna qalb l-Ingilterra u issa biddlulu qalbu, u qed jilgħab il-futbol.", "Iltqajna ma' Ellie li ilha l-Ingilterra għal dawn l-aħħar 8 xhur tistenna fwied.", "Nibda ngħid imma kif nistgħu nħallu lil din it-tifla u l-familja tagħha mingħajr, probabbli, ma għandhom fejn joqogħdu?\"", "\"Iltqajna ma' każ li qatt ma kellna bħalu.", "Tifel illi f'ġuf ommu tatu", ".", "Tibda tgħid, 'Imma kif jista' jkun.", "Kellna wkoll il-każ ta' Damien, illi naħseb li m'hawnx bħalu fl-Ewropa u mhux biss f'Malta.", "Damien sa xahar ilu għamel mitt operazzjoni u waħda, u għadhom kemm qatgħlu siequ l-leminija.", "Kellna wkoll il-każ ta' Maison illi kif issir taf bih wkoll jgħidlek, 'Ara ma jfettilekx ma tkomplix taħdem,' u lilkom jgħidilkom, 'Ara ma jfettilkomx ma tkomplux iċċemplu.'", "Il-każ ta' Maison, li twieled jinsa jieħu n-nifs.\"", "Marru l-Ingilterra, u issa jridu jagħmlu 8 snin l-Ingilterra.", "Immaġinaw kieku m'hemmx Puttinu u kieku m'hemmx intom.\"", "Għaldaqstant, Peppi spjega kif stejjer bħal dawn ikomplu jgħinuh biex ma jiqafx jaħdem u jagħmel programmi ta' ġbir.", "F'Marzu li għadda, Xarabank ġabar is-somma ta' €1,620,530 f'programm li kien ittella' b'risq Puttinu Cares.", "Tinsiex, nhar il-Ġimgħa li ġej Peppi se jerġa' jiġbor, din id-darba għad-Dar tal-Providenza.", "Grazzi talli se terġgħu tkunu ġenerużi.", "Ritratt tal-faċċata: Puttinu Cares"], "title": "BIL-FILMAT: \"Ma nkunx niflaħ nagħmel iżjed programmi ta' ġbir\" - Peppi Azzopardi"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-xarabank-illejla-fuq-xiex-se.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla f'Xarabank se jitkellem raġel li kien imsawwat mill-mara tiegħu u spiċċa l-isptar.", "Se jitkellem raġel ieħor li l-mara tiegħu akkużatu li abbuża sesswalment minn binthom.", "U raġel ieħor se jgħidilna kif hu u martu ftehmu li jkollhom it-tfal, u wara li l-mara nqabdet tqila, għamlet abort kontra r-rieda tiegħu.", "F'parti oħra mill-programm se nitkellmu fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Se nistaqsu lill-esperti fuq kemm aħna viċin li nsiru nafu min qatilha.", "U se jkun spjegat fid-dettalj xi trid tagħmel biex jibdew jonqsulek il-punti sakemm titlef il-liċenzja."], "title": "BIL-FILMAT: Xarabank illejla fuq xiex se jkun?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/xinhu-huma-d-drittijiet-tal-pazjenti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Pazjenti se ttella' konferenza fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-pazjenti.", "Dwar dan is-suġġett, se jkun hemm pazjenti li se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f'konferenzi li se jittellgħu fuq jumejn.", "It-temi komuni ta' dawn il-konferenzi hija", "Għaldaqstant, dawn il-konferenzi se jittellgħu fit-8 ta' Ġunju ġewwa l-iskola Sekondarja, ir-Rabat Għawdex u fid-9 ta' Ġunju, ġewwa l-lukanda Victoria, Triq Ġorġ Borg Olivier, Ta' Sliema.", "Għal iktar informazzjoni fuq il-konferenza li se tittella' Għawdex, idħol", "hawnhekk", ", u dwar il-konferenza li se tittella' Malta idħol", "hawnhekk", "Ritratt tal-faċċata: Docs 4 Patient Care Foundation"], "title": "X'inhuma d-drittijiet tal-pazjenti?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-igor-jaglaq-4-snin-li-alliena.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-ġuvni maħbub illum jagħlaq 4 snin li ħalliena ħabta u sabta.", "Kien it-23 ta' Novembru, is-Sibt filgħaxija.", "Igor ikun id-dar ma' ommu.", "Ommu tirrakkonta kif dakinhar binha Igor qalilha: 'Ma ħa nidħol norqod għax għajjien.\"", "Qatt ma smajtha din il-kelma minn ħalqu.", "L-ewwel darba li qalli li qed iħossu għajjien.", "U ħriġt mill-kamra tiegħu u lanqas tilħaq tgħaddi minuta li ma nismax lil ħuh iż-żgħir jghidilha \"Ejja ma għax hawn Igor mal-art\".", "Il-missier qalilna, \"Jiena rajtu jaqta' nifsu u għedt lil mara biex tieħu ħsiebu ħalli nilħaq inċempel lill-ambulanza.\"", "\"Ma nista' ninsa qatt dak il mument.", "Ħadli erba' nifsijiet u f'daqqa wahda ma ħadlix nifs ieħor, bdejt ngħajjar u nwerżaq li t-tifel miet,\" qaltilna l-omm.", "Igor jittieħed l-isptar imma kollu għalxejn.", "Ftit jiem qabel il-funeral, il-kuġina ta' Igor, Chantelle, toħlom li kuġinuwha miet.", "\"Qabel daħlt norqod ġietni viżjoni li qed nara l-funeral tiegħu.", "Qatt ma konna tkellimna fuq funerali u bdejt ngħid, 'Bambin neħħili dan il-ħsieb.", "Il-lejl ta' qabel ma miet, Igor kien qed jara t-televiżjoni fis-sodda ta' ommu.", "\"Il-Ġimgħa konna qed naraw Xarabank.", "Qisha qalbi ħabbritni li ser tiġri xi ħaġa għax dakinhar raqad hu miegħi u bdejt infissdu ħdejja u marret għajnu bih.\"", "Ommu tgħidilna li Igor kien kollox.", "\"L-ewwel wild tiegħi.", "Kien tifel ċajtier.", "Il-kbir fost ħutu, u dejjem bi tbissima.", "Fessud minn kulħadd.", "Dejjem bid-daħka f'wiċċu.", "Xarabank isellem il-memorja ta' Igor, żagħżugħ li baqa' fil-qlub tal-għeżież tiegħu u tal-Maltin kollha."], "title": "BIL-FILMAT: Igor jagħlaq 4 snin li ħalliena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/meta-tafer-tossok-frisk-katriel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Katriel jgħid li meta jiġi bbulljat, jaħfirlhom għax iħossu kuntent u frisk.", "Kif inti?", "\"Mhux ħażin s'issa.", "Ħa ngħiduha hekk.", "Ħeq nimxi pass pass.\"", "X'għandek?", "\"Lupus CQ Deficient 1.", "Jgħidulha Lupus għax il-lupu jkollu l-ġuħ jattakka.", "Issa tiegħi jattakka ġewwa, l-intern.", "U ta' tliet snin tatni puplesija.", "Ma bdejtx nimxi u ma bdejtx nitkellem.\"", "Xi ġralek fi snienek?", "\"Il-mikrobi ġo ħalqi mhumiex tajbin għax jista' jkolli ħafna infezzjonijiet.", "Imbagħad kellhom joperawni u kellhom ineħħuli snieni kollha.\"", "Issa kif tħossok?", "\"Ħeq naqra diffiċli biex niekol u biex nitkellem.\"", "Inti lil Ġesù tgħidlu għaliex jiena?", "\"Le jien ngħid aħjar jiena milli ħaddieħor.", "Dejjem hekk ngħidlu.", "Għax jiena naf niġġildilha u forsi hawn min ma jafx.", "Jiena meta nkun imdejjaq, inkun muġugħ jew hekk iktar nagħmel biex jiena nkun fuq saqajja.", "Ikolli mumenti fejn ikolli bżonn lil xi ħadd, mhux ma jkolli bżonn lil ħadd.\"", "Lil min l-aktar ikollok bżonn?", "\"Lill-", "għaliex għalija kollox.", "Ngħidilha li kieku ma kontx inti, kieku mhux qiegħed hawn.", "Mhux għax id-", "y u l-familjari l-oħra mhumiex imma l-", "naħseb għandha xi ħaġa għalija.", "Dejjem ngħidilha, 'Inti l-anġlu tiegħi'.", "Meta waqgħetli xagħri, hi kienet tgħinni.", "Mhux qed ngħid lid-", "ma jgħinnix ta imma hi tagħmilli kuraġġ biex tgħidlia, 'Ka, imxi.", "Inti tifel bħall-oħrajn.'", "Anke l-iskola ma ridtx immur għax b'xagħri mwaqqa'.", "Tkellmet għalija biex noqgħod bil-beritta jew b'skufja.\"", "Ħadtha bi kbira li waqagħlek xagħrek?", "\"Ħafna.", "Jiena la nikber nixtieq insir", ".", "Għedt: 'Jien kif ħa nkampa bla xagħar?\"", "Għedt: 'Issa hawn il-parrokki u nixtri waħda', bdejt sejjer.", "Tkun rieqed u mal-imħadda ssib il-biċċiet tax-xagħar.", "Għedt li jekk ma jitlagħlix, ma nagħmilhiex il-griżma, għax nistħi bla xagħar.", "Qisu Ġesù qalli: 'Inti ħa tagħmilha żgur.'", "Għax ħassejtu.", "Jgħidli biex ma naqtax qalbi u din il-kelma li ndaħħal ġo widnejja.\"", "Hairdresser tixtieq issir la tikber?", "\"La nikber ikolli ħanut tiegħi tax-xagħar u nixtieq nikber, niżżewweġ u jkolli t-tfal u ma jkollhomx bħalma għandi jien.", "Jekk inkun naf li jista' jkollhom bħali, ma dakx.", "Żgur li le.", "Għax naf minn xiex ngħaddi jiena.", "Inkun muġugħ bl-għadam għax għandi l-artrite.", "Ġieli jiġu mumenti koroh u nkun irrid nibki.\"", "Ġieli bżajt?", "\"Eħe meta għamilt l-operazzjoni ta' ħalqi.", "Smajt persuna li qaltli li nista' mmut bil-loppju.", "U bdejt sejjer, 'Mhux ħa nagħmilha.'", "U ara issa għamiltha u għadni hawn.", "Dawn il-mumenti jmorru mal-oħrajn.", "Kulħadd irid imut.", "Jien l-aqwa ma mmutx issa u mmut la nikber.", "Jekk immut issa mhux se nagħmilhom l-affarijiet li nixtieq.\"", "Għandek ħutek?", "\"Jiena niswa għal tnejn b'li għandi.", "Mediċina u", ".", "Kollox irid ikun.", "Ikollna tifla jew tifel kif ħa tmantnihom.", "Mhux ma tmatnihomx imma jiena għandi ħafna spejjeż.", "Ġieli naqla' xi ħaġa, infaddalha biex jekk ikollna bżonn xi ħaġa nixtruhom minnha.", "Il-", "tgħidli aħjar ma jkollix x'niekol jiena u jkolli biex nagħti lilek ħalli narak b'saħħtek u kuntent.\"", "Inti kont għaddejt minn", "?", "\"Jien għaddejt minn", "ħafna mhux ftit.", "Jgħajruni li jien qasir u li qisni papru.", "Għax ikolli naqra ħalqi juġagħni jgħiduli li ma nafx nitkellem.", "Naħfrilhom imma l-weġgħa hemm tkun.", "Ġesù jgħid: 'Aħjar taħfer milli tagħmel affarijiet ħżiena biex tweġġa' lil min weġġgħek.", "Jekk trid weġġgħani, imma jien xorta nibqa' naħfirlek.", "U jekk taħfer, tħossok kuntent u frisk li għaddejt minn ħafna.", "Inħossni kuntent li għent u ħfirt.", "Mhux noqgħod inżomm ġo fija u ma ngħin lil ħadd u ma naħfer lil ħadd.\"", "Xi jdejqek hawn Malta?", "\"Ġieli niġġieled għax it-tfal somor jgħajruhom u jiena nħobbhom.", "Dawn tfal jew persuni bħal ħaddieħor.", "Jekk jiġu jgħidluli kemm jien abjad, nieħu għalija.", "Jekk tgħidlu: \"Kemm inti ismar\", jieħu għalih.", "Meta tisma' kontra l-immigranti xi tħoss?", "\"Neħodha ġo fija għax nies bħal ħaddieħor.", "Tħallihom jegħrqu?", "Uwejja.", "Anke narahom jivvjaġġaw fuq it-televiżjoni nitħassarhom, aħseb u ara jegħrqu.", "Intom kontu trabbu xi refjuġati hux?", "\"Konna nġibu tifel u tifla.", "Aħna konna nżommuhom ġimgħa magħna u s-Sibt u l-Ħadd kienet tiġi għalihom ommhom.", "Konna ġibniehom meta kont għadni żgħir ħafna.", "Il-", "kienet tgħidli li se tixtrili xi ħaġa u kont ngħidilha tixtrix għalija imma ixtri għal dan it-tifel.", "Ngħidilha li jien għandi.", "Ġie għandna jiġifieri bi flokk imqatta' u qalziet imqatta'.", "Xejn ma kellu.", "Fi Frar bi flokk imqaċċat.", "Jiena kelli ħwejjeġ u affarijiet.", "Għedtilha biex tixtri għalih.\"", "Tinsiex.", "26 ta' Diċembru, l-Istrina, l-għada tal-Milied."], "title": "\"Meta taħfer tħossok frisk\" - Katriel"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-bal-lum-sar-il-hijack-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bla mistenni, bħal-lum 32 sena ilu, fit-23 ta' Novembru, 1985, fl-ajruport internazzjonali ta' Malta niżel Malta ajruplan tal-Egypt Air, maħtuf b'98 passiġġier abbord.", "Omar Mohammed Ali Reżaq, wieħed mit-tliet terroristi li ħatfu l-ajruplan u f'Malta spara f'ras 5 passiġġieri tal-ajruplan, baqa' ħaj.", "Omar Mohammed Ali Reżaq huwa Palestinjan li ma għex qatt fil-Palestina.", "Hu twieled u għex ġo kamp tar-refuġjati fil-Libanu.", "Fl-1982, ra lill-familja tiegħu tmut fil-massakru li sar f'Sabra u Shatila fil-Libanu.", "Kien propju għalhekk li bi tpattija, Ali Reżaq ingħaqad mal-grupp Egyptian Revolutionary Command u aċċetta li jibda jagħmel dan ix-xogħol.", "Lura għal Hijack.", "Il-pirati tal-ajru riedu l-", "sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-vjaġġ u għalhekk ma kellhomx alternattiva oħra ħlief li jinżlu Malta għall-", ".", "Il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Karmenu Mifsud Bonnici, beda jinnegozja ma' Ali Reżaq mit-torri tal-kontroll.", "L-interess tal-Gvern Malti kien li qabel ma jitlaq l-ajruplan mill-Malti, jinħelsu l-ostaġġi kollha.", "Iżda meta nqatlet l-ewwel persuna, l-awtoritajiet Maltin żammew iebes u m'awtorizzawx li jagħtu l-", "lill-ajruplan.", "Il-Pirati li kienu rassenjati f'dak li riedu jagħmlu, heddew li joqtlu persuna kull kwarta u bdew joqtlu xi passiġġieri Lhud u Amerikani li ntgħażlu minn qabel wieħed, wieħed.", "Wara 24 siegħa ta' negozjati", ", il-każ spiċċa fi traġedja ta' vittmi barranin li poġġa dan il-każ għall-attenzjoni tal-midja u kmamar tal-aħbarijiet barranija.", "Propju dak li riedu jiġri t-terroristi.", "Tajjeb li wieħed isemmi li fin-negozjati daħlet l-armata Eġizzjana, li mbagħad din ħadet 'over' tat-tmexxija fuq l-ajruplan u minflok inħelsu l-passiġġieri, dawn splodew l-ajruplan li b'kawża ta' hekk inħarqu xi passiġġieri li kien hemm abbord inkluż tfal u 2 nisa tqal.", "Min irnexxielu jaħrab, sparawlu.", "Minkejja t-tentattivi kollha mill-Eġizzjani biex il-", "hijackers", "jinqatlu kollha, Omar kien irnexxielu jsalva.", "Hu ntlaqat minn xi tiri waqt li pprova jaħrab mal-passiġġiera l-oħra fejn ittieħed l-isptar għall-kura, ġie operat u salva.", "Mill-evidenza kien ġie identifikat li huwa kien wieħed mill-", "hijackers", "fejn wara li ġie meħlus mill-ħabs ta' Malta, Ali Reżaq reġa' nħataf mill-awtoritajiet Amerikani biex jgħaddi proċeduri fuq", "hijacking", "u terroriżmu.", "Huwa mbagħad instab ħati u għadu qed jiskonta sentenza ta' għomor il-ħabs fl-Amerika.", "Xarabank kien stieden persuna li kienet propju fuq l-ajruplan.", "Ara hawnekk dak li ġara skont kif irrakkontat minn Jackie Pflug stess."], "title": "BIL-FILMAT: Bħal-lum sar il-hijack li ħalla l-iktar vittmi sat-traġedja tat-Twin Towers"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/b2-kancers-fuq-doris-allaares-ma-kienx.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Doris, u għaliha u għal żewġha, binhom Matthew jfisser kollox.", "Doris jaqbadha kanċer u kif jgħaddi, jaqbadha kanċer ieħor.", "\"Fl-aħħar bilfors kellna nirrikorru għad-Dar tal-Providenza.", "Qatt ma ħallejnieh, qatt ma riedet tħallih imkien.", "Dejjem magħna,\" jgħidilna missieru.", "\"Kultant hekk ngħid li l-providenza qiegħda miegħi għaliex ġie qisu kollox f'postu,\" tistqarr magħna ommu.", "B'żewġ kanċers fuq Doris, allaħares ma kinitx id-Dar tal-Providenza.", "\"Allaħares ma kinitx hi, id-Dar tal-Providenza.", "Ma nafx x'konna nagħmlu mingħajrha,\" jgħidilna missieru.", "Ma' dan, ommu żżid tgħid, \"Inħobbhom bi mħabba tal-ġenn u ma nafx x'nagħmel mingħajrhom.\"", "Meta jwasslu d-Dar tal-Providenza, missier Matthew jimmissjah ħafna.", "\"Noħroġ nibki.", "Inkun waħdi.", "Ma' Matthew hemm tifel li sal-lum jiddispjaċini għax ħadd ma jmur jarah.", "Kemm ilu hemm ħadd ma mar jarah.", "Kif jara lili sejjer, jiġi jifraħ bija jarani sejjer minn ġol-gallerija jew mit-tieqa, jew inkella jara lil Matthew sejjer u jiġi biex jgħannqu.", "Allaħares ma tkunx id-Dar tal-Providenza għax ma jonqsu xejn.\"", "Doris isserraħ rasha li hemm id-Dar tal-Providenza.", "\"Inserraħ rasi hekk.", "Jiena nixtieq li l-Mulej jieħdu qabli ħalli ma nħallihx warajja.", "Matthew qiegħed wisq ma' qalbna.\"", "Darba Matthew, sejħilha mamà.", "\"Darba meta konna Lourdes qalli, 'Ma', u ma reġax qalha.", "Anke meta għamel l-ewwel żewġ passi, hemmhekk konna.", "Kont ma' oħti Lourdes u waqqafnieh mal-grada biex noħdulu ritratt, u beda ġej lejna t-tifel.", "Dawn ma ninsiehom qatt.\"", "\"Jalla l-Bambin iżomm idejh fuq Fr Martin u jgħinuh kemm jista' għat-tfal tagħna.", "Matthew qiegħed wisq ma' qalbna.", "Taf li għandu bżonnok u taf li għandu bżonn l-għajnuna.\"", "Nhar il-Ġimgħa, Xarabank se jtella' programm b'risq id-Dar tal-Providenza."], "title": "B'2 kanċers fuq Doris, allaħares ma kienx hemm id-Dar tal-Providenza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/esklussiva-daphne-caruana-galizia.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Daphne Caruana Galizia kienet għadha mqajma meta twaħħlet il-bomba li ħaditilha ħajjitha.", "Ix-xahar li għadda Xarabank.com.mt ikkuntattja ħabiba ta' Daphne Caruana Galizia.", "Hi qaltilna li fis-1:30am irċeviet messaġġ mingħand Daphne Caruana Galizia fuq WhatsApp.", "Skont rapport li ħareġ fuq il-gazzetta Taljana La Repubblica, il-bomba mal-karozza twaħħlet nofsiegħa wara, jiġifieri fis-2:00am.", "Fis-1:30am, Daphne Caruana Galizia kienet qed issaqsi lil din il-ħabiba fuq it-tfal tagħha għaliex bdiet tinkwieta għalihom.", "Fil-fatt, kif juru r-ritratti tal-messaġġi, huma kienu għadhom jitkellmu sas-02:14.", "Jiġifieri kwarta qabel kienet għadha kemm twaħħlet il-bomba.", "Il-ħabiba kienet qaltilna wkoll li l-konverżazzjoni ma' Daphne baqgħu jitkellmu sa xi s-2:30 ta' filgħodu, nofsiegħa wara li twaħħlet il-bomba.", "Daphne Caruana Galizia nqatlet għall-ħabta tat-15:00 b'bomba fil-karozza ftit metri 'l bogħod mir-residenza tagħna."], "title": "ESKLUSSIVA: Daphne Caruana Galizia kienet imqajma meta twaħħlet il-bomba"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/tippubblika-ktieb-u-kalendarju-dwar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Miyuki Sugihara.", "Ġappuniża li ddeċidiet li tgħix Malta u issa spiċċat tbigħ ktieb u kalendarju l-Ġappun, bi tpinġijiet ta' Malta li pinġet hi stess.", "Erba' snin ilu Miyku tiddeċiedi li tiġi Malta.", "\"Ibni kien ibati minn allerġija u kienet l-aħjar deċiżjoni li mmorru noqogħdu f'pajjiż b'temp sabiħ u jkun imdawwar bil-baħar.", "Mort l-Awstralja, l-Ingilterra u wara xahar Franza, iddeċidejt nagħmel tlett ijiem Malta għal vaganza minħabba t-temp.", "F'dawk il-jiem kulma rajt il-Belt u Buġibba, u minn dawk iż-żewġ postijiet ukoll inġbidt lejn Malta,\" tispjegalna Miyuki.", "F'dawk il-jiem tpinġi żewġ tpinġijiet tal-Belt.", "\"Meta mort lura l-Ġappun kull darba bdejt nistaqsi lili nnifsi; \"Għala m'iniex hemm?", "Jiena hemm għandi nkun?", "U ddeċidejt li ngħix f'Malta għal dejjem.\"", "Minn hemm, Miyuki tibda tpinġi kull fejn tmur.", "\"F'Malta bdejt inpinġi kullimkien.", "Fil-Ġappun din ma stajtx nagħmilha għax kullimkien imdawwar bin-nies, b'sinjali u b'binjiet għoljin.", "Hawn nista' npinġi l-kuntrast li nara bejn il-baħar ċar u l-bini.\"", "Miyuki tikteb 4 kotba dwar kif wieħed għandu jpinġi u javviċinawha biex tagħmel ktieb bit-tpinġijiet tagħha ta' Malta.", "\"Avviċinatni l-kumpanija tal-pubblikazzjoni biex nagħmel ktieb bit-tpinġijiet tal-postijiet Maltin.", "Imma kont ilni hawn Malta sena biss, u ma kontx lesta.", "Kont qed inpinġi għal pjaċir u qatt ma kelli l-ħsieb li npinġi biex nippubblika ktieb.", "Sentejn u nofs wara taċċetta u tiddeċiedi li tippubblika ktieb.", "\"Sħabi dawruni f'postijiet li qatt ma kont naf bihom u ddeċidejt li nippubblika l-ktieb.", "Bdejt inpinġi ħafna postijiet li ma nsibuhomx fi ktieb tal-ivvjaġġar biex il-Ġappuniżi jsiru jafu bihom.\"", "Fil-fatt f'dan il-ktieb issib postijiet li mhumiex magħrufa daqshekk mat-turisti imma mbagħad issib affarijiet ta' tradizzjoni, ta' kultura, apparti li xi paġni juruk kif tpinġi ċerti xenarji.", "Fl-2017 tippubblika kalendarju bi stampi ta' diversi pajjiżi Ewropej, u nofsu mimli bi tpinġijiet ta' Malta.", "Għas-sena 2018, Miyuki tiddeċiedi li tagħmel kalendarju bi tpinġijiet kollha ta' Malta.", "\"Minħabba li fl-2018, Malta se tkun il-Belt Ewropea tal-Kultura, ħassejt li għandi niċċelebraha bħala artista li qed ngħix f'dan il-pajjiż.", "Xtaqt li bil-kalendarju, il-Ġappuniżi jsiru jafu dwar Malta, iktar u iktar meta din is-sena Malta ssemmiet ħafna fuq it-televiżjoni.\"", "Tagħlaq b'messaġġ dwar Malta.", "\"Malta minkejja li mhijiex perfetta, nista' nħoss li n-nies hawnhekk qed jgħixu l-ħajja tagħhom b'mod individwali.", "Din ma tarahiex fil-Ġappun, fejn in-nies jilbsu u jimxu fl-istess direzzjoni.", "Hawnhekkk f'kull individwu u f'kull xena, tara storja."], "title": "Tippubblika ktieb u kalendarju dwar Malta bil-Ġappuniż"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/pa-diga-qieged-nofs-triq-ibqa-ggieled.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Leah Schembri tgħaddi messaġġ lil missierha, Simon Schembri, il-Pulizija li ftit ġimgħat ilu ttajjar minn ġuvni ta' 17-il sena waqt il-qadi ta' dmirijietu.", "imqanqal fuq Facebook Leah kitbet kemm missierha huwa importanti għalihom.", "\"Inti tajtni l-ħajja, kabbartni, libbistni, iggilidt għalija, żammejtni, għajjat miegħi, imma fuq kollox ħabbejtni bla ebda kundizzjoni.", "M'hemmx kliem biżżejjed biex niddeskrivi kemm inti importanti għalina u kemm qed tħalli impatt qawwi fuq ħafna nies.\"", "Qalet li issa jmiss lilhom li jkunu hemm għalih.", "\"Issa jmiss aħna li nkunu hemm għalik.", "Diġa' qiegħed nofs triq.", "Ibqa' ġġieled.", "Aħna lkoll qegħdin hemm għalik.", "Grazzi talli qed tagħmel li tista' biex tgħix għal sħabek imma iżjed importanti għal familtek.", "Inti eroj, gwerrier u rebbieħ,\" temmet tgħid Leah."], "title": "\"Pa diġà qiegħed nofs triq. Ibqa' ġġieled.\" - Leah"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/gamlet-abort-kontra-r-rieda-tiegi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tfajla ta' dan il-ġuvni għamlet abort wara li kienu ilhom jipprovaw biex ikollhom it-tfal.", "\"Jiena ltqajt ma' din il-mara.", "Qbadna noħorġu flimkien.", "Bdejna mmorru tajjeb flimkien.", "Sifirna anke flimkien.", "Qbadna nitkellmu fuq tfal u iktar ma beda jgħaddi żmien iktar beda jsir serju l-argument.", "Tibgħatli vidjows ta' tfal, nitkellmu fuq l-ismijiet u fuq x'tip ta' ħajja rrid ikollna.", "U qbadna nipprovaw biex ikollna tfal.", "Għadda ftit taż-żmien u bdiet tieħu vitamini tal-fertilità biex tgħin għax konna qed nippjanaw għat-tfal.", "U fl-aħħar inqabdet tqila.", "Tant ma kienx żball li bdiet il-vitamini għall-fertilità biex tinqbad tqila.", "Meta sirna nafu li hi tqila, għall-bidu jiena kont veru ferħan wara li tkun ilek tipprova.\"", "Hi kienet ferħana li nqabdet tqila imma wara taħseb biex tagħmel abort.", "\"Hi kienet ferħana imma bdejt ninnota ċertu konfużjoni li nifhimha għax hi storja li tbiddillek ħajtek.", "Qabdet tkellimni li mhux il-waqt u li qed taħseb li tagħmel abort.", "Jiena ħassejt weġgħa kbira dak il-ħin.", "Bdiet tħoss il-biżgħat kollha li ħajjitha ħa tmur", ".", "Kull persuna li kellha t-tfal, taf li mhuwiex il-każ.\"", "Jipprova biex iwaqqafha milli tagħmlu.", "\"Bil-ħolm li kellna qabel bdejt nipprova ngħinha tara li dawn huma affarijiet li kollha ngħaddu minnhom u nistgħu nirbħulhom.", "F'daqqa waħda dan inbidel kollox.", "Ir-rieda tiegħi li nkomplu l-ħolma tagħna, qabdet taraha mill-aspett li jien qisni qed nipprova nikkontrollaha u nimmanipulaha.", "Dik lili kissritni kompletament.", "Il-ħaġa kerha hi li n-nies kollha ta' madwarha, bil-kultura li għandna dan iż-żmien, kollha ħeġġewha.", "Ipprovajt inwaqqafha u minn kollox ipprovajt.", "Offrejt li neħodilha l-kustodja tat-tifel u li hi tista' tinsa kollox, tista' tkompli tgħix ħajjitha u anke offrejtilha li t-tarbija żżommha hi u ma jkollhiex taqsam miegħi, għedt forsi jiena l-problema.", "Kull ħaġa li bdejt ngħid, bdiet taraha li qed ngħidha biex nipprova nikkontrollaha.\"", "L-abort isir.", "\"L-abort ġara.", "Jien ma stajt nitkellem xejn iktar.", "Għandha dritt li tiddeċiedi hi imma xi ħaġa li lanqas ħadd mhu qed jgħidha hija li jiena għaddejt minn tbatija li xorta nħoss li kienet parti minni.", "kulma hi żerriegħa.", "nifhmu dak il-punt.", "Imma fl-istess ħin żerriegħa li kienet parti minni u minnha.", "Jiġifieri kellha sinifikat u ma kinitx fetu kif jipprovaw jgħidu.", "Minn hemm qabad ġej ħolm ikrah ħafna u nqum b'qalbi tħabbat ħafna."], "title": "\"Għamlet abort kontra r-rieda tiegħi\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/06/ma-gamilt-kull-mezz-biex-tara-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima lil Anna Stellini, ħaddiema tad-Dar tal-Providenza għal dawn l-aħħar 11-il sena.", "Aħna tkellimna ma' Fr Martin Micallef, id-Direttur tal-Providenza, li jiddeskrivi lil Anna bħala mara b'valuri li kienu jidentifikawha.", "\"Kienet mara tal-familja, ħabbrieka, dedikata u kellha mħabba kbira lejn ir-residenti tad-Dar tal-Providenza.", "Minkejja l-marda kiefra li ħakmitha f'dawn l-aħħar 3 snin, dejjem baqgħet mara pożittiva u bi tbissima li tagħmillek kuraġġ.", "It-tbissima u l-memorja tagħha se tibqa' f'qalbna.\"", "Fl-omelija li saret waqt il-funeral tagħha, Fr Martin irrakkonta x-xewqa li kellha Anna, dik li tara l-Madonna.", "\"Xi ħmistax ilu, meta Anna kienet qed tħoss li kien qed joqrob il-mument meta kellha tgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, mort naraha u fost oħrajn qaltli, 'Ma kellix il-grazzja li mmur Fatima nara l-Madonna imma issa se mmur naraha wiċċ imb wiċċ.'", "U dak il-ħin talbet lil żewġha jġibilha l-kuruna li tatha Evelyn, omm ir-raġel ta' oħtha, biex iżżommha f'idejha.\"", "\"Kienet tant devota lejn Marija li bintha Marilyn ilbieraħ qaltli li kienet ix-xewqa ta' ommha li fuq is-santa tal-mewt tagħha barra l-istampa ta' Patri Piju, xtaqet ukoll l-istampa tal-Madonna ta' Pinu li min jaf kemm talbitha.\"", "Fr Martin xebbah il-figura ta' Marija ma' dik ta' Anna, li bħalha kienet mara ta' fidi li dejjem qalet iva lill-Mulej, bħalha kienet qaddejja tal-Mulej u tal-oħrajn, li bħalha kienet omm li batiet imma baqgħet soda, bħalha kienet mara ta' gratitudni u bħalha kienet mara għaqlija.", "Fost l-oħrajn, Fr Martin qal li qabel ma mietet qaltlu li qatt ma għamlet deni lil ħadd.", "\"Qabel mietet qaltli, 'Fr qatt ma għamilt deni lil ħadd, dejjem ipprovajt ngħin' u dan jikkonfermah kull min kien jafha.'", "F'dan mument Fr Martin qara silta mill-ittra li bintha Marilyn kitbet lil ommha wara mewtha.", "F'ħajtek qatt ma għamilt deni lil ħadd il-għaliex dejjem ippruvajt tfittex is-sabiħ ta' kull persuna.", "Bil-qlubija, imħabba u ġenerożità minn dejjem sraqt il-qlub tan-nies", "għaliex dejjem offrejt lilek innifsek għal ħaddieħor.", "Ix-xogħol kien il-passjoni tiegħek u għamilt kull mezz biex tara lil ħaddieħor bi tbissima.\"", "\"Għaddejna minn ħafna affarijiet f'25 sena fejn għallimtni u wasalt biex sirt dak li jiena llum.", "Għalkemm inti ommi, f'ħajti tiswa wisq iktar minn hekk.", "Il-bastun tiegħi, l-omm li tajtni mħabba bla kundizzjonijiet, b'ħafna sagrifiċċji biex tarani fejn wasalt.", "Dejjem għallimtni nkun determinata, ma nibżax naffaċċja l-ħajja, u għal dan nirringrazzjak.\"", "Fost oħrajn, Fr Martin temm jgħid: \"Ġesù jgħidilna, 'Żommu ġenbejkom imħażżmin u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies qegħdin jistennew 'il sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.", "Henjin dawk il-qaddejja li sidhom, meta jiġi, isibhom jishru!", "Anna int żgur waħda minnhom.", "Kompli tbissmilna mis-sema sakemm niġu ħdejk.\""], "title": "\"Ma, għamilt kull mezz biex tara lil ħaddieħor bi tbissima\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/tagmel-tattoo-ta-tattoo-tagha-stess-fuq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jekk tħares lejn ir-ritratt tifhem sew x'qed nipprova ngħid.", "Sewwa rajtu.", "Din it-tfajla fil-", "li għadda, għamlet", "tagħha fuq idha u fiha terġa' tidher din it-tattoo.", "tiegħi kollha għandhom l-istil tal-", ".", "Minn dejjem kelli din l-idea tiegħi nnifsi ta' kif nidher li kieku kont", "tiegħi, li tifhimni sal-inqas dettall.", "Tajtha l-idea u x'nixtieq nilbes fit-tattoo, kif tagħmilli l-make-up u l-kumplament ħallejt f'idejha.", "L-idea kienet li fit-", "tiegħi biex nidher li jiena.", "U għamiltha hemmhekk għax hemm biss għandi vojt,\" tgħidilna Rachel.", "Ir-reazzjoni tan-nies kienet waħda.", "\"Kull meta pprovajt nispjega l-għaliex ħa nagħmel wiċċi, kulħadd qalli, 'Iii ma tħobbx lilek innifsek ukoll!'.", "Però jiena jogħġbuni ħafna l-ħamsinijiet u l-istil tal-", ".", "Affaxxinata b'dan kollu.", "Kemm fejn jidħlu", ", fashion, karozzi u mużika.", "Inħoss li dik l-era li sippost qed ngħix fiha jiena.\"", "Bdiet tpinġi meta kellha 18-il sena.", "\"Malli għalaqthom, tani li nagħmel waħda żgħira.", "Imma bħal min jagħmel it-", ", meta tpinġi l-ewwel darba mbagħad ma tieqafx.", "Minn dejjem kienet togħġobni tpinġija,\" tgħidilna Rachel.", "Din mhux se tkun l-aħħar", "għal Rachel.", "\"Nixtieq nagħmel", "oħra u differenti.", "Meta tkun qed tpinġi, moħħok mill-ewwel jaħseb x'tattoo se tagħmel wara din, kemm qabel u anke waqt li tkun qed tagħmilha.", "Ma nistax ngħid x'se tkun għax sorpriża.", "Nistennew u naraw,\" ittemm tgħidilna Rachel.", "Inti x'taħseb?"], "title": "Tagħmel tattoo ta' tattoo tagħha stess fuq idha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/gal-min-sejra-tajjeb-l-ekonomija-norman.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-membru tal-Patrijotti Maltin, Norman Scicluna, jistqarr li din mhi xejn ħlief regħba minn fuq dahar iż-żgħir.", "Aħna tkellimna dwar l-ekonomija ta' pajjiżna ma' Norman u jgħidilna li din hija bbażata fuq", ".", "\"Wieħed ma jistax jgħid li l-ekonomija tal-pajjiż mhijiex sejra tajjeb.", "Però wieħed irid jistaqsi x'tip ta' eknomija hija din?", "Ekonomija bbażata fuq eluf u eluf ta' nies importati fostna u li mhumiex biżżejjed għax qed jgħidulna li qed iġibulna iktar?", "Għalija l-ekonomija ta' pajjiżna hija waħda bbażata fuq", "Jistaqsi għal min sejra tajjeb l-ekonomija?", "\"Meta ngħidu l-ekonomija sejra tajjeb, tajjeb għal min?", "Għal ħaddiema, għall-familji, għaż-żgħażagħ jew għal uliedna?", "Jew tajjeb għall-kuntratturi, għall-imprendituri u oħra?", "Min qed igawdi fil-verità?", "Jistaqsi wkoll x'qed jiswa dan it-titjib ekonomiku?", "\"B'liema prezz sejra tajjeb l-ekonomija?", "X'qed tiswa lill-poplu Malti?", "X'qed isarraf is-sippost progress lill-bniedem iż-żgħir?", "Veru dak li qed jgħidu, li ż-żgħir sippost se jgawdi mal-kbir jew il-kbir qed jixxala u ż-żgħir jispiċċa jsaffar?", "Fuq kollox ngħid ukoll, x'inhu l-piż ta' din il-massa kollha biex taparsi mmexxu l-ekonomija fuq ir-riżorsi naturali tal-pajjiż; l-ilma, id-drenaġġ, l-enerġija u fuq kollox it-traffiku?", "Nitilfu dan kollu għall-piż li ġa żied u qed nerġgħu nżidu fuqna?", "Għal dawn il-mistoqsijiet, Norman itemm b'din it-tweġiba: \"Din mhijiex għajr regħba minn fuq iż-żgħir, inkluż il-ħaddiema li qed jiġu minn barra u qed jiġu sfruttati, mingħajr ma nqisu l-futur ta' pajjiżna u ta' wliedna.\"", "Għada f'Xarabank se nitkellmu fuq is-sitwazzjoni tal-ekonomija u tax-xogħol f'pajjiżna."], "title": "\"Għal min sejra tajjeb l-ekonomija?\" - Norman Scicluna tal-Patrijotti Maltin"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/ikollna-tarbija-u-t-tfajla-gamlitni.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Daniel u tfajla jkollhom tarbija u jiġi rreġistrat bħala", "\"Kont qed noħroġ ma' tfajla u nqabdet tqila.", "Ma kinitx ippjanata imma ftehmna flimkien li nrabbu t-tarbija u nagħmlu familja.", "Qattajna t-tqala kollha flimkien, konna mmorru flimkien għand it-tabib u l-", "u kollox.", "U welldet.", "Kellna tifla.", "U kollox kien sew.", "Bdejt ngħidilha biex immorru nirreġistraw it-tifla u dejjem tgħidli: 'Issa mmorru.'", "Għadda xahar u sirt naf li kien marret waħedha u għamlitni", "Daniel ma setax jemmen.", "\"Lanqas ridt nemmen.", "Tkissirt.\"", "Daniel u t-tfajla ma jibqgħux flimkien.", "\"Xorta ridt nieħu r-responsabbiltà tat-tifla.", "Jiena ġibtha u għandi l-obbligu li nieħu ħsiebha.", "U bdejt ngħid lit-tfajla biex jekk trid titlaqni, imma għall-inqas tikteb ismi bħala missier it-tifla għaliex jien ma rridhiex li tikber ma tafx min hu missierha u jien irrid ngħin fit-trobija tagħhom.\"", "Daniel jiġri wara l-awtorità biex jieħu r-responsabbiltà.", "\"Iva bqajt niġġieled.", "Infaqt b'kollox €6,000 biex għamilt id-DNA test u rriżulta li t-tifla tiegħi.", "Kont immur il-Qorti u jarawni l-ommijiet u jgħiduli: 'Aħna niġġieldu biex jagħtuna l-manteniment u inti tiġġieled biex tagħti l-manteniment.", "Ħallast €6,000 biex tibda tħallas ħalli trabbi lit-tifla.", "Naħdem lejl u nhar biex inlaħħaq.", "Għax inkella ma nlaħħaqx.", "Imma llum irnexxieli u qed inrabbi lit-tifla jiena wkoll.", "Għax għalija t-tifla l-ewwel.", "U ħa jkolli tarbija oħra u kuntent ħafna."], "title": "\"Ikollna tarbija u t-tfajla għamlitni 'unknown father' fir-reġistru\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-dylan-saliba-jsir-famuz-mad.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Filmat ta' Dylan Saliba, spiċċa dar id-dinja kollha, wara li kanta Nessun Dorma huwa u jsewwi doċċa.", "Dylan li jgħix f'Syndney, l-Awstralja, huwa", "u spiċċa fuq diversi stazzjonijiet u gazzetti wara li għaġġeb lil kulħadd bil-vuċi tiegħu.", "Wara li rajna kunjomu, bdejna nistaqsu jekk Dylan huwiex Malti u ma qgħadniex naħsbuha darbtejn u kkuntattjanieh.", "\"Familti emigrat mil-Lebanon imma ma neskludhiex li għandi xi antenati minn Malta,\" jgħidilna Dylan.", "Ovvjament ma stajniex ma nistaqsuhx fuq il-filmat li ġibidlu l-kollega tiegħu.", "\"Il-kant mhuwiex il-professjoni tiegħi imma ilni għal dawn l-aħħar 6 snin inkanta fil-kamra tal-banju u jien u naħdem!", "Ma kellix idea li sieħbi kien qed jiġbidni bil-mowbajl tiegħu dak il-ħin.", "Kont ilni nkanta lejl sħiħ u ġibidni fl-aħjar mumenti.\"", "\"Meta rajt il-vidjow bqajt bla kliem.", "Ir-reazzjoni u s-sapport tan-nies minn madwar id-dinja kienu impressjonanti.", "Il-familja tiegħi xxukkjat ruħha u baqgħet impressjonata.", "Lanqas ħadd ma stennieha.", "Veru ninsab grat!", "Wara li l-vidjow dar mad-dinja kollha, kelli diversi intervisti b'diversi telefonati u ġejt intervistajt fuq Channel 7 fuq Sunrise, li huwa wieħed mill-ikbar xows fl-Awstralja,\" jispjegalna Dylan.", "Filwaqt li Dylan għadu jaħdem bħala plumber, ix-xewqa tiegħu hija li jibda l-karriera tal-kant.", "Sa issa fuq id-Daily Mail dan il-filmat rawh 900 elf darba u fuq Love that Matters raw 800 elf darba.", "Fi kliem ieħor rawh 'il fuq minn miljun darba!", "Ixxerja dan l-artiklu jekk għoġbok!"], "title": "BIL-FILMAT: Dylan Saliba jsir famuż mad-dinja wara li kanta Nessun Dorma fix-'shower'"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/tant-kienet-issawwatni-l-mara-li-darba.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Robert kien miżżewweġ u martu kienet issawtu, tant li darba saħansitra spiċċa l-isptar.", "\"Kemm-il darba kissritli n-nuċċali.", "Kienet ittinni bil-ħarta.", "Darbtejn biddiltu n-nuċċali għax kien tal-ħġieġ imbagħad għamiltu tal-plastik.", "Kemm-il darba kont immur ix-xogħol imkisser u kienu jarawni bil-grief.", "Darba minnhom tellgħetli gundalla fuq moħħi għax qabdet tagħtini, u lanqas biss indunajt jew kont naf għalxiex.", "Niftakar każ ieħor.", "Kelli qisu dieħes u waddbitli s-siġġu u faqqgħatu.", "Idi kienet żvlugata u kelli nagħmel żmien l-isptar għal operazzjoni.", "Darba sakemm mort biex inġib iċ-ċertifikat mill-klinika, marru mid-dehra jkellmuha u meta mort lura d-dar, tatni daqqtejn ta' ponn fl-istonku tiegħi għax qaltli li mhux inbilli mmur għand il-Pulizija biex nirrappurtaha.\"", "\"Kien tagħtini daqqiet ta' ponn fl-istonku, kienet issawwatni bil-papoċċ fuq rasi u anke farrġitni.", "Kienet taqla' t-telefown biex jien ma nkunx nista' nċempel.", "Oħra li niftakar sew seħħet qrib il-Milied, f'dawn iż-żminijiet.", "Kont mat-tfal, kien hemm anke ġar, u qed nagħmillhom is-siġra tal-Milied u f'daqqa waħda din ma ħamlitnix u ġiet tagħtini bil-papoċċ.", "Ma ħamlitx kif qegħdin f'din is-sitwazzjoni u jiena qiegħed narma s-siġra tal-Milied.", "Din għamlitha quddiem tifel ta' ġar barrani, li meta mar lura d-dar ma ġiex lura biex jilgħab mat-tfal tagħna.\"", "Robert jiddejjaq li mix-xogħol irid imur id-dar.", "\"Niddejjaq li wara x-xogħol, naf li rrid immur id-dar.", "Ma nafx kif ħa naffaċċja s-sitwazzjoni, ma nafx kif ħa nsibha, jekk insibha hemmhekk għax ġieli mort u sibt lit-tfal waħedhom.", "Toħroġ mingħajr ma tkun qaltli.\"", "Kien imur jirrappora l-għassa tal-Pulizija.", "\"Hemm min jgħidlek, 'Inti raġel bħalek, tħalli lill-mara tagħmillek hekk?", "Ikkontrollajt sewwa biex jien ma nirreaġixxi għax ħafna drabi meta tmur l-għassa, is-soltu n-nisa jkollhom dawn il-problemi u l-pulizija tieħu azzjoni.", "Allura ridt noqgħod attent li ma ddurx kontra tiegħi l-ħaġa.", "Faċli timbotta lura biex tiddefendi lilek innifsek imma mbagħad iġibuha b'tali mod li nispiċċa ħażin jien imbagħad.", "Niftakar każ minnhom fejn pulizija ma tantx kien kooperattiv.", "Kien saqsieni, 'Int ma għamilt xejn?'", "Għedtlu, 'Kieku jien immissha b'subgħajja ż-żgħir, kieku inti ġejt tarrestani.", "Ma għamilt xejn u ma kontx beħsiebni nagħmel ħalli jien ma niġix fl-inkwiet.\"", "Ġieli ġie msawwat quddiem it-tfal.", "\"Dik kienet l-iktar ħaġa li tweġġagħni.", "Il-kbira ma kinitx tagħti kas ħafna imma ż-żgħira kienet teħodha ħażin ħafna.", "Il-mara kienet tobżoqli f'wiċċi u ġieli kienet tobżoqli t-tifla wkoll.", "U kont ngħidilha, 'Għalfejn?'", "U kienet tgħidli, 'Għax il-mummy tagħmel hekk.'", "Robert, illum jaħfirilha.", "\"Naħfirlha.", "Imma l-weġgħat jibqgħu hemm għax ix-xokk tat-tfal jibqa'.", "Imma l-ħajja tird tibqa' għaddejja.\"", "Jgħid li hemm ħafna rġiel bħalu li ma jitkellmux.", "\"Illum jien ninsab ħafna aħjar.", "Bdejt ħajja ġdida.", "Imma fl-istess ħin naf li għad hemm ħafna rġiel għaddejjin minn tbatija u ma jitkellmux, għax ma jemmnuhomx.", "Nagħmel appell biex jitkellmu.\""], "title": "\"Tant kienet issawwatni l-mara li darba spiċċajt l-isptar\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/gamlu-tattoo-fuq-binti-mingajr-permess.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tfajla ta' 15-il sena saritilha", "mingħajr ma ntalbet il-karta tal-identità.", "Missier it-tfajla jgħidilna li ma kienx jaf lit-tfajla sejra tagħmel", ".", "\"Ma kontx naf li sejra tagħmel", ".", "Sirt naf jumejn wara minn fuq xi ritratti bl-individwu jpinġi fuqha li tefgħet fuq", "Jgħid li l-ħanut għandu tabella mwaħħla bl-età ta' 18-il sena indikata fuqu.", "\"Mal-ħanut għandu tabella bin-numru '18' daqsxiex imwaħħla mal-bieb ta' barra.", "Però lit-tifla tiegħi li għandha 15-il sena xorta għamilhielha mingħajr problemi ta' xejn.", "Nimmaġina li binti ma qaltlux li m'għandhiex 18-il sena imma nimmaġina li kien dmir it-", "li jitlobha l-karta tal-identità.", "Binti tidher li m'għandhiex 18-il sena u kienet taf li mhux suppost tagħmilha.\"", "Jitlob l-għajnuna mingħand is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika.", "\"Din il-ġimgħa kelli telefonata mingħand tas-saħħa u qalli biex inkomplu l-proċedura rridu niftħu kawża l-qorti.", "Spiċċajt kelli ngħidilha biex se nwaqqaf kollox għax ma nistax nidħol f'dawn l-ispejjeż u nitla' l-qorti.", "Imqar jekk jagħtuh twissija u jieħdu azzjoni fuqha għax dan abbuż,\" itemm jgħidilna l-missier.", "Aħna tkellimna mal-avukat Dr Ramon Bonett Sladden dwar x'tgħid il-liġi.", "\"Huwa reat li ssir", "fuq persuna li jkollha inqas minn 18-il sena jew li ssir minn persuna li ma jkollhiex liċenzja valida.", "Huwa reat ukoll li persuna li jkollha anqas minn 18-il sena tħalli, toqgħod għal jew tippermetti li ssirilha", "fuq xi parti ta' ġisimha.\"", "Itemm jgħidilna: \"Kull min jinsab (kemm min jagħmel", "fuq persuna ta' inqas minn 18-il sena u kemm il-persuna nfisha) ħati l-ewwel darba jeħel multa ta' mhux iżjed minn €465.87.", "Tista' teħel ukoll priġunerija għal mhux iktar minn 3 xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.", "Jekk persuna tinsab ħatja t-tieni darba, jeħel priġunerija ta' mhux iżjed minn 6 xhur jew multa ta' mhux iktar minn €1,164.69 jew il-priġunerija u l-multa f'daqqa.\""], "title": "\"Għamlu tattoo fuq binti mingħajr permess\" - Missier ta' tfajla ta' 15-il sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/l-arcisqof-charles-scicluna-jkompli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fil-ġranet li ġejjin, l-Arċisqof Charles Scicluna se jerġa' jmur iċ-Ċilì biex fuq talba tal-Papa Franġisku, ikompli l-każ tal-abbużi sesswali.", "Fi stqarrija maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, id-Direttur Greg Burke qal li bi ftehim mal-Papa, l-Arċisqof Scicluna flimkien ma' Mons. Jordi Bertomeu se jmorru fiċ-Ċilì biex imexxu 'l quddiem il-proċess ta' riparazzjoni u rijabilitazzjoni tal-vittmi tal-abbuż.", "Dan wara li diversi isqfijiet fiċ-Ċilì ġew akkużati li jew għattew l-abbużi jew ma għamlux l-almu kollu biex jinkixfu.", "Ħmistax ilu, l-34 isqof Ċilen li kienu fil-Vatikan għal laqgħat mal-Papa dwar l-iskandlu tal-abbuż sesswali fiċ-Ċilì offrew ir-riżenji tagħhom", "Sadanittant, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal ukoll li l-Papa mistenni jibgħat personalment ittra bil-miktub lill-President tal-Konferenza Episkopali taċ-Ċilì indirizzata lill-poplu kollu ta' Alla, kif kien wieħed lill-isqfijiet fil-jiem li għaddew."], "title": "L-Arċisqof Charles Scicluna jkompli jsegwi l-każ tal-abbużi sesswali"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/marti-rrappurtatni-li-qed-nabbuza.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mart dan ir-raġel irrappurtatu ħabta u sabta li qed jabbuża sesswalment mit-tifla.", "F'Xarabank, Vince jirrakkonta kif kien miżżewweġ ma' mara, li llum hija l-eksmara tiegħu, kellhom tifla, imma ż-żwieġ ma kienx sejjer tajjeb, u sseparaw.", "L-eksmara tiegħu tirrappurtah li qed jabbuża sesswalment mit-tifla.", "\"Din hija gidba mill-bidu tal-aħħar.", "Noqgħod għall-iskrutnju kollu li hemm bżonn għax din hija gidba.", "Ma jistgħu jsibu xejn għax m'għamilt xejn.", "U m'iniex inkwetat.\"", "Waħda mill-akkużi hi li huwa kien jinħasel mat-tifla.", "\"Kollha nkunu għarwenin quddiem xulxin id-dar.", "Kellna dik il-kultura u l-mara qatt ma skandalizzat ruħha qabel.\"", "Din il-ħaġa tkisser lil Vince.", "\"Tkissirni ħafna.", "Spiċċajt bl-", ".", "U għadni mkisser sal-lum.", "Għax tradietni mara li ħabbejt.", "Immissjajt ħafna lit-tifla għax għamilt żmien twil ma nistax naraha u l-aktar ħaġa li weġġgħetni kienet li t-tifla għamlulha l-ħsara, għax kellha toqgħod tigdeb fuqi quddiem il-Pulizija.\"", "Vince għaddej minn investigazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk din l-istorja hijiex vera.", "Sadanittant, persuni mill-Appoġġ qed imorru għall-għarrieda għand Vince meta jkun mat-tifla biex jinvestigaw.", "U għandna rapport f'idejna li juri ċar li minn dak li sabu s'issa, jidher ċar li Vince mhuwiex persuna li jabbuża mit-tifla."], "title": "\"Marti rrappurtatni li qed nabbuża sesswalment minn binti\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/xtista-tagmel-gall-istrina.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kemm tagħfas żewġ buttuni u tbiddel ir-ritratt tal-profil tiegħek.", "Veru veru faċli.", "Ippruvaha u meta tagħmilha ħajjar lil ħaddieħor jagħmel bħalek.", "Diversi nies qed jagħmlu l-", "tal-Istrina biex iqajmu aktar kuxjenza dwar dak li se jiġri l-għada tal-Milied.", "U inti tista' tagħmilha wkoll.", "Qed inħeġġuk biex tbiddel ir-ritratt tal-profil tiegħek inti ukoll ħalli tkun parti minn din il-festa ta' solidarjetà.", "Jekk trid tbiddel il-", "idħol fuq il-", "paġna tal-Istrina", "mill-mowbajl u niżżel isfel sakemm tara din:", "Agħfas 'Try it' li tinsab isfel nett.", "Biddel in-numru ta' ġranet ta' kemm tixtieq tħallih jidher, idealment tħallih sal-għada tal-Istrina.", "L-aħħar pass huwa li tagħfas", "biex tbiddel ir-ritratt tiegħek għal ritratt ġdid bil-", "tal-Istrina.", "Mod ieħor", "biex tagħmel il-", "tal-Istrina huwa li tidħol fuq", "tiegħek u agħfas", "Wara agħfas", "Agħżel il-profile frame", "iddel in-numru ta' ġranet ta' kemm tixtieq tħallih jidher, idealment tħallih sal-għada tal-Istrina.", "L-aħħar pass huwa li tagħfas", "biex tbiddel ir-ritratt tiegħek għal ritratt ġdid bil-", "tal-Istrina.", "Grazzi għax bis-saħħa tiegħek, il-Malta Community Chest Fund se tkompli tgħin ħafna familji!"], "title": "X'tista' tagħmel għall-Istrina?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/il-kantant-tal-eurovision-matthew.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-ġimgħat ilu, Matthew ħa l-aħbar li l-papà tiegħu marad bil-kanċer.", "Fil-Eurovision, apparti bid-diska ta' Call Tomorrow, lil Matthew bqajna niftakaruh minħabba x-xagħar nokkli tiegħu.", "Però k", "ien biss ħmistax ilu meta Matthew Anthony iddeċieda li jqaxxar xagħru, meta sar jaf li missieru marad bil-kanċer.", "\"Ftit ġimgħat ilu ħadna l-a", "ħbar li missieri marad bil-kanċer.", "Ħmistax ilu xtaqt inqaxxar xagħri bħala sapport lil missieri għax kellu jxaqqar xagħru minħabba l-kimo, biex tkun iktar faċli għalih.", "U hekk għamilt.\"", "U x'qal missieru malli qallu li se jqaxxar xagħru għalih?", "\"Dak il-ħin veru feraħ.", "Naħseb kien wieħed minn dawk il-ftit mumenti li rajtu jidħak minn meta ħa l-aħbar.", "Jaf li xagħri kien ifisser ħafna għalija, u din kienet xi ħaġa kbira għalija.\"", "Jistqarr kif din l-aħbar biddlitlu ħajtu ta' taħt fuq.", "\"F'sekonda ħajti nbiddlet ta' taħt fuq.", "Dawn l-affarijiet tarahom u tismagħhom jiġru kuljum, u qatt ma tibda taħseb li se jiġru lilek.", "Ħajti issa qed naraha minn perspettiva differenti.", "Jien bniedem pożittiv ħafna u f'daqqa waħda sirt napprezza iktar l-affarijiet li qabel ma kontx nagħti kashom, affarijiet li mhumiex materjali.", "Qed nqatta' kull sekonda man-nies li veru jfissru għalija.", "Ikolli dawk il-mumenti diffiċli illi rrid nkun ta' sapport għall-familja, li rrid nieħu ħsieb u nagħmel l-affarijiet li qabel kien jagħmel missieri, għax issa ma jista' jagħmel xejn.\"", "Jgħidilna kif il-papà jfisser kollox għalih.", "\"Il-papà jfisser kollox għalija, u anke l-mamà għax huma tawni l-ħajja.", "Kull mument kien hemm għalija u dejjem jixtieq l-aħjar għalija.", "Meta kont ftit ħażin dejjem kien hemm għalija, u fit-tajjeb qasam kollox għalija.", "Il-papà fil-Eurovision kellu l-opportunità li jkun miegħi wara l-kwinti u fuq it-tapit l-aħmar, u ħadt gost għax jiena prodott tiegħu wara kollox.", "Ninduna minn wiċċu li qed jieħu gost li qed jara lit-tfal tiegħu jirnexxu.\"", "Itemm jgħidilna kif l-affarijiet sempliċi jfissru ħafna.", "\"Għal dawk in-nies li jkunu għaddejjin minn esperjenza simili, ngħidilhom li s-sapport pożittiv jgħin ħafna.", "L-affarijiet sempliċi żgħar ifissru ħafna, u jien nħossni ffortunat li għandi l-għażla li ntawwal in-nokkli, meta nies oħra dik l-opportunità m'għandhomx minħabba xi mard.", "Għalhekk, għandna napprezzaw l-iċken affarijiet, f'dinja li fiha l-affarijiet materjali qed jiġu l-ewwel u qabel kollox.\""], "title": "Il-kantant tal-Eurovision Matthew iqaxxar xagħru għall-papà tiegħu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jitlef-ajtu-waqt-li-qed-isuq-ir-rota-fi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aldo Bonett, ċiklist sfortunatament tilef ħajtu b'riżultat t' attakk tal-qalb waqt li kien qed isuq ir-rota fi Sqallija.", "Aldo Bonett kellu għal qalbu ħafna iċ-ċiklizmu.", "Mhux talli hekk talli din il-passjoni tiegħu kien juża biex flimkien mal group volontarju ALIVE jiġbru donazzjonijiet għal riċerka dwar il-kanċer.", "Aldo kien bniedem ferrieħi ħafna u maħbub minn ħafna nies.", "Tant u hekk li facebook bħalissa qed jitilaw mijiet ta' post jiddeskrivu lil Aldo.", "Strieħ fis-sliem Aldo."], "title": "Jitlef ħajtu waqt li qed isuq ir-rota fi Sqallija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-karozza-twaqqaf-purcissjoni.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din il-karozza bajda qed tipprova tipparkja f'parkeġġ veru żgħir.", "Ma jirnexxilhiex.", "Tieqaf f'nofs tat-triq u toħloq pandemonju sħiħ.", "Hi u wieqfa, jiġu tal-muturi u ftit wara tiġi purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna.", "Qatt rajtu din manuvra simili sseħħ hawn Malta?", "Għidilna ftit dwarha"], "title": "BIL-FILMAT: Karozza twaqqaf purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna għaddejja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/din-it-tfajla-maltija-se-tibda-tilgab.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Rachel Cuschieri għadha kemm iffirmat kuntratt ta' sentejn mat-tim ta' PSV Vrouwen.", "Aħna tkellimna ma' Rachel li tgħidilna kif ingħatat din l-opportunità.", "\"Din ġrat meta kellna", "bejn it-tim li kont qed nilgħab miegħu, RSC Anderlech, kontra PSV Vrouwen.", "Ħallejt impressjoni tajba u kienu saqsewni jekk ma nixtieqkx li ningħaqad magħhom, la jingħalaq il-kuntratt.", "Ma stajtx ngħid le u ffirmajt magħhom.\"", "Rachel għad għandha 26 sena.", "Il-futbol huwa l-", "tagħha, xi ħaġa li ma tantx tismagħha ta' spiss f'Malta.", "\"Kuntenta ħafna għax ma tantx jiġru dawn l-affarijiet, speċjalment lil min jiġi minn Malta.", "Opportunitajiet bħal dawn ma tantx jiġuk.", "Però jekk għandek ħolma li tixtieq f'ħajtek, taħdem għaliha, kif kien possibbli għalija, huwa possibbli għal kulħadd.", "Trid temmen ħa tasal.\"", "Rachel kienet tilgħab ukoll mat-tim ta' Birkirkara, fejn dan it-tim kien rebaħ kull unur f'Malta.", "U xi ħaġa interessanti li forsi ma kontx taf hi li Rachel hi l-iżgħar", "li ta' 14-il sena kienet diġà qed tilgħab mat-tim nazzjonali Malti!", "Nawguraw lil Rachel kull suċċess!"], "title": "Din it-tfajla Maltija se tibda tilgħab ma' tim barrani kbir ieħor"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/dan-iz-zagzug-gamel-tattoo-ta-ira-fuq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kollha kemm aħna nafu lil xi ħadd iffissat fuq il-Eurovision, u forsi naħsbu li dak jew dik huma l-akbar fans tal-Eurovision li jeżistu.", "Imma dak għax konna għadna ma ltqajniex ma' Joseph Bonavia, li għandu tattoo bil-logo tal-Eurovision fuq sidru, u dil-ġimgħa għamel tattoo ta' wiċċ Ira Losco fuq idu ix-xellugija!", "Aħna kkuntattjajna lil Ira Losco u staqsejnieha jekk għoġbithiex.", "Ira qaltilna li Joseph kien kellimha qabel ma għamel it-tattoo, u hi staqsietu jekk hux ċert mid-deċiżjoni li qed jagħmel, \"għaliex din xi ħaġa permanenti.\"", "\"Meta staqsejtu qalli: 'ċert fuq li ċert li rrid nagħmilha...jekk mhux tiegħek ta' min?'\" qaltilna Ira.", "\"Vera jiena kuntenta u impressjonata bil-lealtà tal-", "Din turi kemm il-mużika hija b'saħħitha u kemm għandha mpatt qawwi fuq min jismagħha.", "Ilbieraħ, mal-", "Lovin Malta, Joseph qal li sema' b'Ira Losco l-ewwel darba fis-sena 2000, u minn dakinhar ġie ossessjonat biha.", "Kull fejn tkanta kien imur jaraha, u beda jsegwiha u jqasqas kull biċċa paġna minn gazzetta jew", "li jkollu l-isem jew ir-ritratt ta' Ira fuqu.", "Joseph bagħtilna r-ritratt tat-tattoo u aħna tkellimna miegħu dwar l-imħabba li għandu lejn il-Eurovision.", "Qalilna li mill-1997 ma tilfu qatt u minn 4 snin ilu 'l hawn mar kull sena fil-post fejn sar biex jarah live.", "L-imħabba lejn il-Eurovision wasslitu wkoll biex isir ammiratur kbir ta' diversi kantanti Maltin li rrappreżentaw lil pajjiżna f'dan il-konkors, imma Ira tibqa' l-favorita tiegħu.", "Għalija, Ira hija idolu,\" spjegalna.", "\"Tirrappreżenta kull mara tas-soċjetà Maltija.", "Biżżejjed tara l-affarijiet li tagħmel f'kampanji favur l-annimali u kontra l-vjolenza domestika, pereżempju.", "U dejjem turini kemm hi bniedma b'saħħitha, speċjalment meta telgħet għall-Eurovision; bit-takkuna u tiġri minn intervista għal oħra b'ħames xhur tqala.\"", "Joseph ammetta magħna li kien ilu joħlom li jagħmel tattoo ta' Ira għaxar snin imma kien jibża' mil-labra.", "Imbagħad għamel l-ewwel tattoo li kienet il-logo tal-Eurovision.", "B'hekk ma baqax jibża' u issa qata' xewqtu u għamel tattoo ta' Ira wkoll.", "Joseph u tnejn mill-ħbieb tiegħu kienu diġà għamlu tattoo tal-Eurovision", "Din it-tattoo mhix l-unika ħaġa li għandu ta' Ira Losco; anzi hija waħda mill-ftit affarijiet.", "Joseph għandhu kwilt, żarbun, flokkijiet, arloġġ, u mitt ħaġa oħra, kollha b'wiċċ jew isem Ira fuqhom.", "Uħud mill-ftit affarijiet ta' Ira li għandu Joseph", "Bħalissa, Ira Losco tinsab Milan, l-Italja għal kunċert li qiegħda tieħu sehem fih.", "Żarbun li Joseph libes għal dakinhar tal-Eurovision meta kantat Ira"], "title": "Dan iż-żagħżugħ għamel tattoo ta' Ira fuq idu u aħna kellimna lil Ira ħa naraw jidhrilha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/fun-run-bir-ritratti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Segwi l-Fun Run mir-ritratti li ħa Xarabank ilbieraħ:", "Agħfas 'like' fuq il-paġna tal-Istrina biex tibqa' aġġornat: https://www.facebook.com/jienalistrina/"], "title": "Fun Run bir-ritratti"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/gandna-prezzijiet-goljin-fil-kirjiet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Id-Deputat Laburista Dr. Edward Zammit Lewis isostni li t-tkabbir ekonomiku wassal għal-prezzijiet għolja fil-kirjiet tal-propjeta'.", "Aħna tkellimna dwar dan is-suġġett ma' Dr. Zammit Lewis dwar is-sitwazzjoni tal-ekonomija f'pajjiżna, u x'effett qed tħalli.", "\"Is-sitwazzjoni hija sempliċi.", "Il-pajjiż irreġistra tkabbir ekonomiku bla preċedent.", "Għandek ħafna nies li qed jiġu jaħdmu hawn Malta, nies li qed jaħdmu fis-settur tal-avjazzjoni, tas-servizz finanzjarji u tar-", ", u għandek nies li qed jagħmlu xogħol bħal dak tal-kostruzzjoni, tat-turiżmu u tal-ospitalità.\"", "Jistqarr li t-tkabbir ekonomiku qed iwassal għal prezzijiet ogħla fil-krijiet.", "\"It-tkabbir ekonomiku qed iwassal biex ikollok prezzijiet ogħla fil-kirjiet.", "Jekk għandek post bit-3 kmamar tas-sodda, illum qed jinkera €700/800 fix-xahar, u jekk min qed jikri għandu paga minima (€740 fix-xahar) jiġi f'sitwazzjoni fejn ma jkunx jista' jaffordja jikri dan il-post.\"", "Jispjega kif hemm soluzzjonijiet għal min ma jaffordjax jikri.", "\"Il-Gvern qed jintervjeni u se jkompli.", "Din semmiha l-Prim Ministru stess fid-diskors tiegħu fl-1 ta' Mejju, fejn qal li l-istat irid jidħol iktar għan-nies vulnerabbli, għal dawk il-familji li forsi ma jistgħux għal xi raġuni jkunu sidien ta' darhom jew ma jaffordjawx il-kirjiet.", "Hemmhekk irid jidħol iktar l-istat u juża tat-taxxi li qed jiġbor u d-dħul li qed jidħol biex jgħin lil dawn il-familji.", "Fil-fatt, fl-1 ta' Mejju ħabbar proġett ta' 500", "illi ġejjin ukoll mill-fond nazzjonali tal-iżvilupp li ġej mill-", "Jistqarr li għal din is-sitwazzjoni, il-Gvern qed jgħin biex il-familji jsiru sidien ta' darhom.", "\"Il-politika tal-Gvern preżenti qed taħseb iktar għal", ".", "Mhux biss b'kiri ta'", ", imma qed jgħinhom flimkien ma' istituzzjonijiet finanzjarji, bħal banek, biex il-familji tagħna jsiru sidien ta' darhom.", "B'", "din is-sitwazzjonijiet tal-kirjiet", "aħna ġejna bażikament vittmi tas-suċċess ekonomiku tagħna stess.", "Għaldaqstant", "il-Gvern ħabbar ukoll illi se jkun hemm", "dwar il-kirjiet residenzjali,\" itemm jgħidilna Dr Edward Zammit Lewis.", "Inti x'taħseb dwar il-kirjiet f'pajjiżna?"], "title": "\"Għandna prezzijiet għoljin fil-kirjiet\" - Edward Zammit Lewis"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/dan-il-guvni-se-jkollu-jieqaf-jistudja.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Rey twieled u jgħix il-Filippini.", "Twieled f'faqar kbir, u l-post fejn twieled mhux il-post ideali biex tistudja u tieħu edukazzjoni tajba.", "L-ewwel prijorità għall-familji hemmhekk hija li jibdew jaħdmu kważi malli jibdew jimxu, ħalli jdawru r-rota u jsibu xi ħaġa x'jieklu kuljum.", "S'issa, Rey irnexxielu jegħleb ħafna sfidi, għax qed jistudja u wasal", ".", "Imma issa se jkollu jieqaf, għaliex jixtieq imur l-Università u m'għandux flus biex imur.", "Għalhekk se jkollu jħalli l-iskola kollha u jerġa' jmur jaħdem.", "Din l-istorja xxerjaha fuq Facebook tiegħu il-Muxu, li bħalissa qed jagħmel esperjenza fost in-nies ta' El Nido Palawan fil-Filippini.", "Il-Muxu ltaqa' ma' dan il-ġuvni Filippin ta' 18-il sena ftit ilu u saru ħbieb.", "Il-Muxu jirrakkonta kif darba kien qed jiekol ma' Rey u żewġt iħbieb tiegħu u meta staqsihom x'se jagħmlu fil-futur, it-tnejn l-oħra qalulu li se jmorru l-Università, imma b'diqa f'qalbu u bid-dmugħ f'għajnejh Rey qallu li se jkollu jitlaq kollox u jmur jaħdem.", "Il-Muxu kompla jistaqsih dwar ħajtu u sar jaf li Rey huwa l-iżgħar fost 8 aħwa fil-familja.", "Sar jaf li ommu u missieru sseparaw ftit snin ilu u li kien għalihom waqaf mill-iskola, iżżewweġ u mar jaħdem għall-familja.", "Il-Muxu qalilna li minn dak il-ħin f'moħħu beda jberren kif se jgħin lil dan iż-żagħżugħ.", "\"Mill-ħarsa tiegħu u kif beda jitkellem, indunajt li huwa ġuvni intelliġenti li jħobb jgħin,\" qalilna l-Muxu.", "\"Nemmen li d-destin laqqagħni ma' dan iż-żagħżugħ biex ngħinu, u hekk se nagħmel.\"", "\"L-impatt li ħalla fuqi huwa tremend,\" qalilna.", "\"Jien niftakar meta kont ta' 18-il sena u niftakar x'ħolm li kelli.", "Bid-differenza li jien kelli s-sapport kollu u l-opportunitajiet ukoll.", "U Rey m'għandux.\"", "Muxu waħħalha f'moħħu li s-sapport u l-opportunitaijiet jagħtihomlu hu lil Rey u minn hemmhekk hu u sħabu fetħu dan il-fond biex ikunu jistgħu jiġbru donazzjonijiet biex iħallsu għall-edukazzjoni ta' Rey għal kors ta' erba' snin fl-Università.", "S'issa diġà rnexxielhom jiġbru biex iħallsulu l-ewwel semestru.", "Il-Muxu jappella lil kulħadd biex jagħti donazzjoni.", "\"Agħtu donazzjoni mqar ta' ewro.", "Ewro mingħandek jista' jfisser edukazzjoni u ħajja diċenti għal Rey.\"", "Biex tagħti donazzjoni tista' tidħol hawnekk"], "title": "Dan il-ġuvni se jkollu jieqaf jistudja u r-raġuni għalfejn se jagħmilha taqsamlek qalbek"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-kienet-kanzunetta-li-kitibli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Miss World Malta, Michela Galea, tmur tagħti d-demm ta' spiss wara kanzunetta li kitibilha nannuwha.", "Ftit sigħat ilu, Michela Galea waslet lura Malta wara ħames ġimgħat iċ-Ċina għall-Miss World, fejn rebħet il-", ".", "Però mhux l-isbuħija u l-personalità biss jagħmlu lil Michela mudella għax il-ġest li tmur tagħti d-demm ta' spiss, jagħmilha mudell għall-umiltà tagħha.", "\"Immur nagħti d-demm ta' spiss għaliex in-nannu Edwin kien kitibli l-kanzunetta Xejn Aktar Prezzjuż, li titkellem fuq kemm hu importanti li tagħti d-demm.", "Minn din il-kanzunetta, bdejt nagħti d-demm ta' spiss għax nemmen f'kemm hu importanti li tgħin lil ħaddieħor li jkun fi bżonn.", "Ta' spiss nisimgħu dwar ħafna każijiet ta' persuni li jkollhom bżonn id-demm u jien, li naf li jien b'saħħti u nista' nagħti d-demm, immur għaliex forsi għada pitgħada naf niġi bżonn jiena.\"", "Michela tiddeskrivi l-esperjenza tagħha ġewwa ċ-Ċina bħala waħda mill-isbaħ.", "\"Kien wieħed mill-isbaħ xhur ta' ħajti għaliex iltqajt ma' 120 kontestanta fejn sirt naf b'kulturi ġodda.", "Laqatni il-fatt li Miss World ma jenfasizzax fuq l-isbuħija ta' barra imma fuq kemm ikollok personalità sabiħa u kemm inti tkun dejjem umli minn ġewwa.", "Inħossni onorata li Malta għall-ewwel darba għamlitha mal-ewwel erbgħin u li rebħet għall-ewwel darba Miss World Talent.", "Kuntenta li ġejt lura Malta imma fl-istess ħin nimmissja ħafna l-esperjenza li kelli u l-kumpanija tal-kontestanti l-oħra, \" tgħidilna Michela.", "Dan il-konkors iġib miegħu ħafna preparamenti.", "\"Kelli nipprepara għal ħafna affarijiet fosthom għall-kanzunetti li kantajt għal Miss World Talent.", "Mort għal-lezzjonijiet ta' Pamela Bezzina, li għal dawn l-aħħar ħames snin ilha tikkowċjani fil-vuċi.", "Apparti li ppreparajt lili nnifsi bil-", ", kelli nipprepara ruħi mentalment.", "F'dan ix-xahar ridt inkun indipendenti, inkun umli, b'personalità tajba u nkun naf immur mal-oħrajn, u dan is-sigriet ta' kollox,\" tispjegalna Michela,", "Kif ħassejtek malli ħabbru li rbaħt Miss World Talent?", "\"Kien proċess twil ħafna.", "L-ewwel kellna l-", "u mbagħad bdew iħabbru l-ewwel 20, wara l-ewwel 15 u Malta bdiet tgħaddi ma' kull fażi.", "Meta tħabbar li Malta għamlitha għall-finali minn 120 kontestanta, kienet diġà kbira imma meta qalu li Malta ġiet l-ewwel, kienet xi ħaġa li qatt ma stennejt.", "Għadni sal-lum nistaqsi lili nnifsi, 'Imma veru rebħet Malta?'", "Inħossni kuntenta ħafna għax issemma isem pajjiżi u dan jagħmilni onorata,\" tistqarr Michela.", "Itemm tgħidilna: \"Nirringrazzja ħafna lil Sue Rossi u lil Claudia Calleja, id-diretturi ta' Miss World Malta ta' din l-opportunità.", "Kif ukoll lill-isponsors li għenuni f'din l-esperjenza u li se jkomplu jgħinuni sakemm is-sena d-dieħla nagħti l-kuruna lil Miss World Malta li jmiss.", "Finalment nirringrazzja lill-Maltin tas-sapport u tal-messaġġi li bagħtuli speċjalment wara li rbaħt Miss World Talent.\""], "title": "BIL-FILMAT: \"Kienet kanzunetta li kitibli nannuwi li ħeġġitni nagħti d-demm ta' spiss\" - Miss World Malta"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/tkellimt-mar-rapprezentant-malti-fil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Żgur li ħafna Maltin s'issa semgħu li dil-ġimgħa, il-President Amerikan Donald Trump qal xi ħaġa fuq Iżrael u Ġerusalemm, u din il-ħaġa urtat ħafna nies fil-Lvant Nofsani.", "Forsi mhux kulħadd irnexxielu jifhem eżatt x'inhi l-kontroversja li rnexxielu jidħol fiha Trump did-darba, u min ma fehmx ma ttihx tort, għaliex il-kunflitt fil-Lvant Nofsani huwa storja twila u kkumplikata li ilha għaddejja għexieren ta' snin.", "Aħna wkoll qed nippruvaw nifhmu x'inhu jiġri, u ħsibt li l-aħjar persuna li nistaqsi huwa r-Rappreżentant ta' Malta fil-Palestina - Reuben Gauci - li bħalissa jinsab fil-post fejn qamu l-protesti u d-dimostrazzjonijiet fl-aħħar jiem.", "\"Hawnhekk, it-tensjoni ma tmut qatt.", "Qatt m'aħna kwieti u n-nies li jgħixu hawn, inkluż jiena, drajna ngħixu fiha,\" spjegali s-Sur Gauci.", "\"Imbagħad, kultant u tant, it-tensjoni teskala u jibdew il-protesti u d-dimostrazzjonijiet, bħalma ġara dil-ġimgħa,\" kompla jgħidli.", "L-art ta' Iżrael u l-Palestina hija ċ-ċentru ta' ħafna kunflitt għaliex hija ċ-ċentru tal-akbar tliet reliġjonijiet fid-dinja - Il-Ġudaiżmu, l-Iżlam u l-Kristjaneżmu.", "Għal sekli sħaħ, fuq din l-art għexu eluf ta' Musulmani, Lhud u Kristjani u biċ-ċaqliq tagħhom minn post għall-ieħor ta' spiss jinqala' l-inkwiet.", "Imma l-kunflitt proprju mhuwiex fuq reliġjon, imma fuq art.", "B'mod sempliċi nistgħu ngħidu li l-Iżraeljani u l-Palestinjani għadhom ma qablux bejniethom fuq ta' min hi l-art li jgħixu fuqha.", "Dan il-kunflitt ilu għaddej sekli sħaħ, u matul is-snin, kemm l-Imperu Brittaniku u kemm in-Nazzjonijiet Uniti ppruvaw jaqtgħu linja biex jiddeċiedu liema hi l-art tal-Iżraeljani u liema hi l-art tal-Palestinjani.", "\"Ftit tal-ħin qabel ċempiltli għadu kif kien hawn dimostrazzjoni ftit 'il bogħod minni,\" spjegali s-Sur Gauci waqt li kien qed ikellimni fuq il-linja.", "\"Hawnhekk, il-Palestinjani joħorġu fit-toroq jipprotestaw", "u bosta drabi jispiċċaw f'kunflitt mal-", "qawwiet Iżraeljani", ".", "Imbagħad jibda l-gass tad-dmugħ, u", "l-qiegħa tkompli tisħon", "Fil-post fejn jgħix Rueben Gauci, in-nies Palestinjani jipprotestaw bil-qawwa kontra l-kliem ta' Donald Trump", "Għal ħafna snin, il-Lhud madwar l-Ewropa kollha għaddew minn inġustizzji u turmenti kbar, u allura bdew jemmnu li l-unika mod kif isalvaw lilhom infushom huwa billi l-fidi tagħhom issir Nazzjon.", "Għalhekk bdew jemigraw lejn din l-art bit-tama li dal-pajjiż jagħmluh tagħhom u jkunu jistgħu jmexxu lilhom infushom.", "Dan mhux bilfors għoġob lill", "-Palestinjani", "kollha tal-post, u wara ħafna ġlied, l-art inqasmet bejn l-Iżrael u l-Palestina.", "Imma dawn il-popli xorta ma sabux stabilità, għaliex kull ma jmur, il-Palestinjani qed iħossu li l-art tagħhom qed tittiekel dejjem aktar minn Iżrael.", "L-", "Istati Uniti tal-", "Amerka u l-Iżrael minn dejjem kienu alleati, u hawn jidħol il-President tal-Amerka.", "Il-President", "Donald Trump urta lill-Palestinjani għaliex irrikonoxxa lil Ġersualemm bħala l-Kapitali ta' Iżrael", "fil-jiem li għaddew", ".", "Issa Ġerusalemm hija belt kontroversjali fil-Lvant Nofsani għaliex fuqha hemm il-postijiet qaddisa", "għat-tliet", "reliġjonijiet", "monotejistiċi u sadanittant", "ż-żewġ popli", "Iżrael u tal-Palestina)", "għadhom ma waslux għal ftehim bejniethom dwar kif se jaqsmuha.", "\"Il-Palestinjani urtati għaliex Trump", "għadu kemm irrikonoxxa", "lil Ġerusalemm bħala l-Belt Kapitali ta' Iżrael,", "meta l-kwistjoni ta' kif se tinqasam Ġersualemm bejn l-Iżrael u l-Palestina għadha ma ġietx deċiża", ".", "Minħabba f", "hekk, il-fatt li Trump irrikonoxxa lil Ġerusalemm bħala l-Kapitali tal-Istat ta", "Iżrael, qed jidher bħallikieku Ġerusalemm tappartejni għal Iżrael biss,\" spjegali r-Rappreżentant ta' Malta fil-Palestina.", "Dan huwa d-diskors li fih il-President Amerikan Donald Trump irrikonoxxa lil Ġerusalemm bħala l-Kapitali ta' Iżrael nhar l-Erbgħa li għadda:", "Donald Trump qal li din id-deċiżjoni ħadha għaliex jemmen li hija l-mod effettiv li se jwassal għal paċi fil-Lvant Nofsani.", "Imma s-Sur Gauci spjegali kif f'għajnejn ħafna nazzjonijiet madwar id-dinja, il-kliem ta' Donald Trump kien mgħaġġel u mhux meqjus.", "\"Il-paċi tiġi bin-negozjati, u allura bil-paċenzja,\" qalli", ".", "\"Ma tistax tieħu deċiżjoni bħal dik mingħajr ma tikkonsulta u m", "tinnegozja ma' ħadd.\"", "Fi Stqarrija għall-iStampa li ħareġ, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ta", "Malta, qal li Malta jiddispjaċiha li saret din id-dikjarazzjoni unilaterali mill-President tal-Istati Uniti fuq Ġerusalemm – dikjarazzjoni li ma jaqbilx magħha.", "Il-Ministeru qal li huwa mħasseb serjament fuq ir-riperkussjonijiet li jista' jkun hemm, u enfasizza li x'se jkun istatus ta", "Ġerusalemm fil-ġejjieni għandu jiġi deċiż permezz ta", "negozjati sinifikattivi bejn l-Iżraelani u l-Palestinjani.", "Sadanittant, il-Kristjani fuq din l-art qed jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jiċċelebraw Milied hieni fuq l-art fejn seħħ l-ewwel Milied.", "Din is-sena, f'Betlem, ftit 'il bogħod mill-post eżatt fejn jingħad li twieled Ġesù, se jiġi armat il-presepju kbir Għawdxi li s-sena l-oħra nħadem għall-Pjazza tal-Vatikan."], "title": "Tkellimt mar-Rappreżentant Malti fil-Palestina fuq il-kontroversja li ħoloq Trump"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-zewg-rizultati-li-biddlu-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Sarah qabel u waqt l-intervista.", "Sena ilu lil Sarah jgħidulha li għandha kanċer.", "\"Għall-bidu ħadtha naqra bil-kbira.", "Ovvjament ħa teħodha bil-kbira sakemm tidra imma qisni għamilt kuraġġ,\" tistqarr Sarah.", "Sarah titkellem fuq ommha.", "\"Ommi ħaditha ħażin.", "Anke jien ħadtha ħażin.", "Iktar minħabba xagħri ħadtha ħażin imma naf li ħa jerġa' jitla' fuqha.", "Ommi tfisser kollox.", "Għalhekk ma nurihiex u dejjem niġġieled, imnalla tkun hi,\" tistqarr Sarah.", "Sarah għandha kuraġġ kbir.", "\"Kuraġġ kieku għandi.", "Ovvjament ħa taqa' ħażin xi kultant.", "Ma għandek għalfejn taqta' qalbek.", "Meta sirt naf li għandi kanċer qisu kollox waqa' fuqi.", "Però nħossni ħafna aħjar,\" tgħidilna Sarah.", "Din Tara, il-ħabiba ta' Sarah.", "Tara tiddeċiedi li tqaxxar xagħarha biex tkun ta' sapport għal ħabibitha f'dan il-mument diffiċli.", "\"Qaxxart il-ġnub ta' xagħari minħabba fija.", "Għamlitli kuraġġ lili.", "M'għandix għalfejn nistħi għax noħroġ bil-parrokka.", "Tħossok tajba minn ġewwa.", "Tgħid ara ħaddieħor qed jagħti kasek u jissapportja fiha,\" tistqarr Sarah.", "Fl-istess ħin li Sarah tirċievi r-riżultati tat-testijiet ta' din il-marda, Sarah tirċievi riżultati oħra, differenti.", "Sarah tingħażel biex timmudella.", "\"Jiena niftakar li bagħat għalija Vince Taljan.", "L-affarijiet ġew f'daqqa għax kont irċevejt ir-riżultat ta' meta qaluli li għandi kanċer u mbagħad wara ġie jkellimni Vince.", "Jiġfieri fl-istess ħin ħadt ir-ruħ għax jiena ninsa ħafna bl-immudellar.", "Jiena qatt ma mort nimmudella u għedt mela ħa nieħu ċ-ċans.", "L-immudellar jagħtini l-ħajja.\"", "L-inkwiet ta' Sarah kien: \"Lil ommi għedtilha, 'Issa kfi ħa nagħmel jien issa la ħa taqagħli xagħri.", "Ħa tidher il-parrokka imma fil-verità ma tidhirx u jgħiduli ħafna dan.", "Imma nixtieq nagħmel kuraġġ għax hawn affarijiet .", "Mhux għax ġralek hekk, taqta' qalbek fuqha.", "Tird tkompli tiġġildilha l-ħaġa.\"", "Bħalissa Sarah qed tipprepara biex tikkompeti għal Miss Malta 2017 bħala Miss Gudja.", "\"Trid tagħmel kuraġġ u trid taċċetta u tħobb lilek innifsek mhux qisek iżżomm lura u toqgħod tistaħba.", "Jierna xtaqt nidher biex ngħaddi l-messaġġ tiegħi:", "Ivvota lil Sarah (Miss Gudja) nhar is-Sibt, 25 ta' Novembru, għal Miss Malta 2017 fuq 50615312.", "Muntaġġ: Chantanne Mackay"], "title": "BIL-FILMAT: Żewġ riżultati li biddlu l-ħajja ta' din it-tfajla"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/immultawhom-jew-agtuhom-barmil-taz.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din hija s-sitwazzjoni ta' kull ġurnata f'Ta' Sliema.", "Fuq Facebook, mara ilmentat dwar l-ammont ta' skart li qed jkun barra fi Trejqet Sant'Injazju mat-8:00am.", "\"It-8:00am, u t-triq kollha tidher qisha miżbla kuljum, barra Belmonte Heights f'Ta' Sliema.", "Hija disgustanti!", "Il-Kunsill Lokali ta' Ta' Sliema għandu jagħmel xi ħaġa.", "Ibda mmulta jew agħtihom barmil żibel kbir.", "Dan iż-żibel veru qed jinten dalgħodu!\"", "Ilbieraħ tħabbar li l-boroż taż-żibel mhux se jibqgħu jinħarġu bl-addoċċ u min mhux se jimxi mal-kalendarju tal-Kunsill Lokali jista' jeħel multa sa €300.", "Dan biex jinħarxu l-multi lil min jinqabad jarmi illegali jew joħroġ il-boroż tal-iskart aktar minn erba' sigħat qabel il-ħin normali tal-ġbir.", "Il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera qal li se jżidu l-pieni għal sitwazzjonijiet varji meta wieħed jarmi l-iskart b'mod illegali u jabbuża.", "Sostna li l-multi ta' bħalissa mhumiex iservu ta' deterent għal min jabbuża.", "Inti x'taħseb fuq l-iskart li jinħareġ fit-toroq?"], "title": "\"Immultawhom jew agħtuhom barmil taż-żibel kbir\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/william-jeel-3-snin-abs.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["William, li għamel 10 snin clean u 14-il sena jistenna, għadu kemm weħel 3 snin ħabs.", "F'Xarabank, William kien spjegalna li ta' 14-il sena beda jieħu d-droga.", "Sar", "u 14-il sena ilu nqabad ixerred id-droga.", "Arrestawh u ressquh il-Qorti.", "Mar il-Cartias għal programm u gradwa.", "Issa ilu 10 snin", "mid-droga.", "Ilu 8 snin ma jmiss qatra alkoħol.", "Ilu 7 snin li qata' s-sigaretti.", "William tul dan iż-żmien fetaħ ħanut u impjega n-nies.", "Dan il-ħanut għalqu minħabba li se jeħel il-ħabs.", "Ftit tal-minuti ilu, William weħel il-ħabs.", "Hu nstab ħati li fis-26 ta' Novembru, 2004, kien fil-pussess ta' pilloli ecstasy u b'assoċjazzjoni u traffikar tal-istess droga.", "F'Xarabank, Peppi kien issuġġerixxa li William jeħel sentenza ta' 10 snin f'xogħl komunitarju billi", "a) Iwiegħed li jagħti l-urina meta mitlub", "b) Jieħu kors fil-pedagoġija", "c) Li għal għaxar snin, darbtejn fil-ġimgħa jmur ġo skola differenti jirrakkonta kif id-droga tkissrek u twasslek għall-mewt."], "title": "William jeħel 3 snin ħabs"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/kif-xtara-d-droga-xarabank.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħalissa, f'Malta u fid-dinja qed tiġri d-droga sintetika.", "Din hija sustanza li ħafna drabi mhijiex illegali u tista' tidħol fil-pajjiż bla problemi, li ħafna żgħażagħ qed joħduha flok id-droga normali, u li l-effetti tagħha huma ħafna agħar minn tad-droga normali.", "Daqs 4 ġimgħat ilu, f'Xarabank kellna lil Conray.", "Żagħżugħ Malti li qalilna li ħa din id-droga sintetika u kważi qatlitu.", "Araw x'kien qalilna:", "Minn dakinhar aħna bdejna ninvestigaw.", "Staqsejna lil Conray, lil nies oħra li ħaduha, u kollha qalulna li l-akbar problema tagħha hi li hi irħisa ħafna u tista' tordnaha mid-dar.", "U agħar minn hekk, din ma tiddaħħalx b'kuntrabandu, għax mhijiex illegali.", "Tordnaha mill-internet bħalma tordna ktieb jew libsa u tiġi mal-posta normali u l-ebda awtorità ma twaqqafha mkien.", "La l-pulizija, la d-dwana.", "Ħadd.", "U Conray u n-nies l-oħra li ħaduha qalulna, \"Jekk jogħġbok avżaw lill-ġenituri joqogħdu attenti għat-tfal tagħhom, għax m'hemmx għalfejn tkun qed tagħmilha ma' kumpanija ħażina biex tiġi f'idejk din id-droga.\"", "U mbagħad bdejna nistaqsu lill-ġenituri: \"It-tfal tiegħek jixtru minn fuq l-internet?", "Iva.", "Tkun taf x'qed jixtru?", "Mhux dejjem.\"", "U meta bdejna ngħidulhom joqogħdu attenti għax minn fuq l-internet jistgħu jixtru d-droga wkoll, kważi kollha qalulna, \"Uwejja ma jistax ikun.", "Ma tistax iddaħħal id-droga mingħajr ma jwaqqfuk il-Pulizija.\"", "U allura ma kien fadlilna l-ebda għażla oħra ħlief li aħna stess, mill-uffiċċju ta' Xarabank, nippruvaw nordnaw din id-droga u naraw jekk iwaqqafniex xi ħadd.", "Komplejna ninvestigaw sakemm sibna sit li tbigħ droga sintetika li hija kważi l-istess bħalma ħa Conray.", "Biex inkun onest ma konniex se nurukom kif għamilnieha għax rridux, bl-ebda mod, li dan ikun reklam biex iż-żgħażagħ jixtru d-droga mill-internet.", "Imma ma stajniex ma nuruhilkomx.", "Ma stajniex ma nurukomx xi jkun hemm miktub fiha... kemm hu faċli li din id-droga tispiċċa d-dar tiegħek għand it-tifel tiegħek.", "U għalhekk, għattejna l-ismijiet kollha fuq il-", "Dakinhar, eżatt kif ordnajnieha bdnejna ngħidu, \"U le din mhux ħa tasal.\"", "Bdejna nirraġunaw bħall-ġenituri li konna kelliemna.", "Ġejja mill-Amerika, din impossibbli ma tieqaf imkien.", "Mill-Amerika s'hawn xi ħadd jiċċekkjaha jiftaħha, jiskenjaha... xi ħadd iċemplilna u jgħidilna, \"Isma' hemmhekk x'ordnajtu?\"", "Għax din droga hux.", "U biex inkun onest kien hemm mument meta għedna...", "\"U le mhux se tasal.", "U nsejnieha.\"", "Din il-ġimgħa waslet.", "Din qed nagħmluha biex nurukom li daqskemm kienet faċli għalina li ndaħħlu din id-droga Malta u ħadd ma jinduna, daqshekk ieħor huwa faċli li din id-droga tidħol id-dar tiegħek mingħajr ma tinduna.", "U tinsewx... l-awtoritajiet jafu li aħna ġurnalisti li ninvestigaw u xorta ma ndunawx.", "Jiġifieri aħseb u ara kemm hi faċli aktar għat-tifel jew it-tifla tiegħek.", "U għalhekk qed nagħmlu appell lill-ġenituri kollha biex joqogħdu attenti, għax l-uniku mod kif inwaqqfu din id-droga kerha hija billi nikkonvinċu liż-żgħażagħ biex jieqfu jixtruha."], "title": "Kif xtara d-droga Xarabank?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-nhar-is-sibt-se-tkun-qed.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ir-rebbieħ tal-kant tas-sena l-oħra ta' Amici, Riki, isemmi lil Malta ma' Emma u ma' Irama.", "Ilbieraħ Riki mar iżur lill-parteċipanti tal-iskwadra Bianca u tal-iskwadra Blu, fosthom lil Emma.", "Magħhom qasam l-esperjenza li kellu s-sena l-oħra meta rebaħ l-edizzjoni tas-sena l-oħra t'Amici.", "F'mument minnhom fakkarhom li qed tarahom l-Italja kollha u Malta kollha.", "Fil-fatt Malta terġa' tissemma meta lil Emma, Riki jsaqsiha jekk se terġax tmur lura lejn Malta.", "Hija qaltlu li tmur lura Malta, iżda ma tafx x'se tagħmel.", "Riki għalaq bil-kliem", ".", "Ara l-intervista sħiħ", "hawnhekk", "Ilbieraħ Emma wkoll iltaqgħet mal-maniġer tal-artisti tal-Warner Music Italy, Roberto Fagioli.", "F'din il-laqgħa, Roberto qal lil Emma li jaraha kantanta li tipprometti fis-suq internazzjonali.", "Filwaqt li qaltlu li l-mużika hija t-triq tagħha, stqarret li waħda mix-xewqat tagħha hija li tkanta quddiem ħafna nies.", "Ara l-intervista sħiħa", "hawnhekk", "Is-semifinali ta' Amici se ssir nhar il-Ħadd li ġej."], "title": "BIL-FILMATI: \"Qed tarakom l-Italja kollha ... u Malta kollha\" - Riki"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/nitkellmu-ma-maltija-li-kienet-2-minuti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Antida Apap tgħidilna li minn ġot-tieqa bdew jaraw ħafna karozzi tal-pulizija u ambulanzi għaddejjin.", "Ftit sigħat ilu, raġel ġie arrestat wara li seħħet splużjoni fi stazzjoni tat-trasport pubbliku ġewwa New York.", "4 persuni sfaw midruba u aktarx anke s-suspettat indarab.", "Jidher li s-suspettat kien liebes appart li bih kellu jisplodi l-bomba, imma rapporti qed jgħidu li xi ħaġa marret ħażina u l-bomba ħadet qabel il-ħin.", "Aħna tkellima ma' Antida, li flimkien ma' familtha tinsab New York għal btala.", "Fil-ħin tal-attakk huma kienu għadhom fil-lukanda, \"Kien għadu kmieni, xi s-7:45am u bdejna nisimgħu ħafna karozzi tal-pulizija, ambulanzi u kien hemm żewġ ħelikopters fuqna u bdejna naraw ħafna nies miġburin fi triq.", "Il-lukanda tagħna qiegħda żewġ minuti 'l bogħod minn fejn seħħet il-bomba.", "Meta bdejna naraw dan kollu minn ġot-tieqa, indunajna li ġara xi ħaġa.\"", "Is-sitwazzjoni fi New York illum", "Antida meta bdiet tara dan kollu beżgħet.", "\"Bżajt għax ma kontx naf x'qed jiġri.", "Bdejna nfittxu minn fuq l-internet u minn fuq Twitter sirna nafu li kienet splużjoni.", "Bħalissa hawn ħafna nies, pulizija, ambulanzi għal li jista' jinqala' u ħelikopters iduru kontinwament.", "Però l-atmosfera bħalissa qiegħda kwieta ħafna għax kollox jidher taħt kontroll.", "Issa m'aħniex nibżgħu għax bil-pulizija bla ma trid tibda tħoss ċertu sigurtà.\""], "title": "Nitkellmu ma' Maltija li kienet 2 minuti 'l bogħod mill-isplużjoni f'New York"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/xarabank-jixtri-d-droga.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank xtrajna d-droga u se nurukom x'għamilna biex xtrajnieha.", "U dan huwa appell għall-ġenituri biex illejla jaraw din il-parti.", "F'parti oħra tal-programm se niddiskutu s-sitwazzjoni politika.", "Fil-panel se jiddiskutu", "l-Ewroparlamentari Alfred Sant u David Casa, il-Ministru Ian Borg u d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.", "Magħna se jkollna lil Gianluca, it-tifel li ġimgħa oħra se jirrappreżentana fil-Junior Eurovision Song Contest bid-diska Dawra Tond.", "Illejla se nurukom il-famuża intervista li Mark għamel ma'", "Emmy Bezzina u filmat ta' tfajla bl-isem ta' Sarah li ftit xhur ilu rċeviet żewġ riżultati, u dawn biddluha ħajjitha."], "title": "BIL-FILMAT: Xarabank jixtri d-droga"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/jistgu-jibagtulek-messagg-u-mhux.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan ir-raġel tela' l-Qorti erba' darbiet għalxejn.", "Isostni li l-Qorti għandha tibgħat messaġġ biex ma wieħed ma joqgħodx jitla' l-Qorti għalxejn meta s-seduta tiġi deferita", ".", "\"Il-każ tiegħi ilu għaddej u tlajt erba' darbiet il-Qorti għalxejn.", "Mank jibagħtulek messaġġ, u mhux tasal hemmhekk u jgħidulek li s-seduta ġiet trasferita għal darb' oħra.\"", "Jistqarr li mhuwiex sew li wieħed jitlef ġurnata xogħol għalxejn.", "\"Jiena pensjonant imma ħaddieħor jitlef ġurnata xogħol għalxejn.", "Kieku din tiġri lili biss, tgħid m'hemmx x'tagħmel, imma din tiġri lil ħafna u kulħadd igorr.", "Tmur hemm fid-9:00 ta' filgħodu, tistenna u fl-10:30am jiġu jgħidulek li se tiġi trasferita.", "Il-Qorti dejjem inti tkun minn taħt.", "Imbagħad jekk ma titlax jarresttawk, u jekk titkellem, iwaħħluk €100.", "Dan minbarra l-ispejjeż li jkollok mal-avukat fuq il-każ, li titla' għalxejn u biex tipparkja tissogra li teħel ċitazzjoni għax ma ssib imkien.\"", "Itemm jgħid: \"Nixtieq li imqar jibgħatulek messaġġ.", "Miskin dak li jitla' l-Qorti u jkollu r-raġun għax huwa jbati.\""], "title": "\"Jistgħu jibagħtulek messaġġ u mhux joqogħdu jtellgħuk il-Qorti għalxejn\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-ibni-dam-ma-jitkellem-sa-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din Gracie flimkien ma' binha Charlie.", "Meta twieled Charlie...", "\"Meta twieled Charlie, wara xi snin kont nibagħtu skola u kont ninduna li qisu hemm problema fit-tifel.", "Dam ma tkellem sa ma kellu 9 snin.", "Min jaf kemm waqagħli fix-xita u ġibruhuli n-nies.", "Lanqas ngħidlek kemm sofrejt.", "Sofrejt ħafna u ħafna.\"", "Gracie titlob ħafna.", "\"Dejjem nitlob lill-Bambin biex isibli xi mkien fejn nibagħtu biex jekk allaħares qatt niġi nieqsa jien, ikolli moħħi mistrieħ u mmut mewta mistrieħa.\"", "Biex isserraħ rasha fuq x'se jiġri minn binha wara li tmut, kontra qalbha daħal fid-Dar tal-Providenza, li nbniet bis-saħħa tiegħek.", "\"Jgħidli, 'Ma niġi naqra u nerġa' mmur għax hemm dari.'", "Hu ferħan hemm.\"", "Għal Gracie, Charlie jfisser ...", "\"Il-mimi tiegħi.", "Jiddispjaċini għax ngħid li kieku qiegħed miegħi imma moħħi mistrieħ li hemm il-", "miegħu.\"", "U meta Gracie xi darba ma tmurx tarah, tkun trid xorta tisma' leħnu.", "\"Biex jgħidli dik il-benedizzjoni.", "Biha jbikkini.", "Lili jħobbni ħafna.\"", "Lil Charlie, Gracie timmissjah ħafna.", "\"Dejjem nibkih.", "Ħassejtu wisq.", "Ngħidlu li nħobbu.", "Issa jien ġejt waħdi.\"", "Bis-saħħa tiegħek u t'oħrajn nies bħal Charlie jistgħu jgħixu d-Dar tal-Providenza.", "\"Din hija grazzja mingħand il-Bambin li hemm min jieħu ħsiebu.", "Jekk allaħares qatt nagħlaq għajnejja, moħħi mistrieħ.\"", "Bis-saħħa tiegħek, Charlie tgħidx kemm hu ferħan, u jixtieq jgħidlek grazzi."], "title": "BIL-FILMAT: \"Ibni dam ma jitkellem sa ma kellu 9 snin\" - Gracie"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-malta-gandna-boy-band-jekk.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn is-sitt żgħażagħ jagħtu ħajja lil din il-kanzunetta Maltija.", "Il-grupp ta' Avenue Sky ħarġu verżjoni ġdida ta' Ftakar.", "Aħna tkellimna ma' Joseph Refalo, wieħed mill-kantanti, li kellimna dwarha.", "\"Minn dejjem xtaqna naħdmu fuq materjal differenti minn dak li l-udjenza Maltija normalment tisma'.", "Riedna kanzunetta tajba, sabiħa bħala lirika u melodija, u għażilna Ftakar, li ħafna nies jiftakruha fil-passat bil-vuċi ta' Joe Cutajar.", "Fiha hemm sitt vuċijiet u bl-arranġamenti kollha għamilnieha moderna u adattata aktar għal dan iż-żmien.\"", "Imma kif ingħaqdu Joseph, Kevin, Karl, Andy, Clive, Joseph u Aidan?", "\"Kien sentejn ilu u kienet l-idea ta' Kevin, li ddiskuta l-ħsieb li tiġi ffurmata", "ma' Glen Vella, li huwa l-għalliem tagħna.", "Ikkuntattjana kollha u saqsiena jekk irridux ningħaqdu.", "Għall-bidu konna niltaqgħu darba fil-ġimgħa u issa spiċċajna biex dħalna għall-Malta Eurovision Song Contest.\"", "\"Minħabba li aħna kollha b'età differenti, ħafna drabi kulħadd joħroġ l-idea mill-perspettiva tiegħu.", "Għalhekk ħafna drabi ningħaqdu flimkien, nitfgħu l-ideat kollha tagħna, imbagħad immexxu l-ideat 'il quddiem.\"", "Fil-fatt, waħda minn dawn l-ideat żviluppat fis-sajf li għadda fejn il-kanzunetta oriġinali tagħhom FireStorm, saħansitra spiċċat fiċ-ċarts tar-radijiet lokali.", "It-tim flimkien ma' Avenue Sky ħadem biex il-kanzunetta FTAKAR tkun effettiva u għalhekk ħarġu vidjow mużikali li żgur se nibqgħu NIFTAKRUH.", "Biex issir taf iktar fuq Avenue Sky, żur il-paġna tagħhom", "hawnhekk"], "title": "BIL-FILMAT: F'Malta għandna boy band. Jekk għadek ma smajthiex agħfas hawn."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-bdaqqa-ta-sieq-tista-tgin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Nigel huwa tifel li f'Settembru li għadda għamel operazzjoni biex jibdulu qalbu, wara xhur l-Ingilterra jistenna qalb.", "Nigel għandu 6 xhur oħra l-Ingilterra biex jingħata trattament u b'daqqa ta' sieq tista' ttaffi ftit mill-ispejjeż tal-familja tiegħu.", "qed jorganizzaw żewġ attivitajiet sportivi biex jgħinu lil Nigel.", "Aħna tkellimna ma' Matthew Ellul, wieħed mill-organizzaturi.", "\"Fl-ewwel tliet snin, jiena u sħabi konna norganizzaw attività sportiva u l-qligħ kollu jmur għal organizzazzjoni jew persuna partikolari.", "Fl-ewwel sena għamilnieha għall-Istrina, fit-tieni sena għamilnieha għal Bjorn fi żmien meta Xarabank għamel il-ġabra u s-sena l-oħra ġbarna għal Sven, tifel li kien deher f'Puttinu,\" jispjegalna Matthew.", "Din is-sena, dawn il-ħbieb ingħaqdu flimkien bħala grupp, Get Fit for Charity, iddeċidew li jiġbru għal Nigel.", "\"Fi żmien meta rajnieh f'Puttinu u fuq l-Istrina, l-istorja ta' Niġel mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni tagħna.", "Apparti li huwa tifel dħuli, għandu każ partikolari u meta rajna li ilu jgħix l-Ingilterra għal kważi sena sħiħa u għandu sitt xhur oħra, emminna li jekk niġbru ammont żgħir ta' flus, għalih ifissru ħafna.\"", "X'qal Nigel meta sema' b'din l-inizjattiva?", "\"Ħa pjaċir ħafna u meta tlabnieh jgħaddilna messaġġ, kien jidher li huwa kuntent li ħsiebna fih u li għażilna lilu.\"", "X'se jkun hemm fit-3 ta' Diċembru?", "\"Fid-9:00am, fl-iskola sekondarja ta' St Thomas More se jkun hemm 5", "tal-futbol, u bejn l-10:00am u l-11:00am se jkun hemm", "ħ", "al aktar informazzjoni tistg", "ħu", "ċ", "ċ", "emplu lil Matthew stess fuq 99010702.", "\"Billi niċċaqalqu ftit u noħorġu xi ħaġa tal-flus, flimkien nistgħu niġbru somma żgħira li biha nistgħu ngħinu lil tifel fil-bżonn,\" itemm jgħidilna Matthew.", "Aqra iktar dwar din l-attività"], "title": "BIL-FILMAT: B'daqqa ta' sieq, tista' tgħin lil Nigel"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/xarabank-jerga-jigi-l-ewwel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Xarabank reġa' ġie ddikjarat bħala l-iktar programm segwit fost il-programmi kollha li jidhru fuq l-istazzjonijiet kollha f'Malta u Għawdex fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata.", "Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għadu kif ħareġ ftit ħin ilu.", "L-aħbarijiet ta' Television Malta huma l-aktar aħbarijiet segwiti u jirreġistraw l-ogħla l-udjenzi.", "Mitlub jikkummenta, Mark Laurence Zammit, preżentatur u l-maniġer tat-", "ta' Xarabank qal: \"din l-aħbar tagħmilni kburi u twerwirni fl-istess ħin.", "Kburi u għandi sodisfazzjon kbir għax konxju li dak li nagħmlu qed isegwuh ħafna nies u minn dak li nagħmlu jinbidlu l-ħajjiet tan-nies għall-aħjar.", "Imma dak l-istess ħsieb iwerwirni, għaliex ipoġġina f'pożizzjoni ta' responsabbiltà kbira lejn il-poplu.", "Xarabank dejjem hekk kien.", "Taħlita ta' sodisfazzjon u biża'.", "M'hemmx waħda mingħajr l-oħra.", "Mingħajr is-sodisfazzjon", "tagħmlu, imma mingħajr il-biża' jispiċċa s-sodisfazzjon kollu.", "Għax il-biża' żżommok moħħok hemm biex tkun dejjem aħjar, u minn hemm jiġi s-sodisfazzjon.\"", "\"Is-sigriet ta' Xarabank huwa t-team - in-nies li jaħdmu fih u li jiddedikaw ħinhom u saħħithom biex jikkreaw id-diskussjonijiet, jivvintaw iċ-ċajt u jiġġieldu l-inġustizzji tal-minoritajiet.\""], "title": "Xarabank jerġa' jiġi l-ewwel"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/ara-dan-it-tifel-jsaqsi-lill-papa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Emanuele jsaqsi din il-mistoqsija lill-Papa minħabba li missieru ma kienx jemmen b'Alla.", "F'laqgħa mal-Papa, Emanuel ma setax jindirizza l-mistoqsija li kellu lilu u nfaqa' jibki.", "Għalhekk, il-Papa talbu biex ifesfislu dak li xtaq isaqsih f'widnejh.", "F'dan il-mument il-Papa qal, \"Forsi lkoll kemm aħna nibku bħalma beka dan it-tifel, meta jkollna uġigħ bħal tiegħu f'qalbna.", "Bil-permess ta' Emanuele se ngħid dak li qalili.", "Spjegali kif ftit taż-żmien ilu miet missieru, kien ateau imma xorta għammed lit-tfal tiegħu kollha, lill-erbgħa li huma.\"", "\"Qalli li missieru kellu qalbu tajba.", "Dan it-tifel ta testimonjanza mill-isbaħ u kellu l-kuraġġ li jibki quddiemna.", "Jekk dan ir-raġel ma emminx f'Alla u xorta għammed lit-tfal tiegħu, kif Alla se jħallih 'il bogħod minnu?", "Emanuele, din ir-risposta tiegħi għalik.", "'Tkellem ma' missierek, itlob miegħu u grazzi.", "Missierek kien ateu imma qiegħed ma' Alla għax kellu qalbu tajba.\""], "title": "ARA: Dan it-tifel jsaqsi lill-Papa: \"Missieri l-Ġenna qiegħed?\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/fl-iskola-ta-san-gwann-it-tfal-qed.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tfal tal-iskola Primarja ta' San Ġwann qed jaraw 'il-kelb tas-Surmast David Caruana.", "\"Il-ġenituri kienu jafu li l-iskola nieħu miegħi lil Ronnie.", "Il-kelb tiegħi, li ġie mill-Island Sanctuary, huwa għami u nieħdu miegħi l-iskola għax għandu bżonn naqra attenzjoni.", "Fil-Jum Ewropew għal-Lingwi, it-tfal tal-iskola tal-", "kantaw diski b'lingwi Ewropej u l-klassijiet ta' tfal mhux Maltin, li qed jitgħallmu l-Malti biex jintegrew fl-iskola, kantaw bil-Malti.", "Diska minnhom kienet Il-Kelb u l-għalliema għal din id-diska ħarġet bit-tfal u bil-kelb,\" jgħidına s-Sur Caruana.", "inn hemm tiġi l-idea li jibda programm tal-qari għat-tfal.", "\"Dakinhar ġie l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartoli li meta ra lit-tfal ikantaw id-diska, qalli bi programm.", "Dan il-programm jeżisti barra minn Malta li bih tfal li jistħu jew qegħdin batuti fil-qari, minflok jaqraw lil sħabhom fil-klassi, jaqraw lill-kelb.", "Dan biex ikunu aktar komdi u ma jistħux jekk ilaqqalqu għax kelb għandu l-paċenzja kollha.", "U ġimagħtejn, tliet ġimgħat ilu, kuljum, it-tfal jaqraw lil Ronnie.\"", "Iżid jgħid: \"L-għalliema Susanne Mifsud Triganza qed timplimenta dan il-programm kuljum għax riċerka partikolari tgħid li l-progress li tifel jagħmel f'sitt xhur, jekk jaqra lil kelb kapaċi jagħmlu f'sitt ġimgħat.\"", "Dan il-programm jintlaqa' mill-ġenituri u mit-tfal.", "\"Dan intlaqa' ħafna mill-ġenituri u t-tfal jinsabu kuntenti ħafna talli qed jaqraw lill-kelb.", "Din qed tgħinhom biex jiġu iktar ħerqana għall-iskola!\" jgħidilna s-Sur Caruana.", "\"Nissuġġerixxi lil skejjel oħra jibdew dan il-programm ukoll.", "Il-kelb, ovvjament irid ikun partikolari, ma jistax ikun kelb li l-ħin kollu jiġri imma jkun wieħed li jkollu paċenzja biex jisma',\" itemm jgħidilna s-Sur Caruana.", "Jekk togħġobkom din l-inizjattiva, ixxerjaw dan l-artiklu."], "title": "Fl-iskola ta' San Ġwann, it-tfal qed jaqraw lill-kelb!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-xjaseb-peppi-dwar-is.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["William, ilbieraħ, weħed 3 snin ħabs wara 10 snin", "mid-droga u 14-il sena jistenna s-sentenza.", "Wara din is-sentenza, Peppi Azzopardi jaħseb hekk: \"Illum kien l-ewwel lejl li William għadda l-ħabs.", "Infakkarkom li William dam 14-il sena jistenna ġustizzja.", "Diġà inġustizzja fiha nfisha dik.", "Huwa persuna li mhux biss qata' d-droga kompletament għal 10 snin imma qata' l-alkoħol u s-sigaretti għalkollox.", "Huwa bniedem riformat.", "Kellu daqsxejn ta' restorant u impjega lin-nies.", "U lbieraħ tfajnieh il-ħabs.\"", "\"Veru għal 3 snin.", "U hawnhekk nixtieq insellem lill-Imħallef Antonio Mizzi illi kien jidher li qed jifhem.", "Anke meta konna qed nixhdu, kien qed jifhem.", "Mhux is-sitwazzjoni ta' William imma s-sitwazzjoni li għandna f'dan il-pajjiż f'din is-sitwazzjoni.", "U nsellmu għax naf li ma seta' jagħmel xejn iktar milli jagħmel.", "Però din il-liġi trid tinbidel.", "Jien infaħħar ħafna l-kuraġġ li kellu Owen Bonnici illi biddel il-liġi, meta kien għamilha ċara li ma jistax ikollna żgħażagħ jinqabdu u jispiċċa l-ħabs.", "U dik kienet xi ħaġa kuraġġuża.\"", "\"Issa jonqsu l-kuraġġ li jmiss.", "Illi taqbad din il-liġi u tgħid ċar u tond illi nħallu f'idejn l-Imħallef u jiddeċiedi hu jew hi jekk jibagħtux il-ħabs jew le.", "Mhux torbotlu idejh jew idejha li jrid jitfgħu l-ħabs bilfors.", "Dik hija l-liġi.", "Jiena nappella lill-Prim Ministru.", "Kont faħħart lill-Prim Ministru meta tkellem u qal: \"Jiena dawn l-affarijiet ma jħallunix norqod.\"", "Issa Prim Ministru, William mhux se jeħel il-ħabs imma weħel il-ħabs, u hemm oħrajn bħalu.\"", "\"Jiena nappella lill-Prim Ministru u mhux lill-Prim Ministru biss imma lill-Kap tal-Oppożizzjoni, lill-Membri Parlamentari li huma jagħmlu l-liġi, biex mill-aktar fis ibiddlu din il-liġi ħalli n-nies li huma riformati mhux nitfgħuhom il-ħabs.", "X'se joqgħod jagħmel il-ħabs tliet snin?", "Għalfejn?", "Għaliex ma jagħmilx 3 snin hawn barra.", "Tafu kemm kien qed jgħin lil nies, William?", "Tafu lbieraħ tela' jixhed wieħed li għenu biex joħroġ mill-problema tad-droga?", "Għaliex tfajnieh il-ħabs?", "Hija inġustizzja li rridu nibqgħu niġġildulha u hekk se nagħmlu.\""], "title": "BIL-FILMAT: X'jaħseb Peppi dwar is-sentenza li weħel William?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/xinhu-l-ajar-tikri-jew-tixtri-post.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ħafna nies jimtlew b'ħafna mistoqsijiet jekk", "għandhomx jikru jew jixtru.", "Però fil-verità x'jaqbillek tikri jew tixtri propjetà?", "Jekk qed tfaddal, jaqbel li tinvesti f'post biex tixtri u jkun tiegħek, jew li tikri sakemm tkun tista' tieħu self mingħand il-bank?", "Taħseb imma li", "l-kirjiet saru għoljin wisq?", "Dwar dan is-suġġett t", "kellimna ma' Erskine Vella minn Best Deal Properties li huwa żviluppatur Malti tal-propjetà.", "Jispjegalna kif wieħed iktar jaqbillu li jixtri milli jikri.", "\"Il-vantaġġ li wieħed jikri, jiddependi minn liema sitwazzjoni ikun għaddej minnha bniedem.", "Ħafna drabi wieħed idur biex jikri minħabba li ma jkunx jista' jissellef mill-bank.", "Però fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda jaqbillek li tixtri milli tikri.\"", "Imma għala jaqbillek li tixtri?", "\"Bil-flus li qed tonfoq biex tixtri propjetà, fl-aħħar mill-aħħar ħa tħallas is-self (il-", ") li tkun ħadt u jkollok post li jkun tiegħek.", "Dan huwa wieħed mill-ikbar investiment li bniedem jista' jagħmel għalih f'ħajtu.", "Meta tikri, mhu qed tagħmel xejn ħlief li tkun qed tħallas lil ħaddieħor biex tuża l-post li jikrilek.", "Id-dar tiegħek hija dejjem tiegħek.\"", "Imma diffiċli biex tixtri hawn Malta?", "\"Hawn ħafna bejgħ għal kulħadd.", "Għalhekk ngħid mhuwiex daqshekk diffiċli biex in-nies jixtru propjetà.", "Ix-xogħol miexi sew.", "Però hemm min għandu problema biex ilaħħaq mal-prezzijiet u jispiċċaw jikru.", "It-tendenza hi li n-nies, l-iktar koppji, qed jikru biex jaraw kif se jgħixu flimkien, u mbagħad jixtru wara Però n-numru ta' separazzjonijiet qed jiżdiedu u ħafna minnhom ma jkunu jistgħu jieħdu self mill-bank, u allura jispiċċaw jikru.\"", "Però dejjem jaqbillek tixtri u Best Deal Properties lest li jgħinek bla ebda problemi.", "\"Aħna nipprova nagħmlu l-proċess faċli għal dak li jkun.", "L-ewwel in-nies iridu jagħżlu fejn jixtiequ jixtru, u inti tgħidilhom x'lest li toffrilhom.", "Imbagħad minn hemmhekk, kull ħaġa li jkollok bżonn waqt il-proċess, għandna l-esperjenza biex nirrispondu u nirrakkomandaw nies tajba għal dak li għandek bżonn, u nagħmlu minn kollox biex inlestu l-post kif tixtieq.", "S'issa rċevejna rispons tajjeb u sal-ġimgħa l-oħra rċevejna mingħand klijenti li qalulna, \"", "\"Aħna qegħdin hemm għal kulħadd.", "Min jixtieq li jkellimna anke għal parir, lesti li niltqgħuh, anke mhux bilfors biex jixtri, ngħinuh għax dak huwa xogħolna,\" itemm jgħidilna Erksine.", "Taħseb li l-kirjiet f'Malta huma għoljin wisq?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "X'inhu l-aħjar, tikri jew tixtri post?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/naf-gays-gawdxin-li-jgixu-ta-gays.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Eman Borg, il-President tal-LGBTI+ Gozo, jgħid li jaf b'żgħażagħ Għawdxin li huma kburin li huma", "imma jgħixu l-ħajja", "f'Malta biss.", "Eman jispjega li", "qabel ma hareg li huwa persuna omosswali,", "ma kienx hemm għaqda għal individwi li huma LGBTI f'Għawdex.", "\"Ta' 17-il sena ħriġt pubblikament", "li jiena", "fil-post fejn", "trabbejt", ".", "Dak iż-żmien ma kienx hemm għaqda għal persuni LGBTI u qatt ma kien hemm l-idea li n-nies", "jeżistu ġewwa Għawdex.", "Meta ħriġt li jien", "ħassejt il-bżonn li niftaħ għaqda biex noħloq pjattaforma sigura għal żgħażagħ bħal", "biex isibu dak li ma sibtx jiena.\"", "U fl-2015, fil-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija Eman jiftaħ din l-għaqda.", "ispjega s-sitwazzjoni ta' żgħażagħ", "f'Għawdex.", "\"F'Għawdex naf b'żgħażagħ li huma kburin li huma", "imma jgħixu l-ħajja", "f'Malta biss.", "Dawn iż-żgħażagħ xħin imorru lura Għawdex fil-", "biex jaraw lill-ġenituri tagħhom, jerġgħu jingħalqu fil-", "tagħhom.", "Meta ħriġt li jien", "ħassejt il-bżonn li jkun hemm iktar viżibbilta', li wieħed ma jħossux li huwa ġġudikat", "'hemmx għalfejn ngħid li jien", "għax mhijiex l-unika ħaġa li tidentifikani.\"", "Jgħidilna li diversi individwi jitkellmu magħhom, mal-LGBTI+ Gozo, fosthom nies miżżewġin.", "\"Jiġu għandna żgħażagħ li qed isibuha diffiċli li jiġu aċċettati min-nies oħra.", "Ħafna miż-żgħażagħ qed joħorġu", "eżattament qabel ma jitilgħu jgħixu Malta ħalli jekk il-ġenituri tagħhom ma jaċċettawhomx, jafu li jistgħu jmorru Malta.", "Issib ukoll sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri jgħidu lil uliedhom li huma", "biex joqogħdu d-dar ħalli ma jaqgħux fuq ilsien in-nies.", "Nafu b'żgħażagħ li magħna jgħidulna li huma", "imma ma joħorġuhiex pubblika.", "Jgħidulek li kif qegħdin, qegħdin sew.", "Pero' mhux iż-żgħażagħ biss jiġu għandna, ġieli jkollna nies miżżewġin fejn ir-raġel jew il-mara tkun", "u anke individwi 'l fuq minn 50 sena li ma joħorġux li huma", "għax jibżgħu li jagħtu kedda lill-ġenituri,\" jispjegalna Eman.", "LGBTI+ qed taħdem bla waqfien biex l-omosesswalita' f'Għawdex ma tibqa' tabu'.", "\"Bħala għaqda qed nagħmlu attivitajiet soċjali.", "Fil-fatt fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar inlaqqgħu żgħażagħ Għawxin gay.", "Din qed nipprovaw nagħmluha kull ġimgħa.", "Pero' l-għaqda taħdem ukoll mal-persuni individwalment.", "Li jinqala' każ ta' persuna li joħroġ li huwa", "kull ħmistax ifisser li x-xogħol tal-għaqda qed jidher u lin-nies qed iħossuhom iktar komdi,\" jistqarr Eman.", "Il-ħidma ta' Eman tiġi rrikonoxxuta u jirbaħ il-Queen's Young Leader Award għal bidla li qed jagħmel fil-komunita'.", "\"Raw il-potenzjal fl-LGBTI+ Gozo, li qed taħdem biex tagħmel bidla fil-komunita' Għawdxija dwar l-inklużività ta' persuni", ".", "Bil-Queen's Young Leader Award ingħatajt borża ta' studju ġewwa l-Universita' ta' Cambridge fuq", "li qed tgħinni biex inkompli l-ħidma tiegħi.\"", "Eman jirnexxielu jiltaqa' ma' diversi dinjitarji grazzi għal dan il-permju.", "\"Hija esperjenza pjuttost surreali li ltqajt mar-Reġina, ma' Prinċep Charles u ma' Prinċep Harry f'temp ta' ftit xhur.", "Qatt ma immaġinajt li f'sentejn u nofs, minn ġol-kamra tiegħi ġewwa Għawdex wasalt biex nitkellem dwar l-esperjenza tiegħi.", "Hija ta' motivazzjoni għalija biex inkompli bix-xogħol tiegħi.\"", "Ix-xogħol tiegħu jiġi rikonoxxut minn Prof.Jeffrey Sachs,", "tas-Segretarju tal-United Nations.", "\"Kont sodisfatt meta ġie Prof. Jeffrey Sachs u qalli, 'L-istorja tiegħek qrajtha u tispirani,'.", "Dak il-ħin għedt mela dak li qed nagħmel, qed nagħmlu sew u x-xogħol tiegħi qed jiġi rikonoxxut.", "Eman jgħaddi messaġġ għaż-żgħażagħ", "li ħarġu u dawk li għadhom ma ħarġux. \"", "Kunu kburin bikom infuskom,\" itemm jgħidilna Eman.", "Nhar is-Sibt, 18 ta' Novembru l-LGBTI+ Gozo se torganizza", "Ritratt tal-faċċata: Andrew Borg Carbott"], "title": "\"Naf gays Għawdxin li jgħixu ta' gays f'Malta imma joħorġu man-nisa f'Għawdex\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/kompla-jaqla-l-inkwiet-u-qasam-ras.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-President tal-Police Officers' Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, isostni li ma nistgħux nibqgħu naraw attakk wara l-ieħor.", "Ilbieraħ Tuneżin attakka surġent waqt il-qadi tad-dmirijietu, u Sandro Camilleri jgħidilna x'ġara.", "\"Ilbieraħ kien hemm", "fl-Armier, u kien hemm Tuneżin li beda jaqla' l-ġlied.", "Marru l-Pulizija fuq il-post biex jarrestawh, u spiċċa ħebb għalihom, u saħanistra anke beda jagtħi fuq il-karozza.", "Xħin ħaduh fil-", ", qala' pandemonju sħiħ u anke kisser il-", ".", "Beda jħabbat lilu nnifsu ġoċ-ċella biex iweġġa' lilu nnifsu.", "Imbagħad ittieħed l-isptar imma anke hemmhekk kompla jaqla' l-inkwiet, tant li spiċċa qasam ras is-Surġent Jean Zahra.\"", "Jispjegalna kif dan il-persuna għad għandu każijiet pendenti u sa ftit xhur ilu waddab kuntistabbli t-taraġ, u spiċċa sofra", ".", "Filwaqt li rringrazzja lill-Qorti, sostna l-ħtieġa għal priġunerija effettiva għal min jattakka l-pulizija.", "\"Qed naraw li l-Qorti qed tieħu azzjoni u qed iżżomm idejha fejn jidħlu attakki fuq il-pulizija.", "Ta' dan nirringrazzjaw lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "Però qed inkomplu nagħfsu fuq l-istat biex ikun hemm priġunerija effettiva għal min jattakka lill-pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom għax qed naraw attakk wara ieħor.\"", "F'dawn il-ġimagħtejn, kien hemm żewġ każi fejn il-pulizija sfaw attakki waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Fosthom il-Pulizija Simon Schembri li spiċċa mtajjar minn ġuvni ta' 17-il sena."], "title": "\"Kompla jaqla' l-inkwiet u qasam ras surġent\" - Sandro Camilleri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jekk-tiekol-din-il-burger-tkun-qed-tgin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Sħabu li mardu bil-kanċer iwasslu lil Daniel ta' Shoreditch biex jagħmel", "għall-Istrina.", "Daniel jagħmel il-", "tal-Istrina wara li kien għamel ta' Xarabank.", "\"Iktar kmieni din is-sena konna għamilna x-Xarabank Burger u kienet għamlet", ".", "Minħabba li nħobb ngħin lin-nies, xtaqt nagħmel oħra għaliex li tgħin lil ħaddieħor hija xi ħaġa importanti.", "Nixtieq li minn din l-inizjattiva, restoranti oħra jieħdu eżempju minna.\"", "Imma jkunu l-ħbieb tiegħu li mardu li wassluh għal din il-", ".", "\"Kien hemm ħbieb tiegħi li kienu għaddew mill-marda tal-kanċer.", "Rajt b'għajnejja kemm ibatu dawn in-nies u grazzi għall-għajnuna tal-Istrina u tan-nies, illum il-ġurnata fiqu.", "Fost dawn il-ħbieb, hemm Clint Abela Wedge.", "Però, sfortunament tlift anke ħbieb li mietu bil-kanċer.", "Għalhekk ħassejt il-bżonn li nagħmel din il-", "X'fiha din il-", "?", "\"L-ingredjenti li fiha huma sempliċi ħafna.", "Fiha", "u ġobon, fost oħrajn.", "Ridt nagħmel", "li tintgħoġob minn kulħadd.\"", "Għalfejn għandek tipprovaha?", "\"Għandek tikolha għax tajba u waqt li tkun qed tikolha jkollok is-sodisfazzjoni li qed tgħin lil ħaddieħor.\"", "50% mill-qliegħ ta' kull", "ħa jmorru għall-Istrina.", "Tinsiex, 26 ta' Diċembru, l-Istrina, l-għada tal-Milied."], "title": "Jekk tiekol din il-burger tkun qed tgħin lill-Istrina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-tfal-tal-iskola-jsiru-gasra.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn iż-żewġ studenti tas-sekondarja dalgħodu marru l-iskola imxarrbin għasra.", "Kif jidher fil-filmat, karozza li għaddiet minn maġenb iż-żewgt itfal ma tatx kas l-għadajjar li kien hemm fl-art, għaddiet", "u ħaslet lil dawn iż-żewġ studenti li kienu mexjin lejn l-iskola.", "Xarabank jappella għal iżjed attenzjoni.", "Filmat: Damien Falzon"], "title": "BIL-FILMAT: Tfal tal-iskola jsiru għasra"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/zi-inti-kont-il-persuna-li-eggitni-gan.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Colin Muscat tilef ħajtu wara li splodiet il-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann, is-Sibt li għadda.", "Il-mewt ta' Colin Muscat ħasdet lil ħafna, fosthom lid-dilettanti tan-nar u tal-festi, iżda ħasdet ukoll lin-neputi tiegħu, Lawrence Gauci.", "F'post fuq Facebook huwa kiteb dan il-kliem, \"Mur zi strieħ.", "Bħalissa kellna xi differenza għal xulxin imma inti demmi.", "Inti kont il-persuna li ħeġġiġtni għan-nar.", "Ħdimt ħafna ħin miegħek.", "Iġġilidna u fraħna flimkien.", "Inti ħa tkun fejn Santa Marija zi.", "Sakemm nerġgħu niltaqgħu.", "Itlob għalina zi.\"", "Aħna tkellimna mal-President tal-Police Officers' Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, li kien jgħallem lil Colin il-liġi tal-piroteknika.", "\"Jiena sa ftit tas-snin ilu kont ngħallem il-liġi tan-nar tal-piroteknika.", "Colin kien wieħed mill-istudenti stess li eventwalment ingħata l-liċenzja tan-nar.", "Kont nafu u kont ngħallmu.", "Kien bniedem tal-affari tiegħu, serju u ħabbrieki ħafna, ma jiqafx, u dejjem għaddej.", "Ġieli kien iċempilli għal xi parir legali u fuq xi permessi, jiġifieri ma kienx jaqbad u jgħaġġel imma qabel ma kien japplika għall-permessi kien iċempilli.\"", "Jgħidilna li din hija telfa kbira għall-piroteknika f'Malta.", "\"Mal-ewwel mort niċċekkja, u qaluli li fost il-midruba, Colin kien l-iktar wieħed li ġarrab ġrieħi.", "Fuq Facebook kont tlabt lin-nies biex jitolbu għalih għax jiena nemmen ħafna fit-talb.", "Meta sirt naf li lbieraħ ħalliena, weġġajt u ħassejt ħafna għalih għax hija ħasra kbir, iktar u iktar meta kien bniedem iddedikat u hu kien maħbub ħafna, b'karattru ferrieħi u ġentili.", "Hija telfa kbira għall-piroteknika f'Malta.\"", "Fi stqarrija, l-Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar, San Ġwann, filwaqt li stqarret it-telfa ta' Colin Muscat, kitbet ukoll li l-vittma l-oħra, Clint Grima, għadu jinsab rikoverat l-isptar għall-ġrieħi li ġarrab.", "L-għaqda wkoll irringrazzjat lil kull min offra kull tip ta' għajnuna jew wera solidarjetà mal-Għaqda, u rringrazzjat lil diversi għaqdiet."], "title": "\"Zi inti kont il-persuna li ħeġġiġtni għan-nar\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/lil-william-ma-kontx-nibagtu-xejn-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar tgħid li ma kinitx tibagħtu l-ħabs imma tħossha kuntenta bis-sentenza mogħtija.", "It-Tnejn li għadda, William li għamel 14-il sena jistenna u 10 snin", "mid-droga, weħel 3 snin ħabs.", "Aħna tkellimna ma' Rosianne Cutajar li tgħid li ma kinitx tibagħtu l-ħabs.", "\"Li kieku kien għalija, għax naf proprju lil William u naf kemm inbidel, bħala persuna, għall-aħjar, ma kont nibagħtu xejn il-ħabs.", "Però nħossni kuntenta u sodisfatta għaliex William kien qed jissogra minimu ta' 7 snin ħabs.", "Allura s-sentenza kienet ġusta u sensibbli.", "Naf li William huwa kuntent għax kien irrisenjat li ħa jeħel 7 snin ħabs.\"", "Sena u nofs oħra jistgħu japplikaw għal", "\"Konxja li l-liġi ma tippermettix illi bniedem ma jmur il-ħabs.", "Għalhekk kien propju li jien appellajt li jkun hemm riformi u pieni alternattivi għall-priġunerija.", "Din kienet l-ewwel darba li l-Qorti ta' fuq, jiġifieri l-Ġuri, tat pieni tal-Qorti t'isfel.", "Jiġifieri kien proprju għalhekk biss li William ingħata sentenza ta' 3 snin.", "Terġa' mhumiex 3 snin imma huma ħafna inqas.", "Bħalma diġà għamilt kuntatt mal-familja ta' William, wara sena u nofs inkunu nistgħu napplikaw għal", ".", "Jien m'għandix dubju li ħa nsibu kooperazzjoni mhux biss tal-Ministru Owen Bonnici imma wkoll tal-President ta' Malta.\"", "Rosianne Cutajar tgħaddi messaġġ lil William.", "\"Il-messaġġ tiegħi huwa biex William jagħmel kuraġġ.", "Naf kemm huwa persuna b'saħħtu u jiena ċerta li bħalma kien ta' ispirazzjoni għal ħafna nies minn barra l-ħabs, se jkun ta' ispirazzjoni minn hemm ġew għal żgħażagħ u adulti li jinsabu l-ħabs fuq każijiet differenti, u għalina wkoll.", "L-appell tiegħi jmur wkoll għal dawk li għaddejjin minn sitwazzjoni ta' droga u ngħidilhom biex jirrikorru għall-għajnuna.", "Id-droga hija problema kbira wisq biex jaffaċċjawha waħedhom.\"", "Ittemm tgħid: \"Minkejja li s-sentenza ta' William kienet waħda sensibbli, se nibqa' naħdem bħala Membru Parlament biex isiru r-riformi neċessarji u jkun hemm pieni alternattivi għall-priġunerija.\""], "title": "\"Lil William ma kontx nibagħtu xejn il-ħabs\" - Rosianne Cutajar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/xsar-minnu-gordon-ta-deceduti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Gordon Bonello ġie magħżul biex fil-Georgia jipproduċi u jidderieġi l-Junior Eurovision Song Contest.", "Tant kien impressjona lill-organizzaturi internazzjonli tal-Junior Eurovision, li kienu talbuh biex jidderieġi l-Junior Eurovision li kien sar fil-Bulgarija.", "Tant baqgħu impressjonati hemmhekk li reġgħu qalulu u issa huwa l-", "u d-direttur kreattiv tal-JESC", "li se jsir f'Georgia.", "Din hija kariga internazzjonali mill-iżjed importanti, li titlob persuna bi kreattività eċċezzjonali, u huwa ta' unur li Malti bħal Gordon Bonello qed ikun magħżul għaliha sena wara sena.", "Imma kif spiċċa jaħdem għall-Junior Eurovision Song Contest?", "\"Bdiet fl-2014 f'Malta meta dik is-sena għamilna kambjament totali u tajna spinta 'l quddiem il-Junior Eurovision Song Contest.", "Kienet dik is-sena li l-EBU ħadu interess fija u s-sena ta' wara għamilt il-Junior Eurovision Song Contest il-Bulgarija,\" jgħidilna Gordon.", "Kienu l-esperjenzi tiegħu li wassluh għal dan ir-rwol.", "\"Jiena għamilt 7 snin naħdem fl-industrija tal-films fejn kont", ".", "Apparti li għamilt żmien bħala", "kont mużiċist u allura l-mużika qiegħda fija wkoll.", "Imma l-esperjenza ksibtha sew meta għamilt l-ewwel il-Malta Eurovision Song Contest għax dan, differenti minn pajjiżi oħrajn, innutaw fih l-istess mekkaniżmu li jaħdmu bih", "barranin.", "Id-differenza li kien hemm kienet biss il-baġit,\" jispjegalna Gordon.", "Kont taf li Gordon għamel ukoll il-vidjow mużikali ta' Gianluca, il-kantant Malti li ġimgħa oħra se jirrappreżenta lill-Malta għall-JESC bid-diska Dawra Tond?", "\"Inżilt Malta u bil-ftit baġit li kien hemm, għamilt il-vidjow mużikali ta' Gianluca flimkien mat-tim li kelli miegħi, fosthom ma' Charles Ahar.", "Fih ħriġt l-element uman lokali u dan imbuttajtu kemm stajt biex jidher fil-viżwali waqt il-Junior Eurovision Song Contest.", "Jiġifieri miljuni ta' nies ħa jaraw daqsxejn minn Malta fuq l-iscreen tagħhom,\" jgħidilna Gordon.", "Bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji biex għaxart ijiem oħra jittella l-JESC.", "\"Nhar is-Sibt li ġej nibdew bl-i", "rehearsals fejn għal 3 ijiem se nagħmlu wkoll ir-rehearsals tal-", "fost oħrajn.", "Imbagħad mit-Tlieta sal-Ġimgħa se jkollna r-rehearsals mad-delegazzjonijiet fuq l-istage.\"", "Itemm jgħidilna: \"Issa rnexxieli nikseb esperjenza biżżejjed li nħossni iktar komdu kull sena.", "Qed nitgħallem dejjem iktar u dan qed jgħinni ħafna iktar biex inkun fil-kontroll.", "L-isbaħ esperjenza li haw' hawnhekk hi li apparti d-delegazzjonijiet kollha ġejjin minn pajjiżi differenti, anke l-krew huwa magħmul minn nies differenti.", "Aħna qegħdin 4 Maltin, jien, Charles Ahar, David Vassallo u Reuben Sant, u magħna qed jaħdmu wkoll Irlandiżi, Taljani, Bulgariżi u Ingliżi!\"", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se jkollna lil Gianluca!", "Ritratt: Deċeduti Facebook"], "title": "X'sar minnu Ramon ta' Deċeduti?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jitlob-lill-president-teilsu-mill-arrest.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Christopher Bartolo, li bħalissa jinsab arrestat u għandu problemi serji fil-kliewi, talab lill-President ta' Malta biex jingħata l-ħelsien mill-arrest sakemm tinqata' l-kawża tal-appell.", "Xarabank ilu jsegwi l-każ ta' Christoper għal dawn l-aħħar snin.", "F'April li għadda Christopher ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs wara li ammetta li ttraffika l-kannabis meta huwa kien qed jagħmel użu minnha biex itaffi mill-uġigħ, uġigħ li skontu ma kienx jittaffa mill-pilloli li kienu qed jagħtuh.", "F'Novembru li għadda, il-Qorti Kostituzzjoni sabet li billi ċaħdet lis-Sur Bartolo aċċess għal avukat waqt interrogazzjoni, il-Pulizija kienet kisret id-dritt tiegħu għal smigħ xieraq.", "Għalhekk, Christopher talab l-intervent tal-President, permezz tal-avukati tiegħu, biex tagħtih il-ħelsien mill-arrest taħt il-kundizzjonijiet mitluba.", "Aħna tkellimna ma' Dr Franco Debono, l-avukat tiegħu, li qalilna hekk: \"Jekk se jibqa' arrestat, prattikament se jkun qed jiġi mċaħħad mid-dritt t'appell peress illi anke jekk il-Qorti tal-Appell tiddeċiedi li tnaqqas il-piena jew tneħħi kompletament l-piena ta' ħabs, jew il-Qorti Kostituzzjonali tikkonferma l-ordni ta'", ", dan ikun superfluwu peress li jkun diġà skonta l-piena jew parti sostanzjali minnha u dan oltre kunsiderazzjonijiet dwar stat ta' saħħtu li huwa prekarju.\""], "title": "Jitlob lill-President teħilsu mill-arrest"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-li-stajt-ngannaqha-inbusha-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ Emma għaddiet għall-fażi li jmiss ta' Amici.", "Waqt il-programm tal-bieraħ, lil Emma tawha sorpriża billi laqqgħuha ma' ommha wara li kienu ilhom ma jaraw lil xulxin minn Marzu.", "Aħna tkellimna ma' ommha Rosanne li tirrakkontalna kif ħassitha qabel ma ltaqgħet ma' bintha.", "\"Qabel ma ltqajt magħha kont eċċitata ħafna għax kont viċin ħafna tagħha u kont ilni ma naraha minn Marzu.", "Il-fatt li kont qiegħda hemm fl-i", "wara l-kwinti u ħadd ma seta' jkun jaf li kont hemmhekk, kienet atmosfera eċċitanti ħafna għalija.\"", "Tgħidilna kif il-laqgħa ma' bintha kienet emozzjoni li ma tistax tiddeskriviha.", "\"Lanqas nista' niddeskriviha għax kien mument li għadda malajr.", "Però li stajt ngħannaqha, inbusha u nkun magħha kienet ħolma, speċjalment quddiem dawk in-nies kollha.\"", "Tistqarr li hi kburija li waslet s'hawnhekk.", "\"Lanqas nista' nemmen li waslet s'hawnhekk u lanqas hi ma tista' temmen li minn dawk il-kompetuturi kollha, tasal s'hawnhekk, hija ħaġa kbira ħafna.", "Tħossha kburija hi u anke jiena, speċjalment li qed tagħmel dan il-pass waħedha u sabet il-kuraġġ li tkompli tikkompeti u tibqa' tagħti l-aħjar tagħha.\"", "Rosanne tgħaddi messaġġ lil Emma.", "\"Kompli agħti l-aħjar tiegħek u tkompli tiffoka, minkejja l-mumenti ta' qtigħ il-qalb għax qiegħda 'l bogħod mill-familja, mill-ħbieb u minn kulħadd li taf.", "Kompli ffoka fuq il-mużika u fuq il-ħolma tiegħek għax din il-ħolma tiegħek li tagħmel xi ħaġa bil-mużika, bil-kant u bil-kanzunetti tiegħek.", "Kelli ċ-", "ċans ukoll li nidħol fid-dar fejn qed toqgħod u kelli dawk il-5, 10 minuti fejn stajt inkellimha u għedtilha biex tagħmel kuraġġ, u tkun soda.\"", "Ilbieraħ Emma ġiet salvatha, u għaldaqstant għaddiet għall-fażi li jmiss ta' Amici."], "title": "BIL-FILMAT: \"Li stajt ngħannaqha, inbusha u nkun magħha kienet ħolma\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-mort-fis-sala-ta-xarabank-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bernadette Coleiro, il-mara li rebħet kamra tal-banju f'Xarabank il-Ġimgħa li għadda, tgħidilna li minn dejjem xtaqet tara kif isir Xarabank u għalhekk iddeċidiet li tibda tiġi fis-sala.", "Bernadette li l-ġimgħa l-oħra rebħet kamra tal-banju kompluta mingħand Stylish Bathrooms, b'valur ta' €3,000.", "Tgħidilna kif ħames snin ilu hi u żewġha ddeċidew li jibdew jiġu fis-sala.", "\"Ilna ħames snin niġu naraw Xarabank mis-sala.", "Niftakar li l-ewwel darba li ġejna konna rbaħna vjaġġ bil-katamaran.", "Aħna minn dejjem konna narawh minn fuq it-televiżjoni imma darba minnhom lir-raġel għedtlu, 'Veru tieħu pjaċir tara Xarabank id-dar għax tkun komda fis-sodda imma nixtieq li xi darba mmur biex nara kif isir.", "Mid-dar aħna ma narawx xi jkun għaddej minn wara l-kwinti.'", "U dak il-ħin stess qalli biex nibdew immorru.", "Niftakar ċempilt lil Liliana, bagħtitli l-biljetti u bdejna niġu minn dakinhar,\" tgħidilna Bernadette.", "Imma għaliex tippreferi tiġi fis-sala?", "\"Jiena mid-dar ma noħroġx u hemmhekk nagħmilha man-nies.", "Però l-iktar li xtaqt niġi biex nara kif isir", "u biex nara l-ġenn li jkun għaddej qabel u waqt il-programm,\" tispjegalna Bernadette.", "\"Xħin il-ġimgħa l-oħra telgħet il-lotterija u nisma' 761 f'qalbi għedt, 'Ara dan in-numru jispiċċa bħal tiegħi.", "U xħin semma' ismi għedt, 'Illaħwa tiegħi marelli!'", "Dak il-ħin stħajt inqum iżda ħadt pjaċir ħafna,\" tistqarr Bernadette.", "Ittemm tgħidilna: \"Wieħed aħjar jara Xarabank mis-sala għax jidħol fl-istorja li tkun għaddejja.\"", "Għalhekk x'inti tistenna?", "Ċempel biex tkun magħna fis-sala fuq 21249200 u tkun qiegħed fiċ-ċans li tirbaħ rigali kbar."], "title": "BIL-FILMAT: \"Mort fis-sala ta' Xarabank u rbaħt rigal ta' €3,000\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/qattus-ibbalzmat-ma-amiema-fir-rabat.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Qattus ibbalzmat ma' ħamiem fir-Rabat iqajjem reazzjoni.", "Aħna tkellimna mal-persuna li ħadet dawn ir-ritratti.", "\"Kont qiegħda fejn il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù fir-Rabat u kelli nċaqlaq il-van.", "Eżatt kif dort biex nipparkja insib dan il-qattus ibbalzmat fuq għatba ta' dar.", "Ħadt qatgħa kbira għax minn taħt il-għajn lanqas kont naf x'qed nara.", "Xħin intbaħt x'inhu għedt, 'Il-madoff dak qattus!'", "Mhux xi ħaġa li taraha kuljum.\"", "Tgħidilna li ilu bbalzmat.", "\"Kien jidher li ilu bbalzmat għax kellu anke biċċiet neqsin minn ġo fih u kellu ħafna għanqbut miegħu.\"", "Hi tagħti l-opinjoni tagħha.", "\"Il-qtates huma iktar bħala", "milli bħala annimali li tibbalzma.", "Dawn mhux bħall-għasafar, li hawn ħafna min jibbalzmahom.", "Jiena ma naqbilx ma' dan għax nemmen li dawn l-annimali għandhom jgħixu u mhux nitfgħuhom ġo vettrina.\""], "title": "Qattus ibbalzmat ma' ħamiema fir-Rabat"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/omar-huwa-r-rebbiea-tal-isfida-ta-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport intrebħet minn Omar Rababah u miegħu ħa €3,000.", "Omar flimkien ma' Javier Degiorgio, Valerio Bugeja, Alison Pearson, Rachelle Deguara, Anthony u Grace Camilleri u Nigel Blundell tawna ċ-ċavetta tal-karozza tagħhom għal ġimgħa sħiħa biex matulha jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.", "Il-parteċipanti kollha rnexxielhom jagħmlu din l-isfida sal-aħħar iżda parteċipant wieħed biss seta' jirbaħ it-€3,000.", "Omar rebaħ din is-somma wara li kiseb il-maġġoranza tal-voti.", "Ir-rebbieħ intagħżel bit-", "Matul din il-ġimgħa l-pubbliku seta' jivvota għall-parteċipant favorit tiegħu billi jċempel fuq in-numru abbinat."], "title": "Omar huwa r-rebbieħ tal-isfida ta' tal-linja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/oliver-tagmilx-ix-xogol-tax-xitan.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ittra anonima tgħid lil Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà, biex ma jagħmilx ix-xogħol tax-Xitan.", "Dan wara lif'Xarabank huwa ddiskuta li għandhom jiġu impjegati nies biex ikollhom x'jaqsmusesswalment ma' nies b'diżabiltà.", "L-ittra, li nkitbet l-għada tal-programm, tgħid hekk:", "\"Oliver, tagħmilx ix-xogħol tax-Xitan.", "Qed jifraħ ħafna bik!", "Tkunx inti, li tħajjar in-nies għad-dnub.", "Jekk trid tgħid xi ħaġa għall-ġid għidt:", "1) Kulħadd għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.", "2) Ma għandniex kull ħaġa li nixtiequ nakkwistawha at all costs.", "Ini taf tiftaħ Pandoa Box, għax in-nies l-oħra li mhumiex handicapped, allura jħallsu għall-istess ħaġa minn buthom?", "Discrimination!", "Ibni, iftaħ għajnejk, u tagħmilx ħsara li ma tkun tista' treġġagħha lura.", "Il-bniedem magħmul mir-ruħ u mill-ġisem.", "Ir-ruħ li tifridna mill-annimali, u tagħha rridu nagħtu kontu kont quddiem Alla.", "Oliver ma jqisx li qed jagħmel ix-xogħol tax-Xitan.", "\"Messaġġi bħal dawn ma jweġġgħunix, però jdejquni għax jiena bniedem pożittiv u għext ħajti fil-pożittività.", "Veru m'iniex bniedem li mmur il-knisja kuljum, imma nemmen ħafna f'Alla.", "Ma niġix għax-xogħol għall-paga imma niġi biex il-ftit li nagħmel s-soċjetà forsi tkun tista' tigwadanja minnu.", "Għalhekk ma naħsibx li qed nagħmel ix-xogħol tax-Xitan kif ġejt akkużat li qed nagħmel.\"", "Oliver jaħfer lil din il-persuna.", "\"Lill-persuna li kitbitli din l-ittra mhux se noqgħod inżommha fuq l-istonku imma naħfrilha mingħajr l-ebda dubju.", "Dan ma kienx l-uniku messaġġ li pprova jirredikolani però jiena xorta ħa nkompli naħdem.", "Inħeġġeġ lil dawn li qed isegwuni biex ma joqogħdux jieħdu dan il-messaġġ bħala ħaġa negattiva.\"", "Il-Kummissarju se jkompli jaħdem fuq dan is-suġġett.", "'Fuq is-suġġett tas-sesswalità importanti li ma nħalluhx taħt it-tapit imma nkomplu niddiskutuh.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-sesswalità tagħmilna umani u d-diverġenzi u n-nuqqasijiet ma nħalluhomx għad-dlam imma noħorġuhom għad-dawl.", "B'hekk is-soċjetà tibda titgħallem li l-persuni b'diżabiltà ma għandhomx jiġu ppatronizzati, ma jgħidulhomx x'għandhom jagħmlu u x'ma jagħmlu u ma jibqgħux jħarsu lejhom bħala persuni asesswali.\""], "title": "\"Oliver, tagħmilx ix-xogħol tax-Xitan\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/offendihom-besqilhom-u-heddidhom-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan ġara ġimgħa biss wara li membru tal-pulizija għadu qed jissielet għal ħajtu.", "Ilbieraħ uffiċjali tal-Pulizija ġew attakkati minn ġuvni fl-għassa ta' Bormla.", "Dwar dan il-każ aħna tkellima mal-President tal-Police Officers' Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, li rrakkontalna fid-dettall x'ġara.", "\"Kien hemm ġuvni li kien qed isuq bla", "u b'mod eċċessiv.", "Żewġ uffiċjali ta' Transport Malta, ipprovaw iwaqqfuh.", "Però l-ġuvni ma waqafx, offendihom u huma ħadu n-", ", u marru jagħmlu rapport ġol-għassa.\"", "\"Il-Pulizija bagħtu għalih u l-ġuvni mar l-għassa.", "Fil-mument li s-Surġenta tagħtu l-", "fejn qaltlu li għandu dritt li ma weġibx għad-domandi li ħa jsirulek u li għandu dritt għal avukat, iż-żagħżugħ irvilla, qabad joffendihom u beda jipprova jfajjar bil-ponn, u anke besqilhom.", "Minn hawn ikkontrollawh il-Pulizija.", "Però eventwalment niżel xi qarib tiegħu, qaluli li missieru, li għamel fatterija sħiħa, li kellhom jintervjenu membri minn tal-RIU.", "Wara l-ġuvni ġie arrestat, tressaq il-Qorti u ma ngħatax il-libertà proviżorja.\"", "L-Ispettur Sandro Camilleri jfakkar kif ġimgħa wara l-każ tal-pulizija Simon Schembri, dan il-pulizija għadu jissielet għal ħajtu.", "\"Dan ġara ġimgħa biss wara li membru minn tagħna għadu qed jissielet sa din il-minuta għal ħajtu.", "Għalkemm jidher li għall-kura li qed jingħata qed jirrispondi tajjeb, għadu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-qrati u lill-ġudikatura li qed tifhem l-esiġenza illi żżomm il-polz sod.\"", "Itemm billi jsostni l-ħtieġa li l-pulizija ma jistgħux jibqgħu jiġu attakkati.", "\"Bilfors irridu nżommu l-kolp f'dawn l-affarijiet għax ma nistgħu nibqgħu niġu attakkati kontinwament.", "Grazzi lill-membri tagħna li rnexxielhom jikkontrollaw lill-ġuvni mingħajr ma weġġa' ħadd.", "Qed naħdmu b'mod professjonali ħafna.", "Għalhekk qed nagħfsu biex ikun hemm il-", "biex ikollna prova ta' dan kollu.", "Grazzi lill-poplu Malti li qed juri ħafna s-solidarjetà tiegħu magħna, u din qed inħossuha, anke wara l-mixja li kien hemm is-Sibt li għadda, it-talb ma naqas qatt.\""], "title": "\"Beżqilhom u heddidhom li joqtolhom\" - Sandro Camilleri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/it-taljani-ma-jgaddux-gat-tazza-tad.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tim nazzjonali Taljan tilef l-aħħar ċans li kellu biex jgħaddi għall-fażi li jmiss li jkun parti mit-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab ġewwa r-Russja fis-sajf 2018.", "Nhar il-Ġimgħa li għadda ntlagħab l-ewwel leg ta' din il-partita ġewwa l-Iżvezja, li spiċċa bl-iskor ta' 1-0 għall-Iżvezja.", "Ilbieraħ ġewwa Giuseppe Meazza kien imiss it-tieni leg fejn rajna tim Taljan li ta qalbu bl-logħba fejn tista' tgħid li għal 90 minuta sħaħ it-tim Taljan għamel ħafna azzjonijiet, li għalkemm kien xi ftit jew wisq sfortunat naqas milli jġib ir-riżultat mixtieq.", "B'hekk il-partit spiċċat mingħajr golws.", "L-unika darba li l-Italja naqset milli tgħaddi għall-fażi tal-gruppi f'din il-kompetizzjoni kien fl-1958.", "Iżda lbieraħ din kienet mhux telfa biss għat-tim nazzjonali Taljan biss iżda anke għall-", "tat-tim nazzjonali Taljan Gianluigi Buffon illi kien ippjanat li jtemm il-karriera tiegħu fit-Tazza tad-Dinja ġewwa r-Russja.", "Fuq il-midja soċjali ma naqsux ħafna kummenti fejn irringrazzjaw lil Gianluigi Bufforn tal-kontribut li ta lit-tim nazzjonali hekk kif din kienet l-aħħar logħba tiegħu fejn irrappreżenta lit-tim Taljan ġo kompetizzjoni."], "title": "It-Taljani ma jgħaddux għat-Tazza tad-Dinja"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jekk-hemm-bzonn-jinqala-l-presepju.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-presepju u l-Hanukkah tqiegħdu ħdejn xulxin fil-Belt.", "Fr Deo Debono ma qabilx li dawn tqiegħdu fejn xulxin.", "Wara ġimgħat jistennew li jintrama l-presepju, ilbieraħ tqiegħdet ħdejh il-Hannukah.", "Ħafna ma qablux magħha.", "Fosthom Fr Deo Debono.", "\"Ftit taż-żmien ilu, meta beda l-armar tal-Milied, kulħadd beda jgerger li ma hemmx il-presepju.", "Għenna l-Ministeru u dan presepju fl-aħħar tpoġġa wara li għamilna ġimagħtejn nisimgħu fuq ir-radju u fuq Faceboook li ma hemmx presepju.\"", "Wara li tqiegħed il-presepju, ilbieraħ tpoġġiet il-Hanukkah, viċin ħafna tal-presepju, tant li taħsibha li hi parti minnu.", "\"Ilbieraħ xi ħadd poġġa l-kandelabru tal-Hanukkah mal-ġenb ta' dan il-presepju.", "Bħalma aħna l-Insara nieħdu l-opportunità biex niċċelebraw il-Milied, ħaddieħor għandu jkollu d-dritt li jingħata l-opportunità li jiċċelebra l-fidi tiegħu.\"", "Però, Fr Deo ma qabilx li tpoġġew fejn xulxin.", "\"Jiena gergirt għax tqiegħdu ħdejn xulxin.", "Aħna nemmnu li l-presepju jfakkarna li Alla sar bniedem bħalna biex jagħtina s-salvazzjoni.", "Issa l-Hannukah hija simbolu ta' fidi differenti minn tagħna.", "Fuq kollox, tisħaq li Kristu mhuwiex veru l-iben t'Alla magħmul bniedem.", "Tisħaq li Kristu mhuwiex veru l-Messija.", "Qisek għandek kampanja", "u maġenb tagħmillu", "tal-abort proprju meta ħa jagħmel il-kampanja.", "Jissuġġerixxi l-bżonn li ma jkunux fejn xulxin.", "\"Dan huwa nuqqas ta' ippjanar u nuqqas ta' serjetà min-naħa ta' min ta l-permess biex jitpoġġew hemm.", "Għandhom jitpoġġew f'postijiet differenti.", "Jekk hemm bżonn jinqala' l-presepju u jitqiegħed xi mkien ieħor.\"", "Inti x'taħseb?"], "title": "\"Jekk hemm bżonn jinqala' l-presepju. M'għandhomx ikunu fejn xulxin\" - Fr Deo Debono"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-illum-damian-jaglaq-17-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Damian huwa ġuvni li sa issa għamel 101 operazzjoni", "Dan il-ġuvni isofri minn kundizzjoni li biha jqatta' iktar ħin l-isptar milli d-dar.", "Minħabba l-kundizzjoni li għandu, ikollhom jaqtgħulu partijiet minn ġismu.", "Illum Damian għandu l-", "u jgħidilna xi tfisser għalih din il-ġurnata.", "\"Nixjieħu qegħdin.", "Ma nqishiex ġurnata speċjali għax naraha ġurnata normali.", "Però nkun ħerqan għaliha għax tkun daqsxejn differenti l-ġurnata imma kuljum tixjieħ ġurnata, b'differenza li l-", "ifakkrek li kbirt sena oħra.", "M'għandix pjanijiet kbar illum, però llejla għandi ikla ma' tal-familja.\"", "Damian sa issa għamel 101 operazzjoni, bl-aħħar waħda tkun ix-xahar li għadda.", "F'dik l-operazzjoni lil Damian qatgħulu siequ l-lemnija.", "Minkejja li għadda minn kollu, Damian xort jibqa' pożittiv.", "\"Nimxi ġurnata b'ġurnata għalissa.", "Nibqa' pożittiv u nibqa' niġġieled.\"", "Ma setax jonqos li jsemmi ftit lil ħuh, li għad għandu biss ftit xhur.", "Jgħidilna kif", "ħuh ifisser kollox għalih.", "\"Il-", "dak.", "Ifisser kollox għalija u l-ħin miegħu nkun id-dar.\"", "Damian fit-8 ta' Ġunju waqt Xarabank li se jittella' b'risq id-Dar tal-Providenza se jkun qed jirrispondi t-telefonati tagħkom.", "Ara l-intervista li konna għamilna lil Damian sentejn ilu:"], "title": "BIL-FILMAT: Illum Damian jagħlaq 17-il sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/malta-l-eqreb-li-qatt-kienet-biex-tirba.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-tfajla Maltija Michela Galea għadha kemm resqet pass eqreb lejn il-barkun ta' wieħed mill-akbar sfilati tas-sbuħija fid-dinja - Miss World.", "Michela hija fost 130 tfajla minn pajjiżi minn madwar id-dinja kollha li bħalissa nġabru kollha fiċ-Ċina biex jikkompetu għall-ikbar titlu tas-sbuħija fid-dinja.", "U aktar kmieni llum, Michela rebħet it-", "ta' din il-kompetizzjoni bil-kant.", "Dan l-unur awtomatikament poġġieha fost il-finalisti għas-serata finali ta' nhar is-Sibt li ġej.", "Din hija l-ewwel darba li kontestanta Maltija waslet s'hawn, għaliex s'issa l-ebda kontestanta Maltija ma rebħet it-", "Dan ifisser li din se tkun l-ewwel darba li kontestanta Maltija waslet daqsekk viċin li tirbaħ dan it-titlu prestiġjuż.", "Aħna għamilna kuntatt mat-tim ta' Michela u qalulna li bħalissa, it-tfajla Maltija lanqas tiflaħ titkellem bl-eċitament li għandha.", "\"Malta hawn ħafna talent bħalissa, u kull sena qed immorru tajjeb ħafna bil-kontestanti Maltin, u din is-sena ma kellix dubju li Michela se tmur tajjeb ħafna wkoll,\" qaltilna Claudia Calleja, li hija waħda mill-organizzaturi ta' Miss World Malta.", "Michela Galea għandha 20 sena u hija kantanta, attriċi u mudella, u bħalissa qed tistudja t-teatru fl-Università ta' Malta.", "Is-serata finali se ssir nhar is-Sibt li ġej f'Sanya City Arena, fil-Belt ta' Sanya, fiċ-Ċina.", "Il-post fuq Facebook li tellgħet Michela ftit tal-ħin ilu"], "title": "Malta l-eqreb li qatt kienet biex tirbaħ it-titlu ta' Miss World"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-gin-lill-istrina-billi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ieqfu fejn il-Parlament u għenu lill-Istrina.", "Illum, għada u l-Ħadd intom u deħlin il-Belt tixtru r-rigali, ieqfu propju ħdejn il-Parlament fejn se jkun hemm il-kelma ISTRINA miktuba mal-art.", "B'€2 intom tistgħu timlew l-ittri tal-Istrina miktuba.", "B'€2 tingħataw basket mill-isbaħ tal-Istrina b'xejn.", "Intom u deħlin, ieqfu hemmhekk.", "Hemm attività, hemm il-bejgħ ta' affarijiet tal-ikel li jsiru mill-Palazz.", "F'idejkom.", "Tinsiex, 26 ta' Diċembru, l-Istrina, l-għada tal-Milied,"], "title": "BIL-FILMAT: Għin lill-Istrina billi tgħaddi minn fejn il-Parlament"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/kantant-malti-ieor-li-qed-jikber-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-kantant Malti Norbert Bondin għadu kemm ħareġ EP ta' diski ġodda li kitibhom kollha hu.", "Il-kanzunetti huma dwar il-ħajja personali tiegħu u dwar l-isfidi li jgħaddi minnhom kuljum.", "Minn meta kien għadu żgħir ħafna, Norbert kien ibati mit-temtim, imma maż-żmien induna li minkejja li t-temtim kien itellfu ħafna meta jitkellem, l-istess temtim kien jisparixxi għal kollox meta jkanta.", "U din il-kapaċità tatu l-opportunità li jesprimi ruħu b'mod liberu, mingħajr tfixkil u li jikber fil-karriera bħal ħafna kantanti Maltin bravi oħra.", "Illum Norbert għandu 24 sena u s'issa diġà kien f'kompetizzjonijiet internazzjonali kbar tat-televixin, bħal", ", fuq BBC1.", "Norbert studja u ħadem fil-mużika f'Malta, Londra u Hollywood, u issa kiteb dan l-EP li mistenni jitfaħlu aktar bibien fil-karriera mużikali tiegħu.", "L-EP jismu", "u tista' ssib aktar informazzjoni dwaru fuq il-website ta' Norbert, www.norbertbmusic.com jew inkella fuq", "il-paġna ta' Facebook tiegħu.", "U hawn taħt tista' tara l-", "tas-single tiegħu"], "title": "Kantant Malti ieħor li qed jikber u jagħmel isem lil Malta barra minn xtutna"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bal-lum-sentejn-xarabank-kien-fparigi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Sentejn ilu seħħew l-attakki terroristiċi f'Pariġi u Xarabank kien hemm isegwi l-istorja.", "Mark ta' Xarabank tela' Pariġi jirrapporta l-istorja.", "\"L-attakk seħħ waqt Xarabank.", "Waqt li konna qed niddiskutu s-suġġett tal-IVF, niftakar lil PJ minn ġol-", "jgħidilna li ġara xi ħaġa f'Pariġi.", "Għall-ewwel ħsiebna li ġrat xi ħaġa żgħira.", "Però PJ beda jgħidilna din ġrat xi ħaġa kbira.", "Għedna li jidher li kien hemm xi attakk terroristiku f'Pariġi u kif qalbna tinsab man-nies li qed ibatu u sfaw vittmi.\"", "Jispiċċa l-programm u Xarabank jiddeċiedi li jmur Pariġi.", "\"Għamilna xi sagħtejn wara l-programm nitkellmu fuq dak li kien qed jiġri.", "Sirna nafu l-attakki saru f'ħames postijiet differenti u s-Sibt iddeċidejna li mmorru hemm għaliex rajna li hemm ħafna dimostrazzjonijiet u fit-", "toroq kien għad hemm ħafna biża'.\"", "Mark jiddeskrivi x'ra f'Pariġi, ftit wara l-attakki.", "\"L-atmosfera kienet tinħass tqila.", "In-nies fit-toroq kienu anzjużi ħafna u kont tarahom li anke kif iduru ma' kantuniera, jiċċekkjaw warajhom.", "Kien hemm arja ta' biża'.", "In-nies jisimgħu sirena ta' ambulanza kienu jinħasdu u kulħadd kien imwerwer li din se terġa' tiġri.", "Però xi ħaġa impressjonanti kienet li minkejja n-nies kienu mbeżżgħin ma baqgħux ġewwa.", "Bdew joħroġu, jimmarċjaw, joħroġu l-fjuri u jitolbu fuq il-postijiet fejn seħħew l-attakki.\"", "Mark jgħidilna kif ħassu hemmhekk.", "\"Ħassejtni kburi bħala ġurnalist għax mort f'post bħal dak fejn kien hemm ġurnalisti minn madwar id-dinja kollha.", "Niftakar li maġenbi kien hemm tas-CNN jirrapporta.", "Però bħala bniedem ħassejtni mkisser ħafna.", "Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi f'post daqsxejn perikoluż.", "Bżajt ftit imma tant tassorbi ruħek fix-xogħol illi taljena rasek.\""], "title": "Bħal-lum sentejn Xarabank kien f'Pariġi wara l-attakki terroristiċi"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-imorru-jkantaw-lill-anzjani.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kemm hu sabiħ meta xi ħadd jaħseb fl-oħrajn?", "Speċjalment f'nies vulnerabbli jew li jkunu waħedhom iktar minn oħrajn?", "Glen Vella u Pamela Bezzina flimkien mal-kantanti tal-Animae Gospel Choir serqu nofsinhar mill-iskeda tagħhom li bħalissa okkupata b'kunċerti u rehearsals billi marru jkantaw ġod-djar tal-anzjani.", "Aħna tkellimna ma' Pamela li qaltilna li din qanqlitilhom sodisfazzjoni.", "\"Tgħidx kemm konnna ħerqana għal din il-ġurnata.", "Lanqas temmen!", "Kellna min kull tip ta' kunċerti, fl-aqwa teatri li għandna Malta u għandna eluf ta' segwaċi.", "Però esperjenza bħal din hija tassew unika u konna eċitati ħafna għaliha.", "L-anzjani emozzjonawna ħafna.\"", "Din l-esperjenza taffettwahom.", "\"Ħafna minna spiċċajna bid-dmugħ f'għajnejna u b'għoqla fi griżmejna!", "Xejn ma jagħtik iktar sodisfazzjoni milli taqsam it-talent tiegħek ma' nies oħra mingħajr ma tistenna xejn lura.", "Mhux talli hekk, talli tawna ħafna sodisfazzjoni.", "Rajna ferħ kbir f'wiċċ anzjani li min jaf xi storja hemm wara kull persuna.", "Ħassejna paċi ta' vera li ma sibna fuq ebda skala oħra ta' suċċess.\""], "title": "BIL-FILMAT: Imorru jkantaw lill-anzjani għall-Milied"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/nixtieq-li-l-mowbajl-ta-ommi-ma-kienx.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għalliema staqsiet lill-istudenti tagħha tat-tieni sena jiktbu fuq invenzjoni li kieku xtaqu li ma kinitx teżisti.", "Minn 21 student, erbgħa minnhom iddeċidew li jiktbu fuq dan is-suġġett.", "Wieħed mill-istudenti kiteb li xtaqt li kieku ma kienx jeżisti l-mowbajl.", "U kiteb hekk: \"Kieku kelli nsemmi x'invenzjoni li ma togħġobnix, insemmi l-mowbajl.", "Ma jogħoġbnix il-mowbajl għax il-mamà u l-papà tiegħi kuljum ikunu fuq il-mowbajl.", "Li tuża l-mowbajl, xi kultant huwa vizzju ħażin ħafna.", "Nobogħdu l-mowbajl ta' ommi u nixtieq li qatt ma kellha wieħed.", "Il-mowbajl huwa dak l-invenzjoni li ma jogħġobnix.\"", "Inti taħseb li l-ġenituri qed iqattgħu iktar ħin fuq il-mowbajl, milli fuq it-tfal?"], "title": "\"Nixtieq li l-mowbajl ta' ommi ma kienx jeżisti\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-skola-tinbidel-fvillagg-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din is-sena ġewwa l-iskola primarja tal-Imqabba, l-għalliema tal-", "ma qagħdux bi kwiethom b'sempliċment tiżjin tas-soltu.", "Minn dan il-filmat, nindunaw li nħoloq 'Xmas Village' żgħir ta' bla ħsieb.", "Aħna tkellimna ma' Miss Bernice li qaltilna kif is-soltu jżejnu biss il-bibien.", "\"Għall-ewwel kellna l-idea li nibdew billi nżejnu l-bibien, però mbagħad spiċċajna għamilna l-iskola kollha.", "Qegħdin jidhru t-tfal tal-", ", iżda ta' min wieħed jgħid illi kien hemm bosta nies li għenu biex dan sar realtà, fosthom il-", ".", "Ir-ritratti li taraw fil-filmat ittieħdu kollha mill-", "L-idea tiegħi u ta' Miss Marlene kienet illi l-ferħ tal-Milied jinqasam ma' kulħadd.\"", "L-istaff tal-iskola primarja tal-Imqabba jixtieq jawguralkom ilkoll Milied hieni."], "title": "BIL-FILMAT: Skola tinbidel f'villaġġ tal-Milied"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmati-peppi-jikxef-kollox.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank f'20 sena ilna ħafna niddiskutu l-medium, u Peppi dejjem jgħidilna: \"Isma' l-", "mhumiex vera, u jien kapaċi nagħmel dak li jagħmlu huma.\"", "Aħna dejjem għednielu li ma jistax jagħmilha u kif ma jistax ikun", ".", "Però 3 ġimgħat ilu ddeċidejna li nerġgħu niddiskutu dwar dan is-suġġett.", "Din id-darba t-tim sfida lil Peppi u qallu biex jekk għandu l-ħila jagħmilha.", "U Peppi laqa' din l-isfida.", "It-tim sab 10 persuni li kieku lesti għal esperiment, li Peppi jipprova jaqta' l-affarijiet dwar ħajjithom.", "Peppi qatt ma kien iltaqa' magħhom u lanqas biss kien jaf x'jisimhom.", "It-tim ħasiblu sew biex lil dawn in-nies iżommhom sigrieti.", "Aħna kellna kull interess li Peppi jitlef din l-isfida.", "Morna f'lukanda għal dan l-esperiment u Peppi ra lil dawn in-nies għall-ewwel darba quddiem għajnejh.", "Li ried jagħmel hu li jħares lejhom, jipprova jaqta' kemm jista' affarijiet dwar ħajjithom bħalma jagħmlu l-psikiċi jew il-", "F'dan il-mumment, in-nies li ġew baqgħu mistagħġba.", "Peppi wara mar pass oltre.", "Bla ma kien jaf xejn fuq ħajjithom, kitibhom ittra, tahielhom f'envelopp magħluq u fl-ittra kitibilhom affarijiet personali ħafna dwar il-ħajja u l-karattru tagħhom.", "Ħafna kienu dawk li meta raw ir-relam bdew jistaqsuna: \"Imma kif jagħmilha?", "Peppi sar medium?\"", "Il-verità hi li f'dan kollu m'hemm xejn li hu sopranaturali.", "Peppi spjega x'għamel biex kiteb l-ittra personali lin-nies li ġew għall-esperiment:", "B'hekk m'hemm xejn sopranaturali lanqas fl-affarijiet li rajtuh jaqta' fil-bidu."], "title": "BIL-FILMATI: Peppi jikxef kollox"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/nixtieq-inkun-bilwieqfa-u-ngannaq-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bjorn jgħidilna kif meta tkun kważi tlift kollox, tibda tapprezza l-iżgħar affarijiet.", "Illum Bjorn kellu l-opportunità li jirkeb fuq", "ta' quddiem ta' karozza għal intervista li Mark għamel miegħu.", "Ftit minuti wara l-intervista, Bjorn tella'", "fuq Facebook li fiha spjega kif meta persuna tkun kawżi tilfet kollox, tibda tapprezza l-iżgħar affarijiet.", "Bjorn kien ilu sentejn ma jirkeb fuq is-", "ta' quddiem ta' karozza sentejn, u llum seta' jesperjenzaha mill-ġdid.", "Aħna tkellimna ma' Bjorn li jgħidilna kif fis-sitwazzjoni li qiegħed, qed japprezza l-iżgħar affarijiet.", "\"Issa anke li mmexxi s-siġġu tar-roti waħdi saret problema għax idejja telqu wkoll.", "Allura meta tesperjenza dawn l-affarijiet sempliċi, li tkun ilek ma tagħmilhom, tħoss emozzjoni kbira wisq.", "Illum fuq is-", "ta' quddiem, ħassejtni qisni qiegħed il-Ġenna.", "Esperjenza sabiħa li rajt it-triq quddiem għax fuq vann, fuq wara, ma tara xejn, apparti l-battikata kbira biex itellgħuni fuqu.\"", "Jgħidilna x'inhi l-iktar ħaġa sempliċi li jixtieq li kieku jista' jwettaqha.", "\"Il-ħolma tiegħi hija li nkun bilwieqfa u ngħannaq lil Maria.", "Illum tal-inqas saret din tal-karozza, imma l-ħolma tiegħi li ngħannaq lil Marija ma nafx kemm tista' ssir.", "Inkun nixtieq li ningħata brejk minn din is-sitwazzjoni, u mmur mixja imqar għal 2 minuti, f'xi post, inħoss dik l-ajra, u mbagħad impoġġi lura fuq is-siġġu tar-roti.", "Dawn l-affarijiet nimmissjahom.", "Minkejja li ħafna drabi ninsa kollox warajja, kultant ikolli nostalġija tal-ħajja li kelli qabel.\"", "Però Bjorn xorta jibqa' pożittiv.", "\"Ma noqgħodx naħseb kull ħin u kull mument fuq l-affarijiet li ma nistax nagħmel.", "Naħseb f'dawk l-affarijiet li nista' nagħmel, u nipprova nadatta għas-sitwazzjoni biex inkun nista' nagħmel l-affarijiet li ma nistax nagħmel bil-kumdità kollha.", "Il-ħajja sabiħa u fiha tipprova tara l-pożittiv tagħhom u timxi 'l quddiem,\" itemm jgħidilna Bjorn.", "Segwi l-intervista li Mark għamel ma' Bjorn fil-karozza, għada f'Xarabank!"], "title": "\"Kieku nixtieq inkun bilwieqfa u ngħannaq lil Maria\" - Bjorn"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/ir-ragel-li-akkuzawh-li-abbuza-minn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tiftakruh lil dak ir-raġel li akkużawh li abbuża minn bintu u weħel il-ħabs, avolja kien innoċenti?", "Emanuel Camilleri.", "Mijiet ta' nies iwaqqfuna fit-triq u jsemmulna lil Emanuel, anke llum, wara li għaddew is-snin minn meta kien deher għall-ewwel darba f'Xarabank.", "Wara li għadda minn tbatija kbira, Emanuel Camilleri ħareġ illiberat minn kull akkuża.", "Ftit ġimgħat ilu nqatgħet l-aħħar kawża u l-Qorti ddeċidiet li isem Emanuel issa għandu jitneħħa minn fuq ir-reġistru tal-pedofeli, u l-akkuża li abbuża minn bintu għandha titħassar minn fuq il-kondotta.", "B'hekk, Emanuel jista' jħalli warajh darba għal dejjem l-istorja kerha li għadda minnha.", "KWAŻI.", "Għaliex ftit jiem ilu sirna nafu żvilupp li rrabjana.", "Isem Emanuel verament tneħħa minn fuq ir-reġistru tal-pedofeli, u din hija ħaġa tajba ħafna.", "Imma meta ġew għall-kondotta, flok ħassru kompletament il-gidba li kienet tgħid li abbuża sesswalment minn bintu, qabdu u qatgħuha b'salib.", "Il-fatt li hi maqtugħha mill-kondotta jfisser li qisha mhix hemm u wieħed m'għandux jagħti kasha.", "Imma l-verità hi li GĦADHA hemm.", "Għadha tidher fuq il-kondotta.", "Il-kliem tagħha għadu jista' jinqara faċilment minn bejn il-linji rqaq tas-salib imħażżeż fuqha.", "Il-Fedina Penali ta' Emanuel Camilleri kif tidher bħalissa", "U aħna nemmnu li din hija inġusta, għaliex kull fejn Emanuel imur b'din il-kondotta se jkunu jistgħu jaqraw ċar li xi darba kien akkużat b'abbuż sesswali.", "Aħna nemmnu li din għandha titneħħa kompletament u l-kondotta tiegħu tkun nadifa, kif suppost.", "Dan ir-raġel bata biżżejjed, u m'għandux għalfejn jibqa' jġorr miegħu r-riħa tinten tal-gidba li qalgħu fuqu.", "Emanuel Camilleri kien ġie akkużat li kellu relazzjoni sesswali ma' bintu, li dak iż-żmien kienet għadha żgħira ħafna.", "Fil-Qorti, it-tifla qalet li abbużaha, u dak iż-żmien il-Qorti emmnet il-verżjoni tagħha, u Emanuel kien spiċċa l-ħabs għalxejn.", "Minn dakinhar, f'Xarabank iġġilidna bla waqfien sakemm Emanuel inħeles u ġie ddikjarat innoċenti.", "U f'Xarabank stess kienet ġiet bintu, minn jeddha, tistqarr li kienet imġiegħlha tigdeb fuq missierha.", "Dakinhar kienet skużat ruħha miegħu u talbitu maħfra.", "Hawnhekk tista' terġa' tara l-istorja ta' Emanuel Camilleri:", "Ibqgħu kellmuna fuq il-każijiet li jkollna f'Xarabank, għax dak ifisser li temmnu fl-istejjer li ninvestigaw u jfisser li jimpurtakom min-nies li jistħoqqilhom li ssir ġustizzja magħhom.", "U ibqgħu tkellmu fuq Emanuel, għaliex miegħu għadha ma saritx ġustizzja sal-aħħar.", "Biex tkun taf aktar tista' tisma' lil Peppi jispjegaha fil-progamm ta' nhar il-Ġimgħa li għadda:"], "title": "Ir-raġel li akkużawh li abbuża minn bintu ddikjarat innoċenti, imma l-kondotta tiegħu għadha mċappsa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-xwiegeb-peppi-lil-indri-meta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Istrina, wieħed mill-iżjed jiem importanti għall-poplu Malti.", "Imma l-istrina kif bdiet?", "Min ħareġ bl-idea, u min għamilha possibbli?", "Minn fejn bdiet?", "Fi żmien il-Milied, u allura żmien l-istrina ta' 5 snin ilu, fl-uffiċċju ta' Xarabank, Indri Attard, li dak iż-żmien kien jaħdem ma' Xarabank, staqsa lil Peppi Azzopardi, \"Imma l-istrina kif bdiet?\"", "Ir-risposta ta' Peppi għal Indri kienet, \"Mistoqsija tajba, oħroġ hemm barra, staqsi, fittex u agħmel", "dwar kif bdiet l-Istrina\".", "U Indri hekk għamel.", "Jekk trid tkun taf l-istorja sħiħa ara l-filmat li kien għamel Indri dwar kif bdiet l-istrina (dan il-", "sar 5 snin ilu):", "Din is-sena l-istrina reġgħet magħna.", "Bħal-lum ġimgħa, l-għada tal-Milied, minn nofsinhar sa nofsilejl.", "Grazzi talli bħal dejjem se terġgħu tkunu ġenerużi."], "title": "BIL-FILMAT: X'wieġeb Peppi lil Indri meta staqsieh kif bdiet l-Istrina?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/marti-hija-mara-li-abbitni-vera-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà, stqarr li għaliex il-mara tiegħu hija mara, li ħabbitu ta' vera, jinsab magħha llum il-ġurnata.", "F'Xarabank ilbieraħ ġiet diskussa l-idea li ressaq Oliver Scicluna, dik li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabiltà.", "Oliver Scicluna, raġel b'diżabiltà, stqarr li kienet faċli għalih biex jaqta' qalbu li jkollu relazzjoni.", "\"Kienet faċli ħafna biex naqta' qalbi għax ġejt irrifjutat.", "Jien ġejt ippreġudikat minn sħabi, mill-familja, mill-familja tal-mara tiegħi u minn kulħadd.", "U għax il-mara tiegħi hija mara, li ħabbitni vera, qiegħed magħha llum il-ġurnata.", "Ma rridx lil ħaddieħor jiġrilu bħali,\" stqarr Oliver.", "Però żied jgħid li kieku ma kellux lil mara tiegħu, kien jikkunsidra", "Għal din id-diskussjoni kellna lil Gianluca Cutajar, ġuvni b'diżabiltà li m'għandux tfajla u jemmen li jekk ma jsibx, għandux jkollu", ".", "\"Aħna lkoll bnedmin.", "Għandna l-emozzjonijiet tagħna u f'dan il-qasam għandna l-bżonnijiet u x-xewqat tagħna.", "Naqbel li għandu jkollna", "u jekk nibqa' waħdi nużahom.", "Barra minn Malta, dan is-servizz diġà jeżisti,\" spjega Gianluca.", "Oliver Scicluna rrakkonta kif iltaqa' ma' persuna b'diżabiltà li nfexx jibki wara li kellu relazzjoni ma'", ".", "\"Iltqajt ma' persuna ta' 60 sena pparalizzat.", "Kellu l-ewwel relazzjoni sesswali ta' 59 sena.", "Huwa spjegali li kellu x'jaqsam ma'", "u wara li kellu x'jaqsam magħha nfexx jibki.", "Ma stajtx nifhem għala imma wara qalli li beka għax beda jaħseb li ħa jmut u ma jkollux relazzjoni sesswali,\" qalilna Oliver.", "Però Oliver Scicluna sostna li fil-bidu huwa wkoll ma kienx jemmen f'dan is-servizz.", "\"Ma kontx nemmen f'dan is-servizz imma wara ltqajt ma' persuni b'diżabiltà u ġenituri li jġibuk tinteressa ruħek.", "Fittixt fuq dan is-sevizz imma l-ebda ktieb ma rnexxielu jikkonvinċini daqskemm irnexxielhom jikkonvinċuni l-persuni b'diżabiltà,\" stqarr Oliver", "Min-naħa l-oħra, Dr Anna Borg mill-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza ma taqbilx ma' dan is-servizz.", "\"Interessanti kif għandna żewġt irġiel jitkellmu fuq kif tuża mara.", "Ir-riċerka turi li l-prostituti stess huma persuni vulnerabbli.", "Allura f'dan is-servizz tkun qed tuża persuna, li hi stess tkun vulnerabbli, biex issolvi problema għall-ġid tal-irġiel, għax il-maġġoranza huma rġiel.", "Jiena meta tkellimt ma' ommijiet dwar dan kienu xxokkjati għax qisek qed taqta' qalbek mill-persuni b'diżabiltà biex ikollhom relazzjoni u li jkollhom ħajja diċenti.", "Li jkollok kummissarju li diġà qata' qalbu min-nies b'diżabiltà li jkollhom relazzjoni, huwa pass lura u mhux 'il quddiem,\" sostniet Dr Borg.", "Marie-Therese Gatt, kelliema oħra tal-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza, qalet li l-kelma", "hija waħda nadifa minflok prostitut.", "Nadine Fenech qalet li", "tkun tagħmel dan is-servizz bil-volontà tagħha. \"", "tkun trid tagħmel dan is-servizz bil-volontà tagħha.", "Nemmen li hawn nies li jistgħu jagħtu servizz lin-nies b'dawn il-bżonnijiet.", "Naf b'każijiet ta' persuni bid-", "li daru fuq il-ġenituri tagħhom biex imissuhom sesswalment.", "Kieku kont f'din is-sitwazzjoni, nara x'nagħmel u nqabbad lil xi ħadd biex jagħtihom dan il-bżonn,\" qalet Nadine.", "Meta Marie-Therese Gatt staqsiet għal liema nies b'diżabiltà għandu jiġi offut dan is-servizz, Oliver Scicluna semma nies b'diżabiltà severa.", "\"Nies b'", "u b'intelletwalità severa.", "Illum hemm nies li qed jirċievu dawn is-servizzi u naf b'nies li mardu bl-STD.", "Għalhekk jekk dan is-servizz jiġi illegalizzat, il-persuni li jirċievu dan is-servizz jiġu salvagwardjati,\" qal Oliver.", "Però omm ta' tifel", "ukoll ma taqbilx ma' dan is-servizz u saħqet il-bżonn tal-edukazzjoni.", "\"Għandu jkollna edukazzjoni dwar is-sess.", "Aħna neqsin mill-edukazzjoni dwar dan is-suġġett f'Malta u jekk il-persuni b'diżabiltà jkollhom l-edukazzjoni li jeħtieġu, ma naslux f'dan il-punt li mmorru għas-", "Lejn l-aħħar tad-diskussjoni, Gianluca tenna diversi drabi li ħadd m'għandu l-awtorità morali li jitkellem għall-persuni b'diżabiltà.", "Min-naħa l-oħra, Marie-Therese ħeġġet biex il-kelma bżonn ma nbiddluhiex fi dritt għax in-nies b'diżabiltà huma umani daqskemm hu uman kulħadd.", "Oliver Scicluna ħeġġeġ il-bżonn li dan is-suġġett ikompli jiġi diskuss b'mod pożittiv."], "title": "\"Marti hija mara li ħabbitni vera u għalhekk qiegħed magħha llum\" - Oliver Scicluna"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-fi-zmien-il-milied-henry.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tiftakruh lil Henry?", "Minkejja li din is-sena, fi żmien il-Milied, Henry qiegħed l-isptar xorta għadu bi tbissima li tisraq il-qlub u għadu mimli pożittività.", "Ara min irnexxielu inissel tbissima lil Henry fl-isptar f'dawn il-filmati:", "F'dan il-filmat Henry qed jgħid grazzi lil kull min se jċempel biex jgħin fl-Istrina.", "Tinsiex, l-Istrina, l-għada tal-Milied, minn nofsinhar sa nofsilejl.", "Grazzi talli se terġgħu tkunu ġenerużi."], "title": "BIL-FILMAT: Fi żmien il-Milied Henry qiegħed l-isptar imma xorta bi tbissima"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/nixtiequ-saqaf-fuq-rasna-u-jkollna-xi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Ħadd li għadda koppja anzjana ġġarrfitilhom id-dar tagħhom u tilfu kollox.", "Aħna tkellimna ma' Irene Roberts li tirrakkontalna dak li għaddew minnu hi u żewġha, erbat ijiem ilu.", "\"Aħna konna qegħdin ġewwa u smajna ħoss kbir.", "Jiena kont se ninħasel, u r-raġel kien qed isajjar.", "Imbagħad ir-raġel meta ra li kien nieżel il-ġebel, mar malajr jirrapporta l-għassa.", "Però jiena nqbadt ġewwa u bdejt nisma' ħafna storbju barra, u ma kontx naf x'inhu jiġri.\"", "Fid-dar jintraddmu wkoll il-klieb tagħhom.", "\"Dak il-ħin is-6 iklieb kienu ġewwa u ridt li huma joħorġu l-ewwel.", "Xħin ġew jgħinuni, qaluli, 'Issa noħorġu lilek l-ewwel, u mbagħad noħorġu l-klieb.'", "Kellu joħroġhom ir-raġel, u daħlet anke oħti fil-periklu biex jinħarġu għax lili ma ħallewnix nidħol.", "L-ewwel ħarġu lili, u miegħi ma ħadt xejn.", "Imbagħad ħaduni fuq l-i", "l-isptar għax kont taħt xokk.\"", "Filwaqt li l-annimali qegħdin għand persuna li tieħu ħsieb l-annimali, bħalissa Irene u żewġha m'għandhomx fejn joqogħdu.", "\"Kollox inqered.", "Lanqas flus m'għandna.", "Għalissa r-raġel qed jorqod f'", "għax għadu ma sabx post u hemm qed jorqod biss għax jaf lis-sid.", "Imma kemm ħa jdum iraqqdu b'xejn?", "U jiena bħalissa qed nagħmel 4 ijiem għand oħti.\"", "Din il-koppja anzjana għandha bżonn l-għajnuna.", "\"Nixtieq li jkollna saqaf fuq rasna, u jkollna xi ħaġa tal-flus biex ngħixu u nkunu nistgħu nerġgħu ngħixu flimkien bħal koppja normali.\"", "Dan il-każ seħħ il-Ħadd li għadda fi Triq Claren, il-Pietà."], "title": "\"Nixtiequ saqaf fuq rasna u jkollna xi ħaġa tal-flus biex ngħixu\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/il-pulse-jirbu-l-elezzjonijiet-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-għaqda tal-istudenti Pulse se tkun qiegħda tmexxi l-Kunsill tal-Istudenti fil-Junior College.", "Il-Pulse kisbet il-maġġoranza tal-voti wara li", "rebħet fuq SDM", "Il-kandidati tal-Pulse kienu"], "title": "BIR-RITRATTI: Il-Pulse jirbħu l-elezzjonijiet tal-Junior College"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-kemm-hu-komuni-s-sens-komun.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-kantanta Raquel Galdes flimkien ma' Rikki Lee Scicluna ħarġu bi proġett ġdid bl-isem ta'", "Dawn it-tnejn qed joħorġu fit-toroq u jistaqsu lin-nies mistoqsijiet sempliċi iżda li jgerfxuk.", "Pereżempju; \"Meta kelli 6 snin, oħti kellha nofs l-eta' tiegħi.", "Illum jien għandi 70 sena, kemm għandha żmien oħti?\"", "Minbarra l-mużika, Raquel u Rikki Lee qed jagħmlu dan l-i", ", bil-għan li jiltaqgħu man-nies, isiru jafu lill-poplu iżjed mill-viċin, u kemm jista' jkun in-nies isiru jafu lilhom.", "Fost il-mistoqsijiet sempliċi iżda li jfixxklu, Raquel u Rikki Lee staqsew lin-nies \"Jekk hemm 12-il ħuta ġo vaska u 6 minnhom għerqu, kemm baqa' ħut?\"", "Ara x'wieġbu n-nies fil-filmat t'hawn taħt:", "Dawn iż-żewġ żgħażagħ Maltin huma mużiċisti u qed jaħdmu fuq sett ta' diski b'messaġġi emozzjonali, minn esperjenzi personali tagħhom.", "Raquel tkellmet ma' Xarabank u qalet, \"Id-diski li qed niktbu jfissru ħafna għalina, emozzjonalment\".", "L-ewwel kanzunetta mistennija toħroġ fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar."], "title": "BIL-FILMAT: Kemm hu komuni s-sens komun?!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-li-jigi-jgidlek-li-jixtieq.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Katriel marid b'marda rari.", "Ta' 3 snin tatu puplessija.", "Omm Katirel tirrakkontalna: \"L-ewwel li ma bdiet b'puplessija.", "Imbagħad kellu artrite, imbagħad bdew il-", "u mbagħad pressjoni għolja.", "L-għadam tiegħu, jekk jaqa', jikser.", "Din il-marda tattakka l-organi kollha.", "Kiefra ħafna.\"", "Katriel jispiċċa protagonista tal-Istrina.", "Imma kollox beda meta dehret l-intervista ma' Katriel f'Xarabank.", "Fi ftit jiem jarawha 'l fuq minn mitejn elf ruħ.", "U Stellina kienet semgħetu jgħid li jixtieq isiefer.", "\"L-għada li smajt li jixtieq isiefer mort għand id-diretturi u għedtilhom, 'Hawn dan it-tifel u jiena nħoss li verament nistgħu nagħmlu l-ġid, jekk aħna lil dan it-tifel noħduh għal vaganza.\"", "U Stellina tmur tagħtih sorpriża d-dar u tgħidlu li ħa jmur Eurodisney.", "Katriel feraħ ħafna dakinhar.", "\"X'ħin tarah jifraħ, tieħu pjaċir għalih.", "Kif tara għajnejh jixegħlu bil-ferħ,\" tgħidilna ommu Fiona.", "Tasal il-ġurnata, u Katriel flimkien ma' ommu, missieru, Stellina u Claire jerħulha għal Eurodisney.", "\"Filli qed tarah ibati u mbagħad qed tarah differenti, jieħu pjaċir,\" tistqarr ommu.", "Minħabba l-marda, Katriel kien qed jgħejja ħafna.", "\"Tipprova tkun pożittiva kemm tista'.", "Jiġu mumenti li fihom jistaqsini ċertu kliem li jaħsadni bih.", "Għidli, 'Imma jiena kif ma nimxix bħal ħaddieħor?", "Jien kif ma kbirtx bħal ħaddieħor?", "Però nirringrazzja lill-Bambin li narah jifraħ u jieħu pjaċir.\"", "Meta kien hemm, Katriel tefa' l-flus fil-futana u għamel xewqa.", "\"Jiena tfajt il-flus u għamilt ix-xewqa li nfiq.", "Xtaqt ħafna u ħassejtni kuntent li kieku nista' nfiq u li kieku din issir realtà,\" jgħidilna Katriel.", "\"Li jiġi jgħidlek biex infiq, li jiena naf li ma jistax, kiefra.", "Qalbek tħossha ħierġa.", "Huwa b'kollox jifraħ, imma din kienet ħolma inkredibbli li ma stajniex nagħmluha aħna.", "Nirringrazzja lil Alla li Katriel qiegħed għandi u mnalla għandi lilu f'ħajti.", "Kuntenta bih ħafna u li kieku jkolli nerġa' ndawwar l-arloġġ, minbarra t-tbatija, xorta nixtiequ lilu, jiġifieri l-istess tifel li għandi.\"", "\"L-ewwel darba li sifirt u ma ridtx niġi lura.", "Sifirt minħabba mard, u bkejt bid-dwejjaq, u hawnhekk bkejt bil-ferħ daqskemm ħadt pjaċir.", "Il-ħin kollu nidħak u d-daħka lanqas riedet tmur minn fuq wiċċi daqskemm ħadt pjaċir\", Katriel."], "title": "BIL-FILMATI: \"Li jiġi jgħidlek li jixtieq ifiq, hija kiefra, meta naf li ma jistax - Omm Katriel"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-ktibtha-gal-siebi-li-miet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Anġlu Ħaj", "hija l-kanzunetta li kiteb Kurt Anthony Cassar għal dawk il-ġenituri li tilfu lil uliedhom.", "Aħna tkellimna ma' Kurt li qalilna li t-telfa ta' sieħbu wasslitu biex jikteb din il-kanzunetta.", "\"Il-ġar tiegħi, Eric, li kien DJ popolari ħafna, miet wara li tilef il-battalja kontra l-kanċer.", "Kont qed naħseb fih u ġietni l-ispirazzjoni li nikteb poeżija.", "Fil-fatt, l-għan tiegħi ma kienx li noħroġ kanzunetta, imma li nikteb poeżija.", "F'temp ta' ħames minuti, ktibt il-kliem li ħareġ minn qalbi u veru kont kuntent biha.", "Naħseb kienet l-iktar kitba li ħarġet minn qalbi, b'mod spontanju u li kont ispirat fi ftit ħin.\"", "Jiddedikaha lill-ġenituri li tilfu lil uliedhom.", "\"Xtaqt niddedikaha għal ġenituri, li bħal ġara tiegħi, tilfu lil uliedhom u jgħaddu minn din it-tbatija.", "Ommi u l-mużika huma l-iktar żewġ affarijiet importanti għalija u meta ktibtha, bdejt nimmaġina li kieku ommi titlef lili.\"", "Ekklesia Sisters ikantaw ukoll.", "\"F'din id-diska jkantaw ukoll Ekklesia Sisters, fosthom Sr Michela.", "Hija persuna li temmen ħafna fejn fit-talenti tiegħi u nemmen ħafna fl-imħabba li toffri.", "Qatt ma rajt soru bħalha.", "Rajt li hi tista' tħossha iktar il-kanzunetta għax hi rabbiet tfal, li sfortunatament mietu ukoll.\"", "Tista' tisma' l-kanzunetta sħiħa hawn:"], "title": "BIL-FILMAT: \"Ktibtha għal sieħbi li miet bil-kanċer\" - Kurt Anthony Cassar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/galija-l-professur-anthony-zammit-kien.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Professur Anthony Zammit, għal Yvette Camilleri kien qisu t-tieni missier tagħha.", "Yvette, li kienet ħabiba tal-Professur,", "tgħidilna x'kien ifisser għaliha.", "\"Kienu qisu t-tieni missier.", "Konna nitkellmu kuljum preċett.", "Kien kollox.", "It-tabib, il-professur, il-ħabiba, xi ħadd tal-familja.", "Kollox.\"", "Tgħidilna li t-telfa tiegħu qed tħossha.", "\"Iebsa ħafna.", "Anke l-fatt li ma nistax inkellmu kuljum, iebsa ħafna.", "Il-ħin kollu nistenna t-telefonata tiegħu,\" tistqarr Yvette.", "Yvette tgħidilna li kien jgħin lil kulħadd.", "\"Kien sempliċi.", "La qatt ħa tħossok ħa tmur għand il-Professur u ħa jiksrek jew ħa jiksrek għax ħa ċċempillu.", "Stajt iċċempillu kull ħin.", "Anke billejl jirrispondik jew tibgħatlu messaġġ kien jirrispondik.", "Fejn jidħol il-mard kien jidħol b'ruħu u ġismu.", "Ma kienx jagħti kas min kien ikun il-persuna jew il-kulur politiku.", "Basta li jfejqu,\" tgħidilna Yvette.", "Yvette għandha dispjaċir wieħed.", "\"L-ikbar dispjaċir li għandi hu li tant fejjaq nies li meta qalli li għandu din il-marda bdejt nittama li forsi ħa jgħaddiha wkoll.", "U l-iktar ħaġa li kien speċjali kienet li matul din il-marda, meta konna nitkellmu u nsaqsih kif inhu, l-ewwel li ma kien jgħidli kien, 'Imma inti kif inti?'", "Għalih li huwa professur u li jaf eżatt x'qed jir f'ġismu kienet ħafna iebsa għax eżatt kien jaf x'qed jiġri.", "Imma fl-aħħar kien jaf li ħa jmut,\" tispjega Yvette.", "Il-Professur Anthony Zammit kellu ħafna mistoqsijiet.", "\"Kellu ħafna mistoqsijiet x'ħa jiġri minn wara l-mewt.", "Kuljum kien jgħidli, 'Filgħaxija dawn il-ħsibijiet biss jiġuni: X'ħa jiġri?", "Imma vera għandi ħajja oħra?'", "Kien vera bniedem li ma tispjegahx.", "Jiena ngħidlu r-re, l-eroj, kollox.", "Ħa nimmissjah ħafna,\" ittemm tgħidilna Yvette.", "Il-Professur Anthony Zammit miet is-Sibt li għadda."], "title": "\"Għalija l-Professur Anthony Zammit kien qisu t-tieni missier tiegħi\" - Yvette Camilleri"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-min-se-jkun-ir-rebbieaa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn huma l-parteċipanti li qed jagħmlu l-isfida ta' Tal-Linja.", "It-8 parteċipanti tawna ċ-ċavetta tagħhom tal-karozza biex għal ġimgħa sħiħa jużaw biss tal-linja.", "Nhar il-Ġimgħa dawn ħa jiltaqgħu kollha f'Xarabank u xi ħadd minnhom se jirbaħ €3,000.", "Imma min huma l-parteċipanti?", "Xi ħaġa interessanti fuq kull parteċipant.", "Javier kien sejjer għal qassis.", "Trabba maz-zijiet għal madwar 18-il sena.", "Iħobb ipinġi u japprezza ħafna l-arti.", "Valerio jgħix Għawdex.", "Sena u nofs ilu tilef lis-sieħba tiegħu Joyce, li kienet 17-il sena ikbar minnu.", "Huwa kien wieħed mill-kantanti tal-Qoton, grupp magħruf għad-diska", "Filgħodu Kmieni.", "Alison miżżewġa plejer, li kienet ilha tafu minn meta kienu żgħar u fil-fatt kien l-ewwel", "tagħha.", "Alison kellha xagħarha twil ħafna imma milux qatgħetu biex tagħtih bħala donazzjoni għal Puttinu.", "Kunjomu partikolari għax missieru proprja mis-Sirja.", "Isegwi dak li qed jiġri, u fil-fatt mar hemmhekk darbtejn.", "Gradwat bħala", "u qed isegwi l-kors tal-Master fuq l-inklussività.", "Studenta tal-Malti u tal-Piskoloġija.", "Tikteb il-poeżiji u l-kanzunetti li tkantahom hija stess.", "Marret l-Albanija biex tirrappreżenta lil Malta bil-letteratura.", "Hemmhekk intilfet f'ħanut tal-ħaġar u tant imtliet b'ħafna ħaġar", "li fetħet ħanut tal-ġojjeli.", "Ilhom miżżewġin 26 sena.", "Anthony kien idoqq ma' The Barrens, u għandu xewqa li jerġa' jgħaqqad", ".", "Idoqq lil Grace, u mill-kċina tefgħetu għall-", ".", "Anthony u Grace jixtiequ li jixtru karozza!", "Se taraw ukoll x'sorpriża tajniehom!", "Nigel tewmi.", "Darba kellhom eżami fejn ġabu l-istess marki!", "Tant huma identiċi, li ġieli użaw il-karta tal-identità ta' xulxin.", "Il-ħolma ta' Nigel hi li jirbaħ u jmur l-Eurovision."], "title": "BIL-FILMAT: Min se jkun ir-rebbieħa/a?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/qegdin-brussell-fejn-hawn-il-fundatur.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, stieden lill-fundatur ta' Facebook, Mark Zuckerberg biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-mexxejja Ewropej fi Brussell illum (it-Tlieta).", "Dan wara li ftit ġimgħat ilu feġġ l-iskandlu ta'", ", li żvela li miljuni ta' nies madwar id-dinja tteħditilhom l-informazzjoni minn fuq il-Facebook tagħhom u ġiet użata bla permess biex tinfluwenza lin-nies u tbiddel l-opinjoni pubblika.", "Huwa stmat li madwar 6,000 Malti u Maltija sfaw vittma ta' dan is-serq ta' informazzjoni.", "Aktar kmieni f'April, Zuckerberg deher quddiem is-senat Amerikan biex iwieġeb għal dan l-iskandlu.", "U llum qiegħed il-Parlament Ewropew, għaliex fil-jiem li ġejjin l-Ewropa se tintroduċi liġi ġdida bl-għan li tipproteġi l-informazzjoni tan-nies fuq l-internet.", "Il-biljunarju fundatur ta' Facebook, li għandu 34 sena, wasal il-Parlament Ewropew għall-ħabta tas-6pm.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu, Mark Zuckerberg qal li fl-Ewropa, il-Facebook iffaċilita l-ħajja ta' miljuni ta' nies.", "Qal li l-Facebook mhux biss ġabar komunità ta' nies li jikkomunikaw flimkien, imma kien ukoll strumentali f'attakki terroristiċi biex in-nies jinfurmaw lill-familjari tagħhom li huma sikuri u għen biex iwassal il-vuċi ta' ħafna nies li ma kellhomx mezz biex jesprimu ruħhom.", "Imma ammetta wkoll li l-Facebook għamel l-iżbalji, u ta' dan jiddispjaċih.", "U skuża ruħu.", "Għaldaqstant qal li Facebook qed jieħu miżuri ġodda u drastiċi biex jiżgura li l-informazzjoni li n-nies jitfgħu fuq Facebook u fuq l-", "li juża l-Facebook (bħal Instagram u Whatsapp), tibqa' privata u ma tasalx għand nies jew organizzazzjonijiet li jistgħu jużawha ħażin u bla permess.", "\"Is-sigurtà tan-nies dejjem hija aktar importanti mill-profitt li nagħmlu aħna\" - Mark Zuckerberg (22 ta' Mejju 2018)", "Zuckerberg tkellem ukoll dwar il-problema tal-", ".", "Qal li fuq l-internet hemm eluf ta' nies li xogħlhom huwa li jxerrdu aħbarijiet vvintati, sempliċiment biex iħawdu l-imħuħ tan-nies u biex ibiddlu l-opinjoni pubblika.", "Zuckerberg ammetta li qatt ma jista' jkollok garanzija li teqred kull sors ta'", "u qatt ma tista' tiżgura sigurtà totali fuq l-internet.", "Imma qal li l-Facebook kontinwament jiċċekkja l-movimenti tan-nies u kontinwament iħassar u jiblokka profili foloz li jxerrdu ħafna informazzjoni vvintata.", "Finalment, Zuckerberg qal: \"Jien determinat li nibqa' naħdem biex nikkrea modi ta' kif in-nies minn madwar id-dinja kollha jersqu lejn xuxlin u jikkomunikaw b'mod effettiv, u nwiegħed li se nagħmel minn kollox biex l-informazzjoni tan-nies tista' tiġi protetta.\""], "title": "Qegħdin Brussell fejn hawn il-fundatur ta' Facebook iwieġeb dwar is-serq ta' informazzjoni minn fuq Facebook"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/il-verzjoni-perfetta-ta-dawn-iz-zewg.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iż-żewġ artisti żgħażagħ Gaia u Kevin Paul ħarġu", "bil-verżjoni tagħhom ta'", "il-kanzunetta ta' Ed Sheeran li wara li ħarġet ftit aktar minn xahar ilu, kisbet popolarità enormi u diġa għandha 320 miljun", "fuq Youtube.", "Fil-", ", Kevin idoqq verżjoni akustika tal-kanzunetta bil-kitarra u jkanta ma' Gaia, u meta tismagħhom tibda taħseb li l-vuċijiet tagħhom inħolqu apposta biex isibu lil xulxin u jkantaw flimkien.", "\"Jien u Gaia naħdmu ħafna flimkien, u bejn impenn u ieħor inħobbu nintefgħu f'rokna ndoqqu u nkantaw,\" spjegalna Kevin.", "\"Huwa l-mod tagħna ta' kif nikkreaw mużika ġenwina u awtentika ħafna, għax ħafna drabi tiġri bla ħsieb.\"", "Dal-aħħar it-tnejn kienu qed jisimgħu din il-kanzunetta, u qabdu jdoqquha flimkien.", "U ddeċidew li jiffilmjawha u jippostjawha fuq Facebook...u s'issa għandha 90,000", "!", "Tista' tismagħha hawn:", "Kevin u Gaia bħalissa qed jieħdu sehem fil-pantomima", "Frowżinn", ", li qed tittella' fl-Istitut Kattoliku fil-ġranet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena."], "title": "Il-verżjoni \"Perfetta\" ta' dawn iż-żewġ artisti żgħażagħ Maltin se tagħmillek il-vaganzi tal-Milied aħjar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/buffon-ialli-lit-tim-ta-juventus.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"6111-il ġurnata, 6111-il emozzjoni ta' passjoni, ta' ferħ u biki, ta' rebħ u telf.", "Grazzi lilkom li kontu parti minn din l-avvenutra għax kull wieħed u waħda minnkom għamiltu din l-avventura indimentikabbli.\"", "Din biċċa mill-messaġġ li kiteb Buffon fuq Instagram hekk kif ftit tal-ħin ieħor tiġi fi t", "miemha avventura li damet 17-il sena.", "Il-gowler ta' fama mondjali Gianluigi Buffon se jħalli lit-tim ta' Juventus wara numru ta' snin.", "Fihom huwa kiseb il-qlub mhux biss tal-partitarji Juventini iżda wkoll ta' dawk kollha li jsegwu dan l-isport.", "Bla dubju kull min għandu għal qalbu t-tim Juventin ħadd ma xtaq li din il-ġurnata tasal.", "Dejjem tkun qed taħseb li dan il-jum xi darba se jasal iżda qatt ma tkun tridu li jseħħ meta jkollok gowler bħal Buffon, wieħed mill-aqwa gowlers li ra l-futbol Taljan u mondjali, jiddefendi l-lasti tat-tim tiegħek.", "Kif stqarr hu stess fil-konferenza tal-aħbarijiet li ta nhar il-Ħamis li għadda ġewwa Alianz Stadium f'Turin, Buffon qal li l-futur tiegħu għadu inċert jekk ikomplix jilgħab ma' xi tim ieħor jew iddendilx iż-żarbun u jerfa' l-ingwanti u jieħu kariga barra mill-grawnd mat-tim ta' Juventus.", "Dan wara li fl-aħħar jiem irċieva numri ta' proposti li ġagħluh jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu.", "Kulħadd jaf li Buffon tista' tgħid rebaħ kull unur kemm personali u anke mal-klabb li tista' timmaġina barra waħda, il-UEFA Champions League.", "Jista' jkun li jerġa' jikkunsidra li jibqa' jilgħab jekk dejjem jingħaqad ma' xi tim kompettiv għal din it-tazza proprju għalhekk bit-tama li jieħu t-tazza li baqagħlu nieqsa mill-unuri.", "Kompla jgħid li għalih dawn kienu 17-il sena li ħallew timbru f'ħajtu li fihom rebaħ 9 kampjonati, 4 darbiet il-Coppa Italia mat-tim ta' Juventus u 5 Super Coppa Italia mat-tim ta' Juventus.", "Hu spiċċa billi rringrazzja lid-direġenti, l-istaff u", "kollha li kien hemm matul dawn is-snin iżda fuq kollox irringrazzja l-i", "li dejjem kienu hemm għalih u għat-tim Juventin, u wegħidhom li se jibqgħu dejjem f'qalbu u li Juventus se jibqa' dejjem id-dar tiegħu għal dejjem.", "Fil-partita tal-lum kontra Verona, apparti li fi tmiem tal-partita jiġu inkurunati", "għas-7 sena konsekuttiva, bla dubju mhux se jonqsu li l-partitarji jsellmu lill-idolu tagħhom għall-aħħar darba b'dan il-flokk fejn hu mifhum li se jagħmlu xi koreografija apposta biex jirringrazzjawh ta' dak kollu i għamel għat-tim Juventin u kif vera jistħoqqlu."], "title": "Tasal fi tmiemha l-avventura ta' Buffon ma' Juventus"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/dil-magna-taf-toorgok-minn-depression.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Malta Community Chest Fund, din il-ġimgħa tat magna lill-isptar li tista' tgħin lin-nies li jbatu mid-", ".", "Xi kultant il-mediċini ma jkunux biżejjed biex ifejqu persuna mid-", ", u din il-magna tista' tagħti tama ġdida lil dawn in-nies.", "Żmien il-Milied jaf ikun ta' niket għal persuni li jbatu mid-", "; filwaqt li qed jaraw lil kulħadd kuntent, huma jafu li suppost qed jiċċelebraw il-Milied, iżda hemm xi ħaġa li mhijiex tħallihom jiddivertu u jkunu ferħana.", "Filwaqt li ħafna nies bħalissa jkunu impenjati b'ħafna avvenimenti u ċelebrazzjonijiet, hemm min ma jistax jattendi għal dawn il-festini, għaliex id-", "ma tħallihx.", "Il-Psikjatra Dr Anton Grech jappella biex il-familjari ma jisfurzawx lil min ibati mid-", "biex jattendi attivitajiet tal-Milied għax tista' ssir ħafna ħsara.", "Li tħeġġeġ u tagħmel kuraġġ lil dak li jkun huwa importanti, iżda li tisforza persuna tattendi mhuwiex tajjeb.", "Fl-Istrina jinġabru fondi biex il-Malta Community Chest Fund Foundation tkun tista' tgħin diversi persuni, b'diversi problemi, fosthom persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "Tinsiex, l-Istrina se ssir l-għada tal-Milied, minn nofsinhar sa nofsilejl.", "Grazzi talli għal darb'oħra se terġgħu tkunu ġenerużi."], "title": "Dil-magna taf toħorġok minn 'depression'"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/fuq-xiex-se-jkun-xarabank-tal-lejla.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla fuq Xarabank lil Peppi se narawh bħala", "f'esperiment li għamel ma' nies li ma jafx.", "Wara d-diskussjoni tal-ġimgħa l-oħra fuq il-", "dwar jekk humiex frodisti jew le, f'Xarabank se nuru kif Peppi għamel esperiment ma' nies li ma jafx u kif qata' ħafna affarijiet li ġraw jew li qed jiġru f'ħajjithom.", "Peppi se jikxef kif għamel dan l-esperiment.", "Fit-tieni parti tal-programm se niddiskutu s-suġġeriment li ressaq il-Kummissjarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Oliver Scicluna, li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilità.", "Fuq il-"], "title": "Fuq xiex se jkun Xarabank tal-lejla?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/segwi-live-z-zwieg-ta-princep-harry-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["llum Prinċep Harry u Meghan Markle jiżżewġu.", "Iċ-ċerimonja bdiet fis-siegħa ta' waranofsinhar (12:00pm f'Londra), fil-Kastell Windsor.", "Il-Prinċep Harry ingħata t-titlu ta' Duka ta' Sussex mir-Reġina, filwaqt li issa Meghan Markle se tkun id-Dukessa ta' Sussex.", "Meghan Markle għandha 10", "fosthom lill-Prinċep George u lill-Prinċipessa Charlotte.", "Fost is-600 mistieden hemm Oprah Winfrey, George u Amal Clooney, David u Victoria Beckham, u Elton John.", "Filwaqt li għal dan it-tieġ irjali nġabru eluf ta' nies fit-toroq ta' Windsor, mijiet oħra raqdu fit-toroq matul il-lejl li għadda biex jassiguraw ruħhom li jkollhom l-aħjar post li minnu jistgħu jsegwu sew dak li qed jiġri.", "Xarabank segwa l-aħħar preparamenti tat-tieġ irjali billi mar fit-toroq ta' Londra.", "Araw l-aħħar preparamenti fil-filmat ta' hawn taħt."], "title": "BIL-FILMAT: Prinċep Harry u Meghan jgħidu 'iva' lil xulxin"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/dawn-it-tfal-talbuhom-jistaqsu-xi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ħames mistoqsijiet li staqsew it-tfal spiċċaw fi ktieb ippreżentat lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.", "Waqt kunċert li ttella' fil-knisja Kristu Re ta' Raħal Ġdid mill-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii St. Joseph ta' Raħal Ġdid, ġie mniedi il-ktieb", "Nikber Miegħek", ".", "Dan wara li l-iskola fix-xhur li għaddew kull klassi fl-iskola ntalbet tagħmel ħames mistoqsijiet dwar il-fidi u li ġew ukoll mistoqsija lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP.", "Dawn il-mistoqsijiet, flimkien ma' oħrajn imressqa minn adulti u anke t-tweġibiet tagħhom ġew ippreżentati f'din il-pubblikazzjoni.", "Il-kap tal-iskola, Dr Kenneth Vella, qal: \"Kif jindika l-isem tal-ktieb, it-tfal qegħdin iressqu mistoqsijiet skont l-età tagħhom u t-tweġibiet tal-Arċisqof qegħdin jgħinuhom jikbru fil-fidi sena wara sena.\"", "\"Din l-inizjattiva tikkonferma kemm bħala skola qegħdin nagħmlu minn kollox biex ngħinu lit-tfal tagħna jikbru b'mod sħiħ.", "Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Arċisqof Emeritu Cremona mhux talli sab il-ħin iwieġeb il-mistoqsijiet tagħna iżda anke għax bħala skola fl-aħħar xhur dejjem sibnieh ta' għajnuna u gwida spirtwali.", "Grazzi wkoll lis-sorijitet tal-komunità ta' St. Joseph, lill-ġenituri u l-benefatturi li għenuna noħorġu din il-pubblikazzjoni u anke lil Kite Publishers tal-pariri tagħhom.", "Minn dak li qalulna, din hija l-ewwel pubblikazzjoni tat-tip tagħha f'pajjiżna fejn Arċisqof ingħaqad ma' skola fi ħruġ ta' pubblikazzjoni ta' din ix-xorta.\"", "Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Cremona fakkar li l-kuntatt bejnu u l-iskola Mater Boni Consilii beda meta ftit tax-xhur ilu meta l-kap tal-iskola kien stiednu jżur l-iskola għal attività relatat ma' jum l-ambjent u minn dik iż-żjara hu spiċċa jagħmel żjarat oħra f'okkażjonijiet differenti.", "\"L-istedina li għamilli l-kap tal-iskola biex inwieġeb dawn il-mistoqsijiet aċċettajtha minnufih għax ħassejt li minn inizjattiva bħal din joħroġ il-ġid.", "Bqajt impressjonat ukoll x'tip ta' mistoqsijiet kapaċi joħorġu mit-tfal.\"", "Matul din it-tnedija spikka l-messaġġ tal-okkażjoni li ntbagħat mill-kantant u kompożitur Taljan Amedeo Minghi li mhux biss sellem lill-Arċisqof Cremona iżda anke ta l-awguri tiegħu lil dawk preżenti u feraħ lill-iskola ta' din l-inizjattiva.", "Il-kunċert ittella' taħt id-direzzjoni tal-għalliema tal-mużika Sa. Mary Grech Grech."], "title": "Dawn it-tfal talbuhom jistaqsu xi affarijiet lill-Arċisqof Pawlu Cremona, u spiċċaw ġo ktieb"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/dalwaqt-tibda-l-mixja-ta-solidarjeta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-mixja ta' solidarjetà saret mal-Pulizija.", "Din il-mixja saret b'appoġġ mal-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija.", "Dan wara li iktar kmieni din il-ġimgħa l-Pulizija Simon Schembri ġie mtajjar minn żagħżugħ ta' 17-il sena.", "Il-mixja bdiet fl-10am, u hi organizzata mill-Malta Police Association, il-Police Officers Union u l-Malta Association of Retired Police Officers.", "Il-mixja telqet minn Pjazza San Ġorġ u spiċċat quddiem il-Parlament.", "Għal din il-mixja kien mistieden kulħadd.", "Fost dawk preżenti kien il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "Ritratt tal-faċċata: The Malta Independent"], "title": "ARA: Il-mixja ta' solidarjetà mal-Pulizija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/qed-nikkritikaw-poplu-li-jaccetta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank tal-ġimgħa l-oħra ġibna lil ta' Min Imissu u nqalgħet polemika sħiħa fuq il-frażi", "Ta' Min Imissu jwieġbu għall-kummenti tan-nies.", "Huma jgħidu li qed jikkritikaw poplu li jaċċetta kollox u mbagħad juża r-reliġjon biex jinħeba.", "Araw x'ġara l-ġimgħa l-oħra:", "Dawn kienu wħud mill-kummenti:", "Kemm għad iridu jibku dawn imsieken u tibku intom li komplejtu magħhom.", "Min tak il-permess li tuża Praise the Lord?", "Ma tistax taqa' f'livell aktar baxx, milli waqajt.", "Ħamallaġni, pastażati u mbagħad Praise the Lord.", "Għadd ta' żibel.", "X'vojtaġni qiskom boloh.", "Andreana Debattista, il-preżentatriċi f'dan il-prgramm tgħid: \"Meta ngħidu", "m'aħniex qed ninsultaw lil Alla.", "Ma riedna noffendu lill-ebda persuna li temmen.", "Żgur li l-Mulej għandu sens umoristiku ikbar minn ta' ħafna nies ta' din il-gżira.", "Le aħna m'aħniex qegħdin sew.\"", "Carlos Debattista, li huwa", "u l-kittieb ta' Min Imissu, jgħid: \"Ma riedna bl-ebda mod noffendu lil Alla jew nattakkaw b'xi mod il-fidi t'Alla.", "Meta taqbad xi ħaġa bħal Alla u tagħmel aġenda personali kontra grupp fis-soċjetà u tipprova tikkonvinċi li dak il-grupp fis-soċjetà huwa marda li tista' tfejjaq u tuża lil Alla biex inti tavanza l-ġenn ta' moħħok, hemm jien ħa nattakkak.", "Jekk trid li nagħmlu dibattitu fuqha, ejjew.", "Ħadd mhu qiegħed sew.", "Jekk bħalissa tħares lejn id-dinja u lejn dak li qed jiġri bħalissa, ħadd mhu qiegħed sew.", "Qed nikkritikaw poplu li jaċċetta kollox u mbagħad juża r-reliġjon biex jinħeba."], "title": "\"Qed nikkritikaw poplu li jaċċetta kollox u wara juża r-reliġjon biex jinħeba\" - Min Imissu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/5-affarijiet-li-forsi-ma-kontx-taf-dwar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għalkemm", "il-Milied", "iċċelebra", "t-twelid ta' Ġesù Kristu,", "fil-Bibbja", "m'hemm l-ebda referenza għall-25 ta' Diċembru.", "Il-biċċa l-kbira tal-istoriċi jemmnu li fil-fatt", "kien imwieled fir-Rebbiegħa.", "Fil-fatt", "i wħud jargumentaw li d-data ġiet magħ", "żula", "minħabba li ħabtet mal-festival pagan ta'", "Saturnalia, li fih", "jiġi", "ċċelebrat", "għoti ta", "Tradizzjoni oħra tal-Milied li ħarġet mill-festival Saturnalia kienet is-siġra tal-Milied.", "Il-Ġermaniżi huma l-ewwel li ġabu l-", "fi djarhom u jżejnuhom.", "Tradizzjoni li waslet fl-Istati Uniti fis-seklu 19.", "Iżda kien propju Prinċep Albert li kien introduċa s-siġra lill-mara ġdida tiegħu, ir-Reġina Victoria.", "Grazzi Bertu!", "Il-libsa l-ħamra.", "Santa Klaws kellu varjetà ta' lbies ikkulurit matul is-snin - blu, abjad, u aħdar.", "Iżda l-leġġenda tgħid li l-immaġni popolari tal-libsa bellusija ħamra kienet minn reklam tal-1930 li kienu għamlu l-", "Ksieħ,", "kutra u film.", "Però huwa diffiċli li tiddeċiedi liema film klassiku trid tara l-ewwel.", "Bla ebda dubju l-iktar film popolari tal-Milied ta' kull żmien huwa", "bil-parti prinċipali ta' Jim Carrey.", "U l-iktar diska popolari tal-Milied?", "Bla dubju hija \"All I want for Christmas Is You\" ta' Mariah Carey.", "Però ma' kinitx l-iktar diska li għamlet bejgħ għax l-iktar kanzunetta li għamlet dan, hija 'White Christmas' ta' Irving Berlin."], "title": "5 affarijiet li forsi ma kontx taf dwar il-Milied"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/esklussiva-meta-l-pulizija-simon.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Simon Schembri kien ġie f'Xarabank wara l-att erojku tiegħu.", "Kien ħames snin ilu, meta mara welldet lit-tarbija tagħha bis-saħħa ta' Simon Schembri wara li l-karozza misjuqa minn żewġha inqabdet fit-traffiku.", "F'Xarabank, l-omm kienet qaltilna x'kien ġara qabel ma welldet lit-tarbija.", "\"Konna sejrin l-isptar, żiedli l-uġigħ ħafna f'daqqa u r-raġel għedtlu, 'Aħjar iċċempel lill-ambulanza għax naħseb mhux ħa naslu.\"", "F'daqqa waħda wasal Simon fuq il-post.", "\"Daħlet il-", "fir-", "tagħna tgħidilna li hemm mara tqila maqbuda fit-traffiku u x'aktarx ħa twelledt.", "Ħadd ma bagħatni imma ma tanix id-demm li ma mmurx nittawwal x'inhu għaddej.", "Indur 'l hemm u ndur 'l hawn ġol-fabbriki, u rajt din il-karozza blu pparkjata fuq il-", "u għedt, 'Mela dawn huma',\" kien qalilna Simon.", "\"Rajt lir-raġel idur mal-karozza bil-mowbajl iċempel u lanqas jaf x'se jaqbad jagħmel, u nara lill-mara twerżaq miskina ġol-karozza tgħid, 'Ħiereġ, ħiereġ.'", "Bdejt inżommilha ftit idejha biex forsi noħodilha minn moħħha għax kieku tat s-salt kien joħroġ il-", "żgur.\"", "U Simon ħa deċiżjoni.", "\"Għedt, 'Naħseb wasal il-ħin li aħjar immorru l-isptar.'", "Kif ħa nirkeb fil-karozza għedt lir-raġel biex jirkeb fuq wara ħalli jsuq.", "Ħallejt il-mutur hemm u tlaqt bil-karozza.\"", "Simon flimkien ma' pulizija salvaw lil din it-tarbija li x-xahar id-dieħel ħa jagħlaq 5 snin.", "Simon Schembri huwa l-pulizija li ttajjar minn żagħżugħ ta' 17-il sena waqt il-qadi ta' dmirijietu."], "title": "ESKLUSSIVA: Meta l-Pulizija Simon Schembri salva tarbija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/arget-dan-il-ktieb-biex-tgin-lit-tfal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għalliema li għaddiet minn", "ta' età żgħira tikteb ktieb biex tgħin lil tfal li qed jgħaddu mill-istess sitwazzjoni.", "Greta Antignolo tgħidilna xi xtaqet tagħmel wara l-esperjenza li kellha.", "\"Meta kont żgħira kont ġejt ibbulljata u dejjem ridt nagħmel xi ħaġa biex ngħin lit-tfal li jkunu għaddejjin mill-istess sitwazzjoni.", "Allura meta bdejt nistudja biex insir għalliema ddeċidejt li niffoka t-teżi tiegħi fuq il-", ".", "Apparti r-riċerka, xtaqt nagħmel materjal li jintuża fl-iskejjel ta' tfal ta' bejn sitta u seba' snin.", "Għamilt ktieb bl-Ingliż u bil-Malti, logħba, logħba interattiva,", "b'poeżija, u", "biex l-għalliema jkunu jistgħu jużawhom waqt li jgħallmu suġġetti bħall-Matematika, il-Malti, l-Ingliż ir-Reliġjon u l-PSD, u fl-istess ħin ikunu qed jgħallmu lit-tfal fuq il-", ".", "Ma' kull riżorsa li għamilt ħloqt ukoll pjan tal-lezzjoni,\" tgħidilna Greta.", "Il-ktieb li jismu L-Għajnuna hi Prezzjuża, tqisu bħala esperjenza sabiħa.", "\"Kienet esperjenza sabiħa ħafna għax kont naf li qed nagħmel xi ħaġa ta' ġid.", "Però qatt ma emmint li se jiġi ppubblikat.\"", "Greta tgħidilna li dan il-ktieb qed jgħinha tkompli taħdem fuq il-", ".", "\"Ingħaqqad mal-organizzazzjoni Be Brave u b'dan il-ktieb se nipprova nippromwovi aktar il-ġlieda kontra l-", "\" tistqarr Greta.", "Il-ktieb għal min hu?", "\"Il-ktieb huwa għat-tfal li għaddejjin minn", ", għat-tfal li jibbulljaw lil tfal oħra biex jgħinhom jieqfu u għat-tfal iż-żgħar li m'għandhomx idea fuq il-", "ħalli jgħinhom biex dan ma jagħmluhx,\" tistqarr Greta.", "Il-ktieb jintlaqat ħafna.", "\"Kelli rispons tajjeb.", "L-għalliema qaluli li jixtiequ li jkollhom il-ktieb f'idejhom u l-ġenituri qaluli li kellhom bżonn ktieb bħal dan biex jikkonfrontaw il-problema.", "Hawn għarfien dwar il-", "imma hemm bżonn li jsir iktar impenn,\" ittemm tgħidilna Greta."], "title": "Il-bullying wassal lil din l-għalliema biex toħroġ ktieb"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/xrigal-se-jagtu-lil-xulxin-joseph-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank illejla se tkunu tafu x'rigali taw lil xulxin Joseph Muscat u Adrian Delia.", "Reġa' wasal dak iż-żmien fejn f'Xarabank nistiednu lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni mal-familji tagħhom, u dis-sena għamilna xi ħaġa ġdida - tlabniehom jixtru rigal lil xulxin.", "Ir-rigali xtrawhom, ippakkjawhom, kitbu nota magħhom u tawhom lilna, u waqt il-programm, lill-Prim Ministru se nagħtuh ir-rigal ta' Adrian Delia, u lill-Kap tal-Oppożizzjoni se nagħtuh ir-rigal ta' Joseph Muscat.", "Tarawhom jiftħu r-rigali llejla f'Xarabank!", "Ma' Joseph Muscat, Michelle u t-tfal se nitkellmu fuq ħafna affarijiet iżda se naraw ukoll xi xtraw Etoile u Soleil lil missierhom, meta marru ma' Mark u ma' ommhom Michelle", "Se niltaqgħu wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni fejn se niskopru ħafna affarijiet ġodda, fosthom x'ġara meta Adrian u Nickie marru f'ħanut tat-tiżjin tal-Milied fi Franza.", "Magħna se jkollna wkoll lill-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca u lis-Sur Edgar Preca.", "F'din il-parti tal-programm se jispikkaw is-sorpriżi!", "Però f'dan il-programm se jkollna wkoll lil Katriel, it-tfajjel li mess il-qalb ta' kulħadd, u lil Samuel, li għamel sorpriża lill-President f'għeluq sninha.", "(U l-President se tagħmillu sorpriża kbira lura!)", "Illejla Xarabank speċjali tal-Milied titilfux!"], "title": "X'rigal se jagħtu lil xulxin Joseph u Muscat u Adrian Delia?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/aaron-farrugia-vs-roderick-galdes-gal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Logħba futbol bejn is-Segretarjat ta' Dr Aaron Farrugia kontra s-Segretarjat ta' Roderick Galdes għal Puttinu.", "Aħna tkellimna mas-Segretarjat ta' Dr Farrugia li jgħidulna kif iddeċiedu li jilagħbu kontra xulxin.", "\"Qabel kienet issir logħba bejn l-Membri Parlamentari/Ministri, u l-istaff tagħhom kważi darba fil-ġimgħa.", "Din il-logħba ma baqgħetx issir għal xi raġuni.", "Però milux kienet se ssir logħba oħra, u meta tkellimna mas-Segretarjat ta' Dr Galdes, għedna minflok nagħmlu logħba normali, immorru ta' Puttinu minflok ħalli hekk jew b'hekk inkunu qed nilagħbu għall-karità.\"", "Dr Farrugia jgħaddi messaġġ għal din il-maratona:", "\"Qatt daqs is-sena l-għaddiet ma stajt nifhem aħjar l-importanza tas-servizz li joffru Puttinu meta ħbieb personali tiegħi ħabbtu l-bieb tal-istess Puttinu f'mument diffiċli ħafna għalihom.", "Għaldaqstant, aħna ġejin hawnhekk illum ħalli ngħinu lil Puttinu jkompli bix-xogħol tiegħu.\""], "title": "Roderick Galdes vs Aaron Farrugia għal Puttinu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/it-tifel-qed-jigi-d-dar-bl-istess-arqa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aġġornata (15:19):", "Kelliem għall-Malta Union of Teachers jistqarr li hemm nuqqas ta' LSAs f'dan iċ-Ċentru li jattendi t-tifel.", "\"L-MUT ilha għaddejja minn Settembru tipprova tindirizza sitwazzjoni li nħolqot f'dan iċ-Ċentru meta d-Direttorati ddeċidew li jnaqqsu 7 LSAs minħabba li kienu se jonqsu 9 studenti.", "Għalkemm il-Union oġġezzjonat, għax dan it-tnaqqis ta' studenti ma kienx jiġġustifika t-tnaqqis ta' dak in-numru ta' LSAs, id-Direttorati ddeċidew u ttrasferixxew l-LSAs lejliet il-bidu tas-sena skolastika.", "Madankollu, lejliet is-sena skolastika wkoll, id-Direttorati biddlu d-deċiżjoni tagħhom u l-istudenti reġgħu intbagħtu lura l-iskola iżda ma ntbagħtux lura l-LSAs li kienu ġew trasferiti.", "Dan wassal għal diffikultajiet kbar fiċ-Ċentru, kemm matul l-istess lezzjonijiet kif ukoll matul it-trasport.", "L-MUT baqgħet tinsisti mad-Direttorati sabiex jintbagħtu biżżejjed LSAs u kien biss ilbieraħ li ġie kkonfermat li se jintbagħtu żewġ LSAs oħra.", "Madankollu xorta jibqa' l-fatt li għad hemm nuqqas ta' LSAs f'dan iċ-Ċentru u li l-MUT taqbel li n-nuqqas ta' riżorsi umani, speċjalment f'ċentru ta' dan it-tip, hija moħrija li għandha tiġi indirizzata immedjatament.\"", "AĠĠORNATA (13:54):", "Kelliema għall-Ministeru tal-Edukazzjoni qaltilna li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.", "\"Il-Ministeru huwa infurmat li s-servizzi huma lura għan-normal.", "Dan qed jiġi kkomunikat ma' dawk konċernati wkoll.\"", "Tifel b'diżabilità qed jitħalla bl-istess ħarqa li l-omm tkun għamlitlu filgħodu.", "Omm ta' tifel li jmur fi skola ta' tfal b'diżabilità tispjega li lit-tifel mhux qed ibiddlulu l-ħarqa minħabba direttiva.", "\"Dawn l-aħħar ġimgħat it-tifel kienu qed jibdlulu l-ħarqa darba biss.", "Però min-nhar it-Tnejn li għadda indunajt li t-tifel kien qed jiġi bl-istess ħarqa ta' filgħodu.", "Jiġifieri t-tifel qed jibqa' bil-ħmieġ il-ġurnata kollha,\" tgħidilna l-omm.", "L-omm tmur tkellem lill-Kap tal-Iskola.", "\"It-Tnejn li għadda mort inkellem lill-Kap tal-Iskola u qaltli li l-LSAs għandhom kollox biex ibidlulu l-ħarqa.", "Għedtilha li nispera li din ma terġax tiġri.", "L-għada t-tifel reġa' ġie l-istess.\"", "L-Erbgħa l-omm tmur l-iskola u titla' fil-klassi.", "\"Dħalt fi-klassi u lill-LSA għedtilha, 'Nista' nkun naf għaliex m'intiex tbiddillu l-ħarqa lit-tifel.'", "Weġbitni li jrid ikun hemm tliet LSAs biex ibiddulu lit-tifel minħabba direttiva li nħarġitilhom.", "Qbadt lit-tifel minn ġos-siġġu tar-roti u biddiltlu jien.", "Dak il-ħin daħlet il-Kap tal-Iskola u qalet, 'Qed nara b'għajnejja bniedem wieħed ibiddel il-ħarqa u intom tnejn u għandkom il-", "u l-mejda titla' u tinżel, u din l-omm ma użat xejn.'\"", "L-omm tirċievi din l-ittra miktuba mil-LSA:", "Minħabba d-direttivi ordnati mill-MUT LSAs ma setgħux jiġu u jgħinu minn klassijiet oħra biex jibdlu l-ħrieqi ta' (isem it-tifel)", "\"Is-sena l-oħra l-istess, qatt ma niżluh fil-jakuzzi apposta għall-persuni b'diżabilità minħabba xi direttivi,\" tgħidilna l-omm.", "Tistqarr li filwaqt li l-awtoritajiet, bħall-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità, jafu b'din is-sitwazzjoni tixtieq tittieħed azzjoni minufih.", "\"Nixtieq li jkun hemm iktar nies biex inaddfu lit-tifel u lit-tfal tal-iskola.", "Din mhux qed tiġri lit-tifel tiegħi biss imma anke lit-tifla ta' ħabibti.", "Ma għandhomx għalfejn joqgħodu jfittux l-ponta tas-sejf ma' dawn it-tfal.", "Sakemm ma jbiddlulux, ħa jkollna nitilgħu jiena jew ir-raġel inbidlulu,\" ittemm tgħidilna l-omm.", "Xarabank bagħat il-mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u lill-Malta Union of Teachers."], "title": "\"It-tifel qed jiġi d-dar bl-istess ħarqa ta' filgħodu\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jekk-ma-tobbx-il-mince-pies-u-l.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mince pies u Christmas logs.", "Żewġ deżerti popolari sew mal-Maltin għal dan iż-żmien.", "Hawnhekk ġbarna ftit kurżitajiet dwarhom it-tnejn, u mingħajr ma noqogħdu nduru mal-lewża rridu ngħidulek li dan l-artiklu qed niktbuh biex inqabbduk l-aptit għalihom!", "Il-Christmas Log tal-Milied huwa differenti mill-", "li huwa l-", "tradizzjonali tal-Belġju, Franza u Svizzera.", "Il-Christmas Log Malti jixbah iktar id-deżerta Taljana u Portugiża, li għandu dehra ta' salami taċ-ċikkulata.", "Dawn isiru ftit ġimgħat biss qabel il-Milied u jkunu ta' daqs bejn wieħed u ieħor ta' 25 ċentimentru.", "U kont taf li l-", "kienu jinkludu kapuljat tal-laħam imħallat ma' frott, alkoħol u ħwawar biex jgħin lil dawn it-torti jiġu ppreservati?", "Matul iż-żmien però saru diversi tibdiliet biex dawn ġew iktar ħelwin iżda żammew l-istess isem.", "Il-kannella, l-imsiemer tal-qronfol u n-noċemuskata ġew inklużi biex jirrappreżentaw ir-rigali mogħtija lil Ġesù mit-tliet reijiet tal-Lvant.", "Skont it-tradizzjoni, meta tiekol l-ewwel", "tal-istaġun, trid tagħmel xewqa.", "Jekk għalik huwa daqsxejn tard, żommha f'moħħok għas-sena d-dieħla.", "Apparentament, jekk tiekol", "kuljum matul it-tnax-il jum tal-Milied, iġġib xorti tajba għas-sena li ġejja.", "Din idea tajba ħafna!", "U allura jekk tikkombina dawn it-tnejn flimkien?", "U issa, wara li pruvajna nqabbduk l-aptit għall-Christmas logs u l-Mince pies, irridu ngħidulek li", "għandu pakkett ideali għalik għax iżewwaqhom it-tnejn li huma!", "Ejja, x'int tistenna!", "Itfagħlu messaġġ fl-inbox biex idduqhom."], "title": "Jekk ma tħobbx il-Mince Pies u l-Christmas logs, taqrax dan l-artiklu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-illejla-filmat-esklussiv-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla se nuru filmat esklussiv ta' meta l-Pulizija Simon Schembri kien ġie f'Xarabank.", "Ħames snin ilu, Simon Schembri f'Xarabank jirrakkonta kif kien salva omm li kienet waslet biex tixtri lit-tarbija tagħha, wara l-karozza misjuqa minn żewġha nqabdet fit-traffiku.", "F'parti oħra tal-programm ħa niddiskutu l-injoranza.", "F'Malta hawn injornaza?", "Min se jiddeċiedi min hu bravu?", "Taqbel li l-poplu injorant?", "Xi jkun injorant?", "Fuq il-panel jiddiskutu Salvu Mallia, Stanley Cassar Dareen, Salvu Mallia, Joseph Armani, John Busuttil u Grace Borg.", "Ukoll fil-programm se niltaqgħu ma' Mark li jinsab Londra għat-Tieġ Irjali biex insegwi l-aħħar preparamenti.", "U se naraw ukoll x'għamel Katriel meta b'sorpriża ħadnieh Pariġi għal Eurodisney."], "title": "BIL-FILMAT: Illejla filmat esklussiv ta' meta l-Pulizija Simon Schembri kien ġie f'Xarabank"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/it-tfal-jintbagtu-d-dar-bla-homework.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Bħal-lum, it-tfal tal-iskola primarja ta' Mater Boni Consilii St.Joseph ta' Raħal Ġdid ma jingħatawx", "Dr Kenneth Vella, il-Kap tal-Iskola, jgħidilna kif ġiet żviluppata din l-idea.", "\"Aħna bħala skola konna ilna nippjanaw biex ikun hemm ftehim bejn il-membri kollha tal-istaff li x-xogħol li jingħata d-dar jikkumplimenta dak li jkun sar l-iskola iżda ma jkunx esaġerat.", "Fost l-affarijiet li qbilna fuqhom kien li fil-ġurnata tal-Erbgħa, il-klassijiet fil-livell tal-primarja ma jingħatawx xogħol id-dar.\"", "Imma għala?", "\"Dan biex it-tfal ikollhom aktar ħin jagħmlu attivitajiet extra-kurrikulari, li jagħmluh ukoll fi ġranet oħra, però bħall-Erbgħa jkunu jistgħu jikkonċentraw aktar fuqhom.", "Barra minn hekk, it-tfal jista' jkollhom iktar ħin liberu mal-ġenituri.", "Fil-fatt naf li hemm ġenituri li jippjanaw attivitajiet apposta l-Erbgħa ħalli dawn jitgawdew mill-familja kollha,\" jgħidilna Dr Kenneth Vella.", "\"Din intlaqgħet tajjeb kemm mill-ġenituri u mit-tfal.", "Fil-fatt il-ġenituri tat-tfal tas-sekondarja qed jitolbuna biex nikkunsidraw li nagħmlu sistema simili anke għal-livell tas-sekondarja.", "Però dak li nimplimentaw fil-primarja ma nistgħux nimplimentawh minufih fis-sekondarja wkoll.", "Id-diffikultà tibqa' minħabba t-", "(għax għandna għalliema li jgħallmu fi skejjel oħra f'ċerti jiem)", "li għandhom it-tfal tas-sekondarja,\" jispjegalna Dr Vella.", "Dr Vella jgħidilna li hemm skejjel oħra li għandhom din is-sistema.", "\"Hawn skejjel oħra li fl-aħħar snin daħlu sistema bħal din.", "Hija tajba għax aħna m'aħniex qed ngħidu li għandna neliminaw il-", "li qed jingħata lit-tfal imma li dan jiġi limitat skont il-bżonn u ma jkunx esaġerat.\"", "Jispjega li t-tnaqqis fil-", "qed isir ukoll f'pajjiżi oħra li huma kkonsidrati eċċellenti fil-", "qasam tal-edukazzjoni, bħall-Filandja.", "Itemm jgħid li riċerka li saret fl-aħħar snin f'diversi pajjiżi bħall-Istati Uniti u r-Renju Unit uriet li m'hemmx relazzjoni bejn xogħol eċċessiv mogħti għad-dar u riżultati fl-eżamijiet.", "Inti taqbel lit-tfal għandhom jingħataw ġurnata fil-ġimgħa mingħajr"], "title": "It-tfal jintbagħtu d-dar bla homework"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/dejjem-xtaqt-insir-qassis-u-gadni-ngid.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ivan Gaffiero jistqarr li kien xeba' jgħix sakemm iltaqa' ma' Alla", "Il-preżentatur u d-direttur ta' kumpanija tal-immudellar, Ivan Gaffiero, jispjega kif minn dejjem kien miġjub lejn il-Knisja.", "\"Minn 6 snin sa 15-il sena kont abbati l-Knisja tal-Gżira.", "Barra minn hekk id-dar qatt ma naf li kont nilgħab b'xi karozzi jew xi logħob ieħor.", "Però kelli knisja u dejjem kont nagħmel quddies kuljum.", "Dejjem kont dak il-persuna li kont inħobb ħafna l-affarijiet tal-Knisja.\"", "Din l-imħabba lejn il-Knisja twasslu għal xewqa biex isir qassis.", "\"Meta bdejt nikber u ridt nagħżel it-triq tiegħi dejjem xtaqt nidħol qassis.", "Però minħabba li jien ma tantx kont ta' skola kont qtajt qalbi mill-eżamijiet.", "Allura minflok għażilt it-triq l-oħra li niżżewweġ u jkolli familja, u mort fix-xena tat-televiżjoni, moda u midja.", "Però għadni sal-lum ngħid mank mort qassis.\"", "Jispjega li ġew mumenti li fihom ħaseb li Alla mhux jisimgħu.", "\"Kien hemm żmien li qtajt qalbi ħafna.", "Kont naħseb li Alla mhux qed jismagħni u mhux qed jagħtini għajuna.", "Dan għextu fil-bidu ta' separazzjoni tiegħi għax kienu ġranet u ġimgħat ta' biża' kbira, tant li ħassejtni waħdi, imkisser u li kont xbajt ngħix f'din il-ħajja.", "Kien hemm żmien li ridt ingawdi, noħroġ, niddeverti, u nagħmel affarijiet li qatt ma għamilthom.", "Kont qed nimla lili nnifsi billi mmur f'xi", "iżda fil-fond ta' qalbi kelli vojt kbir, dwejjaq kbar u ma stajt insib xejn f'qalbi.\"", "Dan il-perjodu baqa' jgħixu sakemm 4 snin ilu ltaqa' ma' Alla.", "\"Darba kelli problema kbira u lill-Mulej għedtlu, 'Itinix iktar milli niflaħ għax is-salib huwa tqil.", "Se nagħtik idejja u mexxini fit-triq li trid inti.\"", "Niftakar imbagħad kont fil-kappella tal-Ibraġġ u kont waħdi.", "Dak il-ħin ħassejt bħal ferħ fija.", "Minn hemm bdejt immur il-laqgħat ta' talb li jmexxi Fr Hayden u dak il-vojt ta' ġewwa beda jimtela bil-ferħ.\"", "Minn hemmhekk, ħajtu nbidlet għalkollox.", "\"Sibt ħafna lil Alla.", "Bdejt immur il-quddies kuljum għax inħoss li meta nibda l-ġurnata b'tqarbina, din tgħinni ħafna.", "Ma sirt ingorr fuq xejn, dejjem nimxi minuta b'minuta, u kif inkun se naqta' qalbi, ngħidlu, 'Mulej xi trid minni?' u emminni nħoss li huwa jmexxini f'kulma nagħmel.\"", "Ftit xhur ilu, Ivan ħass li jibda jorganizza quddies il-Girgenti.", "\"Il-Girgenti illi mmur minn meta kont għadni ġuvni.", "Dejjem kelli ġibda kbira lejn dan il-post.", "Min jaf kemm bkejt waħdi, meta kont fil-problemi, u anke ġieli mort bil-ferħ ukoll għax kont immur nirringrazzja lill-Madonna ta' xi grazzja li nkun qlajt.\"", "U Ivan jitlob permess tal-Arċisqof.", "\"Però dejjem meta mmur dejjem kont qed insibu vojt dan il-post.", "Imbagħad f'Jannar ta' din is-sena mort għall-kwiet u ħassejt bħal xi ħaġa tgħid biex inġib in-nies hemmhekk.", "Mhux qed ngħid li rajt lill-Madonna, żgur li le, però ħassejt din ix-xewqa.", "Kif wasalt id-dar, ktibt fuq Facebook li se nagħmel quddies u t-talb il-Girgenti.", "Ma kontx naf li ridt permess tal-Arċisqof, u bgħatt imejl.", "Għaxar minuti bagħatli lura, u qalli bil-qalb kollha u li ma jsib l-ebda problema.", "Veru fraħt u għamilt l-ewwel waħda fi Frar, fejn inġabru 124 persuna.\"", "Ivan itemm jgħid, \"Bla Alla f'ħajtek ma tistax tgħix.", "M'iniex qaddis, lanqas xejn, però naf żgur li l-paċi li nħoss f'qalbi u b'kelma li ngħid nista' nkun ta għajnuna għal ħaddieħor hija kbira.", "Inħoss li Ġesù qed jużani ħafna kemm b'dak li nagħmel ma' nies oħra ta' madwari.\"", "Il-laqgħa ta' talb u quddiesa li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa fil-25 ta' Mejju.", "It-talb jibda fis-6:00pm u jispiċċa b'quddiesa fis-7:00pm."], "title": "\"Dejjem xtaqt insir qassis u għadni ngħid hekk sal-lum\" - Ivan Gaffiero"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/xi-add-tilef-notebook-ritratt-u-xi-noti.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Xi ġranet ilu kien hemm tfajla li fuq Facebook ippostjat ritratt ta' djarju żgħir iswed, ritratt antik ta' mara, u karta b'xi noti tal-mużika.", "Qalet li sabithom barra l-Knisja tan-Naxxar ftit qabel siefret u qalet li jekk xi ħadd kien jaf ta' min huma, ikellimha, għaliex fi kliemha, jidher li kienu oġġetti sentimentali ħafna.", "Il-misteru wara dik il-post fuq Facebook inkixef ftit ġranet ilu.", "Ir-ritratt kien maħdum u l-appell kien ivvintat.", "Mhux veru li kien hemm xi ħadd tilef dawk l-oġġetti.", "Din kienet inizjattiva tad-direttur tal-films żagħżugħ Steven Levi Vella u ta' Sound Salon.", "Qisha saret komuni li meta jasal dan iż-żmien ngħidu kemm hu żmien sabiħ.", "Daħlet f'ħalqna.", "Imma mhux għal kulħadd.", "U dawn it-tnejn ingħaqdu flimkien ma' ħafna artisti u atturi oħra biex iwasslu proprju dan il-messaġġ.", "Wara dik il-", "nhar it-Tlieta li għadda ħarġu", "emozzjonanti għall-aħħar li jirrakkonta l-istorja ta' xwejjaħ li fi żmien il-Milied jinsab waħdu.", "Il-messaġġ imwaħħal mal-", "huwa:", "Biex tkun taf fuq xiex qed nitkellmu, ara l-", "hawn taħt, u jekk int sensittiv, żomm", "ħdejk.", "Nhar is-Sibt li ġej, 23 ta' Diċembru, Sound Salon qed jorganizzaw", "differenti ħafna mis-soltu, għaliex fih se jdoqqu mhux biss DJs, imma wkoll orkestra sħiħa ta' 42 mużiċist.", "Il-", "se jsir l-Aria Complex, San Ġwann."], "title": "Xi ħadd tilef notebook, ritratt u xi noti tal-mużika, u l-istorja warajha se tmisslek qalbek"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/inti-taqbel-li-jigu-impjegati-nies-biex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fil-jiem li għaddew il-Kummissjaru għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà, Oliver Scicluna, ressaq l-idea li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilità.", "Aħna tkellimna dwar dan ma' Lynn Aquilina, tfajla li tbati b'cerebral palsy, li taqbel ma' din l-idea.", "\"Personalment ma nagħmilhiex imma naqbel li min jixtieq, għandu jkollu ċ-ċans.", "Inħoss il-bżonn ta' dan ix-xogħol għax huwa rari li persuni b'diżabilità jkollhom relazzjoni intima,\" tgħidilna Lynn.", "Lynn tispjega li minkejja li qatt ma kellha relazzjoni ta' iktar minn ħbieb, tgħidilha li d-diżabilità toħloq problemi f'relazzjoni.", "\"Id-diżabilità xxekkel ħafna f'relazzjoni, bla ebda dubju, u fil-każ tiegħi hi li m'iniex indipendenti.", "Nisma' b'diffikultajiet oħra li nies b'diżabilità jiltaqgħu magħhom bħall-istigma, il-preġudizzji u l-protezzjoni żejda min-naħa tal-ġenituri li meta jikbru t-tfal, jibqgħu jittrattawhom ta' tfal,\" tispjegalna Lynn.", "\"Persuni b'diżabilità mhumiex tfal innoċenti.", "Għandhom dritt u bżonn li jesprimu s-sesswalità tagħhom kif jixtiequ,\" ittemm tgħidilna Lynn.", "Min-naħa l-oħra kelliema għall-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza ma jaqblux ma' din l-idea.", "\"Jiena assolutament ma naqbilx li bniedem jew bniedema għandha tinxtara biex tuża għal kwalunkwe ħaġa, speċjalment għas-sess.", "Però l-iktar ħaġa li qed inħoss bħalissa hi li jiena sorpriża ħafna kif l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità qiegħda twaqqa' lin-nies b'diżabilità agħar minn ħaddieħor li mhuwiex kapaċi jkollu relazzjoni kif sippost ma' bnedmin oħrajn.", "Aħna qegħdin niġġieldu ħafna għall-ugwaljanza imma minflok qed iressqu lil dawn in-nies għall-ugwaljanza billi jgħinuhom jiltaqgħu ma' nies ħalli forsi jkun hemm iċ-ċans li jiffurmaw relazzjoni tajba, qegħdin iġagħaluhom jisfruttaw huma stess bnedmin oħrajn billi jixtruhom għas-sess,\" tgħidilna Marie Therese Gatt.", "Dr Anna Borg tistqarr: \"Il-prostituzzjoni f'Malta mhijiex illegali, u allura għaliex f'daqqa waħda qed inxejru l-bandiera tad-diżabilità biex persuni jkollhom aċċess għall-prostituti?", "Din il-proposta tfisser li qtajna qalbna li persuni b'diżabilità jista' jkollhom relazzjoni intima.", "L-unika tama li qed nipproponulhom hi li jkollhom aċċess għall-prostituti.", "Din hija telfa kbira.", "Flok pass 'il quddiem, huwa pass lura.", "Il-Mudell Soċjali tad-Diżabilità jitlob li persuni b'diżabilità nagħtuhom esperjenzi li jitħalltu mal-oħrajn, li nneħħulhom t-tfixkil li jeskluduhom, pereżempju n-nuqass ta' aċċess fil-postijiet ta' divertiment, sabiex ikunu jistgħu jkollhom relazzjoni li tmur oltre minn dak li qed jiġi propost.", "Din il-propost mhijiex aċċettabbli għal ħafna raġunijiet u ma tagħmilx sens f'pajjiż li jemmen fl-ugwaljanza.\"", "Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se niddiskutu d-diżabilità u l-prostituzzjoni."], "title": "Inti taqbel li jiġu impjegati nies biex ikollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilità?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/missier-jerome-gadu-kemm-gamel-tattoo.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kenneth Frendo, li jiġi missier Jerome, għadu kif għamel", "ta' wiċċ ibnu fuq sidru din il-ġimgħa.", "Jerome huwa ż-żagħżugħ li nħakem mill-marda qerrieda tal-kanċer tliet darbiet wara xulxin u li ħalliena fis-6 ta' Ottubru li għadda.", "Aħna tkellimna ma' Kenneth, missier Jerome u ma' Thomaz, li huwa t-", "li għamilhielu.", "\"Billi għamilt it-", "mhux se nġib lit-tifel lura,\" qalilna Kenneth.", "\"Imma waħda mill-aħħar affarijiet li qalli qabel miet kienet biex nibqgħu niftakruh bit-tbissima li nafuh biha.", "U għamilt din it-", "bħala parti mill-", "biex inżomm lil Jerome dejjem miegħi, fuqi, bħalma dejjem kien fuqi meta kien marid.\"", "Kenneth mhuwiex bniedem tat-", ".", "Fil-fatt qatt ma kien għamel", "f'ħajtu.", "Din l-ewwel waħda u qalilna li mhux beħsiebu jagħmel oħra, u meta għamilha weġġa' ħafna.", "\"Jien mhux", "għamilt propja, imma", ",\" qalilna Kenneth.", "\"U rrid li meta mmut nindifen bl-istampa tat-tifel fuq sidri.", "Ridt li jkun miegħi b'mod permanenti.\"", "Kenneth mar għand Thomaz nhar t-Tnejn li għadda, wara li laqqgħethom flimkien ħabiba komuni tagħhom.", "Thomaz kien sema' b'Jerome u l-familja tiegħu, imma qatt ma kien iltaqa' magħhom.", "\"Impressjonajt ruħi meta Kenneth ġie biex jagħmel it-", "għandi,\" qalilna Thomaz.", "Qattajna ġurnata flimkien u l-enerġija pożittiva li għandu bellhitni.", "Wara li telaq iddispjaċieni li qatt ma kelli ċ-ċans li niltaqa' ma' Jerome innifsu.\"", "Thomaz qalilna li s-soltu, meta jkollu każijiet bħal dawn, jidħol ippreparat biex jisma' ħafna emozzjonijiet negattivi li l-klijenti tiegħu jispiċċaw jisfugaw miegħu.", "Imma bil-pożittività tiegħu, Kenneth kien qisu klijent normali u miegħu seta' jitkellem fuq l-affarijiet kollha sbieħ tal-ħajja.", "\"Fl-ebda ħin ma ġagħlni nitħassru,\" qalilna Thomaz.", "\"U malli mort id-dar, l-unika ħaġa li rnexxieli ngħid lill-mara kienet: 'Madonna kemm hu b'saħħtu dak ir-raġel!'\"", "B'kollox, it-tpinġija ħadet 10 sigħat sakemm lestewha, u Kenneth qalilna li fadallu jpinġi", "ta' Jerome maġenbha, imma tant weġġa', li ma kellux saħħa jlestiha f'darba."], "title": "Missier Jerome għadu kemm għamel tattoo ta' ibnu fuq sidru"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/gad-hawn-biza-lejn-nies-lgbtiq-colette.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illum huwa l-jum internazzjonali kontra l-omofobija.", "Aħna tkellimna ma' Colette Farrugia Bennette, koordinatriċi tal-Malta Gay Rights Movement (MGMR), li tispjegalna kif għad hemm biża' min-nies LGBTIQ+.", "\"Għad hemm biża' min-nies LGBTIQ.", "Tkun qed taħseb li l-affarijiet tjiebu imma mbagħad meta tara ċerti kummenti onlajn jew tiltaqa' ma' ċerti esperjenzi li jkunu qed jgħaddu minnhom membri tal-komunità, tirrealizza li għad fadal biża', u attitudni negattiva.", "Però l-inċidenza ta' kemm wieħed ikunu omofobiku saret inqas frekwenti.\"", "Colette tgħidilna l-ikbar biża' li jħossu persuni LGBTIQ+.", "\"Naħseb ħafna drabi jibżgħu li n-nies ħa jiġġudikawhom.", "Qishom jibqgħu lura milli jitkellmu dwarhom infushom minħabba li l-biża' li l-familja ħa tiġġudikahom jew mhux ħa tħobbhom iktar.", "Din il-biża' jesperjenzawha anke magħhom infushom sakemm jaċċettaw lilhom infushom.\"", "Minkejja li għad hawn biża', Colette tistqarr li s-soċjetà u l-liġijiet għamlu differenza.", "\"Kieku jkollok issaqsini x'differenza tara bejn 10 snin ilu u llum, ngħidilek li l-liġijiet mhumiex kollox.", "Inħoss li s-soċjetà bdiet tinbidel qabel ma daħlu l-liġijiet.", "Però l-liġijiet tawna xi ħaġa li s-soċjetà kienet għadha ma tathiex għax ma tistax tagħtiha b'mod kompletament.", "Il-liġijiet lis-soċjetà tatha r-rikonoxximent, is-sapport u l-validità lill-komunità kollha.", "Li persuni LGBTIQ jistgħu jgħidu li huma validi, li għandhom posthom fis-soċjetà, li għandhom drittijiet bħal ħaddieħor u li jistgħu jkunu huma, u dik għamlet id-differenza kollha.\"", "Għaldaqstant l-MGRM toffri s-servizz ta' social work permezz tar-rainbow support service, biex tagħti s-sapport lill-membri tal-komunità, kif ukoll il-familji tagħhom.", "Agħmel kuntatt mal-MGRM billi ċċempel 79430006 jew permezz ta'", "Ritratt tal-faċċata: Andrew Borg Carbott"], "title": "\"Għad hawn biża' min-nies LGBTIQ\" - Colette Farrugia Bennett"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-ambaxxatur-tal-kuragg.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan it-tifel ġibed il-qlub tan-nies meta ltaqa' mal-plejer David Beckham.", "Moin Younis għandu kundizzjoni rari ħafna fil-ġilda, imma din ma tħallihx milli jispira ħafna nies.", "Dan it-tifel deher f'2017 Pride of Britain Awards biex jirċievi l-Premju tal-Kuraġġ għall-isforzi li għamel għall-karità.", "Però l-iktar mument li spikka kien meta ltaqa' mal-plejer David Beckham.", "Fil-filmat jistqarr li minn dejjem kien", "kbir tiegħu minħabba l-passjoni li David Beckham juri fil-logħba.", "Hu u jgħid hekk ma kienx jaf li David Beckham jinsab ftit 'il bogħod minnu.", "Minkejja li ma setax jemmen, Moin ingħata l-opportunità li jkellmu permezz ta' telefonata.", "Kif tistgħu timmaġinaw, it-tifel ma setax jemmen x'kien qed jiġri.", "Wara li għat-taparsi tinqata' l-linja minħabba xi problemi, jitfaċċa David Beckham fil-kamra tiegħu.", "Araw x'kellu jgħidlu David Beckham lil Moin meta ltaqgħu:", "Filmat u ritratti: Mirror.co.uk"], "title": "BIL-FILMAT: Ambaxxatur tal-Kuraġġ jiltaqa' ma' David Beckham"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jekk-se-tkun-il-belt-lejlet-il-milied.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Kont taf li l-Korp tal-Pulizija ta' Malta għandu banda?", "U kont taf li jagħmlu kunċerti kbar kull sena?", "Għal sena oħra, il-banda tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta se ttella' l-kunċert annwali tal-Milied fi Pjazza Teatru Rjal (it-teatru l-imwaqqa'), għada, Lejlet il-Milied.", "Dan huwa kunċert li jsir kull sena u din is-sena se jkun jismu", "Se jibda fis-6:30pm u fost l-oħrajn se jieħdu sehem fih il-kantanti stabbiliti Dorothy Bezzina, Neville Refalo, Roger Tirazona, Paul Zammit u Jan Camilleri.", "U jekk dawk mhumiex biżżejjed, il-kunċert se jippreżentawh Frank Zammit, Valerie Vella u Christine Dalli.", "Imexxi s-surmast u supretendent Anthony Cassar.", "Id-dħul huwa kollu b'xejn, imma d-donazzjonijiet kollha se jmorru għall-Istrina.", "Għalhekk, jekk se tidħol il-Belt lejlet il-Milied, mur ittawlilhom!", "Ritratt tal-faċċata: timesofmalta.com"], "title": "Jekk se tkun il-Belt lejlet il-Milied, se ssib il-Pulizija jdoqqu!"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/gimagtejn-ora-konna-se-niccelebraw.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Darren Douglas miet il-lejl li għadda, wara li kien ilu 31 sena fis-sodda kawża ta' inċident li kien ġarrab.", "Aħna tkellimna mal-kantant Renato, li kien wieħed mill-ikbar ħbieb ta' Darren.", "Jgħidilna kif it-telfa tiegħu hi iebsa ħafna.", "\"Darren kien l-ikbar ħabib tiegħi.", "It-telfa tiegħu hija iebsa ħafna u nħoss li qisha mietet parti minni.", "Konna ilna ħbieb 'il fuq minn 25 sena u konna qed nippreparaw għeluq sninu li għalih kienu ġejjin ikantaw ħafna kantanti, bħal Amber, Thea Garrett, Mary Rose Mallia u Ian Robinch.", "Kien se jkun", "speċjali għax kien ħa jagħlaq 50 sena.", "Però issa sfortunament mhu ħa jiġri.\"", "Kien l-awtur Anton Grasso li laqqa' lil Renato ma' Darren.", "\"Ġejt mistieden minn Anton Grasso biex inkanta għall-", "ta' Darren.", "Minn dakinhar bdejna niltaqgħu u lanqas kienet tgħaddi ġimgħa li ma konniex niltaqgħu.", "Bħas-Sibt kont nieħu gost immur ħdejh għal xi 3 sigħat, u għalija din kienet tkun l-isbaħ ħarġa.\"", "Renato kien isejjaħlu l-maniġer tiegħu.", "\"Kien bniedem li kien jispirani f'ħafna affarijiet.", "Minkejja li kellu inċident fil-", "u kien qasam is-sinsla ta' dahru, xorta baqa' pożittiv.", "Meta konna niltaqgħu dejjem konna nidħku u nieħdu pjaċir.", "Kont insejħlu l-maniġer tiegħi għax kull ħaġa li kien ikolli fuqi l-kompjuter, hu kien jagħmilhieli.\"", "Kienet telefonata li qatt ma ried li jirċievi.", "\"Dalgħodu ċemplet oħtu Rose, u meta qaltli Alison, dak il-ħin issummajt.", "Nixtieq li jitlob għalina, għal familtu, għal ommu, li għalija hija qaddisa, għax għamlet dawn is-snin kollha, wara l-inċident, dejjem id-dar tieħu ħsiebu.", "Għalhekk nitolbu jitlob għalina għax it-telfa ta' ħabib bħal dak, hi iebsa wisq,\" itemm jgħidilna Renato.", "Xarabank jagħti l-kondoljanzi lill-familja Douglas."], "title": "\"Ġimagħtejn oħra konna se niċċelebraw għeluq sninu\" - Renato"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-kelsey-tgaddi-gall-fazi-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din it-tfajla Maltija ta' 16-il sena għaddiet għall-fażi li jmiss fl-X-Factor tal-Litwanja.", "Kelsey Bellante tgħidilna x'wassalha biex tieħu sehem f'dan l-X-Factor.", "\"Kont ħadt sehem f'kompetizzjoni internazzjonali li saret fil-Litwanja u ġejt l-ewwel.", "Il-ġurija ta' din il-kompetizzjoni kienu minn The Voice u X-Factor.", "Wara li spiċċat il-kompetizzjoni, avviċinawni u saqsewni jekk irridx nieħu sehem f'The Voice jew f'X-Factor u għażilt li nieħu sehem f'X-Factor,\" tgħidilna Kelsey.", "Kelsey, li ilha tkanta 6 snin, tiddeskrivi din l-esperjenza bħala waħda sabiħa.", "\"Minħabba li kienu diġà semgħuni, ma kellix għalfejn nagħmel", "qabel u rnexxieli ngħaddi għal din il-fażi.", "Issa wasalt fil-fażi tal-", ".", "Din hi esperjenza vera sabiħa.", "Kien hemm ħafna", "u intervisti involuti.", "Ħassejtni eċitata ħafna u ħassejtni ħa mmut ngħidlek il-verità.", "Però hi esperjenza li żgur mhu ħa ninsa qatt u kuntenta ħafna bir-riżultat li rċevejt,' tistqarr Kelsey.", "\"Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tas-sapport li qed jurinu ħafna nies u tal-messaġġi sbieħ li qed jibagħtuli.", "Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-familja u lill-ħbieb tiegħi,\" ittemm tgħidilna Kelsey."], "title": "BIL-FILMAT: Kelsey tgħaddi għall-fażi li jmiss f'X-Factor"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/ilmenti-ta-fdalijiet-ta-ut-fmarsascala.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Fdalijiet sostanzjali ta' ħut f'bajja f'Marsascala .", "Aktar kmieni din il-ġimgħa daħlu xi lmenti li f'Marsascala hemm fdalijiet ta' ħut fil-bajja.", "Min ilmenta stqarr", "Huma x'inhuma ħut veru, imma xorta ħmieġ anke r-riħa tinxtam", "Hekk kif jidher fir-ritratti, fil-qiegħ tal-baħar jidher fdalijiet ta' dak li jidher ħut kbir bħal tonn.", "Il-persuna li lmentat qaltilna li probabilment dawn il-ħut wara li jinqabdu mis-sajjieda, jnaddfuhom u mbagħad jiġu mormija l-baħar.", "Dawn il-fdalijiet jinsabu fil-bajja ta' San Tumas propju fuq in-naħa tal-lemin tat-tieni moll, li hemm jidher fit-ritratt t'hawn taħt."], "title": "Ilmenti ta' fdalijiet ta' ħut f'Marsascala."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-xqed-jagmlu-l-afm.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-AFM reħewla għall-melodiji tal-Milied.", "Ara l-filmat u ara x'qed jagħmlu l-AFM bi ħsejjes ta' kuljum fil-ħajja tas-servizz.", "Oriġinali le ?"], "title": "Bil-Filmat - X'qed jagħmlu l-AFM?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/int-l-eroj-ta-kull-malti-bint-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Pulizija Simon Schembri allegatament ittajjar ilbieraħ minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 17-il sena.", "Ftit ħin ilu, Leah Scehmbri, it-tifla ta' Simon Saliba, irringrazzjat lill-Maltin għall-kuraġġ li qed juru mal-familja tagħhom, tiddeskrivi lil missierha bħala eroj.", "\"Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-Maltin kollha li wrew solidarjetà, u mħabba lejn il-familja tiegħi anke b'sempliċiment messaġġ.", "Il-kuraġġ tagħkom kien ta' sapport kbir u tant kemm bagħtuli messaġġ, li impossibbli li nirrispondihom kollha.", "Anke min ma jafnix bagħatli.", "Grazzi.\"", "Tiddeskrivi lil missierha bħala eroj.", "\"Inti l-eroj ta' kull Malti li kemm ilek fis-servizz 22 sena.", "Salvjat ħajjiet u ħriġt qalbek għax-xogħol biex tgħin lil min ġie fil-bżonn.", "Minn dejjem kont b'qalbek tad-deheb iżda dak li tieħu meta tagħmel xogħol sewwa minn ċertu nies.", "Il-ġurnata tax-xogħol normali tiegħek kellha tinbidel f'taġedja bħala din.", "Bħalek pulizija oħra li jissugraw ħajjtihom kuljum. #respect!\"", "Filwaqt li qalet li tixtieq li f'Malta ssir ġustizzja, talbet biex jinbidel ir-ritatt għal 'lives in blue do matter.", "Temmet għid li Malta hi kollha wara missierha u kollha wara s-servizz tal-Pulizija.", "Ilbieraħ tkellem ukoll ibnu, Sheean li stqarr kif huwa kburi li l-pulizija huwa missieru.", "Fost l-oħrajn qal, \"B'mod kburi nista' ngħid li dan il-pulizija qalbieni u ġeneruż huwa missieri u dak li ġara llum huwa ta' qsim il-qalb għax huwa kien qed jagħmel xogħlu biex iwaqqaf lil żagħżugħ milli jsuq mingħajr", "biex jipproteġi ħajtu stess.", "Li tidħol l-isptar u tarah f'dak l-istat, fejn xejn mhu ċert jekk se jqum jew le, hi sitwazzjoni li taqtagħlek qalbek.\"", "Filwaqt li stqarr id-dispjaċir tiegħu biex xi kummenti li nkitbu, esprima x-xewqa tiegħu li missieru jirkupra malajr kemm jista' jkun, u qal li jħobbu.", "Dalgħodu fil-Qorti, iż-żagħżugħ ta' 17-il sena tressaq il-Qorti akkużat b'attentat ta' qtil.", "Filwaqt li l-avukati tiegħu talbu li jinħeles mill-arrest, il-prosekuzzjoni rrifjutat", "din it-talba.", "Għaldaqstant, iż-żagħżugħ qed jinżamm arrestat."], "title": "\"Int l-eroj ta' kull Malti\" - Bint il-Pulizija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/araw-kif-sandro-ppropona-lill-kantant.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit jiem ilu, Sandro u Glen kienu Pariġi fuq vaganza u hemmhekk Sandro ppropona lil Glen biex jiżżewġu.", "Glen ma kellux l-iċken idea x'se jagħmel Sandro waqt din il-vaganza fil-belt tal-imħabba.", "\"Sandro pproponieli waqt vaganza li kienet ilha ppjanata xhur.", "Morna hemm u minn wara dahri Sandro ħaseb sew għall-proponiment.", "Aħna nsiefru ħafna fuq", "u normalment ikollna n-nies magħna u b'hekk rari nsiefru waħedna.", "Għalhekk Sandro sab l-okkażjoni u ppjanaha sew, tant li ma kellix l-iċken idea,\" jistqarr Glen.", "Glen jgħidilna kif sar il-proponiment.", "\"Sandro organizza", "u l-fotografu kien jaf bil-proponiment u lejn l-aħħar Sandro niżel għarkupptejh u pproponieli.", "Dak il-ħin kelli emozzjonijiet kbar li l-ewwel reazzjoni kienet daħka kbira li wasslet għal dmugħ ta' ferħ għax jiena bħala Glen dawn l-affarijiet veru narahom intimi ħafna.", "Imma Sandro ħadimha tajjeb għax jaf kif jiena u minkejja li saret f'post miftuħ għall-pubbliku u fil-velt tal-imħabba, il-post li għażel Sandro kien veru intimu.\"", "Kif iltaqgħu?", "\"Aħna ltqajna 16-il sena fuq il-palk għax hu jiżfen u jien inkanta.", "It-tnejn li aħna kellna parti prinċipali f'", "Imma l-biċċa bdiet meta aħna u sħabna konna miftehmin immorru l-baħar flimkien.", "Kien id-29 ta' Awwissu għax nibqa' niftakarha.", "Dakinhar ma tfaċċa ħadd minn sħabna, ħlief jiena u Sandro u aħna ovvjament xorta waħda morna l-baħar.", "Għamluha apposta għax kienu jafu li konna qed nitkellmu u ppjanawha,\" jgħidilna Glen.", "Meta ħa jiżżewġu?", "\"Il-proponiment sar wara 16-il sena u probabbilment biex nagħmlu xi ħaġa oħra jridu jgħaddu 16-il sena oħra,\" jgħidilna Glen b'nofs tbissima.", "Glen jgħaddi messaġġ lil Sandro: \"L-ewwel nett ngħidlu proset ta' kif irnexxielu jaħdem il-proponiment bla ma jien ninduna! 100", ".", "Wara kollox imma nirringrazzjah tas-sapport kontinwu, talli dejjem hemm għalija biex jipprova jifhimni u din biċċa xogħol diffiċli.", "Bla dubju ta' xejn jien nħobbu u nirrispettah immens.\"", "Xarabank jawgura lil Glen u lil Sandro!"], "title": "Araw kif Sandro ppropona lill-kantant Glen Vella"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/illum-jerome-kieku-gandu-l-birthday-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jerome, iż-żagħżugħ li tilef ħajtu bit-tielet kanċer, kieku llum għalaq 20 sena.", "Aħna tkellimna ma' ommu Josette li tistqarr kif din il-ġurnata ma ridthiex li tasal.", "\"Kull sena konna nistennew din il-ġurnata.", "Kont noqgħod inkantalu", "u minħabba li kien qed jikber, kien jgħidli, 'Ma jaħasra, jiena m'iniex tal-Happy Birthdays'.", "Però llum din il-ġurnata hija differenti.", "Ma ridtx li jasal dan il-jum, imma kellha tasal għax ma stajniex inwaqqfuha.\"", "Tistqarr l-uġigħ li qed tħoss.", "\"Dan il-lejl ma rqadt xejn.", "Qgħadt nibki u qomt nibki.", "Iebsa ħafna li sippost qiegħda nifraħ f'għeluq snin it-tifel, u tirrealizza li llum xejn m'inti tiċċelebra.", "Tibda tiftakar fil-ħin li huwa twieled, fil-11:30pm, u tibda tiftakar fih il-ħin kollu, u dan il-jum qed jitfa' stellat ieħor ġo qalbek.\"", "Josette lbieraħ kitbet ittra indirizzata lill-kanċer.", "L-ittra tgħid hekk:", "Issostni li l-kanċer tqisu persuna u ħasset il-ħtieġa li tikteb ittra.", "\"Meta ktibt l-ittra striħajt u wara bdejt interter.", "Ridt niżvoga.", "Il-kanċer bdejt inqisu persuna li ridt nattakkah bil-kliem u striħajt.", "Ridt nurih l-ewwel nett, il-weġgħat u l-istalletti li tana, li ħadilna dan it-tifel.", "L-ewwel nett għandi żewġi tfal oħra l-Ġenna minħabba korriment, allura ġa għaddejt xi ftit minn dan l-uġigħ, u iebsa issa l-kanċer ħadli t-tifel wara 20 sena.\"", "Tistqarr li r-rabja tagħha hi lejn il-marda.", "\"Irrabjata għall-marda.", "Però ma ridtx nibqa' negattiva u ħa nagħmlu minn kollox biex kull min hu għaddej minn din il-marda, aħna ħa nipprovaw nagħmlulu t-triq ftit iktar sabiħa.", "Mhux se nħallu din il-marda tkisser iktar nies, kif kissret lilna.", "Mhuwiex Alla li ħadilna t-tifel jew qala' l-isbaħ wara jew rah qed ibati u ħadu.", "Dik qatt ma konna nemmnuha u mhux se nemmnuha.", "Anzi Alla qed jgħinna ħafna biex issa waqqafna dik il-fondazzjoni", ", u qed jagħtina s-sapport u l-kuraġġ ħalli nkomplu nadattaw għall-ħajja ġdida li għandna.\"", "Illum din il-ġurnata l-familja ta' Jerome se jitilgħu sas-Santwarju ta' Pinu, il-post li kien", "sinifikat kbira għalihom.", "\"Illum il-ħin kollu naħseb fih.", "Nibda ngħid li kieku qiegħed magħna, kemm qiegħed jifraħ.", "Però issa kif jiġi t-tifel mill-iskola se mmorru f'Ta' Pinu, u għandna quddiesa għalih għax dan is-santwarju għandu sinifikat kbir għalina, u għal Jerome.", "Kien iħoss is-sejħa u matul il-ġurnata kien jgħidilna li l-Madonna tixtieq tkellimni, konna nitilqu kollox u mmorru ta' Pinu.", "Hemmhekk kien jistrieħ ħafna.\"", "Josette tgħaddi messaġġ lil binha.", "\"Jerome jaf li jiena, missieru u ħuh, konna nħobbuh daqs id-dawl t'għajnejja.", "Fil-fatt meta kien wasal lejn l-aħħar kien qalilna li mhuwiex jibża' mill-mewt imma l-iktar ħaġa li kienet qed iddejqu, kien li se jħalli lilna warajh.", "Ngħidlu biex jieħu ħsiebna, sakemm nerġgħu niltaqgħu.\""], "title": "\"Illum Jerome kieku għandu l-birthday u ma ridtx li tasal din il-ġurnata\" - Josette"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/dan-ir-ragel-jarma-l-bambin-tal-milied.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Xarabank ilu 21 sena jfittex affarijiet mhux tas-soltu, u f'21 sena tista' tgħid rajna kważi kollox.", "KWAŻI.", "Għaliex kull darba li niltaqgħu ma' xi ħaġa ġdida nirrealizzaw kemm hawn nies u affarijiet interessanti f'Malta li għadna ma skoprejniehomx!", "Dan huwa Bambin armat għall-Milied, imma flok huwa armat ġo maxtura, sidu poġġih ġo", "ta' karozza tal-Formula 1 u dawru b'ħafna karozzi żgħar Ferrari.", "Pierre Vella huwa sid il-Bambin, u huwa wkoll wieħed mill-aktar persuni li jaħdmu bil-qalb favur is-sigurtà fit-toroq tagħna...IMMA huwa wkoll entużjast kbir tal-Formula 1, kif jixhed dan il-Bambin, li issa ilu jarmah fid-dar tiegħu għal dawn l-aħħar 4 snin.", "Pierre jarma dan il-Bambin ġo", "ta' vera ta' karozza tal-Formula 1.", "\"It-", "ta' vera,\" spjegalna.", "\"Huwa oriġinali, bir-rim b'kollox, u jista' jitwaħħal ma' karozza tal-Formula 1, imma qatt ma ntuża.\"", "Pierre ilu entużjast kbir tal-Formula 1 sa mis-snin 70, u mhux biss imur jara t-tlielaq tal-Formula 1 b'mod regolari, imma kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' ma' sewwieqa famużi ħafna, bħal Sebastian Vettel u Louis Hamilton.", "kbir tal-Ferrari, u stqarr magħna li dis-sena, il-Ferrari ddiżappuntawh daqsxejn!", "\"Fil-fatt poġġejt il-Bambin fin-nofs, bil-Ferraris imdawrin miegħu, forsi jberikom u għall-istaġun li jmiss imorru ftit aħjar!\" qalilna Pierre bid-daħka.", "Pierre Vella huwa parti mit-tim ta' nies fi Transport Malta li jaħdmu favur is-sigurtà fit-toroq tagħna"], "title": "Dan ir-raġel jarma l-Bambin tal-Milied ġo tyre ta' vera tal-Formula 1"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/tibgatlu-kartolina-lil-dan-it-tifel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jacob Thompson se jiċċelebra l-Milied kmieni din is-sena.", "Bħal kull tifel ieħor tal-età tiegħu, Jacob iħobb jilgħab Minecraft u Legos, u", "kbir ta' Star Wars.", "Huwa wkoll fotografu, kantant u ċajtier, imma fuq kollox iħobb ħafna l-pengwini.", "Però Jacob għandu kanċer u iktar kmieni f'Ottubru t-tobba qalu lil familtu li probabbilment baqagħlu xahar biss ħajja.", "Allura se jiċċelebraw il-Milied kmieni, u Jacob jixtieq lin-nies jiċċelebrawh miegħu billi jibagħtulu l-kartolini.", "Qabel ma jiċċelebraw dan il-'Milied' li se jsir dan ix-xahar, Jacob talab lil kulħadd biex min irid jibgħatlu kartolina ħalli jiċċelebrawh miegħu.", "Ħamest ijiem wara li qal x'jixtieq, Jacob kien diġà rċieva 100 kartolina minn madwar id-dinja.", "Iċċelebrah miegħu billi tibgħatlu kartolina fuq dan l-indirizz:"], "title": "Tibgħatlu kartolina lil dan it-tifel?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jingabru-6048732-gall-istrina-l-akbar.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għadha kemm spiċċat l-Istrina, u s-somma li nġabret din s-sena kienet somma ikbar minn kull somma oħra li qatt inġabret fl-istorja tal-Istrina - aktar minn €6,048,732.", "Dan kollu grazzi għall-ġenerożità tal-Maltin, li għal sena oħra wieġbu għas-sejħa tal-", "u mlew fond kbir li minnu, il-President se tkun tista' tqassam lil dawk li matul is-sena l-aktar ikollhom bżonn l-għajnuna.", "\"Tagħtux bl-intenzjoni li tista' tmiss lilkom,\" saħaq Peppi Azzopardi diversi drabi waqt l-Istrina.", "\"Imma ċċelebraw li intom b'saħħitkom, u wżaw is-saħħa li għandkom biex tgħinu lil min m'għandux saħħa.\"", "Il-motto tal-Istrina din is-sena kien #jienalistrina, u l-preżentaturi tal-Istrina saħqu li ntagħżel dan il-motto għaliex kull persuna li tat id-donazzjoni tagħha kienet l-Istrina, għaliex l-Istrina tista' teżisti biss bis-saħħa tad-donazzjonijiet ta' kull wieħed u waħda minna.", "Fl-Istrina din is-sena spikka ħafna Katriel, li huwa stess huwa marid u għandu kundizzjoni rari ħafna, imma seraq qalb il-Maltin u l-Għawdxin kollha meta fuq it-", "qal li aħjar li l-kundizzjoni ġiet fuqu, għaliex hu b'saħħtu biżżejjed biex jiġġildilha.", "Fil-fatt, fil-bidu nett tal-maratona, il-President, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Arċisqof kollha ħadu spunt mill-kliem ta' Katriel biex huma wkoll iħeġġu lin-nies jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom.", "Katriel qal ukoll li jrid is-saħħa biex jgħin kemm jista' jkun nies, u hekk għamel illum fl-Istrina, għaliex kien hawn magħna mill-bidu sal-aħħar!", "L-Istrina bdiet f'nofsinhar u spiċċat ftit wara nofsillejl u saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kulleġġ ta' San Benedittu, Ħal Kirkop.", "Il-flus li nġabru se jitqassmu matul is-sena lil dawk il-familji li jkollhom bżonn jitilgħu għall-kura barra minn Malta minħabba mard u kundizzjonijiet serji ħafna.", "Grazzi kbira lil kulħadd!"], "title": "Jinġabru €6,048,732 għall-Istrina - l-akbar somma li qatt inġabret"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-illum-l-arcisqof-scicluna.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona jgħaddi messaġġ lill-Arċisqof Charles Scicluna f'għeluq sninu.", "\"Nixtieq li nieħu din l-okkażjoni ta' għeluq is-snin ta' Monsinjur Arċisqof Scicluna biex nawguralu ħajja twila fil-qadi tal-Knisja.", "Jiena nwiegħdu t-talb tiegħi biex l-Ispirtu s-Santu jkompli jimlieh bil-qawwa tiegħu u bl-għerf tiegħu ħalli jmexxina fit-triq li twassal, permezz tal-Knisja, lejn Ġesù.", "Inwiegħdu l-lealtà sħiħa tiegħi lejh u l-kooperazzjoni sħiħa tiegħi lejh fil-qadi tal-Knisja hawnhekk ġewwa Malta.", "Bħalissa fil-missjoni ġdida tiegħi bħala arċisqof emeritus, nixtieq inwiegħdu li,l-qadi pastorali tal-merħla li hi afdata proprju f'idejh, se nibqa' leali lejha u se nibqa' nserviha biex kemm jista' jkun il-Mulej iħossu komdu fil-Knisja tiegħu, iħossu tajjeb fil-Knisja tiegħu li tinsab hawn f'Malta.", "Grazzi u awguri mill-ġdid Eċċellenza.\"", "Ritratt: Il-Knisja f'Malta", "Jekk ma kontx taf...", "L-Eċċellenza tiegħu Monsijur Charles J.Scicluna, iben Emanuel u Maria Carmela, twieled f'Toronto, il-Kanada, nhar il-15 ta' Mejju, 1959.", "Fl-2012, Mons. Scicluna ġie nnominat bħala Isqof Awżiljarju ta' Malta.", "Huwa ġie kkonsagrat Isqof fl-24 ta' Novembru 2012 u fit-28 ta' Novembru 2012, tħabbret il-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi tal-Vatikan.", "Wara r-riżenja ta' Mons. Pawlu Cremona O.P minn Arċisqof ta' Malta, il-Papa Franġisku innomina lill-Mons.", "Scicluna bħala amministraturr Appostolike", "bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjoċesi ta' Malta.", "Fis-27 ta' Frar 2015, Mons. Scicluna nħatar Arċisqof ta' Malta mill-Papa Franġisku.", "Erġa' għix l-ingress tal-Arċisqof ta' Malta bil-filmat t'hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMAT: Illum l-Arċisqof Scicluna jagħlaq 59 sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/jekk-se-tkun-gawdex-dal-weekend-trid.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jista' jkun li qed ngħid hekk għax jiena Għawdxi u għandi naqra ta' soft spot għall-Għawdxin.", "Imma m'hemmx x'tagħmel...kulħadd biased fuq xi ħaġa!", "Jekk se tkun Għawdex matul dan il-", "tal-Ewwel tas-Sena, hemm 3 presepji li ma tistax taqbiżhom inti u ddur fit-toroq ħelwin tal-gżira-oħt ta' Malta.", "U ma tistax taqbiżhom għaliex kollha saru b'għan nobbli!", "1.", "IL-PRESEPJU BIL-PERSONAĠĠI GĦAWDXIN...U LI DIS-SENA ŻIDULU LIL DUN ĠORĠ GRIMA", "Erba' snin ilu, iż-żgħażagħ tas-Soċjetà Filarmonika La Stella bdew jibnu dak li semmewh:", "Il-Presepju Għawdxi b'Differenza", ", u dan għaliex fih hemm mhux biss il-personaġġi tradizzjonali li aħna mdorrijin naraw fil-presepji, imma fih ukoll pasturi ta' personaġġi tipiċi Għawdxin.", "Hemm l-Isqfijiet Maltin, il-Papa Franġisku, l-artist innifsu, u din is-sena żiedu wkoll lil Dun Ġorġ Grima - il-qassis maħbub Għawdxi li qatta' ħajtu jaħdem fil-missjoni fil-Kenja, l-Etjopja u l-Brażil.", "U wkoll, din is-sena żiedu lil Domenic Grech - il-kantant magħruf tal-band", "u l-moħħ wara l-kanzunetti", "Għawdex inti Djamant.", "Anke x-xenografija tal-presepju tkun ispirata mill-pajsaġġ Għawdxi.", "Din is-sena, il-presepju bnewh bil-pajsaġġ ta' Marsalforn.", "Il-presepju qed jiġi esebit fil-binja ta' Radju Leħen il-Belt Victoria, fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat.", "Għal aktar informazzjoni dwar dan il-presepju u biex tkun taf il-ħinijiet tal-ftuħ, agħfas", "2.", "IL-PRESEPJU LI JDUM JINBENA SITT XHUR U LI S'ISSA MARRU JARAWH NIES MILL-ARĠENTINA, URUGUAY, LATVIA u CHILE", "Dan il-presepju qiegħed ġo garaxx man-naħa tal-lemin tal-Knisja ta' Għajnsielem u beda jinbena sitt xhur ilu.", "Herman Mifsud, li bena dan il-presepju b'ħafna għajnuna mingħand sħabu Noel, Gilles, u Paul, beda jibni l-presepji meta kellu biss 5 snin.", "Imma din is-sena ddeċieda li d-donazzjonijiet kollha li jirċievi mingħand in-nies li jmorru jaraw il-presepju se jagħtihom lil Puttinu, għaliex din is-sena hu u l-familja tiegħu ġew bżonn l-għajnuna ta' Puttinu u jixtieq li b'dan il-mod jgħinhom lura.", "\"Għandna tifla li diġà kellha titla' darba l-Ingilterra, u se titla' għal operazzjoni oħra dalwaqt, u allaħares ma kinux ta' Puttinu li għenuna ngħaddu minn din il-burraxka,\" qalli Herman.", "\"U għalhekk nixtieq li ngħinhom.\"", "Il-presepju jidher li ġibed ukoll l-attenzjoni ta' ħafna nies li ġew jaraw minn barra minn Malta, fosthom mill-Aġentina, l-Urugwaj, il-Ċile, il-Latvja u l-Italja.", "Il-presepju twil 24 pied u wiesa' 12-il pied u qiegħed fil-Pjazza ta' Għajnsielem.", "Jekk qed tħares lejn il-Knisja trid timxi fuq in-naħa tal-lemin mal-Knisja.", "Se jkun miftuħ mis-2:30pm sat-8:pm fil-jiem li ġejjin.", "Qabel ma tmur tista' tara ftit filmati tal-presepju hawn:", "3.", "IL-PRESEPJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-QALA", "Fil-Qala, mhux biss qed jagħmlu l-presepji, imma qed jgħallmu lit-tfal jagħmluhom ukoll, u f'din il-wirja tista' tara x-xogħol ta' nies professjonali u x-xogħol ta' tfal li għadhom jibdew jibnu.", "Il-wirja se tku miftuħa wkoll nhar il-Ħadd u nhar it-Tnejn, fl-Ewwel tas-Sena, u se tibqa' miftuħa sal-Ħadd 7 ta' Jannar u tista' ssibha fis-sala taċ-ċentru parrokkjali tal-Qala."], "title": "Jekk se tkun Għawdex dal-weekend trid tara dawn it-3 presepji"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-kienet-qaltli-li-lanqas-ir.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan Valerio.", "Jispikka għall-imħabba li għandu ġewwa fih.", "Valerio huwa wieħed mill-applikanti li ntgħażel għall-isfida li qed jagħmel Xarabank b'tal-linja.", "Valerio se jkun qed jagħmel ġimgħa mingħajr il-karozza personali tiegħu u se juża tal-linja biss, biċ-ċans li jirbaħ €3,000.", "Għal-laqgħa li kellu ma' Peppi u Anita ġie b'ritratt tiegħu u tas-sieħba tiegħu Joyce.", "Joyce kienet ikbar minnu u bdew joħorġu flimkien u spiċċaw bi mħabba kbira bejniethom.", "Però dan ir-ritratt, Valerio ma ridniex li ntellgħuh fuq l-iscreen il-kbir.", "\"Dak ir-ritratt għamlitu hi u ma ridtux jinfetaħ.", "Hu memorja tagħha.", "Kienet tfisser kollox għalija.", "Ħabbejtha tard imma ħabbejtha ta' veru.", "Kienu għaxar snin sbieħ.", "Kienu jgħidulna d-di u d-do għax dejjem flimkien,\" jgħidilna Valerio.", "Meta kienet l-isptar kien hemm mument fejn Valerio spiċċa waħdu.", "\"Mietet f'idejja.", "It-tfal tagħha kienu kollha d-dar tagħna u meta ġew lura mid-dar qaluli li riedet tmut f'idejja waħdi miegħi.", "Din għadni ngħożżha sal-lum.", "Kienet mara ta' vera għalija, minkejja li kienet 17-il sena ikbar minni.", "L-isbaħ sodisfazzjoni hu meta qaltli li lanqas ir-raġel tagħha ma taha, l-imħabba li tajtha jiena,\" jistqarr Valerio.", "Joyce kien kunjomha Edith Hoare.", "\"Meta konna mmorru l-visti kienu", "jgħajtulha Joyce Edith u ma jgħidux 'Hoare'.", "Jiena qatt ma kelli problema b'kunjomha iżda l-Maltin u l-Għawdxin kienu jħossuhom imbarazzati minħabba li l-kelma tfisser prostituzzjoni.", "Meta għalqet sena u nofs, għamiltilha quddiesa u lis-saċerdot għedtlu biex jgħidu kunjomha wkoll,\" jispjegalna Valerio.", "Minħabba li kienet il-", "tiegħu, Valerio ma kienx jitqarben u din kienet tweġġa' ħafna lil Joyce.", "\"Il-Papa Franġisku qal li dawn in-nies ma għandhomx ikunu iżolati la jkunu qegħdin fit-tajjeb u b'hekk ma jistgħux ikunu mċaħħdin mis-sagrament.", "Kont mort inkellem qassis f'Ta' Pinu u qalli biex immur nitqarben.", "Pero' Joyce ma setgħetx tifraħ għax hi kienet diġà l-isptar,\" jgħidilna Valerio.", "Itemm jgħidilna li jitlobha biex tgħinu jkompli b'ħajtu."], "title": "BIL-FILMAT: \"Kienet qaltli li lanqas ir-raġel tagħha ma taha l-imħabba li tajtha jien\" - Valerio"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-din-it-tifla-maltija-ilha-8.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iċ-ċkejkna Ellie qiegħda l-Ingilterra għall-kura.", "Ilha hemm 8 xhur.", "Ellie qed tagħmel sa 12-il siegħa kuljum taħt dawl apposta, inkellha jsirilha ħsara f'moħħha.", "\"Ma tistax tgħix mingħajr dawl għax inkella jitla' f'moħħha u tagħmel ħsara fil-moħħ,\" tispjegalna Jeclohan, omm Ellie.", "Ellie qed tistenna trapjant tal-fwied.", "\"Kellu bżonn il-Bambin jibgħatilha fwied tajjeb biex tibqa' għomorha bih.\"", "Imma ommha tibża'.", "\"Nibża' ħabba l-fwied tat-tifla għax jekk jirrifjutah il-ġisem, ma nafx x'jiġri mit-tifla.\"", "Bħalissa qed jgħixu fi", "ta' Puttinu u ma jafux meta ġejjin lura.", "\"Lanqas temmen hux?", "Tibqa' tistaqsi, 'Imma veru qed jiġrilna hekk?'", "Tisma' ħafna stejjer imma ma tobsorx li se jiġri lilek.\"", "Omm Ellie tgħix għaliha u għaż-żewġ uliedha tagħha.", "\"Ifissru kollox.", "L-ewwel huma.", "Meta tkun omm, tkun taf xi jiġifieri.\"", "Mat-80 familja fix-xahar imorru l-Ingilterra għall-kura.", "Għalhekk matul il-maratona ta' nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, ftakar f'Puttinu.", "Intom tistgħu tgħinu billi tattendu l-Marsa Sports Club jew iċċemplu u tkunu bħal dejjem ġenerużi.", "Ara din l-intervista li konna għamilna għall-programm ta' Puttinu:"], "title": "BIL-FILMAT: Din it-tifla Maltija ilha 8 xhur l-Ingilterra tistenna fwied"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bil-filmat-dan-il-presepju-mibni-kollu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan il-presepju huwa magħmul KOLLU bil-ħaxix u l-frott.", "KOLLU jiġifieri KOLLU - l-art, il-ħitan, l-għerien, il-bini, il-pasturi...kollox!", "U għalkemm timmaġina li presepju bħal dan jieħu ħafna ġimgħat biex tibnih, il-moħħ warajh kellu jlestih f'jumejn biss!", "Franco Ciangura, li huwa wkoll il-moħħ wara l-fenomenu ta' Betlem f'Għajnsielem, ġietu f'moħħu li jibni dan il-presepju 20 sena ilu, fl-1997, ħafna snin qabel ma faqqsitlu f'moħħu l-idea ta' Betlem f'Għajnsielem.", "U għal dawk li qed isaqsu...le...il-presepju m'għadux jeżisti.", "Kif immaġinajtu li għadu tajjeb dak il-frott u l-ħaxix kollu wara 20 sena?!", "Franco dam ġimgħat sħaħ jaħseb kif jista' jibni presepju ta' dan it-tip, u fl-aħħar, meta ħass li għandu idea ċara f'moħħu, ġab il-ħaxix u l-frott kollu fil-Ministeru ta' Għawdex u bnieh kollu f'jumejn, biex il-ħaxix u l-frott ma jilħaqx jitħassar.", "U mhux hekk biss...imma l-presepju kellu jitqiegħed għall-wiri ġo friġġ kbira -", "ta' supermarket", "twil żewġ metri u nofs!", "Il-blat kien magħmul mill-qlub tal-qaqoċċ, in-ngħaġ mill-pastard, l-anġli mill-", ", il-fjammi tan-nar kienu magħmulin mill-filfel, id-djar imnaqqxin fil-qargħa ħamra, il-kpiepel tas-slaten maġi magħmulin mill-bżar aħmar u l-uċuh naqqaxhom il-ħabib tiegħu Paul fil-karrotti.", "U l-uċuh kellhom jibdluhom darbtejn!", "B'kollox, Franco u Paul użaw 165KG ta' ħaxix u frott, u l-presepju kien maħdmum tajjeb biżżejjed biex iservi ħmistax-il ġurnata, imma dawn il-filmati imprezzabbli se jibqgħu għal dejjem:"], "title": "BIL-FILMAT: Dan il-presepju mibni KOLLU bil-ħaxix u l-frott"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmati-bmod-ikkulurit-jispjega-kif.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["In-nuqqas tal-ħalib ikkulurit qed jinħass u George ħareġ b'soluzzjoni għal min jixtieq tazza ħalib ikkulurita.", "Wara li ħafna nies qajmu kontroversja sħiħa fuq it-tapp, George kien ħareġ filmat jispjega l-benefiċċji li kartuna tal-ħalib jkollha tapp.", "\"L-ewwel filmat għamiltu għax smajt ħafna nies jgħidu fuq it-tapp.", "Kont għadni kemm ġejt lura mill-baħar u rajt", "fuq Facebook li tefgħet ħabibti jgħid:", "Xi kull waħda hawn Malta dejjem jeqirdu l-Maltin u qatt ma jieħdu pjaċir bl-affarijiet li għandhom", ".", "U dak il-ħin ġietni l-idea li nagħmel filmat biex nispjega li l-għala l-kartuna hija aħjar bit-tapp.", "U mix-xejn, il-filmat spiċċaw rawh mal-107,000 darba,\" jgħidilna George.", "Milux il-Benna kkonfermat li naqas il-ħalib bil-kulur minħabba li ma ħarġux mill-kedda tas-sħana.", "U George ħareġ filmat ieħor.", "\"Issa li qed jonqos il-ħalib bil-kulur, kulħadd qed isaqsini jekk se nagħmel filmat ieħor.", "Bdejt ngħid hawn affarijiet oħra li bihom nista' nagħmel il-", "u ddeċidejt li nitfa' filmat.", "Ħafna nies qgħadu jiskantaw li ċerti ħwienet m'għandhomx il-", "u bil-coconut, yogurt u ġam urejthom kif wieħed jista' jagħmilhom mid-dar bla ebda problemi.", "Tant kemm ġie tajjeb li lanqas it-tifel ma induna li għamiltu jiena, tant kemm kellu l-istess togħma.\"", "Il-filmati qed iduru sew, u magħna jikkonferma li mhux se jiddejjaq jagħmel filmat ieħor."], "title": "BIL-FILMATI: B'mod ikkulurit jispjega kif jagħti l-kulur lill-ħalib"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-xinhi-tagmel-din-l-alpaca.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illum l-alpaca Bjorn mar sal-iskola ta' Santa Margerita, Bormla.", "Aħna tkellimna ma' Anton Rea Cutajar, mill-Arka ta' Noe, li ftit tal-ħin ilu flimkien ma' Bjorn marru sal-iskola ta' Bormla.", "Bħalissa qed issir kampanja, li fiha Anton flimkien ma' annimal mill-Arka ta' Noe, imorru sal-iskejjel.", "\"Bħalissa qed issir din il-kampanja biex nedukaw lit-tfal għal mal-annimali.", "Ħafna mit-tfal imorru jiġru huma fuq l-annimali.", "Issa aħna qed ngħallmuhom lit-tfal li l-annimali ma tridx tiġri fuqhom, imma tħallihom jiġu huma biex jintegraw miegħek.\"", "Din mhux l-ewwel darba li Bjorn mar fl-iskejjel u Anton jgħidilna għaliex sejjer Bjorn.", "\"Illum lill-istudenti se nġibilhom lil Alpaca għax huwa wieħed mill-iktar annimali", "li jeżisti.", "Illum se noqogħdu nitkellmu fuqu.", "Għat-tfal din xi ħaġa ġdida, imma t-tfal jieħu pjaċir ħafna.", "Għall-ewwel l-istudenti jibdew jgħajtu, u tista' timmaġina r-reazzjoni tagħhom.\"", "Anton jgħidilna li l-għala semmew lil din l-alpaca Bjorn.", "\"L-alpaca semmejnieh Bjorn għaliex dakinhar li twieled konna għamilna attività għall-ALS, fejn konna ġbarna l-flus u għamilna l-flokkijiet bi kliem", "Itemm b'messaġġ għat-tfal: \"Il-messaġġ huwa biex it-tfal ikunu konxji ta' kemm l-annimali huma importanti fil-ħajja.\""], "title": "BIL-FILMAT: X'inhu jagħmel dan l-alpaca f'klassi tal-iskola?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/eluf-ta-maltin-ixxukkjati-bl-abar-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Eluf ta' Maltin u Għawdxin għadhom ixxukkjati bl-aħbar li l-koppja komika Danusan se jinfirdu darba għal dejjem.", "Konna ilna nisimgħu b'din ix-xniegħa, imma lbieraħ (il-Ġimgħa) ikkonfermajnieha u konna f'pożizzjoni li nħabbruha fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank.", "Minn dak il-ħin, l-uffiċċju ta' Xarabank daħlulna baraxx ta' telefonati u", "jistaqsuna għalfejn ġara hekk.", "Dan is-sit għadu qed jipprova jikseb aktar informazzjoni dwar ir-raġuni jew raġunijiet għalfejn Danusan iġġieldu, u jidher li llum (is-Sibt) f'nofsinhar se jkunu qed jagħmlu Konferenza tal-Aħbarijiet fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom li fiha se jagħtu r-raġunijiet tagħhom għalfejn mhux se jibqgħu \"d-Danusan.\"", "L-aħbar xterdet bħal-leħħa ta' berqa wara li lbieraħ, fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank tellajna", "ta' Peppi Azzopardi jispjega li d-Danusan mhux se jkunu aktar f'Xarabank għaliex se jinfirdu.", "\"Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani, mhux biss għaliex Danusan huma koppja li jagħmlu satira tajba ħafna f'Malta, imma anke għaliex f'Xarabank ta' spiss ikunu protagonisti bħala Josh u Sean,\" qal Peppi Azzopardi fil-", ".", "\"U jiena ngħid...issa x'se nagħmlu mingħajr Danusan?\" kompla b'diqa u b'vuċi miksura.", "Daniel Chircop u Chrysander Agius, iktar magħrufa bħala d-duo DANUSAN, bdew l-karriera tagħhom flimkien madwar tmintax-il sena ilu fuq NET TV, f'diversi produzzjonijiet bħal Mini Bugz u Zinners.", "Minn hemmhekk, imbagħad, komplew biex mxew fuq stazzjonijiet oħra fosthom ONE TV u TVM fejn ħadmu produzzjonijiet oħra varji bħal Teletubi, Skartoċċ u VIP Show.", "Għal dawn l-aħħar snin kienu wkoll fuq ir-radju.", "Fl-2004 kienu jiffurmaw parti mill-grupp komiku ZOO, u għal dawn l-aħħar ħames snin iffurmaw id-duo popolari DANUSAN b'karratri famużi mal-Maltin, bħal Josh u Sean, il-Fuzzy, Vinnie, u Ġorġ l-Għannej tal-Mulej, fost ohrajn.", "Sal-bieraħ stess, Danusan kienu għadhom fuq ir-radju bil-", "tagħhom u waranofsinhar dehru wkoll fuq il-programm li jippreżentaw flimkien -", "Aktar informazzjoni hekk kif tidħlilna."], "title": "Eluf ta' Maltin ixxukkjati bl-aħbar li Danusan se jinfirdu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-ilbiera-kienet-l-isba.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ il-kantant Gianluca Bezzina żżewweġ lil Vanessa u jistqarr li din kienet l-isbaħ ġurnata ta' ħajtu.", "\"Din kienet l-isbaħ ġurnata ta' ħajti.", "Minn xħin qomt sa xħin irqadt għax iżżewwiġt lil tfajla li naf li hija perfetta għalija, hija l-iktar tfajla li nħobb fid-dinja u kollox kien perfett mill-bidu sal-aħħar,\" jgħidilna Gianluca.", "Gianluca jirrakkontalna kif iltaqgħu seba' snin ilu.", "\"Ma konniex nafu lil xulxin u seba' snin ilu kien hemm", "Ġiżwita li kien jaf li jiena nkanta u li anke Vanessa tkanta.", "Laqqagħna flimkien u staqsietna jekk nitħajrux inkantaw flimkien għal ġimgħa sħiħa fil-laqgħa li kienet qed issir għall-provinċjali tal-Ġiżwiti f'Malta.", "Aħna għedna għalxiex le u minn hemm iltqajna, sirna ħbieb u bqajna nitkellmu sakemm il-ħbiberija tagħna nibtet f'relazzjoni,\" jirrakkontalna Gianluca.", "Ritratt: Gianluca u Vanessa jiżżewġu (Joni Videography)", "Kif ipproponielha?", "\"Konna ħa mmorru nimxu fomm ir-riħ u wara ġurnata baħar flimkien, inżilt għarkuptejja, ipproponejtilha u qaltli iva.\"", "Gianluca jistqarr li jinsab ħerqan għall-ħajja miżżewġa.", "\"Aħna ngħinu lil xulxin fil-ħajja ta' kuljum, nikkomunikaw ħafna u minn dak lat ma naħsibx li ħa jinbidlu wisq l-affarijiet.", "Fl-istess ħin ninsabu ħerqanin li t-tnejn li aħna familja ġdida fejn se nieħdu d-deċiżjonijiet li se jkunu tagħna t-tnejn biss.", "Però l-familja tiegħi u tagħha se jkunu involuti ħafna u ninsabu ħerqanin għal din il-ħajja ġdid,\" jgħidilna Gianluca.", "Filwaqt li se jqattgħu ġimagħtejn il-Kanada, bħalissa jinsabu Għawdex.", "\"Minn wara t-tieġ bqajna sejrin mill-ewwel f'lukanda ġewwa Għawdex biex inqattgħu naqra ħin flimkien.", "Ma tantx domna waħedna għax illum telgħu l-familja tiegħi u l-familja tagħha.", "Seta' ma jonqosx li d-diskors waqa' fuq it-tieġ u fuq kemm kulħadd ħa gost,\" jgħidilna Gianluca.", "Seta' ma jonqosx li Gianluca jkanta fit-tieġ tiegħu:", "It-tim ta' Xarabank jawgura lil Gianluca u lil Vanessa ħajja miżżewġa feliċi."], "title": "BIL-FILMAT: \"Ilbieraħ kienet l-isbaħ ġurnata ta' ħajti\" – Gianluca"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-jekk-sejjer-tgum-gawdex.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-bajja tar-Ramla l-Ħamra tinkesa bil-bram.", "Fil-jiem li għaddew, intlemħu miljuni ta' bram f'San Tumas, f'Marsascala, ix-Xgħajra, l-Imsida u Baħar iċ-Ċagħaq.", "Issa din l-invażjoni tal-bram waslet Għawdex ukoll, kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn taħt.", "Il-Professur Alan Deidun, li jmexxi", "ftit jiem ilu kien kiteb li f'Jannar li għadda kien bassar li din il-brama, li jsejħulha", ", se tiġi iktar kmieni u probabbilment se tkun f'propozzjonijiet ikbar.", "Għalhekk, jekk sejjer sa Għawdex, oqgħod attent inti u tgħum."], "title": "BIL-FILMAT: Jekk sejjer tgħum Għawdex ..."} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/esklussiva-l-aar-konverzazzjoni-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Xarabank.com.mt ikkuntattja ħabiba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li irrakkontat kif ftit sigħat qabel ma seħħ l-attakk fuqha kienet qed titkellem magħha fuq whatsapp.", "Din tirrakkonta kif it-Tnejn għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta' filgħodu, tirċievi messaġġ mingħand Daphne Carauana Galizia li fih staqsitha fuq it-tfal tagħha għaliex bdiet tinkwieta għalihom.", "Kemm-il darba konna nitkellmu imma dakinhar ma stennejtx li ħa tibgħatli, u tistaqsini fuq it-tfal tiegħi.", "Kienet ħabiba tal-qalb u vera apprezzajt li bdiet tinkwieta għat-tfal tiegħi. - Ħabiba ta' Daphne.", "Hi tirrakkonta kif baqgħu jitkellmu fuq it-tfal u fuq xi", "oħrajn kemm serji kif ukoll ta' ħbieb.", "Baqgħu jitkellmu sa xi s-2:30 ta' filgħodu.", "Tgħid ukoll kif qabel ma' temmew il-konverżazzjoni tagħhom Daphne qaltilha biex iżżommha aġġornata kif baqgħt minħabba t-tfal.", "Qisha bħal donnha kienet taf, u riedet tkun moħħha mistrieħ li t-tfal tiegħi huma", ". -Ħabiba ta' Daphne.", "Pero' bħal ma' kulħadd jaf, sfortunatament Daphne Caruana Galizia nqatlet b'karozza bomba għall-ħabta tat-3 ta' waranofsinhar.", "Il-ħabiba tagħha tistqarr li meta semgħet bil-mewt ta' Daphne ħadet xokk kbir immens li anke bkiet, għaliex ma stennitiex.", "Ħadd xokk kbir u kbejt ta' veru u minn qalbi.", "Ma stennejtx li ftit siegħat wara li kont qed inkellima kellha tħallina hekk, b'dan il-mod.", "Mistoqsija dwar Daphne, il-ħabiba tagħha qalet li l-karattru ta' Daphne kien l-oppost ta' kif kien jidher fuq il-blogg tagħha.", "Kienet differenti minn kif tidher mill-artikli tagħha... mara intelliġentissima, introverta ... ma kellhiex ħażen fiha, kienet twajba wisq.", "Ma kinitx sempliċiment ġurnalista, kien jimpurta minn dawk ta' madwara.", "Il-ħabiba tagħha tirrakkonta kif għalkemm Daphne ħallitna, żammet kelmtha magħha u bagħtitilha", "tgħidilha kif baqgħet rigward it-tfal tagħha, l-Erbgħa 18 t'Ottubru.", "Kellna xi ħaġa li żgur konna komuni fiha... l-imħabba li għandna għat-tfal tagħna.", "Malta mhux ser tkun l-istess mingħajrha, żgur li le"], "title": "ESKLUSSIVA - L-aħħar konverżazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia fuq whatsapp"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/il-hooligan-jirritornabkanzunetta-forma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["M'għadux jismu", "sar il-", ", imma għadu l-istess rapper oriġinali li Malta kollha ħabbitu meta ħareġ l-ewwel CD tiegħu!", "Issa ħareġ kanzunetta b'tema li forsi l-inqas stennejnieh li jkanta dwarha - talba lill-Mulej.", "Il-kanzunetta jisimha \"Mument ta' Skiet\" u hija forma ta' talba li l-", "jgħid lil Alla.", "Fil-kanzunetta jitkellem u jargumenta ma' Alla dwar il-ferħ li mhux dejjem jirnexxielu jsib f'ħajtu.", "\"Missier li inti fis-smewwiet, żomm idejk fuqi, begħdni mill-inkwiet,\" ikanta l-", "u jistqarr li għalkemm jafuh ħafna nies u għamel is-suċċess li ħafna nies joħolmu li xi darba jaslu li jagħmlu, xorta mhux dejjem iħossu ferħan, u jammetti li jitlob, u għalkemm ġieli \"waħħal f'Alla\" f'mumenti diffiċli, xorta jmur jiġri għandu meta jħossu mgħaffeġ.", "Il-kanzunetta tispiċċa bil-kelmiet: \"Ma narakx imma naf li qiegħed hemm, bħal kull talba din nagħlaqha billi ngħid 'Ammen'.\"", "Il-kanzunetta kitibha flimkien mal-kompożitur Elton Zarb tista' tismagħha u tara l-", "tagħhha hawn:", "Mhuwiex xi sigriet li l-", "għadda minn ħafna tbatija f'ħajtu.", "Ftit xhur ilu, f'Xarabank konna wrejna intervista li għamilna miegħu fil-karozza, u fiha rrakkonta fost l-oħrajn kif għadda minn ħafna", "u għex fil-faqar, sakemm darba waħda kien hemm mara li semgħet kanzunetta li kiteb, u ħeġġitu biex ikompli jikteb, u minn hemm sar fenomenu kbir f'Malta u sar wieħed mill-aktar artisti Maltin li qatt biegħu CDs.", "Tista' tara dik l-intervista li konna għamilna miegħu fil-karozza hawn:"], "title": "Il-Hooligan jirritorna...b'kanzunetta forma ta' talba lill-Mulej"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/jaqla-daqqa-ta-ponn-wara-li-qabez-gal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-preżentatriċi Ramona Attard u s-sieħeb tagħha Andrew qabżu għal tifel li kien qed jiġi msawwat minn missieru fil-karozza.", "Aħna tkellimna ma' Ramona li tgħidilna kif rat din ix-xena meta kienet fil-karozza ma' bintha.", "\"Ilbieraħ morna nieħdu ġelat minn Baħar iċ-Ċagħaq u bqajt fil-karozza għax kelli lit-tifla rieqda.", "F'daqqa waħda ffriżajt għax rajt raġel ikaxkar lit-tifel tiegħu, li forsi kellu 5 jew 6 snin, u jidgħi miegħu, sakemm imbagħad refgħu għal ġol karozza u qabad jagħtih fil-karozza.\"", "Ramona tinżel biex tintervjeni.", "\"Dak il-ħin kien hemm Andrew ħdejja u saqsieni xi ġrali għax rani bajda.", "Ħares hu u ra dik ix-xena.", "Dak il-ħin qbadt, inżilt mill-karozza, mort fuqu, ħabbatlu mat-tieqa u għedtlu, 'Inti bis-serjetà qed tagħmel hekk lit-tifel?", "Imissek tistħi.'", "Kien l-istint tiegħi li wassalni biex nagħmel hekk għax lanqas ħsibt qabel.\"", "Tinqala' kommozzjoni.", "\"Rajt mara ġejja u saqsejtha, 'Dan it-tifel tiegħek?", "Taf li qed isawtu?'", "Dak il-ħin qaltli biex ma nindaħalx u biex nieħu ħsieb tiegħi.", "Weġbitha, 'Intom bis-serjetà?", "Mela għax tagħkom, tistgħu ssawtuh?'", "Wara jintervjeni Andrew li beda jaqbeż għat-tifel ukoll, sakemm jaqla' daqqa ta' ponn minn raġel.", "\"Missier t-tifel niżel għal Andrew u beda jersaq viċin ta' wiċċu biex jipprova jistieden għall-ġlied.", "Aħna bqajna kalmi.", "Però mbagħad ġie raġel anzjan ieħor li naħseb kien jiġi minnhom, flimkien ma' tfajla oħra, u pprova jressaq lura lil missier minn ħdejn Andrew.", "Imbagħad f'daqqa waħda, it-tfajla wkoll bdiet tgħid biex ma nindaħlux.", "Bdejna ngħidulha, 'Eħe nindaħlu, mela lit-tfal tagħmilhom hekk?", "L-ewwel ħaġa qegħdin f'post pubbliku u lanqas li kieku, ma tistax issawwat lit-tfal.'", "U f'daqqa u l-ħin, l-anzjan qabad u ta daqqa ta' ponn lil Andrew.\"", "Din is-sitwazzjoni esklat, u Ramona filwaqt li tispjegalna kif il-familja telqet, tistqarr li l-unika dispjaċir li għandha hi li ma laħqitx ħadet in-", "biex tirrapporta minħabba li l-affarijiet ġraw malajr.", "\"Xħin rawha li qed teskala, telqu 'l hemm.", "Andrew dalgħodu qam b'għonqu mtarrax.", "Però l-iktar ħaġa li jiena xxokkjajta biha hi li Baħar iċ-Ċagħaq kien ippakkjat nies u ħadd ma intervjena.", "Nixtieq li titqajjem kuxjenza għax dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu aċċettabbli.", "Nifhem li forsi taqbiżlek u li tgħajjat ftit mat-tfal imma mhux li ssawwat lit-tifel, wara li tkun kaxkartu u tkellimt ħażin mat-tifel fil-karozza.", "Jekk ma jintervjenix, tal-inqas irrapporta.\"", "Ċempel lill-Aġenzja Apoġġ fuq 179 biex tirrapporta abbuż fuq tfal."], "title": "Jaqla' daqqa ta' ponn wara li qabeż għal tifel li kien qed jiġi msawwat minn missieru"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/jizzewweg-il-kantant-gianluca-bezzina.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Gianluca Bezzina il-kantant li rrapreżenta lil Malta fl-Eurovision fl-2013 iżżewweġ ftit tas-sigħat ilu.", "F'ritratt li tefa' aktar kmieni dalgħodu, Gianluca esprima l-eċitament tiegħu li ser jiżżewwġ lill-maħbuba tiegħu Vanessa.", "Hu kiteb li Vanessa għalih mhux biss hija l-maħbuba imma l-aktar persuna favorita' tiegħu, il-ħabiba tal-qalb tiegħu u li għalih hija l-isbaħ mara.", "Filwaqt li tefa' xi ritratti ħelwin tagħhom flimkien.", "Ftit tal-ħin ilu Gianluca reġa' tefa' ritratt.", "Ritratt li ħadu ftit tal-minuti wara li żżewweġ li fih jidher hu fil-karozza ma' dawk li jidru x-xhieda.", "Nawguraw lil Gianluca u lil Vanessa l-isbaħ xewqat u aktar snin ta' mħabba u saħħa."], "title": "Jiżżewweġ il-kantant Gianluca Bezzina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/konferenza-tal-abarijiet-danusan-qed.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Id-Danusan għadhom kif bdew trasmissjoni ta' Konferenza tal-Aħbarijiet LIVE wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar li din il-koppja komika se jisfaxxaw u jinfirdu għal dejjem.", "Il-Konferenza tal-Aħbarijiet qed tixxandar live fuq Facebook, qed titmexxa minn PJ Vassallo Mintoff, u hemm preżenti għaliha kemm Daniel u kemm Sander.", "Jidher li hemm ukoll xi ġurnalisti preżenti li mistennijin jgħaddu d-domandi tagħhom.", "Tista' tara l-Konferenza tal-Aħbarijiet LIVE hawn:", "Il-kaos qam ilbieraħ (il-Ġimgħa) waranofsinhar, wara li fuq il-paġna ta' Facebook ta' Xarabank tellajna", "ta' Peppi Azzopardi jispjega li d-Danusan mhux se jkunu aktar f'Xarabank għaliex se jinfirdu.", "\"Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani mhux biss għaliex Danusan huma koppja li jagħmlu satira tajba ħafna f'Malta, imma anke għaliex f'Xarabank ta' spiss ikunu protagonisti bħala Josh u Sean,\" qal Peppi Azzopardi fil-", ".", "\"U jiena ngħid...issa x'se nagħmlu mingħajr Danusan?\" kompla b'diqa u b'vuċi miksura.", "Jidher li d-diżgwit bejn il-koppja beda fil-Milied, meta Sander ta lil Daniel rigal li tawh meta mar jilgħab f'Ħadd Għalik.", "Jidher li Daniel ħa għalih bl-ikrah għal dan l-aġir ta' Sander, u sostna li hija tal-mistħija li s-sieħeb tiegħu lanqas biss poġġa ftit ħsieb fir-rigal li kien se jagħtih.", "U għalhekk, it-tnejn li huma huma mistennija li jiġġieldu ras imb'ras f'xow speċjali li se jsir fl-aħħar", "ta' Frar, fit-Teatru Sir Temi Zammit, l-Università.", "Ix-xow se jkun jismu", "Preżenti għall-Konferenza tal-Aħbarijiet jidher li hemm ukoll XI ġurnalisti li qed jistaqsu l-mistoqsijiet.", "Mill-informazzjoni li rnexxielu jiġbor dan is-sit, jidher li fix-xow, il-palk se jiġi trasformat f'", "u l-udjenza se tkun tista' tara l-\"ġlieda\" live 360", "Dan billi n-nies fl-udjenza se jkunu jistgħu jagħżlu li jpoġġu fejn jixtiequ, skont jekk hux qed jissapportjaw lil Daniel jew lil Sander.", "Dan is-sit tkellem ukoll ma' sorsi qrib ix-xow, li kkonfermawlu li preżenti se jkun hemm ukoll terapista li se jipprova jagħmilha ta' medjatur bit-tama li jissolva l-kunflitt bejn dawn iż-żewġ komiċi Maltin.", "Għal aktar informazzjoni tista' tidħol fuq danusan.com"], "title": "KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DANUSAN: Qed tiġri bħalissa"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/tal-biza-li-sirt-naf-li-miet-missieri.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-attur Charles Thake miet is-Sibt li għadda fl-età ta' 90 sena.", "Aħna tkellimna ma' ibnu, David Thake, li jgħidilna kif ħa l-aħbar li miet missieru eżatt kif kien ħa jaqbad ajruplan.", "\"Kont qiegħed fl-ajruport ta' Chicago biex naqbad titjira lejn Franza biex niġi lura lejn Malta.", "Kienu qaluli li l-papà kien ħassu ftit ħażin filgħodu, però mbagħad kien qaleb għall-aħjar.", "Kont għedt lil ħuti li malli nasal Malta mmur narah għax moħħi kien mistrieħ li kien qaleb għall-aħjar.", "Però f'ħin minnhom irċevejt telefonata mingħand ħija illi qalli li kien għadu kemm miet il-papà.\"", "Charles miet mewta trankwilla.", "\"Minn dak li sirt naf mingħand ħuti, il-papà miet mewta trankwilla.", "Kien iħobb jilgħab b'r", "u talab lill-infermiera biex tagħtihielu.", "Kien qed jilgħab biha, u talab għal tazza ilma, u sakemm ħarġet u reġgħet lura, miet.", "Hija sensazzjoni tal-biża' li titlef lil missierek meta inti tkun 'il bogħod minnu.\"", "David jgħidilna kif għal missieru, il-familja kienet iċ-ċentru ta' ħajtu.", "\"Il-papà għal kull tifel huwa l-", ".", "Il-persuna li mit-tfulitek jurik kif għandek timxi il-passi tal-ħajja.", "Min ikollu l-isfortuna li jkollu lil missieru li ma jagħtihx din id-direzzjoni jbati tul ħajtu kollha.", "Jiena u ħuti, konna ffortunati li kellna persuna bħall-papà illi kellu l-familja bħala ċ-ċentru ta' ħajtu.", "Il-papà tiegħi mill-ewwel ġranet li bena l-familja mal-mamà, kien iddedika ħajtu kompletament għall-familja tiegħu.\"", "Jistqarr li missieru kien kapaċi jirrealta ma' kulħadd.", "\"Il-papà kien uniku.", "Fir-realtà kulħadd huwa uniku imma kien persuna li fid-dar konna naraw bniedem differenti minn kif kienu jarawh in-nies.", "Filwaqt li kien wiċċ pubbliku u kellu impenn lejn dik il-parti tal-ħajja professjonali tiegħu, id-dar konna naraw missier normali.", "Kien isus warajna fil-", "u jara li ħadd ma jtawwal ilsienu.", "Fi tfuliti qattajt ħafna żmien mal-papà u kont immur miegħu fil-postijiet kollha fejn kien jagħmel xi", ".", "Allura meta kont immur miegħu, kont narah bħala bniedem li kien kapaċi jirrealta ma' kulħadd.", "Mill-iktar persuna intelliġenti għall-iktar persuna fqir.", "Kien jirrealta u jitkellem bil-lingwa ta' kulħadd.\"", "Ritratt: Ġorġ Mallia", "Jispjegalna kif minkejja li kien jiċċajta fuq kollox, kellu prinċipji sodi.", "\"Kellu sens umoristiku li kien jaf jagħmel ċajta minn kollox.", "Però kellu prinċipji sodi ħafna dwar dak li kien sewwa u dak li ma kienx sewwa.", "Filwaqt illi kien persuna toleranti ħafna, affarijiet li forsi aħna noħduhom bħala parti normali fis-soċjetà, bħal persuni", "persuni separati u divorzjati, il-papà filwaqt li kellu l-prinċipji tiegħu, qatt ma kien jikkundanna lil ħadd.", "Però ma kienx ifisser illi qed ibiddel kif jaħsibha jew dak li jidhirlu li huwa sewwa.\"", "Charles jibqa' mfakkar għal partijiet komiċi tiegħu fit-teatru u fit-televiżjoni.", "L-aħħar tislima se tingħata nhar l-Erbgħa li ġej, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa, fis-14:00pm."], "title": "\"Tal-biża' li sirt naf li miet missieri eżatt kif ħa naqbad ajruplan\" - David Thake"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/qaba-jien-ser-issir-gada-u-l-erbga.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għal dawk kollha li kienu qed jippjanaw li llejla jqattghu", "s-serata tagħhom billi jmorru jaraw id-dramm 'Qaħba Jien?'", "Minħabba ċirkostanzi li ma kin", "ux fil-kontroll tal-produtturi dan id-dramm kellu jiġi pospost għal nhar il-Erbgħa 8 ta' Novembru fit-20:00 fit-Teatru ta' San Ġakbu il-Belt Valletta.", "Is-serata ta' għada l-Ħadd 5 ta' Novembru ser issir xorta waħda.", "Il-kitieb ta' Qahba Jien?", "Joe Julian Farrugia, flimkien mal-kast kollu ta' din il-produzzjoni jiskużaw ruħhom ta' kull inkonvenjent.", "Dawk kollha li jridu jibbukkjaw post biex jaraw dan id-dramm jistgħu j", "agħmlu dan billi jidħlu fis-sit ta'"], "title": "'QAĦBA JIEN?' SER ISSIR GĦADA U L-ERBGĦA"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/ir-ragel-li-feta-supermarkets-ma-malta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-bniedem li vvinta l-", "għadu kif rebaħ l-Unur tal-Impjegatur tas-Sena' fis-serata tal-Premju Ħaddiem tas-Sena, organizzata mill-Gvern.", "Ivan Calleja fetaħ l-ewwel", "f'Ħaż-Żebbuġ 7 snin ilu, u minn dakinhar, ma ħarisx lura, minkejja l-kompetizzjoni enormi li għandu ma' stabbilimenti kbar oħra li jbiegħu l-ikel u l-affarijiet tad-dar.", "Illum Ivan irnexxielu jiftaħ 50", "iħaddem aktar minn 400 impjegat, u ġie ddikjarat bħala l-Impjegatur tas-Sena għall-inizjattivi li jieħu biex jgħin lill-ħaddiema tiegħu u lin-nies fil-bżonn.", "\"Biex tagħmel suċċess irid ikollok tliet affarijiet: trid tkun umli, irid ikollok viżjoni ta' fejn trid tasal, u trid tkun taf kif tqassam il-ġid tiegħek bl-aqwa mod biex igawdi kulħadd,\" spjegalna Andrew Attard, l-", ".", "\"U Ivan għandu dawk it-tliet kwalitajiet.\"", "Il-Premju tal-Impjegatur tas-Sena jingħata lil dak l-intraprenditur li mhux biss ikun għamel suċċess kbir fin-negozju tiegħu, imma wkoll li jkun uża l-ġid li ħoloq biex itejjeb il-qagħda tas-soċjetà.", "U f'din il-ħaġa lil Ivan ma tantx tista' tikkompetilu.", "Ivan u t-tim tiegħu bdew l-i", "ma' Puttinu.", "Qed jibagħtu ikel, xorb u affarijiet tad-dar f'kull flett ta' Puttinu fl-Ingilterra, biex kull familja Maltija li titla' għall-kura u tidħol toqgħod fil-flett, issib l-ikel, ix-xorb, u l-affarijiet kollha li għandha bżonn għall-ewwel jumejn lesti, mingħajr ma jkollha għalfejn tħabbel moħħha minn fejn se tmur tixtri.", "\"Il-familji li jitilgħu l-Ingilterra jkunu taħt xokk kbir,\" spjegalna Andrew.", "\"U l-inqas ħaġa li jkollhom moħħ malli jaslu hi li jfittxu supermarket minn fejn se jixtru x'jieklu.", "Għalhekk aħna nieħdu ħsieb nimlewlhom il-flett b'dak kollu li għandhom bżonn sakemm jissetiljaw u jidraw il-post.\"", "Inizjattiva oħra li minħabba fiha Ivan rebaħ dan l-Unur hija li jaħdem id f'id mal-Caritas biex kull persuna li tlesti b'suċċess il-programm biex taqta' l-vizzju tad-droga, joffrulha taħriġ professjonali u xogħol f'wieħed mill-ħwienet tagħhom.", "U lill-aktar minn 400 ħaddiem li jaħdmu magħhom joffrulhom terapija psikoloġika b'xejn ukoll.", "\"Konna nindunaw li hemm ħaddiema li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli imma ma jitkellmux għax jibżgħu li se taffettwalhom ix-xogħol,\" qalilna Andrew.", "\"Għalhekk introduċejna", "li hija totalment kunfidenzjali.", "Jiġifieri l-impjegatur ma jkunx jaf li l-ħaddiem mar għat-terapija, biex il-ħaddiem iħossu liberu li jfittex l-għajnuna.\"", "Dan biex ma nsemmux id-donazzjonijiet li jingħataw lil istituzzjonijiet bħall-Inspire u l-Malta Community Chest Fund, li jiġu mid-dħul li jiġġenera l-bejgħ ta' dawn il-ħwienet.", "Minn ħanut wieħed f'Ħaż-Żebbuġ, Ivan irnexxielu jiftaħ 50 ħanut mifruxin ma' Malta kollha, u ma jidhirx li għandu ħsieb li jieqaf!", "Filwaqt li nawguraw lilu u lit-tim tiegħu kull suċċess, inħeġġu aktar impjegaturi biex jieħdu l-eżempju tiegħu u jibdew inizjattivi bħal dawn.", "Hawn taħt tista' tara l-mument meta Ivan rebaħ il-Premju:"], "title": "Ir-raġel li fetaħ supermarkets ma' Malta kollha jirbaħ l-unur tal-'Employer' tas-Sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/iallina-ragel-ta-veru.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Darba ħija qalli li kellu appuntament ma' Professur.", "Qalli 'fis-sagħejn.'", "Ċempiltlu l-għada biex immur miegħu.", "Qalli diga' mort.", "L-appuntament kien fis-sagħtejn ta' filgħodu\"", "Ma stajtx nemmen.", "Il-Professur kien Anthony Zammit.", "Lil ħija kien sablu kanċer kbir.", "Operah ftit jiem wara .", "U salvalu ħajtu.", "Għaddew 10 snin minn dakinhar.", "Ħija għadu ħaj mimli saħħa.", "Il-Professur Anthony Zammit ħalliena llum. -", "jirrakkonta Peppi Azzopardi.", "\"Dan kien Professur verament tan-nies.", "In-nies kienu jħobbuh.", "Meta l-Professur ħareġ għall-elezzjoni smajt ħafna nies jgħidu", "Mhux se nivvutalu għax jekk jagħmlu Ministru nkunu tlifna l-aqwa professor li għandna.", "Kien Professur li jimpurtah, li ma kienx jagħmel differenza bejn il-qagħda tal-persuna fis-soċjeta'.", "Kien jidħol b'ruħu u ġismu qisu qed ifejjaq lil ħutu", "Kien maħbub.", "Malta u Għawdex tilfet professor li għalih ix-xogħol tiegħu kienet vokazzjoni u missjoni u mħabba.", "Sabar lill-familja tiegħu."], "title": "Iħallina raġel ta' veru"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/qed-nippurvaw-insibu-dil-kelba-jisimha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Antoinette Galea hija mara li tgħix waħedha, u sat-8 ta' Ottubru li għadda kellha magħha lil Fluffy - kelba tat-tip Yorkshire Terrier.", "Imma issa ntilfitilha u għadha ma tistax issibha.", "Antoinette tirrakonta kif ħarġet lil Fluffy għall-mixja bħalma kienet tagħmel kuljum.", "Dakinhar, il-kelba rnexxielha tinħall miċ-ċinga u telqet tiġri.", "\"Litteralment sparixxiet.", "Ma rajthiex aktar b'għajnejja,\" qaltilna Antoinette b'qalb maqsuma.", "Minn dakinhar, Antoinette qattgħet ġranet u ljieli sħaħ tfittex lil Fluffy, għax hija l-unika kumpanija li kellha f'did-dinja.", "\"Ġieli ħriġt infittixha fit-tlieta ta' filgħodu,\" qaltilna.", "\"U kull filgħaxija, meta nasal lura d-dar, niftaħ il-bieb u ngħajtilha għax nibda nittama li forsi jkun sabha xi ħadd qalbu tajba u ħallihieli fil-parapett.", "Imma s'issa dejjem għajjatt għalxejn, għax ngħajtilha u ma tiġix.\"", "Antoinette għamlet rapporti mal-Pulizija, l-", "u l-SPCA, imma ħadd ma rnexxielu jsibha s'issa.", "\"Issa qed naqta' qalbi, għaliex issa għadda ż-żmien,\" qaltilna Antoinette.", "Fluffy kienet lha għand Antoinette għal dawn l-aħħar 6 snin.", "Jekk issib din il-kelba jew taraha xi mkien u għandek xi informazzjoni, tista' ċċemplilna l-uffiċċju ta' Xarabank, jew tibgħatilna email jew tibgħatilna messaġġ fuq Facebook."], "title": "Qed nippurvaw insibu dil-kelba. Jisimha Fluffy u jekk tgħajtilha tiġi ħdejk"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-illejla-l-familja-ta-emma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Lejl qabel il-ġurnata deċiżiva għal Emma, f'Xarabank live se jkollna lill-familja tagħha.", "F'Xarabank se nitkellmu ma' ommha, missierha, ma' ħuha u mal-maniġer tagħha.", "Magħhom se nitkellmu dwar l-istorja ta' Emma f'Amici u kif qed iħossuhom, hekk kif għada Emma se tkanta kontra Carmen, fejn waħda minnhom se tinqala' 'l barra.", "F'parti oħra tal-programm se nitkellmu b'mod esklussiv ma' Christabelle u Jessika, li lbieraħ ma għaddewx għall-finali tal-Eurovision.", "Fost oħrajn se nsaqsuhom kif qed iħossuhom u jekk jerġgħux jieħdu sehem fil-Eurovision.", "Fil-programm se jkollna dibattitu bejn l-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa.", "Se nsaqsuhom fuq is-sitwazzjoni politika ta' pajjiżna u fl-Ewropa.", "Dan u aktar, f'Xarabank tal-lejla."], "title": "BIL-FILMAT: Illejla l-familja ta' Emma Live f'Xarabank"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-adt-ritratt-tal-ares-li-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jieħu ritratt quddiem kappella f'Ħad-Dingli biex juri li \"ħares\" jista' j", "kun immaġinazzjoni tal-moħħ.", "F'Xarabank tal-ġimgħa l-oħra Ylenia,", "qalet li fl-istess post f'", "ritratt li ħadet hemmhekk", "deher ħares.", "Bjorn mar fl-istess post imma ma ra xejn.", "\"Sħabi semgħu li kien hemm xi nies li raw dan il-fenomenu hemmhekk u tħajru biex imorru jaraw għaliex dawn l-affarijiet jinteressawhom.", "Qaluli biex immur magħhom u jiena mort biex nara.", "Kif konna hemmhekk, iltqajna ma'", "u saqsiena jekk irridux nipprovaw nitkellmu mal-erwieħ.", "Aħna għednielu iva biex naraw kif dawn l-affarijiet jaħdmu għax qatt ma esperjenzajniehom qabel,\" jgħidilna Bjorn.", "Bjorn jagħmel esperiment bil-kamera tiegħu.", "\"F'ħin minnhom meta konna fuq quddiem tal-kappella, għedt ħa nieħu ritratt biex nuri kif l-affarijiet jistgħu jkunu immaġinazzjoni tal-moħħ.", "Tfajna persuna fuq quddiem il-bieb u ħadtlu ritratt imma mbagħad għedtlu biex jinżel, u dak il-ħin ħadt ritratt ieħor hu u miexi.", "B'2", "ġie qisu jidher ħares,\" jgħidilna Bjorn.", "Bjorn jieħu ritratt ieħor u fih tidher bħal figura.", "\"Ħadna ritratt u fid-dlam ta' warajna, f'daqqa waħda tidher figura oħra.", "Hemm ċans li kienet figura għax ħadd ma kien liebes bħalma kienet liebsa l-figura li dehret qisha raġel b'faxxa bajda.", "Waqt il-", "nitkellmu mal-mejtin u meta saqsejna l-mistoqsija, 'Tista' sse", "mmi isem ta' xi ħadd minna?', s", "majna l-isem ta' ħabib tiegħi.\"", "Minkejja dan, Bjorn", "jibqa' ma jemminx.", "\"Personalment jiena ma nemminx għax nipprova nkun iktar realistiku u nipprova nsib raġuni mill-ħaġa.\"", "Ħafna kienu dawk li kkummentawlu fuq ir-ritratt u ħasbu li l-figura li tidher fir-ritratt hija ħares.", "Inti x'taħseb?"], "title": "BIL-FILMAT: \"Ħadt ritratt tal-ħares li ma kienx hemm\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/dan-il-pensjonant-jitma-160-qattus-u.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jismu Lawrence u għandu 66 sena, imma ma jidhirhomx u għadu ħafif daqs żagħżugħ ta' 25 sena! ...U sas-sena l-oħra kien għadu jdoqq il-kitarra", "Imma issa ddedika l-ħajja irtirata tiegħu biex kuljum jagħlef mal-160 qattus u qanfud.", "Lawrence jonfoq mat-€80 kuljum f'ikel u affarijiet għall-qtates u l-qniefed u jitma'.", "Jieklu mingħandu 13-il kolonja differenti ta' qtates, u jikkalkula li b'kollox jonfoq mal-€2,400 fix-xahar biex jieħu ħsiebhom.", "\"Jien trabbejt mat-tfal Ingliżi, u dawk kellhom ħafna annimali.", "U kbirt inħobb l-annimali bħalhom,\" qalilna Lawrence meta tkellimna miegħu.", "Lawrence huwa pensjonant u din l-ispiża mhux dejjem ikun jiflaħ għaliha.", "U meta ma jlaħħaqx mal-ispejjeż, jispiċċa jbiegħ mill-oġġetti tiegħu.", "\"Għandi kollezzjoni antika tal-kitarri qed inbiegħha bil-mod,\" qalilna.", "\"Kienet għal qalbi ħafna, imma kultant ikolli nbiegħ xi kitarra minnhom biex inlaħħaq mal-ispiża.\"", "Lawrence jitma' mhux biss qtates, imma anke qniefed.", "\"Jieklu flimkien,\" jispjegalna, \"imma l-qniefed jaslu qabel il-qtates u dejjem jirnexxilhom jisirqulhom xi ħaġa minn qabel!\"", "Wieħed mill-qniefed li jiġu għall-ikel għand Lawrence", "Lawrence ilu ħajtu kollha jieħu ħsieb l-annimali.", "Fost ħafna affarijiet, beda l-Island Sanctury ma' żewġ kollegi tiegħu, imbagħad fetaħ l-ewwel santwarju tal-qtates f'Malta.", "Kien ukoll direttur tal-", "u salva mijiet ta' qtates u klieb milli jitraqqdu jew jinqatlu.", "Jirrakkontlna li ġab anke diversi", "għall-klieb f'Malta.", "\"Darba kont qiegħed Manoel Island u rajt xi żgħażagħ deħlin ġo xelter fil-viċin,\" jirrakkonta Lawrence.", "\"Qaluli li waqgħet kelba hemm isfel.", "Mort niġri nara, inżilt għaliha, u salvajtha.\"", "Lawrence jirrakkonta li l-kelba kellha saqajha ta' wara mfarrkin u kellhom jagħmlulha operazzjoni biex ineħħuhomlha.", "Imma ġabilha", "li damet bih 11-il sena, sakemm mietet.", "\"Damet għandi 11-il sena,\" irrakkontalna.", "\"U kienet l-akbar", "li qatt seta' jkolli, avolja ma kellhiex saqajn fuq wara.\"", "Il-kelba li salva Lawrence u li damet għandu 11-il sena", "L-imħabba li għandu Lawrence għall-annimali hija mħabba li ftit rajna bħalha kemm ilna nsegwu l-istejjer tan-nies!"], "title": "Dan il-pensjonant jitma' 160 qattus u qanfud kuljum u jonfqilhom €2,400 fix-xahar"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-gada-lejl-importanti-gal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għada Emma Muscat u Carmen se jkantaw kontra xulxin biex jinqala' xi ħadd minnhom 'il barra.", "Dan wara l-għalliem u l-professur Rudey ħareġ bl-idea li waqt Amici t'għada, Emma, li tagħmel parti mill-iskwadra Bianco, u Carmen, li tagħmel parti mill-iskwadra Blu, ikantaw kontra xulxin.", "Din il-proposta qajmet reazzjoni sħiħa, anke fost il-personalitajiet Taljani, u ħafna kienu dawk li bagħtu l-messaġġi tagħhom biex jagħtu kuraġġ tagħhom lil Emma jew lil Carmen.", "Fost il-personalitajiet li qed jappoġġjaw lil Emma, hemm il-plejer Mario Balotelli li qal; \"Jiena nappoġġja lil Emma, u mill-esperjenza tiegħi ngħidlek biex qatt ma taqta' qalbek, għax fl-aħħar din se tkun ta' sodisfazzjoni.\"", "Il-preżentatriċi u l-attriċi Taljana, Alessia Marcuzzi, ukoll qed tappoġġja lil Emma, minkejja li sabitha diffiċli biex tagħżel il-favorita tagħha.", "Fost oħrajn, tgħid, \"Meta nara lil Emma, nara persuna li għandha tkun fuq l-i", "llum personalitajiet oħra kellhom jivvutaw bejn Emma u Carmen.", "Ilary Blasi, Nicola Savino, Alvin u Max Brigante għażlu lil Emma.", "Iktar kienu dawk li għażlu lil Emma, milli lil Carmen.", "Huma biss il-ġurija, jiġifieri l-għalliema tal-kant u żfin, li ħa jiddeċiedu min għandu jibqa' f'Amici, jew Emma jew Carmen.", "Minbarra li serqet il-qlub ta' ħafna nies, Emma ġibdet l-attenzjoni tal-kumpanija tad-diski Warner Music.", "Dan għaliex din il-kumpanija ħabbret li se tiltaqa' ma' Emma biex jiddiskutu l-possibilità li jaħdmu flimkien meta tispiċċa l-parteċipazzjoni tagħha f'Amici.", "Aħna se nkomplu nsegwi l-istorja ta' Emma f'Amici u llejla l-familja tagħha se tkun live f'Xarabank!", "Għalhekk, illejla titilfux."], "title": "BIL-FILMATI: Għada lejl importanti għal Emma f'Amici"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/esklussiva-qatel-persuna-u-jitkellem.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Tkellimna ma' raġel li qiegħed il-ħabs għax kien qatel lill-ekspartner tiegħu.", "Qabel kollox irridu nagħmluha ċara li aħna nikkundannaw bla ebda riservi u bla ebda ġustifikazzjoni, dan il-qtil oxxen.", "Dan ir-raġel mill-ħabs qalilha hekk waqt telefonata:", "\"Jiena neħħejt ħajja ta' bniedem fis-saħna tal-mument.", "Din kienet storja sentimentali u kulħadd jaf li l-imħabba taf twassalek għal ċertu affarijiet li lanqas qatt ma tobsor li int ħa tgħaddi minnhom.", "Dak kien id-destin tiegħi.", "Jiddispjaċini ħafna.", "Naf li forsi mhux ħa jemmnuni imma jiddispjaċini sal-mewt.", "Jien", "bniedem intelliġenti, m'iniex injornat u nifhem x'qed iħossu.", "Però dak li għaddejt", "minnu jien, qatt ma kien ippjanat.", "Nagħmel apoloġija pubblika minkejja li naf li", "mhux ħa tiġi aċċettata.", "Lilhom ma nagħtihomx tort imma xorta nagħmel apoloġija.", "Ngħidilhom li jiddispjaċini ħafna.\"", "Dan ir-raġel qed jiskonta sentenza ta' 36 sena ħabs.", "Diġà għamel 7 snin u qalilna li jixtieq li fil-ħabs jipprovdulu taħriġ u jgħallmuh biex meta joħroġ mill-ħabs jagħmel xi ħaġa ta' ġid għas-soċjetà, u hekk għall-inqas il-ħabs ikun serva ta' xi ħaġa.", "Jien tgħallimt indoqq id-", ".", "Ilhom iwegħduna li daqqa ġej", ", daqqa ġej għalliem u daqqa", "ħa jġibu l-korsijiet hawn ġew.", "Applikajt għall-korsijiet barra, ma bagħtunix.", "M'hawnx għajnuna u qatt ma", "sibna.", "Jiena dik l-unika triq li għandi.", "Li forsi", "nista' nigwadanja xi liċenzja biex nagħmel xi ħaġa mużikalment f'dik l-età li ħa jkolli", "jekk noħorġ.", "Jiena nemmen li hi fid-dover tagħha l-awtorità u li hu d-dritt tiegħi li ningħata taħriġ meħtieġ għax inkella mhi faċilit", "à korrettiva xejn.", "Jiena m'iniex qiegħed hawn biex niġġustifika l-każ.", "Nerġa' n", "għid jiena ħaqqni.", "Però mhux aħjar is-soċjetà tieħu xi ħaġa minni?", "Mhux aħjar intejjeb il-ħiliet tiegħi biex jien inkun bniedem aħjar jekk xi darba noħroġ.", "Nixtieq nagħmel appell lill-Ministru.", "Fil", "-ħabs hemm nies tajbin, kemm gwardjani u kemm priġunieri.", "Jiena għandi xewqa li nixtieq, in", "poġġi bilqiegħda, imqar għaxar minuti, kemm nitkellmu, iħoss il-polz tiegħi, jevalwa dak li ngħidlu,", "ħalli jinjornani wara, imam ne", "mmen li mhux se jagħmel hekk għax naf kemm hu bniedem umli, naf li għandu biċċa xogħol mhux faċli, però nemmen li jista' jirranġa ħafna affarijiet,\" itemm jgħidilna r-raġel.", "Fil-fatt ġejna infurmati li hemm 10 mużiċisti jipprattikaw il-mużika u dawn kitbu ittra lill-Awtoritajiet tal-ħabs jinfurmawhom b'dan kollu.", "U qalu li ma jistgħu jipprattikaw aktar għaliex il-gwardjani qed jiġu jwaqqafuhom u jgħajruhom għax qed jagħmlu l-istorbju.", "Issa nisperaw li dan il-priġunier ma jkollux ipatti qares talli tkellem magħna.", "Kif nagħmlu dejjem, aħna se nibqgħu ninvestigaw biex naraw li dil-ħaġa ma tiġrix.", "Muntaġġ: Chantanne Mackay"], "title": "ESKLUSSIVA: Qatel persuna u jitkellem magħna mill-ħabs"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/il-amrun-se-jerggu-joorgu-lil-san.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din is-sena, għall-Ħamruniżi, il-bidu tas-sena mhux se jġib miegħu biss iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena, imma wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-500 sena minn meta l-Madonna dehret lil San Gejtanu.", "Jingħad li d-dehra mistika seħħet fil-lejl tal-24 ta' Diċembru tal-1517, meta ġewwa l-Knisja ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma, il-Familja Mqaddsa dehret lil San Gejtanu f'esperjenza mistika u stednitu biex jilqa' lil Ġesù bħala l-faraġ u l-konsolazzjoni.", "Dak iż-żmien, San Gejtanu kien għadu qassis sempliċi u umli, imma dik id-dehra kellha tkun il-bidu ta' tradizzjoni sħiħa li għal sekli sħaħ ġibdet eluf ta' devoti minn madwar id-dinja kollha.", "Għalhekk, fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar il-Ħamrun se jkun hemm l-istess arja ta' ċelebrazzjoni u festa li jkun hemm is-soltu malli jibda joqrob Awwissu.", "San Gejtanu offra ħajtu għal Alla u għal ħaddieħor bl-opri ta' karità li għamel mal-batuti, u dis-sena, fil-messaġġ tal-Milied li għamel, l-Arċisqof Charles Scicluna semma' wħud minn dawn l-opri, fosthom il-", ", li kien istituzzjoni li waqqaf San Gejtanu biex jgħin lin-nies ta' żmienu joħorġu mid-djun kbar li kienu daħlu fihom, peress li kien qed jinduna li kien hemm problema serja ta' faqar minħabba l-użura.", "San Gejtanu kien ukoll il-bniedem li bena sptarijiet apposta għal dawk iż-żgħażagħ li kienu mitluqa għall-mewt minħabba li kienu nfettati minn mard inkurabbli li jiġi trasmess sesswalment.", "Id-dehra li kellu f'lejlet il-Milied San Gejtanu esprimiha f'waħda mill-ittri tiegħu, li kiteb lil Suor Laura Mignani fit-28 ta' Jannar tal-1518, li fiha qalilha hekk: \"Jien għamilt il-ħila u waqt li kienet qed twelled lill-Qaddis tal-Qaddisin, sibt ruħi tassew fl-għar imqaddes innifsu, u għall-kelma li qalli x-xwejjaħ, jien ħadt lit-tfajjel ħelu minn idejn il-Verġni mistħija.\"", "Biex jiċċelebraw, il-Ħamruniżi se jkunu qed joħorġu l-vara ta' San Gejtanu fit-toroq tal-Ħamrun 3 darbiet.", "Fit-3 ta' Jannar il-vara se toħroġ f'purċissjoni lejn il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni fejn se tkun esposta sal-5 ta' Jannar.", "Fil-5 ta' Jannar filgħaxija terġa' titlaq' f'purċissjoni oħra lura lejn il-Knisja Parrokkjali, u l-qofol se jintlaħaq il-Ħadd 7 ta' Jannar meta toħroġ il-purċissjoni filgħodu bis-sehem ta' kleriċi mill-ordni li kien jagħmel parti minnha San Gejtanu.", "L-inkwatru titulari fil-Knisja ta' San Gejtanu, il-Ħamrun, xogħol l-artist Pietro Galiardi (1809-1890)"], "title": "Il-Ħamrun se jerġgħu joħorġu lil San Gejtanu 3 darbiet il-ġimgħa d-dieħla"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-xgandhom-xi-jgidu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ Christabelle u Jessika m'għaddewx għall-finali tal-Eurovision ta' nhar is-Sibt li ġej.", "Christabelle qalet li r-riżultat ma jiddefinixxix dak li qed tħoss lejn ix-xogħol li għamlu.", "\"Ir-riżultat ma jiddefinixxix dak li qed inħoss lejn ix-xogħol iebes u l-wirja li għamilna, kif ukoll li nwasslu l-messaġġ biex inkissru t-taboo.", "Għandi ħafna għal xiex inkun grata.\"", "Kompliet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil ħafna nies, fosthom lit-tim kollu tagħha.", "Tistqarr li tħossha grata li kellha din l-esperjenza.", "\"Ninsab grata ħafna għal din l-esperjenza, u li nista' ngħid huwa li nħossni kuntenta bil-messaġġi li rċevejt mingħandi in-nies li bagħtuli awgurawli għall-wirja tagħna!", "Se nkompli nara l-wirja darba wara oħra għall-bqija ta' ħajti bi tbissima fuq wiċċi.", "Se nkompli naħdem biex inkisser it-taboo kemm bħala a", "mbaxxatriċi tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà kif ukoll bħala attivista ta' Global Citizen.\"", "Min-naħa l-oħra Jessika, il-Maltija li rrappreżentat lil San Marino, ukoll tinsab sodisfatta.", "\"Hekk kif ngħid ċaw għal esperjenza memorabbli, u l-ġurnata tal-ġenn li kelli, mimlija avvenimenti, nixtiqkom tiftakruni bħala persuna li dejjem tidħak u kuntenta li tat l-aqwa tagħha.", "Inħossni grata bl-ammont ta' messaġġi mimlijin sapport.", "Emmnuni li onestament u veru napprezza kull messaġġ, għax intom waħda mir-raġunijiet li nagħmel dan, apparti l-imħabba li għandi lejn il-mużika.\"", "Ma għandha l-ebda dispjaċir lejn din l-esperjenza.", "\"Taħsbux li għandi xi dispjaċir lejn din l-esperjenza jew li jien imdejqa.", "Jiena ħriġt u kantajt minn qalbi u ħallejt xi ħaġa minn dak li jien, u lesta li nitlaq b'bagalja mimlija esperjenzi u memorji mill-isbaħ li nibqa' ngħożżhom għal ħajti kollha.", "Ħerqana għal dak li se jġib miegħu l-futur għalija.", "Nirringrazzja lil kull min ivvotalna u emmen fina.", "Dan huwa dak li aħna.\"", "Illejla f'Xarabank se nitkellmu b'mod esklussiv ma' Christabelle u ma' Jessika."], "title": "BIL-FILMATI: X'għandhom xi jgħidu Christabelle u Jessika wara lbieraħ?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-galiex-kelli-ngaddi-minnha.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Janie Turner ta' 45 sena, omm ta' tliet snin.", "Ftit ġimgħat ilu tkun passiġġiera fil-karozza.", "Il-karozza taħbat, tinqaleb u Janie tmut fuq il-post.", "Fl-istess post, snin ilu mietet oħtha Carmen f'inċident simili bil-karozza.", "Dakinhar Janie kellha tieġ filgħodu u ħalliet it-tifel tagħha ż-żgħir ma' oħtha Liliana.", "\"Imbagħad ċempluli ftit wara biex jaraw jekk Jayden hux miegħi.", "Fl-isfond imma smajt leħen ommi mhux bħas-soltu.", "Imbagħad xħin qtajt bdejt ngħajjat lil Janie.", "Qbadt il-mowbajl u ċempiltha.", "Ma weġibtx.", "U mbagħad għedt żgur ġralha xi ħaġa.", "Imbagħad ċempilt lil ommi u għedtilha biex tgħidli x'ġara.", "Qaltli l-istess kliem li qaluli f'oħti Carmen, 'Mietet Janie.'", "Dak il-ħin immut ridt.", "Ninstabat ma' kullimkien, ma' kull rokna tad-dar u lanqas setgħu jżommuni.", "Ridt immut biex immur ħdejha għax ma ridtx naċċetta oħra żgur bħal din,\" tirrakkontalna Liliana.", "Owen, it-tifel tagħha, għadu ma jistax jiġi f'tiegħu.", "\"Minn dakinhar tal-inċident qisni qiegħed ġo ħolma.", "M'għadnix kif kont qabel.\"", "Minn meta tilfet lil oħtha Carmen, Liliana kienet tibża' lil Janie wkoll.", "\"Kont nibża' u kont ngħidilha biex toqgħodli attenta għax ridt li ma jiġrilha xejn.\"", "L-aħħar tislima lil Janie tingħata fil-knisja tal-Mosta.", "\"Qaluli kemm kien hemm ħafna u kienu hemm.", "Jiena ma rajt lil ħadd.", "Jiena lilha biss bdejt nara f'għajnjeha,\" jgħid Owen.\"", "Liliana tistqarr: \"Nimmissjaha ħafna.", "Inħossha miegħi imma fl-istess ħin ma nistax naraha u ma nistax nisma' leħenha.", "Konna nċemplulu lil xulxin kuljum meta ma niltaqgħux.\"", "\"Min-naħa tiegħi żgur li ma nistax ninsieha.", "Jiena żgur ma nistax ninsieha.", "Hi dejjem kienet tkun bit-tbissima, jista' mhux ikollha l-problemi għax dejjem kienet tipprova tidħak,\" tgħidilna Michelle, il-ħabiba ta' Liliana.", "\"Kulħadd kien iħobbha.", "Kienet qalbha tajba wisq.", "Kienet taħfer.", "L-imħabba li kelli għaliha lanqas l-univers ma jibda magħha,\" jgħidilna Owen.", "Għal Liliana dan huwa t-tieni funeral.", "Snin ilu difnu lil oħtha li wkoll mietet b'inċident tat-traffiku u wkoll fl-istess triq.", "\"Iebsa hu.", "Għaliex kelli ngħaddi minnha darbtejn?\" tistaqsi Liliana.", "It-tifel ta' Liliana, Charlton, la kien ikellem lil ommu u lanqas lil zitu Janie.", "\"Lil ziti, lejn l-aħħar kont intqajt minn magħha.", "Ma kontx għadni nkellimha.", "Għadni bid-dispjaċir u se nibqa' bid-dispjaċir sal-mewt li lanqas kellimtha qabel tliftha.", "Però qabel kienet kollox għalija.", "Dejjem magħha u mal-kuġini kont inkun,\" jgħidilna Charlton.", "Tant jiddispjaċih li fuq Facebook tella' kanzunetta rap li kiteb huwa stess.", "Illum bis-saħħa taz-ziija Janie reġa' beda jkellem lil ommu Liliana.", "\"Kont ilni disa' snin ma nkellem lil ommi.", "Kif mietet iz-zija, li tiġi oħtha, kellimtha għall-ewwel darba.", "Għaliex lil ziti tliftha ħabta u sabta u għadni bid-dispjaċir, u jekk jiġri l-istess lil ommi, l-istess se nħossni, jekk mhux iktar għax ommi,\" jistqarr Charlton.", "\"Iebsa wisq.", "Anke nirkeb il-karozza lanqas insuqha għax inħossha ħdejha.", "Kullimkien kont immur magħha,\" tgħidilna Liliana.", "Binha jixtieq: \"Tgħannaqni waħda magħha qabel ma titlaq,\" itemm jgħidilna Owen.", "Muntaġġ: Chantanne Mackay"], "title": "BIL-FILMAT: \"Għaliex kelli ngħaddi minnha darbtejn?\" - Liliana, oħt Janie Turner"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/qed-tissuggerixxi-li-l-gvern-jissusidja.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["M'hemmx dubju li f'dawn il-ġranet tal-Ewwel tas-Sena se jkun hemm eluf ta' Maltin li se joħorġu jiddevertu bil-karozzi tagħhom u se jixorbu ħafna alkoħol.", "U m'hemmx dubju wkoll li dan se jwassal għal ħafna riskji ta' inċidenti.", "Minkejja li fil-ġranet ta' festi li għaddew kellna sitwazzjoni fortunata ħafna li fiha ma kellniex inċidenti fatali tat-traffiku, il-lejl tal-Ewwel tas-Sena huwa magħruf li jġib miegħu inċidenti koroh.", "U fid-dawl ta' dan, kellmitna żagħżugħa Maltija li tinsab imħassba u għandha xi suġġerimenti.", "Diandra hija gradwata fl-Ekonomija u meta kellmitna qaltilna li minkejja li kulħadd huwa konxju mill-periklu li wieħed jixrob u jsuq, m'hawnx biżżejjed inizjattivi biex in-nies ma jużawx il-karozzi privati tagħhom wara l-", "tal-Ewwel tas-Sena.", "\"Hemm diversi problemi bis-sistema,\" qaltilna.", "\"L-ewwel nett, m'għandniex biżżejjed kumpaniji tat-taxis u xufiera biex iwasslu n-nies id-dar.", "Agħar minn hekk, il-kumpaniji li għandna ġieli jiċċarġjaw mal-20% aktar fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena.\"", "Targumenta li n-nies ma jarawhiex", "li jonfqu xi €20 ewro biex imorru d-dar wara lejl jiddevertu, u din mhix qed tħajjarhom ma jużawx il-karozza tagħhom wara li jixorbu.", "\"Imbagħad, biex tgħaxxaqha, dawk li fl-aħħar jiddeċiedu li jċemplu taxi, jgħidulhom li qegħdin", "u ma jistgħux iwassluhom,\" kompliet tgħidilna.", "Għalhekk, Diandra qed tissuġġerixxi li l-Gvern għandu jissussidja lil dawn il-kumpaniji biex il-prezz biex tmur id-dar ikun ħafna irħas u jħajrek aktar.", "\"Forsi tkun idea tajba wkoll li dawk in-nies li ma jħobbux joħorġu jiddevertu fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena, joffru li jwasslu huma lin-nies id-dar, u jingħataw kumpens talli jagħmlu dan,\" qaltilna.", "\"Forsi għandu jkollhom", "li tindika li qed jagħmlu dan ix-xogħol u b'hekk ikun hawn ħafna aktar xufiera f'sikkithom iduru fit-toroq.\"", "Diandra ssuġġeriet ukoll li forsi għandha tinfetaħ paġna fuq Facebook li fiha jkunu jistgħu jirreġistraw ruħhom dawk in-nies li lesti li jagħtu dan is-servizz.", "Aħna qed nippubblikaw dawn is-suġġerimenti ta' Diandra għax nemmnu li għandha argumenti validi ħafna u dak li qed tgħid jagħmel sens.", "Inti x'taħseb?", "Kieku toffri li tagħti dan is-servizz?", "Ikkummenta hawn taħt!", "Ritratt tal-faċċata: thebubble.com"], "title": "Qed tissuġġerixxi li l-Gvern jissusidja l-kumpaniji tat-taxis għall-Ewwel tas-Sena"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/ta-18-tatni-stroke-u-gadni-sa-issa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dennis illum għandu 24 sena u jirrakkontalna dak li għadda minnu 5 snin ilu.", "It-18 ta' Ġunju, 2013.", "Din kellha tkun ġurnata li fiha ħa jiċċelebra l-", "ta' sieħbu.", "Minn ġurnata fejn il-baħar, jispiċċa jittieħed l-isptar u jagħmel ġimgħat sħaħ f'koma.", "\"Niftakar li kien it-Tnejn.", "Kienet ġurnata mill-isbaħ.", "6 xhur qabel kont għadni kemm inġib il-liċenzja tal-karozza, u minħabba li sieħbi kellu l-", ", iddeċidejna li mmorru sal-Għajn Tuffieħa.", "Soqt mill-Imġarr s'hemmhekk, normali, ipparkjajt u nżilt it-taraġ.\"", "Wieħed minn sħabu, jinżel jgħum u wara ftit jinżel Dennis u jibda' jogħdos.\"Niftakar li sieħbi qalli biex ninżel ngħum.", "Qbadt il-", "u nżilt ftit fil-fond.", "Filli qed nara l-ħut, u filli bdejt inħoss rasi tuġġagħni.", "Ħassejt kollox idur bija.", "Tani ħass ħażin.", "Ġarrewni n-nies mill-bajja għax-xatt, sħabi ċemplu għall-ambulanza u spiċċajt Mater Dei, fil-periklu li nitlef ħajti.\"", "Dennis jagħmel 3 ġimgħat l-ITU f'koma. \"", "It-tabib qal lil missieri u lil ommi li ma kienx hemm tama.", "Għamilt", "3 ġimgħat f'koma.", "Niftakar li meta qomt mill-koma ħadt xokk kbir u dak il-ħin xtaqt li naħrab mill-isptar.", "Minn dakinhar ħajti nbidlet ta' taħt fuq.", "Kont nuża siġġu tar-roti għaliex ma stajtx niċċaqlaq.", "Bl-i", "tlift l-abbiltà li nitkellem u li niċċaqlaq.", "Kont naf li jeżisti l-kliem imma ma stajtx niftakar kif ngħidu, allura ma stajtx nitkellem.", "Kelli nitgħallem kollox mill-ġdid bħal tarbija.", "Għamilt xahrejn Karen Grech nieħu t-terapija.\"", "Dennis, sal-lum il-ġurnata Dennis għadu jsibha diffiċli biex jċaqlaq il-parti leminija ta' ġismu, u għadu ma jistax jaċċetta dak li ġralu.", "\"Staqsejt u għadni nistaqsi kif u għala ġrali hekk.", "Kelli xewqa kbira li naħdem bħala", ", u ma nistax naċċetta li ma nistax nagħmel dan ix-xogħol.", "Issa qed ngħix ħajti, sekonda b'sekonda, u ġurnata b'ġurnata miexi 'l quddiem.", "Ma rrid lil ħadd jgħidli miskin għax nipprova ngħix il-ħajja b'mod normali, u b'mod indipendenti.\"", "Meta kont qed nitkellem ma' Dennis, ma stajtx ma ninnutax it-", "ta' siequ, u jispjegahieli.", "\"L-i", "tirrappreżenta l-bniedem li kont li llum huwa mejjet.", "It-tarbija tissimbolizza l-bniedem il-ġdid, Dennis il-ġdid, li twieled fi bniedem ieħor, differenti mill-bniedem li kien qabel.", "Il-foresta turi li m'għandix direzzjoni u ma nafx fejn jien sejjer, però hemm stilla li tirrappreżenta lil nannti li jiġri x'jiġri dejjem miegħi.\"", "Illum Dennis qed jistudja fuq l-immaniġjar tal-ħut, iqatta' s-sigħat il-garaxx u jistad; passatemp li jħobb ħafna u jitkellem fuqu b'passjoni.", "Minkejja dan, Dennis għandu 2 xewqat.", "\"Nixtieq li nikseb saħħti mill-ġdid u niġi 100% tajjeb, bħalma kont qabel.", "Barra minn hekk nixtieq li nsib xogħol marbut ma' dak li qed nistudja, jiġifieri xogħol marbut mal-ħut, għax dak jagħtini sodisfazzjoni kbir.\""], "title": "\"Ta' 18 tatni stroke u għadni sa issa nbati l-konsegwenzi\" - Dennis"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/12/bir-ritratti-doris-organizzat-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-aħħar tislima lil Doris saret fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, viċin fejn indifnet.", "Doris kellha 96 sena, kienet għamja u ma kien għad fadlilha lil ħadd ħaj mill-familja u l-ħbieb tagħha.", "Allura Doris kienet ħejjiet kollox biex isir il-funeral tagħha.", "Minn qabel.", "Fil-knisja kien hemm nies li kienu jafuha, Peppi u Mandy mit-tim ta' Xarabank u persuni oħra li kienu jmorru jżuruha, anke jekk ma kinux jiġu minnha.", "Wara l-funeral tkellimna ma' waħda min-nisa li kienet tmur taraha kull ġimgħa.", "Qaltilna kemm kienet eċitata li l-President ta' Malta kienet stednitha biex tiekol magħha fl-Ewwel tas-Sena.", "Hekk kif il-President Marie-Louise Coleiro Preca semgħet li Doris qiegħda l-isptar, marret taraha ftit sigħat qabel ħallietna.", "Fil-funeral, il-President bagħtet bukkett fjuri għax ma setgħetx tmur minħabba impenji uffiċjali li ma setgħetx tħassar.", "Persuna oħra li kienet tmur taraha u li bħala spiżjara kienet toħdilha ħsieb il-mediċina, qaltilna kemm Doris kienet mara brava ħafna b'mod akkademiku u kemm kienet iżżomm ruħha aġġornata maż-żmien.", "Doris tibqa' mfakkra għall-kariżma li kellha meta dehret diversi drabi f'Xarabank kif ukoll meta kienet tattendi għal maratoni ta' ġbir fondi biex twieġeb it-", ".", "Hija tibqa' mfakkra wkoll għaliex ħalliet id-dar personali tagħha biex issa ġiet trasformata f'dar li fiha qed tilqa' persuni fil-bżonn.", "Kien għalhekk li l-President ta' Malta ddeskriviet lil Doris bħala \"San Franġisk ta' żmienna.\"", "L-aħħar darba li rajna lil Doris fuq it-televixin kien f'Xarabank li għamilna fil-ġimgħa tal-Milied.", "Doris ġiet tiltaqa' mal-President u wegħditna li se tkun magħna għall-Istrina.", "M'għandniex dubju li l-wegħda tagħha żammitha...minn post ħafna isbaħ!", "Tista' tara l-filmat ta' dik il-parti hawn:"], "title": "BIR-RITRATTI: Doris organizzat il-funeral tagħha stess, li sar tlett ijiem ilu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/kulma-smajtha-tgid-hu-li-tmut-missier.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Missier Natalie Williams, il-mara li nstabet wara tliet ijiem nieqsa, tgħid li sabuha kważi mejta.", "F'Xarabank, missierha jgħidilha li marret ix-xogħol iżda ma ġietx lura d-dar.\"Il-Ġimgħa marret ix-xogħol bħas-soltu.", "Qaltli li se ddum sal-16:00 xogħol u forsi se tagħmel sas-sitta", "Qaltli jekk indum sat-20:00pm, ikunu żammewni sat-20:00pm għax jumejn qabel kienu żammewha sat-20:00pm.", "U jiena għedtilha li", ".", "Saru s-18:00 ma ġietx.", "Imbagħad saru t-20:00pm u kienet għadha ma ġietx.", "U jiena għedt kif ma ċemplitlix.", "Is-soltu ċċempel jekk tkun se tittardja.", "Saru d-21:00 u ma ġietx.", "U mbagħad bdejt ninkwieta.", "Bdejt nipprova nċempillek fuq il-mowbajl imma l-mowbajl sibtu mitfi.", "Meta rajt li għandha l-mowbajl mitfi, għedt li ġara xi ħaġa u mort l-għassa biex ngħidilhom.\"", "U jagħtu ċans.", "\"Il-Puliżija qalli, 'Ejja nagħtu ċans għax forsi tilfet tal-linja jew forsi ltqagħet ma' xi ħadd.", "Għedtlu, 'Nagħtu naqra ċans' imma jiena moħħi ħaseb fil-ħażin.\"", "Bqajt hemm sa kważi l-għaxra u nofs u s-surġent qalli, 'Ħa nibda nikteb mela.'\", jispjegalna l-missier.", "Il-missier jgħidilna li kważi sabuha mejta.", "\"Bdejt naħseb ħażin.", "Jiena mill-ewwel għedtilhom, din id-darba mejta nsibuha għax kien ilu jheddidna.", "Il-ħin kollu jheddidna.", "Anke lili ried joqtol u lit-tifel.", "Kien jgħidilha, 'Jekk ma tiġix miegħi, noqtol lil missierek u lit-tifel.'", "Għamlet tlett ijiem bil-ġuħ u bil-għatx.", "L-aħħar li kilet il-Ġimgħa fuq ix-xogħol.", "Sabuha mxarrba, fejn dak il-bard kollu ħdejn il-baħar hemm taħt.", "Sabuha fl-aħħar ħinijiet ta' ħajjitha.", "Kważi mejta kienet.", "Jiena kulma smajtha tgħid li ħa tmut.", "Kieku sal-għada mejta konna nsibuha."], "title": "\"Kulma smajtha tgħid hu li ħa tmut\" - Missier Natalie"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-min-qal-li-l-anzjani-ma.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Iva, f'dan ir-ritratt qed tara anzjan \"gettin low\" ma' waħda anzjana!", "Ara dan il-filmat ta' żewġ anzjani li serqu l-attenzjoni ta' kulħadd meta qabdu jiżfnu ġo dak li jidher kumpless tal-logħob.", "Għandek xi filmat bħal dan,"], "title": "Bil-Filmat - Min qal li l-anzjani ma jafux jieħdu gost ?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-tgid-li-tkellem-lill-mejtin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla f'Xarabank, fost suġġetti oħra, se nitkellmu dwar il-", "u s-sopranaturali.", "Illejla nisimgħu x'ġara meta Peppi Azzopardi daħal għal sfida li jibda jaqra l-imħuħ ma' nies li ma jafx.", "Min kien preżenti jgħidlek li 'bellagħhom\" bl-affarijiet li kien jaf.", "Wara l-istejjer tal-ġimgħa li għaddiet, se niftħu dan is-suġġett għal diskussjoni.", "Fuq il-panel se jkun hemm il-Guru Adrian Gusman, lill-Medium Leigh, lil Melanie Kelly li kellha programm sħiħ fuq dan is-suġġett u żewġ kelliema li ma jemmnux; Anna Vella u Angela Coleiro.", "Se nitkellmu wkoll fuq l-istorja tal-mara li nstabet ġo għar fil-Kalkara.", "Dwar dan se nitkellmu ma' misserha li se jgħidilna x'ġara dakinhar u fil-jiem ta' qabel.", "Se nsellmu lil Janie Turner bl-istorja tagħha u t'oħtha li, b'koinċidenza, mietu f'inċident tat-traffiku, fl-istess triq f'żewġ inċidenti separati."], "title": "BIL-FILMAT: Tgħid li tkellem lill-mejtin live f'Xarabank illejla"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-appell-gall-maltin-li-jgixu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Illejla Christabelle ħa tkanta t-12-il waħda.", "Ftit ħin ieħor , se tibda t-tieni semifinali li fiha Christabelle se tkanta l-kanzunetta Taboo.", "Fi Frar li għadda Christabelle rebħet il-Malta Eurovision Song Contest b'din id-diska li nkitbet minn Christabelle stess flimkien ma' Matt 'Muxu' Mercieca, Thomas G Son u Johnny Sanchez.", "Christabelle rebħet b'123 punt u ġabet l-akbar ammont ta' voti mit-televoting u mill-ġurija.", "Jekk inti Malti u bħalissa inti msiefer, tista' tivvota lil Christabelle, billi ċċempel għaliha meta jiftaħ it-", "Aħna nawguraw lil Christabelle kull suċċess!", "Araw uħud mill-provi ta' Christabelle f'Lisbona:"], "title": "BIL-FILMATI: Appell għall-Maltin li jgħixu barra"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/gandu-jkollhom-dritt-iallsu-gas-sess.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilta', Oliver Scicluna, ressaq l-idea li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilta'.", "Huwa ressaq din l-idea fil-konferenza Insikktu s-Silenzju (Breaking the Silence), li kienet immirata biex tkisser it-tabu' dwar is-sess u d-diżabilta'.", "Matulha huwa spjega kif huwa wieħed mill-obbligi tiegħu bħala Kummissarju li jkun il-vuċi tan-nies b'diżabilta' li jaqsmu miegħu l-uġigħ li jkunu għaddejjin minnu.", "Żied jgħid li huwa se jkompli jqajjem kuxjenza dwar il-ħsibijiet li għandhom dawn in-nies.", "Aħna tkellimna dwar dan ma' Jeanesse Abela, li twieldet b'kundizzjoni li jgħidulha", ".", "Din hija kundizzjoni newroloġika li tikkrea problemi fil-muskoli u nuqqas ta' koordinament tal-idejn u s-saqajn.", "Jeanesse tgħidilna li taqbel ma' din l-idea li ressaq Oliver Scicluna.", "\"Naqbel ma' din l-idea li għandhom jiġu impjegati nies biex ikollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilta'.", "Basta ma jkunx hemm abbuż u li din issir għax irridu aħna.\"", "Fuq Facebook hija kitbet li n-nies m'għandhomx jiġġudikaw in-nies b'diżabilta' li jixtiequ jkissru t-tabu' fuq is-sesswalita'.", "Spjegat li anke nies b'diżabilta' għandhom xewqat sesswali u jħossu bħalma jħoss kulħadd.", "Stqarret li se jibqgħu jitkellmu dwar dan sakemm ikissru dan it-tabu' u sakemm jiksbu dak li jixtiequ.", "Min-naħa l-oħra Jeanesse tgħidilna li hi tiltaqa' ma' diversi diffikultajiet f'relazzjoni.", "\"Li ma jippruvawx jagħmlu", "miegħek hi waħda mid-diffikultajiet li jkolli.", "Jew għax ma jafux kif iġibu ruħhom miegħek jew għax ma jafux x'għandhom jagħmlu u jibżgħu li jiġu ġġudikati min-nies jew mill-ġenituri tagħhom, jew inkella ma jifhmux li aħna nħossu bħalhom.", "Ġieli kelli okkażjonijiet li jgħidulek li ser jiltaqgħu miegħek u wara li tkun iltqajt magħhom, jieqfu jkellmuk.\"", "Inti x'taħseb dwar dan?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "Għandu jkollhom dritt iħallsu għas-sess?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/ziam-kien-gaddej-minn-martirju-u-xorta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Ziam kien għadu żgħir ħafna - kellu sentejn biss - u allura ma naħsibx li kien jaf x'marda kerha kellu.", "Imma żgur li kien jaf li qed ibati ħafna.\"", "Dan huwa l-kliem li qaltilna Angele ta' Puttinu dalgħodu, tnax-il siegħa wara li tħabbret il-mewt taċ-ċkejken Ziam.", "\"Ziam kien għaddej minn martirju sħiħ,\" qaltilna Angele.", "\"Imma xorta kellu kuraġġ kbir.\"", "Angele u Rennie qalulna li jiftakru lil Ziam bħala tifel ferrieħi ħafna, li jġib it-tbissima minn kull fejn jgħaddi.", "\"Kien iħobb il-briju u l-marċi wkoll!\"", "Iċ-ċkejken Ziam miet ilbieraħ, fl-Ewwel Jum tas-Sena l-ġdida.", "Fuq Facebook, ommu Therese kitbet:", "\"Ziam int kont uniku u ħadd ma jista' jimlili l-vojt tiegħek.", "Int għandek post kbir f'qalbi u hemm se tibqa'.", "Kont f'idi x'ħin ħadt l-aħħar nifs ta' ħajtek u dik il-minuta f'ħajti ma ninsieha qatt. (...)", "Lanqas qatt ma jista' jiġrili xi ħaġa agħar minn hekk għax tlift l-isbaħ ħaġa ta' ħajti. (...)", "Daqsekk bżajt mill-mewt, għax naf li hemm int tistennieni biex niġi ħdejk.", "Mummy xxxx.\"", "Ziam kien magħna f'Xarabank biex jgħinna ngħinu lil Puttinu.", "Din hija l-", "tiegħu:"], "title": "\"Ziam kien għaddej minn martirju u xorta l-ħin kollu jitbissem\" - Angele ta' Puttinu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/fgunju-li-gej-ibni-mhux-se-jkollu-fejn.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din l-omm qed tinkwieta fuq binha li għandu d-", "għax mhux se jkollu fejn imur f'Ġunju li ġej.", "Aħna tkellimna ma' din l-omm ta' dan il-ġuvni li bħalissa qed jattendi r-", "tal-Wardija.", "Dan il-ġuvni flimkien ma' oħrajn f'Ġunju li ġej se jkollhom jieqfu jattendu din l-iskola għax ikunu għalqu t-22 sena.", "Possibbiltà kbira li dawn iż-żgħażagħ jispiċċaw mingħajr post fejn iqattgħu l-jum tagħhom u minflok joqogħdu ġranet id-dar.", "\"L-inkwiet tiegħi huwa li meta jispiċċa minn dan iċ-ċentru, ma għandux fejn imur.", "Iċ-ċentri l-oħra m'hemmx spazju għal aktar nies, apparti li dawn iċ-ċentri mhumiex addatti għaż-żminijiet tal-lum.", "Dawn iċ-ċentri fihom issib persuni ta' etajiet differenti.", "Lanqas nimmaġina li ibni ta' 22 sena, jispiċċa f'ċentru u jkun f'kamra ma' wieħed ta' 80 sena.\"", "Binha jaf jispiċċa joqgħod id-dar għax ma jkollux fejn imur.", "\"Dawn iċ-ċentri jmorru fihom nies b'diżabiltà li ma jistgħux jaħdmu.", "Jekk dawn huma mimlija, ibni m'għandux fejn imur minn Ġunju li ġej.", "Se jkollu jispiċċa joqgħod id-dar.", "Però ibni, bħal tfal oħra, għandu bżonn li jiltaqa', joħroġ u jagħmilha man-nies.", "Jekk se jibqa' d-dar, mhux se jintegra ma' ħadd.\"", "Din l-omm tgħidilna li t-tifel ifisser kollox għaliha.", "\"Dak iż-żmien, meta qalulna li ibni għandu d-", ", ħassejt frustrazzjoni kbira.", "Ħadtha kontra ħafna affarijiet għax kont iddispjaċuta.", "Però aċċettajtha u nħobbu bla ebda kunidzzjoni.", "M'hawnx bħalhom, għax iħobbu u la għandhom mibegħda, la għira u lanqas ħażen.\"", "Tqis li binha m'għandux diżabiltà, \"Illum għalija t-tifel ma nqisux ġuvni b'diżabiltà.", "Għalija huwa bniedem normali.", "Għandu l-limitu tiegħu, u nemmen li wieħed m'għandux jiġġieled għad-drittijiet tagħhom għax għandhom ikollhom drittijiet daqs bniedem ieħor.\"", "Għalhekk tixtieq li sserraħ moħħha li binha jkollu fejn imur.", "\"Nixtieq li nserraħ moħħi, li ibni jkollu fejn imur f'Ġunju li ġej.", "Li jkun hemm ċentri moderni, fejn in-nies li jieħdu ħsieb ikomplu magħhom, joħorġuhom, u jgħallumhom il-kompjuters, fost affarijiet oħra.", "Ċentri li huma addatti għaż-żminijiet tal-lum, u li jkunu mqassmin skont l-età tagħhom.\""], "title": "\"F'Ġunju li ġej ibni mhux se jkollu fejn imur, u se jispiċċa joqgħod id-dar\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/meta-jgidu-li-l-mulej-l-isba-warda.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jerome, il-ġuvni li f'Ottubru tilef il-battalja kontra l-kanċer,", "ma taqbilx ma' min jgħid li l-Mulej għoġbu jaqta' fjura sabiħa jew għażel l-isbaħ warda wara li persuna tkun ħalliet din id-dinja.", "Josette tispjega l-Mulej tant huwa tajjeb illi qatt ma jagħmel hekk.", "\"Il-Mulej tant huwa tajjeb, illi bniedem li jkollu dik it-tjubija kollha li m'għandux fil-pjan tiegħu li jieħu t-tfal qabel il-ġenituri.", "Ma tagħmilx sens.\"", "Temmen li din tagħmilha n-natura.", "\"Il-Mulej jippermetti li n-natura tmexxi kollox f'din id-dinja.", "Lanqas tgħaddili minn moħħi l-Mulej ried jieħu lil ibni qabel immut jiena.", "Jiena nifhem lil min jgħid hekk u nitħassarhom għax mhux xi ħaġa sabiħa li titlef lil uliedek.", "Però f'din il-ħajja aħna liberi u n-natura tmexxi din il-ħajja.", "L-importanti illi l-Mulej jilqa' fi ħdanu b'idejh miftuħa lil min imut.\"", "\"F'dawn l-affarijiet trid toqgħod attent xi tgħid.", "Fil-każ tagħna, jekk xi ħadd jgħid li l-Mulej ħa l-isbaħ warda, iktar ikun qed iweġġagħna,\" ittemm tgħid Josette.", "Inti x'taħseb?"], "title": "\"Meta jgħidu li l-Mulej ħa l-isbaħ warda, iktar ikunu qed iweġġgħu lill-persuna\" - Josette"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-ma-stajniex-insibuh-gax.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-Pulizija tgħidilna li r-raġel ta' Natalie Williams, il-mara li nstabet wara tlett ijiem nie", "qsa, ma setax jitressa", "q il-", "Qorti għaliex ma setax jinstab minħabba li m'għandux indirizz fiss.", "Il-Pulizija kkonfermaw li rċevew rapporti li kienet għamlet Natalie Williams li", "d tiġi mhedda minn żewġha.", "It-Tlieta li għadda,", "qarib ta' Natalie Williams, allega", "l-Pulizija ma ħadux dawn ir-rapporti bis-serjeta' li kien jistħo", "qilhom.", "Spjegalna li fil-jiem", "qabel ma nħatfet, żewġha kien", "qed jheddidha li jaħtafha, pero' minħabba li ġieli rrapportat", "qabel u", "qatt ma ġara xejn, il-Pulizija donnhom ma ħaduhiex bis-serjeta'.", "Żied jgħidilna wkoll li l-Pulizija eskludiet li r-raġel seta' kien kompliċi f'dan il-każ, u kif kienu huma li bdew ixerrdu r-ritratt tagħha", "qiegħda miegħu għax assumew li fejn jinsab hu, hemm hi miegħu.", "F'reazzjoni l-Pulizija spjegat li kull rapport li għamlet Natalie ġie nnutat mill-Pulizija u tttieħdet l-azzjoni neċessarja min-naħa tad-distrett fejn Natalie għamlet ir-rapport.", "Żiedet tgħid li meta l-Pulizija tirċievi xi rapport ta' theddid, jittieħdu l-passi neċessarji li hemm fil-liġi.", "Temmet tgħid li r-raġel ta' Natalie ma setax jitressa", "q il-", "Qorti għaliex ma setax jinstab minħabba li m'għandux indirizz fiss.", "Għada f'Xarabank se nerġgħu naġġornawkom dwar aktar żviluppi fu", "din l-istorja.", "Muntaġġ: Chantanne Mackay"], "title": "BIL-FILMAT: Ma stajniex insibuh għax m'għandux indirizz fiss"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-l-ewwel-dress-rehearsal-ta_9.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit minuti, Christabelle għamlet l-ewwel", "Għada Christabelle se tkanta fit-tieni semifinali bil-kanzunetta Taboo.", "Hija se tkanta t-12-il waħda.", "Fi Frar li għadda Christabelle rebħet il-Malta Eurovision Song Contest b'din id-", "diska li nkitbet minn Christabelle stess flimkien ma' Matt 'Muxu' Mercieca, Thomas G Son u Johnny Sanchez.", "Christabelle rebħet b'123 punt u ġabet l-akbar ammont ta' voti mit-televoting u mill-ġurija.", "Aħna nawguraw lil Christabelle kull suċċess!", "Ritratt u filmat: Net News"], "title": "BIL-FILMAT: L-ewwel dress rehearsal ta' Christabelle"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/l-gaqda-dinjija-tas-saa-se-tirrikonoxxi.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Din is-sena l-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa se tiddikjara li l-użu żejjed tal-", "huwa kundizzjoni mentali.", ", jiġifieri għandek problema mentali?", "Dwar dan aħna tkellimna mal-Psikjatra Dr Anton Grech, li jgħidilna li tilgħab mhijiex diżordni mentali.", "\"Tiġi problema psikoloġika meta titlef il-kontroll.", "U aktarx li l-għaqda dinjija tas-saħħa qed tirreferi għal meta persuna titlef il-kontroll.\"", "Kif tibda titlef il-kontroll?", "\"Tibda tispiċċa tilgħab iktar minn dak li jkollok f'moħħok.", "Għalkemm tara li hemm konsegwenzi ħżiena, xorta ma jirnexxilekx tieqaf.", "Ħajtek jaffettwahielek b'tali mod li l-affarijiet li huma importanti, bħal tieħu ħsieb lill-familja u x-xogħol, jibdew jiġu fit-tieni post, u l-ewwel jiġi l-", ".", "Meta ma tkunx qed tilgħab, ma tibdiex tħossok sew u moħħok il-ħin kollu jhewden.\"", "jista' jkun ossessjoni.", "\"Hemm skola ta' ħsieb fil-Psikjatrija li tqis il-", "bħala ossessjoni.", "Jiġifieri jiġi ħsieb li ma tista' ttajru b'xejn, avolja jista' jdejqek.\"", "Iżid jgħid li dawn huma kriterji ta' kull", "iżda d-differenza bejn l-", "għall-", "u għall-alkoħol hi li l-", "għandu l-element psikoloġiku, u l-alkoħol fih l-element fiżiku. \"", "Jeżistu każijiet ta' dan it-tip f'Malta?", "\"Niltaqgħu ma' każijiet fejn in-nies jiġu għandna l-iktar minħabba l-konsegwenzi tal-logħob, bħal kumplikazzjoni ta' djun u użura, li jwassluhom għal stat ta' ansjetà u dipressjoni.", "Jekk wieħed għandu", "hemm tendenza li taqbdu iktar minn ħaddieħor.", "Min ikun hemm irid joqgħod attent iktar minn ħaddieħor.", "Nirrakkomandalu biex ma jaqbadx mal-logħob.\"", "X'għandu jagħmel bniedem, jekk jinnota li qed jilgħab iżżejjed?", "\"Meta wieħed jibda jara li qed jitlef il-kontroll, jieqaf.", "Jekk jiġi fi stat fejn ma jistax jieqaf, ifittex l-għajnuna psikoloġika u jekk tkun ossessjoni qawwija, jeżistu wkoll il-mediċini.\"", "Inti taħseb li ħafna nies iqattgħu sigħat żejda fuq l-affarijiet diġitali?", "Ikkummenta."], "title": "L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa se tirrikonoxxi l-gaming bħala Diżordni Mentali"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-xinhu-jagmel-dan-it-tifel.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan it-tifel ta' sentejn qabad jagħmel diversi espressjonijiet b'wiċċu meta sema' diska partikolari fit-traffiku.", "Massimo, missier Samuel, irnexxielu jiġbed dan il-mument u tella' l-filmat fuq Facebook.", "\"Konna mwaħħlin fit-traffiku u wara li niġbru mill-iskola s-soltu jorqod imma n-ngħas itirlu kif jisma' l-mużika.", "Dakinhar kont qiegħed fil-karozza u bdejt ngħid, 'Ara t-tifel kif inhu għaddej fuq wara'.", "Konna qed nisimgħu stazzjon tar-radju li kien qed idoqq ir-", "u beda jagħmel ħafna espressjonijiet b'wiċċu.", "Malli beda jisma' leħen il-kantant beda jgħolli idu u xħin beda jisma' l-kitarra beda jċaqlaq idu qisu qed idoqq il-kitarra hu.", "U għedt sakemm nimxu ftit, ħa niġbidlu biċċa.", "Minħabba li wara beda jiċaqlaq ftit it-traffiku, waqaft il-vidjow imma hu baqa' t-tifel.", "F'kull tip ta' diska jibda jiċċaqla imma meta jisma' diska daqsxejn", ", jidħol fiha wisq u jibda jagħmel dawn l-espressjonijiet kollha.", "Imbagħad k", "if tfajt il-filmat fuq Facebook, kulħadd beda jgħidli; 'Il-marelli x'espressjonijiet dawk!'", "Insomma fi ftit kliem sibna mod kif indawru t-traffiku f'xi ħaġa diverternti,\" jgħidilna Massimo.", "Għandek xi filmat partikolari?", "Ibagħtuhulna fuq Facebook jew fuq xarabank@tvm.com.mt"], "title": "BIL-FILMAT? X'inhu jagħmel dan it-tifel Malti fil-karozza?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-l-ewwel-dress-rehearsal-ta.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ftit tal-minuti ilu, Jessika għamlet l-ewwel", "Jessika se tkanta għada, fit-tieni semifinali, għall-pajjiż ta' San Marino bil-kanzunetta", "Illum Jessika kellha l-ewwel", "u aħna saqsejnieha dwar l-aħħar preparamenti.", "\"Issa la wasalt fl-aħħar preparament wara l-kompetizzjoni nfisha f'isem San Marino fost mijiet ta' sottomissjonijiet ta' kanzunetti minn madwar id-dinja u ntgħażilt biex nirrappreżenta dan il-pajjiż, ninsab kunfidenti u pożittiva biex nagħti l-aħjar prestazzjoni li nista' noffri bl-isem tal-kanzunetta", "matul it-tieni semifinali tal-Ħamis.\"", "Ftit ħin ilu, Jessika għamlet l-ewwel", ".", "\"Inħossni kuntenta ħafna bil-prestazzjoni li ħejjejt f'dawn ir-", "li huma importanti ħafna fejn kull kantant u kantanta ta' kull pajjiż li qed jieħu sehem fit-tieni semifinali niltaqgħu flimkien għall-aħħar preparamenti.\"", "U kif qed tħossha għal għada?", "\"Mingħajr dubju nħossni xi ftit eċitata.", "Però din hi emozzjoni li hi parti mill-kompetizzjoni u li fiha rrid nagħti iżjed minn 100%.", "Issa vera ħerqana u preparata biex fis-serata ta' għada nitla' fuq dak il-palk sabiħ, mgħammar bl-aħħar teknoloġioja biex bil-prestazzjoni tiegħi nferraħ lil ħafna segwaċi.\"", "Kif qed thossok issa li ghada s-seminfinali?", "\"Minghajr dubju inhossni xi ftit ecitata pero din hi emozzjoni parti mill-kompetizzjoni fejn irrid naghti izjed minn 100%.", "Issa vera herqana u preparata biex fis-serata tal-Hamis nitla' fuq dak il-palk sabih u mmammar bl-ahhar teknologija biex bil-prestazzjoni tieghi nferrah lil hafna segwaci.\"", "Tħoss li din hija esperjenza indimendikabbli.", "\"Din l-esperjenza se nibqa' ngħożżha għal ħajti kollha.", "Bħalissa qed ngħix ħolma li saret realtà.", "Ilni minn età żgħira naħdem fuq il-vuċi u nieħu sehem f'bosta kompetizzjonijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali.", "Dan biex nikseb iktar ħiliet professjonali ħalli nkun nista' nagħti prestazzjoni mill-aqwa fil-Eurovision.", "Din hija esperjenza li permezz tagħha ltqajt ma' ħafna kantanti ta' pajjiżi varji li b'ħafna kulturi u ideat differenti tħossok qed tgħix f'dinja verament sabiħa.\"", "\"Bil-messaġġ tal-kanzunetta Who We Are kelli l-opportunità li nwassal iżjed il-vuċi kontra l-", "u li rridu naċċettaw lil kulħadd kif inhu.", "Jien li għaddej minn din it-tip ta' tbatija meta kont studenta u issa li jien għalliema wkoll nara ħafna tipi ta'", "fost it-tfal, u nħoss li dan għandu jieqaf u nħaddnu iżjed hena u mħabba bejnietna.\"", "Tistqarr li kellha l-opportunità li taqsam din l-esperjenza ma' Christabelle.", "\"Nixtieq inżid punt ieħor li f'din l-esperjenza kelli l-opportunità sabiħa li ngħixha wkoll ma' Christabelle.", "Ilna nafu lil xulxin minn età żgħira u li minn hawn nifirħilha kull suċċess f'dan il-Eurovision Song Contest.\"", "Tgħaddi messaġġ lill-Maltin.", "\"Nirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha tas-sapport li dejjem tawni tul il-karriera mużikali tiegħi.", "F'din l-esperjenza tal-Eurovision huwa ta' unur li jien Maltija fost dawk il-parteċipanti kollha.", "Fit-tieni semifinali t'għada, il-Maltin peress li ma jistgħu jivvutaw għal pajjiżna stess, jiġifieri għall-kantanta ħabiba tiegħi Christabelle, napprezza ħafna bħalma għamiltu dejjem li għal darb'oħra taħsbu fija bħala Maltija u tivvutawli.\"", "Ittemm tgħid, \"Il-messaġġ aħħari tiegħi huwa li jiena kburija li jien Maltija, u nistieden lilkom tkomplu ssegwu bi pjaċir dan il-vjaġġ u nħobbkom kollha.\""], "title": "BIL-FILMAT: L-ewwel dress rehearsal ta' Jessika"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/gada-maxine-titkellem-dwar-il-mewt-tal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Għada se jkun l-ewwel Xarabank għas-sena 2018.", "F'Xarabank se jkollna grupp ta' tfal veru ħelwin.", "Daqsxejn imqarbin u jgħidu affarijiet li jimpressjonawk.", "Għada wkoll se nidħku, fost oħrajn, ma' Martin Sapiano li se jimita ħafna nies.", "Se nisimgħu wkoll kif iltaqgħu l-Puse u l-mara tiegħu Hilda.", "Appartament il-Puse kien ikun qed idoqq f'xi quddiesa u għamlet xi sentejn tmur il-quddiesa kull nhar ta' Ħadd sabiex tarah.", "Imma mbagħad se jkollna mumenti oħra pjuttost serji u mhumiex daqshekk tad-daħk.", "Bħal meta Martin Sapiano jirrakkonta kif mitulu ommu u missieru, u issa qed iħossu waħdu għax kien ikun dejjem magħhom.", "Jew meta l-Puse u Hilda jirrakkontaw x'ġara waqt il-funeral ta' missier il-Puse.", "Se jkollna wkoll lil Maxine, li se tkellem fuq meta mietet il-mamà tagħha iktar kmieni din is-sena.", "Però mbagħad ħa jkollna stejjer li jibdew veru koroh u jispiċċaw veru ħelwin, bħall-istorja ta' Ġorġ tad-Donuts, li meta kien żgħir l-għalliema kienu jgħidulu li mhu tajjeb għalxejn.", "Xarabank, għada titilfux!"], "title": "Għada Maxine titkellem dwar il-mewt tal-mamà tagħha"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/galfejn-dalgodu-ma-stajtux-taraw-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Filmat edukattiv fuq kif mara għandha tiċċekkja sidirha wassal lill-amministraturi ta' Facebook biex jagħlquna l-paġna ta' Xarabank.", "Iktar kmieni dalgħodu ħafna minnkom ipprovajt tidħlu fuq il-Facebook ta' Xarabank imma ma sibtuhiex.", "Dan għaliex membri mit-tim ta' Xarabank spiċċaw mneħħija minn fuq Facebook minħabba filmat li ttella' l-Ġimgħa li għadda fuq il-paġna tiegħu.", "Skont il-messaġġ li bagħat Facebook, jidher li Xarabank ma mexxiex mar-regolarmenti ta' Facebook għax il-filmat kien jinkludi sider ta' mara mikxuf.", "Dan il-filmat ittella' biex nuru kif mara għandha tiċċekkja sidirha ħalli titqajjem iżjed kuxjenza fuq il-kanċer tas-sider.", "Wara li kkomunikajna mal-amministraturi ta' Facebook, il-paġna reġgħet qed taħdem perfettament.", "Filwaqt li l-filmat tneħħa, il-filmat se jerġa' jiġi revedut minn Facebook biex jara li l-għala kellu jneħħiħ.", "Aħna ċċekkjajna ftit x'jgħidu r-regolamenti ta' Facebook.", "Kull ħaġa li ttella' fuq Facebook ma jistax ikollha kontenut li jistgħu jarawh l-adulti biss.", "Dan jinkludi għera, rappreżentazzjonijiet ta' persuni f'pożizzjonijiet espliċiti jew indiċenti, u attivitajiet li huma indiċenti ħafna jew provokativi sesswalment.", "Aħna naħsbu li din ma kinitx azzjoni xierqa li jitneħħa l-filmat u li tingħalaq il-paġna ta' Facebook ukoll.", "Dan għaliex l-intenzjoni tal-filmat kien wieħed edukattiv biex inqajmu kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.", "Inti taqbel li l-filmat ma kellux jittella' għaliex kien jinkludi sider ta' mara?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "Għalfejn dalgħodu ma stajtux taraw il-Facebook ta' Xarabank?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-jason-derulo-fmalta-fgunju.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala se jkantaw fl-edizzjoni tal-Isle of MTV f'Ġunju li ġej.", "Minbarra dawn l-artisti, ġew ikkonfermati wkoll Paloma Faith u Ella Eyre bħala", "Din hija it-12-il edizzjoni tal-MTV f'pajjiżna, avveniment li jiġbed elfu ta' Maltin u barranin.", "L-Isle of MTV se jsir fuq il-fosos tal-Furjana, fis-27 ta' Ġunju.", "Isma' wħud mis-suċċessi ta' dawn il-kantanti:", "Inti sejjer?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "BIL-FILMATI: Jason Derulo f'Malta f'Ġunju li ġej"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/xkienu-qed-jagmlu-san-gorg-preca-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["San Ġorġ Preca, il-Papa u l-anġli kienu wħud mill-qaddisin li t-tfal iddeċidew li jilbsu bħalhom għall-festa tal-Qaddisin.", "Ilbieraħ fil-parroċċa ta' Marsaskala, l-Appostli u d-Dixxipli Franġiskani ta' Ġesù u Marija u l-parroċċa ta' Wied il-Għajn organizzaw quddies,", "u logħob għat-tfal bħala ċelebrazzjoni għal din il-festa.", "Fr Roderick Camilleri, il-Kappillan ta' Marsaskala jgħid: \"Illum l-Knisja universali qed tiċċelebra s-solennità tal-qaddisin kollha.", "Ilbieraħ kellna parteċipazzjoni sabiħa tat-tfal illi liebsu kostum tal-qaddis favorit tagħhom.", "Kellna numru sabiħ ta' tfal li libsu ta' San Ġorġ Preca, ta' San Pawl, ta' Santa Katarina ta' Lixandra, ta' Santa Liena u kellna wkoll ħafna anġli.", "Dawn it-tfal ġew mal-familja tagħhom u dak huwa s-sabiħ tal-Knisja, li qed tiċċelebra l-familja ta' Alla.", "Il-qaddisin dawk huma, il-familja ta' Alla illi diġà", "qegħdin", "fid-dar tal-Missier.", "Aħna l-familja ta' Alla wkoll li għadna f'din il-mixja biex jekk Alla jrid inkunu qaddisin, jekk dejjem nagħmlu dak li jixtieq l-Mulej Ġesù minna u nwettqu l-missjoni li huwa jafdalna.", "Il-qaddisin fittxew il-verità, il-veru ferħ u l-veru paċi li jagħtihomlna l-Mulej Ġesù.", "Jekk aħna naħdmu id f'id miegħu, naħseb dik tkun it-triq li twassalna għall-qdusija, imdawlin mill-Evanġelju u mis-sagrament tal-Knisja.\"", "Tkellimna wkoll ma' Sue Sciberras, waħda mill-organizzaturi ta' din l-attività: \"L-iskop tal-attività kien li niċċelebraw flimkien il-festa tal-qaddisin.", "Dan anke biex lit-tfal nagħtuhom sens ta' għarfien ta' din il-festa.", "L-għan tagħha kien wkoll li ninġabru flimkien u nagħtu l-opportunità lit-tfal illi anke huma jistgħu jgħixu u jikbru biex min jaf, anke huma jkunu qaddisin.\"", "Ilbieraħ nistgħu ngħidu li kellna tiżwiqa ta' kostumi, kien hemm min iddeċieda li jilbes tal-waħx u kien hemm ukoll min għażel li jilbes ta' qaddis.", "Ikkummenta billi tibagħtilna ritratt ta' tfal tiegħek bil-kostum!"], "title": "X'kienu qed jagħmlu San Ġorġ Preca, il-Papa u l-anġli f'Marsaskala?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-l-galliema-kienet-tgidli-li.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["George llum qed jistudja l-Universita'.", "Meta kien l-iskola, George kellu għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn.", "\"Kien hemm għalliema li kienet tgħidli li mhu kapaċi għalxejn.", "Biex ngħidu kollox, kont imqareb ħafna u dak iż-żmien kienu jorbtuni mas-siġġu.", "Din affettwatni f'ħajti u l-leħen tal-għalliema bqajt nisimgħu.", "Bqajt nisma' dak li kienet tgħidli.", "Li m'iniex kapaċi, biex ma mmurx hemmhekk u li m'għandix għalfejn nidħol għax m'iniex se nasal.\"", "li kienu jagħmlu l-iskola biex nippreżenta l-ġurnata tal-premijiet u l-kunċerti tal-Milied li kienu jsiru.", "L-għalliema malli kienet tara wiċċi, lanqas kont nilħaq nibda li ma kinitx tgħidli, 'M'intiex tajjeb.", "Inti mqareb u m'inti tajjeb għalxejn.", "Mur lura fil-klassi.\"", "Pero' dan il-leħen għenu wkoll f'ħajtu.", "\"Għenni għax kull darba li nkun se nagħmel pass, niġġieled ma' dak il-leħen.", "Jekk inkun sejjer xi mkien, xi", ", nibda nisma' dan il-leħen.", "Inkun waħdi fil-karozza nibda ngħid.", "'Aqtagħha.", "Tindaħalx.", "Agħlaqlu.", "Ħallini ħa nagħmel li rrid.", "Allura jekk ma nasalx?'\"", "Minkejja dak li għadda minnu, George dan l-aħħar daħal l-Universita'.", "\"Qed naħdem f'dar fejn fiha nilqgħu nies li huma bla saqaf fuq rashom u qaluli li rrid nagħmel kors l-Universita'.", "Għedtilhom li l-Universita' mmur darba fis-sena biex nagħmel pantomina u ndaħħak in-nies.", "Għedtilhom li jekk ħa mmur għal dan il-kors, tgħidx kemm se ndaħħak nies.", "Jiena skola ma nafx.", "Naqra u nikteb ftit naf, kemm niddobba.", "Pero' tax-xogħol qaluli li rrid nagħmlu.\"", "U George applika biex jidħol l-Universita'.", "George daħal l-Universita' iżda kien jaqta' qalbu malli jasal hemmhekk.", "\"Nasal l-Universita', nipparkja u ngħid lili nnifsi, 'U le.", "Erġa' dawwar,' u nitlaq.", "Lil tax-xogħol kont inċempillhom kważi nibki u ngħidilhom li ma rridx immur.", "Kienu jgħiduli li jekk ma mmurx, ħa nitlef ix-xogħol.", "Kienu jgħiduli hekk biex żgur nagħmel dan il-pass.\"", "George ġġieled ma' dak il-leħen, u llum qed jistudja l-Universita' u qed jagħmel l-assenjamenti wkoll.", "\"Intlabna nagħmlu assenjament.", "Ma kontx naf x'inhu assenjament u bgħatt lil ħbieb tiegħi biex nara xi jkun.", "Kont ma' ħabiba tiegħi u qaltli li f'assenjament, jagħtuk suġġett u tikteb dwaru.\"", "George għamel dan l-assenjment u ġab marka tajba.", "\"Ħa nagħmlu f'inkwatru għax ifisser ħafna għalija.", "Ġibt 70 minn 90.", "Biex wasalt għamilt dan l-assenjament jiena, jasal biex jagħmlu kulħadd,\" itemm jgħid George."], "title": "BIL-FILMAT: \"L-għalliema kienet tgħidli li m'iniex kapaċi\" - George"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-liema-kanzunetti-gogbuk.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Mis-semifinali tal-Eurovision Song Contest għaddew 10 pajjiżi.", "Dawn huma l-għaxar kanzunetti li għamluha għall-finali ta' nhar is-Sibt li ġej:", "L-għaxar kanzunetti li lbieraħ għamluha għall-finali tas-Sibt li ġej huma:", "L-Awstrija", "L-Estonja", "Ċipru", "Il-Litwanja", "L-Iżrael", "Ir-Repubblika Ċeka", "Il-Bulgarija", "L-Albanija", "L-Irlanda", "Liema kanzunetti għoġbuk mill-ewwel semifinali?", "Ritratt tal-faċċata: Wiwibloggs"], "title": "BIL-FILMATI: Liema kanzunetti għoġbuk mill-ewwel semifinali?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-lili-missieri-allieni-sinjur.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["\"Grazzi pa għax kulma naf, kollu bil-mertu tiegħek.\"", "Dan kien kliem George, li ftit ġranet ilu tilef lil missieru Joseph fl-eta' ta' 90 sena.", "George jgħid li missieru ħallieh sinjur.", "\"Lili missieri ħallina sinjur.", "Sinjur mhux għax kellu l-flus imma b'dak li għadda lili u lill-familja tiegħi, u b'li għallimna.", "Meta miet missieri, tellajt", "fuq Facebook u għedt grazzi lil missieri għax kulma naf, kollu bil-mertu tiegħu.\"", "George jirringrazzja lill-Mulej.", "\"Huwa għoġbu jsellifulna għal ħafna snin.", "Meta miet, miet fil-paċi għax kwarta qabel kien qed jitkellem ma' oħti.", "Barra minn hekk, filgħodu żamm mas-sistema li jieħu xower, jiftaħ l-istereo u jkanta.", "Nirringrazzja lill-Mulej li missier miet hekk għax hawn ibati biex imut.\"", "Minbarra li kien il-papa' ta' George, Joseph kien it-tieni missier għal Hilda, il-mara ta' George.", "\"Kont ngħidlu l-pa, avolja missier George.", "Għalija kien it-tieni missieri.", "Mill-ewwel ġurnata li ltqajt miegħu, ħabbni daqs it-tifla tiegħu.", "Meta tlift il-papa' tiegħi ħames snin ilu, kien torri ta' sapport għalija, kemm matul il-marda u kemm wara.\"", "Ara lil George flimkien mal-Puse meta kienu ġew Xarabank flimkien:"], "title": "BIL-FILMAT: \"Lili missieri ħallieni sinjur\" - George l-Puse"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-immorru-jew-ma-mmorrux-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Peppi Azzopardi jitkellem dwar il-funeral ta' Daphne Caruana Galizia.", "\"Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia għamlitha ċara li ma tridx lilna l-ġurnalisti nirrappurtaw u nxandru l-funeral ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għamlitha ċara, oħt Daphne Caruana Galizia, illi ma trid lil ħadd jiffilmja u jieħu ritratti ta' dan il-funeral.", "Trid li jkun funeral privat.", "Però tqum dilemma, fuq iz-zuntier, f'post pubbliku, aħna l-ġurnalisti għandna niffilmjaw almenu l-biċċa tal-pjazza fejn huwa veru post pubbliku?", "Aħna ħsiebna ħafna fuqha bħala tim u ddeċidejna li le.", "Jekk hi x-xewqa ta' Daphne Caruana Galizia li ma jkunx hemm pubbliċità għal dan il-funeral, allura ma tagħmilx sens li mmorru fil-pjazza.", "Aħna kull meta ffilmjajna funeral, dejjem għax kellna x-xewqa tal-familja li jixtiquna niffilmjaw jew il-permess tagħhom.", "Jidher li m'għandniex permess.", "Ma nafx inti x'taħseb li kieku kont ġurnalist jew ġurnalista?\""], "title": "BIL-FILMAT: \"Immorru jew ma mmorrux il-funeral ta' Daphne Caruana Galizia?\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/14-il-aga-li-ma-tafx-dwar-it-tieg-irjali.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Baqa' biss 10 ijiem oħra biex il-Prinċep Harry u Meghan jgħidu 'iva' lil xulxin.", "U dawn li ġejjin huma 14-il ħaġa li ma tafx dwar it-tieġ irjali.", "1.", "Il-President tal-Amerika, Donald J. Trump mhux se jkun preżenti", "f'dan it tieġ għaliex il-koppja", "ddeċidiet li ma jistidnux politikanti.", "Dan ifisser li lanqas l-eks-President Amerikan Barack Obama", "hu se jkunu preżenti.", "2.", "Il-koppja", "ddeċidiet", "li minflok jingħataw rigali, jingħataw donazzjonijiet għall-", "karità lil ħafna għaqdiet differenti fosthom lil dawk li jgħinu nies bl-", "u persuni bla saqaf fuq rashom.", "3.", "Meghan Markle mhijiex mistennija li tistieden lil ħuha Thomas Markle Jr. għaliex huwa kiteb", "diversi ittri lill-Prinċep Harry biex ma jkomplix ir-relazzjoni tiegħu magħha.", "Dan għax jaħseb li hi", "se tħalli reputazzjoni ħażina fuq il-familja rjali.", "Thomas Markle Jr., li jiġi ħu Meghan Markle, u Meghan Markle mal-Prinċep Harry", "4.", "Il-koppja mistennija jużaw l-istess karozzin li ġie użat minn Pippa Middleton fit-tieġ ta' Prince", "William u Kate Middleton.", "Ir-Reġina Eliżabetta II, bħala rigal tathom dar fil-kampanja.", "Fl-opinjoni tagħha, dan huwa", "rigal perfett għal koppja kuntenta.", "Ir-Reġina Eliżabetta II", "Meghan Markle se tagħmel diskors u b'dan il-mod se tmur kontra t-tradizzjoni tal-familja rjali.", "Il-koppja bħala tifkira ta' dan it-tieġ se jagħtu", "u platti ta kwalità għolja ħafna.", "8.", "William ġie magħżul minn ħuh Harry sabiex ikun il-", "in kissret in-norma tal-familja", "rjali għ", "ormalment ma jkunx hemm", "9.", "Ed Sheeran se jkun qed ikanta waqt dan it-tieġ rjali.", "10.", "Aktar minn elf persuna mill-pubbliku huma mistednin għal dan it-tieġ ġewwa Windsor Castle", "sabiex ikunu jistgħu jaraw lill-koppja tasal mill-knisja.", "11.", "Waħda mill-", "ta' Meghan Markle se tkun il-ħabiba tagħha Priyanka Chopra li hi", "attriċi", "L-attriċi Indjana Priyanka Chopra", "12.", "Mhijiex se tkun i", "l-persuna tas-soltu li se tagħmel il-libsa għall-għarusa f'dan it-tieġ.", "Phillipa Lepley se tagħmel din il-libsa spettakolari.", "13.", "Ġew", "maħluqa ħ", "ames muniti ġodda", "bir-ritratti tal-koppja bħala tifkira għal dan ix-xahar", "14.", "Il-fotografu uffiċjali se jkun Alexi Lubomirski", "Dan se jkun responsabbli tal-fotografija kollha ta' dan", "it-tieġ irjali.", "Dan l-artiklu nkiteb minn Martha Attard, Hannah Vella Pace, Maya Sesay u Mattea Schembri, studenti tal-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja, ta' Ħad-Dingli."], "title": "14-il ħaġa li ma tafx dwar it-tieġ irjali"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmati-sabina-kienet-bassret-id.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Maxine u Chanelle jitkellmu dwar Sabina li mietet ftit xhur ilu.", "F'Xarabank, Maxine tirrakkonta kif wara l-Eurovision, ommha Sabina bdiet taġixxi mhux bħas-soltu.", "\"Għamlet ħabta tħawwad ftit u bdejna ngħidu lil xulxin, 'X'inhu jiġrilha?'", "Darba minnhom kont qed nistudja, kien eżatt wara l-Eurovision, u bdiet tiġi taqbad miegħi u taqbad tkanta.", "Bdejt ngħid: 'Ommi xi ġaralha?' u bdejt niġġieled magħha.", "Ċempilt liz-zija u lin-nanna, u għedtilhom li se niġi għandhom għax ommi ma kinitx qed tħallini nistudja.\"", "Ommha baqgħet taġġixxi hekk.", "\"Baqgħet għaddejja ġimgħa u missieri qalilha li se jeħodha ftit s'għand it-tabib.", "Ħsibt li kienet qed tagħmel hekk għax ftit qabel kien ħalliena n-nannu.", "Imma bagħad beda jaqbadha uġigħ ta' ras il-ħin kollu u sirna nafu x'għandha.\"", "Chanelle, oħt Sabina, tirrakkonta wkoll dak li għaddew minnu ftit xhur ilu.", "\"Kienet ċemplitli Maxine u qaltli li oħti qed tħawwad u li trid teħodha l-Eurovision.", "Bdejt nistaqsiha jekk hijiex rieqda jew jekk forsi hijiex toħlom.", "Pero' Maxine qaltli li le.", "Minn hekk bdejna nindunaw li għandha xi ħaġa.\"", "Sabina tbassar id-data li fiha ħa tħalli din id-dinja.", "\"Wara li sirna nafu x'għandha, qabel il-", "kienu se jqaxxrulha xagħarha.", "Kienet qaltli, \"Jaħasra għat-tieġ tiegħek ... \"", "Kont għedtilha, 'Sab, jiena u Steve diġa' tkellimnieha din.", "Fil-każ inbiddlu d-data.", "Mhijiex problema.", "L-aqwa li tkun", ".'", "Kienet qaltli: 'Ara ma tivvintax għax kull darba hekk sejra inti li trid tbiddel id-data.", "Inti mhux fit-28 ta' April ħa tiżżewweġ?'", "Għedtilha: 'Le fit-28 ta' Mejju.'", "Qaltli: \"Għax jiena sa dakinhar nagħmel.'", "U veru sa dakinhar għamlet.", "Ma kinitx taf imma donnu l-Bambin kien diġa' qed jippreparana li dakinhar se jeħodha.\"", "Ara l-funeral ta' Sabina hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMATI: Sabina kienet bassret id-data ta' meta ħa tmut"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/dan-it-tifel-malti-qed-jistenna.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Julian ta' 3 snin, ibati minn ebusija fiż-żewġ saqajn, u bħalissa qed jistenna li ssirlu operazzjoni.", "Aħna tkellimna ma' ommu Tanya li tirrakkontalna kif ta' 10 xhur beda jżomm idu l-leminija magħluqa.", "\"Kellu biss 10 xhur meta ndunajna.", "Konna qegħdin waqt sessjoni li konna mmorru jiena u t-tifel, u li tieħu ħsiebna ġibditli l-attenzjoni li Julian qed iżomm idu il-leminja magħluqa, forma ta' ponn.", "Għall-ewwel ħsibt li għax se jkun", ", però ħeġġitni biex inkellem lit-tabib tal-isptar.", "Niftakar li kont għedt lit-tabib, u hemmhekk indunajna li hemm xi ħaġa ħażina.", "Qalilna li hemm xi ħaġa fil-moħħ, ibbukkjalu MRI u mit-testijiet ħareġ li għandu", "Tgħidilna x'ħasset dak il-ħin bħala omm.", "\"Dak il-ħin ħassejt id-dinja taqa' fuqi.", "Kont inħares lejn u nistaqsi lili nnifsi jekk hux se jgħix.", "Sakemm ħareġ ir-riżultat tal-MRI, qlibtu moħħi dwar x'seta' għandu t-tifel.\"", "Julian illum jimxi biss bl-għajnuna tal-", ".", "\"L-affarijiet bażiċi li jagħmlu trabi oħra dam biex jagħmilhom u b'diffikultà kbira.", "Illum il-ġurnata ma jistax jagħmel affarijiet fiżiċi li jsiru bis-saqajn.", "La jitla' taraġ, la jimxi waħdu u anke biex jagħmel il-bżonnijiet tiegħu, għandu bżonn l-għajnuna.", "Meta jistaqsini għalfejn juża l-", ", ngħidlu, 'Bħalma ħuk u jiena għandna nuċċali għax ma tantx naraw, inti għandek", "għax ma timxix sew.'\"", "Hemm mod wieħed biss biex Julian jista' jiġi jimxi.", "Dan il-mod huwa operazzjoni ġo sptar li jeżisti l-Amerika.", "Però l-operazzjoni tiswa $50,000 u inti b'donazzjoni, tista' tagħti bidu ġdid lil Julian."], "title": "Dan it-tifel Malti qed jistenna operazzjoni u inti tista' tgħinu"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/l-istitut-tal-gurnalisti-maltin.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jirrispetta d-deċiżjoni tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, li ma tkunx preżenti l-midja.", "It-Tnejn li għadda Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, fuq Facebook qalet li l-familja ma awtorizzatx il-preżenza tal-midja fil-funeral tal-midja.", "Aħna bgħatt sett ta' mistoqsijiet lil Norma Saliba, iċ-Chairperson tal-IGM.", "Filwaqt li staqsejnieha għal reazzjoni, staqsejnieh jekk il-funeral hux ristrett għall-midja kollha u jekk l-IĠM se tkunx qed tieħu azzjoni.", "Norma Saliba qalet: \"L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) huwa tal-fehma li għandha tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-familja Caruana Galizia li esprimiet ix-xewqa li l-funeral ta' Daphne jsir b'mod privat.\"", "Filwaqt li fuq l-aħbarijiet ngħad li l-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa fis-2pm fir-rotunda tal-Mosta, ilbieraħ Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, qalet li d-data, il-ħin u l-post se jiġu kkonfermati uffiċjalment mill-familja.", "Ġimagħtejn ilu, il-ġurnalist Maltin ingħaqdu biex juru sobgħa u biex jitwassal il-messaġġ li dan l-attakk mhux se jintimida l-professjoni tagħha.", "Dakinhar stess l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kien ressaq rikors biex is-sorsi, informazzjoni u dejta kunfidenzjali li kellha Daphne Caruana Galizia jiġu protetti, liema rikors ġie milqugħ ftit jiem ilu."], "title": "L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jirrispetta d-deċiżjoni li ma tkunx preżenti l-midja fil-funeral ta' Daphne"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-wara-li-tlift-lil-ommi-u-lil.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Wara li tilef lil ommu u lil missieru f'4 xhur, Martin jistqarr li jħossu waħdu.", "Is-sena l-oħra, fl-ewwel ta' Jannar, Martin tilef lil missieru.", "\"Fl-ewwel ta' Jannar, fis-7:20pm, miet missieri.", "Kien dam dieħel u ħiereġ l-isptar.", "Pero' l-aħħar tliet xhur u nofs kien qed ibati.", "Il-mama' dakinhar kienet tilfet lil żewġha u lil oħtha wkoll, ġewwa l-Ingilterra, fil-5:00am.", "Erba' xhur wara, fis-26 ta' Mejju, telqitna l-mama' bla ma konna qed nistennew.\"", "Issa Martin jinsab waħdu.", "\"Ninsab waħdi totalment.", "Is-solitudni hija xi ħaġa terribbli.", "Għandi kuġini msiefrin, pero' hawn Malta ninsab waħdi.", "Ma għandi lil ħadd litteralment.", "Inkellem lil ommi u lil missieri l-ħin kollu.", "Dak li jgħinni nkompli b'ħajti.", "Imbagħad jiġu waqtiet fejn nispiċċa waħdi u mmur nippassiġġa Ta' Sliema, fejn noqgħod.", "Is-solitudni hija terribbli,\" itenni Martin.", "Ġurnata qabel ma miet, missieru jgħidlu biex jieħu ħsieb lil ommu.", "\"Fl-2002, meta kont naħdem f'kumpless f'San ġiljan, kelli ħafna xogħol fil-jum li fih dan il-kumpless jiċċelebra għeluq sninu.", "Ħadd ma qalli xejn.", "Għaddiet il-ġurnata u qaluli li ommi għamlet operazzjoni u li kellha kanċer f'sidirha.", "Snin wara, jum qabel ma miet missieri, qalli biex nieħu ħsieb lill-mama'.", "Miet.", "Jiena u ommi morna l-Ingilterra, morna l-funeral ta' oħtha u ġejn lura.", "Morna għand il-konsulent u qalilna li kellha kanċer.\"", "Ara l-intervista sħiħ hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMAT: \"Wara li tlift lil ommi u lil missieri, ninsab waħdi totalment\" - Martin Sapiano"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmati-dan-il-kantant-malti-gaqqad.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Aidan nieda kanzunetta bi 15-il kanzunetta li qed jieħdu sehem fil-Eurovision ta' din is-sena.", "Aidan spjega kif għamel din il-", ".\"Qbadt bażi ta' kanzunetta li tinsab fil-Eurovision ta' din is-sena u fuq dan l-arranġament għamilt il-lirika ta' 15-il kanzunetta.", "Ir-riżultat ġie għal qalbi ħafna u wara l-", "tas-sena li għaddiet, xtaqt li din is-sena naħdem fuq xi ħaġa simili wkoll.\"", "Fost il-kanzunetta li inkluda Aidan f'din il-", "ta' Christabelle, li se tirrappreżenta lil Malta, u anke l-kanzunetta", ", li biha Jessika se tkun qed tieħu sehem f'isem San Marino.", "Aidan jħobb ħafna l-Eurovision Song Contest u din is-sena ttanta xortih għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Song Contest fejn ikklassifika fir-4 post bil-kanzunetta Dai Laga.", "ta' din is-sena hawn taħt:"], "title": "BIL-FILMATI: Dan il-kantant Malti għaqqad 15-il kanzunetta tal-Eurovision f'waħda"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/11/bil-filmat-tkellimna-ma-min-ilbiera.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Joseph Muscat u Adrian Delia jispiċċaw impittra fuq ħajt għall-Halloween.", "Hekk kif għaddejjin bil-ġranet tal-Halloween, il-Malta Street Art Collective ħasbu biex joħolqu satira polika bi graffita.", "\"Il-graffita li għamilt hija satira politika għall-Halloween.", "Għamilt il-mostri u qalb il-mostri għamilt kap tal-Mafia li għandu wiċċ Joseph Muscat.", "Huwa qiegħed f'pożizzjoni tipika li biha qed jistieden lin-nies ibusulu idejh.", "Imbagħad hemm il-vampiri li qishom qed ibusulu idejh.", "Hemm ukoll Adrian Delia bħala farfett il-lejl, lest biex jieħu l-post tal-", "Fuq wara hemm dar tal-waħx li fuqha qed itellgħu s-sulari tal-konkrit għaliex kif qed jiġri fil-pajjiż, kull fejn tħares tara l-krenijiet u l-flettijiet.", "Fuq quddiem imbagħad hemm id ħadra ħierġa mill-art, qisha qed tirrappreżenta lill-ħodor u hemm ukoll qabar bil-kliem", "\" jgħidilna l-artist.", "Iżid jgħid li b'din il-graffita, li tlestiet ilbieraħ, kienet okkażjoni tajba biex jiċċajta ftit fuq il-politika.", "\"Il-messaġġ li nuri kien li għandna mostri li qed jirrovinaw lil Malta imma fl-istess ħin b'ċajta.\"", "Din ma kinitx l-ewwel graffita ta' din ix-xorta għaliex is-sena l-oħra l-Malta Steet Art Collective kienu ħolqu graffita b'Hillary Clinton u Donald Trump biex ikomplu jdaħħluna fl-atmosfera tal-elezzjoni għall-President tal-Istati Uniti.", "Fil-fatt hija tradizzjoni tal-Malta Street Collective u l-Malta Skateboarding Association li kull sena għall-Halloween jagħmlu avveniment fl-iskatepark fejn kulħadd jilbes kostum u ssir kompetizzjoni għall-iskateboarders, filwaqt li l-artisti jpinġu xi graffiti.", "Inti x'taħseb dwar din il-graffita?"], "title": "BIL-FILMAT: Tkellimna ma' min, ilbieraħ, għamel din it-tpinġija"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/esklussiva-telefonata-mid-depot-dwar-il.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Ilbieraħ il-Pulizija marru jkellmu lil din it-tfajla li kienet qed tixxemmex.", "B'mod esklussiv, din hi t-telefonata mid-depow:", "LEĦEN TA' MARA (BLA NIFS):", ", urġenti", ", hawn fuq it-Tritoni hawn mara kważi bil-patata barra qiegħda tixxemmex.", "sinjura issa nibagħtu lil xi ħadd ...", "LEĦEN TA' MARA: Issa, issa issa ibagħtu għax għadu kif għadda raġel u beda jiċċassa lejha u jgħid kemm hi armata.", "DEPOW: Armata?", "Le jekk armata meta nibgħat mela spettur, surġent u pulizija u jekk jista' jiġi, jiġi anke l-Kummissarju ...", "Ilħna fil-bogħod, \"Ħa mmur jien", ", ħa mmur jien,", ", meta jkun hemm każijiet ta' indiċenza dejjem lil dak tibgħat", "Lili għal xi purċissjoni ssibni.\""], "title": "ESKLUSSIVA: Telefonata mid-Depow (dwar il-mara tixxemmex fuq Tritoni)"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/tmut-il-mama-ta-alfred-zammit.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["AĠĠORNATA (12:52):", "Dwar din it-telfa, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet: \"Kondoljanzi lil Alfred Zammit u 'l ħutu, għat-telfa tal-għażiża ommhom Helen, li kont naf għal ħafna snin.", "L-imħabba t'uliedha, hija bla dubju eżempju ieħor ta' kif għandna nibqgħu nħobbu u nieħdu ħsieb il-ġenituri tagħna.\"", "Il-Malta Community Chest ukoll sellmet il-memorja ta' Helen: \"Il-Malta Community Chest Fund Foundation issellem il-memorja ta' Helen Zammit, omm il-preżentatur Alfred Zammit.\"", "Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' omm Alfred Zammit, Helen.", "Peppi Azzopardi jikkummenta dwar din it-telfa: \"L-imħabba li Alfred u l-mamà tiegħu kellhom għal xulxin kienet unika, profonda, bla kundizzjoni.", "Waqt l-Istrina, hekk kif irnexxilna nitkellmu ftit, Alfred kellimni biss dwar ommu.", "Il-mod kif kien jitkellem dwar kien ta' eżempju għalija.", "Nuru solidarjetà ma' Alfred u l-għomor mill-qalb.\"", "Fuq Facebook spikkaw diversi kumment ta' nies li taw il-kondoljanzi lil Alfred Zammit.", "Ray Azzopardi stqarr li Helen kienet mara eżemplari li kull darba li taraha dejjem tara dik il-mara tal-familja li rabbiet familja sew.", "Kumment ieħor kien ta' Margaret Camilleri li qalet lil Alfred li ommu ħadet ħsiebu mill-art u issa se tieħu ħsiebu mis-sema.", "Kien hemm ukoll il-kumment ta' Deo Debono li qal: \"Kondoljanzi lill-familja Zammit għat-telfa ta' Helen Zammit speċjalment lil binha Alfred Zammit u n-neputi Hayden Sciberras li jħobbuha daqs id-dawl t'għajnejhom.", "Kull meta morna Lourdes kienet titlob għal ħafna u ħafna nies, tipprova tiftakar f'kulħadd speċjalment fil-familja li għaliha kienet id-dinja.", "Devota kbira ta' Santa Rita.", "Issa se tiltaqa' magħha u żgur se titlobha għall-għażiża familja tagħha.", "Kondoljanzi lilhom u nwegħidhom tlabi!\"", "Spikkaw ukoll il-kummenti ta' diversi personalitajiet, fosthom ta' Karl Stagno Navarra li ta l-kuraġġ lil Alfred.", "Maria La Barokka Muscat kitbet hekk: \"Kuraġġ lill-għażiż ħabib tiegħi Alfred Zammit li għadu kif tilef lill-għażiża ommu.", "Kuraġġ ħabib tiegħi.", "Għandek tkun kburi, għaliex kont magħhha sal-aħħar ... ħabbejtha b'qalbek kollha, u fuq kollox għamiltha kburija b'ħidmietek.", "Kuraġġ ħabib tiegħi.\"", "L-aħħar tislima se tingħata nhar l-Erbgħa li ġej fil-parroċċa ta' San Duminku l-Belt Valletta, fit-8:30am."], "title": "AĠĠORNATA: Tmut il-mamà ta' Alfred Zammit"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bdejt-nittama-li-twassal-sal-milied.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["orna, ħabiba ta' Sabrina, il-mara li tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer il-Ħadd li għadda, bdiet tittama li Sabrina twassal sa Diċembru.", "saret taf lil Sabrina", "minn kors ta' drama.", "\"Kont nafha mid-Drama Centre.", "Minn dejjem riedet tirreċta iżda qatt ma kellha ċ-ċans minħabba l-marda u baqgħet tgħid li tixtieq tirreċta.", "Kellha karattru ferrieħi, kienet mara avventuruża, ma taqa' qalbha qatt, kienet tgħidha kif tħossha u kienet tħobb ħafna l-ħajja,\" tgħidilna Lorna.", "\"Kont sifirt magħha wkoll.", "Kont naf li mardet u xi 3 snin ilu għedtilha biex tiġi miegħi u ma' xi kollegi tax-xogħol tiegħi għal vaganza f'Istanbul.", "Konna organizzajnielha żewġ avvenimenti biex niġbrulha l-flus għax kienet qatgħet qalbha li tieħu l-kimoterapija u pprovat tieħu terapija alternattiva,\" tistqarr Lorna.", "Lorna tgħid li Sabrina kienet mara pożittiva ħafna anke meta kienet marida.", "\"Il-pożittività tagħha ġagħlitni nemmen li mhux ħa tmut, allura nħsadt meta rajt il-", "ta' ħuha li kiteb li mietet.", "Bdejt nittamma li twassal sal-Milied għax xtaqet tagħmel", "f'Diċembru imma lejn l-aħħar bdejt ngħid li mhux se twassal.", "Minn banda ħelset għax kont naf li kienet muġugħa,\" tgħidilna Lorna.", "\"L-aħħar messaġġ għaliha jkun dan: 'Ibqa' rreċta minn hemm fuq Sabrina',\" ittemm tgħidilna Lorna.", "L-aħħar tislima lil Sabrina ngħata fl-16:00pm fil-Knisja ta' San Lawrenz, il-Birgu."], "title": "\"Bdejt nittama li twassal sal-Milied\" Lorna, ħabiba ta' Sabrina"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-il-gnejna-kienet-it-tieni.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Miet Charlie Zum Azzopardi, il-bniedem li l-Ġnejna kien qisha t-tieni dar tiegħu, tant li kien jiġbor iż-żibel li jitħalla fuq ir-ramel.", "Aħna tkellimna ma' ħu l-mara tiegħu, Paul li jgħidilna li Charlie kien iħobb ħafna l-ambjent, b'mod partikolari l-Ġnejna.", "\"Il-Ġnejna kienet it-tieni dar tiegħu għax kien iħobbha ħafna.", "Meta kien jara lil xi ħadd jagħmel bbq u jkun ħa jarmi fir-ramel kien jgħidilhom.", "Kien jirraġuna li wieħed m'għandux għalfejn iħammeġ, iktar u iktar jekk għada se terġa' tiġi u ssib il-ħmieġ li għamel huwa stess.", "Biex iżomm il-Ġnejna nadifa tazza, kien jiġbor l-iskart hu stess.", "Tant kien iħobbu hemm, li meta qabditu l-marda ma setax jagħmel iktar bbqs, ħadha bil-kbira ħafna.\"", "Imma min kien Charlie?", "\"Kien raġel bieżel ħafna.", "Minkejja li kien marid ħafna u kien għaddej bil-kimoterapija, xorta baqa' jmur ix-xogħol.", "Kien iħobb jgħin ħafna u r-Rabat, fejn kien jaħdem, kien maħbub ħafna, u kulħadd jiddeskrivih bħala bniedem bieżel u jħobb ħafna.\"", "\"Kien qisu ħija.", "Jiddispjaċini li mhux se narawh iktar u nixtieq nirringrazzjah ta' dak li għamel mal-familja tiegħi,\" itemm jgħid Paul.", "Dan il-filmat ta' Charlie jiġbor l-iskart, rawh 'il fuq minn 119,000 persuna u mill-bieraħ għal-lum rawh mal-2,000 persuna.", "Xarabank jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Azzopardi."], "title": "BIL-FILMAT: \"Il-Ġnejna kienet it-tieni dar tiegħu\" - Paul"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/jinarqu-l-murtali-gal-gay-pride-u-gal.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Is-Sibt li għadda l-Kurja fakkret li ma jistax jinħaraq nar minn fuq il-knejjes jew minn fuq propjetà tal-Knisja.", "L-uffiċċju tal-Vigarju Ġenerali ħarġet ċirkolari tgħid hekk: \"Infakkru li hu projbit li jsir ħruq tan-nar minn fuq il-knejjes jew minn propjetà tal-Knisja.", "Din hi", "li għandha tapplika għal kull knisja u propjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja.", "Ma jsirux eċċezzjonijiet f'anniversarji jew ċirkustanzi oħra.", "Hu dmir tal-arċipriet/kappillan jew tar-rettur tal-knisja partikolari li jara li din il-", "Aħna tkellimna ma' Fr David Muscat li jħoss li ċ-ċirkulari hi banali.", "\"Probabbli din saret għax jibżgħu.", "Forsi jkun hemm xi parroċċi li mal-istuppini jżidu xi murtalli kbar, u minflok jaffaċċaw lill-parroċċa jew lill-individwu li qed jagħmel dan l-abbuż, iduru għal kulħadd għax jibżgħu.", "Jiġifieri ma' wieħed jeħel kulħadd, anke min mhux qed jikser il-liġi.\"", "Jistaqsi l-għala ma jistax jinħaraq nar għal qaddis, u għal okkażjonijiet oħrajn jinħaraq.", "\"Illum in-nar jinħaraq fit-tiġijiet, naħarqu l-murtali għal", "u mbagħad il-Kurja ma tridx li jinħaraq nar għal qaddis.", "Il-Belt rebħu ż-żewġ kampjonati tal-futbol, u ħarqu l-kaxxa u bil-liġi, jiġifieri ma kisrux l-liġi tal-istat.", "Allura għaliex u x'fiha ħażin li nar jinħaraq minn fuq il-knejjes jew minn fuq propjetà tal-Knisja, meta l-liġi tal-pajjiż mhux qed tinkiser.", "Kieku qed tinkiser nifhimha.\"", "Itemm jgħidilna: \"Jekk hemm parroċċi li qed jaħarqu xi blalen tas-6 dawn qed jiksru l-liġi.", "Allura għandhom jindirizzaw lilhom u mhux joħorġu regolament għal kulħadd, u ma' dik il-parroċċa, jeħel kulħadd.\"", "Għandu jinħaraq nar minn fuq il-knejjes jew minn fuq propjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja?", "Ikkummenta hawn taħt."], "title": "\"Jinħarqu l-murtali għal gay pride u għall-qaddisin ma nistgħux\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/ninu-jimrad-u-l-amiem-tiegu-se-jginu.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dan Ninu l-Maksar.", "Ta' 7 snin beda jrabbi l-ħamiem.", "Issa marad bil-Parkinson's Disease u se jneħħi l-gallinar u se jgħin lid-Dar tal-Providenza.", "It-tifla tiegħu, Jennifer, tgħidilna li Ninu ilu jrabbi l-ħamiem minn meta kien żgħir.", "\"Kien għadu tifel żgħir meta beda jrabbi l-bċieċen.", "Huwa u jikber, in-namra tiegħu baqgħet tikber u beda jsuq il-ħamiem.", "Daqqa jiddobba beċċun minn hemm u daqqa jagħmel il-bċieċen tiegħu, sakemm sena wara sena beda jsuq il-ħamiem f'klabbs differenti.", "Missieri rebaħ ħafna", "speċjalment f'tlielaq ta' distanzi twal,\" tispjegalna Jennifer.", "Però Ninu jimrad bil-Parkinson's Disease.", "\"Sfortunatament minħabba raġunijiet ta' saħħa, ma jistax jagħti l-mija fil-mija tiegħu u jixtieq ineħħi l-gallinar.", "Ħadha ħażin ħafna li ma jistax ikompli jrabbi l-ħamiem għax għamel ħajtu bil-ħamiem, irabbih u jikkurah kuljum.", "Tant li meta kienet tmutlu ħamiema kien saħanistra jagħmel awtopsja.", "Xtaqt li l-ħamiem tiegħu ma jmurx fix-xejn, u xtaqt li jgħin lid-Dar tal-Providenza, peress li jħobbhom ħafna.", "Għalhekk iddeċieda li jirkanta dawn il-ħamiem u l-flus kollha li jinġabru jmorru għad-Dar tal-Providenza.\"", "Jekk inti trabbi l-ħamiem u tixtieq li fl-istess ħin tgħin lid-Dar tal-Providenza, il-Ħadd li ġej żur il-klabb tal-ħamiem ġewwa r-Rabat, fid-9:00am, fejn hemmhekk se jsir l-irkanta tal-ħamiem ta' Ninu."], "title": "Ninu jimrad u l-ħamiem tiegħu se jgħinu lid-Dar tal-Providenza"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/5-kelmiet-jew-frazijiet-li-juzaw-iz.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-lingwa l-ħin kollu tinbidel u dawn huma 5 kelmiet li saru moda maż-żgħażagħ tal-lum.", "Jekk qatt ma smajthom qabel, issa se tkun taf ukoll xi jfissru.", "\"Kemm inti", "!\"", "Jekk qed taħseb li l-kelma", "tfisser \"perfetta\" fil-qasir, sejjer żbaljat.", "Il-", "huma grupp ta' żgħażagħ li jinġabru l-Belt u kulħadd iħares lejhom bħala n-nies il-", ".", "Apparentament dawn ingħaqdu flimkien kontra 'Tal-1K,' li huwa grupp ieħor, li biex tagħmilha miegħu jrid ikollok mill-inqas 1,000 like fuq ritratt tal-Facebook tiegħek.", "\"Ħa mmut x'inhi mkissra dik!\"", "Meta xi ħadd ma tantx jgħaqqad ħafna", "fuq ritratt ta' Facebook u jipprova jkun xi ħaġa li mhuwiex biex jintgħoġob.", "3.", "ĦA MMUT", "Bażikament din hija verżjoni qasira ta' \"Ħa mmut bid-daħk\" u jużawha meta jkunu qegħdin jiċċajtaw u ma jkunux jistgħu jżommu bid-daħk.", "4.", "AW OĦT", "Tużaha meta tkun trid issellem lil xi ħadd.", "L-iktar li tintuża bejn il-ħbieb u fuq il-kumment b'xi emoji jew tnejn magħha.", "Din hi l-verżjoni moderna ta' \"Aw Man!\" jew \"Aw ras!\"", "IBS hija qasira għal \"Inti bis-serjetà\" u tintuża bl-istess mod kif fl-Ingliż jużaw TBH"], "title": "5 kelmiet jew frażijiet li jużaw iż-żgħażagħ Maltin tal-lum"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/bil-filmat-george-huwa-wieed-mill-aqwa.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["F'Xarabank tal-Ġimgħa li għadda sirna nafu li George tad-doughnuts, fl-iskola kellu għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn.", "Illum George qiegħed jistudja l-Università.", "Waqt il-programm u wara, irċevejna bosta kummenti, fosthom ta' Kim Bilocca li qed issegwi l-istess kors ta' George.", "Taħt wieħed mill-filmati kitbet hekk: \"", "Aħna tkellimna ma' Kim li qaltilna kemm George fil-verità huwa differenti minn George li jidher fuq it-televiżjoni.", "\"L-ewwel darba li daħal fil-klassi lanqas kien tkellem.", "Huwa mistħi ħafna.", "Mhuwiex il-bniedem li jidher fuq it-televiżjoni imma ġaladarba li jintegra fil-klassi, jaqbad diskursata.", "Però mill-programm, sirna nafu minn fejn ġejja din il-mistħija.\"", "X'qalet Kim meta semgħet l-istorja ta' George?", "\"Ma qalilniex li se jkun fuq il-programm.", "Meta smajt l-istorja tiegħu, kont sorpriża għax ma kontx qed nimmaġina li għadda minn dawk l-affarijiet.\"", "Dwar l-assignment, tgħidilna kif George daħal b'ruħu u ġismu għalih.", "\"Meta tatna l-assenjament, ħa x-xogħol bis-serjetà.", "Beda jistaqsi ħafna affarijiet, bħal minn fejn jista' jfittex u minn fejn jista' jġib il-kotba.\"", "X'għamel meta sar jaf li ġab dik il-marka?", "\"Tgħidx kemm kien feraħ xħin sar jaf li ġab 70% minn 90%.", "Però tant kemm jipprova, li fejn żbalja, beda jistaqsi biex jara x'jista' jagħmel aħjar.\"", "Kim tgħaddi messaġġ lil George.", "'Jiena l-", "tiegħi wkoll mhux tal-Università imma flimkien nistgħu nkomplu f'dan il-kors.", "Ngħidlu biex ma jaqtax qalbu għaliex huwa wieħed mill-aqwa studenti li għandna fil-klassi,\" ittemm tgħidilna Kim.", "X'għandu x'jgħidilna George wara l-programm tal-Ġimgħa?", "Tkunu tafu f'Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa!"], "title": "BIL-FILMAT: \"George huwa wieħed mill-aqwa studenti tal-klassi\" - Kim"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/xgamlu-l-pulizija-meta-natalie-gamlet.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Qarib ta' Natalie Williams, il-mara li nstabet wara tlett ijiem nieqsa, jallega li r-rapport li kienet għamlet li qed tiġi mhedda minn żewġha, il-Pulizija ma ħaduhx bis-serjetà li kien jistħoqqlu.", "Ir-raġel fil-familja tagħha jispjega li Natalie kienet ilha tiġi mhedda.", "\"Fil-jiem li għaddew, żewġha kien qed jheddidha li jaħtafha.", "Però minħabba li ġieli rrapportat qabel u qatt ma ġara xejn, il-Pulizija qishom ma ħaduhiex bis-serjetà.", "Il-Pulizija wkoll eskludiet li r-raġel seta' kien kompliċi f'dan il-każ, u aħna bdejna nxerrdu r-ritratt tagħha qiegħda miegħu għax assumejna li fejn jinsab hu, hemm hi miegħu.\"", "\"Ilbieraħ mort għand il-", "u xħin ksirt il-kantuniera, nara tnejn jitlewmu.", "Wieħed minnhom kien ir-raġel ta' Natalie li mar jixtri l-għeneb mingħand il-", "u l-qarib ta' Natalie", "li mbagħad ċempel lill-Pulizija.", "Żewġha kkoopera mal-Pulizija u kellu jgħidilhom fejn qiegħda.", "U sabuha f'ħofra taħt l-art, mitlufa minn sensiha.\" jgħid ir-raġel.", "Il-qarib tagħha jallega li Natalie ntefgħet l-ewwel fil-baħar u mbagħad poġġieha fl-għar mitlufa minn sensiha fejn sabuha.", "Natalie Williams, ta' 46 sena, dehret l-aħħar il-Ġimgħa li għadda fiż-Żejtun u nstabet mitlufa lbieraħ mill-Pulizija fl-inħawi tar-Rinella, il-Kalkara"], "title": "X'għamlu l-Pulizija meta Natalie għamlet rapport li kienet mhedda?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/spiccajna-bla-flus-u-gandna-mat-80-kelb.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati", "għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek.", "Din l-assoċjazzjoni ħadet santwarju ġdid, però bl-ispejjeż tal-post spiċċaw bla flus.", "Aħna tkellimna mal-maniġer tas-santwarju u membru tal-kumitat tal-AAA, Rosalind Agius.", "Tgħidilna kif bħala assoċjazzjoni ma għandhomx iktar riżorsi.", "\"Ħadna l-użu tas-santwarju li jinsab f'Birżebbuġa mingħand il-Gvern u bħalissa qegħdin bil-kera.", "Dan il-post qabel kien stazzjon tar-radju, u qed neqilbuh għal santwarju, u hemm ħafna spejjeż.", "Ġibna l-permessi tal-MEPA biex isir dan il-proċess, u ilna nagħmlu xogħol fih imma issa ħriġna nitolbu l-għajnuna tal-pubbliku.", "M'għandniex iktar riżorsi min-naħa tas-santwarju u biex inkomplu, trid tkun l-għajnuna tal-pubbliku jew tal-kumpaniji privati billi jissponsorjawna.\"", "Sadanittant, l-AAA trid tieħu ħsieb mat-80 kelb.", "\"Spiċċajna mingħajr flus għax apparti li qed nirranġaw dan il-post, aħna xorta rridu naħsbu għal 80 kelb.", "Għandna 80 kelb imma n-numru dejjem jinbidel għax il-klieb tat-toroq dejjem deħlin.", "Ġeneralment ma jkunux f'qagħda tajba; ma jkunux imsewwija, ikunu morda, imweġġgħin, ikunu sofrew xi daqqiet ta' karozzi u għalhekk jirrikjedu ħafna spejjez.\"", "Jitolbu l-għajnuna tan-nies u tal-kumpaniji.", "\"Nixtiequ l-pubbliku jagħti donazzjoni permezz ta' messaġġ imma nixtiequ l-għajnuna wkoll tal-kumpaniji għax meta għandek dan l-ammont ta' annimali u spejjeż, diffiċli ħafna.", "Barra, mal-AAA, ħa jkun hemm lista ta' min ikun tana donazzjoni ta' €1,000 u dan ir-reklam idum mill-inqas 5 snin.\"", "Ċempel fuq wieħed minn dawn in-numri li jidhru hawn taħt u ħajjar lil ħaddieħor jagħmel bħalek billi tixxerja dan l-artiklu ma' sħabek."], "title": "\"Spiċċajna bla flus u għandna mat-80 kelb x'nitimgħu\""} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/issa-li-arget-is-sewwa-nista-nkompli.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Il-goalkeeper Matthew Calleja Cremona sodisfatt wara li l-UEFA sabet li ma kellu l-ebda ħtija fil-każi ta' korruzzjoni relatati mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena.", "Aħna tkellimna ma' Matthew li qalilna l-għala kien ġie akkużat.", "\"Fil-bidu ta' Ġunju ġejt mixli għax l-UEFA ħasbet li kont naf b'xi ħaġa u jiena ma kontx irrappurtajt.", "Illum ġejt ħieles minn kull akkuża u l-UEFA għalqet il-każ kontrija.\"", "F'nofs Diċembru, Matthew jgħidilna li kien tela' l-Iżvizzera biex juri li ma kellu xejn x'jaqsam u li ma kien jaf b'xejn.", "Qabel illum, Matthew jistqarr li kien iħossu rrabjat.", "\"Meta kont mixli kont ħassejtni rrabjat, iddisgustat u mdejjaq ħafna.", "Wara li tkun lgħabt logħba tan-nazzjonal, tkun kburi li lgħabt għal pajjiżek... imbagħad tispiċċa f'diżastru bħal dan.", "Hija diżappuntanti u kerha.\"", "Illum, permezz tal-avukat, Matthew sar jaf li huwa ħieles minn kull akkuża.", "\"Xħin sirt naf għedt: 'Għall-erwieħ.'", "Kont naf li qed nistenna li jkolli risposta pożittiva għax meta tkun qiegħed fuq in-naħa tas-sewwa, m'għandekx għalfejn toqgħod thewden iżżejjed imma xorta hewdint għax dawn mhumiex affarijiet sbieħ.", "Fil-każ tiegħi kont iffurtunat għax mhux dejjem toħroġ il-ġusizzja.", "Ħassejtni li ħadt ir-ruħ.\"", "Kif qed iħares lejn il-karriera tal-futbol?", "\"Inħares lejn il-karriera tal-futbol bl-istess mod li kont inħares lejha.", "Nibqa' naħdem u nistinka.", "Minn dak iż-żmien li ġejt akkużat, xorta bqajt naħdem u nistinka għax naf li ma għamilt xejn ħażin imma issa li naf is-sewwa fil-każ tiegħi, nista nkompli nittrenja b'iktar serenità.", "Ninsab motivat biex nilħaq dak li nixtieq.\"", "\"Ma tantx għandi mezzi ta' kif nista' nirringrazzja lil min tani sapport.", "Però napprezza ħafna lil min urieni s-sapport.", "Għalija min jurini s-sapport fuq l-integrità, hija l-iktar ħaġa li napprezza għax l-integrità hija l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja,\" itemm jgħidilna Matthew."], "title": "\"Issa li ħarġet is-sewwa, nista' nkompli nittrenja b'serenità\" - Matthew Calleja Cremona"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/05/bil-filmat-ara-l-ewwel-prova-ta-jessica.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["It-Tlieta li għadda Jessika għamlet l-ewwel", "uffiċjali ġewwa Lisbon fil-Portugall.", "F'Marzu li għadda Jessika rebħet il-festival ta' San Marino, bil-kanzunetta", "Hija se tkanta fl-istess semifinali ta' Christabelle, jiġifieri fit-tieni waħda, nhar il-Ħamis 10 ta' Mejju.", "Jessika qed tkun akkumpanja minn Jenifer Brening.", "Dan l-artiklu nkiteb minn Martha Attard, Hannah Vella Pace, Maya Sesay u Mattea Schembri, studenti tal-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja, ta' Ħad-Dingli."], "title": "BIL-FILMAT: Ara l-ewwel prova ta' Jessika ġewwa Lisbona"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2017/10/bil-filmati-xgandhom-komuni-van-gogh.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Dawn il-personalitajiet u aktar, kollha għaddew minn episodju simili għal dak li għaddiet minnu Ġina.", "Ġina hija omm ta' 57 sena.", "Gina hija magħrufa ma' kulħadd għat-tbissima tagħha.", "Kull fejn taraha dejjem tidħak u dejjem tiċċajta.", "Imma dawn l-aħħar xahrejn m'għadhiex tifraħ bħal qabel.", "Tibda tittraskura d-dar, fejn qabel din kienet iżżommha xummiema.", "Tissakkar ġewwa u lanqas tibqa' toħroġ tixtri.", "Il-ħin kollu d-dar rieqda, tiċċassa, dejjem inkwetata, għajnejha miksurin u tibki ta' spiss.", "Uliedha jmorru d-dar u jsibuha waħedha.", "Lil uliedha dejjem tgħidilhom li għajjiet u li m'għadhiex tiflaħ iktar.", "Issa Ġina ilha ġimagħejn ma tinħasel u anke mill-ikel naqset.", "Ġina qed tqum mat-3:00am u ma terġax torqod.", "Gina qed tbati minn dipressjoni.", "Kif tinduna li dan id-dwejjaq sar kundizzjoni ta' saħħa?", "Kif taqbdek dipressjoni?", "Tista' tevitaha?", "F'Xarabank, il-Psikjatra Dr Anton Grech jispjega: \"Ta' spiss aħna nużaw il-kelma dipressjoni minflok il-kelma dwejjaq.", "Eżempju \"Kemm qed inħossni", "Però dipressjoni mhijiex dwejjaq biss.", "Id-dwejjaq huwa parti naturali fil-ħajja ta' kulħadd.", "Impossibbli li ma jkollokx ftit tad-dwejjaq, bħalma hu impossibbli li ma jkollokx il-ferħ wara kollox.", "Dipressjoni taffettwa l-moħħ u l-ġisem b'mod totali.", "Barra d-dwejjaq, ikollok sintomi mentali bħal nuqqas ta' konċentrazzjoni, nuqqas ta' ħeġġa, nuqqas ta' motivazzjoni u rqad.", "Ma' dawn ikollok sintomi tal-ġisem bħal, ma jkollokx enerġija, jitħawwadlek l-irqad u anke problemi ta' diġestjoni.", "Meta bniedem jara li mhijiex kwistjoni ta' dwejjaq biss, f'dak il-punt tajjeb li jibda jfittex l-għajnuna.\"", "Dr David Cassar, psikjatra wkoll, kien spjega li hija komuni f'min ikun għaddej minn xi diffikultajiet f'ħajtu.", "\"Kundizzjonijiet ta' saħħa mentali jistgħu jolqtu lil kulħadd.", "Hemm min ikollu ftit dwejjaq li ġġib magħha l-ħajja, però mbagħad hemm tendenza wkoll ġenetika li wieħed iktar jiżviluppa din il-problema.", "Jekk ikollok biżżejjed", "f'ħajtek, in-nervituri fil-moħħ jinbidlu u jiżviluppaw fi problemi severi ta' saħħa mentali.\"", "Fil-fatt, Abraham Lincoln, Van Gogh, il-Prinċipessa Diana, Hillary Clinton, Britney Spears u Marilyn Monroe, kollha għaddew minn episodji ta' kundizzjoni ta' saħħa mentali.", "Jekk inti tbati jew taf lil xi ħadd li jbati minn problema ta' saħħa mentali, Richmond Foundation tipprovdi l-għajnuna li għandek bżonn."], "title": "BIL-FILMATI: X'għandhom komuni Van Gogh, Hillary Clinton, Britney Spears, Marilyn Monroe u Ġina minn Malta?"} {"url": "https://www.xarabank.com.mt/2018/01/fl-ewropa-36-miljun-ru-tbati-mid.html", "category": "current affairs, entertainment, television", "text": ["Skont l-aħħar stħarriġ li ta l-", "jidher li fl-Ewropa biss, madwar 36 miljun persuna (7.1%) tbati mid-dipressjoni kronika.", "Ir-rapport tal-", "jgħid li d-", "fl-Ewropa hija l-iżjed komuni bejn dawk li għandhom bejn 15 u 24 sena.", "Din l-istatistika turi l-importanza li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu mħarrġa dwar is-saħħa mentali minn meta jkunu żgħar, ħalli jekk jaraw li xi ħadd minn sħabhom huwa f'diffikultà, ikunu jistgħu jifhmu lill-persuna u jgħinuha ssib l-għajnuna.", "Dan ir-rapport ħareg fl-2014, u huwa l-aktar stħarriġ riċenti mill-", "dwar is-saħħa mentali fl-Ewropa.", "L-istħarriġ li jmiss mistenni joħroġ fl-2019.", "Persuni li jbatu mid-", ", ġeneralment ibatu minn nuqqas ta' enerġija, minn burdata inqas tajba, nuqqas ta' pjaċir u interess f'attivitajiet li qabel kienu jagħtu pjaċir lill-persuna, nuqqas ta' konċentrazzjoni, għajja mhux normali,", "baxx, u bidla fl-irqad u fl-aptit.", "Jekk inti tbati minn xi kundizzjoni mentali bħal", ", jew xi kundizzjoni oħra, ibagħtilna messaġġ fuq il-Facebook ta' Xarabank jew ċempel fuq 21249200.", "Nixtiequ niltaqgħu miegħek.", "F'Xarabank dalwaqt se jkollna programm dwar is-saħħa mentali."], "title": "Fl-Ewropa, 36 miljun ruħ tbati mid-depression"}