{"url": "https://skoperta.net/2020/12/10/24-sena-battalja-kontra-kancer-terminali-peter-calamatta/", "date": "10/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Peter Calamatta Minn meta kellu 20 sena Peter Calamatta iddedika lilu nnifsu għall-istudju tal-pjanti.", "Dan is-suġġett huwa magħruf bħala Xjenza Ortikulturali.", "Huwa studja barra l-pajjiż prinċipalment fl-Ingilterra l-Italja u l-Amerika.", "Fl-Ingilterra studja l-ortikultura kummerċjali.", "Dan huwa t-tkabbir ta' pjanti, ħxejjex, frott u fjuri li huma maħsuba għall-bejgħ.", "Beda diversi industriji ġodda relatati f'Malta u b'mod partikolari ħsad protett li jfisser it-tkabbir ta' frott u ħaxix tal-ħaxix fis-serer taħt kundizzjonijiet ikkontrollati.", "Wara li qatta' ftit snin fl-Amerika u l-Italja jistudja ortikultura ornamentali li kienet tinkludi pajsaġġ b'arbuxxelli, siġar u fjuri f'ġonna pubbliċi, ġonna privati u żoni pubbliċi.", "Wara 20 sena ta' servizz lill-gvern iddeċieda li jmur għar-rasu u jintroduċi ċentri tal-ġnien li għenu biex jinħoloq negozju tal-ġardinaġġ u tal-pajsaġġ li ma kienx jeżisti f'Malta.", "Bil-45 sena tiegħi ta' programmi kontinwi tat-televiżjoni huwa eduka lill-pubbliku Malti fl-imħabba għall-pjanti u l-fjuri u l-manutenzjoni tal-ġonna tagħhom.", "Bħala l-kap tal-konsorzju ELC huwa iddedika l-aħħar 20 sena għat-tisbiħ ta' Malta u Għawdex b'suċċess kbir.", "Peter għadu kif jippubblika ktieb bl-isem ta' \"Xi Ħadd Hemm Fuq Iħobbni\".", "Dan il-ktieb jittratta l-battalja ta' 24 sena tiegħu ma' kanċer fatali, Non Hodgkins Lymphoma, li għalih ma kien hemm l-ebda kura u għal erba' darbiet matul dan il-perjodu waqt li kien qed jingħata trattament fir-Renju Unit intbagħat id-dar sabiex imut mal-familja tiegħu.", "\"Bil-fidi u l-kuraġġ irnexxieli nsib is-saħħa biex niġġieled kontra dan il-kanċer u sal-lum salvajt, bla ma naf meta se jerġa' jolqot kif għamel f'okkażjonijiet preċedenti.", "Il-ktieb huwa maħsub biex jittrażmetti l-formula tiegħi ta' sopravivenza lill-pazjenti oħra bil-kanċer b'tama li jirnexxilhom jadottaw approċċ pożittiv għall-marda tagħhom u jemmnu wkoll fl-imħabba kbira li Alla għandu għalina lkoll.\" jgħidilna Peter.", "Qabel dan il-ktieb huwa kiteb tliet kotba oħra u ipproduċa sitt CDs fl-aħħar ħames snin.", "Bħal dawn kollha l-qligħ minn dan il-ktieb imur għall-karità.", "Din id-darba Peter għażel The Hospice Malta minħabba x-xogħol sterlina li tagħmel din l-organizzazzjoni lejn pazjenti bil-kanċer u l-familji tagħhom.", "Il-ktieb huwa maħsub ukoll bħala għodda f'idejn dawk kollha konnessi mal-Onkoloġija biex jintuża bħala element ta' appoġġ mentali waqt it-trattament ta' mard bħal dan.", "\"Il-messaġġ li nixtieq nagħti b'dan il-ktieb huwa li għandna nkunu grati għal dak li l-mediċina u t-trattamenti moderni jistgħu jagħmlu biex ifejqu l-kanċer iżda l-kuraġġ u l-fidi flimkien ma' attitudni pożittiva jistgħu jkunu nofs il-kura.", "L-istorja tiegħi hija l-prova ta' dan u l-irkupru tiegħi mhu xejn inqas minn mirakoluż.\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/15/nixtieq-li-kull-min-jisma-l-muzika-tieghi-jhossu-li-mhuwiex-wahdu-fiona-cauchi/", "date": "15/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Fiona Cauchi Fiona, magħrufa l-aktar bħala kantanta u kitarrista.", "Minn fejn nibtet il-passjoni tiegħek għall-mużika?", "U kif bdiet il-karriera tiegħek?", "Il-passjoni tiegħi għall-mużika minn dejjem kienet hemm.", "Minn dejjem inkanta, minn mindu tlaqt ilsieni, jiġifieri ta' ftit xhur.", "Dak iż-żmien, il-ġugarell tiegħi kien it-tape recorder.", "Inkanta u noqgħod nisma' lili nnifsi.", "Dik it-tip ta' teknoloġija kienet taffaxxinani.", "Ejja ngħidu li l-karriera bdiet minn hemm imma sewwa sewwa ħriġt fil-pubbliku fl-ewwel kunċert tiegħi f'April tal-1997 meta kelli 19-il sena.", "U għalija dak kien l-isbaħ kunċert ta' ħajti!!", "Kif sirt familjari mal-ġeneru ta' mużika li tkanta llum il-ġurnata?", "Il-fatt li ndoqq il-kitarra iddettali ħafna mill-ġbdiet mużikali tiegħi.", "Mingħajr ma naf, sibt ruħi attirata lejn dan l-istil.", "Però fil-verità , jien jogħġbuni ħafna stili ta' mużika, b'referenza għall-jazz u aktar il-blues.", "Infatti, kelli opportunità li nkanta ma' Rockabilly band, fejn l-istil iqarreb għal dak ta' Johnny Cash, li għalija huwa mużiċist kbir ħafna.", "X'jispirak l-aktar biex tikteb?", "Jiddependi minn ħafna affarijiet.", "Il-burdata kif ukoll il-melodija tad-diska.", "Jien nippreferi jiktbuli melodija u nżejjen il-kliem jien, għax inħoss li l-mużika li nista' nikteb bil-qalb tinsab fil-ħoss tal-lirika.", "Liema kanzunetti milli ktibt s'issa huma l-aktar għal qalbek?", "U għaliex?", "\"Sun and Rain\"……hija t-tieni diska li għaliha ktibt il-lirika u nħobbha ghax hi reali u tittratta dwar relazzjoni li spiċċat u li fiha hemm karba ta' qalb muġugħa li qed tittama li xi darba terġa' ssib l-imħabba.", "Ħafna mit-tbatijiet ta' telfa huma meta jmutlek xi ħadd li tkun tħobb imma dritt wara dik hi li tispiċċa relazzjoni li tkun ħafna għal qalbek.", "U din tittratta eżatt dwar dan.", "Kitba ta' Fiona Cauchi, mużika ta' Rene Mamo", "Hemm xi strument ieħor li tixtieq titgħallem iddoqq?", "Għalija huwa estensjoni tal-vuċi.", "U li bih nista' nimraħ fejn bil-vuċi ma nasalx.", "X'impatt tixtieq tħalli bil-mużika tiegħek?", "Jien nixtieq li kull min jisma' l-mużika tiegħi jħoss li mhuwiex waħdu li jħoss dan kollu.", "Bħal pereżempju jekk il-kanzunetta tkun tittratta dwar xi ħadd li bata imma rnexxielu jqum fuq saqajh, nixtieq li jekk ikun hemm xi ħadd għaddej minn xi għawġ, jisma' d-diska u l-kliem tiegħi u jagħmel il-qalb.", "Ksibt suċċess ukoll bħala attriċi.", "Tixtieq li tkompli tevolvi f'dan il-qasam?", "Il-qasam tad-drama lili jogħġobni ħafna u, ngħidlek il-verità kollha, kienet ħolma qabel ma kien il-kant peress li kellna drama team l-iskola.", "Nixtieq inkompli f'dan il-qasam għax inħoss li għandi ħafna x'nista' noffri.", "Min hi eżattament Fiona?", "Jiena persuna kwieta u nħobb il-kwiet.", "Daqskemm nobgħod indejjaq lil ħaddieħor nobgħod li jdejjaqni ħaddieħor.", "Ma nkobbhomx l-argumenti għax joħolqu ħafna tensjoni.", "Qalbi żgħira ħafna u nibki malajr.", "Inħobb ngħin lil min ikun f'diffikultà, u din tal-aħħar spiss iddaħħalni fl-inkwiet għax ikun hemm min jinterpretaha kif ifettillu.", "M'hemmx x'tagħmel.", "Jien hekk magħmula.", "Liema tqis li kienu l-akbar kisbiet tiegħek s'issa?", "Fl-2010 kelli l-opportunità li nagħmel dwett ma' David Knopfler, kantant internazzjonali u co-founder tad-Dire Straits u mingħandu tgħallimt ħafna fejn tidħol il-ħajja tal-artist.", "Fl-2018 kelli l-opportunità, flimkien mal-kitarrista bravu Jeremy Micallef, indoqq f'Teatru Unplugged ġewwa t-Teatru Manoel.", "Peress li l-istil tiegħi jissejjaħ Unplugged, għalija kont fis-seba' sema għax kien kunċert li xtaqt ħafna nieħu sehem fih.", "Jien dejjem xtaqt ikolli involviment mużikali fil-kamp klassiku u għalkemm m'inhix imħarrġa fil-klassiku, fl-2018 ġietni l-opportunità, flimkien mal-arpista brava Dr Lydia Buttigieg, li ngħaqdu duo bl-isem ta' Classique meets Pop, fejn inżewġu l-elementi klassiċi ma' dawk pop bi stil partikolari.", "U tant hu partikolari li trid tisimgħu biex tifhem eżattament x'irrid infisser!", "Insomma, xi ħaġa kreattiva li skoprejt li nistgħu nimirħu sew fiha.", "Għal min għandu kurżità jista' jfittex CLASSIQUE MEETS POP DUO fuq YouTube; għandna diversi clips li wieħed jista' jisma'.", "Għalkemm semmejt dawn it-tliet opportunitajiet, jien inqis li kull opportunità li ndoqq hija kisba kbira għax dik tfisser li xi ħadd japprezza dak li nagħmel.", "Xi ħaġa li ssewwidli qalbi; bħalissa minħabba l-COVID sparixxiet minn ħajti.", "Ritratt meħud minn Therese Debono", "L-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek s'issa..", "L-isbaħ mumenti ta' ħajti huma kuljum meta nirrealizza li għandi lil min iħobbni, post fejn ngħix, ikel x'niekol, ħbieb ġenwini u xogħol għal qalbi.", "Ma nafx nistax qatt inkun aktar iffurtunata minn hekk.", "L-agħar mumenti ta' ħajti huma dawk meta ndunajt li kien hemm min irid jieħu vantaġġ minn fuqi u drabi oħra meta tlift għeżież minn ħajti.", "Imma bħalma ngħidu bl-Ingliż, \"life goes on\".", "L-aktar mument imbarazzanti li kellek…", "Kont imsiefra, nirrappreżenta lil Malta fil-Bulgarija u konna għamilna ħbieb mar-rappreżentanti ta' pajjiżi oħrajn.", "Wieħed minnhom li kien fit-tim tal-Portugall, (u ma kienx jifhem kelma bl-Ingliż!) fettillu jiġi warajja u jmissli l-handbag waqt li konna mexjin fil-pjazza prinċipali ta' Varna.", "Jien ħsibtu pick pocket u m'għandniex xi ngħidu, bellajtlu xebgħa tajba, tant li kellhom iwaqqfuni.", "Peress li ma kienx jaf jitkellem bl-Ingliż ma setax jgħidli biex iġibni konxja u jien bid-dagħdiha li kelli għamejt.", "Naturalment, meta ndunajt bl-iżball tgħidx kemm stħajt u domt nitolbu skuża!!", "Xi jferħek u xi jbeżżgħak l-aktar?", "Nifraħ nara lil min jieħu gost, speċjalment it-tfal, u nibża' li nitlef lill-għeżież tiegħi u nispiċċa waħdi.", "L-aktar persuni li tammira jew li jisipirawk.. u għaliex?", "Nies sempliċi li jgħinu lil ħaddieħor mingħajr daqq ta' trombi.", "Dawk in-nies li huma umli u li dejjem lesti jagħtu qalbhom.", "Dawk li dejjem lesti jxerrdu l-ferħ.", "Dawk li ma jħossuhomx il-fuq mill-oħrajn.", "Dawk in-nies li jifirħu jaraw lil ħaddieħor kuntent.", "Xi jfisser il-partner tiegħek Malcolm għalik u x'differenza jagħmel f'ħajtek?", "Malcolm, jew aħjar Micio, kif inħobb ngħajjatlu (u kif kulħadd spiċċa jgħajjatlu!!) huwa tassew ir-rigal tiegħi mingħand il-Bambin.", "M'għandix kliem biex nispjega, imma jkolli nammetti li ħajti saret sabiħa minn mindu daħal fiha hu.", "Qalbi sabet is-serħan minn mindu sirt nafu…..jekk inżid aktar kliem ma' dan li diġà għidt inkun qed nirrepeti…….nispera li spjegajt ruħi sew!", "Liema kwistjonijiet int l-aktar sensittiva dwarhom?", "U għaliex?", "L-inġustizzji fil-ħajja lili jdejquni.", "U jistgħu jkunu kullimkien.", "Ma niflaħx nara t-tbatija; u din issibha kullimkien, kultant fl-inqas postijiet li tistenniha.", "Kull fejn kont u rajtha, ma flaħthiex u waqaftilha.", "Il-Milied, xi jfisser għalik?", "Il-Milied għalija huwa żmien speċjali li ngħozz tul ħajti kollha.", "Aħna trabbejna ngħozzuh il-Milied minħabba t-twemmin tagħna u minħabba li dejjem konna midħla tal-mużika, konna nkantaw fil-quddies ta' nofsilejl.", "Nammetti li meta konna żgħar kienu jagħmluhulna maġiku, għax l-iskola kien ikollna ħafna parties u rigali u niltaqgħu ma' tal-familja u nilbsu ħwejjeġ ġodda.", "Hemm xi ħaġa li tixtieq tagħmel u li s'issa qatt ma kellek l-opportunità li tagħmilha?", "Nixtieq li jkolli aktar ħin liberu.", "Aktar mixi fil-kampanja u ħin naqra l-kotba u forsi wkoll nintefa nikteb.", "Aktar ħin napprezza n-natura u l-kwiet.", "U aktar ħin ma' Malcolm.", "X'messaġġ tgħaddi lis-segwaċi u l-qarrejja ta' skoperta.net ?", "Il-ħajja hija prezzjuża.", "Ejjew ingawduha u nħallu lil min.", "Jekk hemm xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna, ejjew ngħinuh.", "Naturalment, ma nkunux tapiti tan-nies, imma tajjeb li nippruvaw nagħmlu l-ħajja ta' ħaddieħor isbaħ minn kif kienet qabel ma ltaqa' magħna.", "M'hemmx għalfejn affarijiet tad-dinja l-oħra; kultant anke sempliċi tbissima u daqqa t'id taf tfisser ħafna għal dak li jkun.", "Ma nippruvawx inbiddlu d-dinja imma nippruvaw intejbu lilna nfusna l-ewwel.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/23/kif-zejnu-s-sigra-tal-milied-uhud-mill-personalitajiet/", "date": "23/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Is-siġra tal-Milied hija parti mit-tiżjin tradizzjonali tista' tgħid kważi kullimkien.", "Għamilna kuntatt ma' personalitajiet li ċertament huma popolari magħkom is-segwaċi u l-qarrejja ta' skoperta.net u rnexxilna niskopru kif iżejnu s-siġra tal-Milied tagħhom.", "Staqsejnihom ukoll xi jfisser għalihom żmien il-Milied.", "Patrick Tanti: Din is-sena nemmen li l-Milied se jkun iktar awtentiku, fejn wara dak kollu li għaddejna minnu nistgħu napprezzaw aktar il-valur tas-semplicità u l-għożża ta' dawk li nħobbu u li jkunu dejjem hemm għalina.", "Keith Demicoli: L-2020 għallmitna ħafna affarijiet fosthom kemm il-familja u n-nies l-aktar għeżież u qrib tagħna huma tassew importanti f'ħajjitna.", "Il-Milied u l-familja jmorru id f'id.", "Din is-sena se tkun diffiċli ħafna li ma nkunux kollha flimkien bħala familja.", "Minkejja dan, konvint kemm il-pandemija kienet opportunità biex nagħrfu tassew x'inhu importanti f'ħajjitna u nibdew nagħtu importanza akbar lill-familja.", "Il-Milied 2020 se nużah biex lil dawn l-għeżież niktibilhom kelmtejn biex nurihom kemm napprezza li huma parti minn ħajti u qed jinfluwenzawha b'mod daqstant pożittiv.", "Angie Laus: Il-Milied għalija jfisser familja, u fejn imqar għal ġurnata nkunu kollha f'daqqa.", "Din is-sena ftit differenti imma jekk Alla jrid inpattu bil-kbir is-sena d-dieħla.", "Vince Micallef Pule: Għalija l-Milied ifisser Familja u Solidarjetà mal-batut u min hu inqas ixxurtjat minna.", "Richard Micallef: Dan iż-żmien għalija jfisser għaqda u opportunità biex tapprezza u tgawdi l-preżenza u l-valur tal-familja.", "Cassandra Spiteri: Il-Milied għalija huwa żmien li apparti li tingħaqad iktar mal-familja tiegħek, tingħaqad ukoll man-nies li huma speċjali għalik u li ilek ma tara.", "Huwa żmien ukoll fejn jien niġġennen biex narma d-dar mill-ewwel ta' Novembru, bis-siġra u l-fairy lights, kif ukoll meta nara l-armar ta' barra.", "Iqajjimli aspett hieni ħafna!", "Dicembru huwa wkoll mument fejn nirrifletti dak li esperjenzajt matul is-sena kollha, kemm in-negattiv u kif ukoll l-pożittiv, biex kemm jista' jkun nitgħallem minn dak li għamilt u nkompli nkun iktar ambizzjuża bil-miri li jkolli ippjanati għas-sena l-ġdida.", "J'Anvil: Il-festa tal-Milied, aħna bħala familja niċċelebrawha dejjem flimkien.", "U wkoll bħala familja li nħaddnu r-reliġjon tagħna, niċċelebraw il-Milied sabiex niftakru fil-ġrajja tat-twelid tal-iben t'Alla li sar bniedem u bata għalina.", "Din is-sena se nħossu n-nuqqas tal-atmosfera tal-quddies ta' nofsilejl.", "Min-naħa l-oħra, normalment bħala kantanti f'dawn iż-żminijiet inkunu impenjati ħafna bix-xogħol u allura minħabba ċ-ċirkostanzi li qiegħdin fihom se jkollna aktar ħin biex ingawdu lil xulxin.", "Għall-anqas għandna xi ħaġa pożittiva!", "Ryan u Josmar: Il-Milied għalina jfisser għaqda u paċi fil-qalb.", "Itfa' ritratt tas-siġra tal-Milied tiegħek fil-kummenti hawn taħt 👇 u għidilna xi jfisser għalik il-Milied 🗣💬"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/29/it-tifla-li-wellidt-mietet-u-llum-ghandi-tifel-iehor-ruth-micallef/", "date": "29/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Ruth Micallef Ruth, illum int omm ta' żewġ subien iżda snin ilu s-sitwazzjoni kienet differenti.", "Ħudna lura mit-twelid tal-ewwel wild tiegħek sa dak il-mument li sirt taf li dak l-istess wild ma kienx proprju dak li kien jidher fl-apparenza.", "Mela, jien kelli tarbija tifla, u bħal kull omm ta' tifla, rabbejtha ta' li kont naħseb li kienet!", "Tajtha isem ta' tifla, kont inlibbisha ħwejjeġ ta' tifla eċċetra.", "Tal-età tal-iskola kienet telgħet fi skola tal- knisja tal-bniet.", "Fl-età ta' 7 snin kienet inbidlet ħafna, kienet dejjem tkun bin nervi, dwejjaq, ma trid tkellem lil ħadd, dejjem tibki mix-xejn.", "Meta għalqet 8 snin, kelli lil ħuha u iktar u iktar ingħalqet fiha innifisha, infatti il -membri tal-familja kollha kienu jgħidulna li għax kellna lil ħuha, u mhux qed nagħtuha attenzjoni biżżejjed eċċ..", "Imbagħad mill-età ta' 10 snin 'il quddiem, għaddejt minn fażi li bdejt nissuspetta li se tkun gay, għax kienet turi ċerta rabja meta nsemmilha xi tifel gustuż, jew forsi nkun irrid neħodha biex taqta' xagħarha.", "Kienet taqa' fi dwejjaq kbar meta kont noqgħod nistaqsiha biex tħallini nagħmlilha l-eyebrows jew inqaxxrilha s-suf ta' saqajha, infatti kienet tinqafel fil-kamra u tgħidx kemm tibki!", "Ta' 11-il sena kienet staqsietni biex neħodha għand psikologu għax kienet qed tħoss li ma tistax tissoċjalizza sew man-nies u bdiet tħossha stramba ħafna!", "Ovvjament kont ħadtha u kienet tmur għal sessjoni ma' din il-psikologa darba fil-ġimgħa.", "Sadanittant, il-psikologa kienet qaltilha biex tibda tipprova tagħti xi ħjiel ħafif 'l hemm u 'l hawn dwar dak li kienet qed tħoss, u f'dak iż-żmien kienet bdiet tikteb ktieb.", "Kien jiġi karnival qatt ma kienet tkun trid kostum ta' xi prinċipessa, kienet titlobni biex tilbes ta' ninja, u kont rajtha ftit stramba, imma mhux se tidħolli ġo moħħi li din it-tifla mhix qed tħossha komda f'ġisimha b'daqshekk!", "Kienet anke xi kultant tilbes xi arloġġ minn ta' missierha, jew xi qmis u affarijiet minn dawn!", "Minkejja dan xorta qisni ma bdejtx ninduna li kienet se tgħidli li hija transesswali, pjuttost kont ikkonvinċejt ruħi iktar li se tiġi fuqi u tgħidli li hija gay biex inkun onesta!", "Ta' 12-il sena, qisu 4 xhur wara li bdiet tmur għand il-psikologa, innutajt li ġurnata minnhom biddlet isimha minn fuq l account ta' instagram u facebook, u għamlithom bl-isem ta' tifel, u fl-istess ħin qaltli li l-ktieb lest u mort nistampahulha biex inkun nista' naqrah!", "Kif qrajt il-ktieb u bdejt nirrealizza li l-inċidenti li ssemmew fih jixbħu wisq dawk il-ħafna episodji li għaddiet minnhom hi, ma stajtx ma nisfurzahiex biex tgħidli x'kien qed jiġri, u kien dakinhar li qaltli kollox.", "Qaltli li kienet ilha ħafna tagħmel riċerka fuq x'qed tħoss, x'jista' jkun, u anki bis-saħħa tal-psikologa skopriet li dak li kienet qed tħoss kien minnu, u li l-ġeneru tagħha ma kienx ta' tifla imma ta' tifel!", "Jiġifieri l-ġisem li twieldet fih li kien ta' tifla ma kienx jaqbel ma' dak li kien qed jaħseb il-moħħ li kien u għadu ta' tifel!", "Kif kien il-proċess biex irnexxilek tadatta għal realtà ġdida?", "X'sibt l-aktar diffiċli?", "U x'kien li ġiegħlek taċċetta u tadatta għal din ir-realtà?", "Il-proċess biex nadatta ma kien faċli xejn, l-iktar ħaġa diffiċli kienet biex neqleb l-isem u nibda ngħajjatlu fil-maskil minflok fil-femminil.", "Il-mument li ġiegħlni nqum fuq saqajja kien l-iktar mument li weġġgħajt b'dak li kelli nisma'.", "Kienet dik id darba meta kont imdejqa għall-aħħar u mort nitkellem mat-terapista tar-rainbow support group, u staqsejtha tipprova tispjegali għalfejn kont qed inħoss dwejjaq kbar bis-sensazzjoni ta' telf, propjament il-weġgħa ta' meta titlef xi ħadd għażiż minħabba mewt.", "Ir-risposta tagħha kienet ċara u tonda, u qaltli li iva sfortunatament il-proċess biex taċċetta din is-sitwazzjoni jrid jgħaddik mill-grieving process u trid taċċetta l-fatt li t-tifla \"mietet\", tipproċessa l-uġigħ sakemm tkun lesta biex taċċetta t-twelid tat-tifel \"il-ġdid\".", "Dak kien żmien iebes immens, imma b'will power kbir għadda wkoll.", "X'tip ta' tibdil kellu jsir f'ħajjitkom?", "Neħħejna r-ritratti kollha li kellhom lit-tifla fihom, ovvjament biddilna l-ħwejjeġ u l-aċċessorji kollha li kienu tat-tifla.", "Eventwalment biddiltlu anka l-kamra tas-sodda għax lanqas ried jibqa' jorqod fl-istess kamra, allura qlibtilhom il-kmamar lilu u lil ħuh.", "Lilek personali, kif affetwatek din is-sitwazzjoni?", "Biddlitlek il-perspettiva ta' kif tħares lejn ċerti aspetti tal-ħajja?", "Jien inħossni li immaturajt ħafna, kbirt emozzjonalment u iva l-ħajja napprezzaha b'mod divers!", "Ċertu materjaliżmu sar idejjaqni iktar, u sirt aktar nagħraf u napprezza emozzjonalment lil ħaddieħor.", "Kif affettwa s-sitwazzjoni l-fatt li minbarra lil Sam għandek tifel ieħor, li filwaqt li kont fil-proċess biex tifhem, taċċetta, u tadatta, kellek tipprova tgħin lilu wkoll jadatta għal din ir-realtà?", "Kien toqol żejjed li dak iż-żmien bdejt inħoss li ma niflaħx għalih onestament!", "Meta kienu ċempluli mill-iskola taż-żgħir biex ikellmuni għax kien beda jaħseb li l-bniet kollha eventwalment se jinqelbu f'irġiel, inkluza jien, ħassejt id-dinja qed taqa' fuqi.", "Kelli nibda nieħu lilu għal xi sessjonijiet ma' psikologa wkoll biex inkun ċerta li mhux se jitgerfex, imma għadda kollox vera malajr!", "Tgħallimt kif għandi nġib ruħi miegħu u li l-verità m'hawnx isbaħ minnha.", "Issibu għajnuna u kooperazzjoni xierqa?", "Għajnuna kbira mmens sibna mill-MGRM, li huma parti mir-rainbow support group.", "Tawna ħafna sessjonijiet fejn kienu jfiehmuna xi jkun qed jiġri, kif nipprosegwu u dak kollu li kellna bżonn.", "Apparti minn hekk sibna għajnuna kbira mill-iskola fejn imur Sam.", "Il-headmistress, li hija soru, ma setgħetx tkun ta' għajnuna iktar!", "Is-sapport li għandu mill-għalliema hija kbira mmens, u lanqas qatt mhu se jkolli biżżejjed kliem ta' ringrazzjament għalihom!", "X'inhi l-aktar ħaġa li ddejqek mir-reazzjoni tan-nies?", "L-aktar ħaġa li tweġġgħak..", "Illum il-ġurnata xejn għax qisek tidra, imma fil-bidu kien ikollok nagħmel sforz kbir noħroġ mid-dar għax ma' kull min tiltaqa' u jarak b'tifel jistaqsik awtomatikament, \" ara mela int għandek tifel ukoll?, u t-tifla ok ?\", u trid toqgħod tispjega kollox!", "Reazzjoni li kienet dejqitni ħafna kienet mingħand tabiba l-isptar, ovvjament kelli noqgħod nispjega għalfejn l-isem jgħajjat tifla, imma qed jaraw tifel quddiemhom.", "Minkejja li spjegajtilha, din it-tabiba kienet baqgħet tinsisti li tirreferi għaliha, u emminni kont ħassejt weġgħa kbira, immaġina Sam x'kellu jħoss hu stess!", "Tħoss li hemm bżonn isir progress fejn tidħol mentalità?", "Iva ħafna.", "Xi tħoss li hemm bżonn isir biex verament jingħata s-sapport meħtieġ u kull persuna tiġi ittrattatha b'mod ugwali?", "Nahseb iktar għarfien, fuq is-suġġett, u min-naħa ta' poplu inġenerali naħseb irridu nsiru inqas interessati fuq l-affarijiet ta' ħaddieħor, bħal ma jgħidu bl-Ingliż, live and let live!, għax b'hekk inħarsu lejn xulxin minn lenti differenti.", "X'kienu l-ħsibijiet tiegħek dwar persuni transesswali qabel, u x'inhuma l-ħsibijiet tiegħek illum?", "Qabel nammetti ma kontx naf ħafna fuq is-suġġett, ma kontx naf li verament xi ħadd jista' jitwieled b'ġisem mod imma l-moħħ ikun mod ieħor.", "Meta kont żgħira jien kien hemm tifel joqgħod ħdejja li kien dejjem jilbes ta' tifla, u ommi kienet tgħidli dak hekk għax missieru xtaq tifla u qed irabbih ta' tifla, allura sfortunatament tlajt qisni b'dik ġo moħħi.", "Kif inhi r-relazzjoni tiegħek ma' Sam illum?", "Inħoss li jien u Sam għandna relazzjoni sabiħa immens, naf li japprezzani ta' kemm għamilt miegħu, u jurini ħafna li jħobbni.", "X'messaġġ tgħaddi lill-ġenituri li qed jaqraw din l-intervista u għaddejjin mill-istess sitwazzjoni tagħkom?", "Partikolarment lil dawk li qed isibuha aktar diffiċli minn oħrajn biex jaċċettaw realtà totalment differenti?", "Xi ħsara tista' ssir jekk wieħed ma jaċċettax din ir-realtà, u kif wieħed għandu jibda l-proċess biex jaċċetta u jadatta?", "Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi hu li vera tinħass qisha d-dinja qed taqa' fuqkom, imma mill-mument li tpoġġi f'moħħok li dan it-tifel / tifla twieled /twieldet bil- moħħ ta' ġeneru u bil-ġisem tal-ġeneru l-oppost forsi jirnexxielek tifhem li din mhijiex xi ħaġa li jixtiequ imma xi ħaġa li qiegħda hemm u qed tweġġa' ħafna lil uliedkom.", "Fuq kollox l-omm tixtieq dejjem il-ġid għat-tfal tagħha.", "Min ikun għaddej minn dan kollu għandu bżonn is-sapport kollu ta' kull min ikun madwaru.", "L-istress li jkollhom biex jippruvaw jaċċettaw dak kollu li qed iħossu huwa kbir, u jista' jwassalhom biex iweġġgħu lilom infushom sew, jew anka jipprovaw jikkommettu suwiċidju.", "Biex tibdew il-proċess l-aħjar li tikkuntattjaw llil-MGRM Malta, u ssibu l-appoġġ kollu li għandkom bżonn.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/29/l-ikbar-xewqa-tieghi-hi-li-xi-darba-nkun-nista-nhossni-komdu-fil-gisem-tieghi-sam/", "date": "29/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Sam Sam huwa proprju t-tifel ta' Ruth Micallef , li ippubblikajna l-intervista tagħha wkoll fuq skoperta.net.", "Sam, xi jfisser li tkun transesswali?", "Li tkun transesswali tfisser li tħossok f'ġeneru differenti mis-sess li tkun assenjat fit-twelid.", "Għidilna ftit dwar l-ewwel mument li tiftakar li bdejt tagħraf is-sesswalità vera tiegħek.", "Kif ħassejtek u x'kien għaddej minn moħħok?", "Kont għaddej minn perjodu veru mudlam ta' ħajti, u bdejt nagħmel riċerka u nesperimenta bl-identità tiegħi.", "Ma ridtx naċċetta lili nnifsi u ma kontx kburi bil-fatt li jiena kelli ġismi differenti minn dak li ridt.", "Sibtha diffiċli biex tifhem u tesprimi dak li kont qed tħoss, miegħek innifsek u eventwalment ma' ta' madwarek?", "Hija vera diffiċli biex tesprimi ruħek meta tkun magħluq ġo fik innifsek u ma tridx taċċetta lilek innifsek, aħseb u ara ma' nies oħrajn.", "Kemm huwa importanti s-sapport ta' dawk ta' madwarek?", "Xi jfisser il-fatt li jkollok min jappoġġjak f'dak li wara kollox huwa naturali għalik?", "Is-sapport tal-oħrajn jgħin ħafna għaliex meta tkun qed tagħti sapport tkun qed tivvalida lill-persuna u forsi tagħmilha daqsxejn ferħana.", "Is-sapport jgħin iktar milli wieħed jaħseb.", "Tista' tkun qed tixegħel dawl għal persuna.", "Xi ħsara tista' ssir jekk wieħed ma jiġix mifhum u aċċettat kif inhu xieraq?", "Jekk xi ħadd ma jistax jiġi mifhum jew in nies ma jridux jaċċettaw, jista' jagħmel f'qalbu u hemm ċans li jweġġa' lilu nnifsu.", "Jekk qatt m'int ħa taċċetta lil min tħobb, kif inhu, mela qed tagħmlilhom il-ħsara.", "Aħsbu kif iħossuhom meta ma taċċettawhomx.", "Tħoss li l-fatt li ħriġt fil-beraħ ġabek aktar qrib ma' dawk ta' madwarek?", "Iva, inħossni iktar miftuħ u rnexxili niġi iktar viċin in-nies maħbubin tiegħi.", "Ġieli ġejt ittrattat b'mod mhux daqstant tajjeb minħabba s-sesswalità tiegħek?", "Kien ikolli kummenti fuq kif jien stramb u kif għandi sess differenti minn kif nidher u l-ġeneru li nirrapreżenta.", "Mill-esperjenza tiegħek mal-kumplament tas-soċjetà, fejn tħoss li hemm bżonn isir progress?", "U xi tħoss li hemm bżonn isir?", "Jien inħoss li għandu jkun hemm aktar edukazzjoni fost l-istudenti u jrid ikun hemm iktar spjegazzjoni fuq għalfejn in-nies iħossuhom hekk, u li mhijiex għażla imma xi ħaġa li tiġri bioloġikament.", "X'inhi l-akbar xewqa tiegħek?", "L-ikbar xewqa tiegħi hi li xi darba nkun nista' nħossni komdu fil-ġisem tiegħi, u li nies bħali jkunu aċċettati minn ta' madwarhom.", "Żgur li fost dawk li qed jaqraw din l-intervista hemm persuni li qed jgħixu din l-istess realtà, uħud li forsi għadhom qed jibżgħu joħorġu fil-beraħ.", "Hemm ukoll ġenituri jew persuni oħrajn qrib tagħhom li forsi għadhom qed isibuha diffiċli li jaċċettaw din ir-realtà.", "X'messaġġ tgħaddi, kemm lill-persuni li għaddejjin minnha kif ukoll lil dawk qrib tagħhom?", "Lill-persuni li għaddejin minnha, nixtieq ngħidilhom li fl-aħħar is sitwazzjoni titjieb.", "Naf li diffiċli u li s-sitwazzjoni tweġġa' ħafna iktar milli nies oħra jistgħu jifhmu, imma sibu lil xi ħadd li jista' jismagħkom u jgħinkom.", "Sibu sapport sakemm is-sitwazzjoni tagħkom titjieb.", "Intom nies bħall-oħrajn, u m'intomx inqas minn nies ċisġeneru.", "Lil dawk ta' madwar il-persuni li għaddejjin minnha, ngħidilhom li naf li dan jista' ikun żmien diffiċli għalikom ukoll.", "Imma fl-aħħar tridu tifhmu li dan hu kif verament iħossuhom il-maħbubin tagħkom.", "Ħudu l-ħin tagħkom biex taċċettaw u tifhmu l-bidla li seħħet, fittxu l-għajnuna jekk hemm bżonn, imma fl-aħħar mill-aħħar tridu taċċettaw is-sitwazzjoni kif inhi, għax hekk turu li verament tħobbuhom.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/05/kemm-hu-sabih-li-ngawdu-l-mument-u-naghtu-iktar-importanza-lill-valuri-li-ma-jiswewx-flus-gabriella-parsons/", "date": "05/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Gabriella Parsons Gabriella, minn Diċembru li għadda, kull nhar ta' Tlieta fuq TVM fis-6.45pm beda jixxandar programm ġdid ieħor, Il-Barokk.", "Għidilna ftit dwaru.", "Kif ġiet l-idea għalih?", "U x'impenn jirrikjedi programm bħal dan?", "Minn dejjem kont inħobb l-istorja u l-perjodu tal-Barokk bl-istejjer tal-familji rjali, bil-palazzi, bl-arti, bl-iskultura, bl-arkitettura, bil-mużika u bl-ispettakkli kollha tiegħu minn dejjem affaxxinani.", "Fil-fatt ili ħafna noħlom li xi darba naghmel programm dwar dan is-suġġett u fl-aħħar din il-ħolma saret realtà.", "Ovvjament programm bħal dan jirrikjedi ħafna xogħol ta' tħejjija.", "Fis-sena li għadha kemm għaddiet kellek l-opportunità li tipproduċi u tippreżenta żewġ programmi oħrajn bl-isem ta' Storja Teatru u Tgħid X'inhu.", "Kif nibtet l-idea għal dawn il-programmi?", "Sodisfatta bir-rispons li kellek ?", "L-istorja u t-teatru huma żewġ passjonijiet tiegħi u minn dejjem kont noħlom li ntella' produzzjoni televiżiva fuq dawn it-temi.", "Fis-sena li għaddiet kont iffortunata biżżejjed li ġietni l-opportunità li nkun nista' naħdem fuq din il-ħolma u naraha ssir realtà.", "Ninsab sodisfatta ħafna bir-rispons għaliex diversi spettatturi qaluli li huma żewġ programmi interessanti u kienu ħafna dawk id-diretturi u atturi li rringrazzjawni talli qed nagħti ġieħ lix-xogħol tant siewi li sar fil-qasam tat-teatru f'Malta.", "Kienet l-ewwel darba tiegħek li ipproduċejt u ippreżentajt fl-istess programmi?", "X'inhuma l-isfidi li jkollok żewġ irwoli daqstant impenjattivi fl-istess produzzjoni?", "Le mhijiex l-ewwel darba.", "Fl-2010 kont għint lil preżentatriċi Lorna Fiorini fil-produzzjoni tal-programm edukattiv 7 Kuluri u li fih kont nanima poeżiji li f'dak iż-żmien kienu inklużi fis-sillabu tas-SEC tal-Malti.", "Imbagħad fl-2017, bl-għajnuna tal-għalliema tal-proġett YRE, Young Reporters for the Environment kont nipproduċi u nippreżenta l-programm għaż-żgħażagħ, Ekoteenz.", "Fi StorjaTeatru u Tgħid x'inhu ? ix-xogħol ta' produzzjoni u preżentazzjoni huwa kollu f'idi.", "Dan ix-xogħol qed offrieli sfida impenjattiva ħafna għax ridt nippjana u naħseb għal ħafna affarijiet fl-istess ħin u sfortunatament il-ħin huwa dejjem limitat peròhija sfida interessantissima li tatni sodisfazzjon kbir.", "Taħseb li t-teatru Malti huwa apprezzat biżżejjed minna stess?", "Naħseb li dawn l-aħħar ftit snin l-interess fit-teatru kiber għaliex kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità ta' produzzjonijiet li qed jittellgħu żdiedet ħafna u nemmen li dan kollu qed jiġbed iktar u iktar nies lejn it-teatri varji li għandna f'Malta u Għawdex.", "Ovvjament, dejjem għad hemm xi jsir biex kemm jista' jkun jintlaħqu iktar nies li normalment ma jattendux teatru imma nemmen li sar ħafna xogħol siewi fuq dan l-aspett.", "Karattru li żgur seraq ħafna qlub kien il-karattru ta' Liberat, li interpretajt fis-sensiela L-Għarusa.", "Kif kienet l-esperjenza tiegħek b'dan il-karattru?", "Lil Liberat ħabbejtha mill-ewwel darba li qrajt l-iskript tal-audition!", "Karattru ħelu wisq li żgur ħa jibqa' f'qalbi!", "Kienet esperjenza sabiħa immens għax ħdimt ma' nies ta' talent kbir, kemm bħala atturi kif ukoll bħala diretturi, crew u awtriċi.", "Inħossni grata immens lejn it-tim kollu ta' Sharp Shoot Media li tawni din l-opportunità u li fdawli l-karattru ta' Liberat għax vera ħadt pjaċir ninterpretah.", "Kien karattru differenti għal kollox minn karattri oħra li interpretajt f'sensiliet oħra għax Liberat kienet mara ta' karattru sempliċi, ġenwin, leali u fl-istess ħin toffri dak in-naqra comic relief li jagħti nifs mit-tensjoni li kienet tkun għaddejja.", "Għalkemm fuq il-palk ġieli interpretajt karattri komiċi, fuq it-televiżjoni din kienet l-ewwel darba li kelli battuti ħelwin, li jnisslu tbissima u li ħadt gost ħafna ninterpretahom.", "Tiftakar xi mument ħelu li kellek bir-rispons tan-nies dwar dan il-karattru?", "In-nies ħabbewha ħafna lil Liberat u kien ikun hemm ħafna li jwaqqfuni fit-triq jew f'xi ħanut jew anka l-iskola fejn naħdem u jaqbdu miegħi dwar Domenico !", "Dan għaliex kienu jiggustawna kif ma' nifhmu xejn mill-lingwa ta' xulxin imma xorta kien jirnexxilna niftiehmu b'xi mod !", "Apparti hekk, mhux l-ewwel darba li kont inkun qed nitkellem ma' xi ħadd u kien jgħidli 'Agħmililna tal-eee !' għax Liberat kienet tħobb tispiċċa s-sentenza jew il-frażi bil-eee u din intgħoġbot ħafna.", "Għandkom xi ħaġa komuni int u Liberat?", "Naħseb li it-tnejn nafu nsibu l-kuntentizza mill-affarijiet sempliċi.", "Kif bdejt il-karriera tiegħek bħala attriċi?", "Meta kelli 14-il sena kienu ġew ikellmuna xi għalliema tad-Drama Centre l-iskola fejn kont nattendi u niftakar li minn hemm daħħaltha f'moħħi li rrid immur nitgħallem nirreċta u għamilt minn kollox biex nibda mmur għal-lezzjonijiet.", "Minn hemm ma ħaristx lura, kors wara ieħor, eżami wara ieħor, auditions eċċ… Bdejt l-ewwel darba fuq it-televiżjoni bħala extra fuq Simpatiċi, imbagħad tawni karattru ta' pulizijia fl-istess sensiela u mbagħad sena wara oħra dejjem kelli xi parti f'xi drama jew oħra apparti partijiet oħra fuq il-palk li ma naqsux ukoll.", "Wieħed mill-isbaħ mumenti li kellek s'issa matul il-karriera tiegħek..", "Mumenti sbieħ ikun hemm ħafna speċjalment waqt xi rehearsal jew filming m'atturi oħra li jispiċċaw bħala ħbieb.", "Il-kummenti pożittivi minn naħa tal-udjenza jew it-telespettaturi li japprezzaw ix-xogħol li tkun qed tagħmel huwa ta' sodisfazzjoni kbir ukoll.", "Xi praspura li ġratlek minn wara l-kwinti..", "Iktar milli wara l-kwinti, ħa nsemmi storja li ġratli quddiem l-udjenza.", "Darba kont qed nieħu sehem fi produzzjoni teatrali u fix-xena ta' qabli kienu użaw xi ilma u milli jidher waqgħalhom ftit mal-art.", "Meta waslet ix-xena tiegħi, kelli noħroġ niġri, rfist l-ilma u buum… spiċċajt ċatta mal-art!", "Imma niftakar li tant qomt bl-għaġġla u b'xi mod komplejt li ħafna ħasbu li kienet parti mix-xena!", "X'tippreferi l-aktar, teatru jew televiżjoni?", "U għaliex?", "It-tnejn li huma fihom is-sabiħ imma wkoll l-isfidi tagħhom.", "Waqt ir-rehearsals ta' xi play, ikun hemm naqra iktar ħin biex jinbena sens ta' għaqda u ħbiberija bejn l-atturi.", "Apparti minn hekk, peress li dawn ir-rehearsals ikunu ħafna drabi iktar spissi minn filming, ikun hemm iktar ċans li l-karattru isir vera parti minnek.", "Is-sodisfazzjon li udjenza live ittik huwa sabiħ wisq.", "It-televiżjoni naqra iktar relaxed għax jekk tieħu żball, tista' terġa teħodha u wkoll, ir-rispons mit-telespettaturi huwa ikbar għax segwit minn iktar nies.", "Lil hinn mit-teatru u t-televiżjoni min hi Gabriella Parsons?", "X'inhuma l-aktar karatteristiċi li jiddeskrivuk?", "Gabriella Parsons hi persuna pożittiva, kalma u paċenzjuża li tipprova tagħmel mill-aħjar f'dak kollu li tagħmel.", "Jiena nħobb ħafna t-tagħlim, il-qari, l-ivvjaġġar u l-volontarjat ma' persuni fil-bżonn.", "Int ukoll għalliema tal-Franċiż.", "Hemm xi raġuni partikolari li nibbtet l-imħabba tiegħek lejn il-Franċiż?", "Minn dejjem kont inħobb il-lingwi imma meta bdejt nistudja l-Franċiż fl-iskola sekondarja affaxxinajt ruħi bil-ħoss sabiħ ta' din il-lingwa kif ukoll bl-istorja u l-kultura ta' Franza u n-nies tagħha, tant li ridt nibqa' nitgħallimha u ngħallimha ħajti kollha.", "Minkejja li bħalissa tinsab wieqfa mill-iskola Gabriella tgħidilna li l-kollegi tagħha jirrakkontawlha li qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi kbar.", "Dan għaliex minħabba l-pandemija tal-covid 19 it-tagħlim kif nafuh aħna kellu jinbidel totalment.", "\"Mhuwiex faċli tgħallem u ma tistax tersaq viċin l-istudent kemm hemm bżonn speċjalment għal dawk l-istudenti li kellhom jibqgħu d-dar.", "Minkejja dan, l-għalliema tagħna qed jagħmlu ħafna xogħol biex jadattaw mill-aħjar li jistgħu ħalli l-istudenti jirċievu l-aħjar edukazzjoni possibbli u nispera li dan iż-żmien iservi biex ikun hawn iktar apprezzament lejn il-professjoni tal-għalliema.\"", "X'inhu l-aktar importanti għalik fil-ħajja?", "Is-saħħa, l-familja u l-kuntentizza.", "Liema kwistjonijiet int l-aktar sensittiva dwarhom?", "In-nuqqas ta' paċenzja u rispett lejn xulxin..jirribjani l-fatt li ċerti individwi jaħsbu li ħaddieħor ma jiswa għalxejn, li tagħhom kollu tajjeb u li jħossuhom superjuri ħdejn ħaddieħor.", "Gabriella tgħidilna li temmen ħafna fit-talb u tħobb li ta' kuljum tirringrazzja lil Alla u tkun grata tal-affarijiet sbieħ li jiġru f'ħajti…s-saħħa, il-familja, ix-xogħol, il-paċi…temmen li t-talb jgħinha tkun iktar kuntenta u tkun iktar kapaċi taffronta sitwazzjonijiet diffiċli.", "X'messaġġ tixtieq tgħaddi lis-segwaċi u l-qarrejja ta' Skoperta?", "Kemm hu sabiħ li ngħixu ġurnata b'ġurnata, ingawdu l-mument u nagħtu iktar importanza lill-valuri li ma jiswewx flus; l-imħabba, r-rispett u t-tolleranza.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/07/ic-cavetta-ghall-bidla-li-hemm-bzonn-amy-camilleri-zahra/", "date": "07/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Amy Camilleri Zahra Amy Camilleri Zahra hi omm ta' tifel ta' sentejn u miżżewġa lil Mark Anthony.", "Taħdem bħala Assistent Lettur l-Università ta' Malta u hija studenta tal-PhD.", "Amy ilha attivista fil-qasam tad-drittijiet għal persuni b'diżabilità u drittijiet tan-nisa għal dawn l-aħħar 12-il sena.", "Hija wkoll attiva f'numru t'organizzazzjonijiet.", "Amy tħobb taqra u ssiefer.", "Amy se tkun ukoll qed tikkontribwixxi fuq skoperta.net .", "X'ġiegħlek tagħżel il-professjoni tiegħek?", "Kien traġitt twil bi ftit dawrien biex wasalt fejn qegħda llum.", "Minn dejjem kont inħobb l-iskola u l-istudju u wara sixth form bdejt il-kors ta' l-Inġinerija Mekkanika fl-Università ta' Malta.", "Iżda waqt li kont studenta ta' l-Inġinerija mradt bil-meningite.", "Wara żmien twil ta rijabilitazzjoni erġajt mort lura l-Università u komplejt il-kors iżda wara ċertu żmien ħassejt li nixtieq inbiddel il-karriera u bdejt inħoss li xtaqt iktar naħdem man-nies.", "Għalhekk wara ħafna ħsieb iddeċidejt li nieqaf mil-kors tal-Inġinerija u bdejt il-kors tal-Psikoloġija.", "Lestejt il-kors u gradwajt b'First Class degree u bdejt naħdem fil-qasam tas-settur tad-diżabilità.", "Ħassejt li stajt nagħti kontribut siewi lil dan is-settur kemm bl-għarfien li kont ksibt u anke minħabba l-esperjenza tiegħi personali.", "Eventwalment komplejt bl-istudji tiegħi f'livell ta' Masters u wara anke bdejt il-PhD.", "Minn hemmhekk xtaqt li nibda naqsam l-għarfien tiegħi mal-istudenti u bdejt naħdem bħala Assistant Lecturer l-Università ta' Malta.", "Barra l-qsim ta' għarfien mal-istudenti, jogħġobni ħafna l-element ta' riċerka.", "Nieħu gost ħafna u jagħtini sodisfazzjoni kbir meta nkun qegħda nagħmel ir-riċerka.", "Nemmen li permezz tar-riċerka nistgħu nġibu bidla tanġibli fil-ħajja tal-individwi.", "Jekk noffru servizzi ibbazati fuq riċerka jew iġibu bidla fil-policies mela hemmhekk inkunu qegħdin verament nilħqu l-għan tar-riċerka.", "X'inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek?", "Bħalissa li nlesti l-PhD.", "Però għandi aspirazzjonijiet oħra ovvjament, bħal li nkompli nippubblika r-riċerka tiegħi f'peer reviewed journals.", "Liema kwistjonijiet tħoss li l-aktar hemm bżonn li nqajmu kuxjenza dwarhom?", "Nemmen li l-għarfien huwa importanti ħafna.", "L-għarfien jgħinek tifhem iktar, jgħinek tempatizza iktar u jgħinek iġġib bidliet f'ħajtek u f'ħajjet ħaddieħor.", "Il-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi nemmen li tibqa' importanti.", "Għalkemm għamilna avvanzi kbar, xi kultant inħoss li xort għad hawn element ta' patrijarkiżmu.", "Il-vjolenza domestika fuq in-nisa hija effett ta' dan u allura nemmen li għad għandna bżonn nibqgħu nitkellmu fuq dan is-suġġett, iktar u iktar meta din tolqot gruppi ta' nisa li huma f'minorità bħan-nisa b'diżabilità.", "Suġġett ieħor li għandna nkomplu nitkellmu fuqu huwa s-saħħa mentali.", "Inħoss li xorta għad hawn stigma kbira mdawwra madwar dan is-suġġett.", "U ovvjament bħala mara b'diżabilità, inħoss li għad għandna nkomplu nitkellmu dwar l-aċċessibilità għal kulħadd u kif il-persuni b'diżabilità huma wkoll konsumaturi u għalhekk għandhom ikollhom aċċess ugwali daqs ħaddieħor.", "X'tixtieq li twassal permezz tal-kontribuzzjoni tiegħek fuq skoperta.net?", "L-għan tal-kontribuzzjonijiet tiegħi huwa li effettivament nqajjem kuxjenza dwar dak li semmejt hawn fuq biex inkomplu noħolqu għarfien dwar suġġetti li forsi jkunu 'l bogħod mir-realtà li wieħed ikun qed jgħix fiha.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/12/kelmtejn-mal-koppja-clive-u-claire-piscopo-ftit-gimghat-wara-z-zwieg-taghhom/", "date": "12/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Clive u Claire Piscopo Għaddew biss ftit ġimgħat mill-ġurnata taż-żwieġ tagħkom.", "Kif qed tħossukom?", "CLAIRE : Jien personalment qed inħossni relieved li għadda kollox b'wiċċ il-ġid.", "Is-sitwazzjoni tal-Covid m'għamlithiex faċli, anzi żiedet l-istress.", "Però inħossni ferħana li rnexxa kollox u li rnexxilna nidħlu għas-sagrament taż-żwieġ kif xtaqna.", "CLIVE : Tajjeb ħafna!", "Naħseb kull tieġ iġib miegħu ħafna stress imma, kif tistgħu timmaġinaw, il-pandemija ikkumplikatilna l-affarijiet u l-loġistika mhux ħażin.", "L-ikbar biża' tagħna kienet li xi ħadd minna jew mill-familja jew ħbieb jimrad jew jispiċċa kwarantina … allura issa nħossni tajjeb ħafna li għadda kollox b'wiċċ il-ġid.", "Ritratt meħud minn Kitz Klikz", "Qiegħdin ngħixu f'ċirkostanzi partikolari minħabba l-pandemija, kellkom biża' li jkollkom tipposponu?", "Minkejja kollox, kif kienet din il-ġurnata għalikom?", "CLAIRE : Il-biża' dejjem hemm kienet u kien hemm drabi li ippjanajna plan B. Però aħna ma ħallejniex Il-pandemija taqtagħlna qalbna, u kieku ma stajniex nagħmlu t-tieġ minħabba ċ-ċirkostanzi, xorta konna niżżewġu fid-data li kellna f'moħħna, li kienet is-7 ta' Diċembru, għaliex għalkemm it-tieġ huwa xi ħaġa sabiħa ħafna, l-iktar ħaġa importanti għalija u għal Clive kienet ir-relazzjoni tagħna u l-pass li se nagħmlu.", "CLIVE : Il-ġurnata taż-żwieġ se nibqgħu niftakruha għal ħajjitna!", "Qattgħajniha mal-familja u l-ħbieb tagħna l-iktar viċin tagħna.", "U fuq kollox dħakna ħafna u gawdejna kull mument!", "Kif iltqajtu?", "CLIVE: Jien u Claire iltqajna f'kuntest teatrali.", "Imbagħad konna noħorġu fl-istess grupp ta' ħbieb.", "L-ewwel date tagħna kien il-film 'A Star is Born'.", "Għad għandi l-biljetti tal-film!", "Imbagħad, kif jgħidu l-Ingliżi, the rest is history 😊", "Xi tpoġġu fiċ-ċentru tar-relazzjoni tagħkom?", "CLIVE : Il-kommunikazzjoni.", "Li npoġġu lil xulxin l-ewwel prijorità.", "Li nisimgħu lil xulxin.", "CLAIRE : Rispett u kommunikazzjoni.", "X'differenza tagħmlu fil-ħajja ta' xulxin?", "CLAIRE : Clive huwa l-blata soda tieghi.", "Miegħu nitkellem, nieħu pariri u nafdah.", "Hu għamel differenza kbira f'ħajti speċjalment meta sirt nafu.", "Dak iż-żmien kont għaddejja minn żmien partikolari u Clive, li huwa persuna caring ħafna, għeni, semagħni u kien hemm għalija.", "CLIVE : Claire kompliet issebbaħ il-ħajja tiegħi.", "Fiha sibt persuna ma' min naqsam ħajti u li nħobb ħafna.", "Il-mumenti ta' bejnietna – sew jekk morna nimxu ximkien għall-kwiet jew jirnexxielna naraw film flimkien jew meta nsajru flimkien – huma mumenti kwieti u sempliċi.", "Imma la nkun qiegħed magħħa, inkun kuntent.", "Ritratt meħud minn Kitz Klikz", "X'jogħġobkom l-aktar f'xulxin?", "CLIVE : Claire hija persuna sensittiva li tħoss ħafna għal ta' madwarha.", "Infatti tinkwieta ħafna għall-ħaddieħor u dejjem tispiċċa toħroġ minn triqitha biex tara lil kulħadd ferħan.", "Qalbha tajba ħafna, ġeneruża, u fuq kollox l-ikbar ħabiba tiegħi.", "Nafdaha b'għajnejja magħluqa, nieħu gost nitkellem magħha.", "Nitkellem fuq kollox miegħu u kapaċi jaqrali x'hemm f'mohhi u f'qalbi mingħajr ma ngħidlu.", "Clive huwa bniedem matur ħafna u responsabbli.", "Huwa l-ikbar ħabib tiegħi u nafdah f'kollox.", "F'argument li jkollu kulħadd, min minnkom iċedi l-ewwel?", "CLAIRE : Ġeneralment Clive.", "Jien neħodhom ftit bi kbar allura jkolli bżonn il-ħin tiegħi.", "Clive jgħaddilu ħafna aktar malajr.", "Ġratilkom xi praspura jew xi ħaġa partikolari waqt il-preparamenti tagħkom għat-tieġ, jew saħansitra f'dik il-ġurnata stess?", "CLIVE : Il-fatt li konna mdawwrin bil-ħbieb u l-familja tfisser li dħakna ħafna.", "Wara t-tieġ, meta erġajna lura d-dar nirrealizza wkoll li l-għeżież sħabi tal-grooms team kienu bidlu l-pożizzjonijiet tal-pasturi li kelli fil-presepju.", "Ngħidlek din biss: pasturi, ngħaġ u pożizzjonijiet xejn xierqa bejn il-pasturi u n-ngħaġ 😊", "CLAIRE : Meta ġejt biex niftaħ ix-xampanja għal tikka ma mlejtx lil kulħadd għax għalkemm ma kontx ixxejkjajtu sploda b'ħafna iktar saħħa milli immaġinajna!", "Kif qattajtu l-ewwel Milied tagħkom bħala koppja miżżewġa?", "CLIVE u CLAIRE : Irrispettajna l-miżuri u segwejna l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.", "Għalhekk iċċelebrajnih mal-familja immedjata tagħna minħabba li niltaqgħu kuljum.", "Kien Milied kwiet ħdejn is-soltu imma ma kienx Milied inqas sabiħ.", "Hemm xi kurżitajiet oħrajn dwarkom li tridu taqsmu magħna?", "CLAIRE : Jien nibża' ħafna ħafna imma ħafna mill-wirdien.", "Inħobb norqod bil-fan, sajf u xitwa allavolja persuna li nħoss ħafna bard 😊", "CLIVE : Inħobb ħafna l-kotba u l-annimali, speċjalment il-klieb.", "Ma nħobbx inqum kmieni u nippreferi nikteb u naħdem fit-tard.", "Ritratt meħud minn Kitz Klikz", "X'inhuma l-pjanijiet tagħkom minn issa 'l quddiem?", "CLIVE u CLAIRE : Li nimxu l-bqija ta' ħajjitna id f'id u pass, pass.", "Forsi tinstema' kemxejn romantika din l-idea imma din is-sentenza nfakkaruha lilna nfusna kuljum.", "Importanti li l-ħajja tgħixha ġurnata b'ġurnata, pass wara l-ieħor.", "U fl-iktar mumenti diffiċli tiftakar li flimkien man-nies li tħobb, il-ħajja hi ħafna isbaħ.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/16/qatt-ma-nghid-xi-haga-li-ma-nemminx-bruhi-u-bgismi-kollu-qatt-peppi-azzopardi/", "date": "16/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Peppi Azzopardi F'Novembru li għadda Peppi rebaħ wieħed mill-aktar unuri prestiġjużi fil- Malta Journalism Awards , dak tal-Gold Award, li kien ippreżentat mill-President Emeritus l-E.T Marie-Louise Coleiro Preca.", "Xarabank, x'kien u għadu jfisser għalik?", "Xarabank illum ifisser Xarabank iktar ħieles, l-aktar mir-regoli ta' bilanċ marid ordnat mill-Awtorità tax Xandir.", "X'taħseb li kienet ir-raġuni li Xarabank baqa' tant popolari u segwit inkluż minn dawk li ma kinux jaqblu mal-mod ta' kif kont tmexxi l-programm?", "Programm li jikkomunika irid iqanqal imħabba minn uħud u stmerija minn oħrajn.", "Sakemm iqanqal emozzjoni jibqa' relevanti u popolari.", "Meta ma jqanqal xejn ikun qed ifalli.", "Xarabank jibqa' jqanqal diskussjoni għax ma jibżax jieħu pożizzjoni speċjalment kontra l-inġustizzji u t-tbatija.", "Xi wħud kienu jsostnu li kellek xi aġenda jew li b'xi mod kont tipprova tinfluwenza d-diskussjoni skont l-opinjoni personali tiegħek.", "Xi twieġeb għal dan?", "Iva kelli u għandi aġenda.", "Xarabank dejjem kien favur iż-żgħir, favur il-minoranzi, favur il-ħaddiema, favur li nkunu membri fl-Unjoni Ewropea, favur id-divorzju, favur iż-żwieġ tal-gays, favur id-drittijiet ta' ħutna l-immigranti, favur id-drittijiet tal-ħabsin u kontra l-qtil ta' trabi f'ġuf ommhom.", "Għaddew xhur minn meta twaqqaf Xarabank.", "Ovvjament wara 25 sena, kien parti kbira minn ħajtek.", "Kif tiddeskrivi ħajtek mingħajr Xarabank?", "Xarabank għadu hawn imma mhux kull ġimgħa.", "Inħossni aktar liberu li nagħmel proġetti oħra fosthom li nikteb it-teleserje politiku bl-isem ta' Kastilja.", "Minkejja li twaqqaf, żammejtu s-suċċess u r-rispons bil-programmi u l-filmati li saru online.", "Hemm ħsieb li jitkompla online?", "Iwa qed isir online imma mhux kull ġimgħa.", "Proġett flimkien ma' Lovin Malta.", "Waħda mill-agħar esperjenzi ta' ħajtek, u waħda mill-isbaħ. ..", "L-agħar esperjenza ta' ħajti meta għal xi żmien jien u marti Mandy konna mifrudin.", "Waħda mill-isbaħ esperjenzi meta Mandy ġiet lura u sal-lum għadna ninħabba qisna qegħdin fil-honeymoon.", "Tisħaq ħafna li wieħed għandu jaħfer lil min jagħmillu d-deni u dan tgħixu int stess fil-prattika, iżda kemm hi faċli li tagħmel dan?", "Kif jirnexxilek taħfer lil min sfaċċatament jipprova jkissrek?", "Diffiċli ħafna biex taħfer u diffiċli aktar biex tħobb lil min jagħmillek il-ħsara u kważi impossibli li mhux biss tħobbu imma tgħinu mingħajr ma jkun jaf biex ma tumiljahx.", "Mhijiex faċli imma possibbli.", "Illum jien qed jirnexxili grazzi għal Ġesù Kristu.", "Xi jweġġgħak l-aktar u x'jirrabjak l-aktar?", "Huma ħafna d-drabi li titkellem dwar xi kwistjoni li tkun għaddejja fil-pajjiż u tiġi interpretat ħażin.", "Ikun hemm ukoll min iżid u jżejjen ma' li tkun għidt.", "Ovvjament hija xi ħaġa li nimmaġina li drajt sew s'issa, iżda tħoss li taffetwak xi ftit?", "Jien ngħid l-affarijiet kif narahom jien u noħloq diskussjoni.", "Qatt ma ngħid xi ħaġa li ma nemminx b'ruħi u b'ġismi kollu.", "X'kien wieħed mill-aktar ġesti ġenwini li qatt irċevejt?", "L-iktar ġesti li jbikkuni huma ittri, messaġġi, telefonati, jgħiduli \"grazzi\" li nkun dħalt għalihom u iġġelidt magħhom l-inġustizzji li jkunu għaddejjin minnhom.", "Nibki ħafna.", "X'jagħtik l-aktar ferħ f'ħajtek?", "L-iktar li nieħu gost id-dar mal-familja.", "Inkun fil-ġenna tal-art.", "Int persuna tolleranti ħafna, iżda hemm xi ħaga li żgur li ma tittollera qatt?", "Il-kelma tolleranti iddejjaqni.", "Jien m'għandi dritt nittollera lil ħadd, m'għandi dritt naċċetta lil ħadd.", "M'għandix rasi kbira li naħseb li nista' nittolera u naċċetta, x'kull waħda wkoll!", "Xi tfisser l-imħabba għalik?", "L-imħabba veru mhix lejn ommok, oħtok , ibnek jew martek imma lejn dak jew dik li ma tafhomx u li tħoss it-tbatija tagħhom waqt li ħallejnihom jgħerqu…", "Mandy u Xandru, xi jfissru għalik?", "Mandy u Xandru għalija jfissru tliet kelmiet.", "Nixtieq nagħmel tattoo MMMM li tfisser Mandy Mara Mimlija Mħabba imma t-tattoos fuqi ma jogħġbunix.", "Kif kienet it-tfulija tiegħek?", "Żgur kienet aħjar minn dak it-tifel li ta' 12-il sena kien ikun imġiegħel itaqqab lil missieru bl-eroina.", "Għalhekk nagħżel li ma nikkundannax.", "Liema kwistjonijiet li jitqiesu bħal taboo taħseb li hemm bżonn li nqajmu aktar kuxjenza dwarhom?", "Is-sex workers għal persuni b'diżabilità, ma nifhimx kif din id-diskussjoni tibqa' moħbija u meta għamilniha f'Xarabank qajmet agħa propju għax iddiskutejniha.", "Ma nħossninx komdu niddiskuti l-abort għax inħossni qisni qed niddiskuti l-qtil pre meditat bħala alternattiva…", "Jekk ikollok tmur lura fiż-żmien, tbiddel xi ħaġa minn dak li għamilt matul ħajtek?", "Ma nafx għax qatt ma nħares lura jien.", "Wieħed mill-aktar mumenti imbarazzanti li qatt kellek…", "Meta ktibt messaġġ senswali ħafna lil Mandy u bi żball bgħattu lil Ministru li qabel kont qed nikkomunika miegħu fuq programm.", "Għandek xi ħolma li tixtieq twettaq, u li s'issa qatt ma kellek iċ-ċans li taħdem fuqha?", "Nixtieq inwettaq il-proġett li l-immigranti b'mod volontarju jkunu jgħixu magħna għal perjodu ta' żmien u l-iskema Adopt a Prisoner li erġajt qed naħdem fuqha sew biex titwettaq.", "Hemm xi ħaġa li s'issa għadek qatt m'għidtha fil-pubbliku u tixtieq taqsamha magħna?", "Qed nagħmel id-dieta u m'iniex nirqaq għax qed niekol bil-moħbi u nkompli nitnejjek bija nnifsi.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/19/nemmen-li-l-mard-fuq-it-tfal-bidilni-claire-micallef-pule/", "date": "19/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Jien mill-Kalkara, għandi 52 sena, iż-żgħira fost erba' aħwa, miżżewġa lil Vince Micallef Pulè għal dawn l-aħħar 26 sena u għandna tifla jisimha Kristina li għandha 19-il sena.", "Għandna kelb Yorkie li jismu Thor u huwa l-mimmi t'għajnejna.", "Għandi għal qalbi ħafna l-ferħ tal-maħbubin tiegħi u l-ftit ħbieb li nqishom bħala familja.", "Inħobb insajjar u meta jkun possibbli nlaqqa' l-familja u l-ħbieb għall-ikel.", "Inħobb naqra, speċjalment History Fiction Novels, inħobb il-mużika speċjalment il-mużika ta' Elton John, Queen, Dire Straits u anke Zucchero u l-mużika Taljana.", "Inħobb ħafna l-baħar u meta jkun possibbli s-safar mal-familja tiegħi.", "Ilni naħdem fl-Uffiċċju tal-President minn April tal-1994 u fl-2009 ingħatajt l-inkarigu li namminstra l-Malta Community Chest Fund li hija l-fondazzjoni ta' karità tal-President ta' Malta.", "X'inhu eżattament xogħlok?", "Jien naħdem bħala Manager fl-Uffiċċju tal-Community Chest Fund, il-Palazz, Valletta.", "Xogħli hu li nara li t-talbiet li jagħmlu n-nies mal-MCCF jiġu ipproċessati u evalwati kif suppost.", "Qegħdin tim ta' ħdax-il persuna u x-xogħol ma jieqafx.", "Jien nieħu ħsieb il-każijiet mediċi li jvarjaw bejn talbiet għall-aktar mediċina bażika u talbiet għal mediċina l-aktar avvanzata u ġdida fis-suq.", "Nieħu ħsieb ukoll każijiet ta' pazjenti li jintbagħtu barra minn Malta biex jirċievu l-kura u każijiet ta' talbiet ta' persuni b'abbiltajiet differenti, bħal tagħmir speċjalizzat għalihom u anke terapiji varji.", "Għidilna dwar l-irwol tiegħek fl-Istrina.", "Kemm ilek involuta?", "U xi jfisser għalik dan l-irwol?", "Fl-Istrina xogħli hu li nieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam mall-pazjenti li jkunu ġew megħjuna mill-MCCF matul is-snin sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.", "Ilni nvoluta fl-Istrina għal dawn l-aħħar 20 sena.", "Dan ir-rwol huwa impenjattiv, iżda ta' sodisfazzjon kbir.", "Jien narah bħala l-premjazzjoni ta' snin ta' xogħol, għożża u attenzjoni lejn il-pazjenti maħbubin tagħna.", "Naturalment il-ġimgħat ta' qabel l-Istrina huma impenjattivi ħafna u l-ġranet huma twal; madanakollu nħossni onorata li nifforma parti minn dan il-proġett, li tista' tgħid sar istituzzjoni nazzjonali fuq bażi annwali, xprunata mill-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura Vella, li ġġib lil kulħadd flimkien biex jgħin lill-marid, lill-batut, lill-fqir u lill-emarġinat.", "L-importanza tal-Istrina hija kruċjali matul is-sena kollha.", "Għidilna ftit għaliex hija daqstant importanti u kif jinqasmu l-fondi kollha miġbura?", "Is-suċċess tal-Istrina jfisser li se tkun tista' tgħin lin-nies li jiġu bżonnha.", "Huwa l-qofol ta' dak kollu li aħna naħdmu għalih.", "Jekk l-Istrina ma tkunx suċċess, ma nkunux nistgħu nkomplu u hija għal din ir-raġuni li aħna nieħdu daqstant xogħol biex infiehmu lill-Maltin u l-Għawdxin kollha l-flus li huma jkunu taw bid-donazzjonijiet tagħhom fejn ikunu marru u għalfejn għad hemm bżonn tal-għajnuna tagħhom.", "Kull talba li tidħol għall-għajnuna, żgħira jew kbira, tiġi evalwata minn Units speċifiċi.", "F'dawn il-Units hemm nies esperti fil-qasam rispettiv tagħhom, bħal konsulenti mediċi, persuni bi snin twal ta' esperjenza fit-tmexxija medika, persuni b'esperjenza ma' pazjenti li jsiefru barra minn Malta għall-kura, professjonisti oħra, bħal accountants u social workers u nies li ħadmu f'setturi relatati mat-talbiet li nirċievu.", "Kull każ jiġi evalwat, naraw it-talba hijiex ġenwina u jekk ingħatatx l-istess għajnuna qabel.", "Ikun hemm każijiet li jkollom jiġu riferuti lil aġenziji oħra, bħal persuni b'mard mentali, jew persuni b'vizzju tad-droga, jew vittmi ta' użura.", "Il-Units imbagħad jiddeċiedu jekk it-talba timmeritax l-għajnuna u minn hemm jiġi deċiż l-għajnuna kemm se tkun u f'xi każi għal kemm tul ta' żmien.", "Rajt xi tip ta' bidliet minn kemm ilek involuta?", "It-talbiet huma varji u jinbidlu, speċjalment fejn tidħol il-kura tal-kimoterapija speċjalizzata.", "Il-qasam tal-mediċina tal-Onkoloġija jiżviluppa b'pass mgħaġġel, u dik il-kimoterapija li tliet snin ilu kienet ikkunsidrata bħala l-wonder drug illum diġà saret qadima.", "Dawn l-aħħar snin impjegajna social workers magħna li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu l-visti fid-djar u jiltaqgħu mal-applikanti li jkunu għamlu talbiet relatati mal-għajnuna bażika, bħal ikel, affarijiet bażiċi tad-dar u li huma relatati ma' faqar.", "Is-social workers jidħlu fil-fond ma' kull persuna.", "F'din il-parti ta' xogħolna naraw u mmissu ma' sitwazzjonijiet ta' tbatija, li ħafna drabi tinżamm mistura u siekta minħabba l-mistħija u l-istigma li ġġib magħha.", "Kif jintgħażlu l-persuni biex jirrakkontaw l-istorja tagħhom fil-filmati li jintwerew waqt l-Istrina?", "Ħafna drabi meta nibda nsir naf dawn il-familji, f'qalbi ngħid, li kieku dawn jirrakkontaw minn xiex għaddew u għadhom għaddejjin, żgur li l-poplu Malti se jieqaf u jirrealizza x'għajnuna sabu bid-donazzjonijiet li jkunu taw.", "Ikun hemm pazjenti li huma stess joffru minn jeddhom li jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom u jkun hemm oħrajn li nistaqsuhom aħna.", "Naturalment ikun hemm min jgħidlek li ma jħossux kapaċi jitkellem, jew ġieli li jixtiequ iżda minħabba ċerti ċirkostanzi ma jkunux jistgħu.", "Aħna niltaqgħu magħhom, nitkellmu magħhom u huma jirrakkontaw l-istorja tagħhom, dwar l-MCCF u l-għajnuna li sabu, it-tama u l-wens li sabu fil-mumenti koroħ u kemm dan kollu kien kruċjali għalihom.", "Stejjer li jinvolvu t-tfal l-ewwel jiġu riferuti lill-Aġenzija Sapport, fejn professjonisti mill-Aġenzija jiltaqgħu u jitkellmu mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u ssir valutazzjoni, li abbażi tagħha, l-Aġenzija Sapport tagħti l-parir tagħha jekk għandhiex issir intervista jew le.", "Ġieli kien hemm każijiet fejn wara li dawn il-professjonisti tkellmu mal-persuni involuti, ingħatajna l-parir sabiex intervista ma ssirx.", "Aħna dejjem nimxu mal-parir li jkun ingħatalna mingħajr ebda mistoqsijiet.", "Taħseb li kieku ma jkunx hemm filmati ta' stejjer, jinġabru inqas flus?", "Jiena konvinta li meta wieħed jisma' rakkont ħaj minn persuna li għaddiet minn mard, li kellha tmur tgħix barra minn Malta ġieli għal snin sħaħ, li kellha tħalli l-familtha warajha u tmur għall-kura f'post il-bogħod bla familja u ħbieb, fejn l-ispejjeż tant kienu kbar u li kieku ma sabitx l-għajnuna ma kienx ikun possibbli għaliha, dak li jkun jieqaf u jaħseb u jibda jara perspettiva oħra tal-ħajja li għalkemm mimlija bi tbatija kbira u qtiegħ il-qalb, permezz tal-Istrina jsib l-opportunità li jagħmel differenza għalihom .", "Jien nemmen li l-istejjer umani ta' dawn in-nies li jkunu għaddew u missew ma' dawn it-traġedji huma xiehda ħajja ta' dak kollu li hi l-Istrina.", "Jien nista' ndum nikteb s'għada l-istejjer li ltqajt magħhom dawn is-snin li ilni naħdem hawn, stejjer li għalkemm familjari magħhom xorta nsib lili nnifsi bid-dmugħ nieżel ma' wiċċi, jew nistenbaħ f'nofs ta' lejl ninkwieta fuqhom.", "Iżda meta tisma' lil dik il-mara tgħidlek hi stess x'fissret għaliha l-għajnuna li sabet mill-MCCF, meta kellha ssiefer ma żewġha ta' 32 sena, tħalli tifla ta' 4 snin warajha Malta m'ommha, b'loan fuq id-dar, kellha tieqaf taħdem b'żewġha marid u mingħajr dħul minn imkien, iżda bl-għajnuna tal-MCCF setgħet tkun mar-raġel tagħha għal 9 xhur sħaħ mingħajr ma kellha qatt tinkwieta biex se tgħix; naħseb li dik ix-xiehda ta' solidarjetà ħadd m'hu kapaċi itiha daqs dik il-mara.", "Ma taħsibx li l-maġġoranza tal-poplu dara jimmotiva ruħu biex jagħti donazzjoni bil-mentalità tal-\"miskin\" u \"jaħasra\"?", "Fl-opinjoni tiegħi aħna qatt m' għandna nħarsu lejn xi ħadd bħala 'miskin' jew 'jaħasra'.", "Jien inħares lejn dawn ir-realtajiet b'mod aktar altruist u pożittiv; ejjew ngħinu lil dik il-familja li għandha tifel marid għax aħna għall-grazzja t'Alla f'saħħitna u m'hemm xejn isbaħ fid-dinja li tgħin mingħajr ma tippretendi xi ħaġa lura.", "Dak is-sabiħ tal-Istrina, eluf ta' nies jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom għax jemmnu li dik id-donazzjoni se ssarraf f'tama u f'għajnuna tanġibbli.", "Evidentament il-pandemija ħolqot sfidi kbar għal kulħadd speċjalment għal dawk li huma aktar fil-bżonn minn oħrajn.", "X'diffikultajiet l-aktar li jkollkom tiffaċċjaw minħabba l-pandemija?", "Il-Pandemija biddlet ħafna affarijiet, anke fl-operat tagħna ta' kuljum mal-pazjenti li jiġu jitolbu l-għajuna.", "L-aktar parti li inħobb f'xogħli huwa r-rapport li nibni mal-pazjenti tagħna li jkollhom bżonn l-għajnuna.", "Ħafna drabi tgħanniqa ta' kuraġġ jew sempliċement li pazjent iżżomlu idejh u ma tlissinx kelma – għax ħafna drabi fit-tbatija l-kliem mistħoqq tant hu diffiċli ssibu u nemmen li anke l-preżenza biss li biha l-pazjent iħossu li inti qed tagħti kasu – huma dak kollu li tista' tagħti.", "Allura hija ta' dwejjaq li dawn il-laqgħat importanti kellhom jinbidlu.", "Sfortunatament, issa qed nara l-pazjenti minn wara l-perspex, bil-maskra u bir-restrizzjonijiet.", "Madanakollu; xorta għadna hemm ghalihom u għalkemm mhux l-istess ħaġa u nimmisjaha, it-teknoloġija moderna għenet ukoll biex jinżamm il-kuntatt.", "Iżda l-Pandemija sfortunatament ġabet sitwazzjoni li qatt ma rajna bħalha.", "Il-pazjenti qed isofru solitudni kbira, u solitudni li qatt ma ħlomna li b'xi mod setgħet tkun possibbli.", "Ħafna drabi minħabba l-Pandemija ma jistgħux jidħlu qraba fl-isptarijiet u l-pazjenti qed jgħaddu ħafna ħin waħedhom.", "Il-bniedem meta jkun waħdu għandu t-tendenza li jhewden u jinkwieta aktar u jimtela bl-ansjetà.", "Minħabba l-kwarantina imposta, ħafna mill-pazjenti li qed jintbagħtu għall-kura barra minn Malta qed jispiċċaw ikollhom jivvjaġġaw waħedhom u qabel ma tibda l-kura jew isir l-intervent iridu jagħmlu ħmistax-il ġurnata kwarantina, jew inkella min imur magħhom ikun hemm għall-vjaġġ biss għax l-isptar ma jkunx jista' jidħol.", "Nittamaw li din is-sitwazzjoni tgħaddi kemm jista' jkun malajr għal dawn il-pazjenti tagħna.", "Bla dubju, kull storja li tiltaqa' magħha tħalli impatt, iżda liema huma dawk li l-aktar ħallew impatt fuqek personali?", "Il-biċċa l-kbira tal-istejjer iħallu impatt fuqi.", "Ħafna minn dawn in-nies issa saru ħbieb tiegħi u parti mill-familja estiża.", "Jiena nemmen li l-mard fuq it-tfal bidilni.", "Ma tistax ma tinbidilx meta tara ġmiel ta' tifel ta' ħames snin li l-ħajja qasira tiegħu aktar għexha fi sptarijiet milli d-dar.", "Ma tibqax tagħti każ affarijiet li huma frivoli.", "Li tipprova ittaffilom ftit minn din it-tbatija ssir il-prijorità ta' ħajtek.", "Naħseb li hi impossibli li wieħed imiss ma' dawn it-traġedji u ma jinbidilx.", "Wieħed mill-aktar każijiet li baqa' stampat f'moħħi hu ta' ġuvni li qabel ma marad, hu u l-għarusa tiegħu kellhom id-data u l-preparamenti tat-tieġ lesti, iżda kellhom jipposponuhom minħabba li kellu jintbagħat b'urġenza għal kura f'Londra.", "Eventwalment ingħata l-aħbar li ma tantx seta' jsir wisq.", "Ftit tal-ġranet wara nirċievi l-invit għat-tieġ tagħhom.", "Kien tieġ żgħir ħafna u meta taw il-wegħdiet lil xulxin, fil-parti tal-wiegħda ta' fedeltà fil-mard u fis-saħħa, hu nfaqa' jolfoq u aħna kollha kemm aħna preżenti bkejna miegħu, għax konna nafu t-toqol ta' dik il-wiegħda; iżda xorta kien tieġ mimli ferħ u mħabba.", "It-tieġ kien f'Diċembru u f'Lulju ta' wara, dan il-pazjent ħalliena.", "Għalkemm kien marid, xorta kien kapaċi jfittex il-ferħ u kien pożittiv.", "Kif tipprepara lilek innifsek mentalment biex jirnexxilek tagħti dak kollu li tista'?", "M'hemmx manwal jew xi mod maġiku kif tagħmlu dan ix-xogħol, iżda għalija hija sempliċi ħafna.", "Dejjem ngħid lili nnifsi: Kieku kien xi ħadd mill-familja tiegħi li għaddej minn dan l-inkwiet, jien x'inkun nixtieq?", "Mhux min jieqaf miegħi, joffrili spalla li nista' nistrieħ fuqha u s-sapport?", "U dan il-ħsieb jgħinni biex fil-marid nara lil ħija jew lil oħti.", "Fattur importanti ħafna għalija hu li nkun ippreparata spiritwalment ukoll.", "M'jienx qaddisa, żgur li le, iżda konvinta illi li kieku jien m'għandix il-fidi u l-imħabba t'Alla f'qalbi, dan ix-xogħol ma jirnexxilix nagħmlu.", "X'inhu l-messaġġ tiegħek lill-pubbliku Malti u Għawdxi?", "Aħna poplu li ħafna drabi mehdijin nargumentaw…. fuq il-politika, fuq il-festi, fuq il-futbol, xi kultant kważi nivvintaw fuq xiex se nqajmu polemika; iżda fejn tidħol is-soliderjatà lejn ħutna qatt ma niddiżappuntaw lil xulxin; u jekk nibqgħu inżommu f'moħħna u f'qalbna li permezz tal-għajuna tagħna lkoll kapaċi nagħmlu d-differenza, żgur li se nibqgħu inkunu hemm għal xulxin.", "Poplu żgħir, iżda b'qalb kbira li kapaċi jwarrab kull differenza u jkun solidari.", "X'għandu jagħmel wieħed li jeħtieġ l-għajnuna tagħkom?", "L-uffiċċju tagħna li jinsab il-Palazz il-Belt, normalment ikun miftuħ għall-pubbliku kull nhar ta' Tnejn u Erbgħa filgħodu, fejn it-tim kollu jkun qiegħed jilqa' l-pubbliku li jiġi jżurna.", "Nitkellmu man-nies u niggwidawhom skont il-mistoqsijiet tagħhom.", "Minħabba l-pandemija bħalissa hemm min jippreferi li ma jiġix, iżda xorta jista' jew iċempel 22053500, jew jibgħat email fuq mccf@gov.mt bit-talba tiegħu u aħna imbagħad nagħmlu kuntatt miegħu u niggwidawh skont il-każ.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/05/paccheri-bir-ragu-tal-haruf-2/", "date": "05/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn (għal bejn 4 u 6 persuni): 800g għaġin Paccheri 400g kapuljat tal-ħaruf Mgħarfa żejt taż-żebbuġa Basla mdaqsa mqatta' rqiqa Karrotta mqatta' rqiqa Zokk ta' karfusa mqatta' rqiq 2 kuċċarini kosbor midħun", "Kuċċarina min kull wieħed min dawn li ġejjin – bużbież, kemmun, klin, sagħtar. paprika milli jaħraq, bżar, u melħ", "Mgħarfa kunserva", "3 tadamiet kbar imqatta'", "Bott tadam imqatta'.", "100ml kikkra nbid aħmar", "300ml stokk tat-tiġieġ", "Mgħarfa butir", "Żewġ imgħaref nagħniegħ frisk imqatta' rqiq", "100g irkotta", "Saħħan iż-żejt ġo taġen fond jew kazzola.", "Żid il-basla, karrotta, u z-zokk tal-karfusa u aqlihom għal ftit minuti sakemm jirtabu.", "Żid il-ħaruf u l-ħwawar kollha u sajjar fuq nar baxx sakemm il-kapuljat jieħu ftit kulur u jinxef il-likwidu kollu.", "Żid l-inbid u erġa' tektek bil-mod sakemm ma jibqax likwidu.", "Żid it-tadam il-frisk u tal-bott, l-istokk, u l-kunserva.", "Ħawwad sewwa u kif jiftaħ jgħali, baxxi n-nar u ħallih itektek għal madwar 30 minuta.", "Tih taħwida qisu kull għaxar minuti.", "Sadanittant, għalli il misħun u kif jgħali sajjar il-paccheri skont il-ħin fuq il-pakkett.", "Kif isiru saffihom, però titfax ilma kiesaħ fuqhom.", "Ħawwad magħhom mgħarfa butir, u eżatt wara itfa l-għaġin kollu fiz- zalza.", "Tektek u ħawwad fuq nara baxx ghal ftit minuti, sakemm tara li l-għaġin hu miksi biz zalza.", "Servi b'mgħarfa rkotta mħallta man-nagħniegħ l-imqatta' fuq kull platt.", "L-ikla t-tajba 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/09/il-kreatura-tal-bir-l-ewwel-ktieb-minn-sensiela-gdida-ta-simon-bartolo/", "date": "09/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Kreatura tal-Bir huwa l-ewwel ktieb minn sensiela ġdida ta' Simon Bartolo.", "Hija storja li tgħaqqad fiha kemm elementi makabri kif ukoll umoristiċi.", "Tinvolvi l-familja Borg, li jibdew bħala erbgħa – omm, missier u żewġt itfal – u jispiċċaw tmienja meta jaslu z-zijiet u n-nanna.", "Nies kemmxejn strambi jkunu dawn.", "Hemm ritratt ta' kull waħda u wieħed minnhom impinġijin fuq in-naħa ta' ġewwa tal-qoxra tal-ktieb.", "Din il-familja tiġi attakkata vjolentament mill-Imħalla, kreatura li normalment tgħix fl-ilma frisk tal-bjar imma li għal xi raġuni li niskopru aħna u naqraw il-ktieb, tagħmel eċċezzjoni għax toħroġ mill-bir biex tħebb għall-din il-familja.", "Apparti l-Imħalla, tant hemm kreaturi oħra li għad irridu niskopru f'dawn il-kotba, li s-sensiela jisimha \"Ruxxmata Kreaturi\".", "Lil Simon Bartolo niftakruh minn sensiela oħra ta' kotba għat-tfal – It- Triloġija tal-Fiddien – li huwa kiteb flimkien ma' Loranne Vella.", "F'dik it-Triloġija kien hemm kreaturi oħrajn, differenti minn dawn.", "Hu jistqarr li għalkemm jibża', xorta jħobb ħafna jikteb dwar il-kreaturi.", "L-istejjer tiegħu jagħtihom ukoll laqta ċajtiera għax inkella jiġu wisq tal-biża' u ma jkunx jista' jorqod billejl!", "Ippubblika kotba oħra bħal, Kważi Kważi lil Tamara Nżommuha , Kliem ir-Riħ , Deformity , u Il-Leġġenda ta' Robin Hood u Marian .", "Jikteb ukoll id-drammi tat-teatru, kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti.", "Fil-fatt lil Simon dejjem jikteb issibu, jew inkella jkun qed jaħseb dwar xiex se jikteb."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/10/il-maskri-huma-essenzjali-ghas-sigurta-tieghek-u-ta-haddiehor-izda-daqstant-iehor-li-tiehu-hsieb-il-gilda-ta-wiccek/", "date": "10/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Spjegazzjoni ta' Maskne Bħal kull ċittadin tajjeb xtrajt maskra biex tgħatti wiċċek u tilbisha f'postijiet pubbliċi.", "Int tikkontribwixxi b'mod effettiv għas-sigurtà ta' kulħadd.", "Biss issa, għal dawn l-aħħar ġimgħat, kont qed tara aktar u aktar akne (ponot) jiżviluppaw fuq il-ġilda tiegħek… kumbinazzjoni?", "L-anqas xejn!", "Huwa msejjaħ 'maskne' il-kelma 'maskra' u 'akne' magħqudin flimkien.", "Spjegazzjoni:", "Frizzjoni tal-ġilda", "Il-kawża ewlenija ta' dan il-fenominu 'maskne' hija pjuttost sempliċi; il-frizzjoni mekkanika kostanti tal-maskra fuq il-ġilda tiritha l-epiderme u ssodd il-pori.", "Barra minn hekk, il-film idrolipidiku (hydrolipidic film) li jipproteġi l-ġilda – magħmul mill-ilma u s-sebum jitħassar minħabba din il-frizzjoni kostanti.", "Dan il-fenomenu mhux ġdid; ħafna drabi jinstab fl-isportivi u n-nisa li jilbsu tagħmir protettiv jew elmi għal ħafna sigħat, jew fuq il-geddum tal-vjolinisti.", "Iż-żoni koperti minn maskra, bħall-imnieħer, il-geddum, il-ħaddejn u l-kontorn tax-xufftejn, huma art fertili għall-batterji responsabbli għal irritazzjoni, ħmura jew flair-ups tal-akne.", "Minbarra li jkollok tilbes maskra, l-istaġun ma jgħinx.", "Is-sħana tas-sajf mhux faċli iżda xorta mhux skuża biex il-maskra ma tintlibisx.", "Sfortunatament bis-sħana l-ġilda irritata tmur għal agħar peress li ngħerqu aktar mis-soltu.", "L-umdità tibqa' maqbuda taħt il-maskra iżda l-ġilda tiegħek tifga u ssir aktar ħsara.", "Nistgħu ngħidu li dan m'huwa żmien rilassanti xejn f'ħajjitna.", "Bejn l-impjiegi stressanti tagħna, il-qgħad, l-inabbiltà li nivvjaġġaw, il-biża' tal-Covid… diffiċli li nkunu moħħna mistrieħ.", "Kif nafu, meta nkunu stressjati, il-ġisem jipproduċi ormoni li jikkawżaw bidu ta' akne jew dehra ta' tikmix.", "Iċ-ċirkolazzjoni tad-demm tkun inqas tajba, allura l-ġilda tirċievi inqas nutrijenti essenzjali għar-radjanza tagħha.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/11/kif-nistghu-niehdu-hsieb-is-sahha-mentali-taghna-counsellor-michelle-zerafa-taqsam-il-hsibijiet-u-l-pariri-taghha-kull-gimgha-fuq-skoperta/", "date": "11/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Merħba Nibda' billi minn qalbi nirringrazzja lil Roberta u lil Janice għal din l-opportunità li naqsam il-ħsibijiet tiegħi magħkom permezz ta' Skoperta .", "Dawn il-ħsibijiet jiġu ispirati mill-ħajja tiegħi.", "Kemm minn esperjenzi personali li għaddejt minnhom, kif ukoll dawk ispirati minn narrattivi tal-klijenti tiegħi.", "Tajjeb li ngħid li nitgħallem kuljum mill-esperjenzi li niltaqa' magħhom.", "Infatti nipprova nsib ħin biex nipproċessa dak li nħoss – din saret parti integrali mill- eżistenza tiegħi.", "Tajjeb li nintroduċi ruħi – Jiena warranted counsellor , studjajt il-psikoloġija u l-counselling.", "Naħdem b' integrative approach – jiġifieri naħdem skont il-bżonn tal-klijent/a li jkun hemm quddiemi dak il-ħin.", "Ħdimt/naħdem ma' tfal, adoloxxenti, adulti u koppji.", "Nemmen li kull bniedem għandu l-potenzjal tiegħu/tagħha.", "Iżda xi kultant dan ma nirrealizzawhx u għalhekk ma napprezzawx lilna nfusna biżżejjed u nibqgħu staġnati f'sitwazzjonijiet li xejn ma nkunu kuntenti bihom.", "Nemmen li għandi nissapportja lill-klijenti tiegħi b'tali mod li dak li jkun mhux biss jara l-problema iżda jara wkoll opportunitajiet oħra li jeżistu.", "Minbarra l-esperjenza vasta u taħriġ fl-arti performattiva, jiena nagħmel użu wkoll mid-drama bħala terapjia, biex dawk li jħossuhom mingħajr vuċi jkollhom iċ-ċans jesprimu ruħhom.", "Infatti, iddedikajt it-teżi tiegħi dwar dan u kont ukoll involuta f'diversi proġetti li huma relatati ma' dan il-għan.", "Dan se jkun spazju fejn se jkollna l-opportunità li kultant nieqfu u naħsbu.", "Kultant qisna magni għaddejjin minn ħaġa għal oħra.", "Kultant huwa tajjeb li nieqfu u nieħdu n-nifs u naraw fejn sejrin jew fejn nixtiequ mmorru.", "Mhux bil-fors ikollna direzzjoni ċara.", "Mhux bil-fors li kollox ikun ward u żahar.", "Ħafna drabi mhux se nkunu kuntenti b'kollox.", "Normali ..ftakar .. m'intix waħdek.", "Li ssib il-paċi anke fil-konfużjoni huwa rigal li tista' tagħti lilek innifsek.", "F'dan l-ispazju se jkollna wkoll l-opportunità li niġu wiċċ' imb'wiċċ ma' problemi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħna, kemm dawk marbuta ma' bidliet li ngħaddu minnhom fil-ħajja, kif ukoll ma' kundizzjonijiet marbuta ma' saħħa mentali.", "Nitkellmu aktar dwar dan fil- gimgħat li ġejjin.", "Inwiegħed li nżomm appuntament magħkom minn gimgħa għal oħra.", "Kif ukoll nagħmel ħilti kollha biex inwieġeb mistoqsijiet li jista' jkollkom.", "Saħħa, paċi u tislijiet"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/12/l-attivist-michela-dalli/", "date": "12/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["M'hijiex faċli tkun attivist… Nemmen li s-soċjetà tilfet xi ftit id-definizzjoni ċara ta' xi tfisser li tkun attivist, dan għaliex ħafna drabi naħsbu li bl-użu tal-midja soċjali biss nistgħu nagħmlu d-differenza biex inwettqu l-bidla li nkunu mxennqin għaliha.", "Attivisti bħal Malala Yousafzai, John Lewis, Greta Thunberg, Mahatma Gandhi u ħafna oħrajn urew lid-dinja li l-kuraġġ tagħhom, li tibqa' sod f'dak li temmen fih u li tieħu azzjoni jista' verament iwassal għal bidliet soċjali kemm fejn jidħol ambjent, drittijiet ċivili u ugwali, drittijiet umani, drittijiet għal annimali u fejn tidħol kull forma u tip ta' inġustizzja.", "Bħala soċjetà rridu l-ewwel u qabel kollox nedukaw lilna nfusna biex ilkoll inbiddlu l-mentalità rigward l-attiviżmu u l-attivisti.", "Jekk verament irridu l-bidla rridu mmorru lil hinn mill-midja soċjali biss, irridu naħsbu f'ideat oħra, ninvolvu ruħna f'attivitajiet biex insemmgħu leħinna u ma nħallux f'idejn ħaddieħor biex jitkellem għalina.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu ningħaqdu, nitgħallmu u niċċelebraw bidliet ġusti li lkoll ikun ħaqqna li naraw.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Michela Dalli Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/12/sfida-issepara-l-ikel-tieghek/", "date": "12/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Din il-ġimgħa hija sfida li ħafna minna nħobbu u nobgħodu fl-istess ħin!", "Aħna se nagħmlu rejd il-KĊINA KOLLHA tagħna – neħilsu minn kull ħaġa li m'għadniex neħtieġuha, nużawha, jew li mhix qed isservi l-għanijiet ta' saħħa u l-fitness tagħna.", "Nibdew bl-armarji, ifli kull xkaffa u armi kull ħaġa li hija ipproċessata żżejjed, jew forsi saħansitra skadiet!", "Imbagħad, imxi lejn il-friġġ u l-friżer tiegħek u għamel l-istess ħaġa.", "Ftakar, żomm biss l-ikel li temmen li jgħinek fis-saħħa u l-fitness tiegħek.", "Personalment, inħobb nagħmel kull parti waħda waħda, u mbagħad nagħti lil kull żona ' scrub-down ' tajba kif inkun għaddej.", "Ladarba tlesti tnaddaf kollox, ħu ftit minuti biex tivvaluta dak li fadal u tara dak li għandek bżonn terġa' taħżen fil-kċina tiegħek!", "Din tista' ma tidhirx ħaġa pjaċevoli imma NWEGĦEDEK li meta tlesti, se tħossok kuntent 🙂 Int ħa tilqagħha l-isfida ta' din il-ġimgħa?", "Jekk iva, poġġi r-ritratt tiegħek ta \"qabel\" u \"wara\" ta' parti waħda mill-kċina tiegħek sabiex flimkien inkunu nistgħu ngħinu lil xulxin inkunu responsabbli fuq it-tip ta' ikel li nerfgħu fil-kċina tagħna!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/12/iz-ziju-manwel-rumanz-gdid-miktub-minn-joseph-debono-maghruf-l-aktar-bhala-james-bondin/", "date": "12/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ftit jiem ilu Joseph ħabbar li x-xewqa li r-rumanz li kiteb jiġi ippubblikat kienet waslet biex isseħħ!", "U fil-fatt, issa tista' tordna l-kopja tiegħek.", "Imma mhux biss!", "Nhar il-Ħadd 15 ta' Novembru bejn l-10.00am u 12.00pm, Joseph se jkun qiegħed fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, jiffirmalek ir-rumanz li se tkun tista' tixtri dak il-ħin stess.", "'Iz-Ziju Manwel' huwa rumanz semi bijografiku, imsejjes fuq fatti li graw.", "Miktub minn Joseph Debono u ippubblikat minn Kite Group.", "Din l-istorja, imsejsa fuq fatti li ġraw, hi l-istorja ta' Manwel Debono, żagħżugħ kwiet minn familja sempliċi mill-Belt.", "Tibda fil-bidu tas-seklu għoxrin meta iltaqgħu ommu u missieru In-Naxxar, u tkompli bi tfulitu il-Belt in-naħa ta' San Duminku, fi żmien il-gwerra, bit-tifrik u l-imwiet li ġġib magħha.", "Fiż-żgħożija jiżviluppa karattru differenti mit-tlett ħutu l-oħra; idoqq il-kitarra ma sħabu, jiskopri l-imħabba lejn il-flamenco u lejn l-ilsien Spanjol, u jinġibed lejn il-poeżija ta' Federico Garcia Lorca.", "Imbagħad l-esperjenza tiegħu fit-tarzna, li twassal sa l-irvellijiet ta April 1958.", "Minn hemm ħajtu tieħu xejra kiefra, traġika, li twassal sal-bidu tas-snin elfejn.", "Xejra kiefra ħafna li ħlietlu ħajtu, mhux ħtija tiegħu…"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/14/silta-l-ghakruxa-fsigret-il-kalli-joan-burlo/", "date": "14/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-għakruxa f'siġret il-kalli Isejħuli għakruxa mara Ifhmuni, Aħna mhux bħalkom M'għandniex minn dak u l-oħra.", "Sibt daqsxejn tal-kenn hawn F'siġret il-kalli.", "Bdejt nistejqer wara l-ewwel xita Kien sajf qalil wisq……… Niskanta u nitnixxef Kif lili ma jiklunix, hawn f'din il-ġżira.", "U bejnietna issa, Nagħmel naqra aljoli Żul minn hemm.", "L-għakrux raġel jiġbruh Bil-gzuz imma Mur ghidilhom…..", "Ħa nkompli nżelleġ bil-mod jien Xi darba nasal.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Joan Burlo Għalliema"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/15/rakkont-minn-sharon-calleja-ohti-helen-l-ewwel-parti-minn-erbgha/", "date": "15/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Dak il-lejl ma stajtx nagħlaq għajn m'għajn.", "Għadni niftakru qisu lbieraħ.", "U nibqa'.", "Oħti Helen.", "Dakinhar kont tlift lil oħti.", "Għalkemm kull min jitlef lil xi ħadd għażiż għalih, speċjalment meta jkunu parti minn familtu, kulħadd jiddispjaċih u jħoss it-telfa, jien tlift iżjed minn hekk.", "Helen kienet oħti t-tewmija.", "Kienet eżatt ix-xbieha tiegħi.", "U iva, forsi xagħarha kien xi ftit aktar ċar minn tiegħi, imma mill-bqija, meta nħarsu lejn xulxin, konna qisna qegħdin inħarsu lejn mera.", "Ommi kienet tlibbisna l-istess.", "Ilbiesi rrakkmati sbieħ, kalzetti pariġġ, żraben jaqblu ma' ta' xulxin……..saħansitra x-xagħar; kienet tagħmilulna l-istess stil.", "Kienet tħobb tarana qisna żewġ pupi l-istess eżatt.", "U kull fejn immorru kienu jiggustawna…….", "Iżda dak il-lejl ma stajtx norqod.", "Ommi kienet qiegħda isfel f'kamritha flimkien ma missieri.", "Kont rajtha aġitata.", "Lanqas biss kienet kellmitni.", "Ġurnata sħiħa tibki.", "Rajt lil missieri jagħtiha żewġ pirmli bojod, minn dawk tal-pakkett aħmar, daħlet f'kamritha tirtogħod u żżomm mal-ħajt u ma smajthiex tagħmel aktar ħsejjes.", "Aħjar kien tani mqar waħda minn dawk il-pirmli wkoll għaliex jiena dak il-lejl kont għaddejtu nħares lejn is-sodda ta' Helen.", "Fid-dlam tal-kamra stajt nara d-dell ta' sodditha jirrifletti fuq il-ħajt, hekk kif id-dawl nemniemi tal-qamar kien qed jiffiltra ruħu minn ġol-purtiera tal-ħarir li kellna mdendla mat-tieqa.", "Għaddejt lejl sħiħ bilqegħda f'soddti, mgħannqa mal-imħadda.", "Issa ma min kont se nilgħab?", "Ħarist lejn il-ballun fil-kantuniera tal-kamra u lejn il-pupi mqiegħda fil-kaxxa tal-plastik ikkulurita.", "Issa ma kelli lil ħadd.", "Għannaqt l-imħadda aktar bis-saħħa u għaddejt il-lejl sħiħ nisma' l-ħsejjes tar-riħ ivenven barra kamarti, it-tabelli ta' xi ħwienet iżaqżqu mar-riħ f'sinfonija monotona u l-inbiħ tal-klieb fil-bogħod.", "Bdejt inħossni waħdi.", "Kelli dwejjaq kbar.", "Dak il-mument kont se nibqa' niftakru għal għomri.", "Dakinhar filgħodu, il-mama' kienet ħarġet bina t-tnejn ħalli mmorru nagħmlu x-xirja tas-soltu mingħand tal-merċa.", "Helen kienet fuq tagħha.", "Anke jien ta……..imma Helen kienet aktar fuq ruħha minni.", "Lanqas biex timxi ma kellha paċenzja għax il-passi kienet taqbiżhom.", "Dakinhar, jiena u oħti konna lebsin żewġ ilbiesi roża bil-bizzilla mal-għenuq.", "Max-xagħar, il-mama' kienet ħadet ħsieb iddawwrilna żewġt iċfuf pariġġ il-libsa.", "Malli għaddiet bina t-tnejn mit-triq, ħarġet Duminka tal-ħanut tal-laħam tħares lejna.", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/16/ricetta-sdieri-tat-tigieg-caprese/", "date": "16/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn : ( għal 2 jew 4 porzjonijiet) Żewġ isdra tat-tiġieġ, mingħajr għadam u ġilda, u aqsam kull sider f'żewġ biċċiet Mgħarfa żejt taż-żebbuġa Mgħarfa balsamic vinegar Mgħarfa dqiq Kuċċarina melħ", "Kuċċarina bżar", "2 mgħaref ħabaq frisk, imqatta'", "2 sinniet tewm imqatta' rqiq ħafna", "Ħallat id-dqiq, bżar u melħ fi platt.", "Agħddi l-biċċiet tat-tiġieġ mit-taħlita tad-dqiq sakemm jinksew sew.", "Saħħan iż-żejt ġo taġen u aqli l-biċċiet tat-tiġieġ għal 6 minuti minn kull naħa.", "Kif tara li saru, neħħihom mit-taġen u warrabhom f'post sħun.", "Fl-istess taġen żid il-ħall, bżar, melħ, tewm, u t-tadam.", "Ħawwadhom sew u ħallihom itektku għal xi 10 minuti.", "Irranġa l-isdra tat-tiġieġ fit-taġen fuq iz-zalza, u ħallihom jerġgħu jisħnu sew għal xi żewġ minuti.", "Poġġi slice mozzarella fuq kull biċċa tiġieġa u kif tara li l-ġobon qed jibda jdub, uża mgħarfa biex tibda ttella' z-zalza tat-tadam fuq it-tiġieġ sakemm jixxarbu sew.", "Agħtti t-taġen u sajjar fuq nar baxx għal 5 minuti.", "Ikxef it-taġen u roxx il-ħabaq fuq it-tiġieġ.", "L-ikla t-tajba 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/17/ipprotegi-l-gilda-ta-wiccek-billi-josette-grech/", "date": "17/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kelma waħda….rispett!", "Iffavorixxi l-kura tal-ġilda tiegħek b'inqas ammont ta' kimiċi.", "Ir-raġuni hija sempliċi, sabiex tipproteġi l-ġilda tal-wiċċ.", "Ibda billi tnaddaf wiccek filgħodu u filgħaxija.", "B'hekk tneħħi kwalunkwe impurità li timblokka l-pori, minn tniġġiż kif ukoll għaraq.", "Illum hawn bosta prodotti li wieħed jista' juża, ovvjament dejjem skont dak li ssib komdu għalik, pereżempju:", "Jekk thobbx tuża ilma.", "Jew bit-tajjara.", "Dan dejjem skont il-persuna.", "Importanti li meta tnaddaf għajnejk qatt m'għandek tuża l-istess tajjara.", "Waħda nadifa għal kull għajn.", "Wara se tuża toner jew hydrating mist.", "Dan se jagħlaq il-pori wara li jkunu nodfa.", "Agħmel eye cream.", "U fl-aħħar il-moisturizer.", "Dan ukoll irid ikun skont it-tip tal-ġilda tiegħek u anke skont il-bżonn tiegħek.", "Aktar 'il quddiem nitkellmu fuq masks differenti u għaliex tajjeb li nużawhom.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/17/lezzjonijiet-mix-xokk-tal-covid-ghall-ekonomija-dr-stephanie-vella/", "date": "17/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ix-xokk li ħolqot il-pandemija tal- Covid għandha tgħallimna ħafna affarijiet.", "Fost l-iktar affarijiet li għandna nitgħallmu hi kemm aħna vulnerabbli għax-xokkijiet u għall-impatt tagħhom.", "Mill-perspettiva tal-ekonomija hemm ukoll elementi ta' tgħallim importanti.", "Fosthom hemm il-fatt li anke meta l-ekonomija tkun sejra tajba, il-pajjiż jista' jkun suxxetibli għal daqqa fil-livell tad-dħul li l-pajjiż ikun qed jagħmel.", "Il-miżuri ekonomiċi li ġew addotati kienu importanti biex ix-xokk ma jiġix trasmess f'waqa' fl-impjiegi.", "Din l-għajnuna tibqa' ferm importanti hekk kif hemm setturi bħal dawk tat-turiżimu u l-kummerċ li qed jibqgħu jiġu affetwati.", "Il-Gvern għandu rwol importanti ħafna f'dan ir-rigward, dak li jonfoq il-flus meta l-ekonomija tgħaddi minn xokk negattiv waqt li jfaddal il-flus meta l-ekonomija tkun sejra tajba.", "Mingħajr dan il-prinċipju jkun diffiċli li tonfoq il-flus meta l-pajjiż ikun qed jiffaċċja kriżi kemm ta' saħħa kif ukoll ekonomika.", "Hemm ukoll tgħallim iktar fit-tul li għandna ngħarblu fuqu.", "Hija affaxinanti ta' kif f'mument ta' kriżi hemm ħafna setturi li ppruvaw jilqgħu għal dan ix-xokk billi biddlu l-operat tagħhom.", "F'dan ir-rigward it-teknoloġija kienet element importanti li ippermettiet dan il-kambjament u għandna nistennew li t-teknolnolġija jkollha rwol ferm aktar importanti anke meta l-effett tal- Covid jgħaddi.", "Għalhekk huwa important li nkomplu ninvestu fit-teknoloġija u d- diġitilizzazzjoni kif ukoll il-ħiliet ta' kif nużaw din id-diġitilizzazzjoni."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/18/kif-nistghu-nsibu-aktar-paci-waqt-l-incertezzi-tal-pandemija-michelle-zerafa/", "date": "18/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Tajjeb li nkunu konxji li kull wieħed u waħda minna għaddejna minn ħasda għax bħal donnha l-ħajja nbidlet ma' din il- pandemija..", "Għal xi wħud il-ħajja baqgħet għaddejja, għal oħrajn sfumat ruħha, filwaqt li għal xi wħud waqa' d-dlam..", "Irridu nammettu li qed ngħixu mumenti diffiċli u għalkemm mhux faċli.. wieħed irid jgħixhom ġurnata b'ġurnata..", "Xejn mhu ċert u kollox jista' jinbidel..", "Li naċċettaw din is-sitwazzjoni kif inhi, hija mod kif nistgħu intaffu ftit mill-ansjetà li ħakmet lil ħafna minna..", "Fil-verità issa tibda taqa' l- għajja.. ilna ħafna nadattaw, nikkumbattu .. nistennew..", "Nixtiequ ngħannqu lill-ġenituri anzjani tagħna..", "Neputijiet jixtiequ jqattgħu l-ħin għand in-nanniet..", "Kulħadd jibża' għal saħħtu.. għal uliedu..", "Kulħadd jibża' li jitlef lill-għeżież tiegħu Kulħadd jibża' li jitlef lill-vulnerabbli.. lill-anzjani maħbubin tagħna..", "Lil dawk li ddedikaw ħajjithom għalina..", "Kulħadd jibża' li jitlef ix-xogħol, għal dak li stinka jew ħadem għalih..", "Kulħadd jippreferi li jmur għax-xogħol mingħajr ma jkollu għalfejn inaddaf il-mejda fejn se jaħdem jew iqatta' ġurnata bil- maskra ma' wiċċu.", "M'hemm xejn ħażin li nħossuna inċerti, Għajjenin..", "Jew imxebba' sal-ponta ta' mneħirna…", "Irridu nirrealizzaw kemm urejna reżiljenza Hemm bżonn nemmnu fil-qawsalla..", "Ngħixu ġurnata b'ġurnata..", "Naqra naqra… biċċa biċċa", "Kif titla' x-xemx jista' jkun bnazzi jew il-maltemp Jew inlesti l-umbrella u nilbes il- boots ..", "Jew noħroġ komda mingħajr restrizzjoni..", "L-istess f'din is-sitwazzjoni..", "Mhux dejjem nista' noħroġ bla umbrella u boots.. nista' noħroġ jekk irrid iżda nispiċċa nieħu tixriba..", "Jekk naċċetta u nadatta għalkemm tkun ix-xita iċ-ċans hu li ma nixxarabx..", "Importanti li niftakar kemm irnexxieli nagħmel..", "Għax jekk naf li rnexxieli xi darba..", "Din tagħtini l-grinta li nkompli nimxi 'l quddiem.", "Ieqaf ftit.. għal mument biss…", "Ftakar ftit f'dak li rnexxielek tagħmel.", "Forsi bħalissa hemm biss xemgħa tnemnem..", "Iżda xorta qed tara ftit..", "Il-kumplament tad-dawl nistgħu nsibuh ukoll ..", "Però forsi mhux għalissa..", "Għalissa hemm bżonn inkunu aktar hemm għal xulxin..", "Għax kull wieħed u waħda minna qed jitħabat b'xi mod jew ieħor..", "Hemm bżonn ta' aktar imħabba u tama..", "Jekk qed tħossok taqta' qalbek..", "Jew tixtieq ħajt ta' kenn..", "Tibżax tfittex is-sapport li għandek bżonn.", "F'kull baħar imqalleb.. dejjem hemm dak ir-raġġ ta' dawl, tama u ġmiel infinit…", "Kif jixhed fil-fatt dan ir-ritratt li ħadt fil-bidu nett ta' meta l- pandemija laqtet il-gżejjer tagħna….", "Paċi, saħħa u tislijiet"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/19/siltiet-u-poeziji-mill-awtrici-elaine-gauci-scerri/", "date": "19/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Elaine Gauci Scerri għandha passjoni mhux biss għal-lingwa Maltija iżda wkoll għall-kitba.", "Tesprimi l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħha permezz ta' kitbiet u poeżija.", "Fil-bidu li bdiet il-pandemija ħasset li riedet taqsam il-kitbiet tagħha fuq il-midja soċjali u kellha rispons tajjeb ħafna, tant li minn hemm 'il quddiem kompliet tagħmel dan bit-tama li tagħmel differenza fi żmien tant diffiċli.", "Dan hu dak li qaltilna dwarha Elaine..", "\"Minn dejjem kelli mħabba speċjali lejn il-Malti u nemmen li għandna nsaħħu l-użu tal-ilsien Malti u nagħfru l-importanza tiegħu dejjem aktar.", "Il-Malti huwa l-lingwa tagħna, teżor nazzjonali.", "Il-Malti għandu jiġi mħares b'rispett u dinjita'.", "Ħafna drabi nikteb wara li nkun smajt jew iltqajt ma esperjenzi li jkun għadda minnhom xi ħadd.", "Jibqgħu iduru ġo moħħi u allura nkun nixtieq nesprimi l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħi.", "Il-kitba ttini ċans ngħid dak li bil-fomm kultant ikun diffiċli.", "Nirringrazzjaw lil Elaine li se tkun qed taqsam din il-passjoni magħna fuq skoperta.net", "Din hi l-ewwel silta ta' Elaine fuq skoperta.net :", "Ħsieb: Jekk tinsab f'relazzjoni tossika tibqax issib skużi.", "Ħobb lilek innifsek.", "Biż-żmien jinfetħu bibien ġodda li jwassluk għall-imħabba vera.", "Kuraġġ."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/19/sfida-hu-hsieb-il-qaghda-tieghek-matthaeus-grasso/", "date": "19/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-qagħda (posture) tiegħek għandha impatt qawwi ĦAFNA fuq kif taġixxi, tħoss – kemm tieħu n-nifs profondament, il-livelli tal-enerġija tiegħek, u wkoll il-livell tal kunfidenza tiegħek! (u l-lista tkompli u tkompli u tkompli)", "Din il-ġimgħa, se niffukaw fuq il-qagħda tagħna u nagħtu attenzjoni għal kwalunkwe drawwiet ħżiena li ħadna matul is-snin.", "Meta kont iżgħar, kellek adult jew għalliem \"utli\" kontinwament ifakkrek biex tqum bilqiegħda dritt?", "Meta nsiru adulti, jista' jkollna bżonn dik il-vuċi utli saħansitra aktar!", "Jekk ma noqogħdux attenti ĦAFNA, prattikament dak kollu li nagħmlu (minn bilqiegħda fejn il-kompjuter, sa sewqan f'karozza) jista' jaħdem KONTRA tagħna meta niġu biex ikollna qagħda tajba.", "Huwa faċli wisq li titlef l-attenzjoni fuq il-qagħda tiegħek …. u qabel ma tkun taf, l-ispallejn tiegħek jibdew iduru lejn il-quddiem, id-dahar t'isfel jibda jweġġa ', u l-ġenbejn jibdew jissikkaw.", "Ma jista qatt 'joħroġ xejn pożittiv minn dan.", "Meta ċ-ċirkolazzjoni tad-demm tonqos, tibda tesperjenza uġigħ fid-dahar u fl-għonq u titlef il-ħila li tibqa' iffukat u motivat.", "Int se jkollok livelli ogħla ta' stress, il-burdata tiegħek tkun affettwata b'mod negattiv, id-diġestjoni se tbati …. u l-lista tkompli u tkompli.", "Ipprova dan: Qagħda \"tajba\" tfisser li toqgħod b'saqajk il-wisa' tal-ġenbejn, irkupptejn kemmxejn mgħawġa, il-pelvi f'pożizzjoni newtrali – jiġifieri, la timbotta 'l quddiem u lanqas lura.", "Il-qalba tiegħek għandha tkun imħejjija bil-mod, bis-sider tiegħek dritt u l-ispallejn kemmxejn lura, il-geddum f'pożizzjoni newtrali (mhux il-geddum maħruġ 'il barra u 'l quddiem).", "Huwa iktar diffiċli milli jidher biex tiksbu qagħda aħjar.", "Allura, l-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li taħdem biex ittejjeb il-qagħda tiegħek!", "Ara x'nagħmlu: Kull meta TARA X'ĦIN HU, għamel verifika ta' malajr tal-qagħda tiegħek..", "X'taħseb?! 🙂", "Int ħa tagħmilha?", "Għidilna fil-kummenti hawn taħt!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/21/silta-brimba-kbira-tal-widien-joan-burlo/", "date": "21/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Mingħajr ma tiċċaqlaq.", "Paċenzjuża.", "Taqbadhom kollha F'għanqbuta tal-ħarir Minsuġa b'għaqal liema bħalu.", "Garigor bajdani Jiġbed l-għajn Mansab jirrifletti mrieżaq ix-xemx Li bih tbewweġ 'l hemm lil dawk li ma tridx.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Joan Burlo Għalliema"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/22/rakkont-minn-sharon-calleja-ohti-helen-it-tieni-parti/", "date": "22/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fir-raħal ħadd ma kien ikellimha.", "U l-ħanut tagħha, dejjem vojt kien ikun.", "\"X'inhuma ħelwin!\" qalet Duminka lill-mama', dakinhar stess filgħodu hekk kif konna għaddejjin it-tlieta li aħna għal għonq it-triq.", "Bla ma tbissmet, il-mama' sellmitilha u kompliet tiġbed lili u lil oħti 'l quddiem.", "Eżatt malli wasalna fit-triq parallela ma' dik ta' Duminka, donnu l-ħin beda jaħdem bilmod.", "Rajt kollox iseħħ eżatt quddiem wiċċi.", "F'ħakka t'għajn ġiet vettura b'veloċita qawwija.", "Jien kont qed inħares lejn idejn ommi li kienet qed iżżommli idi.", "Imbagħad, ħarsti daret lejn Helen.", "Dak il-ħin, indunajt li Helen ma kinitx indunat li kienet ġejja karozza, ħallet idejha minn ma' dik ta' ommi, niżlet taqbeż mill-bankina, dawwret ħarsitha lejna u tkaxkret man-naħa ta' quddiem tal-bamper, inbeżqet għal fuq il-bonit tal-metall u taret fl-arja sakemm waslet ftit 'il bogħod minna.", "Bil-qatgħa li kienet ħadet, ommi lanqas biss felħet tieħu nifs u waqgħet hi wkoll mal-art.", "Dik il-ġurnata ma ninsiha qatt.", "Oħti ġiet iċċertifikata mejta ftit ħin wara.", "Minn dakinhar, ħajjitna nbidlet totalment.", "Ommi ma baqgħetx li kienet.", "U lanqas missieri.", "Filli konna familja dejjem magħqudin flimkien, noħorġu, niċċajtaw, ngħaddu mumenti sbieħ u filli……..donnu d-dlam tal-ħajja kien ħa kontroll ta' kollox.", "Id-dar kont inħossni se naqta' n-nifs.", "Kont għadni wisq żgħira biex nifhem kollox, imma bdejt ninduna li kollox kien inbidel.", "Ġieli kont inkellem lil ommi u kienet tieqaf tħares lejja b'ħarsa ċiera, distanti…….kważi toħnoqni.", "Fija kienet tara lil Helen.", "Ġieli ħarsitha kienet kważi tgħaddi minn ġo fija, qisni jiena ma kontx qiegħda hemm.", "U dawn l-affarijiet vera kienu jweġġgħuni.", "Imma mbagħad, ġara dak li kellu jiġri.", "Rajt lill-ġenituri tiegħi jinbidlu.", "Erġajt bdejt nara xi tbissima fuq fomm missieri u ommi reġgħet bdiet toħroġ mid-dar, tgħannaqni u ġieli smajtha tkanta minn taħt l-ilsien waqt il-faċendi, ukoll.", "Darba minnhom, waqt li jiena kont qiegħda f'kamarti, smajt il-passi tal-papoċċ t'ommi resqin minn barra l-bieb.", "Dawwart ħarsti u rajt lil ommi titfaċċa minn wara l-bieb.", "\"Edel…..\" qaltli, hekk kif resqet lejja, ħaditli l-pupa li kelli f'idi b'ġentilezza u poġġietha fuq is-sodda bilmod.", "\"Irrid ngħidlek xi ħaġa……\"", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/23/ricetta-beef-stroganoff/", "date": "23/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: (għal 4 persuni) 500g ċanga, maqtugħa f'biċċiet ' bitesized ' Mgħarfa butir Basla kbira mqatta' 4 sinniet tewm, imqatta' 2 kuċċarini worcestershire sauce 250g faqqiegħ, imqatta' 300ml stokk taċ-ċanga 250ml krema friska Mgħarfa tursin imqatta' Dqiq (biex tiksi l-laħam) Melħ u bżar 250g ross mgħolli", "Roxx id-dqiq, il-melħ u l-bżar fuq il-biċċiet taċ-ċanga.", "Ħawwad sew sakemm il-laħam ikun miksi bid-dqiq.", "Dewweb il-butir f'taġen fond.", "Żid il-laħam u aqli għal xi erba' minuti fuq kull naħa.", "Neħħi l-laħam mit-taġen u żommu f'post sħun.", "Fl-istess taġen, aqli l-basla, it-tewm u l-faqqiegħ sakemm il-basla tirtab u tibda tieħu l-kulur.", "Erġa' żid il-laħam fit-taġen.", "Żid il-worcestershire u l-istokk taċ-ċanga.", "Ħawwad, u ħallih sakemm ikun se jiftaħ jagħli.", "Imbagħad baxxi n-nar u ħallih itektek, għal 20 minuta.", "Żid il-krema friska u ħawwad sew għal ftit minuti sakemm il krema tisħon.", "Irranġa l-beef stroganoff u r-ross fuq platti u roxx it-tursin fuq kull platt.", "L-ikla t-tajba 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/23/il-mument-li-naghrfu-u-nesprimu-s-sesswalita-taghna-jean-pierre-cassar/", "date": "23/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Forsi għal ħafna xebgħu jaqraw u jisimgħu fuq il-komunità LGBTIQ.", "Uħud jifhmuha li la darba f'pajjiżna konna progressivi u introduċejna ammont ta' liġijiet li ġabu lil kulħadd ugwali, probabbli jaħsbu li kulħadd kuntent u kulħadd ferħan.", "Mentri r-realtà mhux hekk, u meta ngħid hekk mhux għax irridu iktar drittijiet u li qatt m'aħna kuntenti imma minħabba li għad hawn ħafna nies mill-komunità li għadhom qed ibatu s-sesswalità tagħhom fis-silenzju.", "Int li qed taqra din u forsi għandek xi ħadd fil-familja jew ħabib/a li għadhom kemm qalulkom il-verità dwar is-sesswalità tagħhom u ma tafx kif għandek taġixxi, aqra dawn l-erba' kelmiet biex forsi jgħinuk ftit.", "Int li għadek qed ittella' u tniżżel jekk tgħidx lil ta' madwarek dwar is-sesswalità tiegħek kun af li qatt mhu tard, u wara kollox, m'għandekx għaġla biex tagħmel dan.", "Ħu ħinek u ara li tkun komdu qabel tagħmilha, jekk wara kollox, tħoss li għandek il-bżonn tagħmilha!", "Jekk għandek xi ħbieb jew familjari li għadhom kif qalulek dwar dan għandek tkun taf:", "Il-persuna li qaltlek tħobbok ħafna, tafdak u għalkemm beżgħet li forsi titilfek xorta kienet onesta biżżejjed miegħek biex qaltlek il-verità dwarha.", "Apprezza dan il-ġest sabiħ li sar miegħek.", "Għandek tkun taf li persuna titwieled bis-sesswalità tagħha u kulħadd jibqa' jitgħallem dwarha iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Jien illum se nitkellem fuq l-esperjenza tiegħi u ngħid minn dak kollu li għaddejt jien.", "Dan ma jfissirx li kulħadd jgħaddi mill-istess ħaġa iżda kulħadd għandu l-istorja unika tiegħu.", "Ta' età żgħira, kont imrobbi f'familja tradizzjonali Maltija u qatt ma kont espost għal dak kollu li ċerti nies iqisuh bħala xi influwenza ħażina għax \"itellgħu t-tfal il-Gay Pride u jimpressjonaw ruħhom u jsiru bħalhom'' jew għax \"jaqraw l-istejjer dwar il-gays fil-kotba, allura jsiru gays\".", "Dawn huma frażijiet li mhux l-ewwel darba li smajt u fl-opinjoni tiegħi nemmen li huma ridikoli.", "Bdejt biha biex nispjega li l-ebda influwenza ma tibdillek is-sesswalità tiegħek, int titwieled hekk u tibqa' hekk.", "Kien fis-snin tas-sekondarja li bdejt nirrealizza li jien kelli xi ħaġa differenti minn ħafna mill-istudenti li kienu fil-klassi miegħi.", "Kont fi skola sekondarja tas-subien, u ta' subien żgħar li konna, kulħadd kien jgħid dak li jaħseb fuq l-għalliema tagħna.", "Kont ninnota li wħud minna kienu jitkellmu b'ċertu mod fuq għalliema nisa, waqt li jien ma kont nara xejn li jiġbidni.", "F'mara kont nara persuna li komdu nitkellem magħha, kont nara ħabiba.", "Il-mod kif sħabi kienu jitkellmu dwar il-ġisem tal-mara ma kienx jeċitani kif jeċita lilhom u bdejt ninnota li kien hemm xi ħaġa li ma kinitx qed tagħmel sens u kont qed inħoss li kien hemm xi ħaġa differenti.", "Ovvjament għalija kien żmien diffiċli, żmien ta' ħafna mistoqsijiet.", "Ma kontx naf lil min se naqbad inkellem dwar dan u ma kontx naf jekk dak li qed nagħmel u ninnota hux \"normali\".", "Edukazzjoni dwar gays u l-komunità LGBTIQ ftit li xejn kien hawn sa ftit tas-snin ilu.", "Allura sibtha diffiċli biex nifhem eżatt x'jien.", "Kien iż-żmien meta bdejt nesperimenta li bdejt nifhem eżatt x'jien.", "Ma' sħabi konna noħorġu sikwit.", "U ta' żgħar li konna, kulħadd jgħabbi minn hawn u jgħabbi minn hemm, però għalkemm kemm-il darba ħriġt ma' xi ħadd tas-sess oppost dejjem ħassejt xi ħaġa nieqsa.", "Wara ċertu żmien imbagħad kien hemm realizzazzjoni li bdejt inħossni iktar attirat lejn nies tal-istess sess.", "Bdejt nieħu gost iktar bl-attenzjoni li jtuni nies tal-istess sess u maż-żmien bdejt nifhem eżatt għaliex inħoss xi ħaġa nieqsa ma' mara u ma' raġel kont inħossni iktar komdu.", "Minkejja li lil sħabi kont għidtilhom il-verita kollha, ħadd qatt ma warrabni u ħadd ma waqaf ikellimni minħabba s-sesswalita tiegħi.", "Iżda dwar dan se nkompli nitkellem id-darba li jmiss…", "Jekk tixtieq taqsam l-istorja tiegħek magħna, anki b'mod anonimu, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/24/maskri-tal-wicc-trattament-essenzjali-tas-sbuhija/", "date": "24/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Probabbilment wieħed mill-mumenti ta' rilassament tal-ġimgħa (personalment, huwa l-Ħadd filgħaxija nara serje tajba ta' Netflix u nagħmel id-dwiefer tiegħi fl-istess ħin), huwa l-applikazzjoni ta' maskra fuq il-ġilda tiegħek.", "Din tagħti BOOST lill-ġilda.", "Taf, darba jew darbtejn fil-ġimgħa, toffri lill-ġilda tiegħek trattament li jaġixxi fil-fond fis-saffi differenti tal-ġilda.", "Il-maskri huma kompliment perfett ritwali tal-kura ta' kuljum tiegħek f'4 passi: naddaf, ipprepara, attiva u kkoreġi.", "Waħedhom, huma jnaddfu, jidrataw jew jiċċaraw il-ġilda tiegħek dejjem aktar fil-fond.", "Benefiċċju addizzjonali wieħed ta' maskra: l-effett huwa immedjat.", "Tista' tara minnufih li l-ġilda tiegħek hija aktar ċara, aktar radjanti u fuq kollox, aktar bilanċjata!", "Min għandu juża maskra tal-wiċċ?", "KULĦADD!", "Għaliex?", "Minħabba li kull maskra tissodisfa ħtiġijiet differenti, kull tip ta' ġilda ssib dak li hu addattat, L-uniku rekwiżit huwa li tinterpreta sew il-ħtiġijiet tal-ġilda tiegħek.", "Kull maskra hija differenti: in-nisġa u l-kombinazzjoni ta' ingredjenti jwieġbu għal kull ħtieġa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ġilda tiegħek.", "L-idratazzjoni tal-ġilda tiegħek hija essenzjali biex iżżomm bilanċ tal-ġilda b'saħħtu.", "Jgħin biex tissaħħaħ il-funzjoni tal-barriera tal-ġilda minn aggressjonijiet ta' kuljum, bħat-tniġġis, u stress.", "Ġilda niedja hija armata bi protezzjoni naturali aħjar, tieħu ħsieb iċ-ċelloli tagħha sabiex jibqgħu żgħar u b'saħħithom kemm jista' jkun!", "Biex iżżomm il-ġilda tiegħek idratata u tevita tikmix minn kmieni.", "Iċ-ċirasa fuq il-kejk: ġilda idratata tidher b'saħħitha, tħossha komda u tagħtik dehra radjanti.", "Perfetta biex tikseb l-ideal tas-sbuħija tiegħek!", "Biex tikseb dawn il-benefiċċji kollha f'maskra waħda, nirrakkomandaw li tuża JOWAE REPLUMPING MASK għaliex din timla u ttaffi l-ġilda tiegħek mill-ewwel applikazzjoni tagħha u b'mod dejjiemi!", "Adattata għat-tipi kollha tal-ġilda, anke sensittivi, u ttestjatha taħt kontroll dermatoloġiku, fiha wkoll 96% ingredjenti naturali.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/25/kif-nistghu-ma-ninkwetawx-izzejjed-michelle-zerafa/", "date": "25/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kif tkellimna l-ġimgħa l-oħra l-ansjetà żdiedet minħabba li qed ngħixu żmien ta' inċertezza minħabba l-pandemija, allura hemm it-tendenza li ninkwetaw iżżejjed ..", "Xi kultant tiġina t-tentazzjoni li naħarbu mir-realtà u ninfexxu f'xi ħaġa li taljenana bħax-xogħol bla nifs, it- tindif esaġerat, li norganizzaw kollox b'perfezzjoni u ħafna aktar.", "Huwa tajjeb li naljenaw ruħna iżda il-moderazzjoni hija importanti biex inżommu l-bilanċ li hemm bżonn.", "Kif nista' ninduna li m'hemmx bilanċ?", "Jekk ninduna li l-moderazzjoni mhijiex hemm għax jew ta' madwari jinfurmawni li qed nesaġera jew għax inħoss li ħajti qeda f'konfużjoni sħiħa dan ikun ifisser li xegħlet il-bozza l-ħamra.", "Kif nindunaw li hemm problema nistgħu jew nagħżlu li nibqgħu għaddejjin f'ċirku vizzjuz jew nistgħu nagħżlu li nieħdu ħsieb il-problema u nfittxu l-għajnuna li hemm bżonn.", "Studji jgħidu li aktar ma tipprova tgħatti milli taċċetta dak li qed tħoss, iktar hemm ċans li l-problema tikkumplika ruħha.", "Il-ħsibijiet tagħna jistgħu jikkontrollawlna ħajjitna.", "Tajjeb li xi kultant nieqfu ftit u naraw x'qed jgħidulna għax fir-realtà huma l-ħsibijiet li joħolqulna emozzjonijiet b'saħħithom li jġiegħluna nirreaġixxu.", "Pereżempju, jekk jien moħħi jgħidli li m'inhix tajba biżżejjed biex nitkellem quddiem grupp ta' nies, il-ħsibijiet tiegħi jiddominawni u nispiċċa nibża u nitwerer.", "Allura x'jiġri, meta niffaċċja n-nies u nitkellem il-biża' ma tħallinix nikkonċentra u allura ċ-ċans hu li nibda nlaqlaq.", "Inkella l-biża' żżomni lura u qatt ma nipprova, allura nibqa' nemmen li jien mhux kapaċi niffaċċja udjenza.", "Permezz ta' dan iċ-ċirku vizzjuz nispiċċa nsostni l-ħsibijiet tiegħi.", "Dan ikollu allura impatt fuq il-kunfidenza tiegħi jew il-perċezzjoni tiegħi nnifsi..", "Allura x'għandi nagħmel biex il- ħsibijiet negattivi ma jaffetwawnix?", "L- ewwel ħaġa hija li importanti li nifhem x'qed jiġri, nifhem aħjar x'inhuma l-ħsibijiet li għandi", "Għandi wkoll naċċetta li qed nesperjenza dawn il-ħsibijiet, aktar ma naċċetta dawn il- ħsibijiet inqas ikollhom poter fuqi..", "Nista' niftakar f'esperjenzi pożittivi u nfakkar lili nnifsi li xi darba irnexxieli u li jien kont kapaċi.", "Nista' anke niftakar xi kumplimenti li għamluli.", "Nista' nkompli nifhem għala qed jkolli ħsibijiet negattivi, billi niskopri aktar dwari nnifsi u forsi dwar esperjenzi mill-passat tiegħi.", "Dan xogħol li nista' nagħmel waħdi, iżda jekk ma jirnexxilix, tajjeb li nfittex l-għajnuna mingħand professjonist.", "Ngħiduha kif inhi, mhux dejjem faċli niffaċċjaw dak li jtaqqalna, però tajjeb li nfakkru lilna nfusna li mhux impossibbli.", "Fil-verità jekk ma niċċaqalqux u nippruvaw niffaċċjaw dak li jtaqqalna, inkunu qisna pupazzi f'idejn dawn il-ħsibijiet li jniżżluna l-isfel.", "Għalhekk wieħed irid jiftakar li jekk jirnexxilu, il-kwalità tal-ħajja tiegħu u ta' dawk ta' madwaru, hemm ċans li tinbidel għall-aħjar.", "Awguri u tislijiet.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/25/poezija-niftakar-elaine-gauci-scerri/", "date": "25/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Niftakar Meta jien kont tifla żgħira bla problemi u ħsibijiet kont nitgħaxxaq nisma l-ħrejjef fuq prinċipessi u sħarijiet.", "Il-papà bil-ħlewwa kollha fuq is-sodda jimtedd ħdejja kuljum kien jivvinta storja sakemm nagħlaq ftit għajnejja.", "Xi ftit stejjer niftakarhom kien ikollhom xi tagħlima xi rakkont, storja ta' mħabba jew karattru b'xi qalb kbira.", "Meta nkun xi ftit imtaqqla l-aktar b'din il-pandemija nitlaq niġri mmur nixxala fil-ġnien ħelu tat-tfulija.", "Ħsieb : Fi żminijiet diffiċli, inħobb immur lura fil-passat u niftakar b'għożża t-tfulija tiegħi , id-dinja tal-fantażija u l-mumenti speċjali ma' missieri.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/26/sfida-l-ebda-haga-elettronika-wara-t-830pm-matthaeus-grasso/", "date": "26/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ara tgħinekx din? ….L-EBDA ĦAĠA ELETTRONIKA WARA 8:30 PM!", "Kont taf li d-dawl blu mill-apparat tiegħek – Mowbajl, Tablet, TV, laptop, kompjuter – iħawwadlek l-ormoni ta' ġismek u jista' jagħmilha aktar diffiċli għalik biex torqod?", "Tant hu hekk li llum il-ġurnata, porzjon mill-apparat l-ġdid qiegħed jiġi manifatturat mingħajr dan id-dawl blu?", "Dan għaliex apparat ibbażat fuq l-LED jarmi dawl blu, li jista' jżid il-livelli ta' kortisol f'ġismek.", "Il-kortisol huwa l-ormon tal-istress u li huwa ddisinjat biex iqajjimna u nimxu meta nkunu ffaċċjati b'periklu.", "U dak jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-melatonina, l-ormon li jinduċi l-irqad.", "Ovvjament, dak huwa eżattament l-oppost ta' dak li rridu li jiġri eżatt qabel l-irqad, mhux hekk?", "Naf li ħafna minna dipendenti fuq il-mowbajl, it-tv u l-kompjuters tagħna … Allura dan hu eżattament għaliex din il-ġimgħa, se nagħlquhom kollha sa mhux aktar tard mid-9 p.m…. sabiex inkunu nistgħu nieħdu lejl aħjar ta' rqad!", "Li jwassal għal ġurnata aħjar, Għada!", "Kif tafu, l-irqad għandu impatt tremend fuq kważi kull aspett ta' ħajtek, kemm jekk qed titlef il-piż, ittejjeb il-burdata tiegħek, jew tkun iktar produttiv fuq ix-xogħol.", "Ħafna minna għandna bżonn mill-inqas 6 sa 8 sigħat ta' rqad ta' kwalità tajba kull lejl … imma għal ħafna minna, li jkollok daqshekk tista' tkun sfida mhux daqstant faċli ….", "U għalhekk, mhux biss dwar l-ammont ta' sigħat li torqod, imma l-KWALITÀ tal-irqad (Kemm qed torqod tajjeb u fil-fond).", "Jekk tkun impossibbli li tibqa 'l bogħod mill-apparati elettroniċi tiegħek, għall-anqas ikkunsidra li tnaqqas id-dawl.", "Imma xjenzati li għamlu mijiet ta' esperimenti jgħidu li l-aħjar mod kif tevita l-problema …. huwa li tevita l-apparati elettroniċi tiegħek qabel torqod!", "Int lest għall-isfida!?!?", "Għidilna f'kumment hawn taħt!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/27/filmat-milied-tal-familja-kanzunetta-gdida-minn-franz-galea-bezzina/", "date": "27/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Franz Galea Bezzina u ilu jkanta għal dawn l-aħħar 18-il sena.", "Jgħidilna li l-kant dejjem kien strument li bih jirnexxilu jferraħ lin-nies b'mod speċjali lil dawk li jinsabu waħedhom u jkunu jixtiequ ftit kumpanija.", "Għal Franz, m'hemm xejn isbaħ mill-mużika biex tagħmel dan.", "Wara s-suċċess li kiseb bil-kanzunetta Jien hekk , proprju ftit tal-ħin ilu għadu kemm nieda kanzunetta ġdida li ġġib l-isem ta' ' Milied tal-familja '.", "Miktuba minn Franz innifsu u mużika ta' Marco Debono, din il-kanzunetta titratta fuq tipi differenti ta' familji u kif kulħadd igawdi l-Milied bil-mod tiegħu.", "Kif ukoll titratta l-elementi kolla li jġib miegħu l-Milied – kemm talb, kemm tiżjin, u l-improtanza li nkunu magħqudin u ngħinu lill-batut.", "Il-messaġġ ewlieni ta' din il-kanzunetta hu l-importanza u l-valur tal-familja, u l-valuri li għandna ngħixu bihom matul is-sena kollha iżda li jirriflettu anki fil-Milied.", "Silta mill-kanzunetta:", "Milied Tal-Familja, b'għan nobbli u pożittiv,", "Innaqsu ftit kapriċċi, ngħinu lil min hu fil-qiegħ,", "Naraw l-anzjani tagħna u mhux dejjem imwarrbin,", "Milied b'differenza, mingħajr bews u tgħanniq."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/29/rakkont-minn-sharon-calleja-ohti-helen-it-tielet-parti/", "date": "29/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-ewwel ħarist lejn il-pupa għaliex ngħid il-verità, dak il-ħin kont qiegħda mehdija sew magħha u ma kellix moħħ diskors.", "Ħarist lejn xuxitha sabiħ bjond, għajnejha kbar impinġijin suwed u l-libsa mżarrta xi ftit mill-ġenb, tant kemm kont ilni niġbed fiha u nilgħab biha.", "Imbagħad dawwart ħarsti lejn ommi, b'għajnejja kbar, miftuħin beraħ, lesti biex jaraw l-espressjoni ta' ommi waqt li kont qed nistenna biex nisma' din l-aħbar li kellha tagħtini.", "\"Se jkollna tarbija ġdida fil-familja…….il-bambin…….\" waqfet ftit biex tieħu nifs.", "Dak il-ħin, bl-eċċitament li kellha, bilkemm setgħet tinftiehem sew.", "\"Il-bambin…….se jerġa' jtina…….lil xi ħadd ieħor ma' min tilgħab inti.\"", "Dak il-ħin suppost fraħt.", "Iżda r-rabja kbira li qabditni ġo fija, ma nistax nispjegaha hawn.", "\"Jien lil Helen irrid!\" ridt ngħajjat u nwerżaq.", "Imma minflok, għażilt li nitbissem, ħallejt lil ommi tgħannaqni u ħassejt nifisha jinqata' hekk kif wiċċha kien eżatt ma' widinti.", "Iżda meta waslet dik il-ġurnata li kelli niltaqa' mat-tarbija l-ġdida……..kont ħerqana biex naraha iżjed milli kienu huma.", "Mhux għax kont inħobbha.", "Iżda għax ridt nara min kien qed iqanqal din ir-rabja kollha ġo fija.", "Stennejt li jgħajtuli ħdejhom.", "Kamra bajda mimlija nies lebsin kollox abjad jew aħdar.", "Riħa tal-kexxun ta' fuq li kellna d-dar taħt il-mera tal-kamra tal-banju.", "Rajt lil missieri ġej lejja mill-kuritur.", "Ġrejt b'kemm kelli saħħa.", "Eżatt malli rajt lit-tarbija, qalbi bdiet tħabbat b'mod mhux normali.", "Ma għannaqthiex.", "Ma ridtx nerfagħha.", "Ir-riħa tfuħ ta' trabi daħlet f'imnifsejja.", "\"Jisimha Helen……\" qaltli ommi b'vuċi xi ftit maħnuqa, tirrifletti mumenti xi ftit diffiċli waqt il-ħlas.", "\"Mhux sew!\" ridt ngħidilhom.", "Iżda bqajt siekta.", "It-tarbija ġiet magħna d-dar u tgħidx kemm bdiet tikber.", "Fil-bidu kienet torqod fil-kamra t'ommi u missieri, iżda mbagħad meta beda għaddej aktar iż-żmien, ġiet torqod f'kamarti.", "Is-sodda ta' Helen ma kinitx għadha hemm.", "Minflokha, il-papa' kien ġab sodda oħra.", "Sodda ikbar u isbaħ.", "Iżda lili iżjed kienet togħġobni dik ta' qabel.", "Għax dik kienet ta' oħti.", "Oħti Helen.", "Il-ġimgħa d-dieħla…..ir-raba' u l-aħħar parti ta' dan ir-rakkont…", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/29/silta-pankrazju-joan-burlo/", "date": "29/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Tissaporti nixfa u mluħa Fl-għaram tar-ramel twarrad.", "Tfewwaħ f'iljieli kalmi u kiebja, Tħajjar lill-baħrija tal-leblieb Idduq mil-likwidu ħelu tagħha Biex tiddakkar u titkattar.", "Ikkumenta #wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Joan Burlo Għalliema"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/30/ricetta-stuffat-tal-qarnit/", "date": "30/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: (għal 6 persuni) 1 kg qarnit imqatta' biċċiet żgħar 500ml ilma Mgħarfa żejt taż-żebbuġa 2 basliet imqatta' rqaq 4 sinniet tewm imqattgħin irqaq 4 patatiet kbar maqsumin f'erbgħa 300g piżelli (marrowfat) 2 imgħaref pejst tat-tadam Karrotta kbira mqatta' 2 imgħaref żebbuġ imqatta' Mgħarfa kappar 220ml inbid aħmar 400g bott tadam imqatta', jew 5 tadamiet friski imqatta' Kuċċarina ħabaq Kuċċarina nagħniegħ Kuċċarina curry Kuċċarina rignu Kuċċarina merqtux Kuċċarina ħwawar tal-ħut Kuċċarina bżar Kuċċarina melħ fl-ilma li tgħalli fih il-qarnita 600g spagetti mgħolli (jekk se sservi l-istuffat fuq spagetti)", "Saħħan il-500ml ilma ġo kazzola.", "Kif jiftaħ jgħali żid il-qarnit u roxx il-kuċċarina melħ.", "Ħallih isir fuq nar baxx għal kwarta.", "Itfi n-nar u ħalli l-qarnit jibred fl-ilma tiegħu.", "Sadanittant, saħħan iż-żejt ġo borma kbira.", "Aqli l-basal u t-tewm sakemm jieħdu kulur kannella.", "Żid l-inbid, il-pejst tat-tadam, il-karrotta, il- ħabaq, ir-rignu, in-nagħniegħ, il-curry, il-bżar, il-merqtux u il-ħwawar tal-ħut.", "Ħawwad sewwa u sajjar fuq nar qawwi għal ftit minuti sakemm l-inbid jevapora.", "Żid l-ilma li tkun għallejt il-qarnit fih u mbagħad żid ukoll il-patata, iż-żebbuġ u l-kappar.", "Ħawwad sewwa u malli jiftaħ jgħali, baxxi n-nar u żid il-biċċiet tal-qarnit.", "Ħallih itektek fuq nar baxx għal nofs siegħa u kultant tih taħwida, sakemm l-istuffat jagħqad ftit u l-qarnit isir tari.", "Servi waħdu jew fuq platt spagetti.", "L-ikla t-tajba 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/01/il-beneficcji-tal-purifying-mask-u-kif-tapplikaha-josette-grech/", "date": "01/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Purifying Mask Ingredjent importanti fil-qalba ta' din il-maskra huwa l-ilma Sakura, magħruf għal eluf ta' snin fil-farmakopeja Asjatika għall-proprjetajiet idratanti tiegħu!", "Kif tużaha: din il-maskra tas-sbuħija għandha tiġi applikata darbtejn fil-ġimgħa!", "Applika l-maskra f'saff oħxon, ħalliha għal 10 minuti u għamel massaġġi forma ta' ċrieki – jew neħħiha b'COTTON DISK.", "L-għażla hija tiegħek!", "Ipurifika l-ġilda", "Biex tippurifika", "- terminu profond ħafna!", "Xi tfisser tippurifika l-ġilda?", "Tnaddaf il-pori, tneħħi s-sebum żejjed u l-impuritajiet, sempliċement b'dan il-prodott il-ġilda tieħu n-nifs … dan kollu bl-għan aħħari li jkollok ġilda matta, pori ndaf u magħluqin u dehra radjanti!", "Għaliex il-Purifying Mask hi daqshekk importanti?", "Il-PURIFYING MASK hija importanti kemm għaliex l-arja ta' madwarna m'hijiex daqshekk nadifa kif ukoll għaliex dan l-aħħar qed ikollna nilbsu maskri ta' protezzjoni, u dan iħalli effett ta' ponot irqaq u aktar żejt ġol-wiċċ.", "Biex tippurifika l-ġilda huwa rakkomandat għan-nies kollha b'ġilda żejtnija u kombinata, iżda wkoll għal dawk kollha li sempliċement iridu jibbilanċjaw mill-ġdid il-gilda tagħhom.", "Grazzi għall-Purifying clay mask minn Jowaé!", "Fil-qalba ta' din il-maskra hemm tafal u l-famuża Lotus Sagra, magħrufa għall-proprjetajiet purifikanti tagħhom.", "It-tafal pur jassorbi l-impuritajiet u jnaddaf il-pori fil-fond.", "Preżenti wkoll fil-qalba tal-maskra, mikrogrammi tal-papajja, dan jgħin biex tneħħi bil-mod iċ-ċelloli mejta.", "Din il-maskra hija faċli ħafna biex tapplikaha, darbtejn fil-ġimgħa u ħalliha għal 5 minuti immassaġġja fl-aħħar nett biex tnaddaf il-pori u mbagħad laħlaħ sew.", "Wara li nkunu neħħejna l-maskra importanti li nużaw Hydrating Water mist u Mattifying cream.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, ibgħatilna email fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/01/filmat-ferh-tal-milied-kanzunetta-gdida-kantatha-minn-jade-vella/", "date": "01/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-kunċett ta' din il-kanzunetta hu li waqt li d-dinja kollha għaddejja minn sitwazzjoni diffiċli bħalissa, ħafna nies tilfu s-sens ta' ferħ f'ħajjithom, għaldaqstant din il-kanzunetta tippreżentalna l-ferħ veru tal-Milied.", "Din il-kanzunetta tagħti bidu għal żewġ anniversarji ta' ferħ fl-2021; l-għaxar anniversarju mill-kanzunetta Ħelu Bambin (2011-2021) u l-mitt anniversarju mill-ewwel Dimostrazzjoni bil-Bambin minn San Gorg Preca (1921-2021).", "Ispirat miċ-ċirkostanzi attwali u miż-żewġ anniversarji, l-għan ewlieni tal-awtur hu li jfakkar aktar minn qatt qabel li l-Milied huwa festa ta' ferħ.", "Fi żminijiet diffiċli għandna nieqfu u nirriflettu s-sinjifikat veru tal-Milied, u meta verament naslu biex nifhmu, nindunaw li l-veru sors ta' ferħ ta' ħajjitna mhuwiex dak materjali.", "Il-ferħ insibuh biss meta jkollna l-paċi ġewwiena, u fl-imħabba sinċiera lejna nfusna, lejn dawk ta' madwarna u lejn in-natura.", "Mhux biss fil-Milied iżda f'kull ġurnata ta' ħajjitna.", "Ferħ tal-Milied"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/02/kif-nistghu-niksbu-l-kunfidenza-fina-nfusna-michelle-zerafa/", "date": "02/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kunfidenti fik innifsek jew le, tagħmel differenza kbira fil-ħajja tiegħek Kif tkellimna l-ġimgħa l-oħra l-ħsibijiet jaffettwawna immens.. jikkontrollawna u jmexxuna..", "Jekk l-istima tagħna hija baxxa ħafna ċ-ċans hu li naraw lilna nfusna bħala inkompetenti, bla valur, mhux ta' min iħobbna .. u aktar.. dawn il-ħsibijiet mingħajr ma nafu, jistgħu jaffettwaw l-għażliet tagħna..", "Jaffettwaw l-istil tal-ħajja li ngħixu .. ħafna drabi, nibqgħu ngħixu fil-passat u għalhekk nibqgħu staġnati.. dawn iġiegħluna nħossuna agħar minn ħaddieħor u ninqabdu f'xibka ta' negattività liema bħalha.. l-imġiba tagħna tkun proprju mera ta' dawn il-ħsibijiet negattivi li jiddominawna u joffru pedament imnawwar għall-eżistenza tagħna ..", "Imma kif nistgħu nibdlu dawn il-ħsibijiet?", "Kemm hi diffiċli.. jew faċli, jekk aħna nkunu drajna ngħixu hekk tul ħajjitna?", "X'jista' jgħinna naslu għall-bidla li jistħoqqilna?", "Primarjament, tajjeb li nifhmu li din mhix xi soluzzjoni li tinstab u tinbidel mil-lejl għan-nhar… U lanqas mhi xi ħaġa li għandha x'taqsam mad-dehra ta' barra.. iżda hija xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-għeruq tagħna..", "U allura trid proċess li jgħinek issib lilek innifsek.. jirrikjedi ftit paċenzja u perseveranza… Tibżax, jekk temmen li trid bidla, se tasal..", "L-istorja tiegħek mhijiex se tinbidel..", "Iżda inti tista' tbiddel kif tħares lejn l-istorja tiegħek ..", "Jekk tikkommetti ruħek li għallinqas, tkun konxju/konxja tal-ħsibijiet li jgħaddu minn moħħok.. tkun tista' tiggwadanja l-kontroll fuq dawn l-istess ħsibijiet..", "Kif tista' tħossok aħjar u allura tibda temmen fik nnifsek?", "Tibżax taċċetta min int verament..", "Għall-bidu diffiċli, iżda meta jirnexxilek .. tħossok liberu u aħjar..", "Tibżax tgħid le, jekk ma tistax jew ma taqbilx.. għall-bidu tkun diffiċli vera.. iżda dan hu l-mod kif wieħed jista' jiġi apprezzat u rispettat..", "Aċċetta li jista' jkun li tagħmel żball.. jew li għamilt żball.. ħadd mhu perfett u kulħadd jista' jiżbalja xi darba jew oħra..L-importanti li titgħallem mill-iżball ..", "Għax din fir-realtà tista' tkun esperjenza li tgħinek timxi 'l quddiem..", "Meta tieħu responsabilità tal-azzjonijiet tiegħek tkun wasalt f'punt fejn immaturajt u tħossok aħjar li tirrealizza x'inhuma l-preġji u fejn huma l-limiti tiegħek..", "Xejn mhu daqshekk ta' sodisfazzjon meta bil-preġji tiegħek tkun ta' sapport għal ħaddieħor..", "Agħti mingħajr ma tistenna xejn lura.", "Ikkommetti ruħek li tiddeċiedi li tilħaq għan..", "M'hemmx għalfejn tkun xi ħaġa fenomenali.. ibda bil-mod .. ma' kull pass li tagħmel tkun qed tgħin lilek innifsek timxi 'l quddiem..", "Xi kultant bħal dan ir-ritratt ..inħossuna komdi fis-sitwazzjoni li nkunu, allavolja ma nkunux kuntenti, u nibqgħu fid-dell.. inħarsu lejn dak li nixtiequ iżda nibżgħu niċċaqalqu..", "Jekk tipprova tasal..", "Awguri u tislijiet", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/03/sfida-tal-fibra-matthaeus-grasso/", "date": "03/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Din il-ġimgħa se niffukaw biex niżguraw li jkollok biżżejjed 'BULK' fl-ikel tiegħek li tiekol!", "Hekk hu, se niżguraw li jkollna fibra ('fibre') biżżejjed KULJUM!", "Hemm ħafna raġunijiet biex tiekol biżżejjed fibra, imma l-ewwel, ejjew ngħaddu għat-tipi ta' fibra.", "Hemm fibra solubbli, li tinħall fl-ilma u tgħin biex tbaxxi l-livelli tal-kolesterol fid-demm u tal-glukożju.", "Tinstab fil-legumi, ħafur, frott taċ-ċitru, psyllium, xgħir u tuffieħ.", "Hemm ukoll fibra li ma tinħalx, li hija t-tip li żżomm il-\"plumbing\" intern tiegħek jaħdem tajjeb billi tgħin biex tissaħħaħ is-sistema diġestiva tiegħek.", "Tista' ssib din it-tip ta' fibra fid-dqiq tal-qamħ sħiħ, nuħħala, fażola, ġewż, ħaxix bħall-pastard, fażola ħadra u patata.", "Kemm għandek bżonn kuljum?", "Skont l-Istitut tal-Mediċina fl-Istati Uniti, in-nisa għandhom bżonn madwar 25 gramma ta' fibra kuljum waqt li l-irġiel għandhom bżonn madwar 38 gramma.", "Ħafna minna niksbu madwar 15-il gramma biss.", "Issa, jekk s'issa ma tikolx ħafna fibra, oqgħod attent li żżid bil-mod l-ammont li tikseb kuljum, sabiex tkun tista' tevita jew tnaqqas miċ-ċans li jkollok gass u skumdità oħra.", "Ukoll, huwa verament importanti li tkun żgur li tixrob biżżejjed ilma meta tagħti spinta lill-konsum tal-fibra tiegħek, minħabba li l-fibra tassorbi l-ilma mis-sistema tiegħek.", "Hawn huma xi raġunijiet importanti li trid tkun żgur li jkollok biżżejjed fibra fid-dieta tiegħek: ● Iżżomm l-imsaren tiegħek jiċċaqalqu regolarment. ● Inaqqas il-kolesterol għoli. ● Tikkontrolla l-livelli taz-zokkor fid-demm. ● Iżżommok tħossok mimli, allura int probabbilment tiekol inqas. ● Tipprovdi \"ikel\" għall-batterja b'saħħitha li tgħix fl-imsaren tiegħek, u tippromwovi sistema ta' immunita' b'saħħitha.", "Int ħa teħodha l-isfida tal-FIBRA ??", "Ejjew nimmiraw għal 25 gramma (nisa) u 38 gramma (għall-irġiel) kif jirrakkomanda l-Istitut tal-Mediċina fl-Istati Uniti, kuljum din il-ġimgħa!", "Ħalli nota fil-kummenti jekk qed tipparteċipa!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/04/imhabbra-l-20-semi-finalist-ta-muzika-muzika-festival-kanzunetta-maltija/", "date": "04/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ilbieraħ filgħaxija l-bord ta' Mużika Mużika ħabbar l-għoxrin semi-finalist li se jkunu qed jieħdu sehem f'dan il-festival li se jixxandar fuq Television Malta bejn it-18 u l-20 ta' Marzu 2021.", "Dawn huma l-għoxrin kanzunetta semi-finalista (f'ordni alfabetika):", "Kompożitur: Richard Micallef.", "Awtriċi: Roberta Magri.", "Kompożitur: Philip Vella.", "Għajjejt Inħobb.", "Kompożitur: Gilbert Camilleri.", "Awtriċi: Rita Pace.", "Għal Dan il-Lejl.", "Kompożitur: Mark Spiteri Lucas.", "Għażiż.", "Kompożitur: Cyprian Cassar.", "Kompożitur: Philip Vella.", "Kompożitur: Bernard Bonnici.", "Il-Kitarra u Jien.", "Kompożitur: Philip Vella.", "Kompożitur: Mark Scicluna.", "Kompożitur: Glen Vella.", "L-Ewwel Jien.", "Kompożitur: Elton Zarb.", "Kompożitur: Mark Spiteri Lucas.", "Naħseb Fik.", "Kompożitur: Aidan Cassar.", "Sinfonija Ħiemda.", "Kompożituri: Aldo Spiteri u Bradley Spiteri.", "Ta' Ftit Kliem.", "Kompożitur: Ryan Grech.", "Kompożitur: Mark Spiteri Lucas.", "Teżor.", "George Curmi Il-Puse'.", "Kompożituri: Cyprian Cassar u Mark Scicluna.", "Tista'.", "Kompożitur: Nikolai Gravino.", "Vizzju.", "Kompożitur: Aidan Cassar.", "Warajk.", "Kompożitur: Dominic Cini.", "Nawguraw lill-kantanti, awturi u kompożituri kollha!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/06/rakkont-minn-sharon-calleja-ohti-helen-ir-raba-u-l-ahhar-parti/", "date": "06/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Min kienet din biex setgħet tieħu post l-għażiża tewmija tiegħi?", "\"Meta jingħalaq bieb, jinfetħu mija,\" kont smajthom jgħidu l-iskola.", "\"Qed tara, xorta għandek oħtok…..\" kienu jgħiduli n-nies u t-tfal l-oħra.", "Anke r-ritratti, l-affarijiet kollha li kellha l-għażiża oħti Helen, kienu ġabruhom kollha f'kexxun imsakkar ħalli ma jiftakrux fiha.", "Dan kien iweġġagħni.", "Ħadd ma kien jifhimni!", "\"Tgħidilhiex lil Helen b'dak li ġara……\" kienu qaluli.", "Ma riedux li oħti tkun taf bit-traġedja kbira li kienet ġratilna.", "U jien ma ridtx naċċettaha.", "Ir-rabja li kelli fija ma riditx titlaq.", "Dakinhar li oħti ż-żgħira ħarġet magħna għal għand tal-merċa għall-ewwel darba.", "Konna mexjin minn quddiem it-triq li tagħti lejn il-ħanut ta' Duminka.", "Jiena, ommi u oħti.", "Oħti bilkemm kienet għadha timxi sew, allura minħabba fiha, konna qiegħdin nimxu bilmod.", "Ħarist lejn ommi u ħassejtni nirrabja.", "Ommi kienet qiegħda tħares lejn oħti u titbissem.", "Mhux suppost li kien hemm hi.", "Suppost kien hemm oħti Helen.", "Żgur ma kontx se nħobbha daqs oħti l-oħra.", "Eżatt xħin wasalna quddiem il-ħanut, billi kienet l-ewwel darba li kienet qiegħda timxi fit-tul, rajt lil oħti togħtor minn sieq waħda, tinfixel tħares lejn il-ħanut ta' Duminka u taqa' mal-art.", "Għajnejha mtlew bid-dmugħ u rajtha qed iżżomm ġo fiha biex ma tibkix.", "Imn'alla ommi ma għamlitx plejtu u qagħdet tfissidha!", "Dak il-ħin, qalbi għamlet tikk.", "F'dak il-preċiż post. Ġurnata fost l-oħrajn.", "Ġurnata sabiħa bħal illum.", "Il-ħsejjes tal-karozzi għaddejjin daħlu f'qalbi.", "Tifla…….karozza……..ambulanza………demm.", "Għafast idejn ommi.", "Ħarist lejn Helen.", "Lanqas biss riedet tiċċaqlaq.", "Rajtha tħares lejja.", "Rajtha tħares lejn ommi.", "Ommi kienet qiegħda tistenna li jgħaddu l-karozzi.", "\"Mama……żommli idejja,\" qaltilha Helen.", "Bqajna t-tnejn inħarsu lejha.", "It-tnejn li aħna siekta.", "\"Mama' żommli jdejja……..għax jiġrili bħad-darba l-oħra,\" qaltilha.", "Ħassejt lil ommi tiksaħ, tiċċassa.", "Rajt xufftejha jirtogħdu.", "Riedet titkellem iżda ma feltħitx.", "Iva, hekk hu.", "Għax din kienet oħti Helen.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/06/silta-tghid-elaine-gauci-scerri/", "date": "06/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Tgħid?", "Tgħid insibha l-mogħdija li twassal fejn idoqqu t-tokki ferrieħa?", "Kieku nkun nista' ntarraflek ħafna inberred moħħi mill-ħsibijiet u x-xewqat li jimirħu f'qalbi Imma ħalqi xott.", "Idejja ibsin.", "Forsi xi darba jinkiser is-seħer U miegħu s-silenzju li ħakimni u rabatni Qisni farfett imgerfex Li ma jistax itir.", "Ħsieb : Din hija l-karba tiegħi meta ħafna drabi nsib diffikulta biex nesprimi dak li nħoss jew li nkun għaddejja minnu.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/07/log-tal-milied-jackie-u-vince-busuttil/", "date": "07/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: Għal-log: 250g lewż midħun (intrita pura) 4 mgħaref kawkaw 3 pakketti gallettini plain 4 qatriet essenza tal-vanilla Bott ħalib magħqud condensed 200ml ħalib tal-bott evaporated Għall-ġelu: 6 imgħaref kawkaw 6 imgħaref drinking chocolate 4 imgħaref icing sugar Mgħarfa marġerina 4 mgħaref ħalib", "Biex tagħmel il-log:", "Poġġi l-gallettini fi skutella kbira u farrakhom f'biċċiet żgħar.", "Żid l-intrita u l-kawkaw.", "Imbagħad żid l-essenza tal-vanilla, il-ħalib il-magħqud u l-ħalib tal-bott.", "Ħallat u għaġen b'idejk sakemm it-taħlita tgħaqad.", "Poġġi t-taħlita fuq platt u ifforma b'idejk biex tikseb forma ta' zokk ta' siġra.", "Kif tlesti l-forma, poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas 15-il minuta.", "Sadanittant, ipprepara l-ġelu:", "Imla kazzola sa nofsha bl-ilma.", "Poġġiha fuq in-nar sakemm tagħli u ħalliha tibqa' ttektek fuq nar baxx.", "Poġġi l-ingredjenti kollha tal-ġelu fi skutella li tiflaħ għas-sħana.", "Niżżel l-iskutella bil-mod fil-kazzola u ħawwad kontinwament sakemm l-ingredjenti kollha jkunu mdewba.", "Iksi l-log bil-ġelu meta l-ġelu jkun għadu sħun.", "Meta tkun ksejt il-log kollu, mexxi furketta fuq il-ġelu biex tagħmel marki bħal ta zokk ta' siġra.", "Żid kwalunkwe tiżjin ieħor li tixtieq u mbagħad żomm il-log fil-friġġ.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/07/il-mazzarelli-u-d-damigelli-paul-portelli/", "date": "07/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["F'Malta nsibu madwar 19-il speċi.", "Tista' titfaċċa wkoll id-damiġella li hija speċi simili ta' daqs iżgħar u li għandha dehra fraġili ħafna.", "Il-parti l-kbira tagħhom għandhom ġisimhom ta' lewn aħmar, ikħal, isfar jew oranġjo.", "Tara aktar kuluri milli fil-fatt hawn speċi għax in-nisa u l-irġiel għandhom ilwien differenti u jinbidlu wkoll meta jkunu qed jikbru.", "Id-damiġella", "Il-mazzarelli u d-damiġelli tarahom viċin l-ilma.", "Iżommu ma' dan it-tip t'ambjent għax ħajjithom tiddependi fuq l-ilma.", "Il-bajd ibiduhom fl-ilma u l-ewwel stadju tal-ħajja jgħadduha taħt wiċċ l-ilma.", "Għadajjar kbar jew żgħar, xi vaska, xmara jew nixxiegħa.", "Kull ambjent għandu speċi partikolari assoċjati miegħu.", "Għalkemm xi speċi huma komuni, ħafna Maltin ma jafu kważi xejn dwarhom.", "Bilkemm l-isem mazzarell ma jafu!", "Filwaqt li f'xi lokalitajiet għandhom ismijiet oħra, pereżempju, in-naħa taċ-Chadwick Lakes jgħidulhom 'ċikku ġwiebi', il-Baħrija smajthom jgħidulu 'fumfumeru' u qrajt ukoll li kien hawn min jgħidilhom 'farfett tal-għejjun'.", "Il-mazzarelli ilhom jeżistu fuq din id-dinja għal miljuni ta' snin tant li nstabu fossili ta' speċi ġganteski li kienu jgħixu miljuni ta' snin ilu.", "Il-mazzarell jingħaraf mid-damiġella għax huwa akbar u għax meta jkun wieqaf iżomm il-ġwienaħ miftuħin fuq kull naħa ta' ġisimhom.", "Id-damiġella mill-banda l-oħra iżżomm il-ġwienah magħluqin għat-tul fuq ġisimha.", "Il-mazzarelli huma predaturi liema bħalhom.", "Jikkaċċjaw insetti żgħar bħal nemus u dubbien irqiq waqt li dawn ikunu qegħdin itiru.", "Jiġru warajhom b'veloċita' kbira, jaħtfuhom b'saqajhom u jikluhom mingħajr ma jieqfu jtiru.", "Bħal predaturi oħrajn, il-mazzarelli għandhom vista tajba ħafna..", "Għajnejhom huma l-akbar fost l-insetti u tant huma kbar li kull għajn tokkupa nofs ir-ras.", "Il-vista tal-mazzarelli tant hija tajba li dan l-insett kapaċi jilmaħ il-preda tiegħu minn distanza ta' 12-il metru.", "L-għajnejn huma tant żviluppati li ħadu post l-antenni li f'insetti oħra jintużaw l-aktar għax-xamm."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/08/xghandek-tuza-biex-tnaddaf-wiccek-josette-grech/", "date": "08/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Mistoqsija li jkollna spiss hija; X'għandi nuża biex innaddaf wiċċi?", "Importanti li nagħrfu l-bżonn ta' kull wieħed u waħda minna.", "Il-ġilda tagħna kif inhi X'idejjaqna.", "Il-problema.", "Minn hemm tkun aktar faċli sabiex insibu dawk il-prodotti li huma adattati għalina.", "CLEANSER : Dan huwa prodott li tajjeb nużawh filgħodu u filgħaxija.", "L-għażla tal-cleanser hija skont xi tħobb il-persuna.", "Tista' tuża cleanser bit-tajjara, tista' wkoll tuża cleanser li taħsel wiċċek bih.", "Micellar Water huwa komdu u effiċjenti.", "Li tista' tużah bit-tajjara u wara tlaħlaħ.", "Wara li nkunu naddafna l-pori tajjeb li nużaw Tonic jew Hydrating Water Mist .", "Dan jerġa' jagħlaq il-pori biex jelimina li jidħol ħmieġ u jkollna impuritajiet fil-ġilda tagħna.", "Dan huwa prodott importanti.", "Id-dawra tal-għajnejn hija fina ħafna u għalkemm għandna nieħdu ħsieb minn kmieni biex innaqqsu l-proċess ta' linji rqaq, importanti li ma nixtrux prodott bl-addoġġ.", "Għandu jinxtara skont l-età u n-neċessità.", "Day Cream : Dan huwa prodott li se jkun qed iservi ta' protezzjoni fuq il-ġilda tagħna matul il-jum.", "Fis-suq hawn tipi diversi iżda dejjem immorru għall-bżonn u dak li nixtiequ li jkun ir-riżultat.", "Jaf ikolli bżonn krema matta għaliex għandi wiċċi żejtni.", "Jew inkella krema fluida għaliex irridha għal taħt il-foundation.", "Tista' tuża wkoll preparazzjoni kontra t-tikmix.", "L-għażla hija vasta però tajjeb li dawn il prodotti nixtruhom mingħand min jista' jigwidana tajjeb.", "Din il-krema għandha valur importanti ferm, għaliex meta nkunu reqdin ikollna reġenerazzjoni taċ-ċelloli.", "Allura meta qed nużaw night cream.", "Dan qed jgħin sabiex iċ-ċelloli tagħna jkunu aktar b'saħħithom u meta nikbru jkollna ġilda ħafna aktar idratata u b'inqas effetti tal-età.", "Punt importanti huwa SUNBLOCK .", "Għalkemm qiegħdin fi żmien xitwi tajjeb li ma ninsewx li jkollna ġranet fejn għalkemm ix-xemx ma tidhirx u ma tinħasx, tkun preżenti u jekk ikollna problemi ta' pigmentation , dan ma jagħmilx tajjeb.", "Aktar 'il quddiem nitkellmu fuq l-użu ta' Exfoliating Scrubs u trattamenti tal- pigmentation li jistgħu jintużaw id dar.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/08/ersaq-qrib-kanzunetta-gdida-ghall-milied/", "date": "08/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Glen Vella, Pamela Bezzina u Angela Tirchett ingħaqdu sabiex flimkien joħolqu kanzunetta oriġinali bil-Malti għall-Milied 2020 – \"Ersaq Qrib\".", "Permezz ta' din is-silta, b'kompożizzjoni ta' Pamela Bezzina u lirika ta' Pamela Bezzina u Angela Tirchett, dawn il-kantanti jixtiequ jwasslu messaġġ ta' tama matul dawn iż-żminijiet li għal xi wħud jafu jkunu aktar diffiċli mis-soltu, iħeġġu lil min jismagħha biex jirrifletti fuq x'inhu l-vera sens tal-Milied u jistiednuh biex jiftaħ qalbu għal Ġesù Bambin.", "Il-kantanti jikkollaboraw regolarment f'diversi avvenimenti mużikali, biss din hija l-ewwel darba li qed iniedu kanzunetta oriġinali flimkien.", "Il-produzzjoni mużikali nħadmet ġewwa Wicked and Loud Studios filwaqt li l-vidjo mużikali ġie miġbud fi kwalità 4K minn Victor Abela, b'direzzjoni ta' Chantal Fenech, ġewwa r-\"Russian Chapel\" li tinsab fil-ġonna ta' San Anton."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/10/sfida-l-ebda-alkohol-ghal-ftit-granet-fdicembru-matthaeus-grasso/", "date": "10/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-isfida ta' din il-ġimgħa jista' jkollha impatt sorprendenti fuq kemm torqod tajjeb, il-livelli ta' enerġija tiegħek, u anke kemm il-ħwejjeġ tiegħek joqogħdu tajjeb … U biex tagħmel inqas ħsara jekk għandek it-tendenza li tixrob naqra żejjed fl-aħħar ftit jiem tas-sena.🍻😱", "Din il-ġimgħa l-isfida tiegħek, jekk tagħżel li taċċettaha, hija li toqgħod mingħajr ALKOĦOL.", "🍺 Issa, studji juru li xarba waħda kuljum hija sigura għal ħafna nies, u studji juru li jista' jkun hemm ukoll xi benefiċċji għas-saħħa b'dak l-ammont.", "☣ IMMA … anke xarba waħda jista' jkollha impatt pjuttost kbir fuq kif tħossok speċjalment fuq individwi aktar sensittivi.", "Tista' tnaqqas id-diġestjoni tiegħek, tikkawża nefħa, tagħmlek għajjien, iġġiegħlek tqum ftit wara li torqod, u tista' wkoll taffettwa l-burdata tiegħek.", "🍷Dan biex ma nsemmux il-kaloriji \"vojta\" kollha li qed tieħu.", "🔎 L-isfida ta' din il-ġimgħa hi li tbiddel l-alkoħol ma' xarba oħra u tara kif taffettwa l-burdata tiegħek, l-irqad tiegħek, u kif tħossok b'mod inġenerali … Forsi wieħed minn dawk it-tejiet Herbal tajbin (Chamomile & Ginger huwa l-favoriti tiegħi).", "💪Nemmen li hija idea tajba li tagħmel dawn l-awtokontrolli kull tant żmien sabiex tkun tista' tara kemm drawwiet / ikel / eċċ differenti għandhom rwol fis-saħħa ta' kuljum tiegħek!", "F'każ li qed tistaqsi kemm hi \"xarba waħda\"…", "Skont is-CDC, xarba waħda hija daqs (350 ml) ta' birra (5% kontenut ta' alkoħol), (150 ml inbid) (12% alkoħol), jew 44 ml ta' likur distillat 80-proof (40% kontenut ta' alkoħol) (eż. , ġin, rum, vodka, whisky).", "💪💪 Allura … ħa tidħol għaliha din l-isfida?!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/11/il-pjanta-alphelandra-donia-roxanne-gauci-taliana/", "date": "11/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Alphelandra Donia magħrufa wkoll bħala l-pjanta taż-żebra.", "Din il-pjanta trid tinżamm f'dawl qawwi u ffiltrat, iżda mhux dawl tax-xemx dirett u l-ħamrija tagħha konsistentement niedja.", "Il-pjanti taż-żebra jħobbu umdità kemmxejn ogħla minn ħafna pjanti oħra, Jista' jkollok bżonn tgħolli l-livelli ta' umdità f'kamra artifiċjalment billi tpoġġi l-pjanta fi trej ta' umdità biċ-ċagħaq jew tuża apparat umidifikatur.", "Livelli baxxi ta' umdità f'kamra msaħħna artifiċjalment matul ix-xitwa mhux sejrin jagħmlu l-pjanta taż-żebra kuntenta ħafna.", "Fertilizzant bilanċjat darba kull ġimgħatejn matul ir-rebbiegħa u s-sajf.", "Meta l-fjuri jibdew imutu neħħihom.", "Aqta' wkoll iz-zokk u l-weraq 'l isfel biex b'hekk ikun fadal biss żewġ ringieli ta' weraq fl-għoli.", "Dan jista' jgħin biex il-pjanta ma ssirx leggy u titlef il-weraq, li ħafna minnhom jagħmlu waqt li jagħtu lill-pjanta l-opportunità li tikber is-sena ta' wara.", "Il-kawża ta' meta jaqgħu l-weraq tista' tkun nixfa tal-ħamrija, arja kiesħa wisq jew saħansitra wisq dawl tax-xemx.", "Il-parir tiegħi hu li telimina wħud mill-kawżi possibbli li ma jistgħux ikunu l-kawża (eż.", "Fix-xitwa – il-possibilità hi li l-kawża mhijiex se tkun id-dawl tax-xemx) u aġġusta l-kundizzjonijiet biex tikkoreġi l-kawżi possibbli.", "Il-kawża ta' meta l-ponot tal-weraq isiru kannella probabbli hawnhekk hija umdità baxxa.", "L-ewwel, ipprova xarrab ftit il-weraq, u jekk din ma tagħmilx differenza imbagħad ipprova żid l-umdità kif imsemmi hawn fuq.", "Din il-pjanta mhijiex tossika għall-klieb u qtates.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/11/we-are-the-world-progett-muzikali-minn-diversi-kantanti-ghal-zmien-il-milied/", "date": "11/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-kantant Malti Kurt Anthony, huwa l-moħħ wara dan il-proġett.", "Kantanti popolari oħrajn se jingħaqdu miegħu dalwaqt għal kanzunetta leġġendarja li kienet ħarġet fis-snin tmenin mill-artisti internazzjonali bħal Michael Jackson, Tina Turner, Lionel Richie fost ohrajn.", "Kurt jgħidilna, \"Kanzunetta li tfisser għaqda u imħabba..", "Il-mużika hija katina b'saħħitha u din kienet opportunità biex ningħaqdu flimkien fl-iktar żmien diffiċli minkejja xi indifferenzi.", "Jien bniedem li minn ċkuniti ħabbejt ħafna l-kant u l-kantanti u fl-aħħar se jkolli xi ħaġa li tgħaqqadni ma' dawn l-artisti li kont insegwi fuq it-televiżjoni mindu kont ċkejken.", "Artisti bħal Mike Spiteri, William Mangion, Claudia Faniello, Ludwig, Debbie u oħrajn.", "Meta ġejt biex nagħżel il-kantanti kollha kienet diffiċli.", "Kellimt 'il fuq minn 30 artist lokali.", "Kulħadd wera interess imma minħabba d-dati li kienu ristretti ħafna kellna nagħmlu għażla u nżilna għal 20… Michela Galea, Claudia Faniello, Olivia Lewis, Debbie Scerri flimkien mat-tifla tagħha Nicole Vella, Mark Anthony Bartolo, Kevin Paul Calleja, Maria Luana, Gail Attard, Mark Spiteri Lucas, Gaia Cauchi, Mike Spiteri, William Mangion, Ludwig Galea, Laura Bruno, Nicole Frendo, Lisa Tabone, jien innifsi u finalment act ċkejkna li bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd iżda ma nixtiqux niżvelawha għalissa.\"", "Kurt jgħidilna wkoll li sab ħafna appoġġ mill-artisti kollha li ipparteċipaw b' mod speċjali minn Ludwig Galea li kkoordina l-vuċijiet u l-armoniji u Maria Luana li minkejja li tagħmel parti mill-'cast' idderiġiet il-filmat li se jitwassal lill-Maltin u l-Għawdxin kollha fil-ġranet li ġejjin.", "Jirringrazzja wkoll lil Dar il-Mediterran li tawhom lokazzjonijiet mill-isbaħ ghall-filmat kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li ta sapport kbir lil din l-idea.", "Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed naqsmu dan il-proġett fuq skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/12/filmat-more-than-this-kanzunetta-gdida-ta-marija-djinovic-tifla-ta-11-il-sena/", "date": "12/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["MORE THAN THIS hija single ġdida ta' Marija Djinovic, tifla ta' 11-il sena li għandha passjoni għall-kant.", "Fuq kitba ta' Rita Pace u mużika ta' Marco Debono, din is-silta ġġiegħelna nirriflettu fuq dak li jfisser tassew il-Milied.", "Qalb l-istorbju ta' min jiċċelebra, l-ikel, ix-xiri, it-tgawdija, ir-rigali u l-materjaliżmu, kultant ninsew dak li hu tassew importanti f'dan l-istaġun: il-familja, il-ġenerożita', il-ħin mal-maħbubin u l-għaqda.", "Ninsew ukoll kemm hawn min tant intlaqgħet ħażin mill-pandemija li ma jistax joffri lill-familja dawk il-kapriċċi u r-rigali li jiswew il-flus, u forsi wkoll neqsin minn dak li aħna nieħduh for granted.", "Issa waqt il-pandemija, nistgħu niskopru dik is-sempliċità li tista' tgħaqqadna flok il-ġiri li jaljenana, u anki l-ħeġġa li nuru solidarjetà ma' ħaddieħor u naqsmu xi ftit milli għandna ma' min hu inqas ixxurtjat.", "J'Alla din il-kanzunetta tispirana ħalli nħossu aħna wkoll li hemm xi ħaġa iżjed minn dak li hu materjali, il-ferħ li li jista' jinsab biss fil-qalb.", "Il-filming tal-vidjo mużikali kien f'idejn Luke Borg.", "It-tim jinsabu ħerqana biex iwasslu messaġġ pożittiv għal dan il-Milied filwaqt li jawguraw il-festi t-tajba lil kulħadd."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/12/filmat-ghaz%CC%87iz%CC%87-milied-prog%CC%87ett-ta-future-voices-studio-2020/", "date": "12/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["\"Nistgħu f'dan il-Milied naqsmu l-ferħ tagħna ma' ħaddieħor, bħal ma nagħmlu ta' kull sena bit-talent tagħna?\" – Din kienet il-mistoqsija f'moħħ l-istudenti u l-għalliema ta' Future Voices Studio fil-Gudja, taħt id-direzzjoni ta' Ms Iona Dalli b'assistenza ta' Ms Marija Bellia.", "Future Voices Studio hija għaqda taħt id-direzzjoni ta' Ms Iona Dalli bl-assistenza ta' Marija Bellia li toffri lezzjonijiet tal-kant u sessjonijiet ta' recordings u produzzjoni tal-mużika fil-Gudja.Fiha jattendu ammont ta' kantanti solisti u anke żewġ korijiet; wieħed magħmul minn tfal ta' eta żgħira, u ieħor minn adoloxxenti.", "Iona Dalli, għandha 26 sena, mill-Gudja u ilha tmexxi dan l-istudio għal madwar 11-il sena.", "Minbarra li tagħti l-lezzjonijiet tal-kant, Iona għandha l-karriera ta' għalliema tal-ewwel sena primarja.", "Hija tgħid li tqis ħajjitha bħala waħda mimlija, però mimlija b'affarijiet li tħobb immens li huma l-edukazzjoni u l-mużika.", "Marija, li għandha 17-il sena, toqgħod il-Gudja wkoll u hija studenta fil-Junior College.", "F'din l-aħħar sena ngħaqdet ma' Iona bħala kollega fl-istudio fejn hi wkoll tagħti xi lezzjonijiet tal-kant.", "Barra minn hekk, hija wkoll mużiċista u tipprattika d-daqq tal-kitarra, il-pjanu u l-kurunetta.", "Kemm Iona, u kemm Marija, iħaddnu passjoni kbira għall-mużika, u ilhom snin jaħdmu f'dan il-qasam, Marija tikteb il-lirika għall-kanzunetti oriġinali tagħha, u Iona tipproduċi l-mużika.", "Din is-sena iddeċidew li jieħdu x-xogħol tagħhom pass 'il quddiem, u jinkludu lill-istudenti ta' Future Voices fil-prodott finali tal-mużika li joħorġu.", "Permezz tal-proġett bl-isem \"Għażiż Milied\" li jikkonsisti f'kanzunetta oriġinali, b'lirika u mużika ta' Marija Bellia u Iona, diġà ġew miġbura 400 ewro mill-parteċipanti, li se jmorru għal tfal morda bil-kanċer b'kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund.", "Dawn huma l-flus illi s-soltu jinġabru għar-recording tal-kanzunetta.", "\"Għażiż Milied\" hija kantatha minnhom flimkien ma' 'l fuq minn 30 student u studenta ta' Future Voices.", "Ftit tal-ħin ilu ġie mniedi l-vidjo mużikali ta' din il-kanzunetta miġbud b'mod volontarju minn Kurt Cauchi Videography.", "U mhux hekk biss!", "Dawn it-tfal ħadu l-inizjattiva li jagħmlu ġest ma' tfal inqas ixxurtjati minnhom li jinsabu fil-kenn tal-istituti billi jnaqqsu minn dak li se jirċievu huma fil-Milied, u jagħtuh bħala rigal lil dawn it-tfal.", "Fuq kollox, huma jaħsbu li mhuwiex il-materjaliżmu li se jwassal il-ferħ, iżda l-ħsieb.", "Fil-fatt, fil-kanzunetta jitwassal dan l-istess messaġġ.", "Flimkien mar-rigali se jkunu qed jibgħatu ittri personalizzati fejn jgħaddu x-xewqat tagħhom.", "S'issa qiegħdin f'kuntatt ma' 6 istituti tat-tfal u diġà nġabru 'l fuq minn 100 rigal mill-parteċipanti, il-familjari u l-ħbieb tagħhom.", "L-appell tagħhom huwa li kull min jixtieq jingħaqad magħhom f'dan il-ġest sabiħ tad-donazzjoni tar-rigali, għandu jagħmel dan billi jibgħat email lil Iona Dalli fuq iona_music@hotmail.com jew jibgħat messaġġ fuq 79291704.", "Hekk tkunu tistgħu tagħmlu donazzjoni monetarja jew inkella tieħdu d-dettalji ta' xi tifel/tifla mill-istitut flimkien mal-età tagħhom sabiex tkunu tistgħu toffru rigal u nota mill-qalb.", "L-ewwel sett ta' donazzjonijiet u rigali se jingħataw fit-23 ta' Diċembru, u għal min ma jlaħħaqx, hemm ukoll data oħra biex jitqassmu t-tieni sett, fid-29 ta' Diċembru."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/12/filmat-il-milied-it-tajjeb-kanzunetta-gdida-mit-tim-tal-programm-the-entertainers/", "date": "12/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["'Il-Milied it-Tajjeb' hija frażi li bla dubju sejrin nisimgħuha ta' spiss matul il-jiem li ġejjin.", "Imma hija wkoll il-frażi li ispirat lit-tim tal-produzzjoni tal-programm popolari tas-Sibt filgħaxija 'The Entertainers' biex fis-sitt staġun tiegħu jniedi kanzunetta oriġinali tal-Milied bħala rigal lill-poplu Malti u Għawdxi, b'mod speċjali lill-eluf ta' telespettaturi leali li jsegwu l-programm ta' kull nhar ta' Sibt fuq Net Television.", "Il-kanzunetta, li tnediet ftit tal-ħin ilu waqt il-programm tal-lum is-Sibt 12 ta' Diċembru, għandha mużika tal-kompożitur u direttur mużikali tal-programm, Mark Spiteri Lucas u lirika ta' Emil Calleja Bayliss.", "Fiha jieħdu sehem il-kantanti Janvil, Mark Spiteri Lucas, Michela Galea, Ivan u Krista Spiteri Lucas.", "Il-produzzjoni u l-arranġament mużikali huwa ta' Andrew Zammit minn Tone Studios filwaqt li l-vidjo tal-kanzunetta. huwa xogħol id-direttur viżiv tal-programm, Jasper Azzopardi.", "Il-Milied it-Tajjeb hija kanzunetta mexxejja u tal-widna u twassal messaġġ pożittiv ta' tama u kuraġġ speċjalment lil min qed ibati fis-skiet.", "Mark Spiteri Lucas, il-kompożitur tal-kanzunetta u wieħed mill-imħuħ wara l-programm 'The Entertainers' qalilna hekk: \"Din il-kanzunetta wellidniha biex tibqa'.", "L-għan huwa li nirregalaw kanzunetta oħra tal-Milied lir-repertorju festiv Malti bit-tama li tkun tista' tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju fil-gżejjer Maltin u tgħinna nifhmu aħjar li l-ispirtu tal-Milied mhux xi ħaġa temporanja li ngħixuh matul Diċembru u nieqfu hemm… Imma għandna ngħixu l-Milied flimkien u ma' xulxin matul is-sena kollha\".", "Nawguraw il-Milied it-tajjeb lil kulħadd u żommu l-appuntament tagħkom mal-programm The Entertainers kull nhar ta' Sibt filgħaxija mit-20.30 'il quddiem fuq Net TV."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/13/rakkont-minn-sharon-calleja-fliexken-tal-halib-l-ewwel-parti-minn-erbgha/", "date": "13/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kull darba li ngħaddi minn quddiem il-post………kull darba donni nibża'.", "Forsi ta' min jibża'.", "Lanqas naf x'naqbad naħseb.", "Iżda dik il-ġrajja ma nista' ninsiha qatt.", "Le, se tibqa' ittimbrata f'moħħi sal-aħħar nifs!", "Għaliex dakinhar inbidlet ħajti.", "Dakinhar donni bdejt nemmen li hemm xi ħaġa ħafna ikbar milli wieħed jista' jaħseb.", "Il-ħanut tal-merċa.", "Il-ħanut li kelli jiena.", "Jiena jisimni Salvinu.", "Għaddejt tfuliti kollha ngħin lill-familja tiegħi fil-ħanut iċ-ċkejken tal-merċa, li kien jinsab kantuniera mal-pjazza f'raħal twelidi.", "Ma kienx ħanut kbir.", "Imma għal dak iż-żmien, għal dak iż-żmien kien fih kollox.", "Il-familja tiegħi kienu jiftħu kmieni ħafna filgħodu, u għalkemm għan-nies kienu jagħlqu għal xis-seba', konna ndumu ftit hemm sakemm nerġgħu nimlew l-affarijiet fuq l-ixkafef, nirranġaw kollox f'postu u nżommu l-prodotti friski u l-ħanut nadif.", "Meta mietu l-ġenituri tiegħi, il-ħanut tal-merċa għadda għandi.", "U għalija, għalija kien bidu ta' xogħol illi jiena kont nieħu gost nagħmel minn meta kont għadni żgħir.", "Il-ħanut tal-merċa.", "Kien id-dinja ċkejkna tiegħi.", "Hemm kienu jiġu jixtru n-nies tar-raħal kollu.", "Kienu jieqfu jgħidu kelma miegħi; min jiftaħ qalbu, min jibki, min jgħidli ġrajjiet kurrenti, min jiġi jieħu gost izekzek fuq xi ħadd mir-raħal u min jiġi jixtri mingħajr qatt ma qalli bonġu jew bonswa.", "Insomma, f'ħanut kont niltaqa' ma' ħafna nies u kulħadd għandu l-karattru tiegħu.", "Imma dakinhar……… Dakinhar ma nista' ninsiha qatt……… Dakinhar rajtha għall-ewwel darba.", "Dik il-mara bidlitli ħajti.", "Dakinhar kien li bdejt nemmen li hemm xi ħaġa ikbar milli qatt kont naħseb.", "Bdejt nemmen li l-imħabba hija l-iskop ewlieni tal-eżistenza umana.", "Kont għalaqt il-ħanut.", "Sakkart il-bieb.", "Ħaddiema miegħi ma kellix.", "Kollox waħdi kont nagħmel.", "Dejjem laħħaqt.", "U għalhekk kont qiegħed waħdi.", "Ftaħt il-kexxun tal-flus u bdejt ngħodd il-liri.", "Dak iż-żmien konna għadna bil-lira Maltija.", "Malli billejt subgħajja ma' lsieni u bdejt ngħodd, smajt ħoss.", "Ħarist 'il barra minn ġol-bieb tal-ħġieġ u ndunajt li kienet qabdet ix-xita.", "Ħoss ieħor.", "Sajjetta.", "Xegħel kullimkien.", "Inħsadt.", "Dak il-ħin rajtha.", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/13/silta-imbewwes-bragg-ta-xemx-joan-burlo/", "date": "13/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Imbewwes b'raġġ ta' xemx F'għodwa mbissma Minn dawl imżerżaq Fuq friegħi mkemmxa Biż-żmien.", "Dawran idur imdawwar Diwi minn l-ibgħad żminijiet Ta' ħajja li tissawwar u tiġġedded Minquxa fuq il-ħaġar Tat-tempji megalitiċi Garigori madwarna Kullimkien DNA Fjuri galassi Kulturi allat U l-garigori ta' moħħna Ħsibijiet Imxella waħda wara l-oħra Ġo xulxin imsensla Imberfla", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Joan Burlo Għalliema"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/13/mikrostorja-gabriel/", "date": "13/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["\"Grazzi talli stennejt\" qalli Gabriel hekk kif ftaħt il-bieb ta' barra.", "F'idejh kellu l-girlanda tal-Milied li kont ordnajt f'Novembru.", "Xogħol mill-isbaħ mirqum b'imħabba kif artist jaf joħloq imma għajnejja minnufih waqgħu fuq persuntu.", "Kien tilef il-piż.", "Ħafna piż.", "L-inkwiet jieklok, inixxfek.", "\"Ma niflaħx nibki aktar\" karab Gabriel \"dan il-virus se jeħodli l-imħabba ta' ħajti.\"", "Xtaqt ngħannqu, inwennsu imma ma stajtx.", "\"Inżommkom fit-talb tiegħi\" wegħdtu.", "Ftit ġranet ilu meta ċempiltlu l-isptar xtaq ikun jaf żejjintx id-dar.", "Il-miġja ta' Ġesù Bambin wisq għal qalbu.\"", "\"M'inhix ġej lura d-dar Gabriel.\"", "\" Tgħidx hekk nann.\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/14/ricetta-gallettini-gingerbread-man/", "date": "14/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: (għal 20 gallettina) 350g dqiq plain 125g butir, imqatta' f'biċċiet Kuċċarina bikarbonat tas-soda Żewġ kuċċarini trab tal-ġinġer Kuċċarina trab tal-kannella Bajda 175g zokkor ismar 4 mgħaref Golden syrup Metodu: Agħrbel id-dqiq, il-bikarbonat tas-soda, il-ġinġer u l-kannella flimkien.", "Żid il-butir, u ħawwad sakemm it-taħlitiet tiġi bħal frak tal-ħobż.", "Żid iz-zokkor ftit ftit u ħawwad sew.", "Ġo skutella żgħira ħabbat il-bajda u l-golden syrup flimkien.", "Imbagħad żidhom mat-taħlita tal-gallettini.", "Ħallat kollox sew u mbagħad għaġen l-għaġina b'idejk għal ftit sekondi.", "Aqsam l-għaġina f'żewġ biċċiet u kebbeb kull biċċa fi clingfilm.", "Agħfas kull biċċa b'idejk sakemm jiġu forma ta' disc irqiqa.", "Dan jgħin biex l-għaġina tiksaħ u tgħaqad aktar malajr.", "Poġġi l-biċċiet tal-għaġina fil-friġġ u ħallihom għal mhux inqas minn siegħa.", "Saħħan il-forn u ipprepara żewġ pjanċi tal-forn miksijin b'kartoforno.", "Oħroġ l-għaġina u iftaħha għal madwar 0.5cm ħxuna.", "Din l-għaġina xorta se tkun xi ftit iddellek.", "Allura uża dqiq kemm għandek bżonn biex tkun tista' tiftaħha sew.", "Bl-użu ta' cutter, aqta' l-forom tal-gingerbreadman u poġġihom fuq il-pjanċa tal forn.", "Dejjem ħalli ftit spazju bejn kull wieħed biex ma jeħlulekx ma' xulxin jekk jikbru xi ftit fil-forn.", "Aħmihom għal bejn 12 u 15-il minuta, jew sakemm jieħdu kulur kannella dehbi.", "Ħallihom jiksħu kompletament qabel ma żżejjinhom.", "Imbagħad iżżejjinhom skont il-gosti tiegħek….b'xi ħelu, jew biċ-ċikkulata mdewba, jew bir Royal icing.", "Biex tagħmel daqs kikkra Royal icing:", "Ħabbat żewġ abjad tal-bajd ma' nofs kuċċarina ta' essenza tal-vanilla sakemm ittella' qisha ragħwa ħafifa.", "Imbagħad żid żewġ kikkri icing sugar u ħawwad sakemm il-ġelu jgħaqad ftit.", "Aqsam it-taħlita fi skutelli żgħar u żid kulur tal-ikel differenti skont il-gosti tiegħek.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/14/ricetta-eggnog-xarba-tradizzjonali-tal-milied/", "date": "14/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-Eggnog hi xarba tradizzjonali magħmula l-aktar waqt żmien il-festi tal-Milied.", "Din ix-xarba oriġinat fil-Gran Brittanja u ilha tissemma fl-istorja sa mill-1693!", "Għandek bżonn: (Għal erba' tazzi) Kikkra u nofs ħalib Nofs kikkra krema friska Kuċċarina trab tal-kannella Kuċċarina essenza tal-vanilla Kuċċarina noċemuskata 1/3 kikkra zokkor Nofs kikkra dark rum Żewġ isfra tal-bajd Żewġ abjad tal-bajd (warrabhom fil-friġġ)", "Nota: Huwa importanti li l-bajd ikun ta' kwalità tajba u frisk kemm jista' jkun.", "Ġo kazzola fuq nar baxx, żid il-ħalib, il-krema friska, l-essenza tal-vanilla u n-noċemuskata.", "Ħawwad kontinwament u kif jibda jagħli neħħih minn fuq in-nar.", "Fi skutella kbira, ħabbat l-isfra tal-bajd sakemm jiffurmaw qishom żigarelli.", "Żid it-taħlita tal-ħalib sħun fuq l-isfra tal-bajd sakemm it-taħlita tkun smooth.", "Żid ir-rum, ħawwad sew u żomm din it-taħlita mgħottija fil-friġġ għal bejn sitta u tmin sigħat.", "Qabel ma sservi, ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm tifforma quċċati (peaks).", "Żid bil-mod il-mod ġol-iskutella tat-taħlita tal-ħalib u ħawwadhom sew.", "Servi kull tazza mżejna bin-noċemuskata.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/14/filmat-lingwa-tas-sinjali-maltija-l-alfabett/", "date": "14/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Grazzi lill-assoċjazzjoni Persuni Neqsin mis-Smigħ, partikolarment lill-President Annabelle Xerri u Petra Bezzina Wettinger li aċċettaw li jikkollaboraw magħna biex inkunu nistgħu nwasslulkom filmati dwar il-lingwa tas-sinjali Maltija.", "Il-komunikazzjoni hija essenzjali u importanti fil-ħajja tagħna ta' kuljum għaldaqstant ilkoll kemm aħna għandna nfittxu li nedukaw ruħna sew biex faċilment inkunu nistgħu nikkomunikaw ma' kulħadd.", "Illum ħa nibdew bl-alfabett..", "Filmat minn Petra Bezzina Wettinger"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/15/aktar-prodotti-li-tista-tuza-biex-tiehu-hsieb-wiccek-josette-grech/", "date": "15/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Illum se nitkellmu fuq żewġ prodotti importanti u li għandna nużaw idealment darba f'ġimgħa.", "EXFOLIATING SCRUB Dan il-prodott huwa biex innaddfu l-wiċċ aktar sew u nżommu l-ġilda tagħna preparata għall-prodotti li nużaw ta' kuljum.", "Il-Facial Scrub għandha l-konsistenza tagħha naqra mramla għaliex xogħolha hu li tnaddaf il-pori sew min dak kollu li jaffetwana fil-ħajja ta' kuljum.", "Kif nużawh;", "Wara li nkunu naddafna wiċċna bil-cleanser se napplikaw il-FACIAL SCRUB billi tagħmel ftit fuq idejk u tapplika fuq il-wiċċ b'messaġġi ċirkulari, dejjem evita l-parti tal-għajnejn.", "Ħalliha għal ftit sekondi u wara li tkun laħlaħt tajjeb ixxotta wiċċek bil-mod.", "Jekk għandek ġilda żejtnija din il-Facial Scrub tintuża darbtejn f'gimgħa iżda jekk wiċċek xott darba fil-ġimgħa.", "FACIAL MASK ; Fuq il-maskri tkellimna kemm-il darba però qatt mhu biżżejjed għall-fatt li nistgħu nużaw maskri spiss u anke għal kul tip ta' problema li għandna fuq il-ġilda tagħna.", "Meta nużaw Facial Scrub u wara napplikaw il-maskra, l-effett se jkun ħafna aħjar għaliex peress li jkollna l pori ndaf il-maskra tippenetra u taħdem ahjar.", "Maskri hemm ħafna minn fejn tagħżel però dejjem iridu jkunu tajbin għat-tip ta' ġilda tagħna.", "Eżempju; jekk għandi ġilda xotta l-maskra trid tkun biex tgħini nżomm il-ġilda idratata kif suppost.", "Jekk il-ġilda tiegħi żejtnija l-maskra trid tkun dik li ngħidulha Purifying sabiex tneħħili kemm ponot kif ukoll tikontrolla ż-żejt żejjed ġol-wiċċ.", "Maskra li tintuża ħafna hija dik li tiġġieled is-sinjali tal-età…pereżempju tikmix, sinjali evidenti li jdejqu lill-persuna.", "Din tista' tintuża aktar frekwenti minn kull tip ta' maskra oħra.", "Waħda mill-maskri li daħlu sew fis-suq hija dik li nsibuha bħala SLEEP MASK .", "Din it-tip ta' maskra tintuża bil-lejl waqt li nkunu reqdin għaliex dak huwa l-ħin li l-ġilda tagħna tiġġenera mill-ġdid u b'hekk ikollna effett ta' dehra radjanti u aktar żagħżugħa.", "Wara dan il-proċess tajjeb li ngħidu li bil-Facial Scrub u bil-Mask aħna ftaħna l-pori u importanti li nerġgħu nagħlquhom biex nevitaw li jidħol tip ta' ħmieġ li jkun hawn fl-arja.", "Dan nagħmluh billi nużaw Tonic jew prodott aktar modern li huwa HYDRATING WATER MIST.", "Dan il-prodott huwa komdu ferm u tista' tużah matul il-ġurnata biex iżżomm il-ġilda dejjem friska u idratata.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/15/filmat-interpretazzjoni-tal-kanzunetta-we-are-the-world-minn-bosta-kantanti-popolari/", "date": "15/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ftit jiem ilu wassalnilkom dettalji dwar proġett mużikali ta' Kurt Anthony flimkien ma' bosta kantanti popolari oħrajn, inklużi ċ-ċkejknin Ike u Kaya li serqu tant qlub fil-parteċipazzjoni tagħhom f'Malta's Got Talent.", "Ilbieraħ, il-ħolma ta' Kurt ħadet il-ħajja, għaliex minn ftit minuti wara t-tnedija tal-vidjo mużikali, l-ammont ta' nies li qed isegwuh u jxerrduh baqa' dejjem jiżdied.", "We Are The World, kanzunetta favorita għal ħafna b'interpretazzjoni minn kantanti popolari Maltin."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/16/ferh-jew-dwejjaq-fil-milied-michelle-zerafa/", "date": "16/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-ġimgħa l-oħra tkellimna dwar kif nista' nbiddel il- perspettiva tiegħi meta niffaċċja diżappunt.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li meta jkun wasal il-Milied u nkunu iffaċċjajna diżappunt, kultant ikun aktar diffiċli biex nieħdu perspettiva pożittiva dwaru..", "Normali li nħossuna hekk..", "Allura għaliex inħossuna hekk?", "Dan għaliex is-soċjetà bħal tpoġġi pressjoni fuqna, li qisu rridu nkunu kuntenti jew bil-fors ferħanin f'dan iż-żmien!", "Din il-pressjoni tista' tpoġġi fuqna negattività fuq is-saħħa mentali tagħna jekk ma nirrealizzawx ….Ir-realtà hija xorta oħra, il-ħajja mhijiex biss ward u zahar u xi kultant niffaċċjaw ix-xewk ukoll.", "M'hemmx xahar partikolari fejn nistgħu nevitaw esperjenzi diffiċli", "Allura kif nistgħu niffaċċjaw esperjenzi diffiċli f'dawn iż-żminijiet?", "Ma nistgħux nikkumparaw lilna nfusna ma' ħaddieħor ..", "Jekk se nikkumparaw ruħna ċ-ċans hu li jaffettwa kif inħossuna dwarna nfusna", "Jekk li nippruvaw inkunu bħal xi ħaddieħor jgħinna nimmotivaw ruħna biex nimxu 'l quddiem din hija xi ħaġa pożittiva, iżda jekk nikkumparaw ruħna u nħossuna ħażin u li naqtgħu qalbna li mhux se naslu, allura jkun aħjar li ma nikkumparaw ruħna xejn…", "Jekk qed inħossuna ħażin, tajjeb li noqogħdu 'l bogħod mill-midja soċjali..", "Ħafna jtellgħu ritratti pożittivi biss u għalkemm jista' jkun li jkun hemm min ikun għaddej minn perjodi kuntenti, però xi kultant dak li naraw fuq il-midja soċjali mhux dejjem hi r-realtà kollha..", "Jista' jkun li nqattgħu ħin aktar mal-familja jew nies li huma viċin tagħna.", "Xi wħud ma jmorrux tajjeb mal-familjari u allura li jkollna niltaqgħu magħhom jista' jpoġġi stress żejjed fuqna.", "Tajjeb li nippreparaw ruħna jekk nafu li hemm ċerti problemi b'hekk nistgħu nevitaw li nkunu iddiżappuntati jew li jinqala' l-inkwiet..", "Hemm uħud li forsi ma jistgħux ikunu mal-familja u f'dan iż-żmien tas-sena jistgħu jħossuwhom iżolati… li tfittex li tingħaqad u ssib sens ta' komunità bħal pereżempju tagħmel xogħol ta' volontarjat jista' jgħinek tħossok aħjar..", "Jekk mhux qed tħossok f'postok u ma tixtieqx tiċċelebra tista' dejjem tagħżel li tgħid le .. hija realtà li mhux kulħadd qiegħed f'pożizzjoni li jiċċelebra .. anke inti tista' tkun qed tħossok hekk.. ma jimpurtax..", "Ippjana ftit ġranet fejn tista' tieħu n-nifs u tistrieħ ftit u taqta' mir-rutina… Jekk ma tistax tagħmel ġranet imqar ġurnata waħda biss.. ippjana bil-quddiem x'se tagħmel ħalli jkollok għan li jgħinek tħossok aħjar..", "Il-fatt li tkun maħkum minn emozzjonijiet negattivi jista' jagħti lok li tesaġera fl-ikel u anke fl-użu tal-alkoħol.", "Dan tal-aħħar jista' jinterferixxi ma' xi mediċina li tkun qed tieħu u b' hekk l-emozzjonijiet negattivi jista' jkun li tħosshom aktar..", "Jekk jirnexxielek issib ħin biex tagħmel xi eżer¢izzju ċ-ċans hu li tħossok aħjar psikoloġikament.", "Ir-riċerka tikkonferma dan.", "Għal dawk li forsi għandhom xi familjari jew ħbieb li għaddejjin minn żminijiet diffiċli u jsibuha diffiċli kif se jikkomunikaw magħhom..", "Dawn huma xi frażijiet li jistgħu jgħinu …", "\"Jekk trid ċempilli u niltaqgħu waħda fil-vaganzi..\"", "\"Naf li f'dan iż-żmien kulħadd jidher ferħan, però miegħi tista' tkun int u taqsam li qed tħoss..\"", "\"Jekk trid ejja ltaqa' magħna u x' ħin tħossok imdejjaq tista' tmur bil-mod.. aħna hawn għalik dejjem..\"", "Frażi sempliċi iżda effettiva hija: \"Inti kif inti?", "Meta tkun trid titkellem jien hawn..\"", "Li dak li jkun jinduna li hemm min qed jaħseb fih tagħmel differenza kbira..", "Nawguralkom paċi, saħħa u ħafna mħabba..", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/17/sfida-ikel-maghmul-mid-dar-biss-matthaeus-grasso/", "date": "17/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Probabbilment jew possibilment bħalissa tinsab matul il-vaganzi tiegħek jew se jibdew dalwaqt, hux? 🙂 U qabel ma jibda l-perjodu fejn inkunu inqas konxji ta' x'nieklu, għandna sfida. 😋🍓🍒 Din l-isfida hija waħda mill-favoriti tiegħi … u ħa ngħidlek, din teħtieġ ftit ippjanar.", "Iżda hija worth it ħafna fuq tant livelli.", "🍳 Din il-ġimgħa se nieklu biss ikel li nagħmlu aħna stess mill-bidu sal-aħħar… u le, dan ma jfissirx li għandek tkabbar il-ħaxix u l-frott tiegħek stess! 🥘", "Hawn huma biss ftit raġunijiet għaliex dan huwa eżerċizzju daqshekk tajjeb:", "🥑 Iġiegħlna nkunu aktar konxji minn dak li nieklu", "🍓 Jaqtagħna minn drawwiet ta' ikel li mhuwiex daqshekk tajjeb għal saħħitna", "🍄 Tinduna bidla sorprendenti fil-mod ta' kif tħossok (jiġifieri: tħossok aħjar!)", "🍳 Aħna xxurtjati li jkollna abbundanza ta' ikel … u tista' tkun faċli li nieħduha for granted.", "Il-patterns tal-ikel tagħna nbidlu ħafna matul l-aħħar żewġ ġenerazzjonijiet.", "Li terġa' lura għall-bażiku hija xi ħaġa tajba!", "🥘❗ Int se tingħaqad magħna?", "Għidilna fil-kummenti hawn taħt.", "(NOTA: ejjew nippjanaw!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/20/rakkont-minn-sharon-calleja-fliexken-tal-halib-it-tieni-parti-minn-erbgha/", "date": "20/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Rajt mara niexfa, liebsa libsa bajda, twila, perpura ttir mar-riħ u tixxarrab bix-xita.", "Kienet qiegħda tħares lejja minn barra.", "Wiċċha mal-ħġieġ.", "Donnha kellha bżonn l-għajnuna.", "Bla ma qgħadt naħsibha darbtejn, ġrejt lejn il-bieb u ftaħtilha.", "Daħlet tistkenn fil-ħanut.", "Sajjetta.", "Kienet tidher pallida, ħuġġbejha rqaq wisq, idejha kienu qiegħdin jirtogħdu.", "Kienet imxarrba għasra u l-libsa bajda li kellha fuqha kienet tidher imwaħħla magħha.", "\"X'għandek bżonn?\" staqsejtha, hekk kif rajtha tħares madwar il-ħanut.", "Lil din il-mara qatt ma kont rajtha qabel.", "\"Żewġ fliexken ħalib.\"", "Leħinha kien baxx.", "Ma ħarsitx f'wiċċi.", "Donnha kienet qiegħda tevita li tħares f'għajnejja.", "Forsi kienet qiegħda tistħi.", "Tbissimtilha għaliex kont naf li kien għad fadalli żewġ fliexken ħalib fil-friġġ ta' wara l-bank.", "Dak iż-żmien, il-ħalib kien għadu jiġi fil-fliexken.", "U għalhekk, bla ma qgħadt naħsibha, mort quddiem il-friġġ u tajtha dak li talbitni.", "Bla kliem u bla sliem telqet 'il barra.", "Mhux għax stennejtha tħallasni.", "Kont indunajt li l-mara kienet tidher li tinsab fil-gwaj.", "L-għada, għamilt ġurnata xogħol normali, u bejn ħaġa u bejn oħra, kont insejt l-avveniment tal-ġurnata preċedenti.", "Sa xħin…….", "Sa xħin kont erġajt għalaqt u kont qed nerġa ngħodd il-flus.", "Din id-darba smajt tektika żgħira mal-ħġieġa tal-bieb.", "Illum ma kinitx xita u għalhekk smajtha ċara iżjed mill-ġurnata ta' qabel.", "Mort inħaffef lejn il-bieb.", "Ftaħtilha.", "Indunajt li donnha llum kellha d-dmugħ nieżel minn għajnejha.", "U kienet bl-istess libsa ta' lbieraħ.", "Miskina, bdejt ngħid bejni u bejn ruħi.", "Din il-mara għandha bżonn l-għajnuna.", "\"Tista' jekk jogħġbok…………\" bdiet tgħidli b'leħen kemmxejn maħnuq, rasha baxxuta lejn l-art.", "\"Ħalib?\" staqsejtha.", "Għamlitli iva b'rasha.", "Bla ma għidtilha kelma oħra, mort fil-friġġ u newwiltilha żewġ fliexken ħalib frisk.", "Sellmitli u telqet.", "Bqajt hemm inħares warajha, hekk kif innutajt li kienet qasmet it-triq u intilfet hemm barra fid-dlam tal-lejl.", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/20/silta-ghall-kenn-elaine-gauci-scerri/", "date": "20/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ġejt ħdejk biex nistkenn mill-ġemgħa u l-ħsejjes.", "Hawnhekk ma jsibni ħadd.", "Nitkellmu ftit, u flimkien nisimgħu l-melodija tat-taħbita ta' qalbna.", "Jekk taqbiżli xi demgħa ma niddejjaqx għax inti taf li jien fraġli.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/21/ricetta-cheese-truffles/", "date": "21/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: (għal 12-il truffle) 100g goat cheese 100g Mascarpone Nofs kuċċarina tewm imqatta' rqiq ħafna Nofs kuċċarina żejt taż-żebbuġa Nofs kuċċarina ħall balsamiku Kwart ta' kuċċarina qoxra tal-lumi mqatta' rqiqa Żewġ imgħaref perżut tal koxxa mqatta' rqiq Żewġ imgħaref tin imqatta' Mgħarfa tursin imqatta' Niskata bżar Żewġ imgħaref Parmeggiano maħkuk.", "Għall-kisi: Erba' imgħaref lewż imqatta'", "Il-metodu huwa sempliċement li tħallat sewwa l-ingredjenti kollha ħlief il-lewż fi skutella kbira.", "Imbagħad poġġi l-lewż fuq platt ċatt.", "Ifforma t-taħlita tal-ġobon fi 12-il ballun u għaddi kull wieħed mil-lewż sakemm ikun kompletament miksi.", "Żomm it-truffles mgħottijin bi clingfilm fil-friġġ sakemm isservi.", "Tista' wkoll tlestihom minn ġurnata qabel.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/21/ricetta-bread-butter-pudding/", "date": "21/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: 12-il slice ħobż tal-franċiż Butir Daqs tlett imgħaref sultana 25g castor sugar Żewġ bajdiet 500ml ħalib Żewġ kuċċarini kannella Kuċċarina noċemuskata Kuċċarina essenza tal-vanilla Metodu: Ipprepara dixx tal-forn midluk bil butir.", "Aqta' u neħħi l-qoxra mill-ħobż.", "Aqta' kull biċċa hobż f'erba' trijangoli u dellikom bi ftit butir min-naħa waħda.", "Irranga nofs il-ħobż ġod-dixx bin-naħa li fiha l-butir wiċċa 'l fuq.", "Roxx il-wiċċ b'nofs is-sultana u l-kannella.", "Erġa' irrepeti dan il-pass biex b'hekk ikollok żewġ saffi ħobż.", "Ġo skutella ħabbat flimkien il-bajd, iz-zokkor u l-essenza tal vanilla.", "Saħħan ftit il-ħalib ġo kazzola jew fil microwave, però tħallihx jibda jgħali.", "Kif jisħon ftit, ferra l-ħalib ġol-iskutella mal-bajd, zokkor u vanilla.", "Ħawwadhom sew u ferra din it-taħlita kollha fuq il-ħobż fid-dixx.", "Roxx in-noċemuskata fil-wiċċ u ħallih joqgħod għal nofs siegħa biex il-ħobż ikun ixxarrab sew.", "Imbagħad aħmiha fil-forn għal madwar 30 minuta, sakemm tara l-wiċċ jiħmar ftit.", "Serviha ma' kustard sħuna.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/21/hbiberiji-fil-hajja-ta-persuni-bdizabilita-dr-claire-azzopardi-lane/", "date": "21/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-ħbiberiji jistgħu jaffettwaw b'mod pożittiv il-ħajja tan-nies u huma importanti ħafna.", "Madankollu, dan huwa qasam ta' tħassib għal persuni b'diżabilità, speċjalment għal dawk b'diżabilità intellettwali.", "Għalkemm il-ħbiberiji jistgħu jkunu sors importanti ta' appoġġ u jistgħu jgħinu persuni b'diżabilità biex jittrattaw is-solitudni, dawn isibu li m'għandhomx opportunitajiet biex jiżviluppaw u jżommu ħbiberiji.", "Fost l-ostakli li jiffaċċjaw, hemm in-nuqqas ta' pjattaformi disponibbli fejn jistabbilixxu ħbiberiji u relazzjonijiet.", "Persuni b'diżabilità għandhom inqas possibilità li jidħlu f'attivitajiet soċjali u ta' divertiment, u meta jagħmlu hekk, adulti, jew professjonisti spiss jakkumpanjawhom.", "Uħud huma miċħuda l-possibbiltà li jqattgħu ħin mal-ħbieb, oħrajn m'għandhomx privatezza, hemm ukoll ostakli relatati mat-trasport u l-appoġġ finanzjarju.", "Minħabba n-nuqqas ta' ħbiberiji regolari, huwa magħruf li l-persuni b'diżabilità ħafna drabi jqisu nies li jitħallsu biex jaħdmu magħhom u membri tal-familja, bħala l-ħbieb tagħhom.", "Diċembru huwa x-xahar meta jiġi ċċelebrat il-jum internazzjonali tal-persuni b'diżabilità u d-drittijiet umani tagħhom.", "Huwa importanti li jiġu inklużi persuni b'diżabilità fir-riċerka sabiex wieħed isir jaf x'inhuma l-opinjonijiet u l-esperjenzi tagħhom dwar dan is-suġġett Huwa importanti li naħdmu lejn modi li bihom persuni b'diżabilità jistgħu jegħlbu dawn l-isfidi u l-ostakli.", "Huwa għalhekk neċessarju li l-appoġġ meħtieġ għal persuni b'diżabilità biex jiffurmaw u jżommu ħbiberiji u relazzjonijiet jiġi stabbilit.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Dr Claire Azzopardi Lane Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità,", "fi ħdan il-Fakultà għall-Benessri Soċjali tal-Università ta' Malta,", "li tagħha hija wkoll Viċi Dekan."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/22/qed-tbati-minn-hafna-hakk-fil-qurriegha-ghandna-s-soluzzjoni-ghalik-josette-grech/", "date": "22/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Qed tbati minn ħafna ħakk fil qurriegħa?", "Għandek aktar u aktar qxur tal-brija f'xagħrek, fuq il-ħwejjeġ tiegħek.", "L-ilbies iswed sar l-akbar biża' tiegħek!", "Trid taġixxi malajr biex teħles mill-brija!!", "Il-brija, huma biċċiet żgħar tal-ġilda, li jinsabu fuq il-qurriegħa.", "Jekk dawn il-biċċiet jaqgħu, huwa minħabba fungus li huwa 100% naturali u preżenti fuq il-qurriegħa kollha.", "B'Hekk tifforma l-brija u s-sintomi assoċjati kollha tagħha li huma: ħakk, ħmura, irritazzjoni, ġilda xotta.", "M'għandekx tħawwad il-brija dermatite, li taffettwa diversi oqsma tal-ġisem fi kwalunkwe età, ma' psoriasis jew ekżema.", "Għalhekk dejjem tajjeb li tieħu parir mingħand tabib .", "Jekk tbati mill-brija, jista' jkun li ndunajt li l-attakki tal-brija jibdew fi żmien partikolari f'ħajtek;", "○ F'ambjent li jkun niexef wisq jew kiesaħ wisq, li jinxef u jiżbilanċja l-qurriegħa tiegħek.", "○ Wara l-użu ta' prodotti tax-xagħar irritanti li huma aggressivi wisq għall-qurriegħa tiegħek f'każ ta' stress u nutrizzjon ħażin.", "○ Jekk il-qurriegħa tiegħek tipproduċi wisq żejt.", "L-aktar ħaġa importanti hija li tagħżel trattamenti li jirrispondu b'mod effettiv għall-problema.", "Jeħtieġ li jkunu anti-mikrobjali, biex jiġġieldu kontra l-fungus, anti-infjammatorji biex itaffu u jnaqqsu l-irritazzjoni u sabiex ma jkollniex aktar brija, irridu niżguraw li fl-istess ħin, nipproteġu u nippreservaw il-barriera tal-ġilda.", "Jekk qed tfittex is-soluzzjoni l-ġdida kontra l-brija, Phyto għal darb'oħra għandha t-tweġiba.", "Fażi 1: Phytosquam intense:", "Dan huwa trattament li ġie żviluppat biex jelimina l-problema tal-brija, u jnaqqas mill-ewwel il-ħakk!", "Dan kollu, mingħajr ma ninsew is-sbuħija tax-xagħar.", "Fil-qalba tal-formulazzjoni ta' dan il-prodott hemm kumpless ta' pjanti uniċi bħal: Bżar Iswed u Injam tal-Gujana.", "Biex tnaddaf u ttaffi l-qurriegħa tiegħek mill-ħakk u irritazjoni.", "Dan il-prodott huwa trattament ta' ġimgħatejn, jiġi applikat fuq il-qurriegħa niexfa.", "Tista' mbagħad timmassaġġja bil-mod, ħallih għal 10 minuti.", "Imbagħad, laħlaħ sewwa!", "Fażi 2: Il-kura tat-tindif u-manutenzjoni :", "Jekk il-qurriegħa tiegħek hija suxxettibbli għall-brija, inti għandek tkun taf li tista' terġa' titfaċċa fi kwalunkwe ħin jekk ma tittrattx kontinwament.", "Phyto għal darb'oħra għandhom it-tweġiba: wara t-trattament intensiv ta' ġimgħatejn, tista' testendi l-effettività ta' Phytosquam Intense b'shampoo li jikkorrispondi man-natura tal-qurriegħa tiegħek.", "Pjuttost żejtnija?", "Agħżel Squam shampoo għal xagħar żejtni dan xorta se jgħin biex jelimina il-brija.", "Qurriegħa niexfa?", "Agħżel Phyto Squam Shampoo għal qurriegħa xotta: Dan se jibbilanċja mill-ġdid il-ġilda tiegħek u b'hekk ma jħallix li l-brija tirritorna!", "Idħlu fil-paġna tagħna ta' facebook:", "Jekk għandek xi mistoqsijiet ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/23/insibu-l-paci-fina-nfusna-michelle-zerafa/", "date": "23/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-gimgħa li għaddiet tkellimna dwar kif niffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli speċjalment fi żmien il – Milied, realtà li ħafna minna ngħaddu minnha xi darba jew oħra..", "Hekk hu …. xi darba jew oħra .. għax kulħadd fil-ħajja xi kultant jirbaħ u xi kultant jitlef..", "Sabiħ li napprezzaw meta nirbħu għaliex mhux dejjem se nirbħu..", "…u dan l-istess ħsieb li nżommu f'moħħna li mhux dejjem se nirbħu jgħinna nkunu aktar kuntenti ..", "Ħafna drabi nesperjenzaw biża' kbira kull meta jkollna niffaċċjaw bidla ..", "Tista' tkun relatata max-xogħol, ma' relazzjoni.. jew saħansitra l-mewt", "Għaliex insibuha diffiċli?", "Ħafna drabi nemmnu li qishom ċerti affarijiet, jew sitwazzjonijiet se jibqgħu magħna għal dejjem..", "Li kieku aħna ngħixu bit-tir li ngawdu l- mument u li nieħdu gost kemm nistgħu f'dak il- mument għax jista' jkun li nitilfu dan iċ-ċans.. l-esperjenza tagħna tkun waħda aktar intensa u b'saħħitha..", "Meta sirt naf li missieri għandu marda terminali ħassejt li d-dinja waqgħet fuqi..", "Iżda din kienet ġurnata importanti ħafna għalija għax bidlitli li l-viżjoni tiegħi lejn il-ħajja ..", "Irrealizzajt li ma tantx għad għandi żmien xi ngawdih, din kienet importanti għalija u għenitni nsir close aktar tiegħu .. bdejt ngħix il- mument u napprezza kull ikla li mmorru flimkien, kull ċajta li ngħidu..", "Meta erba' snin wara missieri ħalliena kont imnikkta iżda kont ferħana li f' dawk l-erba' snin kelli mumenti imprezzabli u speċjali ma' missieri…. dan imlieni bil-kuraġġ biex niffaċċja t-telfa tiegħu… filwaqt li biddili l-mod ta' kif inħares lejn il-ħajja..", "Primarjament li anke naċċetta li anke jien mhux se nkun hawn għal dejjem… allura rrid inkun jien li nibdel il- perspettiva tiegħi fuq diżappunti differenti.. li nagħżel dak li jaffetwani u dak li nwarrab ..", "Kien hawn li realizzajt li rrid niffoka biex naħdem fuqi nnifsi…", "Iva hekk hu, li niffoka fuqi innifsi …", "u naċċetta l-frażijiet li ġejjin..", "Mhux kulħadd se japprezzak", "Mhux kulħadd se juri empatija miegħek", "Mhux kulħadd se jaċċetta dak li int", "Mhux kulħadd se jibqa' miegħek", "Mhux kulħadd se jkun hemm għalik..", "Imma li hu żgur hu li inti se tkun hemm għalik innifsek..", "se ssib il-clan tiegħek.. mhemmx għalfejn ikunu ħafna nies..", "Dawn se jifhmuk, japprezzawk u se jkunu miegħek..", "L-ewwel pass qatt mhu faċli..", "Iżda l-ewwel pass huwa kruċjali biex tibda t-triq..", "Kuraġġ", "Dan il-Milied huwa Milied speċjali.", "Agħti rigal lilek innifsek u iffoka..", "Fuq li tieħu ħsieb saħħtek..", "Li ssib ħin biex tistrieħ u tagħmel l-affarijiet li tħobb..", "Li tiffoka biex tagħti u tħobb aktar..", "Li ssib ħin li tqatta' ma' nies li jgħinuk tħossok tajjeb,", "Li tirrealizza li mhijiex worth it li tirbaħ kull battalja, allura b'hekk tista' tesperjenza l-paċi,", "Li huwa ok li l-ħajja tagħna mhijiex perfetta jew li mhux kollox ġie kif ippjanajt..", "Hekk biss tista' tikseb il-kuntentizza.. li jixraqlek..", "U ftakar li kulħadd jixraqlu li jkun kuntent..", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/23/vidjo-ta-kanzunetta-tal-milied-bil-lingwa-tas-sinjali-maltija/", "date": "23/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Din is-sena, il-kumitat flimkien ma' ħbieb u membri mill-komunità tal-persuni neqsin mis-smigħ ħolqu vidjo ta' kanzunetta tal-Milied bil-lingwa tas-sinjali Maltija.", "Il-kanzunetta li ġiet magħżulha kienet X'inhu l-Milied Għalik? ta' The Travellers.", "Kanzunetta li ġiet imnedija proprju ftit ġimgħat ilu.", "L-Għaqda Persuni Neqsin mis-smigħ tirringrazzja lil dawk kollha li ipparteċipaw f'dan il-vidjo kif ukoll tawgura l-Milied it-tajjeb lil kulħadd."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/24/sfida-ghall-ahhar-gimgha-tas-sena-ezercizzju-ta-tigbid-matthaeus-grasso/", "date": "24/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ma kontx taħseb li konna se nagħtuk sfida daqsxejn iebsa matul il-ġimgħa tal-Milied, hux? 😜 🤸‍♀‍🧘‍♂‍ Tista' tieħu żmien mhux ħażin biex tibni l-flessibilità… anke xhur!", "Iżda (sakemm ma jkollokx korriment tal-hamstring) huwa kompletament ta' siwi għax billi taħdem lejn dan, tħossok aktar aħjar flessibbli fil-ġenbejn, isfel tad-dahar, hamstrings u aktar.", "Hawn huma xi suġġerimenti indispensabbli:", "⛔☢ QATT TISFORZA L-ĠIBDA (STRETCH) TIEGĦEK.", "Mur fit-tarf ta' fejn tista' tasal meta tkun qed tipprattika t-tiġbid (stretches) tiegħek u MHUX AKTAR.", "Ġismek għandu mekkaniżmi ta' sigurtà inkorporati biex jgħin fil-prevenzjoni ta' korriment u għalhekk jekk jogħġbok isma minnhom! ☢⛔", "Mur għal mixja, agħmel kardjo jew aħjar minn hekk, għamel dan wara s-sessjoni ta' grupp ta' eżerċizzji tiegħek u mbagħad ipprattika wħud mit-tiġbid favoriti l-oħra tiegħek bħal titgħawweġ 'il quddiem, standing hamstring stretch, quad stretch, eċċ.", "L-ISFIDA TIEGĦEK HIJA LI TAGĦMEL DIN IL-KULJUM DIN IL-ĠIMGĦA!", "Kif għandek tipprattika:", "💪 Poġġi l-irkoppa ta' wara tiegħek fuq l-art u s-sieq ta' quddiem mgħawġa f'angolu ta' 90 grad.", "Żomm ftit u ġġebbed, u mbagħad bil-mod imbotta biex tibda tiddritta s-sieq ta' quddiem sabiex ġismek jiżloq lura.", "Tħoss tiġbida aktar profonda fil-hamstring ta' quddiem.", "💥 Mur biss f'punt ta' sa fejn tħoss li tista' tasal u żomm għal 30 sekonda.", "Uża wiċċ sod biex tissapportja lilek innifsek.", "Imbagħad, ġib ġismek 'il quddiem, strieħ għal minuta jew tnejn, u rrepeti.", "👏 Hekk kif issir iktar flessibbli, tkun tista' żżerżaq ftit riġlejk ta' wara, u ġġibek aktar fi split.", "🙌 Int se tingħaqad magħna f'din l-isplit? (naturalment kulħadd jieħu l-ħin li għandu bżonn) Għidilna fil-kummenti! ⤵️⤵️", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/24/l-istrina-2020-interpretazzjoni-bdifferenza-tal-kanzunetta-flimkien-bsolidarjeta/", "date": "24/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Minkejja li din il-kanzunetta li hi sinonima ma' L-Istrina, ilha li ħarġet mill-1995, il-kliem tagħha baqgħu validi sal-lum il-ġurnata, b'mod partikolari din is-sena.", "Din is-sena, minħabba ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu, bosta kantanti ngħaqdu flimkien biex jinterpretaw din il-kanzunetta b'mod differenti mis-soltu.", "Nistgħu ngħidu li ninsabu ftit sigħat 'il bogħod minn dik il-ġurnata li fiha jkollna opportunità li bil-ftit tagħna nagħmlu differenza lil min tant għandu bżonn.", "Il-pandemija affettwat lil kulħadd b'xi mod jew ieħor, fosthom lil dawk li huma aktar fil-bżonn minn oħrajn.", "Anzi, proprju minħabba l-pandemija, il-bżonnijiet żdiedu u kibru.", "L-Istrina, l-għada tal-Milied, il-ġurnata li fiha int tista' tagħmel differenza!", "Flimkien b'Solidarjetà (2020)", "Mużika: Vince Fabri", "Arranġament: Elton Zarb", "Produzzjoni: WickedandLoud"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/27/rakkont-minn-sharon-calleja-fliexken-tal-halib-it-tielet-parti-minn-erbgha/", "date": "27/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Komplejt xogħli u qabad jiddispjaċini li ma kontx staqsejtha jekk kellhiex bżonn xi ħaġa oħra.", "Forsi r-raġel tagħha kien marid, forsi hi kienet qiegħda tgħix fit-triq……..min jaf?", "Għamilt il-ħsieb li l-għada nsaqsiha.", "Jekk tiġi.", "Jekk tiġi kont ser insaqsiha żgur.", "U oħroġ il-għaġeb, reġgħet ġiet.", "L-istess ħin.", "L-istess libsa.", "L-istess sitwazzjoni.", "\"Għandek bżonn l-għajnuna?\" staqsejtha qabel tajtha l-ħalib.", "Mingħajr ma għolliet ħarsitha 'il fuq, għamlitli iva b'rasha, ħadet il-ħalib u telqet 'il barra.", "\"Stenna ftit!\" bdejt ngħidilha.", "Kienet ħallietni hekk, bla kliem.", "U lanqas kienet qaltli x'kellha bżonn.", "Qbadt, u mingħajr ma' qgħadt naħsibha, tlaqt 'il barra warajha.", "Bdiet miexja tul it-triq u jiena bdejt nimxi warajha, mingħajr ma ħallejtha tarani.", "Ma ridthiex tinduna bija, għax żgur kont ingerrixha!", "Kienet tidher mara ta' ftit kliem.", "Imxejna u imxejna.", "Wasalna fi triq dejqa li tagħti għal sqaq u mxiet lejn il-kantuniera.", "Daħlet f'din it-triq.", "Ksirt il-kantuniera u waqaft hemm bilwieqfa, qisni iblah.", "U żgur ma kinitx daħlet ġewwa għax ma kont smajt l-ebda bieb jinfetaħ jew jingħalaq!", "U hawn, hawn f'din it-triq, bieb wieħed kien hemm.", "Sitwazzjoni stramba tassew.", "Għamilt il-ħsieb.", "Ersaqt lejn il-bieb u ppruvajt niftħu.", "Bdejt inħabbat bilmod fuq il-bieb, bejn għax kien xi ftit tard u bejn għax kien id-dlam u bdejt ninkwieta li kont rajt ħażin u forsi kien joħroġ xi ħadd u jagħmel għalija.", "Il-bieb baqa' magħluq.", "\"Sinjura?\" bdejt ngħajjat, nipprova nagħmel widnejja mal-bieb ħalli nisma'.", "U dak il-ħin smajtha.", "Kien hemm ħoss ta' tarbija tibki.", "Bla ma qgħadt naħsibha, tajt skoss kbir lill-bieb b'saqajja u nfetaħ beraħ.", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/28/ricetta-soppa-tal-basal-franciza/", "date": "28/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: għal 4 persuni.", "6 basliet kbar, imqattgħin irqaq jew slices, skont il-gosti tiegħek.", "Żewġ kuċċarini tewm, imqatta' rqiq ħafna Mgħarfa butir Żewġ weraq tar-rand Żewġ kuċċarini sagħtar niexef 200ml inbid abjad Żewġ imgħaref dqiq 400ml stokk tat-tiġieġ 400ml stokk taċ-ċanga 8 biċċiet żgħar ħobż 150g ġobon gruyere, maħkuk", "Saħħan il-butir ġo borma kbira.", "Żid il-basal, it-tewm, il-weraq tar-rand u s-sagħtar.", "Ħawwad sew, għatti u sajjar fuq nar baxx għal madwar ħames minuti. sakemm il-basal ikun irtab,", "Imbagħad neħħi l-għatu u ibqa' ħawwad. dejjem fuq nar baxx, sakemm il-basal jieħu kulur kannella.", "Żid l-inbid, ħawwad u ħallih isir sakemm l-inbid ikun kważi evaporat.", "Żid id-dqiq u ħawwad sewwa għal xi tlett minuti sakemm it-taħlita tkun miksija sew.", "Żid l-istokk tat-tiġieġ u l-istokk taċ-ċanga.", "Ħawwad, u kif jiftaħ jagħli baxxi n-nar u ħalli s-soppa ttektek għal madwar 45 minuta.", "Kif issir, neħħi s-soppa minn fuq in-nar u żommha mgħottija.", "Roxx il-ġobon fuq il-biċċiet tal-ħobż u poġġihom taħt il-grill għal madwar ħames minuti sakemm idub il-ġobon.", "Servi s-soppa b'biċċa mill-ħobż fil-wiċċ ta' kull platt.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/28/il-kura-tal-gilda/", "date": "28/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["B'mod regolari se nkun qiegħda nikkontribwixxi fuq skoperta.net dwar suġġetti relatati mal-qasam tas-saħħa.", "Illum b'kollaborazzjoni ma' Ms. Claudia Borg (ITEC/CIBTAC Terapista olistika tas-sbuħija u l-irtokk) se nwasslulkom tagħrif dwar kif għandkom tieħdu ħsieb il-ġilda tagħkom partikolarment dik tal-wiċċ.", "Fatt interessanti li ta' min isemmi, huwa li l-ġilda hija ikkunsidrata bħala l-ikbar organu f'ġisimna, meta tiġi mkejla f'ammont ta' \"surface area\" li tokkupa.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li nagħtuha l-attenzjoni kollha li jixirqilha u għaldaqstant se naqsmu magħkom xi ftit suġġerimenti għall-kura ta' ġilda sana.", "Se nibdew billi nsemmu xi ftit mill-prodotti li wieħed ikollu bżonn juża' għall-kura tal-wiċċ minn ġo daru stess.", "Idealment, dawn il-prodotti għandhom xorta jinxtraw mingħand terapisti professjonali; speċjalment jekk il-persuna li tużahom tkun tbati minn ċerti kundizzjonijiet tal-ġilda; bħal problemi fil-pigmentazzjoni, ponot, akne jew ħmura, fejn il-ġilda jkollha bżonn prodotti speċifiċi.", "Xi kultant, ikun hemm bżonn wkoll li wieħed iżur tabib tal-ġilda għal aktar kura.", "Kemm it-terapisti u kif ukoll t-tobba, huma fid-dmir li jipprovdu l-informazzjoni kollha ta' kif wieħed għandu juża' dawn il-prodotti speċifiċi għat-tip ta' ġilda tagħkom.", "It-tindif tal-wiċċ għandu jibda mill-\"cleanser\".", "Dan jista' jkun forma ta' krema, \"balm\", jew \"gel\"; li jinħasel bl-ilma jew ilma mixellari.", "X'wieħed għandu jixtri jiddependi mill-bżonnijiet tal-ġilda ta' dak li jkun, u anke kif wieħed iħossu komdu li japplika l-prodott.", "Il-\"cleanser\" inaddaf il-wiċċ kemm minn ċertu rtokk u anke minn partiċelli tossiċi li jiġu iġġenerati kontinawment mill-atmosfera jew l-ambjent li ngħixu fih.", "Sabiex nibbilanċjaw il-livelli ta' \"pH\" ġol-ġilda tal-wiċċ, u kif wkoll sabiex jitneħħa l-\"cleanser\" kompletament, għandna nużaw it-\"toner\" warajh.", "Però, it-\"toner\" ħafna drabi ma jkunx għaqli li wieħed jużah madwar l-għajnejn, għaliex il-ġilda tkun irqaq f'din il-parti sensittiva tal-wiċċ.", "Għal wara t-\"toner\", jeżistu s-\"serums\"; li jintużaw biex inżidu l-vitamini fil-wiċċ u l-għonq; minħabba li jkunu magħmulin b'ingredjenti fini li jippenetraw il-ġilda faċilment.", "Huwa xjentifikament approvat illi l-wiċċ għandu bżonn kemm il-Vitamina C filgħodu, u anke l-vitamina A filgħaxija.", "Però wieħed qatt m'għandu jixtri bl-amment, iżda dejjem jieħu pariri professjonali, kemm mingħand it-terapista, jew id-dermatoloġista tiegħu, għaliex dawn il-prodotti jingħataw abbażi tal-età tal-persuna, u l-kundizzjoni tal-ġilda.", "Jaf ikun hemm ukoll ċerti kundizzjonijiet kroniċi oħrajn, jew bħal pereżempju, fit-tqala, fejn ċerti vitamini li semmejna jridu jiġu evitati.", "Wara s-\"serum\" irridu wkoll napplikaw il-krema tal-wiċċ (moisturizer).", "Dan nagħmluh billi nibdew mill-għonq u nużaw idejna t-tnejn u ntellgħu 'l fuq.", "Jeżistu ħafna tipi ta' kremi għal kull età u tipi differenti ta' ġilda.", "Normalment, it-terapista għandha tigwida lill-klijenti xi prodotti huma l-aħjar għalihom, billi tistaqsihom mistoqsijiet sempliċi; bħal jekk jkunux jbatu minn xi kundizzjonijiet mediċi, jekk jiħdux xi mediċini b'mod regolari, jekk ipejpux u kemm jixorbu ilma kuljum.", "Ma ninsewx wkoll l-użu importanti tal-krema kontra r-raġġi tax-xemx.", "Din għandu jkollha minn tal-anqas UV factor 50, u tkun kontra r-raġġi tal- UVA u tal-UVB; sabiex tkun tista' tipproteġi ċ-ċelloli li jinsabu iktar 'l isfel fis-saffi tal-ġilda tagħna minn mard serju, bħall-kanċer tal-ġilda.", "Jeżistu diversi forom ta' krema kontra r-raġġi tax-xemx, u wieħed għandu joqgħod attent li juża' biss dak li verament jgħodd għalih, għaliex inkella faċilment jaf joħloq problemi oħra bħal ma' huma l-\"blackheads\" jew żejt żejjed fil-ġilda tal-wiċċ.", "Issa li l-użu tal-maskri sar obbligatorju f'postijiet pubbliċi, ikun ferm aktar għaqli li napplikaw il-krema tax-xemx; biex ma nispiċċawx b'żewġ kuluri differenti f'wiċċna.", "Dan il-proċess faċli tat-tindif tal-ġilda tal-wiċċ m'għandux jieħu aktar minn ftit minuti, u idealment għandu jsir darbtejn kuljum.", "Darba jew darbtejn fil-ġimgħa, imbagħad għandna nużaw ukoll \"scrub\" li jgħinna nżommu l-ġilda morbida, billi jneħħilna ċ-ċelloli mejta, u għalhekk, indirettament; ikun qed jgħin ukoll lill-ġilda tirċievi aħjar il-prodotti kollha li semmejna qabel.", "Ma ninsewx ukoll li fis-suq hawn diversi \"masks\" li jkun fihom ħafna nutrijenti u jagħmlu differenza kbira fil-ġilda tagħna.", "Insibu forom differenti, saħansitra dawk li tista' torqod bihom.", "Għal min forsi jixtieq jkun iktar ekonomiku, llum wieħed jista' wkoll jinforma ruħu kif jista' jħallat xi ingredjenti naturali bħall-għasel, yoghurt, u frott sabiex joħloq \"masks\" jew \"scrubs\" huwa stess.", "Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtiequ nfakkru wkoll il-bżonn li nixorbu minn tal-anqas 2 litri l-ilma kuljum, ma npejpux u nieħdu l-vitamini/minerali kollha neċessarji billi nieklu dieta ibbilanċjata, kemm biex insaħħu s-sistema immunitarja tagħna waqt dan iż-żmien ta' pandemija, iżda anke biex intejbu d-dehra tal-ġilda tagħna; kemm dik tal-wiċċ u anke tal-kumplament tal-ġisem.", "B'hekk nistgħu ngħinu biex nevitaw li jifforma t-tikmix, ġilda xotta jew tbajja.", "Il-ħin li ninvestu fina nfusna m'hemmx prezzu, u huwa vitali li jkollna mħabba u rispett lejna nfusna, billi naprezzaw saħħitna u s-sbuħija tagħna.", "Is-saħħa u-sbuħija hija responsabbiltà individwali.", "Ħudu ħsieb u kunu prudenti.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/28/filmat-l-interpretazzjoni-ta-emma-cutajar-fost-l-aqwa-10-kanzunetti-internazzjonali/", "date": "28/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["It-talent tal-kantanta ta' 14-il sena Emma Cutajar jidher li ħalla mpatt mhux biss f'pajjiżna imma wkoll internazzjonali.", "Dan ġie ikkonfermat hekk kif YouTube Channel Top 10 Talent li fih hemm kważi 6 miljun persuna abbonata, inkluda l-audition ta' Emma waqt il-Malta's Got Talent bħala waħda fost l-aqwa 10 kanzunetti emozzjonali.", "Fl-audition tagħha Emma interpretat il-kanzunetta oriġinali I Miss You, li kitbet u ikkomponiet hija stess.", "Nawguraw lil Emma ħafna aktar suċċess!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/29/xghandek-taghmel-biex-tiehu-hsieb-gilda-xotta-josette-grech/", "date": "29/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Illum se nitkellmu dwar x'għandna nagħmlu għall-ġilda xotta li kultant twassal ukoll għal ħakk u ħmura.", "Għalkemm beda l-bard importanti li ma nieħdux banjijiet jew showers b'ilma jaħraq ħafna għaliex dan iwassal biex ineħħi żejt importanti mill-ġisem tagħna.", "Noqgħodu attenti x'tip ta' prodotti nużaw biex ninħaslu.", "Tajjeb li naqraw dak li jkun fih il-prodott.", "Nużaw body scrub.", "Din tgħin ħafna biex inneħħu l-ġilda il-ħażina u nassigurakom li r-riżultat jibda jidher mill-ewwel.", "Fl-aħħarnett tajjeb li wiehed juża' Body Balm kuljum.", "Dan jgħin biex il-ġilda tagħna ma tixxuttax u tibqa' morbida.", "Ħaġa li nħobb nuża jien u li sibtha effettiva ħafna hija l-BODY BRUSHING.", "Sempliċi ħafna biex tagħmilha.", "Għandu jkollok brush tajba ċatta u bil-manku twil.", "Kuljum se tgħaddi minn saqajk 'il fuq dejjem favur il-qalb u ġismek kollu anke idejk.", "Ir-riżultat huwa li maż-żmien ikollok ġilda tleqq u morbida.", "Xi jwassal għall-ġilda xotta?", "Mat-tibdil tat-temp speċjalment xitwi ninnutaw illi jkollna ġilda qisha bil-qsim, frak u anke tħossha miġbuda.", "Dan huwa wkoll għall-fatt li nilbsu aktar ħwejjeġ U allura l-ġilda tagħna tkun aktar koperta nieqsa mill-arja.", "Fatt naturali li dejjem jgħin huwa li nixorbu ilma.", "Qatt m'għandu jkun kiesaħ imma nagħmlu sforz u nixorbu aktar.", "Tista' mal body balm tuża' krema kemm taċ-ċellulite kif ukoll kontra stretch marks.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/30/fis-sena-l-gdida-ejjew-nieqfu-u-nahsbu-xjista-jghini-nhossni-tajjeb-michelle-zerafa/", "date": "30/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kull ġurnata li tgħaddi naraw riklami li bħal donnhom iridu jbiegħu l-kuntentizza.", "Din il- kuntentizza tiġi mibjugħa jew bħala forma ta' karrozza sabiħa.. jew ikel bnin u ġieli xi vaganza.. u ħafna aktar…", "Il-kuntentizza dejjem tipprova tiġi mibjugħa fil-forma ta' prodotti …", "Iżda l-kuntentizza hija xorta oħra.. mhix tangibli, mhix oġġett ..", "Iktar ma nixtiequ nkunu kuntenti xi kultant aktar ma jirnexxielniex nakkwistaw dak li rridu.. bħalma meta tkun trid torqod b'saħħa kbira u tkun għajjiena u xorta ma tkunx tista'..", "Xi ftit snin ilu għaddejt minn esperjenza personali u rrealizzajt li inutli nagħmel ħafna pjanijiet biex inkun kuntenta..", "Għax il- kuntentizza tiġi minn ġewwa…", "Dak li jiġi minn barra bħal oġġetti li nixtru eċċ.. joffru biss kuntentizza temporanja..", "Iddeċidejt li dejjem infittex li noħroġ mill-comfort zone tiegħi.. li nipprova attivitajiet ġodda .. li ma nagħlaqx bibien għal ħbiberiji ġodda..", "Kif ukoll aċċettajt ir-realtà li mhux dejjem se nkun kuntenta..", "Għax dik hi l-verità tal-ħajja..", "Però rrealizzajt ukoll li jekk jkolli esperjenzi interessanti, dan se jgħini fil-proċess li fl-aħħar mill-aħħar ngħix fil-paċi..", "U xejn ma jieħu post dawn il-mumenti sbieħ..", "L-attenzjoni tiegħi nitfagħha fuq dak li jgħini nħossni aħjar..", "Allura x'jista' jgħini niffoka aktar fuq esperjenzi li jgħinuni nħossni tajjeb?", "Forsi nneħħi l-kelma kuntentizza mill-vokabolarju tiegħi?", "U minflok nistaqsi lili nnifsi..", "Qed nesperjenza sodisfazzjon jew serenità?", "Kultant qed nidħak daħka tajba mal-ħbieb?", "Qed niltaqa' ma' nies li jġiegħluni nħossni tajjeb?", "Forsi nista' ngħix aktar fil-mument?", "Jew qed inħalli l-passat jiddominali ħajti..", "Jew ngħix imwerwer mill-futur?", "Jekk dan hu dak li qed jiġri .. allura qed infittex għajnuna biex nimxi 'l quddiem?", "Ftakar li mhux reali li nkunu kuntenti l-ħin kollu.. il-ħajja għal ħadd mhi faċli .. u kulħadd għandu s-slaleb tiegħu..", "Anke jekk minn barra naraw lil xi ħadd li għandu ħajja perfetta..", "Ftakar li mhux kull ma jleqq hu deheb..", "Għandi idea ċara ta' x'jogħġobni jew x'nixtieq minn ħajti?", "Fittex x'inhuma l-għanijiet tiegħek u ibda triq lejn dak li tixtieq tikseb naqra naqra kuljum..", "Bil-mod tasal.. ftakar li impossibli tilħaq l-għanijiet tiegħek kollha f' daqqa", "Ir-riċerka ssostni li meta aħna nagħtu lil ħaddieħor u mhux naħsbu fina nnfusna biss inħossuna ahjar mentalment", "Ftakar li ma tistax tkun pożittiv il-ħin kollu", "Tibzax tiċċaqlaq minn sitwazzjoniijiet jew relazzjonijiet fejn ma tħossokx apprezzat", "Tiddejjaqx jew tħossok skomdu għax xi ħadd jistaqsi kif int u tħossok li trid tgħid li int tajjeb, jista' jkun li ma tkunx tajjeb … ma jimpurtax", "Ħu ħsieb saħħtek.. stress żejjed jaffetwak fiżikament ukoll", "Tiddejjaqx toħroġ mill-comfort zone tiegħek..", "Tajjeb li ssir taf nies ġodda", "Jew li tmur postijiet li qatt ma mort..", "Jew forsi tibda passatemp ġdid..", "Iċċekkja dwar mindfulness u meditation jekk m'intix intiż dwarhom..", "Oħroġ fin-natura.. hemmhekk mhux se ssib xi trigger li joħloq ansjetà jew dwejjaq għax ifakkrek f'xi ħaġa jew xi f'xi ħadd li weġġgħak…", "Aċċetta l-emozzjonijiet tiegħek anke jekk huma negattivi .. pereżempju.. jekk inti tħoss rabja timbuttahiex 'l hemm iżda aċċetta li qed tħossok irrabjat", "Tibzax tħares lejn il-mera u tistaqsi lilek innifsek xi trid", "Inti ukoll għandek dritt tinnota x' tixtieq..", "Awguri u tislijiet", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/30/silta-riflessjoni-elaine-gauci-scerri/", "date": "30/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Meta l-ajru skura u l-mewġ laħaqni u nifsi għoddu nqata' ħassejt rogħda titqawwa ġo fija u qdift sal-bajja ramlija u meta reġa' dalam ħarist 'il fuq u ntbaħt bil-kwiekeb jiddu u ħassejt rogħda titqawwa ġo fija li ħeġġitli qalbi b'tama ġdida għax id-dija tax-xemx kienet aljenatni wisq.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/31/sfida-ghall-ahhar-jum-tas-sena-u-l-ewwel-gimgha-tal-2021-noholqu-bucket-list-matthaeus-grasso/", "date": "31/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["✔ L-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li taħseb dwar dak li verament trid għal ħajtek matul it-12-il xahar li ġejjin, u toħloq il-bucket list tal-2021 tiegħek.", "Mhux qed nitkellem biss dwar miri kbar u serji (għalkemm dawk huma dejjem tajbin!) … imma x'inhuma l-affarijiet divertenti u differenti li trid tipprova din is-sena?", "💪Bħal dan iż-żmien sena, x'tixtieq li tkun ksibt, ippruvajt jew irbaħt?", "📜Aħseb dwarha … u għamel lista!", "🏔Titla' muntanja", "🍣Titgħallem tagħmel is-sushi", "🏖 Iżżur post speċjali għall-vaganzi (issa li nisperaw li nkunu nistgħu nerġgħu nivvjaġġaw mill-ġdid, dalwaqt)", "Il-possibbiltajiet huma limitati biss mill-immaġinazzjoni tiegħek!", "Int lest għall-isfida ?!🌟", "Ejjew nibdew il-lista … x'inhuma t-tlett affarijiet fuq il-lista tiegħek għall-2021?", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/03/rakkont-minn-sharon-calleja-fliexken-tal-halib-ir-raba-u-l-ahhar-parti/", "date": "03/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Malli ftaħt il-bieb, xammejt riħa qawwija ta' dekompożizzjoni u x-xena li rajt quddiemi ma kont ser ninsiha qatt!", "Ġewwa f'din il-kamra rajt tarbija f'kerrikot, tagħti b'idejha u saqajha.", "Kienet qiegħda tibki.", "Tibki u tolfoq.", "Ħarist fil-ġenb.", "Lejn is-sufan.", "Qalbi għamlet tikk.", "Fuq is-sufan rajt lilha.", "Dik il-mara.", "Dik il-mara li kienet ġiet fil-ħanut tiegħi għal tlett darbiet!", "Iżda dik il-mara……….", "Iżda…….", "\"Kif jista' jkun?\" bdejt inhewden waħdi.", "Kelli nagħmel biċċa mill-qmis li kelli fuqi quddiem imnieħri għax ma stajtx nieħu nifs.", "Issa stajt ninnota li kien evidenti li din il-mara kienet ilha mejta għal iktar minn jumejn żgur!", "Imma kif jista' jkun?", "Jien kont għadni kemm rajtha!", "Imbagħad rajthom.", "Kienu qiegħdin maġenbha.", "Żewġ fliexken mimlija ħalib li kont għadni kemm tajtha!", "Kienu maġenb idha tal-lemin!", "Bilkemm ridt nemmen……….fil-bidu bdejt naħseb illi kont qiegħed inhewden.", "Bdejt nogħrok għajnejja u nberraqhom.", "Iżda mbagħad ersaqt lejn it-tarbija, li kienet għadha qiegħda tibki.", "Mort biex nerfagħha ħalli noħroġha minn postha.", "Mort nara x'kellha bżonn……..", "U dak il-ħin rajthom.", "Biex inkun għidt il-verita, dak il-ħin infqajt nibki.", "Ma stajtx inżomm id-dmugħ.", "Beda jinqatgħali n-nifs.", "Bdejt inħossni qed nistordi.", "Ħarsti marret minn fuq it-tarbija għal dak li kien hemm maġenbha fil-kerrikot.", "Erba' fliexken ħalib vojta………………mill-ħanut tiegħi……… Rassejt it-tarbija miegħi, ħarist lejn ommha u b'leħen maħnuq u miksur għidtilha, \"L-imħabba ta' bejn omm u tarbija…….\"", "Niżżilt ħarsti lejn it-tarbija.", "\"Qalbi, il-mama mietet……….imma lilek……..lilek żammitek ħajja……..\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/04/ricetta-english-chicken-curry/", "date": "04/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn (għal 4 persuni): 4 isdra tat-tiġieġ jew, 4 koxox tat-tiġieġ boneless Mgħarfa żejt taż-żebbuġa Basla mqatta' rqiqa 3 sinniet tewm imqatta' rqaq Mgħarfa kunserva Mgħarfa meraq tal-lumi 500ml stokk tat-tiġieġ 4 mgħaref dqiq 2 imgħaref żbib 2 imgħaref lewż imqatta' 250ml krema friska Niskata melħ u bżar 2 kuċċarini kemmun Kuċċarina kosbor Kuċċarina turmeric Kuċċarina trab tal-mustarda 2 kuċċarini bżar aħmar jaħraq Niskata ġinġer Niskata kannella Mgħarfa meraq tal-lumi Mgħarfa garam masala spice 2 imgħaref ilma sħun 4 bajdiet iebsin Kosbor frisk (biex iżżejjen)", "Nota: Jien inħobb inħallat il-ħwawar in-nixfin kollha fi skutella żgħira qabel ma nibda nsajjar din l-ikla, sempliċement biex nagħmel l-affarijiet aktar malajr u faċli waqt it-tisjir.", "Qatta' t-tiġieġ f'biċċiet żgħar, roxx id-dqiq fuq il-biċċiet tat-tiġieġ sakemm jinksew kollha.", "Saħħan iż-żejt f'taġen kbir, u aqli t-tiġieġ għal ħames minuti fuq kull naħa.", "Neħħi t-tiġieġ mit-taġen u żommu f'post sħun.", "Fl-istess taġen, aqli l-basla u t-tewm sakemm jiħmaru ftit.", "Żid il-ħwawar in-niexfa kollha (kemmun, kosbor, turmeric, mustarda, ġinġer, kannella, trab tal-bżar aħmar, melħ, bżar u garam masala).", "Żid l-ilma sħun u ħawwad malajr sakemm ikollok pejst.", "Żid il-kunserva u l-meraq tal-lumi, u erġa' ħawwad.", "Issa żid il-biċċiet tat-tiġieġ u ħawwad għal madwar 2 minuti sakemm ikunu miksija kompletament bit-taħlita.", "Żid l-istokk tat-tiġieġ sħun, ħawwad sewwa, u meta jibda jiftaħ jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek għal madwar 30 minuta.", "Imbagħad żid iż-żbib, il-lewż, u l-krema friska.", "Ħawwad, u sajjar fuq nar baxx għal 5 minuti oħra.", "Servi ma' ross mgħolli u żid bajda iebsa sħiħa fuq kull platt.", "Żejjen bil-weraq tal-kosbor frisk.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/05/dehra-ahjar-li-tghinna-nhossuna-aktar-kunfidenti-josette-grech/", "date": "05/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Illum għal darb'oħra flimkien se nimxu pass pass għal dehra aħjar li ġġiegħlna nħossuna iżjed kunfidenti bid-dehra tagħna.", "Ħafna jistaqsu għaliex hemm il-bżonn li nużaw night cream.", "Id-differenza se ngħidhielkom issa.", "Id-day cream jew kif nafuh aktar il-Moisturizer qiegħed hemm għal dawn ir raġunijiet;", "Il-kwalità tal-ġilda tagħna; xotta, żejtnija, imħallta, bil ponot..", "X'nixtieq li l-krema li qed nuża ttini?", "Iżjed ġilda radjanti?", "Jew inkella għaliex il-ġilda bl-età niżlet xi ftit.", "Kontra tniġġis tal-arja?", "Dawn huma kollha ftit ideat għaliex il-persuna tuża Day Cream.", "Li nista' nassigura li hemm differenza kbira meta nużaw xi tip ta' krema fuq il-wiċċ għal ħdejn xi ħadd li ma juża xejn.", "Punt important hu li dejjem għandna nużaw daycream fuq wiċċ nadif billi nnaddfu tajjeb u mqar darba fil-ġimgħa nużaw scrub.", "Dawn huma punti li tkellimna fuqhom drabi oħra.", "Fejn u meta għandna nużaw il-krema tal-għajnejn?", "Wara li nkunu naddafna wiċċna u għamilna Toner jew Hydrating spray nibdew billi napplikaw l-Eye Cream.", "Noqgħodu attenti li ma nersqux daqshekk qrib l-għajn għaliex mal-ħin il-krema tersaq iżjed mal-għajn, u wara napplikaw id-day cream.", "Dan għandu jkun ritwal ta' kuljum għaliex b'hekk tara differenza fuq il-ġilda tiegħek meta tagħti ċans il-prodott jaħdem.", "Għaliex tajjeb li nużaw il-krema ta' bil-lejl?", "Bil-lejl il-ġilda tagħna tipproduċi ċelloli ġodda, u xogħol in-night cream huwa li dawn iċ-ċelloli jiġġeneraw b'saħħithom sabiex ikollna ġilda dejjem aħjar.", "Meta nixtru night cream dan ma nistawx nużawh għal filgħodu għaliex ma jkollux tip ta' protezzjoni li jkollna bżonn, bħal protezzjoni mix-xemx u anke mit-tniġġis tal-arja.", "L-età taffettwa meta nixtru dawn il-prodotti?", "Tajjeb li ngħidu li dawn il-prodotti tal-wiċċ jinxtraw skont l-età għaliex ma tistax tuża krema li mhijiex adattata għaliex minflok ġid tkun qed tagħmel ħsara.", "Punt ieħor importanti hu li dak li hu tajjeb għal waħda mhux bilfors tajjeb għal oħra għalhekk tajjeb li qabel nixtru jkollna xi tip ta' konsultazzjoni ma' min ikun inkarigat li jispjega l-prodott kif suppost.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Josette Grech Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/06/inhottu-hitan-li-jkissruna-michelle-zerafa/", "date": "06/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-ewwelnett nibda billi nawguralkom għas-sena l-ġdida..", "Fil-ġimgħat li għaddew semmejna ħafna drabi li hu ok li xi kultant ma nħossuniex ok..", "Tajjeb li forsi nifhmu aħjar għala jkollna emozzjonijiet fejn inħossuna li aħna persuni ħżiena jew li hi tal-mistħija li nuru min aħna jew xi kultant nirreċtaw li aħna tajbin biex ma niġux iġġudikati..", "Infatti qisu xi kultant inkunu aħna stess li nemmnu li għandna niġu iġġudikati.", "Kollha kemm aħna għandna bżonn li nikkomunikaw u li jkollna konnessjoni ma' persuni oħrajn.. dan hu kruċjali għas-saħħa mentali tagħna..", "U hawnhekk fejn l-emozzjonijiet li jien ma jistħoqqlix din il-konnessjoni tgħolli rasha..", "Xi kultant hemm minn iħossu li ma jistħoqqlux li jkollu konnessjoni ma' ħaddieħor għax għandu jew kellu ħafna problemi.. jew li forsi ħajjitna ma mxietx mat-\"timetable\" li l – maġġoranza jimxu fuqha…", "…dawn huma l-ħitan li nibnu aħna stess..", "Infatti huwa diffiċli ħafna meta aħna stess niġġudikaw lilna nnfusna… għax bħal inpoġġu ktajjen ma' saqajna għall-kumplament ta' ħajjitna… Ġieli sibt ruħek iġġudikat mill-boss tiegħek fuq kull ħaġa li tagħmel allavolja ma jkunx jistħoqqlok? immaġina tagħmel hekk lilek innifsek kuljum u kull ħin..", "Din hi kollha dik li bl-Ingliż ngħidulha shame… meta nħossu dawn l- emozzjonijiet iċ-ċans hu li ntellgħu ħajt għoli..", "U dan il-ħajt iżommna milli nkomplu l-ħajja normali tagħna .. nibqgħu ngħixu fil-passat tagħna u bħal domino effect ħaġa ġġib lill-oħra.. ninqabdu f'ċirku li ma jwassal imkien..", "Xi ħaġa li ħafna minna nagħmlu hu li ma nammettux li qed inħossu dawn l-emozzjonijiet iżda nitfgħu kollox taħt it-tapit.. u ġieli wkoll inwaħħlu f'ħaddieħor jiġifieri li ħaddieħor qed jittrattana ħażin, bħal nilbsu libsa ta' vittma u nibqgħu ngħixu biha..", "Fir-realtà mhix is-sitwazzjoni li tpoġġina f'pożizzjoni fejn nistmerru lilna nfusna, iżda l-mod kif aħna nħarsu lejna nfusna..", "Mela hi x'inhi s-sitwazzjoni, importanti li ma niġġudikawx lilna nfusna, għax din il-perspettiva hija xi ħaġa li tumiljana u tkissirna..", "Allura kif nistgħu nħottu ħitan li jkissruna?", "L-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li niġu konxji ta' dak li qed inħossu..", "Imbagħad importanti li nippruvaw insibu soluzzjoni.. billi nistaqsu lilna nfusna x'nistgħu nagħmlu aħjar dwar is-sitwazzjoni … u kif nistgħu ntejbu lilna nfusna… x'tagħlima ħadna minn dak li ġara u nistaqsu x'inhu l-pass li jmiss.", "Kull meta nkunu se niġġudikaw lilna nfusna rridu niftakru x'qed nagħmlu u għaliex qed nagħmlu hekk..", "Li naċċettaw dak li aħna għaddejna minnu hu importanti, iżda mhux li nħallu lil dan jiddetta dak li aħna..", "Jekk nirrealizzaw li aħna għaddejjin minn dawn l-emozzjonijiet għal tul ta' żmien u bħal inħossuna staġnati importanti li nfittxu s-sapport li hemm bżonn.", "Ma rridux nibżgħu naċċettaw il-pożizzjoni li nkunu fiha għax ħafna drabi li nagħmlu hu li ninqabdu f'xibka u ma nkunux nistgħu noħorġu minnha.. dan għax nibdew nemmnu li aħna persuni ħżiena jew m'hemm l-ebda tama għas-sitwazzjoni tagħna.", "Ngħiduha kif inhi mhix faċli biex inbidlu din il-mentalità iżda mhijiex impossibbli lanqas..", "U Jekk jirnexxielna ħajjitna tinbidel sew u għall-aħjar..", "Jew niddeċiedu li nibqgħu maqfula f'għar mudlam… jew niddeċiedu li pass pass noħorġu minn dak l-għar u nibdew nimirħu fil-beraħ…", "Awguri u tislijiet", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/06/filmat-jien-u-int-flimkien-kanzunetta-brisq-id-dar-tal-providenza/", "date": "06/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Jien u Int Flimkien, kanzunetta miktuba minn Rita Pace b'mużika u produzzjoni ta' Marco Debono, kantatha minn Rita Pace u Amber Scerri.", "L-idea għal din il-kanzunetta kienet ta' missier Amber, fejn avviċina lill-kantawtriċi Rita Pace u ddeċidew li jiddedikaw din il-kanzunetta għad-Dar tal-Providenza bl-għan li tħeġġeġ aktar nies biex jgħin fil-bżonnijiet li teħtieġ din id-dar, mhux biss fil-festi imma matul is-sena kollha.", "Ix-xogħol kollu sar b'mod volontarju, inkluż ukoll il-ġbid u l-produzzjoni tal-vidjo mużikali minn John Mckay.", "It-tim ta' din il-produzzjoni jirringrazzja lis-sindku tas-Siġġiewi Mr Dominic Grech u lil Fr Martin Micallef tal-appoġġ tagħhom għal dan il-proġett.", "Tista' tagħmel id-donazzjoni tiegħek fuq dawn in-numri:"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/06/filmat-interpretazzjoni-ta-kanzunetta-klassika-minn-adrian-galea-u-godwin-lucas/", "date": "06/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ilbieraħ ġie mniedi vidjo mużikali b'interpretazzjoni ta' kanzunetta klassika tal-1982, minn Adrian Galea u Godwin Lucas.", "Fuq il-midja soċjali Adrian Galea qal li f'bidu ta' sena ġdida, l-imħabba tagħhom lejn il-mużika hi b'saħħitha aktar minn qatt qabel.", "Huwa qal ukoll li meta avviċina lill-kuġin tiegħu dwar il-proġett li kellu f'moħħu, kien ferm ħerqan sabiex jibdew jaħdmu fuqu.", "Filwaqt li esprima l-ferħ u s-sodisfazzjon tagħhom li qed jaqsmu mal-pubbliku dak li ilhom jaħdmu fuqu f'dawn l-aħħar ġimgħat, ma żvelax l-isem tal-kanzunetta u ħalla f'idejn min jisma' din l-interpretazzjoni biex jipprova jagħraf l-isem tal-kanzunetta.", "Ringrazzjamenti speċjali lit-tim wara dan il-proġett:", "Ilkoll naqblu li hija interpretazzjoni mill-aqwa b'vuċijiet li jagħmluha waħda speċjali u unika.", "Int għandek idea x'jisimha din il-kanzunetta?", "Ħallilna kumment hawn taħt 👇"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/07/sfida-il-futur-tieghek-matthaeus-grasso/", "date": "07/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["🤸‍♀⚡Din il-ġimgħa għandi sfida interessanti għalik … 🔮 Irridek li tħares fil-ballun tal-kristall immaġinarju tiegħek u tmur 'il quddiem għal sena minn issa u timmaġina l-ħajja.", "Dan mhux biss dwar dak li tkun wettaqt (imma jista' jkun parti minnu wkoll).", "🙋‍♀‍🧐 Irridek tgħaġġel 'il quddiem sena u tara lilek innifsek u ħajtek.", "🦄 Kif tħossok?", "🤩 Kif tidher ħajtek?", "👨‍🚀👩‍🎤Kif tqatta' l-ġranet tiegħek?", "⭐U l-mistoqsija finali … x'inbidel?", "💭💤💥Dan hu ċ-ċans tiegħek li toħlom għal dak li tixtieq f'ħajtek u kif tħossok meta tasal fejn tixtieq!", "Iktar ma tqatta' ħin fuq dan, iktar ikollok ċarezza.", "Meta tkun taf dak li trid li ħajtek tkun, hemm possibilità akbar li l-ħolm kollu li għandek isir realtà.", "Iddedika ftit minuti u ikteb deskrizzjoni dettaljata tal-persuna li tixtieq tkun u tal-ħajja li trid li jkollok.", "Tħallix dettalji barra.", "Din tista' tkun waħda mill-AQWA affarijiet li tagħmel matul is-sena kollha.", "Inti se tilqagħha din l-isfida ?!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/10/qalbi-l-ewwel-parti-minn-erbgha-rakkont-minn-sharon-calleja/", "date": "10/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għalkemm kultant l-opposti jattraw lil xulxin, jiena u Maggie konna naqblu f'kollox.", "Jekk kienet tippreferi ċertu tip ta' ikel, għid li Eric se jogħġbu l-istess…..jekk xi kulur partikolari…….aħdar…..l-istess, jekk konna noħorġu, għid mhux se nillatikaw żgur għax l-istess post kien se jinżlilna għasel!", "Insomma, f'Maggie jiena kont sibt persuna eżatt kif dejjem xtaqt.", "Persuna li tifhimni.", "Persuna li turini li tħobbni.", "Malli kont naraha, il-kamra fejn kont inkun kienet tixgħel b'dija fittizja ta' mħabba spettakolari.", "Kemm kienet sabiħa!", "Xagħar twil iswed lixx, għajnejn kbar kulur il-kafe' mdardar bil-ħalib……xufftejn ħomor nar, mingħajr bżonn ta' ebda rtokk, pulita, dejjem tilbes ħwejjeġ li jixirqulha………insomma, Maggie għalija kienet perfetta!", "U xejn ma kien se jibdel dan.", "U lili qatt ma kienet issejjaħli Eric.", "Anzi, dejjem tgħajjatli 'qalbi'.", "\"Qalbi, x'se nagħmlu għall-aħħar tas-sena?\" staqsietni b'dawk l-għajnejn kbar u sbieħ, hekk kif konna qegħdin nieħdu kafe' f'ħanut prestiġġjuż li konna nħobbu niffrekwentaw flimkien.", "\"Ma nafx għadni…….lanqas ħsibt!\" weġibtha, nomgħod pastina żgħira li kien tana tal-ħanut fuq il-plattina maġenb il-kikkra tal-kafe' mmerraq u miżgħud bir-ragħwa.", "\"Tridx immorru l-opera?\" staqsietni, iżżomm il-kikkra tagħha f'idejha, għadha mhux mittiefsa.", "\"Hux opera………immorru nixorbu xarba……..niżfnu żifna………\" weġibtha mingħajr tlaqliq.", "Oħroġ il-għaġeb, kont inħossni komdu nkellimha fuq kollox.", "Imma donnu dakinhar kellha tkun l-ewwel darba li jiena u Maggie ma kellniex naqblu.", "\"Qalbi……inti bis-serjetà?", "U trid issuq lura lejn id-dar?", "Minjaf kemm se jkun hawn rowdblokks tal-pulizija?\"", "\"U ejja, Maggie……..issa ngħidlek jien f'liema bar immorru nixorbu u ngħaddik minn triq imwarrba fejn kważi ħadd ma jaf biha!\" kważi stagħġibt.", "Ngħidilkom il-verità l-ħsieb li mmur ningħalaq ġo sala mudlama, nisma' l-għajjat u nara kostumi eżaġerati ma kienx se jkun il-gost u pjaċir tiegħi kif kelli ngħaddi l-bidu tas-sena l-ġdida.", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/10/mikrostorja-lola-elaine-gauci-scerri/", "date": "10/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Lola Il-maltemp kienet tibża' minnu u qajla għalqet għajn m'għajn.", "Dlonk kif bdiet titħeddel, daqq l-iżverjalin u taret mis-sodda.", "Illum kienet se tidħol lura x-xogħol wara l-vaganzi tal-Milied imma qabel riedet tgħaddi tagħmel qadja.", "Il-Lidl kellhom ħafna offerti fuq it-tagħmir tal-eżercizzju fiżiku.", "Kellha ġenn biex tfittex tasal – li ma jmurx jilħaq jinħataf kollox.", "Imbagħad tara kemm nitkessaħ Għajn Tuffieħa,\" ħasbet bejnha u bejn ruħha.", "Imliet it-'trolley' u mxiet lejn il-kaxxiera hekk kif ħasset għafsa fl-istonku.", "Lanqas kienet għadha trejqet!", "Waddbet pakkett gallettini biex kif tasal l-uffiċju tbillhom fil-kafe qabel tibda l-ħidma \"imbaghad illejla training.\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/11/ricetta-stuffat-tal-haruf-u-l-fazola/", "date": "11/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: Għal 4 porzjonijiet 4 shanks (xikel) tal-ħaruf 2 basliet imdaqsa mqatta' rqaq 4 sinniet tewm imqatta' rqaq 2 bżar aħmar milli jaħraq, imqatta' rqaq ħafna Landa kunserva kbira Nofs kuċċarina zokkor", "Daqs kikkra kosbor frisk imqatta', uża z-zkuk ukoll", "Kilo fażola bajda mill-kbira", "(Nota: Jien nuża tlett bottijijet tal-butter beans mill-kbar u nlaħlaħhom qabel nitfagħhom fil-borma.", "Tista' wkoll tuża Canellini beans, jew fażola bajda min-niexfa li tkun għallejt min qabel.)", "Mgħarfa żejt taż-żebbuġa", "Mgħarfa kemmun", "Mgħarfa kosbor niexef", "Mgħarfa ħrarat (Baharat)", "Mgħarfa chilli powder", "Mgħarfa turmeric", "Kuċċarina melħ", "Kuċċarina bżar", "Ħawwad l-ilma u l-kunserva f'borma u poġġiha fuq in-nar ħalli tisħon.", "Kif tiftaħ tagħli, żid iz-zokkor, ħawwad, u żid ix-shanks tal-ħaruf.", "Agħttih u ħallih itektek fuq nar baxx ħafna sakemm tlesti l-pass li ġej.", "Saħħan iż-żejt f'taġen.", "Żid il-basal u t-tewm u l-ħwawar in-nixfin kollha.", "Ibqa' ħawwad sakemm tara li l-basal irtab.", "Żid il-kosbor il-frisk u ħawwad għal xi żewġ minuti.", "Żid din it-taħlita tal-basal u ħwawar mal-ħaruf fil-borma.", "Ħawwad sew u ħallih itektek fuq nar baxx għal 45 minuta.", "Żid il-fażola li tkun saffejt u laħlaħt, ħawwad u ħalli kollox itektek għal kwarta oħra.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/11/nista-nerga-nhobb-matthew-bartolo/", "date": "11/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ta' spiss niltaqa' ma' ħbieb, klijenti, u konoxxenzi li jgħiduli li żgur ma jridux jerġgħu jħobbu.", "Jaħilfu li QATT u QATT iktar ma huma se jiftħu qalbhom għal ħadd.", "\"L-irġiel kollha xorta\", tismagħhom jgħidu, jew inkella \"Ma fadalx mara sura!\".", "Jien nistaqsi: possibbli li l-irġiel kollha l-istess?", "Jista' jkun li n-nisa kollha li ltqajt magħhom inti kollha għandhom l-istess problema?", "Jista' jkun li inti għandek xi responsabbiltà f'dan kollu?", "Jekk in-nisa li kellek f'ħajtek kollha kienu jgħiru, jista' jkun li l-imġieba tiegħek ġegħlithom iħossuhom insikuri?", "Xi jwassal lil xi ħadd biex jirraġuna b'dan il-mod?", "Ħafna drabi din tkun reazzjoni għal weġgħat li kkawżat relazzjoni li kellek.", "Forsi inftaħt għal imħabba u tħossok li ġejt tradut/a, użat/a, jew mhux trattat/a sew.", "Ġieli anke jaf tkun ħadtha ħażin li tkun tant investejt f'relazzjoni, li għal xi raġuni jew oħra ma rnexxietx.", "Ix-xogħol tiegħi qed jgħallimni li mhux dejjem hemm xi ħadd li għandu tort meta relazzjoni ma tkomplix.", "Hemm relazzjonijiet li mhumiex għal dejjem.", "Hemm relazzjonijiet li jiġu f'ħajjitna għal qasir żmien.", "Sabiex jgħallmuna xi ħaġa.", "Imbagħad il-koppja tkompli għal triqtha b'mod separat.", "Meta nieqfu ftit u nirriflettu fuq ħajjitna, x'ħadem u x'ma ħadimx nifhmu iktar lilna nfusna.", "Naraw hemmx \"patterns\" li nistgħu nkissru u nirranġaw.", "Nifhmu aħjar aħna x'hemm bżonn nibdlu fl-imġieba u ħsibijiet tagħna.", "Nirriflettu u nitgħallmu nieħdu responsabbiltà għall-parti tagħna f'dak li jkun ġara.", "Wara kollox hu dak biss li għandna kontroll fuqu.", "Ninnota li ħafna huma dawk li jinġibdu lejn l-istess tip ta' nies u jibqgħu jidħlu fl-istess tip ta' relazzjoni bl-istess problemi u konklużjonijiet.", "Kultant l-ewwel esperjenza tagħna ta' relazzjoni tibqa' taffetwana għal kull relazzjoni li nidħlu fiha tul ħajjitna.", "Eżempju: Immaġina tfajla li missierha, li tant tammira, kien jixrob u jerfa' jdejh fuq ommha.", "X'imkien f'moħħha themeż l-irġulija ma' vjolenza u vizzji.", "Bla ma taf tibda tinġibed lejn irġiel li għandhom xi tip ta' vizzju u forsi jkunu vjolenti.", "Wara ftit relazzjonijiet ma' rġiel hekk tasal għall-konklużjoni li jew l-irġiel kollha hekk, jew li hi ħaqqha swat.", "Hemm min jaċċetta din is-sitwazzjoni bħala realtà tiegħu u jibqa' f'relazzjoni ma' raġel vjolenti u bil-vizzji.", "La kollha l-istess jaqbilli nibqa' ma dan, nistħajjilha tgħid lilha nfisha.", "Hemm min jiddeċiedi li jibqa' waħdu la m'hemmx rġiel sew.", "Mhux dejjem faċli tkun waħdek u ma tinġibed lejn ħadd.", "Għalhekk jaf tispiċċa persuna xi ftit rrabjata għall-fatt li hemm xi ħaġa li tixtieq però qed toqgħod lura minnha sforz biża'.", "Għall-mistoqsija: nista' nerġa' nħobb?", "Jien ngħidlek iva.", "Iva tista' terġa' tħobb għax li nweġġgħu hi parti mill-ħajja.", "Mhux l-imħabba li ġġiegħlna nweġġgħu iżda relazzjonijiet li ma jaħdmux.", "Relazzjonijiet ma' nies li forsi ma naqblux magħhom.", "Ara x'tgħallimt mir-relazzjonijiet li ma ħadmux, biex dawk il-weġgħat ma jkunux għalxejn.", "Agħti ċans meta tħossok lest/a u imxi pass pass.", "Bil-mod.", "M'hemmx għaġla.", "Ħu l-ħin tiegħek u afda bil-mod.", "Taċċettax affarijiet li m'intx kuntent/a bihom u tkellem dwarhom mill-ewwel.", "Ovvjament, bl-ebda mod ma rrid nagħti l-impressjoni li kull persuna trid tkun f'relazzjoni.", "Li wieħed jagħżel li jkun waħdu hu tajjeb ukoll.", "Jekk għandkom xi mistoqsijiet li tixtiequ tistaqsu jew suġġett partikolari li tixtiequ li nitkellmu dwaru, ibgħatulna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/13/pass-pass-mat-telfa-michelle-zerafa/", "date": "13/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fil-kummenti tagħkom fuq l-artikli kien hemm min infurmana li tilef lil xi ħadd għażiż… Xi wħud tilfu xogħol … jew sabu wiċċhom ma' tmiem ta' żwieġ jew relazzjoni li kienet tfisser ħafna għalihom.. u għalhekk din il-ġimgħa iddeċidejt li niffoka ftit dwar kif wieħed jista' jiffaċċja telfa, kif ukoll nippruvaw nifhmu aħjar x'jiġri fil-\"grieving process\", kif nistgħu nkunu ta' sapport għall-għeżież tagħna li jkunu għaddejjin minn dan il-proċess u x'jista' jgħinna nimxu 'l quddiem.", "Xi jfisser meta nkunu għaddejjin minn \"grieving process\"?", "Ħafna drabi aħna naħsbu li l-mewt hi l-unika telfa li nistgħu nesperjenzaw..", "Imma mhux biss … dawn huma xi sitwazzjonijiet mill-ħajja fejn nistgħu wkoll nesperjenzaw telfa..", "Divorzju jew seperazzjoni Seperazzjoni minn ma' uliedna Tmiem ta' relazzjoni Telf ta' xogħol tagħna… jew li nispiċċaw mingħajr xogħol Telf ta' rwol jew pożizzjoni anke fuq ix-xogħol tagħna Physical impairment Kundizzjoni medika", "Hemm sitwazzjonijiet oħrajn fejn nistgħu nħossuna 'mejta' minn ġewwa…", "Dawn jistgħu jkunu relatati max-xogħol tagħna, fir-relazzjoni tagħna, fir-rwoli tagħna u dawk assoċjati mal-ġisem tagħna…", "Dawn l-esperjenzi jistgħu jpoġġuna f'sitwazzjoni fejn nesperjenzaw dak li bl-Ingliż jissejjaħ grief…", "Hemm ħames stadji:", "Denial Rabja Bargaining Dipressjoni Naccettaw ir-realta'", "Meta nesperjenzaw DENIAL ..", "Wieħed jesperjenza stat ta' xokk… ikollna kontinwament dawn il- mistoqsijiet..", "\"Imma vera miet?\", \"Imma vera qed nesperjenza dan kollu?\"", "Ma naċċettawx jew ma nammettux r-realtà..", "Dan l-istat jgħinna nkampaw mat-telfa speċjalment fil-bidu… u jipproteġina milli nitilfu l-kontroll fuq l-emozzjonijiet tagħna…", "Kif tista' tgħin lill-għeżież tiegħek jiffaċċjaw dan kollu?", "Importanti li nkunu preżenti biex nisimgħuhom però mhux nisfurzawhom biex jitkellmu..", "Jekk naraw li waqfu għal żmien twil fuq dan l-istadju infittxu għajnuna professjonali.", "Meta nesperjenzaw RABJA ..", "Nistaqsu ħafna mistoqsijiet ta' \"għaliex?\" \"kif?\"", "\" Għaliex issa?\"", "Nistgħu nesperjenzaw rabja lejn Alla, lejn it-tobba, lejn il-familja..", "Nibdew inwaħħlu f'dak u fl-ieħor… inħossu li l-ħajja hi inġusta..", "Kif tista' tgħin lill-għeżież tiegħek jiffaċċjaw dan l-istadju?", "Nippruvaw ma niħdux dawn l-attakki b'mod personali..", "Niftakru li dan hu parti integrali mill-proċess ta' fejqan allura huwa neċessarju li jesprimu ruħhom infatti m'għandna qatt inwaqqfuhom, sakemm ma narawx li qed jesaġeraw iżżejjed u jistgħu jkunu ta' periklu għalihom infushom jew għal ħaddieħor..", "Jekk dan huwa il-każ importanti li nfittxu għajnuna professjonali.", "Tajjeb li niftakru wkoll li dan l-aġir mhux se jibqa' għal dejjem.", "Meta nesperjenzaw BARGAINING ..", "Ħafna drabi nesperjenzaw l-istadju fejn nistaqsu \"imma li kieku jaħasra\"…", "Noħolqu perjodu ta' aljenazzjoni u tama u jagħtina ż-żmien li nadattaw ruħna għall-bidla…", "Meta nesperjenzaw DIPRESSJONI", "Nibdew inħarsu lejn ir-realtà tas-sitwazzjoni..", "Ikollna biża' mill-futur..", "Dwejjaq u disperament… nuqqas ta' rqad … nuqqas ta' aptit..", "Dan hu normalissimu meta nkunu qed nesperjenzaw it-telfa…", "Kif tista' tgħin lill-għeżież tiegħek jiffaċċjaw din il-fazi?", "Importanti tkun preżenti li tisma' mhux li tipprova tgħidilhom biex iqumu fuq saqajhom..", "Tajjeb li ngħinuhom jiddistrattaw ruħhom.. imma huwa tajjeb li ngħinuhom jiffaċċjaw it-telfa u mhux jaħarbu mill-emozzjonijiet..", "Jagħmel ġid jekk infakkruhom li normali li jħossuhom hekk meta jkunu għaddew minn din it-telfa..", "Ninkoraġġuhom jikkomunikaw u jagħmlu kuntatt ma' xi wħud li għaddew minn din is-sitwazzjoni..", "Fl-aħħar u mhux l-inqas naslu għall- aħħar stadju – dik li wieħed jaċċetta r- realtà .", "Mhux li wieħed se jħossu kuntent bit-telfa iżda li jagħmilha parti mill-istorja tal-ħajja tiegħu..", "Tajjeb li ngħidu li mhux neċessarjament li kulħadd jgħaddi minn dawn l-istadji bl-istess mod..", "Jekk wieħed jaħrab dawn l-emozzjonijiet iċ-ċans hu li wieħed jiġi affettwat psikoloġikament u b'xi mod jispiċċa jbati minn sintomi kemm fiżiċi u anke psikoloġiċi.", "Jekk naraw li dak li jkun qed jesperjenza bidliet drastiċi u esaġerati fl-imġieba jew fl- emozzjonijiet huwa importanti li jfittex għajnuna professjonali..", "X'jgħinna niffaċċjaw dan il-proċess?", "Huwa tajjeb li nħarsu lejn ritratti ta' xi ħadd li ħalliena u niftakru fil-memorji sbieħ li qattajna miegħu/magħha.", "Li ningħaqdu ma' grupp ta' nies li għaddew mill-istess esperjenzi tagħna, jista' ukoll tgħinna nimxu 'l quddiem.", "Importanti li nieħdu sehem f'xi ħaġa li nieħdu gost nagħmlu u li tagħtina sodisfazzjon Anke li nibdew xi attività ġdida u li niltaqgħu ma' nies ġodda.", "Tajjeb li niftakru li normali li xi kultant nesperjenzaw ġranet jew perjodi diffiċli.", "Nistgħu nużaw forom ta' arti differenti biex nesprimu ruħna mhux bilfors bil-kliem.", "Tiddejjqux tistaqsu jew tfittxu l-għajnuna professjonali jekk hemm bżonn.. importanti li ma nħallux din il-parti diffiċli tal-istorja tagħna tiddefinixxina.", "Sors tar-ritratt: www.verywellhealth.com", "Awguri u tislijiet…", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/14/sfida-ippersonifika-l-persuna-li-tixtieq-tkun-matthaeus-grasso/", "date": "14/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["🤳L-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li tieħu l-viżjoni pass ieħor 'il quddiem … u tibda tgħix ħajtek bħala dik il-persuna … ILLUM!", "Il-personifikazzjoni tal-persuna li trid tkun huwa l-iktar mod mgħaġġel biex tibda tagħmel dik il-ħajja futura u l-ħolma realtà.", "🏌️‍♂‍🚜Kif tgħix ħajjitha l-persuna li immaġinajt lilek innifsek li tkun?", "Ħu ftit minuti biex taħseb dwarha …", "X'ħin tqum kull filgħodu?", "Xi tkun l-ewwel ikla?", "Kif ikunu d-drawwiet ta' kuljum?", "🗣Tista' saħansitra tmur iktar fil-fond minn hekk.", "X'deċiżjonijiet tieħu?", "Kif titkellem ma' ħaddieħor?", "Ma' min tqatta' l-ħin?", "Xi tkun qed tagħmel fuq ix-xogħol … id-dar … waqt il-logħob?", "Ladarba immaġinajt dawn l-affarijiet, l-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li tkun dak li verament tixtieq li tkun … ILLUM.", "Għaliex tistenna sena minn issa?", "Iktar ma tibda malajr, iktar il-ħolm tiegħek isir realtà malajr.", "⬇️Int lest/a għal din l-isfida ?!", "Għidilna l-ħsibijiet tiegħek dwarha! ⬇️", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/16/kif-nistghu-nipprevjenu-l-kancer-tas-sider-dr-georgiana-farrugia-bonnici/", "date": "16/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-kanċer tas-sider huwa pjuttost komuni, u jista' jafettwa kemm lin-nisa, u anke lill-irġiel.", "Huwa magħruf li n-nisa huma iktar f'riskju li jaqbadhom il-kanċer tas-sider, speċjalment jekk qatt ma welldu tfal, jekk ġihom iċ-ċiklu tal-menstruwazzjoni qabel l-età ta' 12-il sena jew il-menopawża tard.", "Riskji oħrajn għal din il-kundizzjoni jinkludu l-età, l-obeżità, it-tipjip u l-konsum tal-alkoħol eċċessiv, espożizzjoni għar-raggi u kif ukoll, diversi fatturi ġenetiċi.", "Is-sintomi relatati mal-kanċer tas-sider jinkludu l-preżenza ta' boċċi f'diversi partijiet fis-sider li jistgħu wkoll jinħassu iktar ibsin, u tibdil fil-kulur, fil-forma jew fil-kompożizzjoni tal-ġilda ta' madwar is-sider.", "Wieħed jista' wkoll jinnota' xi likwidu ħiereġ mis-sider, telf ta' piż jew għajja.", "Huwa importanti li wieħed jiċċekkja sidru regolarment u jkellem lit-tabib tiegħu jekk jinnota' xi tibdiliet, ħalli jsiru iktar testijiet; bħall-mammografija jew ultrasound.", "Ikun għaqli ferm li wieħed jaċċetta l-istedina sabiex jaghmel l-\"iscreening\" tas-sider kultant żmien.", "L-għan ta' dan huwa li jinqabdu ċerti kundizzjonijiet fis-sider fi stat bikri, u għaldaqstant wieħed jaf itejjeb ukoll il-prognożi.", "Wieħed għandu jfittex ukoll li jgħix stil ta' ħajja sana billi jiekol ikel nutrittiv, jżid l-eżerċizzju fiżiku, jitlef il-piż żejjed, ma jpejjipx u jnaqqas l-konsum ta' l-alkoħol.", "Jekk tixtieq tibqa' ssegwi iktar tagħrif dwar is-saħħa olistika, jekk jogħġbok żur u għamel \"like\" fuq il-paġna tiegħi ta' Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/16/kif-nistghu-nipprevjenu-l-kancer-tal-prostata-u-tat-testikoli-dr-georgiana-farrugia-bonnici/", "date": "16/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["X'inhuma l-fatturi li jżidu r-riskji għall-kanċer tal-prostata u tat-testikoli?", "Il-kanċer tal-prostata, li hija glandola li tinstab fl-irġiel biss, normalment jaffettwa rġiel avvanzati fl-età, obeżi, ta' karnaġġjon skur, jew li għandhom storja ta' membri tal-familja li jbatu b'din l-istess kundizzjoni.", "Mill-banda l-oħra, il-kanċer tat-testikoli huwa inqas komuni minn dak tal-prostata u normalment, jaffettwa rġiel iżgħar fl-età; ta' bejn il-15 u l-35 sena.", "Għall-kuntrarju tal-kanċer tal-prostata, il-kanċer fit-testikoli jidher li jaffettwa iktar irġiel ta' karnaġġjon abjad, dawk li għandhom membri fil-familja li jbatu bl-istess kundizzjoni, u kif wkoll dawk li għandhom kundizzjonijiet ulterjuri, bħall-'Kleinfelter syndrome', fejn it-testikoli jiżviluppaw b'mod abnormali.", "X'inhuma s-sintomi?", "U hemm xi affarijiet li wieħed jista' jagħmel bħala prekawzjoni?", "Is-sintomi relatati mal-kanċer tal-prostata; speċjalment jekk fi stat avvanzat, jistgħu jinkludu: problemi biex wieħed jgħaddi l-urina, inkontinenza, demm fis-'semen', uġigħ fin-naħa t'isfel taż-żaqq, uġigħ fl-għadam, jew nuqqas ta' erezzjoni, fost oħrajn.", "Is-sintomi relatati mal-kanċer fit-testikoli jistgħu jinkludu xi nefħa, massa iebsa jew tkabbir fit-testikola.", "Xi minn daqqiet, wieħed jista' jħoss ukoll xi uġigħ jew tnemnim fl-istess post, jew saħansitra fil-parti t'isfel taż-żaqq.", "Sintomi oħra li huma inqas komuni jistgħu jinkludu uġigħ fid-dahar, qtugħ ta' nifs, uġigħ jew tkabbir fis-sider, jew telf ta' piż.", "Huwa tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li xi minn daqqiet, fi stat bikri, wieħed ma jħoss l-ebda sintomi.", "Għaldaqstant, huwa vitali li wiehed jeżamina lili nnifsu regolarment, u jitkellem mat-tabib tiegħu jekk iħoss xi affarijiet li għalih mhumiex normali.", "Wieħed dejjem jista' jiġi investigat iktar fid-dettall permezz ta' testijiet tad-demm jew 'ultrasound', sabiex wieħed ikun jista' jħejji t-triq biex jinbdew xi mediċni jew trattamenti oħrajn li jeżistu għal dawn it-tip ta' kundizzjonijiet mediċi.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jgħix stil ta' ħajja sana, li tinkludi dieta ibbilanċjata, u eżerċizzju fiżiku.", "Wieħed għandu jara li jagħmel ħiltu sabiex jitlef xi piż żejjed.", "Jekk tixtieq tkompli ssegwi iktar tagħrif dwar is-saħħa olistika, jekk jogħġbok żur u għamel 'like' fuq il-paġna tiegħi ta' Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/17/qalbi-it-tieni-parti-rakkont-minn-sharon-calleja/", "date": "17/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ħalliha li fil-Milied, kont stedint lil Maggie tiltaqa' għall-ewwel darba ma' tal-familja tiegħi…….u issa ħassejt li għall-ewwel tas-sena kellna nieħdu naqra gost flimkien.", "Jiena u hi.", "U kont ilni ftit ma nixrob xarba sew.", "Rajtha tħares lejja u ma weġbitnix.", "Forsi ma kinitx taf x'kellha taqbad tgħidli.", "Jew forsi kienet qatgħet qalbha li tipperswadini sabiex immorru naraw dik l-imbierka opera li kienet twebblet biha.", "Qatt ma kienet issejjaħli b'ismi.", "Ħarist lejha.", "\"Jien inħobbok tafx……..allaħares tiġri xi ħaġa ħażina………\" \"U xi tridu jiġri, għażiża tiegħi?\" staqsejtha kważi nixraq fl-aħħar bela' kafe' li kien qed jinżilli għasel.", "U dak il-ħin, qabdet tixrob il-kafe' bla aktar kliem.", "U jumejn wara, ġara kollox eżatt kif kont pjanajt jien.", "Ilbist l-isbaħ qmis li kelli, ingravata kulur il-baħar imqalleb fix-xitwa, ġlekk u qalziet skuri, irranġajt naqa' l-frenża lura ħalli ma tinżilx f'għajnejja, żanżant naqa' fwieħa tal-ksuħat li kont għadni kemm iddubbajt mingħand oħti ż-żgħira u erħejtilha bil-karozza lejn id-dar fejn kienet toqgħod Maggie.", "U malli wasalt quddiem id-dar tagħha, kważi nqatagħli n-nifs bi sbuħitha!", "Kemm ħassejtni xxurtjat dak il-ħin, hekk kif rajt dik it-tbissima tagħha tirrifletti f'wiċċ perfett, imżejjen b'xagħar mgħolli 'l fuq għall-okkażjoni, liebsa kowt oħxon, aħdar u taħt indunajt li kienet liebsa xi libsa għax saqajha dehru mikxufin minn taħt il-kowt.", "Bilkemm flaħt inkellimha.", "\"Inħobbok, qalbi……..\" qaltli minn bejn snien sbieħ u bojod.", "\"Anke jien, Maggie…….\" weġibtha.", "U dħalna fil-karozza.", "Kont għażilt bar fejn kont ilni nixtieq immur……..kien atrazzat b'mod modern, kbir u sabiħ, u kien imżejjen b'mod tassew eleganti għall-okkażjoni.", "F'rokna minnhom kellu siġra kbira tal-Milied u malli tidħol kienet tilqgħak l-atmosfera ferriħija tal-mużika li kien qed idoqq id-deejay li kien hemm fuq tip ta' armatura tal-injam ħalli jkun jidher prominenti.", "Ir-riħa tfuħ ta' ikel daħlet f'imnifsejja.", "Hawnhekk kien jiġi ffrekwentat minn nies distinti u ta' ċertu klassi.", "Billi jiena stess kont diġa lħaqt pożizzjoni tajba f'ditta minnhom, kont naf ċertu nies li kienu jiġu hawn.", "U dejjem kont ħassejt ix-xewqa li niġi.", "Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla……", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/17/mikrostorja-cynthia-elaine-gauci-scerri/", "date": "17/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["\"Ċaw qalbi, ħu gost l-iskola u tinsiex li llum se tiġbrok in-nanna\", fakkret Cynthia lil bintha.", "Cynthia daret il-kantuniera u qabdet triqtha lejn il-Belt.", "F'moħħha reġgħet għaddiet il-mistoqsijiet u xi punti oħra li xtaqet tiddiskuti fit-tieni intervista.", "Qatgħetha li ċċempel lil Mark, għax jekk tisma' leħnu tagħmel iżjed kuraġġ, wara kollox hu kien ħeġġiġha tapplika.", "Waqt li żammet għajnejha fuq it-triq, tawlet idha għal fuq is-sedil tal-passiġġier biex tiġbed il-mowbajl mill-basket.", "Illum kienet libset is-sabiħ li kien xtralha Mark minn Milan.", "Ħasset tħaxwixa u ħadet xokk kbir hekk kif minflok il-basket tal-ġilda lemħet il-borża s-sewda taż-żibel.", "Indur jew nibqa' sejra?", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/18/ricetta-moussaka/", "date": "18/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: (għal 6 porzjonijiet) Kilo brunġiel Żejt taż-żebbuġa Għaz-zalza ħamra: 600g kapuljat taċ-ċanga Żewġ basliet, imqattgħin irqaq Erba sinniet tewm imqatta' rqaq Tliet imgħaref pejst tat-tadam Nofs tazza nbid aħmar Niskata zokkor, melħ u bżar Mgħarfa rignu Nofs kuċċarina kannella 300ml stokk taċ-ċanga Bott tadam imqatta Żewġ weraq tar-rand", "Għall-bechamel: Erba' mgħaref butir Ħames imgħaref dqiq plain 500ml ħalib 100g ġobon Parmesan maħkuk 1/4 ta' kuċċarina noċemuskata Żewġ bajdiet imħabbtin", "Frak tal-ħobż u żejt taż-żebbuġa għall-wiċċ", "Neħħi z-zokk mill-brunġiel.", "Imbagħad qattagħhom slices mit-tul, ħxuna tas-slices madwar 0.5cm.", "Poġġi s-slices fuq karta tal-forn, għati l-wiċċ tal-brunġiel dilka ħafifa biż-żejt taż-żebbuġa u aħmihom fil-forn għal madwar 15-il minuta, jew sakemm jibdew jirtabu ftit.", "Oħroġ il-brunġiel mill-forn u ħallih jibred.", "Iz-zalza ħamra: Ġo kazzola non-stick aqli l-basal u t-tewm sakemm jibdew jirtabu.", "Imbagħad żid l-inbid u ħalliha ttektek għal ħames minuti.", "Żid il-pejst tat-tadam, iz-zokkor, il-melħ, il-bżar, ir-rignu, u l-kannella.", "Ħawwad sewwa u mbagħad żid il-kapuljat.", "Ħawwad sakemm il-kapuljat jibda jieħu kulur kannella.", "Imbagħad żid l-istokk taċ-ċanga, it-tadam imqatta' bil-likwidu tagħhom, u l-weraq tar-rand.", "Ħawwad sew sakemm tara li zzalza ħa tibda tagħli.", "Imbagħad baxxi n-nar u ħalliha ttektek għal 20 minuta sakemm tara li z-zalza qed issir magħquda.", "Ma jridx jibqagħlek ħafna likwidu għal din ir-ricetta.", "Sakemm iz-zalza l-ħamra ttektek, tista' tlesti l-bechamel:", "Dewweb il-butir f'kazzola non-stick żid id-dqiq u ħawwad għal madwar minuta.", "Imbagħad żid il-ħalib bil-mod u ħawwad għal madwar ħames minuti sakemm ikollok taħlita qisha krema.", "Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar, żid il-ġobon u n-noċemuskata, ħawwad sew, u ħalliha tibred għal 5 minuti.", "Imbagħad żid il-bajd u ħawwadhom sew mal-kumplament tal-bechamel.", "Issa tista' tibda tpoġġi s-saffi tal-Moussaka:", "Ferra ftit iz-zalza ħamra fil-qiegħ ta' dixx tal-forn.", "Imbagħad irranġa saff brunġiel sabiex il-qiegħ tad-dixx ikun kollu mgħotti.", "Ferra l-bqija taz-zalza ħamra kollha fuq il-brunġiel, u mbagħad irranġa saff ieħor ta' brunġiel fuq iz-zalza.", "Ferra l-bechamel fil-wiċċ u ara li l-brunġiel kollu jkun mgħotti.", "Ferrex il breadcrumbs fil-wiċċ, u żid raxxa ħafifa żejt taż-żebbuġa.", "Sajjar fil-forn għal 40 minuta jew sakemm tara li l-wiċċ ikun qed jiħmar.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/18/issir-taf-dawk-li-vera-jhobbuk-jean-pierre-cassar/", "date": "18/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fl-aħħar kontribuzzjoni tiegħi għalaqt billi semmejt li minkejja li għamilt kuraġġ u għidt lil sħabi kollha dwar is-sesswalità tiegħi, ħadd minnhom ma waqaf ikellimni jew bidel l-attitudni tiegħu minħabba li sar jaf il-verità dwari.", "Din id-darba xtaqt nitkellem fuq dawk in-nies li jkunu f'ħajjitna u għal xi raġuni jew oħra jagħżlu li jitilqu.", "M'iniex psikologu, u m'iniex gradwat fl-attitudni tal-imħuħ tan-nies imma l-esperjenza għallmitni li minkejja li kelli ħafna biżgħat u ħsibjiet fuq xi nies li kienu se jieqfu jkellmuni minħabba li ngħidilhom il-verità, fortunatament kont żbaljat.", "Bħal daż-żmien, għaxar snin ilu, kont l-ewwel sena l-Università.", "Kont qed nieħu sehem fl-ewwel produzzjoni televiżiva tiegħi u kont nipprova nlaħħaq mal-istudji, mal-filming u mal-part-time job u mal-ħajja soċjali tiegħi.", "Moħħi kien diġà mgħobbi b'biżżejjed impenji u b'hekk kont bejn ħalltejn jekk iniex kapaċi naffaċċja sfida bħal din u ngħid il-verità kollha dwari.", "Sħabi kienu jinnutawni naħbi l-mobile jekk jibgħatli xi ħadd (għax kont inkun qed nibgħat lil xi ġuvni), u kienu jafu li m'iniex it-tip li naħbi allura bdejt inħoss li qed nagħmel xi ħaġa li mhijiex sew.", "Ma nistax ngħid eżatt x'ħassejt f'dik il-ġurnata fejn għidt l-ewwel ħabiba tiegħi, imma ġietni forza ġewwinija u kont lest li nammetti l-verità kollha.", "Nammetti li bdejt b'persuna li kont naf li għandha nies oħra gay f'ħajjitha u allura għaliha forsi ma kinitx se tkun xi ħaġa ġdida.", "La darba bdejt b'ħabiba waħda, bqajt għaddej u ftit ftit saru jafu l-ħbieb kollha.", "Waqt li lil sħabi għidtilhom bil-kliem, quddiemhom stess, lil familti ħassejtha iktar diffiċli.", "Fil-familja m'għandna lil ħadd li ġej mill-komunità LGBTIQ u allura ħassejtni li kont se nkun xi diżunur għall-familja.", "Bdejt billi ħallejt ittra fuq l-imħadda ta' oħti u dħalt norqod… niftakar li sakemm smajtha dieħla fil-kamra u tiftaħ l-ittra m'għalaqtx għajn m'għajn… Wara ftit mumenti li qrat l-ittra, irċivejt messaġġ mingħandha u nista' ngħid li dak kien biżżejjed biex serraħli rasi u rqadt fil-paċi.", "Il-familja saret taf bil-mod il-mod ukoll u ma nistax ngħid li ma kienx hemm xi tip ta' xokk.", "Maż-żmien kollox ġie diskuss, il-ġenituri għamluli ħafna mistoqsijiet u kont lest li ngħid il-verità kollha u ħassejtni aħjar.", "Illum il-ġurnata, anke nannti ta' 'l fuq minn 90 sena taf, u tħobb lil Julian, il-boyfriend tiegħi, daqs li kieku hu n-neputi tagħha wkoll.", "Immorru għandha u nqattgħu sigħat twal inparlaw magħha.", "Ma nistax ngħid li kien perjodu faċli iżda llum inħares lura bħala wieħed mill-isbaħ perjodi ta' ħajti.", "Fażi fejn il-veru jien ġie illiberat u ħassejt sens ta' libertà ġdida.", "Stajt inkun jien, stajt ngħaddi kummenti mingħajr ma nibża' li niġi ġġudikat.", "Stajt niċċajta dwar il-passat u stajt inkompli f'relazzjonijiet mingħajr ma noqgħod ninħeba.", "Fl-aħħar mill-aħħar jien dejjem nimxi bil-mantra ta' 'Those Who Matter Won't Mind, Those Who Mind Won't Matter' jiġifieri dawk li vera jħobbuk mhux ħa jagħtu kas, u dawk li se tagħmlilhom differenza, m'għandekx bżonnhom u tagħtix kashom.", "Qatt tgħaġġel fil-proċess tiegħek imma tħallix wisq żmien jgħaddi li jwaqqfek milli tgħix il-ħajja tiegħek b'mod liberu.", "Il-ħajja sabiħa wisq meta taċċetta lilek innifsek kif int, int x'int, u timxi 'l quddiem.", "U dawk li jħobbuk jibqgħu hemm, dawk li le, jitilqu, imma tibżax, xorta kienu se jsibu raġuni oħra għaliex jitilqu xi darba jew oħra.", "Jekk tixtieq taqsam l-istorja tiegħek magħna, anki b'mod anonimu, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/19/filmat-figura-tidentita-kanzunetta-gdida-minn-aldo-busuttil/", "date": "19/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-kantant Aldo Busuttil għadu kemm nieda kanzunetta ġdida bl-isem ta' Figura t'Identità, miktuba minnu stess u b'kompiżizzjoni ta' Mark Scicluna u Cyprian Cassar.", "L-idea għal din il-kanzunetta oriġinat mill-esperjenza li Aldo kellu waqt kampanja li għamel favur l-iskedar u riġenerazzjoni taż-żona tar-Razzet l-Antik tal-Fgura.", "\"Sfortunatament l-irwiefen kienu qegħdin jonħfu kollha lejn id-distruzzjoni ta' dan il-patrimonju b'riżultat li l-aħħar parti mill-istorja tal-lokal indifnet ukoll.", "Għamilt minn kollox biex nipprova ngħaqqad lin-nies tal-post, ħejjejt proposti għall-iżvilupp sostenibbli biex il-Kunsill jiddiskutihom mal-Gvern Ċentrali, avviċinajt Membri Parlamentari iżda kien kollu ta' xejn.", "Sibt reżistenza qawwija; minn ħasel idejh, skużi, ħabi ta' informazzjoni, tgħawwiġ tal-fatti, dan kollu indirettament ikkawżat minn mentalità marradija; sirna ngħalqu għajnejna u ferm agħar niġġustifikaw il-qerda ta' l-identita.\" jgħid Aldo Busuttil.", "Għaldaqstant, wara li ma rnexxilux iwassal il-messaġġ tiegħu b'mezzi oħra, bħala wieħed mill-fundaturi ta' Nature Trust Malta, rebbieħ tal-award L-Ambjentalist tas-Sena fl-1998, u kantant lokali, Aldo ħareġ bl-idea li jikteb kanzunetta u jniedi wkoll vidjo mużikali fuq l-għarfien tar-razzett l-antik u l-istorja tal-Fgura bl-għan li jwassal messaġġ qawwi kontra l-mentalità li tiġġustifika l-qerda tal-Wirt Kulturali.", "Il-kanzunetta Figura t'Identità hija l-ewwel kanzunetta li huwa kiteb flimkien mal-kompożituri Mark Scicluna u Cyprian Cassar fejn apparti li tirrakonta l-istorja tal-Fgura mill-punto di vista tar-razzett kif ukoll ta' riflessjoni fuq il-mod kif diversi postijiet storiċi fl-irħula qed tittiħdilhom l-iskedar (il-protezzjoni).", "Fil-vidjo mużikali jieħu sehem is-Sur Joseph Gouder li huwa wieħed mill-aktar residenti anzjani tal-Fgura li qed jagħti kontribut kbir lejn il-ġbir ta' informazzjoni u ġrajjiet tal-passat fil-lokalità.", "Aldo jirringrazzja li kull minn ta sehmu biex dan il-proġett sar realtà."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/21/sfida-niehdu-hsieb-is-sahha-dig%CC%87estiva-taghna-matthaeus-grasso/", "date": "21/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["❤ Għal għexieren ta' snin, smajna dwar l-importanza li nieħdu ħsieb qalbna billi neżerċitaw u nieklu ikel tajjeb għal saħħitna u bbilanċjat.", "Imma issa, nafu wkoll li s-saħħa tal-musrana tagħna hija daqstant importanti … u li s-saħħa tas-sistema diġestiva tagħna għandha rwol ENORMI fis-saħħa kardjovaskulari u tal-moħħ tagħna!", "L-ammont ta' riċerka li toħroġ f'dan il-qasam huwa pjuttost mill-aqwa, b'sejbiet ġodda prattikament kull ġimgħa.", "💪 L-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li tiffoka fuq is-saħħa tal-istonku u l-musrana tiegħek u turihom ftit imħabba żejda!", "Ipprova inkorpora kemm jista' jkun minn dawn il-passi fir-rutina tiegħek u ara kemm tħossok aħjar!", "Żomm ġurnal biex issegwi r-riżultati tiegħek bin-nefħa, kif torqod, u kif tħossok b'mod ġenerali.", "Hawn xi suġġerimenti:", "Kul aktar bil-mod!", "Dan jgħin lis-sistema diġestiva tiegħek tagħmel xogħolha aħjar.", "Barra minn hekk, jgħinek tieqaf tiekol qabel ma tkun mimli zejda, u tibla' wkoll inqas arja (li tnaqqas il-gass).", "Agħmel skeda tal-ikel.", "Ipprova kul fl-istess ħinijiet kuljum.", "Ġismek jaħdem l-aħjar b'rutina regolari.", "Ieqaf kul ftit sigħat qabel torqod.", "Għal ħafna nies, is-sistema \"GI\" hija l-iktar attiva matul il-ġurnata.", "Ikseb 20-30 gramma ta' fibra kuljum.", "Jekk dan huwa aktar milli tiekol normalment, żid bil-mod il-fibra sabiex ma tispiċċax tħossok minfuħ, skomdu u gassuż.", "Naqqas l-istress bla bżonn (bħal li tkun tard!).", "Ġismek għandu ħafna iktar ħin biex jiddiġerixxi l-ikel meta tkun qed tħossok tensed u stressat.", "Agħmel eżerċizzji ta' nifs fil-fond.", "Aħseb dwar kif tieħu n-nifs 'l isfel f'żaqqek!", "🍲 Probijotiċi.", "Ikkunsidra li tiekol yogurt probijotiku bi ftit li xejn zokkor jew supplimenti probijotiċi biex tagħti spinta lill-batterja b'saħħitha fl-imsaren tiegħek.", "Jekk trid tieħu suppliment, kun żgur li tistaqsi lit-tabib tiegħek l-ewwel.", "⛹🏼 Eżerċizzju.", "Li taħdem tgħin lil ġismek iċċaqlaq l-ikel mis-sistema diġestiva tiegħek!", "Allura … se tidħol għaliha din l-isfida?", "L-istonku u l-imsaren tiegħek (u qalbek!) jirringrazzjawk għal dan.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/22/ghalfejn-irridu-nkomplu-niggieldu-l-obezita-waqt-il-pandemija/", "date": "22/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["B'kollaborazzjoni ma' Dr. Adam Ben Rhkissa LL.", "D. (Camp Fitness Weight Loss Coach) 1) X'inhuma r-riskji li ġġib magħha l-obeżità, u huwa minnu li min għandu piż żejjed huwa iktar f'riskju li jkollu iktar kumplikazzjonjiet mill-marda tal-Covid-19?", "Din il-kundizzjoni tmur lil hinn mill-estetika, iżda hija riskju maġġur għal diversi mard ieħor; bħad-dijabete, kolesterol u pressjoni għolja fid-demm, u kif ukoll mard kardjovaskulari li jista' jwassal għal nuqqas ta' ċirkulazzjoni tad-demm għall-organi vitali, bħall-moħħ, jew il-qalb, u jikkaġuna mard serju, bħall-puplesiji, attakki tal-qalb, jew djuq fl-arterji tas-saqajn.", "Kundizzjonijiet oħra fl-għadam, bhall-artrite, jew ċerti tipi ta' kanċer huma wkoll iktar komuni f'nies li jkollhom piż żejjed.", "Ilkoll nafu li xi wħud minn dawn il-kundizzjonijiet iżidu wkoll ir-riskju ta' kumplikazzjonijiet mill-Covid-19.", "Infatti, huwa wkoll magħruf li ċerti nies li kellhom jiddaħlu fit-taqsima tal-kura intensiva barra minn Malta, minħabba kumplikazzjonijiet tal-marda tal-Covid19, kellhom piż żejjed.", "2) X'għandna nagħmlu biex nikkumbattu l-obeżità u nnaqqsu d-diversi riskji assoċjati ma' din il-kundizzjoni?", "Sabiex wieħed iżomm baxx il-livelli ta' riskji assoċjati mal-obeżità, għandu jfittex li jitlef il-piż żejjed mill-aktar fis, u jżomm il-BMI (Body Mass Index) tajjeb ta' bejn 20-25.", "Wieħed għandu wkoll jevita li jaddotta stil ta' ħajja sedentarja u jżid l-attività fiżika.", "Jekk wieħed minn tal-inqas jagħmel bejn 30 – 60 minuta ta' eżerċizzju fiżiku, imqar minn 3 sa 5 ijiem fil-ġimgħa għandu jkun biżżejjed.", "Wieħed irid jaddotta wkoll stil ta' ħajja ġdida, fejn jirregola d-dieta tiegħu billi jiekol ikel mhux ipproċessat, li huwa baxx fix-xaħmijiet, u jkun fih iżjed protejini, vitamini u minerali, u kif ukoll jara li jimmodera l-ikkunsmar tal-karboidrati irfinati.", "L-aħħar punt li nixtieq inqajjem f'dan ir-rigward huwa li l-obeżità u t-telf ta' piż żejjed, mhijiex xi ħaġa li għandha tiġi trattata mit-tobba biss, iżda din hija kundizzjoni li tirrikjedi l-għajnuna ta' diversi professjonijiet oħrajn, bħall-esperti kwalifikati fid-dieta u n-nutrizzjoni, u kif wkoll 'instructors' tal-eżerċizzju fiżiku.", "3) X'inhuma l-benefiċċji tal-eżerċizzju fiżiku fuq saħħitna?", "Bla ebda dubju, l-ezerċizzju fiżiku huwa importanti ferm għal ħajja sana, u jista' jgħin milli wieħed jiżviluppa ċerti kundizzjonijiet mediċi.", "Infatti, ta' min isemmi wkoll dawn il-benefiċċji relatati mal-attività fiżika:", "Il-kontroll tal-piż u l-kompożizzjoni tal-ġisem: Huwa fatt magħruf illi l-eżerċizzju jgħin sabiex wieħed jaħraq il-kaloriji żejda, li jkun kiel minn ikel varju.", "Dan sintendi jgħin biex wieħed ikun jista' jżomm piż bilanċjat, jew inkella għal telf ta' piż.", "Wieħed ikun wkoll qed inaqqas l-ammont ta' xaħam storjat f'ġismu.", "Irqad san: Huwa fatt magħruf illi l-eżerċizzju fiżiku li jkun sar b'mod regolari, matul il-ġurnata, eventwalment jgħin biex wieħed jorqod iktar fil-fond matul il-lejl.", "Inqas riskju ta' mard kardjovaskulari: L-eżerċizzju fiżiku jgħin ukoll biex wieħed inaqqas pressjoni għolja fid-demm, kolesterol jew zokkor għoli, u għalhekk wieħed ikollu inqas riskju ta' attakki tal-qalb, jew puplesiji.", "Inqas riskju ta' ċerti tipi ta' kanċer: Diversi riċerkaturi jsostnu li wieħed ikollu ferm inqas riskju ta' kanċer tal-musrana, tal-marrara, jew tas-sider jekk wieħed jevita li jaddotta ħajja sedentarja.", "Għadam u sistema muskolari: Meta wieħed ifittex li jagħmel eżerċizzju fiżiku regolari, ikun ukoll qed isaħħaħ l-għadam, il-muskoli u kif ukoll, il-ligamenti.", "Għalhekk, wieħed ikun qed inaqqas ir-riskju li taqbdu osteoporozi, jew artrite iktar 'il quddiem.", "Is-saħħa mentali: Hemm iktar ċans li wieħed iħossu kuntent, jew inqas ansjuż, meta jagħmel l-eżerċizzju regolari, minħabba li dan jgħin biex jistimula r-rilaxxament ta' ċerti kimiki fil-moħħ li jipprevjenju d-dipressjoni.", "4) Taħsbu li huwa importanti li fl-aħħar mill-aħħar irid jkollok attitudni pożittiva lejn l-eżerċizzju fiżiku, sabiex iżżomm din l-istil ta' ħajja għal tul ta' żmien?", "L-eżerċizzju fiżiku ma jistax jiġi ikklassifikat bħala attività separata minn kull attività oħra li nagħmlu aħna l-bnedmin.", "Bħalma l-moħħ huwa indiviżibbli mill-ġisem li jgħix ġewwa fih, bl-istess mod, sa ċertu punt kull attività li nagħmlu hija neċessarjament waħda fiżika.", "Matul iż-żminijiet , il- bniedem evolva fil-kapaċitajiet tal-ħidma tiegħu b'rata ħafna aktar mgħaġġla minn dik li evolva biha l-ġisem uman.", "Ix-xogħol sar dejjem aktar ta' natura sedentarja u għalhekk ħafna funzjonijjet tal-ġisem bqajna ma nużawhomx jew inkella ftit li xejn nagħtuhom post f'ħajjitna.", "Jekk nahsbu ftit nirrealizzaw li minkejja li l- eżerċizzju ta' tip formali bħal pereżempju l- 'kardjo' jew xi forma ta' 'strength training' huma l-aktar żewġ tipi ta' eżerċizzji fiżiċi li se joffrulna benefiċċji meta ninkluduhom fil-ħajja tagħna; ikollna ferm aktar opportunitajiet li niċċaqalqu u nużaw ġisimna minn dik is-siegħa li niddedikaw għall-eżerċizzju formali.", "Għandna nistaqsu lilna nfusna mistoqsijjiet bħal \"meta kienet l-aħħar darba li mort mixja fit-tul?\" jew \"għadni niflaħ ninżel kokka?\".", "Dan mhux biex noħolqu sens ta' dieqa f'qalbna, imma sabiex nirrealizzaw li l-maġġoranza tagħna twelidna u kbirna bill-kapaċità li niċċaqalqu b'dan il-mod.", "Minkejja dan kollu, minħabba dieta li konsistentement tinkludi ikel iperkaloriku (li jkun fih aktar kaloriji milli għandna bżonn – fi kliem ieħor: \"iħaxxen\") u nuqqas ta' moviment; dawn il-modalitajiet tant fundamentali għall-bniedem, tlifnihom!", "Il-qalb, il-muskoli u l-ġogi tagħna għandhom bżonn ammont ta' xogħol kuljum biex nibqgħu b'saħħitna.", "Fi żminijiet bħal dawn nirrealizzaw li saħħitna hija kollox.", "Attitudni pożittiva għandha tkun il-ħaġa li tgħinna nibdew nersqu lejn stil ta' ħajja aktar attiv, però mhijiex kollox.", "Bħal kull proċess fundamentali ieħor, stil ta' ħajja attiva biż-żmien għandu jsir proċess naturali għalina.", "Għalfejn għandna nkunu immotivati u pożittivi biex nirrealizzaw li bħal ma diġà nfittxu l-ikel u l- ilma, għandna nfittxu li niċċaqalqu?", "Għaliex ma nfittxux aktar li niċċaqalqu meta l-ġisem jibda jibgħatilna s-sinjali tal-uġigħ u l- mard li huma evitabbli bl-eżerċizzju?", "Jekk nibbażaw proċess neċessarju fuq il- pożittività, mill-esperjenza tiegħi bħala gwida ma' eluf ta' nies; kollox jisfaxxa fix- xejn mal-ewwel intopp li jinqala fil-ħajja.", "L- istil ta' ħajja attiva għandu joffrilna l- attitudni pożittiva għad-diffikultajjiet li jkollna fl-aspetti l-oħra tal-ħajja.", "Inħobb ngħid \"I move, therefore I am.\"", "5) X'inhi d-differenza bejn l-eżerċizzju tat-tip \"kardjo\" u dak li jintuża għat-\"toning\"?", "U x'inhi l-importanza tagħhom?", "L-eżerċizzju magħruf bhala 'kardjo' huwa tipikament attività fejn l-intensità tax- xogħol li jkun qed iseħħ fil-ġisem hija baxxa biżżejjed li tħallina nagħmlu dan l- eżerċizzju għal perjodu aktar fit-tul u li jħaddem primarjament il-qalb u s-sistema respiratorja u għalhekk jissejjaħ 'aerobic'.", "Il-ġisem juża ħafna ossiġnu u xaħam bħala enerġija f'dan il-proċess.", "Eżempji komuni huma l-mixi, il-ġiri, l-għawm u r-rota b' intensità baxxa sa moderata għal tul ta' ħin.", "M'hemmx biss tip wieħed ta' eżerċizzju li jintuża għat-'toning'.", "Din il-kelma tiddeskrivi biss ir-riżultat tal-estetika tal- bniedem li jkun laħaq ċertu livell ta' żvilupp fil-muskoli flimkien ma' livell ta' xaħam baxx fil-ġisem.", "Normalment huwa neċessarju li nagħmlu xi forma ta' eżerċizzju li joffri reżistenza għall-muskoli u l-ġogi, li jissejjaħ \"resistance training\" u b'differenza milll-'kardjo', dan juża primarjament iz-zokkrijiet tal-ġisem bħala enerġija u għalhekk huwa tip ta' 'anaerobic training'.", "Hemm diversi tipi ta' dan it-training.", "Xi eżempji huma \"weight training\" li juża reżistenza esterna ipprovduta mill-piżijiet tal-ħadid jew inkella b'xi magni jew ħbula u kif ukoll il- ġinnastika u l- 'calisthenics' jew 'bodyweight training' li jużaw il-piż ta' ġisimna stess.", "Min ikun 'toned', ħafna drabi jagħmel dan it-tip ta' eżerċizzju f'xi forma jew oħra biex jiżviluppa l-muskoli, għax din hija kwalità essenzjali biex tidher tajjeb.", "Bħala metodu sabiex jintlaħaq livell ta' xaħam baxx, jiddependi ħafna fuq it-tip u l- frekwenza ta' eżerċizzju u x-xogħol primarju li jagħmel.", "Dan ifisser xi individwi jsibu li bid-dieta u r-'resistance training' biss jirnexxilhom jiksbu r-riżultat komplet.", "Oħrajn ikollom bżonn daqxejn ta' spinta billi jżidu ftit 'kardjo' wkoll.", "Ma nistax nimmaġina xi bennej jew xi bidwi li wara ġurnata xogħol imur jerfa' l-piż u wara dan kollu jmur jiġri wkoll!", "Għaldaqstant, tip ta' eżerċizzju wieħed għal dawn in-nies ikun biżżejjed.", "Sfortunatament, ma nistax ngħid l-istess dwar il-maġġoranza tal- popolazzjoni.", "Kollha kemm aħna għandna bżonn niċċaqalqu aktar.", "Il-'kardjo' huwa importanti ħafna għall- qalb, u nixtieq li kieku nwassal il-messaġġ li d-dieta u xi forma ta' 'resistance training' huma għodda ferm aktar addattati biex noħolqu differenza fil-livell ta' xaħam u l- iżvilupp tal-muskoli.", "Għalhekk, iż-żewġ tipi ta' eżerċizzju huma irrakkomandati flimkien ma' dieta bil-kaloriji ikkontrollati, sabiex hekk jintlaħaq l-aktar riżultat konsistenti.", "Ideat ta' eżerċizzji sempliċi li jistgħu jgħinu sabiex wieħed jista' jibqa' attiv minn ġo daru stess, waqt l-imxija tal-Covid-19:", "Meta' ma nkunux nistgħu nagħmlu l-aktar forma bażika ta' eżerċizzju li dejjem ngħidu li huwa l-mixi, il-bniedem faċilment jista' jkun daqsxejn aktar kreattiv b'ġismu.", "Eżerċizzji li nagħmlu bil-piż ta' ġisimna stess dejjem għandhom ikunu adattati għall-kundizzjoni kurrenti ta' ġisimna.", "Importanti li ma nħarsux lejn l-eżerċizzju biss bħala parti waħda mill-ġurnata tagħna fejn nagħmlu attività fiżika intensa.", "Meta nirreferu għan-\"NEAT,\" li fit- tul jissejjaħ \"Non Exercise Activity Thermogenesis;\" inkunu qed nagħmlu enfasi ukoll fuq il- moviment kollu li nagħmlu b'ġisimna li ma jissejjaħx formalment \"eżerċizzju.\"", "Dan jagħmel l-akbar kontribut ta' kaloriji meta nużaw it-taraġ, nagħżlu li nimxu minflok nużaw il-karozza u nagħmlu xi xogħol manwali d-dar.", "Min ibati bi pressjoni għolja, dejjem għandu jkun ċert li din qiegħda f'livell medikament ikkontrollat qabel jibda rutina ta' 'resistance training' u min ikollu piż żejjed dejjem irid ifittex li jagħmel eżerċizzju mingħajr impatt fuq il-ġogi, għalhekk il-ġiri kwazi qatt ma nirrakkomandah bħala l-eżerċizzju primarju biex nonqsu mill-piż.", "Minħabba li nqattgħu ħafna mill-ħin tagħna fuq siġġu, dejjem nirrakkomanda li min għandu xogħol sedentarju jagħmel għażla li ma tinkludix ir-rota, sabiex ma nkomplux insaħħu l-iżbilanċ muskolari li jkun diġà preżenti.", "Dejjem fejn nistgħu, għandna nfittxu eżerċizzji li jibżgħu għall-ġogi bħal xi użu ta' 'crosstrainer' jew 'elliptical', din il- magna tippermettilna nagħmlu forma ta' 'kardjo' mingħajr ħsara.", "Bħala eżerċizzji li joffru reżistenza mingħajr impatt, dejjem nistgħu nirreferu għal xi \"Squat\" bil-piż ta' ġisimna stess, fejn nitgħallmu kif ninżlu kokka kif suppost u nerfgħu t-toqol bil-muskoli tar-riġlejn u l- \"Push Up\" li tgħinna nsaħħu idejna, daharna u sidirna.", "Dawn l-eżerċizzji tajbin għal min għandu anke xi daqsxejn piż żejjed, għax apparti l-benefiċċju li ma jkunux qegħdin jesponu rwieħhom għall-impatt żejjed, jgħinuhom biex psikoloġikament jiffukkaw fuq dak li jistgħu jwettqu, u mhux fuq dak li ma jistgħux jagħmlu (b'kuntrast ma' attivitajiet intensi oħrajn li jinvolvu ħafna qbiż u ġiri, għalhekk jirrikjedu li min jipparteċipa jkollu piż aktar baxx.)", "Hemm skala ta' diffikultà varjata u vasta meta nkunu qed nagħmlu dawn l- eżerċizzji mid-dar.", "Meta niġu f'dubju kif għandna nagħmlu xi eżerċizzju partikolari dejjem għandna nibdew mill-aktar verżjoni faċli li nistgħu nitgħallmu.", "Eżempju ċar huwa billi nagħmlu l-\"Squats\" sa fuq siġġu u li nużaw mejda miflok l-art bħala bażi għal idejna għall-\"Push Up.\"", "Dejjem għandkom tfittxu l-għajnuna ta' espert fil-qasam u tieħdu parir ta' tabib qabel tibdew kwalunkwe tip ta' rutina ta' eżerċizzju ġdid.", "Jekk tixtieq tkompli ssegwi iktar tagħrif dwar is-saħħa olistika, jekk jogħġbok żur u għamel 'like' fuq il-paġna tiegħi ta' Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook", "Jekk tixtieq ssegwi wkoll il-paġna ta' Camp Fitness, fejn tista' ssib ħafna iktar informazzjoni fuq dieta, nutrizzjoni u eżerċizzju fiżiku, tista' tidħol ukoll fuq dan il-link: Camp Fitness | Facebook", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/28/sfida-innaqqsu-l-ammont-ta-skart-matthaeus-grasso/", "date": "28/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["♻ Kont taf li l-medja Ewropea tipproduċi 2 kilogrammi ta' skart KULJUM?", "L-użu tal-iskart hija problema KBIRA u ikkumplikata li taffettwa l-pjaneta kollha.", "Pajjiżi aktar sinjuri jibagħtu l-iskart u r-riċiklaġġ tagħhom lejn pajjiżi ifqar b'liġijiet ambjentali inqas stretti.", "Kultant dak li nibgħatu għar-\"riċiklaġġ\" jispiċċa fil-miżbliet.", "U xi drabi l-iskart saħansitra jispiċċa fl-oċean, jgħum f'wiċċ l-ilma u jagħmel ħsara lill-ħajja tal-baħar.", "Din il-ġimgħa l-isfida tagħna hija li niffukaw fuq it-tnaqqis tal-iskart tagħna (anke l-ammont ta' skart li nibagħtu għar-riċiklaġġ!).", "Dan huwa importanti għax is-saħħa ta' darna (id-dinja) taffettwa s-saħħa personali tagħna … u s-saħħa tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin!", "Vantaġġ mhux mistenni li nnaqqsu l-iskart tagħna?", "Tiffranka ħafna ħin u flus … u huwa wkoll tajjeb għal saħħtek stess (mhux biss tal-pjaneta!)", "Hawn huma biss ftit pariri biex tibda:", "🔥 Meta tagħmel xirja, aħseb dwar l-ippakkjar tal-prodott QABEL tixtrih.", "Agħmel pjan qabel ma tixtri.", "🥤 Ieqaf ixtri fliexken tal-ilma tal-plastik … aqleb għal flixkun tal-ilma mingħajr BPA.", "⚡ Aqleb għall-kontenituri tal-ħġieġ għall-ħażna tal-ikel tiegħek.", "🥙 Ġib l-ikel tiegħek għax-xogħol f'kaxxa tal-ikel li tista' terġa' tintuża.", "🥫 Ipprova evita li tixtri ikel li jiġi f'pakketti jew f'porzjonijiet ippakkjati individwalment.", "🥦 Ħu basket miegħek li tista' terġa' tuża' kull meta tmur tixtri.", "👚 Uża ħwejjeġ qodma għal ċraret tat-tindif tad-dar, minflok paper towels.", "Int se tidħol għal din l-isfida?", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Matthaeus Grasso Kowċ tal-Fitness", "Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/13/lara-azzopardi-tirbah-zewg-unuri-ghad-dokumentarju-kuzra/", "date": "13/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Wara li rebħet unur prestiġjuż fil-Ġermanja, id-dokumentarju Kużra iwassal lil Lara Azzopardi biex tirbaħ unur ieħor, din id-darba fl-Istati Uniti.", "Dan id-dokumentarju li jitratta dwar delitt f'Malta f'Malta li seħħ madwar 150 sena ilu u kien proprju l-ewwel delitt li kien jinvolvi każ ta' stupru.", "B'direzzjoni u produzzjoni tagħha stess Lara ippreżentat salm id-dokumentarju sentejn ilu bħala parti mill-Masters fl-istudji tal-films fl-Università ta' Malta.", "Minħabba nuqqas ta' riżorsi u testijiet forensiċi li kien hemm dak iż-żmien, ħafna punti dwar dan id-delitt mhumiex ċari għaldaqstant minkejja li s-sentenza nqatgħet, ma nistgħux inkunu ċerti dwar min kien verament li qatel lil Duminka Galea, tfajla ta' 18-il sena magħrufa bħala Kużra.", "Dan il-film intwera wkoll f'diversi pajjiżi internazzjonali.", "Nawguraw lil Lara aktar suċċessi għall-futur."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/18/filmat-insult-lejn-in-nisa-maltin-u-ghawdxin-peppi-azzopardi/", "date": "18/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Permezz ta' filmat li ttella' fuq il-paġna ta' Xarabank ftit tal-ħin ilu, Peppi esprima l-ħsibijiet tiegħu dwar liġi li qiegħda tigi diskussa bħalissa fil-Parlament.", "Huwa jgħid li b'din il-liġi hekk kif inhi maħsuba u li jsejħulha liġi tal-ugwaljanza, bażikament se tkun tinvolvi proċess fejn wara li jitilgħu d-deputati bil-voti, jiddaħħlu 12-il mara oħra li ma jkunux ġew eletti.", "Fi kliem Peppi dawn in-nisa se jidħlu fil-Parlament \"flok mill-bieb, mill-ventilatur\".", "Jisħaq b'konvinzjoni li dan huwa insult lejn in-nisa Maltin u Għawdxin kollha.", "Fid-diskors tiegħu Peppi jsemmi uħud min-nisa li kisbu s-suċċessi tagħhom kemm fil-Parlament Malti u anki dak Ewropej bil-kapaċitajiet tagħhom u ma kellhom bżonn l-ebda imbuttatura.", "Jgħid ukoll li l-problema hija li n-nisa ma joħorġux għaliex skont hu l-Parlament innifsu mhuwiex tajjeb la għan-nisa u lanqas għall-irġiel; mhuwiex tajjeb għall-familji.", "Peppi jaqsam l-opinjoni tiegħu li l-Membri Parlamentari għandhom ikunu full-time u għandhom jingħataw paga tajba ghax dan qed iwassal biex il-ħajja parlamentari ma tkunx kompatibbli ma' dik familjari.", "Jemmen ukoll li d-deputati għandhom ikollhom assistent jew assistenta full-time magħhom.", "Jgħid ukoll li l-Gvern għandu jissussidja uffiċini fid-distretti.", "Peppi jappella biex isiru dawn l-affarijiet li semma għaliex jemmen li b'hekk jiffaċilitaw id-deċiżjoni, partikolarment tan-nisa, li joħorġu għall-politika u jkun hemm aktar kandidati nisa.", "Jikkonkludi l-filmat billi jisħaq li din il-liġi se taffettwa wkoll lin-nisa li hemm fil-Parlament bħalissa fl-elezzjoni li ġejja, għaliex wieħed jista' jħeġġeġ biex jivvutaw aktar lill-irġiel peress li jkun hemm il-possibilità li n-nisa jistgħu jitilgħu mingħajr il-bżonn tal-voti."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/20/filmat-inkomplu-nitghallmu-l-lingwa-tas-sinjali-maltija/", "date": "20/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Permezz tal-filmat tal-lum se nitgħallmu fost oħrajn il-ġranet u x-xhur bil-lingwa tas-sinjali Maltija.", "Filmat minn Petra Bezzina Wettinger Ringrazzjamenti lill-assoċjazzjoni Persuni Neqsin mis-Smigħ, partikolarment lill-President Annabelle Xerri u Petra Bezzina Wettinger."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/21/il-klieb-ta-whud-mill-atturi-lokali-xi-jfissru-ghalihom/", "date": "21/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Numru ta' personalitajiet tant magħrufa magħkom is-segwaċi qasmu ma' skoperta.net xi jfissru għalihom il-klieb tagħhom.", "Wara sigħat twal ta' filming jew xi rehearsal, dawn l-atturi jsibu l-klieb tagħhom jistennewhom biex jilqgħuhom b'ħafna ferħ u mħabba.", "Patrick Tanti: Laika għalija tfisser ħafna.", "Timlili l-ġurnata bl-imħabba tagħha u jien dejjem nagħmel l-almu tiegħi biex filwaqt li ma nfissidhiex iżżejjed li nħassarha, nara li ma jkun jonqosha xejn.", "Nippjana l-ġurnata b'tali mod li ntiha kemm jista' jkun ħin u attenzjoni.", "Kieku mingħajrha naħseb niżen xi 2 kilos iktar għax bis-saħħa taghha noħroġ nimxi mill-inqas nofs siegħa kuljum.", "Inħobbha ħafna!", "Ryan u Maria Galea: Chloe ilha magħna għal dawn l-aħħar 12-il sena.", "Ir-Reġina tad-dar!", "Tqatta' ħafna ħin magħna, neħduha kważi kullimkien għax toqgħod u tħobb toħroġ.", "Għandha diversi laqmijiet bħal Fifi, Bubi, Baby Bear, Amorucca u iżjed!", "Charles Sammut: P-Jay (kelb bajdani) Noori (kelba samranija – isimha jfisser my light jew my fire).", "Żewġt iklieb li serqu l-qlub minn Sqallija fejn kienu klieb mitluqin.", "Issa Re u u Reġina.", "It-tnejn iħobbu l-fsied u l-mixi huwa l-isport favorit tagħhom.", "Id-dar baħħ mingħajrhom.", "Hermann Bonaci: Lil Layla ħabbejtha mal-ewwel darba li rajtha meta kellha biss 4 ġimgħat u ngħid is-sew kelli ġenn biex infittex inġibha għandi imma ma stajtx għax kelli nistenna sakemm ikollha 8 ġimgħat.", "Meta wasal iż-żmien u mort għaliha, għannaqtha waħda kbira miegħi u wegħdtha li se nieħu ħsiebha daqs li kieku kienet waħda mit-tfal tiegħi.", "Illum li għandha 3 snin u ftit ġimgħat neħodha miegħi kullimkien kuljum, anke x-xogħol tiġi miegħi u saħansitra għandha s-sodda tagħha fl-istess kamra tas-sodda matrimonjali tagħna.", "Dan is-Sajf saret mamà għall-ewwel darba fejn kellha sitt iġriewi: Max Cooper, Cloe', Zoe' Hue' u Simba li llum kollha qiegħdin għand familji tajba.", "Kultant jiġu jiltaqgħu magħha wkoll.Biss ma nistax ma' nżidx li l-aktar ħaġa li tħobb hija, tilgħab bil-ballun, tilgħab bil-ballun u tilgħab bil-ballun….ma tieqafx kieku ttiha ċ-ċans.", "Din hija Layla l-kelba tiegħi tar-razza Border Collie li tant inħobb – il-ħabiba leali ta' dejjem.", "Lydia Portelli: Tilly ġiet f'ħajti bla ħsieb meta kellha sena u nofs.", "Inħobbha immensament u qisha d-dell tiegħi.", "Nipprova neħodha kullimkien miegħi u jiddispjaċini li għad hawn postijiet li ma jiħdux gost bl-annimali.", "Nixtieq li kull kelb isib l-imħabba li sabet Tilly.", "Jien inħobb il-klieb kollha, imma ovvjament inħobb aktar lill-klieb tiegħi.", "Il-klieb kollha li kelli mlewli ħajti b'imħabba pura u ferħ.", "Jimlew vojt li qatt ma kont taf li kellek.", "Joseph Agius: Lellina u Pina , aħwa u fid-29 ta' Jannar jagħlqu sena.", "Ħmistax-il ġurnata wara li twieldu mietet ommhom u konna nisquhom aħna kull 3 sigħat.", "Irnexxielna nsalvawhom u allura l-bond inħossuh ħafna aktar minħabba li għaddew minnu.", "Darrejthom l-idejn u spiċċaw li jkunu jridu jitilgħu fuq kulħadd.", "Inħobbhom ħafna u jnessuni kollox.", "Clive Piscopo: Siri hija l-beagle imqarba tal-familja … jew aħjar, ir-Reġina tad-dar.", "L-għaxqa tagħha torqod, tiekol, tikkummiedja, u terġa' tiekol.", "Għajnejha jkellmuk.", "Imlitilna d-dar b'ħafna mħabba, fsied u praspar.", "Fabian Scerri De Carlo: Sky ġie salvat 11-il sena ilu minn għalqa fl-Imqabba.", "Huwa ta' razza mħallta, chihuahua u fox terrier.", "Minn dakinhar ġejna ippremjati b'imħabba pura mingħajr kundizzjonijiet.", "Analise Mifsud: Ma nafx x'nagħmel mingħajr Russell tiegħi!", "Isebbaħli ħajti u jimla kull ġurnata b'imħabba u ħlewwa kbira.", "Kelb intelliġentissimu illi fih insib l-aqwa ħabib tal-qalb tiegħi.", "Ħames snin ta' mħabba bla kundizzjoni… Ħames snin jorqod u jqum miegħi… Ħames snin jarani sejjer għax-xogħol kull filgħodu… Ħames snin kuljum jilqagħni lura d-dar b'ferħ li ma tistax tispjegah… Ma nafx kif għext qabel ma ġie hu… Ma rridx naħseb fil-mument meta xi darba għad ninfirdu.", "Kurt Castillo: Figaro (L-abjad) u Othello (L-iswed) qishom aħwa, jaqbdu ma' xulxin però ma joqgħodux mingħajr xulxin!", "Ħajjitna xi ftit jew wisq iddur madwarhom u ħafna deċiżjonijiet u pjanijiet jinvolvu lilhom.", "Meta kont tifel qatt ma kellna pet però issa ma nimmaġinanix mingħajrhom.", "Ħafna mħabba bla kundizzjoni – dejjem ferħanin li jarawni, dejjem jistennewni niġi lura d-dar, dejjem jagħtuni bonġu ħelu.", "Veru nixtieq li kont dik il-persuna li jaħsbu li jien il-klieb tiegħi!", "Abigail Mallia: Kaya (labrador), Wendy (tal-kaċċa) u Reggie (l-iswed bil-hoodie).", "Il-klieb ġabu bidla kbira f'ħajti… għallmuni kif nieħu l-ħajja iktar bil-mod, kif naqta' mix-xogħol pereżempju, u kif ngħix il-mument.", "Ma nistax nimmaġina ħajti mingħajr il-klieb, u kabbruli l-imħabba li għandi lejn l-annimali kollha, u n-natura.", "Il-kelb hu wieħed mill-aqwa ħbieb li jista' jkollu l-bniedem.", "Jien inkellimhom qishom ħbieb tiegħi, għalija huma parti mill-familja.", "Ħafna drabi meta jkollok kelb issir tħobb l-annimali kollha u nemmen li għandna ħafna x'nitgħallmu minnhom.", "Kim Dalli: Pip huwa l-mimmi t'għajnejja.", "Avolja propju llum għalaq 11-il sena, għalija baqa' dik il-kobba suf li kont ġibt lura fl-2010.", "Huwa sors ta' imħabba inkredibbli, kif ukoll sors ta' wens.", "Li nqatta' l-ħin miegħu huwa ta' terapija fih innifsu u dejjem inkun ħerqana li narah u nfissdu ftit.", "Ivan u Simone De Battista: Wara żewġ subien, u ċertu perjodu ta' snin b'qattusa d-dar, waslet Chloe , illi nħossu li qisu daħal membru ieħor ġdid fil-familja – it-tifla ċ-ċkejkna.", "Ġabet sett ta' rigali magħha, fosthom imħabba bla qies u ferħ inspjegabbli.", "Is-sbuħija ta' din il-kelba Shi Tzu, li aħna qatt ma għaddejna minnha għaliex qatt ma kellna klieb tal-ebda razza d-dar, hija l-istennija u l-ferħ ta' ġenn li jaqbadha meta tilqa' membru li ma jkunx id-dar.", "Huwa mument li jiġġedded kull darba li wieħed minnha jasal lura d-dar.", "Ħafna drabi d-diskors jaqa' fuqha, u t-tfal jilgħabu ħafna magħha.", "Hija maħbuba mhux biss minnha, imma wkoll mill-familji tagħna għaliex hi tilqa' lil kulħadd u tifraħ b'kulħadd.", "In-nanniet għalihom, hija l-mimmi t'għajnejhom, u sikwit jtennu kemm daħlet f'qalbhom u qed tħalli t-timbru ċkejken tagħha.", "Nemmnu li l-klieb huma rigal sħiħ mingħand Alla lill-bniedem, sabiex jagħti l-wens u l-imħabba li kultant, anqas il-bniedem stess mhu kapaċi jagħtiha.", "M'hemmx kundizzjonijiet fl-imħabba tagħhom!", "Fil-ġimgħat li ġejjin ħa nkomplu nlaqqgħukom ma' aktar personalitajiet u l-pets tagħhom!"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/22/il-pjanti-pothos-u-pothos-njoy-roxanne-gauci-taliana/", "date": "22/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-pjanta tal-pothos hija meqjusa minn ħafna bħala mod tajjeb ħafna biex tibda tieħu ħsieb il-pjanti tad-dar, dan għaliex il-kura bażika tal-pothos hija faċli ħafna, purifikatur tal-arja u tikber malajr.", "Dawn il-pjanti jistgħu jgawdu minn firxa wiesgħa ta' ambjenti.", "Imorru tajjeb f'dawl qawwi indirett kif ukoll f'dawl baxx u jistgħu jitkabbru f'ħamrija niexfa jew f'vażuni tal-ilma.", "Jikbru tajjeb ħafna f'ħamrija rikka fin-nutrijenti, imma jmorru tajjeb ukoll f'ħamrija b'inqas nutrijenti.", "Min-naħa l-oħra, il-Pothos n'Joy hija varjata ħafna bl-abjad, jistgħu jew ma jikbrux daqshekk f'dawl baxx jew jistgħu jitilfu l-variegazzjoni tagħhom jekk id-dawl ikun baxx wisq.", "Il-partijiet ħodor tal-weraq biss jistgħu jagħmlu l-enerġija għall-pjanta, allura trid tkun kapaċi tikseb biżżejjed dawl għall-enerġija inkella t-tkabbir tagħha jonqos jew il-weraq jikkumpensaw għan-nuqqas ta' dawl billi jsiru aktar ħodor.", "Cuttings tal-Pothos jistgħu jinqatgħu faċilment minn pjanta matura u jkollhom l-għeruq fil-ħamrija bi ftit għajnuna ta' trab tal-għeruq jew sempliċement tqiegħdhom fl-ilma għal xi jiem.", "Tista' tagħżel li żżommhom fl-ilma minflok imħawla mill-ġdid fil-ħamrija.", "Filwaqt li l-pjanti tal-pothos huma faċli biex tieħu ħsiebhom, importanti li tkun konxju li huma velenużi.", "Għalkemm rarament fatali, il-pjanta tista' tikkawża irritazzjoni u remettar jekk tiġi inġerita minħabba l-fatt li fiha ossalati tal-kalċju.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dawn il-pjanti u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/22/filmat-avventura-unika-twassalhom-biex-jiskopru-ghar-il-friefet/", "date": "22/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Angelo Caruana, Pierre Farrugia u Vince Bonello Pukka, grupp ta' tliet persuni li qiegħdin iduru Malta u jagħmlu diversi avventuri bħal trekking, abseiling, kayaking, cylcing, caving u jesploraw irkejjen prezzjużi li ħafna minn lanqas biss nafu li jeżistu!", "Għamlu kuntatt ma' skoperta.net fejn qasmu magħna l-aħħar avventura li għamlu, u li huma jqisuha bħala waħda speċjali u l-isbaħ li kellhom s'issa.", "Din id-darba kien imiss li jesploraw Għar il-Friefet li jinsab ġewwa Birżebbuġa.", "Mill-ftit informazzjoni li rnexxielhom isibu minn fuq l-internet, Għar il-Friefet ġie iffurmat matul is-snin, huwa maqsum fuq żewġ livelli, u kif jindika sew mill-isem huwa għar fejn kienu jgħixu l-friefet il-lejl.", "Permezz ta' mappa li sabu minn fuq l-internet, setgħu jiskopru passaġġi u daħliet, ħafna minnhom dojoq u baxxi mimlijin tajn, li minnhom kellhom jgħaddu biex jesploraw dan l-għar.", "Fil-filmat li tellgħu fil-YouTube Channel tagħhom ta' din l-avventura, wieħed jista' jinnota li qagħdu attenti ħafna biex ma jagħmlux ħsara l-eko-sistema ta' dan l-għar, kif ukoll minħabba li skont informazzjoni li ngħataw, hemm ċerti dud li jinstabu hemmhekk biss.", "Spikkat ukoll l-importanza li wieħed ma jżurx postijiet bħal dawn waħdu, għaliex ċerti daħliet ikunu aktar diffiċli u perikolużi minn oħrajn u bil-fors irid ikollok għajnuna ta' xi ħaddieħor biex tgħaddi minnhom.", "Minn informazzjoni li rnexxielhom jakkwistaw indikat ukoll il-possibilità li x'imkien f'dan l-għar hemm passaġġ li jagħti għal Għar Dalam.", "Minkejja li mhijiex facli biex wieħed jesplora post bħal dan minħabba li fih diversi karatteristiċi partikolari, din l-avventura kienet waħda ta' suċċess.", "\"Meta ngħidu nesploraw, litteralment peress li ma sibna l-ebda filmat dwaru, kull ma sibna naqra informazzjoni fuq l-internet.", "Kellimna lis-Sindku u l-Kunsill ta' Birżebbuġa u l-għajnuna li sibna mingħandhom kienet iċ-ċavetta biex seta' jirnexxilna nagħmlu din l-avventura.\" jgħidulna.", "Jappellaw ukoll li minbarra li wieħed għandu jieħu ħsieb is-sigurtà tiegħu nnifsu meta jżur postijiet bħal dawn, għandu wkoll igawdi dan il-wirt prezzjuż filwaqt li joqgħod attent li ma jagħmilx ħsara.", "Segwi l-vjaġġ ta' din l-avventura permezz ta' dan il-filmat:"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/23/it-torri-xutu-wied-iz-zurrieq-mario-coleiro/", "date": "23/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Dan it-torri jifforma parti mid-difiża tal-kosta Maltija li nbniet fi żmien il-Kavallieri.", "Kienu tliet Gran Mastri li bnew dawn it-torrijiet madwar Malta kollha.", "L-ewwel wieħed kien il-Gran Mastru Wignacourt , warajh kompla Lascaris u spiċċahom De Redin .", "Il-Gran Mastru Lascaris bena b'kollox 9 minn dawn it-torrijiet u dak magħruf bħala Torri Sant Agata jew it- Torri l-Aħmar fil-Mellieħa.", "Dan ta' Wied iż-Żurrieq magħruf bħala Torri Xutu huwa wieħed minn ta' Lascaris.", "Dawn it-torrijiet ingħaqdu fid-difiża tal-kosta mall-ħames Kastelli li kien diġà bena qablu l-Gran Mastru Wignacourt.", "Iktar trad fl-istorja nsibu li l-Gran Mastru De Redin bena 13-il torri ieħor biex għaqqad kompletament id-difiża kostali ta'postijiet strateġiċi tal-gżira ta' Malta.", "Minn żmien għal żmien kienu nbnew ukoll numru ta' torrijiet fil-gżira t'Għawdex biex ukoll jgħassu fuq il-kosta ta' din il-gżira.", "Dak li naraw fuq Kemmuna huwa wieħed minn dawk li bena Wignacourt.", "It- Torri Xutu jiddefendi id-daħla ta' Wied iż-Żurrieq kif ukoll id-daħla ta' Wied Babu.", "Dan it-torri għandu kuntatt viżiv mat-torri tal-Ħamrija li jinsab viċin it-tempju tal-Imnajdra u fuq in-naħa l-oħra jagħmel kuntatt viżiv mat-torri tal-Wardija fil-limiti taż-Żurrieq.", "Għal ħafna żmien dan it-torri kien iservi bħala għassa tal-pulizija għal Wied iż-Żurrieq imma riċentament dan ġie restawrat u llum jinsab taħt il-kustodja ta' Din l-Art Ħelwa ."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/24/qalbi-it-tielet-parti-rakkont-minn-sharon-calleja/", "date": "24/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għamilt mossa lil Maggie u ntfajna mal-bar.", "Oħroġ il-għaġeb, rajt lil Maggie qisha naqra aġitata.", "Donnha ma kinitx qiegħda f'postha.", "\"Xi ġralek sbejħa?\" staqsejtha jien, hekk kif xtrajt flixkun vodka u bdejt inferra fit-tazza tiegħi u tagħha.", "\"U le xejn………imma qiegħda ninkwieta minħabba li smajt fuq it-televixin biex ma nixorbux u nsuqu……..\" qaltli b'leħen baxx, bilkemm jinstemà.", "\"U ejja………Maggie………..ser tibqa' sejra biha din?", "Mhux diġa ddiskutejniha?", "Toqgħodx tinkwieta…….!\"", "U dak il-ħin, ġew madwarna xi għaxart iħbieb tiegħi minn tax-xogħol u lanqas ħallewni nkompli nkellimha!", "Billi kienu man-nisa tagħhom, dawk marru jitkellmu ma' Maggie u jiena ħassejtni komdu nkompli magħhom.", "U flixkun iġib ieħor.", "U ieħor.", "U anke ieħor.", "U xrobna………… Xrobna sew…………… Ngħidilkom il-verità, fl-aħħar parti tas-serata, hekk kif kienu ilhom li qagħdu jgħoddu l-bidu tas-sena l-ġdida xi sagħtejn jew anke aktar, ma bqajtx nara sew sal-aħħar.", "Donnu ċ-ċpar kien beda jtappanli l-viżta tan-nuċċali tad-ditta li kelli quddiem għajnejja.", "Ħarist lejn Maggie u rajtha titkellem man-nisa ta' sħabi u tħares lejja minn taħt.", "Wiċċha kien donnu qed idur quddiemi.", "\"Qalbi……\" rajt xufftejha jgħiduli bilmod.", "Lanqas kont rajtha ġejja ħdejja!", "Għorokt ftit għajnejja u ħarist lejha.", "Ma kontx qed naraha ċara.", "\"Immorru ta……..imma mhux issa……\" weġibtha, inħossni kemmxejn imqareb u nħares lejn il-flixkun tal-whisky li kont qed nixrob minnu.", "Dawk l-imgħarrqin ta' sħabi kienu ħalltu x-xorb u kien ħadni sew!", "\"Eric…….qed tinkwetani……..\" qaltli.", "\"U le, pupa, tinkwieta xejn, sabiħa tiegħi!\" komplejt ngħidilha.", "U biex inkun għidt kollox, ġebbidna sagħtejn oħra.", "U ngħidilkom li lil sħabi kont qed narahom għoqda sħiħa.", "\"Tiflaħ issuq?\" staqsietni Maggie, kemmxejn inkwetata hekk kif ratni qed inkaxkar kemmxejn saqajja sakemm wasalna ħdejn il-karozza.", "\"U ma tafx!\" weġibtha, nidħaq bija nnifsi.", "Kemm kont ħadt gost!", "Imma din li rasi kienet qiegħda ddur, kienet qed iddejjaqni mhux ftit!", "\"U ejja………..\"", "\"Tridx inċempel lil xi ħadd jiġi għalina?\" staqsietni.", "Jien kont se nsuq lura.", "Il-ġimgħa d-dieħla…..ir-raba' u l-aħħar parti ta' dan ir-rakkont…", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/24/silta-trid-nizfnu-elaine-gauci-scerri/", "date": "24/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Trid niżfnu llejla fid-dawl fiddien? jew forsi llum qed tħossok għajjien? il-mużika li bdiet m'għażilnihiex 'mma se tibqa' għaddejja ma tistenniniex ħaddanni miegħek la titlaqnix f'widnejja fesfisli u għidli fhimtnix.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/25/ricetta-cellentani-bit-tigieg-u-l-gobon/", "date": "25/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: (Għal 3 persuni) Sitt nofsijiet tas-sider tat-tiġieġ Mgħarfa tursin frisk Mgħarfa oregano Mgħarfa hot paprika Mgħarfa sweet paprika Raxxa Bżar Mgħarfa żejt taż-żebbuġa 600g għaġin Cellentani mgħolli 'al dente' 200g faqqiegħ imqatta' Basla mqatta rqiqa Kuċċarina tewm imqatta' fin 100ml inbid abjad 50g tadam imqadded imqatta' 200ml stokk tat-tiġieġ 200ml krema friska Mgħarfa ħabaq frisk imqatta' 50g pecorino maħkuk 50g parmesan maħkuk 50g mozzarella maħkuk", "Nota: Peres li din ir-riċetta fiha xi ingredjenti milħin, jien ma nżidx melħ waqt it-tisjir.", "Ħallat iż-żejt taż-żebbuġa mat-tursin, l-oregano, il-hot paprika, is-sweet, u l-bżar.", "Idlek din it-taħlita fuq l-isdra tat-tiġieġ sakemm ikunu miksija sew.", "F'taġen fond 'nonstick' aqli l-isdra tat-tiġieġ sakemm ikunu msajjrin kompletament (madwar 8 minuti fuq kull naħa).", "Neħħi t-tiġieġ mit-taġen, aqta' kull biċċa sider fi flieli ħoxnin, u warrabhom f'post sħun sakemm tlesti l-kumplament tat-tisjira.", "Fl-istess taġen, aqli l-basla, it-tewm u l-faqqiegħ sakemm tara li rtabu.", "Żid l-inbid u ħallih itektek għal ftit minuti sakemm l-inbid jevapora.", "Żid it-tadam l-imqadded, l-istokk tat-tiġieġ u l-krema friska.", "Ħawwad fuq nar baxx sakemm ikun ħa jiftaħ jagħli.", "Żid it-tliet tipi ta' ġobon u ibqa' ħawwad fuq nar baxx ħafna sakemm il-ġobon kollu jinħall.", "Żid iċ-cellentani u l-ħabaq u ħawwad sakemm l-ingredjenti kollha jitħalltu sewwa.", "Aqsam l-għaġin f'porzjonijiet fil-platt, u servi b'sider tat-tiġieġ imfellel fuq kull platt.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/26/l-adhd-kif-taffettwa-fl-adulti/", "date": "26/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-ADHD spiss tibqa' fl-età adulta wkoll.", "Is-sintomi jistgħu jidhru differenti f'età ikbar.", "Pereżempju, fl-adulti, l-iperattività tista' tidher bħala ċaqliq estrem jew li jgħajju lil ħaddieħor bl-imġieba tagħhom (xi drabi din l-enerġija tista' tiġi internalizzata u tista' tinħass kontinwament iżda tista' ma tkunx tidher għall-oħrajn).", "In-nuqqas ta' attenzjoni tal-ADHD fl-adulti tista' tidher f'li qishom dejjem iħallu għall-aħħar, jitħabtu biex ilaħħqu mal-iskadenzi, donnhom ma jisimgħux l-istruzzjonijiet, jew tqassim tal-ħin ħażin għall-ippjanar biex jitlestew il-kompiti li jwassal għal diffikultajiet biex jitlaħħqu l-iskadenzi.", "Preżentazzjoni f'daqqa : turi s-sintomi taż-żewġ kriterji: in-nuqqas ta' attenzjoni u l-iperattività u l-impulsività Preżentazzjoni predominantement b'nuqqas ta' attenzjoni : turi s-sintomi ta' nuqqas ta' attenzjoni, iżda mhux l-iperattività u l-impulsività Preżentazzjoni predominantement iperattiva-impulsiva : turi s-sintomi taliperattività u l-impulsività, iżda mhux in-nuqqas ta' attenzjoni.", "Is-sintomi tal-ADHD jistgħu jinbidlu maż-żmien.", "L-ADHD huwa disturb fuq spettru: ħadd mhu l-istess!", "L-ADHD jista' jinbidel f'mumenti differenti tal-ħajja tan-nies!", "Informazjoni mogħtija lilna mill-organizzazzjoni ADHD Malta."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/26/is-suwicidju-fost-l-aktar-kwistjonijiet-serji-li-hadd-mhu-jitkellem-dwarhom-prof-andrew-azzopardi/", "date": "26/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu mal- Prof. Andrew Azzopardi Bi pjaċir niżvelaw li l-Prof.", "Andrew Azzopardi se jkun ukoll qed jikkontribwixxi fuq skoperta.net.", "X'ġiegħlek tagħżel din il-professjoni?", "Jien dejjem ridt nuri li tista' tgħallem anke kunċetti tqal imma fl-istess ħin l-istudenti jieħdu gost.", "Jien kont niddejjaq ħafna fil-klassi għax il-lezzjonijiet kienu boring għalhekk ridt insir lettur biex ma nkunx boring għax l-istudenti jiddejqu jekk aħna ma nkunux ippreparati u mhux għax tort tagħhom.", "X'inhu l-akbar sodisfazzjon tiegħek?", "Kull darba li naqla' kontroversja biex minnha joħroġ it-tajjeb.", "Liema kwistjonijiet tħoss li l-aktar għad hawn stigma dwarhom u li hemm bżonn li nitkellmu aktar dwarhom?", "Is-suwiċidju fost l-aktar – kwistjoni serja ħafna li ħadd mhu jitkellem dwarha.", "Wieħed mit-tort huwa tal-mudell ekonomiku li qed nużaw qed iġib lin-nies fix-xifer u m'aħniex nagħtu kas ta' xejn u mhux inwieżnu biżżejjed lil xulxin.", "L-edukazzjoni u d-djalogu huma biżżejjed għal tibdil fil-mentalità?", "Le, trid il-flus għal riċerka empirika, ħalli permezz tad-data inkun nistgħu nagħmlu policy decisions tajbin.", "Fuq liema kriterji għandha tkun ibbażata riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw il-ħajja tan-nies?", "Fuq il-vuċi tan-nies.", "Irridu nibdew mingħandhom stess.", "Storja li sirt taf permezz tal-professjoni tiegħek u li ħalliet impatt fuqek personali.", "Kull darba li nara xi lil ħadd li jħossu ferħan tkun l-akbar ferħa tiegħi.", "Meta xi ħadd javvanza fil-karriera, isib lil min iħobb, jirnexxilu f'xi life achievement – dik tkun rebħa.", "Lil hinn mill-professjoni, min hu Andrew Azzopardi?", "Inħobb ħafna l-kelb tiegħi Dante u l-qattusa Phoebe (qishom it-tfal tiegħi), għandi żewġt itfal Karl – 24 u Caire 22 u miżżewweġ lil Sue għal 25 sena.", "Jien xandar fuq 103 Malta's Heart fejn kull nhar ta' Sibt ikolli programm ta' ġrajjiet kurrenti u nikteb opinion fuq il-Malta Indpt kull ġimgħa.", "Noqgħodu Ħaż-Żebbuġ u l-ors tiegħi nara lit-tim favorit tiegħi Southampton FC – il-bqija ngħaddi l-ħin naħdem, li hi l-passjoni u l-passatemp tiegħi.", "Kemm hu importanti l-irwol ta' ġurnalist?", "Ħafna importanti l-vox popoli.", "Jaffettwak il-fatt li dak li tgħid jista' jiġi interpretat ħażin?", "La titkellem fuq il-public domain trid toqgħod għaliha mbagħad.", "X'tixtieq li twassal permezz tal-kontribuzzjoni tiegħek fuq skoperta.net?", "La rrid ngħallem.", "La rrid lill-udjenza bilfors taqbel.", "Irrid naqsam ħsieb imbagħad kulħadd, jekk irid, jagħġnu fil-forma li jridu hu jew hi.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/27/meta-persuni-qrib-taghna-jkollhom-problemi-ta-sahha-mentali-michelle-zerafa/", "date": "27/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Grazzi ħafna tar-rispons kontinwu tagħkom.", "Napprezzaw ukoll meta intom tistaqsuna għal suġġetti li jinteressawkom..", "Fil-fatt xi ħadd tkellem magħna dwar kemm mhijiex faċli meta naraw lil xi ħadd li nħobbu jissielet ma' problemi ta' saħħa mentali u probabbli ninfixlu u ma nkunux nafu kif se nkunu hemm għalih.. u għalhekk għażilt li llum nitkellem dwar dan..", "Kulħadd huwa differenti u allura m'hemmx xi formola partikolari kif nistgħu nsolvu l-problema, però dejjem hemm strateġiji li jistgħu jgħinuna biex inkunu ta' sapport fejn nistgħu, u kemm nistgħu..", "Ejjew naraw dawn il-punti flimkien..", "Niskopru x'inhi l-problema..", "Jista' jkun li jkun hemm dijanjosi ċara li tkun maħruġa mingħand psikjatra u jista' jkun li l-imġieba u l-attitudni tal-persuna tkun waħda partikolari jew mhux tas-soltu u kważi kważi tkun inkwetanti…u allura nindunaw li l-affarijiet mhux qiedgħin sew..", "Pereżempju meta naraw li l-persuna qed tinqata' jew tiġġieled ma' kulħadd, problemi partikolari l-iskola, fuq il-post tax- xogħol jew anke f'attivitajiet soċjali u xi drabi wkoll bidliet drastiċi fl-ikel u fl-irqad..", "Dawn il-punti jistgħu juruna li l-persuna għaddejja minn żmien diffiċli u tajjeb li nkellmu professjonist biex jekk nirrealizzaw li dak li jkun jkun qed ibati minn problemi ta' saħħa mentali nkunu nistgħu niffaċċjaw il-problema mill-aktar fis possibli…", "Naraw kif se niffaċċjaw il-problema ..", "Dan hu pass importanti u kważi kważi wieħed mill-aktar diffiċli.", "Infatti kif se nibdew il-konverżazzjoni tagħmel differenza kbira…", "Ħaġa importanti hi li nuru lill-persuna li aħna qiegħdin hemm biex nisimgħuha u mhux biex nagħtu parir jew ġudizzju ta' kif qed tħossha..", "Nistgħu nibdew id-diskors billi ngħidulha..", "\"Jien inkwetat/a għalik … u ninsab hawn biex nisimgħak…\"", "M'għandniex nitkellmu \" għax inti hekk… jew għandek tagħmel hekk\" għax li jiġri hu nispiċċaw noħonqu lill-persuna milli tesprimi l-emozzjonijiet tagħha minflok ngħinuha titkellem..", "Nistgħu ninkoraġġixxu lill-persuni jitkellmu ma' professjonist billi ngħidulhom li min hu b'saħħtu jitkellem u mhux viċi versa.", "Nistgħu ngħidulhom ukoll li kieku qed ninkwetaw li għandhom pereżempju d-dijabete dawn ġeneralment imorru immedjatament għand tabib… biex jagħmlu check up…", "Allura x'fiha ħażin billi wieħed jieħu ħsieb is-saħħa mentali ukoll?", "Informa ruħek dwar it-tipi ta' kundizzjonijiet li jeżistu u xi trattament jeżisti..", "Aktar ma tifhem il-kundizzjoni tal-persuna aktar hemm ċans li tħossok f'pożizzjoni li tissapportja lil dak li jkun.", "Aktar ma tkun taf dwar terapiji u trattamenti differenti, aktar hemm ċans li tkun kunfidenti milli tibża' tissapportja lill-persuna li għandha bżonn.", "Ftakar li m'hemmx għalfejn tkun espert biex turi sapport ġenwin.", "Importanti li tkun ippreparat għal possibilità ta' intoppi li jistgħu jinqalgħu..", "Aktar ma tinforma ruħek aktar tkun ippreparat u mhux tinqabad fuq sieq waħda fis-siegħa tal-bżonn.", "Importanti li ma ġġorx din il-problema waħdek. .", "Importanti li anke inti jkollok ma' min titkellem u lil min tafda għax huwa impossibbli li ġġor il-problema waħdek.", "Jekk hemm bżonn fittex is-sapport ta' professjonist.", "Importanti li tkun reali fil-progress li qed tistenna għaliex is- soluzzjoni mhix dejjem faċli.. kultant ikollna ngħixu bil-kundizzjoni… u nitgħallmu nimxu magħha…", "Xi kultant ikun hemm bżonn iż-żmien biex xi ħaġa tissolva.. ikun hemm bżonn proċess twil u mhux dejjem faċli…", "Jista' jkun li l-persuna li qed tbati ma tkunx f'pożizzjoni li turi apprezzament, iżda l-fatt li tkun hemm għaliha huwa importanti..", "Tajjeb li nifhmu li dawn huma sitwazzjonijiet delikati u jirrikjedu sapport, paċenzja, tama u ħin..", "U dejjem fittex l-għajnuna li hemm bżonn…", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/28/kull-gurnata-li-nqum-u-tkun-hdejja-hija-l-isbah-gurnata-ta-hajti-kevin-borg/", "date": "28/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Kevin Borg Kevin, kif tiddeskrivi ħajtek bħalissa, mill-aspett ta' karriera?", "L-ewwel nett grazzi mill-qalb ta' din l-intervista.", "Bħal kulħadd f'dan is-suq tal-ispettaklu, bħalissa mhux xi żmien pjaċevoli peress li x-xogħol waqaf ħesrem.", "Jiena xorta bniedem li dejjem nipprova nara l-pożittiv minn kull sitwazzjoni u bħalissa qiegħed niffoka fuq proġett li qiegħed naħdem fuqu mid-dar għal meta jerġa' jiġi ż-żmien li niġu lura għan-normalità.", "Hemm xi proġetti partikolari li qed taħdem fuqhom bħalissa?", "Bħalissa qiegħed naħdem fuq materjal ġdid kemm għalija u kemm għal artisti oħrajn ġewwa l-Asia.", "Kif semmejt qabel qegħdin ukoll naħdmu qatigħ fuq proġett ieħor fuq skala ikbar.", "Ma tantx nista' niżvela però jista jkun li għandu x'jaqsam mat-televiżjoni.", "Iċ-ċirkostanzi tal-pandemija affettwaw lil kulħadd b'xi mod jew ieħor.", "Kif affettwaw lilek personali?", "Affetwawni kemm b'mod tajjeb u kemm negattiv.", "In-negttiv huwa li ħafna events ġew posposti u meta tisma' koppji jgħidulek li jridu jġeddu d-data tat-tieġ għall-tliet darbiet, tħoss għalihom.", "Il-pożittiv huwa li peress li qed inqatta' ħafna ħin id-dar inkun ħafna iktar mat-tfajla tiegħi u l-qtates tagħna li bħalissa għandhom bżonn ta' ħafna ħin u mħabba.", "Biex tgħaxxaqha, waħda minnhom għadu kif ħarġilha d-dijabete u tkissirna meta sirna nafu li Misty se jkollha tieħu t-tilqima darbtejn kuljum tul ħajjitha.", "Minn hawn nixtieq nirrangrazzja lil Nigel u Andrew Borg Cardona talli għarrfuni minnufih li Borg Cardona pet supplies u pharmacy kienu sejrin jidħlu biex jgħinu u jkunu parti mir-recovery ta' Misty u l-pets tagħna.", "Meta tfajtha facebook, indunajt kemm il-poplu u s-segwaċi tiegħi verament iħobbu l-annimali tant li issa ta' kuljum qed nitfa' stories sabiex dak li jkun ikun jista' jsegwi l-progress li jkunu qegħdin jagħmlu, fosthom Misty.", "Min kienu l-aktar persuni li kienu ta' influwenza fil-karriera tiegħek?", "Kienu ħafna dawk li b'xi mod influwenzawni fil-karriera tiegħi.", "Nibda l-ewwel minn missieri li qatt ma ċaħħadni minn dak li ridt nagħmel, tant li anke meta għidtlu li sejjer l-Iżvezja, għalkemm kontra qalbu qalli \"mur ibni\".", "Mill-aspett mużikali kien hemm ħafna.", "Nibda mill-ewwel opportunitajiet li kelli fuq it-TV minn Alfred Zammit meta kelli biss madwar 17-il sena u mbagħad ma nistax ma nsemmix lil Jason Cassar illi tista' tgħid li rawwimni fix-xena tal-ispettaklu lokali.", "Ċertament li l-kanzunetti kollha tiegħek huma għal qalbek, iżda hemm minnhom li għandhom post speċjali f'qalbek aktar minn oħrajn?", "Kull kanzunetta għandha l-istorja tagħha, però waħda li dejjem tibqa' għal qalbi hija NEEDING YOU.", "Din il-kanzunetta n-nies għamluha tagħhom u dak huwa l-għan prinċipali ta' din il-kanzunetta.", "Il-kanzunetta Tlaqt Ħabib, xi tfisser għalik?", "Tlaqt Habib tfisser mument ta' dieqa għaliex hija iddedikata lill-ħabib tiegħi Clint Mizzi li ħalliena ftit tax-xhur ilu.", "Hija kanzunetta miktuba minn Marcon Cassar fuq mużika ta' Jason Cassar.", "Kanzunetta b'messaġġ sabiħ ħafna li kulħadd jista' jirrelata magħha għaliex xi darba jew oħra kollha tlifna lil xi ħadd għal qalbna.", "Liema tqis li kienu l-akbar kisbiet tiegħek s'issa?", "S'issa kien hemm kisbiet mhux ħażin u dejjem nibqa' grat għal kull min għeni nasal s'hawnhekk.", "Li rbaħt Swedish Pop Idol kienet kisba sabiħa ħafna għaliex jien kont l-ewwel kantant li qatt rebaħ dan ix-show li ma kienx ġej minn dak il-pajjiż speċifiku.", "Minn hemm għamilt iktar minn 400 kunċert madwar id-dinja.", "Kantajt ukoll darbtejn fil-palazz tar-Re u r-Reġina Svediżi taħt appuntament dirett tagħhom.", "Imbagħad hemm kisbiet bħala produttur u songwriter.", "S'issa rnexxieli wkoll nikteb u nipproduċi kanzunetti illi telgħu l-ewwel fil-Ġappun għal 18-il darba.", "Wieħed minn dawn l-albums kien l-iktar album mibjugħ fl-2019 u daħal ukoll fil-guiness book of records.", "Tlieta mill-kanzunetti li ktibt telgħu wkoll l-ewwel fil-listi tad-dinja kollha bi gruppi bħal Arashi, TVXQ u oħrajn.", "Irnexxieli wkoll nagħmel żewġ musicals bl-Isvediż u ħadt ukoll sehem bħala attur ġo film taċ-ċinema Svediż.", "L-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek s'issa..", "Ikun hemm ħafna mumenti kemm sbieħ u kif ukoll ta' dieqa fil-ħajja.", "L-agħar mument ta' ħajti kien meta tlift lil ommi meta kelli 16-il sena.", "U l-isbaħ mument f'ħajti kien meta ltqajt mat-tfajla tiegħi Maria Francesca.", "Hija persuna li bħali għaddiet mhux ħażin u ta' 5 snin biss hi ukoll tilfet lil ommha jiġifieri verament nirrelataw.", "Għandha qalb tant hi kbira illi impossibbli nitfa' kollox f'sentenza.", "Kull ġurnata li nqum u tkun ħdejja hija l-isbaħ ġurnata ta' ħajti.", "Wieħed mill-aktar mumenti imbarazzanti li qatt kellek..", "Kien hemm ukoll mhux ħażin.", "Darba żlaqt żelqa fuq il-palk ġewwa l-Iżvezja quddiem xi erba' t'elef ruħ.", "Biex tgħaxxaqha mort nilgħabha tal-hero nipprova nqum b'qabża u nerġa' nieħu oħra għal rasi!", "Ovvjament kulħadd spiċċa jidħak!", "Kif tiddeskrivi t-tfulija tiegħek?", "Semmilna xi memorji li huma l-aktar għal qalbek..", "Nista' ngħidlek li kelli tfulija sabiħa ħafna.", "Kont inqatta' ħafna ħin man-nanna Barbara u apparti Maria Francesca u ommi dik kienet ukoll imħabba ta' ħajti.", "Kont inħobbha wisq.", "Kemm kienet tiġri bina l-bandli tal-Furjana u l-Belt.", "Peress li aħna mill-Furjana konna nqattgħu ħafna ħin il-bandli li dak iż-żmien kellu bandli tal-Ingliżi u l-Furjana kollha kienet tinżel hemmhekk tqatta' ż-żmien.", "Tfal jilgħabu, bandli ma jispiċċaw qatt, waħda isbaħ mill-oħra.", "Kien hemm ukoll tennis court li aħna konna ġibnih qisu ground tal-football u minn hemmhekk ħarġu ħafna players li baqgħu sejrin tajjeb fil-karriera tagħhom.", "Konna nqattgħu ħafna ħin mal-familja wkoll u filgħaxijiet konna wkoll nitilgħu fuq il-Fosos, fejn kull familja kellka l-fossa tagħha ta' fejn dejjem joqgħodu.", "Affarijiet li llum diffiċli tarahom.", "Il-ħajja kienet ħafna inqas stressanti dak iż-żmien, speċjalment għat-tfal.", "X'inhi d-definizzjoni ta' suċċess għalik?", "Suċċess mhuwiex biss rebħ ta' kompetizzjonijiet.", "Għalija anke li jirnexxilek tgħin lil xi ħadd u tagħmillu differenza f'ħajtu huwa suċċess.", "Kemm hi importanti l-umiltà?", "L-umiltà m'hawnx isbaħ minnha.", "Li qatt ma tinsa minn fejn bdejt u li tibqa' dejjem ġenwin mingħajr ma tikbirlek rasek hija imprtanti ħafna.", "Il-ħajja hija sellun li tul is-snin titilgħu u tiltaqa' ma' ħafna nies jgħinuk, iżda mbagħad jasal ukoll iż-żmien li dak is-sellun trid terġa' tinżlu u hemm terġa' tiltaqa' ma' dawk in-nies li għenuk u l-fatt li tibqa' umli tfisser li tkun tista' tgħix bit-tbissima, u taf li ma trid deni lil ħadd.", "Xi jferħek u x'jirrabjak l-aktar?", "Nieħu pjaċir nara lil dawk ta' madwari kuntenti, iferraħni l-ħin mal-familja u ovvjament iferraħni xi proġett li jirnexxi meta nkun ilni xi sena naħdem fuqu.", "Jirrabjani ħafna l-fatt li nara tant nies imutu b'dan il-virus li attakkana, filwaqt li oħrajn jixxalaw qisu xejn mhu xejn speċjalment għaż-żminijiet tal-Millied u l-Ewwel tas-sena li għaddew.", "Kieku kellek tikteb kanzunetta bħalissa, fuq xiex tkun?", "Fuq kemm qed tistaqsini domandi bis-sens u kemm qed nieħu gost nirrispondihom għalkemm għadhom is-seba' ta' filgħodu u għadni lanqas kafè ma ħadt.", "Artisti li jispirawk..", "Ħafna u diffiċli nsemmihom kollha.", "L-artisti kollha li għamlu suċċess u verament bdew mix-xejn huma artisti li jispirawni.", "Fl-opinjoni tiegħek, x'inhu l-isbaħ ġest li qatt tista' tagħmel u tirċievi?", "Wieħed mill-isbaħ ġesti illi tista' tagħmel huwa li tisma'!", "Tisma' jekk xi ħadd ikun irid jitkellem u jiftaħ qalbu.", "Ieħor huwa dak li titbissem, anki jekk bħalissa l-maskri qed jgħattulna t-tbissima.", "Li ġenwinament tkun hemm għal xi ħadd li jistaqsik għall-għajnuna.", "Jien ma nistenna li nirċievi xejn, però meta tkun imdawwar b'nies bħat-tajla tiegħi, l-isbaħ ġest li turini kuljum huwa dak tal-imħabba.", "Liema kwistjonijiet int l-aktar sensittiv dwarhom?", "U għaliex?", "Sensittiv ħafna fuq il-bullying!", "Meta kont żgħir, jien ukoll kont vittma ta' bullying ġewwa l-iskola fejn kont nattendi u għalkemm irnexxieli negħlibha xorta tibqa' mnaqqxa fik u ġġibek ovvjament iktar b'saħħtek.", "Jiġifieri lil dawk kollha li għaddejjin minnha bħalissa, ngħidilhom biex ifittxu l-għajnuna.", "Sensittiv ħafna wkoll fuq moħrqrija tal-annimali.", "L-annimali inħobbhom ħafna.", "Fil-fatt aħna għandna ħamest iqtates u min jaħqar l-annimali għalija lanqas il-ħabs mhu tajjeb għalih, imma eżiljat taħt il-baħar.", "Xi tfisser l-imħabba għalik?", "L-imħabba hija verament sabiħa meta ssib lil xi ħadd li ġenwinament iħobbok lura b'dik l-istess imħabba.", "Jien nikkunsidra lili nnifsi iffurtunat li f'mument fejn kont se naqta' qalbi mill-imħabba, iltqajt ma' Maria Francesca.", "X'differenza tagħmel fil-ħajja tiegħek Maria Francesca?", "Maria hija persuna li ma tistax ma tħobbhiex.", "Il-kelma mħabba qiegħda fil-ħarsa t'għajnejha.", "Meta ltqajna, kont qisni qtajt qalbi li xi darba nissetilja.", "Dakinhar li ltqajna qisu waqaf il-ħin għall-mument u qalbi reġgħet bdiet tħabbat mill-ġdid.", "X'fissret għalik li kellek irwol daqstant importanti fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej, u li kont parti minn produzzjoni bħal din?", "Li ġejt afdat b'dak l-irwol ta' importanza kbira kien ovvjament unur ieħor fil-karriera tiegħi.", "Grat ħafna li mill-bidu l-maestro Dominic Galea ċempilli u qalli, \"Kevin, int trid tagħmilha din il-parti\" Minn hemm iltqajna, qrajt l-iskript flimkien mad-direttur ukoll u għoġobni ħafna.", "Ksibna wkoll record fejn jidħlu sales ta' musical lokali li qatt ma kienet ġrat qabel.", "Sfortunatament kellha terġa' ssir is-sena li għaddiet iżda dan il-Covid kissrilna l-pjanijiet kollha.", "Minn hawnhekk nixtieq nesprimi l-kondoljanzi tiegħi lill-Maestro Dominic Galea u lill-familja kollha tiegħu għaliex b'dieqa kbira ftit ġranet ilu ħalliena missieru, il-Maestro Sammy Galea.", "Sammy kien wieħed minn dawk li emmnu fija mill-bidu, tant illi meta ma kont litteralment xejn, kien fdani b'kanzunetta li kiteb hu.", "Waqt li kontu għaddejjin bix-shows, kellek tagħmel intervent mediku ta' malajr.", "Għidilna aktar dwar dan, u x'għadda minn moħħok?", "Bżajt li ma jirnexxilekx tkompli?", "Dakinhar kienet waħda mill-iktar mumenti kruċjali fil-karriera tiegħi.", "Nistakar wara performance minnhom mort id-dar u waqt li bdejt ninħasel ħassejt qisha boċċa man-naħa ta' ġewwa ta' koxxti.", "Ma kinitx normali u iddeċidejt li nitla' l-clinic fis-siegħa ta' filgħodu.", "Qaluli li kull ma kien musmar minn ġewwa.", "U ħallejtha għaddejja b'rasi mistrieħa li mhi xejn.", "L-ghada qomt bil-groin minfuħ qisu larinġa.", "L-uġigħ li bdejt inħoss kien wieħed kbir u niftakar ċempilt lid-direttur Sean Buhagiar biex ngħidlu.", "Dawk ovvjament kienu se jiġġennu peress li jien kelli l-parti prinċipali u f'dak il-waqt beda jagħmel telefonati biex immur għand fiżjoterapista, u nara tobba differenti eċċ. Dakinhar ma laħħaqtx nara tobba u għamilt ix-show bl-uġigħ li ma nirrakomdahha lil ħadd.", "Meta rajt tabib l-għada, qalli \"Mur l-emerġenza issa!\".", "Issa jien dakinhar stess kien se jkolli wieħed mix-shows.", "Wasalt l-emerġenza u spiċċajt il-kuritur nistenna u muġugħ filwaqt li n-nies għaddejjin minn ħdejja u jgħiduli \"Prosit tax-show Kevin\".", "Daħħluni ġo cubicle żgħira u ġie l-ewwel tabib li qalli li se jżommuni hemmhekk.", "Jien bdejt ngħidlu li ma nistax għax għandi show u hu baqa' jinsisti li nibqa' hemm.", "Erġajt ċempilt lid-direttur u kulħadd f'battibekk wieħed.", "F'daqqa waħda niżel il-kbir tal-operazzjonijiet għax kien għadu kif spiċċa u staqsieni x'inqala.", "Spjegajtlu li jien kelli commitment għal kull min xtara biljett u li xtaqt li jarani dak il-ħin u li jekk hu possibbli l-operazzjoni jagħmilieli dakinhar stess.", "Qalli dawn il-preċiżi kelmiet, \"OK LET'S DO IT!\".", "Għalaq il-purtieri u għamilhieli.", "Erba' siegħat wara kont fuq il-palk u beda x-show.", "Dakinhar naħseb l-adrenalina tiegħi kienet massima għax għamilt affarijiet li normalment noqgħod lura milli nagħmel, però tant ħassejtni ferħan mingħajr uġigħ li ridt intir.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzja lit-tobba kollha ta' Mater Dei speċjalment fl-emergenza u lit-tim kollu tal-Kbir Għadu Ġej li ħadu ħsiebi ħafna.", "Għandek xi pjanijiet għall-futur?", "Kif sejrin f'din is-sitwazzjoni sfortunatament ħafna events li kienu mxewli għal din is-sena, issa reġgħu mxew ghall-2022 u għaddejin minn żmien diffiċli fejn jidħol dan il-qasam.", "Nixtieq ovvjament li 'l quddiem ikollna l-familja tagħna ukoll u nixtieq ukoll li forsi nidħol nippreżenta xi programm fix-xena lokali tat-televiżjoni.", "X'messaġġ tixtieq tgħaddi lis-segwaċi u l-qarrejja ta' skoperta.net?", "Nixtieq nibda billi ngħidlek grazzi ħafna talli għamiltli dawn id-domandi.", "Verament ħadt pjaċir nirrispondihom.", "Lis-segwaċi ta' skoperta.net nixtieq ngħidilhom ukoll grazzi tas-sapport li dejjem urewni matul il-karriera.", "Il-messaġġ li nixtieq hu li għandna verament nieħdu ħsieb lil xulxin u lill-familji tagħna matul dan iż-żmien diffiċli.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/29/il-pjanta-ficus-lyrata-roxanne-gauci-taliana/", "date": "29/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Ficus Lyrata komunement magħrufa bħala Fiddle Leaf Ficus iġġib firxa ta' benefiċċji għas-saħħa.", "Wieħed mill-benefiċċji hu li l-weraq wiegħsa tagħha jgħinu fil-purifikazzjoni tal-arja.", "Kif tista' tieħu ħsieb il-pjanta Fiddle Leaf Ficus?", "Forsi ġieli smajt li din hija pjanta diffiċli biex tieħu ħsiebha, imma hija idea ħażina li ħafna għandhom għaliex jekk issegwi passi importanti jirnexxilek tieħu ħsiebha kif suppost.", "Importanti li din il-pjanta jkollha dawl qawwi u ffiltrat għaliex inkella tiddeterjora malajr f'dawl baxx.", "Żomm il-ħamrija niedja dejjem.", "Issaqqihiex iżżejjed jew tħalli l-pjanta wisq fl-ilma, imma saqqiha skont kemm tkun teħtieġ il-pjanta.", "Uża fertilizzant kull 15-il jum b'likwidu tal-weak green plant matul l-istaġun tat-tkabbir.", "Ibdel il-kompost u poġġiha f'pot akbar kull sena.", "Din il-pjanta naturalment tikber mhux ħażin, u għalhekk jeħtieġ kemm l-għoli kif ukoll spazju għall-estensjoni tal-għeruq.", "Huwa importanti li wieħed ikun jaf li din il-pjanta sfortunatament hija tossika għall-klieb u l-qtates jekk tiġi inġerita, u tikkawża irritazzjoni fil-ħalq, tħammil eċċessiv, u rimettar.", "Ħafna nies jinnutaw li jitfaċċaw tikek kannella fuq il-weraq jew twaqqa' l-weraq tagħha.", "It-tnejn huma naturali u huma parti mill-proċess naturali tat-tkabbir tal-pjanta sakemm ma jkunx b'mod esaġerat.", "Weraq kannella u twaqqigħ ta' weraq jista' jseħħ ukoll minħabba l-kundizzjoni tal-arja u nuqqas ta' umdità fid-dar tiegħek.", "Jekk tpoġġi umidifikatur viċin il-pjanta (importanti li dan ma jsirx direttament fuq il-weraq) jgħin fl-umdità.", "Darba fix-xahar, kun żgur li ssaqqi sewwa l-pjanta biex telimina xi melħ, tossini, jew impuritajiet li jitrabbew fil-ħamrija.", "Il-Ficus Lyrata hija sensittiva għall-kimiċi u allura f'każ ta' dud, uża l-pestiċida l-inqas qawwija kimikament.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/29/julia-farrugia-tghajjir-lill-persuni-bdizabilita-reat-kriminali-taqbel/", "date": "29/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ilbieraħ, f'diskussjoni miftuħa organizzata mit-Taqsima tar-Responsabbiltà Soċjali fil-Futbol tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, fejn fiha ħadu sehem 20 stakeholder minn setturi differenti, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, Julia Farrugia Portelli ħabbret li tgħajjir lill-persuni b'diżabilità se jibda jitqies bħala reat kriminali.", "Fid-diskors tagħha l-Ministru Farrugia Portelli enfasizzat fuq il-bżonn li nkunu kuraġġużi u ma nibżgħux nieħdu d-deċiżjonijiet sabiex soċjetà tara riżultati fl-inklużjoni.", "Għaldaqstant qalet li d-drittijiet ta' persuna b'diżabilità jeħtieġ li jitħarsu għal meta xi ħadd jasal sal-punt li jirredikolaha, jheddidha jew saħansitra jqiegħdilha ħajjitha fil-periklu.", "Fuq il-midja soċjali kien hemm reazzjonijiet differenti għal dan li ħabbret il-Ministru.", "Bosta esprimew l-opinjoni tagħhom, dik li assolutament jaqblu ma' din id-deċiżjoni filwaqt li oħrajn ħassew li deċiżjoni bħal din ma tirrapreżentax l-inklużjoni iżda tkompli tpoġġi l-persuni msemmija f'kategorija differenti minn dik tal-kumplament tas-soċjetà."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/30/dizabilita-intellettwali-tnaqqas-il-bzonn-sesswali-tal-individwu-dr-claire-azzopardi-lane/", "date": "30/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fost twemmin komuni miżmum minn individwi mhux b'diżabilità hemm dak li persuni b'diżabilità intellettwali m'għandhomx bżonnijiet sesswali.", "Din il-perspettiva li turi s-sesswalità b'mod żvantaġġjat billi tirrinforza l-asesswalità, hija wkoll imsaħħa minn rappreżentazzjonijiet sterjotipiċi bħal dik li persuni b'diżabilità intellettwali jibqgħu tfal għal dejjem.", "Din tirrapreżenta lill-persuni b'diżabilità intellettwali bħala tfal perpetwi, u b'hekk ma jistgħux jagħtu l-kunsens tagħhom biex jidħlu għal relazzjonijiet intimi.", "L-infantalizzazzjoni ta' persuni b'diżabilità intellettwali ħafna drabi hija mgħottija bi protezzjoni żejda li twassal għal iżolament, ħiliet soċjali fqar u nuqqas ta' informazzjoni relatata mas-sesswalità u r-relazzjonijiet.", "Ħafna drabi persuni b'diżabilità intellettwali huma ristretti aktar fl-għażliet sesswali tagħhom minħabba l-preġudizzji u l-ansjetajiet tal-ġenituri u l-fornituri tas-servizzi tagħhom.", "Is-sesswalità hija determinata soċjalment u kulturalment u tiddependi fuq il-kuntest li tiġi esperjenzata fih.", "Fil-kuntest Malti mhux tas-soltu li nitkellmu fil-miftuħ dwar is-sess u s-sesswalità, qasam li għadu influwenzat ħafna mill-modi reliġjużi.", "Minħabba li l-maġġoranza tal-persuni b'diżabilità intellettwali li jgħixu fis-soċjetà Maltija jqattgħu ħafna minn ħajjithom jgħixu mal-familja immedjata tagħhom, l-esperjenzi tagħhom u l-espressjoni tas-sesswalità jibqgħu ċensurati u mhux esplorati.", "Persuni b'diżabilità intellettwali jsostnu li ġew miċħuda l-opportunitajiet għal soċjalizzazzjoni, divertiment, relazzjonijiet u espressjoni sesswali u qed jitolbu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Huma jemmnu li l-pożizzjonijiet soċjali marġinalizzati tagħhom huma marbuta b'mod attiv ma' ostakli relatati mas-sesswalità tagħhom, billi l-esklużjoni soċjali tillimita l-aċċess għal sorsi formali ta' informazzjoni, opportunitajiet biex jistabbilixxu relazzjonijiet u fl-aħħar mill-aħħar biex jiksbu kwalità ta' ħajja tajba.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Dr Claire Azzopardi Lane Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità,", "fi ħdan il-Fakultà għall-Benessri Soċjali tal-Università ta' Malta,", "li tagħha hija wkoll Viċi Dekan."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/31/qalbi-ir-raba-u-l-ahhar-parti-rakkont-minn-sharon-calleja/", "date": "31/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["U ajma, mhux pass kien hawn jew!", "Lanqas li ridt ngħaddi mill-awtostrada t-twila tal-Amerika!", "Dħakt waħdi b'dak il-ħsieb.", "Dħalna fil-karozza, qabbadtha u minn hemm u minn hawn tlaqna.", "Biex inkun sinċier, ikolli nistqarr li dik it-triq li tant kont fassalt sew f'moħħi bdejt ninsa' fejn kienet qiegħda, bejn ħabba x-xorb u l-għejja, ma bdejtx insib tarf u malli ksirt liwja partikolari, sibt ruħi fit-triq il-prinċipali li kienet tagħti għan-naħa ta' wara tar-raħal!", "U malli ħriġt………ħassejt impatt qawwi, brejk, ħadid jinkiser, ħġieġ jinfaqa', Maggie tgħaddi minn ġol-windskrijn, rasi taħbat mal-ġenb tax-xażi tal-karozza, riħa ta' roti maħruqa, duħħan…………dlam…………xejn iżjed.", "U kwiet…………..kien hemm kwiet taqtgħu b'sikkina.", "Stenbaħt l-isptar.", "Kienu għaddew xi ħmistax minn dakinhar.", "Kont għamilt xi ħmistax illupjat sew.", "U l-ewwel ħaġa li niftakar malli ftaħt għajnejja bilmod, kien wiċċ oħti ż-żgħira tħares lejja mill-ġenb, imnikkta, b'għajnejn imdemma'.", "\"Maggie?\" staqsejtha jien, b'xufftejja xotti, ngħolli kemmxejn idi ħalli nagħmlilha mossa, imma kullimkien kien jinħass muġugħ sew.", "Għamlitli le b'rasha.", "Żgur kien hemm xi żball!", "Maggie kienet għadha ħajja!", "Oħti qabditli idi bilmod u għamlithieli fuq farrett kbir meħjut li kelli fuq sidri.", "\"Maggie hawn qiegħda………..\" qaltli bid-dmugħ f'għajnejha.", "Imbagħad dawwart ħarsti lejn it-tieqa tal-kamra, rajt in-nida mżellġa' mal-ħġieġ fuq in-naħa ta' barra, ħassejt ir-riħ ivenven madwar l-isptar b'mod konstanti.", "Ma xtaqtx inkun naf.", "Imma kellhom jgħiduli.", "\"Maggie mietet l-isptar ftit wara………..u Eric, billi kellek bżonn traspjant urġenti tal-qalb………u kien hemm hi……….\" qalli l-professur ftit wara.", "\"Qalbi……\" bdejt ngħajjat jien fl-isptar, bid-dmugħ iġelben minn ħaddejja.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Sharon Calleja Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/31/silta-qamar-kwinta-elaine-gauci-scerri/", "date": "31/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Qamar Kwinta Djamant rari, misterjuż warajk issaħħar il-ġnus titperreċ ħieles minn kull inkwiet tifli kollox fis-skiet tkebbes il-fjammi tal-maħbubin toffri l-faraġ lill-imnikktin.", "O qamar kwinta!", "Ikkumenta #wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Elaine Gauci Scerri Awtriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/09/dizappunt-ma-waqghetx-id-dinja-michelle-zerafa/", "date": "09/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-ġimgħa li għaddiet tkellimna dwar il-kunfidenza u kif in-nuqqas ta' kunfidenza tista' tħalli impatt fuq ħajjitna..Meta nħossuna abbandunati jew imwarrba, inħossu ukoll li d-dinja waqgħet fuqna, inħossuna li aħna għandna xi ħaġa ħażina jew li aħna għamilna xi ħaġa ħażina…", "Ngħiduha kif inhi mhix faċli li niffaċċjaw telfa…", "Jekk qed tħoss dawn l-emozzjonijiet negattivi, ftakar, m'intix waħdek..", "Huwa normali li nsibu ruħna f' konfużjoni, meta niġu mwarrba, iva, ħafna drabi nħossuna bħala ħajjitna waqfet, nieqfu noħolmu u allura taffettwa sew l-istima tagħna..", "L-ewwel ma nagħmlu ħafna drabi huwa ukoll li nħallu l-ego tagħna jmexxina.", "Ikollna bżonn nirreaġixxu għal dak li jkun ġara billi nipproteġu ruħna u ntellgħu ħajt..", "Però dan hu kollu l-kisi u noħolqu dan kollu biex ma nweġġgħux jew ma naċċettawx li pereżempju r-relazzjoni tagħna ma xi ħadd m'għadiex taħdem u li xi kultant aħjar naqbdu triq oħra milli nibqgħu hemm fejn aħna..", "U meta niġu wiċċ imb'wiċċ mar-realtà ninħasdu.. ninfixlu..", "Allura, kif nistgħu niffaċċjaw din il- fażi diffiċli?", "L-ewwel fattur li jista' jgħinna hu li naċċettaw l-emozzjonijiet tagħna ..", "inutli indaħħlu rasna fir-ramel .. għax aktar se negħrqu..", "iċ-ċans hu li se jkun hemm punt fejn it-tisbita tkun ikbar ..", "jekk naħbu l-verità..", "Trid iżżomm f'moħħok li meta tiġi mwarrab jew iddiżappuntat ikun ifisser li qed tgħix il-ħajja .. mingħajr ma tipprova mhux se jkun hemm suċċess u lanqas diżappunt!", "Id-diżappunt nnifsu jkun ifisser li inti ippruvajt tiċċaqlaq.. u qed tgħix mhux qed teżisti.. qed tipprova ssib dak li tixtieq..", "Li tmaqdar lilek innifsek mhux se tasal.. irrealizza x'inhuma l-ħsibijiet negattivi u aħdem biex issib affermazzjonijiet li jgħinuk timxi 'l quddiem..", "Mhux kulħadd hu tal-istess fehma", "Ma tistax tħalli definizzjoni ta' persuna waħda tikkonvinċik, li inti mhux ta' min tkun maħbub jew li inti mhux kapaċi..", "Persuna jew grupp partikolari m'għandhomx jiddefinixxu inti min inti", "Uża d-diżappunt biex titgħallem aktar dwarek innifsek.. xtarr it- tagħlima li offra dak id-diżappunt..", "Din it-tagħlima tista' tkun żerriegħa biex tkabbar il-fjuri..", "Tiskanta kemm tista' tikber..", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, xi ħsieb li trid taqsam jew xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/02/01/ricetta-soppa-tal-qamh-u-l-perzut/", "date": "01/Feb/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għandek bżonn: Sider tat-tiġieġ 600ml stokk tat-tiġieġ Tliet imgħaref sweetcorn 75g perżut imqatta' cubes żgħar Żewġ kuċċarini soy sauce Kuċċarina ġinġer maħkuk Nofs kuċċarina sesame oil Żewġ kuċċarini cornflour imdewba f'erba' mgħaref ilma kiesaħ", "Għall-garnish:", "Żewġ spring onions imqatta' rqaq Kuċċarina ħabaq imnixxef Kuċċarina paprika hot jew sweet, skont il-gosti tiegħek", "Poġġi s-sider tat-tiġieġ u l-istokk ġo borma kbira.", "Ħallihom isiru sakemm jiftaħ jagħli.", "Imbagħad, baxxi n-nar u ħalliha ttektek għal 15-il minuta.", "Neħħi s-sider tat-tiġieġ mill-borma, u qattagħha f'biċċiet żgħar ħafna.", "Għalissa warrabha ftit.", "Erġa' poġġi l-borma bl-istokk fuq nar baxx.", "Żid is-soy sauce u l-ġinġer.", "Imbagħad żid it-taħlita tal-ilma u l-cornflour ftit ftit, u ħawwad kontinwament għal ftit minuti sakemm tgħaqad ftit.", "Imbgħad żid is-sider tat-tiġieġ imqatta', is-sweet corn u l-perżut.", "Ħawwad sewwa u mbagħad ħalliha ttektek għal madwar 5 minuti.", "Fl-aħħar żid is-sesame oil u nofs is-spring onions, ħawwad sewwa u ferra ġo skutelli.", "Żejjen il-wiċċ ta' kull skutella bil-paprika, il-ħabaq u l-kumplament tas-spring onions.", "L-ikla t-tajba 🙂", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/02/01/servizzi-ta-hidma-socjali-fi-hdan-l-agenzija-sapport/", "date": "01/Feb/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Aġenzija Sapport hi l-Aġenzija Nazzjonali li toffri firxa wiesgħa ta' servizzi lil persuni b'diżabilità u l-familja tagħhom.", "L-Aġenzija twettaq dan ix-xogħol b'mod olistiku u dejjem fl-aħjar interess tal-persuni b'diżabilità, għal kwalità ta' għajxien aħjar u indipendenti.", "Is-servizzi li jingħataw huma żviluppati b'mod personalizzat, jiġifieri skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi personali ta' kull każ.", "Meta persuna tagħmel l-ewwel kuntatt mal-Aġenzija, din tgħaddi għand is-Servizz tal-Assessjar u Interventi – tim magħmul minn diversi professjonisti fosthom Social Workers, Occupational Therapists, Speech & Language Pathologists u anke Physiotherapists.", "Din il-varjetà ta' professjonisti tassigura li l-persuna li tkun irreferiet lejn l-Aġenzija, isirilha assessjar komplut sabiex tingħata s-servizzi kollha li teħtieġ skont il-bżonnijiet partikolari tagħha.", "F'dan il-kuntest, il-Ħaddiema Soċjali għandhom rwol kruċjali.", "Dawn jipprovdu gwida u sapport lil persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom, kif ukoll jgħinu biex ikollhom l-appoġġ meħtieġ tas-servizzi neċessarji kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, waqt li jaħdmu fil-qrib u b'kollaborazzjoni ma' professjonisti minn entitajiet oħra dejjem għall-benefiċċju tal-persuna b'diżabilità.", "Fl-istadju tal-assessjar jiġi determinat ukoll l-urġenza tal-każ.", "L-Aġenzija tara kull każ b'mod individwali u għalhekk jekk wieħed jgħid li għandu bżonn ta' servizz naraw eżatt l-każ x'inhu.", "Apparti hekk naraw illi persuna mhux ġie rreferut lejn servizz bla ħsieb jew kontra l-benesseri u x-xewqa tiegħu.", "Sabiex jassisti l-persuna b'diżabilità u il-familja, is-Social Worker jgħin billi:", "Jirrispondi għal xi mistoqsijiet u jagħti nformazzjoni fuq it-tipi differenti ta' sapport provdut Jitkellem f'isem il-persuna b'diżabilità jekk id-drittijiet u l-opportunitajiet tal-persuna jistgħu ikunu mxekkla Jintervjeni f'isem il-klijent sabiex jirċievi servizzi intitolati Jorganizzaw workshops u support groups għall-ġenituri u l-aħwa ta' persuni b'diżabilità Jagħmlu parti minn tim multi dixxiplinarju ta' servizzi oħra fl-Aġenzija Jirreferi ghal xi servizzi li l-klijent jkun jista jkun intitolat għalihom bħal servizzi fil-komunità, servizzi residenzjali, servizzi ta' matul il-jum, skemi, kif ukoll servizzi offruti minn dipartimenti / entitajiet/ għaqdiet mhux governattivi oħra.", "Huwa għalhekk li r-rwol ta' Social Worker jinvolvi kuntatt dirett mal-klijenti u huwa l-bażi minn fejn jibda l-pjan sabiex jintlaħqu x-xewqat u l-bżonnijiet tal-klijent u l-familjari tagħhom.", "Wieħed jista' jibda jibbenefika mis-servizzi tal-Aġenzija Sapport jew billi jagħmel kuntatt dirett mal-Aġenzija jew inkella jiġi referut minn professjonisti oħrajn li forsi jkunu diġa' qed jaħdmu mal-persuna.", "Jistgħu japplikaw persuni li għandhom xi tip ta' diżabilità fiżika u/jew intelletwali u li l-età tagħhom tvarja mit-twelid sa sittin sena.", "Għal aktar dettalji fuq kif wieħed jista' jingħaqad mat-tim ta' Social Workers ta' Aġenzija Sapport, wieħed jista' jżur is-sit www.sapport.gov.mt.", "Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u s-servizzi li toffri, wieħed għandu jċempel fuq il- Helpline tal-Aġenzija (Freephone 153 u għafas 5 ) jew inkella l-uffiċini fuq 2256 8000 (Malta) u 2156 9909 (Għawdex).", "Wieħed jista' wkoll isegwi l-midja soċjali tal-Aġenzija.", "Informazzjoni mogħtija lilna minn Aġenzija Sapport ."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/02/02/filmat-lingwa-tas-sinjali-maltija-il-pronomi/", "date": "02/Feb/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Permezz tal-filmat tal-lum se nitgħallmu fost oħrajn il-pronomi bil-lingwa tas-sinjali Maltija.", "Filmat minn Petra Bezzina Wettinger Ringrazzjamenti lill-assoċjazzjoni Persuni Neqsin mis-Smigħ, partikolarment lill-President Annabelle Xerri u Petra Bezzina Wettinger."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/02/02/john-bundy-jirbah-kumpens-ta-aktar-minn-e226000/", "date": "02/Feb/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Madwar 3 snin ilu, il-preżentatur u eks Kap Eżekuttiv tal-PBS John Bundy fetaħ każ quddiem it-Tribunal Industrijali fejn qal li kien tkeċċa inġustament mill-kariga li kellu fil-bord tad-diretturi.", "It-Tribunal Industrijali ordna lill-PBS tagħti kumpens ta' aktar minn €226,000 lil John Bundy."]} {"url": "https://skoperta.net/dwarna/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Missjoni Tagħna \" Skoperta huwa sit elettroniku indipendenti li l-għan prinċipali huwa li permezz tiegħu nwasslu intervisti, artikli, stejjer, aġġornamenti lokali u internazzjonali, informazzjoni u dak kollu li hu ta' interess għall-pubbliku.", "Il-kwalità kif ukoll il-kontribut tal-pubbliku f'dan il-proġett jiddefinixxu l-identità ta' Skoperta.", "Naspiraw li mhux biss nipprovdu materjal ta' kwalità iżda li jirnexxilna nkunu parti mill-ħajja tas-segwaċi u l-qarrejja tagħna, u nagħmlu differenza. \"", "Merħba, Jiena Roberta (Direttriċi u Editriċi)", "Twelidt u għext parti kbira minn ħajti ġewwa San Gwann sakemm kelli 17-il sena.", "Passjonijiet tiegħi: Ġurnaliżmu, kitba, drama u mużika.", "Għamilt 'il fuq minn mitt intervista u artiklu.", "Ħdimt ma' diversi personalitajiet lokali, magħrufa u oħrajn inqas magħrufa.", "Kelli partijiet żgħar fis-sensiliet F'Salib it-Toroq , Iċ-Ċaqqufa u Qalb in-Nies , u partijiet ikbar f' Tereża u Santa Monika .", "Ħadt sehem ukoll f'vidjo mużikali tal-kantant Sebastian Calleja.", "Ambizzjonijiet: Inkompli nitħarreġ u nevolvi f'xogħli u dak kollu li nagħmel.", "Kif ukoll inwettaq proġetti oħra relatati mal-passjonijiet u l- personalità tiegħi.", "Merħba, Jiena Janice (Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali)", "Twelidt u għadni noqgħod il-Fgura.", "Passjonijiet tiegħi: Dak kollu relatat mal-kitba.", "L-interess tiegħi fil-ġurnaliżmu nibet minn snin ilu iżda qatt ma kelli l-opportunità li ninvolvi ruħi f'dan il-qasam.", "Permezz ta' Skoperta qed jirnexxili nagħmel dan.", "Nistudja l-kummerċjalizzazzjoni.", "Ambizzjonijiet: Inkompli navvanza f'xogħli u u fil-ħajja personali tiegħi."]} {"url": "https://skoperta.net/stejjerumani/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Stejjer Umani Stejjer Umani Meta l-qawsalla ma kinitx biss kuluri – Storja umana minn Stephanie Chircop Stephanie Chircop 19 December 2020 Stejjer Umani Ridt ngħix – Storja umana minn Stephanie Chircop Stephanie Chircop", "Stejjer Umani", "Filmat: Abbandunat għax bla vuċi – Stephanie Chircop", "Stejjer Umani", "Awdjo: Vjaġġ li ġarrafni u wellidni mill-ġdid – Storja umana minn Stephanie Chircop", "Stejjer Umani", "Minn ħolma għall-infern – L-ewwel storja umana minn Stephanie Chircop"]} {"url": "https://skoperta.net/kont-taf/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Informazzjoni Konf Taf?", "Stuffat tal-ħaruf u l-fażola – Ikla popolari f'diversi pajjiżi – Jackie Busuttil", "Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kurżitajiet interessanti dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida", "Informazzjoni Konf Taf?", "Waħda mir-raġunijiet li s-soppa tal-basal hi daqstant favorita fost il-Franċiżi…. – Jackie Busuttil", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kurżitajiet interessanti relatati mal-Milied", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kif bdiet it-tradizzjoni tal-log tal-Milied? – Jackie Busuttil", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kif jittiekel il-qarnit f'ċerti pajjiżi? – Jackie Busuttil", "Informazzjoni Konf Taf?", "Beef Stroganoff – Minn fejn oriġinat din l-ikla?", "Li ma kontx taf dwar il-Caprese – Jackie Busuttil", "Grey's Anatomy ispirah biex jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu u issa jagħti sehmu fl-istess serje", "Dettalji li ma kontx taf dwar il-gallarija tal-Palazz Presidenzjali…", "Kif naraw il-kelma 'Ragu' l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħna hi l-kċina Taljana, imma kont taf li…"]} {"url": "https://skoperta.net/informazzjoni/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Informazzjoni Informazzjoni Servizzi ta' Ħidma Soċjali fi ħdan l-Aġenzija Sapport skoperta.net 1 February 2021 Informazzjoni Il-pjanta Ficus Lyrata – Roxanne Gauci Taliana Roxanne Gauci Taliana 29 January 2021 Informazzjoni L-ADHD – Kif taffettwa fl-adulti?", "Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni", "Filmat: Avventura unika twassalhom biex jiskopru Għar il-Friefet", "Informazzjoni", "Il-pjanti Pothos u Pothos n'Joy – Roxanne Gauci Taliana", "Informazzjoni Lingwistika Varjetà", "Filmat: Inkomplu nitgħallmu l-lingwa tas-sinjali Maltija", "Informazzjoni", "Helpline għall-persuni b'diżabilità – Servizz ġdid mill-Aġenzija Sapport", "Informazzjoni", "Il-pjanta Spathiphyllum – Roxanne Gauci Taliana", "Informazzjoni Konf Taf?", "Stuffat tal-ħaruf u l-fażola – Ikla popolari f'diversi pajjiżi – Jackie Busuttil", "Informazzjoni", "Volontarjat mal-Aġenzija Sapport – Sharing Lives", "Informazzjoni", "X'jista' jikkawża ħsara lill-kelb u l-qattus tiegħek? – Dr Neil Scerri", "Informazzjoni", "Informazzjoni", "Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni", "Il-pjanta Schlumbergera – Roxanne Gauci Taliana", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kurżitajiet interessanti dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida", "Informazzjoni Konf Taf?", "Waħda mir-raġunijiet li s-soppa tal-basal hi daqstant favorita fost il-Franċiżi…. – Jackie Busuttil", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kurżitajiet interessanti relatati mal-Milied", "Informazzjoni", "Presepji magħmulin minn Vince Busuttil", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni", "X'servizzi toffri Aġenzija Sapport?", "Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni Mużika Varjetà", "Filmat: Għażiż Milied – Proġett ta' Future Voices Studio 2020", "Informazzjoni Varjetà", "Informazzjoni", "Round Malta Relay b'risq Happy Parenting Malta – Għada t-8 ta' Diċembru", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kif bdiet it-tradizzjoni tal-log tal-Milied? – Jackie Busuttil", "Informazzjoni", "Filmat: Elbros Tree For Life – Inizjattiva b'risq L-Istrina", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni", "Informazzjoni", "Informazzjoni", "Filmat: Il-Kollezzjonist – Produzzjoni ġdida minn Sharp Shoot Media", "Informazzjoni Konf Taf?", "Kif jittiekel il-qarnit f'ċerti pajjiżi? – Jackie Busuttil", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni", "Kungress Ewkaristiku Internazzjonali – Mario Coleiro", "Informazzjoni", "Il-pjanta Calandivia – Roxanne Gauci Taliana", "Informazzjoni Konf Taf?", "Beef Stroganoff – Minn fejn oriġinat din l-ikla?", "Informazzjoni", "Informazzjoni", "Filmat: Is-sena d-dieħla – Tom u Jerry jeħduna f'avventura ġdida", "Informazzjoni", "Informazzjoni Riflessjonijiet Varjetà", "Lezzjonijiet mix-xokk tal-Covid għall-ekonomija – Dr Stephanie Vella", "Informazzjoni", "Il-pjanta Beaucarnea – Roxanne Gauci Taliana", "Informazzjoni", "Irġiel b'diżabilità intellettwali u l-kanċer – Dr Claire Azzopardi Lane", "Informazzjoni", "L-ewwel ġimgħat tal-kelb jew qattus tiegħek – Dr Neil Scerri", "Informazzjoni", "Filmat: Maratona Ġbir ta' Fondi b'risq Caritas Malta – Maratona ta' Mħabba – Nhar is-Sibt 14 ta' Novembru", "Informazzjoni", "X'inhu l-għan tal-kampanja Saving Our Blue?"]} {"url": "https://skoperta.net/intervisti/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Intervisti Intervisti Personalitajiet \"Kull ġurnata li nqum u tkun ħdejja hija l-isbaħ ġurnata ta' ħajti\" – Kevin Borg Roberta Magri 28 January 2021 Intervisti Personaġġi Interessanti \"Is-suwiċidju fost l-aktar kwistjonijiet serji li ħadd mhu jitkellem dwarhom\" – Prof. Andrew Azzopardi", "Intervisti Personalitajiet", "Il-klieb ta' wħud mill-atturi lokali – Xi jfissru għalihom?", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "Intervisti Personalitajiet", "\"Qatt ma ngħid xi ħaġa li ma nemminx b'ruħi u b'ġismi..\" – Peppi Azzopardi", "Intervisti Personalitajiet", "Kelmtejn mal-koppja Clive u Claire Piscopo ftit ġimgħat wara ż-żwieġ tagħhom", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "Iċ-ċavetta għall-bidla li hemm bżonn – Amy Camilleri Zahra", "Intervisti Personalitajiet", "\"Kemm hu sabiħ li ngawdu l-mument u nagħtu iktar importanza lill-valuri li ma jiswewx flus\" – Gabriella Parsons", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "\"L-ikbar xewqa tiegħi hi li xi darba nkun nista' nħossni komdu fil-ġisem tiegħi…\" – Sam", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "It-tifla li wellidt mietet, u llum għandi tifel ieħor – Ruth Micallef", "Kif żejnu s-siġra tal-Milied uħud mill-personalitajiet?", "Intervisti Personalitajiet", "\"Nixtieq li kull min jisma' l-mużika tiegħi jħossu li mhuwiex waħdu..\" – Fiona Cauchi", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "24 sena battalja kontra kanċer terminali – Peter Calamatta", "Intervisti Personalitajiet", "Filmat: \"Bis-saħħa tal-internet sibt l-imħabba\" – Maria Vella Wilson", "Intervisti Personalitajiet", "Narcy Calamatta: Iż-Żagħżugħ Etern u l-Anzjan Attiv", "Intervisti Personalitajiet", "Il-ħbiberija li kellu l-attur Mario Micallef mal-Prof.", "Filmat: Alison Bezzina – Il-Kummissarju l-ġdid għat-trattament xieraq tal-annimali", "\"Kien hemm ħafna drabi li bkejt bil-ferħ mal-klijenti tiegħi\" – Matthew Bartolo", "Intervisti Personalitajiet", "Memorji u tifkiriet mal-attur veteran Joe Bartolo", "Intervisti Personalitajiet", "Mill-kurituri tal-isptar għal fuq il-palk – Patrick Tanti", "Intervisti Personalitajiet", "\"Sabiħ li wieħed jemmen li l-imħabba tirbaħ fil-ħajja\" – Reuben Micallef", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "Filmat: Interpretazzjoni b'differenza minn Kurt Harmsworth", "Intervisti Personalitajiet", "\"Nixtieq li nkompli nevolvi ħalli nferraħ aktar nies\" – Matthew Sant Sultana", "Intervisti Personalitajiet", "\"Qatt ma ħbejtha, imma qatt ma xandartha\" – Gertrude Borg Marks", "Intervisti Personalitajiet", "Filmat: \"L-aktar ħaġa li hemm bżonn li nqajmu kuxjenza dwarha bħalissa hi l-politika\" – Mark Laurence Zammit", "Intervisti Personalitajiet", "\"Jien għadni nemmen li l-ħajja sabiħa\" – Joseph Debono", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "\"Nixtiequ nkunu ta' ispirazzjoni għal ħaddieħor\" – Il-familja Vella Galea", "Intervisti Personalitajiet", "\"Jeħtieġ li ma niġġudikawx nies u nippruvaw inkunu aktar sensittivi qabel ngħidu xi ħaġa.\" – Tamara Webb", "Intervisti Personalitajiet", "Filmat: Nhar l-Erbgħa 25 ta' Novembru fis-7.30pm – Charity Dinner b'risq it-tieni Dar Bjorn", "Personalitajiet", "Il-kantanta Kylie Coleiro tirrakkonta kif wara ġurnata xogħol sabet sorpriża sabiħa tistenniha…", "Intervisti Personalitajiet", "Filmat: \"Fil-ħajja hemm ħafna aktar pożittiv milli negattiv.", "Ejjew niffukaw fuq dak li sejjer tajjeb f'ħajjitna u napprezzaw dak li jagħmilna tassew kuntenti….\" – Keith Demicoli"]} {"url": "https://skoperta.net/varjeta/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Varjetà Lingwistika Varjetà Filmat: Lingwa tas-Sinjali Maltija – Il-Pronomi skoperta.net 2 February 2021 Riċetti Varjetà Riċetta: Soppa tat-tiġieġ, qamħ u perżut Jackie Busuttil 1 February 2021 Letteratura Varjetà Silta: Qamar Kwinta – Elaine Gauci Scerri", "Letteratura Varjetà", "Qalbi (Ir-raba' u l-aħħar parti) – Rakkont minn Sharon Calleja", "Riflessjonijiet Varjetà", "Diżabilità intellettwali tnaqqas il-bżonn sesswali tal-individwu? – Dr Claire Azzopardi Lane", "Saħħa Varjetà", "Sfida: Innaqqsu l-ammont ta' skart – Matthaeus Grasso", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Meta persuni qrib tagħna jkollhom problemi ta' saħħa mentali… – Michelle Zerafa", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Cellentani bit-tiġieġ u l-ġobon", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Qalbi (It-tielet parti) – Rakkont minn Sharon Calleja", "Saħħa Varjetà", "Għalfejn irridu nkomplu niġġieldu l-obeżità waqt il-pandemija?", "Saħħa Varjetà", "Sfida: Nieħdu ħsieb is-saħħa diġestiva tagħna – Matthaeus Grasso", "Informazzjoni Lingwistika Varjetà", "Filmat: Inkomplu nitgħallmu l-lingwa tas-sinjali Maltija", "Mużika Varjetà", "Filmat: Figura t'Identità – Kanzunetta ġdida minn Aldo Busuttil", "Riflessjonijiet Varjetà", "Issir taf dawk li vera jħobbuk – Jean Pierre Cassar", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Moussaka", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Qalbi (It-tieni parti) – Rakkont minn Sharon Calleja", "Saħħa Varjetà", "Kif nistgħu nipprevjenu l-kanċer tal-prostata u tat-testikoli? – Dr Georgiana Farrugia Bonnici", "Saħħa Varjetà", "Kif nistgħu nipprevjenu l-kanċer tas-sider? – Dr Georgiana Farrugia Bonnici", "Saħħa Varjetà", "SFIDA: Ippersonifika l-persuna li tixtieq tkun – Matthaeus Grasso", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Nista' nerġa' nħobb? – Matthew Bartolo", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Stuffat tal-Ħaruf u l-Fażola", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Qalbi (L-ewwel parti minn erbgħa) – Rakkont minn Sharon Calleja", "Varjetà", "Sfida: Il-futur tiegħek? … – Matthaeus Grasso", "Mużika Varjetà", "Filmat: Interpretazzjoni ta' kanzunetta klassika minn Adrian Galea u Godwin Lucas", "Mużika Varjetà", "Filmat: Jien u Int Flimkien – Kanzunetta b'risq id-Dar tal-Providenza", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Inħottu ħitan li jkissruna! – Michelle Zerafa", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Dehra aħjar li tgħinna nħossuna aktar kunfidenti – Josette Grech", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: English Chicken Curry", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Fliexken tal-ħalib (Ir-raba' u l-aħħar parti)", "Saħħa Varjetà", "Sfida għall-aħħar jum tas-sena u l-ewwel ġimgħa tal-2021 – Noħolqu BUCKET LIST! – Matthaeus Grasso", "Letteratura Varjetà", "Silta: Riflessjoni – Elaine Gauci Scerri", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Fis-sena l-ġdida ejjew nieqfu u naħsbu – X'jista' jgħini nħossni tajjeb? – Michelle Zerafa", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "X'għandek tagħmel biex tieħu ħsieb ġilda xotta – Josette Grech", "Mużika Varjetà", "Filmat: L-interpretazzjoni ta' Emma Cutajar fost l-aqwa 10 kanzunetti internazzjonali", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Il-Kura tal-Ġilda", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Soppa tal-basal Franċiża", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Fliexken tal-ħalib (It-tielet parti minn erbgħa)", "Mużika Varjetà", "L-Istrina 2020 – Interpretazzjoni b'differenza tal-kanzunetta Flimkien b'Solidarjetà", "Saħħa Varjetà", "Sfida għall-aħħar ġimgħa tas-sena: Eżerċizzju ta' tiġbid – Matthaeus Grasso", "Mużika Varjetà", "Vidjo ta' kanzunetta tal-Milied bil-lingwa tas-sinjali Maltija", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Insibu l-paċi fina nfusna – Michelle Zerafa", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Qed tbati minn ħafna ħakk fil-qurriegħa?", "Għandna s-soluzzjoni għalik! – Josette Grech", "Riflessjonijiet Varjetà", "Ħbiberiji fil-ħajja ta' persuni b'diżabilità – Dr Claire Azzopardi Lane", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Bread & Butter Pudding", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Cheese Truffles", "Letteratura Varjetà", "Silta: Għall-kenn – Elaine Gauci Scerri", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Fliexken tal-ħalib (It-tieni parti minn erbgħa)", "Saħħa Varjetà", "SFIDA: Ikel magħmul mid-dar biss – Matthaeus Grasso", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Ferħ jew dwejjaq…fil-Milied?! – Michelle Zerafa", "Mużika Varjetà", "Filmat: Interpretazzjoni tal-kanzunetta We Are The World minn bosta kantanti popolari", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Aktar prodotti li tista' tuża biex tieħu ħsieb wiċċek – Josette Grech", "Lingwistika Varjetà", "Filmat: Lingwa tas-sinjali Maltija – L-alfabett", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Eggnog – Xarba tradizzjonali tal-Milied", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Gallettini Gingerbread Man", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Silta: Imbewwes b'raġġ ta' xemx – Joan Burlo", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Fliexken tal-ħalib (L-ewwel parti minn erbgħa)", "Mużika Varjetà", "Filmat: Il-Milied it-Tajjeb – kanzunetta ġdida mit-tim tal-programm The Entertainers", "Informazzjoni Mużika Varjetà", "Filmat: Għażiż Milied – Proġett ta' Future Voices Studio 2020", "Mużika Varjetà", "Filmat: More Than This – Kanzunetta ġdida ta' Marija Djinovic – Tifla ta' 11-il sena", "Mużika Varjetà", "We are the world – Proġett mużikali minn diversi kantanti għal żmien il-Milied", "Informazzjoni Varjetà", "Saħħa Varjetà", "Sfida: L-ebda alkoħol għal ftit ġranet f'Diċembru – Matthaeus Grasso", "Mużika Varjetà", "Ersaq Qrib – Kanzunetta ġdida għall-Milied", "Sbuħija Varjetà", "X'għandek tuża biex tnaddaf wiċċek – Josette Grech", "Natura Varjetà", "Il-mazzarelli u d-damiġelli – Paul Portelli", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Log tal-Milied – Jackie u Vince Busuttil", "Letteratura Varjetà", "Silta: Tgħid? – Elaine Gauci Scerri", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti Helen (Ir-raba' u l-aħħar parti)", "Mużika Varjetà", "Imħabbra l-20 semi-finalist ta' Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija", "Saħħa Varjetà", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Kif nistgħu niksbu l-kunfidenza fina nfusna – Michelle Zerafa", "Mużika Varjetà", "Filmat: Ferħ tal-Milied – Kanzunetta ġdida kantatha minn Jade Vella", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Il-benefiċċji tal-Purifying Mask u kif tapplikaha – Josette Grech", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Stuffat tal-qarnit", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti Helen (It-tielet parti)", "Mużika Varjetà", "Filmat: 'Milied tal-Familja' – kanzunetta ġdida minn Franz Galea Bezzina", "Saħħa Varjetà", "Sfida: L-ebda ħaġa elettronika wara t-8:30pm – Matthaeus Grasso", "Letteratura Varjetà", "Poeżija: Niftakar – Elaine Gauci Scerri", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Kif nistgħu ma ninkwetawx iżżejjed? – Michelle Zerafa", "Sbuħija Varjetà", "Maskri tal-wiċċ: trattament essenzjali tas-sbuħija – Josette Grech", "Riflessjonijiet Varjetà", "Il-mument li nagħrfu u nesprimu s-sesswalità tagħna – Jean Pierre Cassar", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Beef Stroganoff", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti Helen (It-tieni parti)", "Letteratura Varjetà", "Saħħa Varjetà", "Sfida: Ħu ħsieb il-qagħda tiegħek – Matthaeus Grasso", "Letteratura Varjetà", "Siltiet u poeżiji mill-awtriċi Elaine Gauci Scerri", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Kif nistgħu nsibu aktar paċi waqt l-inċertezzi tal-pandemija – Michelle Zerafa", "Informazzjoni Riflessjonijiet Varjetà", "Lezzjonijiet mix-xokk tal-Covid għall-ekonomija – Dr Stephanie Vella", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Ipproteġi l-ġilda ta' wiċċek billi…. – Josette Grech", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Isdra tat-Tiġieġ Caprese", "Letteratura Varjetà", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti Helen (L-ewwel parti minn erbgħa)", "Letteratura Varjetà", "Silta: L-Għakruxa f'siġret il-kalli – Joan Burlo", "Letteratura Varjetà", "Iz-Ziju Manwel – Rumanz ġdid miktub minn Joseph Debono, magħruf l-aktar bħala James Bondin", "Saħħa", "Sfida: Issepara l-ikel tiegħek", "Riflessjonijiet Varjetà", "Saħħa Varjetà", "Kif nistgħu nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna – Counsellor Michelle Zerafa", "Saħħa Sbuħija Varjetà", "Il-maskri huma essenzjali għas-sigurtà tiegħek u ta' ħaddieħor, iżda daqstant ieħor li tieħu ħsieb il-ġilda ta' wiċċek…", "Letteratura Varjetà", "Il-Kreatura tal-Bir – L-ewwel ktieb minn sensiela ġdida ta' Simon Bartolo", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Paccheri bir-Ragu tal-Ħaruf"]} {"url": "https://skoperta.net/grajjiet/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ġrajjiet Ġrajjiet Kurrenti John Bundy jirbaħ kumpens ta' aktar minn €226,000 skoperta.net 2 February 2021 Ġrajjiet Kurrenti Julia Farrugia: Tgħajjir lill-persuni b'diżabilità reat kriminali.", "Taqbel? skoperta.net 29 January 2021 Ġrajjiet Kurrenti Filmat: \"Insult lejn in-nisa Maltin u Għawdxin\" – Peppi Azzopardi", "Ġrajjiet Kurrenti", "Lara Azzopardi tirbaħ żewġ unuri għad-dokumentarju Kużra", "Ġrajjiet Kurrenti", "Wara l-ħitan tal-isptar Monte Karmeli", "Ġrajjiet Kurrenti", "Filmat: Single mother bla xogħol b'inizjattiva biex tgħin nies oħra jsibu xogħol u l-imħabba", "Ġrajjiet Kurrenti", "Inġabru 'l fuq minn €6.5 miljun waqt l-Istrina", "Ġrajjiet Kurrenti", "L-Istrina 2020 – Flimkien b'solidarjetà – Iktar minn qatt qabel", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni Konf Taf?", "Ġrajjiet Kurrenti", "Jomike u Lydon jirbħu l-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni", "Ġrajjiet Kurrenti", "L-attriċi Pia Zammit titlef kawża ta' libell – Xi jfisser dan għax-xena teatrali Maltija?", "Ġrajjiet Kurrenti", "Titħabbar il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina", "Ġrajjiet Imgħoddija Informazzjoni", "Kungress Ewkaristiku Internazzjonali – Mario Coleiro", "Ġrajjiet Kurrenti", "Imut il-Professur Oliver Friggieri – Ġgant fil-letteratura Maltija", "Ġrajjiet Kurrenti", "Kampanja kontra l-bullying – Mil-lum sa nhar il-Ġimgħa 20 ta' Novembru", "Ġrajjiet Kurrenti", "Ira u Sean jintroduċu t-tieni wild tagħhom Gigi", "Kurrenti", "Il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri – Malta Journalism Awards", "Ġrajjiet Kurrenti", "L-ewtanasja – int taqbel?"]} {"url": "https://skoperta.net/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-aħħar Skoperti", "John Bundy jirbaħ kumpens ta' aktar minn €226,000", "Filmat: Lingwa tas-Sinjali Maltija – Il-Pronomi", "Servizzi ta' Ħidma Soċjali fi ħdan l-Aġenzija Sapport", "Riċetta: Soppa tat-tiġieġ, qamħ u perżut", "Ġrajjiet Kurrenti", "John Bundy jirbaħ kumpens ta' aktar minn €226,000", "Lingwistika Varjetà", "Filmat: Lingwa tas-Sinjali Maltija – Il-Pronomi", "Informazzjoni", "Servizzi ta' Ħidma Soċjali fi ħdan l-Aġenzija Sapport", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Soppa tat-tiġieġ, qamħ u perżut", "Skoperti mhux ta' min jitlef", "Lingwistika Varjetà", "Filmat: Lingwa tas-Sinjali Maltija – Il-Pronomi", "Informazzjoni", "Servizzi ta' Ħidma Soċjali fi ħdan l-Aġenzija Sapport", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Soppa tat-tiġieġ, qamħ u perżut", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Qalbi (Ir-raba' u l-aħħar parti) – Rakkont minn Sharon Calleja", "Riflessjonijiet Varjetà", "Diżabilità intellettwali tnaqqas il-bżonn sesswali tal-individwu? – Dr Claire Azzopardi Lane", "Ġrajjiet Kurrenti", "Julia Farrugia: Tgħajjir lill-persuni b'diżabilità reat kriminali.", "Informazzjoni", "Intervisti Personalitajiet", "\"Kull ġurnata li nqum u tkun ħdejja hija l-isbaħ ġurnata ta' ħajti\" – Kevin Borg", "Riflessjonijiet Saħħa Varjetà", "Meta persuni qrib tagħna jkollhom problemi ta' saħħa mentali… – Michelle Zerafa", "Intervisti Personaġġi Interessanti", "\"Is-suwiċidju fost l-aktar kwistjonijiet serji li ħadd mhu jitkellem dwarhom\" – Prof. Andrew Azzopardi", "Informazzjoni", "L-ADHD – Kif taffettwa fl-adulti?", "Riċetti Varjetà", "Riċetta: Cellentani bit-tiġieġ u l-ġobon", "Letteratura Varjetà", "Letteratura Varjetà", "Qalbi (It-tielet parti) – Rakkont minn Sharon Calleja", "Informazzjoni Konf Taf?", "Informazzjoni", "Filmat: Avventura unika twassalhom biex jiskopru Għar il-Friefet", "Informazzjoni", "Il-pjanti Pothos u Pothos n'Joy – Roxanne Gauci Taliana", "Intervisti Personalitajiet", "Il-klieb ta' wħud mill-atturi lokali – Xi jfissru għalihom?", "Informazzjoni Lingwistika Varjetà", "Filmat: Inkomplu nitgħallmu l-lingwa tas-sinjali Maltija", "Ġrajjiet", "- Kurrenti / Imgħoddija", "John Bundy jirbaħ kumpens ta' akta…", "Julia Farrugia: Tgħajjir lill-persuni b&…", "Filmat: \"Insult lejn in-nisa Maltin u Għ…", "Lara Azzopardi tirbaħ żewġ unuri għad-do…", "Wara l-ħitan tal-isptar Monte Karmeli", "Filmat: Single mother bla xogħol b'…", "Inġabru 'l fuq minn €6.5 miljun wa…", "L-Istrina 2020 – Flimkien b'…", "Jomike u Lydon jirbħu l-ewwel edizzjoni …", "L-attriċi Pia Zammit titlef kawża taR…", "Titħabbar il-mewt tad-direttur Karmenu A…", "Kungress Ewkaristiku Internazzjonali …", "Imut il-Professur Oliver Friggieri – Ġga…", "Kampanja kontra l-bullying – Mil-l…", "Ira u Sean jintroduċu t-tieni wild tagħh…", "Il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri &…", "L-ewtanasja – int taqbel?", "- Riċetti / Sbuħija / Saħħa / Letteratura / Riflessjonijiet/ Mużika / Natura / Lingwistika", "Filmat: Lingwa tas-Sinjali Maltija ̵…", "Riċetta: Soppa tat-tiġieġ, qamħ u perżut…", "Qalbi (Ir-raba' u l-aħħar parti) – Rakko…", "Diżabilità intellettwali tnaqqas il-bżon…", "Sfida: Innaqqsu l-ammont ta' skart…", "Meta persuni qrib tagħna jkollhom proble…", "Riċetta: Cellentani bit-tiġieġ u l-ġobon…", "Silta: Trid niżfnu? – Elaine Gauci…", "Qalbi (It-tielet parti) – Rakkont minn S…", "Għalfejn irridu nkomplu niġġieldu l-obeż…", "Sfida: Nieħdu ħsieb is-saħħa diġestiva …", "Filmat: Inkomplu nitgħallmu l-lingwa tas…", "Filmat: Figura t'Identità – Kanzun…", "Issir taf dawk li vera jħobbuk – Jean Pi…", "Riċetta: Moussaka", "Qalbi (It-tieni parti) – Rakkont minn Sh…", "Kif nistgħu nipprevjenu l-kanċer tal-pro…", "Kif nistgħu nipprevjenu l-kanċer tas-sid…", "SFIDA: Ippersonifika l-persuna li tixtie…", "Nista' nerġa' nħobb? – Matthew Bartolo…", "Riċetta: Stuffat tal-Ħaruf u l-Fażola", "Qalbi (L-ewwel parti minn erbgħa) –…", "Sfida: Il-futur tiegħek? … – Matth…", "Filmat: Interpretazzjoni ta' kanzu…", "Filmat: Jien u Int Flimkien – Kanz…", "Inħottu ħitan li jkissruna! – Michelle Z…", "Dehra aħjar li tgħinna nħossuna aktar ku…", "Riċetta: English Chicken Curry", "Sfida għall-aħħar jum tas-sena u l-ewwel…", "Silta: Riflessjoni – Elaine Gauci …", "Fis-sena l-ġdida ejjew nieqfu u naħsbu &…", "X'għandek tagħmel biex tieħu ħsieb…", "Filmat: L-interpretazzjoni ta' Emm…", "Il-Kura tal-Ġilda", "Riċetta: Soppa tal-basal Franċiża", "L-Istrina 2020 – Interpretazzjoni …", "Sfida għall-aħħar ġimgħa tas-sena: Eżerċ…", "Vidjo ta' kanzunetta tal-Milied bi…", "Insibu l-paċi fina nfusna – Michelle Zer…", "Qed tbati minn ħafna ħakk fil-qurriegħa?…", "Ħbiberiji fil-ħajja ta' persuni b&…", "Riċetta: Bread & Butter Pudding", "Riċetta: Cheese Truffles", "Silta: Għall-kenn – Elaine Gauci S…", "SFIDA: Ikel magħmul mid-dar biss – Matth…", "Ferħ jew dwejjaq…fil-Milied?! – Mi…", "Filmat: Interpretazzjoni tal-kanzunetta …", "Aktar prodotti li tista' tuża biex tieħu…", "Filmat: Lingwa tas-sinjali Maltija ̵…", "Riċetta: Eggnog – Xarba tradizzjonali ta…", "Riċetta: Gallettini Gingerbread Man", "Silta: Imbewwes b'raġġ ta' x…", "Rakkont minn Sharon Calleja – Flie…", "Filmat: Il-Milied it-Tajjeb – kanzunetta…", "Filmat: Għażiż Milied – Proġett ta' F…", "Il-pjanta Alphelandra Donia – Roxanne Ga…", "Sfida: L-ebda alkoħol għal ftit ġranet f…", "Ersaq Qrib – Kanzunetta ġdida għall-Mili…", "X'għandek tuża biex tnaddaf wiċċek…", "Il-mazzarelli u d-damiġelli – Paul…", "Riċetta: Log tal-Milied – Jackie u…", "Silta: Tgħid? – Elaine Gauci Scerr…", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti…", "Imħabbra l-20 semi-finalist ta' Mu…", "Kif nistgħu niksbu l-kunfidenza fina nfu…", "Filmat: Ferħ tal-Milied – Kanzunetta ġdi…", "Il-benefiċċji tal-Purifying Mask u kif t…", "Riċetta: Stuffat tal-qarnit", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti Helen…", "Filmat: 'Milied tal-Familja' – kan…", "Sfida: L-ebda ħaġa elettronika wara t-8:…", "Poeżija: Niftakar – Elaine Gauci S…", "Kif nistgħu ma ninkwetawx iżżejjed? – Mi…", "Maskri tal-wiċċ: trattament essenzjali t…", "Il-mument li nagħrfu u nesprimu s-sesswa…", "Riċetta: Beef Stroganoff", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti…", "Silta: Brimba kbira tal-widien – J…", "Sfida: Ħu ħsieb il-qagħda tiegħek – Matt…", "Siltiet u poeżiji mill-awtriċi Elaine Ga…", "Kif nistgħu nsibu aktar paċi waqt l-inċe…", "Lezzjonijiet mix-xokk tal-Covid għall-ek…", "Ipproteġi l-ġilda ta' wiċċek billi…", "Riċetta: Isdra tat-Tiġieġ Caprese", "Rakkont minn Sharon Calleja – Oħti…", "Silta: L-Għakruxa f'siġret il-kall…", "Iz-Ziju Manwel – Rumanz ġdid miktub minn…", "Sfida: Issepara l-ikel tiegħek", "Kif nistgħu nieħdu ħsieb is-saħħa mental…", "Il-maskri huma essenzjali għas-sigurtà t…", "Il-Kreatura tal-Bir – L-ewwel ktie…", "Riċetta: Paccheri bir-Ragu tal-Ħaruf", "- Personalitajiet / Personaġġi Interessanti", "\"Kull ġurnata li nqum u tkun ħdejja hija…", "\"Is-suwiċidju fost l-aktar kwistjonijiet…", "Il-klieb ta' wħud mill-atturi loka…", "\"Nemmen li l-mard fuq it-tfal bidi…", "\"Qatt ma ngħid xi ħaġa li ma nemminx b'r…", "Kelmtejn mal-koppja Clive u Claire Pisco…", "Iċ-ċavetta għall-bidla li hemm bżonn – A…", "\"Kemm hu sabiħ li ngawdu l-mument …", "\"L-ikbar xewqa tiegħi hi li xi darba nku…", "It-tifla li wellidt mietet, u llum għand…", "Kif żejnu s-siġra tal-Milied uħud mill-p…", "\"Nixtieq li kull min jisma' l-mużi…", "24 sena battalja kontra kanċer terminali…", "Filmat: \"Bis-saħħa tal-internet si…", "Narcy Calamatta: Iż-Żagħżugħ Etern u l-A…", "Il-ħbiberija li kellu l-attur Mario Mica…", "Filmat: Alison Bezzina – Il-Kummis…", "\"Kien hemm ħafna drabi li bkejt bil-ferħ…", "Memorji u tifkiriet mal-attur veteran Jo…", "Mill-kurituri tal-isptar għal fuq il-pal…", "\"Sabiħ li wieħed jemmen li l-imħabba tir…", "Filmat: Interpretazzjoni b'differenza mi…", "\"Nixtieq li nkompli nevolvi ħalli nferra…", "\"Qatt ma ħbejtha, imma qatt ma xandartha…", "Filmat: \"L-aktar ħaġa li hemm bżon…", "\"Jien għadni nemmen li l-ħajja sabiħa\" –…", "\"Nixtiequ nkunu ta' ispirazzjoni g…", "\"Jeħtieġ li ma niġġudikawx nies u nippru…", "Filmat: Nhar l-Erbgħa 25 ta' Novem…", "Filmat: \"Fil-ħajja hemm ħafna aktar pożi…", "- Kurżitajiet", "It-Torri Xutu (Wied iż-Żurrieq) – Mario …", "Stuffat tal-ħaruf u l-fażola – Ikla popo…", "Kurżitajiet interessanti dwar iċ-ċelebra…", "Waħda mir-raġunijiet li s-soppa tal-basa…", "Kurżitajiet interessanti relatati mal-Mi…", "Kif bdiet it-tradizzjoni tal-log tal-Mil…", "Kif jittiekel il-qarnit f'ċerti pa…", "Beef Stroganoff – Minn fejn oriġinat din…", "Li ma kontx taf dwar il-Caprese – Jackie…", "Grey's Anatomy ispirah biex jilħaq…", "Dettalji li ma kontx taf dwar il-gallari…", "Kif naraw il-kelma 'Ragu' l-…", "Servizzi ta' Ħidma Soċjali fi ħdan l-Aġe…", "Il-pjanta Ficus Lyrata – Roxanne Gauci T…", "L-ADHD – Kif taffettwa fl-adulti?", "It-Torri Xutu (Wied iż-Żurrieq) – Mario …", "Filmat: Avventura unika twassalhom biex …", "Il-pjanti Pothos u Pothos n'Joy – …", "Filmat: Inkomplu nitgħallmu l-lingwa tas…", "Helpline għall-persuni b'diżabilità R…", "Il-pjanta Spathiphyllum – Roxanne Gauci …", "Stuffat tal-ħaruf u l-fażola – Ikla popo…", "Volontarjat mal-Aġenzija Sapport – Shari…", "X'jista' jikkawża ħsara lill-kelb u l-qa…", "Il-pjanta Schlumbergera – Roxanne Gauci …", "Kurżitajiet interessanti dwar iċ-ċelebra…", "Waħda mir-raġunijiet li s-soppa tal-basa…", "Kurżitajiet interessanti relatati mal-Mi…", "Presepji magħmulin minn Vince Busuttil", "X'servizzi toffri Aġenzija Sapport…", "Filmat: Għażiż Milied – Proġett ta' F…", "Il-pjanta Alphelandra Donia – Roxanne Ga…", "Kif bdiet it-tradizzjoni tal-log tal-Mil…", "Il-pjanta Zamioculcas – Roxanne Gauci Ta…", "Filmat: Il-Kollezzjonist – Produzzjoni ġ…", "Kif jittiekel il-qarnit f'ċerti pa…", "Kungress Ewkaristiku Internazzjonali …", "Il-pjanta Calandivia – Roxanne Gauci Tal…", "Beef Stroganoff – Minn fejn oriġinat din…", "Il-Ġnien tal-Mall – Mario Coleiro", "Filmat: Is-sena d-dieħla – Tom u J…", "Lezzjonijiet mix-xokk tal-Covid għall-ek…", "Il-pjanta Beaucarnea – Roxanne Gauci Tal…", "Irġiel b'diżabilità intellettwali …", "L-ewwel ġimgħat tal-kelb jew qattus tieg…", "Filmat: Maratona Ġbir ta' Fondi b'risq C…", "X'inhu l-għan tal-kampanja Saving …", "Meta l-qawsalla ma kinitx biss kuluri – …", "Ridt ngħix – Storja umana minn Stephanie…", "Filmat: Abbandunat għax bla vuċi – Steph…", "Awdjo: Vjaġġ li ġarrafni u wellidni mill…", "Minn ħolma għall-infern – L-ewwel …"]} {"url": "https://skoperta.net/irreklama-maghna/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Irreklama n-negozju jew is-servizz tiegħek Meta tirreklama magħna għandek garanzija li n-negozju tiegħek dejjem miftuħ.", "Tkellem mat-tim tagħna għal aktar informazzjoni dwar kif tista' tagħmel dan.", "Email info@skoperta.net Skopri x'reklami nistgħu noffrulek", "Kunjom", "Kumpanija", "Tip Ta' Reklam", "Tip Ta' Reklam FRONT PAGE LARGE SQUARE BANNER FRONT PAGE HORIZONTAL BAR BANNER BOTTOM FRONT PAGE HORIZONTAL BAR BANNER FOOTER BANNER ARTICLE SIDE BAR ADVERTS", "Messaġġ", "Ibgħat"]} {"url": "https://skoperta.net/ikkuntattjana/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Agħmel kuntatt magħna.", "Nieħdu gost insiru nafuk!", "Email / TEL info@skoperta.net / +356 79895430 Roberta Magri – Direttriċi u Editriċi roberta@skoperta.net Janice Vella – Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali janice@skoperta.net Ikkuntattjana Isem", "Kunjom", "Messaġġ", "Ibgħat"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/19/xinhuma-l-barrieri-socjali-li-jkollhom-jiffaccjaw-ommijiet-bdizabilita/", "date": "19/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Huwa fatt li s-soċjetà ma taħsibx li n-nisa b'diżabilità jistgħu jkunu wkoll ommijiet.", "Ommijiet b'diżabilità jsostnu li l-bżonnijiet tagħhom bħala ġenituri b'diżabilità ma jintlaħqux kif meħtieġ ladarba jkunu saru ġenituri, u li s-soċjetà tonqos milli tipprovdi servizzi neċessarji li huma aċċessibbli għal ġenituri b'diżabilità.", "L-aċċessibilità fiżika ilha kwistjoni universali għal għexieren ta' snin, iżda ommijiet b'diżabilità għadhom ħafna drabi jsibu li wara li jkollhom it-tarbija, ħafna mill-affarijiet li huma mistennija jagħmlu bħala omm mhumiex aċċessibbli.", "Eżempji ta' postijiet u servizzi inaċċessibbli jvarjaw minn postijiet ta' proprjetà privata użati bħala klabbs tal-ommijiet u tat-trabi għal postijiet użati għas-servizzi mmexxija mill-istat.", "Perċezzjonijiet soċjali jistgħu saħansitra jikkunsidraw persuni b'diżabilità li jeżistu barra l-konfini tar-riproduzzjoni.", "Perċezzjonijiet bħal dawn iduru madwar perċezzjonijiet ta' inkapaċità dwar ommijiet b'diżabilità li jrabbu tarbija u l-inkompetenza preżunta tagħhom, u b'hekk ma jilħqux il-punti ta' riferiment ideali ta' ġenituri.", "L-Artiklu 23 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità japprova d-dritt li ssir ġenitur u trabbi familja, filwaqt li l-Istrateġija Nazzjonali tagħna dwar id-Diżabilità tirrikonoxxi li dan is-suġġett ilu \"meqjus tabù għal żmien twil wisq issa\".", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Dr Claire Azzopardi Lane Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità,", "fi ħdan il-Fakultà għall-Benessri Soċjali tal-Università ta' Malta,", "li tagħha hija wkoll Viċi Dekan."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/03/filmat-l-egoizmu-qed-jirrenja-jekk-niehdu-hsieb-aktar-lil-xulxin-nevitaw-hafna-hassle-matthew-james-borg/", "date": "03/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["\"Fi żmien il-covid, l-aktar sentenza li dejqitni hija \"Jekk trid oħroġ, jekk ma jogħġbokx ibqa' d-dar\", ma ddejjaqtx għax in-nies joħorġu għax ovvjament ma tistax tingħalaq id-dar għal dejjem però naħseb li hemm postijiet u postijiet.\" – Matthew James Borg", "Ftit tal-ħin ilu, il-kantant Matthew James Borg tella' filmat fuq il-midja soċjali dwar ċerta attitudni li xi wħud għandhom fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija, li ċertament ma tgħinx biex innaqqsu t-trażmissjoni ta' dan il-virus.", "Żied jgħid li qiegħdin fi żmien fejn fl-opinjoni tiegħu l-eġoiżmu qed jirrenja u li jekk nieħdu ħsieb naqra aktar lil xulxin nistgħu nevitaw ħafna hassle."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/03/nista-naghmel-hafna-affarijiet-nixtieq-nahdem-u-nohrog-mall-hbieb-neil/", "date": "03/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il-21 ta' Marzu hija l-World Down Syndrome Day, għaldaqstant l-għan hu li partikolarment f'dik il-ġurnata u f'dan ix-xahar titqajjem aktar kuxjenza dwar ir-realtà u l-kapaċitajiet ta' persuni li għandhom din il-kundizzjoni.", "Huma ħafna li minħabba n-natura ta' din il-kundizzjoni ma jagħrfux biżżejjed il-kapaċitajiet jew inkella ma jagħtux ċans lill-persuni li jgħixu b'din il-kundizzjoni juru l-ħiliet tagħhom.", "Permezz tal-Aġenzija Żgħażagħ, Neil, ġuvni ta' 18-il sena li wkoll għandu l-kundizzjoni tad-Down Syndrome, qed iwassal messaġġ sempliċi imma li jfisser ħafna.", "\"Nista' nagħmel ħafna affarijiet.", "Nixtieq naħdem u noħroġ mall-ħbieb\""]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/06/xjidhirlek-mid-disinn-tal-monument-tal-prof-oliver-friggieri-2/", "date": "06/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Bosta esprimew l-opinjoni tagħhom hekk kif ġie żvelat id-disinn tal-monument tal-Professur Oliver Friggieri, li miet f'Novembru li għadda.", "Filwaqt li dan id-disinn partikolari għoġob lil xi apprezzaw l-arti li jirrapreżenta dan id-disinn, oħrajn ikkritikaw bil-qawwa u saħansitra qalu li l-Professur Friggieri jixraqlu ferm aħjar.", "Ġie żvelat ukoll il-post fejn se jkun qed jitqiegħed dan il-monument., proprju ġewwa l-Floriana, fejn il-Professur Friggieri għex tfulitu u żgħożitu, viċin il-monument li jfakkar l-Ewwel Gwerra Dinjija, u faċċata tal-monument f'ġieħ il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.", "L-ammont tan-nefqa ta' dan il-monument qed jiġi indikat li se jkun madwar €100,000"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/07/filmat-li-qajjem-polemika-fost-il-maltin-int-xtahseb/", "date": "07/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Aktar kmieni llejla beda jdur filmat fuq il-midja soċjali li qajjem polemika kbira fost il-Maltin.", "Dan il-filmat, li ttella' fuq TikTok juri żewġ persuni ta' nazzjonalità barranija jikkummentaw dwar il-fatt li Malta hawn ħafna barranin, u jistaqsu fejn qiegħdin il-Maltin.", "Int x'taħseb?", "Taħseb li dawn jirrapreżentaw tassew il-fehma tal-komunità barranija f'Malta jew huma biss eċċezzjoni?", "Aġġornament : Wara r-reazzjonijiet li qamu fost il-Maltin, ittella'filmat ieħor, fejn din id-darba talab skuża rigward il-filmat ta' qabel u rringrazzja lill-Maltin talli jilqgħu lill-persuni bħalu għaliex, żied jgħid li f'pajjiżhom hemm il-gwerer u kien għalhekk li telqu.", "Ikkonkluda l-filmat billi reġa' skuża ruħu għal darb'oħra u qal li l-Maltin huma l-aħjar nies."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/09/xgie-zvelat-waqt-l-intervista-li-oprah-winfrey-ghamlet-lil-harry-u-meghan/", "date": "09/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Fl-intervista tant mistennija li Oprah Winfrey għamlet lil Harry u Meghan, li damet għaddejja madwar sagħtejn, ġew żvelati xi dettalji u kurżitajiet li wħud minnhom jagħtu stampa xejn sabiħa ta' dak li kien għaddej bejn il-familja Rjali.", "Apparentament Meghan u Harry kienu diġà żżewġu qabel it-tieġ tagħhom!", "Meghan żvelat kif huma xtaqu li jagħmlu ċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom bejniethom it-tnejn biss u jħallu l-ispettaklu tat-tieġ tagħhom għall-kumplament tad-dinja, fil-fatt hekk għamlu, tlett ijiem qabel it-tieġ tagħhom, iżżewġu privatament.", "Meghan allegat ukoll li kien hemm xi diżgwid bejnha u Kate Middleton dwar l-ilbies tal-flower girls, u meta Oprah staqsietha jekk Kate kinitx bkiet b'rabta ma' din il-kwistjoni, hija wieġbet li l-istorja ġrat bil-kontra u li fil-fatt kienet hi li bkiet minħabba xi kliem li kienet qaltilha Kate.", "Madanakollu, hija qalet li Kate skużat ruħha u anki ħaditilha l-fjuri u nota b'turija ta' apoloġija.", "Żiedet tgħid li ma tħossx li għandha tidħol f'aktar dettalji tal-kwistjoni ladarba Kate skużat ruħha.", "Markel żvelat ukoll li xi membri mill-familja rjali, ma kienu komdi xejn dwar il-fatt li Archie seta' jitwieled b'ġilda skura iżda jidher li r-Reġina u l-Prinċep Philip ma kinux involuti f'din il-kwistjoni.", "Kemm Meghan kif ukoll Harry għażlu li ma jindikawx min mill-membri tal-familja Rjali kienu parti minn dak li qed jallegaw.", "Meghan spjegat l-uġigħ tagħha kemm għal dan il-fatt kif ukoll għaliex il-familja Rjali ma ridux lil Archie jkun prinċep u lanqas li jirċievi s-sigurtà li normalment jingħataw.", "Fil-fatt it-titlu baqa' ma ngħatax.", "Hija fetħet qalbha wkoll dwar iż-żmien fejn kienu jiġuha ħsibijiet li tikkommetti suwiċidju u li minkejja li sabet il-kuraġġ li titkellem, ma ngħatatx għajnuna.", "Allegat ukoll li xi uffiċjali tal-palazz għażlu li saħansitra jigdbu biex jipproteġu xi membri oħra tal-familja Rjali, minflok għażlu li jgħidu l-verità u jipproteġu lilha u lil Harry.", "Minkejja dan kollu, wara li saru jafu li l-Prinċep Philip iddaħħal l-isptar, Meghan qalet li ċemplet lir-Reġina biex tara kif qiegħdin l-affarijiet.", "Min-naħa l-oħra Harry żvela kif missieru, il-Prinċep Charles, waqaf ikellmu minn meta telqu mill-palazz u marru joqgħodu Vancouver.", "Huwa qal li jħossu ddiżappuntat bl-imġieba ta' missieru għax skont hu, għadda minn xi ħaġa simili u jaf xi jfisser uġigħ bħal dan, u li Archie huwa n-neputi tiegħu.", "Madanakollu żied jgħid li xorta waħda jibqa' jħobbu u għalkemm weġġa' ħafna, waħda mill-prijoritajiet tiegħu tibqa' li jibqa' jipprova jirranġa r-relazzjoni ta' bejniethom.", "Dwar ħuh, il-Prinċep William, Harry qal li jħobbu ħafna u li għaddew minn ħafna flimkien iżda r-relazzjoni tagħhom bħalissa mhijiex waħda tajba u jittama li ż-żmien itaffi ftit mill-weġgħat u l-affarijiet imorru għall-aħjar.", "Fl-intervista żvelaw ukoll il-ġeneru tat-tarbija li qed jistennew.", "Archie jidher li se jkollu oħtu.", "Il-koppja qalu wkoll li mhumiex ippjanati li jkollhom aktar tfal."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/09/meghan-markle-tizvela-li-riedet-tikkommetti-suwicidju-u-ma-nghatatx-ghajnuna/", "date": "09/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Fl-intervista ma' Oprah Winfrey, Meghan żvelat dwar iż-żmien li kienu jiġuha ħsibijiet biex tweġġa' lilha nnifisha u tikkommetti suwiċidju.", "Hija qalet li sabitha diffiċli ħafna biex titkellem dwarha, anki ma' Harry, peress li għadda minn ħafna u tilef ħafna f'ħajtu iżda stqarret li kieku ma qalet xejn, kienet tasal biex twettaq dak li xtaqet li tagħmel dak iż-żmien, fl-istess żmien li kienet tqila bit-tifel tagħhom Archie.", "Meghan qalet li l-akbar dispjaċir tagħha hu li emmnet il-wegħda li kienet saret fil-bidu, dik li l-familja Rjali kienet se tipproteġiha, għaliex meta sabet il-kuraġġ biex titkellem dwar dak li kienet qed tħoss ma ngħatatx għajnuna.", "Qalet ukoll li membri tal-familja Rjali qalulha li ma setgħetx tfittex l-għajnuna psikjatrika għaliex ma kienx se jagħmel tajjeb għall-istituzzjoni.", "L-unika sapport li sabet kien mingħand Harry, fejn hu stqarr li kien żmien ikrah u mudlam ħafna għalih ukoll u ried jagħmel minn kollox biex l-esperjenza li għaddiet minnha ommu l-Prinċipessa Diana, ma terġax tirrepeti ruħha.", "Meghan stqarret li kellha tkompli tattendi f'attivitajiet pubbliċi għaliex fl-istat li kienet fih kienet tibża' x'setgħet tagħmel jekk titħalla waħedha.", "Professjonisti psikoloġiċi barranin li tkellmu dwar l-istqarrija ta' Meghan, qalu li kull persuna, hi m'inhi, li li tkun għaddejja minn sfidi bħal dawn għandha tingħata l-għajnuna b'mod immedjat.", "Fil-konfront tas-sitwazzjoni ta' Meghan qalu li mhux biss mhix ħaġa sew li ma ngħatatx l-għajnuna iżda hija wkoll krudeltà."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/09/stqarrija-mill-palazz-buckingham-dwar-l-intervista-ta-harry-u-meghan/", "date": "09/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Aktar kmieni llum, il-Palazz Buckingham ħareġ stqarrija dwar dak li ntqal minn Harry u Meghan fl-intervista li saret minn Oprah Winfrey, u li xxandret nhar il-Ħadd li għadda fl-Istati Uniti.", "Il-koppja żvelat diversi allegazzjonijiet fosthom dwar razziżmu u l-kwistjoni tas-saħħa mentali ta' Meghan.", "L-intervista xxandret fl-Ingilterra proprju lbieraħ.", "Intervista li bħalissa l-maġġoranza tad-dinja qed titkellem dwarha u li qajmet diversi reazzjonijiet, m'għandniex xi ngħidu, l-Ingliżi u dawk li għandhom għal qalbhom il-familja Rjali b'mod partikolari.", "Filwaqt li ħafna qed jgħidu li l-allegazzjonijiet juru li l-ħtieġa għall-bidla ġewwa l-palazz, oħrajn ikkritikaw lil Harry u Meghan talli qajmu dan kollu waqt li n-nannu ta' Harry, il-Prinċep Philip ta' 99 sena, jinsab l-isptar wara intervent mediku tal-qalb.", "L-istqarrija li ħarġet mill-Palazz Buckingam qalet li l-kwistjonijiet li qajmu Harry u Meghan, partikolarment dwar ir-razziżmu, huma nkwetanti.", "Qalet ukoll li dawn il-kwistjonijiet qed jittieħdu bis-serjetà u se jiġu indirizzati mill-familja privatament.", "Ingħad ukoll li l-familja Rjali kollha esprimiet id-dwejjaq tagħha meta saret taf kemm dawn l-aħħar snin kienu ta' sfida għal Harry u Meghan.", "Fl-aħħar tal-istqarrija ntqal li Harry, Meghan u Archie dejjem se jkun membri tal-familja maħbubin ħafna.", "Skont sorsi qrib tal-Palazz, ir-raġuni li l-istqarrija ħarġet aktar minn 36 siegħa wara li xxandret l-intervista għaliex minbarra li l-familja stennew sakemm l-intervista tixxandar fl-Ingilterra, kien importanti għar-Reġina li ma tgħaġġilx fid-dikjarazzjoni tagħha b'rabta ma' dak li ntqal fl-intervista", "Il-Prinċep Charles deher fil-pubbliku għall-ewwel darba llum wara li xxandret l-intervista iżda ma kkummentax meta ġie mistoqsi x'jaħseb dwar l-intervista."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/10/jinghalqu-l-iskejjel-fost-diversi-mizuri-ohrajn/", "date": "10/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["F'konferenza stampa ftit tal-ħin ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar diversi miżuri ġodda li se jibdew proprju minn għada, filwaqt li dawk edukattivi se jibdew min-nhar it-tnejn li ġej.", "Jingħalqu l-ħwienet mhux essenzjali, fosthom il-ħwienet tal-ħwejjeġ, il-parrukkiera, beauticians, dawk li jbigħu prodotti relatati ma' sport, ġojjelleriji, basktijiet, aċċessorji, taż-żraben, prodotti tal-għajnejn mingħajr preskrizzjoni, ħwienet tal-fwieħa, ħwienet tal-bżonnijiet tad-dar, discount store, ħwienet li jbiegħu bagalji, ħwienet tal-ġugarelli tal-passatempi u tal-għamara.", "Il-wage supplement jingħata sħiħ lin-negozji kollha.", "Se jkun sospiż l-isport organizzat kollu.", "Jingħalqu l-gyms u pools.", "Jingħalqu s-swali taċ-ċinema, teatri u mużewijiet.", "Jitwaqqfu t-tiġijiet u attivitajiet reliġjużi kollha inkluż il-quddies.", "Madankollu se jkomplu l-funerali taħt protokoll.", "Lukandi jistgħu joffru biss room service.", "Il-faċilitajiet fil-lukandi u r-ristoranti jingħalqu.", "L-ivvjaġġar lejn Għawdex se jkun limitat biss għal vjaġġar essenzjali.", "Dan jinkludi xogħol jew dawk li għandhom residenza fil-gżira.", "Jinżel għal erbgħa n-numru ta' persuni fi grupp f'postijiet pubbliċi.", "Jingħalqu l-iskejjel b'effett mit-Tnejn 15 ta' Marzu bil-Prim Ministru jistqarr li l-lezzjonijiet se jmorru online Jingħalqu ċ-childcare centres mit-Tnejn 15 ta' Marzu.", "Mis-Sibt li ġej f'Mater Dei se jkunu sospiżi l-operazzjonijiet mhux urġenti bir-riżorsi ddedikati għall-COVID-19."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/11/ahna-mahniex-familja-razzista-il-princep-william/", "date": "11/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["\"Aħna m'aħniex familja razzista,\" wieġeb il-Prinċep William wara mistoqsija minn Sky News dwar l-allegazzjonijiet ta' razziżmu li saru minn Harry u Meghan.", "Il-Prinċep William ġie mistoqsi waqt żjara li għamel fi skola f'Stratford, dwar jekk kellimx lil ħuh wara l-intervista, huwa qal li għadu ma kellmux imma qed jippjana li jkellmu fil-ġranet li ġejjin."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/14/il-princep-charles-jippjana-li-jirranga-r-relazzjoni-ma-harry/", "date": "14/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Sorsi qrib il-Palazz Buckingham qalu li l-Prinċep Charles qed jippjana biex fil-ġimgħat li ġejjin jagħmel kuntatt ma' Harry u jipprova jirranġa r-relazzjoni ta' bejniethom li kompliet tikkumplika ruħha wara l-intervista ta' Oprah Winfrey.", "F'midja internazzjonali ġie rrapurtat li l-Prinċep Charles weġġa' ħafna b'dak li ntqal fl-intervista, imma minkejja dan huwa jħoss li wasal iż-żmien li jipprova jirranġa r-relazzjoni ma' ibnu.", "Sorsi qalu li huwa se jkun qed jindirizza l-kwistjoni bħala missier aktar milli persuna pubblika.", "Intqal li l-Prinċep Charles verament jixtieq li jerġa' lura għar-relazzjoni mill-qrib li gawda ma' Harry għal żmien twil.", "Ir-rapport jgħid ukoll li huwa ppjanat li jsir kuntatt ma' Harry bil-miktub jew permezz ta' video call, fejn se jkun involut ukoll il-Prinċep William."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/16/infezzjoni-bhal-din-setghet-giet-evitata-bil-medicina-li-ghandi-bzonn-mandy-vella/", "date": "16/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Ftit tal-jiem ilu, Mandy Vella, iż-żagħżugħa ta' 26 sena li tbati mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis iddaħlet l-isptar minħabba chest infection, kumplikazzjoni li, f'kuntatt li għamlet ma' skoperta.net, qaltilna li setgħet ġiet evitata kieku qed tieħu l-mediċina li għandha bżonn u li kull darba li jiġri episodju bħal dan, tkompli żżid il-ħsara lill-pulmun.", "Mandy ilha tiġġieled għall-din il-mediċina bl-isem ta' Trikafta, mill-2018.", "L-għan tagħha kien biex hekk kif din il-mediċina tiġi approvata mill-UE, tibda tingħata f'Malta wkoll.", "Hija kompliet issaħħaħ il-ġlieda tagħha f'Awwissu tas-sena 2020, proprju meta l-mediċina ġiet approvata mill-UE.", "Madanakollu, sal-lum il-mediċina Trikafta għadha ma waslitx.", "Mandy tisħaq li din hija l-unika mediċina li tista' ssalvalha ħajjitha u ħajjet persuni oħrajn li jbatu minn din il-kundizzjoni.", "F'kuntatt li għamel mat-Times of Malta, missier Mandy esprima l-inkwiet tiegħu dwar l-istat ta' bintu.", "Huwa qal li filwaqt li jifhem li din il-mediċina tiswa ħafna, speċjalment waqt pandemija, madanakollu hija l-unika tama għal bintu, li saħħitha qiegħda dejjem tmur lura.", "\"Binti ħaqqha tgħix\" qal Missier Mandy.", "\"Ma rridx li jkolli nidfen lil binti.\"", "L-appell ta' Mandy u l-familja tagħha, flimkien ma' oħrajn li jbatu minn din il-kundizzjoni jibqa' dejjem wieħed; li tingħata din il-mediċina kemm jista' jkun malajr, qabel ikun tard wisq."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/16/xtahseb-fuq-l-istqarrija-mill-vatikan-dwar-iz-zwieg-bejn-l-istess-sessi/", "date": "16/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Ilbieraħ, bl-approvazzjoni tal-Papa Franġisku, il-Vatikan ħareġ stqarrija li tgħid li l-Knisja Kattolika ma tistax tbierek iż-żwieġ bejn l-istess sessi.", "L-istqarrija rreferiet għall-unjonijiet bejn l-istess sess bħala \"għażla\", iddeskriviethom bħala midinbin u qalet li ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala parti mill-pjan t'Alla.", "\"Il-barka ta' żwieġ bejn l-istess sessi ma tistax titqies leċita,\" kiteb fl-istqarrija l-ogħla uffiċċju duttrinali tal-Vatikan, il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.", "\"Alla ma jistax ibierek id-dnub,\" żiedet tgħid l-istqarrija.", "Parti mill-istqarrija tgħid ukoll li l-omosesswali u l-lesbjani, bħala individwi, jistgħu jirċievu barka jekk jgħixu skont it-tagħlim tal-Knisja.", "Iżda t-tberik taż-żewġ bejn l-istess sessi, qal il-Vatikan, jibgħat sinjal li l-Knisja Kattolika tapprova u tinkoraġġixxi għażla u mod ta' ħajja li ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala parti mill-pjanijiet ta' Alla.", "Il-Papa Franġisku ta' spiss ġie mfaħħar għall-mod ta' kif jitkellem dwar persuni LGBTIQ, kemm ġewwa kif ukoll barra l-knisja.", "Fil-fatt is-sena l-oħra deher li l-Papa Franġisku kien favur il-liġijiet tal-Unjoni Ċivili għal koppji tal-istess sess meta ta intervista għal dokumentarju.", "\"In-nies omosesswali għandhom id-dritt li jkunu f'familja.", "Huma wlied Alla u għandhom dritt għal familja.", "Ħadd m'għandu jitkeċċa jew iħossu ħażin dwarha,\" qal il-Papa, u żied: \"Dak li rridu noħolqu hija liġi ta' unjoni ċivili.", "B'dan il-mod huma koperti legalment.\"", "Madanakollu, ftit wara l-Vatikan reġa' lura minn dawk ir-rimarki, u qal li dawn ittieħdu barra mill-kuntest, u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li se ssir bidla fid-duttrina.", "Bla ebda dubju, din id-deċiżjoni hija daqqa ta' ħarta għal dawk il-Kattoliċi li kienu qed jittamaw għal tmexxija Kattolika aktar miftuħa u progressiva.", "Għexieren ta' pajjiżi, jinkludu wkoll bosta fl-Ewropa tal-Punent, legalizzaw żwiġijiet tal-istess sess.", "Il-pożizzjoni tal-knisja dwar din il-kwistjoni tbiegħed uħud li jħaddnu r-reliġjon iżda li ma jħossuhomx milqugħin u liberi li jipprattikawha kif jixtiequ.", "Int x'taħseb dwar din l-istqarrija?"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/16/il-princep-philip-johrog-mill-isptar-u-jerga-jinghaqad-mar-regina/", "date": "16/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il-Prinċep Philip reġa' ngħaqad mar-Reġina wara 28 ġurnata l-isptar ta' Londra.", "Din hija l-aktar darba li l-Prinċep Philip dam daqshekk l-isptar.", "Intqal li kien fi spirtu tajjeb hekk kif ħareġ mill-isptar, u beda jxejjer kif wasal id-dar, fil-Kastell ta' Windsor, għall-ewwel darba f'xahar.", "Id-Duka ta' Edinburgu, li jagħlaq 100 sena f'Ġunju, saritlu operazzjoni għall-kundizzjoni tal-qalb li diġà kellu qabel, u ġie ttrattat ukoll għal infezzjoni wara li ġie rikoverat l-isptar xahar ilu fis-16 ta' Frar.", "Ir-Reġina, ta' 94 sena u d-Duka bħalissa qed joqgħodu fil-Kastell ta' Windsor f'Berkshire, biex jipproteġu lilhom infushom mill-pandemija tal-Covid-19."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/17/il-medicina-li-tista-ssalva-lil-mandy-l-on-chris-fearne-iwiegeb/", "date": "17/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Ftit tal-jiem ilu wassalnilkom l-istorja ta' Mandy Vella , iż-żagħżugħa li tbati mis-Cystic Fibrosis u t-talba tagħha għall-unika mediċina li tista' ssalvalha ħajjitha , Trikafta.", "B'rabta ma' din l-istorja, skoperta.net għamel kuntatt mal-Ministru tas-saħħa l-On.", "Għaliex din il-mediċina għadha mhijiex tingħata b'xejn mill-Gvern għall-pazjenti li għandhom bżonnha f'Malta?", "Hemm pjan li din il-mediċina tibda tingħata b'xejn fil-futur qarib?", "X'qiegħed iżomm lura milli din il-mediċina tingħata b'xejn?", "Fit-tweġiba sintetika tiegħu l-Ministru qal li ma jistgħux jiddaħħlu l-mediċini b'xejn kollha f'daqqa u li bil-mod dejjem iżidu.", "Wara li ngħatajna din it-tweġiba saqsejnih ukoll jekk hemmx xi żmien partikolari li jaħseb li din il-mediċina tibda tingħata b'xejn.", "L-On.", "Fearne irrisponda li ma jistax ikun jaf għalissa.", "Il-mediċina Trikafta hija l-ewwel mediċina li tikkura pazjenti bl-aktar mutazzjoni komuni tas-Cystic Fibrosis.", "Din il-mediċina hija approvata għal pazjenti minn 12-il sena 'l fuq li jbatu mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis.", "Cystic Fibrosis hija marda rari, progressiva, li tista' twassal għall-mewt, tirriżulta fil-formazzjoni ta' fluwidu oħxon li jinbena fil-pulmuni, is-sistema diġestiva, u partijiet oħra tal-ġisem.", "Dan iwassal għal problemi respiratorji u diġestivi severi kif ukoll kumplikazzjonijiet oħra bħal infezzjonijiet u dijabete.", "Din il-marda hija kkawżata minn proteina difettuża li tirriżulta minn mutazzjonijiet fil-ġene CFTR.", "Hawn taħt qed nippubblikaw Il-korrispondenza mal-Ministru b'mod sħiħ."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/17/l-mgrm-tirreagixxi-dwar-il-pozizzjoni-tal-vatikan-fuq-iz-zwieg-bejn-persuni-omosesswali/", "date": "17/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["skoperta.net għamel kuntatt mal-organizzazzjoni MGRM u staqsejnihom x'inhi r-reazzjoni tagħhom dwar l-istqarrija li ħarġet mill-Vatikan nhar it-Tnejn 15 ta' Marzu dwar iż-żwieġ bejn persuni omosesswali.", "Dan hu dak li qalulna: \"Bħala MGRM naraw li diversi membri jafu jlaqqgħu dak li jemmnu mal-imħabba li jħossu għall-persuni li jħobbu.", "Nafu li għal diversi nies huwa importanti li jgħixu ħajja li għandha valuri Kattoliċi għalkemm dan mhux dejjem ikun faċli.", "Stqarrijiet bħal dawk tal-Vatikan ma jgħinux.", "Nafu li diversi nies jersqu lejn il-knisja biex ibierku l-oġġetti materjali tagħhom.", "Hawn min ibierek id-dar, min ibierek pinna qabel eżami, jew saħansitra hawn min jitlob qassis biex ibiriklu karozza.", "Li l-Vatikan isib diffikulta li jbierek l-imħabba ta' bejn żewġ min-nies mhix xi ħaġa li se nifmuha, iżda lanqas aħna sorpriżi.", "Sadanittant, nafu li gruppi bħal Drachma jagħmlu ħafna xogħol importanti ma min huwa membru tal-Komunità LGBTIQ u huwa wkoll Kattoliku.", "Nammiraw ħafna x-xogħol tagħhom, li jsir bla ħafna riklamar kbir, iżda b'sens ta' spiritwalità qawwija.", "Inħeġġu lil dawk kollha li jinsabu ftit mifxulin biex ifittxu l-għajnuna tad-Drachma, u hekk jiltaqgħu ma' nies oħra li għandhom l-istess twemmin.\""]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/08/valentina-hija-hajjitna-karl-u-dorianne-azzopardi-dwar-it-tifla-adottiva-taghhom/", "date": "08/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Illum se nitkellmu mal-koppja Karl u Dorianne Azzopardi dwar l-esperjenza li għaddew minnha mill-mument li ddeċidew li jadottaw u x'differenza għamlet f'ħajjithom Valentina, it-tifla adottiva tagħhom li f'Lulju li ġej tagħlaq 4 snin.", "Karl u Dorianne… għidulna ftit dwarkom..", "It-tnejn ġejjin minn familji modesti, li jħaddnu l-prinċipji tal-ħajja, fuq kollox is-sagrifiċċji tal-ġenituri lejn il-bżonn tal-familja.", "Ilna nafu lil xulxin 'il fuq minn 30 sena, din is-sena nagħlqu 24 sena miżżewġin.", "Is-sigriet tar-relazzjoni hi sempliċi, relazzjoni bbażata fuq imħabba sinċiera, l-importanza tal-kommunikazzjoni bejn il-koppja, ħin ta' kwalità u t-toleranza.", "Kif wasaltu għad-deċiżjoni li tadottaw?", "Aħna nemmnu ħafna bid-destin…..iżżewwiġna relattivament żgħar meta tikkumpara maż-żminijiet tal-lum u mingħajr kundizzjonijiet wara żmien ta' għerusija fejn sirna nafu lil xulxin pass wara pass.", "Bejn ix-xogħol u l-ħajja ta' koppja normali, qatt ma konna koppja li noqogħdu nippjanaw meta rridu t-tfal, għax konna dejjem nemmnu li dan għandu jseħħ naturali.", "Iż-żmien beda għaddej u wasalna f'punt fejn ħassejna li nħarsu lejn din l-alternattiva….. alternattiva hekk sabiħa u li kien hemm qbil reċiproku.", "Ħadd ma sforza lil ħadd.", "Kemm dam għaddej il-proċess sakemm ingħatajtu l-konferma li tistgħu tadottaw?", "Madwar 16-il xahar minn meta ddeċidejna li mmorru għall-programm li jwassal għall-adozzjoni.", "X'tiftakru mill-mument li sirtu tafu li kontu se ssiru l-ġenituri adottivi ta' Valentina?", "Ma tantx hemm kliem li tista tiddeskrivi dak il-mument hekk sabiħ….meta niftakru għadna nġorru dik l-emozzjoni sabiħa ferm sal-lum….", "Il-proċess jinqasam fi tlett fażijiet.", "Fil-bidu tal-aħħar fażi, hemm dik li tissejjaħ 'matching process' u dan jiskattah l-aġenzija li l-koppja li tkun għażlet li tkompli l-proċess.", "L-aġenzija tibgħat profil u dettalji tat-tifel jew tifla li tkun ġiet matched mal-koppja, u l-koppja tkun trid tikkunsidra dan u tagħti risposta jekk tridx tkompli l-proċess fuq dan it-tifel jew tifla…fil-każ tagħna Valentina.", "Niftakru li kien il-Ħadd filgħaxija, jien kont fis-sitting room u Dorianne kienet fil-kċina……irċevejna sms notification u e-mail f'dan ir rigward mill-aġenzija.", "Ftehmna li naraw id-dettalji separatament, u li 'nittestjaw' dak li nħossu individwalment……..u li nkunu onesti mall-ewwel……… nista' ngħid li fi ftit ħin, it-tnejn konna pożittivi u ħassejna ferħ kif ukoll dik ix xi ħaġa minn ġewwa li qed tgħidilna biex immexxu b'dik it-tifla tagħna u li rridu nkomplu din il-mixja flimkien!!", "Kemm għadda żmien sakemm wasal il-waqt li tmorru għaliha?", "U x'kien jinvolvi l-proċess?", "Il-matching seħħ għall-ħabta ta' Diċembru u morna għal Valentina f'Ġunju – madwar sitt xhur.", "Il-proċess mhux faċli għax maqsum fi tlett fażijiet b'kollox.", "L-ewwel fażi tinvolvi kors mal-appoġġ li bih il-koppja minbarra li taċċerta ruħha fuq dan il-pass tkun qed titgħallem x'inhu l-proċess tal-adozzjoni, qisu risk assessment fejn wieħed jiġi espost kemm għal dak li hu tajjeb kif ukoll għal dak li jista' jkun iebes u diffiċli, ir-realtà.", "It-tieni fażi tieħu forma aktar formali fejn il-koppja tgħaddi minn forma ta' due diligence li jinkludi fost affarijiet oħra 'home study' report kif ukoll aspetti relatati mas-saħħa u l-qagħda ekonomika tal-koppja eċċ. Il-koppja finalment tkun soġġetta għal test ma' psikologa professjonali wkoll.", "It-tielet u l-aħħar fażi hi l-iktar iebsa għax tinvolvi dak il-matching process li hu żmien ta' stennija, iżda wara l-matching jibda naħseb dak li hu l-aktar iebes ….. proċess legali li jieħu xhur u li waqtu kollox jista' jiġri peress li jista' jkun hemm 'second thought' mill-omm naturali kif ukoll il-koppja ma jkollhiex kontroll ta' kemm se jdum il-proċess.", "Fil-każ tagħna l-proċess dam bejn 5 u 6 xhur li waqthom tkun qed issegwi b'limitazzjoni t-tifla kif qed tikber fil-home u fl-istess ħin is-seduti tal-qorti jkunu qed jiġu aġġornati …….fl-aħħar però wasal il-mument biex immorru għax kienet waslet l-aħħar seduta u l-'judge' talab li l-ġenituri adottivi potenzjali jkunu preżenti fiżikament għall-aħħar seduta….. ferħ u ansjetà fl-istess ħin…..", "Valentina kienet matched magħna meta kellha bejn 2 to 3 months u meta morna għaliha kienet 9 to 10 months……", "L-Aġenzija Tama kienet ta' appoġġ kbir tul il-proċess kollu speċjalment meta morna għal Valentina….", "Pajjiż li ma tantx tkun taf fuqu aktar u aktar tkun ġo post kemm xejn rimot…….qtajna one way għax ma tkunx taf eżatt l-eżittu kif ukoll hemm ħafna dokumentazzjoni fosthom passaport u visa la darba kollox ikun sew u tkun trid tiġi lura….", "Aħna qattajna madwar sitt/seba' ġimgħat hemmhekk però kienet esperjenza sabiħa għax tkun qed tibda tibbondja mat-tifla….", "Kien hemm drabi li kellkom dubji jew biżgħat li ma kienx se jirnexxilkom taslu għal dak li xtaqtu?", "Bħal kwalunkwe ħaġa fil-ħajja però speċjalment fil-proċess ta' adozzjoni, kien hemm ansjetà kif ukoll dawk il-mumenti ta' biża'….speċjalment meta tkun qed issegwi l-proċess day by day, qiegħdin 'il bogħod u ma tantx tista' tagħmel wisq ħlief tistenna…", "X'tiftakru mill-mument li finalment mortu għal Valentina?", "Determinazzjoni kbira, ħsibijiet u sa ċertu punt 'stress' li sejjer pajjiż daqshekk 'il bogħod u ma tafx jekk hux se tiġi lura biż-żgħira jew le……però kemm jien u kemm Dorianne kellna dik il-paċi u serenità kif ukoll determinazzjoni li ndumu kemm hemm bżonn u niġu lura b'Valentina.", "Matul dan kollu, sibtu s-sapport u l-għajnuna li kellkom bżonn?", "Ħafna, familja, ħbieb, mill-Appoġġ, li l-ewwel u t-tieni fażi jsiru magħhom però ma nistgħux ma nsemmux l-Aġenzija TAMA speċjalment lil Debbie u Shirley…dawn it-tnejn marru lil hinn mill-ħin u d-dedikazzjoni li jagħtu.", "Xi tfisser għalikom it-tifla tagħkom Valentina?", "U x'differenza għamlet f'ħajjitkom?", "Ħajjitna.", "Imħabba reċiproka u motivazzjoni.", "Qalbitilna ħajjitna ta' taħt fuq, fil-pożittiv ovvjament.", "Ma nistgħux nimmaġinaw ħajjitna mingħajrha!!", "Nirringrazzjawha talli aċċettatna…", "Kif tqassmu r-responsabilitajiet tagħkom bħala ġenituri?", "Kif tkun ġurnata tipika tagħkom?", "Ix-xogħol tiegħi jirrkjedi ħinijiet twal għalhekk Dorianne avolja taħdem part time, tqatta' ħafna mill-ħin għat-trobbija ta' Valentina.", "Nippruvaw irrabbuha f'ambjent ta' familja tradizzjonali.", "Ovvjament Dorianne bħala l-omm tradizjonali tqatta' aktar ħin magħha.", "Però, jien nipprova nagħmel il-parti tiegħi ukoll speċjalment fil-weekend meta nitfi l-iswitch u nqatta' ħafna mill-ħin ma' Valentina u Dorianne……insibu bilanċ.", "Beħsiebkom tkellmu lil Valentina dwar il-ħajja li kellha f'pajjiżha la darba tikber?", "X'inhuma l-ħsibijiet tagħkom dwar dan?", "Fuq dan is-suġġett kien hemm qbil minn qabel bdejna l-proċess, aħna ħa nkunu open ma' Valentina, pass wara pass……naħsbu li billi nkunu onesti magħha mill-ewwel għax meta tikber żgur tkun hi li tapprezza dan il-proċess kif ukoll dik hi l-verità, allura aħna mrobbijin li nkunu onesti ma' xulxin, prinċipju li nħaddnu ta' kuljum.", "Bħala ġenituri, x'inhuma x-xewqat tagħkom għal Valentina?", "Li jkollha trobbija normali, saħħa, imħabba u edukazzjoni tajba….li tikber kuntenta u li jkollha l-kwalitajiet biex issir indipendenti u tapprezza l-ħajja bħall-ġenituri adottivi tagħha…nisperaw ukoll li d-dinja ta' għada tkun tista' tippermetti dawn l-aspetti b'mod aħjar.", "X'messaġġ tgħaddu lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu dan il-pass f'ħajjithom?", "Għal dawk kollha li forsi bħalissa qed jikkunsidraw dan il-pass, ngħidulhom biex jagħmlu kuraġġ u jħarsu 'l quddiem b'mod pożittiv.", "Ma jgħaġġlux għax il-pass hu kbir speċjalment għal koppji li forsi m'għandhomx jew s'issa ma kellhomx ulied naturali.", "Tridu tkunu preparati għal tibdil fir-rutina, u lesti għas-sagrifiċċji li jġib miegħu t-tkabbir tal-familja..", "Però, serħu raskom li finalment hemm l-akbar sodisfazzjon li l-ħajja tista' tagħtik speċjalment meta tara mħabba reċiproka kif ukoll l-iżvilupp tal-persuna tal-persuna miexja 'l quddiem.", "Kemm hi ħaġa sabiħa meta minn età daqshekk żgħira Valentina tgħajjatlek papà u mamà……emozzjoni li ma' tistax tiddeskriviha….", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/05/il-pjanta-syngonium-arrow-roxanne-gauci-taliana/", "date": "05/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il-pjanta Arrowhead , Syngonium podophyllum, għandha t-tendenza li tikber b'mod aggressiv taħt kundizzjonijiet tajba.", "Hija magħrufa wkoll komunement bħala Nephthytis triphylla.", "Ħafna varjetajiet għandhom weraq varjat, l-istruttura tal-weraq tal-pjanta tinbidel hekk kif timmatura, u tmur minn forma sempliċi ta' vleġġa għal weraq matur profondament lobulat jew maqsum.", "X'jiġri jekk il-pjanta tibda tmut?", "Li ssaqqiha ma tagħmilx differenza jekk tkun f'dak l-istat minħabba li t-taħsir ikun sever wisq.", "Madankollu, jekk l-Arrowhead ikollha zkuk li ma ġewx affettwati mit-taħsir, tista' taqtagħhom u tiżrahom ġo pot oħra.", "Din il-pjanta fiha kristalli ta' ossalat li ma jinħallux u allura dan jagħmilha tossika għall-klieb u l-qtates.", "Il-pjanta tal-Arrowhead tippreferi ħamrija li hija niedja b'mod konsistenti.", "Mhux misqija żżejjed.", "Jekk aċċidentalment tħalli l-ħamrija tinxef kompletament, tista' tara l-weraq jitilqu, jitwaqqgħu, u possibilment jibdew isiru kannella.", "Jekk il-ħamrija hija estremament u kompletament niexfa, huwa rrakkomandat li xxarrabha sew.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/08/jum-internazzjonali-tan-nisa-2021-bzonn-ta-aktar-nisa-fit-tmexxija/", "date": "08/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["In-nisa kollha fid-dinja jridu u jistħoqqilhom futur ugwali ħieles minn stigma, sterjotipi u vjolenza; futur sostenibbli, paċifiku, bi drittijiet u opportunitajiet indaqs għal kulħadd.", "Sabiex naslu hemm, id-dinja teħtieġ in-nisa f'kull mejda fejn qed jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Din is-sena, it-tema għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa hija \"Nisa fit-tmexxija: Il-kisba ta' futur ugwali f'dinja bil-pandemija Covid-19.\"", "L-għan ta' din it-tema huwa li jiġu iċċelebrati l-isforzi tremendi min-nisa madwar id-dinja fit-tfassil ta' futur u rkupru aktar ugwali mill-pandemija Covid-19 u tenfasizza l-lakuni li għad fadal.", "Il-parteċipazzjoni u t-tmexxija sħiħa u effettiva tan-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja tmexxi l-progress għal kulħadd.", "Madanakollu, in-nisa għadhom sottorapreżentati fil-ħajja pubblika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ġie żvelat fir-rapport riċenti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.", "In-nisa huma kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fi 22 pajjiż, u 24.9 fil-mija biss tal-membri parlamentari nazzjonali huma nisa.", "Bir-rata attwali ta' progress, l-ugwaljanza bejn is-sessi fost il-kapijiet tal-Gvern se tieħu 130 sena oħra!", "In-nisa huma wkoll fuq quddiem fil-battalja kontra Covid-19, bħala front-liners partikolarment fis-settur tas-saħħa, bħala xjenzati, tobba u caregivers, iżda jitħallsu 11 fil-mija inqas globalment mill-kontropartijiet maskili tagħhom.", "Minn analiżi li saret ħareġ li minn 87 pajjiż, kienu biss 3.5 fil-mija minnhom li kellhom parità bejn is-sessi.", "Meta n-nisa jmexxu, naraw riżultati pożittivi.", "Uħud mill-aktar risposti effiċjenti u eżemplari għall-pandemija Covid-19 kienu mmexxija min-nisa.", "In-nisa, speċjalment in-nisa żgħażagħ, huma fuq quddiem ta' movimenti diversi u inklussivi online u fit-toroq għall-ġustizzja soċjali, it-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza fil-partijiet kollha tad-dinja.", "Madanakollu, in-nisa taħt it-30 huma inqas minn 1 fil-mija tal-membri parlamentari madwar id-dinja.", "Kif u minn fejn oriġina l-Jum Internazzjonali tan-nisa?"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/10/xoghol-ta-artigjanat-minn-persuni-li-jattendu-c-centri-ta-agenzija-sapport/", "date": "10/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Fost il-ħafna programmi u inizjattivi li jitwasslu miċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilità mmexxijja minn Aġenzija Sapport, wieħed isib programmi ta' artiġjanat.", "Dawn il-programmi huma parti integrali minn struttura ta' inizjattivi li jitfasslu skont il-bżonnijiet u abbiltajiet differenti tal-persuni b'diżabilità li jattendu ċ-Ċentri.", "Fiċ-Ċentri kollha tal-Aġenzija f'Malta u Għawdex, wieħed isib prodotti diversi minn xogħol bl-injam, xogħol ta' mużajk u fuħħar, ċeramika, kartolini, souvenirs, oħrajn tnaqqix fil-ġebla….ix-xogħol artiġjanali jvarja minn Ċentru għal ieħor, kollha magħmula b'għan terapewtiku.", "Kull Ċentru għandu l-ispeċjalizazzjoni tiegħu u dan dejjem taħt id-direzzjoni ta' Support Workers dedikati, li r-rwol tagħhom hu li joħorġu l-potenzjal tal-persuni li jattendu s-servizz.", "L-aċċenn hu fuq inklużjoni u abbiltajiet.", "Għalhekk, kull inizjattiva hi intiża sabiex mhux biss tippermetti li l-persuni b'diżabilità jipprattikaw il-ħiliet tagħhom, iżda wkoll jiżviluppaw oħrajn ġodda.", "Għażla żgħira ħafna tinsab fuq katalgu fis-sit tal-Aġenzija www.sapport.gov.mt fejn wieħed jista' jara s-selezzjoni ta' prodotti u jista' wkoll permezz ta' email jew billi jimla l-formola apposta li hemm fis-sit, jordna minn dawn il-prodotti.", "Il-valur ta' dawn il-prodotti artiġjanali hu fl-oriġinalità tagħhom, fejn il-prodotti mhumiex magħmula għall-massa iżda f'numri żgħar u wħud minhom huma saħansitra, uniċi.", "Hu importanti li wieħed jifhem li dawn il-prodotti huma xogħol magħmul kollu bl-idejn.", "Għalhekk huma prodotti ġenwini li fuq kollox huma parti minn programmi edukattivi għal dawn il-persuni b'diżabilità.", "L-għan mhux dak li jinħoloq kummerċ iżda li nirrikonoxxu l-abbiltajiet varji ta' dawn il-klijenti.", "Biex jinħolqu dan it-tip ta' prodotti, persuni b'diżabilità jkomplu jiżviluppaw tekniki ġodda, u jesprimu ruħhom permezz tal-arti u għalhekk ikunu qed jingħataw spazju sabiex joħorġu l-kreattività tagħhom.", "Fil-passat inħolqu diversi prodotti li ingħataw bħala rigali lil Prim Ministri, Ministri u persuni distinti oħra, kif ukoll tifkiriet mgħotija lil delegati waqt konferenzi internazzjonali u wkoll delegati li kienu f'Malta għall-avvenimenti marbuta maċ-CHOGM ftit tas-snin ilu.", "Diversi ordnijiet għal dawn il-prodotti jaslu wkoll minn persuni li jkunu jixtiequ jagħtu tifkira żgħira f'ċelebrazzjonijiet bħal tiġijiet, kif ukoll għal okkażżjonijiet bħal Jum l-Omm, Jum il-Missier, l-Għid il-Kbir, Jum San Valentinu kif ukoll il-Milied.", "Għal oġġetti li wieħed jista' jagħti bħala rigal, wieħed jista' jżur is-sit www.sapport.gov.mt jew isegwi l-midja soċjali tal-Aġenzija għal aġġornamenti b'mod regolari.", "Informazzjoni mogħtija lilna minn Aġenzija Sapport ."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/11/imhobza-il-hobza-li-tirraprezenta-l-imhabba-maypole/", "date": "11/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il-ħobż Malti huwa mhux biss imfittex u magħruf għat-togħma bnina tiegħu iżda huwa wkoll parti mill-kultura Maltija u mill-identità tagħna l-Maltin.", "Għall-Jum San Valentinu ta' din is-sena, il-furnara tal-kumpanija Maypole ħolqu l-Imħobża, il-ħobża uffiċċjali marbuta mal-festa tal-maħbubin.", "Din il-ħobża, f'forma ta' qalb intlaqgħet tajjeb minn eluf ta' Maltin u Għawdxin li f'Jum San Valentinu marru lura d-dar b'qalb friska friska mill-forn tal-Maypole.", "Dan mhux biss, għaliex aktar tard, l-Imħobża, li ġejja mill-kliem Imħabba u Ħobża, ingħatat ukoll l-unur li ssir l-aħħar kelma ġdida li daħlet formalment fil-vokabolarju Malti.", "Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-edukazzjoni Justyne Caruana fejn saħqet dwar l-importanza li l-lingwa tagħna tiġi mżewqa bi kliem ġdid minn żmien għall-ieħor.", "Il-Professur Michael Spagnol qal li l-kelma hija korretta mil-lat grammatiku u allura tista' titqies bħala kelma ġdida.", "Sebastian Debono, Direttur tal-kumpanija Maypole, qal li l-Maypole huma onorati li taw il-kontribut tagħhom fil-ħolqien ta' ħobża u kelma ġdida.", "L-imħabba diffiċli tiddeskriviha iżda żgur li tista' tħossha, u issa, grazzi għall-Imħobża, tista' wkoll ittiegħem it-tjubija tagħha!"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/12/filmat-riklam-dwar-professjonisti-nisa-minn-studenti-tal-mcast-ghal-jum-in-nisa/", "date": "12/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Tkellimna ma' Christabelle Rapa, studenta li tinsab fl-aħħar sena tal-istudji tagħha fil-midja ġewwa l-MCAST, li flimkien ma' sħabha, bħala parti mill-istudji tagħhom, ipproduċew filmat dwar professjonisti nisa li rnexxielhom iwettqu l-passjoni tagħhom permezz tas-sistema edukattiva li tipprovdi l-MCAST.", "Kif ġiet l-idea għal riklam bħal dan?", "U x'inhu l-għan?", "Wieħed mis-suġġetti jismu Professional Media Practice, u bħala parti mit-task kellna nipproduċu riklam fuq alumini jew studenti tal-MCAST, nisa, għaliex dan kien proprju għal Jum in-Nisa.", "L-għan ta' dan ir-riklam kien li nuru x'suġġetti varji joffri l-MCAST kif ukoll jagħti kuraġġ lil studenti oħra biex ikomplu jaħdmu għall-passjoni tagħhom.", "Dan ir-riklam juri wkoll nisa minn professjoni differenti u kif irnexxielhom jaslu fejn xtaqu u kif l-MCAST għenhom jagħmlu dan.", "Il-proċess kien li kulħadd kellu persuna li jrid jaħdem magħha, u mill-istorja tagħha ridna noħolqu filmat.", "Jien kelli lil Vanessa Vella li hija waħda mid-diretturi bravissimi li għandna f'pajjiżna.", "Vanessa kienet ukoll lettur tiegħi fl-MCAST allura kien ta' unur kbir li naħdem magħha.", "Bħall-filmat tiegħi, hemm filmati oħrajn li saru minn sħabi l-istudenti li qiegħdin fl-aħħar sena miegħi.", "Dawn qed jiġu mtella' wkoll fuq il-paġna tal-facebook tal-MCAST:"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/12/il-pjanta-asplenium-nidus-roxanne-gauci-taliana/", "date": "12/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il-pjanta Asplenium Nidus, hija magħrufa sewwa wkoll bħala l-pjanta tal-bejta tal-għasafar.", "Hija pjanta tropikali nattiva għall-Hawaii u l-Gżejjer tal-Paċifiku.", "Din il-pjanta tikber l-aħjar f'żoni dellija għaldaqstant biex tieħu ħsiebha sew, poġġiha f'żona tad-dar b'dawl indirett jew dellija.", "Il-pjanta Asplenium Nidus tippreferi ambjent niedi.", "Li ssaqqi l-ħamrija ta' spiss waqt it-tkabbir u li tpoġġi l-pjanta f'post moderatament umdu tgħin biex jinżamm ambjent adattat għall-Bird's Nest.", "Qatt tħalli l-ħamrija tinxef iżżejjed.", "Bħala pjanta li tikber bil-mod ħafna, ma teħtieġx fertilizzazzjoni daqs il-biċċa l-kbira tal-pjanti tad-dar oħrajn.", "Il-pjanta Asplenium Nidus taħdem l-aħjar meta fertilizzant likwidu bilanċjat npk 20-20-20 jitnaqqas għal nofs qawwa u jiġi applikat kull xahar fuq il-ħamrija ta' madwar il-pjanta.", "Fertilizzazzjoni żejda tista' tikkawża ħruq fl-għeruq.", "Il-kura tal-Asplenium Nidus tista' tirriżulta fit-trattament ta' diversi pesti u problemi fungali, batteriċi.", "L-afidi u l-insetti tal-qoxra huma pesti komuni li jaffettwaw din il-pjanta.", "Pjanti li jkunu ġew misqija b'mod eċċessiv jistgħu jesperjenzaw taħsir ta' l-għeruq u problemi fungali oħra.", "Jekk iseħħ taħsir, iċċekkja l-ħamrija u l-pot tal-pjanta tiegħek għal drenaġġ xieraq.", "Dan il-pjanta mhijiex tossika u allura hija ideali għal djar bil-klieb u l-qtates.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/15/niccelebraw-san-patrizju-bdifferenza-kif-maypole/", "date": "15/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["L-aħjar għażla li wieħed jista' jagħmel fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu hija li jibqa' sikur ġewwa daru, iżda dan ifisser li ma' nistgħux niċċelebraw waħda mill-festi tant mistennija minna l-Maltin?", "Il-festa ta' San Patrizju daħlet sew fil-kalendarju ta' ċelebrazzjonijiet tagħna l-Maltin.", "Minkejja li hija festa Irlandiża, il-Maltin adottawha biex isibu okkażjoni oħra fejn bħala poplu Mediterranju jsib skuża biex jiċċelebra.", "Peress li ninsabu f'nofs pandemija li għadha qed tikxef snienha u xejn ma qed tkun ħanina magħna, l-appell jibqa' li nimxu mal-gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa, għaldaqstant huwa importanti li nżommu d-distanza soċjali, nevitaw milli niltaqgħu ma' nies li ma jgħixux magħna u ma noħorġux jekk mhux għal bżonn.", "Importanti li nagħtu s-sehem tagħna biex in-numri jibdew juru ftit tama pożittiva.", "Madanakollu, ma jfissirx li wieħed ma jistax jiċċelebra fil-kumdità u s-sigurtà ta' daru mal-persuni li jgħix magħhom.", "Żgur li biex niċċelebraw ikollna bżonn l-ikel.", "X'hemm aħjar milli f'din il-ġurnata nippreparaw l-ikel bit-tema tal-Irlandiżi.", "La qed insemmu l-ikel fuq il-menu żgur li ma nistgħux inħallu barra xi torta taċ-ċanga u l-birra Guinness.", "Torta li żgur se tinżel għasel ma' kulħadd, b'dik it-togħma fl-isfond tal-birra tant famuża mal-Irlandiżi.", "Għall-adulti, biex takkumpanja dan id-dixx żgur ma jistax jonqos xi pinta Guinness kiesħa.", "Mużika fl-isfond…", "Xi naqra mużika biex inżommu l-atmosfera xejn ma jżommna li ndoqqu u għaliex le??", "Iva niżfnu xi żifna flimkien.", "Wieħed faċli jsib din il-mużika, flimkien mal-istruzzjonijiet ukoll tal-passi biex nidħlu fl-atmosfera lkoll flimkien.", "Xi ngħidu għas-silta tant popolari Riverdance?", "Min se jirnexxielu jqarreb il-passi ma' tal-Irlandiżi?", "Għall-konservattivi?", "X'jistgħu jagħmlu?", "Dejjem jidħlu dawk li forsi huma aktar konservattivi u ż-żfin ma jkunx il-forte tagħhom.", "Dawn x'jistgħu jagħmlu biex ukoll jidħlu fl-atmosfera?", "Lil dawn aħna nissuġġerulhom li jsegwu xi film Irlandiż, jew xi parata ta' San Patrizju tal-passat.", "Nagħlqu b'togħma ħelwa…", "Aħna l-Maltin żgur li nħobbu nagħlqu s-serata bid-deżerta… dik id-daqsxejn togħma ħelwa li tikkumplimenta ikla tajba.", "Fis-suq insibu għadd ta' deżerti li jgħinuna nidħlu fit-tema ta' San Patrizju.", "Ovvjament jiddomina l-kulur ħadrani.", "Ma' dawn id-deżerti wieħed jista' jikkumplimenta b'xi cafè Irandiż (Irish Coffee).", "B'hekk inkunu qed niċċelebraw b'responsabbiltà t-tieni San Patrizju konsekuttiv fid-dawl ta' pandemija.", "Nittamaw li San Patrizju tal-2022 ikun aktar ħanin u forsi nkunu wasalna għan-normalità."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/20/xinhi-l-fibromyalgia-xjista-jikkawza-din-il-kundizzjoni/", "date": "20/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Introduzzjoni qasira dwari: Jien naħdem bħala Health Psychology Practitioner ma' Willingness Team , fejn naħdem ħafna ma' individwi li għaddejjin mill-fibromyalgia fost kundizzjonijiet kroniċi oħrajn, għaldaqstant illum ħa nitkellem ftit dwar din il-kundizzjoni, kif wieħed jista' jadatta aħjar biex jgħix biha kif ukoll dawk ta' madwar l-individwu.", "Ġismi kollu juġagħni!", "Għaliex ġismi juġagħni l-ħin kollu?", "Forsi smajt lil xi ħadd jgħid li għandu ġismu dejjem juġgħu jew li dejjem għajjien.", "U dan iwasslek biex taħseb jew tiddubita li din il-persuna dejjem tgerger jew tużaha bħala skuża biex tevita x-xogħol u ċertu responsabiltajiet.", "Però dan jaf mhux il-każ.", "Teżisti kundizzjoni tas-saħħa li jisima fibromyalgia.", "Fibromyalgia hija kundizzjoni kronika li tippreżenta ruħha f'uġigħ mal-ġisem kollu speċjalment fir-ras, muskoli u ġogi, għejja, problemi fl-irqad u konfużjoni fil-moħħ.", "Kundizzjoni kronika jiġifieri mhux bħal riħ, tagħmel il-kors tagħha u jgħaddilek, imma tibqa biha tul ħajtek.", "Sfortunatament, għadna ma nafux biżżejjed dwarha din il-kundizzjoni allavolja hawn madwar 4% ta' persuni li jbatu minnha fid-dinja.", "Ġeneralment din il-kundizzjoni tippreżenta ruħha aktar fin-nisa milli fl-irġiel u hemm diversi raġunijiet għaliex.", "Tista' tkun minħabba l-istress jew trawmi li l-persuna tkun ġarbet.", "Fost it-trawmi jinkludu abbuż fiżiku jew sesswali, wild, xi operazzjoni kbira, jew telf ta' persuna.", "Riċerka qed turi li l-ġenetika jaf taffetwa wkoll.", "Ħaġa interessanti dwar il-fibromyalgia hi li dan l-uġigħ li tħoss il-persuna huwa reali u jaf jillimita l-persuna.", "Però, meta jsiru testijiet tad-demm u scans fost l-oħrajn jirriżulta li ma hemm xejn ħażin fil-ġisem tal-persuna u din hija waħda mir-raġunijiet għaliex din il-kundizzjoni hija misteru u m'hawnx biżżejjed tagħrif fuqha.", "Minkejja dan kollu, ma jfissirx li persuni li jbatu mill-fibromyalgia jkunu qed jesaġeraw jew jitgħażnu.", "Anzi, sfortunatament persuna li tbati mill-fibromyalgia f'ħajjitha taf tesperjenza ħafna diffikultajiet li ġġib magħha l-kundizzjoni u anke minħabba kif inħarsu lejha fis-soċjetà.", "Il-fibromyalgia fiha ħafna inċertezza għax jeżistu \"flare ups\" fejn il-persuna jaf tqum ġurnata u jkollha uġigħ estrem aktar mis-soltu.", "Il-fibromyalgia taffetwa l-kwalità tal-ħajja tal-bniedem.", "Jekk qed tħoss uġigħ konsistenti ma' ġismek kollu nissuġġerilek titkellem mat-tabib tiegħek.", "Ma jfissirx li għandek il-fibromyalgia għax ħafna kundizzjonijiet jqanqlu uġigħ imma tajjeb tiċċekja għax id-dijanjosi tal-fibromyalgia ma ssirx mil-lum għal għada imma hija proċess.", "Jekk tbati mill-fibromyalgia, teżisti ħafna għajnuna.", "Għajnuna ta' fiżjoterapisti li jistgħu jgħinuk tagħraf x'eżerċizzji tista' tagħmel biex inti itaffi l-uġigħ kemm jista' jkun.", "Teżisti għajnuna psikoloġika li tgħinek tagħraf xi trawma qed taffetwa u tħalli dan l-impatt fuq ġismek.", "Il-fibromyalgia jaf twassal għal ċerti emozzjonijiet bħal ansjetà, dwejjaq u biża' u fit-terapija ma' professjonisti psikologi li jispeċjalizzaw f'dan il-qasam tkun tista' taħdem fuq l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet kif qed jaffettwaw lil xulxin.", "Ma' dawn il-professjonisti tista' wkoll titgħallem aktar dwar il-kundizzjoni biex tagħraf x'l-aħjar tagħmel biex tnaqqas l-uġigħ kemm jista' jkun.", "Nissuġġerilek iżżomm djarju ta' xi tkun qed tħoss, pereżempju; Illum kelli rasi tuġagħni filgħodu, ħadt il-mediċina u matul il-ġurnata għaddietli.", "Ħassejtni għajjiena malli wasalt ix-xogħol u xtaqt li kont aktar produttiva, però ma kontx imdejqa.", "Dan it-tip ta' djarju jista' jgħinek tagħraf hemmx xi differenzi jew xebħ bejn il-ġranet ħalli tibda tagħraf x'tista' tagħmel ħalli tikkontrolla l-uġigħ kemm jista' jkun.", "Parir li nixtieq inħallik bih hu li jekk inti tbati mill-fibromyalgia nistiednek tibni rutina fuq il-ġurnata tiegħek u tipprova żżomm magħha kemm jista' jkun.", "Ir-rutina trid tkun realistika jiġifieri tagħti kas kemm għandek bżonn irqad, fi x'ħin l-aħjar tiekol, x'tista' tagħmel biex tmantni x-xogħol u ma tħallix il-fibromyalgia iżżommok lura milli tikseb dak li tixtieq.", "Jekk inti taf lil xi ħadd li jbati mill-fibromyalgia nistiednek tissaportjahom billi tara għandhomx bżonn xi għajnuna prattika jew anke biex jitkellmu ma xi ħadd li jista jismagħhom u jifimhom."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/23/din-is-sena-tista-ssegwi-l-produzzjoni-il-mixja-bmod-virtwali/", "date": "23/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Wara 14-il sena ta' rapreżentazzjonijiet ta' \"il-Mixja\" f'siti differenti, din is-sena l-produtturi se jkunu qed iwasslulna l-ġrajja tal-passjoni ta' Kristu permezz t'esperjenza virtwali unika.", "L-avveniment annwali bi skop ta' karità li maż-żmien kiseb popolarità kbira u sar sinonimu mal-Ġimgħa Mqaddsa f'pajjiżna, din is-sena se jitwaslilna permezz tal-iskrins taċ-ċinema kif ukoll dawk diġitali.", "Is-sena l-oħra il-Mixja kellha tiġi mħassra minħabba l-pandemija tal-COVID-19.", "Din is-sena, Vermiglio Theatre Productions issieħbu ma' Blend Media u Three Wise Men Media sabiex itellgħu produzzjoni virtwali ta' din il-produzzjoni unika.", "Il-produzzjoni se tintwera on demand mis-sit uffiċjali www.ilmixja.com mill-24 ta' Marzu 'l quddiem.", "Bħal ma' ġara f'dawn l-aħħar snin id-dħul kollu se jmur b'risq il-Malta Community Chest Fund Foundation u l-klijenti tal-Isptar Monte Karmeli.", "Dan l-avveniment qiegħed isir taħt il-patroċinju distint tal-President ta' Malta Dr. George Vella.", "Fil-jiem li għaddew tnehdiet ukoll crowdfunding campaign sabiex jinġabru iktar fondi.", "\"Wieħed irid jifhem li minkejja li x-xogħol li sar huwa wieħed ta' livell għoli ħafna u ra uħud mill-aqwa atturi u crew Maltin li ħadmu flimkien ma' tnejn mill-aqwa diretturi tal-fotografija f'pajjiżna cioe' Marley Lagana u Rodney Gauci, ma kellniex intenzjoni li nagħmlu film iżda esperjenza virtwali ta' dik li sas-sena l-oħra kienet produzzjoni dwar il-passjoni ta' Kristu mibnija skont il-post fejn kient se ssir\" stqarrew Alan Fenech u Michelle Zerafa.", "\"Il-ġbid sar fi tlett ijiem biss u skont il-miżuri kollha tal-Gvern minħabba l-pandemija.", "Din kienet verament maratona għall-karità bl-ostaklu miżjud tal-COVID-19\" żied Fenech.", "L-udjenza se timxi pass pass mal-passjoni ta' Kristu mill-aħħar ċena sal-Golgota filwaqt li nħawi differenti fil-ġonna se jservu bħala l-isfond għad-diversi xeni li jwasslu din il-ġrajja lill-udjenza bl-iktar mod realistiku u personali.", "L-udjenza se tħossha daqs li kieku kienet parti mill-folla li kienet preżenti fl-aħħar jumejn tal-ħajja ta' Ġesú qabel il-qawmien tiegħu mill-mewt f'dak li se jkun tour virtwali ta' din il-ġrajja.", "Il-kast jinkludi wħud mill-aqwa atturi ta' Malta li huma magħrufa sew ma' dawk kollha li għandhom għall-qalbhom id-drama fit-teatri u l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin.", "Il-Kitba hija ta' Alan Fenech li flimkien ma' Tony Parnis idderieġa dan ix-xogħol filwaqt li l-produzzjoni kienet f'idejn Michelle Zerafa u l-istess Alan Fenech.", "Il-Mixja 2021: Esperjenza Virtwali hija produzzjoni ta' Vermiglio Theatre Productions flimkien ma' Blend Media u Three Wise Men Media b'kolalborazzjoni ma' Eden Cinemas u Legio X Fretensis.", "Għal iktar informazzjoni u sabiex jikseb il-biljetti għall-wirjiet on demand jew biex tagħti donazzjoni b'risq iż-żewġ entitajiet imsemmija, wieħed għandu jżur is-sit eletroniku www.ilmixja.com jew il-paġna uffiċjali ta' Facebook Il-Mixja 2021 ."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/23/filmat-servizz-ta-bereavement-support-lill-familji-tal-vittmi-tal-covid-19-minn-hospice-malta/", "date": "23/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Hospice Malta qed toffri bereavement support lill-familji tal-vittmi kollha tal-COVID-19.", "L-NGO tagħraf id-diffikultajiet u l-uġigħ ta' bosta familji li tilfu lill-maħbubin tagħhom minħabba l-pandemija COVID-19, u li ħafna minnhom ma setgħux lanqas jgħidu l-aħħar tislima tagħhom.", "CRO ta' Hospice Andrew Zammit qal li matul is-snin, Hospice ħadmet ma' ħafna pazjenti, kif ukoll il-qraba u l-familji tagħhom permezz ta' bereavement support.", "\"Fl-aħħar xhur, erġajna estendejna s-servizz biex nappoġġjaw il-familji ta' dawk li ħallew din il-ħajja waqt din il-pandemija terribbli.\"", "\"Il-familji tal-vittmi ta' COVID-19 jesperjenzaw uġigħ kbir peres li ma jkunux viċin il-familjari tagħhom qabel ma jmutu.", "L-uġigħ, l-ansjetà u l-frustrazzjoni huma fost sentimenti oħra li jistgħu jikkumplikaw il-proċess ta' niket.", "Hospice Malta tappoġġja lil dawn il-familji billi toffri il-bereavement support service mingħajr ħlas.\"", "Is-servizz huwa offrut fuq bażi individwali, permezz ta' Zoom jew Skype, jew bit-telefon u jiddependi ħafna fuq is-sitwazzjoni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà, kemm tal-familji kif ukoll tal-impjegati tal-Hospice.", "Il-persuni nkarigati biex jagħtu s-sessjonijiet tal-bereavement support huma psikologi jew social workers imħarrġa u esperjenzati f'dan is-settur.", "Dawk il-familji li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz, jistgħu jċemplu lil Hospice fuq 21440085/6 jew jibagħtu email lil info@hospicemalta.org , mit-08:00 sal-16:30, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "Aktar informazzjoni dwar Hospice Malta tista' tinstab ukoll fuq www.hospicemalta.org jew Hospice Malta | Facebook"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/26/il-pjanta-nephrolepis-roxanne-gauci-taliana/", "date": "26/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nephrolepis hija ġeneru ta' madwar 30 speċi ta' felċi.", "Hija l-aktar magħrufa bħala Boston Fern .", "Frondi twal mgħottijin b'fuljetti msejħa pinnae jagħmlu din il-pjanta tad-dar sabiħa u ideali għal hanging baskets partikolarment.", "Din il-pjanta teħtieġ dawl qawwi u indirett.", "L-ebda xemx diretta.", "Dawwar il-pjanta kull ġimgħa biex tesponi n-naħat kollha għad-dawl.", "Żomm il-ħamrija kontinwament niedja, iżda mhux imxarrba.", "Ħu ħsieb il-felċi kbar u dawk li jkunu f'hanging baskets minħabba li jistgħu jinxfu malajr.", "Il-frondi li jkunu qed jidbielu jew jaqgħu huma kkawżati jew minn nuqqas ta' ilma jew inkella ilma żejjed.", "Dejjem uża ilma 'room temperature' għall-pjanti tad-dar tiegħek.", "L-ilma kiesaħ huwa xokk għal dawn it-tropikali teneri.", "Umdità: Ipprova żomm arja niedja, madwar 40-50% umdità relattiva, ħdejn il-felċi.", "Uża umidifikatur tal-kamra għall-aħjar riżultati.", "It-temperaturi normali tal-kamra jeħtieġu li jkunu 18-24 gradi importanti li ma titpoġġiex felċi f'inqas minn 10 gradi.", "Għalf kull ġimagħtejn is-sena kollha b'fertilizzant bilanċjat li jinħall fl-ilma.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/16/il-pjanta-gardenia-xghandha-partikolari-u-kif-tista-tiehu-hsiebha/", "date": "16/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il-Gardenia hija l-aktar magħrufa għar-riħa tal-fjuri bojod u spettakolari tagħha.", "Fil-fatt hija pjanta maħbuba għal raġuni sempliċi ħafna: ftit fwejjaħ naturali huma daqstant notevoli, evokattivi u memorabbli.", "Il-verità hi li mingħajr dik ir-riħa spettakolari, ftit huma l-ġardinara li jippruvaw ikabbru din il-pjanta li teħtieġ ħafna manutenzjoni u li hija vulnerabbli għal ħafna insetti u mard.", "Tinstab l-aktar fil-konservatorji u fis-serer.", "Madanakollu, anki jekk jirnexxilek iżżomm il-Gardenia tiegħek ħajja għal ftit xhur biss, ukoll hija pjanta li għandu jkollok mal-kollezzjoni tiegħek.", "Fi klima xierqa, il-Gardenia tista' titħawwel fir-rebbiegħa jew fil-ħarifa.", "Jekk tagħżel li tipprova tkabbar din il-pjanta miż-żerriegħa, tieħu madwar sentejn u tliet snin biex tiffjorixxi.", "Meta mħawla fil-ġnien, il-Gardenia tippreferi ħamrija rikka u aċiduża li tbattal sew.", "Li tamenda ż-żona tat-tħawwil b'ħafna materjal organiku hija idea tajba.", "Poġġi l-Gardenia f'dell medju, u importanti li l-ħamrija għandha tkun mgħottija regolarment b'saff oħxon ta' mulch biex tikkontrolla l-ħaxix ħażin.", "Gardenia li tkun ikkurata tajjeb, ikollha l-weraq aħdar skur, u tiffjorixxi fil-bidu tar-rebbiegħa sas-sajf, skont il-post.", "Meta tkabbarha ġewwa, importanti li żżommha f'kamra li tkun relattivament sħuna matul il-ġurnata, f'dawl qawwi iżda evita dawl tax-xemx dirett, speċjalment fis-sajf.", "Il-Gardenia hija pjanta li tħobb l-aċidu, u għalhekk tippreferi ħamrija b'pH kemmxejn inqas.", "Taħlitiet normali ta' ħamrija b'bażi tal-pit jissodisfaw dan il-kriterju.", "Żomm il-ħamrija kontinwament niedja imma saqqiha inqas fix-xitwa.", "Teħtieġ temperaturi 'l fuq minn 15-il grad Celsius.", "Evitw kurrenti kiesħa jekk it-temperatura tinżel aktar baxxa.", "Din il-pjanta tippreferi livell għoli ta' umdità, 'il fuq minn 60 fil-mija.", "Fi klimi b'arja kiesħa u niexfa tax-xitwa, pjanti tax-itwal jistgħu jeħtieġu l-użu ta' umdifikatur biex tinżamm umdità xierqa.", "Il-Gardenia m'għandha l-ebda tossiċità magħrufa għall-bnedmin, iżda l-annimali domestiċi jistgħu jesperjenzaw sintomi jekk jibilgħu xi biċċiet mill-pjanta.", "Din il-pjanta fiha l-geniposides u l-gardenosides, sustanzi li ħafna annimali huma sensittivi għalihom.", "Is-sintomi ta' avvelenament fil-klieb, il-qtates u żwiemel jistgħu jikkawżaw remettar, dijarea jew urtikarja.", "Jekk il-pjanta mħawla ġo ġnien uża fertilizzant aċiduż f'nofs Marzu, imbagħad darb'oħra fl-aħħar ta' Ġunju.", "Importanti li mhux fil-ħarifa.", "Jekk il-pjanta mħawla f'pot, uża fertilizzant aċiduż kull tliet ġimgħat.", "It-tip ta' fertilizzant li jintuża għall-ażalea jew il-camellias hija għażla tajba.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/17/filmat-ikolli-nammetti-li-dan-kien-l-aktar-ghar-perikoluz-li-qatt-zort-sissa-conrad-neil-gatt/", "date": "17/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Għal dawn l-aħħar sentejn, Conrad Neil Gatt qed jesplora l-gżira tagħna permezz ta' avventuri partikolari li qed jagħmel.", "Kull avventura jaqsamha mas-segwaċi tiegħu permezz ta' Vlog, li wieħed jista' jsegwi fuq iċ-Channel ta' Youtube tiegħu Conrad Neil Gatt.", "L-għan tiegħu huwa li jaqsam is-sbuħija u dak kollu li jirnexxilu jiskopri kemm mal-Maltin kif ukoll mal-barranin li għandhom lil Malta għal qalbhom u li qed jippjanaw biex iżuruna la nerġgħu lura għan-normal.", "Conrad qed itella' avventura ġdida kull nhar ta' Ġimgħa fis-18:00, u ġieli anki ieħor extra matul il-ġimgħa.", "Staqsejna lil Conrad biex jgħidilna ftit dwar l-aħħar avventura li għamel… u dan hu dak li qalilna…", "\"Dan huwa għar li jidjieq immens u jispiċċa f'toqob illi ftit li xejn huma aċċessibli fl-aħħar mill-aħħar.", "Għar illi ftit li xejn jafu bih nies u wisq inqas aċċessawh, minħabba l-periklu u d-djuq li fih, u l-għamla tiegħu.", "Jgħidu li hu fond 2km, però jiena rnexxieli biss nidħol ftit inqas minn 300m, minħabba li hemm blata kbira fin-nofs li tagħmilha impossibbli li tibqa' dieħel iktar il-ġewwa.", "F'dan il-Vlog jidher ukoll xi għadam li sibna aħna u deħlin, xemgħa u lazz taż-żarbun, li jindikaw li diġà daħlu xi nies oħra qabilna.", "Int u dieħel tibda tħoss l-arja qed tonqos … apparti li tibda tħossok qed taqta' nifsek peress li tkun għaddej minn toqob vera żgħar u tħossu qed jagħfaslek ma' dahrek u mal-kustilji … però l-adrenalina ġġiegħlek tibqa' dieħel ħalli tesplora aktar.", "Wara xi siegħa u nofs nitkaxkar fuq il-minkeb u nimbotta bil-ponot ta' subgħajja, u bil-ponta ta' quddiem taż-żarbun, wasalt f'punt fejn ma stajtx nibqa' dieħel iktar fiżikament u hemmhekk sfortunatament kelli naqbad it-triq lura.", "Rajna wkoll xi fossili mas-saqaf tal-għar.", "Ikolli nammetti li dan kien l-iktar għar perikoluż li qatt żort s'issa, fejn ħin minnhom anki weħilt u ma stajt niċċaqlaq iktar … u hemmhekk ikolli nammetti li bżajt ftit … però trid tagħmel kuraġġ lilek innifsek mentalment u ssolvi l-problemi inti stess.", "Ma nissuġġerixxi lil ħadd iżur dan l-għar, minħabba raġunijiet ovvji ta' sigurtà l-ewwel u qabel kollox, però anki minħabba l-Flora u Fawna tal-madwar …. u bħal dejjem inħobb inżomm l-identità ta' għerien bħal dawn mistura, u nagħtihom isem fittizju … din id-darba 'Għar Kuptejk'.\""]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/18/tour-virtwali-ta-harry-potter-mill-kumdita-ta-darek/", "date": "18/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Jekk ma tistax tivvjaġġa lejn Hogwarts minħabba COVID, allura Hogwarts jidħol fid-dar tiegħek!", "Għada t-Tnejn 19 t'April fis-1 a.m. (ħin universali) se jsir tour virtwali bla ħlas minn Explore Unlimited Tours.", "Hagwarts hija l-iskola tal-maġija li attenda Harry Potter u sħabu.", "Virtwalment wieħed jista' jesperjenza l-ħolqien ta' Harry Potter waqt li jingħaqad ma' gwida esperta, is-siti li ispiraw postijiet fil-ktieb, u s-set fejn iffilmjaw Harry Potter.", "Hekk kif virtwalment l-udjenza se timxi fit-toroq tal-Iskozja, se tiddiskuti r-rilevanza ta' kull żona għal Harry Potter kif ukoll is-sinifikat storiku ġenerali ta' kull post.", "Permezz ta' bastun, l-udjenza se tingħaqad mal-gwida esperta lokali (Skoċċiża) tas-saħħar fit-tour oriġinali ta' Edinburgu li rebaħ il-premju ddisinjat apposta għall-ammiraturi ta' Harry Potter.", "L-udjenza se tiskopri l-postijiet maġiċi li ispiraw karattri u xeni fis-serje, żżur il-postijiet fejn JK Rowling kitbet il-kotba, u saħansitra titgħallem xi maġija jew tnejn matul il-vjaġġ.", "Se niskopru wkoll fejn Lord Voldemort hu midfun, il-ħajja reali ta' Diagon Alley, u saħansitra jkollna ċ-ċans insibu d-dar stess fl-iskola tal-maġija ta' Hogwarts f'Edinburgu.", "Il-gwida li se tmexxi l-udjenza se tuża taħlita maġika ta' Google Earth u stampi b'riżoluzzjoni għolja biex prattikament tagħti l-ħajja lil dan it-tour.", "Għaldaqstant, l-organiżżaturi qed jitolbu biss li ġġib xi ħaġa li tista' tuża bħala bastun!", "Barra minn hekk, hekk kif inżuru wħud mill-postijiet ta' Harry Potter f'Edinburgu, il-gwida se tiddiskuti l-istorja vera tas-sit (fir-rigward tal-Iskozja).", "Il-links u l-istediniet kollha taċ-chatroom jintbagħtu ftit minuti qabel l-avveniment (biex jiġi żgurat li jattendu biss r-reġistranti).", "Huma jintbagħtu fl-indirizz elettroniku li tuża biex tirreġistra għall-avveniment.", "Sabiex wieħed jirreġistra għal dan it-tour, irid jidħol fuq facebook Virtual Tour of Harry Potter Location Tour of the United Kingdom u wara tidħol fuq Explore Unlimited Tours."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/23/il-pjanta-bougainvillea-kif-tista-tiehu-hsiebha/", "date": "23/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Jekk teħtieġ pjanta sabiħa li tiffjorixxi trid tagħżel il- bougainvillea .", "Din il-pjanta bil-fjuri se żżejjen il-bejt jew il-ġnien tiegħek faċilment.", "Il-bougainvillea hija pjanta tropikali li tikber f'żoni fejn it-temperaturi tax-xitwa ma jkunux baxxi ħafna.", "Il-pjanta ġeneralment tipproduċi tliet rawnds ta' fjorituri vibranti fir-rebbiegħa, fis-sajf u fil-ħarifa.", "Tmur tajjeb f'kontenitur relattivament żgħir.", "Meta l-pjanta tkun kibret biżżejjed biex tbiddlilha l-pot, poġġiha f'wieħed ta' daqs wieħed biss ikbar.", "Uża ħamrija normali tal-pjanti mingħajr livell għoli ta' peat moss; ħafna peat jista' jirriżulta f'taħsir tal-għeruq.", "Kull kontenitur użat għandu jkollu mill-inqas toqba waħda.", "Jekk tkun għadek kif tħawwel il-pjanta, saqqiha spiss biex iżżomm il-ħamrija niedja iżda ladarba l-pjanta tkun stabbilita tiffjorixxi l-aħjar jekk il-ħamrija tkun ftit niexfa.", "Madanakollu tħallix li l-ħamrija ssir niexfa kompletament.", "Saqqi l-pjanta immedjatament jekk tkun tidher li qed titbiel.", "Il-bougainvillea teħtieġ fertilizzazzjoni regolari biex tipproduċi blanzuni matul l-istaġun tat-tkabbir.", "Tista' tuża fertilizzant li jinħall fl-ilma kull 7 sa 14-il jum jew applika fertilizzant li jerħi bil-mod fir-rebbiegħa u f'nofs is-sajf.", "Din hija pjanta li tiffjorixxi fuq tkabbir ġdid.", "Dan ifisser li tista' tnaqqas minnha kif meħtieġ biex iżżomm id-daqs mixtieq.", "Hemm diversi kuluri differenti, bajda, ħamra, oranġjo, safra iżda l-aktar waħda popolari hija żgur tal-kulur vjola.J", "Teħtieġ mill-inqas 6 sigħat ta' dawl tax-xemx dirett biex ikollha foritura sħiħa.", "Il-pjanta tal-bougainvillea mhijiex daqstant tossika għall-annimali domestiċi tagħna, imma jekk tinbela' fi kwantitajiet kbar jista' jwassal għall-mard.", "Il-weraq tal-Bougainvillea mhumiex tossiċi, iżda pikkata mix-xewk qawwi tal-pjanta tista' twassal għal dermatite, raxx tal-ġilda tipikament ikkawżat minn reazzjoni allerġika.", "Għalkemm il-bougainvillea tikber tajjeb fil-pots iżda l-aktar li hu rrakkomandat li tuża għal dan hija waħda mill-varjetajiet ta' tkabbir baxx.", "Dawk l-aktar għoljin jeħtieġu pot kbira ħafna biex jakkomodaw is-sistemi ta' għeruq kbar jew jistgħu jitħawlu faċilment fl-art biex jikbru f'siġra kbira.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/26/filmati-bjorn-ghandu-bzonn-l-ghajnuna-tieghek-biex-jiftah-it-tieni-dar/", "date": "26/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Messaġġ minn Bjorn għas-segwaċi ta' skoperta.net Wasalna għat-tieni dar iddedikata għall-persuni b'ALS u mard newroloġiku ieħor f'6 snin.", "Tul dawn is-snin Bjorn, Maria u tim ta' voluntiera dejjem raw kif jistgħu biex jorganizzaw attivitajiet biex jinġabru l-flus.", "Il-proġett ta' DAR Bjorn il-ġdida li tinsab f'Ħaż-Żebbuġ miexi ġmielu u jonqos l-aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi ħalli nkunu nistgħu nimlew id-dar b'għamara, tgħammir elettroniku u kull tip ta' furnishings li għandna bżonn.", "Id-dar se tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazjent b'ALS ikun jista' jgħix b'mod indipendenti kemm jista'.", "Din id-dar se jkollha faċilitajiet ta' indoor pool sabiex jintuża bhala terapija kif ukoll se jkun hemm kappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi u gym biex iservi ta' eżerċizzju għar-residenti.", "Din id-dar se tiffaċilita l-ħajja ta' ħafna pazjenti b'ALS.", "L-aħħar maratona ta' ġbir ta' fondi għal din id-dar se tkun nhar il-Ħadd, 26 ta' Settembru bl-isem '926 to finish'.", "Fejn 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data.", "L-isem jirrapreżenta s-somma ta' kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibbli.", "Il-lista ta' persuni li qed jistennew b'ħerqa kbira li din id-dar se tinfetaħ ma tispiċċa qatt.", "Il-pazjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qedgħin jiġu provduti tgħammir elettroniku u servizzi ta' kura u terapiji b'xejn.", "Bħalissa ALS Malta qed tgħin 'il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex.", "Il-proġett ta' DAR Bjorn se jkun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% diġa ġew miġbura, grazzi għall-maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta' prodotti minn www.maltaoutlet.com", "Kull qatra tgħodd biex tinfetaħ din il-binja li se tkun id-dar ta' pazjenti li ħaqqhom jgħixu ħajja aħjar.", "Tista' minn issa tgħin lil ALS Malta tkompli tgħin lil aktar pazjenti billi;", "Iċċempel fuq 5170 2016 – Euro 15 5100 2017 – Euro 20 5180 2018 – Euro 25", "Tibgħat SMS 5061 9271 – Euro 11.65 5061 8936 – Euro 6.99", "Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/30/ghaliex-ghandu-jkollok-pjanta-tal-lavender-fid-dar-tieghek/", "date": "30/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Għalkemm il-pjanti kollha tal-lavender huma nattivi għall-Mediterran, hemm ħafna varjetajiet li joffru għażla vasta ta' żminijiet ta' fjorituri, kuluri, forom ta' fjuri u daqsijiet.", "Iż-żmien tal-fjoritura jista' jvarja drastikament bejn postijiet differenti, fejn lavender waħda tiffjorixxi fil-bidu ta' Ġunju, 20 mil biss 'il bogħod tista' tkun ferm differenti.", "Kuntrarju għall-isem, mhux il-lavender kollha huma vjola.", "Hemm minnhom li jkunu f'kuluri sbieħ oħra bħal vjola fil-blu, rose, roża ċar, bojod, u saħansitra sofor.", "Il-weraq jista' jvarja wkoll fil-forma u fil-kulur.", "Il-lavender hija pjanta li ddum għal diversi snin taħt kundizzjonijiet tajba.", "Minħabba l-oriġini Mediterranja tagħha, il-lavender tħobb ix-xemx u l-ħamrija niexfa.", "Jekk il-lavender tiegħek ma tkunx qed tikber sew, x'aktarx minħabba ilma żejjed, wisq dell u livelli għoljin ta' umdità.", "Minbarra li jeħtieġu x-xemx, bħal ħafna pjanti mkabbra għaż-żjut essenzjali tagħhom, importanti li żżomm kontroll ta' kemm tuża fertilizzant.", "Il-lavender tippreferi ħamrija niexfa allura jekk tuża potting mix tradizzjonali, kun żgur li ż-żifna ftit ramel għad-drenaġġ.", "Saqqi l-pjanta tal-lavender tiegħek regolarment matul l-ewwel staġun tat-tkabbir tagħhom.", "Iżbor il-pjanta kull sena immedjatament wara l-fjur.", "Il-pjanta tal-lavender fiha ammont żgħir ta' kompost imsejjaħ linalool, li huwa tossiku kemm għall-klieb kif ukoll għall-qtates.", "Il-linalool jinstab f'konċentrazzjonijiet żgħar, u rarament jikkawża problemi.", "Il-problemi jinqalgħu biss jekk l-annimal domestiku jibla' kwantità kbira ħafna ta' lavender.", "Illum, il-lavender hija meqjusa iktar minn sempliċiment pjanta fragranti.", "Kif jirriżulta, dan il-ħwawar jintuża wkoll komunement għal benefiċċji mediċinali u terapewtiċi.", "Dawn huma uħud mill-benefiċċji għas-saħħa li tista' tikseb bl-użu tal-lavender:", "Tista' tgħin biex torqod aħjar Tista' tgħin biex titratta tbajja fil-ġilda Tista' toffri rimedju naturali għall-uġigħ Tista' tbaxxi l-livell tal-pressjoni fid-demm Tista' ttaffi s-sintomi tal-ażma Tista' tnaqqas il-fwawar tal-menopawsa Tgħin kontra t-tkabbir tal-fungu Tgħin fit-tkabbir tax-xagħar Riċerka turi li r-riħa tagħha tħalli effett pożittiv anki psikoloġikament għaliex tgħin biex tirrilassa u tnaqqas l-ansjetà, dipressjoni u n-nervi", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/05/maratona-brisq-il-malta-trust-foundation-is-sibt-8-ta-mejju/", "date": "05/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nhar is-Sibt li ġej, 8 ta' Mejju bejn nofsinhar u nofsillejl se ssir maratona b'risq il-Malta Trust Foundation, li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.", "L-għan ta' din il-maratona huwa li jinġabru fondi biex il-Malta Trust Foundation tkun tista' tagħti aktar apparat elettroniku personalizzat lil tfal neqsin mid-dawl u tfal bl-awtiżmu.", "Dawn l-apparati elettroniċi personalizzati, magħmula apposta, huma essenzjali biex jgħinu lit-tfal u jiggwidawhom matul l-edukazzjoni tagħhom.", "Fil-każ ta' tfal bl-awtiżmu, intervent ta' Augmentative and Alternative Communication (AAC) għal tfal bi bżonnijiet kumplessi jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet ta' komunikazzjoni funzjonali tagħhom, jippromwovi l-iżvilupp konjittiv, jipprovdi bażi għall-iżvilupp tal-litteriżmu u jtejjeb il-komunikazzjoni soċjali.", "Fil-każ ta' tfal neqsin mid-dawl, apparat personalizzat bħal dan jipprovdi aċċess għall-informazzjoni u b'hekk jipprovdi opportunità aħjar għat-tagħlim u għall-iżvilupp ta' ħiliet u talenti.", "Tista' tagħti donazzjoni billi ċċempel fuq:"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/08/kif-u-minn-fejn-origina-l-jum-internazzjonali-tan-nisa/?fbclid=IwAR2oqubDbbj_paNj4-UsoiYXCff0yumNNoSw3bxUjAb-LnVLfk3XHJefJQE", "date": "08/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Għal aktar minn 100 sena, it-8 ta' Marzu mmarka dak li sar magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tan-nisa f'pajjiżi madwar id-dinja.", "Filwaqt li l-iskop tiegħu jvarja minn post għall-ieħor, f'xi pajjiżi huwa jum ta' protesta u f'oħrajn huwa mod kif jiġu ċċelebrati l-kisbiet tan-nisa u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-festa hija iktar minn sempliċi hashtag.", "Ejjew niskopru flimkien l-oriġini u t-tradizzjonijiet ta' dan il-jum..", "Kif diġà semmejna, il-Jum Internazzjonali tan-Nisa oriġina aktar minn 100 sena ilu.", "Fit-28 ta' Frar, 1909, il-Partit Soċjalista tal-Amerika li issa ġie xolt, organizza l-ewwel Jum Nazzjonali tal-Mara, li seħħ fl-aħħar Ħadd ta' Frar.", "Fl-1910, Clara Zetkin, il-Kap tal-Uffiċju tan-Nisa tal-Ġermanja għall-Partit Soċjal-demokratiku , ipproponiet l-idea ta' Jum Internazzjonali tan-nisa globali sabiex in-nies madwar id-dinja jkunu jistgħu jiċċelebraw fl-istess ħin.", "Fid-19 ta' Marzu, 1911, sar l-ewwel Jum Internazzjonali tan-Nisa fejn ħadu sehem aktar minn miljun persuna fil-Ġermanja, l-Iżvizzera, l-Awstrija u d-Danimarka.", "Il-Kap tal-Uffiċju tan-Nisa tal-Ġermanja għall-Partit Soċjal-demokratiku Clara Zetkin u ħabiba tagħha.", "Din iċ-ċelebrazzjoni ġabet il-vot lin-nisa fir-Russja.", "Fl-1917, in-nisa fir-Russja onoraw il-ġurnata billi bdew strajk għal \"ħobż u l-paċi\" bħala mod biex jipprotestaw għall-Ewwel Gwerra Dinjija u jippromwovu l-parità bejn is-sessi.", "Czar Nicholas II, li dak iż-żmien kien il-mexxej tal-pajjiż, ma kienx impressjonat u ta struzzjonijiet lill-Ġeneral Khabalov tad-Distrett Militari ta' Petrograd biex itemm il-protesti u jispara lil kull mara li rrifjutat li toqgħod.", "Madanakollu, in-nisa ma kinux intimidati u komplew bil-protesti tagħhom, li wasslu lil Czar biex jabdika ftit jiem wara.", "Il-Gvern proviżorju mbagħad ta lin-nisa fir-Russja d-dritt tal-vot.", "Nisa jimmarċjaw matul ir-Rivoluzzjoni Russa fl-1917, jitolbu d-dritt tal-vot.", "In-Nazzjonijiet Uniti adottat uffiċjalment il-Jum Internazzjonali tan-Nisa fl-1975.", "Dan seħħ meta n-Nazzjonijiet Uniti ċċelebrat għall-ewwel darba dan il-jum fit-8 ta' Marzu tas-sena msemmija.", "Minn dakinhar, in-Nazzjonijiet Uniti saret l-isponsor primarju u tal-avveniment annwali u ħeġġet saħansitra aktar pajjiżi madwar id-dinja biex iħaddnu l-festa u l-għan tagħha li tiċċelebra atti ta' kuraġġ u determinazzjoni minn nisa ordinarji li kellhom rwol straordinarju fl-istorja tal-pajjiżi u l-komunitajiet tagħhom.", "ll-Jum Internazzjonali tan-Nisa huwa jum ta' ċelebrazzjoni madwar id-dinja, u festa pubblika f'għexieren ta' pajjiżi.", "L-Afganistan, Kuba, il-Vjetnam, l-Uganda, il-Mongolja, il-Ġeorġja, il-Laos, il-Kambodja, l-Armenja, il-Belarussja, il-Montenegro, ir-Russja u l-Ukrajna huma biss uħud mill-pajjiżi fejn it-8 ta' Marzu huwa rikonoxxut bħala festa pubblika.", "Dan il-Jum huwa wkoll ċelebrazzjoni kombinata ma' Jum l-Omm f'diversi pajjiżi, inklużi s-Serbja, l-Albanija, il-Maċedonja u l-Użbekistan.", "F'dan il-jum, it-tfal jippreżentaw lil ommijiet u nanniethom rigali żgħar u simboli ta' mħabba u apprezzament.", "Kull sena, mill-1996 s'issa, in-Nazzjonijiet Uniti toħloq tema differenti li tirrapreżenta l-għan ewlieni ta' dan il-jum.", "It-tema ta' din is-sena hija \"Nisa fit-tmexxija: Il-kisba ta' futur ugwali f'dinja bil-pandemija Covid-19.\""]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/07/kif-tista-tiehu-hsieb-il-pjanta-tal-azalea/", "date": "07/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["L- Ażalea hija pjanta sabiħa magħrufa bħala Royalty of the Garden minħabba l-blanzuni vibranti u kkuluriti tagħhom.", "Hemm aktar minn 10,000 varjetajiet tal-pjanta ażalea.", "Il-varjetà ta' kuluri tal-ażalea tinkludi roża, vjola, ħamra, oranġjo, bajda u aktar.", "In-numru ta' fjuri uniċi għal kull tip ta' ażalea jvarja, l-istess ukoll il-forma tal-petali.", "L-ażalea ġejja mill-ġeneru Rhododendron .", "Il-weraq ta' kull pjanta li tkun ġejja minn dan il-ġeneru huma differenti.", "Il-weraq tal-ażalea huma ħafna iżgħar minn tar-rhododendron u bil-ponta.", "Id-daqs tal-ażalea jvarja wkoll.", "Hemm minnhom li jikbru minn wieħed sa żewġ piedi u hemm ukoll arbuxelli tal-ażalea li jistgħu jikbru sa 25 pied.", "L-ażalea tista' tiffjorixxi kemm ġewwa kif ukoll barra, il-kura tagħha tiddependi fuq il-post li tkun qiegħda fih.", "Il-pjanta tiffjorixxi fir-rebbiegħa u ddum diversi ġimgħat.", "Evita li tpoġġi l-ażalea f'post li jkun hemm dell biss jew inkella xemx diretta l-ġurnata kollha.", "L-ażalea tmur tajjeb l-aktar meta tkun f'post li jkollu x-xemx filgħodu u d-dell wara nofsinhar.", "L-ilma li jkollha bżonn jiddependi skont il-klima u l-ammont ta' dawl li jkollha l-pjanta tiegħek.", "Jekk tkun f'post bi klima friska tippreferi inqas ilma, madwar darbtejn jew tliet darbiet fix-xahar.", "Jekk tkun f'post aktar xemxi u sħun, ikollha bżonn tissaqqa madwar darba jew darbtejn fil-ġimgħa.", "Żomm f'moħħok li l-ażalea mhix kapaċi tittollera ħamrija mxarrba iżda teħtieġ li tinżamm niedja.", "ll-fjuri tal-ażalea jipproduċu għasel imsejjaħ mad honey, li huwa tossiku u ħafna drabi l-klieb u l-qtates huma l-aktar vittmi tal-avvelenament minn dan l-għasel.", "L-għasel inixxi madwar il-pjanta kollha u jwassal għal perikli potenzjali.", "Filwaqt li tossiċità severa hija rari, jekk il-pjanta tittiekel tista' twassal għal sintomi li jkunu ta' periklu kbir.", "Jekk tieħu ħsiebha sew, il-pjanta tal-ażalea tista' tkun waħda minn dawk li tikkumplimentalek id-dar jew il-ġnien tiegħek.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/14/oh-my-nenu/", "date": "14/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["\"It-Togħma ta' Malta\" ….hekk iddeskriviet lil dan ir-ristorant waħda mit-turisti li ħallew kumment fuq il-paġna ta' Trip Advisor ta' Nenu The Artisan Baker .", "Kienu ħafna dawk li qablu ma' dan il-kumment, li jiġi rifless fl-eluf ta' kummenti oħra miktuba minn turisti varji matul is-snin, tant li trip advisor stess ta diversi rikonoxximenti lil Nenu The Artisan Baker tul dawn l-aħħar snin… \"Certificate of Excellence\" u \"Travellers Choice Award\" sena wara l-oħra, u anke daħħal lir-ristorant fil-prestiġjuża \"Hall of Fame\".", "Qabditna l-kurżità… x'għandu speċjali dan ir-ristorant?", "Issa li fetħu r-ristoranti kellna l-għażla li mmorru jew l-Imġarr jew il-Belt.", "Għażilna li mmorru f'dak tal-Belt u kien hawnhekk li rrealizzajna li dan huwa ristorant li kulħadd għandu jżur f'xi ħin jew ieħor…", "Apparti li l-post huwa sabiħ, il-menu kien ippakkjat b'dak kollu li hu Malti…minn platti tradizzjonali, sa soft drinks, inbid, birra u kafè…kollox Malti.", "Hemm il-famuża Ftira, li hija simili tal-pizza, imma f'forma kwadra u ferm, ferm itjeb għax din hija magħmula mill-għaġina tal-ħobż tal-Malti.", "Platti oħra kienu fenek moqli fil-gravy, stuffat tal-qarnit, stuffat tal-laħam taż-żiemel, ravjul tal-fenek, braġjoli taċ-ċanga, klamari mimlija, spagetti bil-qarnit u bebbux, fost oħrajn.", "Bdejna bil-ftira…għażilna l-ftira li jisimha \"Ta' Nenu\"…ma xtaqniha tispiċċa qatt…", "Bħala main course ħadna ravjul tal-fenek u klamari mimlija….it-tjubija ma tistax tiktibha.", "Diffiċli ssib kliem li jiddiskrivi t-togħma…ta' Malta!", "Eżatt bħalma qalet dik it-turista.", "Ma stajniex nieqfu hawn.", "Sar il-ħin għad-deżerta.", "Ħassejna li ma stajniex noħorġu minn hemm qabel ma nduqu l-Imqaret, servut b'ġelat Malti u l-isfineġ ta' San Ġużepp (mimlija bl-irkotta u konfettura).", "It-tjubija ta' kull ħaġa li doqna tat raġun lil kull kumment li hemm miktub fuq Tripadvisor…mhux ta' b'xejn li Nenu the Artisan Baker iddaħħal fil-Hall of Fame!", "Waqt li konna qed nieklu d-deżerta sibna ruħna niftehmu għal meta se nerġgħu niġu biex induqu xi platti oħra.", "Però, id-darba li jmiss se niġu mal-ġenituri sabiex iġeddu t-tifkiriet tal-imgħoddi.", "Verament għandna biex niftaħru dwar il-kċina Maltija.", "Huwa importanti li tagħmel booking.", "Dan jista' jsir billi ċċempel fuq 79595852 Tista' wkoll tordna għad-deliveries id-dar jew ix-xogħol.", "Dan jista' jsir fuq l-istess numru.", "Bħalissa qed jagħtu flixkun inbid ta' Delicata, il-famuż Pjazza Reġina, u delivery b'xejn meta l-ordni taqbeż il-€25."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/16/niftakar-meta-pagna-ta-tifkiriet-u-nostalgija-fuq-facebook/", "date": "16/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Niftakar meta… Hekk nibdew b'dawn il-kelmiet kull meta rridu nirrakkuntaw xi tifkira għażiża u xi mument ta' nostalġija.", "Tifkiriet ikollu kulħadd, ta' min sbieħ u ta' min forsi inqas.", "Kull tifkira tqanqal emozzjoni u kull tifkira nħarsu lejha bħala esperjenza diretta tal-ħajja.", "Dak li għamel Daniel Mangani billi kważi ħames snin ilu beda proġett fuq Facebook fejn permezz tal-paġna NIFTAKAR META jfakkar diversi tifkiriet tal-imgħoddi.", "Dawn it-tifkiriet, ħafna minnhom ibbażati fuq esperjenzi personali, huma fl-istess ħin komuni mal-ħajja ta' ħafna oħrajn.", "Dawn it-tifkiriet iġibu magħhom tbissima speċjalment meta tinnota kemm l-affarijiet u l-ħajja kienu tassew differenti u sempliċi.", "Kif jgħid l-istess awtur \"Kulhadd għadda mit-tfulija u miż-żgħożija, u l-ħajja mgħaġla kif inhi llum il-ġurnata, faċli tnessik ħafna mill-memorji u tifkiriet li tkun għaddejt minnhom.", "L-iskop tal-paġna 'Niftakar Meta' huwa appuntu sabiex inħallu dawn il-memorji jibqgħu jiġġeddu u b'xi ftit nostalġija nerġgħu niftakru f'meta l-affarijiet sempliċi kienu ħafna.", "Eventwalment dan il-proġett kompla jikber, u minn tifkiriet qosra, ħareġ proġett ieħor bħala blogg.", "Il-blogg, fuq l-istess tema u isem, jieħu l-forma ta' stejjer qosra.", "Il-praspar tat-tfulija, is-sempliċità tal-ħajja kif ukoll il-mumenti nostalġiċi tal-awtur li huma familjari ma' kulħadd.", "Il-paġna NIFTAKAR META fuq Facebook jkollha tifkiriet regolari, waqt li l-blogg bl-istess isem, ikollu storja kull ġimgħa.", "Wieħed jista' jżur il-paġna ta' Facebook – Niftakar meta | Facebook", "U l-blogg – Niftakar Meta…", "Fil-ġranet li ġejjin, Daniel se jkun qed jagħti aktar informazzjoni dwar il-pjan li jmiss tiegħu relatat ma' dan il-kunċett."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/17/kif-tista-tiehu-hsieb-il-pjanta-tal-fittonia-roxanne-gauci-taliana/", "date": "17/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Il- Fittonia hija ġeneru ta' pjanti tal-fjuri fil-familja Acanthus Achantaceae , nattiva għall-foresta tropikali fl-Amerika t'isfel, prinċipalment il-Peru.", "Din il-pjanta, li għandha l-weraq tagħha b'disinn mill-isbaħ, hija pjuttost faċli biex tieħu ħsiebha.", "Il-Fittonia tippreferi dawl qawwi u indirett.", "Dawl aktar baxx jista' jikkawża li titlef ftit mill-kuluri vibranti tagħha u t-tkabbir jonqos.", "Wisq dawl jista' wkoll jaħraq il-weraq.", "Il-pjanta tal-fittonia tħobb l-ilma u li tkun konsistentament niedja, iżda mhux imxarrba.", "Saqqiha sewwa meta 25% tal-ħamrija tkun niexfa.", "Jekk tħalli l-pjanta tinxef wisq, tinduna għaliex il-weraq jibdew jinxfu u jisfaru iżda l-possibilità hija li jerġgħu jieħdu l-ħajja ladarba tinduna bil-problema u ssaqqihom sew.", "Il-Fittonia tikber tajjeb f'temperaturi medji.", "Evita kurrenti kesħin u kurrent dirett mill-ħiters fix-xhur tax-Xitwa.", "Umdità medja tad-dar hija aċċettabbli, iżda l-Fittonia tmur aħjar f'livelli ta' umdità ogħla.", "Tista' żżid l-umdità billi tpoġġi umidifikatur fil-viċin.", "Mod ieħor biex tiżdied l-umdità relattiva huwa li tiġbor flimkien diversi pjanti li jħobbu l-umdità f'żona żgħira, u toħloq mikro-klima.", "Uża fertilizzant ġenerali tal-pjanti tad-dar kull xahar mir-Rebbiegħa sal-aħħar tas-Sajf.", "Vantaġġ importanti tal-Fittonia hu li mhijiex tossika għall-annimali domestiċi tagħna.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/08/ghaliex-jintuza-l-hwawar-ras-el-hanout-u-kif-isir/", "date": "08/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Ras el Hanout hija taħlita ta' ħwawar misjuba f'forom differenti fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk.", "Għandha rwol simili fil-kċina tal-Afrika ta' fuq bħal m'għandu l-garam masala fil-kċina Indjana.", "L-isem bl-Għarbi jfisser \"kap tal-ħanut\" u jimplika taħlita tal-aqwa ħwawar li l-bejjiegħ għandu x'joffri.", "Ras el hanout jintuża f'ħafna platti, xi drabi jingħorok fuq laħam jew ħut, jew jitħawwad f'kuskus, għaġin jew ross.", "M'hemm l-ebda kompożizzjoni definittiva ta' ħwawar li tifforma r-Ras el Hanout, għax kull ħanut, kumpanija, jew familja jista' jkollhom it-taħlita tagħhom stess.", "It-taħlita ġeneralment tikkonsisti f'aktar minn tużżana ħwawar, fi proporzjonijiet differenti", "Però llum se naqsam magħkom il-mod kif nagħmlu jien.", "Biex tagħmel vażett żgħir, għandek bżonn:", "Żewġ imgħaref u nofs żerriegħa tal-kemmun Żewġ imgħaref żerriegħa tal-kosbor Mgħarfa kannella midħuna jew stikka waħda tal-kannella Żewġ kuċċarini ġinġer midħun Żewġ kuċċarini bżar iswed Kuċċarina turmeric midħun Madwar 10 żrieragħ tal-kardamomu Niskata żagħfran", "Ixwi l-ħwawar sħaħ ġo taġen żgħir 'nonstick' sakemm isiru aromatiċi u jiskuraw ftit.", "Ipprova taqbiżx dan il-pass li tixwi l-ħwawar, għax verament joħorġu aktar it-togħmiet tagħhom b'dan il-metodu.", "Itfa' din it-taħlita ta' ħwawar fi grinder tal-ħwawar (jew uża mehries u lida), u idħanhom sakemm ikollok taħlita ta' trab fin.", "Aħżen ġo vażett issiġillat sa sitt xhur biex tużahom meta jkollok bżonn.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/08/il-kumpanija-mattel-tintroduci-pupa-gdida-ta-barbie-ghall-jum-internazzjonali-tan-nisa/", "date": "08/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Eżatt fil-ħin għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-jum li fih jiġu ċċelebrati l-kisbiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi tan-nisa, waħda mill-aktar nisa influwenti tas-seklu 20 qed tiġi introdotta bħala mudell għall-ġenerazzjoni ġdida ta' bniet.", "Il-kumpanija Mattel introduċiet lill-eks First Lady u kelliema tan-Nazzjonijiet Uniti Eleanor Roosevelt bħala pupa ġdida ta' Barbie, fil-kollezzjoni 'Barbie's Inspiring Women', li tagħti ġieħ lin-nisa matul l-istorja.", "Hija l-unika First Lady li għandha pupa ta' Barbie imsemmija għaliha.", "\"Aħna ninsabu kuntenti li nilqgħu lill-eks First Lady Eleanor Roosevelt fis-serje 'Barbie's Inspiring Women' u li nitfgħu dawl fuq kif il-perseveranza tagħha bħala ċampjin tal-policies dwar id-drittijiet ċivili u ekonomiċi ħalliet impatt fuq id-dinja,\" qalet Lisa McKnight, senior viċi president u kap globali ta' Barbie u pupi f'Mattel.", "Roosevelt serviet mill-1933 sal-1945 matul il-presidenza tar-raġel tagħha, il-President Franklin D. Roosevelt.", "Hija bniet relazzjoni mal-pubbliku permezz tal-paġna tal-aħbarijiet ta' kuljum tagħha u marret lil hinn mir-rwol tradizzjonali tal-'First Lady'.", "Hija serviet ukoll bħala diplomatika u umanitarja tan-Nazzjonijiet Uniti wara r-rwol tagħha fil-White House.", "Il-pupa Eleanor Roosevelt hija liebsa libsa bil-fjuri, ġiżirana tal-perli u kappell iswed.", "Rosa Parks, attivista tal-moviment għad-drittijiet ċivili, u Sally Ride, l-ewwel astronawta mara Amerikana, ġew ukoll onorati bil-pupi ta' Barbie tagħhom.", "Is-serje ta' 'Barbie's Inspiring Women' tinkludi poeta, awtur u attivista, Dr Maya Angelou, kif ukoll disa' oħrajn inklużi, Billie Jean King, Ella Fitzgerald, Florence Nightingale, Susan B. Anthony, Amelia Earhart, Katherine Johnson u Frida Kahlo.", "Barbie avvanzat mhux ftit mid-debutt tagħha!", "L-ewwel pupa ta' Barbie kellha xagħar isfar, għajnejn blu u kienet liebsa libsa tal-għawm.", "Minn dakinhar Barbie ġiet trasformata fi rwoli differenti, minn segretarja għal astronawta u issa wkoll First Lady!"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/17/min-kien-ezattament-san-patrizju-kif-bdew-it-tradizzjonijiet-marbuta-ma-dan-il-jum/", "date": "17/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["San Patrizju, il-qaddis patrun tal-Irlanda, jiġi ċċelebrat fis-17 ta' Marzu ta' kull sena.", "Il-poplu Irlandiż huwa kburi ħafna b'San Patrizju u t-tradizzjonijiet li jimxu id f'id mal-jum taċ-ċelebrazzjoni tiegħu.", "Minkejja li l-festa ta' San Patrizju hija popolari wkoll fost il-Maltin, ċertament li huma ftit li jafu dawn il-kurżitajiet u fatti interessanti li skoprejna…", "San Patrizju ma kienx Irlandiż!", "San Patrizju huwa l-patrun tal-Irlanda u huwa magħruf l-aktar għall-konverżjoni tal-poplu Irlandiż pagan tal-ħames seklu A.D. għall-Kristjaneżmu, iżda għalkemm huwa appostlu tal-Irlanda, Patrizju fil-fatt kien Ingliż!", "Imwieled u trabba fir-raħal ta' Banna Vemta Burniae, Patrizju jirrikonoxxi lil Britannia bħala pajjiżu fil-kitbiet tiegħu, iżda fejn verament kien il-post tat-twelid tiegħu għadu mhux magħruf b'ċertezza.", "Xi wħud jgħidu l-Iskozja filwaqt li oħrajn jgħidu Wales.", "Xi ħaġa li żgur nistgħu nkunu ċerti minnha, hi li kien madwar il-baħar Irlandiż fejn dan il-patrun oriġina.", "Għadda l-ewwel snin tiegħu fl-Irlanda bħala skjav.", "Negozjanti tal-iskjavi kienu qabdu lil Patrizju meta kien teenager, flimkien ma' ħafna oħrajn u kienu ttieħdu l-Irlanda u nbiegħu.", "Aktar tard huwa kien kiteb li dak iż-żmien kien jistħoqqlu li jinqabad għaliex kien jemmen li ġara hekk minħabba n-nuqqas ta' fidi li kellu f'Alla.", "Dam skjav fl-Irlanda għal sitt snin sħaħ li matulhom kien jitlob ħafna kuljum.", "Fil-fatt l-impenn tiegħu wassal għal fidi qawwija.", "Jingħad li Patrizju kien jisma' l-vuċijiet u kellu wkoll viżjonijiet.", "Jingħad li hekk kif il-fidi tiegħu kompliet tissaħħaħ, huwa beda jisma' l-vuċijiet u darba fost l-oħrajn kien sema' vuċi li qaltlu \"Il-vapur tiegħek lest!\"", "Minn dakinhar huwa ħass li wasal iż-żmien li jipprova jaħrab.", "Qatt ma kien hemm sriep fl-Irlanda!", "Il-leġġenda tgħid li waqt li l-qaddis patrun kien għaddej minn sawm ta' 40 jum fuq il-quċċata tal-għoljiet ta' Tara, tfaċċaw ħafna sriep u bdew jattakkawh.", "Jingħad ukoll li huwa rnexxielu jiġġildilhom u jitfagħhom fil-baħar.", "Madanakollu, l-evidenza turi li l-Irlanda kienet kiesħa wisq biex ikun hemm kwalunkwe tip ta' serp f'dak il-post u żmien.", "Qatt ma uża shamrock!", "Ħafna jgħidu li San Patrizju uża x-shamrock biex jispjega t-trinità qaddisa lill-Irlandiżi pagani.", "Jingħad li t-tliet weraq tagħha jirrapreżentaw lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.", "Minkejja dan, l-istorja tgħid modieħor.", "M'hemm l-ebda referenza għall-pjanta f'xi waħda mill-istejjer ta' dak iż-żmien, u m'hemm xejn li jindika kien jużaha biex jispjega t-twemmin nisrani tiegħu.", "Saret referenza għaliha biss aktar tard minn kitbiet Ingliżi dwar il-leġġenda.", "Ma kienx jilbes l-aħdar!", "Kull sena, in-nies jilbsu l-aħdar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' dan il-jum, iżda l-evidenza turi li San Patrizju kien jilbes il-blu u mhux l-aħdar!", "Aktarx, l-aħdar ġie mill-fatt li dan il-kulur huwa sinonimu mal-bandiera Irlandiża, u anke minħabba l-għelieqi sbieħ iħaddru li wieħed isib fl-Irlanda u l-famuża pjanta shamrock!", "Patrizju kellu madwar 40 sena meta ġab il-Kristjaneżmu fl-Irlanda.", "La darba reġa' lura fuq l-art Brittanika, Patrizju iddeċieda li jħaddan il-fidi tiegħu u jitħarreġ bħala saċerdot.", "Huwa studja għal bosta snin qabel ma ħasuu lest li jirritorna l-Irlanda bħala missjunarju.", "Huwa rritorna bħala t-tieni Isqof tal-pajjiż u għallem il-Kristjaneżmu lil eluf ta' nies.", "Ħafna drabi kien jiġi kkastigat minn kapijiet pagani, iżda tant kien ħadem fuq il-fidi tiegħu li kien lest li jsofri kull ħaġa.", "Kien jemmen ukoll li kull sfida kienet kastig għad-dnubiet preċedenti tiegħu.", "L-ewwel parata ta' Jum San Patrizju saret fl-Amerika.", "Filwaqt li n-nies fl-Irlanda ilhom jiċċelebraw lil San Patrizju mis-1600, it-tradizzjoni tal-parata ta' San Patrizju bdiet fl-Amerika.", "Ir-rekords juru li saret parata ta' Jum San Patrizju fis-17 ta' Marzu, 1601 f'kolonja Spanjola f'dik li issa hija Santu Wistin, Florida.", "Il-parata, u ċ-ċelebrazzjoni ta' Jum San Patrizju sena qabel ġew organizzati mill-vigarju Irlandiż tal-Kolonja Spanjola Ricardo Artur.", "Aktar minn seklu wara, suldati Irlandiżi li kienu jservu fil-militar Ingliż marru f'Boston fl-1737.", "L-entużjażmu għall-parati ta' San Patrizju beda minn hemm, kien proprju fis-17 ta' Marzu tal-1762 li saret l-ewwel parata f'New York City u għadha sal-lum il-ġurnata waħda mill-akbar tradizzjonijiet li għandhom f'dan il-pajjiż.", "Fl-2020, parati madwar il-pajjiż ġew ikkanċellati jew posposti għall-ewwel darba f'għexieren ta' snin minħabba l-pandemija tal-Covid-19.", "L-isem Patrizju jfisser 'nobbli'.", "M'għandniex xi ngħidu, dan l-isem huwa popolari ħafna fl-Irlanda.", "Ġej mill-isem Latin Patricius li jfisser 'nobbli'.", "Fatt interessanti huwa li l-isem propja li dan il-qaddis ingħata mat-twelid kien Sucat, kien aktar tard li ngħata l-isem ta' Patrizju.", "Kien biss wara s-seklu 17 li n-nies bdew isemmu lil uliedhom wara dan il-famuż qaddis għaliex qabel dan, kien maħsub li kien isem wisq sagru biex jintuża għal nies komuni."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/27/bhal-lum-16-il-sena-ilu-xxandar-l-ewwel-episodju-ta-greys-anatomy/", "date": "27/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Proprju fis-27 ta' Marzu tal-2005 ixxandar l-ewwel episodju tas-serje Amerikana tant popolari, anki f'pajjiżna, Grey's Anatomy.", "Grey's Anatomy hija serje medika televiżiva li tittratta kemm dak kollu li hu relatat mal-mediċina kif ukoll il-ħajja personali tat-tobba u l-kirurgi.", "It-titlu huwa allużjoni għall-Gray's Anatomy, ktieb klassiku dwar l-anatomija tal-bniedem ippubblikat għall-ewwel darba fl-1858 f'Londra u miktub minn Henry Gray.", "Shandy Rhimes żviluppat il-pilot ta' din is-serje u kompliet tikteb sal-2017.", "Krista Vernoff, li qabel kienet taħdem ma' Rhimes, illum hija x-showrunner ta' Grey's Anatomy.", "Bħalissa Grey's Anatomy jinsab fis-17-il staġun tiegħu", "Liem karattru huwa l-aktar favorit tiegħek minn din is-serje?"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/10/meta-u-kif-origina-l-isem-ta-casal-paola/", "date": "10/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Antoine de Paule kien it-13-il Gran Mastru ta' Malta u laħaq f'din il-kariga nhar l-10 ta' Marzu 1623.", "Hu kien is-Sultan ta' Malta u Kap tal-Ordni Sovrana ta' San Ġwann il-Battista.", "Fi żmienu kien bena l-palazz ta' San Anton u l-ġonna tiegħu.", "Imma hu kellu xewqa li ismu jibqa' għal dejjem u għalhekk ried iwaqqaf raħal li jġib ismu.", "Kienet din ix-xewqa tal-eċċelenza tiegħu l-Gran Mastru De Paule li jara li fuq din l-art fid-daħla ġewwinija tal-port ta' Malta tiġi imsawra komunità u li l-istess art tibda ġġib isem il-Gran Mastru.", "Dan kollu għandu l-għan li jtaffi mill-espansjoni bla waqfien tal-popolazzjoni tat-tlett ibliet tal-Kottonera fuq din l-isfonda tal-port ta' Malta.", "Din il-popolazzjoni dejjem tikber qiegħda tkun ta' dannu għas-saħħa tal-poplu kien għalhekk li l-Gran Mastru fil-ġenerożità kbira tiegħu ħaseb biex joffri din l-art bejn l-Għolja tal-Ħorr u l-Għolja ta' Kordin biex fuqha jinbena Raħal Ġdid li ikun jista' jilqa' lill-poplu li dejjem jikber fl-inħawi tal-Port.", "Għalhekk dan ir-Raħal Ġdid kellu jkun iġib isem is-Sultan, dak ta' Casal Paola u dawk li jabitaw fih ikunu msejħa Pawlisti.", "Il-Gran Mastru ħabbar ukoll li kien se joffri fondi biex f'dan ir-raħal tinbena knisja għas-servizz tal-poplu li jammar f'dan il-post u kienet iddedikata lil Santa Ubaldeska, waħda mill-padruni tal-Ordni Ospidaljer ta' San Ġwann il-Battista.", "Il-Gran Mastru kien ħabbar ukoll li dawk li jagħżlu li jmorru jgħixu f'dan ir-raħal kienu se jkunu eżentati milli jiġu mfittxija għal xi kreditu jew djun li seta' kellhom.", "Minkejja dan kienu ftit dawk li marru jgħixu f'Raħal Ġdid fi żmien il-Kavallieri u kellu jgħaddi naqra żmien mhux ħażin biex dan ir-raħal beda jikber sewwa.", "Meta fi żmien l-Ingliżi l-attività madwar il-port u t-tarznari kibret ħafna, Raħal Ġdid far bin-nies.", "Il-knisja ta' Santa Ubaldeska tkabbret u ġiet iddedikata lil Qalb ta' Ġesù.", "Fil-bidu tas-seklu 20 bdiet tinbena l-knisja monumentali ta' Kristu Re li hija l-parroċċa tal-lum.", "Wara l-gwerra, raħal Casal Paola kompla kiber u llum huwa wieħed mill-iktar irħula popolari f'Malta.", "Il-knisja ta' Kristu Re hija l-ikbar knisja ta' Malta u llum ġiet mgħollija għad-dinjità ta' Bażilika."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/13/filmat-nesploraw-ghar-hasan-u-l-leggendi-marbuta-mieghu/", "date": "13/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Ftit xhur ilu rajna waħda mill-avventuri ta' Pierre u sħabu fiż-żjara tagħhom ġewwa Għar il-friefet.", "Din id-darba flimkien magħhom se nesploraw Għar Ħasan.", "X'tistgħu tgħidulna dwar dak li rnexxilkom tiskopru dwar dan l-għar?", "Kif tistgħu taraw fil-filmat, din id-darba jien u Matt morna nesploraw Għar Ħasan.", "Dan l-għar għandu partijiet li jista' jżurhom kulħadd u partijiet oħra li huma aktar tekniċi u għandha titqies il-kawtela.", "Bħal dejjem is-sigurtà l-ewwel u wieħed jeħtieġ dawl tajjeb u preferibbilment elmu.", "Dan l-għar jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-gżira li jħares lejn l-irdumijiet u l-baħar blu skur.", "L-għar jissejjaħ Għar Hasan jew Hasan's Cave.", "Għar Ħasan huwa twil madwar 387 metru u jista' jinstab 70 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.", "Id-daħla tal-għar hija għolja 5 metri u wiesgħa 6 metri, b'dimensjoni ta' 20 metru.", "Bħal għerien oħra, hemm leġġenda dwaru u bħal dejjem ikun hemm verżjonijiet differenti tal-leġġenda.", "L-ewwel waħda hija li Ħasan, 'ribellu' Saracen tas-seklu 12 tefa' għajnejh fuq xebba ħelwa u ddeċieda li jaħtafha u jaħbiha fl-għar.", "Dan qajjem rewwixta man-nies tal-post u attakkaw l-għar.", "Minflok ma ħalla lilu nnifsu jinqabad, Ħasan tefa' lit-tfajla fil-baħar ta' taħt l-għareġ u kkommetta suwiċidju billi qabeż.", "Verżjoni oħra hija li t-tfajla nħatfet u Ħasan ġiegħlha twiegħed imħabba eterna għalih u hi tkun meħlusa.", "It-tfajla ddisprat u qabżet minn fuq irdum u wara Ħasan qabeż warajha."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/16/fatti-u-kurzitajiet-interessanti-li-ma-kontx-taf-dwar-charlie-chaplin/", "date": "16/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Chaplin kien jgħid li l-ewwel xogħol tal-films tiegħu kien intellettwalment insinifikanti u kien jirreferi għall-films bħala \"mhux raffinati\".", "Madanakollu kien l-ewwel ċans li kellu biex joħroġ mill-faqar.", "Grazzi għall-konnessjonijiet u l-influwenza professjonali tal-ġenituri tiegħu, Charlie Chaplin beda jirreċta fuq il-palk minn età żgħira ħafna.", "Huwa telaq mill-kulleġġ u dar għad-dinja tal-arti.", "Dan il-bidu wassal għal Karriera ta' vaudeville ma' kumpanija Brittanika li tivvjaġġa, li eventwalment wasslitu għad-dinja tal-films fl-Amerika.", "Kien magħruf li jbati minn dipressjoni.", "Huwa kien ateu u minkejja li dejjem ċaħad, kien magħruf ukoll li kellu twemmin kommunista, iżda qatt ma nstabet evidenza ċara għal dan.", "Fis-snin bikrija tal-karriera tiegħu, ċerti xeni mill-films tiegħu kienu jiġu kkunsidrati bħala vulgari.", "Iżżewweġ erba' darbiet, u kull mara li kellu kienet tkun ferm iżgħar minnu.", "L-aħħar mara ta' Chaplin, Oona O'Neill, bint id-drammaturgu Eugene O'Neill, kellha 18-il sena waqt li hu kellu 54 sena.", "Iż-żwieġ tagħhom irriżulta għal wieħed feliċi u kellhom tmien ulied.", "Minbarra li kien attur, Charlie Chaplin kien mużiċist.", "Fil-fatt, għal xi żmien huwa kien ħadem bħala butler waqt li kien għadu jgħix l-Ingilterra.", "Madanakollu, d-daqq tat-trumbetta storbjuża tiegħu ġiegħlu jitkeċċa minn dak ix-xogħol.", "Buston Keaton, kummidjant famuż ieħor tal-films siekta, kien l-ekwivalenti ta' Katy Perry għal Taylor Swift, ta' Chaplin.", "Madanakollu kienu jmorru tajjeb ħafna ma' xulxin.", "Fil-fatt, is-suppost rivali ħadmu flimkien meta Charlie Chaplin qabbad lil Keaton biex jaħdem fuq il-film tiegħu Limelight.", "Xi nies jassumu li Charlie Chaplin kien jappoġġja lil Adolf Hitler minħabba x-xebh fiżiku bejn Hitler u l-karattru ta' Chaplin, Tramp.", "Fil-verità, Charlie Chaplin ma kienx simpatizzant tan-Nażisti, u saħansitra wasal biex jagħmel film satiriku dwar Adolf Hitler, The Great Dictator, li kien ipprojbit fil-Ġermanja Nażista.", "Il-flus li għamel Charlie Chaplin kemm bħala attur kif ukoll bħala direttur kienu karatteristika ewlenija tal-karriera tiegħu.", "Huwa kien wieħed fost l-ewwel atturi professjonali li sar sinjur minħabba x-xogħol tiegħu tal-films.", "Sal-1915, kien qed jaqla' aktar minn $1,000 fil-ġimgħa, aktar minn dak li jaqilgħu ħafna Amerikani llum il-ġurnata.", "Fl-1942, Chaplin kien involut f'dak li jitqies bħala wieħed mill-akbar skandli ta' ħajtu.", "Huwa kellu relazzjoni qasira ma' mara bl-isem ta' Joan Barry waqt li l-aħħar żwieġ tiegħu kien għadu kemm intemm.", "Chaplin kien waqqaf ir-relazzjoni malajr.", "Fl-1943, Barry bdiet tinsinwa li Chaplin kien missier it-tarbija tagħha, u anki nfetħet kawża ta' paternità.", "Għall-ewwel Chaplin rebaħ il-każ fl-1944 meta test tad-demm wera li t-tifel ma kienx tiegħu iżda waqt retrial fl-1945, l-avukat prosekutur kien kapaċi jagħmel każ li t-testijiet tad-demm kienu evidenza inammissibbli.", "Għaldaqstant Chaplin kellu jħallas għexieren ta' eluf ta' dollari.", "Il-protesti dwar il-każ instigaw leġiżlazzjoni li kienet tiżgura li t-testijiet tad-demm ikunu evidenza valida ta' konferma f'każijiet futuri ta' paternità.", "Fl-1975, meta kien kważi wasal fit-tmiem ta' ħajtu, Charlie Chaplin iddeċieda li jidħol f'kompetizzjoni bl-isem ta' Charlie Chaplin look-alike contest fi Franza, u ma rebaħx!", "Iva, minkejja li kien proprju l-persuna attwali li l-kompetizzjoni kienet qed tipprova ssib lil xi ħadd jixbħu, ma ndunawx li kien proprju hu!", "Huwa ma tilifx biss l-ewwel post iżda ġie fit-tielet post!", "Xi wħud jaħsbu li forsi peress li għajnejh kienu jidhru fil-blu fid-dawl, kienet il-ħaġa li tilfitu l-premju, għall-fatt li l-ġurija u l-udjenza kienu jaraw biss id-dehra griża tagħhom fil-films tiegħu bla kulur.", "Darba ġiegħel attriċi tieħu 342 takes!", "F'gimgħatejn, Chaplin ġiegħel lill-attriċi Virginia Cherrill tieħu 342 takes ta' sekwenza waħda f' City Lights .", "Ma kinitx biss dwar il-prestazzjoni tagħha, għalkemm dak kien fattur.", "Chaplin kien essenzjalment ukoll jagħmel l-istorja waqt li jsir il-ġbid.", "Kien ċittadin Brittaniku li jgħix l-Amerika matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, iżda ma ġġieled għall-ebda nazzjon.", "It-talenti komiċi tiegħu madanakollu, intużaw tajjeb biex itellgħu l-moral.", "L-isptarijiet militari saħansitra kienu jipproġettaw il-films tiegħu fuq is-soqfa sabiex il-midruba setgħu jgħollu ftit il-moral mis-sodda.", "Minkejja li ma kienx kapaċi jaqra l-mużika, Chaplin ikkompona l-mużika għall-biċċa l-kbira tal-films tiegħu, u seta' jdoqq il-vjoljo u l-pjanu.", "Huwa kien jiddependi minn assistenti mużikali biex jittraduċi l-mużika tiegħu.", "Tista' tkun familjari mal-mużika ta' Chaplin u ma tafx!", "Smile ta' Chaplin, tema romantika għal Modern Times tiegħu, aktar tard ingħatat lirika u saret hit għal Nat King Cole.", "Editja ħafna mill-films tiegħu.", "Chaplin kien straordinarjament prattiku mal-produzzjoni tal-films tiegħu: huwa kien jirreċta, jikteb, jidderieġi, jipproduċi, u anki jeditja kważi dak kollu li qatt għamel.", "Kien magħruf li jiġbed aktar milli jkollu bżonn u mbagħad jifforma u jeditja kollox.", "Bħala l-ikbar stilla tal-films siekta fid-dinja, kien primarjament magħruf għan-nuqqas ta' kliem tiegħu, iżda huwa kien kiteb novella qasira, l-uniku xogħol tiegħu ta' proża fittizja.", "Footlights, miktuba meta kellu 59 sena, ma ġietx magħrufa sal-2014", "Wara l-mewt tiegħu fl-Isvizzera fl-1977, il-katavru ta' Chaplin ġie midfun f'ċimiterju Żvizzeru.", "Madanakollu ma baqax hemm għal tul ta' żmien!", "Xi ħadd kien seraq il-katavru tiegħu fl-1978 u l-pulizija lokali ħadet iktar minn xahar biex issibu."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/27/ghaliex-ir-regina-ticcelebra-gheluq-sninha-darbtejn/", "date": "27/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nhar l-Erbgħa 21 t'April ir-Reġina għalqet 95 sena, iżda kont taf li r-Reġina tiċċelebra għeluq sninha darbtejn?", "Minbarra d-data li twieldet fiha, hemm data oħra fejn issir ċelebrazzjoni uffiċjali ta' għeluq sninha, li ġeneralment tkun fit-tieni Sibt ta' Ġunju.", "Għaliex tiċċelebra għeluq sninha darbtejn, u kif tiċċelebrahom?", "Fil-passat, ċelebrazzjonijiet uffiċjali li jimmarkaw għeluq snin ta' Re jew Reġina fir-Renju Unit ma kinux isiru fil-ġurnata attwali ta' għeluq sninhom.", "Il-bużnannu tar-Reġina, Edward VII, li kien Re mill-1901 sal-1910 twieled f'Novembru, xahar li fir-Renju Unit, it-temp ma jkunx daqshekk tajjeb.", "Madankollu huwa ried li jkun hemm ċelebrazzjoni pubblika kbira, allura, peress li f'Novembru ma kienx żmien tajjeb għal dan u għall-parata, huwa ddeċieda li jgħaqqad iċ-ċelebrazzjoni uffiċjali ta' għeluq sninu ma' parata militari annwali li ssir fis-sajf, meta t-temp ikun aktar sabiħ.", "Kif tiċċelebra għeluq sninha r-Reġina?", "Ġeneralment hija tqatta' għeluq sninha mal-familja tagħha.", "Fil-21 t'April ikun hemm salut ta' 41 pistoli f'Hyde Park, salut ta' 21 pistoli f'Windsor Great Park u salut ta' 62 pistoli fit-Torri ta' Londra.", "Dawn ġew ikkanċellati kemm is-sena l-oħra kif ukoll din is-sena minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u din is-sena anki minħabba l-mewt tal-Prinċep Philip.", "Il-parata Trooping the Colour timmarka għeluq sninha uffiċjalment u ġeneralment issir f'Ġunju, iżda din ġiet ikkanċellata wkoll din is-sena.", "Hija biss it-tielet darba fir-renju tagħha li l-parata ma saritx.", "Il-parata Trooping the Colour immarkat l-għeluq snin uffiċjali tal-monarka għal aktar minn 260 sena.", "Aktar minn 1400 suldat, 200 żiemel u 400 mużiċist normalment jieħdu sehem fl-avveniment, allura jkun spettaklu kbir mhux ħażin.", "Ħafna membri tal-pubbliku jxejru l-bandar u libsin Union Jacks normalment jimlew il-mall barra l-palazz Buckingham biex jarawha.", "Fil-ġurnata, normalment tibda parata kbira fir-residenza uffiċjali tar-Reġina, il-palazz Buckingham, u tibqa' sejra tul il-Mall għall-parata tal-Horse Guards f'Whitehall, viċin Downing Street, u mbagħad terġa' lura.", "Hija tradizzjoni għall-familja Rjali li tkun preżenti l-Mall bħala parti miċ-ċerimonja, u tinġabar fil-gallarija tal-palazz Buckingham biex issellem lill-pubbliku u jsegwu l-wirja mill-ajruplani RAF għall-okkażjoni."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/01/mejju-ll-hames-xahar-tas-sena-xnafu-dwaru/", "date": "01/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Mejju , il-ħames xahar tas-sena, huwa magħruf bħala x-xahar ta' transizzjoni.", "It-temp jibda jaqleb ftit ftit, il-fjuri tar-rebbiegħa jkunu qed jiffjorixxu, l-għasafar ipespsu, u l-ħajja tibda tkun ftit aktar pjaċevoli għal dawk li jħobbu l-istaġuni tar-rebbiegħa u s-sajf.", "Huwa żmien ta' bidla, irrispettivament minn fejn int fid-dinja, imma x'hemm dwar Mejju li huwa daqshekk sinifikanti?", "L-isem ta' dan ix-xahar huwa l-adattament Ingliż modern tal-kelma Latina, Maius , li għandha l-oriġini li jmorru lura għal żmien il-Griegi tal-qedem.", "Huma semmew ix-xahar ta' Mejju (jew Maius) għall-alla Griega tat-tkabbir.", "Poeta Ruman bl-isem ta' Ovid kellu ideat differenti dwar l-oriġini tal-isem ta' Mejju.", "Huwa ddikjara li l-isem kien ġej mill-kelma Maiores, kelma latina għal \"anzjani\".", "Il-kelma Mejju fil-fatt ma ntużatx qabel żmien il-medjuevu kien wasal biex jispiċċa, madwar is-seklu 15 wara Kristu.", "Sa dakinhar kienet għadha tintuża l-kelma Rumana 'Maius'.", "Mejju kellu isem differenti ħafna bl-Ingliż il-qadim.", "Dak iż-żmien, ix-xahar kien imsejjaħ \"month of three milking.\"", "Dan kien ifisser li matul dan ix-xahar, tista' taħleb il-baqar tiegħek sa tliet darbiet kuljum.", "Mejju huwa wkoll ix-xahar li fih isir il-Eurovision Song Contest, li ilu jsir kull sena mill-1956.", "Huwa wkoll żmien speċjali għall-fans ta' Star Wars mad-dinja kollha għaliex fl-4 ta' Mejju huwa mmarkat bħala l-jum ta' Star Wars.", "Il- birthstone għal Mejju hija l-iżmeralda.", "L-iżmeraldi huma tip ta' ġebla msejha beryl u tipikament ivarjaw minn aħdar għal kulur aktar ċar.", "L-iżmeralda hija simbolu tal-fertilità u t-twelid mill-ġdid.", "Hemm żewġ tipi ta' fjuri li jissimbolizzaw ix-xahar ta' Mejju, u dawn huma l-Lily of the Valley u l-Hawthorn.", "Il-hawthorn hija simbolu ta' tama filwaqt li l-lily of the valley tirrapreżenta r-ritorn tal-kuntentizza u l-ħlewwa.", "Ħafna nies famużi twieldu f'Mejju, bħal Mark Zuckerberg, Karl Marx, Clint Eastwood, Wes Anderson, John F. Kennedy u r-Reġina Victoria."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/03/min-kien-ezattament-william-shakespeare/", "date": "03/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Oriġinarjament, William Shakespeare twieled fit-23 t'April tal-1564.", "Dan ġie magħruf għaliex hemm prova dokumentarja li Shakespeare tgħammed fis-26 t'April tal-1564, u l-istudjużi jemmnu li, b'konfirmità mat-tradizzjonijiet ta' dak iż-żmien, huwa tgħammed meta kellu tlett ijiem, u allura probabbilment twieled fit-23 t'April.", "Madanakollu, billi Shakespeare twieled taħt il-kalendarju Ġiljan l-antik, dak li kien it-23 t'April fil-ħajja ta' Shakespeare fil-fatt ikun it-3 ta' Mejju skont il-kalendarju Gregorjan tal-lum.", "William Shakespeare, spiss imsejjaħ bħala l-poeta nazzjonali tal-Ingilterra, huwa meqjus bħala l-akbar drammaturist ta' kull żmien fid-dinja kollha.", "Ix-xogħlijiet tiegħu huma maħbuba mad-dinja kollha, iżda l-ħajja personali tiegħu hija ftit jew wisq misterjuża.", "William Shakespeare kien poeta, drammaturgu u attur Ingliż tal-era tar-Rinaxximent.", "Huwa kien membru importanti tal-kumpanija teatrali King's Men, bejn wieħed ieħor mill-1584 'il quddiem.", "Magħrufa mad-dinja kollha, il-kitbiet ta' Shakespeare jolqtu kull tip ta' emozzjoni u kunflitt uman, u ilhom jiġu ċċelebrati għal aktar minn 400 sena.", "Madanakollu, il-ħajja personali tiegħu hija kemmxejn misteru.", "Hemm żewġ sorsi primarji li jipprovdu lill-istoriċi deskrizzjoni ta' ħajtu.", "Wieħed huwa x-xogħol tiegħu – id-drammi, il-poeżiji u s-sonetti, u l-ieħor huwa d-dokumentazzjoni uffiċjali bhar-rekords tal-Knisja u tal-qorti.", "Madanakollu, dawn jipprovdu biss ftit informazzjoni dwar avvenimenti speċifiċi f'ħajtu u jagħtu ftit għarfien dwar ir-raġel innifsu.", "Shakespeare kien it-tielet tifel ta' John Shakespeare, negozjant, u Mary Arden.", "Huwa kellu żewġt aħwa ikbar, Joan u Judith, u tliet aħwa iżgħar, Gilbert, Richard u Edmund.", "Qabel twieled Shakespeare, missieru sar negozjant ta' suċċess u kellu pożizzjonijiet uffiċjali bħala skrivan u marixall, u anki rwol li jixbaħ lil dak ta' sindku.", "Madanakollu, ir-rekords jindikaw li dan is-suċċess naqas f'xi żmien mill-1570 'il quddiem.", "Jeżistu ftit rekords dwar it-tfulija ta' Shakespeare u prattikament l-ebda wieħed rigward l-edukazzjoni tiegħu.", "L-istudjużi jaħsbu li aktarx huwa kien jattendi King's New School, fi Stratford, li kienet tgħallem il-qari, il-kitba u l-klassiċi.", "Shakespeare żżewweġ lil Anne Hathaway fit-28 ta' Novembru, 1582, f'Worcester, fil-Provinċja ta' Canterbury.", "Shakespeare kellu 18-il sena filwaqt li hi kellha 26-il sena.", "Huma semmew l-ewwel wild tagħhom Susanna, li twieldet fis-26 ta' Mejju tal-1583.", "Sentejn wara twieldu t-tewmin Hamnet u Judith.", "Aktar tard, Hamnet miet b'kawżi mhux magħrufa fl-età ta' 11-il sena.", "Hemm seba' snin tal-ħajja ta' Shakespeare fejn ma jeżistux rekords wara t-twelid tat-tewmin tiegħu fl-1585.", "L-istudjużi jsejħu dan il-perjodu bħala \"is-snin mitlufa\", u hemm spekulazzjoni wiesgħa dwar dak li kien qed jagħmel matul dan il-perjodu.", "Ġeneralment huwa maħsub li wasal Londra f'nofs sa l-aħħar tas-snin 1580 u jista' jkun li seta' sab xogħol bħala akkompanjatur taż-żwiemel f'xi wħud mill-ifjen teatri ta' Londra, xenarju aġġornat sekli wara minn ħafna atturi aspiranti u drammaturgi f'Hollywood u Broadway.", "Sal-bidu tal-1590, dokumenti juru li Shakespeare kien sieħeb maniġerjali fil- Lord Chamberlain's Men , kumpanija tar-reċtar f'Londra li magħha kien marbut għal ħafna mill-karriera tiegħu.", "Meqjusa bħala l-iktar troupe importanti ta' żmienha, il-kumpanija biddlet isimha għal King's Men wara l-inkurunazzjoni tar-Re James I fl-1603.", "Din il-kumpanija kienet popolari ħafna.", "Ir-rekords juru li Shakespeare kellu xogħlijiet ippubblikati u mibjugħa bħala letteratura popolari.", "Għalkemm il-kultura teatrali fl-Ingilterra tas-seklu 16 ma kinitx ammirata ħafna minn nies ta' grad għoli, uħud min-nobbli kienu patruni tajbin tal-arti tal-ispettaklu u ħbieb tal-atturi.", "Sal-1592, hemm evidenza li Shakespeare qala' l-għixien tiegħu bħala attur u drammaturgu f'Londra u possibbilment ipproduċa diversi drammi.", "Fil-bidu tal-karriera tiegħu, Shakespeare kien kapaċi jiġbed l-attenzjoni ta' Henry Wriothesley, il-Konti ta' Southampton, li lilu ddedika l-ewwel u t-tieni poeżiji ppubblikati tiegħu: Venere and Adonis (1593) u The Rape of Lucrece (1594).", "Sal-1597, Shakespear kien diġà kiteb u ppubblika 15 mis-37 dramm tiegħu.", "Ir-rekords ċivili juru li f'dan iż-żmien huwa xtara t-tieni l-akbar dar fi Stratford, imsejħa New House, għall-familja tiegħu.", "Kienet rikba ta' erbat ijiem biż-żiemel minn Stratford għal Londra, allura huwa maħsub li Shakespeare qatta' ħafna mill-ħin tiegħu fil-belt jikteb u jirreċta u jmur lura d-dar darba fis-sena matul il-perjodu tal-40 jum tar-Randan, meta t-teatri kienu jkunu magħluqa.", "Sal-1599, Shakespeare u l-imsieħba fin-negozju tiegħu bnew it-teatru tagħhom fuq South Bank ta' Thames River, li huma semmew bħala Globe Theatre.", "Fl-1605, Shakespeare xtara kirjiet ta' propjetà qrib Stratford għal 440 lira, li rduppjat fil-valur u qala' 60 lira fis-sena.", "Dan għamlu intraprenditur kif ukoll artist, u l-istudjużi jemmnu li dawn l-investimenti tawh il-ħin biex jikteb id-drammi tiegħu mingħajr interruzjoni.", "Id-drammi bikrin ta' Shakespeare inkitbu fl-istil konvenzjonali tal-ġurnata, b'metafori elaborati u frażijiet retoriċi li mhux dejjem li mhux dejjem qagħad b'mod naturali mal-komplott jew il-karattri tal-istorja.", "Madanakollu, Shakespeare kien innovattiv ħafna, u adatta l-istil tradizzjonali għall-kitbiet tiegħu u ħoloq firxa aktar wiesgħa ta' kliem.", "Bi gradi żgħar biss ta' varjazzjoni, Shakespeare primarjament kien juża mudell metriku li jikkonsisti f'linji ta' iambic pentameter mhux rimat, jew vers vojt, biex jikkomponu d-drammi tiegħu.", "Fl-istess ħin hemm siltiet fid-drammi kollha li jiddevjaw minn dan u jintużaw forom ta' poeżija jew proża sempliċi.", "Filwaqt li huwa diffiċli li tiddetermina l-kronoloġija eżattament tad-drammi ta' Shakespeare, matul l-għoxrin sena, minn madwar l-1590 sa l-1613, huwa kiteb total ta' 37 dramm li jduru madwar bosta temi ewlenin: storiċi, traġedji, kummiedji u traġikomedji.", "Bl-eċċezzjoni tal-istorja traġika ta' mħabba Romeo and Juliet , l-ewwel drammi ta' Shakespeare kienu fil-biċċa l-kbira storiċi .", "Henry VI (Partijiet I, II u III), Richard II u Henry V jiddramatizzaw ir-riżultati qerrieda ta' mexxejja dgħajfa jew korrotti u ġew interpretati mill-istoriċi tad-drama bħala l-mod ta' Shakespeare li jiġġustifika l-oriġini tat-Tudor Dynasty.", "Shakespeare kiteb ukoll bosta kummiedji matul il-perjodu bikri tiegħu: A Midsummer Night's Dream , Merchant of Venice , Much Ado About Nothing , As You Like It u Twelfth Night .", "Kien aktar tard, wara l-1600, li Shakespeare kiteb it-traġedji Hamlet , Othello , King Lear u Macbeth .", "F'dawn, il-karattri ta' Shakespeare jippreżentaw impressjonijiet ħajjin ta' temperament uman li huma adattati għal kull żmien u universali.", "Possibilment l-iktar magħruf minn dawn id-drammi huwa Hamlet, li jesplora tradiment, tpattija, inċest u falliment morali.", "Dawn ħafna drabi jmexxu t-twists tal-komplotti ta' Shakespeare, u jeqirdu l-eroj u dawk li jħobb.", "Fl-aħħar perjodu tiegħu Shakespeare kiteb diversi traġikomedji.", "Għalkemm jitrattaw aktar l-aspett traġiku minn komiku, mhumiex traġedji intensivi daqs ta' King Lear jew Macbeth għaliex jispiċċaw bir-rikonċiljazzjoni u l-maħfra.", "Drammi oħra miktuba matul dan il-perjodu jinkludu All's Well That Ends Well , Measure for Measure , Timon of Athens , Coriolanus , Pericles u Henry VIII .", "Meta miet Shakespear?", "Jingħad li Shakespeare miet f'għeluq it-52 tiegħu, fit-23 t'April, 1616, iżda xi studjużi jemmnu li din hija ħrafa.", "Ir-rekords tal-knisja juru li kien midfun fil-Knisja tat-Trinità fil-25 t'April, 1616.", "Il-kawża eżatta tal-mewt tiegħu mhix magħrufa, għalkemm ħafna jemmnu li marda kkawżatlu l-mewt tiegħu fi żmien qasir."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/12/min-kienet-florence-nightingale-u-ximpatt-ghamlet-fuq-l-infermerija/", "date": "12/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Florence Nightingale , magħrufa bħala The Lady With the Lamp , kienet infermiera Ingliża, riformatriċi soċjali u statitriċi magħrufa l-aktar bħal l-fundatriċi tal-infermerija moderna.", "L-esperjenzi tagħha bħala infermiera matul il-Gwerra tal-Krimea kienu fundamentali fil-fehmiet tagħha dwar is-sanità.", "Hija waqqfet St. Thomas' Hospital u Nightingale Training School għall-infermiera.", "L-isforzi tagħha biex tirriforma l-kura tas-saħħa influwenzaw ħafna l-kwalità tal-kura fis-sekli 19 u 20.", "Florence Nightingale twieldet fit-12 ta' Mejju tal-1820, ġewwa Firenze, l-Italja.", "Hija kienet l-iżgħar minn żewġt itfal u ġejja minn familja sinjura.", "Ommha, Frances Nightingale, kienet ġejja minn familja ta' negozjanti u ta' spiss kienet tissoċjalizza ma' nies ta' pożizzjoni soċjali prominenti.", "Minkejja dan, Florence, kienet ferm differenti minn ommha u kienet tkun ferm skomda f'sitwazzjonijiet soċjali.", "Hija kienet tippreferi li tevita li tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni kull meta kien ikun possibbli.", "Missier Florence kien William Shore Nightingale, sinjur u sid ta' art.", "Huwa kien wiret żewġ patrimonji, waħda f'Lea Hurst, Derbyshire, u l-oħra f'Hampshire, Embley Park, meta Florence kellha 5 snin.", "Florence trabbiet fil-propjetà tal-familja f'Lea Hursr, fejn missierha pprovdilha edukazzjoni klassika, inklużi studji bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bit-Taljan.", "Minn età żgħira ħafna, Florence Nightingale kienet diġà attiva fil-filantropija, taqdi lin-nies morda u foqra fil-villaġġ ġirien tal-patrimonju tal-familja tagħha.", "Sakemm kellha 16-il sena, kienet ċara għaliha li l-infermerija kienet is-sejħa tagħha.", "Hija kienet temmen li dan kien l-iskop divin tagħha.", "Meta Nightingale avviċinat lill-ġenituri tagħha u qaltilhom dwar l-ambizzjoni tagħha li ssir infermiera, ma kinux kuntenti.", "Fil-fatt, ipprojbewha li ssegwi x-xewqa tagħha.", "Matul l-era Vittorjana, tfajla tal-istatura soċjali bħal ta' Nightingale kienet mistennija li tiżżewweġ raġel sinjur, u mhux tidħol għal xogħol li mill-klassijiet soċjali ta' fuq kien meqjus bħala wieħed li d-dħul tiegħu kien baxx ħafna.", "Meta kellha 17-il sena, hija rrifjutat proposta taż-żwieġ, u r-raġuni tagħha kienet proprju li l-unika ambizzjoni tagħha kienet li ssir infermiera.", "Determinata li ssegwi s-sejħa vera tagħha minkejja l-oġġezzjonijiet tal-ġenituri tagħha, fl-1844, Nightingale rreġistrat bħala studenta tal-infermerija f'Lutheran Hospital of Pastor Fliedner f'Kaiserwerth, il-Ġermanja.", "Fil-bidu tas-snin 1850, Nightingale irritornat Londra, fejn ħadet xogħol ta' infermiera fi sptar f'Middlesex għal governanti morda.il-ħidma tagħha hemmhekk impressjonat lil min kien impjegaha tant li ġiet promossa għal superintendent fi żmien sena biss minn mindu bdiet taħdem hemm.", "Din il-pożizzjoni kienet waħda ta' sfida hekk kif Nightingale kellha tħabbat wiċċha mal-pandemija tal-kolera u kundizzjonijiet mhux sanitarji li wasslu għat-tixrid mgħaġġel tal-marda.", "Nightingale għamlitha l-missjoni tagħha li ttejjeb il-prattiki tal-iġjene, u tnaqqas b'mod sinifikanti r-rata tal-imwiet fl-isptar fil-proċess.", "Ix-xogħol iebes li kellha tiffaċċja ħalla effett fuq saħħitha.", "Kienet għadha bilkemm irkuprat, meta Florence kellha tiffaċċja l-akbar sfida tal-karriera tagħha fl-infermerija.", "F'Ottubru tal-1853, faqqgħet il-Gwerra tal-Krimea.", "L-Imperu Ingliż kien fi gwerra kontra l-Imperu Russu għall-kontroll tal-Imperu Ottoman.", "Eluf ta' suldati Ingliżi ntbagħtu fil-Black Sea, fejn il-provvisti naqsu malajr.", "Sal-1854, xejn inqas minn 18,000 suldat kienu ddaħħlu fi sptarijiet militari.", "Dak iż-żmien, ma kienx hemm infermiera nisa stazzjonati fi sptarijiet fil-Krimea.", "Ir-reputazzjoni fqira ta' infermiera nisa tal-passat kienet wasslet lill-uffiċċju tal-gwerra biex jevita li jimpjega aktar.", "Iżda, wara l-battalja tal-Alma, l-Ingilterra kienet f'diffikultà dwar in-negliġenza tas-suldati morda u midruba tagħhom, li mhux biss ma kellhomx biżżejjed attenzjoni medika minħabba li l-isptarijiet ma kellhomx biżżejjed staff, iżda wkoll kienu f'kundizzjonijiet mhux sanitarji u inumani.", "Fl-aħħar tal-1854, Nightingale irċeviet ittra mingħand is-Segretarju tal-Gwerra Sydney Herbert, fejn talabha torganizza grupp ta' infermiera biex jieħdu ħsieb is-suldati morda u midruba tal-gwerra tal-Krimea.", "Nightingale wieġbet għal din is-sejħa u minnufih ġabret tim ta' 34 infermier minn varjetà ta' ordnijiet reliġjużi u baħħret magħhom lejn il-Krimea ftit jiem biss wara.", "Għalkemm kienu avżati bil-kundizzjonijiet orribbli li kien hemm, xejn ma seta' jħejji biżżejjed lil Nightingale u lill-infermiera tagħha għal dak li raw meta waslu fi Scutari, l-isptar bażi Ingliż f'Kostantinopli.", "Minbarra n-nuqqas esaġerat ta' iġjene, l-iktar provvisti bażiċi, bħal faxex u sapun kienu skarsi ħafna hekk kif in-numru ta' morda u feruti kien żdied b'mod kostanti.", "Anke l-ilma kellu bżonn jiġi razzjonat.", "Aktar suldati kienu qed imutu minn mard infettiv bħat-tifojde u l-kolera milli minn ġrieħi mġarrba fil-battalja.", "Nighgtingale kienet determinata li tibdel dawn il-kundizzjonijiet għall-aħjar.", "Irnexxielha takkwista mijiet ta' xkupilji u kienet talbet lill-pazjenti l-inqas dgħajfa biex jogħrku kull rokna tal-isptar.", "Min-naħa tagħha, qattgħet kull minuta tieħu ħsieb is-suldati.", "Filgħaxija kienet iddur fil-kurituri mudlama ġġorr lampa, u ddur u taqdi lil pazjent wara pazjent.", "Is-suldati, li kienu japprezzaw u jfittxu l-wens fil-kompassjoni bla limitu tagħha, kienu bdew isejħulha bħala \"The Lady with the Lamp\" filwaqt li oħrajn kienu jsejħulha bħala \"The Angel of Krimea\".", "Ix-xogħol tagħha fl-isptar naqqas ir-rata ta' mwiet b'żewġ terzi.", "Minbarra li tejbet bil-kbir il-kundizzjonijiet sanitarji tal-isptar, Nightingale ħolqot numru ta' servizzi għall-pazjenti li kkontribwew għat-titjib tal-kwalità tas-servizz li jingħata fl-isptar.", "Hija waqqfet il-ħolqien ta' \"kċina tal-invalidi\" fejn kien ikun imsajjar ikel bnin għal pazjenti b'dieta speċjali.", "Stabbiliet il-laundry sabiex il-pazjenti jkollhom lożor nodfa.", "Hija waqqfet ukoll kamra u librerija għad-divertiment u l-istimulazzjoni intellettwali tal-pazjenti.", "Ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tagħha fil-Krimea, Nightingale kitbet noti dwar kwistjonijiet li jaffettwaw is-saħħa, l-effiċjenza u l-amministrazzjoni tal-isptar tal-armata Ingliża, rapport ta' 830 paġna li janalizza l-esperjenza tagħha u jipproponi riformi għal sptarijiet militari oħra li joperaw f'kundizzjonijiet ħżiena.", "Il-ktieb jitratta ristrutturar totali tad-dipartiment amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Gwerra, inkluż it-twaqqif ta' Kummissjoni Rjali għas-Saħħa tal-Armata fl-1857.", "Nightingale baqgħet f'Scutari għal sena u nofs.", "Hija telqet fis-Sajf tal-1856, ladarba l-kunflitt tal-Krimea ġie solvut, u rritornat lura fid-dar ta' tfulitha f'Lea Hurst.", "B'sorpriża għaliha, intlaqgħet b'merħba ta' eroj, li bl-umiltà tagħha għamlet minn kollox biex tevita.", "Ir-Reġina ppremjat ix-xogħol ta' Nightingale billi ppreżentatilha brazzuletta mnaqqxa li saret magħrufa bħala \"Nightingale's Jewel\" u billi tatha premju ta' $250,000 mill-gvern Ingliż.", "Bl-appoġġ tar-Reġina Victoria, Nightingale għenet biex tinħoloq Kummissjoni Rjali għas-Saħħa tal-armata.", "Hija impjegat statistiċi ewlenin tal-ġurnata, William Farr u John Sutherland, biex janalizzaw id-dejta dwar il-mortalità tal-armata, u dak li sabu kien tal-biża': 16,000 mit-18,000 imwiet kienu minn mard li jista' jiġi evitat u mhux mill-gwerra.", "Kienet l-abbiltà ta' Nightingale li ttraduċiet din id-dejta f'format viżiva ġdid li verament ikkawżat sensazzjoni.", "Id-dijagramma taż-żona polari tagħha, issa magħrufa bħala \"Nightingale Rose Diagram\", uriet kif ix-xogħol tal-Kummissjoni Sanitarja naqqas ir-rata tal-mewt u għamel id-dejta kkumplikata aċċessibbli għal kulħadd, u jispira standards ġodda għas-sanità fl-armata u lil hinn minnha.", "Hija saret l-ewwel membru mara tar-Royal Statistical Society u ġiet imsemmija membru onorarju tal-American Statistical Association.", "Nightingale ddeċidiet li tuża l-flus biex tiffavorixxi l-kawża tagħha.", "Fl-1860, hija ffinanzjat it-twaqqif ta' St. Thomas Hospital, u fi ħdanu, The Nightingale Training School għall-infermiera.", "Nightingale saret figura ta' ammirazzjoni pubblika.", "Poeżiji, kanzunetti u drammi ġew miktuba u ddedikati għall-unur ta' din l-eroj.", "Nisa żgħażagħ kienu jaspiraw li jkunu bħalha.", "Ħerqana li jsegwu l-eżempju tagħha, anke nisa sinjuri mill-klassijiet għolja bdew jirreġistraw fl-iskola tat-taħriġ.", "Nightingale introduċiet perspettiva ġdida u differenti dwar l-infermerija, lill-klassijiet għolja, fil-fatt kienet saret meqjusa bħala vokazzjoni onorabbli.", "Waqt li kienet f'Scutari, Nightingale kien qabadha dak li kien jissejjaħ bħala \"Crimean Fever\", li qatt ma rkuprat minnu kompletament.", "Meta kellha 38 sena, kienet spiċċat homebound u bedridden, u li baqgħet hekk għall-bqija ta' ħajjitha.", "B'determinazzjoni u dedikazzjoni bħal dejjem biex ittejjeb il-kura tas-saħħa u ttaffi t-tbatija tal-pazjenti, Nightingale kompliet bil-ħidma mis-sodda tagħha!", "Waqt li kienet tgħix f'Mayfair, hija baqgħet awtorità u avukata għar-riforma tal-kura tas-saħħa, billi tintervista politiċi u tilqa' viżitaturi distinti mis-sodda tagħha.", "Fl-1859, hija ppubblikat noti dwar l-isptarijiet, li kienu jitrattaw fuq kif tmexxi sew sptarijiet ċivili.", "Matul il-Gwerra Ċivili tal-Istati Uniti, kienet tkun ta' spiss ikkonsultata dwar kif għandhom jiġu mmexxija l-aħjar il-field hospitals.", "Nightingale serviet ukoll bħala awtorità dwar kwistjonijiet ta' sanità pubblika fl-Indja kemm għall-militar kif ukoll għal persuni ċivili, għalkemm qatt ma marret l-Indja.", "Fl-1908, fl-età ta' 88 ingħatat il-merti ta' unur mir-Re Edward.", "F'Mejju tal-1910, hija rċeviet messaġġ ta' awguri mingħand ir-Re Ġorġ f'għeluq id-90 sena.", "F'Awwissu tal-1910, Florence Nightingale mardet, imma dehret li rkuprat u kienet fi spirtu tajjeb.", "Ġimgħa wara, fit-12 t'Awwissu, 1910, kien proprju l-Ġimgħa filgħaxija, hija żviluppat sintomi inkwetanti , u mietet l-għada s-Sibt, 13 t'Awwissu, fis-14:00 fid-dar tagħha f'Londra.", "B'mod karatteristiku, hija kienet esprimiet ix-xewqa li l-funeral tagħha jkun pjuttost kwiet u modest, minkejja x-xewqa tal-pubbliku li jonora lil Nightingale, li bla heda ddedikat ħajjitha għall-prevenzjoni tal-mard u l-iżgurar ta' trattament sigur u kompassjonali għall-foqra u t-tbatija.", "Bħala turija ta' rispett lejn ix-xewqa tagħha, il-qraba tagħha rrifjutaw funeral nazzjonali.", "Il-mużew ta' Florence Nightingale, li jinsab fis-sit ta' The Nightingale Training School għall-infermiera, l-oriġinali, fih aktar minn 2,000 artifatt li jikkommemoraw il-ħajja u l-karriera ta' \"The Angel of Crimea\".", "Sal-lum, Florence hija rikonoxxuta u meqjusa bħala l-pijuniera tal-infermerija moderna."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/04/filmat-ghandna-noholqu-diskussjonijiet-fejn-ikun-inkluz-kulhadd-oliver-scicluna/", "date": "04/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Oliver Scicluna Oliver, għadek kemm bdejt kapitlu ġdid fil-ħajja, forsi wieħed li ma kienx mistenni minn ħafna wkoll.", "X'kienu l-ewwel reazzjonijiet tiegħek kif ġejt avviċinat għal din il-kariga?", "Għalkemm jien dejjem segwejt il-politika u dejjem kelli twemmin politiku qatt ma' tkellimt dwar dan b'rispett u responsabilità li ġarrejt fl-aħħar snin fil-kariga li kont nokkupa.", "Għalkemm diversi individwi minn sferi differenti tal-ħajja kemm-il darba avviċinawni biex nidħol fil-ħajja politika, jien dejjem żammejt lura.", "Għalhekk meta kelli l-offerta tal-co-option jien inħsadt u xxukkjajt ruħi, għaddejt minn mumenti emozjonanti ħafna sakemm bdejt niffoka u qbadt nerġa' nsib saqajja.", "Wara kollox umilment inħossni qed inġorr responsabilità kbira mhux għax jien membru parlamentari iżda għan-numru kbir ta' individwi li kellmuni, awgurawli u wrew fiduċja fija inkluż dawk mill-kamp oppost.", "Kif wasalt għad-deċiżjoni li tidħol għall-kariga ta' membru parlamentari?", "Kienet deċiżjoni faċli?", "Kienet deċiżjoni diffiċli.", "Diffiċli minħabba li bħala Kummissarju kont qiegħed għal qalbi naħdem ma' tim ta' nies tajjeb ħafna, bnejt relazzjoni tajba ħafna mal-għaqdiet u stakeholders importanti oħra fil-qasam tad-diżabilità u l-viżjoni tiegħi għall-KNPD kien fadlilha.", "Però nemmen ukoll li entità wara ċerti snin bl-istess tmexxija jkollha bżonn demm ġdid, u għalhekk kif ġiet l-opportunità li nidħol fil-politika aċċettajt għax nemmen li nista' nkun ta' ġid fuq livelli differenti tas-soċjetà.", "Mhux se nghid li kienet diffiċli minħabba l-familja għax sibt l-appoġġ sħiħ ta' marti, il-familja tiegħi u tagħha, inkluż qraba u ħbieb oħra.", "Iżjed mid-deċiżjoni, iżjed kienu diffiċli l-ġranet, ġimgħatejn ta' wara li ħadt id-deċiżjoni.", "Issa li se tkun f'pożizzjoni fejn tista' tagħmel differenza akbar.", "X'inhuma l-viżjonijiet tiegħek?", "Fejn qed taspira li tasal permezz ta' din il-kariga?", "Waħda mir-raġunijiet li aċċettajt li nidħol għal din l-isfida hi li nħoss li hemm bżonn iżjed tiġdid, hemm diversi setturi li għalkemm sar ħafna ġid xorta waħda fadal x'naqdfu u hemm oħrajn li nemmen li rridu nbidlu d-direzzjoni.", "Jien inzertajt persuna li l-ewwel u qabel kollox nimxi bil-prinċipji li nemmen fihom, u nemmen li bl-istess prinċipji u valuri nista' nkun ta' kontribut għall-pajjiż f'oqsma varji.", "L-unika aspirazzjoni li għandi hi li naħdem minn fejn naħdem inkun qiegħed naħdem biex in-nies ma' jkunux skjavi tal-politiċi u viċi versa.", "Hawn irrid ngħid li sinjal li ċerti affarijiet mhux dejjem jaħdmu kif suppost minħabba li għadek issib nies li jmorru għand il-politiku għal xi pjaċir jew inkella l-politiku jistaqsi jekk xi ħadd għandux bżonn xi ħaġa.", "Jien nemmen li aħna l-politiċi rridu nagħmlu mezz li jkollna sistemi robusti biżżejjed li ma' nħallux iżjed din il-prattika għaddejja.", "Għalkemm ħafna jaqblu li int persuna valida, kien hemm bosta li ma qablux mal-mod ta' kif ingħatajt din il-kariga.", "Xi twieġeb għal dan?", "Min ma' jaqbilx għandu kull dritt li jagħmel dan, però legalment ma' sar xejn ħażin.", "Qabli kien hemm numru ta' persuni oħra li ġew co-opted fil-Parlament.", "Dejjem wassalt il-messaġġ u qdejt dmirek bl-aħjar mod u fl-interess ta' dak kollu li kont tirrapreżenta, issa li se tkun ukoll qed tirrapreżenta partit politiku, kif se tassigura li se tibqa' titkellem u taħdem għal dak li hemm bżonn isir anki fejn tħoss li jkun hemm nuqqas mill-partit li qed tirrapreżenta?", "Jekk ma' nagħmilx hekk inkun mhux biss qiegħed nonqos lill-partit li jien nagħmel parti minnu llum il-ġurnata, iżda ukoll lill-pajjiż.", "Il-punt ta' tluq tiegħi f'din il-mixja fil-fatt kien li jien nibqa' dak li jien bl-istess attitudni.", "Fl-opinjoni tiegħek, x'inhi d-definizzjoni tal-politika?", "Għodda biex toħloq opportunitajiet aħjar għas-soċjetà b'mod ġenerali, għodda li jekk tużaha tajjeb kapaċi tagħmel ħafna ġid biha u jekk tużaha ħażin tkun perikoluża immens.", "Jinkwetak il-fatt li ħafna nies qiegħdin jitilfu l-fiduċja fil-politikanti?", "Ħafna, jien l-ewwel wieħed ġieli ġrali hekk fil-passat però nemmen li jekk se nibqgħu nsabbtu saqajna minn barra mhux se jirnexxilna noħolqu l-bidliet li hemm bżonn.", "Huwa ta' importanza li aħna l-politiċi nagħmluha ċara li aħna qed nirrapreżentaw ideoloġija u mhux xi tribu.", "Aħna l-politiċi għandna nittolleraw fehemiet differenti u għandna nkunu ta' eżempju għas-soċjetà biex inħabbtu l-ideat flimkien mhux rasna ma' xulxin.", "Nemmen li biex dan li qiegħed ngħid jien jitwettaq u b'hekk naraw iżjed persuni validi fil-politika irid ikollna parlament iżjed inklussiva fil-mod ta' kif jopera, mhux biss inklussiv iżda jkun fora fejn wieħed jiddiskuti, jiddibatti, joħroġ l-ideat u jiddeċiedi.", "Jien nemmen li fil-politika għandna bżonn iżjed nies li qabel il-ħajja politika għandhom esperjenzi varji li jmorru lil hinn mid-door to door, aktar nies kompetenti li jwasslu għal dibattiti aktar produttivi u liġijiet aktar b'saħħithom.", "Kif tiddeskrivi l-vjaġġ tiegħek bħala Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'diżabilità?", "Jien ta' 26 sena qbadt immexxi entità li kienet ilha mwaqqfa 27 sena (meta twaqqfet jien kelli sena).", "Meta dħalt spiċċajt immexxi din l-entità waħdi mingħajr diretturi u bi ftit struttura.", "Ma xtaqtx nagħmel terremoti b'rispett lejn il-ħaddiema u t-tmexxija ta' qabli.", "Għalhekk l-ewwel xhur rajt x'hemm tajjeb biex inżommu u x'hemm ħażin.", "Fassalt pjan li kont għadni għaddej bih sa qabel tlaqt xahar ilu u bl-isfidi kollha qbadt miexi.", "Il-ħaddiema saru qishom familja, l-għaqdiet ukoll, il-familji u persuni b'dizabilità kienu kontinwament f'kuntatt miegħi u dan kien dejjem jagħtini l-enerġija biex naħdem u naħdem.", "Kien hemm żmien li qtajt qalbi, żmien li kbejt waħdi u żmien li iċċelebrajt kisbiet importanti f'isem il-persuni b'dizabilità.", "Iżda wara kollox kienet esperjenza li tibqa' f'qalbi għal dejjem.", "Liema sfidi sibt l-aktar diffiċli bħala Kummissarju?", "Sfidi dejjem, ma' jiqfux, iżda meta dħalt il-Kummissjoni ħassejt nuqqas fil-qasam leġislattiv tas-settur u għalhekk ridna naqdfu immens biex insaħħu l-att dwar l-Opportunitajiet Indaqs kif ukoll introduċejna liġijiet ġodda, kienet ta' sfida biex nibni work force li bih stajna nsaħħu l-ħidma regolatorja tagħna, kienet sfida ukoll biex biddilna l-post fejn jospita l-uffiċini tal-KNPD fost diversi sfidi oħrajn.", "Tħoss li sar progress f'ċerti aspetti?", "Mingħajr dubju sar u nemmen li sfajna vittma wkoll tal-istess suċċess.", "Ma' nqishiex bħala xi ħaġa ħażina, anzi xi ħaġa tajba ħafna għax b'hekk ħafna persuni b'diżabilità jew familjari dejjem qed jitgħallmu", "Liema kwistjonijiet tħoss li fadal ħafna aktar xi jsir dwarhom?", "Nixtieq nara iżjed edukazzjoni inklussiva fil-vera sens tal-kelma fejn nimxu lil hinn mill-iskejjel speċjali u naraw li kulħadd ikollu postu fi skola \"mainstream\" b'tagħlim adattat.", "Nixtieq li mmorru għall-mudel fejn persuni b'diżabilità jgħixu fil-komunità, fid-djar tagħhom bis-sapport li għandhom bżonn u b'mod indipendenti jew semi indipendenti, jiġifieri rridu naċċertaw li s-servizzi fil-komunità jisaħħu.", "Nixtieq li nara iżjed persuni b'diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jipprogressaw skont il-kapaċitajiet tagħhom u anke jkunu mexxejja.", "Nixtieq nara opportunitajiet fejn persuni b'diżabilità jiftħu u jmexxu l-business tagħhom.", "Nixtieq li l-persuni b'diżabilità ma' jibqgħux jiġu preġudikati u ippatronizzati.", "Nixtieq li nieqfu nimxu fuq il-mudell karitatevoli fejn jidħlu l-persuni b'diżabilità u nimxu għall-mudell tad-drittijiet.", "Xi tfisser inklużjoni għalik?", "Inklużjoni fejn min m'għandux vuċi, ikun jista' jinstema', min hu fil-minoranza jingħata l-attenzjoni, fejn persuna li mhux tlaħħaq biex tagħmel xi ħaġa tingħata l-għoddod u sapport biex tilħaq l-għan tagħha.", "Tħoss li għad hawn mentalità li persuna b'diżabilità tiġi assoċjata biss ma' kwistjonijiet relatati mad-diżabilità?", "Ħafna mid-drabi iva, tiġi b'mod awtomatiku u sa ċertu punt huwa importanti li jkunu l-persuni b'diżabilità stess li jitkellmu dwar l-ostakli li jaffaċjaw u mhux xi ħadd ieħor.", "Iżda nemmen ukoll li s-soċjetà l-ewwel għandha tħares lejn il-persuna mhux id-diżabilità tagħha għalhekk importanti li nifhmu li persuna b'diżabilità tista' tikkontribwixxi f'affarijiet varji.", "Għidilna ftit dwarek personali… Min hu Oliver Scicluna?", "Għandi 34 sena, mill-Birgu, għext il-Kalkara u wara li żżewwiġt mort ngħix fir-raħal ċkejken tax-Xgħajra.", "Kont niżfen u ngħallem il-\"breakdance\", fejn ikkompetejt fuq livell nazzjonali u internazzjonali kontra persuni mhux b'diżabilità.", "Dejjem kont u għadni interessat fis sotto kulturi fost l-oħrajn il-Hip Hop, il-mużika u l-arti huma marbuta ma' qalbi u dejjem insib refuġju fihom.", "Inħobb il-futbol u nżomm mat-tim ta' Manchester United, għalkemm mhux dejjem ikolli paċenzja nara logħba sħiħa.", "Miżżewweġ lil Angela sa mill-2015 u għandna żewġ subien, Declan li għandu 4 snin u Aidan li għandu sena.", "Gradwajt tliet darbiet fl-informatika, studju dwar iż-żgħażagħ u l-komunità u masters fil-management.", "Oliver bħala missier, kif inhu?", "Jien inzertajt bil-burdati, ġieli nkun strett ħafna u ġieli nagħmel agħar mit-tfal, speċjalment meta nkun qiegħed nilgħab magħhom jew ninbixhom.", "Id-dixxiplina nemmen li importanti ħafna però nemmen li mat-tfal trid tibni ċerta ħbiberija biex jafdawk u 'l quddiem iħossuhom komdi jitkellmu miegħek.", "X'memorji għandek taż-żmien meta kont tipprattika l-breakdancing?", "Memorji sbieħ ħafna.", "Kont żgħir fl-età, moħħi kien iżjed frisk u kont tista' tgħid naħseb biss fuq iż-żfin u t-tim li kont nagħmel parti minnu \"Underground Shadows\".", "Fost il-memorji li għandi hemm dawk ta' taħriġ li konna nagħmlu f'postijiet varji inkluż barra fit-triq jew xi pjazzez għax mhux dejjem kellna l-mezzi li xtaqna.", "Il-breakdance żfin partikolari għax ftit li xejn għandu regoli u għalhekk huwa inklussiv ħafna, niftakarni nsiefer u niltaqa' u nieħu gost ma' żeffiena mid-dinja kollha, inkluż mis-South Korea, Russi, Ukreni u għalkemm ma' konniex nitkellmu l-istess lingwa xorta waħda konna nikkomunikaw tajjeb flimkien.", "X'inhuma l-akbar aspirazzjonijiet tiegħek?", "Li nikber flimkien mall-mara tiegħi, nibqgħu nieħdu ħsieb iż-żewġ uliedna, narawhom jikbru u jimirħu u jkunu ta' suċċess iżjed minni.", "Staqsejna lil Oliver biex jgħaddi messaġġ lis-segwaċi ta' skoperta.net…", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/05/il-fenomenu-tal-escorts-fmalta-intervista-esklussiva/", "date": "05/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Jisimha Amanda, ta' nazzjonalità Latina u għandha 24 sena.", "Hija brunette u tindika li hija disponibbli lejl u nhar.", "Il-prezzijiet tas-servizzi tagħha għal siegħa ivarjaw minn 50 ewro sa 150 ewro.", "Din hija biss waħda minn diversi escorts li wieħed jista' jsib f'waħda mis-siti elettroniċi li joffru dan it-tip servizzi.", "Għalkemm huwa suġġett li ma tantx nisimgħu dwaru f'pajjiżna, jirrapreżenta realtà li biż-żmien dejjem qiegħda tikber aktar.", "It-tim ta' skoperta.net irnexxielu jiskopri aktar dwar din id-dinja mistura, li però għal xi wħud hija parti regolari minn ħajjithom.", "Irnexxielna nagħmlu kuntatt ma' persuna li ta' spiss tuża s-servizzi tal-escorts u li aċċettat li tgħinna nifhmu aħjar dan il-fenomenu.", "F'intervista esklussiva, NN, raġel ta' 34 sena, li ħa jinżamm anonimu biex nipproteġu l-identità tiegħu, qasam magħna l-perspettiva tiegħu bħala klijent, u jgħidilna għaliex hu jagħżel li jirrikorri għal servizzi ta' dan it-tip.", "Tista' tagħtina ħarsa ġenerali dwar il-qasam tal-escorts f'Malta?", "X'tagħmel eżatt escort u b'liema mod hi differenti minn prostituta tradizzjonali?", "Il-qasam tal-escorts llum il-ġurnata huwa bbażat online bil-maġġoranza tagħhom ikunu ta' nazzjonalità barranija.", "Escort toffri servizzi sesswali kif ukoll servizz, li ismu miegħu, ta' akkumpanjatriċi.", "Prostituta tradizzjonali hija relatata ma' servizzi sesswali biss u fil-qasam lokali kkunsidrat mhux sigur u xi drabi jista' jkun ta' periklu.", "X'inhi l-esperjenza personali tiegħek bħala klijent li jagħmel użu mis-servizz tal-escorts?", "Rigward esperjenzi personali qatt ma iffaċċjajt problemi u kull escort, anki jekk ħafna minnom joffru l-istess servizzi, dejjem ħassejthom esperjenzi differenti fuq livell kemm sesswali kif ukoll ta' interaction.", "Meta u kif bdejt tagħmel użu minn dawn is-servizzi?", "L-ewwel darba li għamilt użu minn dan it-tip ta' servizz kien meta kont imsiefer ma' grupp ta' ħbieb ftit ta' snin ilu.", "Ftit wara dan bdejt nesplora dawn it-tip ta' servizzi lokalment.", "X'inhuma t-tipi ta' servizzi li joffru l-escorts?", "U x'inhuma l-prezzijiet medji abbinati ma' dawn is-servizzi?", "Is-servizzi nfushom ivarjaw minn dawk sesswali, ta' akkumpanjament jew gfe (girlfriend experience) sa dawk magħrufin bħala fetishes, bħal BDSM, toilet play u ħafna oħrajn.", "Prezzijiet ivarjaw skont is-sbuħija, l-esperjenza tal-escort u in-nazzjonalità.", "Minn 50 ewro għal nofsiegħa sa 100 jew 250 kull siegħa fir-rigward ta' dawk li jkunu meqjusin iżjed bħala 'high class escorts'.", "Fuq nota personali għalfejn tħoss il-bżonn li tagħmel użu minn dawn it-tipi ta' servizzi?", "Bħala persuna single nuża dan it-tip ta' servizz meta nħoss il-ħtieġa li jkolli x'naqsam ma' persuna oħra b'mod sesswali apparti l-fatt li nħoss li huwa fetish minnu nnifsu li nagħmel dan ma' persuna li ma nafiex jew li qatt ma ltqajt magħha qabel.", "Mill-esperjenza tiegħek kemm hu kbir dan is-suq f'Malta u x'inhi t-tip ta' klijentela li tfittex dawn is-servizzi?", "Dan is-suq qiegħed jikber f'Malta kemm għaliex jidher li kibret id-domanda u kemm minħabba l-preżenza ta' iżjed persuni barranin jgħixu hawn.", "Fix-xhur tas-Sajf jidher li n-numru ta' escorts li jiġu Malta jiżdied.", "Il-klijentela tvarja kemm fl-età u kemm abbażi ta' servizz li wieħed ifittex.", "Dan jiġi influwenzat ukoll mill-prezzijiet differenti li jintalbu minn min qiegħed joffri s-servizz.", "Għalkemm snin ilu jidher li s-servizz ta' 'professional escort' kien iktar sinonimu ma' klijenti barranin inħoss li llum ir-realtà nbidlet ferm.", "Kif isir il-kuntatt ma' dawn l-escorts?", "Jeżistu xi aġenziji jew websites li jiffaċilitaw dan kollu?", "Il-kuntatti jsiru online permezz ta' siti elettroniċi fejn kull escort ikollha l-profil tagħha b'indirizz elettroniku jew numru tal-mobile abbinat.", "Ġenerlament il-kuntatt isir bil-mobile, permezz ta' messaging apps.", "Jeżistu aġenziji barranin li jibgħatu escorts hawn Malta biex joffru dawn it-tip ta' servizzi però din ma tidhirx li hija n-norma s'issa.", "F'liema postijiet jingħataw is-servizzi?", "Ħafna mis-servizzi jingħataw f'lokalitajiet ċentrali meqjusin bħala turistiċi, f'appartamenti privati.", "Jekk l-escort tkun qiegħda żżur Malta għal żmien qasir, is-servizz jingħata f'kamra ta' lukanda.", "Incall meta wieħed iżur lill-escort jew outcall meta hi tmur għand il-klijent.", "Hemm xi riskji jew perikli għall-klijenti li jieħdu s-servizzi tal-escorts?", "Riskji relatati ma' saħħa jista' jkun hemm dejjem però ħafna mill-escorts jaċċettaw li jagħtu s-servizzi bl-użu ta' kontraċettivi biss.", "Xi tgħidilna fuq l-escorts infushom?", "X'nazzjonalità jkunu?", "Nazzjonalitajiet ivarjaw minn Western Europe, Eastern Europe u l-Amerika Latina, bl-aħħar tnejn ikunu l-aktar komuni.", "Jiġu bl-ajru filwaqt li ħafna mil-Latini jaslu mill-Italja għaliex diġà jkunu ilhom jaħdmu bħala escorts hemmhekk.", "Lil hinn mix-xogħol, fuq livell iktar uman, xi tgħidilna dwar l-escorts?", "Fuq livell personali nħoss li diffiċli wieħed jikkumenta però maż-żmien indunajt illi ltqajt ma' persuni li ġejjin minn kategoriji differenti tas-soċjetà b'raġunijiet jew realtajiet differenti li wassluhom biex jibdew jagħmlu dan ix-xogħol.", "Għandek xi anedottu partikolari jew esperjenza mhux tas-soltu assoċjata mal-escorts?", "Anedottu partikolari kien xi snin ilu ma' escort partikolari, għoġbitni fiżikament però meta mort skoprejt li kienet tispeċjalizza f'bdsm.", "Għalkemm offrietli servizzi sesswali xorta waħda dawn kienu kemmxejn dominanti żżejjed għal dak li jien mdorri bih is-soltu anki fis-sens ta' 'personal interraction'.", "Kienet esperjenza differenti u interessanti u li ma ninsiex.", "Taħseb li dan it-tip ta' suq jista' jkun sors ta' sfruttament jew traffikar uman tal-escorts infushom?", "It-traffikar jeżisti però ma nemminx li huwa komuni.", "Hemm ħafna li jagħmlu dan minn jeddhom u għaliex il-qligħ huwa ħafna ikbar minn xogħol ieħor.", "Naqbel li dan għandu jiġi legalizzat u regolat għax b'kuntrarju għal dak li jintqal minn ċerti sorsi, l-abbuż u t-traffikar mhuwiex in-norma anzi ħafna jagħmluh bħala forma ta' 'social mobility' u jistgħu jkunu persuni li ġejjin minn oqsma varji tal-ħajja b'differenza mill-perċezzjoni ta' abbuż relatat ma' vizzji jew sfruttament għalkemm dan qatt mhu eskluż.", "Għaliex temmen li dan il-qasam għandu jiġi legalizzat u regolizzat?", "Nemmen illi regolizazzjoni b'qafas legali tajjeb jista' jgħin kemm il-ħaddiem u kemm l-istat jibbenefikaw f'sens monetarju filwaqt li jgħin l-abbuż jew sfruttament jonqos aktar milli jiżdied.", "Grazzi talli aċċettajt li tiġi intervistat mit-tim ta' skoperta.net.", "Grazzi lilkom.", "Ħallilna kumment jew għamel kuntatt magħna permezz tal-indirizz elettroniku: info@skoperta.net u għidilna x'inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan is-suġġett kontroversjali!"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/22/filmat-glen-jaqsam-l-emozzjonijiet-tieghu-wara-li-rebah-l-ewwel-edizzjoni-ta-muzika-muzika/", "date": "22/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Glen Vella Glen, għaddew biss ftit sigħat mindu ġie mħabbar li l-kanzunetta Ħarsa Biss hija l-kanzunetta rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika.", "Kif qed tħossok?", "Inħossni eċitat, ferħan, u emozzjonat.", "Ma stennejtx, għalkemm kont nemmen li għandi kanzunetta tajba bil-Malti imma ma stennejtx li nista' nkun ir-rebbieħ għaliex nemmen li kien hemm livell għoli ta' kanzunetti Maltin.", "Ovvjament inħossni onorat, ħdimt għaliha b'mod professjonali.", "Il-fatt li ġiet apprezzata mill-pubbliku wkoll tfisser ħafna għalija.", "Emozzjonat ħafna.", "X'għadda minn moħħok dak il-mument li ġejt iddikjarat rebbieħ?", "Kif forsi rajtu wkoll fil-mument li tħabbar ir-riżultat, jien ma ndunajtx mill-ewwel!", "L-ewwelnett f'dak il-mument bl-eċitament ma kellix moħħ noqgħod ngħodd il-punti u nara, qisek tkun, kif jgħidu bl-Ingliż, 'in extacy' allura ma ntbaħtx mill-ewwel x'kien qed jiġri.", "Ovvjament imbagħad x'ħin rajt il-kamera waqfet fuqi tlajt is-sema imma dak il-ħin lanqas naf x'għadda minn moħħi.", "Tant kont emozzjonat li ma bdejtx naħseb, biss imbagħad jien u tiela' lejn il-palk mill-ewwel ġew f'moħħi dawk in-nies kollha, li kif għidt jien fuq il-midja soċjali tiegħi qabel ma kantajt, li jħobbu l-mużika Maltija.", "Xi tfisser din ir-rebħa għalik?", "Għaliha din ir-rebħa tfisser kisba oħra fil-karriera tiegħi, madanakollu minkejja li kont jien li għollejt it-trofew, mhijiex ir-rebħa tiegħi biss.", "Hija rebħa tat-tim tiegħi li għenuni ħafna, tal-ħbieb tal-qalb tiegħi, il-familja u r-raġel tiegħi Sandro, li mingħajru żgur ma kontx nasal s'hawnhekk u hija wkoll ir-rebħa ta' dawk in-nies li jħobbu l-kanzunetta Maltija.", "Lil min għażilt li tiddedika din ir-rebħa u għaliex?", "Din ir-rebħa kif għamilt x'ħin tlajt fuq il-palk, iddedikajtha lil dawk in-nies kollha li jħobbu l-mużika Maltija u lill-mużiċisti sħabi li bħali huma full timers, bħalissa huwa żmien diffiċli għalihom għaliex m'aħniex nesebixxu x-xogħol tagħna.", "Iddedikajt it-trofew għalihom.", "Ħarsa Biss , xi tfisser għalik?", "U kif ġiet l-idea għal din il-kanzunetta?", "Ħarsa Biss hija kanzunetta li ġiet miktuba minn Joe Julian Farrugia u mbagħad ikkompona l-mużika għaliha Philip Vella, li nemmen li żewwaq il-mużika mal-lirika b'mod tajjeb ħafna.", "Jien meta ġejt avviċinat, għidtilhom irrid naqra l-lirika u nisma' l-mużika waqt li qed naqra l-lirika biex inħoss il-'feel' tal-mużika u fl-istess ħin nara jekk jirnexxilix nirrelata mal-kliem.", "X'ħin qrajtha lili ħaditni fil-bidu tar-relazzjoni tiegħi mar-raġel tiegħi Sandro.", "Fir-relazzjoni sigrieta tal-bidu u l-imħabba tagħna, lili hemmhekk ħaditni imma nemmen li kull individwu jista' jirrelata mall-kanzunetta, għax ngħiduha kif inhi, kull relazzjoni tibda b'mod sigriet.", "Ħadd ma jibda relazzjoni u jmur ixejjer il-bnadar, taf kif, allura dak li jkun jista' jagħmilha vera tiegħu u jiftakar f'dawk il-mumenti tal-bidu tar-relazzjoni tiegħu.", "Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek fil-Festival Mużika Mużika?", "U xi jfisser li tkun parti minn festival bħal dan?", "Kull esperjenza mużikali jien nagħmilha b'passjoni u allura kollha jfissru ħafna għalija, ovvjament mhux b'inqas Mużika Mużika.", "Ħadt pjaċir ħafna naħdem għal dan il-festival, kont imxennaq li nitla' nkanta mal-orkestra, inkanta live u li nitla b'kamra fuq palk b'organizzazzjoni perfetta.", "Il-kelma hija perfetta, perfett huwa l-Mulej imma għalija dan il-festival kien qrib il-perfezzjoni.", "Kien organizzat tajjeb ħafna, kull min kien involut fil-festival kollha kienu avviċinabbli u allura jien bħala artist grat ħafna għax-xogħol kollu li sar f'dan il-festival.", "Ovvjament li tieħu sehem f'festival bħal dan hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "L-ewwelnett għax jien inħobb il-kanzunetta Maltija, u għalhekk użajt din il-pjattaforma biex inwassal kanzunetta oħra mir-ripertorju tiegħi lill-pubbliku, u li tkanta mal-Orkestra Nazzjonali dejjem hi xi ħaġa emozzjonanti.", "Min verament iħobb ikanta, li tkanta mal-Orkestra hija l-aktar ħaġa sabiħa li tista' tesperjenza.", "X'sibt l-aktar ta' sfida matul dan il-vjaġġ?", "Essaġġ, jien tant kelli sapport enormi min-nies vera qrib tiegħi li ma sibtx sfida partikolari.", "Jien vera ħdimt għaliha b'mod professjonali, kelli l-ħin naħdem għaliha wkoll, jiġifieri ma kienx hemm xi sfidi partikolari.", "Li jkolli forsi nsemmi, jien ma tantx jien marketing pro, allura dik kienet forsi sfida speċjalment fl-aħħar ġimgħa tal-festival ridt inkun dejjem alert biex inżomm il-midja soċjali attiva, għaliex għalkemm jien inżomm kuntatt man-nies permezz tal-midja soċjali imma ma nkunx attiv il-ħin kollu allura dik il-ġimgħa ridt li n-nies jgħixu kull mument miegħi u ħadt pjaċir nagħmilha.", "Li qattajt ħafna ħin fuq il-midja soċjali, inwassal il-messaġġi lill-pubbliku dwar x'qed jiġri biex dak li jkun jgħixha miegħi.", "Essaġġ ma kinitx sfida per se, qed insejħilha forsi sfida għax mhux is-soltu nagħmel hekk.", "Kellek xi mumenti partikolari matul dan il-vjaġġ?", "Mumenti ħelwin ħafna li kelli… jien matul dan il-vjaġġ kelli l-opportunità li ktibt kanzunetta b'kompożizzjoni tiegħi u kantawha l-grupp bravissimi Avenue Sky, li apparti li jien il-kompożitur tagħhom, jien ukoll il-vocal coach tagħhom u Jade ukoll avviċinatni.", "Jien xogħli huwa dak ta' vocal coach u ġejt avviċinat minn żewġ kantanti, id-duo Ian u u t-tifla tiegħu Jade u l-kantant Claudio mill-grupp Kantera, li ħdimt magħhom fil-qrib biex, fil-każ ta' Janvil u Jade pereżempju, ħdimt magħhom fuq l-arranġamenti vokali, kif inqassmu l-kanzunetta, l-armoniji.", "Jiġifieri ħdimt magħhom mill-qrib u apparti li huma ħbieb tiegħi, jiġifieri l-livell ma kienx ta' vocal coach imma ta' ħbiberija, kienet xi ħaġa vera sabiħa li ħdimniha flimkien u għexna ħafna mill-ħinijiet ta' dan il-vjaġġ flimkien.", "Claudio wkoll, ġie staqsa għas-servizz tiegħi u kien ta' unur kbir għalija.", "Rajtu jagħmel progress minn ġimgħa għal oħra, ħadem bis-sħiħ u finalment spiċċa fit-tielet post ukoll jiġifieri kont kuntent immens b'dawn il-mumenti.", "Kellna mumenti u esperjenzi vera sbieħ flimkien ma' dawn il-kantanti li semmejt, mumenti ħelwin ta' rehearsals, dħakna flimkien, qabżitilna demgħa flimkien ukoll.", "Kienu mumenti vera sbieħ fejn il-ħbiberija, ix-xogħol professjonali u l-mużika rebħu fuq il-kompetizzjoni, għalija dak sodisfazzjon kbir.", "Tħoss li l-lingwa Maltija hija apprezzata biżżejjed?", "Nemmen li iva, għaliex, issa jien qiegħed imdawwar b'nies li jħobbu l-mużika Maltija jiġifieri jien infittex li anki ma' min ħa naħdem, li jekk ħa naħdem ma' xi ħadd inkun ċert li jħobb il-kanzunetta Maltija.", "F'ħajti mdawwar b'dawn in-nies, li niġi nfluwenzat minnhom ukoll, jiġifieri nemmen li iva, hija apprezzata.", "Ovvjament dejjem hemm, kif ngħidu bl-Ingliż, a room for improvement, dejjem ikun hemm dak il-lok fejn nistgħu mmexxu aktar ovvjament imma ma naħsibx li mhix apprezzata.", "Taħseb li hemm bżonn li jsiru aktar inizjattivi li jagħtu pjattaforma għall-mużika bil-lingwa Maltija?", "Jien nemmen li hawn Malta hawn pjattaformi fejn nesibixxu l-mużika bil-lingwa Maltija.", "Hawn festivals li qed isiru fosthom L-Għanja tal-Poplu, li jsir kull sena.", "Issa jekk Alla jrid, u j'Alla l-Mużika Mużika jibqa' jsir kull sena.", "Nemmen li jista' jkun hemm attivitajiet oħrajn, forsi mhux dejjem f'forma ta' kompetizzjoni u festival imma jkunu aktar f'forma ta' kunċert.", "Iva nemmen li jista' jsir aktar, qatt mhu biżżejjed.", "Jien fejn tidħol mużika, nibqa' ninsisti dejjem.", "Jista' jkun hemm kunċert kuljum għax xorta nibqa' ninsisti biex ikollna tnejn.", "Dejjem irrid aktar fejn tidħol mużika jien imma xorta nemmen li m'aħniex neqsin, hemm pjattaforma, li nħoss u li nibqa' nħeġġeġ huwa forsi li jista' jkun hemm aktar individwi bħal kantanti, awturi u kompożituri Maltin li jipparteċipaw.", "Forsi jista' jkun hemm aktar sforzi minn individwi biex jieħdu sehem f'dawn l-inizjattivi.", "Wara dan il-vjaġġ, x'inhu l-pass li jmiss għalik fil-karriera mużikali tiegħek?", "Jien ma tantx Inħobb naħseb wisq fil-futur.", "L-esperjenzi tal-ħajja għallmuni ngawdi ħafna l-mument.", "Bħalissa qiegħed ingawdi dan il-mument tar-rebħa li ksibt fil-festival Mużika Mużika.", "Bla dubju, inħares 'il quddiem biex inkompli naħdem fuq mużika ġdida min-naħa tiegħi u fil-pipeline issa, kienet diġà qiegħda f'moħħi, imma nixtieq ħafna li naħdem fuq vidjo mużikali għal din il-kanzunetta li eventwalment joħroġ aktar tard matul din is-sena.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/15/filmat-xkellha-xi-tghid-l-attrici-rita-camilleri-dwar-lino-grech/", "date": "15/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Rita Camilleri Rita, bħalissa qed tinterpreta l-karattru ta' Anġela fuq Sorelle.", "Liema kienet l-aktar xena li ħadt gost tagħmel?", "U x'sibt l-aktar ta' sfida b'dan il-karattru?", "L-aktar xena li ħadt pjaċir nagħmel kienet meta mort infittex lil Steve u fl-aħħar arrestajnieh.", "Bħala sfida huwa l-fatt li Anġela ma tibża' minn xejn mhux bħali!!", "Hemm similaritajiet bejn il-karattru ta' Anġela u tiegħek personali?", "F'liema sitwazzjonijiet taħseb li kont taġixxi differenti minnha?", "Naħseb l-unika ħaġa simili li għandi ma' Anġela hija l-imħabba li għandha hi lejn bintha u jien lejn ibni.", "Li kont naġixxi differenti naħseb dwar il-fatt li hi ma tridx li tmur tfittex lil missierha għat-trapjant.", "Kif intlaqa' min-nies dan il-karattru?", "Milli jgħiduli intgħoġob ħafna u jammirawha.", "Meqjusa bħala waħda mill-atturi veterani ta' pajjiżna.", "Kemm ilek attriċi?", "L-ewwel darba li tlajt fuq il-palk imma m'għidt xejn!!", "Kelli 4 snin, id-DePorres.", "Kif nibtet l-imħabba tiegħek għar-reċtar?", "Naħseb minn dakinhar, kull meta nitla' fuq il-palk inkun f'dinja oħra.", "Kif bdiet il-karriera tiegħek ta' attriċi?", "Konna nkunu d-DePorres għax iż-zijiet li trabbejt magħhom kienu jgħinu hemm u kien hemm kumpanija li ttella' l-plays li kellha bżonn tifla għall-aħħar xena u z-ziju qallu bija!", "Liema kienet l-ewwel produzzjoni teatrali li ħadt sehem fiha?", "Ta' 6 snin Fr Bjorn kien kiteb buzette għall-konkors li kellu jsir għat-tfal u dan kien jismu \"Taqtigħ il-Qalb\" u konna ġejna t-tielet.", "Teatru jew televiżjoni?", "U għaliex?", "Teatru, is-sensazzjoni li tħoss meta titla' fuq il-palk, l-eċitament u l-feedback tan-nies, ma ssibhomx fil-filming.", "Mill-karattri kollha li ħdimt s'issa, liema minnhom taħseb li ħalla l-aktar impatt fuq in-nies?", "Għalija l-aktar karattru li ħalla impatt kien il-karattru ta' Filumena.", "Permezz ta' dan il-karattru tara l-imħabba tal-omm xi twassalha tagħmel.", "U liem minnhom ħalla l-aktar impatt fuqek personali?", "Ikolli nammetti li l-karattru ta' Filumena huwa l-aktar karattru li ħalla impatt fuqi personali wkoll.", "L-omm ma tieqaf qatt taħseb fuq uliedha, anki meta jikbru.", "X'tiftakar dwar preparamenti ta' produzzjonijiet li ħadt sehem fihom fil-bidu tal-karriera tiegħek?", "U x'differenzi tara minn dak iż-żmien għal-lum?", "Ilum ħafna aħjar għax għandek ir-riklamar jgħin ħafna u l-production houses qed jinvestu f'aktar equipment pereżempju f'produzzjoni minnhom ħdimna b'erba' kameras allura ħadna take waħda mhux xi 6 jew 7 takes.", "Issa ħafna aktar faċli, l-ewwel darba li ħadt sehem fuq it-TV kelli 10 snin, dak iż-żmien jekk tagħmel żball terġa' tibda x-xena mill-ġdid!!", "Illum ovvja bit-teknoloġija ġdida nagħmel dik il-biċċa biss.", "Illum ħafna aħjar!!", "Semmilna wħud mill-memorji l-aktar li tgħożż ma' atturi veterani li m'għadhomx magħna..", "Naħseb l-aktar għal qalbi huma l-memorji ta' Lino Grech.", "Niftakar konna nkunu qed nagħmlu play l-institute u tarah waqt il-provi jagħmel il-karattri kollha, litteralment jinbidel quddiem għajnejk.", "Irrakkuntalna praspura li għamilt jew ġratlek relatata mar-reċtar..", "Nifftakar konna qed nagħmlu kummiedja l-Manoel meta wieħed mill atturi kien ħa joħroġ fuq il-palk marritlu l-buttuna tax-shorts, irid joħroġ u ma jistax għax ħa jaqalu ix-shorts u dak il-ħin qbadt hairpin u rnexxili nżommlu x-shorts milli jaqalu u mbuttajtu 'l barra għal fuq il-palk.", "Dawk is-sekondi rajnihom sigħat.", "'Il bogħod mir-reċtar, min hi Rita Camilleri?", "Issa jien irtirata u nieħu pjaċir insib il-ħin għall-passatempi li qabel ma tantx kelli ċans għalihom.", "Jien omm u minn sena u tlett xhur ilu sirt nanna ta' baby Alex.", "Nipprova nkun pożittiva kemm nista' avolja l-ħajja mhux dejjem tħallini.", "Qattajt parti kbira minn ħajtek mas-Salesjani.", "X'impatt ħalla fuq ħajtek dan?", "Impatt qawwi, għalija s-Salesjani huma t-tieni familja tiegħi, qattajt parti kbira minn ħajti hemm u bil-ħila tagħhom wasalt fejn wasalt fit-teatru.", "X'jagħtik l-aktar sodisfazzjon f'ħajtek?", "Meta nkun mal-familja, ma' huti u l-familji tagħhom, hemm inkun fil-ġenna tal-art.", "Persuni li jispirawk kemm fil-karriera tiegħek ta' attriċi kif ukoll personali…", "Bħala attur jew direttur, kif semmejt fuq Lino Grech, u kelli tutor id-drama school li llum sfortunatament m'għadhiex magħna Ethel Farrugia.", "U personalment iz-ziju li kien rabbieni, dejjem bil-kelma t-tajba, u dejjem għallimni nipprova nara t-tajjeb f'kulħadd.", "L-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek s'issa..", "Bla dubju l-isbaħ mument kien meta sirt omm u wara meta sirt nanna.", "L-agħar mument f'ħajti li ħalla impatt ikrah kien meta sena u nofs ilu konna miseries ma' oħti u waqgħet u mietet quddiemi.", "Xena li tmur qatt minn quddiem għajnejja.", "X'inhi l-akbar lezzjoni li tgħallimt mill-ħajja s'issa?", "Li għandek tgħix il-mument u tgħid lil dak li jkun li tħobb għax meta jiġri kif ġara lilna mbagħad wara jkun tard wisq.", "Liema kwistjonijiet int l-aktar sensittiva dwarhom?", "U għaliex?", "Fejn jidħol l-abort, suġġett naqra delikat imma jweġġagħni ħafna u meta naf li hawn tant koppji li jixtiequ t-tfal u ma jistgħux, u qtil ta' kreaturi innoċenti ma niflaħiex.", "It-tfal barka jġibu.", "Hemm xi ħaġa li dejjem xtaqt tagħmel u għad ma kellekx l-opportunità li tagħmilha?", "Nixtieq nitgħallem aktar crafts u meta kont iżgħar dejjem xtaqt nidħol pulizija imma d-daddy ma ħallinix għax hu kien pulizija u ma ridnix!", "Kif jirnexxilek tagħraf il-pożittività tal-ħajja?", "Meta nara l-kuraġġ tan-nies li huma inqas ixxurtjati minni ngħid jien għandi saħħti, il-familja b'saħħitha u għandi saqaf fuq rasi, hemm tiġini s-saħħa li nkun pożittiva.", "X'messaġġ tixtieq tgħaddi?", "Nixtieq ngħid grazzi lil kull min jibgħatli l-messaġġi, u kliem li jinkoraġġuni u grazzi kbira lil dawk kollha li kienu hemm għalija fl-agħar mumenti ta' ħajti.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/04/26/daqsxejn-ta-nostalgija-ma-ronald-saliba/", "date": "26/Apr/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Ronald Saliba Magħruf l-aktar bħala attur, iżda int proprju l-kittieb tas-sensiela Nostalġija li bdiet tixxandar mid-29 ta' Marzu.", "Minn fejn u kif ġiet l-ispirazzjoni biex tibda tikteb din is-sensiela?", "Kitba għat-televiżjoni kienet ilha ddur ġo moħħi għal ħafna snin.", "Imbagħad, fl-2019 wasal ż-żmien li kull filgħaxija bdejt nikteb xi ħaġa.", "Il-karattri kien ilhom snin twal jissawru ġo moħħi.", "Imbagħad dawn il-karattri kollha sabu ruħhom fl-istorja.", "Il-ħsieb kien li nagħmel madwar 39 episodju.", "Imma l-ewwel lestejt 17 biss.", "Il-ħsieb kien li jekk jintlaqgħu tajjeb, imbagħad, inkompli bl-episodji l-oħra.", "Ġara mbagħad li ġie l-lockdown ta' Marzu 2020.", "U allura ħadt l-okkażjoni u komplejt 18-il episodju oħra.", "X'tista' tgħidilna dwar Nostalġija?", "Il-ġrajja sseħħ fi tlett irħula.", "Ħal-Kbir huwa r-raħal ewlieni fejn iseħħu dawk il-ġrajjiet li jseħħu daż-żmien.", "Bil-kunflitti bejn il-kappillan, il-każin tal-banda, il-partiti politiċi u n-nies tar-raħal fejn insibu nies twajba u nies anqas twajba.", "F'Ħal-Waħdu insibu karattri interessanti.", "Dawn kollha bil-laqam, jitkellmu bl-aċċent, u kliemhom kollu idjomi.", "F'Ħal-Ħieles, għalkemm qed jgħixu llum, minn jeddhom jixtiequ li jibqgħu jgħixu ħielsa mill-iżvilupp.", "Ġieli ktibt produzzjonijiet oħrajn qabel?", "Bdejt nikteb ta' 13-il sena.", "Novelli għar-Rediffusion.", "Imma dejjem għall-palk.", "U għalkemm tnejn minnhom ġew irranġati għat-televiżjoni, NOSTALĠIJA hija l-ewwel kitba li nibtet u nkitbet għat-televiżjoni.", "Kif bdiet il-karriera tiegħek ta' attur?", "Qatt ma kont miġbud li nitla' fuq il-palk.", "F'moħħi kelli biss il-kitba.", "Imma darba kont qiegħed nidderieġi produzzjoni ta' Carmel Gauċi b'kitba ta' Ġorġ Peresso bl-isem ta' L-INFERN JISTA' JISTENNA.", "Ġara li min kien qiegħed jagħmel il-parti prinċipali ma setax ikompli (fl-aħħar ġimgħa) u kelli nidħol minfloku jien.", "Xi ħadd mill-Bonaci Brothers kien qiegħed jara din il-produzzjoni u tħajjar jagħtini parti f'Ipokriti.", "U minn hemm ma waqaft qatt.", "Liema produzzjonijiet tħoss li għenuk l-aktar biex tevolvi bħala attur?", "Kollha kemm huma.", "Meta kont nikteb u nidderieġi, kont nitgħallem il-ħin kollu.", "Kelli x-xorti li dejjem idderiġejt atturi kbar u ta' esperjenza.", "U minnhom kont titgħallem il-ħin kollu.", "Liema karattri li interpretajt tħoss li l-aktar ħallew impatt?", "L-aktar li ħalla impatt kien il-karattru ta' Philip f'Ipokriti.", "Mhux biss għax kien l-ewwel wieħed; imma aktar għax ma kienx 'straight character'.", "Kien 'rounded character' fejn il-karattru żvolġa fuq ħafna episodji sakemm fl-aħħar spiċċa bniedem mitluq u dipress.", "Niftakarni nara l-film 'Rainman' ta' Dustin Hoffman.", "Sigħat sħaħ nifli kull mossa li jagħmel.", "U tgħallimt ħafna minnu.", "Imma mbagħad, l-aktar karattru li ħadt gost nagħmel kien il-karattru ta' Ċensu fid-Dar tas-Soru.", "Liema kien l-aktar karattru diffiċli li interpretajt?", "U għaliex?", "Il-parti ta' Ġesù fil-passjoni tradizzjonali.", "Ħafna jaħsbu li dan huwa karattru interessanti.", "Għalija ma kienx.", "Huwa karattru fejn m'hemm xejn fejn l-attur jista' jimraħ.", "Fejn żball żgħir huwa fatali.", "Diffiċli ħafna kien il-karattru ta' Frank Foster fil-farsa ta' Alan Ayckbourn 'How the Other Half Loves'.", "Żewg atti l-ħin kollu fuq il-palk.", "Traduzzjoni ta' Frank Tanti għal Maleth.", "Is-sett maqsum f'żewgt idjar matul il-palk kollu.", "U trid toqgħod attent li ma tmissx xi biċċa għamara mid-dar l-oħra.", "Żewg familji jitkellmu fl-istess waqt imma ħadd mhu konxju mill-koppja l-oħra.", "Kemm tħoss li sar progress f'dan il-qasam matul is-snin?", "Kemm fl-istil u anke fil-forma.", "Xorta nħoss, iżda, li dan l-aħħar qiegħed ikun hemm wisq produzzjonijiet; ma naħsibx li għandna diretturi, atturi, kitbiet etc.. biex jissodisfaw l-ammont kbir ta' produzzjonijiet li qiegħdin isiru għat-televiżjoni.", "Bir-riskju li jitbaxxa l-livell.", "Fl-istess waqt, sfortunatament, niżel ħafna l-ammont ta' produzzjonijiet teatrali li huma l-bażi għall-atturi biex wara jkomplu bit-televiżjoni.", "Liema memorji ma' atturi li m'għadhomx magħna huma l-aktar għal qalbek?", "Charles Thake, Karmenu Gruppetta u Ġemma Portelli.", "Ma' Charles Thake għaddejt snin twal intellgħu xi tlett produzzjonijiet fis-sena fl-Istitut Kattoliku u fit-Teatru Manoel.", "Ma' Karmenu Gruppetta kelli x-xorti li naħdem fil-kummiedja 'Appuntamenti fl-Appartamenti'.", "Karattru uniku u inimitabbli.", "Saqajh mal-art u twieled attur.", "Ma' Ġemma Portelli għamilt sena niltaqgħu darbtejn fil-ġimgha fil-produzzjoni televiżiva popolari F'Baħar Wieħed.", "X'jagħmlek attur tajjeb?", "Attur tajjeb irid ikun 'partikolari' filwaqt li jibqa' 'kredibbli'.", "Teatru jew televiżjoni?", "U għaliex?", "Bla dubju ta' xejn, teatru.", "L-ewwel nett għax tista' tiżviluppa l-karattru aktar aħjar għax ix-xeni qiegħdin isiru fi ftit sigħat.", "U t-tieni għandek l-udjenza miegħek li tagħtik l-enerġija li ma tagħtihilekx it-televiżjoni.", "Irrakkuntalna praspura li għamilt relatata mar-reċtar.", "Aktar minn praspura aktar ngħidilha traġedja.", "Konna qiegħdin nagħmlu l-passjoni u jien kont qiegħed nagħmel il-parti ta' Kristu.", "Wieħed mill-qassisin il-kbar fettillu jobżoqli bis-serjetà.", "Kif dħalna fil-kwint, jien qlajt il-labra li kienet qiegħda żżomli l-biċċa li kelli fuq il-malja li kelli taħt biex inniggżu biha.", "Fi ftit mumenti kelli nerġa' noħroġ fuq il-palk inġorr is-salib.", "Erġajt għamilt il-labra imma m'għamilthiex sew.", "Il-konsegwenza kienet li eżatt f'nofs il-palk din l-imbierka biċċa bdiet nieżla.", "Xi ħadd beda jgħajjat minn bejn il-kwinti u spiċċajt nagħfas is-salib mal-biċċa biex ma taqax.", "Mur ara 'l Kristu sejjer għal kruċifissjoni bil-malja.", "'Il bogħod mill-karriera tiegħek f'dan il-qasam, min hu Ronald Saliba?", "Illum pensjonant.", "Il-mara tiegħi Rita u għandna tifla waħda Sarah.", "Illum ukoll għandna neputi li jismu Ronald ukoll.", "B'hekk ħajjtina mimlija sewwa.", "Kif tiddeskrivi t-tfulija tiegħek?", "U liem memorji tgħożż l-aktar?", "Sabiħa ħafna.", "Mid-dar għall-iskola, għall-Museum, nistudjaw u nilagħbu fit-triq mingħajr biża' li ttajjarna karozza.", "Ngħożż ħafna il-ħarġiet ma' tal-Mużew fis-sajf għall-baħar.", "U aktar tard il-ġimgħat camping ma' żgħażagħ oħra f'Dar il-Fekruna.", "Liema kienu l-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek?", "L-isbaħ meta twieldet it-tifla tiegħi Sarah kif ukoll meta ħames snin ilu Sarah welldet lin-neputi Ronald.", "L-agħar kienet il-mewt ta' missieri George li kien għalija ħabib qabel missier.", "X'jispirak l-aktar?", "Kull kelma li nisma' u kull karattru li nara.", "Sirt nieqaf naħseb fuq kull ma nisma' w nara.", "Xi tqis li kienu l-kisbiet tiegħek?", "Li wasalt fejn u kif ninsab illum.", "Tant, illi kieku kelli nerġa' nibda mill-bidu nerġa' nagħmel kull m'għamilt.", "Fejn u kif jirnexxilek issib il-kuntentizza?", "Fuq mejda tal-ikel għal xi ikla tajba jew għal xi kafè mal-familja u ħbieb.", "X'messaġġ tgħaddi lil dawk li għadhom fil-bidu tal-qasam tar-reċtar?", "Fittxu li tibdew mill-palk.", "U itilgħu fejn u kemm jgħidilkom il-produttur.", "Mhux dejjem tkun tajjeb jew ħażin daqs kemm taħseb int. Ħalli lil ħaddieħor jara fik il-ħiliet tiegħek.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/05/filmat-xmessagg-ghaddiet-stephanie-dwar-is-solitudni/", "date": "05/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Stephanie Spiteri Steph, il-programm Illum ma' Steph, xi jfisser għalik?", "Ħajti tirrivolvi madwaru, lanqas nimmaġinani niffunzjona mingħajru.. norqod u nqum naħseb u nippjana..il-baby tiegħi li nieħu gost narah jikber u jiżviluppa.", "X'impenn u responsabilità jirrikjedi programm li jixxandar kuljum?", "Full time plus plus, forsi ftit jirrealizzaw l-impenn.. nibda minn filgħodu u nibqa' sa tard filgħaxija.", "Bejn suġġetti, riċerka, riklami u paper work.. qatt ma jien lesta.", "Kemm ilek xandara?", "U x'kien l-ewwel xogħol tiegħek fil-midja?", "Ili minn meta kellli 15-il sena.", "Bdejt b'kumbinazzjoni fuq programm reliġjuż jismu Twemmin.", "Qatt ma kont naħseb li ħa nsir daqshekk addict ta' dan ix xogħol..", "X'kien li ispirak biex tidħol f'dan il-qasam?", "Kien ġar li kellu programm u kellu bżonn lil xi ħadd biex jippreżentah.. staqsa lili għax kien jafni, u minn hemm qatt ma ħarist lura.. għall-bidu kien dejjem part time imma għal dawn l-aħħar 4 snin ħadt ukoll il-produzzjoni kollha fuqi u allura issa sar litteralment ħajti.", "X'issib l-aktar ta' sfida f'xogħlok?", "U x'inhu l-akbar sodisfazzjon?", "L-ikbar sfida hija l-commitment ta' kuljum irrelevanti xi jkun qed jiġri f'ħajti.. meta pereżempju l-ma kienet qiegħda tmut kien ikolli nitlaqha u mmur nagħmel programm fejn qisu xejn mhu xejn.. kien żmien diffiċli ħafna.. però anke fil-ħajja ta' kuljum, ġieli uġigħ ta' ras jew uġigħ ta' żaqq.. xorta trid tmur u tkompli.", "Sodisfazzjon kbir però l-imħabba u r-rispett tat-telespetturi li nħossni onorata ħafna li tant jilqgħuni.", "Liema kien wieħed mill-aktar programmi diffiċli li kellek tagħmel?", "U waħda mill-aktar intervisti emozzjonali?", "Fuq l-istess kunċett tar-risposta ta' qabel, l-għada tal-funeral tal-mamà tiegħi.", "Jien lil ommi kont inħobbha wisq u meta ħallietna ħassejt li spiċċat id-dinja però l-għada tal-funeral kelli mmur fuq il-programm u nkompli.", "Qalbi kienet miksura f'miljun biċċa però kont inżomm f'moħħi kemm kienet kburija bija u għalhekk ħassejt li jien għandi nkun b'saħħti u niffaċċja r-realtà.", "Intervisti jkolli ħafna emozzjonali.. jien qalbi żgħira u nħoss ħafna u allura nempatizza u l-ugigħ ta' ħaddieħor nieħdu miegħi.", "Bla dubju, int waħda mill-preżentaturi popolari, u favoriti mal-pubbliku, tħoss li huwa importanti li tibni relazzjoni mas-segwaċi tiegħek?", "Immens importanti u bżonnjuża.. jien ma jien ħadd mingħajr l-appoġġ u l-imħabba tat-telespetturi allura nara kif nagħmel biex inżomm kuntatt regolari magħhom.", "Fl-opinjoni tiegħek, x'inhuma r-responsabilitajiet ta' preżentatriċi?", "Li tkun onesta, li tkun preżentabbli, li tkun reali, li żżomm ċerti opinjonijiet politiċi u kontroversjali għaliha nfisha (fil-każ ta' programm bħal tiegħi li huwa għall-familja kollha).", "Li tuża' Malti tajjeb, li tkun pożittiva, li tkun preparata.. fost oħrajn.", "Jinkwetak il-fatt li dak kollu li tgħid u twassal jista' jiġi interpretat b'mod totalment differenti milli jkun intenzjonat?", "Iva, ġieli nofs kelma u xi ħadd jikteb u jgħidli li pereżempju ma qabilx jew juri li ma ħax gost.. diffiċli ħafna li dejjem togħġob lil kulħadd però nemmen li bl-onestà n-nies jifhmu li jien umana bħalhom u ġieli ngħid xi ħaġa li forsi ma tkunx eżatt.", "L-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek s'issa..", "L-isbaħ bla dubju kien it-twelid ta' ibni li llum għandu 18-il sena u huwa l-mimmi t'għajnejja.", "L-agħar kien il-mewt ta' ommi.", "Kif affettwatek lilek personali l-pandemija?", "Wara li ssakkart id-dar għal xahrejn is-sena l-oħra, jien u Michael (it-tifel) biss, iwassluli x-xirja wara l-bieb u ma niltaqa' ma ħadd.. nagħmel il-programm minn ġol-kamra tas-sodda tat-tifel, hu l-cameraperson u soundman u kollox.. din is-sena attenta ħafna, ma mmur imkien ħlief għall-bżonn, ma niltaqa' ma ħadd jekk mhux għax-xogħol.", "Inħoss li tlift ħafna mill-pjaċir tal-ħajja però hekk hemm bżonn għalissa.", "Mument i ħelwin li jkollok mas-segwaċi tiegħek..", "It-telefonati ħelwin ikunu għax dak li jkun iħoss ċertu eċitament u mhux dejjem niftehmu.", "Il-logħob għalkemm sempliċi ġieli jħawwadhom u allura tkun ħelwa l-konversazzjoni li jkollna on air.", "Ikun hemm drabi li tkun tixtieq tagħmel ftit ħin 'il bogħod mill-ħajja pubblika?", "Nhar ta' Sibt jien naħsel u nnaddaf id-dar.. bil-ħwejjeġ ta' ġewwa u b'xagħri mgerfex.. nitkellem mal-biċċa tal-art u nieħu gost li ma tmehrix.. mingħajr din il-ġurnata ma noqgħodx.. hemm niċċarġja l-batterija.", "Liema huma l-persuni li jispirawk fil-karriera tiegħek u fil-ħajja personali tiegħek?", "Fil-ħajja personali huma l-familja tiegħi, ħuti li dejjem jgħinuni u ħabib tal-qalb li dejjem jiggwidani, fuq it-television inħobb insegwi li Oprah Winfrey li minn xejn saret ikona.", "Steph bħala omm, stretta?", "Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tiegħek mat-tifel?", "Darba ġejt deskritta bħala Hitler minn wieħed ħabib.", "Jien ili sseparata mindu Michael kellu sentejn u allura kelli nżomm ħafna dixxiplina fejn kien hemm bżonn biex jikber ta' nies.", "Missieri hekk kien magħna u għalkemm kont narah ikrah meta kont żgħira llum nirringrazzjah tal-prinċipji li tani.", "Liema kwistjonijiet int l-aktar sensittiva dwarhom?", "U għaliex?", "Inħobb in-natura, nirrabja min ikasbarha.", "Ninkwieta meta nisma' fuq uġigħ li jkun hemm minħabba diżgwid fil-familji.", "Nixtieq li ma narax tbatija.", "Kif tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek?", "Il-fatt li jien naħdem għal qalbi nemmen li tgħini ħafna biex nibqa' pożittiva.. ikolli mumenti ibsin bħal kulħadd però ħabib kbir tiegħi għallimni li t-tazza nofsha mimlija u mhux nofsha vojta, u li dejjem hemm silver lining u b'dak ir-raġunament nara li nieħu ħsieb tiegħi nnifsi.", "X'kienet l-akbar lezzjoni li tgħallimt mill-ħajja s'issa?", "Li kulħadd l-istess, li kollha għandna ferħ, niket, suċċess u falliment.", "Li saqajk iridu jibqgħu mal-art u li iktar kemm tgħin iktar tħossok ferħana.", "X'kien l-isbaħ ġest li qatt għamilt u rċevejt?", "Li għamilt jien ma nafx ngħidlek, li nirċievi huwa l-imħabba tat-telespettaturi b'mod regolari.. grata ħafna.", "Xi jferħek u x'jirrabjak l-aktar?", "Iferrħuni l-iktar affarijiet bażiċi… telefonata bla ħsieb, messaġġ mill-qalb.", "Jirrabjani l-eġoiżmu ta' ċertu nies.", "L-akbar biża' tiegħek..", "Mill-wirdien u mit-tlajja', u li xi darba nkun irrid niddependi fuq ħaddieħor.", "Hemm xi ħolma li tixtieq twettaq?", "Nixtieq li nixtri dar imkissra u diżastru, jew xi ħadd jafdali dar hekk, u nirranġaha u nġibha sabiħa.", "Għandi immaġinazzjoni fertili, noħlom kif u x'fatta, flus biex inwettaqha m'għandix.", "Stephanie tgħaddi messaġġ dwar is-solitudni", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/05/07/staqsini-u-skoprini-carlos-farrugia-jirrispondi-d-domandi-taghkom/", "date": "07/May/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Kif spjegajna ftit ġranet ilu, Staqsini u Skoprini hija rokna ġdida fuq skoperta.net fejn se tkun qed tagħti ċ-ċans lilkom is-segwaċi tagħna li tistaqsi dak kollu li tridu lill-personalità favorita tagħkom!", "Wara, jintgħażlu l-aqwa 10 mistoqsijiet u jiġu mwieġba mill-personalità.", "Carlos Farrugia huwa l-ewwel personalità ta' Staqsini u Skoprini u dawn huma r-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet tagħkom:", "Hemm xi pjanijiet għal xi dramm minn tiegħek, għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira tas-sena d-dieħla 2022? – Abigail Spiteri", "Iva, għas-sena d-dieħla hemm ippjanat li ntellgħu l-produzzjoni 'VARI' ta' Trevor Zahra li minħabba l-pandemija ġiet posposta għal sentejn konsekuttivi.", "Nisperaw li jirnexxielna nagħmluha s-sena d-dieħla.", "Xi tfisser għalik il-Belt Valletta?", "Kif tiddeskrivi tfulitek fit-toroq tal-kapitali? – Albert Ellis", "Il-Belt Valletta għalija tfisser ħafna, huwa l-post fejn jiena twelidt u trabbejt u nħossni onorat li jiena mill-Belt Valletta.", "It-tfulija tiegħi fil-Belt kienet waħda sempliċi u sabiħa ħafna.", "Skola primarja, duttrina, mużew, festi, futbol, karnival, logħob fit-toroq tal-Belt, li sfortunatament illum m'għadniex narawhom, u baħar ukoll speċjalment taħt is-sur.", "Attur bravu u kull parti taqlagħha kif jgħidu.", "Se narawk miżżewweġ xi darba? – Lily Nappa", "Grazzi ħafna, napprezza immens il-kumpliment tiegħek.", "Jekk il-bambin irid, iva.", "Hemm xi attur jew attriċi Maltija, li għadek qatt ma ħdimt magħhom, u tixtieq taħdem magħhom fil-futur? – Abigail Spiteri", "Wieħed mill-atturi bravu u versatili li nixtieq naħdem miegħu huwa l-ħabib tiegħi Shawn Ciantar, li għalkemm ħdimna fl-istess produzzjonijiet, s'issa għadu qatt ma kellna xeni flimkien.", "Kieku jkollok terġa' tagħmel il-parti ta' Sergio, taċċetta? – Daniel Zarb", "Iva, naċċetta bil-qalb kollha.", "Sergio kien wieħed mill-iktar karattri ta' sfida li qatt kelli u apparti hekk Sergio rebbaħni wkoll l-unur tal-aqwa attur f'Malta f'parti prinċipali fil-'Malta Television Awards'", "Naf li int ħdimt f'diversi drama Maltija fosthom Division 7.", "Hemm xi karattru/karattri li għoġbuk u għalfejn?", "U kieku ma kellekx il-parti ta' Fr René, liem kont tagħżel li tinterpreta u għaliex? – Joanna Azzopardi", "Jiena interpretajt diversi karattri u onestament jogħġbuni kollha għax huma kollha parti minni jiġifieri diffiċli nagħżel wieħed minnhom.", "Qishom kollha t-tfal tiegħi u m'għandix preferenzi.", "F'Division 7 tant irbatt qalbi mal-karattru ta' Fr Rene li għalkemm kien hemm ħafna karattri interessanti u b'saħħithom ma nimmaġinanix nagħmel karattru ieħor apparti Fr Rene.", "Liema kienet l-aktar xena diffiċli li qatt għamilt s'issa? – Ritianne Galea", "Fil-karriera tiegħi kelli ħafna xeni interessanti u diffiċli.", "Waħda li dejjem tibqa' f'moħħi hija s-'sword fight' li kelli f'Gizelle bejn Sergio u Luigi interpretata b'mod eċċellenti mal-ħabib tiegħi u attur Anthony Ellul.", "X'kien li ispirak biex tidħol fil-qasam tad-drama? – Suzanne Vella", "Meta kelli xi dsatax il-sena ġejt avviċinat mis-Sur Patrick Borg biex nagħmel film qasir fuq l-aħħar ċena ta' Kristu, għalkemm qatt ma kelli esperjenza ħadt gost ħafna naħdmu.", "Fl-istess sena ġejt avviċinat mill-Għaqda Drammatika Dumnikani Beltin biex nagħmel il-parti ta' Kristu fid-dramm tal-passjoni u minn hemm il-quddiem iddeċidejt li nieħu t-teatru u d-drama bis-serjetà u qatt ma ħarist lura.", "Il-fatt li int persuna pubblika jaffettwa l-ħajja personali tiegħek? – Krista Sammut", "Iżda nieħu gost ħafna meta jwaqqfuni n-nies u jkellmuni fuq ix-xogħlijiet artistiċi tiegħi.", "Normalment dejjem nassoċjawk ma' karattri serji, imma xi jdaħkek l-aktar, u x'hemm li jirrilassak wara ġurnata xogħol u filming? – Abigail Spiteri", "Għalkemm interpretajt ħafna karattri serji, xorta interpretajt karattri komiċi, kemm fuq it-televiżjoni u kemm fit-teatru.", "Li għadu u jibqa' jdaħħaqni u jemozzjonani minn mindu kont tifel żgħir huwa l-karattru ta' 'The Tramp' interpretat mill-ikbar ispirazzjoni tiegħi li huwa l-leġġenda Charles Chaplin.", "Apparti hekk, nieħu gost ħafna nara komiċi Maltin li ħafna minnhom huma ħbieb tiegħi u bravi immens.", "Li jirrilassani wara ġurnata xogħol u impenji oħra huwa li mmur id-dar niekol flimkien mat-tfajla u naraw xi film jew series flimkien.", "Apparti hekk inħobbu mmorru nimxu u niskopru postijiet ġodda kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Dalwaqt inħabbru min hi t-tieni personalità li se tkun qed twieġeb il-mistoqsijiet tagħkom…"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/01/ricetta-pulpetti-tal-haxix-u-tadam-sweet-sour/", "date": "01/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Għandek bżonn (għal 8 pulpetti): Żewġ karrotti kbar maħkukin Pastarda (jew broccoli) żgħira maħkuka Żewġ qarabagħliet maħkukin 100g ġobon Halloumi maħkuk jew ġobon feta mfarrak Żewġ basliet mill-aħdar (spring onions) imqattgħin irqaq", "Mgħarfa minn kull waħda minn dawn li ġejjin", "Tursin frisk imqatta'", "Ħabaq frisk imqatta'", "Nagħniegħ frisk mqatta'", "Kosbor frisk imqatta'", "U melħ u bżar skont il-gosti tiegħek", "Kuċċarina chilli flakes", "Żewġ imgħaref frak tal-ħobż", "Żewġ bajdiet imħabbta", "Poġġi l-qarabagħli, il-karrotti u l-pastard / brokkoli maħkukin, f'sarvetta tal-kċina u għasarhom sew sakemm joħroġ il-likwidu kollu.", "Issa poġġi l-ħaxix fi skutella kbira.", "Żid il-ġobon, melħ, bżar, nagħniegħ, tursin, kosbor, ħabaq, basal aħdar u frak tal-ħobż.", "Ħallat kollox sew, u mbagħad żid il-bajd u kompli ħawwad sakemm kollox ikun jitħallat sew.", "Agħtti l-iskutella bil-clingfilm u mbagħad poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas tletin minuta.", "Meta jgħaddi ftit ħin, oħrog it-taħlita mill-friġġ u ifforma f'forma ta' burgers/pulpetti kbar.", "Imbagħad jew aqlihom fiż-żejt għal 5 minuti fuq kull naħa, jew aħmihom fuq karta tal-ħami fil-forn għal bejn 15 u 20 minuta.", "Servihom ma' dressing magħmul minn: Tazza Greek yoghurt imħallat ma' kuċċarina żejt taż-żebbuġa, mgħarfa tursin frisk imqatta', u ftit melħ.", "Għat-tadam sweet & sour:", "Għandek bżonn: (għal 6 porzjonijiet)", "Mgħarfa zokkor (jew aktar, jekk tixtieq li toħroġ aktar it-togħma ħelwa", "Żewġ imgħaref sagħtar", "Mgħarfa żejt taż-żebbuġa", "Żewġ sinniet tewm imqatta' rqaq ħafna", "Melħ", "Għat-tiżjin :", "Ħjara mqatta' roti rqaq", "Basal żgħir imqatta roti rqaq", "Ftit ħall balsamiku", "Aqsam it-tadam min-nofs mit-tul u irrangahom wiċċhom l-isfel fuq pjanċa tal-forn.", "Ferrex it-tewm, iz-zokkor, il-melħ u sagħtar fuq it-tadam.", "Roxx iż-żejt taż-żebbuġa fil wiċċ.", "U aħmi għal nofs siegħa.", "Servi mal-ħjar u l-basal, u roxx ftit ħall balsamiku fil-wiċċ.", "L-ikla t-tajba!", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} #wpdevar_comment_1 iframe{max-height: 100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/01/filmat-interpretazzjoni-minn-destiny-u-red-electrick/", "date": "01/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["Aktar kmieni llum ġie mniedi vidjo mużikali ta' interpretazzjoni tal-kanzunetta Mistake, mill-kantanta Destiny u Red Electrick, b'direzzjoni artistika ta' Steven Levi Vella.", "Il-kanzunetta Mistake hija waħda mill-kanzunetti tar-raba' album tar-Red Electrick, bl-isem ta' Tragic Optimistic.", "Iż-żeffiena ta' Concept of Movement, li t-talent tagħhom ġibed l-attenzjoni ta' ħafna mis-segwaċi ta' Malta's Got Talent, huma wkoll parti minn dan il-proġett mużikali.", "Il-kanzunetta Mistake inkitbet minn Joe Roscoe, Peter Borg, Aleandro Spiteri Monsigneur u Ivan Borg, bi produzzjoni ta' Peter Borg."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/03/02/xeffett-tista-thalli-l-kelma-kuragg/", "date": "02/Mar/21", "category": "opinion, current affairs, culture, disability", "text": ["\"Kuraġġ\" jew \"Agħmel kuraġġ\" jingħadu ħafna drabi f'diversi sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja.", "Għalkemm hija xi ħaġa ovvja li wieħed jgħidha b'intenzjoni tajba, iżda kemm inkunu ċerti li din il-kelma se tagħmel differenza pożittiva u mhux titfa' aktar pressjoni negattiva fuq l-individwu?", "F'liema sitwazzjonijiet għandha tingħad?", "Wara kollox, għandha tintuża bħala kelma ta' konsolazzjoni?", "Fost l-aktar sitwazzjonijiet sinonimi ma' din il-kelma huma meta persuna tkun tilfet lil xi ħadd għażiż u meta persuna tkun għaddejja minn sfidi psikoloġiċi.", "Huwa veru li kull sitwazzjoni diffiċli li jkollok tiffaċja fil-ħajja teħtieġ il-kuraġġ biex tikkumbattiha, iżda dan ma jiġix għax xi ħadd jgħidlek \"kuraġġ\".", "Ħafna drabi, meta wieħed ikun għaddej minn sitwazzjonijiet imsemmija, l-aktar li jkun qed jistenna huwa li jħoss li hemm min qed jiftakar fih, jifhmu u li mhuwiex waħdu speċjalment f'mumenti fejn ikun qed iħoss li t-toqol ta' dak li jkun għaddej minnu ħadlu kull saħħa biex ikompli jiġġieled.", "Għaldaqstant, nagħmlu aktar ġid jekk minflok ngħidu \"Agħmel kuraġġ\", ngħidu \"Jien qiegħda hawn għalik\", \"Tinsab fi ħsibijieti\", \"Nifhem x'qed tħoss\" jew inkella xi drabi jkun hemm bżonn li nieqfu u nisimgħu ħafna aktar milli ngħidu xi kelma li mingħajr ma nkunu nafu taf toħloq aktar uġigħ.", "Sitwazzjoni oħra komuni li din il-kelma tingħad spiss hija dik ta' persuni b'diżabilità.", "Wieħed jista' jinnota, partikolarment fuq il-midja soċjali, kull darba li jittella' xi post jew artiklu dwar xi ħadd li għandu xi tip ta' diżabilità jibdew telgħin il-kummenti tal-\"kuraġġ\", imma din hija xi ħaġa ġusta?", "Għaliex għandna nenfassizzaw li persuna b'diżabilità teħtieġ jew għandha kuraġġ straordinarju aktar minn oħrajn?", "Bħallikieku persuna b'diżabilità hija marida jew qed tgħix ħajja li għal ħaddieħor hija impossibbli li jgħix!", "Qatt nieqfu u naħsbu jekk f'xi drabi din il-kelma ittellax ħajt bejna u l-persuna l-oħra?", "Ilkoll kemm aħna neħtieġu l-kuraġġ f'mumenti aktar minn oħrajn, ilkoll kemm aħna għandna dak il-kuraġġ ġo fina li kulħadd jitkellem fuqu, disponibbli meta nfittxu li nużawh, iżda huwa veru wkoll li f'ċerti mumenti huma l-empatija u l-kompassjoni li jgħinuna nsibu dak il-kuraġġ, u biex naslu għal dan, hemm modi li jmorru ferm lil hinn mill-kliem \"Agħmel kuraġġ\"."]}