{"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/10/bernard-grech-irid-lill-pajjiz-jitmexxa-minn-charmaine-gauci/", "date": "2021-03-10T14:50:08+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blogpost minn osservatur politiku Għadna kif smajna konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar is-sitwazzjoni diffiċli li l-pajjiż għaddej minnu minħabba l-COVID-19.", "Dr Grech għamel ħames minuti jattakka lill-Prim Ministru personalment għas-sitwazzjoni preżenti li l-pajjiż jinsab fiha.", "Kważi kważi, taħseb wara li tisma' dan id-diskors, li Dr Robert Abela qiegħed b'xi ġewlaq f'idejh idur ma' Malta u jqassam il-virus f'pakketti nkartati sbieħ.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li sejjaħ il-Covid-19 team tiegħu u wara diskussjoni bejniethom, għax ma qalilniex li kellhom xi esperti magħhom, ħareġ bil-lista fantażma ta' miżuri.", "L-unika ħaġa li qal kienet li ser isostni mal-gvern li l-pajjiż imur fuq emerġenza nazzjonali fis-saħħa pubblika.", "Dan ifisser li d-deċiżżjonijiet jittieħdu kompletament mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.", "Mela nistgħu nikkonkludu li l-Covid-19 team tal-Partit Nazzjonalista l-uniku pass 'il quddiem li qed jikkontendi huwa li Profs.", "Charmaine Gauci tieħu d-deċiżżjonijiet hi flok il-politiċi.", "Biex inkunu tajna wkoll il-benefiċċju tad-dubbju, il-gvern suppost kull deċizzjoni li jieħu, joħodha wara li jkun iddiskuta mal-istess Supretendent.", "Xi smajna minn għand Bernard Grech,", "1 li l-pandemija ħarbet minn idejn Robert Abela.", "Li Robert Abela li hu supperv u rasu iebsa.", "Li Dr Abela għamel dikjarazzjonijiet irresponsabbli u ħa deċizzjonijiet ħżiena.", "Li ta' dawn id-deċizzjonijiet li ħa l-Prim Ministru qed iħallas il-poplu.", "Li n-negozzji qed jaraw kollass.", "Li l-kriżi ġabha b'idejh il-Prim Ministru.", "Li l-Ministri għandhom tort għax ma waqfulux lill-Prim Ministru.", "Li Dr Grech tefa' r-responsabilita' kollu fuq il-Prim Ministru.", "Li qed nassistu għal kollass tas-servizzi tas-saħħa.", "Li fl-isptar hemm kollass sħih fl-emerġenza, fis-swali tal-kura intensiva u fis-swali tal-mediċina.", "Li għandna lista ta' skejjel dejjem tikber bi studenti bil-Covid jiżdiedu b'mod allarmanti.", "Li ġenituri li ma jistgħux imorru għax-xogħol għax qiegħdin kwarantina ma' uliedhom.", "Li għandna ammont ta' negozzji u ntrapriżi magħluqin.", "Li l-kaptan tal-vapur li daħħalna f'din il-maltempata kkrolla taħt pressjoni.", "Li dan hu l-mument li jitlob politiċi maturi u kompetenti li jiddeċiedu b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza.", "Kif smajt dan id-diskors ħassejtni ser intir bil-ferħ.", "Hassejtni mimli bil-kuraġġ għax Dr Grech, avukat u mhux mediku, tani lista ta' miżuri li bihom żgur ser inkun konvint li ser ngħix dawn il-ġranet fi trankwillita' u mingħajr ebda biża li ser taqbadni il-marda.", "Kemm qed inħossni b'moħħi mistrieħ li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ l-id tal-għajnuna lill-gvern.", "Qed inħossni konvint li għandna politiku matur u kompetenti li ser iwaqqaf fil-pront it-tixrid tal-virus.", "Wiċċi reġa' ħa l-kulur għax smajt lil Dr Grech jgħid li l-Covid team tiegħu u l-grupp parlamentari kollu qed jagħmlu riċerka qawwija biex iżidu ma' din il-lista ta' suġġerimenti li għadu kif għadda lil-Gvern speċjalment lill-Prim Ministru!", "Illum ikkonfermajt kemm għandna oppożizzjoni fqira f'dan il-pajjiż.", "Konferenza tal-aħbarijiet ta' 5.08 minuti bil-mużika ta' introduzzjoni b'kollox li kien fiha biss, kif elenkajt qabel, attakki personali fuq il-Prim Ministru.", "Meta tisma' diskors bħal dan tistaqsi, imma l-oppożizzjoni tal-pajjiz sa hawn kapaċi tasal?", "Imma possibbli li l-Oppożizzjoni ħadet f'idejha li tgħaddi messaġġ ta' qtigħ il-qalb u ta' twerwir lill-poplu?", "Imma possibbli li dan il-Kap mhux kapaċi jinża s-suppervja kbira li għandu, jilbes ftit umilta' u joffri s-servizz tiegħu lill-Prim Ministru biex flimkien jaħdmu kontra dan l-attakk inviżibbli?", "Għandu raġun kull wieħed u waħda minnha ngħidulek, Dr Grech, li int bniedem negattiv.", "Għandha raġun kull persuna li tikteb li meta tisma' lilek taħseb li ġejja l-aħħar tad-dinja.", "Kulħadd għandu raġun meta jgħidulek li int an armchair critic.", "Kulħadd għandu raġun meta jgħidulek li sabulek pultruna u poġġewk fuqha għax ħasbu li tista' tagħmel ftit ġid imma għal xejn.", "Malta kollha taf li bħalissa għaddejja laqgħa tal-gabinett biex jiddeċiedu kif ser jimxu 'l quddiem.", "Lanqas din ma rrikonoxxejt.", "Jekk int qed tgħid li fin-naħa tal-gvern hemm politiċi b'nuqqas ta' maturita' u ta' kompetenza nistieden lil kull min qed jaqra biex jifforma hu l-opinjoni tiegħu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/18/in-naghag-il-mitlufa-jridu-jkunu-jafu-bil-pattijiet-imxajtna-li-saru-biex-jigu-lura/", "date": "2021-04-18T16:30:32+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn persuna li qara l-artiklu tiegħi tal-bieraħ Għażiż Dr. Mercieca, Il-bieraħ inti tellajt blog fejn fih għamilt numru ta' mistoqsijiet lill-kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr. Bernard Grech, dwar laqgħa li tidher li saret u li ħadet madwar siegħa.", "Inti staqsejt jekk f'din il-laqgħa, li saret ma' xi ħadd mill-qasam tan-negozju u li qiegħed wara waħda mill-għaqdiet mhux governattivi li qegħdin f'alleanza mal-Partit Nazzjonalista, għamilhiex ċara li ma jridx lura lil Franco Debono.", "Jekk din l-aħbar hija minnha, nemmen li din saret wara li Bernard Grech qal fil-pubbliku li jrid lil Franco Debono lura fil-Partit Nazzjonalista.", "Min-naħa tiegħi, jien stennejt sal-Ħadd filgħodu ħa nara jekk kienx hemm xi kumment fuq dan il-punt minn Bernard Grech, anki b'mod indirett u x'inhi l-pożizzjoni ta' l-istess Bernard Grech lejn dawn in-nies li telqu mill-Partit Nazzjonalista.", "Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech reġa semma' lil Franco Debono biss issa jidher li qed jagħmel pass lura għaliex qed jgħid li mhux bil-fors jiġi lura bħala deputat.", "Dan hu logħob bil-kliem li jitlob spjegazzjoni separata.", "Jiena bħala Nazzjonalist ferventi, imma mweġġa', ma nistax nifhem kif qed isiru l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista bħalissa.", "Mela l-ewwel Bernard ħa deċiżżjoni li jikkontesta Kap sedenti, xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi uriet nuqqas ta' maturita' kbira.", "Imbagħad għamel kampanja mdawwar mir-ribelli, anzi nies li l-ħin kollu jiġbdulu l-ispaga għal kull ħaġa li jgħid u jagħmel li jgħidulu.", "Imbagħad fl-istess żmien, il-ħin kollu jilgħaq lis-soċjeta ċivili għax ovvjament kellu bżonn il-vot u s-support tagħhom biex isir kap.", "Kollha kemm huma għattewlu d-diżastru dwar il-problema tat-taxxa, xi ħaġa li għax uriena ċertifikat għadu jaħseb li ħadd ma hu ser isemmihilu jew ifakkarilhu.", "Naf żgur li ma kull okkażżjoni possibbli, jiġi attakkat biha fil-parlament.", "Issa wasalna fi stat li semma li ser jieħu deċiżżjonijiet iebsa, mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd.", "Apparti minn hekk, qal li ser joħroġ idejh lil dawk l-ex-Nazzjonalisti basta jkunu riabilitati.", "Kellu raġun min spjega f'dan il-blog xi tfisser li tirriabilita' politikament lil min tbiegħed.", "Imbagħad jieħu għalih għax iqabbluh ma' Joseph Muscat.", "Wieħed irid jiftakar li l-ewwel ħaġa li għamel Joseph Muscat kienet li ma ddejjaqx jumilja l-ego tiegħu u jmur ifittex in-nagħaġ il-mitlufa.", "Imma, Joseph Muscat x'għamel biex ġabar in-nagħaġ il-mitlufa madwaru?", "Hawn fejn tinsab id-differenza kbira bejn Joseph Muscat u Bernard Grech.", "Joseph Muscat irnexxielu għax ma kellux soċjeta ċivili u grupp parlamenti u nies fil-partit jiddettawlu x'għandu jagħmel.", "Hu kellu lil kulħadd jiġbed fl-istess direzzjoni.", "Ma jidhirx li kellu min għamillu xi kundizzjonijiet fuq min għandu jdaħħal lura u lil min le.", "Joseph Muscat, il-kundizzjonijiet beda jagħmilhom hu.", "Fil-każ ta' Bernard Grech, naħseb li dawn il-kurrenti kollha mhux ser iħalluh jagħmel li jrid.", "Għaddew sitt xhur u jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista ma' għamel l-ebda avvanz.", "Il-kap għandu jpoġġi idejh fuq il-kuxjenza u jibda jirrispondi b'sinċerita'.", "Dak li qed joħroġ ċar ma kull ġimgħa li tgħaddi hija li d-deċizzjoni finali mhux qed jagħmilha l-kap tal-partit iżda qed issir minn ħaddieħor.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed inħossni konvint li t-tmexxija ta' Bernard Grech hija marbuta ma' kondizzjonijiet.Għax qed ngħid hekk?", "Fl-aħħar survey kienet is-soċjeta' ċivili li ħarġet bl-aħbar li meta s-survey ta' April 2021 tqabbel mas-survey ta' Settembr 2020, ta' żmien Dr Delia, id-distakk naqas.", "B'kumbinazzjoni, Bernard Grech mar fuq NET biex irrepeta, bħal pappagall, dak li qalu tar-Repubblika!", "Illum il-Ħadd stennejt li tgħidilna x'kondizzjonijiet għandek, xi ftehim dħalt fih biex ilħaqt Kap, x'qed ikollok tħallas lura, mhux finanzjarjament qed nitkellmu, lil min poġġiek hemm?", "Jien nistenna li l-ġurnalisti jrossu lil Bernard Grech fuq dawn l-affarjiiet.", "Fuq dan ma smajna xejn.", "Lejlet elezzjoni, in-Nazzjonalisti dwar dan iridu jkunu jafu.", "In-nagħaġ il-mitlufa jridu jkunu jaf x'inhu għaddej minn wara l-kwinti u x'pattijiet imxajtna saru qabel ma jiddeċidu biex jiġu lura għaliex huma l-vittmi ta' dawn l-azzjonijiet."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/10/talba-biex-id-doi-jippubblika-l-literature-tat-titqiba-li-qed-jaghti-lill-poplu-malti/", "date": "2021-03-10T07:37:25+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Mela il-bieraħ t'lura tellgħajt artklu fejn tkellimt dwar il-bżonn li wieħed ikun jaf x'fiha t-titqiba ta' kontra l-Covid19.", "Dan kien artiklu li nbagħat lili minn infermiera.", "Il-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa huma fid-dmir li jgħidu eżatt x'fiha din it-titqiba.", "Xi ħadd ieħor ħa l-okkazzjoni biex jgħidli li ġewwa l-Ingilterra, il-gvern ħareġ b'mod uffiċjali kif inhi komposta din it-titqiba u qed nittellgħha.", "Biss l-argument hawn mhux x'fiha jew x'ma fihiex it-titqiba.", "L-anqas jekk persuna għandha teħodha jew ma teħodhiex.", "F'dan il-kuntest reġgħet kitbitli in-nurse li bagħtitli l-artiklu u qaltli hekk:", "\"In-nies qed jifhmu ħażin jew ma jridux jifhmu.", "Dak kollu li qed nitlob huwa l-pubblikazzjoni tal-karta li jkun hemm mat-titqiba.", "Fuq kollox, meta wieħed imur jixtri mediċina, tkun xi tkun, jingħata din il-karta li jkollha l-instructions u kif inhi magħmula.", "Għaliex il-Gvern, permezz tat-DOI ma ppubblikahiex?", "X'hemm ħażin li tkun ippubblikata?", "Naf li hemm min ma jimpurtahx u jimxi skont kif jisma'.", "Biss hemm oħrajn bħali li għandhom kull dritt għal din l-informazzjoni.", "Dan hu dak kollu li qed nitlob.", "Imbagħad kulħadd jagħmel dak li jħoss li hu tajjeb għalih.\"", "Dak li qed titlob din l-infermiera hija li f'Malta jiġri bħal ma ġara fir-Renju Unit u b'mod uffiċjali l-Gvern jew l-awtoritajiet tas-saħħa jagħmlu l-istess.", "Imbagħad kulħadd fil-liberta' tiegħu x'għamel u x'ma jagħmilx.", "Kif għidt aktar 'il fuq, il-Gvern fir-Renju Unit ippubblika din l-informazzjoni dwar x'fiha t-titqiba.", "Dak li qed titlob din l-infermiera professjonali li f'Malta jiġri l-istess."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/17/il-kaz-tal-perit-toni-bezzina/", "date": "2021-04-17T19:07:38+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Sur Kummissarju tal-Pulizija qed nistiednuk tressaq lill-Perit Toni Bezzina, Deputat Nazzjonalista, kemm jista' jkun malajr il-qorti.", "Anzi jekk jista' jkun nhar it-Tnejn.", "Bezzina għamel dikjarazzjoni diretta li dak li qed isir huwa frame-up.", "Din saret wara erba' siegħat ta' interrogazzjoni.", "Jekk il-Perit Bezzina qed jgħid hekk sinjal li qed jinduna li xi ħadd qed jipprova jew prova jħammġu, aktar u aktar għandek tipproċedi.", "Min jaf lill-Perit Toni Bezzina jaf li dan huwa ġentlom, membru parlamentari li jaqdi dmiru mill-aħjar li jista', jżomm lill-Ministru Ian Borg dejjem attent għax id-domandi tiegħu huma relevanti u mportanti.", "Il-Perit Bezzina huwa persuna maħbuba ma' Malta kollha imma huwa miżmum fuq wiċċ l-idejn mil-kostitwenti tiegħu fuq id-distretti li fihom jikkandida ruħu.", "Jekk wara tmien snin inħasset il-ħtieġa li dan id-deputat jiġi nterrogat, allura huwa aktar importanti issa, lejlet elezzjoni, li dan il-futur kandidat jiġi mressaq ħalli jnaddaf ismu jew jieħu li ħaqqu.", "Jiena persważ li dak li ħaqqu huwa sentenza nadifa daqs tazza ħierġa minn dishwasher.", "Jien ċert li dan raġel li qatt ma jipprova jew jażżarda jxellef subajh mal-ġustizzja, huwa bniedem li juża r-riga tal-liġi b'kuxjenza u żgur li mhux ser jasal jagħmel xi ħaġa kontra l-liġi.", "Biss jiena nemmen ukoll li bniedem jista' jiżbalja u jikkommetti żbalji kemm kbar kif ukoll żgħar.", "Imma issa l-ġustizzja waslet sa hawn.", "Ġie mgħajjat u għal erba' siegħat ġie interrogat.", "X'intqal hemm ġew diffiċli nkunu nafuh.", "Imma jekk jersaq il-qorti hemm jkun jista' jnaddaf ismu.", "Fl-opinjoni tiegħi mhux sewwa li dan id-deputat jibqa' mdendel mal-ġustizzja meta jista' jkun li fi żmien qasir irid imur quddiem il-ġudizzju tal-poplu.", "Mhux sewwa li għax ma jkunx mogħti l-possibilita' li jirrispondi għall-allegazzjonijiet magħmula kontrih, jersaq għall-ġudizzju minħabba li baqa' mdendel mal-ġustizzja.", "Jista' jkun ukoll li l-awtoritajiet ma għandhomx porvi biżżejjed f'idejhom biex jaslu lanqas għal sparatura waħda.", "Allura hemmhekk irid jintwera, mhux biss, li l-ġustizzja ssir, imma l-ġustizzja għandha tidher li qed issir.", "F'din is-sitwazzjoni l-awtoritajiet għandhom joħorġu dikjarazzjoni u jinfurmaw lill-poplu li l-interrogazzjoni mhux biss ma waslitx biex turi xi azzjoni ħażina min-naħa tad-deputat, imma li l-awtoritajiet waslu għall-konklużżjoni li lanqas hemm il-ħtieġa li jieħdu passi.", "Jekk l-awtoritajiet ġew murija evidenza, ġew konvinti li ma kien sar xejn ħażin, għandha tinforma lill-poplu b'dawn ir-riżultati.", "Ikun tassew inġust li jintefa' dubju fuq bniedem, jiġi interrogat, joħorġu xi tip ta' indikazzjoni mill-interrogazzjoni, u jitħalla mdendel, la 'l hemm u lanqas 'l hawn.", "Dan huwa rappreżentant tal-poplu u bħala tali għandu jkun jew misjub ħati jew ismu jiġi totalment imnaddaf.", "Dan għax kif għidt, il-Perit Toni Bezzina mhux biss persuna privata imma huwa wkoll persuna li qed tirrappreżenta lili u ħafna oħrajn bħali fl-għola istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament Malti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/17/veru-li-kumpanija-importanti-ma-tridx-lil-franco-debono-lura-fil-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-04-17T18:57:56+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dan is-sit jixtieq jistaqsi jekk hux veru li kumpanija kbira, li qed tisponsorja waħda mis-soċjatajiet ċivili li għandna f'Malta u li hija marbuta fil-qrib mal-Partit Nazzjonalista, qed tagħmel pressjoni fuq il-Partit Nazzjonalista għax ma tridx lil Franco Debono lura f' dan il-Partit.", "F'dan il-kuntest nixtieq nistaqsi lil Bernard Grech jekk hux veru li xi ħadd għoli minn din il-kumpanija mar għandu u kellu laqgħa miegħu jew xi diriġenti oħra mill-partit ta' madwar siegħa.", "Jekk hux veru li f'din l-laqgħa, dan qallu li l-arranġamenti li kellhom qabel ma' Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista kienu jinkludu li ma jinġibux lura nies bħal Franco Debono.", "Veru li din il-persuna waqt din il-laqgħa insista li l-arranġament huma li nies bħal dawn ma jitressqux lura fil-Partit Nazzjonalista?", "Veru li persuna minn din il-kumpanija qed tgħid li ma hemmx post għall-kwalita' ta' nies bħal dawn fil-Partit Nazzjonalista?", "Fuq kollox veru qallu li jekk jibqa' għaddej u jġib lura lil Debono u nies oħra, in-nies tar-Repubblika jerġgħu jgħidu li mhux ser jivvutaw?", "Napprezza li Bernard Grech jagħti tweġiba lil dawn il-mistoqsijiet."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/09/id-diskors-ta-robert-aquilina-fuq-it-tarag-ta-kastilja/", "date": "2021-03-09T15:50:32+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blogpost minn osservatur politiku Jiena xi kultant niskanta kif jaħsbuha ċertu politiċi u nies oħra li jilgħabuha tal-politiċi u magħhom ċertu għaqdiet Ewropej.", "Smajt id-diskors ta' Robert Aquilina fuq Kastilja li kien qed jagħmel fix-xita biex jurina kemm hu cowboy.", "Skandalizzajt ruħi meta semma' l-kelma sturdut kemm-il darba b'referenza għall-Prim Ministru.", "Jiġifieri wasalna fi stat, għal dawn li mingħalihom ta' l-ewwel tier jew elitisti, li kif xi ħadd jgħid li kien qed iħossu xi ftit ma jiflaħx tuża' l-mard li kien qed iħoss biex issawtu bih.", "Hekk hu, dawn huma l-pijunieri tas-saltna tad-dritt u spiċċajna li politiku ma jistax ikollu d-dritt li jgħid li qed iħossu ma jiflaħx.", "Imma possibbli li dawn in-nies ma kellhomx iżjed sugu fid-diskors tagħhom.", "Din il-persuna qed imexxi l-għaqda Repubblika.", "Jien naħseb aħjar isejħilha l-għaqda repubblika tal-banana.", "Dan l-elitist u sħabu kitbu stqarrija fejn ħarġet ċara l-arroganza.", "Ħareġ ċar kemm għandhom il-virtu' ta' superjorita' tiġri f'demmhom.", "Ħareġ ċar kemm jaħsbu li huma aktar superjuri mill-politiċi li l-poplu Malti u Għawdxi ivvota bi ħġaru għalihom.", "U dawn iridu jiddettaw l-aġenda tal-pajjiż mingħajr ma għandhom ebda vot wara daharhom imma mingħalihom poġġew lilhom infushom fuq il-pultruna tal-poter.", "Huma qed jindirizzaw lill-Prim Ministru għax jaħsbu li hu qed jagħti l-ordnijiet ta' kif għandu jaġixxi l-Kummissarju tal-Organizzazzjoni tal-Voluntiera.", "Qed jitolbu lil Prim Ministru jirtira t-theddid li skond huma qed isir kontra din l-għaqda b'ordni mill-Prim Ministru.", "Mela flok jirrispondu għan-nuqqasijiet li l-Kummissarju sab fl-istatut tal-għaqda, huma jitfgħu theddid lil kap tal-gvern.", "Hawnhekk ma aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa żgħira imma qed tiġi ndirizzata problema serja fejn il-Kummissarju qed jordna lill-għaqda biex xi emendi fl-istatut jew jittieħdu passi legali kontra l-istess għaqda.", "Dawn qed jiġu mixliha wkoll għall-mod irregulari ta' kif jiġbru l-flus.", "Għalkemm ċaħdu kollox, din l-għaqda għadha ma fornitx lill-Kummissarju d-dokumentazzjoni neċessarja biex tipprova dan.", "Imma dawn l-elitisti jistennew li kulħadd għandu jaċċetta, jobdi u jieħu bħala verita' dak kollu li jgħidu huma.", "X'jiġifieri għandhom jagħtu xi rendikont lill-awtoritiajiet konċernati?", "X'jiġifieri dawn l-elitisti għandhom jagħtu xi sodisfazzjon lil xi ħadd kif jiġbru l-flus?", "Dawn huma għola minn kull partit politiku u għandhom jiġu trattati bl-ingwanti tas-satin.", "Dawn intilfu fl-arroganza tagħhom stess.", "Dawn qed jgħidu li jekk il-Kummissarju ma jirtirax l-komunikazzjoni tiegħu u ma jistaqsihom għal xejn, dawn ser jinfurmaw lill-ambaxxati, konsulati kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u organizzazzjonijiet oħra internazzjonali.", "Imbagħad hawn minn jgħid li l-Ministru Evarist Bartolo ma kellux raġun meta qal, 'li hawn liġi għall-allat u oħra għall-annimali'.", "Mela dawn iqisu lilhom infushom bħala allat għax iridu jkunu 'l fuq mil-liġi.", "Aħdem ħaddiem u ara jfettillek tiżbalja għax taqa' fuqek il-liġi, imma dawn tmissuhomx għax dawn iqisu lilhom infushom għola mil-liġi tal-istat."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/09/issa-anki-fl-inkjesta-tal-tliet-imhallfin-jissemmghu-l-chats-li-hemm-divjit-tal-qorti-fuqhom-u-qiesu-xejn-mhu-xejn/", "date": "2021-03-09T14:57:01+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Id-difiża ta' Yorgen Fenech kitbet lit-tliet imħallfin li qed jagħmlu l-inkjesta biex tiġbed l-attenzjoni għall-mistoqsijiet li Therese Comodini Cachia għamlet lil Marvin Gaerty.", "F'dawn il-mistoqsijiet, Comodini Cachia rreferit għall-WhatsApp messages ta' Yorgen Fenech li f'wieħed minnhom, Fenech irrefera għal Daphne Caruana Galizia bħala s-saħħara.", "Jien mhux ser nidħol fuq s-semantika tal-kelma saħħara, biss dak li jinteressanti hawn huma tliet fatti.", "L-ewwel jidher ċar li l-liġi mhix għal kulħadd l-istess.", "Infakkar li il-maġistrata Rachel Montebello għamlet divjit fuq il-pubblikazzjoni tal-WhatsApp messages.", "Dawn l-imħallfin jafu tajjeb b'dan il-fatt tant li meta f'seduta oħra, Therese Comodini Cachia, ppruvat tippreżenta dawn il-WhatsApp messages, l-imħallfin talbu li s-smigħ dwarhom isir bil-magħluq għaliex hemm dan id-divjit tal-qorti.", "Mela għala ppremettew lil Gaerty jkun mistoqsi dwar chat messages li hemm divjit fuqhom li jkunu mxandra fil-pubbliku?", "Hawn qed nitkellmu dwar inkjesta ippreseduta minn żewġ imħallfin li huma irtirati.", "Wieħed minnhom kien prim imħallef u hemm imħallfa oħra li għadha sservi fil-qrati tagħna.", "Dan iwassalni għat-tieni punti.", "Jien ġejt akkużat fil-falz minn Jason Caruana Galizia u l-avukat ġenerali Philip Galea Farrugia li rripproduċejt dawn il-messaġġi, li mhux veru, malajr marret il-Maġistrata Racbel Montebello qegħditni taħt disprezz tal-qorti.", "Sewwa jgħidu li f'dan il-pajjiż, il-ġustizzja mhux għal kulħadd l-istess.", "Imbagħad hemm it-tielet punt.", "Għaliex saret din il-mistoqsija?", "Biex il-kummissarju tat-taxxa jkun impinġi f'dell ħażin u jkun iġġustifika l-agħir żballjat tal-pulizija li qegħdu lil dan il-funzjonarju għoli tal-istat taħt arrest biex il-media ħabiba tal-familja Caruana Galizia tagħmel festa kbira?", "Jekk hemm kritika x'isir kontra Marvin Gaerty hija din.", "Skont xhieda li ta l-istess Gaerty, hu għen lil Daphne Caruana Galizia biex issolvi l-problemi tat-taxxa tagħha.", "Kienet numru ta' snin b'lura.", "Ma nafx kemm dan id-dipartment ikun ħanin ma dawk in-nies li kienu numru ta' snin lura fit-taxxa ?", "Għalhekk nistaqsi, jista' xi ħadd jgħidli għala r-return tat-taxxa ta' Daphne Caruana Galizia ħadd ma jrid jinvestigawhom, la nġabu fil-kawża ċivili li qed issir għad-danni u wisq inqas ma ntalbux għal din l-inkjesta?", "Nixtieq nistaqsi jekk hemmx diskrepanzi bejn dak li ddikkjara r-raġel ta' Daphne Caruana Galizia fil-qorti bħala qliegħ tad-defunta u dak din kienet iddikjara li kienet iddaħħal bħala taxxa?", "Għax jekk iwa, dan hu dak li missa l-pulizija investigat mela jekk Yorgen Fenech qalx lid-Direttur tat-Taxxi Interni jekk Daphne Caruana hix saħħara jew le.", "Jekk hemm nisprekanzi kbar, min qalha li hi saħħara kien ħanin magħha!", "Għalhekk nistaqsi.", "Jaqaw ir-return tat-taxxa ta' Daphne caruana Galizia jintnu aktar mid-dranaġġ li kien jintrama f'Wied Għammieq?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/17/emmanuel-dimech-u-l-ufficju-tal-avukat-tal-kuruna-illum-generali-ftit-inbiddlu-l-affarijiet-mill-1914/", "date": "2021-04-17T08:21:42+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["L-Arkivju Nazzjonali ppubblika dan id-dokument fejn l-avukat ġenerali ta' dak iż-żmien li kien jissejjaħ l-avukat tal-kuruna, qed jagħti parir għall-arrest ta' numru ta' nies, fosthom Manuel Dimech.", "Dan kien konness mal-bidu tal-Ewwel Gwerra u dawn kienu mitqiesha bħala ta' periklu għall-kuruna.", "Waqt li fuq Manuel Dimech inkiteb ħafna, anki jekk dan hu dokument ġdid fuqu, laqgħatni l-isem ta' Antonio Nicholas f'din il-lista.", "Dan kien minn Raħal Ġdid.", "Hemm l-ieħor kunjomu Ahar.", "Parti mill-familja niżlet toqgħod Raħal Ġdid.", "Fil-każ ta' Antonio Nicholas, fakkarni f'ibnu li kien jismu Rogantin.", "Niftakru xiħ fit-tmenijiet f'Raħal Ġdid.", "Kienu nies Kattoliċissimi.", "Antonio Nicholas kien pittur u jaħdem it-tarzna.", "Fil-qasam tal-pittura kien jispjeċjaliżża fuq xeni marittimi.", "Naħseb li dan kien iwassal biex jaqla' xi ħaġa extra għall-familja.", "Il-familja kienet ta' oriġini Franċiża.", "Niftakar lill-ibnu Rogantin jgħid li l-iskultur Salvu Psaila kien antenat tiegħu, minn naħa t'ommu.", "Antonio Nicholas kien involut fil-bini ta' Raħal Ġdid.", "Mhux ser nikkummenta fuq l-aspett politiku għaliex l-impressjoni li għandi li dawn kienu ispirati minn Giuseppe Mazzini.", "Fuq kollox, kien il-persuna li mexxa l-agenda biex il-Malti jkun ikkunsidrat bħala waħda mill-ilsna fil-Parlament Malti meta kienet saret l-assemblea ġenerali li wasslet biex Malta ngħata s-self government.", "Il-familja ta' Antonio Nicholas kienet spiċċat familja akkanita mal-PN.", "Ovvjament l-oppressjoni imperjali twassal u l-fatt li l-Lejber tqarreb lejn il-Partit ta' Strickland wasslet biex il-familja timxi lejn il-Partit Nazzjonalista li f'dik il-ħabta kien jidher li hu l-aktar jiġġieled l-oppressjoni kolonjali.", "Fuq kollox, dawn l-istejjer juru li x-shifts politiċi kienu anki jeżistu f'dawk iż-żminijiet.", "Biss l-aktar interessanti f'dan id-dokument huwa l-mod kif qed jaħdem l-uffiċju tal-avukat tal-kuruna.", "Meta qrajt dan id-dokument ftakart fl-argumenti li din il-ġimgħa li d-deputat avukat ġenerali għamel biex Yorgen Fenech ma jingħatax il-liberta' proviżorja.", "Ftit inbiddlu l-affarijiet minn dak iż-żmien!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/09/ghal-darba-ohra-mizuri-kontradittorji-marbuta-mal-covid19/", "date": "2021-03-09T10:20:57+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-Covid-19 f'pajjiżna qed jagħmel rebus.", "Dan il-virus qattiel qed ikisser u jagħmel ħafna ħsara f'kull qasam tal-ħajja.", "L-isfortuna hi li dan il-virus misħut qiegħed ukoll jintuża minn ħafna stati diversi madwar id-dinja għall-skopijiet oħra.", "Ir-riżultat hu diżastru assolut fis-saħħa tan-nies, b'numri ta' mwiet għoljin li ħadd ma hu qed jitkellem dwarhom u li mhumiex marbuta mal-Covid19.", "Fuq kollox, il-miżuri dinjin li ttieħdu wasslu biex tkissru ekonomija ta' ħafna pajjiżi u ta' ħafna nies.", "Il-mistoqsija prinċipali x'inhi?", "Għandha nieħdu ħsieb il-ħajja jew l-ekonomija?", "Fl-opinjoni ta' ħafna, hija li niġġieldu b'kemm għandna saħħa l-mard u wara l-bniedem b'saħħtu jerġa' jibda jaħdem u r-rota terġa' tibda ddur.", "Hemm min jemmen li dawn il-miżuri qed joqtlu n-nies.", "F'Malta hemm numru sostanzjali ta' dawn in-nies li ġejjin mill-istess kamp Laburista u tajthom leħen kif nagħti lil kulħadd.", "Dan jista' jispjega għala qed tinżel il-kredibilita' tal-Prim Ministru anki fost il-Laburisti.", "L-agħar ħaġa li tista' ssir hija li l-poplu ikun nieqes mill-verita' u jiġi mogħti direzzjonijiet żbaljati.", "Fuq dan l-argument nibża li l-Prim Ministru qiegħed jgħum f'baħar għarib għalih.", "Irid jiddependi fuq ħaddieħor u jinsab konfuż lil min jemmen u lil min le.", "Min verament qed jgħidlu l-verita' u min irid jagħtih kambetta.", "Biss il-Prim Ministru jrid jaqbad il-barri minn qrunu u jikkonċentra sewwa u jieħu deċiżjonijiet li jagħmlu sens u li jkunu ċari biex il-poplu jifhem eżatt x'qed jiġi ordnat jagħmel.", "Fl-istess waqt ngħid lill-Kap tal-Oppożizzjoni irid jieqaf jilgħab il-logħba politika u jekk għandu sens ta' dover lejn il-poplu u mhux opportuniżmu, għandu jipproponi bla riserva kull idea li jista' jisma' jew jaħseb.", "Bħalissa mhux il-waqt li nilagħbu għall-gallarija jew li nieħdu xi vantaġġ politiku.", "Fejn jidħol il-mard ma hemmx piki jew logħob bid-diskors.", "Ma naqbel xejn ma xi attakki li saru fuq il-Prim Ministru għax iddikjara li kien qed iħossu sturdut, allura ma jiflaħx.", "Biss ma naqbel xejn miegħu lanqas li jidħol jaħdem meta jkun ma jiflaħx.", "Aħna rridu t-tmexxija tal-pajjiż f'idejn nies fiżikament b'saħħithom u mentalment sani.", "Għalhekk jeżisti l-Viċi, biex meta jkun hemm il-bżonn jieħu t-tmun f'idejh.", "Il-Prim Ministru u n-nies esperti ta' madwaru jridu jkunu ċari mal-poplu mhux jagħtuh indikazzjonijiet imħawdin għall-aħħar.", "Ħa nibdew minn l-aħħar deċiżjonijiet.", "Ittieħdet id-deċiżjoni li jingħalqu l-kafetteriji, ir-restaurants etc. Imma lil dawn tawhom iċ-ċans li jservu take away.", "X'ġara wara li ħarġu dawn l-ordnijiet?", "Issemmew li xi nies ġew mogħtija ċitazzjonijiet għax kienu qed jieklu barra, dak li xtraw take away.", "Jekk xi ħadd imur f'kafetterija li qed toffri take away u tixtri kafe' u xi ħaġa żgħira x'tiekol, x'suppost tagħmel?", "Tmur id-dar tixrob il-kafe'?", "Imma dawn x'affarijiet huma?", "Kif tista' tgħid lill-kafetterija tiftaħ u tagħti ċitazzjoni lil min jkun qed jixrob il-kafe' u jiekol pasta?", "Ir-raġuni hija għax neħħew il-maskla.", "Imma kif jistgħu jieklu dawn in-nies?", "Infakkar fil-miżura tat-tipjip.", "Min ikun qed ipejjep jista' joqgħod bla maskla u min ikun qed jiġri jew jiġġoggja wkoll.", "Biss dawn ir-reġolamenti ma jagħmlux sens.", "Mela, fl-istess triq, wieħed għax qed ipejjep jew jiġri jista' joqgħod bla maskla, u l-ieħor li qed jieħu kafe' u pasta nwaħħallu ċitazzjoni.", "Imma nafu x'aħna nagħmlu?", "Dan eżempju żgħir ħafna imma ta' importanża kbira.", "Ma naħsibx li għandi nagħti aktar eżempji għax l-argument nispera li nftiehem.", "Ma nistgħux nittrattaw lin-nies b'dan il-mod.", "Irridu nkunu ċari u eżatti fl-ordnijiet tagħna.", "Mela ejja niffukaw ftit iżjed, kulħadd, imma l-aktar it-tobba u l-politiċi forsi id-dawl fl-aħħar tal-mina jibda jikber u jitqawwa.", "Sadanittant, jidher li kien hemm żvilupp għaliex din il-miżura dwar l-ikel ġiet irranġata."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/09/il-magistrata-lia-tirrikuza-ruhha-imma-taghti-hasla-bil-pulit-lis-supretendent-keith-arnaud-u-l-avukat-generali/", "date": "2021-03-09T06:36:33+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Mela fil-24 ta' Frar 2021, George Degiorgio, Robert Agius, Adrian Agius u Jamie Vella tressqu l-qorti akkużati bil-qtil tal-avukat Carmel Chircop.", "L-għada r-reġistratur tal-qorti, fil-prezenza tal-Prim Imħallef tella' bil-polza min ser ikun l-maġistrat jew maġistrata li dawn l-imputati ser jidhru quddiemu.", "Tela' l-isem tal-Maġistrata Marseanne Farrugia.", "Biss l-Maġistrata Farrugia astejniet minħabba li kienet mexxiet l-inkjesta fuq il-qtil tal-avukat Dr. Carmel Chircop.", "B'hekk fit-3 ta' Marzu 2021, ir-Reġistratur tal-Qrati fil-preżenza tal-Prim Imħallef tella' isem ieħor u tela' l-isem ta' Dr, Nadine Lia.", "Ġara li fl-ewwel smigħ, l-avukat tal-parti ċivili, Jason Azzopardi, talab lill-maġistrata Lia biex tirrikuża ruħha, jiġifieri ma tibqax tisma' l-kawża.", "Biss ġara fatt stramb ħafna.", "It-talba ta' l-avukat Azzopardi sabet is-support tas-Supretendent Keith Arnaud u l-avukat ġenerali tar-Repubblika li qed jidher f'din il-kawża Dr. George Camilleri.", "Biss b'intelligenza kbira l-maġistrata tindirizzah aktar bħala l-avukat ġenerali milli b'ismu.", "Mhux ta' subgħajha f'ħalqha l-maġistrata!", "Anki jekk dan ma jintqalx, il-vera raġuni għala Jason Azzoaprdi ma jridx lill-maġistrata Lia f'din il-kawża ġej mill-fatt li hija pparentata mal-avukat Pawlu Lia li hu l-avukat tal-ex-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Jason Azzopardi ġab l-argument li l-maġistrata Lia kienet ntgħażlet biex tmexxi l-kumpilazzjoni ta' Yorgen Fenech.", "Biss il-familja ta' Caruana Galizia kienet oġġezzjonat għall-magistrata Lia.", "Dak li ma qalx l-avukat Azzopardi kien li dak in-nhar, Keith Arnaud u l-avukat ġenerali ma kienux oġġezzjonaw għaliha.", "Mela għaliex issa sabu oġġezzjonaw?", "Fil-każ tal-kumpilazzjoni ta' Yorgen Fenech, il-maġistrata Lia kienet aċċetat li ma tibqax għaliex f'dak il-każ kien hemm parentela biż-żwieġ ma' avukat li kien qed jidher f'dik il-kawża.", "Din id-darba ma kien hemm l-ebda parentela.", "Kif għidt qabel, dak li ġara ġdid din id-darba hu fil-fatt li t-talba ta' Jason Azzopardi sabet is-support tal-uffiċju tal-avukat ġenerali.", "Verament li l-avukat inbidel minn dak in-nhar, biss l-avukat li qed jidher issa, Dr. George Camilleri jiġi fil-grad taħt l-avukat li kien hemm qabel, u li normalment jidher fil-kompilazzjoni ta' Yorgen Fenech jiġifieri Philip Galea Farrugia.", "Biss id-daħqa qegħda hawn.", "Azzopardi u Camilleri qalu li huma ma għandhom l-ebda dubju fl-integrita personali u l-imparzjalita tal-maġistrata Lia meta talbu għar-rikuża tagħha.", "Mela għala għamlu din it-talba?", "Għaliex mil-listi ta' raġunijiet li tat il-maġistrata Lia li normalment għandha tintalab rekuża ta' maġistat, l-ebda waħda ma tidħol f'din it-talba li għamlu Azzopardi, Arnaud u l-avukat ġenerali, għal xix ma għandhiex tisma dan il-każ?", "Biss id-daħqa qegħda hawn.", "Il-maġistrata Lia stess fakkrek lill-avukat ġenerali li meta kienet saret it-talba biex hija tirrekuza ruħha milli nisma' l-kompilazzjoni ta' Yorgen Fenech, l-uffiċju tal-avukat ġenerali ma kienx għamel talba jew ingħaqad mal-parte ċivili f'din it-talba.", "Mela l-mistoqsijia tiġi waħidha.", "Għaliex issa qed jagħmel din it-talba?", "Fuq kollox, il-maġistrata Lia tfakkar ukoll lil Keith Arnaud li dak inhar, l-anqas hu, bħala l-persuna li kien u għadu jmexxi l-prosekuzzjoni kontra Yorgen Fenech, ma kienx talab għar-rekuża tagħha.", "Il-mistoqsija tiġi waħidha.", "Għaliex issa qed jitlob għar-rekuza tal-maġistrata l-ispettur Arnaud?", "Fatti bħal dawn inaqqsu l-fiduċja tal-poplu Malti fil-puliżija u juri li ma huma xejn imparzjali fl-operat tagħhom.", "Biss biex turi li ma għandha l-ebda interess, il-maġistrata Lia xorta astjenit milli tisma' din il-kawża biex b'hekk tneħħi kull dubju li jista' jkun hemm li hija għandha xi tip ta' 'bias'.", "Il-kelma 'bias' wżata l-maġistrata u mhux jiena.", "Biss b'dak li ġara u b'dan id-digriet, intilfet kull serenita' fil-qorti għaliex issa ser nispiċċaw li maġistrata jew maġistrat ikun tajjeb biss jekk jogħġob l-interessi ta' klikka perikoluża li ġiet iffurmata ġewwa pajjiżna.", "Dak li nista' nżid li issa telgħet il-maġistrata Caroline Farrugia Frendo biex tisma dan il-każ.", "Hija tiġi t-tifla tal-ispeaker.", "Ibqgħu żguri li Jason Azzopardi ser jopponi għaliex hija t-tifla tal-ispeaker.", "Interessanti naraw jekk Arnaud u l-avukat ġenerali jingħaqdux miegħu din id-darba fit-talba tiegħu biex Farrugia Frendo tirrikuża ruħha."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/16/il-partit-nazzjonalista-jrid-jieqaf-jghaddi-n-nies-biz-zmien/", "date": "2021-04-16T14:07:06+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kemm noħodha bi kbira meta pampaluni ta' partit politiku jippruvaw jgħaddu biż-żmien lin-nies.", "Dik il-ħaġa li dawn in-nies jaħsbu li għandhom xi għerf superjuri minn ħaddieħor, li jafu jilagħbu bin-numri u ħadd ma jinduna, li jippruvaw jgħaddu mit-tieqa flok mil-bieb, lili tqallani anki jekk nammira l-kapaċitajiet tagħhom.", "Jiena għandi massma li meta joħroġ survey u jagħti dak is-snapshot tal-ġimgħa li fiha jkun sar, qatt ma nqabblu mas-survey ta' qabel jew ta' xi surveys ta' xhur qabel.", "Meta nħares lejn survey jien inqabblu dejjem ma' eżami fattwali li jkun sar fil-pajjiż.", "Mela kull survey li qed joħroġ bħalissa jien inqabblu biss mar-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali, jiġifieri dik tal-2017.", "La tal-Kunsilli Lokali u lanqas tal-MEPs ma jissodisfawni bħala tqabbil.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn iż-żewġ elezzjonijiet tal-aħħar, il-votant jużahom biex jibgħat messaġġ jew vot ta' sfiduċċja lil-Partit tiegħu.", "Mela l-vanġelu tiegħi huwa survey fuq kif inhu għaddej il-pajjiż inqabblu mal-fatti tan-numri ta' elezzjoni ġenerali.", "Issa li jiġu tas-Soċjeta Ċivili ibellgħuli ħafna ċifri u diżinji mdawrin kif jaqbel lilhom, ma jimpressjonani xejn.", "Apparti minn hekk dawn l-għorrief magħqudin mal-Partit Nazzjonalista, għax issa huwa ovvju li saru ħaġa waħda, ħarġu bl-idea stupida li l-Partit mar tajjeb ħafna meta imqabbel mas-survey ta' Settembru.", "Kif nara dawn l-affarijiet nitlob lil ħanin Alla jilluminani.", "Għax jien ma nistax nifhem kif partit politiku, suppost serju, jqabbel mal-aħħar survey li kien hemm kap differenti.", "Imbagħad l-insult isir ħafna ikbar meta l-kap kurrenti jagħmel diskors qasir fuq il-media tiegħu biex jenfasizza din il-balbuljata.", "Dr Bernard Grech jekk ser tibqa' tgħid dak li jbellawlek u tirredikola ruħek għax mingħalik akkwistajt xi ħaġa tkompli turina li lanqas maturita' politika ma għandek u l-anqas tifhem fin-numri bażiċi tal-aretmetika.", "Int mal-kap ta' qablek trid tikkompara ruħek jew ma fejn wasal il-partit meta mqabbel mal-elezzjoni ġenerali ta' qabel?", "Billi tgħid li għaddejt lil ta' qablek x'ser tieħu?", "Billi toqgħod tgħid li niżżilt id-distakk f'ħamsin fil-mija meta mqabbel mal-Kap ta' qabel x'messaġġ qed tagħti?", "Inti jaqaw insejt li ta' qablek kellu ribelljoni kontrih bl-istess deputati jitolbu lill-akkolti tagħhom jivvutaw kontra l-partit f'xi survey ikun liema jkun?", "Imma kemm taħsibhom boloh in-nies!", "Jekk issir elezzjoni għada, il-Partit Nazzjonalista x'riżultat ikollu?", "Eżatt bħal tal-2013 jew 2017?", "Jaħasra kemm qed inkunu patetiċi.", "Imma possibbli l-arroganza tat-tmexxija tal-Partit laħqet livell tali, li qed taħseb li l-elettur nazzjonalist huwa tant injurant u bla melħ?", "Kif dejjem ngħid it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qiegħda tgħix fl-La la land.", "B'din l-attitudni qed jintbagħat messaġġ li jekk il-Partit Laburista jibqa' għaddej kif inhu, mingħajr ma jagħmel xejn barra minn hawn, ser jerġa' jirbaħ bl-istess numri tal-aħħar elezzjoni ġenerali jew ta' dik tal-2013.", "Mid-dehra fid-Dar Ċentrali hemm salt ferħanin għax ċwieċ.", "Qumu minn hemm u aħdmu.", "Qumu minn hemm u ħarsu lejn it-tragward fattwali.", "Qumu minn hemm u tgħaddux iżjed nies biż-żmien.", "Qumu minn hemm u rrealizzaw li l-avversarju politiku m'huwiex Dr Adrian Delia imma l-Partit Laburista.", "Bernard Grech mal-Lejber irid iqabbel lilu nnifsu u mhux ma' Adrian Delia.", "Qumu minn hemm u ndunaw li s-Soċjeta Ċivili qed tagħmel ħsara kbira lill-Partit Nazzjonalista.", "Qumu min hemm u ifhmu li s-Soċjeta Ċivili qed tadolizza persuna li ssemmiet bħala r-raġuni prinċipali tal-ikbar telfa li qatt sofra l-Partit Nazzjonalista fl-2017.", "Mela l-indikazzjoni hija ċara.", "Ma min rajtek xebbaħtek.", "L-istorja qed tirrepeti ruħha.", "Tbegħdu mit-telliefa tas-Soċjeta Ċivili u l-Partit Nazzjonalista forsi jibda jieħu r-ruħ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/08/ghaliex-mhux-qed-jghidulna-bis-side-effects-tat-titqiba-kontra-l-covid19/", "date": "2021-03-08T15:42:52+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blogpost minn infermiera professjonali Bħal kull injection oħra, dik ta' kontra l-Covid19 għandha s-\"side effects\" tagħha.", "Normalment meta toħroġ mediċina ġdida u anki tixtri waħda mill-farmaċija, jkollha l-instruction u anki s-side effects tagħha.", "Dan jgħodd ukoll tat-tilqim.", "Fil-każ ta' din it-titqiba x'inhuma s-\"side effects\" tagħha?", "Aħna qed indaħħlu kimika f'ġisimha u għalhekk għandna d-dritt li nkunu nafu x'effett ser ikollha din it-titqiba fuq ġisimna.", "Ma nafx kif ħadd ma hu qed jitkellem fuq dan il-fatt.", "Fuq kollox kif ħadd ma waqgħatlu f'moħħu li hemm konnessjoni bejn it-titqiba u l-ħafna każijiet pożittivi li qed ikollna.", "Infakkar li meta tingħata t-tilqima ta' kontra l-influwenza, din normalment iżżid fl-ewwel jiem id-diffużjoni tal-istess influwenza.", "Dan hu fatt ippruvat.", "Għalhekk meta wieħed jieħu t-titqiba għandu jibqa' iżolat.", "Normalment, it-titqiba tikkonsisti filli wieħed jingħata dan il-mikrobu b'mod ħafif ħalli l-ġisem jidrah u jibni l-immune system tiegħu kontra tiegħu.", "Biss sakemm dan is-seħħ, il-persuna tkun \"carrier\" u dan jista' jwassal biex tiżdied id-diffużjoni tal-mikrobu.", "Din hija raġuni, fl-opinjoni tiegħi, għala wara li tingħata l-injection tal-influwenza jiżdiedu l-każijiet tagħha.", "Nistaqsi jekk hawn hux qed jiġri l-istess?", "Tant kemm dan hu minnu li kien hemm tabiba l-Italja li avżat lill-pazjenti tagħha biex ma jmorrux fl-klinika tagħha qabel tliet ġimgħat jekk ikunu ħadu l-vaċċin.", "Jien stess kont ġo spiżerija l-ġimgħa l-oħra u smajt b'widnejja l-ispiżjara tgħid dan il-kliem lil żewġ anzjani li kienu hemm 'ma nafx kif qed inħossni'.", "Jumejn qabel, din l-ispiżjara kienet ħadet it-titqiba.", "Issa din kienet qed isservi ġo spizerija.", "Min jaf, kemm hawn aktar bħalha qed jiġru mas-saqajn.", "U oħra.", "Kif fid-dinja kollha qed nisimgħu li l-vaċċin qed jolqot lin-nies ħażin u f'Malta xejn.", "Possibli li ma effettwa ħażin lil ħadd dan il-vaċċin?", "Biss kien hemm min intlaqtat ħażin f'Malta.", "Jien smajt każijiet fejn nies ma ħassuhomx tajjeb wara li ħadu l-vaċċin.", "Għaliex il-media ma titkellimx fuq dawn il-każijiet ukoll?", "Barra kien hemm anki minn miet.", "Il-bieraħ kien hemm l-aħbar li l-Awstrija waqqfet it-titqiba tal-AstraZeneca.", "Malta qed tingħata din it-titqiba.", "Hawn Malta ma smajna xejn.", "Fuq kollox kien hemm minn miet xorta bil-virus, anki wara li ħa din it-titqiba.", "X'inhi s-sitwazzjoni f'Malta?", "Forsi dawn il-każijiet ma nsemmgħuhomx biex ma jbezzgħawx lin-nies.", "Biss il-Prim Ministru ma qagħadx jiddejjaq issemmi l-\"body bags\" li qal li ġabu fil-bidu tal-pandemija biex jimpressjona lin-nies!", "Dik l-istqarrija għalija kienet \"in very bad taste\".", "Xi ħadd b'OCD tista' ġġennu xi ħaġa bħal dik u naf x'qegħda ngħid.", "Napprezza ħafna jekk dawn il-ħsieb tiegħi taqsmu mal-qarrejja tiegħek.", "Bħal dejjem nirringrazzjak minn qalbi għax lilek nikkonsidrak raġel fuq l-irgiel għaliex titkellem l-verita' akkost ta' kollox."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/08/tghid-insiru-nafu-jekk-kienx-hemm-ordni-biex-ikun-oskurat-il-gvern-ta-gonzi/", "date": "2021-03-08T06:35:11+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["The Sunday Times of Malta il-bieraħ infurmatna li nkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrata Josette Demicoli rrakomandat li jinħarġu akkużi kriminali kontra Keith Schembri u Adrian Hillman.", "Dan jista' jsir fil-ġimgħat li ġejjin.", "X'ser ikunu l-akkużi s'issa għadu mistur.", "Imma għalkemm The Sunday Times of Malta tatna din l-informazzjoni, l-awtur tal-artiklu, Ivan Martin, ma semma xejn dwar ir-rapport intern li l-istess gazzetta kienet għamlet u li s'issa għadu mistur.", "Mela din il-gazzetta xxandar ma' Malta u Għawdex li hemm rapport maġisterjali u ma ssir l-ebda referenza x'qed tissuġġerixxi din l-inkjesta u wisq inqas għal rapport li qiegħed għand l-istess kumpanija stess u li jittratta l-istess suġġett u l-istess indaġini.", "Tista' tifhem dawn l-affarijiet?", "Nista' nimmaġina kemm qed titqalleb Mabel Strickland fil-qabar.", "Hemm terminoloġija biex tiddeskrivi dan kollu.", "Din jgħidulha \"damage control\", jiġifieri azzjoni li l-istess gazzetta qed tieħu biex tnaqqas il-ħsara li storja bħal din tista' tagħmel lill-istess gazzetta.", "The Sunday Times tkompli tgħidilna li għadhom ma jafux jekk l-akkużi jkunux fuq ħasil ta' flus, li hija akkuża serja ħafna, jew xi ħaġa inqas serja bħal evażżjoni intenzjonata ta' taxxa.", "Irridu niftakru wkoll li f'rapport illikjat tal-FIAU kien allegatament ta dettalji ta' kif Keith Schembri kien għadda €650,000 lil Hillman f'20 tranżazzjoni suspettużi bejn l-2011 u l-2105.", "Fl-2017 kien Simon Busuttil li ppreżenta abbundanza ta' dokumentazzjoni li wasslet lill-maġistrat jiddikjara li kien hemm evidenza biżżejjed biex issir inkjesta maġisterjali.", "Minn dak iż-żmien, il-Partit Nazzjonalista kompla jisħaq għal inkjesta.", "Din saret u issa għandna wkoll ir-riżultat tagħha.", "Il-Partit Nazzjonalista issa qed jitlob, bir-raġun, biex din l-inkjesta ssir pubblika.", "Skond kif irraportat l-istess Sunday Times of Malta issa l-affarijiet jistgħu jibdew jinbidlu u jkollna żviluppi ġodda.", "La Hillman ser ikun imressaq il-qorti ser ikunu jistgħu jixhdu d-diretturi tat-Times of Malta?", "Ma ninsewx li dawn l-istess diretturi laħqu ftehim finanzjarju ma' Adrian Hillman barra mill-qorti.", "Tgħid ser ikollna xiehda ta' ġurnalisti tal-istess gazzetta?", "Tgħid nistennew inkunu nafu jekk kienx hemm istruzzjonijiet biex ikun oskurat ix-xogħol tal-Gvern Nazzjonalista taħt Lawrence Gonzi?", "Tgħid ser jitilgħu xi ġurnalisti tat-Times of Malta fuq il-pedana tax-xhieda u jgħidulna jekk Hillman qattx tahom direzzjoni jew addirittura għaddilhom xi storja biex jiktbu dwarha?", "Tgħid, jekk jitilgħu, jgħidilna jekk kellhomx ordni biex joskuraw il-Gvern ta' Gonzi?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/15/il-bierah-kienet-l-ahhar-tat-trasmissjoni-simon-mercieca-jiddiskuti-fuq-xejk-tv/", "date": "2021-04-15T22:28:09+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-vjaġġ tiegħi fuq Xejk TV ġie fi tmiemu l-bieraħ.", "Infatti, il-bieraħ kien hemm l-aħħar trasmissjoni tal-programm tiegħi, Simon Mercieca Jiddiskuti .", "Nirringrazzja lil Dun Ġwann Farrugia tal-opportunita' li tani waqt li nawguralu aktar ħidma sfiqa fil-qasam tal-kommunikazzjoni u x-xandir reliġjuż."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/08/tar-repubblika-nies-arroganti-u-tal-biza/", "date": "2021-03-08T06:14:04+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blogpost minn persuna Nazzjonalista Jiena Nazzjonalist minn ġuf ommi.", "Kemm hawn minn dawn in-Nazzjonalisti?", "Hawn numru kbir li huma Nazzjonalisti għax twieldu ġo familja Nazzjonalista u baqgħu jimmilitaw f'dan l-istess partit.", "Biss biex tkun Nazzjonalist ta' vera trid taħseb, tifhem u tixtar dak kollu li hu t-twemmin tal-partit.", "Jien Nazzjonalist mhux biss għax twilidt ġo familja Nazzjonalista imma għax maż-żmien għaraft niżen u nagħmel differenza bejn it-twemmin tal-Partit Nazzjonalista u it-twemmin tal-Partit Laburista.", "Illum jien kburi li jien Nazzjonalist.", "Jien kburi li kont u għadni nħaddan sal-lum dawn il-valuri u l-prinċipji li dejjem għożżejt minn tfuliti.", "Imma f'daqqa waħda, il-bieraħ 7 ta' Marzu, staqsejt lili nnifsi, jien nista' nibqa' ngħożż dawn l-istess valuri u prinċipji?", "Jiena naf li l-Partit Nazzjonalista f'dawn l-aħħar snin qisu kien qed jittriegħed xi ftit, kien qisu qed jitbiddel, kien qisu qed jitlaq mill-binarji li dejjem sawruh.", "Biss dak li ġara l-bieraħ t'lura u ġejt mgħarraf bih il-bieraħ qed iħassibni, qed jinkwitani, qed iġagħalni nirrifletti u qed nidħol f'qoxorti u nara dan il-partit li jien dejjem għożżejt hux ser jinqata' darba għal dejjem minn nies li issa dardru l-ilma li pruvaw jixorbu minnu.", "Ippermettili Dr Mercieca nippruduċi silta minn ittra, li inti xandart f'wieħed mill-artiklu tiegħek, miktuba u maħruġa mill-għaqda Repubblika,", "Dan huwa kliem indirizzat mill-President Robert Aquilina lill-Kummissarju tal-Organizzazzjoniet Volontarji.", "Din hija għaqda, Repubblika, li ssawret mill-Partit Nazzjonalista.", "Ftakru ftit min kien qed imexxi din l-NGO fil-bidu tagħha u kemm ex-kandidati, ex-ambaxxaturi, nies li ħadmu f'segretarjati taħt gvernijiet Nazzjonalisti kienu u għadhom minn ta' quddiem biex jippuppaw sidirhom f'din il-għaqda.", "Ftakru wkoll li biex kienu jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom kienu jużaw apparat u ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista.", "Ftakru wkoll li d-Dar Ċentrali kienet tintuża biex iżommu affarijiet tagħhom.", "Illum ma għandhomx bżonn iżjed din l-għajnuna għax mid-dehra stanew sewwa għax hemm nies oħra li qed jippumpjawlhom.", "Numru mhux ħażin ta' deputati, kandidati u attivisti tal-Partit Nazzjonalista għadhom sal-lum attivi ħafna u b'entużżjażmu jirkbu fuq il-karru ta' din il-għaqda.", "Biss illum uriet wiċċha, mhux għax kellna bżonn nistennew.", "Imma f'dak li nkiteb minn Robert Aquilina li jiġi ħu Carol Aquilina, membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, qabeż kull limitu ta' diċenża.", "Illum fhimna li din l-għaqda għandha xi dritt divin li tkun 'il fuq mil-liġi.", "Din il-għaqda mhux biss ma taċċettax ir-regoli tal-logħba imma iddikjarat li hi tiġi taqa' u tqum minnhom.", "Din l-għaqda kellha l-ardir li tikteb kliem li qisu ħadd ma jista' għalija.", "Din l-istess għaqda heddet lill-Kummissarju, uffiċjal għoli nnominat mill-parlament kollu u li jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-istess parlament, li jekk jażżarda jkompli jagħmel dak li titlob minnu l-liġi, hu kien ser isib reżistenza li qatt ma ra bħala, minn din il-għaqda.", "Minn taħsbu li intom ja qabda dittaturi?", "Minn tagħkom xi dritt divin biex tiddettaw istituzzjoni parlamentari kif taħdem?", "Minn tagħkom il-pajjiż f'idejkom?", "Minn taħsbu li intom ja qabda arroganti li m'intom kapaċi għal xejn ħlief li tiddettaw ir-regoli tal-logħba?", "Minn taħsbu li intom għax kontu kapaċi titfgħu ftit bajd, boroż bil-bewl u affarijiet oħra?", "Intom taħsbu li jien bħala Nazzjonalisti rrid ikolli x'naqsam magħkom?", "Jien Nazzjonalist għax ngħożż il-valuri u l-prinċipji Nazzjonalisti.", "Jekk Dr Bernard Grech ma jiddikjarax li hu, u l-grupp parlamentari kollu, ma jaqblux ma' din il-kitba arroganti u llegali jien mhux ser isibuni warajhom.", "Hawn irrid nidħol fil-partikulari għaliex hemm deputati li huma mċappsin wisq ma' din l-arroganza u llegalita'.", "Carol Aquilina, Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, u oħrajn (biex ma nħalli lil ħadd barra imma jafu min huma) iridu jiddikjaraw ċar u b'mod kristallin li huma ser jieqfu jimmilitaw f'din l-għaqda tal-biża li waqgħet f'livell perikuluż u li tista' tibda xi triq ta' vjolenza fil-pajjiż.", "Jekk ma jiġrix hekk jien ser inkun fuq ta' quddiem biex nirribella kontra l-Partit Nazzjonalista għax nibża' li din l-avviċinanza żejda li l-Partit Nazzjonalista għandu ma din l-għaqda perikuluża ser twassal biex jitkisser l-istess partit.", "Mela ser nagħmel ħiltu, u nitlob nies bħali li jemmnu fil-Partit Nazzjonalista, biex isemmgħu leħinhom ħalli nagħmlu l-almu tagħna kollu biex flok din l-għaqda tkisser il-partit glorjuż tagħna, nkunu aħna li nfarrku u nisparixxu lil din l-għaqda minn pajjiżna.", "Malta tagħna u mhux ser nippermettu lil ħadd jasal biex idaħħal id-dittatura."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/15/il-pn-irid-ihalli-l-vuci-taz-zghazagh-tinstema/", "date": "2021-04-15T19:57:05+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku M'hemmx dubju li l-Kap Nazzjonalista, Bernard Grech, irnexxielu jiġbor kważi lil dawk kollha li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017.", "Ngħid kważi, għaliex skont l-istħarriġ tal-Malta Today u tat-Torċa, għad hemm nies li vvutaw lill-PN fl-2017 u issa qed jgħidu li se jivvotaw Partit Laburista.", "Ħaġa diffiċli li tifhimha, iżda li ġġiegħlek taħseb x'wassal biex dawn se jbiddlu l-partit issa li ħerġin dawn l-istejjer kollha ta' korruzzjoni.", "Min-naħa l-oħra, il-PN qed jieħu voti lill-PL daqs kemm il-Labour qed jieħu lura lill-PN.", "Allura tasal għall-konklużjoni li xi ħaġa ħażina fid-Dar Ċentrali hemm bilfors, għax kieku dawn in-numri ma jagħmlux sens.", "Se nipprova nistħarreġ x'hemm tant ħażin fil-PN li mhux jitħalla jiġbed lejh votanti ġodda.", "L-ewwel ħaġa hi l-arroganza.", "Iva l-istess arroganza li kellu l-PN meta kien fil-gvern għadha hemm.", "Tgħiduli kif jista' jkun, il-PN fl-Oppożizzjoni qiegħed!", "Nistidinkom issegwu l-argument li se nagħmel.", "Adrian Delia sab klikka interna taħdem kontrih kuljum.", "Irnexxielhom jaqsmu partit li diġa kien agunija wara żewġ telfiet papali.", "Iżda meta fl-aħħar neħħew lil Delia u poġġew lil Bernard Grech, kulħadd ħaseb li l-partit se jibqa' maqsum.", "Dan għaliex, kieku din id-darba dawk li jappoġġjaw lil Delia li bdew jgħidu li mhux se jivvotaw, l-istorja kienet tibqa' l-istess.", "Iżda minflok, għax Delia mill-ewwel iddikkjara li kien se jkun leali lejn il-kap il-ġdid, il-maġġoranza ta' dawk li jappoġġjawh għamlu bħalu.", "B'hekk biss seta l-PN jidher maqgħud u jżid fis-sondaġġi.", "Li ma kienx għal dawk l-eluf li jappoġġjaw lil Delia li baqgħu jappoġġjaw lil PN, anke wara li tneħħa l-kap tagħhom elett demokratikament, kieku l-PN illum kien ikun fl-istess sitwazzjoni li kien fiha fl-2019.", "Hawn tidħol l-arroganza.", "Dik is-suppervja ta' nies bħal Jason Azzopardi, Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami megħjuna minn Manuel Delia u l-bella kumpanija.", "Għax minflok ma ferħu u rringrazzjaw lil dawn il-partitarji ġenwini li baqgħu jappoġġjaw lill-PN, l-arroganza tagħhom waslet biex minflok jibdew jattakkawhom u jtajruhom minn postijiet fejn kienu lesti jservu, bħalma hu l-każ klassiku ta' Angelito Schiberras, fejn wara li l-Kap talbu jieħu ħsieb il-kampanja elettorali, sar boycot kontrieh u kollox sfaxxa fix-xejn.", "Moħħ ieħor b'esperjenza twila mitluf.", "L-istess ġara lil ħafna oħrajn f'kumitati sezzjonali, fergħat u għaqdiet tal-partit.", "L-arroganza rebħet fuq ir-raġuni u l-PN riesaq lejn telfa kolossali oħra.", "Issa diġa' fil-PN tisma' lil min qed jgħid li wara telfa oħra jitneħħa Bernard Grech u minfloku t/jiġi xi ħadd li jagħmel miraklu.", "Sewwa qalitilhom Roselyn Borg Knight: Dawn nies li ma jitgħallmux!", "L-aħħar darba ltqajt ma kanvaser tad-Deputat u Deputy Speaker Claudette Pace Buttigieg.", "Qalli li l-kandidat tiegħu se ssibha diffiċli għax qasmulha d-distrett u xebgħat tħabbat bibien imma ma jiftħuliex.", "Qisu fuq id-distrett jafu kemm ħadmet biex tajret lil Adrian Delia.", "Imma ħaġa tal-iskantamanet tafu biex spiċċali?", "Qalli, insomma issa bil-mekkaniżmu parlamentari tal-ugwaljanza xorta ssib ruħha hemm tafx!", "Taf li ma jriduhiex u rasha mistrieħa li ser iddeffes denbha fil-Parlament xorta!", "Dejjem sakemm il-Kap Bernard Grech mhux se jieħu d-deċiżżjonijiet iebsa u din id-darba juża l-mekkaniżmi kollha possibli biex fil-Parlament jidħlu uċuh ġodda u friski bħal Roselyn Borg Knight, Jerome Caruana Cilia, Joe Giglio, Alex Borg, Graziella Galea, Rebekka Cilia, Justin Schembri u James Aaron Bugeja fost l-oħrajn!", "Jekk il-partitarji Nazzjonalisti jridu jneħħu l-arroganza darba għal dejjem mela jridu jeleġġu deputati ġodda u din id-darba, biex ma jiġrix bħalma ġara lil Franco Debono jew lil Adrian Delia, jrid ikun hemm maġġoranza kbira ta' deputati ġodda ħalli dawk l-antiki, li xorta se jsibu kif jiddefsu għal legiżlatura oħra, jbaxxu rashom u jħallu l-vuċi taż-żgħażagħ tinstema!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/15/bernard-grech-jammetti-li-qed-imexxi-partit-kommunista/", "date": "2021-04-15T12:41:52+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Naħseb li nkun qed ngħid is-sewwa ninkludi lili nnifsu meta ngħid li Bernard Grech illum qed imexxi Partit Kommunista.", "Dan għaliex Bernard Grech qal li lest jirreabilita' lura persuni fl-Partit Nazzjonalista.", "Qed ngħid dan biss, għaliex f'dan l-artiklu ser inkun qed niktbu f'isem dawk in-Nazzjonalisti li telqgħu u ġew imkeċċija mill-Partit Nazzjonalista.", "Jien ser inkun qed ninkludi ruħi magħhom allavolja qatt ma ġejt imkeċċi.", "L-ewwel nibda biex ngħid, li sa fejn naf jien, ma ġie mkeċċi ħadd mill-Partit Nazzjonalista.", "Min telaq, telaq minn rgħajh.", "Kien hemm ħafna oħrajn bħali li ġew ostakolati anki jekk qatt ma tlaqt.", "Mela kif jiġi kap ta' partit u jgħid li jrid jirriabilta lil dawn in-nies?", "Il-kelma tirriabilita' tfisser li persuna trid tgħaddi minn proċess biex terġa ssir parti minn organizzazzjoni.", "Mela issa nafu li aħna rridu ngħaddu minn proċess, li bir-rispett kollu, lanqas Dr Grech ma jaf x'inhu, u wara niġu aċċettati lura.", "Dr Grech, meta ma tkunx taf xi tfisser il-kelma jaqbillek ma tużahiex għax toħroġ ta' ħmar, jekk mhux bħalma għamilt din id-darba ta' kattiv.", "Fil-Malti, ngħidu toħroġ ta' mażetta.", "Sur Kap tal-Oppożizzjoni meta wżajt din il-kelma kont qed tirrispondi mistoqsija politika, allura l-kuntest ta' riabilitazzjoni huwa kunċett politiku.", "Kull ma għamilt użajt l-espressjoni 'political rehabilitation' u Wikipedia tagħtik din id-definizzjoni:", "Ser ikolli nammetti li mill-kummenti kollha li rajt fuq Facebook, laqatni l-iżjed il-post ta' John Busuttil, ex-impjegat tal-media Nazzjonalista, li llum sab postu u qiegħed komdu fil-Partit Laburista.", "John Busuttil għamel kumment mill-att ta' riabilitazzjoni kif jifhmu il-poplu Malti llum.", "Ma tantx kien kumplimentuż ma' Dr Grech u nista' napprezza għaliex:", "\"Isthi jekk int qed tqabbilni ma drogat jew kriminal li għax mort mal-Labour għandi bżonn niġi riabbilitat biex taċċettani lura.", "Flok titlob skuża f'isem nofs il-partit li għandek li kissru kulma kont nemmen fih u għadhom imexxu.", "Hu l-PN li jrid jirriabilita ruħu u mela jien.", "Sadattant ngħidlek li jien ġejt riabbilitat meta vvutajt Labour u se nerġa', għax inħossni aktar komdu\".", "Kien hemm iżjed min ikkumentalek Dr Grech u ebda kumment mgħoddi ma tantx ser tieħu pjaċir bih.", "Nispera li l-ġenerali li għandek madwarek ġibdulek l-attenzjoni għal dawn il-kummenti.", "Għidilhom ifhemuk li diskors bħala dan iweġġa'.", "Diskors bħal dan mhux talli ma jressaq ebda votant lura lejn il-Partit Nazzjonalista, imma kull ma jagħmel ibiegħed lill-persuna u xi familjari tiegħu magħha.", "Li tgħajjar għal ebda raġuni ta' xejn hija att viljakk u bla sens.", "Huwa turija ta' suppervja li sfortunatament qed tkun murija ta' sikwiet mill-kap preżenti.", "Dr Grech il-politika hija logħba li int għadek ma tgħallimtx ir-regoli tagħha.", "Qabel terġa tpoġġi mikrofoni quddiemek, poġġi ftit zokkor fuq ilsienek u ftakar li bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba.", "Biss jekk xejn bi kliemu, Dr. Grech ikkonferma dak li George Tabone (Tal-Gram) ilu jgħid fuq il-Partit Nazzjonalista meta f'intervista li ta lil John Busuttil, qal li l-Partit Nazzjonalista, sar (u dan fi kliemi) Partit Kommunista.", "Kif intqal tajjeb fit-tifsira politika ta' reabilitazzjoni, dik il-frazi kienet tintuża mill-Partiti Kommunisti biex jirriabilitaw nies li l-istess partit kien ikun kisser bit-teoriji fażulli tiegħu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/07/jason-azzopardi-ghamel-tliet-snin-ma-jdahhalx-ir-return-tat-taxxa-u-meta-dahhalha-verosimilment-ma-kienitx-trasparenti/", "date": "2021-03-07T10:52:07+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Meta jien ktibt dwar Jason Azzopard, kien hemm x'uħud li qaluli li qed ngħaġġel u qed inħawwad.", "L-attur Salvu Mallia bagħtni nimsaħ sormi bid-degrees li għandi.", "Jason Azzopardi qalilna li hija issue normali u li wieħed idum ma jdaħħal ir-return tat-taxxa meta jkun għaddej minn separazzjoni.", "Infakkar li Adrian Delia kellu sena waħda biss mhux imħallsa tat-taxxa u talbu r-reżenja tiegħu.", "F'dan il-każ għandna każ ta' tliet snin infila.", "U dawn it-tliet snin infila huma relatati mal-fatt li Jason Azzopardi għandu kawża l-qorti ta' separazzjoni li fiha, bħal kull kawża oħra ta' separazzjoni jrid inkun stabbilit il-kumpens li jrid jagħti lil ex-mara tiegħu.", "Nistaqsi jekk dan id-dewmien hux relatat ma din il-kawża ħalli ma jkunx stabbilit mill-qorti il-kumpens ġust li l-ex-mara tiegħu trid tieħu bħala parti mis-separazzjoni?", "Dan hu l-bniedem li Manuel Delia u l-media tal-isqfijiet jridu jgħadduh tal-ġust u l-qaddis.", "Dan hu l-bniedem li l-media tal-isqfijiet qed ipinġuh bħala l-bniedem li kull Kattoliku għandu jispira ruħu minnu.", "Dak li insiru nafu u hawn qed nikkwota dak li kitbet il-gazzetta KullĦadd, li għamel tliet snin ma daħħal xejn u meta daħħal r-return iqanqal dubji serji ta' dak li ddikkjara.", "U dan hu l-avukat tal-familja ta' Caruana Galizia .", "Nagħlaq billi nistaqsi lil Salvu Mallia jekk hux normali li wieħed li jridha tal-paladin tar-rule of law jagħmel tliet snin ma jdaħħalx id-dikjarazzjoni tat-taxxa?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/07/finanzi-rega-beda-jberraq-fil-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-03-07T06:50:26+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Sorsi fil-Partit Nazzjonalista wrew it-tħassib serju tagħhom miegħi li fil-PN reġa' beda jberraq.", "Is-sitwazzjoni finanzjarja hija inkwetanti ħafna.", "Il-ħaddiema tal-media tal-Partit Nazzjonalista qed jistaqsu jekk hemmx flus biex jibqgħu jitħallsu.", "Il-pagi għax-xahar ta' Marzu u April huma garantiti għaliex dawn jiddependu mill-maratona li ser issir dalwaqt.", "Infatti, din ser titħabbar illum jew fil-jiem li ġejjin.", "Jidher li l-media tal-Partit Nazzjonalista tilfet ħafna reklami minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid kif ukoll għaliex l-udjenzi komplew jonqsu minflok ma żdiedu allavolja aktar nies qed joqogħdu aktar id-dar.", "Żgur li mhux sejra tajba bħal ma kienet qabel, jiġifieri fis-sena 2020.", "Fost il-problema ewlenija hemm il-fatt li l-attitudni tal-Bord Editorjali l-ġdid.", "Dan l-istess Bord ġiegħel lin-newsroom kollha tagħti prijorita lill-aġenda ta' Manuel Delia u sħabu tar-Repubblika.", "Dawn in-nies tas-suppost soċjeta' ċivili saru jidhru ta' sikwit fuq Net TV u l-gazzetti tal-PN, bil-konsegwenza li partitarji ġenwini Nazzjonalisti ma jifilħux la jaraw lil dawn in-nies u lanqas jaqraw il-kitba tagħhom.", "Dawn huma nies li għamlu tant ħsara lill-Partit Nazzjonalista.", "Allura hija ovvja li ħafna iżjed nies simpatizzanti tal-Partit Nazzjonalista qed jitbiegħdu mill-partit u l-media tiegħu.", "Iżda l-problema tal-flus fil-PN għandha wkoll egħruq oħra.", "Min warrab lil Adrian Delia ħaseb li dawk n-negozjanti qrib il-klikka u li waqfu jgħinu lill-Partit sa kemm dam kap Adrian Delia, kienu ġejjin lura.", "Iżda jidher li dan il-pjan fallielhom għaliex numru ta' negozzjanti li kienu waqfu jagħtu somma ta' flus fis-sena mhux kollha reġgħu bdew jikkontribwu wara li leħaq Bernard Grech.", "Ftit biss minnhom reġgħu ġew lura u bdew jagħtu donazzjoni tagħhom wara li laħaq Kap Bernard Grech.", "Dan ħalla mpatt kbir fuq il-finanzi tal-Partit tant li hemm twissijiet li s-sitwazzjoni tant hija gravi li hemm bżonn li din il-maratona ssir u tkun suċċess kbir.", "Fid-dawl ta' dan l-inkwiet, fil-Media Link bħalissa għaddejja diskussjoni nterna kif l-istazzjon jista' jnaqqas dan it-telf kollu billi jonqsu il-programmi ta' NET TV.", "Iżjed informazzjoni fil-jiem li ġejjin fuq dan il-blogg."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/14/ir-riklam-biex-tivvota-lejber-ix-xiri-ta-fuel-mill-libja-u-restaurant-ta-marsaxlokk/", "date": "2021-04-14T15:18:04+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["\"Dad, jien ħa nivvota Labour\".", "Dawn kienu ħames kelmiet mistqarra minn tfajla ħelwa fi dramm qasir imma effettiv li l-Partit Laburista prepara għall-kampanja tiegħu tal-elezzjoni tal-2013.", "Dawk il-ftit minuti mxandra b'mod regolari fuq ix-xandir televiżiv ħalla effett impressjonanti fuq il-votant f'dik l-elezzjoni.", "Tant kien hekk li dak ir-riklam baqa' fuq fomm kulħadd.", "Illum dik it-tfajla, Florinda Sultana, li tant attirat ammiraturi, reġa' qiegħda fl-aħbarijiet.", "Sfortunatament din id-darba mhux ser ikollha wisq kummenti feliċi.", "Dik it-tfajla li llum għandha 29 sena tfaċċat f'awla tal-qorti fejn iddikjarat li mhux ħatja għall-allegazzjonijiet li tagħhom ġiet mixlija.", "Hija tressqet il-qorti fejn qed taffaċċja akkużi ta' ħasil ta' flus u trasport illegali ta' żjut.", "Dawn huma akkużi marbutin mal-missier tar-rispett tagħha, Darren Debono.", "Imma tfittxija li saret fid-dar tagħha mill-pulizija s-sena l-oħra, wriet li hi mhux sejra ħażin fil-ħajja ta' kuljum għaliex instabet somma sostanzjali, b'karozza lussuża ħafna u affarijiet oħra ta' valur għoli.", "Biss naħseb li l-aktar ħaġa importanti u forsi li tista' twassalha għal ħafna inkwiet kienet li nstabu dokumentazzjoni u apparat ieħor elettroniku dwar l-erba' restoranti tal-familja, Porticello, Capo Mulini, Silver Horse u Onda Blu.", "Għaliex dawn id-dokumenti jistgħu jkun ta' inkwiet akbar?", "Għaliex naħseb li din hija l-aktar parti tal-istorja importanti aktar mir-riklam li għamlet lill-Lejber 2013?", "Skond ir-rapport tal-Lovin Malta l-pulizija qed taħseb li dawn l-erba' restoranti kienu qed jintużaw għall-ħasil tal-flus.", "Sultana kienet qed tmexxi xi restoranti minn dawn u għalhekk il-pulizija għajtulha biex jistaqsuha xi mistoqsijiet.", "L-erba' restoranti għandhom reputazzjoni tajba u l-klientela ma kienetx nieqsa meta kienu miftuħin.", "Meta tqis li familja waħda jkollha erba' restoranti ġo Marsaxlokk, Tal-Pieta' u tnejn il-Belt ikun ifisser li l-business sejjer tajjeb.", "Wara li ħarġet din l-istorja irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna li qaltli", "\" Ma nistax ngħid li mort niekol fl-erba' li huma imma dak ta' Tal-Pieta' iffrekwentajtu.", "F'dan ir-restorant, Onda Blu, rajt uċuh li għarafthom u ma kienetx esperjenza ta' darba.", "Waħda mill-affarijiet li nnotajt kienet li jien kont nidħol u nibda' niekol wara li dawn il-ħbieb ikunu bdew, imma dejjem tlaqt mir-restorant qabilhom.", "Min din biss wieħed jinduna li l-ikliet ma kienux biss mod ta' rilassament jew ikla soċjali imma kienet ħafna iżjed minn hekk.", "Meta tara għal darba wara oħra grupp ta' uċuh li jaħdmu fl-istess uffiċju politiku jdumu hemm jieklu, tieħu l-impressjoni li jkunu qed isiru diskussjonijiet ulterjuri.", "Barra minn hekk il-capo squadra ġieli kellu wkoll mistiednin oħra, f'dan l-istess restorant.", "Tgħiduli x'hemm ħażin?", "Xejn affattu, jekk tħares lejn il-wiċċ tal-istorja.", "Imma ma nistax ma tgħo r k iex għajn ek wara li tisma din l-istorja \".", "Biss il-kobba tkompli titħabel ma' dawn ir-restaurants.", "Din id-darba ser nitkellem fuq dak ta' Marsaxlokk.", "Hu restaurant tajjeb ħafna.", "Jien personalment ġieli mort niekol hemm.", "Mhux irħis imma dejjem mimli bin-nies.", "Sa hawn ma hemm xejn ħażin.", "L-anqas naħseb li minħabba din l-istorja għandu jbati r-restaurant.", "F'dik is-sena s-sid ta' dan ir-restaurant kien Darren Degabriele.", "Dan kien ħadu s-sena ta' qabel.", "Dan Darren Degabriele kien inqatel b'bomba li ġiet imqegħda taħt il-karozza tiegħu.", "Minn barra li kien is-sid ta' dan ir- restaurant f'Marsaxlokk, Darren Degabriele kien ukoll is-sid ta' Degabriele Fuels u kellu dgħajsa li tagħmel vjaġġi frikwenti lejn Misurata fil-Libja.", "Għalija hemm wisq similarjiet f'dawn l-istejjer biex wieħed ma jsemmihomx."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/14/tat-times-idahhlu-fl-ixkora-lil-shabhom-tal-media-l-ohra/", "date": "2021-04-14T14:08:01+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Kieku għadu ħaj il-Profs Guido de Marco konna ngħidu li l-istrateġija tat-Times li jġibu lill-kmamar tal-aħbarijiet l-oħra jappoġġjawhom kienet waħda ispirata minnu.", "The Politics of Persuasion huwa ktieb tal-Profs de Marco fejn jispjega l-istrateġija li kien kapaċi juża tul il-karriera illustri tiegħu, kemm fil-politika lokali kif ukoll fil-fora internazzjonali.", "Il-familja de Marco flimkien mal-familja Ganado għandhom il-kontroll tal-Fondazzjoni Strickland, li min-naħa tagħha għandha s-saħħa fuq il-kumpaniji Allied Print u Progress Press.", "Adrian Hillman, li kien il-bestman ta' Mario de Marco, spiċċa fil-kariga ta' Managing Director grazzi għar-rabta li dejjem kellu mal-familja de Marco.", "Issa li kien Hillman li avvelixxa lill-istess Times of Malta u lill-familja de Marco, tat-Times riedu jsibu mod kif jibdew jirranġaw l-immaġini tagħhom.", "Ovvjament studjaw modi biex jippruvaw forsi jiksbu lura ftit kredibbilita'.", "B'hekk sabu l-ispirazzjoni fil-politika tal-perżwazzjoni u ma' l-ewwel opportunita' li sabu' qabżu fuqha biex magħhom jiġbdu lin-newsrooms l-oħra.", "B'hekk issa t-Times ma baqgħetx waħedha taqla' bil-frosta mill-opinjoni publika, wara li sirna nafu mill-inkjesta pubblika li skont espert tal-qorti, Keith Schembri kien jgħaddi l-kickbacks biex jinfluenza l-linja editorjali tat-Times kontra Lawrence Gonzi.", "Issa rnexxielhom jerġgħu jidhru ta' paladini tal-governanza tajba għaliex kif jgħid il-Malti: ma min rajtek xebbaħtek.", "Skantajt kif Saviour Balzan, wara li tat-Times xebgħu jipprovaw iżebilħuh, u hu spiċċa jgħajjarhom, malajr reġgħu għamlu ħbieb.", "Issa aċċetta li jassoċċja ruħu flimkien magħhom.", "L-istess jgħodd għall-media l-oħra li mhux dejjem raw għajn m'għajn.", "Wieħed irid ifakkar li Daphne Caruana Galizia kienet spiċċat mal-Independent wara li kienet ġiet iċċensurata minn The Times.", "Ara fuq din l-istorja ħadd ma jikteb u jsemmi xejn aktar!", "Imsomma never a dull moment f'dan il-pajjiż jew forsi aħjar ngħidu li birds of the same feather flock together jew kif ngħidu bil-Malti, ma min rajtek xebbaħtek."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/06/jason-azzopardi-u-d-doppia-faccia-tal-media/", "date": "2021-03-06T09:17:25+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["F'dawn l-aħħar ġranet il-Prim Ministru qal li ser tixxandar scoop fuq membru tal-parlament, Jason Azzopardi, li ser tħammar wiċċ l-istess persuna.", "Sirna nafu li l-iscoop li rrefera għaliha l-Prim Ministru kienet dwar in-nuqqas ta' preżentazzjoni tar-ritorn tat-taxxa.", "Mela fil-kamp Nazzjonalista kellna t-tielet persuna li f'dawn l-aħħar xhur kienu b'xi mod jew ieħor misjuba li naqsu vis-a-vis id-dipartiment tat-taxxa.", "Kellna lil Dr Adrian Delia li qal li ma ssottomettiex f'sena minnhom id-dokumenti tat-taxxa.", "Wara kellna lil Dr Bernard Grech li mid-dehra kellu taħwida ħafna ikbar fejn kellha x'taqsam it-taxxa tiegħu u issa għandna lil Jason Azzopardi li ukoll ma ssottomettiex id-dokumentazzjoni meħtieġa dwar it-taxxa tiegħu.", "Biss kif rreaġixxit il-media tar-rule of law għal dan kollu?", "Oħroġ il-għaġeb, din il-media marret mill-ewwel tiddefendi lil Jason Azzopardi u ġabet l-iskuża li dan in-nuqqas hu dovut għall-fatt li huwa jinsab għaddej minn każ ta' separazzjoni.", "Biss imbagħad, ħadd ma jrid jistaqsi għaliex waqt li għaddej minn din il-kawża ta' separazzjoni ma ddikjarax dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa tiegħu?", "Wieħed jistaqsi x'qal Jason Azzopardi lill-imħallef Antonio Vella dwar id-dħul tiegħu f'din il-kawża ta' separazzjoni?", "Naħseb hu fl-interess tal-poplu li l-media tar-\"rule of law\" tinvestiga fuq dawn il-fatt wkoll kif jagħmlu fuq politiku ieħor.", "Qed ngħid dan għaliex Jason Azzopardi ilu jgħid fil-pubbliku li huwa mistieken u ma għadux jaqla' flus għaliex qed jaħdem b'xejn għall-kawża tal-familja Caruana Galizia.", "Imma jidher minn dak rappurtat s'issa li l-affarijiet mhumiex kif qed ipenġihom l-istess Azzopardi.", "Kieku dak li qed jgħid Azzopardi huwa minnu, ma tantx kien ikun diffiċli għalih biex jimla r-return tat-taxxa għaliex kemm idaħħal ir-return tad-dħul tiegħu mill-Parlament u minn xi entitajiet tal-istat fejn it-taxxa normalment tkun ġa ġiet maqtugħa minn qabel!", "Nispera li l-media tinvestiga dawn il-fatti aktar fil-fond.", "Infakkar li meta ħarġet l-aħbar li Dr. Adrian Delia waqa' lura fit-taxxa, il-media bħal The Times u l-Malta Today għamlu kampanja sħiħa kontra tiegħu.", "Kemm saru mistoqsijiet dwar it-taxxa u d-dħul tiegħu.", "Ara fil-każ ta' Azzopardi ppruvaw jiskulpawh mill-ewwel u wrew li mhux interessati li jinvestigawh.", "Huwa ċar li dawn jinvestigaw lil min jaqbilhom.", "Infakkar li Dr Adrian Delia kien qal li f'sena minnhom kien dam ma ressaq id-dokumentazzjoni tat-taxxa tiegħu minħabba li kien għaddej minn separazzjoni.", "X'kien jonqos jintqal dak iż-żmien?", "Kien perjodu fejn rajna attakki bla limitu u kemm-il darba ntalbet ir-riżenja tiegħu minħabba din l-istorja tat-taxxa.", "Anki nies fl-istess Partit Nazzjonalista talbu għar-reżenja ta' Adrian Delia.", "Dawn in-nies għadhom fil-Partit Nazzjonalista.", "Dawn kienu użaw kull skuża banali biex itajru lil Adrian Delia minn kap tal-Partit Nazzjonalista u rnexxielhom.", "Iżda llum x'ġara?", "Mill-ħin li sirna nafu dwar in-nuqqas ta' Jason Azzopardi diġa' għadda numru ta' siegħat mhux ħażin u l-ebda kumment fuq dan il-każ.", "Taħsbu li kienu għaddew xi siegħa dak in-nhar li ħarġet l-istorja fuq Adrian Delia?", "Illum kulħadd sieket u Dr Azzopardi jista' jorqod trankwil għax il-Partit Nazzjonalista u l-media tal-\"buonisti\" m'hu ser jieħu ebda pass kontrih.", "Illum ħadd minn ġewwa l-Partit Nazzjonalista ser jaqlagħlu t-tamal għax ma qed jaraw xejn ħażin li Azzopardi ma ssottomettiex id-dokumentazzjoni tat-taxxa għax qalilna li għaddej minn separazzjoni.", "Din il-fazzjoni jew klikka fil-Partit Nazzjonalista u l-media ħabiba tagħha tagħmel differenza skont il-persuna min tkun.", "Kif tista' temmen lill-media meta dawn jinterpretaw żewġ separazzjonijiet b'modi totalment opposti?", "Lil wieħed jitolbu demmu u lil ieħor ipoġġuh fuq pedestal.", "Meta tara u tesperjenza dawn l-affarijiet u dawn id-differenzi kollha kif tista' tafda lil din it-tip ta' media?", "Verament dan hu każ ta' \"doppia faccia\"."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/14/xdecizjoni-ser-ikun-qed-jiehu-bernard-grech-bla-biza-u-favuri/", "date": "2021-04-14T12:42:55+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-Malta Today tgħidilna li Dr. Bernard Grech ser jieħu deċizzjonijiet iebsin mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd.", "Fil-fatt il-gazzetta tgħidilna l-espressjoni Ingliża ' without fear or favour '.", "Tgħidilna wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dawn id-deċiżjonijiet ser joħodhom sabiex il-Partit Nazzjonalista jsir l-għażla naturali ta' gvern alternattiv.", "Din tad-deċizzjonijiet ilu jgħidha Dr. Bernard Grech.", "S'issa għadna ma rajna xejn imma kif jgħid l-Ingliż: ' pleasures yet to come '.", "Imma issa wasal il-mument ukoll li nibdew inħarsu lejn x'jistgħu jkunu dawn id-deċiżżjonijiet billi nħarsu lejn dak li qed jagħmel l-aktar ħsara lill-Partit fil-preżent.", "Tgħid min jaf minn fejn ser jibda' Dr Grech?", "Tgħid ser ineħħi lill-klikka li tant għamlet ħsara lill-Partit Nazzjonalista qabel ma poġġew lilu Kap?", "Tgħid ser jibda jitbiegħed minn dawk id-deputati li avvelew lill-Partit speċjalment meta marru għand il-President ta' Malta biex ineħħu Kap tagħhom stess?", "Tgħid ser jitbiegħed minn dawk li bl-attitudni tagħhom qed iġibu iżjed diviżżjoni milli għaqda?", "Biss meta tirrifletti fuq dawn l-affarijiet tistaqsi, imma kif jista' jitwarrab minnhom dawn in-nies li poġġewh hemm, li tawh ir-riedni f'idejh basta jagħmel dak li jgħidulu huma, dawk li qiegħdin madwaru jseffsulu f'widnejh u jiġbduh lejn naħat diversi?", "Tgħid ser jgħid il-kumitati sezzjonali biex jibdew jagħqdu dmirhom mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd u mhux ikeċċu lil Nazzjonalisti bħalhom, dan kollu għax kienu qed jissapportjaw lill-kap ta' qablu?", "Għalija r-risposta ta' dan kollu hija 'LE'.", "Għaliex il-ktajjen ma saqajh ma jippermettulux anki jekk jixtieq jagħmel hekk.", "Fil-verita' hemm ħafna ġlied intern bejn il-fazzjonijiet li eleġġewh u nista' niżvela li qed isib oppożizzjoni fil-grupp parlamentari minn dawk stess li eleġġewh.", "Deputat minnhom ġa qallu ċar u tond li dwar l-cannabis irid jikkunsulta mal-grupp parlamentari u ma jistax jiddeċidi waħdu.", "B'hekk il-kap Nazzjonalista għandu idejh marbuta.", "B'hekk is-suspett qed idur li l-ewwel deċiżżjonijiet huma li jressaq mozzjoni fl-eżekuttiv biex iwarrab liż-żewġ viċi kapijiet anki jekk dawn eletti sal-elezzjoni.", "Din ilha thewden fin-nies ta' madwaru.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax naf li Dr Grech mal-viċi kapijiet tiegħu ma jitkellem kważi qatt.", "Għax kien hemm deputati li qed jistaqsu meta ser iwarrbu ħalli Dr Grech jpoġġi l-viċi kapijiet li jixtieq hu.", "Jekk din id-deċizzjoni tissarraf fil-fatti allura kull Nazzjonalist ikollu jibda' jirrifletti kemm għadu jitwemmen il-Partit?", "Kemm għadu sod fil-prinċipji u l-valuri li dejjem ħaddan il-Partit Nazzjonalista?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/06/adrian-hilmann-keith-schembri-u-the-times/", "date": "2021-03-06T07:45:09+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ġranet ilu t-Times of Malta nfurmatna permezz ta' artiklu tagħha li l-Maġistrat Josette Demicoli kienet spiċċat l-inkjesta maġisterjali dwar l-allegat ħasil tal-flus li fih kienu mdaħħlin Keith Schembri, ex-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru u Adrian Hillman, ex-Managing Director tat-Times.", "Ir-rapport ingħata lill-uffiċċju tal-Prosekutur Statali għall-konsiderazzjonijiet tiegħu.", "Fl-artiklu tagħha t-Times of Malta tagħtina ħafna nformazzjoni biss ma tgħid xejn dwar il-kontenut ta' din l-inkjesta jiġifieri jekk l-maġistrata wasalx għall-konklużjoni li hemm potenżjal ta' reat u għalhekk hemm bżonn li jitressqu nies il-qorti.", "Fuq kollox, l-istess gazzetta ma ssemmix ir-rapport tal-inkjesta nterna li kienet mmexxija mill-Imħallef Giovanni Bonello.", "Dan ir-rapport it-Times of Malta żammitu mistur.", "Ma ninsewx li t-Times of Malta hija waħda mill-gazzetti li sigwit tippriedka u tistaqsi għal governanza tajba minn ħaddieħor.", "Din il-gazzetta tkun minn ta' quddiem biex tesiġi t-tajjeb minn ħaddieħor imma dejjem tipprova tnessi għemilha.", "Fuq kollox, din il-gazzetta laħqet ftehim ma' Hillman barra mill-qrati.", "Ma tarax mhux ser tmur il-qorti u jkollha xxerred l-informazzjoni miġbura u miktuba fir-rapport!", "Dawn ma kienux komdi jikxfu għawwarhom fil-pubbliku.", "Il-mistoqsija tiġi waħedha, x'jaf Hillman dwar it-Times of Malta?", "Hemm xi ħaġa mistura fir-rapport li tista' tikxef affarijiet serji u jaħarqu?", "Għandu raġun il-Partit Nazzjonalista jitlob li din l-inkjesta tiġi ppubblikata kemm jista' jkun malajr.", "Nisperaw li l-Partit Nazzjonalista mhux ser ikollu jerġa' jagħmel, kif għamel l-ex-Kap Dr Delia fil-każ tar-rapport Egrant.", "Nittamaw li l-Partit Nazzjonalista mhux ser ikollu jiftaħ kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali biex il-poplu jkollu aċċess għal din l-inkjesta.", "Ma ninsewx li dan Hillman kien il-managing director tat-Times għal perjodu twil mhux ħażin.", "Ejjew inżommu f'moħħna li l-qorti fil-konfront ta' Adrian Delia tatu d-dritt li jkollu kopja tal-inkjesta pubblika għax kienet inkjesta li tinteressa lilu.", "Mela jekk tintuża l-istess riga, anke t-Times of Malta għandha dritt titlob il-kopja tar-rapport ta' din l-inkjesta għax tirrigwarda lilha.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi.", "It-Times of Malta ser titlob kopja ta' din l-inkjesta?", "U jekk tingħata kopja ser tippubblikaha?", "Wieħed jistenna li The Times tikteb editorjal biex tinforma lill-qarrejja x'ser tagħmel u jekk għandhiex interess li dan ir-rapport isirx pubbliku?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/14/kemm-verament-gabar-flus-il-partit-nazzjonalista-fl-ahhar-maratona/", "date": "2021-04-14T08:05:37+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-MaltaToday tinfurmana bi problema teknika li kellha l-kumpanija GO waqt ħames maratoni ta' ġbir ta' fondi.", "Fil-fatt din il-problema teknika telfet €1.4 miljun lill-istituzzjonijiet tal-karita' u liż-żewġ partiti politiċi.", "Il-GO ħarġet tesprimi d-dispjaċir tagħha għal din il-problema teknika li nħolqitilhom matul il-maratoni ta' ġbir ta' fondi.", "Il-problema tirreferi għal reġistrazzjoni doppja tad-donazzjonijiet mogħtija.", "Biex inkunu ċari, importanti li nsemmu li kull min offra donazzjoni ma ħallasx doppju.", "Li ġara huwa l-mod kif ġiet reġistrata l-informazzjoni dwar id-donazzjonijiet.", "Fi kliem sempliċi dan fisser li min għamel donazzjoni ta' €10 kien ħallas €10 kif suppost, imma fuq ir-reġistru fejn jinżammu l-ammonti tad-dħul dehru doppji, mela bi żball dehret donazzjoni ta' €20.", "Allura kull min organizza maratona ġie nfurmat li mill-GO daħlu somma d-doppju ta' li suppost.", "Dan l-iżball sfortunat sarraf telf lil kull min organizza dawn il-maratoni jew aħjar ġie mogħtija informazzjoni żballjat lill-pubbliku u lill-istess organizzazzjoni.", "Nista' nimmaġina li din ma kienetx informazzjoni sabiħa lill-istituzzjonijiet separati.", "L-agħar li marret kienet L-Istrina.", "Fil-fatt din soffriet telf ta' €948,000.", "Intlaqtet ħażin ukoll id-Dar tal-Providenza li mis-somma suppost miġbura tnaqqsulha €427,000.", "L-istess ħaġa ġrat lill-Caritas.", "Mis-somma miġbura mill-Caritas irrużulta nuqqas ta' €244,110.", "F'dikjarazzjonijiet maħruġa mid-Dar tal-Providenza u l-Caritas, ikkonfermaw li dan it-telf ser jaffetwalhom il-pjanijiet tagħhom għal matul din is-sena.", "It-tnejn qalu li ser jafdaw fil-providenza u talbu għall-ġenerożita tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Malta Today pruvat tagħmel kuntatt mal-Partit Laburista imma l-gazzetta għadha tistenna l-ammont mitluf minn dan il-Partit.", "Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, is-Segretarju Ġenerali, Dr Francis Zammit Dimech, qal li l-Partit għadu qed jaħdem biex jistabbilixxi l-ammont li ntilef.", "Huwa kompla jgħid li hu ma jaħsibx li dan l-iżball tekniku ser ikollu mpatt kbir fuq id-donazzjonijiet mogħtija.", "Huwa żied li ħafna mid-donazzjonijiet miġbura kienu min-nies li marru d-Dar Ċentrali jippreżentawhom personalment.", "Nifhem li l-Partit Laburista forsi ma tantx għandu għalfejn jgħaġġel biex jara kemm sarraf it-telf tiegħu.", "Milli nafu matul is-snin, il-Partit Laburista mhux qiegħed f'xi stat ħażin jew ta' inkwiet fuq livell finanżjarju.", "Allura d-daqqa ta' telf minn l-aħħar maratona mhux ser tħallihom bla nifs.", "Imma tiskanta tisma' lil Zammit Dimech jistqarr li jaħseb li mhux ser ikollha effett qawwi.", "Sa fejn nafu għall-Partit Nazzjonalista, kull qatra tgħodd.", "Forsi skond is-Segretarju Ġenerali l-problema tal-pagi m'għadiex pjaga fuq il-Partit Nazzjonalista.", "Kien dikjarat li l-maratona kienet qed tkun organizzata biex tittaffa ftit il-problema finanżjarja li kien qed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista.", "Allura Dr Francis Zammit Dimech kif joħroġ bi tweġiba bħal dik meta jaf li fl-aħħar ta' kull xahar irid iħabbel rasu kif ser iwassal għas-somma neċessarja biex joħroġ iċ-cheques lill-impjegati kollha tiegħu?", "Fuq kollox, waqt li l-pagi jibqgħu nkwietanti, hemm fattur ieħor li naħseb li qed jinkwieta lill-Partit Nazzjonalista bil-kbir.", "Il-mantra bħalissa hija, kemm sejjer tajjeb il-Partit Nazzjonalista wara li tkeċċija ta' Adrian Delia minn kap tal-istess partit.", "Wara din it-taħwid tal-GO, il-mistoqsija ssir aktar importanti: kemm verament ġabar il-PN fl-aħħar maratona ta' Diċembru?", "Ma nagħmlux mod li ma jridux jgħidu kemm ġabru eżatt għax b'hekk ikompli joħroġ kemm fil-fatt sejjer ħażin il-PN?", "Infakkar, li f'Diċembru, is-somma miġbura ġiet interpretata bħala appoġġ għall-kap il-ġid Nazzjonalista, Bernard Grech."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/06/gaerty-mhux-lil-yorgen-fenech-biss-ipprova-jghin-imma-anki-lil-caruana-galizia/", "date": "2021-03-06T00:04:13+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Mela l-bieraħ kellna l-famuża inkesjta mit-tliet imħallfin.", "Deher quddiem l-imħallfin il-Commissioner for Inland Revenue, Gaerty.", "Li dan Gaerty anki lil Caruana Galizia pprova jgħin fuq il-kwistjoni tat-taxxa li kellha u li kienet spiċċa fl-aħbarijiet tant li jekk niftakar tajjeb kienet marret id-dipartiment u għamlet xenata.", "Nispera li l-familjari issa jiddikjaraw kemm din il-mara verament kienet tiddikjara f'taxxa.", "Għaliex dan il-bniedem ipprova jgħin lil Yorgen Fenech fuq każ ta' missieru li kien marid b'kanċer spiċċa fuq police bail.", "Issa ser tagħmel il-pulizija u ser tinvestiga lil Gaerty talli pprova jgħin fuq kwistjoni tat-taxxa li kellhom lill-familja Caruana Galizia?", "Jew f'dan il-każ ser nagħtuh il-medalja għall-qadi tar-repubblika talli għen lill-familja ta' Caruana Galizia fuq kwistjoni simili li kellhom?", "Verament pajjiż tal-mickey mouse jew kulħadd b'xortih f'dan il-pajjiż.", "Hawn isfel qed inġib tliet verżjonijiet ta' kif din l-għajnuna li Gaerty ta lil Caruana Galizia kienet irrappurtata fil-media."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/05/huwa-mportanti-li-prim-ministru-jzomm-il-kalma-anki-fsitwazzjonijiet-difficli/", "date": "2021-03-05T17:15:51+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ, Prim Ministru Robert Abela, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne u Profs Charmaine Gauci taw konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbrulna aktar miżuri kontra il-Covid19.", "Jista' jkun li għal ħafna din dehret bħala xi ħaga \"too little too late\".", "Għalija din mhix il-qofol tal-kwistjoni.", "Biss dak li kien impressjonanti l-bieraħ kien in-nuqqas ta' kalma li biha ndirizza l-poplu Malti u Għawdxi l-Prim Ministru ta' Malta.", "Għal aktar minn darba deher irrabjat u beda jħossu li mhux qed jiġi muri rispett biżżejjed għall-impenn qawwi li hu qed jħoss li kien qed jagħmel.", "Nifhem li ċertu ġurnalisti jġibulek demmek ilma.", "Biss il-kapaċita' ta' Prim Ministru hija dik li anki f'sitwazzjonijiet diffiċli jżomm il-kalma.", "Jidher li l-Prim Ministru kien xi daqsxejn ma jiflaħx.", "Jekk dan kien il-fatt, l-aħjar kieku baqa' d-dar għall-kura neċessarja u kien iħalli f'idejn il-Viċi-Prim Ministru u Profs Gauci.", "Meta persuna fit-tmun tipprova tiġbed simpatija billi tiddikjara bħal ma għamel il-Prim Ministru, l-istat ta' saħħtu, iktar iwa milli le, jkollha effett negattiv fuq min ikun qed jisimgħu.", "Fuq kollox, bħal kull Prim Ministru, Dr Abela kien jaf għal liema responsabilita' kien dieħel għaliha.", "Il-mod kif irreaġixxa ta wieħed x'jifhem li qed ibati taħt il-piż tan-nazzjon.", "Il-messaġġ ġie moqri li r-responsabilita' qed tħalli effett ikrah fuqu.", "Nerġa' ngħid, nifhem li l-ġurnalisti jistgħu jitilfulek il-kalma.", "Imma hu xogħol il-prim ministru li jżommha anki jekk iħossu mgħaffeġ taħt ir-responsabilita' politika.", "Importanti li jibqa' kalm u ma jħallihiex taqbiżlu bħal meta b'attitudni xejn diplomatika waqqaf lill-Profs Gauci milli tkompli twieġeb u ta ħasla xejn sabiħa lill-ġurnalista tat-Times of Malta.", "Mhux għax din il-gazzetta ma ħaqqhiex ħasla.", "Imma hemm forum oħra fejn din tista' ssir.", "Fuq kollox, din il-ġurnalista kienet qed tagħmel xogħolha meta staqsiet jekk dak imxandar illum kellux il-benedizzjoni totali tal-qasam xjentifiku.", "Il-Prim Ministru flok wieġeb sempliċiment iva, fetaħ attakk fuq l-istess ġurnalista.", "F'dik id-dagħdiha qalilna li hu ħareġ għax-xogħol minkejja li kien qed iħossu stordut u kien qed jieħu l-mediċina.", "Qalilna wkoll li hu l-uniku Prim Minstru li kellu jiffaċċja pressjoni enormi biex iħares l-ekonomija waqt li jpoġġi s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi l-ewwel u qabel kollox.", "Meta Prim Ministru, jkun min ikun, juri li qed ibati minn stress enormi, jitfa' dubbji kbar fuq kemm għandu l-kapaċita' li jmexxi pajjiż f'mument hekk kritiku.", "Kull Prim Ministru ikollu mumenti diffiċli fil-karriera tiegħu fejn l-umanita' tieħu s-sopravvent.", "Irridu niftakru meta Eddie Fenech Adami kien qal dik il-frażi 'fejn huma l-Laburisti?' wara li kien ħareġ minn każ il-qorti.", "Dak in-nhar kien taħt pressjoni kbira u għamel żball kbir.", "Il-problema hija li Dr Abela tilef il-kalma darbtejn f'ġimgħa.", "Forsi għall-Laburisti din tidher normali għaliex f'moħħhom tiġi l-figura ta' Dom Mintoff.", "Biss Mintoff kien jirritalja b'ton pjuttost iebes u salvaġġ.", "Biss kellu l-kapaċita' li jibqa' taħt kontroll anki fir-rabja tiegħu.", "Forsi hawn fejn għandna niftakru wkoll f'mexxej ieħor li għadda minn pressjoni enormi kemm minn barra kif ukoll, u żgur li agħar, minn ġewwa imma dejjem irnexxielu jżomm lura u juri rispett lejn l-avversarji u l-ġurnalisti.", "Hawn qed nirreferi għal Adrian Delia.", "Irridu niftakru li kemm l-avversarji politiċi tiegħu kif ukoll il-biċċa kbira tal-ġurnalisti kienu kontinwament jippruvaw ikissruh u forsi anki irnexxilhom.", "Biss xorta żamm il-kalma."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/05/grech-qed-jibghat-ghall-partitarji-mweggghin-nazzjonalisti/", "date": "2021-03-05T07:15:27+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kumment minn Osservatur Politiku Il-Partit Nazzjonalista qed jippriedka l-għaqda.", "Dr Bernard Grech qed iħambaq kemm jiflaħ u jsejjaħ fl-uffiċċju tiegħu nies biex jipprova jdewwi l-feriti miftuħin ta' partitarji kbar tal-partit.", "Qed isejħilhom biex jikkonvinċihom li dak li għamlu l-klikka kienet xi ħaġa li saret fuq livell personali kontra l-kap ta' qablu imma issa hemm bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed għall-ġid tal-partit.", "Jiena mhux ser noqgħod naħli ħin miegħu personali u fuq dak li qed jagħmel, imma ser nikkonċentra fuq dak li għadu jsir madwaru minn xi uħud li misshom jafu ħafna aħjar jew jekk ma jafux jibdew jitgħallmu.", "Dan ser nagħmlu għax huwa ovvju u ċar li Dr Grech huwa bħal għasfur tal-passa li ser jgħaddi żmienu malgħajr u jisparixxi.", "Tidher li sfortunatament Dr Grech ma fehemx li ġie użat u ser ikun mormi fi żmien mhux il-bogħod.", "Fl-aħħar ġranet rajt xena ta' Dr Grech jinqabad f'lift bil-ġurnalisti jippruvaw jistaqsuh xi mistoqsijiet u deher ċar li kien skomdu jirrispondi.", "Imma kellu miegħu wieħed mil-ġenerali ta' madwaru, Alessandro Farrugia.", "X'għamel dan?", "Qagħad iħares u jgerger li l-ġurnalisti mhux qed iħallu l-lift jingħalaq.", "Naħseb li l-kardinal tal-Mdina għandu bżonn isejjaħ lil dan Alessandro issa u jagħtih ftit ħjiel dwar xi trid tagħmel meta tkun qed takkumpanja l-kap tiegħek.", "Araw kemm isir tgergir fuq Richard Cachia Caruana imma jiena nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li fejn kien jidħol Dr Eddie, Richard qatt ma ħallih isib ruħu b'xi sitwazzjoni mbarazzanti, kien fejn kien.", "Tiegħu trid tagħtihulu u fuq dawn is-sitwazzjonijiet jiena nista' ngħid li Richard kien eċċellenti.", "Richard, jiena naf li inti l-partit tħobbu.", "Naf ukoll li qatt ma ġerraħt lil Adrian Delia imma naf ukoll li bħalissa erġajt sejjer tajjeb mal-irjus il-kbar.", "Mela għajjat lil kull min hemm madwar Dr Grech u tihom ftit lezzjonijiet ta' xi tfisser tkun personal assistant.", "Ħaġa oħra li nixtieq inkun naf hi, min qed jiġbed l-ispaga u min qed jiddeċiedi x'jintwera fil-medja tal-partit.", "B'dak li għamiltu din il-ġimgħa la jien u lanqas eluf oħra ma nistgħu naħfrulkom.", "Hawn qed nirreferi għal mod kif Adrian Delia ġie ċċensurat b'mod pulit u bil-kemm tħalla jitkellem fuq l-istazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq il-kawża li qed jagħmel kontra l-Gvern.", "Il-kap tagħkom qed jipprova jgħaqqad u intom, għax nafu li lanqas lil Dr Grech ma tridu. għax tgħidu li ma huwiex għall-altezza tagħkom, qed tkomplu tnaqqru ħafna iżjed voti lil-Partit Nazzjonalista.", "Ir-riżultat ser jirrifletti l-arroganza tagħkom fit-tkaxkira li hemm lesta għalikom fl-elezzjoni li ġejja.", "Intom nies irresponsabbli.", "Intom nies diviżivi u elitisti.", "Qabel tispiċċaw intom, ja lifgħat valenużi, il-Partit Nazzjonalista qatt ma hu ser jieħu r-ruħ.", "Warrbu biex forsi naraw xaqq dawl.", "Itilqu mid-Dar Ċentrali għax ġibtuha agħar minn toqba tal-ġrieden.", "Lanqas qed tirrealizzaw kemm għandu raġun."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/05/tkompli-l-kampanja-kontra-adrian-delia-fil-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-03-05T07:06:24+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ tellajt l-istorja li kienet tikkonċerna xandira li saret nhar it-Tnejn li għadda fuq NET Live.", "F'din ix-xandira, Robert Cremona intervista lil Dr Delia dwar l-kawża li għaddejja l-qorti fuq t-tliet sptarijiet u li Dr. Delia qed jipprova jerġa' jagħtihom lura f'idejn il-Maltin u l-Għawdxin.", "Kif għidt fl-artiklu tal-bieraħ, din l-istorja kienet tixraqilha ħafna aktar ħin fuq it-television tal-Partit Nazzjonalista", "Illum nista' nżid li xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista ddeċieda li r-repitizzjoni tal-intervista ma ssirx l-għada filgħodu.", "Minflok irrepetew id-diskorsi ta' paġna ġdida.", "Hekk hu paġna ġdida qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista għaliex sejjer lura bħal-granċ.", "Bla dubju, dawn l-avvenimentu qed juru lill-kulħadd li Dr. Adrian Delia qed jagħtihom fastidju.", "Dak li nista' ngħid li b'din id-deċizzjoni, il-Partit Nazzjonalista kompla juri l-ħdura li hemm lejn Adrian Delia, liema ħdura kienet hemm mill-ewwel ġurnata li grupp ta' nies saru jafu li Dr. Delia kien qed jinteressah is-siġġu ta' kap u li baqgħet għaddejja tul it-tliet snin tat-tmexxija tiegħu.", "B'din id-deċizzjoni wrew li l-għira li ħadmet lill-Partit Nazzjonalista li lanqas qed tħallihom jimmaġinaw il-ħsara li qedha ssir.", "Kull azzjoni twassal għal reazzjoni jew reazzjonijiet.", "Għalhekk b'din id-deċizzjoni pwerili komplew jitfgħu l-melħ fuq il-feriti li għadhom miftuħin.", "Dan ser jissarraf f'riżultat wieħed biss, li dawn il-feriti ma huma ser jingħalqu qatt."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/13/il-partit-nazzjonalista-jrid-lil-giovanna-debono-mill-gdid-fuq-il-karta-tal-vot-nazzjonalista/", "date": "2021-04-13T17:11:40+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li ktibt l-artiklu dwar il-fatt li Dr. Chris Said ħiereġ kandidat Nazzjonalista fuq Għawdex kitbitli persuna minn Għawdex u qaltli li hija ma għandha \" xejn personali kontra Chris Said, imma wieħed irid jiftakar li Chris Said kien mibgħut minn Simon Busuttil biex isaħħaħ l-Għawdex.", "Sfortunatament dan il-pjan ma rnexxiex.", "Ir-riżultat kien li għall-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista tilef it-tielet siġġu f'Għawdex.", "Issa jekk dan kien tort ta' Chris Said ma nafx.", "Issa jekk il-Partit Nazzjonalista jaħseb li bi Chris Said fuq il-lista tal-kandidati għal Għawdex, il-Partit għandu x'jakkwista, min jien jien biex mmur kontra d-deċizzjoni tal-amministrazzjoni tal-Partit \".", "Din il-persuna kompliet tgħidli jekk:", "\" jiena nixtieq ngħid dan lill-Partit Nazzjonalista.", "Jekk verament, il-Partit Nazzjonalista jrid isaħħaħ Għawdex, ngħidlu biex iħeġġeġ lis-Sinjura Giovanna Debono biex terġa toħrog bħala kandidata mal-Partit Nazzjonalista.", "Is-Sinjura Giovanna Debono għad għandha ħafna x'toffri.", "Jien persważ li b'Giovanna Debono fuq il-karta tal-vot u fil-lista tal-Partit Nazzjonalista, ikun hemm ċans tajjeb ħafna li l-votant Għawdxi jerġa' jagħżel lill-Partit Nazzjonalista .", "Lil dan is-sinjur nista' ngħidlu li hemm persuni fil-Partit Nazzjonalista li qed jiġru wara Giovanna Debono biex toħroġ fuq Għawdex u din kienet il-vera raġuni għala Chris Said tella' dak il-post, malajr malajr, fejn ħabbar li ser jerġa' jkun kandidat Nazzjonalista fuq Għawdex fl-elezzjoni li ġejja."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/13/il-poplu-ghandu-jiddecidi-huwa-liema-ditta-ta-vaccin-jiehu-u-mhux-il-gvern-jiddeciedi-ghalih/", "date": "2021-04-13T14:36:02+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kontributur Mela hekk kif il-programm tal-vaċċinazzjoni kontra il COVID-19 hawn Malta miexi b'mod avvanzat, lejn l-aħħar tal-ġimgħa l-oħra, il-Gvern ħabbar skema biex dawk il-persuni li huma minn 50 sena 'il fuq jistgħu jirreġistraw ruħhom biex jieħdu it-titqiba kontra l-Covid19.", "Din l-iskema tħabbret fi żmien meta fl-aħbarijiet ħarġet informazzjoni li vaċċin partikulari, dak bl-isem ta' AstraZeneca, qed jiġi assoċjat li jista' għandu \"side effect\" rari li joħloq trombosi – \"blood clots\".", "Din l-aħbar tintrabat ukoll ma' aħbar oħra fejn il-ġimgħa l-oħra ukoll, EMA tat update lill-awtoritajiet tas-Saħħa Ewropej fuq l-istess vaċċin.", "Din id-darba, EMA ammettiet u aċċettat li dan l-imsemmi vaċċin jista' rarament joħloq \"Blood clots\".", "Nistaqsi jekk din qegħdhiex titniżżel bħala possibilita' ta' side effect marbuta ma' dan il-prodott.", "Apparti li għalija din l-istqarrija hi tal-mistħija, jekk mhux skandlu, għax jekk EMA verament għandha għall-qalbha ċ-ċittadini Ewropej, messa issospendiet dan il-vaċċin milli jiġi amministrat aktar u talbet lill-AstraZeneca terġa' tistudja il-vaċċin tagħha ħa tirrevoka dak li jista' jidher bħala diffett – rari kemm hu rari.", "U mhux bla mistħija ħarġet bl-iskuża vili li l-benefiċċji tal-vaċċin huwa ħafna aktar ikbar milli tista' tagħmel ħsara!", "Dan seta' jsir, għax jeżistu alternattivi oħrajn għaliha.", "Fis-suq ġa hemm żewġ vaċċini oħra li jaħdmu kontra l-imxijja tal-COVID-19, dak ta' Pfizer u l-ieħor ta' Moderna.", "Fuq dawn iż-żewġ vaċċini ma ħarġux s'issa aħbarijiet inkwetanti, u wieħed irid isemmi li l-vaċċin tal-Pfizer ħareġ fis-suq qabel dak tal-AstraZeneca!", "Nerġa' immur lura fuq is-suġġett tal-iskema tar-reġistrazzjoni li ġiet imnedijja.", "Mela wieħed jista' jirregistra on-line billi iżur is-sit elettroniku bl-isem vaccin.gov.mt.", "Pero, meta wieħed jidħol biex jirreġistra, ma jsibx l-għażla ta' liema ditta ta' vaċċin jixtieq jieħu!", "Għal li jista' jkun, ma aħniex ġejjin f'stat semi-dittatorjat hux?", "Għax, waqt li ittehid tal-vaċċin mhux obbligatorju, jidher li wieħed ma għandux għażla ta' liema ditta ta' vaċċin jieħu!", "Jien din qed noħodha bħala li l-Gvern ta' Malta lest li jieħu dan ir-riskju ikkalkulat fuq iċ-ċittadini tiegħu, basta ma jaqgħax lura fi-programm tal- vaċċinizzazjoni kontra il-COVID-19.", "Dan biex ikun jista' jibqa' jiftaħar li Malta hija l-aqwa fid-dinja?", "Nixtieq nistaqsi, anki permezz tas-site tiegħek jekk l-vaċċin ta AstraZeneca huwiex ħafna irħas min dik tal-Pfizer?", "Napprezza jekk l-awtoritajiet jaqraw din l-ittra tiegħi u jagħtuni kjarifikazzjoni.", "Grazzi"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/04/adrian-delia-jigi-oskurat-fuq-net-live/", "date": "2021-03-04T19:54:41+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ftit tal-jiem ilu, Dr. Adrian delia kien mistieden fuq NET Live biex jitkellem dwar il-kawża li huwa fetaħ.", "Robert Cremona, il-producer u l-preżentatur ta' dan il-programm stieden lil Adrian Delia fl-istess ġurnata li fiha nstemgħet l-aħħar seduta tal-kawża dwar l-isptarijiet.", "Kulħadd għandu jaqbel li din hija kawża mportanti minħabba l-mod mill-aktar oxxen kif dawn l-isptarijiet ġew mgħoddija f'idejn il-barranin.", "Dak in-nhar Dr Delia tella' fuq il-pedana tal-qorti politiċi li kellhom jgħidu affarijiet u jistqarru l-verita' li jafu.", "Qed joħroġ b'mod ċar ħafna l-istalletti li taw lil xulxin dawn il-politiċi f'pożizzjoni għolja fil-Gvern Laburista.", "Ħalli nitfgħu kollox fil-perspettiva.", "Din hija kawża li tinteressa mhux biss lin-Nazzjonalisti imma hija kawża ta' importanza nazzjonali u tolqot nies direttament ta' kull kulur politiku.", "Din hija kawża li qed tiġi segwita mill-Maltin u l-Għawdxin kollha ta' rieda tajba u li verament iridu sptarijiet tal-għola livell.", "X'ġara f'dan il-program?", "Dr Delia ġie offrut ħin limitat.", "Huwa pprova, fil-ħin limitat li kellu, jispjega dak li sirna nafu fl-aħħar seduta tal-qorti.", "Anke Dr Delia stess stqarr li hemm ħafna iżjed informazzjoni li jrid jispjega imma l-preżentatur beda jgħidlu li l-ħin huwa limitat.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lil Robert Cremona.", "Min hu l-persuna fil-Partit li tak l-ordni biex toffri ħin limitat lil Dr Delia biex ifiehem x'qed jiġri f'kawża li tinteressa lill-poplu kollu?", "Imma kif jista' jkun li ma tagħtux każ li propju dakinhar stess il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne żvela li l-affarijiet kienu qed isiru fl-OPM minn wara daharu?", "Fuq kollox, iċ-ċirasa fuq il-kejk ġiet wara.", "Wara li Dr. Delia deher fuq dan il-programm, Dr Said biex jirrepeti narrattiva li ilu jħambaq fuqha xhur sħaħ.", "Għalkemm Robert Cremona pprova jistaqsi mistoqsijiet biex forsi nkunu nafu xi ħaġa ġdida, Dr Said ma qal xejn ġdid.", "Jidher ċar li hemm min qed jibża' minn Dr Delia u ma jridx iħallih jispjega bid-dettal kollu informazzjoni taħraq dwar kawża nazzjonali.", "Is-sentiment huwa li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti ordnijiet biex ikun oskurat l-ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Din mhix kwistjoni ta' bilanċ.", "Jekk dan sar biex jinħoloq bilanċ intern, allura għandu għax jinkwieta l-Partit Nazzjonalista.", "Fuq l-istess stazzjon tal-Partit Politiku ma hemmx lok li tistieden deputat tal-fazzjoni opposta biex taparsi toħloq bilanċ.", "Dan kien biss disservizz lejn il-partitarji Nazzjonalisti.", "Kienet wisq ovvja li xi ħadd ma riedx li jurta lill-fazzjoni ta' kontra Delia u b'hekk, meta saru jafu li ser jidher Adrian Delia, riedu malajr malajr jibbilanċjaw, mingħalihom, u ġabu lil Chris Said biex ma qal xejn ta' interess partikolari.", "Qal li f'Għawdex hemm entużjażmu kbir kull meta jzur il-gżira Għawdxija il-Kap Bernard Grech.", "Aħjar dan il-kliem ma qalu xejn għax aktar deher ċar li qed jgħidu biex ikun ta' bilanċ għal dak li beda jgħid Adrian Delia f'dan il-programm.", "Il-verita' hija li hu qed jikkontrolla l-laqgħat kollha li jsiru f'Għawdex u kull laqgħa f'Malta bħal eżekuttiv u grupp parlamentari.", "Deher ċar li din kienet mossa biex Adrian Delia ma jieħux kredtu tax-xogħol siewi li qed jagħmel fil-kawża kontra l-Vitals."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/04/jason-azzopardi-ma-jistax-juza-l-parlament-ghall-interessi-tieghu/", "date": "2021-03-04T06:58:52+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Huwa disgustanti u inaċċettabbli li deputat fil-parlament juża ħin din l-istituzzjoni biex iressaq argumentazzjoni, jesponi ħsibijietu u jinżel fuq livell personali ta' nies li m'għandhom xejn x'jaqsmu mal-parlament.", "Jien ma nistax nifhem kif Partit iħalli membru parlamentari tiegħu juża ħin tal-partit fil-parlament biex jitkellem fuq xi persuna individwali.", "Jekk isir hekk ikun qed jitwassal messaġġ li l-parlament sar estensjoni tal-kwartieri ta' xi partit jew ieħor.", "Waqt aġġornament it-Tlieta 2 ta' Marzu 2021 qam deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, u esprima l-opinjoni tiegħu fuq suġġett totalment personali fuq persuna individwali li kellha każ li jmur lura għal 2013.", "B'liema dritt dan id-deputat iqum jitkellem fuq każ li jista' jitqies bħala wieħed ta' natura amministrattiva u jagħmel dan billi juża ħin preżżjuż tal-partit tiegħu?", "Veru li l-aġġornament jittieħed minn deputat u għandu l-fakulta li jitkellem fuq dak li jrid.", "Imma tmur kontra kull loġika li fil-parlament naslu biex nesponu ideat fuq każ indiviwali u partikulari li ma għandu x'jaqsam xejn max-xogħol parlamentari u mal-fakulta' li għandu membru parlamentari biex jiddiskuti xi ħaġa purament politika.", "X'għandu x'jaqsam mal-parlament każ ta' persuna privata li seta' għadda minn xi sfortuna?", "Dan huwa ħin li kull Partit u kull membru għandu juża biex iressaq argumenti, jikkritika, jesponi xi ħaġa li ma tkunx sejra sewwa jew ukoll biex iressaq ħsibijiet fejn jista' jsir titjieb għal ġid tal-kostitwenti tiegħu jew tal-poplu ġenerali.", "Imma jien ma nħossx li partit, hu liema hu, għandu jħalli membru parlamentari tiegħu jagħmel diskors fuq persuna partikulari li jista' jkun ukoll klijent tiegħu.", "Dan mhux biss huwa ħela ta' ħin tal-parlament imma huwa nuqqas kbir lejn il-Partit li jippreżenta u serq sfaċċat ta' ħin minn deputati oħra u mill-partit tiegħu stess.", "Kollox għandu postu u ħinu.", "Id-dixxipplina hija sabiħa kullimkien.", "Ir-regolamentazzjoni hija neċessarja.", "Id-diskussjoni hija mportanti.", "In-nuqqas ta' qbil għandu jkun evidenti.", "L-argumentazzjoni għandha tkun professjonali.", "Imma l-ħela ta' ħin ma hu tajjeb għal ħadd, aħseb u ara kemm nistgħu nippermettu ħela ta' ħin fl-għola istituzzjoni ta' pajjiżna, meta diġa nafu li l-ħin għad-diskussjoni parlamentari hija diġa limitata.", "Il-parlament għandu jkun il-post li jitlob l-għola livell ta' kredibilita'.", "Żelqiet bħal dawn għandhom ikunu evitati.", "Jekk le, il-parlament nistgħu nibdlulu postu ma' xi teatru fejn nirreċtaw jew nimterpretaw drammi traġiċi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/04/il-prim-ministru-zelaq-fin-nixef/", "date": "2021-03-04T06:55:45+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-Parlament huwa l-għola istituzzjoni li għandna fil-pajjiż.", "Huwa hemm fejn jiġu diskussi l-liġijiet.", "Dawn id-diskussjonijiet għandhom dejjem iżommu livell ta' l-għola kwalita' u qatt ma għandhom jitħallew jaqgħu f'livelli miżeri u meskini.", "Din il-ġimgħa esperjenżajna okkażżjonijiet fejn deher li l-parlament ħalla esponenti jirredikulaw din l-istituzzjoni tant prestiġjuża.", "Jiddispjaċini ninnota li din id-darba, kien il-Prim Ministru li żelaq fin-nixef.", "Dan meta il-Prim Ministru qal li fi ftit siegħat oħra ser toħroġ aħbar fuq membru ieħor fil-parlament min-naħa opposta.", "Meta smajt hekk ħassejtni nistħi.", "Stħajt mhux għaliex kien ser jikxef membru tal-oppożizzjoni jew kien ser jgħid xi ħaġa fuq Jason Azzopardi.", "Lil Azzopardi nikritikah ħafna.", "Biss xorta, il-Prim Ministru ma jistax jaqa' fuq dan il-livell fil-Parlament.", "Prim Ministru ma jista' jinżel għal-livell ta' ġurnalist (bir-rispett kollu lejn il-ġurnalisti) u qisu jħabbar scoop.", "Meta jagħmel hekk ifisser li l-Prim Ministru jkun tilef l-argumenti kollha li kien qed iressaq.", "Il-Prim Ministru jrid jiftakar li qiegħed fl-għola istituzzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Meta Prim Ministru jaqa' f'dak il-livell ta' vendikazzjoni kontra membru tal-parlament ieħor biex forsi jieħu xi vantaġġ politiku, għalija ikun waqa' f'livell disgustanti u ma jkunx dehen li jissejjaħ Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru għandu jħalli l-iscoops joħorġu minn min għandu joħroġhom u l-Prim Ministru għandu jżomm id-dekor tiegħu.", "Il-Prim Ministru jrid jiftakar li jkun fejn jkun qed jirrapreżenta lill-pajjiż u ma jista' qatt u mkien jwaqqa' l-pożizzjoni tiegħu għar-redikolu.", "Il-Prim Ministru għandu responsabilita' kbira f'kull ħaġa li jagħmel.", "Il-Prim Ministru jrid jiftakar li isem pajjiżna mhux qiegħed fl-għola grad, fejn kollha kemm aħna nixtiequh.", "Mela ma għandux ikompli jkasbru b'għemilu, imma jkun responsabbli u jġorr il-piż tal-pożizzjoni tiegħu b'dinjita'."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/13/roselyn-borg-knight-tilbes-il-korazza-u-tmur-ghall-glied/", "date": "2021-04-13T07:07:18+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ, is-segretarju tal-Partit Nazzjonalista, Roselyn Borg Knight kitbet artiklu fuq il-Malta Today dwar is-survey li ħareġ il-Ħadd li għadda fuq il-partiti politiċi.", "Minbarra li Borg Knight hija s-segratarju internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, hija wkoll kandidata għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Fil-kitba tagħha, Borg Knight ma mpurtahiex mill-akkwist ta' xi vot.", "Anżi wżat dan l-artiklu biex tagħti tbeżbiża lill-Partit tagħha stess.", "Fi kliem ieħor libset il-korazza u marret għall-attakk.", "Persważ li l-amminstrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ser tieħu nota u ma għandix dubbju li ser jippruvaw jikkontatjawha u fuq kollox jibgħatu għaliha.", "Jekk isir hekk, jekk mhux diġa sar, jikkonfermawli dak li ilni naħseb u nikteb dwar il-Partit Nazzjonalista li qed jgħix fl-La la land.", "Il-Partit Nazzjonalista qed ikun pjuttost ewforiku wara l-ħruġ tas-surveys għaliex qed jaħseb li qed jagħmel xi passi żgħar li 'l quddiem.", "Dawn il-passi qed jaħsibhom passi ta' ġgant meta fil-verita' mhux mixi 'l quddiem iżda qed iżappap u ma hu qed jiggwadanja xejn.", "Aqraw x'kitbet din il-kandidata mimlija kuraġġ lejn il-Partit Nazzjonalista:", "Nifraħ lil Roselyn Borg Knight għad-dikjarazzjoni tagħha.", "Nifirħilha għall-kuraġġ li uriet bil-kitba tagħha.", "Ngħidilha li l-kitba hija espressjoni ta' realta', li sejħet dak li hu abjad abjad u dak li hu iswed iswed.", "Nawguralha fil-mixja tagħha lejn l-elezzjoni u nħeġġiġha tkompli tgħaddi messaġġi li jirreflettu r-realta' u mhux ix-xewqat.", "Forsi mhux bilfors naqbel magħha ta' x'għandha tkun din ir-realta' ġdida u kif għandhom ikunu attirati ż-żgħażagħ lejn il-Partit Nazzjonalista.", "Imma xorta naħseb li diskors bħal dan iwassal biex il-Partit Nazzjonalsita jakkwista u mhux jitlef voti.", "In-nies iddejqu jisimgħu kliem fil-vojt mill-għola persuni fit-tmexxija.", "Il-kitba ta' Borg Knight tant hija veritiera u persważiva li żgur tattira s-sosten tan-nies.", "Kliem bħal dan hu xaqq ta' dawl għall-Partit Nazzjonalista.", "Forsi jiftaħ għajnejh u jirrealizza li mhux kull ma ileqq huwa deheb.", "Forsi jirrealizza li hemm bżonn kbir li l-Partit Nazzjonalista iniżżel saqajh mal-art.", "Forsi jifhem li hemm bżonn li l-Partit Nazzjonalista jattira lura lil dawk diżappuntati b'dak li ġara f'dan l-aħħar xhur (li huma ħafna).", "Forsi jibda iressaq lejh dawk li tbiegħdu mill-Partit Nazzjonalista qabel l-2013 u anke wara (li huma iżjed).", "Kulħadd għandu dritt jikkritika lil min jikteb.", "Persważ li Dr Borg Knight ser taqla' ħafna minn din il-kritika negattiva.", "Ngħidilha li dawk li ser jikkritikawha mhux qed jaraw dak li hu tant ċar.", "Huma nies li forsi fdaw it-tmexxija f'min ħasbu li ser jagħmel il-mirakli.", "Ħasbu li għax jinbidel il-Kap ser tissolva l-problema.", "Dawn l-istess nies jaħsbu li s-survey mhux importanti u huwa biss snapshot allura ma jagħtuhx l-importanza li jixraqlu.", "Huma l-istess nies li jaħsbu li kull ma jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa spirat biss mis-sewwa.", "Huma nies li jdaħħlu rashom fir-ramel u ma jerfawhiex qabel il-ġurnata tal-elezzjoni u ovvjament ma jkunu fehemu xejn.", "Naqbel ma' Borg Knight li l-politika tal-Partit trid tiġġedded ħa toffri proposti u alternattivi sodi, innovattivi u dehenji.", "Naqbel ukoll ma' viżjoni relevanti u b'uċuh ġodda.", "Uċuh ġodda ma jfissirx xi ħadd li kien back bencher sal-2013 ma għandux jibqa' jagħti sehemu speċjalment jekk kien imwarrab f'dak il-perjodu.", "Meta ngħid li għandhom jitwarrbu l-antiki jew id-dinożawri nkun qed nfisser dawk kollha li kellhom x'jaqsmu ma' l-igvernar arroganti mill-Partit Nazzjonalista sal-2013 u allura baqgħu hemm anke fl-2017 u b'hekk għadhom hemm sal-lum.", "L-elettorat qed jagħmililhom ċara – intom li kontu parti mid-deċizzjonijiet fil-kabinett u oħrajn qrib tiegħu sal-2013, u rajtu n-nies dubbien, warrbu.", "Għamlu l-wiesa'.", "Grazzi ta' xogħolkom imma issa ħudu mhux pass wieħed lura imma mija.", "Dawn jafu minn huma.", "Dawn jafu x'qed jgħid is-survey.", "Dawn jafu li żmienhom għadda.", "Dawn jafu li twarrbu ħafna votanti Nazzjonalisti minħabba fihom.", "Mela inutli dawn l-istess nies jibqgħu jwaħħlu f'ħaddieħor.", "Persważ li l-unika possibilita' li fadallu l-Partit Nazzjonalista hija b'nies, li bħal Borg Knight, 'call a spade a spade'."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/12/political-frame-up-jew-trabokk/", "date": "2021-04-12T20:59:20+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Tony Bezzina qed jgħid li huwa vittma ta' political frame-up fuqu.", "Dan qalu lill-ġurnalisti wara li ħareġ minn erba' siegħat ta' interrogazzjoni mill-pulizija.", "Hu qed jgħid dan fir-rigward tal-akkużi li l-pulizija ser tkun qed tmexxi kontra tiegħu minħabba li qed ikun akkużat li fl-2012, huwa wża ħaddiema tal-Gvern fuq xogħol fil-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq.", "Jien mhux ser nidħol fuq dan il-każ anki jekk nara ftit stramba li issa l-pulizija qed tinvestiġa dan il-każ li seħħ fl-2012 u mbagħad, serq ta' propjeta' tal-Gvern f'Għajn Dwieli, li dwarha d-Dipartiment tal-Artijiet kien għamel rapport lill-pulizija fuq fl-2013, għadna ma nafu xejn fuqu.", "Biss verament Tony Bezzina hu vittma ta' frame-up jew huwa vittma ta' trabokk minn sħabu stess, għaliex hemm min irid jeħles minnu fil-Partit Nazzjonalista?", "Qed ngħid dan għax jekk verament l-economic crime unit tal-pulizija qed jinħlew wara każ li seħħ disa' snin ilu fuq allegatament użu ta' ħaddiema tal-gvern, verament ma tantx għandhom xogħol f'dan id-dipartiment!", "S'intendi sakemm ma hemmx stejjer oħra li aħna ma nafux bihom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/12/ghaliex-il-partit-nazzjonalista-mhux-qed-jemmen-in-narrattiva-ta-jason-azzopardi-dwar-carmelo-abela/", "date": "2021-04-12T17:30:45+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Nhar il-Ġimgħa 9 ta' April 2021, it-Times of Malta qaltilna u preżentatilna post ta' Jason Azzopardi fil-konfront tal-Ministru Carmelo Abela.", "F'dan il-post Jason Azzopardi qed jgħid li aħjar tkun fuq il-qabar ta' Kristu milli tkun imdaħħal f'xi heist fuq l-HSBC.", "Azzopardi, li hu magħruf ħafna għad-diskorsi li jagħmel il-parlament, allura jutilizza l-privileġġ parlamentari, din id-darba kiteb dan kollu fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu.", "L-indikazzjoni ta' dan kollu turina li din id-darba Azzopardi fetaħ bieb għal xi libell jekk ikun qed jitkellem żejjed.", "Fil-fatt fl-istess ġurnata, jiġifieri l-Ġimgħa, Carmelo Abela fetaħ il-qorti b'urġenza u ressaq libell kontra Jason Azzopardi.", "M'hiniex ser nidħol fuq id-diskors li qal Azzopardi u lanqas għalfejn Abela ħass li jirrispondi b'dak il-mod permezz tal-qorti, anki jekk irrid ngħid li Azzopardi qagħad attent kif iqiegħed il-kliem.", "Imma nixtieq niġbed l-attenzjoni li din kienet informazzjoni jew allegazzjoni pjuttost serja.", "Apparti minn hekk dan kollu qalu membru tal-parlament tal-Partit Nazzjonalista kontra Ministru tal-Gvern Laburista.", "Naħseb li ġibdet l-attenzjoni mhux biss tat-Times of Malta imma ta' ħafna aktar media houses, portals u bloggers fil-pajjiż.", "Oħroġ il-għaġeb din ma kienetx daqstant importanti għall-media house tal-istess Partit Nazzjonalista.", "Tant hu hekk li meta tfittex fil-portal ta' din l-kamra tal-aħbarijiet ma ssib assolutament xejn.", "Naħseb li tinħass bħala xi ħaġa tassew kurjuża kif figura daqstant prominenti u mportanti fil-Partit Nazzjonalista, joħroġ bi stqarrija tant b'saħħitha, imma tiġi maqbuża mill-ġurnalisti tal-istess Partit ta' Jason Azzopardi.", "Hawn xi ħaġa li ġġagħlek titħasseb u tistaqsi, x'inhu għaddej bejn Jason Azzopardi u l-Partit Nazzjonalista permezz tal-ġurnalisti tiegħu?", "Kien hemm xi direttiva ġejja min-naħa tal-Partit Nazzjonalista?", "Kien hemm xi ordni minn xi ras kbira biex in-news portal tal-Partit jitbiegħed minn din l-istorja tant taħraq li spiċċat il-qorti?", "Ftit tal-ġranet ilu qrajna li fil-bini tal-parlament jew fil-viċinanzi kien hemm diskussjoni bejn Jason Azzopardi u wieħed mill-ġenerali ta' madwar Bernard Grech.", "Mill-informazzjoni li ħarġet sirna nafu li din kienet diskussjoni pjuttost imqanqla tant li meta Jason Azzopardi daħal il-parlament kien jidher li għadu mbaqbaq.", "Mid-dehra f'dik id-diskussjoni Jason Azzopardi talab b'mod assertiv li l-kamra tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista għandha tagħti importanza akbar lin-narrattiva tal-istess deputat.", "Jidher li Jason ma kienx kuntent min-nuqqas ta' importanza li kien qed jingħata meta jitkellem jew joħroġ b'xi aħbar partikulari.", "Fil-fatt din l-istorja dwar Carmelo Abela ħarġet wara u Net News ma tawhiex importanza tant li lanqas biss issemmiet.", "Ta' min jistaqsi, jekk hux il-każ li l-kamra tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalsita qed tnaqqas ir-rapurtaġġ tagħha fejn jidħol Jason Azzopardi għaliex mhux qed temmen in-narrativa ta' dan id-deputat?", "Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, il-Partit Nazzjonalista qed iqies lil Jason bħala liability?", "Tgħid għalhekk ma tħalliex joħroġ fuq l-għaxar distrett fejn qed joqgħod?", "Tgħid hemm min qed jimbotta l-ħsieb biex Jason Azzopardi ma jkunx kandidat fl-elezzjoni ġenerali li ġejja?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/12/joe-giglio-what-a-breath-of-fresh-air/", "date": "2021-04-12T15:46:10+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn korrispondent politiku Il-bieraħ rajt program fuq in-NET fejn kien hemm analiżi tal-gazzetti.", "Fost il-mistiednin kien hemm l-Avukat Joe Giglio.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta lil dan l-avukat bħala kandidat ġdid.", "Kien pjaċir għalija nisma' lil dan l-avukat jagħti spjegazzjonijiet fuq is-suġġetti diskussi b'mod tant realistiku.", "Mhux billi hu ser ikun kandidat għall-Partit Nazzjonalista ma smajniex kliem fieragħ fuq dak li qed jagħmel il-Partit.", "Ma smajniex min għandu xi tiġbid bin-numri tas-surveys li saru llum biex isebbaħ il-Partit tiegħu.", "Kien tassew realistiku u pożittiv fi kliemu u silet il-messaġġi li qed joħorġu mhux biss mis-surveys imma anki minn dak li inkiteb fil-gazzetti tal-ġurnata.", "Meta tkellem fuq is-surveys ma għamilx xi kummenti ewforiċi anzi qal mill-ewwel li skond il-Malta Today id-distakk qed juri 26,000 vot favur il-Labour.", "Waħda mill-affarijiet li qal dan l-avukat kienet li l-Partit Nazzjonalista ilu ma jkun fuq quddiem f'xi survey mill-2009.", "Dr Giglio staqsa l-mistoqsija, għaliex?", "Huwa staqsa x'domandi kien qed jagħmel internament il-Partit matul is-snin u x'domandi qed jagħmel issa.", "Silet punt mill-istess survey li 18% taż-żgħażagħ biss qed jappoġġjaw lill-PN.", "Huwa kompla b'mod raġunat u attwali li l-Partit għandu nuqqas bil-mod kif qed iwassal il-messaġġ tiegħu, tajjeb kemm hu tajjeb.", "Allura Dr Giglio ikkonkluda li l-Partit irid jaqra l-messaġġi tas-survey u jaġixxi fuqhom.", "Jekk il-Partit mhux iferrex il-messaġġ tiegħu biżżejjed irid ifittex is-soluzzjoni għaliha.", "Qal b'mod realistiku ħafna li l-Partit Nazzjonalista għad fadallu ħafna xogħol x'jagħmel.", "Kompla jgħid li dan is-survey qed jgħid lill-Partit biex ixammar il-kmiem u jaħdem iżjed.", "Dr Giglio qal b'mod skjett li l-poplu jaf ħafna dwar dak kollu, speċjalment dwar l-istejjer maħmuġa, li għaddejjin bħalissa f'pajjiżna.", "Mela skond dan l-avukat, għalkemm ma jistax iwarrab dak li hu għaddej, huwa aktar importanti li l-Partit Nazzjonalista jagħmel il-proposti tiegħu.", "Biss fuq il-punt tal-korruzzjoni, nixtieq ngħidlek Dr. Mercieca, li Dr. Joe Giglio għamel l-istess konklużjonijiet li int għamilt meta analiżżajt dawn is-surveys versu l-Partit Nazzjonalista, jiġifieri li d-diskors li qed isir dwar korruzzjoni mhux ser irebbaħ lill-Partit Nazzjonalista.", "Fuq kollox, Joe Giglio waqt dan il-programm irrefera għal paġna 7 tat-Times fejn tkellem fuq tliet proposti mill-mija li għamel il-Partit dwar it-turiżmu.", "Hawn wieħed irid isemmi l-kontribut siewi li qed jagħti f'dan il-qasam Robert Arrigo.", "Huwa emfasizza li dan hu xogħol importanti u jekk il-Partit irid javanza jrid ikomplu joħroġ bi proposti dejjem ġodda u nnovattivi.", "Dr Giglio qal li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien partit kbir imma wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista jħares kif ser ikun Partit akbar.", "Dan hu punt ieħor li inti semmejt Dr. Mercieca fl-artiklu tiegħek.", "Fil-fatt, Dr. Giglio semma wkoll li l-cluster groups imwaqqfa ftit xhur ilu reġgħu ġew imġedda.", "Din ukoll kienet idea innovattiva li permezz tagħhom il-Partit Nazzjonalista jista' jevolvi fil-ħsieb biex joħroġ b'messaġġi ġodda u b'viżjoni futuristika pożittiva.", "Dr Giglio għalaq l-intervent tiegħu b'messaġġ pożittiv", "\" il-messaġġ tiegħi huwa dan.", "Jiena kburi li nifforma parti mill-Partit Nazzjonalista, kburi fuq kollox imma li jien Malti u bħala tali jiena persważ u konvint illi meta tiġi l-elezzjoni ġenerali l-Partit Nazzjonalista sejjer ikun qed iressaq 'l quddiem ideat u proposti vibranti, sbieħ u interessanti għax għandu l-kapaċita' li jagħmel dan, liema proposti jkunu effettivament qiegħdin jagħtu lill-elettorat għażla fejn il-Partit Nazzjonalista jista' jkun gvern alternattiv \".", "Joe Giglio anki tella' Facebook post fuq dan is-suġġett.", "Hemm punt wieħed li ninsab ċert li inti mhux ser taqbel miegħu – dan hu l-punt dwar dak li darba ktibt fuqu, jiġifieri dak ta' punitive society.", "Fuq il-paġna Facebook, Dr. Giglio qal li kien hemm nies li ġa marru l-ħabs b'referenza għall-arresti li saru.", "Joe Giglio hu avukat tal-kriminal u b'hekk aktar minn ħaddieħor irid joqgħod attent kemm jinżel għar-retorika politika ta' Jason Azzopardi.", "Il-preżenza ta' persuni fil-ħabs ma għandhiex tintuża bħala għodda politika, aktar meta dik il-persuna jew dawk il-persuni għad ma hemmx kundanna definittiva fuqhom.", "Naħseb li bħala avukat tal-kriminal, din il-frażi li kiteb ser tiġi lura, kif jgħidu bl-Ingliż \"to haunt him\"."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/12/chris-said-ikkonferma-li-hiereg-kandidat/", "date": "2021-04-12T06:45:43+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Chris Said għadu kif tella' post fuq Facebook biex jħabbar li ħiereġ kandidat mal-Partit Nazzjonalista.", "Forsi tgħidu għala din hija aħbar importanti.", "Fil-politika, id-diskors bħaċ-ċirasa.", "Din l-aħbar issir importanti ħafna għaliex f'waħda mil-laqgħat tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kien qal li mhux ħiereġ.", "Persuna li kienet f'dik il-laqgħa kitbitli u qaltli li f'din il-laqgħa partikolari, Claudio Grech kien qal xi ħaġa hekk,", "\"lilna li konna hemm fit-telfiet kbar li kiseb il-Partit Nazzjonalista, il-poplu wriena b'mod ċar ħafna li aħna l-kandidati sedenti fil-parlament minn dak iż-żmien, għandna nieħdu pass lura.\"", "Kienet qamet diskussjoni sħuna mhux ħażin bejn diversi membri.", "Fil-fatt tant saħnet il-kamra bid-diskorsi b'livell emozzjonanti ħafna, li ħin minnhom Dr Chris Said instema' jgħid li kull ma jagħmel hu donnu kollu ħażin.", "Il-kontest ta' dan kollu kien meta waslet biex tinqara' lista ta' kandidati konfermati għall-elezzjoni ġenerali.", "Dak iż-żmien kien jidher ċar li l-għażla tal-kandidati kienet f'idejn Chris Said.", "Tant saħan Dr Said li nstema' jgħid li ismu mhux fuq dik il-lista u mhux ser ikun u telaq il-barra.", "Dak il-ħin dawk preżenti kollha fehmu li Dr Chris Said mhux ser ikun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Din kienet dikjarazzjoniji li baqgħet mmarkata f'moħħ din il-persuna li bgħattitli din l-istorja.", "Din il-persuna kompliet tgħidli:", "\"Fil-fatt f'qalbi kont għidt.", "Ara dan ser joqgħod jilgħabha tal-prima donna issa.", "Qed jagħmel hekk biex ftit qabel l-elezzjoni l-Partit jgħidlu li kellu bżonnu fuq it-tlettax id-distrett.", "U altaparsi joħroġ ta' eroj.", "Fil-fatt ma kontx żbaljat wisq.", "Ftit tal-ħin wara l-atmosfera kkalmat mhux ħażin.", "Dak il-ħin Francis Zammit Dimech għamel dikjarazzjoni oħra li wkoll kienet impressjonatni.", "Wara dak li qal Claudio Grech u l-battikata li ħa Chris Said, is-Segretarju Ġenerali qal kif jista' jkun immorru għall-elezzjoni ġenerali mingħajr il-kandidatura ta' Claudio u ta' Chris?", "Konferma li Zammit Dimech ma kien fehem xejn minn dak li qal Claudio Grech qabel.", "Sal-lum, jekk m'inhiex sejjer żball, għadna ma smajniex li Claudio Grech huwa konfermat kandidat għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.\"", "Minħabba din l-istorja, il-konferma ta' Chris Said tieħu importanza akbar.", "Nixtieq infakkar li hemm persuni fil-Partit Nazzjonalista li jippuntaw subgħajhom lejn Chris Said bħala r-raġuni għala l-Partit Nazzjonalista tilef it-tielet siġġu f'Għawdex."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/03/ghaliex-chris-cardona-iwa-u-keith-schembri-le/", "date": "2021-03-03T12:26:34+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["L-ex-membru tal-parlament, ex-deputat Prim-Ministru Chris Cardona stqarr li hu ma kienx ġie interrogat mill-puluzija taħt arrest.", "Minħabba f'hekk l-avukat tal-familja Caruana Galizia u anki li kien tal-Għaqda Repubblika, Jason Azzopardi akkuża lil Chris Cardona li gideb mal-ġurnalisti meta qal li mhux veru li l-puluzija interrogawh taħt \"caution\".", "Fil-fatt, Azzopardi kiteb hekk fuq il-facebook wall tiegħu: \"Cardona you are a liar.", "Azzopardi kien irrabjat ħafna għal Cardona li qal lill-ġurnalisti tat-Times of Malta meta dawn saqsewh mistoqsijiet fuq kif saret din l-interrogazzjoni.", "Hawnhekk bla ma trid tistaqsi mnejn ġab din l-informazzjoni Jason Azzopardi?", "Jien qed nassumi li din l-informazzjoni hija minnha.", "Ma hemmx dubju li Azzopardi bħala avukat jaf id-differenza bejn tkun interrogat taħt 'caution' jew twissija u le.", "Biss hemm aktar minn hekk wara din l-istqarrija.", "Fi kliem ieħor, għalfejn Jason Azzopardi għamel dan l-attakk feroċi fuq Chris Cardona li saħansitra għajru giddieb?", "Jekk wieħed jgħid li dan għamlu għaliex għandu l-każ ta' Daphne għal qalbu, ngħidlu għaliex Azzopardi ma kitibx bl-istess qawwa meta Keith Schembri iddikkjara li hu ma għadux fuq police bail?", "Għalhekk nispera li Azzopardi mhux qed itina x'nifhmu li qed jagħmel huwa biss biex jgħatti għal Keith Schembri?", "B'dak li kiteb Azzopardi bħala attakk qawwi fuq Cardona qisu qed jagħti ħafna kredibilita' dak li nkiteb minn Keith Schembri f'dik l-ittra famuża li Keith Schembi kiteb u li għadda lil Yorgen Fenech tramite t-tabib Vella.", "Bla ma trid tibda tagħmel ċertu paraguni.", "Mela kif tkellem Cardona ħareġ jattakkah u jgħajru b'kemm għandu saħħa.", "Imma imbagħad meta Keith Schembri ħareġ jgħid li m'għadux aktar taħt police bail, Azzopardi baqa' b'ħalqu magħluq.", "Araw dak in-nhar Jason Azzopardi ma qal ebda kelma dwar dak li qal Keith Schembri.", "Lanqas indenja ruħu jagħmel xi post fuq dan il-fatt.", "Wieħed jistaqsi, għaliex fuq wieħed iva u l-ieħor le?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/11/is-surveys-tal-lum-juru-li-l-agenda-politika-tal-pn-hsara-biss-qed-iggib-lill-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-04-11T16:44:32+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum kien hemm żewġ surveys, wieħed fil-Malta Today u l-ieħor fit-Torċa.", "Dawn iż-żewġ surveys qablu bejnithom u b'hekk ser inkun qed nittrattahom bħala wieħed.", "Meta jsir survey jew surveys f'dan il-każ, dejjem jingħad li dawn huma snap shot ta' dik il-ġimgħa li matulha jkunu saru.", "Hekk hu.", "Issa dak li ħareġ minn dawn is-surveys ma hu xejn feliċi għall-Partit Nazzjonalista.", "Meta partit politiku jkollu, survey wara survey, li fih jibqa' jidher distakk li mhux qed jonqos, dan il-Partit politiku jrid almenu tipprova jirrejalizza li l-istrateġija li qed juża mhux qed taħdem.", "Ejja niftakru li dawn is-surveys saru f'dik il-ġimgħa li forsi wieħed irid jikkonsideraha bħala waħda mill-agħar ġimgħat li qatt għadda minnhom il-Partit Laburista kemm ilu fil-gvern.", "Din kienet il-ġimgħa li tatna aħbarijiet, speċjalment mill-qorti, li minħabba f'hekk kien mistenni li l-Partit Laburista suppost kellu jieħu l-ikbar tisbita fin-numri tas-surveys li ħareġ illum.", "Mela x'qed jindika dan is-survey speċjalment għall-Partit Nazzjonalista?", "Għalija dawn is-surveys ifissru ħaġa waħda.", "Jekk mingħalih il-Partit Nazzjonalista ser jirbaħ l-elezzjoni, grazzi għall-iżbalji għall-Partit fil-Gvern, għandu żball kbir ħafna.", "Illum is-surveys urewna b'mod ċar ħafna li f'ġimgħa tant kerha d-daqqa fuq il-vot Laburista kienet minima.", "Mela x'hemm ġdid f'dan is-survey?", "Il-Partit Nazzjonalista kellu bżonn jibda jitgħallem, li billi jaħli kull ħin preżentat lilu fuq kull medja possibbli billi jattakka b'mod sfrenat u kontinwu l-atti jew l-għemejjel tal-gvern, ma hu ser jasal imkien.", "Il-Partit Nazzjonalista nispera li jifhem li l-votant qed jibagħtlu messaġġ ċar ħafna li mhux ser jakkwista voti bil-kritika distruttiva lejn il-partit fil-gvern.", "Wasal iż-żmien li din il-kritika tingħata l-importanza li jixirqila, imma mhux li tiekol il-perċentwali massimu tal-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista.", "Il-poplu jaf minn x'hiex għaddej il-pajjiż.", "Il-poplu jaf x'qed jagħmel il-Partit fil-Gvern.", "Imma żgur li għadu ma jafx x'qed joffrilu l-Partit fl-Oppożizzjoni.", "Mela fejn hi l-għażla bejn il-fatti u l-azzjonijiet tal-gvern u l-viżjoni tal-partit fl-oppożizzjoni?", "Jidher ukoll ċar minn dawn is-surveys tal-lum li l-Partit Nazzjonalista għadu mhux qed jattira lura dawk l-eluf li fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali taw il-vot tagħhom lill-Partit Laburista.", "Jidher li l-Partit Nazzjonalista qed juża strateġija, kif diġa għidt, fuq korruzzjoni.", "Donnu nesa li fl-2017, il-Partit Nazzjonalista sofra telfa storika għax iddedika kampanja sħiħa fuq il-korruzzjoni u għal dak li kienet tiddettalu Daphne Caruana Galizia.", "Il-Partit Nazzjonalista ħaseb li billi ser jirkeb il-karru ta' Daphne Caruana Galizia ser jerbaħ l-elezzjoni.", "Dawn is-surveys qed juru biċ-ċar li din mhix ser tiġri.", "Anzi Daphne Caruana Galizia spiċċat mażżra m'għonq il-Partit Nazzjonalista.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Partit Nazzjonalista jrid jagħmel eżami sinċier tal-kuxjenza u jifhem li l-istrateġija adottata bħalissa mhux qed takkwistalu riżultati.", "Daphne Caruana Galizia mhux ser trebbħu elezzjoni.", "Mela s-surveys tal-lum qed jibagħtu messaġġ ċar.", "Nittama u nispera li jsir studju intern li jgħin biex il-Partit Nazzjonalsita joħroġ bi strateġija totalment differenti ħalli tassew f'dan il-pajjiż, l-elettorat ikun jista' jikkonsidera lill-partit fl-oppożizzjoni bħala partit alternattiv.", "Is-survey tal-lum qed juri biċ-ċar lill-Partit Nazzjonalista, li għalkemm il-Partit Laburista qiegħed fit-tieni leġislatura tiegħu u għadda minn dawn l-iskandli kollha, il-poplu għadu jqis lill-Partit Nazzjonalista bħala li mhux ippreparat biex jiggverna.", "Għall-kuntrarju l-Partit Laburista, għalkemm għandu biex jinkwieta, mhux qiegħed f'sitwazzjoni diżastruża daqstant.", "Dan qed ngħidu għax għalkemm kienet ġimgħa iebsa ħafna għalih, xorta t-tnaqqis li bata kien minimu.", "Mela t-triq il-quddiem għall-Partit Laburista hija ħafna eħfef minn dik tal-Partit Nazzjonalista.", "It-tajjeb tas-survey huwa li qed jiġbed widnejn iż-żewġ partiti u jikxfilhom għawwarhom mhux ħażin.", "J'Alla ż-żewġ partiti janalizzaw tajjeb dan is-survey u jikkonsidraw jaħdmu aħjar u dan nixtiequ għax ir-rebbieħ ta' dan kollu jkun biss il-poplu Malti u Għawdxi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/11/verament-fdan-il-pajjiz-ghandha-media-tal-bigilla/", "date": "2021-04-11T09:18:58+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Mela llum naqraw li seba' media ngħaqdu flimkien minħabba d-deċizzjoni tal-maġistrata Rachel Montebello li tqiegħed lil The Times u xi media oħra taħt contempt of court jew disprezz lejn il-qorti.", "Tajjeb.", "Ma għandix problema b'dan.", "Biss trid tkun ipokrita biex titkellem issa.", "Għala din l-istess media ma tkellimtx qabel meta kien hemm każijiet simili?", "Ara meta l-istess Maġistrata qegħdet lili taħt contempt of court jew disprezz lejn il-qorti, hemmhekk id-diskors kien differenti.", "Hemmhekk id-diskors kien kemm hija tajba l-maġistrata u sew għamlet ħalli jien nitgħallem.", "Hemmhekk ma kienx hemm l-ebda leħen ta' solidarjeta'.", "Anzi l-ilħna kienu ta' ħdura u saħansitra kien hemm min talab lir-rettur tal-universita' biex inkun investigat u kien hemm minn talab li anki nitkeċċa!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/02/ic-chicken-jason-azzopardi/", "date": "2021-03-02T20:33:00+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Mela fil-parlament, Jason Azzopardi tkellem fuq frame-up li allegatament sar fuq uffiċjal tat-taxxa.", "F'dan il-frame-up jissemmu persuni bħal kummissarju Gafa u anki l-kap taċ-Ċivil.", "Mhux ser nikkummenta fuq il-każ għax ma nafux.", "Biss mbierek Alla, hawn la The Times u l-anqas il-Malta Today, li ġabu din l-istorja, ma akkużaw lil Jason Azzopardi li hu conspiratory theorist għaliex jitkellem fuq frame-up!", "Biss dak li dejjaqni f'din l-istorja huwa l-fatt li Jason Azzopardi tkellem fuq dan il-fatt fil-parlament, jiġifieri tkellem bil-privileġġ parlamentari.", "Infakkar lil Jason Azzopardi li ġejt infurmat li darba fil-parlament għamel diskors anki kontra tiegħi minħabba l-artikli li kont qed nikteb.", "Dak li nista' ngħid li jien bqajt impressjonat meta fis-snin tmenin, l-ex-Ministru Laburista, Lorry Sant, kien għamel diskors fil-parlament kontra persuna li ma kienetx fil-parlament.", "Bir-raġun, din il-persuna kienet sfidat lil Lorry Sant biex jirrepeti dak li qal fuqha fil-parlament barra mill-parlament.", "Lorry Sant qatt ma rrepeta dak li qal fil-Parlament barra mill-parlament.", "Infakkar li meta deputat jitkellem fil-parlament hu protett mill-privileġġ parlamentari.", "Jiġifieri li jekk jgħid xi ħaġa li mhux minnha fuq persuna, dik il-persuna ma tistax tfittxu għal malafama.", "Illum nisfida lil Dr. Azzopardi jirrepeti dak li qal fil-parlament barra jekk irid ikun kredibbli.", "Nisfidah ukoll li jekk qal xi diskors fuqi, jerġa' jgħidu barra mill-parlament.", "Jekk le, dak kollu li jien, bħala żagħżugħ iġġilidt għalih fis-snin tmenin, qed narah isir suf mill-istess partit li jiftaħar li hu t-tarka tad-demokrazija.", "Spiċċajt nara lil dak il-partit li ġġieled kontra dawn il-ħniżrijiet fil-parlament, fejn deputati jistgħu jitkellem kontra persuni fil-parlament għaliex jafu li għandhom il-privileġġ tal-immunita parlamenti qegħdin illum jagħmlu l-istess.", "U dan id-deputat Nazzjonalista, il-paladin tal-isqfijiet spiċċa juża l-privileġġ parlamentari biex jattakka n-nies.", "Jekk mhux chicken, jgħid l-istess kliem li jgħid fil-parlament anki barra mill-parlament."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/02/il-grazzja-ta-alla-u-r-radju-tal-isqfijiet/", "date": "2021-03-02T16:34:07+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kumment minn osservatur politiku Waqt program li kellu ma' Andrew Azzopardi fuq ir-radju tal-knisja, il-kirurgu Kevin Cassar qal kliem f'dan is-sens \"għall-grazzja ta' Alla l-Partit Nazzjonalista ħeles minn Adrian Delia\".", "Issa dan Cassar huwa kirurgu.", "Mhux ser nitkellem fuq xogħlu.", "Biss ngħid biss li din l-istess media kienet għamlu għaġeb kontriek, Dr. Simon Mercieca, talli għidt li ħaqq Alla mhux dagħwa.", "Imma biex nużaw il-media tal-Knisja biex nirringrazzjaw lil Alla għax tneħħa politiku saret xi ħaġa tajba.", "Illum, Kevin Cassar imdaħħal fil-politika.", "Forsi d-dinastija Fenech Adami ħajritu jidħol fil-politika .", "Sa hawn ma hemm xejn ħażin.", "Biss ser ikolli nfakkar lil dan il-kirurgu li meta hu resaq lejn il-familja Fenech Adami, dak iż-żmien twerċu ftit għajnejn.", "Għalhekk dejjem ngħid li min jerfa' għaptu għandu x'ixomm.", "Irrid infakkar li dan il-kirurgu li l-avviċinanza tiegħu lejn id-dinastija Fenech Adami kien ser ikollha effett ikrah anke fuq il-pajjiż.", "Iż-żwieġ tiegħu mat-tifla ta' Eddie kien għoddu wassal għar-riżenja tal-istess Eddie Fenech Adami.", "Hawn nuża l-kliem \"għall-grazzja ta' Alla\" li Eddie ma rreżenjax.", "Imma din mhux ser nużaha biex nifraħ li l-Partit ħeles minn Dr Adrian Delia.", "Għandna għax nirringrazzjaw lil Alla għax Eddie baqa' jmexxi lil pajjiżna u għall-ġid kollu li għamel għalkemm forsi mhux kulħadd jaqbel miegħi.", "Kulħadd għandu d-dritt għall-opinjoni tiegħu.", "Biss illum hemm il-cabal Fenech Adami.", "Hawn trid issir distinzjoni bejn Eddie Fenech Adami u dan il-cabal li nħoloq bl-isem ta' Fenech Adami.", "Il-cabal Fenech Adami kellu effett kbir fuq Cassar għax spiċċa ħareġ fl-aħħar mumenti għall-elezzjoni fl-2017 taħt it-tmexxija Simon Busuttil.", "Illum nissuspetta li sar parti minnu.", "Ma ninsewx li dak iż-żmien wieħed mill-viċi-kapijiet tal-Partit Nazzjonalista kien ħu l-mara tiegħu, Beppe.", "Tgħid kienet il-konvinzjoni ta' Beppe li wasslitu biex joħroġ għall-politika?", "Għalhekk nixtieq nistaqsi mistoqsija diretta lil Kevin Cassar.", "X'għamillek lilek personali Adrian Delia?", "Għamillek xi azzjoni ħażina fuq livell personali?", "Għalfejn din il-ħdura kollha lejn persuna li pprova jagħmel il-ġid lill-Partit u jnaddaf lill-istess Partit mill-ħakma kerha li għandha fuqu klikka perikuluża?", "Għalfejn qed tattakka tant bl-ikrah lil Adrian Delia mingħajr ma tgħidilna jew tillistjalna x'għamel ħażin fit-tlett snin ta' tmexxija tiegħu?", "Nispera li mhux ser tkompli fuq in-narrattiva ta' ħu l-mara tiegħek Beppe jew agħar fuq in-narrattiva ta' Daphne Caruana Galizia.", "Tinsiex li dan l-ex-viċi kap qal quddiem il-grupp parlamentari, bl-iskop ċar biex jagħmel ħafna ħsara lil Dr Adrian Delia, li Dr Delia ma kienx il-kap tiegħu.", "Tgħid x'kont tagħmel int kieku sirt taf meta irfist l-għadba ġewwa Main Street Birkirkara, li kien hemm xi membru parlamentari li lill-kunjatu tiegħek qallu li Dr Eddie ma kienx il-kap tiegħu?", "Tgħid kont tattakka lill-kap jew lil min qallu li ma kienx iħares lejn Eddie bħala l-kap?", "Ma jfissirx li la tħallat mal-cabal Fenech Adami trid bil-fors tilagħba tal-politiku.", "Wisq nibża li l-informazzjoni li int qed tiġi mitmugħ hija dik li ġejja mill-cabal tiegħek stess.", "Issa kulħadd jaf fejn waslu ħut il-mara tiegħek.", "Wieħed ta lil Partit Nazzjonalista l-akbar tkaxkira li qatt kellu bħala viċi-kap.", "L-ieħor idur minn post għall-ieħor u xi darba nistaqsuh x'riżultati għandu x'juri ta' xogħolu, kien fejn kien.", "Infakkrek biss li meta Daphne Caruana Galizia kitbet dak il-famuż artiklu fejn ferħet li miet Dom Mintoff, ħsara kbira ġarrab il-Partit Nazzjonalista.", "L-agħar li din il-politika ta' mibegħda llum qed tkun imxandra minn fuq ir-radju tal-Knisja Kattolika."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/11/laburist-mwegga-mill-partit-laburista/", "date": "2021-04-11T04:45:13+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ittra minn persuna ta' twemmin Laburista Għażiż Dr. Mercieca, Napprezza ħafna l-fatt li inti tagħti spazju lill-ilħna ta' persuni minoritarji bħali anki jekk naħseb li jien ma għadnix persuna waħdi.", "Naf li fil-Facebook Page tiegħek għandek ħafna Laburisti li jsegwuk.", "Jien laburist minn ġuf ommi biss waqt li qed nagħtik ismi u kunjomi napprezza li nibqa' fl-anonimat.", "Biss jien mweġġa' ħafna u naħseb li hemm ħafna laburisti bħali li huma mweġġajn.", "Weġġajt ħafna wara li smajt il-mexxej tal-partit tiegħi jitkellem u anki wara l-press conference li ta d-deputat-mexxej Daniel Jose Micallef.", "Segwejt b'interess kbir l-intervista li saret lill-Prim Ministru Robert Abela.", "Jidher ċar li lill-Prim Ministru riedu jdaħħluh fi trabokk permezz ta' dik l-intervista.", "Kif naraha jien, il-Partit Laburista qiegħed jibda jammetti, għallinqas, ftit mill-iżbalji tiegħu.", "Biss l-ikbar żball li għamel il-Partit Laburista kien il-mod kif ittratta Laburisti ġenwieni bħali.", "Aħna batejna taħt il-PN u wara dan iż-żmien kollu fil-gvern, baqgħet ma saritx ġustizzja magħna.", "Illum jien pensjonat.", "Dak kollu li tlift f'ħajti, ħadd issa ma jista' jagħtihuli lura.", "Nifhem li ssir ħafna pressjoni fuq il-partit u anki fuq il-Prim Ministru, imma illum qed nirrealizza li ma kienx hemm rieda ġenwina biex l-affarijiet jibdew jinbidlu bis-serjeta'.", "Ma riedx ninftiehem ħażin.", "Jien mhux kontra li ssir iktar pressjoni fuq il-Partit Laburista.", "Nifhem li wara dawn is-snin kollha jibda' jkun hemm il-problemi u dawn jibdew jidhru.", "Biss mhux sew il-pajjiż inħakem minn grupp ta' nies li ngħaqdu flimkien biex ikabbru il-ġid personali tagħhom mingħajr ma jagħtu xejn lura lis-soċjeta' ħlief kliem fieragħ.", "Dan hu dak li ġara fil-Partit Laburista bil-famuż moviment.", "Ma għandix dubju li ġew numru ta' Nazzjonalisti għax imweġġajn, biss ġew numru akbar, li kienu ilhom ipappuha taħt il-PN għas-skapitu tal-Laburisti u baqgħu jpappuha taħt dan il-Gvern għas-skapitu tal-istess Laburisti.", "Ara fuq dan, ħadd ma jrid jitkellem.", "Ara l-weġġgħat ta' dawn in-nies ma ġewx indirizzati mill-Prim Ministru meta kien intervistat.", "Forsi ħafna minn dawn il-Laburisti ma jmorrux fuq Facebook u jogħqodu ipeċilqu.", "Ħafna minn dawn il-Laburisti ma għandhomx aċċess dirett għall-Prim Ministru għaliex dejjem ittieħdu for granted.", "Ħafna minn dawn il-Laburisti qatt ma gawdew mill-ebda fondi tal-gvern anki jekk kien jistħoqqilhom.", "It-tajjeb hu li dawk li llum ma jistħoqqilhomx igawdu minnhom għandhom il-kapaċita' li jieħdu xorta waħda dawn il-fondi u kollox b'mod legali.", "Għalina l-Laburisti, din hija il-vera korruzzjoni li għandna f'dan il-pajjiż.", "Ma niddejjaqx li dawn igawdu mill-ġid kbir li ħoloq dan il-Gvern.", "Biss mhux sew li dan il-grupp qed igawdi għas-skapitu ta' ħaddieħor.", "U dan qed jagħmluh billi jkissru kull sens ta' meritorikrazija.", "Il-Laburisti veri fuq dan jimpurtahom.", "Imma fuq dan ħadd ma jrid jisma' l-weġġgħat tagħhom.", "Forsi tgħiduli imma mal-ħażin ma għandux jeħel it-tajjeb.", "Bl-ebda mod, il-Partit Laburista mhu juri sinjali li jrid jibdel il-kultura fejn il-kuntratturi li gawdew taħt in-Nazzjonalisti jibqgħu jmexxu dan il-pajjiż.", "Dawn għadhom b'linja diretta ma' Kastilja.", "Il-Laburisti ġenwieni iridu ġustizzja.", "Infakkar lill-Prim Ministru li huma batew taħt il-Gvern Nazzjonalista għaliex kienu kontra l-kultura li grupp żgħir ta' nies jaqbdu u jaħtfu kemm jifilħu għal gwadann personali tagħhom.", "Illum nemmen li jien u nies bħali twarrbu fil-Partit Laburista u qatt ma saret ġustizzja magħna għaliex qatt ma konna lesti naċċettaw, anki taħt dan il-gvern, li nkunu tapp ta' xi ħadd.", "Illum miegħi ġustizzja aktar ma tistax issir, għaliex jien penzjonat u dak li tlift f'termini ta' promotions etc. issa ħadd ma jista' jagħtihomli lura.", "Biss li tara l-Prim Ministru u deputat mexxej jitkellmu kif qed jitkellmu, aktar qed jitfgħu melħ fuq il-ferita' miftuħa tiegħi u ta' ħafna bħali."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/02/il-veru-qarnita-hija-dik-li-kissret-lill-partit-nazzjonalista/", "date": "2021-03-02T14:33:34+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ kellna protesta politika quddiem il-Parlament fejn fiha, numru ta' nies pprotestaw kontra dik li qed isejħu bħala l-qarnita tal-korruzzjoni u talbu li jinqatgħulha s-swaba' tagħha.", "Jekk wieħed jaħseb li din il-qarnita tinsab biss fuq in-naħa tal-gvern qed jagħmel żball kbir.", "Il-veru qarnita li trid tiġi meqruda hija dik li tefgħet lill-Partit Nazzjonalista f'dilemma.", "Wara, tkun tista tiġi meqruda kull qarnita l-oħra.", "Jekk is-swaba' ta' din il-qarnita li kissret l-awtorita' tal-kap tal-oppożizzjoni ma jkunux maqtugħa, il-pajjiż ma jistax jieħu r-ruħ.", "Din il-qarnita ġabet il-kap tal-Partit Nazzjonalista kontinwament iħares madwaru biex jara għandux lil kulħadd jiġbed il-ħabel miegħu.", "Din il-qarnita dgħajfet, żarmat u naqset ħafna t-trankwillita' u serħan tal-moħħ ta' kull kap ta' dan il-partit, kemm dak li hemm illum u oħrajn li ser jiġu warajh.", "Ebda kap ma jista' jaħdem b'moħħ ċar għax jaf li jista' jgħaddi minn xix għadda l-kap qabel.", "Liema kap jista' jieħu deċiżżjonijiet bi trankwillita' jekk ma jafx jekk tkunx qed tinħema xi rewwixta minn ta' madwaru?", "Liema kap jista' jaħdem, iressaq, jipproponi jew jirrispondi mistoqsijiet bla ma jinkwieta li b'dak li jgħid jew jagħmel ser isib ruħu f'inkwiet kbir?", "Dan huwa riżultat ta' ftit parlamentari ribelli li rvellaw kontra l-kap tagħhom.", "Dawn il-ftit nies b'viżjoni limitata u mċajpra rrendew il-post ta' kap bħala wieħed li qatt ma jista' jkun stabbli iżjed.", "Din hija l-veru qarnita li għandu fi ħdanu l-Partit Nazzjonalista.", "Kull kap ta' dan il-partit irid kontinwament jaħseb sew fuq dak li jgħid jew jagħmel.", "Ebda kap ma jista' jaħdem b'serħan tal-moħħ minn elezzjoni ġenerali għall-oħra għax jista' jiġi mogħti gambetti minn sħabu stess li jwassluh għal sitwazzjoni li ma jkunx jista' iżjed imexxi.", "Dak li ġara lil Dr. Adrian Delia ħoloq sitwazzjoni kerha ħafna u bla preċedent.", "Dak li ġara lil Dr Delia jista', la sar darba, jerġa' jsir.", "Dak li ġara lil Dr Delia jirredikola kull vot li jieħdu minn issa 'l quddiem il-kunsillera jew it-tesserati.", "B'dak li ġara poġġa kull vot fil-Partit Nazzjonalista bħala vot li ma fadallux saħħa.", "Kull vot ma jistax iservi għat-tul ta' żmien li għalih kien ittieħed.", "Kull vot fi ħdan il-Partit Nazzjonalista spiċċa bla valur ta' xejn.", "Lanqas ħaqq dawk l-ispejjeż kollha biex torganizza elezzjoni għat-tesserati biex il-vot finali ma jwassalx, ma jiġix konsidrat validu, ma jiġix konsidrat deċiżiv u ma jiħux iż-żmien li jkun indika l-istess vot.", "Meta tħares lura u tiftakar x'għamlu kapijiet qabel, ikollok tgħid li din il-qarnita irnexxilha ġġib fix-xejn id-deċizzjoni ta' Dr. Simon Busuttil meta ta l-vot lit-tesserati biex jelliġġu kap.", "Grupp ta' ribelli rnexxilhom iżebilħu l-istess vot mittieħed u ma kkonsidrawhx leġittimu.", "Din l-azzjoni meħuda ser tħalli konsegwenzi koroh fuq kull min jimmilita fil-Partit Nazzjonalsita.", "Jekk nieħdu dak li qed naqraw bħalissa fuq diversi ġurnali u kummenti oħra, nindunaw li dak li sar diġa qed jagħti lok biex titqies xi ħaġa simili.", "Qed naqraw li min poġġa lill-kap kurrenti mhux kuntent b'dak li qed jagħmel.", "B'dak li nkiteb jista' jagħti x'jifhem li dak li sar ma' Dr. Delia jista' jsir ma' Dr Grech.", "Fuq kollox, meta l-bieraħ, waqt il-protesta kien hemm min tkellem dwar il-bżonn li l-qarnita tinqatalha s-swaba' tagħha, ma kienx qed jirreferi wkoll għat-tkeċċija ta' Dr. Delia mill-Partit Nazzjonalista?", "Imbagħad dawn l-istess nies jieħdu għalihom meta tgħidilhom li ħatfu l-Partit Nazzjonalista f'idejhom.", "Jieħdu għalihom għax tgħidilhom li twerwru li jittieħed it-tapit minn taħt saqajhom.", "Jieħdu għalihom għax tgħidilhom li kissru Partit Nazzjonalista u ġabuh f'sitwazzjoni rreparabbli.", "Jieħdu għalihom kemm iridu imma meta jasal il-ġudizzju fuq kull wieħed minnhom, hemm bżonn li kull Nazzjonalist jiftakar dak li għamlu, jiftakar li telfu lin-Nazzjonalisti tlett snin sħaħ ta' ħidma, jiftakar li d-diviżżjonijiet kollha maħluqa fil-Partit huma riżultat tal-arroganza tagħhom li ilha ġejja ħafna snin, jiftakar li bil-prime donne l-Partit mhux ser jieħu r-ruħ, jiftakar li dment li jibqgħu dawn in-nies, l-arroganza u s-suppervja mhux ser jieqfu.", "Fuq kollox wieħed irid jiftakar ukoll li biex il-Partit Nazzjonalista jkun partit alternattiv għall-gvern irid parlamentari li jħarsu lejn il-partit bħala għodda ta' servizz għall-poplu, u mhux strument ta' gwadann għalihom personali."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/11/il-pn-jibdel-l-emblema-tieghu/", "date": "2021-04-11T04:39:18+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dan is-site qiegħed f'pożizzjoni li jiżvela li nħarġet ordni lill-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista biex kull kumitat li għandu facebook page juża dan ir-ritratt bħala profile picture tal-paġna tiegħu.", "Fi kliem ieħor, kull kumitat sezzjonali qed ikun mitlub biex b'mod indirett jieqaf juża l-arma tradizzjonali tal-Partit Nazzjonalista.", "Persuna li rċieva din l-ordni kitibli u qalli li ma jistax jifhem ħaġa waħda.", "X'differenza tagħmel fuq il-profile picture jekk tkunx dik l-originali jew xi ħaġa blu u bajda.", "\"Dawn affarijiet tat-tfal\".", "Kompla jgħidli, \"Qiesu issa l-emblema tal-Partit Nazzjonalista tilfet il-kulur tagħha.", "Din mhix l-emblema tal-Partit Nazzjonalista.\"", "Wieħed irid jiftakar li fl-aħħar kunsill ġenerali, Louis Galea prova u stinka biex jibdel il-maduma.", "It-tweġiba kienet ċara.", "Dak in-nhar, il-kelma LE kienet dwiet mad-Dar Ċentrali kollha.", "Mid-dehra ser nerġgħu nippruvaw.", "Hawn min jaħseb li ma jkunx irnexxielu jgħaddi mil-bieb jipprova jidħol mit-tieqa.", "Biss din l-istess persuna li kitbitli qaltli;", "\" Ħa nagħmluha ċara li lanqas ma hu ser jitħalla jidħol mil-ventilatur biex jipprova jagħmel xi tibdil fl-emblema tagħna.", "Daħħluha f'raskom li intom għasafar tal-passa.", "Intom għandkom żmien qasir hemm.", "Aħna t-tesserati konna u nibqgħu hemm.", "Mela li ngħidu aħna jgħodd.", "Tażżardawx tilgħabu ma' affarijiet li aħna t-tesserati diġa ddeċiedejna fuqhom għax nerġgħu niġu d-Dar Ċentrali u jekk hemm bżonn nerġgħu nsemmgħu leħinna.", "Sirtu daqshekk arroganti?", "Kulħadd jaf li kif tbiddel il-Kap, ddawwar b'ħafna ġenerali.", "Imma s-suldati ma jkunux id-Dar Ċentrali matul il-ġurnata.", "Imma meta jkun hemm il-bżonn ikunu wara l-bieb malajr.", "Kemm infakkarkom li hemm kemm hemm ġenerali, il-gwerra tintrebaħ bis-suldati\" .", "Hekk temm il-messaġġ tiegħu min bagħatli dan il-messaġġ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/10/tony-zarb-jibghat-coded-message-lil-malta-today-fuq-is-survey-li-hiereg-ghada/", "date": "2021-04-10T20:21:36+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Għada ħerġin żewġ surveys.", "Wieħed tal-Malta Today u l-ieħor ta' Vincent Marmara fuq it-Torca.", "Bil-mod li kiteb, qed jagħti wieħed x'jifhem li jista' jkun hemm l-avariji bejniethom.", "Hu jirreferi għal surveys passati.", "Fuq dawn is-surveys kelli ċ-ċans nikteb u għidt li r-raw data bejn it-tnejn hija l-istess imma l-avarija hija fil-mod kif inħadmu l-kalkuli u l-parametri li intużaw li wasslu għall-interpretazzjonijiet differenti.", "Din id-darba, dawn iż-żewġ surveys ser jerġgħu jużaw parametri differenti?", "Issa jidher li l-elezzjoni qed toqrob u għalhekk hu fl-interess tat-tnejn li jkunu eżatti għaliex żball jibqa' jissemmgħilhom għal dejjem.", "Għaliex Tony Zarb kiteb dan il-messaġġ?", "Tgħid qed jibgħat xi coded message lil Malta Today?", "Dak li hu żgur huwa din hija botta lejn is-survey li l-Malta Today ser ikunu qed jippubblikaw għada.", "Ma għandix dubju li Tony Zarb jaf dwar x'fih is-survey ta' Marmara.", "Biss jaqaw Tony Zarb jaf xi ħaġa li aħna ma nafux dwar dan is-survey tal-Malta Today?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/01/ghaliex-manuel-delia-u-jason-azzopardi-mhux-qed-jitkellmu-aktar-dwar-keith-schembri/", "date": "2021-03-01T16:07:30+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blogpost minn osservatur politiku Għad irrid nipprova nifhem il-loġika wara organizzazzjoni ta' protesta minn Manwel Delia u sħabu.", "F'nofs pandemija bin-numri kbar u kbar ħafna għal gżira żgħira bħal tagħna, ngħajtu lin-nies biex jinġabru quddiem il-parlament biex jagħmlu ftit ħoss, għalija ma tagħmilx sens.", "Qed ngħid dan għaliex Manuel Delia għajjar lilek Dr. Simon Mercieca li int theddida għas-saħħa pubblika għaliex ġibt persuni jitkellmu fuq il-programm tiegħek fuq il-Covid19.", "Ma naqbilx ma' dawn in-nies imma jien napprezza li inti tajthom spazju biex jesprimu ruħhom.", "Illum l-istess persuna li għajrek theddida għaliex tajt lil dawn in-nies iċ-ċans jesprimu ruħhom, sħabu qed jgħidu li għandu dritt demokratiku li jagħmel protesta.", "Verament nies ibiddlu d-diskors kif jaqbel lilhom.", "Veru, qalulna biex josservaw ir-regolamenti.", "Imma dawn bis-serjeta'?", "Jekk verament jemmnu li din hija pandemija ma kienux jorganizzaw din il-protesta.", "Fuq kollox jekk verament jemmnu li n-numri qed jogħlew, ma kienux joħorġu n-nies fit-toroq.", "Ara huma ma jibżgħux ixerrdu dan il-virus.", "Ara issa numru ta' akkademiċi f'Tal-Qroqq ma tkellmux.", "L-anqas il-Ministru Fearne ma nissel kelma bħal ma pprova jagħmel kontra tiegħek Dr. Mercieca?", "U dan għalfejn?", "Biex forsi Manwel u xi ħadd minn sħabu jitla' fuq il-pulptu u ikun jista' jgħidilna ftit ċuċati.", "Ħa nagħmel stedina lil Manwel biex forsi apparti l-priedka maħsuba tiegħu jiċċaralna ftit xi affarijiet li min-naħa tiegħu huma misturin.", "Mill-kitba tiegħu Manwel donnu għandu għażla preċiża lil min jgħajjar fil-kitba tiegħu.", "Għandu fissazzjoni kerha fuq Adrian Delia.", "Għadu mhux kuntent li hu u sħabu neħħewh minn Kap. Issa għandhom fissazzjoni oħra dik li ma jħalluhx ikun kandidat u dan biex jaġevolaw lil Beppe, li ovvjament huwa wieħed mix-xirka.", "Nixtieq nistaqsi lil Manwel biex jgħidilna għaliex ma jużax l-istess attakk sfrenat fuq Keith Schembri?", "Kważi kważi flok tattakkah għalfejn qed tipprotiġih lil Keith?", "Dan għaliex tgħid?", "Ma jafx, bħalma jaf kulħadd, li Keith Schembri kien ir-ras tal-qarnita fil-gvern ta' Muscat.", "Sur Manwel tiftakarha dik l-ittra famuża miktuba minn Schembri?", "Tiftakar x'kien fiha dik l-ittra Sur Manwel?", "Tgħid insejtha għax qatt ma tagħmel referenza għaliha?", "Ħa nfakkru ftit x'kien fiha dik l-istess ittra ħalli nġeddu l-memorja tal-ftit qarrejja tiegħek Sur Manwel?", "F'dik l-ittra kien hemm miktubin struzzjonijiet biex jiddawwar kollox u jindirizzaw bħala mandant lejn persuna oħra prominenti, Chris Cardona.", "Sur Manwel naħseb li taf li fl-artikli ta' Jacob Borg tat-Times qatt ma semma' li Rosianne Cutajar sabet ruħha allegatament fil-parlament.", "Taħseb li dan kien grazzi għal Yorgen Fenech jew għal grazzi ta' xi ħadd prominenti f'Kastilja imma li mhux ex-Prim Ministru?", "Ara fuq dan il-fatt ħadd ma jagħmel investigazzjoni.", "Imma barra minn hekk hemm ħaġa oħra nkwetanti li wieħed irid jirrifletti fuqha.", "Kull wieħed u waħda minna naqraw f'ċertu dettal dwar kull seduta li jkun hemm il-qorti li jirrigwardja lil Daphne Caruana Galizia.", "Jekk wieħed jaqra u jara b'ċertu dettal dak li għaddej f'dawn is-seduti jinduna b'ċertu affarijiet li jħassbuk.", "Kulħadd jaf li Jason Azzopardi huwa l-avukat tal-familja Caruana Galizia.", "F'dawn l-aħħar seduti, minn dak li qrajna, Jason Azzopardi ma għamilx mistoqsija waħda li tirrigwardja lil Keith Schembri.", "Ma ninsewx li dan l-aħħar kellu saħansitra lil Melvin Theuma quddiemu u lanqas f'dik l-okkazzjoni ma' saqsa xejn dwar Schembri.", "Bla ma trid titqanqallek ħafna kurżita'.", "Tgħid Dr Azzopardi daħal f'xi patt imxajtan ma nies li jirrapreżentaw lil Keith Schembri biex dan l-istess Schembri ma jissemmiex?", "Jiddispjaċini għal Dr Azzopardi imma wara dik il-gidba, fl-opinjoni tiegħi sagrilega, li nqeda' bil-qabar ta' Kristu biex jgħatti affarijiet oħra minn martu, jiena ma nista' qatt iżjed nemmen lil Dr Jason Azzopardi.", "Mela wara din l-ereżija tal-qabar ta' Kristu minn Dr Azzopardi nistenna kollox u allura ma nistax neħodha bi kbira li jidħol f'xi patt ma' xi ħadd.", "Forsi anke hawn is-Sur Manwel Delia jista' jitlob spjegazzjoni tanġibbli, minn għand Jason Azzopardi ħabib intimu tiegħu, li nistgħu naċċettawha bħala veritiera għaliex ma għadux jinterressah l-involviment ta' Keith Schembri.", "Mela jekk il-lejla ssir din l-imbierka protesta, kontra kull loġika medika, jista' jillumina wkoll lil Maltin u l-Għawdxin b' dawn l-affarijiet ukoll.", "Hekk jew b'hekk meta jitkellem wieħed minn din ix-xirka, hu min hu, qisu qed jitkellem f'isem kulħadd."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/10/il-qratas-tal-kokaina-li-nbaghtu-bil-posta-kellhom-xjaqsmu-ma-storja-li-kienet-hierga-fil-malta-today/", "date": "2021-04-10T17:51:25+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["F'dawn l-aħħar jiem reġgħet dehret fil-media l-istorja tal-qratas bil-kokaina li rċevew erba' persuni, jiġifieri Jason Azzopardi, Simon Busuttil, Karol Aquilina u David Casa.", "Il-media li tmexxi l-aġenda tal-familja Caruana Galizia qed tipprova ġġibha li dawn il-pakketti nitbagħtu minn Yorgen Fenech wara li The Times kienet ħarġet bl-istorja dwar min hu s-sid ta' 17Black.", "Biss jekk wieħed iżomm man-narrattiva ta' The Times, jiġifieri dawn il-qratas nbagħtu minħabba rapport li deher fil-media dwar min hu s-sid ta' 17 Black, wieħed irid jgħid li kien hemm storja oħra fil-media li ħarġet ftit tax-xhur wara li kienu ntbagħatu dawn il-qratas.", "Din l-istorja kienet ħarġet f'Ottubru 2019.", "Illum ħadd ma isemmiha din l-istorja.", "Din kienet l-istorja li ppubblikat il-Malta Today u tikkonċerna lil David Casa, fejn fiha kien ġie allegat li David Casa jagħmel użu mill-kokaina.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din.", "Għaliex il-gazzetti assoċjaw l-istorja ta' dawn il-qratas ma' 17Black u mhux ma' din l-istorja li ħarġet fil-Malta Today ftit tax-xhur wara?", "Infakkar li Jason Azzopardi rċieva din id-droga f'envelop id-Dar Ċentrali 27 ta' Frar 2019.", "L-istorja ta' min hu is-sid ta' 17 Black kienet ħarġet qabel, jiġifieri f'Novembru 2018.", "Mela id-differenza bejn dawn iż-żewġ aħbarijiet hija ta' ftit inqas minn erba' xhur.", "Id-differenza bejn meta Jason Azzopardi u sħabu rċevew din id-droga u l-istorja tal-Malta Today hija ta' ftit aktar minn 7 xhur.", "Ma tantx hemm xi differenza kbira bejn iż-żewġ avvenimenti.", "B'hekk fuq liema kriterju forensiku, il-gazzetti The Times u anki Lovin Malta assoċjaw dawn il-qratas mal-istorja tas-17 Black u mhux ma din l-istorja tal-Malta Today?", "Jekk wieħed juża r-riga li wżat The Times, wieħed jista' jargumenta li xi ħadd ġa kellu din l-informazzjoni meta bagħat dawn il-qratas.", "Qed ngħid dan mhux għax nemmen li hemm konnessjoni bejn l-istorja tal-Malta Today u dawn l-envelops imma biex nuri kemm l-argument li sar minn The Times u mill-istess erba' persuni li rċevew dawn il-qratas u rabtuh ma' Yorgen Fenech, huwa wieħed zopp.", "F'dan il-kuntest ma nistax nifhem għala Yorgen Fenech kellu interess jibgħat qratas bil-kokaina lil David Casa meta llum nafu, 'with the benefit of hindsight', li dan kien ser ikun suġġett ta' storja fuq l-istess suġġett f'gazzetta lokali.", "Fuq kollox, l-istorja li Yorgen Fenech huwa s-sid ta' 17 Black kienet ħarġet biha Reuters flimkien ma' The Times.", "Safejn naf jien Jason Azzopardi u sħabu ma kellhomx x'jaqsmu ma' din ir-revelazzjoni.", "Mela, jekk wieħed isegwi l-argument ta' The Times u ta' Azzopardi u sħabu, dawn il-qratas kellhom jitbagħtu lil Reuters u mhux lilhom!", "U mbagħad għaliex jien nitkellem li l-media u l-istituzzjonijiet qed jippruvaw jiffrejmjaw lil Yorgen Fenech, niġi mgħajjar \"conspiracy theorist!\"", "Illum tafu min verament jagħmel conspiracy theories mingħajr ma jara l-fatti kollha li jkunu ġraw, kemm qabel u anki wara avveniment, qabel ma jgħaddi ġudizzju fuq l-istess avveniment li jkun seħħ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/03/01/mistoqsijiet-miftuha-lil-manuel-delia-dwar-kemm-hi-twila-l-imgharfa-tieghu/", "date": "2021-03-01T06:59:36+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blogpost mingħand minn osservatur politiku Illum ser tiġi organizzata protesta l-Belt minn Manwel Delia u sħabu.", "Jien ser nieħu l-okkażjoni biex nistaqsi xi domandi oħra lil Manwel forsi jirrispondihom fil-każ li jkun wieħed minn dawk li qed jindirizza lill-folla.", "Dan li ġej huwa paragrafu meħud minn artiklu li inti tellgħajt fil-blog tiegħek Dr Simon Mercieca.", "\"Nies bħal Manuel Delia u sħabu tas-soċjeta ċivili iridu li Bernard Grech jagħmel li jridu huma.", "Is-sitwazzjoni qed issir aktar agħar ġewwa l-Partit Nazzjonalista.", "Il-mistoqsija hija din.", "Min qed iħallas għal dan kollu?", "Jista' jgħidilna Manuel Delia jekk hux qed jieħu flus għal kitbiet li qed jikteb?", "Jistgħu in-nies tas-soċjeta' ċivili jgħidulna min qed iħallas għal dawn il-protesti?", "U jekk iwa, min qed iħallsu?\"", "Dan il-paragrafu fih ħafna x'tixtarr.", "Huma mistoqsijiet validissimi li jagħmlu ħafna sens.", "Jekk ma jimpurtax jien ser nikteb xi ħaġa biex inkompli nistaqsi lil Manwel Delia.", "Dan il-bniedem għandu pinna tajba u xi kultant punġenti żżejjed li twassal għal xeħtiet valenużi.", "Nafu żgur li għandu oddju kbir għal Dr Adrian Delia saħansitra li qed jordna lil Dr Grech ikeċċih.", "Min jaf għaliex hux?", "Naf ukoll li darba kiteb artiklu biex jistaqsik kemm hija twila l-imgħarfa tiegħek.", "Naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jistaqsi kemm hija twila dik tiegħu.", "Irridu niftakru li dan kien 'ghost writer' għal Dr Adrian Delia.", "Niftakru wkoll li kif laħaq Dr Delia rajnih kemm-il darba d-Dar Ċentrali.", "Sirna nafu mill-qorti permezz ta' Pierre Portelli li Manwel Delia ried jitħallas biex ikompli jikteb f'isem il-Partit.", "Biex inkunu eżatti, sirna nafu li hu ma talabx flus għal dawk l-artikli li kien kiteb bħala 'ghost writer'.", "Imma minn dawn l-affarijiet toħroġ ħaġa waħda, li Manwel Delia xtaq li jaqla' l-flus minn fuq il-Partit għall-kitba tiegħu u ma offra lanqas paragrafu wieħed bħala voluntier.", "Aħna n-nies tat-triq Nazzjonalisti nixtiequ nistaqsu kif dan il-bniedem qed jgħix, minn fejn qed jaqla' x'jiekol u min qed jagħmel tajjeb għalih?", "S'issa għadna ma smajna u rajna mkien li dan il-bniedem qed jaħdem ma xi ħadd.", "Niftakruh fis-segretarjat ta' Austin Gatt, b'mod tassew famuż għat-tgħaffiġa fenominali li għamel fl-investiment tal-Arriva.", "Hemm żgur li kellu paga għaddejja u nimmaġina paga tajba wkoll.", "Nispera li ma marx jorganiżżalhom xi metodu ta' trasport imma ma naħsibx li dik kienet imniżżla fis-CV tiegħu.", "Meta ġie lura Malta u wara l-mewt ta' Daphne (RIP) fetaħ blog u ħaseb li ser jaqla' x'jiekol minnu imma għarralu bil-kbir.", "Il-kummenti li jkollu tant huma miżeri li tgħid imma għalfejn jaħli l-ħin fuqu?", "Ħaġa oħra li kontinwament nisimgħu fuqha hija il-fondazzjoni Daphne Caruana Galizia.", "Tidher li din il-fondazzjoni sejra tajjeb finanzjarjament.", "Imma Sur Manwel tista' tgħidilna jekk qedx tieħu flus mingħand din il-Fondazzjoni?", "Ħaġa oħra interessanti li nixtiequ nkunu nafu hija din.", "Tieħu flus mill-fond għal Media amministrat minn David Casa?", "Kif għidt qabel, il-pinna tiegħek twasslek ħafna postijiet u qditek kemm-il darba biex wasalt għall-ħafna kalunji fuq ċertu nies.", "Issa għal darba għidilna l-verita fuq dawn il-mistoqsijiet.", "Kemm hija twila l-imgħarfa tiegħek?", "Għandek okkażżjoni unika il-lejla biex tagħmel dmirek u tkun onest.", "Wara nispera li tuża l-pinna tiegħek biex tagħtina spjegazzjoni aktar dettaljata fuq dawn il-mistoqsijiet."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/10/fil-politika-l-ingustizzja-ssoffrieha-anki-mill-partit-tieghek-stess/", "date": "2021-04-10T14:41:47+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, qal li l-Prim Ministru Abela \"mhuwiex interessat jaħdem miegħi u ma' nies bħali.\"", "Din kienet parti minn risposta twila li tella' fuq Facebook Camilleri għax qal li Prim Ministru Abela semmieh waqt intervista li kellu.", "Camilleri attakka lill-Prim Ministru u anki lill-ONE TV.", "Camilleri kompla li l-iżbalji li saru u qed isiru mhumiex żbalji ta' erba' individwi, imma saret mod ta' kif tħaddem il-politika f'Malta.", "Hu sejjaħ din bħala rent-seeking li tfisser il-mod kif timmanipula l-politika pubblika jew il-kundizzjonijiet ekonomiċi bħala strateġija biex iżżid il-profit personali.", "Huwa qal ukoll li prattikament għandna ħafna korruzzjoni.", "Camilleri żied li Joseph Muscat daħħal ħafna konsulenti bħal Musumeci, li kien dejjem ivvota PN.", "Stqarr ukoll li ma hemm xejn ħażin li tibdel il-fehma tiegħek (bħal ma għamel Musumeci) imma jikkontendi li dan u oħrajn bħalu daħlu mal-PL biex jakkwistaw għalihom u mhux għax għorrief.", "Semma' wkoll lill-kuntratturi li fuq l-esiġenzi tagħhom qed tinbena l-ekonomija, sempliċiment għax jagħtu l-flus lill-partiti politiċi.", "Imma forsi l-aktar sentenza fil-kitba tiegħu li qanqlet risposta iebsa hija \"Il-PL kuntent bil-fossa li sar mill-ONE fejn it-tidwir u l-falsita' jiġu repetuti kull ġurnata mqaddsa\".", "Din donnha offendiet sew lil Jason Micallef li rrisponda lil Camilleri u anke waqa' fuq livell personali.", "Micallef qal li ħadd ma għandu jieħu bis-serjeta' lil Mark Camilleri li kien ammetta li hu sakranazz.", "Biss Jason Micallef ma waqafx hawn.", "Kompla jgħid li Camilleri \"jagħti fastidju lin-nies fit-triq bħalma għamel sal-ġimgħa l-oħra stess\".", "Imbagħad flok illimita ruħu fuq kwistjoni interna fil-partit tiegħu, ħareġ jattakka lin-NET li rrapurtaw x'qal Camilleri bħala aħbar ewlenija.", "Jason Micallef kellu ħafna kummenti fuq il-Facebook post tiegħu.", "Laqatni wieħed miktub minn ċertu Mr. Ellul.", "Forsi tajjeb li Jason Micallef jaqra sew din it-tbeżbiża li waslitlu minn Mr Ellul.", "Dan ir-raġel ikkummentalu hekk lil Jason Micallef", "\"…ta f li ħafna nies qed iħallu l-partit, ibda minni, u bħal ma' taf int naħseb li jaf ukoll il-partit u ma jsir assolutament xejn!", "Ħafna Laburisti ġenwini qed jitilqu l-partit.", "Għaliex?", "Għax imweġġgħin u minsijin.", "Jien soffrejt inġustizzja u vendikazzjonijiet minn Laburisti stess.", "Meta mort inħabbat il-bibien ħadd ma fetaħli, anzi, kienu (mhux kollha, għalkemm ma sibtx għajnuna mingħand ħadd) konfoffa ma' min għamilli l-vendikazzjonijiet.", "Daqs kemm kont inħobbu sirt nistmerru l-PL.", "Ma sirtx Nazzjonalist ta, għax jien għandi l-prinċipji tiegħi, imma issa meta jiġu jħabbtuli ma niftaħx jien!", "Saħħa\"."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/28/prosit-lill-magistrat-joe-mifsud-ghal-darba-ohra-l-pulizija-tohrog-zoppa-fil-qorti/", "date": "2021-02-28T15:13:52+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Naħsab l-aktar aħbar importanti li kellna din il-ġimgħa kienet mill-qorti.", "Din kienet tikkonċerna l-kawża li fetħet il-pulizija kontra sidien tad-double-decker li kien involut f'inċident li wassal biex mietu persuni barranin li kienu għal żjara f'Malta.", "Insiru nafu mill-qorti li l-pulizija ma pproċeditx kontra dawk is-sidien fi żmien stipulat, b'hekk dawn il-fatti attribwiti lill-akkużati ġew preskritti.", "Ir-raġuni li nġabet mill-pulizija kienet li l-istess pulizija kienet qed tistenna t-tmiem tal-inkjesta u dak li ssejħu \"pariri ulterjuri\".", "Interessanti inkun nafu min kien dan l-individwu jew individwi li mingħandhom il-pulizija kienet qed tistenna dawn il-pariri interjuri.", "Nisperaw li ma jkunx xi wieħed li applika biex isir imħallef!", "Dan hu dak kif The Times irrappurtat din l-aħbar.", "Jien ngħid prosit lill-maġistrat Joe Mifsud li wera li mhux ser iħalli lill-pulizija tagħmillu bżieq fuq imnieħru.", "Il-Maġistrat Mifsud fakkarhom fiċ-ċirkulari li kien ħareġ l-assistent kummissarju Mario Spiteri fejn fiha kien qal li l-uffiċjali prosekuturi għandhom imexxu bil-qorti kontra persuni, anki jekk inkjesti dwar il-każ li huma involuti fihom ma jkunux ġew magħluqa.", "Din iċ-ċirkulari kienet ħareġ qabel dan il-każ.", "Tmur lura għall-2015.", "Spiteri kien ħareġ din iċ-ċirkulari biex tkun evitatata l-preskrizzjoni, speċjalment jekk il-pulizija jkollha ġa f'idejha provi li tkun tista' tmexxi bihom anki jekk il-maġistrat ma jkunx għadu kkonkluda l-inkjesta tiegħu.", "Din hija ċ-ċirkulari li ħarġu l-pulizija.", "Mela l-mistoqsija tiġi waħidha?", "Għala hawn il-pulizija ma mexxitx?", "Taf x'naf li fejn trid il-pulizija malajr tmexxi.", "Fejn trid, mhux biss l-ispettur jidher fil-prosekuzzjoni, imma anki supretendent, jidher miegħu.", "Dan seħħ matul din il-ġimgħa f'każ ferm inqas gravi minn dan fejn fih hemm persuni li spiċċaw mejta.", "Fuq kollox, nista' nkun naf x'passi qed tieħu l-pulizija jew Transport Malta biex tassigura li d-Double deckers ikunu kollha konformi mal-liġi fejn jingħad ċar u tond, li t-tieqa ta' fuq tad-Double deckers trid tkun mhux inqas minn 125 cm għoli?", "Infakkar li l-għoli ma jistax jiġi kkalkulat mill-art, kif jidher li qed jiġri issa, iżda jrid jitkejjel minn fejn twaħħal is-seat.", "Hawn qed inġib ir-regolamenti ta' Transport Malta dwar dan il-fatt."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/10/adrian-delia-ser-johrog-fuq-it-tmien-distrett/", "date": "2021-04-10T11:15:06+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Messaġġ li rċevejt mingħand partitarju Nazzjonalista mit-tmien distrett Nharl-Erbgħa, 8 ta' April kont qed nara l-programm ta' Karl Stagno Navarra, 'Pjazza'.", "Il-preżentatur għamel dikjarazzjoni fejn qal li Adrian Delia għadu mhux aċċettat bħala kandidat fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Nixtieq ngħid li din fakenews – jew aħbar falza.", "Ma nafx jekk kienetx maħsuba biex tqanqal ftit inkwiet bejn il-partitarji tal-Partit Nazzjonalista.", "Karl Stagno Navarra qalha fil-kuntest ta' ġlied intern li għandu l-Partit Nazzjonalista dwar il-kandidatura ta' Adrian Delia.", "Ma naħsibx li għandek għalfejn tgħidilna li Beppe Fenech Adami qed jagħmel ħiltu kollha biex ma jħallix lil Adrian Delia joħroġ fuq it-tmien distrett.", "Biss, Adrian Delia ssemma bħala wieħed mil-lista ta' kandidati li kienu kkonfermati mill-Partit waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit.", "Dik smajtha b'widnejja u ebda wieħed mill-amministraturi preżenti żgur li mhux ser jażżarda jiċhad dan.", "Nifhem li hemm min lil Adrian Delia ma jridux joħroġ.", "Hu fatt magħruf li Beppe Fenech Adami qed jibża mill-kompetizzjoni li Adrian Delia ser joffrilu fuq dan id-distrett.", "Nappella lil Beppe Fenech Adami biex il-kandidati kollha fuq dan id-distrett ikun maqgħuda.", "Jekk le, ħsara kbira lill-Partit u lilu n-nifsu jkun qed jagħmel."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/10/is-socjeta-civili-saret-il-partit-nazzjonalista-dan-hu-ta-dannu-politiku-kbir/", "date": "2021-04-10T10:49:17+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Is-Soċjeta Ċivili qed tkun ta' dannu kbir għall-Partit Nazzjonalista.", "Il-kitbiet, l-istqarrijiet, il-paroli, l-azzjonijiet minn membri magħrufa tas-soċjeta ċivili qed ikunu ta' dannu politiku kbir għall-Partit fl-Oppożizzjoni.", "L-isfortuna tal-Partit Nazzjonalista hija li dawn in-nies, opportunisti, huma kollha b'xi mod jew ieħor wirt tal-Partit Nazzjonalista.", "Nifhem li fil-bidu kien hemm numru li ngħaqdu mas-Soċjeta' Ċivili għax emmnu fiha.", "Biss ħafna telqu għaliex raw f'membri prominenti ta' din l-għaqda opportunisti.", "Dawn huma grupp ta'nies li fil-passat telqu lill-Partit Nazzjonalista, għax kienu jafu li ma jistgħu qatt jakkwistaw lura ebda responsabilita' jew pożizzjoni li kellhom fil-Partit Nazzjonalista u allura varaw mod ieħor kif jibqgħu jsemmgħu leħinhom u jibqgħu jagħtu l-impressjoni li għadhom importanti fil-pajjiż.", "Dawn meta rrejalizzaw li tilfu l-pjattaforma ta' Partit politiku ngħaqdu biex reġgħu akkwistaw leħen fuq livell nazzjonali.", "Li ma jridx jifhem jew jaċċetta l-Partit Nazzjonalista huwa li mhux veru li dak kollu li qed isir jew jiġri ġo pajjiżna huwa grazzi għalihom.", "Huma qed jagħtu l-impressjoni li dak kollu li qed jinqala' fil-qrati tagħna huwa grazzi għall-pressjoni tagħhom.", "U hawn fejn il-Partit Nazzjonalista qed jilgħab logħba perikuluża.", "It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed taħseb li ma tistax tinħall mill-qrubija li l-Partit Nazzjonalista għandu ma' dawn in-nies.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jingħoġob u jibqa' qrib ta' dawn l-opportunisti u mhux qed jirrifletti fuq il-possibilita' li dawn l-istess nies jistgħu jkunu ta' piż u dannu kbir fuq l-istess Partit Nazzjonalista.", "Jekk mhux ser jirriflettu sewwa fuq il-problemi li l-għaqdiet ċivili, li tfaċċaw dan l-aħħar, ser ipoġġu fuq il-Partit Nazzjonalista, hemm probabilita' li dawn in-nies ser ikomplu jkissru u jimbuttaw l-isfel lill-Partit Nazzjonalista.", "Ħa niffoka fuq ħaġa waħda biss f'din il-kitba.", "Kulħadd jaf li n-numri uffiċjali juruna li l-ONE għandu ħafna aktar nies jarawh u jisimgħuh milli għandu n-NET.", "Dan barra li rridu niftakru li x-xandir nazzjonali dejjem kien għodda f'idejn il-partit fil-gvern.", "Mela meta tara l-istazzjon tal-Labour tinduna li dawn qed jikkonċentraw fuq żewġ avversarji differenti.", "Dawn mhux biss iħarsu u jattakkaw lill-Partit Nazzjonalista, imma jagħtu importanza kbira ukoll dak li tgħid is-soċjeta ċivili.", "Kulħadd jistenna li stazzjon televiżiv politiku jagħmel ħiltu kollha biex iġib fix-xejn kull ħaġa li toħroġ mill-avversarju politiku tiegħu.", "Imma meta jkollok stazzjon li jattakka lis-soċjeta ċivili li dejjem iqisuha bħala fergħa tal-partit oppost, dawn qed jagħmlu ħsara politika doppja lill-avversarji politiċi tagħhom.", "Kull darba li l-Labour jattakka lill-protagonisti tas-soċjeta ċivili jeħel ukoll il-Partit Nazzjonalista.", "Kull darba li jippruvaw jirredikulaw lill-attivisti tas-soċjeta ċivili jfakkruna min kienu u x'parti kellhom fil-Partit Nazzjonalista.", "Dan huwa ta' dannu kbir għall-Partit Nazzjonalisti.", "Ma nistax nifhem kif il-Partit Nazzjonalista jibqa' mkaħħal ma' nies li minħabba fihom qed jaqla' kritika aggressiva, qed jitpinġi bħala parti mis-soċjeta ċivili u qed jitqies bħala partit politiku li għadu sal-lum jiddefendi lil dawn li għandhom passat politiku ta' dannu għall-istess Partit Nazzjonalista.", "Imma possibbli li l-Partit Nazzjonalista, issa ħafna iżjed minn ftit xhur ilu, flok jagħmel ħiltu biex jiddistanzja ruħu minn dawn in-nies, għal kuntrarju qed jersaq aktar qrib lejhom.", "Huwa diffiċli tifhem għala t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed tkun ta' forċina prinċipali ta' dawn in-nies.", "Qed tagħtihom spażju fit-trasmissjonijiet tat-television.", "Qed tippriedka u tressaq il-quddiem l-aġenda tagħhom u ta' sikwiet tirringrazzjhom.", "Niskanta kif il-Partit Nazzjonanlista ma jindunax li dawn qed jinqdew bil-Partit Nazzjonalista biex ikollhom pjattaforma viżiva.", "Possibbli l-Partit Nazzjonalista ma tgħallimx mill-iżbalji tiegħu stess.", "Nesa l-Partit Nazzjonalista li d-Dar Ċentrali kienet l-istore tagħhom.", "Nesa l-Partit Nazzjonalista li l-apparat biex jorganizzaw xi ħaġa kien ikun dejjem tal-Partit Nazzjonalista.", "Nesa l-Partit Nazzjonalista li l-armar kien isir fil-ħin tax-xogħol minn nies jaħdmu fid-Dar Ċentrali.", "Ara issa s-soċjeta ċivili ma għadhiex tinqeda bil-Partit Nazzjonalista.", "Issa ma għandhiex bżonn aktar din l-għajnuna tal-Partit Nazzjonalista għaliex issa, is-soċjeta ċivili kkapparrat lill-istess Partit Nazzjonalista."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/28/fil-partit-nazzjonalista-ghad-hemm-hafna-nies-imweggghin/", "date": "2021-02-28T10:20:38+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum Bernard Grech ser ikun Ħaż-Żabbar biex jitkellem mal-partitarji Nazzjonalisti.", "Infakkar li dan kien sejjer ġimagħtejn ilu u ħassar iż-żjara tiegħu f'din il-lokalita' minħabba l-biża' li Adrian Delia kien ser ikun hemm.", "Dak li llum jinteressa lil numru ta' partitarji huma l-weġgħat u l-feriti li għadhom miftuħin.", "Nispera li jitkellem dwarhom Dr. Grech.", "Jingħad x'jingħad, fil-Partit Nazzjonalista għad fadal ħafna nies imweġġgħin.", "Għad fadal ħafna nies li qed isibuha diffiċli li jaċċettaw il-mod viljakk ta' kif tneħħa l-Kap ta' qabel Dr Grech u l-fatt li l-attakki fuqu għadhom għaddejjin.", "Għad fadal ħafna partitarji li għadhom ma jistgħux jifhmu kif il-vot ta' eluf ta' tesserati fl-2017 ġie mitfuħ taħt it-tapit.", "Għad hemm ħafna tesserati u anke oħrajn li qatt ma kienu tesserati, li għad ma jistgħux jifhmu kif ftit ribelli u oħrajn li jissimpatizzaw magħhom insew li l-Partit Nazzjonalista hu partit demokratiku.", "Allura għadhom ma jistgħux jaċċettaw kif elezzjoni demokratika ġiet imkassbra b'dak il-mod.", "Ħafna partitarji għadhom imweġġgħin u diżgustati, almenu kif jidher minn kummenti diversi fuq facebook, li l-grupp ta' parlamentari hekk imsejħa ribelli, ma taw ebda prova konkreta fuq l-affarijiet malafamanti li xerdu tul it-tlett snin ta' tmexxija ta' Dr Adrian Delia.", "Nafu b'diversi parlamentari, kandidati u tesserati li ma vvutawx għal Dr Delia għax emmnu n-narrattiva ta' Jason Azzopardi fuq iċ-chats li qal li ser jippubblika f'Ottubru li għaddew bejn Delia u Yorgen Fenech.", "Dawn qatt ma ħarġu.", "Imma Azzopardi ser jibqa' imsemmi fl-istorja tal-Partit u anke dik Nazzjonali li uża mossa maħmuġa u premeditata biex jaħsad ras il-Kap tiegħu.", "Dawk kollha li emmnuh jistgħu jqisu lilhom infushom bħala mzazen li ma jafux jgħarfu politiku onest minn wieħed falz.", "Infakkar lil Jason Azzopardi li c-chats li ġew ippubblikati llum fis-Sunday Times bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech ma humiex ta' natura politika u wisq anqas jikkonċernaw lil Adrian Delia.", "Huma cħats ta' natura personali.", "Biss meta wieħed jibda' jikkummenta fuq il-ħajja personali ta' Azzopardi, dan ma jiddejjaqx imur għand il-Kummissarju tad-Data.", "Issa dawn l-istess nies li kissru lil ex-Kap għadhom ma saqajn Dr Grech.", "Dan s'issa għadu qatt ma lissen kelma dwar il-konġuri u konfoffi li kien hemm sa ftit xhur ilu.", "Ninsab żgur li llum mhu ser jgħid xejn fuq dan ġewwa Ħaż-Żabbar.", "Dan għadu qatt ma ċaħad li biex ġie mneħħi Dr Delia ntużaw tattiċi tal-iktar livell baxx u moqżież.", "Issa dan għal kuntrarju meta jitkellem ma' partitarji li ma jaqblux ma dak li ġara jgħidilhom il-famuża frażi \"li kien kien u li sar sar\" li huma kliem offensivi ħafna.", "Dr Grech, min ser jinsa dik il-ħdura kollha li ħarġet minn fomm klikka ta' ribelli biex għamlu ħsara lil Kap tagħhom, lill-Partit Nazzjonalista u lill-pajjiż għax żarmaw is-saħħa tal-oppożizzjoni li huwa organu tant importanti fil-kostituzzjoni ta' Malta?", "Kif jista' xi ħadd jinsa dawk il-gideb kollha li ntqalu u li għad ma għandna ebda prova tagħhom?", "Dr Grech int tħobb tgħid li taħt it-tmexxija tiegħek ma inti ser tħares lejn wiċċ ħadd.", "Mela dur fuq sħabek li qalgħu u xerrdu dawk il-kalunji kollha fuq Dr Delia, għidilhom jagħtuk il-provi u xandarhom u hekk jieħu kulħadd dak li ħaqqu.", "Sallum, għadu ma ħareġ xejn.", "Imma Dr Grech, jekk jibqgħu ma jagħtuk xejn imbagħad tkun trid tieħu azzjoni kontra dawk il-giddibien li tant għamlu ħsara, apparti lil Dr Delia, l-aktar lil Partit.", "Il-ħrejjef tieħu pjaċir taqrhom.", "Il-praspar tiggusthom.", "Id-diskors tanalizzah.", "Il-gidba tinqabad għax joħorġu provi kontriha.", "Imma meta xi ħadd jgħid nofs gidba, li allura ma jkunx hemm provi biex tiġi emmnuta jew provi biex tiġi skartata, din tagħmel ħafna aktar ħsara.", "Mela min xerred dawn il-ħafna nofs gidbiet u ma tana ebda prova, ukoll irid jgħaddi minn skrutinju dixxiplinarju jekk il-Partit Nazzjonalista jrid juri li hu serju.", "Nistennew u naraw Dr Grech jekk tgħożżx is-serjeta fit-tmexxija tiegħek għax kif jgħid it-taljan \"tra il dire e il fare c'e' di mezzo il mare\" jekk mhux l-oċejan ukoll.", "Allura kif spjegajt qabel hemm bżonn jinqata' il-kliem \"li kien kien u li sar sar\".", "Ma' din il-frażi Grech qed ixerred frażi oħra \"ejja ħa naħdmu\".", "Imma dan bis-serjeta'?", "Jien nispera, nawgura, nissuġġerixxi li Dr Grech din l-aħħar frażi jgħidha f'xi priedka minn tiegħu ta' nhar ta' Ħadd.", "Forsi jaqtali xewqti u jgħidha llum f'Ħaż-Żabbar.", "Qed ngħid dan għax tkun it-tieni frażi li qed jemmen fiha li ma tagħmel ebda ġid.", "Dr Grech taf x'għamlu l-partitarji Nazzjonalisti tul ħajjithom?", "Fejn kont int meta dawk in-Nazzjonalisti kollha mlew il-fosos fl-2013 u l-2017?", "Taħseb li dawk kienu qed iġorru l-bandiera għal gost li jġorruha jew għax kienu qed jagħmlu ħilithom biex jiddefendu d-demokrazija ġewwa pajjiżna?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/27/manuel-delia-ma-jhossx-li-protesta-tal-massa-fi-zmien-il-covid19-hija-ta-theddida-basta-jitkecca-adrian-delia/", "date": "2021-02-27T20:09:54+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ftit tax-xhur ilu, Manuel Delia kiteb artiklu biex jgħid li jien ta' periklu għas-saħħa pubblika għax kont qed nagħti spazju lill-persuni li ma bdewx jaqblu mal-protocol dwar il-Covid19.", "Nhar it-Tnejn, l-ewwel ta' Marzu, Manuel Delia u sħabu ser jorġanizzaw protesta l-Belt.", "Mela Delia ma jħossx li din il-protesta tista' tkun qed tqiegħed il-ħajja tan-nies fil-periklu?", "Jekk verament jemmen li dan hu virus daqshekk qerried, għaliex qed jgħid lin-nies biex jidħlu l-Belt Valletta?", "Jew dan il-virus ma jaffettwax lill-partitarji u ħbieb ta' Manuel Delia?", "Biss jekk wieħed jaħseb li l-protesta ta' nhar it-Tnejn hija kontra l-gvern, wieħed qed jagħmel żball.", "L-avversarju li jridu jolqtu huwa Adrian Delia.Wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx miegħi, li verament valenu joħroġ mill-pinna ta' Manuel Delia.", "Ma tistenniex aħjar.", "Dan is-suppost opinjonista, ġurnalista jew blogger jinqeda b'kull ħadd u b'kollox biex jattakka lil min ma jaqbilx miegħu.", "Naħseb li nistgħu naqblu li fil-mira hemm Adrian Delia.", "Dak li nista' ngħid lil Manuel Delia hu raġel tellief li jinqeda b'kull okkazzjoni biex jattakka lil min jaħseb jista' jkun fin-nofs tat-twettiq tal-aġenda tiegħu.", "Biss jekk dawn jgħidu li l-protesta ta' nhar it-Tnejn hija maħsuba kontra Adrian Delia, tkun protesta tat-telliefa.", "Dawk li qed jorġanizzawha qed jinqdew bil-fatt li din hija kontra l-Prim Ministru u Rosianne Cutajar.", "Huma qed jagħtu l-impressjoni li Gvern qed iċedi għad-domandi tagħhom.", "Biss jekk in-Nazzjonalisti li ser imorru jaħsbu li sejrin jipprotestaw kontra l-Gvern qed jaħsbu b'mod żbaljat.", "Anzi ngħidilhom li qed jiżballjaw bil-kbir.", "Il-protesta ta' nhar it-Tnejn mhix kontra l-Gvern.", "Il-Gvern huwa skuża.", "Il-protesta ta' nhar it-Tnejn hija biex finalment jittajjar Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista.", "Hija biss il-bidu biex jitwettaq dan il-pjan.", "Sur Bernard Grech qed tara kif il-gvern qed jirreagixxi għall-protesti tagħna.", "Aħna qed nipprotestaw fi żmien il-Covid19 u l-Prim Ministru ġa neħħa lil Rosianne Cutajar minn segretarju parlamentari.", "Issa ara li issa tagħmel l-istess u tneħħi lil Adrian Delia.", "Ġa kien hemm indikazzjonijiet ċari u naħseb il-gazzetti ta' għada ser ikomplu jagħtuna aktar indikazzjonijiet dwar dan li qed nikteb dwaru.", "Nies bħal Manuel Delia u sħabu tas-soċjeta ċivili iridu li Bernard Grech jagħmel li jridu huma.", "Is-sitwazzjoni qed issir aktar agħar ġewwa l-Partit Nazzjonalista.", "Il-mistoqsija hija din?", "Min qed iħallas għal dan kollu?", "Jista' jgħidilna Manuel Delia jekk hux qed jieħu flus għal kitbiet li qed jikteb?", "Jistgħu in-nies tas-soċjeta' ċivili jgħidulna min qed iħallas għal dawn il-protesti?", "U jekk iwa, min qed iħallsu?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/09/mara-tmut-wara-li-hadet-it-titqiba-u-l-awtoritajiet-ikomplu-jahbu/", "date": "2021-04-09T22:24:08+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bħalissa għaddejjin stejjer li mara mietet wara li ħadet il-vaċċin.", "Mhux ser nidħol fil-każ.", "Biss nixtieq ngħid li meta bdejt nagħti spazju lil nies li kienu kontra l-vaċċin, ħafna ħaduha kontra tiegħi.", "Saħansitra kien hemm nies, inkluż akkademiċi li talbu għat-tkeċċija tiegħi mill-universita'.", "Manuel Delia għajjarni li jien theddida għal poplu Malti.", "Issa dan Manuel Delia jmur hu isabbar din il-familja.", "Issa tifhmu għalfejn jien nagħti leħen lil nies li jinsabu f'qagħda minoritarja.", "Biss hu importanti li l-leħen tagħhom jinstema.", "Dak li nista' ngħid li persuna ħabiba tiegħi li ħadet it-tieni titqiba, filgħaxija tellgħatilha pastumetta f'ħalqha.", "Infakkar li din it-titqiba għadha fuq fażi esperimentali."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/27/bernard-grech-u-l-abbazija-navarra/", "date": "2021-02-27T12:08:29+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-Ħadd li għadda, Dr. Bernard Grech qatta' weekend break ieħor ġewwa Għawdex.", "Ninnotaw li meta jmur Għawdex jitla' mill-Ġimgħa u jibqa' sal-Ħadd.", "Sa hawn ma hemm xejn ħażin.", "Mhux ser nidħol fil-mertu, kif jagħmlu tas-Soċjeta Ċivili u Manuel Delia u nistaqsih min qed iħallaslu dawn il-weekend breaks.", "Biss il-Ħadd li għadda reġa mar in-Nadur, li niftakru hija r-roccaforte ta' Chris Said.", "Bħal ma hu mistenni, hemmhekk għamel diskors politiku dwar il-kwistjoni tal-Abbazia magħrufa bħala ta' l-Fundazzjoni Navarra.", "Numru ta' familji qed jirriskjaw li jitilfu l-propjeta' tagħhom minħabba din l-abbazia.", "U x'wiegħed Bernard Grech lin-nies tan-Nadur?", "Fin-Nadur qalilhom li jekk jitla' u jsib nitfa' żball fir-reġistru tal-artijiet jagħtihom kollox lura.", "Issa dan għal min jifhem jaf li ma jistax jagħmlu.", "L-ewwel hemm numru ta' fundazzjonijiet marbuta mal-knisja li għandhom dawn it-tip ta' problemi.", "Biss dawk li qed imexxu l-fundazzjoni llum għandhom kollox favurihom.", "Fuq kollox huma ħbieb tal-ħbieb tiegħu.", "Biss forsi din id-darba, mingħajr ma induna għandu biċċa raġun.", "Biss din hija xi ħaġa ċivili aktar milli kwistjoni politika.", "Infakkar li hawn qed nitkellmu dwar fundazzjoni ekklessjastika.", "Din hija l-fundazzjoni u bħalha l-knisja kellha ħafna, fejn persuna fdat lill-knisja, f'dan il-każ lill-isqof bl-amministrazzjoni tal-artijiet li din il-persuna kellha.", "Din il-fundazzjoni twaqqfet minn mara li kienet armla.", "Kien miljunarja ta' żmienha.", "Din kien Cosmanna Navarra u kien toqgħod ir-Rabat Malta.", "Hija kienet il-persuna li bniet il-knisja preżenti ta' San Pawl tar-Rabat.", "Bnietha biex timpika mal-kavallieri.", "Fi kliem ieħor kienet mara li sfidat il-poteri ta' żmienha.", "Hija waqqfet din il-fundazzjoni fl-1675 permezz ta' testment li sar għand in-Nutar Nikola Allegretto.", "Dan in-nutar Allegretto kien jaħdem ħafna ir-Rabat, Malta, fejn din l-armla kienet tgħix.", "Id-data eżatta ta' dan it-testment hija ta' 25 Awwissu 1675.", "L-isqof ta' Malta ingħata d-dritt li jagħżel il-prokuratur u jamministra din l-art.", "Fin-nuqqas li hu ma jibqax amministratur, din l-art kellha tgħaddi għand l-eredi jew dixxendenti tagħha.", "Biss forsi ftit jafu, din l-armla ma għamlitx biss testment iżda anki għamlet kodiċil għal dan it-testment.", "B'kodiċil kienu jifhmu strument legali li bih kien jiżdiedu affarijiet, normalment ta' natura spirtwali mat-testment li persuna tkun ġa għamlet.", "B'hekk it-testment kien jibqa' validu u miegħu kien ikollu wkoll l-addenda tal-kodiċil.", "F'dan il-kodiċil, li huwa l-aħħar volonta tat-testatriċi, Cosmanna Navarra titkellem u s-semmi min huma eżatti l-eredi tagħha għal din l-abbazia.", "Biex wieħed jifhem, din l-armla għamlet bħal ma x'uħud jagħmlu llum fuq qabar.", "Dawn iħallu d-dritt li d-dixxendenti tagħhom biex ikunu jistgħu jindifnu fih.", "Mela kull min hu kapaċi juri li jiġi mit-testatur jista' jindifen fil-qabar.", "Hekk ukoll ġara f'din il-fundazzjoni.", "Dak li hu interessanti għal min irid jistudja t-testmenti nutarili ta' din l-epoka, li din l-armla tkellmet f'dan il-kodiċil fuq il-\"werriet universali\" u mbagħad f'partijiet tikkwalifikah billi żżid ukoll \"id-dixxendenti tiegħu\".", "B'hekk kienet qed tifhem li kull min ser jitwieled mill-werriet universali għandu dritt u l-istess obbligi u privileġġi tal-werriet universali tagħha u mhux biss dixxendenti tal-ewwel wild.", "B'hekk din hija l-akbar problema u forsi hawn Bernard Grech għandu xaqq ta' dawl li sar żball kbir fir-reġistrazzjoni ta' din il-propjeta, għaliex qabel ma ssir ir-reġistrazzjoni jridu jkunu stabbiliti d-dixxendenti kollha tagħha u mhux dawk biss f'linja diretta magħha.", "Dan anki joħroġ ċar ħafna mill-kodiċil.", "Fuq kollox, f'dan il-perjodu, meta wieħed kien jitkellem fuq dixxendenti diretti, kien jitkellem fuq linja maskli.", "B'dixxendi biss kien qed jifhem kulħadd, inkluż il-werrieta ta' nisel femminil.", "Mela hawn għandna sitwazzjoni li qed ikun hawn ħafna minnhom illum fejn ikun hemm aktar minn werriet wieħed fuq propjeta'.", "Qabel ma ssir il-qasma, in-nutar irid jistabbilixxi il-werrieta kollha u jekk ikun hemm aktar minn ġenerazzjoni waħda, irid ikun stabbilit kull werriet ta' kull ġenerazzjoni.", "Kontra dawk li wieħed jaħseb, in-nisa ma kienux esklużi mill-wirt u l-anqas f'każ bħal dan, in-neputijiet li ma kienux mill-ewwel wild.", "Jidher li din id-darba, jista' jkun, li mingħajr ma nduna, Bernard Grech ġabha żewġ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/27/bil-provi-il-covid19-hija-biss-perikoluza-skont-il-persuna-min-hija/", "date": "2021-02-27T08:25:33+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Peress li jien bdejt nagħti spazju lil dawk li huwa xettiċi dwar il-miżuri li ttieħdu minħabba il-Covid19, bdejt niġi mgħajjar minn ħafna nies, inkluż Matthew Carauna Galizia u anki minn sieħbu tal-Arriva, Manuel Delia, li jien ta' periklu għas-saħħa pubblika.", "Dan għaliex jien ktibt li l-protokoli mhux qed jagħmlu sens.", "F'dan il-kuntest tajt spazju anki lil persuni bħal Marica Micallef biex tikteb fuq dan is-suġġett u ser nibqa' nagħtiha spazju.", "B'hekk ġejt mgħajjar anki minn akkademiċi li jien perikoluż.", "Biss issa nixtieq nagħmel mistoqsija lil dawn l-akkademiċi u lil min għajjarni.", "Bħal ma tafu, kien hemm fatt fl-aħbarijiet.", "Ittellgħu tliet persuni l-qorti fil-ħdax ta' bil-lejl.", "Ma hemmx dubju, li din kienet bħal meta ttella' Yorgen Fenech il-qorti b'arrest.", "Biċċa show għall-media.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex fost dawk li ttellgħu l-qorti kien hemm wieħed li għandu l-Covid19.", "Dan mhux jien qed ngħidu, dan qalu l-Kummissarju tal-Pulizija.", "Mela f'daqqa waħda din il-Covid19 ma baqgħetx daqshekk perikoluża.", "Inħarġet approvazzjoni biex din il-persuna bil-Covid19 tista' tiddaħħal f'awla tal-qorti, li fiha hemm diversi nies.", "Biss qalulna li ma hemmx problemi ta' saħħa pubblika għaliex ser ikun liebes ilbies protettiv, hemm id-distanzi u fuq kollox, xi ħaġa ġdida li jien qatt ma kont smajt, il-Covid19 hu l-aktar attiv u perikoluż fl-ewwel ijiem.", "Issa dan kien ilu fuqu aktar minn tliet ijiem.", "Mela f'daqqa waħda, id-diskors dwar il-Covid19 kollu nbidel.", "Ma baqgħetx dik il-marda daqshekk perikoluża.", "Il-pulizija ma kellhiex bżonn tistenna jumejn oħra, fejn kienet ilha tant tistenna, sakemm ressqet lil din il-persuna l-qorti.", "Riedet tressqu xorta fil-11 ta' bil-lejl bil-Covid19 b'kollox.", "F'daqqa waħda l-Covid19, ma baqgħetx dik il-marda terribbli.", "Infakkar li dan il-bniedem, bil-Covid19 daħħluh ġewwa awla magħluqa u fiha kien hemm in-nies.", "Jekk ikollok xi ġara li ħadet l-Covid19, trid tagħmel ħmistax kwarantina.", "Fuq kollox, infakkar li jekk persuna tmut bil-Covid19, il-qabar fejn tindifen jingħalaq għall-għaxar snin.", "Għala oqbra qed jingħalqu għall-għaxar snin?", "Infakkar li l-katavri ta' dawk li jmutu bil-covid19 qed jingħalqu f'boroż protettivi.", "Mela la darba qegħdin f'dawn il-boroż protettivi ma hemmx problema.", "Għala qed jingħalqu l-oqbra għall-għaxar snin?", "Dawn mhux bħall-ilbies li libsu jew aħjar li libbsu lill-akkużat?", "Nispera issa li xi ħadd ma jgħidx li jien nikteb \"conspiracy theories\".", "Naħseb li għandha oppożizzjoni mixtrija li minflok qed tistaqsi, kif inhu dmirha, għaliex qed inġennu n-nies bil-Covid19, spiċċat kompliċi ta' numru ta' miżuri li mhux qed jagħmlu sens, li qed jinbiddlu skont is-sitwazzjoni.", "L-aqwa li nkissru n-nies.", "Għandna Oppożizzjoni li spiċċat kompliċi ma' din it-tragedja."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/09/jason-azzopardi-u-karol-aquilina-jitkellmu-dwar-id-droga-li-rcevew-ghax-l-elezzjoni-fil-qrib/", "date": "2021-04-09T17:40:31+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Nixtieq nibda biex ngħidlek proset tal-post li tallajt fuq l-istqarrija li ħarġu Karol Aquilina, Jason Azzopardi, David Casa u Simon Busuttil.", "Dak li nixtieq inżid huwa li jidher li l-elezzjoni qiegħda fil-qrib.", "Jason Azzopardi qed jfakkar din l-istorja li ġrat xi sentejn ilu biex jiġbed is-simpatija.", "Jidher li rnexxilu fl-aħħar jinvolvi lill-oħrajn miegħu.", "Din l-istqarrija turi li dan id-deputat qiegħed f'panic mode ta' qabel kull elezzjoni.", "Għaliex qed ngħid dan.", "Qed ngħid dan għaliex din l-istqarrija l-aktar li tolqot lil dawk li daqt ser ikollhom jaffaċċjaw elezzjoni.", "L-elezzjoni ġenerali li ġejja tinteressa biss lil Jason Azzopardi u Karol Aquilina.", "Sa fejn jien, Simon Busuttil u David Casa għadhom ma wrewx interess f'din l-elezzjoni.", "Jekk din l-istorja ilha li seħħet sentejn għalfejn qed jitkarrbu issa li għadhom jistennew risposta u kjarifikazzjoni mill-pulizija fuq dak li ġara?", "Kemm tidher ċara u ovvja li Jason Azzopardi u Karol Aquilina qed jipprovaw jiġbru ftit voti f'każ li tiġi l-elezzjoni bikrija.", "Din l-istqarrija hi tentattiv ieħor fil-kampanja ta' dawn iż-żewg 'Blue Heroes' biex jippruvaw jiġbru ġieħhom mal-elettorat Nazzjonalista.", "Dawn min għalihom li jridu jnessu l-ħsara kbira li għamlu lill-Partit Nazzjonalista wara li serqulu l-kap elett demokratikament.", "Dawn iż-żewġ heroes min għalihom li n-Nazzjonalisti veri ser jinsew li marru għand il-President jippruvaw jilagħbu mal-kostituzzjoni ta' pajjiżna biex itajru lil Adrian Delia.", "Allavolja mal-President ta' Malta ma rnexxielhomx huma xorta baqgħu għaddejjin bil-kattiverji tagħhom sa meta rnexxielhom.", "Dawn it-tnejn kienu prominenti biex eleġġew lil Bernard Grech minflok Adrian Delia.", "Imma Jason Azzopardi u Karol Aquilina jafu sew li ma' l-ewwel ċans l-elettorat mhux ser jafdhom.", "Nafu wkoll li wieħed biex ħataf siġġu fil-parlament kellu jitbiegħed sew minn raħal twelidu u b'fortuna kbira tela' mill-għaxar distrett.", "L-ieħor ġie joqgħod Tas-Sliema imma ħiereġ fuq id-disa' distrett.", "In-nies ta' madwaru diġa qalulu biex ma jersaqx lejn Raħal il-Gdid għax l-elettorat hemmhekk ma jridux jafu bih.", "Allura għaddejjin b'din il-kampanja biex jipprovaw jikkonvinċu lin-Nazzjonalisti li huma kienu persegwitati.", "Altru minn hekk, kienu huma li ppersegwitaw lil sħabhom membri parlamentari u uffiċjali tal-partit.", "Kienu huma li ħadmu kemm felħu biex dawk li ġew eletti mit-tesserati jitwarrbu.", "Issa qed jipprovaw jikkonvinċuna li neżgħu l-ilbies tal-volpi u libsu l-maskra ta' ħaruf.", "Issa beda l-qrid biex jippruvaw jikkonvinċuna li għandna nerġgħu nafdawhom fil-parlament.", "Ikun żball kbir jekk l-elettorat Nazzjonalista ma jitgħallimx minn din is-sitwazzjoni li kissret lill-Partit glorjuż tagħna.", "Dawn deputati tal-isem.", "Dawn jinqdew biss bil-Partit biex jidħlu fil-Parlament u jgawdu l-privileġġi parlamentari imma bejn elezzjoni u oħra jaħsbu biss fihom infushom u fl-aġenda tagħhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/26/skont-claudette-buttigieg-l-uniku-nkwiet-ghall-anzjani-hija-l-pandemija/", "date": "2021-02-26T21:13:58+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum, il-Ġimgħa 26 ta' Frar 2021 il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza stampa u l-kelliema, Dr Stephen Spiteri u Claudette Buttigieg, indirizzaw lill-ġurnalisti preżenti u lill-poplu ġenerali.", "Kien ta' pjaċir li tisma' lil Dr Spiteri jispjega, b'mod xjentiku imma li jifhmu kulħadd, dak li aħna għaddejjin minnu bħalissa.", "Claudette Buttigieg tkellmet ukoll fit-tul imma ħin minnhom ħassejt li għamlet żball kbir.", "Claudette Buttigieg qalet li mit-telefonati li qed tagħmel, peress li minħabba raġunijiet personali mhux qed tmur tagħmel house visits, qalet li l-anżjani għandhom \"inkwiet kbir, ewlieni u uniku li hija l-pandemija.", "M'huma nkwetati fuq xejn daqs kemm huma nkwetati fil-pandemija\".", "Naqbel li l-anżjani huma nkwetati ħafna fuq il-pandemija u tassew għandhom għalfejn.", "Imma li tgħidilna li l-anzjani l-unika nkwiet li għandhom hija l-pandemija hija daqsxejn bogħod mill-verita'.", "Ms Buttigieg jaqaw meta jkunu qed jitkellmu sħabek fil-parlament, meta inti għal ħafna ħin tkun qiegħda bil-qiegħda fuq is-sedja tal-ispeaker, possibbli ma tagħtix każ ta' dak li jkunu qed jgħidu?", "Ma tantx ser nieħdok il-bogħod.", "Nhar l-Erbgħa 24 ta' Frar, jiġifieri jumejn ilu, Ivan Bartolo għamel diskors fejn tkellem dwar il-faqar fil-pajjiżna li laħaq għal 90,000 elf ruħ u l-effett ikrah li qed ikollu speċjalment fuq l-anzjani tagħna.", "Tkellem ukoll fuq is-solitudni li ħafna anzjani għaddejjin minnha bħal issa.", "Sieħbek fil-parlament, li naħseb ukoll qed iżomm kuntatt kontinwu mal-anzjani, ma qalx li l-anzjani huma nkwetati biss fuq il-pandemija.", "Naħseb kieku s-Sur Bartolo kien ċert minn dan, kien jagħmel id-diskors tiegħu fuq il-pandemija u kien jipprova jixpruna lill-Gvern biex jgħaġġel iżjed jew jieħu azzjonijiet aktar favur it-tilqim, biex nieħdu dan bħala eżempju.Jew inkellha jieħu pożizzjoni oħra.", "Possibbli Sinjura Buttigieg li t-telefonati kollha li tagħmel mal-anzjani ma sibtx min qed ibati biex iwassal sal-aħħar tax-xahar, ma sibtx anzjani li għandhom problema biex jixtru l-mediċini meħtieġa li ma jistgħux iġibuhom mill-POYC, possibbli li ħadd ma qallek fuq kemm qed iqattgħu ħin waħedhom u jħossuhom ser jiġġennu, possibbli ħadd ma qallek kemm qed jieħu pjaċir jitkellem miegħek u tinduna li qed jipprova jżommok bil-kliem biex it-telefonata titwal għax hemm xi ħadd li qed jkellmu, possibbli li ħadd mill-anzjani ma qallek li anke li ma jmorrux sal-knisja biex jisimgħu quddiesa qed tħalli effett ħażin fuqhom għalkemm għandhom il-kumdita tat-television.", "Imma possibbli li kull anzjan u anzjana tkellmu biss fuq il-pandemija.", "Jekk hu hekk ikolli nikkonkludi li l-anzjani fid-distrett fejn ser tikkontesta nżertaw kollha ekonomikament stabbli, imdawwrin bil-familjari tagħhom jew għandhom kumpanija kontinwa u għalhekk mhux iħossuhom waħedhom u fuq kollox jinsabu b'saħħithom fiżikament.", "Imma jidhirlek li titwemmen meta tesprimi dawn l-opinjonijiet?", "Imma taħseb li lill-anzjani tkun qed tagħmlilhom xi ġid meta tkellem b'dan il-mod?", "L-anzjani taw sehemhom għal pajjiżna.", "Ħadmu kemm felħu għall-ġid tagħna u tal-familja tagħna.", "Issagrifikaw ħafna għall-pajjiżna.", "Għamlu dak kollu li kien mitlub minnhom.", "Imma ma tistax tikkonsidrana li huma qed inbagħtu biss għax tfaċċat il-pandemija.", "Mela kif qed titkellem int, Sinjura Buttigieg, l-anzjani illum komdi u kienu komdi qabel il-pandemija u li kieku ma hawnx il-pandemija għaddejjin fil-kumdita'.", "Le Sinjura Buttigieg, l-anzjani għandhom ħafna problemi barra l-pandemija.", "Kull ma għamlet il-pandemija huwa li mmultiplikathom b'ħafna.", "Daqsxejn aktar sensittivita' ma tagħmel ħsara lil ħadd anżi tagħmel ħafna ġid lil kulħadd."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/09/sentejn-ilu-jason-azzopardi-kien-qal-li-kien-canvasser-ta-adrian-delia-li-baghatlu-l-kokaina/", "date": "2021-04-09T09:13:06+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ Jason Azzopardi, Karol Aquilina, David Casa u Simon Busuttil ħarġu stqarrija flimkien biex ifakkru li sentejn ilu, huma kienu rċevew qratas bil-posta li kien fihom il-kokaina.", "Talbu lill-pulizija biex tinvestiga.", "B'hekk qed jistaqsu fejn jinsabu l-investigazzjonijiet tal-pulizija f'dan il-każ.", "Infakkar li ftit tal-jiem ilu, The Times kienet ħarġet bi storja li l-pulizija qed tinvestiga dan il-każ u saħansitra assoċjat dawn l-envelopes ma' Yorgen Fenech.", "Tant li The Times qalet li dawn il-qratas kienu ntbagħtu wara li l-istess gazzetta kienet ħarġet bl-istorja ta' 17Black.", "Infakkar li The Times kienet anki tat prominenza kbira lill-post li kien tella' Jason Azzopardi fuq dan il-każ.", "Jien kont ktibt u għidt li meta Jason Azzopardi ħareġ din l-istqarrija, sħabu stess li semma', jiġifieri Karol Aquilina, David Casa u Simon Busuttil ma għamlux share tal-post tiegħu.", "Jidher li dan il-post tiegħi tah ġewwa lil Jason Azzopardi u b'risposta, il-bieraħ, Azzopardi flimkien mat-tliet persuni l-oħra involuti f'din l-istorja ħarġu stqarrija flimkien fuq dan il-każ.", "Din l-istqarrija ġabitha Lovin Malta.", "U x'ġara?", "Ġara li Lovin Malta spiċċat tgiddeb lil The Times u lil Jason Azzopardi.", "Waqt li dawn it-tnejn kitbu storja biex jagħtu l-impressjoni li Yorgen Fenech qed ikun investigat fuq dawn il-qratas tad-droga mill-pulizjia u saħansitra qalulna li Yorgen Fenech uża l-bitcoins biex jakkwista il-kokaina, Lovin Malta, li hija qrib il-pulizja, qaltilna fil-heading tal-artiklu tagħha li l-Pulizja għadha ma tafx min bagħat il-Kokaina lil dawn l-erba' min-nies.", "Mela għala The Times ħarġet b'dik l-istorja biex tgħid li Yorgen Fenech qed ikun investigat?", "Issa nafu li l-pulizija għadha ma tafx min bagħat dawn il-qratas.", "Dak li nista' niżvela huwa li meta Jason Azzopardi kien irċieva qratas bil-kokaina sentejn ilu, hu kien waħħal f'wieħed mill-canavassers ta' Adrian Delia.", "In fatti Jason Azzopardi kien qal lill-grupp parlamentari, f'waħda mill-laqgħat, li din id-droga kokaina kien bagħtilu canvasser ta' Adrian Delia.", "Infakkar li meta Azzopardi qal hekk kienet ġa ħarġet l-istorja ta' 17Black.", "Illum Azzopardi biddel il-verzjoni.", "Ma għandix dubju li dawn il-qratas ma kienx bagħathom l-ebda kanvasser ta' Adrian Delia.", "Biss jidher ċar li Azzopardi qed juża din l-istorja kif jaqbel lilu u jibdel id-diska skont iż-żifna u l-media qedha tiżfen miegħu.", "Min-naħa tiegħi, jien ktibt lil Jason Azzopardi biex jikkonferma jew jinnega din l-informazzjoni.", "Din l-istorja turi kemm verament il-media u dan il-politiku qed jilgħab logħba kerha.", "Ma hemmx dubju li l-media qed tmexxi aġenda maħmuġa kontra Yorgen Fenech."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/26/il-kummissarju-tal-pulizija-rabat-ix-xhieda-bli-qal/", "date": "2021-02-26T21:06:21+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dalgħodu, b'kumbinazzjoni, dawn is-sorsi tal-aħbarijiet, jiġifieri, The Times, Malta Today u Net kollha tkellmu dwar l-istess storja: irrappurtaw li Vince Muscat, magħruf bħala il-Koħħu, kien implika lil Chris Cardona fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Inħallu għal mument li din hija storja riċiklata.", "Min kien qed isegwi s-social media, fosthom Facebook, il-bieraħ dehru stejjer oħra riċiklati marbuta ma' dan il-fatt.", "Infakkar li fl-imgħoddi, Vince Muscat kien issemma minn Jason Azzopardi u Azzopardi qal li Muscat jaf storja dwar politiku ieħor tal-Gvern Laburista marbut ma' holdup li sar fuq bank.", "Qed ngħid dan għaliex l-affarijiet ma huma ċari xejn.", "Biss dak li laqgħatni lili personalment huwa il-fatt li ġej.", "Jien il-bieraħ ktibt li l-Kummissarju tal-Pulizija ta konferenza stampa fejn fiha qal li issa dawk kollha involuti f'dan id-delitt ta' Daphne Caruana Galizia ġew arrestati.", "Qal li ġie arrestat il-mandant, jiġifieri Yorgen Fenech.", "Ġew arrestati dawk li qegħdu l-bomba, jiġifieri l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat il-Koħħu.", "Magħhom inqabad il-Middleman, Melvin Theuma.", "Issa inqabdu min tahom l-isplussiv, jiġifieri l-aħwa Agius tal-Maksar u Jamie Vella.", "Qal ukoll li s'issa ma hemm l-ebda politiku mplikat.", "Mela skont dan il-kwadru li ta l-Kummissarju tal-Pulizija, kollox jinsab magħluq.", "Tajjeb ħafna.", "Illum ittellgħu dawn l-istejjer fejn għal darba oħra qed ikunu mplikati politiku.", "X'ser jagħmel issa l-Kummissarju tal-Pulizija?", "Issa b'dak li qal il-Kummissarju, ħafna mill-kamp kriminali qed jintrepretawh, li l-Kummissarju rabat idejn lill-prim investigatur u anki x-xhieda b'dak li jridu jgħidu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/26/il-haddiema-barranin-jason-azzopari-u-l-ipokrezija-politika/", "date": "2021-02-26T06:50:41+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-Ministru tal-finanzi Clyde Caruana fil-parlament qalilna li f'Settembru 2020 f'pajjiżna kellna kważi 70,000 ħaddiem barrani reġistrati ma' JobsPlus.", "38,406 kienu nies ġejjin minn postijiet tat-tielet dinja, waqt li 31,513 ġejjin minn pajjiżi Ewropej.", "Minħabba f'hekk il-popolazzjoni Maltija qabżet il-500,000.", "Dan ifisser li 25% tal-popolazzjoni Maltija huma ħaddiema barranin.", "Rajna żieda ta' ħaddiema barranin fuq l-2019 bl-aktar żieda qawwija ta' 7000 ħaddiema minn pajjiżi tat-tielet dinja.", "Infakkru wkoll li l-Ministru Caruana fl-2014 kien il-bniedem li fassal il-politika tal-gvern dwar ix-xogħol.", "Din wasslet għal influs qawwi ta' ħaddiema barranin u żieda sostanzjali ta' Maltin li rritornaw fuq il-lant tax-xogħol.", "Din is-sena, jiġifieri fl-2021, l-istess Caruana vara proċess biex jintroduċi politika differenti dwar ix-xogħol.", "Huwa qed jistaqsi lil kull min hu nvolut jekk għandiex tiddaħħal kwota fuq in-numru ta' ħaddiema barranin.", "Apparti minn hekk, semma wkoll li Jobsplus qed tinforza dixxiplina u żżur diversi ndustriji, mingħajr preavviż, biex tara jekk ikun hemmx ksur tal-liġi minn min iħaddem.", "Nistennew u naraw x'ser jiġi nkluż fil-politika ġdida li ser idaħħal dan il-Ministru.", "Irridu niftakkar li kull meta kien hemm xi ħadd li pprova jagħmel mistoqsijiet dwar dan kien jiġi mgħajjar razzist.", "Dr Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ikkummenta fuq din il-politika u kien qal li l-influs ta' dawn il-ħaddiema barranin kien qed ikollu effett ħażin fuq il-pagi ta' numru ta' ħaddiema Maltin.", "Niftakru kemm minn beda jistaqsi fuq dawn l-affarijiet kien jiġi mgħajjar rażżist.", "Issa qed naraw li l-Ministru Clyde Caruana qed jagħti raġun lil dawk li kien jagħmlu mistqosijiet dwar din il-politika ta' importazzjoni ta' ħaddiema lejn Malta.", "Issa l-Ministru Caruana qed jikkontempla li jdaħħal il-kwoti u Jobsplus ġiet ordnata li jaraw li kull min jimpjega jara li qed jimxu mal-liġi u li l-ħaddiema qed jitħallsu kif inhi xieraq u sewwa.", "Biss dak li laqatni fuq livell politiku huwa li issa għandna ammissjoni wkoll tal-aktar parlamentari qaddis li għandha fil-parlament Malti, Jason Azzopardi, li mar fuq il-qabar ta' Kristu.", "M'alla kienet din iż-żjara għaliex jidherli llumina ruħu tant li anke hu issa qed jagħti raġun lil dawk li bħal Dr Delia u oħrajn li kienu jitkellmu kif jitkellmu fuq il-politika tal-immigrazzjoni.", "Irridu niftakru li issa Azzopardi ma għadux il-kelliem tal-ġustizzja għaliex issa hemm l-ex-ħabib tiegħu Karol Aquilina.", "Azzopardi jieħu ħsieb dan is-settur.", "Issa Azzopardi spiċċa jixxedowja l-JobsPlus.", "L-istess Azzopardi kellu jistaqsi lill-Ministru Caruana kemm huma l-barranin f'Malta.", "Dażgur!", "Għax issa li rnexxielu jtajjar lil Adrian Delia u għandu bżonn ukoll jidher li qed jiġġieled biex forsi jiġbor xi erba' voti.", "Allura bilfors irid jibda jitkellem favur il-ħaddiema Maltin.", "Jason Azzopardi tista' tkun ipokrita iżjed minn hekk.", "Issa ser jagħmel Azzopardi?", "Ser jitlob apoloġija lil Dr. Delia u lil dawk kollha li ġew mgħajra razzisti talli tkellmu fuq din is-sitwazzjoni u l-problemi li numru ta' ħaddiema Maltin sabu ma wiċċhom?", "Veru li ż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/25/il-kummissarju-tal-pulizija-parla-zzejjed/", "date": "2021-02-25T11:35:05+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ saret konferenza tal-Aħbarijiet.", "Fiha l-kummissarju qal li l-każ ta' Daphne Caruana Galizia solvut u kull min hu nvolut inqabad u qiegħed arrestat jew kif kien hemm min saħansitra rraporta, qiegħed il-ħabs.", "Hu kompla qal li ma hemmx politiċi involuti.", "Mhux ser nidħol fil-mertu jekk dan hux minnu jew le.", "Biss jidher ċar li l-kummissarju parla żżejjed.", "Għaliex qed ngħid dan.", "L-ewwel anki jekk il-kummissarju jemmen li ma hemmx politiċi involuti xorta ma kontx ngħidha.", "Il-kummissarju ma jafx ser jinġib bħala xhieda.", "Forsi tinġib xhieda li fiha jingħad li hemm politiċi involuti.", "Dak li qed jingħad huwa li wieħed minn dawk arrestati huwa kanvasser ta' politiku prominenti mill-kamp Nazzjonalista.", "Ma jfissirx li dan il-politiku huwa involut.", "Qed insemmi dan il-punt biex ngħid għala ma kontx ngħidha.", "Imbagħad hemm min qed jgħid li hemm politiċi mill-kamp Laburista jew nies qrib tagħhom.", "B'li qal, il-kummissarju ta' x'jifhem li qed jgħatti għall-politiċi.", "Issa ser jagħmel jekk jinstab li hemm politiċi nvoluti?", "Fuq kollox, ħadd għadu jaf kif ser jixhdu, jekk jaċċettaw li jixhdu l-akkużati.", "U jekk isemmu politiċi, ser jagħmel il-kummissarju tal-pulizija?", "Ser jgħid li dawk qegħdin jigbdu.", "Infakkar li l-istess pulizija u anki fil-qrati, Yorgen Fenech ġie definit bħala ko-mandant.", "Issa l-kummissarju qed jgħid li ma hemmx mandanti oħra.", "Mela għala Yorgen Fenech ġie definit bħala ko-mandant u mhux il-mandant?", "Dan juri t-taħwid li hemm mill-pulizija marbut ma' dan il-każ.", "Imbagħad hemm min għajjarni li jien \"conspiracy theorist\"!", "Biss dak li ħareġ mill-konferenza stampa kien li issa, skont il-Kummissarju tal-Pulizija, l-akkużati kollha nqabdu.", "Mela issa ma għandux ikun hemm raġuni għala Yorgen Fenech jibqa' jinżamm arrestat.", "Infakkar li waħda mir-raġunijiet li nġabet kienet li Yorgen Fenech jista' jinfluwenza lix-xhieda jew l-investigazzjoni."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/08/wiehed-ghandu-jivvota-ghall-kandidati-u-mhux-ghall-partit/", "date": "2021-04-08T16:12:19+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Qrajt l-artiklu ta' Roselyn Borg Knight dwar il-bżonn li wieħed jivvota għall-individwu u mhux għall-Partit.", "Skont Borg Knight, din il-frażi kien jgħidilha missierha.", "B'hekk ħassejt li għandi nikkummenta ftit fuqu.", "Ms Borg Knight tgħid li hi s-Segretarju Internazzjonali u kandidata tal-Partit Nazzjonalista.", "Ngħidilha mill-ewwel li naqbel perfettament mal-papa tagħha għax kulħadd għandu jivvota lill-kandidat u mhux lill-partit.", "Biss, finalment, l-għażla tkun l-ewwel lejn il-Partit li wieħed jemmen li jirrapreżenta l-valuri tiegħu, imbagħad ifittex l-aħjar kandidat f'dak il-partit li ser jivvota għalih.", "Imma ma tistax b'mod ġeneriku tivvota lil dak il-partit u allura timmarka n-numri fil-kaxxa ta' kandidati li kull ma jkunu għamlu tul l-aħħar snin huwa li taw daqqiet ta' ħarta lill-Partit tagħhom stess.", "Kif tista' tafdhom lil dawn il-kandidati?", "Naqbel magħha li huwa fundamentali li tagħżel partit li għandu pjanijiet ċari għall-futur.", "Tajjeb ukoll li tanalizza dak li ser ikun qed joffri.", "Imma l-partit magħmul mill-bnedmin u huma dawn il-bnedmin li suppost ser iressqu 'l quddiem u jesegwixxu dak li jkunu kitbu fuq il-karta.", "Imma jekk dawn l-istess nies fil-partit tagħha ma kienux kapaċi jżommu ma' deċizjoni demokratika li ttieħdet fil-istess Partit tagħhom stess, x'garanzija għandi jien li ser iżommu ma' dak li jkunu qiegħdin iwiegħdu fuq il-karta?Dawn li ġġakbinaw lil nies tal-istess ħsieb politiku tagħhom, ser jaħsbuha li jimxu fuq l-aġenda tagħhom u mhux fuq dak li kitbu.", "Kemm naqbel ma' dawn l-erba' kelmiet!", "Imma nagħmlilha suġġeriment.", "Ngħidilha biex tmur għand il-Kap tagħha u tistaqsih jekk hux qed ikun imġebbed 'l hemm u 'l hawn fuq deċizzjonijiet li qed jieħu.", "Tistaqsih kemm qed joġġezzjonaw dawk ta' madwaru, allura l-establishment, meta jipprova jiġbed lura nies lejn il-Partit biex jgħinuh.", "Ms Borg Knight jiddispjaċini ngħidlek li qabel tinqata' l-għira u l-ħdura ta' ċertu nies lejn Nazzjonalisti oħra li kienu b'xi mod jappoġġjaw lill-Kap ta' qablu, ma jista' qatt ikollna xi tip ta' garanzija li kulħadd qed jiġbed l-istess ħabel.", "Il-ħdura għadha b'rasha mgħollija wisq fil-kapurjuni tal-Partit.", "Naqbel ħafna li meta ma tivvutax tkun qed tħalli lil ħaddieħor jiddeċiedi għalik.", "Imma x'ser tgħid Ms Borg Knight lil dawk in-Nazzjonalisti li raw nuqqas ta' demokrazija fil-partit tagħhom stess?", "X'ser tgħid lil dawn in-nies li jmorru jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista li għaddihom biż-żmien għax ma tax każ tal-vot tagħhom.", "Tista' tgħid lil dawn in-nazzjonalisti biex imorru jivvutaw lil dawk il-kandidati li ġew altament jitnejjku minnhom?", "Allura r-riżultat ta' dan kollu huwa wieħed, block vote fil-partit tagħhom stess.", "B'dak li ġara fil-Partit Nazzjonalista f'dan l-aħħar tlieta/erba' snin, kull Nazzjonalist irid jifhem li l-Partit ma għadux l-istess Partit ta' qabel l-2017.", "Illum il-Partit irid jirrejalizza li ser ikun inutli li tgħid lill-partitarji biex jivvutaw lill-kandidati kollha.", "Il-Partit irid jifhem li hemm wisq ġakbini fil-Partit Nazzjonalista.", "Irid jifhem li l-aħjar parir li jista' jagħti hu li jgħid lill-partitarji jivvutaw lil dawk li għandhom fiduċja fihom u mhux lil kulħadd, allura l-għajta għandha tkun l-għażla interna li tfisser block vote.", "Jiena naħseb li meta kitbet din is-silta li ġejja kienet qed tagħmel referenza għall-membri tal-Partit fil-Gvern.", "Imma trid tkun onesta magħha nnifisha u tammetti li dawn il-kwalita' ta' nies jeżistu b'numru mdaqqas fil-Partit tagħha wkoll.", "Fl-aħħar tal-artiklu tagħha kitbet dawn il-kelmiet.", "Kemm naqbel magħha.", "Biss ngħidilha li biex tieħu lil pajjiżha lura, l-ewwel trid tieħu l-Partit lura mill-klikka perikuluża li ħatfitu, għaliex il-Partit huwa l-uniku veikolu li jista' jreġġa lill-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/25/daphne-caruana-galizia-tippubblika-biss-dak-li-jaqbel-lilha/", "date": "2021-02-25T06:12:28+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna li qaltli li hija ma tantx tista' nikteb pubblikament pero' taqra kollox u ta' dan irringrazzjatni.", "Din il-persuna qaltli hekk: Dr. Mercieca, uniċi artikli li naħseb naqra huma tieghek.", "Kollha bis-sens.", "Sens komun li ma għadu komun xejn.", "Mela ħa nsaqsik xi mistoqsijiet jekk jogħġbok.", "Kellha blog.", "Kienet iżżomm blog u tikteb fih.", "Safejn naf jien ġurnalista taqra jew tfittex l-aħbarijiet u tikteb FATTI.", "Tkun preżenti fi press conferences.", "Mhux jekk?", "Jiena, min jaf kemm ktibtilha u qatt ma ġġibhom jidhru.", "Tippublika kienet biss li jaqbel lilha.", "Għaliex il-Prim Ministru għamel konferenza stampa fuqha?", "X'affarijiet dawn!", "Mela din l-mara speċjali aktar minn ħaddiehor li miet b'disgrazzja jew qtil?", "Jekk Allaħares qatt joqtlu lili, l-istess se jagħmel il-prim ministru?", "Ma naħsibx għax jien komuni.", "U din x'għandha aħjar minni?", "Min jaf kemm qed jintefqu flus fl-FBI, Interpol, pulizija, detectives u lanqas naf jien.", "Hekk sew bit-taxxi tiegħi noqgħod inħallas dawn l-eluf.", "U biex niftħu sala jew nibnu ċentru tas-saħħa mentali, hemm ma għandiex flus.", "Tiskanta hux… Kemm aktar ma weġgħet nies aktar qed tieħu prominenza.", "Jissemmew swali għaliha.", "Fl-aħbarijiet kważi tissemma kuljum.", "Smajt li se tittella play… x'jonqos?", "U jaħasra jiena, ċittadina normali nipprova dejjem ngħin u nipprova nkun mara nisranija li nagħmel il-ġid u probabbli meta mmut sa l-għada jkunu nsewni."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/08/ma-jridux-lil-angelito-sciberras-jiehu-hsieb-il-kampanja-elettorali/", "date": "2021-04-08T14:57:10+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bernard Grech xtaq lil Angelito Sciberras biex jieħodlu ħsieb il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Biss grupp intern ta' nies fil-Partit Nazzjonalista għamluha ċara ma' Bernard Grech li ma jridux lil Angelito Sciberras f'din il-kariga.", "Wieħed irid jiftakar li din il-persuna għandha ħafna snin ta' esperjenza f'dan il-qasam.", "Kien ukoll imexxi l-Elcom, is-sezzjoni nkarigata mill-elezzjonijiet kemm interni kif ukoll nazzjonali f'dawn l-aħħar snin.", "Għalkemm Angelito Sciberras kien tbiegħed mill-Partit Nazzjonalista għal raġunijiet personali tiegħu, huwa aċċetta l-istedina ta' Dr Bernard Grech biex imexxi l-istrateġija meħtieġa f'elezzjoni ġenerali.", "Sfortunatament l-establishment ma aċċettax din l-istedina mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Grupp ta' nies li jifforma parti minn dan l-establishment protestaw bil-qawwi għal din id-deċizjoni.", "Dawn marru għand Bernard Grech fejn qalulu li jekk jidħol lura Angelito Sciberras, jitilqu huma.", "Fost dawn kien hemm xi ġenerali li ġew imponuti fuq Dr Grech f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Kif jgħid il-Malti b'mod metaforiku, dawn in-nies lil Dr Grech poġġewlu revolver ma' rasu.", "Dan ta' Angelito Sciberras huwa eżempju wieħed ta' nies li Dr Grech prova jiltaqa' magħhom imma xorta kellu reżistenza mill-establishment.", "L-informazzjoni li għadha kif għaddiet għandi hija li Angelito Sciberras reġa ltaqa' ma' Dr Bernard Grech fejn infurmah li hu ma għadux interessat f'din il-kariga.", "Naqbel ma' Angelito Sciberras għax persważ li jekk jidħol għal dan ix-xogħol, meta jaf li l-establishment huwa kontra tiegħu, dan kien ser ikollu jikkumbatti kull idea li seta' joffri jew iressaq lil Dr Bernard Grech."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/08/l-uzu-access-tal-maskli-ser-iwassal-biex-min-hawn-u-ghaxar-snin-ohra-ser-jizdied-sew-ir-riskju-tal-kancer-fmalta-dr-stefano-montanari/", "date": "2021-04-08T08:40:07+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ kelli fil-programm tiegħi Simon Mercieca Jiddiskuti lil Dr. Stefano Montanari u l-mara tiegħu, id-dottoressa Antonella Gatti.", "Matul dan il-programm ġew diskussi fost l-oħrajn l-użu tal-maskli.", "Dwar il-maskli Dr. Montanari qal li l-użu fil-tul tagħhom ser iżid ir-riskju tal-kanċer.", "Dan ir-riskju ser jiżdied bejn għaxar u għoxrin sena oħra.", "Ir-rata tan-nies bil-kanċer f'Malta ser tkun ikbar.", "Min-naħa tagħha, il-mara tiegħu qalet li ħafna mill-maskli li qed jintużaw huma ineffettivi biex iżomm lill-virus milli jgħaddi minn ġo fihom.", "It-tessut tal-maskli mhux biżżejjed biex iżomm virus milli jgħaddi minnu.", "Biex iżżomm virus milli jgħaddi, wieħed irid li jkollu maskli apposta.", "Issa jekk wieħed juża dawn il-maskli apposta li għandhom tessut apposta, dan it-tessut irid ikollu valve fih.", "Dan għaliex tant kemm tkun il-fibra tad-drapp tal-maskla magħluqa, li dan iwassal biex jagħmel ħsara lis-sistema respiratorja għaliex anki n-nifs ibati biex jgħaddi.", "Għalhekk dawn il-maskli jkollhom valve fihom.", "Fuq kollox, ċertu maskli qed isiru bil-mass production.", "Fihom għandhom ċertu nano particles li jistgħu jwasslu biex jikkawżaw mard bħal pneumonia.", "Dan hu punt li qed tagħmel Marica Micallef fil-blogs tagħha li qed tikteb għal dan is-sit tiegħi.", "Hija qed issostni li l-pneumonia li ħa missierha ġiet ikkawżata mill-użu tal-maskli.", "Dak li nista' ngħid li fi Franza u hawn qed inġib ir-riklam, ħwienet li jbiegħu l-maskli qed ikollhom avviż mal-maskli li dawn mhux effettivi biex iżommu milli jinxtered il-virus minnhom.", "Ser ikun hemm tennija tal-programm ma' Dr. Stefano Montanari u martu, Dr. Antonella Gatti, nhar is-Sibt fit-8.30 pm fuq Xejk TV.", "Fuq kollox, dan il-programm ser jittella' fuq Youtube."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/24/kevin-cassar-min-hu-l-veru-korrott/", "date": "2021-02-24T08:39:17+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ftit tal-ġimgħat ilu Kevin Cassar kiteb artiklu biex jgħid li jiena akkademiku pastaż (rude).", "Jien mhux ser nagħmel bħal Kevin Cassar u nidħol fix-xogħol akkademiku tiegħu kif huwa u sħabu ppruvaw jagħmlu fuq xogħli.", "Biss Kevin Cassar iħobb jikteb fil-gazzetta The Times.", "Hu jippreżenta lilu nnifsu bħala l-kuxjenza soċjali tan-nazzjon Maltija.", "Imma, bħal dawk li li jaħsbuha bħalu, huwa selettiv ħafna fl-attakki tiegħu.", "Jimmaġina li jista' jindaħal u jiddetta kif ċertu nies għandhom jaġixxu.", "Sa hawn m'għandi ebda problema, wara kollox pajjiżna hu pajjiż ħieles.", "Għandha demokrazija fejn kulħadd hu liberu li jippronunzja ruħu, jxerred ħsibijietu u juri wkoll lejn fejn ixaqleb.", "Imma dan l-individwu huwa parti minn grupp li qisu lilhom infushom li għandhom xi dritt superjuri fuq l-oħrajn.", "Jużaw il-gideb jew aħjar in-nofs veritajiet u jispinjawhom waħda sew u kif iridu huma biex lill-poplu jbellgħulu preġudizzji maħsuba mingħajr wisq informazzjoni.", "Ħafna mill-artikli ta' Kevin Cassar huma mħawra b'dawn in-nofs veritajiet li huma agħar mill-gibed.", "Għaliex dawn iwasslu lill-qarrej biex jagħmel żbalji u kalkulazzjonijiet ħżiena.", "Biss meta tifli l-kwotazzjonijiet żbaljati tiegħujġibulek ċertu dubbju dwar l-għerf politiku li għandu.", "Qed ngħid dan għaliex Cassar faċilment isellef lilu nnifsu permeżż tal-pinna biex jipprova jkisser u jfarrak karattri umani b'dawn in-nofs veritajiet.", "Hawnhekk tibda tistaqsi jekk adottax fil-ħajja tiegħu, l-istil ta' Jekyll and Hyde.", "Jinkwitani l-fatt li għandu misteru pjuttost moħbi ta' kif ħareġ mis-sitwazzjoni personali tiegħu biex seta' jidħol fid-dinastija Fenech Adami.", "Qed ngħid dan biex wieħed jifhem aħjar x'inhu għaddej bħalissa fil-kamp Nazzjonalista.", "Nhar il-Ħadd kellu artiklu fis-Sunday Times.", "Fih tant tbiegħed mill-verita' u tant prova jgħawweġ il-fatti li rnexxielu jissupera l-attakki preċedenti li ilu għaddej bihom biex joskura lil Dr. Adrian Delia.", "Fi ftit kliem, f'dan l-artiklu tkellem dwar il-fatt li Adrian Delia kien qed jistaqsi dwar l-attivita' ta' James Piscopo.", "X'għamel ħażin?", "Kważi, kważi meta taqra l-artiklu ta' Cassar , tasal għal kunklużjoni li dan qed jikkundanna lill-amministrazzjoni ta' Delia għaliex kitbet stejjer dwar James Piscopo, li kien CEO tal-Partit Laburista kif ukoll kien irċieva eluf ta' Euro taħt l-amministrazzjoni ta' Muscat.", "Biss il-fatt li James Piscopo iġġieled ma' Keith Schembri jfisser skont Cassar, li ġie eżonerat mill-imgħoddi tiegħu.", "Flok Cassar staqsa kif ex- ħaddiem tal-Air Malta sar sinjurun mil-lum għall-għada, attakka lill-messaġġier.", "Dan għaliex The Times ħarġet storja li Fenech ħallas flus biex (u hawn ha nuża kliem Cassar) allegatament ikun attakkat Piscopo mill-Partit Nazzjonalista.", "B'mod spettakulari, Cassar nesa jew ħeba li stejjer dwar Piscop kien ilhom jiġu miktuba kullimkien mill-2013.", "Nesa Cassar li dik l-istorja li kienet qed jikteb dwarha kienet għand il-ġurnalisti xhur qabel u kif kont ktibt jien, l-media għażlet li ma toħroġhiex.", "Naħseb dak li kellu jistaqsi Cassar huwa għala llum wieħed irid iħallas lill-ċertu media biex toħroġ il-verita'?", "Għala l-media jkollha ċertu stejjer u ma toħroġhomx meta jkollha toħroġhom?", "Infakkar lil Cassar li kien hemm stejjer fil-media marbuta mall-amministrazzjoni Nazzjonalista, u din tinkludi stejjer li seħħew fiż-żmien meta, Beppe, ħu l-mara tiegħu u sħabu l-qaddisin, kienu parti mill-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Cassar kiteb xi ħaġa dak iż-żmien biex jiskredita dik l-amministrazzjoni Nazzjonalsita?", "Żgur li le.", "Għal kuntrarju rikeb fuq il-karettun politiku u kkandida ruħu mal-grupp ta' kandidati ta' Busuttil.", "Iżda biex ikun aktar ipokrita fl-artiklu tiegħu kompla jikteb li Delia u Portelli kienu f'xi ftehim mal-klikka ta' Kastilja.", "Jasal biex jiddeskrivi dan kollu bħala cabal (fazzjoni politika sigrieta).", "Kollox jgħodd basta jiskredita lil Dr Delia allavolja ma għadux Kap tal-Partit.", "Ejja għas-saħħa tal-argument nużaw l-istess riga assurda wżata minn Cassar biex jimbotta l-agenda kontra ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Meta Cassar reġa' żżewweġ, din id-darba lit-tifla tal-ex-Prim Ministru u ex-President ta' Malta, Eddie Fenech Adami, huwa sar parti mill-familija Fenech Adami u allura qrib ħafna ta' Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien viċi-Kap tal-Partit.", "Ħaġa ovvja Cassar qasam ikliet, vaganzi and minn jaf x'iżjed ma' Beppe u l-kumplament tal-familja.", "Kelli ċans nikteb fuq dan l-istess blog li fl-2013, Beppe kien fuq il-board ta' CapitalOne, kumpanija fiduċjarja, proprjeta ta' kumpanija oħra li nstab li kienet imdaħħla f'attivita' finanżjarja illeċita.", "Beppe rreżenja minn direttur ta' din il-kumpanija fl-2014.", "Din l-istess kumpanija ġiet immultata €30,000 f'multa, li ġiet ikkonfermata mill-qorti tal-appell fix-xahar ta' Jannar 2021.", "Mela biex nużaw l-istess riga tiegħu, b'assoċċjazzjoni Kevin Cassar huwa parti minn cabal għaliex tkellem, bagħat messaġġi u kiel ma Beppe Fenech Adami!", "Li kieku xi ħaġa bħal din ma kienetx assurda wieħed jista' jaħseb li kienet vera u reali.", "Imma l-verita' sagrosanta hija, li nies bħal Cassar, dak li hu importanti għalihom huwa, li jħammġu l-avversarji politiċi tagħhom u lil dawk li ma jaqblux magħhom allavolja dawn jistgħu jiġu mill-istess partit tagħhom stess.", "Veru każ ta' silta mislufa mill-kotba li \"l-għadu tal-għadu tiegħek huwa l-ħabib tiegħek\"."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/23/il-pjan-tar-ribelli-huwa-li-ma-jhallux-lil-adrian-delia-johrog-fl-elezzjoni-li-gejja/", "date": "2021-02-23T12:32:42+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Manwel Delia jinsab f'dilemma kbira u qed taqbiżlu għax Dr Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li poġġa hu u sħabu, għadu ma għamilx dak li jidher li kien miftiehem meta resquh biex jidħol għat-tiġrija tal-Kap.", "Jidher li waħda (fost ħafna) mill-kondizzjonjiet miftiehma ma' Dr Grech kien hemm dik li Dr. Adrian Delia ma jitħalliex jikkontestax l-elezzjoni li ġejja.", "Dan l-aħħar qrajna, kemm hu veru ma nafx, li is-\"seventeen heroes\" qed jerġgħu jiltaqgħu.", "Id-diċerija li ħarġet kienet li qed jaħsbu lil min ser ipoġġu minflok Dr Bernard Grech.", "Ma tantx tinżilli.", "Tinsewx li dan il-grupp ta' ribelli, mingħalihom eroj, l-għan prinċipali tagħhom kien li jqalftu lil Adrian Delia.", "Dak irnexxilhom.", "Imma issa l-mira tagħhom laħqet livell ieħor.", "Huma jridu li Adrian Delia ma jkunx kandidat fl-elezzjoni li ġejja.", "Dan mill-ewwel ġurnata ma niżżlilhomx sa griżmejhom.", "Ir-raġunijiet huma varji għax kull membru parlamentari għoġbu jingħaqad ma' narrattiva differenti.", "Naf b'deputati li vvutaw kontra Adrian Delia minħabba l-famużi chats ma' Yorgen Fenech.", "Illum qed jirrealizzaw kif u kemm għaddihom biż-żmien dak li mar fuq il-qabar ta' Kristu.", "Hemm raġunijiet oħrajn li mhux ser nidħol fihom illum.", "Il-ħsieb ta' din il-kitba hija l-idea li għandhom dawn ir-ribelli li ma jħallux lil Adrian Delia joħroġ bħala kandidat.", "M'għandhomx għalfejn jiltaqgħu b'mod sigriet għax il-poplu diġa jafu.", "Ċertu media ġa qed tagħtihom palata.", "Dawn iridu akkost ta' kollox ikeċċuh mill-Partit Nazzjonalista.", "Il-problema li għadhom hija din.", "Huma jistgħu jippruvaw, jistinkaw, jikkonfoffaw u jagħmlu ħilithom, saħansitra jheddu lil Dr Grech, imma jridu jagħtu importanza kbira lejn ir-reazzjonijiet li ser ikun hemm għall-azzjonijiet tagħhom.", "Bniedem għaref u rispettat qalli li l-bniedem jagħmel azzjoni f'temp qasir ħafna imma r-reazzjonijiet għal dik l-azzjoni li jkun għamel jinżlu miegħu fil-qabar.", "Mhux qed jindunaw dawn li b'azzjoni bħal dik jistgħu jaqsmu l-Partit?", "Qed jirriflettu li b'deċizzjoni bħal dik tista' twassal għal numru kbir ta' nazzjonalisti li ma jivvutawx?", "Qed jippruvaw jifhmu li jekk jaslu biex jagħmlu dak il-pass ħafna votanti Nazzjonalisti jistgħu jivvutaw Labour?", "Qed jirrealizzaw li saħansitra hemm għażla oħra, dik li jkun hemm numru kbir li jivvutaw partit ieħor u wara jkomplu bin-numru tnejn u forsi jaslu sa tlieta għal kandidati li ma jriduhomx ibatu?", "Jafu dawn in-nies li eluf ta' votanti fl-elezzjoni li ġejja (xi ħaġa li ser issir għall-ewwel darba) ser jagħmlu block vote?", "Qed jindunaw li dan il-block vote ser ikun fuq kull distrett?", "Għax naf, anżi ċert, li jekk ikomplu b'din l-ideja li għandhom, il-Partit Nazzjonalista ser jitkisser.", "Qed nikteb għaliex verament nixtieq ġid lill-Partit Nazzjonalista.", "Dawn għandhom moħħhom imċajpar.", "Il-Partit qatt ma rawh bħala post ta' tmexxija ta' ideal, iżda mezz kif jistgħu jakkwistaw xi ħaġa.", "Jekk qed jaħsbu li ħafna Nazzjonalisti ġenwieni ser jinsew, jew diġa nsew, x'għamlu dawn ir-ribelli f'dawn l-aħħar tlett snin ser għarralhom.", "Dawn mingħalihom li n-narrattiva ta' Dr Grech, \"li kien kien u li sar sar\" hija s-soluzzjoni għal dak li għamlu.", "Biss qed jiżballja bl-ikrah.", "Dawn jaħsbu li jistgħu jagħmlu dik il-ħsara kollha u l-votant nazzjonalist ser jinsa daqshekk malajr?", "Jekk qed jaħsbu li ż-żmien huwa l-mediċina għall-uġigħ li ħolqu dawn ir-ribelli għandhom żball kbir u qed jaraw sa mnieħirhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/07/is-supporters-ta-adrian-delia-rrabbjati-ghal-marlene-farrugia/", "date": "2021-04-07T08:38:19+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Marlene Farrugia qalet li \"Tal-Egrant għadha tizviluppa\".", "Fuq kollox hija kitbet u tat parir lil Dr Bernard Grech biex ineħħih minn kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja.", "\"Bernard Grech, jekk irid ikun kredibbli, lanqas ma jista' jmur ghall-Elezzjoni bil-mażżra Delia tigbdu l-isfel\".", "Marlene Farrugia kompliet tikteb li \"apparti mill-kjass tad-donazzjoni tad-dar tal-Providenza u s-saga ' Bicca Blogger' .", "Dawn iż-żewġ messaġġi wasslu biex nisslu rabja mas-supporters ta' Adrian Delia.", "Dawn qed jistaqsu lil Marlene Farrugia fejn kienet wara li l-poplu Malti sar jaf li l-maġistrat kien għalaq l-inkjesta tal-Egrant.", "Huma qed jistaqsu għala ma marritx il-qorti tgħin lil Dr Adrian Delia fil-kawża li għamel biex jakkwista r-rapport sħiħ tal-inkjesta'.", "Is-supporters ta' Adrian Delia qed jaqblu ma' Marlene Farrugia li l-istorja 'Tal-Egrant għadha tiżviluppa', iżda qed isostnu li dan hu grazzi għal Dr Delia li kompla jistinka, jiġġieled, jissielet fil-qorti biex ġab dan ir-rapport u seta' jkun ippubblikat.", "Iżda dak li nissel l-ikbar rabja kien dan il-messaġġ biex Bernard Grech jeħles minn Dr. Adrian Delia.", "Il-partitarji Nazzjonalisti li jappuġġjaw lil Dr Delia qed iwissu lil Dr. Grech b'konsegwenzi serji fl-elezzjoni mingħajr Dr. Delia.", "Fuq kollox, hu fatt magħruf li bħalissa, kemm fil-grupp parlamentari kif ukoll fl-eżekuttiv, Dr Delia qed jargumenta u jressaq il-ħsibijiet tiegħu kif il-Partit għandu jimxi 'l quddiem.", "Diversi membri tal-parlament qed jistqarru li Dr. Delia jżomm l-argumentazzjoni ħajja waqt il-laqgħat li qed isiru.", "Il-Partitarji ta' Delia qegħdin anki jiddefenduh rigward id-donazzjoni lid-Dar tal-Providenza.", "Fakkru li din ma kienitx donazzjoni imma pledge li sfortunatament meta wasalna għal dunque nqalgħu l-intoppi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/22/david-casa-u-l-evangelu-skont-daphne-caruana-galizia/", "date": "2021-02-22T19:10:56+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Nhar l-Erbgħa li għadda, David Casa kiteb artiklu fuq in-Nazzjon fejn fih ta stampa, li kważi kważi, il-pajjiż għandu gvern nazzjonalista wara l-kantuniera.", "Fakkarna li fi żmien Simon Busuttil kien il-Partit Laburista li attakka kemm felaħ lil kap tan-Nazzjonalisti ta' dak iż-żmien.", "X'jippretendi Casa li jħalluh b'xejn u ma jxandrux ma' kullimkien li l-Partit Nazzjonalista kien spiċċa tilef ruħu u sar jitkellem fuq dak li kienet tikteb ġurnalista u wara mewtha baqa' jaqra' min-narrattiva tagħha.", "X'kien jistenna Casa li l-Partit Laburista joqgħod gallarija u jinsa' dak kollu li kienet kitbet u li Busuttil kien jemmen kull kelma li tikteb?", "David Casa bidel l-adorazzjoni tiegħu u saħansitra biddel isem l-evanġelisti għax baqa' jemmen biss l-evanġelju skont din il-ġurnalista.", "Sirna nafu l-ħbiberija li kien hemm bejnu u bejn Daphne u stajna nifhmu wkoll għaliex kien qed jimxi fuq dik in-narrattiva.", "Kien jaqbillu jimxi fuqha għax hi kienet ħalfet li tattakka lil Joseph Muscat ma' kull pass li jagħmel.", "Kemm kien sabha komda Casa li jkompli fuq l-istejjer li kienet tikteb għax kellu pjattaforma faċli għalih li jirrepeti li tikteb hi u jidher sabiħ man-nazzjonalisti għax qed jattakka lill-Prim Ministru.", "David Casa nesa jfakkarna fit-tkaxkira li qala' Simon Busuttil mingħand Joseph Muscat fid-dibattitu televiżiv qabel l-elezzjoni tat-2017 li serva biex saħħaħ ħafna iżjed il-vot favur il-Labour.", "Nesa jgħidilna kemm il-ġurnalista ttamat lin-Nazzjonalisti u Casa kien ixerred dik it-tama li l-pajjiż kien ser ikun jaf ta' min hi Egrant.", "Nesa jgħidilna li ħafna nazzjonalisti qalbu l-vot għax dan is-sigriet ta' Fatima baqa' ma xxandar qatt u l-partit tilef ħafna iżjed minħabba dik il-ħrafa.", "Nesa jgħidilna li dak li emmen fih hu u l-kap tiegħu, dak li xandret il-ġurnalista wassal biss biex it-tkaxkira li qala' l-Partit Nazzjonalista kienet akbar.", "Mhux billi joqgħod jipprova jġibilna qalbna ġunġliena li jaħasra kienu jattakkaw lil Simon Busuttil għax kien mogħmi fuq linja waħda u nesa lill-partit warajh.", "Wara li ġie sfiduċjat bil-goff Busuttil, x'għamel Casa għal ġid tal-Partit?", "Barra li rikeb fuq il-karru tal-istess ġurnalista, li nafu li ħalfet ukoll li teqred lil Delia, ingħaqad mal-Partit Laburista u rama jattakka anke hu lill-istess kap tiegħu.", "Jekk qatt kien tiegħu.", "Għax iżjed naħseb li kkoppja lill-ħabib tal-qalb tiegħu, Beppe Fenech Adami u qal li Adrian Delia ma kienx il-Kap tiegħu.", "Tiftakru jissemma min-nazzjonalisti bħalu li kien ikun f'dagħdija, fil-grupp parlamentari, jgħajjat kemm jiflaħ 'barra barra' b'riferenza għal Adrian Delia.", "Jekk trid il-ġid tal-Partit u tkun kredibbli, kun sinċier għal darba u għidilna fejn kont tafu lil Adrian Delia, x'qatt għamillek Delia lilek, għaliex qatt ma ridtu, għax qatt ma qbilt mal-mod ġdid li ried jintroduċi, li int u sħabek ma ħallejtuhx.", "Issa l-Partit tiegħu sab il-bakketta maġika u qed iżid kuljum fil-popolarita' bis-saħħa ta' Bernard Grech.", "L-ewwelnett, biex għal darba oħra tkun kredibbli, għidilna int lil min ridt fit-tmexxija tal-Partit?", "Għidilna jekk hux veru li int kellek taċċetta lil Grech la x-xitan ried hekk?", "Għidilna x-xogħol li qed tagħmel int fuq livell lokali?", "Għidilna jekk hux veru li int u l-kardinal ma tarawx għajn m'għajn u hux veru li qed iġġibu lil Bernard Grech f'pożizzjoni diffiċli għax tridu t-tnejn li tgħaddi tagħkom?", "Għidilna kemm min-nies tiegħek bħala MEP tfajthom id-Dar Ċentrali?", "Għidilna jekk hux veru li tfajthom hemm biex issibhom f'posthom meta ssir Segretarju Ġenerali?", "Jaħasra kemm qed jaħsibhom ċwieċ lil ħutu nazzjonalisti.", "Ħaseb li n-nazzjonalisti li jħobbu lil partit, dawk li fadal, ser jemmnu lil David Casa li fl-aħħar tlett snin ħadem biex kisser Partit u issa qed taħarqu qalbu biex jiġbor il-frak u jipprova juża l-kolla biex jipprova jgħaqqdu.", "Issa qed jaħsad dak li żara."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/22/il-partit-nazzjonalista-irid-jirrikoncilja-ma-franco-debono-u-john-dalli-fost-l-ohrajn/", "date": "2021-02-22T06:35:53+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Irċevejt dan il-messaġġ minn persuna li ssegwi dan il-blogg.", "Prosit tal-blogg li tellajt bl-isem \"Li kien kien u li sar sar\":.", "Nixtieq ngħidlek li naqbel miegħek.", "Il-problema tal-qasma fil-PN hija aktar kbira milli kienet fil-Partit Laburista.", "Għal kontra ta' dak li ġara fil-Partit Laburista, l-establishment fil-Partit Nazzjonalista wża l-għodda tal-istat, bħall-pulizija, il-qrati, kummissarji tad-dejta etċ. kontra l-istess nies tiegħu.", "Il-Partit Laburista ma wżax dawn it-tip ta' tattiċi.", "B'hekk il-weġgħa fil-PN hija iktar fonda.", "Meta Joseph Muscat għamel l-ewwel laqgħat ta' rikonċiljazzjoni, stieden nies bħal Joe Grima, Maria Camilleri u saħansitra re-integra nies bħall-familja tal-Prim Ministru Robert Abela.", "Ma bbażax din ir-rikonċiljazzjoni fuq intermedjarji.", "Għamilha huwa stess.", "Barra min hekk, Alfred Sant u sħabu. minkejja xi ftit għajjat 'l hawn u 'l hemm, qatt ma waslu li għamlu dak li għamlu l-establishment tal-PN lill-avversarji tagħhom fl-istess partit.", "B'hekk, jekk fil-Partit Nazzjonalista mhux ser ikun hemm rikonċiljazzjoni ma' nies li telqgħu mill-partit, fosthom Franco Debono u John Dalli, il-Partit Nazzjonalista mhux ser jieħu r-ruħ.", "Il-PN irid ikollu l-kuraġġ jistidinhom u jiskuża ruħhu magħhom biex forsi jersaq lejn il-gvern.", "Fuq kollox irid jieqaf jwaqqa' għaż-żuffjett min jagħmel dawn it-tip ta' proposti.", "Il-PN irid ikollu l-kuraġġ jistiden u jiskuża ruħu ma' numru ta' nies minn tiegħu li marru fuq in-naħa l-oħra biex forsi jibda jersaq lejn il-gvern.", "Il-PN ma jridx jiddiludi ruħu minn xi survey li jsir li jagħtih l-impressjoni li riesaq lejn xi rebħa.", "Anzi nazzarda ngħid, x'se jiġri fix-xenarju politku Malti f'żmien għaxar snin.", "Jiġifieri f'Malta ser jiġri bħal ma ġara fir-Renju Unit dan l-aħħar.", "Fl-elezzjoni li jmiss, id-distakk ħa jonqos waħda sew bejn iż-żewg partiti u l-PN bħalma ġralu l-Partit Laburista Ngliż taħt Corbyn u b'hekk il-PN jaħseb li jista' jibqa' miexi kif miexi.", "Fil-verita' ħa jkollok ħafna partitarji Laburisti mweġġgħin illi f'għajnejhom, il-gvern ta' Robert Abela tbiegħed sew mill-gvern ta' Joseph Muscat, u tgħid x'tgħid il-midja indipendenti, f'għajnejn ħafna nies, Joseph Muscat huwa eroj tal-Partit Laburista.", "Jekk ir-riżltat ikun hekk, iċ-ċans ikun li l-Prim Laburista jerġa' jinbidel f'nofs leġiżlatura u l-Prim Ministru Laburista il-ġdid jkun, ħa npoġġiha hekk, iktar ħanin mal-legat ta' Muscat.", "Fi kliem ieħor, jiġri bħal ma ġara fir-Renju Unit wara li Johnson laħaq flok Theresa May.", "Imbagħad jerġa jkollok elezzjoni bikrija u l-Partit Nazzjonalista jaqla' l-ikbar tkaxkira fl-istorja tiegħu.", "Ovvjament l-affarijiet jistgħu jmorru differenti, imma hekk naħseb ħa jiġri jien."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/06/ir-ragel-tal-imhallfa-abigail-lofaro-shareholder-flukanda-li-qed-tahdem-bla-licenzja/", "date": "2021-04-06T20:39:40+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Skont artiklu li deher f'The Shift News, ir-raġel tal-imħallfa Abigail Laforo, jiġifieri Pierre Lofaro, huwa share holder f'lukanda li qed taħdem bla liċenza.", "F'dan l-artiklu ta' The Shift News.", "Pierre Lofaro ssemma fil-kuntest tal-ħatra taċ-Chairman il-ġdid tal-PBS, Mark Sammut.", "F'dan l-artiklu jingħad li Mark Sammut u martu Carmen Sammut huma shareholders ta' Hotel f'Buġibba jisimha Hotel Damiani.", "Fl-aħħar tal-artiklu kien hemm miktub hekk:", "Jekk dan hu minnu ma nafx.", "Biss jekk dan hu minnu, din tirrifletti ħażin fuq l-inkjesta tal-famużi tliet imħallfin minħabba li qed jinvestigaw lil Yorgen Fenech fuq korruzzjoni u mbagħad, Pierre Lofaro, li huwa r-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro, huwa shareholder f'lukanda li skont din il-gazzetta qed topera bla permess.", "Qed ngħid dan għaliex dawn it-tliet imħallfin, li qed imexxu din l-inkjesta, qed jagħmluha tal-arkuzini tal-verita' u tas-sewwa u tal-ġustizzja u mbagħad meta taqra affarijiet bħal dawn fil-gazzetti tibda bir-raġun titħasseb.", "F'dan il-każ, ir-raġel tal-imħallfa huwa shareholder ta' lukanda li qed taħdem bla liċenzja u mbierek Alla ħadd ma jieħdu l-ebda passi kontra din l-lukanda.", "Immaġinaw li kieku din il-lukanda kienet ta' Yorgen Fenech.", "Ara xi kjast kienu jagħmlu l-ġurnali u l-membri ta' din l-inkjesta.", "Ma għandix dubji kemm kienu jistaqsu dwarha dawn l-istess imħallfin u u jtellgħu nies mill-MTA biex jagħtu spegazzjoni, jekk mhux ukoll jarrestawhomx u jagħmlu xi body search fuqhom, talli ħallew lil Yorgen Fenech jopera lukanda bla permess!", "Nispera li din l-aħbar tkun imġidba.", "Infakkar li l-membri ta' din l-inkjesta ġew approvati mill-familja Caruana Galizia u sħabhom tar-rule of law għaliex iridu jnaddfu lil Malta mill-korruzzjoni.", "Stejjer bħal dawn, jekk minnhom, ma jagħmlux ġieħ żgur lill-kawża tat-trasparenza fil-politika u fis-settur tan-negozju u l-anqas lill-qrati tagħna."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/06/il-papa-frangisku-jikteb-personalment-lill-patri-dionisju-mintoff-biex-jawguralu-feghluq-id-disghin-sena-tieghu/", "date": "2021-04-06T12:30:23+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Fit-3 ta' April, il-papa Franġisku bagħat l-awguri tiegħu lill-Patri Mintoff ofm f'egħluq id-90 sena tiegħu.", "Mintoff għalaq sninu fl-1 ta' April.", "Fin-nota tiegħu, il-Papa Franġisku rringrazzja lill-Patri Dionisju Mintoff OFM għax xogħol li għamel u qed jagħmel bħala patri u bħala qassis għas-servizz tal-knisja.", "Il-Papa talab lil Dionisju Mintoff biex jitlob għalih u awguralu l-Għid it-Tajjeb."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/21/is-socjeta-civili-fmalta/", "date": "2021-02-21T20:42:32+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["X'ġid qed jagħmlu dawn l-għaqda li spiċċaw issejħu lilhom innifisha s-soċjeta ċivili ġo pajjiżna?", "Jekk nieħdu dawk li jagħmlu ftit ħoss, imma jaħdmu ħafna, dawk qed jagħmlu ħafna ġid fil-kwiet tagħhom.", "Imma jekk nieħdu lil dawk li qed jagħmlu ħafna ħoss u hawn qed nirreferi għar-Repubblika, l-Occupy Justice u Manwel Delia, dawn qed jagħmlu ħafna ħsara.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ejja nieħdu dawn l-aħħar erba' snin.", "Mela dawn li jagħmlu ħafna ħoss, żiedu l-popolarita' tagħhom meta ħadu taħt il-kappa tagħhom u ppruvaw jiddettaw kif għandu jissolva il-qtil brutali ta' ġurnalista.", "Dawn għamlu dak kollu possibbli biex iċaqalqu l-irwiefen kollha biex issir ġustizzja malajr.", "Dawn l-istess nies ppruvaw jieħdu post l-imħallef u l-ġurija u riedu jaslu huma għall-kundanna.", "Imma x'ġara minflok?", "Dawn kull ma għamlu telfu fl-indipendenza tal-każ, u bl-għajjat tagħhom ma ħallewx l-awtoritajiet pertinenti jagħmlu xogħolhom.", "Dawn l-istess nies ilhom voċiferi fuq id-demokrazija f'pajjiżna.", "Biex tindaħal fil-proċess demokratiku ta' pajjiż ma tridx biss tħares lejn l-attakki li jsiru fuq il-politiċi u l-partit fil-gvern imma trid tħares ukoll lejn il-politiċi u l-partiti li qegħdin fl-oppożizzjoni.", "X'għamlu dawn in-nies li jgħajtu ħafna?", "Dawn kemm-il darba attakkaw il-gvern fuq diversi livelli.", "Imma dawn l-istess nies ħarbtu l-partit prinċipali fl-oppożizzjoni.", "Repubblika, Occupy Justice and Manwel Delia bl-għajnuna ta' diversi politiċi għamlu u għadhom jagħmlu ħilithom biex jiddettaw l-aġenda tal-partit fl-oppożizzjoni.", "Ħarsu ftit minn għandhom magħhom biex jgħinuhom.", "Għandhom numru mdaqqas ta' deputati tal-istess oppożizzjoni, kandidati tal-istess partit u ex-kandidati li fallew fil-ħajja politika.", "Biss ħarsu sew u ssibu li ma hemmx politiku wieħed li juri simpatija lill-partit fil-gvern u dan il-fatt wieħed irid iżommu dejjem f'moħħu.", "Dawn il-politiċi ta' partit wieħed li jieħdu sehem attiv f'din il-parti tas-soċjeta ċivili qed ikunu ta' disserviz kbir lejn il-partit tagħhom stess jekk għadhom jemmnu fih.", "Araw x'għamlu lil Dr Adrian Delia.", "L-attakk beda minn Daphne b'ħalfa solenni.", "Kif inqatlet, ħadu r-rigni f'idejhom u għamlu ħilithom biex ikomplu xogħolha u jkissru l-kap ta' partit elett demokratikament.", "Dawn ġibdu lejhom iżjed politiċi minn l-istess partit u flimkien attakkaw bi ħġarhom.", "Imma tafu x'għamlu wkoll?", "Dawn kissru s-sistema demokratika tal-pajjiż.", "Dawn nawwru l-oppożizzjoni u allura b'mod dirett u maħsub kissru l-istabilita' tad-demokrazija li tiddikjara li pajjiż għandu bżonn oppożizzjoni b'saħħitha biex tkun l-għassiesa tal-gvern.", "Dawn min għalihom li qed ikunu ta' ġid għall-pajjiż.", "Ftakru kemm attakkaw lil Dr Adrian Delia.", "Ftakru kemm ħadmu id f'id mal-kap ta' qablu u deputati oħra biex għamlulu ostakoli ta' kull tip.", "Ftakru kemm ħlew ħin tal-oppożizzjoni biex jiġġieldu lil kap tagħhom stess flok ħadmu miegħu.", "Baqgħu għaddejjin sa kemm irnexxielhom.", "Imma taħsbu li waqfu?", "Issa qed jieħdu pjaċir jirredikulaw lill-istess kap li huma stess għinu biex tellgħuh.", "Meta Manwel Delia jikteb u la r-Repubblika u lanqas l-Occupy Justice ma jiċħduh jew jitbiegħdu minnu, ikun ifisser biss li qed jaqblu miegħu u qed jaħdmu flimkien.", "Mela kif appena tela' Dr Bernard Grech, Manwel qallu biex ikun ħsiebu hemm għax kif tellawh jerġgħu jniżżluh u jkunu huma li jsibu xi ħadd ieħor minn floku.", "Wara dik it-twissija ma fallewx okkażżjoni biex jiġbdulu widnejh, jiddettawlu u jordnawlu x'jagħmel.", "B'mod apert u li jinftiehem qed juru li Dr Grech huwa pupazz f'idejhom u li jagħmlu bih li jridu.", "Mela r-Repubblika, l-Occupy Justice u Manwel Delia b'azzjonithom x'ġid qed jagħmlu lill-pajjiż?", "Kemm ikun aħjar għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li kieku dawn il-ħafna pampaluni suppost tad-demokrazija jieqfu jiddettaw l-aġenda tagħhom, jikkalmaw mill-kattiverja u l-prożunzjoni li telgħatilhom għal rashom u jsibu posthom bħala soċjeta ċivili b'mod moderat, meqjuż, edukat u rilevanti biex forsi jibdew jagħmlu l-ġid, bħal oħrajn li jifformaw ukoll parti mis-soċjeta ċivili."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/06/hu-manuel-delia-misogenu/", "date": "2021-04-06T08:37:24+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Is-Sur Manwel Delia kiteb artiklu qasir taħt it-titlu \"#Dimplechin\" fuq in-nisa fil-politika u fl-aħħar ta' dan l-artiklu għamel referenza għall-instagram account ta' Rosianne Cutajar.", "Is-Sur Manuel Delia sab min joġġezzjona għall-kitba tiegħu.", "Il-'Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence' saħansitra għajritu li hu eżempju ieħor ta' miżoġenija, kelma meħuda mill-Ingliż 'misogynist'.", "L-istess Kummissjoni qaltlu li Rosianne Cutajar jistħoqqilha apoloġija.", "Hawn taħt turi dak li kitbet din il-Kummissjoni: \"Sur #ManuelDelia, kulħadd għandu dritt itella li jrid onlajn, sakemm ma jagħmel ħsara lil ħadd u ma jikser ebda liġi.", "Li din għoġbok tiffoka fuqha, minn tant fenomeni li għandna madwarna, tgħid ħafna fuqek ukoll.", "Dan tiegħek huwa eżempju ieħor tal-miżoġenija li għandna ma' saqajna, att malizzjuż li jistiga l-mibegħda, xi ħaġa li aħna l-Maltin irridu nitnaddfu minnha illum qabel għada.", "Mhux aċċettabbli!!", "Is-Sinjura #RosianneCutajar ħaqqha apoloġija\". #stopthehate #solidarjeta'", "Biex kulħadd jifhem fuq x'hix qed nitkellmu hawnhekk, kull ma trid tagħmel huwa li tiggugilja l-kelma 'misogynist' u hemm issib it-tifsira ta' din il-kelma, 'dislike of, contempt for, or ingrained prejudice against women'.", "Nistgħu nifhmuha bħala nsinwazzjoni fuq Manuel Delia.", "Għalija dawn il-pożizzjonijiet min-naħa tal-kummissjonijiet ma jagħmlux sens.", "Wieħed jikteb u mbagħad il-poplu jiġġudika.", "Għaliex il-kummissjoni kitbet kif kitbet ma jfissirx li uffiċjalment Manuel Delia hu miżoġonista!", "Nemmen li Delia mhux miżoġenista biss nemmen ukoll li għandu antipatija politika lejn Rosianne Cutajar u nemmen ukoll li għandu metrika differenti lejn il-politiċi għaliex jiddependi skont liema partit ikun.", "Biss hemm aktar f'din l-istorja minn hekk.", "It-Times of Malta qaltilna li Manwel Delia ħa għalih, u mid-dehra ħa għalih bl-ikrah, għax mhux talli prova jirribatti dak li inkiteb fuqu imma talli staqsa lill-Kummissjoni biex tneħħi, tħassar jew tikkanċella l-post li tellgħet l-istess Kummissjoni, \"He called on the Commission on Gender-Based Violence to remove its FB post\".", "Barra minn hekk għamel protest ġudizzjarju kontra l-istess Kummissjoni.", "Dak li deher fit-Times of Malta qed jittella' taħt dan l-istess artiklu.", "Meta taqra u tirrifletti fuq affarijiet bħal dawn jibdew jiġuk ċertu mistoqsijiet u tkun tixtieq tistaqsi lil dawk li kienu jkunu madwaru kif jirreaġixxu għal din l-istorja.", "Kemm infakkar fin-numri ta' artikli li kiteb dwari li huma libellużi, biss jien mhux wieħed li nagħmel il-libelli u l-anqas li nitlob li jitneħħew.", "Dawn l-affarijiet inħallihom lil tar-rule of law!", "Biss ma nistax nifhem kif dawn tar-rule of law jippretendu li jkunu 'l fuq mill-liġi.", "Dak li jinkwietak hawn huwa 'the two way two measures' li dawn in-nies jaddottaw.", "Ħalli huma jagħtu labels, biss joqomsu meta ħaddieħor jagħti labels lilhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/20/li-kien-kien-u-li-sar-sar/", "date": "2021-02-20T13:32:50+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Din il-frażi saret komuni u fuq ħalq persuna li suppost qiegħed jagħmel ħiltu biex jgħaqqad fazzjonijiet differenti biex jaslu għal armata waħda kontra l-veru avversarju politiku tal-Partit Nazzjonalista.", "'L hekk imsejjaħ għadu għaqqad lil membri kollha tiegħu taħt imperatur wieħed li għamel ħames snin jiġbor is-suldati kollha, minn kull kantuniera Maltija u Għawdxija u fforma forza waħda taħt moviment.", "Għal kuntrarju fil-PN, il-fazzjonijet li kienu jeżistu wara l-ewwel tkaxkira esaġerata fl-2013 flok ingħaqdu komplew jarmaw il-gruppi tagħhom biex armata waħda ma tiġi ffurmata qatt.", "Meta jkollok nies b'rashom kbira mimlija suppervja, ardita u arroganza dak li jiġri.", "Meta jkollok nies li mingħalihom partit politiku ma jgħaddiex mingħajrhom dak li tieħu.", "Meta jkollok nies li jaħsbu jew jimmaġinaw li żmienhom għadu ġej flok għadda, jfisser ġlied u aktar qsim.", "Fl-erba' snin taħt Busuttil il-Partit Nazzjonalista ma tgħallem assolutament xejn anzi dan ir-raġel, magħruf iżjed fl-Ewropa, ħaseb li kien il-mibgħut speċjali biex jippurifika l-partit.", "Dan uriena r-riżultat tal-purifikazzjoni, għax bir-ras iebsa tiegħu, daħħal il-Partit ġo ħajt agħar minn ta' qablu.", "Wara daħal il-barrani u baqa' barrani għax ma ġie aċċettat qatt.", "Anzi l-preżenza tiegħu fid-Dar Ċentrali ħolqot diviżjonijiet ħafna akbar għax l-elitisti antiki li jitqiesu parti mill-għamara tal-istess dar ma riedux jitilqu posthom jew ir-rigni minn idejhom.", "Rawh theddida u ħolqu attakki fuq kull livell immaġinabbli.", "Issa anke dan twarrab imma l-istorja trid b'xi mod tinkiteb u fejn ikun hemm bżonn norqmu dak li jinkiteb biex ma naħarbux mill-verita.", "Ejjew niġu għal-lum.", "Qed tinkiteb ukoll parti storika tal-Partit Nazzjonalista.", "Naħseb li l-ewwel frażi miktuba f'din il-parti tal-istorja tal-Partit ser tkun 'li kien kien u li sar sar'.", "Din hija frażi li l-imperatur kurrenti qed juża meta jiltaqa' ma' xi ħadd li jkun għadu mweġġa' jew għadu f'sitwazzjoni li ma jistax jaċċetta dak li għadda minnu l-partit fl-aħħar xhur u snin.", "Kemm hi frażi akkoljenti!", "Kemm tagħmillek kuraġġ!", "Kemm tfejjaqlek il-ferita!", "Kemm tħossok isserraħ moħħok li għandek persuna li tipprova tikkonvinċik li issa telgħet ix-xemx fuq il-partit u dak li sar qabel ma fih importanza ta' xejn.", "Meta tisma' dawn l-affarijiet tistaqsi lilek innifsek jekk kontx parti mir-'rover' li għadha kif niżlet fuq il-pjaneta Mars.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Tismagħhom u tibqa' b'ħalqek miftuħ.", "Mela issa l-Partit Nazzjonalista qed jgħidilna li l-istorja tal-partit kienet li kienet u ma nħarsux lura.", "Ejjew inħarsu l-quddiem u naċċettaw b'għajnejna magħluqa l-imperatur il-ġdid.", "Ejjew ninsew dak it-tgħajjir kollu li ntqal.", "Ejjew ninsew l-azzjonijiet diviżivi kollha li saru.", "Ejjew ninsew kif kap ta' partit ġie trattat minn grupp ta' elitisti li kissru partit.", "Ejjew ninsew dak kollu li ġara fid-Dar Ċentrali.", "Ejjew ninsew kemm smajna priedki ħafna l-bogħod mill-verita'.", "Ejjew ma nagħtux każ dak kollu li għamlu l-elitisti.", "Ejjew ninsew dawk il-laqgħat imqanqla għax mimlijin tgħajjir tal-grupp parlamentari u tal-eżekuttiv li wassluna sas-siegħat biekrin ta' filgħodu.", "Ejjew ninsew dawk il-voti kollha ta' sfiduċja lejn kap elett b'maġġoranza ta' voti tat-tesserati.", "Ejjew ninsew li partit demokratiku ġabuh partit dittatorjali mmexxi minn grupp ta' nies diviżivi.", "Ejjew ninsew kemm xerrdu ħdura dawn in-nies.", "Ejjew ninsew kemm ibblukkjaw nies tal-istess partit minn fuq paġna tal-Facebook għax ma jkunux qed jaqblu magħhom.", "Ejjew ninsew li 30 fil-mija ta' tesserati ma riedux li jiġri dak li ġara.", "Ejjew ninsew lil dawn in-nies u ngħidulhom li kien kien u li sar sar u ejjew magħna qisu qatt ma ġara xejn.", "Jekk il-Partit ma għandu xejn, għandu zgur arroganza biex ibigħ.", "Għandu kap li għadu ma jafx x'laqtu, li qed jaħseb li hu l-messija politiku lajk f'dawn il-ġżejjer Maltin."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/20/matthew-caruana-galizia-l-anqas-jaf-il-fatti-kollha/", "date": "2021-02-20T08:38:47+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li jien ippubblikajt li kien Ivan Martin u mhux Ivan Camilleri li nforma lil Yorgen Fenech li l-pulizija kienu sejrin jarrestawh, Ivan Martin tella' post biex jgħid li din l-istorja tiegħi mhix minnha.", "Dan il-post ta' Ivan Martin ġie 'shared' minn Matthew Caruana Galizia.", "Kieku jien membru tal-familja Caruana Galizia, ma kontx nidħol f'din il-kwistjoni jekk hux Ivan Martin jew Ivan Camilleri li nfurmaw lil Yorgen Fenech.", "Finalment fatt bħal dan ma għandu jagħmel l-ebda differenza għal din il-familja.", "Biss jidher li għal Matthew Caruana Galizia dettall bħal dan jagħmel differenza kbira.", "L-istess nista' ngħid lil dawk kollha li qed jżommu ma' din il-familja.", "Biss l-aktar ħaġa li laqtitni f'dan l-artiklu ta' Matthew Caruana Galizia li l-anqas jaf l-affarijiet.", "Mela kiteb nota dwari biss ma kellux il-kuraġġ isemmini b'ismi.", "Imma basta jikkummenta.", "Jien mhux ser nitkellem dwar il-fatt li mingħalih qed jipprova jgħaddini biż-żmien bil-kumment tiegħu fuq Ġesu' Kristu.", "Biss ma kontx naf li jien spiċċajt 'deputy head' tad-dipartiment tal-istorja!", "Din hija promozzjoni mingħajr ma kontx qed nistennieha.", "Verament dan Matthew Caruana Galizia huwa informat fuq il-fatti li jikteb dwarhom!", "Biss talli tani din il-promozzjoni bla ħsieb, nirringrazzjah bil-quddiem."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/20/l-emendi-proposti-biex-jidhlu-aktar-nisa-fil-parlament-imorru-kontra-s-sistema-elettorali-taghna/", "date": "2021-02-20T08:17:23+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ftit tal-jiem ilu, ktibt artiklu dwar l-emendi li hemm quddiem il-parlament biex aktar nisa jsibu post fil-parlament Malti.", "Meta qed naqra fuq dawn l-emendi, qed nimmaġina lil Dom Mintoff preżenti fil-Parlament u qiegħed jiddiskutihom fi stadju ta' kumitat.", "Ma għandix dubju, li Mintoff kien juża l-istil inimitabbli tiegħu biex jirredikola dawn l-emendi għaliex żgur ma kienx ser jaqbel magħhom.", "Hu kien jaqbel mad-drittijiet ċivili biss kien jemmen li persuna trid tidħol fil-parlament fuq il-kapaċitajiet tagħha.", "B'hekk kien jagħmel xi tip ta' diskors fuq dawn il-linji.", "Waqt li jiftaħ idejh, u jitkellem b'pawżi twal, kien jgħid:", "\"Li jgħodd mhux x'għandek bejn saqajk, iżda x'għandek bejn widnejk\".", "Jekk illum diskors bħal dan jista' jinstema ftit goff , jibqa' kollu minnu.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Fi ftit kliem, dawn l-emendi juru kif il-partiti politiċi l-kbar ħatfu l-parlament Malti.", "Suppost din hija liġi li tneħħi d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, meta fil-fatt din id-diskriminazzjoni ser tibqa' hemm.", "Anzi dan it-tibdil fil-liġi elettorali ser iżid id-diskriminazzjoni bejn in-nisa nnifishom.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Dan għaliex, dawk in-nisa li ser igawdu minn din il-liġi iridu l-ewwelnett jikkandidaw ruħhom ma' wieħed mill-partiti l-kbar.", "B'hekk biss jista' jkollhom ċans jitilgħu fil-Parlament.", "Dawk in-nisa li ħarġu ma' partit żgħir mhux ser igawdu minnha.", "Jekk ikun hemm mara u toħroġ ma' partit żgħir u ġġib unijiet iktar minn nisa l-oħra li jkun ħarġu ma' partit kbir, xorta din il-mara ma tidħolx il-parlament.", "Il-mekkaniżmu propost mhux ser jagħti ċans lil nisa li ser ikunu kandidati f'partiti żgħar biex jitilgħu fil-parlament.", "Dan għaliex, is-sistema tal-votazzjoni li qed noħolqu hija dik li teleġġi kandidati marbuta ma' wieħed miż-żewġ partiti politiċi l-kbir.", "Fi ftit kliem, il-partiti politiċi qed igerfxu u jħawdu kif jaqbel lihom.", "Sfortunatament ħafna lanqas jafu kif taħdem is-sistema elettorali tagħna.", "Is-sistema li għandna hija magħrufa bħala dik tas-'single transferable vote' (STV).", "Din hija sistema bbażata fuq il-fatt li wieħed jivvota għall-kandidati u mhux għall-partiti politiċi.", "B'hekk, l-emendi proposti jmorru kontra kull prinċipju tas-'single transferable vote'.", "Dan għaliex din is-sistema taħdem fuq il-prinċipju li jitilgħu kandidati, irrispettivament mill-partit, li jkunu ħarġu f'isem partit politiku.", "Dak li l-partiti l-kbar qed jipproponu huwa li jitilgħu aktar kandidati nisa fil-parlament, basta dawn ikunu membri tal-partit rispettiv tagħhom.", "Fi ftit kliem, jekk persuna ma tkunx membru ta' wieħed miż-żewg partiti l-kbar, iċ-ċans ta' din il-persuna mara li tmur fil-parlament jibqa' wieħed remot.", "Mela dawn mhux veru emendi li jiffavorixxu aktar nisa fil-parlament Malti.", "Dawn huma emendi li jiffavorixxu nisa li joħorġu mal-partiti l-kbar biex jidħlu fil-parlament.", "Mela dawn qed isiru biex fil-parlament jidħlu biss numru speċifiku ta' nisa.", "Fi ftit kliem, dawn l-emendi huma maħsuba biex jekk xi nisa fil-parlament qed jibżgħu li mhux ser jitilgħu, b'dawn l-emendi xorta waħda jistgħu jispiċċaw fil-parlament Malti, anki jekk fil-frattemp ikunu ġew sfiduċjati mill-elettorat."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/20/herman-grech-jaghmel-like-lill-kumment-dispreggjattiv/", "date": "2021-02-20T07:45:45+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li tellajt il-post fejn għidt li Ivan Martin u mhux Ivan Camilleri kien il-persuna li bagħat il-messaġġ lil Yorgen Fenech, Ivan Martin tella' post biex jgħid li jien giddieb.", "Fost dawk li qablu miegħu kien hemm Mark Camilleri li huwa c-Chairman tan-National Book Council.", "Camilleri kiteb dan il-kumment taħt il-post ta' Ivan Martin.", "Wieħed minn dawk li għamillu like huwa Herman Grech, l-editor-in-chief ta' Times of Malta.", "Dak li jinkwetani mhux il-kumment ta' Mark Camilleri.", "Biss li l-editor-in-chief ta' gazzetta jagħmel \"like\" lil kumment maħsub biex jirredikola persuna, huwa nkwetanti.", "Camilleri ma attakkax l-argument imma anki lill-persuna li għamel l-argument.", "Biex editor-in-chief jogħġbu argument li jipprova jirredikola persuna juri biss f'liema stat miskin tinsab illum it-Times."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/05/jason-azzopardi-u-d-dark-web/", "date": "2021-04-05T17:06:00+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Lanqas laħqet nixfet il-linka minn fuq l-istampar tas-Sunday Times dwar l-istorja ta' Yorgen Fenech u id-darbweb li ma ħariġx jiġri sparat Jason Azzopardi jtella' post wara l-oħra fuq Facebook biex jgħidilna li hu u tliet deputati oħra BISS kienu vittmi ta' attentat ta' frameup meta lkoll irċevew borża żgħira bid-droga kokaina fil-posta.", "L-artiklu li qed nirreferi għalih għandu dan it-titlu: \"Dan l-artiklu jitkellem fuq ix-xiri mid-darkweb da parti ta' Yorgen Fenech\".", "Saħansitra Jason qagħad jagħtina spjegazzjoni x'inhi id-darkweb.", "Araw x'kiteb: \"Huwa bhal suq jew bazaar fuq l-internet għal min ikun irid jixtri jew ibigh affarijiet illegali u kriminali, bħal droga, armi, velenu u iktar.", "Ħalli ma jinqabadx.\"", "Jason Azzopardi inqeda bi storja fil-gazzetta li żvelat kif il-pulizija qed tinvestiga tranżazzjonijiet ta' Yorgen Fenech bil-munuta diġitali Crypto.", "Skond it-Times l-investigazzjoni firxet fuq tranżazzjonijiet li allegatament għamel Fenech fuq id-dark web, sezzjoni tal-internet mistura għalina n-nies normali u wżata mill-kriminalita.", "Mill-ewwel Jason Azzopardi għamilha fatta u mingħajr l-iċken ħjiel ta' evidenza ddeċieda li d-droga li rċieva bagħtielu Yorgen Fenech.", "Iżda ma waqafx hemm.", "Qalilna wkoll li bagħtu d-droga lilu u t-3 deputati l-oħra biss għax skont hu kienu huma biss li tkellmu fuq is-17 Black.", "Jiġifieri Jason Azzopardi rema lid-deputati kollha l-oħra (24) u ċanfarhom li ma ġġildux il-korruzzjoni daqsu.", "Araw x'qed jallega Jason Azzopardi fil-facebook post tiegħu: \"Xi ħadd ried jagħmlilna frame up.", "Xi ħadd/uħud kien miftiehem ma' uffiċjal għoli tal-Pulizija biex ftit ħin wara li irċevejna dawk l-envelopes, jagħmlulna tfittxija u \"jsibulna\" l-envelopes bid-droga.", "Tistgħu timmaginaw għala u x'kien jiġri wara.", "Tgħid fl-interess ta' min kien li aħna l-4 inkunu \"maqtula\" politikament fl-2019?\"", "Nesa Azzopardi li kien hu stess li mar jippoża wara Adrian Delia barra l-qorti fil-kawża tar-rapport Egrant.", "Fuq kollox, Jason Azzopardi donnu nesa lil Roberta Metsola.", "Bħal donnu li Jason Azzopardi qed jinsinwa li Roberta Metsola ma tkellmitx fuq 17 Black għax ma rċevitx pakkett bid-droga!", "Interessanti l-fatt li sakemm ppubblikajt dan l-artiklu, l-ebda wieħed minn sħabu ma għamlu share tal-post tiegħu.", "La Karol Aquilina, la Simon Busuttil u lanqas David Casa li huma t-tlieta, msemmijin li rċivew id-droga, ma wrew appoġġ lil Jason Azzopardi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/19/diana-f-cacciatolo-ta-the-times-tuza-l-latin-biex-tghajjarni-baghal/", "date": "2021-02-19T19:16:14+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li jien ippubblikajt li Ivan Martin kien li ċempel lil Yorgen Fenech u qallu li l-pulizija kienu ġejjin jarrestawh, Ivan Martin tella' post fejn qal li dan mhux minnu.", "Taħt il-post ta' Ivan Martin kitbet Diana F. Cacciotolo li hija n-news editor ta' The Times.", "Hija wżat frażi li wisq probabli sabitha f' \"Handmaid's Tale\" fejn mal-ħitan tal-kamra tas-sodda tal-karattru prinċipali ta' din in-novella kien hemm miktub \" nolite te bastardes carborundorum .\"", "Bil-Malti tfisser \"tħallix lill-bgħula jkissruk\".", "Dan huma l-ġurnal li jridha tal-pur u verġni.", "Jagħmel storbju sħiħ jekk xi ħadd jikteb kumment fuq Facebook li jħossuh offensiv, għaliex mhux \"politically correct\", imbagħad huma jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant li jużaw kliem dispregjattiv lejn in-nies.", "Naħseb li nafu ftit aktar minnha għaliex wisq probabli sabet din l-espressjoni wżata f'dan il-ktieb.", "Huma jistgħu jgħajru persuna \"bastardus\", li bil-Malti tiġi bagħal jew bgħula li kienet kelma dispreġġjattiva ħafna għaliex kienet indirizzata lil dawk kollha li jkunu twieldu barra żwieġ u għalhekk kienu jiġu mgħajra mis-soċjeta' passata.", "L-aqwa li huma tal-ewwel \"tier\"."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/05/tinbaghat-email-lill-prim-ministru-dwar-l-istat-disastruz-li-tinsab-fih-l-orkestra-nazzjonali/", "date": "2021-04-05T09:07:10+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Dan is-site jinsab fil-pussess tal-email li ntbagħat lill-Prim Ministru Robert Abela dwar is-sitwazzjoni attwali fl-Orkestra Nazzjonali.", "Bħalissa, l-Orkestra Nazzjonali qedha titmexxa minn Sigmund Mifsud.", "Biss jidher ċar li mhux kulħadd kuntent bis-sitwazzjoni u t-tmexxija ta' Mifsud.", "Biex is-sitwazzjoni tisħon aktar, riċentament, Mifsud tella' ritratt tiegħu nnifsu fuq il-loki.", "Dan ir-ritratt tqis bħala mhux imġieba korretta minn persuna li jokkupa kariga daqshekk għolja ġewwa l-Orkestra Nazzjonali.", "Żgur li ritratt bħal dan ma jagħmilx ġieh lill-Orkestra Nazzjonali.", "Din l-istorja u dan ir-ritratt inġib għall-attenzjoni tal-istess Prim Ministru.", "Fuq kollox, f'din l-email issemma wkoll il-Ministru Jose Herrara qed iġib ruħu bħal Pilatu f'din il-kwistjoni kollha.", "La jrid jinten u l-anqas ifuħ biex b'hekk jibqa' ħabib ma' kulħadd.", "Biss l-argument primarju li sar f'din l-email huwa li pożizzjoni ta' din \"il-portata għandha tkun okkupata minn persuna kompetenti u bil-kwalifiki necessarji.\"", "Dan intqal minħabba li Mifsud ma għandux kwalifiċi akkademiċi.", "Min bagħat l-email żied jgħid lill-Prim Ministru li \"l-ebda pajjiż fid-dinja ma għandu orkestra mmexxija minn xi ħadd li bil-kemm jaf jikteb u jaqra\".", "B'hekk dan il-persuna li bagħat din l-email staqsa \"Jew għalikom l-orkestra tant ma jimpurtakomx minnha li jista' jmexxiha anki l-akbar ħmar?\"", "Il-Prim Ministru ġie mfakkar li xi ħadd qed jinqeda b'missieru biex Sigmund Mifsud jibqa' jżomm il-pożizzjoni li għandu.", "Min bagħat l-email qal lill-Prim Ministru li \"Missierek nafu b'raġel fuq l-irgiel u bla dubju, jekk hu veru qgħadlu parrinu, żgur mhux bl-iskop li jinqeda' b'ismu\".", "Din il-persuna li bagħat din l-email lill-Prim Ministru għalqet billi qaltlu: \"Issa f'idejk.", "Se turina li jimpurtak mill-orkestra jew ma tfisser xejn ghalik?", "Nittama li mhux nikteb għalxejn\"."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/19/il-pulizija-ghandha-tippubblika-n-numru-tat-telefon-ta-ivan-tat-times-u-mbaghad-kulhadd-ikun-jaf-il-verita/", "date": "2021-02-19T17:30:07+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Peress li s-Supretendent Keith Arnaud qal fil-qorti li hemm żewġ Ivans jaħdmu ma' The Times, meta Yorgen Fenech ircieva l-famuż messaġġ, il-pulizija għandha tippubblika n-numru tat-telefon li minnu saret it-telefonata jew intbagħat il-messaġġ lil Yorgen Fenech.", "B'hekk il-poplu Malti jkun jista' jiġġudika min qed jgħid il-verita' f'dan il-każ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/04/issa-li-l-elezzjoni-tinsab-wara-l-bieb-il-mexxejja-politici-taghna-ghandhom-ghal-xix-jitolbu-skuza/", "date": "2021-04-04T11:24:06+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn osservatur politiku Illum l-Għid il-Kbir.", "Biss waħda mill-aħbarijiet fil-gazzetti tal-lum kienet li l-Partit Laburista ġa xegħel il-magni biex jipprepara ruħu għall-elezzjoni li jmiss.", "Id-data mhix magħrufa.", "Biss jidher li kif kont ħabbart inti, Dr. Simon Mercieca, l-elezzjoni ser issir f'din is-sena.", "Dak li għamel il-Labour kien li matul is-sena li għaddiet ħa ħsieb jgħaqqad l-irjus biex jipprepara ruħu aħjar għal din l-elezzjoni.", "Nista' ngħid li grupp ta' nies li għinu lil Robert Abela fil-kampanja tiegħu għal mexxej, imħallta ma nies ta' żmien Muscat, bdew jiltaqgħu fir-raba' sular tal-kwartieri tagħhom.", "Dan il-grupp ta' nies qed jiġi ndikat li qed jitmexxew minn Kurt Farrugia.", "Imma hekk kif it-Times ħabbret li l-Labour bdew iħejju għall-elezzjoni, dlonk ħarġet il-Malta Today tgħidilna li l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, qed twissi lil Robert Abela li għandu jitlob apoloġija lill-partitarji u lil poplu kollu ta' kif il-Labour taħt Muscat tmejjel bihom.", "Jekk taqra bejn il-linji, Coleiro Preca qed tgħid li Muscat tmejjel biha ukoll wara li kienet tagħtu appoġġ.", "Iżda żgur li f'qalbha għandha wkoll weġgħa kbira li kien l-istess Muscat, immexxi minn Keith Schembri, li qatalha l-karriera politika tagħha ħesrem.", "Din mhux l-ewwel darba li smajna lil Coleiro Preca tesprimi li hi kienet xtaqet tkompli bil-karriera politika tagħha.", "Li kieku l-klikka ta' Kastilja ma riedux jeħilsu minnha biex jagħmlu d-deals maħmuġa li issa ħarġu fil-beraħ, kieku Marie-Louise illum għadha Ministru.", "Coleiro Preca kieku f'dan il-perjodu għaddejja bit-team tagħha, li dejjem kien numru mdaqqas ta' nies, u qed tħejji ruħha, kif qed jagħmlu kandidati oħra, biex toħroġ għal elezzjoni oħra.", "Kieku l-votanti tas-6 distrett ma kienx ikollhom inkwiet lil min jagħżlu wara l-fjask li ħalliethom bih d-deputat eletta Rosianne Cutajar.", "Imma ħarġet ċara li Keith Schembri ried jaġevolha lil Rosianne Cutajar u b'hekk ħelsu ħelu ħelu minn Marie-Louise Coleiro.", "Fuq kollox, nista' niżvela li Coleiro Preca kienet leħen qawwi fil-kabinett ta' Muscat speċjalment fuq issues soċjali u mhux dejjem kienet taqbel mal-mudell ekonomiku li beda jmexxi Keith Schembri.", "Issa wara dawn il-kuntrumbajsi kollha nistennew u naraw jekk it-tifel ta' George Abela jieħux il-parir ta' Coleiro Preca u jitlob apoloġija.", "Imma ħa nagħmluha ċara dan il-parir jista' jieħdu u għandu wkoll jingħata lil Bernard Grech.", "Bernard Grech għandu għalxix jitlob apoloġija lin-Nazzjonalisti.", "Dawn għall-ewwel darba vvutaw biex jeleġġu kap bl-iżjed mod demokratiku fl-2017.", "Imma minħabba grupp żgħir ta' deputati, Adrian Delia tneħħa wara biss 3 snin.", "Nixtieq infakkar li dak li qed titlob il-President Emeritu, Adrian Delia kellu d-diċenza jagħmlu mill-ewwel.", "Mhux darba li Dr Delia talab apoloġija lil dawk kollha, Nazzjonalisti u m'humiex, li b'xi mod jew ieħor il-PN weġġagħhom fil-passat.", "Imma nafu wkoll li kien hemm min fil-Partit Nazzjonalista li ma ħax gost b'dik l-apoloġija ta' Dr Delia.", "Iż-żewġ mexxeja għandhom għalfejn jiskużaw ruħhom mal-poplu.", "Imma l-mistoqsija tibqa, għandhom sinsla jagħmlu dan?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/19/it-tibdil-fil-ligi-elettorali-biex-jizdiedu-n-nisa-fil-parlament-ser-taghmel-aktar-hsara-milli-gid/", "date": "2021-02-19T06:43:50+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["L-emenda għal-liġi li għaddejja bħalissa biex jiżdiedu n-numru ta' nisa fil-parlament hija daqqa ta' ħarta kbira f'wiċċ l-istess nisa.", "Tiskantawx għax hemm deputati, għax hekk jaqblilhom, qed jaraw f'din il-liġi opportunita' biex iżommu posthom fil-Parlament.", "Oħrajn qed jaraw f'din il-liġi ċ-ċans li jakkwistaw siġġu f'dan l-istess parlament.", "Fil-verita' din il-liġi turi li kull ma għidna dwar l-ugwaljanza huwa fażull.", "La n-nisa ġew mogħtija l-ugwaljanza sħiħa, inkluż id-dritt tal-vot ħafna snin ilu, din għandha tkun dejjem u kullimkien.", "Lanqas għandna għalfejn nagħtu eżempji u nsemmu n-nisa li daħlu fil-parlament biex inkunu semmejnihom.", "Nafu li kienu hemm u waslu bil-ħila tagħhom.", "Kemm hu sewwa li tiġġieled għal siġġu fil-parlament!", "Biss b'din il-liġi ser tkun ikkreata sitwazzjoni fejn mara ma għandhiex għalfejn taqta' qalbha mill-kompetizzjoni li jkollha fuq id-distrett fejn ser toħroġ u issa tista' tkun komda biżżejjed li toħroġ u taf li hemm ċans tajjeb li tirbaħ pultruna għax sempliċiment hija mara.", "Fl-opinjoni tiegħi dan hu att diżastruż u skandaluż fid-demokrazija.", "Dan hu att ta' umiljazzjoni għall-istess mara.", "Dan hu eżerċizzju ta' nuqqas ta' ugwaljanza u ta' xiri sfaċċat ta' pultruna fil-parlament mingħajr ma tkun mistħoqqha.", "Żmien ilu anke fil-qrati kellna l-avukati kważi kollha ta' sess maskili.", "Kemm tħabbtu n-nisa fil-bidu biex sabu post ugwali f'dan ix-xogħol!", "Il-kawżi kriminali kollha kienu miġġielda minn irġiel.", "Imma dan kien ifisser li ma kienx hemm nisa kapaċi?Dażgur li kien hemm.", "Meta t-tifla ta' Profs de Marco bdiet tiġġieled għal postha ħaditu bil-ħila tagħha u ta' ħadd iżjed.", "Min jgħid għax kellha lil missierha jgħina huwa żball kbir.", "Missierha ma kienx ikun magħha fl-awla meta kienet tiddefendi l-każ.", "Wasslet għax kienet kapaċi.", "Kien hemm oħrajn fosthom fuq in-naħa l-oħra.", "Anna Mallia ġejja minn spectrum soċjali u politiku differenti.", "Biss xorta kienet kapaċi ssib postha fil-qorti.", "Magħhom u warajhom tfaċċaw oħrajn u grazzi għal dawn l-avukati nisa pijunieri, illum il-qorti hemm maġġoranza ta' avukati nisa u jien nilqa' din is-sitwazzjoni b'sodisfazzjon.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-leġislazzjoni ser tiġi attwata biss biex jitpaxxew nisa fil-politika li diġa kienu hemm u qed jaqtgħu qalbhom li fl-elezzjoni li jmiss jitilgħu.", "Magħhom hemm nisa li jafu li biex jaslu jridu mbuttatura tajba.", "Għalhekk qed ngħid li din hija leġislazzjoni li qed tnaqqas il-valuri, l-kapaċita', l-insistenza u l-impenn tan-nisa b'mod ġenerali.", "Allura issa ser nibdew nagħżlu n-nisa kullimkien għax hekk ser jagħmlu fil-parlament, l-għola istituzzjoni fil-pajjiż?", "Din il-leġislazzjoni ser tiftaħ triq perikuluża fuq kull livell u f'kull xogħol.", "Din ser ikollha effett fuq kull sistema fejn hemm proċess ta' għażla.", "Jien inħossni umiljat jekk niġi mogħti xogħol jew siġġu fil-parlament fuq il-bażi tas-sess tiegħu u mhux għax dħalt bil-ħila tiegħi.", "B'din il-leġislazzjoni, mara minflok dieħla mill-bieb ser tidħol mit-tieqa għax tawha tefgħa.", "Jaqaw Rosianne Cutajar u Therese Commodini Cachia qed jaqtgħu qalbhom li jitilgħu darba oħra?", "Cutajar kienet qalet li hi kienet ħadmet għalih il-post fil-parlament u rnexxielha.", "Allura missa titkellem u tqawwi qalb oħrajn jagħmlu bħalha.", "Min huma dawk in-nisa l-oħra fil-Partit Laburista li qed ituha palata?", "Donnha Cutajar biss qed tagħmel din il-kruċjata.", "In-naħa l-oħra għandek iżjed għax fil-parlament tkellmet Claudette Buttigieg li argumentat b'saħħa favur din il-liġi.", "Jaqaw din qed tibża li ma titlgħax fl-elezzjoni li jmiss?", "Jekk tagħtu daqqa t'għajn u taraw ma' min iridu jikkompetu fid-distretti rispettivi tagħhom, mill-ewwel tinduna li dawn li semmejt qed jibżgħu.", "Naf ukoll li min-naħa tal-partit fl-oppożizzjoni hemm ukoll Graziella Attard Previ u Alessia Psaila Zammit li ukoll jidher li għandhom għadma iebsa biex jirfsu fil-parlament.", "Ma għandix dubju li dawn in-nisa, bħal ħafna oħrajn, lesti biex ibatu.", "It-tbatija tfisser xogħol, house visits, dedikazzjoni, konvinzjoni, preparazzjoni, lealta', prinċipji, valuri u oħrajn.", "Dawn il-valuri ma għandhomx sess.", "Min iħaddan dawn id-doni kollha għandu jirbaħ.", "Biss importanti li l-partiti jridu jimbutaw lin-nisa.", "Ara fl-elezzjonijiet Ewropej ġibna l-ugwaljanza mingħajr bżonn ta' tibdil fil-liġi elettorali.", "In-nisa jridu jterqu mat-toroq.", "Jitħalltu man-nies (bħalissa b'attenzjoni).", "Jkkonvinċu lill-votanti.", "Ma jibżgħux.", "Biss il-Partiti jridu jagħmlu s-sehem tagħhom.", "Joħorġu aktar nisa fuq il-listi elettorali tagħhom.", "Jagħtuhom aktar spazju fuq il-media tagħhom u mhux jinħbew wara tibdil fil-liġi għaliex mhux kapaċi jmexxu lin-nisa 'l quddiem."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/18/ivan-martin-kien-li-nforma-lil-yorgen-fenech-li-l-pulizija-kienu-ser-jarrestawh/", "date": "2021-02-18T19:53:39+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum fil-qorti kellna t-tkomplija tal-kawża ta' libell li fetaħ Ivan Camilleri kontra Saviour Balzan.", "Balzan kien kiteb li Ivan Camilleri ġie mkeċċi minn ma' The Times għaliex qal lil Yorgen Fenech li kienu ġejjin jarrestaw.", "Hu fatt magħruf u ċar, li mhux Ivan Camilleri qal lil Yorgen Fenech li kienu ġejjin jarrestawh iżda dan kien Ivan Martin.", "Dan issa kompla joħroġ biċ-ċar mill-kawża ta' libell li qed tinstema quddiem il-Maġistrata Rachel Montebello.", "Illum, f'din il-kawża ta' libell xehed is-Supretendent Keith Arnaud.", "Skont The Times, Arnaud qal taħt ġurament li \"Ir-referenza kienet għal 'Ivan tat-Times.'\"", "Fuq kollox, skont kif irrappurtat The Times, dan l-uffiċjal għoli tal-pulizija kkunsulta t-transcripts tax-xhieda li ta f'Diċembru 2019 quddiem l-istess Maġistrata Montebello.", "Bir-raġun, l-avukat ta' Ivan Camilleri, Peter Fenech staqsih jekk jafx kemm hemm Ivans jaħdmu mal- Allied Newspapers?", "Għal din il-mistoqsija Arnaud wieġeb li \"Iwa naf.", "Dażgur hemm tnejn u naf bihom mir-rapporti tal-media: Ivan Camilleri u Ivan Martin.", "Dan qiegħed fid-dominju pubbliku.\"", "Meta Arnaud ġie mistoqsi mill-maġistrata, li Alla ried, li f'dan il-każ tkun l-istess Rachel Montebello li qed tmexxi l-inkjesta kontra Yorgen Fenech, biex jispjega l-kuntest ta' din ir-referenza, Arnaud ħareġ il-mobile chat ta' Yorgen Fenech u beda jaqra biċċiet.", "Dak li qara huwa dan,", "Skont Arnaud dan hu dak li Yorgen Fenech bagħat bħala text message liz-ziju tiegħu Ray Fenech fil-6.15pm fil-ġurnata ta' qabel ma ġie arrestat.", "\"Ivan qalli, jien, għax kien fin-newsroom u semagħhom.\"", "Infakkar li dan is-supretendent qed imexxi t-teorija li Yorgen Fenech ried jaħrab minn Malta.", "Mela l-mistoqsija li trid issir lil Arnaud hija din.", "Għala l-pulizija ma mexxietx kontra dan Ivan talli għen f'din is-suppost ħarba?", "Ivan Camilleri qatt ma tressaq il-qorti u ġie akkużat mill-pulizija li pprova jgħin lil Yorgen Fenech jaħrab minn Malta għax jafu li mhux hu.", "Biss l-anqas il-pulizija ma pproċediet kontra Ivan Martin li kien hu l-ġurnalista li bagħat messaġġ lil Yorgen Fenech.", "It-tweġiba tiegħi hija din.", "Kieku veru Yorgen Fenech ried jaħrab minn Malta, kieku ġa pproċedew kontra Ivan Martin.", "Mhux talli l-pulizija ma mexxiet kontra dan Ivan Martin, talli għax żewġ avukati marru jkellmu lil dan Ivan, il-pulizija, minn rajha, ipproċediet kontra dawn l-avukati u xliethom b'tixħim.", "U għax qed nikxef dan kollu, l-avukat ġenerali Philip Galea Farrugia talab il-protezzjoni tal-qorti mill-artikli tiegħi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/18/bernard-grech-qed-jilghab-man-nar/", "date": "2021-02-18T17:06:14+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Normalment, jien wieħed milli nikkritika bl-aħrax lil Bernard Grech.", "Biss fuq din ngħidlu li mexa tajjeb.", "Hawn qed nirreferi għall-artiklu li deher il-lum f'The Times fejn Bernard Grech ġie mistoqsi jekk hux ser jieħu passi kontra Adrian Delia wara l-istorja li kellha The Sunday Times il-Ħadd li għadda fejn ġie allegat li l-Partit Nazzjonalista ħa flus mingħand Yorgen Fenech meta Adrian Delia kien kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Dawn il-flus ittieħdu biex ma jitlax David Casa.", "Dak li qed ikun implikat minn The Sunday Times huwa li dawn il-flus għaddew għand il-Partit Nazzjonalista permezz ta' Pierre Portelli.", "Biss sa issa, The Sunday Times għadha ma ppubblikatx is-sorsi tagħha, anki jekk din l-informazzjoni tidher li hija ġejja mill-Whatsapp messages ta' Yorgen Fenech.", "Infakkar li hemm divjit fuq il-pubblikazzjoni ta' dawn il-Whatsapp messages mill-Maġistrat Rachel Montebello.", "Ara issa The Times mhux ser tikteb xi artiklu biex tgħid li jien qed nitressaq il-qorti talli ksirt divjit tal-qorti fuq pubblikazzjonijiet ta' recording anki jekk dan mhux minnu.", "Biss kulħadd xortih fil-qrati tagħna!", "Li David Casa jagħmel riklami ta' paġna sħiħa fuq The Sunday Times!", "Imma l-argument tiegħi llum huwa ieħor.", "Dak li nista' ngħid li Bernard Grech qabżilhom mis-sunnara.", "Qallhom li mhux ser jikkummenta jew jieħu azzjoni qabel ma jkollu l-fatti kollha f'idu.", "U jagħmel sew.", "L-ewwel evita' li jirrepeti l-iżball kardinali li kien għamel Adrian Delia meta, wara li kien ħareġ ir-rapport tal-maġistat dwar Egrant, kien talab lil Simon Busuttil biex jirreżenja.", "Dan kien żball politiku kbir.", "Wara saret dik il-famuża tweet #Not In My Name mingħand Mario de Marco.", "Adrian Delia kellu jmur lura minn kelmtu.", "Din fissret il-bidu tat-tmiem tiegħu.", "Biss irrid ngħid li Bernard Grech issa qed jilgħab man-nar.", "Ġa dawn l-artikli bdew iressquh lejn pożizzjoni diffiċli fis-sens li ġa ntużaw biex jikkommettuh politikament.", "Infakkar, li Yorgen Fenech ilu jintuża mill-ġurnalisti u l-ħbieb tagħhom tas-soċjeta' ċivili biex iwaqqgħu politiċi li jidhrilhom huma.", "Infakkar li Bernard Grech kien talab lil Prim Ministru biex jieħu azzjoni kontra Rosianne Cutajar wara li ħarġet l-istorja tas-senserija.", "Hemmhekk, Grech għaġġel.", "Ma kienx qal nistenna ħa nara l-fatti kollha.", "Fi kliem ieħor, din l-azzjoni li kienet, fl-idea tiegħi, magħmula apposta biex Grech jikkommetti ruħu.", "Issa ibqgħu żguri li din ser tintuża kontra tiegħu minn dawk stess li qegħduh fis-setgħa.", "L-argument ser ikun li l-PN qed jgħid lin-nies li jrid jistenna meta r-relazzjoni tkun bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia.", "Iżda mbagħad meta jkun hemm relazzjoni simili, imma din tkun ma' xi deputat laburista, hemm jgħid lill-Gvern biex jieħu azzjoni mill-ewwel.", "Din tidher bħala ipokresija grassa.", "B'hekk din l-istorja f'The Times tal-lum tidher tista' tkun il-bidu ta' attakk minn taħt kontra l-istess Bernard Grech."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/18/il-gideb-ta-manwel-delia-fuq-il-finanzi-tal-partit-nazzjonalist-fi-zmien-adrian-delia/", "date": "2021-02-18T06:23:18+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-fissazzjoni tal-bniedem fuq bniedem ieħor tista' twasslek għal kitba, kliem jew azzjoni bogħod mil-verita'.", "Din il-fissazzjoni tista' twasslek ukoll li tikteb affarijet li tinqabad li fihom tkun qed tiddikjara ħafna gideb.", "Din l-istess fissazzjoni twasslek li ma tirriċerkax qabel tikteb u allura tasal biex tgħaffeġ u tħarref fil-kitba tiegħek.", "Hekk ġralu Manwel Delia li ħażżeż erba' kelmiet biex jipprova jpinġi lil Dr Adrian Delia bħala l-bniedem li kompla żied il-pjaga finanżjarja tal-Partit Nazzjonalista.", "Biss l-aktar ħaġa tal-iskantament mhux li Manwel Delia jigdeb.", "L-ikbar skantament ġej mill-fatt kif l-istess Partit Nazzjonalista lanqas ħa l-briga biex jiġbed l-attenzjoni li Manwel Delia u jgħidlu li kien qed jigdeb fuq il-kumpanija li huma stess jirrapreżentaw.", "Dawn huma affarijiet inkwetanti meta l-istess Partit jonqos minn dmiru u jħalli ex-kandidat tal-Partit, illum ras prominenti fis-soċjeta ċivili, ixerred il-gideb fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istess Partit.", "Wieħed jista' jaqra din is-sitwazzjoni bħala qrubija problematika u perikuluża li l-Partit Nazzjonalista qed ikollu ma' Manwel Delia u sħabu.", "Kellha tkun il-gazzetta Kullħadd li rredikolat lil Manwel Delia f'kull figura finanżjarja li huwa ressaq.", "Kixfet ukoll il-gideb li Manwel Delia sar dilettant tiegħu ħafna, basta jipprova joskura lil Adrian Delia u f'dan il-każ anki lil Robert Arrigo.", "Kif jista' l-Partit Nazzjonalista jħalli dan il-gideb għaddej u ma jindenjax ruħu jikkoreġi dawn l-oxxenitajiet.", "Bilfors li kull votant ta' dan il-Partit jgħid li s-soċjeta ċivili sar għandha saħħa kbira fil-Partit Nazzjonalista u jekk hiex addirettura tiddetta l-aġenda.", "Il-gazzetta Kullħadd ma għamlu xejn barra minn din id-dinja.", "Ġabu l-informazzjoni preċiża mill-Kummissjoni Elettorali.", "Skond Manwel Delia taħt Simon Busuttil il-finanżi tjiebu għax żdiedu d-donazzjonijiet, filwaqt li taħt Adrian Delia d-donazzjonijiet sparixxew.", "Il-fatti juru mod ieħor.", "Fit-tlett snin taħt Simon Busuttil sar deficit ta' €5.1 miljun, mela €1.7 miljun fis-sena, filwaqt li taħt Adrian Delia fl-2018 id-deficit kien €0.8 miljun.", "Il-gideb ħoxon ta' Manwel Delia ma jieqafx hawn.", "Fatt ieħor li joħroġ ċar huwa li NET TV taħt Pierre Portelli naqas bin-nofs, minn aktar minn €2 miljuni għal €1.2 miljun.", "It-tielet gidba ħoxna tas-sur Manwel Delia.", "Barra minn hekk il-kredituri tal-Partit fl-2018 naqsu b'0.2 ta' miljun.", "Ħaġa oħra sur manipulatur tal-gideb.", "Kienet taħt Simon Busuttil li dak li hu dovut f'taxxi u bolol tħallew jitilgħu għal €300,000.", "L-amminstrazzjoni ta' Dr. Adrian Delia, fl-ewwel sena tagħha, mhux biss ħallset dak dovut f'taxxa u bolol għal dik is-sena imma ħallset ukoll 20% ta' dak li ħalla Simon Busuttil.", "Forsi tifhem ftit sur Manwel Delia, fi żmien Busuttil id-dejn tela' minn €7.5 għal €9.9 miljun.", "Ma taħsibx li hija żieda tant kbira li twerwrek?", "Imma ċ-ċirasa fuq il-cake qiegħda hawn.", "L-akbar gidba hija dik marbuta mal-ammonti li għandhom x'jaqsmu mad-donazzjonijiet.", "F'terminu ta' ġbir medju ta' kull maratona, taħt Busuttil kienu jinġabru €181,375 waqt li taħt Adrian Delia kien jiġbor €215,121.", "Anke minn sempliċi sħubija Busuttil kien jiġbor €65,000 (2016), Adrian Delia kien jiġbor €113,000.", "Ara kif ser jinħasdu meta jaraw id-dejn tiela matul din is-sena Manwel Delia, meta jridu jitħallsu daqshekk pagi li nibtu għal ħafna ġenerali u oħrajn li sabu posthom fil-Partit Nazzjonalista dan l-aħħar.", "Mid-dehra anke l-kardinal maħsud u mifxul fuq il-finanzi tal-Partit għax skond il-One News semgħuh jirrabbja fuq is-sitwazzjoni finanżjarja.", "Manwel Delia qabel tipprova b'mod patetiku ħafna, tgħatti l-warrani ta' sħabek u tipprova toskura lil Dr Adrian Delia u lil Robert Arrigo.", "Dak li nista' ngħidlek.", "Għamel il-homework tiegħek sewwa għax tkun int li taqa' għaż-żufjett.", "Dawn it-tip ta' scoops imqansħa, il-bogħod mil-verita', u mimlijin ħmieġ żgur li mhux ser iżidulek in-numri fqar li jaqraw il-kitba tiegħek."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/04/03/bzonn-ta-azzjoni-kontra-t-tingiz-mill-istorju/", "date": "2021-04-03T18:12:40+02:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Blog post minn persuna li qed tbati minħabba storbju eċċessiv.", "Għażiż Dr. Mercieca Bħal ma taf, iIllum familji sħaħ jaħdmu mid-dar.", "Imma l-istorbju ma jieqafx.", "Ħornijiet u karozzi bl-mużika tgħajjat, ġirien jgħajtu, apparti l-għajjat ta' min ibiegħ il-gas, l-għajjat mingħand tal-ħut, l-għajjat mingħand tad-donuts, l-istorbju mill-klieb u nies jiġġieldu.", "Imbagħad hemm l-istorju mill-kuntratturi fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Iva ma nsibx kamra d-dar fil-kwiet!", "Iridu niftakru li llum familji sħaħ qed joqgħodu fi blokkijiet ta' appartamenti moderni li huma gabubi.", "L-istorbju qed jiżdied u dan qed ikollu effett fuq is-saħħa mentali tan-nies.", "Ħa nitkellem għalija.", "Jien persuna li qed nistudja u għandi bżonn nikteb fil-kwiet.", "Kif nista' nikkonċentra?", "Illum anki l-libererji magħluqa.", "Nafu aħna il-Maltin nbaxxu ftit leħinna?", "Nistgħu nirrispettaw il-morda, min irid jorqod għax jaħdem bil-lejl?", "Min bħali jrid jistudja jew jaqra jew jikteb?", "Fuq kollox Malta, ma għandhiex \"noise pollution act\" jew att kontra t-tniġġix mill-istorbju.", "Naħseb wasal iż-żmien biex il-gvern jibda jaħseb biex jilleġiżla fuq dan il-punt.", "Dan il-pajjiż daqt nibda nistħajlu misħut.", "Paċi mkien.", "Għejjejt.", "Ħadd ma jimpurtah.", "Grazzi talli tajtni spazju fil-blog tiegħek."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/17/kullhadd-tgiddeb-lil-manwel-delia/", "date": "2021-02-17T06:42:12+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista ġie ridott fi stat tal-biki jafu kulħadd.", "Fil-ġlieda interna li għaddejja, Manwel Delia spiċċa kiteb artiklu kollu gideb fuq Dr. Adrian Delia u Robert Arrigo.", "Dan l-artiklu ta' Manwel Delia jikkonċerna il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista.", "Skont Manwel Delia, dawn marru lura taħt Dr. Adrian Delia.", "Il-gazzetta tal-Partit Laburista, KullĦadd spiċċat tammetti li taħt Dr, Adrian Delia, il-finanzi tal-PN marru 'l quddiem waqt li tgiddeb lil Manwel Delia fuq dak li kiteb fuq Robert Arrigo u Adrian Delia."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/16/il-media-u-l-agenda-mohbija-taghha/", "date": "2021-02-16T16:40:00+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Malta pajjiż żgħir imma mgħoni b'intelliġenza kbira.", "Araw ftit kemm għandna min hu dilettant tal-kitba, araw kemm għandna medja differenti fejn ittik din il-possibilita' li tagħmel dan.", "Araw kemm artikli, opinjonijiet, ħsibijiet qed jinkitbu u jitferrxu biex jinqraw.", "Għandna rikkezza ta' nies li jogħġobhom jintervjenu fuq kull suġġett, li jista' b'xi mod jattira nies lejn l-opinjoni tagħhom.", "Grazzi ta' dan kollu u ninkoraġġixxi lil kull min jagħmel dan.", "Dawn il-kitbiet huma mportanti ħafna għax jagħtu lil kull min jaqra opportunita' biex jiflu u jibnu l-ħsibijiet tagħhom.", "Imma meta taqra u tipprova tifhem dak li jkun għaddej trid toqgħod attent ħafna.", "Trid tipprova tifhem il-ħsieb miktub u mibni fuq aġenda li ħafna drabi dak il-mezz ta' xandir ikollu.", "Naqraw u naraw ħafna interpretazzjonijiet ta' dak kollu li jkun għaddej.", "Il-kitba tikxef lil min jikteb fejn qed ixaqqleb bil-ħsibijiet tiegħu jew tagħha.", "Meta taqra artiklu wara artiklu, miktubin minn persuna jew kamra tal-aħbarijiet, tibda tifhem l-aġenda li jkollhom.", "Tibda tirrealizza li l-kitba ta' dawn l-individwi jew kmamar tal-aħbarijiet għandhom aġenda stretta u ħafna drabi mhux kollha veritiera.", "Jieħdu silta jew kwotazzjoni u jibnu fuqha l-messaġġ tagħhom.", "Jiġu altament jitmellħu mill-verita' assoluta u jiktbu dak li jaqbel lilhom u mhux lill-qarrejja.", "Din hija kwalita' ta' medja li tagħti fastidju.", "Imma l-problema prinċipali hija li għandna qarrejja li jillimitaw irwiegħhom għal kamra tal-aħbarijiet waħda.", "Dawn in-nies li jagħmlu hekk ikunu qed jibilgħu aġenda waħda u ma jirrealizzawx li dik l-aġenda tista' tkun manipulattiva.", "Il-qari huwa tajjeb u mod eċċellenti li teduka ruħek u żżomm lilek innifsek infurmat.", "Imma attenti għax jekk tillimita ruħek għal interpretazzjoni waħda biss, tista' tmur imqarraq u tista' tibda tiġi influwenzat negattivament fil-ħsieb tiegħek.", "Ħadd ma għandu jħalli xi kamra tal-aħbarijiet partikulari tifnielek il-ħsieb, tinfluwenzak jew torqomlok moħħok b'tali mod li tgħamik u ġġagħlek taħseb dak li trid hi u ma tħallikx tasal għall-konklużjonijiet tiegħek.", "Dan qed jiġri kemm fil-kamp politiku.", "Kulħadd jaf li l-medja tal-Partit għandha l-agenda li tmexxi l-ħsieb tal-partit li jkun.", "Biss illum saret aktar komplessa għaliex fil-PN hemm qasma ċara u b'hekk il-medja tal-partit qed tmexxi agenda kontra l-Partit Laburista u anki agenda kontra membri tagħha stess li mhux qed jaqblu għal kollox mal-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Imbagħad hemm il-medja indipendenti. din agħar għax ħafna drabi għandha aġenda ċara ħafna.", "Imma x'inhu l-messaġġ wara dan kollu.", "Persważ li diffiċli tkun taf il-verita' kollha tal-istorja mħabbra jekk taqra biss linja ta' ħsieb wieħed.", "Jekk inti tagħmel hekk ikun ifisser li int m'intiex tuża moħħok u tanalizza dak li jkun qed jintqal.", "Tkun qiegħed komdu taqra informazzjoni limitata u tħalli lil ħaddieħor jaħseb għalik u jinfluwenzak.", "Il-pjaċir tal-bini tal-ħsieb huwa mibni fuq qari divers minn opinjonijet differenti.", "Għalhekk il-qari huwa sabiħ u importanti.", "Aqra, ifhem, ifli, analizza u asal għall-konklużjonijiet tiegħek.", "Int mogħni b'moħħ."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/16/jitkellem-infermier-li-jahdem-l-isptar-monte-carmeli/", "date": "2021-02-16T07:05:11+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bħala impjegat fil-qasam tas-saħħa mentali, napprezza l-artikli li qed tippubblika, pero' ma tantx nista' nikkummenta pubblikament.", "Li nista' ngħid huwa li Mount Carmel Hospital ġie ttraskurat kemm fi żmien il-PN u anki taħt il-PL u issa saret ħsara strutturali irreparabbli.", "Meta tela' il-PL fil-gvern, sab 8 milljuni dejn il-ħadd ma jaf fejn marru għaliex l-aqwa li niftaħru b'Mater Dei li hija \"state of the art\" u dan insejnieh.", "Fid-diffikultajiet kollha li hemm, isir ġid kbir u ma jidhirx.", "Il-maġġoranza tal-istaff huma iddedikati u maħbubin mill-pazjenti.", "L-akbar problema, apparti dik strutturali hija, illi sar żgħir wisq għad-domanda, peress li naqqsu s-swali u żdiedet il-popolazzjoni, speċjalment bil-barranin.", "Ħafna barranin, speċjalment Afrikani, saru 'revolving door customers', fejn jiġu ta' fuqhom senduqhom u joħorġu mgħobbijin bil-ħwejjeg li jakkwistaw.", "Imbagħad hemm il-problema li ngħalqet il-\"psychiatric unit\" fil-Mater Dei biex tintuża għall-covid u l-outpatients."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/15/il-qorti-civili-qed-tittratta-lil-familja-caruana-galizia-melvin-theuma-u-yorgen-fenech-bmodi-differenti/", "date": "2021-02-15T19:08:45+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-gazzetti ppubblikaw l-istorja fejn il-qorti ppreseduta mill-Imħallfa Anna Felice rrifjutat it-talba ta' Yorgen Fenech biex jitnaqqas jew jitneħħa dan is-sekwestu.", "Għalija l-fatt li l-qorti ġa rrikonoxxit id-dritt ta' sekwestru – u dan ġa ktibt dwaru – ma nistax nifhmu.", "Kien hemm imħallfin oħra li taw sentenzi dwar dan il-punt.", "Imma għaliex dan ma għandux ikun f'dan l-istadju?", "L-ewwel.", "Yorgen Fenech għadu innoċenti mela kif qed jiġi mfittex għad-danni fuq akkużi li tagħhom għadu ma nstabx ħati.", "S'issa qed joħroġ aktar ċar li hemm aġenda mmexxija mill-media kontra tiegħu.", "Fuq liema bażi l-qorti ċivili ser tasal għall-konklużjoni li hu ħati – fuq dak li qed tikteb it-Times jew gazzetti oħra?", "Nifhem li familja qed tagħmel dawn il-kawżi bħala kawtela, jiġifieri biex il-familja żżomm milli jkun hemm xi attentat ta' bejgħ ta' propjeta' jew Yorgen Fenech jew il-persuna potenzjalment ħatja jipprovaw jeħilsu jew jiddisponu mill-propjeta' li għandhom.", "Biss hija wkoll verita' li dawn l-kawżi qed jintużaw biex il-media tmexxi l-aġenda tagħha.", "Meta kont ktibt fuq dan il-punt, Manuel Delia kien tella' artiklu – sejjaħlu Juice dwar kawża fl-Amerika fejn anki meta l-persuna ma nstabitx ħajta kriminalment, xorta ċivilment kellha tħallas kumpens.", "Biss hawn il-problema qegħda li l-persuna li fuqu qed jiġi bbażat kollox, Melvin Thuema, ġie avevolat mill-istess familja Caruana Galziia f'din il-kawża li qed tagħmel għall-danni.", "Dan iwassal għall-punt li għamilt fuq.", "Din hija kawża li qed tfittex li titfa' dell ta' ħtija fuq l-akkużat.", "Il-familja Caruana Galizia l-ewwel talbu inibizzjoni fuq l-assi tiegħu u wara ħafrulu u aċċettaw li jkun redott il-kumpens.", "Veru li fil-każ ta' Yorgen Fenech, it-talba hija ta' sekwestru waqt li fil-każ ta' Melvin Theuma hija ta' inibizzjoni jiġifieri biex jinżamm u ma jkunx jista' jbiegħ propjeta', iżda l-kawża li għamlu l-familja Caruana Galizia hija l-istess.", "Fuq kollox hemm aktar minn hekk.", "Permezz tas-sentenza tagħha, l-imħallfa Anna Felice:", "Bierket il-fatt li kulħadd jista' jagħmel sekwestru u jgħid li huwa werriet ta' xi ħadd mingħajr ma jressaq ebda prova;", "Bierket il-fatt li kulħadd jista' jagħmel sekwestru u jitlob miljuni ta' danni mingħajr l-iċken ħjiel prima facie ta' kif min jagħmel is-sekwestru wasal għal dik iċ-ċifra;", "Bierket il-fatt li la l-imħallef ffirma s-sekwestru, dan ifisser li dak l-imħallef kien sodisfatt li min talab is-sekwestru għandu prima facie raġun jitlob 5 miljun ewro anke jekk rendikont ma ntalabx kif isir is-soltu meta jkun hemm ċifri eżorbitanti u għalhekk hija dehrilha li ma hemmx tibdil fiċ-ċirkustanzi minn meta nħareġ il-mandat ta' sekwestru li jiġġustifikaw it-talba ta' Fenech għal tnaqqis tal-ammont mitlub ta' 5 miljun ewro u dan għax skond l-imħallfa, \"Il-ħtiġijiet li kkostatat il-Qorti kompetenti li ħarġet il-mandat ma nbidlux\";", "Bierket dak li qalu Caruana Galizia fir-risposta tagħhom li Daphne Caruana Galizia kienet self-employed, kellha 53 meta giet assassinata u kellha 25 jew 35 sena oħra ħajja.", "Dan ifisser li għal Qorti Daphne kienet ser tibqa' taħdem sa' 87 sena u kienet taqla' 142,857 ewro fis-sena; u li jekk kienet ser tibqa' taħdem għal 25 sena oħra sal-eta' ta' 75 sena, hija kienet taqla' kull sena ewro 227,272.", "Dan il-qorti birkitu mingħajr ebda rendikont u prova tal-qliegħ tal-mejta", "Injorat il-fatt li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni mħarrek biex jixhed oġġezzjona biex jixhed u b'hekk jgħid kemm kienet iddikjarat qliegħ Daphne Caruana Galizia għaliex ma ngħatax il-kunsens mill-werrieta biex jgħid kemm qalghet Daphne Caruana Galizia.", "Meta jiġri hekk, il-proċedura hija li wieħed jitlob il-permess tal-prim ministru biex il-kummissjarju tax-taxxi interni jkun jista' jixhed; mill-qliegħ dikjarat tagħha mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni biss, il-Qrati tagħna dejjem ħadu inkonsiderazzjoni l-qliegħ tal-persuna jew l-eredi tagħha li qed jitolbu ghad-danni;", "L-ironija hija li għandna l-kawża li saret kontra Yorgen Fenech, l-aħwa Degiorgio, Vincent Muscat u Melvin Theuma.", "Il-familja Caruana Galizia talbet 5 miljuni mingħand kulħadd.", "Iżda mbagħad, il-Qorti naqset l-ammont ta' danni li Caruana Galizia qed jitolbu mingħand Melvin Theuma għal 2.1 miljuni u fil-każ ta' Yorgen Fenech le."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/15/l-isptar-monte-carmeli/", "date": "2021-02-15T18:27:15+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li l-bieraħ tellajt blogg dwar il-bżonn li l-isptar Monte Carmeli jiġi rinnovat, irċevejt dan il-kumment.", "Prosit Dr Mercieca… Is-saħħa mentali hija suġġett għall-qalbi.", "Naf għax jien inbati minn din il-kundizzjoni.", "U meta jkolli panic attacks jew ngħaddi minn żmien ħażin fil-ħajja, mhux easy.", "Anki biex tagħmel appuntament ma' psychologist jew psikjatra mhux faċli.", "L-appuntament (privat) għandek tliet ġimgħat mill-inqas.", "Kollha dejjem full up.", "Darba tant kont ħażina li kont se niġġennen.", "Ħadd ma kellu post. Kont bgħatt messaġġ, kważi nibki lil wieħed psikjatra li hu verament nice guy.", "Imma mbilli.", "Miskin qalli jiddispjaċini full up.", "Irrid li jkollna sptar modern, fejn jekk tħossok mhux tajba tmur tistenna forsi ftit u tidħol u titkellem ma' xi ħadd.", "Imma ġa l-isem Mount Carmel Hospital huwa stigma.", "Naqra li tikteb kollox.", "Pero kif għidtlek darba.", "Ma nħobbx ħafna nikkummenta.", "Pero prosit tal-kitba down to earth li jifhimha kulħadd.", "Nawguralek ħafna saħħa."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/15/liema-gurnalista-ta-the-times-kien-jiffrekwenta-dik-il-famuza-dar-tal-imdina/", "date": "2021-02-15T08:19:58+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-bieraħ, il-ġurnal The Times of Malta reġa' kellha l-istorja dwar il-famuża dar ġewwa l-Imdina li kien ser jixtriha Yorgen Fenech.", "Mhux ser nidħol fid-dettall jekk Rosianne Cutajar, dak iż-żmien membru parlamentari mingħajr kariga fil-kabinett kellhiex dritt tieħu senserija jew le.", "Dak li nista ngħid li jidher li l-flus li ħadet f'senserija issa naqsu għaliex id-darba l-oħra issemmiet somma differenti.", "Fuq din is-senserija kont tkellimt f'numru ta' artikli fil-passat li wieħed jista' jsibhom fuq dan is-site tiegħi.", "Biss hemm dettall żgħir importanti li kont nistenna li The Sunday Times tilluminana ftit aktar dwaru.", "Vera li din id-dar ġewwa l-Imdina, li The Sunday Times reġgħet kitbet dwarha, jafha sew wieħed mill-ġurnalisti tagħha?", "Vera dan il-ġurnalista kien jidħol fiha ta' spiss?", "Naħseb li din hija biċċa informazzjoni ta' interess, jekk hija minnha, la darba l-editur in-chief tal-Allied Publications xtaq jerġa' jitkellem dwar din l-istorja.", "U jekk minnha, x'jaf dan il-ġurnalista fuq l-istorja ta' din id-dar?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/15/bernard-grech-beza-minn-ftit-xita-li-qatt-ma-gietu/", "date": "2021-02-15T07:39:40+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Min imexxi l-istrateġija tal-Partit is-Sibt li għadda għamel telefonata l-uffiċċju meterjoloġiku fejn staqsa kif ser ikun it-temp l-għada l-Ħadd speċifikament fuq Ħaż-Żabbar.", "Suppost ukoll li dan l-istess uffiċċju għaddielhom informazzjoni li l-bieraħ fil-għodu fuq Ħaż-Żabbar kien ser ikun hemm ħafna xita.", "Għalhekk, suppost fuq din l-informazzjoni ttieħdet id-deċiżżjoni li l-priedka tal-bieraħ il-Ħadd titħassar minn Ħaż-Żabbar u tidħol għall-kenn tad-Dar Ċentrali.", "Issa biex inkunu ċari nafu li t-temp ivarja fuq pajjiżna minħabba li bħala gżira aħna żgħar u jista' jdur ftit ir-riħ u l-maltemp jaqbiżna.", "Għallinqas din smajtha kemm-il darba tintqal.", "Imma mhux aċċettabbli li l-uffiċċju meterjoloġiku jagħmel żball daqshekk oħxon għaliex il-bieraħ filgħodu kellna temp sabiħ kollu xemx u spiċċa ndika xita qawwija.", "Jiena naħseb li l-informazzjoni miġbura mill-uffiċċju meterjoloġiku kienet skuża tajba.", "Ejja niftakkru li f'dawn l-aħħar erba' jew ħames xhur, Dr Bernard Grech, iddiżappunta liż-Żabbarin darbtejn.", "Fil-kampanja elettorali tiegħu kien qal li ser iżur il-każin ta' Ħaż-Żabbar.", "Issa qalhom li ġej ġo belthom u ma marx.", "Il-bieraħ ma ntbagħat ħadd jagħmel scouting imma ġabu l-iskuża tal-uffiċċju meterjoloġiku u għal darba oħra ż-Żabbarin reġgħu ġew miċħuda mill-vista ta' Dr Bernard Grech.", "Din id-darba kien l-uffiċċju meterjoloġiku li serva ta' tapp biex titħassar il-mawra ġo Ħaż-Żabbar.", "Hawn xi ħadd li ser jaqra din il-kitba jemmen li din tal-bieraħ kienet skuża veritiera?", "Ħafna din ma tinżlilhomx sa griżmejhom għaliex jifhmu li r-raġuni hija totalment differenti.", "Dr Grech u l-ġenerali ta' madwaru saru jafu li kien ser ikun preżenti Dr Adrian Delia.", "Dan ma kien qed jagħmel xejn bil-moħbi imma kien qal u kiteb li hu kien ser imur Ħaż-Żabbar, lokalita' li Dr Delia fehem li dejjem kien milqugħ tajjeb ħafna.", "Allura x'kien hemm ħażin li membru parlamentari u kandidat jattendi għall-priedka tal-Ħadd filgħodu?", "Imma lill-ġenerali madwar Dr Grech u naħseb anke lil Dr Grech stess ma riedux li Dr Delia jitfaċċalhom ġo Ħaż-Żabbar u jintlaqa' aħjar minn Dr Grech.", "Allura bi skuża ta' dulluvju ħassru l-attivita' u daħlu għall-kenn.", "It-tmexxija ta' dan il-partit waqgħet fl-abbissi.", "Għadhom ma fehmux li dawn il-mossi qed jirredikulaw lilhom infushom u lil Kap tal-Partit.", "Dawn huma mossi ta' djufija kbira.", "Fejnhom in-Nazzjonalisti li dejjem imxew wara l-bandiera f'xemx taqli l-ankri u f'xita li tkaxkar magħha l-karozzi?", "\" Aħna ma bżajniex mill-isparar ġewwa ż-Żejtun u r-Rabat, aħna ma bżajniex mill-gas tad-dmugħ, aħna ma bżajniex minn suldati armati anke bil-klieb, aħna ma bżajniex minn ġebel, minn xfafar, tappieri u oħrajn, taħsbu li ser nibżgħu minn ftit xita.", "Ħalluna salt ġenerali tal-ħabba gozz \".", "Warrbu minn madwar Dr Grech għax qed tirredikulawh.", "Ħallu postkom għal min għandu għal qalbu l-Partit.", "Oħorġu mid-Dar Ċentrali u għidu lil min innominakom li intom m'intomx għall-altezza biex tagħmlu dak it-tip ta' xogħol.", "L-erbgħin elf euro fis-sena almenu joħodhom xi ħadd li jaf x'qed jagħmel.", "Issa qażżistuna għax mingħalikom qed tistmawna ta' salt ċwieċ.", "Intom m'intomx nazzjonalisti intom biss opportunisti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/14/moira-sciberras-talbitni-biex-tidhol-mill-gdid-fil-grupp-tieghi/", "date": "2021-02-14T09:15:35+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Moira Sciberras kienet membru fil-grupp tiegħi.", "Kienet tikteb favur Bernard Grech u anki ġieli rrappurtat persuni li kienu jiktbu fil-group lill-facebook.", "Jien qatt ma kont niċċensuraha.", "Dejjem ħallejtha tikteb li trid.", "B'hekk din l-azzjoni li tiċċensura lin-nies ma kontx apprezzajtha u kont għidtilha.", "Imbagħad minn rajha ħarġet.", "Kienet tikteb kontra tiegħi fil-grupp ta' Bernard Grech.", "Wara li ħarġet kienet anki fost dawk li għamlu appell biex in-nies jew in-Nazzjonalisti jibdew joħorġu mill-group tiegħi.", "Ma ġara xejn.", "Biss il-group kompla jikber.", "Illum talbet biex terġa tidħol fil-group.", "Jien mhux wieħed li nżomm f'qalbi u aċċettajtha lura fil-grupp.", "Naħseb li din it-talba ġiet għaliex semmejtha f'artiklu.", "Biss jidher li hemm min jaqrahom l-artikli tiegħi mill-ewwel għaliex ċemplulha jew qalulha mill-ewwel.", "Sakemm ma ratx l-artiklu hija stess fuq dan is-sit.", "Dan hu miftuħ għal kulħadd.", "Min-naħa tiegħi aċċettajtha mill-ewwel."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/14/inkwiet-fil-kunsill-nazzjonalista-ta-san-giljan/", "date": "2021-02-14T08:39:58+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["L-inkwiet fuq livell lokali qed ikompli jikber għall-Partit Nazzjonalista u l-kap tiegħu Bernard Grech.", "Issa jmiss il-kunsill ta' San Ġiljan.", "Kunsillier Nazzjonalista Clayton Luke Mula, tella' post fuq Facebook.", "Il-post hu kif ġej:", "Wieħed irid jiftakar li dan il-kunsill huwa mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista.", "F'dan il-kunsill.", "Clayton Luke Mula huwa wkoll il-viċi-sindku tal-lokalita'.", "Dan qed iħoss li ma hux qed jitħalla jaħdem fil-kunsill ta' San Ġiljan.", "Dan il-post ittella' b'referenza ċara għas-sindku ta' din il-lokalita'.", "Dan is-sindku mhux qed iħalli spazju lill-kunsilliera Nazzjonalisti l-oħra biex jaħdmu.", "Mula tkellem għalih in-nifsu.", "Biss tkellem fil-miftuħ.", "Qed iħoss li l-kunsill sar \"one man show\".", "Minn informazzjoni li rċevejt, nies qrib ta' Clayton Luke Mula qed jgħidu li tant kemm iddejjaq li anki qed jaħsibha jkomplix bħala kunsillier jew le.", "Nixtieq nistaqsi lil Moira Sciberras, li tuża l-Facebook biex toqgħod tattakka lill-partitarji ta' Adrian Delia jekk hux veru li din ċemplet lil Clayton Luke Mula?", "U jekk veru ċemplitlu, għamlitlux appuntament ma' Ray Bezzina, wieħed mid-diretturi l-ġodda?", "U nkompli nistaqsi lil Moira Sciberras, jekk dan hu minnu, għaliex dan l-appuntament ma sarx direttament mal-Kap tal-Partit Bernard Grech?", "Dawn il-mistoqsijiet isiru pertinenti għaliex normalment, l-appuntamenti mal-kap tal-Partit Nazzjonalista jagħmilhom Jeremy Gingell u mhux Ray Bezzina.", "Mela issa dan id-direttur, jew assistent ta' Bernard sar il-bniedem li jittratta problemi interni ġewwa l-Partit u mhux il-kap innifsu?", "Infakkar li Ray Bezzina nqabad jieħu jistruzzjonijiet mingħand Richard Cachia Caruana.", "Messaġġi bħal dawn fuq Facebook ikomplu juru s-sitwazzjoni imħawda li hemm fil-Partit Nazzjonalista bħalissa.", "Nispera li Moira Sciberras ma tridx tgħid li l-messaġġ li għamel Clayton Luke Mula mhux minnu.", "Infakkarha li s-sindku ta' San Ġiljan huwa wieħed minn dawk ta' Bernard Grech.", "Sadanittant, Moira Sciberras bagħatli dan il-messaġġ u qaltli hekk:", "Mela jien pulizija jew is-servizz sigriet biex ikolli l-call log.", "Min-naħa tiegħu, il-viċi sindku Clayton Luke Vella ċempilli u bgħattli dan il-messaġġ li qed niġi kollu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/14/il-laqgha-ta-ray-bezzina-ma-rcc/", "date": "2021-02-14T08:26:24+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-filmat ippubblikat minn One News dwar il-laqgħat li saret f'Lukanda f'San Ġiljan bejn Richard Cachia Caruana jew aħjar RCC u Ray Bezzina titlob aktar analizi profonda.", "Din l-analiżi mhux biss bżonnjuża minħabba li rajnih u anki semgħuh jgħid lil min kellu quddiemu 'you are mad'.", "Din il-frażi noħduha li tfisser li Bezzina kien qed jagħmel jew ser jipprova jagħmel xi ħaġa li l-kardinal ma kienx qed jaqbel magħha.", "Biss hemm raġuni oħra.", "Ray Bezzina jafu sew lil RCC.", "Ta' min jgħid li dan Bezzina kien jaf kif jaħdem RCC, għax waqt li Beżżina kien il-Kap tas-segretarjat ta' George Pullicino, RCC kien qed imexxi minn Kastilja mhux biss il-pajjiż imma anke l-Partit.", "Suppost kien jaf li l-kardinal kien kollox hu u ara ma jkunx hemm xi ħadd li jażżarda jagħmel xi ħaġa mingħajr il-permess tiegħu.", "Imma dan Ray Bezzina ma ftakarx f'dawk il-laqgħat li kien jagħmel RCC mal-kapijiet tas-segretarjati kollha u jordnalhom eżettament x'kellhom jagħmlu u kif kellhom imexxu?", "Possibbli nesa dan Ray Bezzina li RCC ma kienx hemm ċans li tagħti opinjoni?", "Possibbli ma ftakarx li RCC kien jiddetta kollox hu?", "Allura x'mar jagħmel jiltaqa' miegħu?", "Ħaseb li kien ser jieħu kafe' bil-kwiet?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/14/dr-anna-mallia-fmessagg-ta-solidarjeta-mieghi/", "date": "2021-02-14T04:03:25+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara l-Grupp Repubblika ħareġ stqarrija, nhar l-Erbgħa 10 ta' Frar kontra tiegħi, l-avukata Anna Mallia tellgħet dan il-messaġġ fuq il-Facebook b'Page tiegħi b'turija ta' solidarjeta' miegħi.", "Ta dan, nirringrazzjaha pubblikament.", "Infakkar li l-Grupp Repubblika ħareġ din l-istqarrija minħabba l-artikli li ktibt dwar l-operat tal-pulizija u d-deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia.", "Il-Grupp Repubblika talbu biex Philip Galea Farrugia jingħata protezzjoni talli jien ktibt artikli fuqu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/13/protesta-minn-nazzjonalisti-fhal-qormi/", "date": "2021-02-13T22:35:20+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["IIllum kien hemm l-elezzjoni biex ikun elett il-kumitat sezzjonali ġewwa Ħal Qormi.", "Nofs it-tesserati ta Ħal Qormi ma' ħarġux jivvotaw bi protesta kontra t-tmexxija tal-partit.", "Minn aktar minn 900 tesserat bi dritt ghall-vot hargu jivvotaw anqas minn 500 tesserat.", "Hafna minnhom huma rrabjati bil-kbir ghal hsara kbira li saret fl-ahhar 3 snin u kif tqaccat Adrian Delia"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/13/l-isptar-monte-carmeli-wassal-iz-zmien-li-l-progett-fuqu-jitwettaq-2/", "date": "2021-02-13T18:48:10+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kandidat laburista fuq it-tielet distrett, is-Sur Ray Abela, qed jipproponi li jsir sptar għall-annimali b'xejn.", "Proposta tajba u nisperaw li titwettaq tassew ħalli ma jkun ebda skuża biex lill-annimali intuhom l-aqwa kura.", "Imma meta tisma' fuq inizzjattivi bħal dawn tiġi f'moħħok mistoqsija.", "L-isptar għall-pażjenti b'mard mentali x'sar minnu?", "Mela jekk il-proposta ta' għajnuna lill-annimali tintlaqa' u tajjeb, kemm għandu jkun hemm ħeġġa ħafna iżjed biex jagħtu għajnuna denja lill-bnedmin.", "Nafu wkoll, u dan ma hu tort ta' ħadd, li l-pandemija mmultiplikat dawn il-każi.", "Nafu wkoll li l-pandemija għamlet straġi fuq min ibati bil-mard mentali.", "Dawn huma nies vulnerabbbli u din l-istess vulnerabilita' ħolqitilhom ħafna iżjed problemi.", "Ilna snin nisimgħu fuq l-istat ħażin u anke perikuluż li l-isptar Monte Carmeli qiegħed fih.", "Smajna wkoll li qed isir ħafna xogħol ta' manteniment biex forsi l-istat tas-swali jirrifletti ftit stat uman għaliex ċertu swali kienu qed imissu l-abbissi.", "Fejn wasal fuq il-pjan ta' sptar ġdid?", "Ma jidhirlekx sur Gvern li kull ġurnata li tgħaddi hija ġurnata oħra ta' dannu lil dawn ħutna?", "Qed tifhmu li dawn in-nies mhux paroli sabiħ iridu imma azzjoni konkreta?", "Ma jidrilkomx li pażjent ma għandux jirċievi kura ġo ambjent medjevali?", "Kemm ser idumu l-pjanti fuq il-karta?", "Proġetti oħra, jinħasbu, jitressqu u jitwettqu, allura għaliex dan l-isptar għadu fuq l-ixkaffa?", "Għaliex għadu fuq il-karta sur Gvern?", "Kull ħaddiem li jaħdem hemm ġew, kull persuna li għandu vokazzjoni nobbli li tagħti ħinha lil dawn il-pażjenti għandha tiġi stmata u tinstema'.", "Fuq kollox dawn ma jitkellmux għalihom infushom imma jagħmlu l-argumenti tagħhom għan-nom tal-pażjenti tagħhom.", "Pajjiżna qed jonfoq spejjeż kbar fuq kullma tista' timmaġina u ċ-ċifra essaġerata ta' infieq kull fejn tħares dejjem tiela'.", "B'dispjaċir ser ikolli ngħid dan li qed inħoss.", "Jaqaw dawn mhumiex importanti għax il-maġġoranza tagħhom jitilfu d-dritt li jivvutaw?", "Nispera li r-risposta hija le u le.", "Mount Carmel serva lill-poplu Malti għal ħafna snin.", "Anke l-bini għandu ż-żmien ta' skadenza u dan naħseb li ilu li nqabeż.", "Naf ukoll li qed jippruvaw jirranġaw imma t-tagħlima misshom ħaduha minn St Vincent de Paule.", "F'dan l-isptar tal-anżjani twaqqgħu numri kbir ta' swali u nbnew ġodda.", "Ma jistax isir l-istess ġewwa l-isptar Monte Carmeli?", "Għall-pażjenti nutli li noqogħdu nitlewwmu fuq il-bini għax listed.", "Dawn ma jinteresshom xejn.", "Huma u l-familijari tagħhom iridu biss diċenza.", "Iridu dak li hu tagħhom bi dritt.", "Iridu jirċievu kura bħal kull pażjent ieħor li jmur Mater Dei.", "Dawn m'humiex nies tas-sekonda klassi.", "Għandhom dritt għal kura state of the art bħalma jirċievu pażjenti oħra.", "Il-pazjenti huma persuni umani.", "Il-pazjenti m'humiex numri.", "Dawn għandhom id-drittijiet tagħhom.", "Dawn għandhom jiġu trattati ta' umani li huma.", "Mela il-Gvern għandu jqum u jagħmel dmiru.", "Il-proċess għandu jitfarfar mit-trab li ntela' bih, jiġi diskuss biex jitwettaq kemm jista' jkun malajr.", "Saru ħafna proġetti.", "Għal dawn ħutna l-gvern mhux mgħaġġel?"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/13/bernard-grech-ihassar-l-attivita-politika-fhaz-zabbar/", "date": "2021-02-13T12:59:13+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, għadu kemm ħassar attivita' politika li kien ser jagħmel għada f'Ħaż-Żabbar.", "Minflok ser jagħmilha fid-Dar Ċentrali.", "Biss, l-attentenza hija taħt kontroll.", "Biex wieħed jattendi, jrid iċempel qabel.", "Infakkar li f'Ħaż-Żabbar hemm każin politiku.", "B'hekk anki jekk it-temp ma kienx ser ikun tajjeb, din xorta setgħet issir ġewwa'.", "Forsi wieħed jistaqsi imma bil-miżuri tal-Covid19 setgħu jagħmluha ġewwa?", "Forsi taħt il-protocol preżenti, ġewwa joqogħdu ftit nies, madwar għaxra.", "Biss ma jidhirx li t-temp kien il-veru raġuni għala tħassret din l-attivita'.", "Dan ġab tħassib fost in-Nazzjonalisti ta' Ħaż-Żabbar.", "Dan għaliex hemm fattur ieħor li kien ser jiġri għada.", "Għal din l-attivita' kien ser ikun hemm preżenti Dr. Adrian Delia.", "Wieħed jistaqsi jekk din hix il-vera raġuni, aktar milli t-temp ħażin previst, għala tħassret din il-laqgħa politika ġewwa Ħaż-Żabbar?", "Infakkar li din tħassret 24 siegħa qabel u l-anqas ma stennew biex jaraw eżattament kif ser ikun it-temp għada matul il-ħin li kellha ssir din il-laqgħa politika.", "Il-Partit Nazzjonalista spiċċa partit tal-baħrin tal-bnazzi!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/13/godfrey-grima-jitkellem-dwar-l-istqarrija-li-hargu-repubblika-favur-l-assistent-avukat-general-philip-galea-farrugia-u-kontra-tieghi/", "date": "2021-02-13T12:23:48+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Nhar l-10 ta' Frar, il-Grupp Repubblika ħarġu stqarrija biex jitolbu protezzjoni għall-Assistent Avukat Ġenerali, Philip Galea Farrugia.", "Dan sar wara li jien ktibt artikli dwar l-operat ta' dan l-Assistent Avukat Ġenerali u artiklu relatat mal-operat tas-Servizz Sigriet Malti.", "Il-ġurnalista veteran, Godfrey Grima, għamel numru ta' posts fuq il-Facebook Page tiegħi fuq din l-istqarrija ta' Repubblika.", "Grima qies din l-istqarrija bħala tixwix kontra l-ġurnalisti.", "Qed inġib tnejn mill-posts li tella' Godfrey Grima fuq il-Facebook page tiegħi."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/13/kampanja-mill-media-ta-favur-daphne-biex-thammeg-lil-adrian-delia/", "date": "2021-02-13T08:35:24+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kif ħabbart, bħalissa għaddejja kampanja orkestrata kontra Adrian Delia u Joseph Muscat mill-media li tissimpatizza mal-familja Caruana Galizia.", "F'dan l-artiklu ser niffokka fuq Adrian Delia.", "Fuq Joseph Muscat ġa ktibt blog ftit tal-jiem ilu fejn staqsejt jekk Muscat hux vittma tas-Secret Services Maltin.", "Fil-każ ta' Delia, f'daqqa waħda, l-istorja reġgħet daret fuq il-famuż attentat li suppost sar minn Yorgen Fenech kontra id-deputat Nazzjonalista David Casa.", "Fil-qosor, dak li qed ikun allegat hu li Pierre Portelli, li kien ir-righthand man ta' Delia, daħal fi ftehim ma' Yorgen Fenech biex dan jgħin billi joħroġ flus, biex jitla' Frank Psaila u mhux David Casa.", "Dak li mhux qed jingħad li dawn l-istejjer huma bbażati fuq l-Whatsapp messages ta' Yorgen Fenech.", "Infakkar li l-Maġistrata Rachel Montebello għamlet divjit fuq il-pubblikazzjoni tagħhom.", "Biss il-ġurnali favur il-familja Caruana Galizia qed joħorġu l-kontenut ta' dawn il-Whatsapp messges mingħajr ma jagħmlu referenza għalihom.", "X'ser jagħmel issa l-Assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia?", "Ser jagħmel xi nota biex il-qorti tieħu proċeduri kontra min qed ixandar dawn l-istejjer?", "Dawn l-istejjer jirriflettu fatti li fil-verita' ma seħħewx.", "L-ewwel għaliex David Casa tela'.", "Infakkar li kien hemm block vote għaddej kontra Frank Psaila minn dawk mitqiesha bħala ta' kontra Delia.", "Imma dan id-dettall, konvenjentament, il-media ta' favur Daphne Caruana Galizia ma titkellimx dwaru.", "Biss hemm fatti oħra li jxejnu dawn l-allegazzjonijiet fuq Adrian Delia.", "Bħala storiku, jien nitkellem bil-fatti.", "Fl-2018, il-Malta Today tellgħet storja kontra David Casa.", "Akkużatu li jieħu l-kokaina.", "David Casa rreagixxa li kien ser jifta' libell kontra Malta Today, biss dan il-libell qatt ma fetħu.", "Ara llum il-media tal-bonisti ma titkellimx fuq dawn il-fatti.", "Biss l-artiklu tiegħi mhux dwar jekk David Casa jieħux il-kokaina jew le.", "Dik affari tiegħu.", "Biss matul il-kampanja tal-Elezzjonijiet Ewropej, din l-istorja kienet ser tingħata mbuttatura u tintuża għall-skop politiku biex tagħmel ħsara lil David Casa.", "Dan sar min xi ħadd jew xi uħud minn wara dahar il-kap tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien Adrian Delia.", "Kieku vera Adrian Delia kien qiegħed jaħdem biex iwaqqa' lil David Casa, kien joqgħod kwiet, kif qed joqgħod kwiet illum Bernard Grech, u kien iħalli kollox għaddej.", "Matul il-kampanja elettorali Ewropeja, minn wara dahar Dr. Delia kienu saru numru ta' posters b'messaġġ ċar kontra David Casa.", "Dawn saru biex jittellgħu fil-pubbliku.", "Dawn il-posters kienu juru isem David Casa u l-kliem il-linji bojod.", "Il-kliem linji bojod kien messaġġ ċar għall-istorja ppubblikata xhur qabel fil-Malta Today.", "Kollox kien miftiehem u bdew jitwaħħlu dawn l-istreamers bil-lejl f'postijiet strateġiċi.", "Kienu ġa twaħħal streamers faċċata tal-isptar Mater Dei, oħrajn ħdejn Bieb il-Bombi, u oħrajn ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u ieħor ħdejn il-Pavi.", "B'kollox kienu ġa twaħħlu sebgħa.", "B'hekk kienu twaħħlu tnejn ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata, tnejn ħdejn il-Bieb tal-Bombi u tnejn ħdejn Mater Dei u wieħed ħdejn il-Pavi.", "Meta Adrian Delia sar jaf b'dawn l-istreamers, li kien ftit wara li bdew jitwallħu fuq inizzjattiva privata, bħala Kap tal-Partit, kien bagħat nies biex ineħħuhom mill-ewwel.", "Għal xi raġuni jew oħra din l-istorja ma niftakarx li ħarġet fil-media jew injorat li tagħtihom pubbliċita'.", "Għalhekk toħroġ l-ipokresija tal-media li llum tmexxi storja kontra Dr. Delia u timplika li dan kien qed jaħdem kontra David Casa.", "Il-verita' hija li Dr. Delia dejjem ħadem b'mod leali lejn in-nies kollha tal-Partit Nazzjonalista, anki lejn David Casa, anki meta n-nies jew aħjar kanvassers tal-istess David Casa ħadmu biex jaraw li kandidati oħrajn Nazzjonalisti, li kienu mitqiesha mhux man-naħa ta' David Casa, ma jitilgħux.", "B'hekk dan għen biex il-PN jitlef it-tielet siġġu.", "Biss din hija storja oħra.", "Biss kif għidt l-istorja trid il-provi.", "Qed inġib ritratt ta' wieħed mill-istreamers li kienu saru u li kienu ġa bdew jitwaħħlu imma nġabru fuq ordni ta' Dr. Adrian Delia.", "Issa kulħadd jista' jiġġudika min verament ried l-għaqda fil-Partit u min ma ridhiex.", "Fil-Malti hemm qawl biex jirrifletti dan kollu.", "Bejn kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/12/il-karnival-u-l-pandemija/", "date": "2021-02-12T16:26:41+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Minn Osservatur Politiku Il-pandemija ġabitna ngħixu l-karnival is-sena kollha.", "Il-maskla ma wiċċna ġabitna nixbħu l-maskarati fil-ħames t'ijiem tal-karnival.", "Bl-ebda disrispett lejn it-tnejn għax il-karnival huwa ż-żmien fejn kulħadd jintelaq ftit, iħallat il-kuluri anke f'ilbiesu u fejn jitbissem ftit aktar għax il-bluha fi żmiena hija ukoll tajba.", "Il-karnival jagħti kemm lil-kbar kif ukoll liż-żgħar ġranet ta' ftit inqas attenzjoni fl-ilbies, nagħtu ftit anqas importanza jekk l-aħdar jitħallatx mal-blue, nitħajjru niċċalinġjaw it-temp basta nilbsu dak li kien fi ħsiebna minn ġranet qabel.", "Il-pandemija ġabitna konxji li ma nistgħux nidħqulha f'wiċċha, ma nistgħux innaqsu l-attenzjoni, ma nistgħux nitbegħdu mill-ordni pubblika, ma nistgħux ngħaddu mingħajr il-maskla.", "Imma hemm ukoll differenza kbira bejniethom għaliex waqt li fil-ġranet karnivaleski nitgħannqu aktar biex nifirħu, niżfnu, niċċelebraw il-ġranet tal-bluha, għall-kuntrarju l-pandemija qed tbiegħed il-bniedem minn bniedem ieħor, qed tħallina bil-għatx għat-tgħanniq ma' familjari għeżież tagħna u qed iżżommna l-bogħod minn xulxin.", "Il-karnival jintogħġob mit-tfal u l-ġenituri jew carers tagħhom, jintogħġob minn uħud li jfittxuh u jiġru wara l-karrijiet u l-maskaruni.", "Il-pandemija titmellaħ minn kull kulur, anke tal-bniedem, tattakka lil kulħadd u ma tagħżilx jekk int tridx tmur lejha jew le imma kif tintelaq ftit tiġri warajk.", "Il-karnival magħna, l-pandemija għada għaddejja allura magħna wkoll.", "X'ser nagħmlu?", "Sejrin inbaxxu l-livell ta' attenzjoni?", "Sejrin innaqqsu t-tarki tagħna?", "Sejrin ninġabru fi gruppi u niġu nitmellħu altament x'ser jiġri minnha l-aqwa li ngawdu l-ġranet tal-bluha?", "Jekk nirriflettu u naħsbu li jista' jkun hemm konsegwenzi għall-għemilna hemm ċans tajjeb li dawn il-ftit ġranet jgħaddu u t-tbatija ta' wara ma tkunx kbira.", "Għaliex għandu jbagħti xi ħadd ieħor minħabba dak li nagħmlu aħna?", "Dan jiddependi fuqna kollha.", "L-awtoritajiet tas-saħħa ilhom jgħidulna minn x'hiex irridu noqgħodu attenti.", "Spjegazzjonijiet ħerġin minn widnejna dwar dak li jista' u ma jistax isir.", "Allura ser inħallu l-ħames t'ijiem ta' bluha jagħrqulna kollox.", "Ser inħallu dawn il-ftit siegħat nieqsin mill-attenzjoni juruna n-numri tielgħin għal darba oħra.", "It-tixrid ta' din il-misħuta pandemija għadu magħna b'mod qawwi.", "Għadna lura biex nirrilassaw.", "Għadna lura biex niġu nitmellħu jew nieħdu xi attitudni ta' jiġri x'jiġri basta niddeverti.", "Il-gvern qed jieħu prekawzjonijiet għal dan il-perjodu.", "Huma biżżejjed?", "Ser nieqaf fuq il-kwantita' ta' nies li ser jaqsmu lejn Għawdex.", "X'għamel il-gvern?", "Qalilna li qabel titla' fuq il-vapur ser jippruvawlek id-deni u ser ikollok toqgħod fil-karozza jekk tkun qed issuq.", "Tajjeb.", "Imma dawn biżżejjed?", "Rajna fejn ser imorru joqogħdu dawn kollha li ser jaqsmu lejn il-gżira Għawdxija?", "Għamilna l-mistoqsijiet neċessarji jekk hux ser ikun hemm gruppi ta' nies flimkien li m'humiex familjari viċini?", "Jekk dawn ma ġewx iċċekkjati ser ikun ta' dispjaċir għal kulħadd li nerġgħu naraw in-numri għoljin.", "Jekk azzjonijiet mhux ser jittieħdu kemm jista' jkun malajr allura ser nerġgħu nisimgħu l-weġa' tal-front liners tikber.", "Sur gvern f'dawn iż-żminijiet diffiċċli, l-azzjoni għandha titkellem ħafna iżjed mill-paroli."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/12/xinhu-rowl-tal-kumitati-sezzjonali-fil-partit-politici-taghna/", "date": "2021-02-12T13:40:33+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Minn osservatur politiku L-istatuti taż-żewġ partiti prinċipali jniżżlu b'mod ċar x'għandu jkun ix-xogħol imwettaq miIl-kumitati sezzjonali.", "Bejn wieħed u ieħor iż-żewġ partiti jelenkaw l-istess funżjonijiet.", "Fil-fatt il-Partit Laburista jispeċifika kif ġej: Il-funzjonijiet ta' kull Kumitat Lokali huma li:", "Iservi bħala rapprezentant tal-Partit fil-lokal tiegħu u għalhekk għandu jkun preżenti permezz t'attivitajiet pubbliċi; Jieħu sehem fil-ħidmiet dwar il-proċess elettorali kif ikun mitlub mill-Kap tal-Uffiċċju Elettorali; Iwettaq id-direttivi mogħtija lilu mill-Eżekuttiv Nazzjonali; Jaħdem f'kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Amministrazzjoni Distrettwali jew Reġjonali u jimxi fuq id-direttivi tiegħu; Iwassal fil-lokal tiegħu l-fehmiet tal-Partit biex ikabbar l-appoġġ popolari tal-Partit fost l-elettorat; Jgħin lill-Eżekuttiv Nazzjonali fl-ghażla tal-Kandidati prospettivi; Jiġbor u jsaħħah is-sħubija fil-Partit; Ikun responsabbli mill-Amministrazzjoni taċ-Ċentru Lokali tal-Partit.", "Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista fl-istatut jikteb hekk:", "Il-kumitati għandhom:", "a) ikunu responsabbli għall-organizzazzjoni u l-ħidma tal-partit fil-lokalità skont id-direzzjoni tal-organizzazzjoni ċentrali tal-partit;", "b) jistiednu persuni mil-lokal jissieħbu fil-partit u kull sena jiġbru d-dritt dovut tas-sħubija;", "c) jippjanaw, iwettqu u jikkoordinaw il-ħidma lokali konnessa ma' xi elezzjoni fil-pajjiż jew fil-lokal;", "d) jiddiskutu l-politika u l-programm tal-partit u jmexxuhom 'il quddiem fil- lokalità b'kull mezz possibbli, kif ukoll jiddiskutu kwistjonijiet nazzjonali u lokali u jressqu quddiem il-partit il-proposti tagħhom dwarhom;", "e) iwettqu l-ħidma meħtieġa biex jassiguraw l-aħjar relazzjonijiet mal-eletturi kollha fil-lokal billi jaraw li membri tal-kumitat, kandidati, kunsilliera lokali u membri parlamentari jkunu f'kuntatt regolari man-nies u jiddiskutu l-bżonnijiet li jista' jkollhom;", "f) iżommu ruħhom infurmati dwar il-ħidma tal-Kunsill Lokali u l-ħtiġiet tal- lokal u, mingħajr ma jindaħlu fil-funzjonament tagħhom, jagħmlu talbiet u suġġerimenti li jidhrilhom xierqa lill-Kunsilliera Lokali jew Membri Parlamentari eletti f'isem il-partit;", "g) iwaqqfu netwerks ta' żgħażagħ, nisa, anzjani u ta' gruppi oħra skont l- ambjent soċjo-kulturali tal-lokal;", "h) jgħinu mingħajr distinzjoni lill-kandidati kollha approvati mill-partit għal kull elezzjoni msejħa u jaraw li l-każin/uffiċċju tal-partit ikun ċentru ta' servizzi, tagħrif u attività politika għall-eletturi tal-lokal;", "i) jassiguraw preżenza għaqlija u effettiva fil-komunità u fl-attivitajiet, festi u ġrajjiet tal-lokal, inkluż preżenza fuq il-mezzi soċjali; u", "j) iżommu regolarment infurmati lill-Kumitat Reġjonali u lill-partit bil-pjani u l-ħidma tal-kumitat.", "Iż-żewġ statuti jitkellmu fuq xogħol ta' kumitat fil-kolleġġjalita tiegħu.", "L-istatuti jispeċifikaw li x-xogħol tal-kumitat għandu jsir minn kull membru għal ġid tal-Partit kollu.", "Ir-responsabilita' tal-kumitat hija ndirizzata lejn riżultati pożittivi għal-Partit mhux ta' xi kandidati ndividwali.", "Kull xogħol imwettaq mill-kumitat irid ikollu għan wieħed li jimmeljora kemm jiflaħ lil Partit.", "Biss ma hemm imkien miktub li jillimita xi membru tal-kumitat jaħdem għal xi kandidat partikulari, fuq livell personali, barra mill-kumitat.", "Il-kumitati jridu joqgħodu attenti li ebda membru tal-kumitat ma jressaq xi ħaġa biex jaġevola xi kandidat partikulari.", "Wara li nirrefflettu fuq dan kollu, rridu nifhmu li l-kumitat huwa magħmul minn individwi u l-ebda Partit, l-ebda amminstrazzjoni tal-Partit, l-ebda Kap, l-ebda Viċi Kap u l-ebda membru parlamentari ma jista' jimponu fuq xi membru, bħala individwu, lil min għandu jappoġġja, għal min għandu jaħdem politikament jew jekk ikunx qed jagħti sehemu fl-organizzazjoni tal-kampanja ta' xi kandidat partikulari.", "Meta wieħed jaħseb dwar dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista bħal issa jinkwieta għax jirrealizza li l-membri nvoluti qed jiġu mċaħħda milli jifformaw parti minn xi kumitat għax ġew impinġija li ħadmu ma kandidat speċifiku jew għaliex jistgħu jkunu kontra xi kandidat ieħor.", "Fl-aħħar mill-aħħar kull membru tal-grupp parlamentari huwa kandidat u xejn iżjed.", "Ftit ġimgħat jew xhur oħra kull membru tal-parlament irid jinżel minn fuq il-pultruna parlamentari u jmur quddiem il-kostitwenti tiegħu jitlobhom il-fiduċja tagħhom.", "Kull wieħed minnhom irid jissottometti ismu għall-ġudizzju tan-nies.", "Dawn l-istess nies jaħsbu, jiftakru, jirrifflettu u jagħrblu kull kandidat, fuq azzjonitu, fuq ħidmitu u fuq kollox fuq kull kelma li toħroġ minn fommu.", "Għalhekk il-paroli żejjed, l-attitudni ħażina, in-nofs verita' u saħansitra l-gideb ma hu tajjeb għal ħadd."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/11/david-casa-u-mark-anthony-sammut-l-anqas-jafu-jisthu/", "date": "2021-02-11T08:50:48+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Mela bħal issa għaddejja kampanja fil-media kontra Adrian Delia.", "Qed issir referenza għall-famużi WhatsApp messages ta' Yorgen Fenech mingħajr ma jissemmew.", "Mela skont il-ġurnali, Dr. Delia ħadem biex ma jitlgħax David Casa fil-Parlament Ewropew.", "Fuq dan ser nikteb separatament u ser nuri bil-provi li dan mhux minnu.", "Biss din il-kampanja fil-media qed issir biex jipprovaw ikissru l-immaġni ta' Dr. Adrian Delia.", "Iżda dan il-blog hu fuq argument ieħor.", "David Casa tella' messaġġ fuq il-kawża li fetaħ Dr. Delia fuq l-isptarijiet u minħabba din il-kawża, kellu jitla' jixhed Konrad Mizzi.", "Casa kkummenta fuq ix-xhieda li Konrad Mizzi ta' fil-qorti.", "Nittama li kulħadd jaqbel li Dr. Delia qed jagħmel din il-kawża għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Biss dak li jrid jingħad huwa li Dr. Delia qed jagħmilha WAĦDU.", "Fil-fatt Dr Grech, nhar il-Ħadd, fid-diskors tiegħu ġewwa Birkirkara, semma lil Dr Delia u awguralu suċċess fl-istess kawża li għadu għaddej biha.", "Ħafna jemmnu li fil-ħajja trid, kif jgħidu l-Ingliżi 'give the devil his due'.", "Għall-inqas Dr. Grech irrikonoxxa li Dr Delia qed jagħmel biċċa xogħol kbira għall-ġid tal-pajjiż kollu.", "Imma għal xi parlamentari jew kandidati li huma fl-istess partit tiegħu jidher li mhux qed jagħtu kasu.", "Hawn ma jidhirx li hu l-każ tal-kliem iqanqal u l-eżempju ma jkaxkarx.", "L-ewwel nixtieq nibda bid-deputat Ewropew David Casa.", "Dan jidher li hu wieħed li ma jimxix fuq l-eżempju tal-kap tiegħu.", "Għall-ġieħna, dan kien wieħed li ħadem biex jitla' Dr. Bernard Grech.", "Dan li ġej mhux 'fake news'.", "Dan li ġej huwa messaġġ li tella' David Casa.", "Messaġġ li juri biċ-ċar kemm qed titkompla d-diviżjoni fil-Partit Nazzjonalista.", "Dan il-messaġġ jgħid hekk hekk: '", "'\"Nagħżel li ma nweġibx.\"", "Dik kienet ir-risposta li baqa' jirrepeti fil-qorti Konrad Mizzi dwar il-bejgħ skandaluż tal-isptarijiet.", "Din hi t-tip ta' politika li jħaddan il-Partit Laburista: l-ewwel igdeb, gerfex, ħawwad u israq lill-poplu Malti u Għawdxi, imbagħad staħba u tweġibx il-mistoqsijiet.", "Din mhix il-politika li jixraqlu l-poplu Malti u Għawdxi.", "Jixirqilna ferm u ferm aħjar minn hekk.'", "Mela dan qed jitkellem fuq il-fatt li l-Partit Laburista fil-gvern ħawwad fuq l-isptarijiet, meta mbagħad lanqas qatt bill subajh fl-ilma mbierek f'dan il-każ.", "Kull ma qed jagħmel hu jieħu vantaġġ politiku mix-xogħol li qed jagħmel Adrian Deli.", "Fl-istess waqt, ċertu gazzetti ħbieb tiegħu għaddejjin b'kampanja ta' l-assassinju tal-karattru tal-istess Dr. Delia.", "X'għamilt inti meta Dr Delia staqsa min ser jingħaqad miegħu biex jiftaħ il-kawża?", "Inħeba wara xi pultruna tal-parlament Ewropew u qagħad hemm.", "Dan kien jiġi Malta mhux biex jiffirma għall-kawża imma biex jiftaħ ħanxra u jgħajjat 'barra barra' waqt il-laqgħat twal tal-grupp parlamentari.", "Tant kien jgħajjat fir-raba' sular li kien jinstema' mit-triq.", "Fuq kollox ma nafx kemm issib ħin biex tikteb.", "Nistaqsik jekk dan kitibulekx Nicky Azzopardi?", "Il-Malti hu tajjeb wisq biex ikun miktub minn Azzopardi sakemm ma rahulux xi ħadd minn ta' Repubblika jew Occupy Justice biex jgħinuh jiktbu b'Malti korrett.", "Weġgħathom qalbhom għall-isptarijet!", "Biss imbagħad l-anqas kellhom id-diċenza li jiktbu li dak li qed iseħħ fil-qorti, qed iseħħ grazzi għal Dr Delia.", "Ma tarax li mhux ser iniżżlu l-isem ta' Dr. Delia.", "X'mistħija ta' nies!", "X'ma tinħoloqx id-diviżżjoni!", "Tfaċċa wkoll l-ex-President tal-Eżekuttiv.", "Hawn qed nirreferi għal Mark Anthony Sammu.", "Dan ukoll ma felaħx jagħti id-dehen li min ħaqqu.", "\"Nagħżel li ma nweġibx\" – l-unika risposta li kapaċi jagħti Konrad Mizzi dwar il-bejgħ tal-isptarijiet.", "Il-proġett li qalulna kien ta' benefiċċju għall-kura tas-saħħa tagħna.", "Jagħżlu li ma jweġbux illum għax għażlu li jisirquna dakinhar.", "U għadhom jisirquna sal-lum.", "Imma ż-żmien li ssir ġustizzja jasal.\"", "Barra li l-istill hu bħal dak ta' David Casa, dan illum irid jieħu mertu milli qed jiġri fil-qorti.", "Infakkar li dan kien darba kkonsidra li jitfa' ismu għal Kap, kontra Delia, meta xi ħadd qallu, mhux aħjar titgħallem timxi qabel titlaq tiġri.", "Dan kien l-istess persuna li wara l-elezzjoni tal-MEPs u Kunsilli Lokali, irreżenja minn President tal-Eżekuttiv biex mingħalih jirreżenja kulħadd inkluż Dr Delia.", "Daqshekk taħdem l-istrateġija tiegħu għax spiċċa rreżenja hu biss.", "Dan kien ukoll għaffeġ waħda kbira fl-elezzjoni fl-eżekuttiv biex jitla' membru parlamentari ieħor flok l-Għawdxi David Stellini.", "Issa ġratlu oħra għax lanqas kien kapaċi jirbaħ post fl-eżekuttiv bħala kunsillier fir-raba' distrett li jinkludi lil Paola, Tarxien, Sta.", "Lanqas kien kapaċi jikkonvinċi ftit nies għax tilef 5-4.", "X'ma jdabbarx rasu lejn Tas-Sliema.", "X'ma jiġix jiġri fl-għaxar distrett biex jipprova jirbaħ ftit voti mid-Daphnisti għax kemm-il darba ppontifika minn fuq il-pulptu fil-laqgħat ta' Daphne (RIP).", "Imbagħad dawn huma parti mill-group Repubblika u Occupy Justice li bħal issa għaddejjin b'kampanja kontra Dr. Adrian Delia mal-media ħabiba tagħhom biex jiddiskreditawh politikament.", "Il-fatt jibqa li Adrian Delia kien il-bniedem WAĦDU li beda din il-kawża tal-isptarijiet.", "L-anqas jafu jistħu.", "Ħalluna tridux!"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/10/repubblika-titlob-lill-prim-ministru-biex-jipprotegi-lill-pulizija-minni/", "date": "2021-02-10T21:21:12+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum l-għaqda Repubblika ħarġet stqarrija biex titlob lill-Prim Ministru Robert Abela biex jagħti protezzjoni lill-pulizija u lill-membri tal-uffiċju tal-avukat ġenerali mill-attakki tiegħi.", "Sa fejn naf jien qatt ma attakkajt lill-ħadd.", "La qatt garajt boldijiet jew boroż bil-bewl lejn Kastilja.", "La qatt assaltajt il-Parlament.", "L-anqas qatt ma organizzajt demostrazzjonijiet vjolenti.", "Kull ma għamilt u nagħmel huwa li nikteb.", "Nipprova anki nikteb b'mod ċivili mingħajr ma ngħajjar lil ħadd.", "Biss milli jidher għax qed nikteb u nagħmel kif kienet tagħmel Daphne Caruana Galizia, jiġifieri neżerċita d-dritt tal-espressjoni tiegħi, sirt ta' periklu għall-pulizija.", "Minflok, il-pulizija joffru protezzjoni lili, jridu li l-istat jipproteġihom minni.", "Sirt ta' periklu anki għan-nies li jaħdmu fl-uffiċju tal-avukat ġenerali.", "Jekk din mhix tad-daħq spiċċat tal-biki.", "Qatt ma kont naf li jien inwerwer in-nies daqshekk."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/10/stqarrija-mill-ex-kumitat-nazzjonalista-ta-bormla-u-mid-disa-kandidati-li-rtiraw-in-nomina-taghhom-mill-elezzjoni-gewwa-tas-sliema/", "date": "2021-02-10T15:33:32+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Aħna, l-ex-kandidati ta' Tas-Sliema u l-ex-membri ta' Bormla, stennejna b'ċertu nteress id-dikors tal-Ħadd.", "Meta tela' fuq il-podium Dr. Bernard Grech qal li kien qed iħossu ferħan li kien qiegħed Birkirkara mdawwar b'numru sabiħ ta' nies li skond hu kien dejjem jikber.", "Tajjeb u hekk nieħdu pjaċir għax aħna nħobbu lill-Partit tagħna u nixtiequ narawh rebbieħ fil-futur qarib.", "Dr Grech ħassu kburi jiftaħar bil-presidenza tal-kumitat sezzjonali ġewwa Ħad-Dingli f'idejn ġuvni ta' 20 sena, sinjal ta' kuraġġ miż-żgħażagħ.", "Kollha kemm aħna stennejna ftit mumenti ddedikat lejn dak li ġara Tas-Sliema u Bormla.", "Imma sfortunatament dan il-mument ma wasalx.", "Dr Grech insiena għal kollox.", "Tgħid insiena bi skop?", "Tgħid ma semma xejn għax iddejjaq juri li għandu problema nterna?", "Tgħid insiena għax jemmen li aħna ser ninsew?", "Tgħid insiena għax jaħseb li għax aħna Nazzjonalisti ninsew dak kollu li għaddejna minnu u xorta naslu biex nivvutaw?", "Tgħid ma semminix biex mingħalih jagħti x'jifhem li din il-problema għaddiet u ntesiet?", "Tgħid ma semminix apposta biex iwasslilna messaġġ li m'għandux bżonna?", "Tgħid ma semminix għax dak, li ġabuh fuq il-gazzetti u bil-filmati fuq One News, għaddielu ordni ma' sieħbu Ray Bezzina (meta ltaqgħu) li m'għandux isemmina u li jista' jgħaddi mingħajrna?", "Tgħid qed jaħseb li għax sar Kap jista' jgħaddi romblu fuq nies li huma Nazzjonalisti ħafna iżjed minnu?", "Il-Ħadd li għadda, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef okkazzjoni unika biex jirranġa s-sitwazzjoni.", "Seta' għamel messaġġ qasir ta' unita' u għaqda, li għall-Partit kulħadd huwa mportanti, li kulħadd huwa neċessarju u ħadd m'hu għar-rimi.", "Aħna li la aħna ribelli, la għedewwa, la qatt għajjarna lil ħadd imma li mid-dehra għamilna dnub imperdonabbli li xtaqna naħdmu mingħajr ma niġu mkassbra u mgħajjra, ser ikollna naħsbu għal rasna, nirriflettu fuq azzjonitna tal-lum u ta' għada u nieħdu d-deċiżżjonijiet neċessarji.", "Minn qalbna nawguraw lil Dr Grech kull suċċess.", "Nawguraw l-aqwa riżultat lill-Partit tagħna u nikkonkludu l-messaġġ tagħna b'post ieħor minn dan l-elitista, li ħoloq din il-pantomima ħadranija, li jista' jikteb u jippostja, għax għandu l-barka tal-Kap u sħabu."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/10/il-fake-prolifes-u-l-attakki-personali-ghar-ragunijiet-politici/", "date": "2021-02-10T08:35:37+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Ittra li rċevejt mingħand persuna li jsegwi dan il-blogg.", "Kemm sirna dilettanti tal-fake profiles hawn Malta.", "Qed jinħolqu minn kull rokna ta' Malta b'IP addresses Maltin u issa saret ukoll komda li noħolquhom b'indirizzi barranin.", "Għalfejn toħloq fake profile?", "Ħafna drabi dawn jintużaw minn nies beżżiegħa li jinħbew wara fake profile biex jattakkaw, jinsinwaw, iħammġu, fi ftit kliem jitfgħu l-ġebel u jaħbu idejhom.", "Issa dan jagħmluh għax jaħsbu li ma tkunx tista' tasal għal min ikun qed jippostja din it-tip ta' kitba.", "Bħalissa għaddejjin attakki fuq nies li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista.", "Dawn il-fake profiles qed jattakkaw nies magħżula, bi skop malinn.", "Dawn in-nies li jibżgħu juru wiċċhom għax jafu li jistgħu jbatu ħafna konsegwenzi, qed jattakkaw nies fuq affarijiet personali, familjari u anke soċjali.", "Trid tkun veru b'moħħ marid li tinħeba wara fake profile biex tasal tagħmel ħsara lil bniedem uman bħalek.", "Trid tkun waqajt f'livell ta' meskinita' li tgħajjar bniedem ieħor jew toħloq invenzjonijiet biex tipprova tkissirlu familja.", "Issa daħlet ukoll moda oħra.", "Barra li hemm nies li qed jużaw dawn il-fake profiles hemm oħrajn, jekk m'humiex l-istess, li tant iħaddnu kattiverja u krudelta' li qed jibagħtu anke ittri anonimi lill-istess nies u l-familjari tagħhom.", "Kulħadd għandu dritt jagħmel il-ġudizzju tiegħu imma jista' xi ħadd jimmaġina li jintbagħtu messaġġi fejn jintużaw it-tfal, kbar u żgħar, biex idaħħlu feles bejn il-koppja miżżewwġa?", "Meta tmiss lit-tfal tkun missejt il-qiegħ u ebda skuża, ebda apoloġija, ebda bikja ma tista' tħassar dak l-att ta' ħdura.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-atti kodardi jsiru minħabba politika avversarja.", "Kienu jsiru, qegħdin isiru u jibqgħu jsiru.", "Imma hemm tip ta' kattiverja oħra li qed isiru minn nies li suppost iħaddnu l-istess opinjoni politika.", "Fejn tista' tasal aktar meta taqa' daqshekk fil-baxx li toħroġ għidut falż biex tħammeġ lil xi ħadd li sa ftit gimgħat qabel kien spalla ma' spalla miegħek.", "Indikazzjonijiet jeżistu, ħsibijiet hemm, possibilita' li joħroġ l-isem qiegħda viċin.", "Wara m'hemmx aktar ħitan.", "Wara m'hemmx aktar limitazzjoni finanżjarja.", "Kif jiġi kkonfermat xi ħaġa l-azzjoni ser tittieħed u mhux ser tieqaf għal ebda apoloġija mitluba.", "Il-ħsara saret.", "Id-dannu jrid jitħallas, hu x'inhu u jasal fejn jasal.", "Aħna qed naħilfu li ser nagħmlu l-istess.", "Il-pulizija Maltija ġiet avviċinata.", "Nittamaw li r-risposti jaslu.", "Fuq IP addresses barranin ser jiġu mgħarrfa bihom l-awtoritajiet barranin u qed naħilfu li fejn ma jaslux flusna ser nisselfu mill-banek basta naslu għal dawn in-nies bla ruħ u ser inkomplu nistinkaw sa xħin naraw li dawn jieħdu dak li ħaqqhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/09/richard-cachia-caruana-u-ray-bezzina/", "date": "2021-02-09T06:41:40+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Xi ftit ġimgħat ilu, jien kont għidt li wara Bernard Grech hemm Louis Galea u fuq Louis Galea hemm xi ħadd ieħor.", "Kont anki għidt min hu dan ix-xi ħadd ieħor, huwa Richard Cachia Caruana.", "F'dik il-ħabta, il-laqgħat kienu jsiru fid-Dar Ċentrali.", "Richard Cachia Caruana kien imur id-Dar Ċentrali tard bil-lejl wara li kien jitlaq kulħadd biex ma jagħtix fil-għajn.", "Niftakar li kont tkellimt fuq dan ix-xi ħadd ieħor għajruni fakenews.", "Kont għidt li finalment l-ordinijiet qed jiġu minn Richard Cachia Caruana li ħa lura t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'idejh.", "Peress li Richard Cachia Caruana inkixef li kien qed ikun id-Dar Ċentrali, il-laqgħat bdew isiru x'imkien ieħor, normalment f'restaurants jew f'xi lobby ta' xi lukanda five star.", "Biss xorta inqabad.", "Laqgħa tiegħu ma' Ray Bezzina spiċċat fuq One News.", "Mela dak li kont għidt jien u anki implikajt fuq wieħed mill-istazzjonijiet tat-television li hemm xi ħadd fuq Louis Galea issa ġie ikkonfermat b'filmat.", "L-ordnijiet lil Bernard Grech qed jgħaddu minn Richard Cachia Caruana permezz ta' Ray Bezzina.", "Issa anki Louis Galea qed jinqabeż.", "L-ordnijiet qed jingħataw b'mod dirett.", "Imbagħad Ray Bezzina jimponihom fuq Bernard Grech.", "U jekk Bernard Grech ma jobdix, jiġri kif qallu Manuel Delia; juruh il-bieb ta' barra.", "FILMAT ESKLUSSIV: RCC jerġa' jiddetta fil-PN u jgħid lill-id il-leminija ta' Grech \"you're mad\""]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/08/din-mhux-kawza-ta-tixhim-izda-vendetta-kontra-l-avukat-charles-mercieca/", "date": "2021-02-08T22:30:14+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum ħareġ ċar fil-qorti li l-persuna li nstiga din il-kawża kontra dawn iż-żewġ avukati huwa Philip Galea Farrugia.", "Infakkar li Philip Galea Farrugia hu l-prosekutur ewlieni fil-kawża kontra Yorgen Fenech.", "Infakkar li Galea Farrugia kien hedded lil Dr. Charles Mercieca b'prosekuzzjoni kontrieh waqt is-smigħ tal-kompilazzjoni kontra Yorgen Fenech wara li Dr. Mercieca kien qal li hemm frame-up kontra Yorgen Fenech.", "Infakkar li Dr. Mercieca kien jaħdem fl-istess uffiċju tal-avukat ġenerali ma' Dr. Galea Farrugia.", "Infakkar li fl-uffiċju tal-Avukat Ġenerali hemm aktar minn avukat wieħed, biss Galea Farrugia ħareġ l-akkużi kontra Caruana Curran u Mercieca.", "Nistaqsi jekk dan jikkostitwixxix konflitt ta' interess?", "Possibli ma kienx hemm ħaddieħor f'dan l-uffiċju tal-avukat ġenerali li seta' joħroġ dawn l-akkużi?", "Għaliex qed ngħid dan?", "L-ewwel għaliex Galea Farrugia mhux hu l-avukat ġenerali.", "Hu l-assistent avukat ġenerali.", "It-tieni, għaliex illum fil-qorti ħarġet l-animożita' fil-konfront ta' Dr. Charles Mercieca.", "Dan ħareġ fil-mod kif dan l-avukat ġenerali, jiġifieri Galea Farrugia, qed imexxi l-proċeduri kontra dawn iż-żewġ avukati.", "Din il-kawża dwar tixħim qed tidher quddiem il-Maġistrata Nathasa Galea Sciberras.", "X'ħareġ mis-seduta tal-lum?", "L-ewwel insiru nafu li l-pulizija mexxew ex-officio, jiġifieri minn rajhom u mhux għax kellhom kwerela biex imexxu, jiġifieri ma kienetx The Times li talbet biex imexxu.", "Insiru nafu li kien l-Assistent Avukat Ġenerali, Dr Philip Galea Farrugia li ħareġ dawn l-akkużi.", "Insiru nafu li meta kien għaddej l-interrogatorju tal-imputati fid-depot, l-avukat Philip Galea Farrugia kien b'kumbinazzjoni preżenti fid-depot, biss ma kienx parti mill-interrogatorju.", "Verament dan l-avukat ġenerali ma għandux x'jagħmel biex ikun id-depot waqt li qed jiġu interrogati akkużati!", "Normalment l-ispetturi u l-pulizija jmorru għand l-avukat ġenerali u mhux l-avukat ġenerali jmur għandhom.", "Jidher li dan l-avukat ma tantx għandu xogħol l-uffiċju biex joqgħod imur id-depot meta qed ikunu interrogati nies li l-istess avukat ikun jixtieq li l-pulizija tmexxi kontra tagħhom.", "Bil-proċedura l-ġdida, huwa l-Avukat Generali li jiddeċiedi jipproċedix kontra l-akkużati f'ċertu akkużi.", "Dik ta' tixħim hija waħda minnhom li jrid jiddeċidi l-avukat ġenerali.", "Biss Dr. Philip Galea Farrugia mhux l-avukat ġenerali.", "Hu l-Assistent Avukat Ġenerali.", "Biss illum ħareġ li kien hu li ddeċida li jipproċedu u mhux l-avukat ġenerali li hija Dr. Buttigieg.", "Il-ħames: Meta l-pulizija lestew din l-investigazzjoni, għaddew kollox lill-Avukat Ġenerali u kien l-Assistent Avukat Ġenerali, jiġifieri Dr Philip Galea Farrugia li jiddeċida jekk hemmx każ u jekk hemm każ, hemmx każ kontra ż-żewġ avukati jew xi wieħed minnhom.", "Dr Philip Galea Farrugia għall-Avukat Ġenerali ddeċida li l-pulizija għandhom imexxu kontra ż-żewġ avukati.", "Is-sitta; ġara li l-Assistent Avukat Ġenerali ħareġ l-akkużi fil-konfront taż-żewġ akkużati sabiex Dr Charles Mercieca ma jkunx jista' jinġib bħala xhud tad-difiża fil-proċeduri kontra Caruana Curran.", "Dan kien punt li jien għamilt fl-artiklu li ppubblikajt dalgħodu dwar dan is-suġġett.", "Niskopru li l-Avukat Ġenerali ma tax il-kunsens tiegħu sabiex il-każ jinstema bi proċedura sommarja, meta din hija kawza li għandha piena massima ta' 3 snin ħabs u għalhekk tista' tinstema taħt din il-proċedura.", "Biex tkun tista' tinstema b'mod sommarju, l-avukat ġenerali jrid jagħti dan il-kunsens.", "Dr. Philip Galea Farrugia ma tax dan il-kunsens.", "Għamel dan biex iżomm kontroll fuq dawn il-proċeduri.", "Il-proċeduri jinsabu fi stadju ta' prima facie , jiġifieri l-Qorti trid tiddeċidi hemmx mal-ewwel daqqa ta' għajn, każ kontra l-akkuzati u jekk il-maġistrata tiddeċidi li hemm prima facie każ u Dr. Galea Farrugia jibqa' ma jagħtix il-kunsens, il-każ jitmexxa għall-kumpilazzjoni u jitwal inutilment.", "It-tmienja: Ix-xhieda li tellgħu llum kienu ħaddiema ta' The Times, jiġifieri, Ivan Martin, Diana Cacciattolo u Hermann Grech.", "Dawn kienu akkumpanjati mill-avukat tal-kumpanija, jiġifieri Dr Paul Micallef Grimaud.", "Biss The Times inkarigaw ukoll lill-avukat, Dr Joseph Giglio, biex jirrappreżenta lil Ivan Martin.", "F'isem Ivan Martin, Dr. Giglio talab dikjarazzjoni mill-pulizija li mhux ser imexxu kontra tiegħu.", "Din intalbet qabel ma Ivan Martin beda jixhed.", "Il-pulizija tat din il-garanzija.", "Wara saret din id-dikjarazzjoni mill-pulizija, Ivan Martin beda jixhed u x-xhieda ġiet sospiża sakemm il-Qorti tagħti deċizjoni dwar il-produzzjoni ta' dikjarazzjoni rikordjata li għamel Ivan Martin lill-pulizija.", "Id-disa': Waqt is-smigħ, l-avukati tad-difiza, Dr Stephen Tonna Lowell u Dr Giannella de Marco staqsew lill-proskuzzjoni għad-\"disclosure\" ta' din id-dikjarazzjoni reġistrata li għandhom ta' Ivan Martin.", "L-ispettur Anthony Scerri għall-prosekuzzjoni kkonferma dan u kkonferma li informa lill-istess avukati li d-dikjarazzjoni ta' Ivan Martin kienet reġistrata u wara konsultazzjoni mas-supretendent James Grech, iddeċidew li ma jagħtux din id-dikjarazzjoni lid-difiża.", "Għaliex ma jridux jagħtu din id-dikjarazzjoni?", "Għaliex qed jibżgħu l-pulizija?", "Jekk verament riedu jxaħmuh, għaliex dan il-ħabi kollu?", "Dan imur kontra kull prinċipju legali magħruf bħala \"the principle of discovery\".", "L-għaxra.", "U l-proskuzzjoni qalet lil-avukati tad-difiza li din id-dikjarazzjoni kien fiha biss il-konferma ta' Ivan Martin ta' dak li kien hemm fil-gazzetta.", "Jekk kien fiha dan biss, għaliex dan il-ħabi kollu?", "L-ħdax.", "Id-difiza xorta għamlet rikors li ġie ppreżentat dalgħodu stess biex ikollhom kopja ad-\"disclosure\" ta' Ivan Martin.", "B'hekk il-Qorti ssospendit il-kontro-eżami ta' Ivan Martin sabiex fis-seduta li jmiss il-Qorti tagħti deċiżjoni dwar din it-talba tad-difiża.", "Jiġifieri l-qorti tiddeċidi jekk id-difiza tingħatax kopja tad-dikjarazzjoni reġistrata ta' Ivan Martin jew le.", "Id-difiża spjegat li r-rikors għamlitu dalgħodu għax sal-weekend il-pulizija baqgħu jirrifjutaw li jgħaddu kopja tad-dikjarazzjoni rekordjata ta' Ivan Martin.", "Il-Qorti tat lill-Avukat Generali u lill-prosekuzzjoni tliet t'ijiem biex jirrispondu u ħalliet d-deċiżjoni għas-seduta li jmiss ta' 17 ta' Frar f'nofs in-nhar.", "Mela fis-Seduta 17 ta' Frar 2020 f'nofs in-nhar, il-maġistrata trid tagħti provvediment dwar it-talba tad-difiża sabiex jiġi preżentat d-dikjarazzjoni reġistrata li għamel Ivan Martin u l-pulizija tkompli bil-provi tagħha."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/08/min-kienet-il-kumpanija-jew-persuna-li-tat-il-parir-lill-knisja-biex-ma-tiehux-donazzjoni-ta-nofs-miljun-euro/", "date": "2021-02-08T09:31:19+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Il-fatt li l-Knisja rrifjutat l-offerta magħmula minn Dr. Adrian Delia f'isem Catco ġabet ħafna mistoqsijiet għall-istess Knisja.", "Wieħed jifhem li biex il-Knisja wasslet għal din il-konklużjoni li tirrifjuta din l-offerta ġeneruża għamlet dan wara due diligence li sar bir-reqqa.", "Sa hawn mhux problema.", "Kulħadd għandu jgħidilha prosit.", "Biss hemm mistoqsija li trid issir lill-Knisja.", "Ara fuq dan il-punt, il-media tal-isqfijiet għadha ma kitbet xejn.", "Wieħed jistenna li dan id-due diligence sar minn kumpanija ta' awditjar serja u tal-affari tagħha.", "Wieħed jistenna li wara dan il-parir kien hemm involut awditur serju.", "Mela l-mistoqsija li trid issir hija din.", "Min hi l-kumpanija tal-awditjar li għamlet dan id-due diligence?", "Għaliex l-isem ta' din il-kumpanijali għamlitu għadu ma deher imkien.", "L-anqas l-isem tal-persuna għadu ma ssemma.", "Għall-inqas, jien għandi ma rajtux.", "Tiftaħar illum qed tiftaħar tant bi trasparenza.", "Fejnha it-transparenza f'dan il-każ?", "Għaliex il-Knisja ma hix trasparenti dwar dan?", "Jekk il-Knisja trid tibda tittieħed bis-serjeta' għandha issemmi l-persuna li kienet fdatha b'dan il-proċess ta' due diligence.", "Kull kumpanija serja terfa' r-responsabilta' tar-rapporti u l-konklużjoniiet tagħha.", "Ma naħsibx li dan id-due diligence sar minn xi ħadd voluntier.", "Biss anki jekk sar minn voluntier, bħal voluntiera kollha, dan ma għandux jibża jerfa' responsabilita tiegħu.", "Quddiem din l-istorja kollha rċevejt dan il-messaġġ dwar Adrian Delia li jien qed naqsmu magħkom.", "Quddiem riflessjoni bħal din aktar isir importanti biex l-Knisja tgħid ċar u tond min għamel dan id-due diligence u min kienet il-kumpanija jew persuna li tat dan il-parir biex id-Dar tal-Providenza ma tieħux din l-għotja."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/08/strategija-tat-terrur-kontra-dr-gianluca-caruana-curran-and-dr-charles-mercieca/", "date": "2021-02-08T06:37:53+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Illum ser tibda tinstema l-kawża kontra Dr. Gianluca Caruana Curran and Dr. Charles Mercieca.", "Dawn iż-żewġ avukati ser jiġu akkużati b'tixħim.", "Fi kliem ieħor, dawn qed jiġu akkużati li ppruvaw ixaħħmu lill-ġurnalista ta' The Times, Ivan Martin biex jikteb artikli favur Yorgen Fenech.", "Imma biex wieħed jibda jifhem x'inhu għaddej, wieħed irid jifhem x'hemm wara din il-kawża.", "L-ewwel jekk dawn iż-żewġ avukati żgħar jinstabu ħatja, dawn jitilfu l-warrant.", "Fi kliem ieħor dawn ma jkunx jistgħu jibqgħu jipprattikaw aktar ta' avukati.", "Jekk dawn ma jistgħux jipprattikaw ta' avukati, Yorgen Fenech jispiċċa mingħajr avukati difensuri.", "Infakkar, li l-familja Fenech kellha diffikulta' kbira biex issib avukat biex jiddefendi lil Yorgen Fenech, tant li kienet ser ikollha taqa' għall-avukat tal-għajnuna legali, anki jekk din hija familja li tiflaħ tħallas.", "Dan qed ngħidu biex nuri xi stat ta' terror ġie kkreat f'dan il-każ, fl-attentat iddisprat biex, akkust ta' kollox, Yorgen Fenech jinstab ħati.", "Biss l-istrategija ta' terror ma tieqaf hawn.", "Nixtieq infakkar f'dak li s'issa nafu.", "Skont kif ġie rrappurtat kien Gianluca Caruana Curran li offra flus lil Ivan Martin waqt li Charles Mercieca ma tah l-ebda flus.", "Iżda dawn il-flus ġew offrut lil Ivan Martin wara li dan kiteb lil wieħed miż-żewġ avukati fejn offra is-servizzi tiegħu.", "Mela fejn hu t-tixħim f'dan il-każ?", "Biss x'għamlu l-pulizija?", "L-akkużi ta' tixħim ma ħarġuhomx biss kontra Gianluca Caruana Curran; l-anqas Charles Mercieca ġie mixli b'kompliċita.", "It-tnejn ġew akkużati bl-istess akkuża ta' tixhim.", "Għalfejn sar dan?", "Dan sar biex l-ebda wieħed minnhom ma jkun jista' jixhed favur l-ieħor.", "F'każ li jaċċettaw jixhdu, iridu jixhdu għalihom biss.", "Qed ngħid dan għaliex huma, bħala akkużati, jistgħu anki jirrifjutaw milli jixhdu.", "L-istorja ma tieqafx hawn.", "Infakkar li f'dan il-każ, il-pulizija malajr irreaġixxit u resqet lil dawn iż-żewġ avukati abażi ta' dak li qal Ivan Martin.", "Imma abażi ta' dak li qal Melvin Theuma fuq Keith Schembri u abażi tar-recordings li għandu Melvin Theuma u fihom jissemma' Keith Schembri, il-pulizija ma resqitx lil Keith Schembri l-qorti.", "Anzi neħħietu minn fuq il-police bail.", "Infakkar ukoll li din l-istorja, l-ewwel li ġiet imxandra kienet mill-media tal-isqfijiet.", "Din il-media tal-isqfjiet qalet li l-avukat ġenerali kien ser jibda proċeduri kontra dawn iż-żewġ avukati, mingħajr ma tat l-isem ta' min hu dan l-avukat ġenerali li skont din il-gazzetta beda dan il-proċeduri.", "Ma nagħmlux mod li dan l-avukat ġenerali hu ħabib dak l-avukat li mar iqatta' lejl fuq il-qabar ta' Kristu hux?", "Imbagħad iddaħħlet fin-nofs l-assoċċjazzjoni tal-ġurnalisti.", "Ara fuq l-attakk kontra Glen Falzon mill-kap Nazzjonalista, l-assoċċjazzjoni tal-ġurnalisti ma qalet xejn.", "Biss l-istorja ma tieqafx hawn.", "Infakkar li Dr. Gianluca Caruana Curran ġej minn żewġ familji kbar fil-qasam ġuridiku Malti, jiġifieri minn dik ta' Demarco u dik tal-Caruana Curran.", "Charles Mercieca wkoll ġej minn familja kbira Laburista, għaliex missieru hu ex-segretarju parlamentari ta' Joseph Muscat.", "Il-Fenech huma jew kienu wkoll potenti.", "Biex qed ikunu attakkati hekk dawn l-avukati żghir mill-pulizija jfisser li hemm interessi aktar b'saħħithom minn dawn il-familja kollha f'daqqa.", "Fi kliem ieħor, il-pulizija qedha tiddefendi xi ħadd jew x'uħud li huwa aktar b'saħħiethom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/07/adrian-delia-u-d-dar-tal-providenza/", "date": "2021-02-07T12:35:57+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Bħalissa għaddejja xalata ta' kitbiet jiċċelebraw għax donazzjoni li kienet ser tirċievi d-Dar tal-Providenza twaqqfet minn xi ħadd nispera professjonali.", "Jekk kellu raġunijiet validi biżżejjed, sewwa għamel.", "Biss niddubita kemm dan hu minnu.", "Imma ngħid jien din iċ-ċelebrazzjoni fuq il-mezzi soċjali qisha saret xi rebħa kbira għall-Partit Nazzjonalista jien jiddispjaċini ma nifhimiex.", "Minn dawn il-kummenti kollha toħroġ ċara li s-sostenituri ta' Bernard Grech għamlu rebħa fenominali għax dak li prova jagħmel Dr Delia ma rnexxilux jikkonkludiha.", "Jason Azzopardi saħansitra kiteb li Dr. Delia ried jinganna lir-residenti u l-volontiera tad-Dar tal-Providenza.", "Imma possibbli tifraħ għax intilfu l-flus għal persuni li tant għandhom bżonn l-għajnuna, l-anġli ta' Fr Martin.", "Tgħid Fr Martin ferħan li tilef dawk il-flus kollha?", "Tgħid hemm xi ċelebrazzjoni u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza qed jagħmlu Party bħalissa għax tilfu, minħabba nuqqas ta' \"dokumentazzjoni\", nofs miljun Euro?", "Kemm għad fadal nies pattetiċi.", "Kemm hawn nies b'moħħ fqir.", "Kemm hawn nies b' moħħ ta' piżella li jifirħu b'affarijiet bħal dawn.", "Kemm hawn nies ċwieċ jiġru mas-saqajn.", "Kemm hawn min hu aħdar fi kliemu.", "Kemm hawn min hu tant injurant li jifraħ għax intilfu flus, li kienu ġejjin minn barra l-pajjiż, u li kieku ġew kienu jgħinu lil din id-Dar apparti l-ammonti sbieħ li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem offra.", "Din id-Dar għandha bżonn ħafna aktar, allura kif tifraħ li tilfet ammont ta' Euro?", "Ir-raġuni hija ċara.", "Il-medjatur li ressaq il-pledge f'isem din il-kumpanija barranija kien Dr Delia.", "Din lis-sostenituri ta' Dr Grech qajmitilhom għajra li ma setgħux jikkontrollaw.", "Il-lum dawn in-nies bla moħħ għamlu rebħa kbira għax, b'miraklu kbir, forsi resqu ras-imb-ras ma' l-avversarji politiċi tagħhom.", "Imma possibbli dawn in-nies ħasbu li rebħu xi ħaġa għax Fr Martin tilef nofs miljun Euro li bihom kien jagħmel tant ġid lill-anġli fdati f'idejh.", "Kif spiċċat il-politika tal-Partit Nazzjonalista.", "Jifirħu għax l-ex-Kap tal-Partit meta għamel ġest nobbli u ressaq pledge ta' ammont ta' flus b'karita, fl-opinjoni tagħhom ħareġ tellief jew aħjar kien hemm xi ħaġa teknika li dawn il-flus ma jistgħux jaslu jew mhux qed jitħallew jaslu għand min kellu jirċivihom.", "Nistaqsi, għax din xi ħaġa li tbellħek, x'għamel ħażin Dr Delia?", "Għax ressaq pledge, li anki meta ressqu, kien qal li issa d-Dar tal-Providenza trid tagħmel ir-riċerka tagħha?", "Jista' xi ħadd jispjegali, mingħajr ħafna ewforija żejda, jekk Dr Delia għamilx din il-mossa biex jgħaddi biż-żmien lil Fr Martin jew biex idaħħal xi ħaġa fil-but?", "Jista' xi ħadd jgħidli kif tasal biex tkanta vittorja għax il-flus mhux ser jiġu milquha?", "Jista' xi ħadd minn dawn li werżqu fil-kitba tagħhom li saret rebħa kbira fuq l-għadu, fejn qed jaraw l-għadu u x'ser jagħmlu issa, la tant ferħanin, biex itaffu minn din id-daqqa finanżjarja li ħadet id-Dar tal-Providenza?", "Dan ir-raġel prova mhux għal gwadann tiegħu imma għar-residenti ta' din id-dar.", "Skond dak li ħareġ mill-istess Dar ma tistgħax tilqa' jew tirċievi dawn il-flus.", "Dawn mhumiex affarijiet ta' ċelebrazzjoni.", "Dawn huma affarijiet ta' qsim il-qalb.", "Li kieku veru kull min kiteb għandu għal qalbu l-karita' kien jgħid li jiddispjaċih, mhux jifraħ, li dawn il-flus ma waslux.", "Jien ma nistgħax nemmen dak li qrajt u kif hawn nies b'moħħhom tant magħluq.", "Dawn in-nies mogħnija b'meskinita li tistmerra.", "Skużawni imma ser ikollu ngħidha, kull min kiteb il-lejla wara li ħarġet l-aħbar b'turija ta' sodifazzjon, għandu ħdura f'qalbu li jrid jara x'jagħmel biex ifieq minnha.", "Dawn huwa ġesti ta' nies illupjati.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Dawn huma affarijiet li lill-Partit Nazzjonalista jneżżawh mill-valuri tiegħu ta' partit kristjan.", "Dawn huma affarijiet li lill-Partit Nazzjonalista ser ipinguh bħala partit bla ruħ u li tilef kull sens ta' bilanċ politiku, soċjali u edukattiv.", "Din hija injoranza grassa.", "Flok inħarsu lejn it-telf kbir tad-Dar tal-Providenza nkantaw vittorja għax Dr Delia ma wasalx biex iwettaq dak li ippledġja.", "Sinjur Alla aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jagħmlu"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/07/survey-iehor-illum-dwar-bernard-grech-riskju-car-li-s-surveys-jitilfu-l-kredibilita-taghhom/", "date": "2021-02-07T12:27:08+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Jidher li s-surveys ser jibqgħu jsiru u jkunu magħmula kull ġimgħa.", "Wara li l-ġimgħa l-oħra, Vince Marmara ħareġ bis-survey tiegħu, li kkontradixxa lil dak tal-Malta Today li kien sar fix-xahar ta' Jannar, illum il-Malta Today tat survey ieħor.", "Din id-darba ffukat fuq iż-żewġ mexxejja għaliex dan hu punt li fih, jidher li Bernard Grech jista' jgħid li kiseb xi riżultati.", "Dan joħroġ mis-surveys passati.", "Biss l-impressjoni li ħalla fuqi dan l-istħarriġ huwa li sar b'għan biex titmexxa 'l quddiem il-kampanja favur l-immaġni ta' Bernard Gerch.", "Mela skont dan is-survey, id-distakk ta' fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja, jiġifieri Bernard Grech u Robert Abela, niżel għall-6.6 points.", "Infakkar li skont is-survey ta' Marmara, id-distakk kien wieħed ta' 19.5% bejn il-mexxejja ewlenin.", "Distakk ma jistgħax jinżel daqshekk fi żmien ġimgħa.", "Pero' hemm fattur f'dan is-survey tal-Malta Today.", "Għal darba oħra, dawk li mhux ser jivvutaw jew ma wrewx opinjoni reġgħu mhux inklużi fl-analiżi ulterjuri.", "B'hekk meta tqies dan il-fattur, tinduna li ż-żieda għal Bernard Grech u t-tnaqqis għal Robert Abela huma marġinali u faċilment jistgħu jaqgħu taħt il-margin of error.", "Pero' dak li jista' jingħad li t-trend bejn it-tnejn qegħdha tiġi ikkonsolidata ma kull survey li qed isir.", "Dak li hu interessanti imma u li ħadd ma qed jitkellem dwaru huwa dak li ħareġ dwar iż-żewġ partiti.", "It-tnejn wrew tnaqqis, anki jekk marġinali.", "Mhux biss qed isiru ħafna surveys f'xahar, biss b'dawn ir-riżultati, is-surveys ser jibdew jitilfu l-valur tagħhom.", "Il-biża' tiegħi hu li l-uniku mottiv ta' dan l-istħarriġ tal-Malta Today li jipprova jgħin biex tingħata imbuttatura l-immaġni politika ta' Bernard Grech.", "B'hekk naqbel ma' dak li kitbet il-Malta Independent, kumbinazzjoni fil-ħarġa tal-lum.", "Bħal Malta Independent, nista' ngħid li meta tiġi elezzjoni, dawk li jkun eżatti ser iżidu fil-valur waqt li dawk li ser ikunu żballjati ser jitilfu l-valur tagħhom."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/06/stqarrija-ta-adrian-delia-wara-li-gie-rrifjuta-l-offerta-ta-nofs-miljun-euro/", "date": "2021-02-06T22:39:41+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Għal darb'oħra hawn min anke fl-iktar ġest sinċier biex din id-darba nipprova ngħin lil min l-iktar għandu bżonn ippruvaw iħammġu u jzebilħu.", "Il-fatti huma: Fil-jum tal-Istrina għamilt sforz biex inġabru €2,000 mingħand diversi nies.", "Ressaqt id-donazzjoni u ngħatajt l-irċevuta.", "Fil-ġranet bejn l-istrina u l-ewwel tas-sena nġabret mingħand diversi persuni €22,775 flimkien ma' €1,500 oħra li wkoll ġew aċċettati u ngħatajt l-irċevuta.", "Dawn inġabru minn persuni u kumpaniji għal għan nobbli, li minn hawn nirringrazzjahom.", "Fl-istess jiem ġejt avviċinat minn kumpanija barranija li wegħdu s-somma ta' €500,000.", "Wara li stħarriġt dwar min huma, aċċettajt li nressaq din il-wegħda li għamlu f'isimhom.Wara l-istqarrija tad-Dar tal-Providenza, li kienet qed tagħmel il-verifiki tagħha, tlabt risposta dwar dan mingħand dil-kumpanija.", "Jien ma ħadt ebda flus jew xi gwadann personali.", "Ma rċevejt ebda flus personali u ma ħriġt ebda ċekk minn tiegħi jew f'ismi u allura qatt ma setgħa kien hemm ċekk li ġie rifjutat.Għalkemm kien hemm min, anke fil-midja li riedu biss jitfgħu xi dubju, minix se nieqaf ngħin u naħdem għal min għandu bżonn, għal min jinsab fil-bżonn.U għal min irid biss jagħmel ħsara se nibqa' nwieġeb b'iktar ħidma"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/06/skont-jason-azzopardi-adrian-delia-inganna-lid-dar-tal-providenza/", "date": "2021-02-06T22:22:43+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li sar magħruf li l-Knisja irrifjutat l-pledge ta' nofs miljun euro lid-Dar tal-Providenza, Jason Azzopardi kiteb messaġġ fuq Facebook.", "F'dan il-messaġġ, Jason Azzopardi qal li Adrian Delia inganna lid-Dar tal-Providenza u lir-residenti u l-volontiera tagħha meta tahom dik id-donazzjoni.", "Imma kemm hu minnu dan?", "Bħala avukat, Azzopardi jaf li dan mhux minnu.", "Il-fatt li dan mhux minnu, mhux qed ngħidu jien, iżda qed jgħidu avukat ieħor John Bonello.", "\"Newsbook qed jirrapurtaw li d-Dar tal-Providenza irrifjutat donazzjoni ta' Eur500k peress li min taha ma ppreżentax id-dokumenti biex ikunu jistgħu jagħmlu d-due diligence.", "Huwa minnu li hemm periklu ta' \"money laundering\" bl-użu ta' strutturi li jidhru bħala organizazzjonijiet ta' karità imma żgur ma jgħaddi minn moħħ ħadd li jekk X ta donazzjoni lid-Dar tal-Providenza, dawn se jaħsluhielu u jrodduhielu lura.", "Jekk tara r-rapporti tal-OECD tifhem li r-riskju tal-money laundering mhux qiegħed fid-donazzjoni lid-Dar tal-Provvidenza.", "Mela dan iġibni għall-konklużjoni li JEW id-Dar Tal-Providenza mgħandhiex bżonn flus JEW li jridu jżebilħu lil Adrian Delia.\"", "Biss meta tara l-mod kif Newsbook, li hija l-media tal-isqfijiet, irrappurtat din l-aħbar, tinduna li din id-deċiżjoni li d-Dar tal-Providenza ma taċċettax din id-donazzjoni ma tteħditx mid-direttur tad-Dar, il-ħabrieki Fr. Martin iżda minn persuni jew persuna għola minnu.", "Naħseb wara din l-ispjegazzjoni ta' l-avukat Bonello, tafu min verament issa min ried jinganna lin-nies."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/06/tkompli-l-kampanja-kontra-adrian-delia-minn-numru-ta-deputati-nazzjonalisti/", "date": "2021-02-06T19:36:31+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Wara li llum ħarġet l-aħbar li d-Dar tal-Providenza irrifjutat in-nofs miljun euro li kien irnexxilu jġib Adrian Delia, numru ta' Deputati Nazzjonalisti bdew jagħmlu share ta' din l-aħbar.", "Ikun f'dan il-kuntest, li Paul Borg għamel sfida lil dawk id-deputati Nazzjonalisti li ħadu gost b'din l-aħbar u staqsihom biex jippubblikaw l-irċevuti tad-donazzjonijiet tagħhom"]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/06/id-dar-tal-providenza-godfrey-leone-ganado-charles-j-scicluna-u-adrian-delia/", "date": "2021-02-06T19:10:02+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Kumment minn osservatur politiku Illum ħarġet l-aħbar li d-Dar tal-Providenza irrifjutat id-donozzjoni ta' nofs miljun euro mogħtija minn Catco fuq l-inizzjattiva ta' Adrian Delia.", "Infakkar li meta Adrian Delia ta' din id-donazzjoni, Godfrey Leone Ganado tella' post biex jistaqsi dwar jekk sarx due diligence wara din id-donazzjoni.", "Fl-opinjoni umli tiegħi, quddiem din it-talba u d-diskorsi li bdew jsiru mill-media qrib il-kawża ta' Daphne Caruana Galizia, dwar din id-donazzjoni, dak li kellu jagħmel Adrian Delia kien li jirtira l-offerta.", "Fuq kollox, Kristu stess stqarr li min ma jilqagħkomx, kif il-knisja ma leqgħatx lil Adrian Delia, dak li kellu jsir hu li Adrian Delia ifarfar it-trab ta' saqajh biex ma jkollux x'jaqsam aktar magħha!", "Biss waqt li l-Knisja tieħu l-pariri ta' Leone Ganado, fl-istess waqt qatt ma kellha xi kelma kontra minn qed jobżoq minn ħalqu kliem kattiv, diaboliku, imxajtan u estrem li lanqas tkun trid temmen dak li tkun qed taqra jew tisma'.", "Huwa aċċettabli li tfakkar lil kulħadd li sar delitt faħxi.", "Huwa tajjeb li tfakkar li t-talb jagħti l-għajnuna bżonnjuża kemm għall-vittma kif ukoll għall-familjari tagħha.", "Huwa tajjeb li tfakkar il-makabrita tad-delitt u titlob il-ġustizzja neċessarja mingħajr telf ta' żmien.", "Biss ma hu aċċettabbli qatt li flok tagħmel dawn l-affarijiet tuża kliem dispreġġjattiv li lanqas għandu jiġi ndirizzat lejn persuna misjuba ħatja u kkundannata, aħseb u ara lejn xi ħadd li s'issa l-ġustizzja għadha ma waslitx li tikkundannah.", "Kemm hu ikrah li tħalli l-moħħ jabbanduna kull sens ta' bilanċ.", "Aħna għalina l-insara d-dagħa huwa xi ħaġa mistmerra, imma mpoġġu fuq l-istess livell kitba goffa li taqbeż kull limitu uman.", "Il-bniedem jista' jkun mweġġa' u mkisser imma ma jistgħax jaqbad u jparla u jispara fuq in-nies qisu qed jitkellem fuq nies bla ruħ.", "Ma jistgħax jikkundanna u jasal għal ċertu konklużżjonijiet li l-qrati għadhom ma waslux għalihom.", "Quddiem il-qrati, fis-sistema ġuridika tagħna, kull bniedem huwa innoċenti sa x'ħin misjub ħati.", "Mela kif jista' xi ħadd jagħmilha ta' l-imħallef u jasal għad-deċizzjonijiet tal-ġurija.", "Dan li ġej huwa meħud minn kitba ta' bniedem struwit, edukat, gradwat u bniedem b'ħafna żmien ta' ħidma fl-għola livelli.", "Sfortunatament mhux l-ewwel darba li dan ir-raġel qabeż kull limitu ta' diċenza.", "Mhux l-ewwel darba li tawwal ilsienu u tfixkel f'kitbietu.", "Mhux l-ewwel attakk ta' ħdura li ma tpaxxilekx għajnejk imma għall-kuntrarju tnissillek stmerrija.", "X'ġid qed jagħmel b'dan it-tip ta' diskors?", "Jekk qed jaħseb li qed iħammeġ qed jitħammeġ.", "Jekk qed jaħseb li għandu raġun hu totalment żbaljat.", "Jekk qed jaħseb li qed iġib simpatija għall vittma qed iġib stmerrija.", "Jekk qed jaħseb li qed jgħin fil-ġlieda għall-ġustizzja qed joħloq aktar intoppi.", "Jekk qed jaħseb li qed ikattar l-imħabba għandu garanzija li qed ilaħħam il-mibgħeda.", "L-aħħar kelma tmur għall-mexxejja ekklesjastiċi, b'mod partikolari l-arċisqof Charles J. Scicluna.", "Ma huwiex dehen li bniedem bħal dan li tilef kull sens ta' raġuni jitħalla (fil-każ li għadu) jieħu f'idejh l-ostja mqaddsa biex iqarben.", "B'din l-attitudni tal-knisja, tax-xejn m'hu xejn, qed tberred, qed tbiegħed, qed tnaqqas, qed titlef mill-merħla tagħha.", "L-eżempju jkaxkar u meta jsir minn fuq l-artal irid ikun eżempju tajjeb u preċiż li ma jħalli ebda dubbju jew stmerrija fuq id-devoti."]} {"url": "https://simonmercieca.com/2021/02/06/ghaliex-il-partit-nazzjonalista-spicca-fi-stat-tal-biki/?amp=", "date": "2021-02-06T07:40:39+01:00", "category": "blog, personal, politics", "text": ["Advertisements Minn osservatur politiku Għaliex fuq Facebook qed naqraw aktar kummenti u tgħajjir bejn Nazzjonalisti stess milli bejn Nazzjonalisti u Laburisti?", "It-tgħajjir għandu jieqaf ġej minn fejn ġej.", "Biex tagħmel l-argument tiegħek ma hemmx għalfejn twassal għat-tgħajjir.", "Meta jibda t-tgħajjir ifisser biss li ntilef l-argument.", "Fl-2017 il-Partit Nazzjonalista qala' tkaxkira papali.", "Kif irreaġixxew l-amminstraturi dak in-nhar?", "Minn kif konna naqraw, minħabba d-diżastru miksub, daħħlu rashom fir-ramel u għajtu 'coraggio fuggiamo'.", "Il-Partit Nazzjonalista sab ruħu ltim mil-kmand, iltim mid-direzzjoni, iltim mill-amministrazzjoni għax irreżenja kulħadd.", "Ħadd mill-istrateġisti ma ndenja ruħu jistudja ftit is-sitwazzjoni u jagħti xi ħjiel ta' x'seta' ġara lis-segwaċi tiegħu.", "Dawn l-istess nies ħbew ir-rapport tal-2013 u ma rreagixxewx fl-2017.", "Sfortunatament għal dawn is-sostenituri tal-Partit għadhom sal-lum nieqsa minn din l-informazzjoni.", "Imbagħad biex ikomplu jgħaffġu dawn l-istess amminstraturi (temporanji) wara tkaxkira bħal dik, flok qagħdu f'rokna u ħallew it-tellieqa għal Kap il-ġdid issir bil-kwiet komplew jindaħħlu.", "Il-Kap uxxenti li qabad u rreżenja, li warrab u sparixxa, reġa' tfaċċa u reġa' għaffeġ kemm felaħ meta għadda messaġġ diviżiv fuq wieħed mill-kandidati.", "Imma possibbli ma kienx għaffeġ biżżejjed?", "Kellu għalfejn jitfa' l-melħ fuq il-ferita?", "Dak il-ħin dik li kienet diviżżjoni bejn erba' sostenituri saret taqbida bla kontroll.", "Il-Partit ħa n-nar u ebda pumpier ma seta' jsib tarfu u qatt ma rnexxielhom jitfgħu dan in-nar anżi għal kuntrarju kien hemm min kompla jitfa' l-petrol.", "Dawn in-nies ma jistgħux jiċħdu ma ħadd u qatt li kienu huma li żergħu l-mibegħda u l-ħdura bid-divizzjoni li ħolqu.", "Li ġara wara, jiġifieri fit-tliet snin ta' wara, huwa kollu kemm hu responsabilita' tagħhom.", "Dak li wettqu kien eżempju ħażin ħafna u estrem.", "Konna nistennew li jkun hemm vleġġeġ għaddejjin waqt il-kampanja għall-Kap, imma stennejna li tieqaf hemm.", "Li kollha kemm huma kellhom jaċċettaw ir-riżultat demokratiku, skond l-istatut u skond dak li, fuq kollox, ried wieħed minnhom.", "Dan l-inkwiet bejn Nazzjonalisti ġabuh b'idejhom.", "Żgur li ma jistgħux iwaħħlu fil-Partit Laburista.", "Dan it-tgħajjir li beda minnhom, mill-kbarat, tas-saf ta' fuq, ta' dawk li suppost taw l-eżempju baqa' niżel ma' kull strata tal-Partit.", "Dan it-tgħajjir fil-grassroots tal-Partit kompla għax imitaw lill-parlamentari stess.", "Din id-divizzjoni fil-Partit ma setgħetx tiġi kontrollata minn ħadd għax ġiet moħmija minn grupp tant importanti fi ħdan il-Partit, il-grupp parlamentari.", "Kompliet tikber u tinżel f'livelli perikulużi għax kien hemm nies, li suppost jiġbdu rispett, li sfortunatament ħadu linja, anke huma, ta' divizzjoni.", "Fil-politika kull supporter, ħafna drabi, jirrifletti ħsibijietu fuq dak li jgħid il-Kap jew fuq l-attitudni ta' dak il-parlamentari fid-distrett tiegħu jew tagħha.", "L-eżempju jkaxkar.", "U sfortunatament hekk ġara.", "Il-grassroots baqgħu għaddejjin u jmitaw lill-membri parlamentari tagħhom stess.", "Lanqas tista' tagħtihom tort.", "Issa x'ser tagħmlu biex forsi tiġbru lill-Partit mill-frak?", "X'ser tagħmlu issa sinjuri tal-grupp parlamentari li aġixxejtu ta' allat foloz u kissirtu Partit?"]} {"url": "https://skoperta.net/ibaghtilna-storja/", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għidilna l-istorja tiegħek!", "Irridu niskopru l-istorja tiegħek, għaliex tista' tkun ta' ispirazzjoni għal qarrejja oħra.", "Ibgħatilna l-istorja tiegħek billi timla l-formola f'din il-paġna jew billi tkellimna direttament permezz tad-dettalji t'hawn taħt.", "Roberta Magri – Direttriċi u Editriċi", "Janice Vella – Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali", "Kunjom", "Ibgħat"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/10/l-ewtanasja-int-taqbel/", "date": "10/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Riċentament waqt il-programm Popolin li jixxandar kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7pm fuq TVM, ġie diskuss is-suġġett tal-ewtanasja.", "Anna Scerri, irrakkuntat kif hija tilfet lil missierha u żewġ ħutha kawża ta' mard terminali u li wieħed minn ħuha xtaq imut qabel il-waqt, jiġifieri xtaq l-ewtanasja.", "Madanakollu hi stqarret li minkejja t-tbatija li għaddew minnha, tħoss li huma sabu l-paċi u skoprew l-imħabba u r-rispett f'dak li kienu għaddejjin minnu.", "Tgħid ukoll li kieku ħuha ħa l-ewtanasja kienu jitilfu 3 snin esperjenzi li minkejja li kienu iebsin kemm għal ħuha u kemm għalihom, għaddewhom flimkien sal-aħħar.", "Wara li tisma' storja bħal din iġġiegħlek tirrifletti ż-żewġ perspettivi.", "Il-ħajja għandha valur u m'għandek qatt taqta' qalbek, imma min-naħa l-oħra bniedem li għaddej minn mard terminali għandu dritt li jagħżel li jtemm is-sofferenzi tiegħu b'dinjità?", "Int x'taħseb?", "Kellek lil xi ħadd qrib tiegħek li xtaq jagħmel din l-għażla u ma setax?", "Nixtiequ niskopru l-ħsieb u l-opinjoni tiegħek.", "Ikkummentalna hawn taħt jew ibgħatilna email fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/14/il-programm-xarabank-jirbah-zewg-unuri-malta-journalism-awards/", "date": "14/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Illejla fil-Malta Journalism Awards, il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri.", "L-Unur għall-aqwa feature tas-sena 2019 u kif ukoll Peppi Azzopardi rebaħ wieħed mill-aktar unuri prestiġġjużi f'dawn l-awards, dak tal-Gold Award ippreżentat mill-President Emeritus l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca.", "It-tim ta' Xarabank jirringrazzja lit-telespettaturi li kienu u baqgħu jsegwu l-programm, li flimkien mat-tim kollu iddedikat, kienu parti mis-suċċess ta' dan ir-riżultat.", "Kif qalu fuq il-paġna tagħhom stess, minkejja li Xarabank fuq it-televiżjoni spiċċa, se jkompli jixxandar online fuq il-paġna ta' Xarabank u fuq Lovin Malta.", "Awguri lit-tim ta' Xarabank!", "Awguri Peppi!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/15/ira-u-sean-jintroducu-t-tieni-wild-taghhom-gigi/", "date": "15/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ilbieraħ Ira Losco u Sean Gravina, ġenituri ta' Harry, reġgħu saru ġenituri għat-tieni darba.", "Ftit ħin wara t-twelid tat-tifla tagħhom Gigi, Ira ħabbret li t-tnejn jinsabu tajbin filwaqt li rringrazzjat lill-istaff mediku ta' Mater Dei.", "Awguri Ira, Sean u Harry!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/16/kampanja-kontra-l-bullying-mil-lum-sa-nhar-il-gimgha-20-ta-novembru/", "date": "16/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Sfortunatament huma ħafna li jgħaddu minn xi tip ta' bullying xi darba jew oħra f'ħajjithom.", "Hi realtà li bosta jgħixu fiha kuljum u kullimkien.", "Il- bullying huwa kaġun ta' dwejjaq, ansjetà u inċertezzi li jkollhom jiffaċċjaw persuni minn sfondi differenti fis-soċjetà, ħafna drabi wkoll fis-skiet.", "Jista' jħalli konsegwenzi serji u kapaċi jkisser kompletament ħajja ta' bniedem.", "Kull wieħed u waħda minna għandna l-obbligu u r-responsabbiltà li nagħtu s-sehem tagħna biex nippruvaw inbiddlu din ir-realtà li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed tinfirex u f'modi differenti.", "L-ewwel pass irid jibda minna.", "Li nieqfu, nisimgħu, u naraw x'nistgħu nagħmlu aħna biex nagħmlu differenza.", "Illum hija l-ewwel ġurnata tal-kampanja Anti-bullying li bdiet l-organizzazzjoni bBrave .", "Din hija organizzazzjoni volontarja, mhux governattiva, li l-għan tagħha huwa li teduka dwar l-effetti tal- bullying permezz ta' diversi inizjattivi kontra l-bullying, u anki tgħin lill-individwi li jsofru minn xi tip ta' bullying isibu l-għajnuna meħtieġa.", "Il-kampanja Anti-bullying se tibqa' għaddejja sa nhar il-Ġimgħa 20 ta' Novembru.", "Ejjew ningħaqdu flimkien u nagħtu s-sehem tagħna.", "Dorianne Mamo u t-tim ta' 90 Minuta, ingħaqdu ma' bBrave f'din il-kampanja wkoll.", "F'kuntatt li kellna ma' Dorianne qaltilna li minkejja li hi qatt m'għaddiet minn esperjenzi ta' bullying iżda minn dejjem ħasset li m'għandhiex tibqa' siekta fejn tara xi tip bullying u inġustizzji."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/21/imut-il-professur-oliver-friggieri-ggant-fil-letteratura-maltija/", "date": "21/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tal-Professur Oliver Friggieri, fl-età ta' 73.", "Kittieb, poeta u għalliem.", "Huwa meqjus bħala pilastru fil-letteratura Maltija.", "Friggieri kien kruċjali fil-promozzjoni tal-letteratura Maltija u l-użu tal-lingwa Maltija u kien fost il-ko-fundaturi tar-rivista popolari għat-tfal is-Sagħtar, kif ukoll Klabb Kotba Maltin.", "Bħala edukatur huwa għallem il-Malti fl-iskejjel sekondarji.", "Fl-1988 huwa nħatar kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta u baqa' jmexxi d-dipartiment sal-2002.", "Huwa ippubblika varjetà wiesgħa ta' kotba, li jvarjaw minn xogħlijiet ta' kritika letterarji għal poeżija, kif ukoll 10 novelli u ġabra ta' abbozzi.", "Ix-xogħlijiet tiegħu ġew tradotti għall-Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Grieg.", "Ir-rumanz tiegħu Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri kien fost l-aktar xogħlijiet famużi tiegħu tal-1986, u kien qajjem kontroversja kbira.", "Fl-2016, Friggieri ġie onorat b'medalja tad-deheb f'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti u rebaħ diversi edizzjonijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.", "Il-legat tiegħu jibqa' f'bosta kitbiet, poeżiji, studji u studenti li għallem matul is-snin.", "Insellmu l-memorja tal-Professur Oliver Friggieri, u nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/28/kungress-ewkaristiku-internazzjonali-mario-coleiro/", "date": "28/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fis-sena 1913, f'pajjiżna kien sar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kienet waħda minn dawk l-okkażjonijiet li tniżżlu bi kliem tad-deheb fl-istorja ta' pajjiżna.", "Dan il-kungress kien attira lejn Malta eluf ta' nies li fosthom kien hemm ħafna ġurnalisti.", "Fost il-postijiet li kienu saru attivitajiet fihom insibu l-Knisja tar-Rotunda tal-Mosta li kienet il-post magħżul fejn ingħata bidu għal dan il-Kungress.", "Kien it-23 ta' April 1913 meta għall-ħabta tat-3.30pm il-Kardinal Ferrata li kien il-Legat tal-Papa wasal fil-Mosta bil-karrozzella tal-Isqof u meta wasal fuq iz-zuntier tal-knisja l-banda Nicolo Isouard daqqet l-innu tal-Papa.", "Wara fil-knisja ngħata bidu għal dan il-kungress li għalih kienu preżenti bosta dinjitarji tal-Knisja Kattolika fosthom Kardinali u Isqfijiet.", "Kien preżenti wkoll il-Kleru u n-Nobbiltà flimkien mal-poplu Maltin.", "Il-Knisja Tal-Mosta kienet imżejna għal din l-okkażjoni u kienet maħnuqa bin-nies.", "Din kienet okkażjoni mill-isbaħ u l-Mostin biex jibqgħu jfakkru din l-okkażjoni t-triq prinċipali ta' raħalhom issemmiet Triq il-Kungress Ewkaristiku.", "Attivitajiet oħra kienu saru fuq il-fosos tal-Furjana fejn kienet waqqfet Tribuna monumentali Biex saret ċelebrazzjoni Ewkwaristika.", "Fil-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq kienet ingħatat l-barka sagramentali mill-gallarija li tħares fuq il-Port il-Kbir u l-Kottonera.", "Bħala monument għal dan il-Kungress kien inawgurat il-momument ta' Kristu Re fil-Furjana xogħol mill-aqwa ta' Antonio Sciortino. il-Knisja parrokkjali tat-Trinita Qaddisa fil-Marsa kienet inawgueata f'dan iż-żmien ukoll biex tibqa' bħala tifkira ta' dan l-avveniment.", "L-istess nistgħu ngħidu għal Knisja ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid li kienet fil-fażi tal-bini wkoll kienet intenzjonata biex tibqa' tfakkarna f'dan il-Kungress li kien sar f'pajjiżna fis-sena 1913."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/29/tithabbar-il-mewt-tad-direttur-karmenu-aquilina/", "date": "29/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Bosta jesprimu s-sogħba tagħhom fuq il-midja soċjali hekk kif tħabbret il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina fl-età ta' 74 sena.", "Idderieġa diversi produzzjonijiet u pageants.", "L-ewwel pageant li dderieġa tmur lura sal-1974.", "Huwa kien ukoll l-awtur ta' bosta stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka.", "Bosta atturi esprimew il-gratitudni lejh u li kien strumentali għall-karriera tagħhom.", "Jisħqu li minkejja li d-dixxiplina kienet importanti f'xogħlu kien iħalli lill-attur jifhem u jikber fil-karattru li jrid jinterpreta.", "Insellmu l-memorja ta' Karmenu Aquilina u nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/04/l-attrici-pia-zammit-titlef-kawza-ta-libell-xi-jfisser-dan-ghax-xena-teatrali-maltija/", "date": "04/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-attriċi Pia Zammit tilfet il-kawża ta' libell fuq storja ippubblikata s-sena l-oħra mill-gazzetta It-Torċa, li b'mod indirett torbotha man-Nażismu, ibbażata fuq ritratt li kien ittieħed backstage waqt produzzjoni komika.", "L-istorja kienet ibbażata fuq ritratt ta' Pia fil-kostum Nażista, meħud backstage waqt il-provi għal produzzjoni teatrali tal-kummiedja tal-gwerra 'Allo 'Allo, sitcom popolari tal-BBC tas-snin 80 u 90, imtella' fit-Teatru Manoel lura fl-2009.", "F'reazzjoni għal dan, il-Malta Entertainment Industry and Arts, MEIA, qalet li tinsab imħassba ħafna bis-sentenza dwar il-każ ta' libell ippreżentat mill-attriċi.", "\"Jekk il-qrati tal-liġi ma jistgħux jagħmlu distinzjoni bejn l-artist u l-karattri li jinterpretaw, allura llum stabbilixxejna preċedent perikoluż u serju li jhedded ix-xogħol tal-artisti u l-libertà ta' espressjoni kreattiva.", "Aħna nesprimu s-solidarjetà tagħna ma' Pia Zammit.", "Meta wieħed minna ma jkunx protett, allura ħadd minna ma jkun.", "MEIA se tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex tipproteġi l-artist Malti.\"", "Bosta atturi fuq il-midja soċjali esprimew solidarjetà ma' Pia Zammit permezz ta' posts fejn juru diversi karattri li interpretaw filwaqt li jenfasizzaw li l-ebda minn dawk il-karattri ma jirriflettu l-personalità reali tagħhom.", "Fl-aħħar tal-posts jinkludu wkoll hashtag – #istandwithpia", "Bħal dejjem u f'kollox, kulħadd ikollu opinjoni.", "Iżda wieħed jistaqsi, x'inhu l-messaġġ li qed jitwassal mill-awtoritajiet dwar l-atturi u l-qasam innifsu?", "Din kawża li tilfet l-attriċi Pia Zammit bħala individwu, jew inkella hija telfa għal kull attur, għas-satira u ċ-ċittadin inġenerali?", "X'inhu l-messaġġ li qed jingħata lill-pubbliku fejn diġà teżisti mentalità fost uħud li ma jagħmlux distinzjoni bejn il-karattru li jiġi interpretat u dak reali?"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/05/il-pesta-tal-1813-1814-mario-coleiro/", "date": "05/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Wieħed mill-agħar flaġelli li kienu jħabbtu wiċċhom magħhom missirijietna kienet l-imxija ta' mard jittieħed li kien iħalli ħafna vittmi.", "Waħda mill-iktar imxija krudili kienet il-pesta li kienet magħrufa bħala l-mewt is-sewda.", "Sfortunatament din il-marda qerrieda ħakmet lil pajjiżna kemm-il darba u dejjem ħalliet devastazzjoni fost il-poplu.", "Propju 200 sena ilu bħal din is-sena kienet spiċċat l-imxija tal-pesta li kienet faqqgħet f'April tas-sena 1813.", "Malta dak iż-żmien kienet għadha kemm għaddiet minn gwerra waqt l-imblokk tal-Franċiżi.", "Il-ħakma Ingliża kienet għadha fil-bidu tagħha u l-poplu kien għadu qiegħed jaddatta ruħu għall-ħakkiema l-ġodda li kellhom mentalità differenti ħafna minn dawk ta' qabilhom.", "Barra minn hekk l-Ingliżi kienu protestanti u għalhekk ma kinux Kattoliċi bħal Maltin.", "Din il-ħaġa kienet qiegħda toħloq diversi kunflitti bejn il-Gvernatur u l-Isqof.", "Imma meta faqqgħet il-pesta kulħadd Kellu jiġbed ħabel wieħed biex iwaqqaf din l-imxija li f'sitt xhur qerdet 4,500 ruħ minn popolazzjoni ta' 116,000.", "Il-Gvernatur Oakes beda joħroġ regolamenti li kienu ibsin ħafna fosthom li min kien ikun infettat kien jiġi iżolat kompletament.", "Ħwejġu kienu jinħarqu ma' dak kollu li kien jipposjedi.", "L-ebda biċċa tal-baħar ma setgħet tidħol fil-Port il-Kbir jekk l-ewwel ma tagħmilx perjodu ta' iżolament fil-Port ta' Marsamxett u l-ekwipaġġ magħluq ġewwa Lazarett.", "Min kien jaħbi lil xi ħadd marid kien jingħata l-forka.", "Ingħalqu l-knejjes, it-teatri, il-ħwienet u l-qrati.", "Ħadd ma seta' jiltaqa' f'postijiet jew jiffurmaw folol ta' nies.", "Twaqqfet il-produzzjoni tal-Qoton u ngħalqu s-swieq u ħadd mill-irħula tal-kampanja ma seta' jidħol fl-ibliet ibiegħ ħalib, ħxejjex u frott.", "L-irħula bdew jiġu iżolati bil-barrikati u ħitan.", "Il-Belt Valletta nqasmet fi tmien distretti u dawn ġew kollha iżolati minn xulxin permezz ta' barrikati biex in-nies ma jitħalltux.", "Il-Gvernatur kien talab lill-Isqof biex joħroġ pastorali li fiha kien jordna li min jinqabad ma jobdix l-ordnijiet tal-Gvern kien jingħata d-dnub il-mejjet.", "F'dan il-perjodu l-Gvernatur Oakes temm il-kariga tiegħu bħala Gvernatur ta' Malta u minfloku laħaq il-Gvernatur Mailand li kompla ħarrex il-miżuri biex iwaqqaf din il-marda.", "Inġiebu tobba Ingliżi u Lhud biex jassistu lill-morda imma l-Maltin ma ħadux pjaċir bihom għax ma kinux Kattoliċi.", "Il-ħabsin inħarġu mill-ħabsijiet u ntbagħtu jġorru l-mejtin u jidfnuhom.", "Dawn ma damux ma ttieħdu u mietu wkoll.", "Għalhekk inġiebu merċerinarji minn Sqallija li Kienu nies bla ġieħ u ta' qattagħni.", "Ħadd ma kien jingħata trattament differenti, la jekk ikun nobbli, saċerdot jew jekk ikunu ġejjin minn familja fqira.", "Kif bniedem jittieħed il-familja tiegħu kollha u dawk li kellhom kuntatt miegħu kienu jisfaw iżolati u dak kollu li kien tagħhom kien jinħaraq.", "Madwar Malta u Għawdex kollu tħaffru ċimiterji li kienu ffurmati minn ħofra kbira li fiha kienu jintefgħu l-katavri u jitgħattew bil-ġir u wara jintradmu.", "Bil-mod kif bdiet is-sena 1814, il-marda bdiet tbatti sakemm bdiet tinqata' minn ċertu rħula u bliet.", "Il-belt tal-Isla kienet baqgħet l-unika post f'Malta kollha li ma ntlaqtitx minn din l-imxija qerrieda.", "Iżda din ma kinitx ix-xorti tal-kumplament ta' pajjiżna.", "Meta l-marda bdiet tbatti dawk il-postijiet li kienu għadhom maħkuma bdew jiġu aktar iżolati mill-kumplament tal-irħula.", "L-aħħar żewġ irħula li ħelsu mill-pesta kienu Ħal Qormi f'Malta u x-Xagħra f'Għawdex.", "Biex jiżguraw li ħadd ma joħroġ minn Ħal Qormi biex il-marda ma terġax tinxtered, dan ir-raħal kien imdawwar b'żewġ ħitan li wieħed kien għoli 10 piedi u l-ieħor kien 6 piedi.", "Dawn il-ħitan kienu mgħassa mit-truppu li kellhom l-Ordni u jekk xi ħadd jipprova jaqbeż il-ħitan kienu jisparaw fuqu.", "San-nofs is-sena 1814 Malta u Għawdex kollha kienu iddikjarati meħlusa mill-marda tal-pesta u għalhekk reġa' beda l-kuntatt ma' Sqallija.", "Hekk naraw li l-ħajja reġgħet bdiet ġejja għan-normal wara dawk il-problemi kollha.", "Imma minkejja li fiż-żmien tal-pesta kulħadd ingħaqad biex kienet megħluba din il-marda hekk kif spiċċat kulħadd reġa beda jiġbed il-ħabel tiegħu.", "Dan jidher ċar kif inqala' diżgwid kbir bejn il-Gvernatur Sir Thomas Maitland u l-Isqod Ferdinando Mattei fuq min kellu l-preċedenza fil-KonKatidral ta' San Ġwann biex jitkanta t-Te Deum ta' ringrazzjament għall-ħelsien minn din il-marda qerrieda.", "Din kienet ir-realtà li pajjiż Kattoliku ferventi bħal Malta kellu jitmexxa minn ħakkiema protestanti u ħlief waqt xi problema bħalma kienet dik tal-pesta, dawn iż-żewġ estremi dejjem baqgħu distakkati u jiġbdu lejhom."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/13/jomike-u-lydon-jirbhu-l-ewwel-edizzjoni-ta-maltas-got-talent/", "date": "13/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Id-duo tal-missier u l-iben Jomike u Lydon serqu l-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin permezz tal-makkjetti tagħhom li jirrappreżentaw waħda mit-tradizzjonijiet Maltin.", "Huma fil-fatt ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent.", "It-tim ta' skoperta.net nawguraw lil Jomike u Lydon!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/19/8-ta-settembru-mario-coleiro/", "date": "19/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Din id-data hija l-festa tat-twelid ta' Marija Santissima li hi importanti ħafna għall-knisja Kattolika.", "Iżda din il-ġurnata daħlet fl-istorja ta' pajjiżna u l-poplu tagħna b'avvenimenti li ġraw mall-medda tas-snin li fihom kollha naraw kif il-poplu Malti ħeles minn saram kbir proprju fit-8 ta' Settembru.", "Fl-1565 jiġi fi tmiemu l-assedju l-kbir li kien determinant għas-sopravivenza tal-poplu Malti u tal-Ordni ta' San Gwann.", "Wara tliet xhur ta' taqbid , tbatija u taqtigħ il-qalb fejn rajna attakki qalila fuq il-Forti Sant Iermu li ċediet nhar it-23 ta' Ġunju fl-1565.", "Wara saru attakki minn kullimkien fuq il-Birgu u l-Isla li rnexxilhom jirreżistu kull attakk.", "Nhar it-8 ta' Sertembru l-imperu Ottoman iċedi u jaħrab minn Malta.", "Fl-1800, wara sentejn ta' imblokk kontra l-qawwiet Franċiżi li l-Maltin waħedhom irnexxilhom jasedawom fil-Belt Valletta u fil-Kottonera.", "F'din l-ispeċi ta' gwerra civili mietu eluf ta' Maltin li ċarċru demmhom għal art twelidhom.", "Wara li waslet l-għajnuna Ingliża jasal il-jum tat-8 ta' Settembru meta Alexander Boll akkumpanjat mill-mexxejja Maltin jidħlu lura fil-Belt Valletta rebbieħa wara li ċedew il-Franċiżi.", "Fl-1943, waqt il-purċissjoni ta' Marija Bambina ġewwa l-Isla nhar it-8 ta' Settembru jitħabbar li l-Italja kienet ċediet .Dan kien ifisser li għal Malta kien wasal it-tmiem tat-tieni gwerra dinjija.", "Il-poplu Malti għal tliet darbiet isalva minn saram kbir nhar it-8 ta' Settembru jum it-twelid ta' Marija Santissima."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/26/l-istrina-2020-flimkien-bsolidarjeta-iktar-minn-qatt-qabel/", "date": "26/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ftit aktar minn siegħa ilu, bdiet l-Istrina.", "Is-sinifikat tal-Istrina huwa dak ta' għaqda u solidarjetà, fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Wieħed jista' jgħid li aħna bħala ċittadini għandna dover li ta' kull sena nkunu parti mill-Istrina, u għalkemm kull wieħed u waħda minna nistgħu niġu bżonn l-għajnuna iżda dik mhijiex ir-raġuni ewlenija li wieħed għandu jgħin.", "Għandna nagħtu s-sehem tagħna u ngħinu mill-ftit li nistgħu għaliex madwarna hawn persuni li qiegħdin ibatu aktar minna, ħafna drabi fis-silenzju wkoll u jiddependu mill-għajnuna tagħna.", "Din is-sena hija edizzjoni speċjali għaliex mhux biss timmarka l-25 edizzjoni ta' L-Istrina, iżda wkoll għaliex din is-sena kienet waħda diffiċli għal kulħadd u għaldaqstant l-isfidi u l-bżonnijiet ta' min hu aktar fil-bżonn kibru u żdiedu.", "Il-kura ta' diversi persuni tiddependi mis-sehem li se nagħtu illum.", "Bil-ftit tiegħek tista' tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta' ħafna individwi.", "Li tagħti tama ta' ġejjieni aħjar lil min hu għaddej minn mumenti diffiċli huwa wieħed mill-isbaħ rigali li qatt tista' tagħti filwaqt li l-paċi u s-sodisfazzjon li tirċievi lura huma rigali mill-isbaħ li tirċievi lura int.", "Agħti d-donazzjoni tiegħek permezz ta' dawn in-numri:", "Ċempel:", "L-Istrina qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.", "Tista' wkoll issegwi xandira diretta online minn hawn:", "Flimkien b'solidarjetà, iktar minn qatt qabel!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/27/ingabru-l-fuq-minn-e6-5-miljun-waqt-l-istrina/", "date": "27/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Minkejja l-isfidi kollha li l-poplu Malti u Għawdxi kellu jiffaċċja f'din is-sena, ilbieraħ ta sehmu, iktar minn qatt qabel f'din il-kawża ġusta.", "Sa nofsilejl kienu nġabru 'l fuq minn 6.5 miljun ewro.", "Il-President George Vella esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li taw kontribut biex l-Istrina 2020 tikseb tant suċċess.", "Aktar kmieni fil-bidu tal-maratona, huwa appella biex L-Istrina tibda tissejjaħ Jum l-għaqda Nazzjonali, għaliex huwa l-jum fejn il-poplu Malti u Għawdxi juri kemm hu kapaċi jkun b'saħħtu meta jingħaqad, 'il bogħod mid-differenzi kollha.", "Il-linji tad-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħin, għaldaqstant flimkien nistgħu nkomplu nkabbru s-suċċess tal-Istrina permezz ta' dawn in-numri:", "Ċempel:", "Ftakar li bil-ftit tiegħek tista' tagħmel differenza kbira."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/12/filmat-single-mother-bla-xoghol-binizjattiva-biex-tghin-nies-ohra-jsibu-xoghol-u-l-imhabba/", "date": "12/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["\"Ha niprova nejn nies hekk ma tistux isiebu xoghol ejduli u nitkelem alikhom ha nghamel group ukoll , ghamilt group anki hekk et tfitcu partner seww ghamiltilkhom group, et li jejduli hbieb baranien li huma isiebu xoghol ,tkelimt li karta biss tawni li jejnu nies bla xoghol, cempilt all xogholijiet u ibat CV Jo bil posts qaluli biss ma kelmuniex\" – Maria Vella", "Maria Vella, single mother li bħalissa tinsab bla xogħol taqsam l-esperjenzi personali tagħha permezz ta' filmat mid-dar tagħha bl-għan li tgħin nies oħrajn li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili tagħha biex isibu xogħol u l-imħabba f'ħajjithom..", "Il-filmat li hu twil iktar minn siegha u għoxrin minuta jibda fil-bitħa tagħha, li qiegħda fi bżonn ta' manutenzjoni skont kliemha stess, biex wara ftit tkomplih fis-salott minħabba li bdiet tqattar ix-xita.", "Hi tinsisti li l-istat tal-bitħa tagħha, li mhijiex f'pożizzjoni li tirranġaha, qiegħda tippreġudika l-possibilità li taqta' x-xewqa tagħha li tadotta qattus.", "Tul il-vidjo hi twassal il-messaġġ tagħha b'mod ripetuttiv u tisħaq li ħafna Maltin joqgħodu lura milli jitkellmu għax jistħu iżda hija temmen li biex l-affarijiet forsi jittranġaw trid titkellem u ssemma' leħnek.", "Maria għandha YouTube Channel fejn ittella' diversi filmati tagħha titkellem b'mod dirett għall-aħħar u tesprimi frustrazzjonijiet dwar suġġetti soċjali li jitrattaw ir-realtà li hi tgħid li ħafna qiegħdin jgħixu.", "Minkejja s-sitwazzjoni tagħha wieħed jista' jara li żżomm id-dehra tagħha tajba ħafna, u fil-fatt hija qalet li tħossha ta' importanza li xorta żżomm din l-apparenza għaliex għall-interviews trid tidher tajba.", "Fil-bidu tal-filmat, Maria titkellem dwar kif saret taf raġel gradwat u saret tħobbu mill-ewwel, iżda sfortunatament ir-relazzjoni spiċċat ħesrem għax kien jgħidilha li hu ta' waħdu.", "Dan però jidher li serva ta' ispirazzjoni għaliha għax qiegħda tippjana li tikteb skript ta' film ibbażat fuq din l-esperjenza.", "Tispjega kif ġiet imwarrba mix-xogħol tagħha u li minkejja li għandha ħafna esperjenza f'diversi oqsma, hija għadha ma tistax issib xogħol.", "Tul il-filmat narawha tiprova turi l-ħiliet tagħha fl-użu tal-lingwa Ingliża u Taljana u teżebixxi xi ħwejjeġ biex turi li m'għandha xejn inqas minn ħaddieħor.", "Titkellem dwar dak li skont hi huma inġustizzji ta' kif jintagħżlu ċerti impjegati u tiddeskrivi ineffiċjenzi fis-settur pubbliku fejn minħabba fihom qalet li ma rċevitx iċ-ċekk tas-sigurtà soċjali li hi intitolata għalih.", "Issemmi li l-għajnuna soċjali mhijiex biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż ta' omm waħedha llum il-ġurnata u tiddenunzja in-nuqqas ta' flessibiltà li ċerti mpjiegi jġibu magħhom.", "Lejn l-aħħar tal-filmat waqfet milli kienet qed tgħid u marret tiftaħ lit-tifel tagħha ta' 14-il sena li hija tgħid li rabbiet waħedha.", "Għall-għan tagħha biex tgħin lin-nies isibu l-imħabba, fetħet ukoll dating page fuq Facebook għal kull età 'il fuq minn 18-il sena.", "Tgħid ukoll kif beħsiebha tgħin nies li bħalha qiegħdin ifittxu xogħol permezz tal-midja soċjali.", "Filwaqt li ħeġġet lil kull min qed ifittex xogħol biex jikkuntattjaha fakkret dwar l-importanza li nieħdu ħsieb xulxin f'dan iż-żmien ta' pandemija.", "Segwi l-filmat:"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/13/wara-l-hitan-tal-isptar-monte-karmeli/", "date": "13/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ftit ġranet ilu fuq il-midja soċjali bdiet tiċċirkola storja ta' mara Olandiża li qasmet l-esperjenza qarsa li għaddiet minnha fit-tmint ijiem li għamlet ġewwa l-isptar Monte Karmeli.", "Hija kienet pazjenta rikoverata fi Frar li għadda u tiddeskrivi l-ambjent tal-isptar Monte Karmeli bħala \"infern\".", "F' blogpost fuq sidestreetmalta.com hija tirrakkonta fid-dettall dak kollu li rat u li għaddiet minnu.", "Hija tgħid li minn barra, l-isptar jidher tajjeb, trankwill u pjaċevoli.", "Fid-daħla ssib roundabout b'funtana, fjuri u arbuxelli miżmuma tajjeb, u bini deċenti.", "Imma dak li hemm wara din il-faċċata jirrakonta storja kompletament differenti.", "Fost dak kollu li rrakkontat, enfasizzat partikolarment dwar in-nuqqas ta' iġene, konfużjoni u diżorganizzazzjoni.", "Iddeskriviet l-ambjent tas-sala li kienet fiha simili ta' dik tal-ħabs.", "Semmiet ukoll nuqqas ta' metodi ta' terapija u dak li wieħed jista' jagħmel biex iħossu aħjar.", "Saħqet li tinsab grata ħafna għall-kura li rċeviet mill-istaff profiċjenti, u li kienu huma u medikazzjoni tajba li effettivament għenuha toħroġ mill-psikożi.", "Tgħid li l-psikjatri kwalifikati u l-infermieri iddedikati jirnexxilhom ipattu, kemm jistgħu għall-istat ħażin li jinsab fih l-isptar.", "Tkellmet ukoll mal-gazzetta Times of Malta fejn qalet li qed titkellem proprju issa wara li għelbet l-episodju tagħha ta' psikożi u kisbet biżżejjed kunfidenza biex tagħmel dan.", "Hu fatt magħruf li mill-esperjenza tagħha sal-lum ftit li xejn inbidlet is-sitwazzjoni.", "Fil-fatt, l-assoċjazzjoni tal-psikjatri iddeskriviet l-isptar Monte Karmeli bħala mhux adattat għall-iskop tiegħu u talbet għal sptar temporanju tas-saħħa mentali sakemm jinbena ieħor ġdid ħdejn Mater Dei.", "Min-naħa tagħna, filwaqt li nittamaw li tinstab soluzzjoni ta' alternattiva temporanja b'ambjent aktar sikur u xieraq, inħeġġu lilek li qed tħoss li għandek bżonn l-għajnuna sabiex titkellem u tfittex l-għajnuna kollha li għandek bżonn."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/12/minn-holma-ghall-infern-l-ewwel-storja-umana-minn-stephanie-chircop/", "date": "12/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Intervistajt mara li xtaqet tibqa' anonima, fuq l-esperjenza li għaddiet minnha f'żgħozitha u li tista' tgħid bidlitilha ħajjitha.", "Persuna li rat applikazzjoni fuq il-gazzetta għal opportunità fuq xogħol ta' hairdresser barra minn xtutna, applikat u sabet ruħha ittrafikata għal skopijiet żienja.", "X'ħajjrek tapplika għal dan ix-xogħol?", "Jien minn dejjem kont inħobb ix-xagħar.", "Kont ili naħdem minn mindu kelli 14-il sena u l-ħolma tiegħi dejjem kienet li xi darba nkomli nitħarreġ u niftaħ hairdressing salon għal rasi.", "Kif rajt l-applikazzjoni fuq il-gazzetta ġġennint għax kienet dik l-opportunità li kont ilni nistenna!", "Din kienet opportunità li naħdem ġewwa s-Saudi Arabja ġo salon rinomat għal sitt xhur.", "Ċempilt in-numru li kien hemm fuq l-applikazzjoni, qabditni mara Maltija u għamilna appuntament biex niltaqgħu sabiex nitkellmu iktar fid-dettal.", "Ġrejt ngħarraf mill-ewwel lil ommi u l-missieri bl-appuntament, avolja jkolli nistqarr li ommi ma tantx kellha feeling sabiħ fuq din il-biċċa.", "Sewwa jghidu, qalb l-omm tħebber!'", "Kemm kellek żmien?", "Kelli 20 sena u kont fil-fjur ta' żgħożiti.", "Kont għarusa ġuvni li kien jirrisspettani ħafna u ma ridnix immur!", "Ovvjament, kont diġà deċiża u għażilt li mmur xorta.", "Kelli kollox lest biex niżżewweġ iżda rnexxieli nikkonvinċieh li dan il-pass kien pass importanti ħafna għall-ġid finanzjarju tagħna.", "U għaddiet tiegħi!", "Kif mar l-appuntament u x'kienet l-offerta li għamlitlek?", "Kollox kien jidher sabiħ u kollox beda jħajjarni.", "Kienet mara attraenti ħafna u tan-negozju.", "Kellha kariżma u ħadet grazzja miegħi.", "Riditni nitla' għal sitt xhur u offrietli li noqghod fl-appartament tagħha biex tiffrankali l-flus.", "Qaltli li se tgħallimni ħafna u li se tagħtini saħansitra paga tajba wkoll.", "Talbitni d-dokumenti mill-ewwel għaliex qaltli li f'pajjiż Għarbi jdumu ftit biex jgħadduhom peress li mara!", "Iżda serħitli rasi li magħha ma kien se jonqosni xejn.", "Waslet il-ġurnata tas-safra.", "Ħudni fuq vjaġġ sas-Saudi Arabja.", "Niftakar qisu l-bieraħ Steph.", "Kont veru eċċitata li se tibda l-avventura tiegħi.", "L-għarus tiegħi wassalni l-ajruport għax hi kienet diġà telqet.", "Ftehmna li niltaqgħu Kajr, l-Eġittu u qaltli biex nitgħatta minn rasi sa saqajja minhabba l-kultura tagħhom.", "Tinsiex li f'postijiet Għarab in-nisa ma kinux stmati, u għadhom.", "Però kienu agħar mil-lum il-ġurnata.", "Sakemm ħadt l-ewwel pass fuq l-eskelejter, l-għarus tiegħi ma telaqnix minuta u għadni niftakar kemm għafasli qalbi bil-biki li beka.", "Sa l-aħħar ma ridnix immur!", "Iżda ma stajtx indur lura, issa tard wisq.", "Irkibt l-ajruplan waħdi sa Kajr u kif inżilt stennejtha fl-ajruport għax dawk kienu l-istruzzjonijiet li tatni.", "Irġiel biss kull fejn tħares, nisa ma tarax.", "Stennejt ftit mhux ħażin, imbagħad ċemplitli biex tgħidli li kienet waslet.", "Kont bilqiegħda fil-gate tal-connection flight u fil-pront nisma' raġel jgħajjat 'Madame Madame'.", "Kienet liebsa libsa bajda trasparenti mill-iktar indiċenti u kull raġel li kien hemm dar magħha, donnhom xi servjenti.", "Irrealizzajt li f'dawn il-postijiet kellha s-saħħa u kienet mara importanti.", "Qalbi għamlet tikk!", "U dlonk irrealizzajt ukoll li dħalt f'nassa kbira.", "Irkibna l-ajruplan u ġejna mogħtija l-aqwa postijiet bħala VIP fil-Club Class.", "Kulħadd idur magħna u jaqdina mill-koxxa.", "Kien vjaġġ twil għall-ajruport internazzjonali King Abdulaziz u għajjejt ħafna.", "Matul il-vjaġġ tatni iktar struzzjonijiet u ħakmitni ħafna biża.", "Qaltli biex ma nieħu xejn mingħand ħadd, ma nkellimx irġiel u ma ndaħħalx irġiel id-dar.", "Diġà kont bdejt nisħet is-siegħa u l-mument li qiegħda hemm u irrealizzajt mill-ewwel kemm ħallejt imħabba warajja.", "Ħallejt nies li kienu jipproteġuni.", "Issa ma kelli lil ħadd.", "Issa kont waħdi!", "Wasalna fl-ajruport ta King Abdulaziz u ġie r-raġel tagħha għalina.", "Hemm skoprejt li kienet miżżewġa, iżda għal xi raġuni r-raġel tagħha ma kienx jidher sewwa.", "Kien qisu marid u bdiet tistmah qisu xi skjav.", "Kien akkumpanjat minn xi rġiel oħra.", "L-affarijiet li qaltli biex ma nagħmilx bdiet tagħmilhom hi.", "Tiċċaċċra mal-irġiel li kienu magħna fil-karozza b'ħafna kunfidenzi.", "Kulħadd iħares lejja b'intenzjonijiet żienja.", "Ħassejtni mneżża'.", "Ħassejtni mneżża' minn kull dinjità u rispett.", "Il-vjaġġ tal-karozza kien wieħed twil ukoll, però wasalna b'wiċċ il-ġid.", "Niżżlulna l-bagalji u minnufih bdiet iddawwarni mal-palazz u anki mas-salon li kien parti minnu.", "Salon il-ġmiel tiegħu, kbir, spazjuz u atrezzat b'apparat mill-aqwa, lissint tbissima.", "Kien imiss imbagħad li teħodni fil-kamra tiegħi.", "Kmajra żgħira ħafna b'sodda, gwardarobba u skrivanija.", "Kollox ippustjat bl-eżatt, iżda kellha gallarija ċkejkna.", "Lanqas kienet qisha parti mill-palazz li urietni.", "Kif kienet l-esperjenza tal- hairdressing ?", "Kellha mpjegata oħra magħha.", "Ma kinitx tħallina nitkellmu.", "Kienet toqgħod għassa fuqna.", "Hemmhekk it-tradizzjonijiet huma differenti għall-ahhar.", "Konna naħdmu ħinijiet twal ħafna u xagħar in-nisa kien oħxon immens.", "It-tiġijiet kienu jsiru fit-tlieta ta' filgħodu u l-għarusa kienet iġġib magħha reġiment bridesmaids.", "Konna naħdmu qisna annimali u konna mmexxulha l-ħanut aħna.", "Meta wasalt biex nieħu l-ewwel paga skoprejt li kienet paga minima u ma tagħtilix!", "Qaltli li se ġġemmagħhomli hi u tagħtihomli qabel nitlaq.", "Ma kinitx titmani, kont insofri l-ġuħ u bdejt nimrad.", "Kont inbati b'uġigħ ta' ras qawwija.", "It-tabiba kienet tatni xi pilloli u kont naħbihom fil-keffa ta' libsa partikolari.", "Darba fost l-oħrajn qamet f'nofs ta' lejl, ġiet fil-kamra, fetħet il-gwardarobba, qabdet il-libsa u ċartitha sakemm waqgħu l-pilloli mal-art.", "Ikkonvinċejt ruħi li din il-mara kienet imxajtna!", "Darb'oħra kont qed naħdem u waqgħajt mal-art b'ħass ħażin.", "Ma riditx teħodni l-isptar iżda żewġha offra li jeħodni hu.", "Ma nafx kif aċċettat!", "Skoprejt li waqgħajt f'enemija u t-tabiba qaltli li kelli bżonn insostni ruħi sew għax kont anki fil-periklu li nitlef ħajti.", "Għalfejn imradt?", "U jien ma kellix flus biex nixtri l-ikel.", "Apparti hekk ma stajtx noħroġ mid-dar għax kif kienu jaraw mara waħedha barra kienu jiġbruha l-pulizija!", "Ġieli kienet tagħtini l-fdalijiet tal-platt tagħha u kont inħossni xxurtjata.", "Kienet tgħidli biex nuża t-tips biex nixtri l-ikel, u meta kont nixtri kienet teħodhomli.", "Biex nagħmel belgħa te kien ikolli naħbi t-tea bag!", "Ir-raġel tagħha ma kienx joqgħod magħha.", "Iżda ġieli kont ninzertah fil-palazz u kemm-il darba tajt is-salt biex inkellmu!", "Kien raġel beżżiegħ però kien jitħassarni ħafna.", "Kien jagħtini xi ikel hu.", "Darba iddubbali karta u pinna u iddeċidejt li nikteb ittra lill-familja.", "Ġieli ħallietni nċemplilhom iżda kienet toqgħod maġenbi u ġġegħlni ngħidilhom li jien kuntenta u li kollox kien sew.", "Kont nibki kull filgħaxija, kif immidd rasi fuq l-imħadda.", "Kont indawwar il-kuruna tar-rużarju li ommi wadbitli fil-basket ma' jdejja u kont nitlob.", "Maż-żmien it-talb beda jiġi karba biex ma nsebbaħx filgħodu..", "Ma ridtx ngħix iktar.", "Kont nitlob lil Alla biex jeħodni.", "Kienu jkunu ħafna l-mumenti li kont inħares lejn il-gallarija bħala l-unika opportunità biex intemm dan il-martirju.", "Iżda Alla ma ridnix..", "Għalfejn tqis din l-esperjenza bħala traffikar uman?", "L-iskop ta' dan kollu kien hekk biss.", "Kienu jiġu rġiel differenti kull filgħaxija u kienet iddaħħalhom fil-kamra tiegħi.", "Darba ġie raġel u qalli li ħajjartu ħafna minn fuq ir-ritratti.", "Hemm skoprejt li kienet teħodli r-ritratti mingħajr kunsens, meta kont inkun rieqda u kienet turihom lill-irġiel.", "Riditni naħdem għaliha kemm bħala hairdresser kif ukoll f'affarijiet oħra.", "Mill-ftit saħħa li kien għad fadalli xi ħaġa kienet qisha tagħtini ftit kuraġġ.", "Din ma kienet xejn għajr l-imħabba li kelli tistennieni d-dar.", "U daħħalt f'rasi li se nerġa' ningħaqad magħhom akkost ta' kollox.", "Ma stajtx naħrab għax ma kellix flus.", "Bdejt nipprova nikkonvinċiha li nixtieq ninżel lura Malta biex niżżewweġ u nerġa' nitla'.", "Kienet tiddieħak bija iżda darba fost l-oħrajn ġiet id-dar b'libsa tat-tieġ!", "Qaltli li riditni niżżewweġ bil-libsa li xtratli.", "Kienu għaddew sitt xhur fl-infern tad-dinja u kienet qaltli li qatgħetli passaġġ.", "Qaltli li se twassalni l-ajruport u li ma kienet se tgħini xejn biex immur lura.", "Il-pagi ma tathomli qatt!", "Qaltli li se tagħtihomli malli nerġa' nitla' lura.", "Kien il-mod li użat biex tirrikattani.", "Kemm domt is-Saudi Arabja u rnexxielek tinżel lura Malta?", "Irnexxieli nikkonvinċiha u ħallietni nitlaq.", "L-affarijiet tiegħi ma ħallitnix neħodhom.", "Il-ħwejjeġ, il-flus u l-affarijiet li tellajt miegħi ħallejthom kollha warajja.", "Kulma ħadt kien il-passaport u l-handbag.", "Ir-raġel tagħha kien wassalni l-ajruport u kien tani xi ftit flus.", "Ma kellix saħħa.", "Il-vjaġġ ma ried jispiċċa qatt.", "Sakemm kont qed nistenna fl-ajruport kienu se jarrestawni l-pulizija għax ħasbuni prostituta!", "Bdejt naqta' qalbi iżda l-fidi li kelli f'Alla ma ħallitnix.", "Kif wasalt Malta spiċċajt l-isptar.", "L-għarus tiegħi u l-familja kienu rrabjati ħafna iżda ma flaħtx għal iktar inkwiet.", "Kont ċempiltilha u għidtilha li ma kontx se nersaq iktar lejn is-Saudi Arabja.", "Hedditni li tirrovinali ħajti.", "L-għada li żżewwiġt spiċċajt l-isptar u bqajt nimrad ħajti kollha.", "Però rnexxieli niftaħ is-salon tiegħi li grazzi lil Alla żamm is-suċċess sakemm ħriġt bil-penzjoni.", "X'messaġġ tixtieq tgħaddi lil dawk kollha li qed jaqraw l-istorja tiegħek?", "Il-Bambin iħares lil kulħadd minn dak li għaddejt minnu jien.", "Qatt m'għamilt xejn ħażin u qatt ma weġġgħajt lil ħadd.", "Kont insibha diffiċli biex nifhem għaliex kien jixraqli dan kollu.", "Fil-ħajja trid tapprezza s-sabiħ kollu li jkollok madwarek għaliex kultant inħoss li aħna aljenati wisq u megħdijja bil-materjaliżmu.", "Kienet fil-fatt l-imħabba li żammitni ħajja.", "U dan huwa l-messaġġ tiegħi.", "Tintilfux titpeċpċu tħarsu lejn l-istilel u tinsew tħarsu lejn il-qamar!", "Nirringrazzja minn qalbi lil din il-mara talli qasmet miegħi din l-esperjenza.", "Ikolli nammetti li qabżitli demgħa wkoll.", "Tirrealizza kemm hawn min ibati, ħafna drabi fis-silenzju, u kemm għandna nkunu grati għal kull ġurnata li nsebbħu qawwijin u sħaħ."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/19/awdjo-vjagg-li-garrafni-u-wellidni-mill-gdid-storja-umana-minn-stephanie-chircop/", "date": "19/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Iltqajt ma' ġuvni barrani tlett snin ilu u bqajna ħbieb.", "Naf li ilu joqgħod Malta żmien twil iżda qatt m'għaddietli minn moħħi nistaqsih kif u għaliex, sakemm xi ħadd interessatu l-ewwel storja umana ta' Skoperta u ġie jtarraffli xi ħaġa żgħira fuq l-istorja ta' ħajtu.", "Inzertajt inkellmu bil-kunfidenza u staqsejtu minnufih nistax naqsam l-esperjenza tiegħu mal-qarrejja tagħna..", "\"Ma niħux gost nitkellem fuqha għax il-konsegwenzi ta' dak li għaddejt minnu nibqa' nġorrhom miegħi ħajti kollha, iżda ma niddejjaqx naqsamha miegħek għax naf li l-intenzjoni tiegħek hija waħda ġusta.", "Nixtieq li l-qarrejja jkunu jafu minn xiex għaddejt ħalli jitgħallmu jaraw il-pożittiv u japprezzaw iktar ħajjithom,\" kienet ir-risposta tiegħu.", "Minnufih qbadt id-djarju u l-pinna u beda r-rakkont.", "Tefa ħarstu 'l isfel, ħa nifs fil-fond u dak li s-soltu jkun wiċċ daħkani, issa sserja u tbikkem….", "Iddesskrivi ftit min int u minn fejn ġej.", "Jien ġuvni mill-Eritrea.", "Fortunatament ommi u missieri għadhom ħajjin.", "Konna disat itfal iżda tlieta mietu, ma tantx niftakar biex…fadalli żewġ aħwa nisa u erba' rġiel.", "Niftakarna ngħixu fil-faqar u fil-gwerra, ġo villaġġ jismu Afeba.", "Minn dejjem kont inħobb l-iskola iżda l-qagħda finanzjarja tagħna m'għamlitiex possibbli biex inkompliha.", "Kienet deċiżjoni iebsa ħafna għaliex eżatt kif tieqaf mill-iskola jiġbruk għall-armata.", "Skola ma stajtx inkompli għax ridt ngħin lil familti, u għaldaqstant għażla waħda kien għad fadal, naħdem bil-moħbi u ngħix moħbi mill-gvern.", "Ovvjament il-ġenituri tiegħi ma ridunix nidħol fl-armata għax kienu jistmgħuk ħażin ħafna.", "Il-pajjiż jitmexxa b'dittatorjat u biex tkun stmat trid tinsa lill-familja, tagħmel li jgħidulek, tinsa l-valuri u tispiċċa qisek annimal mingħajr emozzjonijiet.", "Missieri kien fl-armata u baqa' sakemm ħarab.", "Hekk għadu fil-fatt, maħrub!", "Kien jiġi jarana bil-moħbi u tista' tgħid li ommi rabbietna waħedha.", "Jekk Alla ħares qatt jinqabad, joqtluh.", "Kif iddeċidejt li taħrab mill-pajjiż?", "Kont inħossni neżisti u mhux ngħix.", "Kont inħares lejn ommi u missieri u kont nara l-bahh.", "Kont nara t-tbatija f'għajnejhom, ħajja mingħajr futur.", "Kont iddeċidejt li ma rridx ngħix bħalhom.", "Ħija ta' qabli kien ħarab sentejn qabel, iżda mar l-Iżrael.", "Beda ħajtu mill-bidu u llum jgħix ħajja diċenti.", "Meta kelli sittax-il sena diġà kont daħħaltha f'rasi li nagħmel bħalu.", "Il-ġenituri tiegħi ma ridunix nitlaq, ovvjament biex jipproteġuni.", "Ħafna kienu dawk li ħarbu u spiċċaw maqtula.", "Ma kkonvinċewnix.", "Kont lest li mmut milli ngħix hekk..madanakollu veru ma kellix idea ma' xiex kont se nħabbat wiċċi.", "(…ħallejtu jirrakkonta…)", "Lestejt barżakka bi ftit ikel, bagalja żgħira bi ftit ħwejjeġ u lestejthom fejn il-bieb ta' barra bil-lest.", "Kien Marzu tal-2013, kont għadni nagħlaq 17-il sena u kont eċitat ħafna imma mbeżża' fl-istess ħin.", "Ħija kien qabbadni ma' xi nies biex ituni l-informazzjoni kollha li kelli bżonn u mill-Israel kien jibgħatli l-flus li kelli bżonn għat-trasport.", "Ma kontx se naħrab wahdi.", "Kelli xi ħbieb li kienu jafu n-nies u għamlu l-arranġamenti meħtieġa.", "Is-suldati kienu jgħassu kullimkien u għaldaqstant il-ħarba bil-fors kellha tkun mal-lejl.", "Il-pjan kien li naqsmu l-fruntiera biex nidħlu l-Etijopja.", "Tlaqna għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta' filgħaxija u qbadna nimxu.", "Wara ħdax-il siegħa mixi fid-dlam wasalna ftit il-bogħod mill-fruntiera.", "Kienu t-tmienja u nofs ta' filgħodu.", "Ħaffirna gandott fil-ħamrija u staħbejna hemm il-ġurnata kollha sakemm reġa' dalam.", "Konna għajjenin mejta u saqajja bdew juġgħuni ħafna.", "Iż-żarbun selaħni u saħansitra ħariġli anki d-demm minn ma' subajja.", "Marret għajnna bina u stenbaħna fl-għaxra ta' bil-lejl.", "Qomna, ġbarna l-affarijiet u komplejna l-mixja.", "Wara tlett sigħat wasalna l-Etijopja.", "Laqgħuna grupp suldati li kienu jafu bina u talbuna l-flus mill-ewwel.", "Tajnihom elf u tmien mitt dollar kull wieħed u eskortawna ġo kamp apposta.", "Ma konniex waħedna.", "Kien hemm ħafna Eritreani li kienu qed jiġu interrogati.", "Bażikament dawn isaqsuk ħafna mistoqsijiet biex ikunu jafu min int, x'kien xogħlok jew qatt kontx taħdem mal-gvern.", "Dawn tal-aħħar kienu jżommuhom għalihom biex permezz tagħhom ikunu jistgħu jitkixxfu x'inhu jagħmel il-gvern Eritrean.", "Lilna tefgħuna ma' dawk li ma kellhomx bżonn iżda ittrattawna tajjeb.", "Kienu jitimgħuna u jipprovdulna xi mediċini wkoll.", "Però irrealizzajna li dawk l-elf u tmien mitt dollar servew biss biex nidħlu l-Etijopja.", "Qabel bdiet il-gwerra, waħda mill-kuġini tiegħi marret tgħix fil-Belt kapitali tal-Etijopja, Addis Ababa, u baqgħet hemm.", "Iddeċidejt li naħrab u mmur għandha.", "Sħabi riedu jiġu miegħi iżda ma kellhiex fejn iżżommna kollha allura telqu għal rashom.", "Madanakollu xorta żammejna kuntatt bil-mowbajl.", "Għamilt xahar għand kuġinti.", "Xejn xejn stennejt anki l-ġrieħi ta' saqajja jingħalqu u striħajt sewwa.", "Fil-frattemp sħabi u jien ippjanajna l-vjaġġ li jmiss u ħija mill-Iżrael reġa' bagħtli iktar flus.", "Il-waqfa li jmiss kienet is-Sudan.", "Kuġinti ma riditnix nitlaq iżda l-ħolma ewlenija tiegħi kienet li nasal l-Ewropa u nibda ħajti hemm.", "Qalulna li kellna bżonn ħames mitt dollaru għat-trasport, din id-darba trakk.", "Iltqajt ma' sħabi u tlajna.", "Konna tmienja mistoħbija fuq wara iżda issa bdejna nħabbtu wiċċna ma' nies bla qalb.", "Għaddewna mid-deżert u f'ħin minnhom waqafna.", "Is-sewwieq fetaħ il-kaxxa ta' wara u ordna lil wieħed minn sħabi biex jinżel.", "L-iskop kien li nħallsu iktar flus.", "Inzerta kellu xi ħaġa tal-flus u tahomlu kollha.", "Erġajna waqafna darb'oħra u reġgħu niżżlu żewġ persuni oħra li kienu magħna, fosthom tfajla.", "Ma kellhomx flus u telaqhom hemm.", "Għadni nisma l-bikja ta' dik it-tfajla…kemm għajtet u xejret idha għarkupptejha fuq ir-ramel… Kienet għadha kemm tgħidli li tixtieq tgħin lil ħutha jistudjaw u tagħmel lill-ġenituri tagħha kburin biha.", "Ma flaħtx inħares lejha sakemm niżlet il-bieba tat-trakk.", "Żgur li mietu għax lanqas ikel ma kellhom.", "Hemm bdejt nittrawmatizza ruħi.", "Bdejt niċċassa u beda jitlaq l-aptit.", "Ma bqajtx inżomm amment ta' ħin u ġranet iżda b'xi mod qbiżna l-fruntiera u dħalna s-Sudan.", "Arresstawna u tefgħuna jumejn il-ħabs.", "Inqatgħetilna li jeħduna lura lejn il-kamp Etijopjan iżda kif qbadna t-triq, is-sewwieq ħataf l-opportunità biex jaqla l-flus, kif jagħmel kulħadd.", "Talabna elfejn dollaru kull wieħed biex iwassalna Khartoum u tajnihomlu.", "Kollha konna ngħinu lil xulxin fil-flus.", "Għamilna patt flimkien li jiġri x'jiġri nibqgħu flimkien u naslu fid-destinazzjoni flimkien.", "Ma kontx ngħidilhom, iżda iktar ma beda jgħaddi żmien iktar bdejt niddubita li dan se jseħħ.", "Is-Sudaniżi kienu kattivi.", "Sawtuna ħafna anki sakemm konna l-ħabs.", "Sawtuna għalxejn.", "Ġismi kien imfarrak u bdejt nimrad.", "Is-sewwieq waqqafna f'nofs triq, niżżel lil wieħed minn sħabi u talbu għoxrin elf dollaru.", "Ma kellniex flus u sparalu f'saqajh.", "Hemm irrealizzajt li l-possibilità li mmut kienet kbira mhux ħażin.", "Għaddieli ħsieb, ftaħt il-bieba u ħrabt niġri.", "Hemm kienet l-aħħar darba li rajt lil sħabi.", "B'xi mod irnexxieli nagħmel kuntatt ma' ħija u qabbadni ma' ħabib tiegħu li kien jgħix fl-inħawi u mort noqgħod ftit miegħu.", "Wara gimgħatejn kien reġa' jmiss vjaġġ ieħor.", "Il-ħabib tagħna qabbadni ma' xi ħadd u ftehmna li jwassalni sal-villaġġ bi trakk, minn fejn u mbagħad kelli naqbad karozza oħra sal-Libja.", "Irnexxieli nippakkja ftit ikel u ilma, ftit ħwejjeġ u anki flus iżda kont beżgħan ħafna.", "Ma bdejt nafda lil ħadd iżda ma kellix għażla oħra ħlief li nieħu r-riskju u noqgħod għal li jgħiduli.", "Hekk stess issa ħaj jew mejjet ma tantx kienet se tagħmilli differenza.", "Il-ħolm li kelli beda jisfaxxa fix-xejn…Irkibt fit-trakk u radamni bil-ġebel biex ma nidhirx.", "Tbenġilt kollni u kont qisni qlajt xebgħa.", "Wasalna bit-trakk ġo dan il-villaġġ u laqagħni raġel.", "Segwejtu u laqqani ma' sebgħa u għoxrin persuna oħra li kienu se jivvjaġġaw miegħi sal-Libja.", "Li ma konniex nafu huwa li din id-darba ridna noqogħdu ġo karozza żgħira ta' ħames persuni.", "Magħna kien hemm xi nisa wkoll fosthom anki waħda tqila u oħra b'tifel.", "Qgħadna kollha fuq xulxin u sitta minna mindudin ġol-but tal-karozza.", "Ġiegħlna narmu l-ikel u x-xorb għax ma kellniex fejn inżommuh u għamilna ġimgħatejn nivvjaġġaw.", "Min kien taħt bdew jinqalgħulu problemi serji fin-nervituri u waħda min-nisa mietet fgata.", "Qalbi riedet toħroġ.", "Ma flaħtx nara iktar tbatija quddiem għajnejja.", "Dan il-vjaġġ ma ried jispiċċa qatt.", "Konna nivvjaġġaw bil-lejl u bi nhar mingħajr waqfien għal ġimgħatejn sħaħ u ftit qabel ma wasalna l-Libja miet raġel ieħor.", "Issa konna sitta u għoxrin persuna, sitta u għoxrin katavru miexi waħdu, bil-ġuħ, imnittnin u għajjenin mejta.", "Tefgħuna ġo kamra ma' ħafna nies oħra, mhux kollha Eritreani.", "Qalulna li issa rridu nixtru dgħajsa ġdida u jekk ma nkunux tliet mitt persuna ma nistgħux nivjaġġaw!", "Ħallasna sitt mitt dollaru biex tefgħuna ġo din il-kamra.", "Tawna xi ħaġa x'nieklu u bdiet il-vjolenza grassa.", "Stupraw in-nisa kollha li kien hemm, fosthom anki tfajla quddiem ir-raġel tagħha u binhom.", "Telagħli l-istonku.", "Sawtuna bl-addoġġ sakemm kissruna.", "Talbuna elf u sitt mitt dollaru biex nixtru d-dgħajsa.", "Tlabt lil Alla jieqaf miegħi dakinhar iktar mis-soltu għaliex ma ħsibtx li kont se nsebbaħ sal-għada filgħodu, iżda marret għajni bija ġo waħda mill-irkejjen ta' din il-kamra.", "Qajjimni l-ħoss tal-bieb iżaqżaq.", "Kif ftaħt għajnejja daħal raġel jgħajjat biex noħorġu.", "Kienu għadhom is-siegħa ta' filgħodu.", "Ħriġna barra, imxejna sax-xatt u sibna dgħajsa żgħira u qadima tistenniena!", "Fejn kienet id-dgħajsa li xtrajna?", "Tliet mija u ħamsin irkibna, 284 raġel, 60 mara anki tqal, u sitt itfal.", "Id-dgħajsa kellha fuq u isfel.", "Tant kienet qadima d-dgħajsa li mal-ħin l-injam beda jitherra u beda dieħel l-ilma.", "Konna wisq nies fuqha u kien importanti ferm li ninqasmu sewwa biex inżommu l-bilanċ, inkella ninqelbu.", "Kif għaddew siegħa u nofs l-ilma beda jwassal sa żaqqna.", "Issa beda l-paniku.", "Dan ma bediex jgħin lid-dgħajsa għaliex bdiet tixxengel 'l hawn u 'l hinn.", "Wieħed mill-irġiel li kont għamilt ħbieb miegħu inzerta kellu mowbajl żgħir u ħarġu.", "Kif xegħlu sibna li kellu ftit reception u rnexxielu jagħmel kuntatt mal-Italja.", "Nirringrazzja lil Alla kull ħin u kull mument li dawn irrisspondew għall-għajnuna u minnufih bdew il-proċeduri tas-salvataġġ.", "Ma setgħux isibuna!", "Għamilna ġurnata u lejl sħiħ fl-istess post negħrqu bil-mod.", "Kif kulħadd kien qata' qalbu smajna l-ħoss tal-helicopter fil-bogħod.", "Kif waslu fuqna ġbidna n-nisa li kienu bit-tfal u għennihom jitilgħu fuq il-helicopter.", "Minn kif smajt lil xi ħadd jitkellem irrealizzajt li konna ninsabu fil-baħar Mediterran u xi ħadd semma li t-teritorju kien ta' Malta.", "Ftit ħin wara li telaq il-helicopter resqet lejna tug boat kbira.", "Bil-ferħ li kellna qbiżna għal fuqha u ħafna minna spiċċajna fil-baħar.", "Ħadd ma kien jaf jgħum!", "Iżda l-Maltin qalbhom tajba ħafna, ħadu ħsiebna, libbsuna ġakketta tas-salvataġġ u geżwruna bil-kutri.", "Kont marid ħafna, ma flaħtx nibki.", "Però bkejna flimkien, u bkejna anki għal dawk li ma rnexxielhomx jaslu s'hawn, inkluż sħabi.", "Kull sena għadna niċċelebraw dik il-ġurnata…u din ukoll għaliex tgħinna niftakru fejn konna qabel sirna li aħna llum.", "Wasalt Malta fl-4 ta' Lulju tal-2013.", "Jiġifieri għamilt erba' xhur nivvjaġġa.", "X'inhu l-istat tiegħek illum?", "Illum jien għandi 25 sena.", "Sirt ċittadin Malti.", "Naħdem bħala kok ġo ristorant rinomat.", "Inħossni grat ħafna lejn l-imgħallma tiegħi, talli laqgħuni u mix-xejn, magħhom bnejt karriera.", "Emmnu fija u tawni opportunità niżviluppa t-talenti tiegħi.", "X'inhu l-messaġġ li tixtieq tgħaddi lil kull min qed jaqra l-esperjenza tiegħek?", "L-ewwelnett ma nixtieq lil ħadd jgħaddi minn dak li għaddejt jien.", "Kont f'ħalq il-mewt kemm-il darba iżda nemmen li Alla ma ridnix.", "Nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Maltin ta' kemm għandhom qalbhom kbira u ġiegħluni nħossni qisni qiegħed id-dar.", "Fil-ħajja ħadd ma jagħżel fejn u kif jitwieled.", "Hawn min hu xxurtjat u hawn min mhuwiex ixxurtjat.", "Iżda mis-sema 'l isfel kulħadd uman, aħna ta' liema nazzjonalità aħna, reliġjon u kultura.", "Il-gwerer u l-mibegħda ġiegħluni ninqata' minn mal-familja.", "Kemm ikollna ħajja isbaħ kieku nħobbu u naċċettaw lil xulxin.", "Fid-dinja tirrenja iktar paċi.", "Jikkonkludi r-rakkont b'dan il-messaġġ", "Kelli opportunitajiet diversi nintervista immigranti u refuġjati oħra però kull storja hija unika.", "Ma stajtx inniżżel kull dettal li qalli għax kieku ma kont nispiċċah qatt ir-rakkont.", "Kull darba li ngħix l-esperjenza magħhom, mingħajr ma jafu jkunu qed jgħinuni nżomm iktar saqajja mal-art.", "Kemm għandna għaliex inkunu grati għal kull ġurnata li nsebbħu qawwijin u b'saħħitna.", "Nirringrazzja minn qalbi lil din il-persuna talli sabet il-kuraġġ taqsam l-esperjenza magħna."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/27/filmat-abbandunat-ghax-bla-vuci-stephanie-chircop/", "date": "27/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Niltaqa' ma' ħafna nies differenti, grazzi għal xogħli, però jkolli nammetti li qatt ma tħajjart nikteb fuq każ simili, avolja jeżistu bil-bosta.", "Propjament qatt ma kont bsart kemm storja bħal din kienet se taffettwani, tant li ddeċidejt li naqsamha magħkom il-qarrejja ta' skoperta.net.", "Mhix intervista bħas-soltu fil-fatt għaliex lil min ippruvajt inkellem ma setax jikkomunika miegħi sewwa.", "Tista' tgħid li m'għandux vuċi.", "L-ewwel ftit minuti li qattajt maġenbu ma kinux jixhdu minn xiex għadda.", "B'xi mod, forsi anki għax għandu karattru ferrieħi, qed jirnexxielu jħalli warajh it-trawma kerha li għadda minnha, anki bl-għajnuna tan-nies li jieħdu ħsiebu b'tant imħabba.", "Mill-ftit informazzjoni li ġbart fuqu, din hija l-istorja tiegħu…", "Kien għadu jitwieled, vulnerabbli ħafna.", "Ommu kienet tgħix ma' familja li kienet tieħu ħsiebha sewwa.", "M'inhix ċerta jekk kienx hu l-ewwel wild, però li naf żgur huwa li ommu kienet fis-seba' sema bih!", "Ma kinitx titilqu sekonda minn taħt għajnejha.", "Kienet tgezzu magħha f'sodditha ttih il-ħalib, però ma tantx damet wisq!", "Din il-familja ma riditux!", "Iddeċidiet li ma kienx hemm post għal xi ħadd ieħor fid-dar…ratu żejjed.", "Tista' tgħid li kien diġà twieled taħt stilla sewda.", "Lanqas ommu ma kellha vuċi għaliex riedet min-nies u ma damitx wisq ma rrealizzat li se jifirduhom.", "Bdiet tagħmel f'qalbha u ma bdietx tiekol.", "Biex il-firda tagħmel l-inqas ħsara possibbli, sid id-dar iddeċieda li jitfgħu għall-addozzjoni wara ġimgħa u nofs biss li twieled, u mhux talli hekk, talli tah prezz!", "Prezz miżeru ta' €200!", "Ċempel guvni għalih mill-ewwel, mar jarah, refgħu fi ħdanu, ħa grazzja miegħu u ddeċieda li jieħdu.", "Ħallas il-flus mitluba u telaq.", "Lanqas biss se nipprova nimmaġina x'għamlet ommu kif ratu sejjer.", "Kienet għadha kemmxejn batuta wara l-ħlas u lanqas felħet tqum minn fuq is-sodda.", "Kull min hu ġenitur jista' jipprova jimmaġina….Il-gravità tas-sitwazzjoni ma kinitx dik biss, iżda kif wieħed isir jaf x'kienet l-intenzjoni ta' dan il-ġuvni wara din l-addozzjoni!", "In-nanna ta' dan il-ġuvni kellha familja kbira u kienet dejjem imdorrija bin-nies id-dar.", "Kif jiġri naturalment, kulħadd jikber, jiżżewweġ u jkollu familja.", "Inzertat kienet armla wkoll għaliex ir-raġel tagħha miet żgħir u għaldaqstant din il-mara spiċċat tgħix waħedha f'dar kbira u bdiet tagħmel f'qalbha.", "Mingħajr ma qagħad iqis xejn, in-neputi tagħha ma tantx dam ma ħa deċiżjoni żbaljata mmens.. deċiżjoni li kien se jkollha riperkussjonijiet irreparabbli!", "Iddeċieda fuq il-ħajja ta' ħaddieħor mingħajr kunsens.", "Dan il-ġuvni kien iħobb il-band 'Rolling Stones'.", "Kien mar jara l-aħħar kunċert tagħhom u kellu l-kollezzjoni tal-albums tagħhom.", "Jagger semmieh, ovvjament għal-lead singer tal-band Mick Jagger! !", "U ddeċieda li jtih lin-nanna bħala rigal tal-Milied!", "Mara ta' 70 sena, marida u bilkemm tista' timxi sewwa.", "Kif ratu nħasdet, però kienet diffiċli ferm biex ma tiħux grazzja miegħu għaliex kien veru gustuż.", "Iż-żgħir, wara kollox kollu ħelu!", "Ma riditx tikser lin-neputi tagħha u aċċettat li trabbih u tatu l-imħabba, avolja ma tikkompara qatt ma dik ta' ommu…Jagger ħabbha wkoll, anzi miġnun kien fuqha.", "Ma kienx jinqala' minn ħdejha, avolja biż-żmien imħabbet in-nanna bdiet tiddeterjora u bdiet tarah bħala piż żejjed….", "Għalkemm kien għadu żgħir Jagger kien induna però imħabbtu għaliha baqgħet tissaħħaħ.", "Ħaseb li b'imħabbtu se jratbilha qalbha, iżda mar ħażin.", "Ma bdietx titimgħu sewwa.", "Kien hemm drabi fejn kien jirreġetta l-ikel u anki jagħmel taħtu.", "Qatt ma ħaditu għand it-tabib avolja kien ikun marid.", "Biex inkun għidt kollox, in-nanna kienet tgħix b'penzjoni miżera għall-aħħar u ma kellha l-ebda għajnuna finanzjarja, lanqas mingħand in-neputi tagħha!", "Ma baqgħetx taħslu lanqas, u għaldaqstant il-qagħda iġenika tiegħu bdiet tiddeterjora wkoll, tant li bdiet tikkawżalu ħafna nfezzjonijiet.", "Għolob ħafna u ma kienx għad fadallu saħħa, lanqas jibki….", "In-neputi tan-nanna kien ilu ħafna ma jmur iżurha, iżda darba fost l-oħrajn ċemplitlu.", "Għadda jittawlilha, u ma damx ma irrealizza xi żball kien wettaq sentejn qabel!", "Onestament veru nbati biex nifhem kif xi ħadd li jħobbok mingħajr ebda kundizzjoni jista' qatt xi darba jdejqek li tkun trid teħles minnu!!", "In-neputi ma kienx lest li jidħol għal dik ir-responsabbiltà!", "Ħajtu ma kienet aġevolanti xejn, però kellu bilfors isib soluzzjoni.", "U hawnhekk tidħol Rosalind.", "Rosalind hija fil-fatt it-tfajla li jien kellimt biex ġbart din l-informazzjoni.", "Tfajla żagħżugħa veru ħelwa li ddeċidiet li tiddedika parti kbira minn ħajjitha biex tieħu ħsieb lil Jagger, mhux lilu biss iżda lil ħafna iktar bħalu li ġew litteralment imqaċċta minn ma' djul ommhom għall-eġoizmu sfrenat uman u mbagħad abbandunati!", "Ma riditx ittini intervista formali għaliex il-ħin kien limitat ħafna u kważi kważi kont qed intellifha, iżda nixtieqkom xi darba tisimgħuha tagħti l-opinjoni tagħha fuq dawn l-atti li għalkemm forsi wħud minnhom ikunu mingħajr intenzjoni ħażina, xorta jkunu bla qalb.", "Skoprejt kemm hawn każijiet simili, tant, li Rosalind ġiet bżonn l-għajnuna voluntarja.", "Fil-fatt illum il-ġurnata għandha l-għajnuna, però titlob bil-ħniena biex min jista' jagħti daqqa t'id jikkuntattjaha.", "Qabzitli demgħa meta qaltli minn xiex għadda Jagger… ir-rakkont tagħha mit-telefonata tan-neputi sakemm iffirma biex itiha lil Jagger kienet xi ħaġa inspjegabbli, speċjalment meta b'leħinha miksur qaltli kemm dam f'rokna jibki lin-nanna…dik il-persuna li nesa lil ommu għaliha..dik il-persuna li tant ħabb mingħajr kundizzjoni u li ħaseb li ma hi se tittradih qatt!", "L-esperjenza ttrawmatizzatu ħafna, tant, li veru kienet diffiċli biex jerġa' jafda.", "Rosalind u l-voluntiera ħadu ħsiebu, ħaduh għand it-tabib u fejquh..iżda l-ferita f'qalbu se tibqa' hemm ħajtu kollha!", "Madanakollu x'ħin iltqajt miegħu u kellimtu, irnexxieli nċaqalqu ftit.", "Resaq lejja u missli jdejja.", "Ma stajtx nieqaf nibki għaliex irrealizzajt kemm għandu bżonn imħabba.", "Jaħasra veru….", "Jagger għamel sentejn man-nanna, u kienu biżżejjed biex immarkawh.", "Illum jinsab fil-kura ta' Rosalind u sħabha u qed jistenna lil xi ħadd li lest itih dak li ħaqqu, l-imħabba.", "Iva, Jagger huwa kelb ħelu, tar-razza German Pointer, għadu ġeru u ilu mal-AAA sitt xhur.", "Jagger, bħal ħafna oħrajn, qed jistenna l-imħabba tieghek.", "Jekk int lest li ttih dak li jixraqlu, ċempel lil AAA fuq 79730921 u staqsi għal Rosalind.", "Nirringrazzjak bil-quddiem."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/05/ridt-nghix-storja-umana-minn-stephanie-chircop/", "date": "05/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Diċembru huwa xahar speċjali ħafna.", "Xahar li huwa assoċċjat mat-twelid ta' Ġesù Bambin u bħala poplu nisrani huwa għal qalbna ħafna.", "Bħala poplu nemmen li għandna qalbna kbira ħafna, altruisti u dejjem lesti biex ngħinu lil min hu inqas ixxurtjat minna, speċjalment fejn jidħol mard.", "Fil-fatt Diċembru huwa assoċċjat ukoll ma' dan u għaldaqstant kull sena tiġi organizzata l-ikbar maratona għall-ġbir ta' fondi, l-Istrina.", "L-istorja li għandi llum hija storja li fl-Istrina nisimgħu ħafna bħalha.", "Iżda l-każijiet ma jissemmewx kollha.", "Dan huwa wieħed minnhom.", "Jiena mara ta' 39 sena, miżżewġa u għandi zewgt itfal subien, wieħed ta' 11-il sena u ieħor ta' 3 snin.", "Naħdem bħala beauty therapist u għandi karattru ferrieħi ħafna, tant, li meta nara lil xi ħadd imdejjaq jew għaddej minn xi problema nara x'nagħmel biex inferħu.", "M'ghandix kwiet u qisni nieħu l-irwol ta' buffu kull fejn immur 😊 L-hena tiegħi nara lil kulħadd jitbissem u jiddispjaċini ferm meta nara n-nies ibatu.", "Għaddejt minn esperjenza li ġabitek wiċċ imb'wiċċ mal-mewt.", "Aqsam magħna din l-esperjenza.", "Meta l-ħajja tkun kollha ward u żahar, qajla tgħaddilek minn moħħok li qatt tista' ġġarrab xi saram!", "U għalkemm dejjem issimpatizzajt ma' min ibati, xorta ma tkunx tista' tifhem eżatt minn xiex ikun għaddej, sakemm ma tmissx lilek.", "Kollox beda fit-28 ta' Diċembru tal-2019, meta kont qed ninħasel u eżaminajt ftit sidri.", "U hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità li nirringrazzja lil min hu ikkonċernat mis-settur tas-saħħa ta' kemm jieħdu ħsieb li jedukaw il-poplu.", "Ħassejt boċċa taħt dirgħajja u qalbi waqfet.", "Għamilt appuntament biex immur nagħmel ultrasound minnufih biex inserraħ rasi u anki ras il-familja tiegħi.", "Minn hemm, ir-radjoloġista bagħtitni għal aktar testijiet u fis-16 ta' Jannar ta' din is-sena (jiġifieri 11-il xahar ilu) tawni aħbar li ħadd ma kien qed jistenna.", "Qaluli li kelli kanċer tas-sider, u l-agħar li wieħed jista' jimmaġina.", "Kanċer aggressiv u 'malignant'.", "Kanċer li skont l-istatistika, persuna tista' titlef il-battalja miegħu fi żmien tliet xhur u anki xahrejn!", "Fi żmien erba' ġimgħat għamluli t-testijiet kollha neċessarji u lestewni għall-operazzjoni.", "Kienet diffiċli biex jiddeċiedu x'se jagħmluli u dan għaliex deċiżjonijiet bħal dawn jistgħu ifissru ħajja jew mewt!", "Però xi ħaġa ġewwa fija dejjem kienet tgħidli li se jgħaddili.", "Mill-bidu kelli spirtu qawwi ta' kuraġġ.", "Kont inħares lejn żewġi u wliedi u kont ngħid 'ma tarax!", "Jien se ngħix.", "Ma rridx immut!'", "Il-professur ried jiltaqa' miegħi qabel l-operazzjoni biex jispjegawli x'kienu se jagħmluli.", "Ħasda kbira….mastectomy kienu se jagħmluli, jiġifieri jaqtgħuli sidri barra.", "B'hekk biss setgħu jneħħu l-iktar ċelloli ikkankrati possibbli!", "Is-sensazzjoni li tħoss hekk kif tiġi f'sensik u tmiss sidrek u tiskopri li m'għadux hemm hija xi ħaġa inspjegabbli, iżda fl-istess ħin irringrazzjajt lil Alla li llum il-ġurnata x-xjenza tant kibret li salvatli ħajti..mingħajr ma ninsa ngħid li t-talb għandu qawwa kbira u li Alla huwa ikbar minn kollox u minn kulħadd.", "Ġieli bżajt li se tmut?", "Inkun qed nigdeb jekk ngħidlek li m'għadditlix minn moħħi, ghaliex kienet l-ewwel ħaġa li ħsibt meta tawni l-aħbar li jien marida.", "Però, tant kelli rieda kbira biex ngħix li l-mewt ma tajthiex spazju tidħol fi ħsibijieti.", "Ix-xewqa tiegħi li ridt noħroġ rebbieħa fuq din il-marda kienet kbira wisq.", "X'żammek hajja?", "Minn fejn ġibtu dan l-ispirtu kuraġġuż?", "Żammewni ħajja t-tfal u l-familja.", "Is-sapport u l-imħabba ta' dawk kollha li b' xi mod jew ieħor kienu hemm għalija f'dan iż-żmien tant diffiċli.", "Il-kuraġġ iva ġibtu għal dawk ta' madwari.", "Bqajt kemm jista' jkun għadejja bir-rutina normali daqs li kieku ma kelli xejn, anki meta kont qiegħda nieħu l-kura tal-kimoterapija.", "Iddeċidejt li nħares lejha mhux bħala xi ħaġa li ġabitli ħafna uġigħ iżda bħala xi ħaġa li se tmexxini lejn il-fejqan.", "Ħaġa waħda ngħid.", "Il-moħħ kollox!", "Jekk moħħok ikun b'saħħtu biżżejjed jegħleb kull forma ta' marda.", "X'taspira għall-futur?", "Għandi ħafna aspirazzjonijiet għall-futur, fosthom li nara lil uliedi jirnexxu.", "Iżda nixtieq nagħmel differenza fil-ħajja ta' dawk li għaddejjn mill-istess sitwazzjoni.", "Nixtieq inkun ta' għajnuna.", "Nixtieq naqleb is-saram li għaddejt minnu f'xi ħaġa pożittiva.", "U minnufih sibt l-opportunità grazzi għalikom ta' skoperta.net biex inkun nista' naqsam din l-esperjenza mal-qarrejja.", "X'messaġġ tixtieq tgħaddi lil kull min għaddej minn sitwazzjoni simili?", "Il-messaġġ tiegħi huwa sempliċi imma mhux faċli biex twettqu.", "Qatt taqtgħu qalbkom.", "Il-marda hija kiefra ħafna, veru, u l-kimoterapija fiha t-tbatija taghha wkoll.", "Biss kull bidu fih it-tmiem.", "Issa sta għalikom tiddeċidux li t-tmiem għandu jkun tmiem ħajjitkom jew tmiem il-marda!", "Dejjem ħarsu 'I quddiem u mhux lura.", "Agħmlu l-kuraġġ u qawwu qalbkom u jekk taħsbu li għandkom bżonn iktar għajnuna itolbuwha.", "Hawn ħafna anġli fuq din l-art lesti li jagħtu l-għajnuna tagħhom.", "U ta' dan ngħid grazzi minn qiegħ qalbi, anki f'isem familti.", "Tisma' kemm tisma' bħalha din l-istorja qatt mhu biżżejjed.", "Din is-sena kienet diġà kiefra bil-pandemija.", "Ejjew inwarrbu dik ix-xi ħaġa żgħira biex biha nsalvaw il-ħajja ta' ħaddieħor.", "L-Istrina fil-qrib.", "B'xi ħaġa żgħira mingħand il-ħafna nerġgħu nlissnu tbissima fuq fomm il-batut.", "Jekk għandek xi storja li tixtieq taqsam magħna, anki b'mod anonimu, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/19/meta-l-qawsalla-ma-kinitx-biss-kuluri-storja-umana-minn-stephanie-chircop/", "date": "19/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Dan l-aħħar iltqajt ma' persuna li ili nafha mhux ħażin.", "Mara veru sempliċi, dejjem bi tbissima fuq fommha, iżda qarrieqa.", "Qarrieqa għaliex il-karattru tagħha ma jixhedx minn xiex għaddiet.", "Kapaċi titbissem u tferraħ lil ħaddieħor iżda minn ġewwa tkun l-iktar mara mnikkta u jirnexxilha tibki dmugħ inviżibbli.", "Ma xtaqitx turi l-identità tagħha biex tissalvagwardja l-familja tagħha, avolja ma ssib l-ebda oġġezzjoni taqsam magħkom il-qarrejja l-ġrajjiet tagħha.", "Madanakollu bagħtitli xi ftit ritratti ta' tfulita għaliex bil-qajla tingħaraf u apparti hekk il-ġrajja li rrakkontatli ġrat f'dak iż-żmien.", "Ħajtek ma kinitx faċli u naf li kienu diversi l-battalji li għaddejt minnhom.", "Fejn se teħodna?", "Se neħodkom miegħi fi tfuliti li ma kellix…mhux se tkun faċli għax meta naħseb fiha nitnikket.", "Donni għad għandi ferita li mhix magħluqa.", "Għadni nsofri r-riperkussjonijiet ta' sitwazzjoni li ġejt fiha ntortament.", "Lesta li taqsamha magħna?", "Naf biċ-ċert li se nagħmel il-ġid għal min forsi għaddej mill-istess sitwazzjoni, allura iva.", "Aħfirli jekk kultant nieqaf innewwaħ ftit, iżda ma jkollix kontroll.", "Kelli 6 snin.", "L-età tenera fejn jibda jinbena s-sub-konxju ta' persuna u għaldaqstant suppost li ma tkunx esposta għal ebda disturbanza.", "Il-kbira minn tlett aħwa u l-ewwel wild mill-familja tan-naħa t'ommi..", "Tista' timmaġina x'bokka kellhom bija.", "Ommi kienet bin-negozju u missieri kien telaq mix-xogħol biex jieħu ħsiebna.", "Finanzjarjament konna miżmumin tajjeb ħafna.", "Konna niffrekwentaw skejjel privati, insiefru safra twila darba fis-sena, jekk mhux tnejn u tista' tgħid li konna l-għira ta' kull min kien jafna.", "Kont fil-kamra tas-sodda nistenna lil ommi ġejja mix-xogħol.", "Missieri bħas-soltu kien laħaq temana u daħħalna fis-sodda biex norqdu.", "Din kienet l-unika ħaġa li kienet iġġiegħel lil ommi tgerger.", "Kienet tilmenta ta' sikwit ma' missieri għax kif tiġi mix-xogħol kienet issibna diġà reqdin u għaldaqstant ma tantx kienet tgawdina.", "Kienet tħoss li qed titlef it-trobbija tagħna u kienet veru taqa' ħażin.", "Lil ħuti kienet tmur għajnhom bihom iżda jien, ta' makakka li kont, dejjem kien jaqbadni l-bżonn li mmur it-toilet!", "Dakinhar, missieri kien liebes pulit u ħsibthom se joħorġu.", "Ma kinitx se tkun l-ewwel darba li tiġi l-kuġina tiegħi toqgħod magħna.", "Ommi u missieri kienu jagħmlu ħilithom biex ikollhom ftit ħin ta' kwalità bejniethom.", "Però dakinhar ma ġie ħadd…Kif inżilt mis-sodda u tajt is-salt biex noħroġ għal ġol-kcina smajt tisbita kbira.", "Inħsadt u waqaft quddiem il-kuritur.", "Ħuti qamu u hija ż-żgħir li kellu biss sentejn beda jibki.", "Instabat il-bieb ta' barra…sabtuh.", "Sabtitu ommi hekk kif bdiet taqbad lil missieri mill-kaxxa ta' sidru u tgħajjat u tolfoq u titolbu bil-ħniena biex ma jitlaqx.", "Għaliex ried jitlaq missierek?", "Kelli 10 snin fil-fatt meta sirt naf.", "Missieri kien ċempilli u qalli li se jgħaddi għalija għax għandu bżonn ikellimni.", "Ommi u missieri kienu ilhom diġà 4 snin mifrudin però fil-weekend baqgħu joħorġuna flimkien.", "Kienu xi l-ħamsa ta' filgħaxija u missieri għadda għalija, tlajt fil-karozza u lanqas kelli idea ta' fejn konna sejrin.", "Qalli li xtaq ikellimni għaliex jien kont il-kbira u kien wasal iż-żmien li nsir naf il-verità fuq ir-raġuni għalfejn kellu jitlaq mid-dar.", "Xtaq li din il-verità toħroġ minn fommu.", "Niftakar li bqajt ċassa nħares lejh għax lanqas kont naf x'jiġifieri.", "U bil-paċenzja kollha qagħad jispjegali li l-ġibdiet sesswali tiegħu kienu lejn l-irġiel u mhux lejn in-nisa u li lil ommi kien iħobbha bħala l-ikbar ħabiba tiegħu.", "Għalkemm kont għadni żgħira kont inkwiżittiva immens iżda missieri ma xtaqx jirrakkontali għaliex iħossu hekk u minn meta beda jħossu hekk.", "Eventwalment dawn huma kollha risposti li sirt nafhom mingħand ommi maż-żmien, u missieri ma jinnegahomx.", "F'dawk l-4 snin kienu għadhom joħorġuna flimkien, biex ma jagħmlulniex iktar ħsara, kien mingħalihom.", "Wara sirt naf li ommi baqgħet tħobbu u m'aċċettat qatt is-sitwazzjoni.", "Fil-fatt konna nitolbu lil Alla kuljum biex 'id-daddy jerġa' jiġi lura d-dar'….", "Ommi tgħid li missieri qatt ma kien wera sinjali omosesswali u għalhekk kienet ħaditha bi kbira ħafna.", "Ma rathiex ġejja…", "Inti tiftakar lil ommok u l-missierek jiġġieldu.", "Ommi mara sewwa ħafna u intelliġenti immens iżda lil missieri kienet tafdah b'għajnejha magħluqa.", "Darba fost l-oħrajn irċeviet telefonata anonima mingħand raġel.", "Qalilha sentenza u qata' l-linja: \"ċerta li żewġek qed imur jara lil ommu?\"", "Ma kienet qaltlu xejn lil missieri, iżda bdiet tagħmillu l-għassa.", "LE, ma kienx imur jara lil ommu……Kien imur għand ħabib tiegħu, u kien ilu ġimgħat sħaħ, sakemm fl-aħħar waslet il-ġurnata li ġiet mix-xogħol u kif daħlet rat lil missieri liebes pulit lest biex joħroġ.", "Ma felħitx iktar u qaltlu.", "Kienet skopriet li l-persuna li kien ittanta lil missieri kien ħabib tal-familja u li kienu għenuh kemm-il darba finanzjarjament għaliex kellu negozju u falla.", "Ħassitha ttraduta u felħitx wisq għaliha.", "Ftit jiem wara pruvat tikkommetti suwiċidju….belgħet il-pilloli kollha li kellha fil-'medicine chest'.", "Però Alla ried itiha missjoni akbar f'ħajjitha.", "It-tobba salvawlha ħajjitha u għexet.", "Però kienet għadha m'għarfitx x'irid minnha l-Mulej.", "Kienet mara mdejqa u tagħli għax jisbaħ.", "L-imħabba li kellha għal missieri baqgħet b'saħħitha u m'għalqet qatt il-kapitlu tar-relazzjoni tagħhom.", "Batiet ħafna u mardet ukoll.", "Missieri kien jibki jipprova jfiehma li m'għandux kontroll fuq l-emozzjonijiet tiegħu u li qatt ma ried iweġġagħha.", "Ommok kienet bin-negozju meta missierek telaq mid-dar.", "Ma min kontu toqgħodu?", "Din kienet xokk fuq il-familja kollha, kemm tan-naħa t'ommi u kif ukoll tan-naħa ta' missieri.", "Iz-zijiet, ħut missieri, ħaduha ħafna bi kbira u ma baqgħux ikelmu lil missieri.", "Missieri kien jiġi ghalina xi drabi iżda kien iħossu wisq ħażin biex jidher quddiem il-bieb t'ommi.", "Kellna nuqqas kbir tiegħu fil-fatt.", "Ħuti u jien lanqas qatt ma konna nfridna però waslet dik il-ġurnata fejn kellna ninfirdu minn ma' xulxin.", "Ommi kienet tatni ċ-ċavetta tad-dar meta kelli 9 snin.", "Fost il-ġimgħa kont nasal mill-iskola d-dar, waħdi, nagħmel il-HW u nistudja għall-Junior Lyceum u kif inlesti nibda naħsel l-art ħalli meta tiġi ommi ssib kullimkien nadif.", "Kienet tasal xi l-għaxra ta' bil-lejl għajjiena mejta.", "Kienet tpoġġi fuq is-sufan u tnixxi żewġt demgħat.", "Qatt ma rajtha titbissem iktar.", "Darba marret tkellem lis-sorijiet tal-istitut.", "Xtaqet li jżommuna kuljum sakemm tasal lura mix-xogħol ħalli ma ninfirdux.", "Kif rawha ħasbuha mara msawta.", "Kienet għolbot ħafna u ddgħajfet immens.", "Ma ridux iżommuna.", "Iżda mbagħad iz-zijiet ftiehmu bejniethom u kienu għamlu roster.", "Nhar ta' Tnejn ommi ma kinitx taħdem.", "Għalija kienet l-isbaħ ġurnata fost il-ġimgħa.", "Naslu mill-iskola u nsibu lil ommi d-dar.", "Konna nkunu qisna rbaħna l-lotterija, ferħanin….", "Mingħajr ma niżvela kemm għandek żmien, qabel, li tkun 'gay' kienet taboo.", "Missierek kien ħareġ fl-apert jew le?", "Ma kienx ħareġ fl-apert però n-nies kollox ikunu jafu, u emminni meta ngħidlek li n-nies kapaċi jkunu kattivi.", "Kont niġi bullied ħafna l-iskola wkoll u kont nibki.", "Il-preċiż diskors kien 'missierek pufta' u kienu jafu qabel ma kont naf jien!!", "Kemm kont inweġġa' nara l-ġenituri ta' sħabi flimkien u tiegħi le… X'qatt kont għamilt jien biex jistħoqqli hekk?", "Taħseb li għadha taboo illum il-ġurnata jew le?", "Hawn min huwa homophobic iva iżda s-sitwazzjoni nbidlet ħafna llum.", "Hawn iktar edukazzjoni u anki drittijiet li jipproteġu lill-persuni LGBTIQ.", "Illum inħares lejn dawk li kienu jgħajruni u kważi kollha għandhom lil xi ħadd LGBTIQ fil-familja.", "Allaħares nibqgħu b'dik il-mentalità fuq l-orjentazzjoni sesswali tal-individwi.", "Imma ovvjament hemm lok għall-progress.", "Fil-bidu semmejt li għadek issofri riperkussjonijiet.", "X'tip ta' riperkussjonijiet issofri?", "Ħafna wkoll.", "Meta kbirt u ġejt biex nagħżel l-imħabba ta' ħajti, ma kontx sana biżżejjed fid-deċiżjoni.", "Għażilt persuna li kienet 'father figure' iktar milli raġel li jħobbni.", "Dak kien in-nuqqas li kelli f'ħajti.", "U dak il-vojt għadu hemm.", "Missieri għadu jagħmel parti kbira minn ħajti u nħobbu ħafna, iżda dik it-toqba li ħalla fi tfuliti għadha vojta u ma jimliha ħadd u xejn.", "X'messaġġ tixtieq tgħaddi lil min għaddej mill-istess sitwazzjoni?", "Nifimhom u nibki magħhom.", "Ma tantx nista' nkun ta' sulliev għalihom għaliex is-sabar biss irid ikollhom.", "Dan bħal meta jmutlek xi ħadd.", "Mhux se ġġibu lura.", "Trid taċċetta li jkun qed jiġri, taħfer u tibqa' tħobb, u jekk ikun hemm it-tfal involuti, jaħdmu flimkien biex it-tfal ibatu mill-inqas.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li min ikun omosesswali jkun qed ibati wkoll għaliex ma jkunux iridu jweġġgħu lil min iħobbu.", "Diffiċli tifimha jekk ma tkunx għaddejt minnha.", "Irringrazzjajt minn qalbi lil din il-mara ta' dan ir-rakkont u wegħditni li xi darba tirrakkontali xi ġralha f'żogħżitha.", "Jekk għandek xi storja li tixtieq taqsam magħna, anki b'mod anonimu, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/10/xinhu-l-ghan-tal-kampanja-saving-our-blue/", "date": "10/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-għan tal-kampanja Saving Our Blue hu li tkompli teduka u tqanqal għarfien fuq l-impatt qerriedi tal-plastika u l-iskart fuq il-ħut li nieklu, l-ambjent marittimu u l-ekosistemi tal-baħar u ż-żoni naturali fejn il-baħar.", "F'attività ta' ġbir ta' skart li saret f'Settembru li għadda nġabar aktar minn 4,250kg skart mix-xtut u l-bajjiet.", "Skart li nstab fil-bajja f'temp ta' ftit minuti", "Keith Demicoli li huwa ambaxxatur ta' din il-kampanja spjega kif minkejja li din is-sena innutaw progress speċjalment fir-rimi inqas ta' plastik, madanakollu għadhom qed jaraw lil min ipejjep jarmi l-loqom tas-sigaretti bl-addoċċ fil-bajjiet u l-kampanja b'detriment kbir għal saħħitna minħabba li l-kimiċi li fihom (fosthom valenu tal-ġrieden) jikkomtaminaw il-baħar u l-ħut.", "Huwa jemmen li kampanji bħal dawn qed jagħmlu differenza biex aħna lkoll nirrealizzaw l-impatt kbir li l-azzjonijiet żgħar tagħna jħallu fuq l-ambjent u saħħitna.", "Min-naħa ta' Skoperta inħeġġu li mhux biss nirrikonoxxu l-ħidma ta' kampanji bħal Saving Our Blue imma wkoll aħna bħala individwi naraw li nkunu parti mis-soluzzjoni u mhux mill-problema."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/10/filmat-maratona-gbir-ta-fondi-brisq-caritas-malta-maratona-ta-mhabba/", "date": "10/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Caritas Malta ilha għal dawn l-aħħar 50 sena sservi lis-soċjetà bis-servizzi tagħha kollha bla ħlas.", "Caritas Malta tgħin lil dawk il-persuni li fis-socjetà tagħna għandhom bżonnijiet partikolari u dejjem viċin dawk l-aktar vulnerabbli.", "Dan tagħmlu permezz ta' professjonisti fil-qasam tal-ħidma soċjali permezz ta' counselling, interventi fuq il-postijiet tax-xogħol, gruppi ta' sapport terapewtiċi, Community outreach u servizzi kontra l-abbuż tad-droga permezz ta' ċentri ta' riabilitazzjoni.", "Caritas Malta kienet il-pijuniera li madwar 35 sena ilu bdiet b'dawn is-servizzi għal min jabbuża mis-sustanzi grazzi għall-viżjoni li kellu dak iż-żmien id-Direttur Monsinjur Victor Grech.", "Nhar is-Sibt 14 ta' Novembru, Caritas Malta se tkun qed torganizza Maratona ta' Mħabba, maratona ta' ġbir ta' fondi li l-entità tant għandha bżonn biex tkompli tevolvi is-servizzi tagħha, liema servizzi jingħataw kollha bla ħlas.", "Din il-maratona se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet viżivi kollha fejn minbarra li se jsiru appelli tal-ġbir, se jingħata wkoll għajnuna lil dawk li jċemplu li għandhom bżonn min jgħinhom.", "Għal iktar informazzjoni wieħed imħeġġeġ li jċempel fuq 21331000", "In-numri tad-donazzjonijiet huma:"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/12/l-ewwel-gimghat-tal-kelb-jew-qattus-tieghek-dr-neil-scerri/", "date": "12/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fl-ewwel gimgħat importanti li jingħataw il-vaċċini ewlenin għaliex dawn jgħinu u jipprevjenu l-mard u trasmissjoni tal-aktar viruses u batterji komuni u kiefra fil-klieb u qtates.", "F'każ li ma jingħatawx ikun hemm riskju kbir ta' mard u anki mewt, speċjalment għal klieb li joħorġu barra.", "Jeżistu bosta dewormers fis-suq kemm bħala likwidu u anki pillola.", "Importanti li dawn jingħataw minnufih.", "Ħafna drabi l-frieħ jieħdu l-ħniex mingħand ommhom stess (speċjalment jekk l-omm qatt ma tkun ingħatat id- dewormer riċentament).", "Importanti li jigu dewormed regolarment meta jkunu għadhom fl-ewwel gimgħat ta' ħajjithom għaliex inkella jista' jkun li ma jizvillupawx sew.", "Wara li jikbru għandhom jingħataw mill-inqas kull 6 xhur biex jipprevjenu problemi fl-imsaren.", "Dieta ta' kwalita tajba hija importanti ħafna.", "Minbarra hekk hemm bżonn li jkun hemm kontroll fuq il-porzjon tal-ikel skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett tal-ikel.", "Ħafna nies għandhom it-tendenza li jagħtu l-ikel lill-klieb u l-qtates bla qies u kontroll ta' xejn u proprju għalhekk għandna ħafna mill-annimali tagħna b'piż żejjed.", "L-aħjar żmien biex toħroġ il-ġeru hu ftit wara li jingħataw il-vaċċini ewlenija.", "Wieħed mill-benefiċċji li hemm meta ssewwi l-kelb jew il-qattus tiegħek hu li tkun qed tnaqqas ir-riskju ta' kanċer fil-prostata għall-irġiel u tas-sider fin-nisa.", "Importanti li wieħed jikkonsulta mal-veterinarju tiegħu biex jara li l-annimali għandhom kollox kif meħtieġ."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/12/irgiel-bdizabilita-intellettwali-u-l-kancer-dr-claire-azzopardi-lane/", "date": "12/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fil-popolazzjoni ġenerali, l-età ġiet deskritta bħala l-iktar determinant importanti tal-kanċer.", "Filwaqt li intwera li l-mortalità mill-kanċer hija assoċjata mat-tixjiħ kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa, sfortunatament hemm biss riċerka limitata ħafna dwar il-kanċer fl-irġiel relattivament għal nisa b'diżabilità intellettwali.", "Minkejja li r-rati ta' mewt tal-irġiel huma konsistentement ogħla minn dawk tan-nisa fil-meded kollha tal-età, inġibdet konsiderevolment inqas attenzjoni għall-ħtieġa ta' screening tas-saħħa sesswali u l-kanċer fl-irġiel milli kien il-każ għan-nisa.", "Filwaqt li l-irġiel b'diżabilità intellettwali ġew irrappurtati li għandhom inċidenza aktar baxxa ta' kanċer tal-prostata meta mqabbla ma' rġiel mhux b'diżabilità, ma tinstab l-ebda differenza fl-inċidenza ta' kanċer tat-testikoli bejn irġiel b'diżabilità intellettwali meta mqabbla ma' rġiel mingħajr diżabilità.", "Madankollu l-kanċer tat-testikoli kien ogħla b'mod sinifikanti fl-irġiel b'diżabilità intellettwali profonda u severa.", "Il-letteratura dwar il-kanċer iffukat ukoll fuq nuqqas ta' rappurtar ta' sintomi u dijanjosi tardiva li jipprekludu trattament effettiv u evitar kurattiv tal-mewt f'persuni b'diżabilità intellettwali.", "Il-kunċett ta' mwiet li jistgħu jiġu evitati ġie dejjem iktar fuq quddiem f'konsiderazzjonijiet ta' inugwaljanzi fil-kura tas-saħħa f'nies b'diżabilità intellettwali.", "Imwiet li jistgħu jiġu evitati huma assoċjati ma' nuqqas ta' storja medika, skrinjar tal-kura tas-saħħa inadegwat, nuqqas ta' appoġġ soċjali tal-komunità, lakuni fl-integrazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa ma' provvediment ieħor tal-komunità, u ġudizzju ħażin tal-fornitur tal-kura tas-saħħa.", "Id-detezzjoni mnaqqsa u n-nuqqas ta' rappurtar bħala riżultat ta' screening inadegwat, kif ukoll in-nuqqas ta' kapaċità fost persuni b'diżabilità intellettwali li jikkomunikaw sintomi ta' mard iżidu l-possibbiltajiet ta' mortalità.", "Huwa ċar li kemm il-persuni mħallsa biex jieħdu ħsieb lill-persuni b'diżabilità kif ukoll familjari għandhom rwol ewlieni x'jaqdu biex jiżguraw li persuni b'diżabilità intellettwali li jindikaw dwejjaq jew uġigħ jirċievu attenzjoni medika xierqa.", "Għal xi kanċers tali osservazzjoni tista' tkun dipendenti fuq sinjali mhux verbali ta' uġigħ jew bidla fil-funzjoni, jew osservazzjoni viżiva diretta.", "Filwaqt li m'hemm l-ebda aspettattiva li l-carers se jiddjanjostikaw speċifikament il-kanċer bħala differenzjat minn kundizzjonijiet mediċi serji oħra, għarfien aktar sħiħ tal-marda u l-fatturi li jwasslu għaliha se jiżguraw li huma sensittivi għall-possibbiltà u jaġixxu kif xieraq.", "Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità, fi ħdan il-Fakultà għall-Benessri Soċjali tal-Università ta' Malta, li tagħha hija wkoll Viċi Dekan.", "Għamlet snin taħdem bħala front-liner fis-settur tad-diżabilità, f'Malta u barra, kemm fl-oqsma edukattivi kif ukoll ta' appoġġ soċjali.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Dr Claire Azzopardi Lane Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità,", "fi ħdan il-Fakultà għall-Benessri Soċjali tal-Università ta' Malta,", "li tagħha hija wkoll Viċi Dekan."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/13/il-pjanta-beaucarnea-roxanne-gauci-taliana/", "date": "13/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Beaucarnea hija pjanta distintiva ta' ġewwa b'weraq imdendlin, u hija faċli ħafna biex tieħu ħsiebha.", "Oriġinarjament miċ-ċentru tal-Amerika primarjament fil-Messiku u Texas, magħrufa bħala Nolina, is-sieq tal-iljunfant jew komunement magħrufa bħala ponytail plant.", "Għalkemm il-Beaucarnea ħafna drabi tiġi assoċjata mal-palma, fil-fatt hija membru tal-familja tal-ispraġ.", "Fl-abitat nattiv tagħha din il-pjanta tgħix fejn l-aktar ikun hemm xemx.", "Bħala pjanta tad-dar, tikber l-aħjar f'dawl qawwi dirett, idealment f'mill-inqas 5 sigħat kuljum.", "Importanti li żżomm il-ħamrija pjuttost niexfa, issaqqiha mir-rebbiegħa sal-ħarifa, u tħalli l-parti ta' fuq jew tnejn tal-ħamrija tinxef kompletament qabel ma terġa' tisqi.", "Matul ix-xitwa, saqqiha biss kultant skont il-klima li l-pjanta tinżamm fiha.", "Kun żgur li l-weraq jista' jiddendel liberament, għaliex kuntatt ma' ħajt, armarju jew purtiera jista' jikkawża li dawn isiru kannella.", "Dan jiġri wkoll jekk l-umdità tkun baxxa wisq.", "Fertilizzanti, għalef bl-ikel tal-pjanti darba kull ħmistax matul il-perjodu tat-tkabbir tar-rebbiegħa u tas-sajf.", "Ibdel il-pot darba kull sentejn jew tlieta.", "Fatt kurjuż għal dawk li jħobbu l-qtates huwa li l-qtates iħobbu jgerrmu l-weraq ta' din il-pjanta.", "Minkejja li mhijiex pjanta valenuża, iżda l-weraq ma jirkuprawx minn dan it-tip ta' attakk!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/19/l-orkidea-roxanne-gauci-taliana/", "date": "19/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L- Orkidea – Phalaenopsis Spiss niġu mistoqsija, kif nieħu ħsieb l-orkidej?", "Il-verità hi li l-kura tal-orkidej mhix diffiċli, hija biss differenti.", "Jekk int ġdid fid-dinja tal-orkidej, tibżax minnhom.", "Ħafna orkidej jistgħu jkunu faċli biex jikbru jekk tieħu ftit ħin biex titgħallem dak li jeħtieġu.", "B'kura xierqa u b'xi attenzjoni żejda l-orkidea tista' tibqa' tiffjorixxi għal xhur kull sena.", "Il-familja tal-orkidej għandha 'l fuq minn 22,000 speċi.", "Dawn in-numri qed jikbru kull sena u jagħmlu l-orkidej l-akbar u l-iktar diversa mill-familji tal-pjanti tal-fjuri.", "L-orkidej jeħtieġu tip differenti ta' potting mix mill-pjanti tad-dar tipiċi tagħna.", "Dan għaliex l-orkidej huma dak li nsejħu 'pjanti tal-arja', pjanti li jgħixu fuq wiċċ ta' siġar oħra, pjanti jew blat.", "Tista' tixtri t-taħlita minn kwalunkwe ħanut tal-pjanti lokali.", "Iżda għażliet oħra li tista' tuża huma sphagnum moss, lava rocks, perlite, charcoal, rocks, clay pebbles u tree ferns.", "Importanti li l-orkidej jitpoġġew f'post imdawwal tajjeb ħafna, imħawlin f'pot trasparenti sabiex l-għeruq ikunu esposti għal dawl naturali tajjeb.", "Anke jekk nistgħu nsibu varjetà ta' pots mhux trasparenti għall-orkidej dawn mhumiex irrakkomandati ħafna għal orkidea ħajja b'saħħitha.", "Ħafna orkidej jeħtieġu li ssaqqihom darba fil-ġimgħa.", "Kif tkun taf?", "L-għeruq jagħtu indikazzjoni ta' meta jkollhom bżonn tisqija għax jibdew isiru griżi minn aħdar jgħajjat.", "Il-qoxra ma żżommx l-ilma kif tagħmel il-ħamrija, allura nissuġġerixxu li tpoġġi l-orkidea tiegħek f'sink tal-kċina mimli ftit ilma u tħalli l-pjanta għal madwar 10 sa 15-il minuta.", "Tista' wkoll tpoġġi l-ilma fil-kontenitur ta' taħt il-pot iżda huwa importanti ħafna li dan ma jitħalliex għal iktar mill-ħin imsemmi għax tkun qed issaqqiha żżejjed u dan jista' jikkawża li jitħassru l-għeruq.", "Huwa importanti wkoll li nagħtu fertilizzant speċifiku lill-orkidej tagħna li jistgħu jinxtraw lesti għall-użu.", "Teabags, huma għoljin fin-nitroġenu u jistgħu jintużaw bħala fertilizzant naturali biex jagħtu spinta lit-tkabbir tal-orkidej.", "L-orkidej huma velenużi għall-qtates u l-klieb tagħna?", "L-orkidej mhumiex velenużi għall-annimali domestiċi maħbubin tagħna imma, filwaqt li mhumiex meqjusa bħala tossiċi dejjem hemm iċ-ċans minimu li xi orkidea tista' tikkawża ħsara fl-annimali domestiċi tagħna.", "Fatt kurjuż: L-Orkidea tikber rasha 'l isfel, u dan għar-raġuni li il-fjoritura hija tant tqila li l-pjanta tispiċċa tikber rasha' l isfel.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/20/filmat-is-sena-d-diehla-tom-u-jerry-jehduna-favventura-gdida/", "date": "20/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Żgur li xi darba jew oħra kulħadd ra xi episodju ta' Tom and Jerry.", "Qattus u ġurdien li kienu l-aktar żewġ karattri bħala karikaturi li kienu għedewwa.", "Minkejja li Tom huwa karattru ta' daqs kbir, mentalità determinata u enerġetika, jipprova kull strateġija biex jaqbad lil Jerry, rarament jirnexxilu jikseb dak li jkollu f'moħħu.", "Prinċipalment minħabba li Jerry dejjem b'xortih tajba, u xi ftit jew wisq aktar għaqli minn Tom, madankollu, f'diversi okkażjonijiet huma jagħtu ħbiberija ġenwina lil xulxin.", "Ċertament li ħafna, inkluż adulti, ħadu gost bl-aħbar li dawn iż-żewġ karikaturi se jerġgħu jeħduna fuq avventura oħra minn tagħhom.", "Oriġinarjament, il-film tant mistenni ta' Tom u Jerry kien ippjanat li joħroġ fit-23 ta' Diċembru ta' din is-sena, is-sena li proprju timmarka it-80 anniversarju ta' dawn iż-żewġ karikaturi, iżda minħabba l-pandemija covid-19 kellhom jipposponu.", "Għaldaqstant, il-film mistenni joħroġ fiċ-ċinema f'Marzu tas-sena d-dieħla.", "L-istorja ta' dan il-film se teħodna fejn Tom jitwarrab mis-sidien tiegħu u jitkeċċa 'l barra mid-dar tagħhom wara li falla għall-aħħar darba li jagħmel xogħlu bħala qattus tad-dar u għamel ħerba f'battalja mar-rivali ta' dejjem tiegħu Jerry.", "Wara dan, Tom u Jerry jiddeċiedu li jtemmu r-rivalità ta' bejniethom u jmorru għal triqthom separatament.", "Kawża ta' dan, Jerry jispiċċa mingħajr sors ta' ikel!", "L-avventura tibda meta dawn It-tnejn jiltaqgħu ġewwa New York City fejn Jerry ikun qed jikkawża kull xorta ta' nkwiet fl-akbar lukanda lussuża tal-belt, li iddeċieda li joqgħod fiha.", "Tom jidħol fix-xena meta l-impjegati tal-lukanda jqabbduh biex jgħinhom jikkumbattu ma' dan il-ġurdien imqareb.", "Iżda finalment jiskopru xi ħaġa li tista' twassal biex għal darb'oħra jerġgħu jwarrbu r-rivalità tagħhom…. min jaf?!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Janice Vella Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/21/il-gnien-tal-mall-mario-coleiro/", "date": "21/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Mall fil-Furjana, ġnien sabiħ li jaf il-bidu tiegħu fil-1656 meta l-Gran Mastru Lascaris ried joħloq ġnien biex fih il-Kavallieri jkollhom post ta' passatemp u jilagħbu l-logħba dak iż-żmien tant popolari tal-Palla Malio.", "Ir-raġuni prinċipali li kellu Lascaris wara dan il-proġett kienet li żżomm lil Kavallieri żgħażagħ aljenati b'din il-logħba u għalhekk joqogħdu mbiegħda miż-żina tad-dinja.", "Fuq id-daħla ta' dan il-ġnien il-Gran Mastru kien qiegħed din l-iskrizzjoni:", "\"Għall-qirda tal-għażż u tal-vizzju", "Il-pjazza tingħata", "Ilagħbu", "Hekk eħfef fil-gwerra dan", "Il-logħob jagħmikom", "Inaqqas is-saħħa", "lil-logħob tal-azzard, l-inbejjed u l-ġibdiet ħżiena\"", "Fi żmien il-Gvernatur Sir Alexander Ball dan il-post inbidel fi ġnien pubbliku u l-ħitan għoljin li kienu jdawruh twaqqgħu.", "Iżejjen bis-siġar u fewwaħ bil-fjuri u minn post Riservat għal ftit Kavallieri sar post pubbliku.", "Fuq id-daħla tqiegħdet din il-iskrizzjoni:", "\"Dan il-ġnien inbena u kien lest taħt l-Amministrazzjoni tal-Kavallier Baruni Alexander Giov.", "Ball f'isem Gorg III, Re tal-Gran Brittanja, Gvernatur tal-Gżejjer ta' Malta u Għawdex.", "Dan il-lok għad-divertiment pubbliku hu mħolli.\"", "F'nofs dan il-ġnien insibu l-funtana sabiħa li Qabel kienet fil-ġnien li kien hemm quddiem il-bini tal-Bibjoteka fil-Belt Valletta.", "Meta dak il-ġnien tneħħa biex saret pjazza din il-funtana nġiebet f'dan il-ġnien dan kien fl-1891.", "Il-Mall kompla jiżżejjed bil-monumenti ta' nies illustri li ngħataw ġieħ għal xogħolhom fis-soċjeta ta' pajjiżna.", "Fost dawn insibu lil Markiż Vincenco Bugeja, Sir Ugo Mifsud, Sir Adrian Dingli, il-Markiż Ġużeppi Scicluna, it-Tabib Prinċipali Luiġi Pisani u oħrajn.", "Dawn il-monumenti mhux biss qegħdin jagħtu ġieħ lil min jirrappreżentaw imma huma wkoll kollezzjoni sabiħa għall-apert ta' xogħlijiet ta' skultura fl-irħam u fil-bronż.", "Dawn ix-xogħlijiet artistiċi ħarġu minn Idejn magħrufin bħal Antonio Sciortino, Vincenzo Apap, Ġanni Darmanin u oħrajn.", "Dan huwa l-ġnien tal-Mall mibni mill-Kavallieri mżejjen b'opri tal-arti, iħaddar bis-siġar kbar u sbieħ, ifewwaħ bil-fjuri kkuluriti u joffri arja friska u ambjent trankwill.", "Dan kollu qiegħed hemm għalik Biex tgawdieh u tapprezzah u dan jibqa' hekk sakemm tibża' għalih int."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/27/il-pjanta-calandivia-roxanne-gauci-taliana/", "date": "27/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-pjanta Calandivia ġiet żviluppata fl-Olanda.", "Klassifikata bħala sukkulenti u tvarja f'kuluri vibranti, roża, aħmar, oranġjo u abjad.", "Din il-pjanta tagħti problemi minimi.", "Tipikament imkabbra bħala pjanta tad-dar, kemm jista' jkun f'dawl naturali u dawl tax-xemx dirett.", "Il-kalandivia tikber ukoll barra f'xemx diretta imma importanti li tkun protetta mir-riħ.", "Il-Calandivia hija pjanta li tiflaħ għan-nixfa, aħjar tagħtiha ftit ilma minflok wisq.", "Saqqi l-pjanta sewwa kull ġimgħa, imma stenna sakemm il-ħamrija tinxef qabel ma terġa' ssaqqiha.", "Applika fertilizzant darba kull 15-il jum matul l-istaġun tat-tkabbir biex tħeġġeġ il-fjoritura.", "Bħal sukkulenti oħra l-Calandivia teħtieġ kompost lsew, tista' tixtri taħlita ta' kompost użata għal sukkulenti u kaktus jew iżżid perlite u ramel mat-taħlita normali tiegħek tal-kompost.", "Ikollok problemi minimi b'insetti u tip ta' ħsara oħra, iżda din l-pjanta tista' tiżviluppa moffa jew jitħassar iz-zokk, u dan jiġi ikkawżat minn tisqija żejda.", "Jekk jinbidel il-kulur tal-weraq tal-pjanta, dan ikun ikkawżat mill-moffa, min-naħa l-oħra jekk il-weraq jidbiel ifisser li jkunu tħassru l-għeruq tal-pjanta.", "Il-pjanta hija velenuża għall-qtates u l-klieb?", "Il-fjura fiha glikosidi kardijaċi tossiċi li huma velenużi ħafna speċjalment għall-qtates tagħna.", "Il-qtates jistgħu jesperjenzaw ħsara sinifikanti anke minn ftit nibbles.", "Fatt kurjuż : Fis-sajf il-kulur tal-fjuri ikun aktar vibranti u l-weraq jiżviluppaw b'kulur aħmar.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/01/filmat-il-kollezzjonist-produzzjoni-gdida-minn-sharp-shoot-media/", "date": "01/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Kollezzjonist , sensiela ġdida bi preżentazzjoni ta' Raymond Saliba flimkien ma' Sharp Shoot Media .", "Din se tkun sensiela ta' dokumentarji qosra li se teħodna biex nesploraw uħud mill-isbaħ kollezzjonijiet privati fil-gżejjer Maltin u Għawdxin.", "Is-sensiela se teħodna se twassalna biex nifhmu aħjar il-polz ta' kull min iddedika ħajtu sabiex ftit ftit jibni l-kollezzjoni privata tiegħu, li tagħmel ġieħ mhux biss l-istorja ta' pajjiżna iżda wkoll lil ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja.", "L-24 kollezzjonist li se niltaqgħu magħhom f'din is-sensiela huma wħud mill-ikbar fl-Ewropa fl-oqsma rispettivi tagħhom.", "Ċerti oġġetti li ħa naraw ma nsibuhom lanqas fil-mużewijiet.", "Se naraw varjetà ta' kollezzjonijiet, minn mapep sa ġugarelli tad-disgħinijiet.", "Il-Kollezzjonist jibda' jixxandar mid-29 ta' Diċembru 2020 fuq TVM, fis-6.30pm.", "Nirringrazzjaw lil Sharp Shoot Media li ipprovdewlna ritratti mill-filmati attwali tal-programm."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/04/il-pjanta-zamioculcas-roxanne-gauci-taliana/", "date": "04/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Spiss nistaqsu jekk nistgħux nixtru pjanta li teħtieġ dawl minimu, li tissaqqa ftit, u li tista' tgħin biex tnaddaf l-arja madwarna.", "Magħrufa wkoll bħala Zanzibar Gem, il-pjanta ZZ, il-pjanta Zuzu u Emerald palm, hija perfetta għal dawk li mhumiex daqstant familjari mall-pjanti jew għal dawk li għandhom ħin limitat biex jieħdu ħsiebhom.", "Jekk int waħda minn dawn il-persuni li tgħix f'appartament b'dawl naturali jew purtieri magħluqa għal sigħat twal, din il-pjanta hija l-aħjar għażla għalik.", "Faċli biex tieħu ħsieb, pjanta li tippurifika l-arja, li teħtieġ ftit ilma meta l-ħamrija tkun niexfa u tittollera n-nixfa. tiffjorixxi f'dawl moderat u indirett, iżda tmur tajjeb ukoll f'postijiet b'livelli baxxi ta' dawl.", "Minħabba li l-weraq tagħha huma skuri u jleqqu, it-trab fuqhom jidher iktar minn pjanti oħra.", "Aħna qatt ma nissuġġerixxu li jintużaw prodotti tal-leaf shine, sempliċement imsaħ il-weraq b'ċarruta kemmxejn niedja.", "Meta niġu għall-fertilizzant peress li l-pjanta ma teħtieġx tisqija frekwenti, għandna nkunu attenti fuq l-ammont ta' ikel tal-pjanti li nagħtu.", "Dejjem applika l-fertilizzant matul ir-rebbiegħa u s-sajf u biss meta l-ħamrija tkun niedja, dan jimpedixxi milli jinħarqu l-għeruq tagħha.", "Evita wkoll minn kwalunkwe fertilizzant li jiġi f'kuntatt mal-weraq.", "Ħallat it-taħlita skont l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta li tixtri.", "Fatti kurjużi dwar din il-pjanta tant sabiħa huma li tista' tnaqqas l-istress u saħansitra tnaqqas il-pressjoni tad-demm tiegħek, iżzid il-livelli ta' ossiġenu, toħloq atmosfera kalma u sens ta' kumdità.", "Tnaqqas ukoll mard bħall-irjiħat billi tnqqas it-trab f'darek.", "Il-pjanta hija velenuża għall-annimali domestiċi tagħna?", "Iva, sfortunatament il-pjanta zz hija kemmxejn tossika jekk b'xi mod igerrmu xi biċċa l-klieb u l-qtates.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/06/filmat-elbros-tree-for-life-inizjattiva-brisq-l-istrina/", "date": "06/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Din is-sena Elbros, waħda mill-kumpaniji tal-kostruzzjoni f'Malta, ħarġu b'inizjattiva oriġinali.", "Bħala kumpanija matul is-snin li għaddew, kienu jorganizzaw family day flimkien ma' tournament tal-football sabiex permezz tal-attività jiġbru fondi li jmorru għall-Malta Community Chest Fund, iżda din is-sena minħabba ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom din l-attività ma kinitx possibli li ssir.", "Minkejja dan bħala kumpanija xorta waħda xtaqu li jsibu mod kif jagħtu s-sehem tagħhom sabiex jgħinu din il-kawża tant ġusta.", "Għalhekk ħarġu b'din l-idea fejn qiegħdin jaħdmu siġar tal-Milied b'differenza.", "Dawn is-siġar huma magħmulin minn l-azzar li normalment jintuża fil-kostruzzjoni, iżda bi ftit kreattività dan il-materjal ingħata dehra kompletament differenti.", "Tistgħu tordnaw dawn is-siġar billi tidħlu fil-paġna tal-facebook ta' Elbros Group kif ukoll minn fuq is-sit elettroniku."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/07/round-malta-relay-brisq-happy-parenting-malta-ghada-t-8-ta-dicembru/", "date": "07/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Savio Athletics Club se torganizza r- Round Malta Relay għada t-8 ta' Diċembru 2020.", "Dan l-avveniment annwali jibda' fis-7am minn ħdejn Savio College Dingli u jsegwi d-dawra madwar Malta, dawra ta' 115-il kilometru.", "Waqt din ir-Round Malta Relay se jkun hemm mill-inqas persuna waħda li tkun qed tiġri bil-' baton '.", "Din l-inizjattiva bdiet fl-1995 mill-Fundatur ta' Savio AC, Fr Clifton li baqgħet tiġi organizzata kull sena bħala mezz ta' ġbir ta' fondi għall-istess Savio Athletics Club.", "Mill-2010 din ir-Round Malta Relay bdiet titmexxa minn ex-studenti mgħejjunin minn gruppi fi ħdan is-Salesjani partikolarment is- Salesian Brigades .", "Avvenimenti passati ta' din l-istess inizzjattiva raw bosta għaqdiet volontarji oħra jibbenefikaw mid-donazzjonijiet li jinġabru minn din l-attività.", "Din is-sena Savio AC iddeċieda li jikkollabora ma' Happy Parenting –Malta (for Happier Children) li se jiftħu Dar Christine bħala Shelter għall-missirijiet bi tfal li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika kawża ta' Parental Alienation .", "Donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu fuq hawn:"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/18/agenzija-sapport/", "date": "18/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Aġenzija Sapport hija l-aġenzija nazzjonali li toffri firxa wiesgħa ta' servizzi għal persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom, u dejjem tara kif tista' toħloq inizjattivi u opportunitajiet għall-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà.", "L-Aġenzija timxi fuq erba' valuri prinċipali li huma:", "ugwaljanza, għażliet u opportunitajiet għal persuni b'diżabilità inklużjoni ta' dawn il-persuni fl-oqsma kollha tas-soċjetà servizz ħolistiku mfassal fuq il-ħtiġijiet tal-individwu sapport reċiproku nifhmu li kemm il-persuni b'diżabilità kif ukoll is-soċjetà għandhom x'jiggwadjanaw mill-involviment tal-istess persuni b'diżabilità.", "Is-servizzi li toffri Aġenzija Sapport jinkludu:", "Servizz ta' assessjar u interventi ta' ħidma soċjali, inkluż servizzi tat-tfal Servizzi fil-Komunità Servizzi Residenzjali Servizzi ta' Matul il-Jum Numru ta' skemi Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Assessjar u gwida fuq l-użu ta' teknoloġija assistiva Monitoraġġ u għajnuna finanzjarja biex persuna b'diżabilità tkun tista' tqabbad carer tal-għażla tagħha Assessjar fejn jidħol użu ta' apparat assistiv bħal wheelchairs, kif ukoll lezzjonijiet tas-sewqan fuq karozzi modifikati", "Xi trid tagħmel persuna li tixtieq tibda' tieħu servizz?", "Biex persuna tibda tibbenefika minn xi wieħed jew aktar minn dawn is-servizzi, wieħed hu mħeġġeġ sabiex jagħmel kuntatt mal-Aġenzija fuq il-Helpline billi jċempel Freephone 153 u jagħfas in-numru 5.", "Minn hemm, persuna jitteħdulha d-dettalji sabiex profesjonisti jkunu jistgħu jevalwaw il-każ.", "Dawn is-servizzi jingħataw kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Professjonisti oħra li jkunu diġà qed jaħdmu mal-persuna, jistgħu jirreferuha wkoll lejn is-servizzi tal-Aġenzija.", "Min jista' jibbenefika mis-servizzi ta' Aġenzija Sapport?", "Ħafna minn dawn is-servizzi jistgħu jintużaw minn persuni li għandhom diżabilità, li tista' tkun intellettwali u/jew fiżika u li l-età tagħhom tvarja mit-twelid sa sittin sena.", "Għal uħud mill-iskemi kif ukoll għas-servizz tal-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali, dawn il-parametri tal-età ma japplikawx.", "X'għandu jistenna xi ħadd meta jagħmel l-ewwel kuntatt mal-Aġenzija?", "Meta persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija u turi li tixtieq tibda tirċievi s-servizzi, din tiġi mitluba biex tipprovdi ċerti dettalji.", "Isir assessjar komplut minn professjonisti bħal ħaddiema soċjali, fiżjoterapisti, occupational therapists u speech & language pathologists.", "Dan sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-bżonnijiet kollha tal-persuna.", "Minn hemm, il-persuna tkun tista' tiġi referuta lejn is-servizzi li teħtieġ.", "Kuntatti tal-Aġenzija Helpline: Freephone 153 T: 22568000 (Malta); 21569909 (Għawdex) Website: www.sapport.gov.mt email: sapport@gov.mt Facebook: Agenzija Sapport", "Informazzjoni mogħtija lilna minn Aġenzija Sapport ."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/22/presepji-maghmulin-minn-vince-busuttil/", "date": "22/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Milied għandu sinjifikat differenti għal kulħadd.", "Partikolarment għal dawk li jħaddnu r-reliġjon Kattolika l-Milied ifisser it-twelid ta' Ġesù Bambin u allura l-presepju għandu valur importanti għal dawn tal-aħħar.", "Illum se nlaqqgħukom ma' Vince Busuttil .", "Il-kreattività u x-xogħol tal-idejn minn dejjem kienu parti kbira u importanti għal Vince, fil-fatt kemm-il darba għamel xogħlijiet ta' dan it-tip, minn tpinġija għal arranġamenti ta' fjuri u anki garden landscaping.", "Iżda minn wara li rtira huwa skopra passjoni oħra, dik li jagħmel il-presepji.", "Kemm minħabba limitazzjonijiet tat-tip ta' xogħol li seta' jagħmel kif ukoll l-imħabba tiegħu għat-tradizzjonijiet, li jibda jaħdem il-presepji kienet deċiżjoni naturali.", "L-hena tiegħu joħloq xi ħaġa daqshekk sabiħa prattikament mix-xejn.", "Kif tagħtih biċċa njama jgħidlek li diġà qed jarah kif se jkun meta jlestih!", "Il-presepji li jaħdem iqishom bħala t-trabi tiegħu.", "Bħala tipi ta' presepji hemm dawk li jissejħu standard, li ma jkunux mekkanizzati u hemm dawk li jkunu mekkanizzati jiġifieri li jkollhom nixxigħat tal-ilma, water wheels, u raddiena kollha jaħdmu.", "Kull presepju jkollu d-dawl f'kull kamra u postijiet strateġiċi fosthom ħuġġieġa.", "Bħala qisien huma varjati għaliex Vince jagħmel kull daqs, inklużi tondi.", "Jiddependi skont kif wieħed ikun jixtiequ.", "Il-klient jista' jagħżel ukoll il-features li jrid u fejn jixtieq li jkunu fil-presepju tiegħu.", "Ix-xogħol hu kollu magħmul bl-idejn sal-inqas dettall u kemm jista' jkun jintużaw materjali naturali.", "Pereżempju z-zkuk u l-ġebel fost oħrajn ikunu kollha naturali.", "Ma jintużax jablo biex kemm jista' jkun jinżammu tradizzjonali.", "Il-materjal biex isir il-presepju nnifsu hu bażi ta' kartun miksi b'tafal u ramel, u aktar tard proċessi ta' żebgħa eċċ. Vince saħansitra jagħmel anki l-bricks hu bil-ġibs u mbagħad jaqtagħhom skont il-bżonn.", "Bħala ħin jiddependi mill-kobor tal-presepju u jekk ikunx mekkanizzat jew le.", "Bejn wieħed u ieħor, il-mekkanizzati jieħdu bejn 3 u 4 ġimgħat u jaħdem fuqhom għal madwar 5 u 6 sigħat kuljum filwaqt li l-presepji standard jieħdu madwar ġimgħatejn biex jitlestew.", "Il-presepju t-tondi li jkollhom anki bini fuq wara jieħdu ftit aktar xogħol u ħin.", "Minkejja li forsi wieħed jaħseb li kmieni wisq iżda Vince diġà qed jieħu l-ordnijiet għall-presepji għas-sena li ġejja!", "Għaldaqstant jekk int imħajjar li tordna wieħed minn dawn il-presepji, aħseb kmieni u għamel l-ordni tiegħek issa.", "Dan jista' jsir b'kuntatt ma' Vince billi ċċempel fuq 99370464 jew inkella permezz tal-paġna ta' facebook:", "Presepju | Facebook"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/02/il-pjanta-schlumbergera-roxanne-gauci-taliana/", "date": "02/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-pjanta schlumbergera magħrufa sew bħala l-kaktus tal-Milied u anki tal-Għid, tiffjorixxi fiż-żmien ta' dawn il-festi.", "Il-fergħat mdendlin, li huma magħmula minn segmenti ċatti u ħodor ileqqu, jistgħu jikbru sa madwar 90cm.", "Fjuri ġeneralment ħomor, bojod, sofor, roża jew vjola joħorġu fit-truf ta' dawn il-fergħat u jkejlu sa 7cm twal b'diversi livelli ta' petali.", "Kull fjoritura ddum għal diversi jiem.", "Għalkemm huma tajbin għal ħafna xemx qawwija, kun żgur li hija indiretta, għax id-dawl tax-xemx dirett jista' jaħraq il-weraq.", "Jekk iżżomm il-kaktus tiegħek barra fi klima sħuna u niexfa, jista' jkollok bżonn li ssaqqiha kull jumejn jew tlieta, speċjalment jekk il-pjanta tkun fix-xemx.", "Jekk iżżomm il-kaktus ġewwa fejn ikun frisk jew umdu, jista' jkun li jkollha bżonn l-ilma darba fil-ġimgħa biss.", "Saqqiha inqas matul il-ħarifa u x-xitwa biex tgħin tistimula l-fjoritura.", "Nissuġġerixxu coffee grounds bħala fertilizzant naturali, il-benefiċċju ewlieni tal-użu tal-kafè fuq kaktus tal-Milied huwa li tgħinha tiffjorixxi fl-istaġun.", "Jagħti lill-kaktus tiegħek il-ftit spinta li għandha bżonn u jista' jgħin biex terġa' tqajjem il-kaktus tiegħek jekk taħseb li jista' jkun li qed tmut.", "Din il-kaktus mhijiex velenuża għall-bnedmin jew għall-qtates u l-klieb madankollu l-materjal tal-pjanta fibruża tal-kaktus jista' jikkawża rimettar u dijarea.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/04/xinhi-l-adhd/", "date": "04/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-ADHD huwa kundizzjoni li jiddeskrivi bħala: \"Xejriet persistenti ta' nuqqas ta' attenzjoni u / jew iperattività / impulsività li jkollhom effett fuq il-funzjonament jew l-iżvilupp.\"", "Id-disturb tan-nuqqas ta' attenzjoni u l-iperattività (ADHD) huwa kundizzjoni newrobijoloġika, li taffettwa dawk il-partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw l-attenzjoni, l-impulsi u l-konċentrazzjoni (u għaldaqstant ir-regolazzjoni tal-emozzjonijiet).", "Jidher li minn 5% sa 11% tat-tfal fl-età tal-iskola għandhom l-ADHD.", "Is-subien huma tliet darbiet aktar probabbli li jiġu dijanjostikati bl-ADHD mill-bniet.", "Huwa stmat li bejn terz sa nofs it-tfal b'sintomi tal-ADHD jibqgħu juru sintomi fl-età adulta għalkemm dawn jistgħu jidhru b'mod differenti.", "L-oħrajn, jidher li jirnexxhielhom jiksbu biżżejjed strateġiji jew ħiliet biex jgħinuhom ilaħħqu aħjar fil-ħajja ta' kuljum.", "Ħafna drabi dan jinvolvi appoġġ minn membri tal-familja jew kollegi.", "Wieħed mill-karatteristiċi tal-ADHD huwa In-nuqqas ta' attenzjoni bħal:", "● spiss jonqsu milli jagħtu attenzjoni mill-qrib lid-dettalji jew jagħmlu żbalji ta' traskuraġni fix-xogħol tal-iskola, fuq ix-xogħol, jew waqt attivitajiet oħra. ● spiss ikollhom problemi biex jibqgħu jiffukaw fuq kompiti jew attivitajiet rikrejattivi. ● spiss jidher li ma jisimgħux meta tkellimhom. ● spiss ma jsegwuwx l-istruzzjonijiet u ma jispiċċawx ix-xogħol tal-iskola jew id-dmirijiet taghhom fuq il-post tax-xogħol. (eż. jitilfu l- fil, tiġbdilhom l-attenzjoni xi ħaġa oħra). ● spiss isibu diffikultà biex jorganizzaw kompiti jew attivitajiet. ● spiss jevitaw, ma jħobbux, jew joqgħodu lura milli jagħmlu kompiti li jeħtieġu sforz mentali għal perjodu twil ta' żmien (bħal xogħol tal-iskola jew xogħol tad-dar). ● spiss jitilfu l-affarijiet meħtieġa għall-ħidmiet u l-attivitajiet (eż. materjal tal-iskola, lapsijiet, kotba, kartieri, ċwievet, karti, nuċċalijiet, mowbajls). ● spiss ikunu distratti faċilment ● spiss jinsew anke waqt attivitajiet ta' kuljum.", "L-iperattività u l-impulsività:", "● spiss jiċċalqu u jħabbtu b'idejhom jew saqajhom, jew joqomsu fuq is-siġġu. ● spiss iqumu meta jkunu mistennija jibqgħu bilqegħda. ● spiss jiġru jew jiċċaqalqu f'sitwazzjonijiet fejn ma jkunx xieraq (l-adolexxenti jew l- adulti spiss iħossuhom bla kwiet). ● spiss diffiċli li jilgħabu jew jieħdu sehem f'attività fil- kwiet. ● spiss ma jiqfux qisu qed imexxihom mutur. ● spiss ipacċpċu kontiwament. ● spiss jagħtu tweġiba qabel tkun spiċċat il-mistoqsija. ● spiss ma jkollhomx paċenzja jistennew meta jmisshom. ● spiss jinterrompi jew tidħol fuq kliem ħaddieħor", "Il-kriterji dijagnostiċi tal ADHD:", "Ħafna mis-sintomi jrid ikun ilhom jidhru għal mill-inqas 6 xhur, u mhumiex xierqa għall-livell ta' żvilupp jew ifixklu l-livell ta' żvilupp.", "Is-sintomi jkunu jidhru qabel l-età ta' 12-il sena.", "Dawn is-sintomi jridu jkunu preżenti f'żewġ ambjenti jew aktar (bħal fid-dar, fl-iskola jew fuq ix-xogħol; mal-ħbieb jew qraba; f'attivitajiet ta' divertiment, eċċ.).", "Informazzjoni mogħtija lilna mill-organizzazzjoni ADHD Malta"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/08/il-pjanta-begonia-roxanne-gauci-taliana/", "date": "08/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Mhux li hemm wisq xi tgħid fuq din il-pjanta iżda l-aħjar parti dwar il-begonia hija t-tifsira tal-kuluri tagħha.", "Il-begonia ħamra jew roża hija simbolu ta' romantiċiżmu u mħabba.", "Is-safra tissimbolizza l-ġid u l-kuntentizza, filwaqt li l-bajda tikkorrispondi għal innoċenza pura.", "Fl-aħħarnett, il-blu u l-vjola jistgħu jfissru arti, kreattività, jew passjoni.", "Din il-pjanta tippreferi ħamrija niedja, iżda mhux imxarrba.", "Il-begonia iddawwal żoni dellija bil-blanzuni mlewna tagħha.", "B'differenza mill-biċċa l-kbira tal-pjanti tal-fjuri, li jeħtieġu mill-inqas nofs ġurnata ta' xemx kompluta, il-begonia fil-fatt tippreferi tikber fid-dell.", "Dawn il-pjanti jikkawżaw ħruq intens u irritazzjoni fil-ħalq jekk jittieklu minn klieb jew qtates.", "L-inġestjoni tikkawża wkoll tħammil eċċessiv, rimettar u possibbilment iġġiegħel lill-pet tiegħek ikollu diffikultà biex jibla'.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/08/xjista-jikkawza-hsara-lill-kelb-u-l-qattus-tieghek-dr-neil-scerri/", "date": "08/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["L-aktar modi komuni li jikkawżaw ħsara: Nuqqas ta' ezerċizzju u stimulazzjoni.", "Fil-każ ta' klieb importanti li jittieħdu għal mixja bejn darba u tliet darbiet kuljum skont ir-razza ta' kelb u t-tul ta' kull mixja.", "Il-qtates ukoll għandhom bżonn minn tal-anqas 10 minuti ta' ezerċizzju kuljum b'xi ġugarell bħala stimulazzjoni.", "Ħafna mill-imġiba ħażina li naraw fl-annimali hija minħabba enerġija żejda li ma tintużax.", "Nuqqas ta' dieta bilanċjata u kwalità tajba.", "Importanti li nixtru ikel magħmul apposta għall-annimali tagħna.", "Minkejja li jħobbu l-ikel tagħna dan mhuwiex tajjeb għalihom kemm biex jikbru u anki biex jibqgħu b'saħħithom għal żmien twil.", "Ħafna mill-problemi nistgħu nevitawhom billi nagħtuhom ikel ta' kwalità tajba u adattata għaż-żmien u daqs tagħhom.", "Kontroll fil porzjon tal-ikel.", "Dawn iż-żewġ punti jirriżultaw fl-ikbar problema medika fl-annimali tagħna; dik tal-obeżità.", "L-obeżità hija waħda mill-ikbar kaġunijiet ta' mewt fil-klieb u qtates.", "Apparti l-ħsara li jagħmel il-piż żejjed, hemm ħafna mard metaboliki.", "Ftit eżempji ta' mard; arthritis/mobility problems, diabetes, urinary problems (injections u ġebla)", "Jekk taħseb li l-kelb jew qattus tiegħek għandu ftit piż żejjed, importanti li tikkuntattja lill-veterinarju mill-aktar fis possibbli ħalli l-problema ma tibqax tikber.", "Il-mediċini tagħna ma jistgħux jingħataw lill-annimali.", "Il-mediċina tagħna mhijiex magħmula għall-annimali.", "Tista' ssir ħafna ħsara jekk din tingħata lill-annimali.", "Każ partikolari huwa meta tingħata l-panadol, meta wieħed jara l-annimali muġugħin jew kwieti.", "Din taf tikkawża ħafna ħsara u anke mewt.", "Importanti li dejjem ikun hemm komunikazzjoni mal-veterinarju tiegħek qabel ma tagħti xi mediċini.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/09/volontarjat-mal-agenzija-sapport-sharing-lives/", "date": "09/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Aġenzija Sapport tmexxi l-programm Sharing Lives, li ġie mwaqqaf fil-2017, u l-għan tiegħu hu li joħloq opportunitajiet fejn voluntiera u persuni b'diżabilità jaqsmu esperjenzi flimkien, u joħloq kuntatt soċjali mal-pubbliku inġenerali sabiex persuni b'diżabilità jtejbu l-inklużjoni soċjali tagħhom.", "Fit-2020 ibbenefikaw 65 persuni b'diżabilità, grazzi għat-tim ta' Sharing Lives u għall-kontribut ta' 'l fuq minn 26 voluntier li għenu jiffaċiltaw diversi attivitajiet.", "L-attivitajiet jistgħu jkunu fuq bażi 'one-to-one' jew inkella fi gruppi.", "Xi ftit eżempji ta' attivitajiet li ġew organizzati mill-bidu tas-servizz lil hawn jinkludu: BBQs, sajd, sessjonijiet f'gym, parties, workshops ta' mużika, żfin u arti, u attendenza f'kunċerti, produzzjonijiet teatrali u attivitajiet nazzjonali bħal Rockestra u Military Tattoo.", "Kien hemm ukoll voluntiera li, fuq numru ta' sezzjonijiet, għallmu numru ta' persuni b'diżabilità xi sengħa jew passatemp ġdid.", "F'ċerti każijiet speċjalment matul din is-sena fejn l-attivitajiet kulturali u soċjali tal-massa kienu ristretti minħabba l-pandemija, dawn il-voluntiera xorta baqgħu jsegwu lill-benefiċjarji jew permezz ta' sessjonijiet onlajn jew f'numru ta' każi, kuntatt soċjali fuq bażi individwali minflok fi gruppi.", "Persuni li jitħajru jkunu parti mit-tim ta' voluntiera ta' Sharing Lives jrid ikollhom minn 16-il sena 'l fuq u ladarba japplikaw, wara l-applikazzjoni isirilhom assessjar sabiex jiġi diskuss u determinat l-aħjar mod kif jingħata l-kontribut tagħhom.", "Barra minn hekk, voluntiera jiġu mħarrġa, mogħtija superviżjoni u offruti wkoll sapport kontinwu minn professjonisti, biex l-esperjenza tagħhom tkun waħda pożittiva u tkun ukoll opportunità għall-voluntier biex jikber personalment.", "Voluntiera jistgħu wkoll ikunu studenti fl-iskejjel post-sekondarji u università li jagħżlu li jagħmlu esperjenza mas-servizz bħala parti mill-kors li jkunu qed isegwu, professjonisti, kif ukoll organizzazzjoniet minn Malta jew Għawdex.", "Jingħata ċertifikat lil dawk li jkunu taw 30 siegħa jew aktar ta' servizz.", "Il-kontribut tal-voluntiera jista' jkun kemm għal attività waħda jew għal tul ta' żmien.", "Dan is-servizz jingħata wkoll f'Għawdex.", "Aġenzija Sapport hi l-aġenzija nazzjonali li toffri numru ta' skemi u servizzi lil persuni b'diżabilità u familjari tagħhom.", "Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u s-servizzi li toffri, wieħed jista' jżur is-sit www.sapport.gov.mt , iċempel fuq il-Helpline tal-Aġenzija (Freephone 153 u għafas 5 ) jew inkella l-uffiċini fuq 2256 8000 (Malta) u 2156 9909 (Għawdex).", "Wieħed jista' wkoll isegwi l-midja soċjali.", "Informazzjoni mogħtija lilna minn Aġenzija Sapport."]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/15/il-pjanta-spathiphyllum-roxanne-gauci-taliana/", "date": "15/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Spathiphyllum hija magħrufa bħala ġilju tal-paċi.", "Spathiphyllum hija pjanta tad-dar faċli biex tieħu ħsiebha.", "Tneħħi wkoll ħafna tossini mill-arja ta' ġewwa inkluż il-formaldehyde u l-ammonja.", "Temperaturi moderati tad-dar għal ftit fuq in-naħa sħuna.", "Evita kurrenti sħan jew kesħin.", "Filwaqt li Spathiphyllum tittollera dawl baxx ħafna, mingħajr ftit dawl minn tieqa jew lampa, ma tantx ikun hemm possibilità li tiffjorixxi ħafna.", "Tista' tittollera kull ħaġa ħlief dawl tax-xemx dirett, u tiffjorixxi aktar ma jkollha dawl.", "Idealment, żomm il-ħamrija niedja. (mhux misqija żżejjed) Inkella saqqiha sewwa meta l-ħamrija tinxef imma tħallix il-pjanta toqgħod fl-ilma għal aktar minn 10 minuti għax dan jirriżulta f'taħsir tal-għeruq.", "Evita li tħalli l-pjanta tidbiel, għalkemm Spathiphyllum tirkupra tajjeb minn dbiel ħażin ħafna, x'aktarx li tara ħafna weraq sofor bħala konsegwenza jekk tiġri spiss wisq.", "Prova evita kwalunkwe sprejs li jagħmlu l-weraq ileqqu.", "Xi kultant, poġġi l-pjanta fid-doċċa u xarrab il-weraq biex taħsel kwalunkwe trab akkumulat.", "Għalkemm pjanta sabiħa ħafna, sfortunatament, hija tossika għall-klieb u l-qtates.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/19/helpline-ghall-persuni-bdizabilita-servizz-gdid-mill-agenzija-sapport/", "date": "19/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Helpline għall-persuni b'diżabilità hu servizz ġdid mill-Aġenzija Sapport.", "Din hi l-ewwel Helpline nazzjonali mill-Aġenzija Sapport, li l-għan prinċipali tagħha huwa li persuni b'diżabilità u familjari tagħhom jkunu jistgħu jċemplu u jsaqsu direttament għal servizz mill-Aġenzija Sapport u jingħataw direzzjoni u jiġu referuti b'mod dirett lejn is-servizzi meħtieġa.", "Dan is-servizz hu kollaborazzjoni ma' servizz.gov, fejn ġiet estiża l-pjattaforma tal-Freephone 153 biex persuna taqbad mal-Helpline tal-Aġenzija Sapport billi tagħfas fuq in-numru 5 .", "It-telefonati jitwieġbu minn uffiċċjali mħarrġa li, b'mod kunfidenzjali, jittieħdu d-dettalji tal-persuna sabiex professjonisti jkunu jistgħu jevalwaw il-każ, jirreġistraw dawn it-telefonati u jipproċessaw it-talbiet għal servizzi.", "Jekk persuni jċemplu għal gwida dwar x'servizzi jistgħu jibbenefikaw minnhom, dawn jingħataw l-informazzjoni meħtieġa, anke f'każ li dawn huma servizzi mogħtija minn entitajiet u dipartimenti oħra.", "Il-Helpline tipprovdi wkoll mezz fejn wieħed jista' jċempel sabiex iressaq ilment fuq is-servizz li jkun diġà qed jingħata mill-Aġenzija, kif ukoll anke biex jirrapporta abbuż fuq persuni b'diżabilità.", "Din il-Helpline tikkumplimenta s-servizzi l-oħra tal-Aġenzija, u hi l-punt prinċipali fejn wieħed għandu jċempel sabiex jitlob informazzjoni u/jew servizz mill-Aġenzija.", "Il-Helpline hi miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08:00 u l-16:00.", "Dan il-proġett juri l-impenn tal-Aġenzija li tkun aktar disponibbli, iżżid l-aċċessibilità tas-servizzi waqt li tisma', taġixxi u tagħmel differenza fil-ħajja ta' persuni b'diżabilità u familjari tagħhom.", "Aġenzija Sapport hi l-aġenzija nazzjonali li toffri numru ta' skemi u servizzi lil persuni b'diżabilità u familjari tagħhom, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Għal aktar informazzjoni dwar Aġenzija Sapport u s-servizzi li toffri, wieħed jista' wkoll iżur is-sit www.sapport.gov.mt jew isegwi l-midja soċjali tal-Aġenzija.", "Informazzjoni mogħtija lilna minn Aġenzija Sapport ."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/05/kif-naraw-il-kelma-ragu-l-ewwel-haga-li-tigi-fmohhna-hi-l-kcina-taljana-imma-kont-taf-li/", "date": "05/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kif naraw il-kelma Ragu l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħna hi l-kċina Taljana, pero' tajjeb li nkunu nafu li din il-kelma ġejja mill-kelma Franċiża Ragout .", "Sa mis-16-il seklu il-Franċiżi kienu jsajjru dan ir- ragout li llum insejħulu stuffat.", "Dejjem kien ikun fih xi tip ta' laħam, imma kienu jservuh waħdu mingħajr għaġin.", "Lejn it-18-il seklu din l-ikla waslet l-Italja wkoll, x'aktarx fiż-żmien li Napuljun ħa ċerti reġjuni ta' l-Italja f'idejh.", "U ħalli għat-Taljani, ma damux ma qassru l-isem u bdew isajjru dan ir- Ragu mal-għaġin!", "L-ewwel riċetta ta' \" Ragu per maccheroni \" li ġiet imsajra u miktuba fl-Italja kien sajjarha il-kok tal-kardinal ta' Imola, Alberto Alvisi.", "Minn dak iż-żmien din l-ikla infirxet ġmielha u bdew isajjruha ħafna koki oħrajn ukoll.", "Però f'dawk iż-żminijiet in-nies li kienu fqar u ma kinux jistgħu jixtru laħam.", "Għalhekk, fil-bidu kienet pjuttost ikla ta' nhar ta' Ħadd għal nies sinjuri biss.", "Illum kapaċi jgawdiha kulħadd 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/14/dettalji-li-ma-kontx-taf-dwar-il-gallarija-tal-palazz-presidenzjali/", "date": "14/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-gallarija tal-Palazz Presidenzjali jew aħjar tal-Palazz tal-Gran Mastru hija waħda mill-ikbar gallariji li nsibu fil-Mediterran.", "Din insibuha fuq il-ġnub u tkompli fil-faċċata tal-palazz fuq iż-żewġ naħat tiegħu.", "Is-saljaturi tagħha huma magħmulin minn injam u stukko u oħrajn huma skolpiti fil-ġebel.", "Fihom naraw l-istremma tal-Ordni ta' San Ġwann u oħrajn l-istemma ta' xi Gran Mastri.", "L-oħrajn għandhom disinn verament interessanti.", "L-iktar waħda li tispikka hija dik li naraw fil-kantuniera bejn Triq l-Arċisqof u Pjazza San Ġorġ.", "Din is-saljatura partikolari tiġbed l-attenzjoni għall-forma kurjuża li fiha.", "Hawn naraw żewġ figuri li jinsabu wieħed fuq spallejn l-ieħor b'idejhom miftuħin.", "Taħthom naraw wiċċ grottesk li huwa influwenzat mill-maskli drammatiċi tal-Greċja l-antika.", "Dawn il-maskli kienu u għadhom jissimbolizzaw it-Teatru.", "Dawn kienu jsiru l-iktar biex ibiegħdu l-għajn u kull saram mir-residenti li kienu joqogħdu f'dak il-bini fejn ikunu.", "Il-figura ta' fuq qiegħda tgħajjeb b'ilsienha lil min iħares lejn il-gallarija.", "Din is-saljatura kienet interpretata kemm-il darba li setgħet saret biex tissimbolizza l-bluha tal-Karnival li fi żmien il-Kavallieri kien jilħaq il-qofol tiegħu f'din il-pjazza.", "Iżda l-aktar teorija plawsibbli hija li din saret hekk biex tkun tista' tbiegħed l-għajn ħażina mill-istess bini.", "Din il-ħaġa hija preżenti ħafna fil-kultura antika speċjalment fl-Amerika t'Isfel u fl-Asja Ċentrali li meta bniedem jgħajjeb b'ilsienu jkun qiegħed ibiegħed l-għajn ħażina."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/15/greys-anatomy-ispirah-biex-jilhaq-l-ambizzjonijiet-tieghu-u-issa-jaghti-sehmu-fl-istess-serje/", "date": "15/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ħafna minna nieħdu pjaċir naraw serje televiżivi, uħud minna anke nirrelataw mat-trawma jew ma' xi wieħed mill-karattri, imma Dr Naser Alazari ħa dan għal livell kompletament ogħla!!", "Imwieled u mrobbi fl-Iraq, Alzari wera x-xewqa li jsir tabib minn mindu kellu 18-il sena.", "Wara li għex bosta gwerer, jgħid li ħass sens ta' obbligu li jkun t'għajnuna f'dinja ta' tbatija umana, faqar u mard.", "Wara li kellu jħalli pajjiżu minħabba l-gwerra, ta' 24 sena huwa spiċċa bħala tabib bla xogħol ġewwa s-Sirja.", "Dak iż-żmien, eżattament fl-2007, oħtu Safa insistiet u ikkonvinċietu biex jara s-serje Grey's Anatomy , li tajjeb li ngħidu li għall-ewwel ma ried jara b'xejn.", "Mill-ewwel mument li sema' l-vuċi ta' Dr Meredith Gray (Ellen Pompeo) wieħed jista' jgħid li affettwatu tant li nisslet bidla fil-ħajja tiegħu!", "Hu stess jgħid li meta semagħha tagħmel ir-rakkont kif tagħmel f'kull episodju, xebbaħha ma ' Aria ' ta xi Opera.", "Minn hemm għamel ħiltu biex jimbutta lilu nnifsu biex iżid il-ħiliet u l-istudji tiegħu bil-għan li jaħdem fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn ċertament seta' jilħaq l-għanijiet professjonali tiegħu.", "U x-xogħol iebes tiegħu rnexxa!", "Illum, fl-età ta' 36 sena huwa tabib magħruf, kif ukoll 'Senior Surgical Advisor ' għas-serje Grey's Anatomy.", "Il-kompetenza medika tiegħu hija definittivament ta' benefiċċju kbir biex tagħmel din is-serje tant awtentika u realistika.", "Meta ix-'showrunner' tas-sensiela Krista Vernoff kellha dubji dwar jekk kellhiex tindirizza l-pandemija tal-koronavirus fuq is-serje, Dr Alazari kien strumentali biex jikkonvinċiha li din kienet it-triq 'il quddiem.", "Li kien mod eċċellenti kif ikunu mat-telespettaturi tas-serje f'dan iż-żmien diffiċli ħafna, u turihom il-fatti bl-aktar mod realistiku possibbli.", "Hu jisħaq li s-serje Grey's Anatomy dejjem kisbet tifħir għall-immaniġġjar tal-istejjer tagħha dwar bosta kwistjonijiet mediċi u suġġetti sensittivi inklużi l-mortalità materna, abbuż sesswali u t-traffikar uman.", "Għaldaqstant, din id-darba m'hijiex se tkun eċċezzjoni u se jindirizzaw il-koronavirus b'sens ta' responsabbiltà.", "Kull min ra l-episodji riċenti ta' Grey's Anatomy żgur li jaqbel li Dr Alazari u t-tim tiegħu, il-crew, u l-kast kollu qedgħin jagħmlu xogħol eċċellenti!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/16/li-ma-kontx-taf-dwar-il-caprese-jackie-busuttil/", "date": "16/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ikla klassika Taljana li aktarx oriġinat mill-gżira ta' Capri, avolja m'hemmx provi ċari ta' dan.", "Madankollu, ġeneralment jingħad li bdiet fir-reġjun tan-Nofsinhar Taljan ta' Campania.", "Il-Caprese bdiet l-ewwelnett bħala insalata sempliċi magħmula minn erba' ingredjenti biss, li juru l-kuluri tal-bandiera Taljana.", "Dawn huma it-tadam, il-ħabaq, il-mozzarella, u ovvjament, iż-żejt taż-żebbuġa.", "Aktar tard saret tintuża fis- sandwiches , mal-għaġin, u ovvjament mat-tiġieġ propju bħar-riċetta tagħna ta' din il-ġimgħa!", "Jien inħobb nagħmel ukoll Brunġiela al Caprese, u żgur li nagħtikom ir-riċetta tagħha aktar 'il quddiem.", "Kisbet fama dinjija fis-snin 50, meta skopriha r-Re Eġizzjan Farouk waqt li kien fuq vaganza fl-Italja.", "Huwa akkreditat ukoll li vvinta s- sandwich caprese, wieħed mill-modi favoriti tiegħu ta' kif jikolha.", "Ukoll f'xi punt mhux magħruf iż-żejt taż-żebbuġa ġie sostitwit biż-żejt balsamiku għal aktar togħma qawwija, speċjalment f'riċetti msajra.", "Hija ikla sempliċi u versatili, u ta' min jippruvaha 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/23/beef-stroganoff-minn-fejn-originat-din-l-ikla/", "date": "23/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Beef Stroganoff, jew Stroganov… Ikla li oriġinat fir-Russja ħafna snin ilu.", "L-istorja tgħid li dan id-dixx ġie msajjar għall-ewwel darba lejn l-aħħar tas-seklu 19 minn kok Franċiż li kien jaħdem mall-familja Russa Stroganov u b'hekk issemmiet għall-kap ta' din il-familja.", "Madanakollu, il-leġġenda tgħid li dan id-dixx kien ilu jissajjar fir-Russja b'mod aktar sempliċi minn ħafna snin qabel.", "Però, hu minn dak iż-żmien tal-kok Franċiż li dan id-dixx sar magħruf sew.", "Huwa interessanti li tara kemm ħarġu varjazzjonijiet skont iż-żminijiet u l-ingredjenti disponibbli f'pajjiżi differenti.", "Sas-snin 50 kien sar popolari tista' tgħid mad-dinja kollha, speċjalment permezz tal-immigranti Russi u Ċiniżi li kienu jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti, kif ukoll suldati li marru lura f'pajjiżhom.", "Il-qata' tal-laħam magħżula għal din ir-riċetta tvarja minn pajjiż għal ieħor, kif ukoll il-mod kif jiġi ippreparat.", "Ġeneralment, ikun maqtugħ fi strixxi jew biċċiet bitesized.", "Uħud iservuh bir-ross, oħrajn bl-għaġin, u oħrajn bil-patata moqlija.", "Xi wħud isajruh bl-inbid abjad u xi wħud anke biz-zalza ħamra.", "Fil-Brażil issibu msajjar ukoll bit-tiġieġ jew saħansitra bil-gambli minflok iċ-ċanga, fil-Finlandja biz-zalzett u fil-Ġappun anki tawh it-togħma tagħhom billi jżidulu ftit soy sauce.", "Tkun xi tkun il-varjazzjoni, l-Istroganoff żgur li hi ikla tajba u ta' min jippruvaha :)", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/30/kif-jittiekel-il-qarnit-fcerti-pajjizi-jackie-busuttil/", "date": "30/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għalkemm aħna l-Maltin għandna r-riċetta tradizzjonali tagħna tal-istuffat tal-qarnit, li ħafna minna nieħdu pjaċir inżewquha ma' xi platt spagetti jew biċċa ħobż tal-Malti tqarmeċ, huwa interessanti li nkunu nafu wkoll kif huwa msajjar u servut fil-kċejjen ta' pajjiżi oħra, kif ukoll xi fatti dwar il-qarnit.", "Minbarra li huwa baxx fil-kaloriji, huwa sors tajjeb ta' vitamina B3 u B12, u ta' potassju.", "Barra minn hekk, l-irjus tal-qarnit jipprovdu aktar mill-ammont rakkomandat li għandna bżonn kuljum ta' selenju.", "Però l-qarnit jista' jkun ukoll sors ta' kadmju li hu tossiku għall-bniedem.", "Dan jista' jakkumula fil-qarnit minħabba r-rata għolja ta' inġestjoni ta' fawna bentika li tinsab f'postijiet affetwati minn vulkaniżmu, ħruq ta' karburanti fossili, u mill-użu taż-żebgħa antifouling tad-dgħajjes u l-vapuri.", "Però studju fuq il-qarnit li sar f'Malta wera li l-livelli tal-kadmju fil-qarnit lokali huma baxxi u konformi mal-liġi tal-Ewropa, għalhekk huma tajbin għall-konsum mill-bniedem.", "Dwar kif jittiekel, ovvjament hemm varjazzjonijiet f'pajjiżi differenti.", "Mod favorit kif jittiekel fil-Korea huwa li sempliċement tqatta' l-qarnit nej, tħawwru malajr bil-melħ u l-ġulġlien u tieklu waqt li jkun għadu jiċċaqlaq avolja mejjet.", "F'pajjiżi oħra bħall-Mawrizju, it-Turkija, il-Greċja, Spanja, il-Portugall u t-Tuneżija, l-qarnit huwa spiss mixwi jew inkaljat b'abbundanza ta' ħwawar tradizzjonali tal-pajjiżi rispettivi u jiġi servut bħala mezze jew dixx ewlieni.", "Fil-Ġappun ovvjament huwa ingredjent għas-sushi, iżda wkoll għal dixx famuż imsejjaħ Takoyaki, li huwa snack bil-forma ta' ballun magħmul minn panura ta' dqiq tal-qamħ mimli b'ikkapuljat tal-qarnit, ġinġer immarinat u basal aħdar.", "Fl-aħħar jiġi mżejjen biz-zalza ta' takoyaki, strippi rqaq ta' seaweed, u frak irqiq ta' ħut imnixxef.", "Naħseb li din tal-aħħar ta' min jippruvaha 🙂", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/07/kif-bdiet-it-tradizzjoni-tal-log-tal-milied-jackie-busuttil/", "date": "07/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Min ma jħobbx jiekol xi biċċa log taċ-ċikkulata?", "Imma taf kif bdiet din it-tradizzjoni?", "Id-drawwa li jinħaraq il-Yule Log tmur lura sa minn qabel iż-żminijiet medjevali u oriġinarjament kienet tradizzjoni Nordika.", "Yule huwa l-isem tal-festivals antiki tas-Solstizju tax-Xitwa fl-Iskandinavja u partijiet oħra tat-Tramuntana tal-Ewropa, bħall-Ġermanja.", "Il-Yule Log kien ikun siġra sħiħa, li tintgħażel bir-reqqa u tiddaħħal fid-dar b'ċerimonja kbira.", "L-akbar tarf taz-zokk jitqiegħed fil-fuklar tan-nar fil-waqt li l-bqija tas-siġra tibqa' fil-kamra!", "Iz-zokk jinxtegħel mill-fdalijiet taz-zokk tas-sena ta' qabel li kienu jkunu ħażnu bir-reqqa u jitimgħuhom bil-mod lin-nar matul it-tnax-il jum tal-Milied.", "Illum il-ġurnata, ovvjament, ħafna nies għandhom l-arja kkundizzjonata fid-djar tagħhom u għalhekk m'hemmx bżonn li tinħaraq siġra!", "F'Provence ġewwa Franza, hija tradizzjoni li l-familja kollha tgħin biex tnaqqax iz-zkuk jaħarqu ftit ftit kull lejl.", "Jekk jifdal xi biċċa zokk wara t-tnax-il lejl, dan jinżamm sikur fid-dar sal-Milied li jmiss biex jipproteġi kontra s-sajjetti!", "Illum il-Yule Log taċ-ċikkulata jew 'bûche de Noël' hija deżerta popolari tal-Milied.", "Tradizzjonalment jittiekel fi Franza u l-Belġju.", "Huma jagħmluh bi sponge kejk u bil-krema bħal tip ta 'swiss roll', imżejjen minn barra biċ-ċikkulata u tiżjin ieħor xieraq għal Milied.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/18/il-ponsjetta-roxanne-gauci-taliana/", "date": "18/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Il-Milied qed joqrob u wasal iż-żmien li niddedikaw ftit ħin biex nagħtu xi informazzjoni dwar l-iktar pjanta mixtrija f'dan iż-żmien tas-sena.", "Il-ponsjetti jeħtieġu dawl qawwi, iffiltrat, 'il bogħod minn xemx qawwija u kurrenti.", "Għandhom bżonn temperatura minima ta' 13-15 ° C.", "Kif inżomm il-ponsjetta tiegħi ħajja?", "Agħżel pjanta b'saħħitha, eżamina bir-reqqa l-pjanta waqt ix-xiri, fittex weraq aħdar skur tul it-tulijiet kollha taz-zkuk, b'weraq li mhux mitbiel.", "Kun żgur li l-weraq ħomor huma kompletament ikkuluriti u jleqqu fid-dehra.", "Oqgħod attent ukoll minn kwalunkwe sinjal ta' infestazzjoni ta' insetti.", "Żomm il-ponsjetti ħdejn l-iktar tieqa li minnha tidħol xemx fid-dar tiegħek sabiex ikollhom dawl adegwat.", "Il-ponsjetti jħobbu ħafna d-dawl tax-xemx qawwi u indirett.", "Huma sensittivi għal temperaturi estremi, allura tpoġġihomx direttament fix-xemx, ħdejn heater jew ħdejn tieqa li minnha jgħaddi ħafna kurrent tal-arja.", "Iżbor madwar 6 pulzieri fir-rebbiegħa, billi tuża pruners tal-idejn.", "Iżbor ftit pulzieri oħra fl-aħħar tas-sajf biex iżżomm il-pjanta kompatta u maniġġabbli hekk kif tikber matul il-ħarifa.", "Saqqi l-ponsjetta b'mod mhux frekwenti u f'ammonti żgħar peress li l-ilma żejjed jista' jagħmel ħsara lill-pjanti.", "Saqqi biss meta l-wiċċ tal-kompost ikun beda jinxef, huwa ssuġġerit ħafna li tiċċekkja l-ħamrija b'sebgħek il-kbir.", "Tgħallem kemm ikollha bżonn ilma.", "Il-ponsjetta tibqa' tiffjorixxi jiddependi minn kemm tissaqqa sewwa.", "Ġeneralment jippreferu kundizzjonijiet umdi.", "Fertilizzant baxx ta' nitroġenu, b'potassju għoli, kull xahar.", "Fil-ħwienet tal-pjanti lokali tagħna llum tista' ssib ukoll tubi żgħar tal-fliexken ta' fertilizzanti tal-ponsjetti li jerħu bil-mod li għandhom jitqiegħdu fil-ħamrija u ġeneralment jinqdew għal xahar sħiħ jew saħansitra 3 xhur.", "Sfortunatament il-ponsjetti jistgħu jsofru minn moffa griża meta jissaqqew iżżejjed, u jistgħu wkoll jiġu attakkati minn pesti komuni ta' pjanti ta' ġewwa bħal insetti tal-qoxra u mealybug .", "Il-ponsjetta hija kkunsidrata li hija konsiderevolment inqas tossika minn speċi oħra ta' Euphorbia .", "Madanakollu, l-aħjar huwa li tevita l-inġestjoni u l-kuntatt mal- milky sap li tista' tikkawża irritazzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn anke fuq il-bnedmin.", "Filwaqt li l-annimali domestiċi kurjużi tagħna li jistgħu jispiċċaw jomogħdu ftit weraq dan jista' jikkawżalhom taqlib ħafif fl-istonku.", "Fatt kurjuż dwar din il-pjanta – Filwaqt li l-kulur imsejjaħ \" Prestige Red \" huwa wieħed mill-aktar kultivari mixtrija tal-ponsjetti, hemm aktar minn 100 kulur ta' ponsjetti disponibbli, inklużi abjad, isfar, roża, salmon, gold, cream u burgundy.", "Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roxanne Gauci Taliana Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/25/kurzitajiet-interessanti-relatati-mal-milied/", "date": "25/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Għal 13-il sena, bejn l-1647 u l-1660, il-Milied ġie pprojbit fir-Renju Unit minn Cromwell wara l-Gwerra Ċivili Ingliża.", "Il-kuluri tal-libsa ta' Santa Klaws kienu jvarjaw ħafna, fosthom blu, aħdar, abjad u aħmar.", "Il-libsa ħamra kif nafuha llum ġiet introdotta fil-kampanja ta' riklam li kellha l-Coca-Cola fis-snin 30.", "Franklin Pierce, l-14-il president tal-Istati Uniti, kien l-ewwel wieħed li poġġa siġra tal-Milied fil-White House fl-1856.", "Filwaqt li fl-1901, il-president Roosevelt ipprojbixxa s-siġar tal-Milied fil-White House.", "Il-kanzunetta favorita ta' ħafna nies 'Jingle Bells' miktuba fl-1857 kienet attwalment miktuba għal thanksgiving u kienu jirreferu għaliha bħala 'on horse open sleigh'.", "Kienet ukoll l-ewwel kanzunetta kantatha fil-15 ta' Diċembru mill-astronawti Tom Stafford u Wally Shirland waqt li kienu fl-ispazju.", "Fl-1942 Irving Berlin kiteb il-kanzunetta 'White Christmas'.", "Il-verżjoni ta' The Bing Crosby inbiegħet 'il fuq minn 100 miljun kopja mad-dinja kollha, u b'hekk saret l-aktar kanzunetta tal-Milied bl-aħjar bejgħ ta' kull żmien.", "Fis-snin 50 il-mexxejja tal-knisja f'Boston ippruvaw jipprojbixxu l-kanzunetta 'I Saw Mummy Kissing Santa Claus' għax skonthom minbarra li din il-kanzunetta kienet tippromwovi l-intimità fiżika, kienet qed tħallat il-kunċett tal-intimità fiżika mal-kunċett pur tal-Milied.", "Jimmy Boyd kellu biss 13-il sena meta irrekordja din il-kanzunetta li saret tant popolari.", "Minħabba din il-kontroversja, huwa kellu jittieħed Boston, fejn irnexxielu jikkonvinċihom bl-intenzjonijiet puri tal-kanzunetta.", "Id-diskors tal-Milied tar-Reġina xxandar għall-ewwel darba fl-1957.", "Il-Beatles laħqu l-quċċata tal-klassifiki bil-kanzunetti tal-Milied tagħhom fl-1963, 65 u 67, li tawhom ukoll ir-rekord tal-aktar kanzunetti tal-Milied popolari u li kienu fl-ewwel post tal-klassifiki.", "Edward Johnson ivvinta l-ewwel dwal elettriċi tas-siġar fl-1882.", "Sas-seklu 20 kien komuni li s-siġar tal-Milied jinxtegħlu bix-xemgħat, xi ħaġa li kienet ferm perikoluża.", "Kull pajjiż għandu t-tradizzjonijiet tal-Milied uniċi tiegħu stess, u l-Iżvezja mhix eċċezzjoni!", "Hija tradizzjoni li f'lejlet il-Milied jaraw il-karikaturi ta' Donald Duck.", "Kull sena mill-1959, l-istazzjon ewlieni tal-Iżvezja jwassal xandira speċjali ta' siegħa bit-tema tal-Milied li tinkludi klipps qosra minn diversi karikaturi ta' Disney maħruġa bejn is-snin 30 u s-60.", "Maż-żmien din it-tradizzjoni evolviet sal-punt li ħafna familji Żvediżi jwaqqfu dak kollu li jkunu qed jagħmlu biex joqogħdu bilqegħda u jaraw l-istess karikaturi kull sena.", "Il-pudina tal-Milied kienet inizjalment soppa magħmula bi żbib u nbid.", "Il-candy canes fil-Milied oriġinaw madwar 250 sena ilu fil-Ġermanja bħala stikek bojod dritti.", "Oriġinarjament il-mince pies kienu fil-fatt mimlija bil-laħam u kienu ovali biex jirrapreżentaw il-maxtura ta' Ġesù Bambin.", "L-għanja tal-Milied 'Silent Night' oriġinat fl-Awstrija.", "Illum insibu li hemm kważi 750 verżjoni differenti ta' din l-għanja!", "Fil-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Isvizzera, ir-rigali jingħataw u jinfetħu fil-lejl ta' lejlet il-Milied aktar milli f'Jum il-Milied."]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/28/wahda-mir-ragunijiet-li-s-soppa-tal-basal-hi-daqstant-favorita-fost-il-francizi-jackie-busuttil/", "date": "28/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Sopop magħmulin sempliċement mill-basal imorru lura għal Ruma tal-qedem.", "Iżda s-soppa tal-basal Franċiża jew kif nafuha aktar illum: French Onion soup, ġiet ħafna iktar tard fis-seklu 18.", "Il-leġġenda tgħid li l-oriġini tagħha bdiet fil-belt ta' Châlons-en-Champagne, il-belt twelid ta' kok u inventur tal-preservazzjonijiet u ta' l-ibottiljar ta l-ikel, Nicolas Appert.", "Jingħad li darba fost l-oħrajn serva din is-soppa tiegħu lid-Duka ta' Lorraine li kien l-ex Re tal-Polonja.", "Dakinhar id-Duka kien fi triqtu lejn il-Palazz ta' Versailles f'Pariġi biex iżur lil bintu r-Reġina Marie u żewġha r-Re Louis XV.", "Id-Duka tant kien impressjonat bis-soppa li insista li jagħtuh ir-riċetta biex jintroduċiha fil-Qorti Rjali ta' Versailles.", "Hemmhekk, malajr saret ikla favorita, aktar u aktar meta irrealizzaw li t-togħma qawwija tagħha kienet tgħatti r-riħa ta' lejl xorb.", "Fil-fatt, dak iż-żmien kienu jsibuha bħala \"is-soppa tax-xurban\", u sal-ġurnata tal-lum baqgħet favorita f'bosta djar Franċiżi bħala kura għall-hangover!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/01/kurzitajiet-interessanti-dwar-ic-celebrazzjonijiet-tas-sena-l-gdida/", "date": "01/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Dawn il-ġranet għandhom sinjifikat differenti minn dak tal-Milied.", "Dan għaliex filwaqt li l-Milied jista' ma jkunx daqshekk ta' importanza għal xi wħud, is-sinjifikat ta' dawn il-ġranet huwa wieħed l-istess għal kull persuna madwar id-dinja, irrelevanti xi twemmin u reliġjon tħaddan.", "Dawn il-ġranet jimmarkaw it-tmiem ta' sena u bidu ta' oħra ġdida.", "Għal ħafna, hija opportunità li jirriflettu dwar x'tgħallmu mis-sena li tkun se tispiċċa u jaraw kif se jagħmlu bidliet pożittivi f'ħajjithom.", "Fil-fatt, hija tradizzjoni ta' ħafna nies madwar id-dinja li jagħmlu riżoluzzjonijiet f'lejlet l-ewwel tas-Sena.", "Fost ir-riżoluzzjonijiet l-aktar komuni jinkludu li wieħed jitlef il-piż, jonfoq inqas u jfaddal aktar flus, iqum kmieni u anki li jinqatgħu xi drawwiet ħżiena li wieħed ikollu.", "Imma minn fejn ħadna din l-idea li nagħmlu riżoluzzjonijiet għas-Sena l-Ġdida?", "Huwa maħsub li l-Babiloniżi tal-qedem kienu l-ewwel li għamlu r-riżoluzzjonijiet tas-Sena l-Ġdida.", "Huma kienu għamlu wegħdiet li jibdew is-sena bit-tajjeb u li jiksbu l-approvazzjoni tal-allat tagħhom.", "L-ewwel ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida bdew żmien ilu, lura fl-2000 QK.", "Il-Mesopotamjani bdew din it-tradizzjoni li jiċċelebraw is-Sena l-Ġdida", "Għal ħafna, l-1 ta' Jannar ma kienx jitqies bħala l-ewwel tas-sena.", "Fil-fatt, ir-Rumani kienu jiċċelebraw l-1 ta' Marzu bħala l-ewwel tas-sena.", "Aktar tard ġie deċiż mill-Knisja Kattolika Rumana biex is-sena l-ġdida tiġi iċċelebrata fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.", "Il-ġurnata kienet immarkata skont il-kalendarju Ġorġjan.", "Fis-46 QK, Ġulju Ċesari aċċetta li jiċċelebra s-sena l-ġdida fl-1 ta' Jannar.", "Madanakollu, ġie adottat mill-Ingilterra u l-provinċja Amerikana tal-Ingilterra proprju fl-1752.", "Parti miċ-ċelebrazzjoni tas-sena l-ġdida naturalment tinvolvi ikla tajba.", "Nies li jappartjenu għal pajjiżi differenti madwar id-dinja jieklu ikliet popolari differenti skont l-aktar li jeċċellaw fihom il-kċejjen ta' pajjiżhom.", "Pajjiżi bħan-Nofsinhar tal-Istati Uniti, l-Irlanda, il-Ġermanja u l-Italja jieklu ħaxix bil-weraq aħdar u legumi għaliex jemmnu li jġibu fortuna finanzjarja.", "Il-majjal huwa meqjus bħala ikel obbligatorju fil-jum tas-sena l-ġdida mill-poplu tal-Portugall, l-Ungerija, l-Awstrija u Kuba għax jemmnu li jissimbolizza l-prosperità.", "Id-Danimarka għandhom tradizzjoni kemmxejn stramba għaliex in-nies jitfgħu platti fuq l-għatba ta' xulxin u t-tifsira wara din it-tradizzjoni hija li ġġib ħbieb ġodda lis-sidien tad-djar.", "Drawwa oħra segwita mid-Danimarka hija li jagħmlu ikla ta' filgħaxija jisimha Kransekage.", "F'din id-drawwa huma jħejju deżerta partikolari, li hija kejk forma ta' cone, imżejjen bi bnadar u murtaletti.", "Uħud mill-Ispanjoli jieklu eżattament 12-il għenba, mhux inqas, mhux aktar proprju f'nofsillejl f'lejlet l-ewwel tas-sena.", "Waqt li jieklu l-għeneb jagħmlu xewqat lil Alla.", "Nies li jsegwu din it-tradizzjoni jemmnu li ġġibilhom xorti tajba.", "Fil-Ġappun, fl-okkażjoni tas-Sena l-Ġdida idoqqu l-qniepen għal 108 darba fit-tempji Buddisti madwar il-pajjiż.", "Huma jagħmlu dan bħala sinjal ta' merħba lil Alla tas-Sena l-Ġdida bl-isem ta' Toshigami.", "Il-Griegi jdendlu l-basal mal-bibien tagħhom lejlet is-Sena l-Ġdida bħala tradizzjoni għaliex jemmnu li jġib xorti tajba lit-tfal fid-dar.", "Tradizzjoni oħra li jsegwi l-poplu Grieg hija li jkissru r-rummien fuq l-għatba tagħhom.", "Simili għat-tradizzjonijiet l-oħra ta' pajjiżi differenti, din it-tradizzjoni hija wkoll maħsuba li ġġib xorti tajba u kuntentizza.", "Fil-Belġju jsejħu l-Ewwel tas-Sena bħala Sint Sylvester Vooranvond.", "In-nies hemmhekk jippreparaw ix-xampanja u t-tfal jiktbu ittri lill-ġenituri bix-xewqat Taksa u ħafna mħabba.", "'Auld Lang Syne' hija l-kanzunetta li hi l-aktar magħrufa għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fost ħafna nies madwar id-dinja li jitkellmu bl-Ingliż.", "Hija poeżija bil-lingwa Skoċċiża miktuba minn Robert Burns fl-1788 adattata għall-intunazzjoni ta' kanzunetta folkloristika tradizzjonali.", "Tradizzjonalment tindaqq lejlet l-Ewwel tas-Sena f'nofsillejl.", "Madanakollu, din il-kanzunetta titkanta wkoll fil-funerali, gradwazzjonijiet u bħala tislima jew tmiem ta' okkażjonijiet oħra.", "It-titlu ta' din il-poeżija Skoċċiża jfisser ġranet li għaddew jew żminijiet antiki ħafna.", "Minkejja li din id-darba spiċċajna sena u bdejna oħra kemmxejn differenti mis-soltu, u konna restritti fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħna, wieħed jittama għal sena ferm aħjar minn dik li għadha kif spiċċat.", "Mit-tim ta' skoperta.net nawguraw lilkom il-qarrejja u s-segwaċi sena ġdida mimlija mħabba, saħħa u hena!"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/04/kif-sar-daqstant-popolari-l-curry-fl-ingilterra-jackie-busuttil/", "date": "04/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Kull meta jissemma curry l-ewwel ħsieb tagħna jmur naturalment għall-Indian Curry, u bir-raġun!", "Madanakollu, kont taf li l-Ingliżi fil-fatt jiċċelebraw il-ġimgħa tal-Curry Nazzjonali kull Ottubru?", "Tant hu hekk, li s-Segretarju tal-affarijiet barranin tal-Gran Brittanja Robin Cook f'diskors minn tiegħu kien irrefera għaċ-Chicken tikka masala bħala dixx nazzjonali Ingliż!", "Allura, kif il-curry Indjan b'modifikazzjonijiet tal-Ingliżi sar daqshekk popolari fl-Ingilterra?", "Sa mill-1600 negozjanti Ingliżi bdew jivvjaġġaw lejn l-Indja, u b'hekk ġiet iffurmata l-kumpanija magħrufa bħala 'The East Indian Company.", "Kull meta xi negozjant jivvjaġġa lura d-dar lejn l-Ingilterra, kien jieħu miegħu jew il-kok Indjan tiegħu, jew ir-riċetti jew l-ingredjenti li kien sar tant iħobb!", "Sal-1784 il-curries u r-ross saru speċjalità mfittxija f'ħafna ristoranti popolari madwar Londra.", "Però, l-ewwel ristorant purament Indjan kien il-Hindoostanee Coffee House, li fetaħ il-bibien tiegħu fl-1810 f'Mayfair.", "Sa dan iż-żmien l-Ingliżi kienu saru poplu affaxxinat mill-affarijiet kollha Indjani.", "Bdew jimportaw ingredjenti, u anke għamara, u ornamenti mżejna b'mod elaborat.", "Saħansitra r-Reġina Victoria kienet magħrufa li kienet kompletament affaxxinata b'oġġetti bħal dawn, u anki ddedikat parti sħiħa fil-Palazz biex iżżejjinha bl-akkwisti Indjani tagħha.", "Illum il-ġurnata issib aktar ristoranti Indjani f'Londra milli ssib f'Delhi u f'Mumbai f'daqqa, u tant hu minnu li l-curry oriġinali Indjan ġie modifikat għall-gosti Ingliżi, li llum sar industrija ta' 5 biljun lira sterlina fil-Gran Brittanja!", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2021/01/11/stuffat-tal-haruf-u-l-fazola-ikla-popolari-fdiversi-pajjizi-jackie-busuttil/", "date": "11/Jan/21", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ir-riċetta tal-lum hija 'Stuffat tal-Ħaruf u l-Fażola'.", "Hija ispirata minn ikla Libjana bl-isem ta' 'Fasolya Libiya'.", "Hi ikla popolari fir-ristoranti u fid-djar, u saħansitra f'ċerti postijiet issib xi gabbani żgħar li jservu din l-ikla biss bħala street food, fejn anke tista' tieħu reċipjent miegħek u jimlewulek bil-Fasolya biex teħodha miegħek id-dar.", "Però, ta' min jgħid li f'diversi pajjiżi oħra titqies bħala ikla lokali għalihom ukoll.", "Ovvjament forsi b'xi ħwawar jew anke ingredjenti differenti, u ċertament b'isem differenti wkoll.", "Fl-Iraq pereżempju tisejjaħ 'Marqat Fasolia' u meqjusha bħala waħda mill-ikliet nazzjonali.", "Mentri fil-Libanu tisejjaħ 'Fasolia bil Lahme' u hi waħda mill-aktar ikliet popolari tal-pajjiż.", "Fil-Marokk ukoll iħobbu jsajruha din l-ikla.", "U jekk tmur sal-Greċja jgħidulek li jisimha 'Arni me Fassolakia', però huma jsajruha bil-fażola ħadra.", "Ma jonqosx li din l-ikla jsajruha wkoll il-Franċiżi, fejn issib li fil-verżjoni tagħhom jaqtgħu l-ħaruf f'biċċiet żgħar u jżidu wkoll diversi tipi ta' ħaxix.", "Issejħilha x'issejħilha, li hu żgur hu li din hi ikla tajba ferm, speċjalment fix-xhur tax-xitwa ma' xi biċċtejn ħobż tal-pita, jew ma' xi ftit ross.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Jackie Busuttil Kontributriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/09/filmat-fil-hajja-hemm-hafna-aktar-pozittiv-milli-negattiv-ejjew-niffukaw-fuq-dak-li-sejjer-tajjeb-fhajjitna-u-napprezzaw-dak-li-jaghmilna-tassew-kuntenti-kei/", "date": "09/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Keith Demicoli Fil-21 ta' Novembru, għal darb'oħra Keith se jkun qed jippreżenta Miss World Malta, din is-sena flimkien ma' Quinton Scerri.", "It-tħejjijiet għal Miss World Malta mill-organizzaturi Sue Rossi u Claudia Calleja ilhom ix-xhur li bdew imma minħabba l-pandemija s-serata finali kellha tiġi posposta aktar minn darba u l-arranġamenti baqgħu jinbidlu s'issa.", "Għal din is-serata ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex l-24 tfajla u l-15-il ġuvni li se jikkompetu u dawk kollha nvoluti jkollhom moħħhom mistrieħ li l-attività ssir skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.", "Fil-fatt is-serata se tkun maħsuba aktar għat-televiżjoni milli għall-udjenza limitata li se tkun preżenti fis-sala.", "Nistaqsu lil Keith x'jaħseb li jispikka l-aktar f'dan il-konkors, 'lil hinn mis-sbuħija.", "\"Din il-kompetizzjoni hija tas-sbuħija li fil-verità hija suġġettiva ħafna u tiddependi mill-perspettività ta' kull individwu.", "Madanakollu, il-parteċipanti jiġu ġġudikati wkoll fuq il-personalità li jien personali nemmen ħafna fiha għax is-sbuħija estetika mhix hemm għal dejjem.", "L-impatt li tista' tħalli persuna hu b'għemilha u l-personalità tagħha.", "Għalhekk nieħu gost nara li l-organizzaturi ta' Miss World jisħqu ħafna fuq il-kunċett ' beauty with a purpose ' fejn il-parteċipanti jieħdu inizjattivi volontarji li bihom jgħinu lil ħaddieħor u jxerrdu aktar tama u mħabba li fiċ-ċirkostanzi ta' bħalissa huma ferm aktar importanti.\" jgħidilna.", "Bħalissa Keith u l-mara tiegħu Alexia jinsabu ħerqana u eċċitati ħafna, dan għaliex jekk kollox imur kif ippjanat, din se tkun is-sena li se jqattgħu l-ewwel Milied tagħhom fid-dar il-ġdida tagħhom fir-Rabat, li ilhom jirranġaw fiha kważi 10 snin.", "Minkejja li għalihom se tkun id-dar il-ġdida tagħhom, din id-dar hi waħda antika ħafna, ta' aktar minn 500 sena!", "\"Ħafna qraba u ħbieb jibqgħu mistgħaġba kemm domna biex inlestu imma minbarra li kien fiha ħafna xogħol u spejjeż, kellna bżonn ħafna paċenzja u ridna nagħmlu ħafna sagrifiċċji fosthom finanzjarji.", "Niftakar li eżatt kif iżżewwiġna fl-2011, jien u Alexia iddeċidejna li nkomplu ninvestu aktar fir-relazzjoni tagħna minflok fil-ġebel.", "Ma ridniex nabbandunaw kollox u niffukaw biss fuq id-dar.", "Minflok, imxejna pass pass u b'mod li x-xogħol fid-dar ma jkunx ta' piż finanzjarju u emozzjonali sproporzjonat fuqna t-tnejn.", "Għalhekk għamilna madwar ħames snin minnhom meta għażilna li nistudjaw flimkien l-Universitá ta' Malta u dik kienet prioritá li flimkien max-xogħol full-time tagħna ma tantx ħallitilna wisq ħin niffukaw fuq il-proġett tad-dar li tajnih spinta f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta.", "Illum sfortunatament hawn uħud li biex jagħmlu suċċess, ikollhom aktar fama jew ikunu aħjar minn kulħadd, ikunu jridu kollox u possibilment jagħmlu kollox f'daqqa.", "Ir-realtá hija differenti mir-ritratti jew filmati fuq il-midja soċjali li jafu jinfluwenzawna u nippruvaw nagħmlu l-istess.", "Inħossu li biex ir-relazzjoni tagħna tkompli tirnexxi, ma nistgħux noħolqu stress jew pressjoni żejda fuq xulxin.", "Kollox bilmod u bil-pass tiegħu.\"", "Il-pandemija b'xi mod jew ieħor qed taffettwa lil kulħadd, madanakollu Keith jgħidilna li hu dejjem jipprova jadatta għal kull sitwazzjoni u għalih dan hu perjodu ieħor x'aktarx storiku li qed jagħmel l-almu tiegħu biex jgħixu bħala opportunità li jirrifletti fuq x'inhu l-aktar importanti fil-ħajja.", "Waqt li mill-aspett personali qed jipprova jagħti aktar importanza lill-familja, fir-rigward tal-professjoni tiegħu qed jagħmel sforz akbar biex isib stejjer pożittivi.", "Waħda minn dawn l-istejjer kienet dik ta' Żaren Borg li l-Covid-19 kien għoddu ħadlu ħajtu.", "Wara 21 ġurnata fuq il-ventilator fl-ITU, Żaren beda jirkupra u llum qed igawdi l-ħajja.", "\"X'aktarx għadni nagħmel dan ix-xogħol għax ilaqqgħani ma' stejjer u karattri straordinarji bħal Żaren u l-familja tiegħu.\" jgħid Keith.", "Kif ukoll jisħaq li l-ġurnalisti huma wkoll frontliners u għandhom responsabbiltà kbira ħafna għax ir-rappurtaġġi u l-mistoqsijiet tagħhom jistgħu jkomplu jagħksu jew jagħtu aktar tama lil ħafna nies li jinsabu fuq ix-xwiek biex ikunu aġġornati bit-tagħrif u l-iżviluppi relatati mal-pandemija u t-tilqima b'mod fattwali u korrett.", "Waħda mill-isbaħ esperjenzi din is-sena kienet f'Settembru li għadda fil-bajja tal-Għadira waqt attività ta' ġbir ta' skart fl-għeluq tal-kampanja ta' madwar tliet xhur, li matulha ġabru aktar minn 4,250kg skart mix-xtut u l-bajjiet.", "Keith jirrakonta kif darba bla mistenni kien mar raġel fuqu u qallu li wara li l-mara tiegħu kienet qed issegwih fuq il-midja ikkonvinċiet lill-familja kollha biex ma jużawx aktar plastik li jintuża darba biss bħat-tazzi tal-kafè u meta jmorru l-baħar joqgħodu b'seba' għajnejn li ma jarmu xejn fil-baħar jew il-bajja għax irrealizzaw il-ħsara kbira għall-ambjent u saħħithom.", "Bħala ambaxxatur ukoll tal-qari Keith jisħaq dwar l-importanza tal-qari minn età żgħira u l-influwenza tal-ġenituri f'dan ir-rigward.", "\"Ironikament sakemm kelli madwar 12-il sena ma kontx inħobb naqra kotba.", "Dan kien rifless fir-riżultati li kont qed nikseb l-iskola.", "Dan hu l-messaġġ ewlieni li nwassal lit-tfal kull darba li mmur naqralhom u nispjegalhom l-importanza tal-qari fl-iżvilupp tal-ħsieb, tal-personalitá u l-kreattivitá tagħhom.", "Kif jien personalment irrealizzajt is-sbuħija u l-effett inkredibbli tal-qari ta' kotba u rivisti ta' kwalitá, kont qed insibha aktar faċli biex nesprimi ħsibijieti b'mod verbali u bil-kitba.", "Nixtieq inħeġġeġ lill-ġenituri jaqbdu ktieb quddiem uliehom u jaqraw għal ftit minuti kuljum.", "L-eżempju jkaxkar u huma jistgħu jkunu l-aktar ' influencers ' effettivi ta' wliedhom.\"", "Nistaqsu wkoll lil Keith dwar x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu fuq is-saħħa mentali.", "\"Is-saħħa mentali nipprova nieħu ħsiebha iktar mis-saħħa fiżika.", "Il-ġirja ta' 30 minuta li mmur nagħmel kważi kuljum hi l-aqwa mediċina li nsib biex nibqa' mentalment b'saħħti u dan hu l-parir li nagħti lil kull min għaddej minn sfidi ta' dan it-tip.", "L-eżerċizzju fiżiku, ġest ta' qalb tajba u l-mogħdrija huma l-aqwa għodod biex tħossok tajjeb u parti mill-komunitá.", "Il-pandemija għenet ħafna nies jirrealizzaw aktar l-importanza tal-familja, tal-ambjent u tas-saħħa iżda wasslet ukoll biex iktar nies iħossuhom frustrati, mimlija tensjoni, waħedhom jew iżolati.", "Telefonata, messaġġ jew stedina għal kafé lil xi ħabib jew persuna li ilek ma tikkomunika magħha u tħoss li jaf qed tbati fis-skiet, jistgħu jagħmlu differenza kbira.", "Jekk aħna lkoll naħsbu aktar f'xulxin ngħixu b'aktar serenitá u kuntentizza.\"", "L-inġustizzja, id-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta' rispett jew apprezzament huma fost l-aktar li jweġġgħu lil Keith.", "Għall-mistoqsija ta' x'kienet l-akbar qlajja' li qalgħu fuqu Keith qalilna li ma jiftakarx waħda partikolari.", "\"Jiena mhux tip li nkun konfrontattiv jew ninkwieta fuq x'qal dak jew l-ieħor.", "Nipprova ngħix kull sekonda bl-aħjar mod li nista' mingħajr ma nweġġa' lil ħadd u meta jkun hemm min jipprova jweġġgħani, nipprova nżomm kalm billi nikkontrolla l-emozzjonijiet 'negattivi' tiegħi u ma nweġibx mill-ewwel.", "Ħafna drabi dan nagħmlu billi noqgħod 'il bogħod minn dik is-sitwazzjoni jew persuna sakemm jikkalmaw l-affarijiet.", "Sibt li kull darba li naħfer inkun ferm aktar kuntent miegħi nnifsi u jkolli aktar enerġija 'pożittiva' biex nimxi 'l quddiem.", "Fil-ħajja hemm ħafna aktar pożittiv milli negattiv.", "Ejjew niffukaw fuq dak li sejjer tajjeb f'ħajjitna u napprezzaw dak li jagħmilna tassew kuntenti bħall-familja, ħbieb, sport u volontorjat (speċjalment meta ngħinu lil ħaddieħor!)\".", "Keith mat-tifla tiegħu Rianne", "Keith jgħidilna li bin-natura tax-xogħol tiegħu ma tantx hemm affarijiet li ma tkellimx dwarhom fil-pubbliku.", "\"Hemm min jaħseb li dan hu żvantaġġ.", "Jiena nħossni privileġġjat li għandi pjattaforma bħal din fosthom fuq 'Skoperta' fejn nista' nesprimi ħsibijiet u esperjenzi li possibilment jistgħu jgħinu persuni oħrajn li jkunu għaddejjin minn żmien ta' sfida jew inċertezza.", "Dan l-ahhar kont ferhan se ntir nara lit-tifla Rianne tghaddi mill-ezami tal-A level fis-soċjoloġija fl-ewwel sena tal-post-sekondarja.", "Inkwetaw inqas u tbissmu ferm iktar.", "Il-ħajja qasira wisq.\"", "Keith jikkonkludi l-intervista b'dan il-messaġġ għalikom is-segwaċi u l-qarrejja ta' Skoperta.", "Ċertament li min jaf lil Keith, jista' jikkonferma l-ġenwinità ta' dan il-messaġġ.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/10/il-kantanta-kylie-coleiro-tirrakkonta-kif-wara-gurnata-xoghol-sabet-sorpriza-tistenniha/", "date": "10/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ftit tal-minuti ilu l-kantanta Kylie Coleiro ħabbret fuq il-midja soċjali li llum, wara 11-il sena, l-għarus tagħha Clint Grima għadu kemm ippropnielha!", "Kylie tirrakkonta kif wara ġurnata xogħol twila kellha tgħaddi għand il-kunjata biex tieħu xi ħaġa li kienet xtratilha imma minflok ikkonvinċietha biex tibqa' sejra d-dar.", "Kif waslet id-dar sabet kullimkien mitfi, bix-xemgħat u bukkett fjuri sabiħ jistenniha, u ftit sekondi wara Clint ipproponielha!", "Ovvjament qalet iva!", "Kylie tgħidilna li tinsab eċċitata ħafna u għadha s'issa ma tistax temmen.", "Nawguraw lil Kylie u lil Clint aktar snin ta' mħabba.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/11/filmat-nhar-l-erbgha-25-ta-novembru-fis-7-30pm-charity-dinner-brisq-it-tieni-dar-bjorn/", "date": "11/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Bjorn Formosa Nhar l-Erbgħa 25 ta' Novembru fis-7.30pm se jsir Charity Dinner ġewwa Ta' Ċensu, il-Marsa .", "L-għan ta' dan l-avveniment hu biex ikomplu jinġabru l-aħħar fondi għat-tieni Dar Bjorn.", "Għal dan l-avveniment se jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, distanza soċjali bi ftit nies fuq l-imwejjed u b'distanza kif meħtieġ.", "Bħalissa beda x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Dar Bjorn, u mistenni li fix-xhur li ġejjin ikun hemm avvanz sew tant li titlesta l-binja b'ġebel u saqaf.", "Dar Bjorn toffri servizz olistiku ta' bosta servizzi mediċi u terapewtiċi, tislif ta' apparat mediku u residenza permanenti ġewwa Dar Bjorn stess fost oħrajn.", "Nistaqsu lil Bjorn kif jirnexxilu jżomm determinazzjoni tant qawwija minkejja l-isfidi personali ta' kuljum.", "\"Billi nibqa' iffukat fuq l-għan ta' dan kollu u dejjem naħseb fin-numru kbir ta' nies li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.", "Dejjem iffukat fuq dak li rrid nagħmel u minkejja li stajt għamilt ċerti żbalji, xorta għenu biex nitgħallem minnhom u nibqa' miexi 'l quddiem f'dak li rrid inwettaq.", "Is-sodisfazzjon tiegħi hu li jirnexxilna noħolqu soluzzjonijiet ġodda li qabel ma kinux jeżistu għal dawk li qed ibatu\" iwieġeb Bjorn.", "Għal Bjorn, il-mara tiegħu Maria hija fundamentali biex tfornixxi kontinwazzjoni fil-ħidma tiegħu ta' kuljum u f'dak kollu li jkollu bżonn.", "\"Għext l-ewwel 30 sena ta' ħajti mingħajr ma kont esperjenzajt ċerti emozzjonijiet u qatt ma bsart li fi żmien daqstant diffiċli kont ħa niltaqa ma' din it-tfajla daqshekk speċjali.\" jgħidilna Bjorn.", "Jisħaq ukoll li Maria tagħmel ħafna xogħol minn wara l-kwinti li mingħajru ma kinux jaslu fejn irnexxilhom jaslu llum.", "Agħti l-kontribut tiegħek permezz tan-numri t'hawn taħt:", "Ċempel:", "Bjorn jgħaddi dan il-messaġġ lilek li dejjem weġibt għas-sejħa tiegħu u lilek li ħa tagħti sehmek biex ikun jista' jwettaq proġett ieħor li permezz tiegħu, il-ħajja ta' ħafna nies se tkun inqas ta' tbatija.", "Bjorn jgħaddi dan il-messaġġ lilek li dejjem weġibt għas-sejħa tiegħu u lilek li ħa tagħti sehmek biex ikun jista' jwettaq proġett ieħor li permezz tiegħu, il-ħajja ta' ħafna nies se tkun inqas ta' tbatija.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/13/jehtieg-li-ma-niggudikawx-nies-u-nippruvaw-inkunu-aktar-sensittivi-qabel-nghidu-xi-haga-tamara-webb/", "date": "13/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Tamara Webb F'sena daqstant diffiċli għal kulħadd, Tamara u r-raġel tagħha Ken, u l-familji tagħhom irċevew l-isbaħ rigal ta' ħajjithom, it-twelid ta' Pixie Rose.", "Minkejja li bħalissa d-dinja kollha għaddejja minn sitwazzjoni diffiċli, hi u Ken jinsabu l-aktar żewġ persuni kuntenti fid-dinja.", "Ritratt meħud minn M&J Photo Studio Malta", "Nistaqsuha kif inbidlet ħajjithom issa li saru ġenituri.", "\"Il-ħajja tinbidel mill-mument li ssir taf li se jkollok tarbija u mhux wara li titwieled biss, però ma nistax ngħid li qed inħoss in-nuqqas tal-ħajja tagħna kif kienet qabel għax qed ngħixu dak li dejjem xtaqna u allura napprezza kull mument.", "Ovvjament ikollok ħafna inqas ħin għalik u għalkemm jien dejjem nisħaq li l-bilanċ hu importanti imma peress li t-tifla għadha żgħira ħafna ma tantx nista' ngħid li sibtu l-bilanċ s'issa.", "Nagħmel dak li nista' nagħmel.", "Ma tistax tippjana li ħa tagħmel ċerti affarijiet bil-fors għax meta jkollok tarbija, speċjalment ta' età daqshekk żgħira trid timxi ma' dak li jkunu jridu u jkollhom bżonn huma.", "Ħaġa li nemmen li hi importanti ħafna li għalkemm it-tfal dejjem ħa jiġu l-ewwel però xorta rridu nieħdu ħsieb tagħna nfusna u nsibu ħin għal dak li jagħmilna kuntenti.\"", "Tamara tgħidilna li l-ġenituri tagħha dejjem issapportjawha f'kull ma iddeċidiet li tagħmel f'ħajjitha anki f'affarijiet li kienu jinvolvu riskji kbar.", "Qabel kull pass li għamlet dejjem staqsewha jekk taħsibx li l-pass li tkun se tagħmel se jagħmilha kuntenta.", "\"Il-ġenituri tiegħi dejjem jgħiduli li jekk ma tiħux ir-riskju ma tkunx taf żbaljajtx jew le u mill-iżbalji titgħallem.", "Dik xi ħaġa li nista' ngħaddi lil Pixie biex tkun persuna b'saħħitha la tikber.\" tgħidilna Tamara.", "\"Nixtieq li nrabbi lil Pixie b'karattru b'saħħtu biex meta tasal biex tiffaċja l-problemi li toffri l-ħajja tkun b'saħħitha biżżejjed biex tegħlibhom, imma jekk ma tkunx, dejjem ħa ssibni hemm għaliha biex ngħinha tegħleb kull ostaklu li jiġi quddiemha.\" tkompli Tamara.", "Is-sena l-oħra Tamara nediet is-sit elettroniku tagħha The Balance Queen kif ukoll l-ewwel prodott tagħha The Balance Queen Journal .", "Ir-rispons fuq dawn iż-żewġ proġetti kien wieħed sodisfaċenti.", "Tistqarr li ż-żewġ proġetti ifissru ħafna għaliha u għenuha mentalment fi żminijiet mhux daqstant faċli.", "Bħalissa qed taħdem fuq proġetti ġodda, li wieħed minnhom ħadmet l-aktar fuqu meta kienet tqila b'Pixie u meta feġġet il-pandemija fejn kienet għamlet tliet xhur litteralment ġewwa.", "Dak kien iż-żmien fejn bħal dejjem, iddeċidiet li tieħu l-pożittiv minn sitwazzjoni negattiva u taħdem fuq dak li tixtieq twettaq.", "Tamara mistennija tniedi żewġ journals oħra, wieħed din is-sena u l-ieħor fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Qed taħdem ukoll fuq ditta ġdida.", "\"Jien inħobb naħdem fuq affarijiet li jagħmluni kuntenta, u nispera li l-affarijiet li noħloq jagħmlu lil xi ħaddieħor kuntent ukoll.\" tgħid Tamara.", "Dwar l-impatt negattiv u pożittiv li tħalli l-midja soċjali Tamara tgħidilna li hi ħaġa normali li kull min jikteb u jaqsam xi ħaġa fuq il-midja soċjali dejjem se jkollu min jaqbel miegħu u min jikkritikah.", "Li jdejqu lil Tamara huma dawk li jużaw dak li jkun intqal u jdawwruh b'mod li jiġi kontrik jew li jista' jiġi interpretat totalment differenti minn dak li fil-verità ridt tfisser.", "\"Fil-midja soċjali hawn ħafna bullies li din il-ħaġa tinkoraġġihom aktar biex jiktbu dak li jiġi f'moħħhom u jweġġgħu lil ħaddieħor.", "Din il-ħaġa l-aktar li ddejjaqni mhux għalija għax issa jien drajt u fl-aħħar mill-aħħar xorta nibqa' dak li jien, il-mara tar-raġel tiegħi, it-tifla ta' ommi u missieri imma li ċerti nies jaħsbu li jistgħu jaqbdu u jgħidu li jridu anki bl-iskuża li għax tkun persuna pubblika għandek taċċetta kull ma jintqal hija xi ħaġa negattiva ħafna.", "Din ħafna drabi taffettwa aktar lin-nies ta' madwar il-persuna u tista' tweġġa ħafna.\" tgħid Tamara.", "Min-naħa l-oħra, l-aktar ħaġa li tagħtiha ferħ u sodisfazzjon lil Tamara hi meta tkun taf li b'dak li taqsam fuq il-midja soċjali tkun qed tgħin lil ħaddieħor.", "Il-messaġġ li tirċievi minn nies li tkun għamlitilhom differenza bl-esperjenzi li tkun qasmet magħna, partikolarment dawk li tgħinhom jagħmlu kuraġġ biex ma jaqtgħux qalbhom li jkollhom it-tfal.", "\"Ħafna jafu li ma kinitx faċli biex ikolli lil Pixie, aktar kemm xtaqt, u naħseb li din hi xi ħaġa li taffettwa lil ħafna nisa u koppji.", "Minħabba din is-sitwazzjoni għamilt żmien ma nħobbx lili nnifsi u naħseb li ġismi ma jaħdimx.", "Kienet dik ir-raġuni li ddeċidejt li naqsam l-esperjenza tiegħi, tagħna, u nemmen li permezz t'hekk irnexxili ngħin lil ħafna nies.\" tgħidilna Tamara.", "Ritratt meħud minn M&J Photo Studio Malta", "\"Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi, mhux fuq dan is-suġġett biss, hu li qatt m'għandkom tikkumparaw ħajjitkom ma' ħaddieħor.", "Kulħadd għandu l-istorja tiegħu ħafna drabi jidher is-sabiħ biss, imma ħadd ma jkun jaf x'hemm għaddej wara dak il-bieb.", "Anki jekk ħaddieħor irnexxielu jikseb xi ħaġa mill-ewwel, ma jfissirx li int l-istess u lanqas ifisser li din hi xi ħaġa ħażina, ifisser li ma taqta' qalbek qatt u tibqa' taħdem għal dak li tixtieq.", "Din tapplika għal kollox.", "Min-naħa l-oħra jeħtieġ li ma niġġudikawx nies u nippruvaw inkunu aktar sensittivi qabel ngħidu xi ħaġa.", "Meta kont għadni qed nipprova għal Pixie weġġgħuni ħafna nies bi kliemhom, u wara wkoll.", "M'hijiex faċli imma importanti wkoll li fil-ħajja dejjem tipprova tfittex u taħdem għal li dejjem xtaqt u jagħmlek kuntenta.\" tikkonkludi Tamara.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/15/nixtiequ-nkunu-ta-ispirazzjoni-ghal-haddiehor-il-familja-vella-galea/", "date": "15/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Noel u Chris Vella Galea Noel u Chris huma koppja miżżewġa u l-ġenituri ta' Daniel, tifel li adottaw mill-Portugal sentejn ilu.", "Ix-xewqa li jsiru ġenituri kienet minn dejjem, fil-fatt meta iddisinjaw it-tieni dar tagħhom kienu ippreparaw kamra apposta għat-tfal.", "Din kienet tqanqal mistoqsijiet minn min kien imur għandhom.", "Sikwit kienu jisimgħu \"Mela intom xi darba ħa jkollkom it-tfal\".", "Wara riċerka u konsiderazzjoni għall-isfidi li setgħu jiffaċċjaw fil-futur, ħadu d-deċiżjoni finali, dik li jagħmlu kuntatt ma' aġenzija tal-adozzjoni u jibdew il-proċess.", "Bħal kull adozzjoni oħra, il-proċess ikun ftit fit-tul u diffiċli iżda Noel u Chris jistqarru li sabu kooperazzjoni u sapport kbir kemm mill-aġenzija tal-adozzjoni, social worker u l-psikologu, minkejja li din kienet l-ewwel darba tagħhom li kienu qed jittrattaw sitwazzjoni ta' koppja tal-istess sess.", "Wara dan il-proċess huma ġew approvati bħala ġenituri prospettivi li jistgħu jadottaw, mill-bord tal-adozzjoni ta' Malta.", "Minn hemm beda t-tieni pass, fejn raw profili ta' tfal li huma għall-adozzjoni, sakemm finalment ġibed l-attenzjoni tagħhom b'mod partikolari wieħed minnhom, u dan kien Daniel.", "Ritratt meħud minn My Lens Photography", "Għaddew ġimgħat qabel ma Noel u Chris kellhom il-konferma li se jkunu l-ġenituri ta' Daniel.", "L-istennija kienet waħda twila iżda qatt ma qatgħu qalbhom.", "Jiddeskrivu dik il-ġurnata li saru jafu li jistgħu jadottaw lil Daniel bħala waħda importanti ħafna f'ħajjithom.", "\"Dak il-ħin infqajt nibki bil-ferħ u nirringrazzja lill-Mulej li Daniel ħa jkun tagħna\" jgħidilna Noel.", "L-awtoritajiet qalulhom ukoll li d-dar fejn kien jgħix Daniel kienet se tagħlaq u allura għamlu l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jilħqu jmorru qabel id-data tal-għeluq sabiex it-tifel ma jgħaddix minn trawma oħra.", "Jiddeskrivu l-mument li ltaqgħu għall-ewwel darba ma' Daniel l-istess sensazzjoni bħal meta koppja tħaddan f'idejha l-ewwel wild tagħha.", "Il-proċess minn meta bdew sakemm finalment marru għal Daniel dam 9 xhur.", "Jispjegaw kif minkejja li qatt ma kienu raw lil xulxin personali, ħlief minn fuq ritratti u vidjos, ir-rabta ta' bejniethom bdiet tinbet mill-ewwel ġurnata li ħaddnuh magħhom.", "\"Niftakar waqt li kont qed ngħannqu għall-ewwel darba, f'qalbi għidtlu \"ibni, daqshekk ħa tibqa' waħdek fid-dlam tal-ħajja\".", "It-tifel kien diġà rabatna ma' qalbu għaliex fl-aħħar sab dak li xtaq, imħabba, fiduċja u sigurtà.", "Il-ġurnata ta' din il-familja tibda minn kmieni filgħodu.", "Il-ħtiġijiet tad-dar kif ukoll f'dak li jirrigwarda t-trobbija ta' Daniel jinqasmu bejn it-tnejn.", "M'hemmx irwol speċifiku, bħala ġenituri jaraw li jkunu preżenti t-tnejn ugwalment f'dak kollu li jkun hemm bżonn.", "Ritratt meħud minn My Lens Photography", "Huma ħafna li għandhom l-opinjoni li tfal li jiġu adottati minn koppji tal-istess sess ikollhom aktar ċans li jiġu bullied .", "Madanakollu, Noel u Chris jgħidulna li dan mhuwiex il-każ għal Daniel għaliex sal-ġurnata tal-lum qatt ma kellhom problemi ta' bullying.", "Huma jemmnu li l- bullying jista' jgħaddi minnu kulħadd u f'sitwazzjonijiet differenti mhux biss f'każ ta' ġenituri tal-istess sess imma anki dawk li jkunu ġejjin minn sfond partikolari.", "Jisħqu li minkejja li huma qatt ma sabu l-ebda resistenza minn kapijiet tal-iskola, tal-Knisja u oħrajn imma jħossu li hemm bżonn ta' aktar kuxjenza kemm fuq żwieġ u anki adozzjoni minn persuni ta' persuni tal-istess sess.", "Jemmnu li l-edukazzjoni hi essenzjali fil-mentalità tal-individwu u għal daqstant l-edukazzjoni għandha tibda mid-dar u minn età żgħira.", "Il-ġenituri għandhom jgħallmu lill-uliedhom biex jaċċettaw lil kulħadd.", "Kien proprju għalhekk li Noel u Chris iddeċiedew li joħolqu l-paġna tagħhom fuq Facebook , TWOPAPASMALTA , u anki jkunu involuti fil-midja sabiex jgħinu u jqajmu kuxjenza bl-esperjenzi tagħhom stess.", "Ir-rispons li jirċievu huwa wieħed pożittiv ħafna, iżda jkun hemm ukoll dak negattiv li juri kemm għad fadal x'naqdfu bħala soċjetà.", "\"Bħala progress sar ħafna matul dawn l-aħħar snin però għad fadal xi jsir fejn jidħlu reliġjon, edukazzjoni, u politika.", "Huma ħafna li jħaltu r-reliġjon mas-sesswalità tal-persuna, jew għax tkun omosesswali tista' tabbuża mit-tfal, jew għax it-tfal jistgħu jitilgħu omosesswali peress li jkunu fi preżenza ta' ġenituri tal-istess orjentazzjoni sesswali.", "Is-sesswalità titwieled biha u mhux taqlibha kif trid\" jgħidulna l-koppja.", "Għalkemm diġà esprimew li min-naħa tal-knisja ma kellhom l-ebda problema iżda jħossu li fadal ħafna xi jsir sabiex familja tal-istess sess jiġu verament rikonoxxuti.", "Jaraw l-aħħar stqarrija tal-Papa f'dan ir-rigward bħala xi ħaġa pożittiva u li tagħti tama.", "Noel u Chris jenfasizzaw magħna li lil Daniel spiss isemmulu l-ġenituri bijoloġiċi tiegħu għaliex minkejja kollox, bl-ebda mod ma jridu li tinbet ċerta rabja għalihom min-naħa tiegħu.", "Minkejja li kien proċess ta' taqtigħ il-qalb, Noel u Chris iħeġġu lil dawk li jixtiequ jadottaw biex ma jaqtgħu qalbhom qatt, għaliex wara dak kollu, illum jinsabu kuntenti li rnexxilhom jagħtu dar, familja, imħabba, edukazzjoni u futur sabiħ lit-tifel tagħhom, tant li lesti jerġgħu jgħaddu minn proċess ieħor ta' adozzjoni għal darb'oħra.", "Bla dubju, il-koppja Noel u Chris Vella Galea ġibdu ammirazzjoni kbira lejhom mhux għall-fatt li adottaw tifel li jfisser id-dinja għalihom imma għar-raġuni li qed jaqsmu l-esperjenza tagħhom pubblikament minkejja li għad hawn ċerta stigma fejn jidħlu familji b'ġenituri tal-istess sess.", "Fil-fatt huma jappoġġjaw ukoll numru ta' studenti li qed jagħmlu studji universitarji jew MCAST, fuq familji LGBTIQ.", "Ikunu parti mir-riċerka tagħhom.", "Dan jagħtihom sodisfazzjon kbir għaliex fl-istess waqt jgħinhom jilħqu l-għan ewlieni tagħhom, dak li jqajmu kuxjenza u jkunu ta' ispirazzjoni għal ħaddieħor.", "Il-ħajja ta' din il-familja twassal messaġġ wieħed u dan hu li d-definizzjoni ta' familja hija biss imħabba, rispett u sigurtà.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/16/jien-ghadni-nemmen-li-l-hajja-sabiha-joseph-debono/", "date": "16/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Joseph Debono Joseph, ftit ġimgħat ilu żvelajt pubblikament li għandek l-ALS.", "X'wasslek biex taqsam l-istorja tiegħek pubblikament?", "Huwa n-natural tiegħi li nitkellem u nikkomunika.", "U ħassejt ukoll li b'hekk stajt ngħin lil Bjorn fil-ġbir ta' fondi, u lil oħrajn bħali li għandhom ALS.", "Barra minn hekk ma narax għalfejn għandi naħbi l-kundizzjoni.", "Wara l-ewwel reazzjonijiet ovvji kif sirt taf li għandek din il-marda, x'kienu l-ewwel ħsibijiet tiegħek sabiex b'xi mod tkompli għaddej b'ħajtek kif tista'?", "L-ewwel ħsieb kien li ma xtaqtx inkun ta' piż fuq ħadd.", "Imbagħad mill-ewwel bdejt naħseb għal tibdil fid-dar biex innaqqas it-tbatija u l-periklu, pereżempju bħal sodda isfel biex nevita t-taraġ.", "Huwa proċess twil biex wieħed jaċċetta u jadatta għal realtà kompletament differenti milli jkun imdorri jgħix fiha.", "Minn fejn iġġib id-determinazzjoni għal dan?", "Li taċċetta s-sitwazzjoni l-ġdida hija kruċjali.", "Ladarba aċċettajtha stajt ukoll naħseb f'soluzzjonijiet.", "Id-determinazzjoni tiġi wkoll bl-għajnuna tal-mara u tal-familja, u tal-kuraġġ u l-pariri ta' Bjorn.", "X'kienet ir-reazzjoni tiegħek għar-rispons tan-nies wara li tkellimt pubblikament?", "Kont qed tistenna rispons bħal dak?", "Emozzjoni kbira.", "Għamilt tlett ijiem nibki, naqra l-messaġġi sbieħ li rċevejt.", "U kważi ma weġibt lil ħadd daqs kemm kien hemm.", "Xi wħud minnhom weġibthom ħafna wara.", "Stennejt rispons, imma mhux daqshekk.", "Kellmuni ħbieb li kont ilni ma nkellimhom snin, u ħafna nies oħra li ma nafhomx.", "Is-solidarjetà li ħassejt ferħitni mhux ftit.", "Liema huma l-akbar sfidi li qed tiffaċja bħalissa?", "U x'inhi l-akbar biża' tiegħek?", "L-isfidi huma l-ħin kollu.", "Kollox sar diffiċli.", "L-ikbar sfidi bħalissa huma ż-żewġ tarġiet ta' quddiem il-bieb, u li minħabba fihom qed nibża noħroġ, u bil-lejl, l-irqad sar ikkumplikat.", "L-akbar biża bħalissa hi li ma nkunx nista' nitkellem ċar.", "L-ALS biddlitlek il-perspettiva ta' kif tħares lejn il-ħajja?", "Mhux eżatt.", "Jien għadni nemmen li l-ħajja sabiħa, u li huwa sabiħ li titkellem u taqsam ma' oħrajn.", "Il-perspettiva nbidlet lejn il-possessjonijiet.", "Illum inħoss li kull ma fadalli li huma tassew tiegħi huma moħħi u ħalqi, għax fuq dawk biss għandi kontroll.", "X'differenza għamel u għadu jagħmel Bjorn fil-ħajja tiegħek?", "L-ewwelnett bil-kuraġġ li tani, u għadu jtini kull meta nkellmu.", "Bjorn, kif isemmilu problema, mill-ewwel jaħseb fis-soluzzjoni, u f'salt wieħed, il-problema ma tibqax tbeżżgħek.", "Bjorn tani wkoll għajnuna materjali bħas-sodda, u l-apparat li bih inħaddem il-kompjuter b'għajnejja.", "Kemm huma importanti l-irwoli ta' dawk l-aktar qrib tiegħek f'ħajtek?", "Il-mara tiegħi Tanya l-aktar.", "Illum niddependi kważi għal kollox fuqha.", "Il-ħin kollu.", "Inħossni ħarbattilha ħajjitha.", "U ma nistax nirringrazzjaha biżżejjed.", "Ibni Peter li jgħix magħna u li wkoll jgħini ħafna.", "Imbagħad hemm ħuti li jiġu malli jkolli bżonn.", "Joseph flimkien mal-familja tiegħu", "L-għajnuna fiżika hi essenzjali, iżda xi ngħidu dwar għajnuna psikoloġika?", "Int personali, f'liema mumenti ħassejt il-bżonn li tfittex l-għajnuna minn dan l-aspett ukoll?", "Tħoss li saret differenza permezz ta' din l-għajnuna?", "Bjorn offrieli servizz ta' counsellor.", "Sibtu ta' għajnuna kbira.", "Jien għandi tendenza nhewden u naħseb ħafna, l-aktar bil-lejl.", "Ma' Etienne, dan it-thewdin, li jista jtaqqalna, jirnexxili nitkellem dwaru.", "Mhux il-ħażin biss.", "Nikellmu wkoll dwar ħafna esperjenzi sbieħ.", "Tajjeb ngħid ukoll li jien involut f'attivitajiet, bħalissa virtwali, li għenuni nibqa attiv mentalment.", "Huma ħafna li minkejja li jkollhom intenzjonijiet tajba u ġenwini, ma jkunux jafu kif għandhom jaġixxu f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "X'messaġġ tgħaddi lill-persuni li għandhom lil xi ħadd qrib tagħhom li qed jikkumbatti ma' din il-marda?", "Ma jibżgħux ikellmuhom.", "Ħafna jibżgħu li ma jkunux jafu x'se jgħidu.", "Ma jimpurtax, il-persuna turik kemm trid titkellem.", "U ħaġa oħra.", "Offru l-għajnuna, imma tisfurzawhomx iżżejjed.", "Ħalluhom jiddeċiedu huma.", "Il-kapaċità mentali tagħhom ħafna drabi tkun għadha tajba.", "U x'messaġġ tgħaddi lil min għadu kemm isir jaf jew għad irid isir jaf li għandu din il-marda?", "Kif issir taf, daqqa iebsa ħafna.", "Jien tgħidx kemm bkejt.", "Imma mbagħad trid tibda t-triq biex taċċetta s-sitwazzjoni.", "Malli taċċettaha, tkun tista' tibda taħseb dwar soluzzjonijiet.", "U tiddejjaqx titkellem dwar il-kundizzjoni.", "Meta titkellem tinduna li m'intix waħdek.", "Kieku kellek tmur lura fiż-żmien tbiddel xi ħaġa minn dak kollu li għamilt?", "Ma rridx ninstema prużuntuż, għamilt żbalji f'ħajti.", "Imma l-ħajja mhux hekk?", "Kollox ma' kollox jien għext ħajja sabiħa, u kelli ħafna esperjenzi interessanti.", "Allura kuntent b'dak li għamilt f'ħajti.", "Il-karattru ta' James Bondin.", "James Bondin kien wieħed minn dawn l-esperjenzi sbieħ.", "Għal tlettax-il sena għext mumenti b'karattru differenti li laqqgħani ma ħafna nies, u hemm ħafna oħrajn li jafuni mit-TV u qatt ma ltqajt magħhom.", "Kważi kollha jitkellmu tajjeb dwar James Bondin.", "U speċjalment fil-bidu, l-esperjenza live f'Xarabank kienet ta' sodisfazzjon kbir.", "Għadha teżisti l-komiċità f'Joseph?", "Ikolli mumenti tad-daħk ukoll minħabba l-kundizzjoni tiegħi.", "Ukoll meta nara l-aħbarijiet, jgħadduli ħafna ħsiebijiet satiriċi.", "Għandi bżonn nerġa' nibda niktibhom.", "Żewġt ipraspar ħelwin li għamilt f'ħajtek.", "Waħda minnhom meta żżewwiġna, meta morna għal qamar il-għasel il-Kanada.", "Minħabba l-maltemp, l-ajruplan ma setax jinżel Toronto u ħaduna Cħicago għal lejl.", "L-għada filgħodu, x'ħin ġiet ir-rappreżentanta tal-linja tal-ajru, diġà kont inkwetat li konna tard għat-titjira tal-11.00 u ħtaftha ftit.", "Imma hi qaltli \"Relax.", "Ma kontx indunajt li bejn Toronto u Chicago ridt immexxi l-arloġġ siegħa lura!", "L-oħra, tmur iktar lura.", "Meta konna żgħar.", "Oħti sena akbar minni.", "Kellha pupa għal qalbha ħafna, b'xagħarha isfar, innukklat.", "Ma nafx x'fettilli, imma kont qtajtilha xagħarha!", "U darb'oħra pinġejtilha wiccha bil-biro, taparsi għandha l-ħożba.", "Oħti għadha tgħajjarni bihom sal-lum.", "Ftit jiem ilu Joseph ippubblika wkoll ir-rumanz tiegħu iz-Ziju Manwel.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/18/filmat-gurnalist-tajjeb-ghandu-jqum-u-jorqod-jinkwieta-ghan-nies-u-ghall-verita-mark-laurence-zammit/", "date": "18/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Mark Laurence Zammit Mark, illejla tixxandar it-tmien edizzjoni tal-programm il-ġdid tiegħek L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa.", "Sodisfatt bir-rispons li qed tirċievi s'issa?", "Iva, ħafna.", "Rispons ħafna ikbar u isbaħ milli stennejt.", "Fil-preparamenti li għamilna qabel bdiet l-iskeda pruvajna naħdmu biex il-programm ikollu stil naqra differenti, u ma konniex ċerti jekk in-nies hux se jilqgħuh u kemm se jdumu biex jilqgħuh.", "U għamilt żmien kont naħseb li se jaraw l-ewwel programm għall-kurżità, u mbagħad ma jarawhx aktar.", "Imma s'issa l- feedback baqa' jikber u jisbieħ, u jiena grat ħafna u m'għandix kliem biex nirringrazzja lil dawk in-nies kollha madwari li qed jgħinuni.", "Minn meta twaqqaf Xarabank għall-bidu tiegħek f'dan il-proġett ġdid ma tantx kien hemm ħin biex tipproċessa l-emozzjonijiet li ġab miegħu dan it-tibdil.", "Affettwak xi ftit dan il-fatt?", "Forsi l-fatt li ma kellix ħin biex nipproċessa, kien aħjar.", "Xarabank kont inħobbu ħafna, u kieku l-istorja ta' kif waqaf Xarabank ġrat sentejn jew tlieta ilu, kont nitkisser.", "Sa 3 snin ilu, il-ferħ tiegħi kien marbut max-xogħol li kont nagħmel f'Xarabank u kelli qalbi marbuta ħafna miegħu.", "U ma kinitx ħaġa ħażina.", "Imma maż-żmien bdejt ninduna li Xarabank ma kienx se jkompli għal dejjem.", "Indunajt li xi darba kien se jieqaf, u jien inzertajt bniedem ftit reliġjuż u għaddejt lili nnifsi minn proċess ta' ħafna meditazzjoni biex naċċetta li jekk xi darba din il-ħaġa tiġri, kelli nkun lest għal ħajja oħra wara Xarabank.", "U maż-żmien qisni tgħallimt norbot qalbi man-nies li niltaqa' magħhom u li għallmuni, u mhux mal-programm.", "Allura, b'għaġeb kbir, meta waqqfuh minn fuq it-television, għalkemm kien xokk, bqajt inħoss ħafna paċi.", "Però, kif jaf kulħadd issa, inqala' l-programm il-ġdid immedjatament wara u dik serviet biex naljena rasi.", "Meta tfaċċa l-programm il-ġdid, tant kellna xogħol quddiemna, li ma kellniex ċans noqogħdu ninkwetaw ħafna fuq li ġara.", "Hemm xi ħaġa li int personali għamilt f'Xarabank li tixtieq tagħmilha differenti jew aħjar f'dan il-programm?", "Id-daħk huwa biċċa xogħol serja ħafna u s-satira hija waħda mill-aktar affarijiet diffiċli biex tikteb u tipproduċi, imma waħda mill-aktar affarijiet li fil-fehma tiegħi għandu bżonn il-pajjiż.", "Imma minħabba l-impenji li ġab miegħu l-bidu ta' dan il-programm – intervisti, id-diskussjoni, ir-riċerka, l-investigazzjoni – għadni ma sibtx il-ħin biex naħdem fuqha kif nixtieq.", "Fejn qed taspira li tieħu d-direzzjoni tal-programm?", "Jien qed nara li pajjiżna maqsum ħafna, fuq kollox.", "U aktar kemm jgħaddi ż-żmien, aktar inħoss li l-firdiet li għandna qed ibegħduna dejjem aktar minn xulxin u jagħmluha aktar diffiċli li nsibu modi sensibbli kif insolvu l-problemi li għandna quddiemna.", "Se niġu f'punt fejn ma nibqgħu naqblu fuq xejn, u jekk mhu se naqblu fuq xejn, mhu se nkunu nistgħu nibnu xejn.", "Qed nara li aktar ma jgħaddi ż-żmien, kulħadd qed jibda jemmen li n-naħa tiegħu tajba kważi f'kollox u n-naħa l-oħra ħażina kważi f'kollox, u d-diskussjonijiet li jkollna huma biss ġlied fuq min se jirbaħ ir-raġun, u darba kull 5 snin, l-Elezzjoni.", "Ma nippretendix li b'dan il-programm se nsolvi l-problemi ta' Malta, imma nixtieq li f'dal-programm, id-diskussjoni tieħu aktar il-forma ta' konversazzjoni, u mhux konfront, fejn in-nies ma jitkellmux biex jirbħu argument, imma biex jisimgħu lil xulxin.", "Għax f'konversazzjoni nisimgħu lil xulxin bit-tama li nibdew nifhmu lil xulxin.", "F'konfront jirbaħ wieħed biss; f'konversazzjoni jirbaħ xi ftit kulħadd.", "Tista' tiżvela xi ħaġa dwar dak li se nkunu qed naraw illejla?", "Illejla l-programm dwar il-persuni transgender .", "U fil-programm se nitkellem ma' żewġ min-nies li ispirawni ħafna.", "Ruth u Matthew.", "Ruth hija omm li kellha tifla, u li ta' 12-il sena qaltilha li hija tifel.", "U tirrakkonta kif ħaditha.", "Tgħid li f'erbat ijiem rema l-gwardarobba, qata' xagħru, biddel il-karattru, tant li lanqas baqgħet tagħrfu.", "Tgħid: \"Kont nidħol id-dar u ngħid, 'dat-tifel min hu?", "Fejn hi t-tifla tiegħi?'\"", "Tirrakkonta kif neħħew ir-ritratti kollha tal-preċett u l-griżma, fejn kien jidher tifla, x'ġara meta spiċċa tifel ġo skola tal-bniet, u kif ħuh iż-żgħir qabad jaħseb li l-girls kollha jsiru boys.", "U kellhom storja sħiħa l-iskola, għax kien qed jaħseb li anke ommu se ssir boy.", "Matthew, min-naħa l-oħra, huwa persuna ta' 20 sena li jgħid li la hu raġel u lanqas mara.", "Twieled f'ġisem ta' tifla u jiffansja kemm irġiel u kemm nisa, imma la jħossu raġel u lanqas mara.", "Jitkellem dwar il- bullying ikrah li għadda minnu, fost l-oħrajn kienu jkaxkruh minn xagħru, jgħajruh, u affarijiet bħal dawn.", "Fil-programm ukoll se titkellem persuna transgender li qed toħroġ ma' persuna transgender oħra.", "Jiġifieri f'din il-koppja, hu twieled tifla u hi twieldet tifel.", "U se titkellem ukoll tfajla oħra li twieldet tifla imma maż-żmien daħħlulha f'moħħha li aktarx hija raġel.", "Bdiet tieħu l- hormones qawwijin u bdiet issir raġel.", "Kibritilha l-leħja, ħxienet il-vuċi, waqagħlha x-xagħar, imma baqgħet tħoss li qatt ma kienet raġel.", "Hi trid tkun mara bħalma twieldet, u issa tixtieq tmur lura u ma tistax.", "Huwa programm li anke lili, bellahni, f'xi mumenti bikkieni, u għallimni ħafna.", "Kien hemm uħud li interpretaw il-fatt li bdejt programm ġdid wara li twaqqaf Xarabank b'mod żbaljat fil-konfront ta' Peppi u t-tim ta' Xarabank.", "Ovvjament mhuwiex minnu, imma xi twieġeb għal dan?", "Kif inhi r-relazzjoni tiegħek bħalissa ma' Peppi u l-kumplament?", "Meta nhar is-Sibt li għadda rajt lil Peppi jirbaħ il-Gold Award fil-Malta Journalism Awards qbadt nibki bil-ferħ u ktibt fuq Facebook dak li nħoss dwaru.", "Naħseb li qatt ma kont ktibt pubblikament b'dak il-mod, u jekk taqraha tinduna li ALTRU milli m'aħniex miġġildin!", "Wieħed mill-akbar ħbieb u għalliema li għandi.", "Pjuttost, issa li ma naħdmux fuq l-istess programm, għandna aktar relazzjoni ta' ħbieb.", "U n-nies li jipproduċu L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa huma wħud min-nies li kienu jipproduċu Xarabank.", "Nafdahom ħafna u xtaqna li jibqgħu magħna meta qlibna minn programm għall-ieħor.", "Jiġifieri m'hemmx problemi ta' xejn.", "Il-professjonalità f'dan ix-xogħol tirrikjedi li titkellem ma' kulħadd, inkluż dawk li assolutament ma' taqbilx magħhom, mal-azzjonijiet tagħhom.", "Kien hemm drabi li sibtha verament diffiċli li tagħmel dan?", "Insibha diffiċli kważi dejjem, għax kważi kull ġimgħa jkun hemm xi ħadd fil-programm li ma naqbilx mal-politika tiegħu jew mal-mod kif jaħsibha.", "Meta jkunu nies jitkellmu kontra l-immigranti jew kontra l-priġunieri nweġġa' ħafna iktar.", "Imma maż-żmien tgħallimt li n-nies li ma naqbilx magħhom huma l-aktar li għenuni nimmatura f'dak li naħseb u nemmen u nagħmel, u meta smajt lilhom bdejt nifhem aktar li l-argumenti tagħhom fihom is-sens u għandna nagħtu kashom.", "Ħafna drabi tinvestiga fil-fond dwar suġġetti pjuttost sensittivi.", "Ġieli tibża'?", "Minn xi reazzjoni kemm tal-pubbliku, imma b'mod partikolari ta' dawk li jkunu involuti f'dak li qed tinvestiga?", "Nibża', iva.", "Imma ma naħsibx ħafna fuqha, għax inkella nieqaf.", "Fil-fatt lanqas ngħid lil ommi u lil missieri xi nkun qed nagħmel, ħalli ma ninkwetahomx.", "L-investigazzjonijiet li nagħmel jarawhom l-ewwel darba fuq it- television bħal kulħadd.", "Semmilna tnejn mill-aktar stejjer li ħallew impatt fuqek personali.", "L-istorja ta' meta ġġilidna biex jinħareġ Chris Bartolo mill-Ħabs, li kellu problemi serji ta' saħħa u kien qed jissogra li jmut hemm ġew.", "U fil-fatt kien inħareġ.", "Dik waħda minnhom.", "Imma l-aktar intervista li biddlitni hija intervista li ħadd qatt ma ra għax qatt ma xxandret, minħabba ordni tal-Qorti.", "Hija l-intervista li kont għamilt lil Liam Debono.", "Huwa impossibbli nispjegalek hawnhekk x'ħassejt meta ltqajt ma' Liam u meta intervistajtu, imma minn dakinhar bdejt nara d-dinja b'mod kompletament differenti.", "X'inhu l-akbar sodisfazzjon għalik bħala ġurnalist?", "Meta jkun hemm xi ħadd qed isofri inġustizzja, u b'xi xogħol li nkunu għamilna aħna, dik l-inġustizzja tissewwa, jew tieqaf.", "Dik hija l-isbaħ emozzjoni ta' dan ix-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħek, liem huma l-kwalitajiet li jagħmlu l-ġurnalist professjonali?", "L-inkwiet.", "Ġurnalist tajjeb għandu jqum u jorqod jinkwieta għan-nies u għall-verità.", "Ritratt meħud minn Clint Gerald Attard", "L-aktar kwistjonijiet li int l-aktar sensittiv dwarhom .", "L-immigrazzjoni u l-persuni mressqa l-Qorti u fil-Ħabs.", "U l-Knisja.", "Huma ħafna li għandhom l-opinjoni li partikolarment ġurnalisti li jippreżentaw programmi ta' diskussjoni m'għandhomx jesprimu l-opinjoni personali tagħhom.", "X'inhu l-ħsieb tiegħek dwar dan?", "Li tkun newtrali mhux biss hija impossibbli, imma hija wkoll perikoluża ħafna.", "Ħadd fid-dinja mhu newtrali, u jekk xi preżentatur jilagħbha li hu newtrali, qed jitnejjek bin-nies.", "Kull preżentatur għandu opinjoni u pożizzjoni, u anke jekk ma jgħidhiex, ma jfissirx li ma jkunx qed jimbuttaha fil-programm tiegħu.", "Għalhekk nemmen li l-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hi dik li għallimni Peppi – li niddikjaraw mill-bidu l-pożizzjoni tagħna, imma nkunu ġusti; inkunu fair fil-mistoqsijiet u fit-trattament li nagħtu lill-mistiedna.", "Imma hekk, almenu, lin-nies inkunu għednielhom il-verità dwar l-agenda tagħna, ħalli meta jisimgħuna jkunu jistgħu jiġġudikawna aħjar u janalizzaw dak li ngħidu b'moħħ miftuħ.", "Għall-istess raġuni naħseb li persuni pubbliċi għandhom jgħidu kważi kollox dwar ħajjithom, anke l-aktar affarijiet intimi.", "Għalija, persuna newtrali hija waħda mill-aktar persuni perikolużi li tista' tiltaqa' magħhom, għax huma dawk in-nies li, bl-iskuża tan-newtralità, jisimgħu l-uġigħ u jibqgħu għaddejjin, jaraw l-inġustizzji u ma jagħmlu xejn, u ma jiġġieldu għall-ebda prinċipju.", "Tinkwieta, jew tiddejjaq li tiġi interpretat ħażin b'dak li tgħid u tagħmel?", "Jiena nemmen li jekk niġi interpretat ħażin, aktarx għax jien ma spjegajtx ruħi tajjeb.", "Jiġifieri jkun tort tiegħi.", "Kważi dejjem hekk kien fil-każ tiegħi.", "U nħares fil-mera, ngħid mea culpa, u nipprova nitgħallem nikkomunika l-ħsibijiet tiegħi aħjar.", "Imma ġieli tiġrili li nkun qed nintervista xi politiku, u nkun NAF li kont ċar ħafna fl-argument/mistoqsija li għamiltlu, imma l-fans kbar tiegħu, li jpoġġuh fuq pedestall, jinfexxu jgħajruni u jivvintaw it-twists fuq dak li għedt, taparsi fehmuni ħażin.", "Qed ngħid taparsi, għax huma jkunu fehmu.", "Huma intelliġenti biżżejjed li jkunu fehmu l-ġenwinità tal-mistoqsija tiegħi, imma b'intenzjoni purament ħażina jippruvaw idawruha, ħalli jiżvijaw lil kull min, fl-udjenza jew fuq il-midja soċjali, hu suxxettibbli li jiġi mqarraq.", "Fir-reliġjon li nemmen fiha jien, dak huwa dnub ikrah ħafna – l-ereżija – għax min qed jagħmlu, mhux biss qiegħed fl-iżball hu, imma qed ikaxkar fl-iżball lil ħafna nies oħra.", "Imma ninkwieta għal dawk li jagħmlu hekk ukoll, għax ninduna li hawn ħafna nies li qed jiddefendu l-politiku u mhux il-prinċipju; mhux qed jifhmu li l-politiku huwa l-impjegat tagħhom, u mhux bil-kontra.", "Huma ħafna li jużaw l-argument tal-libertà tal-espressjoni u d-dritt tal-għażla biex jiddefendu ċerti azzjonijiet/imġieba.", "Fl-opinjoni tiegħek, għandu jkun hemm limitu sa fejn persuna għandha tasal f'dak li tgħid u tagħmel?", "Jien nara li l-libertà tal-espressjoni u d-dritt tal-għażla huma ftit differenti.", "Jekk id-dritt tal-għażla jfisser li l-omm għandu jkollha d-dritt tiddeċiedi jekk toqtolx it-tarbija tagħha fil-ġuf jew le, mela le, m'hemmx għażla.", "Għalija, ħadd m'għandu jkollu d-dritt li jagħżel li joqtol lil xi ħadd.", "Dwar il-libertà tal-espressjoni… limitu għandu jkun hemm dejjem.", "Hemm limiti anke fil-liġi stess.", "Imma ma naqbilx li għandhom isiru aktar limiti minn hekk, għaliex jekk inħallu lill-istat jagħmel il-limiti hu, jispiċċa jagħlaq ħalq kulħadd.", "Fil-fehma tiegħi, li rridu nagħmlu hu; mhux li nwaqqfu lin-nies milli jitkellmu, imma minn età żgħira ngħallmuhom kif jiddsikutu b'rispett lejn kulħadd u kif waqt li qed jesprimu fehmithom, jitrattaw lil kulħadd, anke lil min ma jaqblux miegħu, b'dinjità.", "Liem kwistjonijiet li għadhom jitqiesu bħala tabù tħoss li jeħtieġ li nqajmu aktar kuxjenza dwarhom?", "Fil-fehma tiegħi, l-ikbar tabù bħalissa hija l-politika.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jiżdiedu ż-żgħażagħ u l-adulti żgħar li f'wiċċ l-istejjer tal-korruzzjoni u l-ġlied u t-tgħajjir partiġġjan, qed jaqtgħu qalbhom mill-politiċi kollha u mill-politika u jiddeċiedu li ma jagħtux kasha, u lit-tfal tagħhom jgħidulhom biex ma jitkellmux fuqha, 'li ma jmorrux jittimbrawhom.'", "Il-politika hija l-pjan ta' kif se nagħmlu ħajja isbaħ u nsolvu l-problemi tagħna u tal-familja tagħna, u meta n-nies jibdew jiġu jaqgħu u jqumu minnha, ikunu fil-fatt qed jiġu jaqgħu u jqumu, mhux mill-politiċi, imma minn uliedhom, mill-familja tagħhom u minn xulxin.", "U jekk se nibqgħu sejrin hekk, se nibdew ngħixu f'pajjiż fejn kulħadd jinkwieta għal xawwatu u għal xejn aktar.", "U sakemm inti sew, fil-verità, m'għandekx problemi.", "Però f'sitwazzjoni bħal dik, meta int ma tibqax sew, mhu se ssib lil ħadd min jgħinek.", "Nimmaġina li kemm-il darba qalgħu xi qlajja' fuqek.", "Biex inkun onest ma tantx smajt qlajjiet dwari.", "Imma waħda li nkwetatni ftit kienet dik li ġrat dan is-sajf.", "Bdejt nisma' li n-nies qed jgħidu li wara Xarabank, jien u Peppi iġġilidna.", "U ħadtha ftit bi kbira għax verament mhux il-każ.", "Pjuttost, ir-relazzjoni tagħna ġiet aktar intima għax issa għandna aktar ċans nitkellmu fuq suġġetti li jogħġbuna u niftħu qalbna ma' xulxin aktar minn qabel.", "Qabel konna nitkellmu fuq xogħol biss.", "Illum xorta nieħdu ħafna pariri mingħand xulxin fuq xogħol, imma għandna ħafna aktar ċans li nkunu ħbieb.", "Irrakkuntalna żewġt ipraspar relatati max-xogħol..", "Naħseb it-tfal żgħar li jkunu għadhom kif bdew jaraw it-television, ma jkunux għadhom jagħmlu differenza bejn il-cartoons u l-filmati ta' nies ta' vera, bħall-programmi tagħna, pereżempju.", "U jaħsbu li aħna cartoons ukoll.", "U għamilt żmien niltaqa' ma' tfal żgħar li kif jarawni jibqgħu mbellhin u jgħiduli: \"Mela inti veru teżistiiii?!?!\"", "Storja oħra, l-ewwel darba li lbist tuxedo f'ħajti kienet fil-Malta Television Awards ta' xi 3 snin ilu.", "Dik il-lejla kienet ukoll l-ewwel darba li rkibt ġo limousine, għax dawn ikollhom pjanat li jwassluk sar-red carpet bil-limousine.", "Allura krejt tux li lanqas kont naf eżatt kif tilbisha u rkibt mat-tim ta' Xarabank ġo dil-limousine pjuttost mudlama minn ġewwa, u konna fi triqitna lejn ir-red carpet, fejn kien hemm il-cameras kollha u n-nies jistennewna noħorġu biex jiffilmjawna live għal intervista fuq it-television.", "U l-qmis tat-tux kellha qisha sett buttuni li tilbishom fuq il-buttuni propja ħalli jidhru isbaħ.", "Ikunu jleqqu u hekk.", "U malli wasalna bil-limousine mar-red carpet u fetħu l-bieb u bdejna ħerġin, ifaqqgħu iż-żewġ buttuni tiegħi ta' taħt iċ-ċoff, u l-qmis infetħet beraħ b'sidri barra.", "Il-buttuni daħlu jitgerrbu taħt is-seats tal-limousine u trid tarana, it-tim ta' Xarabank ħiereġ wieħed wieħed minn ġol-karozza live fuq it-television u jien mimdud wiċċi mal-art, b'sidri barra, taħt is-seat infittex il-buttuni ġo dak id-dlam.", "Wara xi 5 sekondi li kien ħareġ l-aħħar persuna mill-karozza u kien fadal jien biss, irnexxieli nsibhom u nwaħħalhom lura kif stajt u ħriġt mill-karozza nidħak u nxejjer taparsi ma ġara xejn.", "Ilħaqt bl-eżatt insomma.", "X'differenza għamlet u tagħmel Deborah fil-ħajja tiegħek?", "Deborah għallmitni li l-ħajja hija ħafna isbaħ meta taqsamha ma' xi ħadd.", "Urietni li jkollok ħafna, mhux meta żżomm kollox għalik, imma meta tagħti lil ħaddieħor.", "Kont nismagħhom jgħiduha din ta, imma ma kontx nemminha.", "Qabel bdejt noħroġ ma' Deborah għamilt żmien twil single u waħda mir-raġunijiet kienet li kont nibża' li jekk nibda noħroġ ma' xi ħadd ikolli nċedi ħafna minn ħajti u minni nnifsi u nitlef il-libertà.", "Minn meta ltqajt ma' Deborah, mhux talli ma tlift xejn, talli għamlitni bniedem aktar sħiħ, aktar bis-sens.", "U peress li taħdem magħna, Deborah għamlet differenza fil-produzzjoni wkoll, għax ġabet stil ġdid u nifs frisk fit-team tal-produzzjoni.", "Hemm xi ħaġa li s'issa għadek qatt m'għidtha fil-pubbliku?", "Jiena nipprova nagħmel mezz li ngħid kollox dwari nnifsi.", "Għax nemmen li persuna pubblika għandha l-obbligu li ma żżomm kważi xejn sigriet mill-pubbliku.", "Jekk int persuna pubblika, ma tistax tippretendi li żżomm ħafna affarijiet privati.", "U aktar minn hekk, nemmen li persuni li għandhom pożizzjoni influwenti fis-soċjetà, fejn dak li jgħidu, jinfluwenza lin-nies, aktar u aktar għandhom ikunu ktieb miftuħ.", "Ħalli meta jisimgħuhom, in-nies ikunu jafu eżatt kif jiġġudikaw u kif janalizzaw dak li qed jgħidu.", "Ifhem, biex saħansitra tkellimt open fuq il-ħajja sesswali tiegħi, naħseb verament ma baqagħlix sigrieti!", "Mark jikkonkludi din l-intervista b'dan il-messaġġ", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/20/qatt-ma-hbejtha-imma-qatt-ma-xandartha-gertrude-borg-marks/", "date": "20/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Gertrude Borg Marks Gertrude, bħalissa qed tinterpreta t-tieni karattru tagħha fis-sensiela Fattigi, li jixxandar kull nhar ta' Ħamis fid-20:40 fuq NET TV.", "Wara dak ta' Alicia, issa qed tinterpreta l-karattru ta' Victoria.", "Gertrude tispjegalna kif iż-żewġ karattri huma totalment differenti, u mhux biss fid-dehra.", "Alicia kienet mara li taħdem u tirsisti għal dak li trid, u li finalment bniet.", "Min-naħa l-oħra Victoria hi persuna li l-comfort zone tagħha hija fit-tarf ta' kull sitwazzjoni.", "Persuna li tiekol l-isfidi, intelliġenti ħafna, kuraġġuża, għandha self-confidence għoli ħafna, u bix-xieraq, taf sa fejn tista' tasal, u tasal.", "\"Il-Karattru ta' Victoria kont ilni naħdem fuqu minn Ġunju.", "L-ikbar sfida kienet li mhux biss ridt nidher id-dehra 'noir' tagħha – li hi ferm differenti mill-istil tiegħi, imma li NSIR INĦOBB proprju dak li Victoria tilbes, kif taġixxi, il-linwaġġ tagħha, ridt nibda nara d-dinja mill-perspettiva tagħha; ridt nittrasforma ruħi fiha, insir eċċentrika bħalha, bħala persuna.\"", "Gertrude fil-karattru ta' Victoria", "L-esperjenza tiegħek fuq Fattigi", "Din kienet l-ewwel darba li ħdimt ma' Watermelon Productions, ma nistax ngħid l-istess għal Bryan Muscat, l-awtur u direttur, li mmorru lura snin twal, u li jgħaddi kemm jgħaddi żmien jibqa' l-mentor tiegħi – fejn tidħol drama.", "Ovvjament illum jien u Bryan nafu 'l xulxin sew, u sirna ħbieb kbar.", "Għalkemm hemm numru ta' atturi li ġieli ħdimt magħhom qabel, Fattigi tani ċ-ċans li niltaqa' u naħdem ma' nies ġodda.", "Apparti minn dan kollu, huwa ta' unur għalija li nagħmel parti minn din id-drama tant segwita mill-Maltin.", "Kulħadd għandu l-metodu tiegħu kif jistudja l-linji, x'inhu tiegħek?", "U x'ħin issib il-ħin biex tistudja?", "Għall-affarijiet kollha li ninsa fil-ġurnata, nista' ngħid li l-linji nitgħallimhom malajr!", "Ma' nibdiex kmieni nistudja, għax nerġa' ninsihom, imma minn tlett ijiem qabel, ngħaddihom kuljum, darba filgħodu waħdi, u mbagħad xi darbtejn oħra filgħaxija mal-partner tiegħi.", "Dan hu l-iktar mod li nitgħallimhom malajr, meta xi ħadd, jagħtini l-cues.", "Kif bdiet il-karriera tiegħek ta' attriċi?", "Minn mindu kont l-iskola sekondarja, kont inħobb nikteb, u ntella' plays daqqa għal Christmas concerts, daqqa' għal jum l-omm, dejjem, immur għand il-headmistress, biex nikkonvinċiha tħallina ntellgħu xi play!", "Imma kien Ottubru tal-1999 li kont rajt reklam fuq il-gazzetta għal kors tad-drama ma' Lemonhead Productions, fejn iltqajt ma' Bryan li kien imexxi l-kors, u ddeċidejt li neħodha iktar bis-serjetà… kelli 26 sena.", "Teatru jew televiżjoni?", "L-adrenalina li jtellalek it-teatru diffiċli tissuperaha x'imkien ieħor!", "Dik li l-karattru tgħixu, mill-bidu tal-istorja, u jibqa' jevolvi sat-tmiem, bl-udjenza miegħek il-ħin kollu hija sabiħa wisq… Però n-nies donnhom iktar ifittxu t-televiżjoni, u sinċerament, id-drama hija xi ħaġa li timla ċertu vojt fija, tkun fejn tkun, is-sodisfazzjoni li tagħtini huwa wieħed li diffiċli niddeskrivih.", "Tagħmel praspar?", "Fuq il-palk, jew waqt filming ma tantx nagħmel praspar, probabbli għax inkun il-karattru u mhux jiena.", "Imma Gertrude tagħmel ħafna gaffes.. bħal immur għall-filming meta ma jmissnix (s'issa qatt ma kelli filming u ma mortx), darba minnhom fil-bidu tal-filming tiegħi, fis-serje Amen, fuq l-iskript kien hemm miktub: 'voice over' Gaby – il-karattru li kont ninterpreta – u kont mort is-Siggiewi biex ngħid il-linja waħda tiegħi.", "Ovvjament id-direttur, Bryan, kien għamel lejl jidħak bija, u l-linja irrekordjaha xorta la kont hemm!", "Ħafna mid-daħk li ndaħħak fuq is-set, huwa kawża ta' kemm jien ngħix ġo 'bubble', Id-direttur jgħid xi ħaġa, jagħti xi struzzjoni u jien, inkun smajtha, imma moħħi jirreġistra xi ħaġa totalment differenti!", "Il-fatt li jien 'lateral thinker' ma tantx tgħini!", "Ovvjament illum Bryan drani mmens… u kważi jkun sorpriż meta nifhem mill-ewwel…", "Mis-serje Andrew u Sue", "L-atturi huma apprezzati biżżejjed f'pajjiżna?", "Skont minn min.", "Il-verità hi, li Malta hi dik li hi.", "Ftit hawn atturi professjonali, li finanzjarjament jiddependu biss mir-reċtar.", "U l-ftit li hawn, jispiċċaw jagħmlu kollox huma, mhux jirreċtaw biss.", "Però mbagħad it-telespettaturi u ammiraturi ta' produzzjonijiet Maltin, naħseb li japprezzawna ħafna!", "Imma min hi eżattament Gertrude?", "Taħlita bejn kaxxa ġenn, u mara pensive ħafna.", "Impulsiva, spontanja, u spiritwali, imma mhux reliġjuża.", "Ma jirnexxili nagħmel xejn, jekk mhux bil-qalb, u dak kollu li rrid nagħmel, inlaħħaq miegħu, u nagħmlu.", "Qatt ma ngħid le għal avventura ġdida.", "Inħobb ħafna l-kitba.", "Ma tantx jien sensittiva bħala persuna, anzi ngħid li ma niħux għalija.", "Inħobb ħafna niddiskuti, konversazzjonijiet, speċjalment ma' nies b'moħħhom miftuħ, anke jekk ma jaqblux miegħi, ma nippruvax nikkonvinċihom, b'hekk l-argument jibqa' sħiħ u san.", "L-iktar li nsib diffiċli li nittollera huma persuni li jiġġudikaw, speċjalment meta ma jkunux infurmati tajjeb.", "Gertrude hija waħda minn dawk il-persuni li minkejja l-isfidi tal-ħajja, dejjem b'xi mod jirnexxilha toħroġ il-pożittiv minn kull sitwazzjoni negattiva.", "Hija temmen li kull emozzjoni, sew jekk hi mħabba, mibgħeda, rabja, għira, kuntentizza, dwejjaq, solitudni… kollha jibdew minn ħsieb wieħed u jekk jirnexxilna nikkontrollaw u nbiddlu dak l-ewwel ħsieb, allura nkunu kapaċi nżommu l-kontroll fuq l-emozzjonijiet tagħna.", "Temmen ukoll li l-kuntentizza hija stat mentali, għażla, li hi personali tipprova tagħżel kull darba.", "Il-prijoritajiet tiegħek", "Li nara lil ta' madwari kuntenti, li nibqa' ngħix f'serenità, u li nibqa' nikber bħala persuna.", "Mhux neċessarjament f'din l-ordni.", "Naf li sibt dik l-imħabba unika u speċjali, imma xi tfisser imħabba għalik?", "U x'differenza għamlet f'ħajtek?", "Għalija l-imħabba romantika, għax tipi ta' mħabba hawn diversi; hija meta żewġ persuni jkunu l-ikbar ħbieb ta' xulxin, meta ma jippruvaw qatt ibiddlu lil xulxin, u meta l-maġġoranza tal-ħin flimkien iqattgħuh jidħku, u jaraw kif se jgħinu lil xulxin.", "Id-differenza hija li ma' Jonathan nista' nkun dak li jien il-ħin kollu, mingħajr spjegazzjoni, u l-istess hu.", "Id-differenza hija li t-tnejn li aħna nħobbu konversazzjonijiet fuq kollox.", "Id-differenza hija li t-tnejn li aħna ġarrabna esperjenzi biżżejjed biex napprezzaw lil xulxin, kuljum.", "Bħala omm, kif inhi r-relazzjoni tiegħek mat-tfal?", "Taqbel li l-ġenituri għandu jkollhom relazzjoni ta' ħbiberija ma' uliedhom?", "Kira għandha 18-il sena, Dean għandu 16.", "It-tnejn li huma għandi relazzjoni unika magħhom, għax it-tnejn għandhom bżonnijiet differenti… u karattru differenti minn xulxin immens!", "It-tifla riservata, tħobb l-ispazju tagħha, u minkejja l-aptit li jkolli jien, ikolli nirrispettah.", "It-tifel, iktar ifittixni, jkellimni ħafna, fuq kollox, u f'kull mument li jarani!", "Naqbel li għandu jkun hemm relazzjoni ta' ħbiberija mal-ulied… u jien naħseb mort fl-estrem ta' din!", "L-isbaħ mumenti li kellek f'ħajtek s'issa", "M'inix persuna li nkejjel il-kuntentizza tiegħi b'okkażjonijiet.", "Naħseb li l-iktar mumenti sbieħ ta' ħajti u li nibqa' niftakar, kienu dawk il-mumenti meta ħriġt minn fażijiet ta' biża', u diffiċli…", "Xi jbeżżgħak l-aktar?", "Mard terminali fuq l-għeżież tiegħi.", "Xejn iktar.", "Il-ħsibijiet tiegħek dwar il-midja soċjali", "Naħseb li l-midja soċjali hija bħal sikkina, tista' tużaha bħala għodda biex tgħinek, jew tista' toqtol u tagħmel il-ħsara biha.", "Jien nemmen ħafna fil-bilanċ.", "Nipprova li dejjem insegwi sorsi differenti minn xulxin, estremi, u nħobb nifforma l-opinjoni tiegħi wara li nkun komda li jien infurmata sew.", "Ħolma partikolari li tixtieq twettaq", "Nixtiequ nirringrazzjaw lil Gertrude li għall-ewwel darba, iddeċidiet li taqsam magħna, pubblikament, esperjenza personali pjuttost qarsa imma wkoll ta' ispirazzjoni.", "Qatt ma ħbejtha, imma qatt ma xandartha.", "Is-sena l-oħra sirt naf li kelli kanċer tas-sider li kien għadu fil-bidu; aħbar li riegħdet kull aspett ta' ħajti, però qatt ma ħallejtha tiddominali dak li nagħmel!", "Bqajt għaddejja bil-pjanijiet li kelli.", "Bqajt noħroġ, anke żammejt mal-pjanijiet li mmur vaganza, ġimgħatejn biss wara li ġejt operata.", "Esperjenza hekk tfakkrek kemm hawn nies li jħobbuk… u kemm hi sabiħa l-ħajja, meta kważi tibda tara t-tmiem.", "Qatt m'għidt fil-pubbliku, għax ma ridtx, ma naċċettax, li nħalli dan l-episodju f'ħajti, jiddefinixxi min jien!", "Gertrude tikkonkludi l-intervista b'dan il-messaġġ", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/22/nixtieq-li-nkompli-nevolvi-halli-nferrah-aktar-nies-matthew-sant-sultana/", "date": "22/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Matthew Sant Sultana Matthew, minn Ottubru li għadda bdejt tippreżenta programm ġdid bl-isem ta' Mhux Kemm Taf.", "Hija l-ewwel esperjenza tiegħek bħala preżentatur?", "Kif nibtet l-idea għal dan il-programm u kif sejjer f'din l-avventura ġdida tiegħek?", "L-ewwel darba li ippreżentajt fuq it-televiżjoni kien fuq 'Int Min Int', proġett li kull sena jagħmlu fl-aħħar sena tal-midja fl-Mcast.", "Però bħala programm ta' kull ġimgħa tista' tgħid li din hi l-ewwel darba.", "Ġejt avviċinat minn Jeremai, il-produttur ta' Mhux Kemm taf għax kien jogħġbu ħafna l-istil tiegħi bħala komiku u ħass li għal dan il-programm ried xi ħaġa differenti u komiku u staqsa għalija iżda ħaġa tad-daħk hi li jien għalkemm oriġinarjament hu kellu f'moħħu li jistaqsi lili biex nippreżenta imma peress li kienet l-ewwel darba li l-produttur kellu proġett tiegħu, tawh parir biex jistaqsi lil Mario, l-ikbar ħabib tiegħi, peress li ma kienx wiċċ ġdid man-nies.", "Imbagħad konna ħa nkunu flimkien, imma minn hawn u minn hemm spiċċajt qed nippreżentah jien kif kien ippjanat.", "Għalkemm dik hija xi ħaġa oħra li nixtieq naqsam ma' sieħbi Mario fil-futur.", "L-avventura tal-ġenn, qed nieħu vera pjaċir nagħmlu u onestament nofsiegħa ttir.", "Il-mistednin vera qed jieħdu pjaċir u dik vera timmotivani, u aktar minn hekk, bil-mod il-mod qed ikolli aktar rispons dwaru mit-telespettaturi.", "Fil-fatt, sodisfatt ħafna bir-rispons li kelli s'issa, madanakollu jien persuna li dejjem irrid inkun aħjar allura nixtieq li kemm jista' jkun, dejjem nevolvi f'dak li nagħmel ħalli nferraħ aktar nies.", "Mill-esperjenza tiegħek s'issa, x'taħseb li jagħmlek preżentatur tajjeb?", "Kulħadd għandu l-istil tiegħu, imma fl-opinjoni tiegħi, kemm tkun kapaċi tnissel tbissima fuq wiċċ min qed isegwik għaliex mill-ftit li ilni nippreżenta dan il-programm innutajt li dik hi xi ħaġa li l-udjenza l-aktar li tfittex.", "Tbissima tista' tagħmel differenza kbira.", "Minbarra hekk nemmen li għandek tkun dak li verament int ħalli n-nies iħossu aktar il-ġenwinità u l-preżenza tiegħek ġo darhom.", "Il-karattru tiegħek il-Lajf f'Min Imissu huwa fost l-aktar karattri popolari.", "Mill-ewwel sibtha faċli biex tinterpreta dan il-karattru?", "Oriġinarjament il-vuċi u l-posture kienu naqra differenti fil-bidu imma onestament qatt ma sibtha diffiċli le.", "Irrakkuntalna wieħed mill-aktar mumenti li ma stajtx tieqaf tidħak waqt l-interpretazzjoni tiegħek tal-Lajf..", "Ifhem ikun hemm ħafna imma dejjem jirnexxili nżomm jew nipprova ninħeba imma waħda riċenti kienet ma' Brian Farrugia, qalli xi ħaġa u ma stajtx inżomm milli nidħak, tant hu hekk li anke fuq it-televiżjoni dehret.", "Ċerti nies isibuha diffiċli jiddistingwu bejn il-karattru li tinterpreta u l-karattru reali tal-attur.", "Ġieli għaddejt minnha?", "U ddejjqek din il-ħaġa?", "Kemm-il darba għaddejt minnha imma peress li nagħmel ħafna kummiedja allura ma ddejjaqnix.", "Għalkemm m'ilux għamilt karattru serju u kien naqra kattiv ħa ngħidu hekk imma r-rispons tan-nies kien tal-ġenn.", "Liema karattru milli interpretajt s'issa huwa l-aktar għal qalbek?", "Din diffiċli ħafna eh….imma naħseb il-Lajf u Zach ta' La Tħobbnix kienu l-bidu ta' kollox għalija allura naħseb li dawk jibqgħu tnejn mill-aktar favoriti.", "Kif nibtet il-passjoni tiegħek tar-reċtar?", "Minn dejjem naħseb.", "Kont għadni tifel l-iskola u minn dejjem kont nipprova nidħol aktar minn sempliċiment il-kor tal-iskola imma sekondarja kont ħafna aktar involut.", "Niftakar Natasha Turner dejjem kienet tgħidli li tara talent kbir fija imma jien ta' tifel li kont dejjem qisni kont naqra xettiku anke minħabba l-fatt li s-self-esteem tiegħi kien naqra baxx.", "Hija faċli li tkun komiku?", "Lanqas xejn, il-fatt li trid tipprova ddaħħak in-nies hija biċċa uġigħ ta' ras imma jien l-hena tiegħi nara lin-nies jidħku għax jagħtuni sodisfazzjon enormi li ma nafx niddeskrivi.", "Hi diffiċli għax hija impossibbli li tikkuntenta lil kulħadd allura eventwalment xi ħadd ħa jieħu għalih żgur.", "Hemm xi karattru partikolari li tixtieq li jkollok l-opportunità li tinterpreta?", "Wieħed partikolari m'għandix imma min jafni sew jaf kemm inħobb nagħmel karattri differenti u naħseb xi ħaġa li nixtieq nagħmel hu karattru li jkun totalment differenti minni fejn l-udjenza għall-mumemt tinsa li jien komiku u għal ftit minuti tħares lejja b'lenti ta' bniedem ieħor.", "Dejjem nipprova nkun hekk f'kull karattru li nagħmel, li nnessi l-udjenza l-karattri preċedenti imma nixtieq nagħmel xi ħaġa iktar stramba, kattiva.", "Tixtieq li tkompli tevolvi f'dan il-qasam?", "Iva, dan il-qasam għalija nqisu daqs l-imħabba ta' ħajti.", "Onestament nixtieq li nevolvi aktar bħala attur fejn tidħol il-komiċità imma wkoll aktar fejn tidħol id-drama, xi ħaġa li ma tantx għandi esperjenza daqs il-komiċità imma iva, nixtieq li nkun versatili kemm nista'.", "Minbarra hekk nixtieq li xi darba nipproduċi xi ħaġa tiegħi u anki forsi nidderieġi wkoll imma min jaf, forsi xi darba.", "Matthew jiddeskrivi lilu nnifsu bħala mistħi minkejja li huwa komiku.", "Ikun hemm mumenti fejn joqgħod kwiet għax iħossu skomdu minħabba l-mistħija imma la darba jidra l-persuna, warrablu għax ma jiqafx!", "Xi ħaġa li n-nies ma tantx jemmnu dwaru hija n-nuqqas ta' kunfidenza, tant li xi drabi żżommu lura għaliex jibża li jiġi iġġudikat.", "Minkejja li huwa persuna pjuttost relaxed, imma jinkwieta u jaħseb ħafna wkoll.", "Jammetti wkoll li hu mqareb ħafna, u li b'wiċċu minn quddiem jgħid li l-ebda suba' mhu dritt.", "Jammetti li jiżbalja u ma jiddejjaqx jitlob skuża, imma jħobb ħafna wkoll.", "Jistqarr li aktar ma jikber, aktar qed isir sensittiv.", "L-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek s'issa..", "Kien hemm ħafna mumenti sbieħ, imma nahseb l-aktar mument sabiħ kien l-ewwel darba li ċempluli Carlos u Abigail biex jagħtuni l-aħbar li ntgħażilt għal produzzjoni li dak iż-żmien kien jisimha Take2 Reloaded.", "Mumenti koroh kien hemm ukoll, kien hemm ħafna mumenti fejn fallejt u ħsibt li qatt mhu ħa nasal fejn nixtieq.", "Kien hemm perijodu fejn ma sibtx is-sapport li xtaqt, li ma bqajtx nippersisti għal dak li ridt inwettaq, kieku llum wisq probabbli m'inhix qed nirrispondi din l-intervista.", "Għandek passjonijiet oħrajn?", "Iva naħseb li ftit jafu li jien inħobb insegwi il-futbol għax ma tantx nitkellem fuqha imma iva logħba jekk inkun nista' dejjem nara.", "Matthew jgħidilna li m'hemmx limitu ta' kif u fuq xiex wieħed għandu jiċċajta għaliex hu jemmen li fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċajt ikun fuq is-sitwazzjoni u tkun qed turi li għalkemm l-ħajja tagħtik mill-agħar, tipprova toħroġ l-aspett umoristiku minnha wkoll.", "Madanakollu jifhem li ħaddieħor jista' jifimha differenti allura hu jippreferi li jagħżel stil li jipprova jferraħ il-maġġoranza.", "Riċentament, int u Jon Mallia għamiltu vidjo li jiddeskrivi u jirrapreżenta fid-dettal il-kundizzjoni tal-ADHD u s-sitwazzjoni li għaddejjin minnha ħafna nies, xi drabi fis-silenzju wkoll.", "Taħseb li għad hawn ċerta stigma u minħabba hekk ċerti nies joqgħodu lura milli jitkellmu għax jibżgħu li jiġu iġġudikati jew mhux mifhuma biżżejjed?", "Jien lil Jon inħobbu qisu ħija u meta qalli b'din l-idea mill-ewwel qbilt.", "Jon għamel kuraġġ u ġab eżempju bih innifsu u qasam ma' kulħadd il-kundizzjoni tiegħu.", "Inħoss li Jon kien ta' ispirazzjoni għal ħafna nies hemm barra, li forsi qatt ma fehmu lilhom infushom jew beżgħu li s-socjeta' mhix se taċċettahom u għallem wkoll lil dawk kollha li qatt ma fehmu din il-kundizzjonj.", "Iva, fadal ħafna imma naħseb li Jon għadda messaġġ ċar biżżejjed.", "Ħarsu naqra lejn Ġanni u araw kemm hu intelligenti u x'kapaċi joħroġ minn dak il-moħħ mimli kreattività.", "Intom li qiegħdin hemm kollha għandkom xi ħaġa x'taqsmu mas-soċjetà u s-soċjetà trid tisma' mingħandkom.", "Il-ħsibijiet tiegħek dwar is-saħħa mentali?", "Taħseb li hawn biżżejjed kuxjenza u għajnuna għal min ikun għaddej mill-isfidi imma anki għal ta' madwaru?", "Hawn ħafna imma sfortunatament aħna l-Maltin naqbdu ma' qanpiena u dejjem indoqqu lilha kultant.", "Pereżempju nitkellmu ħafna fuq l-ansjetà, id-dipressjoni u noħolqu ħafna kampanji imma mbagħad ninsew li hemm ħafna agħar minn hekk, jew mard mentali li għalina lanqas inqisuh li hu problema.", "Naħsbu li hi l-attitudni, mentri fil-verità tkun problema mentali u l-ADHD hija waħda minnhom li qatt ma tajniha importanza u naħseb hawnhekk fejn niżbaljaw.", "Taħseb li l-eżerċizzji fiżiċi jagħmlu differenza psikoloġikament ukoll?", "Ħafna wkoll, naħseb il-fatt li inti qed iżżomm ruħek attiv u għall-mument tinsa l-problema huwa tajjeb ħafna.", "Xi tqis bħala prijoritajiet f'ħajtek?", "Ir-reċtar u kull ħaġa li ddur magħha apparti l-familja u l-ħbieb li tant ngħozz imma r-rispett, l-onestà, id-dedikazzjoni, l-imħabba u l-passjoni huma prijoritajiet kbar f'ħajti.", "Kemm hu importanti l-umoriżmu fil-ħajja ta' kuljum?", "Ħafna, ħafna u ħafna.", "L-umoriżmu jfejjaq lill-marid, jitfa' tbissima lill-imdejjaq u jagħti wens lil min iħossu waħdu.", "Matthew jgħidilna li l-passjoni, l-imħabba u d-dedikazzjoni huma l-bakketta maġika ta' ħafna suċċessi.", "\"Jiena is-suċċessi tieghi m'humiex il-flus jew affarijiet materjali, imma t-tbissima.", "It-tbissima li timlik b'ferħ li lanqas nista' niddeskrivi u dan huwa bis-saħħa taghkom u ta' dan nirringrazzjakom ħafna u nixtieq li intom hemm barra tinsew dawn l-affarijiet materjali, taraw verament xi tridu u taħdmu għal dak kollu li jnisslilkom tbissima.", "Matthew jikkonkludi l-intervista b'dan il-messaġġ", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Janice Vella Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/23/filmat-interpretazzjoni-bdifferenza-minn-kurt-harmsworth/", "date": "23/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Fuq il-midja soċjali nsibu kull tip ta' posts, uħud li nippruvaw nevitaw u oħrajn li jolqtuna għal xi raġuni jew oħra.", "Filmat partikolari li tella' fuq il-profil tiegħu, Kurt Harmsworth ġibed l-attenzjoni tagħna u għaldaqstant għamilna kuntatt miegħu.", "Kurt, qalilna li l-mużika kienet taffaxxinah minn mindu kien żgħir.", "Dan jista' jkun għaliex kiber f'dar li l-mużika kienet minn dejjem parti importanti.", "Dejjem jisma' lil missieru jdoqq is-cds favoriti tiegħu mis-snin 60, 70 u 80.", "Matul is-snin Kurt tgħallem jikkontrolla tipi ta' vokali differenti biex jifforma 'kor'.", "Bass, tenor u baritonu bis-sopran okkażjonali li jikkumplimenta l-kanzunetta.", "Qalilna wkoll li matul is-snin tgħallem ukoll idoqq u xtara ħafna strumenti", "Il-Milied kien minn dejjem speċjali għal Kurt u l-familja tiegħu, u allura l-fatt li jista' jgħaqqad dawn it-tnejn flimkien hija opportunità biex jesprimi kemm it-tifsira tiegħu tal-Milied kif ukoll il-passjoni tiegħu għall-mużika.", "Kurt temm jgħidilna li kulħadd għandu t-talent tiegħu, ta' xi wħud moħbija u ta' oħrajn mhumiex imma kulħadd huwa speċjali fil-modi uniċi tiegħu.", "Nittamaw li nisimgħu aktar mit-talent ta' Kurt!"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/24/sabih-li-wiehed-jemmen-li-l-imhabba-tirbah-fil-hajja-reuben-micallef/", "date": "24/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Reuben Micallef Reuben, ma nistax ma nibdiex bil-karattru li interpretajt fis-sensiela L-Għarusa, il-karattru ta' Bernard.", "Kif sirt taf u x'kienet ir-reazzjoni tiegħek kif ġejt avviċinat li se tkun qed tinterpreta dan il-karattru?", "Il-karattru ta' Bernard ġie ippreżentat l-ewwel darba lili f'Settembru 2018.", "Kont mistoqsi minn Justin u Steven jekk xtaqtx nieħu sehem f'audition għal karattru ġdid f'L-Għarusa.", "Niftakar fl-audition kien hemm Justin u beda jaqsam miegħi l-ideat ta' fejn huwa, Audrey u Steven xtaqu li l-karattru ta' Bernard ikun.", "Kont kuntent u grat ħafna li kienu qed jafdawni b'karattru.", "Kienet responsabilità kbira għalija u ridt nagħmel dak kollu possibbli biex nurihom li ħadt dan il-karattru bis-serjetà.", "Fil-verità, kont diġà ġejt ikkuntattjat minn SharpShoot f'Diċembru 2017 biex nagħmel audition.", "Dak iż-żmien iżda kien għadu kemm daħal missieri l-isptar u l-attenzjoni tiegħi kienet għalih biss.", "Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek f'sensiela li tant għamlet suċċess?", "U x'differenza għamlet għalik personali?", "Din l-esperjenza giet f'mument pjuttost iebes ta' ħajti u tal-familja tiegħi.", "Konna għadna kemm għaddejna mill-firda minn ma' missieri li miet lejliet il-Milied tal-2017.", "Kien żmien ikrah.", "Ma kienx faċli xejn iżda kont ippruvajt nikkonvinċi lili nnifsi li ridt ngħix b'mod li missieri seta' jkun kuntent bija.", "Erġajt bdejt immur il-gym u bdejt nitgħallem il-pjanu għall-ewwel darba fost affarijiet oħra.", "Biss kont b'għatx kbir għar-reċtar wara żmien twil nieqes minnu.", "Kont qed inħoss li dan seta' jgħini iktar milli wieħed jista' jaħseb.", "Kumbinazzjoni, il-mument li ntgħażilt biex ninterpreta dan il-karattru kien żmien fejn il-ħsibijiet fuq missieri kienu jimlewli l-parti kbira tal-jiem.", "Bis-saħħa ta' L-Għarusa, sibt triq oħra fejn fiha stajt nitfa' l-kreattività tiegħi għal użu tajjeb waqt li nerġa' nibda nieħu pjaċir niltaqa' man-nies fuq is-sett u barra.", "Kont inkun ħerqan biex il-jiem tal-filming jaslu.", "L-iskript kont nibda nipprepara għalih minn qabel ħalli jekk ikolli xi dubji, kont nieħu pjaċir nitkellimhom ma' Justin, Steven jew Audrey.", "Apparti minn hekk, hija xi ħaġa li dejjem apprezzajt meta n-nies kienu jwaqqfuni biex jitkellmu miegħi fuq L-Għarusa.", "Niftakar kemm bdejt inħossni imbarazzat meta bdew jitolbuni biex jieħdu ritratt miegħi.", "Kienet xi ħaġa ġdida għalija u li ma kontx ippreparat għaliha.", "X'għandek komuni ma' Bernard?", "U x'taħseb li kont tagħmel differenti fis-sitwazzjoni li sab ruħu fiha?", "Bernard huwa bniedem li fil-bidu rajnih pjuttost fuq ruħu fejn l-interessi kbar tiegħu kienu l-mużika u l-arti.", "Bniedem differenti minn ħuh li forsi huwa aktar riġidu u formali.", "L-impressjoni li wieħed kellu jieħu ta' Bernard fil-bidu kienet ta' bniedem pjuttost skjett u forsi ftit ribelluż minn dak li s-soċjetà klassista kienet qiegħda tistenna minnu.", "Iktar tard narawh li kif qalbu bdiet tħabbat għal Amelia, Bernard sar iktar konxju li l-ħajja taf turik is-sbuħija u l-imħabba għal tfajla iżda taf turik ukoll il-wiċċ tal-inġustizzja meta ra li dik it-tfajla kienet imwiegħda lil ħuh.", "Ma' Bernard għandi ħsibijiet simili u namra żgħira għall-mużika wkoll.", "Madanakollu, żgur li m'għandix dik il-kompetenza fl-arti u kunfidenza kbira li għandhu huwa.", "Nammetti li jien pjuttost riservat bħala bniedem u li kelma ndum naħsibha qabel ngħidha, b'differenza ta' Bernard.", "Ħaġa oħra hija li żgur ma nafx indoqq il-pjanu daqshekk tajjeb daqs Bernard.", "Dan b'differenza ta' Paula li kienet tinterpreta l-karattru t'Amelia li taf iddoqq il-pjanu sew ħafna.", "Nifhem ukoll il-ħsieb (propjament t'omm Bernard) li jmur jistudja f'Ruma biex ikun jista' jżomm 'il bogħod minn Amelia.", "M'hijiex faċli ngħid x'kont nagħmel jien f'dik iċ-ċirkostanza però.", "Biss huwa sabiħ li wieħed jemmen li l-imħabba tirbaħ fil-ħajja u li dik il-vera imħabba tgħaqqad u xejn aktar.", "Reuben jgħidilna li permezz ta' L-Għarusa, proġett li hu għal qalbu ħafna u li jħossu kburi li ħa sehem fih, huwa ltaqa' u sar jaf nies ġodda li llum il-ġurnata saru ħbieb tiegħu.", "Japprezza wkoll lis-segwaċi li jieqfu jkellmuh u jagħtu r-rispons tagħhom.", "L-interpretazzjoni tiegħek f'L-Għarusa kienet l-ewwel esperjenza tiegħek?", "Ġieli kellek opportunitajiet oħrajn 'lil hinn mit-televiżjoni?", "L-interpretazzjoni tiegħi f'L-Għarusa kienet l-ewwel waħda fuq skala kbira fuq it-televiżjoni.", "SharpShoot kienu tawni opportunitajiet oħra fil-passat bħala extra fosthom fi Strada Stretta.", "Niftakar li darba minnhom kien ħa sehem missieri wkoll.", "Darba bħala baħri bil-bar u darb'oħra bħala Viktor (it-tifel) meta jikber.", "Fil-fatt grat ħafna li għandi memorja viżiva ta' missieri jirreċta.", "Tmissli qalbi meta narah jgħid il-linji tiegħu wara li naf kemm kien kuntent li kien intgħażel biex jieħu sehem.", "Kelli partijiet zgħar oħra fi produzzjonijiet lokali oħrajn u reklami.", "Fil-passat kont nattendi fil-Malta Drama Centre fejn kull term konna ntellgħu plays li anke kienu jkunu parti mill-kors tagħna sabiex niksbu ċertifikat mal-LAMDA (London Academy of Music and Dramatic Art).", "Wieħed mid-diretturi li li tgħallimt minnu huwa s-Sur Lino Farrugia.", "Kellna opportunità wkoll li nitilgħu Vienna biex nieħdu sehem f'festival tad-drama flimkien ma' sħabi l-oħrajn.", "L-imħabba għad-drama minn dejjem kienet hemm jew xi ħaġa li żviluppat f'dawn l-aħħar snin?", "Minn dejjem kont ninteressa ruħi f'dak il-palk li fuqu jitilgħu nies li fi spazju ta' ftit ħin qegħdin juruk storja.", "Storja li sseħħ quddiem għajnejk.", "Kont noħlom li xi darba nkun magħhom.", "Li xi darba, anke jien inkun nista' nsir bniedem ieħor u nifhem il-ħsibijiet ta' karattru lil hinn minni.", "Li bniedem ikun iffurmat minn dak li jkun għadda minnu u li din il-forma tieħu postha fil-karattru interpretat.", "Niftakarni wkoll immur bir-rota sal-Malta Film Studios il-Kalkara biex mill-bogħod noqgħod nara l-crew u l-atturi jiffilmjaw xi xena.", "Ħafna drabi kont nibqa' bix-xewqa kemm għax kienu jkunu 'l bogħod u kemm għax ġieli kien jinzerta li mhux qed jiffilmjaw dak il-ħin jew jum partikolari.", "Nixtieq li jkolli l-opportunità li nkompli nitgħallem.", "Huwa sabiħ li titkellem u taqra m'għand nies li huma kbar f'dan il-qasam.", "Ix-xewqa tiegħi hija li jkolli s-setgħa li nitgħallem iktar u iktar biex dejjem inkun nista' nifhem kif tasal biex tifhem karattru bil-passat, bezgħat, ferħ u ambizzjonijiet tiegħu.", "Ma tantx jien persuna li ħa tisma' ħafna leħni f'kamra.", "Madanakollu, nieħu pjaċir ukoll meta nkun man-nies u fejn ikolli opportunità li noħroġ, nipprova ma nitlifhiex.", "Bniedem li napprezza n-nies li ninsab imdawwar bihom.", "Ċajta jew tnejn nipprova ma nitlifx.", "Dubji għandi wkoll bħal m'għandu kulħadd.", "Beżgħat ukoll.", "Biss nipprova verament ngħix jum b'jum filwaqt li nkun kapaċi nieħu deċiżjonijiet għall-futur.", "Il-passjonijiet tiegħek..", "Inħobb insuq il-Mountain Bike, immur kayaking kultant u xi trek.", "Dan l-aħħar skoprejt ftit il-pjaċir li nieħu ħsieb il-ġnien tad-dar.", "Sabiħ tara l-fjuri u l-ħaxix jieħdu l-ħajja.", "Meta jkolli ħin nipprova mmur bhala voluntier fil-ġonna ta' Villa Frere li huma ġonna li wara għexieren ta' snin mitluqa, dawn qed jerġgħu jaraw id-dawl grazzi għall-enerġija u mħabba ta' nies li qed jagħtu kollox għalihom.", "Passjoni oħra tiegħi hija li nitgħallem fuq u nara ritratti antiki ta' Malta.", "Nara d-differenza u kif pajjiż inbidel għat-tajjeb jew inqas.", "Tqis lilek innifsek bħala persuna spiritwali?", "Nixtieq li kont iktar spiritwali fir-reliġjon li nħaddan.", "Nemmen u nipprova nipprattika r-reliġjon tiegħi matul ħajti u nemmen li l-Mulej qiegħed jgħinna.", "Biss naf li ħafna drabi, ma naslux biex nifhmuh.", "Ma nifhmux għaliex jiġrulna ċerti affarijiet u għaliex ikollna ngħaddu minn ċerti sfidi kbar f'ħajjitna.", "L-isbaħ u l-agħar mumenti ta' ħajtek.", "Nahseb l-isbaħ mumenti kienu meta kont ngħaddi minn xi eżamijiet.", "Tkun studjajt u tara li ssarrfu f'xi ħaġa.", "Mumenti sbieħ ukoll meta konna noħorġu meta konna għadna tfal.", "Niftakar li għalina dawk kienu jkunu l-isbaħ mumenti.", "L-agħar ħaġa li ġrat f'ħajti hija bla dubju t-telfa tal-maħbub missieri fl-età ta' 58 sena.", "Ġiet għall-għarrieda u għadni sal-lum insibha diffiċli biex nemminha li missieri li nħobb b'qalbi kollha mhux se narah iktar għalissa.", "Nimmisja l-vuċi tiegħu u l-mod kif jidħak.", "Il-mumenti li konna noħorġu xi dawra u kemm għamel magħna meta konna tfal u meta bdejna nitfarfru.", "Missieri flimkien m'ommi llum, kien ifisser imħabba u punt fejn nista' nfittex meta jkolli bżonn min jgħinni.", "L-imħabba ġenwina teżisti?", "Xi tfisser l-imħabba għalik?", "L-imħabba li l-ġenituri għandhom għall-uliedhom hija ġenwina iva.", "L-imħabba li bniedem għandu għall-annimal (pet) hija ġenwina.", "Imħabba għall-mużika jew arti jew dak kollu li jimla l-qalb, naħseb li hija mħabba wkoll.", "Dik hi l-imhabba għalija.", "Kemm hu għal qalbek l-ambjent?", "Kemm dak naturali u dak storiku.", "L-ambjent naturali huwa dak li jagħtina s-saħħa u li jagħti lil kull ħlejqa, postha fid-dinja.", "Il-widien, l-għoljiet, siġar u l-ħlejjaq zgħar u kbar.", "L-ekosistema dinjija għandha tiġi mħarsa għaliex niftakru li d-dinja m'hijiex tagħna l-bnedmin.", "Aħna parti biss minna u li jekk naraw l-ambjent bħala d-dar tagħna, mela huwa sensat li nieħdu ħsiebu.", "L-ambjent storiku huwa dak li jagħmilna Maltin.", "Id-djar antiki, l-isqaqien, l-ilsien u l-istorja tagħna inġenerali għandhom jiġu mħarsa u ħasra tara djar sbieħ Maltin jitwaqqgħu biex jinbnew appartamanti.", "Il-problemi ambjentali li hawn madwarna jafhom kulħadd bħal dħaħen fl-arja, rimi ta' oġġetti b'mod mhux responsabbli, qerda ta' artijiet għal skop jew ieħor huwa biss ftit minn dak li għaddejja minnu d-dinja bħalissa.", "Għandna bżonn li nkunu parti mis-soluzzjoni.", "Taħseb li l-maġġoranza tan-nies huma konxji tal-ħsara li ħafna drabi nagħmlu aħna stess lill-ambjent?", "Xi tħoss li jrid isir sabiex insalvaw dak li fadal?", "Fl-opinjoni tiegħek, x'nistgħu nagħmlu aħna bħala individwi biex inkunu parti mill-progress u s-soluzzjoni, u mhux mill-ħsara?", "Naħseb li n-nies qegħdin jitgħallmu iżda baqa' ħafna nies ukoll li għalihom ħsara lill-ambjent m'hijiex prijorità.", "Sabiħ li tara gruppi ta' nies jagħmlu Clean-up campaigns f'widien u f'qiegħ il-baħar.", "Biss hija ħaġa ta' min wieħed jaħseb ukoll li jkollhom isiru dawn l-attivitajiet biex jinżamm nadif.", "Nistgħu nibdew minn affarijiet żgħar ħafna billi meta mmorru pikniks u ħruġ fejn il-baħar, inkunu żguri li ma nħallu ebda ħmieġ warajna, speċjalment plastik.", "Inħoss li huwa dover tagħna li nkunu konxji u sensittivi fejn jidħol l-ambjent ukoll.", "Jgħidilna wkoll li waħda mill-affarijiet li jħoss dwarhom hi meta jara għelieqi u siġar jinqerdu u jitqaċċtu.", "Madanakollu jipprova ma jħallix ir-rabja tieħu l-kontroll għaliex jemmen li mir-rabja ma joħorġux affarijiet tajbin.", "Minflok, jipprova jifhem u jaħdem għal soluzzjoni.", "Il-prijoritajiet tiegħek..", "Il-familja, is-saħħa, l-imħabba u l-ambjent.", "X'kien u għadu jfisser għalik il-papà?", "Kif kien ta' influwenza f'ħajtek?", "Missieri jew kif insejjaħlu jien, 'id-Dadi', kien u għadu hemm.", "Kuljum naħseb fuqu u ngħidlu kelma bit-tama li qed jismagħni.", "Inħobbu ħafna.", "Id-Dadi għamel ħafna magħna u nħoss weġa' meta niftakar minn xiex kellu jgħaddi lejn l-aħħar.", "Nimmisja dawk il-mumenti ta' flimkien.", "Il-preżenza tiegħu meta nasal id-dar hija xi ħaġa li għadni ma nistax nidra mingħajrha.", "Jien ix-xewqa tiegħi hija li nkun nixbħu bil-mod kif kien kapaċi jitkellem u jħobb.", "Xi jferħek l-aktar u x'jagħtik l-aktar sodisfazzjon f'ħajtek?", "Nieħu pjaċir niekol xi ħaġa tajba.", "Nieħu pjaċir nimxi qalb in-natura u nsib is-sbuħija tal-istess natura hemm.", "Meta jirnexxili nsuq ir-rota u nasal f'postijiet differenti.", "Meta nisma silta ta' mużika li tferraħni.", "Meta nkun qed nieħu sehem fi produzzjoni u jirnexxieli nifhem il-karattru sabiex ninterpretah b'mod li jitwemmen mill-udjenza u jintgħoġob mid-direttur.", "L-aktar persuni li tammira..", "Dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ħadmu biex id-dinja tkun aħjar u isbaħ.", "Għandek xi ħolm li tixtieq twettaq?", "Ħolm dejjem irid ikolli.", "Trid toħlom filwaqt li tkun kuntent b'li għandek.", "Importanti kemm wieħed lest li jaħdem biex iwettaq dak il-ħolm li tagħmel id-differenza.", "Reuben jikkonkludi l-intervista b'dan il-messaġġ..", "\"Nixtieq li f'dan iż-żmien partikolari li għaddejjin minnu nsibu ħin sabiex naħsbu fuq kif nistgħu ngħinu lil xulxin u naġixxu.", "Huwa żmien tajjeb fejn nirrealizaw li meta ma niħdux ħsieb u nirrispettaw in-natura, din tal-aħħar taf issir vittma tagħna stess.", "Meta jiġri dan, aħna lkoll inbatu magħha.", "Aħna m'aħniex distakkati minnha iżda membri sħaħ f'din il-katina tal-ħajja li fiha ninsabu.", "Barra minn hekk, nixtieq nirringrazzja lil kull min għeni matul dawn l-ahhar snin.", "Min emmen fija u tani opportunitajiet ġodda.", "Kien żmien fejn sirt naf ħafna nies u dan huwa wieħed mill-effetti sbieħ li ħalla fuqi l-proġett ta' L-Għarusa.", "Nirringrazzja ħafna lilek ukoll Roberta talli ħsibt biex tagħmilli din l-intervista fuq Skoperta.", "Kien pjaċir kbir tiegħi u ngħidlek grazzi kbira oħra.\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/26/mill-kurituri-tal-isptar-ghal-fuq-il-palk-patrick-tanti/", "date": "26/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Patrick Tanti Tinterpreta l-karattru ta' Giuseppe Cuppola fis-sensiela F'Ġieħ l-Imħabba.", "X'issib l-aktar ta' sfida fl-interpretazzjoni ta' dan il-karattru?", "Meta Evelyn Saliba La Rosa kienet avviċinatni sabiex ninterpreta dan ir-rwol, kont naf li kien ħa jkun ftit ta' sfida għalija għax kien tip ta' karattru li dejjem xtaqt ninterpreta iżda qatt ma kelli l-opportunità li nagħmel dan.", "Huwa differenti hafna minni u dak fil-verità s-sabiħ tad-drama; li jinħoloq spazju fejn int ma tkunx dak li int, imma xorta tkun qed tinkanala attitudnijiet, emozzjonijiet u esperjenzi passati sabiex tagħti l-interpretazzjoni mixtieqa.", "Hija speċi ta' logħba kważi kważi.", "Mingħajr ma niżvela x'se jiġri fl-episodji li jmiss, għad iridu joħorġu xeni ta' Giuseppe Cuppola (tal-passat), li ħaduli ħafna enerġiji emozzjonali.", "Huma xeni fejn is-sentimenti ta' rabja u risentiment (li fil-ħajja reali ma jappartjenunix) kellhom joħorġu b'mod b'saħħtu ħafna.", "Imma dan parti minn xogħolna wkoll.", "L-interpretazzjoni tiegħek tal-karattru Arlecchino f' Commedia Dell'Arte .", "Kif kienet l-esperjenza tiegħek u xi jfisser għalik li tkun parti minn produzzjoni bħal din?", "Lura fl-2015 kelli x-xorti li niġi nnutat mill-artist veteran Narcy Calamatta, li wara li kien osservani nirreċta, ried joffrili l-parti ta' Arlecchino f'farsa tal- Commedia dell'Arte miktuba minnu stess.", "Meta aċċettajt ma kontx naf ezatt x'tinvolvi.", "Imma wara xahar intensiv ta' taħriġ fl-arti tal-Commedia kont lest biex nagħti l-ewwel interpretazzjoni tiegħi fuq il-palk.", "U minn hemm nibtet kollaborazzjoni fejn tellajna diversi minn dawn il-fares kemm f'Malta u kemm barra; u irbaħna diversi premjijiet ukoll.", "Nibqa' għal dejjem grat lejn Uncle Narcy, kif insejjaħlu jien, għat-tagħlim imprezzabli li tani, u li ma stajt nieħdu mill-ebda skola tad-drama.", "Il-Commedia dell-Arte hija l-bażi tal-arti tar-reċtar taħt hafna aspetti.", "Hija stil fejn il-preparazzjoni fiżika hija essenzjali u fejn tesplora modi alternattivi kif tikkomunika mal-pubbliku minħabba il-limitazzjonijiet li ġġib magħha l-użu tal-maskra teatrali.", "Arlecchino imbagħad huwa karattru impenjattiv li biex jiġi interpretat kif xieraq, l-attur irid ikun kapaċi joħroġ iċ-'child within' u l-ispontanjetà li tiġi miegħu, filwaqt li jirrispetta d-dixxiplina teatrali.", "Tinterpreta bosta karattri komiċi oħrajn.", "Hija faċli li tkun komiku?", "Mhijiex xi ħaġa li tista' titgħallem.", "Naturalment tista' tipperfezzjona din l-inklinazzjoni permezz ta' taħriġ u tal-esperjenza li ġġib tul snin ta' interazzjoni mal-pubbliku.", "Huwa fatt magħruf li l-komiċità hija iktar iebsa milli tkun drammatiku.", "Biex tbikki kemm taqbad tifel, ittih rwol ta' xi orfni, tlibsu ħwejjeġ imqatta', titfagħlu xi mużika komwoventi bil-vjolin u malajr jibda ħiereġ id-dmugħ.", "Iżda biex iddaħħak trid tekniki partikolari li jkunu ħafna drabi innati, jiddependu ħafna mit-timing u mill-espessjonijiet tal-wiċċ u l-postura tal-ġisem, u l-inqas devjazzjoni minn kif suppost isir ix-xogħol jagħmel id-differenza kollha bejn li tifqa' l-pubbliku bid-daħk jew ikollok fjask.", "Ovvjament kull pubbliku huwa differenti u mhux dejjem jirnexxilek ikollok l-istess riżultat.", "Imbagħad kemm-il darba jkollok tmur iddaħħak meta int ma tkunx f'burdata tajba, imma għal darba oħra dan hu xogħolna.", "Imma li ddaħħak u tferraħ tagħti sofisfazzjon kbir.", "Ma ninsa qatt kemm kont ħassejtni sodisfatt meta fil-play 'Rajtha Fejsbuk' imtella' ġewwa t-teatru Manwel, jien kelli r-rwol ta' 'comic relief' fil-produzzjoni b'tema serja ħafna, u kont nisma' splużjoni ta' daħk mill-pubbliku mal-battuti tiegħi.", "Liema karattru minn dawk li interpretajt s'issa hu l-aktar għal qalbek?", "U għaliex?", "Ma tantx norbot qalbi ma' karattri partikolari, imma lura fl-2018 kelli r-rwol ta' dittatur ta' pajjiż li ma jeżistix, bniedem totalment inkapaċi imma mimli bih innifsu u mimli pretensjoniet.", "Dan kien fil-play satirika li kienet iġġib l-isem ta' 'Għażiż Trumpant', bħala parti mill-ewwel edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival.", "Hemmhekk kelli l-opportunità li nkun karattru prinċipali fi produzzjoni komika u kontroversjali, u fejn id-direttur kien tani libertà artistika kbira sabiex nadotta stil personali ta' komiċità.", "Mingħajr ma kont qed nistenniha minħabba l-livell għoli tat-talent ta' sħabi l-atturi l-oħra li ħadu sehem f'dan il-festival, il-ġurija kienet tatni l-premju tal-Aqwa Attur.", "U forsi għal din ir-raġuni dan il-personaġġ baqa' għal qalbi; minħabba x-xorti li ġabli wkoll.", "Hemm xi tip ta' karattru partikolari li tixtieq li jkollok l-opportunità li tinterpreta?", "Il-versatilità tiegħi, biex ngħidu hekk, ġejt bżonnha ħafna tul il-karriera artistika qasira li kelli s'issa, għax ġejt offrut diversi partijiet, mill-iktar komiċi sa dawk iktar drammatiċi.", "Allura nista' ngħid li qtajt diversi xewqat f'dan is-sens.", "Forsi li nixtieq huwa li jkolli ċ-ċans li jkolli iktar rwoli komiċi, imma b'komiċità iktar sofistika; minflok is-soltu farsa jew stil tat-teatrin, li min-naħa l-oħra huwa apprezzat u mfittex ħafna mill-pubbliku Malti.", "X'tippreferi l-aktar teatru jew televiżjoni?", "U għaliex?", "L-istil ta' reċtar tiegħi huwa wieħed espansiv, fejn l-espressjonijiet tal-wiċċ u l-ġesti fiżiċi huma ideali sabiex jilħqu, anke l-aħħar filliera tat-teatru.", "L-istess jgħodd għall-vuċi tiegħi u għall-mod kif nipproġetta leħni.", "It-televiżjoni jillimitani ħafna, u nħossu jirristringini f'dan is-sens.", "Fuq it-televiżjoni bi close up fuqek jekk tgħolli anke bi ftit il-ħuġbejn pereżempju, fuq l-iscreen il-moviment ħa jidher kbir, allura dejjem trid iżżomm lura.", "Is-sensazzjoni unika tal-adrenalina ta' fuq il-palk, fejn għandek il-pubbliku quddiemek, jittrasmetti l-feedback tiegħu istantanjement, fejn jekk tinsa l-linji jew jinqala' xi ħaġa mhux ippjanata trid toħroġ minnha mingħajr ma l-ispettaturi jindunaw li ġara xi ħaġa, hija sensazzjoni li l-filming qatt ma jista' jagħtik.", "Tiddejjaq li forsi jkun hemm min ma jagħmilx distinzjoni bejn il-karattri li tinterpreta u l-personalità reali tiegħek?", "Tiskanta kemm hi ħaġa komuni.", "Imma mhijiex xi ħaġa li tiddependi minni u m'għandix kontroll fuqha.", "Jekk xi ħadd mhux kapaċi jiddistingwi iżda jkollu l-opportunità li jsir jafni, imbagħad ikun jista' joħroġ bil-konklużjonijiet tiegħu.", "Kif nibtet il-passjoni għar-reċtar?", "U eventwalment il-karriera tiegħek?", "L-imħabba għar-reċtar bdiet fl-2014 meta jien diġà kelli 30 sena, età matura ħafna biex tibda.", "Iżda kien żmien meta kollox kien inbidel f'ħajti kemm fuq livell personali, ta' xogħol u aspetti oħra.", "U f'dik il-mewġa ta' tiġdid tħajjart nieħu kors tal-Beginners tad-drama.", "Ġimgħatejn wara li bdejt il-kors, kien hemm opportunità li nidħol bħala parti mill-ensemble tal-produzzjoni 'Il-Kappillan ta' Malta' fejn hemm kelli l-opportunità nifhem xi jfisser tkun parti minn produzzjoni teatrali maġġuri, u ħadt ħjiel ta' dak kollu li tirrikjedi.", "Minn dakinhar ma ħaristx lura, u l-opportunitajiet bdew jinbtu konsistentament filwaqt li l-ħiliet tar-reċtar tiegħi komplew jissaħħu.", "Imma retrospettivament, ninduna li din kienet xi ħaġa li dejjem kelli nklinazzjoni għaliha u sempliċiment domt biex għaraftha.", "Tħoss li l-atturi huma apprezzati biżżejjed f'pajjiżna?", "Il-pubbliku żgur mhux forsi, japprezza ħafna.", "Id-drama televiżiva, għalkemm xi minn daqqiet tibqa' medjokri taħt ħafna aspetti, għal diversi raġunijiet, hija segwita ħafna, u kważi kważi hija fenomenu kulturali modern.", "Il-Maltin qiegħdin bil-mod ukoll jitgħallmu japprezzaw it-teatru lil hinn mit-teatrin tas-sala tal-kappillan u qed jersqu lejn it-Teatru Manoel, it-Teatru Rjal, Il-Kavallier ta' San Ġakbu eċċ. Dan anke grazzi għal produzzjonijiet bil-Malti li huma relevanti għaż-żminijiet tal-lum, b'temi attwali.", "Fuq livell professjonali minħabba l-limitazzjonijiet tal-industrija l-ħlas hu dak li hu, is-sodisfazzjon personali biss jista' jikkumpensa għall-kumpens finanzjarju modest li jirċievi l-attur.", "Rigward kemm l-attur huwa apprezzat mill-produtturi u mid-diretturi, dan ivarja skond il-każ, imma ħafna drabi tidħol dinamika simili għal dik ta' bejn ħaddiem u min iħaddem.", "Li hu żgur hu li hawn sfruttament ta' min ikun għadu qiegħed jistabbilixxi ruħu, fejn il-fatt li artist mhux veteran, tintuża bħala skuża biex tintalab flessibilità sproporzjonata, speċjalment fejn jidħol ħlas, bl-iskuża li l-attur qiegħed jingħata exposure.", "X'inhuma l-kwalitajiet li jagħmlu attur tajjeb?", "Il-passjoni u d-dixxiplina.", "Il-passjoni hija fundamentali biex tagħmel dan ix-xogħol.", "Mingħajrha l-attur jitla' fuq il-palk bla ruħ u mhux se jirnexxilu jittrasmetti ħafna.", "Il-pubbliku huwa sensibbli ħafna għall-enerġija u għall-passjoni tal-attur.", "Għalkemm m'hijiex xi ħaġa li titkejjel, hija xi ħaġa li tinħass.", "Il-passjoni hija qisha żiemel.", "Imma ż-żiemel għandu bżonn kuċċier tajjeb biex jikkontrolla ż-żiemel u jiddixxiplinah biex jasal għad-destinazzjoni tiegħu.", "Min jirreċta u jonqos mid-dixxiplina mhux se jkun ippreparat biżżejjed, ħa jiżbalja hu u ħa jfixkel lill-kollegi waqt il-prestazzjoni.", "Bla dixxiplina ma tattendix dejjem għall-provi, ma tidħolx sew fil-karattru, ma tiffukax waqt il-prestazzjoni, tispiċċa tipprova tiġbed l-attenzjoni fuq il-karattru tiegħek b'dettriment għar-riżultat kollettiv (xi ħaġa li ħafna jsejħulha 'diviżmu' u li hi patoloġija komuni fost l-atturi li mhumiex dixxiplinati), flimkien ma' mitt ħaġa oħra li twassal għal nuqqas ta' professjonalità.", "Irrakkuntalna xi praspura li għamilt jew sibt ruħek fiha relatata mar-reċtar..", "Għandi memorja xi ftit batuta u għandi tendenza ninsa dawn it-tip ta' anedotti.", "Però ukoll minħabba li ġieli nbati biex niftakar, kultant fuq il-palk ninsa xi linja, imma fortunatament ninqala biex nimprovizza u nimla ftit sa ma niftakar l-linja.", "Niftakar li darba kelli audition, u wara l-ewwel sentenza nsejt kif kienet tkompli l-linja.", "Dak il-ħin biex ma nidhirx li nsejt, waqaft u lill-produtriċi li kienet qiegħda tagħmilli l-auditon għidtilha \"Skużani ħa jkolli nieqaf, imma vera qed inħossni onorat li għandi din l-opportunità li nirreċta miegħek għax minn dejjem nammirak\".", "Hi vera ħadet gost u bdiet tkompli miegħi, u jien sadanittant l-iskop tiegħi kien li waqt li qed inparlaw niftakar kif ikompli l-line.", "Imbagħad kif ftakartu għidtilha \"X'nagħmlu?", "L-audition marret tajba u ħadt il-parti.", "'Lil hinn mir-reċtar, min hu Patrick Tanti?", "Din dejjem domanda diffiċli biex tirrispondiha.", "Bħal kulħadd għandi il-karatteristiċi tajbin u oħrajn inqas tajbin, u mhux se noqgħod nagħmel lista tagħhom hawnhekk.", "Biss inħossni kommess miegħi innfisi li dejjem nipprova nkun persuna aħjar mill-bieraħ.", "Irnexxielna niskopru fatt interessanti ħafna u mhux daqstant magħruf dwarek.", "Oriġinarjament int studjajt u gradwajt bħala tabib, imma iddeċidejt li ma tipprattikax din il-professjoni.", "Għidilna aktar dwar dan..", "Iva hekk hu.", "Lura fl-2006 kont gradwajt fil-Mediċina u l-Kirurġija u kont bdejt il-professjoni medika.", "Biss ħassejt li ma kellix il-passjoni u forsi il-vokazzjoni neċessarja biex inkompli b'din il-karriera.", "Deherli li kemm jien u kemm il-pazjenti kien jistħoqqilna aħjar minn hekk.", "Allura bla diffikultà ta' xejn waqaft mix-xogħol ta' tabib u qatt ma kien hemm ġurnata li fiha ddispjaċini li temmejt din il-karriera.", "Però, bl-istess mod, qatt ma ddispjaċini li għamilt il-kors.", "Dak li ksibt f'dak il-perjodu, bħala għerf, esperjenzi u ħiliet baqgħu miegħi u ikkontribwew b'mod sħiħ sabiex jagħmluni dak li jien illum.", "Wara li ma bqajtx nipprattika, kelli esperjenzi differenti fuq postijiet tax-xogħol f'industriji differenti u li kienu gratifikanti ħafna u għamluni bniedem iktar sħiħ, b'perspettiva iktar olistika fuq il-ħajja.", "Fuq nota iktar ħafifa, minħabba li fil-qasam tad-drama, dan il-fatt mhuwiex sigriet, spiss jgħajtuli għal partijiet ta' tabib, kemm għax il-props mediċi ma jkunux problemi għax nuża apparat, bħal ngħidu aħna l-istetotskopju, li huma tiegħi, u kemm għax il-parti ta' tabib tiġini naturali ħafna, għal raġunijiet ovvji.", "Dan kien il-każ f'serje bħal It-Tfal, Division 7 u Ħbieb u Għedewwa.", "Xi tqis bħala prijoritajiet f'ħajtek?", "Li nkun dejjem onest miegħi nnifsi, true to myself kif jgħidu bl-Ingliż; li nibqa' nkun kapaċi napprezza l-iċken affarijiet sbieħ li tista' toffri l-ħajja; li jkolli biżżejjed self-love sabiex nieħu ħsieb tiegħi nnifsi; u li jkolli biżżejjed kompassjoni li nagħmel id-differenza fil-ħajja ta' ħaddieħor u ta' min jista' jkollu bżonn l-għajnuna tiegħi.", "Fuq kollox li ngħix il-'mument preżenti', għax dak huwa l-essenza tal-ħajja.", "X'jagħtik l-aktar sodisfazzjon?", "Jien bniedem sempliċi mingħajr wisq aspettattivi, allura huma l-iktar affarijiet ordinarji li jagħmluni kuntent.", "L-aktar persuni li tammira jew li jispirawk… kemm minn aspett ta' karriera u anki personali", "Jekk qed nitkellmu fuq l-arti tar-reċtar, jien kbirt nara films tal-ġeneru msejjaħ 'Commedia all'Italiana', li għalih dejjem kelli ġibda kbira.", "Dan hu ġeneru komiku u satiriku fejn id-difetti tat-Taljani jiġu esposti b'mod umoristiku u b'awto-ironija kbira.", "Li tkun kapaċi tidħak bik innifsek nemmen li hija essenzjali għal min jipprova jgħix ħajja li fiha jkun kuntent bih inniffsu.", "Għaldaqstant minn ċkuniti dejjem ammirajt ħafna, lil atturi bħal Toto', Peppino de Filippo, Alberto Sordi, Ugo Tognazzi, Aldo Fabrizzi, Vittorio Gassmann u Carlo Verdone.", "Mingħajr ma kont naf kont qiegħed gradwalment nassorbi ħafna mill-komiċità tagħhom u involontarjament integrajtha fl-istil tiegħi.", "Lil hinn mir-reċtar dejjem ħaddant prinċipji xellugin radikali u ammirajt personalitajiet li f'ħajjithom iġġieldu kontra d-diżugwaljanzi , il-mibegħda razzjali, id-diskriminazzjoni ibbażata fuq l-orjentazzjonijiet sesswali u dawk li ħadmu favur il-ġustizzja soċjali u l-emanċipazzjoni tal-klassi tal-ħaddiema, fost oħrajn.", "Fl-opinjoni tiegħek, liema huma l-isbaħ ġesti li persuna tista' tagħmel lil ħaddieħor?", "Li tittratta lill-proxxmu kif tixtieq li tiġi trattat int, bla preġudizzju u b'kompassjoni.", "Jekk sensittiv ifisser li niġi affettwat emozzjonalment min-nies ta' madwari, ngħidlek li f'dak is-sens illum ħafna inqas sensittiv.", "B'dan irrid infisser li iktar ma tikber iktar issir assertiv u iktar tinduna li l-opinjoni ta' persuna fuqek hija biss riflessjoni ta' dik il-persuna u mhux riflessjoni ta' dak li int int. Jekk b'sensittiv tfisser li tissimpatizza għal dak li jkun u tkun empatiku, ngħidlek iva, però nagħmel dan biss sal-punt li naħseb li hu neċessarju, għax anke l-isbaħ affarijiet fid-dinja, jekk sproporzjonati ma jkunux sani.", "Kemm hu importanti l-umoriżmu fil-ħajja ta' kuljum?", "Daqs kemm hi importanti l-mediċina għal xi ħadd marid.", "Hemm xi ħolma li tixtieq twettaq?", "Jien ngħix ħajti mingħajr aspettativi; iżda ngħixha b'idi miftuħa għal dak kollu li jista' jkun pożittiv jew jgħini nikber fuq livell personali.", "Il-ħajja mimlija sorpriżi, kultant ikunu wara l-kantuniera.", "Naraw xi jmiss u nagħmlu l-ahjar li nistgħu fiċ-ċirkostanzi.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/28/memorji-u-tifkiriet-mal-attur-veteran-joe-bartolo/", "date": "28/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Joe Bartolo Joe Bartolo ġej mill-Ħamrun u twieled fil-25 ta' Jannar 1936.", "Miżżewweġ ma Jane u kellhom tlett it-tfal, illum kollha miżżewġin, bużnanniet ta' sitta.", "Joe kien impjegat mall-kumpanija Ingliża 'Rediffusion' minn fejn beda u spiċċa magħha.", "Beda fl-1953 fl-accounts, kompla bħala kollettur u fl-1979 spiċċa fid-Dipartiment tal-programmi bħala librar tad-diski.", "Minn hawn akkwista dak li dejjem xtaq, drama, preżentatur ta' programmi u produttur ta' radjudrammi.", "Lura lejn it-tmiem tas-snin 50 kien beda il-palk ma' Joe Muscat Scerri, kienu jduru bosta rħula u bliet b'xi dramm ta' William Shakespear kif ukoll xi kummiedja.", "Għamel żmien twil wieqaf sakemm ġiet l-opportunita' permezz ta' ħbieb li huwa kien għamel fix-xandir.", "Joe jgħidilna \"Ir-Rediffusion iġibli ħafna memorji sbieħ, għaliex minn hawnhekk għext familja.\"", "Joe Bartolo mal-mara tiegħu Jane", "Huwa beda bi programmi mużikali, grazzi għal Manwel Zammit, Kap tal-programmi tar-radju u dan kien fl-1983 bl-ewwel programm mużikali għar-radju 'Minn Nashville' 'Drive time' 'Profili Country' 'Cinematografija' bi skript ta' Lino Cassar, 'Minn x'ħin jidlam sa ma jisbaħ' maratona ta' mużika mill-11pm sas-6 am dan kien ikun darba f'ġimgħa.", "Aktar tard jinbidel is-Sur M. Zammit u floku jidħol is-Sur Charles Flores fl-1987.", "Issa li r-Rediffusion kellu jċedi ismu u jiġi ntrodott Radju Malta.", "Fl-istess sena kellu jmur għal intervent ta' malajr fl-Isptar San Luqa liema intervent kien kważi wasslu fl-aħħar ta' ħajtu.", "Wara li ħa saħħtu lura daħal għax-xogħol u ġie introdott ma' Mr. Flores fejn dan kien sema' ħafna dwaru meta huwa kien rikoverat.", "Dan kien il-waqt li Mr Flores wera x-xewqa li jlaqqa' żewġ preżentaturi tal-istess ġeneru ta' mużika għall-programm wieħed flimkien.", "L-ewwel programm li kien iġib it-titlu 'Lejla Country' beda jixxandar f'xandira diretta il-Ħamis 7 ta' Jannar 1988 fid-9pm.", "Bl-inizjattiva ta' Mr. Ġorġ Peresso beda wkoll jipproduċi xi radjudrammi, hawnhekk huwa ħass li tela' tarġa oħra fil-karriera tiegħu.", "Aktar tard huwa għamel wieqaf kważi erba' snin sakemm wasal il-waqt li kemm Leslie Gladwish kif ukoll Joe sabu ruħhom ma 'One Radio' bi programm ta' mużika Country, u b'hekk bdew jippreżentaw il-programm minflok il-mibki Vince Laus.", "Din is-sena Joe kellu jirtira mill-programm minħabba diversi sitwazzjonijiet fosthom il-pandemija COVD 19.", "Fil-qasam tad-drama Joe kellu diversi partijiet, fuq il-palk kif ukoll permezz tat-televiżjoni, partijiet ma' bosta atturi popolari fix-xena bħal Elsa Romei, Ġemma Portelli, Josephine Mahoney, Josephine Zammit Cordina, Charles Thake, Mario Micallef, Michael Sciortino, Lino Grech u Josie Coppini fost oħrajn.", "L-iktar tlett produzzjonijiet għall-qalb Joe fil-palk u televiżjoni huma 'Meta morna tal-Mellieħa' kitba ta' Frans Ebejer, flimkien ma' Lino Grech, Josephine Mahoney u l-mibkija Melita Cutajar fost oħrajn, din saret fit-Teatru miftuħ tal-ġonna ta' San Anton fl-1983 fl-okkażjoni tal-Maltafest.", "Produzzjoni oħra għat-televiżjoni kienet 'L-ewwel jien' ta' Ġuże Diacono, flimkien ma' Elsa Romei, Lino Grech u Leslie Gladwish.", "Kien hemm ukoll 'Min ifassal u min iġarrab' ta' Ronald Saliba flimkien ukoll ma' Elsa Romei, John Dimech u oħrajn.", "Din kienet saret kemm għat-televiżjoni kif ukoll għat-teatru.", "Kellu wkoll diversi partijiet fuq il-palk tat-Teatru Manoel u l-Istitut Kattoliku u diversi lokalitajiet oħra.", "Partijiet oħrajn kellu f'sensiliet bħal Issa Naraw , Dun Benit , Ipokriti u fis-sensiliet semi reliġjużi Qalb in-Nies u Kurrenti .", "Parti oħra li kienet differenti minn tas-soltu kienet fis-sensiela Tagħnniqa .", "Joe jgħidilna wkoll dwar id-differenza tal-produzzjonijiet li kienu jsiru fil-bidu tal-karriera tiegħu għal t'issa.", "\"Fil-bidu konna naħdmu fl-istudios bi tlett kameras u bini ta' sett permezz tal-karpentiera bravi u x-xogħol li għaddej bħal issa hu ħafna inqas minn dak ta' qabel, xogħol fi studios tista tgħid inqata għal kollox.\" jgħid Joe.", "Bejn l-1992 u l-1994 huwa ipproduċa żewġ sensiliet televiżi ta' sitt episodji kull wieħed bl-isem ' Country Saloon ' bil partiċipazzjoni ta' kantanti Maltin kif ukoll vidjos ta' oħrajn Amerikani, dawn kienu xi ħaġa ġdida għat-telespettaturi u d-dilettanti tal-mużika Country għal dak iż-żmien.", "Din kienet kisba oħra fil-karriera ta' Joe.", "\"Il-mużika għalija nista ngħid li ngħix biha, id-dinja mingħajr mużika mhi xejn.", "Kull ġeneru ta' mużika tgħoġobni, iżda nippreferi dik Country.\"", "Matul dawn l-aħħar 4 snin, Joe kiteb 39 poeżija.", "Il-pjan tiegħu hu li mhux wisq fil-bogħod, jippubblika dawn il-poeżiji fi ktejjeb.", "Waħda mill-poeżiji li kiteb Joe", "Nitkellmu wkoll ma' Joe dwar l-importanza li wieħed jibqa attiv minkejja li jilħaq ċerta età.", "\"Bħala penzjonant nipprova nkun attiv sakemm tibqa' s-saħħa.", "L-appell tiegħi lis-segwaċi u l-qarrejja ta' SKOPERTA, li hawn nixtieq nagħti prosit lil Roberta u Janice ta' dan il-proġett, liż-żgħażagħ speċjalment ibdew minn issa qabel ikun tard wisq ħudu d-drama bħala delizzju għax permezz ta' hekk titħaltu ma' nies ta' ċertu livell ta' edukazzjoni li allura għal quddiem ikun jiswa, bħal ma jgħid il-Malti, mitqlu deheb.\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Janice Vella Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/11/30/1870/", "date": "30/Nov/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Matthew Bartolo se jkun qiegħed jikkontribwixxi wkoll fuq skoperta.net kif ukoll iwieġeb il-mistoqsijiet tagħkom, iżda għal din il-ġimgħa ħsibna biex nitkellmu ftit miegħu dwaru personali u l-professjoni tiegħu… Min hu Matthew Bartolo?", "Matthew Bartolo hu persuna b'ħafna strati u faċċati.", "In-nies l-iktar li jafuni bħala sesswologu jew terapista tas-sess.", "Kultant nismagħhom jgħidu: \"ara tas-sess\".", "Din reputazzjoni li ħadt għax għażilt li nitkellem ħafna fuq is-sess, speċjalment fuq midja lokali.", "Hemm ċans li stedintuni biex nibda nikkontribwixxi fuq dan il-portal għall-istess raġuni.", "Għalkemm is-sess hemm min għadu jqisu bħala tabù illum il-midja ndunat li is-sess ibigħ u għalhekk jien nuża din il-pjattaforma biex nilħaq nies li forsi ma jaslux ifittxu l-għajnuna dwar problemi jew mistoqsijiet sesswali li jista' jkollhom.", "Għal sħabi, min-naħa l-oħra, jien persuna dipendibli ħafna u nkun hemm meta jkollhom bżonn, bħal ma huma jkunu hemm għalija.", "Għall-ġenituri tiegħi naħseb kont uġigħ ta' ras, u kultant ta' qalb, avventura wara l-oħra, jien u nikber.", "Illum jgħidu li kburin bija u dak li tgħallimt.", "Jien ninbixhom billi ngħid li nemmen li jien kapaċi nagħmel ċertu xogħol minħabba l-keded li tajthom f'żgħożiti.", "L-avventuri li dħalt fihom jien u nikber illum jgħinuni nifhem, jew naħdem, ma' nies differenti.", "Qed ngħid dan kollu għax hemm ħafna l-għati tiegħi, u bħali kull min se jaqra dan li ħarbixt.", "Nemmen li importanti li nifhmu li aħna nuru aspetti varji lil nies differenti u li aħna esseri li jevolvi.", "Kif kont naħsibha għaxar snin ilu mhux kif naħsbiha llum.", "X'inhi sesswoloġija?", "Sesswoloġija hi l-istudju tas-sess, sesswalità, u dak kollu li għandu x'jaqsam magħha.", "Jidhol ħafna fil-fiżjoloġija, psikoloġija u soċjoloġija.", "X'wasslek biex tagħżel din il-professjoni?", "Wara l-baċċellerat fil-psikoloġija l-Università ta' Malta, kont qed nistudja Counselling fuq livell iktar avvanzat ma' skola tal-counselling ġewwa Londra.", "Wieħed mill-weekend seminars li kelna konna qed niddiskutu sess u relazzjonijiet.", "Niftakar it-tutors li kellna kienu terapista li jispeċjalizzaw fis-sess u sesswalità u ħeġġewni nispeċjalizza bħalhom.", "Qalu li l-mod kif nitkellem dwar is-sess hu naturali u professjonali.", "Kienu bagħtuli dettalji dwar l-iktar kors rispettat ġewwa l-Ingilterra, applikajt u tlajt l-Ingilterra biex nistudja u niprattika ġewwa klinika tas-sess tal- NHS ġewwa Sheffield.", "Int personali, xi tħoss li tgħallimt minn din il-professjoni?", "Tgħallimt ħafna.", "Jiena nħossni privileġġat ħafna li n-nies jiġu għandi u jiftħu qalbhom miegħi.", "Nisma' sigrieti u biżgħat ta' nies minn kull għad tal-ħajja.", "Ovvjament dan jien kollu nżommu għalija u mistur bis-sigriet professjonali.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin li ilni li speċjalizzajt fis-sess u relazzjonijiet tgħallimt li aħna min aħna, inħobbu lil min inħobbu, nixtiequ, u għandna bżonn l-istess affarijiet.", "Dan li nixtiequ, u għandna bżonn infitxuh b'modi differenti u postijiet varji, però kollha nixtiequ li nkunu maħbuba, u aċċettati, ta' li aħna.", "X'inhu l-akbar sodisfazzjon tiegħek bħala sesswologu?", "Kien hemm ħafna drabi li bkejt bil-ferħ mal-klijenti tiegħi, u ġieli anke wara li telqu.", "Mumenti fejn koppji li kienu jaħsbu li ma jistgħux ikollhom tfal inqabdu tqal.", "Koppji li qed jirnexxilhom igawdu s-sesswalità flimkien.", "Però jkun hemm drabi oħra fejn is-sodisfazzjon jiġi wara xhur, jekk mhux snin.", "Koppji li jkunu ħassru quddiemi.", "Qablu li mhumiex għal flimkien.", "Ġieli persuna taċċettaha iktar minn oħra.", "Wara xi xhur, jew snin nirċievi messaġġ biex jgħiduli li qegħdin f'relazzjoni oħra, u li issa fehmu għala dik ta' qabel ma ħadmitx.", "Ikolli wkoll mumenti iebsa ħafna ġewwa l-klinika tiegħi.", "Koppji li għaddejin minn infedeltà.", "Koppji li tilfu lil xi ħadd.", "Uġigħ li ftit huma n-nies li jkollhom l-privileġġ li ħaddieħor jaqsmu magħhom, però xorta jkun diffiċli mhux ħażin.", "Jiena mmexxi diversi timijiet.", "Tnejn minnhom huma Willingness u Sex Clinic Malta.", "Meta bħala tim tara li qdejt persuna mill-aħjar u waslet għall-għan tagħha hu sodisfazzjon ukoll.", "Sodisfazzjon ta' dan l-aħħar hu meta nies, jew organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħra jkunu semgħu bija u jftixuni għal xi parir.", "Dan bħalissa qed nagħmlu kemm ma' grupp Litwen u ieħor fir-Rumanija.", "Żewġ pajjiżi fejn l-awtoritajiet qed jopponu edukazzjoni sesswali obligatorja, u għalhekk qed ngħinhom jingħaqdu biex jibdew jibnu riżorsi ta' edukazzjoni sesswali ħalli jaqsmuha onlajn u wara nerġgħu nkelmu lill-istess awtoritajiet ħalli nispjegaw eżatt x'nifhmu biha edukazzjoni sesswali.", "Għamilt xi ħaġa simili il-Gwatemala fejn mort inlaqqa' edukaturi, maġistrati, kapijiet ta' tributjiet differenti, u tobba biex nibdew il-konversazzjoni dwar l-edukazzjoni sesswali.", "Kull pajjiż u raħal għandu l-bżonnijiet tiegħu u trid tadatta l-messaġġ skont il-bżonnijiet speċifiċi tan-nies.", "Liema huma l-aktar problemi komuni li tiltaqa' magħhom?", "Illum il-ġurnata nara biss individwi, koppji jew relazzjonijiet bejn tlieta min-nies, li jkollhom problemi sesswali.", "Dan minħabba li qed inkompli nistudja u nispeċjalizza f'oqsma differenti tas-sesswalità.", "Problemi l-iktar komuni huma nisa li jonqsilhom l-aptit sesswali meta huma f'relazzjoni.", "Iktar minn kwart tan-nisa qabel il-menopawża jonqsilhom l-aptit sesswali.", "Ħafna huma dawk li għadhom jemmnu li din xi ħaġa normali meta nafu li mhix.", "In-nuqqas fl-aptit ħafna drabi hemm kawża għalih u jekk taħdem fuqu jerġa' jitfaċċa l-aptit għas-sess.", "Niltaqgħu ma' nisa li jonqsilhom l-aptit waqt u wara l-menopawża.", "Huma ftit iktar min-nofs tan-nisa ta' din l-età li jgħidu li jonqsilhom l-aptit.", "Dan jurina, li avolja jkun hemm bidla fl-ormoni, li tikkawża dan-nuqqas fl-aptit, hemm fatturi oħra, li ta' min wieħed jiċċekja.", "Problemi oħra komuni, din id-darba fl-irġiel huma dawk li jiġu malajr (kwart tal-irġiel kollha) u dawk li jbatu minn erezzjoni (terz tal-irġiel kollha).", "Meta tħares lejn l-iktar kawża komuni għal dawn il-problemi sesswali tara li hi l-istil ta' ħajja li qed nagħżlu li ngħixu.", "Minn ħaġa għal oħra u ma jkollniex ċans għal xulxin, jew għalina nfusna.", "Kawża oħra, li taffetwa kull ġeneru hi li qed inqablu dak li qed nagħmlu aħna ma' exijiet, li naraw fuq TV jew pornografija.", "Ħafna huma dawk li jaħsbu li kulħadd qed jagħmel sess aħjar minnhom u li huma mhumiex biżżejjed.", "Taħseb li għad hawn wisq stigma fuq dan is-suġġett u allura ħafna nies jibżgħu jew jiddejjqu jitkellmu u jfittxu l-għajnuna?", "Meta nqabbel fejn wasalna llum ma' fejn konna għaxar snin ilu naħseb li saru avvanzi kbar.", "Illum inkun mistieden fuq programmi fid-9am jew 12pm biex nitkellem fuq is-sess.", "Qabel konna rridu nistennew id-9pm jdoqqu.", "Illum tara li anke organizzazzjonijiet ta' studenti tal-Università qed jorganizzaw diversi taħdidiet dwar is-suġġett.", "Anke meta mmur nagħmel xi laqgħa n-nies m'għadomx jiġu għax se nitkelmu fuq is-sess, jiġu għax għandhom ċerti aspetti tas-sesswalità li jixtiequ jitgħalmu fuqu.", "Ma nemminx li s-sess għadu tabù, u dan nikkonfermah meta nagħti konsulenzi lil għaqdiet f'pajjiżi oħra li jfakkruni fejn konna aħna snin ilu.", "Jekk għandkom xi mistoqsijiet li tixtiequ tistaqsu jew suġġett partikolari li tixtiequ li nitkellmu dwaru, ibgħatulna fuq info@skoperta.net", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/01/alison-bezzina-il-kummissarju-l-gdid-ghat-trattament-xieraq-tal-annimali/", "date": "01/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Alison Bezzina Għidilna ftit dwarek… Jien ilni attivista tal-annimali għal ħafna snin.", "Minn dejjem kont inħobbhom u dejjem kont nipprova ngħin, imma wara ftit bdejt ninduna li l-problema ta' moħqrija, abbandun u abbuż hija ħafna ikbar milli kont naħseb, u li kien hemm bżonn tibdil minn fuq, fis-sistema, u fl-imħuħ tan-nies.", "Ma bqajtx sodisfatta billi nsalva kelb jew xi qattus 'l hemm u 'l hawn, ridt nagħmel xi ħaġa iżjed long term u li tħalli impatt akbar.", "B'hekk bdejt ninvolvi ruħi fl-attiviżmu għat-trattament xieraq tal-annimali.", "Għal ħafna snin kont nikteb fil-gazzetti.", "U għalkhemm kont nikteb fuq suġġetti kurrenti kemm-il darba ktibt fuq l-annimali.", "Imbagħad tlett snin ilu iddeċidejt li nikkonċentra biss fuq il-qasam tal-annimali u ftaħt il-blog tiegħi www.iwillnotgoaway.com.", "Lil hinn mill-attiviżmu jien gradwata mill-Università ta' Londra b'Masters fil-komunikazzjoni, ħdimt għal ħafna snin fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u mal-Inspire Foundation.", "Għadek kemm ingħatajt il-kariga ta' Kummissarju għat-trattament xieraq tal-annimali.", "Xi tfisser għalik din il-kariga ġdida tiegħek?", "Ir-rwol tal-kummissarju mhuwiex daqshekk differenti minn dak ta' attivista tal-annimali.", "Id-differenza tinsab fil-metodu ta' kif naħdmu.", "Bħala kummissarju naħdem mat-tim tiegħi, (għandi tim ta' esperti), biex nagħtu pariri u tagħrif direttament lill-awtoritajiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali biex flimkien, nippruvaw intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-annimali f'Malta u Għawdex.", "Dan ma jfissirx li l-pariri li nagħtu dejjem jiġu milqugħa u implimentati, imma Gvern li jinvesti f'Kummissarju, ikun għaqli li juża l-għarfien u l-esperjenza tat-tim li jkun investa fih biex jieħu deċiżjonijiet u azzjonijiet iżjed għaqlija f'dan ir-rigward.", "Bħala kummissarju, ir-responsabilitajiet huma varji.", "L-iżjed li nikkunsidra importanti huma li nqajmu kuxjenza fost il-pubbliku, li nedukaw u noħolqu djalogu soċjali dwar id-drittijiet tal-annimali u li nsaħħu l-infurzar tal-liġi.", "Nixtieq niċċara li r-rwol tal-kummissarju mhuwiex ir-rwol tad-direttur tad-dipartiment tal-animal welfare.", "Dawn huma żewġ rwoli differenti ħafna.", "Għalkemm iż-żewġ rwoli għandhom l-għan li jtejbu l-ħajja tal-annimali tagħna, il-kummissarju m'għandux setgħat eżekuttivi.", "Fejn tħoss li hemm bżonn isir l-aktar progress?", "Bla dubju hemm ħafna xi jsir, u l-bulk tax-xogħol jikkonsisti f'edukazzjoni tal-pubbliku, f'infurzar tal-liġi li diġà teżisti anka fir-rigward ta' farm animals, u rehoming centre iżjed adekwat għall-bżonnijiet tal-annimali tagħna.", "Issa li ngħatajt din il-kariga, se tkun f'pożizzjoni li tagħmel differenza ikbar.", "Fejn qed taspira li tasal?", "Personalment nemmen bis-sħiħ li l-annimali m'għandhom qatt ikunu għall-użu tal bniedem, u bħala Kummissarju din tibqa' l-pożizzjoni tiegħi.", "Naspira li xi darba l-annimali ma jibqgħux ikkunsidrati bħala oġġett jew propjetà, iżda sakemm naslu hemm xogħli se jkun li ntejjeb il-ħajja ta' dawn l-annimali.", "Minkejja li fil-maġġoranza magħrufin għall-imħabba lejn l-annimali, iżda min-naħa l-oħra r-rati ta' moħqrija u inġustizzji huma għoljin.", "X'taħseb li hi l-problema ewlenija?", "Nemmen li l-problema ewlenija hija nnuqas ta' għarfien u nuqqas ta' edukazzjoni.", "Storikament l-annimali konna nikkunsidrawhom biss għall-użu tagħna u ma konniex niġu mgħallma sew fuq il-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tagħhom.", "Ħafna kienu jemmnu pereżempju, li żżomm kelb marbut mhijiex moħqrija, jew li tneħħi d-dwiefer ta' qattus biex ma jqattax sufan mhjiex moħqrija.", "L-affarijiet inbidlu, imma n-nies mhux neċessarjament inbidlu bl-istess pass.", "It-tieni l-akbar problema hija l-infurzar tal-liġi.", "Minħabba nuqqas ta' riżorsi u sistemi antiki, l-awtoritajitiet isibuha diffiċli li jinfurzaw il-liġi li diġà teżisti.", "Xi rwol għandhom l-annimali fil-ħajja personali tiegħek?", "Naħseb li nista' ngħid li l-annimali għandhom rwol prinċipali ferm fil-ħajja tiegħi.", "Apparti li għandi żewġt iklieb li dawwart ħajti biex ikunu komdi, kemm bħala attivista u issa bħala kummissarju, il-parti l-kbira tal-ġurnata tiegħi tinvolvi b'xi mod jew ieħor l-annimali.", "Alison tikkonkludi l-intervista b'dan il-messaġġ", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/02/il-hbiberija-li-kellu-l-attur-mario-micallef-mal-prof-oliver-friggieri/", "date": "02/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Ċertament, il-Prof.", "Oliver Friggieri ħalla impatt fuq ħafna minna, b'mod partikolari dawk li kienu viċin tiegħu.", "Għamilna kuntatt ma' Mario Micallef u staqsejnih dwar il-ħbiberija u l-esperjenzi li kellu miegħu.", "Dan hu dak li Mario qasam magħna…", "Lil Oliver ilni nafu mill-bidu tas-snin 90.", "Niftakar li kien attenda jara waħda mill-produzzjonijiet li l-kumpanija tiegħi 'Talenti' kienet ippreżentat fit-Teatru Manoel f'dak iż-żmien.", "L-għada ta' dik il-produzzjoni kien ċempilli d-dar u talabni li xtaq jiltaqa' miegħi u talabni mmur nara fl-uffiċċju tiegħu l-Università.", "Kienet sorpriża għalija din it-telefonata.", "Mort, qalli kemm ħa gost bil-produzzjoni li tellajt u ħeġġiġni biex inkopmli ntella' produzzjonijiet oħra ta' dak il-livell.", "Staqsieni dwar il-karriera kulturali tiegħi.", "Dik il-laqgħa kienet il-bidu ta' ħbiberija li aktar ma għadda ż-żmien aktar issaħħet bejnietna.", "Il-laqgħat li ġew wara, kollha bdew isiru fid-dar tiegħu fi Fleu-deLys, B'Kara, fejn baqa' joqgħod sakemm miet fiha wkoll.", "Fl-1993 il-kumpanija 'Talenti', ippreżentat l-ewwel xogħlijiet ta' Oliver fit-Teatru Manoel.", "Żewġ drammi f'serata waħda.", "''L-Onor.", "Tar-Raħal'' u ''Padruni u Qaddejja'', żewġ dramm qawwija li mhux biss ippakkjaw it-teatru Manoel għal tlett rappreżentazzjonijiet, imma li ntlaqgħu tajjeb ħafna kemm mill-udjenzi, kif ukoll mill-kritiċi.", "Fl-Lulju tal-1999 wasal id-dramm klassiku ta' Oliver ''Rewwixta'', li jien ippreżentajt flimkien mad-dipartiment tal-kultura, f'Sant'Iermu l-Belt fl-apert.", "Dan id-dramm ukoll kien intlaqa' tajjeb ħafna ukoll.", "Wara dan id-dramm, bdejt niġi mistieden biex naqra xi poeżiji ta' Oliver f'diversi serati li kienu jsiru minn żmien għal żmien, għalhekk kemm għal ħaġa, kif ukoll għal oħra, bqajt inżomm kuntatt miegħu kważi l-ħin kollu.", "Fis-sena 2000, Oliver kien irregalali ir-rumanz li kien għadu kif ħareġ, ''It-Tfal Jiġu bil-Vapuri''.", "Niftakar li kien qalli li meta naqrah ngħidlu x'jidhirli minnu.", "Niftakar li dak in-nhar, qabel ma rqadt bdejt naqra dan ir-rumanz.", "Issaħħart fuqu, li ma kienx għan-ngħas kbir li kien qabadni kont inkompli naqrah.", "Komplejtu l-għada, u f'jumejn qrajtu kollu.", "Ċempilt lil Oliver u tlabtu biex immur narah.", "Hekk għamilt l-għada wara x-xogħol.", "Tajtu l-veduti tiegħi dwar ir-rumanz, għidtlu kemm għoġobni kemm bħala kitba, plot, kif ukoll ir-ritmu mgħaġġel tiegħu, u kemm żammni naqrah.", "Kien ħa gost ħafna niftakar.", "Wara li tkellimna anke fuq xi affarijiet oħra, qabel ma tlaqt minn għandu għidtlu: ''Oliver, dan ir-rumanz għandu potenzjal qawwi biex nagħmlu f'serje għat-televiżjoni''.", "Niftakar li qatt ma stennejt ir-risposta li tani dak in-nhar, ħasadni u b'ċerta determinazzjoni qalli.", "\"Le Mario, żgur li le.", "Dak ktibtu bħala rumanz u hekk nixtiequ li jibqa'.\"", "Deher determinat b'li qalli, għalhekk ma komplejtx ninsisti.", "Niftakar li xi ħmistax-il ġurnata wara dik il-laqgħa, kif dħalt id-dar wara rehearsal li kelli l-Manoel, Nathalie qaltli li ċempel Oliver u ried li l-għada mmur id-dar tiegħu biex ikellimni.", "Hekk għamilt wara x-xogħol.", "Sinċerament ħsibt li ħareġ xi ktieb ieħor u ried jagħtini kopja, kif baqa' jagħmel sal-aħħar.", "Kif dħalt poġġieli quddiemi flixkun birra, kif baqa' jagħmel dejjem, u qalli: Spjegali dwar il-ħsieb tiegħek fuq It-Tfal Jiġu bil-Vapuri għal fuq it-televiżjoni.", "Hemm indunajt li x-xilep ġewwa.", "Għidtlu bil-ħsieb tiegħi li nagħmlu 13-il episodju minn dan ir-rumanz.", "Wara ħafna mistoqsijiet li għamilli, ġiegħelni nwiegħdu li ngħid li din kienet idea tiegħi u mhux tiegħu.", "Aċċettajt.", "Tlabtu biex jaddatta u mill-ewwel qalli li le, m'inhiex kapaċi li nagħmel dak ix-xogħol għat-televiżjoni.", "Dak il-ħin stess għidtlu li mela sa ngħid lil Lino Grech, bniedem li minbarra li kien attur tajjeb ħafna, kien għamel diġà ħafna xogħlijiet għat-televiżjoni.", "Ħa gost ħafna b'Lino.", "Niftakar li meta kellimt lil Lino Grech, għall-ewwel ma aċċettax għax qalli ''min jien?", "Naddatta xogħol ta' Oliver Friggieri?.", "Ġiegħelt lil Oliver iċempillu biex jipperswadieh, u hekk għamel.", "U spiċċajna li minn sensiela ta' 13-il episodju, tant kien suċċess, li għamilna żewġ sensiliet oħra ta' 13-il episodju ieħor kull wieħed, għal Net TV.", "Naturalment ma stajniex nagħmlu dan bl-ewwel rumanz li ħareġ Oliver, għalhekk, kellu jikteb żewġ rumanzi oħra.", "''Dik id-Dgħajsa f'Nofs il-Port'' u ''La Jibnazza Niġu Lura''.", "U spiċċa li kiteb triloġija.", "Ma ninsa qatt il-ferħ ta' Oliver meta ra s-suċċess ta' dawn is-sensiliet.", "Kien hemm drabi li kien jiġi jarana niffilmjaw u kien ikun fis-seba' sema.", "Dan it-teleserial klassiku, intlaqa' b'suċċess kbir, u minn dakinhar sal-lum, Net TV, irrepetewh kemm-il darba.", "Dan ix-xogħol tani wisq sodisfazzjon lili.", "L-aktar meta kont ħadt il-''Best Actor TV Award'', għal parti prinċipali li jien għamilt fih, dik ta' 'Dun Grejbel'.", "Wara, dan ir-rumanz, il-Klabb Kotba Maltin, ħarġu l-ktieb bħala triloġija.", "Tlett snin ilu, tħajjart li dan it-teleserial noħorġu wkoll bħala photo rumanz.", "Oliver ħa gost ħafna b'din l-idea.", "Kellimt lil Joseph Mizzi tal-Klabb Kotba Maltin.", "Aċċetta mill-ewwel li jieħu l-inkarigu li joħorgu hu, anke għall-ħbiberija kbira u r-rispett li minn dejjem kellu għal Oliver.", "U proprju sentejn ilu, fl-2018, ħareġ dan il-photo rumanz, li ntgħoġob ħafna.", "F'dawn l-aħħar snin, kienu bosta l-okkażżjonijiet li jien organizzajt serati musico/letterarji ad unur ta' Oliver Friggieri.", "Fil-fatt, l-aħħar serata kienet f'Settembru tas-sena l-oħra, fil-palazz ta' San Anton, taħt il-patroċinju tal-President Dr. George Vella.", "Serata li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-udjenza numeruża li attendiet.", "Din is-serata kienet ta' sodisfazzjon u ferħ kbir għal Oliver, għax fiha jien kont ġiegħelt liż-żewġ neputijiet tiegħu jaqraw poeżija tan-nannu.", "Niftakar li waqt li kienu qed jaqraw, ħarist lejh, innutajt demgħa nieżla minn għajnejh.", "Dan l-aħħar, minħabba s-sitwazzjoni xejn sabiħa ta' saħħtu, ma kienx possibbli li nikkumunikaw bil-fomm, konna qed ninqdew bl-emails.", "Proprju l-aħħar email li bgħatli kienet nhar l-Erbgħa 11 ta' Novembru, ħin: 17:42, għaxart ijiem qabel miet.", "Fost affarijiet li kitibli, ferħan qalli li għadhom kemm ħarġulu żewġ kotba, ''Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri'', bil-Franċiż, u ''Ġiżimin li qatt ma jiftaħ'', bl-Ingliż f'Londra.", "Qalli li warrabbli kopja tagħhom, kif jagħmel is-soltu.", "It-telfa għallarieda ta' Oliver, kienet xokk kbir nazzjonali.", "Malta tilfet biċċa minnha.", "F'dawn il-jiem, il-poplu wera l-imħabba tiegħu lejn dan ir-raġel.", "Tlifna poeta, ġentlom, raġel tal-familja, bniedem li ħlief ġid m'għamilx f'ħajtu, u fuq kollox tlifna bniedem umli u maħbub minn kulħadd.", "Grazzi Oliver ta' kull m'għamilt miegħi.", "Grazzi tal-ħbiberija sinċiera u onesta li dejjem tajtni.", "Grazzi li aċċettajtni bħala wieħed mill-ħbieb l-aktar qrib tiegħek.", "Grazzi tal-pariri siewja li dejjem tajtni.", "Inħobbok Oliver.", "Nixtieq li jkolli post ħdejk ħalli nkompli nisma' l-għerf tiegħek ħiereġ minn fommok.", "Sa ma nerġgħu niltaqgħu, strieħ fis-sliem ħabib ta' veru.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/03/narcy-calamatta-iz-zaghzugh-etern-u-l-anzjan-attiv/", "date": "03/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Narcy Calamatta Narcy, riċentament erġajt irritornajt bħala attur fuq it-televiżjoni, fis-sensiela L-Ispettur.", "X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar din is-sensiela?", "Kif tħossok bir-ritorn tiegħek?", "Kelli parti żgħira f'episodju wieħed.", "Dan ma nħossux ritorn fuq it-TV.", "Din is-sensiela hija imsejsa fuq serie ta' kummiedji għat-teatru li jien rajt uħud minnhom.", "Bħala teatru kellhom suċċess kbir iżda dan ma jfissirx li awtomatikament se jkollom l-istess rispons fuq it-televiżjoni.", "Kif kien ir-rispons tal-pubbliku?", "Jien m'inhix noħroġ u ma smajt xejn.", "Xi ħbieb tal-mistjier qaluli li jien għoġobthom fil-mixja li kelli liebes il-kappell iswed.", "Minn fejn nibtet l-imħabba tiegħek għat-teatru?", "Missieri kien impressarju u kien itella' l-opra bil-Maltin.", "Jien u ż-żewġ ħuti konna nieħdu sehem f'dawk l-opri li kien ikollhom kor tat-tfal bħal 'Carmen' ta' Bizet.", "Jien tlajt fuq il-palk fl-1946 jew 74 sena ilu.", "Ifisser li jien għandi l-itwal karriera teatrali f'Malta kollha.", "Il-passjoni tiegħek hija l-Commedia Dell'Arte.", "Din il-passjoni esprimejtha f'diversi produzzjonijiet li tellajt u anki kotba li ippubblikajt.", "Għal min mhux daqstant familjari ma' din it-tip ta' arti, għidilna ftit dwar il-Commedia Dell'Arte u l-oriġini tagħha…", "Il-Commedia dell'Arte daħlet Malta fi żmien il-Kavallieri.", "Meta jkun ġej iċ-ċirklu aħna ngħidu 'ġejja l-kummiedja' għaliex l-ewwel 'entertainment' ġej minn barra minn Malta kienet il-Commedia dell'Arte.", "Ngħajjru lil xulxin purċinelli meta rridu ngħidu lil xi ħadd li ma jkunx serju.", "Din ġejja mill-isem tal-buffu tal-Commedia dell'Arte, Pulcinella, li ghadu popolari sal-lum.", "Il-'Commedia' kienet ibbażata fuq improvizzazzjoni.", "Mela l-attur kien irid bilfors ikun jaf jikteb, jagħmel l-aċċenti tar-reġjuni, jaf ikanta u jiżfen u jkun akrobatiku.", "L-attur tal-'Commedia' irid ikun eċċellenti f'kollox.", "Il-'Commedia' hija l-bażi ta' dak li kienu jsejħulu teatrin hawn Malta.", "Il-'Commedia' hija fenomenu Malti wkoll u għalhekk ħdimt ħafna jien biex ma nħallihiex tinqered mill-identità kulturali ta' Malta.", "Xi jfisser li ttella' produzzjoni fuq stil ta' Commedia Dell'Arte?", "X'responsabilitajiet iġġorr magħha biex tkun ċert li qed tirrapreżenta l-valur u l-kwalità ta' din l-arti?", "Il-'Commedia' hija teatru tat-triq.", "Tinħadem fil-pjazza tar-raħal.", "Aħna ilna 12-il sena nagħmluha għal Żejt iż-Żejtun.", "L-udjenza mhix marbuta mal-formalità u d-dixxiplina ta' meta tkun f'teatru.", "Fil-'Commedia' in-nies fl-udjenza jistgħu jinterrompu lill-atturi u jaqilgħulhom l-argumenti.", "L-attur irid ikun jaf jagħmel reazzjoni tajba u jdaħħak b'li jgħid u fis ikompli bix-xena li jkun qed jagħmel.", "L-attur irid ikollu talent speċjali biex iħeġġeġ lill-udjenza tieħu sehem.", "Lill-udjenza trid turihom li tħobbhom u tapprezzahom u huma jħobbuk lura.", "Liema mill-produzzjonijiet li tellajt huma l-aktar għal qalbek?", "Morna tlett darbiet naħdmu barra minn Malta.", "Darbtejn Munich il-Ġermanja u darba l-Iżrael.", "Dejjem tellajna kummiedji li ktibt jien.", "Fl-Iżrael kellna attriċi Lhudija magħna u ħdimna bl-Ingliż, bil-Malti, bl-Ebrew u bl-Għarbi.", "Uħud mill-Maltin marru jitgħallmu ftit Għarbi Palestin qabel morna.", "Ippreżentajna l-kummiedja, Mistura taż-żogħżija għal Arlecchino, 8 darbiet fi tliet bliet Arab, Jaffa, Sahknin u Betlehem.", "B'kollox ġew jarawna 2,000 ruh.", "Dan ifisser li nistgħu ngħixu fis-sliem flimkien bis-saħħa tal-arti u l-kultura.", "Ferħan ħafna b'din l-esperjenza unika.", "X'avvanzi saru fil-qasam tat-teatru mill-bidu tal-karriera tiegħek sal-lum?", "F'dak li hu teknoloġija u makkinarju lħaqna daqs l-aqwa fid-dinja.", "Fejn jidħol kontenut morna lura ħafna.", "Fit-tmeninijiet bix-xogħol ta' Politeatru konna nħeġġu lill-popolin isegwi l-klassiċi bħal Ibsen, Lope de Vega, Brecht, O'Neil, Fo u kommedjografi Maltin bħal Guze Chetcuti u Alfred Sant.", "X'tgħidilna dwar il-Fondazzjoni ZarArti?", "Tħoss li b'xi mod jirnexxilkom tilħqu l-għan ewlieni ta' din il-fondazzjoni?", "Le l-għan ewlieni tal-fondazzjoni ZARARTI ma lħaqniehx.", "Din kellha tgħaqqad iż-żgħażagħ mill-oqsma kollha tal-arti bħal dik viżwali, mużika, żfin u drama u tħejjijhom biex jibdew karriera professjonali u internazzjonali.", "Illum hawn ħafna flus jiġru fl-idejn u jitqassmu bla kont ta' xejn.", "Kull min jippretendi li hu artist jidħol jissielet fit-taqtiegħa ta' min se jilħaq il-borża tal-flus l-ewwel.", "Għalhekk naraw ħafna ilsna tan-nar jagħmlu ħafna ħoss u wara ftit jintfew għal dejjem.", "ZARARTI qatt ma ħadet għajnuna mingħand ħadd.", "Taħseb li t-teatru huwa meqjus bħala parti mill-kultura ta' pajjiżna u apprezzat biżżejjed mill-Maltin u l-Għawdxin?", "It-teatru huwa fenomenu tan-natura tal-bniedem.", "Għalina tal-Punent beda 2,500 sena ilu fil-Greċja iżda fiċ-Ċina u fil-Canada qalb dawk li ngħidulhom Red Indians jeżisti wkoll.", "It-teatru huwa ħaġa intrinsika mill-kultura tal-bniedem.", "Għalkemm minn żmien għal żmien jinbidel minn teatru tat-triq għal palk bil-'proscenium arch' u jerġa' lura dan se jibqa' dejjem f'xi forma jew oħra.", "Il-Maltin m'għandhomx triq oħra ħlief jikkupjaw lill-barranin sa ma jitfaċċa xi messija li joħloq xi ħaġa unika għal Malta biss.", "Narcy mal-attriċi Jane Marshall", "Liema tikkunsidra bħala 'highlights' tal-karriera tiegħek?", "Jien ma nemminx bil-highlights u l-popolarità.", "Artist sinċier qatt ma jkun kuntent b'li jagħmel waqt ħajtu.", "Ħalli li wara li jmut kulħadd joħroġ jibkih għal ftit ġranet.", "Xogħol ta' artist jitwieled bi tbatija bħal tarbija li tista' tikber u jkollha ħajja għaliha.", "Id-dinja materjalistika trid tbellagħhielna li film ikun suċċess skont kemm idaħħal dollars fl-ewwel weekend li jintwera.", "Ħalfa moqżieża kontra dak kollu li hu tabilħaqq artistiku.", "Hu fatt magħruf li int għandek il-kundizzjoni tad-dislexia, imma daqstant ieħor magħruf il-fatt li ma ħallejtx din il-kundizzjoni b'xi mod taffettwa l-karriera ta' suċċess tiegħek.", "Kif irnexxielek tagħmel dan?", "U x'messaġġ tgħaddi lil min jgħix b'din il-kundizzjoni?", "Kull min jitwieled b'xi kundizzjoni speċjali jitgħallem waħdu minn tfulitu jikkumpensa għal xi nuqqas.", "Jien kelli erbgħin sena meta smajt il-kelma 'dislexia' l-ewwel darba.", "Din il-kelma hija magħmula mill-kelma 'lexia' jew il-ħila li taqra u 'dis' li hija fin-negattiv li tfisser bla ħila li taqra.", "Jien minn tfuliti ma nħobbx naqra iżda id-dislexia timpedik minn affarijiet oħra bħal memorja.", "Fl-iskola jien ma kontx inħobb ir-reliġjon, il-poeżiji, l-istorja u l-ġeografija jew aħjar is-suġġetti kollha li trid titgħallem id-dettal bl-amment.", "Nippreferi naqra ġurnal bil-kolonni dojoq milli li meta nasal fit-tarf tal-paġna ma nkunx nista' nsib il-linja li jmiss.", "Kif ta' għoxrin sena sibt ruħi fuq il-palk li bilfors irrid nitgħallem il-linji bl-amment kelli nagħmel sforz speċjali.", "Iżda jien ma nistax nitgħallem il-linji ta' Shakespeare jew xi kliem imkejjel bir-ritmu u imqiegħed bla loġika.", "Iżda fejn tidhol matematika speċjalment il-gjometrija fejn tidħol il-loġika insib ruħi komdu ħafna.", "Meta għamilt il-kummiedja Enrico IV ta' Pirandello kelli nitgħallem 500 linja.", "Ħdimt ħafna u tgħallimthom bis-sħiħ.", "Id-dislexia għamlitni b'saħħti fil-viżwal.", "Meta nara diagram jew tifsila jew xi pjanta ma ninsihom qatt.", "Għalhekk inħobb l-arti u l-kritika ta' l-arti.", "Meta nara kummiedja fuq il-palk jew nara film qisni qed nikkupjah ġo moħħi fuq USB.", "Għalhekk nixtieq ngħid li kull minn jgħidulu li għandu din il-karatteristika speċjali li jgħidulha 'dislexia' biex jagħmel kuraġġ u juża din il-kundizzjoni biex jissaħħaħ f'talenti oħra.", "Kemm hu importanti li wieħed jibqa' attiv anki wara li jilħaq ċerta età?", "Il-bniedem maħluq biex jaħdem u jaqsam dak li jagħmel għall-ġid tal-oħrajn.", "L-industrijalizzazzjoni kapitalista trid tbellagħhielna li ta' ċerta età l-bniedem ma jibqax jiswa.", "Qerq dan!", "Qerq kbir.", "Iktar ma jixjieħ il-bniedem iktar ikollu ħila jaħseb ħalli jsib soluzzjonijiet għall-isfidi tal-ħajja.", "Dan l-aħħar kienu qed jitkellmu fuqi u żagħżugħ li għadu kif laħaq staqsa, 'Imma Narcy għadu flessibli ta' 81 sena?'", "Jien bgħattlu risposta li tgħid li l-Papa Franġisku ikbar minni.", "Barra minn hekk sfidajtu biex nagħmlu dibattitu fuq it-televiżjoni jien u hu bis-suġġett li jagħżel hu u lili jgħidli x'inhu meta npoġġi bilqiegħda quddiem il-kamera.", "Tistaqsini imma ix-xjuħ ma jimirdux?", "Iva anke iż-żgħażagħ.", "Iżda dawk li jkunu artisti u jkunu jieħdu deċiżjonijiet kull daqqa ta' pinzell għomorhom kollu, jibqgħu flessibli minkejja l-mard.", "Naqtgħuha.", "Hawn min kiteb ktieb li għamel ħafna ġid lin-nies u jkun kitbu waqt li jkun maqful go artificial lung.", "Narcy mal-attriċi Mary Rose Bonello f'Wenzu u Rożi", "Liema kwistjonijiet inġenerali taħseb li hemm bżonn inqajmu aktar kuxjenza dwarhom?", "Tnejn: L-ewwel ħobb lil Alla u t-tieni, ħobb lil proxxmu tiegħek bħalek innifsek.", "Wieħed mill-isbaħ mumenti li kellek matul il-karriera tiegħek..", "Kont qed naħdem f'dar tax-xjuħ biex inħeġġiġhom jiċċaqalqu u jkantaw u jidħku flimkien waqt li jkunu fuq il-wheelchair.", "Xogħol iebes u diffiċli anke għal attur/regista ta' ħafna esperjenza.", "Kellna residenta ta' 96 sena li qatt ma tkellmet jew ħarset lejna.", "Konna qed nilagħbu logħba nitfgħu l-bżieżaq lil xulxin.", "Lil sħabi għidtilhom jieħdu ħsieb lill-oħrajn u lil din is-sinjura jħalluha f'idejja.", "Bdejt nixħtilha l-bużżieqa mill-viċin u hi kienet milwija ganċ b'subgħajha maqfulin f'ponn.", "Jien għamilt tabirruħi li hi kienet qed titfagħli l-bużżieqa ġo wiċċi.", "Bdejt taparsi qed inweġġa' u nibki għax weġġgħatli mnieħri.", "Wara ftit il-ħabiba taghna bdiet tidħak.", "Staqsejt lit-tifla ta' bintha li kienet ġiet taraha meta l-aħħar li qatt rata tidħak lin-nanna.", "Qaltli li fi 12-il sena li kienet ilha magħluqa hemm qatt ma kellmithom jew għamlet xi reazzjoni.", "Dakinhar ħadt l-Oscar jien.", "X'inhu l-messaġġ li dejjem xtaqt tesprimi u twassal permezz tal-karriera tiegħek?", "Għixu fis-sliem tal-arti u l-kultura.", "Inħallilkom is-sliem tiegħi.", "Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]} {"url": "https://skoperta.net/2020/12/08/bis-sahha-tal-internet-sibt-l-imhabba-maria-vella-wilson/", "date": "08/Dec/20", "category": "culture, entertainment, disability", "text": ["Nitkellmu ma' Maria Vella Wilson Żgur li ħafna jiftakru lil Maria bħala attriċi fuq it-televiżjoni u l-palk.", "Interpretat bosta karattri differenti iżda fuq it-televiżjoni kienet l-aktar magħrufa għall-partijiet drammatiċi, bħal fis-serje ta' Eileen Montesin \"UC5′′ u fil-mini series \"Nirien ta' Mħabba\", fost ħafna oħrajn.", "Iż-żewġ karattri fis-sensiliet imsemmija t-tnejn spiċċaw ħażin għaliex f'wieħed mietet u fl-ieħor inqatlet!", "Tgħidilna li tant kienet type-cast li xi nies kienu laqmuha \"il-bikkejja\".", "Fuq il-palk, speċjalment meta kienet ma' l-Atturi Salesjani ta' tas-Sliema, għalkemm ħadmet partijiet drammatiċi wkoll, kienet l-aktar magħrufa għall-partijiet komiċi.", "Ħadmet ukoll ma' diversi kumpaniji oħra, mal-mibki Lino Grech fil-Kummiedja soċjali \"F'Baħar Wieħed\", u \"L-METRONPAĠĠ\", kummiedja li ttellgħet fit-Teatru Manoel, fost oħrajn.", "Kellha diversi esperjenzi fuq ir-radju wkoll, fir-radjudrammi.", "Fejn jidħol il-palk, idderiġiet ħafna kummiedji fejn kienet responsabbli għat-traduzzjonijiet ukoll.", "Imma wara dawk il-karattri kollha li interpretat, min hi eżattament Maria Vella Wilson?", "Omm Maria hija Taljana filwaqt li missierha (illum mejjet), Malti.", "Iltaqgħu u żżewwġu l-Ingilterra fejn hemmhekk Maria twieldet proprju ġewwa Londra fl-1954.", "Ta' tlett snin kienet tmur lezzjonijiet tal-ballet imma sfortunatament, kellha stage-fright kbira waqt l-ewwel rappreżentazzjoni quddiem il-pubbliku u għalhekk ma komplietx tmur.", "Ommha kienet taħdem ma' diversi familji bħala house-keeper u kienet taħdem ma' bniedem magħruf ħafna fuq it-televiżjoni Ingliż (Nicholas Parsons).", "\"Ġieli kienet teħodni magħha u kont inħobb nitħallat ma' diversi personaġġi tat-televiżjoni li kienu jmorru għand Nicholas għall-parties.", "Minn hawn nahseb li nibtet l-imħabba tiegħi biex nidher fuq it-television u biex nirreċta.\" tgħidilna Maria.", "Meta Maria kellha 6 snin, emigraw lejn Malta u hawn tirrakkuntalna kif ma kienet taf l-ebda kelma bil-Malti.", "\"Bdejt fi skola privata fejn l-Malti kien ipprojbit u allura sibtni komda.", "Imma meta għaddejt għas-sekondarja kelli bil-fors nitgħallem il-Malti u għall-ewwel kienet iebsa wisq.", "Imma stinkajt fil-grammatika u sa rnexxieli nġib il-GCE bil-Malti.", "Imma kien bis-saħħa tal-palk u r-reċtar, li sirt nitkellem sew bil-Malti wkoll.\"", "Maria tiddeskrivi lilha nnifisha bħala introverta, perfezzjonista, ikkumplikata, persuna li tehwden u taħseb wisq imma fl-istess ħin impulsiva.", "Ta' qalb kbira imma żżomm ħafna fil-komma wkoll!", "L-aktar ħaġa li ddejjaqha hija l-ipokrezija u tistqarr mindu marret l-Amerika iltaqat ma' ħafna minnha fejn jidħlu l-politika u r-reliġjon.", "\"Għalkemm introverta, il-palk kont inħobbu wisq għax kont nilbes karattri differenti u \"nistaħba warajhom\".", "Ma mort l-ebda skola biex nitgħallem nirreċta.", "Kont nuża r-reċtar xi kultant bħalha terapija.", "Minbarra li kif għidt, il-palk għeni ħafna wkoll biex nitgħallem nitkellem bil-Malti, iltqajt u għamilt ħafna ħbieb matul il-karriera tiegħi tar-reċtar.", "Iltaqjt ukoll ma' min għamilli ħafna deni.", "Ma nixtieqx insemmi ismijiet.\" tgħid Maria.", "L-ewwel żwieġ tiegħi spiċċa wara 27 sena imma bqajt \"close\" ħafna mar-raġel sa ma miet ftit snin ilu.", "Minn dan iż-żwieg kellna tifla, Margot li llum tgħix l-Ingilterra.", "Għamlitna nanniet seba' snin ilu, b'tifla li jisimha Millie u li hija l-mimmi ta' għajnejja!", "Wara s-separazzjoni, spiċċajt waħdi għal seba' snin u ħsibt li hekk kont se nibqa'.", "Imma grazzi għall-kompjuter u l-internet, li daħħalt biex inkun nista' nikkomunika aħjar mat-tifla, sibt ukoll r-raġel li dalwaqt se nagħlaq għaxar snin miżżewwġha lilu.", "Amerikan, u b'hekk spiċċajt l-Amerka.", "Fejn Malta kelli karozza u kont independenti, hawnhekk nibża insuq.", "Mhux ħabba t-traffiku (għax ngħix f'post rurali ħafna), imma minħabba l-immensita' tal-post.", "B'hekk niddependi ħafna fuq ir-raġel.", "U din hi r-raġuna għala ma ndenjajtx ruħi nidħol ma' xi kumpanija tad-drama għax m'għandix trasport u fejn ngħix m'hemmx trasport pubbliku.", "Imma, leħni għadni nużah billi meta jmissni, naqra waqt il-quddies.", "U peress li għandi aċċent partikolari, n-nies jibqgħu attenti u msammrin!", "Qattajt l-ewwel anniversarju tat-tieġ l-isptar ġewwa Wisconsin fejn ngħix.", "Kelli \"colo-rectal cancer\" u kelli żewġ operazzjonijiet kbar.", "Nirringrazzja lil-Mulej li laħħquni fil-ħin u illum nfejjqha.", "Kien f'dan iż-żmien ukoll li sirt naf li biex tgħix l-Amerka irid ikollok \"medical insurance\" tajjeb għax inkella ma tkampax.", "L-marda tiegħi ġiegħlitni nirrealiżża kemm aħna xxurtjati Malta.", "Jiena \"cradle Catholic\" kif isejħulna.", "Imma ironikament, sirt tassew napprezza r-reliġjon tiegħi meta sibt ruħi l-Amerka, mdawwrha b'nies li jħarsu lejna l-Kattoliċi mhux b'mod favorevoli.", "Sibt ruħi niddefendi l-fidi tiegħi, ħaġa li qatt ma ħlomtha f'mitt sena!", "Steve, ir-raġel tiegħi, ma kienx Kattoliku meta ltqajt miegħu imma kien interessat li jitgħallem u wara ħafna studju, u kontroversji, tgħammed fl-Għid tal-2016.", "Maria tgħidilna wkoll kif il-kompjuter u l-midja soċjali jagħmlu differenza fil-ġranet tagħha ta' kuljum..", "\"Mindu sirt \"ħbieb\" ma' l-internet u l-kompjuter m'għadnix naqra kif kont darba, imma issa sirt \"addict\" ta' Facebook fejn inqatta' ħafna ħin.", "Nikkunsidra Facebook bħala l-\"life-line\" tiegħi (mindu ġejt l-Amerka).", "Jiena \"late-learner\" fejn tidħol it-teknoloġija tal-kompjuter imma tgħallimt ħafna u kollox waħdi.", "Tant li issa, l-aktar passatemp li għandi huwa li \"nilgħab\" bir-ritratti fis-sens li naqbad ritratti u nirranġhom, inżejjinhom jew inneħħi d-difetti.\"", "Illum Maria għandha tlett ċittadinanzi INGLIŻ, MALTI u aktar reċenti, AMERIKAN.", "Tgħix ġewwa Plymouth, Wisconsin.", "Post ta' ftit 'l fuq minn 8,000 popolazzjoni.", "Ftit bini imma ħafna kampanja.", "Squirrels, ċriev u kull tip ta' għasfur imaġinabbli.", "\"Meta kont ngħix l-Ingilterra kont tant inħobb l-isquirrels u Malta kont nimmissjahom ħafna.", "Issa squirrels jiġu wara biebi!", "Kont nimmissja l-borra wkoll u issa għandi kemm irrid!", "Jiena l-unika persuna minn Malta, li ngħix f'dan il-post.", "Fil-fatt ħafna nies hawnhekk, qatt ma semgħu b'Malta.", "Il-pjaċir tieghi li nispjega fejn hi Malta, li għandna l-ilsien tagħna, il-konnessjoni bejn Malta u l-Amerika fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, u li San Pawl spiċċa Malta!", "Għalhekk insejjaħ lili nnifsi speċi ta' ambaxxatriċi għal Malta.", "Ħafna nies fil-fatt, wara li nkellimhom dwar Malta, imorru d-dar u jfittxuha fuq l-Internet.\"", "Il-biża' ta' Maria hija li titlef il-memorja.", "\"Ommi għandha bidu ta' dimensja u nibża' li nispiċċa bħalha.", "Diġà qed ninnota ċerti mumenti li qed iħassbuni.", "Wara kollox, m'għadnix żgħira.", "Forsi għalhekk għandi din l-imħabba lejn ir-ritratti.", "Huma prezzjużi ħafna għalija.", "Inħares lejhom u ntenni kif kien jgħid Dun Karm (jekk m'inix sejra żball), li l-ħajja hija ħolma.\"", "#wpdevar_comment_1 span,#wpdevar_comment_1 iframe{width:100% !important;} Roberta Magri Direttriċi u Editriċi"]}