{"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-37-31-sular-minflok-bini.html?m=0", "date": "Tuesday, May 05, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (37) 31 sular minflok bini storiku: Joġġezzjonaw il-Kunsill Lokali Sliema, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Futur Ambjent Wieħed u Moviment Graffitti", "text": ["Ftit tal-ġranet ilu ippublikajt l-oġġezzjoni li għamilt għall-iżvilupp ta' Torri ta' 31 sular minflok bini storiku fis-sit ta' Fort Cambridge f'Tas-Sliema.", "L-oġġezzjoni u informazzjoni dwar dan l-iżvilupp jinstab f'dan il-link:", "Il-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema, Flimkien Għall-Ambjent Aħjar, Futur Ambjent Wieħed u Moviment Graffitti issottomettew oġġezzjonijiet, li qed jiġu ppublikati fuq din il-paġna.", "Nixtieq nappellalek biex tibgħat email lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex iżżid il-vuċi tiegħek sabiex dan l-iżvilupp ma jiġix approvat.", "Ir-residenti ta' Tas-Sliema jixirqilna aħjar.", "Malta ma jistħoqqiliex iktar soffokazzjoni.", "Inti tista' tibgħat l-oġġezzjoni tiegħek lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sal- Ġimgħa 8 ta' Mejju , permezz ta' email lil representations@pa.org.m t u b' PA 2906/16 fis-suġġett.", "Tista tuża kliem minn dawn l-oġġgezzjonijiet:", "1.", "Flimkien Għal Ambjent Aħjar", "2.", "Futur Ambjent Wieħed", "3.", "Moviment Graffitti", "4.", "Kunsill Lokali tas-Sliema", "1.", "Astrid Vella ta' Flimkien Għal Ambjent Aħjar ippublikat oġġezzjoni li jista' jinstab minn dan il-Link:", "2.", "Claire Bonello f'isem Futur Ambjent Wieħed, issottomettiet din l-oġġezzjoni:", "3.", "Moviment Graffitti issottometa din l-oġġezzjoni:", "4.", "Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema issottometta din l-oġġezzjoni (ikklikja fuq kull paġna biex taraha ikbar):"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/31-storey-highrise-proposed-in-sliema.html", "date": "Monday, April 20, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "31-storey highrise proposed on top of historical building in Sliema, obliterating almost all of barracks", "text": ["Sliema Local Council, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Futur Ambjent Wieħed, Moviment Graffitti objections accessible from this link:", "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-37-31-sular-minflok-bini.html"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-23-coronavirus-appell-gal-pjan.html?m=0", "date": "Tuesday, April 07, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (23) - #Coronavirus - Appell għal pjan ekonomiku Ewropew", "text": ["Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta' l-Unjoni Ewropej (EESC), li hu l-forum uffiċjali tas-soċjeta' ċivili fl-Unjoni Ewropea, sejjaħ għal pjan ekonomiku urġenti u komprensiv sabiex jiġġieled il-kriżi tal-Coronavirus.", "L-EESC qalet li din il-kriżi tirrapreżenta emerġenza ta' saħħa, theddida severa ekonomika u soċjali, u sfida potenzjali għall-istituzzjonijiet demokratiċi.", "Għalhekk hemm bżonn ta' solidarjeta' bla preċedent mill-pajjiżi msieħba fl-UE.", "L-EESC appellat biex l-UE tkun iggwidata mill-prinċipju ta' komunita' b'destin komuni.", "Ippreżentat pakkett ta' proposti u qalet li l-valuri Ewropej dwar rispett tad-dinjita' umana, drittijet tal-bniedem, demokrazija, ugwaljanza u s-saltna tad-dritt bl-ebda mod m'għandhom jiġu kompromessi.", "Hekk kif fl-UE qed jiġu approvati miżuri u għadejjin diskussjonijiet dwar miżuri oħra, nemmen li r-rappreżentanti Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jitkellmu favur pjan ekonomiku u patt soċjali Ewropew, fejn vuċijiet varji jiddeliberaw u jagħmlu l-almu tagħhom għal kunsens li jħares l-interessi varji fi ħdan l-UE.", "Tista' taqra l-istqarrija tal-EESC minn dan il-link:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-25-coronavirus-kondoljanzi.html", "date": "Wednesday, April 08, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (25) #Coronavirus: Kondoljanzi", "text": ["Kondoljanzi lill-qraba u dawk kollha viċin is-sinjura ta' 92 sena li sfat l-ewwel vittma tal-Coronavirus f'pajjiżna.", "F'dan il-mument ta' dieqa, l-appell tiegħi hu sabiex kollha kemm aħna insegwu l-istruzzjonijiet ta' l-Awtoritajiet tas-Saħħa.", "Ilkoll kemm aħna għandna rwol importanti biex niġġieldu l-Coronavirus u biex nipproteġu lill-iktar persuni vunnerabbli."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-24-surplus-dipendenti-fuq-il.html", "date": "Wednesday, April 08, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (24) Surplus dipendenti fuq il-bejgħ tal-passaporti", "text": ["Ftit tal-ġranet ilu l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ippubblika n-nefqa u d-dħul totali tal-Gvern bejn Jannar u Diċembru ta' l-2019.", "Fil-fond konsolidat ('il-kaxxa ta' Malta'), irriżulta surplus ta' 9.4 miljun Ewro.", "Fl-istess perjodu tal-2018 irriżulta defiċit ta' 70.2 miljun Ewro u fl-2017 kien hemm surplus ta' 182.7 miljun Ewro.", "Il-figuri jistgħu jinqraw hawnhekk:", "Dan ifisser li minkejja li l-finanzi tal-Gvern irriżultaw f'surplus is-sena l-oħra, dan hu ferm inqas minn dak tal-2017.", "Jekk tqis il-bejgħ tal-passaporti, tikkonkludi li pajjiżna hu wisq dipendenti fuq din l-inizjattiva kontroversjali.", "70% fil-mija tad-dħul ta' dawn imur f'fond separat mill-fond konsolidat, u 30% imorru fil-fond konsolidat, taħt 'Fees of Office' (11118 - Uffiċju tal-Prim Ministru, line item 0348 (1630)) .", "Fl-2018 il-Gvern daħħal ftit iktar minn 44 Miljun Ewro mill-bejgħ tal-passaporti u l-istima għall-2019 kienet ta' 36 miljun Ewro.", "Skont l-aħħar rapport uffiċjali dwar il-bejgħ tal-passaporti, Malta daħlet 271.6 miljun Ewro , jiġifieri 2.11 tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż.", "Iżda dawn il-figuri huma għat-12 il-xahar bejn Lulju 2018 u Ġunju 201 9, u kif spjegajt hawn fuq, 70% marru f'fond separat u 30% marru fil-Fond Konsolidat.", "Għal din is-sena il-Gvern għamel stima ta' 50 miljun Ewro mill-bejgħ tal-Passaporti fil-fond Konsolidat (it-30%), jiġifieri dipendenza ikbar fuq din l-inizjattiva kontroversjali.", "Il-figuri jistgħu jinqraw hawnhekk:", "Huwa ċar li mingħajr il-bejgħ tal-Passaporti, Malta ma kienetx tagħmel surplus ta' 9.4 miljun Ewro is-sena l-oħra.", "Huwa għaqli li pajjiżna hu daqshekk dipendenti fuq din l-iskema kontroversjali?", "Fl-isfond tal-kriżi tal-Coronavirus, huwa importanti li pajjiżna jinvesti f'proċess ta' deliberazzjoni favur miżuri ekonomiċi sostenibbli."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-32-maltanotforsale-pajjizna.html?m=1", "date": "Wednesday, April 29, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (32) #MaltaNotForSale - Pajjiżna għandu jieħu l-isptarijiet lura", "text": ["Kieku mhux għall-ħidma ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament u fil-Qrati, il-Gvern Laburista kien jibqa' għaddej bħal gaffa fil-kwistjoni tal-bejgħ ta' sptarijiet pubbliċi lil Vitals u Steward, u l-poplu kien jibqa' mingħajr informazzjoni essenzjali.", "Kieku ma kienitx il-media li ukoll investigat din il-kwistjoni, il-kwistjoni kienet tisparixxi mill-aħbarijiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq assi pubbliċi fis-settur tas-saħħa, fuq wirt tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Qed nitkellmu fuq bejgħ, li minn fuq, qed inħallsu għalih mit-taxxi tagħna.", "Il-poplu s'issa diġa ħallas €260 miljun għal servizz li ma onorax l-obbligi tiegħu.", "Il-Gvern immexxi minn Robert Abela issa għandu opportunita' li jħares l-interess nazzjonali u soċjali u jappoġġja l-mozzjoni parlamentari ta' l-Oppożizzjoni sabiex it-taxpayers ma jħallsux €100 miljun lil min qiegħed japproffita mill-poplu Malti korteżija ta' kuntratt li jobbliga lit-taxpayers ikopru d-djun ta' Steward.", "Il-Gvern għandu l-opportunita' li jħassar il-kuntratt ta' privatizazzjonijiet tat-tlett sptarijiet u li jippubblika l-informazzjoni kollha li ġiet moħbija mill-Gvern ta' Muscat, Mizzi u Schembri.", "Sa dan it-tant, qegħdin fis-sitwazzjoni surreali li waqt il-Coronavirus pajjiżna jkollu jibni prefabricated hospital minflok ma juża u jtejjeb l-assi eżistenti tiegħu.", "Quddiem skandlu bħal dan, jeħtieġ li l-ġid komuni jiġi qabel interessi settarji."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-25-coronavirus-il-pakkett.html", "date": "Friday, April 10, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (26): #Coronavirus: Il-Pakkett Finanzjarju Ewropew", "text": ["Il-Gvernijiet ta' l-Unjoni Ewropea qablu fuq pakkett finanzjarju ta' nofs triljun Ewro għall-ħaddiema, kumpaniji u sistemi ta' saħħa li qed jiġu impattati b'mod negattiv mill-kriżi tal-Coronavirus.", "Hekk kif appellajt f 'artiklu ftit tal-ġranet ilu , nemmen li permezz ta' din id-deċiżżjoni rebħet id-deliberazzjoni demokratika, fejn l-interessi varji fl-UE ċedew ftit għall-ġid komuni.", "Tajjeb inżommu f'moħħna li l -Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta' l-Unjoni Ewropej (EESC), li hu l-forum uffiċjali tas-soċjeta' ċivili fl-Unjoni Ewropea, sejjaħ għal pjan ekonomiku urġenti u komprensiv sabiex jiġġieled il-kriżi tal-Coronavirus.", "Apparti l-pakkett finanzjarju Ewropew, hemm ukoll il-pakketti individwali ta' kull pajjiż imsieħeb.", "F'dan ir-rigward nappella lill-Gvern biex fil-pakkett tiegħu ikopri ukoll lil dawk il-ħaddiema, self-employed u kumpaniji li ġew esklużi mill-pakkett preżenti u li qed jiġu impattati b'mod negattiv mill-kriżi tal-Coronavirus.", "Dan l-appell qegħdin jagħmluh il-Opożizzjoni Nazzjonalista u l-Kamra tal-Kummerċ fost oħrajn.", "Ikun tajjeb li l-Gvern jinvesti f'iktar deliberazzjoni fil-politika ekonomika u soċjali relatata mal-gwerra kontra l-Coronavirus.", "J eħtieġ li f'pajjiżna ikun hemm l-ikbar kunsens possibbli u 'sense of ownership' permezz ta' patt soċjali li jagħmel l-almu tiegħu biex ħadd ma jibqa' lura."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-31-coronavirus-idma-flimkien.html", "date": "Sunday, April 26, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (31) #Coronavirus - Ħidma flimkien issarraf", "text": ["Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda kas ġdid ta' Coronavirus f'Malta.", "Fl-istess ħin ir-rata ta' infezzjoni minn persuna għall-oħra kompliet nieżla għal 0.5.", "Dawn huma aħbarijiet inkuraġġanti, u għandna ngħidu prosit lill-Awtoritajiet tas-Saħħa li qed jimxu ma' l-evidenza u l-pariri xjentifiċi, lill-ħaddiema f'oqsma bħas-saħħa u s-sigurta', u lill-poplu Malti li qed juri sens kbir ta' komunita' u responsabilita' billi jimxi mal-pariri ta' l-Awtoritajiet tas-Saħħa.", "Iżda kif qalu l-istess Dr Fearne u Prof Gauci, importanti li nibqgħu noqogħdu attenti u li nkunu kawti u responsabbli fil-gwerra kontra l-Coronavirus.", "L-Oppożizzjoni, bl-iktar mod responsabbli, ukoll qed tirrakomanda li nsegwu l-awtoritajiet tas-saħħa u qed tkun kostruttiva fir-rwol tagħha.", "Mela ejja lkoll nibqgħu insegwu l-parir ta' l-Awtoritajiet sabiex nevitaw problemi bħal mewġa oħra tal-Coronavirus.", "Bl-istess mod kif il-Gvern miexi b'mod għaqli u infurmat dwar il-politika ta' saħħa, nappella li jagħmel l-istess fil-politika ekonomika u soċjali.", "Huwa veru li l-Gvern daħħal numru ta' miżuri tajbin, iżda huwa veru ukoll li ta' kuljum qed toħroġ evidenza soċjali u ekonomika li juru li hemm bżonn ta' iktar miżuri f'dawn l-oqsma.", "Fost oħrajn hemm każijiet ta' tbatija, faqar, esklużżjoni soċjali, u ta' ħaddiema, self-employed, imprendituri u kumpaniji li qed jesperjenzaw problemi finanzjarji iżda ġew esklużi mill-pakketti tal-gvern.", "Nerġa nappella biex ikun hemm ħidma iktar wiesgħa għal patt soċjali bejn il-Gvern, l-Oppożizzjoni, is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti.", "B'hekk pajjiżna jkollu politika ekonomika u soċjali kemm jista' jkun inklussiva u sostenibbli."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-27-meta-ser-jinfeta-l-access.html", "date": "Friday, April 17, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (27): Meta ser jinfetaħ l-aċċess pubbliku f'Tigne'?", "text": ["L-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat żvilupp ta' torri ta' 17-il sular f'Tigne', f'dak li l-kumpanija MIDI qed issejjaħ bħala l -aħħar żvilupp tagħha f'dan il-post .", "Parti sħiħa mill-kosta f'Tigne', viċin ta' dan l-iżvilupp, ilha magħluqa għall-pubbliku għal ħafna snin.", "Din twassal minn naħa għall-oħra tal-ponta ta' Tigne'.", "Meta ser tingħata lura lil tas-Sliema l-kosta?"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-22-coronavirus-il-who-u-l-patt.html?m=0", "date": "Sunday, March 29, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (22) #Coronavirus - Il-WHO u l-patt soċjali", "text": ["Għandna nkunu kburin li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (l-WHO) faħħret lil Malta għall-mod kif qed taħdem fil-ġlieda kontra l-COVID-19.", "Jidher li pajjiżna qed jimxi skont il-parir xjentifiku fil-qasam tas-saħħa.", "Grazzi lill-Awtoritajiet, esperti u ħaddiema konċernati.", "Tajjeb li nibqgħu insegwu l-parir ta' l-Awtoritajiet tas-Saħħa.", "Sa dan it-tant, nemmen li fl-aspetti soċjali, ekonomiċi u politiċi, ikun għaqli li f'dan il-mument, pajjiżna jinvesti iktar f'patt bejn", "il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti.", "Għandu jkun hemm proċess ta' djalogu u deliberazzjoni demokratika infurmati mill-evidenza xjentifika, inkluż dik soċjo-xjentifika.", "Dan sabiex kemm jista' jkun ħadd ma jibqa' lura, u li l-pluralita' ta' individwi, gruppi, organiżżazjonijiet u komunitajiet ikunu parteċipi u soċji fil-gwerra inviżibbli li lkoll qed ngħixu."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-29-istitut-nazzjonali-bix.html", "date": "Monday, April 20, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (29) Istitut nazzjonali biex jirriċerka l-faqar", "text": ["L-Anti Poverty Forum, li tinkorpora tlettax-il għaqda mis-soċjeta ċivili, ġibdet l-attenzjoni dwar diversi forom ta' faqar li qed jiġu esposti f'Malta waqt il-kriżi tal-Coronavirus.", "Il-Forum qed jirrakomanda li jitwaqqaf Istitut ta' Riċerka kompetenti biex jimmonitorja kwistjonijiet relatati mal-faqar u jagħti rakkomandazzjonijiet bikrija biex jinbidlu l-policies sabiex l-impatt tal-pandemija fuq il-vulnerabbli ikun imnaqqas kemm jista' jkun malajr.", "Tista taqra iktar hawnhekk: https://netnews.com.mt/2020/04/20/ghandu-jitwaqqaf-istitut-ta-ricerka-anti-poverty-forum/", "Pajjiżna tabilħaqq għandu bżonn dawn it-tip ta' strutturi biex jipprovdu evidenza soċjo-xjentifika u rakomandazzjonijiet għal politika inklussiva.", "Bl-istess mod, nemmen li għandu jkun hemm p att soċjali li jikkonsisti minn proċess kontinwu fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien fil-gwerra konta l-Coronavirus."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-30-pompi-tal-petrol-sptarijiet.html?m=1", "date": "Friday, April 24, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (30) Pompi tal-Petrol, Sptarijiet u ġid komuni", "text": ["L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat il- policy riveduta dwar il-pompi tal-fjuwil b'għaxar bidliet ewlenin fosthom limitu fuq l-ammont u d-daqs tal-pompi.", "Din il-policy hija ferm aħjar minn dik li kienet approvata preċedentament mill-Gvern Laburista, liema policy kienet ġabet kritika wiesgħa fis-soċjeta' Maltija.", "Il-pressjoni saret b'modi varji: Fost oħrajn permezz ta' proposti minn bosta ilħna ambjentali bħall-NGOs u l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, protesti tal-Moviment Graffitti, pressjoni fuq il-media, u ħidma parlamentari.", "F'dan ir-rigward, l -Oppożizzjoni Nazzjonalista tkellmet favur il-protezzjoni ta' art ODZ u art agrikola, u kontra l-ispekulazzjoni ta' l-art .", "Dan jikkonferma l-importanza li jkun hemm ilħna varji, kemm politiċi kif ukoll mis-soċjeta' ċivili, li jagħmlu pressjoni fuq kwistjonijiet nazzjonali.", "Fost kwistjonijiet nazzjonali oħrajn li għandu quddiemu l-pajjiż, hemm dik tat-tlett sptarijiet pubbliċi li ingħataw lill-Vitals imbagħad lil Steward.", "L-Oppożizzjoni qed iġġib din il-kwistjoni quddiem il-Parlament b'mozzjoni biex il-ftehim jiġi kkanċċellat u biex il-membri kollha tal-Parlament jiddikjaraw jekk humiex favur jew kontra dan id-deal skandaluż.", "S'issa l-Vitals u Steward ħadu iktar minn 250 miljun Ewro, u l-Gvern iffirma ftehim li jagħti €100 miljun oħra u ħlas tad-djun lil Steward mit-taxxi tal-poplu jekk il-kuntratt jiġi kkanċellat .", "Sa dan it-tant il-poplu qed jinsteraq ma kull ġurnata li tgħaddi.", "Quddiem skandlu bħal dan, jeħtieġ li l-ġid komuni jiġi qabel interessi settarji."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/04/sibijiet-28-ma-nuzawx-il-coronavirus.html?m=0", "date": "Saturday, April 18, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (28) Ma nużawx il-Coronavirus għal skopijiet irħas", "text": ["Fil-konferenza stampa tal-lejla, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni Adrian Delia kien ċar, ġust u meqjus.", "Fuq kollox wera li mhux lest juża l-kriżi tal-Coronavirus għal skopijiet irħas.", "Il-lejla kkonfermajna li l-Partit Nazzjonalista jpoġġi lill-persuna u s-saltna tad-dritt qabel il-konvenjenza.", "Pajjiżna qed jiffaċja sfidi kbar, u l-inqas li għandu bżonn f'dan il-mument hi pika partiġġjana.", "Sa dan it-tant, fil-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea saħqet li l-Gvern għadu ma talabx formalment għal għajnuna operazzjonali jew finanzjarja mill-UE.", "Aqra iktar hawnhekk: https://timesofmalta.com/articles/view/malta-has-not-asked-for-additional-migration-support-eu.786305", "Tista' tara l-konferenza stampa ta' Adrian Delia minn dan il-link: https://www.facebook.com/adriandeliapn/videos/2579890308994881"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-21-l-isptarijiet-pubblici.html?m=1", "date": "Friday, March 27, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (21) L-Isptarijiet pubbliċi u l-ġid komuni", "text": ["Bħalissa qegħdin ngħixu żmien straordinarju fil-gwerra kontra l-għadu inviżibli tal-coronavirus.", "F'blogs preċedenti jien appellajt biex il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien f'Patt Soċjali.", "Sa dan it-tant, tajjeb inżommu f'moħħna i l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament u fil-Qorti dwar il-kontroversja tal-bejgħ ta' sptarijiet pubbliċi.", "Tajjeb inżommu f'moħħna li l-Gvern qed iħallas miljuni ta' Ewro mit-taxxi tal-poplu għal servizz baħħ, b'nuqqas ta' trasparenza.", "S'issa l-Vitals u Steward ħadu mal-240 miljun Ewro u l-poplu ma ħa xejn.", "Illum qed nikkonfermaw kemm il-kampanja tal-PN dwar l-isptarijiet pubbliċi hija importanti għall-pajjiż.", "Malta ta' spiss ikollha koalizzjonijiet bejn vuċijiet differenti dwar issues varji.", "Bl-istess mod, jeħtieġ li fil-kwistjoni ta' l-isptarijiet pubbliċi inpoġġu l-ġid komuni qabel dak settarju.", "Sa dan it-tant, il-PN qed jaqdi d-dmir tiegħu biex id-deal tal-Vitals jiġi annullat fl-interess nazzjonali u soċjali."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-15-coronavirus-u-saa-mentali.html?m=0", "date": "Thursday, March 12, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (15) #Coronavirus u saħħa mentali", "text": ["Huwa ċar li hemm livell għoli ta' ansjeta' kaġun tal-Coronavirus.", "Jista' jkun li hemm min qiegħed ibagħti iktar, minħabba li diġà isofri minn ansjeta', ossessjonijiet, dipressjoni jew kundizzjonijiet oħra li jaffetwaw is-saħħa mentali.", "Jista' jkun hemm min ibagħti minn mard jew kundizzjonijiet fiżiċi u allura għandu biża' li jista' jkun iktar fraġli fil-konfront tal-Coronavirus.", "Kuraġġ.", "Teżisti l-għajnuna hemm barra.", "Hemm professjonisti fis-saħħa mentali li jistgħu ikunu ta' għajnuna kbira.", "Lesti jisimgħuk.", "M'intix waħdek.", "Jekk forsi tistħi jew tibża' tmur għand xi psikologu jew psikjatra forsi tista' tkellem lit-tabib tal-familja jew lil xi ħadd midħla ta' dan il-qasam u jkun hu li jtik parir għand min tmur.", "Kuraġġ."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-16-coronavirus-lockdown-u.html?m=0", "date": "Sunday, March 15, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (16) #Coronavirus, lockdown u komunikazzjoni", "text": ["Q ed naqraw ħafna opinjonijiet dwar x'għandu jagħmel il-Gvern dwar il-Coronavirus.", "Hemm opinjonijiet ta' korpi kostitwiti, politiċi, esperti f'oqsma varji, u oħrajn ta' min hu inqas espert iżda forsi iktar ħerqan li jidher fuq il-facebook.", "Hemm ukoll opinjonijiet u mġieba li mhux neċessarjament qed ikunu riflessi fuq il-media soċjali.", "Personalment, nippreferi noqgħod fuq parir espert milli nispara opinjoni fuq il-facebook.", "F'dan ir-rigward, i l-kollega Prof Victor Grech (li illum ġie ikkwotat fil-Malta Today ) jagħti tagħrif importanti dwar il-kwistjoni tal-lockdown, f'kuntest fejn is-social distancing huwa pjuttost wiesgħa.", "Link: http://ithams.com/covid19/index.html", "Essenzjalment, il-parir ta' Prof Grech hu li fl-assenza ta' vaċċin, aħjar ikun hemm miżuri iebsa iżda inqas estremi bħal social distancing, li jnaqqsu l-veloċita' tal-firxa tal-coronavirus b'mod li l-isptarijiet ilaħħqu mad-domanda, milli lockdown prematur li jista' jwassal għall-ottimiżmu żejjed u firxa ġdida tal-virus iktar tard hekk kif is-sanzjonijiet jitneħħew.", "Grech jgħid li lockdown uffiċjali għandu jkun irrakomandat mill-esperti u jitwettaq fl-iktar ħin opportun.", "Huwa importanti li opinjonijiet oħra u differenti fuq din il-kwistjoni ikunu kwalifikati u bbażati fuq l-evidenza, u li l-Gvern itihom l-importanza li jixirqilhom.", "Qed nitkellmu dwar l-immaniġġjar tar-riskji, u mhux dwar bakketta maġika li ssolvi kollox jew kompetizzjoni ta' slogans.", "Fl-istess ħin, il-komunikazzjoni uffiċjali ta' l-awtoritajiet għandha jkollha firxa kemm jista' jkun wiesgħa.", "Għandha tkun miftiehma minn nies u gruppi differenti f'soċjeta' diversifikata, mhux biss minn dawk li għandhom ċertu livell ta' edukazzjoni, jew li jaraw it-televiżjoni, il-facebook, il-gażżetti, li jifhmu bil-Malti u li huma integrati fis-soċjeta'.", "Biex nagħti eżempju: L-awtoritajiet qed jikkomunikaw ma' turisti li qed iġibu ruħhom qisu xejn m'hu xejn?", "Il-ġlieda kontra l-Coronavirus, għalkemm medika, hi relatata ma' aspetti oħrajn bħal dawk komunikattivi, soċjali, ekonomiċi, politiċi u kulturali fost oħrajn.", "Dan għandu jkun żmien ta' għaqda nazzjonali u mhux ta' tfettieq, pika jew sensazzjonaliżmu."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-14.html?m=0", "date": "Monday, March 09, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (14) #Coronavirus - Parir dwar l-informazzjoni", "text": ["#Coronavirus - M'hijiex il-marda biss li għandha firxa globali, iżda anke t-tagħrif dwarha.", "Fost dawk li jxerdu l-informazzjoni, hemm bosta sajjieda tal-likes fuq il-media soċjali li jispeċjaliżżaw fl-eżaġerazzjoni.", "'Influencers' li jispekulaw li ġejja l-apokalissi, u oħrajn li jipprovaw jirridikolaw is-serjeta' tal-marda.", "Fis-Soċjoloġija nirreferu għal dawn in-narrattivi differenti, min dik l-iktar xjentifika sa dik l-iktar banali bħala l-kostruzzjoni soċjali tar-realta'.", "Billi hemm ilħna varji ma tfissirx li huma kollha ekwi jew ta' min joqgħod fuqhom.", "Iżda kultant aħbar sensazzjonali tbiegħ iktar minn waħda moderata.", "Għalhekk tajjeb ikollna l-kapaċita li nagħrblu sew għall-informazzjoni u li ma nintilfux f'labirinti ta' ansjeta'.", "F'nofs din it-turbulenza ta' informazzjoni, parir wieħed biss nagħti.", "Oqgħod fuq informazzjoni li ġejja minn sorsi stabbiliti u li huma bbażati fuq l-evidenza.", "Dawn jinkludu:", "-Il-World Health Organisation -European Centre for Disease Prevention and Control -L-Awtoritajiet tas-Saħħa -Għaqdiet professjonali bħall-Medical Association of Medics u Malta Union of Midwives and Nurses -Pubblikazzjonijiet xjentifiċi, gazzetti u mezzi tax-xandir stabbiliti, u mhux dawk li jfaqqsu f'mumenti kontroversjali biex ibiegħu aħbarijiet sensazzjonali -Esperti kwalifikati, u mhux 'self-appointed'", "-Fuq il-Facebook, il-paġna uffiċjali tal-Gvern dwar il-Coronavirus b'tagħrif regolari:", "-Fuq il-Facebook, il-Malta Association of Public Health Medicine għandha din il-paġna b'tagħrif regolari:", "-Fuq il-Facebook, il-Health Promotion and Disease Prevention Directorate għandu din il-paġna b'tagħrif regolari:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-17-coronavirus-nazzjon-wieed.html?m=0", "date": "Wednesday, March 18, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (17) - #Coronavirus - Soċjeta' Waħda", "text": ["Dawn iż-żminijiet huma ta' diffikulta' għal kulħadd.", "Ma nafux kemm ser nibqgħu f'din is-sitwazzjoni u ma nafux kif ser tiżvolġi.", "Qisna qed ngħixu gwerra inviżibbli.", "F'mumenti storiċi bħal dawn nemmen li l-Gvern, l-Oppożizzjoni, il-Korpi Kostitwiti u s-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha (volontarjat, akkademja, għaqdiet non-governattivi eċċ) għandhom jaħdmu flimkien permezz ta' struttura wiesgħa li tista' tinkorpora fost oħrajn il-Parlament, l-MCESD u l-MEUSAC fil-parametri tad-demokrazija Maltija.", "Dan mhux żmien ta' slogans li jiġu sparati bl-addoċċ, b'nuqqas ta' evidenza, fuq il-media soċjali.", "Huwa żmien fejn il-parir professjonali, kemm mediku kif ukoll dak f'oqsma bħax-xjenzi soċjali huwa ta' importanza kbira sabiex il-Gvern jasal għall-aħjar deċizzjonijiet possibbli, kemm mediċi kif ukoll soċjo-ekonomiċi.", "Għandu jkun hemm deliberazzjoni u djalogu strutturat sabiex bħala soċjeta' waħda infasslu flimkien il-politika meħtieġa għal din is-sitwazzjoni u fejn kulħadd jagħmel il-parti tiegħu f'sens ta' ġustizzja soċjali.", "Tislima lil dawk li qegħdin fir-ringiela ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-coronavirus."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-20-coronavirus-il-patt-socjali.html?m=1", "date": "Wednesday, March 25, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (20) #Coronavirus - Il-Patt Soċjali jista' jkun iktar inklussiv", "text": ["Il-miżuri ekonomiċi li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela l-bieraħ huma pożittivi u għandhom l-appoġġ ta' l-isħab soċjali msieħba fl-MCESD.", "Jolqtu lis-setturi meqjusa bħala l-iktar milqutin mill-impatt tal-Coronavirus u jipprovdu injezzjoni ekonomika importanti kontra riskji imminenti.", "Iżda hemm setturi li għalkemm mhux milquta bl-iktar mod dirett, xorta qed jesperjenzaw inċertezzi u diffikultajiet.", "Hemm ħaddiema b'xogħol prekarju, ħaddiema full-time u part-time, self-employed u imprendituri li forsi m'għandhomx rappreżentanza daqshekk b'saħħitha fl-MCESD.", "Għalhekk tajjeb li l-Gvern jisma l-vuċi tagħhom ukoll.", "Tajjeb li l-Gvern jikkunsidra proposti bħal dik ta' l-Oppożizzjoni dwar traħħis fil-kont tad-dawl u l-ilma u li jinvestiga realtajiet soċjali (u mhux neċessarjament ekonomiċi) ta' gruppi u persuni li m'humiex daqshekk viżibli fuq il-meżżi tax-xandir jew fil-kuruturi tal-poter.", "Filwaqt li huwa mportanti li l-Gvern ikun għaqli bil-fondi pubbliċi u li jipprattika politika ta' saħħa ibbażata fuq l-evidenza, huwa tajjeb ukoll li l-Gvern jaddotta metodi fejn jiżgura l-messaġġ jasal u li ħadd ma jibqa lura fil-gwerra kontra l-coronavirus.", "Hawhekk, l-evidenza soċjali għandha rwol importanti ħafna.", "Għalhekk, nerġa ntenni li patt soċjali għandu jikkonsisti minn proċess kontinwu fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien permezz ta' istituzzjonijiet bħall-Parlament, MCESD, MEUSAC, l-Universita', l-istituzzjonijiet Ewropej u globali u l-WHO.", "Jista' jkun hemm think tanks nazzjonali li jiddeliberaw u jipproponu dwar oqsma varji.", "B'hekk il-patt soċjali ikun iktar inklussiv."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-19-coronavirus-jetieg-pjan.html?m=1", "date": "Monday, March 23, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (19) #Coronavirus - Jeħtieġ pjan ekonomiku għal Malta", "text": ["Huwa evidenti li l- mini-budget propost mill-Gvern m'huwiex biżżejjed biex jilqa' għall-isfidi ekonomiċi li pajjiżna qed jiffaċċja.", "Hemm ħafna persuni foqra, ħaddiema, self-employed u imprendituri li qed jaraw dlam ekonomiku quddiemhom.", "Dan apparti l-anzjetajiet ta' saħħa kawża tal-Coronavirus.", "Pajjiżna jeħtieġ pjan ekonomiku nazzjonali, patt soċjali, fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien permezz ta' istituzzjonijiet bħall-Parlament, MCESD, MEUSAC, l-Universita' u l-istituzzjonijiet Ewropej, fejn ikun hemm deliberazzjoni dwar injezzjoni ekonomika li tilqa' kemm jista' jkun għar-riskji u inċertezzi li pajjiżna għandu quddiemu.", "Il-politika proposta għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza, u mhux fuq slogans jew ċifri ta' malajr.", "Hemm bżonn li jittieħed l-ewwel pass, b'umilita' u b'kuraġġ, biex il-ħidma flimkien tibda mill-iktar fis."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/02/sibijiet-9.html?m=0", "date": "Sunday, February 02, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (9)", "text": ["Is-servej tal-Malta Today għalija jfisser 3 affarijiet.", "L-Oppożizzjoni għandha rwol kostituzzjonali li tgħasses lill-Gvern.", "Fl-istess ħin, messaġġ li jinsisti li kull ma jagħmel il-Gvern hu ħażin, minkejja ċerti bidliet pożittivi li għamel Robert Abela, hu messaġġ importanti għal demografija imdaqsa iżda ristretta, iżda li donnu għejja lil ħafna oħrajn.", "Dak li bl-Ingliż jissejjaħ 'overkill'.", "Forsi jkun aħjar li dak li hu tajjeb jingħad li hu tajjeb, u dak li hu ħażin, jingħad li hu ħażin.", "Biex inkun ċar, hemm ħafna policies popolari tal-PL li jistħoqqilhom kritika, u din tikkumplika l-affari.", "Il-PN u l-elementi fi ħdanu għandhom jisimgħu iktar lill-ilħna varji li hemm fis-soċjetà.", "Dawn l-ilħna m'humiex kollha rappreżentati fuq il-media.", "Dan jirrikjedi varjetà ta' metodi professjonali għall-ħolqien ta' koalizzjoni wiesgħa li taspira tkun fil-gvern.", "Il-PN hu propjetà tat-tesserati tiegħu, u ta' ħadd iktar.", "Is-'sense of entitlement', dik l-attitudni li tippretendi li għandha xi ċens perpetwu fuq il-Partit, jew li ma tagħrafx realtajiet soċjali, jew li ma taċċettax id-demokrazija jew lill-'oħrajn' fil-partit, taf taljena persuni li jistgħu jikkontribwixxu jew saħansitra jivvutaw lill-Partit.", "Minn naħa l-oħra, imġieba ta' rispett tirrikonoxxi x-xogħol ta' ħaddieħor, tagħraf il-limitazzjonijiet li wieħed jista' jkollu, tipprattika 'teamwork' u tħaddan in-nuqqas ta' qbil f'parametri demokratiċi.", "F'Partit li jaspira li jkun fil-Gvern kulħadd fi ħdanu għandu x'jikkontribwixxi, min ftit u min ħafna, min bħala politiku u min bħala attivist, tesserat, espert, ħaddiem.", "F'pajjiżna, il-PL għaddej minn mewġa ta' popolarita'.", "L-uniku alternattiva għall-gvern tal-PL huwa l-PN, u biex dan ikun rebbieħ, fost affarijiet oħra jeħtieġ koalizzjonijiet interni u esterni wesgħin, fejn ikun hemm djalogu, skambju ta' ideat, deliberazzjoni, rispett lejn id-demokrazija interna, kompromess u viżjoni: Politika kemm 'on the ground' kif ukoll b'programm li jaspira lill-maġġoranza.", "Biċċa xogħol iebsa, iżda min emmen li l-folja setgħet tinbidel f'istanzi storiċi fil-passat?"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/02/sibijiet-8.html?m=0", "date": "Sunday, February 02, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (8)", "text": ["\"Timxix quddiemi, għax naf ma nsegwikx.", "Timxix warajja, għax naf ma nwasslekx fejn trid.", "Kemm timxi maġembi u nkunu ħbieb.\"", "Kliem tad-deheb ta' Albert Camus.", "Preskrizzjoni kontra l-assolutiżmu, il-politika li ma tismax, l-intolleranza, ġejja minn fejn ġejja.", "Għax kif kien jaf sew Camus, l-intolleranza taf tiġi ukoll minn dawk bilqegħda fuq pulpti ideoloġiċi, \" komdi jieħdu kafè\", jippriedkaw soluzzjonijiet totali f'isem xi ideoloġija jew oħra.", "L-istorja tgħallimna x'isarfu tali assolutiżmi.", "Iżda dan il-ħsieb ta' Camus jgħodd ukoll għall-ħajja ta' kuljum, fejn kif qal hu stess, għal bosta nies li tkun 'normali' hija sfida immensa.", "Imma teżisti t-tama, għaliex f'l-eqqel tax-xitwa wieħed jista' jsib ġewwa fih sajf invinċibbli, hekk kif jgħidilna l-istess Camus."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/02/sibijiet-10.html?m=0", "date": "Friday, February 07, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (10)", "text": ["Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista m'hijiex sabiħa.", "Mhux qed nirreferi biss għall-aħħar servej tal-Malta Today, liema servej ikkummentajt dwaru ftit tal-ġranet ilu permezz ta' blog ( https://mikes-beat.blogspot.com/2020/02/sibijiet-9.html )", "Qed nirreferi ukoll għall-fatt li l-Partit wiret dejn finanzjarju kbir u li internament jinstab maqsum.", "Dawn iż-żewġ fatti inħassu ferm fl-elezzjonijiet Ewropej tas-sena l-oħra, u għenu biex il-PN tilef it-tielet siġġ u.", "Il-PN għandu Kap elett demokratikament fl-2017 u konfermat, demokratikament, fl-2019.", "Fl-istess ħin Adrian Delia m'għamilx inroads elettorali u l-PN qed ikompli jitlef l-appoġġ, għal diversita' ta' raġunijiet: Uħud minnhom huma relatati mat-tmexxija tiegħu, oħrajn huma relatati mal-fatt kif jibqa' jiġi trattat minn dawk li m'aċċettawx it-tmexxija tiegħu, u oħrajn huma esterni għall-partit.", "Li jkollok Oppożizzjoni f'din is-sitwazzjoni mhux tajjeb kemm għal min jappoġġja lill-Partit kif ukoll għad-demokrazija tal-pajjiż.", "J ekk il-kwisjtonijiet tad-dejn u tal-fazzjonaliżmu ma jiġux indirizzati - hu min hu il-Kap - diffiċli li l-PN jara titjib fis-sitwazzjoni tiegħu.", "Forsi fazzjonijiet differenti jista' jkollhom rappreżentanza ekwa u xierqa fit-tmexxija tal-Partit.", "Hemm mekkaniżmi demokratiċi li jippermettu dan it-tip ta' proċess.", "B'hekk, ikun hemm iktar skop biex kulħadd jaħdem għal għan wieħed....."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/02/sibijiet-12.html?m=0", "date": "Tuesday, February 18, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (12)", "text": ["L-istħarriġ xjentifiku tal-Malta Today dwar it-tmexxija ta' Adrian Delia u dwar il-grupp parlamentari fiha statistika li għandha tingħata importanza.", "Turi b'mod ċar x'jaħsbu t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista, anke skont kriterji demografiċi.", "Nistieden lill-qarrejja jarawh minn dan il-link:", "Huwa ċar li l-ikbar tħassib li għandhom it-tesserati hu dwar in-nuqqas ta' għaqda fil-PN.", "Ir-riforma li qed iniedi l-Partit tipprovdi opportunita' biex l-għaqda tiġi pprattikata.", "Kif jgħidu bl-Ingliż, it takes two to tango , u għalhekk l-appell tiegħi huwa wieħed: Min jirrispetta d-demokrazija għandu jirrispetta r-rieda tat-tesserati u jagħmel l-almu tiegħu favur l-għaqda.", "Għaqda ma tfissirx ħsieb wieħed, monolitiku.", "Tajjeb li jkun hemm ilħna differenti - u nemmen li dan hu valur pożittiv fil-PN, li wara kollox kien il-partit li kien it-tarka tad-dritt ċivili tal-pluraliżmu f'żminijiet oħra, meta bena koalizzjonijiet rebbieħa interni u esterni.", "Dawn huma essenzjali għal proġett politiku ta' suċċess.", "Iżda l-ilħna iridu jaħdmu f'sens ta' djalogu u rispett.", "'Agoniżmu' - fejn il-vuċijiet differenti jirrispettaw il-parametri, u mhux 'antagoniżmu' - fejn wieħed jara lill-ieħor bħala għadu.", "Nawgura li din ta' l-ewwel tiġi pprattikata minn kulħadd, u nemmen li din tista' tkun fis-seħħ fir-riforma."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/02/sibijiet-11.html?m=0", "date": "Saturday, February 08, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (11)", "text": ["Ir-riformi fil-Partit Nazzjonalista għandhom isiru fl-istrutturi demokratiċi tal-Partit u mhux fil-media soċjali jew f'xi forum jew sit ieħor.", "Inkella jkun hemm diżrispett lejn ir-rieda tat-tesserati (2017) u l-kunsilliera (2019) u jinħoloq preċedent li bihom kull elezzjoni u kunsill ġenerali interna jkollha defiċit ta' leġittimità.", "Min jixtieq Oppożizzjoni b'saħħitha jista' jkun tesserat u jipparteċipa f'dawn l-istrutturi.", "Hemm opportunità għat-tiġdid fil-proċess ta' riformi.", "Nawgura li r-riformi jsiru b'rieda tajba u b' deliberazzjoni, u mhux bil-gambetti u stalletti."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/03/sibijiet-18-patt-socjali-kontra-l.html?m=1", "date": "Friday, March 20, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (18): Patt Soċjali kontra l-#Coronavirus", "text": ["Malta teħtieġ Patt Soċjali kontra l-coronavirus.", "Il-Parlament u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) għandhom jiddiskutu f'konsultazzjoni wiesgħa biex fejn hemm bżonn jitjieb il-pakkett finanzjarju li ppropona l-Gvern iktar kmieni din il-ġimgħa.", "Bl-istess mod, għandu jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa għall-aspetti oħra li jintlaqtu mis-sitwazzjoni preżenti, fosthom diversi realtajiet soċjali.", "F'dan il-mument storiku u ta' inċertezza, jeħtieġ li jkun hemm l-ikbar kunsens possibbli u 'sense of ownership' għad-deċiżżjonijiet nazzjonali , fejn il-pajjiż jagħmel l-almu tiegħu biex ħadd ma jibqa' lura.", "Dan il-patt jeħtieg djalogu strutturat li jikkonsisti mill-parir espert, il-pluralita' ta' vuċijiet soċjali u kritika kostruttiva fejn hemm bżonn.", "B'hekk, i t-teħid tad-deċiżjonijiet ikun sar bl-iktar mod infurmat u trasparenti f'parametri demokratiċi.", "Fl-istess ħin, importanti li l-messaġġ ta' l-Awtorita' tas-Saħħa jasal f'kull rokna ta' pajjiżna u ma jiġix imfixkel minn fake news, sensazzjonaliżmu jew protagoniżmu.", "Ejjew inkunu soċjeta' waħda fil-gwerra kontra l-coronavirus."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/01/sibijiet-7.html?m=0", "date": "Friday, January 31, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (7)", "text": ["Il-politika diviżiva, dik ta' aħna nafu kollox u huma ma jafu xejn, ta' min jgħajjat jew jippoppa l-iktar, taf tkun spettakolari.", "Iżda kemm fiha sustanza?", "Nippreferi politika li tiddiskuti l-ideat u l-proposti, li tistudja u tirriċerka, li tisma' daqs kemm titkellem.", "Iżda din it-tip ta' politika teħtieġ investiment.", "Metodu li jista' jintuża biex noqorbu lejn din it-tip ta' politika hi li jkun hemm kumitati parlamentari li jiltaqgħu regolarment fuq kwistjonijiet varji proposti minn parlamentari u parteċipanti oħra bħal l-esperti, akkademiċi, korpi kostitwiti, partiti, soċjeta' ċivili, kunsilli lokali u ilħna oħra mis-setturi pubbliċi u privati.", "Kemm politiċi kif ukoll 'policy makers' li m'humiex politiċi, bħal dawk imsemmija hawn fuq ikunu madwar il-mejda.", "Ikunu strutturati b'mod iktar olistiku minn dawk il-kumitati li hemm fil-preżent (f'numru żgħir ta' oqsma).", "Sa ċertu punt dan iwessa' l-iskop ta' fora bħall-MCESD u MEUSAC b' ispirazzjoni Skandinava.", "Ikun hemm riżorsi li jistgħu jintużaw għar-riċerka, inizjattivi, programmi, edukazzjoni u affarijiet oħra sabiex ikun hemm diskussjonijiet infurmati u kostruttivi għall-kunsiderazzjoni tal-Parlament.", "F'tali politika xorta jkun hemm id-differenzi u n-nuqqas ta' qbil, iżda l-komunikazzjoni u d-deliberazzjoni jingħataw priorita'.", "Ikun hemm spazju għal min jista' u jixtieq jikkontribwixxi fil-politika mingħajr ma jkun politiku.", "B'rieda tajba jista' jkun hemm kunsens għal din it-tip ta' politika."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/01/sibijiet-6.html?m=1", "date": "Thursday, January 30, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (6)", "text": ["Sezzjoni tal-poplu hi involuta fl-attiviżmu.", "Min jipproponi metodu, u min jipproponi ieħor.", "Min irid jaħdem ma' kull min jaqbel miegħu fuq il-kwistjoni konċernata, u min jaħdem biss ma' dawk li jikkunsidra bħala 'tajbin'.", "Min jimmilita jew għandu konnessjoni ma' partit jew politiku, min f'xi għaqda fis-soċjeta' ċivili, min fit-tnejn (jew aktar), u min f'xejn.", "Min hu attiv bħala stil ta' ħajja u min forsi iktar b'mod leġġer.", "Dawn huma xi eżempji ta' x'jikkostitwixxi l-attiviżmu fil-politika u fil-movimenti soċjali, fejn jista' jkun hemm varjeta' ta' impatti fuq issue jew oħra.", "Dan kollu huwa essenzjali f'demokrazija liberali, u allaħares ma jkunx hekk.", "F'dan il-kuntest, ikun tajjeb ukoll li nkunu ċari u reali dwar il-poter ta' l-apparat ta' l-istat.", "L-istat m'huwiex omoġenju, u kultanti iċedi għall-pressjoni esterna jew interna jew saħansitra jappoġġja talbiet mis-soċjeta' fuq kwistjonijiet partikolari.", "Iżda l-istat huwa ċentru ta' poter, immexxi minn partit li rebaħ l-elezzjoni.", "U jekk wieħed jaspira biex ikun hemm formazzjoni oħra governattiva, din tista' ssir biss minn forza, minn koalizzjoni, li hi elettoralment iktar b'saħħitha mill-formazzjoni governattiva preżenti.", "Fil-kuntest Malti, formazzjoni governattiva, anke jekk b'forma ta' moviment jew koalizzjoni, irid ikollha fiċ-ċentru tagħha wieħed miż-żewġ partiti ewlenin, bħala l-akbar żewġ forzi politiċi li jeżistu.", "Ovvjament kulħadd jagħmel l-għażliet tiegħu.", "Għalhekk, nemmen li daqs kemm huwa importanti li f'demokrazija wieħed jitkellem u jkun attiv kontra xi deċiżżjoni, stil jew politika tal-Gvern, huwa daqstant importanti li wieħed jirrikonoxxi li Gvern jista' jinbidel bil-vot tal-poplu.", "Tajjeb li wieħed jagħraf il-politika tal-possibli, dik li hi ' grounded ' fir-realta' soċjali, dik li tisma' u tanaliżża daqs kemm titkellem.", "Vot maqsum jista' jiffavorixxi l-forza governattiva.", "U ħidma għall-forza governattiva differenti u rebbieħa fiha biċċa xogħol."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/01/sibijiet-2.html?m=0", "date": "Sunday, January 19, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (2)", "text": ["Dak in-nhar, kien hemm suldat żagħżugħ, armat, flimkien ma suldati oħra f'stazzjon tal-ferrovija ġewwa Brussell.", "Sellimtlu.", "Ħassejt gratitudni għall-ħidma tiegħu.", "Forsi għax ftit qabel rajt il-film 1917.", "Suldat.", "Jirriskja ħajtu għalina, għal dak li bnew ġenerazzjonijiet biex ingawdu l-libertajiet li għandna llum.", "Lura għal pajjiżna.", "Fl-isfera medjatika naqraw dwar in-nuqas ta' azzjoni ta' l-eks NonKummissarju tal-Pulizija, li fl-aħħar tneħħa, u dwar biżibilju ta' kontroversji oħrajn.", "Kien hemm ukoll il-kas tal-biki dwar l-allegati qattiela ta' Lasanna.", "Nistennew ġustizzja.", "Iżda ejjew niftakru ukoll li hemm mijiet ta' ħaddiema fil-forzi armati, pulizija, protezzjoni ċivili u oħrajn li fis-silenzju, mingħajr surplus ta' slogans u mingħajr salarju għoli, qegħdin fir-ringiela ta' quddiem, jirriskjaw ħajjithom għal ħaddieħor.", "Il-paradoss tal-forzi ta' l-ordni: Parti mill-apparat ripressiv ta' l-istat, iżda b' ħaddiema li jiddefendu s-sigurtà u jpoġġu ħajjithom fin-nofs."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/01/sibijiet-3.html?m=0", "date": "Wednesday, January 22, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (3)", "text": ["Mhux sew li xi membri parlamentari tal-Partit Laburista ippruvaw iwaqqgħu għaċ-ċajt il-proposta sabiex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni Adrian Delia ikollu iktar riżorsi parlamentari biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.", "L-Opożizzjoni, hi min hi, għandha rwol kostituzzjonali li tiskrutiniżża l-Gvern.", "Din hi funzjoni bażika f'demokrazija, l-istess bħal ma huma rwoli kostituzzjonali oħra li jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi.", "Bil-proposta ta' l-Opożizzjoni tgawdi ukoll kull oppożizzjoni fil-futur, u dan jista' jsaħħaħ id-demokrazija.", "Jeħtieġ li fir-riformi kostituzzjonali ta' Malta naħsbu bis-serjeta' biex ikollna parlament professjonali.", "Fost affarijiet oħra, dan jirrikjedi li jkun hemm riżorsi għal-riċerka professjonali, esperti li jgħinu fil-ħidma parlamentari, u politika li tkun ibbażata fuq l-evidenza.", "Jeżisti ħafna talent - esperti, akkademiċi, riċerkaturi u professjonisti li jistgħu jgħinu fil-proċess politiku mingħajr ma jkunu politiċi.", "Ejjew nagħmlu użu aħjar minn dan it-talent, u mhux nippruvaw nagħmlu ballun politiku minn proposti għal parlament iktar professjonali.", "Il-Gvern għandu opportunita' li jilqa' proposta kostruttiva favur iktar checks and balances.", "Nittama li jilqagħha."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/01/sibijiet-4.html?m=0", "date": "Thursday, January 23, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (4)", "text": ["Il-legat ta' Joseph Muscat fejn kollox hu aċċettabbli sa kemm igawdu l-klikek, tikber l-ekonomija u jintrebħu l-voti, imur lil hinn mill-parametri ta' politika sostenibbli.", "Dan il-mudell ser jibqa' fis-seħħ?", "Mudell popolari, vera, iżda kemm jista jibqa' jiġi sostnut?", "U x'prezz qed tħallas is-soċjeta' Maltija?", "L-isfida għal min irid il-bidla u l-governanza tajba tibqa' kif tista' tibni politika popolari, rebbieħa u sostenibbli."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/01/sibijiet-5.html?m=0", "date": "Monday, January 27, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (5)", "text": ["Xi gażżetti irrapurtaw li hemm proposta ta' Louis Galea sabiex il-Partit Nazzjonalista ibiddel ismu għall-Partit Nazzjonali tal-Poplu.", "Jekk dan huwa minnu, l-appell tiegħi hu li jkun hemm proċess strutturat u wiesgħa ta' deliberazzjoni.", "Proċess fejn ikun hemm spazju fejn jiġu spjegati il-pożizzjonijiet, u fejn wieħed ikollu l-opportunita' li jisma' qabel ma jasal għall-konklużżjoni.", "Għax fil-politika, li tisma' u tgħarbel huwa importanti daqs li titkellem.", "Speċjalment f'kuntest fejn faċli tfajjar l-opinjonijiet fuq il-media soċjali.", "It-tesserati anzjani, żgħażagħ, politiċi, attivisti, dawk li jaħdmu wara l-kwinti, esperti, veterani u dawk li ssieħbu iktar riċentament kollha għandhom rwol importanti fil-proċess ta' deliberazzjoni.", "Partit m'hu propjeta' ta' ħadd ħlief tat-tesserati tiegħu, u biex ikun elett fil-gvern jeħtieġ koalizzjoni wiesgħa soċjali ma' forzi, gruppi u votanti lil'hinn mil-partit.", "Inkluż dawk li għandhom inqas preżenza fil-media soċjali.", "Għalhekk, jekk kemm il-darba ikun hemm proposta dwar l-isem, kemm id-demokrazija tal-partit kif ukoll dik tal-pajjiż għandhom jingħataw l-importanza meħtieġa."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-49-telework.html?m=0", "date": "Wednesday, May 27, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (49) Telework", "text": ["Ħ abib tieg ħ i illum qalli", "\" Jien drajt teleworking...", "Nista' naccessa n-network u d-data li g ħ andi b ż onn.", "Li mhux qieg ħ ed isir huwa li nipprintjaw id-dokumenti u niffajljawhom.", "L-a ħħ ar stage wara li nkunu g ħ amilna u ssejvjajna x-xog ħ ol kollu virtwalment.", "Dan ifisser li hemm b ż onn li nid ħ lu xog ħ ol g ħ ax il-filing fil-premises isir.", "Imma, kif qieg ħ eda tg ħ id il-UHM, ma jfissirx li hemm b ż onn li kul ħ add jid ħ ol kuljum.", "Jista jsir redistribution ta' meta g ħ andu wie ħ ed jid ħ ol u meta le.\"", "Dan il-kliem jag ħ mel sens.", "A mmont sostanzjali ta' xog ħ ol f'xi setturi jista' jsir id-dar, u dan i ġib miegħu bosta vantaġġi, diment li l-ħaddiem ikollu għażla jekk jużax din il-faċilita'.", "Is-CEO tal-UĦM – Voice of the Workers Josef Vella u s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja elaboraw dwar dan f'intervista fil-Malta Today, li tista' tinqara hawnhekk: https://www.maltatoday.com.mt/news/national/102547/teleworking_should_stay_major_unions_tell_employers#.Xs5pOTPis2x", "Fl-istess ħin għandna nżommu f'moħħna ukoll li għal uħud, it-telework jista' jfisser iktar xogħol per eżempju jekk wieħed irid jibbilanċja dan kollu ma' responsabilitajiet familjari f'kompetizzjoni ta' ħin u attenzjoni.", "Jekk mhux regolat sew, it-telework jista' jwassal ukoll għal kundizzjonijiet ta' xogħol iktar prekarji.", "Għalhekk, fil-politika dwar l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż, tajjeb li policies tajbin jiġu sostnuti u li opportunitajiet u riskji jiġu evalwati u diskussi permezz ta' evidenza, konsultazzjoni u deliberazzjoni."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/", "date": "February 06, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["Is-Sit tal-Provinċja Franġiskana ( ofm.mt ) issa għandu dehra ġdida u aktar friska.", "Is-sit il-ġdid juża teknoloġija ġdida biex ikun iżjed jaqbel maż-żminijiet li qed ngħixu fejn kulħadd qed jaċċessa s-siti tal-internet minn ħafna apparat. (more…)", "Binja tal-Provinċja tagħna se tkun qed tintuża bħala akkomodazzjoni għall-istudenti u l-qraba ta' pazjenti Għawdxin, hekk kif intlaħaq ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Provinċja.", "Villa Lauri tinsab f'Birkirkara se tinbidel f'post ta' akkomodazzjoni għall-istudenti u l-qraba ta' pazjenti Għawdxin. (more…)", "Franġisku kontinwament jgħanni r-radd ta' ħajr tiegħu lil Alla, \"għax kull ġid ġej minnek!\"", "F'dan il-mument konklużiv ta' dan il-Kapitlu Spiritwali, ngħaqqdu leħinna ma' tiegħu biex inroddu ħajr lil Alla anke għal dan il-mument ta' grazzja u barka li għixna flimkien. (more…)", "Fid-9.30am inġbarna lkoll fis-Sala Frate Francesco fejn P. Mark Ciantar sejjaħ sejjaħ ir-Roll Call u P. Paul Attard, is-Segretarju tal-Kapitlu qara l-Minuti tal-bieraħ.", "Illum approvajna l-Minuti ta' dawn il-jumejn.", "Dun Daniel beda r- Riflessjoni tiegħu b'talba. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?cat=44", "date": "October 17, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkazzjoni ta' jum il-Missjonijiet, is-Segretarjat Missjonijiet u Evanġelizzazzjoni Franġiskani fi ħdan il-Provinċja ħareg il-fuljett 'Ħabbara tal-Bxara', li jagħti ħarsa lejn il-Missjonijiet Franġiskani Maltin.", "Infatti f'din il-ħarġa kif kien xieraq, jagħti informazzjoni dettaljata fuq l-Ordinazzjoni Episkopali ta' Mons. George Bugeja, OFM bħala Isqof Koadjutur ta' Tripli."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=9029", "date": "January 26, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fid-9.30am inġbarna lkoll fis-Sala Frate Francesco fejn P. Mark Ciantar sejjaħ sejjaħ ir-Roll Call u P. Paul Attard, is-Segretarju tal-Kapitlu qara l-Minuti tal-bieraħ.", "Illum approvajna l-Minuti ta' dawn il-jumejn.", "Dun Daniel beda r- Riflessjoni tiegħu b'talba.", "Illum ippreżentalna Ikona oħra: \"Il-Lebbrużi, Ikona fil-ħajja ta' Kristu''.", "Fakkarna x'kienu t- Tlett Ikoni li ppreżentalna f'dawn it-tlett ijiem:", "L-1 Jum: \"Nerġghu mmorru għand Ġesu.''", "It-2 Jum: \"Ġesu' qiegħed jibagħtna Fqar.''", "It-3 Jum: \"Il-Lebbrużi, l-Ikona fil-ħajja ta' Kristu''", "Il-Papa Franġisku jgħidilna: \"Iftħu qalbkom għall-Lebbrużi ta' żmienna!''", "Ġesu' bagħat qablu lit-72 dixxiplu.", "Lilna mhux jibgħatna qablu, imma Ġesu' nnifsu QIEGĦED hemm qabilna.", "Għax Alla ma jibżax mill-periferiji.", "Diġa qiegħed f'dawk tal-periferija.", "Qiegħed f'qalb dawk kollha li huma miġruħa, imwarrba, etc.", "X'inhuma ssentimenti ta' Kristu?", "Il-Papa jgħidilna tkun dixxiplu ta' Kristu jfisser li minflok ma niġġudika lil dawk li qedin hem fil-kesħa, nagħmel xi ħaġa għalihom.", "\"Għax dak li għamiltu ma' l-iżgħar wieħed, għamiltuh miegħi''.", "L-ewwel żball tal-Insara hu dak li jibdlu l-Kristjaneżmu f'għazla ta' xi NGO!", "It-tieni żball li jsemmi l-Papa huwa li aħna nħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-Emigranti u nqisuha bħala xi tema sekondarja ħdejn temi bħal bio-etika, etc. Minflok ma nirriskja li nidħol fiż-żarbun ta' ħija u nagħti ħajti għalih.", "Fir-Regola mhux Bullata, San Franġisk kiteb: \"Kull min jiġi għandhom, ħalliel jew għadu….", "Għandhom jilqgħuh….. il morda u l imġiddmin, u t tallaba fit toroq…… ''", "Il-Papa jistaqsina: \"Aħna fejn qedin?", "Ma min qedin?", "Min huma l-preferuti tagħna?", "Min huma l-lebbrużi ta' żmienna?''", "Għax hemm Kristu qed jibagħtni….", "Dak hu li l-Mulej, Franġisku u l-Papa qed isejħilna għalih ie.", "Li tgħannaq lil lebbruż, MHUWIEX FACLI.", "Għax l-ewwel irridu NIKKONVERTU.", "It-tentazzjoni li NAĦARBU , kif wara kollox għamel fil-bidu Franġisku.", "3 RIFLESSJONIJIET : KIF NISTGĦU NGĦANNQU L-LEBBRUŻI TA' ŻMIENNA?", "1 Neħtieġu Rieda Soda.", "Franġisku għamel għażla li jistmell lilu nnifsu.", "2 Niddeċiedi.", "Ic-Celano jgħidilna: \"Rebah lilu Nnifsu Franġisku''.", "Resaq lejh….", "U biesu", "Neħtieġu l-Grazzja t'Alla.", "Ic-Celano jgħid li kienet il grazzja ta' Alla l-għoli, li biha Franġisku wasal għal dik il-ħniena….", "U ddeċieda.", "TALBA : Għinni Mulej biex KULJUM nilmah lil lebbrużi……u ngħannaqhom.", "DISKORS TAL-GĦELUQ TAL-MINISTRU PROVINCJAL.", "Il-Provinċjal ikkwota dak li qal Dun Daniel dwar it-3 laqgħat li jrid ikollna fil-ħajja tagħna: Mall-Imġiddmin, ma' Ġesu', u magħna nfusna.", "Dan id dokument ifakkarni f dak li jgħidilna l-Mulej.\"Din il-kelma seħħet illum intom u tisimgħu''.", "P.Mark Ciantar : Irringrazzja lil Provinċjal u qalilna li l-Provinċja se tagħtina flixkun żejt żgħir li fih label bil-potenzjal li fih iż-żejt.", "11.30am Niltaqgħu mill-ġdid fis-Sala Frate Francesco għall-Approvazzjoni tad-Dokument Finali.", "Wara kellna xi interventi minn P.Marcellino Micallef, P.Mark Ciantar, P. Joseph Magro.", "Il-Quddiesa mexxiha l-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech fil-preżenza ta' ħuna Mons George Bugeja u ħutna s-Sorijiet Klarissi.", "Għall-ikla li qsamna flimkien kellna magħna lill-Arċisqof ta' Malta, Mons Charles Jude Scicluna.", "3 Konferenza minn Dun Daniel Xerri", "http://ofm.org.mt/ofm/wp-content/uploads/2019/01/Konf-3-kap-tal-hsajjar.mp3", "Hi-Res Group Photos"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=9070", "date": "January 26, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["Franġisku kontinwament jgħanni r-radd ta' ħajr tiegħu lil Alla, \"għax kull ġid ġej minnek!\"", "F'dan il-mument konklużiv ta' dan il-Kapitlu Spiritwali, ngħaqqdu leħinna ma' tiegħu biex inroddu ħajr lil Alla anke għal dan il-mument ta' grazzja u barka li għixna flimkien.", "Radd ta' ħajr imur lil Alla anke għal ministri ta' din il-grazzja: l-organizzaturi u l-animaturi tal-Kapitlu tal-Ħsajjar u Dun Danjel Xerri li dawwal il-ġranet bil-Kelma ta' Alla trasmessa bil-ħajja ta' Franġisku u fit-tħeġġiġa tal-Papa Franġisku, b'mod partikulari fl-Eżortazzjoni Appostolika, Gaudete et Exultate.", "Hi grazzja kbira nerġgħu niftakru fiċ-ċirkustanzi u l-mumenti deċisivi \"tal-ewwel imħabba\" tagħna.", "Imħabba li lkoll għanda x-xewqa nerġgħu ngħixu fl-illum ta' ħajjitna, bil-ħarsa tagħna imdawwra fuq l-Alfa u l-Omega tal-fidi tagħna, Sidna Ġesù Kristu.", "Hi grazzja kbira nerġgħu nġibu fil-menti u l-qalb tagħna l-eżempju bla rbit ta' żmien ta' Franġisku, missierna.", "Il-bniedem fqir u għalhekk ħieles li ħabb lil Alla, mal-aħwa u mlaqqam fil-ġmiel tal-ħolqien.", "Hi grazzja kbira nesprimu flimkien xewqitna għal Pentekoste ġdida: effużjoni tal-Ispirtu li jferra' mill-ġdidi fil-qalb tagħna l-esperjenza tremenda tal-imħabba tal-Missier għalina fi Kristu Ġesù Sidna.", "Hi grazzja kbira nadurawH flimkien fl-Ewkaristija u nintasbu ħerqana taħt is-siġra dellija tat-tin tal-Kelma ta' Alla biex niftakru mill-ġdid fis-sejħa tagħna għall-qdusija, fl-impenn lejH, maħlulin minn kull xkiel tal-passat u ħerqana li nitqabdu niġru flimkien lejn it-tmiem veru u aħħari tagħna, fis-sema pajjiżna.", "Flimkien, tnejn tnejn, fil-ferħ u l-mistrieħ tiegħu, bħala wlied maħbuba, aħwa żgħar, ċkejknin iżda wkoll imbierka għax jgħarrafna l-ħwejjeġ tas-saltna tas-sema u jqiegħedna fil-rieda vera u mqaddsa tiegħu.", "Flimkien, tnejn tnejn, fl-għarfien tiegĦu, il-veru tama tagħna.", "Għal lum, għal għada, għal futur u għall-eternità.", "Lilu kull ġieħ, kull barka u kull sebħ.", "Kull ġid ġej minnu."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=9076", "date": "January 29, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["Binja tal-Provinċja tagħna se tkun qed tintuża bħala akkomodazzjoni għall-istudenti u l-qraba ta' pazjenti Għawdxin, hekk kif intlaħaq ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Provinċja.", "Villa Lauri tinsab f'Birkirkara se tinbidel f'post ta' akkomodazzjoni għall-istudenti u l-qraba ta' pazjenti Għawdxin.", "F'konferenza tal-aħbarijiet il-Ministeru għal Għawdex, ħabbret li ntlaħaq ftehim mal-kommunità tal-Patrijiet Franġiskani Minuri għall-perjodu ta' 15-il sena.", "L-akkomodazzjoni se jkollha spazju għal 33 persuna.", "Caruana ddeskriviet l-proġett bħala wieħed ambizzjuż u saħqet dwar l-importanza li jitaffew l-piżijiet tal-istudenti u l-qraba ta' dawk li jkunu rikoverati fl-isptar.", "Il-Ministru spjegat kif il-Ministeru se jkun qed jitkellem mal-Università ta' Malta dwar l-istudenti biex ikun żgurat post għal min l-iktar għandu bżonn jew jinsab f'sitwazzjoni ta' emerġenza.", "Saħqet li li ma tixtieqx tara huma timbri fuq dawk l-istudenti li beħsiebu jagħmlu użu mill-post.", "Hi spjegat kif sitwazzjoni ta' emerġenza tista' tkun bħal meta s-sid tal-appartament jitlob lill-istudenti joħroġu fiż-żmien ġimgħa biex isir xogħol ta' rinovar, fost oħrajn.", "Il-perit preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet spjega kif diġà saru l-pjanti tal-post filwaqt li tħejjew it-tenders neċessarji, filwaqt li l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar mistenniha tiġi deċiża fil-ġimgħat li ġejjin.", "Saħaq li ladarba tiġi approvata jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit biex b'hekk il-proġett jitlesta sal-aħħar ta' din is-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Kompla jiġi spjegat li hemm bżonn ta' diversi interventi hekk kif hemm soqfa kkundanti.", "Il-Perit qal ukoll li l-post se jkun aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti, kif ukoll se jkun hemm taraġ tal-emerġenza.", "Qal ukoll li l-post se jiġi rranġat f'diversi studio apartments bis-sodod u kmamar tal-banju u kċina.", "Dawk il-kmamar li se jkunu sodod biss, se jkollhom kċina komuni."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=9088", "date": "February 06, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["Is-Sit tal-Provinċja Franġiskana ( ofm.mt ) issa għandu dehra ġdida u aktar friska.", "Is-sit il-ġdid juża teknoloġija ġdida biex ikun iżjed jaqbel maż-żminijiet li qed ngħixu fejn kulħadd qed jaċċessa s-siti tal-internet minn ħafna apparat.", "Mhux biss dan, imma ħadna ħsieb li jkun utli għall-Franġiskani permezz tal-Proprju Franġiskan online , kif ukoll utli għall-patrijiet tal-Provinċja fejn se jkollhom id-direttorju tal-Provinċja aġġornat.", "Ħadna ħsieb ukoll biex ikun hemm sezzjoni għall-Patrijiet biss, fejn affarijiet interni tal-Provinċja jistgħu issa jkunu aċċessibli minn kullimkien.", "Għalkemm biex naslu biex nagħmlu dan kellna nibdew sit kompletament ġdid, imma s-sit l-antik se jibqa' aċċessibli biex wieħed ikun jista' jagħmel ir-riċerka.", "Dan is-sit huwa 'works in progress' u l-aġġornamenti jibqgħu ikunu kontinwi.", "Jekk taħseb li nistgħu nirranġaw xi ħaġa jew nistgħu nikkoreġu xi ħaġa jekk jogħġbok ikkuntatjana permezz tal- email ."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6393", "date": "December 02, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Diċembru jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali.", "'L-Aħbar' qed tkun offruta biss online b'format PDF.", "Tista' tniżżilha billi tiklikja fuq il-link ta' hawn taħt u tipprintja lill-fraternità tiegħek."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6321", "date": "November 03, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja qed jerġa jiġi ppublikat b'format ġdid u se jkun qed joffri informazzjoni fuq dak kollu li jkun għaddej fil-Provinċja.", "Se jkun jinkludi fiha l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali.", "'L-Aħbar' se tkun offruta biss online b'format PDF.", "Tista' tniżżilha billi tiklikja fuq il-link ta' hawn taħt u tipprintja lill-fraternità tiegħek."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7367", "date": "December 01, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Diċembru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal.", "'L-Aħbar' qed tkun offruta biss online b'format PDF.", "Tista' tniżżilha billi tiklikja fuq il-link ta' hawn taħt u tipprintja lill-fraternità tiegħek.", "Jekk għandek xi aħbarjiet mill-fraternità tiegħek ibagħt l-informazzjoni fil-qosor fuq l-email: jmagro@ofm.org.mt"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6963", "date": "August 02, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Awwissu jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll Edizzjoni Speċjali fuq ż-Żjara Franġiskana.", "'L-Aħbar' qed tkun offruta biss online b'format PDF.", "Tista' tniżżilha billi tiklikja fuq il-link ta' hawn taħt u tipprintja lill-fraternità tiegħek.", "Jekk għandek xi aħbarjiet mill-fraternità tiegħek ibagħt l-informazzjoni fil-qosor fuq l-email: jmagro@ofm.org.mt"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=3", "date": "December 20, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wasal iż-żmien biex għal darb'oħra bil-għajnuna t'Alla niċċelebraw dak li għalina l-Insara huwa l-akbar avveniment fl-istorja tal-umanita' kif ukoll tal-ħolqien kollu, li jmur 'l hemm minn dak kollu li nifhmu bih meta quddiem għajnejna tiġi biss id-dinja li ngħixu fiha jew dak l-univers, (more…)", "Bħalissa f'Ruma għaddeja laqgħa għas-segretarji tal-Formazzjoni u Studji tal-Provinċji tal-Lingwa Ingliża, Fejn għal-provinċja tagħna hemm P. Walter Vassallo, OFM flimkien mas-segretarji tal-Irlanda u tas-sitt Provinċji tal-Amerika.", "L-ewwel ġurnata kienet iffukata fuq il-Postulandat. (more…)", "Iż-żgħażagħ tal-Parroċċa Franġiskana tal-Madonna tas-Sacro Cuor, tas-Sliema tellgħu filmat fl-isem ta' 'ŻIFFA' li qed jikkontesta għal-\"Maltese Catholic Film Contest\".", "Dan il-filmat qasir u sempiċi juri r-relevanza li għad għandu t-tagħlim ta' Sidna Ġesù Kristu fid-dinja ta' llum. (more…)", "Is-Sibt 6 ta' Ottubru fil-Knisja tagħna ta Sant' Antnin, Għajnsielem il-Fondazzjoni Ġwanni Pawlu II b'kollaborazzjoni mal-Partijiet Franġiskani ikkommemoraw l-Isqof Sylvester Carmel Magro li miet f'Jannar ta' din is-sena. (more…)", "Fl-okkażżjoni tal-Festa ta' Missierna San Franġisk, waqt li fih il-fraternita' tal-Belt kienet miġbura għall-ikla ta' nofsinhar, il-Ministru Provinċjal bierek ir-refettorju l-ġdid li sar fil-kamra li tinsab biswit l-arloġġ li jinsab fil-kuridur u li kienet tifforma parti mill-Arkivju Provinċjal.", "Dak li kien hemm merfugħ f'din il-parti tal-arkivju ittiehdet fi kmamar li ġew irranġati apposta f'parti oħra tal-kunvent u li issa jinfdu mal-istess arkivju. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=2", "date": "January 25, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["The Islands of Saint Paul, Foreword by Prof. Horatio C.R. Vella, Malta 2018, pp. 152, ISBN 978-99957-1-395-9. (more…) More Fid-9.30am inġbarna lkoll fis-Sala Frate Francesco fejn P. Clive Camilleri sejjaħ ir-Roll Call u P. Paul Attard, is-Segretarju tal-Kapitlu qara l-Minuti tal-bieraħ.", "Dun Daniel ħa postu biex ikompli bir-riflessjoni tiegħu. (more…)", "Fid-9.00am kien mument sabih ħafna fejn l-Aħwa ltaqgħu flimkien u fid-9.30am inġbarna fil-Kappella ta' San Damjan għall-Adorazzjoni.", "Is-setup oriġinali tal-Artal ħolqilna ambjent tajjeb ħafna biex wieħed jinġabar jitlob. (more…)", "L-Aħwa kollha tal-Provinċja Franġiskana Maltija ta' San Pawl Appostlu ġew imsejjħa mill-Ministru Provinċjal P. Richard Stanley Grech, sabiex jingħaqdu flimkien għall-Kapitlu tal-Ħsajjar bejn it-23 u l-25 ta' Jannar 2019 ġewwa ċ-Ċentru Franġiskan, Baħar iċ-Ċagħaq.", "Dan il-Kapitlu għandu l-iskop prinċipali li jkun ta' tħejjija spiritwali għall-proċess li se jwassal lill-Aħwa għal-Kapitlu Provinċjali tas-sena d-dieħla.", "Huwa ukoll opportunità sabiex tiġi iċċelebrata l-fraternità, peres li se jingħaqdu mal-Aħwa li jservu Malta xi wħud mill-Aħwa li jagħtu servizz il-Kanada, Ruma l-Ingilterra u se jkun fostna ukoll Mons. Isqof George Bugeja OFM minn Tripli, il-Libja.", "It-tema ta' dan il-Kapitlu hija IFIRĦU U THENNEW… iftħu qalbkom u għannqu lill-lebbrużi ta' żminijietna, tema li tgħaqqad …", "Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar il-Ħadd 6 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-prezenza ta' diversi patrijiet. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=5", "date": "September 11, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Grupp taż-Żgħażagħ Franġiskani (GIFRA) li jiltaqgħu fiċ-Ċentru San Franġisk, il-Ħamrun flimkien maż-żgħażagħ li jiltaqgħu l-Knisja ta' Sant'Antnin ġewwa Għajnsielem, Għawdex se jtellgħu Festival ta' Talent. (more…) More B'ittra li 'ġġib id-data tal-31 ta' Awwissu 2018, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta informa lill-Ministru Provinċjal li kien qiegħed jikkonferma l-ħatra tiegħu bħala membru fil-Kunsill tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi għal perijodu ta' tlett snin (2018-2021).", "Dan wara li kien diġa' innominah għat-tlett snin preċedenti, jiġifieri 2015 - 2018. (more…)", "L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta għoġbu jilqa' n-nomina mressqa lilu mill-Ministru Provinċjal P. Richard Stanley Grech OFM u ħatar lil P. Mark Ciantar OFM bħala d-Direttur Spiritwali l-ġdid tal-Mission Fund. (more…)", "Ħuna Fr. Charles Grech OFM ġie maħtur amministratur temporanju tal-Parrocca ta' St. Jane Francis, ġewwa Ontario il-Canada.", "Fr. Charles ilu dawn l-aħħar snin jaħdem hemmhekk mal-Provincja Amerikana tal-Immaculate Conception b'self mill-Provinċja tagħna.", "Minn qalbna nawgurawlu kull success f'din il-ħidma tiegħu. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8957", "date": "January 18, 2019", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar il-Ħadd 6 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-prezenza ta' diversi patrijiet.", "Fl-omelija tiegħu huwa tkellem dwar il-kwalitajiet ta' dawn il-Maġi bħala għorrief.", "1) Kienu qed ifittxu l-verità ta' dak li qed jiġri madwarhom.", "2) Kienu jafu, imma li jafu kemm jafu xorta jibqgħu jitgħallmu u jfittxu.", "3) Kienu kapaċi joħorgu barra mill- comfort zone tagħhom.", "Aħna kapaċi noħorġu mil-kumdita tagħna?, jew nafu x'inhuma l- comfort zones tagħna.", "4) L-għerf tagħhom ma nqdewx bih b'vantaġġ personali.", "L-għerf tiegħi qed nużah ma minn jaqbilli jew għal ġid ta' kulħadd.", "L-għerf tagħhom ma nqdewx bih biex iwasslu xi aġenda ta' xi bniedem jew aġenda moħbija.", "U dak li jagħmel għaref tassew ifittex il-għajn tal-verità bħal ma fittxew s-Slaten Maġi lil Ġesù.", "Allura bniedem għaref huwa dak li jfittex lil Alla.", "Lejn tmiem taċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa ukoll wasslet il-messaġġ tagħha, kemm ta' ringrazzjament tal-viċinanza.", "Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=7", "date": "April 13, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Marzu jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "Din il-ġimgħa għal-Provinċja tagħna hija ġimgħa importanti għaliex fiha qed issir iż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa tagħna stess tal-Madonna tas-Sacro Cuor f'tas-Sliema.", "Fejn il-Parroċċa qed tiċċelebra l-mitt sena tagħha. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Frar jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "Dalgħodu t-Tnejn 22 ta' Jannar fid-9.30am telaq korteo mill-kunvent ta' Santa Maria ta' Ġesù r-Rabat għall-Katidral Metropolitan tal-Imdina.", "Hemmhekk saritlu Quddiesa presente cadavere immexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna Arċisqof ta' Malta fl-10.00am u wara saret id-difna fil-Kappella ta' l-istess Provincja fiċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=6", "date": "June 19, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar l-Erbgħa 13 ta' Ġunju 2018, Festa liturġika ta' Sant' Antnin ta' Padova, i-Ministru Provinċjal bierek u qieghed l-ewwel ġebla tal-annexe li ser jinbena fuq iċ-ċentru li hemm biswit il-knisja u l-kunvent tagħna ta' Sant'Antnin ġewwa l-Imġarr, Għawdex. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Mejju jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "Fl-10 ta' Mejju li għadda kien ġie iffirmat kuntratt ġewwa l-Kunvent ta' Sant'Antnin Għawdex sabiex jibda' x-xogħol fuq annex li ser tinbena fuq iċ-Ċentru. (more…)", "Bejn l-10 u t-18 t'April ġewwa Guadalajara, il-Messiku, P. Mark Ciantar ħa sehem f'kors tal-JPIC (Justice, Peace and Integrity of Creation).", "\"M'hemmx soluzzjonijiet minn fuq għax l-awtoritajiet m'humiex interessati.", "Jgħodd biss li, min għandu għal qalbu din il-kawża, jagħti ħajtu\".", "Hekk stqarr Fra Tomás Gonzáles OFM, attivist favur id-drittijiet tal-immigranti fil-Messiku, meta qasam ma' dawk preżenti l-esperjenza tiegħu.", "Fakkarna f'dak li Franġisku ħallielna b'wirt fit-Testment tiegħu – \"Il-Mulej mexxieni f'nofshom\" – b'referenza għall-lebbrużi; programm ta' ħajja li għandu jissarraf fi stil ta' ħajja għall-patrijiet minuri.", "Inrodd ħajr lil Alla li fil-providenza tiegħu afdali din l-opportunità li – flimkien ma' madwar 50 aħwa mid-dinja kollha – nanaliżżaw fenomenu li …", "Il-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża tal-Ordni tagħna ltaqgħet din id-darba ġewwa id-dar tal-Irtiri tas-sorijiet tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu' u l-Qalb Imqaddsa ta' Marija ġewa Chigwell Convent, f'Essex l-Ingilterra, ftit il-barra minn Londra. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=9", "date": "January 10, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar l-Ġimgħa 5 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Vigarju Provinċjali P. Marcellino Micallef, OFM fil-prezenza ta' diversi patrijiet. (more…) More Fiċ-Ċentru Franġiskan f'Baħar iċ-Ċagħaq, bħal ma jsir kull sena ġiet iċċelebrata Festa Familja ta' żmien il-Milied flimkien mal-familjari tal-patrijiet, nhar il-Ħamis 28 ta' Diċembru.", "Din il-festa bdiet b'quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM. (more…)", "Is-Sibt 16 ta' Diċembru, l-Provinċja nġabret fiċ-Ċentru Franġiskan f'Baħar iċ-Ċagħaq għal nofs ta' nhar ta' Formazzjoni fuq l-importanza tan-natura u l-ekologija u dan intwera permez ta' film qasir \"Before the Flood\". (more…)", "P. Cherubin Galea OFM, imwieled ġewwa Għajnsielem, Għawdex minn Saviour Galea u Michelina Spiteri nhar is-6 ta' Jannar, 1932, ingħata l-isem ta' Ramiro. (more…)", "Il-Mulej jagħtikom is-Sliem!", "Il-Milied għal darb'oħra reġa' magħna.", "Ilkoll kemm aħna nixtiequ minn qalbna għalina nfusna, għal xulxin, għall-oħrajn, «Il-Milied it-tajjeb!»", "Imma ngħid jien x'jagħmel Milied «tajjeb»? (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=8", "date": "January 21, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["(Bil-Malti iktar l-isfel) On 20th January 2018, His Excellency Msgr.", "F'isem il-Knisja f'Għawdex, l-Isqof Mario Grech isellem il-memorja tal-E.T. Mons. Silvestru Magro OFM, li miet dalgħodu.", "Huwa serva lil Kristu u lill-Knisja fl-uffiċċju ta' Vigarju Appostoliku ta' Benghazi, il-Libja, bejn l-1997 u l-2016. (more…)", "Nhar il-Ħadd 7 ta' Jannar ġewwa id-Dar tal-Formazzjoni, fil-Kunvent tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat, Andrè Bonaci mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-Ibraġġ (Swieqi), beda l-Postulandat fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Minuri. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8652", "date": "February 19, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Din il-ġimgħa għal-Provinċja tagħna hija ġimgħa importanti għaliex fiha qed issir iż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa tagħna stess tal-Madonna tas-Sacro Cuor f'tas-Sliema.", "Fejn il-Parroċċa qed tiċċelebra l-mitt sena tagħha.", "Bit-tema: \"Il-Mulej mexxiena f'nofskom\", iż-Żjara Franġiskana bdiet b'Quddiesa l-bieraħ il-Ħadd 18 ta' Frar mill-Kappillan tal-Parroċċa P. Paul Attard, OFM u li fiha ingħata l-mandat lill-missjunarji li se jkunu qed jieħdu sehem u jagħmlu ż-żjarat fid-djar.", "Fil-Quddiesa l-Kappillan laqgħa l-missjunarji u ħeġġeġ lil poplu biex jipparteċipa fl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati kif ukoll ħeġġeġ biex il-familji jilqgħu lil franġiskani li jkunu qed iżuru d-djar.", "Huwa qal li dan hu l-mandat li l-Parroċċa se taghtikom illum fil-bidu taż-Żjara Franġiskana u għalhekk: \"Morru ħabbtu l-bieb bieb, triq triq; isimgħu x'għandhom x'jgħidulkom; ħudu nota ta' dak li jaqsmu magħkom u ppreżentawha lilna; fakkruhom li l-Parroċċa qed tiċċelebra 100 Sena ta' Grazzji!; għidulhom it-tema x'inhi \"Jiena Maghkom Dejjem'; għidulhom li dirgħajn il-Knisja tas-Sacro Cuor hi miftuħa għal kulħadd!; Hu x'inhu d-dnub, hi x'inhi d-diżabilita', hi x'inhi d-dipendenza li fuqha jinsabu!", "Għidulhom l-istess: \"Tibżgħax Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla\".", "Iż-Żjara Franġiskana hija mżewqa b'ħafna laqgħat li għandhom x'jaqsmu mal-ħajja tal-parroċċa u tilħaq kull peruna minn tfal, żgħażagħ, adulti kif ukoll anzjani u morda.", "Iż-żjara Franġiskana tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd 25 ta' Frar.", "Iż-Żjara Franġiskana qed tkun ikoordinata minn Fr. Lorrie Zerafa, OFM, P. Clive Camilleri OFM u P. Anton Farrugia, OFM u fiha qed jieħdu sehem bosta patrijiet, sorijiet, OFS, kif ukoll lajċi impenjati."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8762", "date": "July 02, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta għoġbu jilqa' n-nomina mressqa lilu mill-Ministru Provinċjal P. Richard Stanley Grech OFM u ħatar lil P. Mark Ciantar OFM bħala d-Direttur Spiritwali l-ġdid tal-Mission Fund.", "P. Mark OFM għalhekk issa huwa s-suċċessur ta' P. Marcellino Micallef OFM, il-Vigarju Provinċjali, li għal bosta snin kien jokkupa din il-kariga.", "P. Marcellino, Gwardjan ukoll tal-Fraternita' tagħna tal-Belt Valletta, ħass li ma setgħax ikompli b'dan is-servizz minħabba mpenji oħra fi ħdan il-Provinċja u l-Fraternita'.", "Nawguraw minn qalbna ħidma fejjied lil ħuna P. Mark OFM."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8683", "date": "April 16, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża tal-Ordni tagħna ltaqgħet din id-darba ġewwa id-dar tal-Irtiri tas-sorijiet tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu' u l-Qalb Imqaddsa ta' Marija ġewa Chigwell Convent, f'Essex l-Ingilterra, ftit il-barra minn Londra.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti il-Ministri Provinċjali tal-Amerika, Tal-Kanada, Tal-Awstralja, tal-Irlanda kif ukoll ta' Malta u l-Kustodju tal-Ingilterra.", "Il-laqgħa saret bejn it-Tnejn 9 u l-Ġimgħa 13 ta' April 2018.", "Skużati kien hemm il-Ministru Provinċjal tal-Immaculate Conception tal-Amerika u dak tal-Provinċja tal-Litwanja.", "Matul din il-laqgħa il-Ministri Provinċjali kellhom l-opportunita' li jaqsmu flimkien l-esperjenzi li l-Provinċji rispettivi tagħhom għaddew minnhom minn l-aħħar laqgħa.", "Kien hemm mument ukoll meta ġie iffinalizzat ir-rapport tal-istess Konferenza għall-Kunsill Plenarju tal-Ordni li ser ikun iċċelebrat ġewwa l-Kenja fi ftit xhur oħra.", "Il-Mnistri Provinċjali preżenti ddiskutew ukoll is-Sinodu tal-Isqfiiet i sejjaħ il-Papa dwar iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet.", "Wieħed mill-Ministri Provinċjali l-ġidda Fr. Tom Nairn OFM, professur tat-Teoloġija Morali ġewwa l-Universita' ta' Chicago fl-Istati Uniti tal-Amerika għamel seminar għal dawk preżenti dwar it-tradizzjoni tat-Teoloġija Morali Franġiskana li kienet ferm interessanti.", "Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti u ħadu sehem kiemm id-Definitur Ġenrali tal-Lingwa ingliza Fr. Caohimin O'Laide OFM u l-Ekonomu Ġenerali tal-Ordni Fr. John Podzunas OFM.", "Laqgħa oħra għanda issir f'St. Louis l-Amerika f'Ottubru li ġej."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=11", "date": "October 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar l-Erbgħa 4 ta' Ottubru, ġewwa l-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta' Missierna San Franġisk.", "Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta' bosta Patrijiet, Sorijiet, Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular (OFS), Kavallieri tal-Qabar ta' Kristu, benefatturi, kif ukoll nies li jiffrekwentaw il-Knejjes tagħna. (more…)", "Fl-okkażjoni tal-festa ta' San Franġisk il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, ħareġ ċirkulari dwar il-prijoritajiet li l-Kapitlu Provinċjali fassal u għalhekk żmien x'naħlu ma għandniex għax iż-żmien qiegħed igerbeb ġmielu. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Ottubru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "It-Tlieta 12 ta' Settembru n-nunzju Appostoliku ġdid għal Malta Mons. Alessandro D'Errico għamel żjara lil anzjani tagħna fir-residenza Domus Pacis f'Baħar iċ-Ċagħaq fejn ukoll huwa rrtirat Mons. Sylvestru Magro, OFM.", "Huwa kien akkumpanjat mill-isqfijiet franġiskani Maltin Mons. Robert Camilleri, Mons. Joe Bonello u Mons. George Bugeja. (more…)", "Wara stennija ta' sittin sena, fl-aħħar seħħet il-ħolma ta' tant patrijiet, fosthom P. Benjamin Galea OFM, li l-art ta' quddiem iċ-Ċentru Franġiskan - Porziuncola, ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, fl-aħħar tiġi f'idejna.", "Kien fis-sena 1957 li P. Benjamin feda' l-kumplament ta' kuntratt ta' ċens li kien sar fis-sena 1918. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8549", "date": "January 10, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ħadd 7 ta' Jannar ġewwa id-Dar tal-Formazzjoni, fil-Kunvent tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat, Andrè Bonaci mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-Ibraġġ (Swieqi), beda l-Postulandat fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Minuri.", "Għal din l-okkazzjoni kienu mistednin l-familjari tal-Postulant kif ukoll il-Patrijiet.", "Iċ-ċelebrazzjoni kienet tikkonsisti billi flimkien tlabna t-talba tal-Għasar u wara ħsieb mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM, Andre libes s-sinjal tat-Tau Franġiskan.", "Il-Provinċjal laqa' lil Andrè għal din l-esperjenza iktar intensa ta' dixxerniment iktar mill-qrib.", "Huwa tkellem fuq il-festa tal-epifanija li magħha ġġib xi elementi importanti għan-nisrani.", "L-ewwel li rridu noħorġu mil- comfort zone tagħna – ma nibqgħux magħluqin fejn inħossuna komdi, kif wara kollox għamlu s-slaten maġi.", "In-nisrani ma jistax dejjem jgħix f'din il- comfort zon e għax inkella qatt ma tista' tagħmel il-pass li jmiss, li jfittex lil Ġesù.", "Is-slaten Maġi kellhom raġuni u skop għaliex kellhom jitilqu mil- comfort zone tagħhom, telqu biex ifittxu lil Ġesù, u l-franġiskan kuljum irrid jgħamilha u f'din it-tfittxija nibqa nippersevera sakemm insibu u mhux naqta' qalbi quddiem id-diffikultajiet.", "Mhux naqta qalbi u ngħid li se nerġa lura għax fejn kont, kont aħjar!", "Irridu nibdew din it-tfittxija bil-għerf u l-għaqal kif għamlu s-slaten maġi – ix-xjenza ma kinetx ta' tfixkil għalihom, anzi għenithom biex issibu min kien Ġesù: is-sultan tas-slaten, Alla magħmlu bniedem.", "Il-Pass li jkun imiss huwa x'nagħmlu meta insibu lil Ġesù?", "Dak li għamlu s-slaten – Li narawh bħala Alla u Sultan u nadurawh li ħafna nsara tajbin illum jinsew jaduraw lil Ġesù.", "Wara jkun imiss li noffri r-rigali tiegħi u d-direzzjoni ġdida li kuljum rrid nagħti lil ħajti.", "Nitolbu biex dan il-kandidat ġdid jilqa' s-sejħa tal-Mulej u jkompli b'ħafna entużjażmu jimxi warajh fuq il-passi ta' San Franġisk.", "Wara ċ-ċelebrazzjoni kien hemm riċeviment fl-istess kunvent."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8571", "date": "January 20, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["• KOMUNIKAT TAL-ISQOF T'GĦAWDEX", "Mons Sylvester Carmel Magro, li serva bħala Vigarju Appostoliku ta' Benghazi fil-Libja mill-1997 sa 2016, ħalla din id-dinja dalgħodu fl-eta ta' 76, ikkonfortat bis-sagramenti mqaddsa.", "Mons. Sylvestru Carmel Magro, Twieled ir-Rabat fl-14 ta' frar 1941, huwa studja fil-Kulleġġ Stella maris tal-Gżira u ngħaqad mal-Patrijiet Franġiskani fl-1957.", "Studja l-filosofija u t-teologija fis-Seminarju Franġiskan tar-Rabat.", "Hu pprofessa fl-1962 u kien ordnat saċerdot fl-1966.", "Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università Pontificja Antonianum u f'dik tal-Lateran f'Ruma fejn ħa d-dottorat fit-teoloġija dommatika u fit-teoloġija pastorali.", "Meta ġie lura Malta, Mons. Magro beda jgħallem it-teoloġija fis-Seminarju Franġiskan.", "Fl-1982 inħatar kappillan tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.", "Fl-1988 huwa ngħaqad fil-missjoni Franiskana tal-provinċja ta' Milan fil-Libja, li aktar tard f'Mejju tal-1991 għaddiet f'idejn il-provinċja tagħna ta' Malta.", "Fl-istess żmien hu nħatar vigarju ġenerali tal-Isqof Giovanni Martinelli.", "Inħatar ukoll kappillan tal-komunità Kattolika Maltija u tal-komunitajiet kattoliċi li jitkellmu bl-Ingliż.", "Fl-1997 huwa inħatar isqof ta' Salde u vigarju appostoliku ta' Benghazi fil-Libja.", "Huwa kien konsagrat f'malta fl-1997.", "Fi Frar 2006 l-Isqof Magro kien kostrett li jibqa' Triplo minħabba l-attakki fuq kristjani tal-Punent li nqalgħu wara l-attakki li kienu saru fuq il-Profeta Muhammed f'partijiet differenti tal-Ewropa.", "Aktar tard il-knisja u d-dar tal-Isqof Magro ġew attakkati, misruqa u ngħataw in-nar.", "Fll-2002, Mons. Magro ingħata 'The cross of the Equestrian Order of Merit' mill-President Pollakk, għall-ħidma tiegħu fost il-komunità kattolka pollakka fil-Libja.", "Huwa kiteb ktieb dwar \"il-Verġni Marija fil-Bibbja\" u \"min hi Marija?\".", "Agħtiħ Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem.", "• Dettaliji fuq il-funeral", "• KOMUNIKAT TAL-ISQOF T'GĦAWDEX"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8591", "date": "January 20, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["F'isem il-Knisja f'Għawdex, l-Isqof Mario Grech isellem il-memorja tal-E.T. Mons. Silvestru Magro OFM, li miet dalgħodu.", "Huwa serva lil Kristu u lill-Knisja fl-uffiċċju ta' Vigarju Appostoliku ta' Benghazi, il-Libja, bejn l-1997 u l-2016.", "L-Isqof Grech jiftakar il-konverżazzjoni interessanti li kellu miegħu meta ġie lura pajjiżna waqt ir-rivoluzzjoni li faqqgħet fil-Libja.", "Minkejja li ħajtu kienet fil-periklu, Mons. Silvestru ma riedx jitlaq lill-\"Knisja\" tiegħu!", "Mons. Silvestru għandu rabta mad-Djoċesi tagħna.", "Missieru kien mill-Parroċċa tan-Nadur u l-Isqof Magro kien jogħxa meta kien jiġi jiċċelebra l-liturġija fil-Bażilika ta' San Pietru u San Pawl.", "Imma l-għors tiegħu kien meta mexxa l-Ordinazzjoni Presbiterali ta' neputih Patri Joseph Magro OFM fil-Bażilika tan-Nadur – probabbli din kienet l-unika ordinazzjoni presbiterali li huwa għamel!", "Imbagħad kien preżenti għall-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Mario Grech fit-22 ta' Jannar 2006.", "Filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Minuri u lill-familjari tiegħu, l-Isqof Grech jagħmel sejħa lill-Knisja f'Għawdex biex issellimlu bit-tokki tat-tempji tagħna bħala sejħa biex isir talb b'suffraġju tiegħu.", "20 ta' Jannar, 2018"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8588", "date": "January 20, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["(Bil-Malti iktar l-isfel) On 20th January 2018, His Excellency Msgr.", "• KOMUNIKAT TAL-ISQOF T'GĦAWDEX", "(Malti) Nhar l-20 ta' Jannar 2018, ġewwa l-Isptar Mater Dei, ingħaqad mal-Mulej għal dejjem l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Sylvester Carmel Magro O.F.M., tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri, Vigarju Apostoliku Emeritu ta' Benghazi u Isqof Titulari ta' Salde, fl-eta' ta' 76 sena, ikkonfortat mis-Sagramenti Mqaddsa.", "Gawdewh matul ħajtu, ħutu l-Patrijiet tal-Provinċja Franġiskana Maltija ta' San Pawl Appostlu, ħutu Mary armla ta' Joseph Casha, Paul, Ġemma u żewġha Joseph Azzopardi, Joe u martu Pauline, Agnes u żewġha Joseph Said, Carmen armla ta' Charles Farrugia u Rita, bosta neputijiet, fosthom P. Joseph Magro OFM, pro neputijiet, qraba u ħbieb, partikolarment il-komunita' kattolika ta' Bengħażi.", "Nhar il-Ħadd 21 ta' Jannar fit-8.30am jitlaq il-korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għal fuq is-Saqqajja, ir-Rabat fejn minn hemm ikun akkumpanjat mill-Banda L'Isle Adam u mill-Banda Sliema sal-kunvent tal-Patrijiet Minuri ta' Triq San Pawl, ir-Rabat.", "Nhar it-Tnejn 22 ta' Jannar fid-9.30am jitlaq il-korteo mill-istess kunvent għall-Katidral Metropolitan tal-Imdina.", "Hemmhekk issirlu l-Quddiesa presente cadavere immexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna Arċisqof ta' Malta fl-10.00am u wara issir id-difna fil-Kappella ta' l-istess Provincja fiċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata.", "Huwa mitlub li ma jintbagħtux fjuri imma donazzjonijiet lil Domus Pacis Franciscan Retirement Friary, Baħar iċ-Ċagħaq, ikunu apprezzati hafna.", "Il-familja tixtieq trodd ħajr l-istaff ta' Domus Pacis Franciscan Retirement Friary, Baħar iċ-Ċagħaq.", "• KOMUNIKAT TAL-ISQOF T'GĦAWDEX"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8604", "date": "January 21, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["(Malti) Dalgħodu l-Ħadd 21 ta' Jannar fit-8.30am saret l-ewwel Parti tal- funeral ta' Mons. Sylvester Magro, OFM.", "Il-korteo funebri telaq mill-Isptar Mater Dei għal fuq is-Saqqajja, ir-Rabat fejn minn hemm kien akkumpanjat mill-Banda L'Isle Adam u mill-Banda Sliema sal-kunvent tal-Patrijiet Minuri ta' Triq San Pawl, ir-Rabat.", "Għada t-Tnejn 22 ta' Jannar fid-9.30am jitlaq il-korteo mill-istess kunvent għall-Katidral Metropolitan tal-Imdina.", "Hemmhekk issirlu l-Quddiesa presente cadavere immexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna Arċisqof ta' Malta fl-10.00am u wara issir id-difna fil-Kappella ta' l-istess Provincja fiċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata.", "Il-quddiesa se tkun imxandra b'mod dirett mid-djoċesi ta' Malta fuq: www.youtube.com/knisjamalta"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=10", "date": "December 03, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Diċembru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…) More Wara li f'Diċembru li għadda ġie ippubblikat l-ewwel volum tal-ktieb ġdid tat-Talbiet tal-Fidili, il-Provinċja Franġiskana permezz ta' P. Anton Farrugia għadha kemm ippubblikat t-tieni volum li jiġbor fih it-talbiet tal-fidili - Żminijiet Privileġġjati: Avvent, Milied, Randan u Għid. (more…)", "Nhar is-Sibt 18 ta' Novembru fl-10.30 ta' filgħodu, il-Provinċja Franġiskana ċċelebrat Quddiesa kkonċelebrata ġewwa l-Kappella tac-Ċimiterju tal-Addolorata. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Novembru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "Nhar l-Erbgħa 1 ta' Novembru ġewwa id-Dar tal-Formazzjoni, fil-Kunvent tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat, Robert Govus u Christopher Bilocca bdew il-Postulandat fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Minuri. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8490", "date": "December 19, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Mulej jagħtikom is-Sliem!", "Il-Milied għal darb'oħra reġa' magħna.", "Ilkoll kemm aħna nixtiequ minn qalbna għalina nfusna, għal xulxin, għall-oħrajn, «Il-Milied it-tajjeb!»", "Imma ngħid jien x'jagħmel Milied «tajjeb»?", "Għal ħafna, jekk mhux għal uħud minna wkoll, ix-xbiha ta' Ġesu' Bambin saret biss ornament li biha nżejnu l-knejjes u l-kunventi tagħna, xi tieqa li tagħti għat-triq jew in-nofs ta' xi mejda jew tavolina fl-intrata jew fis-salott tad-djar tagħna.", "U l-istess nistgħu ngħidu għall-presepju, għas-sigra tal-Milied, għad-dwal u l-kartolini.", "Inżejnu bihom mingħajr ma nafu jew nifhmu t-tifsira vera tagħhom.", "U kif jgħaddu dawn il-jiem, erfa' u sorr kollox għal sena oħra, jekk Alla jrid, għal min jibqa' ħaj (dik hi !).", "Il-Milied ikun ġie !", "Il-Milied ikun għadda !", "U aħna, u ħajjitna jibqgħu minn sena għal oħra l-istess !", "Bħal qisu bih u mingħajru Ġesu', xorta waħda!", "«Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f'maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.»[Lq: 2.", "6-7] L-Arċisqof Fulton J. Sheen, predikatur ta' fama mondjali ta' nofs is-seklu l-ieħor, igħid illi meta tinkiteb l-aħħar paġna tal-istorja tal-umanita', din is-sentenza meħudha mill-Evanġelju skont San Luqa, tibqa' l-aktar sentenza ta' djieqa u ta' swied il-qalb.", "Il-lukanda għal Fulton J. Sheen hija simbolu tad-dinja, tad-diversita' tal-bnedmin u tal-proġetti tagħhom.", "Min ġej u min sejjer, kulħadd jiltaqa' u jgħid tiegħu.", "Kulħadd ifassal, jippjana, jwettaq !", "Nies ta' fehmiet differenti, ta' kapaċitajiet differenti, ta' skopijiet differenti, jiltaqgħu biex jaqsmu idejat u ħolm ta' kull xorta.", "U f'dan kollu ma kienx hemm post għal Ġesu'.", "Ġesu' ma kienx jifforma parti minn dan kollu.", "Id-dinja, il-bnedmin kienu ilhom sekli sħaħ jistennew il-miġja fostna ta' Alla magħmul bniedem, u meta wasal, «Ma kienx hemm post għalih!»", "Minkejja li għaddew aktar minn elfejn sena, id-dinja ta' 'llum ma tantx hija differenti minn dak inhar li Alla daħal b'qawwa fil-ħajja tal-umanita', fil-ħajja ta' kull bniedem.", "Anzi pjuttost nazzarda ngħid li 'llum kemxejn agħar.", "Elfejn sena ilu kien hemm għalmenu min kien qed jistenna dan il-mument fl-istorja tal-umanita', tal-ħolqien, li kellu jissarraf f'Paċi u Ferħ għall-bnedmin kollha ta' kull żmien!", "Illum għamilna minn din il-festa Nisranija, festa pagana.", "Irridu, nixtiequ l-Ferħ u l-Paċi li jġibilna Ġesu', imma ma rridux lil Ġesu'!", "Mgħandux ikun hekk.", "Mgħandux ikun Milied biss ta' darba fis-sena, imma għandu jkun Milied is-sena kollha, kull jum tas-sena.", "Nistħajlek tgħidli, « Imma kif jista' jkun !? »", "Jista' jkun biss jekk inti tħalli lil Ġesu' jidħol f'ħajtek, jidħol fil-pjanijiet tiegħek, jidħol fir-relazzjonijiet tiegħek kuljum.", "Imbagħad tinduna li għalik il-Milied ma jkunx ifisser biss tifkira tat-twelid ta' Alla magħmul bniedem, imma tiċċelebra l-Milied tiegħek stess, it-twelid tiegħek kull jum għal ħajja ġdida.", "Għandek post għal Ġesu' fiċ-ċelebrazzjonijiet tiegħek tal-Milied din is-sena biex tħallih jitwieled ġewwa fik illum, kuljum, dejjem ?", "Hekk fehem Missierna San Franġisk.", "Hekk għamel ukoll.", "Kuljum Ġesu' kien spiritwalment jitnissel fiħ meta kien jilqa' l-Kelma.", "Kuljum kien spiritwalment iwelldu mill-ġdid meta din il-Kelma kien igħixha.", "Nawgura lilek u lill-għeżież tiegħek Milied qaddis, Milied tajjeb, Milied mimli Paċi u Ferħ.", "F'kelma waħda Milied mimli b'Ġesu', li hu waħdu l-iskop u r-raġuni tal-Festa tal-Milied !", "Għeżież ħuti, dan huwa l-awgurju tiegħi għalina lkoll, għall-qraba u l-ħbieb tagħna, għall-benefatturi tagħna.", "Kemm nixtieq li dan il-Milied ikun għalina lkoll mument ta' grazzja li jimmarka bidu ġdid fil-ħajja tagħna kemm personali kif ukoll bħala fraternita' lokali u provinċjali.", "Imbagħad iva nistgħu ngħidu li tassew kien Milied tajjeb!", "Illum it-8 ta' Diċembru, 2017", "Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni", "Ministru Provinċjal u Qaddej", "Segretarju Provinċjali"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8496", "date": "December 21, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["P. Cherubin Galea OFM, imwieled ġewwa Għajnsielem, Għawdex minn Saviour Galea u Michelina Spiteri nhar is-6 ta' Jannar, 1932, ingħata l-isem ta' Ramiro.", "Libes il-libsa Franġsikana u beda' n-Novizzjat fl-24 ta' Settembru, 1950 u għamel il-Professjoni Temporanja nhar it-30 ta' Settembru 1951 u dik Solenni fl-14 ta' Novembru 1954.", "Ġie ordnat Saċerdot fit-2 ta' April, 1960.", "Għal bosta snin qedgħa b'ħafna umilta' u sempliċita' is-servizz ta' Sagristan Maggur fil-knejjes tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesu' l-Belt, Valletta u ta' San Franġisk il-Ħamrun.", "Kien Franġiskan saċerdot maħbub u konfessur imfittex.", "Għex l-aħħar snin ta' ħajtu ġewwa Domus Pacis Franciscan Retirement Friay ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq fejn ingħaqad mal-Mulej għal dejjem nhar l-Erbgħa 20 ta' Diċembru 2017, ikkonfortat mis-Sagramenti imqaddsa, fil-għomor ta' 85 sena.", "Il-Funeral se jsir is-Sibt 23 ta' Diċembru, fit-8.30am jitlaq mill-iSptar Mater Dei għall-Kunvent San Franġisk il-Ħamrun.", "Joħroġ mill-Kunvent fid-9.15am għall-Knisja fejn tibda quddiesa fid-9.30am."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8494", "date": "January 10, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Is-Sibt 16 ta' Diċembru, l-Provinċja nġabret fiċ-Ċentru Franġiskan f'Baħar iċ-Ċagħaq għal nofs ta' nhar ta' Formazzjoni fuq l-importanza tan-natura u l-ekologija u dan intwera permez ta' film qasir \"Before the Flood\".", "Il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM tkellem fuq kemm huwa importanti li bħala Franġiskani aħna nkunu konxji u responsabbli minn dak li qed jiġri madwarna.", "Għalhekk biex aħna inkunu ta' eżempju rridu inwettqu għalmenu tlett affarijiet li fil-film joħorġu: \"change of lifestyle\" – huwa semma storja ta' predikatur li jgħid lil ġemgħa: \"how wants change\" u kulħadd għolla idejħ u wara saqsihom: \"how wants to change\" – u ħadd ma għolla sebgħu.; it-tieni hija il-mod kif nikkunsmaw u kif nikkunsmaw; u t-tielet waħda, importanti li wieħed jagħżel mexxejja li lesti jħarsu l-ambjent."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8513", "date": "January 10, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fiċ-Ċentru Franġiskan f'Baħar iċ-Ċagħaq, bħal ma jsir kull sena ġiet iċċelebrata Festa Familja ta' żmien il-Milied flimkien mal-familjari tal-patrijiet, nhar il-Ħamis 28 ta' Diċembru.", "Din il-festa bdiet b'quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.", "Fl-omelija hu tkellem fuq kemm ħafna drabi fil-ħajja tagħna f'dawn iż-żminijiet tal-Milied kulħadd joħroġ il-presepju u wieħed jipprova ipoġġi kemm jiflaħ personaġġi.", "Kemm tfal f'dawn iż-żminijiet jieħdu sehem sħiħ f'rappreżentazzjonijiet f'kull tip ta' persunaġġ imma qatt ma jpoġġu jew xi ħadd jieħu pjaċir joqgħod l-għaġeb tal-presepju għax jekk tiftaħar speċjalment ma' tfal kif se tgħidilhom li kont l-għaġeb tal-presepju imma iktar faċli tiftaħar li kont Marija jew Ġużeppi.", "Il-Ministru Provinċjali kompla billi ħareġ is-sabiħ ta' dan il-persunaġġ/pastur fuq it-teoloġija li hemm warajh.", "Tlifna l-kapaċita' li nistagħġbu quddiem il-kobor ta' Alla li qiegħed f'dak il-presepju li dan m'għandux ikun ornament imma stqarrija tal-fidi tagħna.", "Aħna nistagħġbu bil-kapaċitajiet tal-bnedmin, imma għadna nistagħġbu bil-kobor t'Alla?", "Għal dan Alla li ħalla l-'kumdita' tal-ġenna biex jiġi jiltaqa' magħna?", "Allura l-messaġġ tal-Milied irrid ikun dak li l-anġlu qal lir-ragħajja: li Alla huwa magħna u aħna m'aħniex weħidna u għalhekk importanti li mhux ngħixu fil-passat jew fil-preżent imma ngħixu fil-preżenza ta' Alla.", "Wara komplejna fir-Restaurant 'Da Francesco' tal-istess Dar għal ikla flimkien fejn qsamna l-awguri tal-Milied."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8529", "date": "January 10, 2018", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar l-Ġimgħa 5 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Vigarju Provinċjali P. Marcellino Micallef, OFM fil-prezenza ta' diversi patrijiet.", "Fl-omelija tiegħu huwa tkellem l-importanza li nimxu fid-dawl, għax id-dawl iġib il-ferħ u l-ebda dlam ma jitfi d-dawl tax-xemgħa, u għalhekk importanti li fil-ħajja nimxu fid-dawl.", "Huwa kkwota li Sant'Ambroġ meta jitkellem fuq d-dawl: \"tabiħaq bħal qamar tiddi l-Knisja, tiddi mhux bid-dawl tagħha imma bid-dawl ta' Kristu, mhux iżjed jien li ngħix, imma Kristu jgħix fiha\".", "Kristu hu l-veru dawl u mhux s-soċjeta', għax is-soċjeta' ma twassalx d-dawl u għalhekk din il-festa tgħinna biex inkomplu nankraw fiH, inkomplu nrabbu għeruq fil-fond u b'saħħithom u li nħallu lilu jdawwalna.", "Huwa mportanti li fl-aħħar mill-aħħar irridu nwassluh lil oħrajn u lil dawk ta' madwarna.", "Lejn tmiem taċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa ukoll wasslet il-messaġġ tagħha, kemm ta' ringrazzjament tal-viċinanza imma ukoll tkellment li huwa importanti li nkunu bnedmin ta' talb u jkollna relazzjoni spiritwali ma' Alla u għalhekk ma rridux inħallu l-ħajja magħġla li għaddejjin minnha jtelfuna għax il-poplu għadu rrid jisma' kelma profetika u li dan jiġi mir-relazzjoni tagħna ma' Alla.", "Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=13", "date": "July 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["P. Clive Camilleri u P. Ramon Farrugia l-Ġimgħa li għaddiet 30 ta' Ġunju ġew ordanti saċerdoti.", "L-ordinazzjoni saret mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta' San Ġwann il-Belt Valletta.", "Huwa ġew ordnari ma ebra' żgħażagħ oħra. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Lulju jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "P. Walter Vassallo OFM u P. Ramon Farrugia OFM għadhom kemm temmew il-Master fil-Pastorali Vokazzjonali organizzat mill-Provinċja Serafika ta' Assisi ġewwa iċ-Ċentru tal-Konferenzi Domus Pacis, Santa Marija tal-Anġli. (more…)", "Nhar il-Ħadd 5 ta' Ġunju 2017, id-Djakni tal-Provinċja tagħna, P. Ramon Farrugia OFM u P. Clive Camilleri OFM, bdew l-irtir bi preparazzjoni għall-Ordinazzjoni Presbiterali flimkien ma tlett Djakni Djoċesani (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=12", "date": "September 02, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Settembru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…) More Aġġornament tax-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù, ir-Rabat u dan biex ikompli jitneħħa l-periklu minn dik il-parti tas-saqaf li ma waqgħax. (more…)", "Matul il-lejl seħħ dak li qatt ma stennejna.", "Mill-ewwel informazzjoni li għandna fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu') waqgħet il-parti tas-saqaf ta' fuq l-artal mejda.", "Il-ħsara hi kbira u minħabba periklu eżistenti ħadd ma jista' jidħol fil-Knisja.", "Bħalissa hemm il-Pulizja li qed jevalwaw is-sitwazzjoni. (more…)", "Nhar il-11 ta' Awwissu festa liturġika ta' Santa Klara, ġiet iċċelebrata l-Festa ta' Santa Klara ġewwa l-Monasteru ta' San Ġiljan.", "Iċ-ċelebrażżjoni kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Awwissu jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8318", "date": "September 07, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wara stennija ta' sittin sena, fl-aħħar seħħet il-ħolma ta' tant patrijiet, fosthom P. Benjamin Galea OFM, li l-art ta' quddiem iċ-Ċentru Franġiskan – Porziuncola, ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, fl-aħħar tiġi f'idejna.", "Kien fis-sena 1957 li P. Benjamin feda' l-kumplament ta' kuntratt ta' ċens li kien sar fis-sena 1918.", "Madanakollu dawk li kienu qed jagħmlu użu minn din l-art u maż-żmien l-eredi tagħhom, tħallew mill-Provinċja b'mera tolleranza biex ikomplu jagħmlu użu minnha sakemm kellu jagħlaq eżattament fl-14 ta' Awwissu 2017.", "Barra minn hekk ukoll fis-sena 1990 P. Benjamin Galea OFM kien għamel kuntratt ieħor mal-Kurja ta' Malta għal proroga ta' ċens perpetwu, li issa jmiss li jiġġedded fis-sena 2117, u jibqa' jiġġedded kif stipulat fl-istess kuntratt, għal min jibqa' ħaj, kull mitt sena.", "Din hija biċċa oħra mill-istorja tal-Provinċja taġħna b'mod ġenerali u taċ-Ċentru Franġiskan – Porziuncola b'mod partikolari.", "Ilkoll kemm aħna konna dejjem nittamaw li jasal din il-mument xi darba, u bil-għajnuna t'Alla illum nistgħu ngħidu li wasal.", "Wara taħdidiet kordjali bejn il-Ministru Provinċjal P. Richard Stanley Grech OFM u l-werrieta ta' dawk li oriġinarjament kienu qed jagħmlu użu minn din l-art sa minn żmien P. Benjamin Galea OFM, sar qbil bonarju biex effettivament u b'mod immedjat il-pusses sħiħ u l-użu tal-istess art issa għadda b'mod definittiv f'idejn il-Provinċja tagħna."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8325", "date": "September 13, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tlieta 12 ta' Settembru n-nunzju Appostoliku ġdid għal Malta Mons. Alessandro D'Errico għamel żjara lil anzjani tagħna fir-residenza Domus Pacis f'Baħar iċ-Ċagħaq fejn ukoll huwa rrtirat Mons. Sylvestru Magro, OFM.", "Huwa kien akkumpanjat mill-isqfijiet franġiskani Maltin Mons. Robert Camilleri, Mons. Joe Bonello u Mons. George Bugeja.", "Bħalissa f'Domus Pacis jinsabu rrtirati flimkien ma Mons Sylvestru Magro, OFM, P. Ġwann Micallef, P. Kerubin Galea u P. Ġużepp Camilleri."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8341", "date": "October 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkażjoni tal-festa ta' San Franġisk il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, ħareġ ċirkulari dwar il-prijoritajiet li l-Kapitlu Provinċjali fassal u għalhekk żmien x'naħlu ma għandniex għax iż-żmien qiegħed igerbeb ġmielu.", "Il-Festa tal-Missier tagħna Franġisku, l-Fqajjar t'Assisi, tista' tgħid iġġib fi tmiemu ż-żmien tas-Sajf, żmien marbut ma' vaganzi, safar u elf ħaġa oħra, u jimmarka b'mod qawwi l-bidu ta' sena oħra ta' ħajja aktar ta' ġabra u ta' ħidma skandita biż-żminijiet liturġiċi li mill-Avvent iwassluna għall-Milied, mir-Randan għall-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid, b'dan tal-aħħar li jwassalna għall-festi kbar ta' Pentekoste, it-Trinita' Qaddisa u Corpus Domini.", "Is-Sajf bħal iwaqqaf kollox.", "Iħarbat kollox.", "Kollox ikun fuq maintenance mode biex ngħid hekk.", "Min ġej u min sejjer għal xi jiem ta' mistrieħ, f'Malta jew barra minn Malta.", "F'kelma waħda wieħed jieħu l-affarijiet aktar bil-mod, anke minħabba l-fatt li s-sħana tagħmel taħħa sew.", "Kien għalhekk li wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Kapitlu Provinċjali ta' Mejju ta' din is-sena, wara li ġew iffurmati l-fraternitajiet il-ġodda, bħal donnu waqaf kollox, kollox kien on hold.", "Imma issa li reġgħat magħna din il-Festa hekk għażiża għalina, jeħtieġ inxammru mill-ġdid il-kmiem u nmiddu għonqna sabiex inwettqu dak li bħala aħwa miġbura iddeċidejna li huma l-prijoritajiet tagħna bħala fraternita' Provinċjali kif ukoll Lokali għat-tlett snin li ġejjin.", "U żmien x'naħlu ma għandniex għax iż-żmien qiegħed igerbeb ġmielu.", "U quddiemna għandna il-figura kariżmatika ta' dan il-Qaddis li saħħret warajha eluf kbar ta' nies tul dawn l-aħħar tminn mitt sena u fuqhom.", "Din il-kariżma, tibqa' dejjem rilevanti għad-dinja li ninsabu ngħixu fiha, li għalkemm fid-dieher tidher ħafna differenti mid-dinja li kien igħix fiha Franġisku, imma fl-istess ħin wieħed jista' jgħid li tixbaha ħafna wkoll.", "Rilevanti u bżonnjużha.", "Id-dinja ta' 'llum għandha bżonn ta' persuni, irġiel u nisa, imlaqqmin mill-Kelma tal-Evanġelju, imlaqqmin mill-kariżma Franġiskan, iddedikati bi ħġarhom biex bil-ħajja tagħhom, bl-eżempju aktar milli bil-kelma, ilaqqmu id-dinja, is-soċjeta', in-nies ta' madwarhom.", "Kultant ilkoll kemm aħna nintilfu fuq irqaqgħat u ħwejjeġ oħra frivoli li mhux talli ma jwassluna mkien, talli jieħdu ħafna mill-ħin, mill-erenġija, mir-riżorsi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Huwa għalhekk tal-akbar importanza li aħna f'din il-Festa għal darb'oħra niffukaw mill-ġdid fuq is-sejħa tagħna u fuq dik it-tweġiba li darba, forsi tant snin ilu, tajna b'deċiżjoni, b'konvinzjoni, b'ġenerożita' kbira, b'att ta' Fidi, ta' Tama u ta' Mħabba.", "Intlaqna f'idejn Alla u f'idejn il-Fraternita' li tagħha bdejna niffurmaw parti.", "Jiġri li kultant maż-żmien bħal nitilfu s-sens ta' identita' u appartenenza tagħna u mingħajr ma nintebħu nibdew nitbiegħedu mill-ideal Franġiskan.", "Il-melħ jaqta'!", "Id-dawl jintefa'!", "U flok indakkru, inlaqqmu s-soċjeta' ta' madwarna, niddakkru, nitlaqqmu aħna minnha!", "Il-Fraternitajiet tagħna huma magħmula minn bnedmin li ebda' wieħed minna ma huwa perfett.", "Ilkoll midinbin, imma lkoll imsejħin sabiex inwieġbu 'llum, kuljum għas-Sejħa ta' Mħabba speċjali li jagħmlilna l-ħin kollu l-Mulej u l-Imgħallem tagħna Ġesu'.", "Veru li hemm mil-fraġilita' tat-tafal li naraw fuq barra.", "Imma veru wkoll li ġewwa fina hemm Spirtu qawwi.", "Ma jimpurtax jekk il-ġisem ikun dgħajjef, għajjien.", "L-aqwa li l-ispirtu jkun irid!", "Jiena konvint li fina lkoll hemm dan l-ispirtu ġenwin li tassew irid iwieġeb għas-Sejħa, għar-Rieda ta' Alla.", "Imma mhux kulħadd għal rasu, waħdu, iżda flimkien.", "Inwieżnu lil xulxin, inqawwu qalb xulxin, ngħinu lil xulxin.", "B'dan il-ħsieb f'moħħi u f'qalbi nixtieq ħafna nħeġġeġ lilna lkoll sabiex din is-sena nagħmlu ħilitna biex ilkoll kemm aħna nkunu aktar preżenti għal xulxin fil-ħajja tal-Fraternita' tagħna Lokali u Provinċjali.", "Akar preżenti u parteċipi fil-mumenti tal-Fraternita', fl-atti komuni tat-talb flimkien, tal-ikel flimkien, tar-rikreazzjoni flimkien.", "Infittxu aktar lil xulxin.", "Ngħixu ħajja aktar ta' ġabra fil-Fraternita' tagħna, fil-kunventi tagħna li huma l-ewwel u qabel kollox djarna.", "Mhux il-post fejn sempliċement għandi kamarti fejn inżom ħwejġi u fejn norqod u fejn insib jistennieni l-ikel ta' kuljum.", "Imma tassew il-post fejn ngħix, fejn ngħammar, fejn nagħti sehemi, fejn niltaqa' ma ħuti li għandhom l-istess Sejħa tiegħi.", "Ma nħallux l-aljenazzjonijiet u d-distrazzjonijiet ta' madwarna jitfu fina s-sens ta' identita' u ta' appartenenza.", "Ħadd minna ma huwa indipendenti u awtonomu!", "Ilkoll kemm aħna għandna bżonn ta' xulxin!", "Is-Sejħa tagħna Franġiskana ma nistgħux ngħixuha waħidna, imma flimkien!", "Bħal Missierna San Franġisk jeħtieġ nifhmu li l-Mulej tana aħwa, u lkoll kemm aħna msejħin sabiex inkunu aħwa għal xulxin.", "Aħna li darba poġġejna idejna fuq il-moħriet, ma nħarsux lura, imma nibqgħu nħarsu 'l quddiem bl-istess ħeġġa, bl-istess ġenerożita' tal-bidu.", "Inħeġġeġ ħafna lil Gwardjani u lis-Superjuri Lokali sabiex dejjem jaraw li l-aħwa kollha jagħmlu dan.", "Waqt li nawgura minn qalbi l-Festa t-tajba lil kull wieħed u lil kulħadd, nitlob il-Mulej sabiex bl-interċessjoni ta' Missierna San Franġisk iberikna."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8348", "date": "October 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar l-Erbgħa 4 ta' Ottubru, ġewwa l-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta' Missierna San Franġisk.", "Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta' bosta Patrijiet, Sorijiet, Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular (OFS), Kavallieri tal-Qabar ta' Kristu, benefatturi, kif ukoll nies li jiffrekwentaw il-Knejjes tagħna.", "Waqt l-Omelija tiegħu l-Ministru Provinċjal tkellem fuq kemm Ġesù Kristu/San Franġisk kien pastas, imma mhux fis-sens li nużawha aħna, imma fil-veru sens tal-kelma.", "Huwa spjega xi tfisser tkun pastas u għalhekk Ġesù Kristu kien pastas għax refa' id-dnubiet tagħna u San Franġisk għax ħareġ jixbaħ lil Ġesù refa' it-toqol ta' bnedmin oħra.", "Għalhekk aħna ukoll il-patrijiet għax magħmdin aħna imsejħin biex inkunu sagrament għal ħaddieħor.", "U għalhekk San Franġisk ħalla lil Ġesù jagħmel biħ li jrid, imma mhux kif tgħid id-dinja biex taħtaf kollox u li tgħaddi tiegħek, imma umli u nħallu lil Ġesù jaħdem bina.", "Għalhekk San Franġisk kien don għall-Knisja, u għalhekk aħna msejħin biex inkunu l-pastas ta' ħaddieħor.", "Wara l-quddiesa kulħadd kien mistieden għal riċeviment fil-Kunvent."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8416", "date": "November 04, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar l-Erbgħa 1 ta' Novembru ġewwa id-Dar tal-Formazzjoni, fil-Kunvent tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat, Robert Govus u Christopher Bilocca bdew il-Postulandat fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Minuri.", "Għal din l-okkazzjoni kienu mistednin l-familjari tal-Postulanti kif ukoll il-Patrijiet.", "Iċ-ċelebrazzjoni kienet tikkonsisti billi flimkien tlabna t-talba tal-Għasar u wara ħsieb mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM, Robert u Christopher tlibsu s-sinjal tat-Tau Franġiskan.", "Il-Provinċjal qal li importanti li l-kandidat iħossu komdu fil-fraternità imma jista' jkun li minn flok wieħed ifittex lil Mulej ikun ifittex il-konsolazzjoni u għalhekk mhux raġuni biex ikollok vokazzjoni.", "Anke Pietru fuq il-muntanja Tabor kien qed jitpaxxa bil-konsolazzjoni tal-Mulej, għax meta mbagħad kellmu fuq it-tbatija, beda jlumu.", "Huwa semma wkoll kif meta jiġu mumenti fuqi ta' dlam ma jfissirx li vokazzjoni m'għandix.", "Dan ħassu anke San Franġisk u allura anke aħna ngħaddu minn dawn il-mumenti ta' dlam.", "Imma d-dlam huwa importanti ukoll għax fid-dlam biss tista' tara s-sbuħija tal-bniedem.", "Huwa kompla fuq ittra li kiteb lil Postulanti, fuq dak li għid Ġesù lil Appostli: \"Mhux intom għażiltuni imma jien għażiltkom\" u dan għaliex \"inti qiegħed eżatt fejn iridek Alla issa\" u dak li għaddejt minnu qabel, kien maħsub minn Alla biex inti tkun eżatt fejn qiegħed issa.", "Allura huwa importanti li dawn il-postulanti jirritornaw spiss għal din l-ittra biex jekk huma qed iħossu sejħa, dik is-sejħa qed jagħmilha l-Mulej.", "U jekk huma qed iħossuhom f'mument partikolari, jiftakru li dak hu l-mument eżatt fejn il-Mulej irridhom ikunu.", "Wara huwa tkellem fuq fit-tifsira tal-Postulandat u qal li bħal ma fis-seminarju Franġiskan hemm akwarju u min jaf kemm għaddew minn quddiemu u jħarsu x'hemm ġo l-akwarju, imma dejjem minn barra u tagħmel differenza meta inti tidħol ġo l-akwarju.", "U meta wieħed jidħol ġo l-akwarju, l-akwarju mhux se jibqa' l-istess għax issa dħalt int, u lanqas inti mhu se tibqa' l-istess għax qed tgħix ma' elementi l-oħra.", "Issa l-Postulanti l-ġodda se jibdew żmien ta' dixxerniment aktar intensiv.", "Issa mhux iżjed se jħarsu barra mill-akwarju imma issa se jidħlu fiħ.", "Nitolbu biex dawn il-kandidati ġodda li laqgħu s-sejħa tal-Mulej ikomplu b'ħafna entużjażmu jimxu warajh fuq il-passi ta' San Franġisk.", "Wara ċ-ċelebrazzjoni kien hemm riċeviment fl-istess kunvent."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8465", "date": "November 28, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar is-Sibt 18 ta' Novembru fl-10.30 ta' filgħodu, il-Provinċja Franġiskana ċċelebrat Quddiesa kkonċelebrata ġewwa l-Kappella tac-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Din il-quddiesa tiġi ċċelebrata kull sena fil-kappella taċ-ċimiterju, matul ix-xahar ta' Novembru biex nitolbu għal dawk il-patrijiet li ħallewna.", "Il-Quddiesa kienet ċċelebrata mill-Ministru Provincjal P. Richard S. grech , OFM u li għaliha attendew numru sabiħ ta' patrijiet."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8477", "date": "November 28, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wara li f'Diċembru li għadda ġie ippubblikat l-ewwel volum tal-ktieb ġdid tat-Talbiet tal-Fidili, il-Provinċja Franġiskana permezz ta' P. Anton Farrugia għadha kemm ippubblikat t-tieni volum li jiġbor fih it-talbiet tal-fidili – Żminijiet Privileġġjati: Avvent, Milied, Randan u Għid.", "Erba' invokazzjonijiet qosra, b'introduzzjoni, talba ta' konklużjoni u ritornell.", "Il-ktieb b'qoxra iebsa u b'żewg żigarelli għandu format ta' 25 x 8 cm b'tipa li tinqara' tajjeb.", "Issa jinsab għall-bejgħ, u tista tordna l-kopja tiegħek fuq telefon 99821622, għall-prezz ta' €20."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=15", "date": "May 22, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Kapitlu Provinċjali beda fid-9.00 am bil-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech ofm.", "Fil-messaġġ tiegħu hu ta merħba għal mument importanti fil-ħajja tal-Provinċja. (more…) More Bejn illum 22 u l-25 ta' Mejju l-Patrijiet se jinġabru fid-Dar tal-Irtiri f'Baħar iċ-Ċagħaq għal-Kapitlu Provinċjali Intermedju. (more…)", "Il-Ħadd 7 ta Mejju P. Alfred Sciberras flimkien ma bosta patrijiet, qraba u ħbieb iċċelebra 50 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.", "Fil-bidu tal-quddiesa huwa rringrazzja lil Alla tad-don tas-saċerdozju, kif ukoll talab li jibqa' jkun strument fil-għalqa tal-Mulej. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Mejju jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8240", "date": "August 12, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-11 ta' Awwissu festa liturġika ta' Santa Klara, ġiet iċċelebrata l-Festa ta' Santa Klara ġewwa l-Monasteru ta' San Ġiljan.", "Iċ-ċelebrażżjoni kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM.", "Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem fuq is-sabiħ tal-qaddisin u qal li \"Saints are people with God's light shining through\" u spjeġa li aħna għandna dan id-dawl li qiegħed ġo fina.", "Allura skond is-sejha tagħna dak id-dawl irrid jiddi barra minna fuq id-dinja ta' madwarna.", "U dan fehmitu Santa Klara tant li Alla kien jidher fil-ħajja tagħna.", "U aħna ma nistgħux ixekklu dan id-dawl li hemm jgħammar ġewwa fina.", "Huwa semma t-tliet kelmiet li l-Ordni se juża fil-Kunsil Plenarju: \"listen, discern, action\" u għalhekk importanti li aħna nisimgħu lil Alla jkellimna f'qalbna u naġixxu.", "Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa tat il-messaġġ tagħha ta' ringrazzjament għal dak kollu li l-Mulej jgħamel mas-sorijiet Klarissi.", "Hi tkellmet fuq is-sapport li tara min-nies li ta' kuljum jirrikorru għandhom speċjalment għat-talb.", "Importanti li nkomplu nimxu t-triq kollha dawl flimkien u appellat għat-talb fil-familji għax aħna rridu nirrikorru għand Ġesù għax hu ma jabbandunaniex.", "Wara l-quddiesa dawk preżenti kienu mistiedna għal riċeviment fil-ġnien tal-monasteru.", "Omelija Ministru Provinċjal:", "Messaġġ Madre Badessa:"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8266", "date": "August 23, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Matul il-lejl seħħ dak li qatt ma stennejna.", "Mill-ewwel informazzjoni li għandna fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu') waqgħet il-parti tas-saqaf ta' fuq l-artal mejda.", "Il-ħsara hi kbira u minħabba periklu eżistenti ħadd ma jista' jidħol fil-Knisja.", "Bħalissa hemm il-Pulizja li qed jevalwaw is-sitwazzjoni.", "Il-Patrijiet jitolbu l-prudenza, u javżaw li mhux se jkun hemm quddies sakemm jerġgħu jħabbru mod ieħor.", "Inroddu ħajr lil Alla li dan seħħ billejl u ħadd ma weġġa!"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8292", "date": "August 30, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Aġġornament tax-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù, ir-Rabat u dan biex ikompli jitneħħa l-periklu minn dik il-parti tas-saqaf li ma waqgħax.", "Wara dan isir ilqugh temporanju biex jilqa' għall-elementi tat-temp bit-tama li fl-iqsar żmien possibbli 'ssir il-koppla li qatt ma saret."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=14", "date": "June 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ġimgħa 2 ta' Ġunju 2017 tlaqqa il-Kungress Kapitulari ġewwa iċ-Ċentru Franġiskan, Baħar iċ-Ċagħaq.", "Il-Kungress kien immexxi mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM li mad-Definitorju tiegħu, (more…) More Il-Kapitlu Provinċjali daħal fl-aħħar ġurnata tiegħu, bdejna fid-9.00 am bit-talba ta' Nofs il-Jum, bil-Provinċjal jagħmel riflessjoni qasira fuq \"O Alla, jien marbut bil-wegħdiet tiegħek\". (more…)", "Il-Kapitlu Provinċjali daħal fit-tielet ġurnata tiegħu, billi bdejna fid-9.00 am bit-talba ta' Nofs il-Jum, bil-Provinċjal jagħmel riflessjoni qasira fuq Salm 54 \"Inti sieħbi u wieħed bħali\". (more…)", "Il-Kapitlu Provinċjali kompla llum billi bdejna fid-9.00 am bit-talba ta' Nofs il-Jum.", "Moderatur matul din il-ġurnata kien P. Martin Coleiro, OFM fejn għamel ir-Roll Call u wara nqraw il-minuti. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8179", "date": "June 07, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ħadd 5 ta' Ġunju 2017, id-Djakni tal-Provinċja tagħna, P. Ramon Farrugia OFM u P. Clive Camilleri OFM, bdew l-irtir bi preparazzjoni għall-Ordinazzjoni Presbiterali flimkien ma tlett Djakni Djoċesani Dun Siclair Bugeja, Dun Ryan Lee Pace u Dun Mark Spiteri u d-Djaknu Dumnikan P. Aaron Zahra.", "Dan l-Irtir li qed jiġi organiżżat mis-Seminarju Djoċesan, qed isir ġewwa Dar Stella Maris, iż-Żebbuġ Għawdex u qed jiġi immexxi minn Mons. Anton Gouder.", "Nkomplu nitolbu għal dawn ħutna, li se jiġu ordnati Saċerdoti minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fit-30 ta' Ġunju, sabiex il-Mulej ikompli jimlihom bil-fidi fis-Sejħa tiegħU u bil-kuraġġ biex ikomplu jilqawha b'ferħ u gratitudni."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8185", "date": "June 20, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["P. Walter Vassallo OFM u P. Ramon Farrugia OFM għadhom kemm temmew il-Master fil-Pastorali Vokazzjonali organizzat mill-Provinċja Serafika ta' Assisi ġewwa iċ-Ċentru tal-Konferenzi Domus Pacis, Santa Marija tal-Anġli.", "Kien kors ta' tlett ġimgħat intensivi, li daħal f'diversi aspetti tal-evanġeliżżazzjoni, tal-ħidma vokazzjonali ġenerali u speċifika, u tal-akkumpanjament taż-żgħażagħ.", "Kienu ġimgħat mhux biss ta' tagħlim, iżda ukoll ta' qsim ta' esperjenzi differenti bejn id-diversi parteċipanti tal-kors; kemm dawk Franġiskani maskili u femminili, Reliġjużi oħrajn, u Saċerdoti Djoċesani; kemm Taljani kif ukoll minn diversi pajjiżi oħra.", "Ma naqsux il-mumenti fraterni li kienu importanti ħafna biex l-esperjenza setgħet tkun mixja sabiħa bħala Knisja magħquda b'għan li sservi l-Poplu t'Alla skond ir-rieda tiegħU."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8211", "date": "July 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["P. Clive Camilleri u P. Ramon Farrugia l-Ġimgħa li għaddiet 30 ta' Ġunju ġew ordanti saċerdoti.", "L-ordinazzjoni saret mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta' San Ġwann il-Belt Valletta.", "Huwa ġew ordnari ma ebra' żgħażagħ oħra.", "Din l-ordinazzjoni ħabtet eżatt mal-1950 anniversarju mill-martirju ta' San Pawl, l-Arċisqof appellalhom biex qatt ma jagħmlu \" discounts\" fuq l-Evanġelju.", "Saħaq li fis-servizz tagħhom għandu jibqgħu dejjem jistaqsu lill-Mulej, min hu u x'għandhom jagħmlu.", "Mons Scicluna talabhom biex iżommu dejjem f'moħħhom iż-żewġ mistoqsijiet li għamel San Pawl meta ltaqa' ma' Ġesù.", "L-Arċisqof qal li bħalma San Pawl żviluppa t-teorija tiegħu tal-Knisja bħala l-ġisem ta' Ġesù għax kien ispirat mill-kliem ta' Ġesù meta ltaqa' miegħu, hekk għandhom huma jibqgħu jaħsbu fuq dak li qal Sawlu.", "\"Dawn huma żewġ mistoqsijiet li jiftħulkom ir-relazzjoni speċjali li għandkom ikollkom ma' Ġesù\", kompla l-Arċisqof.", "Fakkar lid-djakni biex jiftakru f'dawk in-nies li tul ħajjithom mexxewhom minn idejhom, bħall-ġenituri, il-ħbieb, l-għalliema, il-katekisti u s-saċerdoti u l-patrijiet. ,L-Arċisqof temm jgħid li l-ordinazzjoni mhijiex prize day , għax m'għandhomx iqisuha bħala rigal tax-xogħol li se jagħmlu.", "\"Għad taħsbu li intom xi superman …ftakru li mingħajr il-Mulej ma tistgħu tagħmlu xejn\"", "L-għada s-Sibt iż-żewġ saċerdoti novelli ċċelebraw l-ewwel quddiesa tagħhom: P. Clive erħiela lejn Għawdex fejn iċċelebra l-quddiesa ġewwa s-Santwarju ta' Pinu u P. Ramon iċċelebra l-quddiesa tiegħu ġewwa l-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=17", "date": "April 03, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Kull bidu fih it-tmiem!", "U anke din l-esperjenza taż-Żjara Franġiskana ġiet fi tmiemha l-Ħadd 2 ta' April b'quddiesa kkonċelebrata minn P. Walter Vassallo OFM koordinatur ta' din iż-żjara fil-Parroċċa Maria Annunzjata Ħal-Tarxien. (more…)", "Is-Sibt filgħaxija wara ġimgħa ta' laqgħat, żjajjar fid-djar, talb u priedki, kien imiss mument ferrieħi flimkien mal-Parruċċani tal-Parroċċa Maria Annunzjata f'Ħal Tarxien permezz ta' lejla soċjali. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' April jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "P. Marcellino Micallef, OFM Vigarju Provinċjali u Gwardjan tal-Kunvet tagħna tal-Belt, nhar it-Tlieta 28 ta' Marzu ingħata ċ-Ċittadinanza honoraria minn idejn is-sindku tal-Belt Alexiei Dingli. (more…)", "Is-Sibt 25 ta' Marzu ingħata bidu għaż-Żjara Franġiskana, li din is-sena qed issir fil-Parroċċa ta' Maria Annunzjata, Ħal Tarxien.", "Iż-Żjara Franġiskana bdiet b'Quddiesa mill-Kappillan tal-Parroċċa u li fiha ingħata l-mandat lill-missjunarji li se jkunu qed jieħdu sehem u jagħmlu ż-żjarat fid-djar. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=16", "date": "April 28, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Erbgħa 26 ta' April fil-kunvent tagħna tar-Rabat, saret l-evalwazzjoni taż-Żjara Franġiskana li din is-sena saret fil-Parroċċa ta' Ħal Tarxien.", "Din il-laqgħa tmexxiet minn P. Walter Vassallo OFM Koordinatur tal-istess Żjara, flimkien mal-patrijiet, sorijiet u l-OFS. (more…)", "Il-Ħadd filgħodu 23 ta' April, fil-Knisja Franġiskana ta' San Franġisk il-Ħamrun, P. Ġwann Micallef OFM iċċelebra 60 sena saċerdot.", "F'quddiesa fejn kien kontinwament jidher emozjonat speċjalment x'ħin P. Ġwann ħareġ fil-Knisja u l-ġemgħa nfexxet f'ċapċipa kbira. (more…)", "It-Tlieta 18 ta' April, il-Provinċja Franġiskana organizzat Pasquetta flimkien permezz ta' karozza 'Hop On Hop Off'.", "Iltqajna fid-9.30 ħdejn id-Domus Rumana u minn hemm bdejna t-triq tagħna lejn iż-Żurrieq fejn hemm għamilna l-ewwel waqfa tagħna. (more…)", "Il-Patrijiet Franġiskani flimkien mal-kummissjoni tfal u l-Kummissjoni festi tal-Parroċċa tagħna tas-Sacro Cuor tas-Sliema se torganiżża \"Pagaent tal-Passjoni fit-Toroq\" tal-istess Parroċċa.", "Din ser issir nhar is-Sibt 8 ta' April u tibda fis-7.30pm minn fuq iz-zuntier tal-Knisja. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7944", "date": "May 09, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħadd 7 ta Mejju P. Alfred Sciberras flimkien ma bosta patrijiet, qraba u ħbieb iċċelebra 50 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.", "Fil-bidu tal-quddiesa huwa rringrazzja lil Alla tad-don tas-saċerdozju, kif ukoll talab li jibqa' jkun strument fil-għalqa tal-Mulej.", "Fl-omelija minn P. Joseph Ciappara qal li l-liturġija tal-jum, tippreżenta lil Ġesù bħala r-ragħaj, hekk ukoll P. Alfred qedgħa dawn il-50 sena bħal ragħaj għal poplu li l-Mulej offrielu.", "Huwa qal li aħna mportanti li nkunu nagħag ta' Kristu, imma mportanti li nkunu ukoll ragħja tal-poplu.", "Alla jmantnina bl-Ewkaristija imma ukoll bil-kelma u dan kollu permezz tas-saċerdozju, imma ukoll aħna msejħin biex inkompluha fil-familji tagħna.", "Għalhekk P. Alfred importanti li jkun raġġ ta' tama għal dawk li jiltaqgħa magħhom, mhux biss, imma bħal dan ir-ragħaj tajjeb aħna ukoll irridu nkunu raġġ ta' tama permezz ta' din il-bxara.", "Il-liturġija kienet animata mill-Kor 'Coro bel Canto'.", "Jikkonċelebra miegħu kien hemm P. Ġużepp Camilleri, li wkoll iċċelebra 50 sena saċerdot nhar is-15 ta' Marzu fir-Rabat .", "Wara l-quddiesa l-fraternità tal-Ħamrun preżentatlu ikona tal-Madonna tas-Sokkors, kif ukoll kien hemm il-bews tal-idejn."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8065", "date": "May 23, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Kapitlu Provinċjali kompla llum billi bdejna fid-9.00 am bit-talba ta' Nofs il-Jum.", "Moderatur matul din il-ġurnata kien P. Martin Coleiro, OFM fejn għamel ir-Roll Call u wara nqraw il-minuti.", "Wara s-Sur George Peresso għamel riflessjoni bit-tema: \"Min se jitfi l-aħħar bozza u jagħlaq il-bieb.\" (audio jinsab iktar l-isfel).", "Wara brejk qasir kulħadd mar fil-workshop tiegħu.", "Fil-12.15 erġajna ltqajna fl-awla kapitulari biex jinġabru r-Rapporti tal-Workshops.", "Il-Kapitlu jkompli għada fid-9.00 am.", "Riflessjoni mis-Sur George Peresso"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8078", "date": "May 24, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Kapitlu Provinċjali daħal fit-tielet ġurnata tiegħu, billi bdejna fid-9.00 am bit-talba ta' Nofs il-Jum, bil-Provinċjal jagħmel riflessjoni qasira fuq Salm 54 \"Inti sieħbi u wieħed bħali\".", "Moderatur matul din il-ġurnata kien P. Marcello Ghirlando, OFM fejn qara ittra li bagħat Mons. George Bugeja, OFM fejn kienet tgħid li hu qed jingħaqad magħna f'talba lill-Mulej biex jagħtina dixxerniment meħtieġ biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu ikunu għal ġid tal-futur tal-Provinċja skond ir-rieda tiegħU.", "Huwa talab biex niftakru wkoll fil-Missjoni tal-Libja, kemm fi Tripli kif ukoll f'Benghażi.", "Wara saret ir-Roll Call u wara nqraw il-minuti.", "Dun Anton Theuma għamel riflessjoni bit-tema: \"Naħdmu għall-Vokazzjonijiet u nwieżnu l-Vokazzjonijiet Ġodda.\" (audio jinsab iktar l-isfel).", "Wara brejk qasir kulħadd mar fil-workshop tiegħu.", "Fil-12.15 erġajna ltqajna fl-awla kapitulari biex jinġabru r-Rapporti tal-Workshops.", "Il-Kapitlu jkompli għada fid-9.00 am bl-elezzjonijiet tad-Definituri l-ġodda", "Riflessjoni minn Dun Anton Theuma: ( PDF )"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8089", "date": "May 25, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Kapitlu Provinċjali daħal fl-aħħar ġurnata tiegħu, bdejna fid-9.00 am bit-talba ta' Nofs il-Jum, bil-Provinċjal jagħmel riflessjoni qasira fuq \"O Alla, jien marbut bil-wegħdiet tiegħek\".", "Il-moderatur kien P. Paul Attard, OFM qara r-Roll Call u nqraw il-minuti.", "Wara P. Walter Vassallo, OFM preżenta l-Working Document.", "Il-provincjal tkellem fit-tul, fuq l-importanza tal-klawsura fil-kunventi.", "P. Stephen Sciberras, OFM Direttur taċ-Ċentru Franġiskana għamel kelmtejn fuq żewġ attivitajiet li qed jorganizza dan l-istess Ċentru.", "Il-Ministru provinċjal tkellem fuq il-proġett ta' Domus Paċis li se jsir fuq id-Dar tal-Irtiri.", "Fil-11.15 bdejna bl-elezzjoni u konferma tad-Definituri Provinċjali, fejn ġew eletti: P. Twanny Chircop, OFM, P. Marcello Ghirlando, OFM, P. Stephen Magro u P. Walter Vassallo, OFM.", "Wara r-rit tal-elezzjoni l-Provinċjal iddikjara l-Kapitlu magħluq."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8175", "date": "June 05, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ġimgħa 2 ta' Ġunju 2017 tlaqqa il-Kungress Kapitulari ġewwa iċ-Ċentru Franġiskan, Baħar iċ-Ċagħaq.", "Il-Kungress kien immexxi mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM li mad-Definitorju tiegħu, iddiskutew u approvaw il-familji il-ġodda fil-Kunventi tagħna kif ukoll it-tqassim tal-Uffiċċji tal-Provinċja.", "Dan wara li kien ġie fi tmiemu il-Kapitlu Provinċjali Intermedju u wara li l-Provinċjal żar u tkellem mal-Patrijiet kollha tal-Provinċja.", "Il-lista tal-Fraternitajiet il-ġodda u l-Uffiċċji li ingħataw, jinsabu fis-sezzjoni \"Province\" ta' dan is-sit."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=8029", "date": "May 22, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Bejn illum 22 u l-25 ta' Mejju l-Patrijiet se jinġabru fid-Dar tal-Irtiri f'Baħar iċ-Ċagħaq għal-Kapitlu Provinċjali Intermedju.", "Matul dawn il-ġranet isiru diversi rapporti ta' kif sejra l-Provinċja u anke naraw il-futur f'dawn it-tlett snin li ġejjin.", "It-Tnejn nibdew bil-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu, jinqraw ir-'The Rules of Procedure' u jinqara r-Rapport tal-Ministru Provinċjal Richard S. Grech OFM u wara xi kjarifiki.", "Wara jinqara r-Rapport mill-Kummissjoni Ekonomika tal-Provinċja u wara xi kjarifiki.", "It-Tlieta t-tema se tkun il-Komunjoni Fraterna u fuq dan ser issir Riflessjoni minn Mr George Peresso : \"Min se jitfi l-aħħar bozza u jagħlaq il-bieb\".", "L-Erbgħa t-tema se tkun fuq l-importanza li naħdmu għall-Vokazzjonijiet u nwieżnu l-Vokazzjonijiet Ġodda.", "Fuq dan ser issir riflessjoni minn Dun Anton Theuma.", "Wara r-riflessjonijiet f'dawn il-jiem isiru Worshops kif ukoll jitħejjew rapporti li umabgħad jinqraw waqt l-assemblea.", "Il-Ħamis wara li jinqraw il-minuti u jsiru xi riżoluzzjonijiet, rapport fuq id-Dar tal-Anżjani 'Domus Pacis'.", "Fejn qegħdin u fejn se naslu!.", "Wara l-Brejk isiru l-Elezzjonijiet tad-Definituri l-ġodda.", "Wara diskors tal-għeluq tal-Kapitlu mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.", "Dan is-sit se jżommkom aġġornati b'dak kollu li jkun qed jiġri matul il-jiem tal-Kapitlu Provinċjali, b'filmati, informazzjoni, ritratti u awdjo."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=19", "date": "February 19, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Faternità Franġiskana tar-Rabat, se tibda inizjattiva ġdida tul il-ġimgħat tar-Randan li tikkonsisti f'mumenti ta' talb għaż-żgħażagħ minn 18-il sena l-fuq.", "Meta ftit tal-jiem ilu Fra Alessandro kien magħna għal żewġ kunċerti li ta, wieħed fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun u kunċert ieħor fil-Parroċċa ta' San Publiju l-Furjana, s-sit ofm.org.mt ħadlu ftit kummenti fuq il-vokazzjoni tiegħu. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7860", "date": "April 06, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Patrijiet Franġiskani flimkien mal-kummissjoni tfal u l-Kummissjoni festi tal-Parroċċa tagħna tas-Sacro Cuor tas-Sliema se torganiżża \"Pagaent tal-Passjoni fit-Toroq\" tal-istess Parroċċa.", "Din ser issir nhar is-Sibt 8 ta' April u tibda fis-7.30pm minn fuq iz-zuntier tal-Knisja.", "Din l-attività qed ssir għall-ewwel darba u se tkun animata kollha kemm hi mit-tfal.", "Se tkun imqassma f'tappi u f'postijiet differenti.", "Matul it-triq se jkun fiha waqtiet ta' mużika, qari mill-Vanġelu u mimi.", "Jiehdu sehem ukoll il-kor tal-Knisja kif ukoll is-Salesian Boys' Brigade.", "Attività li hija marbuta ma' dan iż-żmien speċjali tal-Passjoni, l-mewt u l-qawmien ta' Ġesù li tiċċelebra l-Knisja universali u din il-pagaent mhux attività ta' min jitlifa."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7684", "date": "March 16, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["F'quddiesa kkonċelebrata, nhar l-Erbgħa 15 ta' Marżu P. Ġużepp Camilleri, OFM iċċelebra l-50 sena saċerdot.", "Viżibilment emozzjonat, P. Ġużepp irringrazzja lil Alla ta' dak kollu li għamel miegħu u talab l-għajnuna tal-kongregazzjoni biex jitolbu għalih ħalli jkompli jżomm idejh fuqu.", "Dan qalu biex il-Mulej ikompli jagħtih dak li għandu bżonn kif ukoll P. Ġużepp ikun kapaċi jilqa kollox minn idejn Alla.", "Fl-aħħar talab lil kulħadd biex ifaħħar lil Alla ta' dak kollu l-għamel miegħu.", "Minn naħa tiegħu l-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM qal li l-Ordni u l-komunità qed jifirħu miegħu għal dan il-mument u grazzja ta' 50 sena saċerdot.", "Huwa qal li kien mument ta' ringrazzjament lil Alla ta' dak kollu li għamel miegħu matul dawn il-50 sena, waqt li jibqa jkun strument għal-glorja tiegħu.", "Huwa ħa l-okkażjoni biex jifraħ lil P. Alfred Sciberras OFM, Fr. Joe Barbara MSSP, P. Marcellino Meilaq, OFM u lil P. Edward Zammit, OFM li lkoll qed jiċċelebraw 50 sena saċerdoti.", "Imwieled ir-Rabat, Malta nhar it-23 ta' April, 1940 bin Paul Camilleri u Carmen nee' Attard, P. Ġużepp ingħaqad mal-Ordni Franġiskan mal-Ordni Franġiskan nhar it-13 ta' Ottubru, 1957.", "Għamel il-Professjoni Temporanja nhar l-14 ta' Ottubru, 1958 u dik Solenni nhar il-15 ta' Ottubru 1961.", "Ordna Saċerdot nhar il-11 ta' Marzu, 1967.", "Tul is-snin kemm ilu patri, apparti xogħol pastorali P. Ġużepp serva għal xi żmien bħala Gwardjan, imma l-aktar li dam kien bħala Sagristan Maġġur fil-Knisja tagħna tar-Rabat.", "P. Ġużepp attwalment huwa l-ħajjat tal-Provinċja u fost affarijiet oħra għamel bosta tonok tal-aħwa.", "Preżentement jifforma parti mill-Fraternita' ta' Domus Pacis, ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7870", "date": "April 18, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tlieta 18 ta' April, il-Provinċja Franġiskana organizzat Pasquetta flimkien permezz ta' karozza 'Hop On Hop Off'.", "Iltqajna fid-9.30 ħdejn id-Domus Rumana u minn hemm bdejna t-triq tagħna lejn iż-Żurrieq fejn hemm għamilna l-ewwel waqfa tagħna.", "Wara li mxejna lejn il-\"Blue Grotto\" u fil-viċinanzi, komplejna t-triq tagħna lejn il-Birgu u wara Marsaxlokk fejn kilna pizza flimkien.", "Wara tlaqna lejn id-Dingli Cliffs u lura lejn ir-Rabat.", "Din l-attività serviet biex aħna bħala patrijiet wara x-xogħol tal-festi tal-Għid niltaqgħu u naqsmu l-ferħ tagħna flimkien.", "Prosit lil P. Marcellino Micallef OFM li ħa ħsieb l-organizzazjoni u lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7882", "date": "April 23, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħadd filgħodu 23 ta' April, fil-Knisja Franġiskana ta' San Franġisk il-Ħamrun, P. Ġwann Micallef OFM iċċelebra 60 sena saċerdot.", "F'quddiesa fejn kien kontinwament jidher emozjonat speċjalment x'ħin P. Ġwann ħareġ fil-Knisja u l-ġemgħa nfexxet f'ċapċipa kbira.", "Għal din il-quddiesa kien hemm preżenti patrijiet, qraba u ħbieb ta' P. Ġwann.", "Il-Gwardjan P. Anton Farrugia OFM waqt l-omelija tiegħu qal, li P. Ġwann, li qatta żmien twil fil-Fraternità tal-Ħamrun u li ta s-servizz tiegħu speċjalment fis-sagrament tal-qrar.", "Hu kompla jgħid li \"P. Ġwann kien appostlu tas-sagrament tal-maħfra, tal-ħniena ta' Alla\".", "Dan għaliex dejjem kien disponibbli għal qrar… hu qal li fih naraw \"ikona tal-ħniena ta' Alla\" U proprju għalhekk irridu nroddu ħajr lil Alla tal-ġid li P. Ġwann għamel ma dawk li laqa' fil-ħajja tiegħu u li l-anqas biss hu stess ma jaf ħlief Alla nnifsu\".", "Jikkonċelebra miegħu kien hemm P. Godfrey Micallef, li wkoll iċċelebra 60 sena saċerdot nhar is-16 ta' Marzu fir-Rabat .", "Wara l-quddiesa l-fraternità tal-Ħamrun preżentatlu ikona tal-Madonna tas-Sokkors li P. Ġwann tant hu devot, kif ukoll kien hemm il-bews tal-idejn."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7920", "date": "April 28, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Erbgħa 26 ta' April fil-kunvent tagħna tar-Rabat, saret l-evalwazzjoni taż-Żjara Franġiskana li din is-sena saret fil-Parroċċa ta' Ħal Tarxien.", "Din il-laqgħa tmexxiet minn P. Walter Vassallo OFM Koordinatur tal-istess Żjara, flimkien mal-patrijiet, sorijiet u l-OFS.", "Matul din il-laqgħa ġie nnotat minn kulħadd li kienet esperjenza pożittiva.", "Din iż-żjara kienet l-ewwel waħda li saret fi żmien ir-Randan u ħareġ li din għenet fil-klima kemm bejn il-missjunarji, kif ukoll mal-parruċċani.", "Affarijiet żgħar li dejjem issib wieħed x'jirranġa, imma b'mod ċar intwera l-importanza li ż-żjara ma tispiċċax mal-għeluq imma li jkun hemm 'follow up' organizzat bejn il-Kappillan u l-koordinatur taż-żjara biex iż-żerriegħa li tkun inżergħet wieħed isaqqiha."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=18", "date": "March 16, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħamis 16 ta' Marzu P. Godfrey Micallef, OFM flimkien ma' P. Ġwann Micallef, OFM mexxew konċelebrazzjoni fejn irringrazzjaw lil Alla għas-60 sena saċerdozju tagħhom. (more…) More F'quddiesa kkonċelebrata, nhar l-Erbgħa 15 ta' Marżu P. Ġużepp Camilleri, OFM iċċelebra l-50 sena saċerdot.", "Viżibilment emozzjonat, P. Ġużepp irringrazzja lil Alla ta' dak kollu li għamel miegħu u talab l-għajnuna tal-kongregazzjoni biex jitolbu għalih ħalli jkompli jżomm idejh fuqu. (more…)", "Mill-lum dan is-sit beda jipprovdi nformazzjoni Franġiskana bit-tema: 'This Day in history'.", "Din l-informazzjoni qed tkun miġbura minn P. Dionysius Mintoff, OFM. (more…)", "Nhar il-Ħamis 2 ta' Marzu Papa Franġsiku għamel żjara fil-Bażilika ta' San Giovanni fil-Lateran.", "Huwa jagħmel din iż-żjara kull sena lil kleru ta' Ruma l-għada ta' Ras ir-Randan. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Marzu jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7762", "date": "March 28, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Is-Sibt 25 ta' Marzu ingħata bidu għaż-Żjara Franġiskana, li din is-sena qed issir fil-Parroċċa ta' Maria Annunzjata, Ħal Tarxien.", "Iż-Żjara Franġiskana bdiet b'Quddiesa mill-Kappillan tal-Parroċċa u li fiha ingħata l-mandat lill-missjunarji li se jkunu qed jieħdu sehem u jagħmlu ż-żjarat fid-djar.", "Fil-Quddiesa l-Kappillan laqgħa l-missjunarji u ħeġġeġ lil poplu biex jipparteċipa fl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati kif ukoll ħeġġeġ biex il-familji jilqgħu lil franġiskani li jkunu qed iżuru d-djar.", "Iż-Żjara Franġiskana hija mżewqa b'ħafna laqgħat li għandhom x'jaqsmu mal-ħajja tal-parroċċa u tilħaq kull peruna minn tfal, żgħażagħ, adulti kif ukoll anzjani u morda.", "Iż-żjara Franġsiskana tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd 2 ta' April.", "Iż-Żjara Franġiskana qed tkun ikoordinata minn P. Walter Vassallo, OFM u fiha qed jieħdu sehem bosta patrijiet, sorijiet, kif ukoll lajċi impenjati.", "Aktar aġġornamenti żur il- Facebook Page taż-żjara"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7783", "date": "March 31, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["P. Marcellino Micallef, OFM Vigarju Provinċjali u Gwardjan tal-Kunvet tagħna tal-Belt, nhar it-Tlieta 28 ta' Marzu ingħata ċ-Ċittadinanza honoraria minn idejn is-sindku tal-Belt Alexiei Dingli.", "Huwa qal hekk: \"… din is-sena, tajna iċ-ċittadinanza honoraria lil-Patri Marcellino ta' Ġieżu.", "Persuna li qiegħed jaħdem bla heda biex jiftaħ Kċina tal-fqar fil-Belt Valletta.", "Hekk kif Marcellino kien jitma' il-ħobż u nbid lil Ġesù imsallab, bl-istess mod Patri Marcellino se jitma mijiet ta' nies fil-bżonn kuljum.", "Però apparti l-ikel tal-ġisem li huwa importanti, l-iskop wara il-kċina tal-fqar imur lilhin.", "Se nkunu qegħdin nipprovdu post fejn nies, ħafna drabi imwarrbin u weħidhom, jistgħu jiltaqgħu, jgħidu kelma u jaqsmu t-tbatijiet tagħhom.", "Irridu nattakkaw il-problema tas-solitudni li qegħda tifni ħafna, speċjalment dawk anzjani.", "Għalhekk ukoll il-kunsill qiegħed jaħdem biex jiftaħ l-ewwel ċentru ta' matul il-jum għal-anzjani fil-kunsill lokali il-ġdid.", "Jien inħossni onorat li qiegħed ngħin f'dal-progett li se jagħmel ħafna ġid lil ħafna nies.", "Ftakru li dan huwa proġett mibni fuq il-providenza.", "U ppermettuli nagħmel appell.", "Min jista' jagħti daqqa t'id f'dan il-proġett, jekk jogħġobkhom kelmu lil Patri Marcellino u għinuna.\""]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7805", "date": "April 02, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Is-Sibt filgħaxija wara ġimgħa ta' laqgħat, żjajjar fid-djar, talb u priedki, kien imiss mument ferrieħi flimkien mal-Parruċċani tal-Parroċċa Maria Annunzjata f'Ħal Tarxien permezz ta' lejla soċjali.", "Il-lejla soċjali bdiet b'mument franġiskan fejn inqaraw u tkantaw siltiet franġiskani, u dan kollu kien animat mill-patrijiet u s-sorijiet Franġiskani.", "Wara kien hemm waqfa zgħira fejn tqassam xi ikel.", "Wara kien imiss kant, żfin u dan minn dawk kollha preżenti, patrijiet, sorijiet, lajċi npenjati kif ukoll uħud minn nies li nġarrew minn dan il-kant – fosthom ukoll tfajjel ċkejken li daħal fl-atmosfera.", "Fi tmiem is-serata P. Walter Vassallo, koordinatur ta' din iż-Żjara Franġiskana ħa ftit mumenti biex juri lil dawk preżenti t-tim kollu li kien hemm wara din ż-żjara.", "Mhux biss patrijiet u sorijiet, imma tim kbir ħafna ta' lajċi li taw is-sehem tagħhom biex kollox jimxi sew.", "Huwa semmha u rringrazzja lil kappillan Fr. Micheal Bellizzi tal-inizjattiva li ħa f'risq il-parroċċa, it-tim li twaqqaf apposta biex jikoordina din ż-żjara, dawk li ħadu ħsieb ta' kuljum jipprovdu l-ikel u kull bżonn għall-missjunarji frangiskani.", "Iż-Żjara Franġiskana tiġi fi tmiema l-Ħadd 2 ta' April bil-quddiesa ta' ringrazzjament lil Alla fil-10.15am."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7825", "date": "April 03, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Kull bidu fih it-tmiem!", "U anke din l-esperjenza taż-Żjara Franġiskana ġiet fi tmiemha l-Ħadd 2 ta' April b'quddiesa kkonċelebrata minn P. Walter Vassallo OFM koordinatur ta' din iż-żjara fil-Parroċċa Maria Annunzjata Ħal-Tarxien.", "P. Walter radd ħajr lil Alla ta' din l-esperjenza, kif ukoll lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex kollox ikun jista' jimxi kif pjanat: lil Patrijiet, diversi kongregazzjonijiet ta' sorijiet Franġiskani, Klarissi li kienu qegħdin jitolbu għas-suċċess ta' din iż-żjara kif ukoll l-OFS.", "F'egħluq iż-żjara l-missjunarji permezz ta' rit zgħir reġgħu irritornaw it-TAU lil Kappillan (il-mandat li hu kien tahom fil-bidu taż-żjara).", "Il-Kappillan Fr. Michael Bellizzi minn naħa tiegħu rringrazzja lil missjunarji tal-preżenza tagħhom fil-parroċċa u wiegħed it-talb tiegħu u tal-parruċċani biex il-ġid li sar ikompli.", "Iż-Żjara Franġiskana bdiet is-Sibt 25 ta' Marzu permezz ta' quddiesa mill-Kappillan li matulha ta l-mandat.", "Matul il-ġimgħa umbagħad saru diversi quddies u qrar mill-patrijiet.", "Saru laqgħat għal-ġenituri għal dawk li ser jagħmlu l-ewwel tqarbina u l-griżma.", "Kull filgħaxija saret it-talba tal-Għasar.", "Saru ukoll Lectio Divina fil-familji, laqgħat fil-Każini u laqgħat mal-leaders taż-ZAK.", "Il-Ġimgħa ġie ċċelebrat Penitenzjal u s-Sibt laqgħa Soċjali man-nies tal-Parroċċa, imma fuq kollox iż-żjajjar fid-djar.", "Nieħdu l-okkażżjoni biex nirringrazzjaw lill-Kappillan u lill-poplu ta' Ħal Tarxien tal-akkoljenza li tawna matul din il-ġimgħa.", "Żgur li se nibqgħu ngħożżu dan il-mument speċjali fil-qalb tagħna.", "Inkomplu nitolbu għal xulxin."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=21", "date": "January 01, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Jannar jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…) More Fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola bħal ma jsir kull sena ġiet iċċelebrata Festa Familja ta' żmien il-Milied flimkien mal-familjari tal-patrijiet, nhar il-Ġimgħa 30 ta' Diċembru.", "Din il-festa bdiet b'quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM. (more…)", "Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru permezz ta' Quddiesa Solenni ta' Radd il-Ħajr lil Alla, immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM, ġie inawgurat il-Proġett ta' Restawr u Tisbiħ tal-Knisja tagħna iddedikata lil Santa Marija ta' Ġesu fir-Rabat. (more…)", "Fl-aħħar laqgħa li Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta, kellu mas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, ġewwa s-Seminarju tal-Virtu' r-Rabat, nhar l-Erbgħa 30 ta' Novemberu 2016, qasam il-ħsibijiet tiegħu ma' dawk preżenti fuq l-Ittra Apostolika tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku (more…)", "Lil patrijiet kollha tal-Ordni tal-minuri, lis-sorijiet tal-klarissi, lin-nisa u rġiel Franġiskani sekulari, lin-nisa u rġiel kollha ta' rieda tajba.", "Hekk indirizza l-ittra Fr, Michael Perry OFM Ministru Ġenerali biex jagħmel appell qawwi lid-dinja kollha biex isir talb għal paċi fid-dinja kollha. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=20", "date": "February 06, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-5 ta' Frar Papa Franġisku ħatar lil Mgr George Bugeja OFM bħala l-Vigarju Appostoliku ta' Tripli.", "Mons. George Bugeja kien qiegħed iservi bħala Koadjatur fl-istess Djoċesi, mal-Isqof Giovanni Martinelli O.F.M li rriżenja minħabba l-età. (more…)", "Fi Knisja mimlija bin-nies l-Erbgħa fil-għaxija Fra Alessandro ta' Kunċert fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun.", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Frar jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "Se jkun Fra Alessandro Brustenghi, hekk imsejjaħ il-\"vuċi ta' Assisi \", il-protagonista ta' kunċert uniku li se jsir nhar l-Erbgħa 1 ta' Frar fis-7.30pm fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun (more…)", "Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar l-Ġimgħa 6 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Ġrech, OFM fil-prezenza ta' diversi patrijiet. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7591", "date": "February 14, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Meta ftit tal-jiem ilu Fra Alessandro kien magħna għal żewġ kunċerti li ta, wieħed fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun u kunċert ieħor fil-Parroċċa ta' San Publiju l-Furjana, s-sit ofm.org.mt ħadlu ftit kummenti fuq il-vokazzjoni tiegħu.", "L-intervista li saritlu kienet maqsuma f'erba' domandi:", "1) Kif sibt il-Vokazzjoni Franġiskana?", "2) Kif tara l-ħajja Franġiskana fiż-żminijiet tallum?", "3) X'messaġġ għandek għaż-żgħażagħ fuq dan kollu? u", "4) X'messaġġ tagħti lil dawk li qed jimxu f'din it-triq u huma imħajrin għal ħajja Franġiskana?", "Huwa wieġeb fil-qosor imma dritt għal punt u wieħed mill-messaġġi li huwa jagħti huwa li ż-żgħażugħ għandu dejjem jgħid iva lil Alla biex jibda l-ħajja Franġiskana tiegħu umbagħad iħalli lil Alla jmexxieħ hu.", "Nistednuk tisma' b'attenzjoni dak li għandu xi jgħid u tiddejjaqx ċċempel għal aktar informazzjoni lil Fr. Stephen Magro, OFM fuq 99275560"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7710", "date": "March 16, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħamis 16 ta' Marzu P. Godfrey Micallef, OFM flimkien ma' P. Ġwann Micallef, OFM mexxew konċelebrazzjoni fejn irringrazzjaw lil Alla għas-60 sena saċerdozju tagħhom.", "Fil-Bidu tal-quddiesa f'kelmtejn li għamel il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM semma kif 60 sena ilu tlett franġiskani żgħażagħ ġew ordnati saċerdoti.", "Dawn is-saċerdoti raw lil Malta, id-dinja, il-Knisja u l-Ordni Franġiskan jinbidel.", "Huma baqgħu jipperseveraw fil-ħajja reliġjuża u saċerdotali u dan minkejja t-tlugħ u l-inżul tal-ħajja.", "Huwa kompla billi qal li tnejn minnhom qdew il-ministeru tagħhom barra minn Malta – P. Godfrey u P. Girgor Imbroll (RIP).", "P. Gwann qedha ħafna l-ministeru saċerdotali fis-sagrament tal-qrar speċjalment fil-Knisja tal-Ħamrun.", "Il-Provinċjal irringrazzjhom tax-xogħol tagħhom u rringrazzja lil Alla għall-persuna ta' P. Godfrey u P. Gwann.", "Minn naħa tiegħu P. Godfrey irringrazzja f'isem P. Ġwann ukoll, lil Alla għal dak kollu li għamel magħhom u għal grazzji li tagħhom u tal-ministeru li hu għal ġid tagħhom u tal-poplu t'Alla.", "Hu spiċċa biex talab lil dawk preżenti biex ikomplu jitolbu għalihom.", "P. Ġwann Micallef OFM", "Imwieled Santa Venera, Malta nhar il-11 ta' Diċembru, 1931 bin Vincent Micallef u Adelina nee' Barbara, P. Ġwann ingħaqad mal-Ordni Franġiskan mal-Ordni Franġiskan nhar it-30 ta' Settembru, 1947.", "Għamel il-Professjoni Temporanja nhar l-2 ta' Ottubru, 1948 u dik Solenni nhar it-28 ta' Diċembru, 1952.", "Ordna Saċerdot nhar is-6 ta' April, 1957.", "Tul is-snin kemm ilu patri, apparti xogħol pastorali u għal ħafna snin kien imfittex ħafna għall-qrar, speċjalment kemm dam jgħix il-Ħamrun.", "Attwalment jifforma parti mill-Fraternita' ta' Domus Pacis ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq.", "Imwieled ir-Rabat, Malta nhar it-19 ta' Diċemru, 1931 bin Francis Micallef u Vincenza nee' Camilleri, P. Godfrey ingħaqad mal-Ordni Franġiskan mal-Ordni Franġiskan nhar it-19 ta' Settembru, 1948.", "Għamel il-Professjoni Temporanja nhar l-25 ta' Settembru, 1949 u dik Solenni nhar it-28 ta' Diċembru, 1952.", "Ordna Saċerdot nhar is-6 ta' April, 1957.", "Tul is-snin kemm ilu patri, wettaq xogħol pastorali.", "Attwalment jifforma parti mill-Fraternita' tar-Rabat."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7673", "date": "March 15, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ħamis 2 ta' Marzu Papa Franġsiku għamel żjara fil-Bażilika ta' San Giovanni fil-Lateran.", "Huwa jagħmel din iż-żjara kull sena lil kleru ta' Ruma l-għada ta' Ras ir-Randan.", "B'sorpriża meta l-Papa wasal għal ħabta tal-11 ta' filgħodu, minflok mar jagħmel il-meditazzjoni tiegħu bħal ma jagħmel is-soltu, huwa mar iqarar lil xi fidili u saċerdoti.", "Il-Papa tkellem fuq li ħafna drabi l-piż tad-dnubiet tagħna ijbegħduna minn Alla u allura rrid ikollna fidi pruvata bħal ta' Pietru.", "Huwa kompla billi qal li \"jekk ma jkollniex fidi matura nistgħu nagħmlu ħafna ħsara.", "It-tentazzjoni hija dejjem preżenti f'ħajjitna u allura rridu nieħdu din l-okkażjoni biex nikbru fil-fidi\"", "Wara huwa ltaqa' mal-Penitenzieri li jqarru hemmhekk, fosthom kien hemm ukoll P. Albert Micallef, OFM."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7680", "date": "March 15, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Mill-lum dan is-sit beda jipprovdi nformazzjoni Franġiskana bit-tema: 'This Day in history'.", "Din l-informazzjoni qed tkun miġbura minn P. Dionysius Mintoff, OFM.", "Kull ġurnata titla informazzjoni qasira fuq dak li ġara fi żmien San Franġisk u Santa Klara f'dik il-ġurnata partikolari, kif ukoll il-quddiem tiżdied b'iktar informazzjoni riċenti fuq il-Provinċja tagħna.", "Din l-informazzjoni tinsab fil-parti ta' isfel fuq dan is-Sit.", "Għalhekk kull ġurnata tajjeb li taqra dak li ġara 800 sena ilu f'dik l-istess ġurnata li ġraw."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7599", "date": "February 19, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Faternità Franġiskana tar-Rabat, se tibda inizjattiva ġdida tul il-ġimgħat tar-Randan li tikkonsisti f'mumenti ta' talb għaż-żgħażagħ minn 18-il sena l-fuq.", "Dan l-appuntament imsejjaħ \"Tuesdays with the Lord\" ser ikun: • kull nhar ta' Tlieta bejn it-28 ta' Frar u l-11 ta' April fit-8.15 ta' filgħaxija", "• fil-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù (ta' Ġieżu), Triq San Pawl, Rabat", "Inħeġġu liż-żgħażagħ li jixtiequ jilqgħu din l-istedina, biex jikkuntattjaw lil Fr. Ramon Farrugia, OFM fuq: tuesdays@ofm.org.mt"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=23", "date": "October 29, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["[Adds Minister General's message] Nhar il-Ġimgħa 28 ta Ottubru, Fr Clive Camilleri u Fr Ramon Farrugia flimkien ma tliet żgħażagħ oħra ġew Ordnati Djakni waqt konċelebrazzjoni Solenni minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna ġewwa l-konkatidral ta' San Ġwann il-Belt Valletta. (more…)", "Matul iż-żjara tiegħu ġewwa l-Kanada l-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech OFM, għadda Toronto sabiex iżur u jsellem lill-aħwa tal-Provinċja tagħna li għandna jgħixu u jaħdmu hemm, Fr. Jimmy Zammit OFM, Kappillan tal-Parroċċa ta' St. Francis, u Fr. Pierre Farrugia OFM li jmexxi St. Francis Centre, dar tal-irtiri. (more…)", "It-Tnejn 17 ta' Ottubru l-Provinċja Franġiskana organizzat Pellegrinaġġ fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.", "Għaliħ kienu mistiedna, l-għaqdiet, il-fratellanzi u n-nies li jiltaqgħu fil-Knejjes tagħna l-Franġiskani.", "It-Tema li intużat kien il-kliem tal-Papa Franġisku: (more…)", "Fil-11 t'ottubru, P. Walter Vassallo OFM ġie msejjaħ mill-Arċisqof biex jieħu l-ġurament ta' fedeltà u riservatezza.", "Huwa ġie maħtur biex iservi bħala Imħallef fit-Tribunal tal-Ewwel Istanza.", "Nawgurawlu f'din il-ħidma ġdida tiegħu."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7461", "date": "January 09, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar l-Ġimgħa 6 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Ġrech, OFM fil-prezenza ta' diversi patrijiet.", "Fl-omelija tiegħu huwa tkellem fuq it-tfittxija għal Alla.", "Huwa semma kif Marija u Ġużeppi provaw isibu post fil-lukanda imma ma sabux, ma kienx hemm post għalihom.", "Huwa kompla billi jagħmel riferenza li anke fiż-żminijiet li qed ngħixu f'ħafna istituzjonijiet, ma hemmx post għal Alla.", "Dan jiġri għaliex ħafna drabi rridu naraw u huwa semma kwotazjoni li tgħid hekk: \"divinity is found where you least expect it\" hu hekk Ġesù ħafna drabi rridu nfittxuh fejn l-inqas hu ovvju għal bniedem.", "Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7501", "date": "January 29, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Se jkun Fra Alessandro Brustenghi, hekk imsejjaħ il-\"vuċi ta' Assisi \", il-protagonista ta' kunċert uniku li se jsir nhar l-Erbgħa 1 ta' Frar fis-7.30pm fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun (wara l-Lidl).", "Fra Alessandro Brustenghi, hu mwieled f'Perugia l-Italja fl-1978, fl-età ta' 21 huwa ddeċieda li jidħol fl-Ordni tal-Patrijiet Minuri.", "F'din il-familja Franġiskana xi snin ilu, f'Settembru 2009, huwa għamel il-Professjoni Solenni tiegħu fil-Bażilika papali ta' Santa Maria degli Angeli, fil-Porziuncola.", "Il-passjoni għall-mużika u l-kant ippermettew lil Fra Alessandro biex janima l-liturġija ċċelebrat f'diversi kunventi li hu għex sa issa kif ukoll dar diversi bliet madwar d-dinja jagħti kunċerti fejn għalhekk kiseb fama internazzjonali.", "Fis-serata se tkun ukoll bis-sehem tal-organista Richard Caruana u l-arpista Jacob Portelli.", "Id-dħul huwa ta' €10 mis-sagristija tal-istess knisja jew inkella fil-bieb tal-Knisja nhar l-Erbgħa qabel il-kunċert."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7516", "date": "February 03, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fi Knisja mimlija bin-nies l-Erbgħa fil-għaxija Fra Alessandro ta' Kunċert fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun.", "Jakkumpanjaw lil Fra.", "Il-Kunċert kien varjat minn kant, mumenti ta' talb li tmexxew mil-Gwardjan P. Anton Farrugia OFM, kif ukoll mumenti ta' mużika bl-arpa.", "Il-flus li inġbaru mill-biljetti se jmorru għal Fra Alessandro biex jgħinu lil missjunarji Franġiskani tal-Provinċja tiegħu.", "Żgur li minn kien preżenti u jħobb dan it-tip ta' kunċerti niżlitlu għasel.", "Wara kunċert Fra Alessandro qatta ħafna ħin jitkellem man-nies, jifirmalhom CDs u kotba u jieħu ritratti magħhom."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7548", "date": "February 06, 2017", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-5 ta' Frar Papa Franġisku ħatar lil Mgr George Bugeja OFM bħala l-Vigarju Appostoliku ta' Tripli.", "Mons. George Bugeja kien qiegħed iservi bħala Koadjatur fl-istess Djoċesi, mal-Isqof Giovanni Martinelli O.F.M li rriżenja minħabba l-età.", "Mons. George Bugeja qed iservi wkoll bħala l-Amministratur Appostoliku ta' Benghazi wara li temm il-missjoni Mgr Silvestru Magro O.F.M. fi Frar tas-sena li għaddiet u li jinsab irtirat fil-kunvent tagħna tar-Rabat.", "George Bugeja għandu 54 sena u kien inħatar Vigarju Episkopali ta' Tripli fl-10 ta' Lulju tas-sena 2015.", "Fl-4 ta' Settembru tal-istess sena, huwa kien ikkonsagrat Isqof fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=22", "date": "December 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wara li kien ilu jinħass il-bżonn f'Malta ta' ktieb ġdid tat-Talbiet tal-Fidili, il-Provinċja Franġiskana permezz ta' P. Anton Farrugia li daħal għal din il-biċċa xogħol u għadu kemm ippubblika l-ewwel volum (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Diċembru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Novembru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7390", "date": "December 07, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Lil patrijiet kollha tal-Ordni tal-minuri, lis-sorijiet tal-klarissi, lin-nisa u rġiel Franġiskani sekulari, lin-nisa u rġiel kollha ta' rieda tajba.", "Hekk indirizza l-ittra Fr, Michael Perry OFM Ministru Ġenerali biex jagħmel appell qawwi lid-dinja kollha biex isir talb għal paċi fid-dinja kollha.", "Ilna żmien twil mħassbin fuq dawn ħutna li għaddejjin mill-esperjenzi koroħ u ta' tbatija kbira.", "Fiż-żmien tal-Avvent meta l-Mulej tagħna Ġesù Kristu jitlobna biex nishru u nitolbu, nixtiequ nħeġġu inizjattiva fost il-komunitajiet kollha tat-tfal biex jitolbu għal paċi.", "Nixtiequha ssir fuq livel internazzjonali għal darba kull xahar.", "Il-parroċċa u l-knisja ta' San Franġisk f'Aleppo ġarbet ħsarat kbar f'din il-gwerra u għalhekk nixtiequ li din l-inizjattiva li bdiet f'din il-knisja tixxerred mad-dinja kollha.", "Inħeġġu għat talb lil-patrijiet tagħna biex fil-parroċċi kollha fdati f'idejna, fl-iskejjel fejn ngħallmu u fost gruppi ta' tfal u abbatini li nieħdu ħsiebhom biex iħadnuha bil-qalb u bil-ħeġġa.", "L-istess inxerduha madwarna fin-naħat fejn hemm il-kunventi u djar tagħna.", "Inxerduha kemm jifilħu.", "Nemmen li l-Mulej jisma' l-krib tat-tfal u talb tagħhom ikun għajta qawwija għal konverżjoni ta' kullħadd u paċi fis-Sirja speċjalment f'Aleppo u fid dinja kollha.", "Nitolbuk biex darba fil-ġimgħa matul l-Avvent issir quddiesa għat-tfal b'dan il-għan.", "Fejn ma hemmx possibiltà li ssir quddiesa għat-tfal, issir purċissjoni żgħira bit-tfal b'xegħma f'idejhom waqt it-talb tal-fidili.", "Għidulhom li dan qed issir flimkien u fl-istess ħin tat-talb fid-dinja kollha.", "Kummissjoni Ġustizzja – Paċi"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7395", "date": "December 11, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-aħħar laqgħa li Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta, kellu mas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, ġewwa s-Seminarju tal-Virtu' r-Rabat, nhar l-Erbgħa 30 ta' Novemberu 2016, qasam il-ħsibijiet tiegħu ma' dawk preżenti fuq l-Ittra Apostolika tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fi tmiem il-Ġublew tal-Ħniena, Misericordia et Misera tal-20 ta' Novembru 2016, Festa ta' Kristu Re, u fuq id-diskors Tiegħu waqt il-Konvenju Internazzjonali Għall-Pastorali Vokazzjonali mniedi mill-Kongregazzjoni Għall-Kleru fil-21 ta' Ottubru, 2016.", "Din is-sena xtaqt li nwasslilkom ftit mill-ħsibijiet li qasam magħna Mons. Scicluna.", "Ħsibijiet li huma rilevanti ħafna biex inġibu fil-ħajja tagħna ta' nsara u ta' persuni konsagrati, dik il-bidla għall-aħjar, dik il-qabża fil-kwalita' tal-ħajja tagħna ta' Franġiskani li dan iż-żmien qaddis tal-Avvent jitlob minna lkoll bi tħejjija għall-Festa tal-Milied Imqaddes.", "Festa li għalina bħala wlied il-Fqajjar t'Assisi għandu jkollha tifsira speċjali.", "U l-bidla li jitlob minnha dan iż-żmien, mhijiex waħda biss temporaneja jew kosmetika, qisu bħall-armar u t-tiżjin ta' dawn il-jiem, li wara li jgħaddi kollox, jintrefa' fil-kaxxi għal sena oħra.", "Imma bidla permanenti, dejjiema, radikali, ta' persuni, li għax għamlu u qegħdin kontinwament jagħmlu esperjenza ħajja u qawwija tal-Imħabba u tal-Ħniena ta' Alla murija lilna fil-Persuna ta' Ibnu Ġesu', ħallew din il-Kelma ta' Alla titnissel fihom u għax jgħixuha kuljum, kuljum jwellduha mill-ġdid, kif jgħidilna l-Missier tagħna Franġisku.", "Irridu naslu fejn wasal San Pawl u bħalu ngħidu, \"Mhux aktar jien qiegħed ngħix, imma Kristu qiegħed jgħix fija!\"", "Mons. Arċisqof tkellem fuq il-ħniena.", "Il-ħniena li għandna nuru l-ewwel u qabel kollox magħna nfusna.", "Jeħtieġ li b'ħafna umilta' nammettu li aħna għandna l-limiti tagħa, umani u spiritwali.", "Li aħna għandna bżonn nuru ħniena magħna nfusna u nieħdu ħsieb sewwa s-saħħa tagħna fiżika, mentali u spiritwali.", "Nammettu magħna nfusna li aħna m'aħniex awtosuffiċċjenti.", "U hawnhekk wissa' kontra n-nasba tas-suppervja fina li ma tħallinhiex nieqfu u nfittxu għajnuna f'waqta', forsi anke qabel ma' l-affarijiet jilħqu jidħlu 'l ġewwa ħafna.", "Ma' nista' qatt inħeġġeġ biżżejjed sabiex aħna lkoll nfittxu li nagħmlu esperjenza tal-Imħabba u tal-Ħniena ta' Alla b'mod partikolari fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjioni, fid-Direzzjoni Spiritwali, fl-Irtiri tax-xahar u tas-sena u f'okkażjonijiet oħra ta' Formazzjoni Permanenti.", "Imbagħad għadda għall-ħniena li għandna nuru bejnietna.", "Il-mod kif inġibu ruħna ma' xulxin.", "Il-mod kif nitkellmu fuq xulxin.", "L-għajnuna li għandna nagħtu lil xulxin.", "Li nsibu ħin għal xulxin, speċjalment fil-mumenti tal-mard u fin-nuqqas ta' saħħa.", "Ġentilment nitlobkom tippermettuli b'ħafna mħabba u rispett nħeġġeġ ħafna sabiex ilkoll kemm aħna nimpenjaw ruħna bis-sħiħ biex regolarment inżuru l-anzjani tagħna ġewwa Domus Pacis, jew dan l-aħħar anke fl-isptar.", "\"Kont marid u ġejtu żżuruni\", jgħidilna Ġesu' (Mt.", "\"Dak li għamiltu ma dawn, għamiltuh miegħi!\"", "25,40) \"Jaqaw m'hux dan is-sawm li jiena rrid, jiġifieri, ….. u n-nies ta' darek ma tinsihomx\" (Iż.", "Fl-aħħar Mons. Arċisqof tkellem fuq il-ħniena li għandna nuru mal-oħrajn, ma dawk ta' madwarna l-ewwel, mingħajr ma' nieqfu hemm imma.", "Fl-għażla tagħna għal min huwa fqir u batut.", "Favur min huwa mwarrab f'soċjeta' tal-konsum li ma għandhiex wisa' għal min huwa insinifikanti f'għajnejn il-bnedmin, imma għażiż u prezzjuż f'għajnejn Alla.", "Fir-rakkont tal-Milied naraw kif l-Iben t'Alla twieled mhux fl-istorbju tal-belt ta' Betlehem, mimlija daqs bajda minħabba ċ-ċensiment, okkażjoni biex wieħed jagħmel naqra negozju tajba u jdawwar lira, kif konna ngħidu fl-imgħoddi.", "Twieled il-bogħod mill-istorbju u l-ġeġwiġija.", "Dak li ma kellux fejn imidd rasu, mhux biss issellef qabar wara mewtu, u fi twelidu issellef ukoll għar u maxtura, imma fittex il-pubblikani, il-midinbin, in-nisa tat-triq, il-morda, in-nagħaġ il-mitlufa tal-Poplu ta' Alla.", "F'kelma waħda fittex lill-emarġinati u dawk kollha li qed jgħixu fil-periferija ta' ħajjitna.", "Għeżież ħuti, fit-tħabbira tal-Arkanġlu Gabrijel lill-Marija Santissima, fit-tħabbira mill-anġlu tal-Mulej fil-ħolm lil San Ġużepp, fit-tħabbira tal-anġli lir-ragħajja fil-lejl qaddis tal-Milied, Alla jistedinna sabiex ma nibżgħux iżda nifirħu għax Alla bagħat lil Ibnu Ġesu' biex ikun għalina Salvatur u Immanuel, Alla magħna.", "Dan huwa l-awgurju tiegħi għalina lkoll, għall-familjari tagħna u għall-benefatturi tagħna.", "\"Glorja 'l Alla fil-għola tas-smewwiet, u Paċi fl-art lil bnedmin ta' rieda tajba!\"", "(Lq 2,14)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7404", "date": "December 20, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru permezz ta' Quddiesa Solenni ta' Radd il-Ħajr lil Alla, immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM, ġie inawgurat il-Proġett ta' Restawr u Tisbiħ tal-Knisja tagħna iddedikata lil Santa Marija ta' Ġesu fir-Rabat.", "Fi Knisja mimlija bin-nies, anke jekk kien il-maltemp, il-Ġwardjan P. Martin Coleiro, OFM irringrazzja lil kull min ħadem u għen biex din il-ħolma saret realtà.", "B'mod partikolari lil Lolly u l-Ħaddiema tiegħu li żebgħu il-Knisja, lil Arthur Vassallo u l-ħaddiema tiegħu, li naddfu id-deheb l-antik u żiedu deheb ġdid fejn kien hemm bżonn, u lill Adonai Camilleri Cauchi li għamel il-pittura ġdida fit-twieqi.", "Ringrazzjament kbir mar, għal voluntiera kollha li ħadmu fuq il-proġett, għan-nisa li ta' kull ġimgħa żammew Knisja nadifa, u għal dawk kollha li offrew l-għajnuna finanzjarja biex setgħet inġabret is-somma li kien hemm bżonn.", "Wara l-quddiesa komplejna naqsmu l-ferħ flimkien b'riċeviment fil-kunvent."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7430", "date": "December 31, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola bħal ma jsir kull sena ġiet iċċelebrata Festa Familja ta' żmien il-Milied flimkien mal-familjari tal-patrijiet, nhar il-Ġimgħa 30 ta' Diċembru.", "Din il-festa bdiet b'quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.", "Fl-omelija hu ħa l-eżempju ta' Marija li dejjem kienet fidila lejn Alla u għalhekk li Alla kien dejjem magħha.", "Huwa spiċċa bi storja ħelwa fejn spjega li l-Madonna kienet dik il-mara li għexet il-misteri li aħna nitolbu permezz tar-rużarju u dan billi laqgħat il-kelma, semgħet u li xtarret.", "Għalhekk importanti li aħna ukoll ngħixu dawk l-esperjenzi li għexet Marija.", "Wara l-quddiesa kulħadd inġabar fil-foyer tad-dar fejn sar it-tberik minn P. Marcellino Micallef OFM Vigarju Provinċjali ta' 'Stained Glass' ġdida li saret mill-artist Louis Briffa.", "F'kemtejn li għamel biex jispjega s-sens ta' din l-opra tiegħu hu qal li wara proċess ta' dixxerniment ried joħloq xi ħaġa li tagħti identità Franġiskana u nieħdu magħna parti minn Assisi permezz tal-ħġieġ trasparenti u li jidher il-ġnien li hemm wara.", "Wara komplejna fir-Restaurant 'Da Francesco' tal-istess Dar għal ikla flimkien fejn qsamna l-awguri tal-Milied."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=25", "date": "September 30, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkażżjoni tal-Festa San Franġisk qed tiġi organizzata attività għat-tfal kollha, speċjalment dawk li jattendu l-Knejjes tagħna. (more…) More Every creature has to avail itself of environmental resources in order to function and live.", "Fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Franġisk il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM ħareġ cirkulari lil Patrijiet kollha fejn tkellem fuq dak li għaddejna minnu dan l-aħħar kif ukoll dwar l-attivitajiet li għandna bħala Provinċja kif ukoll dwar id-disponibilità ta' wħud bil-patrijiet li se jagħtu s-serviżż tagħhom barra minn Malta. (more…)", "L-Erbgħa 14 ta' Settembru Festa tal-Esaltazzjoni tas-Salib Fr. Clive Camilleri, OFM għamel il-Professjoni Solenni tiegħu f'idejn il-Ministru Ġeneral Fr. Michael Perry, OFM.", "Din saret ġewwa il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem B'Kara. (more…)", "It-Tlieta 13 ta' Settembru ġiet ċċelebrata l-Velja bħala preparazzjoni għall-Professjoni Solenni ta' Fr. Clive Camilleri, OFM li se tiġi ċċelebrata illejla (l-Erbgħa 14 ta' Settembru) fis-6.30pm l-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, B'Kara. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=24", "date": "October 11, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar it-Tnejn 17 ta' Ottubru l-Provinċja Franġiskana se torganizza Pellegrinaġġ fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.", "Għaliħ qed ikunu mistiedna, l-għaqdiet, il-fratellanzi u n-nies li jiltaqgħu fil-Knejjes tagħna l-Franġiskani. (more…) More Hekk kif bħalissa l-Knejjes u l-fraternitajiet Franġiskani qed jiċċelebraw il-Festa ta' San Franġisk, din is-sena ħsibna ukoll biex ngħatu xejra differenti għat-tfal.", "U għalhekk li għal din l-okkażżjoni ġiet iċċelebrata festa speċjali għall-grupp imdaqqas ta' tfal li jifrekwentaw il-knejjes tagħna, b'nofs ta' nhar mimli divertiment. (more…)", "Nhar it-Tlieta 4 ta' Ottubru, ġewwa l-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta' Missierna San Franġisk.", "Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta' bosta Patrijiet, Sorijiet, Kavallieri tal-Qabar ta' Kristu, benefatturi, kif ukoll nies li jifrekwentaw il-Knejjes tagħna. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Ottubru jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "B'digriet tal-Ministru Ġeneral P. Michael A. Perry OFM, li jġib id-data tas-16 ta' Mejju 2016, u kkonfermat fis-17 ta' Ġunju 2016 minn Mons. Arċisqof Jose' Rodriguez Carballo OFM, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Istituti tal-Ħajja Konsagrata u Soċjetajiet ta' Ħajja Apostolika, l-ex P. Adrian J. Cachia OFM ma għadux jifforma parti mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri (OFM).", "Għaldaqstant ma għandux aktar jitqies bħala Patri Franġiskan."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7261", "date": "October 18, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tnejn 17 ta' Ottubru l-Provinċja Franġiskana organizzat Pellegrinaġġ fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.", "Għaliħ kienu mistiedna, l-għaqdiet, il-fratellanzi u n-nies li jiltaqgħu fil-Knejjes tagħna l-Franġiskani.", "It-Tema li intużat kien il-kliem tal-Papa Franġisku: \"Il-ħniena hi l-ewwel attribut ta' Alla.", "Hi l-isem ta' Alla.", "Ma hemm l-ebda sitwazzjoni li ma nistgħux noħorġu minnha, m'aħniex ikkundannati biex negħrqu fir-ramel.\"", "Il-programm beda fil-5.30pm b'mument ta' adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja ta' Sta.", "Marija ta' Ġesù, Rabat.", "Fis-6.15pm beda pellegrinaġġ lejn il-Katidral u 6.45pm ġiet ċċelebrata Quddiesa fil-Katidral tal-Mdina mmexxija mill-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech li huwa ħeġġeġ ħafna li ma ninħlewx fuq l-atti reliġjużi biss imma hemm bżonn li ngħaddu għal dak li huwa spiritwali.", "Huwa tkellem fit-tul fuq l-importanza li nagħmlu esperjenza ta' Ġesù fil-ħajja tagħna u għalhekk huwa qal li n-nies ma jridux jisimgħu jżjed fuq Ġesù tal-kotba imma fuq Ġesù tal-esperjenza tal-ħajja tagħna.", "Wara l-quddiesa l-Provinċjal ikkonvoka l-Kapitlu Provinċjali Intermedju, billi ta' ittra ta' konvakazzjoni lil kull Patri, l-ittra tal-Ministru Ġeneral li ħareġ fl-okkażżjoni tal-Festa ta' San Franġisk , kif ukoll Ktieb tal-ħajja ta' San Franġisk li nstabet dan l-aħħar ta' Fra Tumas min Celano meqluba għall-Malti minn P. Noel Muscat OFM."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7385", "date": "December 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wara li kien ilu jinħass il-bżonn f'Malta ta' ktieb ġdid tat-Talbiet tal-Fidili, il-Provinċja Franġiskana permezz ta' P. Anton Farrugia li daħal għal din il-biċċa xogħol u għadu kemm ippubblika l-ewwel volum li jiġbor fih it-talbiet tal-fidili għall-ġranet ferjali b'żieda għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Mulej, tal-Madonna u tal-Qaddisin li għandhom qari propju.", "Erba' invokazzjonijiet qosra, b'introduzzjoni, talba ta' konklużjoni u ritornell.", "Il-ktieb b'qoxra iebsa u b'żewg żigarelli għandu format ta' 25 x 8 cm u fih 271 paġna b'tipa li tinqara' tajjeb.", "Jinsab għall-bejgħ, mill-Kunvent S. Franġisk, il-Ħamrun jew telefon 99821622, għall-prezz ta' €20."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7310", "date": "October 23, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Matul iż-żjara tiegħu ġewwa l-Kanada l-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech OFM, għadda Toronto sabiex iżur u jsellem lill-aħwa tal-Provinċja tagħna li għandna jgħixu u jaħdmu hemm, Fr. Jimmy Zammit OFM, Kappillan tal-Parroċċa ta' St. Francis, u Fr. Pierre Farrugia OFM li jmexxi St. Francis Centre, dar tal-irtiri.", "Kif kien hemm irnexxhielu jżur ukoll il-Parroċċa ta' St. Paul the Apostle li kienet titmexxa mill-Patrijiet tagħna u issa tinsab f'idejn is-Soċjeta' Missjunarja ta' San Pawl (MSSP).", "Iltaqa' wkoll ma Charles u Antoinette li għandhom il-Malta Bake Shop ftit metri bogħod il-istess Knisja, u li għal bosta snin ilhom jżommu ħajja fost il-Maltin ta' Toronto u nies oħra t-tradizzjoni ta' ikel Malti, partikolarment, pastizzi, qassatat, mqaret, qagħaq tal-għasel, etc..", "Il-Ministru Provinċjal żar ukoll il-Parroċċa ta' St. Jane Francis fejn fl-imgħoddi kien hemm Fr. Girgor Imbroll OFM u li issa mix-xahar id-dieħel ser jingħaqad mal-Fraternità li tmexxi din il-Parroċċa Fr. Charles Grech OFM.", "Nawgurawlu minn qalbna ħidma fejjieda.", "Inkomplu inżommu lil dawn ħutna fil-moħħ, fil-qalb u fit-talb tagħna."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7320", "date": "October 29, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["[Adds Minister General's message] Nhar il-Ġimgħa 28 ta Ottubru, Fr Clive Camilleri u Fr Ramon Farrugia flimkien ma tliet żgħażagħ oħra ġew Ordnati Djakni waqt konċelebrazzjoni Solenni minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna ġewwa l-konkatidral ta' San Ġwann il-Belt Valletta.", "Waqt l-omelija tiegħu huwa tkellem fuq l-importanza li d-djakni l-ġodda inħossu l-presenża ta' Ġesù u iduquħ u dan minħabba n-nuqqas ta' ħegga tagħna.", "Huwa tkellem fuq il-karatteristiċi taż-żewg appostli li l-knisja qed tiċċelebra: San Xmun u San Ġuda.", "Xmun ifisser Alla jisma' u allura aħna li nisimgħu l-kelma tal-Mulej u d-djakni rridu jkun nies li jisimgħu u jaqraw il-kelma t'Alla.", "Xmun l-Imħeġġeġ jurina li rridu jkunu nies imħeġġa \"taqbdu bin-nar\".", "Xmun li jisma' u jemmmen.", "Allura d-djakni li jisimgħu u jixbħu lil Alla rridu ikunu djakni mħegga għal Alla u għal proxxmu.", "Dawn l-appostli kienu xhieda ta' Ġesù bil-ħajja tagħhom.", "Ġuda Taddew, ifisser bniedem ta' tifħir, bniedem li jistħoqlu t-tifħir u jfaħħar lil Alla.", "Id-djaknu rrid ikun il-vuci tal-Knisja li tfaħħar u tadura lil Alla.", "Id-djaknu rrid ikun qaddej u din irrid jibqa' jiftakarha.", "Ġuda ukoll ifisser kuraġġ u d-djaknu rrid ikun il-profeta li jwassal il-kelma, ta' qalb kbira u ta' kuraġġ.", "Il-kelma trid tiġi kkonfermata bil-ħajja tagħna.", "Imma importanti li biex ma jaqtawx qalbhom irridu jibqgħu qrib Ġesù u permezz tal-ordinazzjoni jridu jikbru fil-qdusija.", "Wara l omelija sar ir-rit tal-ordinazzjoni, fejn Mons. Arċisqof talab fuqhom u tagħhom il-mandat biex issa iwasslu l-kelma ta' Alla.", "Nawguraw lil Fr. Clive u Fr. Ramon Ad Multos Annos!", "Omelija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=27", "date": "August 08, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħadd 7 ta' Awwissu ġiet iċċelebrata l-Festa ta' Santa Klara ġewwa Għawdex flimkien mal-fraternità tal-Klarissi.", "Iċ-ċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex, saret ġewwa d-Dar tal-Irtiri Manresa, biex tkun tista takkomoda iżjed nies. (more…)", "Fuq l-aħbarijiet dan l-aħħar deher kif għaddej ġmielu r-restawr li bħalissa qed issir fil-knisja tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesu, ir-Rabat.", "P. Martin Coleiro fil-video ta' hawn taħt, spjega u dar dawra mal-Knisja biex juri ix-xogħol li twettaq u li għad fadal isir.", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Awwissu jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll Edizzjoni Speċjali fuq ż-Żjara Franġiskana. (more…)", "It-Tnejn 18 ta' Lulju filgħaxija l-Franġiskani li ser jieħdu sehem fiż-Żjara Franġiskana ltaqgħu għal mument ta' formazzjoni u talb bejniethom.", "Patri Walter Vassallo, Koordinatur taż-Żjara Franġsiakana ta' spjega fid-dettal ta' kif se taħdem, il-programm u x'hinu l-irwol ta' kull missjunarju fiż-Żjara ta' din is-sena li ser issir fil-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem, B'Kara. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7193", "date": "October 05, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar it-Tlieta 4 ta' Ottubru, ġewwa l-Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta' Missierna San Franġisk.", "Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta' bosta Patrijiet, Sorijiet, Kavallieri tal-Qabar ta' Kristu, benefatturi, kif ukoll nies li jifrekwentaw il-Knejjes tagħna.", "Waqt l-Omelija tiegħu huwa tkellem fuq l-importanza tal-fidi u spjeġa dan billi qal li l-bnedmin jinqasmu fi tnejn, dak li jemmnu f'xi ħaġa u dawk li ma jemmnu f'xejn.", "Hu reġa qasam dawk li jemmnu fi tnejn, dawk li huma insara u dawk li mhumiex insara.", "Hu qasam ukoll dawk li huma insara, dawk li huma kattoliċi u dawk li mhumiex kattoliċi. reġa qabad lil dawk li huma kattoliċi, imma din id-darba qasamhom fi tlieta: dawk li mingħajrhom il-Knisja u d-dinja tkun aħjar għax jagħmlu għajb, hemm dawk li bihom u mingħajrhom xorta waħda u dawk li bihom u mingħajrhom mhux xorta, id-dinja tkun ħafna differenti u San Franġisk kien minn din il-kategorija għax dak li kien kapaċi jagħmel għadu influenti sallum.", "Wara l-quddiesa kulħadd kien mistieden għal riċeviment fil-Kunvent."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7214", "date": "October 08, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Hekk kif bħalissa l-Knejjes u l-fraternitajiet Franġiskani qed jiċċelebraw il-Festa ta' San Franġisk, din is-sena ħsibna ukoll biex ngħatu xejra differenti għat-tfal.", "U għalhekk li għal din l-okkażżjoni ġiet iċċelebrata festa speċjali għall-grupp imdaqqas ta' tfal li jifrekwentaw il-knejjes tagħna, b'nofs ta' nhar mimli divertiment.", "Din il-festa tfal saret is-Sibt 8 ta' Ottubru fiċ-Ċentru San Franġisk il-Ħamrun.", "Din inkludiet kant, logħob organizzat permezz tal-karattri ta' Frozen: Elsa u Anna, kif ukoll Peter Pan, żfin, face painting, Ballon Modeling, Bouncy Castle, ikel u ħafna divertiment u logħob ieħor.", "Żguri li dawk kollha li ħadu sehem għal din l-attività marru lura lejn djarhom kemmxejn għajjenin imma żgur b'togħma tajba."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7251", "date": "October 11, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar it-Tnejn 17 ta' Ottubru l-Provinċja Franġiskana se torganizza Pellegrinaġġ fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.", "Għaliħ qed ikunu mistiedna, l-għaqdiet, il-fratellanzi u n-nies li jiltaqgħu fil-Knejjes tagħna l-Franġiskani.", "It-Tema li qed tintuża għal dan il-Pellegrinaġġ huwa kliem il-Papa Franġiskau stess: \"Il-ħniena hi l-ewwel attribut ta' Alla.", "Hi l-isem ta' Alla.", "Ma hemm l-ebda sitwazzjoni li ma nistgħux noħorġu minnha, m'aħniex ikkundannati biex negħrqu fir-ramel.\"", "Il-programm jibda fil-5.30pm b'mument ta' adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja ta' Sta.", "Marija ta' Ġesù, Rabat.", "Fis-6.15pm jibda l-pellegrinaġġ lejn il-Katidral u 6.45pm tiġi ċċelebrata Quddiesa fil-Katidral tal-Mdina mmexxija mill-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech li fiha huwa se jikkonvoka l-Kapitlu Provinċjali Intermedju.", "Fit-8.00pm ser issir bibita fil-Kunvent tar-Rabat għal dawk kollha li pparteċipaw fil-pellegrinaġġ.", "F'kull kunvent qed jiġu organizzati privates għal din l-attività.", "Jekk tixtieq tingħaqad magħna importanti li tikkuntatja lil xi ħadd mill-Patrijiet Franġiskani jew lil koordinatur P. Marcellino Micallef OFM fuq 79227570."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=26", "date": "September 13, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal. (more…)", "Illum 23 ta' Awwissu, P. Albert Gauci se jingħata t-titlu 'Honoris Causa'.", "Aħbar sabiħa li taghmel unur lil ħuna P. Albert OFM, lill-familja tiegħu, lill-Provinċja tagħna, iżda fl-aħħar u ċertament mhux l-inqas lill-Knisja ġewwa l-Ħonduras. (more…)", "Nhar il-11 ta' Awwissu festa liturġika ta' Santa Klara, ġiet iċċelebrata l-Festa ta' Santa Klara ġewwa l-Monasteru ta' San Ġiljan.", "Iċ-ċelebrażżjoni kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM. (more…)", "Ġimgħa wara li ġiet fi tmiema ż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem B'Kara, uħud mill-missjunarji ħallew l-esperjenża tagħhom fuq mument partikolari li ħassew li kien ta' importanza għalihom u li għen fl-andament taż-żjara. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7071", "date": "September 14, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tlieta 13 ta' Settembru ġiet ċċelebrata l-Velja bħala preparazzjoni għall-Professjoni Solenni ta' Fr. Clive Camilleri, OFM li se tiġi ċċelebrata illejla (l-Erbgħa 14 ta' Settembru) fis-6.30pm l-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, B'Kara.", "Il-Velja li saret fil-Kappella tal-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi f'San Ġiljan, kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM, kienet fil-forma ta' Adorazzjoni fejn kienet imżewqa bl-qari dwar is-sejħa ta' Marija, mument ta' talb, kif ukoll messaġġ tal-Ministru Provinċjal (jinsab hawn taħt biex tisma).", "Matul din il-velja ukoll tfakkar l-20 anniversarju taż-żwieġ ta' ħu Fr. Clive fejn ukoll ġie imbierek.", "Naturalment ma setax jonqos li preżenti għal din il-velja ikun hemm il-patrijiet, sorijiet, qraba u ħbieb ta' Fr. Clive li deher hu ukoll viżibilment emozjonat.", "Awguri Fr. Clive!"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7093", "date": "September 15, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Erbgħa 14 ta' Settembru Festa tal-Esaltazzjoni tas-Salib Fr. Clive Camilleri, OFM għamel il-Professjoni Solenni tiegħu f'idejn il-Ministru Ġeneral Fr. Michael Perry, OFM.", "Din saret ġewwa il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem B'Kara.", "Prezenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm id-Definitorju Generali li kien Malta għal laqgħat, is-segretarji tal-Missjonijiet u l-Evaġelizzazjoni tal-Linġwa Ingliża li kienu Malta għal-laqgħa annwali tagħhom, patrijiet, sorijiet, membri tal- OFS u diversi ħbieb, qraba u familjari ta' Fr. Clive.", "Il-Ministru Ġeneral hemm enfasi fuq l-importanza li Fr. Clive bħal ma għamel San Franġisk jisma u jibqa' jisma l-leħen ta' Alla fil-ħajja tiegħu.", "Iċ-ċelebrażżjoni kompliet billi Fr. Clive f'idejn il-Ġeneral għamel il-wegħda għal ħajtu kollha li jimxi fuq il-passi ta' San Franġisk wara Ġesù.", "Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM irringrazzja lil Ġeneral għal preżenza tiegħu u taħ ikona tas-Sagra Familja.", "Wara l-quddiesa sar riċeviment quddiem il-Knisja.", "Fr Clive twieled il-Pietà u għandu 34 sena.", "Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola St Francis ta' Birkirkara u l-iskola sekondarja Vinċenzo Bugeja u wara ħadem f'diversi oqsma differenti.", "Wara vjaġġ li għamel fl-Art Imqaddsa mal-Patrijiet Franġiskani, Clive ddeċieda li jibda l-mixja vokazzjonali fl-2008.", "Għex l-ewwel sena tal-formazzjoni fil-Kunvent tar-Rabat u fl-2010 ngħata t-tonka Franġiskana fl-2010.", "Huwa għex in-novizzjat fis-Santwarju ta' San Damjan f'Assissi.", "L-ewwel professjoni għamilha fl-2011.", "Huwa kompla bl-istudji tiegħu fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Pontificia Università Antonianum f'Ruma fejn serva ħafna missjonijiet pastorali, fosthom bħala katekist u xogħol mal-anzjani.", "Fl-aħħar snin huwa ngħata l-Ministeru tal-Lettorat u tal-Akkolitat biex illejla se jkun qed iwettaq l-aħħar pass tiegħu bħala reliġjuż fi ħdan l-Ordni tal-Franġiskani Minuri."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7143", "date": "September 25, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Franġisk il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM ħareġ cirkulari lil Patrijiet kollha fejn tkellem fuq dak li għaddejna minnu dan l-aħħar kif ukoll dwar l-attivitajiet li għandna bħala Provinċja kif ukoll dwar id-disponibilità ta' wħud bil-patrijiet li se jagħtu s-serviżż tagħhom barra minn Malta.", "Is-Solennita' tal-Missier tagħna Franġisku hija fl-istess waqt stedina u okkażjoni, mument ta' grazzja sabiex aħna lkoll flimkien għal darb' oħra niffukaw fuq is-sejħa tagħna u kif aħna qed inwieġbu għaliha.", "F'dan il-Ġublew tal-Ħniena, ma' Franġisku u bħal Franġisku nagħnnu l-ħwejjeġ kbar li għamel magħna l-Mulej!", "U tassew għandna għalfejn nroddulu ħajr mhux biss għal dak li diġa' għamel magħna, iżda wkoll għal dak li għad baqgħalu x'jagħmel magħna.", "L-Imħabba u l-Ħniena tiegħu magħna, personalment u bħala Provinċja, ma taqta' qatt, minkejja id-diffikultajiet li nħabbtu wiccna magħhom.", "Anzi għax nemmnu u nafu li Hu jinsab dejjem magħna, aħna ninsabu dejjem taħt il-ħarsien tiegħu, u għalhekk imqar l-istess diffikultajiet u provi li Hu jippermetti li nesperjenzjaw f'ħajjitna, mhux biss huma parti integrali mill-mixja tagħna lejĦ u warajĦ, imma Hu saħansitra jinqedgħa bihom biex aħna aktar nissaħħu fil-fehma u fir-rieda tagħna li inkunu dejjem aktar tiegħu b'mod dejjem aktar sħiħ.", "Għadhom friski f'moħħna il-mumenti ta' grazzja li kellna fostna il-Ministru Ġeneral tal-Ordni tagħna flimkien mad-Definitorju Ġenerali għat-Tempo Forte kif ukoll l-okkażjoni ferm sabiħa u unika tal-Professjoni Solenni ta' ħuna Fra Clive Camilleri OFM f'idejn l-istess Ministru Ġeneral u fil-preżenza ta' numru kbir u sabiħ ta' aħwa kemm mill-Provinċja tagħna kif ukoll tista' tgħid minn madwar id-dinja, fosthom is-Segretarji tal-Missjoni u Evanġelizzazzjoni tal-Provinċji tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża.", "Imma aħna nkomplu b'kuraġġ inħarsu 'l quddiem lejn okkażjonijiet oħra ferm importanti li jien inkompli narahom u nsejħilhom bħala mumenti ta' grazzja għalina lkoll.", "Insemmi s-Solennita' ta' Missierna San Franġisk li flimkien niċċelebraw ġewwa l-Belt Valletta nhar l-4 ta' Ottubru, il-pellegrinaġġ tal-Ġublew tal-Ħniena li sejrin nagħmlu flimkien fis-17 ta' Ottubru ġewwa l-Imdina, li fiha ser tingħata l-ittra tal-konvokazzjoni tal-Aħwa għaċ-ċelebrazzjoni tal-Kapitlu Provinċjali Intermedju li ser nagħmlu f'Mejju 2017, u l-Ordinazzjoni Djakonali ta' ħutna Fra Ramon Farrugia OFM u Fra Clive Camilleri OFM fit-28 ta' Ottubru.", "Għal dawn l-okkażjonijiet inħeġġeġ ħafna lill-Gwardjani u lis-Superjuri Lokali biex jagħmlu minn kollox b'mod li l-Aħwa kollha jkunu preżenti u jieħdu sehem.", "Nieħu din l-okkażjoni sabiex nrodd ħajr ukoll u nsellem lil dawk ħutna li mqanqlin mill-Ispirtu, reċentement wieġbu b'ġenerożita' kbira għas-sejħa tiegħu sabiex ikunu ta' għajnuna għal entitajiet oħra tal-Ordni tagħna.", "P. Albert Micallef OFM li ser jingħaqad mal-Fraternita' ta' Nicolo' V ġewwa Ruma, u P. Charles Grech OFM li ser jingħaqad mal-Fraternita' ta' St. Jane Francis ġewwa l-Kanada, it-tnejn tal-Immaculate Conception Province tal-Amerka.", "P. Stephen Sciberras OFM li ser jingħaqad mal-Fraternita' ta' Stratford ġewwa Londra, parroċċa tal-Kustodja Ingliża, u P. Raymond Camilleri OFM li talab li jmur l-Art Imqaddsa.", "Il-Provinċja tagħna għalkemm żgħira fin-numru imma dejjem kellha qalb kbira u ġeneruża kif jixhed in-numru tant sabiħ ta' aħwa li fl-imgħoddi ħadmu u 'llum ukoll għadhom jaħdmu barra minn art twelidna f'artijiet kemm qrib kif ukoll il-bogħod sewwa, u jiena nemmen li meta l-Mulej jara' dan, ikompli jibgħatilna aktar u aktar vokazzjonijiet.", "Aktar ma' nkunu ġenerużi ma' min huwa fil-bżonn, aktar u aktar ikun ġeneruż il-Mulej magħna.", "J'Alla ħuti maħbubin, ilkoll kemm aħna nagħmlu tagħna l-kliem ta' Missierna San Franġisk, \"Jeħtieġ nibdew nagħmlu xi ħaġa.", "Għax s'issa għadna ma għamilna xejn!\"", "Dan bl-ebda mod ma għandu jitqies bħala ċaħda ta' dak kollu li sar qabel, anzi waqt li \"inħarsu lura bi gratitudni, u ngħixu l-preżent b'entużjażmu\", nilqgħu din l-istedina, dan l-inkoraġġiment, sabiex inħossu u nemmnu li sakemm għadna ħajjin, qatt ma huwa tard wisq biex ilkoll flimkien nibdew mill-ġdid, u nkomplu b'idejna fuq il-moħriet, iħarsu 'l quddiem lejn Ġejjieni bil-Fiduċja!", "Paċi u Ġid!", "Mogħtija 'llum 17 ta' Settembru, 2016", "Festa tal-Għoti tal-Pjagi ta' Missierna San Franġisk", "Ministru Provinċjal u qaddej tagħkom", "Segretarju Provinċjali"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7172", "date": "September 30, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkażżjoni tal-Festa San Franġisk qed tiġi organizzata attività għat-tfal kollha, speċjalment dawk li jattendu l-Knejjes tagħna.", "Din l-attività se tkun kollha divertiment.", "Se tkun tinkludi: kant, mima fuq San Franġisk, logħob organizzat permezz tal-karattri ta' Frozen: Elsa u Anna, kif ukoll Peter Pan, żfin, face painting, Ballon Modeling, Bubble Machine, Bouncy Castle, ikel u ħafna divertiment ieħor.", "Din l-attività ser issir nhar is-Sibt 8 ta' Ottubru bejn l-10.00am u s-1.00pm. hija miftuħa għat-tfal bejn it-8 u l-15-il sena.", "Huwa mportanti li dawk it-tfal li jixtiequ jieħdu sehem jikkuntattjaw lil Patrijiet Franġiskani fil-Knejjes tagħna, biex jimlew formola ta' kunsens mill-ġenituri u jkunu jafu l-ħin tat-tluq, peress li se jkun qed jiġi organizzat ukoll transport minn kull Kunvent.."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=29", "date": "June 01, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-inċident tal-fabbrika f'Bulebel kien fuq fomm kulħadd u ġera ma' Malta kollha f'minuta.", "L-istess ġralu Fra Joseph Ciappara meta filli jikkonċelebra quddiesa tal-funeral ta' missier wieħed mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u f'daqqa waħda sab ruħu ħdejn il-fabbrika jissielet man-nirien.", "Aqra iktar f'din il-link", "Il-Provinċjal P. Richard S. Grech ofm u l-Kustodju Ingliż P.Patrick Lonsdale ofm waqt laqgħa tal-English Speaking Conference tal-Ordni tkellmu flimkien kif iż-żewġ entitajiet jistgħu jaħdmu flimkien aktar mill-qrib kif jixtieq l-Ordni fiż-żmienijiet tallum. (more…)", "F' Dar Frate Jacoba, Marsaskala t-Tnejn 16 ta' Mejju saret it-tielet sessjoni ta' Formazzjoni Permanenti bit-Tema: End poverty in all its forms everywhere.", "Is-sessjoni bdit fl-9.30 b'messaġġ mill-Minstru Provinċjal u P. Mark Ciantar, OFM. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=28", "date": "July 12, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il‐Ġimgħa 1 ta' Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden jiċċelebra Quddiesa fl-okkażżjoni tal‐festa tal‐Beatu Nazju Falzon, fil‐Knisja ta' Santa Maria ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il‐Belt Valletta. (more…) More Għaddejjin ġmielhom il-preparamenti biex għal darb'oħra matul is-sajf tiġi organizzata ż-Żjara Franġiskana li din is-sena ser issir bejn it-23-31 ta' Lulju.", "Ser issir ġewwa l-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.", "It-tema li ntgħażlet hi «għal dejjem il-ħniena tiegħu», f'armonija mar-rieda tal-Papa Franġisku għas-sena tal-Ġublew. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Lulju jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)", "Nhar il-Ġimgha 1 ta' Lulju, waqt quddiesa koncelebrata mmexxija minn Mons. Arcisqof Charles J. Scicluna, fil-knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù tal-Belt, fl-okkazjoni tal-festa tal-B.", "Nazju Falzon, tħabbar li P. Anton Farrugia OFM ġie magħżul biex ikun il-promotur Djoċesan għall-kawża tal-Kanonizazzjoni.", "P. Anton ha post Mons. Philip Calleja li għal ħafna snin wettaq din il-ħidma.", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Ġunju jinsab online.", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6941", "date": "July 19, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tnejn 18 ta' Lulju filgħaxija l-Franġiskani li ser jieħdu sehem fiż-Żjara Franġiskana ltaqgħu għal mument ta' formazzjoni u talb bejniethom.", "Patri Walter Vassallo, Koordinatur taż-Żjara Franġsiakana ta' spjega fid-dettal ta' kif se taħdem, il-programm u x'hinu l-irwol ta' kull missjunarju fiż-Żjara ta' din is-sena li ser issir fil-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem, B'Kara.", "Wara l-parti teknika kien hemm ukoll mument ta' formazzjoni.", "Il-laqgħa intemmet b'mument ta' talb."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7003", "date": "August 08, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Ġimgħa wara li ġiet fi tmiema ż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem B'Kara, uħud mill-missjunarji ħallew l-esperjenża tagħhom fuq mument partikolari li ħassew li kien ta' importanza għalihom u li għen fl-andament taż-żjara.", "Illejla mistennija Evalwazzjoni ta' din l-esperjenza ġewwa ċ-Ċentru San Franġisk il-Ħamrun.", "Ħidma mal-kappillan u mal-helpers", "Sibna ħafna kollaborazzjoni minn naħa tal-kappillan, Fr. Josef Mifsud, mill-Viċi kappillan Fr. Anthony Fitzpatrick u l-helpers li huma sabu biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet materjali tagħna.", "Konna niltaqgħu ta' kuljum mal-kappillan u ma' Fr. Anthony biex nitkellmu dwar l-andament taż-Żjara.", "Il-helpers kienu dejjem ikunu qabilna u jispiċċaw warajna.", "Din is-sena P. Walter u Fr. Ramon raqdu fid-dar parrokkjali flimkien mal-kappillan, Fr. Josef Mifsud.", "Laqagħhom b'idejh miftuħa.", "Nhar il-Ġimgħa 29 ta' Lulju jiena Sr. Anne Marie kont involuta f'waħda mill-Lectio Divina li saret fil-familji.", "Fil-familja li aħna morna, kellna grupp ta' għaxar min-nies li ipparteċipaw b'mod sħiħ waqt dan il-mument ta' talb.", "Kienet esperjenza sabiħa ħafna anke għall-fatt li bl-għajnuna ta' Fr. Clive jiena ġejt mogħtija l-esperjenza li nagħti sehemi b'mod aktar attiv waqt dan il-mument ta' talb.", "L-esperjenza li twassal il-Kelma t'Alla lin-nies tatni entużjażmu ġdid li bih qiegħed jgħinni biex jiena nuża din il-forma ta' talb iktar spiss fil-ħajja tiegħi.", "Il-ferħ u l-entużjażmu li bih laqgħuna l-familja li konna għandha kien diġa' biżżejjed biex jimlieni bil-kuraġġ.", "Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi li nkun qiegħda ngħin fit-tmexxija ta' din it-talba u warajha naħseb li b'kuraġġ kbir nitħeġġeġ biex nerġa' nagħmilha.", "Laqgħa tal-adoloxxenti", "Il-Ġimgħa filgħodu sar seminar għall-adoloxxenti li ser jirċievi l-Griżma tal-Isqof fil-parroċċi ta' San Ġużepp Ħaddiem u Sta Liena.", "Kien mument interessanti ħafna kemm għall-adoloxxenti li ltqajna magħhom u wisq aktar għalina.", "Waqt il-ħin tal-attività l-adoloxxenti kellhom ikunu kreattivi u joħolqu siġra permezz tat-tpinġija.", "Hawn ħarġu d-differenzi fl-għażliet tagħhom u l-modi differenti ta' kif huma ħadmu flimkien.", "Hekk ukoll is-sejħa għall-ħajja reliġjuża, hija għażla fost il-ħafna oħrajn.", "L-adoloxxenti kellhom ħin biex jistaqsuna dwar il-ħajja ta' patri u soru.", "Naħseb li dan il-mument għinna nsiru nafu aktar min aħna u għinna lilhom biex ineħħu xi ideat żbaljati li forsi setgħa kellhom dwarna.", "Il-Penitenzjal", "Il-mument tat-talb waqt il-penitenzjal kien wieħed li saħħaħ il-ħidma kollha fi ħdan din il-parroċċa.", "Meta wieħed jitkellem dwar il-maħfra kbira t'Alla jista' jagħti l-kas li min qed jisma' jiddubita xi ftit, però permezz tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni li seħħ waqt dan il-mument, setgħet tinħass il-paċi u s-serħan ta' kull persuna.", "Kien hemm parteċipazzjoni sabiħa min-naħa tal-parruċċani u dan kien għalina ta' kuraġġ.", "Liturġijja u Żjajjar fid-djar", "Jien Sr Anita-Jane matul din il-gimgha taż-Żjara Franġiskana għent b'mod attiv fl-animazzjoni tal-Liturġija tas-Sigħat.", "Kif wkoll fiż-żjajjar fid-djar.", "L-animazzjoni tat-talb fil-knisja parrokkjali għeni biex nirbaħ il-biża' u b'iktar kuraġġ immexxi lin-nies, li mhux soltu jitolbu din it-talba, b'mod aktar kalm.", "Iż-żjajjar fid-djar kienet esperjenza li għenitni mmiss ir-realtà tan-nies, spiss imweġġa' u li tinsab f'diffikultajiet kbar.", "Kelli wkoll l-esperjenza li nakkumpanja lil P. Joseph Magro fit-tqarbin lill-morda fid-djar.", "Hawn laqtitni l-ħerqa li urew dawn l-anzjani filli jistennew l-Ewkaristija biex ikunu jistgħu jitqarbnu.", "Laqgħa mal-KPP", "Kienet ix-xewqa tal-kappillan, fr Josef Mifsud, li niltaqgħu mal-Kunsil Pastorli Parrokjali.", "Il-Laqgħa bdiet b'mument ta' talb fejn urejna video b'parti mill-ħajja ta' San Franġisk, il-mument fejn San Franġisk sema' lil Alla jkellmu biex imur u jibni l-Knisja tiegħu.", "Wara dan il-mument qasir Fra Ramon qasam ftit ħsibijiet dwar il-ħajja ta' San Franġisk u kif nistgħu nattwawhom fil-ħajja tagħna.", "Wara ftit mumenti ta' skiet tlabna lil kull membru tal-Kunsill biex jiktbu talba għall-bzonnijiet tal-Parroċċa ujqiegħduha ġo envelop li kien imqiegħed ħdejn is-salib ta' San Damjan.", "L-aħħar li poġġa t-talba kien il-Kappillan li għalaq enevelope.", "Dawn it-talbiet ġew mogħdija lis-Sorijiet Klarissi biex fl-interċessjoni tagħhom għaż-Żjara jpoġġu anka dawn l-intenzjonijiet partikolari huma u jresquhom quddiem Ġesù.", "Kien mument sabiħ ħafna.", "Wara għexna mument ta' Fraternità flimkien b'ikla fil-qasam tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien stess. (sr Elaine)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7015", "date": "August 13, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-11 ta' Awwissu festa liturġika ta' Santa Klara, ġiet iċċelebrata l-Festa ta' Santa Klara ġewwa l-Monasteru ta' San Ġiljan.", "Iċ-ċelebrażżjoni kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM.", "Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem fuq il-ferħ li biħ nilqagħu din l-istedina ta' kull sena, għaliex huwa mezz kif aħna bħala patrijiet, sorijiet, benefatturi u ħbieb nistgħu niltaqgħu biex inroddu ħajr lil Alla tad-don tal-ħajja monastika ta' dawn is-sorijiet li ma jieqfux jitolbu kemm għalina kif ukoll għal kull bżonn li persuni individwali li jesqu għall-għajnuna, kif ukoll b'mod ġenerali għas-soċjeta Maltija.", "Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa tat il-messaġġ tagħha u enfażizzat l-importantza li fil-ħajja tagħna ma nabbandunawx lil Alla, imma li minkejja li qed ngħixu f'dinja li qed twarrab lil Alla aħna m'għandiex nabbandunawħ fil-ħajja tagħna.", "Wara l-quddiesa dawk preżenti kienu mistiedna għal riċeviment fil-ġnien tal-monasteru.", "Tista' tisma' l-Omelija tal-Ministru Provinċjal hawn taħt."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=7043", "date": "August 23, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Illum 23 ta' Awwissu, P. Albert Gauci se jingħata t-titlu 'Honoris Causa'.", "Aħbar sabiħa li taghmel unur lil ħuna P. Albert OFM, lill-familja tiegħu, lill-Provinċja tagħna, iżda fl-aħħar u ċertament mhux l-inqas lill-Knisja ġewwa l-Ħonduras.", "Huwa rikonoxximent xieraq għall-ħidma fejjieda mwettqa minn ħuna P. Albert għal bosta snin b'tant dedikazzjoni, sagrifiċċju personali u xhieda awtentika ta' dak kollu li huwa Nisrani u Frangiskan."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6985", "date": "August 08, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħadd 7 ta' Awwissu ġiet iċċelebrata l-Festa ta' Santa Klara ġewwa Għawdex flimkien mal-fraternità tal-Klarissi.", "Iċ-ċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex, saret ġewwa d-Dar tal-Irtiri Manresa, biex tkun tista takkomoda iżjed nies.", "Iċ-ċelebrazzjoni kienet animata mis-sorijiet Klarissi stess u għal din l-okkażjoni kienu mistiedna diversi saċerdoti, sorijiet, ħbieb u benefatturi tas-sorijiet biex flimkien jaqsmu l-ferħ ta' din il-ġurnata.", "Wara l-quddiesa Mons. Isqof bierek il-ħobż u ġie imqassam lill-ġemgħa.", "Wara kien hemm reċeviment fil-ġnien tal-Monasteru fejn dawk preżenti setgħu jitkellmu mas-sorijiet u jifirħu flimkien.", "Tista' tisma' l-Omelija ta' Mons. Isqof Mario Grech hawn taħt."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=31", "date": "April 12, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' April jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)", "Nhar il-Ħamis 31 ta' Marzu għexna esperjenza bħala fraternità Provinċjali: iltaqjna l-Imsida u b'dgħajsa imdaqqsa irħejnielha lejn Filfa.", "Għal ħafna kienet l-ewwel darba li rawha daqshekk mill-qrib.", "Konna madwar 33 ruħ. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6923", "date": "July 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Għaddejjin ġmielhom il-preparamenti biex għal darb'oħra matul is-sajf tiġi organizzata ż-Żjara Franġiskana li din is-sena ser issir bejn it-23-31 ta' Lulju.", "Ser issir ġewwa l-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.", "It-tema li ntgħażlet hi «għal dejjem il-ħniena tiegħu», f'armonija mar-rieda tal-Papa Franġisku għas-sena tal-Ġublew.", "Bħala Franġiskani din is-sena ukoll qed niċċelebraw it-800 sena mill-għoti tal-Indulġenza tal-Porziuncola mill-Papa Onorju III fl-1216.", "Għaldaqstant il-'missjoni' li fdalna l-Papa matul din is-sena ssib eku ċar u qawwi fil-Maħfra t'Assisi."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=30", "date": "May 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ġimgħa 6 ta' Mejju fis-Seminarju tal-Arċisqof f'tal-Virtu r-Rabat, ġiet organiżżata 'Vocations EXPO' fejn diversi forom tal-Ħajja Reliġjuża kienu mistiedna biex ikellmu t-tfal tal-Form 1. (more…) More Mill-4 sat-12 ta' Mejju l-Arcisqof ta' Malta Mons. Charles J. Scicluna jinsab fl-Art Imqaddsa jmexxi pellegrinaġġ flimkien ma' 58 pellegrin ieħor. (more…)", "Nhar il-Ħadd 24 ta' April, E.T. Mons Silvestru Magro, OFM, Isqof Emeritus ta' Benghazi, fil-Libja ċċelebra 50 sena Saċerdot kif ukoll 18-il sena Isqof.", "Huwa mexxa quddiesa Pontifikali ta' Radd il-Ħajr fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Mejju jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6852", "date": "May 17, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["F' Dar Frate Jacoba, Marsaskala t-Tnejn 16 ta' Mejju saret it-tielet sessjoni ta' Formazzjoni Permanenti bit-Tema: End poverty in all its forms everywhere.", "Is-sessjoni bdit fl-9.30 b'messaġġ mill-Minstru Provinċjal u P. Mark Ciantar, OFM.", "Mbagħad beda mument ta' talb.", "Il-kelliem mistieden tkellem fuq il-ħtieġa li l-faqar jispiċċa u wera li aħna nistgħu naħdmu biex dan issir realtà.", "Kull wieħed minna huwa strumentali u huwa importanti li nibdew minna stess billi nieħdu ħsieb li dak li nagħmlu u nixtru ikun sostenibbli.", "Spiċċajna 12.15pm billi qsamna xi ħaġa ta' li-ikel flimkien."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6875", "date": "May 31, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Provinċjal P. Richard S. Grech ofm u l-Kustodju Ingliż P.Patrick Lonsdale ofm waqt laqgħa tal-English Speaking Conference tal-Ordni tkellmu flimkien kif iż-żewġ entitajiet jistgħu jaħdmu flimkien aktar mill-qrib kif jixtieq l-Ordni fiż-żmienijiet tallum.", "Fuq stedina tal-Provinċjal tagħna P.Patrick ġie Malta biex ikellem lid-Definitorju Provinċjali fuq is-sitwazzjoni tal-Kustodja Ingliża li n-numru tagħha huwa dejjem niżel tant li minn provinċja ta' l-fuq minn 200 patri spiċċat kustodja bi 30 patri li ħafna minnhom huma anzjani.", "Għal dan il-għan twaqfet kummisjoni bejn iż-żewġ entitajiet biex taħdem u tressaq proposti ta' kif wieħed jista jikkolabora flimkien.", "Il membri tal-Kummisjoni magħżula miż-żewġ naħat huma Fr. Michael Copps ofm u Fr. Anthony Baya ofm għal Kustodja Ingliża u P. Charles M. Grech ofm u P Stephen Magro ofm għal Provinċja Maltija.", "Din l-esperjenza taf il-bidu tagħha wara li P. Charles M. Grech ofm u P. Stephen Magro ofm għal Provinċja Maltija għamlu żjara ġewwa l-kunvent ta' Stratford bejn il-21-28 t'April fejn barra d-diskussjonijiet bejniethom flimkien ma P. Michael Copps ofm u P. Anthony Baya ofm għal Kustodja Ingliża kellhom l-okkazzjoni li jaraw b'għajnejhom ix-xogħol li għandhom u l-bżonn fejn nistgħu nejnuhom.", "Aktar dettallji, niżżel id-dokument.", "Filwaqt li saret stedina biex P. Michael Copps ofm u P. Anthony Baya ofm għal Kustodja Ingliża jiġu Malta ħalli huma wkoll ikollhom iċ-ċans li jesprimu u jitkellmu mal-provinċjal u mad-definitorju fl-lagħqa li saret nhar it-Tlieta 17' ta' Mejju.", "Charles M. Grech ofm u Stephen Magro ofm għal Provinċja Maltija."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=33", "date": "February 10, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fil-Kunvent tal-Belt nhar l-10 ta' Frar saret it-tieni sessjoni ta' Formazzjoni Permanenti dwar l-użu tar-Riżorsi.", "Sessjoni bdit fl-10.15 b'messaġġ mill-Minstru Provinċjal fejn wassal it-tislijiet kemm ta' P. Marcello u P. Stephen li qiegħdin jirrappreżentaw iż-żewġt Djoċesi bħala missjunarji tal-ħniena għas-sena Ġubilari.", "Filwaqt li rringrazzja lill P. Marcellino għal akkoljenza u preparazzjoni ta' din il-lagħqa. (more…)", "L-isem li biħ ġie iċċelebrat l-għeluq tas-sena tal-Ħajja kkonsagrata hu \"Ħajja kkonsagrata fl-unita\" dan il-kungress ġie ċċelebrat bejn it-28 ta' Jannar u t-2 ta' Frar il-ġurnata ddedikata għal ħajja kkonsagrata, fil-belt tal-Vatikan.", "Għal dan il-kungress ħa sehen P. Joseph Magro, OFM.", "Għal dan il-kungress kienu mistiedna l-ordnijiet reliġjużi kollha: Ordo virginum, kontemplativi, l-istituti Reliġjużi, l-istituti Sekulari u l-istituti ġodda u ta' \"forom ġodda\". (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' frar jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)", "Fl-okkażżjoni tal-Festa tal-Provinċja, il-konverżjoni tal-Appostlu San Pawl, illum il-Patrijiet tal-Provinċja iltaqgħet f'Porziuncola Retreat House għal nofstanhar ta' Formazzjoni Permanenti.", "Il-laqgħa kienet immexxija minn Dr Mark Mifsud dwar l-użu tar-Riżorsi speċjalment fil-kunventi tagħna, dwar l-importanza li nibdew iżjed bis-serjeta nużaw riżorsi bħalma huma x-xemx u elementi naturali oħra. (more…)", "L-Isqof Mons. Mario Grech fid-diskors tal-Qsim tal-Awguri lis-saċerdoti fis-Seminarju ta' Għawdex nhar is-Sibt 16 ta' Jannar, ħabbar li talab lis-Santa Sede biex il-Papa jaħtar lil P. Marcello Ghirlando OFM bħala \"missjunarju tal-ħniena\", bl-awtorità li jaħfer anki d-dnubiet riservati għas-Sede Appostolika u jkun \"predikatur konvinċenti tal-ħniena\". (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=32", "date": "March 01, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Marzu jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…) More Żewġ Franġiskani, P. Stephen Magro, OFM u P. Marcello Ghirlando, OFM kienu fost l-1,173 missjunarju tal-ħniena li l-Papa Franġisku għażel biex fis-Sena tal-Ħniena jxerrdu l-ħniena ta' Alla permezz tal-predikazzjoni u biex jaħfru l-erba' dnubiet riservati għas-Santa Sede. (more…)", "P.Stephen Magro ofm, ġie magħżul mill-Provinċjal P.Richard S. Grech biex f'isem il-Provinċja Franġiskana Maltija ikun Missjunarju tal-Ħniena. (more…)", "Il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd 14 ta' Frar, għeluq il-75 sena, aċċetta r-riżenja tal-E.T. Mons. Silvestru Magro OFM mill-kura pastorali tal-Vigarjat Appostoliku ta' Benghażi fil-Libja. (more…)", "L-E.T. Mons Silvestru Magro, OFM nhar il-Ħadd 14 ta' Frar iċċelebra Quddiesa ta' ringrazzjament f'għeluq il-75 sena u t-tmiem tal-ħidma tiegħu ġewwa Benghazi.", "Fil-bidu tal-quddiesa huwa rringrazzja lil Alla għal dak li taħ, kif ukoll lil dawk li kienu viċin tiegħu matul dan iż-żmien speċjalment fi żminijiet diffiċli li għadda minnhom. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6711", "date": "April 01, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ħamis 31 ta' Marzu għexna esperjenza bħala fraternità Provinċjali: iltaqjna l-Imsida u b'dgħajsa imdaqqsa irħejnielha lejn Filfa.", "Għal ħafna kienet l-ewwel darba li rawha daqshekk mill-qrib.", "Konna madwar 33 ruħ.", "F'ġurnata sabiħa, imma b'baħar kemmxejn imċaqlaq, speċjalment aħna u sejrin lejn Filfla, kellna veduti suġġestivi fejn rajna l-kosta ta' Malta minn fuq il-baħar.", "Kien spettaklu mod ieħor.", "Kif wasalna qrib Filfla, li llum hija riserva naturali u allura ħadd ma jista' jitla' fuqha, ħafna ħadu l-okkazjoni biex jieħdu ritratt magħha.", "Wara li ħallejna Filfla, erġajna lura fejn dħalna għal kenn ta' Birżebbuġia fejn kilna xi ħaġa.", "Wara erġajna lura f'temp kompletament kalm u sabiħ.", "Żgur li kien mument sabiħ fratern fejn qsamna flimkien il-ħajja sabiħa tal-vokazzjoni Franġiskana tagħna u fuq kollox il-ferħ tal-Għid.", "Grazzi lil P. Marcellino Micallef ofm, Vigarju Provinċjali, li kkoordina din il-ħarga."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6816", "date": "May 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ħadd 24 ta' April, E.T. Mons Silvestru Magro, OFM, Isqof Emeritus ta' Benghazi, fil-Libja ċċelebra 50 sena Saċerdot kif ukoll 18-il sena Isqof.", "Huwa mexxa quddiesa Pontifikali ta' Radd il-Ħajr fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat.", "Fi Knisja mimlija bil-familjar u ħbieb kif ukoll bosta patrijiet ħafna kienu prezenti biex jaqsmu flimkien miegħu din il-ġurnata speċjali.", "Fil-bidu huwa rrinġrazja lil Alla ta' din il-ġurnata speċjali u qal li dejjem poġġa s-saċerdozju tiegħu f'idejn il-protezzjoni ta' San Ġużepp u tal-Qalb ta' Ġesù.", "L-omelija saret mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM.", "Hu tkellem fuq l-vokazzjoni u fuq il-ħajja ta' Mons Sylvestru speċjalment f'dawn l-aħħar 18-il sena bħala missjunarju f'Benghazi, il-Libja fejn huwa kien ta' eżempju għal dawk kollha li kien qed imexxi.", "Fl-aħħar tal-Quddiesa sar talb lil Qalb ta' Ġesù u ngħataw xi riġali kemm hu lill- Provinċja kif ukoll il-Provinċja lilu rranġrazzjatu tax-xhieda tiegħu f'dan l-aħħar żmien.", "ara ukoll: L-Aħbar 207"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6828", "date": "May 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Mill-4 sat-12 ta' Mejju l-Arcisqof ta' Malta Mons. Charles J. Scicluna jinsab fl-Art Imqaddsa jmexxi pellegrinaġġ flimkien ma' 58 pellegrin ieħor.", "Huwa żar il-Bażilka tat-Tħabbira lill-Marija se ssir Omm Alla ġewwa Nazaret, Tabor, Karmelu, Tabgha, Kana tal-Galilija fosto postijiet oħra.", "Fil-jiem li ġejjin huwa se jżur Ġerusalemm, Betlem, Ġetsemani u postijiet oħra.", "Il-Pellegrinaġġ huwa organizzat mil-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa animat minn P. Twanny Chircop OFM, Kummissarju tal-Art Imqaddsa."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6836", "date": "May 06, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ġimgħa 6 ta' Mejju fis-Seminarju tal-Arċisqof f'tal-Virtu r-Rabat, ġiet organiżżata 'Vocations EXPO' fejn diversi forom tal-Ħajja Reliġjuża kienu mistiedna biex ikellmu t-tfal tal-Form 1.", "Bħala Vokazzjonijiet Franġiskani konna preżenti biex aħna ukoll nuru s-sabiħ tal-ħajja Franġiskana.", "Dan sar fuq medja ta' għoxrin minuta kull klassi.", "P. Stephen Magro, OFM Animatur Vokazzjoni, P. Joseph Magro, OFM u Antoine Galdes Postulant spjegaw din il-ħajja mibnija fuq il-ħajja ta' San Franġisk.", "Wara l-ispjega it-tfal raw video qasir dwar il-kunventi tagħna.", "Lejn tmiem il-laqgħa setgħu jieħdu santi u brochures relatati mal-ħajja tagħna.", "Issa importanti li aħna nkomplu nitolbu biex dawn it-tfal ikunu imdawlin biex jagħrfu dak li Alla jrid minnhom."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=35", "date": "December 17, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech ħatar lil P. Marcello Ghirlando, OFM bħala d-Delegat tiegħu għall-Ħajja Kkonsagrata għat-tliet snin li ġejjin. (more…) More Tlett qaddisin il-bogħod minn xulxin fl-ispazju u fiż-żmien, imma li għandhom spiritwalita' komuni għal xulxin.", "Tlett qaddisin li għandhom tifsira u importanza speċjali għalina Franġiskani Maltin.", "San Pawl, San Franġisk u San Ġorġ Preca.", "Tlett qaddisin li baqgħu mistgħaġba mhux daqstant quddiem id- Divinita' ta' Ġesu', daqskemm quddiem l-Umanita' tiegħu. (more…)", "Issa li għaddew ftit aktar minn sena u nofs mill-aħħar Kapitlu Provinċjali li ċċelebrajna ġewwa Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq, wasal iż-żmien li ssir il-Viżta Kanonika tal-Provinċja tagħna skont kif mitlub mill-Ministru Provinċjal fl-artiklu 184 §2 tal-Istatuti Ġenerali tal-Ordni, dan anke bi tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali Intermedju li jmiss fis-sena 2017.", "Dawn huma d-dati ta' kif bil-għajnuna t'Alla l-Provinċjal se inżur lill-Fraternitajiet u l-Patrijiet:", "15 ta' Jannar 2016 Santa Marija tal-Anġli", "18 ta' Jannar 2016 Domus Pacis", "22 ta Jannar 2016 Laboratorju tal-Paċi Ħal Far", "11 u 12 ta' Frar 2016 Valletta", "15 u 16 ta' Frar 2016 Rabat", "19 ta' Frar 2016 Dar Frate Jacoba, Wied il-Għajn", "23 u 24 ta' Frar 2016 Sliema", "2 u 3 ta' Marzu 2016 Ħamrun", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Diċembru jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)", "Mit-23 sal-26 Novembru, P. Joseph Magro, OFM ħa sehem fil-Kungress tal-Formazzjoni u l-Istudji organizzat mill-Konferenza Taljana COMPI, f'Assisi, intitolat \"Evangelium Osbervare.", "Il-ħajja evanġelika: il-post naturali ta' edukazzjoni u evanġelizzazzjoni\". (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6651", "date": "February 16, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-E.T. Mons Silvestru Magro, OFM nhar il-Ħadd 14 ta' Frar iċċelebra Quddiesa ta' ringrazzjament f'għeluq il-75 sena u t-tmiem tal-ħidma tiegħu ġewwa Benghazi.", "Fil-bidu tal-quddiesa huwa rringrazzja lil Alla għal dak li taħ, kif ukoll lil dawk li kienu viċin tiegħu matul dan iż-żmien speċjalment fi żminijiet diffiċli li għadda minnhom.", "Il-fraternità Franġiskana tal-kunvent tar-Rabat li issa hu qed jagħmel parti minnha, il-familjari u l-ħbieb kif ukoll il-ġemgħa li jiltaqgħu fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat, ħadu l-okkażżjoni biex ikantawlu u jawgurawlu għal għeluq sninu.", "Wara l-quddiesa kulħadd ħareġ ħdejn il-bieb ta' barra u hemm qasam kejk għall-okkażżjoni."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6664", "date": "February 16, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd 14 ta' Frar, għeluq il-75 sena, aċċetta r-riżenja tal-E.T. Mons. Silvestru Magro OFM mill-kura pastorali tal-Vigarjat Appostoliku ta' Benghażi fil-Libja.", "Fl-istess komunikat uffiċjali, maħruġ min-Nunzjatura Appostolika fil-Libja, E.T. Mons. George Bugeja nħatar bħala Amministratur Appostoliku tal-Vigarjat ta' Benghażi.", "Fil-komunikat, il-Papa Franġisku rringrazja lill-Isqof Emeritu Silvestru Magro tal-ħidma kbira li wettaq u ta' kemm kien dejjem viċin l-Insara f'Benghażi."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6673", "date": "February 19, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["P.Stephen Magro ofm, ġie magħżul mill-Provinċjal P.Richard S. Grech biex f'isem il-Provinċja Franġiskana Maltija ikun Missjunarju tal-Ħniena.", "Huwa rċieva dan il-mandat f'din is-Sena tal-Ħniena mingħand il-Papa Franġisku nhar l-Erbgħa 10 ta' Frar, Ras ir-Randan waqt quddiesa fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan u li għalija kien preżenti wkoll P.Marcello Ghirlando f'isem id-djoċesi ta' Għawdex.", "P. Stephen flimkien ma P.Marċello għandu d-dmir li jippridka fuq l-importanza tal-Ħniena kif ukoll għandu l-fakultà li jaħfer d-dnubiet riservati għas-Santa Sede.", "P. Stephen bħalissa jinsab fil-Kunvent tagħna tar-Rabat u għalkemm jista' ikun dejjem disponibbli għal qrar, qed ikun ukoll disponibbli għal -Qrar kull nhar ta' Ġimgħa mis-6.30 sat-8.00 ta' filgħaxija fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu) r-Rabat."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6686", "date": "February 24, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Żewġ Franġiskani, P. Stephen Magro, OFM u P. Marcello Ghirlando, OFM kienu fost l-1,173 missjunarju tal-ħniena li l-Papa Franġisku għażel biex fis-Sena tal-Ħniena jxerrdu l-ħniena ta' Alla permezz tal-predikazzjoni u biex jaħfru l-erba' dnubiet riservati għas-Santa Sede.", "Filfatt, P. Stephen u P. Marcello ingħataw il-mandat mill-Papa Franġisku biex ikunu jistgħu jaħfru dnubiet:", "1. konnessi mad-dirpezz tal-Ewkaristija,", "2. mas-sigriet tal-qrar,", "3. ma' attentati fuq il-ħajja tal-Papa u", "4. jistgħu jaħfru wkoll lil xi ħadd li kien kompliċi ma' saċerdot ieħor f'xi dnub.", "Iż-żewġ Franġiskani ingħataw dan il-mandat f'ċerimonja li mexxa l-istess Papa Franġisku fil-Bażilika ta' San Pietru nhar l-Erbgħa, 10 ta' Frar Ras ir-Randan."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=34", "date": "January 11, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Programm Socio-religjuż bl-isem \"Qalb in-Nies\" tella programm dwar il-Missjunarji Maltin bit-tema:\"Missjunarji għal dejjem\" fuq l-istazzjoni Nazzjonali TVM.", "Programm immexxi minn P. Charles Tabone, OP, (more…) More Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar l-Erbgħa 6 ta' Jannar.", "Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-E.T. Mons Sylvester Magro, OFM fejn fil-bidu tal-quddiesa tkellem fuq din il-ġurnata permezz tal-Ktieb \"Ġesu ta' Nażaret\" tal-Papa Benedittu XVI.", "L-omelija saret mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM li tkellem fuq Ġublew tal-ħniena, l-epifanija u fuq il-vista kanonika.", "Wara l-Quddiesa l-Ministru Provinċjal ta' lil kull patri kopja tad-dokument finali tal-Kapitlu Ġenerali.", "Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa.", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Jannar jinsab online .", "U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)", "It-Tnejn 28 ta' Diċembru l-patrijiet, l-ġenituri u l-qraba nġabru fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola għall-festa tal-Milied flimkien.", "Il-laqgħa bdiet b'quddiesa mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM. (more…)", "Fis-sessjoni tad-Definitorju Ġenerali li saret nhar is-17 ta' Diċembru, P. Sandro Overend, OFM ġie nominat President u koordinatur tal-Kummissjoni Liturġika tal-Ordni. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6573", "date": "January 18, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Isqof Mons. Mario Grech fid-diskors tal-Qsim tal-Awguri lis-saċerdoti fis-Seminarju ta' Għawdex nhar is-Sibt 16 ta' Jannar, ħabbar li talab lis-Santa Sede biex il-Papa jaħtar lil P. Marcello Ghirlando OFM bħala \"missjunarju tal-ħniena\", bl-awtorità li jaħfer anki d-dnubiet riservati għas-Sede Appostolika u jkun \"predikatur konvinċenti tal-ħniena\".", "Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Isqof ta 7 punti oħra prattiċi x'jista' jsir f'din is-sena tal-Maħfra:", "1. is-saċerdoti volontarjament joffru sigħat ta' Qrar;", "2. tal-inqas fil-knejjes parrokkjali jkun hemm \"santwarju tal-Qrar\";", "3. il-Qrar isir biss f'post dinjituż fejn tiġi mħarsa s-sagralità u l-kunfidenzjalità;", "4. fil-knejjes kollha din is-sena jkun hemm orarju tal-Qrar;", "5. darba fil-ġimgħa l-knejjes parrokkjali jibqgħu miftuħa sa tard u jipprovdu servizz ta' Qrar;", "6. norganizzaw ċelebrazzjoni penitenzjali komunitarja;", "7. flimkien mat-tliet knejjes ġubilari, ser nagħmel il-knisja ta' San Ġakbu knisja penitenzjali."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6586", "date": "January 25, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkażżjoni tal-Festa tal-Provinċja, il-konverżjoni tal-Appostlu San Pawl, illum il-Patrijiet tal-Provinċja iltaqgħet f'Porziuncola Retreat House għal nofstanhar ta' Formazzjoni Permanenti.", "Il-laqgħa kienet immexxija minn Dr Mark Mifsud dwar l-użu tar-Riżorsi speċjalment fil-kunventi tagħna, dwar l-importanza li nibdew iżjed bis-serjeta nużaw riżorsi bħalma huma x-xemx u elementi naturali oħra.", "Il-laqgħa spiċċat billi inġbarna fir-restaurant tal-istess Dar 'Da Francesco' u saret ikla flimkien.", "Il-Laqgħa ta' Formazzjoni Permanenti li jmiss hija għal-10 ta' Frar."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6605", "date": "February 03, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-isem li biħ ġie iċċelebrat l-għeluq tas-sena tal-Ħajja kkonsagrata hu \"Ħajja kkonsagrata fl-unita\" dan il-kungress ġie ċċelebrat bejn it-28 ta' Jannar u t-2 ta' Frar il-ġurnata ddedikata għal ħajja kkonsagrata, fil-belt tal-Vatikan.", "Għal dan il-kungress ħa sehen P. Joseph Magro, OFM.", "Għal dan il-kungress kienu mistiedna l-ordnijiet reliġjużi kollha: Ordo virginum, kontemplativi, l-istituti Reliġjużi, l-istituti Sekulari u l-istituti ġodda u ta' \"forom ġodda\".", "L-ewwel ġurnata bdiet b'Velja ta' talb fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan u kienet preseduta mill-ET Mons. José Rodriguez Carballo OFM, segretarju tal-CIVCSVA.", "Jieħdu sehen għal dan il-kungress kien hemm madwar 5000 reliġjuż u reliġjuża.", "It-tieni ġurnata bdiet b'mument ta' talb u wara l-Prefett tal-Kongregazzjoni ET il-Kardinal João Braz de Aviz li għamel l-intervent tiegħu.", "Hu tkellem fuq ħames punti mportanti li jsemmi l-Papa fl-ittra tal-indiżżjoni fil-ftuħ tas-sena tal-Ħajja kkosgrata, li huma:", "1 Ferħ: Fejn hemm ir-reliġjużi hemm il-ferħ", "2 Qajmu d-dinja: importanti li inkunu profeti!", "3 Esperti ta' komunjoni, nagħmlu mill-Knisja post ta' laqgħa għal kulħadd.", "Spiċċa ż-żmien li inkunu weħidna imma irridu inkunu sinodali.", "4 Immoru fil-periferija.", "5 Insaqsu lil Alla u l-bniedem tallum x'għandhom bżonn", "6 Il-kuraġġ u ma nibżgħux.", "Matul l-ġurnata kien hemm relazjoni oħra mill-ET Mons Jose Rodriguez Carballo OFM bit-tema:\"Inbid ġdid f'damiġni ġodda\", il-ħajja kkonsagrara mil-50 sena mill-Lumen gentium u Perfectæ caritatis.", "Mixja ta' koverżjoni.", "Li kienet segwita min domandi u risposti.", "Il-ġurnata tas-Sibt kienet b'xi mod differenti għaliex filgħodu bdejna fil-Bażilika tal-Lateran b'intervent u Lectio Divina u wara nofsinhar kull still ta' ħajja kien għaliħ f'post differenti madwar Ruma u kulħadd b'aspett partikolari fuq il-ħajja tiegħu.", "Il-Ħadd bdejna b'żewġ relazzjonijiet dwar il-\"Ħajja kkonsagrata post ta' kontemplazzjoni\", b'riflessjoni teoloġika u b'formazzjoni għall-maħfra.", "Wara segwiet t-tieni relazzjoni minn Mons. Santiago Agrelo Martinez OFM fuq il-\"Ħajja kkonsagrata post ta' akkoljenza, kondiviżjoni u eżerċizju tal-miżerikordja\".", "Wara nofsinhar kellna katekeżi bl-arti fil-Kappella Sistina.", "It-Tnejn kienet ġurnata mill-isbaħ peress li kelna l-udjenza mal-Papa (ara video taħt).", "It-tema: \"Il-Ħajja kkonsagrata f'komunjoni- niskopru l-ħajja li ħemm fil-ħajja kkonsagrata\".", "Mons. Jose Carballo qal li hu mportanti li ma inħarsux lejn il-mewt imma niftakru li hemm ħafna ħajja flimkien.", "Irridu inkunu mużajk imma nimxu flimkien.", "Meta l-Papa Franġisku jitkellem fuq il-Profezia jitkellem minn kuraġġ (inħobbu r-riskju) nimxu kontra kurrent, hu qal li minn jiżżewwġ il-moda jormol malajr]", "Sr. Carmen Sammut MSOLA, tkelmet fuq l-appostolat fil-Ħajja kkonsagrat u tat xi karateristiċi:", "Niltaqgħu ma' Kristu rxoxt: Kulħadd ħalla kollox biex jimxi wara Ġesù.", "Ħajja fil-komunità: nirrispettaw lil xulxin.", "Kif qed niddixxernu I-ħajja tagħna?", "Missjoni: kollha mibgħutin għal missjoni partikolari fil-knisja.", "Fost punti oħra minn kelliema oħra ħareġ l-importanża tal-'Missjoni u Fraternità', il-Ħajja kontemplativa: imp li ikun persuni awtentiċi ġol-knisja kif jgħid Papa Franġisku, u li l-Istituti sekulari, mhux biss tkun fid-dinja imma li inkunu inseriti fid-dinja.", "Wara kellna l-Udjenza mal-Papa fejn tkellem fuq tlett kelmiet importanti li huma afdatli lil persuni kkonsagrati: Profezja, Prossimità u Tama. ( għafas hawn għad-diskorss sħiħ )", "Fil-għaxija umbagħad sar Oratorju bid-direzzjoni ta' Mons. Marco Frisina.", "It-Tlieta 2 ta' Frar Jum il-Ħajja Kkonsagrata filgħodu sar pellegrinaġġ fl-okkażżjoni tal-Ġublew tal-Ħniena fid-diversi Bażiliċi u filgħaxija saret il-quddiesa solenni fil-Bażilika tal-Vatikan minn Papa Franġisku li għalqet din is-sena speċjali ddedikata lill-Ħajja kkonsagrata. ( għafas hawn għal-omelija )."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6639", "date": "February 10, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fil-Kunvent tal-Belt nhar l-10 ta' Frar saret it-tieni sessjoni ta' Formazzjoni Permanenti dwar l-użu tar-Riżorsi.", "Sessjoni bdit fl-10.15 b'messaġġ mill-Minstru Provinċjal fejn wassal it-tislijiet kemm ta' P. Marcello u P. Stephen li qiegħdin jirrappreżentaw iż-żewġt Djoċesi bħala missjunarji tal-ħniena għas-sena Ġubilari.", "Filwaqt li rringrazzja lill P. Marcellino għal akkoljenza u preparazzjoni ta' din il-lagħqa.", "Mbagħad beda mument ta' talb.", "Qsamna xi ħsibijiet tal-Papa Franġisku fuq l-ambjent.", "Intwera clip dwar il-missjonijiet li ħutna l-isfqjijiet tagħna franġiskani Mons. Joseph Bonello fil-Honduras, Mons. George Bugeja fil-Libya gewwa Tripli qed iwettqu.", "Fl-istess clip intervjena anke Mons. Sylvester Magro bl-esperjenza diretta li kellu speċjalment fi żmien il-gwerra ġewwa Benghasi (ara video hawn taħt).", "Qabel ma bdejna t-tieni parti il-provinċjal ħeġġeġ il-patrijiet preżenti biex ngħamlu marketing kemm fuq ir-restaurant u l-pellegrinaġġi Franġiskani dawk ta' l-Art Imqaddsa u t'Assisi.", "Mhux tant għal flus imma biex inħeġġu n-nies jagħmlu esperjenza Franġiskana.", "Professur Paul Pace għamel preżentazzjoni \"Il-Ħolqien lejn użu aħjar tar riżorsi\".", "Ġiet aċċennata l-enċiklika 'Laudato Si' tal-Papa Franġisku dwar il-ħolqien.", "Din il-lagħqa fuq ir-riżorsi tkompli ma dik li saret ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq nhar il-25 ta' Jannar.", "Dan kollu għandu jwassal biex ngħamlu reviżjoni tal-istill tal-ħajja tagħna kif nużaw il-meżżi li għandna ħa nkunu xhieda Evanġelika.", "Reduce, Reuse & recycle huma tliet kelmiet biex aħna n-naqsu l-carbon footprint; proġett pilota tal-Laboratorju tal-Paċi għall-kunventi tagħna.", "Spiċċajna 12.15pm billi qsamna xi ħaġa ta' li-ikel flimkien."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=36", "date": "November 15, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar is-Sibt 14 ta' Novembru fl-10.30 ta' filgħodu, il-Provinċja Franġiskana ċċelebrat Quddiesa kkonċelebrata ġewwa l-Kappella tac-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Din il-quddiesa tiġi ċċelebrata kull sena fil-kappella taċ-ċimiterju, matul ix-xahar ta' Novembru biex nitolbu għal dawk il-patrijiet li ħallewna. (more…)", "Bejn is-6 u t-8 ta' Novembru sar seminar dwar il-futur tal-ħajja kkonsagrata, bit-tema: 'l-aħħar wieħed jitfi u jagħlaq il-bieb… il-futur tal-ħajja konsagrata'. (more…)", "Bħalissa fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, f'tas-Sliema għaddeja ġimgħa ta' attivatijiet Vokazzjonali, li tibqa sejra sa nhar il-Ħadd 15 ta' Novembru.", "Dan jinkludi quddies, mumenti ta' talb, kif ukoll laqgħat ma' diversi għaqdiet. (more…)", "'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja qed jerġa jiġi ppublikat b'format ġdid u se jkun qed joffri informazzjoni fuq dak kollu li jkun għaddej fil-Provinċja.", "Se jkun jinkludi fiha l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6370", "date": "November 28, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Mit-23 sal-26 Novembru, P. Joseph Magro, OFM ħa sehem fil-Kungress tal-Formazzjoni u l-Istudji organizzat mill-Konferenza Taljana COMPI, f'Assisi, intitolat \"Evangelium Osbervare.", "Il-ħajja evanġelika: il-post naturali ta' edukazzjoni u evanġelizzazzjoni\".", "Il-konferenza nfetħet mill-Ministru Ġenerali P. Michael Perry, OFM, li presjeda il-liturġija tal-bidu f'Santa Marija tal-Porziuncola u wara laqgħa mal-Formators.", "P. Salvatore Ferro, OFM, Segretarju Nazzjonali għall-Formazzjoni u l-Istudji, ippreżenta t-tema tal-konferenza u sommarju tal-attivitajiet għall-perjodu 2014-2015.", "Mons Paolo Martinelli, OFM Kap., isqof awżiljarju u Vigarju episkopali tad-Djoċesi ta' Milan, li ppreżenta r-rapport bit-titolu: \"Mill-ħajja regolari għar-\"Regola u Ħajja\";", "P. Ferdinando Campana, OFM, Ministru Provinċjali tal-Marche, bir-rapport tiegħu: \"Ħajja skond l-Evanġelju.", "Mill-Formazjoni Evanġelika għall-evanġelizzazzjoni\";", "Don Felice Accrocca, professur tal-Istorja Medjevali fl-Pontifiċja Università Gregorjana, bir-rapport: \"Is-skiet id f'id mal-Vanġelu (RNB XVII, 3): Mixja li tibda mill-ewwel esperjenza tal-ewwel aħwa\".", "Wara nofsinhar tat-tielet jum kien iddedikat għal xi esperjenzi ta' patrijiet li varjaw skont l-età (P.Arturo Milici, P.Federico Righetti, P.Valerio Berloffa), u spiċċajna billi tlabna quddiem il-kurċifiss fil-knisja ta' San Damian.", "Il-Kungress ntemm b'Quddiesa ċċelebrata mill-President tal-COMPI P. Sabino Iannuzzi, OFM, fil-kripta ta' San Franġisk.", "Wara saret sintesi tat-tlett ijiem minn Dun Felice Accrocca, li ppreżenta itinerarju ta' dak kollu li intqal u sar.", "Wara l-Kungress P. Joseph niżel jumejn Ruma fejn iltaqa ma' P. Walter Vassallo, OFM fil-Fraternità Gabriele Allegra, li bħalissa qiegħed jagħmel Masters fil-Formazzjoni, kif ukoll ma' Fr. Ramon Farrugia, OFM u Fr. Clive Camilleri, OFM fil-Kunvent ta' Gregorio VII fejn qed jagħmlu l-aħħar sena tagħhom tat-Teoloġija fil-Università Pontifiċja Antonianum, kif ukoll iltaqgħa mal-Fraternità."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6435", "date": "December 12, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Issa li għaddew ftit aktar minn sena u nofs mill-aħħar Kapitlu Provinċjali li ċċelebrajna ġewwa Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq, wasal iż-żmien li ssir il-Viżta Kanonika tal-Provinċja tagħna skont kif mitlub mill-Ministru Provinċjal fl-artiklu 184 §2 tal-Istatuti Ġenerali tal-Ordni, dan anke bi tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali Intermedju li jmiss fis-sena 2017.", "Dawn huma d-dati ta' kif bil-għajnuna t'Alla l-Provinċjal se inżur lill-Fraternitajiet u l-Patrijiet:", "15 ta' Jannar 2016 Santa Marija tal-Anġli", "18 ta' Jannar 2016 Domus Pacis", "22 ta Jannar 2016 Laboratorju tal-Paċi Ħal Far", "11 u 12 ta' Frar 2016 Valletta", "15 u 16 ta' Frar 2016 Rabat", "19 ta' Frar 2016 Dar Frate Jacoba, Wied il-Għajn", "23 u 24 ta' Frar 2016 Sliema", "2 u 3 ta' Marzu 2016 Ħamrun", "10 ta' Marzu 2016 Għawdex", "Matul il-Viżta Kanonika ikun hemm il-possibilita' li l-Provinċjal jiltaqgħa mal-patrijiet kollha kemm individwalment kif ukoll bħala Fraternita', kif ukoll se jkun preżenti għall-mumenti ta' talb."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6443", "date": "December 15, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Tlett qaddisin il-bogħod minn xulxin fl-ispazju u fiż-żmien, imma li għandhom spiritwalita' komuni għal xulxin.", "Tlett qaddisin li għandhom tifsira u importanza speċjali għalina Franġiskani Maltin.", "San Pawl, San Franġisk u San Ġorġ Preca.", "Tlett qaddisin li baqgħu mistgħaġba mhux daqstant quddiem id- Divinita' ta' Ġesu', daqskemm quddiem l-Umanita' tiegħu.", "Kif dan Alla isir bniedem bħalna, wieħed minna.", "Kien dan li wassal lil Missierna San Franġisk biex għamel l-ewwel presepju ġewwa Greccio.", "Kien għalhekk ukoll li San Ġorġ Preca waqqaf il-purċissjoni tal-Bambin fl-lejl qaddis tal-Milied.", "Tul iż-żmien iżda, jiddispjaċini ngħid, kemm il-presepju kif ukoll ix-xbiha tal- Bambin ġewwa il-maxtura saru biss oġġetti li nżejnu bihom jew li nħarsu lejhom biss mill-aspett artistiku tagħhom.", "Tilfu biex ngħid hekk, hafna jekk mhux għal kollox, mit-tifsira reliġjuża u spiritwali tagħhom.", "Jeħtieġ għalhekk, b'ħafna umilta', kif jitlob minna dan iż-żmien qaddis, niskopru mill-ġdid is- sinifikat veru u profond kif ukoll l-iskop oriġnali tagħhom, u bħar-ragħajja u s- slaten magi nersqu b'devozzjoni u nħarsu bil-għajnejn tal-fidi waqt li nikkontemplaw din ix-xbiha ta' Alla magħmul Bniedem għalina.", "Nħarsu u naraw biex minnu nitgħallmu mill-ġdid ir-riċetta, kif isejħilha San Ġorġ Preca, ta' kif nilħqu l-milja tas-sejħa tagħna għall-ħajja, jiġifieri li nagħrfu l'Alla, nħobbuH u naqduH f'din id-dinja, sabiex wara mewtna mmorru ngawduH għal dejjem fis-Sema.", "Forsi mhux dan huwa l-bidu u l-iskop aħħari ta' kollox?", "U l-ewwel ingredjent f'din ir-riċetta li jgħallimna Ġesu' Bambin huwa r- RAŻAN anke fis-sens aktar wiesgħa tiegħu ta' ĊAĦDA.", "Hu li hu Alla, tneżża minn kollox u ħa n-natura ta' bniedem, ta' lsir.", "Hu, Sid u Sultan tal-Ħolqien kollu, ma kellux fejn imidd rasu, ma kienx hemm wisa' għalih la fil-belt ta' Betlem u lanqas fil-lukanda!", "Ġie ġewwa daru u niesu ma laqgħuhx!", "Forsi mhux minnu li aħna, wlied Franġisku l-Fqajjar ta' Assisi, għandna ħafna bżonn li nerġgħu niskopru u nħaddnu dan il-valur, dan ir-rigal mill-ġdid fil-ħajja tagħna ta' kuljum?", "Forsi mhux minnu li minkejja l-Vot tal-Faqar li aħna għamilna, aħna m'aħniex ngħixu ħajja ta' rażan u ta' caħda kif mitlub u mistenni minna lkoll?", "Ingredjent ieħor f'din ir-riċetta huwa s-SKIET.", "Qegħdin ngħixu f'dinja ta' storbju, ta' ħsejjes, ta' aljenazzjonijiet ġewwa fina u barra minna, li qegħdin joħonqu l-leħen t'Alla.", "Bħan-nies ta' żmien l-ewwel Milied, aħna wkoll", "għamilna minn qalbna u mill-kunventi tagħna lukanda li fiha ma hemmx aktar wisa' għal Ġesu'.", "Dan l-istess Ġesu', li jitwieled barra l-belt, il-bogħod mill- istorbju, infittxuħ u nsibuħ biss fejn hemm is-skiet u l-ġabra.", "Ma nistgħux infittxu u nsibu lil Dak li hu ħaj, lil Dak li twieled f'dan il-\"Lejl ta' Skiet\", qalb il- mejtin, qalb dawk li aktar milli qegħdin igħixu, mingħajr ma jafu qegħdin biss jeżistu minn jum għall-ieħor għax tilfu kull sens u skop tal-ħajja tagħhom, li Alla waħdu jista' jagħti.", "Hemm bżonn li aħna lkoll niskopru mill-ġdid is- sbuħija ta' ħajja ta' skiet u ġabra.", "It-tielet u l-aħħar ingredjent li insibu f'din il-ġrajja li sejrin niċċelebraw fil-lejl qaddis tal-Milied huwa il-FERĦ.", "Dak il-ferħ kbir li ħabbru l-anġli.", "Il-ferħ li ġej mill-fatt li Alla żamm kelmtu u bagħtilna Salvatur, lil Ibnu \"Alla magħna\".", "Ferħ mhux kif tagħtihulna d-dinja, li jiżvinta u jintemm, imma ferħ li jibqa'.", "Ħafna huma dawk li f'dawn il-jiem jieħdu ħafna \"pjaċir\" bir-rigali li jagħtu u jaqilgħu, bl-ikliet u l-festi li jorganizzaw.", "Bit-tiżjin u bil-kant tal-Milied.", "Imma kemm huma dawk li tassew \"jifirħu\" mhux daqstant bil-ħwejjeġ li jgħaddu u jintemmu maż-żmien, imma b'Dak li waħdu hu minn dejjem u jibqa' għal dejjem, imwieled minn Marija, \"Bidu tal-Ferħ taħna\"?", "Għeżież ħuti, dan huwa l-awgurju tiegħi għalina lkoll, għall-qraba u l-ħbieb tagħna, għall-benefatturi tagħna.", "Kemm nixtieq li aħna taħt is-sigra tal-Milied, mar-rigali li nagħtu lil xulxin, insibu u niftħu dawn ir-rigali li din it-Tarbija ta' Betlem iġġibilna magħha kull sena!", "Kemm nixtieq u nitlob li lkoll kemm aħna nħaddnu u ngħixu dawn ir-rigali matul is-sena.", "Rigali li jagħmlu minna persuni kkonsagrati awtentiċi!", "Kemm għandu bżonn il-bniedem ta' llum din ix-xhieda ta' preżenza ħajja u ferriħija!", "Preżenża tassew Evanġelika u fil-veru sens tal-kelma Franġiskana.", "Niftakkru wkoll, speċjalment f'dawn il-jiem, f'dawk li għal xi raġuni jew oħra isibuha diffiċli biex jifirħu.", "Jeħtieġ aħna wkoll inkunu hemm għalihom.", "J'Alla li dan il-Milied ikun għalina mument ta' grazzja li jimmarka bidu ġdid fil-ħajja tagħna kemm personali kif ukoll bħala fraternita' lokali u provinċjali.", "Imbagħad iva nistgħu ngħidu li tassew is-sena li ġejja tkun Sena Ġdida."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6460", "date": "December 22, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fis-sessjoni tad-Definitorju Ġenerali li saret nhar is-17 ta' Diċembru, P. Sandro Overend, OFM ġie nominat President u koordinatur tal-Kummissjoni Liturġika tal-Ordni.", "Bħalissa P. Sandro huwa l-Gwardjan tal-Kuria Ġenerali f'Ruma. #gallery-1 { margin: auto;"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6466", "date": "December 29, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tnejn 28 ta' Diċembru l-patrijiet, l-ġenituri u l-qraba nġabru fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola għall-festa tal-Milied flimkien.", "Il-laqgħa bdiet b'quddiesa mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.", "Fl-omelija tiegħu beda biex ta' merħba lil dawk li jinsabu barra minn xtutna jew fuq studju jew fuq xogħol, imma b'mod partikolari lil ET Mons. Sylvester Magro, OFM li qed jattendi għall-ewwel darba.", "Huwa kompla dwar is-sabiħ li ngħixu żmien il-Milied b'mod liberu u fuq l-importanza li nagħtu kelma ta' kuraġġ lil xulxin u kelma ta' ġid li tista' tgħinna niġbdu iżjed vokazzjonijiet.", "Ġesù ġie għal tlett kategoriji ta' nies partikolari: L-ewwel, għal dawk li jħossuhom weħidhom, it-tieni, għal dawk li f' dawn il-ġranet huwa diffiċli biex jifirħu għal diversi raġunijiet u t-tielet għal dawk li fil-ħajja tagħhom paċi m'għandhomx.", "Ġesù ġie biex ikun magħna, biex iġibilna l-paċi, biex ma nkunux weħidna.", "Wara l-quddiesa kulħadd inġabar fir-Restaurant 'Da Francesco' tal-istess Dar għal ikla flimkien.", "Din hija attivtà annwali fejn il-patrijiet u l-familjari jiltaqgħu biex jitolbu u jaqsmu l-awguri tal-Milied."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6567", "date": "January 11, 2016", "category": "religion, franciscans", "text": ["Programm Socio-religjuż bl-isem \"Qalb in-Nies\" tella programm dwar il-Missjunarji Maltin bit-tema:\"Missjunarji għal dejjem\" fuq l-istazzjoni Nazzjonali TVM.", "Programm immexxi minn P. Charles Tabone, OP, huwa tkellem mat-tlett isqfijiet Missjunarji Maltin fejn minn naħa tagħhom tkellemu fuq l-isfidi li jiltaqgħu magħhom fil-missjoni tagħhom."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6454", "date": "December 17, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech ħatar lil P. Marcello Ghirlando, OFM bħala d-Delegat tiegħu għall-Ħajja Kkonsagrata għat-tliet snin li ġejjin.", "P. Marcello għadu kemm temm iservi bħala Vigarju Ġenerali tal-Vigarjat Appostoliku ta' Tripli, fil-Libja.", "Fil-preżent, jinsab residenti fil-fraternità ta' Għawdex f'Għajnsielem.", "B'Dottorat fit-Teoloġija Biblika mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta' Ruma, P. Marcello Ghirlando huwa Professur tal-Iskrittura Mqaddsa fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta' Malta kif ukoll fis-Seminarju Maġġuri ta' Għawdex.", "Huwa serva bħala Kummissarju Malti għall-Art Imqaddsa, Kunsillier Provinċjali tal-Ordni f'Malta, Gwardjan ta' diversi komunitajiet, Delegat Provinċjali tal-Missjoni fil-Libja, kif ukoll Rappreżentant tas-Santa Sede fil-Konferenza Internazzjonali dwar id-Djalogu bejn Iżrael u l-Palestina u fil-Konferenza 'Libya for the Future'.", "Huwa wkoll eżorċista u awtur ta' bosta pubblikazzjonijiet u studji oħra ta' natura Biblika.", "Digriet Delegat Ħajja Kkonsgrata"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=39", "date": "October 04, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħadd filgħaxija 4 ta' Ottubru f'quddiesa kkonċelebrata minn Mons. George Bugeja,OFM ġiet iċċelebrata l-festa ta' Missierna San Franġisk fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, il-Belt Valletta. (more…) More Nhar l-ewwel ta' Ottubru wara nofs ta' nhar flimkien fejn tkellimna fuq l-ambjent u l-enċiklika 'Laudato Si' morna fejn qabel kienet il-kamra tal-ikel tad-Dar tal-Irtiri, Porziuncola (Baħar iċ-Ċagħaq) (more…)", "Nhar il-Ħamis 1 ta' Ottubru fid-dar tal-Irtiri f'Baħar iċ-Ċagħaq il-patrijiet iltaqgħu għal nofs ta' nhar flimkien.", "Bdejna b'mument flimkien informali u wara dħalna għal żewġ laqgħat minn Dr. Vince Caruana, għalliem l-università fuq it-tema tal-Biodiversita.", "Tema li għanda xtaqsa ħafna mal aspett Franġiskan. (more…)", "L-Erbgħa 30 ta' Settembru, f'Ċelebrazzjoni privata mal-familjari, ħbieb u l-Fraternità Franġiskana tar-Rabat li hu se jkun jgħix fiha, Antoine Galdes minn Ħal-Qormi beda l-mixja Franġiskana bħala Postulant, esperjenza li se jkollu mal-Patrijiet idum sentejn biex fihom jiddixxerni s-sejħa tiegħu. (more…)", "Reġa' magħna għal darb' oħra l-jum għażiż għalina lkoll li fiħ niċċelebraw mhux daqs tant il-mewt tal- Missier tagħna Franġisku ta' Assisi, imma d-dħul u t- twelid tiegħu għall-ħajja ta' dejjem.", "Dan għandu jkun għalina lkoll u għal kull wieħed minna, jum ta' grazzja u okkażjoni tajba sabiex immorru għall-għeruq tas-sejħa tagħna u ta' dak kollu li jagħmilna dak li aħna. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6339", "date": "November 10, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Bħalissa fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, f'tas-Sliema għaddeja ġimgħa ta' attivatijiet Vokazzjonali, li tibqa sejra sa nhar il-Ħadd 15 ta' Novembru.", "Dan jinkludi quddies, mumenti ta' talb, kif ukoll laqgħat ma' diversi għaqdiet.", "Dan kollu qed issir biex jinħoloq għarfien fuq l-importanza li aktar żgħażagħ ma jibżgħux jgħidu l-'iva' tagħhom u jagħmlu esperjaenza vokazzjonali fil-kunventi tagħna.", "Għal dawn l-attivitajiet qed jiġu antimati minn P. Stephen Magro, OFM animatur vokazzjanali, flimkien ma' Antoine Galdes, Postulant.", "Għalhekk l-istedina tagħna hija biex inti ukoll tattendi għal dawn il-laqgħat u tħajjar oħrajn jagħmlu l-pass biex jgħidu l-'IVA' tagħhom."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6344", "date": "November 11, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Bejn is-6 u t-8 ta' Novembru sar seminar dwar il-futur tal-ħajja kkonsagrata, bit-tema: 'l-aħħar wieħed jitfi u jagħlaq il-bieb… il-futur tal-ħajja konsagrata'.", "Għal dan is-seminar attenda Antoine Galdes, il-postulant tagħna, u ħalla dawn il-kummenti: \"għalija kienet esperjenza li fiha ħalliet il-frott fejn skoprejt li ma ninsabx waħdi f'din il-mixja u dan li din il-mixja jagħmilha sabiħa għaliex aħna persuni msejjħa sabiex inżommu mixgħula l-fjamma li bil-għajnuna t'Alla u d-dawl tal-Ispirtu s-Santu xegħlu l-fundaturi tagħna.", "Imsejjaħ sabiex inżomm ħajja fil-komunitajiet tagħna l-kariżma ta' San Franġisk.", "Qsamna flimkien kif nixtiequ naraw l-fraternitajiet tagħna fil-futur u mhux biss, rajna ukoll x'nistgħu nagħmlu sabiex il-fjamma taqbad tal-ħajja kkonsagrata tibqa' taqbad u tkun dawl għall-Knisja kollha.", "Inkunu aħna li 'nqajmu d-dinja'.", "Dan s-seminar ġagħlni nirrifletti li l-ħajja vokazzjonali tiegħi għandha tibda' minn quddiem t-tabernaklu, tkompli fil-fraternita' u toħroġ fl-appostolat.", "B'hekk nkun nista bil-għajnuna t'Alla nkun dawl għad-dinja.\""]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=38", "date": "October 22, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħamis 22 ta' Ottubru fl-Università Pontificja Antonianum timmarka l-bidu ta' Sena Akkademika Ġdida.", "Din is-sena premjaw l-aħjar studenti tas-sena 2014-2015.", "Din il-premjazzjoni tal-aħjar student fid-diversi fakultajiet hija inizjattiva ġdida li ħadet l-istess Università biex tħajjar lill-istudenti jkomplu jistudjaw. (more…)", "Wara l-esperjenza sabiħa taż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa tal-Iklin is-sajf li għadda, issa fil-weekend li ġej (24 u 25 ta' Ottubru) fl-istess Parroċċa ser jiġi ċċelebrat Jum il-Ħajja Konsagrata. (more…)", "Fl-okkazzjoni ta' jum il-Missjonijiet, is-Segretarjat Missjonijiet u Evanġelizzazzjoni Franġiskani fi ħdan il-Provinċja ħareg il-fuljett 'Ħabbara tal-Bxara', li jagħti ħarsa lejn il-Missjonijiet Franġiskani Maltin.", "Infatti f'din il-ħarġa kif kien xieraq, jagħti informazzjoni dettaljata fuq l-Ordinazzjoni Episkopali ta' Mons. George Bugeja, OFM bħala Isqof Koadjutur ta' Tripli.", "Bejn it-12 u l-25 ta' Ottubru l-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM, qed jattendi għall- laqgħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża tal-Ordni tagħna li din id-darba qed issir ġewwa New York. (more…)", "P. Anton Farrugia, OFM u P. Stephen Magro, OFM iċċellebraw il 25 sena mill-Professjoni Reliġjuża tagħhom. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6265", "date": "October 23, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fr. Ramon Farrugia, li bħalissa jinsab fil-Parroċċa San Gregorio VII ġewwa Ruma u li qiegħed itemm l-aħħar sena ta' studju tat-teoloġija ġewwa l- Pontificia Università Antonianum beda l-mixja ta' formazzjoni li għanda twasslu primarjament għall-Ordinazzjoni Djakonali s-sena d-dieħla.", "Għal din it-tappa ta' formazzjoni Fr. Ramon ingħaqad mal i- SFAMO (Servizio di Formazione ai Ministeri Ordinati) tal-Provinċja Serafika ta' San Frangisk t'Assisi, fl-Umbrija; l-istess provinċja li fiha kien għamel is-sena tan-novizzjat ġewwa Assisi.", "Flimkien miegħu hemm 8 patrijiet oħra ta' din il-provinċja li ser jiltaqgħu għal jumejn ta' konferenzi kull xahar ġewwa Santa Maria degli Angeli , minn issa sa Mejju.", "L-ewwel sessjoni saret bejn il-21 u t-22 ta' Ottubru fejn ġew preżentati tlett temi; minn qassis u żewġ patrijiet, kif ukoll pellegrinaġġ żgħir bil-mixi sa Cannara , fejn San Franġisk kien għamel il-famuża priedka lill għasafar."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=41", "date": "September 06, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Is-Sibt 5 ta' Settembru fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù ir-Rabat, Fr. Clive Camilleri ġedded il-wegħdiet tal-kastita, ubbidjenza u bla xejn tiegħu għal sena oħra qabel jgħamel il-wegħda finali s-sena d-dieħla. (more…)", "Il-Ġimgħa 4 ta' Settembru, P. George Bugeja, OFM ġie ordnat Isqof Koadjutur Appostoliku ta' Tripoli fil-Libja u Isqof Titulari ta' San Leone.", "L-Ordinazzjoni Episkopali saret fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu fl-Għarb Għawdex. (more…)", "F'din is-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata, il-Provinċja tagħna l-Patrijiet Franġiskani Maltin, b'ferħ tħabbar il-Professjoni Solenni ta' Fr. Ramon Farrugia OFM fl-Ordni tal-Patrijiet Minuri, li ser issir nhar it-Tnejn 7 ta' Settembru 2015 fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Ħ'Attard. (more…)", "Dalgħodu, t-30 ta' Awwissu, fil-quddiesa tal-11:15, ġiet iċċelebrata l-Għeluq taż-Żjara Franġiskana ta' din is-sena.", "Il-kappillan dun Keith Bonnici irringrazzja ħafna lil P. Walter li kkoordina din il-ħidma, lis-Sorijiet Klarissi li talbu għalina għal dawn l-aħħar ġimgħat, (more…)", "Il-Ħamis 27 ta' Awwissu, f'okkażjoni ta' Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof maħtur P. Geroge Bugeja, OFM li ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta' Settembru fis-santwarju ta' Pinu, saret Velja ta' talb fil-Bażilika Marija Bambina, fix-Xagħra, immexxija mil-E.T. Mons. Charles Scicluna Arċisqof ta' Malta. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=40", "date": "September 26, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ġimgħa 25 ta' Settembru r-reliġjużi rġiel kienu mistiedna għal-laqgħa mal-Arċisqof Mons. Charles Scicluna fl-Istitut Kattoliku l-Furjana.", "L-Arċisqof ta titlu l-laqgħa: \"B'xejn ħadu b'xejn għatu\".", "Huwa tkellem fuq tlett aspetti: Akkoljenza, Dawl u Ħniena. (more…)", "Nhar is-Sibt 12 ta' Settembru, 2015 ġiet iċċelebrata ġewwa Londra, il-\"Malta Day\".", "Il-ġurnata bdiet bil-ftuħ ta' fiera ġewwa l- Westminster Cathedral Hall mill-Eċċellenza Tiegħu l- High Commissioner ta' l-Ingilterra s-Sur Norman Hamilton. (more…)", "Il-Ġimgħa 11 ta' Settembru saret l-Evalwazjoni taż-Żjara Franġiskana li saret fl-Iklin bejn it-22 u t-30 ta' Awwissu.", "Din saret fiċ-Ċentru Franġiskan il-Ħamrun fejn il-voluntiera kollha kienu mistiedna jattendu. (more…)", "It-Tnejn 7 ta'Settembru, fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija f'Ħat-Attard, f'quddiesa kkonċelebrata minn diversi Sacerdoti, saret il-Professjoni Solenni ta ħuna Fr. Ramon Farrugia, OFM.", "Kienet okkażjoni sabiħa fejn fraħna bħala Provinċja Franġiskana Maltija. (more…)", "Il-Ħadd 6 ta' Settembru, saret velja ta' talb bi preparazzjoni għall-Professjoni Solenni ta' Fr Ramon Farrugia ofm, ġewwa l-Knisja ta' Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq, immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM.", "Fr. Ramon ser jagħmel il-Professjoni Solenni t-Tnejn 7 ta' Settembru fil-Parroċċa ta' H'Attard . (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6060", "date": "September 27, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Reġa' magħna għal darb' oħra l-jum għażiż għalina lkoll li fiħ niċċelebraw mhux daqs tant il-mewt tal- Missier tagħna Franġisku ta' Assisi, imma d-dħul u t- twelid tiegħu għall-ħajja ta' dejjem.", "Dan għandu jkun għalina lkoll u għal kull wieħed minna, jum ta' grazzja u okkażjoni tajba sabiex immorru għall-għeruq tas-sejħa tagħna u ta' dak kollu li jagħmilna dak li aħna.", "Kif naqraw fil-liturġija ta' dan il-jum, f'din id-dinja ma hemm xejn ta' siwi \"ħlief li nkunu ħolqien ġdid\" (Gal.", "Stedina sabiex kemm fuq livell personali individwali, kif ukoll fuq livell ta' Fraternita' lokali u Provinċjali, niġġeddu.", "Niġġeddu fit-tweġiba tagħna għall-grazzja tas-sejħa li għamlilna l-Mulej Ġesu' biex nimxu warajħ u nkunu tiegħu.", "Stedina biex nintelqu kompletament f'idejĦ u hekk inħalluħ ibiddilna fiħ.", "Dan jista' jseħħ biss jekk aħna, fuq l-eżempju ta' Missierna San Franġisk, immutu għalina nfusna, sabiex ingħixu biss għaliħ.", "U dan mhux darba biss, jew okkażjonalment, imma kuljum, il-ħin kollu.", "Tkun tassew ħasra għalina, jekk wara li nkunu ħallejna kollox biex nimxu warajħ, wara li nkunu \"poġġejna idejna fuq il-moħriet\", inħarsu lura!", "Kuljum aħna lkoll imsejħin biex \"nibdew mill-ġdid\".", "U dan flimkien, ta' aħwa li aħna.", "Aħna wkoll imsejħin biex inkunu kull wieħed minna \" Alter'Christus \" – Kristu ieħor.", "Din hija x-xewqa u t-talba tiegħi għalina lkoll.", "Dan huwa l-awgurju tiegħi fil-Festa ta' Missierna San Franġisk din is-sena.", "Sena speċjali ddedikata lill-Ħajja Konsagrata, imma li fiha wkoll iċċelebrajna il-Kapitlu Ġenerali tal- Ordni tagħna bit-tema Fratres'et'Minores'in'Nostra'Aetate.", "Inħeġġeġ ħafna mill-qalb sabiex l-Aħwa kollha jkunu preżenti u jieħdu sehem fil-Quddiesa li niċċelebraw kull sena fil-Knisja tagħna ta' Santa Marija ta' Ġesu' ġewwa l-Belt Valletta, li din is-sena ser imexxiha ħuna Mons. Isqof George Bugeja ofm.", "Ejja ma nħallux dan il-jum igħaddi mingħajr ma \"nsiru ħolqien ġdid\"!"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6074", "date": "September 30, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["L-Erbgħa 30 ta' Settembru, f'Ċelebrazzjoni privata mal-familjari, ħbieb u l-Fraternità Franġiskana tar-Rabat li hu se jkun jgħix fiha, Antoine Galdes minn Ħal-Qormi beda l-mixja Franġiskana bħala Postulant, esperjenza li se jkollu mal-Patrijiet idum sentejn biex fihom jiddixxerni s-sejħa tiegħu.", "Antoine Galdes,twieled fit-13 ta' April,1995 Iben George Galdes u Nicħolina Aquilina.", "Huwa t-tieni wild fil-familja Galdes wara oħtu Colette.", "Ġie Magħmed fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Gorġ Megalomartri Ħal-Qormi fl-14 ta' Ġunju 1995, fl-istess Parroċċa Antoine irċieva l-Griżma tal-Isqof nhar s-6 ta' Novembru 2005.", "L-Ewwel tqarbina fil-Parroċċa ta' San Sebastjan.", "Irċieva l-edukazzjoni Primarja tiegħu fl-Iskola Ġorġ Zammit Ħal-Qormi u dik Sekondarja fil-Kuleġġ San Injazju fil-Ħandaq.", "Fit-tfulija u ż-żogħżigħa tiegħu baqa' jattendi fil-qasam tal-Museum bħala Kanditat fl-istess Soċjeta' MUSEUM u kien ukoll Leader fil-Grupp tal-Abbatini li għal xi żmien kien imexxi l-laqgħat ta' formazzjoni.", "Fis-sajf tal-2013 għamel l-esperjenza tiegħu bħala abbati fil-belt tal-Vatikan fejn hemmek iltaqa' mal-Papa Franġisku fejn ukoll żgħar il-Belt ta' Assisi.", "Antoine kompla jħoss s-sejħa li jservi l'Alla b'mod aktar sħiħ bid-dixxerniment tiegħu filwaqt li kien Leader fil-Grupp taż-żagħżagħ Link.", "Matul dawn s-snin Antoine Kien impenjattiv fil-parroċċa minn fejn ġej, għamel xhar esperjenza mat-tfal fl-istitut 'Sagra Familja', tas-Sorijiet f'Ħaż-Żabbar kif ukoll esperjenża f'dar tal-Anżjani fil-Qawra.", "Kienu esperjenzi li Antoine kompla iħoss l-Mulej għalfejn qed isejjaħlu sabiex b'imħabba s-servi l-Knisja tiegħu.", "Beda s-sixth form f'Giovanni Curmi Higher Secondary School fejn hemmek kompla jġib l-eżamijiet meħtieġa.", "Kien proprju f'dan ż-żmien li Antoine iltaqa' mal-Patrijiet Minuri fejn kompla b'esperjenzi vokazzjonali u d-dixxerniment tiegħu flimkien mad-direttur spiritwali."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6102", "date": "October 01, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ħamis 1 ta' Ottubru fid-dar tal-Irtiri f'Baħar iċ-Ċagħaq il-patrijiet iltaqgħu għal nofs ta' nhar flimkien.", "Bdejna b'mument flimkien informali u wara dħalna għal żewġ laqgħat minn Dr. Vince Caruana, għalliem l-università fuq it-tema tal-Biodiversita.", "Tema li għanda xtaqsa ħafna mal aspett Franġiskan.", "Huwa tkellem fuq dak li hemm fl-Enċiklika 'Laudato Si' ta' Papa Franġisku.", "Huwa ħa paraġrafu 24 li titkellem fuq il-bidla tal-klima u l eko-sistema u aħna x'nistgħu nagħmlu bħala Franġiskani.", "Waħda mid-domandi li huwa għamel kienet għaliex aħna għadna nieħdu ħsieb in-natura ta' madwarna.", "U ħalla d-domanda miftuħa biex kulħadd ikun jista' iwieġeb u jaħseb fuqha personalment.", "Imma importanti li narawha b'mod edukattiv li trid tkun tal-moħħ, tal-qalb u tal-idejn.", "Wara ta xi raġunijiet għaliex għadu jimpurtana mil-biodiversita: ekonomiċi, mumenti ta mistrieħ, is-saħħa, drittijiet umami u spiritwali.", "Huwa spiċċa billi wera l-importanza fuq il-bidla fil-mentalità u x'alternativa teżisti billi kkwota l-enċiklika paragrafu 180 fejn il-Papa ukoll ta xi soluzzjonijiet.", "It-tieni sessjoni kienet immexxija mis-Sur Paul Pace li kompla fuq dak li tkellimna qabel u żied l-importanza tal-azzjoni u fuq dan ibbaża is-sessjoni fuq l-enciklika 'Laudato Si' u fuq S. Franġisk meta Gesù qallu mur sewwi d-dar tiegħi, apparti r-riferiment għall-Knisja hu għamel riferenza għad-dar naturali li ngħixu fiha: l-ambjent, għax aħna nagħmlu parti minn dan l-ambjent u ma nistgħux niseparaw minnu.", "Hu kompla jitkellem fuq l-ekoloġija integrali kif ukoll semmha temi rikorrenti dwar l-ekologija bbażati fuq l-istess Enċiklika.", "Wara segwa billi ta spjega vasta fuq din l-enċiklika."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6170", "date": "October 07, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["P. Anton Farrugia, OFM u P. Stephen Magro, OFM iċċellebraw il 25 sena mill-Professjoni Reliġjuża tagħhom.", "P. Anton iċċelebra quddiesa ta' ringrazzjament nhar is-17 ta' Settembru fl-okkażżjoni tal-Festa tal-pjagi u l-ġurnata meta 25 sena ilu huma professaw.", "L-omelija kienet immexxija minn P. Twanny Chircop, OFM fil-Knisja ta' San Franġisk, il-Ħamrun; filwaqt li P. Stephen iċċelebra l-quddiesa nhar is-6 ta' Ottubru, bl-omelia minn P. Richard S. Grech, OFM Ministru Provinċjal fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, ir-Rabat.", "Waqt l-omelia tiegħu P. Richard għaqqad din l-okkażżjoni mas-Sinodu li bħalissa għaddej f'Ruma dwar il-familja.", "Hu tkellem fuq id-diversi diffikultajiet li ż-żgħażagħ jiltaqgħu magħhom, imma semma li waħda mir-raġunijiet hija n-nuqqas ta' awtentiċità tagħna bħala reliġjużi.", "Huwa għamel ħafna kuraġġ lil P. Anton u P. Stephen li huma ta' eżempju għax ġew jirringrazzjaw lil Alla ta' dawn is-snin.", "Huwa semma ukoll il-problema li l-familji llum mhux attenti biex jaraw li jista' jkun li Alla qed isejjaħ it-tfal tagħhom għaliĦ, kif ukoll in-nuqqas ta' talb fil-familji.", "U allura ħeġġeġ biex ma naqtgħux qalbna u nitolbu, ħalli l-Mulej ikompli ssejjaħ żgħażagħ ġenerużi.", "Wara l-Omelia huma ġeddew il-wegħediet reliġjużi f'idejn il-Ministru Provinċjal.", "Professaw: 17 ta' Settembru 1990", "F'idejn il-Provinċjal P. Ġużepp Beneditt Xuereb, OFM", "17 ta' Settembru – P. Anton Farrugia, OFM", "6 ta' Ottubru – P. Stephen Magro, OFM"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6221", "date": "October 12, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Bejn it-12 u l-25 ta' Ottubru l-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM, qed jattendi għall- laqgħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża tal-Ordni tagħna li din id-darba qed issir ġewwa New York.", "Minn hemm jibqa' sejjer, għal ġimgħa oħra ta' laqgħat, din id-darba ġewwa California, tas-Segretarjat tal-Missjoni u Evanġelizzazzjoni tal-ESC (English Speaking Conference) u li għaliha ser jingħaqad miegħu Fr. Lorrie Zerafa ofm, Segretarju Provinċjali tal-Missjoni u Evanġelizzazzjoni."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6243", "date": "October 22, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wara l-esperjenza sabiħa taż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa tal-Iklin is-sajf li għadda, issa fil-weekend li ġej (24 u 25 ta' Ottubru) fl-istess Parroċċa ser jiġi ċċelebrat Jum il-Ħajja Konsagrata.", "Aħna l-Patrijiet Franġiskani flimkien ma ħutna s-sorijiet Franġiskani u s-sorijiet Klarissi, sejrin nanimaw il-quddies, inwasslu messaġġ vokazzjonali u nitolbu għal aktar vokazzjoniet reliġjużi fil-Knisja.", "B'din l-esperjeza rridu nuru u nagħtu xhieda tas-sbuħija u l-valur tal-ħajja kkonsagrata bħala don t'Alla lil Knisja.", "Għalhekk nitolbu għal din il-Komunità parrokjali b'mod speċjali għaż-żgħażagħ ta' din il-parroċċa biex jilqgħu l-messaġġ franġiskan u sejħa li jista' jagħmel il-Mulej biex jgħixu l-ferħ tal-vanġelu.", "Jekk tixtieq iktar informazzjoni żur is-sit: www.vokazzjonijietfrangiskani.org u jew www.fb.com/FranciscanVocationsMalta", "ĦINIJIET:", "Is-Sibt 24 t'Ottubru 18:00 Titkellem Soru Klarissa tal-Klawsura mill-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan", "Is-Sibt 24 t'Ottubru 19:45 Quddiesa ċċelebrata minn P. Joseph Magro, Franġiskan", "Il-Ħadd 25 t'Ottubru 08:30 Quddiesa ċċelebrata minn P. Stephen Magro,Franġiskan", "Il-Ħadd 25 t'Ottubru 10:00 Qsim t'esperjenzi minn Soru tal-Franġiskani Misjunarji ta' Marija u Soru Franġiskana tal-Qalb bla Tebgħa ta' Marija (Tal-Eġittu)", "Il-Ħadd 25 t'Ottubru 11:15 Quddiesa ta' Ringrazzjament tad-Don tal-Ħajja Konsagrata lil Sister Elaine Spiteri mill-istess parroċċa.", "Il-Ħadd 25 t'Ottubru 18:00 Quddiesa ċċelebrata minn P. Stephen Magro,Franġiskan"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6257", "date": "October 22, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħamis 22 ta' Ottubru fl-Università Pontificja Antonianum timmarka l-bidu ta' Sena Akkademika Ġdida.", "Din is-sena premjaw l-aħjar studenti tas-sena 2014-2015.", "Din il-premjazzjoni tal-aħjar student fid-diversi fakultajiet hija inizjattiva ġdida li ħadet l-istess Università biex tħajjar lill-istudenti jkomplu jistudjaw.", "P. Walter Vassallo, OFM li bħalissa qiegħed jagħmel Masters fil-Formazzjoni ha l-premju għall-aħjar student fil-Liċenżjat fil-Liġi Kanonika għas-sena 2014-2015.", "Għal dan l-avveniment kien hemm r-Rettur Sr. Mary Melone, il-Gran Kanċillier, il-Ministru General P. Michael A. Perry kif ukoll P. Cesare Vaiani, is-Segretarju tal-Formazzjoni u Studji l-ġdid u Sinisa Balacic il-Vici-Segretarju."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6116", "date": "October 02, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar l-ewwel ta' Ottubru wara nofs ta' nhar flimkien fejn tkellimna fuq l-ambjent u l-enċiklika 'Laudato Si' morna fejn qabel kienet il-kamra tal-ikel tad-Dar tal-Irtiri, Porziuncola (Baħar iċ-Ċagħaq) illum saret restaurant fejn se jkun post fejn jilqa anke lil dawk li ma jiġux għal-irtiri imma jiġu biex jużaw is-servizz tar-Restaurant.", "L-iskop hu li dawn ukoll jiġu f'ambjent u f'kuntatt magħna l-Franġiskani.", "Waqt id-diskors tal-bidu P. Richard S. Grech, OFM Ministru Provinċjal qal li din hija okkażjoni biex nifirħu għal ħuna Mons. George Bugeja, OFM, kif ukoll għall-għeluq is-60 sena saċerdozju ta' P. Dionisju Mintof, OFM.", "Huwa ħabbar ukoll li P. Sandro Overend, OFM bħala Gwardjan tal-kurja ġenerali f'Ruma.", "Hu ppreżenta lil Antoine Galdes il-postulant il-ġdid lil Provinċja.", "Għal din l-okkażjoni kien ukoll preżenti Mons. Mario Grech, Isqof ta Għawdex."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=43", "date": "August 14, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tlieta 11 ta' Awwissu, fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan ġiet iċċelebrata l-festa ta' Santa Klara, b'quddiesa kkonċelebrata minn Mons. George Bugeja, OFM, Isqof Koadjutur tal-Vigarjat Appostoliku ta' Tripli, flimkien ma numru sabiħ ta' patrijiet, Sorijiet, is-Sorijiet Klarissi u bosta ħbieb u benefatturi tal-Monasteru. (more…)", "Il-Ħadd 10 ta' Awwissu saret intervista lil Fr. Walter Vassallo OFM, koordinatur taż-Żjajar Franġiskani, bit-titlu: \"Il-Franġiskani se 'jsewwu' l-knisja fl-Iklin\" minn Julia Callus ġurnalista tan- News portal 'Newsbook'.", "Fr. Walter spieġa xi tfisser Żjara kif ukoll dak kollu li jġib magħha attività bħal din. (more…)", "Nhar il-Ġimgħa 7 ta' Awwissu, P. Dijonisju Mintoff, ofm iċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun f'għeluq is-60 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.", "Waqt din il-konċelebrazzjoni kienu preżenti l-patrijiet tal-fraternità kif ukoll il-komunità Franġiskana li tattendi f'din il-Knisja u ħbieb. (more…)", "Nhar il-Ġimgħa, 7 t'Awwissu, fil-Kunvent tar-Rabat sar mument ta' talb permezz tal-Lectio Divina.", "Dan il-mument kien importanti għaliex huwa preparazzjoni għal talb fil-familji li se jsir matul iż-Żjara Franġiskana. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5969", "date": "September 07, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħadd 6 ta' Settembru, saret velja ta' talb bi preparazzjoni għall-Professjoni Solenni ta' Fr Ramon Farrugia ofm, ġewwa l-Knisja ta' Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq, immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM.", "Fr. Ramon ser jagħmel il-Professjoni Solenni t-Tnejn 7 ta' Settembru fil-Parroċċa ta' H'Attard .", "Din il-velja kienet partikulari għaliex saret flimkien mas-Sorijiet Franġiskani (Sr Shanti Perbo, Sr Phylace Kerubo, Sr Elaine Spiteri u Sr Clara Pirotta) li huma ukoll se jagħmlu l-Professjoni Solenni fil-jiem li ġejjin.", "Kien mument mill-isbaħ fejn il-Familja Franġiskana ngħaqdet flimkien fi spirtu ta' talb għal dawn il-ħames żgħażagħ li ser jagħtu ħajjithom b'mod sħiħ lil Alla.", "Minn qalbna nawguralhom li jkunu tassew persuni t'Alla, perseveranza qaddisa u ħidma fejjieda fl-għalqa tal-Mulej.", "Hekk kif ninsabu fis-Sena ddedikata lill-Ħajja Kkonsagrata nkomplu nitolbu sabiex aktar żgħażagħ iwieġbu għas-sejħa tal-Mulej."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5993", "date": "September 08, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["It-Tnejn 7 ta'Settembru, fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija f'Ħat-Attard, f'quddiesa kkonċelebrata minn diversi Sacerdoti, saret il-Professjoni Solenni ta ħuna Fr. Ramon Farrugia, OFM.", "Kienet okkażjoni sabiħa fejn fraħna bħala Provinċja Franġiskana Maltija.", "Iċ-ċelebrazzjoni kienet immexxija mil-Provinċjal P. Richard S. Grech bis-sehem ta' ħafna patrijiet, saċerdoti, qraba u ħbieb ta' Fr. Ramon.", "Kienet xi ħaġa tassew sabiħa ukoll il-parteċipazzjoni ta' bosta reliġjuzi oħra, fejn dawn anke taw is-servizz tagħhom waqt din l-istess ċelebrazzjoni.", "Wara komplejna naqsmu il-ferħ tagħna flimkien fiċ-ċentru Parrokjali.", "Nawguraw lil Fr. Ramon għal din l-okkazjoni fejn qal l-'iva' tiegħu lil Mulej għal dejjem, u nawgurawlu ukoll li jkompli miexi l-quddiem u jissaħħaħ fis-sejħa li l-Mulej għoġbu jagħmillu."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6021", "date": "September 12, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ġimgħa 11 ta' Settembru saret l-Evalwazjoni taż-Żjara Franġiskana li saret fl-Iklin bejn it-22 u t-30 ta' Awwissu.", "Din saret fiċ-Ċentru Franġiskan il-Ħamrun fejn il-voluntiera kollha kienu mistiedna jattendu.", "Il-laqgħa kienet immexxija minn P. Walter Vassallo, OFM Koordinatur taż-Żjarar Franġiskani fejn ta ħarsa lejn il-mumenti partikolari waqt din iż-Żjara.", "Kienu diversi l-interventi tal-voluntiera fejn spjegaw il-mumenti posittivi li kienu ħafna u affarijiet li jistgħu jgħinu biex fil-futur l-affarijiet ikunu jistgħu mmorru aħjar.", "Imma l-evalwazjoni kienet waħda posittiva ħafna fejn kulħadd qal li kienet esperjenza posittiva u fejn kulħadd ħassu milquħ kemm mil-Kappillan u l-helpers, kif ukoll mil-poplu tal-Iklin.", "Wara l-laqgħa sar mument soċjali fejn kulħadd irrakonta l-esperjenzi sbiħ li għadda minnhom.", "Prosit lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex setet tkun suċċess."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6034", "date": "September 15, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar is-Sibt 12 ta' Settembru, 2015 ġiet iċċelebrata ġewwa Londra, il-\"Malta Day\".", "Il-ġurnata bdiet bil-ftuħ ta' fiera ġewwa l- Westminster Cathedral Hall mill-Eċċellenza Tiegħu l- High Commissioner ta' l-Ingilterra s-Sur Norman Hamilton.", "Għal din il-fiera kienet mistiedna iddoqq is- St. Sebastian's Brass Band .", "Ġew bosta nies biex jixtru l-ikel tradizzjonali Malti bħal pastizzi, mqaret, ġbejniet, etc. Wara nofsinhar saret il-Quddiesa Solenni immexxija mill-Ministru Provincjal P. Richard Stanley Grech ofm flimkien ma' P. Victor Camilleri ofm, kappillan tal-Maltin fl-Londra, ma' P..", "Charles Diacono ofm u P. Charles Grech ofm li kienu jinsabu Londra, Fr. Claude Portelli, il-Kappillan tal-Parroċċa ta' San Ġiljan, Malta u saċerdoti oħra Inglizi.", "Mexxa l-kant il-kor ta' San Ġiljan u għal din il-Quddiesa attendew bosta nies, fosthom il- High Commissioner u l-Ministru tat-Turiżmu s-Sur Edward Zammit Lewis (MP).", "Wara l-Quddies saret il-purcissjoni bix-xbieha ta' Marija Bambina u filgħaxija saret ikla ġewwa l- Kingsway Hotel Londra fejn għalqet il-ġurnata."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=6047", "date": "September 26, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ġimgħa 25 ta' Settembru r-reliġjużi rġiel kienu mistiedna għal-laqgħa mal-Arċisqof Mons. Charles Scicluna fl-Istitut Kattoliku l-Furjana.", "L-Arċisqof ta titlu l-laqgħa: \"B'xejn ħadu b'xejn għatu\".", "Huwa tkellem fuq tlett aspetti: Akkoljenza, Dawl u Ħniena.", "AKKOLJENZA : Akkoljenza għandha tiġi murija man-nies.", "Il-Mulej jilqana' kif aħna, huwa jqaddisna u jurina l-imħabba vera.", "Għandna dejjem nagħtu akkoljenza bi spirtu ta' gratwità.", "Il-poplu għandu jfittex ir-reliġjużi għal qrar u counseling .", "Huwa hawnhekk li l-poplu jikseb faraġ kbir.", "Mons. Isqof tenna li jixtieq li l-poplu jkompli jesperjenza din l-akkoljenza.", "DAWL : Ir-reliġjużi għandhom ikunu ulied id-dawl.", "U dan jista' jsir permez tal-professjoni.", "Importanti li aħna naqsmu dan id-dawl mal-poplu u hekk il-poplu jiddawwal fil-menti, fir-ruħ u fil-ħajja tiegħu.", "HNIENA : Id-djar tagħna rridu jkun djar tal-ħniena.", "Dan għandu jiġri speċjament f'din s-sena tal-ħniena.", "Huwa wera l-importanza biex inħarsu lejn il-fundaturi tagħna, fl-istess ħin importanti li ma nibżgħux mid-djufija tagħna.", "L-Arċisqof jippretendi li jgħixu l-faqar b'mod inteligenti u dan għaliex il-poplu jistenna xhieda ta' faqar.", "Bil-kuntatt man-nies.", "Ġenerożità evidenti meta niltaqgħu man-nies.", "Inkunu mal-Isqof fuq il-kuleġġi.", "Il-Parroċċi ikunu fi spirtu kolleġjali.", "Li nħaddmu r-riżorsi tagħna tajjeb.", "Li inkunu f'sintonija mal-Papa u mal-Isqof.", "U nwasslu l-maġisteru lil poplu ta' Alla.", "Huwa kompla fuq l-importanza tal-użu reliġjuż u vokazzjonali fuq il-midja Soċjali, kif ukoll li kull provinċjal jippromwovi l-vokazzjoni u screening rigoruż.", "Tenna ukoll fuq ix-xhieda li nagħtu lil lajċi li jaħdmu magħna.", "Il-viżjoni tal-Arċsqof għal Knisja f'Malta dan iż-żmien?", "Meta tkellem fuq il-viżjoni tiegħu għal-Knisja f'Malta huwa saħaq fuq l-Evanġlizzazjoni.", "Li tfisser, li rridu nibdew nevanġlizzaw minna nfusna.", "L-evanġelizzazjoni trid tibda minna.", "Il-viżjoni fuq il-kelma ta' Alla u tal-Knisja tiegħu u li il-Vanġelu jrrid ikun ħaj u mhux ' à la carte ';", "Nagħtu spazju tad-diversi linguaġġi li hemm fil-Knisja.", "Jixtieq il-Knisja, Vibranti u ferriħa, kif ukoll solidali u sobrija, saqaja mal-art fejn tagħti risposta u soluzjoni.", "Importanti li ma nkunx ostaġġi imma protagonisti tal-istorja.", "Jixtieq Knisja missjunarja: avventura li tkompli, u li nkomplu nħarsu barra minn xtutna, għax hija barka għad-djoċesi.", "Irridu nħossuna ' at home ' f'dinja globali: nidħlu fi djalogu ma ħaddieħor.", "Irridu nitkellmu speċjalment fuq issues kurrenti fil-pajjiż.", "Irridu nibżgħu mis-suppervja, milli nista nsalva lili nifsi, milli nsiru wisq negattivi, mil-poter tad-dinja.", "Trid tkun Knisja li taqdi anke f'dawk li huma inqas minna.", "Knisja li taf tiċċelebra bil-ferħ il-fidi tagħha.", "Huwa tenna l-importanza tat-talb u saqsa aħna bħala reliġjużi fejn qedin?", "U ħeġġeġ biex nerġgħu niskopru t-talba tar-Rużarju, t-talba tal-umli.", "Predikazzjoni", "Il-predikazzjoni hija għar-reliġjużi kollha.", "Qalb li tkellem qalb oħra.", "X'messagg irridu nwasslu?", "Hu fakkar li biex wieħed jirgħa rrid iħobb.", "Xewqat għal Ġublew tal-ħniena", "L-Arċisqof ħeġġeġ biex inkunu disponibli għal qrar u importanti li aħna ukoll inqerru ta spiss.", "Irridu nkunu protagonisti fuq il-kamandamenti t'Alla.", "Nuru atteġjament ta' akkoljenza.", "Fil-qrar bħal ma jgħid il-Papa m'għadniex nuru ħruxija.", "L-Avvent u r-Randan irridu jkunu żmien ta grazzja.", "Ħeġġeġ pastorali specjali ma dawk li qedin fil-periferija.", "Nipromwovu tal-ewwel ġimgħa tax-xahar, qrara u tqarbin.", "Għandu jkun mument ta' grazzja biex niġġeddu."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=42", "date": "August 27, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Iż-Żjara Franġiskana issa qabżet nofs il-ġimgħa u żgur li kienet ikkarateriżżata minn mumenti ta' talb fil-Knisja permezz tat-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum u Għasar, kif ukoll 'Lectio' għand diversi familji.", "Ma setax jonqos il-mumenti ta' katekezi ma' diversi gruppi kif ukoll ma tfal li ffukaw fuq 'min kien San Franġisk?' (more…)", "Is-Sibt 22 ta' Awwissu fetħet iż-Żjara Franġiskana billi Dun Keith Bonnici ta l-mandat lill-Patrijiet Franġiskani biex imorru fit-toroq tal-Iklin u jxandru l-Bxara t-Tajba.", "\"Idħlu fid-djar u tkellmu mal-familji… Morru fil-pjazez u fil-ġonna u kellmuhom fuq l-imħabba kbira li Alla għandu għal kull wieħed minna\". (more…)", "Għeżież, L-aħbar li wieħed minn ħutna, Patri George Bugeja OFM, ġie msejjaħ biex ikun Isqof Koadjutur ta' Tripli, fil-Libja, ġiet milqugħa fostna fi spirtu ta' talb, għad-dell ta' Ommna l-Madonna Ta' Pinu. (more…)", "Nhar il-Ħamis 27 ta' Awwissu, f'okkażjoni ta' Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof maħtur P. Geroge Bugeja, OFM se issir Velja ta' talb fil-Bażilika Marija Bambina, fix-Xagħra fit-8 ta' filgħaxija, immexxija mil-E.T. Mons. Charles Scicluna Arċisqof ta' Malta. (more…)", "Il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu 2015 fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali ta' Pinu, ġiet iċċelebrata il-Velja tal-Għid tal-Assunta.", "L-ewwel parti tal-Velja tmexxiet minn Fr. George Bugeja OFM, l-Isqof Koadjutur maħtur tal-Vigarjat Appostoliku ta' Tripli, li flimkien ma' żewġ familji mexxa t-talba tar-Rużarju b'riflessjonijiet tal-Papa Franġisku, u stieden lill-poplu ta' Alla biex jissieħeb miegħu fit-talb. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5835", "date": "August 28, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ħamis 27 ta' Awwissu, f'okkażjoni ta' Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof maħtur P. Geroge Bugeja, OFM li ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta' Settembru fis-santwarju ta' Pinu, saret Velja ta' talb fil-Bażilika Marija Bambina, fix-Xagħra, immexxija mil-E.T. Mons. Charles Scicluna Arċisqof ta' Malta.", "Mons. George talab l-interċessjoni ta' Maria Bambina, biex iwettaq b'fedeltà l-ministeru li ġie fdat f'idejn."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5867", "date": "August 30, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Dalgħodu, t-30 ta' Awwissu, fil-quddiesa tal-11:15, ġiet iċċelebrata l-Għeluq taż-Żjara Franġiskana ta' din is-sena.", "Il-kappillan dun Keith Bonnici irringrazzja ħafna lil P. Walter li kkoordina din il-ħidma, lis-Sorijiet Klarissi li talbu għalina għal dawn l-aħħar ġimgħat, lis-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta' Marija, lis-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù, lis-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta' Marija, lill-Ordni Franġiskan Sekular u lill-Lajċi mpenjati fi ħdan il-Patrijiet Franġiskani.", "Waqt din il-quddiesa Sr Chiara Laetitia, Klarissa, tat l-esperjenza tagħha u kif il-Mulej sejħilha biex tiddedika ħajjitha għaliH fit-talb.", "Il-Kappillan, Dun Keith Bonnici, laqgħa lura t- Taus li kien ta' lill-'missjunarji' b'sinjal li issa l-mandat li kien tahom intemm.", "P. Walter irringrazzja lill-missjunarji għall-ispirtu sabiħ ta' impenn u komunjoni li wrew matul din il-ġimgħa.", "Irringrazzja lill-kappillan għas-support kontinwu tiegħu matul din il-ġimgħa u lill-Ikliniżi għall-qalb miftuħa tagħhom, speċjalment lil dawk li għenuhom b'xi mod jew ieħor fil-ħidma tagħhom.", "Serata Franġiskana", "Il-bieraħ filgħaxija il-Franġiskani tellgħu serata fejn ippreżentaw il-mumenti l-iktar importanti mill-ħajja ta' San Franġisk: il-laqgħa mal-Kurċifiss ta' San Damjan, il-laqgħa mal-lebbruż, Santa Klara u l-ewwel aħwa li jingħaqdu miegħu u San Franġisk li bagħthom jippriedkaw, il-laqgħa mas-Serafin fuq la Verna u fl-aħħarnett il-laqgħa ma' \"oħti l-mewt tal-ġisem\" biswit il-Porziuncola."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5891", "date": "August 31, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["F'din is-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata, il-Provinċja tagħna l-Patrijiet Franġiskani Maltin, b'ferħ tħabbar il-Professjoni Solenni ta' Fr. Ramon Farrugia OFM fl-Ordni tal-Patrijiet Minuri, li ser issir nhar it-Tnejn 7 ta' Settembru 2015 fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Ħ'Attard.", "Il-Velja ta' talb bi preparazzjoni, ser issir flimkien mas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesu', nhar il-Ħadd 6 ta' Settembru 2015 fis-7.30pm ġewwa l-Knisja Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq.", "Fr. Ramon twieled Haż-Żabbar fis-26 t'April 1986, u hu t-tielet mill erba ulied ta' Raymond Farrugia u Ines Buttiġieġ.", "Tgħammed fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu il-Ħamrun fejn serva bħala abbati.", "Attenda il Museum fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun fejn irċieva l-ewwel tqarbina u l-Griżma tal-Isqof.", "Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskejjel tal-Freres; St. Benilds tas-Sliema u Stella Maris College il-Gżira.", "Minn hemm kompla bl-istudji tiegħu ġewwa l-Junior College l-Imsida.", "Flimkien mal-familja tiegħu, Ramon għex għal 11-il sena l-Ħamrun u tnax-il sena H'Attard sakemm beda l-mixja tiegħu lejn il-ħajja kkonsagrata.", "Fis-sena 2006 ingħaqad mal-grupp Animazzjoni Missjuarja Teresa Nuzzo tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta' Ġesu' u flimkien ma' grupp ta' voluntiera żar u ħadem għal ftit ġimgħat fil-Missjonijiet tagħhom tal-Kenya (2006), tal-Indja (2008) u tat-Tanzanija (2009).", "Fr. Ramon iħoss li kien permezz ta' dawn l-esperjenzi ta' volontarjat fil-missjoni, li huwa ħass is-sejħa għal ħajja kkonsagrata.", "Wara li ġie lura mill-Kenja, Ramon ħadem ukoll għal xi żmien fl-Uffiċċju Missjunarju tal-Belt, li jħoss li kien ta' għajnuna kbira biex jgħinu jibda jifhem ftit iżjed il-missjoni kbira tal-Knisja.", "Kien fis-sena 2009 li Fr. Ramon kellu l-ewwel kuntatt mal-Patrijiet Franġiskani, u ftit xhur wara li beda bl-esperjenzi f'kunventi differenti tal-Provinċja, daħal bħala Postulant fid-29 ta' Settembru 2009 fil-Knisja Santa Marija ta' Ġesù ir-Rabat, fejn għex din l-ewwel sena ta' formazzjoni.", "Fis-6 ta' Settembru 2010 ingħata it-tonka franġiskana ġewwa l-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun u l-għada tela Assisi għas-sena tan-Novizzjat ġewwa s-Santwarju Franġiskan ta' San Damjan.", "Fr. Ramon għamel l-Ewwel Professjoni tiegħu nhar il-5 ta' Settembru 2011 ġewwa l-Knisja Parrokjali tal-Madonna tas-Sacro Cuor tas-Sliema.", "F'Ottubru ta' l-istess sena beda l-istudji tal-Filosofija u tat-Teoloġija ġewwa l-Università Pontificia Antonianum.", "Tul dawn is-snin tiegħu f'Ruma, Fr. Ramon serva bħala katekista fil-Parroċċa Franġiskana ta' Gregorio VII, għen fil-\"mensa dei poveri\" tal-Comunità Sant' Egidio, li tikkonsisti fi tqassim ta' ikel lill-fqar, u għal dawn l-aħħar sentejn serva fil-\"Piccola Casa della Divina Providenza\", li hi dar tal-Cottolengo għal persuni b'diżabilità.", "Fr. Ramon ingħata il-Ministeru tal-Lettorat nhar il-15 ta' Settembru 2013 fil-Knisja ta' Santa Marija tal-Anġli, f'Baħar iċ-Ċaghaq u l-Ministeru tal-Akkolitat nhar id-9 ta' Settembru 2014 fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù il-Belt Valletta.", "Filwaqt li nawgurawlu, nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet franġiskani.", "2009 – Bidu tal-Postulandat", "2010 – Bidu tan-Novizzjat", "2011 – Professjoni Temporanja", "Akkolitat"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=45", "date": "July 29, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Wara l-aħbar sabiħa li mlietna lkoll bil-ferħ tal-ħatra ta' ħuna P. George Bugeja ofm għall-Episkopat mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, nixtieq ninfurmawkom bil-programm ta' żjarat li se jagħmel fil-Fraternitajiet Franġiskani. (more…) More Mit-22 sat-30 ta' Awwissu ser tiġi organizzata ż-Żjara Franġiskana ġewwa l-Parroċċa tal-Iklin.", "Matul dawn il-jiem il-Patrijiet Franġiskani, flimkien ma' diversi kongregazzjoni ta' sorijiet Franġiskani u lajċi ser iduru diversi djar tal-Parroċċa u jitkellmu mal-familji. (more…)", "Fl-10 ta' Lulju, fis-Santwarju Ta' Pinu, Għawdex, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, fil-preżenza tal-Isqof Mario Grech, ħabbar in-nomina mill-Papa Franġisku ta' Patri George Bugeja OFM, Għawdxi, bħala Isqof Koadjutur ta' Tripli. (more…)", "Fostna mill-ġdid!", "Bħal kull sena matul ix-xhur tas-Sajf ikollna magħna aħwa tal-Provinċja tagħna li matul is-sena jgħixu, jistudjaw u jaħdmu barra minn Malta.", "Għal darb'oħra din is-sena wkoll għandna magħna lil Fr. Walter Vassallo ofm li għadu kemm kiseb il-Liċenzja fil-Liġi Kanonika, mill-Università Pontifiċja Antonianum , Ruma. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?author=1&paged=44", "date": "August 06, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Fl-okkażżjoni tal-Festa ta' Santa Klara li se tiġi ċċelebrata nhar it-Tlieta 11 ta' Awwissu, il-Ministru Ġeneral tal-Ordni, Fr. Michael Perry, OFM kiteb ittra lil Patrijiet u s-Sorijiet Klarissi ffukata fuq l-enċiklika tal-Papa Franġisku ' Laudato si '. (more…)", "Bħalissa l-istudenti tagħna Fr. Ramon Farrugia u Fr. Clive Camilleri għaddejin bil-preparazzjoni tagħhom għall-Professjoni. (more…)", "Nhar it-3 ta' Awwissu, l-Provinċja bħala parti mil-festa tal-Porziuncola orġaniżżat ħarġa fuq il-baħar għal Għawdex.", "Numru sabiħ ta' Patrijiet, studenti u pre-postulanti iltaqajna għal ftit ħin flimkien għal dawra bid-dgħajsa. (more…)", "Bejn il-Ġimgħa 31 ta' Lulju u t-2 ta' Awwissu ġiet iċċelebrata l-festa tal-Porziuncola fil-Knisja tagħna ta' Santa Marija tal-Anġli, f'Baħar iċ-Ċagħaq.", "Din il festa kienet ikkaraterizata minn żewġ mument partikolari: is-Sibt l-1 ta' Awwissu fejn f'quddiesa mmexxija mil-Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM, il fraternità tad-\"Domus Pacis - Retirement Friary\" ingħaqdet mal-fraternità ta' Santa Marija tal-Anġli. (more…)", "Bejn it-30 ta' Lulju u t-2 ta' Awwissu 2015, għall-ewwel darba se tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Maħfra (tal-Porziuncola) ġewwa id-'Domus Pacis - Retirement Friary' f'Baħar iċ-Ċagħaq. (more…)"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5635", "date": "August 08, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ġimgħa, 7 t'Awwissu, fil-Kunvent tar-Rabat sar mument ta' talb permezz tal-Lectio Divina.", "Dan il-mument kien importanti għaliex huwa preparazzjoni għal talb fil-familji li se jsir matul iż-Żjara Franġiskana.", "Dan il-mument kien immexxi minn Fr. Joseph Ciappara u Fr. Walter Vassallo, animatur taż-Żjarat Franġiskani li jsiru fil-Parroċċi madwar Malta u Għawdex.", "Jattendu għal dan il-mument kien hemm, il-pre-postulanti, Patrijiet, kif ukoll lajċi impenjati li se jieħdu sehem fiż-Żjara Franġiskana fl-Iklin.", "Jekk tixtieq tkun taf aktar fuq iż-Żjara Franġiskana mur fuq is-Sit: www.zjarafrangiskana.org"]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5650", "date": "August 08, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Nhar il-Ġimgħa 7 ta' Awwissu, P. Dijonisju Mintoff, ofm iċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta' San Franġisk il-Ħamrun f'għeluq is-60 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.", "Waqt din il-konċelebrazzjoni kienu preżenti l-patrijiet tal-fraternità kif ukoll il-komunità Franġiskana li tattendi f'din il-Knisja u ħbieb.", "Waqt l-omelija P. Dijonisju iddeskriva l-ħajja tiegħu u kif bil-għajnuna t'Alla huwa wasal sa hawn fost id-diversi ħidmiet li huwa wettaq speċjalment fil-Laboratorju tal-Paċi."]} {"url": "http://ofm.org.mt/ofm/?p=5749", "date": "August 18, 2015", "category": "religion, franciscans", "text": ["Il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu 2015 fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali ta' Pinu, ġiet iċċelebrata il-Velja tal-Għid tal-Assunta.", "L-ewwel parti tal-Velja tmexxiet minn Fr. George Bugeja OFM, l-Isqof Koadjutur maħtur tal-Vigarjat Appostoliku ta' Tripli, li flimkien ma' żewġ familji mexxa t-talba tar-Rużarju b'riflessjonijiet tal-Papa Franġisku, u stieden lill-poplu ta' Alla biex jissieħeb miegħu fit-talb.", "Fl-istess okkażjoni, tnediet u ngħata tifsira tal-istemma tiegħu bil-motto magħżul Sub tuum præsidium – \"Taħt ħarstek nistkenn\".", "P. George kiteb u qara talba li fiha fada l-ministeru episkopali tiegħu f'dirgħajn il-Madonna Ta' Pinu, li x-xbieha tagħha tidher fiċ-ċentru tal-istemma ġdida tiegħu.", "L-istemma:", "Skont it-tradizzjoni araldika ekkleżjastika Kattolika, l-istemma tal-Isqof hija tradizzjonalment irrappreżentata minn tarka li jista' jkollha diversi forom u li tkun tiġbor fiha simboli li jistgħu jindikaw mhux biss identifikazzjoni personali jew ta' ġurisdizzjoni ekkleżjali, imma wkoll illustrazzjoni ta' viżjoni pastorali.", "L-istemma ta' Mons. George Bugeja OFM, magħmula mis-Sur Vince Caruana, hi komposta minn tliet elementi: is-simboli tal-istat tiegħu, l-arma propja, u l-motto li għażel għalih.", "Is-simboli tal-istat", "Is-simboli tal-istat u l-uffiċċju episkopali huma l-kappell prelatizju fil-lewn aħdar imżejjen b'lazz li jiftaħ fi tnax-il ġummiena (sitta kull naħa) u s-salib proċessjonali li jerfa' l-iskudett propju.", "Fis-salib hemm ħames ħaġriet ħomor li jfakkru fil-ħames pjagi tal-Mulej Ġesù.", "Il-motto", "Għal din il-missjoni tiegħu ta' Ragħaj fil-Knisja, P. George għażel l-arma bil-motto \"Sub Tuum Præsidium\", għaliex sa mill-ewwel mument li ġie mgħarraf li l-Papa Franġisku ħatru bħala l-Isqof Koadjutur ta' Tripli, il-Libja, l-ewwel talba tiegħu kienet lil Marija Omm Ġesù u ried li jpoġġi dan il-ministeru ġdid li ġie fdat f'idejh taħt il-ħarsien tagħha ta' Omm.", "L-arma", "L-istemma hija maqsuma fi tliet partijiet.", "Fil-parti ta' fuq hemm l-arma tal-Ordni Franġiskan li P. George jagħmel parti minnu.", "Din turi l-id tal-Mulej Ġesù msallba mal-id ta' San Franġisk, bis-simbolu tat-Tau li San Franġisk kien iħobb ipoġġi meta jiffirma ismu.", "Fil-parti ċentrali nsibu x-xbieha tal-Madonna Ta' Pinu Mtellgħa s-Sema akkumpanjata mill-anġli, li f'idejha qed jafda lilu nnifsu.", "Isfel hemm il-Fleur de Lys, il-warda tal-ġilju li tirrappreżenta lil Sant'Antnin ta' Padova, li lejh Patri George għandu mħabba partikulari; fil-mument tan-nomina, huwa kien il-Gwardjan tal-Kunvent iddedikat lil Sant'Antnin f'Għajnsielem.", "L-Aħmar juri l-ħajja divina, huwa l-kulur tad-demm, u fid-demm hemm il-ħajja li ġejja minn Alla.", "Huwa l-kulur li jesprimi l-ħajja ġdida fi Kristu permezz tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina.", "Fil-fatt, il-Knisja tuża l-lewn ħamrani meta tiċċelebra l-festi tal-Martri, dawk li taw ħajjithom u xerrdu demmhom b'xhieda għal Kristu.", "L-Ikħal huwa l-kulur tal-umanità.", "Il-bniedem huwa ħlejqa li kapaċi terfa' ħarsitha lejn is-Sema u tidħol f'relazzjoni ma' Alla.", "Dan il-kulur jesprimi d-destin tal-bniedem li jidħol f'din ir-rabta intima.", "Il-Verġni Marija hija l-Mara per eċċellenza li b'libertà u bi mħabba ssieħbet ma' Binha Ġesù biex jitwettaq il-pjan tas-salvazzjoni tagħna.", "Illum, magħquda ħaġa waħda miegħu fil-glorja tas-Sema, tkompli tkun għalina Omm, Għalliema u Gwida fil-mixja tagħna lejn il-Ġenna."]}