{"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/ixxukjati-izda-ma-skantajna-xejn/", "date": "Sun, 21st Jun '20, 07:53", "category": "blog, politics, government", "title": "Ixxukjati. Iżda ma skantajna xejn.", "text": ["Ftit huma dawk li kienu emmnu li Joseph Muscat ma kien jaf xejn dwar dak li kien qed iseħħ taħt imnieħru.", "Meta fl-2016, kien irrifjuta li jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri meta dawn inqabdu li kienu ħolqu kumpanniji sigrieti fil-Panama, kien ta ħjiel qawwi li hu kien imdaħħal magħhom.", "U konna fhimna li l-kumpanniji fil-Panama ma jinħolqux biex \"jinżamm il-ġid fihom\" kif ried ibellagħhielna Konrad Mizzi.", "Fhimna li kienu fasslu roadmap biex iwettqu sensiela ta' serqiet fid-dawl tax-xemx u li dak li kien inkixef dwar il-kumpanniji tal-Panama kien biss ħjiel.", "Ftit huma dawk li emmnu li Joseph Muscat kien innoċenti.", "Meta qabad u ddeċieda waħdu li jagħti l-proklama lil Melvyn Theuma, iżda mbagħad lil sħabu tal-Kabinett kien immanipulahom b'mod biex ġiegħelhom jaqblu li ma tingħatax proklama lil Yorgen Fenech, konna fhimna mill-ewwel li kien qed jabbuża mill-awtorità legali biex iħares l-interessi personali tiegħu.", "Mhux ċar dan l-interess personali x'kien.", "Iżda l-fatt li ppermetta lil Keith Schembri fil-kamra waqt li kien qed jirċievi informazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne anki tul iż-żmien li Yorgen Fenech kien meqjus bħala persuna suspettata, kien ħjiel importanti.", "Qed jiġi f'moħħi l-filmat li fih jidher ta' Joseph Muscat u ta' dik il-mara rgħiba, vojta u vanituża li għandu, jaqbżu u jixxalaw bil-fliexken tax-xampanja f'idejhom għall-kant ta' 'ma tagħmlu xejn ma' Joseph tagħna' .", "Filmat li fih dehru qishom f'xalata f'xena li xejn ma taqbel mad-dinjità tal-kariga ta' prim ministru u mal-bini li hu residenza uffiċjali tal-mexxej tal-pajjiż.", "Iżda kien sinjifikanti l-fatt li dak il-filmat spiċċa biex ixxandar.", "Dehru fih bħallikieku neħħew balla minn fuq l-istonku, huwa u jaqbżu u jogħlew bħall-ħallelin li jkunu wettqu serqa kbira u, b'xorti għalihom, irnexxielhom igħadduha lixxa.", "Dehru bħallikieku qed jifirħu talli kien tneħħa piż minn fuq spallejhom u bħallikieku kienu qed isikktu lil ġwejjef bħal Evarist Bartolo li kien jaf x'kienu wettqu, iżda li ma kellux il-kuraġġ iċanfarhom fil-beraħ.", "U bħallikieku kienu qed isikktu lil xakall politiku bħal Chris Fearne li baqa' b'xiber imnieħer hu u jistenna ċans li jaħtaf it-tmexxija li spiċċa ma wasallu qatt.", "Il-koppja Muscat kienu f'ewforija għax ħasbu li kienu għaddewha lixxa tassew.", "Issa ilna nafu għal żmien mhux ħażin li Yorgen Fenech kien preżenti għal dik ix-xalata.", "Dakinhar biex jiċċelebra kien ħa miegħu rigali li jiswew l-eluf.", "Sirna nafu wkoll li, dak iż-żmien, Yorgen Fenech kien qed iqatta' ħafna żmien ma' Melvyn Theuma.", "Kien qed jipprova jikkalmah u jżommu milli jikxef l-għawwar u forsi – dejjem jekk il-biżgħat li kellu Melvyn Theuma kienu fondati – kien ukoll qed jikkunsidra kienx jeħtieġ li jinqatel Melvyn Theuma .", "Jidher li huwa mistenni li jitfaċċaw provi li Yorgen Fenech kien qed jipprova jserraħ moħħ Joseph Muscat li ma kienu ser jinqabdu qatt.", "Li kienu ser ikomplu jgawdu l-flus li kienu serqu mingħajr ma jkun hemm xi Daphne Caruana Galizia li tikxfilhom kollox .", "\"Ma tagħmlu xejn ma' Joseph tagħna\" tabilħaqq.", "Minkejja l-fatt li, għal diversi xhur u snin, kellna dan il-ħjiel ċar kollu, bosta huma dawk li kienu ttamaw li Malta ma kellhiex prim ministru mgħaddas sa xfar għajnejh fil-ħmieġ tal-korruzzjoni u li kien lest li jgħin biex jitgħatta assassinju li kien twettaq biex dan il-ħmieġ jibqa' mistur.", "Bosta huma dawk il-pajjiżi li kienu mmexxijin mit-tiranni li l-imġieba tagħhom kienet waħda ta' mistħija għal pajjiżhom.", "Uħud mill-gvernaturi li kellna ma tantx ħallew togħma tajba warajhom.", "Iżda dan b'ebda mod ma jista' jiġi paragunat, minn żmien Gonsalvo Monroy 'l hawn, mal-ħniżrijiet li wettaq Joseph Muscat.", "Bosta huma dawk li kienu ttamaw li l-korruzzjoni twettqet minn wara dahar Joseph Muscat, il-prim ministru tal-Aqwa Żmien.", "Iżda issa ma jistax jibqa' jitwemmen.", "Kif lanqas jista' jitwemmen Robert Abela meta jgħid li ma kien jaf b'xejn dwar dan il-ħmieġ qabel illum.", "Meta jgħid hekk ikun qed jigdeb.", "Robert Abela kien intuża bħal biċċa għodda minn Joseph Muscat meta dan kien għamel attentat biex jgħaddiha lixxa dwar il-kriminalità li twettqet taħt imnieħru.", "Iżda Abela ma kienx vittma tal-manipulazzjoni ta' Joseph Muscat: kien kompliċi b'għajnejh miftuħin beraħ.", "Biżżejjed wieħed jiftakar li f'Novembru li għadda kien preżenti fil-kamra tal-kabinett meta l-ministri kienu ngħataw informazzjoni dwar dak li kien qed igħid Yorgen Fenech dwar il-korruzzjoni kbira li kienu mdaħħlin fiha ċerti rjus kbar.", "F'Novembru kienu jafu bid-dettalji kollha tal-iskandlu tal-kuntratt maħmuġ tal-Montenegro.", "U minkejja dan, waqt li kien qed jistagħad għall-voti biex isir mexxej tal-partit, lill-votanti wiegħedhom il-kontinwità.", "Kien hu wkoll li attakka lil dawk li kienu qed jipprotestaw, għajjarhom b'sedizzjoni u għamlilhom sejħa biex immorru lura f'darhom u \"jħalluna niggvernaw\".", "L-ewwel impenn tiegħu bħala mexxej tal-partit kien żjara lil Joseph Muscat fid-dar tiegħu f'Burmarrad u ppoża miegħu għar-ritratti.", "U kienet għadha lanqas għaddiet ġimgħa minn dakinhar li ħa l-ħatra li ma laqgħax uffiċjalment lil Joseph Muscat f'Kastilja.", "Dan ma kienx kollox.", "Spiċċa wkoll biex ħatar lil Muscat bħala konsulent tiegħu.", "Robert Abela ma jagħmilx parti minn xi ġenerazzjoni mġedda tal-klassi politika tagħna.", "Lil Evarist Bartolo u lil Chris Fearne ma jagħmlilhomx għajb.", "Eżatt bħalma għamel Evarist Bartolo, stqarr li jinsab diżgustat bi ħmieġ li kien ilu jaf bih xhur sħaħ.", "U eżatt bħal Chris Fearne, baqa' ma fetaħx ħalqu meta dan il-ħmieġ imxajtan kollu kien qed jinħema, u dan biex seta' jħares is-setgħa politika li kellu.", "Iżda hu agħar minn dawn it-tnejn għaliex issa għandu wkoll il-wiċċ li jigdeb dwar ir-rwol tiegħu f'dan il-ħmieġ kollu.", "Nhar il-Ġimgħa waqt il-konferenza stampa, Robert Abela wera' kemm huwa ipokrita.", "Meta wieġeb lil Jacob Borg tat- Times of Malta , li dakinhar stess kien xandar l-istorja tal-kuntratt tal-Montenegro flimkien mar- Reuters, huwa staqsa kemm ir- Reuters u tat- Times of Malta kienu ilhom jafu bl-iskandlu.", "Ried bħal speċi ta' jimplika li r- Reuters u tat- Times of Malta żammew mistura l-informazzjoni għal raġunijiet tattiċi meta, kif fakkar fil-konferenza stampa, huwa d-dmir ċiviku ta' ċittadin li jinfurma lill-pulizija minnufih b'xi delitt li jkun twettaq u li jkun sar jaf bih.", "Ejjew neżaminaw din l-istqarrija biċċa biċċa.", "L-ewwel, Robert Abela ried ibellagħha li huwa kien sar jaf bl-iskandlu tal-kuntratt maħmuġ tal-Montenegro mir-rapport li it- Times of Malta ta' nhar il-Ġimgħa.", "Dak li stqarr huwa gidba.", "Tal- Malta Today xandru rapport fis-sens li l-membri tal-kabinett kienu ġew infurmati sa minn Novembru li għadda dwar l-istorja tal-ħmieġ tal-korruzzjoni tal-Montenegro .", "Mir-ritratt li jidher hawn taħt, jidher ċar li Robert Abela kien preżenti għal laqgħa tal-kabinett li fiha kienet ingħatat din l-informazzjoni.", "Ilu jaf bil-ħmieġ u, minkejja dan, f'Jannar lil Konrad Mizzi kien innominah biex iservi fuq istituzzjoni internazzjonali u għadu sal-lum m'għamel xejn biex ikeċċieh mill-grupp parlamentari.", "U dan biex ma nsemmix kif baqa' sal-lum jixgħal ix-xemgħat quddiem ix-xbieha ta' Joseph Muscat.", "Bħala mexxej tal-partit u prim ministru, m'għandux il-kuraġġ li jżomm 'il bogħod minnu.", "It-tieni, huwa minnu li huwa dmir ċiviku taċ-ċittadin li jinforma lill-awtoritajiet dwar suspetti ta' aġir kriminali.", "Ma jafx Robert Abela li meta ċittadin jasal biex jagħmel dan, jispiċċa jiġi mgħajjar bħala traditur?", "Barra minn dan, l-awtoritajiet għandhom vizzju li jagħlqu għajnejhom meta jfeġġu provi dwar l-imġieba ta' politiċi.", "Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona u oħrajn kienu ġew rappuratati lill-awtoritajiet għal għexieren ta' drabi.", "U qatt ma ġara' xejn.", "Xogħol il-ġurnalisti m'huwiex dak li jieħdu post l-awtoritajiet u li jilbsu ż-żarbun tagħhom.", "Xogħolhom huwa li jinfurmaw lill-pubbliku dwar ħwejjeġ li l-awtoritajiet jippruvaw jostruhom.", "It-tielet, jekk huwa minnu li huwa d-dmir ċiviku li ċittadin jinforma lill-awtoritajiet dwar delitti li jkun sar jaf bihom, huwa proprju hu l-ewwel wieħed li jinsab ħati għal dan in-nuqqas.", "B'xorti ħażina, fil-biċċa 'l kbira tal-każijiet, min ikun jaf b'delitt u ma jikxifx m'huwiex ħati ta' ksur ta' liġi.", "Li kieku dan kien il-każ, Edwin Brincat il-Ġojja, Johann Cremona u ħafna oħrajn diġà jinsabu maqfulin il-ħabs wara li dawn ammettew fil-qorti li Melvyn Theuma kien tkellem magħhom dwar il-qtil propost ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ħadd minnhom ma kien kixef lil Theuma.", "M'għandniex xi ngħidu, hemm differenza bejn dmir ċiviku u dmir legali.", "Iżda meta l-mexxejja politiċi jonqsu li jkunu ta' eżempju fl-imġieba tagħhom, in-nies bla ma trid tibda' wkoll tillaxka.", "Robert Abela m'huwiex il-personifikazzjoni tas-salvazzjoni li jeħtieġ pajjiżna mill-ħmieġ u l-korruzzjoni li ħalla warajh Joseph Muscat.", "U minkejja dan, kif wera' l-aħħar stħarriġ, jidher li m'hemmx alternattiva għalih.", "Elezzjoni bikrija issa hi kważi ċerta.", "U bħal dik ta' Ġunju 2017, l-elezzjoni li ġejja jriduha sservi ta' assoluzzjoni għad-dnubiet ta' Robert Abela u tal-Partit Laburista.", "Assoluzzjoni għall-kriminalità, l-gideb, is-serq u l-qtil permezz tal-leġittimità tal-appoġġ popolari.", "Lill-Partit Laburista ma nagħtihx tort sa barra.", "Huwa l-Partit Nazzjonalista li huwa fid-dmir li jipprovdi lill-pajjiż b'alternattiva li jkunu jistgħu jittamaw għaliha n-nies.", "Issa ilni żmien twil nirċievi messaġġi mingħand uħud li qed jagħmluli sejħiet biex nifhem il-ħtieġa li tal-Labour jiġu xkupati mis-setgħa u li għandi nagħti l-appoġġ tiegħi lill-PN ta' Adrian Delia.", "Dawn jidher li jemmnu li għandi dmir ċiviku li nagħmel dan.", "Dmir ċiviku li skonthom għandu jieħu s-sopprevvent fuq dak li tgħidli l-kuxjenza u li nitkellem meta jidhirli li għandi nitkellem.", "Jien nwieġeb billi ngħid li l-veru dmir ċiviku huwa dak tal-PN li qiegħed hemm biex joffri alternattiva minn prim ministru alternattiv li n-nies ikollha fiduċja fih.", "Jekk dan id-dmir il-PN m'huwiex lest li jwettqu, jien ċertament mhux lest li ma nagħmilx dmiri.", "Previous: Giddibin u ħallelin bil-provi Next: Għaliex jeħtieġ li nissieltu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/jekk-jeghreq-hu-jeghrqu-ohrajn-mieghu/", "date": "Wed, 17th Jun '20, 08:32", "category": "blog, politics, government", "title": "Jekk jegħreq hu, jegħrqu oħrajn miegħu", "text": ["Kien ikun ferm aħjar li kieku rabba xi ftit tal-esperjenza fit-tmexxija ta' organizzazzjoni kwalunkwe qabel tgħabba bil-piż tal-ħatra bħala prim ministru u bħala mexxej tal-Partit Laburista.", "L-imġieba tiegħu fil-konfront ta' Chris Cardona qed tkun waħda dgħajjfa.", "Li kieku Robert Abela għamel żmien bħala president ta' xi għaqda tal-kollezzjonisti tal-bolli jew ta' xi klabb tal-boċċi, kien jasal biex jifhem li m'għandu qatt jagħmilha fatta li l-membri l-oħra tal-organizzazzjoni ser joqgħodu kif hu jkun jixtieq li jqiegħedhom.", "Setgħa bħal din teżisti biss fil-ħolm.", "Saħansitra anki min f'idejh ikollu poter assolut, lil dawk ta' taħtu jkollu jidlikhom bix-xema', jxaħħamhom, iheddidhom u jasal għal kompromessi magħhom biex iġiegħelhom joqgħodu għar-rieda tiegħu.", "Il-gvern ta' Robert Abela sar gvern li jmexxi skont dak li jkun jixtieq li jseħħ.", "Ilu ġranet sħaħ jipprova jserraħ l-irjus – kif ukoll rasu stess – li Chris Cardona ser jagħmel dak li l-partit tiegħu jistenna minnu.", "U peress li l-għażla kienet li jew jirriżenja minn deputat kap jew inkella jibqa' f'postu, kliem il-prim ministru kien patetiku.", "U l-bieraħ filgħodu Robert Abela deherlu li għandu jkomplu jagħfas : 'Lil Chris Cardona għidtlu li nixtiequ jitlaq u hu ser iwarrab fis-sigħat li ġejjin'.", "Il-boċċa s'issa għadha ma resqitx qrib biżżejjed tal-likk.", "U għaldaqstant ser ikollna nieħdu paċenzja u nistennew sakemm Robert Abela, hu u jimbotta għarqan xraba, jqarreb il-boċċa viċin biżżejjed.", "Robert Abela mhux biss kien mingħalih li għandu s-setgħa jordna lil Chris Cardona x'għandu jagħmel.", "Jidher ukoll li l-manuvra ta' Cardona baqa' ma fehmhiex.", "Għaliex Chris Cardona m'hu xejn ħlief bomba tal-ħin li appik tisplodi.", "Għall-mument, ejjew inwarrbu fil-ġenb il-kummiedji li kien għamel: kien ikun xurban regolarment waqt il-ħin tax-xogħol, kien isiefer safriet ta' lussu imħallsin mill-gvern bħallikieku kien xi xejk Għarbi Sawdit taż-żejt, fil-konferenza tal-partit kien għamel diskors dwar daqqiet bil-mannara lill-avversarji politiċi, ħa doċċa kiesħa f'burdell iżda kellu biżżejjed enerġija għal avventura sesswali bejn tlieta, u l-bqija.", "Robert Abela, għal ebda waħda minn dawn ir-raġunijiet ma jrid lil Chris Cardona jwarrab minn deputat mexxej tal-Partit Laburista.", "Ir-raġuni li jridu jwarrab hi li Chris Cardona huwa taħt suspett li kellu xi involviment fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Qed inkun ġeneruż bl-użu tal-kelma 'involviment' għaliex ismu qed jissemma' ta' spiss fil-qorti b'rabta mal-ippjanar, mal-finanzjament u mat-twettiq tal-assassinju.", "Veru li huwa kunsidrat innoċenti sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju.", "Iżda l-Partit Laburista ċertament ma jistax ikompli bi Chris Cardona f'kariga importanti fi ħdanu bħallikieku ma ġara' xejn.", "Issa jista' jagħti l-każ li, jien u nikteb, Chris Cardona jkun diġà tefa' r-riżenja tiegħu.", "Jew inkella dan jista' jseħħ \"fis-sigħat li ġejjin\".", "Iżda huwa fatt li ma' kull minuta li tgħaddi bi Chris Cardona fil-kariga, Robert Abela qed jidher dejjem aktar dgħajjef.", "Robert Abela diġà żbalja meta ddeċieda li jinnegozja ma' Chris Cardona, bniedem li m'hu xejn ħlief terrorista.", "Jiġifieri huwa bniedem li mhux ser jaħsibha darbtejn li jibda' jfajjar bil-mannara metaforika.", "Robert Abela qed jipprova jirraġuna ma' bniedem li m'għandux il-ħila li jirraġuna.", "Bi dgħjufija liema bħalha, qiegħed il-karti kollha fuq il-mejda u b'hekk stieden lil Chris Cardona biex ikompli jċekknu f'għajnejn il-poplu.", "Għandi nifhem li għad jasal mument li fih Chris Cardona jkollu jwarrab.", "Iżda qed jagħmilha ċara li hu ser iwarrab meta jkun lest li jagħmel dan u mhux meta jordnalu Robert Abela.", "Lil kieku l-PN ma' kienx immexxi minn persuna li, b'paragun ma' Robert Abela, huwa alternattiva fjakka, l-Partit Laburista bħalissa jinsab f'nofs ħuġġieġa.", "L-inkwiet li hemm fi ħdanu tarah b'għajnejk u tmissu b'idejk.", "U dawn qed jitqatlu bejniethom mhux dwar min ser jilħaq flok min.", "Qed iwaħħlu f'xulxin għall-korruzzjoni li twettqet tul dawn l-aħħar 7 snin u għall-assassinju li seħħ bl-iskop li x-xmara tax-xaħam tibqa' għaddejja.", "Chris Cardona m'huwiex biss jiġġieled biex iżomm is-setgħa.", "Qed jiġġieled ukoll biex ma jitlifx mill-impunità li gawda sal-lum.", "Għaliex jekk jegħreq hu, ser ikun hemm bosta oħrajn – b'Robert Abela b'kollox – li ser jegħrqu miegħu.", "Previous: Lawrence Cutajar qed jigdeb?", "Jew inkella nesa'?", "Next: Araw x'jiġri meta jkunu l-ħallelin li jfasslu l-politika nazzjonali window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/araw-xjigri-meta-jkunu-l-hallelin-li-jfasslu-l-politika-nazzjonali/", "date": "Fri, 19th Jun '20, 08:48", "category": "blog, politics, government", "title": "Araw x'jiġri meta jkunu l-ħallelin li jfasslu l-politika nazzjonali", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn din l-istorja li xandret The Shift News dwar Lionel Gerada , disk-jockey li għamel isem hu u jwerżaq \"Joseph!\", \"Joseph!\" fil- mass meetings tal-Labour.", "Kien galoppin ta' Konrad Mizzi.", "Issa l-ħallelin għandhom drawwa li jxommu lil xulxin minn seba' mili bogħod u dawn it-tnejn kienu saru qaqoċċa.", "Lionel Gerada kien għoddu kielha l-għatba tal-qorti minħabba l-involviment tiegħu f'numru kbir ta' kawżi dwar frodi: kien it-tip li jordna x-xogħol u jibqa' ma jħallasx u li jiffalsifika dokumenti.", "Bniedem b'karattru bħal dan kien wieħed ideali biex jorganizza l-manifestazzjonijiet pubbliċi tal-Awtorità tat-Turiżmu u fl-istess waqt iberbaq kemm jiflaħ miljuni.", "Fil- Facebook tgħidx kemm ogħxa bil-ferħ għall-fatt li, dan is-sajf, Ibiza se tkun magħluqa minħabba l-imxijja Covid u għalhekk mhux ser ikun hemm ix-xalar tas-soltu.", "Skont Lionel Gerada: \"Jeħtieġ li naħtfu din l-opportunità\".", "Ferħan se jtir bil-problemi tas-saħħa li hemm f'Ibiza, iridna naħtfu din \"l-opportunità\" u qed jiċċelebra t-tbatija li għaddejjin minnha n-negozji f'din il-gżira kif ukoll l-eluf ta' ħaddiema qiegħda li tgħidx kemm ser jiggustaw lil Lionel Gerada jferfer ġwinħajħ u jinqata' mill-art mgħoxi bil-pjaċir.", "Li kieku Lionel Gerada ġab ruħu b'dan il-mod għaliex in-negozju personali tiegħu ser igawdi minħabba t-tbatija tal-kompetituri f'Ibiza, din kienet tkun kwistjoni ta' nuqqas ta' grazzja.", "Tistgħu timmaġinaw sid ta' ristorant li jdendel tabella mal-bieb tiegħu bil-kliem: \"Issa jkollkom tieklu hawn għax ir-ristorant ta' ħdejna inħakem minn nar f'inċident\".", "Iżda jeħtieġ niftakru li Lionel Gerada huwa uffiċjal anzjan fil-bord tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u għaldaqstant huwa uffiċjal tal-istat.", "U fejn għandu x'jaqsam dak li huwa jirreferi għalih bħala \" music-related tourism \", huwa l-ambaxxatur ta' Malta u promotur ewlieni.", "Fi kliem ieħor, jitkellem f'isimna.", "Bl-imġieba tiegħu, Lionel Gerada pinġa lill-Maltin f'għajnejn ħaddieħor bħallikieku huma razza ta' nies rgħiba għall-flus li jaħsbu biss fihom innifishom.", "Dak hu li jiġri meta jkun xi ħadd bħal Konrad Mizzi li jagħżel lil min iqiegħed għall-ħatriet.", "Previous: Jekk jegħreq hu, jegħrqu oħrajn miegħu Next: Giddibin u ħallelin bil-provi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/giddibin-u-hallelin-bil-provi/", "date": "Fri, 19th Jun '20, 15:49", "category": "blog, politics, government", "title": "Giddibin u ħallelin bil-provi", "text": ["Ir- Reuters u t- Times of Malta llum xandru dettalji dwar is-serqa kbira tal-Montenegro li permezz tagħha flus tal-Korporazzjoni Enemalta (jiġifieri, flusek, flusi u flus kull min iħallas it-taxxa u ta' kull min jikkonsma d-dawl f'Malta) baqgħu sejrin fil-bwiet ta' Yorgen Fenech, ta' Keith Schembri, ta' Konrad Mizzi u ta' kompliċi mill-Azerbajġan.", "Il-kwistjoni hi waħda kumplikata.", "U kienet ġiet ikkumplikata apposta bil-ħsieb li l-ħallelin ma jinqabdu qatt.", "Daphne Caruana Galizia kienet saret taf aktar milli konna ħsibna li taf meta bdiet tgħarbel is -17 Black , il-kumpannija reġistrata fid-Dubaj li tinsab fiċ-ċentru tas-serqa.", "Qatluha.", "U mbagħad ta' The Shift News intebħu li kien hemm xi ħaġa tinten sewwa b'dan il-kuntratt li kien sar fil-Montenegro u li l-Enemalta kienet daħlet għalih.", "Tar- Reuters u t- Times of Malta issa rnexxielhom jikxfu dak li kien moħbi taħt il-ħama u skoprew dak kollu li kien inħema.", "Għad jinkixfu aktar stejjer.", "Iżda dak li nkixef huwa aktar minn biżżejjed.", "L-Enemalta kienet ħallset €10.3 miljun biex xtrat wind-farm fil-Montenegro mingħand kumpannija finta reġistrata fis-gżejjer Seychelles li, minn naħa tagħha, kienet xtratu biss ħmistax il-jum qabel mingħand kumpannija Spanjola għall-prezz ta' €2.9 miljun.", "Għaldaqstant l-Enemalta xtrat oġġett li sa ħmistax qabel biss kien jiswa' terz tal-prezz li spiċċat ħallset.", "Ejjew għall-mument nieqfu ftit hawn.", "Anki li kieku għadek ma fhimtx għal kollox, dak li seħħ jammonta għal delitt kriminali.", "Iċ- Chairman Kevin Chircop, id- Deputy Chairman Sheng Baojie, id-Diretturi Yongxin Gao, Salvu Sant, James Piscopo u Ingrid Zammit Young u s-Segretarju Aron Mifsud Bonnici huma responsabbli li jaraw li l-Enemalta titmexxa' bil-galbu.", "Dawn il-persuni, li huma personalment mgħobbijin bir-responsabbiltà li jħarsu l-interessi tal-azzjonisti tal-Enemalta, kienu awtorizzaw in-nefqa ta' aktar minn €10 miljuni għal oġġett li, biss sa ħmistax il-jum qabel, setgħu xtrawh għal €3 miljuni.", "Li kieku biss dawn staqsew lilhom infushom il-għala l-Enemalta kienet ser tixtri oġġett mingħand kumpannija li l-ismijiet tas-sidien tagħha kienu moħbijin, kienu forsi jieħdu deċiżjoni differenti.", "Tar- Reuters saru jafu li sid il-kumpannija finta reġistrata fil-gżejjer Seychelles huwa Turab Muyasev.", "M'hemmx dubju li tal-Enemalta kienu jagħrfu dan l-isem mill-ewwel.", "Muyasev huwa isem li hu sinonimu mas-Socar u hu wkoll soċju fin-negozju ma' Yorgen Fenech fl-Electrogas, il-fornitur ewlieni tal-enerġija tal-Enemalta.", "Dan il-fatt biss kien messu fetaħ ħafna għajnejn.", "Il-kumpannija finta reġistrata fil-gżejjer Seychelles kienet isselfet €3 miljuni mingħand is- 17 Black biex setgħet tixtri il- wind farm tal-Montenegro.", "U meta dawn il-flus mislufin intraddew lura, fil-kont bankarju tas- 17 Black ġew depożitati mill-inqas €7.6 miljun.", "F'dan l-ammont hemm il-biċċa l-kbira tal-flus żejda li kienet ġiet imġiegħla tħallas l-Enemalta.", "Issa jeħtieġ li niftakru wkoll f'dan li ġej. l-ewwel, is- 17 Black kienet intrabtet li tħallas lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi €5,000 kuljum .", "U issa sirna nafu li dawn il-flejjes ma kienux qed jitħallsu biss minħabba l-kuntratt tal-Electrogas.", "Il-korruzzjoni tagħhom kienu qed jesportawha.", "It-tieni, meta x- Shanghai Electric kienet xtrat l-ishma fl-Enemalta, diġà kien hemm sinjali ta' korruzzjoni dakinhar li sirna nafu li tan – Nexia BT kienu irranġaw biex jinfetħu kontijiet għal Cheng Chen, in-negozjatur ewlieni tax- Shanghai Electric .", "It-tielet, il-kuntratt tal-Montenegro kien ġie negozjat personalment minn Joseph Muscat u minn Konrad Mizzi.", "Konrad Mizzi kien żar il-Montenegro diversi drabi u f'Novembru kien akkumpanjat minn Joseph Muscat fl-istess żmien li f'Malta eluf kienu qed jinġabru fit-toroq biex jeżiġu li jwarrbu .", "Ftit jiem wara din iż-żjara, Joseph Muscat ħabbar li kien ser iwarrab.", "Ir-raba', Joseph Muscat ħatar lil sieħbu Karl Izzo, coach tal- waterpolo , bħala ambaxxatur għall-Montenegro u dan minkejja l-fatt li dan m'għandu ebda ħiliet f'dik li hi ħidma diplomatika jew relazzjonijiet internazzjonali.", "Issa qed jidhru aktar ċari r-raġunijiet il-għala Joseph Muscat kien ħatar lil sieħbu (u jingħad li hu wkoll soċju fin-negozju miegħu).", "Il-ħames, Aron Mifsud Bonnici m'huwiex biss is-segretarju tal-kumpannija tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Huwa wkoll l-avukat personali ta' Konrad Mizzi .", "U, kif jidher minn storja li xandar The Shift News xahrejn ilu, kien hu li kkonkluda l-kuntratt fil-Montenegro .", "Kienet l-Enemalta li nħadmet minħabba kuntratt korrott li sewa' lil Malta miljuni kbar u li permezz tiegħu gawda s- 17 Black , il-\"klijent\" ta' Konrad Mizzi.", "Is-sitt, tan- Nexia BT kienu ħolqu tliet kumpanniji fil-Panama.", "Is-sidien ta' tnejn minn dawn – jiġifieri Keith Schembri u Konrad Mizzi – kellhom igawdu minn ħlasijiet mingħand is- 17 Black .", "Sid it-tielet kumpannija, Egrant, allegatament huwa Joseph Muscat iżda l-inkjesta maġisterjali li saret ma sabitx provi dwar dan.", "Madankollu provi ġodda li tielgħin fil-wiċċ qed jitfgħu dubji serji dwar il-konklużjoni li kienet inġibdet mill-inkjesta.", "Previous: Araw x'jiġri meta jkunu l-ħallelin li jfasslu l-politika nazzjonali Next: Ixxukjati.", "Iżda ma skantajna xejn. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/ghaliex-jehtieg-li-nissieltu/", "date": "Mon, 22nd Jun '20, 07:58", "category": "blog, politics, government", "title": "Għaliex jeħtieġ li nissieltu", "text": ["Għaliex jekk ma nagħmlu xejn, il-qattiela ta' Daphne jgħadduha lixxa.", "Għaliex serqulna flus li jridu jintraddu lura.", "Għaliex ma nistgħux nittamaw li ssir il-ġustizzja kemm il-darba din l-inġustizzja titħalla għaddejja.", "Għaliex jekk ma jiġux ikkastigati, il-politiċi tal-llum u dawk ta' għada jibdew jaħsbu li jistgħu jgħadduha lixxa fuq kollox.", "Għaliex il-partiti politiċi m'humiex jiffunzjonaw.", "Għaliex mhux sewwa li dawk li għandhom il-flus tgħaddi tagħhom dejjem.", "Għaliex jekk ma nagħtux każ, inkunu qed naqblu.", "Għaliex waqqgħulna wiċċna l-art mal-bqija tad-dinja.", "Għaliex ir-reputazzjoni taqlagħlna l-ħobża tagħna.", "Għaliex aħna m'aħniex bħalhom.", "Għaliex jeħtieġ li ssir xi ħaġa.", "Għaliex inħobbu lil pajjiżna.", "Għaliex ma nistgħux nibqgħu ċassi.", "Għaliex għandna l-ħila li nirbħu.", "Għaliex jeħtieġ li nirbħu.", "Għaliex inħobbu lil uliedna Għaliex għadna ma wasalniex.", "Għaliex nistgħu naslu.", "Għaliex il-familjari ta' Daphne ma nistgħux inħalluhom weħidhom.", "Għaliex għandna lil xulxin.", "Għaliex nemmnu fis-sewwa Ingħaqad magħna llejla quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.", "Ilbes maskra.", "Żomm id-distanza.", "Uża minkbek biex issellem.", "U werżaq kemm tiflaħ.", "Previous: Ixxukjati.", "Iżda ma skantajna xejn.", "Next: Keith Schembri iwiegħed window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/keith-schembri-iwieghed/", "date": "Mon, 22nd Jun '20, 08:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Keith Schembri iwiegħed", "text": ["Keith Schembri promised to tell us the truth Tiskanta kif ċerti nies iwiegħdu dak li hu minn ewl id-dinja.", "Jumejn ilu Joseph Muscat wiegħed li ser jibqa' disponibbli li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija.", "Għaliex?", "Jaqaw issa għandna għażla?", "Hawn xi ħadd li għandu l-jedd li jaħrab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija?", "Jaqaw Keith Schembri qed igħid li hawn xi ħadd li jista' jagħżel li ma jgħidx il-verità?", "Il-kwistjoni m'hix dwar dak li igħid u dak li bi ħsiebu jgħid.", "Il-kwistjoni hi dwar jekk jistax jitwemmen.", "Wara snin sħaħ ta' skiet assolut, snin sħaħ jaħrab il-mistoqsijiet, snin sħaħ ta' theddid, snin sħaħ ta' gideb u wara li ħarab milli jixhed f'kawża li kien għamel huwa stessgħax beża' li jinkrimina ruħu, issa qed iwiegħed li ser jgħid il-verità.", "Issa naraw.", "Ħa naraw x'ser igħid illum.", "Dak il-ħalliel Keith Schembri x'aktarx ser imur il-qorti biex igħid li hu m'huwiex ħalliel.", "Iżda x'aktarx ukoll ser igħid li hemm oħrajn.", "U ser jipprova jfarafar ir-responsabbiltà fuq ħaddieħor bl-iskuża li kulħadd kien qed iħawwad fil-borma.", "Kulħadd kien qed jisraq.", "Kulħadd kien qed jigdeb.", "Kulħadd kien qed joqtol.", "Tinkwieta xejn Keith Schembri.", "M'ażniex mgħaġġlin.", "Ser nibqgħu hawn sakemm narawkom mgħarrqin taħt l-ilma.", "Previous: Għaliex jeħtieġ li nissieltu Next: GUEST POST: Kelmtejn window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/guest-post-kelmtejn/", "date": "Mon, 22nd Jun '20, 09:47", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Kelmtejn", "text": ["Anġlu Farrugia ċaħad it-talba tal-Oppożizzjoni biex sala fil-Parlament tiġi ddedikata lil Daphne Caruana Galizia.", "L-Ispeaker qal li sala msemmija għal ġurnalista li ġiet assasinata għax kienet tikteb kontra l-korruzzjoni, tiġi minn fejn tiġi – Partit Laburista u Partit Nazzjonalista – tkun qed tikser in-newtralita tal-Parlament.", "Ħrafa.", "Għax lil Anġlu Farrugia, Daphne Caruana Galizia ma tinżillux.", "Fl-1984 l-Ispettur Anġlu Farruiga kien arresta lil Caruana Galizia, dak inhar ta' dsatax-il sena, u ġiegħlha tiffirma stqarrija falza (li kien kiteb hu stess) għax inkella kien jerġa' jitfagħha f'ċella fid-dlam, bil-ħitan mċappsa bil-ħmieġ uman u barmil taż-żingu flok toilet fejn kienet inżammet għal 27 siegħa.", "Il-Maġistrat, wara Mħallef, David Scicluna kien emmen lil Daphne u m'aċċettax l-istqarrija li ppreżenta Anglu Farrugia bħala xhieda kontriha għax kienet falza u iffirmata b'theddid.", "Anġlu Farrugia għandu ħabta kif jitkellem.", "Nhar is-Sette Gunio fid-diskors tiegħu faħħar u għamel eroj li dawk in-nies li kienu telgħu l-Belt jipprotestaw għax kien għola il-hobż.", "Semma li kienu ttellgħu il-Qorti nies, fosthom nisa, li kienu akkużati li għamlu ħerba mid-dar ta' Cassar Torregiani u kienu akkużati b'serq mill-istess dar.", "Imbagħad Anġlu Farrugia ikkritika bl-aħrax lill-protestanti li f'Novembru u Diċembru 2019, inġabru quddiem il-Parlament biex jipprotestaw kontra l-gvern korrott ta' Joseph Muscat u sejħilhom immaturi.", "Għal Farrugia li tipprotesta kontra l-Gvern Imperjali huwa eroiżmu u li tipprotesta kontra gvern Malti jgħum fil-korruzzjoni hija xi ħaġa immatura.", "Ftit tas-snin ilu, Anġlu Farrugia kien fetaħ investigazzjoni dwar 'serq' ta' petrol jew diesel mill-karozza tal-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil.", "Simon Busuttil mill-ewwel issospenda lix-xufier tiegħu li għadda minn martirju sakemm l-investigaturi ndunaw li kien hemm xi ħaġa mekkanika ħażina fil-karozza.", "Dan l-aħħar l-Ispeaker stqarr fil-Parlament li Konrad Mizzi kien għadu qed jitħallas il-paga sħiħa għax kien qed jibgħat ċertifikat li ma jiflaħx.", "L-għada li ssemma' li ġie magħżul il-Kummissarju tal-Pulizija ġdid, Alla jbierek Konrad fieq minn kollox.", "Meta wasal mill-Ingilterra sab xi ġurnalisti jistennewħ.", "Mizzi qalilhom li kien barra fuq xogħol (ma nafux kienx xogħol għall-gvern jew xogħol privat) u wara marad.", "Qalilhom ukoll li kien għajjien għax ġej minn 'long trip'.", "Titjira mill-Ingilterra għal Malta tieħu madwar tlett sigħat u ma tissejjaħx 'long haul'.", "Xi ħadd kiteb li Konrad Mizzi kien ġej mill-Istati Uniti fejn mar jiltaqa' ma' tal-Vitals (tal-bejgħ tal-isptarijiet biex niftehmu).", "Dak veru vjaġġ twil u jgħajjik.", "Imma l-Ispeaker ma daħlitlux f'rasu li Konrad Mizzi ma kienx qed jgħid il-verita.", "Kullma ried jagħmel kien li jitlob lill-pulizija jiċċekkjaw il-passaport ta' Konrad Mizzi biex jaraw f'liema pajjiżi kien.", "Għax jekk Mizzi ma kienx l-Ingilterra allura għamel ċertifikati foloz u b'hekk ikun jista' jiġi akkużat bi frodi.", "X'taħseb Sur Speaker?", "Ta' min jarha din?", "Tgħid ta' min jinvestiga?", "L-Aġent Kummissarju Carmelo Magro, dak li waqt il-festin tal-Milied tal-pulizija tat-traffiku qal lil dawk miġbura biex \"jissaportjaw lil Parti Laburista li jien tant inħobb,\" nistħajlu Inspector Clouseau.", "Issa Clouseau mhux xi wieħed li jibrilla fl-investigazzjonijiet imma Carmelo Magro jagħmlu jidher qisu Hercules Poirot.", "Mela meta Silvio Valletta issemma fix-xhieda fil-Qorti li kien qed jgħaddi informazzjoni dwar l-investigazzjoni lil Keith Schembri u Yorgen Fenech, dritt dritt l-Aġent Kummissarju bagħat għaliħ biex jinterrogaħ u jinvestigaħ, kif titlob il-prassi.", "Is-Sur Magro għamilha ċara mill-ewwel li din ma kienitx xi ħaga taċ-ċajt.", "'Xi twiegeb fuq dawn l-akkużi, sur Valletta?'", "'Kollha ħmerijiet u qlajjiet.", "Niċħad kollox.'", "'Kollox sew,' wieġbu Magro.", "'Tista' tmur.", "Grazzi tal-koperazzjoni.'", "L-Aġent Kummissarju lanqas ġietu f'rasu biex għallinqas jiġbor il-mobile, il-laptop jew forsi xi pendrive li seta' kellu Valletta u li setgħu jitfgħu dawl ġdid fuq l-investigazjoni.", "Għal Carmelo Magro iċ-ċaħda ta' pulizija korrot kienet biżżejjed.", "Prosit Inspector Clouseau.", "Mela espert tal-IT fil-Qorti xehed li hemm possibilta kbira li t-telefon ta' Chris Cardona kien Velbert – fejn hemm FKK Acapuco, il-burdell fejn Christian mar għal threesome ma' qaħba.", "Mhux ta' b'xejn ċedieħ il-libell li kien għamel lil Daphne.", "Ja nittien.", "Previous: Keith Schembri iwiegħed window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/12/il-qorti-ma-qaghditx-toghmodha-ian-borg-huwa-giddieb/", "date": "Tue, 1st Dec '20, 10:20", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Qorti ma qagħditx togħmodha: Ian Borg huwa giddieb", "text": ["Sentenza li ngħatat mill-qorti 'l bieraħ bir-raġun għandha twassal għar-riżenja ta' Ian Borg.", "Mhux talli mhux ser iwarrab iżda huwa arroganti biżżejjed li jaħseb, anki bejnu u bejn ruħu, li m'għandux għalfejn iwarrab.", "Bis-saħħa tas-sentenza tagħha tal-bieraħ, f'kawża li fiha huwa kien xhud, il-qorti ikkonfermatu bħala bniedem li m'huwiex adattat biex iservi fil-ħajja pubblika.", "Aqraw dan ir-report li xxandar fil- Malta Independent biex ikollkom sfond.", "Din li ġejja hi l-istorja fil-qosor: Seba' snin ilu, Ian Borg kien xtara biċċa art biswit proprjetà tiegħu f'Ħad Dingli, raħal li fih għal xi snin huwa serva bħala Sindku u aktar tard bħala membru parlamentari.", "Huwa kien akkwista l-art mingħand persuna li Ian Borg stqarr li kien ilu jafu għal madwar 18 il-sena.", "Minkejja l-fatt li kienu ilhom jafu lil xulxin għal dawn is-snin kollha, sid l-art għal żmien twil ma kienx bi ħsiebu jbiegħha.", "Iżda f'ġurnata minnhom il-Ħadd filgħodu, wara li kien għamel tmiem il-ġimgħa jixrob ma' żewġ persuni oħra li kienu sensara mqabbdin minn Ian Borg, is-sid iddeċieda li jbiegħ l-art li Ian Borg kien ilu għaliha u, fi spazju ta' 24 siegħa, l-kuntratt ġie ffirmat quddiem in-nutar.", "Nies il-bejjiegħ xejn ma ħadu pjaċir bl-iffirmar ta' dan il-kuntratt u dehrilhom li l-prezz tal-bejgħ ta' €10,000 kien baxx wisq.", "Uħud minnhom kienu kellmu lil tal- Malta Independent u qalulhom li qaribhom kien marid mentalment u li kellu wkoll il-vizzju tax-xorb u tal-logħob.", "Tal- Malta Independent irrappurtaw li l-qraba kienu tal-fehma li Ian Borg kien qabbad is-sensara biex jisfruttaw il-mard mentali ta' sid l-art u biex jirranġawlu l-bejgħ tal-art għal dak il-prezz baxx.", "Ian Borg ma kienx ħarrek lil tal- Malta Independent.", "Iżda kien ħarrikhom wieħed mis-sensara u Ian Borg tela' jixhed fuq talba ta' dan is-sensar.", "Dakinhar li xehed Ian Borg stqarr li, bħas-sensar li ħarrek lill-ġurnal, huwa ma kienx jaf li sid l-art kellu l-mard mentali.", "Il-kawża nqatgħet il-bieraħ.", "Il-Maġistrat Victor Asciak iddeċieda li r-rapport tal- Malta Independent, għalkemm m'huwiex preċiż f'xi dettalji, kien sostanzjalment korrett.", "Il-qorti ma qagħditx togħmodha u qalet li Ian Borg ma setgħax jitwemmen: Il-Qorti ma' ssibx kredibbli x-xhieda tar-rikorrent u ta' Dr. Ian Borg li huma ma' kienux jafu bl-istat ta' saħħa mentali ta' Anthony Scicluna.", "Ir-rikorrent jisħaq li l- familji ma' kienux jitkellmu bejniethom u li allura ma' setax ikun jaf.", "Madanakollu hija ħaġa ferm u ferm dubjuża u li ma' titwemminx illi f'raħal żgħir bħal ma' hu Ħad Dingli in-nies ma' jkunux jafu li wieħed minnhom, persuna li apparentement kienet maħbuba u magħrufa mar-raħal kollu, kellu problemi ta' saħħa mentali tant kbar illi saħansitra kien jeħtieġlu jiġi rikoverat fl-Isptar Monte Karmeli għal xi żmien.", "Dan jgħodd iżjed u iżjed għall-familjari u iktar u iktar meta dawn jgħixu fl-istess lokalita' .", "Il-Qorti ssibha ukoll diffiċli ferm biex temmen li Dr. Ian Borg, li ex-admissis kien ilu jaf lil Scicluna għal madwar tmintax-il sena u li kien jaf dwar is-sitwazzjoni ta' ġlied fil-familja tiegħu, ma' jkunx jaf imbagħad dwar l-istat ta' saħħa mentali tal-istess persuna.", "Fi kliem ieħor, il-qorti stqarret li Ian Borg huwa giddieb.", "Iżda m'hix din ir-raġuni l-għala jeħtieġ li Ian Borg iwarrab: l-importanti hi r-raġuni l-għala gideb.", "Ir-rapport li xxandar fil- Malta Independent 7 snin ilu ġie konfermat bħala rapport korrett u veritier.", "Ian Borg kien qabbad sensara biex bniedem vulnerabbli magħruf li għandu mard mentali u li għandu l-vizzju tax-xorb, iġiegħluh jixrob u b'hekk jitlaq minn idejh biċċa art li, kieku kien f'sensih, ma kienx ibiegħha.", "Ian Borg m'huwiex biss giddieb u bniedem magħruf għall-arja li għandu.", "Seraq dik l-art mingħand il-ġirien tiegħu għaliex hekk ried jagħmel.", "Ried ikabbar id-dar tiegħu mingħajr ma jħallas prezz ġust għall-art li ried.", "Fit-tifsira stretta tal-kelma, din l-istorja m'hix dwar korruzzjoni għaliex ma jeżistux provi li huwa għamel użu mill-kariga tiegħu biex igawdi personalment.", "Għalkemm huwa diskutibbli jekk, il-pożizzjoni tiegħu bħala xerrej bħala eks Sindku, membru parlamentari u segretarju parlamentari kellhiex influwenza fuq id-deċiżjoni li ħa bejjieħ mentalment marid u xurban li jbiegħ l-art għal prezz li ma jirriflettix il-prezz veru tagħha.", "Li m'hemmx dubju hu li Ian Borg m'hu xejn ħlief bużullieqa li postu żgur m'huwiex fil-ħajja pubblika għaliex dan wera' li m'għandux il-ħila li jġib ruħu b'mod responsabbli bħala membru tas-soċjetà fil-konfront ta' min hu vulnerabbli u li m'għandux il-ħila li jħares l-interessi tagħhom.", "U mbagħad ikun hawn min jiskanta li dan Ian Borg jiġi jaqa' u jqum mis-siġar.", "Dan huwa bniedem li jasal biex saħansitra jgħaddi b'gaffa minn fuq nies vulnerabbli sabiex jiżgura li tgħaddi tiegħu u jissodisfa r-regħba li għandu.", "Imissu jistħi."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/12/katina-ta-grajjiet-li-wasslet-ghal-assassinju/", "date": "Fri, 4th Dec '20, 13:39", "category": "blog, politics, government", "title": "Katina ta' ġrajjiet li wasslet għal assassinju", "text": ["Joseph Muscat illum xehed quddiem bord ta' inkjesta li kien ħatar huwa stess, liema nkjesta qed teżamina r-rwol li seta' kellu l-istat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Iżda Muscat mingħalih li għadu fiċ-ċentru tal-univers u, mill-bidu nett, ipprova jaqleb lill-inkjesta ta' taħt fuq.", "Qara' stqarrija li kien ħejja bil-quddiem li l-kontenut tagħha kien aktar dwar dak li stenna mill-inkjesta milli dak li seta' b'xi mod jinteressa lill-membri tal-bord.", "L-intenzjoni tiegħu kienet waħda ċara: ried jiskredita u jimmina kemm il-proċess u kif ukoll lill-imħallfin li qed imexxuh.", "Ried ukoll jassigura li s-segwaċi tiegħu – mhux dawk li kienu preżenti fl-awla iżda dawk li għad jiktbu l-istorja – għandhom jiċħdu l-konklużjoni li għad tinġibed mix-xhieda li ta llum kemm il-darba din ma tkunx konklużjoni li taċċetta mill-bidu sal-aħħar dak kollu li huwa xehed.", "U ma waqafx igħid.", "Deher trankwill bħallikieku kien qed jindirizza udjenza siekta fil-parlament.", "Iżda hekk kif il-membri tal-bord tal-inkjesta bdew jistaqsuh il-mistoqsijiet deher viżibbilment skomdu.", "Wiċċi beda' jiħmar, kemmex xufftejh, fettaħ imnifsejh u għolla geddumu bħallikieku ried li jikkalma lilu nnifsu.", "Illum Joseph Muscat għamel reċta għal wiċċ il-kittieba tal-istorja bil-għan li jipprova jagħti tibjida lit-triq mudlama li wasslet għar-riżenja tiegħu.", "F'mument minnhom ikkwota lil Napuljun u ma tridx tkun għaref wisq biex tifhem ir-raġuni li wasslitu biex isemmih.", "Napuljun kien kiteb ittra twila mill-eżilju tal-gżira ta' Sant'Elena u meta Muscat semma' ktieb li jixtieq ixandar, bosta kienu dawk li fehmu x'ried ifisser.", "Lill-Imħallfin kien deċiż li ma jippermettilhomx jinterrompulu l-priedka li kien ħejja u xliehom li 'moħħhom biex jiskopru jekk Daphne kellhiex raġun'.", "Qalilhom li dan m'huwiex xogħolhom.", "Madankollu ta' min igħid li m'hemmx mod aħjar minn dan biex wieħed jasal għal konklużjoni dwar jekk f'Malta tħallietx tinfirex u tixxettel tip ta' impunità li wasslet għall-assassinju ta' Daphne.", "Fl-istess ħin, wieħed ikun qed iwarrab darba għal dejjem il-ħrafa li kien werżaq dwarha Joseph Muscat mit-taraġ ta' Kastilja f'Ġunju 2017 fis-sens li Daphne Caruana Galizia kienet ivvintat l-akbar gidba fl-istorja politika ta' Malta.", "Il-qofol ta' dak li seħħ dalgħodu kellu jkun dan li ġej: jekk kienx hemm jew le katina ta' ġrajjiet li ngħatat bidu minn deċiżjonijiet li kienu ttieħdu minn Joseph Muscat u li ntemmu bl-isplużjoni ta' karrozza-bomba f'Ottubru 2017.", "Fi kliem ieħor, jekk kienx hemm domino effect.", "Bl-imġieba tiegħu llum Joseph Muscat ried bilfors jassigura li, kemm il-darba l-bord tal-inkjesta jikkonkludi li tassew kien hemm dan id- domino effect, konklużjoni bħal din ma titqiesx bħala waħda kredibbli mill-pubbliku.", "Biex iwassal messaġġ li l-bord tal-inkjesta huwa preġudikat kontrih, huwa xela' lill-Imħallfin li dawn m'għamlu ebda investigazzjoni dwar dak li kien seħħ qabel l-2013.", "Argument bħal dan jista' jagħti kull krettu lill-eżistenza ta' domino effect .", "Iżda wieħed jeħtieġ jiftakar li ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-qtil ta' Daphne kienu bdew qabel tela' hu fil-gvern.", "Lill-Imħallfin xliehom ukoll li ma nvestigawx l-imġieba tal-oppożizzjoni u stqarr – b'riferenza ċara għal Adrian Delia – li hu lil Daphne qatt ma kien għajjarha \"biċċa blogger\".", "Stqarr ukoll li Daphne nqatlet minħabba dak li kien seħħ fl-aħħar xhur ta' ħajjitha meta kienet saret politikament \"irrelevanti\" wara li din warrbet lill-PN.", "Huwa stqarr li \"Daphne kienet l-Oppożizzjoni\".", "Ma qalx li Daphne fil-fatt kienet ġurnalista indipendenti li kienet temmen li l-gvern għandu jkun kontabbli għal għemilu.", "Għal darb'oħra, lil Daphne ried ipinġija bħallikieku kienet l-avversarju politiku tiegħu u li għaldaqstant kemm hu kif ukoll dawk ta' madwaru kienu ġustifikati li jġibu ruħħom magħha bil-mod li kienu ġabu ruħħom.", "Wara kollox dan kien il-metodu li permezz tiegħu kienu jxewwxu lill-partitarji tal-Labour kontra tagħha.", "U llum, tliet snin u fuqhom mill-assassinju tagħha, Joseph Muscat għal darb'oħra reġa' xewwex lin-nies tiegħu kontra Daphne Caruana Galizia u wera' li jiġi jaqa' u jqum mill-konsegwenzi ta' mġieba bħal din.", "Aktar tard, lill-membri tal-bord tal-inkjesta fakkarhom li kien proprju hu li ħatarhom u li kien hu li tahom it-termini ta' riferenza li fuqu qed ifasslu l-proċess kollu.", "Lill-Imħallfin xliehom li m'humiex iwettqu xogħolhom kif suppost u li kienu qed jippermettu lill-membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia li jimponu l-aġenda tal-inkjesta.", "U lil tal-uffiċċju tal-avukat tal-istat xliehom li siktu u li ħallew lilhom infushom li jiġu ntimidati.", "Lill-Imħallfin xliehom ukoll li qed jiżfnu għad-daqq tal-familja ta' Daphne.", "Lil Daphne pinġiha bħala parti fit-tilwima miegħu u mal-gvern tiegħu u għal ftit ma riedx igħid li Daphne stess għandha tiġi mgħarbla u kontro-eżaminata minn inkjesta li suppost inħolqot biex tgħarbel lill-egħmil tal-istat.", "Diffiċli wieħed igħid jekk it-teatrin li assistejna għalih illum kellux xi influwenza fuq il-ġudizzju li l-Imħallfin sejrin jiġbdu hekk kif ilestu r-rapport tagħhom.", "Lil Joseph Muscat ma merewħx wara li dan xliehom b'parzjalità li għandha tiskwalifikahom milli jwettqu dmirhom b'mod kredibbli.", "Ma skantajt xejn b'dan.", "Li skantani kien il-fatt – għallinqas kif rajtha jien – li l-Imħallfin kienu pjuttost kajmani u ppermettew lil Joseph Muscat ipinġi stampa rrilevanti u ħafna drabi kontradittorja, mingħajr ma nterrompewh jew merewh.", "Jista' wkoll jagħti l-każ li l-Imħallfin ma xtaqux iħalluh jagħti mpressjoni falza li ried joħloq Joseph Muscat fis-sens li l-proċess kollu huwa preġudikat kontra tiegħu: jista' jkun li, fl-għerf tagħhom, dawn fehmu li l-interruzzjonijiet u l-argumenti sħan setgħu ġiegħlu lis-segwaċi tiegħu jibilgħuha sa griżmejhom li l-proċess tassew huwa preġudikat kontra l-alla tagħhom.", "Meta mbagħad bdew il-mistoqsijiet, Joseph Muscat fehem li ma setgħax ikompli jiddefendi d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kenn lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi minkejja l-kxif tal-Panama Papers bl-istess mod li kien jagħtihom il-kenn fl-imgħoddi.", "Fehem li ma setgħax ikompli jgħid li d-deċiżjoni li kien ħa kienet waħda tajba, għalkemm ċertament mhux ser jammetti li kien żbaljat.", "Kemm ilu li warrab mis-setgħa, huwa żviluppa skuża ġdida: li ġaladarba, skont hu, kien ġie mixli bħala kompliċi ma' Keith Schembri u Konrad Mizzi, u ġaladarba – dejjem skont hu – m'hemm ħadd aħjar minnu li jaf li x-xiljiet dwaru kienu foloz, huwa assuma li x-xiljiet kontra Keith Schembri u kontra Konrad Mizzi kienu foloz ukoll.", "Dan huwa argument infantili għall-aħħar.", "Il-provi dwar sħabu kienu pubbliċi u, li kieku tassew kellu r-rieda, seta' jivverifikahom personalment.", "Kellu l-motivazzjoni kollha biex jagħmel dan appuntu għaliex hu stess kien qed jiġi mixli – skont hu, b'mod falz – li kien kompliċi.", "Li kieku ħeles minnhom u ma tahomx il-kenn li tahom, ħadd ma seta' jixli lil Joseph Muscat (mingħajr il-provi li kienu għadhom ma telgħux fil-wiċċ u li ma kienux jitilgħu fil-wiċċ li kieku huwa tassew innoċenti) li kien kompliċi magħhom.", "Kien appuntu l-fatt li ma ħelisx minnhom li kompla sostna l-impressjoni li hu kellu x'jaqsam u kien kompliċi.", "Dan huwa l-eżami tal-kredibilità tax-xhieda tiegħu.", "Għaliex illum Joseph Muscat ammetta li, dak iż-żmien, kien messu ħa deċiżjonijiet aktar iebsin.", "Huwa stqarr li meta kien feġġ l-iskandlu tal-Panama Papers, il-provi bdew jitilgħu fil-wiċċ ftit ftit.", "Dan huwa minnu.", "Anki bejn iż-żmien meta Daphne kienet xandret l-aħbar għall-ewwel darba u meta l-ICIJ xandret id-dokumenti, l-ewwel impressjonijiet u l-ewwel dubji li feġġew kien messhom ġew iċċarati.", "Iżda Joseph Muscat ma jridx jammetti li baqa' m'għamel xejn meta l-informazzjoni bdiet tiġi ċċarata u hekk kif il-provi bdew telgħin fil-wiċċ.", "Lil Joseph Muscat, il-membri tal-bord tal-inkjesta qalulu li l-fatt li żamm f'posthom lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri seta' mela lil \"xi nies\" b'ċerta arja, b'mod li dawn ingħataw x'jifhmu li setgħu jgawdu minn tant impunità li saħansitra setgħu anki joqtlu lil Daphne Caruana Galizia.", "Joseph Muscat kien imħejji għal suġġeriment bħal dan u għal darb'oħra għafas fuq l-imħallfin biex dan l-argument iwarrbuh.", "Huwa stqarr li jekk il-bord ser jibqa' jsostni li d-deċiżjonijiet li hu kien ħa wara li feġġ l-iskandlu tal-Panama kienu taw bidu għal domino effect li wassal għall-pjan biex tinqatal Daphne biex b'hekk jitgħattew l-iskandli dwar 17 Black u l-Electrogas, il-bord ser ikun qed igħid li Yorgen Fenech huwa ħati.", "Hawn wieħed malajr jista' jintebaħ minn liema bir tal-ilma qed jixorbu s-sostenituri ta' Yorgen Fenech.", "Din kienet r-raġuni, qal Muscat, li ma kienx qabel li l-inkjesta ssir fi stadu li fih Yorgen Fenech għadu preżunt bħala innoċenti.", "Huwa wkoll lissen il-frażi \"għandkom tassumu r-responsabbiltajiet tagħkom\" b'ton li fakkarni fi frażi simili li kien lissen meta Aaron Bugeja – dak iż-żmien Maġistrat – kien beda' l-inkjesta dwar Egrant.", "Din ma kienet xejn ħlief twissija.", "Il-kwistjoni dwar tassew kienx hemm domino effect jew le kompliet hu u jipperora quddiem l-Imħallfin.", "U fl-istess waqt assuma r-responsabbiltà għad-deċiżjoni li jżomm f'posthom lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.", "Huwa wkoll lissen dan il-kliem: \"Jien vittma tal-ġudizzju politiku tiegħi\".", "U meta lissen dan il-kliem huwa ċaħad li Daphne Caruana Galizia kienet vittma tal-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet li jżomm f'posthom lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.", "Huwa ammetta li Keith Schembri seta' evita l-iskandlu tal-Panama mill-bidu nett u sejjaħlu bħala vavu politiku li naqas li jieħu \"pariri politiċi\" dwar jekk kienx sewwa li joħloq kumpanniji sigrieti fil-Panama.", "U waħħal f'Keith Schembri għall-fatt li kellu jwarrab.", "Madankollu Joseph Muscat pinġa lilu nnifsu bħala l-vittma tal-egħmil ħażin ta' Keith Schembri.", "U mhux ta' Daphne Caruana Galizia."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/12/muscat-giddeb-lill-ministri-tieghu/", "date": "Fri, 4th Dec '20, 15:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Muscat giddeb lill-ministri tiegħu", "text": ["Mill-bidu nett, Joseph Muscat wera' li ma kienx qed jieħu pjaċir bil-mistoqsijiet li kienu qed isiru matul is-sena li ilha għaddejja l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u ta' sikwit ipprova jwaħħal fl-avukati tal-familja.", "U ma ddejjaq xejn jipprova jwaħħal fl-Imħallfin ukoll.", "Xi drabi wera' t-tħassib tiegħu dwar il-kwalità tax-xhieda li semgħu l-membri tal-bord tal-inkjesta u wera' wkoll disprezz ċar lejn xi ministri li kienu jiffurmaw parti mill-gvern immexxi minnu.", "Illum kien Joseph Muscat stess li rrefera għall-kwistjoni tal-\"kabinett tal-kċina\" u, b'mod partikolari, semma' lil Edward Scicluna.", "B'ton patronizzanti, huwa ddeskriva lill-ministru tal-finanzi tiegħu bħala bniedem dgħajjef li wieħed jista' jbellagħlu li jrid u li jista' jiġi mġiegħel igħid dak li ma jemminx fih.", "Fi ftit kliem, Joseph Muscat stqarr li Edward Scicluna fil-fatt qatt ma ried li juża t-terminu \"kitchen cabinet\" u li dawn kien kliem li xi ħadd kien bellagħhomlu.", "Skont Muscat, il-ministru tal-finanzi – is-suppost ġenju li ħoloq miraklu ekonomiku fl-aqwa żmien – m'għandux il-ħila li, f'inkjesta pubblika li qed tgħarbel l-imġieba tiegħu, jibqa' lura milli jixhed dwar affarijiet li huwa jaf li m'humiex veri kull darba li xi ġurdien xiħ bħal Jason Azzopardi jsemmilu xi frażi bħal, ngħidu aħna, kitchen cabinet.", "\"Ebda wieħed mill-ministri ma qatt qalli li kienet teżisti xi kitchen cabinet ,\" stqarr Muscat lill-Imħallfin dalgħodu.", "Bħal dak li qallu stqarrija bħal din hi xi prova li l- kitchen cabinet kienet biss ħolma tal-ministri tiegħu!", "Jew li l-ministri li xehdu dwarha u li kienu ħassewhom mwarrbin b'xi mod ma kienux qed igħidu s-sewwa.", "\"M'hix daqshekk ċara,\" stqarr aktar tard Joseph Muscat lill-Imħallfin meta tkellem dwar dak li kienu xehdu l-ministri.", "Il-ministri kollha, ħlief Chris Cardona, xehdu li lil Joseph Muscat privatament kienu talbuh ikeċċi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.", "U Joseph Muscat, bil-għan li jinstema' ħelu f'widnejn il-partitarji Laburisti, pprova jrattab it-tweġiba tiegħu għal dak li kienu stqarrew il-ministri.", "Iżda lill-Imħallfin tal-bord tal-inkjesta ried jurihom fehmtu.", "Jiġifieri li l-ministri kienu gidbu u li mhux veru li kienu talbuh ikeċċi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.", "Din isbaħ issa!"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/12/issa-toqghodx-icempilli-anton/", "date": "Wed, 9th Dec '20, 09:49", "category": "blog, politics, government", "title": "Issa toqgħodx iċċempilli Anton", "text": ["Ma' Anton Rea Cutajar diġà kelli kwistjoni darb'oħra.", "Kien fl-Għid li għadda meta Repubblika kienet ażżardat tilmenta li l-imġieba tal-gvern fil-konfront tal-immigranti kienet waħda llegali li wasslet għall-mewt ta' 12 il-ruħ fuq il-baħar.", "Dakinhar kont sejjaħtlu Tiger King , jew aħjar, Tiger Kink .", "Dan il-laqam kont slittu mingħand Malcolm Tucker u lis-Sur Anton Rea Cutajar kont għidltu biex \"ibusli l-bajd\" għaliex kont konvint li jinħaraq b'diskors bħal dan.", "U tgħidx kemm inħaraq!", "Sa wasal biex heddidni minn fuq it-telefon u kelli nirrappurtah lill-Pulizija.", "Il-Pulizija lir-rapport li għamiltilhom ħaduh b'serjetà kbira u, għal xi żmien, bgħatuli l-għassa wara biebi.", "Biżżejjed wieħed isemmi li dan il-bniedem f'idejh għandu armi semi-awtomatiċi u huwa sid ta' annimali slavaġ.", "U huwa wkoll qrib ħafna tal-Partit Laburista li għadu sal-lum jagħtih il-kenn.", "Lil dan inqisu bħal Raubritter li mar lura fiż-żmien u libes iż-żarbun tax- Sherrif of Nottingham ta' żmienna.", "Bħalissa għandu kwistjoni ma' Alison Bezzina, l-Kummissarju l-ġdida dwar id-drittijiet tal-annimali li nħatret wara snin twil taħdem f'dan il-qasam.", "Din il-ħatra jien appoġġjajtha iżda għall-bidu kont xi ftit bejn ħalltejn għaliex għal dawn l-aħħar 8 snin ftit kienu l-ħatriet f'Malta li kienu msejsa fuq kriterji ta' mertu.", "Lil Alison Bezzina ilni żmien twil ma nkellimha iżda naf fiċ-ċert li hi mara ta' prinċipju li m'hix ser tibża' tieħu dawk il-passi li jkunu meħtieġa li jittieħdu.", "L-intenzjonijiet tal-gvern li ħatarha jistgħu jkunu differenti.", "Ikun dnub jekk il-pjanijiet li għandha f'moħħha jisfgħu fix-xejn, iżda mhux ser inkun jien li niskanta b'dan.", "Dan l-imbierek ta' Anton Rea Cutajar mhux biss għandu arja li tqażżek u għandu wkoll ġid li m'huwiex spjegat, iżda huwa wkoll bniedem perikoluż li hedded bil-vjolenza u għandi għalxiex nifhem li jasal biex iwettaqha wkoll.", "U jidher li għandu l-ħila li jintimida lill-ministri tal-gvern aktar milli għandu l-ħila li jintimida lil Alison Bezzina.", "Dan pajjiżna kien ikun pajjiż aħjar li kieku jkollna aktar nies bħal Alison Bezzina f'ħatriet li permezz tagħhom jkollhom is-saħħa li jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Wisq nissuspetta li saħħa li tieħu d-deċiżjonijiet mhux ser ikollha u li pajjiżna huwa pajjiż li fih il-Kink m'huwa ħadd ħlief Anton Rea Cutajar.", "Dan l-imbierek ċertament jaħseb li huwa tassew il-Kink.", "U ma nagħtiħx tort li jaħseb hekk: għaliex għal dan il-bniedem jidher li ma jgħoddux il-liġijiet li jgħoddu għall-bqija tal-poplu.", "Min jaf jekk, minħabba l-ħatra l-ġdida li għandha, Alison Bezzina hix ukoll qed iżomm lura milli tgħidlu li dak li nissuspetta jinsab fuq il-ponta ta' lsienha: jiġifieri li tibgħatu jixxejjer.", "Sur Anton Rea Cutajar, issa li qrajt s'hawn, toqgħodx iċempilli."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/12/hdura-u-gideb-bil-ghan-li-jaqdi-lil-sidu/", "date": "Wed, 9th Dec '20, 13:44", "category": "blog, politics, government", "title": "Ħdura u gideb bil-għan li jaqdi lil sidu", "text": ["Qabadni tqalliegħ fl-istonku tiegħi jien u naqra' l-blog ta' Simon Mercieca u jien u nosserva l-moħħ marid ta' sid l-istess Simon Mercieca, Yorgen Fenech .", "Eżatt bħal dawk li jwaħħlu fil-Lhud bħala ġens għall-qtil ta' Ġesù Kristu, Simon Mercieca qed iwaħħal f'binha Matthew għall-qtil tagħha.", "Huwa kkwota minn intervista li kien ta Matthew Caruana Galizia lill-kollega tiegħi Carlo Bonini li matulha stqarr li kien ipparkja l-karrozza barra d-dar tagħhom fil-Bidnija minħabba vizzju li kellu li jħalliha barra.", "Skont Simon Mercieca, din hija prova li Matthew Caruana Galizia għandu jerfa' parti mir-responsabbiltà għall-assassinju ta' ommu għaliex, li kieku l-karrozza pparkjaha wara l-kanċell, kien ikun aktar diffiċli għall-assassini tagħha li jqiegħdu l-bomba li qatlet lil ommu.", "Ser ikollu niġbed l-attenzjoni ta' Simon Mercieca għal dak li hu stess jaf li huwa minn ewl id-dinja.", "Li l-loġika tiegħu tfisser li għandna nwaħħlu wkoll fid-ditta li kienet krietilha l-karrozza li fiha tqiegħdet il-bomb, fl-importatur tal-karrozza, fid-ditta li mmuntatha u f'dak li ddisinjaha.", "U għandna wkoll inwaħħlu f'Alla talli ħoloq il-ħlejjaq kollha li nħolqu.", "Loġika bħal din hi assurda għall-aħħar.", "Ikun jaħti ta' delitt kull min ikollu intenzjoni li jwettaq delitt.", "Iżda Simon Mercieca din qed isejjħilha \"negliġenza\" bħallikieku jeżisti xi obbligu li wieħed bilfors għandu jipparkja l-karrozza wara l-kanċell tad-dar biex jiġi evitat qtil.", "Iżda din m'hix kwistjoni ta' assurdità: hi biss ħażen imxajtan.", "Li kieku kellna nilbsu ż-żarbun ta' Matthew Caruana Galizia, anki għal mument biss, m'hemmx dubju li konna nħossu ċerta ħtija u sogħba għall-fatt li ma kienx sar sforz biex il-karrozza tiġi pparkjata wara l-kanċell tad-dar.", "Iżda fl-istess ħin nafu li Matthew ma kellu ħtija ta' xejn għal dak li seħħ.", "Eżatt bħalma kienu għamlu dawk li kienu vvalenaw il-klieb ta' Daphne jew dawk li kienu ppruvaw jaħarqulha darha, l-assassini tagħha faċilment setgħu qabżu l-grada tal-kanċell.", "L-assassini kienu qed jagħżlu liema triq kienu ser jaqbdu biex jeliminaw lil Daphne u waħda minn dawn kienet li joqtluha permezz ta' tir minn ċertu distanza.", "Ibqgħu ċerti li kienu jsibu mezz biex jeliminawha ġaladarba kienu jafu li kienu ser jitħallsu tajjeb mill-klijent tagħhom.", "U, wara kollox, in-nies ma jinqatlux minn persuni oħrajn għax jipparkjaw il-karrozza barra l-bieb tagħhom.", "Loġika perversa li tmur tgħid li, għax ma tkunx sid ta' garaxx, tkun responsabbli għal tqegħid ta' bomba f'karrozza li tispiċċa biex toqtol lil ommok stess.", "Simon Mercieca kiteb li din il-ħdura u dan il-gideb qed jaqlagħhom għaliex l-Imħallfin li qed imexxu l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien messhom talbu spjega mingħand Matthew Caruana Galizia.", "Skont Simon Mercieca, din tista' tkun spjegazzjoni alternattiva għaliex kien seħħ l-assassinju ta' ommu.", "Speċi ta' – dan il-każ huwa aktar probabbli li kien każ ta' matriċidju milli kien qtil iffinanzjat minn sidu Yorgen Fenech bil-għan li jitgħattew delitti kriminali li Daphne Caruana Galizia kienet waslet biex tikxef.", "Dan m'huwiex eżerċizzju ta' libertà tal-kelma.", "Huwa biss trolling fil-forma estrema tiegħu: bħal meta lil Daphne kienu jsejjħulha saħħara, issa qed jixlu lil binha li kien hu li qatilha.", "U din il-ħdura u dan il-gideb qed ixxerridhom persuna mħallsa salarju mill-Università ta' Malta li hi proprjetà tal-Istat.", "Nerġa' ntenni li dan m'huwiex eżerċizzju ta' libertà akkademika.", "Din m'hi xejn ħlief ħdura u kompliċità fit-twettiq ta' delitt iffinanzjat mill-Università.", "U dan l-aġir jeħtieġ li jitwaqqaf.", "Jekk Simon Mercieca irid jirrappreżenta lil Yorgen Fenech u lill-interessi tiegħu, mhux biss kontra l-kawża favur il-verità u l-ġustizzja iżda issa wkoll kontra d-diċenza bażika fil-konfront ta' iben li kien l-aħħar bniedem li ra lill-ommu ħajja, għandu jagħmel dan fil-ħin liberu tiegħu mingħajr ma jilbes il-kappell akkademiku tiegħu li jagħtih il-kredibilità falza li għandu.", "Dawk l-akkademiċi kollha li kienu wrew it-tħassib tagħhom dakinhar li ġiet assassinata Daphne għandhom jieħdu azzjoni u jitolbu lis-Senat tal-Università li jkeċċu lil dan iż-żibel ta' bniedem.", "Jekk jonqsu li jagħmlu dan, ser tbati bil-kbir il-kredibilità akkademika tagħhom.", "Previous: Issa toqgħodx iċċempilli Anton .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Jitwaħħdu l-interessi ta' Yorgen Fenech u ta' Robert Abela .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/11/l-attenzjoni-taghna-jehtieg-li-tibqa-ffukata/", "date": "Wed, 11th Nov '20, 09:22", "category": "blog, politics, government", "title": "L-attenzjoni tagħna jeħtieġ li tibqa' ffukata", "text": ["Manuel Delia · PODCAST: We've Had Our Fun With Jason's Pilgrimage Jeħtieġ li l-attenzjoni tagħna tibqa' tiffoka fuq dak li hu l-aktar importanti.", "Il-lejl li għadda lil Konrad Mizzi qafluħ f'ċella u raqad fiha minħabba l-fatt li l-pulizija għad fadlilha x'tinterrogah dwar suspett tas-sehem tiegħu fil-kriminalità finanzjarja.", "U lil Keith Schembri l-pulizija ġabruh dalgħodu għat-tielet darba f'inqas minn tnax il-xahar.", "Joseph Muscat, iżda, jinsab fil-kwiet f'daru.", "Araw ftit l-ironija.", "Dawn huma tlieta minn nies li l-ħniżrijiet li wettqu lanqas biss jipparagunaw mal-ħlas ta' kont ta' lukanda ta' €200 minn naħa tal-familja Fenech.", "Dawn huma tlieta minn nies li, flimkien mal-familja Fenech, serqu u ffrodaw lil kull min f'pajjiżna jikkonsma d-dawl u l-ilma.", "Għadna sal-lum inħallsu minn imneħirna għall-konsegwenzi ta' din is-serqa u ser ikollna nkomplu nħallsu għaż-żmien li ġej.", "Schembri u Mizzi kienu daru d-dinja biex joħolqu kumpanniji sigrieti u biex jiftħu kontijiet bankarji sabiex ikunu jistgħu jaħslu flejjes maħmuġin ġejjin mit-tixħim – kważi $2 miljun fis-sena.", "Flejjes li f'siegħa waħda kienu jirċievu daqs il-ħlas tal-kont li tħallas lill-lukanda f'dawk it-tlitt ijiem li Jason Azzopardi għamel fl-Iżrael.", "Issa ilna diġà kważi 5 snin li sirna nafu b'dawn il-kumpanniji tagħhom tal-Panama.", "U din hi r-raġuni għala n-nies tibda' tixba' tisma' u ddawwar l-attenzjoni tagħha fuq stejjer eċċitanti oħra.", "Barra minn dan, din hi r-raġuni wkoll il-għala n-nies għall-ewwel tixba' u mbagħad issir ċinika bir-riżultat li tibda' titfa' lil kollox u lil kulħadd fl-istess keffa.", "'Ma jinbidel xejn' 'Dawn kollha tal-istess pezza.'", "Dawn hekk iriduna nirraġunaw: għaliex Konrad Mizzi u Keith Schembri ċertament ma jridux isibu ruħħom maqfulin f'xi ċella.", "Il-ħallelin moħħom biss biex jisfruttaw is-sens ta' telqa ġenerali li hawn.U biex iġiegħluna nikkonfermaw il-preġudizzji tagħna u ngħidu kemm kellna raġun inkunu xettiċi, jwaddbulna xi ftit stejjer li jqanqlu l-eċċitament.", "X'inhuma l-istejjer li qrajna dwarhom dan l-aħħar? 1.", "Hemm dak il-proxxmu li għadu sal-lum igħid li teżisti konġura biex tara li Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat igħadduha lixxa.", "S'hawn nasal biex naqbel.", "M'għandniex xi ngħidu, din il-konġura teżisti u ilha teżisti sa minn qabel l-2013.", "U din hi r-raġuni li kien biss proprju dalgħodu li tnejn minn dawn it-tlieta nqaflu f'ċella fil-kwartier ġenerali tal-puliizja: minħabba l-eżistenza ta' konġura bejn il-kapijiet tal-mafja, politiċi korrotti, membri diżonesti tal-korp tal-pulizija u impjegati tal-gvern kompliċi.", "Iżda issa bħal donnu daħal fix-xena il-kredu ta' McCarthy: fl-istess konġura qed jitwaddab kollox u kulħadd.", "It- Times of Malta kemm il-darba qed tkun fiċ-ċentru tal-mira u dan minkejja l-fatt li allaħares ma kienitx hi biex wasalna s'hawn.", "U bis-saħħa tax-xogħol siewi tal-pulizija, Keith Schembri u Konrad Mizzi qed jiġu nterrogati.", "Li kieku ma kienx għax-xogħol li wettqet it- Times of Malta biex kixfithom , il-pulizija għadha sal-lum titmexxa minn uffiċjali diżonesti.", "Tabilħaqq, mhux bis-saħħa tat- Times of Malta konna sirna nafu bir-relazzjoni mill-qrib li Silvio Valletta kellu ma' Yorgen Fenech? 2.", "Il-kredu ta' McCarthy, li qed jixli lit- Times of Malta li qed taħdem biex tgħatti xtur Keith Schembri, qed iwaħħal f'Ivan Martin għall-inċident li fih Yorgen Fenech ipprova jxaħħmu.", "Kien hemm min saħansitra xlieni li \"tlift il-boxxla morali\" talli ma rajt xejn daqshekk ħażin li Ivan Martin iltaqa' mal-avukati ta' Yorgen Fenech.", "Ħaġa bħal din ma kienitx tidħolli f'moħħi għaliex xogħoli huwa dak ta' kummentatur u mhux ta' reporter .", "Li kieku rriżultali mingħand ħaddieħor li Ivan Martin tħallas mingħand l-avukati ta' Fenech, kont nissuspetta ħażin f'Ivan Martin.", "Iżda din l-istorja rrakkontahieli hu stess.", "Kien hu li rrakkonta kollox dwar l-offerta tal-ħlas lill-imgħallmin ta' fuqu.", "U s-sofistrija jeħtieġ li naqtgħuha.", "Il-flus li offrewlu kienu gejjin mingħand Yorgen Fenech.", "Li kieku dan ma seħħx b'inizjattiva ta' Yorgen Fenech, lill-avukati tiegħu kien ikeċċihom dak il-ħin stess.", "Iżda diġà għaddiet ġimgħa u dawn sal-lum għadhom l-avukati tiegħu.", "Dan l-inċident ma kien xejn ħlief attentat biex jixxaħħam ġurnalist minn persuna mixlija li qatlet ġurnalista.", "U ġaladarba l-ġurnalist rrifjuta li jixxaħħam u kixef lil min ipprova jxaħħmu, m'hemmx dubju li dan il-ġurnalist issa jinsab fil-periklu.", "Possibbli li ma tgħallimna xejn? 3.", "Għandi ngħid li napprezza d-dibattitu li tqanqal u l-kummenti li nkitbu dwar dak li jien ktibt nhar it-Tnejn li għadda meta ddefendejt lil Jason Azzopardi.", "M'hemmx dubju li Jason Azzopardi naqas f'dak li huwa l-livell ta' mġieba mistenni minnu u għandna għalxiex inkunu rrabjati għalih.", "Iżda b'daqshekk m'għandniex nagħmlu l-iżball li naljenaw l-attenzjoni tagħna mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni enormi li hawn madwarna.", "Ippermettuli nagħmel spjegazzjoni.", "Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu nqabdu li huma sidien ta' kumpanniji sigrieti fil-Panama.", "Dawn baqgħu ma warrbux.", "Joseph Muscat baqa' ma keċċihomx.", "Reġgħu telgħu fil-gvern fl-2017 u baqgħu f'posthom waqt li ġurnalista li kienet kixfithom ġiet assassinata.", "Kien biss wara li nqatlet Daphne li l-biċċa l-kbira minna ħadu l-briga li jibdew jirreżistu lill-klikka korrotta li ħakmet lill-pajjiż.", "U proprju issa, kważi 5 snin wara, din il-klikka bdiet tilmaħ l-qamar fil-bir.", "Li kieku fi Frar 2016 konna sirna nafu li Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu aċċettaw il-ħlas ta' kont ta' €200 fuq żjara f'Tel Aviv, sal-lum din l-istorja diġà mietet fuq ommha.", "Dakinhar l-attenzjoni kienet iffukata fuq l-iskandli tal- Café Premier , tal-proprjetà ta' Gaffarena property, tas- 17 Black , tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro, tal- power station tal- Electrogas, tal-kuntrabandu tat-tonn u taż-żjut, tal-ftuħ tal-bibien lill-mafja fl-industrija tal- gaming, tal-maħfra li ngħatat lil John Dalli dwar tixħim, eċċetra, eċċetra.", "Issa jien naf li l-qarrejja tiegħi huma nies li jippretendu li l-pajjiż għandu jkollu governanza tajba minn politiċi onesti.", "U dan ifisser li – bħali – jippretendu li l-politiċi m'għandhomx jaċċettaw rigali mingħand in-negozjanti.", "Madankollu l-fatt jibqa' li l-iskandlu tal-Panama u l-assassinju ta' ġurnalista ma tista' qatt titfagħhom fl-istess keffa maż-żjara f'Tel Aviv.", "Il-kastig li jingħata ma jistax ikun l-istess.", "Dan l-aħħar xi ħadd staqsieni jekk kienx sewwa dak li għamel Jason Azzopardi.", "U żgur li ma kienx.", "Nieħdu eżempju.", "Ikun sewwa jekk, ħin bla waqt, naqbad u nboss waqt li nkun bilqiegħda f'ristorant?", "Le ċertament m'huwiex sewwa.", "Iżda għandi niġi kastigat daqslikieku sraqt minn ħanut?", "Le.", "Għaliex is-serq huwa bil-wisq aktar gravi minn tfiegħ ta' bassa f'ristorant.", "Fil- Facebook, xi ħadd – ejjew ngħidu biex jiċċajta – kkummenta dwar l-\"awto-sospensjoni\" ta' Jason Azzopardi mill-grupp parlamentari tal-PN sakemm issir investigazzjoni interna.", "Mhux bi ħsibni nidħol fil-mertu dwar messux issospenda lilu nnifsu jew le, għalkemm għandi d-dubji tiegħi kemm din it-triq li nqabdet kienitx waħda għaqlija.", "Din li ġejja kienet ir-reazzjoni ta' xi ħadd li m'għandux grazzja ma' Jason Azzopardi għar-raġuni li Jason Azzopardi ma kellux grazzja ma' Adrian Delia.", "U dan l-imbierek xandar il-famuż ritratt ta' Konrad Mizzi xurban b'tazza birra f'idu bi tbissima wiesa' fuq fommu u staqsa jekk Jason Azzopardi huwiex ser ipoġġi biswit Konrad Mizzi fis-sala tal-Parlament.", "Iċ-\"ċajta\" hi li, bħal Konrad Mizzi, Jason Azzopardi għalissa huwa kunsidrat bħala deputat \"indipendenti\" u għaldaqstant jinsabu fl-istess sitwazzjoni.", "Taħsbu li din \"ċajta\" li għandha tgħaxxik bid-daħk?", "Taħsbu li d-\"dnub\" ta' Konrad Mizzi b'xi mod jista' jiġi paragunat ma' dak ta' Jason Azzopardi u li dawn għandhom jiġu kkastigati bl-istess manjiera?", "Forsi dan iċ-ċajtier jista' jħawwar aktar iċ-ċajta tiegħu għaliex m'hemm ħadd li jippretendi li Jason Azzopardi għandu jiġi arrestat dwar kriminalità finanzjarja flimkien ma' Konrad Mizzi.", "Għaldaqstant nistgħu ngħidu li kellna tliet stejjer fi żmien ġimgħatejn li setgħu servew biex aljenaw lill-attenzjoni tagħna mill-iskandli li ilhom jifnu lill-pajjiż għal żmien twil.", "Tliet stejjer immirati biex jaljenawk mill-ħniżrijiet li wettqu Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Yorgen Fenech, int tista' ġġiegħel lil Jason Azzopardi jiskuża ruħu u saħansitra anki li jwarrab – għax hekk jagħmel min hu diċenti hekk kif jintebaħ li jkun żbalja. kien biss wara jumejn li ntebaħ li kien messu għamel l-oppost ta' dak li kien għamel.", "Iżda dalgħodu tistgħu tibqgħu ċerti li, 5 snin wara li nkixfu bħala s-sidien ta' kumpanniji sigrieti fil-Panama, Keith Schembri u Konrad Mizzi qabdu waħda minn żewġ toroq: jew qed jibqgħu jinsistu li huma innoċenti jew inkella qed jinvokaw id-dritt tagħhom li jibqgħu siekta.", "U fil-frattemp Yorgen Fenech qed jistenna u jipprova jxaħħam.", "Dan moħħu biss biex jara kif ser jinħall mill-kobba li nqabad fiha waqt li int toqgħod tara kif ser tikkastiga lil Jason Azzopardi.", "Previous: Repubblika mħassba dwar 'ġenerazzjoni mitlufa' ta' tfal tal-iskola .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Il-PN reġa' qabad it-triq tad-diċenza u min hu ndiċenti xejn ma ħa pjaċir b'dan .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/11/il-pn-rega-qabad-it-triq-tad-dicenza-u-min-hu-ndicenti-mhux-jiehu-pjacir-bdan/", "date": "Fri, 13th Nov '20, 10:26", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-PN reġa' qabad it-triq tad-diċenza u min hu ndiċenti xejn ma ħa pjaċir b'dan", "text": ["Edwin Vassallo ilu fil-PN għal ħafna snin.", "Qatt ma kellu tolleranza, luċidità u rispett lejn id-diversità aktar milli għandu llum.", "Iżda kien jaf li ma kienx jaqbillu jparla żejjed.", "Kien jaf li ma setax igħaddiha lixxa li kieku kellu jesprimi bla xkiel il-preġudizzji tiegħu.", "Iżda mbagħad il-PN għadda minn fażi li matulha t-tixrid tal-velenu tal-mibgħeda kontra ċerti nies kien sar moda.", "It-twemmin ta' Karl Marx m'għandu x'jaqsam xejn u m'għandu ebda rabtiet mad-drittijiet tal-bniedem, aħseb u ara kemm għandu rabtiet mad-dritt universali kontra d-diskriminazzjoni msejsa fuq l-orjentazzjoni sesswali.", "Karl Marx innifsu ma kien tkellem kważi xejn dwar is-sesswalità, hi x'inhi l-orjentazzjoni.", "Kien hemm okkażjoni li fiha soċjalista Ġermaniż, li Marx ma kellux grazzja miegħu, kien ġie arrestat u kien ġie mixli li kien wettaq att omosesswali fil-pubbliku.", "Karl Marx kien irrifjuta li jissieħeb f'kumitat li kien inħoloq biex jiddefendi lil Jean Baptist von Schweitzer u, f'ittri li kien bgħat lill-ħabib tiegħu Friedrich Engels, spiċċa biex għadda ż-żmien b'von Schweitzer.", "Jekk xejn, x'aktarx li Karl Marx kien omofobiku daqs kemm huwa omofibiku Edwin Vassallo.", "Kien Joseph Stalin li lill-irġiel omosesswali kien jikkastigahom b'ikla ħabs b'xogħol iebes għal 5 snin u wisq nissuspetta li Edwin Vassallo huwa influwenzat minn attitudnijiet ta' din il-qatgħa.", "Hawn min isostni li din il-mibgħeda kollha kontra l-omosesswali tista' tfisser li Edwin Vassallo stess huwa omosesswali bil-moħbi.", "Jista' jkun ukoll li dan m'huwiex il-każ.", "Forsi jista' jagħti l-każ li huwa komunist bil-moħbi.", "L-aktar ħaġa li tweġġa' hi l-fatt li Edwin Vassallo jifforma parti minn grupp imdaqqas ta' nies mhux biss qed jieħduha kontra persuni oħrajn li magħhom m'għandhomx grazzja, iżda wkoll qed jinfexxu kontra kulħadd bid-disprezz li għandhom għall-kunċett tad-drittijiet universali tal-bniedem.", "Dawn id-drittijiet huma d-dritt tal-omosesswali li ma jiġux diskriminati, d-dritt tas-suwed, tan-nisa, tat-tfal, tal-morda u tal-anzjani u saħansitra ta' dawk li jxerrdu l-mibgħeda huma u jinvokaw il-Bibbja, li ma ssirx diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.", "Il-Kummissarju Helena Dalli tifforma parti minn Kummissjoni Ewropea li issa jidher li aċċettat il-kampanja li kien għamel il-Parlament Ewropew sabiex ebda stat membru ma jkun jista' jgawdi ekonomikament mis-sħubija fl-UE kemm il-darba dawn jabbandunaw il-valuri li jsawwru lill-Ewropa: jiġifieri li ħadd m'għandu dritt li jiddiskrimina kontra xi kategorija tal-popolazzjoni.", "Kien il-PN li ħadem qatigħ biex sieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea u bis-saħħa tat-twemmin proto-faxxist u mimli mibgħeda li xerred Edwin Vassallo tul dawn l-aħħar tliet snin, ma m'għamel xejn ħlief ittradixxa l-vokazzjoni vera tal-PN.", "Tul dawn l-aħħar tliet snin, il-preġudizzji tiegħu sabu r-riħ fil-qala.", "Bosta huma l-politiċi li jemmnu bil-moħbi li l-omosesswali ħaqqhom li jiġu diskriminati, iżda dawn dejjem żammew lura milli jesprimu twemminhom fil-beraħ.", "U l-PN b'xorti ħażina nħakem minn dan il-ġenn u minn dan il-velenu.", "Iżda dalgħodu l-mexxej il-ġdid tal-PN Bernard Grech għamilha ċara li l-imġieba ta' Edwin Vassallo mhux ser tiġi tollerata.", "It-tqegħid tal-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna ifisser ir-rispett lejn, u d-difiża attiva tad-dinjità u d-drittijiet fundamentali ta' kull individwu.", "Mingħajr eċċezzjoni.", "Niddisassoċja ruħi u lill- @PNMalta minn kummenti li jmorru kontra dan il-prinċipju. — Bernard Grech (@bernardgrech mt) November 13, 2020 Edwin Vassallo kellu bżonn jintebaħ li l-partit li għandu jimmilita fih huwa dak tal- Imperium Europa .", "Kliem Edwin Vassallo qed joħloq spettaklu li Edwin Vassallo biss huwa ħerqan li jisimgħu.", "Previous: L-attenzjoni tagħna jeħtieġ li tibqa' ffukata .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Robert Abela jrid ibellagħha li Roberta Metsola tobgħod lit-tfal morda bil-kanċer .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/11/robert-abela-jrid-ibellaghha-li-roberta-metsola-tobghod-lit-tfal-morda-bil-kancer/", "date": "Mon, 16th Nov '20, 13:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Robert Abela jrid ibellagħha li Roberta Metsola tobgħod lit-tfal morda bil-kanċer", "text": ["Il-Prim Ministru m'għandux il-ħila li jinfatam mill-vizzji tal-imgħoddi.", "Eżatt bħal dak ta' qablu, lill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ma jiddefendihiex bis-saħħa ta' argumenti mnebbħin mill-merti tagħha stess.", "Tafu għaliex?", "Għaliex ħlief għall-fatt li l-iskema tissarraf fi flus, m'għandha ebda merti.", "Il-flus ma jrendux l-argument wieħed sod.", "Tista' tagħmel il-flus anki jekk tagħmel serqa minn bank, iżda dan ma jfissirx li pass bħal dan huwa wieħed ta' min jagħmlu.", "Illum Robert Abela ġie mistoqsi mill-ġurnalisti l-għala rrifjuta milli jifraħ lil Roberta Metsola fl-okkażjoni tal-ħatra tagħha bħala Viċi-President tal-Parlament Ewropew.", "Din il-kwistjoni għadni s'issa ma ktibtx dwarha.", "Lill-gvern hemm diversi affarijiet li tista' tixlieh dwarhom: fiċ-ċirkustanzi, n-nuqqas ta' grazzja, l-vavati u l-guffaġni jidhru kemmxejn banali.", "Li kieku Robert Abela ma kienx mitluf f'dagħdiha biex lil Joseph Muscat u lill-klikka ta' madwaru jibqa' jagħtihom il-kenn u s-sostenn, li kieku m'huwiex jaħtar il-bażużli tiegħu fl-istazzjon nazzjonali tax-xandir biex jimlina bil-propaganda stil tal-Korea ta' Fuq, li kieku ma kienx qed jiżloq waħda wara l-oħra fin-niexef fejn tidħol l-imxijja Covid-19, li kieku ma kienx qed jagħti l-kenn lill-eks klijenti tiegħu li ħadmu l-bomba li qatlet lil Daphne u li kieku mhux iħalli l-migranti jegħrqu fil-baħar jew imutu bħala lsiera fil-Libja, m'għandix dubju li kont insib il-ħin biex nikkritika lil Robert Abela talli naqas li jifraħ lil for Roberta Metsola għall-unur li għamlet lil pajjiżna.", "Iżda llum lill-ġurnalisti tahom ir-raġuni għall-vavati tiegħu u tahom l-aktar tweġiba ta' vavu li wieħed jista' jimmaġina: 'minħabba t-tfal li qed imutu bil-kanċer'.", "Huwa stqarr li ma ħax pjaċir meta Roberta Metsola kienet għamlet kampanja kontra l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti għaliex il-gvern qed jonfoq il-flus li qed jaqla' minnha biex jiffinanzja għaqda volontarja li tiġbor flus li qed jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet tal-gvern f'dik li hi kura medika għat-tfal morda bil-kanċer u l-ħtiġijiet finanzjarji u soċjali tal-familji tagħhom.", "Meta xela' falz lil Roberta Metsola li din għamlet kampanja biex lit-tfal morda bil-kanċer ttelfilhom il-flus mgħotija lil tal-Puttinu, Robert Abela wera' kemm huwa għażżien intellettwalment.", "Lill-ġurnalisti qalihom li l-gvern kien ser igħaddi €5 miljun lill-Fondazzjoni Puttinu, flus li kien wiegħedhom Joseph Muscat.", "Fl-2019, dawk li jaħdmu f'din l-għaqda kienu wkoll ġabru €1.68 miljun sabiex setgħu ffinanzjaw lill-attivitajiet tagħhom.", "X'qed iżomm lill-gvern milli jirrikonoxxi li xogħol il-Fondazzjoni għandu jkun ħaġa waħda mas-servizz tas-saħħa nazzjonali li hu ffinanzjat mit-taxxi li jinġabru għal dan l-iskop?", "Fl-2019 il-gvern ġabar €944 miljun mill-VAT.", "U l-gvern għandu jistenna li jiġbor €50 miljun ieħor ma' kull 1% li tiżdied fir-rata tal-VAT, jiġifieri aktar minn 10 darbiet fuq dak li jirnexxielhom jiġbru tal-għaqda Puttinu jew mill-flus li jidħlu mill-bejgħ tal-passaporti.", "Iżda dan xorta waħda jista' jitqies bħala intellettwalment għażżien għaliex il-gvern għandu jara kif jagħmel biex ma jkollux għalfejn iżid it-taxxi kull darba li jkollu żbilanċ.", "F'Malta t-taxxi għadhom relattivament baxxi u ċertament jistgħu jsiru l-aġġustamenti li jkunu meħtieġa.", "Iżda kemm kien ikun aktar għaqli li kieku f'dawn l-aħħar 7 snin, minflok biegħ il-passaporti u ntilef wara l- blockchain , il-gvern ħadem biex joħloq attivitajiet ekonomiċi ġodda li joħolqu l-impjiegi u żjieda fid-dħul għall-kaxxa ta' Malta.", "Dan huwa l-mod għaqli li permezz tiegħu l-gvernijiet jieħdu ħsieb it-tfal morda: mhux billi jixlu lill-avversarji u lill-kritiċi b'akkużi foloz iżda permezz tal-ħolqien ta' attivitajiet ekonomiċi li jrendu l-flus li jkunu meħtieġa għas-servizzi pubbliċi li huma ntitolati għalihom il-morda u l-batuti.", "Dan huwa dak li nippretendu aħna ċ-ċittadini mingħand Robert Abela.", "Għaldaqstat jista' jagħti l-każ li mhux ser noqgħod inħabbel rasi li Robert Abela naqas li jifraħ lil Roberta Metsola għall-ħatra li ngħatat.", "Naħseb li hi stess ma tantx tilfet irqad bl-inkwiet għax taf li għandha l-ħila li tilħaq l-għanijiet tagħha u teċċella f'xogħolha mingħajr ma jkollha xi raġel ieħor ma' djulha li jipprova jilgħabha tal-ħelu magħha.", "Iżda meta lit-tfal morda bil-kanċer u l-ġenituri tagħhom li huma bżonn l-għajnuna li qed iċaħħadhom il-gvern, il-prim ministru jinqeda' bihom u jużahom bħala armi politiċi biex bihom jattakka lill-avversarji, ma nistax noqgħod sieket.", "Previous: Il-PN reġa' qabad it-triq tad-diċenza u min hu ndiċenti xejn ma ħa pjaċir b'dan .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Bħal-lum sena ilu, ngħaqadtu mas-sejħa tagħna għal bidla .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/11/it-trasparenza-skont-robert-abela/", "date": "Tue, 17th Nov '20, 18:30", "category": "blog, politics, government", "title": "It-trasparenza skont Robert Abela", "text": ["Lill-membri parlamentari, Robert Abela qalilhom li għandhom jikkonformaw ruħħom mal-kodiċi tal-etika u jiddikjaraw ġidhom.", "Il-ministri tal-gvern huwa mistenni minnhom li kull sena jippubblikaw il-lista tal-ġid tagħhom.", "Il-proċess m'huwiex wieħed li jista' jissejjaħ dettaljat u l-fatt biss li l-ġid ta' żwieġhom jew ta' seħbithom ma jiġix dikjarat, jirrendih f'farsa.", "Iżda minkejja dawn ir-regoli laxki fejn tidħol it-trasparenza, ma jistax jingħad li Robert Abela jagħti eżempju tajjeb.", "Insemmi biss l-ewwel u l-unika dikjarazzjoni tal-ġid li ġġib id-data ta' Marzu ta' din is-sena.", "Din hi dikjarazzjoni partikolarment importanti għaliex id-dikjarazzjonijiet tal-ġid li jiġu warajha jistgħu mbagħad jitqabblu magħha.", "Id-dikjarazzjoni tal-ġid ma ssirx kull sena biex inkunu nistgħu naraw kemm huma fqar jew għonja l-Ministri.", "Issir sabiex il-pubbliku jkun jaf tkunx inbidlet is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom sakemm idumu fis-setgħa.", "Nafu l-paga tal-Ministri kemm hi għaliex din hi regolata mil-liġi.", "Għaldaqstant għandna nistennew li ġidhom għandu jiżdied b'dak li jirnexxielhom ifaddlu mill-paga.", "Robert Abela, l-istess bħall-Ministri l-oħrajn kollha, ġie mistoqsi biex jiddikjara kemm qala' flus fl-2019 qabel ma' leħaq Ministru tal-Kabinett.", "Ma kienx ser jiddikjara dan kollu lili jew lilek.", "Huwa kiteb li qala' daqs kemm iddikjara li qala' lid-Dipartiment tat-Taxxa.", "Fakkarni f'\"ċajta\" li kont smajt f'żogħżiti: min ikun ġie mistoqsi x'ħin hu jwieġeb li l-ħin huwa l-istess bħal dak li kien il-jum ta' qabel fl-istess ħin.", "Robert Abela iwieġeb mingħajr ma jagħti tweġiba.", "Inċidentalment, ix-xahar ta' Marzu huwa wieħed pjuttost bikri sabiex wieħed jiddikjara l-qliegħ tiegħu, speċjalment għas-sena 2019 li, minħabba l-imxijja Covid-19, bosta kienu dawk li għamlu d-dikjarazzjonijiet tagħhom matul ix-xahar ta' Awwissu.", "Ejjew naraw kemm Robert Abela għandu l-ħila jkun trasparenti għallinqas sal-livell meħtieġ mill-kodiċi tal-etika, liema kodiċi jrid jara lil kulħadd josservah.", "X'qed jistenna biex ixandar id-dikjarazzjoni tal-qliegħ tiegħu għas-sena 2019?", "Previous: Bħal-lum sena ilu, ngħaqadtu mas-sejħa tagħna għal bidla .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Għall-qerq ma jirbħilhom ħadd .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/hekk-sewwa-dendlulu-midalja-ma-sidru/", "date": "Fri, 26th Feb '21, 19:19", "category": "blog, politics, government", "text": ["Skont il-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-lum Ian Abdilla, l-uffiċjal għoli tal-Pulizija li qagħad jieħu belgħa kafè waqt li, fis-satra tal-lejl, Ali Sadr Hashemi Nejad inkiss inkiss ħareġ provi dokumentati mill-Pilatus Bank, ser jingħata midalja bħala rikonoxximent għas-servizz li ta lin-nazzjon.", "Daphne Caruana Galizia, li nqatlet waqt li kienet fuq dmirijietha, għadha sal-lum ma ġietx rikonoxxuta mill-Istat.", "Għalkemm m'għandix dubju li, kieku dan il-gvern offrielha xi onorifiċenza, kienet tibgħatu jdaħħalha fit-toqba t'għajnu.", "Iżda Ian Abdilla ser ilesti sidru biex jilqa' l-midalja ta' sieħeb il-ġieħ.", "F'Lulju li għadda Ian Abdilla tgħidx kemm laqlaq u temtem quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-ħasla li qala' mingħand l-Imħallfin tal-bord, l-ebda xhud ieħor ma qalagħha.", "\"Kif bqajt m'għamilt xejn dwar il- Panama Papers !", "Kif stajt ma bgħatx għal Keith Schembri u l-bqija?", "Jidher li qed ngħixu f'żewġ dinjiet differenti\" qaltlu l-Imħallef Abigail Lofaro fil-qorti.", "Hekk hu.", "Qed igħix f'dinja għalih li fiha jisħoqq li jdendlulu midalja ma' sidru filwaqt li aħna qed ngħixu f'dinja oħra nsegwu din il-kummiedja.", "Lill-kriminali Ian Abdilla erħielhom igħadduha lixxa, għatta x-xtur ta' politiċi korrotti, kien il-wiċċ inkarnat tal-qerda tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż u tad-dgħjufija tal-Pulizija u ta palata biex l-impunità li qatlet lil Daphne Caruana Galizia tibqa' tirrenja f'pajjiż li ngħata b'rigal lill-mafja fuq platt tal-fidda.", "Waqt il-konferenza ta' għada dwar l-għaqda nazzjonali lill-President bi ħsiebni ngħidlu li jekk l-Istat jidhirlu li għandu jirrikonoxxi u jippremja lil Ian Abdilla, filwaqt li l-istess Stat għadu jtella' u jniżżel għandux jagħti rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia, l-għaqda nazzjonali jista' jaqbad u jarmiha l-baħar."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/regghu-bdew-iwieghduna-l-aqwa-zmien/", "date": "Mon, 4th Jan '21, 13:33", "category": "blog, politics, government", "text": ["Aktar ma toqrob l-elezzjoni ġenerali, aktar qiegħdin joktru l-eżaġerazzjonijiet fid-diskors.", "Il-bieraħ Robert Abela stqarr li s-sena 2021 ser tkun \" waħda mill-aqwa snin fl-istorja ta' Malta \".", "L-aqwa f'hiex?", "Din it-tbassira fuq xiex qed isejjisha?", "Fuq tbassir ekonomiku?", "U dan it-tbassir fuqhiex huwa msejjes?", "Bħalissa l-gvern imissu qed jaħdem qatigħ biex lill-pajjiż jagħtih iċ-ċans li jfiq malajr mill-ħsara li għamlet l-imxijja.", "Iżda jidher ċar li t-tilqim qed isir bil-mod wisq.", "Ħafna aktar bil-mod mill-bqija tad-dinja.", "Ir-riklam dwar il-vaċċin uriena freezer jistenna l-wasla tiegħu.", "L-ixkafef tal- freezer issa ntlew sewwa iżda bosta huma dawk li għadhom ma' ngħatawx it-tilqima.", "Il-prim ministru mingħalih li ser ikollu l-ħila li jsib it-tarf ta' kollox billi joħlom biss dwar kemm id-dinja ser tkun aħjar wara li tgħaddi l-imxijja.", "Robert Abela qed iwiegħedna li sa Mejju li ġej ser inkunu qed ngħumu fil-liri.", "Skont hu, sa dakinhar ikun bħallikieku l-imxijja qatt ma ħakmitna.", "L-operaturi ekonomiċi m'għandhomx l-ottimiżmu li qed juri hu għaliex dak li qed ibassar Robert Abela huwa biss ħolm u lista ta' xewqat.", "Fl-\"intervista\" li kellu l-bieraħ fuq One TV, huwa stqarr li jistenna' li fl-2021 Malta għandha tgħaddi mill-eżami tal-FATF/Moneyval.", "Jista' jagħti l-każ li din l-istqarrija għamilha għaliex għandu xi ndikazzjoni kredibbli li timlieh bit-tama.", "J'Alla – iżda dan m'huwiex suċċess minnu nnifsu.", "Il-fatt li ser inkunu skansajna diżastru ma jfissirx li qegħdin ngħixu fl-aħjar żmien.", "Ma jfissirx li l-bqija tad-dinja ser tibda' tafdana.", "Ma jfissirx li ser insibu tarf tal-problemi ekonomiċi li qed jaħkmu lid-dinja.", "Ma jfissirx li m'għandniex għalfejn inħabblu moħħna biex niddiversifikaw l-attività ekonomika minn dik l-attività li ġabitna fil-gwaj li ninsabu fih bħalissa.", "\"Ma rridx biss li nerġgħu lura għal li konna qabel ħakmitna l-pandemija.", "Irrid li nagħmlu pass 'il fuq.", "Ma rridux biss naraw l-ekonomija terġa' lura għan-normal f'Mejju.", "Irridu wkoll naraw it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u tal-governanza.\"", "Dan kif bi ħsiebu jwettqu?Niftakru li l-korrotti għadhom jiġru barra, il-ġustizzja għadha ma seħħitx u l-iskop tar-riformi mhux biss hu limitat ħafna, iżda huma tali li jippruvaw igħaddu lin-nies minn għajn il-labra.", "Araw ftit xi stqarr l-Imħallef Giovanni Bonello dwar dak li kien mistenni mir-riformi istituzzjonali.", "\"Nibda' nemmen li s-saltna tad-dritt m'għadhiex moribonda dakinhar li l-ewwel persuna esposta politikament tiġi mġiegħla terfa' r-responsabbilta għal għemilha.", "S'issa ħadd ma ġie mġiegħel jerfa' r-responsabbiltà.", "L-istituzzjonijiet kollha li kienu fid-dmir li jaraw li din ir-responsabbiltà tintrefa' minn min hu responsabbli, bħall-prosekutur, bħall-pulizija u bħal uħud mill-ġudikanti, għażlu li jagħlqu għajnejhom.", "S'issa l-azzjonijiet li ttieħdu kienu nofs kedda.\"", "F'Mejju 2017 kienu wiegħeduna \"l-aqwa żmien\" u ftit wara daħħluna f'diżastru, ġurnalista ġiet assassinata, ministri li nqabdu fil-korruzzjoni tħallew jgħadduha lixxa u s-saltna tad-dritt ġiet imminata b'mod biex tkun tista' isservi lid-delinkwenti.", "Issa qed iwiegħduna \"l-aqwa sena\".", "Alla magħna!"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/ir-responsabbilta-tal-awtoritajiet/", "date": "Tue, 5th Jan '21, 11:05", "category": "blog, politics, government", "text": ["Żgur m'għandniex għalfejn noqgħodu niskantaw li x-xettiċimu fil-konfront tal-awtoritiajiet issa qed jinbidel f'nuqqas ta' dixxerniment dwar l-għejjun li għandhom jiġu fdati.", "Nieħdu l-każ tal-anzjani minn San Ġwann.", "Ftit anqas minn sena ilu, lil dawn kienu qalulhom biex ma joħorġux minn darhom.", "Dan sakemm is-Sindku ġietu l-idea sublimi li jlaqqagħhom flimkien biex jilgħabu t-tombla, bħalma kienu jagħmlu sa ftit ilu.", "X'imkien qrajt diversi kummenti ta' erba' ħelwin li kitbu li l-anzjani li marru għat-tombla u mbagħad inħakmu mill-imxijja, stednuha b'idejhom.", "Wara kollox, l-awtoritajiet ilhom għal xhur sħaħ iwissuhom biex ma jiċċaqalqux minn darhom u biex ma jitħalltux ma' nies li ma jgħixux magħhom.", "X'inhu s-Sindku jekk mhux rappreżentant tal-awtoritajiet?", "L-anzjani l-għala m'għandhomx iserrħu b'moħħhom dwar dak li jgħidilhom is-Sindku jew il-Kunsill tagħhom biex ma jipperikolawx lil ħajjithom?", "Għaliex għandna nistennew li l-pariri li nisimgħu minn fuq it-televiżjoni mingħand persuni li ma nafuhomx għandhom igħoddu aktar mill-pariri li jagħti l-ewwel ċittadin tal-lokalità?", "Għaliex għandna nistennew li kulħadd huwa espert biżżejjed biex jiddeċiedi min huwa tassew l-espert?", "Robert Abela qed iwiegħed li s-sena 2021 ser tkun \"waħda mill-aqwa snin\" .", "Iżda, ftit wara, Chris Fearne wissiena li m'għandniex nistennew li jkollna l-immunità mill-imxijja \"qabel tmiem is-sajf\" .", "Jiġifieri sa tmiem is-sajf ser ikollna nibqgħu ngħixu bir-restrizzjonijiet li s-sena 2020 għamluha waħda mill-agħar snin li qatt kellna.", "Dan ċertament m'huwiex it-tort ta' Chris Fearne.", "Madankollu jidher li, minħabba l-ineffiċjenza, nuqqas ta' ambizzjoni u nuqqas ta' għodda, m'hux qed isir sforz biżżejjed biex il-vaċċin jintlaħaq mill-akbar numru ta' persuni possibbli fl-inqas żmien.", "Mhux tort ta' Chris Fearne li l-prim ministru tiegħu qed jintilef fil-ħolm u fid-delużjonijiet.", "Jekk jibqa' sejjer hekk, dalwaqt ser jgħidilna biex intaqqbu l-vini tagħna bid-deterġent u li fil-pajjiż kollox ward u żahar.", "In-nies għaliex għandha toqgħod tagħżel għandhiex temmen lill-prim ministru jew inkella lid-deputat tiegħu?", "X'qed iżommhom milli jemmnu diskors inkompetenti mimli ottimiżmu li hu wkoll miksi b'eżiġenzi ta' urġenza elettorali?", "Għaliex m'għandniex niskantaw jekk in-nies tagħżel li toqgħod fuq dak li jgħidilha Robert Abela dwar is-saħħa pubblika?", "Kunu afu li dan il-ġenn m'huwiex limitat għall-imxijja.", "Ftit wara li leħaq bħala kummissarju tal-pulizija, Anġlu Gafà stqarr li ried jerġa' jrodd lura l-fiduċja li l-pubbliku darba kellu fil-korp tal-pulizija.", "Huwa wiegħed li, fejn ikun jeħtieġ, kienu ser iseħħu l-arresti u l-prosekuzzjonijiet ta' rjus kbar.", "Kellna għalxiex ma nemmnuħx?", "Għaliex m'għandniex nistennew li l-kummissarju jżomm kelmtu magħna?", "Iżda l-verità hi li sal-lum ħadd minn dawn l-irjus kbar ma ttella' l-Qorti u ma kull ġurnata li tgħaddi qed jikbru d-dubji dwar jekk din l-istituzzjoni għandhiex interess ġenwin jew le li tara li sseħħ il-ġustizzja.", "Araw ftit kif Adrian Delia nqeda' bil-kredibilità tiegħu bħala persuna pubblika – li hi dik li hi – biex iwaħħad il-kilba li għandu biex jivvendika ruħu ma' att ta' karità.", "Araw ftit kif sieħbu Simon Mercieca qed jinqeda' bil-kredibilità akkademika tiegħu biex ibella' lin-nies it-teoriji konġurali tiegħu, kemm jekk dawn ikunu jittrattaw dwar frame-up fuq Yorgen Fenech jew dwar il-firxa tan- nanobots ta' Bill Gates fil-vaċċin kontra mxijja falza .", "Huwa minnu li Joseph Goebbels saħansitra kellu PhD minn Heidelberg.", "Iżda għaliex għandna nistennew li n-nies m'għandhiex toqgħod fuq l-għerf ta' min ikun mgħallem?", "Li qed jiġri hu li l-politiċi qed jagħtu lin-nies kull raġun, mhux biss biex ma temminhomx, iżda biex ma temminx lil kull min hu politiku jew għandu xi awtorità pubblika.", "Jekk ikun hemm tobba li b'reputazzjoni li, għall-pazjenti tagħhom, jagħżlu biss dawk il-mediċini maħduma minn kumpanniji li jxaħħmuhom, in-nies tibda' titlef il-fiduċja.", "U meta pajjiż ikun mimli sa ruħ ommu b'politiċi giddiebin, in-nies tibda' tistaqsi lilha nnifisha jekk id-demokrazija tkunx għadha meħtieġa.", "Qed nistiednu inkwiet serju."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/iridu-jpingu-lil-yorgen-fenech-fdawl-sabih/", "date": "Tue, 5th Jan '21, 15:29", "category": "blog, politics, government", "text": ["Seħħet ħaġa stramba fl-isfond tal-kumpilazzjoni li hemm għaddejja fil-qorti kontra Yorgen Fenech li jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fil-bidu ta' Diċembru d-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia ppreżenta nota fil-qorti li permezz tagħha lmenta li Simon Mercieca kien qed jattakkah ripetutament, kien qed jimminah u kien qed jipprova jkisser il-kredibilità tiegħu dan kollu għaliex kien qed jaqdi dmiru billi jitkellem għan-nom tal-istat f'każ kontra persuna li hi suspettata bi qtil.", "Kien għadu ma rċeviex tweġiba sakemm, ħin bla waqt, fit-28 ta' Diċembru Philip Galea Farrugia fil-qorti sema' lill-Maġistrat Rachel Montebello taqra' digriet tagħha b'risposta għal rikors li kien ġie preżentat fis-16 ta' Diċembru mill-avukati ta' Yorgen Fenech.", "La d-Deputat Avukat Ġenerali, la l-pulizija li qed imexxu l-każ u lanqas il-membri tal-familja tal-vittma ma kienu għadhom semgħu – aħseb u ara kemm kienu qraw – li l-avukati ta' Yorgen Fenech kienu ppreżentaw dan ir-rikors.", "Madankollu l-Maġistrat tat id-digriet u qalet li bil-kitba tiegħu dwar il-prosekutur, Simon Mercieca kien ħati ta' disprezz lejn l-awtorità tal-qorti għaliex min jattakka lill-avukati jkun qed jattakka wkoll uffiċjali tal-qorti u għaldaqstant dan jammonta għal disprezz.", "Dan id-digriet ma kienx fih dak li talbu l-avukati ta' Yorgen Fenech.", "Il-Maġistrat qalet ukoll li kitba satirika ta' persuna fittizja li ġġib l-isem Karl Stennienibarra fil- website \" bis-serjeta.com \" tammonta għal disprezz lejn l-awtorità tal-qorti għaliex dan kien laqqam lill-avukati ta' Yorgen Fenech bħala \"avukati mafjużi\".", "Aqraw hawn artiklu ta' Victor Borg li jispjega għaliex dan id-digriet huwa wieħed tabilħaqq perikoluż.", "Fid-digriet tagħha l-Maġistrat Montebello għamlet ukoll xi \"rakkomandazzjonijiet\" lill-mezzi tax-xandir dwar il-mod kif dawn qed jirrappurtaw il-każ ta' Yorgen Fenech.", "Per eżempju l-Maġistrat \"irrakkomandat\" li ċerti persuni (bħali) m'għandhomx jikkummentaw jew jiktbu rapporti dwar il-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech.", "Skont il-Maġistrat, rapporti dwar dan il-każ għandhom biss jinkitbu biss minn entitajiet ġurnalistiċi u mhux minn individwi.", "Mid-dehra, l-Maġistrat mingħaliha li r-rapport imxandar mill- One TV għandu jkun aktar qrib il-verità minn rapport imxandar minni.", "Tistgħu tibqgħu ċerti li din ir-rakkomandazzjoni bi ħsiebni ninjoraha.", "Ser ninjora wkoll ir-rakkomandazzjoni biex noqgħod lura milli nikkummenta dwar dak li qed joħroġ mix-xhieda fil-każ kontra Yorgen Fenech.", "Sal-lum żammejt lura milli nikkummenta b'mod iebes dwar dan id-digriet li ngħata tmiem is-sena minn Rachel Montebello.", "Dan għaliex, sal-lum, kont għadni ma nafx għal liema rappurtaġġ kienet qed tirreferi meta ħarġet bir-rakkomandazzjonijiet tagħha.", "Illum kelli l-okkażjoni li naqra' kopji tar-rapporti li l-avukati ta' Yorgen Fenech hemżu mal-ilment tagħhom lill-qorti tas-16 ta' Diċembru.", "Skont dawn l-avukati, r-rapporti li kienu qed jilmentaw dwarhom kienu qed jiksru d-dritt fundamentali ta' Yorgen Fenech li jingħata smiegħ xieraq.", "Lil dan ir-rappurtar dawn l-avukati sejjħulu \"ta' preġudizzju\" u \"żbilanċjat kontra\" Yorgen Fenech u allegaw li \"jħammeġ ir-reputazzjoni ta' Yorgen Fenech u qed ikun ta' preġudizzju u ta' xkiel għall-proċeduri li qed isiru kontra tiegħu.\"", "L-ewwel rapport, minn sensiela ta' rapporti mehmużin mal-ilment, huwa artiklu li xandart jien fuq din il- website : \" Jitwaħħdu l-interessi ta' Yorgen Fenech u ta' Robert Abela \".", "Dan l-artiklu ttratta dwar l-interess komuni li għandhom Yorgen Fenech u Robert Abela li tintemm ħesrem l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Yorgen Fenech ma ridnix nikteb dak li ktibt u l-avukati tiegħu lmentaw lill-qorti li permezz tal-kitba tiegħi kont qed nippreġudika d-drittijiet fundamentali ta' Yorgen Fenech.", "Il-Maġistrat irrakkomandat li ma kellix nikteb dak li ktibt, jew, għaliex jien individwu u mhux entità ġurnalistika, għandi noqgħod lura milli nikteb dwar dan is-suġġett.", "Tistgħu tibqgħu ċerti li din ir-rakkomandazzjoni bi ħsiebni ninjoraha wkoll.", "L-attakk ma sarx biss fuq l-artiklu li ktibt jien.", "Saru lmenti wkoll dwar rapporti mxandra fin- Newsbook dwar il-fehma personali ta' Jason Azzopardi li l-persuna li tinsab mixlija bil-qtil ta' membru tal-familja tal-klijenti tiegħu hi tabilħaqq ħatja tal-akkużi li qed jinġiebu kontriha u li postha hu fl-iżbarra.", "U l-Maġistrat Rachel Montebello tidher li qiegħda taqbel miegħu.", "L-avukat ta' Yorgen Fenech ilmentaw ukoll dwar rapport imxandar mill- Malta Today dwar stqarrija li għamel Arnold Cassola li permezz tagħha talab lill-Ministru Michael Farrugia \"jispjega ruħu\" dwar il-laqgħa li dan kellu ma' Yorgen Fenech lejliet dakinhar li nbidlet il-politika tal-gvern dwar il-bini tat-torrijiet fl-Imrieħel.", "Dawn ilmentaw ukoll dwar rapport simili mxandar fil- Lovin Malta li ttratta dwar rabtiet oħrajn bejn Michael Farrugia u Yorgen Fenech.", "U l-Maġistrat Rachel Montebello tidher li qiegħda taqbel miegħu.", "L-avukati ta' Yorgen Fenech ilmentaw ukoll dwar rapport li xxandar fit- Times of Malta li żvela li fl-2018 dak li kien il-Kap tal-MFSA Joe Cuschieri kien siefer lejn Las Vegas ma' Yorgen Fenech.", "U l-Maġistrat Rachel Montebello tidher li qiegħda taqbel miegħu.", "L-avukati ta' Yorgen Fenech ilmentaw ukoll dwar rapport imxandar fil-ġurnal Illum dwar konversazzjonijiet li kienu seħħew permezz tal- WhatsApp bejn Yorgen Fenech u ministri tal-kabinett li kixfu r-rabtiet bejn il-gvern u n-negozjanti f'dan il-pajjiż.", "U l-Maġistrat Rachel Montebello tidher li qiegħda taqbel miegħu.", "L-avukati ta' Yorgen Fenech ilmentaw ukoll dwar kumment imxandar fil- Facebook minn Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, dwar rapport li xxandar fin- Newsbook dwar il-ftehim li ntlaħaq bejn Apap Bologna u Gasan biex dawn \"iħallsu €2.5 miljun lil Yorgen Fenech 'tal-kuntatti li rnexxielu jagħmel mal-awtoritajiet'.\"", "Dawn ilmentaw dwar kitba fil- Facebook minn Matthew Caruana Galizia li permezz tagħha kkritika n-nuqqas ta' azzjoni minn naħa tal-Pulizija dwar l-email li kien bgħat l-uffiċjal tas-SOCAR involut fil-konġura Electrogas ma' Yorgen Fenech u ma' Konrad Mizzi.", "U l-Maġistrat Rachel Montebello jidher li qiegħda taqbel miegħu.", "Biex inkun ġust mal-Maġistrat, jeħtieġ li niċċara li din ma ppruvatx tipprojbixxi lil dan it-tip ta' rappurtar u lill-kummenti li xxandru.", "Iżda l-Maġistrar għażlet li lill-prosekutur, lill-avukat ġenerali u lill-avukati tal-vittma, ma tagħtihomx iċ-ċans li jwieġbu u li jgħidu tagħhom, u b'hekk bierket l-attakk li għamel Yorgen Fenech fuq id-dritt ta' kull ċittadin f'dan il-pajjiż li jsir jaf x'kien twettaq minnu minn wara l-kwinti.", "Issa wasalna s'hawn u jidher li, kieku kien għall-Maġistrat, ma kellux ikun hemm rappurtar dwar l-iskandlu tal-Electrogas, dwar l-iskandlu tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro, dwar l-iżbalji – kemm ġenwini kif ukoll dawk li saru apposta – li saru fl-investigazzjoni dwar il-qtil u dwar ir-rabtiet korrotti bejn Yorgen Fenech u persuni pubbliċi.", "Il-verità hi li ma jistax ikollna demokrazija sħiħa jekk dawn l-istejjer jiġu mistura mill-pubbliku – stejjer li għandu kull dritt li jsir jaf dwarhom – kemm jekk dawn jinsatru permezz ta' digriet tal-qorti jew minħabba l-biża' b'konsegwenza tar-\"rakkomandazzjonijiet\" tal-qorti.", "Ser ikun hemm uħud li ser jiġu mġiegħla joqgħodu lura għaliex dawn ġeneralment jippreferu li jobdu d-direzzjonijiet li tagħti l-qorti.", "U jkun hemm oħrajn li jinħakmu mill-biża' minħabba l-mod kif qed jiġi ttrattat \"Karl Stennienibarra\".", "Ma jistax isir paragun bejn dak li kiteb Simon Mercieca u dak li xxandar f' bis-serjeta.com jew f'xi artiklu ieħor.", "Fi ftit kliem, rappuurtaġġ li jkun veritier, fattwali, onest u bilanċjat ma jista' qatt ipinġi f'dawl sabiħ lil Yorgen Fenech.", "U ta' dan jaħti biss Yorgen Fenech.", "Bħala ġurnalisti ma nistgħu naċċettaw qatt l-idea li għandna nagħmlu sarima ma' ħalqna biex ma jkunx hemm iċ-ċans li jidher ikraħ Yorgen Fenech.", "Dan huwa żvilupp mill-aktar stramb.", "U, m'għandniex xi ngħidu, bi ħsibni ninjorah kompletament.", "Previous: Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Lin-nies m'għandux il-kuraġġ li jgħidilha l-verità .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/lin-nies-mghandux-il-kuragg-li-jghidilha-l-verita/", "date": "Thu, 7th Jan '21, 10:00", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-bieraħ smajt kummentatur televiżiv jikkritika lil Donald Trump billi stqarr li dan tant għandu biża' mill-partitarji tiegħu stess u li m'għandux il-kuraġġ igħidilhom il-verità – jiġifieri li hu tilef l-elezzjoni presidenzjali.", "Dan il-kummentatur ikkwota wkoll lil Winston Churchill: \" Id-dittaturi jirkbu fuq it-tigri u mbagħad ma jażżardawx jaħarbu minnhom.", "U dawn it-tigri qed jaqbadhom il-ġuħ . \"", "Din il-kwotazzjoni ġiegħelitni nirrifletti dwar il-kuntest Malti.", "Fiż-żmien qasir li ilu prim ministru, Robert Abela wera' li hu ġifa.", "Qatt ma kellu l-kuraġġ li lill-partitarji tiegħu jg]idilhom li l-mexxej ta' qablu kien mexxa' gvern korrott li kien ġab mistħija u kien ta' ħsara kbira għal pajjiżna.", "Qatt ma kellu l-kuraġġ jammetti li l-migrazzjoni hi fatt tal-ħajja u li Malta għandha obbligu morali u legali li ssalva lil min ikun fil-periklu li jegħreq fil-baħar.", "Mhux hekk biss.", "Lanqas biss għandu l-kuraġġ igħid lin-nies tiegħu li għad fadlilna triq għat-telgħa biex isibu tarf tal-imxijja Covid u li jeħtieġ li nkomplu nagħmlu l-almu tagħna biex niġġieldulha qabel inkunu nistgħu nserrħu rasna li sibnilha tarfha.", "Robert Abela ma jaħtix għat-tixrid tal-imxijja.", "Ħadd m'hu ser jeħodha kontra tiegħu għall-kawtela u l-għaqal li huma meħtieġa fil-ġlieda kontra l-pandemija u dan biex kemm jista' jkun ma jmutux in-nies.", "Iżda jidher li m'għandux il-ħila li jittratta kif suppost mal-uġiegħ – li wieħed jista' jifhmu – li qed iħossu l-operaturi ekonomiċi bir-restrizzjonijiet u l-issikkar li huma meħtieġa.", "M'għandux il-kuraġġ li jieħu deċiżjonijiet iebsin – iżda meħtieġa – għax dawn x'aktarx jistgħu ma jinżlux ħelu ma' xi wħud.", "Għandu l-ħila biss li joħlom b'ottimiżmu mhux ġustifikat.", "M'għandix biżżejjed informazzjoni biex niġġudika jekk l-għaqda tal-għalliema kienitx ġustifikata jew le li llum tordna strajk fost il-membri tagħha.", "Iżda huwa ċar li l-pariri uffiċjali tal-awtoritajiet tas-saħħa m'humiex jiġu fdati bħala pariri oġġettivi msejsin fuq ix-xjenza li nkunu nistgħu nserrħu fuqhom, hi x'inhi l-fehma tagħna dwar Robert Abela.", "Tal-MUT ċertament urew li m'humiex jemmnu dak li qed igħidulhom tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fis-sens li dawn ħadu parir mingħand id-Dipartiment tas-Saħħa li l-iskejjel jistgħu jibqgħu miftuħa minkejja ż-żieda bla preċedent fir-rati tal-imxijja.", "Hi x'inhi l-fehma tal-MUT, xi skejjel indipendenti u tal-knisja kienu diġà ddeċidew li jagħlqu u ma qagħdux jistennew id-direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa.", "Dan m'huwiex ħlief sinjal li aktar u aktar aġenziji fil-pajjiż qed jitilfu l-fiduċja fit-tmexxija governattiva tal-kriżi fil-qasam tas-saħħa.", "Chris Fearne l-bieraħ stqarr li jkun prematur jekk noqgħodu ninkwietaw dwar iż-żjieda fir-rata tal-infezzjonijiet bl-imxijja għaliex din iż-żieda setgħet ġiet kaġunata mit-taħlit li kien hemm fost in-nies matul il-festi tal-Milied.", "Jekk dan huwa minnu, allura r-rata tal-infezzjonijiet għandha terġa' tonqos fil-ġranet li ġejjin.", "Dan huwa raġunar loġiku li minnu jinbtu xi osservazzjonijiet loġiċi.", "Jekk it-taħlit irresponsabbli li seħħ matul il-festi tal-Milied ikkaġuna żjieda fl-infezzjonijiet, biex inniżżlu r-rati jkun jeħtieġ li l-infettati jiġu iżolati biex b'hekk ma jittiħidx ħaddieħor bil-mard.", "Jidher li jagħmel sens jekk l-iskejjel jingħalqu għal żmien qasir biex jitnaqqsu l-kuntatti fiżiċi.", "Jien m'jienix espert mediku u nimmaġina li tal-MUT bħali.", "Iżda kemm jien kif ukoll tal-MUT għandna xi ftit tas-sens komun biex nintebħu malajr bl-inkoerenza.", "Ikun ġenn jekk nibqgħu għaddejjin bħallikieku m'hu jiġri xejn, speċjalment jekk din l-attitudni tkun il-kaġun aktar imwiet.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-kitba li xxandret il-bieraħ fil- Facebook mit-tmexxija ta' waħda mill-iskejjel tal-gvern.", "Din il-kitba tikxef mhux biss il-konfużjoni li teżisti.", "Tikxef ukoll li l-gvern qed jipprova jaħrab mir-realtà ta' madwarna bit-tlissin ta' ħafna stqarrijiet ottimisti.", "Turi wkoll li, filwaqt li gvernijiet ta' pajjiżi ġirien tagħna bil-kalma qed jaħdmu qatigħ biex inaqqsu l-effetti tal-imxijja, l-gvern tagħna qed iġib ruħu bħallikieku qed jilgħab l-imħatri u jidher li qed jitlef imħatra wara oħra.", "Il-gvern jidher li ddeċieda li għandna nilħqu l-immunità kemm jista' jkun malajr bit-tama li terġa' titla' xemx li tnessina fil-mijiet li tilfu ħajjithom minħabba l-inkompetenza tiegħu.", "Meta n-nies tibda' tiddeċiedi għal rasha u ma tibqax tafda l-pariri uffiċjali għaliex dawn tant ikunu nkonsistenti li joħolqu konfużjoni fl-imħuħ, inkunu wasalna fi stadju perikoluż.", "Il-festini li saru matul il-ġranet tal-Milied ma seħħewx għaliex aħna poplu rresponsabbli.", "Seħħew għaliex in-nies ingħataw x'jifhmu mill-prim ministru li l-imxijja hi ħaġa tal-imgħoddi għaliex Robert Abela diġà sabilha tarfha meta tniżżlu dawk il-kaxxi tal-vaċċin mill-ajruplan privat.", "Robert Abela qalilna li lill-imxijja kien sabilha tarfha, serrħilna rasna li bis-saħħa tal-ħila tiegħu l-poplu Malti jista' jorqod b'rasu mistrieħa aktar minn ħaddieħor u tana sens ta' sigurtà falza.", "U bis-saħħa ta' dan id-diskors fieragħ, l-imxijja sabet għalqa għammiela fejn tkun tista' tkompli xxettel.", "Bħalissa għandna ma' wiċċna emerġenza medika serja li fl-istess ħin tixbaħ u hi wkoll differenti minn dik li kellna f'Marzu li għadda.", "L-imxijja għadha magħna b'aktar saħħa.", "Iżda l-gvern jidher li m'huwiex maħkum mill-biża' li kellu s-sena li għaddiet.", "Il-gvern aktar moħħu fin-nuqqas ta' popolarità, fl-istaġnar ekonomiku u f'xi tpattija elettorali.", "Madankollu din id-darba għandna l-vaċċin u t-tama li għad noħorġu mid-dlam li ninsabu fih.", "Din m'hi xejn ħlief taħlita tossika."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/skont-robert-abela-meta-l-parir-tat-tabib-ma-jdoqqx-ghal-widnejk-ghandek-twarrbu-robert-abelas-life-hacks-if-you-dont-like-what-your-doctor-tells-you-fire-them/", "date": "Mon, 11th Jan '21, 12:22", "category": "blog, politics, government", "text": ["Skont l-għaqda tat-tobba, it-tabib Kenneth Grech għadu kemm tneħħa mill- anti-covid team għaliex lill-gvern tah parir li ma daqqlux għal widnejh.", "Dan it-tabib kien tal-fehma li l-iskejjel għandhom jibqgħu magħluqin għal xi żmien wara l-vaganzi tal-Milied.", "Peress li r-rati tal-infezzjonijiet issa telgħu għal erba' darbiet dak li kienu qabel il-festi tal-Milied, il-parir li ta lill-gvern kellu mis-sens komun.", "Mid-dehra waħħlu f'Kenneth Grech għall-fatt li tal-MUT saru jafu li hu kien ta dan il-parir bil-miktub lill-kap tal-edukazzjoni Frank Fabri u lir-rappreżentanti tal-iskejjel tal-knisja (li huma wkoll iffinanzjati mill-istat).", "Jidher li Kenneth Grech qed jitwarrab mill- frontline għaliex qed jallegaw li kien hu li kixef lill-MUT il-parir li ta lill-gvern.", "Il-gvern iridna nintilfu f'dibattitu dwar jekk Kenneth Grech kienx ikollu raġun li jikxef mal-MUT il-parir li hu ta lill-gvern ġaladarba dan il-pariri ġie injorat, jew għamilx sewwa l-gvern li ddixiplinah.", "Nistgħu faċilment nintilfu f'argument dwar jekk Kenneth Grech kisirx il-kunfidenzjalità tas-servizz ċivili u jekk għandux iħallas ta' għemilu jew jekk għandux jiġi mfaħħar għall-kuraġġ li wera' meta kixef deċiżjoni amministrattiva li, skont il-kuxjenza tiegħu, ma kienitx fl-interess tas-saħħa pubblika.", "Iżda għalissa ejjew ma nintilfux f'argumenti ta' din in-natura.", "Il-kwistjoni li għandna nitkellmu dwarha hi n-nuqqas ta' trasparenza tal-gvern fil-konfront tal-ġlieda li qed issir kontra l-imxijja.", "X'inhi r-raġuni li l-parir mediku li l-ko-ordinatur tal- covid-19 public health response team ta lill-iskejjel inżamm sigriet?", "X'inhi r-raġuni li l-ġenituri tat-tfal m'għandhomx isiru jafu x'inhi l-opinjoni medika ta' wieħed mix-xjentisti mill-aktar kwalifikati fis-servizz ċivili?", "X'inhi r-raġuni li l-gvern impona l-uniformità fil-messaġġi li jibgħat dwar is-saħħa pubblika?", "X'inhi r-raġuni li l-fehma tal-professjonisti mediċi dwar it-trażżin tal-infezzjonijiet m'hix l-ewwel priorità meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kontenut ta' dawn il-messaġġi?", "Għandna ħafna għalxiex niddubitaw kemm il-gvern tassew qed jieħu ħsieb saħħitna għaliex dan aktar moħħu dwar il-mod kif id-deċiżjonijiet li jittieħdu ser jeffettwawlu l-voti.", "U issa l-gvern sa wasal biex lit-tobba tiegħu jgħidilhom hu x'għandhom igħidu u x'għandhom jagħmlu inkella jitwarrbu mid-deċiżjonijiet dwar l-imxijja covid – imxijja li hi l-akbar sfida għas-saħħa pubblika li qatt kellna.", "Kif jippretendu li għandna nafdaw lit-tobba tas-saħħa pubblika li qed ikellmuna meta dawk li fadal biex jagħtuna l-pariri għadhom f'posthom għaliex għadhom ma qalu xejn li ma jdoqqx għal widnejn Robert Abela?", "L-għaqda tat-tobba għamlet sew meta ħarġet tiddefendi lil wieħed mill-kollegi mediċi Kenneth Grech.", "Għad irridu nerġgħu nitkellmu dwar l-inġustizzja li sofra dan it-tabib talli ażżarda jimxi fuq il-parir professjonali tiegħu.", "Iżda għalissa hemm kwistjonijiet aktar importanti.", "Jistgħu dawk it-tobba li għadhom ma twarrbux mill- covid-19 response team igħidulna jekk huma għadhomx f'posthom għaliex Kenneth Grech kien żbaljat jew inkella għaliex huma lesti li jieħdu l-pariri mediċi mingħand Robert Abela?", "Charmaine Gauci hi l-imgħallem ta' Kenneth Grech.", "Tista' tgħidilna Dr Gauci jekk parir biex wieħed ikun kawt qabel it-tfal jiġu esposti għall-imxijja huwiex reat li jġorr piena miegħu?", "Dan hu l-parir professjonali tagħha?", "Previous: Lin-nies m'għandux il-kuraġġ li jgħidilha l-verità .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Kienu fil-minoranza t-tobba li rrakkomandaw l-għeluq tal-iskejjel? .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/kienu-biss-minoranza-t-tobba-li-rrakkomandaw-l-gheluq-tal-iskejjel/", "date": "Mon, 11th Jan '21, 15:21", "category": "blog, politics, government", "text": ["Kulħadd qed jassumi li l-parir li Kenneth Grech ta lil Frank Fabri mill-ministeru tal-edukazzjoni favur il-posponiment tal-ftuħ tal-iskejjel wara l-waqfa tal-Milied kienet imsejsa biss fuq il-fehma professjonali ta' Grech.", "Dan qed jingħad minħabba żewġ fatti.", "It-tobba l-oħrajn ma twarrbux u għadhom hemm.", "It-tieni, l-gvern m'hu igħid assolutament xejn dwar dak li seħħ u dan il-fatt biss qed inibbet ħafna spekulazzjonijiet.", "Dak li qed jassumi kulħadd m'għandux jitqies bħala vanġelu.", "Wara kollox, Kenneth Grech kien jifforma parti minn team sħiħ.", "Kemm tassew jista' wieħed jemmen li l-parir li ta Grech lid-dipartiment tal-edukazzjoni x'aktarx kien ingħata biss fil-vesti personali tiegħu u ma kienx parir li rrifletta dak li kien qabel fuqu it- team kollu?", "Nistaqsi: t-tobba li jifformaw parti mit- team li qed jaħdem biex tingħeleb l-imxijja lkoll qablu u rrakkomandaw li l-iskejjel kellhom jibqgħu magħluqin wara l-btajjel tal-Milied?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/jum-mimli-bl-ironiji/", "date": "Tue, 12th Jan '21, 12:49", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-ġurnalisti semgħu għajta ta' sodisfazzjon ġejja minn naħa tal-Partit Laburista hekk kif ġriet l-aħbar li l-kandidat ribell Charles Azzopardi kien ġie eliminat fl-għadd tal-voti li ntirtu mingħand Edward Scicluna.", "Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn, Charles Azzopardi sar membru tal-PN u dan kien ifisser li, kieku ġie elett hu, tal-Labour kienu jitilfu siġġu Parlamentari ieħor wara li kienu diġà tilfu s-siġġijiet ta' Godfrey u Marlene Farrugia.", "L-elezzjoni ta' Charles Azzopardi ma kienitx tkun ta' sfida għad-dominju assolut li għandhom tal-Labour fil-Parlament għaliex għandhom maġġoranza komda.", "Iżda jidher ċar li għandhom ħeġġa kbira biex din il-kumdità jżommuha sħiħa.", "X'aktarx li ż-żewġ partiti ħadu r-ruħ meta, bi żbrixx, Jeffrey Pullicino Orlando ma rnexxilux jikseb is-siġġu parlamentari ta' Edward Scicluna.", "Kien fis-sena 2008 li Jeffrey Pullicino Orlando l-aħħar li ġie ri-elett fil-Parlament.", "Kien ikkontesta f'isem il-PN u kien inkixef waqt il-kampanja elettorali s-sehem tiegħu fl-iskandlu ambjentali tal- Mistra.", "U biex seta' jibqa' jimraħ fix-xena politika, b'xi mod u informalment, ingħaqad ma' tal-Labour.", "Iżda dak iż-żmien id-differenza bejn partit ieħor f'dawk li huma siġġijiet parlamentari kien wieħed minimu.", "Ebda wieħed mill-partiti politiċi ma kien jieħu pjaċir bl-elezzjoni ta' Jeffrey Pullicino Orlando.", "Traditur xejn ma jinżel ħelu u ż-żewġ naħat ħadu r-ruħ li ma telgħax.", "U spiċċa biex tela' Gavin Gulia, politiku meqjus bħala bniedem raġjonevoli, moderat u t-tip li 20 sena ilu kien ikun kunsidrat bħala l-wiċċ aċċettabbli tal-Labour.", "Ma setgħax rebaħ is-siġġu parlamentari f'jum aktar simboliku.", "Il-bieraħ Anġlu Farrugia ddeċieda li l-Parlament, fl-isfond tad-deċiżjoni ta' George Hyzler – deċiżjoni li kulħadd qal li jaqbel magħha, jiġifieri li Joseph Muscat abbuża mis-setgħat tiegħu meta lil Konrad Mizzi tah kuntratt ta' konsulenza mal-Awtorità tat-Turiżmu biex b'hekk ipattilu għall-fatt li fl-2019 kellu jwarrab mill-kariga ta' ministru tat-turiżmu.", "Biex juri kemm hu leali lejn il-partit tiegħu, Anġlu Farrugia b'mod żbaljat għall-aħħar, ġab lill-Parlament fix-xejn u b'daqqa ta' pinna neħħielu l-mezzi kollha li kellu biex jirregola lilu nnifsu.", "Dan stqarr li issa Joseph Muscat huwa ċittadin privat u għaldaqstant m'huwiex kontabbli lejn il-Parlament.", "Din l-istqarrija m'hi xejn ħlief ħmerija kbira għaliex meta Joseph Muscat abbuża mis-setgħat tiegħu, ma kienx ċittadin privat iżda kien Prim Ministru.", "Fil-grupp parlamentari tal-Labour issa ngħaqad Gavin Gulia, l-istess bniedem li kien iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu li llegalment ta kuntratt ta' konsulenza lil Konrad Mizzi bis-saħħa ta' ordni llegali ta' Joseph Muscat.", "George Hyzler għamilha ċara li Gavin Gulia naqas minn dmiru meta ppermetta l-iffirmar tal-kuntratt – iżda peress li dakinhar ma kienx membru parlamentari, ma kienx jaqa' taħt il-kompetenza ta' George Hyzler.", "Sitwazzjoni mill-aktar redikola.", "Skont Anġlu Farrugia, lil Joseph Muscat il-Parlament ma jistax jiġbidlu widnejh għaliex m'għadux il-persuna pubblika li kien meta twettaq l-abbuż.", "U Gavin Gulia jista' jieħu l-ġurament bħal membru parlamentari bla xkiel għaliex ma kienx fil-Parlament meta naqas minn dmiru u ppermetta l-iffirmar ta' kuntratt illegali.", "In-nuqqasijiet ta' Gavin Gulia hu u jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu ma kienux limitati biss għall-arranġamenti korrotti li seħħew bejn Konrad Mizzi's u Joseph Muscat.", "Is-sena li għaddiet The Shift xandret storja dwar kirjiet li saru mill-familja ta' Gavin Gulia lill-Awtorità tat-Turiżmu.", "U dan kollu minn bniedem meqjus moderat u raġjonevoli: l-uniku kandidat fost tlieta li dalgħodu l-partiti politiċi ma xtaqux li jiġi eliminat fl-elezzjoni każwali."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/il-pedestall-ta-ian-borg/", "date": "Wed, 13th Jan '21, 07:51", "category": "blog, politics, government", "text": ["Xi ħadd qabad lil Ian Borg iżellaq dagħwa fuq it-televiżjoni u l-filmat infirex f'kemm ilni ngħidilkom.", "Jien ma skantajt xejn u ma kontx bi ħsiebni nagħmel tabirruħi li skantajt.", "Dawn l-affarijiet jiġru u Alla jaf li ġraw lili wkoll għalkemm tajjeb li wieħed joqgħod attent ftit aktar mis-soltu meta jkun fuq it-televiżjoni. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2021/01/WhatsApp-Video-2021-01-12-at-21.15.50.mp4 Tan-Net TV għamlu xi ftit tal-kjass, kif kellhom kull dritt.", "Ian Borg seta' għażel li jinjorahom u seta' ħa pjaċir bl-attenzjoni li tawh.", "Jew inkella seta' qal \"skużawni, żelqiltli.", "Inwiegħed li darb'oħra nkun aktar attent\".", "Ma tarax li ma kienx ser juri xi ftit tal-umiltà u jinżel mill-pedestall li jinsab riekeb fuqu!", "Għaliex, skont hu, qed nivvintaw li żelqitlu dagħwa u dan minkejja li jinstema' jidgħi fil-filmat.", "Huma dawk l-indannati ta' Nazzjonalisti li qed jigdbu dwaru.", "Għaliex hu qatt ma jidgħi .", "Qal biss \"ħa qalanqas\".", "Il-bużillis hu li fid-dizzjunarju ssib it-tifsiriet ta' \"ħaqq\" u ta' \"alla\", iżda m'hemm xejn dwar it-tifsira ta' \"qalanqas\"."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/repubblika-tippubblika-proposti-ghal-riforma-tal-parlament/", "date": "Wed, 13th Jan '21, 11:20", "category": "blog, politics, government", "text": ["Repubblika llum indirizzat lill-Ispeaker tal-Parlament kopja ta' dokument bil-proposti tal-organizzazzjoni għal riformi Parlamentari.", "Il-President ta' Repubblika Robert Aquilina dal-għodu fakkar kif din is-sena l-Parlament Malti jagħlaq 100 sena.", "Minkejja li l-Parlament jaħdem f'bini ġdid għadu mgħobbi bi prattiċi antikwati u li ma jgħoddux għad-demokrazija tal-lum.", "Dawn id-difetti qed jiġu sfruttati mill-gvern biex il-Parlament ma jkunx jista' jservi l-missjoni tiegħu li jissorvelja u jservi ta' kontro-bilanċ għall-poter tal-gvern.", "F'dawn l-aħħar snin rajna l-istituzzjoni Parlamentari maħtufa mill-gvern li llum saħansitra jimpjega aktar minn nofsu.", "Hu għalhekk li Repubblika qed tipproponi li parti prominenti mir-riformi Kostituzzjonali li ilhom imwiegħda mill-2013, ikunu riformi demokratiċi li jsaħħu 'l-Parlament.", "Fid-dokumenti li ħejjiet, Repubblika tagħmel analiżi dettaljata tal-isfidi tal-Parlament li jeħtieġu jkunu indirizzati.", "Madankollu Repubblika tirrikonoxxi li l-korruzzjoni, l-impunità u l-oltraġġ għad-demokrazija meta nqatlet Daphne Caruana Galizia huma anqas konsegwenza ta' difetti fid-disinn istituzzjonali u wisq aktar konsegwenza tal-volontà ta' persuni fil-poter li jwettqu azzjonijiet korrotti u kriminali u ta' persuni b'poteri Kostituzzjonali li beżgħu jew preferew ma jaġixxux.", "Sa din il-ġimgħa stess rajna lill-Ispeaker Anġlu Farrugia iliġġem setgħet espressi tal-Parlament li jiċċensura Parlamentari korrotti għax ipprefera jpaxxi lil Joseph Muscat flok jaqdi dmiru skont il-liġi.", "Repubblika tirrikonoxxi wkoll li m'hemm ebda mudell Kostituzzjonali infallibbli jew perfett.", "Dak li ġara f'Washington ftit ġranet ilu juri li anke l-aktar Kostituzzjonijiet sofistikati jistgħu jitfarrku taħt il-vjolenza u l-intimidazzjoni.", "Repubblika valet li qed tagħmel dawn il-proporti ta' tibdil b'umiltà, mingħajr ma taħseb li ma jistax ikun hemm ideat aħjar minn tagħha.", "\"Iżda ninsistu li r-realtà preżenti mhix taqdi l-ħtiġijiet tad-demokrazija tagħna, u jeħtieġ li ssir diskussjoni serja dwar tibdil.\"", "\"Il-proposti tagħna jridu Parlament li jkollu s-setgħa u l-mezz li jikteb il-liġijiet ta' pajjiżna u jieħu sehem serju fil-kitba tal-liġijiet tal-Ewropa.", "Li hawnhekk ikunu rappreżentati l-kostitwenzi Maltin u Għawdxin b'mod verament proporzjonali.", "Li l-Parlament ma jkunx it-tapit taħt saqajn il-gvern imma l-għassies fuq dahru.\"", "Repubblika qed tipproponi li jkunu separati l-President u l-Parlament u li nikkunsidraw li nżidu l-poteri tal-President li jerġa' jitlob lill-Parlament jikkunsidra mill-ġdid liġijiet ġodda li ma jaqbilx magħhom jew li jirreferi lill-Qorti Kostituzzjonali liġijiet li jaħseb li huma illegali.", "Iżda dawn il-poteri jridu jiddaħħlu f'qafas demokratiku u qed ngħid li għandna nikkunsidraw elezzjonijiet diretti għall-President kif jiġri fil-parti l-kbira tad-demokrazija parlamentari Ewropej.", "Qed tipproponi wkoll li r-rwoli ta' Deputat Parlamentari u ta' Ministru tal-Gvern jinfirdu u li l-Ministri jiġu hawn biex iwieġbu għall-iskrutinju tal-Parlament, mhux biex jiddeċiedu l-aġenda tiegħu u jaħkmu fuqu.", "Repubblika osservat li d-demokrazija ta' Malta hi kumplessa biż-żejjed biex ikollna Ministri u Imħallfin full-time, dedikati fuq is-servizz pubbliku li jgħatu.", "\"Qed ngħidu li l-istess għandu jkun għall-Parlamentari li għandhom jitħallsu paga diċenti li tiġġustifika l-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom għal dan il-mistier.\"", "Repubblika qed tipproponi li titneħħa d-diskrezzjoni tal-prim ministru meta għandha ssir elezzjoni parlamentari.", "\"Qed nipproponu li jkollna kwota minima nazzjonali għall-partiti politiċi fil-Parlament li meta tintlaħaq fuq bażi nazzjonali tiggarantixxi lil kull partit, siġġijiet Parlamentari.\"", "Dawn il-proposti flimkien ma' għexieren oħrajn inklużi fid-dokument qed jitpoġġew għal diskussjoni nazzjonali serja, iżda urġenti.", "M'għandhomx jgħaddu 100 sena oħra biex ikollna demokrazija mġedda li tirrifletti tassew il-bżonnijiet tal-lum u li tibbalanċja lill-eżekuttiv u tneħħi r-riskju serju t'awtokrazija.", "Id-dokument jista' jitniżżel minn hawn. repubblika-parliament-MT-3 (1) Previous: Il-pedestall ta' Ian Borg .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: X'tmur tivvota tagħmel lil min jiġi jaqa' u jqum minnek? .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/xtmur-tivvota-taghmel-lil-min-jigi-jaqa-u-jqum-minnek/", "date": "Wed, 13th Jan '21, 17:00", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-gvern Laburista qed iwaqqa' għall-assurdità u għall-irrelevanza l-ġieħ tal-pożizzjoni ta' Membru tal-Parlament.", "Araw ftit x'manuvri ċiniċi kellhom il-ħila li jwettqu tul dawn l-aħħar jiem.", "Edward Scicluna rriżenja mill-Parlament.", "Fil-fatt, jew għażel hu li jirtira mill-bankijiet ta' quddiem tal-gvern jew inkella ddabritlu rasu.", "L-ewwel u qabel kollox, huwa rriżenja mir-rwol tiegħu ta' ministru.", "Li kieku ried, seta' baqa' jokkupa s-siġġu tiegħu bħala membru parlamentari għaliex dan ir-rwol huwa separat u distint u seta' assuma d-dmir li jgħarbel l-operat tal-gvern.", "Proprju hekk jiġri f'pajjiżi demokratiċi normali: ta' sikwit fost il-membri parlamentari jkun hemm eks-ministri b'esperjenza wiesa' li jkunu jafu minn ġewwa kif tassew taħdem l-amministrazzjoni.", "Iżda jidher li, għal Edward Scicluna, l-kariga ta' membru parlamentari m'hix prestiġjuża u għolja biżżejjed u ngħata l-ħatra ta' gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Min, wara kollox, jixtieq li jkun sempliċi membru parlamentari?", "Wara li Edward Scicluna warrab mill-Parlament, issejħet elezzjoni każwali.", "Tal-Labour beżgħu li seta' jitla' floku Charles Azzopardi.", "Mill-elezzjoni ġenerali tal-2017 'l hawn, Charles Azzopardi kisirha magħhom u, li kieku fil-Parlament tela' hu, kien bi ħsiebu jokkupa s-siġġu bħala deputat indipendenti.", "U bħala membru parlamentari kien ikollu s-setgħa li jagħmel il-mistoqsijiet u jivvota skont il-kuxjenza mingħajr ma jkun taħt il-kontroll ta' ħadd.", "Għaldaqstant ma riduħx.", "Lanqas lil Jeffrey Pullicino Orlando ma riedu għax ma riedux lil min seta' jimbarazzahom.", "B'paragun ma' Silvio Parnis, Glenn Bedingfield u Clint Camilleri, Jeffrey Pullicino Orlando kien iġiegħlhom jidhru koroħ.", "Għaldaqstant ġiegħlu lil Gavin Gulia jikkontesta bit-tama li, kif fil-fatt ġara', jġib biżżejjed voti biex jegħleb lil Charles Azzopardi u lil Jeffrey Pullicino Orlando.", "Issa sirna nafu li Gavin Gulia, minkejja li kkontesta l-elezzjoni każwali, ma kellu ebda intenzjoni li jokkupa s-siġġu parlamentari li tellaq għalih.", "Ftit wara li rebaħ is-siġġu, rriżenja minnufih biex ikun jista' jkompli jservi bħala chairman tal-awtorità tat-turiżmu.", "Tiftakruh l-għaġeb kollu li kien sar meta, ftit wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017, Therese Comodini Cachia kienet stqarret li ma kienx bi ħsiebha tokkupa s-siġġu fil-Parlament Malti li kienet għadha kemm rebħet għaliex xtaqet tkompli bil-ħidma tagħha fil-Parlament Ewropew?", "Quddiemha kellha għażla bejn żewġ parlamenti: bejn kostitwenza lokali dejqa li tellgħatha fil-Parlament ta' Malta jew inkella kostitwenza nazzjonali aktar wiesa' – jiġifieri Malta u Għawdex kollu – li tellgħatha biex tirrappreżentaha fil-Parlament Ewropew.", "Tgħidx kemm kienet qalgħet tgħajjir dakinhar.", "Spiċċat biex ċediet, skużat ruħħa u rriżenjat mill-Parlament Ewropew.", "Il-manuvra ċinika ta' Gavin Gulia ma kienitx għażla bejn responsabbiltajiet parlamentari.", "Dan wera' li assolutament ma kienx interessat li jirrappreżenta lill-kostitwenti.", "U madankollu serva ta' ostaklu fl-elezzjoni każwali għall-kandidati l-oħrajn li (wieħed jittama) għandhom il-ħeġġa li jaħdmu bħala rappreżentanti tal-poplu.", "Ma kienet xejn ħlief manuvra ċinika għall-aħħar.", "Wara kollox, għalfejn għandek toqgħod tħabrek biex issir membru parlamentari meta minflok tista' tkun non-executive chairman ta' awtorità governattiva?", "U titħallas ħafna aktar, ikollok xufier, ikollok anqas xogħol iebes, ikollok inqas telefonati xi twieġeb u ma jkollokx lill-kummissarju tal-i standards isegwilek passik (dan diġa rrimarka li, bħala chairman tal-awtorità tat-turiżmu, Gavin Gulia naqas minn dmiru) u allura tkun tista' tagħmel li trid bil-libertà kollha int u tgħaddi kuntratti pubbliċi lilek innifsek u lil familtek.", "Min ser ikun daqshekk baħnan li jasal biex jissagrifika dan kollu biex isir membru parlamentari?", "Skont il-liġi, meta siġġu parlamentari jiġi vakat darbtejn, partit ikun jista' jagħżel lil min irid biex jokkupah.", "Il-poplu Malti għażel darbtejn: Edward Scicluna u Gavin Gulia.", "Iżda ebda wieħed minn dawn ma ndenja ruħu jirrappreżenta lill-kostitwenti li tellgħuhom.", "Ġew jaqgħu u jqumu.", "Riedu biss il-prestiġju, l-paga u l-privileġġi li jġib miegħu impjieg fis-settur pubbliku, iżda mingħajr ir-responsabbiltà li jaħdmu u jirsistu għal dawk li tellgħuhom.", "Għaldaqstant it-tnejn li huma warrbu mill-ħatra li tahom il-poplu.", "U issa posthom fil-Parlament ser jittieħed minn persuna li ser tkun magħżula minn Robert Abela.", "Dan ix-xenarju jpinġi b'mod ċar is-sitwazzjoni preżenti fejn il-gvern qed jaħkem lill-Parlament u fejn jidhru ċari l-konsegwenzi tal-fatt li l-membri parlamentari tagħna qed jitħallsu bis-sittiet.", "Sitwazzjoni li tagħti raġun lil min jisħaq li dawk li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-gvern m'għandhomx ikunu membri parlamentari u l-membri parlamentari m'għandhomx jaħdmu fl-amministrazzjoni.", "Din is-sitwazzjoni ma tagħmel xejn ħlief tillustra l-ħtieġa għar-riforma parlamentari.", "Iżda Robert Abela ma jaqbilx.", "B'dan il-mod qed jagħżel hu l-membri tal-grupp parlamentari u dawk il-votanti li taw il-vot tagħhom lil Edward Scicluna u lil Gavin Gulia għadhom mehdihin itellgħu l-kliem 'prosit ministru' u 'erbgħin elf' ma' kull rokna tal- Facebook .", "Għafejn tindenja ruħek biex tivvota meta l-kandidat li tagħżel biex jirrappreżentak jurik li qed jiġi, jaqa' u jqum minnek?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/tahwida-frott-il-pruzunzjoni-ta-robert-abela/", "date": "Thu, 14th Jan '21, 09:34", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jidher li Robert Abela mingħalih li hu xi strateġista prim li jkun dejjem seba' passi quddiem ħaddieħor.", "Iżda l-kwistjoni dwar Gavin Gulia ġabitu fi frisk li kien messu xammu ġej.", "L-iskuża li ġab Gavin Gulia talli b'kollox għamel 5 minuti bħala Membru tal-Parlament kienet li l-prim ministru xtaqu jibqa' jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu.", "Stqarr li 'l-Prim riedni' – stqarrija li ta' sikwit jagħmluha kandidati ta' kafkaf.", "Iżda mbagħad intebħu li kienu wettqu tgħaffiġa nobis.", "Hekk kif Gavin Gulia bies is-salib u leħaq membru tal-parlament – bewsa li kienet tixbaħ dik kien ta Ġuda lil Kristu għax għamel ħalfa falza ta' lealtà lejn il-Kostituzzjoni – ma baqgħax eliġibbli li jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu.", "Għaliex għandkom tifhmu li l-Att dwar l-Ivvjaġġar u t-Turiżmu li ħoloq l-Awtorità tat-Turiżmu jipprovdi li ċ- chairman tal-awtorità jeħtieġ li jkun membru tal-bord u li ebda membru parlamentari ma jista' jservi fuq il-bord.", "Kien għalhekk li bilġri ħarġu stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni li permezz tagħha qalu li \"aktar kmieni llum\" Gavin Gulia kien warrab membru tal-bord biex ikun jista' jieħu l-ħatra ta' membru tal-parlament … biex ftit wara jkun jista' jwarrab minn membru tal-parlament biex jerġa' jieħu postu fuq il-bord.", "Jista' jkun hemm assurdità akbar minn din?", "U żgur!", "L-Oppożizzjoni diġà ġibdet l-attenzjoni għall-fatt ċ- chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu ma jistax jinħatar b'sempliċi ordni tal-Ministru tat-Turiżmu.", "Dan għaliex il-liġi titlob li kull nomina għandha tiġi mgħarbla minn kumitat parlamentari.", "Dan it-taħwid m'huwa xejn ħlief riżultat dirett tal-prużunzjoni li għandu Robert Abela.", "Jidher ċar li, qabel fattarha, ma kien tkellem ma' ħadd minn sħabu.", "Ma talab parir mingħand ħadd.", "Agħatu daqqa t'għajn lejn dak li tellgħu fil-midja soċjali d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l- whip tal-partit Glenn Bedingfield.", "Bejniethom dawn it-tnejn huma responsabblti għar-relazzjonijiet bejn il-gvern u l-parlament kif ukoll għall-ko-ordinament mal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista.", "Bil-kitbiet tagħhom esprimew il-ferħ li Gavin Gulia kien reġa' sab postu fil-Parlament u wrew li ma kellhom ebda idea x'kien qed jinħema' minn taħt fuq struzzjonijiet ta' Robert Abela.", "Chris Fearne ta' merħba lil Gavin Gulia – ċertament dan ma kienx jagħmlu li kieku kien jaf li Gulia kien ser ikun biss għasfur tal-passa.", "Aktar ironija nixxiet mill-kitba ta' Glenn Bedingfield li tgħidx kemm faħħar is-sistema tal-vot singlu trasferibbli, l-prerogattiva tal-poplu li jagħżel hu li min jirrappreżentah (u mhux jagħżel il-partit) u l-privileġġ li wieħed iservi bħala qaddej tal-poplu u bħala rappreżentant tiegħu.", "Tistgħu tibqgħu ċerti li Bedingfield ma kienx jikteb dak li leħaq kiteb li kieku kien jaf li l-mexxej tal-partit kien bi ħsiebu jimsaħ l-art kemm bil-prerogattiva tal-poplu kif ukoll bil-privileġġ li tkun qaddej tal-poplu.", "Nistgħu ngħoddsu f'assurdità akbar minn din?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/staqsieh-darbtejn-u-jwiegbek-fuq-kollox/", "date": "Fri, 15th Jan '21, 13:55", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jumejn ilu lill-ġurnalisti Robert Abela qalilhom li, jekk ikunu jridu, jistgħu jistaqsuh għal 100 darba jekk kienx preżenti fil-laqgħa tal-kabinett meta ttieħdet deċiżjoni dwar jekk Vincent Muscat il-Koħħu kellu jingħata l-proklama għaliex it-tweġiba tiegħu kienet ser tkun waħda: jiġifieri li hu jinsab marbut bil-kunfidenzjalità tal-kabinett u għaldaqstant, jiġri x'jiġri ma setgħax igħaddilhom informazzjoni.", "Hemm filmat li jikkoferma din ir-reazzjoni permezz ta' link marbut ma' rapport tat- Times of Malta .", "Jacob Borg m'huwiex ġurnalista li jċedi malajr u llum lil Robert Abela reġa' għamillu l-istess mistoqsija.", "Il-mistoqsija li għamillu kienet waħda pjuttost qasira.", "Iżda llum Robert Abela ddeċieda li jneħħi s-sarima u kkonferma li kien preżenti għad-diskussjoni fil-kabinett u fil-ħin mata ttieħdet id-deċiżjoni u dan minkejja l-fatt li kien jaf ben tajjeb li Vincent Muscat kien lest li jixhed kontra l-eks klijenti tiegħu.", "\"Ninsab konvint li d-deċiżjoni li ttieħdet kienet waħda korretta.\"", "Dan ċertament jista' jkun, Sur Prim Ministru.", "Iżda din m'hix ir-raġuni l-għala, skont il-kodiċi tal-etika, l-ministri jkun jeħtieġ li joqgħodu pass lura meta jkunu ser jittieħdu deċiżjonijiet dwar persuni li jkun qrib tagħhom.", "Jista' jagħti l-każ li jkun hemm min huwa lest li jaċċetta li Robert Abela għandu l-ħila li jieħu deċiżjoni mingħajr ma joqgħod jikkunsidra l-impatt li deċiżjoni bħal din jista' jkollha fuq l-eks klijenti tiegħu.", "Iżda hemm uħud li m'għandhomx il-ħila li jagħmlu dan.", "U l-imġieba tal-Ministri jeħtieġ li tkun waħda li tidher li hi fl-interess pubbliku u mhux fl-interess tal-ħbieb tagħhom u tal-ħbieb tal-ħbieb.", "Dan il-każ partikolari huwa aktar delikat mis-soltu għaliex, sforz ambigwità oħra fil-qafas kostituzzjonali tagħna, l-ministri waslu għal deċiżjoni li tittratta dwar l-interess tal-ġustizzja.", "U, jiġri x'jiġri, l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħhom ser tħalli mpatt fuq jekk dawk li huma mixlija bi qtil għandhomx jieklu ikla ħabs jew inkella jinħelsu.", "U min qiegħed jieħu dawn id-deċiżjonijiet?", "Vavu li sa jumejn ilu ħalef solennement li ma kienx bi ħsiebu jiżvela sigriet anki li kieku ntalab li jagħmel dan għal 100 darba.", "Iżda mbagħad, wara li għaddew jumejn biss, iddeċieda li jwieġeb l-istess mistoqsija meta huwa ġie mistoqsi għat-tieni darba."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/jekk-din-l-istorja-hi-minnha-chris-fearne-ghandu-jwarrab/", "date": "Tue, 19th Jan '21, 09:23", "category": "blog, politics, government", "text": ["Daniel Mercieca huwa bniedem li fil- Facebook qed jallega li kien jaħdem mad-ditta Construct Furniture .", "Tafu għal liema ditta qed nirreferi.", "Id-ditta li lejn tmiem l-2015 kienet stiednet lil Joseph Muscat biex jinġibed filmat fl-isfond ta' kċina maħduma minnha , biex bħal speċi jwasslu \"messaġġ tas-sena l-ġdida\" li l-fqar qed isiru sinjuri bis-saħħa tat-tnaqqis fit-taxxi.", "Fil- Facebook Mercieca kiteb li s-sena l-għaddiet, waqt il- lockdown li matulu ħwienet li ma jbiegħux affarijet essenzjali ġew ordnati jagħlqu, Construct Furniture kompliet taħdem l-ordnijiet ta' rjus kbar minn wara l-kwinti u \"bil-bibien magħluqin\".", "Skont Mercieca, fost dawn l-irjus kbar kien hemm il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne nnifsu li kien hu stess li ħareġ l-ordni biex jagħlqu l-ħwienet kollha (ħlief dawk li jbiegħu l-ikel).", "Mercieca qed jallega li lil Chris Fearne kienu qed jaħdmulu kċina għat-tieni dar tiegħu u kien għamel żjara fil-ħanut tal- Construct biex jordna kċina ġdida.", "Mercieca kiteb ukoll dwar klijenta oħra tal- Construct Furniture ta' żmien il- lockdown : l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.", "X'aktarx li ftakar f'isimha hu u jisma' d-diskors kollu li ngħad dwar in-nisa f'dawn l-aħħar ġranet.", "Li jkollok Imħallef tikser il-liġi hi ħaġa tal-mistħija.", "Iżda fil-konfront tal-Ministru tas-Saħħa l-ksur minn naħa tiegħu tar-regolamenti tal- lockdown huwa fatt li hu politikament serju ħafna.", "Il-kitba ta' Mercieca diġà ilha li ttellgħet ħmistax il-ġurnata u Chris Fearne baqa' sieket.", "Huwa minnu li huwa kien kiser ir-regolamenti tal- lockdown u għamel żjara f'ħanut li suppost kellu jingħalaq bis-saħħa tal-liġijiet li ħareġ huwa stess?", "Aħsbu ftit fil-Ministru tas-Saħħa ta' New Zealand David Clark li kien ġie mġiegħel iwarrab talli dan mar f'xatt il-baħar biex igħum matul il- lockdown .", "Aħsbu ftit fil-konsulent Ingliż dwar il-covid Neil Ferguson li kien ġie mġiegħel iwarrab wara li ppermetta lis-sieħba tiegħu tagħmel żjara f'daru waqt il- lockdown.", "Aħsbu ftit fis-sindku ta' Luton Tahir Malik li kien ġie mġiegħel iwarrab talli attenda għal festin waqt il- lockdown .", "Aħsbu ftit fl-ewroparlamentari Ungeriż Jozsef Szajer li kien ġie mġiegħel iwarrab wara li attenda orġja sesswali fi Brussel waqt il- lockdown.", "Aħsbu ftit fil-membru parlamentari Laburista tar-Renju Unit Rosie Duffield li kienet ġiet imġiegħelha twarrab talli marret għal mixja mas-sieħeb tagħha waqt il- lockdown .", "Aħsbu ftit fil-kap uffiċjal mediku Skoċċiża Catherine Calderwood li kienet ġiet imġiegħelha twarrab wara li għamlet żjara fit-tieni residenza tagħha fi tmiem il-ġimgħa waqt il- lockdown .", "Aħsbu ftit fil-Minstru tas-Saħħa Ċek Roman Prymula li kien ġie mġiegħel iwarrab wara li mar jiekol barra ma' sħabu fi żmien il- lockdown .", "Aħsbu ftit fis-sindku ta' Barċellona Alex Pastor li kien ġie mġiegħel iwarrab wara li naqas li jagħmel il-kworantina waqt il- lockdown.", "Għaiduli ftit.", "Għaliex m'għandux iwarrab Chris Fearne?", "Previous: Staqsieh darbtejn u jwieġbek fuq kollox .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Joseph Muscat indirettament ammetta l-illegalità tal-garanzija ta' €100 miljun li ngħatat mill-gvern lil Steward .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/joseph-muscat-indirettament-ammetta-l-illegalita-tal-garanzija-ta-e100-miljun-li-nghatat-mill-gvern-lil-steward/", "date": "Tue, 19th Jan '21, 10:45", "category": "blog, politics, government", "text": ["Meta l-bieraħ Joseph Muscat ta x-xhieda tiegħu fil-kawża li Adrian Delia għamel kontra l-gvern, huwa xehed li l-famuża klawżola ta' terminazzjoni ta' €100 million li ddaħħlet fil-kuntratt ma' Vitals Global Healthcare – liema kuntratt imbagħad għadda f'idejn Steward Health Care – \"kienet iddaħħlet biex tiggarantixxi s-self tal-bank b'mod biex ma jkunx hemm ksur tal-liġijiet Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat\".", "Meta għamel din l-istqarrija Muscat ikkonferma pubblikament li din il-klawsola kienet iddaħħlet biex jiġu evitati l-effetti tal-liġijiet Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat.", "Il-liġijiet dwar l-għajnuna mill-Istat kienu tfasslu sabiex il-gvernijiet ma jkunux jistgħu jużaw flejjes tal-poplu (jew li jwiegħdu li jużaw flejjes tal-poplu f'każ ta' xi saram) biex jiffavorixxu negozju kummerċjali fuq ieħor jew biex igħinu lil negozju jżomm fil-wiċċ meta f'ċirkostanzi ta' realtà ekonomika normali kien ikollu jerfa', li kieku ma jkunx għall-intervent tal-gvern.", "Araw x'qal il-bieraħ Joseph Muscat: \"Għaldaqstant, biex inkunu nistgħu nevitaw in-nasba tal-għajnuna mill-istat, f'każ li l-kuntratt jiġi annullat mill-qorti, l-gvern kien jieħu lura l-iskola medika u jagħmel tajjeb għaliha\".", "Din l-istqarrija tal-bieraħ ta' Joseph Muscat ma kienitx ħlief ammissjoni indiretta.", "Tal- Vitals ma setgħux igħaddu u jkampaw mingħajr il-kuntratt li l-gvern iffirma magħhom.", "Iżda l-possibilità li l-kuntratt jiġi annullat minn xi qorti kienet ta' inkwiet kbir għall-banek li kienu ntalbu jipprovdu l-finanzjament għall-proġett.", "Mingħajr l-intervent tal-gvern, il-proġett ma kienx ikollu l-finanzjament meħtieġ u kien imut qabel jitwieled.", "U għaldaqstant il-gvern aktar tard intervjena u ddeċieda li jdaħħal klawżola ta' terminazzjoni li ma tagħmel ebda sens ekonomiku.", "Dan l-intervent tal-gvern kiser ir-regolamenti Ewropej dwar għajnuna mill-Istat.", "Dawn ir-regolamenti ma tfasslux biex il-gvernijiet jivvintaw metodi dwar kif ikunu jistgħu jagħmlu użu illegali minn flejjes tal-poplu sabiex negozju privat ikun jista' jintefgħalu salvawomu.", "Dawn ir-regolament tfasslu biex il-gvernijiet ma jkunux jixħtu dan is-salvawomu.", "Il-gvern ma jistax legalment jibqa' \"jbażwar 'l hawn u jbażwar 'l hinn.\"", "M'hix skuża jew ġustifikazzjoni l-insistenza ndiretta li għamel Joseph Muscat fis-sens li sinjal li Edward Scicluna qed jiżmaga meta l-eks ministru tal-finanzi stqarr li ma kienx jaf b'xejn dwar il-klawżola ta' €100 miljun li kien daħħal Konrad Mizzi.", "M'huwiex daqstant importanti l-kwistjoni dwar jekk Edward Scicluna kienx jaf jew le bid-dħul ta' din il-klawżola qabel ġie ffirmat il-kuntratt.", "Joseph Muscat insista li l-membri kollha tal-kabinett kienu jafu bid-deċiżjoni li tiddaħħal din il-klawżola u dan ma jistax ħlief ifisser li m'huwiex Konrad Mizzi waħdu responsabbli għal dan: huwa responsabbli l-gvern kollu ta' Joseph Muscat.", "Din il-kwistjoni, lil Joseph Muscat u l-membri tal-kabinett tiegħu ejjew nerħulhom biex jiġġielduha bejniethom.", "Iżda waqt li huma qed jinfexxu jwaħħlu f'xulxin, il-pajjiż jinsab mgħobbi bi problema kbira f'ħoġru.", "Skont il-liġi Ewropea, meta gvern jikser ir-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat, dan ikun jeħtieġ li jreġġa' lura l-impenji kollha li jkun leħaq għamel.", "F'dan il-każ, ma saru ebda ħlasijiet u għaldaqstant m'hemm xejn x'wieħed ireġġa' lura.", "Madankollu din il-klawżola tagħti lil Steward Health il-vantaġġi kummerċjali kollha li m'għandu ebda negozju privat.", "Kull negozju jista' jgħaddi minn riskju li jara kuntratt li jkun iffirma annullat minn xi qorti.", "M'għandniex xi ngħidu, kull negozju li jkun irid joqgħod għal dak li tgħid il-liġi jara kif jagħmel biex il-kuntratt li jkun b'ħsiebu jiffirma jkun wieħed legali.", "U jnaqqas ir-riskju billi jiżgura li ma jidħolx għal kuntratti li jistgħu jiġu annullati mill-qorti.", "Tal- Vitals (u aktar tard Steward ) dan m'għamluħx.", "Il-klawżola in kwistjoni hi realtà u jekk issir investigazzjoni dwar għajnuna mill-Istat, jista' jagħti l-każ li din il-klawżola tiġi dikjarata nulla.", "U jekk din il-klawżola tiġi dikjarata nulla, tixxellef il-garanzija tal-bank li pprovda l-finanzjament.", "U jekk jinxef il-finanzjament, il-proġett imur il-baħar.", "Din hi r-raġuni l-għala l-intervent tal-istat fl-ekonomija m'huwiex permess b'liġi.", "Għaliex fil-biċċa l-kbira tad-drabi, n-negozji jagħmlu għażliet bis-sens.", "Il-kuntratt dwar l-isptarijiet m'huwiex wieħed li jagħmel sens mhux biss għaliex legalment huwa wieħed miżgħud bir-riskji iżda għaliex dan il-gvern ipprova jbenġilha bis-saħħa tal-infieq ħażin ta' flus il-poplu.", "Min jaf għadx ikun hawn xi ħadd li jitħajjar jibgħat kopja tax-xhieda li ta Joseph Muscat lill-Kummissjoni Ewropea?", "Previous: Jekk din l-istorja hi minnha, Chris Fearne għandu jwarrab .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Jekk Adrian Delia jrid biss li jsaħħan is-siġġu parlamentari, għandu jagħmel il-wisa' għal ħaddieħor .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/il-providenza/", "date": "Sat, 2nd Jan '21, 10:47", "category": "blog, politics, government", "text": ["Kif tenna l-bieraħ Adrian Delia, għajnejh ileqqu bl-emozzjoni, ftit hemm entitajiet li jistħoqqilhom li jinġabrulhom il-fondi aktar mid-Dar tal-Providenza.", "Huwa stqarr li \"aktar ma tkun iebsa l-isfida, Alla dejjem jipprovdi\".", "Dan bħallikieku ried igħid li kien bis-saħħa ta' intervent divin li kumpannija Tuneżina, li ma jaf biha ħadd, qabbditu biex jagħmel donazzjoni ta' €500,000 f'isimha.", "Donazzjoni li x'aktarx hi l-akbar donazzjoni li saret minn xi kumpannija fl-istorja Maltija.", "Ix-xena kienet waħda spettakolari: bħal meta żiemel tal-injam ġgantesk jitfaċċa fuq xtajta.", "Madankollu ta' min li wieħed jagħmel xi mistoqsijiet.", "Min hi l-kumpannija Catco Group li għamlet din id-donazzjoni enormi?", "Din id-donazzjoni hi parti minn xi programm estensiv ta' responsabbiltà korporativa?", "X'inhi r-raġuni li din l-inizjattiva ta' karità kienet l-unika waħda li saret minn din id-ditta li tidher online ?", "Min fejn nibtet din il-ħeġġa tal-kap eżekuttiv Sirjan ta' din il-kumpannija Tuneżina li nħolqot fl-2019 biex jiffinanzja b'dan il-mod massiċċ lid-Dar tal-Providenza?", "Dan il-grupp ta' kumpanniji jidher li huwa wieħed estensiv iżda l-paġna tiegħu fil- LinkedIn għandha biss 65 segwitur u ma jidhirx li għandha xi għatx partikolari għall-pubbliċità wiesa'.", "Il-pubbliċità li ħolqot din id-donazzjoni kienet waħda fuq skala enormi. €500,000 mhux biss hija somma kbira ħafna għad-Dar tal-Providenza, iżda hi wkoll 25% ta' dan kollu li nġabar il-bieraħ.", "Hi somma enormi ta' flus saħansitra anki għal kumpannija biljunarja.", "Fiċ-ċirkostanzi, nħoss li l-pubbliku għandu jinżamm infurmat dwar din id-donazzjoni.", "Il-pubbliku għandu jkun mgħarraf dwar jekk il-flus ġewx trasferiti diġà jew inkella ġewx imwiegħda.", "Għandu jkun mgħarraf ukoll dwar jekk saritx jew hux ser ikun hemm due diligence bil-għan li nserrħu rasna dwar il-provenjenza tal-flus.", "Għandna niġu mgħarrfa wkoll dwar il-pjanijiet li għandhom tal- Catco Group għal Malta in vista tal-ħoss kbir li għandhom kemm għamlu.", "M'għandniex xi ngħidu, kull forma ta' karità għandha tiġi nkoraġġita um'hemmx dubju li d-Dar tal-Providenza għandha tingħata kull għajnuna li tkun teħtieġ.", "Iżda, fiċ-ċirkostanzi, jkun opportun jekk nagħmel xi osservazzjonijiet minħabba l-involviment ta' Adrian Delia – persuna esposta politikament.", "Ejjew għal mument inwarrbu fil-ġenb il-fatt li Adrian Delia m'huwiex magħruf għall-kjarezza fejn jidħlu kwistjonijiet ta' natura finanzjarja.", "Kull transazzjoni, aħseb u ara waħda li tkun ta' dan il-kobor u li fiha l-aġent jkun persuna mill-kamp politiku, tkun teħtieġ attenzjoni speċjali.", "Hemm ukoll ir-riferenza li għamel Adrian Delia għal Jeffrey Farrugia – persuna li m'hijiex politikament esposta bħalu – iżda li hi esposta fil-kamp tal-futbol.", "M'għandix dubju li ser ikun hemm min igħid li jien qed \"ngħir\" għall-\"kisba kbira\" li għamel Adrian Delia.", "Is-segwaċi tiegħu qed jgħolluh mas-smewwiet bit-tifħir bħallikieku l-flus ħariġhom minn butu u tahom għall-karità.", "Ftit tal-minuti qabel ħabbar id-donazzjoni tal- Catco Group, Adrian Delia reġa' tfaċċa biex iwiegħed ftit anqas minn €30,000 li suppost inġabru mill-\"helpers\" tiegħu.", "Din il-ġabra ċertament kienet waħda impressjonanti.", "U min ibati miċ-ċiniżmu seta' stqarr li dan għamlu biex jippika mal-PN.", "Kollox jista' jkun.", "Iżda l-importanti hu li l-flus ġew imwiegħda biex igawdu r-residenti tad-Dar tal-Providenza.", "Iżda jkun jeħtieġ li d-donazzjoni ta' €500,000 tiġi mgħarbla sewwa.", "U peress li Adrian Delia rabat il-kredibilità tiegħu – li hi dik li hi – ma' din id-donazzjoni enormi, għandu jistqarr jekk għaddiex din id-donazzjoni mill-għarbiel legali jew le u dan sabiex inkunu żguri li kollox sar skont il-liġi.", "U għandu wkoll iwieġeb għaliex din id-donazzjoni saret proprju issa u għaliex saret proprju minnu."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/jekk-adrian-delia-jrid-biss-li-jsahhan-is-siggu-parlamentari-ghandu-jaghmel-il-wisa-ghal-haddiehor/", "date": "Wed, 20th Jan '21, 13:43", "category": "blog, politics, government", "text": ["Illum il-PN stqarr li l-eks mexxej tiegħu Adrian Delia m'aċċettax post fil-Kabinett Dell il-ġdid ta' Bernard Grech.", "Forsi Adrian Delia għad jitħajjar jikteb xi poeżija sabiex jagħtina r-raġunijiet għad-deċiżjoni li ħa.", "Hi x'inhi r-raġuni uffiċjali, wieħed jeħtieġ li jiftakar li dan il-bniedem ma sabx postu fil-Parlament permezz tal-voti u, minkejja li qed jokkupa siġġu tal-oppożizzjoni, qed jirrifjuta li jopponi.", "Fiż-żmien li għamel bħala kap tal-oppożizzjoni, diġà wera' li kien jiddarras biex jopponi u ħafna minn ħinu ħlieh b'mod mill-aktar patetiku jilgħaq lil Joseph Muscat.", "U dan meta kien ikun f'sensieħ.", "Issa jrid li joqgħod jogħxa fiċ-ċapċip tal-manigoldi lagħqin li għandu madwaru – lagħqin li bosta drabi jkunu mdendlin miegħu kull fejn imur.", "Dan l-aħħar kien hemm uħud li, fl-isfond tar-riżenzji ta' Edward Scicluna u ta' Gavin Gulia, wieġbu għall-kritika li saret fil-konfront Robert Abela meta dan – kontra x-xewqa tal-elettorat – għażel lil min ried hu biex jieħu postu fil-Parlament, billi stqarrew li dan kien appuntu l-mod li bih Adrian Delia sab ruħu bħala membru ta' din l-istituzzjoni.", "Qatt smajtuni ngħid li din kienet ħaġa sewwa?", "Kien hemm ukoll minn qabbel il-manuvra li twettqet minn Robert Abela ma' co-options oħrajn bħalma kienet dik riċenti tad-deputat Għawdxi Kevin Cutajar.", "Tabilħaqq, il-każ ta' Kevin Cutajar jagħti raġun lil min isostni li meta l-partiti jimmanipulaw il- co-options bi sfida għar-rieda tal-poplu, jkunu qed iwettqu attakk dirett fuq id-demokrazija.", "Il-kwistjoni kollha dwar il- co-option ta' Kevin Cutajar kienet li Adrian Delia qabad u għażel lil ħaddieħor biex jieħu postu fil-Parlament bi sfida għall-għażla tal-votanti ta' distrett li kellu siġġu battal.", "Kevin Cutajar kien l-għażla tal-kostitwenti u l-PN m'għamel xejn ħlief ikkonferma din l-għażla.", "Adrian Delia qed jokkupa siġġu parlamentari minkejja l-fatt li ħadd ma vvotalu biex jokkupah.", "U issa s-siġġu qed jokkupah biex joqgħod isaħħnu.", "Ma jrid jagħmel xejn iżda jippretendi li jitħallas xorta waħda.", "Fil-konfront ta' din l-imġieba, l-partit tiegħu jidher li ma jista' jagħmel xejn u ser ikun imiss lill-votanti fid-distretti li ser jikkontesta li jiddeċiedu dwar il-futur politiku tiegħu – jiġifieri jekk għandux ikompli ma jagħmel xejn sakemm isib ruħu sajjem miċ-ċapċip ta' dawk l-erba' boloħ li għadhom isegwuh."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/zgur-li-mghandkom-bzonn-xejn/", "date": "Fri, 22nd Jan '21, 10:00", "category": "blog, politics, government", "text": ["Uffiċjali pubbliċi mħallsin minn flus il-poplu qed iċemplu lin-nies biex jaraw għandhomx bżonn ta' xi ħaġa mingħand il-ministru li jikkontesta l-kostitwenza tagħhom.", "Residenti tas-Siġġiewi qaluli li qed jirċievu telefonati mingħand xi persuna li taħdem fi-ministeru ta' Roderick Galdes.", "Roderick Galdes huwa l-ministru responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u membru parlamentari tas-sitt distrett li jinkludi s-Siġġiewi.", "Bħalissa l-ministeru tiegħu qiegħed jibni appartamenti tal-gvern f'dan ir-raħal.", "Persuni li jaħdmu fil-ministeru qed ikunu mehdihin iċemplu lin-nies biex jinfurmawhom li Roderick Galdes m'huwiex qed jagħmel żjarat fid-djar minħabba l-imxijja.", "Iżda dawn l-uffiċjali qed jistaqsu wkoll jekk dawn in-nies humiex bżonn ta' xi ħaġa.", "\"Żguri li m'għandkom bżonn xejn?", "Lill-ministru tridu li tiltaqgħu miegħu f'wieħed mill-uffiċċji tiegħu?", "Il-Ministru għandu wkoll uffiċċju f'Ħal Qormi, barra l-dak uffiċjali li għandu fil-Ministeru.", "Tridu taslu wasla biex taraw f'hiex jista' jaqdikom?\"", "Imġieba bħal din hawn min isejjħilha power of incumbency u hawn ukoll min iqabbilha ma' prostituzzjoni mħallsa mill-poplu.", "M'hi xejn ħlief marda endemika u Roderick Galdes ċertament m'huwiex waħdu li ttieħed minnha.", "Repubblika qed tipproponi li l-ministri m'għandhomx ikunu membri parlamentari u jekk membru parlamentari jingħażel biex iservi ta' Ministru, għandu jċedi s-siġġu parlamentari.", "Kemm ilha tinħass xamma ta' elezzjoni ġenerali, il-ministri qed jibqgħu lura milli jiggvernaw.", "Moħħom biss f'akkwist tal-voti.", "Din m'hix id-demokrazija li jeħtieġ il-pajjiż.", "M'hi xejn ħlief irkant."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/kell-meta-jidhollok-xi-dubju-fmohhok-wahhal-fl-iswed/", "date": "Mon, 25th Jan '21, 11:52", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jaqaw Robert Abela huwa bniedem preġudikat, nieqes minn edukazzjoni soċjoloġika u għandu moħħ li jasal biex jifhem l-affarijiet biss minn perspettiva razzista?", "Jew inkella jitkellem bit-ton li jitkellem bih għaliex mingħalih li l-udjenza li jkollu quddiemu hi wkoll waħda preġudikata, nieqsa mill-edukazzjoni soċjoloġika u tifhem kollox minn perspettiva razzista?", "Il-bieraħ tkellem dwar l-istatistika li turi tnaqqis fir-rata tal-kriminalità iżda naqas li jispjega li, bħal kull negozju ieħor, il-kriminalità naqset minħabba l-imxijja li għandha timraħ fostna.", "Għal xhur sħaħ kellna lockdown u kellna persuni bl-uniformi jgħassu triqat li kienu baħħ.", "Ċertament ma kienx ambjent li fih dak li jkun ma jkunx jista' jintebaħ bl-attività kriminali.", "Il-kriminalità fil-fatt tkattret bejn l-erba' ħitan tad-djar tagħna.", "Mill-istatistika uffiċjali rriżulta li l-kriminalità marbuta mal-abbużi bil- kompjuter u mal-vjolenza domestika żdiedet bil-kbir matul l-2020 – is-sena tal-imxijja.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li t-tibdiliet fl-istatistika tal-kriminalità m'għandhom xejn x'jaqsmu mal-politika jew l-imġieba tal-gvern.", "Iżda għandhom rabta ma' ċirkostanzi oħra, jiġifieri mal-imxijja.", "Il-prim ministru ma spjegax ir-raġuni l-għala l-forzi tal-ordni tefgħu ħarsithom fuq il-kriminalità li żdiedet sewwa matul is-sena li għaddiet.", "Fiż-żmien tal-imxijja, l-vjolenza fuq in-nisa u fuq it-tfal żdiedet bil-kbir.", "Iżda Robert Abela ma kienx bi ħsiebu jitkellem dwar dan.", "Ma kienx interessat li jitħaddet dwar id-dritt tal-poplu li jkollu s-siġurtà ġewwa daru.", "U minflok, Robert Abela tkellem dwar \"id-dritt tan-nies li tgawdi s-siġurtà mill-bieb 'il barra\" u nfexx iwaħħal fil-babaw iswed għall-problemi tas-soċjetà.", "Tkellem dwar kif, xi xhur ilu, kien wiegħed li \"dawk li qed ikunu effettwati ħażin mill-immigrazzjoni ma jibqgħux ikunu mbeżżgħin li joħorġu minn darhom.", "Mhux sewwa li jkun hemm irkejjen li fihom ikun hemm pressjonijiet minn konċentrazzjoni aktar qawwija ta' migranti\".", "Hawn ma kienx qed jirreferi għall-pressjoni fuq l-infrastruttura jew għall-pressjoni kaġunata mid-densità fil-popolazzjoni jew minħabba l-faqar u nuqqas ta' spazju u riżorsi f'ċerti skejjel.", "Ma kienx qed jirreferi għall-kjuwijiet twal li qed jinġabru quddiem iċ-ċentri tas-saħħa jew għall-karrozzi tal-linja li m'humiex ilaħħqu mad-domanda li hemm għas-servizz.", "Dawn kienu jkunu \"l-pressjonijiet sproporzjonati tal-migrazzjoni\" li kien jitkellem dwarhom kull prim ministru biex jispjega dak li ried ifisser.", "Iżda l-kuntest tad-diskors tiegħu kien is-\"siġurtà\".", "Li l-migranti qed ibeżżgħu lin-nies u jġiegħluhom jibżgħu jixirfu mill-bieb tagħhom 'il barra.", "Li l-migrazzjoni li \"problema\" u mhux realtà soċjali li xogħolu hu li jsib tarfha biex itejjeb ħajjet in-nies.", "Il-migranti, bħalma għamel kulħadd, issakkru ġewwa matul iż-żmien tal-imxijja.", "Dawn ukoll tilfu x-xogħol, dawn ukoll kellhom diffikultajiet biex ilaħħqu mal-edukazzjoni ta' wliedhom fl-iskejjel, dawn ukoll tilfu l-opportunità li jħarsu saħħithom għaliex il-ġlieda kontra l-imxijja kienet priorità assoluta.", "Iżda dawn inzertaw li huma suwed u għaldaqstant, għall-prim ministru, t-tbatijiet u l-qtiegħ il-qalb li dawn igħaddu minnu m'humiex importanti.", "U minflok, infexx jitkellem dwar kif ser ineħħihom mit-triqat sabiex il-ġirien bojod tagħhom – inklużi dawk li jsawtu lin-nisa tagħhom, dawk li jabbużaw mit-tfal tagħhom u dawk li jabbużaw mill-kompjuter – ma jkollhomx għalxiex jibżgħu li joħorġu barra minn djarhom.", "Dan m'hu xejn ħlief razziżmu istituzzjonalizzat li jwaħħax u li jfakkar f'diskors li kien għamel Donald Trump meta kien stqarr li hemm irkejjen f'Londra li fihom nies bojod jibżgħu imorru fihom.", "Iżda, bil-kontra għal dak li seħħ lil Trump, Robert Abela u s-segwaċi razzisti tiegħu għadhom magħna.", "Previous: Żgur li m'għandkom bżonn xejn? .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Silvio Schembri u l-livelli għoljin ta' mġieba fil-ħajja pubblika ma joqgħodux flimkien .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/silvio-schembri-u-l-livelli-gholjin-ta-mgieba-fil-hajja-pubblika-ma-joqghodux-flimkien/", "date": "Tue, 26th Jan '21, 14:25", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ċertament ma kienx xi skandlu nazzjonali ta' skala enormi.", "Silvio Schembri ġiegħel lid-Dipartiment tal-Informazzjoni jxandar stqarrija partiġġjana għall-aħħar li tixbaħ l-għerf li ta' spiss ixandar il-One TV bħal, per eżempju, li 'Bernard Grech ma jħobbx lil pajjiżu' jew diskors simili.", "U tad-Dipartiment tal-Informazzjoni obdewħ sal-inqas dettall.", "Ejjew nagħmluha ċara mill-bidu nett.", "Ħadd m'hu ser jitlef l-irqad bl-inkwiet għall-fatt li Silvio Schembri ġiegħel lil tad-DOI jagħtu tilqita ta' rispettabilità lill-ħmerijiet li jlissen meta dawn stampawhom fuq karti tal-gvern.", "Ftit huma dawk li jagħtu każ il-kliem li jistqarr Silvio Schembri, stampati fejn ikunu stampati.", "Iżda jidher li l-impjegati tad-DOI lanqas biss għandhom id-diċenza li jwettqu xogħolhom kif suppost.", "Ma tarax li m'humiex ser jisfidaw ordni biex ixandru ċ-ċuċati ta' Silvio Schembri!", "Niftakar li, fiż-żmien meta kont naħdem f'ministeru, kont bgħatt lid-DOI abbozz ta' stqarrija li kellha bixra kemmxejn partiġġjana u dakinhar stess kont irċevejt telefonata mingħand uffiċjal li jaħdem fid-Dipartiment li b'ċerta edukazzjoni talabni nibdel it-ton partiġġjan tal-istqarrija.", "U hekk għamilt.", "U minn dakinhar 'il quddiem qgħadt aktar attent u dan biex ma nimbarazzax lill-ħaddiema tas-servizz ċivili.", "Issa l-ministri jistgħu jiktbu b'liema ton li jridu kull darba li dawn ixandru kitbiethom fil-paġna tagħhom tal- Facebook .", "Madankollu dawn m'għandhom ebda dritt li jkaxkru magħhom fit-tajn lill-amministrazzjoni pubblika.", "Jidhrilkom li qed infittex ix-xagħra fl-għaġina?", "U ija mhux xorta?", "Il-Kummissarju dwar l-i Standards innifsu ma jaħsibx li qed infittxu x-xagħra fl-għaġina.", "Fl-10 ta' Awwissu 2019, il-Kummissarju dwar l-i Standards kiteb li l-imġieba tad-Dipartiment tal-Informazzjoni kienet waħda inaċċettabbli u tikser l-etika.", "Fis-17 ta' Settembru 2019, l-istess Kummissarju reġa' tenna' l-pożizzjoni tiegħu wara li kien sar ilment dwar inċident simili.", "Il-verità hi li Silvio Schembri mhux biss reġa' ġie jaqa' u jqum u abbuża mill-ħaddiema ta' tad-DOI.", "Ġab ruħu b'dan il-mod minkejja l-fatt li biss 5 xhur ilu l-Kummissarju dwar l-i Standards kien diġà ġibidlu l-attenzjoni.", "Din m'hi xejn ħlief impunità u disprezz lejn l-istituzzjonijiet li xogħolhom hu li jaħdmu indipendentement mill-gvern.", "U ġaladarba jġibu ruħħom b'dan il-mod fejn jidħlu kwistjonijiet żgħar, aħseb u ara kif tkun l-imġieba tagħhom f'kwistjonijiet li jkunu akbar.", "L-Awditur sab taħwid enormi fil-każ tal-għoti tal-art lid- DB Group biex dawn ikunu jistgħu jibnu bini mostruż fis-sit ta' dak li kien l-ITS f'San Ġorġ.", "U l-Awditur bgħat rapport dettaljat lill-Parlament għaliex din l-istituzzjoni twieġeb direttament lill-Parlament u mhux lill-gvern.", "Iżda x'għamel il-Parlament?", "Ġie jaqa' u jqum altament.", "Lanqas biss indenjaw ruħħom iressqu r-rapport għad-dibattitu u spiċċaw biex qiegħduh fuq l-ixkaffa.", "Il-Kummissarju George Hyzler għandu l-ħabta li jiġġustifika r-rakkomandazzjonijiet li jagħmel sforz il-prinċipju tal-idealiżmu.", "Huwa stqarr li \"l-missjoni tal-uffiċċju tiegħu hu li jisfida l-konswetudnijiet li huma stabbiliti fis-sistema politika Maltija, kull darba li dawn il-konswetudnijiet inaqqsu l-livelli għoljin ta' mġieba li lkoll naspiraw li nħaddnu.\"", "Silvio Schembri jaspira li jkollu livelli aktar għoljin ta' mġieba?", "Kull min jaspira li jħaddan livelli għola ta' mġieba, diġà jkun iħaddan ċerti livelli ta' mġieba marbutin mad-diċenza bażika.", "U ma nimmaġinax li Silvio Schembri ser iqum għada filgħodu u, b'ton ta ndiema, lid-Direttur tal-Informazzjoni jgħidlu li bi ħsiebu jsewwi l-imġieba tiegħu.", "Anzi nasal biex ngħid li lid-direttur ser igħidlu li I-One TV u t-TVM m'humiex biżżejjed u li jeħtieġ lid-DOI ukoll biex ikompli jxerred il-ħmerijiet u ċ-ċuċati li għandu l-ħila li jlissen.", "Previous: Kull meta jidħollok xi dubju f'moħħok, waħħal fis-suwed! .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Għadhom jirrifjutaw li jaqraw il-paġna li jriduna naqilbu .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/01/ghadhom-jirrifjutaw-li-jaqraw-il-pagna-li-jriduna-naqilbu/", "date": "Fri, 29th Jan '21, 13:38", "category": "blog, politics, government", "text": ["Indipendentement mill-fatt jeżistux jew le provi li jorbtu lil Joseph Muscat u lil Keith Schembri mal-pjan li tinqatel Daphne Caruana Galizia, mat-twettiq tad-delitt u mal-attentat biex dawk responsabbli għall-assassinju jaħarbu mill-ġustizzja, l-provi li hemm dwar ir-rabtiet li kellhom Joseph Muscat, Keith Schembri u Yorgen Fenech juru x'mistħija ta' gvern kellu pajjiżna.", "Fil-qorti l-bieraħ il-Pulizija stqarret li Joseph Muscat kien ħoloq WhatsApp Group bejnu, Keith Schembri u Yorgen Fenech jumejn wara li kienu ġew arrestati l-aħwa Degiorgio u l-kompliċi tagħhom Vince Muscat.", "F'dak il-perijodu, l-imġieba ta' dawn il-persuni ma tistax titqies bħala kumbinazzjoni.", "Dan kien iż-żmien li matulu Melvin Theuma kien mar bilġri għand in-nutar biex jagħmel it-testment tiegħu.", "X'aktarx li meta raġel ta' 38 sena jġib ruħu b'dan il-mod, ikun għaliex it-tabib tiegħu ikun avżah li m'għandux għomor twil.", "Melvin Theuma kien ġibed ċerti konklużjonijiet mingħajr il-ħtieġa ta' parir mediku.", "Meta ftit xhur wara, Vince Muscat kixef lil Melvin Theuma mal-Pulizija, dawn intebħu li ż-żjara li dan kien għamel għand in-nutar kien jeħtieġ li tiġi mgħarbla sewwa.", "Huwa veru li kulħadd huwa fil-libertà li jagħmel testment jekk ikun jidhirlu li għandu jagħmlu.", "M'hemm xejn illegali f'aġir bħal dan u minnha nnifisha, mġieba bħal din m'hix meqjusa bħala waħda li toħloq is-suspetti.", "Iżda l-fatt li dan il-bniedem mar jagħmel testment ftit wara li seħħew l-arresti ġiegħel lill-Pulizija tissuspetta li Melvin Theuma kien kompliċi fid-delitt.", "Il-messaġġi li bagħtu lil xulxin Muscat, Schembri u Fenech fuq il- WhatsApp group setgħu kienu dwar inbid, nisa, eċċetra.", "Iżda l-fatt hu li ntbagħtu.", "Jeħtieġ niftakru li mill-provi li nstemgħu s'issa rriżulta li Melvin Theuma kien wissa' lill-aħwa Degiorgio bil-quddiem li dawn kienu ser jiġu arrestati f'dik il-ġurnata tat-Tnejn filgħodu f'Diċembru, sitt ġimgħat biss wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Huwa xehed li l-informazzjoni kien akkwistaha mingħand Yorgen Fenech.", "U Melvin Theuma kompla jistqarr li Yorgen Fenech kien qallu li l-informazzjoni kienet waslitlu mingħand Keith Schembri.", "Jekk din l-istqarrija hi minnha, Keith Schembri kien diġà jaf li Yorgen Fenech kien imdaħħal fid-delitt meta ħadd ma kien għadu qed jissuspetta fih.", "U issa rriżulta li Joseph Muscat, li ammetta li kien ilu ħabib ma' Yorgen Fenech għal diversi snin qabel l-2017, kien ħoloq WhatsApp chat bejn tlieta f'dik il-ġimgħa stess meta saru l-arresti.", "Kull min kellu f'moħħu xi suspett dwar l-involviment ta' Yorgen Fenech fid-delitt ċertament kien ikun mimli bl-ansjetà dakinhar li l-aħwa Degiorgio u Muscat kienu ġew arrestati.", "U kien ikun irid itaffi din l-ansjetà billi joqgħod b'seba' għajnejn fuq il-burdata li jkun fiha Yorgen Fenech.", "Waqt li Yorgen Fenech kien qed jibgħatilhom messaġġi dwar l-avventuri tiegħu fil-kċina jew fil-kamra tas-sodda, għal Joseph Muscat u għal Keith Schembri dan kien sinjal li Yorgen Fenech jinsab trankwill.", "Iżda s-sitwazzjoni kienet waħda differenti meta lil Keith Schembri.", "Yorgen Fenech talbu bil-ħniena biex \"ma jħalliħx waħdu\".", "U dwar dan, Joseph Muscat u Keith Schembri bgħatu messaġġi lil xulxin sa tard bil-lejl.", "Dan kollu jwassal biex jikbru s-suspetti.", "Il-bieraħ il-Pulizija ma setgħetx tgħid b'ċertezza min kien dak li, fi żmien meta kienu qed isiru protesti kbar fit-toroq u fi żmien l-poplu kien qed jara lill-gvern ta' Joseph Muscat jiġġarraf quddiem għajnejh, lil Yorgen Fenech bgħatlu kopja tal-proklama presidenzjali li tat l-immunità lil Melvin Theuma.", "Ma nafx kif il-provi li nġabru mill- mobile ta' Yorgen Fenech ma jurux minn fejn kien wasallu l-messaġġ bil-kliem tal-proklama.", "Iżda anki fin-nuqqas ta' provi forensiċi, ma tridx wisq għerf biex tintebaħ il-messaġġi mingħand min kienu qed jaslulu.", "Kemm seta' kien hemm persuni li raw il-kliem tal-proklama fil-ħin li din tfasslet u spiċċat f'idejn Yorgen Fenech?", "Qed nippreżumi li ma kienux il-President ta' Malta jew l-Avukat Ġenerali li għaddew kopja tal-proklama lil Yorgen Fenech.", "U l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jidher li kien aktar moħħu f'Melvin Theuma milli f'Yorgen Fenech.", "Silvio Valletta kien inqala' barra mix-xena.", "L-ispetturi tal-pulizija wrew bil-provi li jinsabu determinati li jaraw lil Yorgen Fenech fil-ħabs u għaldaqstant ma kienux ser igħinuh huma u jħejju ruħħom biex jarrestawh.", "Ma kienitx biss il-kopja tal-proklama l-unika informazzjoni sensittiva li ma messhiex kienet fil-pussess ta' persuna suspettata bi qtil.", "Fil- mobile ta' Yorgen Fenech, il-Pulizija sabet ir-ritratti ta' dawk li jinsabu mixlija bil-qtil u ta' kriminali oħrajn b'deskrizzjoni dwar il-ħiliet kriminali speċjali li dawn għandhom.", "Din l-informazzjoni xi ħadd għaddieha lil Yorgen Fenech.", "U Joseph Muscat u Keith Schembri – għalkemm f'termini strettament kriminali huma preżunti bħala persuni innoċenti sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju – politikament għandhom ma' wiċċhom provi li li jorbtuhom f'rabta inaċċettabbli ma' Yorgen Fenech.", "Dawn it-tnejn għadhom sal-lum meqjusin bħala eroj mill-Partit Laburista.", "Robert Abela u l-partit tiegħu baqgħu sal-lum jirrifjutaw li jiddisassoċjaw minn ma' Joseph Muscat.", "Ta' sikwit igħidulna li l-pajjiż jeħtieġ li jaqleb il-paġna dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Iżda għadhom jirrifjutaw li jaqraw il-paġna li jriduna naqilbu.", "Previous: Silvio Schembri u l-livelli għoljin ta' mġieba fil-ħajja pubblika ma joqgħodux flimkien .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Nittama li jibqa' b'xiber imnieħer .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/nittama-li-jibqa-bxiber-imnieher/", "date": "Mon, 1st Feb '21, 08:55", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-bieraħ Robert Abela sfida lill-oppożizzjoni biex tappoġġjah dwar diversi kwistjonijiet importanti ta' politika.", "Ta' qablu kellu oppożizzjoni mansa u għaldaqstant qed jistenna' li l-oppożizzjoni, issa b'mexxej differenti, tgħaddi mill-istess triq.", "Nittama li l-oppożizzjoni m'hix ser tiżfen għad-daqqa tiegħu.", "Il-PN għamel sew meta ddeċieda li ma jappoġġjax in-nomina mill-ġdid ta' John Mamo bħala chairman tal-MFSA.", "M'għandniex nissottovalutaw is-sinjifikat ta' deċiżjoni bħal din.", "Sa minn kmieni fis-snin disgħin, iż-żewġ partiti ppruvaw li jikkoperaw fejn tidħol il-politika dwar is-servizzi finanzjarji.", "Il-liġijiet li ddaħħlu u li jirregolaw dan il-qasam kienu neqsin mill-kontroversji u l-ħatriet għoljin saru bi ftehim bejn iż-żewġ naħat.", "Iżda f'dawn l-aħħar 8 snin rajna x'jista' jwettaq gvern korrott biex dan il-ftehim jimsħu mal-art.", "L-oppożizzjoni kienet baqgħet lura milli toħroġ qatta' bla ħabel kontra mġieba llegali u dan il-fatt ġie sfruttat mill-gvern.", "Il-messaġġ li għadda John Mamo fis-sens li ma kellu \"ebda ndiema\" ma ntlaqgħax tajjeb u bgħat sinjal ikraħ.", "L-MFSA ppermettiet li tingħata daqqa wara l-oħra lir-reputazzjoni tajba ta' Malta fil-qasam tas-servizzi finanzjarji biex issa l-ħsara li saret qed iddgħajjef il-prospetti ta' pajjiżna f'dan il-qasam.", "Iżda l-qofol tad-diżastru kien meta l-MFSA ħatret lil Joseph Cuschieri bħala kap eżekuttiv.", "Saħansitra anki dwar is-safra li dan kien għamel f'Las Vegas ma' Yorgen Fenech, John Mamo ħass li ma kellux għalxiex jesprimi ndiema.", "U issa Robert Abela qed jippretendi li l-oppożizzjoni għandha tappoġġjah fejn tidħol l-iskema mġedda dwar il-bejgħ tal-passporti.", "Qed jippretendi wisq għaliex il-PN kien kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza meta kien fil-gvern qabel l-2013, kemm meta Simon Busuttil kien kap tal-oppożizzjoni u anki wara li leħaq Adrian Delia.", "Il-prim ministru qed jippretendi li l-PN għandu jagħmel kutrumbajsa politika u li jappoġġja l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija lil persuni li m'għandhom ebda rabta ma' pajjiżna biex jużawha għall-iskopijiet ta' moħħhom.", "Bosta drabi dawn l-iskopijiet ikunu ta' natura kriminali jew illeċta.", "U bosta drabi wkoll jispiċċa mċappas l-isem tajjeb ta' Malta u tal-Maltin f'għajnejn id-dinja.", "Robert Abela jiġi jitmejjel.", "U jippretendi li l-PN għandu jiġi jaqa' u jqum ukoll.", "Robert Abela jippretendi l-appoġġ ukoll fejn għandha x'taqsam l-immigrazzjoni.", "Qal li jrid \"l-ispirtu tal-għaqda\" meta ma wiċċna jkollna l-uċuħ ta' tfal, nisa u rġiel mejtin bil-ġuħ u bil-għatx li jkunu qed ifittxu l-kenn mill-miżerja, t-tortura, l-iskjavitù u x'aktarx il-mewt huma u jaqsmu l-baħar fuq qxur tal-baħar żgħar li jkunu ħallsu għalihom bil-ġid kollu tagħhom.", "Robert Abela jrid ukoll l-appoġġ tal-oppożizzjoni kull meta jordna lil tal-armata jibqgħu lura milli jagħtu l-għajnuna meta d-dgħajjes tal-migranti jibdew jagħmlu l-ilma jew kull meta jsakkarhom f'dgħajjes f'nofs ta' baħar u jċaħħadhom mid-drittijiet bażiċi tagħhom.", "Lill-oppożizzjoni jridha tappoġġjah kull meta lil tal-armata tal-Libja jitlobhom jidħlu fl-ibħra territorjali Maltin biex ikaxkru magħhom lura lejn il-kundizzjonijiet inumani u l-iskjavitù li hemm fil-kampijiet ta' pajjiżhom.", "Nittama li Robert Abela jibqa' b'xiber imnieħer.", "Previous: Għadhom jirrifjutaw li jaqraw il-paġna li jriduna naqilbu .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: X'inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni ta' żewġ maġistrati li jirrikużaw ruħħom milli jisimgħu l-kawża li saret kontra l-avukatini qaddejja ta' Yorgen Fenech? .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/xinhi-r-raguni-wara-d-decizjoni-ta-zewg-magistrati-li-jirrikuzaw-ruhhom-milli-jisimghu-l-kawza-li-saret-kontra-l-avukatini-qaddejja-ta-yorgen-fenech/", "date": "Thu, 4th Feb '21, 09:41", "category": "blog, politics, government", "text": ["Tan- Newsbook xandru storja li tgħid li l-Prim Imħallef għandu jagħżel maġistrat hu biex jisma' l-kawża li bdiet il-Pulizija kontra l-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca talli dawn allegatament ippruvaw ixaħħmu lil Ivan Martin tat- Times of Malta .", "Dan ma jistax ħlief ifisser li żewġ maġistrati diġà rrikużaw ruħħom mid-dmir li jisimgħu il-kawża.", "Nikkonċedi li maġistrat jista' jħoss ċerta skumdità meta jkun ser jisma' l-kawża li fiha jkun involut bħala akkużat avukat li jaħdem fil-qorti.", "Il-kwistjoni hi waħda kumplessa għaliex inzerta li dawn iż-żewġ avukati għandhom ħbieb li għandhom ċerta setgħa.", "U t-tnejn huma avukati difensuri ta' Yorgen Fenech.", "Bniedem li hu meqjus innoċenti sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, li qed jiċħad li huwa ħati tal-akkużi li għandu ma' wiċċu u li għadu ma nstabx ħati li wettaq xi delitt.", "Madankollu, sforz il-kredenzjali li għandu, ma tistax tlum lil min jittimbrah bħala kap tal-mafja.", "U d-delitt li dawn l-avukati jinsabu mixlija bih huwa delitt li allegatament wettqu fil-kapaċità tagħhom ta' aġenti tal-istess kap tal-mafja.", "U mhux bħala l-avukati tiegħu.", "Yorgen Fenech għandu kull dritt li jkollu avukati li jidhru għalih fil-qorti.", "Il-każ kontra l-avukati m'għandu xejn x'jaqsam max-xogħol legali tagħhom.", "Iżda maġistrat m'huwiex ġustifikat li jirrikuża ruħu għax iħoss skumdità professjonali jew minħabba l-konnessjonijiet politiċi tal-avukati jew minħabba biża' mill-mafja.", "Il-maġistrati huma mħallsin biex jisimgħu l-kawżi li jinġiebu quddiemhom mingħajr biża' jew favur.", "Ir-raġunijiet għar-rikuża huma elenkati b'mod ċar fil-liġi.", "Maġistrat ikollu d-dritt li jirrikuża ruħu milli jisma' kawża jekk l-akkużat ikun jiġi minnu mill-qrib, jekk kien sħab f'xi negozju mal-akkużat, jekk l-akkużat xi darba kien klijent tiegħu, jekk kien diġà sema' l-kawża, jekk kien xhud fil-kawża, jekk martu jew żewġha kellhom xi interess fil-kawża, jekk l-avukat ikun jiġi minnu u jekk kien qed jisma' kawża oħra li fiha jinsab imdaħħal l-akkużat.", "Għal liema minn dawn ir-raġunijiet żewġ maġistrati rrinunjaw milli jisimgħu l-kawża li l-Pulizija fetħet kontra Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca?", "Ninsab kważi ċert li teżisti xi proċedura miktuba f'xi liġi li tagħti d-dritt lill-ġudikatura li ma tweġibx għal din il-mistoqsija u li żżomm fommha sieket.", "Għaliex, tafu intom, il-ġustizzja għandha tkun trasparenti.", "Anki fil-konfront ta' Mafjużi li jiċħdu kull akkuża.", "U saħansitra fil-konfront tal-avukatini qaddejja tagħhom."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/pierre/", "date": "Thu, 4th Feb '21, 15:13", "category": "blog, politics, government", "text": ["Pierre Portelli u jien konna kollegi fl-Università.", "Huwa xi ftit akbar minni fl-età.", "Kien issieħeb fil-programm dwar il-komunikazzjoni meta kien diġà student matur.", "It-tnejn li aħna konna niddilettaw bil-films tal-biża' u konna wkoll insegwu l-politika.", "Dan kien fl-1994, perijodu li uliedi jimmaġinaw li kien żmien li ilu li għadda ġmielu.", "Kien hu li ntroduċieni fil-Partit Nazzjonalista u kien bis-saħħa tiegħu li ktibt l-ewwel sensiela ta' kitbiet f'In-Nazzjon, gazzetta li kienet ftit aktar irrilevanti milli hi llum.", "Jiena kont ħajjartu biex nieħdu sehem f'kompetizzjoni finta tal-Parlament Ewropew u niftakar li konna rbaħna premju li kkonsista fi vjaġġ għall-Belġju u għal Franza.", "Wara s-sentejn li għamilna flimkien fl-istess kors, qbadna triq għal rasna iżda ż-żmien li għamilna flimkien ma nista' ninsieħ qatt.", "Din hi r-raġuni l-għala nħossni rrabjat għalih aktar milli kont inkun irrabjat li kieku dak li qed jinkixef dwar ir-rabtiet li kellu ma' Yorgen Fenech kienu jinvolvu lil ħaddieħor.", "Mhux qed nikkritika l-ħbiberija li Pierre kellu ma' Yorgen Fenech.", "Qed nikkritika l-fatt li huwa kien ingħata s-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet u li jfassal il-politika tal-PN, li jmexxi l-mezzi tax-xandir tal-partit u jfassal il-linja editorjali, li jiddeċiedi dwar dak li kellu jidħol għat-tmexxija tal-partit u jattwa d-deċiżjonijiet tiegħu u jeżerċita s-setgħa f'wieħed miż-żewġ partiti l-kbar li hawn fil-pajjiż.", "U, hu u jagħmel dan kollu, jissokta bir-rabtiet ma' Yorgen Fenech.", "Seta' kien min kien.", "Iżda Pierre Portelli żamm ir-rabtiet tiegħu ma' Yorgen Fenech fi żmien meta dan il-bniedem sinjurun kien inkixef bħala s-sid tal-kumpannija 17 Black .", "Jiġifieri kien inkixef bħala l-bniedem li kien ixaħħam.", "Żmien li matulu Daphne Caruana Galizia kienet skopriet il-kumpanniji sigrieti ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi fil-Panama.", "U Daphne, li kixfet it-tixħim u l-ħmieġ kollu, spiċċat biex ġiet assassinata permezz ta' karrozza-bomba.", "Niftakar li kont irrabjajt bil-kbir dakinhar li Pierre Portelli – dak iż-żmien fost dawk tal-quċċata tat-tmexxija tal-PN – kien xehed f'kawża li jien kont għamilt kontra l-PN wara li tan-Net TV gidbu dwar il-mod li jien kont irrappurtajt ir-rabtiet ta' Adrian Delia mal-ewwel kumpannija li ġiet liċenzjata biex tinnegozja l-ħaxixa mediċinali.", "Dik il-kawża kont irbaħtha u l-PN kellu jħallas id-danni ordnati mill-qorti.", "Iżda l-imġieba ta' Pierre Portelli hu u jixhed fil-qorti kienet agħar mill-gideb tan-Net TV u mill-fatt li hu kien irrifjuta li jagħtini l-opportunità li nwieġeb għal dak li kien ġie allegat dwari.", "Ix-xhieda tiegħu kienet mimlija rrilevanzi, nofs veritajiet u gideb: ried bħallikieku jagħmel vendikazzjoni.", "Kien jaf li din ix-xhieda kienet ser toħloq ferment fost il-partitarji ta' Adrian Delia.", "Fil- Facebook għadni sal-lum niġi mgħajjar bl-\"Arriva\", biż- \"Zimbabwe\" u li jien merċenarju b'regħba għall-flus.", "Dan it-tgħajjir kien beda' wara li fil-qorti Pierre Portelli xehed li ma setgħax \"jemminni\".", "Huwa kien xehed li jien kont tlift kull kredibilità meta, fi stadju bikri tal-kampanja ta' Adrian Delia biex isir Kap, kont aċċettajt li nikteb xi artiklu li kellhom jidhru f'ismu bħala parti mill-kampanja.", "Għalhekk qal li jien kont merċenarju.", "Iżda Pierre Portelli għajjarni li jien bniedem rgħib għaliex, hekk kif intemmet il-kampanja, ma ridtx nibqa' niktiblu l-artikli b'xejn.", "Il-ħelwa hi li, waqt li kien qed igħajjarni li jien bniedem rgħib, skont kif xehed Keith Scembri huwa kien qed jirċievi flejjes mingħand Yorgen Fenech.", "X'wiċċ kellu li jgħajjarni merċenarju?", "M'għandniex xi ngħidu, nħossni kemmxejn patetiku ngerger dwar l-ipokresija ta' Pierre Portelli.", "Naf li m'jinix waħdi.", "Min jaf kemm il-darba lill-kritiċi ta' Adrian Delia xliehom b'konġuri kontra l-mexxej tagħhom meta fil-fatt il-konġuri kien qed jagħmilhom hu kontra l-Grupp Parlamentari tal-partit tiegħu kif jidher ċar mill-messaġġi fil- mobile ta' Yorgen Fenech.", "Min jaf kemm il-darba xela' lill-membri tal-Grupp Parlamantari u tal-Eżekuttiv tal-PN li kienu qed igħaddu informazzjoni lill-istampa meta issa jidher li kien inqeda' b'Yorgen Fenech biex setgħu xxandru stejjer ta' kritika kontra membri parlamentari tal-PN fl-istampa li tappoġġja lill-gvern.", "Konna ilna li sirna nafu li Pierre Portelli kien qed jinqeda' bil-mezzi tax-xandir tal-PN biex jiskredita lill-għedewwa ta' Adrian Delia.", "Fil-fatt, darba minnhom il-gazzetta tal-PN xliet lil attivisti tal- Occupy Justice li kienu qed jikkoperaw ma' Joseph Muscat biex jiġi ntrodott l-abort.", "Naf li dan m'hu xejn ħlief ġenn.", "Iżda dawn il-gideb u suspetti dwar konġuri għadhom sal-lum jagħmlu l-ħsara.", "Lil Pierre Portelli llum m'għandniex narawh b'nemes iżda jidher li s-suċċessuri tiegħu adottaw il-metodi distruttivi tiegħu.", "Din il-ħsara diffiċli li tissewwa'.", "Pierre Portelli jgħid li issa qed igħix bi kwietu u li mhux ser jerġa' jintefa' għall-ħajja politika jekk mhux biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu fil-qorti.", "Darba waħda, għall-ħabta tal-2014, kelli konversazzjoni simili miegħu.", "Dak iż-żmien kien qed imexxi l- Malta Independent u għal sena sħiħa jien kont dħalt f'qoxorti wara li l-gvern li kont parti minnu kien tilef l-elezzjoni.", "Il-gvern il-ġdid kien qed jagħmel il-qassatat bil-ftehim li sar mal-kuntrattur il-ġdid tat-tmexxija tal-karrozzi tal-linja u Pierre Portelli kien talab il-kummenti tiegħi.", "Jiena weġibtu billi għidtlu li ma kienx bi ħsiebni nikkummenta għaliex żmieni mal-gvern kien għadda u li issa għandna nħallu f'idejn min kien qed imexxi.", "Bil-għan li jipprova jipperswadini, Pierre Portelli qalli li kien \"wasal iż-żmien tat-tpattija\".", "Iżda jien kont żammejt iebes: kont qed ngħix fil-kwiet u kien l-elettorat li għażilli din il-ħajja ta' serenità.", "Iżda issa s-sitwazzjoni inbidlet.", "Pierre Portelli m'huwiex iżomm fommu sieket għaliex irid iżomm ruħu l-bogħod mis-setgħa li kellu fl-imgħoddi.", "Sadd ħalqu għaliex qed jinkixef ta' dak li fil-fatt hu.", "Lil Karol Aquilina, lil David Thake, lil Jason Azzopardi u lil oħrajn kien xliehom bi żlealta meta l-fatti juru li kien proprju hu l-ħati ta' żlealtà.", "Il-lealtà kienet lejn dawk li kienu qed jimlewlu bwietu.", "Lejn dawk li hu għamilha tal-qaddej tagħhom.", "Bejn id-Dar Ċentrali u Portomaso kien allegatament ġej u sejjer mgħobbi bi flus kontanti lejn direzzjoni waħda u bi pjaċiri politiċi lejn direzzjoni oħra.", "Dan kien il-post li fih kien ġie miftiehem il-kuntratt tal-Electrogas.", "U fejn kienu nħmew 17 Black-Hearnville/Tillgate.", "Il-ħajja saret qisha film tal-biża'.", "Previous: X'inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni ta' żewġ maġistrati li jirrikużaw ruħħom milli jisimgħu l-kawża li saret kontra l-avukatini qaddejja ta' Yorgen Fenech? .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Taret mar-riħ il-wiegħda ta' Adrian Delia ta' 500,000 ewro għall-karità .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/taret-mar-rih-il-wieghda-ta-adrian-delia-ta-500000-ewro-ghall-karita/", "date": "Sat, 6th Feb '21, 16:42", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ftit kienu dawk li skantaw.", "U jekk irid ikun onest miegħu nnifsu, lanqas Adrian Delia m'għandu jiskanta li ċ-ċekk oħxon tiegħu ta' 500,000 ewro għad-Dar tal-Provvidenza ma setax jissarraf.", "Il-kelma teknika hi \"ċekk mhux onorat\" u dan l-aġġettiv huwa wieħed li jixraq tassew.", "Nażżarda ngħid li l-mexxejja, l-voluntiera u dawk li qed jibbenefikaw mix-xogħol tad-Dar tal-Provvidenza kienu jħossu ċertu diżappunt li kieku jien ħsibt li kellhom xi tama li xi darba jaraw dawn il-flus.", "Ir-realtà hi li kieku Adrian Delia deher għall-maratona b'ċekk ta' 500 ewro f'idejh, ċertament kienu jidħlu d-dubji fl-imħuħ.", "Li kieku f'idejh kellu ċekk ta' 5,000 ewro, in-nies kienu jkunu xettiċi.", "U li kieku tfaċċa b'ċekk f'idejh ta' 50,000 ewro, in-nies kienu jkunu arċi-xettiċi.", "Iżda l-bniedem li jixtieqna nesprimu d-diżappunt tagħna għall-fatt li mhux ser itellaq biex isir prim ministru ta' pajjiżna fi ftit xhur oħra, kiser rekord nazzjonali u l-akbar ammont imwiegħed bħala donazzjoni fl-istorja Maltija rriżulta li kien finta mill-kbar.", "Nittama li dawk li għadhom jappoġġjawh f'dak li kien il-PN issa jinsabu kuntenti b'din il-ħsara li dan l-hekk imsejjaħ politiku reġa' għamel lill-partit tiegħu.", "Kont nippretendi li l-PN reġa' beda' t-triq twila li twasslu biex jerġa' jkun partit kredibbli.", "Bernard Grech qed igħid li l-partit tiegħu huwa lest biex jieħu l-gvern f'idejh.", "B'Adrian Delia fi ħdanu?", "Jien l-ewwel wieħed ma nista' qatt nafda partit li jkollu lil Adrian Delia fi ħdanu.", "Staqsu ftit lil Adrian Delia fejn marru l-flus tal-PN.", "L-istorja kollha hi din li ġejja.", "Wara l-kampanja elettorali tal-2013 li ħalliet lill-PN finanzjarjament minn taħt, il-Partit iddeċieda li jirristruttura l-finanzi tiegħu u kellu jittermina l-impjieg ta' wħud mill-aħjar nies li kellu biex seta' jkampa.", "Iżda kemm qabel, matul u wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017, l-Partit kien qed iħallas lill-impjegati tiegħu mill-flus li kien qed jirnexxielu jiġbor mingħand in-nies.", "Iżda meta tfaċċa fix-xena Adrian Delia, l-biċċa l-kbira tad-donazzjonijiet nixfu.", "Tiftakruh iwerżaq kontra dawk li sejjaħ bħala l-\"kbarat\" li, skont hu, kienu ħatfu lill-partit u li ried jerġa' jagħti l-partit lin-Nazzjonalisti?", "Hekk kif Adrian Delia ħa r-riedni tal-PN f'idejh, kienu eluf il-partitarji, li kienu jagħmlu donazzjoni kull xahar, li baqgħux jagħrfu lill-partit bħala wieħed li seta' jkompli jirrappreżentahom.", "U d-donazzjonijiet nixfu u l-udjenzi li kellu n-Net TV qabdu t-triq tan-niżla hekk kif il-linja editorjali saret waħda medjokri li tixbaħ ferm dik tal-One TV.", "Bir-riżultat li d-dħul mir-riklami nixef ukoll.", "Għand min taħsbu li mar jittallab il-flus Adrian Delia?", "Lovin Malta qed tikkwota għejjun li qed isostnu li Pierre Portelli kien jitlob il-flus mingħand Yorgen Fenech.", "Dawn l-għejjun qed jikkonfermaw dak li diġà xehed dwaru Keith Schembri.", "Yorgen Fenech: il-bniedem li nkixef bħala s-sid tas-17 Black.", "Filwaqt li Jason Azzopardi, Karol Aquilina, David Casa u oħrajn kienu qed joħorġu għonqhom u jikkundannaw ir-rabtiet li kien hemm bejn Yorgen Fenech u l-politiċi Laburisti li kien qed ixaħħam, Adrian Delia ħareġ b'din l-idea brillanti.", "Min seta' kien aqwa minn Yorgen Fenech biex mingħandu jinġabru l-flus?", "U jeħtieġ li ma noqgħodux induru mal-lewża.", "Pierre Portelli u Adrian Delia kienu ħaġa waħda.", "Qaqoċċa.", "Iżda l-bużillis tafu x'inhu?", "Il-PN qatt ma ra sitt ħabbiet mill-flus li kien għadda Yorgen Fenech.", "Il-flus li ntalbu mingħand Yorgen Fenech u kull ma seta' ħallas Yorgen Fenech qatt ma kienu waslu għand il-PN.", "Dan m'huwiex biss korruzzjoni, ħmieġ u tradiment ta' dak kollu li jemmen fih il-PN.", "Huwa wkoll frodi u serq; il-flus sparixxew qabel waslu fid-destinazzjoni tagħhom.", "Meta Adrian Delia deher fuq it-televiżjoni jperreċ ċekk ta' 500,000 ewro, ma ġiet f'moħħ ħadd l-idea li jibdew jinxtagħlu x-xemgħat quddiem ix-xbieha tiegħu.", "Ħadd ma tbikkem għall-fatt li l-pajjiż kien tilef iċ-ċans li jitmexxa' minn dan il-buffu.", "Fil-fatt bosta kienu dawk li xammew li l-wiegħda ta' 500,000 ewro ma kienet xejn ħlief ħadma li nibtet minn taħlita tossika tal-kilba vvizzjata tiegħu biex ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, tad-disperazzjoni u taċ-ċaħda totali tar-realtà.", "Tmorrux tiġru bl-idea li, sforz il-mistħija, Adrian Delia ser imur jinħeba x'imkien.", "Fl-imgħoddi kellu okkażjonijiet bir-rimi għalxiex imur jinħeba.", "Issa stennew li ser jiftaħ attakk fuq il-mexxejja tad-Dar tal-Provvidenza nnifisha u ser iwaħħal fihom talli l-wiegħda li kien għamel saret suf.", "Hu qatt m'għandu tort.", "Meta kien Kap tal-Partit u s-sondaġġi kemm dwar il-popolarità personali tiegħu u dak tal-partit bdew jilħqu l-qiegħ, kien waħħal f'kulħadd ħlief fih innifsu.", "Dak iż-żmien, it-tort kien ta' Jason Azzopardi; kien tort ta' Karol Aquilina u ta' David Casa; u tort tad-\"tradituri\" l-oħrajn.", "U, m'għandniex xi ngħidu, kien ukoll tort ta' Simon Busuttil.", "L-istess bniedem li jmexxi l-konġuri f'isem l- establishment , li Adrian Delia kien wiegħed li jsalvana lkoll minnu.", "Kien tort anki tiegħi għaliex, skont it- trolls tiegħu li jħarbxu fil- Facebook , il-PN wasal fl-istat li jinsab fih għaliex kont għamilt żmien naħdem fi ħdan il-gvern ta' Lawrence Gonzi.", "Lil Adrian Delia nagħtih parir biex jisparixxi mix-xena pubblika.", "U lil tal-PN nagħtihom parir biex iqabbżuh 'il barra mill-partit u biex irabbu l-kuraġġ u jammettu fil-beraħ li għal tliet snin sħaħ tmexxa' minn bniedem li kellu l-ispag tiegħu jinġibdu minn Joseph Muscat.", "Jiddispjaċini ferm għal dawk il-persuni ġenwini u bieżlin kollha li jaħdmu b'riżq id-Dar tal-Provvidenza.", "Dawn ma kienx jistħoqqilhom li jgħaddu minn dan l-inkwiet u minn din il-mistħija kollha.", "B'xorti ħażina, s'hawn kellna naslu f'dan pajjiżna.", "Dawn huma l-mexxejja tagħna li, għal uħud, huma l-eroj ta' żmienna.", "Oħrajn għadhom mingħalihom li Adrian Delia hu xi Messija li n-nies fehmuh ħażin.", "Dawn huma l-politiċi ta' żmienna: persuni li m'għandhom ebda sens ta' rażan u ta' proporzjon li m'għandhomx biżżejjed sens komun biex jintebħu li, jekk jaqa' mis-sema xi ħadd b'ċekk f'idejh ta' 500,000 ewro, għandhom minnufih jibgħatuh imur jiddobba qara' mingħajr ebda tlaqliq."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/tghid-tas-servizzi-tas-sigurta-kienu-qalulu-biex-jaghmilha-ta-sensar-ukoll/", "date": "Mon, 8th Feb '21, 07:58", "category": "blog, politics, government", "text": ["L-istorja li xandret il-bieraħ is- Sunday Times of Malta fis-sens li f'Marzu 2019 Joseph Muscat kien qed jagħmilha ta' sensar fin-negozju internazzjonali ta' Yorgen Fenech uriet li dan il-fatt mhux biss huwa wieħed li jdardar l-istonku.", "Dan il-fatt huwa wkoll wieħed li għandu jxejjen kull dubju li għadu jidwi fl-imħuħ tal-partitarji tiegħu li jippreferu jibqgħu jemmnu li Joseph Muscat kien aċċetta l-fliexken tal-inbid fin Petrus mingħand Yorgen Fenech meta kien diġà jaf li kien suspettat bi qtil, għaliex tas-servizzi tas-sigurtà kienu tawħ parir biex iġib ruħu b'\"mod normali\".", "F'Novembru 2019, lill-ġurnalisti dan il-giddieb prim kien qalilhom li kien ilu ma jiltaqa' ma' Yorgen Fenech għal sena sħiħa.", "Iżda l-bieraħ is- Sunday Times of Malta rrappurtat li Joseph Muscat qalilha li meta, f'Marzu 2019, kien għamilha ta' sensar għal Yorgen Fenech ma' negozjant barrani kbir, kien ġab ruħu b'mod \"normali\".", "Liema xahar ninsabu fih? https://t.co/ksev0EMcQU pic.twitter.com/ZVaaPu49lU — BugM (@bugdavem) 12 ta' Novembru 2020 Yorgen Fenech kien irregala l-inbid Petrus lil Joseph Muscat waqt li madwar sentejn ilu fi Frar 2019 kien qed jattendi bħala misteden esklussiv għal dak il-famuż festin.", "Meta nkixef il-fatt li Yorgen Fenech kien fost il-mistednin esklussivi għall-festin fil-Girgenti, Joseph Muscat ipprova jiġġustifika l-imġieba tiegħu u stqarr li tas-servizzi tas-sigurtà kienu qalulu biex iġib ruħu b'mod li ma jinħolqux suspetti f'moħħ Yorgen Fenech.", "Dan għaliex tas-servizzi sigrieti kienu ilhom jafu għal sena sħiħa dwar l-involviment ta' Melvyn Theuma u dwar ir-rabtiet li dan kellu mal-aħwa Degiorgio, ma' Vince Muscat u ma' Yorgen Fenech.", "Festin organizzat fir-residenza uffiċjali tas-sajf tal-prim ministru għal numru esklussiv ta' mistednin ma jammontax għal xi privileġġ awtomatiku, iżda lil Joseph Muscat ipperswadewh biex ma jħassarx l-istedina biex b'hekk Yorgen Fenech ma jaħsibx ħażin.", "Li kieku Joseph Muscat għażel li ma jaċċettax il-fliexken ta' nbid fin, Yorgen Fenech kien jaħseb ħażin u allura, kontra qalbu, kellu jaċċettahom.", "Iżda meta, matul l-istess perijodu, lil Joseph Muscat investitur internazzjonali staqsieh dwar il-proġett tal- Electrogas , Yorgen Fenech b'ebda mod ma seta' jsir jaf dwar it-talba li kienet saret li kieku l-prim ministru baqa' m'għamel xejn dwar dak li l-investitur xtaq jitkixxef dwaru.", "U ċertament Yorgen Fenech ma kien ixomm xejn għax ma seta' qatt jissuspetta dwar imġieba li ma jkunx għadu sema' biha.", "Madankollu Joseph Muscat iddeċieda li jagħmilha ta' sensar għal bniedem li hu kien jaf li l-Pulizija kienet qed tissuspetta fih dwar qtil u dwar dak li Joseph Muscat stess kien fisser bħala \"oltraġġ lid-demokrazija\".", "Għala?", "Għaliex Joseph Muscat kien konvintissimu li Yorgen Fenech kien ser igħaddiha lixxa.", "Kif forsi sal-lum għadu konvint ukoll.", "Previous: Taret mar-riħ il-wiegħda ta' Adrian Delia ta' 500,000 ewro għall-karità .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: L-unika kwalifika?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/l-unika-kwalifika-li-hu-laburist/", "date": "Tue, 9th Feb '21, 07:56", "category": "blog, politics, government", "text": ["Finance Malta hi entità li tiġbor fi ħdanha l-interessi kummerċjali tal-industrija tas-servizzi finanzjarji kif ukoll lill-gvern sabiex dawn flimkien jirreklamaw lil Malta bħala ċentru finanzjarju.", "Din ikun jeħtieġ li tikkonvinċi lid-dinja li Malta m'hix il-Panama għalkemm, sforz ir-reputazzjoni fqira li għandna f'għajnejn id-dinja, hemm min jemmen bil-maqlub.", "Il-gvern għandu d-dritt li jaħtar nofs il-membri tal-bord ta' Finance Malta .", "Carlos Zarb ġie magħżul biex iservi bħala wieħed mid-diretturi.", "Tafu x'inhuma l-kwalifiki li għandu?", "Għandu kwalifika waħda.", "Carlos Zarb huwa teenager u twieled biss 19 il-sena ilu.", "Weħel fl-eżamijiet tal-'O' Levels u naqas li jikkwalifika biex jidħol fil- Junior College .", "Issa qed jittama li jgħaddi mill-eżamijiet u jibda' kors fl-Università s-sena d-dieħla.", "Il-profil tiegħu jsemmi l-fatt li huwa attivist fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista.", "U daqshekk.", "Carlos Zarb ifakkarni f'episodju tas-sensiela Blackadde r li fiha Pitt the Younger iħajjar lil ħuħ iż-żgħir biex jikkontesta għal siġġu fil-Parlament.", "B'arja ta' disprament fuqu, Blackadder jistaqsi \"x'baqa' jonqos?\".", "Issa jien m'għandix dubju li Carlos Zarb huwa bniedem taz-zokkor.", "Iżda possibbli li m'hawn proprju ħadd fil-pajjiż li xogħolu huwa li jfassal il-politika tal-gvern u li jista' jagħti kontribut siewi lil entità li qed tirreklama lil Malta mad-dinja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji?", "Iżda r-realtà kerha hi li, meta jiġu biex jagħżlu, tistgħu tibqgħu ċerti li tal-Labour dejjem ser jagħmlu l-għażliet tagħhom favur il-Laburist l-ewwel u qabel kollox.", "Dan ifisser li biex kandidat jikkwalifika għal ħatra, biżżejjed li jkun Laburist.", "Tgħiduli xejn!", "Previous: Tgħid tas-servizzi tas-sigurtà kienu qalulu biex jagħmilha ta' sensar ukoll? .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Il-bhejjem li hawn jiġru mas-saqajn .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/il-bhejjem-li-hawn-jigru-mas-saqajn/", "date": "Thu, 11th Feb '21, 09:35", "category": "blog, politics, government", "text": ["Dan li ser taqraw ser idardrilkom l-istonku.", "Iżda m'hu xejn ħlief riflessjoni tal-mera li s-soċjetà tagħna għandha ma' wiċċha kif ukoll prova tal-falliment tas-sistema edukattiva tagħna.", "Hi kitba li tfakkarna wkoll li, minkejja l-appelli kollha favur l-għaqda nazzjonali, l-ewwel priorità tagħna bħala bnedmin hi dik li nerfgħu r-responsabbiltajiet tagħna bħala individwi.", "Hawn għandna lil ċertu Steve Cauchi li qed isejjaħ biex deputat parlamentari jingħata t-torturi u l-forka.", "Ma' dan is-salvaġġ, jien ma rrid li jkolli xejn x'naqsam, aħseb u ara kemm inħoss li għandi nqisu bħala ċittadin ta' pajjiżi.", "Previous: L-unika kwalifika?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/il-partit-nazzjonalista-wkoll-ghandu-ghalxiex-iwiegeb/", "date": "Thu, 11th Feb '21, 10:59", "category": "blog, politics, government", "text": ["Uħud minna qatt ma kellna l-iċken dubju, iżda l-istejjer li qed ixxandar il- Lovin Malta jikkonfermaw is-suspetti li ilhom jidwu li Pierre Portelli, li kien uffiċjal mill-aktar għoli fil-PN, kien ikkonfoffa ma' Yorgen Fenech biex jixxandru stejjer fil-mezzi tax-xandir li jappoġġjaw lill-Partit Laburista.", "Pierre Portelli jidher li kien talab lil Yorgen Fenech – li sa dak iż-żmien kien diġa magħruf bħala s-sid ta' 17 Black u li allura kien qed ixaħħam lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi – biex igħinu jinqeda' bil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista u tal- General Workers' Union biex jixxandru stejjer kontra tal-# occupyjustice, kontra l-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN u kontra membri tal-grupp parlamentari Nazzjonalista bħal Karol Aquilina, Chris Said, Jason Azzopardi u David Casa.", "X'aktarx li fi ħdan il-PN hemm min irid li din l-istorja tinxteħet taħt it-tapit.", "Pierre Portelli m'għadux impjegat tal-PN.", "F'Marzu li ġej jiskadi t-terminu tiegħu bħala membru tal-eżekuttiv tal-partit u t-tmexxija tal-partit jista' jkun li qed tittama li ma jerġax jikkontesta għal post fl-eżekuttiv minħabba biża' li din id-darba jibqa' l-art.", "Iżda l-kwistjoni m'hix dwar Pierre Portelli.", "L-imġieba li qed jiġi mixli dwarha, li hi manifestament kontra l-interessi tal-partit li kellu taħt il-kontroll tiegħu, kienet waħda li seħħet f'isem il-PN.", "Din l-imġieba kien responsabbli għaliha l-PN.", "Din is-sitwazzjoni ma tinbidilx meta mpjegat iħalli l-impjieg jew anki meta l-kap tal-partit jinbidel.", "M'hemmx dubju li hemm ukoll ir-responsabbiltà personali.", "Pierre Portelli kien fid-dmir li jħares l-interessi tal-partit li kien qed jimpjegah u mhux iħares l-interessi tal-kap tal-istess partit meta l-interessi ta' dan tal-aħħar kienu jkunu kontra l-interessi tal-partit.", "Naqas ukoll meta ta priorità lill-interessi ta' Yorgen Fenech fuq dawk tal-PN, kienu minn fejn kienu ġejjin il-flus biex seta' jitħallas is-salarju tiegħu.", "Mhix skuża għal Pierre Portelli li jgħid li mexa' fuq l-istruzzjonijiet ta' Adrian Delia.", "Id-difiża tip Nuremberg ċertament m'hix aċċettabbli.", "M'għandniex xi ngħidu, difiża bħal din titfa' dell ikraħ fuq Adrian Delia, iżda din hi kwistjoni oħra.", "Il-kwistjoni ewlenija hi li l-PN kien f'konfoffa ma' Yorgen Fenech.", "Il- PN inqeda' bil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista biex jattakka lid-deputati tiegħu stess u lill-attivisti tas-soċjeta ċivili, biex ixerred gideb dwarhom u biex jimmina l-kampanja tagħhom favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia.", "L-istejjer li xxandru f'dawn il-ġranet jiċċaraw l-istampa li kellna quddiem għajnejna: dak iż-żmien, x'kienet ir-raġuni li l-PN naqas li jikkritika lil Yorgen Fenech, li jattakka l-korruzzjoni tas- 17-Black/Electrogas , li jagħmel kampanja kontra l-korruzzjoni u kontra l-impunità ta' dawk li gawdew minnha?", "Il-PN kien naqas għaliex kien imdaħħal fit-taħwid kollu.", "Jien niġi naqa' u nqum minn min fil-PN li jixtieq jixħet kollox taħt it-tapit f'ġieħ l-'għaqda' interna.", "Jekk il-PN ma jkunx lest li jiffaċċja l-passat immedjat tiegħu meta matulu kien f'konfoffa mal-forzi korrotti fil-pajjiż u jaqbad il-barri minn qrunu, anki jekk din il-konfoffa ntemmet qasir il-għomor, m'għandux jistenna' li n-nies – li toġġezzjoni għal dawn il-konfoffi li jiddiletta bihom ferm il-Partit Laburista – se tibda' tappoġġja lilu.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kiteb Desmond Zammit Marmarà fin- Newsbook.", "Huwa għamel kritika fil-konfront tal-gvern Laburista attwali talli dan baqa' ħobża u sikkina mal-interessi tan-negozju fil-pajjiż.", "Huwa wera' d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li din is-sitwazzjoni ta' familjarità żejda qed tkabbar il-possibiltà tal-korruzzjoni u tal-konfoffi u kkritika b'mod aħrax il-fatt li, fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Joseph Muscat ipprova jiddefendi lil din il-familjarità man-negozju u sfida lil Robert Abela biex jaqleb il-paġna u jaqbad triq differenti.", "Jista' jkun li għall-PN ma jista' qatt ikun hemm xi tama li Desmond Zammit Marmarà għad jivvota lilhom milli jibqa' jivvota lil tal-Labour.", "Il-kredenzjali partiġġjani ta' dan il-kummentatur politiku huma magħrufin u mhux ser jinbidlu.", "Din hi appuntu l-problema.", "Li l-PN jidhirlu li jkun qed jitlef iż-żmien jekk joqgħod jipprova jipperswadi lil minn dejjem ta l-vot tiegħu lill-Partit Laburista.", "Din hi r-raġuni vera li, għal dawn l-aħħar tliet snin, iż-żewġ partiti kienu f'tellieqa bejniethom dwar min minnhom kien ser jirnexxielu ikun stuprat l-ewwel minn Yorgen Fenech.", "Biżżejjed wieħed isemmi li meta Pierre Portelli ried li jixxandru stejjer fil-mezzi tax-xandir tal-PL kontra xi deputati tal-PN u kontra attivisti tas-soċjeta ċivili, dan ma tkellimx ma' xi ħadd minn dak il-partit.", "Iżda tkellem ma' Yorgen Fenech.", "U Yorgen Fenech irranġalu.", "Pierre Portelli kien jaf li ma kienx l-uniku wieħed imdendel ma' djul Yorgen Fenech.", "Kien jaf sewwa li tal-Orizzont u tal- One TV – jiġifieri l-Partit Laburista u l-General Workers' Union – kienu mdendlin ma' djulu wkoll.", "X'ma jaqbdekx id-daħk int u tisma' lil tal- One TV jirreferu għal Karol Aquilina, għal Jason Azzopardi, għal Occupy Justice , għal Repubblika – u lili daħħluni fil-kredu wkoll – bħala l-\" establishment \"?!", "Dawn m'humiex l- establishment .", "Yorgen Fenech – u l-mafjużi l-oħrajn li qed ikomplu jgawdu l-impunità – huma l- establishment.", "Yorgen Fenech għadu sal-lum jiġbed l-ispag.", "Ivan Martin xehed fil-qorti li l-avukatini qaddejja ta' Yorgen Fenech – jiġifieri Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran – kienu qalulu li rieduh ixandar sensiela ta' stejjer biex jiġi skreditat Melvyn Theuma.", "Jista' jsir paragun mas-sensiela ta' stejjer mmirata biex jiġu skreditati Jason Azzopardi jew tal-# occupyjustice ?", "Anki wara li nkixef bħala s-sid ta' 17 Black u wara li waqgħu fuqu suspetti li kellu x'jaqsam mal-assassinju ta' ġurnalista li ma kienitx lesta li tippermettilu jiġbed l-ispag tagħha, Yorgen Fenech xorta kellu t-triq miftuħa biex jaqdi l-interessi tiegħu permezz tan-Net TV u l-Orizzont.", "M'hemm ebda paragun bejn it-twerżieq ta' Christian Grima u ta' Simon Mercieca ma' kontroll ta' din il-kwalità.", "Jidher ċar li, dak iż-żmien, il-PN kien biss pupazz tal- establishment.", "Kien imdendel ma' djul Yorgen Fenech u ppermetta lil Yorgen Fenech jinqeda' bih biex jipprova jinfluwenza lill-opinjoni pubblika.", "Il-PN spiċċa biex ipparteċipa bis-sħiħ f'kampanja ta' intimidazzjoni bil-għan li jiġu skreditati l-attivisti favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia mmexxija minn dak li jinsab mixli li qatilha biex b'hekk il-moħħ wara l-assassinju jibqa' ma jinqabad qatt.", "Minflok serva ta' tarka għal dawk li kienu qed jirreżistu lill-mafja, il-PN għen biex jiġu skreditati dawk li kienu qed jissieltu biex isseħħ il-ġustizzja.", "L-istess kif osserva Desmond Zammit Marmarà fil-konfront tal-Partit Laburista, l-PN għadu m'għamel xejn biex jikkundanna l-passat riċenti tiegħu.", "Robert Abela għadu ma kkundannax lil Joseph Muscat.", "U Bernard Grech għadu ma kkundannax lil Adrian Delia.", "Għadu ma talabx skuża talli l-partit tiegħu kien f'konfoffa ma' Yorgen Fenech.", "Għadu ma weriex id-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-partit tiegħu ipprova jiskredita lill-attivisti tas-soċjetà ċivili.", "Bernard Grech m'huwiex biss responsabbli għall-imġieba tal-PN kemm ilu li ħa r-riedni.", "Huwa ħa t-tmexxija ta' partit li ilu li twieled u ċertament ma twilidx dakinhar li beda' jmexxieh hu.", "Huwa wiret partit li kien qed iħalli lill-mafja tinqeda' bih.", "Il-PN mhux ser isib tarf ta' din il-problema jekk jiddeċiedi li jixħet kollox taħt it-tapit.", "Għandu jammetti li żbalja u għandu jitlob skuża.", "Il-PN jeħtieġ li jsemma' leħnu minn issa.", "Inkella naslu għal konklużjoni li ma jisgħobbieh xejn mill-manuvri li wettaq Yorgen Fenech.", "Previous: Il-bhejjem li hawn jiġru mas-saqajn .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Aħna lkoll imġienen."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/ahna-lkoll-imgienen-kollu-tort-taghna/", "date": "Tue, 16th Feb '21, 08:56", "category": "blog, politics, government", "text": ["Sa fejn tkun trid tasal biex iġġiegħel lil Robert Abela jirrabja?", "Il-bieraħ fil-Parlament deher jitħaddet fit-tul ras imb'ras ma' Rosianne Cutajar.", "Ara li ma tmorrux tiġru bl-idea l-prim ministru kien b'xi mod qed jipprova jqiegħdha f'postha pubblikament biex juri lil kulħadd x'id soda għandu mal-ministri tiegħu tafux!", "Il-bieraħ ix-xena li kien hemm jista' jkun li kienet tieħu żvolta kemmxejn differenti li kieku preżenti fis-sala kien hemm ukoll is-Sinjura Abela.", "Iżda jista' jkun ukoll li dan ma kienx ikun il-każ.", "Wara kollox, bosta huma dawk li ilhom li ntebħu li Robert Abela baqa' jagħti l-kenn lil Rosianne Cutajar minkejja l-fatt li din inqabdet tilqa' jdejha għal mazz wara mazz ta' karti tal-flus bħala ħlas għal negozju li għamlet bħala sensara għan-nom tas-sid ta' 17 Black.", "Xi drabi ssib lil min isostni li meta politiku jinqabad jigdeb wara li jkun għamel xi ħaġa ħażina, jkun tefa' ġebla fuq saqajh.", "Dan x'aktarx iseħħ meta politiku jkun jaħseb li l-gideb għandu jsalvah mill-għarqa.", "Ikun mingħalih li, bis-saħħa tal-gideb, ikun ser igħaddiha lixxa.", "Notorjament Bill Clinton kien stqarr li qatt ma kellu x'jaqsam sesswalment ma \"dik il-mara\".", "U mbagħad \"dik il-mara\" kixfitu u giddbitu hekk mill-kexxun tagħha ħarġet il-prova li kien qed jigdeb: il-libsa li kienet liebsa mimlija dbabar.", "Libsa li apposta qatt ma kienet naddfet.", "Is-sekwenza ta' storja bħal din tinvolvi mġieba ħażina, segwita mill-gideb u tispiċċa bil-kxif tal-gideb.", "Iżda għal Rosianne Cutajar dan kollu ma japplikax.", "L-ewwel inqabdet.", "U mbagħad gidbet.", "U l-bieraħ lil ġurnalist tat- Times of Malta qaltlu li ma' Yorgen Fenech qatt ma għamlet negozju.", "Eh issa qed nifhem.", "Aħna lkoll imġienen.", "Kollu tort tagħna.", "Ninsabu reqdin u qed ngħaddu mill-istess ħmar il-lejl.", "Mhux ta' b'xejn Robert Abela jinħall kull meta jkellem lil Rosianne Cutajar.", "Min jaf is-sigriet tagħha x'inhu?", "Nilgħab imħatra li Konrad Mizzi jinsab mejjet biex jieħu ftit tan-notamenti.", "Previous: Il-Partit Nazzjonalista wkoll għandu għalxiex iwieġeb .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Il-Ministru tal-Ġustizzja tiegħek qed jaħdem għalik b'ilsienu barra! .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/il-ministru-tal-gustizzja-tieghek-qed-jahdem-bilsienu-barra/", "date": "Wed, 17th Feb '21, 10:46", "category": "blog, politics, government", "text": ["Kull darba li tisimgħu lil min jitkellem favur il-fatt li l-ministri għandhom ikunu wkoll membri tal-parlament li minn elezzjoni għal oħra jkunu f'tellieqa biex jistagħdu għall-voti, agħtu daqqa t'għajn lejn dawn ir-ritratti.", "Ħsibtu li l-Ministru tal-Ġustizzja kien qed jaħdem qatigħ b'ilsienu barra biex idaħħal ir-riformi dwar is-saltna tad-dritt li dan pajjiżna tant jeħtieġ biex iseħħ il-ġustizzja u sseħħ fi żmien qasir?", "Erġgħu aħsbuha sewwa.", "Dalgħodu kien qed ifekren mas-Suq ta' Birkirkara.", "Kien qiesu baliena mwaħħla fir-ramel.", "Miegħu kellu lil martu li, mill-espressjoni fuq wiċċha, tat x'tifhem li żgur ma kienitx ser titħajjar tixtri xi par żraben minn dawk li kienet qiegħda tara b'għajnejha.", "Previous: Aħna lkoll imġienen."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/il-kohhu-xaktarx-li-qed-jikkopera-mal-awtoritajiet/", "date": "Wed, 17th Feb '21, 11:54", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ċensu \"il-Koħħu\" Muscat, bniedem li jinsab mixli li kien wieħed minn tliet assassini li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, għadu kemm ċeda appell li kien sar minn digriet ta' mħallef li permezz tiegħu kienu ġew miċħuda l-eċċezzjonijiet tekniċi kollha li kienu għamlu l-avukati difensuri tat-tliet akkużati.", "X'aktarx li permezz ta' din ir-rinunzja tal-appell, tista' titwitta' t-triq sabiex Ċensu Muscat titnaqqaslu l-piena u bis-saħħa ta' dan, ikun jista' jixhed kontra ż-żewġ akkużati l-oħrajn.", "Dan ikun jista' jseħħ kemm il-darba l-prosekutur jifred il-każ kontra Ċensu Muscat mill-każ kontra l-aħwa Alfred u Ġorġ Degiorgio.", "It-tlitt irġiel kien ġew arrestati fl-4 ta' Diċembru 2017, madwar 6 ġimgħat wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ilhom minn dak iż-żmien 'l hawn jistennew biex igħaddu ġuri.", "Ċensu Muscat fl-imgħoddi kien diġà kkopera mal-Pulizija.", "F' April 2018 kien semma' lil Melvyn Theuma li mbagħad għadda biex kiseb proklama bi tpartit ma' ammissjoni li kien is-sensar bejn l-assassini u Yorgen Fenech, li hu wkoll mixli bil-qtil.", "Il-gvern kien ukoll ċaħad it-talba ta' Ċensu Muscat biex dan jingħata l-immunità permezz ta' proklama.", "Madankollu jidher li issa seħħ żvilupp ġdid.", "M'hemmx dubju li l-aħwa Degiorgio ma jkunx jaqblilhom jekk Ċensu Muscat titnaqqaslu l-piena għaliex dan huwa xhud okulari potenzjali kontrihom.", "Jista' jikkorrobora aspetti mix-xhieda li ta Melvyn Theuma, li hu xhud ewlieni fil-każ kontra Yorgen Fenech.", "L-avukati difensuri ta' Yorgen Fenech ħadmu qatigħ biex ikissru l-kredibilità ta' Melvyn Theuma.", "Iżda jekk jinġiebu provi bis-saħħa ta' xhud li ra b'għajnejh, il-każ tal-prosekuzzjoni jista' jissaħħaħ.", "Ċensu Muscat għandu wkoll il-potenzjal li jixhed dwar dawk li fornew il-bomba li ntużat biex inqatlet Daphne Caruana Galizia u dwar ir-rabtiet li seta' kien hemm mal-aħwa Robert u Adrian Agius, magħrufin bħala tal-Maksar li kienu eks-klijenti tal-prim ministru Robert Abela meta dan kien għadu jaħdem fil-prattika legali.", "Minkejja l-fatt li dawn kienu ġew arrestati f'Diċembru 2017 , l-aħwa tal-Maksar qatt ma ġew mixlija dwar l-involviment suspettat tagħhom fl-assassinju.", "Żvilupp ieħor jista' jkun marbut max-xhieda li ta Melvyn Theuma dwar konġura oħra simili li wasslet għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Melvyn Theuma kien xehed li Mario Degiorgio, wieħed mill-aħwa ta' Alfred u Ġorġ li ma ġiex mixli b'rabta mad-delitt, kien infurmah li l-eks ministru Chris Cardona kien qabbad lill-aħwa Degiorgio biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia permezz ta' sensar ieħor.", "Ċensu Muscat jidher li għandu l-ħila li jikxef aktar provi f'dan ir-rigward.", "Previous: Il-Ministru tal-Ġustizzja tiegħek qed jaħdem għalik b'ilsienu barra! .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Ma kienx ser joqgħod b'idejħ fuq żaqqu .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/ma-kienx-ser-joqghod-bidejh-fuq-zaqqu/", "date": "Fri, 19th Feb '21, 11:50", "category": "blog, politics, government", "text": ["Reno Bugeja għadu kemm inħatar bħala kap tal-komunikazzjonijiet u tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-korporazzjoni statali tal-enerġija.", "Dan huwa impjieg full-time fuq ħatriet l-oħra li ngħata kemm ilu li rtira mill-kariga ta' editur tal-aħbarijiet ta' TVM.", "Huwa kien ingħata promozzjoni bħala editur tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv tal-istat f'Mejju 2013, ftit anqas minn xahrejn wara li Joseph Muscat tela' fil-gvern.", "Kellu jirtira f'Awissu 2017, iżda l-kuntratt tiegħu kien ġie mġedded sa Lulju tas-sena l-oħra meta huwa rtira formalment.", "Ma kienx bi ħsiebu joqgħod b'idejh fuq żaqqu.", "Ix-xahar li għadda l-gvern ħatru biex imexxi bord dwar il-\" media literacy \".", "U ftit wara, tal- MaltaToday ħabbru li Reno Bugeja kien ser jibda' jmexxilhom programm online tal-intervisti .", "Mela issa ser ikollna \"ġurnalista\" ieħor jaqla' salarju full-time mingħand gvern li suppost hu għandu jgħarbel.", "L-impjieg mal-Enemalta ingħatalu wara li saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u dan minkejja l-fatt li hi ħaġa rari li s-suq tax-xogħol jasal biex jkkomoda li min ikun wasal biex jagħlaq is-70 sena.", "Huwa ser jieħu post Roberto Debrincat li issa ser jingħaqad mad-dipartiment tal-' customer care ' fl- Enemalta .", "Din kienet manuvra li tixbaħ dik li seħħet ix-xahar li għadda bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Bank Ċentrali.", "Tassew għandna għalxiex nissabbru li issa għandna ġurnalista ta' esperjenza armat biex iħabbrilna l-qtugħ tad-dawl u biex jaħrab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-korruzzjoni fil-Montenegro u fl- Electrogas."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/malta-qed-tistenniek/", "date": "Mon, 22nd Feb '21, 11:23", "category": "blog, politics, government", "text": ["Bħall-lum ħames snin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet xandret artiklu dwar ħaruf tan-New Zealand li kien lest għall-qatla fil-festi tal-Għid.", "Who owns #Egrant , @JosephMuscat_JM ? #PanamaPapers pic.twitter.com/Z3eBHvEn16 — repubblika 🇲🇹 (@repubblikaMT) February 22, 2021 Joseph Muscat baqa' sal-aħħar nifs jiddefendi u jagħti l-kenn lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.", "Kemm hu kif ukoll huma kienu qaqoċċa ma' Yorgen Fenech u flimkien, b'sens ta' lealtà jew għax kienu mbeżżgħin minn xulxin, baqgħu jirreżistu sakemm Yorgen Fenech spiċċa l-ħabs jistenna' biex igħaddi ġuri.", "Bis-saħħa ta' protesti popolari li ma qatgħu xejn u t-tħarbit li kien hawn fil-pajjiż, gvern sħiħ kellu jwarrab.", "U dan biex ma nsemmix il-ħsara – li qed tidher dejjem aktar irriversibbli – li saret lir-reputazzjoni ta' Malta f'għajnejn id-dinja.", "Ir-ras iebsa tagħhom, id-diprezz tagħhom lejn kull forma ta' protesti, l-appelli ipokriti tagħhom favur l-għaqda u x-xiljiet tagħhom ta' tradiment, issarrfu f'weġgħat u ħsara kbira għal pajjiżna.", "Waqt li kienet qed isseħħ din il-ħsara kollha, Robert Abela kien qrib ħafna ta' Joseph Muscat.", "Wieħed kien jistenna' li hu ħa tagħlima minn din l-esperjenza.", "Iżda, milli jidher, minħabba l-lealtà jew inkella l-biża' li għandu minn Yorgen Fenech – jew forsi għax hu wkoll kompliċi – bl-istess motivazzjonijiet li kellu Joseph Muscat 5 snin ilu, qiegħed iwebbes rasu.", "Jew hekk, jew inkella moħħu ma jlaħħaqlux.", "Il-fatt li Rosianne Cutajar tħalliet fil-kabinett tal-ministri u ma tkeċċietx mhuwiex aċċettabbli daqskemm ma kienx aċċettabbli għal Joseph Muscat meta baqa' ma keċċiex lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi wara l-2016.", "Il-fatt li Rosianne Cutajar naqset li tiċħad l-akkużi li sarulha u qagħdet iddur mal-lewża ma jistax ħlief ifisser li, bħala uffiċjal governattiv, ikkonfermat li kienet ħabiba mill-qrib ma' Yorgen Fenech.", "Ma jistax ħlief ifisser ukoll li serviet ta' għodda biex il-mafja tkompli tinfirex fl-amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Din il-kwistjoni parzjalment għandha x'taqsam ukoll mal-misteru dwar jekk Rosianne Cutajar kienx qed ikollha relazzjonijiet fiżikament intimi ma' Yorgen Fenech.", "Minkejja l-bżieq kollu li ħliet dwar id-drittijiet tan-nisa u d-dritt sagrosant tal-privatezza, r-relazzjoni li kellha miegħu – anki li kieku kienet biss waħda platonika – frankament hi waħda li tqalla' l-istonku u hi raġuni li għandha twassalha biex twarrab.", "Ċertament għandha kull dritt li tesprimi l-fehma li min jitqaħħab għall-flus ikun qed \"iwettaq xogħol leġittimu\".", "Iżda mill-banda l-oħra, mhux leġittmu jekk deputata parlamentari u ministru tal-gvern ikollha x'jaqsam sesswalment bi tpartit għal kollaborazzjoni kriminali.", "Imġieba bħal din tammonta għal tradiment.", "Rosianne Cutajar għadha qatt ma kkonfermat li kellha x'taqsam sesswalment ma' Yorgen Fenech, iżda t-tlaqliq li laqalqet jikkonferma huwa diffiċli għaliha biex tiċħad.", "F'Lulju 2020 lit- Times of Malta qaltilha li ma kienx bi ħsiebha twieġeb għal \"allegazzjonijiet personali\".", "U Robert Abela jidher li kien miftiehem magħha hekk kif, dakinhar stess u wara li kellimha, lit- Times of Malta qalilha \"mhux sewwa li intom u oħrajn tippruvaw tagħtu l-impressjoni li, għax xi ħadd ikun tkellem jew kellu xi relazzjoni ma' Yorgen Fenech, dan hu ħażin minnu nnifsu\".", "Fl-istess nifs tkellem dwar is-sess: \"Ikun jiddependi jekk il-ħbiberija jew ir- relazzjoni intima seħħewx qabel jew wara li Yorgen Fenech ġie implikat fil-qtil.", "Għalija dak huwa li jgħodd\".", "Tgħid kien qed jipprotesta żżejjed għal wiċċha?", "Għalkemm f'demokrazija tassew ċivilizzata, ċertament ma kienitx tibqa' timraħ fil-wiċċ politiku, hawn min isostni li ħadd ma jista' jikkmanda qalb Rosianne Cutajar.", "Iżda din mhux biss erħiet lil qalbha tinħall wara persuna, iżda nqdiet bir-rwol pubbliku li għandha biex lil Yorgen Fenech tagħtih palata.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kiteb fit- Twitter il-parlamentari Olandiż Pieter Omtzigt li kien ingħata ħatra mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jitkixxef dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Kien għal darba biss li għażlet li tiftaħ ħalqha: meta attakkatu wara li ppreżenta r-rapport tiegħu dwar dak li sar jaf dwar Malta u talli ażżarda jorbot l-assassinju ta' Daphne mas- 17 Black, il-kumpannija sigrieta ta' Yorgen Fenech fid-Dubaj.", "Kumpannija li permezz tagħha kien ixaħħam lil sħabha Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "F'Diċembru li għadda tal- Lovin Malta kixfu li filwaqt li kienet qiegħda tħejji dak id-diskors, kellha sehem fin-negozju li kellu Yorgen Fenech meta dan wera' x-xewqa li jixtri dar fl-Imdina .", "Il-Kunsill tal-Ewropa għadda r-riżoluzzjoni tiegħu fis-26 ta' Ġunju 2019.", "Fl-10 ta' Ġunju 2019, flimkien ma' dak li kien kompliċi magħha, iltaqgħet ma' Yorgen Fenech fil- Busy Bee tal-Imsida u f'butha daħħlet €9,000 \"inkiss inkiss minn taħt il-mejda\".", "U daħħlet ukoll kemxa akbar mingħand il-bejjiegħ.", "Din is-somma baqgħet qatt ma ddikjaratha fil-lista parlamentari tagħha dwar id-dħul u tħallset fi flus kontanti.", "Kemxa flus li hi ħbiet.", "U għaliex tħallset fi flus kontanti, wieħed ma jistax ma jikkonkludix li Yorgen Fenech huwa wkoll kompliċi f'din il-biċċa.", "Barra minn hekk, il-ħlas ta' €9,000 ma kienx biss ħlas għal servizz b'rabta mal-bejgħ tal- proprjetà.", "Il-ħlas tal-flus kien ukoll parti minn eżerċizzju ta' evażjoni ta' taxxa u ta' ħasil ta' flus u għaldaqstant ta' kompliċità f'delitt.", "Minħabba ż-żmien li fih seħħ dan kollu, m'hemmx dubju li l-ħlas tad-€9,000 kien il-motiv biex Rosianne Cutajar għamlet dak id-diskors politiku fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex taqbeż għall-benefattur tagħha.", "Tfesfis fil-widnejn kien hemm kemm trid.", "U xi ftit minn dan it-tfesfis seħħ permezz tat-telefon.", "Fiż-żmien li għamlet dak il-famuż diskors fi Strasbourg biex taqbeż għal seħibha, Rosianne Cutajar ħassitha eċċitata għall-fatt li Helena Dalli x'aktarx kienet ser titlaq mill-kabinett Malti biex tieħu post Karmenu Vella bħala Kummissarju Ewropew.", "Xammet li, peress li nisa fil-kabinett kien hemm biss waħdiet, kellha ċans tajjeb li tilħaq ministru flokha. \"", "Tkixxifli naqra, qalbi ,\" qaltlu.", "Għaliex għandkom tkunu tafu li Yorgen Fenech kien f'pożizzjoni ħafna aħjar minn tagħha li jkun jaf x'kien għaddej minn moħħ Joseph Muscat dwar x'ħatriet kien bi ħsiebu jagħmel.", "Dan kollu seħħ fis-17 ta' Ġunju 2019.", "L-għada, fit-18 tax-xahar, Rosianne Cutajar irringrazzjat lil Yorgen Fenech tar-rigal li xtralha: handbag tal-Bulgari.", "Kollox kien qed jinħadem bizzilla.", "Meta kienet tkun bilqiegħda fis-sala tal-Parlament hi u tgħaddi l-liġijiet li jeffettwawlek lil ħajtek u fl-istess waqt tivvota biex iżżomm lil Joseph Muscat fis-setgħa u sservi ta' tarka għal Yorgen Fenech, lil dan tal-aħħar kienet tibgħatlu l-messaġġi biex tħeġġu jaqleb għal fuq Parliament TV .", "Riedet turih kemm kienu xerqulha l-ħwejjeġ li kien xtralha.", "Il-bieraħ it- Times of Malta xandret rapport dwar messaġġi li dawn bgħatu lil xulxin u dwar talba li hi għamlet lil Yorgen Fenech biex dan iħallas għal stħarriġ elettorali għal Rosianne Cutajar.", "Fit-3 ta' Ġunju 2019 Yorgen Fenech weġibha hekk: \" Ser issibni dejjem biex ngħinek \".", "Mhux magħruf x'weġbitu iżda ma niskanta xejn li kieku wieġbet ' same to you, sabiħ.", "F'Awwissu 2019, Rosianne Cutajar tgħidx kemm ħasset in-nuqqas ta' Yorgen Fenech.", "Dan kien imsiefer u kien qed jipparteċipa f'programm ta' rijabilitazzjoni għad-drogati.", "\"Malta qed tistenniek,\" qaltlu – kienet kunfidenti li kienet ser terġa' tarah qabel ma nqabad fil-morsa li spiċċa nqabad fiha.", "Niskanta x'wiċċ għandhom dawn in-nies li jippretendu li jitkellmu f'isem \"Malta\" b'rabta max-xmara ta' flus, ta' drogi u ta' sess li jinsabu mgħerrqin fiha.", "Dawn jitkellmu dwar it-\"tradituri\" kull darba li jirreferu għall-attivisti li jinsistu għar-riżenji tagħhom.", "Filwaqt li wlied Daphne kienu qed jiġġieldu biex issir ġustizzja ma' ommhom, Rosianne Cutajar kienet ħaġa waħda mal-allegat qattiel ta' Daphne.", "Kienet qed titħallas mingħandu u taqbeż għalih biex b'hekk tiggarantilu l-impunità.", "U l-impunità tagħha issa qed jiggarantiha Robert Abela.", "Il-veru każ li dan ma ħa ebda tagħlima minn dak li għadda minnu fil-ħames snin li għaddew.", "Aħna ħadna xi tagħlima?", "Erġajna lura għal quddiem l-i screen bi ħsiebna jidwi fuq il-ħaruf tal-Għid waqt li l-mafja tkompli tifrex is-swaba tagħha fuq pajjiżna.", "Fl-istess waqt qed neżaminaw il-kuxjenza tagħna biex naraw jekk, wara kollox, naħtux aħna wkoll għall-firda li hawn f'pajjiżna."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/fadlilna-hafna-xnaqdfu/", "date": "Wed, 24th Feb '21, 11:02", "category": "blog, politics, government", "text": ["X'aktarx li l-konferenza stampa li ta l-bieraħ Robert Abela ssaħħaħ sew il-fehma ta' min jidhirlu li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż m'humiex jaħdmu kif suppost qed jaħdmu.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kitba li ġejja ta' Alessandra Dee Crespo li tiġbor fiha s-sens ta' dak li diġà għaddejna minnu fl-imgħoddi.", "It-teatrin tal-bieraħ qabblitu mal-konferenza stampa li kien ta Joseph Muscat dakinhar li ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia.", "Jien nasal ukoll biex inqabblu ma' konferenza stampa oħra li Joseph Muscat kien ta xi ġimgħat wara, jiġifieri dakinhar li Ċensu \"l-Koħħu\" Muscat flimkien ma' disa' minn nies oħra kienu ġew arrestati u meta kontrih u kontra tnejn oħra inbdew proċeduri kriminali li, fil-każ tiegħu, ntemmu b'ammissjoni u b'piena ta' ħabs mill-qorti.", "F'dawn it-tliet okkażjonijiet, il-prim ministri tagħna lid-dinja qalulha li Malta għandha l-għodda meħtieġa u tinsab determinata li tara li sseħħ il-ġustizzja fil-konfront tal-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia.", "U f'kull waħda minn dawn it-tliet okkażjonijiet, il-prim ministri tagħna gidbu.", "Bi kliem meqjus, Martina Farrugia wriet b'mod elokwenti li r-rabta li għamel Robert Abela bejn il-kundanna ta' Ċensu Muscat u l-mod kif qed jaħdmu l-istituzzjonijiet ma kienet xejn ħlief ħmerija grassa.", "Nażżarda nżid li Robert Abela pprova jagħmel attentat infantili biex jieħu l-mertu hu a spejjeż tal-istituzzjonijiet li ried ibellagħhielna li kien qed ifaħħar.", "Huwa stqarr li l-gvern \"kien wettaq ir-riformi meħtieġa biex l-istituzzjonijiet setgħu jaħdmu u jġibu r-riżultati\".", "Skużi ta, imma liema kienu r-riformi li wasslu biex Ċensu Muscat ġie sentenzjat mill-qorti?", "Il-Koħħu kien ilu minn April 2018 jittallab mal-Pulizija biex jingħata sentenza inqas ħarxa bi tpartit ma' informazzjoni dwar id-delitt.", "U ilu minn dakinhar 'l hawn jikxef l-informazzjoni mal-Pulizija.", "Ma saru ebda riformi fis-sistema tal-ġustizzja li setgħu għamlu xi nitfa differenza.", "Barra mill-wiċċ sfiq ta' Robert Abela, hemm ukoll kwistjoni oħra.", "Robert Abela ġenwinament jemmen li l-istituzzjonijiet tagħna qegħdin jaħdmu u li għandhom il-ħila li jissieltu kontra l-kriminalità serja, kontra l-korruzzjoni u kontra l-kriminalità organizzata?", "Jew inkella jrid lid-dinja dan temmnu minkejja l-fatt li jaf li dan mhux minnu?", "X'aktarx li kien għalhekk li, f'ħin minnhom, qaleb diskorsu għall-Ingliż fil-konferenza stampa tal-bieraħ.", "Hi x'inhi t-tweġiba, Robert Abela qed jiċħad is-sewwa magħruf b'mod perikoluż.", "Kien qisu bniedem xurban jiċħad li jinsab maħkum minn problema tax-xorb.", "Robert Abela jiċħad li f'Malta għandna problema bil-kriminalità organizzata.", "Robert Abela jiċħad li politiċi korrotti baqgħu jgawdu l-impunità.", "Robert Abela jiċħad li grupp ta' kriminali vjolenti li huma magħrufin mal-Paulizija u mill-pubbliku in ġenerali jistgħu jisparaw, jisplodu, joqtlu, jferu, jisirqu u jikkuntrabandaw kemm iridu, huma u jħaddmu r-ristoranti u jagħmlu s-safriet fuq jottijiet lussużi.", "Kif qatt jista' jkollna l-fiduċja li l-Istat Malti għandu l-ħila li jkisser mafja li jibqa' sal-lum jiċħad li teżisti?", "Kif qatt nistgħu nittamaw li l-istituzzjonijiet tal-Istat jinsabu ffukati fuq il-qerda tal-qarnita li tinsab iggranfata ma' pajjiżna meta għandna prim ministru li proprju l-bieraħ deherlu li kellu għalxiex jiftaħar bih innifsu?", "Wiċċhom sfiq u ma jafux jistħu.", "Wara 41 xahar li matulhom seħħew l-akbar oltraġġi kontra d-demokrazija f'Malta u l-assassinju ta' ġurnalista li kienet ukoll mart, omm, bint u oħt, kellhom biss il-ħila li jibgħatu persuna li ammetta l-ħtija, l-ħabs għal 15 il-sena.", "Il-famużi istituzzjonijiet li għandna ma kellhomx il-ħila li jġibu provi dwar il-ħtija ta' xi ħadd għal dan il-delitt.", "Dawn l-istituzzjonijiet ma kellhomx il-ħila li jressqu quddiem ġuri u li jaraw li jiġu kundannati persuni li għandhom id-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Din m'hix kwistjoni dwar xogħol li jwettqu l-Pulizija, l-Prosekuturi, l-Maġistrati, l-Avukati, l-Imħallfin, il-gwardjani tal-ħabs u dawk kollha li jirriskjaw ħajjithom fuq quddiem nett.", "Din m'hi xejn ħlief kwistjoni dwar in-nuqqas ta' ħila li għandhom l-istituzzjonijiet li jgħarblu sewwa l-provi li għandhom kontra qattiela perikolużi.", "Hi kwistjoni dwar in-nuqqas ta' ħila tal-istituzzjonijiet li jaraw li xhud ewlieni dwar id-delitt tas-seklu ma jippruvax ineħħi ħajjtu b'sikkina li taqta'.", "Hi wkoll kwistjoni dwar in-nuqqas ta' ħila tal-istituzzjonijiet li jwaqqfu kap tal-mafja milli jipprova jbeżża' b'Alla lil dawk li qed jippruvaw iżommuh maqful fil-ħabs.", "M'hemmx dubju li dak li seħħ il-bieraħ jista' jqarribna lejn il-ġustizzja.", "Iżda issa ilna 3 snin sħaħ ngħixu bit-tama.", "Qatt ma bsarna li qattiel kważi ser igħaddiha lixxa b'piena ta' 15 il-sena ħabs biss.", "Għalija l-qtil bi tpartit ma' ħlas ta' flus, il-parteċipazzjoni f'konġuri mafjużi u att terroristiku kontra d-demokrazija u kontra l-istat jimmeritaw piena ferm akbar.", "Fil-frattemp nittamaw li jkun hemm ċaqlieq li jwassal biex l-aħwa Degiorgio u Yorgen Fenech jieklu l-ikla ħabs għal għomorhom li ħaqqhom.", "Nittamaw li dan iċ-ċaqlieq iwassal ukoll biex pajjiżna jeħles mill-aħwa Agius u minn Jamie Vella.", "U nittamaw ukoll li jsir suf l-attentat ovvju ta' Robert Abela biex jipprova jgħatti xtur ministri tal-kabinett tal-imgħoddi u tal-lum.", "Iżda t-tama biss m'hix biżżejjed.", "Bit-tama biss ma nistgħux inserrħu rasna li pajjiżna għandu r-rieda u l-ħila li jeqred il-kriminalità organizzata.", "Hi t-tama li tibqa' torbotna ma' dan il-pajjiż li konna naħsbu li hu tagħna iżda li issa nafu li fil-fatt huwa ta' Yorgen Fenech u sħabu l-multi-miljunarji li jinsabu mehdijin itellgħu t-torrijiet, ixaħħmu l-politiċi u jaħtfu l-kuntratti.", "Fl-2016, Yorgen Fenech kellu s-saħħa li jiddeċiedi min mill-ministri kellu jibqa' f'postu u min kellu jitneħħa.", "Ħadd ma ġie jaqa' u jqum?", "Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu qishom aħwa.", "Jidher li Yorgen Fenech għad għandu s-saħħa li jiddeċiedi min mill-Ministri għandu jżomm postu u min minnhom għandha tiddabbrilhom rashom.", "Mhux ser nasal biex nistqarr li Rosianne Cutajar stmata daqslikieku kienet oħt Yorgen Fenech.", "Iżda li huwa ċert hu li lil dawn ħadd ma jkun jista' għalihom kemm il-darba Yorgen Fenech ikun xaħħamhom, kiel magħhom jew kellu x'jaqsam sesswalment magħhom.", "Kien hu li ddeċieda x'kellu jixxandar fl-Orizzont.", "Ippretenda wkoll li kellu jiddeċiedi hu min kellu jiġi elett fil-Parlament Ewropew.", "U għadu sal-lum jippretendi li jxaħħam lill-ġurnalisti tat- Times of Malta biex dawn ipinġuh ħelu.", "Għiduli intom kif, f'nofs dan it-taħwid kollu, qatt nistgħu nkomplu nsaħħu t-tamiet tagħna?", "Il-verità hi li jekk ma nibqgħux ninsistu għall-ġustizzja, l-Koħħu ma jkollux għalfejn joqgħod jinkwieta dwar kif ser ikun jista' jibqa' jżomm ruħu qawwi u sħiħ għas-6 snin li ġejjin fil-ħabs u għall-bqija ta' ħajjtu.", "M'għandniex għalfejn noqgħodu ntaptpu fuq spallejna li wasalna s'hawn.", "M'għandna ebda ġibda għat-taptip fuq l-ispallejn.", "Il-kuxjenza tagħna tinsab imtaqqla' għall-fatt li lil Daphne konna ħallejniha tissielet weħidha.", "Iżda l-aħwa Degiorgio, l-familja Fenech, l-aħwa Agius, Vella, Cutajar, Valletta, Cardona, Mizzi, Schembri, Muscat, Portelli, Delia, Zammit Lewis u Abela jistgħu jibqgħu ċerti fuq ħaġa waħda.", "Meta Joseph Muscat kien ftaħar bl-arrest ta' Ċensu Muscat, ma kienet inqalbet ebda paġna.", "L-istess ma ntemm xejn meta Robert Abela ftaħar bil-piena li ngħatat lill-Koħħu.", "Bil-kemm għadna bdejna.", "U ġaladarba l-istituzzjonijiet m'humiex jaħdmu kif suppost qed jaħdmu, nafu li għad fadlilna ħafna x'naqdfu biex iseħħ il-ġustizzja."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/repubblika-ghal-darbohra-theggeg-lil-rosianne-cutajar-biex-twarrab/", "date": "Wed, 24th Feb '21, 14:40", "category": "blog, politics, government", "text": ["Dalgħodu attivisti ta' Repubblika marru quddiem l-uffiċċju ta' Rosianne Cutajar fil-Belt Valletta biex iħeġġuha twarrab.", "Segwu filmat tal-attività.", "Dan l-imbierek ta' Ġorġ Bnazzi kien qed isegwi.", "U Rosianne Cutajar kienet qed issegwi wkoll.", "Tajjeb.", "X'aktarx li l-messaġġ waslilha."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/kaz-maghluq-certament-li-mhuwiex/", "date": "Thu, 25th Feb '21, 12:26", "category": "blog, politics, government", "text": ["Is-sofistrija li qed nisimgħu bħalissa fid-diskors m'għandhiex limitu.", "U din is-sofistrija qed tiġi mpinġija bħala kjarezza.", "Il-prim ministru stqarr li l-qattiel ta' Daphne, Ċensu \"l-Koħħu\" Muscat ma kienx semma' l-isem ta' politiku fil-kuntest tal-assassinju tagħha.", "Ma kienx dan li semgħu tan- Newsbook u għaldaqstant il-mistoqsija saret lil Anġlu Gafà u dan kien aktar kategoriku fit-tweġiba li ta: huwa stqarr li dawk kollha li skont il-provi li nġabru kienu mdaħħlin fil-qtil ta' Daphne ġew arrestati u qed jiġu mixlija bid-delitt.", "Dalgħodu l-prim ministru ħass il-ħtieġa li jerġa' jitkellem dwar il-każ u stqarr li l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne għadha miftuħa u l-pulizija baqgħet taħdem fuq il-każ.", "Iżda meta Kenneth Xuereb tan-Net TV staqsieh jekk il-Koħħu kienx semma' l-isem ta' politiku (xi ħadd li kien fil-politika u li llum m'għadux), ħarab milli jwieġeb.", "Jidher ċar li qed tinġibed linja madwar l-att ta' min qabbad lil ħaddieħor biex seħħ id-delitt u madwar min wettaq id-delitt.", "Fil-kuntest ta' dak li tipprovdi l-liġi tal-pajjiż, jista' jkun li l-Pulizija għandha raġun li temmen li qabdet fin-nasba lil dawk kollha li kellhom x'jaqsmu mad-delitt.", "Dan jista' jkun il-każ għaliex pajjiżna m'għandux qafas ta' liġijiet ta' kontra l-mafja (imfasslin fuq il-mudell Taljan u Amerikan) li bis-saħħa tagħhom iċ-ċirku jkun jista' jitwessa'.", "Madankollu dan ma jfissirx li l-liġijiet li għandna ma jistgħux jintużaw kontra rjus kbar li fl-Italja jkunu jistgħu jiġi mixlija bid-delitt ta' associazione mafiosa .", "Iċ-ċirku ristrett madwar delitt ta' qtil iħalli barra dan li ġej: L-ewwel.", "Għall-bidu, l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia seta' allegatament tfassal f'moħħ Yorgen Fenech u mitmum bis-sehem tal-aħwa Alfred u Ġorġ Degiorgio, l-aħwa Robert u Adrian Agius, Jamie Vella – li lkoll jiċħdu li kellhom x'jaqsmu mad-delitt – u Ċensu Muscat li ġie misjub ħati tad-delitt u Melvyn Theuma li ngħata l-immunità wara li ammetta r-rwol tiegħu fid-delitt.", "Iżda Yorgen Fenech ċertament ma kienx jasal biex joqtol lil Daphne Caruana Galizia għax biss ma kellux grazzja magħha.", "Il-provi li tressqu fil-każ iġiegħluna neżaminaw il-motivazzjoni wara t-twettiq tad-delitt fl-attentat biex setgħet titgħatta l-korruzzjoni madwar is- 17 Black u l-kuntratt tal- Electrogas .", "Minn banda, dawk li kienu ser igawdu minn dan il-kuntratt korrott kienu mseħbin ma' Yorgen Fenech: Musayev, Gasan, Apap Bologna u l-bqija.", "Mill-banda l-oħra, hemm ukoll il-kompliċi tiegħu fil-gvern li gawdew mit-tixħim: Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Dawn huma l-politiċi li kemm il-Pulizija kif ukoll il-prim ministru jafu bihom.", "Jekk dawn in-nies ma jistgħux jiġu mixlija bil-qtil, dan ma jfissirx li m'għandhomx jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-imġieba illegali li wasslet għad-delitt u li wasslet ukoll biex gawdew minnu.", "Minkejja dan kollu, l-Istat qed jonqos li jieħu l-passi li hemm bżonn u sakemm nibqgħu f'din is-sitwazzjoni, l-ftaħir tal-prim ministru dwar is-saltna tad-dritt m'hu xejn ħlief ftaħir vojt.", "Il-kuntratt tal-Electrogas għadu fis-seħħ u s-sidien tiegħu għadhom sal-lum igawdu minnu.", "U Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi għadhom mgħoxxijin bid-daħk.", "Min iwettaq delitt dejjem jaħseb biex jara dwar kif ser ikun jista' jgħaddiha lixxa.", "Għalissa ser niffoka biss fuq it-twettiq tad-delitt tal-qtil u mhux fuq il-korruzzjoni li l-qtil ipprova igħatti.", "M'hemmx dubju li meta ċaħdu li kellhom x'jaqsmu mad-delitt, Yorgen Fenech, l-aħwa Degiogio, l-aħwa Agius, Jamie Vella u – sakemm partu maħfra jew piena ridotta mal-ammissjoni tagħhom fit-twettiq tad-delitt – Melvyn Theuma u Ċensu Muscat, ippruvaw igħadduha lixxa.", "Iżda Melvyn Theuma kien ikkonferma li lill-aħwa Degiorgio kien tarrfilhom li f'Diċembru 2017, jiġifieri madwar sitt ġimgħat mit-twettiq tad-delitt, appik kienu ser jiġu arrestati.", "Huwa stqarr li kien Yorgen Fenech li talbu jtarrfilhom u li Yorgen Fenech qallu li kien Keith Schembri li għaddielu l-informazzjoni.", "Melvyn Theuma stqarr ukoll li Kenneth Camilleri \"minn Kastilja\" kien kellmu u talbu jgħaddi messaġġ lill-aħwa Degiorgio b'wiegħda li jingħataw il-libertà proviżorja u flus biex iżommu fommhom sieket.", "U stqarr ukoll li Yorgen Fenech baqa' ripetutament itarraflu dwar informazzjoni li kien qed iwassal Keith Schembri.", "L-informazzjoni li kienu qed igħaddulu n-nies ta' taħtu, Lawrence Cutajar użaha u kellem lil Edwin Brincat, ħabib antik tiegħu, biex il-provi li kienu jeżistu kontra Yorgen Fenech jiġborhom qabel isiru jafu dwarhom l-investigaturi li kienu qed jaħdmu fuq il-każ.", "Silvio Valletta kellu relazzjoni ta' ħbiberija fil-qrib ma' Yorgen Fenech waqt li dan kien qed imexxi dipartiment li kien qed jinvestigah dwar id-delitt.", "Fiż-żmien li matulu kien ġie mgħarraf li Yorgen Fenech kien taħt suspett, Joseph Muscat, Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu jibgħatu l-messaġġi lil xulxin u żammew konversazzjoni elettronika bejn tlieta.", "Dawn il-messaġġi kienu bdew jintbagħtu ftit wara li twettaq id-delitt.", "Għalkemm Keith Schembri jiċħad, il-provi juru li dan kien inqeda' bit-tabib Adrian Vella, li kien ukoll it-tabib ta' Yorgen Fenech, biex iwassallu messaġġ permezz ta' ittra lil Yorgen Fenech, meta dan kien diġà miżmum taħt arrest, b'istruzzjonijiet dwar x'għandu jgħid u biex iwaħħal ir-responsabbiltà għad-delitt fuq Chris Cardona.", "Joseph Muscat kien ukoll talab lil Keith Schembri biex iżomm kuntatt ma' Yorgen Fenech ftit ħin qabel Yorgen Fenech ipprova jaħrab mill-pajjiż fil-lejl li fih kien ġie arrestat.", "Joseph Muscat ta kenn lil Keith Schembri f'daru lejliet dakinhar li ċ- chief of staff ġie arrestat.", "U meta ġie arrestat il- mobile ta' Keith Schembri għeb u l-provi li kien hemm fih sparixxew.", "Għaldaqstant jeżisti suspett raġjonevoli li, wara li seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, Adrian Vella, Kenneth Camilleri, Lawrence Cutajar, Silvio Valletta, Keith Schembri u Joseph Muscat setgħu ħadmu biex ifixklu l-kors tal-ġustizzja.", "Fost dawn m'hemmx dubju hemm l-ismijiet ta' eks-politiċi.", "Barra l-informazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Ċensu Muscat qed jitkellem ukoll dwar delitti oħrajn.", "Huwa ngħata l-maħfra dwar is-sehem li kellu fil-qtil tal-avukat Carmel Chircop.", "Għaliex wieħed jeħtieġ jiftakar li Ċensu Muscat huwa kriminal professjonali u kien imdaħħal f'sensiela ta' delitti vjolenti.", "Minn April 2018 'hawn, Ċensu Muscat tkellem kemm il-darba mal-Pulizija mhux biss dwar il-konġuristi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li seħħ f'Ottubru 2017.", "Tgħid mal-Pulizija tkellem dwar delitti oħrajn barra l-qtil ta' Daphne u ta' Carmel Chircop?", "Tgħid tkellem dwar is-sehem tiegħu fl-attentat tas-serqa fl-HSBC Bank li fih kien inqabad f'nofs sparatura u għal-liema delitt ma weħel ħadd wara li l-eks spettur u ħabib ta' Chris Cardona, David Gatt kien ġie liberat?", "Tgħid Vince Muscat semma' xi eks politiċi u politiċi tal-preżent b'rabta mal-każ?", "Nistaqsi wkoll jekk kienx hemm ukoll konġura oħra biex tinqatel Daphne Caruana Galizia barra dik allegatament immexxija minn Yorgen Fenech.", "Għandna ħjiel dwar dan minn dak li xehed dwaru fil-qorti Melvyn Theuma fis-sens li ieħor mill-aħwa Degiorgio – Mario li m'huwiex il-ħabs, kien qallu li ħutu kienu rċievew ordnijiet separati biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia mingħand sensar ieħor li kien qed jaħdem għal Chris Cardona.", "Din l-informazzjoni Ċensu Muscat ikkonfermaha?", "Jeħtieġ li nifhmu li kemm il-darba huwa minnu li kien jeżisti pjan ieħor separat biex tinqatel Daphne Caruana Galizia, dawk li kellhom sehem f'dan il-pjan ma jistgħux jiġu mixlija flmikien ma' dawk li spiċċaw qatluha fuq ordnijiet ta' ħaddieħor.", "Iżda sehem f'konġura biex jinqatel ħaddieħor hi delitt mill-aktar serju anki jekk il-pjan tal-qtil ma jseħħx, tkun xi tkun ir-raġuni.", "Tant huwa serju dewlitt bħal dan li min jiġi misjub ħati jintbagħat il-ħabs għal 30 sena.", "Ejjew inkunu ċari.", "Il-każ ta' Daphne għandu ma nstabx tarfu.", "Il-Pulizija għamlet sew li bdiet b'dawk li għafsu l-buttuna biex setgħet tisplodi l-bomba.", "Iżda l-qattiela kollha ta' Daphne – u dawk li gawdew mill-eliminazzjoni tagħha, dawk li ppruvaw igħinu lill-qattiela tagħha biex igħadduha lixxa u dawk li ppjanaw il-qtil tagħha qabel laħqet ġiet maqtula skont pjan ieħor li kien tfassal – jeħtieġ li ssir ġustizzja magħhom.", "Previous: Repubblika għal darb'oħra tħeġġeġ lil Rosianne Cutajar biex twarrab .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Lestu ruħkom biex nerġgħu nipprotestaw .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/02/lestu-ruhkom-biex-tergghu-tipprotestaw/", "date": "Fri, 26th Feb '21, 09:47", "category": "blog, politics, government", "text": ["Repubblika, #occupyjustice u din il- website qed isejjħu lill-poplu biex nhar it-Tnejn 1 ta' Marzu fil-5pm jipprotesta quddiem il-bini tal-Parlament.", "Jeħtieġ li nġeddu l-insistenza tagħna li ssir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia, ma' niesha u mal-pajjiż kollu.", "Inħossu rabja kbira aħna u ninnotaw lill-Prim Ministru Robert Abela jgħaġġel b'kemm għandu saħħa biex jagħlaq każ li għadu miftuħ beraħ.", "Qed jipprova jinqeda' bl-ammissjoni li għamel wieħed mill-assassini li qatlu lil Daphne u jużaha bħallikieku kienet xi prova li ssaħħaħ l-argument tiegħu li l-Istat kien wettaq dmiru.", "Il-Prim Ministru m'għandux għalfejn joqgħod itaptap fuq dahru.", "Qed jipprova jaljena lill-pajjiż mill-fatt li l-politiċi f'pajjiżna baqgħu jgawdu l-impunità għall-korruzzjoni li wettqu u li nqabdu fiha u li baqgħu jgawdu mill-assassinju tal-ġurnalista li kienet kixfithom.", "Il-gvern għadu jserraħ fuq l-iskuża li kien ħareġ biha dakinhar tal-assassinju: li kollox ser jieqaf malli jinqabdu l-qattiela.", "Iżda l-konġura li kienet saret biex tinqatel Daphne kellha twassal biex tkompli ssaħħaħ il-qarnita tal-mafja li tinsab iggranfata mal-pajjiż.", "Dwar il-kuntratt tal-Electrogas baqa' ma sar xejn.", "Is-sidien tagħha għadhom sal-lum igawdu minnu minkejja l-fatt li jinsab mgħarraq fil-ħmieġ tal-korruzzjoni u mċappas bid-demm.", "Id-deputati parlamentari tan-naħa tal-gvern ma jridux li ssir inkjesta dwar dan il-kuntratt skandaluż.", "Issa ilna 5 snin li sirna nafu bil-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi li nħolqu biex idaħħlu 5,000 ewro kuljum mingħand Yorgen Fenech ġejjin mit-tixħim.", "Dwar dan baqa' ma sar xejn.", "Baqa' ma sar xejn dwar it-tifixkil lill-kors tal-ġustizzja fil-każijiet li fihom jinsabu mdaħħlin il-qattiela.", "Baqa' ma sar xejn dwar il-fatti li ser insemmi: Joseph Muscat baqa' jżomm kuntatt ma' Yorgen Fenech anki meta sar jaf li dan kien suspettat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia; Ftit wara l-qtil ta' Daphne, Joseph Muscat ħoloq chat line ma' Yorgen Fenech u Keith Schembri; Joseph Muscat ried ikellimhom privatament anki wara li Yorgen Fenech kien inkixef bħala s-sid ta' 17 Black; Keith Schembri dam siegħat sħaħ fid-dar ta' Joseph Muscat lejliet l-arrest tiegħu u kien wara din il-laqgħa li l- mobile tiegħu spiċċa biex għeb; Siegħat qabel l-arrest ta' Yorgen Fenech, Keith Schembri għamel żmien twil jitkellem miegħu fuq il-telefon.", "Baqa' ma ttieħdet ebda azzjoni dwar dak li stqarr xhud tal-Istat: li l-aħwa Degiorgio kienu ġew imwissija dwar l-arrest tagħhom 50 jum wara li kienu qatlu lil Daphne bis-saħħa ta' informazzjoni li waslitilhom mingħand Keith Schembri; li Kenneth Camilleri \"minn Kastilja\" kien innegozja miegħu biex hu jżomm fommu sieket u biex lill-aħwa Degiorgio tingħatalhom il-libertà proviżorja; li Lawrence Cutajar kien indaħal biex jipprova jaħtaf il-provi li kien hemm kontra l-akkużat minn wara dahar l-investigaturi tiegħu stess.", "Ma ttieħdu ebda passi wara li Keith Schembri, bil-għajnuna tat-tabib Adrian Vella, ipprova jipperswadi lil Yorgen Fenech biex iwaħħal f'Chris Cardona għat-twettiq tad-delitt.", "Din il-ġimgħa stess, il-Prim Ministru ipprova jiċħad li żewġ xhieda tal-prosekuzzjoni – tnejn mhux wieħed – lill-Pulizija qalulhom li Chris Cardona kellu wkoll sehem fil-qtil ta' Daphne.", "Ma ssirx ġustizzja ma' ġurnalista li tat servizz lil pajjiżha billi wieħed mill-qattiela jqatta' żmien qasir fil-ħabs.", "Dan il-fatt lanqas biss jibda' biex ifejjaq il-ġrieħi li għandu l-pajjiż.", "Dan kollu b'ebda mod ma jfisser li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu.", "Ma nistgħu qatt ninjoraw il-fatt li Robert Abela għamel ħiltu biex jagħlaq qabel żmienha l-inkjesta pubblika dwar in-nuqqasijiet tal-Istat.", "B'xorti tajba ma rnexxilux jagħmel dak li kellu f'moħħu.", "Wasalna s'hawn bis-saħħa tal-insistenza tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti indipendenti li flimkien kienu u għadhom determinati li jaraw li toħroġ il-verità kollha u li sseħħ il-ġustizzja.", "S'issa l-imxijja ma ħallietniex noħorġu minn darna iżda issa sirna nafu li l-Pulizija ddeċidiet li tippermetti l-protesti pubbliċi.", "Din hi r-raġuni għala ser nerġgħu niltaqgħu nhar it-Tnejn quddiem il-bini tal-Parlament u dan sabiex infakkru lir-rappreżentanti tagħna li aħna ninsabu determinati li neqirdu lill-qarnita li tinsab iggranfata ma' pajjiżna.", "Nappellaw lil dawk kollha li ser jattendu għal din il-protesta biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex l-imxijja ma tinxteridx u li jżommu bogħod xieraq minn xulxin.", "Previous: Każ magħluq?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/fl-2010-ma-sehhet-ebda-korruzzjoni-fl-enemalta/", "date": "Fri, 12th Mar '21, 10:49", "category": "blog, politics, government", "text": ["Tiftakruh l-\"iskandlu\" tal-BWSC?", "Tiftakruhom l-akkużi dwar korruzzjoni?", "Dak iż-żmien jien kont naħdem fil-Ministeru responsabbli għall-Enemalta u kont il-kap tal-assistenti personali ta' Austin Gatt.", "Jien kont preżenti meta kienu saru laqgħat ma' uffiċjali tal-Enemalta dakinhar li ttieħdet id-deċiżjoni li jinxtara l-impjant il-ġdid.", "U mbagħad, kif kien jiġri s-soltu dak iż-żmien, id-deċiżjonijiet dwar x'kwalità ta' impjant kellu jinxtara, mingħand min kien ser jinxtara u kemm kellu jiswa' ttieħdu mill-esperti.", "Il-kuntratt tal-BWSC kien ingħata lill-aktar fornitur effiċjenti li tefa' offerta li kienet konformi mal-ħtiġijiet tal-Enemalta, mal-ħtiġijiet tal-liġi Maltija u mad-direttivi Ewropej.", "U l-uffiċjali tal-Enemalta flimkien mal-esperti kienu għażlu fornitur mingħajr l-iċken intervent jew indħil ta' ħadd.", "Dak iż-żmien il-prim ministru tal-Iżrael, Ehud Olmert, kien ċempel lill-prim ministru ta' Malta, Lawrence Gonzi, biex jipperswadih jagħti l-appoġġ tiegħu lil kompetitur ieħor li kien għamel offerta.", "Lil Ehud Olmert, Lawrence Gonzi kien bgħatu jixxejjer.", "Ta' min igħid li Ehud Olmert aktar tard kien intbagħat il-ħabs wara li nstab ħati mill-qrati ta' pajjiżu dwar korruzzjoni.", "Għaldaqstant, jekk xejn, dak iż-żmien il-pressjoni kienet ġejja minn naħa ta' politiċi Maltin għan-nom ta' min tilef l-offerta u li ma kienet saret ebda pressjoni, kif xela' falz il-Partit Laburista, minn politiċi Maltin favur min rebaħ l-offerta.", "Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni xandret rapport li jgħid li ma rriżultax li kienet saret xi forma ta' pressjoni.", "Il-Kummissjoni semgħat ix-xhieda tal-uffiċjali kollha tal-Enemalta li kellhom x'jaqsmu mal-kuntratt u dawn ilkoll iddifendew l-għażla li kienet saret fl-2010 imsejsa fuq raġunijiet tekniċi u finanzjarji.", "Xi konklużjonijiet: Il-korruzzjoni ma ġietx ivvintata fl-2013 iżda ċertament ma jistgħux isiru paraguni ma' dak li saħħ qabel l-2013 ma' dak li seħħ minn dakinhar sal-lum.", "Il-Kummissjoni damet 12 il-sena biex lestiet ir-rapport li kkonkluda li l-allegazzjonijiet ta' Joseph Muscat fl-2010 kienu biss gideb malizzjużi.", "12 il-sena kienu wisq."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/il-boghod-mill-verita/", "date": "Wed, 3rd Mar '21, 10:22", "category": "blog, politics, government", "text": ["Mario Cutajar wieġeb għal diskors li għamel il-bieraħ fil-Parlament Jason Azzopardi li permezz tiegħu id-deputat tal-PN allega li fl-2013 il-kap tas-servizz ċivili u dak li kien imexxi l-korp tal-pulizija kienu ngħaqdu biex flimkien jintimidaw impjegat anzjan tal-gvern u jġiegħeluh iwarrab.", "L-istqarrija ta' Cutajar hi twila 8 paragrafi.", "F'seba' paragrafi u nofs minnhom ma jagħmel ebda riferenza għall-allegazzjoni.", "Fihom jidher li qed iwieġeb għal xi tip ta' mistoqsija iżda jibqa' ma jweġibx il-mistoqsija ta' Jason Azzopardi.", "U fl-aħħar sentenza tiegħu, Mario Cutajar igħid li dak li allega Jason Azzopardi huwa \"'l bogħod mill-verità\".", "Daqshekk biss għandek xi tgħid?", "Kemm 'il bogħod mill-verità?", "Nistgħu b'xi mod inserrħu fuq dak li ktibt int?", "Jeżisti xi ħadd li għandu indipendenza biżżejjed biex igħarbel dak li għidt?", "Jaqaw qed ngħixu f'pajjiż li fih impjegat tas-servizz ċivili jista' jiġi mwarrab minn xogħolu bis-saħħa ta' akkużi foloz minn naħa tal-pulizija?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/chris-fearne-jaqaw-mghandekx-il-hila-li-tikxef-l-isem-finish-that-sentence-now/", "date": "Wed, 3rd Mar '21, 11:22", "category": "blog, politics, government", "text": ["Tgħidx kemm kien drammatiku l-bieraħ Chris Fearne wara li l-Oppożizzjoni sfidatu u akkużatu li kien qed jagħmel il-preferenzi politiċi u jqabbeż nies fuq oħrajn li qed jistennew biex jingħataw it-tilqima kontra l-imxijja.", "Hu u jiċħad dawn l-istejjer, Chris Fearne infexx f'dagħdiha ta' rabja u lill-Kap tal-Oppożizzjoni qallu li kien hemm membru tal-grupp parlamentari tal-PN li kien talbu li jqabbżu fuq minn kien imiss qablu għat-tilqima u, ta' \"eroj\" li hu, Chris Fearne ma kienx aċċetta.", "B'mod erojku, Chris Fearne stqarr ukoll li ma kien bi ħsiebu jikxef minn kien dan id-deputat tal-PN li talbu jagħmel preferenzi miegħu.", "Dak li ried ipinġih bħallikieku kien ġust huwa fil-fatt mill-aktar inġust.", "U issa ntefa' dell fuq id-deputati kollha tal-PN.", "Dan huwa appuntu dak li Chris Fearne ried joħloq: għatta l-preferenzi li għamel hu billi allega li kulħadd qed jagħmel bħalu.", "Jekk tassew kien hemm deputat li talab li jitqabbeż fuq min kien imiss qablu, kien messu kixef isem din il-persuna.", "Għidilna ftit min kien dan, Chris Fearne.", "Jekk tibqa' ma tikxifx min hu jew min hi, nistgħu biss nikkonkludu li qed tigdeb."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/pajjiz-immexxi-minn-vavu/", "date": "Thu, 4th Mar '21, 13:40", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-filmat li fih Robert Abela jinstema' jħabbar li f'Marzu konna ser nitilqu niġru leħaq infirex sewwa qabel tħabbret l-aħbar inevitabbli li ser jittieħdu miżuri aktar iebsin f'attentat biex titwaqqaf u tiġi kontrollata l-firxa tal-imxijja.", "Anki dawk li huma mill-aktar xettiċi u ambivalenti skantaw bir-rati għoljin ta' infezzjoni li issa qed jaqbżu t-300 kuljum.", "L-imwiet qed jiżdiedu u bosta huma dawk li qed jintebħu bir-realtà li l-wasla tal-vaċċin tana sens ta' sigurtà falza.", "M'hemmx fejn wieħed jitfixkel.", "Il-vaċċin jagħti protezzjoni lil dawk li jkunu tlaqqmu.", "Iżda dawk li għadhom qed jistennew biex jitlaqqmu ma jistgħux jibqgħu għaddejjin bħallikieku m'hu jiġri xejn.", "Iżda Robert Abela ilu jwebbilna biex \"ingawdu s-sajf\", biex \"ma nibżgħux\", biex \"nerġgħu lura għan-normalità\" u biex, minn Marzu, \"nitilqu niġru\".", "Kien messna qgħadna aktar attenti.", "Il-bieraħ Robert Abela ipprova jiddieħak b'Bernard Grech u sfidah biex igħid x'kien jagħmel hu li kieku kien fiż-żarbun tiegħu.", "It-tweġiba tinsab f'dak li jgħidu s-sens komun u l-loġika.", "Issa li t-temp beda' jibbnazza, issa li n-nies tkun iktar imħajra toħroġ barra, issa li l-btajjel tal-Għid jinsabu wara l-bieb u l-iskejjel dalwaqt jibdew jaħdmu bin-nofs ta' nhari: proprju issa ser ngħalqu r-ristoranti.", "F'Jannar u Frar, lir-ristoranti ppermettejnilhom jibqgħu miftuħin u għamilna tabirruħna li l-infezzjonijiet li nfirxu bis-saħħa ta' din id-deċiżjoni, fil-fatt ma nfirxux.", "U issa, fi żmien li fih is-sidien tar-ristoranti kienu qed jittamaw li jibdew jaraw xi ftit xogħol, ser jiġu mġiegħla jagħlqu għal darb'oħra.", "U, m'għandniex xi ngħidu, n-negozji ser jerġgħu jiġi kostretti jibgħatu l-ħaddiema tagħhom biex jaħdmu mid-dar b'detriment għall-ekonomija.", "L-imxijja m'hix problema li qed jiffaċċja pajjiżna biss.", "Robert Abela hu l-problema li għandha Malta: dan hu pajjiż li qed jitmexxa' minn vavu.", "L-imġieba tiegħu fil-konferenza stampa li għamel illum wriet li jinsab taħt tensjoni kbira.", "Donnu li issa qed jintebaħ li l-ottimiżmu żejjed li kellu tul dawn l-aħħar xhur mhux ser ikun biżżejjed biex il-pajjiż ikun jista' jegħleb il-mewġ.", "Huwa rrabja ma' ġurnalisti li staqsewh mistoqsijiet pertineti, għolla leħnu, għolla ħuġbejh u mmutettja kemm felaħ.", "Kien kollox barra kalm u wera' li s-sitwazzjoni ħarbitlu minn taħt idejh.", "Kien qiesu bniedem fil-paniku ta' għarqa imminenti.", "Illum rajna prim ministru li rrifjuta li jammetti li l-kontroll m'huwiex f'idejh u li fil-fatt qatt ma kien.", "Isimgħu minni f'ġieħ kemm hemm.", "Toqgħodux tistennew id-direzzjonijiet mingħand vavu bħal dan.", "Ipproteġu lilkom infuskom u lill-għeżież tagħkom.", "Toħorġux minn darkom.", "U ttamaw li mhux ser tkunu teħtieġu lil dawk li jinsabu fir-riedni tal-pajjiż biex tħares saħħtek.", "Dawn l-anqas biss jafu x'inhuma jagħmlu."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/libes-zarbun-li-ma-jigiehx-2/", "date": "Thu, 4th Mar '21, 14:00", "category": "blog, politics, government", "text": ["Kien patetiku Robert Abela waqt il-konferenza stampa tal-lum dwar l-imxijja .", "U kien superfiċjali u ardit fit-tweġibiet li ta għan-nom tal-gvern tiegħu.", "F'ħin minnhom deher li ntebaħ li kien qed jagħżaq u stqarr li ma kienx f'sikktu u li kien qed jieħu l-mediċini.", "Iżda stqarr ukoll li l-pressjonijiet tal-kariga li qed jokkupa qed ikissruh.", "Din m'hix ħaġa li ntebaħ biha llum.", "Ilmenta bix-xorti ħażina li sab ruħu bħala prim ministru f'nofs pandemija li ma kienx ħolom biha meta ddeċieda li jtellaq għall-kariga.", "Għal darb'oħra l-pajjiż qed ibati l-konsegwenzi tal-għażla ta' numru ta' tesserati li ddeċidew favur kaxxa magħluqa.", "L-ewwel ħatra pubblika li qatt kellu Robert Abela kienet bħala mexxej.", "U mbagħad sab l-imxijja ma' wiċċu.", "Dawk li huma nfettati bl-imxijja u li qed imutu jinsabu taħt il-gwida ta' gvern immexxi minn bniedem li llum deher jiġġarraf quddiem għajnejna stess.", "Li kieku Robert Abela kellu jċedi l-armi u jirtira kmieni mill-ħatra, forsi jkollna għalxiex nissimpatizzaw miegħu.", "Il-verità hi li ż-żminijiet li ninsabu għaddejjin minnhom huma iebsin ferm għal kwalsiasi mexxej ta' gvern.", "Iżda ċertament m'hemmx lok għal simpatiji għaliex ir-responsabbiltà aħħarija tinsab fuq spallejh.", "Huwa ċar li libes żarbun li ma jiġieħx, imissu jwarrab u postu jieħdu ħaddieħor.", "Min jeħodlu postu għandu jkun bniedem realistiku li ma joħlomx b'ottimiżmu mhux ġustifikat.", "Jidher li x-xini tal-prim ministru wasal biex jinkalja."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/il-gurnalisti-qabbzuha-lid-difensur-tal-gurnalisti/", "date": "Fri, 5th Mar '21, 12:32", "category": "blog, politics, government", "text": ["Matul konferenza stampa riċenti qabel dik tal-bieraħ, il-prim ministru kien stqarr li jqis lilu nnifsu bħala l-anġlu kustodju tal-libertà ġurnalistika.", "\"Inwiegħed li nkun id-difensur tal-ġurnalisti kollha\" qal lill-udjenza li kellu quddiemu.", "Dan id-diskors qalu lejn l-aħħar ta' Jannar, ftit aktar minn xahar ilu.", "Il-bieraħ deher li qabżitlu meta Tim Diacono tal- Lovin Malta staqsieh jekk kienx bi ħsiebu jiskuża ruħu mas-sidien tar-ristoranti wara li hu kien wiegħedhom li ma kienx bi ħsiebu jagħlaqhom.", "Kien biss matul il-ġimgħa li għaddiet li l-gvern neħħa ordni biex ir-ristoranti jagħlqu fil-11 ta' bil-lejl biex b'hekk ta l-impressjoni lin-nies li l-ħajja bil-mod il-mod qed terġa' lura għal li kienet qabel ħakmitna l-imxijja.", "U mbagħad reġgħet qabżitlu hekk kif Nicole Meilak tal- MaltaToday staqsiet lil Charmaine Gauci dwar jekk tħossx li għandha terfa' r-responsabbiltà u twarrab talli naqset li tagħmel reżistenza kontra l-ottimiżmu żejjed tal-prim ministru u li tinsisti fuq l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet biex b'hekk inkunu f'pożizzjoni aħjar li ngħelbu lill-imxijja.", "Il-bieraħ aċċennajt dwar il-mod kif lill-Prim Ministru qabżitlu u kif tilef sabru.", "Ktibt ukoll dwar il-fatt li l-qrara li għamel li hu jinsab taħt pressjoni kbira minħabba l-imxijja wriet li ninsabu f'periklu aktar serju milli kien maħsub għaliex jidher ninsabu mmexxijin minn persuna li aktar moħħha biex tiżgura l-popolarità tagħha milli li tikkonċentra l-isforzi kollha fuq xogħolha.", "Iżda domna xi ftit ma ntbaħna li l-imġieba tal-prim ministru kienet waħda irresponsabbli fil-konfront ta' żewġ ġurnalisti li għamlulu mistoqsijiet iebsin.", "Issa Tim Diacono u Nicole Meilak jinsabu fil-mira ta' armata sħiħa ta' trolls mħarrġa apposta minn Joseph Muscat li ma jifilħux jaraw lill-idolu tagħhom bid-dmugħ iġelben ma' ħaddejh.", "Il-bieraħ ma kellniex prim minstru li jġib ruħu kif wiegħed bħala d-difensur tal-ġurnalisti.", "Kellna ċorma partitarji jiddefendu lill-prim ministru u jgħajjru lill-ġurnalisti.", "Kienu l-ġurnalisti stess li spiċċaw jiddefendu lil sħabhom.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kitbiet li ġejjin: Robert Abela m'hu jiddefendi lil ħadd ħlief lilu nnifsu.", "U jidher li ma tantx jinqala' biex joħroġ tarka u jistkenn warajha.", "Araw ftit kif il-lagħqin tiegħu Byron Camilleri, Edward Zammit Lewis kif ukoll Anġlu Farrugia għamlu minn kollox biex ma jixxandarx ir-rapport ta' George Hyzler dwar l-abbużi kontra l-etika li wettaq Joseph Muscat dakinhar li l-manigoldi tiegħu qaflu lill-ġurnalisti f'kamra f'Kastilja.", "Dawn jidher li ma jridux lill-Istat jirrikonoxxi li kien seħħ abbuż biex b'hekk kulħadd ikun jista' jieħu tagħlima minnu.", "Min jaf għadx jasal dak il-jum li fih Robert Abela jitħajjar jaqfel lill-ġurnalisti għal darb'oħra biex b'hekk iżommhom milli jagħmlulu mistoqsijiet li jistgħu jqabbżuhielu?", "Previous: Libes żarbun li ma jiġieħx .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Robert Abela, biex ittaffi xi ftit il-pressjoni qabel torqod, agħti daqqa t'għajn lil dan il-ktieb .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/mahzen-biex-jinhazen-fih-gid-konfiskat-din-xi-cajta-ohra/", "date": "Wed, 10th Mar '21, 08:13", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fil-ferneżija li jinsabu fiha biex jippruvaw jikkonvinċu lil tal- Moneyval li, minn stat tal-furbani, Malta saret teokrazija ħielsa mid-dnubiet, il-bieraħ Edward Zammit Lewis uriena l-pjanti ta' maħżen igglorifikat li fih il-gvern bi ħsiebu jaħżen oġġetti lussużi meħudin minn idejn il-kriminali li jkunu akkwistawhom bi flejjes maħmuġin ġejjin minn attivitajiet illeċti.", "Ir-rappurtar tat- Times of Malta jimmerita li jiġi premjat .", "Il-pjanti ta' Edward Zammit Lewis semmewhom fl-istess kuntest li semmew ix-xogħol li wettaq l- Asset Recovery Bureau fis-6 snin li ilu jeżisti.", "Dan il- Bureau s'issa rnexxielu jiġbor is-somma redikola ta' madwar €3,000 li huwa ammont li jonfoq kuntrabandist f'xahar wieħed biex jixtri r- rubber bands li jkun jeħtieġ biex ikun jista' jorbot flimkien it-torrijiet ta' flus kontanti li jkun ġemma.", "S'issa l-ħidma tal- asset recovery kienet waħda li tqabbdek id-daħk.", "Dan il- Bureau kien inħoloq biex fir-rapporti li jibgħat lill-Kummissjoni Ewropea l-gvern ikun jista' jgħid li jeżisti.", "Il-bużillis jinsab fil-fatt li dan il- Bureau m'għandux impjegati miegħu u l-liġi li ħolqitha m'hix qed tiġi applikata.", "Malta hi pajjiż li fih Alfred u Ġorġ Degiorgio, minkejja l-fatt li uffiċjalment ilhom għexieren tas-snin reġistrati bħala persuni bla xogħol, jistgħu jkomplu jgawdu karrozzi u dgħajjes lussużi qishom m'humiex huma.", "Il-Pulizija tammetti li ilha b'għajnejha fuqhom għal diversi snin u li tissuspetta li dawn għandhom x'jaqsmu mal-kriminalità organizzata.", "Dawn jistgħu jilgħabu mijiet ta' eluf ta' flejjes f'imħatri lokalment u ma jkellimhom jew iwaqqafhom ħadd.", "Ħadd ma waqqafhom milli jisparaw fuq il-miri tagħhom, inkluż meta mmiraw fuq Daphne u qatluha.", "Malta hi pajjiż li fih assassin li jikkopera mal-Istat lill-Pulizija jkellimhom dwar il-mijiet ta' eluf ta' flus li tħallas biex joqtol numru ta' persuni u li fih l-Istat ma jġiegħlux jirritorna dawn il-flejjes.", "Malta hi pajjiż li fih il-gvern waqqaf pjanijiet li kellu biex jintroduċi l- unexplained wealth orders li kienu jtuh is-saħħa li jikkonfiska ġid li s-sidien tiegħu ma jkollhomx il-ħila jispjegaw kif ġie f'idejhom.", "X'kienet ir-raġuni wara t-twaqqif ta' dawn il-pjanijiet?", "Twaqqfu għaliex hemm numru ta' membri parlamentari nkwetati għax jafu li huma stess m'għandhomx il-ħila li jispjegaw kif akkwistaw ċertu ġid.", "Ma taħsbux li dan ikun suġġett interessanti għal xi ħadd sinjurun bħal Robert Abela?", "Malta hi pajjiż li fih Ian Abdilla jinħatar bħala membru tal-bord tal- Asset Recovery Bureau (ħadd ma skanta b'dan), ma jkollux il-ħila li jġib riżultat wieħed li hu wieħed u, bħala ħlas, idendlulu midalja ma' sidru bħala premju għal \"servizz twil u effiċjenti\".", "Qed jittamaw li dan kollu – nkluż il-pjanijiet għall-bini ta' maħżen biex fih jitqiegħed ġid li għad irid jiġi konfiskat minn uffiċjali tal-infurzar li għad irid jiġu maħtura bis-saħħa ta' liġijiet li għad iridu jiġu emendati u jidħlu fis-seħħ – għad jipperswadi lil tal- Moneyval biex ma jixħtux lil Malta fil-lista l-griża fejn għandhom x'jaqsmu s-servizzi finanzjarji.", "Wara kollox, x'aktarx li s-sistema finanzjarja dinjija tippreferi temmen li Malta hi ġuriżdizzjoni li wieħed jista' jorbot fuqha għaliex, jekk il-verità hi fil-fatt bil-maqlub, ikun jeħtieġ li jsiru bidliet mhux biss f'pajjiżna iżda anki f'pajjiżi oħrajn.", "U minkejja dan kollu, xorta tibqa' redikola għall-aħħar l-idea li jinbena' maħżen fuq art pubblika bi flus il-poplu biex fih jinħażen ġid lussuż konfiskat minn idejn il-kriminali.", "Hi idea mill-aktar redikola għaliex f'pajjiżna l-biċċa l-kbira tal-flus maħmuġin jiġu ri-investiti f'artijiet u f'proprjetajiet lussużi.", "Dan huwa appuntu l-ġid li jmissu jiġi konfiskat.", "Il-ġid li jiswa' b'kollox €3,000 li kkonfiskaw s'issa jistgħu faċilment jaħżnuh fil-kamra tas-sodda ta' Yorgen Fenech fit-torri ta' Portomaso.", "Issa qed niftakar.", "Għadhom sal-lum lanqas biss ħasbu biex jikkonfiskaw il-ġid li nġabar grazzi għad-delitti kriminali li wettaq Yorgen Fenech.", "Li kieku kellhom jipproċedu biex jagħmlu dan, ibqgħu ċerti li l- power station tal- Electrogas f'kemm ilni ngħidilkom issir propjetà pubblika.", "M'għandix l-iċken dubju li, x'imkien hemm, jeżisti wkoll xi maħżen li m'huwiex jiġi użat ta' spiss."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/jixhed-il-kohhu/", "date": "Thu, 11th Mar '21, 16:44", "category": "blog, politics, government", "text": ["Issa ilna żmien twil mhux ħażin nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni f'moħħna u f'kitbietna tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Smajna x-xhieda ta' binha Matthew.", "Smajna x'kellhom xi jgħidu xhieda li raw b'għajnejhom.", "U smajna wkoll ir-rikostruzzjonijiet tal-esperti forensiċi.", "U llum smajna x-xhieda ta' wieħed mill-qattiela.", "Dan ftakar dwar il-mod kif kellmuh dwar il-persuna li kienet ser tkun fil-mira tiegħu bħallikieku tawħ ordni biex iforni biċċa għamara għal xi ras kbira.", "Smajnieh jixhed dwar il-mod kif innegozjaw il-prezz u kif tħallsu bħallikieku din kienet xi biċċa xogħol normali.", "Smajnieh jirreferi għad-diskors li għadda bejniethom dwar il-mod kif kienu bi ħsiebhom joqtluha, dwar x'arma kienet ser tintuża u dwar kif kollox kellu jimxi skond pjan.", "Smajnieh jixhed dwar il-possibilità li jinqatlu wkoll dawk li setgħu kienu magħha jew lil min inzerta kien fit-triq viċin tagħha.", "Xehed dwar il-mod kif segwew il-passi tagħha u kif żammew għajnejhom fuqha.", "Dwar kif raw mara fuq xogħolha u ħasbu biss fil-kemxa flus li kienu ser jagħmlu bis-saħħa tal-qtil tagħha.", "Dwar il-pressjoni li saritilhom biex jeħilsu minnha għaliex kien hemm min beża' li kienet ser ixxandar informazzjoni taħraq li kellha f'idejha.", "Dwar kif kienu fehmu li joqtlu persuna minħabba x-xogħol li kienet qed twettaq.", "Dwar kif ma skantaw xejn li kellhom politiku jgħinhom biex jitwettaq id-delitt.", "Dwar il-fatt li lanqas biss għadditilhom minn rashom li jkollhom problema f'ħoġorhom jekk Chris Cardona kien jaf li kienu bi ħsiebhom joqtlu lil Daphne Caruana Galizia u dwar kemm kienu ser jitħallsu biex iwettqu d-delitt.", "Dwar kif sħabu qalulu li kienu ltaqgħu ma' Chris Cardona f'postijiet differenti – fil-ministeru tiegħu, fil-kwartier ġenerali tal-partit tiegħu u f'ħanut tax-xorb fis-Siġġiewi.", "Dwar kif David Gatt lill-qattiela qalilhom li kien jaf x'kien bi ħsiebhom jagħmlu.", "Dwar kif kien sar jaf x'kien ser jagħmlu mingħand Keith Schembri.", "Dwar kif dawn il-persuni kollha kienu jafu li Daphne kienet ser tinqatel qabel fil-fatt inqatlet.", "Dwar kif Silvio Valletta kien qed iwasslilhom l-informazzjoni.", "Dan kien imexxi d-dipartiment tal-investigazzjonijiet kriminali u kien jaf minn fejn kellu jgħaddi.", "Wieħed mill-qattiela xehed dwar kif waslu biex joqtluha.", "Għalih dan il-qtil kien bħal qisu xarba ta' tazz'ilma.", "Xehed dwar id-diskors li għadda dwar kemm kellha tkun qawwija l-bomba, l-post fejn kellhom iqiegħeduha u l-aħjar ħin biex jixgħalu l-miċċa.", "Xehed dwar meta kien irċieva telefonata f'jum tal-Ħadd filgħaxija waqt li kien qed isuq karrozza.", "Dwar kif kien ħassu urtat li kellu jaħdem sa tard filgħaxija bil-konsegwenza li ma kienx qed jorqod biżżejjed.", "Dwar kif ħass f'moħħu li kien assuma r-riskju kollu meta ġie mġiegħel iwassal il-bomba u dwar kif ma ta ebda każ tal-ħerba li dik il-bomba kienet ser tħalli warajha.", "Xehed dwar kif wieħed mill-assassini rabat mal-bomba flixkun mimli bil-petrol u dan biex iserraħ rasu li bis-saħħa tal-500 gramma ta' TNT il-vittma tinqatel żgur.", "Bħala persuna għamja minn għajn waħda, xehed li ma kienx sema' l-isplużjoni u li ma kienx ċert jekk id-duħħan iswed li ra jogħla mas-swewwiet kienx biżżejjed biex inqatlet il-vittma.", "Xehed dwar l-iskantament li kellu għall-fatt li n-nies kienet irrabjata li l-vittma tagħhom kienet ġiet assassinata.", "Għaliex ħadd ma kien ipprotesta fit-toroq meta kienu nqatlu jew ġew feruti persuni oħrajn.", "Xehed li sa minn tliet ġimgħat qabel, kienu tarrfulu li kien ser jinġabar mill-Pulizija.", "Dwar kif sħabu qalulu li din l-informazzjoni kienet waslitilhom mingħand Chris Cardona.", "Dwar kif kienu jafu li dan kien ikun ta' spiss fil-Ferdinand Bar, minkejja l-fatt li Chris Cardona dan ċaħdu kemm il-darba.", "Dwar kif kienu serrħulhom rashom li ma kienux ser idumu wisq taħt arrest u li ser ikollhom numru ta' rjus kbar jaqbżu għalihom sabiex jinħelsu.", "Ċensu Muscat il-Koħħu xehed dan kollu.", "Il-Pulizija din l-istorja semgħetha kemm il-darba sa minn April 2018.", "Kienu semgħewha l-ewwel darba f'April 2018, jiġifieri 3 snin ilu.", "Ġaladarba ressquh il-qorti, sinjal li l-Pulizija fehmu li din l-istorja tal-Koħħu kienet waħda kredibbli u konsistenti.", "Tul dawn ix-xhur kollha li għaddew stajna biss nimmaġinaw x'kien għadda mill-imħuħ tal-qattiela.", "Issa nafu x'kien għadda.", "Ftit jiem ilu, Robert Abela qalilna li Ċensu Muscat ma kienx semma' politiċi.", "U l-Kummissarju tal-Pulizija qalilna li kull min kellu x'jaqsam ma' dan id-delitt jinsab taħt arrest.", "Issa nafu xort'oħra.", "Previous: Il-poplu mhux ser jinjora l-konsegwenzi perikolużi tal-inkompetenza .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Fl-2010 ma seħħet ebda korruzzjoni fl-Enemalta .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/ma-nhallux-lid-demokrazija-tinqered/", "date": "Sun, 7th Mar '21, 08:04", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-bieraħ il-ġurnalista Victor Paul Borg laqat il-musmar fuq rasu permezz ta' kitbietu.", "Wara li seħħet dik il-famuża konferenza stampa ta' Robert Abela li fiha għoġbu jattakka lill-ġurnalisti talli dawn ażżardaw jistaqsuh mistoqsijiet skomdi u li matulha stqarr li kien qed iħossu sturdut u li ma messux kien xogħol għax ma kienx jiflaħ, bosta kienu dawk li ntebħu li Kastilja għaddejja minn baħar imqalleb.", "Ir-riżultat tas-sondaġġ tal- Malta Today jagħti stampa aktar ċara.", "S'issa m'hemmx periklu li tal-Labour jitilfu l-elezzjoni li ġejja.", "Iżda għal partit li hu mdorri li jirbaħ bil-kbir u li jumilja lill-avversarju tiegħu, hija xokkanti għalih meta jara l-maġġoranza li għandu dejjem tiċkien.", "Diffiċli għal tal-Labour li jwarrbu l-impunità li tinħoloq minn mentalità li tiġi taqa' u tqum mill-iżbalji tal-gvern jew mid-delitti kriminali li jwettqu dawk li jmexxuh.", "Is- Sunday Times of Malta llum issuktat bis-sensiela ta' stejjer dwar ir-rabtiet li kellu Yorgen Fenech ma' Johann Buttigieg — l-istess bniedem li lil Konrad Mizzi kien tah konsulenza tiswa' l-eluf dakinhar li warrab skreditat — li nkixef bħala biċċa għodda oħra fil-kaxxa ffullata li kellu Yorgen Fenech.", "Kien hemm leġġenda dwar kif iċ-ċiklopi kienu tilfu wieħed mill-par għajnejn tagħhom.", "Dawn kienu ftehmu mal-allat li jitilfu d-dawl ta' għajn waħda bi tpartit mal-ħila li jbassru l-futur.", "L-allat daħku bihom.", "Hadulhom id-dawl ta' għajn waħda u ppermettewlhom li jsiru jafu ħaġa waħda biss dwar il-futur tagħhom: il-jum li fih kellhom imutu.", "U wara esperjenza bħal din, spiċċaw biex waqgħu f'disprament.", "Robert Abela jaf ħafna aktar milli taf int. Jaf kollox dwar dak li nkixef bis-saħħa tal-messaġġi li bgħat u li rċieva Yorgen Fenech matul is-sena li fiha nkixef bħala sid is-17 Black u dakinhar li ġie mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għaldaqstant kull darba li taqra xi storja ġdida u kull darba li tinsa' din li tkun ixxandret il-ġimgħa ta' qabel, Robert Abela jgħaddi minn esperjenza li tkun bil-maqlub.", "Ikun qed jgħodd l-istejjer li għad ikunu jridu jaraw id-dawl tax-xemx.", "Din hi esperjenza li taf iġġennek.", "Kull darba li jġiegħel li xi ħadd biex iwarrab, jaqlagħha fuq rasu mill-partit tiegħu.", "U kull darba li tinkixef storja oħra u jipprova jżomm fil-wiċċ, jitlef ftit ieħor mill-appoġġ elettorali li jeħtieġ biex ikun jista' jgħid li elettoralment jinsab f'pożizzjoni b'saħħitha u li ħadd ma jista' għalih.", "Din il-ġimgħa ma kienx hemm biss għajjat mal-ġurnalisti.", "Fil-mira kien hemm ukoll Jason Azzopardi.", "U issa għandna l-attentat biex jeqirdu lil Repubblika bis-saħħa ta' akkużi foloz ta' tberbiq ta' flus u ta' propaganda favur partit politiku.", "F'pajjiz li jridha ta' wieħed demokratiku f'għajnejn id-dinja, ma nafx jekk Robert Abela jippretendix serjament li NGO għandha tiġi mġiegħelha xxolji.", "Ma nistax naħlef dwar dan.", "Ftakru biss li dan il-bniedem kien xela' lill-familja ta' Daphne Caruana Galizia li mhux veru jridu li ssir ġustizzja magħha u dan talli fittxew li jieħdu parir mingħand ditta legali Ngliża.", "Iżda anki saħansitra qabel jasal biex formalment jeqred lil Repubblika, Robert Abela jrid lin-nies titkellem inqas dwar ir-rabtiet mill-qrib li l-gvern tiegħu għandu mal-mafja u titkellem aktar dwar Jason Azzopardi, dwar il-ġurnalisti arditi u dwar NGOs li m'għandhomx ħajta f'ilsienhom.", "Qed jagħfas fuq kwistjonijiet li fihom jara ċerta dgħjufija billi jipprova jiżola ġurnalisti individwali.", "Bħala regola, l-ġurnalisti ma tantx jaqbżu għal xulxin u ta' sikwit issibhom jikkritikaw lil xulxin.", "Li kieku l-ġimgħa li għaddiet matul il-konferenza stampa kien hemm aktar għaqda bejn il-ġurnalisti, dawn kienu jaqbdu u jitilqu 'l barra flimkien u kienu jħalluh waħdu mal-lagħqi tiegħu tal- One TV.", "Robert Abela hu mdorri wkoll b'oppożizzjoni mifruda.", "Jason Azzopardi hu mira faċli u dak li kien mexxej tal-PN ma kienx jaħsibha darbtejn biex jittradih.", "Din il-ġimgħa Bernard Grech ddefendih iżda t-tensjonijiet huma palpabbli kull darba li jitfaċċa Adrian Delia fuq il-bankijiet tal-oppożizzjoni.", "Interessanti l-attakk li qed isir fuq Repubblika.", "Sa sentejn ilu, tal-Labour kellhom l-koperazzjoni tal-mezzi tax-xandir tal-PN meta dawn kienu dawru l-kanuni tagħhom fuq attivisti tal- Occupy Justice u xlewhom li kienu qed jagħmelu kampanja favur l-abort u jdaħħlu f'buthom flejjes miġburin.", "Illum xenarju bħal dan ma jistax iseħħ iżda Robert Abela xorta waħda għadu jittama li jkun jista' juża l-arma tal-iżolament.", "Kemm il-darba tal-PN jagħżlu li joħorġu għonqhom biex jiddefendu lil Repubblika, jkunu qed jagħtu kredibilità lix-xilja falza li tal-PN u Repubblika huma żewġ naħat ta' munita waħda.", "Għaldaqstant Robert Abela qed jistenna li tal-PN ser iżommu pass lura.", "Il-qofol tal-kwistjoni hu dwar jekk NGOs oħrajn humiex ser jintebħu li din hi theddida fil-konfront tagħhom ukoll.", "Ejjew għal mument ninsew l-akkużi foloz ta' tberbiq u ta' tmexxija ħażina.", "Robert Abela jaf daqsi li dawn ix-xiljiet saru biex ibaqbqu lit- trolls tal-Labour fil- Facebook.", "U dawn it- trolls qegħdin hemm biex jaqdu l-interessi ta' Yorgen Fenech li jrid isikket lil Repubblika daqskemm irid isikkitha Robert Abela.", "Araw x'kitbet Anna Mallia, mħallef part-time , partitarja akkanita Laburista u avukata ta' Yorgen Fenech: Apparti kollox, il-gvern mhux ser ikollu l-ħila li jsostni dawn ix-xiljiet finanzjarji għar-raġuni li huma foloz.", "Iżda aħsbu ftit dwar l-akkuża li Repubblika hi għaqda partiġġjana u li għaldaqstant għandha tiġi mġiegħelha xxolji.", "Il-\"provi\" li ġab il-gvern jikkonsistu f'artikli li nkitbu fil-ġurnali minn Vicki Ann Cremona, minn Alessandra Dee Crespo u minni, liema artikli jikkritikaw lill-gvern.", "U biex tkompli tagħqad, il-gvern semma' l-fatt li Repubblika kienet għamlet is-sottomissjonijiet tagħha quddiem l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-kwistjoni m'hix daqstant dwar dak li qalet Repubblika.", "Hi aktar dwar il-fatt li ażżardat tesprimi ruħħa.", "L-NGOs kollha għandhom jifhmu l-implikazzjonijiet ta' dan kollu.", "Jekk uffiċjal ta' NGO ambjentali jikteb sensiela ta' artikli li, per eżempju, jikkritikaw il-politika tal-gvern fejn għandha x'taqsam l-industrija tal-bini; jekk, per eżempju, NGO tfassal politika dwar ir-regoli tal-ippjanar; jekk NGO ssejjaħ protesti fit-toroq kontra xi inizjattiva tal-gvern, skond l-istess gvern dawn ma jkunux qed iġibu ruħħom kif suppost.", "Speċjalment jekk jinzerta li l-oppożizzjoni parlamentari taqbel mal-fehmiet tagħhom.", "Skont il-gvern, dan ikun biżżejjed biex il-kummissarju tal-għaqdiet volontarji jkollu d-dritt jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu u jxolji lil dawn l-għaqdiet.", "Din l-Art Ħelwa, Moviment Graffitti u NGOs oħrajn li jaħdmu f'oqsma oħrajn li juru li ma jaqblux mal-politika tal-gvern ikunu qed jirriskjaw ix-xoljiment.", "U dan jista' jwassal ukoll biex saħansitra jiġi xolt każin ta' banda kemm il-darba jkun hemm membru tal-kumitat li jikteb artiklu bi kritika lill-gvern.", "Proprju hawn jeżisti l-periklu.", "Robert Abela qed jittama li meta jixli ġurnalist individwali, sħabu l-ġurnalisti l-oħra u NGO's mhux ser jitniffsu biex jiddefenduh.", "Ċertament ikun hemm min jippreferi li jsodd ħalqu biex ma jidhirx ikraħ.", "Dan huwa l-mod li bih it-tiranni jgħadduha lixxa.", "Dan huwa l-mod kif tinqered id-demokrazija.", "Previous: Robert Abela, biex ittaffi xi ftit il-pressjoni qabel torqod, agħti daqqa t'għajn lil dan il-ktieb .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: SEGWU: Robert Aquilina jgħid lill-PM li Repubblika se tisfidah u m'hix bi ħsiebha ċċedi. .fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:50% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-3{width:100% !important;}.fusion-builder-column-3 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-2{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/il-marda-nazzjonali-li-qed-teqridna/", "date": "Tue, 9th Mar '21, 14:18", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jaqaw m'għadhomx igħallmu r-regoli tal-loġika fl-iskejjel?", "Il-bieraħ lill-membri tal-istampa Robert Abela qalilhom li dawk li jmexxu s-servizz pubbliku ngħataw ordnijiet biex ma jidħlux f'negozju li ma jkunx konformi mar-rwol tagħhom bħala impjegati pubbliċi.", "Din sejjħilha \"mentalità ġdida\".", "Għaliex ħass il-ħtieġa li jitkellem kif tkellem?", "Għandi nifhem li l-prim ministru espriema ruħu b'dan il-mod għaliex jidhirlu li l-\"mentalità l-antika\" li wieħed jidħol għan-negozju waqt li jkun qed iwettaq dmirijiet pubbliċi m'hix aċċettabbli u jeħtieġ li tinbidel.", "Din m'hi xejn ħlief moralità tal-iskola tan-nuna.", "Huma t-tfal li jgħaddu minn fażijiet ta' mġieba mqarba f'ħajjithom u, meta jinqabdu, jiġu kastigati u jiġu mġiegħla jwiegħedu li ma jerġgħux ikunu mqarbin.", "Din il-mentalità ilna li tlaqniha.", "Waqt il-konferenza dwar l-\"għaqda nazzjonali\" ftit jiem ilu, dawk li ma jaqblux mal-idea li għandu jkun hemm stazzjonijiet televiżivi tal-partiti politiċi stqarrew li l-partiti nnifishom għandhom ifasslu regoli ġodda ta' mġieba.", "Jien ma qbiltx ma' min ħareġ b'din l-idea.", "Tgħid il-partiti politiċi għandhom il-ħtieġa ta' regolamenti li tirregola mġibithom biex jintebħu li mhux sewwa li wieħed jigdeb?", "Dan ma kienx messhom jafuh mill-bidu nett?", "U l-mexxejja tas-servizz ċivili m'għandhomx ikunu jafu li mhux sewwa li jinnegozjaw u jkunu sħab ma' dawk li suppost ikunu qed jirregolaw?", "Johann Buttigieg inkixef li kien innegozja kuntratti dwar trasferimenti ta' proprjetà ma' Yorgen Fenech.", "Dan in-negozju sar waqt li Buttigieg kien ir-regolatur ewlieni, jiġifieri dak li kien jiddeċiedi dwar min kellu jingħata permess u dwar min dan il-permess kellu jinċaħadlu.", "Hemm għalfejn noqgħodu nfasslu r-regoli biex lil Johann Buttigieg ngħidulu li l-imġieba tiegħu ma kienitx korretta?", "Jew biex lil Joe Cuschieri ngħidulu li ma kienx korrett meta, bħala regolatur tal-industrija tal- gaming u tal-bankiera tagħha, siefer ma' Yorgen Fenech?", "Jista' Robert Abela b'serjetà jgħidilna li jkollna \"mentalità ġdida\" meta ssir insistenza li l-interessi privati tal-amministraturi pubbliċi għandhom jinżammu 'l bogħod mill-interessi pubbliċi tagħhom u li jeħtieġ li jkunu aktar safjin minn mart Ċesri?", "Dawn possibbli li qatt ma qraw it-tħassib ta' Platun dwar il-filosfi-rejiet?", "Qatt ma qraw il-kitbiet ta' Aristotli, ta' Machiavelli jew ta' Montesquieu?", "Qatt ma għamluha ta' kap ta' klassi jew ta' xi ristorant?", "It-tweġiba hi \"le\".", "Dan għaliex l-edukazzjoni politika, etika u amminstrattiva ħaduha mingħand Joseph Muscat.", "Taħtu l-mentalità kienet waħda ta' \"aħtaf kemm tiflaħ sakemm ikollok iċ-ċans\".", "Ma skoprejniex l-Amerika, hux hekk?", "Robert Abela qalilna li jinsab rasu mistrieħa li l-messaġġi tal- WhatsApp li ntbagħtu lil Johann Buttigieg jindikaw biss li kienet saret diskussjoni ma' Yorgen Fenech dwar il-possibilità li jissieħbu f'negozju.", "Skont Abela, din m'hix \"prova\" li fil-fatt issieħbu f'negozju.", "X'ħaseb li għandna nimmaġinaw f'moħħna Robert Abela?", "Li Yorgen Fenech kien ser igħaddi kemm Alla ħalaq karti tal-flus permezz tal- WhatsApp account tiegħu?", "Tiftakru li meta kienu nkixfu Keith Schembi u Konrad Mizzi bħala s-sidien ta' kumpanniji sigrieti fil-Panama, kienu qalulna li \"ma kienux instabu flus\"?", "L-Oppożizzjoni, l-Moviment Graffitti u Repubblika talbu għat-tkeċċija ta' Johann Buttigieg.", "Issa ngħaqdet ukoll it- Times of Malta u sejjħet bħala \"marda nazzjonali\" lill-impunità li qed tagħti l-kenn lil dawn il-ħallelin.", "Iżda ma' wiċċ Robert Abela hemm ukoll pressjonijiet li ma jidhrux.", "M'għandux is-saħħa li jeħodha kontra Joseph Muscat.", "U Johann Buttigieg kien ħareġ għan-nofs kemm il-darba biex jipproteġi lil sidu.", "Robert Abela irid mentalità ġdida.", "Mentalità ġdida tal-2013.", "Previous: SEGWU: Robert Aquilina jgħid lill-PM li Repubblika se tisfidah u m'hix bi ħsiebha ċċedi. .fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:50% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-2{width:100% !important;}.fusion-builder-column-2 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Maħżen biex jinħażen fih ġid konfiskat?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/il-poplu-mhux-ser-jinjora-l-konsegwenzi-perikoluzi-tal-inkompetenza/", "date": "Wed, 10th Mar '21, 15:56", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ma nistax nimmaġina kif dan li ser nikteb b'xi mod jista' jagħti pjaċir lil xi ħadd.", "Iżda bl-eċċezzjoni tat-trolls lealissimi, ħadd m'għad għandu fiduċja li d-direttivi li jagħti l-gvern qed iservu biex tiġi miġġielda l-imxijja.", "Ninsabu f'sitwazzjoni disastruża.", "Wasalna f'estremità li fiha l-president tal-għaqda tat-tobba qed igħid lin-nies biex ma joqgħodux jistennew li jinħarġu direttivi mill-gvern u biex jibqgħu f'darhom.", "M'għandniex innaqqsu s-sinjifikat ta' din l-istqarrija.", "Imxijja bħal din ma nistgħux niġġieldulha biss bis-saħħa tat-tilqim u bis-saħħa tal-mediċini.", "Għal din l-aħħar sena, d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, l-imġieba tal-poplu u t-tmexxija tal-awtoritajiet huma kruċjali bil-għan li jiġi evitat diżastru mediku.", "F'sens wieħed, Robert Abela huwa t-\"tabib\" ewlieni.", "U dan it-\"tabib\" ewlieni jidher li libes żarbun li ma jiġieħx u t-tobba l-oħrajn qed isostnu fil-beraħ li m'għandniex nagħtu kasu.", "Isimgħu ftit x'kellha xi tgħid din it-telespettatriċi permezz tat-telefon waqt programm televiżiv.", "Nemmen li bosta kienu dawk li obdew id-direttivi li ħareġ il-gvern għaliex ittamaw li l-awtoritajiet tassew riedu jħarsulhom saħħithom.", "Iżda l-vavu ta' prim ministru li għandna għoġbu jimmina l-ħila tal-gvern li jmexxi.", "U dakinhar li ħafer il-multi li kienu twaħħlu b'rabta mal-ksur tad-direttivi dwar l-imxijja, kisser il-kredibitilità ta' dawk jinfurzaw il-liġijiet.", "Meta kien qal li kellna l-ħtieġa ta' field hospital biex iserraħ lill-Isptar Mater Dei u mbagħad stqarr bil-maqlub u issa siket totalment, bdejna niddubitaw jekk it-tobba humiex ser ikunu kostretti jagħmlu għażliet li sena ilu bżajna ser ikollhom jagħmlu u jiddeċiedu huma dwar min għandu jingħata l-kura u dwar min għandu jibqa' mingħajrha.", "Dakinhar li l-imxijja ma ħadhiex bis-serjetà u għamel vjaġġ wara l-ieħor lejn Sqallija bil-lanċa tiegħu, ma setgħax jippretendi li l-poplu jġib ruħu b'mod dixxiplinat meta niġu bżonn id-dixxiplina.", "U issa araw f'liema sqaq daħħalna fih.", "Dakinhar li ftaħar bil-wasla tal-vaċċin bis-saħħa tal-pakkett negozjat mill-Unjoni Ewropea, lin-nies tahom l-impressjoni falza li ma kellhomx għalfejn iħabblu rashom aktar dwar l-imxijja.", "Dakinhar li wiegħed li m'hu ser jaċċetta qatt li jsir lockdown, huwa abbanduna għodda importanti li għandu l-poplu biex inaqqas il-firxa tal-imxijja kif kien spjegalna b'tant pompa Chris Fearne. spjega li issa jidher li nesieha.", "Illum xi ħadd qal li l-gvern qed jiltaqa' biex jiskopri kelma oħra li tfisser lockdown.", "F'dan l-istadju, ma jidhirx li hemm alternattiva oħra.", "Issa qed jiġu nfettati t-tfal tal-iskola.", "Qed niġu mwissija mit-tobba li l-isptar jinsab fix-xifer.", "Tiftakru meta kienu qalulna li t-tobba għandhom bżonn l-appoġġ tagħna?", "Dan l-appoġġ m'humiex isibuh mingħand il-gvern.", "Il-gvern jidher li ma jridx igħidilna dak li issa lkoll nafu x'jeħtieġ li jseħħ.", "Jista' jkun li l-poplu ta' dan il-pajjiż injora l-korruzzjoni għax twebbel bil-wegħdi tal-aqwa żmien.", "Iżda l-poplu ċertament m'huwiex ser jinjora l-konsegwenzi perikolużi tal-inkompetenza.", "Previous: Maħżen biex jinħażen fih ġid konfiskat?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/chris-cardona-issa-zgur-ghandu-ghalxiex-iwiegeb/", "date": "Tue, 16th Mar '21, 13:00", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-Pulizija tinsab fid-dmir li tinfurmana jekk Chris Cardona huwiex qed jiġi nvestigat dwar kumplott separat biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.", "Illum fil-qorti smajna lil Ċensu Muscat il-Koħħu iwieġeb għall-mistoqsijet li għamillu l-avukat tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi u x-xhieda li huwa ta qablet ma' provi li diġà nġiebu dwar l-involviment ta' Chris Cardona flimkien ma' oħrajn fil-konġura li seħħet ftit wara l-elezzjoni tal-2013 biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.", "Jeħtieġ li nifhmu sewwa li l-Koħħu huwa xhud li qed jittella' jixhed fil-qorti mill-Pulizija stess.", "Ix-xhieda tal-Koħħu tikkonferma informazzjoni li diġà ilna nafuha.", "Jiġifieri informazzjoni dwar r-rabtiet li kien hemm bejn il-Koħħu u kriminali oħrajn fuq naħa waħda u bejn Chris Cardona u persuna oħra li jidher li hi David Gatt.", "Diġà teżisti informazzjoni dwar ir-rwol li kellu David Gatt fid-dinja tal-kriminalità.", "Xi snin ilu kien ġie liberat mill-qorti dwar akkuża marbuta ma' sensiela ta' serqiet minn banek u din is-sentenza hi waħda aħħarija.", "Madankollu dan ma jfissirx li l-provi li issa telgħu fil-wiċċ ma jistgħux jintużaw biex issir investigazzjoni separata dwar Chris Cardona.", "Barra minn dan, hi rilevanti wkoll l-imġieba ta' Chris Cardona.", "Dan baqa' jiċħad pubblikament u politikament li lill-aħwa Degiorgio kien jafhom.", "Iżda kellha tkun protesta li kienu għamlu tal- Occupy Justice f'April 2018 quddiem l-Għassa tal-Belt Valletta li wasslet biex il-Pulizija bgħatet għal Chris Cardona biex tinterrogah.", "Dakinhar kien reġa' ċaħad li kien jaf lill-aħwa Degiorgio?", "Lill-Pulizija gidbilhom waqt l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia?", "Jekk kien gideb, allura għandu jħallas ta' għemilu Il-Koħħu xehed li Chris Cardona kien ħaġa waħda mal-aħwa Degiorgio.", "U baqa' jsostni li kien minnu li Chris Cardona – minkejja li dan baqa' jiċħdu – kien jiltaqa' magħhom fil-Ferdinand's Bar fis-Siġġiewi u fl-iStables Bar fil-Belt Valletta.", "Il-Koħħu xehed ukoll li Chris Cardona kien ta l-għajnuna tiegħu f'każ ieħor separat ta' qtil ippjanat.", "L-argument li x-xhieda tal-Koħħu hi \"detto del detto\" ma jreġix.", "Li kieku l-Koħħu qed jixhed dwar ħwejjeġ li m'humiex konfermati minn provi oħrajn, dan l-argument forsi kont nasal biex nifhmu.", "Iżda jekk il-Pulizija m'hix tinvestiga dan kollu, jkun qiesu qed tistenna li l-Koħħu jagħmlilhom xogħolhom jew tistenna li Chris Cardona ser isegwi l-passi tal-Koħħu u jammetti.", "Dan ċertament mhux ser jiġri.", "Huwa xogħol il-Pulizija li tfittex il-provi biex tkun tista' tissostanzja s-suspett raġjonevoli li Chris Cardona kien imdaħħal f'kumplott biex tinqatel Daphne u li kien ukoll jaf bil-kumplott li wassal biex ġiet assassinata.", "Apparti d-destin legali ta' Chris Cardona, hemm ukoll id-destin politiku ta' pajjiżna.", "Sa ftit xhur ilu, Chris Cardona kien id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u ministru anzjan fi ħdan il-gvern.", "F'intervista li kien ta fi Frar tal-2020, Chris Cardona kien stqarr li f'Jannar 2020 Robert Abela kien offrielu ministeru, liema offerta hu ma kienx aċċettaha.", "Din l-istqarrija Robert Abela baqa' ma ċaħadhiex.", "Il-Partit Laburista meta ser jiddeċiedi li jżomm ruħu 'l bogħod minn dan kollu?", "Meta ser jikkundanna dan l-għemil?", "Meta ser jistqarr darba għal dejjem li mġieba marbuta mal-kriminalità, mat-traffikar tad-droga u mal-assassinji m'hix waħda li hi aċċettabbli għall-politiċi?", "Eh kważi nsejt.", "Illum fil-qorti l-Koħħu stqarr li ministru preżenti – jiġifieri xi ħadd li m'huwiex Chris Cardona – kien għen biex isseħħ serqa minn bank.", "X'qed jagħmlu l-Pulizija dwar din l-istqarrija?", "Staqsihom Robert Abela lill-Ministri tiegħu jekk fl-imgħoddi kienux kompliċi f'serqa minn bank?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/min-tabilhaqq-huwa-l-imghallem/", "date": "Wed, 17th Mar '21, 09:39", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fil-qorti xhud tal-prosekuzzjoni xehed li ministru preżenti tal-gvern kien ta l-għajnuna tiegħu lil grupp ta' kriminali f'delitt.", "Il-bieraħ jien ktibt li seta' kien qed jirreferi għas-serqa li seħħet fl-2010 fl-HSBC kif ukoll għall-Ministru Carmelo Abela li dak iż-żmien kien deputat parlamentari tal-Oppożizzjoni u manager fl-istess bank.", "Kif wieħed seta' jistenna, l-ġurnalisti ma żammewx lura u għamlu sensiela ta' mistoqsijiet lill-prim ministru. '", "Huwa minnu li ministru tal-gvern kien kompliċi ma' kriminali fit-twettiq ta' delitt serju?'", "'Taf min hu dan il-ministru?'", "'X'bi ħsiebek tagħmel dwar din il-kwistjoni?'", "Robert Abela għamel tabirruħu li kien sorpriż.", "Kien ilu jaf għal xhur sħaħ li din l-aħbar minn ħin għall-ieħor kienet ser tfeġġ.", "X'aktarx kien jaf qabel leħaq prim ministru.", "Jeħtieġ niftakru li Robert Abela kien l-avukat tal-aħwa tal-Maksar.", "Nagħmlu parentesi żgħira.", "Issa jien naf li kulħadd għandu d-dritt li jqabbad avukat biex jirrappreżentah.", "Iżda minn meta 'l hawn sirna daqshekk insensittivi li bħal donnu ħadd ma jitwaħħax meta jintebaħ li dawn il-qattiela li għandhom rabtiet ma' xibka tal-kriminalità mafjuża f'pajjiżi oħra u li jimpurtaw f'Malta bombi u armi speċjali biex joqtlu lin-nies, kellhom lill-prim ministru tagħna bħala l-avukat tagħhom?", "Tistgħu timmaġinaw x'kien jiġri li kieku storja bħal din seħħet band'oħra?", "Tistgħu qatt timmaġinaw lill-Ġermanja b'Kanċillier li kien jirrappreżenta qattiela feroċi tal-mafja fil-qorti?", "Nagħlqu l-parentesi.", "Robert Abela jiġi mistoqsi x'għamel meta sar jaf li xhud – persuna li ngħatat maħfra dwar il-qtil ta' avukat – xehed fil-qorti li membru tal-kabinett tiegħu kien kompliċi biex twettaq delitt kriminali.", "Ftakru dejjem li hawn qed nitħaddtu dwar serqa bl-armi minn bank.", "Quddiem biżibilju ta' kameras u ta' mikrofoni Robert Abela wieġeb billi ddikjara li huwa kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jidentifika l-persuna li tkellem dwarha l-Koħħu.", "X'fettillu wieġeb b'dan il-mod?", "Tgħid il-prim ministru ried ibellagħha li din kienet l-ewwel darba li l-Kummissarju sema' li l-Koħħu seta' jidentifika ministru tal-kabinett f'dan il-kuntest?", "Jekk dan tassew huwa l-każ, allura l-prim ministru qed jammetti li l-Pulizija kienet naqset li tagħmel xogħolha sewwa u naqset li tivverifika l-informazzjoni li għandu l-Koħħu qabel aċċettat li jingħata piena mnaqqsa għad-delitt ta' qtil u maħfra sħiħa għad-delitt ieħor ta' qtil.", "Jeħtieġ niftakru li l-maħfra kienet ingħatat b'deċiżjoni tal-kabinett tal-ministri u għaldaqstant il-ministri – ewlieni fosthom Robert Abela – kienu kunfidenti li l-Pulizija kienet taf x'kienet qed tagħmel qabel ma ġie deċiż li tinħareġ il-maħfra.", "Mill-banda l-oħra, ma nagħmlux mod li l-prim ministru qed jissuġġerixxi li, minkejja l-fatt li l-Kummissarju kien ilu jaf li l-Koħħu kien semma' l-involviment ta' ministru tal-gvern f'delitt kriminali , sal-bieraħ dan baqa' m'għamel xejn?", "Jekk dan huwa l-każ, allura l-prim ministru qed jarmi l-baħar anki l-awtonomija li suppost għandhom il-Pulizija u qed jissuġġerixxi li, minflok ifittxu l-verità, l-Pulizija jippreferu jistennew li jaslu l-ordnijiet mingħand il-prim ministru.", "Il-fatt li Robert Abela wasal pubblikament biex joħroġ ordni lil Anġlu Gafà m'hi xejn ħlief prova li l-prim ministru tagħna jinsab liebes żarbun li ma jiġieħx.", "Robert Abela m'huwiex l-imgħallem ta' Anġlu Gafà.", "Ma jistax jordnalu lil min għandu jinvestiga u lil min m'għandux jinvestiga.", "Mill-banda l-oħra, Robert Abela huwa l-imgħallem ta' kull \"ministru preżenti\" u għaldaqstant mhux biss għandu kull dritt joħroġ l-ordnijiet iżda huwa wkoll fid-dmir li jagħti direzzjoni lill-kabinett kollu.", "Lil kull ministru, l-prim ministru talbu jagħmel dikjarazzjoni li l-Koħħu ma kienx qed jirreferi għalih?", "Lil Carmelo Abela talbu jagħmilha din id-dikjarazzjoni?", "Sodisfatt bit-tweġiba li ngħata?", "Dan kien li messu qalilna l-bieraħ Robert Abela: li malli sar jaf b'dak li xehed il-Koħħu fil-qorti, lill-ministri – li flimkien magħhom kien iddeċieda li jagħtih maħfra għall-qtil ta' Carmel Chircop – talabhom jiddikjaraw li l-Koħħu ma kienx qed jirreferi għal xi wieħed minnhom.", "Jidher li m'għamel xejn minn dan kollu.", "U x'aktarx naqas li jagħmel dan għaliex huwa stess ma jemminx lil wieħed mill-ministri tiegħu, jiċħad kemm ikollu l-ħila jiċħad.", "Tabilħaqq jeżistu xi vantaġġi meta jkollok prim ministru li fl-imgħoddi kien l-avukat tal-Koħħu u tal-kompliċi tiegħu.", "Lil Robert Abela, Anġlu Gafà kif ser iwieġbu?", "Ser igħidlu li, minkejja dak li xehed il-Koħħu, l-Pulizija m'għandhiex f'idejha provi ammissibbli.", "X'aktarx ser igħidlu wkoll li, biex il-boċċa titressaq aktar qrib il-likk, ikun jeħtieġ li l-Koħħu jingħata l-maħfra wkoll għas-serqa fl-HSBC.", "Iżda ser igħidlu wkoll li l-Pulizija m'hix favur li tingħata din il-maħfra għaliex il-każ wasal biex ikun preskritt u li ma jidhirx li hemm provi li jistgħu jikkorroboraw dak li allega l-Koħħu dwar l-involviment ta' Ministru tal-gvern.", "U għal darb'oħra, f'każ politiku serju ta' infiltrazzjoni mafjuża fix-xogħol tal-gvern, ser naraw salt tfettiq forensiku li m'hu ser iwassalna għal ebda konklużjoni dwar il-kwalità ta' fibra morali li jkunu jeħtieġu l-politiċi li jingħażlu biex imexxu lill-pajjiż.", "Kif kien stqarr Carmelo Abela f' Novembru li għadda fl-isfond ta' rimarki li kien għamel Jason Azzopardi waqt intervista fuq ir-radju: dawn jibqgħu biss \"allegazzjonijiet\".", "Tiftakru meta fi Frar 2016 Joseph Muscat sab ma' wiċċu \"allegazzjonijiet\" li ministru u l-id il-leminija tiegħu kienu wettqu delitti finanzjarji?", "Dakinhar ma kienx refa' responsabbiltajiet tiegħu bħala l-imgħallem tagħhom.", "Mhux biss ma sfidahomx, iżda lanqas ażżarda jkeċċihom.", "Tahom il-kenn u żammhom f'posthom sakemm, f'Novembru 2019, kellu jegħreq magħhom.", "Dakinhar konna wkoll wasalna għall-konklużjoni li Joseph Muscat kien kompliċi magħhom u għaldaqstant, lanqas li kieku ried, ma setgħax ikeċċihom.", "Issa għandna lil Robert Abela li ma' wiċċu għandu \"allegazzjonijiet\" li wieħed mill-ministri tiegħu kien kompliċi f'serqa minn bank.", "Lil dan il-ministru qed jisfidah biex jagħtih spjegazzjoni?", "Ingħata spjegazzjoni?", "Jekk ma ngħatax spjegazzjoni, ser ikeċċieh?", "U żgur li le.", "Kines kollox għal fuq spallejn Anġlu Gafà.", "Iżda Anġlu Gafà ma jaħtarx il-ministri hu.", "Jaħtarhom Robert Abela.", "Sa fejn nafu aħna.", "Previous: Chris Cardona issa żgur għandu għalxiex iwieġeb .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Min jogħla żżejjed, jispiċċa jlaqqat tisbita kbira .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/min-ighola-zzejjed-jispicca-jlaqqat-tisbita-kbira/", "date": "Thu, 18th Mar '21, 14:39", "category": "blog, politics, government", "text": ["Araw ftit kif min jgħola żżejjed, jispiċċa biex ilaqqat tisbita kbira.", "Dak li kiteb Keith Schembri llum fil- Facebook hu tal-mistħija.", "Fil-ġranet li ġejjin ser jitkaxkar lejn il-qorti u ser jiġi mixli b'farka żgħira ta' dak kollu li huwa responsabbli għalih.", "Iżda minn x'imkien jeħtieġ li nibdew.", "U x'aktarx jidher li ser nibdew.", "Iżda anki Keith Schembri xi drabi jista' jkollu raġun.", "Illum kellu raġun jilmenta li l-akkużi li ser jiffaċċja huma msejsin fuq il-konklużjonijiet ta' nkjesta li damet għaddejja erba' snin sħaħ.", "Mingħajr ma nuri ebda solidarjetà ma' dak li fl-imgħoddi kellu f'idejh saħħa politika kbira, ma nistax ma naqbilx li l-provi li hemm messhom li wasslu biex ittella' l-qorti żmien twil ilu.", "Mhux għaliex Keith Schembri kellu joqgħod jistenna', iżda għaliex kellna noqgħodu nistennew aħna.", "Kif kien qallu Simon Busuttil dakinhar li tela' l-qorti, b'turrun ta' kaxxi \"vojta\" f'idejh mimlijin provi, Keith Schembri qatt ma kien messu daħal għall-ħajja politika.", "Dan kompla fil-ħajja pubblika sa Novembru 2019 minkejja l-fatt komplew joktru l-provi kontra tiegħu. fil- Facebook , Keith Schembri beda' l-kitba tiegħu b'gidba sfaċċata.", "Dan kiteb li fl-2019, dakinhar li warrab, stenna li ser ikollu l-ħin kollu biex igawdi l-familja u n-negozji tiegħu.", "Tad-daħk……jekk mhux ukoll tal-biki.", "Ma min jaħseb li qed jitħaddet?", "Jaqaw jaħseb li ħadd ma jiftakar iċ-ċirkostanzi li fihom kien warrab?", "Keith Schembri kien warrab madwar sagħtejn qabel ġie arrestat mill-Pulizija b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Mal-medda taż-żmien u b'sorpriża għal bosta, ma baqgħax taħt suspett hekk kif tfaċċat ittra indirizzata lil Yorgen Fenech – li hu ċaħad li kien kiteb – li tqieset mill-Pulizija bħala prova li ma kienitx biżżejjed biex seta' jiġi mħarrek.", "Jew aħjar, dak iż-żmien hekk kienet tqieset minn Lawrence Cutajar, li issa huwa stess jinsab taħt il-lenti ta' nkjesta kriminali b'rabta mal-każ.", "Madankollu l-ħsara politika kienet leħqet saret.", "Keith Schembri jibqa' legalment innoċenti sakemm jinstab ħati.", "Iżda mil-lat politiku, l-arrest tiegħu b'rabta mal-assassinju ta' ġurnalista u l-mod kif kien \"sparixxa\" l- mobile tiegħu u qatt ma nstab, ma jistgħu qatt jinfatmu minn mar-riżenja tiegħu.", "Keith Schembri ma kienx warrab għaliex xtaq igawdi aktar il-familja u n-negozji tiegħu.", "Kellu jwarrab dakinhar li xhud tal-prosekuzzjoni xehed li Yorgen Fenech kien qed jiġi mitmugħ informazzjoni li kien sar jaf biha Keith Schembri bħala chief of staff tal-prim ministru.", "Skont Keith Schembri, ħajtu qabdet in-niżla dakinhar li kien ġie arrestat.", "Issa ħass il-ħtieġa li jilgħabha tal-vittma sabiex iqanqal is-simpatija.", "U mill-għajjat tan-ngħaġ li ta' spiss issibhom jimirħu fil-paġna tal- Facebook tiegħu, bosta huma dawk li jitħassruh.", "Milli jidher \" in-namberwan ta' Malta \", \" ta' fuq ix-xiħ \" u dak li kien iriegħed lill-Ministri, issa jrid jitpinġa bħala l-vittma tal-persekuzzjoni tal-istat.", "M'għandniex xi ngħidu, t-tisbita li ħa damdmitu.", "Qerdu l-fatt li ma setgħax jibqa' jimpjega mal-gvern lil min kien kompliċi fi qtil.", "Ma niżżilhiex li ma setgħax jibqa' jagħmel l-arja mal-kapijiet tal-Pulizija u mal-assistenti tagħhom.", "Iqisu bħala umiljazzjoni l-fatt li l-liġijiet issa qed igħoddu wkoll għar-re tal-impunità li għadu sal-lum jgħaddiha lixxa dwar l-iskandlu tal- Electrogas.", "F'kitbietu, Keith Schembri spara twissija.", "Minkejja li ser ikun fl-iżbarra, il-ġustizzja għadha ferm il-bogħod.", "U dan għaliex Keith Schembri bi ħsiebu jissielet biex tibqa' ma sseħħx il-ġustizzja li tant tistħoqqlu.", "Għalih, il-liġijiet li jgħoddu għal ħaddieħor, m'għandhomx jgħoddu għalih ukoll.", "Fil-kitba li tella' fil- Facebook, tella' wkoll ritratt ta' folla kbira ħafna ta' partitarji Laburisti.", "Ritratt li jfakkrek fil-loġika ta' Robert Musumeci dwar it-tifsira tas-saltna tad-dritt, fl-inkejja ta' \" erbgħin elf, ħi\" segwiti minn tużżana emoji ta' lumi.", "Ippermettuli nispjega.", "Iżda l-ewwel jeħtieġ li ngħarblu l-qofol ta' dak li kiteb Keith Schembri.", "Beda' biex kiteb li sar jaf li l-inkjesta dwar il-€100,000 li Brian Tonna kien iddepożitalu fil- Pilatus Bank \"ma kienux ġejjin mit-tixħim\" b'rabta mal-bejgħ tal-passaporti lil sinjuruni Russi.", "Ċertament ma kellniex insiru nafu dan kollu mingħandu.", "L-iskema tal-bejgħ tal-passaporti Maltin hi skema mnedija mill-Istat.", "Aħna, bħala ċittadini, kien jistħoqqilna li nsiru nafu dwar jekk xi ħadd kienx qed jixxaħħam bis-saħħa tal-Iskema.", "U jekk hemm xi ħadd li jridna nemmnu li l-€100,000 fil- Pilatus Bank ma kienux ġejjin mit-tixħim, ikun jeħtieġ li jgħaddilna spjegazzjoni alternattiva li jkollna l-ħila li nifhmuha.", "Ħadd m'għadu fehem.", "U ħadd m'hu ser jifhem.", "L-akkużi li Keith Schembri ser ikollu ma' wiċċu huma marbutin mar-relazzjoni li huwa kellu ma' Adrian Hillman, bniedem li kien imexxi l-kumpanniji sidien tat- Times of Malta.", "L-istess bniedem li, wara li tkeċċa minn mal-istess ġurnal, tqabbad jaħdem minn Keith Schembri f'diversi impjiegi fis-settur pubbliku.", "Kien hawn, kif ngħidu bil-Malti, li Keith Schembri spiċċa biex inqela' b'żejtu.", "F'kitbietu Keith Schembri fetaħ attakk fuq l-esperta tal-qorti li għenet lill-Maġistrat tal-inkjesta marbuta mal-iskandlu tal- Allied Newspapers .", "Skontu din hi ħatja ta' tliet delitti li ma jistgħux jinħafru: hi mara, hi barranija u kienet attiva f'partit politiku f'pajjiżha li m'huwiex il-Partit Laburista ta' Malta.", "Għaldaqstant ma tistax tkun ħlief mara giddieba.", "Issa stennew li ser titfaċċa marmalja simili għal dik li ppersegwitat lil Maria Efimova u li ġiegħlitha titlaq mill-pajjiż.", "Din hi r-raġuni l-għala ma semmejthiex b'isimha.", "Barra min dan, ċertament mhux ser inkun jien li b'xi mod nasal biex inservi ta' staffa għall-interessi ta' Keith Schembri.", "Din il-mara qatt ma kont naf x'jisimha qabel Keith Schembri għoġbu jsemmiha fil-kitba tiegħu.", "L-ironija hi li Keith Schembri huwa nkazzat għall-fatt li, fir-rapport tagħha, din l-esperta tal-qorti kitbet – ir-rapport ma xxandarx u għaldaqstant ma qrajtux kif jidher li qrah Keith Schembri – li l-iskema li kien ħoloq Keith Schembri mal-kumpanniji tat- Times of Malta x'aktarx inħolqot biex tagħti palata lill-Partit Laburista.", "Skont Keith Schembri dan juri li l-iskandlu tal- Progress Press m'hu xejn ħlief konġura maħluqa mill-\" establishment Nazzjonalista\".", "Kiteb li n-negozju mat- Times kien seħħ qabel l-elezzjoni tal-2013 u li tal-\" establishment\" ma jifilħux jaraw tifel Laburist minn Bormla jirbaħ kuntratt.", "Kiteb ukoll li tal-\" establishment \" ma kienu ser jaċċettaw qatt li kien hu li rnexxielu li \"jibni pont mat- Times of Malta biex b'hekk dawn jibdew jisimgħu dak li kellu x'igħid il-Partit Laburista\".", "M'għadekx kemm ktibt li l-esperta tal-qorti vvintat l-istejjer meta fir-rapport tagħha kitbet li l-kuntratt li kont innegozjajt ma' Adrian Hillman kien intenzjonat biex jagħti palata lill-Partit Laburista?", "Kif allura mbagħad tikkonferma li l-\"persekuzzjoni\" fil-konfront tiegħek hi msejsa fuq il-palata politika li ngħatat lill-Partit Laburista?", "Għandi nifhem li kien messek kellimt lill-avukati tiegħek qabel iddeċidejt li tħarbex dwar dan il-każ fil- Facebook, Sur Keith Schembri.", "M'intix intelliġenti daqskemm bosta jaħsbu li int. Id-delitti li wettaq Keith Schembri la huma msejsin fuq il-ġlieda tal-klassi, la huma r-riżultat ta' persekuzzjoni u lanqas m'huma ser jiġu ġudikati skond id-daqs tal-folla li għandu l-ħila li jgħaqqad il-Partit Laburista biex jingħata l-appoġġ.", "L-inkwiet li jinsab fih Keith Schembri, stiednu b'idejh.", "Ċertament huwa rilevanti l-fatt li l-kwistjoni dwar Allied Newspapers seħħet qabel l-2013 għaliex dan isaħħaħ ix-xiljiet politiċi u storiċi kontra Joseph Muscat u r-reġim li huwa mexxa.", "Dan il-fatt jiċċara dak li tassew ried ifisser Joseph Muscat meta, waqt li kien qed jixhed fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, ddefenda l-għażla ta' Keith Schembri bħala chief of staff: ma riedx social worker bħal ma kellu Lawrence Gonzi iżda \"negozjant\" li jkollu l-ħila li jxaħħam u jhedded biex iservi l-interessi tal-Partit Laburista.", "U bosta kienu dawk li ddispjaċihom meta ntebħu li, fost ħafna tbissim, kien qed iħejji biex joħloq kumpanniji sigrieti fil-Panama.", "Jekk issa Keith Schembri beda' jeqred fuq id-destin kiefer tiegħu, stennew aktar kitbiet fil- Facebook fil-ġejjieni.", "Keith Schembri għad irid iħallas ta' għemilu dwar l-iskandli tal- Panama Papers u tal- Electrogas u għal sehemu – kien x'kien – fl-assassinju ta' Daphne, xejn xejn għall-fatt li kien hu li għadda informazzjoni lill-qattiela f'attentat biex dawn igħadduha lixxa.", "Meta fl-2019 int warrabt, int kont taf x'għad trid tara ma' wiċċek.", "Aħna ser niżguraw li int tieħu dak li ħaqqek.", "Illum ħadd ma jrid jaf bik.", "Kulħadd jaf x'issarraf."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/guest-verses-fejn-qieghed-issa-ja-bully/", "date": "Mon, 22nd Mar '21, 11:01", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fejn qiegħed issa, ja bully? ta' Inger Cini Ejj'aqbeż għalihom ja pulċinell.", "Kodard, x'imkien tistaħba.", "Ixorbu kollu dak l-inbid, Ara jfakkrikx hu u nieżel, F'meta kont bieżel tigdeb u tgiddeb u tħalli id-demm jiġri bla nkwiet.", "Ara jfakkrikx li inti daqshom, pupazz miskin f'dan l-att li għaddej; miġbud u mżeffen mir-regħba, miżmum imwaqqaf mil-kilba, u mitkellem mid-dwejjaq u d-dieqa; ta' min f'ħajtu m'għandu xejn, jekk mhux kemxa jew tnejn.", "Ġo fik li jagħmlek persuna, m'hemm xejn li xejn."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/dawk-li-ser-naraw-fil-qorti-llum-mhuma-xejn-hlief-ggajta-ta-kriminali/", "date": "Sat, 20th Mar '21, 10:33", "category": "blog, politics, government", "text": ["Bħalissa fl-uffiċċju tal- Economic Crimes Unit tal-Pulizija hemm numru ta' persuni li qed jiġu nterrogati għall-aħħar darba qabel jitressqu l-qorti mixlija b'ħasil ta' flus maħmuġin u delitti oħrajn konnessi.", "Ma qrajtx id-dettalji tal-akkużi li ser jinġiebu kontrihom iżda jidher li dawn huma marbutin ma' ħlasijiet illeċti li kienu saru minn Keith Schembri lil dak li kien imexxi lill- Allied Newspapers Adrian Hillman u dan fl-isfond tal-kuntratt ta' bejgħ ta' makna tal-istampar li l-kumpannija li xxandar il-ġurnal Times of Malta kienet rebbħet lill-kumpannija li sidha huwa Keith Schembri.", "Il-Pulizija kienet bdiet l-investigazzjonijiet tagħha wara li fl-2017 tnediet inkjesta maġisterjali fuq ordni tal-Maġistrat Aaron Bugeja.", "Din l-ordni kienet inħarġet wara li Simon Busuttil għadda lill-Maġistrat patafjun ta' dokumenti lill-Maġistrat bħala prova tad-delitti li kienu twettqu.", "Aħna u nistennew biex naraw eżatt biex ser jiġu mixlijin, ta' min wieħed ifakkar dwar ċerti fatti.", "Dawn il-persuni ilna nitkellmu dwarhom għal żmien twil.", "Il-każijiet li ser insemmi jinsabu mdaħħlin fihom il-persuni li l-Pulizija qed tinterroga llum iżda m'humiex neċessarjament marbutin mal-każ speċifiku li qed jiġu mixlija dwaru llum.", "Dan huwa l-istess bniedem li deher f'ritratt jiċċelebra r-rebħa tal-Labour fl-2013 bix-xampanja f'idu fid-dar ta' Jeffrey Pullicino Orlando.", "Fir-ritratt jidher kokka bil-bandiera f'idu.", "F'Ġunju 2018 jien kont tellajt artiklu dwar il-kumpannija MFSP ta' Matthew Pace, li issa bidlet isimha u saret Zenith.", "Fit-2 ta' April 2013, Matthew Pace inħatar biex iservi fuq il-Bord tal-MEPA minkejja l-fatt li sa erba' snin qabel kien jaħdem ta' insurance salesman mal-kumpannija Global Capital.", "Il-kumpannija MFSP ħoloqha ma' żewġ soċji oħrajn.", "Għalih Keith Schembri kien ħabib u klijent speċjali u, s'intendi, ħakkew dahar xulxin.", "Matthew Pace mhux biss ħa ħsieb l-investimenti ta' Keith Schembri iżda l-investimenti ta' membri oħrajn tal-klikka Tagħna Lkoll bħal Robert Musumeci, Malcolm Scerri u dak li kien il-kap tal-Bank of Valletta Deo Scerri.", "Hu u jaċċetta u \"jsaffi\" depożiti ta' flus li saru minn Keith Schembri – u għaldaqstant kien jaf sewwa li Keith Schembri kien qed jiddepożita flejjes li ma messhomx kienu f'idejh – Matthew Pace kien qisu pappagall jirrepeti l-kliem \"fejn huma l-provi?\" – kliem li kienu ħarġu bihom tal-Labour kull darba li dawk li kienu jmexxuh – ewlieni fosthom Keith Schembri – kienu jinqabdu bil-qalziet imniżżel sa għarqubhom.", "Issa qed jidher ċar li l-\"provi\" kienu dejjem f'idejn dawk li dejjem kienu jiċħdu l-eżistenza tagħhom.", "Lil Matthew Pace ma ppremjawħx biss bil-prestiġju.", "Tawħ ukoll diversi opportunitajiet.", "Skont dawn in-nies, f'pajjiżna din hi li tfisser il-meritokrazija.", "Ħatra fuq il-bord tal-MEPA swiet mitqlu deheb lil min huwa sid ta' real estate franchise u lil min – bħal Matthew Pace u sħabu Laburisti – kien lest li jinjora r-regoli bażiċi dwar kunflitti ta' interess.", "Flimkien ma' Michael Bonello (mhux dak li kien il-gvernatur tal-Bank Ċentrali) u Neil Carter, Matthew Pace kien sid ta' Swieqi Alliance , franchise ta' Remax Properties, kumpannija li tinnegozja l-bejgħ u l-kirjiet ta' proprjetajiet.", "Dan Matthew Pace, bħala regolatur, kien ukoll imdaħħal fil-ħruġ tal-premess għall-proġett tad-DB fil-bajja ta' San Ġorġ u dan minkejja l-fatt li l-aġenzija tiegħu kienet diġà qed tbiegħ l-appartamenti f'torri li kien għad irid jinbena'.", "Lil Adrian Hillman m'aħniex ser narawh fl-għassa tal-pulizija llum għaliex bħalissa jinsab imsiefer.", "Dwar dan smajna kemm il-darba.", "Dan kien warrab mill-impjieg tiegħu mal- Allied Newspapers bħala bniedem li kien ġie skreditat iżda madwar ħmistax wara l-nqatlet Daphne, smajna li kien inħatar fuq il-bord tat-tmexxija tal- American University of Malta .", "Kien ser jinħatar ukoll biex imexxi l- gaming authority.", "Iżda din il-ħatra spiċċat ma saritx.", "U mbagħad xi ngħidu għal Malcolm Scerri – bniedem ħa ħsieb in-negozji privati ta' Keith Schembri waqt li l-istess Keith Schembri ħa ħsieb biex iħares l-interessi personali tiegħu mill-aktar uffiċċju pubbliku li wieħed jista' jimmaġina: l-uffiċċju taċ- chief of staff tal-prim ministru.", "F'Mejju 2018 jien kont tellajt artiklu li fih kont ktibt li kumpannija li sidha huwa ċ- chief of staff tal-prim ministru Keith Schembri kienet ingħatat żewġ biċċiet art kbar ħafna fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel ftit ġranet qabel kienet issejħet elezzjoni ġenerali minn Joseph Muscat fl-2017.", "Waħda minn dawn il-biċċiet art kienet għaddiet b'kera ta' €33,470 fis-sean għal 65 sean lil Kasco Limited.", "Il-kejl ta' din il-biċċa art hu ta' 2,475 metru kwadru u, skont il-kutratt, il-kumpannija Kasco hi marbuta li tagħmel użu mill-istess art biex \"tipproċessa l-karta, prodotti tal-karta u linka\".", "Madankoll l-kuntratt lil Kasco Limited jippermettilha tgħaddi l-art f'idejn Kasco Recycling Limited biex minn fuqha din tkun tista' tħaddem \"ir-riċiklaġġ tal-plastik, fdalijiet tat- Tetrapak \" u materjal ieħor.", "Meta fi Frar 2018 wieġeb mistoqsija ta' Jacob Borg tat- Times of Malta , Keith Schembri \"ipprova jnaqqas l-importanza tar-rabtiet li kellu ma' negozju ġdid li kellu x'jiggwadanja mill-politika ġdida tal-gvern favur ir-riċiklaġġ tal-fliekxen tal-plastik\".", "Minn investigazzjoni mmexxija mit- Times of Malta, rriżulta li kumpannija Norveġiża li ġġib l-isem ta' Tomra li timmanifattura makni tar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik ripetutament kienet qed tirreferi lil min kien interessat jakkwista dan it-tagħmir lil Malcolm Scerri, sieħeb Keith Schembri fin-negozju tar-riċiklaġġ.", "Dalgħodu rajn wkoll lil Brian Tonna u lil Karl Cini.", "Kienu dawn it-tnejn li kienu ħolqu l-kumpanniji sigrieti fil-Panama għal Keith Schembri u għal Konrad Mizzi.", "U, fir-rapport tal-inkjesta dwar Egrant, Karl Cini ssemma' bħala persuna suspettata li għamlet dokumenti foloz .", "Sal-lum Brian Tonna baqa' jgħid li hu u mhux Michelle Muscat huwa sid l-Egrant, iżda l-kredibilità tiegħu – jekk qatt tista' ssejħilha hekk – llum mistenni li taqla' daqqa oħra.", "Il-lista ta' skandli li kien imdaħħal fihom Keith Schembri huma aktar friski fil-memorja kollettiva.", "Dan kien sid ta' kumpannija sigrieta fil-Panama li kellha tirċievi flejjes mingħand Yorgen Fenech.", "Kien għadda lilu nnifsu art pubblika leliet elezzjoni ġenerali.", "Kien irċieva flejjes minn għejjun mhux magħrufa wara li kien ivvjaġġja lejn l-Ażerbajġan u kien ġiegħel lil Matthew Pace jgħaddihomlu mis-sistema.", "Kien irċieva f'kont sigriet fil-Pilatus Bank €100,000 mingħand Brian Tonna.", "Skont hu, l-Maġistrat ikkonkludiet li dawn il-flejjes ma kienux minn tixħim marbut mal-bejgħ tal-passaporti lil sinjuruni Russi.", "Mhux hekk tgħid!", "Xhud tal-prosekuzzjoni stqarr li kien għadda nformazzjoni kunfidenzjali lil Yorgen Fenech qabel kienu ġew arrestati l-aħwa Degiorgio.", "Dan jagħti lil wieħed x'jifhem li kien jaf qabel kulħadd bid-dettalji tal-konġura biex Daphne tiġi assassinata.", "Huwa ċaħad li kien kiteb ittra lil Yorgen Fenech li fiha tah struzzjonijiet biex iwaħħal ir-responsabbiltà għall-qtil ta' Daphne fuq Chris Cardona, iżda sal-lum ma sirna nafu b'ħadd li jista' jeħodlu postu bħala l-awtur ta' dik l-ittra.", "Keith Schembi kien ġie arrestat b'rabta mal-qtil ta' Daphne ftit siegħat wara li warrab mill-kariga ta' chief of staff fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "U matul din il-medda qasira ta' żmien, għeb il- mobile phone tiegħu.", "Għaliex jeħtieġ li dan kollu niftakruh?", "Għaliex illum m'huwiex il-jum li fih ser issir il-ġustizzja.", "Jekk Keith Schembri u l-kompliċi tiegħu ser jiġu mġiegħla kif suppost biex iwieġbu għal għemil li ilna nafu bih, dak li qed naraw illum għandu jkun xenarju regolari għas-snin li ġejjin.", "Din il-ġimgħa Keith Schembri għamel ħafna għaġeb u stqarr li dak li ser jiġi mixli dwaru huwa marbut ma' dak li seħħ qabel l-2013.", "Iżda minn dan il-fatt nistgħu niġbdu konklużjoni importanti.", "Meta llum ser naraw lil Keith Schembri mixli flimkien mal-bqija tal-ġgajta tiegħu – ser naraw appuntu ġgajta.", "Ġgajta ta' kriminali li diġà kienu fin-negozju qabel il-poplu Malti għażilhom biex imexxilu l-pajjiż.", "Ġgajta ta' kriminali li kienet qed tlesti biex taħkem lill-pajjiż u biex timla' l-bwiet tagħha minn flus il-poplu.", "Ġgajta ta' kriminali li hi korrota sa ġuf ommha u li rfinat il-ħiliet tagħha fil-kriminalità finanzjarja biex, meta jasal iż-żmien, tkun tista' tgawdi kemm tiflah.", "Previous: Min jogħla żżejjed, jispiċċa jlaqqat tisbita kbira .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Chris Cardona jinsab b'seba' għajnejn biex jara x'ser ikun id-destin ta' Keith Schembri .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/chris-cardona-jinsab-bseba-ghajnejn-biex-jara-xser-ikun-id-destin-ta-keith-schembri/", "date": "Sat, 20th Mar '21, 11:58", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fuq WhatsApp group chat ta' partitarji Laburisti, dalgħodu Chris Cardona tella' dan ir-ritratt.", "Illum m'huwiex biss għeluq snin Simon Busuttil.", "Illum – mid-dehra wara nofsinhar – il-\"kaxxi vojta\" li fl-2017 Simon Busuttil kien għadda lill-Qorti ser iwasslu biex jiġu mixlija membri tal-ġgajta kriminali li ħakmet lil pajjiżna.", "Din hi r-raġuni li l-Pulizija ser tixli lil Keith Schembri fil-qorti.", "Għax Simon Busuttil giddieb.", "Jista' jagħti l-każ li għad hawn xi erba' boloħ li jemmnuh.", "Iżda Chris Cardona għandu jkun jaf li mhux kull minn hu partitarju leali hu tal-fehma li l-korruzzjoni li hawn f'dan pajjiżna hu l-frott tal-immaġinazzjoni ta' Nazzjonalisti ndannati."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/hu-nghasa-tajba-llejla-karl-cini/", "date": "Sat, 20th Mar '21, 19:13", "category": "blog, politics, government", "text": ["Illum kien hemm min ra lil Karl Cini jnewwaħ fil-qorti hekk kif intebaħ bil-post fejn kien ser ikollu jorqod mil-lum 'il quddiem ħarira 'l bogħod minn Yorgen Fenech.", "Mid-dehra qatt m'għaddielu minn rasu li kellu jgħaddi minn dak li għadda minnu llum.", "Għada jmissu jkellem lill-Pulizija u jikxef magħhom dak kollu li huwa jaf."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/politikament-spiccuti/", "date": "Sun, 21st Mar '21, 11:12", "category": "blog, politics, government", "text": ["Dak li seħħ u dak li għadu qed iseħħ fil-pajjiż jistħoqq li jkun is-suġġett ta' dibattitu nazzjonali.", "Niġi naqa' u nqum li x'aktarx Robert Abela qed isibha diffiċli ħafna biex ma ssirx ħsara lill-partit tiegħu.", "Jekk ifaħħar lill-istituzzjonijiet u lilu nnifsu talli ppermettielhom jaħdmu, ikun qed jammetti li dawn wettqu xogħolhom sewwa u fl-istess ħin ikun qed jikkundanna lil Keith Schembri.", "Jekk imbagħad politikament jikkundanna lil Keith Schembri, indirettament ikun qed jikkundanna wkoll lill-Partit Laburista kollu kemm hu (apparti lilu nnifsu).", "Ikun ikollu jwieġeb talli kien ta palata lil Keith Schembri.", "M'għandniex xi ngħidu, dawn jafu li dak li għadu kif seħħ huwa biss farka żgħira li tidher fil-wiċċ minn iceberg kbir li għadu mgħotti taħt l-ilma.", "Mill-banda l-oħra, jekk jagħti l-appoġġ tiegħu għal dak li stqarr Keith Schembri fis-sens li dan huwa vittma tal-\" establishment Nazzjonalista\", Robert Abela jkun qed jimmina lill-istituzzjonijiet u fl-istess waqt jagħti raġun lil dawk kollha li ilhom jipprotestaw kontra l-indħil politiku fix-xogħol tal-pulizija, liema protesti kien sejjħilhom bħala \"provokazzjoni\" u li kien jeħtieġ li jieqfu.", "M'għandniex xi ngħidu, d-differenza tikkonsisti fil-fatt li hu għandu fehma differenti dwar minn fejn ġej l-indħil, iżda xorta waħda jkun qed jammetti li l-pulizija m'huma xejn ħlief pupazzi.", "B'raġunament bħal dan, ikun qed jarmi l-baħar il-ftaħir kollu li ftaħar bih matul dawn l-aħħar 14 il-xahar kif ukoll il-ftaħir vojt tiegħu dwar ir-\"rebħa\" li għamel fuq l-imxijja.", "Il-PN, sa ċertu punt, għandu wkoll ikun skomdu jieħu sehem f'dibattitu bħal dan.", "Dawn għad iridu li jipprovdu it-tweġibiet tagħhom dwar l-imġieba ta' Adrian Delia, Pierre Portelli u ta ' persuni oħra li lil dawn it-tnejn kienu tawhom palata.", "Dwar dawn niġi naqa' u nqum ukoll.", "Sabiex dan id-dibattitu jħalli frott bnin ikun jeħtieġ li nduru dawra magħna nfusna b'sinċerità.", "Meta fil-Parlament Ewropew tkellmu kontra li jsir d-dibattitu, Alex Agius Saliba u Cyrus Engerer urew lid-dinja li m'għandhomx il-ħila li, per eżempju, jiffaċċjaw il-verità dwar Keith Schembri.", "It-talba tal-Partit Popolari Ewropew sabiex iseħħ dibattitu saret qabel iżviluppi ta' dawn l-aħħar ġranet u wara li l-Koħħu xehed fil-qorti u semma' lil Chris Cardona (u, sa ċertu punt, lil Keith Schembri wkoll).", "Din it-talba biex isir dibattitu issa saret aktar importanti u urġenti.", "Jeħtieġ li kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa ssir analiżi politika dwar dak li tħalla li jseħħ.", "U bl-istess mod li bih Keith Schembri tkaxkar lejn il-ħabs ta' Kordin, dawk kollha li tawh palata jeħtieġ li jinkixfu.", "Alex Agius Saliba u Cyrus Engerer qed jiddefendu lil Keith Schembri għaliex kienu Joseph Muscat u Keith Schembri stess li sqewlhom il-ħajja politika tagħhom.", "Jinsabu fil-politika grazzi għal dawn iż-żewġ parrini.", "U, grazzi wkoll għal dawn il-parrini, bħala membri tal-kabinett hemm persuni nkompetenti li jinsabu liebsin żarbun li qajla jiġihom bħal Byron Camilleri, Silvio Schembri, Owen Bonnici, Ian Borg, Edward Zammit Lewis, Roderick Galdes, Julia Farrugia Portelli, Aaron Farrugia u Clint Camilleri.", "Dawn jafu posthom lil Keith Schembri u lil Joseph Muscat.", "Mingħajrhom u mingħajr il-korruzzjoni li kien jeħtieġ li jgħattu bis-saħħa ta' grupp grat ta' lagħqin fil-kabinett, ir- roadmap korrotta ma setgħet qatt tiġi mplimentata.", "U mbagħad hemm saff aktar għoli: membri tal-kabinett li riedu jiġbdu lejn xawwathom bħal Michael Farrugia, Justyne Caruana, Rosianne Cutajar, Carmelo Abela, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Manuel Mallia u Michael Falzon.", "U żewġ tarġiet 'l isfel minn dawn, hemm dawk li servew ta' staffa għall-imgħallmin ta' fuqhom biex setgħu qalgħu niskata ta' prestiġju u ta' importanza li ma kienux jaqilgħuhom li kieku ma kellhomx lil min jaqlagħhom: Glenn Bedingfield, Karl Stagno Navarra, Jason Micallef, Josef Caruana, Kurt Farrugia, Tony Zarb, Jeffrey Pullicino Orlando, Robert Musumeci u oħrajn.", "U fl-aħħarnett dawk li għamlu l-kompromessi mal-kuxjenza u li għamlu tabirruħom li ma kienu raw xejn: Evarist Bartolo, George Vella, Anġlu Farrugia, Alfred Sant, Josè Herrera, Chris Fearne, Deo Debattista u oħrajn.", "Li kieku dawn ma tawx il-palata li kienu taw u ddeċidew li jiffaċċjaw ir-realtà, l-ħajja politika tagħhom kienet tintemm ħesrem.", "Kif kienet ukoll tintemm ħesrem il-\"karriera\" politika (jekk nistgħu nsejjħulha hekk) ta' Adrian Delia.", "Dan igħodd ukoll għal dawk li taw palata lil Adrian Delia bħaż-żewġ deputati mexxejja li hemm bħalissa.", "Li kieku kellha tiġi rinfaċċjata r-realtà, jseħħ terremot fix-xenarju politiku tagħna u fost dawk li jibqgħu jimirħu fil-wiċċ ikun jkun hemm dawk il-politiċi li għal tant u tant snin kien hemm min iddieħek bihom u heddihom.", "Mal-65% tad-deputati parlamentari jispiċċaw barra.", "Jekk ir-realtà tiġi rinfaċċjata sewwa, ma jintlaqtux biss uħud minn dawk li ġew eletti.", "Jintlaqtu wkoll ta' taħthom li gawdew mill-korruzzjoni u mill-kriminalità bħal Joe Cuschieri, Johann Buttigieg, Heathcliff Farrugia, Karl Izzo u James Piscopo.", "Mhux ta' b'xejn li d-dibattitu fil-Parlament Ewropej ma jriduhx.", "Għaliex huma politikament spiċċuti."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/03/il-kaz-egrant-ghandu-jinfetah-mill-gdid/", "date": "Tue, 23rd Mar '21, 10:56", "category": "blog, politics, government", "text": ["Bħalissa qed nassistu għal taqtiegħa dwar liema triq li għandu jaqbad il-Partit Laburista.", "Hemm ukoll taqtiegħa għar-riżorsi tal-Istat.", "U taqtiegħa għar-ruħ ta' pajjiżna.", "Illum fil-Partit Laburista ħadd ma jiddubita l-fatt li, bejn is-snin 2008 u 2013, l-infrastruttura kollha tal-moviment serviet ta' ngwanta għall-ponn ħattiefi ta' Joseph Muscat.", "Biex wieħed dan seta' jifhmu, Keith Schembri – dak li kienu jsejjħulu l-imgħallem, il-moħħ u l-istrateġista ġenju – ma kellux għalfejn jidher imħarrek il-qorti u miżmum taħt arrest.", "Minkejja l-aljenazzjonijiet u diverżjonijiet kollha – bħall-istorja li l-manuvri ta' Keith Schembri fit- Times of Malta seħħew fi żmien meta kien prim ministru Lawrence Gonzi u li allura jaħtu n-Nazzjonalisti – ftit huma dawk li issa m'humiex jaraw ċar.", "Il-biċċa l-kbira tal-Laburisti issa ilhom li fehmu li ġew użati minn Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona u oħrajn mhux biex dawn jagħtu servizz pubbliku iżda biex ikunu jistgħu jimlew bwiethom u jissodisfaw ir-regħba tagħhom.", "Fehmu li, meta kellhom ir-riedni tas-setgħa f'idejhom, Joseph Muscat u sħabu wżawhom.", "Qed jifhmu li, anki wara li warrbu, Joseph Muscat u sħabu jridu jkomplu jużawhom.", "L-ewwel użawhom bħala staffa biex ikunu jistgħu jisirqu.", "Issa jridu jibqgħu jużawhom biex ikunu jistgħu jgħadduha lixxa.", "Araw ftit x'qal Joseph Muscat: \"In-Nazzjonalisti ma jridux li ssir ġustizzja.", "Iridu jivvendikaw ruħħom għaliex jien irbaħtilhom l-elezzjonijiet.\"", "Joseph Muscat għadu sal-lum jiftiehem ma' Keith Schembri – kif kienu jagħmlu meta kienu Kastilja – dwar kif għandu jqiegħed il-kliem.", "Ftit tal-ġranet ilu Keith Schembri stqarr li l-akkużi li għandu ma' wiċċu huma vendikazzjoni min-naħa \"tal- establishment Nazzjonalista li ma tistax tniżżilha li hu tellifhom l-elezzjonijiet.\"", "M'hemmx għalfejn li wieħed ikollu xi għerf kbir biex dan kollu jifhmu sewwa.", "Meta kellhom is-setgħa f'idejhom, ħadd ma kien jista' għalihom, gawdew mill-impunità u ngħataw il-kenn mill-\" erbgħin elf, ħi \", jiġifieri l-appoġġ tal-partitarji fanatiċi.", "La l-Pulizija, la l-Prosekuturi u lanqas il-Maġistrati ma setgħu jmissuhom mhux biss minħabba s-saħħa li kellhom iżda wkoll minħabba l-forza intimidatorja ta' maġġoranza politika rrabjata.", "Issa li m'għandhomx is-setgħa f'idejhom, m'għadx għandhom l-immunitajiet uffiċjali li kienu jippretendu li kellhom.", "Issa qed jitfaċċaw uffiċjali tal-pulizija kuraġġjużi li qed jieħdu riskji kbar u jqiegħduhom fejn jixirqilhom: fl-iżbarra Kull tama li fadlilhom Joseph Muscat, Keith Schembri u l-bqija li jkomplu jgawdu l-impunità tinsab fis-setgħa intimidatorja tal-partitarji fanatiċi tagħhom.", "U lil dawn il-partitarji qed jagħmlu minn kollox biex iqanqluhom bħallikieku Robert Abela ma jeżistix.", "Lil Robert Abela lanqas biss jikkalkulawh għaliex dan jaf postu lil Joseph Muscat.", "U bħal kull persuna maħtura minn Joseph Muscat, huwa dgħajjef u midjun lejn sidu għall-kariga li għandu llum.", "Arawh fir-ritratt ta' hawn fuq iċapċap għat-teatrin ta' Joseph Muscat flimkien ma' Chris Cardona, Konrad Mizzi u l-preżenza inviżibbli ta' Keith Schembri.", "Robert Abela – kif l-istess jista' jingħad għal laqgħqin kollha li ġew qablu u li okkupaw karigi fil-korp tal-pulizija, fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali, fil-parlament, fil-Partit, fis-servizz ċivili u l-bqija – politikament jista' jibqa' jimraħ fil-wiċċ kemm il-darba ma jipperikolax l-issuktar tal-impunità għal Joseph Muscat u għal sħabu.", "Robert Abela ma jistax joftom lill-Partit tiegħu minn mal-mexxej ta' qablu.", "Ma jista' qatt jippermetti li jiġu mgħarbla sewwa l-provi li Joseph Muscat personalment approfitta ruħu mill-korruzzjoni u mis-sħubija tiegħu ma' Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Nieħdu l-inkjesta dwar Egrant.", "Dan l-aħħar Joseph Muscat stqarr li ser jibqa' jitkellem dwar Egrant sal-aħħar nifs ta' ħajtu.", "Mur għidlu li lanqas jien m'jien beħsiebni niskot!", "It-termini ta' riferenza tal-inkjesta kienu tfasslu mill-avukat ta' Joseph Muscat Pawlu Lia, l-istess persuna li hi membru tal-unika entità legali li għandha s-setgħa li tiddixxiplina lill-Maġistrat li mexxiha.", "Il-Maġistrat li mexxa' l-inkjesta kien jiddependi mix-xogħol tal-pulizija ta' Lawrence Cutajar, Silvio Valletta u Ian Abdilla.", "Lawrence Cutajar kien kiteb li Joseph Muscat għandu bajd kbar.", "Silvio Valletta għatta xtur il-mafja.", "U Ian Abdilla tefa' taħt it-tapit patafjun provi li issa qed jintużaw mill-prosekuzzjoni kontra Keith Schembri.", "Il-Maġistrat kien għadda r-rapport tiegħu lil dak li kien l-Avukat Ġenerali Peter Grech li, minn naħa tiegħu, kien ammetta li kien ta struzzjonijiet lill-pulizija biex jagħlqu għajnejhom għall-provi li kien hemm.", "Peter Grech kien rema' l-baħar l-awtonomija kostituzzjonali tiegħu u obda l-ordnijiet tal-ministru tal-ġustizzja Owen Bonnici li kien qal libes il-kappell ta' avukat difensur ta' Joseph Muscat.", "Il-Maġistrat kien serraħ fuq ix-xhieda li kienet ingħatat minn Brian Tonna u minn Karl Cini, li t-tnejn li huma jinsabu l-ħabs jistennew li jgħaddu proċess fil-qorti akkużati bi frodi, falsifikazzjoni, ksur tal-liġijiet tal- accountancy u ġuramenti foloz.", "Il-Maġistrat kien ħadem taħt id-dell tas-setgħa bla tarf ta' Joseph Muscat dwar jekk kellux jingħata promozzjoni biex isir imħallef jew le.", "U l-Maġistrat Aaron Bugeja kien inħatar bħala mħallef ftit wara li temm l-inkjesta tiegħu.", "Issa qabblu dan kollu mal-fatt li l-kitbiet ta' Daphne Caruana Galizia u l-informazzjoni li kienu jgħaddulha l-għejjun tagħha dwar dak li kien qed iseħħ fil- Pilatus Bank irriżulta li kienet korretta u li fuqha issa l-prosekuzzjoni qed isejjes il-każ tagħha fil-qorti.", "Il-każ Egrant għandu jerġa' jinfetaħ, il-provi għandhom jerġgħu jiġu mgħarbla sabiex jintefa' d-dawl tas-sewwa fuq \"l-akbar gidba fl-istorja politika Maltija\".", "Joseph Muscat dan m'hux ser jaċċettah u Robert Abela ser igħinu biex igħatti xturu.", "Iżda jekk f'pajjiżna l-Partit Laburista huwa tassew forza favur is-sewwa, jeħtieġ li jieħu azzjoni dwar in-nuqqas ta' rabtiet li għandu ma' dak kollu li hu sewwa.", "Malta dan teżiġieh."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/04/dawk-li-qed-itellqu-kontrina-qed-jiddiehku-bina/", "date": "Mon, 26th Apr '21, 08:39", "category": "blog, politics, government", "text": ["Għalkemm jeżistu ċerti dubji dwar attivitajiet ekonomiċi li jkunu msejsin fuq il-vizzji, wieħed ma jistax ma jammettix li llum l-industrija tal- gaming hi industrija li tħaddem l-eluf u waħda li ma ntlaqtitx ħażin mill-effetti tal-imxijja.", "Lil din l-industrija l-gvern qed jagħtiha bis-sieq.", "Hekk kif is-segretarju parlamentari Alex Muscat sejjaħ bħala \"attakk fuq Malta\" r-rapporti li qed jixxandru dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, il-verità hi li l-akbar attakk fuq il-pajjiż qed isir mill-gvern innifsu.", "Għejjun qrib din l-industrija qaluli li tgħidx kemm kien hemm daħk u tkażar fost uffiċjali regolatorji anzjani ta' pajjiżi oħrajn meta dawn semgħu li Malta kienet ħatret lil Ryan Pace, persuna b'esperjenza ta' xejn fl-industrija tal- gaming, bħala chairman tal- Malta Gaming Authority.", "L-istampa wkoll xejn ma mpressjonat ruħħa b'din il-ħatra.", "Rapport miktub minn Robert Simmons fil-ġurnal EGR igħid li Pace \"li għandu taħt it-30 sena……… huwa mifhum li m'għandux esperjenza fir-regolamentazzjoni tal-imħatri\".", "L-uniċi \"kwalifiki\" ta' Ryan Pace huma li hu attivist fil-Partit Laburista u li ħadem bħala avukat prinċipjant fl-uffiċċju legali żgħir ta' Robert Abela, Abela Advocates.", "Bħalissa l- Malta Gaming Authority qed tipprova terġa' tirbaħ ir-rispett tal-industrija tal- gaming wara li dawk li kienu jmexxuha nkixfu li kienu mdaħħlin fl-iskandli.", "Wara li nkixef li kien konsulent dwar kuntratti tal- gaming ma' Yorgen Fenech, Joseph Cuschieri kellu jdabbar rasu mill- Malta Financial Services Authority ftit jiem biss wara li kellu jħalli l- Malta Gaming Authority.", "U mbagħad, dak li daħal floku – Heathcliff Farrugia – ddabbritlu rasu mill-MGA wara li l-pulizija kixfet li kellu rabtiet korrotti ma' Yorgen Fenech.", "Permezz ta' messaġġi li ntbagħtu bejnu u bejn Yorgen Fenech, li jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Heathcliff Farrugia kkonkoffa ma' Yorgen Fenech sabiex jitgħattew tweġibiet għal mistoqsijiet dwar imħatri llegali f'wieħed miċ-ċentri tiegħu tal-imħatri minn wieħed minn dawk li qed jiġu mixlija bl-istess qtil.", "Lil Fenech, Farrugia kien qallu li, bħala regolatur, ma kienx bi ħsiebu jieħu passi biex b'hekk l-aħbar ma tasalx f'widnejn \"il-klikka ta' Daphne\".", "L-għaqda dwar l-industrija tal- gaming ilmentat dwar \"it-telf ta' negozju u d-daqqa ta' ħarta lir-reputazzjoni\" minħabba l-korruzzjoni u t-taħwid fl-MGA li kixfet l-istampa.", "U minflok ħatar li xi ħadd li seta' jerġa' jkabbar il-fiduċja tal-industrija fl-MGA, Robert Abela ħatar prinċipjant mingħajr kwalifiki u mingħajr esperjenza.", "Skont Julian Buhagiar tal- RB Capital, il-ħatra ta' Ryan Pace kienet \"waħda li turi faqar ta' ideat.", "Awtorità li tkun trid tħares ir-reputazzjoni kien messha ħatret lil xi ħadd li għandu ċerta kredibilità.\"", "Previous: Tajjeb li jkollna ministri żgħażagħ."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/04/kwart-ta-biljun-biss-ta/", "date": "Wed, 28th Apr '21, 18:21", "category": "blog, politics, government", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-rapport dettaljat li xandar Ivan Martin fit- Times of Malta dwar il-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali fil-każ tal-kuntratt enormi maħmuġ pesti dwar l-espansjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule li kien ingħata b' direct order lid-ditta James Caterers u lid- DB Group.", "Skont l-Awditur Ġenerali l-gvern m'għandu ebda skuża biex jiġġustifika d-deċiżjoni li ħa fl-2017 meta njora l-liġi dwar l-offerti pubbliċi u ta lil żewġ kuntratturi kuntratt li jiswa' mal-kwart ta' biljun ewro mingħajr ma l-ewwel talab offerti mingħand kuntratturi oħrajn.", "L-istorja kellha l-bidu tagħha b'kuntratt li jiswa' €57 miljun għall-bini ta' kċina għar-residenti.", "U mbagħad kompliet b'kuntratt għall-bini ta' żewġ blokki residenzjali (bħallikieku żiedu żewġt ifran oħra fi kċina) li tella' l-ispiża totali minn €57 miljun għal €274 miljun.", "Bħallikieku ma' ftehim għall-bejgħ ta' karrozza, żiedu wkoll il-bejgħ ta' showroom mal-kuntratt.", "U dan mingħajr ma ħadu l-briga li jduru għand bejjiegħa ta' karrozzi oħrajn biex jippruvaw jakkwistaw l-aħjar prezz .", "Lill-Awditur Ġenerali rriżultalu wkoll li l-prezzijiet ta' dawn il-kuntratturi biex iduru bir-residenti u jitimgħuhom huma d-doppju tal-prezzjinijet tas-suq.", "Ma ġara' xejn, hux hekk?", "Int qed tħallas minn butek, wara kollox.", "Il-kuntratt mogħti b' direct order fl-2017 segwa ieħor li fl-2014 kien ukoll ingħata direttament għall-forniment ta' ikel lir-residenti ta' San Vinċenz.", "Għaliex għandkom tkunu tafu li m'hemmx ħadd li jista' jkun interessat li jitfa' offerta għall-forniment tal-ikel lil sptar.", "Offerti bħal dawn James Barbara biss jista' jkun interessat li jitfagħhom!", "U mal-medda taż-żmien ma' dan James Barbara ngħaqad eroj ieħor – dak li hu biss fl-univers għandu l-ħila li jibni u jħaddem bini mgħammar bis-sodod.", "Qed nirreferi għal Silvio Debono.", "Bħalissa fil-Kumitat Parlamentari dwar l-I standards qed issir diskussjoni dwar b'kemm jiswew €7,000 li ntefqu ħażin minn Carmelo Abela.", "Flus li ntefqu għall-ħelu wiċċu.", "Nixtieq li qed ngħix f'pajjiż fejn aħbar bħal din iġġiegħelni nirrabja.", "Iżda fil-pajjiż li qed ngħix fih, in-nies ma tħabbilx rasha wisq meta tintebaħ li żewġ sinjuruni kbar – jiġifieri s-sidien ta' James Caterers u tad- dB Group – ingħataw kuntratti b'mod dirett minkejja l-fatt li hemm numru ta' kuntratturi oħra li setgħu kkompetew magħhom u tefgħu offerti bi preżż aktar vantaġġjuż għall-poplu.", "M'hawn ħadd li jkun f'sensih li jaqbad u jonfoq €4,000 minn butu biex jixtri kċina mingħajr ma qabel ikun ra x'għandhom x'joffru bejjiegħa oħrajn tal-kċejjen.", "Iżda l-gvern li għandna qabad u nefaq €250 miljun minn flus il-poplu mingħajr ra l-prezzijiet ta' ħaddieħor.", "F'wiċċhom ma ssibx lanqas qatra waħda ta' żejt.", "Il-ġurnalisti segwew dan il-proċess mill-qrib ħafna.", "Araw x'kien kiteb fl-2018 Ivan Camilleri tat- Times of Malta dwar direct order ta' €274 miljun li għaliha ħaddieħor seta' offra prezz orħos.", "Il-kwistjoni kienet ġiet mgħoddija lill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u mbagħad marret quddiem l-Awditur Ġenerali.", "U minkejja dawn l-istadji kollha, ma sirna nafu xejn aktar minn dak li diġà konna nafuh sa minn Awwissu tal-2018.", "Għala?", "Għaliex il-gvern ġie jaqa' u jqum.", "Dawn huma l-bulijiet li wara li jisirqulna l-ikel, igħaddu biex jagħtuna xeba' ponnijiet għall-gost u l-pjaċir tagħhom u dan taħt għajnejn l-għalliem.", "L-Awditur Ġenerali stqarr li jista' jagħti l-każ li dan il-kuntratt m'huwiex validu u ma jiswiex.", "L-Awditur Ġenerali m'huwiex imħallef u għaldaqstant ma jistax jiddikjara li kuntratt ma jiswiex.", "Madankollu, fejn għandhom x'jaqsmu l-kuntratti, huwa jifhem biżżejjed biex jista' jistqarr x'inhi l-fehma tiegħu dwar dak li jista' jagħmel imħallef.", "Dan kien u hu kuntratt illegali.", "Li kieku fil-pajjiż teżisti s-saltna tad-dritt, meta wieħed jikkunsidra l-kobor tal-korruzzjoni li seħħet, mhux biss kien ikun hawn partita riżenji, iżda saħansitra kien iwarrab gvern sħiħ.", "U kien jinbeda' proċess biex il-flus li ntefqu llegalment jinġabru lura mingħand dawn il-ħallelin liebsin ġlekk u ngravata.", "Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali wkoll għadda rimarka li tbellħek.", "Huwa stqarr li dan il-kuntratt ma kienx ġie mgħoddi mill-għarbiel politiku.", "Lis-servizz ċivili l-Awditur Ġenerali jifhmu sewwa u jaf li ebda membru tas-servizz m'hu ser jaqbad u jagħti kuntratt b' direct order jekk ma jkunx ingħata ordni minn ta' fuqu.", "Iżda r-rimarka li għadda l-Awditur Ġenerali turi li kien hemm numru ta' persuni li kienu saħansitra lesti li joqgħodu għal ordnijiet li ma sarux bil-miktub.", "Il-pajjiż bħalissa qed jiġi mmexxi minn gvern stil faxxist: ordnijiet sigrieti, tgħemiż tal-għajnejn, imbuttaturi, illegalità istituzzjonalizzata u arranġamenti bejn partiti politiċi u sidien ta' negozji kbar biex b'hekk tiġi njorata kompletament l-infrastruttura tal-Istat jew biex dejjem iseħħ ir-rieda tagħhom.", "M'hawn ebda liġi li tippermetti lill-gvern li jakkwista estensjoni ta' sptar jew kċina ta' sptar mingħajr ma jagħti l-opportunità lill-kuntratturi li jikkompetu għall-kuntratt.", "Mhux biss lill-gvern Malti, iżda lil ebda gvern fl-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern ġab ruħu b'mod bħallikieku ma jeżisti ħadd ħlief James Caterers u tad- db Group li għandu l-ħila li jibni estensjoni ta' sptar u kċina.", "Li kieku din ma kienitx imġieba kriminali, kważi kważi tqabbdek id-daħk.", "Iżda, m'għandniex xi ngħidu, mhux il-kuntratturi kollha li hemm fl-Unjoni Ewropea jagħmlu d-donazzjonijiet lill-partit politiku li qed imexxi lil Malta, u, għandi nifhem, lill-partit politiku li qed jaspira li jeħodlu postu fil-gvern.", "Tagħmel sejħa biex iwarrab Anthony Agius Decelis?", "Min ser jagħti każ?", "Jew forsi sejħa biex iwarrab Roderick Galdes jew Michael Falzon?", "Lill-poplu għadhom kemm serqulu kwart ta' biljun ewro.", "Huma jinsabu mgħoxxijin bid-daħk u l-poplu ser jerġa' jikkonfermahom fi-gvern għal 5 snin oħra għaliex wasalna għall-estremità li fiha ħadd m'għadu jaf x'drittijiet għandu.", "Il-poplu kuntent li jħallihom jisirquh u mbagħad jirringrazzjahom talli serquh.", "U dawn huma l-istess nies li jridu jgħaddu liġi biex min jiġbor il-flus f'barmil fi Triq ir-Repubblika f'ġieħ il- Poppy Day ma jispiċċax jaħsel il-muniti tal-fidda tal-20 ċenteżmu li jkun ġabar mingħandek."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/04/logika-tal-blieh/", "date": "Fri, 30th Apr '21, 09:33", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ma naħsibx li l-fehmiet ta' Mark Camilleri għandhom piż biżżejjed biex magħhom iġibu l-bidliet fil-Partit Laburista.", "Għaldaqstant ir-rimarki li dan għadda ftit ilu dwar dak li sejjaħ bħala pressjoni li saret fuq Joseph Muscat biex idabbar ras Keith Schembri, nqishom bħala ġrajja li qed jimmaġina li seħħet u mhux li effettivament seħħet.", "Iżda jibqa' nteressanti l-fatt li Mark Camilleri jgħid li kien jibqa' jagħti l-appoġġ tiegħu lil Joseph Muscat li kieku dan keċċa lil Keith Schembri minkejja l-fatt li kien jaf li Muscat kien imdaħħal fl-istess korruzzjoni li kien imdaħħal fiha Keith Schembri.", "Din m'hi xejn ħlief loġika li tbellħek: loġika estrema li bis-saħħa tagħha l-interessi tal-partit ikun jeħtieġ li jegħlbu n-nuqqasijiet ta' individwi.", "Mark Camilleri jgħid li Joseph Muscat huwa soċjopatiku, forsi anki psikopatiku, għaliex m'għandux il-ħila li jilbes iż-żarbun ta' ħaddieħor biex jifhem aħjar li dak li jkun qed jagħmel huwa ħażin.", "Ma nistax ma naqbilx ma' din l-analiżi.", "Madankollu d-distakkament huwa wieħed li jwaħħax.", "Mingħajr ebda traċċa ta' ndiema, Mark Camilleri jgħid li kien ikun lest li jappoġġja lil Joseph Muscat (taħt ċerti kundizzjonijiet) minkejja li jaf li hu korrott.", "Dan ma jiddependix ukoll fuq il-ħila li wieħed jagħżel dak li hu ħażin?", "Inkomplu dwar il-loġika tal-blieħ.", "Bernard Grech għadu kemm ikkonferma l-kandidatura ta' Adrian Delia għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "\"Li kieku kelli problema dwaru, ma kienx jiġi konfermat bħala kandidat.\"", "Ċertament Bernard Grech ma jistax igħid li \"kien ikun aħjar li kieku ma jikkandidax ruħu iżda m'għandix is-saħħa li nwaqqfu.", "Se jkolli nibqa' ngħix bit-tama li l-kostitwenti tiegħu jużaw rashom u ma jtellgħuħx\".", "Jien ma nistax nippreżumi x'inhu għaddej minn moħħ Bernard Grech meta dan jista' jagħti l-każ li qed jgħid xi ħaġa differenti milli naħseb jien.", "Iżda nistenna li persuna li qed jittama li għad ikun prim ministru m'għandux sens ta' ġudizzju daqshekk ħażin li ma jintebaħx li Adrian Delia ma jista' qatt ikun kandidat idoneju.", "Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-mexxej tal-PN stqarr li kien bi ħsiebu jieħu \"deċiżjonijiet iebsin\" kemm il-darba xi deputati parlamentari ma jagħmlux il-wisa' minn jeddhom.", "Qed nimmaġina li bil-kliem \"deċiżjonijiet iebsin\" ried ifisser li jwaqqaf il-kandidatura tagħhom.", "Kull darba li nara l-ismijiet tad-deputati parlamentari, jien ukoll ta' sikwit nesprimi x-xewqa li nara l-uċuħ ġodda.", "Iżda jidher li dawn id-deputati parlamentari li ser jinżammu milli jikkandidaw ruħħom ser ikunu fallew eżami li Adrian Delia ser ikun għadda minnu.", "U, bejnhom u bejn ruħhom, dawn ser jistaqsu x'setgħu għamlu ħażin biex kien ħaqqhom jitħallew barra u dwar kif Adrian Delia seta' qatt jiġi kunsidrat bħala mudell li fuqu setgħu fasslu l-imġieba tagħhom biex b'hekk isalvaw il-ġilda politika tagħhom.", "Hemm min igħid li l-politika hi l-arti tal-possibbli.", "Tifsira bħal din hi l-ġustifikazzjoni għaċ-ċiniżmu, għad-deċiżjonijiet u għall-imġieba li bosta huma dawk ma jkunux iridu li jkollhom x'jaqsmu magħhom.", "Iżda meta jiċkienu l-għażliet dwar dak li jkun possibbli, kulma jifdal ikunu Joseph Muscat u Adrian Delia."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/04/ic-cittadinanza-mghandhiex-prezzo/", "date": "Fri, 30th Apr '21, 11:06", "category": "blog, politics, government", "text": ["Dal-għodu Repubblika ppublikat dokument ta' politika dettaljat li jagħti r-raġunijiet għalfejn l-organizzazzjoni temmen li Malta m'għandhiex tbiegħ iċ-ċittadinanza tagħha.", "Uħud mill-argumenti huma dawk li tistenna li tara meta tqis kull ma nafu fuq l-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti.", "Imma dan hu wkoll eżerċizzju li jerġa' jħares lejn xi tfisser tassew iċ-ċittadinanza u jagħmel suġġerimenti għal tibdil għar-regoli dwar kif inhi amministrata ċ-ċittadinanza anke ma' nies li mhux qed iġorru l-boroż tal-liri biex jixtruha.", "X'inhi ċ-ċittadinanza?", "Għalfejn hi importanti?", "Kif tgħinna ngħixu flimkien u kif tista' tifridna?", "Jekk issib ċans tqalleb f'dan id-dokument ta' politika, jekk jogħġbok għidli x'taħseb.", "Niżżel id-dokument tal-politika minn hawn.", "29.04.2021 Iċ-Ċittadinanza mhix għall-bejgħ Previous: Loġika tal-blieħ .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Il-miżbla żibel ta' moħħhom .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/05/il-mizbla-zibel-ta-mohhhom/", "date": "Mon, 3rd May '21, 08:39", "category": "blog, politics, government", "text": ["Philip Sciberras, eks Imħallef, eks deputat parlamentari Laburista, eks medjatur fil-gwerra li kienet skattat bejn Alfred Sant u Dom Mintoff, eks bażużlu ta' Alfred Sant, bniedem li jgawdi sensiela ta' pensjonijiet, bniedem li f'idejh kellu monopolju ta' informazzjoni sensittiva f'inkjesti kummissjonati mill-gvern u bniedem li ma xebgħax jirrimetti l-ħdura li għandu għal dak kollu li ma jikkonformax ma' dak li jiddeċiedi l-Partit Laburista, llum sab ruħu fil-faċċata ta' quddiem tal-orizzont.", "Huwa ġie kwotat bi kritika għal David Casa u għal Roberta Metsola li vvutaw flimkien ma' 635 ewroparlamentari oħrajn favur mozzjoni li tesprimi tħassib dwar l-involviment tal-Istat Malti fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Huwa ġie kwotat li stqarr li \"min jiċħad lil art twelidu, hu miżbla żibel lanqas tridu\".", "Fil-lingwa Maltija, min jitgħajjar bil-kelma \"żibel\" ikun irid li jinsulta.", "U għall-qarrejja tal-orizzont u għal dawk li jiftakru l-kontroversja politiko-reliġjuża tas-snin 60, il-kelma \"miżbla\" tqanqal ċerti emozzjonijiet.", "L-ewroparlamentari Laburisti Maltin ivvutaw kontra l-mozzjoni tal-Parlament Ewropew flimkien ma' 42 ewroparlamentari ieħor.", "L-ebda wieħed minn dawn l-42 huma mseħbin mal-partit soċjalista Ewropew li miegħu huwa msieħeb il-Partit Laburista.", "Dawn l-42 huma mseħbin ma' diversi partiti faxxisti tal-lemin li dejjem huma lesti biex ifittxu kull opportunità biex jippruvaw jimminaw lid-demokrazija.", "Philip Sciberras għandu jkun komdu fil-kumpannija tal-faxxisti.", "Diskors dwar \"pajjiżi, tajjeb jew ħażin\" u patrijottiżmu falz li ma jippermettix kritika lir-reġim li jkun fit-tmun jaqbel perfettament ma' din in-narrativa.", "L-ewroparlamentari Laburisti lmentaw li r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew \"m'hix ġusta għax ma ssemmix ir-riformi li saru f'dawn l-aħħar snin\".", "Ma sarux xi riformi ta' barra minn hawn.", "Madankollu rnexxielna nġiegħlu lill-gvern ibiddel is-sistema ta' kif jinħatru l-imħallfin u dan sabiex jiġu eliminati l-preferenzi u l-partiġġjaniżmu.", "Li kieku kien irnexxielna nagħmlu dan snin qabel, Philip Sciberras ma kienx isir imħallef u ma kienx jissemma' fl-orizzont bħala \"eks imħallef\".", "Fil-frattemp għadna 'l bogħod milli ssir ġustizzja ma' Daphne u sakemm din iseħħ, se nibqgħu ntambru u ser inkomplu ndejjqu lil Philip Sciberras.", "Għax lil pajjiżna inħobbuh tassew.", "Previous: Iċ-ċittadinanza m'għandhiex prezz .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Bħaħan kuntenti .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/05/bhahan-kuntenti/", "date": "Tue, 4th May '21, 07:39", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ejjew ngħarblu l-kwistjoni mill-perspettiva tagħha.", "Robert Abela rrikonoxxa li l-għoti tal-kuntratt dwar proġett tal-estensjoni f'San Vinċenz de Paule li sewa' mal-€275 miljun kiser il-liġijiet proċedurali.", "Huwa pprova jnaqqas is-sinjifikat ta' dan il-ksur sfaċċat tal-liġijiet iżda, anki f'dak li rrikonoxxa, huwa ttanta li jiġġustifikah hu u jistqarr li issa l-pajjiż għandu residenza għall-anzjani akbar u li din hi ħaġa tajba.", "Din l-iskuża wieħed jista' jinqeda' biha biex jagħmel kollox.", "Dak kollu li jakkwista l-gvern, jakkwistah għall-użu jew għat-tgawdija tal-pubbliku.", "Jekk il-gvern ikun irid jibni skola, jkollna skola.", "U jekk il-ġustifikazzjoni tkun dik li jkollna skola, l-bennejja tal-iskejjel għaliex għandhom jikkompetu bejniethom dwar min joffri l-aħjar prezz biex jingħataw il-kuntratt?", "Il-kuntratt dwar il-proġett tal-estensjoni ta' San Vinċenz kien ingħata permezz direct order .", "Ejjew neżaminaw il-kuntest bis-saħħa ta' eżempju: llum sa nofsinhar il-fornituri ta' prodott speċifiku jkunu jeħtieġu li jipprovdu informazzjoni teknika kif ukoll il-prezzijiet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni b'rabta mal-forniment ta' tagħmir speċjalizzat.", "Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jeħtieġ li jixtri 9 fliexken shampoo, 9 fliexken conditioner , 9 fliexken ta' scalp condition treatment , 9 fliexken ta' prodotti dwar styling , 6 fliexken ta' prodotti għal hair finishing , hairdryer , 6 pniezel, 9 pettnijiet, 6 sectioning clips , 3 skutelli and 3 pniezel għat- tinting.", "Iżda r-regoli ma jippermettux lil xi skrivan li jmur jixtri dawn l-oġġetti mill-eqreb ħanut.", "Dan l-iskrivan ikun jeħtieġ li jilqa' offerti mingħand tliet fornituri, jkun jeħtieġ jimla' l-formoli, jagħmel rapport u jissottomettieh u mbagħad jistenna' l-ordni għax-xiri ta' dawn l-oġġetti.", "Ċertament mhux ser ifalli l-gvern li kieku x-xiri tax- shampoo minn ħanut u mhux minn ieħor kellu jiswieh xi ftit aktar.", "Iżda l-liġijiet qiegħdin hemm biex jiġu segwiti u wieħed ma jistax jiġġustifika l-ksur tagħhom bil-fatt li x- shampoo nxtara'.", "Ix-xiri tax- shampoo jinvolvi ammonti negliġibbli u għaldaqstant ħadd m'hu ser igħaddilu minn moħħu li jipprova jxaħħam biex ikun jista' jiffinanzja lill-partiti politiċi.", "Iżda l-istorja tieħu xejra differenti għal kollox meta l-gvern ikun ser jibni estensjoni ta' sptar jew jiffirma kuntratt biex, għall-10 snin li ġejjin, jitma' lill-anzjani residenti fl-isptar.", "Pajjiż li jaċċetta l-iskużi ta' Robert Abela u li ma jindenjax ruħu li jżommu responsabbli, jkun ħaqqu li jinsteraq.", "Tangentopoli hi belt li fiha jgħixu kuntenti partita bħaħan."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/05/il-baqar-sagri/", "date": "Wed, 5th May '21, 10:40", "category": "blog, politics, government", "text": ["Tal-One TV għamlu xalata sħiħa meta jien ikkummentajt dwar l-istqarrija li għamel Bernard Grech fis-sens li hu m'għandu ebda problema b'Adrian Delia.", "X'aktarx li ser jagħmlu xalata oħra b'dan li ġej.", "Matul il-kampanja li għamel Adrian Delia biex jibqa' kap tal-partit, il-manigold tiegħu Vincent Borg, magħruf bħala Ċensu l-Iswed, kien kiteb fil- Facebook f'lingwa li hu ma jitħadditx biha, u li fiha għamel sensiela ta' mistoqsijiet retoriċi dwar deputati parlamentari li hu jqishom bħala ribelli fil-grupp parlamentari ta' Adrian Delia.", "Fil-mira tal-persuna mhux magħrufa li kitbet fil- Facebook f'isem Ċensu l-Iswed kien hemm, kif wieħed jistenna, Jason Azzopardi.", "Ċensu l-Iswed 'staqsa' lil Jason Azzopardi jekk kienx minnu li hu kien żar Portomaso biex jiltaqa' ma' mara \"tax-xogħol\".", "Jason Azzopardi għamel libell fil-qorti u l-qorti spiċċat biex warrbet id-difiża redikola li kien għamel Ċensu l-Iswed fis-sens li b'mara \"tax-xogħol\" ried ifisser mara li taħdem fil-Hilton u li bi \"żjara\" ried ifisser diskursata jew konversazzjoni.", "Il-qorti qablet li Jason Azzopardi ma' ħaqqux li jiġi mċappas b'gidba li hu jiffrekwenta l-prostituti.", "Mid-dehra, wara li ngħatat din is-sentenza tal-qorti, lil Adrian Delia tah tal-qamar.", "Il-bieraħ, ftit wara li fil- Facebook kiteb li kien ferħan jiekol ikla – hawn m'għamel ebda riferenza għal dak li kien qed jixrob mal-ikla – u permezz tal- Facebook fetaħ attakk sfrenat kontra Jason Azzopardi talli dan kien ażżarda jħarrek lil Ċensu l-Iswed fil-qorti.", "Lil Ċensu l-Iswed, Adrian Delia pinġieh bħallikieku kien xi eroj ewlieni u leġġendarju tal-PN li Jason Azzopardi lanqas għandu l-ħila li jaqfillu l-lazz taż-żarbun.", "Adrian Delia kif seta' kien jaf?", "L-eks kap ma kontx tarah b'nemes fil-PN matul dak iż-żmien kollu.", "U għaliex jippretendi li l-baqar sagri għandhom dritt li jimplikaw li xi ħadd jiffrekwenta lill-prostituti meta dan mhux minnu, dan kollu għaliex mingħalih li gidba bħal din tista' b'xi mod tagħmel il-ġid lil Adrian Delia?", "Tal-One TV se jieħdu pjaċir b'dan li ġej.", "Bernard Grech qed jaħdem biex jeqred l-inkwiet intern li joħroġ fil-pubbliku.", "Lid-deputati parlamentari tahom ordni biex ma jikkritikawx lil xulxin u saħansitra biex lanqas ma jagħmlu ' like ' jew ' share ' fil-media soċjali f'kitbiet li jistgħu jkunu kritiċi ta' kandidati jew deputati tal-PN.", "Dan ifisser li, rrispettivament jaqblux ma' kitbieti jew le, ebda membru tal-grupp parlamentari tal-PN ma' jista' jagħmel \" share \" fuq artiklu li nikteb jien anki jekk nikteb li Adrian Delia m'hu xejn ħlief buffu li għandu jżomm ruħu 'l bogħod mill-politika kemm jista' jkun.", "Il-grupp parlamentari tal-PN huwa mistenni li jkun magħqud.", "Issa li Adrian Delia infexx f'dan l-attakk – attakk li ma nfexx fih wara li tgħidx kemm xorob ilma żżejjed mal-ikel – Bernard Grech ser jibqa' jgħid li m'għandux problem bil-kandidat tiegħu?", "Previous: Bħaħan kuntenti .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Jekk Carmelo Abela jridna nemmnuh li ma' kellu xejn x'jaqsam ma' attentat ta' serqa minn bank, kien messu ħareġ bi skuża kredibbli. .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/05/jekk-tassew-carmelo-abela-jridna-nemmnuh-ma-kellu-xejn-xjaqsam-ma-attentat-ta-serqa-minn-bank-kien-messu-hareg-bi-skuza-kredibbli/", "date": "Mon, 10th May '21, 11:17", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-ġurnalisti tat- Times of Malta Ivan Martin u Jacob Borg, lil Carmelo Abela staqsewh dwar x'kien stqarr lill-Pulizija meta dawn kienu bgħatu għalih u nterrogawh wara li fl-2010 kien seħħ l-attentat ta' serqa mill-bank tal-HSBC Bank .", "Dak iż-żmien huwa kien jaħdem hemm u, għalkemm dan huwa ma kkonfermaħx, il-ġurnalisti ssuġġerewlu li huwa kellu aċċess għall-makna li tipproduċi l- passes li kienu ntużaw mill-kriminali mdaħħlin fir-reat.", "Hemm bosta affarijiet li Carmelo Abela seta' qal lill-Pulizija.", "Seta' qalilhom li kien tabilħaqq ta l-għajnuna tiegħu lill-Pulizija u li kien għaddielhom l-informazzjoni li kienu jeħtieġu dwar operazzjonijiet bankarji iżda li – sa fejn kien jaf hu – qatt ma kien wieħed mis-suspettati b'rabta mar-reat.", "Minflok għamel dan, lill-ġurnalisti qalilhom – għal darba darbtejn – li ma jiftakarx li l-Pulizija kienu nterrogawh.", "Issa huwa minnu li, wara medda ta' għaxar snin, ikun hemm bosta ħwejjeġ li wieħed ma jibqax jiftakarhom.", "Iżda lil Carmelo Abela, l-ġurnalisti ma talbuħx igħidilhom x'kien kiel f'nofsinhar f'jum minnhom fi Frar tal-2011.", "Carmelo Abela stqarr li ma setax jiftakar li l-Pulizja kienet bgħatat għalih u nterrogatu żmien wara li kien seħħ l-attentat ta' serqa armata minn bank minn grupp ta' kriminali li f'idejh kellu tagħrif dwar is-sistema li hu u numru żgħir ta' impjegati oħrajn setgħu għaddewlhom.", "Ġaladarba lil Carmelo Abela qabditu amnesija, ma jkunx aħjar jistaqsi lilu nnifsu jekk għadux igħodd għax-xogħol fil-politika?", "Lil dawk li jagħtu l-appoġġ għami tagħhom lil Carmelo Abela ser jirnexxielu jikkonvinċihom li hu ma kienx ġie interrogat meta huwa baqa' jistqarr li ma jiftakarx?", "Jew inkella ser ikun biżżejjed għalihom li Carmelo Abela jistqarr li l-istorja dwar ir-rabta tiegħu mas-serqa hi biss \"gidba\" ta' Jason Azzopardi?", "Wara kollox, issa donnu li daħlet il-moda li wieħed igħid li kulma jistqarr Jason Azzopardi m'huwiex minnu.", "M'għandniex xi ngħidu, Jason Azzopardi m'għandu xejn x'jaqsam ma' dan kollu.", "L-ewwel darba li ssemma' Carmelo Abela kien minn wieħed minn dawk li kienu ħadu sehem fl-attentat ta' serq minn bank – Ċensu Muscat il-Koħħu – u l-aħwa Degiorgio taw x'jifhmu li kien imdaħħal hekk kif dawn ippruvaw bla ma rnexxielhom li jakkwistaw proklama.", "Lil martu, tgħid Carmelo Abela issa jmissu jgħidilha li ma jiftakarx li kien iżżewwiġha?"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/ma-jisthux-jiddandnu-bil-pjanijiet-u-l-progetti-ta-gonzi/", "date": "Wed, 9th Jun '21, 08:05", "category": "blog, politics, government", "text": ["Il-Ministru Miriam Dalli sejjħet konferenza stampa biex tħabbar il-viżjoni li għandha biex Malta jkollha cable tal-elettriku ta' taħt il-baħar li jgħaqqadha ma' Sqallija .", "Dan m'huwiex proġett li ser jitwettaq matul din il-leġislatura.", "Għaldaqstant din il-konferenza stampa nistgħu nqisuha bħala waħda li saret mill-Partit Laburista iżda li tħallset mill-gvern.", "Li kieku ried, il-Partit Laburista seta' ħabbar dan il-proġett bħala parti minn politika favur it-tqegħid tat-tieni interconnector kemm il-darba jerġa' jiġi elett.", "Iżda mhux sewwa li dan il-proġett tħabbar bħala wiegħda tal-Partit u tħallas minn gvern li wasal biex ixolji.", "Għaliex il-Partit u l-Gvern huma żewġ entitajiet differenti.", "Wara kollox, kif sewwa stqarret l-Oppożizzjoni, ftit xhur ilu l-partit l-ieħor f'Malta kien diġà għamel l-istess wiegħda: jekk il-PN jitla' fil-gvern, wiegħed li jqiegħed it-tieni interconnector .", "Għaldaqstant għandna żewġ partiti politiċi li qed jaqblu fuq xi ħaġa u li issa qed jikkompetu bejniethom dwar min minnhom ħareġ bl-idea l-ewwel.", "Madankollu ebda wieħed mill-partiti jidher li għandu xi ħerqa li jfakkarna li t-tqegħid tat-tieni interconnector kien parti mill-istrateġija ta' Lawrence Gonzi dwar l-enerġija, liema strateġija kienet tnediet meta tfassal il-kuntratt dwar l-estensjoni tal-BWSC u kien inbeda' x-xogħol għat-tqegħid tal-ewwel interconnector .", "Dejjem kien hemm il-ħsieb li jitqiegħed it-tieni interconnector għaliex hu minn ewl id-dinja li Malta għandu jkollha aċċess sħiħ għas-sistema tal-enerġija Ewropea biex b'hekk tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li taħtaf l-opportunitajiet kollha li joffri dan is-suq.", "Il bużillis hu li dan it-tieni interconnector kien messu ilu li tqiegħed li kieku ma kienx għal Konrad Mizzi u għar- roadmap li kellu jwassal biex jitħaxxinlu butu.", "Il-fatti huma li t-tqegħid tat-tieni interconnector kien ingħata l-ġenb biex Malta tkun tista' tixtri l-enerġija bi prezzijiet ħafna aktar għoljin mingħand Paul Apap Bologna, Yorgen Fenech, Joe Gasan u s-sieħba tagħhom mill-Ażerbajġan.", "U dan biex ma nsemmix it-tixħim li kellhom igawdu minnu Konrad Mizzi u Keith Schembri u forsi xi ħadd ieħor ukoll.", "Din ma kienet ebda U-turn minn naħa tal-gvern.", "Anki li kieku konna nqiegħdu għoxrin interconnector u konna nsibu lil min ibiegħlna l-enerġija bis-sittiet għaliex dan ikun sab mezz kif jibdel l-ilma f'enerġija, xorta waħda ninsabu marbutin li nħallsu lil Paul Apap Bologna, lil Yorgen Fenech u lil Joe Gasan.", "Aktar ma jinħolqu opportunitajiet biex nixtru d-dawl mis-sistema Ewropea bi prezzijiet irħas, aktar nintebħu li l-korruzzjoni li nibtet kemm ilu li ħa r-riedni Joseph Muscat qed iġġiegħelna bilfors nixtru l-enerġija mingħand l-Electrogas bi prezzijiet għoljin.", "Din l-iskoperta ġdida tal-Partit Laburista ta' pjan li ilu li tfassal 15 il-sena biex jitqiegħed interconnector ġdid tista' tagħmel is-sens biss kemm il-darba l-kuntratt tal-Electrogas ma jibqax kif inhu.", "L-Awditur Ġenerali tana r-raġunijiet tiegħu.", "Il-kuntratt tal-Electrogas huwa msejjes fuq il-korruzzjoni u għaldaqstant ma jgħoddx.", "Il-bieraħ il-poplu Malti ħallas għat-tħabbira li saret minn partit politiku li, kemm il-darba jerġa' jkun fil-gvern, ser iwettaq dak li kien messu għamel 8 snin ilu, issa li leħqu xxaħħmu kemm felħu.", "Dawn mingħalihom li aħna bħaħan.", "U ġaladarba l-poplu ser jerġa' jtellagħhom, ma nagħtihomx tort li jaħsbu b'dan il-mod.", "Previous: Baqgħu ggranfati mal-Istat li ħatfu .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Tal-Kummissjoni ta' Venezja qed nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/tal-kummissjoni-ta-venezja-qed-nisthajjilhom-izommu-zaqqhom-mghoxijin-bid-dahk/", "date": "Wed, 9th Jun '21, 10:07", "category": "blog, politics, government", "text": ["Ma tistax ma tħossx sens ta' mistħija u tkun trid l-art tibilgħek int u taqra l-artiklu li ħarbex illum il-Ministru tal-Ġustizzja fit- Times of Malta .", "Huma u jaqrawh, tal-Kummissjoni ta' Venezja nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk.", "Buffu u baħnan tabilħaqq.", "Diġa' kont ktibt dwar ir-raġunijiet il-għala jidhirli li Edward Zammit Lewis m'għandux raġun.", "U ġaladarba Edward Zammit Lewis ma jridx jammetti li żelaq waħda nobis, mhux bi ħsiebni noqgħod nirrepeti ruħi.", "Insemmi biss l-argument vojt li ġab fis-sens li hu ried li jkollu proposti konkreti dwar il-mod kif għandhom jiġu kkastigati b'mod proporzjonat dawk li jaħslu l-flus maħmuġin u dawk li jkunu mdaħħlin fil-kriminalità finanzjarja.", "Għaldaqstant ser nerġa' nsemmilu l-proposti li s'issa għadu jirrifjuta li jikkunsidra.", "L-aġenziji tal-infurzar għandhom jingħataw l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jifhmu, jikxfu u jħarrku lil dawk li jkunu mdaħħlin fil-kriminalità finanzjarja.", "Dawk li jkunu mdaħħalin f'dawn ir-reati kriminali għandhom jinġiebu quddiem il-qorti.", "Il-prosekuturi, l-maġistrati u l-imħallfin għandhom jingħataw it-taħriġ meħtieġ biex ikunu f'pożizzjoni aħjar li jiġġuduikaw lil dawk li jinġiebu quddiemhom mixlijin b'dawn ir-reati.", "X'aktarx li jkun jeħtieġ li jinħatru prosekuturi u mħallfin speċjalizzati.", "X'aktarx ukoll li dawn ikunu jistgħu jitħallsu mill-multi li jingħataw u li jinġabru.", "Ikun jeħtieġ ukoll li tiġi applikata l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Dawk li jkunu mixlija għandu jkollhom drittijiethom imħarsin u għandhom jingħataw smiegħ xieraq minn qorti indipendenti.", "U kemm il-darba it-twettiq tar-reat jiġi pruvat, għandhom jingħataw il-piena li tkun tistħoqqilhom.", "Ma tridx wisq biex tapplika dak li titlob il-Kostituzzjoni.", "Iżda jidher li l-gvern m'għandu ebda ħerqa li japplikaha.", "U din hi r-raġuni l-għala s-smiegħ ta' kawżi dwar reati ta' kriminalità finanzjarja, l-gvern qed jipprova jneħħihom minn quddiem il-qrati.", "Il-gvern irid jagħmel dan biex ikollu kontroll sħiħ fuq l-għażla dwar min għandu jiġi investigat u min le, dwar minn għandu jitħarrek u min le u dwar min għandu jingħata piena u min le.", "U dan huwa appuntu dak li tipprojbixxi l-Kostituzzjoni.", "U din hi appuntu r-raġuni l-għala b'saħħa jridu jemendaw il-Kostituzzjoni.", "U din hi appuntu r-raġuni l-għala, bir-raġun, l-Oppożizzjoni m'hix lesta li tikkopera.", "Previous: Ma jistħux jiddandnu bil-pjanijiet u bil-proġetti ta' Gonzi .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Tat-TVM x'jambuni meta għandhom lil Norma u lil Quinton? .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/tat-tvm-xjambuni-meta-ghandhom-lil-norma-u-lil-quinton/", "date": "Fri, 11th Jun '21, 16:57", "category": "blog, politics, government", "text": ["Norma Saliba u Quinton Scerri ippruvaw – mingħajr ma rnexxielhom – li jiskużaw lilhom infushom wara li tat-TVM xandru programm dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs u wara li saru lmenti mal-Awtorità tax-Xandir.", "L-Awtorità tax-Xandir tat ordni lil tal-PBS biex ixandru filmat li jwassal is-\"sitwazzjoni reali\" li \"tirrispetta l-intelliġenza tan-nies\".", "Dan ma jistax ħlief ifisser li dak li xandru tat-TVM ma wassalx ir-realtà u wera' nuqqas ta' rispett lejn l-intelliġenza tan-nies.", "Meta stazzjon televiżiv – f'dan il-każ l-istazzjon nazzjonali – iwassal realtà falza u gideb lill-udjenza tiegħu dwar kwistjoni li din l-udjenza ma tkunx f'pożizzjoni li tivverifika f'kwistjoni ta' interess pubbliku, ikun qed jonqos minn dmir ewlieni u bażiku.", "U dawk li jxandru dan il-qerq għandhom jitkeċċew.", "Xandira ta' rapport dwar il-ħabs minn stazzjon televiżiv m'hix l-istess bħal rapport dwar il-kwalità tal-ikel f'ristorant.", "L-etika titlob li xandar m'għandu qatt igħid li l-ikel li r-ritorant iservi huwa tajjeb meta fil-fatt ir-realtà hi li l-ikel huwa ħażin.", "Din l-etika xi drabi titwarrab minħabba r-reklamar.", "Ir-ristorant li jservi ikel ħażin iħallas lix-xandar biex igħid li l-ikel huwa bnin u x-xandar jigdeb u jgħidulna li l-ikel huwa tal-itjeb kwalità.", "Dan m'huwiex sewaa.", "Iżda jekk tisma' minn dak li jkun qal ix-xandar, tmur tiekol f'dan ir-ristorant u tintebaħ li daħku bik, ibqgħu ċerti li minn dakinhar 'il quddiem ix-xandar ma jibqax jitwemmen.", "Dari fuq it-televiżjoni kienu jixxandru programmi dwar films li kienu ser jixxandru u d-distributuri tal-films kif ukoll is-sidien tas-swali taċ-ċinema kienu jħallsu għar-riklami li kienu jixxandru fl-istess programm.", "U, m'għandniex xi ngħidu, dawn xejn ma kienu jieħdu pjaċir kull meta l-kritiku tal-films residenti tal-programm kien jidhirlu li l-films li kienu ser jintwerew tul dil il-ġimgħa ma kienu jgħidu xejn.", "Min iħallas għar-riklami jistenna' t-tifħir biex ikun jista' jattira udjenzi dejjem akbar lejn is-swali.", "Fil-każ tal-programm \"Popolin\" ta' Quinton Scerri, huwa l-gvern jħallas għar-riklami.", "Dan il-programm ma sarx biex iħajjer lin-nies iżuru l-ħabs iżda mill-mod kif fasslu l-programm dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs għal ftit ma ridux ipinġuh bħala xi post li għandek tkun mejjet biex tmur tgħix fih.", "X'ippretenda li ser jirbaħ il-gvern bis-saħħa ta' dan il-programm?", "Il-gvern ried ibellgħalna l-gidba li fil-ħabs il-ħabsin huma ttrattati tajjeb u għaldaqstant m'għandniex għelfejn noqgħodu nħabblu rasna dwar is-suwiċidji, dwar ir-rapporti persistenti ta' vjolenza psikoloġika u dwar it-tmexxija proto-faxxista tad-direttur tal-ħabs.", "Dawn iridu jbellgħu gidba li n-nies m'humiex f'pożizzjoni li jivverifikawha.", "F'dan il-każ, il-ħabsin ma setgħux jilmentaw dwar il-programm li xxandar fuq TVM dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabs.", "U kellhom ikunu persuni li għandhom kuxjenza bħalma huma Andrew Azzopardi u Peppi Azzopardi li ħadu l-passi u talbu rimedju mill-Awtorità tax-Xandir.", "L-inkwiet ta' dawn kien fis-sens li l-gideb tat-TVM jirrendu l-ħajjet il-ħabsin inqas tollerabbli u jqiegħduhom f'periklu kbir għaliex l-attenzjoni tan-nies imbagħad tiġi aljenata mill-buffunati ta' Alex Dalli u mill-attitudni negattiva ta' Byron Camilleri.", "Jien għamilt kawża fil-qorti kontra l-gvern sabiex nitħalla nżur il-ħabs u l-faċilitajiet tad-detenzjoni u dan sabiex inkun f'pożizzjoni li nfassal rapport li jirrifletti s-\"sitwazzjoni reali\" li ma jkunx dak li jrid ibellgħalek il-gvern.", "Din mhix kwistjoni ta' \"dritt\" tiegħi bħala ġurnalist.", "Hi kwistjoni dwar id-dritt tiegħek li ssir taf f'hiex tikkonsisti r-realtà.", "U huwa ttamat li, kemm il-darba ssir taf b'azzjonijiet ta' brutalità fil-ħabs, ser iġġib ruħek b'mod – permezz tal-protesti jew permezz tal-vot – li jagħmilha ċara li din il-brutalita mhix aċċettabbli u li jeħtieġ li tieqaf.", "Lili m'humiex jippermettuli li nfassal rapport dwar is-\"sitwazzjoni reali\" fil-ħabs.", "Lili x'jambuni meta fit-TVM għandhom lil Norma Saliba u lil Quinton Scerri?", "U ġaladarba ma jaħsbuhiex darbtejn li jigdbulek dwar il-ħabs, ibqgħu ċerti li m'hux ser jaħsbuha darbtejn li jigdbulek dwar affarijiet oħra.", "Isa, komplu sewgu l-Pravda TV.", "Fil-Pravda TV tabilħaqq aħna l-aqwa fid-dinja.", "Previous: Tal-Kummissjoni ta' Venezja qed nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: It-tifsira tal-kelma \"edukazzjoni\" .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/it-tifsira-tal-kelma-edukazzjoni/", "date": "Mon, 14th Jun '21, 11:42", "category": "blog, politics, government", "text": ["It- Times of Malta llum irrappurtat li l-bieraħ fil-Każin tal-Banda ta' San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ ir-regolamenti ta' kontra l-imxijja Covid-19 kienu qed jinkisru fil-preżenza ta' Ian Borg.", "U dan minnufih wieġeb li Bernard Grech kien preżenti wkoll.", "Eh, ma jimpurtax mela!", "Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-ritratt ta' hawn taħt.", "Fuq ix-xellug jidher Alfred Grixti, eks-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ u hekk imsejjaħ Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista.", "Bħalissa jaħdem bħala uffiċjal għoli tal-gvern bħala \" person of trust \".", "Nissoponi li dan hu li jrid ifisser bil-kelma \"edukazzjoni\".", "Previous: Tat-TVM x'jambuni meta għandhom lil Norma u lil Quinton? .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Repubblika xxandar proposti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni waqt l-elezzjonijiet .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/repubblika-xxandar-proposti-biex-tigi-miggielda-l-korruzzjoni-waqt-l-elezzjonijiet/", "date": "Tue, 15th Jun '21, 12:44", "category": "blog, politics, government", "text": ["Repubblika illum xandret dokument li fih sensiela ta' proposti magħmulin bil-għan li tiġi miġġielda l-korruzzjoni waqt l-elezzjonijiet u, b'mod partikolari, kontra l-abbużi li jsiru minn kandidati li jkollhom is-setgħa ta' ministru u mill-partit li jkun fil-gvern.", "Fir-rapport tagħha, Repubblika saħqet li l-biċċa l-kbira tal-liġijiet mhux qed jiġu osservati.", "Fost dawn hemm liġijiet li jipprojbixxu t-tqassim ta' ikel u xorb lill-votanti u wiegħdi ta' rigali minn naħa tal-politiċi bi bdil mal-voti.", "Dawn ir-rigali jistgħu jieħdu l-forma ta' impjiegi mal-gvern, permessi tal-bini jew wiegħdi oħrajn li normalment jitqiesu bħala \"klijenteliżmu\" u li m'humiex permess mil-liġi.", "Repubblika pproponiet ukoll li jsir titjib fil-liġi li timponi limiti fuq abbużi li jistgħu jitwettqu mir-riżorsi tal-gvern għal skopijiet partiġġjani u sabiex issir għassa fuq l-andament tal-elezzjonijiet minn persuni li m'humiex impjegati mal-partiti politiċi jew minn kandidati iżda li jkunu lesti jservu lill-interess pubbliku bil-għan li jiġu żgurat li l-elezzjonijiet ikunu ħielsa mill-korruzzjoni.", "Repubblika pproponiet ukoll it-tfassil ta' liġijiet apposta li jżommu lil entitajiet pubbliċi milli jagħtu vantaġġ elettorali permezz tal-organizzazzjoni ta' attivitajiet pubbliċi.", "Repubblika pproponiet ukoll li għandu jkun hemm limiti fuq dak li jkollu dritt jagħmel gvern transitorju.", "Fost dawn hemm limiti fuq tħabbir ta' politika ewlenija, ħatriet mhux essenzjali ma' entitajiet pubbliċi, promozzjonijiet fis-servizz ċivili, akkomodazzjoni soċjali, ħruġ ta' permessi mgħaġġla dwar żvilupp, tqassim ta' art pubblika jew it-tfassil ta' repolamenti ta' ċertu sinjifikat.", "Ir-rapport sħiħ bl-Ingliż u bil-Malti jista' jitniżżel minn hawn."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/l-icwec-fost-ic-cwiec/", "date": "Wed, 16th Jun '21, 09:44", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jason Micallef, li jmexxi l-istazzjonijiet propagandistiċi tal-Labour u li huwa wkoll responsabbli għall-\"kultura fil-belt kapitali\", tgħidx kemm tbaqbaq wara li saret il-protesta tal-bieraħ fil-lejl tal-#occupyjustice dwar dawk l-erba' kaxxi tal-injam li rama' fid-daħla tal-Belt li jieħu ħsiebhom ġardinar minfuħ li ma jiswiex karlin.", "Kont appik ser inkompli nikteb sakemm ilmaħt din il-kitba ta' Martina Farrugia.", "Il-musmar laqtitu fuq rasu!", "Previous: Repubblika xxandar proposti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni waqt l-elezzjonijiet .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Biżżejjed li tissieħeb mal-forzi tal-ħażen .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/bizzejjed-li-tissieheb-mal-forzi-tal-hazen/", "date": "Thu, 17th Jun '21, 10:05", "category": "blog, politics, government", "text": ["Li kieku pajjiżna huwa wieħed demokratiku tassew, dak li qed iseħħ fil-Kumitat tal-Parlament dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien jiġi kunsidrat bħala oltraġġ.", "Giannella Demarco hi l-avukata ta' Paul Apap Bologna: tqabbdet minnu u titkellem f'ismu.", "Hawn m'huwiex jiġi mgħoddi ġuri.", "Huwa biss xhud li m'għandu ebda ħtieġa ta' difiża jew ta' rappreżentanza.", "Iżda minkejja dan, għażel li jqabbad avukat.", "U jidher li qed jehda jitħaddet b'vujtaġni liema bħalha dwar id-\"drittijiet tal-bniedem\" bħallikieku Paul Apap Bologna – sinjurun aristokratiku multi-miljunarju mnissel mill-koxxa ta' Ġjove – qatt b'xi mod kien żvantaġġjat jew vittimizzat mill-abbużi tas-setgħat tal-Istat.", "Imbagħad l-interventi tal-avukat – li kulma jmorru qed ikunu dejjem aktar fl-aggressivi – qed iservu biex tiżdied il-melodrama.", "Jekk dan iridna li ninkwietaw ruħna dwar id-drittijiet tal-bniedem, mhux aħjar jekk nitħaddtu dwar in-nies tat-triq li qed iħallsu aktar milli jmisshom iħallsu fuq il-kontijiet tagħhom tad-dawl u tal-ilma biex sinjuruni bħala Paul Apap Bologna u sħabu jkunu jistgħu jkomplu jħaxxnu bwiethom u bwiet il-politiċi maħmuġin li jkunu miftehmin magħhom?", "M'għandniex xi ngħidu, nista' nobsor li issa ser imur jgħid li minn dan il-kuntratt huwa ma daħħalx f'butu ċenteżmu mġiddem, iżda dan il-ġudizzju għandna nħalluh għall-istorja, forsi wara li nkunu sirna nafu d-dettalji tal-ispejjeż tal- interconnector il-ġdid.", "Giannella Demarco hi biss il-portavuċi ta' Paul Apap Bologna.", "Għaldaqstant, hu u jipprova jbellagħhielna li qed jitriegħed wara maskra, m'għandniex għalfejn nerħulu li jgħaddiha lixxa billi noqgħodu nitħaddtu dwar l-imġieba tal-avukat tiegħu.", "Hi ħaġa li ma titwemminx li jkollok xhud li jispiċċa jiddetta l-limiti tal-kompetenza ta' Kumitat Parlamentari u jiddeċiedi hu liema mistoqsijiet huma ammissibbli u liema huma dawk li m'humiex.", "Daqs kemm hi ukoll ħaġa ta' barra minn hawn li jkollok sempliċi xhud – bħalma hu Paul Apap Bologna – li lill-membri parlamentari tal-Kumitat jkollu l-wiċċ tost li jgħidilhom hu x'jistgħu u x'ma jistgħux jistaqsuh jew inkella li jiġbed konklużjonijiet politiċi mit-tweġibiet tiegħu jew minn dawk it-tweġibiet li jirrifjuta li jagħti.", "Immaġinaw ftit li kieku dawn il-praspar seħħew quddiem xi Kumitat tal-Kungress Amerikan jew tal- House of Commons fir-Renju Unit.", "Dan m'huwa xejn ħlief oltraġġ għaliex il-biċċa l-kbira tal-membri parlamentari tal-Kumitat – jiġifieri dawk li huma maħturin mill-gvern – huma kompliċi fl-umiljazzjoni tagħhom stess kull meta lix-xhud jinkoraġġuh juri d-disprezz tiegħu lejn il-proċess parlamentari, lejn il-membri parlamentari u lejn il-Kumitat li huma jiffurmaw parti minnu.", "Jekk Giannella Demarco hi lsien Paul Apap Bologna, Glenn Bedingfield u l-bqija tal-membri tan-naħa tiegħu huma idejh armati bil-frosta u bis-skieken.", "Paul Apap Bologna jinsisti li m'għandha ssir ebda rabta bejn il-kuntratt skandaluż tal- Electrogas (li minnu qed ipappiha sewwa) u l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "M'għandniex xi ngħidu, tal-istess fehma huwa Yorgen Fenech, sieħeb fin-negozju ta' Paul Apap Bologna, li jinsab mixli bil-qtil.", "Dan qed igħid li l-motiv wara l-qtil jinsab fil- laptop ta' Daphne u dan bħallikieku kienet Daphne li kienet qabbdet lill-assassini biex jisploduha fil-karrozza tagħha u jagħmluha rmied.", "Iżda dawn moħħom biss biex idaħħlu d-dubji fl-imħuħ tan-nies.", "U issa Glenn Bedingfield, il-potavuċi ta' Yorgen Fenech, tħajjar ukoll u l-insinwazzjonijiet ta' Yorgen Fenech dwar il- laptop tal-vittma għamilhom tiegħu Ma nafx Glenn Bedingfield huwiex qed jitħallas minn Yorgen Fenech (kif Giannella Demarco qed titħallas minn Paul Apap Bologna) biex jitkellem f'ismu.", "Iżda nifhem li Glenn Bedingfield mhux ser jiddardar jitkellem għal Yorgen Fenech mingħajr ma jitħallas.", "M'għandix l-iċken dubju li, kieku kellu jagħżel f'isem min għandu jitkellem – jiġifieri jew il-vittmi tal-Electrogas, il-vittmi ta' Paul Apap Bologna u ta' Yorgen Fenech irrispettivament humiex vittmi ta' serq fil-kontijiet jew allegati vittmi ta' splużjoni f'karrozza – jew li jitkellem f'isem Paul Apap Bologna u Yorgen Fenech innifishom, Glenn Bedingfield ser jagħżel dejjem lill-mafjużi.", "Issa ilu tliet snin sħaħ iħarref dwar dan l-imbierek laptop.", "Fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kellu l-wiċċ sfiq li taparsi jieħu għalih li setgħu waħħlu fih meta fit-toroq kienu ttellgħu kartelluni biex tinxtered l-insinwazzjoni faħxija li l-verità dwar l-assassinju ta' Daphne għadha ma ratx id-dawl tax-xemx għaliex il-ġurnalisti m'humiex lesti li jikxfu l-għejjun tagħhom.", "U l-bieraħ fil-Parlament rajnieh jagħmel tiegħu l-argumenti li nġiebu mill-avukati ta' Yorgen Fenech.", "L-istess kif jagħmel quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi hu u jagħti daqqa t'id lil Giannella Demarco fl-assalt tagħha kontra d-deputati tal-Oppożizzjoni.", "Li kieku Malta kienet tassew pajjiż demokratiku, aġir bħal dan kien jitqies bħala oltraġġ.", "Dan l-aġir m'huwiex biss attakk mill-mafja fuq l-Istat.", "Huwa wkoll attakk mill-mafjużi u mill-avukati tagħhom kontra dawk il-membri parlamentari li għadhom lesti li jiddefendu d-demokrazija.", "Karol Aquilina, għalkemm huwa membru parlamentari, m'huwiex rappreżentant tal-Parlament Malti u ma jirrappreżentaħx, hu u jipprova jirreżisti dan l-attakk imxajtan fuq l-orjentazzjoni tal-Istat.", "Tista' tgħid li l-Parlament jirrappreżentah Glenn Bedingfield.", "Għaliex l-avukati tal-mafja għall-kriminali tal-mafja m'humiex biżżejjed.", "Fil-Parlament ikun jeħtieġ lill-avukati tal-mafja biex jitkellmu f'isimhom ukoll.", "U qabel Bedingfield jew Demarco jew Apap Bologna jieħdu għalihom talli wżajt il-kelma \"mafja\", nistedinhom jifhmu l-użu popolari ta' din il-kelma u li jirriflettu fuq il-verità: wieħed m'għandux għalfejn iġib l-isem Capone jew Corleone jew Riina wara ismu biex jitqies mafjuż.", "Ikun biżżejjed jekk jissieħeb mal-forzi tal-ħażen.", "Previous: L-iċweċ fost iċ-ċwieċ .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Tal-Labour ilhom fil-gvern mill-2013, iżda tort tal-PN li f'għajnejn id-dinja Malta nħakmet mill-ħallelin .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/dan-il-pajjiz-mhuwiex-wiehed-normali/", "date": "Thu, 24th Jun '21, 07:09", "category": "blog, politics, government", "text": ["Li kieku Malta hi pajjiż normali, bħalissa għandna kriżi politika taħraq fuq ħoġorna.", "Ninsabu fuq il-Lista l-Griża mhux minħabba xi diżgrazzja li ġratilna bħal meta kienet faqqgħet kriżi dwar il-prezz taż-żejt.", "Jew bħal meta nkalja vapur u niġġeż il-baħar jew bħal meta jseħħ xi terremot.", "Dak li seħħ il-bieraħ ma kien xejn ħlief falliment politiku katastrofiku tal-mexxejja politiċi tagħna.", "U li kieku Malta hi pajjiż demokratiku normali, l-Parlament ma jitlifx żmien u jfittex li jiddibatti mozzjonijiet urġenti ta' fiduċja u n-nies jibdew jinsistu li għandha ssir elezzjoni ġenerali mmedjata biex ikun jista' jiġi elett gvern li jibda' mill-ġdid.", "Xbajt naqra' kitbiet patetiċi fil- Facebook miktubin minn esponenti taż-żewġ naħat biex igħidulna li issa m'huwiex iż-żmien li noqgħodu nfittxu f'min ser inwaħħlu.", "Tul dawn l-aħħar seba' snin konna nafu ben tajjeb lejn minn għandna nippuntaw subgħajna.", "U jekk dawn ma kienux jafu, jmisshom iħabbtu fuq sidirhom u jwaħħlu fihom infushom talli m'għamlu xejn biex iwaqqfu dan id-diżastru minkejja li kienu jafu li xi darba dan kien ser jasal.", "Aħna ma bqajniex b'idejna fuq żaqqna.", "Għalkemm huma bosta dawk li ma jammettuħx, huwa ċar li dak li seħħ il-bieraħ huwa r-riżultat tal-korruzzjoni u tal-impunità li ħakmu lill-pajjiż kemm ilu li sar prim ministru Joseph Muscat.", "Iżda mhux biss.", "Malta ma tqiegħditx fuq il-Lista l-Griża għaliex f'pajjiżna r-rata tat-taxxa għall-barranin hi baxxa.", "Ir-rata tat-taxxa għall-barranin f'Malta ilha baxxa mis-snin 80.", "U tal-FATF ilhom fix-xena sa mis-snin 80 ukoll.", "Fl-Irlanda, f'Ċipru u fil-Lussemburgu, r-rata tat-taxxa hi baxxa wkoll (għalkemm hu veru li m'hix baxxa daqs ta' Malta) u ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi ma nxteħet fuq il-Lista l-Griża jew ġie mhedded li jitqiegħed fil-Lista.", "Għaldaqstant jekk int wieħed minn dawk li fil-prinċipju ma taqbilx mas-sistema ta' taxxa baxxa – u jien qed nersaq qrib lejn din il-fehma – dak li seħħ il-bieraħ jista' jitqies bħala l-bidu tat-tmiem ta' din is-sistema.", "Iżda l-prinċipju m'għandu x'jaqsam xejn.", "Li kieku Malta ma kellhiex l-istruttura li għandha ta' taxxi baxxi, xorta waħda kienu jixħtuna fuq il-Lista l-Griża ġaladarba l-klikka ta' Joseph Muscat kompliet titħalla tgħaddiha lixxa dwar ir-reati kriminali li wettqet.", "Fiż-Żimbabwe m'għandhomx struttura ta' taxxi baxxi iżda dan huwa pajjiż li hu mmexxi mill-ħallelin.", "U ż-Żimbabwe jinsab fl-istess lista li issa ninsabu fih aħna wkoll.", "U, għall-benefiċċju tat- trolls razzisti li tgħidx kemm jitkażaw għall-fatt li jien kont għamilt żmien ngħix f'dan il-pajjiż, kien l-għażiż Partit Laburista tagħhom li qiegħdna f'dik il-Lista u mhux it-\"tank ħara tal-Arriva\" li tant jinqalgħu biex igħajjruh.", "Mhux hekk biss.", "Il-Lista l-Griża ma tagħmilx ħsara biss lill-istruttura li għandna ta' taxxi baxxi.", "Jekk għandek l-intenzjoni li tinqata' totalment mill-bqija tad-dinja (dan lanqas tal-Korea ta' Fuq ma joħolmu li jagħmluh) xorta waħda jkun jeħtieġlek li tħallas lill-bank, li titħallas, li tissellef u li tislef biex tkun tista' tinnegozja mal-bqija tad-dinja.", "Il-gvern xorta waħda jkun jeħtieġ li jissellef il-flus mis-swieq finanzjarji tad-dinja.", "U dak li jfornilek l-enerġija, xorta waħda jkun jeħtieġ li jixtri ż-żjut u l-gass minn barra.", "U għad jasal żmien li fih ma nkunux nistgħu nkampaw weħidna.", "Miż-żminijet meta l-Feniċi kienu ġew Malta biex jinnegozjaw 'l hawn, il-fiduċja kienet dejjem is-sies ewlieni biex stajna nixtru u nbiegħu il-prodotti.", "Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istrutturi fiskali u l-banek ilkoll huma importanti.", "Iżda jintilef kollox jekk ma nkunux fdati.", "Dak li għadna kemm tlifna hi proprju l-fiduċja.", "Għaldaqstant jeħtieġ li nirrikonoxxu x'wassal biex ninsabu fit-toqba li waqajna fiha.", "Huwa ċar li mhux biżżejjed li jinbidlu l-liġijiet u li jiżdiedu l-prosekuzzjonijiet.", "Robert Abela u sħabu qed jilmentaw li l-kastig li ngħata l-pajjiż ma kienx \"ġust\" għaliex, minn Jannar 2020 'l hawn kemm ilu li sar prim ministru, huma għamlu dak kollu li kienu ntalbu li jagħmlu.", "Il-verità hi li ma kienx il-gvern li ntalab jagħmel dawn it-tibdiliet.", "Kien il-pajjiż li ntalab li jagħmilhom.", "Il-gvern ta' Malta tilef il-fiduċja tal-komunità internazzjonali u m'hu qed jagħmel assolutament xejn biex jerġa' jirbaħha.", "Malta qed tintalab li turi l-impenn tagħha li terġa' tingħaqad mal-bqija tad-dinja u dan inkunu nistgħu nagħmluh biss jekk ma ntellgħux fis-setgħa ministri korrotti, jekk ma nkomplux nagħtu sostenn lill-avukat ta' Joseph Muscat u jekk ma nkomplux nagħtu l-kenn lil ministru tal-gvern li jinsab mixli mill-allegati kompliċi tiegħu b'attentat ta' serqa armata minn bank.", "It- trolls tgħidx kemm iwerżqu li tal-PN ma jistgħux jiggvernaw minħabba l-\"passat\" tagħhom.", "Tafu intom, minħabba l-arloġġ tal-lira.", "U skont dawn it- trolls jien m'għandix dritt għall-fehmiet tiegħi minħabba l-\"Arriva\".", "Kienu x'kienu l-iżbalji li kienu wettqu l-gvernijiet Nazzjonalisti ta' qabel l-2013, meta tal-PN kienu fil-gvern, Malta kienet tgawdi rispett mill-komunità internazzjonali.", "Kontra kull parir li kellhom minn ċerti pajjiżi, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea qablu mad-dħul ta' Malta bħala sieħeb ugwali.", "Ftit wara daħħluna wkoll fiż-żona ewro.", "U meta skattat il-kriżi fil-Libja, Malta wriet li, bħala alleata, setgħet tiġi fdata.", "Id-dinja kienet tafdana, għaliex biex imexxuna tellajna grupp ta' persuni diċenti.", "Kien hemm żmien li fih anki n-Nazzjonalisti setgħu tellfu xi ftit mill-fiduċja li kienet tgawdi Malta.", "Dan kien meta bħala Kummissarjiu Ewropew kien inħatar John Dalli – bniedem li nafu li huwa ħalliel.", "Diġà kien biżżejjed li dan kien ġie mġiegħel iwarrab.", "Iżda d-doża kompliet tiżdied dakinhar li Joseph Muscat keċċa lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex John Dalli jkun jista' jirritorna lura Malta bla xkiel u fl-istess waqt igawdi mill-impunità.", "Taħsbu intom li l-komunità internazzjonali ser tagħti xi widen jew ser tafda lill-eks konsulent legali ta' Joseph Muscat, l-istess bniedem li baqa' jagħti l-appoġġ tiegħu lill-imsemmi eks prim ministru fiż-żmien meta kienu qamu l-irwiefen kollha b'riżultat tal-iskandlu tal- Panama Papers ?", "Taħsbu intom li l-komunità internazzjonali ser tagħti każ jew tikkalkula lil Evarist Bartolo – l-istess bniedem li, minkejja li ilu snin twal ihewden dwar il-liġijiet għall-allat u l-liġijiet għall-annimali, baqa' b'idejh fuq żaqqu għax moħħu kien biss dwar kif politikament seta' jżomm fil-wiċċ?", "Nifhem li tal-PN ma jridux jidhru li qed jimminaw l-isforzi tal-gvern biex isib tarf ta' din il-problema.", "Iżda s-soluzzjoni ċertament m'hix li dawn jiffurmaw parti minn task force flimkien ma' Robert Abela.", "Robert Abela u l-klikka tiegħu ta' ġwejjef, ħallelin u bħaħan, kif ukoll Silvio Schembri jeħtieġ li jwarrbu lkoll kemm huma.", "Jeħtieġ li dawn jieħdu posthom nies serji u mhux persuni li jitkellmu biss dwar bidliet u mbagħad iħallu kollox kif inhu.", "Robert Abela u l-klikka tiegħu jeħtieġ li jidħlu flokhom persuni li lil Joseph Muscat, lil Keith Schembri, lil Brian Tonna, lil Paul Apap Bologna, lil Konrad Mizzi, lil Joe Gasan, lil Chris Cardona u lil Carmelo Abela ma wiegħduhomx impunità perpetwa, jiġri x'jiġri.", "U lil Yorgen Fenech, li sal-lum għadu mhux formalment mixli dwar atti ta' korruzzjoni.", "Għaliex jekk jittieħdu passi kontra min xaħħam, jeħtieġ li jittieħdu passi wkoll kontra min ixxaħħam.", "U Robert Abela u l-klikka tiegħu dan m'huma ser jaslu qatt biex jagħmluh.", "U jekk jerġgħu jitilgħu fl-elezzjoni li ġejja, tistgħu tibqgħu ċerti li Malta ser tibqa' mhux fdata mill-bqija tad-dinja għal 5 snin oħra.", "Tlifna rasna daqshekk?", "Li kieku Malta kienet pajjiż normali, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx joħroġ l-id tal-ħbiberija u joffri li jieħu sehem f' task force konġunta mal-kriminali li jaħtu għal dak li seħħ il-bieraħ.", "Li kieku Malta kienet pajjiż normali, l-Kap tal-Oppożizzjoni bħalissa għoddu nħanaq jinsisti li ssir elezzjoni ġenerali mmedjata.", "Mhuwiex jinsisti mhux minħabba difetti fil-karattru tiegħu jew minħabba politika żbaljata.", "Ma nagħtiħx tort.", "Jien ukoll nara r-riżultati tas-sondaġġi u nifhem li, kieku kellha ssir elezzjoni issa – minkejja id-diżastru li seħħ il-bieraħ – tal-Labour jerġgħu jirbħu bil-kbir.", "Dik hi l-problema.", "Mhix l-Oppożizzjoni li m'hix normali.", "Huwa l-elettorat li qed jippremja l-korruzzjoni, l-inkompetenza u din il-mistħija li ġarrabna b'rimarki bħal 'prosit Ministru' u 'għada xorta jisbaħ taħt il-Lejber'.", "B'mentalità bħal din, kif nistgħu qatt nippretendu li d-dinja għandha tafdana?", "Previous: Tal-Labour ilhom fil-gvern mill-2013, iżda tort tal-PN li f'għajnejn id-dinja Malta nħakmet mill-ħallelin .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: Ottimiżmu bla tarf .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/naqbel-mal-prim-ministru-li-wieghdni-li-mhux-ser-nara-cella-ta-habs-minn-gewwa-jghid-joseph-muscat/", "date": "Thu, 24th Jun '21, 14:08", "category": "blog, politics, government", "text": ["Lil tat-Times of Malta Joseph Muscat għamlilhom kumment wieħed biss: \"Naqbel għal kollox mal-kummenti li għamel il-prim ministru.\"", "Mur obsor ħej!", "Id-dinja forsi tibda' tieħu lil Malta bis-serjetà dakinhar li Joseph Muscat ikollu għalxiex ma jaqbilx mal-prim ministru.", "S'issa l-Kink għadu l-Kink."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/omar-debono-jridna-naghmlu-l-arja/", "date": "Fri, 25th Jun '21, 10:49", "category": "blog, politics, government", "text": ["Omar Debono ma jistax jitqies għal kollox bħala persuna pubblika.", "Iżda dak li kiteb fil- Facebook u l-kariga li jokkupa tagħti xi ftit tal-ħjiel dwar il-mentalità ta' dawk li ngħataw il-ħatriet u dwar il-fatt li b'nies bħal dawn ftit hemm ċans li noħorġu mit-toqba li xeħtuna fiha.", "Omar Debono huwa wieħed mill-kapijiet ta' entità li sejjħulha \"l-Awtorità Maltija dwar l-Innovazzjoni Diġitali\".", "Din hi aġenzija li ħoloq dak il-baħnan ta' Silvio Schembri fiż-żmiem meta kienet għadha moda Malta tissejjaħ \" Blockchain Island \".", "Kien messhom sejjħulha \"Mafia Island\".", "Huma u jwettqu dak li kienet qiegħda tbassar id-dinja, u kif, kontra qalbu, ammetta Clyde Caruana fuq it-televiżjoni , x'aktarx li kienet il-kwistjoni tal- crypto currency li spiċċat biex irranġatna għall-frisk.", "Din kienet waħda biss mir-raġunijiet li minħabba fiha tal-FATF dehrilhom li kellhom iwissu lill-investituri, lill-bankiera u lix-xerrejja biex ma jersqux lejn gżiritna.", "Mijiet tal-miljuni għaddew minn pajjiżna meta ġiet varata din l-idea diżastruża ta' Joseph Muscat.", "U x'aktarx ukoll li wħud minn dawn il-miljuni, li x'aktarx ukoll kienu ġejjin minn attivitajiet kriminali, sabu ruħħom fil-bwiet tat-terroristi.", "Omar Debono huwa wieħed mill-kapijiet tal-aġenzija li għamlet ħsara kbira lir-reputazzjoni ta' Malta – ħsara li ser tissarraf fit-telfien tal-ħobż (jew parti mill-ħobż) tal-ħaddiema.", "L-iskandlu tal- Panama Papers , l-impunità li gawdew u li għadhom igawdu Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, l-iskandlu tal- Electrogas : għal dawn kollha (u aktar) ċertament ma taħtix din l-aġenzija li Omar Debono hu wieħed mill-mexxejja tagħha.", "Iżda jekk, kif stqarr Clyde Caruana, kien il- crypto li spiċċa biex wassalna fix-xifer, kien hemm ukoll persuni fl-aġenzija li kien messhom xammew x'kien ġej u kien messhom ħadmu biex jiġi evitat dan id-diżastru.", "U b'dak li seħħ il-bieraħ kont nistenna li n-nies tal-\" Malta Digital Innovation Authority \" għandhom isoddu ħalqhom u dan biex ma tkomplix toktor il-ħsara.", "Omar Debono jidhirlu li għandna nkomplu nagħmlu l-arja permezz tal-kitba tiegħu fil- Facebook.", "Skont dan l-imbierek, għandna nuru lid-dinja – speċjalment lill-Amerikani, lill-Ingliżi u lill-Ġermaniżi – li għandna par bajdiet imdendlin bejn riġlejna u li m'humiex ser inħalluhom jagħmlu l-arja magħna.", "Il-kitba tiegħu għandha bixra Mintoffjana.", "Kiteb li Malta għandha \"l-assi\".", "Bħallikieku għandna xi ammonti kbar ta' armi nukleari moħbijin x'imkien.", "Tgħid wasal iż-żmien li nirrikonsidraw il-pożizzjoni tagħna?", "Tgħid wasal iż-żmien li nuruhom x'insarrfu?", "Tgħid wasal iż-żmien biex Malta tieqaf lil dawk li qed jagħmlu l-arja magħha u turihom ir-riedni f'idejn tassew f'idejn min qiegħed?", "Dan l-imbierek, li għal ġieħna huwa wieħed mill-kapijiet tal- crypto agency tal-gvern, mingħalih li aħna – jiġifieri Malta – \"tassew għandha r-riedni f'idejha\".", "U jrid li nieqfu lil min irid jagħmel l-arja magħna.", "Li tfisser li jridna nagħmlu l-arja magħhom.", "Dan mhux biss inqata' sewwa mill-art.", "Qed igħix fis-sħab ukoll.", "Jeħtieġ nifhmu li l-politika barranija ta' Malta – lanqas tal-Mintoffjani li kienu jxewwxu kontra l-barranin – qatt ma ġiet kundizzjonata miċ-ċokon tagħna.", "Iċ-ċokon ma żammniex milli nissieħbu fl-Unjoni Ewropea bħala sħab ugwali għalkemm lest naqta' rasi li Omar Debono x'aktarx kien wieħed minn dawk li vvutaw għall- partnership.", "Dan l-uffiċjal għoli ta' aġenzija f'pożizzjoni strateġika li tant għamlet ħsara lil pajjiżna madankollu qed igħidilna li d-\"diplomazija\" li ma ġġibhiex żewġ fil-konfront tar-Russja, m'hix ser iġġibha żewġ għal Malta.", "Fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom wara d-deċiżjoni tal-bieraħ, bniedem bħal dan imissu jsodd ħalqu u jmissu jħalli lill-ministri li tant iqim jippruvaw isewwu huma l-ħsara li twettqet.", "Imsshom igħidulu li l-kitba tiegħu fil- Facebook x'aktarx ser tasal ukoll quddiem tal-FATF.", "U lil dawn tal-FATF ma tlumhomx jekk xi darba għad jistaqsu jekk il-Maltin humiex tassew interessati li jsewwu l-ħsara.", "Għandi nkun jien li noqgħod nagħtih il-pariri biex isodd ħalqu?", "Dan ċertament mhux xogħli.", "Xi xhur ilu, Omar Debono ingħaqad ma' dawk li għadhom ma xebgħux iħambqu li jien traditur ta' pajjiżi dakinhar li jien tlabt lill-gvern biex isalva ħajjet dawk l-immigranti li kienu qed imutu mgħarrqin fl-ibħara tagħna anki fiż-żmien li fih l-imxijja Covid kienet għadha magħna.", "Dak iż-żmien kien kiteb li jien għandi nsodd ħalqi għaliex ma kienx għadda żmien biżżejjed miż-żmien tal-\"pudini\" (hawn kien qed jirreferi għar-riforma tal-karrozzi tal-linja tal-2011) biex jien nesprimi opinjoni dwar jekk dawn in-nies għandhomx jiġu salvati minn pajjiż li kellu l-ħila li jsalvahom.", "Fis-sajf ta' għaxar snin ilu, bis-saħħa tal-pudina tiegħi, rritardjaw il-karrozzi tal-linja u Boris Johnson kien sab l-okkażjoni biex jgħaddina xi ftit biż-żmien.", "Iżda l-pudina tiegħek, Sur Debono, hi l-aħħar waħda minn sensiela li tista' twassalna għar-rovina finanzjarja.", "Illum, bħal kull jum ieħor, nippreferi li nibqa' fiż-żarbun tiegħi milli nidħol f'tiegħek.", "Previous: 'Naqbel mal-prim ministru li wiegħdni li mhux ser nara ċella ta' ħabs minn ġewwa,' jgħid Joseph Muscat .fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0px;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:50% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0;margin-left : 0px;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-0{width:100% !important;}.fusion-builder-column-0 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} Next: GUEST PROSE: L-inżul u t-tlugħ ta' Marta s-sabiħa .fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;margin-top : 0px;margin-bottom : 0px;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {padding-top : 10px !important;padding-right : 10px !important;margin-right : 0px;padding-bottom : 10px !important;padding-left : 10px !important;margin-left : 0;}@media only screen and (max-width:1024px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:50% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0;}}@media only screen and (max-width:640px) {.fusion-body .fusion-builder-column-1{width:100% !important;}.fusion-builder-column-1 > .fusion-column-wrapper {margin-right : 0px;margin-left : 0px;}} .fusion-body .fusion-flex-container.fusion-builder-row-1{ padding-top : 0px;margin-top : 0;padding-right : 0px;padding-bottom : 0px;margin-bottom : 0;padding-left : 0px;} window._taboola = window._taboola || [];"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/06/guest-prose-l-inzul-u-t-tlugh-ta-marta-s-sabiha/", "date": "Mon, 28th Jun '21, 17:50", "category": "blog, politics, government", "text": ["Din in-novella satirika hi miktuba minn xi ħadd li naf, iżda li minħabba xogħolu ma jistax jiffirma ismu.", "Marta minn dejjem kienet mara sabiħa.", "Iż-żwieġ tagħha ma' Nazju kien irnexxa, u kellhom żewġt itfal żgħar li kienu l-mimmi ta' għajnejhom.", "Minkejja t-tfal li kellha, Marta ma kienet tilfet xejn minn ġmielha, anzi!", "Kienet kompliet sbieħet u figurietha kien imtela u s-sura ta' dawk in-nisa li ssib fil-katalgi tal-ħwejjeġ.", "Nazju kien raġel serju, u jħobb il-familja, u kellu sens ta' dixxiplina fuq uliedu.", "Minkejja l-imħabba kbira li kellu lejhom, kien jaf li kultant l-imħabba trid turiha mhux billi tagħtihom kull ma jridu, imma billi tara li jkollhom kull ma għandhom bżonn.", "Kien jaf ukoll li r-riżorsi tiegħu, minkejja x-xogħol kollu li kien jagħmel, ma kienux infiniti.", "Kien jipprovdi tajjeb, imma biex jgħaddu minn xahar għal xahar, u fl-istess ħin iżomm riżerva għal xi żmien meta l-affarijiet jiġu ħżiena, kien hemm bżonn l-għaqal.", "Dan l-għaqal sabu meta l-kumpanija fejn kien jaħdem, tilfet xi kuntratti, u waqqfulu s-siegħat żejda li kien jaħdem biex jaqla' ftit overtime.", "Xi ħaġa mwarrba kien hemm, u bejn b'naqra issikkar, u bejn billi daru għal ta' taħt rashom, kienu qed jirnexxilom jgħaddu.", "Però, ma kienx hemm lok għal ċerta kapriċċi, għax 'l -ewwel il-pappa, imbagħad l-umpappa' , jgħid tajjeb il-Malti.", "It-tfal, speċjalment iż-żgħir, ma fehmux x'kien ġara.", "Qatt ma kellhom xi fsied esaġerat, iżda kienu draw b'dawk il-kapriċċi żgħar, speċjalment ta' tmiem il-ġimgħa.", "Iċ-ċirkostanzi kienu ddettaw mod ieħor, u l-għaqal u l-bżonn kienu jfissru li l-ħarġa ta' kull nhar ta' Sibt għal pizza u ġelat, kienet saret ta' darba fix-xahar.", "Iċ-cintorin kellu jiġi ssikkat mhux ħażin.", "Marta ma kienitx kuntenta bis-sitwazzjoni, u għalkemm kienet taf li Nazju kien qed jagħmel l-almu tiegħu, u li fil-fatt bis-saħħa ta' l-għaqal u l-bżulija li kien dejjem wera', kienu qegħdin iġaħġuha, kultant kien jidħolla fellus f'rasha li forsi hi, l-isbaħ tfajla tar-raħal, kienet setgħet sabet xi ħadd aħjar.", "Ifhmuni, aħjar minn Nazju ma tantx setgħet issib, għax kien raġel serju, ta' rispett u tal-familja, minkejja li ma kienx sinjur.", "Imma f'dik is-siegħa daqsxejn ħażina, l-idea li setgħet sabet raġel iktar sinjur bdiet kultant tberren f'moħħha.", "Jaħasra, bħallikieku il-flus jagħmluk raġel aħjar!", "Dan it-tberrin forsi ma kien jasal imkien kieku ma kienx hemm żewġ fatturi oħra.", "L-ewwel wieħed kien it-tgergir tat-tfal, li kienu jilmentaw li ma kellhomx l-istess affarijiet li kellhom it-tfal tal-ġirien.", "Dan it-tgergir, xi ftit jew wisq, saħħilha d-dubbji, speċjalment li kienet qed tonqoshom.", "Imbagħad kien hemm il-fattur l-ieħor, il-fattur li ilna nsibuh sa mill-bidu taż-żmien.", "It-tentazzjoni tas-serp.", "Kif diġà għidtilkom, Marta kienet xempju tas-sbuħija, u l-irġiel kollha tar-raħal kienu jikluha b'għajnejhom meta tgħaddi minn quddiemhom.", "Fost dawn kien hemm ċertu Żeppi, li kien ibigħ il-karozzi ma' wieħed mill-aġenti li kien hemm il-Gżira.", "Kif kien jitlob xogħolu, kellu lsienu taz-zokkor, u kellu ħabta li jikkonvinċi bi kliemu liema bħalha.", "Kien ilu li tefa' għajnejh fuq Marta, u bħal donnu ħass li kien hemm xi ħaġa li mhux qed iddoqq f'ħajjitha, u qal, bejnu u bejn ruħu, 'Issa ċ-cans.", "Dik żgur imxebba minn Nazju, u jew issa jew qatt.'", "Stenna l-mument tiegħu, u beda jimpusturaha, kif kien imdorri jagħmel meta jkun qed ibigħ xi karozza.", "Kelma 'l hawn u kelma 'l hemm, imbagħad meta daħlet naqra kunfidenza, anki xi rigali bdew ġejjin, u l-ħajt tas-sejjiegħ tmermer u ċeda.", "Żeppi beda jiltaqa' bil-moħbi ma' Marta minn wara dar Nazju, sakemm fl-aħħar ħareġ kollox fil-beraħ, u dak li kien, sa dakinhar, żwieġ ħieni u magħqud sfaxxa.", "Ma hemmx għal fejn ngħidu, Nazju ma setgħax jifhem x'kien wassal għal dan.", "Ma setgħax, jew ma riedx, jaċċetta li minkejja dak kollu li kien għamel għall-familja, kien spiċċa mwarrab.", "Ma setgħax iġerraħ il-fatt li l-karattru sod u tad-deheb tiegħu kien safa mpartat mat-tlellix tal-porporina.", "Daħal fih innifsu u moħħu ma baqax dak li kien.", "Baqa dejjem jistaqsi lilu nnifsu, 'Imma għalfejn?", "Jien ma għamilt xejn ħażin.", "Mhux it-tort tiegħi.'", "Qatt ma rnexxilu joħroġ minn din il-mentalità, għax kien fidil biżżejjed li kien jemmen li, ġaladarba huwa għamel l-almu tiegħu u bir-riżorsi li kien hemm kien żamm il-familja għaddejja, kellu jkun biżżejjed.", "Sadanittant, Marta intefgħet b'ruħha, imma wisq iktar b'ġisimha, ma' Żeppi.", "Iżda, kif nafu lkoll, mhux kull ma jleqq huwa deheb.", "U Żeppi ma kienx dak is-sinjur li kien wassalha biex taħseb li kien.", "U lanqas ma kien xi wieħed li tista' torbot fuqu.", "Ma kienx in-nemlu bil-għaqal li kien Nazju, iżda kien il-farfett, moħħu biss biex itir għal fuq xi fjura, ħsiebu biss biex jieħu li jista' minnha, qabel ma jmur fuq oħra.", "U minn Marta malajr beda jixba.", "Kien wegħda ħafna, u issa beda jara li ma setgħax ilaħħaq mal-wegħdiet li kien għamel.", "U allura ħaseb li kien wasal iż-żmien li Marta tibda troddlu xi ħaġa, u kien jaf kif.", "Kellu ċirku ta' ħbieb li kienu tal-qatgħa tiegħu, u beda jistedinhom id-dar għal xi festin kultant.", "Lil Marta daħallha fin fin, u f'dawn l-okkażjonijiet, kien iġagħla tilbes b'mod provokattiv.", "Ħaġa twassal għall-oħra, u malajr beda jkollha x'tagħmel.", "Sħab Żeppi ukoll riedu jduqu mill-ġmiel ta' Marta u darba wieħed u ieħor, kien imissu jqatta xi sagħtejn magħha.", "Naturalment, Żeppi kien ibill subgħajħ u għall-bidu, minkejja li kien ċirku ristrett, beda jaqlagħha tajjeb.", "Jekk Marta kien kellha xi illużjoni li Żeppi kien iħobbha, malajr neħħietha, imma kienet aċċettat dak li kienet qed tagħmel, u tikkonsla lila nnifisha għax issa setgħet tikkuntenta lill-uliedha b'dak kollu li riedu, anki jekk kienu affarijeit li ma kellhomx verament bżonnhom – 'L-aqwa li aħjar mit-tfal ta' ħaddiehor.'", "Jaħasra, bħallikieku il-flokkijiet iffirmati minn naħa għall-oħra, l-iktar mowbajl modern, jew xi slipper bi stilla kbira blu u ittri ħomor, jagħmluk t-tfal tiegħek aħjar minn ta' ħaddieħor!", "Però t-tfal bdew jieħdu pjaċir, speċjalment iż-żgħir.", "Ma kellhom ebda ħjiel minn fejn kien ġej dan il-lussu, u bil-mentalità tagħhom ta' tfal, ma tantx kien jimpurtahom, biex ngħidu kollox.", "Żeppi tielgħa u Żeppi nieżel, kemm kienu jadurawh.", "Kien is-sors ta' kollox mingħalihom.", "F'moħħhom, huwa kien qed jagħtihom kollox, għax huwa ma kien jieqaf qatt ifakkarhom x'tahom il-bieraħ, x'tahom illum u x'ser jagħtihom għada.", "Qatt ma qallhom li dak li kien qed jagħtihom kien biss loqma minn dak li kien qed jegħrda minn ġisem ommhom il-għażiża.", "Il-kbira kienet ukoll ferħana bis-sitwazzjoni l-ġdida li kella l-isbaħ ħwejjeġ, u l-iktar mudell riċenti ta' mowbajl.", "Imma xi ħaġa nieqsa bdiet tħoss.", "Dawk is-serati sempliċi ta' familja meta l-imħabba kienet tintwera mhux bl-estravaganza, iżda b'mod sempliċi u ġenwin, ma kienu għadhom hemm.", "Kultant, waħidha fis-sodda, għax kienu jibgħatuhom jorqdu kmieni meta jkun hemm il-'mistednin', kienet tisma' ħsejjes minn isfel li ma kienitx tifhimhom.", "F'dawk il-mumenti xi ftit jew wisq, kienet bdiet tħoss in-nuqqas ta' Nazju, u tiddubita kemm fil-fatt kienu aħjar l-affarijiet.", "U dan meta kienet għada ma tafx kollox.", "Sħab Żeppi ma kienux xi ċirku kbir, u wkoll xebgħu jieklu dejjem mill-istess borma, speċjalment meta kienu qed iħallsu mhux ftit.", "Iż-żelqa f'din il-ħajja kienet ukoll ħalliet impatt negattiv fuq Marta, u l-ġmiel beda jonqos.", "Żeppi kien dera jpappiha tajjeb minn fuqha.", "Qatt ma kien qalagħha daqshekk tajjeb, u x-xogħol beda jogħġbu.", "Iddeċieda li jwessa ċ-cirku.", "Naqqas il-prezz, tefa xi ftit riklami diskreti fuq l-internet, u l-irġiel żdiedu.", "Il-flus baqgħu deħlin, il-kapriċċi għat-tfal baqgħu isiru, imma Marta bdiet titherra.", "Ma kenitx għada il-mara sabiħa u kburija biha nnifisha li kienet sa ftit taż-żmien qabel.", "Kienet tmermret minn ġewwa u kienet taf ukoll li l-istil ta' ħajja u kapriċċi li kienet xtrat billi biegħhet lilha nnifisha ma setgħux jibqgħu għaddejjin għal dejjem.", "Ir-riżors li kien sfrutta Żeppi, is-sbuħija ta' ġisimha, beda jispiċċa.", "Il-prezz li kien tħallas għal ftit kapriċċi għal uliedha, u għal ħafna ta' Żeppi, kien għoli wisq.", "Il-ġarra ġejja u sejra, fl-aħħar tinkiser.", "Dak li hija kienet qed tagħmel, mingħaliha bil-moħbi, kien qed jiġi nnutat fir-raħal.", "L-illużjoni li kellha illi dak li jiġri ġewwa l-erba' ħitan ma jarah ħadd, kienet biss illużjoni.", "L-ilsna bdew iċaqċqu u bdiet tinnota ħars ikraħ, fejn qabel kien hemm ammirazzjoni.", "Bdiet tinnota ħars ta' stmerrija fejn qabel kien hemm l-għira.", "Bdiet tħossha mdejjqa u ma tafx fejn se taqbad titfa' rasha.", "Żeppi lanqas ma kien ferħan bis-sitwazzjoni.", "Issa ma kienx għadu jidher li qiegħed mal-isbaħ waħda, iżda mal-qaħba tar-raħal.", "Beda jara kif ser jagħmel biex joħroġ lilu nnifsu mill-istorja u jara f'min ser iwaħħal.", "Ilsienu wżah tajjeb u lil Marta beda jbellalha r-ross bil-labra, mingħalih.", "\"Żgur li Nazju qed ixandrek mar-raħal!", "Dak qatt ma aċċetta li int tlaqtu, u spiċċa jgħid kontrik mas-sebat irjieħ, u jaqla l-qlajjiet fuqek.\"", "Marta ma kenitx għada mgħomija bħal qabel, u ażżardat tmerih, \"Qlajja?", "Ma humiex qlajja, Żeppi.", "Ġibtni qaħba u f'ilsien in-nies.\"", "Mhux hekk l-affarijiet.", "Kollu t-tort tiegħu.", "Kieku ħadd ma kien ikun jaf.", "Dak sar jobogħdok lilek għax ma aċċettax li ma għadekx miegħu.", "Vera li qed tagħmel ma hux sewwa sa barra, imma ara kemm xtrajnilhom xorti lit-tfal.", "Ara kemm gawdew!", "Nazju ma felaħx jarahom igawdu, u allura qagħad izekzek kontrik.", "Hu ġabek qaħba u mhux jien.\"", "Marta ma kenitx konvinta milli kien qed jgħidilha, però għalqet ħalqa.", "It-tfal ma kienux għadhom żgħar u kienu bdew jifhmu xi ħaġa.", "Darba t-tifel iż-żgħir ġie lura mill-iskola, u lil ommu qallha, \"Mà, it-tfal illum bdew jgħajjruni li int qaħba.", "X'jiġifieri?\"", "Oħtu kellha iktar ħażen, u kienet xebgħet tisma' botti mingħand sħaba, u allura weġbitu hi, \"Jiġifieri tmur mal-irġiel għall-flus, baħnan!\"", "Iż-żgħir issomma.", "Dak il-ħin daħal Żeppi, u kollha ħarsu lejh.", "Huwa sab ix-xoqqa f'moxtha u ra ċ-cans li kien qed jistenna biex idabbar rasu, u jieħu miegħu dak li kien irnexxilu jakkwista minn fuq dahar Marta.", "\"Minn fuq!", "Hekk baqa jonqos ukoll, se dduru fuqi?", "Insejtu kemm tajtkom affarijiet, kemm gawdejtu miegħi?", "Ara la dan il-grazzi li qed nieħu ser nitlaq 'l hemm.", "Fendu għal raskom.\"", "U bla sliem u bla kliem telaq 'il barra, u reħilha lejn raħal ieħor, fejn kien diġà mmarka mara oħra li seta jirkeb u jkompli jakkwista minn fuqha.", "L-omm u wliedha ma qalu xejn.", "It-tfal bdew isaqsu lilom infushom kif jista jkun.", "Possibbli li Żeppi, li tant kien jurihom imħabba permezz tax-xinxilli, kien abbandunahom hekk, wara li ġabom fiex ġabhom?", "Marta kellha ħsieb ieħor f'moħħha.", "Bdiet tiftakar il-ħajja iktar sempliċi u kuntenta li kellha ma' Nazju.", "Imma Nazju ma kienx għadu kif tafu hi.", "Kien għadu jħobbha, u kien ħafrilha kollox, però kien għadda minn breakdown qawwi, u ma kienx f'pożizzjoni li jerġa jpoġġihom fit-triq it-tajba.", "Wieħed mill-ħbieb ta' Żeppi, li ma kienx raġel ħażin, imma lanqas ma kien xi bastun sod li tista' torbot fuqu, tħassarha lil Marta, u ra li fl-aħħar kellu l-okkażjoni li jakkwista, allavolja kienet saret biss dell ta' dak li kienet qabel.", "Daħal f'ħajjithom u beda jipprova jsib tarf tat-tgerfix kollu li sab li kellhom, imma ma tantx għamel suċċess.", "Il-ħsara kienet saret, u Marta kienet ittimbrata, u wliedha kienu mlaqqma bħala 'tal-qaħba'.", "Jagħmel x'jagħmel, it-tebgħa hemm baqgħet, u peress li Żeppi kien ħabib tiegħu, u kien gawda miegħu fil-passat, qatt ma sab il-kuraġġ li jgħidha ċara u tonda li kien huwa li ġabhom f'hiex ġabhom lil Marta u lil uliedha.", "Anki huwa kien dera jfakkarhom kemm tahom xorti sbieħ Żeppi, u li kien Nazju li avvelihom ma' kulħadd, filwaqt li inkiss inkiss kien qed jipprova jsewwi l-ħsara, mingħajr il-kuraġġ li jaċċetta l-ħażin kollu u min għamlu, ħalli forsi jkun jista' jibda jsewwieh.", "Meta ġew tas-servizzi soċjali biex jeħdulha t-tfal għax kienu saru xi rapporti mill-ġirien li kien hemm tfal taħt l-età li kienu qed jgħixu taħt saqaf ta' dar tal-prostituzzjoni, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt kemm sar tgħajjir u kliem iebes fil-konfront ta' Nazju.", "\"Kollu t-tort tiegħu, ja aħdar li hu,\" ipprova jikkonvinċi lit-tfal il-ħabib ta' Żeppi, li kien daħal fiż-żarbun tiegħu.", "\"Dak jobgħodkom lilkom.\"", "U t-tfal ma qalu xejn iktar.", "Beda dieħel id-dubju dwar kemm kien it-tort ta' Nazju, li dejjem mexa magħhom ta' missier tajjeb.", "Kif ħarġu mid-dar biex jittieħdu ġo familja foster, taw l-aħħar daqqa t'għajn f'kamarthom.", "Il-mowbajl li xi darba kien l-aħħar mudell, imma issa kien ilu li ħarġu oħrajn iktar moderni, kien għadu hemm.", "Il-ħwejjeġ iffirmati, li issa qdiemu u sfaru, ukoll hemm baqgħu.", "Il-prezz li kien tħallas għal dawn il-ħmerijiet li ma jfissru xejn ħlief lellux għal għajn in-nies kien għoli wisq.", "It-tfal fl-aħħar kienu fehmu x'kienu tilfu meta għamew wara dawn il-loqom, u remew is-serjetà, id-dixxiplina u fuq kollox l-imħabba li kellu Nazju għalihom, allavolja ma kienx jipprova jixtri imħabba lura mingħandhom permezz ta' oġġetti bi prezz għoli, iżda bla valur.", "It-tifel daħal jiġri fil-kamra, qabad il-mowbajl f'idu, sabbtu mal-ħajt, infaqa' jibki, u fl-aħħar beżaq dak li kien ilu mistur ġo fih, \"Kollu t-tort ta' Żeppi u sħabu.", "Warrabna lil missierna, u ħsibna li ser ingawdu, imma fil-fatt batejna.\"", "Kif qal dal-kliem, tbikkem u telaq il-barra ma' dik tas-servizzi soċjali.", "Marta, tibki u tħabbat fuq wiċċha, rathom sejrin, u bdiet tixtieq li setgħet treġġa l-arloġġ lura, għax fl-aħħar għajnejha kienu nfetħu beraħ.", "Iż-żmien isajjar il-bajtar, u jekk tibda tagħmel l-affarijiet sew, forsi tkun tista; tirkupra ħajja diċenti qrib ta' dik li kellha qabel.", "Kienet waqfet tipprova twaħħal f'Nazju.", "Kienet aċċettat li kien żball tagħha li fdat lil Żeppi, però dan ma kienx ifisser li kien tort tagħha l-inqas.", "It-tort kien ta' min kien abbuża mill-fiduċja tagħha.", "Kien Żeppi li tefagħha fil-ħofra tal-qoħob, għal ftit xinxilli.", "U la aċċettat dan, setgħat tipprova tibda tinġabar.", "Kien hemm bżonn rieda qawwija, ħafna xogħol u ħafna sagrifiċċji.", "Imma Marta kienet mara soda fl-aħħar mill-aħħar, u fl-istorja tal-familja tagħha, kien hemm ħafna tlajja u nżul.", "Kien wasal iż-żmien li terġa tibda tielgħa."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/jekk-il-lejla-ser-tkun-il-belt-valletta-ghall-habta-tas-6-pm/", "date": "Mon, 5th Jul '21, 15:30", "category": "blog, politics, government", "text": ["Fis-6pm l-lejla, l-President ta' Repubblika Robert Aquilina ser jindirizza lill-ġurnalisti.", "Lill-membri parlamentari miġburin fil-bini ta' warajh ser iwissihom li issa għadda biżżejjed żmien biex il-pajjiż jibda' jaħseb biex jieħu passi kontra dawk fosthom li jippretendu li ma jista' għalihom ħadd, li jistgħux jintmessu u li qed igħadduha lixxa għar-reati li wettqu.", "Nieħdu lil Rosianne Cutajar.", "Xi xhur ilu din warrbet mill-kabinett tal-gvern minħabba rapporti li xxandru fil-ġurnali li hi kienet daħħlet kemxa ġmielha flus minn senserija fuq bejgħ ta' proprjetà lil Yorgen Fenech, il-persuna li tinsab mixlija bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Minn dakinhar 'l hawn, il-Kummissarju tal- Istandards fil-Ħajja Pubblika kiteb rapport li fih irrakkomanda li Cutajar għandha tiġi investigata mill-awtoritajiet tat-taxxa.", "Ix-xhieda li Cutajar tat quddiemu, huwa ma emminhiex u kkonkluda li din kienet kisret l-etika.", "Illum il-prim ministru kkonferma li Rosianne Cutajar ser tibqa' barra mill-kabinett.", "Iżda l-kwistjoni ma tistax tieqaf hawn.", "Din għadha membru parlamentari Laburista u l-Partit Laburista m'għamel xejn biex iġiegħlha twarrab u jżommha milli terġa' tikkontesta l-elezzjoni li ġejja bħala kandidata f'ismu.", "Filwaqt li din għadha qed tgawdi l-protezzjoni – u dan biex ma nsemmix l-arroganza u l-pretensjonijiet li għandha – ma nistgħu qatt nittamaw li ser issir il-ġustizzja magħha bħalma ssir li kieku xi ħadd kwalunkwe jinqabad jiskarta mill-ħlas tat-taxxa.", "U dan biex ma nsemmix il-fatt li, bħala membru parlamentari, din kienet ħatja ta' ksur ta' fiduċja dakinhar li vvutat fil-Parlament ta' Malta u dakinhar li tkellmet u vvutat fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-interess (mhux dikjarat) ta' Yorgen Fenech li – biex ma nsemmix affarijiet oħra – kien ħallasha €9,000 fi flus kontanti bħala rigal f'għeluq sninha.", "Qed ngħixu f'pajjiż li fih il-prim ministru dan kollu jittollerah.", "Dan l-aġir tal-prim ministru aħna m'għandniex nittollerawh.", "Lanqas m'għandna nittolleraw il-fatt li l-prim ministru żamm lil Carmelo Abela fil-kabinett fl-istess waqt li kriminali gwappi u magħrufin qed jixluh li kien għenhom biex iseħħ attentat ta' serq armat fil-bank fejn kien jaħdem.", "U li wkoll żamm lill-aktar wieħed li, mid-dehra, ma jistax jintmess – jiġifieri Konrad Mizzi – li ilu minn Frar 2016 – jiġifieri aktar minn 5 snin – li nkixef dwar l-iskandlu tal-Panama u li, wara li reġa' tela' fil-Parlament, il-Pulizija baqgħu ma missewħx.", "L-impunità li qed igawdu dawn il-kriminali politiċi qed tgħarraq lill-pajjiż taħt l-ilma.", "Dawk li għandhom għajnejhom imgħammdin u li jsegwu biss il-One TV ma jaraw ebda rabta diretta bejn in-nuqqas ta' azzjoni minn naħa ta' Robert Abela dwar Carmelo Abela, dwar Konrad Mizzi u dwar Rosianne Cutajar u l- grey-listing minn naħa tal-FATF.", "U għall-informazzjoni ta' Simon Mercieca, li ma jsibhiex bi tqila li jibla' kulma jbellgħulu , s-suġġett tal-konferenza stampa tal-lum ma ġiex miftiehem bejn Repubblika u l-uffiċċju ta' Bernard Grech jew ma' Bernard Grech innifsu.", "B'differenza għal Simon Mercieca, aħna ma nirċievu struzzjonijiet mingħand ħadd.", "Iżda nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzjah tar-riklam li għamlilna.", "Għaldaqstant kemm jekk qed taqra' din il-kitba jew smajt mingħand dak l-imbierek ta' Simon Mercieca, jekk il-lejla fis-6pm tkun qrib il-bini tal-Parlament, inħeġġek tmur biex tisma' x'ser igħidilna Robert Aquilina."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/il-hbieb-ta-rosianne/", "date": "Tue, 6th Jul '21, 09:11", "category": "blog, politics, government", "text": ["Wara r-\"riżenja temporanja\" tagħha, Robert Abela ma setax jaqbad u jerġa' jdaħħal lil Rosianne Cutajar fil-kabinett.", "Li kieku seta', ibqgħu ċerti li kien jerġa' jdaħħalha.", "Iżda jeħtieġ niftakru li r-\"riżenja temporanja\" tagħha kienet seħħet għaliex George Hyzler kien beda' l-investigazzjoni tiegħu.", "Hi kienet konvinta li ma kienitx ser tinstab ħatja.", "Ġara' bil-maqlub u l-karta s-safra li qalgħet dlonk saret ħamra.", "Din Rosianne bħal donnu skantat li ma tistax iddaħħal f'butek ftit inqas minn €50,000 u ma tiddikjarahomx għal skopijiet ta' taxxa u għal dawk tad-dikjarazzjoni parlamentari tad-dħul.", "Tenut kont tal-livelli baxxi li waqajna fihom bis-saħħa ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi, ma tistax tagħtiha tort sa barra.", "Din bħal speċi stenniet li, dwar din il-kwistjoni, kellha tgħaddi tagħha.", "U ma tistax ma tlumhiex għaliex il-presenza tagħha fil-politika hi msejsa fuq suċċess li hi m'għamlet xejn biex akkwistatu.", "U l-hekk imsejjħin \"ħbieb\" li għandha akkwistaw ir-reputazzjoni li għandhom bis-saħħa ta' aspettativi li jixbħu lil dawk ta' Rosianne Cutajar.", "Araw ftit x'kitbet \"ħabibitha\" Sandy Mallia.", "Din l-imbierka jidher għandha nostalġija għal żmien Joseph Muscat li ċertament lil Rosianne Cutajar kien jagħtiha l-kenn u kien iżommha fil-kabinett.", "Sandy Mallia u Rosianne Cutajar ilhom midħla ta' xulxin.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kienet kitbet Daphne Caruana Galizia li, qabel kulħadd, lil Rosianne Cutajar kienet xammitha sewwa meta din kienet għadha s-Sindku ta' Ħal Qormi.", "Bottom of the barrel: the Labour mayor of Hal Qormi Iżda tmorrux taħsbu li Rosianne Cutajar għandha xi sens ta' lejaltà fil-konfront tal- ħbieb tagħha.", "Saħansitra anki lil George Hyzler bellħitu bil-mod li bih tkellmet ma' Yorgen Fenech dwar dak li suppost huwa l-ħabib lejali tagħha Charlie t-Tikka.", "Issa biex tkompli tgħaxxaqha dan Charlie t-Tikka għadu għaddej jikteb fil- Facebook biex jiddefendi lil Rosianne Cutajar u biex jgħid li din hi innoċenti, u dan minkejja l-fatt li ftit huma dawk li qed jieħduhom bis-serjetà.", "X'aktarx li t-Tikka ma ntebaħx bid-diskors li Rosianne kitbet dwaru minn wara dahru ma' dak li hu meqjus bħala l-maħbub tagħha – Yorgen Fenech.", "Il-kelma 'maħbub', flimkien ma' affarijiet oħra, tinsab imwaħħla fil-gerżuma ta' Rosianne Cutajar.", "Aqraw ftit il-mod li permezz tiegħu lil George Hyzler tiddeskrivilu r-relazzjoni li għandha mal-mafjuż li jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "U l-ħbieb, jew il-ħbieb tal-ħbieb, għad fadlilha minnhom.", "L-interessi ta' Yorgen Fenech għadhom qed jiġu mħarsa fil-Parlament minn Glenn Bedingfield li għal diversi drabi ra kif għamel biex jipprova jimmina l-każ li nġieb mill-Istat kontra l-mafjuż .", "U għadhom qed jiġu mħarsa wkoll mill-membru l-ieħor maħtur mill-gvern fuq il-kumitat dwar l-\"istandards fil-ħajja pubblika\" Edward Zammit Lewis li tgħidx kemm isir għarqan xraba kull meta jiġi mistoqsi dwar ir-relazzjoni li għandu ma' Yorgen Fenech.", "Bedingfield u Zammit Lewis, bħala l-membri tal-gvern fuq il-kumitat parlamentari, mistennija juru l-ħbiberija tagħhom fil-konfront ta' Rosianne Cutajar.", "U meta tgħaqqad din il-ħbiberija man-nuqqas ta' sinsla ta' Anġlu Farrugia , wieħed ikun jista' jgħid li Rosianne Cutajar għandha l-impunità tagħha garantita.", "L-elezzjoni ġenerali tinsab wara l-bieb.", "Kull ma tkun teħtieġ ikunu xi żewġ kaxxi larinġ u mbagħad nerġgħu narawha tinsaq mix-xufier u tkompli taqla' lira minn xi senserija mingħand il-kriminali.", "Din igħidulha r-rieda tal-poplu.", "Rosianne Cutajar kienet rebħet libell kontra persuna li kien stqarret il-kliem \"il-qaħba milli jkollha ttik\" fil-konfront tagħha.", "U mbagħad rebħet libell ieħor kontra min kien qabel ma dawn il-kelmiet.", "U lili tal-aġenzija ta' kontra l-vjolenza domestika għal ftit ma dendlunix f'pjazza wara li Rosianne Cutajar xlietni li jien naqbel mal-vjolenza meta jien kont għaddejt rimarka dwar is-superfiċjalità metodika tal- Instagram account tagħha .", "Għaldaqstant għandna noqgħodu attenti kif inqiegħdu l-kliem.", "Iżda Rosianne Cutajar żgur ma tistax tħarrikna minħabba dak li bħalissa jinsab għaddej minn moħħna."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2021/07/ikliet-u-multi-minn-butna/", "date": "Fri, 9th Jul '21, 08:19", "category": "blog, politics, government", "text": ["Jien nammira dawk il-ġurnalisti li jħossu l-ħtieġa li jisfidaw lill-awtoritajiet li jippruvaw jikkastigawhom talli dawn jagħżlu li jkunu vertjieri fir-rappurtar tagħhom u ma jbagħbsux rapporti biex jintogħġbu ma' dawn l-istess awtoritajiet.", "Iżda l-kap tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv nazzjonali m'hix ġurnalista.", "Hi biss propagandista tal-Partit Laburista li tqiegħdet fejn tinsab illum appuntu għaliex hi propagandista Laburista.", "Skont il-Kostituzzjoni, x-xandir pubbliku għandu jkun wieħed bilanċjat u mparzjali u għandu jsemma' l-qniepen kollha lill-udjenza tiegħu.", "Madankollu, Norma Saliba moħħha biss biex issemma' qanpiena waħda.", "Jason Azzopardi kien iddeċieda li dan jikkontestah quddiem l-Awtorità tax-Xandir li hi istituzzjoni maħluqa apposta mill-Kostituzzjoni biex tara li x-xandir pubbliku jkun wieħed imparzjali u ġust.", "F'Ġunju li għadda, l-Awtorità tax-Xandir tat raġun lil Jason Azzopardi u ordnat lill-PBS biex ixandar tweġiba li kien għamel.", "Tal-PBS lill-Awtortà tax-Xandir injorawha.", "Jason Azzopardi, li nzerta li hu bniedem li ma jċedix kif ġieb u leħaq, reġa' mar quddiem l-Awtorità tax-Xandir u lmenta mill-fatt li l-ordni li kienet inħarġet f'Ġunju kienet ġiet injorata mill-PBS.", "L-Awtorità reġgħet iddikjarat li Jason Azzopardi kellu raġun u ordnat lil Norma Saliba xxandar it-tweġiba tiegħu u żiedet il-multa li kienet waħħlet lill-istazzjon nazzjonali bi ftit inqas minn €6,000.", "Iżda Norma Saliba wriet li tiġi taqa' u tqum.", "Wara kollox, is-€6,000 mhux minn butha ser joħorġu.", "Din m'hi tagħmel xejn ħlief tikkopja lis-sidien politiċi tagħha f'dik li hi ndifferenza lejn il-liġijiet, lejn l-istituzzjonijiet tal-Istat u lejn l-etika bażika ġurnalistika.", "U sadattant qed tkompli xxandar il-propaganda moqżieża qisha m'hix hi.", "Wara kollox, ġaladarba lil Konrad Mizzi ħadd ma jażżarda jmissu minkejja t-tixħim, il-ħasil ta' flejjes u l-korruzzjoni, Norma Saliba għaliex għandha toqgħod tikkonfondi?", "L-ilment oriġinali ta' Jason Azzopardi kien talli tal-PBS kienu xandru l-attakki u x-xiljiet li kien għamel Carmelo Abela fil-konfront tiegħu.", "U meta Jason Azzopardi wieġeb, tal-PBS baqgħu ma xandru xejn.", "Iżda mhux biżżejjed li tkun Laburista leali tal-qalba tafux!", "Lill-pupazzi tiegħu, Carmelo Abela jħobb iżommhom ma djulu.", "F'dan ir-ritratt ta' hawn taħt jidher waqt żjara li għamel f'Ruma aktar kmieni din il-ġimgħa.", "Għal raġuni li m'hix magħrufa, fid-delegazzjoni kien hemm ukoll Norma Saliba.", "Lanqas biss jistħu juru fil-beraħ kemm jafu jaqgħu fil-baxx.", "Għaliex tassew trid tkun ilħaqt il-qiegħ.", "Bħalissa l-pajjiż kollu, ibda' mill-ħaddiema tal-ajruport innifihom, jinsab fuq ix-xwiek minħabba l-proċeduri li saru għal min itir lejn Malta.", "U għal tat-TVM dan it-tħassib tan-nies jirrappurtawh bħallikieku kien xi rapport tax-xandir ta' wara l-Purtiera tal-Ħadid.", "Dawn qalu li: \"Turisti Ngliżi jgħidu li ma kellhomx għalfejn joqgħodu jistennew biex jiġu mgħarbla dwar l-imxijja Covid\".", "Tal-Awtorità tax-Xandir ma jistgħux iġiegħlu lil Norma Saliba xxandar il-verità.", "Il-verità ma tħallaslekx l-ikliet f'Ruma.", "Iħallashom Carmelo Abela.", "U hi l-kumpannija li tħallas il-multi tar-regolatur.", "Iżda fl-aħħar mill-aħħar hi l-Kaxxa ta' Malta li tħallas għal dawn l-ikliet u l-multi."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/06/l-ossessjoni-bil-in-reali.html", "date": "2020-06-21T09:20:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "L-ossessjoni bil-ħin reali", "text": ["Il-frażi \"ħin reali\" ma kinetx tintuża qabel l-era tal-komputers.", "Illum, iż-żewġ kelmiet flimkien bħala espressjoni waħda saru mhux biss ifissru ħafna għalina, imma wkoll aktarx jindikaw ossessjoni komuni ta' żmienna.", "Għalina, attività li ssir f'\"ħin reali\" donnha għandna aktar siwi minn attività simili li ma ssirx.", "Xejn ma sar jiswa aktar minn xi ħaġa li ssir f'\"ħin reali\".", "Imma x'inhu dal-ħin reali?", "Mal-ħeffa tal-komunikazzjoni", "Għalkemm fil-filosofija ilna minn żmien żemżem nagħmlu ferq bejn \"ħin\" u \"żmien\", u wkoll nagħżlu bejn għamliet differenti ta' ħin (bħal \"ħin ċirkulari\", \"ħin kontinwu\", \"ħin maqtugħ\" u l-bqija), għandi l-impresjoni li komunement ftit kien isir ferq bħal dan.", "Il-ħin kien il-ħin u daqshekk.", "Żgur li ħadd ma kien jofroq bejn xi ħin reali u ieħor li ma kienx reali.", "Waqt li fil-filosofija ebda ħin m'hu reali, b'mod ġenerali kull ħin jitqies reali.", "M'għandniex xi ngħidu, dejjem sar il-ferq bejn il-ħin tal-imgħoddi, tal-preżenti u tal-ġejjieni.", "Imma, l-aktar minħabba n-nuqqas ta' ħeffa fil-komunikazzjoni, il-preżent kien maqtugħ ħafna u mbiegħed kemm mill-imgħoddi kif ukoll mill-ġejjieni.", "Il-preżent, infatti, kien ċkejken ħafna, biex ngħid hekk.", "L-imgħoddi u l-ġejjieni kienu jieklu ħafna minnu.", "Dan beda jinbidel aktar ma l-komunikazzjoni bdiet iżżid fil-ħeffa tagħha.", "Mhux fl-era elettronika biss, imma sa minn dejjem.", "Ma' l-ewwel rota, ma' l-ewwel vapur, ma' l-ewwel karozza, ma' l-ewwel ferrovija ... il-preżent beda jżid fil-ħatfa tiegħu fuq il-ħin u b'hekk iġib aktar u aktar l-imgħoddi u l-ġejjieni taħt idejh.", "Illum, fl-era elettronika, ir-rebħa tal-preżent fuq l-imgħoddi u l-ġejjieni nsejħulha \"ħin reali\".", "Hija l-akbar kisba tal-umanità.", "Twieled mal-komputers", "Mingħajr ma noqogħdu nidħlu f'ħafna teknikalitajiet, meta ngħidu li xi ħaġa ġrat jew qed tiġri f'\"ħin reali\" aktarx nifhmu li dik il-ħaġa qed tiġri fil-mument preżenti li fih inkunu qed titkellem.", "\"Ħin reali\" tfisser issa stess, instantanjament waqt li qed nitkellmu.", "M'hemmx ħames minuti ilu jew il-ħames minuti li ġejjin.", "Hemm biss l-issa stess, dal-mument preżenti.", "Hija l-ħeffa tal-komunikazzjoni maħluqa mill-elettronika li għamlet possibbli li bniedem jara, jisma', iħoss jew jesperjenza xi ħaġa mbiegħda minnu f'ħin reali, jiġifieri fl-istess ħin li qed tiġri xi ħaġa.", "Għalhekk ma kienx jeżisti ħin reali qabel l-era tal-komputers u, aktar u aktar, tal-Internet.", "Għall-anqas, ma konniex insejħulu hekk għax ma kienx jeżisti.", "Min-naħa l-oħra, però, dejjem kien hemm is-sens tiegħu.", "Bħal meta konna ngħidu li xi ħadd irid iwieġeb għal xi ħaġa instantanjament, u ma joqgħodx jaħseb la fuq l-imgħoddi u lanqas fil-ġejjieni, imma fil-mument preżenti.", "Bħal tas-Sammaritan it-tajjeb, li għamel l-att tal-ħniena tiegħu immedjatament, hekk kif iltaqa' mal-imsejken, mingħajr ma qagħad jaħsibha.", "Rebħa fuq in-natura", "Għalina f'dan iż-żmien elettroniku, il-ħin reali jindika r-rebħa tagħna fuq in-natura li tillimitana.", "M'hemmx distanzi, m'hemmx spazji.", "Il-ħin reali xejjen dal-impedimenti u jagħtina esperjenza instantanja kulfejn inkunu.", "Il-limitazzjonijiet naturali ma jagħmlux aktar bina.", "Il-ħin reali huwa l-aqwa li l-intelliġenza tagħna pproduċiet.", "Jista' jkun li għalhekk nossessjonaw ruħna bih.", "Għax f'moħħna għandna li mingħajru nonqsu bħala bnedmin; ma nibqgħux l-evoluti li aħna; ma nibqgħux nirbħu fuq in-natura.", "Għalhekk irridu jekk jista' jkun kollox f'ħin reali.", "Aktar ma jkollna affarijiet f'ħin reali, aktar nikkonfermaw l-identità ġdida tagħna 'l fuq mill-ħolqien.", "Il-ħin reali sar mhux biss il-kelj li bih inqisu l-kobor jew iċ-ċokon tagħna bħala ħlejjaq evoluti u ċivilizzati, imma sar ukoll il-ġieħ tagħna, il-kburija tagħna u ... l-ossessjoni tagħna."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/06/minn-kliemhom-tagrfuhom.html", "date": "2020-06-28T09:30:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Minn kliemhom tagħrfuhom", "text": ["In-nies tkun taf x'inhuma minn ħafna affarijiet.", "Ibda minn kif jilbsu, imbagħad minn kif jagħmlu xagħarhom, imbagħad minn kif jimxu, ukoll minn kif jieklu, u jista' jkun minn kif jitolbu.", "Żgur, però, li bniedem tagħraf x'inhu minn kliemu.", "Isma' bniedem jitkellem u tkun taf x'ħobż jiekol jew jiswiex ħabba.", "Tajjeb/ħażin", "Ħafna nies tismagħhom jgħidu x'inhu t-tajjeb u l-ħażin.", "Qishom kienu Salamun.", "Jekk jisimgħu b'xi kura, jew xi każ il-qorti, jew xi taħbila teoloġika, jew xi għoqda morali, ismagħhom jippronunzjawlek l-konklużjoni f'tebqa t'għajn.", "\"Dik tajba!\" jgħidulek; jew, \"Dik ħażina!\"", "Dad-diskors issibu fuq fomm ħafna nies.", "Jitħaddtu bħallikieku jafu x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "Lanqas l-iċken ħsieb ma jagħtu li jistgħu jkunu żbaljati jew li ħaddieħor jista' jaqtagħhom b'mod ieħor.", "Flok \"dik tajba\" mhux aħjar jgħidu \" naħseb li dik tajba\"?", "U flok \"dik ħażina\" mhux aħjar jgħidu \" naħseb li dik ħażina\"?", "Int, jien u kulħadd x'naħsbu u x'ma naħsbux nistgħu ngħidu, mhux x'inhu tajjeb u ħażin.", "Li kieku jaħasra nżidu l-kliem \"Jien jidhirli li ...\" jew \"Fl-opinjoni tiegħi ...\" mhux aħjar ikun kliemna?", "Dan ikun juri li nafu noqogħdu pass lura meta nitħaddtu.", "La naqtgħu bl-addoċċ u lanqas għad-dritt; nesprimu l-fehma jew l-opinjoni tagħna u dan jiswielna biex ma niżbaljawx.", "Sabiħ/ikreh", "L-istess, issib nies li jgħidulek \"Dak sabih\" jew \"Dik sabiħa\", jew bil-kontra, \"Dak ikreh\" jew \"Dik kerha\".", "Jistgħu jkunu qed jitkellmu fuq xi ħadd jew fuq xi biċċa arti, skultura, bini, funtana jew xi tkun.", "Tismagħhom jaqtgħuha li l-ħaġa li qed jaraw jew jisimgħu hija mod u mhux ieħor.", "Mhux aħjar jgħidu li dik hi biss il-fehma jew l-opinjoni tagħhom?", "Flok \"Dak jew dik sabiħa\" mhux aħjar jgħidu \"Togħġobni\" jew \"Ma togħġobnix\"?", "S'hemmhekk jistgħu jaslu; aktar le.", "U minflok \"Dak ikreh\" jew \"Dik kerha\", mhux aħjar jgħidu \"Jien jidhirli li dak mhuwiex sabiħ\" jew \"Jien naħseb li dik mhijiex sabiħa\"?", "Min aħna aħna biex ngħidu x'inhu sabiħ u ikreh, jew ngħidu x'inhu tajjeb jew ħażin?", "Mhux dejjem sa x'naħsbu u x'ma naħsbux aħna nistgħu naslu?", "Il-fehma tagħna ma tista' tkun qatt il-verità sagrosanta; u lanqas l-opinjoni tagħna jew x'naħsbu.", "X'naħseb jien", "Huwa sabiħ li int, jien u kulħadd jesprimi l-fehma jew l-opinjoni tiegħu.", "Ma fiha xejn ħażin din.", "Anzi.", "Imma li xi ħadd jippreżenta dil-fehma jew dil-opinjoni ta' bniedem wieħed bħala fatt assolut, dan ma jixraq lil ħadd.", "Lanqas li kieku dik il-fehma jew opinjoni kienet ta' miljuni u biljuni ta' nies, xorta waħda ma ssirx verità assoluta u tibqa' dejjem fehma jew opinjoni.", "Kull bniedem irid jirrealizza li dak li jaħseb hu mhijiex l-aħħar kelma.", "L-aħħar kelma ma tingħad qatt.", "Dejjem hekk aktar x'jingħad.", "Ebda fehma jew opinjoni ma qatt hi finali.", "Dejjem hemm lok għal aktar aktar fehmiet u aktar opinjonijiet.", "Mela qatt m'għandi ngħid li ħaġa hi tajba jew ħażina, imma biss li JIEN naħseb hekk, li JIEN jidhirli hekk, li dik hi biss il-fehma jew l-opinjoni tiegħi u daqshekk.", "U qatt m'għandi ngħid li ħaġa hi kerha jew sabiħa, imma biss JIEN naħseb hekk.", "Il-bniedem li jaf iqis kliemu juri li hu ta' stoffa.", "Huwa l-injorant li ma jqisx kliemu u li jitħaddet bl-addoċċ.", "Kliemna dejjem jikxef min aħna."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/07/il-barka-tat-talit-razzjali.html", "date": "2020-07-12T08:28:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Il-barka tat-taħlit razzjali", "text": ["Il-bniedem, sa mill-ibgħad żminijiet, dejjem ivvjaġġa.", "Il-ħruġ tiegħu mill-Afrika, biex infirex mad-dinja kollha, ġie minn dil-kilba dejjiema li jiċċaqlaq, jimxi, ifittex u jitħallat.", "Bħalma fid-dinja hekkda fil-gżejjer tagħna, il-bniedem hu magħmul minn taħlita ta' razzez.", "Min jiċħad dan ikun jiċħad l-istorja tiegħu.", "Preġudizzji", "Ġieli ssib lil min jgħid li l-hemm tal-pajjiżi u s-soċjetajiet huwa t-taħlit tar-razzez.", "Skont il-biċċa l-kbira tagħhom, anqas ma jitħalltu n-nies li jkunu ġejjin minn razzez differenti, aħjar.", "Jgħidulek li, jekk kull razza żżomm għaliha, tkun fis-sod; jekk titħallat, tibda l-qerda tagħha.", "Meta jgħidu hekk, dawn in-nies, jaħasra, jinsew l-aktar ħaġa bażika tal-ġeneaoloġija.", "Jinsew li aħna lkoll razza waħda, magħmula minn taħlit u tibdil mifrux fuq sekli; li m'hawn imkien ebda razza safja; li kull razza hija fi stat ta' taħrik u tibdil.", "Dan għandu jwassalna biex ngħidu li t-taħlit tar-razzez hija, mhux biss tajba, imma wkoll ta' saħħa għall-bniedem.", "Aktar ma r-razzez jitħalltu, aktar jissaħħew, anqas ikun il-mard ġenetiku, u aktar ikollhom possibbiltajiet ta' mwiet għalxejn.", "X'razza hi?", "L-argumenti miġjuba minn dawk li ma jaħmlux li r-razzez jitħalltu mhumiex bijoloġiċi.", "Għalkemm dawn hekk jippreżentawhom, huma argumenti kulturali.", "X'ifisser dan?", "Ifisser li l-agumenti tagħhom bosta drabi huma bbażati biss fuq il-preġudizzji, jiġifieri fuq impressjonijiet li għandhom ta' ħaddieħor u tagħhom infushom.", "Argumenti kulturali lanqas ma huma ta' natura soċjali.", "Li kieku kien hekk, il-paroli fuq it-taħlit ma kien ikollu xejn x'jaqsam mar-razzez, imma ma' kull taħlit.", "Imma dan-nies mhux hekk isostnu.", "Dawn jgħidu li huma r-razzez li m'għandhomx jitħalltu, mhux in-nies \"tal-istess razza\".", "Din tal-aħħar hi stramba ħafna.", "Għax min jitħaddet hekk donnu jaf fejn tispiċċa razza u fejn tibda oħra.", "Fil-fatt, id-diskors tagħhom hu tant maħlul u impreċiż li, jekk tagħfashom fuq xi jsawwar razza jew kif tofroq razza minn oħra, jibdew ilaqilqu u jtemtmu.", "Daż-żgur!", "Għax dan ħadd ma qatt kien jafu—lanqas in-Nażi fuq il-Lhud—u qatt ma huma se jkunu jafuh.", "Razza waħda umana", "Għala?", "Għax ma jeżistix.", "Fi kliem ieħor, m'hemm ebda definizzjoni klinika ta' xi jsawwar razza jew xi tagħrif xjentifiku ta' kif tkun razza pura.", "Dik li tissejjaħ \"razza\" hi tikketta ġeneralissima li tirreferi b'mod approssimattiv għal grupp kulturali ta' nies f'xi qasam ġeografiku.", "Min jitħaddet, ngħidu aħna, dwar \"razza Maltija\", \"razza Ewropea\", \"razza Afrikana\", \"razza Ażjatika\" u l-bqija, għalkemm jidher li qed jirreferi għal xi ħaġa speċifika u preċiża, kulma jkun qed jagħmel hu li jirreferi xi ftit jew wisq għal nies tal-istess kultura ġeografika.", "Mill-bqija, jekk jinsisti fuq xi xjentifiċità ta' kliemu, lanqas biss ikun jaf x'inhu jgħid.", "It-taħlit tar-razzez minn dejjem kien isiru u jibqa jsir għal dejjem ta' dejjem.", "Dat-taħlit hu s-saħħa tad-demm uman.", "Jekk jieqaf (għalkemm ma jistax), ir-razza \"umana\" tmut.", "Din hi l-unika razza li teżisti fost il-bnedmin.", "Kull ferq fiha nnifisha hu fantastiku.", "Dan hu li jagħmel sabiħ lill-bniedem: it-taħlit li dejjem kellu minn naħa għal oħra tad-dinja.", "Ir-razza umana għandha jiġri fil-vini tagħha demm ta' elf lewn.", "Dan hu li jżommha ħajja u b'saħħitha.", "Hu wkoll dak li bih għandna nkunu kburin.", "Hu ta' ġieħ għalina li għandna sehem mir-razza waħda umana."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/07/", "date": "2020-07-12T08:28:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Il-barka tat-taħlit razzjali Id-dnewwa ta' Hong Kong", "text": ["Il-bniedem, sa mill-ibgħad żminijiet, dejjem ivvjaġġa.", "Il-ħruġ tiegħu mill-Afrika, biex infirex mad-dinja kollha, ġie minn dil-kilba dejjiema li jiċċaqlaq, jimxi, ifittex u jitħallat.", "Bħalma fid-dinja hekkda fil-gżejjer tagħna, il-bniedem hu magħmul minn taħlita ta' razzez.", "Min jiċħad dan ikun jiċħad l-istorja tiegħu.", "Preġudizzji Ġieli ssib lil min jgħid li l-hemm tal-pajjiżi u s-soċjetajiet huwa t-taħlit tar-razzez.", "Skont il-biċċa l-kbira tagħhom, anqas ma jitħalltu n-nies li jkunu ġejjin minn razzez differenti, aħjar.", "Jgħidulek li, jekk kull razza żżomm għaliha, tkun fis-sod; jekk titħallat, tibda l-qerda tagħha.Meta jgħidu hekk, dawn in-nies, jaħasra, jinsew l-aktar ħaġa bażika tal-ġeneaoloġija.", "Jinsew li aħna lkoll razza waħda, magħmula minn taħlit u tibdil mifrux fuq sekli; li m'hawn imkien ebda razza safja; li kull razza hija fi stat ta' taħrik u tibdil.Dan għandu jwassalna biex ngħidu li t-taħlit tar-razzez hija, mhux biss tajba, imma wkoll ta' saħħa għall-bniedem.", "Aktar ma r-raz…", "Fil-ġimgħatejn li għaddew, iċ-Ċina reġgħet issikkat il-ħolqa m'għonq Hong Kong.", "Bejn il-garanziji tal-imgħoddi u l-wegħdiet fiergħa, il-jeddijiet ċivili reġgħu ġew taħt l-attenzjoni għajjura ta' Beijing.", "It-toroq reġgħu qed jimtlew protestanti, il-biċċa l-kbira żgħażagħ, u l-komunità internazzjonali qed twissi ċ-Ċina bil-kbir.", "Kollox però juri li l-bidliet legali l-ġodda se jibqgħu fis-seħħ ... għall-anqas għalissa.", "Bidliet oppressivi Il-bidliet li ddeċieda fuqhom Beijing ħolqu f'Hong Kong aġenzija ta' sigurtà ġdida.", "Il-liġi tas-\"Sigurtà Nazzjonali ta' Hong Kong\" li se tidħol fis-seħħ dalwaqt tagħti s-setgħa lil uffiċċjali magħżula minn Beijing u suġġetti biss għal Beijing li jaħtru mħallfin għal każijiet ta' sigurtà.", "Dan ifisser li ċ-Ċina qed tagħfas idejha proprju fejn jinħass hu l-aktar sensittiv.Dil-bidla li ddeċieda fuqu Beijing ġiet wara ġimgħat ta' protesti f'Hong Kong.", "Aħna hawn Malta bil-kemm nisimgħu b'dawn l-istejjer jekk mhux bħala xi ħaġa li qisha qed isseħħ fuq in-naħa l-o…"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/07/id-dnewwa-ta-hong-kong.html", "date": "2020-07-05T08:14:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Id-dnewwa ta' Hong Kong", "text": ["Fil-ġimgħatejn li għaddew, iċ-Ċina reġgħet issikkat il-ħolqa m'għonq Hong Kong.", "Bejn il-garanziji tal-imgħoddi u l-wegħdiet fiergħa, il-jeddijiet ċivili reġgħu ġew taħt l-attenzjoni għajjura ta' Beijing.", "It-toroq reġgħu qed jimtlew protestanti, il-biċċa l-kbira żgħażagħ, u l-komunità internazzjonali qed twissi ċ-Ċina bil-kbir.", "Kollox però juri li l-bidliet legali l-ġodda se jibqgħu fis-seħħ ... għall-anqas għalissa.", "Bidliet oppressivi", "Il-bidliet li ddeċieda fuqhom Beijing ħolqu f'Hong Kong aġenzija ta' sigurtà ġdida.", "Il-liġi tas-\"Sigurtà Nazzjonali ta' Hong Kong\" li se tidħol fis-seħħ dalwaqt tagħti s-setgħa lil uffiċċjali magħżula minn Beijing u suġġetti biss għal Beijing li jaħtru mħallfin għal każijiet ta' sigurtà.", "Dan ifisser li ċ-Ċina qed tagħfas idejha proprju fejn jinħass hu l-aktar sensittiv.", "Dil-bidla li ddeċieda fuqu Beijing ġiet wara ġimgħat ta' protesti f'Hong Kong.", "Aħna hawn Malta bil-kemm nisimgħu b'dawn l-istejjer jekk mhux bħala xi ħaġa li qisha qed isseħħ fuq in-naħa l-oħra tal-qamar.", "Il-każ ta' dil-belt-pajjiż, però, għandha tinteressa id-dinja kollha, għax tinsab fuq il-fruntiera ta' bejn il-ħelsien u l-jasar tas-seklu 21.", "Hija ħasra li llum għadna rridu nisgħu b'każijiet bħal dawn fejn il-libertajiet ċivili, tista' tgħid, ta' nazzjon sħiħ jinsabu mhedda.", "It-telf tan-nies ta' Hong Kong huwa t-telf tad-dinja u t-telf tagħna; id-dnewwa tagħhom hija d-dnewwa tagħna; ir-rebħa tagħhom hija wkoll tad-dinja kollha.", "Drittijiet mhux kapriċċi", "L-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll l-Unjoni Ewropea, mill-ewwel qamu għaċ-Ċina fuq din il-biċċa.", "Bdew bħalissa xi restrizzjonijiet kummerċjali li jistgħu jiskalaw f'sanzjonijiet aktar ħorox.", "Il-poplu ta' Hong Kong aktarx mhux se jiddejjaq ibati għall-ħelsien tiegħu u għal-libertajiet ċivili li jgawdi.", "Jidher deċiż, u bir-raġun, li ma jispiċċax imjassar għal kollox.", "L-għajta tiegħu għandha tinstema' fid-dinja kollha, fosthna wkoll.", "Iċ-Ċina ma taħmilx li dil-biċċa minn pajjiżha għadu jgawdi l-libertà li l-bqija tal-pajjiż enormi tagħha ilu ilha li tilfet minn żmien żemżem.", "In-nies ta' Hong Kong mhux biss huma imdorrijiet bid-drittijiet ċivili tagħhom, imma wkoll joħolqu theddida għal min, fiċ-Ċina stess, dawk id-drittijiet ċivili m'għandux.", "Dawn id-drittijiet mhumiex kapriċċi.", "Huma l-patrimonju tal-umanità li kull bniedem għandu jkollu u li ħadd m'għandu jkun miċħud minnu.", "Il-poplu ta' Hong Kong, mhedded kif inhu li jiġi taħt liġi kiefra ta' jasar, għandu jkollu l-ammirazzjoni, l-appoġġ u l-ħarsien ta' kull bniedem ħieles tad-dinja.", "Il-liġi l-ġdida tas-Sigurtà Nazzjonali tagħti lista ġdida ta' delitti kontra l-istat, fosthom is-separatiżmu, is-subversjoni, it-terroriżmu u l-kollusjoni.", "Jekk dawn l-ismijiet issibhom strambi, dan għax fil-fatt hekk huma.", "Il-liġi ssemmihom mingħajr ma tgħid fiex jikkonsistu eżattament, u hekk il-bieb għall-abbuż istituzzjonalizzat hu miftuħ beraħ.", "Dawn l-hekk imsejħa delitti, flimkien ma' oħrajn, fosthom li xxerred il-mibegħda kontra l-gvern, kollha għandhom pieni ta' għomor il-ħabs.", "Il-liġi ma hi xejn għajr att terroristiku fiha nnifisha.", "Hija maħsuba li twerwer lill-poplu ta' Hong Kong, iġġibu taħt diffrejn l-awtoritajiet governattivi taċ-Ċina, u teqridlu l-awtonomija sovrana tiegħu.", "B'din il-liġi, Hong Kong sempliċiment ma jibqax jeżisti aktar kif inhu.", "Iċ-ċittadini tiegħu jispiċċaw kriminali.", "Solidarjetà", "Għal dawk kollha li jixtiequ mqar juru l-appoġġ tagħhom għall-eluf f'Hong Kong li qed isofru għal-libertà u għal sħabhom ippersegwitati, jistgħu jagħmlu xi ħaġa, imqar jekk tidher żgħira.", "Jistgħu jfittxu s-siti \" Global", "Kong \" fuq Twitter, Facebook u kull midja soċjali ieħor u juru s-solidarjetà tagħhom hemmhekk.", "Jagħmel il-qalb u jbati anqas min jaf li mhuwiex waħdu."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/12/it-tifel-li-add-ma-riedu.html", "date": "2020-12-27T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "It-tifel li ħadd ma riedu", "text": ["Kont mort l-istitut għal ħaġa oħra.", "Mhux biex nara t-tfal.", "Għal xi qadja ta' malajr.", "Ma niftakarx x'kienet.", "Naf li paspast f'rasi li nidħol, ngħid li kelli ngħid, nitlaq.", "Daqshekk.", "Imma kif kont qed inkellem lis-soru, ġew erba' żrameċ jiddendlu ma' djulha, b'wiċċ il-ħlewwa ta' bettieħa, b'daħka daqs il-fetħa tal-port il-kbir, b'għajnejn daqs qmura … Dobt.", "X'ma ddubx, ma ddubx!", "Imma qalbi ngħasret.", "Dat-tfal Alla biss jaf, u s-soru, minn xiex diġà għaddew f'ħajjithom.", "Għadhom lanqas biss jidhru u diġà qalgħu daqqiet ta' ħarta biżżejjed għal għomorhom kollu.", "Qatt ma fhimtha din li xi ħadd jista' jwarrab lil uliedu.", "Jew lil xi tifel jew tifla, ikunu min ikunu, wara kollox.", "Qatt ma fhimtha u nibqa' ma nifhimhiex.", "\"Dawn jibqgħu hawn għall-Milied, sor?\" staqsejt jien biex ngħid xi ħaġa.", "\"Ħafna minnhom imorru ma' xi ħadd tal-familja tagħhom,\" weġbitni.", "\"Il-bqija jeħduhom xi voluntiera.\"", "\"Mela intom tistrieħu ftit, sor, eh?\" żidtilha.", "\"Mhux għal kollox,\" xeħtitli.", "\"Għala, sor?", "Ibellgħulkom xi biċċa xogħol żejda, jew?\" għafastha.", "\"Le, le,\" għaġġlet qaltli.", "\"Imma kull sena jibqa' xi wieħed li ma jridu ħadd.\"", "Jien bqajt inħares qisni l-għaġeb tal-presepju.", "Għandu jkun ħallejt ħalqi miftuħ u berraqt għajnejja farka żżejjed, għax żiditli malajr:", "\"Tal-familja ma jkunux iridu jitgħabbew bih, u l-voluntarji ma jkunux iridu keded kbar.\"", "Jien bqajt aktar imnixxef minn qabel.", "Ridt kważi kważi nibki, emminni.", "Is-soru ntebħet li kont inħsadt u riedet isserraħli rasi minnufih:", "\"U le, ħi, toqgħodx tinkwieta, ta,\" qaltli bi tbissima.", "\"Żgur insibu toqba għal kulħadd.", "Hux veru, tfal?\" dawret leħenha lejhom.", "Dawk, li żgur ma kinux jafu x'kien qed jingħad, faqqgħu flimkien għajta ferriħija li dwiet mal-kuruduri twal tal-istitut.", "Imma mhux ġo qalbi.", "\"Ara, sor, ismagħni,\" tarraftilha.", "\"Jekk jibqa' xi ħadd mit-tfal hawnhekk … u ma jkunx hemm fejn imur jew tmur, ċempel lili, ta?", "Jiġi jew tiġi miegħi.", "Ftehmna?\"", "\"Ara dan!\" qalet is-soru tabirruħha li qed tistagħġeb.", "\"Mela le.", "Nagħmlu hekk.\"", "Għaddew il-ġimgħat u jien dik it-taħdita mas-soru nsejtha.", "Mhux għax kont għethielha b'nofs qalb imma għax kelli miljun ħaġa x'nagħmel, minn ħaġa għall-oħra, u la kelli moħħ sorijiet u wisq anqas tfal.", "Id-dinja tal-lum iġġiegħelek tgħaġġel, ukoll jekk nofs it-tferfix u l-ġenn ma jkollniex x'irriduh.", "Inħaffu u nġerru qishom qed jiġri warajna xi ħadd jew bħallikieku mhux se nlaħħqu.", "Imbagħad il-Milied ħlief ġenn ma jġibx miegħu.", "\"Għidli,\" għedt malli ħadt il-linja qisni bin-nervi għax xi ħadd tellifni mill-ġirja.", "\"Għidli.", "Min hemm?\"", "\"Jiena, is-soru tal-istitut,\" smajt leħen irqajjaq jgħidli.", "Bejni u bejn ruħi għedt, 'X'soru tal-istitut hi din?", "Biex ħolmot dalgħodu?'", "\"Għidli, sor,\" weġibt bil-ħlewwa kollha.", "\"Nista' ngħinek f'xi ħaġa?\"", "\"Iva,\" smajtha tgħid.", "\"Kont għedtli ftit ilu li, jekk jibqa' xi ħadd mit-tfal li ma jridu ħadd, tieħdu int għall-vaganzi.", "Għadek tal-ħsieb, jekk jogħġbok?\"", "F'daqqa waħda ħassejt dehxa kiesħa nieżla ma' dahri.", "'Kif kont insejt!' għedt f'qalbi fuq medda ta' nofs sekonda.", "'Din kien jonqos mal-ġenn li għandi!", "X'waħda blajt tal-ilsien twil l'għandi!'", "\"Eh, iva, iva, sor,\" smajt ħiereġ minn fommi mingħajr ma ridt.", "\"Għadni bil-ħsieb, dażgur.", "Mela aħna tfal, jew!\"", "\"Ah, tajjeb wisq!\" nefħet f'widnejja bħallikieku reġgħet bdiet tieħu n-nifs wara majnata twila.", "\"Għandna tifel ta' disgħa snin li se jibqgħalna hawn għax ma sibna lil ħadd li jridu u …\"", "\"Sor!\" waqqaftha jien b'farka irritazzjoni.", "\"Tibqax tgħidha dil-kelma li ma jridu ħadd!", "Kemm iżżarżar f'widnejja dil-kelma!\"", "\"Għandek raġun,\" irħietli malajr li ma mmurx nibdel il-ħsieb.", "\"Jismu Robert.", "\"Tista' tiġi għalih għada filgħodu, jekk jogħġbok, u żżommu sa ġimgħatejn oħra?\"", "\"Għa …, Għada?\" laqlaqt jien.", "\"Iva, iva, mela le, sor.", "Niġi għada filgħodu.", "Hu jrid jiġi, hux?\"", "\"Iva, iva,\" ħatfitni.", "\"Dażgur li jrid.\"", "Issa għaddew mal-erbgħin sena minn dak in-nhar.", "Robert miżżewweġ, għandu daru, mara għaqlija, impjieg fis u żewġt itfal.", "Din l-istorja jafha.", "Għax għedthielu.", "Għaddejna minn ħafna hemm matul is-snin.", "Jien miegħu dejjem bqajt intambar fuq l-istess ħaġa, u ġieli għedtha lil uliedu mingħajr ma jafu għalfejn.", "Jafu biss għajnejja u għajnejn missierhom meta jiltaqgħu.", "\"M'hawn ħadd fid-dinja li ħadd ma jridu,\" ngħid jien.", "\"M'hawn ħadd.", "Xi mkien, xi darba … dejjem hemm xi ħadd li jridek.", "Dejjem.\" p"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/11/", "date": "2020-11-29T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Min pinġa l-\"Covid-19\"? L-\"avukatiżmu\" L-Amerika lura għan-normalità Proprjetà pubblika ssir privata Waslet tal-Amerika!", "text": ["Ilkoll kemm aħna sirna mdorrijin b'dik il-ħaġa ħadra tonda tonda li minnha qishom ħerġin trombetti ħomor li kulħadd isejjaħ Coronavirus jew Covid-19.", "Dix-xbieha ilha issa magħna madwar sena u kulħadd draha.", "Malli narawha, mill-ewwel nintebħu x'inhi.", "Mela għandek tkun taf li din hi xbieha maħluqa li ma teżistix fir-realtà.", "Min pinġiha?", "Għala?", "Alissa Eckert Ix-xbieha tal-Coronavirus hija ħlieqa magħmula fil-bidu ta' dis-sena minn Alissa Eckert, illustrattriċi medika li hija waħda mill-ħdax-il elf ħaddiem fiċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard mifruxa mal-Istati Uniti tal-Amerika.", "F'Jannar ta' dis-sena, hija kienet ħadet telefonata minn ta' fuqha li qaltilha li kien hemm imxija ġdida fid-dinja u li kienet perikoluża ħafna.", "Eckert kienet taf mill-ewwel x'kellha tagħmel.", "Bħala artista esperta fix-xjenzi u l-komunikazzjoni, kellha toħloq tpinġija tridimensjonali (3D) tal-vajrus mir-ritratti li tawha.", "Għalhekk, minnufih sejħet lill-kollegi tagħha, fosthom Dan Higgins, u flim", "L-avukati għandi rispett kbir lejhom.", "Dan ma jfissirx li m'għandix naħseb li għandhom mod partikulari ħafna ta' kif jaħsbu.", "Huma klassi għalihom.", "Aktarx għax studjaw mingħand avukati oħra u tgħallmu flimkien, u ħafna minnhom jibqgħu jagħmluha ma' xulxin, jgħaddu lil xulxin l-istruttura bażika ta' kif iħaddmu moħħhom.", "Dan jgħodd għal professjonijiet oħra, bħal, ngħidu aħna, is-saċerdoti jew it-tobba u l-bqija.", "Din l-istruttura mhijiex tajba jew ħażina.", "Hi dik li hi, u għandha ħabta tagħġen ir-realtà biex tiġi taqbel magħha.", "Biex nagħtiha isem se nsejħilha \"avukatiżmu\".", "Avukati biss Qabel ma ngħid fiex naħseb li jikkonsisti dal-metodu mentali, xtaqt ngħidlek għala qed ngħid dan kollu.", "Ir-raġuni hi li qed ninkwieta.", "Biex?", "B'dal-pajjiż li ġie f'idejn l-avukati.", "Possibbli ħadd ma nduna?", "Għala lil ħadd ma donnha tinkwieta dil-ħaġa.", "Lili tinkwetani proprju minħabba li l-mod ta' kif jaħsbu l-avukati bħala klassi u, bil-pajjiż f'idejhom, se jdakkru kull rokna tal-ħajja politika tagħna b'dal", "Kont żbaljat doppjament meta ftit tal-ġimgħat ilu bsart li Donald Trump kien se jirbaħ l-elezzjoni Amerikana u jirbaħha sewwa ħafna.", "La ġrat waħda u lanqas l-oħra.", "Trump sar it-tielet president fost il-ħamsa u erbgħin li kellhom li ġie mneħħi wara perjodu wieħed biss.", "Minkejja kollox, però, jien diġà qed nimmissjah.", "Ħaqqu t-tifħir Jien m'iniex \"fan\" ta' Trump.", "Lanqas xejn.", "Imma l-politika miegħu kienet avventura.", "Kull ġimgħa, jekk mhux kuljum, jara biex se joħroġ.", "F'kull ħaġa li għamel, kieku qatt kien politiku konvenzjonali.", "Tajjeb jew ħażin (aktar ħażin milli tajjeb) dejjem joħroġ b'xi ħaġa oriġinali.", "Żgur li qatt ma ried jilgħab il-logħba tal-politiċi professjonali.", "Ta' dan ħaqqu l-ammirazzjoni ta' kulħadd.", "Il-politiku professjonali fil-wiċċ jgħid u jagħmel dak li jridu jisimgħu u jaraw in-nies.", "Minn taħt jagħmel li jrid.", "Trump dejjem iddisprezza dan l-atteġġjament; dejjem kien ta' żaqqu f'fommu.", "Huwa atteġġjament anti-politikantiżmu, jekk trid issejjaħlu hekk.", "Huwa atteġġjame", "Jekk tgħaddi max-xatt ta' diversi nħawi f'Malta u f'Għawdex issib li spazji li minnhom kont tista' qabel tgħaddi minnhom m'għadhomx aċċessibbli għax okkupahom xi ħadd għalih innifsu.", "Ħafna minna ma jagħtux kas.", "Jew iduru ma' dawn l-ispazji jew jgħaddu minn xi mkien ieħor.", "Mingħajr ma nintebħu jkun sar serq taħt imneħirna.", "Ikun ukoll inkiser wieħed mill-aktar prinċipji importanti tal-umanità ċivilizzata.", "Serq sfaċċat Għala serq?", "Għax dak li hu propretà pubblika m'għandu qatt isir proprjetà privata.", "Meta x-xatt ta' xi post hu aċċessibbli għal kulħadd, dan ikun proprjetà pubblika; għax il-pubbliku kollu jista' jużah u jgawdih.", "Imma meta xi biċċa minn dik il-proprjetà ma tibqax aċċessibbli aktar għal kulħadd, imma jkun jista' jużaha wieħed biss kif irid hu, dik tkun insterqet mill-pubbliku u saret proprjetà privata.", "L-ispazji misruqa minn max-xtut ta' ħafna nħawi⸻il-Gżira, Tas-Sliema, Malsalforn, il-Belt, Birżebbuġa, ix-Xlendi, Marsaxlokk, u l-bqija⸻dawn m'għandhomx tal-pubbliku imma", "Saflaħħar, l-elezzjoni tant mistennija tal-Istati Uniti tal-Amerika waslet.", "Trump għar-Repubblikani u Biden għad-Demokratiċi nhar it-Tlieta, 3 ta' Novembru, se se jmorru għall-verdett tal-poplu.", "Bħal kull elezzjoni oħra qabilha u warajha, din hi waħda li għandha tiddeċiedi ħafna affarijiet fil-ħajja politika tal-Amerika.", "Imma tista' wkoll ma tbiddel assolutament xejn.", "Trump jirbaħ Ħafna qed jixtiequ, u għandu mnejn ukoll iħebbru, li Trump se jitlef l-elezzjoni.", "Jien ma naħsibx.", "Ix-xewqat qatt ma kienu fatta.", "Ukoll jekk jien, għas-saħħa tal-argument, nixtieq li Trump jitlef l-elezzjoni, dan ma jfissirx li hekk se jiġri.", "Anzi, minkejja li nista' nixtieq hekk, jien jidhirli li Trump se jerġa' jirbaħ.", "Minn erba' snin ilu 'l hawn ili nsegwi lil Trump f'dak kollu li għamel.", "Dan ma kienx faċli għax kien ifisser li kelli nisgiċċa l-biċċa l-kbira tal-medja Amerikana, li kienet maħlufa konrih.", "L-aħbarijiet fuq Trump⸻u dan narah fil-fehmiet ta' ħafna nies li nitkellem magħhom⸻kienu valenużi"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/11/l-avukatizmu.html", "date": "2020-11-22T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "L-\"avukatiżmu\"", "text": ["L-avukati għandi rispett kbir lejhom.", "Dan ma jfissirx li m'għandix naħseb li għandhom mod partikulari ħafna ta' kif jaħsbu.", "Huma klassi għalihom.", "Aktarx għax studjaw mingħand avukati oħra u tgħallmu flimkien, u ħafna minnhom jibqgħu jagħmluha ma' xulxin, jgħaddu lil xulxin l-istruttura bażika ta' kif iħaddmu moħħhom.", "Dan jgħodd għal professjonijiet oħra, bħal, ngħidu aħna, is-saċerdoti jew it-tobba u l-bqija.", "Din l-istruttura mhijiex tajba jew ħażina.", "Hi dik li hi, u għandha ħabta tagħġen ir-realtà biex tiġi taqbel magħha.", "Biex nagħtiha isem se nsejħilha \"avukatiżmu\".", "Avukati biss", "Qabel ma ngħid fiex naħseb li jikkonsisti dal-metodu mentali, xtaqt ngħidlek għala qed ngħid dan kollu.", "Ir-raġuni hi li qed ninkwieta.", "Biex?", "B'dal-pajjiż li ġie f'idejn l-avukati.", "Possibbli ħadd ma nduna?", "Għala lil ħadd ma donnha tinkwieta dil-ħaġa.", "Lili tinkwetani proprju minħabba li l-mod ta' kif jaħsbu l-avukati bħala klassi u, bil-pajjiż f'idejhom, se jdakkru kull rokna tal-ħajja politika tagħna b'dal-mod partikulari tagħhom.", "Għala ħadu l-pajjiż f'idejhom?", "Ħa ngħidlek.", "Mela l-Arċisqof hu avukat.", "Il-Prim Ministru hu avukat.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni hu avukat.", "Avukati biss!", "Min jonqos li jkun avukat?", "Baqa' xi uffiċċju ewlieni fil-pajjiż li mhuwiex f'idejn avukat?", "Ma jidhirx.", "Qed tara kif il-pajjiż f'idejhom?", "Darba kien hawn attitudni Malta, biex ma ngħidx politika, li kemm jista' jkun jiġu promossi għall-uffiċċji ewlenin tal-pajjiż nies li mhux neċessarjament kienu professjonisti jew gradwati, aħseb u ara avukati.", "Kien hemm sens f'dan.", "Naħseb li dan kien ukoll parti minn viżjoni.", "Ċertament kellu l-filosofija li jagħti siwi lil kulħadd, u għalhekk kien filosofija t'ugwaljanza.", "Mentalità ta' klassi", "Dan illum m'għadux moda, milli jidher.", "Il-manija tal-\"professjonaliżmu\" ilha li daħlet Malta diversi snin, bejn wieħed u l-ieħor minn mindu bdejna nagħmluha ma' tal-Unjoni Ewropea.", "Ħadd mingħajr imqar diplopa mġiddma ma seta' jitqies aktar kompetenti.", "Il-bqija ma kinux mistiedna jieħdu l-postijiet ta' quddiem.", "Dawk saru riservati għall-professjonisti.", "Żmien it-teknokratiżmu kien beda.", "L-avukatiżmu huwa pass lil hinn minn din il-fażi tal-professjonaliżmu, partikularment fil-qasam tal-politika.", "Milli jidher, issa s-siġġijiet ta' quddiem huma riservati għall-avukati.", "Dawn m'għandix dubju li huma nies serji u tal-affari tagħhom.", "Anzi, kważi kważi żżejjed.", "Huma ħafna drabi legalisti u xi wħud anki moralisti.", "Dan hu parti mill-mentalità tal-klassi tagħhom.", "L-avukatiżmu, minbarra l-possibbiltà legalista tiegħu, jevita l-konfront li mhuwiex strettament formali.", "Huwa ħafna drabi burokratiku u akkademiku; jara r-rimedju f'kollox, imbasta b'mezzi ppruvati u mħarrġa.", "Għalhekk, jevita l-ħolqien ta' preċedenti … li b'mod ieħor insejħulu kreattività u innovazzjoni.", "L-avukatiżmu ma jħobbx l-eċċitament, imma r-ras bierda, l-etikett diplomatiku u r-rispett formali.", "Tiżwiq", "It-tmexxija ta' pajjiżni mill-avukati żgur li se jkollu xi effett fuq il-ħajja politika tagħna, u jista' jkun anki fuq dik soċjali.", "Dan aktarx mhux se jiġi nnutat minnufih għalhekk naħseb li l-effetti tiegħu diġà qed jidhru għal dawk li qed iħarsu mill-qrib.", "Kif għedt, jien m'għandi xejn kontra l-avukati.", "Altru.", "Imma pajjiż demokratiku, aktar ma jkollu tiżwiq, aktar ikun b'saħħtu f'kull sens tal-kelma.", "L-istutuzzjonijiet tagħna jibdew jitqalu meta l-istess professjonaliżmu avukatesk jiddominahom għal żmien twil.", "Il-Partit Laburista b'mod partikulari dan għandu jifhemu aktar minn kulħadd għax hu partit tal-poplu ż-żgħir.", "Imma jekk l-avukati jaslu biex jiddominawh iżżejjed, ma narax kif jistgħu ma jagħmlulux il-ħsara.", "Jalla t-tiżwiq u l-ugwaljanza li dejjem emmen fih dal-partit ma jiġux issagrifikati għall-korrettezza formali li qed taħkimna."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/11/min-pinga-l-covid-19.html", "date": "2020-11-29T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Min pinġa l-\"Covid-19\"?", "text": ["Ilkoll kemm aħna sirna mdorrijin b'dik il-ħaġa ħadra tonda tonda li minnha qishom ħerġin trombetti ħomor li kulħadd isejjaħ Coronavirus jew Covid-19.", "Dix-xbieha ilha issa magħna madwar sena u kulħadd draha.", "Malli narawha, mill-ewwel nintebħu x'inhi.", "Mela għandek tkun taf li din hi xbieha maħluqa li ma teżistix fir-realtà.", "Min pinġiha?", "Għala?", "Ix-xbieha tal-Coronavirus hija ħlieqa magħmula fil-bidu ta' dis-sena minn Alissa Eckert, illustrattriċi medika li hija waħda mill-ħdax-il elf ħaddiem fiċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard mifruxa mal-Istati Uniti tal-Amerika.", "F'Jannar ta' dis-sena, hija kienet ħadet telefonata minn ta' fuqha li qaltilha li kien hemm imxija ġdida fid-dinja u li kienet perikoluża ħafna.", "Eckert kienet taf mill-ewwel x'kellha tagħmel.", "Bħala artista esperta fix-xjenzi u l-komunikazzjoni, kellha toħloq tpinġija tridimensjonali (3D) tal-vajrus mir-ritratti li tawha.", "Għalhekk, minnufih sejħet lill-kollegi tagħha, fosthom Dan Higgins, u flimkien ħarġu bix-xbieha tal-Coronavirus li llum kulħadd jagħraf mal-ewwel daqqa t'għajn.", "X'kien l-iskop ta' dit-tpinġija?", "Eckert kienet taf li t-tpinġija tagħha kellha tagħti identità lill-vajrus u b'hekk tagħmlu tanġibbli għal nies li riedu jiġġildulu.", "Għalkemm ma kinetx tafu mill-bidu nett, it-tpinġija saret waħda mill-armi tal-umanità kontra għadu inviżibbli perikoluż ferm.", "Sempliċi u tanġibbli", "It-tpinġija oriġinali ta' Eckert u Higgins saret b'konsulta professjonali mat-tekniċi fiċ-ċentri ta' fejn jaħdmu.", "Għalkemm illum it-tpinġija tiġi ssimplifikata ħafna, bħala sar f'diversi sfilati tal-aħħar karnival, fosthom f'Malta u f'Għawdex, it-tpinġija oriġinali ma kinetx sempliċistika.", "Infatti, kienet tinkorpora fiha l-elementi kollha meħtieġa biex anki l-esperti jidentifikaw ruħhom magħha.", "Naturalment, it-tpinġija hija differenti ħafna mir-ritratti tal-Cornovirus li jittieħdu taħt il-mikroskopju.", "Dan apposta ħalli l-kumplessità tal-vajrus jissarraf f'elementi kemm jista' jkun sempliċi u tanġibbli.", "L-għadu l-kbir ġie mhux biss identifikat, imma wkoll magħruf … għax għandna xbieha tiegħu; u x-xbieha tiegħu tagħmlu dgħajjef, nieqes mit-twerwir u tellief.", "Eckert, bħala artista grafika, kif ukoll sħabha, skoprew l-importanza tad-disinn tagħhom meta, hekk kif bdew igerrbu l-ġimgħat u x-xhur, u l-imxija bdiet toqtol aktar u aktar eluf ta' nies, intebħu kemm il-Coronavirus kientabilħaqq perikoluż.", "L-arma tagħhom għadha qed tgħin biex jinqered dan l-għafu terribbli.", "Id-disinn tal-Covid-19 jagħmel parti mill-ħtieġa fil-psikoloġija tagħna li jkollna stampa mentali ta' dak li rridu nagħmlu u ma nagħmlux.", "Meta tkun nieqsa stampa bħal din, aktar insibuha diffiċli li naraw lilna nfusna għall-iebes u t-taqlib tal-ħajja.", "In-nuqqas ta' stampa mentali ta' dak li jiġi ma' wiċċna jagħmilna aktar nervużi, mimlijin tensjoni u, għalhekk, aktar vulnerabbli.", "Għal xi wħud żgur li se jaraw li l-ħolqien ta' stampa tal-Coronavirus mhijiex daqstant importanti, wara kollox.", "Huma żbaljati għal kollox.", "Illum, il-ġlieda kontra dil-imxija bil-kemm nistgħu nimmaġinawha mingħajr l-istampa ta' Eckert assoċjata direttament magħha.", "Dan juri l-importanza tad-disinn.", "Tant li sar parti mill-ħajja tagħna tul dis-sena u għandu mnejn jibqa' magħna għal dejjem.", "L-Amerika u mkejjen oħra għandhom id-drawwa li jagħtu isem lill-urigani qerrieda.", "L-iskop huwa l-istess bħad-disinn tal-Coronavirus.", "Għadu li tista' tarah u tirrelata miegħu fl-irkejjen ta' moħħok m'għandux ħakma daqshekk kbira fuq l-emozzjonijiet, l-immaġinazzjoni u d-difiżi tiegħu.", "Għalkemm tista' ma tkunx xi ħaġa tant sabiħa, madanakollu xorta waħda għandna nkunu lkoll grati lejn persuni bħal Alissa Eckert li bil-mod tagħha u ta' sħabha għenuna niġġieldu dil-pesta.", "Grazzi!"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/12/milied-bla-wlied.html", "date": "2020-12-06T09:30:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Milied bla wlied", "text": ["Dis-sena l-Milied ma tantx se jkollu lil min jiċċelebrah bħas-soltu.", "Il-ħafna tradizzjonijiet u drawwiet se jibqgħu lura.", "Il-Coronavirus ma kienx rebaħ lill-karnival fi Frar, imma żgur li se jirbaħ lill-Milied.", "Dan jista' ma jkunx bil-fors ħażin.", "Forsi aħjar ngħidu li dis-sena l-Milied se jkun wieħed bla wlied storbjużi milli bla ulied xejn.", "Distrazzjonijiet", "Milied hu bla wlied meta ħadd ma jiċċelebrah kif imiss.", "Is-soltu ma jibqgħux lura l-parties u l-festeġġjamenti u ż-żjajjar għand in-nies u r-rigali u l-ikel u x-xorb u l-bqija.", "Illum ħafna minn dan ma jistax isir għax bniedem ikun qed jesponi ruħu u ġismu għall-mard jittieħed.", "Illum ukoll rigal trid tkun taf ma xiex mess qabel ma taċċettah.", "Il-Milied tal-istorbji u l-isfratteriji drajnieh ilkoll.", "Xi wħud minna jistennewh bil-ħerqa wkoll.", "Ħafna drabi Milied bħal dan hu wieħed ta' ħafna distrazzjonijiet; Milied li aktar jixbah karnivalata milli ċelebrazzjoni reliġjuża jew spiritwali.", "Għal bosta l-Milied hu żmien ta' xalar, tbaħrit u dissipazzjoni.", "Mhux għal kulħadd, naturalment.", "Bosta minn dejjem u jibqgħu għal dejjem jiċċelebraw Milied li fih il-Messija jżomm il-post ċentrali tiegħu; Milied li jnebbaħ sentimenti sbieħ ta' altruwiżmu u maħfra u rispett; Milied li jgħallem l-għożża tal-familja u l-ħbieb u l-imħabba tal-proxxmu.", "Aktar kwiet", "F'dal-Milied li ġej dan kollu jrid jibqa' lura: laqgħat kemm jista' jkun ftit li xejn; rigali li jistgħu jxerrdu l-mard jibqgħu ma jingħatawx u ma jiġux milqugħa; ġiri fi knejjes jew għal presepji jew wirjiet oħra bin-nieqes jew bix-xejn … Kollox irid jibqa' lura minħabba l-imxija.", "Dis-sena l-Milied se jibqa' mingħajr ma jifraħ wisq b'uliedu.", "Minkejja dan xorta jibqa' Milied.", "Tabilħaqq, forsi Milied aktar kwiet u miġbur mis-soltu, imma xorta Milied.", "Anzi, jista' jkun li Milied aħjar.", "Għax għall-anqas m'għandux id-distrazzjonijiet, il-ħafna ħmerijiet, tas-soltu.", "Għal min għandu naqra sens reliġjuż jew spiritwali tal-Milied, l-imxija tista' se tkun qed tagħmillu pjaċir.", "Se ġġiegħel lill-Milied joqgħod bil-għaqal aktar mis-soltu.", "Ħa niftiehmu.", "Milied xieraq mhuwiex bil-fors mingħajr parties u mingħajr rigali u mingħajr ġiri 'l hawn u 'l hemm, tafx.", "Jien nifhem b'Milied xieraq li ma jkunx biss festa egoista ta' kemm nieħu gost jien , ta' kemm nifraħ jien , ta' kemm jien inkun kuntent.", "Għalija l-Milied hu dwar ħaddieħor .", "Hu dwar kemm nista' nneħħi lili nnifsi miċ-ċentru tal-univers ta' moħħi u qalbi, u nagħti dak il-post lil ħaddieħor, speċjalment ħaddieħor li ħadd ma jżommu b'għożża.", "Għalija l-Milied xieraq hu dan: li tagħmel lil ħaddieħorr iħossu speċjali.", "Jekk dan ikunx magħqud ma' ħsibijiet reliġjużi jew spiritwali ftit jagħmel differenza sostanzjali.", "Żgur li ħsibijiet bħal dawn jistgħu jagħtuh aktar kulur u forsi aktar profondità.", "Imma l-qalba ma tinbidilx.", "Il-Milied hu altruwiżmu; hu ħaddieħor; hu ħruġ mill-fostqa tiegħi nnifsu u moviment lejn ħaddieħor.", "Għalija l-Milied dejjem ifakkarna f'dawn l-isbaħ valuri tal-umanità b'saħħitha: ir-rispett, l-għożża, il-paċi, il-ftehim, il-maħfra, il-kooperazzjoni, il-fraternità …", "Hu Milied bla wlied meta ma jkollux dawn il-valuri.", "Dawn huma wlied il-Milied; mhux aħna.", "Imxija jew mhux imxija, dawn l-ulied ma jistgħu qatt jittieħdu lill-Milied.", "Għalhekk, lanqas dis-sena ma l-Milied jibqa' bla wlied, wara kollox."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/12/taparsi-repubblikanizmu.html", "date": "2020-12-13T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Taparsi repubblikaniżmu", "text": ["Għal min jiftakar, fil-jum li fih twieldet ir-repubblika tagħna sitta u erbgħin sena ilu, il-Ġimgħa, tgħidx kemm niżlet xita.", "Naħseb Mintoff, magħluq il-parlament, jinnegozja l-aħħar mumenti tal-kostituzzjoni l-ġdida tagħna, lanqas kien jaf x'tixriba kienu qed jieħdu dawk li nġabru barra fil-mainguard jistennew il-mument.", "Għalkemm ix-xita, fuq pajjiżna kienet ix-xemx; ix-xemx tar-repubblikaniżmu.", "Ċerimonjaliżmu biss", "Ix-xemx?", "X'xemx hi?", "Ir-repubblikaniżmu mhuwiex jum.", "Mhuwiex festa.", "Mhuwiex ċelebrazzjoni.", "Mhuwiex is-solita ċerimonji vojta li l-politiċi jħobbu jilagħbu bihom f'dal-ġranet.", "Ir-repubblikaniżmu mhuwiex medalji u titli.", "Mhuwiex kliem vojt, diskorsi u paroli sabiħ.", "Mhuwiex tlablib u tpaċpiċ.", "Ir-repubblikaniżmu hu valuri.", "Jekk pajjiż għandu dal-valuri allura hu repubblikan.", "Jekk m'għandux, mhuwiex.", "Il-valuri m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' ċerimonji, medalji, titli, diskorsi, paroli, tlablib, tpaċpiċ u x'naf jien.", "Il-valuri huma għajxien.", "Jew tgħixhom jew ma tgħixhomx.", "Jekk tgħixhom m'għandekx bżonn priedki u kummiedji; jekk ma tgħixhomx, mhux se ġġibhom bil-ħmerijiet.", "Fil-bidu tagħha r-repubblika tagħna ma kinetx taparsi.", "Kważi ħamsin sena ilu kien hemm tabilħaqq sens ta' xi tfisser u x'għandha tkun.", "Konna nafu x'inhu repubblikaniżmu.", "Wara, ir-repubblika aktar saret ċerimonjali milli ħaġa oħra.", "Il-politiċi tagħna tant ħaduha 'for granted' li aħna repubblika li lanqas biss baqgħu jinkwetaw aktar irwieħhom biex ikunu tabilħaqq repubblikani.", "Kwistjoni ta' valuri", "Il-valuri tar-repubblikaniżmu jagħtu l-ewwel u l-aqwa post liċ-ċittadin.", "Il-prinċipju tal-ugwaljanza mhuwiex biss imħaddem bejn iċ-ċittadini nfushom, imma jqegħdhom 'il fuq mill-istituzzjonijiet infushom li jiffurmaw ir-repubblika.", "Iċ-ċittadin tabilħaqq hu suprem f'repubblika; għandu sovranità assoluta.", "F'repubblika li mhijiex taparsi l-istituzzjonijiet huma taċ-ċittadin, mhux iċ-ċittadin tal-istituzzjonijiet.", "Dal-valur suprem tar-repubblikaniżmu jagħti liċ-ċittadini kollha s-setgħa li jiġu jaqgħu u jqumu mill-istitutzzjonijiet.", "Għalihom dawn jistgħu jitqiesu bħaż-żibel ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli titħares is-sovranità assoluta taċ-ċittadin.", "Għalhekk wieħed jifhem li mal-ugwaljanza tinrabat il-libertà.", "L-ugwaljanza tiġi dejjem aċċessata mil-libertà tal-azzjoni u l-ħsieb.", "Jidhirli li jkun ħażin meta ngħidu li sitta u erbgħin sena ilu sirna repubblika.", "Aħjar jekk ngħidu: bdejna nsiru repubblika.", "Għala?", "Għax, għall-anqas b'mod formali, minn dak in-nhar bdejn nitgħallmu kif inkunu tabilħaqq repubblikani.", "Dak in-nhar bdejna l-proċess repubblikan li, għax sar formali, intrabattna li nibgħu nitgħallmuh.", "X'istituzzjonijiet?", "Għal liema isituzzjonijiet qed nirreferi?", "Kulma għandu s-solidità tal-liġi jew id-drawwa hu istituzzjoni.", "Jekk trid, kull ħaġa li hi ħlieqa tal-bniedem u li hi xi ftit jew wisq miżmuma bħallikieku għandha eżistenza formali tistinta mill-bniedem hi istituzzjoni.", "Fi kliem ieħor, istutuzzjoni hi invenzjoni li titqies li għandha xi għamla jew oħra ta' personalità, realtà jew eżistenza ġuridika.", "Allura, f'das-sens \"omm\" u \"missier\", ngħidu aħna, huma istituzzjonijiet; l-istess, ovvjament, kull titlu ieħor.", "\"Familja\" wkoll f'das-sens hi istituzzjoni; bħalma wkoll kull għaqda oħra tal-bnedmin.", "\"Eċċellenza\" jew \"onorevoli\" huwa wkoll istituzzjonijiet f'das-sens; l-istess bħalma huma kull grad professjonali ieħor.", "\"It-Torċa\" hi istituzzjoni wkoll fis-sens li qed nitħaddtu; bħalma wkoll kull mezz formali ta' xandir.", "U l-bqija.", "Hawnhekk semmejt ftit kategoriji differenti ta' dil-idea kumplessa tal-istituzzjonijiet li fihom infushom ma jeżistux għajr fil-moħħ tal-bniedem, imma li ħafna drabi jingħataw qawwa, setgħa, predominanza u preeminenza fuq il-bniedem, u jikkmandawlu ħajtu, l-identità tiegħu u l-ġejjieni tiegħu.", "Inżammet il-wegħda?", "Għalkemm għaddew sitta u erbgħin sena mill-bidu tar-rabta tagħna li nkunu repubblikani, żammejna dil-wegħda jew dal-kompromess?", "Ma jidhirlix.", "L-istituzzjonijiet tagħna għadhom sal-lum mhux biss qawwija, imma anki assoluti, fil-ħakma li għandu fuq iċ-ċittadini, fuq il-ħajja tagħhom, fuq l-identità tal-biċċa l-kbira minnhom u tal-futur tagħhom.", "Mhux biss sitta u erbgħin sena ilu l-istituzzjonijiet ma bdewx iċedu posthom liċ-ċittadin, imma saħansitra donnhom anki ssaħħew aktar.", "Mhux biss sitta u erbgħin sena ilu l-\"menefregiżmu\" taċ-ċittadin ma bediex jikber imma talli naqas.", "Ħafna drabi meta nħares madwari ma nara ebda repubblikaniżmu jekk mhux dak taparsi."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/12/il-bambin-ta-dimech.html", "date": "2020-12-20T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Il-Bambin ta' Dimech", "text": ["Nhar il-Ġimgħa, jum il-Milied, Manwel Dimech jagħlaq 160 mit-twelid tiegħu.", "Huwa twieled it-Tlieta, 25 ta' Diċembru tal-1860.", "Għalhekk semmewh Manwel jew Emmanuele, kif kiteb fir-reġistru tal-magħmudija l-kappillan tal-parroċċa ta' San Pawl tal-Belt Valletta.", "Ommu u missieru, Vanġiela u Karmenu, kellhom bambin f'jum il-bambin!", "Imma din tal-bambin Dimech ma setax għaliha.", "Poeżija", "Fi żmien Dimech kien hemm ħafna affarijiet ta' natura reliġjuża li fuqhom kienu jikkritikawh.", "Imma ebda waħda minnhom ma baqgħet tissemma' daqs dik li fiha qal li \"Alla mhux bambin\", l-aktar minħabba l-użu repetut u malizzjuż li sar minnha wara.", "Din l-espressjoni bdiet tinftiehem eżatt bil-maqlub: li l-bambin mhux Alla!", "Din kienet saret kapital kbir minnha mill-għedewwa ta' Dimech biex joskurawh mal-pubbliku.", "Snin wara, inħolqot ukoll il-ħrafa li madwar l-1921 San Ġorġ Preca kien beda l-purċissjonijiet bil-Bambin fil-lejl tal-Milied propju minħabba din l-espressjoni ta' Dimech.", "Dil-ħrafa xandruha l-aktar Herbert Ganado u l-Patri Franġiskan Alessandru Bonnici.", "Fil-fatt ma jeżisti assolutament ebda fundament storiku għal dil-fantasija.", "L-espressjoni kienet ġiet minn poeżija twila ta' disgħa u tletin strofa, imsejħa \" Lit-tarbija fil-benniena\" , li Dimech xandar fil-\" Bandiera tal-Maltin\" tat-12 ta' Awwissu tal-1911.", "Il-poeżija, li snin wara Dimech qal (b'esaġerazzjoni umoristika) li kienet \"waħda mill-isbaħ poeżiji li qatt inkitbu minn kemm il-pjaneta Art ilu mgħammar bil-bnedmin\", inkitbet bl-intenzjoni li sservi lill-ommijiet biex iraqqdu lit-trabi tagħhom.", "Alla mhux tifel", "Wara ftit strofi tal-ftuħ, il-poeżija titħaddet fuq dawk il-valuri li Dimech xtaq jgħaddi lit-tfal – bħall-qlubija, l-irġulija, il-kburija, il-patrijottiżmu, l-onestà u l-bqija.", "Imbagħad jasal għall-punt fejn jgħid li lil ħadd m'għandna nqisu bħala alla, ħlief lil Alla waħdu.", "Hawn, fit-tlieta u tletin strofa, qabel ma jkompli jitħaddet dwar Alla, jiġu l-famużi kliem:", "Mhux bambin lil Dan sejjaħlu, Għax bambin Dan qatt ma kien: Alla Dan, Ħallieq ta' kollox, Fuq kulħadd u fuq iż-żmien.", "\"Bambin\" ġejja mit-Taljan \" bambino\" , li tfisser \" tifel\" .", "Meta ngħidu għal raġel magħmul li hu tifel, ifisser li huwa mmatur jew vavu u, bħala tali, ma jistħoqqlu ebda rispett.", "Dimech, fil-kontrapożizzjoni bejn Alla l-veru u l-allat foloz ta' żmienu, ried joħroġ id-differenza bejn l-kobor tal-ewwel u ċ-ċokon tat-tieni.", "Hu għalhekk li jgħid li Alla mhuwiex bambin, jiġifieri mhuwiex tifel.", "Dimech ma jiċħadx l-umanità tal-persuna divina tal-Iben t'Alla.", "Infatti, minn dan it-twemmin Dimech jislet aktar ħsibijiet.", "L-ewwel nett, li hemm biss Alla wieħed u mhux ħafna allat.", "Għalhekk il-qima, ir-rispett u l-ubbidjenza għandha tkun lejn l-Alla wieħed u veru biss.", "\"Allat oħra ma narawx aħna,\" jgħid Dimech, \"u f'allat oħra ma nemmnux.\"", "Dan jgħidu bħala kumment għall-ewwel propożizzjoni tal-Kredu: \"Jiena nemmen f'Alla wieħed il-Missier li jista' kollox\".", "Minn hawn, Dimech jislet anki ħsieb soċjali.", "Ladarba hemm biss Alla wieħed u allura lilu biss imiss id-dritt li jikkmanda, allura s-sottomissjoni tal-bniedem m'għandha ssir lil ħadd ħlief lilu biss.", "\"Ħadd,\" jgħid Dimech, \"[m'għandu] jagħmel bina dak li jrid: jitmagħna l-ħobż kif irid hu, bil-prezz li jrid hu, etc .\".", "Dimech jisħaq li l-ubbidjenza lil Alla wieħed u veru, li hu fuq kulħadd, jagħti lill-bniedem ħelsien sorprendenti.", "\"Ħieles ħalqek Alla,\" jgħid Dimech, \"u ħieles fittex li tkun.", "[Alla] ma ħalqekx ilsir, u lsir la tkunx, lanqas tas-slaten biss; għax dawn bnedmin bħalek.\"", "Twemmin u soċjetà", "Teoloġikament, dan hu korrett.", "Imma l-implikazzjonijiet soċjali li kull darba Dimech kien jislet mid-dommi tal-fidi ma kinux jistgħu jiġu aċċettati faċilment minn teologi li ma kellhomx orjentament soċjali.", "Il-fondoq bejn is-sagru u l-profan, bejn ir-reliġjon u l-ħajja, bejn it-teoloġija u l-filosofija, kien għadu kbir wisq.", "Ngħidu aħna, għal Dimech il-filosofija kollha tiegħu tad-\"dawl\" kellha, f'termini reliġjużi, isem wieħed: Ġesù Kristu.", "\"Kristu biss huwa 'id-Dawl' kif jgħidulna Huwa stess fl-Iskrittura mqaddsa,\" isostni Dimech, \"u dawk li lill-poplu flok it-tagħlim ta' Kristu jagħtuh it-tagħlim tal-bnedmin, ma jixtiqux iqarrbuh lejn id-dawl, anzi jagħmlu kemm jafu u jistgħu biex ibiegħduh minnu.\"", "Dimech ma kien jara ebda ferq jew firda bejn it-twemmin reliġjuż u l-għajxien soċjali.", "\"Ir-reliġjon ta' bosta nies nafu wisq tajjeb safejn tasal!\" jgħid Dimech, \"Insara għax jiftħu idhom, bħalma jagħmlu x-xadini biex jilqgħu ġellewża! u jroddu kemm slaleb jifilħu, għax ixarrbu ġbinhom bl-ilma mbierek, u jemmnu b'Alla, ħaġa li jagħmilha x-xitan ukoll.\"", "Dimech jistaqsi: \"Liema xitan ma jemminx b'Alla?\""]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/11/proprjeta-pubblika-ssir-privata.html", "date": "2020-11-08T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "Proprjetà pubblika ssir privata", "text": ["Jekk tgħaddi max-xatt ta' diversi nħawi f'Malta u f'Għawdex issib li spazji li minnhom kont tista' qabel tgħaddi minnhom m'għadhomx aċċessibbli għax okkupahom xi ħadd għalih innifsu.", "Ħafna minna ma jagħtux kas.", "Jew iduru ma' dawn l-ispazji jew jgħaddu minn xi mkien ieħor.", "Mingħajr ma nintebħu jkun sar serq taħt imneħirna.", "Ikun ukoll inkiser wieħed mill-aktar prinċipji importanti tal-umanità ċivilizzata.", "Serq sfaċċat", "Għala serq?", "Għax dak li hu propretà pubblika m'għandu qatt isir proprjetà privata.", "Meta x-xatt ta' xi post hu aċċessibbli għal kulħadd, dan ikun proprjetà pubblika; għax il-pubbliku kollu jista' jużah u jgawdih.", "Imma meta xi biċċa minn dik il-proprjetà ma tibqax aċċessibbli aktar għal kulħadd, imma jkun jista' jużaha wieħed biss kif irid hu, dik tkun insterqet mill-pubbliku u saret proprjetà privata.", "L-ispazji misruqa minn max-xtut ta' ħafna nħawi⸻il-Gżira, Tas-Sliema, Malsalforn, il-Belt, Birżebbuġa, ix-Xlendi, Marsaxlokk, u l-bqija⸻dawn m'għandhomx tal-pubbliku imma saru tal-privat.", "Il-pubbliku nsteraq biex il-privat jagħmel il-business u l-profitt tiegħu.", "Il-ħafna gabbani li qegħdin jinbnew max-xtut huma tal-privat, mhux tal-pubbliku.", "L-ispazji li dal-gabbani jinsabu fuqhom ma baqgħu proprjetà komuni, imma issa saru riservati għal xi ħadd partikulari biex jużaha kif irid hu.", "Prinċipju ewlieni", "Għala jinsterqu b'dal-mod dawn l-ispazji?", "Għax hemm min għandu l-awtorità f'xi kunsill jew fil-gvern ċentrali li qed jagħmel il-qligħ bl-ispazji li jikri lill-privat.", "F'kelma waħda, il-biċċa xogħol kollha tinten minn rasha sa saqajha.", "Il-pubbliku ħafna drabi ma jagħtix kas għax jinqeda mill-gabbani fuq art misraq, imma għandu jkun jaf li mar minn taħt.", "Biex jitpaxxa l-privat ftaqar hu u l-poplu kollu.", "It-tieni, x'prinċipju hu li jikser is-serq tal-proprjetà pubblika?", "Il-prinċipju li dak li hu pubbliku ma jista' qatt jgħaddi għall-privat fuq bażi permanenti.", "Li kieku ma kienx hekk, m'hawn xejn pubbliku fid-dinja; kull roqgħa komuni nsterqet.", "Imma l-ġid komuni ma jippermettix dan.", "Ix-xtut huma ġid komuni, u qed jiżbalja minn biċċa biċċa, bil-kwiet il-kwiet, qiegħed jagħtih lill-privat.", "Is-serq tal-proprjetà pubblika hi agħar mis-serq tal-proprjetà privata.", "Għax fit-tieni każ, il-proprjetà tkun għaddiet mingħand il-privat għall-privat; mingħand ħalliel għal ieħor.", "Imma meta tinsteraq il-proprjetà pubblika u ssir tal-privat, ikun ġara li dak li hu ta' kulħadd u m'għandu ebda sid wieħed, imma hu għall-ġid komuni, ġie mkisser biex igawdi wieħed biss.", "Il-ġid komuni", "Ix-xtut m'għandhomx jibqgħu jingħataw lill-privat.", "Diġà saru ħafna spreġji minn dawn fl-imgħoddi.", "Imma dal-ġenn għandu jieqaf.", "Ħares fejn trid, ara x-xtut fl-inħawi li semmejt hawn fuq u f'inħawi oħra li taf int, u ara sar serq ta' spazji li kienu pubbliċi biex igawdi minnhom il-business ta' xi ħadd partikulari.", "Ħadd m'għandu jinsa jew jinjora li l-ispekulaturi jiġi b'ħafna lwien, u tgħidx kemm jitbissmu u jiġu bi ħlewwiet sabiex jisirqu dak li l-kilba tagħhom trid taħtaf.", "Il-ħbieb tal-ispekulaturi huma n-nies tal-permessi, nies li jaħdmu f'isem il-poplu, imma li jafu jbillu jubgħajhom għall-ġid tagħhom infushom u ta' ħbiebhom.", "F'dal-pajjiż mhux ix-xtut biss se jinqerdu b'dan il-mod, imma kull roqgħod pubblika li għad fadal.", "Għala?", "Għax il-ġid komuni ma hu qed jagħti kasu ħadd, speċjalment min għandu s-setgħa, il-ħbieb u l-qawwa.", "Dal-ġid komuni huwa dak li jkabbar il-poplu, iwassal li għandna għand it-tfal tat-tfal tagħna, u jagħti s-saħħa lin-nazzjon.", "Bis-serq tal-proprjetà pubblika mill-privat il-ġid komuni jispiċċa għal dejjem."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2020/11/l-amerika-lura-gan-normalita.html", "date": "2020-11-15T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "title": "L-Amerika lura għan-normalità", "text": ["Kont żbaljat doppjament meta ftit tal-ġimgħat ilu bsart li Donald Trump kien se jirbaħ l-elezzjoni Amerikana u jirbaħha sewwa ħafna.", "La ġrat waħda u lanqas l-oħra.", "Trump sar it-tielet president fost il-ħamsa u erbgħin li kellhom li ġie mneħħi wara perjodu wieħed biss.", "Minkejja kollox, però, jien diġà qed nimmissjah.", "Ħaqqu t-tifħir", "Jien m'iniex \"fan\" ta' Trump.", "Lanqas xejn.", "Imma l-politika miegħu kienet avventura.", "Kull ġimgħa, jekk mhux kuljum, jara biex se joħroġ.", "F'kull ħaġa li għamel, kieku qatt kien politiku konvenzjonali.", "Tajjeb jew ħażin (aktar ħażin milli tajjeb) dejjem joħroġ b'xi ħaġa oriġinali.", "Żgur li qatt ma ried jilgħab il-logħba tal-politiċi professjonali.", "Ta' dan ħaqqu l-ammirazzjoni ta' kulħadd.", "Il-politiku professjonali fil-wiċċ jgħid u jagħmel dak li jridu jisimgħu u jaraw in-nies.", "Minn taħt jagħmel li jrid.", "Trump dejjem iddisprezza dan l-atteġġjament; dejjem kien ta' żaqqu f'fommu.", "Huwa atteġġjament anti-politikantiżmu, jekk trid issejjaħlu hekk.", "Huwa atteġġjament li jkasbar l-artifiċjalità, il-gideb, il-falzità tal-biċċa l-kbira tal-politiċi professjonali.", "Nerġa' ngħid, għal dan Trump ħaqqu t-tifħir.", "Il-logħba politika li ħafna jilagħbu minn wara dahar il-popli saret ir-regola tal-politiċi professjonali.", "Iqarrqu bin-nies biex jibqgħu fis-setgħa ħalli jkollhom idejhom fuq l-imħażen u s-sniedaq tal-flus.", "Jekk Trump hu ħalliel bħalhom, għall-anqas is-serq tiegħu ma jżidx miegħu l-gideb u l-qerq.", "Avventura waħda", "Trump kien avventura waħda.", "Il-ġurnalisti tad-dinja kollha, fil-biċċa l-kbira tal-ewlenin fosthom maħkuma mill-familja Mardoch, xalata kellhom bih għal erba' snin sħaħ.", "Issa m'għandhomx ma min jaqbdu, għall-anqas mhux daqskemm kienu jaqbdu ma' Trump.", "U Trump kien ipaxxihom, għax kien dejjem jagħtihom fuq xiex itaqtqu.", "Imma issa daħal Joe Biden u l-avventuriżmu spiċċa.", "Issa hu ż-żmien tad-deċenza, l-ordni, l-edukazzjoni, l-etikett, l-imġieba tajba, il-kelma meqjusa … u x'naf jien.", "Biden huwa l-politiku tipiku professjonali li fil-pubbliku dejjem jidher qisu pupu tal-porċellana li kulħadd irid iħobbu u li ma jurta lil ħadd.", "Minn wara l-kwinti aktarx hu mod ieħor; wara l-kwinti huwa l-post fejn isir il-veru \"business\".", "Xi wħud jilludu rwieħhom li Biden hu differenti minn Trump, u li għalhekk se jkun president aħjar.", "Dan mhux neċessarjament minnu.", "Biden hu ġurdien xiħ biżżejjed biex jagħmel agħar minn Trump u jibqa' jidher tal-gustuż u l-anġlu.", "Xi kultant titħawwad min minnhom hu Demokratiku u min Repubblikan; għax donnhom ir-rwoli tagħhom maqlubin.", "Imma forsi aħna ma nifhmux biżżejjed lill-Amerika u l-politika tagħha.", "Hu x'inhu, issa kulħadd mimli li l-Amerika se terġa' tieħu r-ruħ.", "Dawn jinsew li Biden u Trump jaqblu fil-biċċa l-kbira tal-politika estera tagħhom.", "L-aktar li ma jaqblux huwa fuq xi biċċiet -- mhux kollox -- tal-politika interna tagħhom.", "Dan ifisser li lilna, li ma ngħixux l-Amerika, ftit se jagħmlulna differenza jkunx wieħed jew l-ieħor; mhux bħall-Amerikani li jridu jitwikkew b'min ikun hemm.", "Terġa' u tgħid, fejn ma' Trump il-pajjiżi barranin dejjem kienu jafu fejn qegħdin, ma' Biden mhux neċessarjament se jkun l-istess.", "Biden hu anqas konsistenti minn Trump.", "Dan għax hu politiku, u l-politiku dejjem jagħmel li jaqbel lilu f'dak il-ħin.", "Hekk hu Biden, u hekk għad naraw.", "Waħda Amerikana ħabiba tiegħi qaltli: \"Jien ftit jinpurani min ikun president tal-Amerika, imma jekk il-passat hu mera tal-futur, nagħmillek imħatra li fi sentejn l-Amerika tkun bdiet gwerra oħra; għax id-Demokratiċi dejjem hekk jagħmlu.\"", "Ovvjament, jekk jibdew gwerra oħra, din mhux ġo l-Amerika se tkun.", "Nittama li ma tkunx xi mkien madwarna.", "Nittama li ma jkun hemm gwerra xejn.", "Insomma, l-Amerika lura għan-normal, xi dwejjaq!"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/02/gratitudni-u-partecipazzjoni.html", "date": "2021-02-21T09:30:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Dawk li ħafna fostna jsejħu bil-pulit \"refuġjati\" jew \"klandestini\", dawk li oħrajn anqas puliti jsejħulhom \"suwed\", huma nies li huma parti mill-fibra integrali tas-soċjetà tagħna.", "Imma dan ma jidhirx mill-istituzzjonijiet tagħna.", "Mhux biss l-immigranti mhumiex jipparteċipaw", "fid-dinamiżmu soċjali u politiku tagħna, iżda ħafna drabi lanqas biss għandhom", "il-gratitudni tagħna.", "Sehem soċjali sħiħ", "Ħa nibda bil-gratitudni.", "Dan ifisser li nappreżżaw", "is-sehem, hu x'inhu, li l-immigranti qed jagħtu għall-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Hawnhekk ma nirreferix biss għax-xogħol li jagħmlu, speċjalment fl-oqsma", "tas-servizzi u tal-bini.", "Nirreferi wkoll għall-kuntatti varjati li aħna u huma", "jkollna ma' xulxin fuq bażi kontinwa.", "Min jagħmilha ma' ħaddieħor żgur li jinfluwenza lil ħaddieħor.", "Din hi influwenza miż-żewġ naħat.", "Hi influwenza li b'xi mod jew ieħor tibdel", "lil dak li jkun, iġġegħlu jadatta ruħu, twasslu jitħajjar għal drawwiet ġodda u", "wkoll tagħtih idea oħra tiegħu nnifsu.", "Dawn l-effetti tal-emigranti fostna, jiġifieri", "tax-xogħol u tad-drawwiet, għandna nkunu grati għalihom.", "Dan huwa l-minimu li nistgħu", "nagħmlu.", "Sfortunatament, però, ħafna lanqas s'hawn ma jaslu.", "Għalihom", "l-immigranti huma żejda, mhux mixtieqa u ingombru.", "Din il-fehma mhux biss hija", "delużjoni imma wkoll kattiva.", "L-immigranti huma nies.", "Għalija dan biżżejjed biex", "inkun grat għall-preżenza tagħhom, aktar u aktar jekk ma kinetx mitluba.", "It-tieni hemm il-parteċipazzjoni.", "l-immigranti jieħdu sehem attiv fid-dinamiżmu tal-istituzzjonijiet tagħna.", "għandna nfittxu li jsir għal mill-anqas żewġ raġunijiet.", "Waħda, dawn huma parti", "mis-soċjetà tagħna; għalhekk għandu jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem", "fid-deċiżjonijiet soċjali u politiċi li jsiru.", "It-tieni għax l-istituzzjonijiet", "għandhom ikunu soċjalment rappreżentattivi kemm jista' jkun.", "Minflok x'inhu jiġri.", "Ibda mill-parlament, kompli", "bil-kunsilli lokali, imbagħad asal wasla sal-kumitati tal-klabbs tal-futbol,", "tal-baned u ta' soċjetajiet oħrajn … ebda waħda minn dawn ma ssib immigranti", "rappreżentati.", "Ma' dawn inżid id-diversi friegħi fi ħdan il-partiti politiċi", "kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq dak nazzjonali.", "Fi ftit kliem, l-immigranti huma assenti kullimkien.", "Jien ma nara ebda sforz, wisq anqas \"policy\", ta' xi ħadd li jara kif jibda jew", "ikabbar il-parteċipazzjoni tal-immigranti fil-laqgħat istituzzjonali tagħna.", "Aktarx ma' dawn li diġà semmejt m'għandix inħalli", "barra lill-Knisja bil-parroċċi tagħha.", "Hawnhekk ukoll l-immigranti huma assenti", "bħallikieku m'humiex parti mill-kommunitajiet parrokkjali.", "Post fil-fibra politika", "Ħafna drabi l-inizzjattiva għall-bidu tal-parteċipazzjoni", "hija mistennija li tiġi min-naħa tal-immigranti nfushom.", "Din hi stennija bla", "Għax l-immigranti huma relattivament ġodda fostna u ma jistgħux ikunu", "jafu kif jagħmlu biex jipparteċipaw mingħajr ma jidhru prużuntużi.", "L-inizzjattiva trid tiġi mill-Maltin u l-Għawdxin.", "Huma dawn li jridu joħolqu mod ta' kif jibdew jew ikabbru l-parteċipazzjoni", "tal-immigranti fil-laqgħat u fl-istituzzjonijiet tagħhom.", "Dan jista' jsir billi", "jsibu modi ta' kif jgħarrfuhom bis-sehem li jistgħu jagħtu, idaħħluhom", "fl-organizzar tal-laqgħat u l-istituzzjonijiet tagħhom, u jħalluhom jieħu d-deċiżjonijiet", "mal-oħrajn.", "L-istituzzjonijiet Maltin u Għawdxin għandhom ikunu", "tabilħaqq rappreżentattivi, mhux bil-paroli biss, imma bil-fatti wkoll.", "jista' jsir biss bil-parteċipazzjoni u s-sehem tal-membri kollha", "tal-komunitajiet tagħna.", "L-immigranti m'għandhomx jitħallew barra, mhux biss għax", "huma nies daqs l-oħrajn, imma wkoll għax huma issa parti mis-soċjetà tagħna.", "Bħalma fl-imgħoddi l-emigranti Maltin u Għawdxin", "f'pajjiżi oħrajn bdew jingħataw post fil-fibra politika bħalma kienu part minn", "dik soċjali, hekk ukoll dawn l-immigranti għandhom jingħataw l-istess."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/01/xgimga-gad-demokrazija.html", "date": "2021-01-10T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["X'ġimgħa kienet din għall-paġni tad-demokrazija!", "It-Tnejn li għadda ġie deċiż li Assange ma jiġix estradit lejn l-Istati Uniti, u l-Ħamis ta' wara l-\"Capitol\" Amerikan ġie invadut mill-massa.", "Daż-żewġ avvenimenti, hekk fi spazju ta' tliet ijiem, qishom jiddefinixxu d-demokrazija", "kif inhi mħaddma fid-dinja llum.", "Bil-mod tagħhom, kull waħda minnhom huma sbieħ", "daqskemm huma koroh.", "Nibdew b'dak li ġara fl-Ingilterra t-Tnejn li għadda", "meta qorti Britannika ddeċidiet li Julian Assange ma jiġix estradit lejn", "Assange huwa l-fundatur ta' Wikileaks, organizzazzjoni li kixfet", "eluf ta' dokumenti li ħafna gvernijiet tad-dinja, inkuż tagħna, ippreferew li", "jibqgħu għal dejjem mistura u minsija.", "Assange, ġurnalista Awstraljan ta' madwar 50 sena,", "kien akkużat mill-Amerika li kiser il-liġi tal-espjunaġġ, u tridu bil-qawwa jgħaddi", "ġuri u jmur il-ħabs għal għomru.", "Wara li għadda l-isbaħ seba' snin imtarraf", "fl-ambaxxata Ekwadorjana ta' Londra, huwa ġie arrestat mill-pulizija Britannika", "u maħbus, fejn għadu sal-lum.", "Il-qorti maġisterjali ta' Westminster, ippreseduta", "mill-maġistrat Vanessa Baraitser, kellha tiddeċiedi jekk it-talba tal-Amerika għall-estradizzjoni", "ta' Assange setgħetx tiġi milqugħa.", "Le, qalet il-maġistrata.", "Imma mhux minħabba", "li t-talba tal-Amerika hi ħażina, imma għax, miskin, l-akkużat ma jiflaħx!", "kliem ieħor: le bil-pulit.", "Imma mhux le fuq il-prinċipju li Assange hu innoċenti.", "Did-deciżjoni hi sabiħa daqskemm hi ipokrita.", "Assange lanqas biss imissu jkun akkużat b'xejn.", "Għandu jkunu l-ħajr u l-foħrija", "ta' kull persuna deċenti fid-dinja.", "U hekk għad ikollu … xi darba.", "Il-qalb Amerikana", "Lanqas kienet għadha birdet dil-aħbar ta' Assange", "meta fil-kapitali Amerikana ġraw ħwejjeġ tal-għaġeb.", "L-aqwa waħda hi li ċorma", "nies, li kienet tgħodd ftit mijiet, assedjat il-bini sabiħ imsejjaħ \"Capitol\",", "il-post fejn tiltaqa' l-ogħla awtorità tal-pajjiż, il-Kungress Amerikan.", "Ġara", "li l-assedju rnexxa, u n-nies daħlu fil-qalba ta' qalb l-Amerika, is-sala", "tal-Kungress u okkupatu għal ftit tal-ħin.", "Din il-ġrajja hi fiha nnifisha tal-għaġeb.", "Mhux biss", "għax il-massa nifdet wieħed mill-aktar postijiet mgħassa u mqaddsa tad-dinja,", "imma wkoll għax daħlet u saltnet fejn qatt ma setgħet tagħmel b'xi mod ieħor.", "Il-\"Capitol\" hu s-simbolu ewlieni mhux biss tad-demokrazija dinjija imma wkoll", "tal-istituzzjoni governattiva.", "Li tinfdu jista' jfisser li tieħdu f'idejk, tagħmlu", "taċ-ċittadin, troddu lill-għajn tal-qawwa kollha tiegħu.", "Dan kien il-messaġġ ta' xi wħud li mifdu l-bini", "mqaddes nhar il-Ħamis li għadda; għalkemm mhux ta' kollha.", "Din hi l-ħasra.", "Għax", "xi wħud ma kienu xejn għajr slavaġ qed jiżvogaw il-frustrazzjoni u d-dwejjaq", "tagħhom għat-telfa imminenti tal-idolu sakrilegu tagħhom Donald Trump.", "Żball bil-kbir", "Daż-żewġ avvenimenti --- il-ħarsien ta' Assange", "mill-vendikazzjoni governattiva, u t-teħid tal-ogħla istituzzjoni governattiva", "demokratika --- huma bil-mod tagħhom l-parametri tad-demokrazija nnifisha.", "jagħtu ġieħ, ukoll jekk mhux safi għal kollox, liċ-ċittadin u s-sovranità tiegħu.", "L-Assangijiet kollha tad-dinja jridu dejjem jiġu mħarsa", "minn min irid jikkontrolla t-tagħrif, iqasqsu kif irid u jużah kif irid.", "Assange jirrappreżenta l-jedd taċ-ċittadin li ma jiġix ittrattat ta' vavu.", "L-istess xi wħud, mhux kollha, li qabdu u daħlu fil-\"Capitol\" u ħakmuh għal", "Huma poġġew idejhom fuq dak li xi wħud jirriservawh għalihom biss;", "post li jirrappreżenta kumplessità pussessiva tal-għaġeb.", "Għalkemm Assange inżamm l-Ingilterra għar-raġunijiet", "il-ħżiena, u għalkemm xi wħud minn dawk li ppossessaw il-\"Capitol\" għamluh għar-raġunijiet", "il-ħżiena, fiż-żewġ każijiet id-Demokrazija setgħet tbissmet mhux ftit … u,", "min jaf, anki ferħet.", "Min mingħalih li jista' jaħkem id-demokrazija għal", "dejjem sejjer żball bil-kbir."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/01/il-miraklu-ta-fuq-rasna.html", "date": "2021-01-17T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Waħda mid-delizzji tiegħi hija li nsegwi mill-qrib l-istazzjon spazjali internazzjonali (l-ISI) fuq l-Internet.", "Dan jaffaxxinani mhux biss għat-teknoloġija u x-xjenza involuta, imma wkoll, forsi aktar, għall-kollaborazzjoni mid-dinja kollha li jsir f'dan l-istazzjon.", "Kull ġimgħa", "f'din is-satellita artifiċjali grupp ta' nies differenti ħafna minn xulxin", "jaħdmu għaleniija fuq il-fruntiera l-aktar imbiegħda tal-umanità.", "miraklu ta' kuljum.", "L-istazzjon", "L-ISI ilu jiffunzjona sa mis-sena 2000 u bniedem jista'", "jsegwih fuq l-Internet minn diversi siti fosthom dik tan-NASA.", "Permezz ta'", "trattati u ftehimijiet intergovernattivi, il-proġett multinazzjonali jinvolvi", "l-kollaborazzjoni attiva u kontinwa ta' ħames aġenziji spazzjali, jiġifieri", "dawk tal-Istati Uniti tal-Amerika (NASA), tar-Russja (Roscosmos), tal-Ġappun", "(JAXA), tal-Ewropa (ESA) u tal-Kanada (CSA).", "Kull ġimgħa jkun hemm fuq l-istazzjon madwar seba'", "persuni jaħdmu flimkien fuq diversi opri ta' riċerka fl-astrobijoloġija,", "l-astronomija, il-meteoroloġija, il-fiżika u ħafna oqsma oħra.", "L-ISI hija", "armata wkoll biex teżamina u tuża teknoloġija ġdida li tista' sservi", "għat-trasport fl-ispazju u għall-iskoperta ta' pjaneti u qmura mill-bnedmin.", "Ix-xbihat tad-dinja li l-ISI xxandar direttament il-biċċa", "l-kbira tal-ħin fuq l-Internet huma tal-għaġeb.", "Magħhom bosta drabi jpoġġulek", "ftit tal-mużika relassanti, u tista' tgħaddi sigħat tara d-dinja ddur minn", "għoli ta' orbita relattivament baxxa ta' madwar 2,000 kilometru 'l fuq.", "esperjenza (litteralment) ta' barra minn hawn.", "L-umanità sabiħa", "Minkejja li d-dehra tad-dinja sabiħa tagħna ddur", "fl-ispazju taffaxxinani mhux ftit, jien inħobb ukoll nara l-ħidma ta'", "astro/kosmonawti ġejjin minn naħat differenti d-dinja li jaħdmu u jikkolaboraw", "ma' xulxin f'armonija u sinkronija perfetta.", "Ġappuniżi, Russi, Amerikani, Ġermaniżi,", "Taljan, Kanadiżi … ilkoll qisu m'hemm xejn x'jifridhom u fuq kollox m'hemm", "xejn li jġellidhom.", "Din naraha bħala sinjal ta' miraklu kontinwu.", "fuq mid-dinja tat-taħwid, tal-ġlied, tal-firdiet … hemm dawn in-nies li mhumiex", "suġġetti għal dawn il-kruhat.", "Id-dinja li tidher tant u tant sabiħa hemm isfel,", "elfejn kilometru 'l bogħod, ma tidher xejn kerha.", "Anzi, tidher qisha l-isbaħ", "post tal-univers kollu.", "Ir-realtà lkoll nafu kemm hi differenti.", "Madanakollu, waqt li wieħed jara dawk in-nies jaħdmu", "flimkien b'tant dehwa, għerf u attenzjoni, kull differenza tisparixxi.", "Bil-mod", "tagħhom, dawn l-astro/kosmonawti xi ftit jew wisq narahom jirrappreżentaw", "l-umanità magħquda, l-umanità sabiħa, l-umanità kif għandha tkun.", "Mhuwiex sinjal ta' miraklu kontinwu dan?", "Jien jidhirli li", "Imma hu isbaħ għax qed iseħħ dal-ħin, issa, mingħajr qtugħ, direttament", "fuq rasna.", "L-ISI mhuwiex ħolma, imma realtà.", "Mhuwiex xi xewqa ta' paċi li ma", "tista' teżisti qatt; qed titwettaq dal-mument preżenti.", "Mhuwiex xi ideal għoli", "wisq; huwa ideal għoli (litteralment) li qed iseħħ bir-rieda tajba,", "l-entużjażmu u l-ġenerosità ta' ħafna nies.", "Mill-bidu tal-ISI sal-lum, għexu u ħadmu fuq l-ISI madwar", "250 astro/kosmonawt/a minn kważi għoxrin pajjiż tad-dinja.", "Bħalissa, waqt li", "int qed taqra dan, hemm seba' minnhom.", "Dawn in-nies kollha kellhom il-politika", "u r-reliġjon personali tagħhom.", "Imma xejn minn dan ma fixkilhom fil-fehma ma'", "sħabhom fuq l-istazzjon; mhux għax ċedewhom, imma għax ma ħalltuhomx ma'", "xogħalhom jew mal-kollaborazzjoni li għandhom ma' ħaddieħor.", "Dan hu eżempju kbir u importanti għal kulħadd hawnhekk", "fuq l-art.", "Hu forsi l-akbar eżempju li għandha tal-possibbiltà mirakoluża li", "l-bnedmin ngħixu fil-paċi ma' xulxin, fir-rispett u bil-ferħ.", "Kemm aħna", "fortunati tabilħaqq li aħna għandna din il-possibbiltà mill-isbaħ li", "nikkontemplaw kuljum dal-miraklu tal-għaġeb."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/01/il-fissazzjoni-politika.html", "date": "2021-01-24T09:57:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Il-fissazzjoni politika mhijiex politika.", "Il-fissazzjoni politika hi marda.", "Hi marda psikoloġika li, minflok ma tgħin il-proċessi demokratiċi, tnassashom u timminahom.", "Ħafna nies fostna għandhom din il-marda, li d-duwa tagħha hija b'xejn għal kulħadd.", "Qanpiena waħda", "Għadek issib nies illum, aktarx ta' età daqsxejn", "avvanzata, iffissati bil-politika b'mod inkwetanti.", "Kulma jinteressahom hija biss", "il-politika.", "Kulma jafu jitkellmu fuqu huwa biss il-politika.", "Kulma jistudja", "hija biss il-politika.", "Kulma jinjormaw ruħhom biha hija biss il-politika.", "Dan nies minn filgħodu sa filgħaxija NET, NET, NET jew", "Jafu biss b'lewn wieħed biss: blu jew aħmar; m'hemm ebda skala", "ta' lwien f'ħajjithom.", "Dejjem jisimgħu daqqa waħda, dik tal-partit tagħhom; u", "dejjem jirrepetu dak li jisimgħu.", "Moħħhom jaħdem biss fuq mewġa ta' ħoss wieħed.", "Il-monotonija għamlu minnha opra artistika u xjenza.", "Dan-nies iffissati bil-politika jaqsmu n-nies li", "jafu jew jiltaqgħu magħhom skont il-partit, li kemm ma' tip wieħed u kemm", "mat-tip l-ieħor jassoċċjaw il-preġudizzji li għandhom iduru f'moħħhom.", "ta' naħa waħda hu tajjeb u sabiħ; kulma hu tan-naħa l-oħra hu ikreh u ħażin.", "Ħsara flok ġid", "Din mhijiex politika.", "L-iffissati politiċi li jaħsbu", "li qed jieħdu sehem f'xi eżerċizzju politiku sejrin żball.", "Il-politika mhijiex", "xi taħriġ kif tifred in-nagħaġ mill-mogħoż; mhijiex eżerċizzju li mhedija f'min", "u xiex hu tajjeb jew ħażin.", "Il-politika mhijiex ġudizzju universali.", "Il-politika hi djalogu kontinwu li jiżen", "Fih mhemmx lok għal fissazzjonijiet.", "Fih nies li ma jaħsbux ħlief", "b'dikotomija mhemmx post għalihom.", "Djalogu jimplika minnu nnifsu wżin,", "apprezzament, qies, ftuħ għal ideat ġodda u differenti.", "L-iffissati dan ma", "Moħħhom dejjem fuq ħaġa waħda biss.", "Lil dawn il-politika m'għandhiex x'tambihom għax", "jheddulha sa l-ħajja u d-dinamiżmu tagħha.", "L-iffissati huma għadu tal-politika", "għax ma jħalluhiex tiżviluppa, tikber jew tgħix.", "L-iffissati jriduha biss taħseb", "bħalma aktarx jaħsbu l-ħmir u l-bdabad.", "Id-duwa tal-iffissati", "Id-duwa għal dan il-mard ikreh jibda bl-astinenza.", "L-iffissati", "politiċi li jridu jfiequ jridu l-ewwel nett ma jibqgħux jaraw jew jisimgħu", "l-istazzjon politiku tagħhom.", "Din mhijiex astinenza politika.", "Hija astintenza", "min-NET jew mill-ONE.", "Aqta'.", "Il-moħħ ikun irid jistrieħ minn dawn ħalli", "jibda' jieħu l-arja u n-nifs.", "It-tieni duwa wara l-astinenza hija s-sustanza.", "L-iffissati", "politiċi li jridu jfiequ jridu jibdew jesponu rwieħhom għall-fehmiet ta' ħaddieħor", "li ma jaqblux magħhom politikament.", "Dawn iridu jisimgħu mhux biex jattakkawhom", "jew jisħnu fuqhom, imma biex jitgħallmu japprezzawhom anki jekk ma jaqblux magħhom.", "It-tielet duwa wara dawn hija d-dieta mentali.", "L-iffissati", "politiċi li jridu jfiequ jridu jibdew jagħmlu l-politika billi jżommu qies", "ekwilibrat bejn dak li jisimgħu minn tal-partit tagħhom u bejn dak li jisimgħu", "minn tal-partit l-ieħor.", "Did-dieta tfisser li l-bniedem jisma' kull naħa,", "japprezza ż-żewġ naħat, imbagħad jiddeċiedi.", "L-iffissati politiċi għandhom problema kbira f'moħħhom,", "u l-marda psikoloġika tagħhom mhijiex ċkejkna.", "Jeħtieġu ħafna paċenzja u żmien", "biex ifiequ, l-aktar għax il-marda tagħhom tkun daħlet fil-fond wisq.", "iridu jżommu f'moħħhom li l-marda tal-fissazzjoni tagħhom qed tagħmel ħsara", "mhux biss lilhom imma wkoll lill-partit tagħhom.", "Kemm nies qed jinħarqu minħabba l-fissazzjoni", "Dawn minflok ma jagħtu kontribut pożittiv, qegħdin jinħleq fix-xejn", "fl-għeluq tal-mard ikreh tagħhom.", "Aktar ma jfiequ malajr, aktar aħjar għal kulħadd."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/01/responsabbilta-politika.html", "date": "2021-01-03T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Bħal daż-żmien sena konna għaddejjin minn tempesta sħiħa fuq ir-responsabbiltà politika.", "Tempesti jew mhux, dit-tema hi dejjem waħda t'importanza kapitali għal pajjiż demokratiku.", "Madanakollu, ħafna drabi din l-għamla ta' responsabbiltà hija mifhuma b'legalistiku ħafna.", "Hemm mod aktar morali ta' kif", "għandha tinftiehem, u jidhirli li din hi l-aktar importanti.", "Gvern responsabbli jfisser għal ħafna li kull qaddej", "ċivili irid legalment iwieġeb għall-azzjonijiet tiegħu quddiem awtorità akbar", "L-ogħla awtorità hija l-kostituzzjoni, li għaliha jwieġeb", "il-president.", "Din il-fehma legali hija biżżejjed għal ħafna.", "naħsibx li hi, però.", "Il-funzjonarji tal-gvern ċivili f'uffiċċji ta'", "awtorità, ukoll dawk li mhumiex eletti mill-poplu (li huma l-biċċa l-kbira),", "xorta waħda huma responsabbli għall-poplu.", "Jekk huma jwieġbu għal għemilhom", "lill-ministru, u l-ministru lill-prim ministru, u l-prim ministru lill-president,", "dawn kollha għandhom obligu morali li jwieġbu għal għemilhom lill-poplu sovran.", "Din is-sistema legali għandha tiggarantixxi l-indafa fl-operat tal-gvern", "kif ukoll id-dixxiplina.", "Infatt, ma hemm ebda parti tal-magna kumplessissima", "tal-gvern ċivili li hu meħlus minn din ir-reponsabbiltà politika.", "Kull parti", "twieġeb għall-oħra; kull parti titħares mill-oħra.", "Fil-prattika", "Dan fit-teorija.", "Fil-prattika mhux hekk.", "Meta niġu", "għall-konkret issib li l-poplu ma hu responsabbli lejn ħadd.", "Il-liġi tħares", "il-liġi u daqshekk.", "Ir-responsabbiltà morali li kull ċittadin f'awtorità għandu", "lejn il-poplu donnha tixxejjen meta tiltaqa' mar-ras iebsa tal-liġi.", "Anzi, jekk", "il-liġi hi sodisfatta, allura r-responsabbiltà morali tingħata l-ġenb.", "Issa naf li, malli ngħid hekk, se jqumu l-gwappi u", "l-galantomi kollha jgħidu li dan mhuwiex minnu, li kull funzjonarju tal-gvern", "fl-aħħar mill-aħħar irid iwieġeb lill-poplu għal għemilu.", "Jien xorta waħda", "ngħid li dan mhuwiex minnu, u li l-mostru governattiv ħafna drabi jagħmel dak", "li jrid u dak li jaqbilli irrispettivament mill-ġid tal-poplu jew taċ-ċittadini", "Tant hu hekk, li s-sigriet kollu f'dil-istorja", "tar-responsabbiltà morali, imma wkoll legali, taqa' fuq il-midja.", "Il-ġurnalisti", "liberi, li ftit nafu xi jfissru f'Malta, huma pedina ta' importanza kapitali f'demokrazija", "minħabba l-funzjoni essenzjalissima li għandhom li jindagaw mingħajr il-permess", "ta' ħadd.", "Il-funzjoni tagħhom hija li jdaħħlu mneħirhom fejn ma jesaħhomx.", "Ħasla ħaslun", "Jekk din il-funzjoni tiġi nieqsa, addio", "responsabbiltà poltika li twieġeb lill-poplu jew anki, ħafna drabi, li twieġeb", "lill-kostituzzjoni.", "Hija l-fehma tiegħi li din il-funzjoni mhux biss hija", "nieqsa f'pajjiżna b'dannu serju għad-demokrazija, imma n-nuqqas tagħha hi", "saħansitra parti mis-sistema nnifisha.", "Dan jurik kemm fiha sustanza", "r-responsabbiltà politika li titħaddem f'pajjiżna.", "X'jiġri b'daqshekk?", "Jiġri li l-funzjonarji", "tal-istat, li suppost huma l-qaddejja tal-poplu, ħafna drabi jifformaw", "super-stat li għandu r-regoli u l-ħajja tiegħu indipendentement mir-regoli u", "l-ħajja tal-istat.", "F'dan is-super-stat, magħmul mhux mill-ħaddiema kollha taċ-ċivil", "(għalkemm jistgħu jkunu jafu sewwa x'qed ibażwar), imma l-aktar minn", "funzjonarji f'postijiet ta' awtorità, ma tindaħal ebda sistema demokratika,", "imma biss sistema ta' patroċinat, jiġifier ta' ħbiex li jieħdu ħsieb il-ħbieb.", "Demokrazija mingħajr sistema tajba ta' responsabbiltà", "politika ma tistax tkun demokrazija, jiġifieri ma tistax tkun tal-poplu,", "mill-poplu, għall-poplu.", "Dan għax hi sistema magħluqa fiha nnifisha, li tieħu ħsieb", "lil nnifisha, u tiffunzjoni għaliha nnifisha.", "Dal-pajjiż irid jirrevedi sewwa s-sistema demokratika tiegħu, u jagħtiha", "ħasla ħaslun.", "Is-sena t-tajba lil kulħadd!"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/01/il-fanatizmu-religjuz.html", "date": "2021-01-31T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Il-fanatiżmu reliġjuż mhuwiex reliġjon; wisq anqas spiritwalità.", "Bil-kontra, hu perverżjoni tar-reliġjon.", "Hawn ħafna fanatiċi reliġjużi fil-Gżejjer Maltin li jippożaw ta' reliġjużi.", "Dawn huma parodija tar-reliġjon u l-Knisja.", "Il-fanatiżmu reliġjuż ħsara biss jagħmel; qatt ġid.", "Sinjali ta' saħħa", "Is-saħħa ta' Knisja tingħaraf mis-sinjali ta' qdusija fi ħdanha.", "Hawnhekk mhuwiex il-lok fejn nidħol f'dettall ta' x'inhuma das-sinjali.", "Ngħid", "biss li, meta jkunu ġenwini, jagħtu xhieda tal-għaqda u l-qrubija tal-erwieħ", "Huwa biss f'dawn is-sinjali, u f'ebda manifestazzjoni oħra reliġjuża,", "li Knisja jew komunità lokali tingħaraf għal dak li hi.", "Dawn is-sinjali huma rari fil-Knisja tal-Gżejjer Maltin.", "Ma ngħidx li ma jeżistu xejn; għax irrid inkun preżuntuż biex ngħid hekk.", "ftit rajt minnhom, jekk irrid inkun onest.", "Minflok, rajt u nibqa' nara ħafna", "romantiċiżmu, ħafna sentimentaliżmu, ħafna reliġjożità, ħafna moraliżmu, ħafna", "spiritwaliżmu, u wkoll ħafna fanatiċiżmu … imma xejn minn dawn ma", "jimpressjonani wisq.", "Huma kollha għamliet foloz ta' reliġjon u simulazzjonijiet", "ta' spiritwalità.", "Għala dan qed jiġri jista' jkun għal ħafna raġunijiet li", "żgur wieħed lanqas biss jista' jsemmihom hawnhekk minħabba l-varjetà u", "l-kumplessità tagħhom.", "Ngħid biss li dawn huma raġunijiet li jmissu kull rokna", "tal-ħajja tal-Knisja fil-Gżejjer Maltin, l-esperjenza storika tagħha, kif ukoll", "it-tip ta' ekkleżjoloġija u antropoloġija li tħaddan.", "Id-dedikazzjoni", "Minn fost dawn l-għamliet foloz ta' reliġjon li semmejt,", "jista' jkun li l-aktar waħda li hi sfaċċata (u, għalhekk, mhux l-aktar waħda", "perikoluża) hija l-fanatiżmu, l-aktar dak marbut mal-kult tal-qaddisin u ma' xi", "movimenti ekkleżjastiċi ta' xeqliba esklussivista.", "Dal-fanatiżmu jiddedikaw ruħhom", "lilhom xi nies bħallikieku xejn aktar ma jeżisti.", "Infatti din hi n-natura proprja tal-fanatiżmu, mhux biss", "reliġjuż, imma ta' kull fanatiżmu.", "Huwa jofroq id-dinja fi tnejn: dik", "tat-tajbin u dik tal-ħżiena.", "Imbagħad jiddeċiedi min hu \"magħna\" u l-bqija; min", "hu \"magħna\" huwa tajjeb u għandu raġun dejjem, min mhuwiex huwa ħażin u m'għandu", "raġun qatt.", "Il-fanatiżmu reliġjuż ma jista' jkun qatt xieraq għar-reliġjon", "għax iħaddan u jħeġġeġ valuri li huma diametrikament opposti għar-reliġjon", "awtentika u l-qima divina vera.", "Agħar minn hekk, il-fanatiżmu nisrani jmeri", "d-doni tal-Ispirtu s-Santu, u b'hekk jidgħi kontra Alla.", "Ikun biżżejjed?", "Fil-Gżejjer Maltin, għalkemm il-fanatiżmu reliġjuż", "nisrani mhuwiex imħeġġeġ, għall-anqas huwa ittollerat, u ittollerat bil-kbir.", "Dan ma jistax għajr ifisser li l-ħażin, għalkemm huwa rikonoxxut u xi kultant", "anki mogħti l-isem proprju tiegħu, ma jiġix miċħud u wisq anqas imwarrab.", "It-tolleranza tal-fanatiżmu reliġjuż nisrani huwa affront lil Alla u xhieda", "kuntrarja għall-Fidi.", "Is-soluzzjoni għal dan tista' tkun varjata u kumplessa", "daqs ir-raġunijiet li jistgħu jispjegaw in-nuqqas ta' sinjali ta' qdusija", "fil-Knisja tal-Gżejjer Maltin.", "Madanakollu, dak li hu ċert hu li hemm rabta", "bejniethom, u li waħda ma tistax tgħix mingħajr l-oħra.", "Dan hu biżżejjed biex", "jindikalna s-soluzzjonijiet x'jistgħu jkunu.", "Minkejja dan, però, jien ma narax li se jkun hawn wisq li", "jinkwetaw fuq kif se jirrimedjaw dis-sitwazzjoni.", "Għala?", "Għax ftit nara lil min", "fil-fatt jinteressah.", "Il-fanatiżmu indera u ngħix miegħu bħallikieku ma kien", "L-istess kif indraw u qishom mhuma xejn l-għamliet l-oħra ta' reliġjożità", "Forsi kulma tista' tagħmel persuna huwa li tara x'tagħmel", "hi, u tagħmel ħilitha tagħmlu mill-aħjar.", "Min jaf dan ikunx biżżejjed?"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/02/it-tribalizmu-tal-kbar.html", "date": "2021-02-07T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Mhuwiex veru li t-\"tribaliżmu\" hu limitat għal pajjiżi żgħar jew għal pajjiżi kolonozzati.", "Dan isostnuh bosta għorrief minn fostna biex ifissru l-qsim bipolari f'pajjiżna, kemm dak politiku kif ukoll dak reliġjuż.", "L-Amerika mhijiex pajjiż żgħir u lanqas ma qatt kienet kolonozzata", "bħalma konna aħna.", "Madanakollu, it-tribaliżmu istituzzjonalizzat tagħha hu tal-għaġeb.", "Kelma ta'", "Dak li xi wħud dejjem jirreferu għalih bħala", "\"tribaliżmu\" jindika l-għira li tribujiet primittivi jkollhom għal xulxin.", "l-attitudni li kulħadd ifittex li jkun magħqud ġo tribù jew grupp, u dat-tribù", "jingħalaq fih innifsu biex iħares lilu nnifsu mill-bqija tad-dinja.", "jfittex xawwatu, u jeħodha kontra kull tribù ieħor.", "Għal min juża l-kelma \"tribaliżmu\" b'dal-mod", "mingħalih ikun qed jindika sistema li jkollhom biss nies fi stat primittiv u", "nieqes mill-iżvilupp soċjali.", "Infatti, \"tribaliżmu\" tintuża bħala isem ta'", "Xi wħud għalhekk jużawha għall-poplu Malti.", "Jużawha b'referenza għall-bipolariżmu", "li għandna f'Malta u Għawdex fil-politika u fir-reliġjon ta' diversi rħula, u", "jużawha b'disprezz.", "Dan jagħmluh filwaqt li jżommu f'moħħhom li aħna", "poplu żgħir u ċkejken, poplu li jgħidu li ma nqajniex biżżejjed", "mill-kolonjaliżmu li wekkewna bih l-Ingliżi, poplu li għadu sottożviluppat,", "għax it-tribaliżmu tiegħu hu indikazzjoni ċar t'hekk.", "Issa jien m'iniex se nmieri lil min isostnili li", "aħna poplu żgħir u ċkejken, kolonjali jew sottożviluppat.", "dawn il-karatteristiċi huma indikati minn xi għamla jew oħra ta' tribaliżmu.", "Dan mingħajr ma nidħol fil-mertu li t-tribaliżmu fih innifsu huma xi ħaġa sottożviluppata;", "għax jista' ma jkunx.", "Il-bipolarizzazzjoni li suppost jindika t-tribaliżmu", "mhuwiex biex proprju ta' popli żgħar, kolonjalizzati jew sottożviluppati.", "segwa l-politika Amerikana f'dawn l-aħħar tliet xhur u aktar, u għadu jsegwiha", "sa dil-ġimgħa stess li għaddiet, allura malajr jasal fl-istess konklużjoni", "tiegħi.", "Għax daqskemm huma bipolari l-Amerikani, u ħodor", "aktar minna f'dan, allura bil-fors wieħed jew waħda ma jistgħu jikkonkludu li", "l-bipolarizzazzjoni hi sinjal ta' sottożvilupp, ċokon u kolonjalizzazzjoni.", "L-Amerika ma hi xejn minn dawn.", "Minkejja dan, ara x'tribaliżmu fiha l-politika", "tagħhom kif ukoll il-mentalitajiet etniċi li jeżistu fil-komunitajiet", "Fl-Amerika, bħal f'Malta u Għawdex, it-\"tribaliżmu\"", "hu istituzzjonalizzat ukoll.", "Jekk biss biss tara s-CNN u l-Fox mill-ewwel", "tintebaħ f'liema assurdità dal-bipolarità tagħhom jista' jasal.", "Il-punt tiegħi hu li t-tribaliżmu, fis-sens", "disprjaġġattiv, jeżisti kullimkien, fost il-pajjiżi żgħar daqskemm fost", "il-kbar, fost dawk sottożviluppati daqskemm fost is-soprażviluppati, fost", "il-kolonjalizzati daqskemm fost dawk li mhumiex.", "Fi kliem ieħor, min iħobb jgħajjar lill poplu Malti", "bi tribaliżmu għax mingħalih din hi xi ħaġa karatteristika ta' popli żgħar,", "privittivi u sottożviluppati, aħjar joqgħod pass lura u jikkunsidra", "t-tribaliżmu ta' pajjiżi bħall-Amerika, biex ma nsemmix ukoll oħrajn,", "bħall-Ingilterra.", "Il-bipolariżmu, li bħala kelma nippreferiha minn", "tribaliżmu, għax għall-anqas ma tmaqdarx is-sistema tat-tribujiet, hi xi ħaġa", "li aktarx issibha kulfejn jeżisti u jgħix il-bniedem.", "Il-firda bejn l-\"aħna\" u", "\"huma\" tmur ħafna aktar fil-fond milli sempliċi qies ta' komunità umana, imkien", "ġeografiku jew stat ta' żvilupp.", "It-\"tribaliżmu\", jekk trid tuża dil-kelma, mhijiex", "taż-żgħar biss, imma tal-kbar ukoll; taż-żgħira Malta daqskemm tal-kbira", "Bil-mod tagħhom, it-tnejn jistgħu jkunu ċkejkna f'moħħhom u f'ruħhom."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/02/il-bakketta-tat-tigdid.html", "date": "2021-02-14T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Kemm hija abbużata dil-kelma \"tiġdid\".", "Spiss tisma' lil min jużaha bħallikieku kienet xi bakketta maġika li, bi ftit kliem taparsi msaħħar, twettaq dak li twiegħed.", "Kemm nies tal-Knisja kif ukoll nies tal-Istat", "tismagħhom iżeffnu dil-kelma \"tiġdid\" biex jimpressjonaw bil-ħidma tagħhom.", "Dil-kelma ma jixirqilhiex hekk.", "Duwa maġika", "It-terminu \"tiġdid\" tiġi mill-kelma \"ġdid\".", "r-ritorn għal dak li hu l-bidu, il-frisk, is-sabiħ, iż-żagħżugħ ta' xi ħaġa.", "\"Iġġedded\" ifisser terġa' tagħmel ġdid; terġa' tagħti l-ħajja; terġa' trodd", "iż-żogħżija, lil xi ħaġa.", "Min iwiegħed it-tiġdid iwebbel li jista' jibdel", "il-qadim, l-iskadut, l-imkisser, il-mitluf, f'xi ħaġa friska, aġġornata, sħiħa", "u misjuba mill-ġdid.", "Din hi l-ħolma ta' dejjem tal-umanità, speċjalment ta'", "dawk in-nies ossessjonati biż-żmien, ix-xjuħija, il-mard u l-mewt.", "Iridu jsiru", "iżgħar flok ixjeħ.", "Iridu jerġgħu jibdew mill-bidu flok jispiċċaw.", "Iridu ma", "jmutu qatt.", "It-tiġdid li dawn in-nies dejjem joħolmu bih iriduh ikun bħal duwa", "għal kontra t-tikmix, id-deterjorazzjoni u l-kruha tax-xjuħija.", "Għalhekk il-kelma \"tiġdid\" iddoqq sabiħ f'widnejh", "il-kotra.", "Għax tmiss in-nerv tal-akbar biżgħat ta' kull bniedem: dik li jikber", "u jintemm.", "Ebda bniedem ma jridu dan.", "Għalhekk joħlom li hemm xi mod kif jista'", "jagħmel biex ma jmut qatt.", "Għalhekk jisma' kulmeta xi ħadd jitħaddet fuq", "tiġdid.", "Għalhekk ix-xikalli jitkellmu fuq tiġdid; biex jidhru sabiħ; biex", "ibiegħu il-prodott tagħhom; biex jippromovu lilhom infushom.", "Ix-xewqa dejjiema", "B'kull mod il-bniedem jipprova jiġġedded.", "x'kapaċi jagħmel biex jirbaħ il-ħakma taż-żmien, il-qrubija tax-xjuħija u", "t-telfa tal-mewt.", "Kull ħaġa pprova l-bniedem biex jibqa' jgħix għal dejjem.", "jgħidu t-xi wħud fuq il-mewt, u ma jgħidux ħażin: \"Tardare si, scappare no\";", "tista' tbegħdha xi ftit, imma ma tista' trażżanha għal kollox.", "Għada jew", "pitgħada se tilħqek.", "Kontra din ir-realtà inevitabbli hemm it-\"tiġdid\",", "it-twelid mill-ġdid, iż-żogħżija, ir-ritorn għall-bidu.", "Hija l-gidba li tippretendi", "li tista' teħodha kontra r-realtà.", "Hija l-bandiera li jxejjer kulmin irid", "jiġbed l-attenzjoni tal-massa.", "Iwiegħdu t-tiġdid mingħajr ma jistgħu jrodduh.", "Iwegħduh għax jafu li jistgħu jgħadduha lixxa.", "Huwa tal-għaġeb kif l-għajta tat-tiġdid tibqa' dejjem", "moderna u attraenti; fiha nnifisha ma tixjieħ qatt; tibqa' dejjem friska.", "Il-bniedem jibqa' jinġibed lejha minkejja l-fallimenti tagħha.", "Min ixejjer", "dil-bandiera jirbaħ iż-żmien, u jista' jirbaħ ukoll l-appoġġ, imma ma jistax", "jirbaħ jew irebbaħ.", "Dan aktarx jafu, imma jibqa' jqarraq xorta waħda.", "Mezzi fantastiċi", "Il-mezzi li jiġu proposti għat-tiġdid huma dejjem", "fantastiċi, ħafna drabi miktubin f'dokumenti maħdumin tajjeb li ma jispiċċaw", "qatt.", "Min jiktibhom mhux biss donnu jaħseb li jemmen", "dak li jgħid, imma wkoll li jemmen li dak li qed jgħid se jseħħ.", "Dat-taħriġ", "huwa delużjoni mill-bidu sal-aħħar.", "Huwa fuq kollox maqtugħ mir-realtà tal-ħajja ta' kuljum.", "Dan-nies li jżeffnu t-tiġdid fin-nofs, li jippreżentaw dat-tiġdid f'għamla ta'", "dokumenti fantastiċi, jgħixu f'dinja għalihom; dinja tal-ħrejjef.", "Jgħix", "f'dimensjoni fantastika fejn kull daħna tidher solida, u kull ħajbura tidher", "bħallikieku kienet tal-blat.", "Lanqas il-ħolm ma hu hekk.", "Il-fantasija tagħhom hi", "igdeb mill-fantasija li joħolqu.", "Dan-nies jiffantastikaw li l-affarijiet jinbidlu.", "L-affarijiet ma jinbidlux.", "Tista' teqridhom u toħloq affarijiet flokhom.", "Hekk,", "Imma li jinbidlu, le.", "Min iħobb il-qadim u jrid jibdlu għall-ġdid, qed", "jitqarraq.", "Min iħobb il-ġdid u għalih jeqred il-qadim, mhuwiex.", "Ma teżisti ebda bakketta", "tat-tiġdid.", "Jeżistu biss il-mannara tal-qadim u l-baqqun tal-ġdid."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/03/zmien-difficli.html", "date": "2021-03-14T09:30:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["L-għeluq li sirna naraw kullimkien, b'kulħadd imsakkar ġewwa, b'kuntatt mill-anqas, jimla lil kulħadd bl-imrar u saħansitra d-dwejjaq.", "Hu żmien diffiċli ħafna meta l-imxija qed tbegħdna minn xulxin, imma wkoll, aktarx agħar minn hekk, qed tagħmel lil ħajjitna mnikkta.", "Mhux ċajta", "Ilna aktar minn sena bl-imxija Covid-19 magħna.", "Dejjem naħsbu li l-agħar għadda.", "Imma donnu issa hu l-agħar.", "Meta l-biċċa", "l-kbira tal-ħwienet magħluqin; meta l-firda hi kważi totali.", "Il-knejjes", "jonqoshom jerġgħu jagħalqu biex żgur ilkoll ninsew bl-eżistenza ta' xulxin.", "Dan kollu mhuwiex għalxejn.", "L-imxija mhijiex ċajta.", "Min diġà sfortunatament esperjenza xi mewt ta' xi ħadd qrib tiegħu, bħalma", "esperjenzajt jien ukoll, allura jista' jgħid kemm dan kollu huwa meħtieġ.", "Aħna", "uff inkella aħħ.", "Aħjar noqogħdu pass lura milli nagħmlu s-sitwazzjoni agħar.", "Dal-għeluq ma jħobbu ħadd.", "Żgur li tal-ħwienet qed", "jarawh infern sħiħ.", "Imma lkoll jeħtieġ li niġbdu dal-ħabel ikreh u iebes", "flimkien biex inħeffu ż-żmien li jgħaddi kollox.", "Anqas ma hu se jkun is-sagrifiċċju,", "aktar se jtul daż-żmien ta' dwejjaq u mrar.", "Żmien żejjed", "Il-kuraġġ jeħtieġu kulħadd.", "Mhux biss dawk li ġarrbu", "xi mewt minħabba l-imxija fil-familja tagħhom jew fost ħbiebhom kif ukoll dawk", "li għadhom biss spettaturi f'dit-traġedja.", "Il-kuraġġ jeħtieġ għax il-firda minn", "xulxin, l-għeluq sforzat, ir-restrizzjonijiet qawwija, dawn kollha għandhom il-ħila", "li jgħoddsu l-qalb u l-ispirtu aktar 'l isfel milli jkunu diġà.", "Il-kuraġġ jeħtieġuh ukoll il-morda, kemm tal-ġisem u", "kemm tal-ispirtu.", "Dawn fuq kollox m'għandhomx jaqtgħu qalbhom jew jaħsbu li ħadd", "ma hu qed jaħseb fihom.", "Jien naħseb fikom ħafna, u kemm nixtieq li t-tbatija li", "minnha qed tgħaddu bħalissa ma tnikkitkomx iżżejjed, u ma tħallix fikom feriti", "wisq permanenti.", "Kulħadd għaddej minn xi tbatija bħalissa.", "Is-sitwazzjoni hi diffiċli għal kulħadd.", "Imma lkoll jeħtieġ li nagħmlu kuraġġ", "u, jekk jista' jkun, ma naħlux fix-xejn iż-żmien li għandna żejjed.", "l-imxija tneħħilek kull ħajra li tagħmel xi ħaġa, imma l-isforz hu parti mill-ħila", "biex nirbħulha.", "Kull bidu mitmum!", "Il-kuraġġ jeħtieġ li jmur b'mod partikulari lil dawk", "kollha fil-qasam tas-saħħa u taż-żamma tal-ordni li ħajjithom hi fil-periklu", "aktar minn ta' kulħadd.", "Lil dawn mhux biss nixtieq li lkoll inroddulhom ħajr", "tad-dedikazzjoni tagħhom, imma wkoll nassigurawhom li l-ħidma tagħhom hi ta'", "ispirazzjoni għal kulħadd.", "Ħadd m'għandu jaqta' qalbu.", "Bil-prekawzjonijiet meħtieġa,", "bl-attenzjoni, bir-rispett lejn ħaddieħor, kulħadd jista' jkun f'sigurtà ta' saħħa", "kemm fiżika kif ukoll mentali.", "Meta nibżgħu għal xulxin inkunu qed nibżgħu għalina", "Anzi, l-aqwa mod kif tibża' għalik innifsek hija billi tibża' għal ħaddieħor.", "Lil dawn, imbagħad, li qed iweħħlu fil-gvern jew", "fl-awtoritajiet tas-saħħa għal kulma qed jiġrilna b'din l-imxija jien naħseb li", "l-ġudizzju tagħhom huma żbaljat.", "Dawn huma żminijiet diffiċli għax huma mingħajr", "preċedent.", "Kulħadd qed jitgħallem waqt li nimxu 'l quddiem.", "Billi noqogħdu nweħħlu", "f'dan u fl-ieħor m'aħna se nieħdu xejn.", "Il-ħila ta' kull wieħed u waħda minna li nissaportu", "daż-żminijiet diffiċli u nagħmlu minnhom l-aħjar li nistgħu hija fina lkoll.", "Jonqos biss li nsibu dik il-ħila u nħalluha tixgħel kemm għall-ġid tagħna", "nfusna daqskemm għal ħaddieħor.", "Kuraġġ!", "Kull bidu mitmum!"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/02/tinsiex-lil-ta-gewwa.html", "date": "2021-02-28T09:00:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Ħafna nies jgħidu li għandhom karità u ħniena għad-dinja kollha, imbagħad jinsew lin-nies ta' ġewwa darhom.", "Il-karità u l-ħniena, jekk ma jibdewx b'dawk li huma l-aktar qrib tiegħek, jew, agħar minn hekk, jekk jaqbżu u jevitaw lil dawk li huma l-aktar qrib tiegħek u dawk li", "jgħixu miegħek f'darek, allura juru fid-dieher kemm huma vojta, foloz u morda.", "L-abbuż", "L- imħabba u l-ħniena huma", "s-sentimenti li l-aktar li jagħżlu lill-bniedem mill-bqija tal-ħolqien.", "huma stati psikoloġiċi u emozzjonali li jagħmlu lill-bniedem 'il fuq", "Xi wħud jgħidu li b'dawn jipperfezzjona n-natura.", "Għandu mnejn.", "Żgur li bihom kull bniedem juri x'inhu, huwiex miftuħ lejn l-oħrajn jew magħluq", "Minkejja li huma l-aktar virtuwijiet sbieħ,", "l-imħabba u l-ħniena minn dejjem kienu l-aktar abbużati fl-istorja tal-bniedem.", "Għax f'isem l-imħabba u l-ħniena saru attroċitajiet bla qies.", "Il-bniedem li jaf", "jilagħbha li jħobb jew li hu ħanin għandu l-ħila jdaħħal lill-oħrajn fil-but u", "jagħmel bihom li jrid.", "Dan l-abbuż komuni ma jneħħi xejn mis-sbuħija", "tal-imħabba jew tal-ħniena meta huma awtentiċi u ġenwini.", "Imma biex ikunu hekk,", "irid ikunu universali, jiġifieri għal kulħadd, mhux bl-għażla.", "Għax l-imħabba u", "l-ħniena mhumiex sempliċiment azzjonijiet li bniedem jagħmel; huma stat li fih", "ikun jinsab.", "Mhux \"iħobb lil …\" jew \"ikollu ħniena minn …\", imma biss", "\"bniedem li jħobb\", \"bniedem li jħenn\".", "Il-provi", "tal-awtentiċità", "Id-dinja tal-bnedmin hi sabiħa minħabba l-imħabba u", "l-ħniena.", "Imma l-imħabba u l-ħniena huma stati li l-bniedem jitgħallem minn ta'", "madwaru.", "Qabel xejn dan juri r-responsabbiltà tal-ġenituri, it-tuturi,", "in-nanniet u l-bqija li jgħallmu liż-żgħar l-arti tal-imħabba u l-ħila", "tal-ħniena.", "Juri wkoll, però, li jista' jkollok nies li, bħal kull sengħa oħra,", "jaħsbu li jafuhom mingħajr ma jkunu.", "Dan speċjalment għax l-imħabba u l-ħniena ma", "titgħallimhomx f'salt; titgħallimhom maż-żmien.", "Titgħallimhom sepeċjalment", "fil-kuntrarjetà.", "Kulħadd baħri fil-port.", "Il-ħila tintwera fuq baħar imqalleb.", "Kulħadd", "jaf iħobb lil hu simpatiku jew simpatika, u kulħadd jaf iħenn għal min hu", "doċli.", "Imma l-iebes hu li tħobb lil min ma jistħoqqlux; li tħenn għal min ma", "jistħoqqlux.", "Anzi, hawn l-provi tal-imħabba u l-ħniena, u", "tal-awtentiċità u l-ġenwinità tagħhom.", "Tħobb u tħenn fil-kuntrarjetà, tħobb u", "tħenn lil min ma jistħoqqlux għajr mibegħda u moħqrija, hawn hija l-vera prova", "tan-nar għall-imħabba u l-ħniena.", "Min iħobb lil min jistħoqqlu mħabba xi ħlas", "jistħoqqlu jew jistħoqqilha?", "U l-istess min iħenn għal min jistoqq il-ħniena.", "L-ewwel lil", "Huwa għalhekk li ħafna nies jinsew jew jinjoraw", "lin-nies ta' darhom stess.", "Lil dawn jafuhom; jaf kemm għandu mnejn ma", "jistħoqqilhom l-imħabba jew il-ħniena.", "Jafu l-istejjer tagħhom, il-karattri", "tagħhom.", "Hu għalhekk li jridu jħobbuhom aktar minn ħaddieħor.", "jidhrilhom li ma jistħoqqilhom l-imħabba jew il-ħniena, aktar iridu jħobbuhom u", "jħennu għalihom minn ħaddieħor.", "Mhux bil-kontra.", "Għax bil-kontra juri li bniedem ma", "jafx iħobb u ma jafx iħenn.", "Juri li l-imħabba u l-ħniena tiegħu huma paraventu,", "mhux stati xejn.", "Juri li das-sentimenti huma ivvizzjati u m'għandhom xejn", "awtentiku u ġenwin.", "L-ewwel ħobb u ħenn lin-nies ta' darek; lil ta'", "ġewwa la tinsihomx.", "Huwa hawn fejn trid turi l-ħila tiegħek; hawn fejn turi", "l-ġenwinità tiegħek; hawn fejn jixgħelu l-virtuijiet tiegħek.", "L-ewwel lil dawn,", "imbagħad lil ħaddieħor.", "L-ewwel lil dawn."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/03/wicc-alla-fl-annimali.html", "date": "2021-03-07T09:30:00+01:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Kienu jgħidulna meta konna żgħar li min ma jħobbx l-annimali lanqas lill-bnedmin ma jħobb.", "Jien naħseb li dan hu minnu.", "Għax min għandu qalbi iebsa jew ħadra mal-innoċenti tal-ħolqien, allura kif jista'", "jkollu qalb tajba għal min mhux.", "Jekk Alla juri ruħu fil-bnedmin, kemm aktar", "fil-ħlejjaq l-oħra tiegħu?", "Ir-ruħ tal-ħajja", "Il-filosfu l-kbir tal-qedem Aristotli, li għex", "madwar tliet mitt sena qabel Kristu, kien jgħallem li kull ħaġa li għandna l-ħajja", "fiha ruħ.", "Mhux biss il-bniedem, imma l-annimali kollu u l-ħxejjex kollha …", "ilkoll fihom ir-ruħ.", "Madanakollu, kien jgħallem ukoll li r-ruħ tal-bniedem biss", "hi immortali, u dan minħabba r-raġuni.", "Jekk il-ħxejjex u l-annimali għandhom ruħ, ukoll", "jekk mhijiex immortali, ma jfissirx dan li għandhom xrara mill-Ħajja, li hi", "Huma wkoll, bil-mod tagħhom, għandhom xi ħaġa, imqar farka, mix-xbieha t'Alla.", "U jekk il-qdusija tixraq lil Alla li hu l-Ħajja, allura mhux ukoll lil kull għamlu", "u sura tal-ħajja?", "Ir-ruħ tal-annimali, ukoll jekk tista' ma tkunx", "mortali, fiha mill-qdusija u s-sbuħija tal-Qaddis u s-Sabiħ, li hu Alla.", "jfissirx għajr li jistħoqqilhom ilkoll ir-rispett u qima tagħna, bħalma jistħoqqlu", "wkoll il-ħolqien kollu.", "Il-bniedem iweġġa' lilu nnifsu meta jweġġa' 'l-annimali", "u meta jnikket il-ħolqien.", "Nies bla ruħ", "Hawn nies li għalihom dan kollu hu kliem bla sens.", "Tant saru biċċiet materjali, fejn aktarx l-aqwa siwi tagħhom saru l-flus u", "kulma jista' jiġi ikkwantifikat fi flus, li għandhom l-uniku rispett huwa lejn", "dak li jġibihom il-qligħ jew li jista' jtellifulhom.", "Dan-nies m'għandhom", "rispett lejn xejn għajr il-materja.", "Dawn huma nies perikolużi.", "Bħalhom hawn il-miljuni.", "Huma nies li n-natura, il-ħolqien, l-annimali u saħansitra l-bnedmin huma oġġetti", "li tista' tużahom u tarmihom skont il-bżonn.", "Għalihom xejn m'għandu siwi lil", "hinn mill-utilità.", "Jaraw kollox għall-qadi, il-kundità u l-kappriċċ", "Nies b'din il-mentalità jemmnu li huma s-sidien", "Jemmu li kull ħaġa li teżisti għandha tkun għall-użu tal-bniedem", "biex ikun dejjem aktar komdu u biex jagħmel dejjem aktar kappriċċih.", "Jgħidulek", "li xejn m'għandu siwi lil hinn mill-qies tal-bniedem; is-siwi ta' kollox jibda", "u jintemm bil-bniedem.", "Ruħ sabiħa", "Dan-nies ma jafux japprezzaw il-ħajja.", "Il-ħajja", "Is-siwi ta' kollox jixxejjen sal-punt tal-kruha.", "tibki f'idejn nies bħal dawn.", "Is-seher tal-univers, is-sbuħija tal-annimali,", "l-għaġeb tal-ħolqien, kollox jisfa' mudlam fl-istima ta' dan-nies li jaħsbu li", "jafu jgħixu imma li qatt ma twieldu.", "Kemm hi isbaħ il-ħajja li tapprezza l-ħajja.", "misteri u sorpriża fiha l-ħajja għal dawk li jaraw il-ġmiel tagħha kullimkien,", "jgħożżuh u jqimuh.", "Mhux biss fl-elementi tal-ħolqien, imma wkoll fir-ruħ tal-ħxejjex", "u fir-ruħ tal-annimali kollha, huma jaraw in-nifs divin li jagħti l-ħajja u", "jqaddes kollox.", "Għal min mhuwiex materjali, il-ħolqien kollu hu xbihat", "ta' Ruħ waħda li timla kollox bis-sbuħija, il-qdusija u t-tjieba.", "Wieħed minn", "dawn kien sieħbi Manwel Magrin li ġie nieqes ġimgħa u nofs ilu, fit-18 ta'", "Infakkru hawnhekk għax, bħal ħafna oħrajn fil-gżejjer Maltin u madwar", "id-dinja, ra l-wiċċ t'Alla fl-annimali kollha, li tant kien iħobb.", "Infakkru hawnhekk għax Manwel, bħal dawn in-nies", "kollha, għallimni nara d-divin fil-ħlejjaq kollha, u l-ħlejjaq kollha", "Minn hawnhekk insellem lir-ruħ sabiħa tiegħu bħalma nsellem ukoll", "lil kull min jara fil-ħolqien u fl-annimali, bħalma wkoll fil-bnedmin, il-wiċċ"]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/05/annimali-domestikati-u-nies-ora-4.html", "date": "2021-05-16T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Ħafna drabi, il-kelma \"edukazzjoni\" flok \"domestikazzjoni\".", "Mhux hekk għandu jkun, u lanqas ma l-edukazzjoni għandha tkun hekk dejjem.", "Imma llum din hi n-natura tal-edukazzjoni formali li nieħdu minn mindu nkunu żgħar.", "Għaldaqstant,", "hi għamla oħra ta' vjolenza bil-kwiet.", "It-tagħlim taż-żgħar, kemm b'għamla informali (fil-familja,", "ngħidu aħna) kif ukoll formali, jiġifieri fl-iskejjel, hija xi ħaġa li s-sellieta", "liberali ġġieldu għaliha ħafna fid-dinja kollha.", "Huma fehmu, u kellhom raġun,", "li l-avvanż tas-soċjetà demokratika u ġusta tista' sseħħ biss bl-edukazzjoni", "formali, speċjalment tat-tfal.", "Imma b'\"edukazzjoni\" dawn aktarx qatt ma fehmu", "indottrinazzjoni jew domestikazzjoni.", "Dejjem fehmu li l-edukazzjoni formali", "tagħti lit-tfal u ż-żgħażagħ fiduċja fihom infushom u għodod ħalli jwettqu", "l-kapaċitajiet u l-abbiltajiet tagħhom.", "Qatt ma fehmu li l-edukazzjoni tagħmel", "minn kollox biex toħnoqhom, biex teqirdilhom it-tajjeb u s-sabiħ li għandhom ġo", "fihom, jew li toħroġ minnhom pupazzi u manikini.", "L-edukazzjoni għas-sellieta liberali kollha kienet", "għodda ta' ħelsien, kreattività u arti; mhux ta' jasar, ubbidjenza u medjokrità.", "L-iskejjel għalihom kellhom ikunu laboratorji ta' ħelsien fejn it-tfal u", "ż-żgħażagħ jiskopru l-libertajiet tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom lejn", "l-oħrajn, lejn il-ħlejjaq ħajjin kollha u lejn id-dinja naturali.", "Setgħa", "Għal xi żmien hekk kien.", "Imma mbagħad l-iskejjel ġew", "dejjem u dejjem aktar taħt idejn is-setgħana u l-politiċi, u kollox ġie", "L-iskejjel saru għodda ta' ripressjoni mill-akbar.", "Il-konservattiviżmu", "ħa l-iskejjel u biddilhom f'fabriki ta' nies kopji ta' xulxin.", "Il-liġi suprema", "tal-iskejjel saret, mhux il-libertà, imma l-ubbidjenza.", "Illum l-iskejjel mhumiex għas-servizz tal-individwi,", "imma għas-servizz tas-soċjetà.", "Iridu jissottomettu lill-individwi għas-soċjetà;", "joħonquhom, jibdluha, jgħawġuhom, jagħġnuhom kemm jistgħu ħalli jġibuhom", "domestikati għall-aħħar ħalli jiffunzjonaw fis-soċjetà bħala entitajiet", "Id-dissidenza hija għadu tal-iskejjel tal-lum; il-kreattività hija", "llimitata biss għal atti innoċenti li ma jibdlu xejn.", "Hekk ukoll l-arti; saret", "logħba ta' min għandu l-flus u l-ħin x'jaħli.", "L-iskejjel illum jeqirdu lill-individwi billi", "jdaħħluhom ġo qafas prestabbilit u ma jħallux in-natura tagħhom tiffjorixxi.", "L-individwi", "jitħallew jeżistu biss bħala snien fil-mekkaniżmu tal-Istat u", "l-istituzzjonijiet tiegħu.", "M'hemmx aktar lok għal-libertajiet li mhumiex", "issanzjonati mill-istituzzjonijiet.", "Hemm dizzjunarju li l-istituzzjonijiet", "ħolqu u kulħadd irid jitgħallmu bl-amment u jinterpreta lilhom infushom, il-ħajja", "u d-dinja skont dad-dizzjonarju.", "Tbagħbis", "Dan ifisser li l-iskejjel huma fost l-aktar", "istituzzjonijiet vjolenti, inġusti u qarrieqa li jeżistu llum f'kull soċjetà \"ċivilizzata\".", "\"Ċivilizzat\" illum ifisser qerda taċ-ċittadini; tbagħbis man-natura tagħhom;", "ħolqien ta' annimali sbieħ domestiċi.", "Jekk mhix vjolenza din, anzi l-akbar", "vjolenza, allura ma nafx xi tfisser vjolenza.", "Il-vjolenza hi l-qerda ta' xi ħaġa.", "Hekk jiġrilhom", "l-individwi bl-edukazzjoni u l-iskejjel tal-lum.", "Iqiegħdu rwieħhom taħt idejn", "il-kbar, u jħalluhom jeqirduhom, jibdluhom, jiddomestikawhom skont il-pjaċir u", "l-gosti tagħhom.", "Din hi vjolenza bla demm, bla storbji u bla tkissir.", "vjolenza pulita, siekta u aljenanti.", "Għalhekk hi l-agħar vjolenza; vjolenza", "ħafna aktar insidjuża u qarrieqa minn kull għamla oħra ta' vjolenza.", "L-iskejjel kif jeżistu llum għandhom jinqerdu.", "m'hemmx tama li s-soċjetà tikber f'armonija mal-ġens uman u mad-dinja kollha ta'", "madwarna.", "Il-vjolenza ġġib il-vjolenza, u dawn l-istituzzjonijiet vjolenti", "kulma qed jagħmlu huwa li joħolqu annimali vjolenti li, għax hum domestikati,", "jissoktaw fil-ħidma tal-istupraturi tagħhom.", "Iċ-ċirku vizzjuż tad-domestikazzjoni jrid jitkisser", "biex tintradd tama lid-dinja.", "Għal darba oħra."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/04/il-festa-tal-ftit.html", "date": "2021-04-04T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["L-Għid il-Kbir, li jiġi ċċelebrat minn bosta nsara llum, sar fil-Gżejjer Maltin il-festa indifferenti tal-biċċa l-kbira, il-festa kulturali tal-ħafna, u l-festa reliġjuża tal-ftit.", "Dan juri l-bidliet kbar li seħħew fil-Gżejjer Maltin f'dawn l-aħħar snin.", "Dan mhuwiex neċessarjament ħażin;", "u lanqas ma jista' jkun neċessarjament tajjeb.", "Hu fatt. Dan hu biżżejjed biex", "jurina l-importanza tiegħu.", "\"Id-dinja hi magħmula minn fatti\", kien qal darba", "filosfu magħruf.", "Naħseb li hu minnu.", "Huma l-fatti li jgħoddu.", "Dak li ngħidu", "fuqhom jiġi wara.", "Id-dinja tal-interpretazzjonijiet tista' tkun qarrieqa, għax", "tipproġetta affarijiet li ma jeżistux jekk mhux f'moħħ minn jagħmilhom.", "Il-fatti, min-naħa l-oħra, huma xi ħaġa li jiġu ma' wiċċna mingħajr ma nkunu", "nistgħu niċħduhom.", "Dan ma jfissirx li aħna, bħala bnedmin konxji tagħna", "nfusna, m'għandniex ninterpretaw il-fatti jew inlewnuhom.", "Il-fatti huma niexfa;", "donnhom jitolbu li nlewnuhom bit-tifsiriet tagħna.", "Imma rridu noqogħdu dejjem", "attenti li ma nibdewx inqisu t-tifsiriet aktar reali mil-fatti nfushom.", "Il-bażi", "tal-ħajja huma l-fatti; imma l-ħajja tal-fatti huma t-tifsiriet.", "Ħadd m'għandu jiċħad il-fatti.", "Dan jidher tabilħaqq", "sempliċi.", "Imma hu rari ħafna.", "Ħafna niċħdu l-fatti.", "Ħafna jqisu l-fatti bħala fantasiji.", "Il-fatti m'għandu jiċħadhom ħadd; imma għandu mill-aħjar biex jifhimhom u", "jarahom fil-kwadru aktar wiesgħa tal-ħajja.", "Il-fatti juru l-bidla profonda fis-soċjetà Maltija u", "Għawdija li ilha ġejja sa mis-snin sittin tas-seklu l-ieħor.", "L-aktar katalisti,", "jiġifieri l-akbar kawżi, għall-bidla fostna, għall-anqas fil-bidu tagħha, kienu", "t-turisti li bdew jiġu fostna u l-films ta' Holliwood.", "Kienu dawn li bdew jiftħu", "l-ewwel twieqi li minnhom daħal ir-riħ tal-bidla.", "Dil-bidla bdiet toħroġ", "lill-Maltin u l-Għawdxin mill-għeluq tagħhom u jiftħuhom għad-dinja.", "Wara, fis-snin sebgħin, ġew affarijiet oħra li", "kkontribwew għall-bidla.", "Ġie t-televiżjoni, l-industrializzazzjoni u l-flus", "Bil-mod tagħhom dawn it-tnejn taw kontribut kbir għall-bidla tas-soċjetà", "Maltija u Għawdxija.", "Il-bidla kompliet u tibqa' tkompli, u llum qegħdin ngħixu", "fenomeni ġodda ta' bidla, fosthom l-immigrazzjoni ta' ħafna niex li twieldu", "f'pajjiżi oħra tad-dinja.", "Il-bidla ma jista' jwaqqafha ħadd.", "Hi fatt li rridu", "jew ma rridux jeħtieġilna li ngħixu magħha mill-aħjar li nistgħu.", "Jista'", "bniedem jirreżistiha.", "Jista' wkoll jiċħadha.", "Jista' jgħid li ma teżistix.", "tiġi xorta waħda. tiġi, u ġġorr lil kulħadd magħha.", "Is-simboliżmu", "Il-bidla mhijiex neċessarjament ħażina.", "Stat li ma", "jinbidilx aktarx mhuwiex ħaj; m'għandux ħajja.", "Il-ħajja minnha nnifisha hi", "bidla, adattazzjoni, alternattivi ta' eżistenza.", "Dan hu s-sabiħ tagħha: ma", "tibqa' qatt l-istess.", "Dejjem għandha l-ġdid.", "Dejjem toħloq.", "Hekk inbidlu l-festi tagħna u jibqgħu jinbidlu.", "aktarx ifisser li s-simboli tal-imgħoddi, is-simboli li kienu jagħmlu ċertu", "sens fl-imgħoddi, inbidel is-sens tagħhom.", "Illum għandhom sens differenti, u għalhekk", "Is-simboliżmu soċjali jibqa' jinbidel dejjem.", "d-dinamiżmu ħaj tiegħu.", "L-Għid il-Kbir, jew kull festa oħra, imqar profana,", "inbidel is-sens tiegħu u jibqa' jinbidel.", "Is-simboli l-qodma tat-tifsir tiegħu,", "bħal kull simboli u kull tifsir ieħor ma jiqafx jinbidel, u ħadd m'għandu jkun", "ibleh biżżejjed li jipprova jrażżnu, għax jitrażżan ma jistax.", "Il-festi, imqar dawk reliġjużi, ma jistgħux jitilfu", "s-sinboliżmu tagħhom jew it-tifsiriet tagħhom; jistgħu, però, jibdluhom.", "huma kienu jfissru għan-nies tal-imgħoddi fil-Gżejjer Maltin ikunu jfissru xi ħaġa", "differenti għan-nies tal-lum u ta' għada.", "Il-festa tal-ħafna saret il-festa tal-ftit.", "Għada", "pitgħada, il-festi tal-ftit isiru l-festi tal-ħafna."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/04/dimech-ifakkar-dmirijietna.html", "date": "2021-04-11T09:30:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Nhar is-Sibt, 17 t'April, kellhom isiru attivitajiet nazzjonali speċjali ħalli jfakkru l-100 sena mill-mewt ta' Manwel Dimech fl-1921.", "Dal-bniedem donnu ftit affarijiet ġewlu żewġ.", "Din mhijiex waħda minnhom, għax it-tifkira ċentinarja, mistennija għal bosta snin, se jkollha tgħaddi", "kważi fis-skiet.", "Mewt għalina", "Min-naħa l-oħra, is-skiet jista' jkun l-aħjar mod", "Il-qtil tiegħu --- \"qtil\" għax ma mietx mewta naturali --- ġie", "maħdum minn ħafna fatturi u minn bosta nies.", "L-eżilju tiegħu kien mill-aktar ħarex", "u qalil, mhux bħan-Nazzjonalisti li kienu ntbagħtu l-Uganda nofs seklu waħda.", "l-umiljazzjoni, Dimech għex il-maltrattament totali li wasslitu għall-mewt", "bikrija fl-età ta' sittin sena.", "L-eżilju tiegħu kien politiku.", "Kien l-Eġittu", "tturufnat minn pajjiżi għax qabeż għall-ħaddiem, għall-emanċipazzjoni tal-mara,", "għall-iżvilupp kostituzzjonali ta' pajjiżna, u għall-maturità ġenerali politika", "tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dimech ġie eżiljat u miet għax tkellem.", "Daqshekk", "sempliċi.", "Il-mewt tiegħu kienet għalina lkoll.", "Aħna lkoll b'xi", "mod gawdejna u għadna qed ingawdu minnha.", "Għax id-drittijiet li għalihom", "issielet huma d-drittijiet li ksibna aħna lkoll ħafna snin wara.", "twelidx qabel żmienu.", "Kien fi żmien tajjeb.", "Kienu l-oppożituri tiegħu li ma kinux", "fi żmienhom.", "Kienu mal-mitt sena tard.", "Għalhekk ġabu ruħhom ta' retrogradi.", "Min kienu dawn?", "Kienu dawk li ppersegwitawh mill-Knisja", "Kienu dawk li akkużawh falzament mill-korp tal-pulizija ta' Malta.", "Kienu dawk li uffiċċjalizzaw l-eżilju tiegħu fost l-amministraturi Brittanniċi.", "Kienu dawk fost sħabu u ħbiebu li abbandunawh għal riħu fl-Eġittu.", "kollha mill-poplu Malti li nsewh meta kellu bżonnhom.", "Hu faċli li nippuntaw subgħajna lejn xi ħadd", "partikulari biex fuqu nixħtu l-ħtija tal-mewt ta' Dimech.", "Kulħadd kien responsabbli b'xi mod u f'xi qies tal-mewt tiegħu.", "Bħalma aħna", "lkoll ninsabu responsabbli, b'xi mod u f'xi qies, tal-attroċitajiet bħal ta' Dimech", "li għadhom isiru fostna llum, bħal, ngħidu aħna, mal-immigranti Afrikani.", "Kemm hu faċli nikkundannaw għemil ta' mitt sena ilu", "mingħajr ma nagħmlu l-istess bħal ħwejjeġ simili li qed isiru llum taħt imneħirna.", "Hu mhux biss faċli imma wkoll ipokritu.", "Għalhekk, il-mewt ta' Dimech mhijiex biss tifkira", "Imma hi tfakkira ta' dak li nagħmlu aħna llum ma' ħutna", "fil-bżonn, ma' ħutna maħqurin u ma' ħutna li mhumiex stmati.", "Jitkellem u jfakkar", "Dimech ma jistax ibati aktar.", "Miet fiżikament mitt", "sena ilu, imma ħutna huma ħajjin illum.", "Dimech m'għadux aktar.", "Huma għadhom.", "jeżisti biss fil-memorja tagħna.", "Dawn jeżistu fid-dinja li jaqsmu magħna.", "L-inġustizzja tal-mewt ta' Dimech trid tgħajjat u", "twerżaw kontra l-inġustizzji tal-lum.", "Żgur li Dimech ma kienx ikun irid lil min", "joqgħod jiftakar fih filwaqt li jinsa jew jinjora lil min qed ibat llum.", "jgħallimna r-responsabbiltà lejn ħutna ħajjin, mhux lejn ħutna mejtin.", "Jgħallimna", "nkunu nies illum; mhux nies tal-imgħoddi.", "Mill-bogħod ta' mitt sena ilu Dimech jibqa'", "jitkellem u jibqa' jfakkarna fuq id-dmirijiet soċjali u politiċi tagħna, u fuq", "kollox fuq id-dmirijiet umani tagħna.", "Jibqa' jitkellem bħalma kien aktar minn", "mitt sena ilu biex nibqgħu niskopru l-isbaħ ta' ġo fina ħalli noħorġu l-isbaħ", "li għandu ġo fih ħaddieħor.", "Aħna ngħixu."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/04/annimali-domestikati-u-nies-ora-1.html", "date": "2021-04-25T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["L-annimali domestikati huma dawk li ġew indorrijin jobdu.", "Huma l-annimali li nżommu fid-djar tagħna.", "Imma mhux biss.", "L-annimali domestikati huma l-biċċa l-kbira tagħna li darrewna nġibu ruħna sew, bil-għaqal u mingħajr ma nagħtu wisq fastidju.", "Madwar id-domestikazzjoni tagħna nbnew", "il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, li xogħolhom hu li jħarsu u jassiguraw", "l-ubbidjenza tagħna.", "Din hi d-dinja li trabbejna fiha u li ngħidu fiha, imma li", "mhuwiex meħtieġ li nibqgħu għal dejjem mgħaffġa fil-morsa tagħha.", "Interessi tas-sid", "Annimal domestiku hu kwalunkwe annimal li dara jġib", "ruħu skont ir-regoli domestiċi, jiġifieri r-regoli li jagħmillu sidu.", "Annimal bħal", "dan jidra bis-swat ikun doċli, ubbidjenti u ħaġa ħajja li ma jurta kemm jista'", "jkun ftit lil sidu.", "Annimal domestiku huwa mħarreġ jgħix man-nies f'dar, li jħares", "l-interessi tagħhom, u li joqgħod f'kollox għal li jgħidu huma.", "Hu x'inhu l-annimal --- qattus, kelb, serp, tigra,", "iljunfant --- dejjem irid jibdel in-natura tiegħu għall-interessi ta' sidu.", "L-istat", "naturali tiegħu, li jħallih salvaġġ u inadattat għal ġo dar, imma mhux għal ġo ġungla,", "irid jinsih.", "Fl-ambjent domestiku jgħoddu r-regoli tad-dar, u dawn ma jaqblu", "xejn mar-regoli tan-natura.", "Id-domestikazzjoni tibdel in-natura u tnessiha.", "Tant dan il-proċess jidħol fil-fond li l-annimali", "domestiċi mhux biss jinsew għal kollox l-istinti naturali tagħhom, imma saħansitra", "jaddottaw għalihom infushom tieni natura li tieħu post dik tal-ewwl.", "natura tiddomina ħajjithom u l-aġir tagħhom kollu, u jibdew jaħsbu li dejjem", "kienet tagħhom.", "L-annimali domestikati jostru l-ewwel natura tagħhom,", "jieħu tieni natura b'kostumi, drawwiet u aġir ieħor, jemmnu li dit-tieni natura", "hija dik oriġinarja, u, fl-aħħar nett, jibżgħu, jekk għandhom moħħ biex jaħsbu,", "li mingħajr dit-tieni natura ma jistgħux jgħixu ħajjiet suriet in-nies.", "Id-domestikazzjoni toħloq annimali differenti f'moħħhom", "u f'qalbhom.", "Hija teqred kulma hu naturali fihom, u tissostitwixxih b'xi ħaġa", "ffabrikata, ivvintata, kappriċċuża, arbitrarja u artifiċjali.", "Did-domestikazzjoni teqred kulma hu naturali biex floki ddaħħal kulma hu skond", "ma jogħġob lis-sid.", "Is-sid jiddeċiedi x'għandha tkun in-natura tal-annimali li", "jżomm fid-dar u jiddomestikahom skond kappriċċih.", "Fuq kollox, is-sid jagħmilha impossibbli li", "l-annimali domestikati tiegħu jirribellaw.", "Dan ikun ifisser li jġibu ruħhom ta'", "ħlejjaq mhux domestikati, u għalhekk kontra t-tieni natura tagħhom.", "Annimali bħal", "dawn, jekk qatt jirnexxielhom imorru kontra d-domestikazzjoni tagħhom, ma jibqgħux", "tajbin għall-ambjent domestiku, għar-regoli tad-dar, għax is-salvaġiżmu tagħhom", "jeskludihom, u s-sid iwarrabhom.", "Ċirku vizzjuż", "Kull annimal domestikat jidħol f'ċirku vizzjuż li", "jkun diffiċli ħafna għalih ikissru.", "Huwa jikseb karattru u natura domestikata", "li, ukoll jekk ma jkunx iridha, mingħajrha jidhirli li ma jistax jgħix.", "ma jiddomestika ruħu, aktar isirlu impossibbli li jeħles mid-domestikazzjoni.", "Ikun irid jeħles mis-sid permezz tas-sid; jeħles mid-dar permezz tad-dar.", "Dan hu impossibbli għax hu kontradizzjoni.", "domestika jista' jeħles biss mill-jasar tas-sid billi jakkuża", "id-domestikazzjoni tiegħu u jobgħod is-sid biżżejed sakemm jiċħdu.", "Dan jista'", "jagħmlu biss billi jkun lest li jgħix il-barra mid-domestikazzjoni, itturufnat", "minn daru, u maqtugħ mill-kumpanija tan-nies.", "Id-domestikazzjoni mhijiex biss jasar.", "futur mitluf, u passat minsi.", "Madanakollu, ebda annimal ma nħoloq biex ikun", "Ebda natura ma nħolqot biex tagħti posthom lil tieni waħda.", "Ebda ħelsien", "ma nħoloq biex jaqa' fil-jasar."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/05/annimali-domestikati-u-nies-ora-2.html", "date": "2021-05-02T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Id-domestikazzjoni tan-nies mhijiex wisq differenti minn dik tal-annimali.", "Lanqas l-għodod li jintużaw biex in-nies jiġu ddomestikati ma huma wisq differenti.", "Dak li l-annimali jagħmlu bejniehom b'istint, aħna l-bnedmin nagħmluh b'ħażen.", "L-iskop ewlieni ta' kull", "domestikazzjoni hija s-setgħa fuq ħaddieħor permezz tal-kontroll tagħhom.", "L-edukazzjoni", "Aħna nibdew niġu ddomestikat sa mill-ewwel waqtiet", "tal-ħajja tagħna fuq din l-art.", "Dan ifisser li, hekk kif nitwieldu, nibdew niġu", "mħarrġa bil-qajla l-qajl biex nagħmlu parti minn familja li għandha d-drawwiet,", "it-twemmin u l-valuri partikulari tagħha.", "It-trabi li jitwieldu f'familja jridu", "jiġu mħarrġa jgħixu f'familja, u dan dejjem ifisser li jridu jkunu fidili għad-drawwiet,", "it-twemmin u l-valuri tal-familji tagħhom.", "Dan it-trawwim għandna isem pulit għalih.", "Insejħulu", "\"edukazzjoni\".", "Madanakollu, insejħulu x'insejħulu, hu proċess twil ta'", "domestikazzjoni li bih it-trabi jiġu mdorrijin kif jaġixxu u kif jaħsbu.", "tarbija ma hija tajba sa mill-bidu biex tgħix f'ambjent domestiku.", "Dan titgħallem", "tagħmlu maż-żmien.", "Għall-ewwel aktarx tipprotesta xi ftit bil-mod tagħha, imma", "mbagħad toqgħod.", "It-trabi jidraw id-domestikazzjoni tagħhom infushom", "mingħand ħaddieħor minħabba li jitgħallmu jieħdu dak li jridu.", "Hu jintebħu li", "meta joqogħdu għal ħaddieħor, jirnexxielhom jieħdu dak li jridu, u meta ma", "joqogħdux, ma jieħdux dak li jridu.", "Il-prezz ta' dan huwa d-domestikazzjoni, li", "jħallsuh biex jieħdu li jridu.", "Parti mid-dinja", "Dan għamilnieh aħna lkoll meta konna trabi, u jibqgħu", "jagħmluh il-bnedmin kollha sal-aħħar tad-dinja.", "Huwa għamla ta' negozju li", "kważi kważi jiġina instintivament.", "Nagħtu xi ħaġa biex nieħdu oħra.", "Nagħtu", "l-ubbidjenza tagħna biex hi tirbħilna dak li jpaxxina, imqar għal ftit mumenti.", "In-nuqqas ta' ħsieb tagħna jiswielna qares ħafna, għax", "bil-mod il-mod nibdew ninbidlu fi xbihat perfetti tar-rieda ta' ħaddieħor.", "Id-domestikazzjoni hi vjolenza ħelwa li tibdilna mingħajr ma nafu, u meta", "nintebħu biha, jekk qatt, ikun tard wisq.", "Bid-domestikazzjoni aħna nsiru ħlejjaq doċli,", "ubbidjenti, manipulabbli, sensibbli, edukati, tajbin għal man-nies.", "hu konvenjenti għan-nies ta' madwarna, imma rari jkun għalina.", "Għax aħna nkunu", "sirna parti mid-dinja domestikata ta' ħaddieħor; mill-fantasija tagħhom;", "mill-kappriċċi tagħhom.", "Taħriġ fundamentali", "Ħadd minna ma jiftakar meta bħala trabi bdew iħarrġuna", "kif nużaw il-\"potty\".", "Għalkemm żgur mhux l-ewwel taħriġ ta' domestikazzjoni,", "din l-edukazzjoni kienet fost l-aktar waħda drastika u fundamentali.", "Kellna nitgħallmu", "nikkontrollaw lilna nfusna, l-intestini tagħna, il-ġisem tagħna.", "n-natura tagħna.", "Dan it-taħriġ tal-\"potty\" ġie b'fasla ta' ħsieb", "determinanti li biddilna għal dejjem.", "Il-ħmieġ tagħna kellu jkun ikkontrollat; ġisima", "ma setax jagħmel li jrid; in-natura kellha tiġi domestikata u mqiegħda għar-reġim", "tal-moħħ, id-deliberazzjoni, il-kontroll.", "Il-ħmieġ naturali tagħna hu moqżież u", "mhux tajjeb għal man-nies, u jeħtieġ li jagħti fastidju mill-anqas.", "Did-domestikazzjoni bil-ħmieġ tagħna stess daħħalna", "f'realtà għal kollox differenti milli kellna qabel.", "Hawnhekk konna qed", "niggradwaw għad-dinja tal-kbar, is-soċjetà taċ-ċivilizzati, il-qasam", "Ma konniex aktar slavaġ, annimali naturali, ħlejjaq", "Sirna nies iċċivilizzati, edukati, xierqa.", "Mingħajr ma ntbaħna konna qegħdin nitħejjew għal ħajja", "li tiċħad dak li aħna biex inħaddnu dak kollu li m'aħniex imma li hu", "konvenjenti u aċċettabbli soċjalment.", "Konna qed insiru annimali politiċi;", "annimali li jibdlu lilna nfushom skont il-ħtieġa, skont il-ħars ta' ħaddieħor,", "u skont l-approvazzjoni tagħhom."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/05/annimali-domestikati-u-nies-ora-3.html", "date": "2021-05-09T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Id-domestikazzjoni tan-nies issir b'miljuni ta' modi.", "L-adulti jużaw kull mezz possibbli biex jibdlu u jagħġnu liż-żgħar u jgħaddulhom id-drawwiet, il-valuri u t-twemmin tagħhom.", "Għas-soċjetà hija mill-aktar ewlenija li ż-żgħar jiġu ddomestikati mill-aktar fis, u li din", "id-domestikazzjoni tkun dejjiema.", "Meta konna żgħar għallmuna ngħixu fl-ambjent", "domestiku sabiex noħolqu l-iċken inkwiet possibbli.", "tad-domestikazzjoni.", "Madanakollu, għandu l-iskop ukoll li dawk iddomestikati", "jsiru parti mill-ambjent li fih irid jgħix kulħadd.", "Għalhekk, hija l-paċi li", "Dan isir biex jibdel lil kulħadd għal għajnu u jġibhom", "xi ftit jew wisq l-istess.", "It-tfal jiġu ddomestikati kemm biż-żegħil kif ukoll", "bil-kastigi.", "Dejjem, f'kull każ, hemm l-element tat-theddid.", "Kemm meta", "l-ordnijiet liż-żgħar isiru bil-ħlewwiet kif ukoll meta jsiru bil-goff, kollha", "kemm huma jheddu li, jekk ma jsir kif mitlub, ikun hemm konsegwenzi koroh.", "mindu nkunu tfal nitgħallmu malajr nevitaw il-kastigi, u għalhekk malajr naċċettaw", "li jidħlu ħelu ħelu fl-ambjent domestiku.", "Kull liġi li teżisti, kemm fuq livell domestiku kif", "ukoll fuq livell nazzjonali jew internazzjonali, dejjem fiha element ta'", "Infatt, ma tista' teżisti ebda liġi tal-bnedmin mingħajr theddid.", "It-theddid jidħol bħala konsegwenza ta' kastig jekk il-liġi ma tinżammx.", "Mingħajr", "theddid m'hemmx liġijiet.", "Hu ċar, għalhekk, li kull liġi hi vjolenti, u għandha", "s-saħħa biss bil-vjolenza li twiegħed.", "Il-vjolenza", "Hu għalhekk li minn età ċkejkna", "ħafna nitgħallmu nevitaw il-vjolenza li tiġi minħabba li ma niddomestikawx", "biżżejjed irwieħna.", "Bil-theddid tal-vjolenza nitgħallmu ninbidlu, nieħu t-tieni", "natura tagħna, ninsew lilna nfusna, u nsiru parti ċivilizzata tal-ambjent ċivilizzat.", "B'hekk insiru doċli, akkomodanti, paċifikanti u ubbidjenti.", "Ħafna drabi dan kollu jsir bl-aktar mod ħlejju kemm", "jista' jkun.", "Għalkemm mhux dejjem.", "Kulħadd jiftakar ix-xebgħat li qala' meta", "kien iżgħar.", "Rari ssib xi ġenitur li mqar darba ma refax idu fuq uliedu.", "U jekk", "dan m'għamlux, żgur li għolla leħnu, għajjat, hedded jew saħan.", "Hekk għallmuna", "l-ġenituri tagħna biex jiddomestikawna.", "Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, din", "id-domestikazzjoni ġiet bl-ilwien u l-ilsien tal-imħabba.", "Kien għax qalu li jħobbuna", "li l-kbar biddluna ħalli jiddomestikawna.", "Għax iħobbuna, ridnuna ma nibqgħux", "slavaġ.", "Għax iħobbuna, riduna nsiru ċivilizzati, suriet in-nies, iddomestikati.", "B'hekk ġabu fuqna l-aqwa ġid li setgħu jimmaġinaw: in-natura ċivilizzata.", "Tfal inkorreġġibbli", "Hawn tfal u tfal.", "Hawn tfal li malajr joqogħdu għad-domestikazzjoni", "mingħajr wisq problemi.", "Hawn ukoll oħrajn li, le, donnha d-domestikazzjoni", "jirreżistuha aktar.", "Il-ġenituri kollha jafu mill-esperjenza x'jiġifieri jkollok", "tfal ta' dawn iż-żewġ naturi differenti.", "Bla dubju, huma qiesu lil tal-ewwel", "tfal aħjar minn tat-tieni, għax skonthom hu aħjar minn iħalli lil min", "Illum tfal li jirreżistu d-domestikazzjoni għandna ħafna", "ismijiet kliniċi għalihom.", "Huma msieken għax ikun hemm lest għalihom pilloli,", "terapiji, tobba u x'naf jien.", "Dawn jitqiesu tfal li għandhom difett jew tfal", "Tfal li jirreżistu d-domestikazzjoni jridu jiġu mfejqa għax ma jitqisux", "normali; jeħtieġu l-għajnuna u jridu jgħaddu minn mediċini differenti sakemm", "in-natura tagħhom iċċedi.", "Id-domestikazzjoni ma titqiesx marda.", "Bil-kontra,", "titqies l-aktar ħaġa naturali fid-dinja; l-aktar ħaġa b'saħħitha li l-kbar", "jistgħu jixtiequ għaż-żgħar tagħhom.", "Hu marid min ma jħallix lil min", "jiddomestikah, jibdlu biex iġibu suriet in-nies.", "Jitqies marid min ma jridx", "jitmarrad bid-domestikazzjoni.", "Hekk hi d-dinja.", "Hekk aħna lkoll."]} {"url": "https://markmontebello.blogspot.com/2021/05/annimali-domestikati-u-nies-ora-6.html", "date": "2021-05-30T09:00:00+02:00", "category": "blog, personal, current affairs", "text": ["Id-domestikazzjoni mhijiex invinċibbli.", "Tista' tintrebaħ, u għandha tintrebaħ.", "Mhuwiex meħtieġ li l-individwi jibqgħu mjassra għal dejjem.", "Tabilħaqq, dan ma jistax ikun faċli.", "Imma ċertament hu possibbli.", "Kull taħriġ, minħabba n-natura artifiċjali tiegħu, jista' jintradd lura u minfloku", "mqiegħed taħriġ ġdid.", "Il-bniedem il-ġdid", "L-ewwel pass għall-ħelsien mid-domestikazzjoni huwa li", "wieħed jew waħda jsiru konxji tiegħu.", "Dan l-ewwel pass hu diffiċli daqskemm hu", "fundamentali u kruċjali.", "Malli l-bniedem jinfetħulu għajnejh", "għad-domestikazzjoni li jkun ġarrab, allura jkun beda mingħajr ma jintebaħ", "it-triq li tista' tieħdu lura d-dar, it-triq tal-ħelsien tiegħu nnifsu, it-triq", "li biha jerġa' jiskopri s-sbuħija li kellu sa mill-bidu.", "Meta bniedem jintebaħ bid-domestikazzjoni tiegħu ma jista'", "jibqa' l-istess.", "Jibda jara fih innifsu u madwaru dawk is-suriet u l-għamliet", "kollha li ntużaw għal dan l-għan, kif ukoll jara ma' kullimkien is-sinjali", "koroh tad-domestikazzjoni.", "Din jibda jagħrafha talli hi, mhux talli qalulu li", "hi, u jibda jsejħilha b'isimha.", "Meta jiġri dan, il-bidu tal-qerda tagħha tkun", "fil-qrib.", "Mal-għarfien tad-domestikazzjoni jiġu, l-ewwel nett, fis", "lura l-ġibda għal dak kollu li l-bniedem seta' kellu qabel ma beda jiġi", "ddomestikat, u wkoll, wara, tiġi wkoll l-istmerrija għal dak kollu li qered dak", "Mal-għarfien, il-bniedem il-qadim jibda' jixxennaq għall-bniedem", "il-ġdid.", "Il-bidla tkun bdiet isseħħ.", "It-tiġdid", "Hawnhekk jibda x-xogħol il-kbir tat-tiġdid, jiġifieri", "jibda x-xogħol biex dak li l-bniedem kellu qabel ma d-domestikazzjoni biddlitu", "għall-iskopijiet ta' ħaddieħor, jiġi irrestawrat u mqiegħed fil-post ewlieni li", "Mal-għarfien jibda l-veru xogħol iebes li l-bniedem imgħarraf jeħtieġ li", "jieħu fuqu nnifsu biex jerġa' jsir lilu nnifsu u l-ġmiel tal-individwalità", "tiegħu.", "Dax-xogħol jitlob żewġ ħwejjeġ ewlenin: it-tneħħija jew", "il-qerda tal-effetti tad-domestikazzjoni, u, ma' dan, it-tqegħid flokhom ta'", "drawwiet ġodda.", "Huwa xogħol li jeħtieġ li xi affarijiet jinħattu waqt li oħrajn", "jinbnew; żewġ movimenti ta' xogħol li jsiru fl-istess waqt, mhux", "suċċessivament.", "Filwaqt li ssir il-waħda, issir ukoll l-oħra.", "Dax-xogħol hu iebes għax mhuwiex lineari, jiġifieri mhux", "dejjem jimxi 'l quddiem f'linja dritta, u saħansitra mhux dejjem jimxi 'l", "Kemm-il darba l-bniedem li jiddeċiedi li jżarma l-qadim biex floku", "jibni l-ġdid, isib li l-qadim reġa' inbena kważi kważi mingħajr ma jaf kif, u", "li dan jeħtieġ jerġa' jibda jinħatt mill-ġdid.", "Il-ġlieda t-tajba!", "Dax-xogħol ta' tiġdid jieħu s-snin.", "Għala?", "Għax", "id-domestikazzjoni, li tkun saret tieni natura, hu diffiċli ħafna, għalkemm", "mhux impossibbli, li tintradd lura u li l-effet tagħha jinħattu.", "L-għeruq", "moħbija u mifruxa tagħha jerġgħu jinbtu hekk kif jibqa' mqar biċċa ċkejkna", "minnhom; jieħdu r-ruħ minkejja l-ġlieda kontrihom.", "Il-ġlieda kontra d-domestikazzjoni ma tintemm qatt.", "Dan m'għandux", "jaqta' qalb xi bniedem.", "Minkejja x-xogħol iebes għat-tiġdid tal-individwalità,", "u minkejja li l-ġlieda ma tintemm qatt, ebda bniedem m'għandu jitlef it-tama,", "għax kull pass huwa rebħa.", "Minkejja x-xogħol ma jiġi fi tmiemu qatt, kull rebħa", "ċkejkna fuq id-domestikazzjoni tagħna hija trijonf.", "Dil-ġlieda hija t-tama ta' kull bniedem, u t-tama", "Mingħajrha r-rebħa tad-domestikazzjoni u l-istituzzjonijiet kollha", "li jgħinuha tkun sħiħa, u kull individwalità tkun meqruda.", "Minn hawn tiġi", "l-qdusija ta' dil-ġlieda, għax trodd lill-bniedem dak li kellu sa mill-bidu,", "qabel inħakem mill-ħażin.", "Annimali domestikati jeżistu u jibqgħu jeżistu.", "ieħor jeżistu nies meħlusin minnha, u nies, bħalek, li jridu jinħelsu minnha.", "Il-ġlieda"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2016/03/", "date": "Monday, March 28, 2016", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "More equal than others The Politics of Decency Three Years of Labour #‎Panamagate‬ ‪#‎Malta‬ - Appeal for dismissal, call for publication of contracts #‎Panamagate‬ ‪#‎Malta‬ - Appeal by Civil Society activists regarding financial investments of Maltese MPs \n Other side of #Panamagate \n \n ‪#‎Panamagate‬ ‪#‎Malta‬ - What next? \n \n Civil Society Activists and the Malta Panamagate Scandal", "text": ["http://mikes-beat.blogspot.com.mt/2016/02/appeal-by-civil-society-activists.html", "http://mikes-beat.blogspot.com.mt/2016/02/appeal-by-civil-society-activists.html"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2016/05/", "date": "Monday, May 30, 2016", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Notes from a Traffic Jam The Zonqor Conflict features in the 2015 Social Conflict Yearbook Why school food is an issue KEA: A new expression of radical environmentalism in Malta Strengths of civil society \n \n The logic of numbers \n \n Civil Protest Aftermath \n \n Michael Briguglio intervistat minn John Bundy", "text": ["\"Il-PM ttratta lin-nies bħallikieku ma jaħsbux\"", "http://www.newsbook.com.mt/artikli/2016/5/2/briguglio-jiddispjacih-li-l-pm-ttratta-lin-nies-bhallikieku-ma-jahsbux.45324/", "L-eks-Ċermen ta' Alternattiva Demokratika Michael Briguglio qal li jiddispjaċih li l-Prim Ministru qed jittratta lin-nies bħallikieku ma jaħsbux.", "Fil-programm Ma' Bundy fuq RTK Dr Michael Briguglio qal li bir-reshuffle li għamel il-Ħamis li għadda, il-Prim Ministru qed jagħti l-impressjoni li kulħadd jista' jagħmel li jrid u ma jiġri xejn.", "Qal li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jżomm lill-Ministru Konrad Mizzi u jżommu f'Kastilja fejn qal li \"aktarx se jkollu aktar saħħa\".", "Filwaqt li rrikonoxxa li ekonomikament pajjiżna sejjer tajjeb il-PM qed jagħti l-impressjoni li kulħadd jista' jagħmel li jrid u ma jiġri xejn sostna li \"pajjiżna jistħoqlu ħafna aħjar.\"", "Fil-programm, Briguglio tkellem ukoll dwar in-netwerk tas-soċjetà ċivili li nhar is-Sibt se jorganizza protesta fil-Belt.", "\"Meta tiftaħ kontijiet fil-Panama jibdew jixegħlu l-bozoz il-ħomor\"", "Il-membri tan-netwerk tas-soċjetà ċivili qed jitolbu r-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ- Chief of Staff tal-PM Keith Schembri għaliex huma esposti fil-każ tal- Panama Papers .", "Għal diversi drabi Dr Briguglio qabbel is-sitwazzjoni ta' dawn il-politiċi Maltin ma' politiċi minn pajjiżi oħrajn fosthom il-Prim Ministru tal-Iżlanda u l-Ministru Spanjol li t-tnejn kellhom jirreżenjaw.", "Fakkar kif fil-każ ta' Swiss Leaks, il-Prim Ministru qal li dawn l-affarijiet huma \"inaċċettabbli u li kieku l-Prim Ministru mexa bl-istess riga kien ikeċċi lill-Ministru Mizzi\", tenna Briguglio.", "\"Il-ħidma ta' Konrad Mizzi mmtappna b'nuqqas ta' trasparenza\"", "Mistoqsi dwar il-ħidma tal-Ministru Konrad Mizzi, Michael Briguglio qal li sa issa, il-wiegħda tal- power station ma twettqitx u hi mtappna b'nuqqas kbir ta' trasparenza minħabba li l-kuntratti għadhom ma ġewx ippubblikati.", "Sostna li t-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma seta' ġie anke minħabba l-prezzijiet irħas tal-enerġija mill- interconnector .", "Qal li ma jaqbilx mal-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern li ressqet l-Oppożizzjoni għax qal li permezz ta' din il-mozzjoni saħħet il-Gvern għax hemm Ministri li qed jaħdmu sewwa.", "\"In-netwerk tas-soċjetà ċivili m'għandux irbit politiku\"", "Fisser li n-netwerk huwa ffurmat minn nies li ġejjin minn partiti politiċi differenti u li jemmnu li Malta jixirqilha governanza tajba.", "Qal li f'Malta reġa' hawn il-biża' u bħala bniedem liberu li jitkellem kif irid iħossu fid-dmir li jirrappreżenta lil ħaddieħor li mhux daqshekk liberu li jitkellem.", "Temm jgħid li \"fis-soċjetà ċivili inħasset il-ħtieġa li jkun hemm vuċi ħielsa li tirrappreżenta lil Maltin u mhix estensjoni tal-ebda partit.\""]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2013/06/", "date": "Thursday, June 20, 2013", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "PN goes LGBT? 100 jum tal-Gvern Laburista Bridge to Gozo?", "text": ["Hemm hafna x'wiehed jista' jghid dwar l-ewwel mitt jum ta' Gvern Laburista.", "Kien hemm decizzjonijiet pozittivi, bhal hidma favur minoranzi u persuni zvantaggjati u favur edukazzjoni mhalta, u, bhall-kontinwita' f'affarijiet pozittivi li kienu jezistu.", "Hemm affarijiet ohrajn li ghad irridu naraw x'ser isarfu fil-konkret, bhal kliem kontra x-xoghol prekarju u l-process lejn energija iktar nadifa.", "B'mod negattiv, jidher li l-Gvern huwa lest jaghti rwol sproporzjonat lil zviluppaturi kbar.", "Din iggib maghha mistoqsijiet dwar sostenbitilita' ambjentali.", "Izda hemm zewg kwistjonijiet li f'dawn l-ewwel mitt gurnata, qed jispikkaw iktar minn ohrajn.", "L-ewwel: Il-hatriet.", "Nifhem li Gvern ghandu jahtar persuni f'rwoli krucjali li jkollhom twemmin li jkun vicin dak tal-Partit fil-Gvern, jew li jistghu jahdmu fi spirtu pluralista minghajr ma' jaghmlu sabutaggji.", "Persuna f'pozizzjoni pubblika qatt m'hu ideologikament newtrali.", "Nifhem ukoll li kien hemm numru ta' postijiet li ntlew minn persuni professjonali, kompetenti u kapaci.", "Izda f'hatriet ohrajn li saru ma' narax meritokrazija jew kompetenza.", "It-tieni: Il-politika fiskali.", "Bhal ma argumentajt qabel l-elezzjoni generali, l-ahhar bagit tal-Gvern Nazzjonalista kien wiehed irresponsabbli li wieghed tnaqqis ta' taxxa ghal dawk li ghandhom dhul gholi, b'detriminet ghall-fondi pubblici, liema fondi huma essenzjali ghas-servizzi pubblici bhas-sahha, l-edukazzjoni u l-penzjonijiet.", "Il-Gvern Laburista gdid zamm dan it-tnaqqis rigressiv.", "Issa kif ser jaghmel tajjeb ghaz-zieda kbira fid-deficit?", "Pajjizna ser jiehu triq neo-liberali lejn l-awsterita' ghad-detriment tal-gustizzja socjali?", "Nittama li le.", "Il-Gvern Laburista ghadu fiz-zmien li jbiddel ir-rotta favur politika fiskali progressiva li tredni dhul pubbliku minghajr ma xxekkel l-investiment.", "Dan jista' jiggarantixxi servizzi pubblici sostenibbli u socjalment gusti.", "Nappella lill-Gvern biex jiehu din it-triq qabel ma jkun tard wisq.", "F'kontradizzjonijiet bhal dawn, jidher li l-islogan \"Malta Taghna Lkoll\" huwa problematiku, u li politika minghajr avversarji hija fantazija.", "Gvern dejjem jiehu naha, irid jew ma jridx.", "(Nota: Din l-opinjoni dehret fuq il-gazzetti It-Torca u Illum, li, flimkien mas- Sunday Times talbuni nikkummenta fuq l-ewwel 100 jum tal-Gvern Laburista)"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2015/07/il-fenomenu-tal-front.html", "date": "Tuesday, July 28, 2015", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Il-Fenomenu tal-Front", "text": ["Il- protesta #savezonqo r tal- Front Harsien ODZ , nhar is-Sibt 20 ta' Gunju, kitbet l-istorja ghal bosta ragunijiet.", "Din kienet l-ikbar protesta awtonoma li qatt organizzat is-socjeta' civili Maltija, minghajr indhil ta' partiti politici.", "Kien hemm madwar 3,000 u 4,000 persuna li honqu triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta.", "Is-soltu, huma biss il-partiti jew unjins kbar li jirnexxilhom jigbu folol daqshekk kbar, specjalment minhabba l-ammont ta' membri li ghandhom.", "Izda anke hawnhekk, dan l-ahhar kien hemm tnaqqis ta' attendenza ghal bosta attivitajiet , u ghalhekk l-attendenza massiva ghall-protesta tal-Front kienet iktar sinjifikanti.", "Apparti minn hekk, protesti ambjentali kbar li saru taht l-amministrazzjoni precedenti taht Gvern Nazzjonalista gibdu madwar 500 ruh – u kienu meqjusin success.", "Il-Front Harsien ODZ jipprezenta fenomenu gdid fil-politika Maltija, u fl-istess hin jiccelebra t-tajjeb ta' attivizmu ambjentali li kien hemm fis-snin ta' qabel.", "Il-Front jibni fuq ambjentalizmu tas-sittinijiet , ambjentalizmu iktar militanti mit-tmeninijiet il-quddiem, u l-istrategija inklussiva ta' kampanji li kisbu success bhal tal-Front Kontra l-Golf Kors fir-Rabat.", "Il-Front ghandu appogg ta' iktar minn 30 organizazzjoni, u m'ghandu l-ebda intenzjoni li jiehu posthom, izda, li jahdem b'mod inklussiv, lil'hinn mis-settarjanizmu jew partiggjanizmu, fejn kulhadd jista' jahdem flimkien.", "Dawk attivi fil-Front Harsien ODZ jirrispondu lill-istess Front u mhux lill-ghaqda li maghhom huma msiehba.", "Decizjonijiet fil-Front isiru b'mod orizzontali u demokratiku, u attivisti m'ghandhomx bzonn approvazzjoni ta' xi ghaqda biex jippartecipaw fit-tehid tad-decizzjonijiet.", "Hemm attivisti fil-front li ilhom attivi iktar minn 20 sena.", "Ohrajn ilhom attivi ghal dawn l-ahhar snin, u ohrajn huma godda fil-mewga gdida ta' attivzimu fis-socjeta' civili.", "Hemm attivisti li huma kunsilliera, ohrajn gurnalisti, ohrajn akkademici minn dixxiplini varji, u ohrajn li huma studenti, attivisti u cittadini b'interess ambjentali u fil-gid komuni.", "Il-Front issa jrid jizgura li jibqa' awtonomu u li ma jaqax ghat-tentazzjoni ta' ko-opzjoni.", "Il-Front m'huwiex mahkum minn glied intern, partiggjanizmu jew primadonnizmu politiku.", "Ghall-kuntrarju, kull attivist ghandu rwol importanti, u l-Front juza pjattaformi differenti ghall-attivizmu.", "Dan jinkludi l-media socjali, protesti, dibattiti pubblici, memes, networking u attivizmu 'grassroots'.", "Il-Front jirraprezenta l-mument ta' attivizmu mhux partiggjan, f'kuntest ta' kuxjenza ambjentali li dejjem qed tikber, u taht Gvern Laburista li qed isir inqas trasparenti, iktar arroganti u iktar merkantili f'politika li qed tbiegh il-gid komuni.", "Apologisti ultra-partiggjani qed jaghmlu dak kollu li jistghu biex izebilhu lill-Front Harsien ODZ.", "Izda b'mod politkament xejn analitiku, qed jinjoraw il-mewga li qed tikber fis-socjeta' civili Maltija.", "Dan jaghti iktar incentiv lill-Front biex jitkellem kontra s-serq tal-wirt ambjentali Malti.", "Nota: Dan l-artiklu deher fil-harga tas-Sajf 2015 tar-rivista Zminijietna"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2015/05/front-harsien-odz.html", "date": "Saturday, May 23, 2015", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Front Harsien ODZ is launched", "text": ["http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/5/23/awdjo:-front-gdid-biex-l-ambjent-ikun-ta%27-kulhadd.31568/", "http://maltarightnow.com/news/2015/05/23/jitwaqqaf-il-front-harsien-odz-bil-partecipazzjoni-ta-marlene-farrugia-u-godfrey-farrugia-fost-ohrajn/", "http://inewsmalta.com/dart/20150523-ornat-twaqqaf-il-front-arsien-odz-fost-il-membri-marlene-godfrey-farrugia"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2014/02/glieda-kontra-l-faqar-u-l-eskluzjoni.html", "date": "Thursday, February 20, 2014", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali", "text": ["http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1=%27Opinjoni%27&ID2=116870", "Żminijietna - Leħen ix-Xellug tawgura lill-Gvern li qiegħed iniedi proċess ta' konsultazzjoni dwar il-'green paper' għal struttura għal tnaqqis fil-faqar u għal inklużjoni soċjali.", "Huwa pożittiv li l-Gvern qiegħed jirrikonoxxi li hemm dimensjonijiet varji tal-faqar u esklużjoni soċjali u li dawn jeħtieġu politika olistika għal problema li qiegħda tikber.", "Huwa pożittiv ukoll li l-Gvern qiegħed jirrikonoxxi li l-Istat għandu responsabilità li permezz ta' politika soċjali jista' jikkumbatti dawn l-isfidi, u li se jidħlu bosta miżuri f'dan ir-rigward, kif ġew imħabbra fil-baġit 2014.", "Żminijietna – Leħen ix-Xellug temmen li Malta għandha tħares lejn mudell soċjali li hu mibni fuq 'welfare state', universalità li jagħti l-importanza xierqa lil sfidi partikolari u lid-diversitajiet li jeżistu fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali.", "Żminijietna temmen ukoll li diskors dwar l-inguwaljanza ma jistax iħalli barra fatturi relatati ma' klassi soċjali u lanqas ma jista' jirraġuna li m'hemmx alternattivi għall-politika neo-liberali u kunċetti bħal privatizzazzjoni.", "Żminijietna – Leħen ix-Xellug qiegħda tagħmel dawn il-proposti għal struttura għal tnaqqis fil-faqar u għal inklużjoni soċjali f'Malta.", "1.", "Żieda fil-paga minima u riforma fil-COLA biex tirrifletti l-għoli tal-ħajja Din għandha tkopri lill-ħaddiema kollha, 'full-time', 'part-time' u kuntrattwali, u tista' twassal għal livell ta' għejxien aħjar għal ħaddiema b'paga baxxa, parteċipazzjoni ikbar fis-suq tax-xogħol peress li x-xogħol ikun iktar irendi u iktar produttiv.", "2.", "Liġi kontra x-xogħol prekarju Għandu jkun hemm definizzjoni ċara ta' xogħol prekarju biex b'hekk tidħol fis-seħħ leġislazzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u favur xogħol diċenti.", "3.", "\"Active policy measures\" fi sfond ta' 'welfare' universali Filwaqt li hu tajjeb li jkun hemm skemi ta' taħriġ, 'tapering' ta' benefiċċji soċjali sabiex jinkoraġixxu lil persuni biex isibu mpjieg mingħajr ma jieħdu skoss permezz ta' telf ta' benefiċċji soċjali, dan m'għandux iwassal għal 'welfare' kundizzjonali u tnaqqis ta' 'welfare' universali.", "Dan tal-aħħar għandu jitqies bħala kumpens għal inugwaljanzi u diffikultajiet li ġġib magħha sistema kapitalista, u bħala dħul xieraq li jiżgura li ma jkunx hemm nies fil-faqar.", "4.", "Ġlieda kontra l-faqar relatat mal-konsum tal-enerġija u favur il-'green jobs' L-istat għandu jiżgura mhux biss li l-kontijiet tad-dawl, ilma u gass ikunu affordabbli, iżda wkoll li jiżdied l-aċċess għall-enerġija nadifa u rinnovabbli b'għajnuna tal-istat u ppjanar li jżid l-aċċess f'binjiet.", "Sfidi ambjentali u ta' enerġija għandhom jitqiesu bħala opportunità ta' ħolqien ta' 'green jobs' u sostenibilità.", "L-istat għandu jkollu rwol ewlieni fil-produzzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija.", "5.", "Politika inklussiva dwar diżabilità Għandu jkun hemm politika li tirrikonixxi d-diversità ta' diżabilitajiet, biex b'hekk tinkoraġixxi 'independent living', impjieg u/jew ħarsien soċjali skond il-persuna, sabiex kulħadd ikollu kwalità ta' ħajja tajba garantita.", "Il-kunsilli lokali għandhom jiġu obbligati li jimpjegaw persuni b'diżabilità fost il-ħaddiema tagħhom.", "6.", "Pensjoni diċenti Malta għandha tersaq lejn pensjoni universali għal kull pensjonant sabiex jonqsu l-inugwaljanzi ta' klassi soċjali u l-faqar.", "L-istat m'għandux jabdika mir-responsabilità li jipprovdi din it-tip ta' pensjoni.", "Ħaddiema anzjani m'għandhomx jiġu meqjusa bħala piż fuq l-ekonomija u jiġu ddiskriminati, iżda għandhom jitħallew jaħdmu jekk huma jixtiequ jagħmlu dan, u jibqgħu jżommu l-pensjoni.", "7.", "Ugwaljanza fost it-tfal Għandha tissaħħaħ l-edukazzjoni komprensiva, li filwaqt li tirrikonoxxi li tfal jista' jkollhom ħiliet u nteressi differenti, m'għandhomx jiġu segregati b'mod klassist.", "Għandu jiġi żgurat ukoll li t-tfal kollha jkollhom id-dritt ta' aċċess universali għal attivitajiet kulturali, mużikali, sportivi u edukattivi offruti mill-istat.", "8.", "Taxxi progressivi Il-Gvern għandu jerġà jintroduċi taxxa fuq id-dħul ta' 35% għal min għandu paga għolja.", "Din ir-rata hija waħda mill-iktar baxxi fl-Ewropa u ma ixxekkilx l-investiment jew l-inizjattiva.", "Id-dħul iġġenerat għandu jintuża biex jiffinanzjaw in-nefqa pubblika tal-Gvern, li b'hekk tkun fuq sisien sostenibbli, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' nefqa rikorrenti.", "9.", "Paga massima fis-settur pubbliku Il-Gvern m'għandux iżid l-inguwaljanzi fis-settur pubbliku billi jagħti pagi astronomiċi fejn hemm min saħansitra qed ikollu iktar minn żewġ pagi 'full-time' ta' xogħol u konsulenzi li jagħmel fis-settur pubbliku.", "10.", "Integrazzjoni u ġustizzja soċjali fl-immigrazzjoni", "Għandu jkun hemm iktar inforzar tal-liġi kontra min qiegħed jisfrutta lill-immigranti irregolari għal xogħol, u għandu jkun hemm politika iktar soċjalment ġusta fuq livell nazzjonali u Ewropew, favur integrazzjoni u kontra d-detenzjoni u 'pushbacks'.", "11.", "Ħidma ikbar mas-soċjetà ċivili Għandu jkun hemm iktar konsultazzjoni ma' għaqdiet non-governattivi, riċerkaturi u esperti f'oqsma varji tas-soċjetà ċivili.", "Fost oħrajn, għandu jiġi żgurat li jkun hemm iktar konsultazzjoni fost riċerka li ssir fl-Università ta' Malta.", "12.", "Ġustizzja soċjali u mhux diskors neoliberali u tal-'underclass' L-istat għandu jaħdem għal mudell soċjali ibbażat fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza, aċċessibilità u inklużjoni.", "Għalhekk diskors uffiċjali li jħares lejn persuni foqra bħala każijiet ta' individwi li jġibu ruħhom ħażin u li huma ħatja tal-faqar tagħhom għandu jiġi evitat.", "Għandu jiġi evitat kull diskors uffiċjali li jsostni li m'hemmx alternattivi sostenibbli għall-privatizzazzjoni.", "13.", "Diskussjoni strutturata dwar l-introduzzjoni ta' dħul minimu garantit għal kulħadd Dan sabiex ħadd ma jgħix fil-faqar filwaqt li ma tinqatax l-inizjattiva għal min irid jidħol fis-suq tax-xogħol.", "Is-sistema tal-'welfare' tkun issimplifikata u l-ispejjeż soċjali relatati ma' faqar jingħelbu.", "14.", "Investiment ikbar fis-saħħa priventiva u politika kontra inugwaljanza ta' klassi fis-settur tas-saħħa Il-Gvern m'għandux jippermetti li min għandu aċċess għal 'insurances' u konsulenti privati jingħata preferenza għal aċċess fis-settur pubbliku tas-saħħa.", "15.", "'One-stop shop' għal persuni fi kriżi imminenti Il-Gvern għandu jiffaċilità l-aċċess għal għajnuna soċjali lil min għandu emerġenza ta' faqar u/jew esklużjoni soċjali bħal persuni li jinsabu bla saqaf, eks-ħabsin, immigranti rregolari u persuni li jesperjenzaw faqar għall-ewwel darba minħabba emerġenza bħal mard serju."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2014/10/sfidi-socjali-u-politici-fmalta.html", "date": "Sunday, October 26, 2014", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Sfidi Socjali u Politici f'Malta", "text": ["Diskors li ghamilt fil-Konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista, fuq stedina tal-Partit, fil-25 ta' Ottubru 2014", "Introduzzjoni", "Hemm hafna xi tghid dwar sfidi socjali u politici Maltin fis-snin li gejjin.", "F'dan il-hin qasir ser nitkellem dwar uhud mill-isfidi li nara, u ser naqsamhom f'tliet kategoriji: Il-Gustizzja Socjali; Is-Sostenibilita' u d-Demokrazija.", "Il-Gustizzja Socjali", "Id-drittijiet u liberatijiet civili saru parti mid-diskors dominanti fil-politika Maltija, u ziedu l-awtonomija f'diversi oqsma tal-hajja.", "Izda m'ghandniex nilludu ruhna li issa kulhadd sar ugwali.", "Hemm diversi forom ta' inugwaljanza, per ezempju fuq bazi ta' klassi socjali, faqar u eskluzjoni socjali.", "Fil-prezent, il-politika socjali Maltija qed taddotta 'active measures', jigifieri mizuri li permezz taghhom l-individwu ikun armat ahjar biex jaffacja d-dinja tax-xoghol u fejn jigi nkuraggit jinvesti biex itejjeb is-sitwazzjoni socjali tieghu.", "Fl-istess hin qed isir diskors negattiv dwar 'dipendenza socjali', fejn donnhom in-nies foqra ghandhom x'jahtu tas-sitwazzjoni taghhom.", "F'dan il-kuntest irridu nzommu f'mohhna li l-welfare universali – bhas-servizzi ta' sahha u edukazzjoni, u bhall-espansjoni ricenti tac-childcare - hafna drabi jipprotegi lill-bosta familji mill-faqar u eskluzzjoni socjali.", "Jekk dan jidghajjef, jistghu jikbru l-inugwaljanzi socjali.", "F'dawn l-ahhar snin il-mudell socjali Malti – li hu nfluenzat minn tahlita ta' mudelli socjali differenti fl-Ewropa - serva tajjeb bhala tarka ghal bosta nies, f'kuntest fejn il-krizi ekonomika kellha impatti devastanti fuq socjetajiet ohra fin-Nofs in-nhar ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk irrid nirrimarka li sistemi ta' penzjoni volontarji u ddominati mis-settur privat ma jawgurarx tajjeb, ghax jistghu izidu l-inugwaljanzi fit-tielet eta' permezz ta' skemi rigressivi, fejn min ihallas l-iktar, ikollu penzjoni iktar gholja, u min ma jiflahx ihallas, jibqa' lura.", "Sostenibilita'", "Politika socjali universalista' tistrieh fuq finanzi sostenibbli u tista' twassal ghal ekonomija iktar stabbli.", "Politika fiskali rigressiva u instostenibbli tista' tipperikola dan kollu.", "Bl-istess mod, ekonomija b'sahhitha tistrieh fuq sostenibilita' ekologika.", "Fl-assenza ta' kwalita' ambjentali, ta' arja nadifa, spazji liberi u kampanja f'sahhitha, tonqos il-kwalita' tal-hajja.", "Qeghdin f'sitwazzjoni ta' sfidi ekologici globali bhat-tibdil fil-klima li jistghu isiru katastrofici jekk ma jkunx hemm politika li timmangija riskji b'mod sostenibbli.", "Izda anke fuq livell lokali, kwistjonijiet bhad-dhahen mill-karozzi, fejn donnu addottajna regoli Ewropej izda mhux nimplimentawhom, qed iwasslu ghal zieda fil-mard respiratorju.", "Iz-zieda fit-traffiku u l-problemi assocjati mat-trasport pubbliku mhux jghinu s-sitwazzjoni.", "Sfidi ohrajn bhall-energija sostenibbli, id-difiza ta' siti pubblici mill-kommodifikazzjoni, il-kostruzzjoni, l-immanigjar ta' l-iskart u l-ilma ser ikunu fuq quddiem fil-politika ambjentali Maltija fis-snin li gejjin, u dawn ser ikollhom impatt qawwi ekonomiku u socjali.", "Dan kollu jista u ghandu jservi ta' opportunita' li nharsu lejn ekonomija hadra.", "Din izzid is-sostenibilita' u tipprovdi x-xoghol f'setturi u livelli varji.", "Sfida ewlenija relatata mas-sostenibilita' hi jekk ahniex Konsumaturi – li rridu gratifikazzjoni istantanja f'socjeta' ta' ixtri u armi; jew Cittadini li nzwegu d-drittijiet mar-responsabilitajiet, anke lejn generazzjonijiet futuri.", "Nemmen li din hi l-ikbar dilemma fil-politika socjali llum.", "Demokrazija", "Id-diskors teknokratiku qed jipprova jikkonvincina li il-kwistjonijiet Ii jezistu llum huma biss ta' natura manigerjali jew teknika, u li l-ideologija mietet.", "Altru milli mietet l-ideologija, qed naraw li l-ideologija neo-liberali ghandha rwol ewlieni fiz-zieda fl-inugwaljanzi socjali u fil-krizi ambjentali.", "Bl-istess mod, jista' jkun hemm vizjonijiet ohra, li jaspiraw ghal bidliet sostanzjali lejn socjeta' iktar gusta u sostenibbli.", "Politika demokratika taghraf il-possibilta' ta' direzzjonijiet politici differenti fil-governanza ta' socjeta'.", "Taghraf ukoll li d-diversita' u l-antagonizmi jistghu isahhu d-demokrazija.", "Fil-politika hemm pluralita' ta' siti socjali fejn isehhu l-antagonizmi, u dawn m'humiex necessarjament monopolizzati mill-partiti.", "Jezistu ukoll ghaqdiet non-governattivi, li ghandhom rwol importanti li jqajmu kuxjenza u li jahdmu ghal bidliet socjali.", "Il-partiti u l-NGOs jistghu jahdmu fi spirtu ta' djalogu, fejn l-awtonomija ta' kull naha tigi rispettata, izda fejn jigu ffurmati alleanzi u koalizzjonijiet skond il-htiega.", "Avversarji politici ghandhom jigu rispettati ghall-vizjonijiet differenti taghhom.", "Politika minghajr avversarji hi politika li tmur kontra s-sens demokratiku, ghax tassumi li kulhadd gie assorbit f'kunsens falz, kunsens monolitiku, kunsens li m'hu xejn ghajr monologu ta' min ghandu s-sahha.", "Ghalhekk, it-tishih demokratiku jezigi li l-diversita', il-pluralizmu, is-socjeta' civili u l-forom politici differenti jigu ccelebrati.", "Konkluzjoni: L-Awtonomija", "Naghlaq billi nosserva li qed nghixu f'socjeta' li fejn l-individwalizazzjoni hija prezenti f'kull qasam tal-hajja.", "L-individwi huma dejjem iktar mehtiega jibnu l-hajja rispettiva taghhom, mill-opportunitajiet li jezistu, nghidu ahna fl-edukazzjoni, sal-kundizzjonijiet ta' prekarjeta' li qed jnifirxu f'bosta oqsma tal-hajja, mix-xoghol sar-relazzjonijiet.", "F'kundizzjoni ta' individwalizzazzjoni, m'ghandniex ghazla hlief li naghmlu l-ghazliet, kemm il-darba difficli.", "L-ghazliet li naghmlu huma influenzati kemm mill-mod kif nirriflettu dwarhom u kif ukoll fil-kundizzjonijiet li nghixu fihom.", "Ghalhekk, sfida ewlenija ghall-politika socjali hi kif l-individwalizazzjoni taghti inqas lok ghall-prekarjeta' u iktar lok ghall- awtonomija.", "B'hekk wiehed ikollu kemm jista' jkun kontroll fuq l-attivitajiet li jixtieq jaghmel fil-kostruzzjoni ta' l-identita' tieghi, fl-isferi varji tal-hajja, mill-familja sax-xoghol, mill-hin liberu sal-edukazzjoni.", "L-awtonomija ghandha tkun relatata mal-gustizzja socjali u mas-sostenibilita' f'kuntest demokratiku.", "Hawnhekk, ikollna verament politika tac-cittadini, u mhux politika tal-konsumaturi."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2014/03/sena-ta-gvern-laburista.html", "date": "Monday, March 10, 2014", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Sena ta' Gvern Laburista", "text": ["Intlabt naghti kumment ghall-gazzetta it-Torca (9/3/14) dwar l-ewwel sena ta' Gvern Laburista.", "Wegibt hekk:", "Sena ta' Gvern Laburista, wara kwazi hamsa u ghoxrin sena ta' Gvern Nazzjonalista....", "Hemm min forsi kien qed jistenna l-mirkali f'din l-ewwel sena, specjalment wara li l-Partit Laburista bena politika 'minghajr avversarji' – dik 'taghna lkoll'- li waslet ghal rebha elettorali fenomenali fl-2013.", "U hemm min jirraguna li fl-ewwel sena, il-Gvern gdid ghadu qed isib saqajh u ghalhekk hija xi haga naturali li jiehu decizzjonijiet tajbin u ohrajn inqas tajbin, forsi wkoll frott ta' nuqqas ta' esperjenza.", "Dan huwa Gvern tal-politika tat-'third way' – il-politika li giet teorizata minn hassieba bhas-socjologu Anthony Giddens u mhaddma minn politici bhal Tony Blair.", "Din it-tip ta' politika hija wahda prammatika li ghandha aspetti xellugin – bhat-twemmin fl-inkluzjoni socjali, u aspetti leminin, bhat-thaddin ta' politika ekonomika neo-liberali.", "Imbaghad hemm aspetti li jippruvaw jirrikonciljaw il-gustizzja socjali mas-suq hieles.", "Fil-fatt ,fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista f'Malta rajna kif ihares lejn l-ugwaljanza f'termini ta' l-inkluzjoni socjali u drittijiet civili.", "Ghalhekk, il-Gvern qed jahdem biex idahhal l-unjoni civili bejn koppji ta' l-istess sess – bl-istess drittijiet ta' kopji mizzewga; ser idahhal childcare centres b'xejn ghal genituri li jahmdu jew jistudjaw; kif ukoll li jdahhal mizuri ta' welfare li jinkoragixxu lil persuni biex jidhlu fid-dinja tax-xoghol u jzommu l-beneficcji socjali ghal medda ta' snin.", "F'dak li ghandu x'jaqsam mal-faqar u l-eskluzzjoni socjali, hija pozittiva li l-Gvern hareg green paper ghall-konsultazzjoni mas-socjeta' civili, u hija pozittiva wkoll li l-Gvern qieghed jirikonoxxi li dawn ir-realtajiet ghandhom dimensjonijiet varji.", "Dan imur lil'hinn minn hsieb fossilizzat ta' one-size-fits-all fil-politika socjali.", "Rajna wkoll li l-Gvern qieghed jipprova jkun iktar inklussiv fis-settur edukattiv, billi, fost ohrajn, jirikonoxxi li hemm tfal li gejjin minn tipi differenti ta' familji u kulturi.", "Bosta policies f'dan ir-rigward ghadhom ma dahlux fis-sehh, izda kollox jindika li ser jiddahlu.", "Dan zgur ikun ta' sodisfazzjon mhux biss ghal persuni involuti direttament f'dawn l-oqsma fil-hajja personali taghhom, izda wkoll ghal min jemmen f'socjeta' iktar gusta u iktar inklussiva.", "Min-naha l-ohra, rajna li l-Gvern Laburista wettaq bosta decizzjonijiet li jxeqilbu lejn in-neo-liberalizmu.", "Per ezempju qieghed inaqqas it-taxxa fuq id-dhul ghal min jaqla' l-iktar.", "Din il-politika tista' tidher sabiha u tista' trebbah il-voti, izda tista' twassal ghal riperkussjonijiet finanzjari li jheddu is-sostenibilita' ta' servizzi pubblici, li huma tant importanti biex nevitaw il-faqar u inugwaljanzi kbar.", "Hawnhekk tidhol il-famuza kwistjoni tac-cittadinanza, fejn huma stmati li jidhlu xi Biljun Ewro fil-fondi pubbli.", "Ovjament, din hi somma kbira, izda wiehed irid joqghod attent li ma ggibx maghha infieq insostenibbli li jwassal ghal kollass finanzjarju hekk kif dan id-dhul jispicca.", "Biex ma nsemmux l-aspettattivi gholjin li jirrizultaw minn dan id-dhul, fejn korpi u gruppi differenti jibdew jaghmlu iktar pressjoni fuq il-Gvern ghal htigijiet settorjali taghhom.", "Il-problema li ghandi jien b'dan kollu hu li pajjizna qed jiftah il-bibien ghal min jiflah ihallas, u jghalaqhom ghal min qieghed jahrab minn sitwazzjonijiet tragici f'pajjizi foqra.", "L-isfortuna ta' dan kollu hu li dan kollu qed isir bil-barka tal-Kummisjoni Ewropea, li qed tersaq il-boghod minn mudell socjali u egalitarju.", "Fil-qasam ambjentali jidher ukoll li l-Gvern Laburista qieghed jaghti priorita' lill-interessi ta' zviluppaturi u negozjanti kbar.", "Nassumi li l-ghan hu li ddur ir-rota ekonomika, izda dan ser jigi bi prezz gholi: prezz li diga' rajna kemm jiswa taht Gvernijiet Nazzjonalisti li ghamlu ftit li xejn f'dak li ghandu x'jaqsam ma' sostenibilita' ambjentali.", "Kemm nistghu nibqghu nibnu mega-progetti?", "U kemm nistghu nibqghu nahlu rizorsi bhall-ilma qisu xejn m'hu xejn?", "Dwar l-energija, il-Gvern qieghed jimxi skond il-mandat tieghu favur uzu ta' gass u b'mod prammatiku qieghed jipprivatizza parti mill-EneMalta.", "Il-mistoqsijiet tieghi f'dan ir-rigward huma jekk il-Gvern huwiex qed jghaggel wisq fil-politika tieghu – per ezempju f'dak li ghandu x'jaqsam mal-hazna tal-gass f'Marsaxlokk- u jekk il-Gvern huwiex ser jaghti priorita' li jisthoq ghall-energija rinnovabbli.", "Din ta' l-ahhar tista' twassal ghal iktar sovranita' fl-uzu ta' l-energija f'Malta, specjalment jekk l-istat ikollu rwol ewlieni fil-qasam.", "Dipendenza fuq oligarkiji ta' l-energija ghandha l-perikli taghha.", "Qasam iehor li qed johloq kontroversja hu dak tal-hatriet f'karigi ewlenin fis-settur pubbliku.", "Filwaqt li nifhem u naqbel mal-kuncett li nies ta' fiducja ghandhom ihaddnu twemmin simili ghal tal-partit fil-Gvern, u filwaqt li nirikonixxi li bosta nies li nhatru f'karigi ewlenin ghandhom il-kwalitajiet u l-kwalifici mehtiega ghar rwoli rispettivi taghhom, fl-istess hin nahseb li saru numru ta' hatriet li m'humiex fuq bazi ta' meritokrazija.", "Jidher li pajjizna – bhal pajjizi ohrajn fin-nofs in-nhar ta' l-Ewropa, huwa mdorri bil-politika ta' patrunagg.", "Ghalhekk, jidher li dan il-Gvern ghandu pluralita' ta' dimensjonijiet u direzzjonijiet.", "Nahseb fiz-zmien li gej ser tkun iktar cara li politika favur l-ugwaljanza ma' tistax tinjora l-klassi socjali.", "Per ezempju, fil-kwistjoni tax-xoghol prekarju, x'ser jaghmel il-Gvern?", "Ser jintroduci ligijiet cari li ma jippermettux dan it-tip ta' xoghol u li, per ezempju, jghollu l-paga minima, jew ser jaghmel kif jixtiequ l-ghaqdiet ta' min ihaddem – jigifieri li jhalli s-suq isuq?", "Liema klassi socjali ser jappoggja l-Gvern?", "Probabilment il-Gvern Laburista ser jibqa jahdem fl-isfond ta' strategija ta' politika minghajr avversararji, u jipprova jsib kompromessi f'kwistjonijiet li jaharqu.", "Izda din it-tip ta' politika tista' tahdem fuq medda ta' snin?", "Rajna li fil-kaz ta' Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998, kien hemm impluzzjoni, fejn l-aspettativi kbar li holoq il-Partit ma setghux jintlahqu ghax kien hemm wisq kontradizzjonijiet.", "Min-naha l-ohra rajna li Gvernijiet Nazzjonalisti irnexxilhom jirrikonciljaw interessi differenti ghal bosta snin... ..", "Izda mhux ghal dejjem, bhal ma rajna fil-kwistjoni tad-divorzju.", "Nemmen li fis-snin li gejjin nistghu naraw zewg toroq ghall-politika tal-Gvern Laburista.", "L-ewwel li l-istrategija ta' 'taghna lkoll' hija wahda mimlija kontradizzonijiet li ma jistghux jigu rikonciljati – u li ghalhekk sarfet biss f'rebha elettorali minghajr garanziji.", "Jew, it-tieni, li l-Gvern Laburista ghandu strategija effettiva ta' kif jirrikoncilja l-politika tieghu u li qed jibni egemonija, l-istess bhal m'ghamlu Partit Laburista fis-sebghinijiet u l-Partit Nazzjonalista ghal kwazi kwart ta' seklu, fejn saru bidliet kbar fis-socjeta' Maltija.", "Nittama li jekk dan hu l-kaz, il-Gvern Laburista jaqbad triq li thares iktar lejn ix-xellug."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2015/05/", "date": "Friday, May 29, 2015", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "The Maltese Blitzkrieg [UPDATED] Zonqor ODZ - Academics call for transparency and show concern for choice of site Unsung heroes of aid Front Harsien ODZ is launched Effective Green Mobilisation Zonqor ODZ - An appeal for non-sectarian social movement activism \n \n [CONSTANTLY UPDATED] The growing opposition to ODZ Zonqor development, Marsascala, Malta \n \n Zonqor's prominence (..the 'American' University of Malta controversy) \n \n The Beautiful Parliament \n \n An alternative site for the new proposed University", "text": ["Stqarrija għall-istampa Dwar il-proposta għal bini tal-\"American University of Malta\" fl-inħawi ta' Żonqor f'Marsaskala, nuru t-tħassib tagħna dwar in-nuqqas ta' proċess trasparenti u ta' studji meqjusa fl-għażla kemm tal-proġett innifsu kif ukoll tas-sit propost.", "Inħeġġu lill-Gvern sabiex juri l-prudenza meħtieġa biex jisseddaq l-akbar ġid komuni dejjiemi, inklużpermezz ta' tisħiħ ta' edukazzjoni ta' kwalita', u tal-ħarsien tal-art barra ż-żoni tal-iżvilupp.", "http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/5/23/awdjo:-front-gdid-biex-l-ambjent-ikun-ta%27-kulhadd.31568/", "http://maltarightnow.com/news/2015/05/23/jitwaqqaf-il-front-harsien-odz-bil-partecipazzjoni-ta-marlene-farrugia-u-godfrey-farrugia-fost-ohrajn/", "http://inewsmalta.com/dart/20150523-ornat-twaqqaf-il-front-arsien-odz-fost-il-membri-marlene-godfrey-farrugia", "http://mikes-beat.blogspot.com/2015/06/savezonqor-national-protest-saturday-20.html"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2017/03/", "date": "Monday, March 27, 2017", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Islam taught in schools For a coalition, one should be proactive The Green Coalition debate (continued) Call for chapters: Social Policy in Southern Europe Investigating Green coalitions Is the economy doing well? \n \n L-Alternattiva Demokratika u l-elezzjoni generali \n \n Impacts of development \n \n To hell with poverty \n \n Malta's party funding mess \n \n Questioning Malta's economic model", "text": ["F'intervista ma' Albert Gauci Cunningham nispjega ghalfejn l-Alternattiva Demokratika, permezz ta' process ta' djalogu, ghandha tikkunsidra li tkun parti minn koalizzjon pre-elettorali sabiex ikollha cans li tigi eletta fil-parlament kif ukoll li teghleb il-preokupazzjoni tal-'vot mohli' lejn partiti zghar.", "Aqra l-intervista online: hawn u hawn .", "Tista' taqra wkoll 'Equivalent political parties?' hawnhekk ."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2017/10/", "date": "Monday, October 30, 2017", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Are they all wrong? Michael Briguglio Il-kitba waqt inkubu - Michael Briguglio My Activism Daphne and Democracy - Michael Briguglio Daphne u t-Tiranijja - Michael Briguglio #DaphneCaruanaGalizia - A message for unity \n \n Is the budget sustainable? Michael Briguglio \n \n Il-Housing Socjali fis-Siggiewi: Tajjeb Nistaqsu - Michael Briguglio \n \n Malta's governance index - Michael Briguglio \n \n Gvern li jbigh kollox - Michael Briguglio \n \n The soulless state - Michael Briguglio", "text": ["Il-Mument 29 ta' Ottubru 2017", "Malta bhalissa qed tghix inkubu.", "BIl-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, pajjizna qabez kull limitu u ma nistghux nibqghu sejrin hekk.", "Qed nghixu krizi istituzzjonali, fejn l-istat qed jonqos milli jipprotegina mill-korruzzjoni, mill-vjolenza u mil-kriminalita'.", "F'pajjizna rega' hawn il-biza'.", "Biza' mil-bulijiet li qed jaghmlu li jrdu.", "Biza li jkun hawn iktar karozzi bombi li jisplodu.", "Biza' li l-hasil tal-flus u l-bejgh tal-passapori jkollhom riperkussjonijiet koroh fuq il-fibra socjali.", "U hawn insaqsi lili nnifsi: Dwar xiex ghandi nikteb meta pajjizna ikun ghaddej minn din it-tip ta' krizi?", "Meta nikteb fil-gazzetti u fuq il-media socjali, generalment naghzel temi li jkunu topici u li ghandhom x'jaqsmu mal-politika socjali, l-ambjent, governanza, materji internazzjonali, kultura, ekonomija u temi ohrajn.", "Fl-artikli nipprova nqajjem mistoqsjiet, nanalizza xi jkun ghaddej, u nevalwa possibilitajiet li jistghu itejbu dak li jkun ghaddej.", "Gieli s-suggetti ikunu topici – bhal nghidu ahna il-bagit, u gieli jkollhom iktar x'jaqsmu ma' materji li jehtiegu dibattitu fuq medda itwal ta' zmien, bhal nghidu ahna, l-ambjent marittimu u s-socjeta'.", "Izda meta l-pajjiz ikun ghaddej minn krizijiet, donnu kollox jieqaf.", "Ikun difficli hafna li tahseb dwar materji li m'humiex konnessi direttament mal-krizi.", "Meta faqqa' l-iskandlu tal-Panama Papers, hekk kien gara.", "Ma' kull jum bdew hergin iktar ahbarijiet li bdew juru kif persuni prominenti fil-Gvern Laburista kienu implikat f'dan l-iskandlu.", "U allura ma kellix ghazla hlief li nikkummenta dwar dan is-suggett.", "Issa pajjizna esperjenza il-qtil makabru ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dan sar f'kuntest fejn l-istituzzjonijiet ma tawx il-protezzjoni mehtiega.", "Qisna qeghdin go inkubu.", "Hafna minna ghadna taht xokk, u ma nistghux nikkoncentraw dwar affarijiet ohra.", "Irridu l-gustizzja.", "U l-gustizzja m'hijiex biss li jinstab il-qattiel.", "B'gustizzja qed nifmhu li l-istituzzjonijiet jerghu igawu l-fiducja mic-cittadini.", "Qed nifmhu li jinhatru kummisarju tal-pulizija u avukat tal-gvern godda, b'approvazzjoni ta 'zewg terzi tal-parlament.", "Il-fatt li pajjizna qed jghix dan l-inkubu jfisser li ma nistghux nikkoncentraw fuq kwisjonijiet li normalment jigu diskussi fil-politika: il-prekarjat, il-pensjonijiet, is-sostenibilita', il-kwalita' ta' l-arja, l-immigrazzjoni, ir-riforma elettorali, it-trasport, u elf haga ohra.", "Dan kollu joffri dilemma kbira lil min bhali jikteb regolarment.", "Iktar ma nitkbu dwar il-krizi, inqas ma niktbu dwar il-materji l-ohra.", "U inqas ikun hemm diskussjoni dwarhom.", "Ghalhekk, l-inkubu li qed nghixu fih qieghed jissofoka n-normalita' demokratika : dik in-normalita' li tinkudi djalogu miftuh, serhan tal-mohh, u fiducja fl-istituzzjonijiet.", "Il-Mument 22 ta' Ottubru 2017", "Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien qtil politiku.", "Dan ghaliex Daphne kienet f'periklu u ma kienx hemm l-iskrutinju mehtieg biex tkun protetta mill-istituzzjonijiet ta' l-istat.", "Dan l-iskrutinju kien dovut minhabba li Daphne kienet involuta f'kwistjonijiet legali ta' importanza nazzjonali.", "Daphne kienet fost l-iprem gurnalisti li jinvestigaw il-kollass ta' l-istituzzjonijiet f'pajjizna.", "Issa li giet assassinata, pajjizna tilef vuci essenzjali ghad-demokrazija.", "Izda pajjizna ma jistax jibqa jittolera l-kollass ta' l-istituzzjonijiet.", "Il-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat huwa bbazat fuq politika ekonomika li tiddependi mill-bejgh tal-passaporti u minn interessi ekonomici dubjuzi li qed jahtfu setturi bhall-energija, is-sahha u l-kostruzzjoni.", "Pajjizna gie elenkat f'rapporti internazzjonali bhala centru ta' traffikar tan-nies, u huwa nvolut fl-iskandlu internazzjonali tall-Panama Papers.", "Il-hasil tal-flus, il-kriminalita' organizzata u l-konnessjonijiet ma Gvernijiet korrotti xejn ma jaghtu gieh lil pajjizna.", "Fl-istess hin, il-Gvern ta' Joseph Muscat hataf istituzzjonijiet li suppost huma indipendent u melihom b'nies li l-iskop ewlieni taghhom hu li jaqdu l-interessi tal-oligarkja li tmexxi l-Partit Laburista.", "Sa dan it-tant il-Gvern Laburista addatta politika li tisseduci lil bosta votanti permezz ta' korruzzjoni u pjaciri anke jekk dan ikun ta' dannu socjali jew ambjentali.", "Il-Gvern jippreferi jara nies jittalbu ghand Ministri milli cittadini edukati li m'ghandhomx bzonn lill-politiku biex jimxu l-quddiem.", "Ghalhekk, dan hu gvern bla ruh socjali, gvern minghajr legittimita morali, u gvern li jpoggi l-alla tal-flus qabel id-dinjieta' umana.", "F'dan il-ktieb Snyder iwissi li meta Gvern jibda jahtaf l-istituzzjonijiet dan jista' jwassal ghall-kollas tad-demokrazija.", "Snyder jinnota li tiranni japprofittaw min-nuqqas ta' 'checks and balances' u ta' procedura, u minn nuqqas ta' etika professjonali.", "Japprofittaw ukoll minn dik li illum tissejjah 'post-truth', jigifieri minn slogans politici li mhux bilfors jirriflettu l-verita', kif ukoll minn ibbulijar fil-media permezz ta' assassinju tal-karattru u tikketti qarrieqa ta' dawk li qed jopponu l-poter.", "Snyder jappella biex ma nharsux lejn in-naha l-ohra meta naraw sinjali ta' mibghieda u diskriminazzjoni.", "Jghid li l-apatija u x-xetticizmu tac-cittadini jistghu isahhu lil dawk fil-poter.", "Snyder jappella biex kull wiehed u wahda minna nkunu attivi fil-politika.", "Mhux neccessarjament dik partiggjana, izda anke permezz tas-socjeta' civili, kitba , partecpazzjoni f'attivitajiet, qari dwar grajjiet kurrenti, abbonar f'rivisti u gazzetti ta' kwalita'.", "L-ahhar u mhux l-inqas, Snyder jappella lill-qarrejja tieghu biex ikunu patriotti u kuraggizi.", "Patriotti mhux lejn xi oligarkiji jew Prim Ministri li jqimu dittaturi barranin.", "Izda patriotti lejn l-ideali demokratici tal-pajjiz, permezz ta' imhabba lejn is-socjeta' u l-gid komuni.", "Ejja nzommu l-memorja ta' Daphne hajja billi ma ncedux ghal dawk li qed jipperikolaw id-demokrazija.", "Il-Mument 15 ta' Ottubru 2017", "Il-Gvern Laburista iddecieda li jizvilppa progett ta' housing socjali ta' 84 appartament fis-Siggiewi.", "Dan l-izvilupp qed iqajjem bosta mistoqsijiet.", "Il-mistoqsijiet m'ghandhomx x'jaqsmu ma jekk pajjizna ghandux bzonn housing socjali.", "Nahseb li kulhadd jaqbel li f'socjeta' solidali dawk l-iktar batuti ghandhom jinghataw ghajnuna mill-Gvern sabiex ikollhom post dicenti fejn jghixu.", "Il-mistoqsijiet li jqajjem il-progrett tas-Siggiewi iktar ghandhom x'jaqmsu mal-metodu li qed juza l-Gvern biex iwettaq il-politika tieghu.", "Per ezempju, hem thassib li dan l-izvilupp jista' jwassal ghal 'ghetto' f'nofs komunita' ezistenti fis-Siggiewi.", "Zvilupp ta' dan il-kobor u l-influss ta' numru kbir ta' nies f'temp qasir jista' jkollu numru ta' konsegwenzi.", "Dawn jinkludu zieda ta' traffiku u kongestjoni, izda jistghu jinkludu wkoll zieda ta' problemi socjali.", "Jista' jkun hemm qasma u stigma bejn residenti godda u antiki, specjalment meta dawn ta' l-ahhar ma gewx ikkonsultati kif suppost mil-Gvern.", "Jista' jkun hemm qasmiet ukoll bejn residenti godda, specjalment jekk dawn ma jkunux jafu lil xulxin u f'daqqa wahda jridu jaddattaw ghal sitwazzjonijiet godda.", "Ghalhekk, wiehed isaqsi jekk il-Gvern ikkunsidrax li jizviluppa progetti izghar u alternattivi, li jferrxu lil dawk intitolati ghal dan id-dritt madwar il-pajjiz kollu.", "Dan jista' jiffacilita' il-processi ta' integrazzjoni u l-impatti fuq residenti ezistenti.", "Wiehed isaqsi ukoll jekk il-gvern ghamilx studju ta' impatt socjali.", "Dan it-tip ta' studju jista' jipprovdi evidenza importanti hafna ghal politika iktar sostenibbli.", "Dan l-istudju ikun jista jivverifika l-impatt ta' l-izvilupp fuq resident ezistenti u prospettivi.", "Ikun jista' jistabilixxi profil tal-komunita, jipprovdi djalogu mar-residenti u jevalwa l-impatti ta' progetti simili ohrajn.", "Studju ta' impatt socjali ikun jista' ukoll jivverifika alternattivi ghal dan l-izvilupp, impatti varji, u mizuri li jtaffu ghall-izvilupp prospettiv.", "Sabiex studju ta' impatt socjali ikun validu u serju, jehtieg li jsir minn esperti bhal socjologi, ekonomisti u antropologi.", "Importanti li juza metodi varji sabiex jjgbor u janalizza l-evidenza migbura.", "F'dan ir-rigward hemm numru ta' mistoqsijiet ohra li tajjeb wiehed isaqsi :", "Il-Gvern ikkunsidra l-impatt ta' dan l-izvilupp f'staguni differenti ?", "Per ezempju ta importanza lis-sena skolastika ?", "Il-Gvern ikkunsidra l-impatt fuq residenti minn toroq differenti fil-vicin tal-progett ?", "Sar xi forma ta' kuntatt maghhom?", "Il-Gvern ikkunsidra l-impatt ta' zvilupp iehor li qed isir fil-lokalita?", "Min huma l-esperti li uza il-Gvern sabiex jippjana u jwettaq dan il-progett ?", "Gew stabiliti indikaturi socjali sabiex il-Gvern jevalwa l-impatti tal-progett ?", "Il-Gvern ikkunsidra l-impatt ekonomiku fuq residenzi u negozji fil-madwar ?", "Il-Gvern ikkunsidra l-impatt fuq l-immanigjar ta' l-iskart, fuq il-parkegg u fuq is-sahha tar-residenti ?", "Il-Gvern ser jikkumpensa lir-residenti tal-madwar jekk isir dan l-izvilupp?", "Il-Gvern jeskludi ghal kollox li jikkunsidra alternattivi izghar u iktar imferxin ghal dan il-progett massiv ?", "X'konttibut ser jaghti lill-lokalita' dan l-izvilupp?", "U x'qed jaghmel il-Gvern biex jiddjaloga b'mod genwin ma dawk affetwati minnu?", "Nawgura li l-Kunsill Lokali tas-Siggiewi li qieghed jaghmel hiltu biex jiddefendi l-kwalita' tal-hajja tar-residenti tas-Siggiewi.", "Il-Mument 8 ta' Ottubru 2017", "Hemm bosta ragunijiet li jistghu jispjegaw ir-rebha tal-Partit Laburista fl-ahhar elezzjoni generali.", "Wiehed jista' jsemmi s-sitwazzjoni ekonomika, il-karizma ta' Joseph Muscat, kif ukoll politika li laqghet it-talbiet ta' bosta gruppi socjali.", "Wiehed jista' jghid ukoll li ghal numru mdaqqas ta' votanti, il-korruzzjoni m'hijiex l-iktar kwistjoni importanti, sa kemm il-hajja ta' kuljum taghhom tibqa' ghaddejja.", "Hemm ukoll ragunijiet assocjati ma' l-istrategija tal-Partit Nazzjonalista.", "Jista' jkun li l-emfasi fuq il-korruzzjoni, u specjalment fuq il-kwistjoni egrant, poggiet fil-genb kwistjonijiet ohra li jolqtu direttament votanti differenti.", "Izda wara kulhadd huwa gharef, u jien l-ewwel wiehed li naqbel li l-Partit Nazzjonalista kellu jaghmel emfasi fuq il-fatt li pajjizna ghandu l-iktar gvern korrot fl-istorja politika tieghu.", "Nemmen li l-Partit ghandu jibqa jiggieled il-korruzzjoni waqt li fl-istess hin jemfasizza kwistjonijiet ohrajn u jkun iktar vicin in-nies, per ezempju permezz ta' politika lokalizzata.", "Il-korruzzjoni tal-Gvern Laburista m'ghandiex x'taqsam biss mal-fatt li Konrad Mizzi u Keith Schembri huma involuti fl-iskandlu globali ta' korruzzjoni tal-Panama Papers.", "L-anqas m'ghandu x'jaqsam biss ma' kwistjonijiet bhall-Kafe' Premier, Gaffarena jew decizzjonijiet tal-Gvern li qed jirregalaw il-flus lill-Partit Laburista.", "Il-korruzzjoni hija sintomu ta' Gvern li jpoggi l-allat tal-flus u l-konvenjenza l-ewwel u qabel kollox, fejn kollox hu ghal bejgh.", "Jidher li t-tajjeb u l-hazin qed jigu relativizzati skont il-konvenjenza politika.", "Il-kuncett ta' cittadini informati li ghandhom drittijiet u dmirijiet qed jigi mwarrab favur kuncett fejn kollox hu permissibli sakemm jaqbel lill-Gvern Laburista.", "Hawnhekk tajjeb li nsaqsu mistoqsijiet essenzjali ghal politika f'pajjizna llum.", "Fejn ghandna naqtghu linja bejn it-tajjeb u l-hazin?", "Il-liberta' ta' l-individwi ghandha tkun assoluta, jew ghandha tintizen mal-liberta' ta' individwi ohra?", "Ahna sempliciment konsumaturi li rridu kollox fl-immedjat, jew cittadini b'responsabilitajiet lejn haddiehor ?", "Nemmen li l-Gvern Laburista qieghed juza strategija ta' seduzzjoni politika li permezz taghha jwieghed certi libertajiet minghajr ma jqis il-kuntest kollu.", "Kemm il-darba qieghed ibaxxi standards etici, socjali u ambjentali u jappella ghall-egoizmu qabel il-gid komuni.", "Per ezempju, dan il-Gvern qieghed jiffavorixxi l-kummercjalizazzjoni tal-gid komuni.", "Qed johorgu permessi ta' mwejjed u siggijiet fuq art pubblika minghajr ma jikkonsidra kwistjonijiet bhas-sigurta', l-access u l-parkegg.", "Qieghed johrog permessi fuq art ODZ li qed inaqqru il-pajsagg Malti.", "Qed ikun kajman hafna fuq kwistjonijiet bhall-immanigjar ta' l-iskart u ta' l-ilma.", "Il-Gvern Laburista qieghed ukoll jipproponi diskors li jikkummercjalizza il-gisem uman.", "Fil-media Laburista donnha qed tinbiegh l-idea li tajjeb ikun hemm suq liberalizzat tal-prostituzzjoni.", "Dan fl-istess hin li pajjizna diga qieghed jissemma min agenziji internazzjonali li huwa centru ta' traffikar tan-nies.", "Bil-'feminizmu' kollu tieghu, dan il-gvern qed jaghlaq ghajnejh ghal dan.", "Ikun ahjar li pajjizna jadotta politika li xxekkel - u mhux li tinkoragixxi - il-prostituzzjoni.", "Politika ohra, bhal dik tas-surrogacy, qed tigi mlahhma biss fuq diskors li mhux neccessarjament qed taghti kas id-drittijiet tat-tfal u kwistjonijiet etici.", "Huwa tajjeb li l-guf tal-mara jinkera ghal haddiehor?", "Fl-opinjoni tieghi, le.", "Tajjeb niftakru wkoll li l-Gvern Laburista qieghed ibiegh ic-cittadinanza Maltija, u dan b'mod xejn trasparenti.", "Ma nafux x'qed isir mil-flus, izda hemm suspett qawwi li hemm min qed jigwadanja gmielu minnhom filwaqt li l-Gvern kiseb mezz xejn nadif biex jisseduci votanti.", "Din l-industrija qieghda wkoll tikkontribwixxi biex joghlew il-kirjiet tal-propjeta' f'pajjizna.", "Il-mentalita' kummercjalista tal-Gvern Laburista hija bbazata fuq politika ekonomika li ma tharisx fit-tul.", "Qeghdin inkunu dipendenti wisq fuq setturi bhall-kostruzzjoni minghajr ma nharsu lejn alternattivi iktar sostenibbli.", "Ekonomija diversifikata taghti importantza lill-kostruzzjoni, izda tara ukoll li tohloq setturi godda f'dinja iktar kompettitiva.", "It-tip ta' liberta' li qed jippremja l-gvern Laburista hi ukoll wahda fejn bosta jaghmlu dak li jridu, anke jekk dan ikun ta' dannu ghal haddiehor.", "L-enfurzar huwa fjakk f'oqsma varji, u s-suspett tieghi hu li kemm il-darba jkun hemm indhil politiku biex dan ma jsirx.", "L-importanti ghall-Gvern Laburista hu li jikseb il-vot ta' dawk li jkunu inghataw pjacir anke jekk dan hu ta' dannu socjali jew ambjentali.", "Il-Gvern jippreferi jara nies jittalbu ghand Ministri milli cittadini edukati li m'ghandhomx bzonn lill-politiku biex jimxu l-quddiem.", "Ghal kuntrarju ta' dan kollu, il-Partit Nazzjonalista ghandu joffri alternattiva cara Ghandu jkun vicin il-problemi u l-aspirazzjonijiet tac-cittadini.", "Izda minflok ma jipproponi politika ta' Gvern kbir u prezenza partiggjana kullimkien, ghandu jipproponi politika ta' socjeta' kbira u Gvern zghir.", "Socjeta' b'ruh socjali fejn l-individwu jkollu l-ghodda u l-edukazzjoni li javvanza l-quddiem u jgawdi kwalita' ta' hajja tajba.", "Liberta' f'socjeta', u mhux liberta' li xxekkel dik ta' haddiehor."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2017/11/", "date": "Monday, November 27, 2017", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Hey You! Michael Briguglio Riforma Kostituzzjonali - Michael Briguglio Observations from post-Daphne #Malta The European Window- Michael Briguglio Saqsi lill-Prim Ministru - Michael Briguglio Witches and politics - Michael Briguglio Front Favur ic-Censura - Michael Briguglio \n \n Passports without a soul - Michael Briguglio \n \n Muscat Negattiv - Michael Briguglio", "text": ["Bżieq?", "What?", "Il-Mument, 26 ta' Novembru 2017", "Il-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia u l-protesti sussegwenti organizzati min-Netwerk tas-Socjeta' Civili, mill-Occupy Justice u mill-Kenniesa tal-Kabinett waslu biex jigi accelerat il-process tar-riforma kostituzzjonali f'Malta.", "L-oppozizzjoni Nazzjonalista kellha u ghandha rwol ewlieni f'dan il-process permezz tal-pozizzjonijiet parlamentari li qed tiehu.", "Nittama li r-riforma kostituzzjonali ma tintuzax bhala paraventu mill-gvern biex jipprova jnessina minn kwistjonijiet urgenti bhall-kolass ta' istituzzjonijiet bhall-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Gvern.", "Nittama wkoll li r-riforma kostituzzjonali tiffoka li jigu msahha ic-'checks and balances' bejn it-tliet organi ta' l-istat: il-legislattiv, l-ezekuttiv u l-gudikatura.", "L-ikbar sfida f'dan ir-rigward hi s-sistema politika fejn il-partit fil-gvern ghandu l-opportunita' li jahtaf kollox taht idejh, u li awtoritajiet li suppost huma indipendenti jispiccaw immexxija minn nies servili ghall-Ministri.", "Kull partit fil-gvern inqabad f'din in-nassa b'xi mod jew iehor, izda kien hemm gvernijiet fejn dan kollu sar b'mod ezagerat.", "Nistghu insemmu l-Gvernijiet Laburisti ta' qabel l-1987, u l-Gvern Laburista prezenti bhala l-iktar ezempji cari.", "Il-Gvern prezenti ta' Joseph Muscat sahansitra huwa ibbazat fuq stil ta tmexxija fejn dawk ta' fuq igawdu impunita' ghall-korruzzjoni u decizzjonijiet xejn trasparenti.", "Il-korruzzjoni m'ghadiex l-eccezzjoni: saret prerekwizit tal-Gvern.", "Kif qal tajjeb Giovanni Bonello, fit-Times of Malta fis-7 ta' Novembru li ghadda,", "Ghalhekk nappella sabiex ir-riforma kostituzzjonali tkun verament genwina u li persuni ta' rieda tajba fil-Gvern ta' Muscat ma jippermettux li anke din tigi korrotta.", "Ghandu jkun hemm enfasi fuq djalogu u sens civiku.", "Il-process ghandu jinvolvi lis-socjeta' civili, il-partiti politici, akkademici u esperti kostituzzjonali, kif ukoll vucijiet ohra varji fis-socjeta' Maltija.", "Fuq kollox, dawk li jmexxu ir-riforma kostituzzjonali ghandhom ikunu nies ta' integrita', onesta u li jgawdu fiducja wiesgha fis-socjeta' Maltija.", "Il-process ghandu jkun suggett ghal skrutinju demokratiku.", "Per ezempju, jista' jkun approvat permezz ta' maggoranza ta' zewg terzi tal-parlament u referendum nazzjonali.", "L-oppozizzjoni parlamentari u ekstra-parlamentari, is-socjeta' civili u l-media ghandhom ikunu ghassa li l-Gvern ma juzax ir-riforma ghal skopijiet partiggjani.", "Nistennew u naraw.", "U jekk inkunu konvinti, nippartecipaw.", "Il-Mument, 19 ta' Novembru 2017", "Skond il-Prim Ministru Joseph Muscat, dan hu gvern li jisma'.", "Dan hu gvern li qed itina l-aqwa zmien, u huwa gvern taghna lkoll.", "Fl-ahhar elezzjoni generali il-maggoranza tal-poplu Malti eleggiet lill-Partit Laburista u ghalhekk, Joseph Muscat qed jghid li ghandu l-mandat ikompli bil-programm tieghu.", "S'hawnhekk forsi kollox sew.", "Izda d-demokrazjia ma tibdiex u tispicca biss bl-elezzjonijiet generali.", "Hemm differenza bejn demokraziji liberali u dawk illiberali.", "F'dawk ta' l-ewwel, il-poter huwa dicentralizzat, u f'dawk ta' l-ahhar huwa centralizzat.", "F'dawk ta' l-ewwel, tezisti s-saltna tad-dritt, u f'dawk ta' l-ahhar, l-oligarkija ghandha sahha fuq kollox u kulhadd.", "F'dawk ta' l-ewwel hemm 'checks and balances' bhall-istituzzjonijiet awtonomi mill-gvern, u f'dawk ta' l-ahhar l-istituzzjonijiet jipprotegu l-gvern qabel lic-cittadin.", "L-Ingilterra, Franza, il-Germanja u l-Istati Uniti huma ezempji ta' demokraziji liberali, filwaqt li r-Russja, it-Turkija, Singapore u l-Venezuela huma ezempji ta' demokraziki illiberali.", "F'dawn ta' l-ahhar, kritici tal-Gvern jistghu jistennew trattament hazin, u kemm il-darba naqraw x'jigri lill-gurnalisti, attivisti tas-socjeta' civili u politici ta' l-oppozizzjoni f'dawn il-pajjizi.", "Minn naha l-ohra, it-tlett karateristici bacizi ta' demokrazija liberali huma regolati bil-kostituzzjoni u l-ebda maggoranza elettorali m'ghandha d-dritt li tfarrakom.", "Inkella tkun maggoranza bhal ta' Erdogan fit-Turkija, li qed isir iktar awtoritarju bil-gurnata.", "Allura Malta x'tip ta' demokrazija hi?", "Il-fatt li pajjizna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea jfisser li qed nghixu f'demokrazija liberali.", "Hemm aspetti tal-governanza fejn pajjizna miexi l-quddiem, bhal nghidu ahna d-drittijiet ta' minoranzi.", "Izda hemm aspetti ohrajn fejn sejrin lura bhal granc, u l-vot massiv tal-Parlament Ewropew dwar Malta ftit tal-granet ilu u xhieda ta' dan.", "Jien kburi li l-Unjoni Ewropea taghna qed tiehu azzjoni dwar Malta taghna, favur is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba, u kontra l-korruzzjoni u l-krizi ta' l-istituzzjonijiet.", "Tajjeb nimmaginaw x'kien jigri minn pajjizna kieku ma dhalniex fl-Unjoni Ewropea.", "Forsi Joseph Muscat kien jithajjar imur pass oltre minn dak li hu ghaddej issa.", "Ma kien ikun hemm l-ebda Parlament Ewropew li jigbidlu widnejh.", "U l-oligarkija kien ikollha iktar liberta' taghmel li trid.", "Ghalhekk, galadarba Joseph Muscat qed isostni li l-Gvern tieghu hu wiehed li jisma', in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili ħabbret inizjattiva f'dan ir-rigward.", "Il-pubbliku qed ikun mistieden jagħmel mistoqsijiet lill-Prim Ministru dwar il-governanza u s-saltna tad-dritt.", "Dan jista' jsir permezz ta' formola online li tinstab fuq il-pagni tal- Facebook u tat-Twitter tan-Netwerk.", "In-Netwerk ser jaġixxi ta' punt ta' kuntatt pubbliku sabiex dawk li jagħmlu mistoqsijiet ma jkollhomx għalfejn juru l-identità tagħhom.", "Imbagħad il-mistoqsijiet isiru pubblikament lil Joseph Muscat.", "Peress li l-Prim Ministru bblokkja lin-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili mill-profile tiegħu ta' Twitter, ser nużaw mezzi oħrajn biex nagħmlulu mistoqsijiet.", "Sadanittant, għadda iktar minn xahar mill-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia, u għad m'hemm l-ebda sinjal ta' ġustizzja.", "L-arloġġ tal-ġustizzja tan-Netwerk għadu għaddej, u dan jinstab fuq http://www.csnmalta.com /", "Prim Ministru Joseph Muscat, forsi dan hu l-aqwa zmien ghall-partit tieghek u ghal dawk li qed igawdu mill-istil tal-governanza tieghek.", "Izda jekk verament tirrispetta n-normi bazici ta' demokrazija liberali, tajjeb li twiegeb il-mistoqsijiet genwini li jsiru mill-pubbliku.", "U tajjeb li r-risposti jkunu genwini.", "Il-Mument, 12 ta' Novembru 2017", "Ftit tal-granet ilu fettili nippostja xi ahbarijiet dwar censura minn media lokali fis-sit pubbliku fuq il-facebook tal-Front Kontra c-Censura.", "Ftit wara irrealizzajt li gejt ibbanjat minn dan il-grupp.", "Iva, ibbanjat.", "Iccensurat.", "M'ghadx ghandi access ghal dan is-sit pubbliku ghax l-amministratur Mark Camilleri ghogbu jibbanjani minnu, kif stqarr huwa stess fuq il-facebook.", "Tajba din!", "Jigifieri jekk xi hadd jippostja ahbarijiet dwar censura li ma jdoqqux ghal widnejn Camilleri, dan jigi ccensurat.", "L-attivist kontra c-censura sar jiccensura huwa stess.", "Qisu meta jkollok revoluzzjonarju li jsir tirann.", "Sewwa qal Albert Camus fil-ktieb 'ir-Ribell' meta wissa kontra l-assolutizmu.", "Ta' min jghid x'kien fihom il-posts tieghi.", "Wahda kienet dwar allegat theddid fuq muzicisti li kienu ser idoqqu f'kuncert ghal Daphne Caruana Galizia.", "Din l-ahbar deheret fuq Lovin Malta.", "Jien stess nista' nikkonferma li hemm muzicisti jibzghu minn vendikazzjonijiet: Meta ftit granet wara n-netwerk tas-socjeta' civili organizzat sit-in simboliku quddiem id-depot tal-Pulizija, stedinna numru ta' bands.", "Kien hemm min accetta.", "Izda kien hemm ukoll min xtaq idoqq izda kellu jirrifjuta minhabba li bezghu minn dak li jista' jigrilhom galadabra jahdmu fic-civil.", "Post ohra tieghi kienet ahbar li deher fuq is-sit newsbook.", "Hawnhekk, gie zvelat li Jonathan Ferris akkuza lill-Avukat Ġenerali peress li dan ta' l-ahhar irid li l-każ ta' Ferris jinstema' bil-magħluq.", "Ferris stqarr li dan imur kontra d-drittijiet tiegħu li għandu jkun protett b'mod xieraq mill-istat.", "Ta' min niftakru li Ferris tkecca mill-FIAU talli dan ghamel xogholu fil-konfront investigazzjoni ta' kriminalita' ekonomika.", "Vera gejna qeghdin sew.", "Il-Front Kontra c-Censura saret ticcensura hi stess.", "Ma nahsibx li din hi kumbinazzjoni.", "Mark Camilleri kien canvasser ta' Owen Bonnici qabel l-elezzjoni tal-2013, u wara r-rebha Laburista giet mahtur chairman exekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.", "Qed jithallas eluf kbar ta' Ewro mit-taxxi taghna f'dik li tista' tissejjah hatra 'taghna lkoll'.", "Qabel l-elezzjoni tal-2017, il-Malta Independent (29 ta' Mejju) irraportat li istess Mark Camilleri rega' appoggja pubblikament lill-Partit Laburista u qal li ser jaghti l-ewwel preferenza lill-Helena Dalli tal-PL u t-tieni preferenza lill-Alternattiva Demokratika.", "Qal ukoll li Simon Busuttil huwa 'iktar korrott b'mod ovju' minn Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Ovjament Mark Camilleri ghandu kull dritt ghall-opinjoni tieghu, u nippreferi li persuna jghid x'inhi l-affiljazzjoni politika tieghu milli jinheba wara diskors oskur ta' 'newtralita'.", "Izda nemmen li l-pozizzjoni ta' Camilleri fil-Front Kontra c-Censura m'hijiex tenibbli ghas-semplici fatt li ghazel li jiccensura posts u kontributur sempliciment ghax ma jaqbilx mieghu.", "Liberta' ta' l-espressjoni?", "Ahjar nidhaq.", "Il-Mument 6 ta' Novembru 2017", "Il-Prim Ministru ta' Malta Joseph Muscat ghandu habta jghid li min ma jaqbilx mieghu huwa negattiv.", "Hekk jaghmel meta l-media li m'hijiex ikkontrollata mil-Partit Laburista tirraporta dwar kazijet cari ta' koruzzjoni u governanza hazina.", "Hekk jaghmel meta' ghaqdiet mhux governattivi iqajmu kwistjonijiet relatati mal-faqar, l-ambjent u l-prekarjat.", "Hekk jaghmel meta s-socjeta' civili tinghaqqad u titkellem b'mod car dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dwar il-Panama Papers, dwar il-krizi ta' l-istituzzjonijiet.", "U hekk jaghmel meta deputati parlamentari ta' l-oppozizzjoni jezercitaw id-dritt u d-dmir taghhom li jiskrutinaw l-operat tal-Gvern.", "Izda kif kien spjega tajjeb Mark A. Sammut fil-ktieb L-Aqwa fl-Ewropa.", "Il-Panama Papers u l-Poter (2016), Joseph Muscat ta' spiss juza tattika biex jizgwidana minn dak li jkun verament ghaddej.", "Jurina z'qed taghmel l-id il-leminija izda jahbi l-id ix-xellugija.", "Joseph Muscat juza l-lingwagg ta' 'tkunx negattiv' biex jitfa l-attenzjoni fuq l-avversarju politiku minflok fuqu nnifsu bhala kap tal-Gvern.", "Il-Prim Ministru gieli jipprova jizgwidana iktar billi jipproponi mizuri godda fl-eqqel ta' krizi politika.", "Mhux ta' b'xejn li l-Gvern jiffoka fuq press conferences dwar materji li ma jkollhom x'jaqsmu xejn mal-krizi istituzzjonali.", "Fl-eqqel tal-Panama Papers u fl-eqqel ta' l-inkubu relatat mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-Gvern ta' Muscat tarah jipproponi u jintroduci mizuri relatati mal-pensjonijiet, id-dizabilita', il-liberatijiet civili u elf haga ohra.", "F'dan il-kuntest jehtieg li ma nhallux lill-Prim Ministru juza r-riforma kostituzzjonali biex jizgwidana.", "Halli nkun car : Pajjizna jehtieg riforma kostituzzjonali.", "Jehtieg li l-hatriet importanti ikollhom kunsens u fiducja wiesgha.", "Jehtieg li pajjizna ikollu gvern izghar u socjeta' ikbar.", "Jehtieg li pajjizna ikollu iktar poteri dicentralizzati u inqas Ministri li jahtfu hafna poteri taht idejhom.", "Izda jehtieg ukoll li Joseph Muscat jiehu decizzjonijet urgenti sabiex pajjizna jaffronta l-inkubu relatat mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ma kwistjonijiet bhall-Panama Papers.", "Qabel mal-Prim Ministru inehhi l-Avukat Generali u l-Kummissarju tal-Pulizija, difficli jkun hawn fiducja f'dawn l-istituzzjonijiet rispettivi.", "U jehtieg ukoll li l-Prim Ministru jaqbel ma' l-oppozizzjoni u s-socjeta' civili u jizgura li jkun hemm kunsens wiesgha ghall-hatra ta' avukat generali u kummissarji tal-pulizija godda.", "Dan jista' jsir b'approvazzjoni ta' zewg terzi tal-Parlament.", "Joseph Muscat ghandu opportunita' li ma jibqax ikun negattiv dwar riforma urgenti f'dawn l-istituzzjonijiet.", "X'qed iwaqqfu milli jaghmel dan ?"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/03/", "date": "Monday, March 26, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Is Muscat Watching you? Michael Briguglio Incineratur ghal wara l-elezzjoni - Michael Briguglio A post-electoral incinerator - Michael Briguglio Voti tad-deheb - Michael Briguglio Those golden votes - Michael Briguglio L-ghaqda fid-diversita' - Michael Briguglio \n \n Towards a one-party system? Michael Briguglio \n \n Analizi ta' partit - Michael Briguglio", "text": ["Il-Maghtab ser ikollu incineratur ta' 5,000 metru kwadru u b'cumnija twila 70 metru sa' l-2023.", "Dan ser jibla' 40 fil-mija ta' l-iskart ta' Malta u ser jipproduci 69,000 mega watt ta' elettriku fis-siegha minn skart mhux riciklabbli.", "Skond artiklu tekniku tal-kumpanija Ingliza Frith Resource Managament, din it-teknologija, maghrufa bhala 'moving grate combustion', hija 'l-ahjar u l-iktar metodu efficjenti ta' incinerazzjoni fid-dinja'.", "Total ta' €100 miljun ser ikunu investiti permezz ta' public-private partnership u l-emissjonijiet ser ikunu koperti mid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar emissjonijiet industrijali..", "Id-diskors t'hawn jifforma parti min-narrattiva tal-Gvern dwar l-incinerazzjoni.", "Sa dan it-tant, resident tal-Maghtab huma mhassba dwar kif il-gvern abbanduna pjanijiet precedent u ddecieda li jmur ghall-incinerazzjoni qabel ma jniedi konsultazzjoni wiesgha.", "Kwistjoni kontrorversjali f'dan ir-rigward hi li ser jinharaq il-plastik u li dan jista' jkollu impatti negattivi fuq is-sahha tar-residenti.", "Il-Gvern qed jinsisti li qieghed jitkellem ma' esperti dwar dan.", "Il-Ministru ta' l-Ambjent Jose' Herrera dan l-ahhar stqarr li iltaqa' informalment ma' esperti, investituti potenzjali, ghaqdiet non-governattivi u politici minn partiti differenti.", "Qal ukoll li esperti u rapprezentanti ta' ghaqdiet non-governattivi li jiffurmaw parti mil-kumitat tekniku tieghu taw appoggg 'unanimu' ghall-proposta li Malta ghandha bzonn impjant li jittrasforma l-iskart fl-energija.", "Kien ikun ahjar li kieku l-Ministru ippublika l-minuti ta' dawn il-laqghat.", "Jista' wkoll jinforma lill-pubbliku kif gew maghzula r-rapprezentanti fuq il-kumitat tieghu, u liema tip ta' esperti gew ikkunsidrati.", "Herrera qal ukoll li ma ltaqax ma' l-ghaqda tar-residenti ghax ma kienx jaf fejn ser ikun zviluppat l-inceneratur.", "X'qed izommu milli jiltaqa' maghhom issa?", "U x'qed izommu milli jiltaqta' ma rapprezentanti ta' lokalitajiet ohra, inkluz kunsilliera, galadarba Malta daqshekk zghira?", "Il-Ministru qieghed jiggustifika ukoll il-pozizzjoni tieghu favur inceneratur billi jsostni li qed jiskadi l-hin u spazzju ghal alternattiva ohra.", "Hawnhekk ghandu punt, specjalment meta l-landfill prezenti aktarx ser tkun intliet sa madwar sentejn ohra.", "Izda l-agir tal-Gvern Laburista dwar l-immanigjar ta' l-iskart mhux qed jghin.", "Wara li Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea gew introdotti numru ta' inizjattivi pozittivi ghall-immanigjar ta' l-iskart u minkejja li ma konniex fost l-ahjar fl-Ewropa, l-affarijiet kienu mixjin il-quddiem.", "Izda dan it-titjib ma' giex sostnut fl-ahhar snin.", "Il-kumpanija tal-Gvern Wasteserv, li tinkorpora fiha nies professjonali u dedikati, qed isservi ukoll ta' agenzija li timpjega n-nies specjalment minn kostitwenzi ministerjali.", "Inizattivi gew imnedija fil-passat, bhal dik tal-green leaders fic-civil gew abbandunati, u kuntratti pubblici ma jaghtux bizzejjed importanza lill-ambjent.", "Il-Gvern mhux qed jaghmel bizzejjed biex inaqqas, jerga' juza u jirrickla l-iskart, u r-retorika dwar ekonomija cirkulari mhux qed tigi implimentata.", "Per ezempju, skart mill-kostruzzjoni, li jammonta ghal 85 ta' l-iskart tal-pajjiz, mhux qed jerga' jigi uzat .Hafna skart mill-kummerc mhux qed jigi riciklat.", "Istituzzjonijiet pubblici kbar u zoni bhall-bajjiet huma nieqsa minn immanigjar ta' l-iskart sostenibbli.", "Il-kunsilli lokali qed jaraw l-awtorita' taghhom tinhataf f'idejn il-poter centralizzat tal-Ministri.", "Jekk dawn il-prattici jippersistu, il-Gvern ikun gab b'idejh falliment li jwassal ghall-incinerazzjoni.", "Il-Gvern Laburista ghandu jigi mistoqsi dwar il-politika ta' l-incinerazzjoni.", "X'qed ifisser b'public-private partnership?", "Gejja xi esperjanza ohra bhal tal-Vitals?", "Ser ikun hemm konnessjonijet dubjuzi bhal ma gara f'processi ohra ta' privatizazzjoni?", "Il-Gvern ser jikkummisjona rapport dwar it-tniggiz u impattti ohra ambjentali, socjali u ekonomici?", "Jezistu diga' dawn ir-rapporti?", "L-ahhar u mhux l-inqas, ghalfejn il-Gvern kellu jistenna li tghaddi l-elezzjoni generali biex ihabbar incineratur?", "U ghalfejn l-incineratur ser ikun lest wara l-elezzjoni generali li jmiss?", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 25 ta' Marzu.", "Ftit tal-granet ilu l- Organised Crime and Corruption Reporting Project (OCCRP) ippublikat ivestigazzjonijiet dwar il-bejgh tal-passaporti minn tmien pajjizi fl-Unjoni Ewropea.", "Bhal ma nafu, dawn l-iskemi gibdu l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u ta' l-ghaqda internazzjonali Transparency International , li qed jappellaw lill-UE sabiex ikun hemm skrutinju fuq dawn l-iskemi minhabba l-possibilita' ta' korruzzjoni, hasil ta' flus u theddid ghas-sigurta'.", "Il-Kummissjoni Ewropea ser tippubblika rapport dwar dan iktar tard din is-sena.", "Nawgura li dan ma jkunx karatterizzat minn diskors vag u burokratiku z-zejjed li ma jmur imkien.", "L-investigazzjoni ta' l-OCCRP tkopri lil Malta flimkien ma' s-seba' pajjizi l-ohra.", "Tghid li l-ikbar numru ta' xerrejja ta' passaporti gejjin mir-Russja u li xerreja ohra gejjin minn pajjizi fosthom l-Arabja Sawdita.", "78 fil-mija tal-propjetajiet li inxtraw minn dawn in-nies jinsabu fiz-zona ta' Tas-Sliema.", "S'issa, il-bejgh tal-passaporti minn pajjizna iggenerat iktar minn €850 miljun fl-ekonomija, u hi raguni principali li tispjega kif il-finanzi pubblici qed jirregistraw surpus.", "Dan ta' l-ahhar gie kkonfermat mill-Fondi Monetarju Dinji.", "Sa' Dicembru tal-2017, €363 miljun gew depozitati fil-fond nazzjonali li fetah il-gvern ghal zvilupp u affarijiiet socjali.", "Dan il-fond jircievi 70 fil-mija tad-dhul mill-bejgh tal-passaporti.", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat dan l-ahhar habbar li €27 miljun s'issa gew investiti, u rapport iktar ricenti fuq TVM zvela li iktar minn €80 miljun intefqu sa l-ahhar ta' Jannar.", "Tajjeb ikun hemm rapport awditjat li jelenka u jivverifika din l-ispiza.", "Sa dan it-tant, l-aptit tal-Gvern li jkun dipendenti fuq dan id-dhul 'facli' qed jikber.", "Skond Identity Malta, fil-gimghat li gejjin, ser jigu ppublikati ir-rizultati tal-process ta' konsultazzjoni biex l-iskema titwessa ghal iktar minn 1,800 applikant.", "Jien ktibt lill-Gvern dwar din il-konsultazzjoni u ssuggerejt li din tkun wahda miftuha u wiesgha li tinkludi dibattiti pubblici u deliberazzjoni serja, u mhux 8 mistoqsijiet ikkontrollati li ppublika l-gvern permezz ta' formula fuq l-internet.", "Izda ma jidhirx li l-iktar gvern 'progressiv, trasparenti u feminista' huwa interessat f'din it-tip ta' konsultazzjoni.", "Tajjeb li l-oppozizzjoni, is-socjeta' civili u l-istampa ikomplu jiskrutinjaw lill-Gvern dwar il-bejgh tal-passaporti.", "Per ezempju, qed isir social impact assessment li jivverifika l-impatti ta' din l-iskema fuq id-demografija u komunitajiet lokali?", "Il-vizjoni tal-Gvern hi wahda li thares fit-tul jew li tiffoka fuq il-htigijiet ta' Joseph Muscat u c-cirku ta' madwaru?", "Id-dipendenza fuq il-bejgh tal-passaporti u l-propjeta' qed taffettwa investiment f'setturi iktar sostenibbli u innovattivi?", "Il-Gvern Laburista qed jippjana li jonfoq flus iggenerati mill-iskema ghal skopijiet partiggjani fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni generali li jmiss?", "Il-Partit Laburista qed johloq kostitwenza politika gdida ta' xerreja ta' passaporti?", "Ix-'xiri' ta' voti huwa gustifikat f'demokrazija liberali?", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 18 ta' Marzu 2018.", "Stharrig xjentifiku ta' gazzetti differenti qed juri bic-car li hemm distakk konsiderevoli bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.", "Hemm min sahansitra qed jispekula li tant hemm distakk kbir li Joseph Muscat irid jghaggel bir-riformi kostituzzjonali sabiex eventwalment ikun jista' jahkem iktar poter taht idejh.", "Izda l-istharrig juri ukoll li l-unika alternattiva politika ghall-Gvern Laburista hi dik ta' Gvern Nazzjonalista, anke jekk il-figuri jaghtu vantagg kbir lill-Partit Laburista.", "Il-partiti z-zghar huma pratikament invizibbli u dan jikkonferma li meta jikkontestaw wahedhom, dawn il-partiti m'ghandhomx cans jigu eletti fil-parlament.", "Jidher li maggoranza kbira tal-poplu Malti tippreferi l-istil ta' governanza ta' Joseph Muscat u t-tkabbir ekonomiku minn fatturi ohra bhall-governanza tajba, is-sigurta', l-ambjent u jekk il-mudell ekonomiku li qabad pajjizna huwiex wiehed sostenibbli.", "L-istess haseb il-poplu Malti fl-elezzjoni tal-2017.", "Dan kollu ghandu jhasseb lil min jixtieq jara Gvern nadif mibni fuq il-governanza tajba.", "Personalment nemmen li biex dan isehh, jehtieg li jkun hemm iktar ghaqda mill-forzi varji li jezistu fl-oppozizzjoni.", "Dan jehtieg sforz genwin u matur minn kull naha.", "Inkella ser jibqa jkun hemm lok ghal iktar sahha ghal Joseph Muscat.", "Ma nara xejn hazin li fil-Partit Nazzjonalista hemm min hu iktar liberali u min hu iktar konservattiv.", "Din id-diverista' kienet tezisti taht Eddie Fenech Adami u din il-koalizzjoni gabet bidliet storici f'pajjizna.", "Lanqas ma' nara xejn hazin li gruppi ta' attivisti ikunu iktar vicin ta' xulxin jew li hemm ucuh bi stili differenti.", "Huwa fatt socjologiku li f'kull organizazzjoni ikun hemm dawn l-affarijiet.", "Li hu importanti hu li meta jkun hemm decizzjonijiet demokratici dawn jigu accettati minn kulhadd.", "Huwa daqstant important li r-rebbieha jizguraw li l-minoranzi jhossuhom parti mill-organizazzjoni, u li l-minoranzi ghandhom jirrispettaw ir-rieda tal-maggoranza.", "Id-djalogu, l-immanigjar ta' interessi u vucijiet differenti, u regoli cari huma essenzjali biex dan isehh.", "Fi ftit kliem, partit irid ikun unversali bizzejjed li jinkorpora fih elementi u identitajiet partikolari li lesti jahmdu flimkien u li jirrispettaw id-diversita' ta' bejniethom.", "Imporanti ukoll li jkun hemm rispett reciproku bejn l-oppozizzjoni u s-socjeta' civili.", "Dan qeghdin narawh f'oqsma bhall-governanza tajba u l-ambjent, izda jehtieg li jkun hemm investiment ikbar dwar dan minn dawk kollha li jixtiequ bidla fit-tmexxija ta' pajjizna: l-istess tmexxija li qed tahtaf iktar poter taht idejha, li qed izzarma l-istituzzjonijiet u li qed tbiegh il-wirt komuni permezz ta' politika bla ruh.", "L-istharrig jista' jaqta qalb dawk li jixtiequ jaraw governanza tajba f'pajjizna.", "Jista' jwassal ghal settarjanimzu li jaghti iktar sahha lill-Partit Laburista.", "Izda stharrig ma jistax jipprevedi mumenti storici li jistghu igibu bidliet kbar.", "U fost dawk li jwiegbu l-istharrig hemm dawk li ma jaghtux opinjoni: Tajjeb li wiehed jinterpeta l-messagg taghhom ukoll.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 11 ta' Marzu 2018.", "Jezistu differsi forom ta' analizi ta' partit politiku.", "Tezisti analizi esperta, analizi ibbazata fuq l-esperjenza u anke tahlita tat-tnejn.", "Din ta' l-ewwel tinvolvi dixxiplini bhas-socjologija, ix-xjenza politika u l-kommunikazzjoni, u dik ta' l-ahhar tinkludi esperjenza politika fuq livelli varji.", "F'dan l-artiklu nixtieq nipproponi xi kuncetti u metodi li jistghu iservu biex partit politiku janalizza lilu nnifsu.", "F'dak li ghandu x'jaqsam ma' kuncetti, tajjeb li partit jaghraf x'inhi l-identita' tieghu.", "X'inhi l-ideologija tal-partit?", "X'diskors ghandu jintuza fuq kwistjonijiet varji?", "X'inhuma l-ghanijiet, u x'inhi l-vizjoni?", "Liema valuri ghandhom jiggwidaw il-partit?", "Dawn kif jistghu jigu applikati ghal suggetti u kwistjonijiet differenti?", "F'socjeta' pluralista u likwida, u f'socjeta' ikkaratterizzata minn opportunitajiet, riskji u identitajiet differenti, tajjeb li l-principji ta' partit ma' jkunux tant monolitici u rigidi li ma jkunux applikabbli ghall-hajja ta' kuljum.", "Tajjeb li jkun hemm djalettika hajja bejn il-principju u r-realtajiet socjali tal-mument, minghajr ma' partit ibigh ruhu akkost ta' kollox.", "L-analizi ghandha ukoll tiffoka fuq min jirraprezenta il-partit.", "Ghandha tara min huma l-votanti u l-membri rispettivament, minn fejn gejjin, x'inhu l-profil socjali u demokgrafiku taghhom, x'valuri ghandhom.", "Partit ghandu jara ghalfejn m'huwiex jappella ghal certi gruppi jew demografiji ta' nies u jekk ghandux jipprova jappella ghalihom.", "Fl-istess hin, partit ghandu jara x'inhuma l-valuri l-iktar universali u partikolari fis-socjeta', u kif dawn jistghu jigu rikonciljati mal-principji tieghu.", "Tajjeb ukoll li l-partit jara l-profili tar-rapprezentanti parlamentari u lokali, kif ukoll ta' l-ufficjali, impjegati, attivisti u volontiera.", "Ghandu jara jekk hemmx rapprezentanza xierqa ta' l-identitajiet varji fis-socjeta' Maltija u jekk hemmx 'silenzju' li qed jigi injorat.", "Importanti li l-gruppi, il-fora u l-kazini tal-partit ikunu inklussivi u li jservu bhala pjattaforma ghall-ideat u diskussjoni miftuha.", "Partit ghandu ukoll jara kif inhuma l-modi varji ta' kif jistghu jigu mmobilizzati r-rizorsi tieghu, u kif jista' jahdem ma' organizazzjonijiet, vucijiet u media ohra fis-socjeta' civili.", "Ghandu jizgura li internament jezisti djalogu u li fazzjonijiet jew klikkek jirrispettaw id-differenzi ta' bejniethom izda li jahdmu ghall-istess ghan.", "Partit ghandu ukoll jara kif ikun prezenti fil-komunita' kemm fizikament izda wkoll fuq il-media socjali.", "Dawn jinkludu metodi ta' komunikazzjoni differenti u specjalizzata.", "Tajjeb ukoll li partit jaghmel l-ahjar uzu tal-kuntatti internazzjonali tieghu, mhux biss fuq livell ta' partit, izda ukoll fuq livelli ohra bhall-think tanks, ricerka, komunikazzjoni, edukazzjoni u stharrig.", "Kif ghedt hawn fuq, meta partit janalizza materji bhal dawn ghandu jizgura li jigu ingaggati professjonisti u nies ta' esperjenza politika.", "Importanti li jintuzaw metodi varji ta' analizi bhall-sondaggi, servejs, intervisti ma' esperti, analizi ta' diskors, analizi partecipattiva, gruppi ta' diskussjoni u metodi ohra kwantitattivi u kwalitattivi.", "Fis-socjeta' Maltija, partit li jaspira li jkun fil-gvern m'ghandu l-ebda ghazla hlief li jservi ta' umbrella li tirrikoncilja bl-ahjar mod identitajiet universali u partikolari tas-socjeta'.", "Biex partit jaghmel dan, tajjeb li jkollu infrastuttura tajba ta' analizi, kritika kostruttiva, riflessjoni interna, ftuh u djalogu.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 4 ta' Marzu 2018."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/01/", "date": "Monday, January 29, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Celebration of the fake - Michael Briguglio Il-Liberta' ta' l-Espressjoni taht Gvern bla ruh - Michael Briguglio Aleatory Politics - Michael Briguglio Vuci ta' xiex? Michael Briguglio Should the PN have an ideology? Michael Briguglio \n \n Mozzjoni f'waqtha - Michael Briguglio \n \n Panama Papers & Malta: In the European Atlas of Democratic Deficit \n \n The Zonqor Consensus - Michael Briguglio \n \n Partiti u Movimenti - Michael Briguglio \n \n Can social movements replace political parties? Michael Briguglio", "text": ["Il-Mument, 29 ta' Jannar 2018", "Pajjizna jippermetti li toffendi r-religjon, izda ma jippermettix li tikkrikita lil Pilatus Bank jew lil Henley and Partners.", "Din hija wahda mill-kontradizzjonijiet li nghixu kuljum taht il-Gvern ta' Joseph Muscat, gvern li jilliberalizza kollox sakemm ma jolqotx lill-oligarkija.", "Filfatt, filwaqt li l-offiza tal-villipendju hija dekriminalizzata, l-istess ligi ta' Malta ma tipprotegix gurnalisti li qed jaghmlu xogholhom minn theddid ta' kumpaniji kbar.", "Hekk gara meta l-Bank Pilatus u Henley and Partners hadu azzjoni kontra gurnalisti u gazzetti indipendenti li kienu qed jinvestigaw kwistjonijiet rispettivi bhall-Panama Papers u l-bejgh tac-cittadinanza.", "Ghalhekk huwa importanti li ftit tal-granet ilu giet immressqa private member's bill parlamentari appoggjata mill-Partit Nazzjonalista.", "Din tipproponi li kazi legali internazzjonali maghrufin bhala 'SLAPP' kontra gurnalisti Maltin ma jintuzawx bhala ghodda kontra l-liberta' ta' l-espressjoni.", "Dan ifisser li jekk dan it-tip kaz jintrebah barra, m'ghandux jigi ezegwit f'Malta.", "Ir-raguni hi li dawn il-kazijiet kemm il-darba jigu imposti spejjez legali esorbidanti fuq il-gurnalisti li jibqghu minghajr l-ebda ghazla hlief li jirtiraw dak li kitbu minhabba l-ispejjez legali.", "Ghalhekk, dak li qed tipproponi l-oppozizzjoni Nazzjonalista tipprotegi lill-gurnalisti Maltin permezz ta' ligi nazzjonali kontra din it-tip ta' manuvra.", "Ghandna nkunu grati lejn gurnalisti li qed jaghmlu xogholhom u jinvestigaw kazijiet ta' korruzzjoni, governanza hazina u materji ohra ta' interess pubbliku.", "L-istess ghandna nghidu ghall-attivisti u politici li jahdmu f'dan ir-rigward.", "Ezempju kurrenti huwa l-MEP David Casa li bhala rapprezentant tal-Maltin fil-Parlament Ewropew, qieghed jimpenja ruhu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "Il-Parlament Ewropew m'huwiex 'taghhom l-Ewropej' bhal ma jipprova jghidilna Joseph Muscat b'mod popolist.", "Il-Parlament Ewropew huwa taghna l-Ewropej, ghaliex ahna Maltin u Ewropej.", "U nzid li imnalla qeghdin fl-Unjoni Ewropeja, ghaliex li kieku bqajna barra kien ikun hemm wisq iktar opportunita' biex ikun hemm abbuz tal-poter u korruzzjoni.", "Irrid infakkar li ghaddew iktar minn 100 jum mill-qtil brutali tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia, qtil li jirraprezenta l-ikbar attakk possibli fuq il-liberta' ta' l-espressjoni.", "Daphne kixfet bosta kazijiet ta' korruzzjoni u kriminalita' organizzata.", "Nafu li gew arrestati tliet minn nies b'knnessjoni mal-bomba li qatlitha, izda jidher ma sar l-ebda progress minn hemm il-hawn.", "Sa llum ma hemm l-ebda hjiel li l-awtoritajiet identifikaw lil min ikkummisjoni, ippjana jew orkestra dan il-qtil.", "Ghahekk il-Council of Europe Platform for the Promotion of Journalism, u numru kbir ta' ghaqdiet internazzjonali dwar il-liberta' ta' l-espressjoni u l-governanza tajba qed ikomplu juru t-thassib dwar is-saltna tad-dritt, il-korruzzjoni u l-protezzjoni tal-gurnalisti f'pajjizna.", "Sfortunatament il-magna tal-propaganda tal-Gvern ta' Joseph Muscat tipprova taghmel minn kollox biex turi stampa ohra.", "Tipprova tnessina mill-panama papers u mill-iskandli relatati mal-bejgh tal-gid komuni.", "Tipprova tnessina minn nuqqasijiet tal-Korp tal-Pulizija, li jibqa' ma jinvestigax kwistjonijiet bhall-Panama Papers.", "Tipprova tnessina mit-thassib tal-Prim Imhallef u ta' l-Ombudsman dwar in-nuqqas ta' kollaborazzjoni ta' l-Avukat tal-Gvern u l-Pulizija mal-qrati.", "Malta hi mmexxija minn gvern li jitkellem dwar il-liberta' izda li jipprova jaghlaq halq dawk li jfittxu l-verita' dwar il-korruzzjoni u l-kriminalita' organizzata.", "Ghandna Prim Ministru li jiftahar bl-ikbar arroganza li jirreagixxi biss ghal kummenti ta' Prim Ministri.", "Prim Ministru li jahseb li maggoranza elettorali ittih drittijiet divini li jigu l'fuq mis-saltna tad-dritt.", "Ghandna Prim Ministru li jibbaza l-poter tieghu fuq politika ta' patrunagg, ta' pjaciri, ta' xejn m'hu xejn: l-aqwa li nakkwistaw il-voti u naqdu l-interessi ta' oligarkija.", "Il-liberta' ta' l-espressjoni f'pajjizna hi kompromessa minn Gvern bla ruh.", "Izda l-ebda gvern ma jezisti ghal dejjem, u ghalhekk ghandna nuzaw lehhinna biex nikkonfermaw dan il-fatt.", "Il-Mument, 21 ta' Jannar 2018", "Fis-sistema politika Maltija, iz-zewg partiti politici kbar kemm il-darba iservu ta' umbrella wiesgha li tigbor tahtha diversi identijiet, gruppi, vucijiet u klassijiet socjali.", "Nistghu nghidu li kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista it-tnejn huma ankrati vicin ic-centru politiku, ghalkemm minn daqqiet ixeqilbu iktar lejn ix-xellug jew il-lemin.", "F'dawn iz-zminijiet, l-ideologija politika saret iktar flessibli milli kienet fil-passat.", "Dan jirrifletti il-bidliet socjali li qed nghixu: f'socjetajiet iktar miftuha, iktar sekulari u karatterizzati b'iktar diversita'.", "Kull wiehed u wahda minna x'aktarx nidentifikaw ma' iktar minn identita' wahda u kultant dawn ikunu anke kontradittorji.", "Hemm min jghid li b'hekk l-ideologija spiccat u ghalhekk il-partiti politici ghandhom sempliciment jirriflettu l-iktar fehmiet popolari fis-socjeta'.", "Il-politika b'hekk issir loghba bejn min kapaxxi jmexxi ahjar fil-qafas ta' dawn il-fehmiet.", "Personalment nippreferi politika flessibli milli wahda assolutista u fundamentalista.", "Din ta' l-ahhar twassal ghal politika minghajr djalogu, ghat-tirannija ta' certi ideat u persuni, u ghall-mewt tad-djalogu: l-istess djalogu li hu essenzjali ghal demokrazija hajja.", "Izda b'dan ma ridx nghid li l-principji m'humiex importanti.", "Anzi.", "Nemmen li l-principji ghandhom iservu ta' qafas ideologiku biex partit politiku ikollu direzzjoni u ghanijiet.", "Iservu ukoll sabiex min hu imsieheb jew jappoggja partit ikun jaf fejn qieghed.", "Izda l-principji iridu dejjem jitpoggew f'kuntest socjali.", "Per ezempju, kelma bhal liberta' jista' jkollha tifsira differenti f'kuntesti socjali differenti.", "F'socjeta' demokratika, liberta' kemm il-darba tigi mkejla skond id-drittijiet tac-cittadin u skond l-ghazliet li jaghmel.", "U ma' l-ghazla wiehed irid ukoll jinkludi r-responsabilita'.", "Izda f'socjeta' dittatorjali, il-liberta' tista tkun hemm ghal grupp zghir biss.", "Hekk kif il-Partit Nazzjonalista qed igedded lilu nnifsu, nemmen li huwa importanti li jadotta sett ta' principji minghajr ma jaghmilhom xi duttrina dommatika.", "Il-wirt Demo-Kristjan tal-Partit ghandu jservi ta' infrastruttura, izda ghandha tkun rispettata d-diversita' socjali li qed nghixu fiha llum.", "Principju importanti f'dan ir-rigward hu dak tad-dinjita' umana, u mieghu dak tas-solidarjeta'.", "Ghandu jkun hemm politika li tappogja forom varji tal-familja kif ukoll lil dawk li qed jghixu hajja prekarja.", "Il-politika socjali m'ghandiex tinkoragixxi dipendenza fuq l-istat jew impozizzjonijiet minn fuq, izda minflok ghandha tinkoragixxi l-independenza, l-opportunitajiet, u li wiehed ikollu l-ghodda biex javvanza f'hajtu.", "L-edukazzjoni u t-tahrig huma essenzjali f'dan ir-rigward.", "Principju iehor ta' importanza huwa dak tas-sussidjarjeta'.", "Decizzjonijiet ghandhom jittiehdu mill-izghar awtorita' kompetenti possibli.", "Dan ifisser li jekk per ezempju kunsill lokali huwa iktar kapaci jiddeciedi dwar kwistjonijiet lokali, il-gvern centrali m'ghandux jisraqlu l-poter.", "Minn naha l-ohra, jekk certi decizzjonijiet ghandhom ikun f'idejn l-Unjoni Ewropea minhabba l-implikazzjonijiet globali taghhom, allura tajjeb jigu decizi hekk.", "Permezz tas-sussidjarjeta', il-gvern ghandu jintervjeni biss meta individwi, familji, is-socjeta' civili, jew gruppi privati ma jistghux jagixxu b'mod indipendenti.", "Ghalhekk l-awtonomija' u d-dinjita' jigu qabel id-dominanza ta' l-istat.", "Principju iehor u dak li jhares id-drittijiet ta' generazzjonijiet tal-futur.", "Kuncetti bhas-sostenibilita' u l-gid komuni ghandhom jigu qabel il-gratifikazzjoni instantanja jew dak li jaqbel biss fl-immedjat.", "Tajjeb ukoll li l-politika ekonomika tkun wahda li turbot il-suq kompettitiv ma' mudell socjali u ambjentali li jaghti importanza lix-xoghol dicenti u lill-opportunitajiet.", "B'hekk tigi evitata tellieqa sal-qiegh immexxija mir-reghba u l-prekarjat.", "Hawnhekk, l-individwi jigu kkunsidrati mhux biss bhala konsumaturi fis-suq izda ukoll bhala cittadini li ghandhom drittijiet u dmirijiet.", "Principji bhal dawn jistghu joffru opportunita' lill-Partit Nazzjonalista fil-kostruzzjoni ta' alternattiva ghall-Partit Laburista.", "Il-Gvern ta' Joseph Muscat introduca numru ta' riformi pozittivi, izda qieghed jenfasizza ukoll ipoggi zvilupp bla razan qabel il-gid komuni, qed ibiegh il-wirt nazzjonali lill-investituri dubjuzi, qed ikun dipendenti fiskalment ghall-bejgh tac-cittadinanza, qed ihaxxen is-settur pubbliku permezz ta' patrunagg politiku: Dan kollu permezz ta' buzzieqa ekonomika li qed tigi ddettata mic-ciklu eleottrali u vvalentata bil-koruzzjoni.", "Il-Partit Nazzjonalista ghandu jkun il-vuci ta' dawk ta' dawk li qed jghixu l-prekarjat, ta' dawk li jridu governanza tajba, u ta' dawk li jqisu l-gvern ta' Muscat bhala wiehed bla ruh.", "Il-Partit Nazzjonalista ghandu jirrikoncilja haddiema u negozjanti li huma aljenati mill-mudell ekonomiku ma votanti mill-klassi tan-nofs li forsi qed jghixu l-kumdita' izda jridu tip ta' politika iktar gusta.", "Ghal dan il-ghan tajjeb li l-Partit jikkomissjona studji socjologici biex jinvestiga' l-htigijiet, l-identitajiet u l-aspirazjonijiet ta' zminijietna.", "Dawn l-istudji b'hekk iservu biex ikun hemm evidenza soda ghall-politika f'socjeta' li qed tinbidel.", "Nikteb iktar dwar dan f'artiklu fil-futur qrib.", "Il-Mument 14 ta' Jannar 2018", "\"Ghandu jkun hemm talba formali lill-Gvern sabiex sabiex jieħu l-art fiż-Żonqor lura mingħand Sadeen u jagħtih lura lill-Maltin\".", "Dan kien il-messagg tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, f'mozzjoni imressqa din il-gimgha.", "Din il-mozzjoni takkumpanja mozzjoni imressqa mill-grupp Nazzjonalista fil-parlament ta' Malta, u hi konformi ma' dak li qed jitolbu ghaqdiet ambjentali bhall-Front Harsien ODZ, Din l-Art Helwa, Flimkien ghall-Ambjent Ahjar u r-Ramblers Association of Malta.", "Dan qed jitolbuh ukoll partiti ohrajn ta' l-oppozizzjoni, gazzetti indipendenti u nies ta' rieda tajba.", "Ta' min infakkar li fl-2015 Malta rat l-ikbar dimostrazzjoni ambjentalista ta' kull zmien, bl-iskop li z-Zonqor jigi protett.", "Ilkoll nafu li minkejja l-pompa ta' propaganda mill-Gvern Laburista u minkejja l-preferenzi li inghata Sadeen minn fuq dahar il-poplu Malti, l-American University of Malta falliet bil-kbir milli tilħaq il-miri tagħha u saħansitra ukoll naqset dawn il-miri bin-nofs.", "Nafu li l-Universita' s'issa gabet biss 15-il student u qed tkecci bosta akkademici.", "Nittama li l-Partit Laburista jisma l-ghajta popolari li tezisti sabiex iz-Zonqor jigi protett.", "Minflok ma jirreagixxi b'negattivita', jista' jkun pozittiv u jipprova jaghmel l-almu tieghu ghal kunsens nazzjonali.", "J'alla l-Universita' taghmel success, izda sa dan it-tant m'ghandniex nissagirfikaw art daqshekk prezzjuza.", "Sa fejn naf jien is-success ta' Universita' jiddependi minn kriterji akkademici u sostenibbli, u mhux minn kemm hemm veduta tajba tal-bahar.", "F'dan l-artiklu, pero', nixtieq naghmel emfasi fuq ir-rwol tal-Kunsilliera fil-politika.", "Fil-kas taz-Zonqor, il-grupp ta' kunsilliera Nazzjonalisti kien proattiv u pprezenta mozzjoni ghal-gid komuni.", "Nemmen li din il-prassi ghandha tigi addottata iktar frekwentament b'hidma kongunta ta' kunsilliera Nazzjonalisti u ohrajn li jixtiequ jinghaqdu maghhom.", "Jezistu bizibilju ta' kwistjonijiet ta' importanza kemm lokali kif ukoll nazzjonali fejn il-kunsilliera jistghu ikunu proattivi.", "U jekk dan jaghmel sens f'kunsilli fejn il-Partit Nazzjonalista ghandu minoranza ta' siggijiet, ahseb wara kemm jaghmel iktar sens f'kunsilli fejn tezisti maggoranza Nazzjonalista.", "Qed nitkellem mhux biss dwar kwistjonijiet ta' kostruzzjoni u zvilupp, izda ukoll fuq kwistjonijiet ohra li jolqtu direttament lir-residenti.", "Dawn ivarjaw minn infurzar sa' sigurta, minn devoluzzjoni ta' art pubblika sa metodi ta' finanzjament, u minn introduzzjoni ta' bye-laws sa l-importanza ta' politika ibbazata fuq evidenza, nghidu ahna permezz ta' social impact assessments u community profiling.", "Ghalhekk tajjeb li fil-hidma ghall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-sena d-diehla, ikun hemm emfasi sabiex il-gruppi nazzjonalisti fil-kunsilli rispettivi jibnu fuq it-tajjeb li diga' qed isir u fejn hemm bzonn ikunu iktar proattivi permezz ta' mozzjonijiet kongunti, hidma mas-socjeta' civili u prezenza kontinwa fuq il-midja.", "Il-Partit Nazzjonalista introduca il-kunsilli lokali 25 sena ilu.", "Jemmen fis-sussidjarjeta' biex b'hekk ma jkunx hemm eccess ta' poter f'idejn il-Gvern centrali u biex il-residenti ikollhom vuci akbar f'kwistjonijiet lokali.", "Ghall kuntrarju, il-Gvern Laburista qed ihott dan bil-mod il-mod u qed jiccentralizza l-poter f'idejn grupp zghir ta' nies.", "Jehtieg li nergghu naghmlu l-kunsilli konformi ma' l-iskop originali taghhom.", "Il-Mument, 7 ta' Jannar 2017", "Meta l-Partit Nazzjonlista iddecieda li jxolji l-Forza Nazzjonali, ghamel l-ahjar ghazla fic-cirkostanza.", "Il-Forza sfat telliefa fl-elezzjoni generali, u avolja l-idea ta' koalizzjoni ghal governanza tajba kienet wahda f'waqtha, wiehed ma jistax jinjora r-rizultat li inkiseb.", "Teoretikmant, izda, il-Forza Nazzjonali setghet topera ukoll bhala koalizzjoni fl-oppozizzjoni.", "Pero' fil-verita', l-atitudni ta' Marlene Farrugia wara l-elezzjoni generali ma ghenet xejn biex dan isehh.", "Dan ghaliex ftit jiem wara l-elezzjoni generali, hi uriet l-interess li ssir mexxej tal-Partit Nazzjonalista waqt li kienet fl-Partit Demokratiku.", "Wara li dan ma kienx possibli, ghamlet minn kollox biex tiskredita l-kampanja ghall-ghazla ta' mexxej gdid tal-Partit Nazzjonalista.", "B'hekk kisret il-fiducja li ezistiet bejn iz-zewg nahat.", "Ta' min wiehed ifakkar li din kienet l-iktar kampanja miftuha u demokratika li qatt saret ghal mexxej ta' partit politiku f'Malta.", "Differenti hafna minn kif saru l-affarijiet fil-partit ta' Marlene wara l-elezzjoni generali.", "Nittama li Marlene Farrugia taghraf li zbaljat bl-atitudni taghha u li tkun iktar kostruttiva fil-kontribuzzjoni taghha fil-parlament ta' Malta.", "Per ezempju, bhala gest ta' rieda tajba u ta' konvinzjoni soda, nittama li hi u Godfrey Farrugia jappoggjaw il-proposta' tal-Partit Nazzjonalista sabiex iz-Zonqor jinghata lura lill-poplu Malti.", "Ovjament, nittama wkoll li l-membri parlamentari Laburisti jaghmlu l-istess.", "Nittama wkoll li jkun hemm ukoll hidma kongunta fuq materji ohra, skond il-kas, kif stqarr l-istess Partit Nazzjonalista meta xolja lill-Forza Nazzjonali.", "Din it-tip ta hidma tista' ssir ukoll mill-Partit Nazzjonalista ma' korpi kostitwiti, ghaqdiet mis-socjeta' civili u ohrajn.", "Hekk ghamel il-Partit meta mexxa l-moviment li permezz tieghu Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea.", "U l-Partit Laburista tghallem min din l-istrategija fil-kisbiet ta' bosta drittijiet civili.", "Hekk kif il-Partit Nazzjonalista qed jibni l-istrategija tieghu ghall-isfidi elettorali li gejjin, nemmen li ghandu jizgura li jkun il-vuci per ezempju ta' dawk li jemmnu fil-governanza tajba, li jixtiequ li pajjizna jkun wiehed fejn tirrenja n-normalita' bhala msieheb fl-Unjoni Ewropea.", "U ghalhekk, il-Partit ghandu jahdem fil-qrib ma' dawk kollha ta' rieda tajba f'dan ir-rigward.", "U halli nghiduha kif inhi: Jekk irridu l-governanza tajba din tista' tigi biss jekk ikun hemm mandat elettorali ghaliha.", "Huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista' jgheleb lill-Partit Laburista u jpoggi din il-materja fuq l-agenda nazzjonali.", "Movimenti socjali li jahdmu fis-socjeta' civili ghal dan il-ghan huma importanti hafna, ghax iqajmu kuxjenza, jimmoblizzaw lin-nies u jghafsu ghal bidliet.", "Izda l-istorja turi li dawn ikunu effettivi meta jahdmu flimkien ma' partiti politici, li fl-ahhar mill-ahhar ghandhom il-jedd li jiggvernaw.", "Barra minn hekk, bosta ghaqdiet li jkunu iffukati fuq materja wahda isibuha difficli jsostnu lilhom infushom f'kampanji twal.", "U c-cittadini jiddeliberaw fuq bosta kwistjonijiet fil-hajja ta' kuljum.", "Lil'hinn mill-movimenti socjali, hemm ghexieren ta 'eluf ta' kostitwenti li l-vot taghhom hu importanti daqs dak ta' l-attivisti, anke jekk il-vuci taghhom hija inqas vizibli fl-ahbarijiet."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2017/12/", "date": "Thursday, December 28, 2017", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Favur sistema ta' taxxa ekwa - Michael Briguglio Nghinu f'kawzi gusti - Michael Briguglio Gamble on Malta's reputation - Michael Briguglio Is-Solitudni fil-Milied - Michael Briguglio Eddie the reconciliator We are all migrants now - Michael Briguglio \n \n Riforma fil-Kunsilli Lokali - Michael Briguglio \n \n Reforming Malta's constitution to enhance the independence of 'fourth' branch institutions - Michael Briguglio \n \n When civil society hits the news - Michael Briguglio \n \n Niltaqghu il-Belt - Michael Briguglio", "text": ["Il-Mument 31 ta' Dicembru 2017", "In-nuqqas ta' governanza tajba tal-Gvern Laburista waslet biex pajjizna, flimkien ma xi pajjizi ohra, gie ttimbrat bhala 'Tax Haven' mis-Socjalisti, mill-Komunisti u mill-Hodor Ewropej.", "Li kieku ma kienx hemm oppozizzjoni b'sahhitha mill-Partit Popolari (EPP), mill-Liberali u mir-Riformisi u Konservattivi, Malta kienet ser tigi ttimbrata hekk mill-Parlament Ewropew.", "L-EPP u l-alleati taghha qed jenfasizzaw li pajjizna m'huwiex 'tax haven' izda li l-gvern Laburista qed jeccedi l-limiti f'oqsma varji.", "Dawn jinkludu l-bejgh tac-cittadinanza Ewropea, u n-nuqqas ta' azzjoni dwar il-Panama Papers u nnuqqas ta' saltna tad-dritt.", "Il-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia kompla jitfa dawl ikrah f'dan ir-rigward.", "L-EPP qed temfasizza ukoll li kompetizzjoni gusta ta' taxxa m'ghandhiex tigi mhallta ma' hasil tal-flus jew evazjoni ta' taxxa.", "Sfortunatament, il-Gvern ta' Joseph Muscat ma jidhirx interessat li jnaddaf dak li holoq hu stess.", "L-interessi ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi qed jigu qabel dawk tal-haddiema fis-settur finanzjarju.", "U filwaqt li l-Pilatus Bank qed ikun fl-ahbarijiet ghar-ragunijiet hziena, haddiema fl-industrija tal-finanzi qed jinkwetaw li ghoxrin sena ta' xoghol siewi biex tinbena din l-industrija qeghdin f'riskju.", "Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa kontributur importanti ghat-tkabbir ekonomiku u ghat-tkabbir tal-pagi f'Malta.", "Ta' min jghid li fost ohrajn dan is-settur jinkludi servizzi fl-invesiment, insurance, trusts u penzjonijiet.", "Hawn iktar minn 53,000 kumpanija registrati f'pajjizna.", "Malta zviluppat ligijiet u regoli effettivi taht gvernijiet Nazzjonalisti, u dan sehh anke permezz tal-koperazzjoni ta' l-oppozizzjoni Laburista ta' dak iz-zmien.", "Illum, fil-kuntest tal-Brexit jezistu opportunitajiet godda ghal Malta, izda il-Gvern Laburista jibqa' jippersisti li jiddefendi dak li ma jistax jigi difiz.", "F'diskors ricenti, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-saltna tad-dritt, izda dan jista' jigi interpretat bhala ezercizzju ta' public relations, jigifieri ta' montatura, meta l-istess Prim Ministru baqa' m'ghamel xejn dwar il-Panama Papers, il-protezzjoni ta' whistleblowers, il-Bank Pilatus, il-hasil tal-flus, il-bejgh kontroversjali ta' passaporti, il-privatizazzjoni kontroversjali tas-sahha u l-energija, u l-indipendenza ta' istituzzjonijiet bhall-Pulizija u l-Avukat tal-Gvern.", "L-ghebusija tar-ras tal-Gvern qeghda ccahhad diskussjoni sana u serja dwar is-servizzi finanzjarji.", "Per ezempju, huwa importanti li nifhmu li l-involviment ta' ufficjali tal-Gvern fil-Panama Papers m'ghandiex tithallat mal-pozizzjoni fundamentalista ta' dawk li jridu li fl-UE ikun hemm rata uniformi ta' taxxa kullimkien.", "Minflok, nistghu nitghallmu mill-politika ta' l-UE dwar it-tibdil fil-klima.", "F'dan il-kas, l-unjoni ghandha mira wahda globali izda kull pajjiz imsieheb ghandu miri specifici li skond ic-cirkustanzi tieghu.", "Din it-tip ta' politika tista tigi adattata fis-settur finanzjarju, u Malta ghandha targumenta li din hi nicca importanti ghal ekonomiji zghar.", "Izda biex il-Gvern jkun kredibli jehtieg li jaghti ezempju ta' governanza nadifa u osservanza tar-regoli.", "Il-paradoss ta' dan kollu hu li Joseph Muscat jista' jgawdi mill-investiment politiku tieghu meta jirtira minn Prim Ministru, izda s-socjeta' Maltija ikollha thallas il-prezz ta' governanza irresponsabbli.", "Il-Mument 24 ta' Dicembru 2017", "Kultant ikun hemm min jixtieq ikun attiv f'xi kawza gusta izda m'ghandux hin biex jaghmel dan.", "Jew forsi jiddejjaq juri wiccu, forsi minhabba ragunijiet ta' xoghol.", "Jezisti mod prattiku kif wiehed jista' jghin f'dawn il-kawzi minghajr ma jkun daqshekk involut personalment.", "Wiehed jista' jaghti donazzjonijiet lill-ghaqdiet non-governattivi li huma f'oqsma varji.", "Illum dan jista' jsir facilment permezz ta' l-internet, lill-ghaqdiet li ghandhom metodi sikuri f'dan ir-rigward.", "F'dan l-artiklu ser nelenka xi ghaqdiet non-governattivi li huma attivi globalment f'kawzi varji.", "Ahna lkoll nistghu nghinuhom fl-hidmiet taghhom billi nidhlu fis-siti taghhom u naghmlu donazzjoni fis-sezzjoni rispettiva", "L-ewwel ghaqda li nixtieq insemmi hija l- MOAS (Migrant Offshore Aid Station).", "Din l-ghaqda twaqqfet fl-2013 wara d-dizastru umanitarju vicin Lampedusa, fejn 400 persuna gherqu u tilfu hajjithom.", "MOAS twaqqfet fl-2014 sabiex ikun hemm ghaqda indipendenti fil-qasam umanitarju fil-Mediterran.", "Minn dak iz-zmien s'issa, salvat u assistiet iktar minn 40,000 persuna fir-rotti l-iktar perikoluzi tal-migrazzjoni.", "Ftit xhur ilu MOAS trasferiet l-operazzjonijiet taghha ghax-xlokk ta' l-Asja, fejn qed tassisti lir-refugjati Rohingya li qed jaharbu mill-genocidju fil-Myanmar. https://www.moas.eu/", "L- International Medical Corps hija ghaqda ohra li toffri ghajnuna immedjata lill-persuni: izda f'dan il-kaz tiffoka fuq tahrig u kura medika lil dawk li huma affetwati mill-gwerer, dizasti naturali u emergenzi ta' sahha madwar id-dinja.", "Permezz ta' tahrig tizgura li l-persuni li tassisti ikunu jistghu huma stess jassistu lill-haddiehor fil-futur. https://internationalmedicalcorps.org/", "L- MSF (Doctors Without Borders) hija movement globali li toffri assistenza umanitarja permezz ta' servizzi medici professjonali lill-persuni maqbuda f'krizijiet bhall-gwerra, migrazzjoni u dizastri naturali. http://www.msf.org/", "Anke l- UNHCR , l-agenzija tar-refugjati tal-Gnus Maqghuda, hija ddeikata li ssalva l-hajjiet tal-persuni: tiffoka fuq ir-regujati, persuni minghajr nazzjonalita' u persuni li gew sfurzjati jiccaqalu minn arthom.", "L-UNHCR tahdem ukoll favur id-drittijiet tar-refugjati. http://www.unhcr.org/", "Ghaqda ohra li tiffoka fuq id-drittijiet tal-bniedem hija Amnesty International .", "Indipendenti minn kull ideologija politika jew interess politiku, l-Amnesty tisskrutinja lill-Gvernijiet f'kwistjonijiet bhar-ripressjoni politika, tortura, u l-piena kapitali.", "Kemm il-darba irnexxielha tissalvagwardja d-drittijiet ta' prigunieri politici u tesponi atrocitajiet imwettqa minn dittaturi. https://www.amnesty.org/en/", "Transparency International tesponi l-abbuz ta' poter ta' gvernijiet permezz ta' koruzzjoni, hasil ta' flus, u tixhim fost ohrajn.", "Hija l-iktar ghaqda prominenti fil-glieda kontra l-korruzzjoni. https://www.transparency.org/", "Forma ohra ta' abbuz li qed tigi miggielda hija l-iskjavitu'.", "F'dan ir-rigward, Freedom United .", "Din l-ghaqda tippromwovi azzjonijiet kontra l-iskjavitu' u b'hekk tesponi gvernijiet u kumpaniji involuti f'din il-mohqrija. https://www.freedomunited.org", "Fil-qasam ambjentali, wahda mill-iktar ghaqdiet prominenti hija l- WWF (World Wildlife Fund).", "Din l-ghaqda tiffoka fuq il-konservazzjoni tan-natura permezz ta' bazi xjentifika u soluzzjonijiet globali u lokali li jaqdu l-htigijiet tal-bnedmin u n-natura. https://www.worldwildlife.org/", "L-ahhar u mhux l-inqas, hemm min jinteressah id-drittijiet ta' l-annimali.", "L-ghaqda Born Free tahdem sabiex l-annimali jigu trattati b'dinijita'.", "Din l-ghaqda tahdem biex annimali jibqghu fl-abitat naturali taghhom u mhux jinsterqu ghall-raguni ta' kummerc. http://www.bornfree.org.uk/", "Nawgura Milied mill-isbah lill-qarrejja' ta' Il-Mument u lill-haddiema ta' MediaLink.", "Il-Mument 17 ta' Dicembru 2017", "Paradoss fi zmien il-Milied: Fost il-ferh u c-celebrazzjonijiet, uhud ihossuhom wahidhom iktar minn qatt qabel.", "Hemm min ihossu wahdu ghax m'ghandux ma min igawdi dan l-istagun ferriehi.", "Hemm min hu wahdu minhabba ragunijiet ta' sahha mentali bhad-dipressjoni jew anzjeta'.", "U ezempji bhal dawn jistghu ikunu relatati ma' xulxin.", "Sfortunatament, suggetti bhas-sahha mentali u s-solitudni ma tantx huma popolari fl-istampa.", "Dan mhux minhabba xi antipatjija lejn dawn is-suggetti, izda minhabba li hemm suggetti ohra li huma iktar seducenti.", "Izda jehtieg li dawk involuti b'xi mod jew iehor fil-politika jew fil-media inkunu iktar alerti ghal realtajiet socjali inqas sensazzjonali jew vizibli.", "Per ezempju, huwa importanti li nifmhu li s-socjeta' m'hijiex maghmula biss minn dawk li naqraw dwarhom fil-gazetti jew fuq facebook.", "Hemm bosta nies li jhossuhom wahedhom, li qed ibaghtu xi forma ta' dipressjoni.", "Dawn jistghu jinkludu penzjonanti godda li qed iduqu dinja gdida u solitarja wara snin twal ta' impjieg.", "Jistghu jinkludu barranin minghajr familji jew hbieb.", "Persuni anzjuzi dwar bidliet li qed jghixu: fil-familja, fis-sahha, fir-relazzjonijiet, fuq ix-xoghol u fis-socjeta'.", "Jistghu jinkludu vittmi ta' ibbulijar, sessizmu, razzizmu u forom varji ta' disrkiminazzjoni.", "U jistghu jinkludu persuni li sempliciment ihossuhom 'strangieri'.", "Sahansitra jista' jkun hemm ukoll persuni li m'humiex konxji jew attrezzati biex jiffaccjaw kwistjonijiet ta' sahha mentali.", "Meta niddiskutu u nanalizzaw dawn ir-realtajiet, tajjeb li ninnutaw li xi kultant anke persuni assocjati mal-poter jistghu ikunu dghajfa u fragli: dawn jistghu jinkludu ukoll irgiel eterosesswali li paradossalment ihossuhom iktar prekarji biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni taghhom.", "Jehtieg li s-socjeta' taghna tinfetah iktar f'din il-materja.", "Hekk sar f'kwistjonijiet bhall-LGBTIQ: suggett li kien taboo socjali sar wiehed prominenti fil-politika socjali.", "Biex dan isir fl-oqsma tas-sahha mentali u s-solitudni, il-politici, il-media u s-socjeta' civli ghandhom rwol ewlieni.", "Jehtieg ukoll li fil-qasam edukattiv ikun hemm iktar emfasi u vizibilita'.", "Diga' hemm min jahdem f'dawn l-oqsma: minn ghaqdiet bhall-Caritas u Richmond Foundation sa l-mijiet ta' counsellors, psikologi, psikjatri, social workers u care workers li jahdmu minn wara l-kwinti.", "Izda ikun tassew pass pozittiv jekk ikun hawn politika olistika li tizgura governanza tajba f'dan is-settur.", "Il-kontribuzzjoni ta' entitajiiet pubblici, privati u l-volontarjat jistghu issahhu il-komunitajiet taghna.", "Skejjel, kunsilli lokali, il-media socjali jistgu kollha jghinu sabiex l-individwu ikun imharregg f'kas ta' bzonn u sabiex is-socjeta' tkun iktar sensibbli ghal dawn ir-realtajiet.", "Fl-akkademja, hemm bosta suggetti li jittrattaw dawn il-kwistjonijet: dawn is-suggetti imorru lil'hinn mill-logika tas-suq, izda huma importanti ferm ghas-sisien tas-socjeta'.", "Ricerka empirika tista' toffri l-evidenza neccessarja ghal-politika informata.", "Ghalhekk, nappella sabiex il-hidma politika tikkunsidra ukoll suggetti inqas sensazzjonali izda li kemm il-darba huma iktar vicin il-hajja ta' kuljum ta' bosta nies: Fil-Milied ejjew nahsbu wkoll f'dawn li qed jghixu s-solitudni u problemi ta' sahha mentali.", "Il-Mument 10 ta' Dicembru 2017", "Il-Kunsilli Lokali f'Malta ser jaghlqu 25 sena.", "Dawn qeghdin jaqdu l-htigijiet tal-lokalitajiet rispettivi taghhom?", "Aspett ewlieni f'dan ir-rigward huwa l-finanzi.", "Il-Kunsilli Lokali ghandhom ghazliet limitati dwar kif jistghu jiggeneraw id-dhul.", "Id-dhul ewlieni jigi mill-Gvern centrali.", "Hemm ukoll possibilita' ta' dhul minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea, minn skemi specifici tal-Gvern u minn reklamar u certi permessi.", "Politika ta' riforma fil-kunsilli ghandha temfasizza li persentagg tad-dhul Governattiv mill-VAT, turizmu u oqsma ohra jigi maqsum mal-kunsilli.", "Izda huwa car li hemm bzonn li l-Kunsilli jkollhom iktar opportunitajiet biex jiggeneraw id-dhul.", "Dan huwa necessarju biex jigi ffinanzjat xoghol bhal dak infrastrutturali u gbir ta' l-iskart, kif ukoll inizjattivi bhal dawk edukazzjonali, socjali u kulturali.", "Dawn ta' l-ahhar huma importanti sabiex ikun hemm iktar sigurta', integrazzjoni socjali u sens ta' komunita'.", "Idealment, l-agenda lokali ta' Malta temfasizzja id-dicentralizazzjoni sabiex l-ebda gvern ma jkollu poter eccessiv.", "Permezz tas-sussidjarjeta', decizzjonijiet li jistghu jittiehdu mill-kunsilli lokali m'ghandhom jittiehdu minn xi Ministru.", "Din il-filosofija tista' twassal sabiex il-kunsilli ikunu iktar sostenibbli.", "Per ezempju, art tal-gvern tista' tigi devoluta lill-kunsilli.", "Parkeggi, bini pubbliku u siti storici jistghu jigu mmanigjati mill-kunsilli, u d-dhul iggenerat jista' jintuza ghal htigijiet lokali.", "Biex naghti ezempju prattiku: il-car park pubbliku tax-Xatt ta' Tas-Sliema huwa ikrah ferm u biex wiehed jipparkja jigi 'mitlub' ihallas.", "Mhux ahjar kieku dawn il-flus imorru ghand il-kunsill sabiex il-car park jigi msebbah u flus ohra jintuzaw ghall-bankini u htigijiet ohra?", "Riforma fil-Kunsilli Lokali ghandha tizgura ukoll li l-Kunsilli ikollhom rwol ewlieni fit-tehid tad-decizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Decizzjonijiet li jistghu jittiehdu mill-Kunsilli, bhal dawk ta' enforzar dwar kostruzzjoni u ta' street markings, ghandhom jittiehdu mill-Kunsilli, u mhux minn entitajiet centralizzati.", "Importanti ukoll li skemi lokali bhal dawk ta' parkegg ghar-residenti ma jkunux diskriminatorji.", "Ma jistax ikun li pajjzina jibqa karatterizzat minn lokalitajiet b'dawn l-iskemi u ohrajn minghajrom.", "Qasam iehor ta' importanza huwa dak tas-Social Impact Assessment.", "Jehtieg li l-Kunslli ikollhom fondi u access ghal servizzi professjonali bhal dawk ta' socjologi, ekonomisti u esperti kulturali sabiex ikun hemm taghrif car dwar demografija, realtajiet socjali, komunitajiet u aspirazzjonijiet tar-residenti.", "Dan kollu jghin sabiex decizzjonijiet jittiehdu fuq bazi ta' evidenza.", "Il-Kunsilli ghandhom iservu ukoll ta' centri ta' servizzi u informazzjoni bhal tfittix ta' impjieg, kura u pariri professjonali.", "U l-istess Kunslli ghandhom ikunu mharrga kif jahdmu ahjar ma' l-istampa u s-socjeta' civili.", "Sfortunatament jidher li l-Gvern Laburista miexi lejn direzzjoni ohra.", "Iktar ma jghaddi zmien, iktar qed jahtaf poter taht idejh, b'iktar poter f'idejn il-Ministri.", "Ezempju ta' dan huwa l-enfurzar.", "Filwaqt li l-Kunsilli ta' kuljum jaffacjaw abbuzi f'oqsma bhall-kostruzzjoni, skart, parkegg abbuziv u storbju, l-istess kunsilli qed jispiccaw jittalbu mal-Gvern biex ikun hemm enforzar.", "Dan mhux sew.", "Ezempju iehor hu l-kisi ta' toroq.", "Hemm min qed jghid li l-programm ta' seba' snin tal-Gvern ser jikkonsiti minn kisi ta' ftit pulzieri fit-toroq madwar Malta u Ghawdex.", "Jekk dan huwa l-kas, mhux ahjar kieku dan ix-xoghol isir mill-Kunsilli u jsir b'mod olistiku?", "Iktar ma jkun hemm poter f'idejn il-Ministri, iktar ikun hemm tentazzjoni ghall-koruzzjoni .", "Tista' tinqatel is-sens ta' inizjattiva fil-kunsilli lokali.", "Minn naha l-ohra, id-dicentralizzazjoni tista' twassal ghal Kunsilli iktar incentivati biex ikunu kreattivi u innovattivi.", "Dan jista' jinkoragixxi iktar sens civiku u iktar sens ta' komunita'.", "B'hekk ikollna Kunsilli Lokali attivi u b'ruh socjali, u mhux Kunsilli Lokali tallaba tal-Ministri.", "Il-Mument 3 ta' Dicembru 2017", "Illum ser niltaqghu l-Belt Valletta, fl-4pm biex insemmghu lehinna ghall-gustizzja.", "Gustizzja ghall-familja ta' Daphne Caruana Galizia wara l-qtil brutali taghha.", "Gustizzja ghall-whistleblowers li ghandhom hajjithom fil-periklu.", "U gustizzja ghall-Malta wara l-kollass ta' istituzzjonijiet bhall-Pulizija u l-Avukat tal-Gvern.", "Sejrin il-Belt ghax qed ninsistu li l-gvern ineħħi l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali ta' Malta minħabba n-nuqqas ta' azzjoni tagħhom kontra l-korruzzjoni u n-nuqqas ta' kollaborazzjoni mal-Ġudikatura, kif enfasizzat dan l-aħħar mill-Prim Imħallef.", "Is-sostituti tagħhom għandu jkollhom l-appoġġ ta' mill-inqas żewġ terzi tal-parlament, fi spirtu ta' kunsens.", "Serjrin il-Belt ukoll biex ninnotaw li avolja l-gvern laqa' l-proposti tas-socjeta' civili għar-riforma kostituzzjonali, l-appogg taghna mhuwiex awtomatiku.", "L-appogg jingħata bil-kundizzjoni li l-proċess ikun onest, immexxi minn persuni fdati universalment, bi trasparenza u bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.", "S'issa, il-gvern ħareġ biss stqarrijiet vagi dwar il-kwistjoni.", "Sejrin il-Belt biex nistqarru li nappoggaw lill-familja Caruana Galizia fit-talba tagħhom għat-tneħħija tal-Assistent Kummissarju Silvio Valletta mill-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Minħabba li l-Assistent Kummissarju Valletta hu r-raġel ta' ministru, dan jinfluwenza l-oġġettività u l-imparzjalità meħtieġa f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Malta diġà hija ferm politiċizzata.", "L-aħħar ħaġa li jonqsu l-pajjiż hu nuqqas ta' fiduċja f'dawk li suppost jiddefendu l-istat tad-dritt.", "Is-Sur Valletta għandu jkollu l-kuraġġ u d-diċenza li jirtira mill-każ.", "Sejrin il-Belt ukoll biex nuru solidarjeta' lejn il-whistleblower Maria Efimova kif ukoll l-ex Spettur tal-Pulizija u ex Uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris.", "Dawn stqarrew li minħabba l-informazzjoni li għandhom fir-rigward ta' attivitajiet kriminali b'konnessjoni ma' Malta kif ukoll minħabba l-fatt li huma rrifjutaw li jibqgħu siekta fuq każijiet ta' attivitajiet kriminali huma jħossu li ħajjithom tinsab fil-periklu.", "L-awtoritajiet Maltin, b'mod speċifiku l-Korp tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, ghandhom jaghtu l-protezzjoni kollha meħtieġa lil dawk il-persuni li minħabba l-informazzjoni li għandhom jew minħabba l-impenn tagħhom lejn il-ġlieda kontra l-kriminalità jinsabu esposti għal riskju ta' attakki fuq ħajjithom jew fuq il-ħajja tal-familja tagħhom.", "Huwa ghalhekk li l-kelliem ewlieni tad-dimostrazzjoni ser ikun il-prosekutur kontra l-korruzzjoni Antonio Di Pietro, magħruf għal 'Mani Pulite' fis-snin disghin fl-Italja.", "Kien Di Pietro li kixef il-korruzzjoni u 'tangentopoli' fl-Italja, u wassal għal bosta riformi fis-sistema politika.", "Nies ta' rieda tajba, niltaqghu fl-4pm fil-Belt Valletta.", "Illum.", "Flimkien nistghu naslu.", "Flimkien nistghu niddefendu isem pajjizna mill-mewga ta' korruzzjoni, nuqqas ta' sigurta' u governanza hazina."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/02/", "date": "Monday, February 26, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Bitcoin bubbles - Michael Briguglio Is-sahha mentali jixirqilha d-dinjita' - Michael Briguglio What's up at Mount Carmel? Michael Briguglio Tibdil kostituzzjonali f'pajjiz inqas liberali - Michael Briguglio Jason Micallef's Valletta - Michael Briguglio \n \n L-Ewropa tghir ghal Malta? - Michael Briguglio \n \n Europe jealous of Malta? - Michael Briguglio \n \n Falzita' wara l-ohra- Michael Briguglio \n \n Sakharov speech: Freedom of Speech in Malta - Michael Briguglio", "text": ["F'Malta is-sahha mentali ghadha tabu' socjali, minkejja li qed tkun iktar vizibli fl-isfera pubblika.", "Tajjeb nirrikonoxxu li l-media mhux necessarjament tirraprezenta realtajiet socjali differenti, u meta taghmel dan mhux neccessarjament tirraprezenthom b'mod realistiku.", "Filwaqt li hu pozittiv li persuni kuragguzi jitkellmu b'mod miftuh dwar il-problemi personali taghhom dwar sahha mentali, huwa daqstant importanti li l-media ma tibbanalizzax dawn l-argumenti izda li tipprova teduka dwar il-bzonn ta' politika serja u assistenza professjonali.", "Dan jghodd ghall-partiti politici ukoll.", "Importanti li jkun hemm politika serja u umana, u mhux wahda sensazzjonalista.", "Hemm nies li ma jitkellmux dwar is-sahha mentali ghal bosta ragunijiet, fosthom biza' ta' stigma u nuqqas ta' gharfien.", "Hemm min jirrifjuta assistenza anke meta din tkun neccessarja.", "Hemm min m'huwiex konxju li ghandu bzonn assistenza.", "Fuq livell iktar generali, forsi pajjizna ghadu mhux matur bizzejjed li jiddiskuti l-importanza rispettiva ta' dixxiplini bhall-psikologija u l-psikjatrija.", "L-isptar Monte Karmeli huwa monument li jirraprezenta fallimenti kbar fil-politika dwar is-sahha mentali.", "Kemm il-darba intuza ghal skopijiet politici permezz ta' nepotizmu, tpattija u inkompetenza.", "Dan l-ahhar inqalghu incidenti koroh fosthom suicidju ta' pazjent li harab mill-isptar.", "Il-Kummissarju tas-Sahha John Cachia u unjins li jirraprezentaw haddiema ta' l-isptar kemm il-darba tkellmu dwar il-problemi kbar li hemm f'Monte Karmeli, izda l-Gvern jidher li mhux qed jaghti wisq importanza ghal din il-kritika gustifikata u kostruttiva.", "Il-bini qed jaqa' bicciet u hemm nuqqas ta' dinjita' kemm ghall-pazjenti u l-haddema.", "Il-kap ezekuttiv ta' l-isptar m'huwiex kwalifikat fil-qasam u jidher li tpogga hemm minhabba l-lealta' tieghu lejn il-Partit Laburista.", "Tajjeb li l-oppozizzjoni, is-socjeta' civili u l-istampa ikomplu jsaqsu mistoqsijiet dwar x'inhu jigri f'Monte Karmeli u fil-politika dwar is-sahha mentali.", "Fost ohrajn, importanti li s-socjeta' Maltija tkun taf jekk hemmx immanigjar ta' riskji b'mod professjonali.", "Jekk is-supervizjoni tal-pazjenti hijiex immanigjata u awditjata kif suppost.", "Jekk l-irwoli fl-isptar humiex jigu assenjati fuq bazi ta' kompetenza jew fuq bazi partiggjana.", "Tajjeb ukoll li l-Gvern jibqa' jigi mistoqsi dwar in-nuqqas ta' haddiema fl-isptar u dwar id-drittijiet tal-pazjenti.", "Pajjizna ma jistax jibqa' jittratta is-sahha mentali bhala qasam politiku tat-tieni klassi, u m'ghandniex naccettaw li s-sistema pubblika tas-sahha mentali tkun wahda ta' kastig, biza' u nuqqas ta' dinjita'.", "Nibqa' dizappuntat li dawk li huma responsabbli ghall-politika dwar is-sahha mentali jibqghu jipprokastinaw permezz ta' diskors burokratiku u skuzi ohra.", "Il-persuni li ghandhom problem ta' sahha mentali jixirqilhom ahjar.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 25 ta' Frar 2018.", "Il-Mument, 18 ta' Frar 2018", "Fil-letteratura akkademika dwar sistemi politici, kemm il-darba jissemew erba' tipi ta' sistemi politici fis-socjetajiet kontemporanji.", "Tnejn minnhom huma demokratici, u t-tnejn l-ohra m'humiex.", "Is-sistema demokratika-liberali hi dik li tinstab fl-hekk imsejha pajjizi tal-punent.", "Dawn jinkludu pajjizi bhall-Germanja, l-iStati Uniti, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Italja u ohrajn.", "Gvern qatt m'ghandu poter assolut minhabba li jezistu provvisti u istituzzjonijiet li jipprotegu d-drittijiet politici, civili u socjali ta' l-individwu.", "Il-qrati, l-istampa u s-socjeta' civili huma awtonomi.", "Jezistu pajjizi ohrajn li huma demokratici izda huma illiberali.", "Dawn jinkludu r-Russja, it-Turkija u l-Venezwela.", "Hawnhekk jezistu elezzjonijiet, izda kemm il-darba isiru b'mod li jiffavorixxu lill-partit fil-Gvern.", "Nghidu ahna jigu arrestati esponenti ta' l-oppozizzjoni, u jigu mxekkla l-liberta' ta' l-istampa, u s-socjeta' civili.", "Il-qrati jidhru li huma ghodda ta' l-istat u d-drittijiet tal-minoranzi huma ssagrifikati ghall-omnipotenza ta' l-istat.", "Hemm xebh f'bosta oqsma bejn demokraziji illiberali u pajjizi awtoritarji.", "Dawn ta' l-ahhar jinkludu c-Cina u Kuba fost l-ohrajn.", "L-ikbar differenza bejn iz-zewg sistemi hi li f'pajjizi awtoritarji l-elezzjonijiet jippermettu partit wiehed biss biex jikkompeti, u l-istat huwa iktar suprem minn dak ta' demokraziji illiberali.", "L-iktar Sistema oppressiva hija dik totalitarja, li tinstab f'pajjizi bhall-Korea ta' Fuq u l-Eritrea.", "Hawnhekk kull qasam tal-hajja hi kkontrollata mill-istat u ma tezisti l-ebda forma ta' liberta'.", "Jezistu wkoll modi iktar sofistikati ta' kif nistghu nanalizzaw sistemi politici, fejn fost l-ohrajn wiehed jista' jara differenzi anke bejn pajjizi b'sistemi simili ghal ta' xulxin.", "Ezempju tajjeb huwa l-ktieb 'The State: Past, Present, Future' (2016), fejn is-socjologu Bob Jessop jipproponi metodu ta' kif nistghu nanalizzaw sistemi politici.", "Fost affarijiet ohra jenfasizza li l-istat m'huwiex Sistema statika u monolitika izda huwa l-prodott ta' relazzjonijiet u kontradizzjonijiet socjali, politici u ekonomici.", "F'parti mill-ktieb, Jessop jirreferi ghal kitba ta' socjologu iehor, Nicos Poulantzas, f'dak li ghandu x'jaqsam ma' 'Stati Normali' u 'Regimi Eccezzjonali'.", "Dawk ta' l-ewwel jinkludu demokrazija liberali u elezzjonijiet hielsa; it-trasferiment tal-poter b'mod stabbli u skond il-ligi; pluralita' ta' ideologiji li huma relattivament indipendenti mill-istat, is-separazzjoni tal-poter, u c-cirkolazzjoni flessibli tal-poter.", "Dawk ta' l-ahhar kultant jissospendu l-elezzjonijiet, m'ghandhomx metodi legali ta' kif jista' jigi ttrasferit il-poter, u huma karatterizzati minn ideologija ta' l-istat u mill-koncentrazzjoni tal-poter.", "Kemm Jessop u Poulantzas jirreferu ukoll ghall-'Statizmu Awtoritarju', fejn il-partit maggoritarju – anke f'demokrazija liberali - isir il-partit ta' l-istat u b'hekk il-poter jigi iktar ikkoncentrat.", "Din it-tip ta' analizi politika tista tghinna biex nevalwaw dak li qed jigri f'pajjizna.", "Formalment, Malta hi demokrazija liberali, u s-shubija fl-UE hi xhieda ta' dan.", "Izda bhal ma qed jigri f'pajjizi bhall-Ungerija u l-Polonja, hemm bosta fatturi li ma jistghux jitqiesu bhala liberali.", "Fost l-ohrajn, dan jinkludi l-fatt li s-separazzjoni tal-poter hija limitata u li l-Partit fil-gvern qed jahtaf kollox taht idejh u qed jipprova jwettaq tibdil strutturali li jista' jkollhom implikazzjonijiet ghal generazzjonijiet tal-futur.", "Ghalhekk, meta nisimghu lill-Prim Ministru Joseph juza diskors popolist dwar tibdil kostituzzjonali, ghandna noqoghdu b'seba' ghajnejn.", "Fost affarijiet ohra ghandna nizguraw li kull process ikun verament miftuh u demokratiku, u ma jkunx manipulat mill-partit fil-gvern.", "Ghandna nizguraw ukoll li jekk isir referendum, dan isir biss wara u jekk ikun hemm qbil ta' milll-inqas zewg terzi tal-parlament dwar dak li qed jigi propost.", "Joseph Muscat qed jghid li mhux ser johrog ghall-elezzjoni li jmiss.", "Izda din qaluha wkoll politici ohra f'pajjizi mhux daqshekk demokratici.", "Irrizulta li wara hatfu iktar poter taht idejhom.", "Il-Mument, 11 ta' Frar 2018", "L-ekonomija ta' Malta qisha z-zring metaforiku li ma jirrealizzax li t-temperatura ta' l-ilma tiela bil-mod il-mod.", "Imbaghad it-temperatura toghla wisq u z-zring imut.", "Anzi, s-sitwazzjoni ta' Malta hi aghar, ghax il-Gvern qed jigi mwissi dwar il-korruzzjoni, il-hasil tal-flus u d-dipendenza zejda fuq certi setturi.", "Ghandna ghal xiex ninkwetaw dwar il-process ta' konsultazzjoni li l-Gvern nieda dwar il-bejgh tac-cittadinanza, jew kif inhi maghrufa ufficjalment, l- Individual Investors Programme (IIP).", "Ejja nzommu f'mohhna li meta habbar l-iskema wara l-elezzjoni tal-2013, Muscat kien wieghed li l-iskema tkun wahda temporanja.", "Issa huwa car li l-iskema m'hijiex sempliciment skema fost l-ohrajn fil-politika tal-Gvern.", "L-iskema hija r-raguna ewlenija ghalfejn pajjizna ghandu surplus fiskali.", "Dan ifisser li Joseph Muscat u Edward Scicluna gabu lil pajjizna dipendenti fuq il-bejgh tac-cittadinanza.", "Sa dan it-tant jippacifikaw l-opinjoni pubblika billi jisseducu lill-votanti biex jiehdu parti mid-dhul ekonomiku iggenerat mill-iskema.", "Izda b'hekk il-pajjiz qed isir ivvizzjat fuq politika ghazziena u insostenibbli li ma tistax tibqa' hemm ghal dejjem.", "Ir-rizultat ahhari ta' dan jista' jgib rovina ekonomika specjalment jekk il-pajjiz ma jiggenerax modi ohrajn u sostenibbli ta' tkabbir ekonomiku.", "Tajjeb ninnutaw li l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) dan l-ahhar esprima d-dubji dwar l-IIP.", "Huwa veru li l-IMF innota s-success tal-Gvern fit-tkabbir ekonomiku, izda l-istess IMF qal li d-dhul mill-IIP huwa wiehed volatili u difficli li tbassar, u li l-iskema iggib maghha sfida ghall-aggustement fiskali fit-tul.", "Gie innotat ukoll li l-influss ta' barranin qed igib mieghu zieda fil-prezz tal-propjeta'.", "L-IMF qal li l-Awtorita' tas-Servizzi Finanzjarji ghandha bzonn rizorsi adekwati sabiex jigu ssalvagwardjati ir-reputazzjoni u l-intergrita' tas-settur finanzjarju ta' Malta.", "Dan hu l-istess settur li kellu kunsens politiku ghal iktar minn ghoxrin sena u li issa qed jigi mhedded minhabba r-rezistenza tal-Gvern li jiehu azzjoni konkreta dwar il-hasil tal-flus, il-korruzzjoni u skandli bhall- Panama Papers .", "Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna wiegeb ghar-rapport tal-IMF permezz ta' stqarrija trionfalista u injora ghal kollox it-twissijiet imsemmija hawn fuq.", "Ma nkunx sorpriz jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat izid doza ikbar ta' trionfalizmu billi jghid li bhall-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-IMF qed tghir ghal Malta.", "Ejja nzommu f'mohhna li l-ekonomija ta' Malta ghanda daqs ta' lokalita normali Ewropea.", "Fl-ahhar tal-2016 kienet tammonta ghal madwar 12-il biljun Ewro.", "L-ekonomija ta' l-UE tammonta ghal 14,825 Billion Ewro.", "Apparti min hekk, l-ahhar figuri tal-Eurostat juri li z-zona Ewro qed tesperjenza l-ikbar tkabbir f'ghaxar snin.", "U ghall-kuntrarju ta' Malta, il-pajjizi l-ohra m'humiex dipendenti fuq il-bejgh tac-cittadinanza.", "Ejja ma nhallux il-propaganda tal-Gvern tipperswadina li l-bqija ta' l-UE qed tghir ghall-Prim Ministru Muscat.", "Jekk l-ekonomija ta' Malta tikkollassa ma nistghux inwehhlu f'pajjizi ohra.", "L-impatt fuq Malta jaf ikun kbir, izda l-effett fuq l-ekonomija Ewropea ikun minimu.", "M'huwiex minnu li l-Ewropa kollha qed tistenna lill-Malta biex tigwida lill-pajjizi l-ohra.", "U jekk il-Gvern ikompli jiftahar b'rixu u jinjora kritika genwina, ikun qed jaghmel disservizz lic-cittadini tal-pajjiz.", "Il-bejgh tal-passaporti ma jistax jibqa ghaddej ghal dejjem.", "U lanqas il-Gvern ta' Joseph Muscat.", "Il-Mument, 4 ta' Frar 2018", "Meta giet inawgurata il-V18 fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din l-inizjattiva ser tkun wahda 'awtentika'.", "Ghaddew biss ftit minuti u sirna nafu li wahda mill-ispettakli prominenti kienet kwazi identika ta' wahda simili f'Amsterdam erba snin ilu.", "Dan l-att simboliku jfakkarna kif l-istess Joseph Muscat kien oppona d-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u kien ikkritka dak kollu li ghandu x'jaqsam mal-progett ta' Renzo Piano u mat-tisbih tal-Belt meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru.", "Izda m'ghandniex niskantaw bl-istil ta' Joseph Muscat.", "Jopponi fl-oppozizzjoni, izda jiehu l-mertu ta' l-istess haga meta jkun fil-Gvern.", "Iwieghed haga, u jaghmel bil-maqlub.", "Dan hu gvern li hu mibni fuq il-falzita'.", "Per ezempju jekk naraw il-bejgh tal-passaporti, hemm ingann shih.", "Joseph Muscat qatt ma wieghed din l-iskema qabel l-2013, u jaghmel minn kollox biex jahbi lix-xerrejja tac-cittadinanza.", "Meta l-iskema giet introdotta, wieghed li ser tkun hemm ghal zmien temporanju izda issa jrid jestendiha.", "Dan ghaliex minghajra pajjizna ma kienx ikollu surplus is-sena l-ohra.", "Issa pajjizna qed isir dipendenti fuq skema li ghandha bazi tar-ramel.", "Zewg progetti li l-Gvern ta' Muscat tant ftahar dwarhom ukoll m'ghandhom bazi xejn soda.", "Qed nirreferi ghall-hekk imsejha Universita Amerikana u ghall-hekk imsejjah investiment mediku tal-Vitals f'sptarijiet pubblici.", "Dawn ukoll ma gewx imwieghda qabel l-2013, u t-tnejn li huma jidhru iktar li huma progetti ta' spekulazzjoni tal-propjeta'.", "Huwa veru li l-ekonomija Maltija qed tikber.", "Izda nafu li pajjizna huwa wisq dipendenti fuq il-kostruzzjoni u l-bejgh tal-passapori.", "Kemm jista' jdum dan kollu?", "Il-politika ekonomika qed thares biss sa' l-elezzjoni generali?", "Min ser ihallas id-danni ekonomici meta t-tmexxija prezenti titlaq?", "Il-falzita' tal-gvern naraha wkoll fid-diskors dwar il-libertajiet civili.", "Huwa veru li pajjizna ghamel avvanzi kbar fid-drittijiet LGBTIQ, u l-kwistjoni issa hi karatterizzata minn kunsens parlamentari.", "Izda l-Partit Laburista ma jistax jibqa jithalla jisfrutta dan l-ezempju kull meta jigi kkritikat fuq affarijiet ohra.", "Kif jista' Gvern jiftahar dwar il-liberta' meta Daphne Caruana Galizna inqatlet b'mod brutali?", "Kif jista' Gvern jiftahar dwar il-whistleblowers meta Jonathan Ferris u Maria Efimova ghandhom hajjithom f'periklu?", "X'liberta' hi din li thallina noffendu r-religjoni izda ma tipprotegix gurnalisti li jinvestigaw il-Pilatus Bank u Henley and Partners?", "Joseph Muscat jaf jimpresjona lill-pubbliku tieghu.", "Jaf ibiegh il-prodott tieghu, izda jien ma nara l-ebda profondita' wara dan kollu.", "Nara biss politiku li ghandu l-ambizzjoni li jgawdi sakemm jista' u li jaghmel minn kollox biex jibqa fil-poter sa dan it-tant.", "Juza politika irhisa u facli u ma jaghtix kas l-implikazzjonijiet fuq il-gid komuni.", "Jaghtina l-impressjoni li ghandu l-kontroll ta' kollox izda jidher dghajjef hdejn kollaboraturi bhal Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Izda l-istorja tghallimna li l-ebda Gvern m'hu hemm ghall-eternita'.", "Jehtieg li sa dan it-tant nitharrgu u nharrgu lill-haddiehor sabiex naraw il-perikli wara t-tbissima ta' Muscat.", "Jehtieg li nbiddlu politika falza ma wahda li verament tahdem ghal gid komuni."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/04/", "date": "Monday, April 30, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Publication of paper on Digital Activism, Physical Activism and Malta's Front Harsien ODZ The pensions myopia - Michael Briguglio [Watch] The Malta energy bills trick - Michael Briguglio Is-surrogacy jrendi l-mara oggett - Michael Briguglio \n \n The IVF, surrogacy debate - Michael Briguglio \n \n Michelle Obama u Malta - Michael Briguglio \n \n Malta llum bejn politika socjali u l-progett Daphne - Michael Briguglio \n \n Daphne, 6 months on - Michael Briguglio \n \n [WATCH] 6 months later, questions remain - Michael Briguglio \n \n Front for censorship - Michael Briguglio \n \n Ekonomija dipendenti fuq il-permessi - Michael Briguglio \n \n Sociology of planning policy - Michael Briguglio \n \n Ix-xibka tal-gvern - Michael Briguglio \n \n The atomisation of Malta - Michael Briguglio", "text": ["Hekk kif il-Gvern bihsiebu jbiddel il-ligi tal-IVF, tajjeb li ninnutaw li l-gvern irid jintroduci s-surrogacy f'Malta.", "Jien ghandi riservi qawwijin ghas-surrogacy, u hawnhekk naqbel ma' bosta hsibijiet li jvarjaw minn dik feminista ghal dik kattolika.", "F'bosta pajjizi Ewropej is-surrogacy hi illegali, u f'xi pajjizi hi permessa s-surrogacy 'altruista'.", "Il-Parlament Ewropew talab lill-pajjizi msiehba fl-UE biex ma jippermettux is-surrgacy.", "Fl-opinjoni tieghi, is-surrogacy irendi l-gisem tal-mara oggett li jista' jigi sfruttat u komodifikat.", "Il-mara ssir fabbrika, ma tistax tissejjah 'omm' u d-drittijiet tal-wild huma pratikament inezistenti.", "L-ewwel jigi il-klient.", "Dan l-argument jghodd ukoll ghas-surrgacy 'altruista'.", "Kif nistghu qatt inkunu nafu li surrogacy tkun verament 'altruista', li ma saret l-ebda pressjoni socjali fuq il-mara u li m'hemmx flus klandestini involuti?", "Il-Gvern ghamel ricerka biex jara min huma dawk li jintuza gisimhom ghas-surrogacy?", "Qieghed jikkunsidra l-possibilita' li dawn in-nisa jista' jkollhom inqas poter socjali mill-klienti taghhom?", "U x'jigri jekk is-surrogacy ma jmurx skond il-pjan?", "Nghidu ahna jekk l-omm tkun trid izzomm it-tarbija, jew jekk il-klienti ma jridux it-tarbija.", "Jew jekk jinqala xi mard?", "Ma nistax nemmen kif gvern li jsejjah lilu nnifsu feminista qieghed jinjora kwistjonijiet etici u qed jipprova jevita diskussjoni infurmata u matura.", "Iktar ma jmur iktar qed nersqu lejn gvern bla ruh, 'a soulless state', fejn il-politika tal-gvern trendi kollox prodott ghall-isfruttar.", "Il-gisem uman ser jizdied mal-lista fejn diga' nsibu c-cittadinazna, l-ambjent u l-art pubblika.", "Jehtieg li attivisti, politici u esperti fix-xjenzi medici u socjali izidu l-pressjoni biex il-Gvern ma jkomplix ghaddej b'din il-politika ta' komodifikazzjoni tal-gisem uman.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 29 ta' April 2018", "Michelle Obama dan l-ahhar ghamlet analogija interessanti ferm dwar id-differenzi bejn l-eks President Amerikan Barack Obama u l-President attwali Donald Trump.", "Obama qalet hekk: \"Nahseb qed naraw x'jigri meta thalli kollox ghaddej.", "Ghal tmien snin, meta Barack kien president, wiehed kien ihossu li hemm 'genitur tajjeb' id-dar: Genitur responsabbli, dak li jghidlek biex tiekol il-karrotti u biex torqod x'certu hin.", "Illum ghandna l-genitur l-iehor.", "Dak li jahseb li qed niehdu gost, ghax issa nistghu nieklu l-helu l-gurnata kollha, nibqghu imqajmin sa x'hin irridu u ma nsegwux regoli\".", "Kliem Michelle Obama huwa tassew applikabbli ghal Malta.", "Il-Gvernijiet Nazzjonalisti bejn l-1987 u l-2013 ma kienux perfetti, izda gabu tibdil importanti fil-pajjiz bhad-demokrazija liberali, il-liberta' ta' l-espressjoni, il-pluralimzu tax-xandir u tas-socjeta' civili, l-eliminazzjoni tal-vjolenza mill-apparat ta' l-istat, zvilupp ekonomiku u socjali, shubija fl-Unjoni Ewropea u shubija fl-Ewro.", "Meta kien hemm maltemp ekonomiku globali wara l-krizi tal-2008, Malta zammet sod u baqghet mixja.", "Kemm Eddie Fenech Adami kif ukoll Lawrence Gonzi kemm il-darba hadu decizzjonijiet importanti u rrikonciljaw interessi differenti billi poggew il-gid komuni fuq quddiem.", "U avolja kienu konservattivi fuq kwistjonijiet bhad-divorzju u d-drittijiet LGBTIQ, li kieku ma kienux huma li fethu l-bibien ghall-liberta', kien ikun ferm iktar difficli li wara jinfethu t-twieqi ghal dawn id-drittijiet.", "Kien hemm oqsma bhall-ambjent li kien jixirqilhom iktar importanza, izda pajjizna kien qed jara titjib f'certi oqsma permezz ta' regoli frott ta' shubija fl-Unjoni Ewropea.", "Ejja nqabblu dan kollu mal-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat.", "Huwa veru li l-ekonomija qed tikber, izda l-istess tikber iz-zaqq meta wiehed jiekol hafna helu.", "Il-mudell ekonomiku ta' Muscat hu bbazat fuq bejgh tal-passaporti, zvilupp bla razan, u l-kummercjalizazzjoni tal-gid komuni.", "Is-sostenibilita' ta' dan il-mudell fuq medda ta' snin hu wiehed dubjuz, iktar u iktar meta ma jidhirx li hemm pjan ghal difersifikazzjoni.", "Il-Gvern Laburista qieghed jatwa politika ta' xejn m'hu xejn f'oqsma bhall-ambjent, is-sahha u t-trasport.", "Il-governanza dghajfa qed tagevola l-korruzzjoni u kbarat li ma jsegwux ir-regoli qed jigu ippremjati.", "Sa dan it-tant Joseph Muscat jipprova jisseduci lill-poplu biex jippartecipa f'prattici simili.", "Ta' min wiehed jomghod sew kliem bhal ta' Michelle Obama.", "Jaghmlu sew dawk li jitkellmu dwar kif il-Gvern ta' Joseph Muscat qed ibiddel il-pajjiz f'wiehed fejn kollox ghandu prezz u fejn ma jippurtaniex mill-konsegwenzi ta' politika li ma tharisx fit-tul.", "Sewwa jaghmlu dawk li ma jiskrux sakra li jkollha konsegwenzi koroh l-ghada.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 23 ta' April 2018", "Nixtieq nitkellem dwar xi realtajiet u inugwaljanzi socjali f'pajjizna illum.", "Tajjeb inzommu f'mohhna li l-inguwaljanza socjali jista' jkollha forom varji.", "Jista' jkollha x'taqsam ma' fatturi ekonomici, ma' pregudizzji, ma' diskriminazzjoni u ma eskluzjoni socjali ta' gruppi varji.", "Jekk niehdu d-dinja tax-xoghol bhala ezempju, naraw li f'pajjizna hemm realtajiet kontrastanti ferm.", "Filwaqt li l-ekonomija qed tikber u l-qghad u l-istatistka tal-faqar juru tnaqqis, hemm madwar 30% tal-'working age population' li m'humiex qed jahdmu f'impjieg formali.", "Fost dawn hemm 7,000 zghazugh li mhux qed jirregistraw ghax-xoghol jew jattendu xi facilita edukattiva.", "Hemm ukoll bosta haddiema li qed jesperjenzaw zminijiet iebsa.", "Huma hafna l-haddiema b'pagi baxxi u/jew b'kundizzjonijiet hziena li ma jistghux ilahhqu ma' l-gholi tal-hajja u li ma jistghux jitolbu ghal pagi iktar gholjin.", "Dan minhabba ragunijiet bhal dik li f'xi setturi jistghu jinstabu haddiema ohrajn minflokhom li lesti jahdmu ghal pagi iktar baxxi u ghal kundizzjonijiet inferjuri.", "B'hekk jinholoq ciklu ta' sfruttar u kompetizzjoni ingusta bejn il-haddiema.", "Hemm ukoll bosta fatturi kulturali u socjali li qed iwasslu ghal inugwaljanzi li hafna drabi jahmdu kontra n-nisa fuq il-post tax-xoghol.", "Politika li verament trid l-ugwaljanza f'dan il-qasam tizgura li n-nisa ikollhom l-istess stima, appogg, pagi u kundizzjonijiet li ghandhom l-irgiel fuq il-post tax-xoghol.", "Politika ekwa titkellem ukoll dwar ir-responsabilitajiet ta' l-irgiel fil-familja u mat-tfal.", "Ta' min iqis ukoll li f'pajjizna huwa stmat li l-ekonomija mohbija (underground economy) hija pjuttost kbira (25% tal-prodott gross domestiku).", "Hemm diversi ragunijiet li jispjegaw l-ezistenza ta' xoghol mhux dikjarat.", "Fosthom hemm l-ezistenza xoghol prekarju b'kundizzjonijiet ta' sfruttar li donnhom qed jaharbu mill-attenzjoni ta' l-awtoritajiet.", "Ta' min isemmi kwistjonijiet ohra relatati ma' l-eskluzzjoni socjali.", "Fost dawn hemm is-solitudni.", "Paradoss ta' zminijietna hu li filwaqt li l-bliet u l-irhuha qed jikbru,", "is-socjeta' qed tkun karattierzzata ukoll minn nuqqas ta' sens ta' komunita', individwalizazzjoni f'oqsma varji tal-hajja u nies li jhossuhom wahidhom qalb il-folla.", "Ghalhekk huwa importanti li l-politika socjali tipprovva ssahhah il-komunitajiet fis-socjeta'.", "Dawn jistghu ikunu komunitajiet lokali, fuq il-post tax-xoghol u fl-edukazzjoni,", "u jistghu ikunu ukoll komunitajiet ta' persuni b'esperjenzi, gosti jew kulturi simili.", "Investiment ikbar fil-kunsilli lokali, fl-ghaqdiet non-governattivi u f'inizjattivi edukattivi, socjali u kulturali jistghu jghinu f'dawn ir-rigward.", "F'socjeta' fejn il-partiti politici ghandhom prezenza kbira f'oqsma varji tal-hajja, huwa importanti li tigi valorizzata", "politika li temfasizza kemm il-kapital socjali, u mhux wahda li tisfrutta lil bniedem peress ta' processi fejn il-vot jispicca arma biex nikkompettu ma' xulxin ghall-privileggi.", "Tajjeb ukoll li l-politika tippromwovi bilanc ta' drittijiet u dmirijiet, biex b'hekk l-individwu ikun verament parti mis-socjeta' ta' madwaru.", "Ghalhekk, oppozizzjoni b'sahhitha ghandha d-dmir li titkellem f'isem dawk li qed jesperjenzaw inugwaljanza frott ta' politika ta' Gvern li kemm il-darba qieghed iwarrab ir-ruh socjali.", "Il-fatt li l-Gvern Laburista irid idahhal ligijiet bhal dik tas-surrogacy juru li minkejja d-diskors li hu feminista u liberali, fil-verita' huwa favur politika li tmur kontra d-dinjita' tal-persuna.", "Nitxtieq nitkellem ukoll dwar kwistjoni ohra li qieghda fuq fomm kulhadd: L-ahbarijiet li hargu mid Daphne Project:", "konsorzzju ta' 45 gurnalist minn gazzetti kbar minn 18-il pajjiz .", "Huwa car iktar minn qatt qabel li l-pozizzjonijiet ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi m'ghadhomx tenibli u ghalhekk ghandhom jitnehhew mill-karigi taghhom ta' ministru u Kap tal-Ufficcju tal-Prim Ministru.", "Ir-revelazzjonijiet mid-Daphne Project izidu aktar evidenza mal-illegalitajiet tal-Panama Papers.", "Iktar ma' l-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa jiddefendi lill-Schembri u Mizzi, iktar qed isahhahh il-kultura' ta' xejn m'hu xejn, il-kultura' ta' l-impunita fejn hemm ligi ghall-Allat u ligi ghall-annimali.", "Jidher li l-triumvirat ta' Muscat, Schembri u Mizzi iridu jzommu l-poter akkost ta' kollox u ghalhekk ghandna noqoghdu attendi sabiex niddefendu l-kisbiet demokratici li akkwistajna tul is-snin.", "Ghalhekk naghlaq biex nappella biex ikun hemm unita' milll-forzi kollha ta' rieda tajba sabiex insalvaw il-pajjiz mill-iktar tmexxija korrotta li qatt kellu.", "Il-poter ta' Muscat m'huwiex etern, u ahna ser nibqghu infakkruh b'dan il-fatt permezz tal-vuci, tal-kitba u ta' l-attivizmu taghna.", "Diskors, 22 ta' April 2018", "Kif tahdem il-politika ta' l-izvilupp f'Malta?", "Nistghu nghidu li hemm relazzjoni ta' dipendenza bejn il-gvern u l-izvilupputari kbar.", "L-izviluppaturi jipprovdu tkabbir ekonomiku u incentivi ohra.", "Il-Gvern jappoggja l-izvilupp permess ta' permessi, infrastruttura, legizlazzjoni u fatturi ohra.", "Din ir-relazzjoni hi prodott ta' rabta ideologika ma' zvilupp permess ta' sfruttar ta' l-art.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar hi rapprezentanta important tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Izda tajjeb ninnutaw li mhux qed nitkellmu dwar istituzzjoni monolitika li dejjem tiddeciedi bl-istess mod.", "Minflok, ninnutaw li d-decizzjonijiet huma ta' sikwiet influenzati minn antagonizmi bejn interessi differenti, fejn certi ilhna huma iktar b'sahhithom minn ohra.", "Hemm bosta ezempji li juru li l-moviment ambjentalista fis-socjeta' civili kellu impatti sostanzjali u rnexxielu jwaqqaf jew inaqqas certu zvilupp.", "Ezempji ricenti jinkludu ir-rebha kontra zvilupp massiv f'wied ghomor u t-tnaqqis ta' l-art ODZ li ser tittiehed fiz-Zonqor.", "Nittamaw li din ta' l-ahhar titnaqqas ghal kollox u b'hekk ghandna nibqghu vigilanti u attivi biex insalvaw iz-Zonqor.", "Meta l-moviment ambjentalista jkollu l-appogg ta' partit politiku kbir jew ta' elementi fi hdanu, dan generalment jaghti spinta kbira lejn rizultat konkret.", "Izda tajjeb naraw ukoll kif il-politika tal-gvern Laburista qed tipprova tintensifika l-izvilupp billi tesseduci lil kulhadd sabiex isir zviluppatur.", "Qed nesperjenzaw intensifikazzjoni tar-relazzjoni bejn il-gvern u zviluppaturi kbar, u l-ezempji ricenti ta' Townsquare f'Tas-Sliema u l-ITS f'San Giljan u Pembroke juruna x'ghandna nistennew f'postijiet ohra fis-snin li gejjin.", "Izda l-Gvern Laburista qed jipprova jbiegh holma lill-pubbliku kollu permezz ta' weghdi elettorali, politika dghajfa li tipperemetti zvilupp kbir jew zghir u li qed iwassal ghal kostruzzjoni bla razan kemm urban kif ukoll rurali.", "Il-bejgh tal-passaporti u l-importazzjoni ta' haddiema barranin qed jipprovdu suq ghal dawn il-propjetajiet, u hekk kif il-prezzjiet tal-kirjiet u tal-bejgh qed ikunu wisq gholjin ghal persuni li ghandhom dhul baxx.", "Il-politika ta' sorveljanza permezz ta' micro-management tal-Gvern Laburista taghti l-permessi lil min joffri lealta politika u tkun iebsa ma' min hu meqjus avversarju politiku anke jekk kollox ikun skond ir-regoli.", "Izda kemm hu sostenibbli dan il-mudell ekonomiku fuq medda itwal ta' zmien?", "Hemm argumenti varji li wiehed ghandu jqis.", "Dawn jinkludu l-pressjoni politika tal-moviment ambjentalista fis-socjeta' civili u l-alleati tieghu, l-impatti ambjentali u fuq it-traffiku, u t-tnaqqis fid-domanda jekk jonqsu l-barranin li qed jigu jghuxi Mata.", "Sa dan it-tant l-impatt kumulattiv fuq il-bliet, l-irhula u l-pajsagg rurali qed jikber, u pajjizna qed isir wisq dipendenti fuq qasam ekonomiku wiehed.", "Jekk u meta dan jibda' jmajna, l-impatt ekonomiku jaf ikollu riperkussjonijiet iebsa ferm.", "Ghalhekk, f'pajjizna illum ir-relazzjoni bejn zviluppaturi u l-Gvern intensifikat favur zvilulpp iperattiv.", "Iktar ma jkun hemm koalizzjonijiet wiesgha kontra dan, ahjar.", "Tajjeb ukoll li nharsu lejn ekonomija sostenibbli u diversifikata, u mhux fuq ekonomija li hu wisq dipendenti fuq settur wiehed.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 15-4-18", "Meta nanalizzaw kif jopera l-gvern Laburista, tajjeb li ma niffukawx biss fuq dak li jghid Joseph Muscat jew fuq dak li naraw fil-mezzi tax-xandir.", "Tajjeb ukoll li ma niffukawx biss fuq statistika u cifri.", "Mhux qed nghid li dawn m'humiex fatturi important, anzi.", "Izda analizi olistika ghandha tindaga ukoll dwar il-mod kif il-gvern huwa prezenti f'oqsma socjali varji fil-hajja ta' kuljum.", "Dawn jinkludu l-familija, hbiberiji, ir-religjon, is-socjeta' civili, il-professjonijiet, ix-xandir, l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni u oqsma ohra.", "Tajjeb naraw ukoll jekk id-drittijiet ta' l-individwu humiex rispettati, jekk hemm arrangamenti bilancjati bejn l-istutuzzjonijiet u jekk il-gvern huwiex jimmonopolizza l-poter f'livelli varji bhall-politika nazzjonali u dik lokali.", "F'dan ir-rigward, nixtieq nirreferi ghall-istrategija tal-Partit Laburista ta' micro-targeting , jigiferi li jkollu kuntatt, interazzjoni u sorveljanza kontinwa tal-votanti permezz ta' metodi li jsiru kemm wicc imb'wicc kif ukoll fuq il-media socjali.", "Nafu kif il-Partit Laburista huza din l-istrategija b'mod aggressiv qabel l-elezzjoni tal-2013 permezz ta' weghdi ta' kull xorta u qabel l-elezzjoni tal-2017 permezz ta' l-uzu ta' l-apparat ta' l-istat, per ezempju billi impjega hafna nies fis-settur pubbliku u hareg hafna permessi ghal zvilupp.", "Ma nkunx sorpriz jekk qabel l-elezzjoni generali li jmiss, id-dhul mill-bejgh tal-passaporti jintuza ghal verzjoni iktar b'sahhitha ta' dak li sehh qabel l-elezzjoni tal-2017.", "B'hekk, il-Gvern Laburista dghajjef il-politika ta' l-ippjanar biex jigi agevolat l-izvilupp u biex eluf ta' nies jaqilghu lira tajba anke jekk dan jista' jkun ta' detriment ghas-socjeta' fuq medda itwal ta' zmien f'oqsma bhat-trasport, il-komunita', l-ambjent u l-ekonomija.", "Familji li m'humiex fl-isfera Laburista jigu imhajjra jivvutaw lill-partit jekk jinghataw permess jew pjacir u jigu kkastigati jekk ikunu meqjusa bhala kritici pubblici tal-gvern.", "Il-Gvern Laburista jippremja lill-organizazzjonijiet tas-socjeta' civili u tal-media jekk dawn jappoggjawh, u jinjora lill-ohrajn hlief jekk il-pressjoni taghhom tkun verament effettiva.", "Assocjazzjonijiet qed jaraw kif proceduri stabiliti qed jitnehhew u kif partitarji Laburisti qed jitpoggew fuq kumitati pubblici mhux ghax haqqhom izda ghax ipoggu l-interess elettorali tal-partit qabel il-gid komuni.", "Qed ikun hemm sorvejlanza u supervizjoni kontinwa sabiex il-magna elettorali Laburista tkun efficjenti fit-triq elettorali.", "Immigranti li qed ifittxu hajja ahjar f'Malta qed jigu skrutinizzati u mdahhla fis-sistema ta' patrunagg.", "Jigu integrati fis-socjeta' bil-patt u l-kundizzjoni li jkunu leali lejn il- Labour .", "Gudikanti fil-qrati issa ghandhom assistenti maghhom li gew imdahhla fuq position of trust .", "Dan effettivament ifisser li dawn ta' l-ewwel qed jigu sorveljati minn dawn ta' l-ahhar.", "U dawn ta' l-ahhar huma leali lejn il-politici li appuntawhom.", "Sa dan it-tant hemm bosta partitarji -", "dawk li illum jissejhu trolls - li huma kontinwament attivi fuq il-media socjali permezz ta' fastidju u bbulijar ta' kritici.", "Dan jahdem ghad-detriment tal-espressjoni hielsa.", "Persuni leali ghat-triumverat ta' Keith Schembri, Joseph Muscat u Konrad Mizzi qed jitpoggew f'pozizzjonijiet strategici fejn jigu diskussi u decizi il-bejgh ta' assi pubblici u kuntratti pubblici u sa dan it-tant l-Awditur Generali qed jigi mifqugh b'investigazzjonijiet insinjifikanti sabiex ma jkollux hin u rizorsi adekwati biex jinvestiga skandli kbar bhal bejgh ta' sptarijiet pubblici.", "Il-Gvern huwa kullimkien.", "Irid igibna dipendenti fuq is-sahha tal-Ministri.", "Qed idghajjef il-kunsilli lokali, l-istituzzjonijiet u s-socjeta' civili.", "L-istess id li titmaghna hi l-istess id li ssawwatna.", "Izda ma jistax jisraqilna l-hsieb hieles hlief jekk inhalluh.", "Ghadna fic-cans li npoggu l-gid komuni qabel il-politika bla ruh.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 8 ta' April 2018.."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/05/", "date": "Monday, May 28, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Mind your language - Michael Briguglio Il-pensjoni sservi? – Michael Briguglio The poverty of pensions - Michael Briguglio Watch: Two weights, two measures at V18 Passing the buck - Michael Briguglio Diskors - Kunsill Generali PN - Michael Briguglio", "text": ["M'huwiex sigriet li hafna pensjonanti f'Malta qed ikollhom diffikultajiet kbar biex ilaħħqu ma' l-għoli tal-hajja.", "F'dan ir-rigward tajjeb li wieħed jirreferi għall- pension adequacy report 2018 li ppublikat il-Kummissjoni Ewropea.", "Dan ir-rapport, li joħroġ kull tliet snin, jgħid li ' Malta's pensions protect against absolute poverty, but they do not constitute an adequate income replacement and as such pensioners are currently facing difficulties in making ends meet '.", "Ir-rapport ikopri l-perjodu 2008-2016 u jirreferi għal riformi li saru specjalment fl-2014.", "Jgħid li filwaqt li dawn għenu biex is-sistema ssir iktar sostenibbli, għad hemm sfida kbira dwar kemm il-pensjonijiet huma adegwati.", "Personalment nemmen li anke is-sostentibilita' għandha tiġi evalwata, iżda ser nagħmel dan f'artiklu sussegwenti.", "Qabel ma nkompli, ta' min infakkar li s-sistema tal-pensjoni f'Malta hija maqsuma f'zewg skemi: waħda kontributorja ibbażata fuq il-ħlas tal-bolol meta wieħed ikun impjegat u waħda mhux kontributorja għal dawk li m'humiex koperti b'dik ta' l-ewwel.", "Is-sistema preżenti tippermetti li pensjonanti jibqgħu jaħdmu sa l-eta' ta' 65, li jħallsu l-bolol tul dawn is-snin żejda iżda li ma jgawdux minn beneficcji ta' pensjonijiet minn dawn il-ħlasijiet.", "Malta tippermetti ukoll pensjonijiet privati u volontarji.", "Izda r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tgħid ukoll li illum eluf ta' ħaddiema ma jaffordjawx jinvestu f'din it-tip ta' pensjoni.", "Ta' min jgħid li dawn kienu fis-seħħ ukoll qabel ma ġew mgħaksa mill-Gvern ta' Mintoff fis-sebgħinijiet, u din waslet ghal sitwazzjoni diskriminatorja għal pensjonanti illum.", "Il-pjan ta' Mintoff kien li jiddiskrimina favur dawk intitolati għal pensjoni baxxa, iżda li ġara kien li l-pensjoni b'saqaf u", "taż-żewġ terzi ma baqghetx tirrifletti pensjoni relatata mad-dhul, b'riżultat li ħafna nies raw il-livell ta' l-għixien tagħhom tmur lura malli jidħlu fl-eta' pensjonabbli.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jgħid li d-dħul relattiv ta' l-anzjani qed imur lura u li t-tkabbir ekonomiku wassal għal prezzijiet għola ta' servizzi u prodotti bhal dawk medicinali, kera u komunikazzjoni.", "Għalhekk, ir-rapport juri li f'Malta wieħed ma jistax jissopravivi b'pensjoni.", "Nisa ta' 65 sena jew ikbar huma ġeneralment f'sitwazzjoni agħar mill-irġiel ta' l-istess eta' , u differenza bejn is-sessi hi waħda mill-għola fl-UE.", "Ir-riskju tal-faqar jew esklużjoni socjali għal persuni ta' eta' ikbar żdiedet, specjalment għal min għandu 75 sena jew iktar, anke jekk kien hemm titjib fir- relative poverty gap fost persuni ta' 65 sena jew iktar.", "Dan ir-rapport jagħmel numru ta' proposti għal pensjonijiet adekwati f'Malta.", "Dawn jinkludu mekkaniżmu li jiżgura li l-kontribuzzjoni ta' bolol wara l-eta' ta' irtirar ikun rifless fil-pensjoni, li l-pensjoni tiżdied permezz ta' formula li tirrifletti 50 fil-mija inflazzjoni tal-pagi u 50 fil-mija inflazzjoni tal-prezzijiet, kif ukoll il-possibilita' li min irid ikollu pensjoni privata minflok dik ta' l-istat.", "Huwa car li hafna pensjonanti mhux qed jgħixu l-aqwa żmien u li jiddependu minn dħul ieħor, assistenza jew sagrificcji personali biex ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "Jeħtieg kunsens nazzjonali fil-politika tal-pensjonijiet.", "Is-solidarjeta' bejn il-generazzjonijiet hi pilastru ewlieni ta' socjeta li tadher.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 27 ta' Mejju 2018", "Sinjura President, Kap, Kunsilliera", "Grazzi talli lqajtuni fostkom.", "Qieghed hawn ghax nemmen li l-politika ghandha tkun dinjituza u gusta, u mhux wahda li lesta li tbiegh jew tikkorrompi kollox.", "Minghajr principji, gvern jisfa bla ruh, 'a soulless state', bhal m'hu l-Gvern Laburista.", "Gvern li lest li jbiegh kollox l-aqwa li jirbah il-voti: ic-cittadinanza, l-ambjent, l-ODZ, l-isptarijiet pubblici, gisem il-mara, il-wirt komuni, 'you name it'.", "Ghandna Gvern li jippremja lill-korrotti u li jipprova jisseduci lill-votanti biex isiru korrotti ukoll.", "Ghandna Gvern li ma jinteressahx mil-konsegwenzi socjali, ambjentali u ekonomici ta' politika ta' xejn m'hu xejn.", "Jekk fil-politika ma jkollkox principji, tkun bhal dak li ghamel patt max-xitan u eventwalment spicca hazin.", "Ghax min hu korrott ikun irid iktar korruzzjoni, f'bir bla qiegh li jhallas ghalih il-poplu.", "Fl-istess hin i l-principji m'ghandhomx ikunu xi domma tat-taleban.", "Ghandhom ikunu valuri li jiggwidawna u li ghandhom jigu aggornati ma' zminijietna.", "Fost ohrajn dawn jinkludu d-dinjita' umana.", "Il-bniedem ghandu jkun ic-centru tal-politika, u mhux ikun oggett, numru ghall-akwist tal-voti.", "Id-dicenza u l-onesta' ghandhom jigu qabel id-dahk fil-wicc.", "Ghandna nkunu ggwidati ukoll mis-solidarjeta'.", "Dan ifisser li minflok ma nipprovaw nisseducu l-votanti biex jippartecipaw fil-korruzzjoni u minflok ma nippremjaw l-isfruttar tan-nies, ghandna nkunu l-vuci ta' min qed jghix il-prekarjat, is-solitudni, l-ingustizzja, u min jixtieq jghix f'socjeta' li tivvalorizza l-gid komuni.", "Ghandna nkunu l-vuci ta' l-integrazzjoni socjali, u mhux ta' l-egoizmu u gratifikazzjoni instantja.", "Ejja nkunu bhal genitur li jaghti l-ahjar ezempju lit-tfal tieghu, u mhux bhall-genitur sakranazz li ma jghallem l-ebda sens ta' etika lit-tfal.", "Gvern alternattiv ghandu jshahhah is-sussidjarjeta'.", "Prezentament il-Gvern Laburista qed izarma l-kunsilli lokali u s-socjeta' civili u qed jiccentralizza l-poter f'idejn il-Ministri u l-klikkek taghhom.", "Ghall kuntrarju, ahna ghandna nafdaw iktar poter f'idejn ic-cittadin, f'idejn il-kunsilli lokali u l-volontarjat.", "Ahna rridu partecipazzjoni dinjituza tac-cittadin fid-demokrazija, fejn nirrispettaw id-diversita' u mhux naraw il-persuna bhala numru.", "U ghandna nkunu kburin li ahna cittadini Ewropej u li nitkellmu fil-fora Ewropej li ahna vvutajna biex nissiehbu fihom.", "Principju iehor hu dak tas-sostenibilita'.", "Il-Gvern Laburista sar dipendenti fuq il- bejgh tal-passaporti.", "Minghajr sens ta' dinjita', qed jorbot is-social housing mal-bejgh tac-cittadinanza taghna.", "Qed jaghti permessi bl-addocc sahansitra fuq art ODZ, l-aqwa li jikseb il-voti ghall-elezzjoni ta' wara.", "U biex igawdu l-ftit ser igib rovina ambjentali u ekonomika ghal kulhadd.", "Ghax veru sirna l-aqwa fl-ewropa, izda l-aqwa fil-korruzzjoni u t-tniggiz.", "Ghall-kuntrarju, politika sosentibbli tiddiversifika l-ekonomija bhal ma ghamlu Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat anke meta kien hemm il-maltemp ekonomiku.", "Tpoggi l-gid komuni fuq l-agenda nazzjonali.", "U tinvesti fl-edukazzjoni.", "Ghax ha nghiduha kif inhi, l-edukazzjoni tiswa l-flus, izda l-injoranza tiswa ferm iktar.", "Ghalhekk nappella biex inkunu tim wiehed maqghud ghar-rebhiet elettorali.", "Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista qed jinkoragixxi d-dibitattu intern ifisser li jirrispetta l-intelligenza tan-nies.", "Mhux bhal Partit Laburista li jipprova jaghlaq halq is-socjeta' civili u l-artisti ta l-V18 .", "Tajjeb li fil-Partit Nazzjonalista hemm l- ghaqda fid-diversita'.", "Tajjeb li l-politika tigi ibbazata fuq l-evidenza u studji professjonali.", "Fuq kollox, tajjeb li l-partit ikun vicin in-nies u mhux maghluq f'xi torri ta' l-ivorju.", "Tajjeb li jkun hemm politika tal-perzwazzjoni, u mhux it-tisbit u x-xiri tal-voti.", "Ghax hbieb tieghi, l-uniku pjan ta' Joseph Muscat hu kif jirbah il-voti biex il-klikka tieghu issir miljunarja", "Il-pjan taghna huwa li ntejbu l-kwalita' tal-hajja ta' kulhadd: taghna u tat-tfal taghna.", "Jien qieghed hawn biex nikkontribwixxi ghal partit maghqud u gvern alternattiv.", "Lest li nikkontribwixxi fit-tim li qed ifassal futur flimkien.", "Ghalhekk, ejja nkomplu nirrigeneraw irwiehna, nikkonvincu iktar nies u nkunu preparati ghall-Gvern meta jasal il-mument.", "Kunsill Generali - Infasslu l-Futur Flimkien - Partit Nazzjonalista, 13 ta' Mejju 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/06/", "date": "Saturday, June 30, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "X'qed jgħiduli n-nies: Michael Briguglio Filmat: Ibbulijar fuq l-internet - Michael Briguglio Future of Manoel Island - Michael Briguglio Ninvestu fil-persuna tul il-ħajja - Michael Briguglio Ageing as a process - Michael Briguglio \n \n Kont tad-dawl li jisraq lill-poplu – Michael Briguglio \n \n Kandidatura MEP / MEP Candidature - Michael Briguglio \n \n Consumers getting higher energy bills - David Agius & Michael Briguglio", "text": ["Dawn l-aħħar ġimgħat kelli l-opportunita' niltaqgħa ma' ħafna nies li jixtiequ l-aħjar futur għall-Partit Nazzjonalista.", "Smajt bosta proposti, ilmenti, suġġerimenti u kummenti.", "Din mhux l-ewwel darba li ltqajt ma' nies li tinteressahom il-politika.", "F'dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena li ili attiv fil-politika u fis-soċjeta' ċivili iltqajt ma' eluf ta' nies u tgħallimt ħafna dwar realtajiet li jeżistu fis-soċjeta' Maltija.", "Issa li ili membru tal-Partit Nazzjonalista minn ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni tal-2017 qed inkompli nibni fuq dan il-wirt.", "Nixtieq insemmi erba' punti li laqtuni ferm f'dawn l-aħħar ġimgħat, kemm għax qalulomli ħafna nies, kif ukoll għax nemmen fihom jien ukoll.", "L-ewwel, l-għaqda.", "Jeħtieġ li nagħmlu ħilitina biex inkunu tim maqgħud għall-isfidi elettorali li għandna quddiemna.", "Il-partit għandu diversita' ta' fehmiet u perspettivi, għandu proċess demokratiku u għandu l-bibien miftuħin għal min ikun irid jikkontribwixxi f'modi differenti.", "Ejja nirrispettaw u niċċelebraw din ir-rikezza.", "It-tieni: Il-fenomenu Muscat.", "Bosta nies li ltqajt magħhom jafu sew kif jaħdem Joseph Muscat.", "Jafu li qabel l-aħħar elezzjonijiet kellu biss kalkolu wieħed: Il-voti, huma x'inhuma l-implikazzjonijiet fuq il-ġid komuni.", "Il-Partit Laburista għandu sistema ta' netwerks u micro-targetting li permezz tagħha l-huwa preżenti kullimkien, u għalhekk jaf sew kif jista' jwiegħed minn kollox lil dawk li jistgħu ituh vot.", "Iżda ħafna nies li kellimt esprimew preokkupazzjoni li jkollna nħallsu fil-futur għall-politika ta' Muscat.", "It-tielet: Li l-Partit Nazzjonalista ikun viċin in-nies.", "Bosta huma dawk li qed japprezzaw li l-partit qed jagħmel l-almu tiegħu biex iwettaq din il-missjoni.", "In-nies iridu li l-politiċi jisimgħu l-ilmenti, l-anzjetajiet, il-proposti u s-suġġerimenti tagħhom.", "Iridu li dak li hu tagħhom bi dritt jieħduh, u mhux jittalbu għalih.", "Iridu ukoll stil ta' governanza li tibbilanċja l-ħtigijiet fit-tul tal-pajjiz mar-realtajiet tal-ġurnata.", "Ir-raba': In-normalita politika.", "Kulħadd jaf li l-pajjiż huwa mifni bil-korruzzjoni, iżda fl-istess ħin hemm għejja ġenerali fil-konfront ta' politika ikarratteriżżata minn wisq konfrontazzjoni u stress.", "Ħafna nies iridu jgħixu ħajja normali u jridu s-serħan tal-moħħ.", "Aħna l-politiċi", "għandna nagħmlu l-almu tagħna biex is-servizz li noffru verament ittejjeb il-kwalita' tal-ħajja tan-nies, bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Fix-xhur li jmiss kemm ser inkompli niltaqa' ma iktar nies u ser inkompli nwassal il-messaġġ tagħkom.", "L-istess ser jagħmlu kollegi oħra fil-Partit Nazzjonalista.", "B'rieda tajba naħdmu biex ikollna soċjeta' li jimpurtaha.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 1 ta' Lulju 2018", "F'dan il-vlog f' The Malta Independent nispjega x'inhuma trolls u nitkellem dwar l-ibbulijar fuq l-internet.", "Tista' tara l-filmat minn dan il-link:", "Paradoss ta' żminijietna hu li qed ngħixu hajja itwal, iżda fl-isfera pubblika qisna ma nagħtux wisq importanza lilll-kwistjonijiet li jittrattaw l-anzjanita'.", "F'artikli preċedenti ktibt dwar sfidi relatati mal-pensjonijiet.", "Illum ser niffoka fuq politika soċjali ghal tul il-ħajja.", "Importanti li nittrattaw l-eta' bħala proċess li nesperjenzaw tul ħajjitna.", "Preżentament hemm it-tendenza li nassoċjaw l-anzjanita' biss ma' spiża pubblika akbar, ma' kwistjonijiet ta' saħħa, mad-dipendenza fuq persuni oħra u mat-tmiem tal-ħajja.", "Iżda f'soċjeta' li qed issir iktar individwaliżżata huwa importanti ukoll li nqisu kull persuna skond il-merti tagħha: Per eżempju billi nivvaloriżżaw l-esperjenza, l-għerf, il-kontribuzzjoni u l-bżonnijiet speċifiċi ta' kull persuna anzjana.", "Sikwit niltaqa' ma' persuni anzjani li huma lesti jikkontribuwixxu lis-soċjeta per eżempju permess ta' xogħol volontarju.", "Iżda s-soċjeta qiegħda tismagħhom?", "Kultant iva, iżda ġieli nissuspetta li bosta anzjani m'humiex rispettati biżżejjed.", "Il-politika soċjali jista' jkollha rwol ewlieni f'dan ir-rigward.", "Neħtiegu politika li ssaħħaħ lill-persuna tul il-ħajja, u mhux li tagħmlu dipendenti fuq labirinti burokratiċi u impersonali.", "Importanti li kull wieħed u waħda minna inkunu kapaċi niffaċċjaw l-opportunitajiet, sfidi u riskji fil-ħajja ta' kuljum.", "Nemmen ukoll li minflok ma tiffoka biss fuq l-anzjanita' bħala fatt statiku, il-politika soċjali għandha tiffoka fuq l-anjzanita' bħala proċess li hi parti mill-proċess tal-ħajja.", "Il-bżonnijiet ta' l-anzjani għandhom jingħataw priorita', izda importanti ukoll li niżguraw li l-anzjani ta' għada ikunu protagonisti fis-soċjeta'.", "Il-politika tkun ibbażata fuq evidenza minn dixxiplini varji u li l-anzjanita' tkun ikkunsidrata minn kull Ministeru fil-gvern.", "Tajjeb li l-politika tiffoka fuq sferi soċjali, ekonomiċi u ambjentali li jinkludu suġġetti bhall-ispazji miftuħa, l-ikel, il-housing, ix-xogħol, it-trasport, l-aċċessibilita', il-kwalita' ta' l-arja, il-komunita', is-saħħa u l-attivita fiżika.", "Il-politika għandha tivvaloriżża l-anzjanita attiva u tinvesti fiha mis-snin ta' qabel.", "Għandha tara li l-persuna kemm jista' jkun jipprevjeni kundizzjonijiet kroniċi u inugwaljanzi u għandha tindirizza fażijiet differenti tul il-ħajja u l-ħtiġijiet ta' persuni u gruppi żvantaġġjati.", "Gvernijiet differenti f'Malta investew f'oqsma bħall-Universita' tat-Tielet Eta' u t-tagħlim tul il-ħajja.", "Iżda jeħtieġ li Malta tinvesti iktar f'dan il-qasam – per eżempju billi tiżgura li l-eżerċizzju fiżiku u l-isports jiġu meqjusa bħala bżonn għal kulhadd u mhux bħala lussu jew kapriċċ.", "Importanti li persuni u gruppi żvantaġġjati ikollhom aċċess għall-attivitajiet ekstra-kurrikulari u daqstant importanti li nżidu l-kuxjenza dwar sfidi bħas-saħħa mentali, is-solitudni, il-konsum sostenibbli u l-ikel nutrienti.", "Jeħtieġ ukoll li l-mudell ta żvilupp ta' Malta ma jibqax jisraqna minn spazji miftuħa, arja nadifa u ambjent b'saħħtu.", "Bosta inizjattivi għal politika tul il-ħajja ma jiswewx flejjes kbar, iżda jeħtieġu bidla favur politika li tħares fit-tul.", "Tajjeb ukoll li l-politika tkun riċerkata, serja u flessibli, biex b'hekk iżżeweġġ il-viżjoni politika mal-konsultazzjoni pubblika.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 24 ta' Ġunju 2018.", "Huwa ċar daqs il-kristall li l-ARMS qed tuża metodu illegali fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li għandha trodd flus lura lill-eluf ta' konsumaturi.", "Il-kontijiet mhux qed jiġu kkalkulati skond il-liġi, għax din tgħid li t-tariffa tal-konsum għandha tiġi ibbażata fuq konsum kumulattiv kull sena.", "Kull xaharejn, l-ARMS qed tisraq lill-konsumaturi b'dan il-mod:", "Il-kont qed jiġi maqsum f'perjodi iqsar, u l-konsumatur malajr jibda jkollu jħallas b'rata iktar għolja minn dik imwiegħda ta' 10 ċ 5.", "Permezz ta' kontijiet attwali ta' kull xaharejn, il-kwota annwali ta' 2,000 unit b'10ċ5 u", "4,000 unit b'12ċ9 qed jiġu maqsuma f'kwoti iżgħar.", "Anke jekk il-konsumatur jibqa' fil-kwota annwali, xorta hemm ċans tajjeb li jkollu jħallas iktar: Hemm konsumaturi li qed iħallsu rati sitt darbiet għola – ta' iktar minn 60ċ għal kull kwh.", "Ħafna familji qed jitilfu ukoll l-eko-riduzzjoni.", "Familja ta' hamsa u resident waħdu it-tnejn għandhom l-istess 2,000 unit b'10ċ5.", "Iżda familija ta' ħamsa kienu jibbenefikaw minn skont jekk jibqgħu taħt il-kwota annwali.", "Bis-sistema ta' kont attwali kull xaharejn, din ukoll qed tintilef f'ċertu każijiet.", "Permezz ta' dawn il-kontijiet l-ARMS qed tibbenefika minn cash flow kull xaharejn minn fuq dahar il-konsumatur.", "L-ARMS qed takkumula ukoll rati ta' interessi għal min ma jistax iħallas u l-istess nies qed jiġu mhedda li jitneħħielhom is-servizz jekk ma jħallsux.", "Barra min hekk iridu jħallsu biex jerġa jinghatalhom is-servizz.", "Dan żgur mhux l-aqwa żmien għal konsumaturi li għandhom dħul baxx.", "Problema oħra hi li bosta persuni li jgħixu f'propjeta' mikrija qed iħallsu rati domestiċi u mhux residenzjali, u għalhekk ma jibbenefikawx mill-eko riduzzjoni u jħallsu rati għola.", "L-iktar gruppi li qed jintlaqtu hażin mill-metodu ta' l-ARMS huma familji kbar, pensjonanti u residenti barranin: imbasta l-gvern jgħid li hu favur il-familja u li jrid jattira barranin biex jgħixu f'Malta.", "Hemm ukoll taħwid kbir fis-sistema ta' l-enerġija mill-pannelli foto-voltajiċi.", "Imbasta l-gvern jitkellem favur enerġija nadifa.", "Il-Partit Nazzjonalista jistenna li r-Regulatur tas-Servizzi l-Enerġija u l-Ilma u l-Awtorita' tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur jieħdu azzjoni kontra dan l-abbuż minn monopolju.", "Jekk dan ma jseħħx, il-Partit ser jieħu azzjoni legali sabiex issir ġustizzja.", "Barra min hekk, meta jkun fil-Gvern, il-Partit Nazzjonalista ser jagħti refużjoni lil min ġie misruq.", "Ta' min ifakkar li l-Eurostat dan l-aħħar ikkonfermat li Malta kellha t-tielet l-għola żieda fil-prezz ta' l-elettriku fl-Unjoni Ewropea fis-snin 2016 u 2017, meta l-prezz ta' enerġija kien stabbli.", "Ta' min ifakkar ukoll li minflok kontijiet irħas b'25 fil-mija, bħal ma wiegħed Konrad Mizzi, pajjiżna qed jissusidja b'40 miljun dollaru fis-sena lill-kumpanija statali ta' l-enerġija ta' l-Ażerbajġan.", "Il-kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma turi li permezz ta rieda tajba u determinazzjoni, l-oppożizzjoni Nazzjonalista hija vuċi pożittiva u b'saħħitha.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 17 ta' Ġunju 2018", "Ħbieb,", "Fl-2019 ser nagħlaq 25 sena attiv fis-soċjetà ċivili u fil-politika.", "Matul dawn is-snin tgħallimt li leħen is-soċjetà ċivili jista' jkun b'saħħtu u qawwi.", "Kont attiv f'kampanji li rnexxew, bħal dawk għas-sħubija fl-UE, il-ħarsien tal-ambjent, id-drittijiet ċivili u l-istipendji tal-istudenti kif ukoll kwistjonijiet lokali fir-rwol tiegħi ta' kunsillier lokali mill-2003.", "Tkellimt dwar kwistjonijiet bħall-governanza tajba, id-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tar-residenti.", "Ir-rwoli tiegħi varjaw tul dawn is-snin, iżda l-għan tiegħi ta' soċjetà aktar demokratika, inklużiva, deċenti u ħanina dejjem baqa' l-istess.", "Ftit ġimgħat ilu l-Partit Nazzjonalista stedinni nikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Ħsibt u rriflettejt dwar din l-istedina u xi jiem ilu ddeċidejt li naċċetta.", "Permezz tal-kandidatura tiegħi, nixtieq inkun ħolqa bejn in-nies, is-soċjetà ċivili u l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq nirrappreżenta l-valuri tas-solidarjetà, il-ġustizzja, id-dinjità u s-sostenibbiltà u nixtieq naħdem fl-aħjar interess ta' pajjiżna mal-kandidati sħabi.", "Qatt ma kont baħri tal-bnazzi, u mhux ser inkun issa.", "Ser inleħħen it-tħassib tan-nies b'mod sensibbli.", "L-appoġġ tagħkom ser jgħinni niġġieled mingħajr biżà għal dak li hu sewwa.", "Nittama li tirbaħ ir-rieda tajba,"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/07/", "date": "Tuesday, July 31, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Nationalism and migration - Michael Briguglio Konsultazzjoni xierqa dwar l-iżvilupp - Michael Briguglio Is-saħħa mentali f'pajjiżna - Michael Briguglio Ideology, political calculation - Michael Briguglio Egrant Findings Kemm nistgħu nkunu liberi? – Michael Briguglio \n \n Urban development - Michael Briguglio", "text": ["Studju li sar dan l-aħħar minn tliet akkademiċi Daniżi jevalwa l-parteċipazzjoni pubblika fil-politika urbana.", "L-istudju ta' Marie Leth Meilvang, Hjalmar Bang Carlsen u Anders Blok deher fil- European Journal of Cultural and Political Sociology u janalizza l-bidliet reċenti fl-għamliet kulturali-politiċi tal-parteċipazzjoni ċivika fl-ippjanar urbanistiku formali fid-Danimarka.", "Dan l-istudju juri kif f'dawn l-aħħar 40 sena, il-parteċipazzjoni ċivika fl-ippjanar urbanistiku kienet ikkaratterizzata minn tensjonijiet dwar il-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet.", "Din is-sitwazzjoni ġiet studjata b'modi differenti fi ħdan approċċ akkademiku definit bħala soċjoloġija pragmatika.", "Mod wieħed kif nagħtu ħarsa lejn tensjonijiet bħal dawn huwa billi nanalizzaw il-prattiki u l-proċessi ta' ġustifikazzjoni, kritika u kompromess fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet.", "Approċċ ieħor fil-qasam janalizza kif l-involviment tal-pubbliku jiddependi mill-familjarità tal-persuni involuti mal-postijiet ikkonċernati, filwaqt li appro ċċ ieħor janalizza kif l-ibliet jiġu ordnati permezz ta' miri u indikaturi li jistgħu jitkejlu, li jinkludu u jeskludu prattiki rispettivi.", "Fid-Danimarka u għadd ta' stati membri oħrajn tal-UE, il-kunsilli lokali għandhom ir-responsabbiltà demokratika aħħarija għall-ippjanar, u l-awtoritajiet rispettivi tagħhom jikkoordinaw proċeduri ta' parteċipazzjoni formali u informali, li jinvolvu ċittadini ordinarji, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), gruppi ta' interess u oħrajn.", "Ir-reazzjonijiet rispettivi tagħhom għall-proposti ta' żvilupp jintbagħtu lill-awtoritajiet u b'hekk tiġi stimulata 'konverżazzjoni', fejn ikun hemm djalogu bejn kritika u ġustifikazzjonijiet.", "Djalogu bħal dan iseħħ f'laqgħat ta' interess u sessjonijiet ta' ħidma, u d-differenzi fil-fehmiet u l-opinjonijiet jiġu rikonoxxuti u mħeġġa bħala kontributi siewja għall-ippjanar urbanistiku.", "Dan l-istudju sibtu utli ħafna għall-kuntest Malti.", "L-esperjenza tiegħi fil-politika lokali u r-riċerka soċjoloġika tiegħi wassluni biex nikkonkludi li l-konsultazzjoni pubblika hi proċess inkonsistenti f'Malta.", "Jekk Malta kienet miexja bil-mod lejn aktar razzjonalizzazzjoni u standardizzazzjoni wara li ssieħbet fl-UE, illum in-norma l-ġdida hi li jitbaxxew dejjem aktar l-istandards.", "Tabilħaqq, sikwit ħafna, l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp jiġu approvati, għall-ġid tal-applikanti u tal-interessi politiċi dominanti.", "Il-kwantità tal-applikazzjonijiet tirbaħ fuq il-kwalità tagħhom, u dan iwassal għall-industrijalizzazzjoni tal-permessi.", "Il-parir espert, inkluż dak minn sorsi interni, ta' spiss jingħata anqas importanza milli tingħata l-pressjoni politika.", "Mhux ta' b'xejn li l-esperti qed jitilqu minn strutturi bħall-Awtorità tal-Ippjanar.", "Madankollu, hemm eċċezzjonijiet għal dan, u sikwit dawn ikunu kkaratterizzati minn oppożizzjoni b'saħħitha mir-residenti, NGOs ambjentali, kunsilli lokali, mill-inqas partit politiku ewlieni wieħed u rappurtar fil-mezzi tax-xandir.", "Għaldaqstant, il-proċessi Maltin ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp għandhom element politiku qawwi, bil-politiċi spiss jaġixxu bħala intermedjarji jew intraprendituri favur jew kontra dawn il-proposti.", "Il-pajsaġġi urbani u rurali joffru l-materja prima għal dawn id-diskussjonijiet.", "Relazzjonijiet mill-qrib ma' intraprendituri politiċi għalhekk jistgħu jkunu investiment tajjeb kemm għal dawk li jkunu qed jipproponu kif ukoll għal dawk li jkunu qed jopponu proposti speċifiċi.", "Il-politiċi li jgawdu s-setgħa tal-kariga tagħhom għandhom aktar riżorsi, iżda s-setgħa tagħhom qatt ma hi bla limitu, u huwa għalhekk li jinfetħu twieqi ta' opportunità għall-oppożizzjoni.", "L-applikazzjonijiet għall-iżvilupp dejjem ser ikollhom implikazzjonijiet politiċi sa ċertu punt, iżda nemmen li wasal iż-żmien li Malta tibda tieħu dawn il-proċessi tassew bis-serjetà.", "Ma jkunx aħjar kieku l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tkun strutturata aħjar u kieku l-ilħna tal-esperti jingħataw aktar importanza?", "L-eżempju Daniż li semmejt jipprovdi xi metodi li jistgħu jiġu kkunsidrati f'Malta.", "Madankollu dawn ikunu jinvolvu s-sussidjarjetà, fejn il-kunsilli lokali jingħataw aktar awtorità milli għandhom bħalissa, u fejn il-konsultazzjoni tkun aktar organika u djaloġika, bl-involviment ta' partijiet ikkonċernati differenti u medjazzjoni minn esperti fdati.", "Xi nies isaqsu x'inhi l-pożizzjoni tal-UE fi kwistjonijiet bħal dawn.", "Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, Malta twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali fuq proposti kbar għall-iżvilupp, u b'hekk tħares ir-rekwiżiti bażiċi tal-UE.", "Iżda wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-kwalità u mhux biss il-kwantità ta' valutazzjonijiet bħal dawn, u wasal ukoll iż-żmien li nipproponu li l-impatt kumulattiv tal-iżvilupp fuq skala żgħira kollu li qed isir jingħata aktar importanza milli qed jingħata bħalissa.", "Għal din ir-raġuni Malta teħtieġ gvern iżgħar u inqas interferenza politika fit-teħid tad-deċizzjonijiet dwar proposti ta' żvilupp u soċjetà u kontribut espert ikbar f'dan il-qasam.", "Ir-rwol tal-politiċi għandu jkun it-titjib u l-iskrutinju tat-tfassil tal-politika fuq il-livell lokali, dak nazzjonali u dak Ewropew.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 29 ta' Lulju 2018", "F'dan il-vlog f' The Malta Independent niddiskuti s-saħħa mentali f'pajjiżna u r-rapport ta' l-Awditur Ġenerali f'dan ir-rigward.", "Il-filmat jinstab hawn: http://www.independent.com.mt/articles/2018-07-25/blogs-opinions/Mental-health-6736193944", "Meta wieħed jagħti ħarsa lejn l-iżvilupp ekonomiku, kwistjonijiet etiċi, jew il-liġi u l-ordni pubbliku, jara li l-libertà individwali sikwit hi l-fattur ewlieni li jimmotiva t-tfassil tal-politika f'Malta bħalissa.", "Isiru eċċezzjonijiet meta jkunu involuti l-interessi politiċi u ekonomiċi tal-grupp dominanti li jmexxi l-pajjiż.", "Għal diversi filosfi u soċjologi, il-libertà hi l-fattur ewlieni li jimmotiva l-imġiba tal-bnedmin, iżda t-tifsira ta' din il-frażi trid tiġi kkwalifikata.", "Nemmen li meta wieħed janalizza din il-kwistjoni, wieħed għandu jsaqsi kif il-libertà ta' persuna waħda tista' tkun kompatibbli mal-libertà tal-oħrajn.", "Dan hu differenti mill-argument li l-libertà ta' individwu għandha tirbaħ fuq kollox u li s-sistemi morali jibdluna f'entitajiet passivi u doċili.", "Tabilħaqq, bosta argumenti għal libertà bla rażan sikwit ikunu huma stess marbutin ma' sistemi morali: il-libertinaġġ huwa fih innifsu twemmin.", "Għaldaqstant, libertarju huwa lsir ta' egoiżmu bla tmiem?", "Il-perspettiva tiegħi dwar il-libertà hija differenti wkoll mit-twemmin li l-ħajja hija biss taqbida bla waqfien biex wieħed isalva.", "Tassew li lkoll ser immutu, u iva, xi wħud minna huma aktar b'saħħithom minn oħrajn.", "Iżda persuna tista' tkun fiżikament aktar b'saħħitha mill-ġar tagħha iżda psikoloġikament aktar dgħajfa biex tħabbat wiċċha mal-isfidi li tiltaqa' magħhom.", "U daqskemm il-kompetizzjoni tista' tagħti inċentiv lil dak li jkun biex itejjeb il-qagħda tiegħu, daqstant il-kooperazzjoni jista' jkollha riżultati pożittivi.", "Nemmen li l-kuntest hu kruċjali f'dan ir-rigward.", "Nemmen ukoll li ta' spiss il-libertà tista' tirriżulta f'konsegwenzi mhux intenzjonati f'diversi direzzjonijiet, kemm pożittivi kif ukoll negattivi.", "B'rabta ma dawn tal-aħħar, l-istorja turina li proġetti \"grandjużi\" li wiegħdu l-liberazzjoni tal-umanità spiċċaw biex wasslu għall-oppost, fejn sikwit spiċċaw biex daru għar-repressjoni, it-tfigħ il-ħabs jew il-qtil ta' dawk li ddubitaw il-pjanijiet \"liberi\" tal-mexxejja \"illuminati\" u l-veritajiet assoluti tagħhom.", "Jekk immexxu l-ipoteżi tal-\"konsegwenzi mhux intenzjonati\" għal Malta llum, nemmen li l-introduzzjoni mgħaġġla mill-gvern ta' leġislazzjoni f'bosta oqsma jista' jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati li setgħu ġew evitati kieku l-proċess ta' tfassil ta' politika kien iktar kawt u olistiku.", "Kif inhuma l-affarijiet, it-tfassil ta' politika f'Malta jista' jkun li qed ixaqleb iżżejjed lejn l-estrem tal-libertà mingħajr ma jqis implikazzjonijiet bħas-sostenibbiltà u l-etika.", "Dan l-approċċ jista' jirbaħ il-voti ta' dawk li jgawdu direttament, iżda jirrispetta l-ġejjieni u dawk li jista' jkun ikollhom iħallsu l-prezz ta' tfassil ta' politika bħal dan?", "Naħseb li pajjiżna jeħtieġ li jikkwalifika l-perspettiva tiegħu tal-libertà.", "Tista' titqies sostenibbli jekk tiġi rikonoxxuta bħala dipendenti mil-libertà tal-oħrajn, u b'hekk tiġi rrikonċiljata mar-responsabbiltà u l-interdipendenza.", "Idealment, l-Istat għandu jidher li huwa l-entità li tagħti l-garanzija aħħarija tar-rikonċiljazzjoni tal-libertà individwali mal-ġid komuni.", "Għaldaqstant, idealment il-lingwaġġ politiku ma jikkonċentrax biss fuq il-libertà, iżda jenfasizza wkoll is-solidarjetà, id-dinjità, ir-reċiproċità u r-responsabbiltà.", "Minkejja dan l-argument, nagħraf li d-djalettika bejn il-libertà u l-ġid komuni xi kultant diffiċli li tasal għal rikonċiljazzjoni.", "Il-politiċi sikwit ikollhom biċċa xogħol iebsa biex jaqtgħu linja fit-tfassil tal-politika, u din tiġi influwenzata wkoll mill-interessi konfliġġenti ta' lobbies differenti.", "Il-biża' tiegħi hi li l-gvern bħalissa qed jikkonċentra wisq fuq id-denominatur komuni l-iżjed baxx fi ħdan iċ-ċiklu elettorali.", "Barra minn hekk, il-libertà minna nfisha tista' tkun kunċett ambigwu.", "Ta' spiss ikollna nagħmlu għażliet u ngħixu bihom fit-tajjeb u l-ħażin.", "Nistgħu ma nkunux ċerti dwar ir-riżultati tad-deċiżjonijiet tagħna, u dan parzjalment jispjega l-ansjetà akbar ta' żminijietna.", "Kif darba qal Eckhart Tolle, sikwit niskopru li l-ħajja hi aktar avventura milli vjaġġ ippjanat: u li nippruvaw naħarbu mil-libertà u r-responsabbiltà jista' jitqies \"twemmin ħażin\", kif darba saħaq Jean Paul Sartre.", "F'dan, jien ningħaqad ma' Zygmunt Bauman fit-twemmin li qatt ma jista' jkun hemm tweġiba finali għad-djalettika bejn il-libertà u l-ġid komuni.", "Dak li għandna nagħmlu hu li nevitaw assolutiżmi ideoloġiċi u minflok ninvestu f'soċjetà li taħseb u tirrifletti.", "L-għanijiet ta' soċjetà bħal din ikunu li kull wieħed u waħda minna jkollha l-ħila tħabbat wiċċha mal-ħajja ta' kuljum u li niġbru r-riżorsi tagħna biex ngħinu biex tiġi garantita ħajja deċenti.", "L-ewwel għan jitlob aktar investiment f'oqsma bħax-xjenzi umanistiċi, l-etika u l-psikoloġija; it-tieni għan jitlob sistema ta' sigurtà soċjali li tħares lil hinn miċ-ċikli elettorali.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 22 ta' Lulju 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2017/10/inugwaljanzi-socjali-llum.html", "date": "Monday, October 02, 2017", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Inugwaljanzi socjali llum - Michael Briguglio", "text": ["Il-Mument 1 ta' Ottubru 2017", "Tul l-ahhar snin pajjizna iccelebra d-dhul ta' iktar drittijiet ghall-persuni LGBTIQ.", "Dan hu pass pozittiv, izda tajjeb inzommu f'mohhna li hemm bosta inugwaljanzi socjali ohra li mhux jinghataw l-importanza misthoqqa.", "Nemmen li l-Partit Nazzjonalista ghandu jiffoka ferm fuq dawn ir-realtajiet.", "Tajjeb inzommu f'mohhna li l-inguwaljanza socjali jista' jkollha forom varji.", "Jista' jkollha x'taqsam ma' fatturi ekonomici, ma' pregudizzji, ma' diskriminazzjoni u ma eskluzjoni socjali ta' gruppi varji.", "Li jghaqqad dawn il-fatturi u ohrajn hu l-fatt li galadarba hija s-socjeta' li tohloq bosta forom ta' inugwaljanza, dawn jistghu jigu meghluba jew imnaqqsa permezz ta' politika socjali gusta u ekwa li tippremja imgieba responsabbli u li tizgura li hadd ma jibqa' lura.", "Jekk niehdu d-dinja tax-xoghol bhala ezempju, naraw li f'pajjizna hemm realtajiet kontrastanti ferm.", "Filwaqt li l-ekonomija qed tikber u l-qghad qed jonqos, hemm madwar 31% tal-'working age population' li m'humiex qed jahdmu f'impjieg formali.", "Fost dawn hemm 7,000 zghazugh li mhux qed jirregistraw ghax-xoghol jew jattendu xi facilita edukattiva.", "Hemm ukoll bosta haddiema li qed jesperjenzaw zminijiet iebsa.", "Huma hafna l-haddiema b'pagi baxxi u/jew b'kundizzjonijiet hziena li ma jistghux ilahhqu ma' l-gholi tal-hajja u li ma jistghux jitolbu ghal pagi iktar gholjin minhabba ragunijiet bhal dik li f'xi setturi jistghu jinstabu haddiema ohrajn minflokhom li lesti jahdmu ghal pagi iktar baxxi u ghal kundizzjonijiet inferjuri.", "B'hekk jinholoq ciklu ta' sfruttar u kompetizzjoni ingusta bejn il-haddiema.", "Hemm ukoll bosta fatturi kulturali u socjali li qed iwasslu ghal inugwaljanzi li hafna drabi jahmdu kontra n-nisa fuq il-post tax-xoghol.", "Politika li verament trid l-ugwaljanza f'dan il-qasam ma titkellimx biss dwar kwoti ghal politici nisa, izda tizgura li n-nisa ghandhom l-istess stima, appogg u kundizzjonijiet li ghandhom l-irgiel fuq il-post tax-xoghol.", "Ta' min iqis ukoll li f'pajjizna huwa stmat li l-ekonomija mohbija (underground economy) hija pjuttost kbira (25% tal-prodott gross domestiku).", "Hemm diversi ragunijiet li jispjegaw l-ezistenza ta' xoghol mhux dikjarat.", "Fosthom hemm l-ezistenza xoghol prekarju b'kundizzjonijiet ta' sfruttar li donnhom qed jaharbu mill-attenzjoni ta' l-awtoritajiet.", "Fl-istess hin saru xi riformi biex jigi zgurat li haddiema ta' kumpaniji privati li jaghmlu xoghol pubbliku ikollhom l-istess kundizzjonijiet bhal haddiema fis-settur pubbliku.", "Ghalhekk, jidher li haddiema differenti qed jesperjenzaw realtajiet differenti, u l-awtoritajiet donnhom lesti jghalqu ghajnejhom ghal sfruttar li qed isir f'xi setturi u stabilimenti.", "Politika socjali gusta u ekwa tizgura li jkun hemm opportunitajiet indaqs ghal kulhadd.", "Dan jirreferi mhux biss ghal-ligijiet, izda wkoll ghal kulturi u prattici fis-socjeta'.", "Din it-tip ta' politika ghandha tipprovdi l-opportunitajiet biex min irid jimxi l-quddiem jista' jaghmel dan minghajr xkiel, u li min jibqa' lura ikun zgurat minn hajja dicenti.", "Din it-tip ta' politika zzid ukoll l-investiment fl-edukazzjoni u l-enfurzar.", "Oppozizzjoni b'sahhitha ghandha d-dmir li titkellem f'isem dawk li qed jesperjenzaw inugwaljanza frott ta' politika ta' Gvern li kemm il-darba qieghed iwarrab ir-ruh socjali."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/05/nahdmu-flimkien-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, May 06, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Nahdmu flimkien – Michael Briguglio", "text": ["Partit politiku li jaspira li jkun fil-Gvern jehtieg li jigbor gewwa fih persuni b'opinjonijiet differenti u li jghaqqadhom flimkien permezz ta' process demokratiku u vizjoni cara.", "Dawk li jahdmu ghall-ahjar interess tal-partit ghandhom ikollhom l-ispazju biex jaghmlu dan, izda dawk li ghandhom ghanijiet ulterjuri ghandhom jiddeciedu x'iridu jaghmlu.", "Meta jkun hemm min jahdem biex ifixkel il-processi demokratici, ikun ovvju li din in-nuqqas ta' rieda tajba ghandha tigi indirizzata.", "Id-dicenza politika titlob rispett reciproku .", "Ghalhekk partit irid ikun unversali bizzejjed li jinkorpora fih elementi u identitajiet partikolari li lesti jahmdu flimkien u li jirrispettaw id-diversita' ta' bejniethom.", "Kif ktibt xi gimghat ilu fil-Mument, m a nara xejn hazin li fil-Partit Nazzjonalista hemm min hu iktar liberali u min hu iktar konservattiv.", "Din id-diverista' iffurmat koalizzjoni li gabet bidliet storici f'pajjizna wara l-1987 .", "Kont ktibt ukoll li l anqas ma' nara xejn hazin li gruppi ta' attivisti ikunu iktar vicin ta' xulxin jew li hemm ucuh bi stili differenti.", "Izda huwa essenzjali li meta jkun hemm decizzjonijiet demokratici dawn jigu rispettat i minn kulhadd.", "Id-djalogu, l-immanigjar ta' interessi u vucijiet differenti, u regoli cari huma essenzjali biex dan isehh.", "Fil-kaz tal-Partit Nazzjonalista, nemmen li il-valuri tad-dinjita' umana, is-solidarjeta', is-sussidjarjeta' u s-sostenbilita' jistghu jigbru fihom fehmiet u interessi differenti li jistghu jigu rrikonciljati.", "Dan ghandu jsir kemm permezz ta' tmexxija dinamika izda ukoll permezz ta' studji socjologici li jinvestigaw htigijiet, l-identitajiet u l-aspirazjonijiet ta' zminijietna.", "Dawn l-istudji b'hekk iservu biex ikun hemm evidenza soda ghall-politika f'socjeta' li qed tinbidel.", "Politika pozittiva u b'sahhitha tehtieg li ­tibda mill-kuntest socjali ezistenti, u li tmur oltre minn dak li jidher biss fil-media, avolja dan huwa importanti ferm.", "F'kuntest fejn il-Gvern Laburista qed ibigh il-wirt komuni u ma jidhirx li jinteressah mill-impatt tal-politika tieghu basta jgib il-voti, jehtieg li l-Partit Nazzjonalista joffri alternattiva serja u konvincenti.", "Il-Partit ghandu jkun il-vuci ta' dawk ta' dawk li qed jghixu l- forom varji ta' prekarjat mill-post tax-xoghol sal-hajja personali , ta' dawk li jridu governanza tajba, u ta' dawk li jqisu l-gvern ta' Muscat bhala wiehed bla ruh.", "Il-Partit Nazzjonalista ghandu jirrikoncilja haddiema u negozjanti li huma aljenati mill-mudell ekonomiku ma votanti mill-klassi tan-nofs li forsi qed jghixu l-kumdita' izda jridu tip ta' politika iktar gusta .", "Ghandu jkun attraenti ukoll ghal persuni ta' etajiet, generi u interessi differenti u jipprova jsib x'jaqqghadhom flimkien.", "Politika li tibbalkanizza l-identitajiet tista' ssarraf f'politika egoista u ta' gratifikazzjoni instantanja li ddghajjef l-integrazzjoni socjali.", "Din ghandha tigi evitata mill-Partit Nazzjonalista.", "Stharrig xjentifiku juri li l-Partit Laburista ghadu minn fuq.", "Izda l-istorja tghallimna li l-futur m'huwiex miktub minn qabel u li l-ebda gvern m'hu etern.", "Ghalhekk tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jkompli jirrigenera ruhu biex jikkonvinci iktar nies u biex ikun preparat ghall-Gvern meta jasal il-mument.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 6 ta' Mejju 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/07/il-hobz-u-l-faqar-michael-briguglio.html", "date": "Thursday, July 05, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Il-Hobż u l-faqar – Michael Briguglio", "text": ["Meta niddiskutu ż-żieda prevista fil-prezz tal-hobż, tajjeb li npoġġu din il-kwistjoni f'kuntest soċjo-ekonomiku.", "Tajjeb li nammettu li jekk jogħla l-prezz internazjonali tal-qmugħ ma tantx hemm x'jista' jagħmel il-Gvern, ħlief dak li kien għamel gvern Nazzjonalista meta ta kumpens lil persuni li għandhom dħul baxx u li jassisti lill-furnara biex ikunu iktar effiċċjenti.", "Iżda meta wieħed jikkunsidra r-rata ta' inflazzjoni f'Malta, wieħed jibda jitħasseb ukoll dwar żidiet oħra fil-prezzijiet.", "F'Malta, ir-rata żdidet minn 1.4 fil-mija għal 1.7 fil-mija bejn April u Mejju, meta r-rata kienet ta' 1.1 fil-mija f'Mejju tal-2017.", "Fl-aħħar tnax il-xahar Malta espejenzat żidiet fl-ikel u xorb non-alkoħoliku, fjuwil, kirjiet ta' propjeta, għamara u tagħmir domestiku kif ukoll f'servizzi relatati ma' lukandi u restoranti.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ikel, iż-żieda ta' 1.6 fil-mija f'Mejju kienet it-tielet l-għola fl-UE, u f'pajjiżna l-konsumatur iħallas 10 fil-mija iktar mill-medja Ewropeja, saħansitra għola mill-prezzijiet f'18 il-pajjiż fosthom il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Olanda u l-pajjiżi kollha li ssieħbu fl-UE ma' Malta jew wara.", "Fil-verita' m'hemmx għalfejn nirreferu għal statistika biex naraw iż-żidiet fil-prezzijiet.", "Illum kulħadd jaf li l-konsumatur qed jinsteraq minn kontijiet tad-dawl għoljin minħabba metodu illegali u monopolistiku li qed jintuża mill-ARMS.", "Nafu ukoll kemm qed jiżdied il-prezz ta' ikel li jinxtara minn barra, minn sempliċi hobża biż-żejt sa ikla f'ristorant, u l-istess qed jiġri f'prezz ta' ikel li nixtru għad-dar.", "Huwa ċar li l-importazzjoni ta' eluf ta' ħaddiema mingħajr ippjanar sostenibbli qed iwassal għal prezzijiet għoljin per eżempju fil-kirjiet.", "U fl-istess ħin il-Gvern Laburista s'isa ħela ħames snin fil-housing soċjali.", "Dan mhux tort ta' dawn il-ħaddiema: dan hu tort ta' gvern li qed jirreduċi l-ekonomija f'dipendenza fuq numru żgħir ta' setturi mingħajr ma' jara sew l-impatti soċjali, ambjentali u infrastrutturali fost oħrajn.", "Fl-istess ħin hemm realtajiet bħal kundizzjonijiet hżiena ta' xogħol, is-solitudni u nies jgħixu f'garaxxijiet.", "Huwa veru li r-rata uffiċjali tal-faqar u esklużżjoni soċjali naqset, iżda irridu nżommu f'moħħna li skont il-Eurostat fl-aħħar tal-2016 kien hemm 85,000 persuna f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali u 19,000 li huma imċaħħda b'mod sever.", "Wieħed minn kull għaxar persuni mhux ilaħħaq mal-kirjiet, self jew kontijiet.", "Fl-istess ħin, il-Kummissjoni Ewropea temmen li l-pensjoni f'Malta m'hijiex adekwata.", "Għalhekk, ikun tajjeb jekk il-mudell ekonomiku ta' Malta iħares iktar fit-tul u li il-politika ekonomika tinkludi ukoll analiżi ta' impatti soċjali, żvilupp fil-komunita' kif ukoll diversifikazzjoni.", "Għalhekk, filwaqt li mhux tort tal-Gvern li l-prezz globali tal-qmugħ qed jiżdied, l-istess gvern ma jistax jabdika mir-responsabilitajiet tiegħu dwar id-diversi forom ta' prekarjat tal-llum.", "F'dan in-nuqqas, l-oppożizzjoni Nazzjonalista qed tkun il-vuċi tas-solidarjeta' u ta' politika b'ruħ soċjali.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 8 ta' Lulju 2018."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/07/il-gejjieni-ta-manoel-island-michael.html", "date": "Saturday, July 14, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Il-ġejjieni ta' Manoel Island – Michael Briguglio", "text": ["Ilni nsegwi l-pjan ta' żvilupp ta' Manoel Island minn tmiem id-disgħinijiet, meta ġew ippreżentati l-proposti oriġinali tal-M IDI .", "Kuntrarju għall-proġett ta' Tign è Point, dan l-iżvilupp qatt ma seħħ.", "Sadanittant, bħal ħafna oħrajn, ittamajt li din il-gżira tinbidel fi spazju naturali u pubbliku qalb il-konċentrazzjoni ta' żvilupp urban fl-inħawi tal-madwar, fosthom il-Gzira, Tas-Sliema, Ta' Xbiex u l-Imsida.", "Is-sena li għaddiet i l-kunsill lokali tal-Gżira u l-għaqdiet non-governattivi (NGOs) immobilizzaw lin-nies b'rabta mas-sitwazzjoni f'Manoel Island.", "Dan wassal għat-tfassil mill-ġdid ta' master plan u l-iffirmar ta' ftehim bejn il-kunsill lokali u l-NGOs dwar kif ser jittieħed ħsieb tal-gżira.", "Jekk jitwettaq, dan ikun pass 'il quddiem mill-pjanijiet preċedenti, peress li l-pjan u l-ftehim jiddikjaraw li ser jitħarsu x-xtut, l-ispazji naturali u s-siti storiċi tal-madwar, u ser ikun hemm aċċess pubbliku għalihom.", "MIDI sadanittant ressaq pjanijiet ġodda ta' żvilupp, li jinkludu 600 appartament ġdid, lukanda f'Lazaretto, yacht marina, helipad, pjazez pubbliċi u ħwienet.", "Skont l-iżviluppaturi ser ikun hemm 80,000 metru kwadru ta' spazji naturali u u spazji pubbliċi rikreattivi għall-familji, kif ukoll ċentru tal-arti u l-kultura ġewwa Fort Manoel li ser ikun fih spazji għal wirjiet, mużewijiet, ħwienet u ristoranti.", "Nittama li dawn ma jkunux replika ta' xi proġetti 'kulturali' oħra f'Malta li sempliċiment spiċċaw biex ħolqu aktar katidrali ta' konsum.", "L-iżviluppaturi qed jikkunsidraw ukoll metodu ġdid biex jitnaqqas l-ammont ta' skart mill-kostruzzjoni.", "Qed jipproponu l-użu mill-ġdid ta' madwar 121,000 metru kubu fuq is-sit innifsu, 67,000 metru kubu ieħor fi proġett ta' riklamazzjoni tal-art , u r-rimi tal-100,000 metru kubu li jifdal fil-baħar, hekk kif approvat li jsir mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Ri żorsi (ERA).", "Dan tal-aħħar s er jinvolvi madwar 11-il trakk mgħobbi fis-siegħa għal 40 ġimgħa, f'żona fejn diġ à jkun hemm konġestjoni ta t-traffiku.", "F'laqgħa miftuħa għall-pubbliku li saret dan l-aħħar, L-ERA u l-konsulenti tal-iżviluppaturi ppreżentaw is-sejbiet tar-Rapport dwar l-Impatt Ambjentali (EIA).", "Il-laqgħa, li fiha ħadt sehem , kellha konkorrenza fqira mill-pubbliku, tant li kien hemm aktar uffiċċjali tal-ERA u konsulenti tal-iżviluppaturi milli kien hemm membri tal-pubbliku, li kienu jgħoddu biss madwar 15-il persuna.", "Fil-laqgħa, li kienet ferm ċivili, kien hemm qbil ġenerali li minkejja n-nuqqasijiet, l-iżvilupp propost jimmarka pass 'il quddiem meta mqabbel ma' pjanijiet preċedenti.", "Madankollu, xorta għad fadal diversi punti ta' tħassib li għandhom jiġu indirizzati.", "Per eżempju, skont l-EIA, hu stmat li sas-sena 2025 ser ikun hemm madwar 4,700 vjaġġ b'vetturi kuljum b'riżultat tal-proġett, u li dawn ser jiġu inkorporati f'total ta' 39,000 vjaġġ max-xatt u fil-Gżira.", "Matul il-laqgħa, dawk preżenti semgħu kif dan ser jirriżulta f'żieda ta' sebgħa fil-mija fi t-tniġġis tal-arja, liema żieda hi 'moderata' skont l-EIA u kriterji internazzjonali.", "Biex jagħmlu tajjeb għal dan, l-iżviluppaturi qed jipproponu pjan ta' vvjaġġar ekoloġiku fuq Manoel Island .", "Dan jinvolvi trasport bil-baħar, bir-roti, u b' vetturi elettriċi fost l-oħrajn.", "Biss il-mistoqsija ewlenija hi: dan il-pjan hu wieħed li jorbot, jew huwa biss parti minn lista ta' xewqat?", "Kwistjoni oħra importanti hi kif ser jgħaddi u jiċċirkola l-ilma fid-dawl ta' proġetti ta' riklamazzjoni fiż-żona.", "Is-Sur Victor Axiak, President tal-ERA, kien issuġġerixxa pjan għaż-żona kollha biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-il ma.", "Sadanittant, ikollna nemmnu dak li qal il-konsulent tal-iżviluppaturi, jiġifieri li t-tħammil taħt il-pont ser iżid il-fluss u ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-600 appartament imsemmija, huwa importanti li wieħed jiftakar li dawn ser ikunu jidhru mix-xatt tal-Gzira.", "Wieħed jittama li d-disinn arkitettoniku tagħhom ser ikollu valur estetiku.", "Sfortunatament dan il-proġett ta' żvilupp hu eżentat mill-obbligu ta' valutazzjoni tal-impatt soċjali.", "Ma nistax nifhem għal liema raġuni proġett ta' dan id-daqs ma jikkwalifikax għal tali studju: rapport bħal dan joffri opportunità biex jiġu integrati t-tħassib u l-fehmiet tal-partijiet interessati dwar l-iżvilupp, bil-possibilit à li dan jissarraf f'benefiċċju għal kulħadd perm ezz ta' proċess ta' żvilupp aktar inklużiv.", "Lanqas ma nista' nifhem għaliex l-Awtorità tal-Ippjanar mhijiex qed tinvestiga l-impatt kumulattiv tal-proġetti kollha ta' żvilupp f'din iż-żona permezz ta' viżjoni sostenibbli.", "Biss biex dan iseħħ hemm bżonn rieda politika u l-għoti ta' rwol aktar proattiv lill-Awtorit à, u dan kollu, għall-inqas għalissa, għadu mhuwiex qed isir.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 15 ta' Lulju 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/07/filmat-gandha-tinstab-alternattiva-gat.html", "date": "Monday, July 16, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Filmat: Għandha tinstab alternattiva għat-triq ta' Ħ'Attard", "text": ["F'dan il-filmat f' The Malta Independent nispjega s- Central Link Project u nargumenta li għandha tinstab alternattiva sostenibbli.", "Tista tara l-filmat hawnhekk (iklikkja fuq il-link) : http://www.independent.com.mt/articles/2018-07-10/blogs-opinions/The-Central-Link-project-6736193225"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/06/il-mod-kif-nikkomunikaw-michael.html", "date": "Sunday, June 03, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Il-mod kif nikkomunikaw – Michael Briguglio", "text": ["Illum saret xi haġa komuni li f'dibattiti politiċi fl-isfera pubblika jintuża kliem aggressiv kontra l-avversarju politiku mingħajr ma wieħed jagħti wisq importanza għall-kwalita' tad-diskors li jkun qed juża.", "Per eżempju, hemm numru ta' trolls fuq il-meżżi tal-media soċjali li qed jiġu mmobiliżżati kontra kritiċi tal-gvern.", "Kemm il-darba jużaw lingwa li toffendi biex jivvilifikaw lill-messaġġier minflok il-messaġġ.", "Filwaqt li dan jista' jwassal biex uħud jahsbuha darbtejn qabel ma jikkritikaw lill-gvern, ma nahsibx li it- trolling qed jagħmel wisq ġid lill-Partit Laburista.", "Fl-istess ħin, nemmen li attivisti politiċi u tas-soċjeta' ċivili li ma jużawx dawn il-metodi offensivi għandhom jivverifikaw jekk u kif il-messaġġ tagħhom stess għandux effett sinjifikanti.", "Kultant naħseb li hemm min hu wisq impenjat li jiġġustifika il-kawża tiegħu biex ikollu ħin għall-awto riflessjoni.", "L-effett limitat tal-kawża ġusta kontra l-korruzzjoni jistgħu ikunu xiehda ta' dan.", "Li jkollok rappurtaġġ fuq il-media huwa tajjeb, iżda dan mhux neċċessarjament jinfluenza il-bidla soċjali.", "L-istess jingħad għall-preżenza fuq il-media soċjali.", "Is- shares, retweets, likes u għodda simili jistgħu jagħtu sodisfazzjoni, iżda ta' min inżommu f'moħħna li l-media soċjali tuża algoritmi li jiffukaw dak li jinkiteb lejn qarrejja li jkollhom fehmiet simili.", "Jista' jkun li l-udjenzi tagħna fuq il- facebook huma iktar ristretti milli naħsbu.", "L-istess jgħodd ghall-karatteristiċi demografiċi ta' min (bħali) jattendi protesti kontra l-korruzzjoni.", "Din il-kostitwenza hija sinjifikanti, iżda m'hijiex rapprezentattiva tas-soċjeta' Maltija kollha kemm hi.", "Barra minn hekk, il-fatt li ċerti protagonisti qatt ma jikkomunikaw bil-Malti tiżolohom minn ċerti udjenzi.", "Nemmen ukoll li profeziji katastrofiċi li jassumu li Malta ser tikkollassa fil-futur qrib ma tantx qed jgħinu fil-kawża kontra l-korruzzjoni.", "Tajjeb li nagħmlu mistoqsijiet iebsa, analitiċi u fattwali dwar il-mudell ekonomiku tal-gvern, iżda kummenti eżaġerati li ma jirrelatawx mal-ħajja tan-nies jistgħu jagħmlu pjaċir lill-gvern anke jekk l-intenzjoni tkun waħda opposta.", "Lanqas ma naqbel ma' min jgħajjar lil kull minn ivvota lill-Partit Laburista jew lil min ma jattendix għall-protesti kontra l-korruzjoni bħala stupidu, egoist jew partiġġjan.", "Ibda biex, numru mdaqqas minn dawn il-persuni ivvutaw ghall-PN f'elezzjonijiet preċedenti u ma kienux ikkunsidrati bħala defiċjenti dak iż-żmien.", "Barra minn hekk, votanti differenti jista' jkollhom motivazzjonijiet differenti, u mhux bilfors ikollhom x'jaqsmu mal-korruzzjoni.", "Huwa veru li l-PL irnexxielu jisseduċi numru mdaqqas ta' votanti għall-korruzzjoni, iżda niżbaljaw jekk naħsbu li dan hu l-uniku fattur li rebbaħ lil Joseph Muscat.", "Għalhekk nemmen li fit-triq tiegħu biex ikun gvern alternattiv, il-Partit Nazzjonalista għandu jifforma koalizzjoni nazzjonali magħmula mill-votanti tradizzjonali tiegħu, il-kostitwenza favur il-governanza tajba kif ukoll votanti li huma iktar flessibbli.", "In-numri hadd ma jista' jmerihom.", "Għal dan il-għan, huwa importanti ħafna li d-diskors politiku ikun inklussiv u mhux patronizzanti, u li jiffoka fuq suġġetti ta' jgħixu n-nies fil-ħajja ta' kuljum u li huma koerenti mat-twemmin bażiku tal-Partit Nazzjonalista bħad-dinjita', is-solidarjeta' u s-sussidjarjeta'.", "Nappella lil dawk kollha ta' rieda tajba, hu x'inhu il-kulur politiku tagħhom, sabiex ma jinżlux fil-livell ta' l-esaġerazzjonijiet, fake news, u insulti personali.", "Huwa importanti li nkunu leali lejn il-verita', iżda huwa ugwalment importanti li nikkomunikaw b'mod effettiv.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 3 ta' Ġunju 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/06/pensjonijiet-fit-tul-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, June 10, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Pensjonijiet fit-tul - Michael Briguglio", "text": ["Fis-27 ta' Mejju ktibt dwar il-pensjonijiet f'pajjiżna u vverifikajt jekk dawn humiex adekwati ghall-pensjonanti tal-llum.", "L-artiklu tal-llum jitratta s-sostenibilita' tal-pensjonijiet ghas-snin li ġejjin.", "Il-gvern Laburista qed jiddependi mill-influss ta' ħaddiema barranin biex jiffinanzjaw is-sistema tal-pensjonijiet.", "Din hi l-istess sistema li tuża id-dħul iġġenerat preżentament mill-bolla biex tħallas lill-pensjonanti tal-llum u li sussegwentament ser ikollha bżonn", "id-dħul tal-futur biex tħallas il-pensjonijiet futuri, sa kemm ma jkunx hemm riforma sostenibbli fis-sistema tal-pensjonijiet.", "Sa dan it-tant, il-popolazzjoni ta' Malta qeghda tikber fl-eta', u dan ifisser li fil-futur ser ikun hemm rata relattiva iżgħar ta' ħaddiema li jkunu jistgħu jiffinanzjaw il-pensjonanti fl-istess perjodu.", "Id-differenza bejn iż-żewġ gruppi demografiċi tista' tiċkien jekk iktar nisa u ħaddiema barranin ikollhom impjieg jew jekk tiżdied l-eta' ta' l-irtitar.", "Din ta' l-aħħar hi politikament kontroversjali u ma nistenna l-ebda partit politiku jwiegħedha f' xi programm elettorali.", "Dwar dik ta' l-ewwel, tajjeb ngħidu li preżentament, iktar nisa u ħaddiema barranini qed isibu impieg, u nistgħu nantiċipaw li iktar nisa isibu impieg fis-snin li ġejjin.", "Hawnhekk wieħed jittama li iktar irġiel jinvolvu lilhom infushom fit-trobbija tat-tfal u xogħol tad-dar sabiex ikun hemm iktar ugwaljanza bejn is-sessi.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema barranin, ma naħsibx li jkun għaqli li nipprevedu kemm ġejjin ħaddiema fuq medda twila ta' snin.", "Dan għaliex kull ekonomija jkollha ċikli u ritmi differenti, u t-tkabbir tal-llum m'huwiex garanzija ta' tkabbir għada, speċjalment meta l-ekonomija ma tkunx waħda neċċessarjament sostenibbli.", "Għalhekk, jista' jkun li fil-futur ikun hemm domanda iżghar għall-ħaddiema barranin.", "Ejja nħarsu lejn figuri uffiċjali f'dan ir-rigward.", "In-numru ta' kontributuri tal-bolla – kemm Maltin u barranin – żdied b' 38,105 be jn l- 2012 u l- 2016, jiġifieri żieda ta' 23 fil-mija.", "Fl-istess ħin kien hemm żieda ta'", "31 fil-mija fil-kontribuzzjoni tal-bolol, minn €194 m iljun ghal €255 million.", "M'huwiex ċar kemm minn dan l-ammont huwa mħallas minn ħaddiema barranin (kemm mill-UE jew pajjiżi oħra), iżda wieħed jista' jassumi li l-kontribuzzjoni tagħhom żdiedet b'mod sostanzjali.", "Seba' snin ilu, il-konsulenti tal-Gvern ta' dak iż-żmien kienu wissew li l-pensjonijiet kellhom sfidi relatati mas-sostenibilita' minħabba numru relattiv iżgħar ta' ħaddiema, fertilita' iktar baxxa, u nies jgħixu ħajja itwal.", "Huma kienu taw parir li pajjiżna jimporta ħaddiema barranin b'hiliet għolja, li l-eta' ta' l-irtirar tkun relatata ma' l-eta' medja ta' kemm jgħixu n-nies, kif ukoll l-introduzzjoni ta' pensjoni second pillar.", "Din ta' l-aħħar hija skema obligatorja fejn ħaddiema ikollhom skema żejda ta' assikurazzjoni apparti dik tal-bolla, iżda l-Gvern ma jkunx jista' jużaha għal spiża oħra apparti l-pensjonijiet futuri ta' l-istess kontributuri.", "Ħaddiema jkunu jistgħu iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom tul is-snin biex b'hekk igawdu minn pensjoni aħjar meta jirtiraw.", "Fl-opinjoni tiegħi din it-tip ta' skema tista' tkun iktar soċjalment ġusta jekk il-Gvern jassisti lil min ma jistax jipparteċipa f'din l-iskema minħabba raġunijiet soċjo-ekonomiċi ġenwini.", "Sa dan it-tant, kien hemm bidla fil-gvern fl-2013 u l-gvern Laburista ħabbar skema ġdida.", "Neħħa l-pensjonijiet second pillar mill-aġenda u minflok emfasiżża iktar iż-żieda ta' ħaddiema nisa u barranin fis-suq tax-xogħol.", "Nemmen li meta l-Gvern Laburista ddeċieda li jwarrab il-pensjonijiet second pillar ma kienx qed iħares fit-tul, minħabba li qed jibbaża wisq fuq ir-realta ekonomika preżenti u fuq ħtigijiet elettorali.", "Il-Gvern Laburista qiegħed jiddependi ukoll fuq pensjonijiet privati u volontarji ( third pillar ), li filwaqt li għandhom il-vantaġġi, għandhom ukoll numru ta' żvantaġġi.", "L-ewwel, dawn aktarx jattiraw biss lil min jista' jħallashom, u t-tieni, ħafna nies ma' jħarsux fit-tul, u għalhekk jgħażlu li ma jinvestux f'dan il-qasam anke jekk jaffordjaw jagħmlu dan.", "Jekk irridu sistema ta' pensjonijiet sostenibbli u li tħares lejn il-ġid komuni, jeħtieġ gvern li jimpurtaħ.", "Sfortunatament il-gvern preżenti mhux qed jikkunsidra xenarji ekonomiċi inqas favorevoli li jwasslu għal numru iżghar ta' ħaddiema barranin u inqas kontribuzzjonijiet ghall-pensjonijiet.", "Il-gvern ikun iktar għaqli u prudenti li kieku jqis iż-żieda fil-ħlasijiet tal-bolla minn ħaddiema barranin bħala dħul straordinarju u mhux bħala garanzija għas-sostenibilita' tal-pensjonijiet.", "L-istess bħal ma qed jagħmel fil-politika ekonomika, il-gvern qed ikun wisq dipendenti fuq setturi limitati.", "Ir-riforma fil-pensjonijiet m'hijiex l-iktar suġġett attraenti, iżda huwa wieħed li qegħdin fih flimkien u li jeħtieġ kunsens nazzjonali illum qabel għada.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 10 ta' Ġunju 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/05/are-you-being-overcharged-in-your.html", "date": "Thursday, May 10, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Are you being overcharged in your utility bills?", "text": ["Ċert li mhux qed tħallas żejjed fil-kont tad-dawl?", "Issa tista' ssir taf:", "Ibgħat scan tal-kont sħiħ f' dan email .", "Ħu l-kont sħiħ id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.", "Ikteb fuqu n-numru tat-telefon fuq wara.", "Il-kont għandu jkopri minimu ta' sena sħiħa, per eżempju 1 ta' Jannar- 31 ta' Dicembru 2017.", "Il-kont għandu jinkludi l-ewwel paġna u t-tieni paġna fejn il-kont hu maqsum.", "Tista' wkoll tagħti kopja tal-kont lili u nieħdu jien.", "Biex tikkuntatjani ibgħat email fuq brigugliomichael@gmail.com", "ANONIMITÀ GARANTITA."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/08/in-nazzjonalizmu-u-l-migrazzjoni.html", "date": "Saturday, August 11, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "In-nazzjonaliżmu u l-migrazzjoni – Michael Briguglio", "text": ["Ir-riżultati elettorali fil-Punent juru biċ-ċar li n-nazzjonaliżmu hu sors ewlieni għall-identità ta' bosta votanti.", "Iżda t-terminu 'nazzjonaliżmu' ma għandux tifsira waħdanija: jista' jkun ispirazzjoni daqstant għal dawk li jemmnu f'soċjetà msejsa fuq is-solidarjetà u l-ġid komuni daqskemm hu għal dawk li jemmnu f'soċjetà allinjata ma' identità waħda, sew jekk reliġjuża, kulturali jew ideoloġika.", "Bla dubju, il-migrazzjoni hija kwistjoni soċjali u politika ewlenija madwar l-Ewropa.", "Stħarriġ xjentifiku soċjali wara ieħor jikkonferma li n-nies madwar il-kontinent huma mħassbin dwar din il-kwistjoni.", "Ikun irresponsabbli jekk il-politiċi u dawk li jfasslu l-politika jinjoraw dan, għalkemm dan ma jfissirx li hemm biss mod wieħed kif tiġi indirizzata l-kwistjoni.", "Barra minn hekk, ma nemminx li teżisti soluzzjoni maġika sempliċi għal kwistjonijiet kumplessi bħal dawn.", "Sadanittant, il-partiti politiċi li qed jużaw lingwaġġ qawwi ta' esklużjoni f'dan il-qasam qed jieħdu vantaġġ minn mewġa ta' skuntentizza f'pajjiżi madwar l-Ewropa.", "Saħansitra fl-Iżvezja, sikwit meqjusa bħala l-aktar pajjiż favorevoli għar-refuġjati fid-dinja, il-Partit Demokratiku populista bħalissa qiegħed fil-quċċata ta' kull stħarriġ li qed isir.", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet nazzjonali li saru dan l-aħħar fl-Italja, l-Awstrija, l-Ungerija u pajjiżi oħrajn jagħtuna idea ċara ta' x'għandna nistennew fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin sakemm ma jitfasslux strateġiji politiċi aktar effettivi elettoralment.", "Madankollu hemm eċċezzjonijiet għal din ix-xejra: Emmanuel Macron u Angela Merkel", "huma l-eżempji li wieħed minnufih jaħseb fihom, avolja Merkel il-ħin kollu qed tħabbat wiċċha ma' appelli għal politika aktar iebsa dwar il-migrazzjoni.", "Il-loġika tan-numri parlamentari tfisser li sikwit ikollha tilħaq kompromess dwar il-pożizzjonijiet tagħha, pożizzjonijiet li oriġinarjament ikunu orjentati aktar lejn is-solidarjetà.", "Fl-istess waqt , xi esperti fix-xjenza politika sabu li meta partiti moderati taċ-ċentru f'pajjiżi bħall-Italja u l-Ġermanja adottaw pożizzjoni aktar iebsa dwar il-migrazzjoni meta mqabbla mal-pożizzjonijiet li kellhom qabel, dan xorta waħda ma waqqafx lill-partiti populisti milli jmorru tajjeb fl-elezzjonijiet.", "Iżda dan ifisser li l-partiti taċ-ċentru għandhom jagħmlu bil-kontra u sempliċement jinjoraw it-tħassib tan-nies dwar il-migrazzjoni?", "Nemmen li dan kieku jagħti opportunitajiet saħansitra akbar lill-populisti.", "Għalija, ix-xenarju attwali jfisser li n-nazzjonaliżmu għandu jiġi artikolat b'mod politikament produttiv li jagħti valur lis-solidarjetà u lid-dinjità tal-bniedem.", "Naħseb li dak li għandu jsir hu li jintuża lingwaġġ li jesprimi tfittxija għal-libertà u l-ġid komuni kemm permezz ta' jeddijiet kif ukoll permezz ta' responsabbiltajiet fi ħdan in-nazzjon b'mod partikolari u l-UE b'mod ġenerali.", "Dan in-nazzjonaliżmu ma għandux ikun assoċjat esklużivament ma' identità waħda bl-esklużjoni ta' oħrajn: għall-kuntrarju għandu jiddefinixxi l-ġid komuni b'mod li jippermetti li persuni ġejjin minn ambjenti differenti jistgħu jkunu parti mis-soċjetà jekk in-normi bażiċi jitħarsu.", "Din l-għamla ta' patrijottiżmu għalhekk ma tkunx marbuta ma' kulur, razza jew twemmin.", "Tkun marbuta ma' valuri bażiċi li jgħaqqdu lill-bnedmin, bħar-rispett u t-tolleranza.", "Tenfasizza l-ħtieġa li jkollna lingwaġġ komuni sabiex in-nies ilkoll ikunu jistgħu jikkomunikaw bejniethom.", "Tkun tagħti valur lil tradizzjonijiet tal-post filwaqt li tilqa' t-tradizzjonijiet tal-persuni li jaslu fil-pajjiż, sakemm ikun hemm rispett miż-żewġ naħat u d-drittijiet stabbiliti tal-individwi ma jinkisrux.", "Stili ta' ħajja u kulturi li jippromwovu l-intolleranza, il-vjolenza u l-oppressjoni ma għandhomx jiffurmaw parti minn xenarju bħal dan.", "Il-maġġoranzi kulturali, ideoloġiċi u politiċi jeħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-minoranzi, hekk kif il-minoranzi jeħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-maġġoranzi.", "Il-kuntrarju ta' din l-għamla ta' nazzjonaliżmu jkun sitwazzjoni fejn ikun hemm diversi forom ta' fundamentaliżmu li jkunu wisq esklużivi jew ikunu jridu sitwazzjoni ta' libertinaġġ mingħajr ebda normi u valuri li jorbtu lin-nies.", "Ovvjament, l-implimentazzjoni ta' politika bħal din mhijiex faċli.", "Fil-kuntest tal-UE, hu tassew diffiċli li jintlaħaq qbil dwar il-qsim tar-responsabbiltà għar-refuġjati, u kif inhuma l-affarijiet ma nistax nimmaġina soluzzjoni oħra għajr il-qsim volontarju tar-responsabbiltà permezz ta' koalizzjonijiet ta' pajjiżi ta' rieda tajba.", "Dan jitlob li l-istati membri jagħrfu li jridu jagħtu u mhux biss jieħdu mingħand xulxin, u li dawn ikunu lesti jgħinu lil xulxin u jimxu mal-valuri bażiċi Ewropej.", "Dan jeħtieġ ukoll approċċ ta' aktar solidarjetà u ta' għajnuna reċiproka ma' pajjiżi terzi li jkunu għaddejjin minn kriżijiet umanitarji.", "Eżempju ta' dan ikun assistenza b'riżorsi", "u għajnuna bħala kumpens għall-irfigħ tar-responsabbiltà u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 12 ta' Awissu 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/08/filmat-proposti-gal-kera-iktar.html", "date": "Friday, August 17, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Filmat: Proposti għall-kera iktar affordabbli - Michael Briguglio", "text": ["F'dan il-vlog f' The Malta Independent nipproponi xi miżuri li jistgħu jiġu introdotti għal kera iktar affordabbli.", "Tista tara il-filmat permezz ta' dan il-link:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/08/lejn-politika-ta-konverzazzjoni-michael.html", "date": "Sunday, August 26, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Lejn politika ta' konverżazzjoni - Michael Briguglio", "text": ["Il-fatt li l-oġġettività u l-imġiba edukata qed isiru dejjem aktar skarsi f'xi taqsimiet tal-kummentarju politiku jsewwidli qalbi.", "F'kuntest ta' post-verità, xi drabi l-fatti jintużaw biss biex xi kummentaturi jikkonfermaw il-pożizzjonijiet li kellhom qabel, f'logħba ta' rebbieħa u telliefa fejn id-djalogu razzjonali jsir diffiċli.", "Din mhijiex xi ħaġa ġdida fil-kultura Maltija.", "Id-diviżjoni binarja tagħna fil-politika, fil-festi, fil-lingwa u f'aspetti oħrajn ilha tul ta' żmien sew.", "Sa ċertu punt, dan huwa tajjeb għax jagħtina l-motivazzjoni biex nitjiebu.", "Iżda dak li jinkwetani huwa li l-għodod tal-komunikazzjoni, bħal Facebook u t-taqsimiet tal-kummenti tal-gazzetti fuq l-internet, sikwit jitniġġsu minflok b'kummenti tossiċi.", "Din it-tossiċità kultant tinstab ukoll f'artikli, blogs u diversi għamliet ta' intervent politiku.", "B' 'politiku' ma nixtieqx infisser biss aħmar jew blu.", "Qed nirreferi aktar għall-perspettiva ta' 'aħna' u", "'huma', fejn 'aħna' dejjem għandna raġun u 'huma' dejjem żbaljati, anke jekk il-fatti juru mod ieħor.", "Nistgħu nsejħulha konfoffa dwar dinja ċatta fil-politika Maltija.", "Din it-tossiċità taqsam kuluri, konfini, gruppi, partiti u fazzjonijiet differenti.", "Il-protagonisti ta' tossiċità bħal din jinkludu wkoll trolls: persuni li jista' jkun li jużaw l-identitajiet reali tagħhom jew identitajiet foloz (jew it-tnejn) u li spiss jaqgħu f'insulti, lingwaġġ degradanti u, xi drabi, anke gideb, kontra dawk li huma jqisu għedewwa.", "Komunikazzjoni bħal din twassal biss biex jifqar id-djalogu.", "Il-bilanċ jintrema, il-kompromess jitqies dgħufija, u jirbaħ l-għoti ta' tort lil ħaddieħor.", "Din it-tip ta' mġiba hija għamla oħra ta' bullying.", "U jrid jingħad li l-bullying fuq l-internet jista' jkun daqstant ħażin daqs il-bullying li qed insiru dejjem aktar konxji dwaru, pereżempju fl-iskejjel u l-postijet tax-xogħol.", "Nemmen li dawk fostna li aħna attivi fil-politika, il-ġurnaliżmu, in-negozju, it-tfassil tal-politika u l-attiviżmu għandna d-dmir li niskoraġġixxu mġiba bħal din u minflok nagħmlu l-almu tagħna għal djalogu produttiv.", "Madankollu, din ir-responsabbiltà għandha tkun tas-soċjetà kollha: kull wieħed minna idealment għandu jagħti kontribut għal sitwazzjoni fejn il-komunikazzjoni tagħna ma tkunx imniġġsa b'tgħajjir, gideb, fabrikazzjonijiet u fundamentaliżmu.", "Biex nimxu lejn sitwazzjoni bħal din, nistgħu nieħdu ċerti passi.", "Hawn taħt insemmi xi wħud minnhom.", "L-ewwel nett, għandna nagħrfu li hemm perspettivi differenti u li jista' jkun hemm konverżazzjoni bejniethom.", "Biex din il-konverżazzjoni tkun tista' sseħħ, hija essenzjali l-umiltà.", "Xi wħud minna jista' jkollhom aktar għarfien dwar ċerti suġġetti minn oħrajn.", "Pereżempju, dentist x'aktarx ikollu aktar għarfien dwar il-kawża ta' uġigħ fid-dras milli tista' tagħtina tfittxija ta' tliet minuti f'Google.", "Bl-istess mod, persuna li studjat l-ippjanar urban probabbilment taf aktar dwar l-għeruq tal-problemi tat-traffiku minn kummentatur b'burdata ħażina wara li jkun weħel fit-traffiku.", "U mħallef normalment jagħmel aktar riċerka msejsa fuq l-evidenza dwar każ milli jagħmel xi ħadd li jkun qed iwieġeb mistoqsija f'vox pop.", "L-umiltà tfisser ukoll li lkoll nagħrfu li għandna ħafna x'nitgħallmu u li ħadd ma għandu t-tweġibiet tajbin għall-mistoqsijiet kollha: li tkun espert f'qasam ma jfissirx neċessarjament li tifhem f'oqsma oħrajn.", "Huwa wkoll ferm importanti li nisimgħu attivament.", "Li nisimgħu jfisser li tassew nagħtu importanza lil fehmiet oħrajn u mhux li jkollna tweġiba lesta tgħid x'tgħid il-persuna l-oħra.", "Jew, saħansitra agħar, li nistmerru l-messaġġier mhux minħabba l-messaġġ tiegħu iżda għax jinzerta mhuwiex parti mill-grupp tagħna.", "Għaldaqstant, huwa kruċjali li nżommu moħħna miftuħ qabel naslu għal deċiżjoni.", "L-istil tal-komunikazzjoni tagħna wkoll huwa importanti ħafna.", "Ma hemm xejn ħażin li ma naqblux u dan jista' jsir mingħajr ma nduru għat-tgħajjir jew għal kummenti dispreġjattivi.", "Nistgħaġeb li aħna tant konxji dwar il-korrettezza politika iżda mbagħad ma niddejqu xejn ninsulentaw lill-avversarji politiċi tagħna, pereżempju permezz ta' elitiżmu klassist jew, min-naħa l-oħra, l-anti-intellettwaliżmu.", "Forsi lkoll neħtieġu xi lezzjonijiet fil-komunikazzjoni u l-etika bażiċi.", "Nistgħu wkoll nippruvaw inkunu kostruttivi, insibu punti li naqblu dwarhom u nagħrfu li xi problemi u kwistjonijiet huma kumplessi ħafna u jinvolvu bosta aspetti differenti.", "Xi kultant il-mistoqsijiet ma jkollhomx tweġibiet sempliċi.", "Forsi kollha kemm aħna nistgħu nibdew l-istaġun politiku li jmiss billi nippruvaw inġibu ruħna b'mod edukat u nkunu raġonevoli.", "Ejjew nibnu pontijiet, mhux ħitan.", "U ejjew inqisu li ma nitimgħux lit-trolls.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 26 ta' Awwissu 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/08/tat-il-arsa-tat-turist-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, August 19, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Taħt il-ħarsa tat-turist – Michael Briguglio", "text": ["Malta mhijiex l-uniku pajjiż fejn qed jiżdiedu t-turisti.", "Din iż-żieda qed isseħħ madwar id-dinja kollha.", "Matul l-2017, kien hemm 1.3 biljun wasla ta' turisti madwar id-dinja, u 51 fil-mija għażlu pajjiżi Ewropej bħala d-destinazzjonijiet tagħhom.", "Kien hemm żidiet fit-turisti f'diversi pajjiżi, iżda dik fl-Iżlanda kienet l-aktar spettakolari.", "Din kellha żieda ta' 230 fil-mija fit-turisti bejn l-2012 u l-2017.", "Ejjew nagħtu ħarsa lejn xi wħud miċ-ċifri marbutin ma' Malta pprovduti mill-Awtorità tat-Turiżmu.", "B'kollox 2.3 miljun turist żaru l-gżejjer Maltin fl-2017, żieda ta' 16 fil-mija fuq l-2016 u kważi d-doppju tal-1.2 miljun turist li żaru Malta fl-2009.", "In-nefqa tat-turisti u l-iljieli li qattgħu f'pajjiżna żdiedu b'14 fil-mija u 10 fil-mija rispettivament meta mqabbla mal-2016, bl-akbar għadd ta' turisti ġejjin mir-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja u Franza rispettivament.", "Tlieta u sebgħin fil-mija tat-turisti kienu qed iżuru lil Malta għall-ewwel darba, u kien hemm bilanċ bejn turisti li għażlu vjaġġi b'kollox inkluż u turisti li ppjanaw il-btala tagħhom waħidhom.", "Min-naħa l-oħra, 67 fil-mija tat-turisti qagħdu f'akkomodazzjoni kollettiva bħal lukandi, filwaqt li 33 fil-mija għażlu akkomodazzjoni privata.", "Ir-raġunijiet ewlenin għaliex it-turisti għażlu lil Malta kienu x-xemx u l-kultura rispettivament, u l-biċċa l-kbira tat-turisti taw reazzjoni pożittiva dwar l-esperjenza tagħhom f'Malta.", "B'rabta ma' dan, wieħed jista' jżid li t-turiżmu jista' jgħin ukoll biex jitrawmu attitudni miftuħa u sens ta' kburija fis-soċjetajiet lokali.", "Fl-2017, madwar 11,000 ħaddiem kienu impjegati direttament full-time fis-servizzi turistiċi u madwar 6,000 kienu jaħdmu fit-turiżmu fuq bażi part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom.", "Ħafna oħrajn kienu impjegati indirettament bħal fl-amministrazzjoni pubblika u l-banek.", "L-ekonomisti ma jaqblux dwar il-kontribut tat-turiżmu għall-ekonomija Maltija, iżda wieħed jista' jgħid b'ċerta kunfidenza li dan il-kontribut huwa qrib it-12 fil-mija tal-prodott gross domestiku.", "Dan jista' jitkejjel billi l-ewwel wieħed isir jaf kemm jonfqu t-turisti u mbagħad inaqqas il-prodotti u s-servizzi li jiġu importati minn barra, u dak li jifdal huwa l-kontribut għall-prodott gross domestiku.", "Fl-2017 in-nefqa totali tat-turisti qabżet €1.9 biljun, li minnhom madwar 30 fil-mija ntefqu fuq importazzjonijiet ta' prodotti u servizzi, u b'hekk tħallew madwar €1.3 biljun fl-ekonomija.", "Madankollu, issa sirna nafu li ma nistgħux inkejlu l-impatt ta' settur ekonomiku sempliċement billi nħarsu lejn iċ-ċifri finanzjarji.", "F'destinazzjonijiet turistiċi bħal Barċellona, Mallorca u Venezja l-opinjoni pubblika daret kontra l-ħarsa tat-turist li qed tibdel lokalitajiet f'parks ta' divertiment, u dan sikwit iwassal għal problemi soċjali u ambjentali għar-residenti u prezzijiet ogħla għall-prodotti u s-servizzi.", "Forsi Malta għandha tniedi indikatur tal-ħobża biż-żejt biex ikejjel u jqabbel il-prezzijiet ta' dan l-oġġett tal-ikel fi żminijiet u postijiet differenti.", "F'Malta nafu li t-turiżmu hu settur ekonomiku ferm importanti, iżda min-naħa l-oħra r-residenti spiss ikollhom ibatu l-konsegwenzi ta' problemi bħar-rimi ta' skart ma' kullimkien u l-iffullar.", "F'lokalitajiet bħal Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan, is-Swieqi u San Pawl il-Baħar ir-residenti sikwit jirrappurtaw għajjat, storbju tard bil-lejl u skart eċċessiv.", "Il-mixi max-xatt u fuq il-bankini sar tassew diffiċli f'ċerti postijiet, u hu saħansitra aktar diffiċli għal persuni b'diżabilità, persuni anzjani u ġenituri bi tfal żgħar u pushchairs.", "Bosta drabi l-kunsilli lokali ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' dawn il-problemi, u l-fatt li l-gvern ħa f'idejh għadd ta' responsabbiltajiet li qabel kienu f'idejn il-kunsilli lokali ma jgħinx.", "Il-fenomenu tal-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi għen biex jiżdied l-għadd ta' turisti, u għamel is-safar aktar aċċessibbli għal miljuni ta' nies madwar id-dinja.", "Iżda d-destinazzjonijiet turistiċi huma mgħammra għal żidiet bħal dawn?", "Xi bliet u pajjiżi qed jintroduċu miżuri biex jirregolaw it-turiżmu b'mod aktar sostenibbli.", "Hawn Malta, il-mudelli ta' ppjanar tagħna mhumiex olistiċi.", "L-irduppjar f'għaxar snin tal-għadd ta' turisti ġie impost fuq infrastruttura li hi magħmula għal numri ħafna iżgħar.", "Hawnhekk mhux qed nirreferi biss għat-toroq u l-bankini iżda wkoll għat-trattament tad-dranaġġ, is-servizzi tal-isptar, it-trasport pubbliku u prodotti u servizzi pubbliċi essenzjali.", "Barra minn hekk, il-mudell ekonomiku ta' Malta bħalissa hu msejjes fuq iż-żieda fil-popolazzjoni li tirriżulta mill-importazzjoni tal-ħaddiema.", "Għal darb'oħra, huwa ċar li qed nagħtu aktar importanza lin-numri u lill-aċċellerazzjoni milli lill-kwalità u lill-kawtela.", "Huwa veru li għandna nagħtu valur lill-prodott turistiku tagħna, iżda ejjew ma nħallux l-effetti negattivi tiegħu jirbħu lil dawk pożittivi.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 19 ta' Awissu 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/08/q-mal-gazzetta-illum.html", "date": "Monday, August 27, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Q & A mal-gażżetta Illum", "text": ["Din l-intervista deheret fl-Illum, 26 ta' Awwissu 2018", "Il- Partit Nazzjonalista b ħalissa jinsab 'on a low' wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant filwaqt li l-PN jinsab maqsum.", "Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż?", "Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr opppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna?", "Biex l-oppożizzjoni tkun b'saħħitha jeħtieġ li tkun viċin in-nies u li tkun maqgħuda internament.", "Dwar ta' l-ewwel, il-Partit qiegħed kontinwament jagħmel outreach lejn is-soċjeta', fejn qiegħed jisma iktar milli jippriedka.", "Dwar tat-tieni, jeħtieġ li kulħadd jirrispetta d-demokrazija u d-diversita' interna.", "Fl-istutturi tal-partit din teżisti, u jeħtieġ li kull min hu attiv jirrispetaha.", "Diversi nies, sezzjoni li qed tikber, tħoss li l-ambjent jinsab taħt attakk speċjalment mill-industrija tal-kostruzzjoni.", "Dawn in-nies għalfejn għandhom jagħżlu lill-PN?", "Il-PN x'qed joffri differenti mill-PL?", "Kif se tikkonvinċi lil dawn in-nies li l-PN jimpurtah mill-wirt naturali ta' pajjiżna, iktar mill-PL?", "Preżentament l-ambjent hija waħda mill-prioritajiet fil-PN, u flimkien mat-tmexxija jien qiegħed naħdem ħafna f'dan ir-rigward.", "Filwaqt li il-PL qiegħed joffri politika li tkabbar l-ekonomija llum b'danni ambjentali kbar u b'nuqqas ta' rispett lejn il-futur, il-PN jemmen li għandna nkabbru l-ekonomija b'mod iktar ippjanat u sostenibbli.", "L-uniku alternattiva parlamentari għall-politika tal-PL hija dik tal-PN, u bil-fatti ser nuru l-pjanijiet tagħna sabiex il-poplu jkun jista' jiġġudika.", "Inti kont tmexxi l-Alternattiva Demokratika u illum timmilità fil-PN.", "Kieku int ma kontx Michael Briguglio imma persuna oħra, kont tivvutalu lil Michael Briguglio jew kont tagħżel lil xi ħadd li dejjem kien Nazzjonalist?", "Għaliex iva/le?", "Lil Michael Briguglio kont nivvutalu għaliex bħala MEP ser ikun attiv kemm f'Malta kif ukoll f'Brussel sabiex ikun viċin il-Maltin u verament jirrapreżentahom fil-Parlament Ewropew.", "Kont nivvutalu għax juri kif tista' tkun ħolqa bejn in-nies, is-soċjetà ċivili , l-istituzzjonijiet u l-Unjoni Ewropea.", "F'dawn l-aħħar 25 sena kien attiv b'rieda tajba, b'mod integru u konsistenti fis-soċjeta' ċivili u l-politika.", "Matul dawn is-snin wera li leħen is-soċjetà ċivili jista' jkun b'saħħtu u qawwi.", "K ien attiv f' bosta kampanji li rnexxew, bħal dawk għas-sħubija fl-UE, kwistjonijiet relatati mal- ħarsien tal-ambjent, drittijiet ċivili bħad-divorzju u l-istipendji tal-istudenti kif ukoll kwistjonijiet lokali fir-rwol tiegħ u ta' kunsillier lokali mill-2003.", "Tkell em dwar issues bħall-governanza tajba, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-pensjonanti u d-drittijiet tar-residenti.", "Kont nivvutalu għax jgħidha kif inhi u ma' jħallix il-partiġġjaniżmu jtappanlu l-veduti tiegħu.", "Li hu iswed jgħidlu iswed u li hu abjad jgħidlu abjad.", "Kont nivvutalu għax jirrapreżenta l-valuri tas-solidarjetà, il-ġustizzja, id-dinjità u s-sostenibbiltà .", "Fuq kollox q att ma k ien baħri tal-bnazzi, u dejjem leħħen it-tħassib tan-nies b'mod sensibbli.", "Numru ta' Nazzjonalisti (inċidentalment ħafna minn Tas Sliema u ż-żona) ma jridux jafu b'Adrian Delia.", "Kemm qed tiltaqa' ma' dawn il-votanti?", "Imma dawn għandhom raġun?", "Iva niltaqa' ma votanti b'din l-opinjoni u dejjem nisma' dak li għandhom x'jgħidu.", "Nemmen li permezz ta' djalogu, rieda tajba u rispett lejn il-proċess demokratiku nistgħu inkunu maqgħudin.", "Qed niltaqa' ukoll ma' oħrajn madwar Malta li għandhom inqas vuċi fil-media iżda li fil-kwiet jiftħu qalbhom dwar x'jaħsbu dwar il-Partit Nazzjonalista u li qed japprezzaw kif Adrian Delia qed imur għandhom biex jisma'.", "Tidħol għand familja Nazzjonalista biż-żewġ membri jkunu nisa, li issa grazzi għall-bidliet li daħħal dan il-Gvern fil-liġi tal-IVF se jkollhom ċans isiru ġenituri.", "Kif se tikkonvinċiehom li l-PN għamel sew li vvota kontra?", "Il-PN kien il-partit li daħħal l-IVF.", "Il-PN ried iktar konsultazzjoni wiesgħa sabiex it-tibdil fil-liġi ikun iktar bil-għaqal u bbażat fuq evidenza.", "Tidħol għand familja tan-neozju.", "In-negozju sejjer tajjeb u qed jikru appartament, b'kirja tajba ħafna.", "Qegħdin komdi, iktar milli kienu.", "Għalfejn għandhom jappoġġjaw lill-PN dawn?", "I l-PN kien il-partit li daħħal is-suq tal-kera, u l-partit jappoġġja lil min jaqla l-flus b'mod onest.", "Fl-istess ħin il-PN irid jgħin lil min mhux jaffordja l-kirjiet.", "Dan jista' jsir mingħajr ma tixxekkel ir-rota ekonomika u d-dħul ta' min jikri.", "Tidħol f'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?'", "X'se tgħidlu biex tikkonvinċieh?", "Inkun onest dwar il-politika Ewropea u ngħidlu li l-PN huwa partit li jirrispetta l-liġi, id-demokrazija u l-vuċijiet varji fis-soċjeta' Maltija inkluż tal-kaċċaturi u n-nassaba u ta' dawk li jixtiequ jgawdu l-għasafar fl-ambjent naturali tagħhom.", "Il-PN ma jridx jidhak bin-nies.", "Tidħol għand koppja pensjonanti u jgħidulek 'inti trid tkun elett MEP biex issir sinjurun u tgawdi minn benefiċċji kbar u lussu'.", "X'tgħidilhom?", "Ngħidilhom li ħafna liġijiet li jiġu addottati Malta, mill-kwalita' ta' l-ikel sal-prezzijiet tal-mobile jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew, li għandu saħħa legali u politika kbira f'dan ir-rigward.", "Ngħidilhom ukoll li jien mhux ser inkun magħluq f'xi uffiċju iżda li ser naqsam il-ħin tiegħi bejn Malta u Brussell, kif inhu mistenni minn MEP serju, biex b'hekk inkun il-vuċi tal-Maltin u dejjem viċin in-nies.", "Bħala soċjologu u kunsillier lokali konxju ħafna dwar ir-realtajiet tal-pensjonanti, frekwentament naħdem favur id-drittijiet tagħhom u kuljum niltaqa' ma' bosta pensjonanti."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/08/ideologiji-u-kalkoli-politici-michael.html", "date": "Sunday, August 05, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ideoloġiji u kalkoli politiċi – Michael Briguglio", "text": ["Kemm huma importanti t-tikketti ideoloġiċi?", "Xi wħud jargumentaw li fis-soċjetajiet likwidi tal-lum, l-ideoloġiji huma inutli daqs it-typewriters.", "Oħrajn jemmnu li l-pożizzjoni politika tagħhom hija dik oġġettiva u tajba, bil-kontra ta' pożizzjonijiet oħrajn li jsejħulhom ideoloġiċi, suġġettivi, u parzjali, fost l-oħrajn.", "Aġġettivi bħal dawn xi kultant jintużaw kemm minn liberali estremi li l-liberaliżmu tagħhom jinbidel f'awtoritarjaniżmu dogmatiku kif ukoll minn ultrakonservattivi li jonqsu milli jifhmu l-bidliet soċjali ta' żminijietna.", "Billi jien eqreb tan-naħa liberali, ninsab kemxejn imħasseb minn dogmatiżmu ġdid li qed jiġi artikolat minn liberali estremi li jemmnu fi 'progress' inevitabbli li jeqred it-tradizzjonijiet li x'aktarx jistmerru.", "Huma jemmnu li l-istorja għandha tgħaġġel lejn id-direzzjoni ppreferuta tagħhom u li l-kritiċi huma sempliċement reazzjonarji li ma jridux jitilqu l-preġudizzji tagħhom.", "Liberaliżmu estrem ta' din ix-xorta jiġi artikolat b'diversi modi.", "Pereżempju, il-progress ekonomiku jitqies inevitabbli jkunu x'ikunu l-konsegwenzi soċjali u ambjentali tiegħu.", "Il-politika dwar il-ġisem tissejjaħ ir-rebħa tal-identità u tat-teknoloġija anke jekk kritiċi jqajmu dubji dwar karatteristiċi naturali li ma jistgħux sempliċement jitħassru permezz ta' kostruzzjoni soċjali.", "Bħal estremiżmu ieħor ta' kull xorta, il-liberaliżmu estrem jista' wkoll jiċħad il-kompromess, il-moderazzjoni u r-reqqa għax dawn jistgħu jfixklu l-\"verità\" assoluta tiegħu.", "Dawk li jikkritikaw approċċ bħal dan jinkludu moderati kemm fuq in-naħa liberali kif ukoll fuq dik konservattiva.", "X'aktarx jargumentaw li s-soċjetà hija wisq imqanqla biex tqatta' ħin fuq djalogu riflessiv u biex tgħożż l-għerf li jista' jintiret mit-tradizzjoni.", "Fl-istess waqt, mhux it-tradizzjonijiet kollha għandhom jitqiesu siewja.", "Imma dan ma jfissirx li t-tradizzjoni għandha tiġi mistkerrha sempliċement għax tippromwovi kontinwità kostruttiva.", "Fil-verità, hu min ikollu s-setgħa li jimplimenta pożizzjonijiet ideoloġiċi, minkejja li sikwit jiġi influwenzat minn fatturi oħrajn u konsegwenzi mhux intenzjonati.", "Jekk dawn l-ideoloġiji jkunux appoġġati minn evidenza jew minn konsultazzjoni olistika hija kwistjoni separata.", "L-argument tiegħi ser nirfdu b'eżempji minn Malta.", "Il-gvern Laburista ġie elett demokratikament b'mandat ta' twettiq ta' bidliet soċjali, u l-maġġoranza parlamentari kbira tiegħu tagħtih il-kumdità li jibqa' jagħfas il-gass f'dan il-qasam.", "Aspett ewlieni tal-istrateġija tal-Partit Laburista hi li jħares l-impenji elettorali li għamel ma' gruppi speċifiċi anke jekk ikun hemm riperkussjonijiet fuq is-sostenibbiltà u l-ġid komuni.", "Iżda sakemm dawn l-impenji ma' jolqtux l-interessi immedjati jew it-tħassib ta' gruppi oħrajn, jew jekk gruppi oħrajn jitqiesu anqas sinifikanti elettoralment mill-gruppi li jkunu qed igawdu mill-impenji tal-Partit Laburista, allura l-bidliet ikkonċernati jseħħu.", "Jista' jingħad li din hi l-essenza tal-politika demokratika, u sa ċertu punt dan huwa veru.", "Iżda politika bħal din titlob ir-responsabbiltà, u r-responsabbiltà tfisser li jiġu evalwati l-forom differenti tal-impatt tat-tfassil tal-politika.", "Ippermettuli nagħti xi eżempji.", "Għadd ġmielu ta' persuni qed jaqilgħu ħafna flus mill-politika laxka tal-ippjanar tal-gvern Laburista.", "Sulari żejda jistgħu jinkrew jew jinbiegħu, żvilupp fuq art ODZ jista' jwassal għal qligħ enormi, u standards baxxi fil-kostruzzjoni jnaqqsu l-ispejjeż.", "Dan kollu mbagħad jissarraf f'voti għall-Partit Laburista.", "Il-persuni li huma kontra dawn il-prattiki jistgħu jisfaw rassenjati, jiġu konvinti jieħdu sehem fihom jew jista' jkun li huma parti mid-demografika ta' votanti li diġà ma jappoġġawx lill-Partit Laburista.", "Iżda politika bħal din hija responsabbli, meta l-pajsaġġ ta' Malta qed isir dejjem aktar imniġġes urbanizzat u ffullat?", "Il-proċess ta' tfassil ta' politika tal-gvern Laburista dwar l-IVF u s-surrogacy huma każijiet oħra bħal dawn.", "Huwa veru li hemm fehmiet differenti dwar dawn il-kwistjonijiet, fosthom pożizzjonijiet esperti kontra xulxin, u hu veru wkoll li s-surrogacy ma ġietx inkluża fir-riformi reċenti tal-IVF.", "Iżda l-gvern tassew qed jisma' ilħna u rakkomandazzjonijiet differenti?", "Meta wieħed jiftakar li kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li introduċa l-IVF fl-2012, il-Partit Laburista seta' għamel aktar biex jintlaħaq qbil, jew minflok ta prijorità assoluta lill-pożizzjoni ideoloġika u l-kalkoli elettorali tiegħu?", "Nemmen li hu normali li jkun hemm pożizzjonijiet ideoloġiċi differenti f'demokrazija liberali, u hija din id-diversità li tagħti l-ħajja lill-proċess demokratiku nnifsu.", "Iżda meta dawn il-pożizzjonijiet ma jinbidlux, minħabba kalkoli politiċi jew dogmatiżmu, ilkoll nifqaru minħabba nuqqas ta' djalogu.", "Iva, il-Partit Laburista għandu maġġoranza parlamentari kbira u mandat b'saħħtu għal diversi riformi.", "Imma dan għandu jagħti aktar lok għal djalogu xieraq, konsultazzjoni komprensiva u analiżi bir-reqqa tal-evidenza, u mhux politika għaġġelija u supperva.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 5 ta' Awissu 2018."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/04/min-hu-wahdu-fdawn-iz-zminijiet-michael.html", "date": "Sunday, April 01, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Min hu wahdu f'dawn iz-zminijiet - Michael Briguglio", "text": ["Paradoss ta' zminijietna hu li filwaqt li l-bliet u l-irhuha qed jikbru,", "is-socjeta' qed tkun karattierzzata ukoll minn nuqqas ta' sens ta' komunita', individwalizazzjoni f'oqsma varji tal-hajja u nies li jhossuhom wahidhom qalb il-folla.", "Ha naghmilha cara: Jien nemmen li l-individwalizmu hu pedament importanti ta' demokrazija liberali li tpoggi lill-persuna fic-centru tal-politika.", "Huwa tajjeb li jkollna l-identita' u l-ideali taghna, u huwa tajjeb li jkollna l-opportunita' li navvanzaw f'hajjitna.", "Izda in-naha l-ohra tal-munita turina li kemm il-darba jkollna quddiemna toroq difficli, fejn ma jkollniex ghazla hlief li naghzlu direzzjoni jew ohra minghajr ma nkunu nafu ezatt fejn ser twassalna.", "F'dan il-paradoss insibu li hemm bosta nies li jhossuhom wahidhom.", "Ma jhossuhomx parti mill-komunita' jew minn xi grupp socjali.", "Forsi ghandhom nuqqas ta' interazzjoni ma' familjari u hbieb, u forsi jbatu minn mard fiziku jew mentali.", "Fatturi socjologici u psikologici jistghu ikollhom effett kbir fuq l-integrazzjoni socjali ta' l-individwu.", "Per ezempju hemm studji li juru l-hbiberiji huma important hafna ghas-sahha ta' persuni anzjani.", "Nies ta' etaijiet differenti jistghu ihossuhom wahidhom meta jkun qed jaggustaw ghal bidliet f'hajjithom, jew meta jkunu qed jipprovaw isibu sit socjali fejn jintegraw.", "Dan jista' jigri fil-process edukattiv, fuq il-post tax-xoghol, u anke f'relazzjonijiet personali li jkollu l-indivdwu.", "Meta navvanzaw fl-eta' nistghu ukoll niffacjaw sfidi ghall-identita' taghna.", "Dan il-process jista' jkun wiehed felici izda jista' jkun ukoll wiehed fejn insibuha difficli nintegraw ghall-kuntest gdid.", "Per ezempju kemm il-darba nisimghu dwar persuni ta' eta' anzjana li taqbadhom dipressjoni meta' jsiru penzjonanti ghax isibu quddiemhom vojt li jidher etern.", "Ghalhekk huwa importanti li l-politika socjali tipprovva ssahhah il-komunitajiet fis-socjeta'.", "Dawn jistghu ikunu komunitajiet lokali, fuq il-post tax-xoghol u fl-edukazzjoni,", "u jistghu ikunu ukoll komunitajiet ta' persuni b'esperjenzi, gosti jew kulturi simili.", "Investiment ikbar fil-kunsilli lokali, fl-ghaqdiet non-governattivi u f'inizjattivi edukattivi, socjali u kulturali jistghu jghinu f'dawn ir-rigward.", "Tajjeb ukoll li l-politika socjali tipprova tnaqqas il-faqar u l-inugwaljanza, li kemm il-darba jwasslu ghal nuqqas ta' integrazzjoni socjali ta' bosta' nies.", "Dan jista' jirrizulta meta bosta inizjattivi jew opportunitajiet ikunu kummercjalizzati b'tali mod li jeskludu certu nies minhabba l-prezz taghhom.", "Kuncett important biex jikkumbatti s-solitudni hu dak tal-kapital socjali.", "Hawnhekk socjologi, ekonomisti u psikologi jirreferu ghal fatturi bhan-netwerks f'hajjitna, kemm wiehed jafda lil dawk ta' madwaru u r-reciprocita'.", "Ghall kuntrarju, fatturi bhall-koruzzjoni, individwalizmu sfrenat, ghettos socjali u nuqqas ta' komunikazzjoni jistgu inaqqsu l-kapital socjali.", "F'socjeta' fejn il-partiti politici ghandhom prezenza kbira f'oqsma varji tal-hajja, huwa importanti li tigi valorizzata", "politika li temfasizza kemm il-kapital socjali, u mhux wahda li tisfrutta lil bniedem peress ta' processi fejn il-vot jispicca arma biex nikkompettu ma' xulxin ghall-privileggi.", "Tajjeb ukoll li l-politika tippromwovi bilanc ta' drittijiet u dmirijiet, biex b'hekk l-individwu ikun verament parti mis-socjeta' ta' madwaru.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 1 ta' April 2018."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/l-goli-tal-ajja-u-l-kompetittivita.html", "date": "Saturday, September 01, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "L-għoli tal-ħajja u l-kompetittività - Michael Briguglio", "text": ["F'dan iż-żmien tas-sena l-Uffiċċju tal-Baġit fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi jkun qed jaħdem fuq il-baġit nazzjonali li jmiss.", "Jekk, għal mument, ninsew il-bejgħ tal-passaporti, għandna nagħrfu li mhuwiex faċli li pajjiż jibbilanċja l-baġit tiegħu filwaqt li jieħu ħsieb il-prijoritajiet tal-gvern u diversi ħtiġijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali.", "Tul dan il-proċess, l-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jiltaqgħu biex jiddiskutu dak li jistennew mill-Baġit.", "Jista' jkun hemm talbiet leġittimi differenti li xi kultant ma jkunx faċli li jiġu rrikonċiljati.", "Xi msieħba soċjali jisħqu fuq il-kompetittività, oħrajn jenfasizzaw is-setgħa ta' xiri tal-membri tagħhom, u oħrajn jirreferu għal ħtiġijiet settorjali differenti.", "Nittama li fil-Baġit li jmiss il-gvern jagħti aktar importanza lill-persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar jew li għaddejjin minn privazzjoni serja.", "Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), l-għadd ta' persuni fir-riskju tal-faqar (dħul ta' inqas minn €8,698) fl-2016 kien 72,143, jew 16.8 fil-mija, 0.3 punti perċentwali aktar minn dak irreġistrat għas-sena ta' qabel.", "Wieħed għandu jirreferi wkoll għal studju li sar dan l-aħħar mill-Kummissjoni Ewropea li ddikjara li l-pensjonijiet għall-anzjani f'Malta mhumiex adegwati.", "Fl-istess ħin, iżda, fl-2017, ir-rata uffiċjali ta' privazzjoni materjali serja fost persuni fi djar kienet 3.3 fil-mija, tnaqqis ta' 1.1 fil-mija mis-sena ta' qabel.", "Huwa veru li l-gvern inkluda xi riformi ta' min ifaħħarhom biex jgħin lin-nies joħorġu mill-faqar.", "Dawn jinkludu t-tnaqqis gradwali tal-benefiċċji meta jinstab xogħol, skemi għal tranżizzjoni minn dipendenza fuq il-benefiċċji għas-suq tax-xogħol, miżuri li jgħinu lill-familji bħal ċentri fejn jittieħed ħsieb it-tfal mingħajr ħlas u skemi oħrajn.", "Iżda xorta waħda jibqa' l-fatt li l-piż huwa kbir wisq għal dawk bi dħul baxx u għall-pensjonanti.", "Dan jinkludi l-ispejjeż dejjem jiżdiedu għall-kera, l-ikel, il-fuel, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u affarijiet oħra, li huma riflessi fir-rata relattivament għolja ta' inflazzjoni ta' madwar tnejn fil-mija f'Malta.", "Il-Baġit tas-sena l-oħra ta aġġustament għall-għoli tal-ħajja (COLA) lill-ħaddiema ta' €1.75.", "Kwalunkwe konsumatur ikun tal-fehma li dan mhuwiex biżżejjed biex il-ħaddiem ilaħħaq mal-ispiża vera li tirriżulta miż-żidiet fl-għoli tal-ħajja.", "Il-fatt li l-gvern innifsu ta ammont żejjed lill-ħaddiema apparti l-COLA kien fih innifsu ammissjoni li ż-żieda fil-COLA ma kinitx realistika.", "Nixtieq nuri l-appoġġ tiegħi għall-istqarrija mill-għaqdiet tal-ħaddiema li wasal iż-żmien li l-mekkaniżmu li jikkalkula l-COLA jiġi rivedut.", "Il-mekkaniżmu ilu snin ma jinbidel u b'konsegwenza ta' dan jidher li ma għadux jgħodd għar-realtà.", "Huwa veru li l-COLA kien ir-riżultat ta' ftehim storiku bejn il-gvern u l-għaqdiet rispettivi ta' min iħaddem u tal-ħaddiema, u naqbel li hu diffiċli li jinħoloq mekkaniżmu alternattiv li jgawdi kunsens tant wiesa'.", "Iżda dan ma għandux iżomm lill-gvern milli jikkunsidra metodi li jistgħu jagħmlu bidliet fil-mekkaniżmu biex isir aktar realistiku filwaqt li ma tiddgħajjifx il-kompetittività ta' Malta.", "Il-gvern għandu jieħu bis-serjetà wkoll mistoqsijiet oħrajn li qed isiru dwar iż-żieda fil-prezzijiet f'Malta.", "Pereżempju, kemm qed jagħmel qligħ il-monopolju tal-Enemed?", "U kif qed jintuża dan il-qligħ?", "B'rabta mal-kompetittività ta' Malta, tkun rilevanti ħarsa lejn ġabra ta' indikaturi u evidenza oħra tul il-proċess tal-baġit.", "Wieħed minn dawn l-indikaturi huwa d-defiċit kummerċjali ta' Malta.", "L-NSO dan l-aħħar ikkwantifika dan id-defiċit bħala €242.6 miljun f'Mejju 2018, meta mqabbel ma' defiċit kummerċjali ta' €441.2 miljun fl-istess xahar fl-2017.", "Kemm l-importazzjonijiet kif ukoll l-esportazzjonijiet naqsu, b'€271.9 miljun u €73.3 miljun rispettivament.", "Minkejja li d-defiċit kummerċjali ta' Malta tjieb matul it-12-il xahar imsemmija, l-eżistenza ta' dan id-defiċit mhijiex aħbar ġdida, u t-tnaqqis kbir fil-manifattura f'Malta wassal għal defiċit ikbar matul is-snin.", "Iżda l-manifattura għandha ġejjieni f'Malta?", "X'aktarx ser tkompli tesperjenza sfidi kbar, imma tista' wkoll tadotta strateġiji bħal dik li missieri Lino Briguglio jsejjaħ \"speċjalizzazzjoni vertikali\", jiġifieri l-kumpannija Maltija tispeċjalizza fi stadju partikolari tal-produzzjoni li jkun ibbażat fuq l-għarfien, u għaldaqstant jiġi ġġenerat livell għoli ħafna ta' valur miżjud għal kull persuna impjegata.", "Strateġija ekonomika bħal din titlob investiment effettiv fir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema.", "Meta wieħed iqis il-kisbiet relattivament baxxi ta' Malta f'dan ir-rigward, nittama li l-gvern jagħti aktar importanza lill-investiment marbut ma' dan fil-baġit li jmiss.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 2 ta' Settembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/filmat-proposti-biex-intaffu-l-goli-tal.html", "date": "Tuesday, September 04, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "[Filmat] Proposti biex intaffu l-għoli tal-ħajja - Michael Briguglio", "text": ["F'dan il-vlog f' The Malta Independent nispjega xi proposti li l-Gvern jista' jaddotta biex jikkumbatti l-għoli tal-ħajja fil-baġit li jmiss.", "Tista' tara l-vlog minn dan il-link:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/meta-ser-jitallsu-lura-l-kontijiet.html", "date": "Sunday, September 09, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Meta ser jitħallsu lura l-kontijiet żbaljati tad-dawl u l-ilma? Michael Briguglio", "text": ["Qabel ma l-ħidma parlamentari waqfet għall-btajjel tas-sajf, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi ħabbar li kien ser isir proċess ta' reviżjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Bosta jistennew ftehim ġust b'rabta mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma aktar spissi u aktar għoljin li qed jaslulhom.", "Il-pubbliku ilu jaf b' din is-sitwazzjoni tal-inqas mill-2017meta nfetħet kawża fil-qorti minn żewġ konsumaturi dwar il-metodu użat mill-ARMS biex jiġi kkalkulat il-konsum tal-enerġija.", "Xi xhur ilu, xi esperti qajmu kuxjenza dwar din il-problema u konsegwentement is-soċjetà ċivili impenjat ruħha f'din il-kwistjoni permezz tal-kampanja 'Up in ARMS'.", "Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista u l-mezzi tax-xandir indipendenti raw li s-sistema illegali tal-kontijiet issir kwistjoni ta' importanza nazzjonali.", "Il-liġi ta' Malta tiddikjara b'mod ċar li kontijiet bħal dawn għandhom ikunu msejsa fuq tariffa ta' konsum ibbażata fuq konsum kumulattiv fis-sena, iżda fil-fatt qed tintuża sistema ta' kontijiet kull xahrejn b'rati ta' imgħax dejjem jakkumulaw u theddid li l-konsumaturi jitneħħew minn fuq il-grilja jekk ma jħallsux.", "Is-sistema hi kkontrollata mill-monopolju tal-gvern, l-Enemalta, li tqabbad lill-ARMS – monopolju ieħor – biex toħroġ il-kontijiet.", "Sa issa, ħafna qarrejja saru konxji mill-mod kif is-sistema tal-kontijiet qed tisraqhom.", "Tabilħaqq, kull xahrejn qed jittiħdulhom il-kwoti annwali permezz ta' kontijiet maqsumin f'perjodi iqsar, jiġifieri l-konsumaturi malajr jibdew iħallsu rati ferm ogħla mill-10ċ5 imwiegħda.", "Kwoti annwali ta' tariffi ta' 2,000 unità b'10ċ5 u 4,000 unità bi 12ċ9 qed jinqasmu fi kwoti iżgħar fi ħdan il-kontijiet aktar spissi li fil-fatt qed jintbagħtu.", "Għaldaqstant, jekk il-konsum ta' dar f'sena partikolari jkun fil-limitu tal-kwota annwali totali, dik id-dar tista' xorta waħda tispiċċa tirċievi kontijiet fil-faxex aktar għoljin kull xahrejn.", "Xi konsumaturi qed iħallsu b'rati ferm ogħla inħabba din is-sistema – b'aktar minn 60ċ kull kWh.", "Kieku s-sistema li qed tintuża bħalissa kienet qed tħares il-liġi, il-konsumaturi li l-konsum tagħhom huwa fil-limitu tal-kwota annwali totali jitħallsu lura għall-ħlasijiet żejda – kif jiġri fis-sistema tat-taxxi f'Malta.", "Huwa rilevanti wkoll li ninnotaw li bosta djar qed jiġu mċaħħda wkoll mill-eko-reduzzjoni tagħhom.", "Familja ta' ħamsa u resident waħdani t-tnejn li huma jirċievu l-istess 2,000 unità b'10ċ5.", "Iżda filwaqt li l-familja ta' ħamsa qabel kienet tieħu skont jekk il-konsum tagħha jkun fil-limitu ta' kwota annwali, issa dan ukoll jista' jintilef bil-metodu li qed jintuża.", "Fl-istess waqt, l-ARMS qed tieħgu vantaġġ ukoll mis-sistema ta' kontijiet ta' kull xahrejn bis-saħħa ta' fluss qawwi ta' flus minn ħlasijiet u imgħax bi spejjeż tal-konsumaturi.", "L-anqas li tista' tagħmel hu li tagħti lura l-ħlasijiet żejda lill-konsumaturi.", "Is-sistema ta' kontijiet li qed tintuża bħalissa għandha wkoll problemi oħrajn, bħall-fatt li bosta persuni li jikru qed iħallsu rati domestiċi u mhux rati residenzjali, u b'hekk qed ikollhom kontijiet ogħla, u l-fatt li parti mill-enerġija fotovoltajka li qed tiġi ġġenerata mhijiex tiġi rreġistrata.", "Dan kollu jiffavorixxi lill-ARMS bi spejjeż tal-konsumatur.", "Il-familji akbar, il-pensjonanti u l-persuni li jgħixu fi proprjetà mikrija, fosthom eluf ta' persuni barranin, huma l-aktar li qed ibatu, iżda l-gvern qiegħed jieħu l-affarijiet bil-lajma.", "Tabilħaqq, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u tal-Ilma u l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur kienu notevoli bin-nuqqas tagħhom dwar il-kwistjoni kollha.", "Ta' min inqabblu n-nuqqas ta' reazzjoni tagħhom mal-istqarrija pubblika immedjata tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar iż-żieda fil-prezz tal-pastizzi.", "Is-sitwazzjoni hija ċara, iżda l-pubbliku qed jingħata ftit li xejn tagħrif jew inkella qed isirulu wegħdiet vagi ta' reviżjoni mill-gvern.", "L-inqas ħaġa li jista' jagħmel il-gvern f'dan l-istadju hi li jiddikjara li ser iħallas lura lill-persuni li nsterqu, u mbagħad jiddikjara l-ammont preċiż ladarba jkunu ġew iffinalizzati l-kalkoli għad-djar individwali.", "Jekk dan ma jsirx, ser ikollhom jittieħdu azzjonijiet oħra permezz tal-mezzi legali u politiċi eżistenti.", "Nittamaw li s-sitwazzjoni tissolva mill-aktar fis possibbli u li s-sistema ta' kontijiet attwali mhijiex qed tintuża biex jiġu ffinanzjati ftehimiet mhux trasparenti tal-gvern fix-xiri u l-ġenerazzjoni tal-enerġija.", "Sadanittant, l-għoli tal-ħajja f'Malta jibqa' jiżdied.", "Il-fjuwil huwa l-eżempju l-aktar reċenti: għal darb'oħra, hu involut monopolju tal-gvern, u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu nieqsa mit-trasparenza.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 9 ta' Settembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/l-isfidi-demografici-ta-malta-michael.html", "date": "Wednesday, September 12, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "L-isfidi demografiċi ta' Malta - Michael Briguglio", "text": ["L-isfidi demografiċi ta' Malta jeħtieġ li jiġu indirizzati b'rispett għal affarijiet bħad-dinjità tal-bniedem, il-kera, il-pagi, l-għoli tal-ħajja, il-komunikazzjoni lingwistika, is-sigurtà u l-ippjanar urban.", "Malta hija mgħammra biex tirnexxi f'dawn l-isfidi fid-dawl tan-nuqqas ta' ppjanar min-naħa tal-gvern?", "Malta qiegħda tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, u d-dritt għall-integrazzjoni u għas-sigurtà tal-persuni?", "Hija eżattament il-ħtieġa għad-dinjità li titlob li ssir diskussjoni b'kawtela, dinjità u raġuni.", "Soċjetà li jimpurtaha għandha tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta' tfassil ta' politika msejjes fuq l-evidenza.", "Għalija li tkun Malti jfisser dan: li ngħożżu lil dak li jgħaqqadna, li nadattaw, li nkunu reżiljenti kif konna tul l-istorja tagħna u li nkunu mgħammra biex nirnexxu fl-isfidi ta' żminijietna.", "B'rabta ma' dan, nisħaq li l-gvern ta' Malta mhuwiex jinvesti biżżejjed f'oqsma bħat-tagħlim tal-lingwi, l-integrazzjoni soċjali, ir-riġenerazzjoni soċjali urbana, is-sigurtà u s-solidarjetà.", "Minflok qiegħed irawwem ekonomija fejn kollox jgħaddi, tellieqa sal-qiegħ u nuqqas ta' rispett lejn il-komunitajiet lokali.", "Għalija l-koeżjoni soċjali bejn bnedmin dinjitużi għandha żewġ naħat: rispett għad-diversità u rispett għall-valuri komuni li jorbtuna flimkien.", "Insiru aktar b'saħħitna meta ngħożżu lil kulħadd, ġejjin minn fejn ġejjin u sejrin fejn sejrin.", "Aħna lkoll bnedmin.", "Mhux biss riżorsi umani."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/qed-ikollna-nimxu-fit-triq-minflok-fuq.html", "date": "Monday, September 17, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Qed ikollna nimxu fit-triq minflok fuq il-bankina - Michael Briguglio", "text": ["Fdan il-vlog f'The Malta Independent nispjega kif il-bankini tagħna qed jiġu okkupati minn imwejjed u siġġijiet u minn kostruzzjoni traskurata.", "Tista tara l-filmat minn dan il-link:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/cekkijiet-u-pensjonanti-michael.html", "date": "Sunday, September 30, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ċekkijiet u pensjonanti – Michael Briguglio", "text": ["Meta n-nies jirċievu r-rifużjonijiet tat-taxxa, huma jkunu qed jirċievu dak li għandhom dritt għalih mill-ħlasijiet li jkunu għamlu lill-gvern.", "Normalment jirċievu avviż dwar dan fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tagħhom u daqshekk.", "Iżda issa l-gvern ħa pass ieħor permezz ta' manuvra pubbliċitarja: il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna organizza konferenza tal-aħbarijiet biex iħabbar li kienu ser jintbagħtu ċekkijiet speċifiċi, li ntbagħtu flimkien ma' ittra ta' propaganda lil eluf ta' ħaddiema.", "Fl-istess ġimgħa, xi ħadd qalli sarkastikament li l-flus tat-taxxa li qed jitħallsu lura lin-nies diġà ħallsu għalihom l-istess nies permezz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla minħabba l-metodu illegali li bih qed jinħarġu l-kontijiet.", "Fuq il-mezzi soċjali oħrajn iċċajtaw li l-flus li ngħataw lura jistgħu jintużaw għand l-ispiżjar biex jinxtraw prodotti kontra t-tniġġis, u xi wħud qalu li l-ftaħir tal-gvern dwar ir-rifużjoni kien insult għal dawk li qed jitħabtu biex iħallsu l-kirja jew id-dar tagħhom.", "F'messaġġ fuq Twitter, l-opinjonista tat-Times of Malta Andre Debattista rrefera għal din bħala politika 'tal-ħobz u taċ-ċirku', jiġifieri politika maħsuba biex tnessi lin-nies il-problemi l-aktar serji.", "Bosta oħrajn qed jgħidu li l-gvern qiegħed jinsa l-fatt li 95,000 pensjonant f'Malta qed isibuha dejjem aktar diffiċli li jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja minħabba spejjeż dejjem ogħla fl-isfond ta' rata tal-inflazzjoni dejjem tiżdied.", "Kif inhuma l-affarijiet, madwar 22,000 pensjonant qegħdin f'riskju ta' faqar: żidiet fl-ispejjeż tal-fjuwil, tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tal-ikel u bosta ħwejjeġ oħra qed jagħmlu s-sitwazzjoni agħar.", "L-ogħla pensjoni tal-gvern f'Malta hija madwar €13,200 u l-unika konsolazzjoni hija li dawn il-pensjonanti huma eżentati mit-taxxa.", "Iżda bil-kontra ta' ħaddiema eżentati mit-taxxa huma ma jkunux gawdew minn ċekk tal-gvern.", "Nistieden lill-qarrejja jagħtu ħarsa lejn battibekk pubbliku reċenti fuq Twitter bejn Alfred Mangion u l-Ministru tal-Finanzi għal aktar tagħrif dwar il-kwistjoni.", "Dan iwassalni għal artiklu li nirrakkomanda ta' Carmel Mallia (Times of Malta, 7 ta' Settembru) dwar dak li l-pensjonanti qegħdin jistennew mill-baġit.", "Mallia jfakkar lill-qarrejja tiegħu li l-Alleanza tal-Organizzazzjonijiet tal-Pensjonanti ilha tisħaq dwar l-importanza ta' pensjonijiet adegwati għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Huwa importanti li wieħed jinnota li rapport reċenti tal-Kumitat Ewropew għall-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea kkonferma li l-pensjoni taż-żewġ terzi tal-gvern mhijiex biżżejjed, xi ħaġa li anke jien tkellimt dwarha f'artiklu reċenti f'din il-gazzetta.", "B'rabta ma' dan, Mallia jirrapporta kif ir-rata medja ta' dħul relattiv għal persuni akbar fl-età (65+) naqset bejn l-2008 u l-2016, li n-nisa qegħdin f'sitwazzjoni agħar u li hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' età f'għadd ta' miżuri introdotti fil-pensjoni taż-żewġ terzi, jiġifieri fl-introduzzjoni ta' limitu għad-dħul massimu pensjonabbli, il-pensjoni minima nazzjonali garantita u fir-rievalwazzjoni li ssir kull sena tal-pensjoni.", "Ir-rapport imsemmi juri li persuna ma tistax tgħix b'pensjoni biss f'Malta u jafferma li d-diskrepanza bejn dak li jaqilgħu n-nisa u l-irġiel fost il-pensjonanti hija waħda mill-akbar fl-UE.", "Iżid li matul il-perjodu eżaminat (2008-16), ir-rata ta' dawk f'riskju ta' faqar jew tal-esklużjoni soċjali għal persuni akbar fl-età żdiedet, speċjalment għal dawk li għandhom 75 sena jew aktar, avolja kien hemm titjib fejn tidħol id-diskrepanza relattiva tal-faqar għal persuni li għandhom 65 sena jew aktar.", "Ir-rapport imsemmi dwar il-pensjonijiet jirrakkomanda wkoll indiċizzazzjoni xierqa tal-pensjonijiet biex tittaffa l-erożjoni tas-setgħa tax-xiri tal-pensjonanti.", "Din għandha tinkludi ġabra ta' prodotti u servizzi meħtieġa minn persuni akbar fl-età.", "Il-formula rrakkomandata tirrifletti kemm l-inflazzjoni fil-pagi (50 fil-mija) kif ukoll l-inflazzjoni fil-prezzijiet bl-imnut (50 fil-mija).", "Dan jirrakkomanda wkoll il-possibbiltà li n-nies joħolqu l-iskemi ta' pensjonijiet tagħhom minflok dik tal-istat.", "B'rabta ma' dan nixtieq inżid li l-gvern attwali waqqaf l-isforzi li kienu qed isiru qabel f'Malta biex tiġi inkluża pensjoni tat-tieni pilastru li tista' tgħin biex jitrawmu r-responsabbiltà u s-sostenibbiltà.", "Meta wieħed iqis li eluf ta' pensjonanti qed ibatu biex jirniexxielhom ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, wasal iż-żmien li l-Ministru tal-Finanzi jintroduċi miżuri sostantivi fil-baġit li jmiss.", "Inkella, ser ikollhom ikomplu jagħmlu sagrifiċċji personali jew jiddependu minn sorsi oħrajn ta' dħul u għajnuna, jekk dawn ikunu disponibbli għalihom, biex ilaħħqu.", "Malta teħtieġ kunsens nazzjonali dwar il-politika tal-pensjonijiet: ejjew nintrabtu li jkollna solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet fi ħdan soċjetà li jimpurtaha.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 30 ta' Settembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/xunjoni-ewropea-irridu-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, September 23, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "X'Unjoni Ewropea irridu? Michael Briguglio", "text": ["L -Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma' sfidi importanti f'għadd ta' oqsma differenti.", "Fl-istess waqt ma rridux ninsew li l-UE għamlet u għadha tagħmel ħafna kisbiet, li aħna kultant ma napprezzawx.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin, il-kriżi finanzjarja dinjija wasslet biex il-kundizzjonijiet ta' għajxien ta' ħafna nies imorru għall-agħar madwar l-Unjoni.", "Iżda l-eqqel tal-kriżi jidher li għadda u xejriet reċenti wrew titjib ekonomiku f'diversi pajjiżi, pereżempju rati aktar baxxi ta' qgħad.", "Madankollu, anke meta l-istatistika turi xejriet pożittivi, it-tbatija ta' kuljum li jgħaddu minnha bosta individwi ma għandhiex tiġi injorata.", "Analiżi soċjali xierqa għandha tikkonċentra kemm fuq fatturi kwantitattivi kif ukoll fuq fatturi kwalitattivi.", "L-UE ħadmet, u għandha taħdem aktar, biex trawwem politika soċjali li tintegra l-ġid ekonomiku mal-ġid soċjali.", "Għandu jkompli jiġi żviluppat investiment soċjali permezz ta' tagħlim tul il-ħajja, l-għoti ta' setgħa liċ-ċittadini, u l-kapital uman sabiex l-individwi jkunu mgħammra biex jiffaċċjaw ir-riskji u l-opportunitajiet fil-ħajja ta' kuljum tagħhom.", "Il-mudell ekonomiku Ewropew għandu jipprova wkoll isib bilanċ bejn ir-rwol tal-Unjoni bħala ċentru ta' kummerċ dinji u l-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali għoljin tagħha.", "Jista' jinħoloq aktar xogħol fl-UE jekk tingħata aktar importanza lill-investiment f'setturi bħall-enerġija: dan ikun siewi wkoll minn perspettiva ġeopolitika.", "B'rabta ma' din il-perspettiva, qed isir dejjem aktar ċar li l-UE teħtieġ politika barranija koerenti u strateġija komuni għas-sigurtà jekk trid li jkollha leħen b'saħħtu fuq il-livell dinji.", "Id-dipendenza tal-UE fuq l-Istati Uniti fil-qasam tas-sigurtà bħalissa hi inċerta, u Ewropa maqsuma tista' tkun ta' ħsara għall-Ewropa u ta' vantaġġ għal setgħat dinjin oħrajn.", "Fl-istess waqt, madankollu, nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti aktar spazju lir-realtajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fi ħdan qafas ġenerali tal-UE.", "Eżempju tajjeb ta' dan huwa l-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, li għandha mira waħdanija tal-UE iżda miri nazzjonali differenti fid-dawl tas-sitwazzjonijiet differenti f'kull stat membru.", "B'dan il-mod, l-istati membri tal-UE qed jaqsmu s-sovranità tagħhom billi jkollhom leħen aktar b'saħħtu fid-dinja iżda li xorta waħda jirrispetta r-realtajiet nazzjonali.", "Problema politika kbira madwar l-UE hija li qed jikbru u jinfirxu partiti u sentimenti populisti u Ewro-xettiċi li qed jipproponu soluzzjonijiet ta' malajr għat-tħassib tan-nies dwar kwistjonijiet bħall-migrazzjoni.", "Meta ma jkunx jista' jinstab kunsens mal-Unjoni kollha, l-UE għandha tippromwovi koalizzjonijiet ta' pajjiżi u organizzazzjonijiet ta' rieda tajba li jkunu lesti jgħinu lil xulxin.", "Kif inhuma l-affarijiet, jista' jkun li dan hu l-aktar mezz vijabbli: inkella, qed nissograw li nispiċċaw f'paraliżi istituzzjonali.", "Nemmen ukoll li għandu jsir aktar investiment fi programmi ta' integrazzjoni soċjali u ta' solidarjetà madwar l-Unjoni.", "L-isfida attwali tal-migrazzjoni tfakkarna wkoll li l-Ewropa li għandha wirt b'saħħtu ta' libertà, drittijiet tal-bniedem u s-saltna tad-dritt hija l-istess Ewropa li għaddiet mit-totalitarjaniżmu u li f'bosta żminijiet ipprattikat il-kolonjaliżmu.", "Barra minn hekk, il-kelma 'migrazzjoni' nnifisha jeħtieġ li nqisuha mill-perspettiva tal-baħar ta' identitajiet, lealtajiet u twemmin f'Unjoni ta' diversità.", "Sfida oħra li l-UE qed tħabbat wiċċha magħha hi s-saltna tad-dritt.", "Għal darb'oħra hemm kunflitti ċari bejn dawk favur standards Ewropej u l-Ewroxettiċi u jidher li ma teżistix soluzzjoni sempliċi.", "Dan ifakkarna fir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea li tara li l-istati membri jżommu ma' standards bażiċi u fl-għażliet li l-elettorat Ewropew ser ikollu jagħmel fl-elezzjonijiet nazzjonali u dawk Ewropej.", "L-Ewroxettiċi sikwit qed jippreżentaw argumenti b'aktar passjoni u kemm il-darba jirbħu l-ġlieda tal-komunikazzjoni.", "B'rabta ma' dan, istituzzjonijiet, partiti politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili favur l-UE għandhom irawmu sens li aħna lkoll għandna sehem fl-Ewropa.", "Dan ifisser ukoll li r-rappreżentanti tan-nies fil-Parlament Ewropew għandhom ikunu eqreb tan-nies billi jisimgħu t-tħassib u r-realtajiet ta' kuljum tagħhom fil-kostitwenzi rispettivi tagħhom u jikkonċentraw inqas fuq ir-retorika, li n-nies ma għandhom l-ebda rabta magħha.", "J ekk irridu nħarsu u ntejbu l-kisbiet tal-Unjoni Ewropea, bħall-paċi, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà, irridu naraw li l-individwi, il-gruppi u s-soċjetajiet Ewropej iħossuhom li huma parti mill-istituzzjonijiet tal-UE u li tassew qed jieħdu sehem fihom.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 23 ta' Settembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/filmat-qegdin-ninqdew-mit-trasport.html", "date": "Thursday, October 04, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Filmat: Qegħdin ninqdew mit-trasport pubbliku? Michael Briguglio", "text": ["F'dan il-vlog f'The Malta Independent insaqsi jekk aħniex qegħdin ninqdew mit-trasport pubbliku.", "Tista' tara l-filmat minn dan il-link:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/proposti-gall-bagit-1-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, October 07, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Proposti għall-baġit (1) - Michael Briguglio", "text": ["F'Malta tal-lum, madwar 72,000 persuna qiegħda f'riskju ta' faqar u madwar 3.3 fil-mija tal-popolazzjoni tbati minn privazzjoni serja.", "Iċ-ċifra ta' 3.3 fil-mija hija aħjar minn dik tas-snin ta' qabel, iżda din ma tagħti ebda konsolazzjoni lil dawk li ta' kuljum qed iħabbtu wiċċhom mal-miżerja.", "Fid-dawl tar-rati ta' inflazzjoni li qed jiżdiedu f'Malta, nistennew ukoll il-pubblikazzjoni ta' statistika aktar reċenti.", "B'rabta ma' dan, il-gvern introduċa xi miżuri pożittivi f'dawn l-aħħar snin.", "L-aktar waħda li tispikka hija ċentri fejn jittieħed ħsieb tat-tfal mingħajr ħlas għal ġenituri li jaħdmu, għalkemm jien nemmen li din għandha tiġi estiża għall-ġenituri kollha, ħalli t-tfal kollha jkunu jistgħu jgawdu mis-servizz.", "Miżura oħra hi t-tnaqqis gradwali tal-benefiċċji meta jinstab xogħol, li hi mfassla bil-ħsieb li persuni li qabel kienu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali jkun jaqblilhom jaħdmu permezz ta' benefiċċji għal persuni li jaħdmu bħaż-żamma temporanja tal-benefiċċji fuq perjodu ta' xogħol ta' tliet snin.", "B'konsegwenza ta' dan, persuni li jiddependu mill-għajnuna soċjali naqsu bi 43 fil-mija għal 7,940 fuq perjodu ta' sitt snin.", "Madankollu, nistaqsi jekk dawn il-persuni humiex qed jiġu impjegati f'xogħlijiet deċenti, jekk il-metodi li l-gvern qiegħed juża biex ineħħi n-nies mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali humiex imsejsa fuq metodi dinjitużi u jekk xi nies humiex jiċċaqalqu mis-sistema tal-għajnuna soċjali uffiċjali għall-ekonomija illegali.", "Riċerka soċjoloġika kwalitattiva dwar dan tista' tagħtina data rilevanti.", "Skont il-Kummissjoni Ewropea, Malta qiegħda tipprovdi wkoll pensjonijiet li mhumiex adegwati, u l-aħħar ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li l-prezz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma żdied b'7.1 fil-mija bejn l-2016 u l-2017.", "Il-prezz tad-djar qed jispara 'l fuq: l-aħħar Indiċi Dinji tal-Prezzijiet tad-Djar minn Knight Frank jgħid li l-prezzijiet tad-djar f'Malta żdiedu aktar minn kull pajjiż ieħor fid-dinja.", "Din iż-żieda tista' tkun aħbar tajba għas-sidien tal-proprjetà, u nixtiqilhom ir-risq għall-investiment ekonomiku tagħhom, iżda min-naħa l-oħra qed twassal għal għamliet ġodda ta' faqar bħas-sitwazzjonijiet impossibbli li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew ħajja indipendenti u l-persuni anzjani li jgħixu fi proprjetà mikrija.", "Sadanittant, l-inflazzjoni f'Malta tkompli tiżdied.", "Skont il-Eurostat ir-rata f'Malta f'Awwissu 2018 kienet 2.4 fil-mija, id-doppju taċ-ċifra ta' Awwissu 2017 u ogħla mill-medja ta' tnejn fil-mija fiż-żona tal-ewro.", "Ir-rata ta' inflazzjoni fiż-żona tal-ewro naqset b'0.1 fil-mija għal tnejn fil-mija f'Awwissu meta mqabbla max-xahar ta' qabel, iżda r-rata f'Malta żdiedet b'0.3 punti perċentwali fl-istess perjodu.", "L-ogħla żidiet f' Malta kienu fil-prezzijiet tar-ristoranti u l-lukandi, it-trasport, u l-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku rispettivament, filwaqt li l-akbar tnaqqis kien fil-prezz tal-ħwejjeġ u ż-żraben.", "Il-prezzijiet tal-fjuwil żdiedu wkoll, li jżid l-inkwiet għas-sewwieqa fit-traffiku ġġammjat ta' Malta.", "Il-baġit tas-sena li għaddiet ta ħlas ta' aġġustament għall-għoli tal-ħajja (COLA) ta' €1.75 lill-ħaddiema kull ġimgħa, iżda l-gvern żied ewro ieħor ma' dan f'dik li kienet qisha ammissjoni li l-metodoloġija tal-mekkaniżmu tal-COLA kienet żbaljata.", "Fis-snin ta' qabel, il-ħlas tal-COLA kien ta' €1.75 fl-2017 u l-2016 rispettivament, €0.58 fl-2015 u €3.49 fl-2014.", "Nagħti l-appoġġ tiegħi għat-talba tal-għaqdiet tal-ħaddiema għal mekkaniżmu rivedut u realistiku tal-COLA.", "Affarijiet bażiċi bħall-ikel għandhom jingħataw aktar importanza fil-ġabra ta' prodotti li jitqiesu, għax jammontaw għal parti akbar min-nefqa ta' dawk li għandhom dħul baxx.", "Nemmen ukoll li l-gvern għandu jagħti żidiet deċenti lill-pensjonanti.", "Ejjew niftakru wkoll li dawn sikwit ikunu involuti f'ħafna xogħol inviżibbli u mhux imħallas li jvarja milli jieħdu ħsieb in-neputijiet għal xogħol volontarju.", "Iżda mbagħad iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż dejjem ogħla għall-prodotti u s-servizzi, mill-kura tas-saħħa sar-rikreazzjoni.", "Il-gvern għandu wkoll jibda dibattitu xieraq dwar pensjonijiet sostenibbli fi spirtu ta' kunsens nazzjonali.", "Fost miżuri baġitarji oħrajn li nistenna hemm għajnuna xierqa għal min qed jikri jew biħsiebu jikri proprjetà iżda li ma jistax ilaħħaq mal-prezzijiet tal-kiri.", "Dan il-metodu jista' jiġi introdott mingħajr ma ssir distorsjoni tas-suq tal-proprjetà.", "Il-gvern għandu wkoll isolvi l-kontroversja tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma billi jħallas lura lill-eluf ta' persuni li qed jirċievu kontijiet ogħla minħabba mekkaniżmu illegali.", "It-tkabbir ekonomiku ta' Malta għandu jitgawda minn kulħadd.", "Il-gvern qiegħed iżid in-nies għall-ekonomija: dik li għandu jkollna hi ekonomija għan-nies.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 7 ta' Ottubru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/filmat-sena-wara-l-qtil-ta-daphne.html", "date": "Saturday, October 13, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Filmat: Sena wara l-qtil ta' Daphne - Michael Briguglio", "text": ["F'dan il-vlog niddiskuti l-ħtieġa ta' inkjesta pubblika dwar jekk il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia setax ġie evitat.", "Tista' tara l-filmat permezz ta' dan il-link:", "Tista' tara ukoll il-parteċipazzjoni tiegħi fuq Iswed Fuq l-Abjad (it-tieni parti), fejn niddiskuti l-kontroversja fil-parlament din il-ġimgħa relatata mad-Daphne Project.", "Link minn hawn ."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/proposti-gall-bagit-2-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, October 14, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Proposti għall-baġit 2 - Michael Briguglio", "text": ["Il-ġimgħa li għaddiet ippreżentajt għadd ta' proposti għall-Baġit li jmiss.", "Fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn kienu marbutin mal-isfidi relatati mal-inflazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħhom persuni li qegħdin f'riskju ta' faqar kif ukoll relatati mal-pensjonijiet u l-proprjetà mikrija rispettivament.", "Għaldaqstant, semmejt it-talba tal-għaqdiet tal-ħaddiema għal mekkaniżmu tal-COLA (aġġustament għall-għoli tal-ħajja) rivedut u realistiku.", "L-argument tiegħi kien li ħwejjeġ bażiċi bħall-ikel għandhom jingħataw aktar importanza fil-ġabra ta' prodotti għax jammontaw għal perċentwal akbar min-nefqa ta' persuni bi dħul baxx.", "Enfasizzajt ukoll il-bżonn li jitħallsu lura l-eluf ta' persuni li qed jaslulhom kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla minħabba mekkaniżmu illegali.", "Fl-artiklu tiegħi semmejt ukoll il-ħtieġa għal żidiet deċenti fil-pensjonijiet u l-bżonn ta' dibattitu nazzjonali xieraq dwar pensjonijiet sostenibbli.", "Fl-aħħar nett, sħaqt dwar il-ħtieġa li tiġi inkluża assistenza xierqa għal persuni li bħalissa jikru proprjetà jew li biħsiebhom jikru u li ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera, mingħajr ma ssir distorsjoni tas-suq.", "Din il-proposta hi saħansitra aktar urġenti milli kienet is-sena l-oħra.", "Tabilħaqq, fl-analiżi tiegħi tal-Baġit tas-sena l-oħra fit- Times of Malta (16 ta' Ottubru 2017), kont osservajt li ż-żieda fil-ħaddiema barranin kienet qed twassal għal domanda akbar għal proprjetà mikrija u b'hekk kienet qed tgħolli l-prezzijiet tal-kiri, u bħal ħafna oħrajn kont ħerqan għall-pubblikazzjoni ta' white paper dwar il-kera.", "Sena wara, dan il-white paper għadha ma dehritx.", "Illum huwa ċar daqs il-kristall li persuni li qed jgħixu fil-faqar, kif ukoll pensjonanti li mhumiex sidien ta' proprjetà u ħaddiema żgħażagħ għaddejjin minn diffikultajiet kbar biex jixtru jew jikru proprjetà.", "Fil-fehma tiegħi, il-gvern għandu jipprova jfassal assistenza lil persuni bħal dawn b'modi li ma jinkoraġġixxux inflazzjoni fil-prezzijiet tal-proprjetà.", "Għandu jibda jsir tfassil ta' politika msejjes fuq l-evidenza, u nistenna li l-gvern jikkonsulta partijiet ikkonċernati esperti dwar dan.", "Il-gvern għandu wkoll jgħin indirettament lil persuni li jikru li għandhom dħul baxx billi jappoġġa żidiet fil-pagi u billi jippermetti għamliet iżgħar ta' żvilupp li jħarsu r-regoli u l-istandards tal-ippjanar.", "Għandhom jiġu infurzati regolamenti sabiex jiġu ddikjarati kirjiet fuq perjodi qosra lil turisti, biex b'hekk, minflok, jiġu inkoraġġiti indirettament kirjiet fit-tul lil residenti regolari.", "Barra minn hekk, il-gvern jista' jintroduċi mudelli ta' ftehimiet tal-kiri biex iħeġġeġ prattika tajba, indiċi tal-prezzjiet tal-NSO li juri l-prezzijiet tal-kiri, u mekkaniżmi oħrajn proposti minn esperti tal-politika sabiex għajnuniet lill-inkwilini ma jwasslux għal kirjiet iktar għoljin.", "Għandhom jiġu introdotti ukoll faċilitajiet sempliċi biex persuni li jikru jkunu jistgħu jikkalkulaw il-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħhom biex jiġi evitat li jkollhom iħallsu żżejjed, u d-djar soċjali għandhom finalment isiru prijorità nazzjonali.", "Il-Baġit għandu wkoll jindirizza tassew il-problemi ambjentali kbar ta' Malta: l-istħarriġ juri li n-nies jaqblu ma' multi ogħla għall-abbużi, u l-gvern għandu d-dmir morali li jiżgura li titħares il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "B'rabta ma' dan, huwa importanti li niftakru li filwaqt li jeżistu xi regolamenti ta' infurzar ambjentali f'Malta, dawn jew qatt ma jiġu infurzati jew inkella jistipulaw multi ridikoli, b'tali mod li xi drabi jkun jaqbel lil min iwettaq abbuż li jħallas il-multa u jibqa' jagħmel l-abbuż, bi ħsara għall-ambjent u għall-kwalità tal-ħajja ta' persuni oħra.", "Għalhekk, wasal iż-żmien li naraw li Malta jkollha multi xierqa u effettivi li jiġu infurzati għal abbużi ambjentali f'oqsma bħall-kostruzzjoni, l-istorbju, it-tniġġis tal-baħar u s-serq tal-ilma.", "Il-gvern għandu wkoll jippremja prattika ambjentali tajba bħat-tisbiħ u t-tħawwil ta' siġar u għandu jagħti aktar setgħa lill-kunsilli lokali biex jieħdu ħsieb l-art pubblika.", "Il-kwalità tal-ħajja tan-nies tista' titjieb ukoll jekk il-gvern jiddikjara strateġija nazzjonali ta' investiment f'bankini aċċessibbli fi sħubija mal-kunsilli lokali, kif ukoll jekk jiżgura li l-investiment relattivament għoli fit-trasport pubbliku (madwar €30 miljun kull sena, tliet darbiet daqs l-ammont li kien jitħallas lill-Arriva) jiġi rifless f'servizz aħjar, u mhux f'karozzi tal-linja ffullati u vjaġġi li ma tistax toqgħod fuqhom.", "Persuni bi dħul baxx jistgħu jiġu megħjuna wkoll billi titneħħa t-taxxa fuq l-overtime, u negozji ta' persuni li jaħdmu għal rashom għandhom igawdu minn rati ta' taxxa aktar baxxi fid-dawl tal-kompetizzjoni sikwit impossibbli ma' kumpaniji akbar li spiss joqogħdu fuq pagi baxxi għall-ħaddiema tagħhom.", "Fl-aħħar nett, il-baġit għandu joffri viżjoni ekonomika lil hinn mid-dipendenza dejjem tiżdied ta' Malta fuq il-bejgħ tal-passaporti, fuq kostruzzjoni bla waqfien u fuq strateġiji oħrajn li jistgħu jaħdmu biss għal żmien qasir.", "Huma ferm meħtieġa, u mixtieqa, id-diversifikazzjoni, swieq niċċa u investiment akbar fir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ, u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 14 ta' Ottubru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/bagit-nagtu-aktar-setga-lin-nies.html", "date": "Sunday, October 21, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Baġit: Nagħtu aktar setgħa lin-nies - Michael Briguglio", "text": ["F'artikli preċedenti enfasizzajt firxa ta' miżuri li jistgħu jiġu implimentati fil-Baġit li jmiss għall-2019 f'kuntest ta' ekonomija li qed tikber li qiegħda tħabbat wiċċha ma' sfidi marbutin mal-esklużjoni soċjali, is-sostenibbiltà u n-nuqqas ta' ugwaljanza.", "F'dan ir-rigward, il-Partit Nazzjonalista ippreżenta ukoll numru ta' proposti, u jien kont wieħed mill-awturi tad-dokument.", "Semmejt il-ħtieġa ta' mekkaniżmu rivedut u realistiku għall-aġġustament għall-għoli tal-ħajja ta' Malta mogħti lill-ħaddiema u għajnuna għal dawk bi dħul baxx u negozji ta' persuni li jaħdmu għal rashom, pereżempju bit-tneħħija tat-taxxa fuq l-overtime u b'taxxi aktar baxxi rispettivament.", "Irreferejt għall-bżonn ta' żidiet deċenti fil-pensjonijiet u ta' kunsens nazzjonali dwar is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet.", "Sħaqt ukoll dwar l-importanza ta' assistenza xierqa għall-persuni li jikru, fid-dawl ta' prezzijiet li qed jiżdiedu b'mod inkontrollabbli.", "Politika msejsa fuq l-evidenza u konsultazzjoni olistika ma' esperti u ma' dawk ikkonċernati huma fatturi ewlenin meħtieġa għal dawn ir-riformi.", "Semmejt ukoll il-ħtieġa għal investiment f'oqsma li jistgħu jgħinu fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "B'rabta ma' dan irreferejt għall-bżonn ta' multi infurzabbli għall-abbużi ambjentali u l-bżonn li prattika ambjentali tajba tiġi ppremjata.", "Enfasizzajt il-ħtieġa għal strateġija nazzjonali ta' investiment għal bankini aċċessibbli u l-bżonn li niżguraw li t-trasport pubbliku jagħti servizz deċenti lill-klijenti.", "L-involviment tal-kunsilli lokali f'din il-politika huwa essenzjali.", "Fl-artikli preċedenti tiegħi enfasizzajt ukoll il-ħtieġa li jitħallsu lura l-ħlasijiet żejda li qed jirriżultaw mill-mekkaniżmu illegali għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-bżonn ta' aktar investiment fir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema.", "F'dan l-artiklu nixtieq nidħol aktar fil-fond dwar dawn il-proposti.", "B'rabta max-xogħol, b'xorti ħażina jeżistu kundizzjonijiet ħżiena ta' xogħol f'għadd ta' setturi f'Malta, fosthom l-ekonomija illegali.", "Il-prekarjat jidher li hu l-aktar komuni f'setturi li jvarjaw mill-kostruzzjoni sal-ġbir tal-iskart u minn xi 'ħwienet tal-massaġġi'", "sa ċerti xogħlijiet fis-settur tad-divertiment.", "Huwa wkoll pjuttost ċar li għadd ta' xogħlijiet marbutin mal-kura huma kkaratterizzati minn pagi baxxi, li ma jirriflettux ir-responsabbiltà involuta.", "Barra minn hekk, minkejja titjib tal-politika soċjali f'oqsma bħal ċentri fejn jittieħed ħsieb it-tfal, Malta għadha lura f'termini tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-edukazzjoni meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa, u għaldaqstant dan jindika li hemm bżonn ta' aċċess mingħajr ħlas għal ċentri fejn jittieħed ħsieb it-tfal anke għal tfal li l-ġenituri tagħhom la jaħdmu u lanqas jistudjaw.", "Fil-qasam tal-ambjent, il-gvern għandu jikkonċentra fuq l-għoti ta' inċentivi għall-ekonomija ċirkolari li tqis l-immaniġġar tal-iskart bħala opportunità.", "Għandu jagħti inċentivi wkoll għal teknoloġiji ekoloġiċi u jintroduċi inċentivi differenti li jgħinu biex jissebbħu l-lokalitajiet tagħna.", "Dawn tal-aħħar għandhom ikunu aċċessibbli għal individwi, is-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-kunsilli lokali.", "L-investiment tal-gvern fit-toroq għandu jiġi rifless f'infrastuttura, passaġġi u spazji li tassew jiffavorixxu dawk li jużaw ir-roti u dawk li jimxu.", "Dan ma jidhirx li hu l-każ fil-proġetti tat-toroq li qed iwettaq il-gvern bħalissa.", "Nistenna wkoll li l-gvern iżid il-firxa ta' għajnuna mogħtija lil individwi li għandhom ħtiġijiet speċifiċi marbutin ma' kundizzjonijiet bħal, pereżempju, il-fibromijalġija u l-ME.", "Ikun inkoraġġanti wkoll jekk il-gvern iwaqqaf ix-xejra ta' ċentralizzazzjoni tas-setgħa f'idejn il-ministri u minflok juri fiduċja u rieda tajba lill-kunsilli lokali u lis-soċjetà ċivili permezz tad-deċentralizzazzjoni, is-sussidjarjetà u d-devoluzzjoni tal-art pubblika.", "Biex insemmi eżempju wieħed, għadd ta' artijiet li bħalissa huma proprjetà tal-gvern jista' jsir użu aħjar tagħhom għaċ-ċittadini jekk l-amministrazzjoni u s-sjieda tagħhom tiġi fdata lill-kunsilli lokali.", "Punt baġitarju li jikkunsidra dan il-proċess ikun ferm ta' ġid.", "Fl-aħħar nett, naħseb li wasal iż-żmien li l-Ministru tal-Finanzi ta' Malta jagħti informazzjoni komprensiva dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza, li jien kontrih kemm fil-prinċipju kif ukoll minħabba li nqis li mhuwiex sostenibbli fit-tul.", "B'rabta ma' dan, il-pubbliku għandu jingħata tagħrif dwar il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet marbut mal-allokazzjoni u l-użu tal-fondi mill-IIP, jekk jeżistix pjan, jekk hemmx kalendarju u affarijiet oħra relatati.", "Jekk dan ma jsirx, bilfors nissuspettaw li l-finanzi pubbliċi ta' Malta qegħdin jiddependu dejjem aktar minn fond li għandu nuqqas ta' sostenibbiltà, u li ċ-ċiklu elettorali qed jingħata aktar importanza mill-ippjanar ekonomiku fit-tul.", "Dwar dan is-suġġett, importanti li niftakru li l-Fond Nazzjonali Soċjali u għall-Iżvilupp li fih imur 70 fil-mija tad-dħul mill-bejgħ taċ-ċittadinanza mhuwiex parti mill-qafas ta' finanzjament ferm regolat tal-UE u għalhekk jista' jkun aktar vulnerabbli għal interventi partiġġjani.", "Ma jkunx aħjar kieku jkollna gvern iżgħar u soċjetà akbar u b'aktar setgħa?", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 21 ta' Ottubru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/ftit-sibijiet-dwar-il-bagit-michael.html", "date": "Sunday, October 28, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ftit ħsibijiet dwar il-Baġit – Michael Briguglio", "text": ["Il-Ba ġit għall-2019 għandu għadd ta' inizjattivi pożittivi.", "Il-Gvern ma għandux bżonni biex jippromovihom.", "Bħala membru tal-oppożizzjoni r-rwol tiegħi hu li nenfasizza n-nuqqasijiet tal-baġit li huma importanti wisq biex jiġu injorati.", "L-ewwel nett: l-inizjattivi soċjali pożittivi li semmejt hawn fuq jikkumpensaw għaż-żidiet rapidi fl-għoli tal-ħajja?", "Ma naħsibx li jagħmlu dan, meta wieħed iqis iż-żidiet fil-prezzijiet tal-ikel, il-fjuwil, il-kera, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u bosta prodotti u servizzi oħrajn.", "Tabilħaqq, Malta bħalissa għaddejja minn sitwazzjoni fejn l-anzjani qed ikollhom jagħmlu sagrifiċċji żejda biex ilaħħqu maż-żidiet fl-għoli tal-ħajja u fejn għadd dejjem jiżdied ta' żgħażagħ ma jistgħux isibu l-mezzi meħtieġa biex jissellfu mingħand bank għax-xiri ta' dar jew biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kera.", "Tassew li l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja (COLA) hu msejjes fuq mekkaniżmu li l-gvern jimxi miegħu kif xieraq u li l-gvern iddeċieda li jżid euro ieħor miegħu kull xahar.", "Jekk xejn, biż-żieda mal-COLA l-gvern qed jammetti li l-mekkaniżmu mhuwiex realistiku.", "Allura ma wasalx iż-żmien li l-gvern u l-imsieħba soċjali jirrevedu l-kejl tal-COLA permezz ta' metodu miftiehem b'mod reċiproku?", "It-tieni nett: il-baġit iserraħ moħħ in-nies dwar il-kwalità tal-ħajja tagħhom?", "Għal darb'oħra, għandi dubji dwar dan.", "Jidher li l-isfidi ambjentali tal-pajjiż mhumiex prijorità għal dan il-gvern, li bilkemm semma dan il-qasam kruċjali fil-baġit u li qal lil gwardjani tal-ambjent bħall-bdiewa li l-kontribut tagħhom għall-ekonomija huwa minimu.", "It-tielet nett: iċ-ċifri tan-nefqa u d-dħul pubbliċi ma għandux isir skrutinju tagħhom?", "Ma naqbilx.", "Huwa tajjeb li Malta għandha surplus baġitarju iżda ejjew niftakru li l-investiment kapitali tnaqqas minn 12.1 fil-mija għal 8.5 fil-mija tan-nefqa bejn l-2013 u l-2017.", "Barra minn hekk, iċ-ċifri uffiċjali tal-Eurostat juru li n-nefqa f'oqsma bħall-ħarsien ambjentali, il-ħarsien soċjali, l-ordni pubbliku u d-djar naqset bejn l-2012 u l-2016.", "Dan ifisser li l-gvern qed jinvesti inqas fil-ħtiġijiet li jmorru lil hinn mill-preżent immedjat, u li jista' jkun li jkollna nħallsu prezz ogħla għalihom fil-ġejjieni.", "U anke fejn in-nefqa kapitali hija kbira, pereżempju l-użu tal-fondi tal-UE għal proġetti ta' toroq, ta' min nistaqsu jekk humiex qed jintużaw kif suppost f'termini ta' kwalità, aċċess, sikurezza u inkoraġġiment ta' mezzi alternattivi ta' trasport.", "Il-mistoqsija li kulħadd qed jistaqsi hija: dan l-investiment ser inaqqas sitwazzjonijiet ta' paraliżi tat-traffiku, jew qiegħdin inwessgħu t-toroq għas-sodisfazzjon immedjata tagħna mingħajr ma nindirizzaw l-għeruq taż-żidiet fit-traffiku?", "X'ser jiġri ladarba nintebħu li l-proġetti ta' twessigħ ta' toroq ma solvewx il-problemi ta' traffiku tagħna?", "Ejjew inżommu f'moħħna wkoll li bankini aċċessibbli huma bżonn bażiku tal-persuni li jkunu mexjin fit-toroq, speċjalment persuni anzjani, persuni b'diżabilità, tfal, u ġenituri b'pushchairs.", "Id-dħul pubbliku wkoll ħaqqu skrutinju.", "Biċċa kbira minnu jiġi mill-bejgħ tal-passaporti.", "Huwa ferm dubjuż jekk dan huwiex sostenibbli u jekk għandux sens għall-ġejjieni, speċjalment meta nqisu li Malta qed issir dipendenti ħafna minn din il-prattika bi ħsara għad-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli.", "Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' trasparenza dwar kif qed jintużaw il-fondi li ġejjin minn dan il-bejgħ.", "Tabilħaqq, jidher li l-muturi ekonomiċi ewlenin tal-gvern huma l-bejgħ tal-passaporti u l-importazzjoni ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi biex iżidu t-tkabbir ekonomiku.", "Il-mistoqsija li kulħadd qed jaħseb dwarha hi jekk dan it-tip ta' tkabbir huwiex sostenibbli.", "Dawn iż-żidiet fin-numri qed iwasslu għaż-żidiet kbar fil-prezzijiet li semmejt qabel, għal nuqqas ta' ugwaljanza soċjali u għal pressjoni kbira fuq l-infrastruttura ta' Malta.", "Sadanittant il-Baġit għall-2019 ma jgħid kważi xejn dwar il-ħtiġijiet soċjali ta' għada bħall-pensjonijiet sostenibbli.", "Dawn huma kummenti li tajt lill-gazzetta It-Torċa"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/10/ejjew-inkunu-gusti-michael-briguglio.html", "date": "Sunday, October 28, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ejjew inkunu ġusti - Michael Briguglio", "text": ["Sa issa f'Malta hemm ħafna kandidati approvati u prospettivi validi għall-elezzjonijiet li ġejjin għall-Parlament Ewropew.", "Ilkoll għandhom affiljazzjonijiet politiċi, stili personali u prijoritajiet differenti, u dan jgħin biex il-votant għaqli u riflessiv ikollu aktar għażla.", "Dan il-pluraliżmu huwa karatteristika bażika tad-demokrazija liberali tal-Punent.", "Id-djalogu u d-diversità qalb il-kandidati jistgħu jgħinu biex l-immaġinarju politiku jkun aktar varjat u huma alternattiva aħjar minn politika awtoritarja li għandha dimensjoni waħda biss.", "Madankollu, naħseb li huwa importanti ħafna li l-parteċipanti elettorali jħarsu parametri ċari msejsin fuq id-deċenza u r-rispett fi ħdan qafas pluralistiku.", "M'iniex qed nirreferi biss għal regoli dwar ir-riżorsi finanzjarji u l-aċċess għall-mezzi tax-xandir, iżda wkoll għall-komunikazzjoni ta' kuljum qabel l-elezzjonijiet.", "B'rabta ma' din, nappella lill-kandidati sħabi, il-partiti, il-ġurnalisti u l-attivisti kollha biex jimpenjaw rwieħhom għal kampanja deċenti.", "L-aħħar elezzjoni ġenerali ta' Malta kienet ikkaratterizzata minn sħaba sewda ta' antagoniżmu li konna ilna ma naraw bħalha għal xi żmien, u forsi jeħtieġ li nikkalmaw u nersqu lejn qafas ta' agoniżmu: fejn naraw 'il xulxin bħala avversarji, mhux għedewwa, u fejn nirrispettaw ir-regoli bażiċi tad-dibattitu demokratiku.", "Tabilħaqq, li naqsmu u niddiskutu opinjonijiet differenti hija xi ħaġa tajba, u jien nippreferi din id-diskussjoni minn komunikazzjoni ta' tgħawwiġ li tikkonċentra aktar fuq li tkisser lill-messaġġier milli l-messaġġ.", "B'xorti ħażina, il-mezzi soċjali huma mimlijin eżempji ta' attakki fuq persuni u mhux fuq dak li jgħidu, u hawnhekk insibu għadd imdaqqas ta' trolls anonimi.", "Xi wħud jeċċellaw f'lingwaġġ ta' tkasbir fit-taqsimiet tal-kummenti u oħrajn joħolqu paġni anonimi fuq Facebook imsejsa fuq l-assassinju tal-karattru jew it-tixrid ta' diskors ta' mibegħda - għalkemm sikwit ikun faċli li wieħed jintebaħ min ikunu n-nies wara dawn il-paġni.", "Xi ġellieda fuq l-internet anqas biss jagħmlu sforz biex jinħbew wara l-anonimità jew profili foloz.", "Dan kollu jwaqqa' l-libertà tal-kelma tant għażiża għalina u juri n-nuqqas ta' responsabbiltà f'kuntest fejn ma hemmx limiti.", "Nemmen li l-libertà tal-kelma tbati jekk ma tintużax b'responsabbiltà: dan ma jfissirx biss li noqogħdu attenti għal-lingwaġġ li nużaw, iżda wkoll li jkollna sens ta' proporzjon.", "Ilkoll għandna kwalitajiet differenti, iżda għandu jkun ovvju li mhux kulħadd espert f'kollox.", "Għandna nagħrfu wkoll id-differenza bejn politika msejsa fuq l-evidenza u żvogi fuq il-mezzi soċjali wara jum iebes.", "Djalogu b'saħħtu fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin għandu jfisser ukoll li nisimgħu l-fehma ta' xulxin.", "Din mhux biss referenza għall-importanza li aħna l-kandidati nisimgħu lill-avversarji tagħna, iżda wkoll li nisimgħu t-tħassib tal-elettorat, li nkunu saqajna mal-art u nevitaw kemm jista' jkun li ningħalqu f'torrijiet tal-avorju.", "Nemmen ukoll li jekk infittxu dak li naqblu dwaru u nippruvaw nilħqu kompromessi, inkunu qed nuru saħħa u mhux dgħufija, speċjalment minħabba l-isfidi kumplessi b'tant aspetti li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum il-ġurnata.", "Xi kultant ikollna aktar mistoqsijiet milli tweġibiet, kultant jista' jkun li ma nkunux qed insaqsu l-mistoqsijiet it-tajbin, u xi drabi jkollna t-tentazzjoni li ma naqblux bejnietna minħabba l-konvenjenza politika, u mhux għax nemmnu li dan ikun is-sewwa.", "Bħala kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej inwiegħed li l-kampanja tiegħi tkun mibnija fuq djalogu b'rispett, politika msejsa fuq l-evidenza u l-politika tan-nies.", "Inwiegħed li niġġieled id-diskors ta' mibegħda, il-lingwaġġ patronizzanti u s-sensazzjonaliżmu vulgari billi nistinka biex inkun aħjar minn hekk.", "Ejjew nirrispettaw l-intelliġenza tan-nies permezz ta' politika deċenti.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 28 ta' Ottubru 2018."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/09/", "date": "Sunday, September 30, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ċekkijiet u pensjonanti – Michael Briguglio Budgetary Proposals - Michael Briguglio X'Unjoni Ewropea irridu? Michael Briguglio Qed ikollna nimxu fit-triq minflok fuq il-bankina - Michael Briguglio Cheques and Pensioners - Michael Briguglio \n \n Is-soċjoloġija tal-ħosba - Michael Briguglio \n \n How would democracy be affected if a political party has a two-thirds parliamentary majority? Michael Briguglio", "text": ["Meta n-nies jirċievu r-rifużjonijiet tat-taxxa, huma jkunu qed jirċievu dak li għandhom dritt għalih mill-ħlasijiet li jkunu għamlu lill-gvern.", "Normalment jirċievu avviż dwar dan fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tagħhom u daqshekk.", "Iżda issa l-gvern ħa pass ieħor permezz ta' manuvra pubbliċitarja: il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna organizza konferenza tal-aħbarijiet biex iħabbar li kienu ser jintbagħtu ċekkijiet speċifiċi, li ntbagħtu flimkien ma' ittra ta' propaganda lil eluf ta' ħaddiema.", "Fl-istess ġimgħa, xi ħadd qalli sarkastikament li l-flus tat-taxxa li qed jitħallsu lura lin-nies diġà ħallsu għalihom l-istess nies permezz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla minħabba l-metodu illegali li bih qed jinħarġu l-kontijiet.", "Fuq il-mezzi soċjali oħrajn iċċajtaw li l-flus li ngħataw lura jistgħu jintużaw għand l-ispiżjar biex jinxtraw prodotti kontra t-tniġġis, u xi wħud qalu li l-ftaħir tal-gvern dwar ir-rifużjoni kien insult għal dawk li qed jitħabtu biex iħallsu l-kirja jew id-dar tagħhom.", "F'messaġġ fuq Twitter, l-opinjonista tat-Times of Malta Andre Debattista rrefera għal din bħala politika 'tal-ħobz u taċ-ċirku', jiġifieri politika maħsuba biex tnessi lin-nies il-problemi l-aktar serji.", "Bosta oħrajn qed jgħidu li l-gvern qiegħed jinsa l-fatt li 95,000 pensjonant f'Malta qed isibuha dejjem aktar diffiċli li jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja minħabba spejjeż dejjem ogħla fl-isfond ta' rata tal-inflazzjoni dejjem tiżdied.", "Kif inhuma l-affarijiet, madwar 22,000 pensjonant qegħdin f'riskju ta' faqar: żidiet fl-ispejjeż tal-fjuwil, tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tal-ikel u bosta ħwejjeġ oħra qed jagħmlu s-sitwazzjoni agħar.", "L-ogħla pensjoni tal-gvern f'Malta hija madwar €13,200 u l-unika konsolazzjoni hija li dawn il-pensjonanti huma eżentati mit-taxxa.", "Iżda bil-kontra ta' ħaddiema eżentati mit-taxxa huma ma jkunux gawdew minn ċekk tal-gvern.", "Nistieden lill-qarrejja jagħtu ħarsa lejn battibekk pubbliku reċenti fuq Twitter bejn Alfred Mangion u l-Ministru tal-Finanzi għal aktar tagħrif dwar il-kwistjoni.", "Dan iwassalni għal artiklu li nirrakkomanda ta' Carmel Mallia (Times of Malta, 7 ta' Settembru) dwar dak li l-pensjonanti qegħdin jistennew mill-baġit.", "Mallia jfakkar lill-qarrejja tiegħu li l-Alleanza tal-Organizzazzjonijiet tal-Pensjonanti ilha tisħaq dwar l-importanza ta' pensjonijiet adegwati għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Huwa importanti li wieħed jinnota li rapport reċenti tal-Kumitat Ewropew għall-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea kkonferma li l-pensjoni taż-żewġ terzi tal-gvern mhijiex biżżejjed, xi ħaġa li anke jien tkellimt dwarha f'artiklu reċenti f'din il-gazzetta.", "B'rabta ma' dan, Mallia jirrapporta kif ir-rata medja ta' dħul relattiv għal persuni akbar fl-età (65+) naqset bejn l-2008 u l-2016, li n-nisa qegħdin f'sitwazzjoni agħar u li hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' età f'għadd ta' miżuri introdotti fil-pensjoni taż-żewġ terzi, jiġifieri fl-introduzzjoni ta' limitu għad-dħul massimu pensjonabbli, il-pensjoni minima nazzjonali garantita u fir-rievalwazzjoni li ssir kull sena tal-pensjoni.", "Ir-rapport imsemmi juri li persuna ma tistax tgħix b'pensjoni biss f'Malta u jafferma li d-diskrepanza bejn dak li jaqilgħu n-nisa u l-irġiel fost il-pensjonanti hija waħda mill-akbar fl-UE.", "Iżid li matul il-perjodu eżaminat (2008-16), ir-rata ta' dawk f'riskju ta' faqar jew tal-esklużjoni soċjali għal persuni akbar fl-età żdiedet, speċjalment għal dawk li għandhom 75 sena jew aktar, avolja kien hemm titjib fejn tidħol id-diskrepanza relattiva tal-faqar għal persuni li għandhom 65 sena jew aktar.", "Ir-rapport imsemmi dwar il-pensjonijiet jirrakkomanda wkoll indiċizzazzjoni xierqa tal-pensjonijiet biex tittaffa l-erożjoni tas-setgħa tax-xiri tal-pensjonanti.", "Din għandha tinkludi ġabra ta' prodotti u servizzi meħtieġa minn persuni akbar fl-età.", "Il-formula rrakkomandata tirrifletti kemm l-inflazzjoni fil-pagi (50 fil-mija) kif ukoll l-inflazzjoni fil-prezzijiet bl-imnut (50 fil-mija).", "Dan jirrakkomanda wkoll il-possibbiltà li n-nies joħolqu l-iskemi ta' pensjonijiet tagħhom minflok dik tal-istat.", "B'rabta ma' dan nixtieq inżid li l-gvern attwali waqqaf l-isforzi li kienu qed isiru qabel f'Malta biex tiġi inkluża pensjoni tat-tieni pilastru li tista' tgħin biex jitrawmu r-responsabbiltà u s-sostenibbiltà.", "Meta wieħed iqis li eluf ta' pensjonanti qed ibatu biex jirniexxielhom ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, wasal iż-żmien li l-Ministru tal-Finanzi jintroduċi miżuri sostantivi fil-baġit li jmiss.", "Inkella, ser ikollhom ikomplu jagħmlu sagrifiċċji personali jew jiddependu minn sorsi oħrajn ta' dħul u għajnuna, jekk dawn ikunu disponibbli għalihom, biex ilaħħqu.", "Malta teħtieġ kunsens nazzjonali dwar il-politika tal-pensjonijiet: ejjew nintrabtu li jkollna solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet fi ħdan soċjetà li jimpurtaha.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 30 ta' Settembru 2018", "L -Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma' sfidi importanti f'għadd ta' oqsma differenti.", "Fl-istess waqt ma rridux ninsew li l-UE għamlet u għadha tagħmel ħafna kisbiet, li aħna kultant ma napprezzawx.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin, il-kriżi finanzjarja dinjija wasslet biex il-kundizzjonijiet ta' għajxien ta' ħafna nies imorru għall-agħar madwar l-Unjoni.", "Iżda l-eqqel tal-kriżi jidher li għadda u xejriet reċenti wrew titjib ekonomiku f'diversi pajjiżi, pereżempju rati aktar baxxi ta' qgħad.", "Madankollu, anke meta l-istatistika turi xejriet pożittivi, it-tbatija ta' kuljum li jgħaddu minnha bosta individwi ma għandhiex tiġi injorata.", "Analiżi soċjali xierqa għandha tikkonċentra kemm fuq fatturi kwantitattivi kif ukoll fuq fatturi kwalitattivi.", "L-UE ħadmet, u għandha taħdem aktar, biex trawwem politika soċjali li tintegra l-ġid ekonomiku mal-ġid soċjali.", "Għandu jkompli jiġi żviluppat investiment soċjali permezz ta' tagħlim tul il-ħajja, l-għoti ta' setgħa liċ-ċittadini, u l-kapital uman sabiex l-individwi jkunu mgħammra biex jiffaċċjaw ir-riskji u l-opportunitajiet fil-ħajja ta' kuljum tagħhom.", "Il-mudell ekonomiku Ewropew għandu jipprova wkoll isib bilanċ bejn ir-rwol tal-Unjoni bħala ċentru ta' kummerċ dinji u l-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali għoljin tagħha.", "Jista' jinħoloq aktar xogħol fl-UE jekk tingħata aktar importanza lill-investiment f'setturi bħall-enerġija: dan ikun siewi wkoll minn perspettiva ġeopolitika.", "B'rabta ma' din il-perspettiva, qed isir dejjem aktar ċar li l-UE teħtieġ politika barranija koerenti u strateġija komuni għas-sigurtà jekk trid li jkollha leħen b'saħħtu fuq il-livell dinji.", "Id-dipendenza tal-UE fuq l-Istati Uniti fil-qasam tas-sigurtà bħalissa hi inċerta, u Ewropa maqsuma tista' tkun ta' ħsara għall-Ewropa u ta' vantaġġ għal setgħat dinjin oħrajn.", "Fl-istess waqt, madankollu, nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti aktar spazju lir-realtajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fi ħdan qafas ġenerali tal-UE.", "Eżempju tajjeb ta' dan huwa l-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, li għandha mira waħdanija tal-UE iżda miri nazzjonali differenti fid-dawl tas-sitwazzjonijiet differenti f'kull stat membru.", "B'dan il-mod, l-istati membri tal-UE qed jaqsmu s-sovranità tagħhom billi jkollhom leħen aktar b'saħħtu fid-dinja iżda li xorta waħda jirrispetta r-realtajiet nazzjonali.", "Problema politika kbira madwar l-UE hija li qed jikbru u jinfirxu partiti u sentimenti populisti u Ewro-xettiċi li qed jipproponu soluzzjonijiet ta' malajr għat-tħassib tan-nies dwar kwistjonijiet bħall-migrazzjoni.", "Meta ma jkunx jista' jinstab kunsens mal-Unjoni kollha, l-UE għandha tippromwovi koalizzjonijiet ta' pajjiżi u organizzazzjonijiet ta' rieda tajba li jkunu lesti jgħinu lil xulxin.", "Kif inhuma l-affarijiet, jista' jkun li dan hu l-aktar mezz vijabbli: inkella, qed nissograw li nispiċċaw f'paraliżi istituzzjonali.", "Nemmen ukoll li għandu jsir aktar investiment fi programmi ta' integrazzjoni soċjali u ta' solidarjetà madwar l-Unjoni.", "L-isfida attwali tal-migrazzjoni tfakkarna wkoll li l-Ewropa li għandha wirt b'saħħtu ta' libertà, drittijiet tal-bniedem u s-saltna tad-dritt hija l-istess Ewropa li għaddiet mit-totalitarjaniżmu u li f'bosta żminijiet ipprattikat il-kolonjaliżmu.", "Barra minn hekk, il-kelma 'migrazzjoni' nnifisha jeħtieġ li nqisuha mill-perspettiva tal-baħar ta' identitajiet, lealtajiet u twemmin f'Unjoni ta' diversità.", "Sfida oħra li l-UE qed tħabbat wiċċha magħha hi s-saltna tad-dritt.", "Għal darb'oħra hemm kunflitti ċari bejn dawk favur standards Ewropej u l-Ewroxettiċi u jidher li ma teżistix soluzzjoni sempliċi.", "Dan ifakkarna fir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea li tara li l-istati membri jżommu ma' standards bażiċi u fl-għażliet li l-elettorat Ewropew ser ikollu jagħmel fl-elezzjonijiet nazzjonali u dawk Ewropej.", "L-Ewroxettiċi sikwit qed jippreżentaw argumenti b'aktar passjoni u kemm il-darba jirbħu l-ġlieda tal-komunikazzjoni.", "B'rabta ma' dan, istituzzjonijiet, partiti politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili favur l-UE għandhom irawmu sens li aħna lkoll għandna sehem fl-Ewropa.", "Dan ifisser ukoll li r-rappreżentanti tan-nies fil-Parlament Ewropew għandhom ikunu eqreb tan-nies billi jisimgħu t-tħassib u r-realtajiet ta' kuljum tagħhom fil-kostitwenzi rispettivi tagħhom u jikkonċentraw inqas fuq ir-retorika, li n-nies ma għandhom l-ebda rabta magħha.", "J ekk irridu nħarsu u ntejbu l-kisbiet tal-Unjoni Ewropea, bħall-paċi, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà, irridu naraw li l-individwi, il-gruppi u s-soċjetajiet Ewropej iħossuhom li huma parti mill-istituzzjonijiet tal-UE u li tassew qed jieħdu sehem fihom.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 23 ta' Settembru 2018", "Fdan il-vlog f'The Malta Independent nispjega kif il-bankini tagħna qed jiġu okkupati minn imwejjed u siġġijiet u minn kostruzzjoni traskurata.", "Tista tara l-filmat minn dan il-link:", "Xi kultant is-soċjetà tqajjem agħa li jinfirex bħan-nar.", "Jista' jkun marbut ma' kull xorta ta' kwistjoni, mis-saħħa għas-sigurtà.", "L-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir, dak li jingħad min-nies, speċjalment dawk influenti, u s-sensazzjonaliżmu jagħtu n-nar lil dak li jidher fl-aħbarijiet.", "Xi nies jemmnu, oħrajn jibqgħu xettiċi; xi aħbarijiet ikunu fattwali, oħrajn ikunu foloz.", "Il-politiċi, dawk li jfasslu l-politika, il-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili għandhom id-dmir li jkunu fattwali u li jiġġieldu x-xettiċiżmu msejjes fuq aħbarijiet foloz, anke jekk jista' jkun li l-fatti ma jgħinux lill-aġendi rispettivi tagħhom.", "Tassew li hemm modi differenti kif naqraw fatti bħall-istatistika, iżda dan ma jfissirx li għarfien espert u xjentifiku għandu jitqies daqslikieku kien biss il-fehma ta' xi ħadd kwalunkwe.", "F'kuntest bħal dan, hu essenzjali li nagħrfu li s-soċjetà ta' żmienna hi waħda msejsa fuq opportunitajiet", "u riskji li noħolquhom aħna stess.", "Noħolqu mezzi ta' transport li jagħtuna opportunitajiet bla tmiem, iżda li paradossalment ikollhom konsegwenzi mhux intenzjonati bħat-tniġġis u l-inċidenti.", "Bl-istess mod, il-mediċina tatna rimedji li jsalvaw ħajjiet, iżda kultant jista' jkollha wkoll effetti sekondarji.", "Għalhekk, huwa essenzjali li ċ-ċittadini jkunu mgħammra biex jinnavigaw il-baħar ta' informazzjoni li jħabbtu wiċċhom miegħu kuljum, u li l-għarfien li jaslilna jkun kemm jista' jkun fattwali.", "Huwa hekk li aħna mbagħad inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet infurmati.", "Sikwit, li wieħed ma jagħmilx għażla hija fiha nnifisha għażla.", "Dan iwassalna għall-paniku li bħalissa qiegħed jinfirex mal-Ewropa: il-ħosba.", "Qabel nissokta, nixtieq ngħid b'mod ċar li nemmen li dan il-paniku hu leġittimu u hu bbażat fuq evidenza xjentifika, li jiena nafda.", "L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dan l-aħħar ħarġet data li turi li l-41,000 każ ta' ħosba fl-Ewropa bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena qabżu t-total annwali għal kull waħda mill-ħames snin ta' qabel.", "Fl-2016 kien hemm biss 5,000 każ.", "Nofs dawn il-każijiet kienu fl-Ukrajna, iżda kien hemm żidiet kbar u tifqigħat konsiderevoli f'pajjiżi oħrajn ukoll.", "Ġew irrappurtati wkoll 37 mewt mill-ħosba fl-Ewropa matul l-ewwel nofs ta' din is-sena.", "Ir-raġuni ewlenija li ngħatat għal dawn iż-żidiet hi r-rati baxxi ta' tilqim tat-tfal f'xi pajjiżi.", "Għadd żgħir ta' pajjiżi Ewropej għandhom rati aktar baxxi minn xi pajjiżi Afrikani.", "Ir-rati baxxi jistgħu jkunu riżultat ta' żewġ raġunijiet ewlenin: f'pajjiżi bħall-Ukrajna u s-Serbja l-provvista tat-tilqima MMR (kontra l-ħosba, il-gattone u r-rubella) kienet irregolari f'dawn l-aħħar snin, u b'hekk affettwat ir-rata' ta' tilqim.", "Fl-Ukrajna, ir-rata ta' tilqim naqset minn 95 fil-mija għaxar snin ilu għal 31 fil-mija fl-2016, parzjalment minħabba l-inkwiet ġeopolitiku iżda wkoll minħabba ċerti deċiżjonijiet meħudin mill-gvern.", "Min-naħa l-oħra, f'pajjiżi fosthom Franza, il-Greċja u l-istess Ukrajna hemm ukoll numri sinifikanti ta' nies - minn 25 sa 40 fil-mija tal-popolazzjoni - li huma xettiċi dwar it-tilqim.", "Hemm diversi raġunijiet għax-xettiċiżmu dwar tilqim differenti, li jvarjaw minn twemmin ta' aħbarijiet foloz sa fehmiet tal-gvern dwar jekk ċertu tilqim għandux ikun obbligatorju jew le.", "Fl-Italja, pereżempju, il-gvern populista l-ġdid kompla jqajjem polemika dwar il-ħosba billi 10 vaċċini li kienu obbligatorji biex it-tfal imorru l-iskola ma baqgħux obbligatorji.", "Huwa ċar li x-xettiċiżmu dwar it-tilqima tal-MMR huwa riżultat ta' aħbarijiet foloz wara studju qarrieq tal-1998 ta' Andrew Wakefield, li minn dak iż-żmien 'l hawn tilef il-liċenzja medika tiegħu.", "Ħarsa fil-qosor lejn l-evidenza u kitbiet xjentifiċi turi għaliex il-konklużjonijiet tiegħu kienu foloz.", "Iżda xorta waħda għadd imdaqqas ta' nies jemmnuhom.", "Jekk isibu rwieħhom jikkonfondu f'kuntesti bħal dawn, in-nies għandhom jagħtu aktar attenzjoni lill-pariri tal-esperti milli lil dawk li l-għan tagħhom hu li jbeżżgħu, li bosta minnhom jeċċellaw fis-sensazzjonaliżmu fil-mezzi soċjali.", "Dan iwassalna Malta.", "Pajjiżna għandu sistema tajba ħafna ta' tilqim, għalkemm ċertu tilqim ikollu jinxtara mingħand is-settur privat.", "Il-gvern issa qed jieħu passi biex jevita żieda fl-infezzjonijiet tal-ħosba.", "Meta nqisu l-fatt li Malta gżira u r-rabtiet ovvji tagħha ma' soċjetajiet oħrajn, huwa normali li l-awtoritajiet tas-saħħa jkunu mħassbin.", "Ħamsa min-numra żgħir ħafna ta' sitt każijiet ta' ħosba din is-sena f'Malta kienu importati, u dan jagħti raġun lill-għaqal ta' gvernijiet suċċessivi li żguraw li t-tilqima tal-MMR tkun obbligatorja.", "Iżda l-ħosba tittieħed faċilment u l-qbil politiku dwar il-qagħda attwali huwa ġġustifikat.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 16 ta' Settembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/11/", "date": "Wednesday, November 28, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "More on the housing challenge - Michael Briguglio Face recognition surveillance: Letter to European Commission and European Data Protection Supervisor Diskors - Kunsill Ġenerali - Partit Nazzjonalista - Michael Briguglio L-isfida fil-qasam tad-djar – Michael Briguglio \n \n The housing challenge - Michael Briguglio", "text": ["Ħbieb,", "Is-sajf li g ħ adda uħud minna żorna l-festi mal-Kap.", "K ull ġimgħa konna qed immorru niltaqg ħ u man-nies fil-pjazez tar-raħal u fil-festa tagħhom.", "Uħud minna baqgħu iżuru l-ibliet u l-irħula, ta' kuljum, fit-toroq u fid-djar tan-nies.", "Bħal ma ngħidu aħna s-soċjologi, qegħdin 'on the ground'.", "Intom, in-nies li ltqajtu magħna, ilqajtuna u fdajtuna bl-istejjer u t-tħassib tal-ħajja ta' kuljum tagħkom filwaqt li aħna smajnikhom.", "Għidtulna kif tixtiequ li aħna nagħmlu dak li hu sewwa .", "Bħal dak l-arkitett li ltqajt magħha li xogħlha kien li tivverifika li jkun sar żvilupp kif suppost .", "K ellha kuraġġ biżżejjed li titkellem meta x-xogħol ma sarx sew.", "U ta' dan t awha transfer u kellha titlaq xogħolha maċ-ċivil.", "U sorpriżi meta tisimgħu dan?", "Diżappuntati iva, imma daż-żmien m'intomx sorpriżi.", "Għax issa tafu li jekk lanqas biss ikunu onesti magħna fuq sempliċi kont tad-dawl, mela d in mhux klikka li t ippremja l-onestà.", "Din hi klikka li t ippremja l-qerq , anki meta l-qerq tagħhom jinkixef bil-provi.", "U f'nofs dil-kultura ta' korruzzjoni, intom xorta tagħżlu li tagħmlu s-sewwa.", "Din tagħlima kbira għalina lkoll.", "Għidtulna kemm hi importanti għalikom il-familja.", "Għidtulna nħarsu l-ambjent fil-politika tagħna, u kemm ser tpatti l-familja tagħkom jekk dan ma jsirx.", "Bħall-familja li d-dar tagħha nzertat ħdejn produttur illegali tas-siment u jkollha tghix bl-istorbju u t-trab kuljum.", "Qed titlob ħafna dil-familja?", "Sorpriżi li l-liġi mhux qed tiġi infurzata?", "Issa ma nistennew xejn aħjar, għax il-klikka qed teqred l-ambjent tagħna, u allura għalfejn ser jimpurtahom?", "Fuq kollox, jekk huma stess jagħlqu għajnejhom għall-inġustizzja, għalfejn għandhom jiġġieldu kontriha ?", "Qsamtu magħna realtà differenti minn dik li jridu juruna huma.", "Bħal dak ir-raġel marid li jgħix m'ommu anzjana.", "Ftit tal-ġranet oħra ser jitkeċċ ew minn fejn jgħixu , filwaqt li l-klikka ħliet ħames snin mingħajr ma' bniet blokka waħda tal-housing soċjali.", "Xtaqt naqsam magħkom dar-realtajiet li rajt fiż-żjarat tiegħi fid-djar , fit-toroq , fl-irħula tagħna.", "Meta nkellem lill- uffiċjali onesti fiċ-ċivil", "jidher li ma nkunx qed inħabbat fuq il-bieb it-tajjeb.", "Forsi l-klikka ji stennewni mmur i nħ abbat fuq il-bieb", "tagħhom u ta' s ħ abhom - dawk li tawhom art pubblika biex jibnu taparsi università fiż-Żonqor.", "Jew biex itellghu torri sproporzjonat fuq art pubblika f'Pembroke.", "Jew sa ħ ansitra biex jipparkjaw tanker korrot fil-bajja ta' Marsaxlokk.", "Kieku mort għandhom , kienet tkun storja ohra:", "Hemmhekk kont insibu l-aqwa ż mien;", "Izda jien ippreferejt inkun viċin i ż - ż g ħ ir minflok.", "Ghazilt li nisma' l-qanpiena tan-nies f'Tas-Sliema, fil-Floriana,", "f'Raħal Ġdid, f'Birżebbuġa, fin-Naxxar u f'tant lokalitajiet oħra.", "Ma dortux mal-lew ż a u g ħ idtulna li rridu nirbhuha l-fiducja taghkom .", "U hekk għandu jkun.", "U hu g ħ alhekk li issa hu l-waqt it-tajjeb biex inkun hawn bhala l-kandidat tag ħ kom ghall-P arlament Ewropew ma' sħabi l-oħra.", "U għalhekk issa l-waqt biex il-P artit Nazzjonalista jingħaqad f'leħen wieħed.", "Hekk jitlolbu id-demokrazija, ir-rispett u r-rieda tajba.", "Irridu nirb ħ u l-fidu ċ ja tag ħ kom biex inkunu nistg ħ u nitkellmu g ħ al dawk kollha, anki dawk Laburisti, li jag ħ mlu dak li hu sewwa, li qed isofru l-in ġ ustizzja u li m ' humiex qed jghixu l-aqwa zmien.", "Il-fidu ċ ja li tag ħ tuna ġġ orr mag ħ ha responsabbiltà kbira.", "I l-gvern għandu kull setg ħ a li j ġ ib il- bidla izda naqas li jaghmel dan .", "Iżda i ntom g ħ andkom is-setg ħ a tag ħ mlu g ħ a ż la differenti.", "U meta taghzlu, meta tafdawna, inweghdkom, inweg ħ dukom li, kemm f'Malta kif ukoll fl-U njoni Ewropea mhux ser n għaddukom biż-żmien.", "S er inkunu l-le ħ en tag ħ kom - in-nies ta' rieda tajba.", "I l-Prim Ministru Joseph Muscat dan l-a ħħar qal li f'Malta 80 fil-mija tan-nies huma sidien tad-dar tagħhom, u ta dan bħala eżempju tas-suċċessi ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà tagħna.", "Iżda dan l-aħħar iltqajt ukoll ma' statistika oħra, li tgħid li dejjem qiegħdin jiżdiedu n-nies f'Malta li qed jitkeċċew mill-postijiet li jkunu qed jikru.", "Dan tħabbar waqt konferenza dwar il-white paper għar-riforma tal-kera li saret l-Università ta' Malta, li ġiet organizzata flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Djar.", "Hemm ħtieġa kbira li din l-istatistika tiġi elaborata u investigata.", "Pereżempju, min qiegħed jitkeċċa?", "Fejn qed imorru jgħixu dawn in-nies wara li jitkeċċew?", "Malta teħtieġ ukoll statistika u data kwalitattiva oħra dwar l-isfida fil-qasam tad-djar.", "Pereżempju, kemm żgħażagħ qed jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom mhux għax iridu iżda frott il-bżonn, minħabba spejjeż projbittivi għall-akkomodazzjoni u d-diffikultà li jissellfu mill-bank?", "Kemm hawn nies jgħixu f'garaxxijiet?", "Min huma?", "Tabilħaqq, hu ironiku li sa ftit snin ilu l-ħolma ta' bosta f'Malta kienet li jixtru dar li tirrifletti l-istil ta' ħajja tagħhom, iżda l-ħolma tal-lum hi li ma jispiċċawx jgħixu f'garaxx jew jaqsmu kamra ma' xi ħadd.", "Biex ma nsemmux min qed jaqsam sodod f'appartamenti ffullati.", "M'inix ngħid li ma hawnx għadd konsiderevoli ta' persuni li sejrin relattivament tajjeb.", "Tabilħaqq, b'riżultat tal-politika tal-gvern Laburista li jillaxka r-regoli tal-ippjanar, ħafna setgħu jibnu sulari żejda fuq il-proprjetà tagħhom u jaqilgħuha tajjeb mill-kera.", "Lil dawn nixtiqilhom il-ġid, iżda ma nistgħux ninsew it-tbatija tal-bosta li ma għandhomx proprjetà, li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet dejjem akbar biex ilaħħqu mal-prezzijiet tal-akkomodazzjoni.", "Dan iwassalna għas-suġġett tal-politika dwar id-djar illum.", "Ħa nkun ċar: nemmen li s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u l-kap tal-Awtorità tad-Djar Leonid Mackay għandhom l-aqwa intenzjonijiet u qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinu lin-nies fid-diffikultajiet marbutin mad-djar.", "Jien wieħed minn dawk li lesti nikkooperaw magħhom biex ngħinu lill-persuni fil-bżonn.", "Iżda ninsab ukoll ferm diżappuntat li fl-\"aqwa żmien\" Malta hi kkaratterizzata minn għadd kbir ta' persuni li qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi kbar, u li l-gvern Laburista għadu relattivament lura fil-kostruzzjoni ta' djar soċjali meta mqabbla mal-għaġla tiegħu biex iwessa' t-toroq mingħajr permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar, biex iħallas lill-Vitals u jagħmel ħafna ftehimiet minn wara l-kwinti, u biex jgħaġġel biex jimplimenta politika korrotta tal-enerġija minn fuq dahar min iħallas it-taxxa.", "Dan huwa l-\"aqwa żmien\" meta r-rata tal-inflazzjoni ta' Malta qed tiżdied kull xahar, u fejn il-pagi mhumiex jiżdiedu daqs l-għoli tal-ħajja.", "F'dinja ta' politika ideali, il-kera għandha tkun madwar 20 fil-mija tad-dħul ta' persuna.", "Mur għid dan lill-persuni mill-klassi tal-ħaddiema jew mill-klassi medja li qed jipprovaw jikru post illum il-ġurnata: l-istess nies li ġew imwiegħda paga li tiggarantixxi l-għajxien mill-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni.", "Tabilħaqq, jien tal-fehma li l-problema tad-djar f'Malta ma tistax tinfired mir-realtà li l-pagi huma ġeneralment baxxi.", "Il-kera kienet artifiċjalment baxxa għax is-suq kien inattiv għal ħafna snin.", "Issa qed jerġa' jieħu l-ħajja bis-saħħa ta' bidliet leġiżlattivi taħt amministrazzjonijiet differenti u l-influss reċenti ta' ħaddiema barranin.", "Ma għandi xejn kontra dawn il-ħaddiema, iżda studju bażiku tal-ekonomija jgħallimna li żieda fid-domanda għal prodott x'aktarx tgħolli l-prezz jekk il-provvista ma tiżdiedx ukoll.", "Għalhekk, għalkemm hi ħaġa tajba li l-gvern fl-aħħar fetaħ id-diskussjoni billi nieda l-white paper dwar il-kera, huwa ċar daqs il-kristall li l-istess gvern għaġġel wisq fil-politika ekonomika tiegħu u ma bassarx il-konsegwenza mhux maħsuba taż-żieda kbira fil-prezzijiet tad-djar.", "Il-white paper tikkonċentra fil-biċċa l-kbira tagħha fuq soluzzjonijiet aktar fit-tul, u dawn jistħoqqilhom dibattitu kalm li ma jkunx partiġġjan u, idealment, kunsens.", "Iżda ejjew niftakru li l-persuni li qed jiffaċċaw tkeċċija mill-post li qed jikru, dawk li qiegħdin jgħixu f'garaxxijiet, u dawk li qed jaqsmu appartamenti, kmamar jew sodod għandhom bżonn soluzzjonijiet immedjati għas-sitwazzjonijiet personali tagħhom.", "U jeħtieġ li lanqas ma ninsew lill-adulti li qed jgħixu ma' membri oħrajn ta' familthom għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor, it-3,300 applikant għal akkomodazzjoni soċjali u s-600 applikant għal bidla fl-akkomodazzjoni soċjali minħabba l-kundizzjonijiet mhux adegwati li qed jgħixu fihom bħalissa.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 25 ta' Novembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/12/", "date": "Sunday, December 30, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Il-komunità bħala ċelebrazzjoni- Michael Briguglio Community as celebration - Michael Briguglio Filmat: Messaġġ ta' tama għall-Milied u s-sena l-ġdida - Michael Briguglio Is-solitudni u l-ansjetà fil-Milied - Michael Briguglio Homeless at Christmas – Michael Briguglio \n \n Liquid Modern Malta - Michael Briguglio \n \n Int qed tħoss it-tkabbir fil-prodott gross domestiku? – Michael Briguglio \n \n DB: Reply from European Commission \n \n Are you feeling the growth in GDP? Michael Briguglio", "text": ["Ftit jiem ilu, l-iskola primarja tal-Kulleġġ Santa Klara f'Tas-Sliema kellha l-avveniment annwali tagħha tal-Jum ta' Ċelebrazzjoni tal-Kisbiet.", "Meta kont tifel, dan kien jissejjaħ il-Kunċert tal-Milied u Jum il-Premjazzjoni, iżda l-isem il-ġdid hu maħsub biex jirrifletti ċ-ċelebrazzjoni u t-tħaddin tad-diversità.", "Jien attendejt l-avveniment bħala ġenitur, u kont impressjonat mill-ħidma tal-iskola biex tibni komunità ta' tagħlim, u b'hekk ikkonfermajt l-impressjoni pożittiva li ngħatajt tul is-snin li fihom ibni ilu jmur din l-iskola.", "Fid-diskors ta' merħba tagħha, il-Kap tal-Iskola Claudine Muscat tkellmet bl-Ingliż biex tiżgura li l-ġenituri kollha mill-għexieren ta' nazzjonalitajiet differenti jifhmu u jħossu li huma parti mill-komunità, iżda tkellmet ukoll għal ftit ħin bil-Malti biex tiċċelebra l-wirt nazzjonali tagħna.", "L-avveniment bilingwi nnifsu kien sintesi tal-popolazzjoni multinazzjonali tal-iskola u l-identità Maltija tagħha.", "It-tema tal-kunċert kienet 'Il-Milied madwar id-Dinja' – it-tfal ta' nazzjonalitajiet differenti taw ix-xewqat għall-Milied b'lingwi differenti, u ntwerew id-drawwiet ta' pajjiżi differenti lill-udjenza.", "Ġie ppreżentat ukoll proġett tal-arti tal-iskola dwar l-għaqda u d-diversità.", "Dawk li ngħataw premju rriflettew abbiltajiet, nazzjonalitajiet u sessi differenti, u fi tmiem l-avveniment, tkanta l-innu nazzjonali Malti, li kien għeluq xieraq.", "Nistgħu nqisu l-esperjenza pożittiva f'din l-iskola bħala mikrokożmu ta' dak li s-soċjetà kontemporanja Maltija tista' tkun qalb il-bidliet li għaddejja minnhom: magħquda fid-diversità, tħaddan kulturi differenti filwaqt li taqsam valuri u normi komuni.", "L-għeruq Kattoliċi ta' Malta jiġu ċċelebrati, iżda studenti bi twemmin differenti jew li jagħżlu s-suġġett tal-etika minflok dak tar-reliġjon ukoll jieħdu sehem attiv fl-iskola tagħhom.", "L-għalliema jagħtu attenzjoni individwali lit-tfal, u l-ġenituri jistennew lit-tfal tagħhom f'armonija wara l-iskola minkejja l-ambjenti soċjali, nazzjonali u oħrajn differenti.", "Barra minn hekk, l-iskola toffri servizzi barra mill-ħin tal-iskola għal dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu x-xogħol qabel jew wara l-ħinijiet formali tal-iskola.", "Issa li ibni David jinsab fl-aħħar sena tiegħu f'din l-iskola, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskola għall-għajnuna, il-ġenerożità u l-flessibilità tagħhom.", "Għax mhuwiex faċli li tkun flessibbli f'ambjent ta' diversità kulturali.", "Iżda l-iskola turi li b'rieda tajba, pedagoġija professjonali u tmexxija dinamika, sfidi bħal dawn jinbidlu f'opportunitajiet ta' bini ta' komunità.", "Tabilħaqq, l-iskola primarja ta' Tas-Sliema tista' titqies bħala każ li juri x'inhu l-kapital soċjali.", "Dan il-kunċett sar popolari permezz ta' soċjologi bħal Robert Putnam li segwew l-istudju dwar il-komunità ta' Amitai Etzioni, Emile Durkheim u oħrajn.", "Hawnhekk, il-persuna tiġi maħsuba bħala entità bi drittijiet kif ukoll responsabbiltajiet fix-xibka ta' relazzjonijiet u interazzjonijiet soċjali.", "Fost dawn hemm il-familja, il-ħbieb, l-iskola, l-assoċjazzjonijiet volontarji, il-knejjes, u l-ġirien.", "Il-persuna tinsab fi ħdan il-komunità u l-komunità tinsab fi ħdan il-persuna.", "Din ix-xorta ta' ħsieb tmur lil hinn mill-ideoloġiji tax-xellug u tal-lemin.", "Tikkonċentra fuq il-bini ta' komunitajiet, fejn il-kooperazzjoni, in-networking u r-reċiproċità jgħinu biex tinbena fiduċja mifruxa u ċittadini aħjar.", "Din hi l-essenza tal-kapital soċjali: soċjetà b'sens ċiviku u bi spirtu pubbliku fejn kulħadd iħossu parti mill-komunità.", "Ovvjament, irridu nistabbilixxu ċerti regoli biex approċċ bħal dan jirnexxi, iżda dawn ma għandhomx ikunu msejsa fuq l-ambjent, it-twemmin jew l-identità tal-persuna.", "Identitajiet differenti jistgħu jirrikonċiljaw jekk jaqsmu valuri bażiċi komuni bħar-rispett u t-tolleranza.", "Jien nara dan kuljum fit-tifel tiegħi, li l-ikbar ħbieb tiegħu ġejjin minn ambjenti soċjali, nazzjonali u reliġjużi differenti.", "Għal dan infaħħar lill-iskola primarja ta' Tas-Sliema.", "F'Malta likwida moderna, il-politiċi u dawk li jfasslu l-politika jistgħu jitgħallmu minn eżempji bħal dawn.", "Ma nistgħux nerġgħu lura għan-nostalġija għal soċjetà idillika ineżistenti li jista' jkun li anqas biss qatt eżistiet.", "Iżda nistgħu ninvestu f'politika li taħdem biex tirrikonċilja identitajiet differenti fi ħdan qafas ta' valuri bażiċi.", "Huwa veru li dejjem ser ikun hemm sfidi, inugwaljanzi u forom ta' esklużjoni, iżda nuqqas ta' investiment fil-kapital soċjali iwassal għal individwaliżmu bla rażan, għal nuqqas egoist ta' perspettiva, għal intolleranza u għal ghettos soċjali.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 30 ta' Diċembru 2018", "Tista' tara l-filmat f'dan il-link:", "Hu aktar diffiċli li persuna tkampa mad-dipressjoni jew l-ansjetà fi żmien il-festi.", "Paradossalment, fi żmien meta l-familji u l-ħbieb jiltaqgħu biex jifirħu, xi persuni ikollhom sens ikbar ta' iżolament soċjali u jħossuhom saħansitra aktar waħedhom.", "Kif spjega s-soċjologu Max Weber mitt sena ilu, hu importanti li nifhmu t-tifsiriet li l-persuni jagħtu lid-dinja soċjali tagħhom.", "U s-solitudni u s-saħħa mentali huma żewġ temi li jistħoqqilhom li nifhmuhom aħjar.", "Pereżempju, hu importanti li nifhmu li s-soċjetà mhijiex magħmula biss mill-persuni u l-identitajiet li aħna mdorrijin naqraw dwarhom u naraw fil-mezzi tax-xandir iżda wkoll minn firxa wiesgħa ta' oħrajn li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli għas-solitudni u għal", "sfidi ta' saħħa mentali.", "Fost dawn jista' jkun hemm pensjonanti ġodda li ma jħossuhomx lesti jħabbtu wiċċhom ma' ħajja ġdida wara għexieren ta' snin ta' xogħol; persuni barranin mingħajr familja jew ħbieb; persuni ansjużi fuq il-bidliet personali, fil-familja tagħhom u soċjali li jkunu qed iseħħu madwarhom; vittmi ta' bullying, razziżmu, tgħajjir, sessiżmu u forom oħra ta' diskriminazzjoni; persuni li jħossuhom esklużi, u persuni li jista' jkun li qas ikunu konxji mill-qagħda mentali tagħhom.", "Il-lista tista' tkompli.", "Nuża l-kelma 'persuni' bi ħsieb għax inħoss id-dmir soċjoloġiku li nisħaq li kultant anke dawk assoċjati mas-saħħa u s-setgħa jistgħu jkunu dgħajfa, waħedhom u fraġli, u fost dawn jista' jkun hemm ukoll irġiel eterosesswali li spiss jiġu deskritti bħala l-oppost ta' dan.", "It-tfassil tal-politika għall-ugwaljanza bejn is-sessi jeħtieġ li jqis dan fl-isforz għal soċjetà aktar inklużiva.", "Tabilħaqq, it-tfassil ta' politika għandu jibni fuq stejjer ta' suċċess f'oqsma oħrajn u jipprova jintegra kwistjonijiet bħas-solitudni u s-saħħa mentali.", "Iż-żewġ suġġetti sikwit jiġu ttrattati bħala tabù, pereżempju meta persuna ma tfittixx għajnuna professjonali jew ma titkellimx dwar l-ansjetà u s-solitudni tagħha minħabba l-mistħija.", "Iżda l-istatus ta' tabù wkoll kien ta' xkiel f'oqsma oħra bħad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, u Malta tassew imxiet 'il quddiem f'dan il-qasam.", "L-edukazzjoni, il-mezzi tax-xandir, il-politiċi u s-soċjetà ċivili lkoll għandhom rwol x'jaqdu biex dawn il-kwistjonijiet isiru aktar viżibbli.", "Xi wħud diġà qed jagħmlu dan u jistħoqqilhom aktar appoġġ.", "Il-kwistjoni tas-solitudni u s-saħħa mentali tmur lil hinn mill-firdiet ideoloġiċi u partiġġjani u tista' tiġi indirizzata wkoll b'għamliet differenti ta' governanza.", "Dawn jistgħu jinkludu l-kontribut tas-settur pubbliku, dak privat u dak tal-volontarjat kif ukoll l-għoti ta' setgħa lill-persuni nfushom billi titrawwem l-etika tal-importanza li persuna tieħu ħsieb tagħha nnifisha.", "Il-mezzi soċjali, l-iskejjel, il-kunsilli lokali u opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jistgħu jagħmlu possibbli l-bini ta' komunitajiet aktar b'saħħithom li jkunu aktar sensittivi għal dawn l-isfidi.", "Barra minn hekk, dixxiplini bħas-soċjoloġija, il-lingwistika, l-istudji tat-traduzzjoni, il-psikoloġija, il-psikjatrija, il-ħidma soċjali u l-counselling huma essenzjali biex ikun hemm professjonisti soċjali li jkunu jistgħu jaħdmu f'dawn l-oqsma.", "Forsi tkun riżoluzzjoni tajba tal-Ewwel tas-Sena għall-partijiet interessati fl-isfera pubblika ta' Malta li jibdew iħarsu lil hinn minn kwistjonijiet sensazzjonali li jaqilgħu l-iktar likes u l-akbar għadd ta' kummenti sensazzjonalisti.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 23 ta' Diċembru 2018", "P robabbli taf li l-prodott gross domestiku ta' Malta żdied b'7.5 fil-mija f'termini reali tul it-tielet kwart tal-2018.", "Jista' jkun li qrajt din l-aħbar fil-gazzetti jew smajtha fuq il-mezzi tax-xandir.", "Jekk int parti mill-grupp dejjem jikber ta' nies li jisimgħu l-aħbarijiet mill-mezzi soċjali, jista' jkun li ltqajt ma' propaganda mill-gvern li fakkritek li dan huwa l-aqwa żmien.", "L-istatistika hi korretta.", "Tirrappreżenta t-tkabbir tal-prodott gross domestiku f'termini reali skont iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Din hi ċifra aġġustata għall-inflazzjoni li tikkwantifika l-valur tal-oġġetti u s-servizzi kollha prodotti fl-ekonomija matul is-sena.", "Din iċ-ċifra kienet primarjament ir-riżultat ta' żieda fid-domanda kemm domestika kif ukoll esterna permezz tan-nefqa fuq il-konsum, in-nefqa tad-djar, in-nefqa tal-gvern, l-esportazzjonijiet u għamliet oħrajn ta' nfiq.", "Tabilħaqq, il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet attwali żdied b'€281 miljun, li jitqassmu hekk: żieda ta' €64.5 miljun fil-ħlas lill-ħaddiema, żieda ta' €162.9 miljun fil-bilanċ pożittiv gross tal-operat tal-intrapriżi u żieda ta' €53.5 miljun fit-tassazzjoni netta fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet.", "Matul l-istess żmien, il-valur miżjud gross ta' Malta żdied b'€218.4 miljun meta mqabbel mal-istess tliet xhur is-sena li għaddiet.", "Dan jirrappreżenta d-differenza bejn il-produzzjoni bi prezzijiet bażiċi u l-konsum intermedju bil-valur tal-prezzijiet tax-xerrejja.", "Jekk in ħarsu lejn dawn iċ-ċifri u l-pożizzjoni rispettiva ta' Malta fil-quċċata tal-klassifika tal-UE, jidher li l-ekonomija ta' Malta qed tmur dejjem għall-aħjar.", "Imma dawn iċ-ċifri waħedhom ma jistgħux jispjegaw il-qagħda soċjoekonomika ta' Malta.", "Hawn taħt nagħti eżempju li jista' jgħin fl-ispjegazzjoni ta' dan.", "Ħarsa ta' malajr lejn il-pajjiżi madwar id-dinja li bħalissa qiegħdin jesperjenzaw rati għoljin ta' tkabbir fil-prodott gross domestiku tagħhom turina li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn huma pajjiżi li qed jiżviluppaw u mhux dawk l-aktar żviluppati.", "It-tkabbir ekonomiku tagħhom irid jitqies flimkien ma' indikaturi oħrajn biex ikollna stampa valida tal-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "B'rabta ma' Malta, naħseb li wasal iż-żmien li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jintroduċi indikaturi addizzjonali li jkejlu l-kwalità ta' ħajja u l-livell ta' għajxien ta' gruppi soċjali differenti.", "Għandu jkun f'pożizzjoni li jgħarraf lill-pubbliku kif il-prezzijiet jolqtu gruppi soċjali differenti.", "Il-prezzijiet tal-ikel ġeneralment ikollhom effett ikbar fuq dawk bi dħul baxx, għax dawn jonfqu parti akbar mid-dħul tagħhom biex jixtru prodotti bażiċi, meta mqabbla ma' dawk bi dħul ogħla.", "L-istess jista' jingħad għal prodotti u servizzi bażiċi oħrajn bħall-kera, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-prodotti mediċinali.", "Meta jiġu ppubblikati ċ-ċifri uffiċjali dwar l-għoli tal-ħajja, ma ssirx distinzjoni bejn livelli differenti ta' dħul, iżda fid-dinja reali hu ċar li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja li ngħata lill-ħaddiema u lill-pensjonanti mhuwiex realistiku.", "Biex nagħti eżempju sempliċi ta' dan: prodott bażiku tal-ikel li jiswa €1 jieħu wieħed fil-mija tad-dħul ta' xi ħadd li jaqla' €100.", "Iżda jieħu biss 0.1 fil-mija tad-dħul ta' xi ħadd li jaqla' €1,000.", "Il-prodott tal-ikel hu essenzjali għaż-żewġ persuni, iżda l-persuna li taqla' aktar qed tħallas proporzjonalment ħafna inqas mid-dħul tagħha biex tixtrih.", "F'Lulju li għadda, il-President Marie Louise Coleiro Preca, b'rabta ma' studju mill-Osservatorju Nazzjonali għal Għajxien b'Dinjità u ċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familji, li t-tnejn huma entitajiet ta' riċerka fi ħdan il-Fondazzjoni tagħha għall-Ġid tas-Soċjetà, qalet li l-ikel jikkostitwixxi l-akbar nefqa ta' familji b'erba' persuni f'Malta u Għawdex.", "Żiedet li madankollu, hu allarmanti li nagħrfu li, sabiex l-ikel li jikkunsmaw ikun meqjus tajjeb għas-saħħa u nadif, familji bħal dawn ikollhom jonfqu aktar minn €500 fix-xahar.", "Saħqet li dan hu ammont għoli żżejjed għal bosta familji, li jfisser li individwi li jbatu minn vulnerabbiltà jew prekarjat ta' kull xorta qed isibuha kważi impossibbli li jaċċessaw ikel adegwat.", "Minbarra dan, għandna nqisu wkoll l-għadd dejjem jiżdied ta' persuni li qegħdin jiġu żgumbrati mill-postijiet li jkunu qed jikru u/jew li ma jkunux jistgħu jingħataw self mill-bank jew ilaħħqu mal-kera ta' proprjetà.", "Dan jinkludi wkoll persuni bi dħul medju ta' etajiet differenti.", "Jekk mal-ispiża ta' €500 msemmija mill-President inżidu spejjeż oħra, fosthom il-kera, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-prodotti mediċinali, u nqabbluhom mal-pagi f'Malta, il-matematika hija ċara daqs il-kristall.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 16 ta' Diċembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/01/", "date": "Wednesday, January 30, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Let's combat fake news - Michael Briguglio Former British service pensions: Letter to Minister Michael Falzon Insaħħu l-agrikoltura - Michael Briguglio Let's stop the agricultural decline - Michael Briguglio L-għoti ta' art pubblika - Michael Briguglio", "text": ["L-istatistika reċenti tal-Eurostat mhi inkoraġġanti xejn għas-settur agrikolu.", "Id-dħul fis-settur naqas b'9.4 fil-mija bejn l-2016 u l-2017, u naqas b'madwar terz mill-2010.", "Il-Finlandja u s-Slovenja għaddew minn tnaqqis simili għal dak f'Malta, iżda pajjiżi bħall-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Irlanda u l-Litwanja kellhom żidiet impressjonanti li jvarjaw minn 20 sa 35 fil-mija.", "Filwaqt li Malta u l-Irlanda huma l-uniċi żewġ stati membri tal-UE fejn il-forza tax-xogħol ma naqsitx tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-forza tax-xogħol agrikola ta' Malta hija t-tielet l-iżgħar fl-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, sitta fil-mija biss tal-bdiewa f'pajjiżna huma nisa - it-tieni l-anqas fl-Unjoni.", "Statistika sinifikanti oħra tgħid li Malta kienet wieħed mill-pajjiżi tal-UE bi tnaqqis qawwi fit-tkabbir fl-investiment, bi tnaqqis medju ta' 6.8 fil-mija kull sena mill-2009.", "L-organizzazzjoni mhux governattiva ambjentali Friends of the Earth ukoll tagħti data interessanti fir-rapport tagħha AgroKantina u permezz tas-sehem tagħha fil-proġett 'Citizen's CAP' (il-Politika Agrikola Komuni taċ-Ċittadin) ta' Friends of the Earth Europe, appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea.", "Din id-data turi li hawn 19,000 bidwi, u l-għadd ta' dawk li jaħdmu full-time qiegħed jonqos.", "Erbgħin fil-mija tal-art ta' Malta bħalissa tista' tiġi kklassifikata bħala art agrikola.", "Sitta u sebgħin fil-mija tal-azjendi agrikoli Maltin huma mikro-azjendi, jiġiferi ta' daqs ta' inqas minn ettaru.", "Tabilħaqq, il-Eurostat ifakkarna li s-sehem ta' azjendi agrikoli żgħar f'Malta huwa l-ogħla fl-istati membri kollha tal-UE (96.5 fil-mija).", "Dawn ikollhom daqs ta' anqas minn ħames ettari.", "Friends of the Earth iżżid li 45 fil-mija tal-art agrikola tintuża għal uċuħ għall-għalf segwiti minn użi oħra bħall-agrikoltura għas-suq (16 fil-mija) u ġonna għall-kċina (12 fil-mija) rispettivament.", "Sebgħa u ħamsin fil-mija tal-frott li jitkabbar f'Malta huwa għeneb, segwit mil-larinġ (12 fil-mija) u l-frawli (disgħa fil-mija).", "L-aktar 'ħaxix' popolari huwa t-tadam (17 fil-mija), segwit mill-patata (15 fil-mija) u oħrajn.", "Meta nqisu t-tnaqqis imsemmi, il-kontribut ta' anqas minn tnejn fil-mija tal-prodott gross domestiku u bidliet soċjali oħrajn bħall-firxa urbana ta' Malta, għandna naqtgħu qalbna mill-agrikoltura?", "Nittama li le.", "Jien tal-fehma li l-bdiewa jistħoqqilhom għajnuna u inċentivi sabiex ikollhom aktar setgħa u jgħinu fil-ħarsien tal-pajsaġġ Malti.", "Is-sħubija ta' Malta fl-UE kellha kemm tippreżenta sfidi kif ukoll tagħti opportunitajiet lis-settur, iżda l-gvern qiegħed jagħti l-importanza mistħoqqa lis-settur?", "Biex nagħti eżempju wieħed, għaliex twaqqfet ir-riforma tal-pitkalija?", "Barra minn hekk, għaliex bosta bdiewa qed ikollhom spejjeż ogħla u anqas qligħ?", "Għaliex qed jiġu mċaħħda minn forom ta' assigurazzjoni pereżempju kontra bidliet fil-klima?", "Għaliex sikwit jiġu soġġetti għal kompetizzjoni inġusta u nuqqas ta' konsultazzjoni?", "Wieħed mill-punti ta' diffikultà huwa l-fondi tal-UE.", "Xkiel burokratiku, żminijiet twal ta' stennija u n-nuqqas ta' għoti ta' prijorità lil dan il-qasam mill-gvern sikwit qed iżidu diffikultajiet li jistgħu jiġu evitati għall-bdiewa.", "Jekk dawk li jfasslu l-politika jiddeċiedu li jagħtu l-importanza li jistħoqqilha lill-agrikoltura lokali, jistgħu jiġu introdotti għadd ta' riformi.", "L-ewwel nett, il-politika tal-ippjanar għandha tħares l-art rurali u tħeġġeġ lill-bdiewa biex jużaw l-art għal skopijiet agrikoli minflok jiġu sfurzati jbigħuha għal użi oħra.", "It-tieni, l-għarfien espert u l-għajnuna tekniċi għandhom jgħinu kemm lill-gvern kif ukoll lill-bdiewa fl-aħjar modi ta' applikazzjoni u użu tal-fondi tal-UE u dawk nazzjonali u fl-iżgurar ta' metodi agrikoli sostenibbli.", "Il-gvern għandu wkoll iżid it-trasparenza fil-pitkalija, jissimplifika l-proċeduri burokratiċi, iwettaq stħarriġ estensiv tal-art u jagħti lill-bdiewa l-possibbiltà li jkollhom it-titolu legali fuq l-art sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal opportunitajiet ta' finanzjament.", "Il-gvern għand jagħti inċentivi wkoll għall-użu sostenibbli tal-ilma u t-trattament xieraq tal-annimali.", "Malta teħtieġ ukoll riformi li jħeġġu l-aċċess tal-bdiewa żgħażagħ għas-suq, u li jsaħħu proċessi ta' politika aktar parteċipatorji biex jinstemgħu l-ilħna tal-bdiewa, l-akkademiċi u s-soċjetà ċivili fil-qasam.", "Fuq livell Ewropew, il-Politika Agrikola Komuni (PAK) ukoll teħtieġ riforma.", "Minn perspettiva Maltija, nemmen li punt importanti li għandu jissemma hu l-ispeċifiċità ta' gżejjer żgħar u azjendi agrikoli żgħar.", "Dan għandu jitqies fil-proċess ta' politika, għax inkella l-PAK ser tibqa' xxaqleb favur negozji agrikoli kbar.", "Huwa veru li l-agrikoltura tirrappreżenta persentaġġ żgħir tal-prodott gross domestiku, iżda l-kontribut strateġiku tagħha għas-soċjetà Maltija huwa imprezzabbli.", "Dan hu qasam ieħor fejn hemm ħtieġa urġenti ta' kunsens politiku.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 27 ta' Jannar 2019", "Sa issa huwa ċar li l-mudell ekonomiku tal-gvern jiddependi ħafna minn proġetti aċċellerati ta' kostruzzjoni.", "Dawn jitfgħu l-flus fl-ekonomija, dan iwassal għal tkabbir u ċ-ċiklu politiku tal-gvern jibqa' għaddej.", "Iżda dan kollu għandu prezz.", "L-impatt ambjentali u dak soċjali qed jingħataw importanza sekondarja u hekk ukoll qed jingħata ċ-ċiklu ekonomiku fuq medda itwal ta' żmien.", "Lil hinn miċ-ċiklu politiku attwali tal-gvern, Malta tista' ssostni ekonomija li taħtaf dejjem aktar art għal proġetti ta' żvilupp spekulattiv?", "U min iħallas it-taxxa għandu jiffinanzja dan kollu permezz tar-roħs enormi li qed jingħata lil ċerti żviluppaturi tal-art?", "Il-proġett ta' żvilupp tal-Corinthia f'San Ġiljan huwa każ ieħor ta' dan.", "Il-Corinthia hija kumpanija ta' suċċess li hija l-aktar magħrufa għall-kontribut turistiku tagħha lill-ekonomija Maltija u lil hinn minnha.", "Ta' dan ta' min ifaħħarha, u tal-pjanijiet tagħha għall-ewwel lukanda ta' sitt stilel f'Malta.", "Iżda peress li l-pjanijiet tagħha jinvolvu art pubblika u l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli, nistenna li l-interess pubbliku jingħata prijorità mill-gvern fin-negozjati tiegħu ma' din il-kumpanija privata.", "Il-gvern kuntent li l-impatt tal-proprjetà immobbli fuq l-art ikkonċernata hu stmat li ser ikun id-doppju tad-daqs tal-art mibnija għal skopijiet ta' turiżmu?", "Il-gvern kuntent li qed jagħti roħs ta' €70 miljun lill-Corinthia għall-art ikkonċernata, meta din l-art ingħatat valur ta' €121.7 miljun minn Deloitte?", "Il-gvern huwa daqstant ġeneruż man-nies tal-klassi medja u tal-klassi tal-ħaddiema li jħallsu t-taxxa, mal-pensjonanti, u ma' persuni li għandhom ħtieġa urġenti ta' akkomodazzjoni soċjali?", "Nixtieq infakkar lill-qarrejja li f'Ottubru li għadda ktibt lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat ta' Malta dwar proġett simili ta' żvilupp qrib ta' dan: il-proġett kontroversjali tad-DB f'Pembroke.", "L-ittri tiegħi staqsew jekk il-gvern ta' Malta kienx qed iħares il-leġislazzjoni Ewropea u dik Maltija dwar l-għajnuna mill-Istat meta ddeċieda li jbigħ is-sit fejn kien l-Istitut għall-Istudji Turistiċi lill-iżviluppaturi għal €15-il miljun biss, meta l-pjan tal-gvern stess għaż-żona kien ta lill-art valur ta' €8,500 għal kull metru kwadru, li jammonta għal total ta' €204 miljuni għall-art involuta.", "Il-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat għad irid iwieġeb għall-mistoqsijiet tiegħi.", "Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet, bl-użu ta' lingwaġġ burokratiku li jgħin biex dak li jkun jifhem għaliex tant persuni qed isiru xettiċi dwar il-ħolma Ewropea.", "Fi ftit kliem, il-Kummissjoni Ewropea qaltli li ma nistax nistaqsi mistoqsijiet bħal dawn sakemm m'inix kompetitur żvantaġġat.", "Allura ċ-ċittadini komuni ma għandhom ebda dritt jistaqsu lill-Unjoni Ewropea dwar għajnuna mill-Istat li tinvolvi art pubblika.", "Iżda minnufih naħseb f'mistoqsija oħra.", "Min huma l-kompetituri żvantaġġati?", "U mhumiex jilmentaw għax huma wkoll ser jiksbu art pubbliku bi prezzijiet imraħħsa, bis-saħħa tal-gvern imma mħallsa minn dawk li jħallsu t-taxxa?", "Dawn iż-żewġ proġetti huma l-aktar żewġ eżempji reċenti tar-relazzjoni simbjotika bejn il-gvern u l-iżviluppaturi l-kbar li jiddependu minn xulxin għat-tkabbir ekonomiku u l-appoġġ mill-Istat rispettivament, filwaqt li tiġi injorata kull prijorità oħra.", "L-unika differenza hi li din id-darba, il-gvern kien ippospona r-reviżjoni tal-pjan għal Paceville eżatt qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wara kritika qawwija mill-pubbliku.", "Dak li qed joffri issa huwa agħar: l-għoti ta' art pubblika fuq bażi ad hoc - mingħajr regoli u skont il-bżonn.", "Il-gvern ser jgħid lir-residenti mweġġa' li, bis-saħħa ta' dan l-iżvilupp, il-kunsilli lokali ser jingħataw flus mill-qligħ mill-ippjanar: madwar miljun euro fil-każ tal-iżvilupp tal-Corinthia.", "Iżda dak li l-gvern forsi għandu jgħid ukoll huwa li minkejja l-bilanċ pożittiv nazzjonali, dan l-aħħar iddeċieda li jieħu €2 miljuni mill-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp mingħand kull wieħed mill-kunsilli lokali ta' San Ġiljan u Tas-Sliema mingħajr anqas biss indenja ruħu jikkonsultahom.", "Ma għandix wisq tama li l-gvern ser ibiddel il-mudell ekonomiku tiegħu, iżda nsejjaħ lill-qarrejja biex jagħtu preferenza lill-Malta li jixtiequ meta jgħarblu dawn is-suġġetti.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 20 ta' Jannar 2019"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/03/", "date": "Sunday, March 31, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "New Publication on Discourse Analysis Tnaqqis inkwetanti fil-pagi - Michael Briguglio Worrying wage drop means we must look beyond GDP – Michael Briguglio Filmat: Malta għandha bżonn leħen konsistenti favur l-ambjent - Michael Briguglio \n \n Proposti għal ambjent aħjar – Michael Briguglio \n \n Better environment proposals - Michael Briguglio \n \n Real people in real Malta – Michael Briguglio \n \n Nies ta' veru f'Malta ta' veru – Michael Briguglio \n \n Għaliex Għawdex ma ngħaqadx ma' gżejjer oħrajn tal-UE fit-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa? Michael Briguglio \n \n Video: Il-kont tad-dawl tiegħek tax-Xitwa raħas? Are your winter energy bills cheaper? Michael Briguglio \n \n Is-sejħa tagħna – Michael Briguglio \n \n Why hasn't Gozo joined other EU islands for clean energy transition? Michael Briguglio \n \n L-Istat tal-Ambjent – Xi proposti: Michael Briguglio", "text": ["L-istatistika uffiċjali turi li Malta kienet l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea li kellu tnaqqis fil-pagi fl-2018.", "Tabilħaqq, it-tnaqqis ta' Malta kien ta' -0.5 fil-mija, meta r-rata ta' tkabbir annwali fuq il-livell tal-Unjoni kienet kważi tlieta fil-mija.", "Ir-Rumanija, il-Latvja, il-Portugall u l-Litwanja rreġistraw rati ta' tkabbir ta' 'l fuq minn għaxra fil-mija fl-ispejjeż tax-xogħol fis-siegħa.", "It-tnaqqis tal-ispiża tax-xogħol fis-siegħa f'Malta seħħ fis-settur privat, fil-kostruzzjoni u fis-servizzi rispettivament.", "U filwaqt li kien hemm żidiet żgħar fis-settur pubbliku u l-industrija, ir-rata ta' inflazzjoni ta' Malta qiegħda xxejjen dawn iż-żidiet.", "Tabilħaqq iċ-ċifri uffiċjali għal Frar 2019 juru l-ogħla żidiet minn Jannar 2017 'il hawn.", "L-inflazzjoni fi Frar kienet ta' 1.92 fil-mija, li joħloq diffikultajiet akbar għall-familji, il-ħaddiema, il-pensjonanti u ż-żgħażagħ fejn tidħol in-nefqa bażika fuq oġġetti bħall-ikel, il-prodotti mediċinali, is-servizzi tas-saħħa, it-trasport, il-manutenzjoni tad-dar u l-kera.", "Ftit xhur ilu, il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet dwar it-tbatija ta' dawn in-nies meta rreferiet għal studju mill-Osservatorju Nazzjonali għall-Għajxien b'Dinjità u ċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja, li t-tnejn li huma huma entitajiet ta' riċerka fi ħdan il-Fondazzjoni tagħha għall-Ġid tas-Soċjetà.", "L-istudju juri li familji ta' erba' persuni f'Malta jkollhom jonfqu aktar minn €500 kull xahar biex jixtru ikel tajjeb għas-saħħa.", "Din hi nefqa kbira wisq għal bosta familji, speċjalment meta nqisu nfiq ieħor bħal dak imsemmi hawn fuq u meta nqabbluh mal-pagi f'Malta.", "Il-matematika ma tigdibx.", "Malta bħalissa għaddejja minn sfidi soċjali li kienu saru xi ħaġa tal-imgħoddi: pereżempju persuni ta' bejn 25 u 35 sena li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom mhux għax jixtiequ iżda għax il-prezz tal-akkomodazzjoni huwa sempliċiment għoli żżejjed.", "L-importazzjoni ta' ħaddiema għal xogħol bl-irħis qiegħda twassal ukoll għal tellieqa sal-qiegħ bejn il-ħaddiema akkost tal-kwalità ta' ħajja tagħhom.", "Qed isir dejjem aktar ċar li t-tkabbir ekonomiku rapidu ta' Malta qed iseħħ akkost tal-ġustizzja soċjali u l-ambjent.", "Huwa veru li hemm min qed igawdi f'dan il-mudell, iżda huwa veru wkoll li ħafna qed ibatu: il-ħaddiema fqar u dawk li l-qagħda tagħhom sejra għall-agħar, li qed jobdu r-regoli iżda jitilfu l-logħba.", "Wasal iż-żmien li l-Gvern jikkunsidra bis-serjetà l-proposti tal-għaqdiet tal-ħaddiema, tal-ekonomisti u tas-soċjologi għal reviżjoni realistika u sostenibbli tal-aġġustament għall-għoli tal-ħajja (COLA) ta' Malta.", "Il-mod kif jitkejjel bħalissa jidher li ma jikkorrispondix għar-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema u l-pensjonanti, u jwassal għal kumpens negliġibbli għall-prezzijiet ogħla tal-oġġetti u s-servizzi.", "Il-Gvern għandu wkoll jikkunsidra serjament il-ħolqien ta' skemi ta' ħlas lura jew skontijiet għall-anzjani u dawk bi dħul baxx għal oġġetti u servizzi bażiċi bħall-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Bħala kandidat għall-Parlament Ewropew qiegħed nipproponi wkoll li l-baġit tal-UE jkun aktar flessibbli għall-ħtiġijiet ta' gżejjer żgħar, li, pereżempju, huma aktar vulnerabbli għal pressjoni inflazzjonarja minħabba l-kontenut ta' importazzjonijiet għoli.", "Ir-riformi ekonomiċi promossi mill-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu ssorveljati fuq il-livell tal-istati membri, fejn is-soċjetà ċivili għandu jkollha rwol attiv għal riformi sostenibbli u soċjalment ġusti.", "Malta teħtieġ viżjoni ekonomika li ma tqisx biss ir-rati ta' tkabbir tal-prodott gross domestiku iżda li tqis ukoll il-kwalità tal-ħajja tal-persuni.", "Id-dimensjoni soċjali u dik ambjentali ma għandhomx jiġu ssagrifikati għall-benefiċċju ta' viżjoni ekonomika li mhijiex ugwali u mhijiex sostenibbli.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument 31 ta' Marzu 2019", "F'dan il-vlog għal The Malta Independent niddiskuti d-deterjorazzjoni ta' l-ambjent f'Malta.", "Pajjiżna jeħtieġ rappreżentanza Ewropeja konsistenti u li titkellem favur regoli u fondi li huma xierqa għal gżejjer żgħar.", "Tista' tara l-filmat hawnhekk:", "Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienet ta' ġid għall-politika ambjentali, iżda pajjiżna għadu lura f'bosta aspetti ambjentali meta mqabbel mal-bqija tal-Unjoni.", "Dawn jinkludu l-kwalità tal-arja, l-immaniġġar tal-iskart u l-użu ta' enerġija rinnovabbli.", "Għalkemm il-Prim Ministru wiegħed li jneħħi l-impjant tal-enerġija li sejjaħ \"fabbrika tal-kanċer\", il-kwalità tal-arja marret għall-agħar l-aktar minħabba ż-żieda fil-karozzi privati u politika tat-trasport mhux sostenibbli.", "L-immaniġġar tal-iskart donnu aktar immaniġġar ta' kriżi milli viżjoni fit-tul, u, minkejja xi titjib żgħir, il-Magħtab reġa' lura għall-intejjen ta' qabel.", "Jidher ċar ukoll li l-gvern mhuwiex qed iħares lejn il-ġejjieni f'dak li jirrigwarda l-bini u l-iskart mit-twaqqigħ tal-bini, li jammonta għal 85 fil-mija tal-volum tal-iskart f'Malta.", "Filwaqt li ħafna minn dan jiġi rriċiklat u użat mill-ġdid fi stati membri oħrajn tal-UE, il-Gvern għad m'għandux pjan sostenibbli koerenti għal Malta.", "L-użu tal-enerġija rinnovabbli żdied ftit, iżda Malta għadha ma laħqitx il-miri tagħha għall-2020 u l-pajjiż jiddependi mill-gass mill-Ażerbajġan li jiswa aktar minn alternattivi oħrajn.", "Personalment ili attiv għall-ambjent mid-disgħinijiet.", "Kont attiv f'kampanji ta' suċċess kontra l-iżvilupp żejjed, u ħafna mir-riċerka soċjoloġika tiegħi kkonċentrat fuq il-politika ambjentali b'enfasi fuq is-sħubija ta' Malta fl-UE.", "Bħala politiku u kunsillier lokali, dejjem kont fuq in-naħa tar-residenti.", "Preżentament qed nieħu sehem attiv ukoll fit-tfassil tal-politika ambjentali tal-Partit Nazzjonalista.", "Bħala kandidat għall-Parlament Ewropew, dawn huma l-proposti ewlenin tiegħi b'rabta mal-ambjent.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm klawżoli speċjali għall-ħarsien tal-ambjent tal-gżejjer żgħar.", "Pereżempju, il-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (fosthom il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u tat-traffiku) għandhom ikunu applikabbli wkoll għal żvilupp fuq skala żgħira b'impatti kumulattivi fuq il-lokalitajiet.", "Dawn għandhom ikunu applikabbli f'lokalitajiet li għaddejjin minn bidla rapida minħabba għadd ta' żviluppi fuq skala żgħira li għandhom effetti kbar pereżempju fuq il-parkeġġ, it-traffiku, il-konġestjoni, id-dehra tal-orizzont u l-pajsaġġ tat-toroq.", "Proposti għal żviluppi bħal dawn għandhom jiġu evalwati kif xieraq qabel jiġu approvati.", "Nemmen ukoll li Malta teħtieġ monitoraġġ aħjar tal-istandards ambjentali sabiex jiġi żgurat li d-direttivi tal-UE jiġu applikati aħjar.", "Fl-istess waqt, għandhom isiru sforzi akbar biex jinkisbu fondi tal-UE għat-tnaqqis tat-tniġġis u l-finanzjament tat-tindif u l-immaniġġar tal-iskart.", "Jien nappoġġa wkoll l-isforzi għall-projbizzjoni tal-plastik b'użu waħdani li tant jagħmel ħsara, per eżempju lill-ħlejjaq marittimi.", "Iżda din titlob konsultazzjoni fil-fond biex jiġi żgurat li n-negozji u l-ħaddiema fis-settur ikunu jistgħu jaqilbu għal mod ta' ħidma sostenibbli, filwaqt li jinħolqu impjiegi ekoloġiċi.", "Ikun ta' ġid għal gżejjer żgħar bħal Għawdex u Malta jekk l-UE tintroduċi standards għall-ħarsien tas-siġar u l-ispazji pubbliċi.", "Dawn jagħtu aktar setgħa lir-residenti, is-soċjetà ċivili u l-kunsilli lokali biex iħarsu l-wirt naturali u pubbliku tagħhom.", "B'rabta mal-innovazzjoni u r-riċerka, Malta għal darb'oħra għadha lura meta mqabbla mal-bqija tal-Unjoni.", "Hemm bżonn ta' aktar fondi nazzjonali u Ewropej f'oqsma bħall-effiċjenza fl-enerġija, il-konservazzjoni tal-enerġija u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi.", "Biżżejjed niftakru li Għawdex għadu kif tilef opportunità biex jingħaqad ma' 26 gżira Ewropea oħra fit-tranżizzjoni għal enerġija nadifa bl-appoġġ tas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea għall-Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE.", "Dan kien diżappunt kbir: għandna nieħdu ħsieb li Malta tapplika għal fondi bħal dawn.", "Huwa kruċjali wkoll li nagħrfu li n-negozji interessati fi tranżizzjonijiet ekoloġiċi u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi jeħtieġu assistenza u kundizzjonijiet speċifiċi fid-dawl tar-realtà ta' Malta bħala gżira żgħira.", "Għal darb'oħra, dan jirrikjedi determinazzjoni kif ukoll ir-rieda li nsemmgħu leħinna favur kundizzjonijiet għall-gżejjer żgħar li jistgħu jkunu differenti minn dawk għal pajjiżi akbar.", "Ikun utli wkoll li jkollna strutturi ta' finanzjament li jsaħħu l-mikroinvestiment għal inizjattivi iżgħar f'enerġija rinnovabbli u nadifa, u b'hekk jiġu megħjuna l-individwi, il-gruppi u l-kunsilli lokali interessati.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 24 ta' Marzu 2019", "Nies ta' veru f'Malta ta' veru: persuni bi stejjer tal- ħajja, esperjenzi, ħtiġijiet u opportunitajiet speċifiċi.", "Persuni li lkoll jgħixu ħajja ta' kuljum unika, u jaqsmu affarijiet komuni ma' ħaddieħor kif ukoll differenzi minn ħaddieħor.", "Xi wħud mhumiex għaddejjin mill-aqwa żmien.", "Pereżempju, ir-raġel marradi li għandu kważi ħamsin sena u li jgħix ma' ommu marida li għandha 'l fuq minn sebgħin.", "Kellha tbigħ kollox biex tidfen lil żewġha u issa hi u binha qed iħabbtu wiċċhom ma' żgumbrament filwaqt li jistennew akkomodazzjoni soċjali flimkien ma' bosta oħrajn fuq il-lista ta' stennija.", "L-omm single li tieħu ħsieb lit-tfal tagħha u lil ommha li tuża siġġu tar-roti.", "Jgħixu fi proprjetà substandard iżda ma jistgħux ilaħħqu mal-prezz tal-kera u dalwaqt ser ikollhom jitilqu minn hemm.", "Il-ħaddiema single li tgħix f'akkomodazzjoni soċjali li nbniet ftit snin ilu.", "Iżda l-ħitan mimlijin moffa minħabba l-ilma li jgħaddi minnhom bil-mod il-mod.", "Il-koppja anzjana li jibżgħu mill-wasla tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "L-uniku passatemp tar-raġel huwa li jiltaqa' mal-ħbieb tiegħu anzjani fil-workshop tiegħu.", "Ser ikollu jiċċaħħad minn dan biex ilaħħaq mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "Ir-raġel li jgħix viċin żvilupp illegali li ilu jaffaċċa avviżi ta' infurzar mill-1997.", "Sadanittant, qed jiġi mmanifatturat is-siment f'żona agrikola.", "Ħafna trab u storbju.", "Fl-istess raħal, ikomplu jsiru illegalitajiet oħrajn għax l-Awtoritajiet jagħtu skużi burokratiċi biex ma jagħmlu xejn.", "Il-perit li rrifjuta li jiċċertifika xogħol ħażin, ingħata trasferiment u kellu jitlaq mis-settur pubbliku għax ma setax jissaporti l-kundizzjonijiet tax-xogħol.", "Iż-żagħżugħ li jgħix mal-ġenituri tiegħu għax ma jistax ilaħħaq mal-prezz tal-kera u ma għandux il-mezzi biex jixtri proprjetà, minkejja li għandu dħul medju u qiegħed jagħmel dottorat.", "Il-mara anzjana bi tliet slip discs li għandha bżonn urġenti ta' carer.", "U l-ħafna persuni akbar fl-età li jħossuhom waħedhom qalb il-pajsaġġ urban.", "L-attivisti u l-akkademiċi li l-proposti tagħhom ġew injorati jew intużaw biss bħala opportunità għal ritratt.", "Il-ħaddiem tal-Wasteserv li jissimpatizza mal-Partit Laburista u jinsab ixxukkjat fuq it-tmexxija ħażina u l-prattika fqira fil-Magħtab.", "L-omm separata ta' tlett itfal li għandha 'l fuq minn ħamsin sena li jirnexxielha taqla' 1,200 euro fix-xahar iżda li l-kont tal-kera tagħha huwa 850 euro fix-xahar.", "Il-mara b'diżabilità li tingħata allowance ta' 20 Euro 38 ċenteżmu biss fil-ġimgħa.", "38 ċenteżmu aktar milli kienet tingħata sena ilu.", "Il-ħaddiem fiċ-ċivil li ma jistax isemma' leħnu għax jibża' mir-riperkussjonijiet.", "Din hi parti żgħira min-nies li ltqajt magħhom dan l-aħħar.", "Permezz tal-politika, is-soċjoloġija u l-attiviżmu stajt niltaqa' ma' bosta nies fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena.", "Kultant tkun tista' tagħmel xi ħaġa dwar il-problema tagħhom u tgħinhom, filwaqt li drabi oħra tħossok bla setgħa u tkun tista' biss tempatizza.", "Dawn in-nies jistħoqqilhom id-dinjità.", "Jistħoqqilhom li jinstemgħu.", "Il-mara u r-raġel minsijin jistħoqqilhom empatija u azzjoni, u mhux priedki minn fuq pedestall.", "Il-politika fi ħdan il-komunità tfisser li l-politiċi jiltaqgħu b'mod attiv man-nies biex attivament isiru jifhmu l-firxa wiesgħa ta' realtajiet li għandna fostna llum il-ġurnata.", "Għax mingħajr għarfien veru tas-soċjetà tagħna, huwa diffiċli li titfassal politika b'dimensjoni soċjali.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 17 ta' Marzu 2019", "Ftit jiem ilu, 26 gżira Ewropea nedew tranżizzjoni għall-enerġija nadifa bl-appoġġ tas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea għall-Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-Unjoni Ewropea.", "Il-gżejjer huma Hvar, il-Kroazja; New Caledonia, Franza; Pantellerija, l-Italja; A Illa de Arousa, Spanja; Brač, il-Kroazja; Kreta, il-Greċja; l-Azores, il-Portugall; Gotland, l-Iżvezja; Korčula, il-Kroazja; Samos, il-Greċja; Ibiza, Spanja; Öland, l-Iżvezja; Kökar, il-Finlandja; Cape Clear, l-Irlanda; Mallorca, Spanja; Orkney, ir-Renju Unit; Marie-Galante, Franza; Favignana, l-Italja; Menorca, Spanja u grupp ta' gżejjer Skoċċiżi mhux konnessi mal-grid tal-enerġija, ir-Renju Unit.", "Il-qarrejja Għawdxin u Maltin minnufih ser jintebħu li ż-żewġ gżejjer huma nieqsa mil-lista.", "Filwaqt li seta' kien diffiċli li Malta tippreżenta strateġija għal tranżizzjoni fl-enerġija għall-gżira kollha, kif kienet l-enfasi tal-ewwel fażi, dan faċilment seta' kien possibbli għal Għawdex.", "Inċidentalment, il-gvern Malti kien wieħed minn dawk li oriġinarjament iffirmaw id-dikjarazzjoni dwar il-Gżejjer ta' Enerġija Nadifa fl-2017.", "Iżda, mbagħad, l-istess gvern ma applikax għal fondi għall-enerġija nadifa għal Għawdex.", "Dan huwa ferm diżappuntanti.", "Għawdex qed jiġi mċaħħad minn triq sostenibbli li twassal għal aktar awtosuffiċjenza fl-enerġija, enerġija aktar nadifa u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ekoloġiċi.", "Kif nistgħu nieħdu lill-gvern Malti bis-serjetà dwar il-miri tiegħu b'rabta mat-tibdil fil-klima meta jeskludi lill-gżira tiegħu stess, Għawdex, mil-fondi tal-UE għat-triq lejn enerġija nadifa?", "Nittama li d-deċiżjoni tal-gvern ma kinitx imsejsa fuq il-fatt li rabat lil Malta biex tiddependi minn gass bi prezz għoli mill-Ażerbajġan, li qed jiswa lil min iħallas it-taxxa miljuni ta' euro żejda kull sena u li qiegħed iwassal għal kontijiet ogħla tad-dawl u tal-ilma.", "Sadanittant, personalment staqsejt lis-segretarjat tal-inizjattiva Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE jekk għadx għandna ċans napplikaw għal proġetti ta' finanzjament.", "Ġejt mgħarraf li aktar tard din is-sena tabilħaqq ser ikun hemm sejħa oħra għal applikazzjonijiet għal appoġġ għal proġetti speċifiċi ta' enerġija rinnovabbli.", "Proġetti li jinvolvu varjetà ta' partijiet interessati differenti (mis-soċjetà ċivili, kunsilli lokali, negozji lokali sa istituti edukattivi lokali) ser ikunu jistgħu jirċievu pariri teknoloġiċi u/jew finanzjarji mmirati apposta għalihom.", "Proġetti kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex jistgħu jikkwalifikaw għal din l-inizjattiva.", "Nistenna bil-ħerqa li l-gvern Malti jiżgura li l-partijiet interessati kollha jkunu infurmati sewwa dwar l-opportunitajiet u li jitressqu għadd ta' applikazzjonijiet biex titgawda din l-opportunità strateġika għat-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa fil-gżejjer tagħna.", "Hija l-pożizzjoni tiegħi bħala kandidat għall-Parlament Ewropew li l-investiment fir-riċerka dwar l-enerġija għandu jkun imqassam b'mod aktar bilanċjat madwar l-UE; li l-investiment fl-enerġija għandu jagħti prijorità lil forom ta' enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u l-konservazzjoni tal-enerġija; li l-għajnuna lill-industrija għandha tqis ir-realtajiet fil-gżejjer żgħar; u li l-mikroinvestiment fl-enerġija rinnovabbli għandu jkollu aktar opportunitajiet għal fondi tal-UE.", "Nemmen f'Unjoni Ewropea fejn il-gżejjer żgħar ikollhom leħen qawwi.", "Ejjew niżguraw li kemm Għawdex kif ukoll Malta jgawdu l-benefiċċji ta' strateġija bħal din.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument", "Il-gvern qiegħed ifaħħar lilu nnifsu għal riżultat relattivament tajjeb fl-Ewrobarometru f'dak li għandu x'jaqsam mal-perċezzjonijiet tan-nies dwar il-kwalità ta' ħajja tagħhom.", "Tassew, il-livell ta' sodisfazzjoni bil-ħajja f'Malta huwa għoli.", "Mhuwiex ċar jekk dan huwiex minħabba jew minkejja l-gvern.", "Imma ejjew ngħidu li l-gvern ta' Joseph Muscat huwa kawża ewlenija tar-riżultati ta' Malta fl-Ewrobarometru.", "F'dan il-każ infakkar lill-Prim Ministru tagħna li, kif qal hu stess dan l-aħħar, ma jistax ikollok il-laħam mingħajr l-għadma.", "Għalhekk, ejjew nagħtu ħarsa lejn xi wħud mill-punti ewlenin ta' tħassib tal-Maltin li wieġbu dan l-istħarriġ.", "Il-punti l-aktar importanti , skont l-Ewrobarometru , huma l-migrazzjoni, segwita mill-akkomodazzjoni, l-ambjent, kwistjonijiet ta' klima u enerġija, il-kriminalità, iż-żieda fil-prezzijiet u l-inflazzjoni.", "Jista' jkun li l-gvern għandu jirrifletti dwar jekk il-mudell ekonomiku tiegħu, primarjament imsejjes fuq l-importazzjoni ta' eluf ta' ħaddiema, huwiex l-aħjar triq biex nimxu 'l quddiem.", "Mhux biss għax dan jinkoraġġixxi t-tnaqqis fil-pagi, iżda wkoll minħabba impatti oħrajn.", "Dawn jinkludu impatti fuq il-prezz tal-akkomodazzjoni li sploda 'l fuq.", "L-iżgumbramenti qegħdin jiżdiedu, il-listi ta' stennija għall-akkomodazzjoni soċjali qegħdin jitwalu, filwaqt li Malta tibqa' tinbena, xi kultant minn ħaddiema li paradossalment jgħixu f'containers.", "Illum, aktar ħaddiema żgħażagħ qegħdin jintebħu li l-ħolm tagħhom li jixtru jew jikru l-proprjetà tagħhom irid jitwarrab, għax sempliċiment ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet il-ġodda.", "X'differenza minn ftit snin ilu!", "Dan il-mudell ekonomiku qed ikollu impatti fuq il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, li dan l-aħħar il-Prim Ministru qalilhom li l-pensjonijiet tagħhom jiddependu mill-ħaddiema importati, u mhux mill-kontribuzzjonijiet li ħallsu tul is-snin.", "Tabilħaqq, ħafna pensjonanti qed isibuha wisq diffiċli li jkampaw mal-prezzijiet tal-mediċini, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-ikel, u s-servizzi u l-prodotti li jirfdu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "Nistgħu ngħidu li l-inflazzjoni vera f'Malta nistgħu nanalizzawha f'termini tad-domanda dejjem tikber għall-provvista tal-prodotti u s-servizzi ta' Malta, li qed twassal biex il-prezzijiet jogħlew.", "Qiegħed ikollu wkoll impatti fuq l-ambjent.", "Il-kwalità tal-ajru tagħna hija waħda mill-agħar fl-Ewropa, primarjament minħabba ekonomija dipendenti fuq il-karozzi, u forom oħra ta' tniġġis qegħdin jinfirxu mal-gżejjer.", "It-tentakli tal-firxa urbana qegħdin iċaħħdu lil uliedna mill-ħdura hekk kif l-ibliet u l-irħula tagħna jsiru dejjem aktar iffullati.", "Inċidentalment, xi tfal issa jridu jidraw f'containers minflok klassijiet.", "Surplus ta' containers fl-aqwa żmien.", "Dawn il-problemi jmorru lil hinn mill-politika partiġġjana.", "It-tniġġis huwa demokratiku – jolqot lil kulħadd.", "Kulħadd jirċievi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u l-bejjiegħa tal-proprjetà jagħtu l-istess prezzijiet lil kulħadd.", "Għalhekk, huwa kruċjali li nħabbtu wiċċna mal-isfidi tal-lum lil hinn minn politika tal-pika.", "Fil-vjaġġ tiegħi fl-attiviżmu u l-politika, li sa issa ilu 25 sena, iltqajt ma' ħafna nies, ħomor, blu, ħodor, oranġjo u ta' ebda kulur, li għandhom rieda tajba u jixtiequ Malta aħjar.", "Din ir-rieda tajba wasslet għal kampanji li rnexxew, mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għall-estensjoni tad-drittijiet ċivili, kif ukoll xi ġlidiet ambjentali li ntrebħu kontra mewġa ta' żvilupp eċċessiv.", "U llum, is-sejħa tal-politika ta' rieda tajba għadha sejħa biex nibqgħu nitkellmu għan-nies, għall-ambjent u għal kawżi ġusti.", "Għandna ngħidu l-affarijiet kif inhuma mingħajr biżà.", "Għandna nistinkaw biex nagħmlu l-Unjoni Ewropea aktar rilevanti għall-ħajja ta' kuljum tagħna.", "Għandna naċċertaw li l-ilħna f'Malta jinstemgħu fl-UE u li l-aspetti pożittivi tas-sħubija tal-UE jgawdihom kulħadd.", "Għandna nitkellmu għall-persuni minsijin, il-maġġoranza siekta li taqsam il-firdiet partiġġjani.", "Għandna nrawmu politika li tiġi mill-komunitajiet u li tkun imsejsa fuq ir-riċerka, politika li tisma' t-tħassib tan-nies u tieħu azzjoni fuqu.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 3 ta' Marzu 2019", "Riċentament ġie ppublikat ir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent, li jirrapporta dwar il-qagħda tal-ambjent f'Malta u jkopri informazzjoni xjentifika mill-2009 sal-2015.", "Ir-rapport li hu taħt l-awspiċi ta' l-Awtorita' dwar l-Ambjent u r-Riżorsi jikkonferma dak li l-Partit Nazzjonalista, l-esperti fil-politika u s-soċjetà ċivili ilhom jgħidu dwar diversi kwistjonijiet.", "Juri li filwaqt li sar xi progress fil-bijodiversità bejn l-2009 u l-2015, l-oqsma l-oħrajn tal-ambjent jinsabu f'qagħda mwiegħra.", "Fost is-sejbiet ta' dan ir-rapport hemm li d-densità tal-popolazzjoni ta' Malta hija ferm ogħla mill-medja tal-UE.", "Filwaqt li Malta għandha densità ta' 1,450.2 persuna/km 2 il-medja tal-UE hija 118-il persuna/km 2 .", "Nafu ukoll li fl-2015, il-produzzjoni tal-iskart f'Malta kienet fl-ogħla livelli li qatt kienet.", "Dan hu nkwetanti meta nafu li Malta tirriċikla biss 7% tal-iskart kollu tagħha.", "Fl-2015 Malta kellha wkoll l-ogħla livell li qatt kellha ta' elettriku kkunsmat.", "Fl-istess sena, 35.6% tal-permessi tal-iżvilupp ingħataw fuq art verġni.", "Ir-rapport jisħaq li l-impatt kumulattiv tal-iżvilupp fuq l-art verġni limitata hu raġuni għal tħassib.", "L-istokk ta' vetturi bil-mutur bil-liċenzja laħaq kważi 350,000 fl-2015, b'1.24 abitant għal kull vettura.", "Ir-rapport jgħid li għad hemm ħtieġa urġenti li l-alternattivi ta' trasport pubbliku għall-użu tal-karozza privata jsiru attraenti u li n-nies ikunu jistgħu joqogħdu fuqhom.", "Ta' min iżomm f'moħħu li fl-aħħar tliet snin il-Gvern kien iktar aggressiv f'numru ta' policies li għandhom effett fuq l-ambjent.", "Filwaqt li rridu nistennew għal Rapport li jkopri dawn l-isnin biex inkunu nkejllu dan l-impatt b'mod xjentifiku, bosta effetti huma viżibli fil-ħajja ta' kuljum f'Malta u Għawdex.", "Il-mudell ekonomiku tal-gvern hu msejjes fuq tkabbir rapidu fil-popolazzjoni permezz tal-importazzjoni ta' ħaddiema, dipendenza eċċessiva fuq il-kostruzzjoni u nuqqas ta' antiċipazzjoni tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali lil hinn miċ-ċiklu politiku attwali.", "Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jilqa' l-kontribut tal-ħaddiema u l-familji tagħhom għall-ekonomija u s-soċjetà Maltija, aħna nemmnu li għandu jerġa' jintiżen il-mudell ekonomiku tal-gvern li hu msejjes fuq riżultati rapidi, biex dan jinbidel għal mudell imsejjes fuq is-sostenibbiltà.", "Il-ħtiġijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi għandhom jiġu rrikonċiljati permezz ta' metodu ta' politika msejjes fuq l-evidenza li jqis l-opportunitajiet, l-impatti u r-riskji fuq medda qasira, medja u twila ta' żmien.", "Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista vara numru ta' proposti li jkopru investiment u infurzar aħjar min-naħa tal-gvern; aktar involvment tal-komunità fil-ħarsien ambjentali; settur pubbliku ekoloġiku u Unjoni Ewropea li tagħti widen għall-ħtiġijiet tal-gżejjer żgħar.", "Fosti affarijet oħra, qed nipproponu li ninċentivaw in-negozji ġodda fl-ekonomija ċirkolari u li nwaqqfu fond għall-innovazzjoni ekoloġika biex inkunu innovattivi u nadattaw it-teknoloġiji ekoloġiċi għall-kuntest Malti b'mod speċifiku.", "Qed nippropnu li jkun hemm għassa ambjentali, fejn isir infurzar effettiv f'ċerti oqsma bħall-kostruzzjoni, l-istorbju, it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis tal-baħar.", "Fdan ir-rigward, green community officers għandhom ikollhom awtorità ambjentali.", "Qed nipproponu wkoll li jkun hemm inċentivi għar-residenti biex jipparteċipaw f'attivitajiet ekoloġiċi, pereżempju b'fondi lokali għal skemi tat-tħawwil tas-siġar u attivitajiet fil-komunità.", "Irridu nżidu d-disponibbiltà ta' opportunitajiet akkademiċi fil-livell terzjarju għal riċerka, edukazzjoni u pubblikazzjonijiet.", "Għandna nnnaqqsu l-burokrazija u r-rekwiżiti minn fuq għal isfel għall-NGOs ambjentali u għal esponenti oħra tas-soċjetà ċivili (eż. artisti, akkademiċi) għal opportunitajiet ta' finanzjament ekoloġiku.", "Għandna ngħinu lill-NGOs ambjentali u lill-kunsilli lokali permezz ta' fondi għal appelli kontra proġetti kbar.", "L-istess bħal ma qed tipproponi l-Kummissjoni Ambjentali tal-Knisja, nemmnu li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali għandu jsir il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Sostenibbli.", "Naqblu ukoll li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fis-settur pubbliku kollu, taħt ir-responsabbiltà tal-Prim Ministru.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi ukoll implimentazzjoni ċara sabiex l-entitajiet u l-binjiet kollha tal-gvern ikunu jiffunzjonaw mingħajr karbonju.", "Għandu jiġi żgurat li l-iskema tal-Mexxejja Ambjentali (Green Leaders) tiġi implimentata: kull entità governattiva jkollha uffiċjal responsabbli għall-inizjattivi ekoloġiċi.", "Qed nipproponu ukoll li tissaħħaħ il-klawżola dwar green procurement fil-kuntratti pubbliċi.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, nemmu li għandu jkunn hemm monitoraġġ u rappurtar aħjar tal-istandards ambjentali biex niżguraw applikazzjoni aħjar tad-Direttivi tal-UE.", "Nemmnu ukoll li l-gżejjer żgħar jeħtieġu klawżoli speċjali biex jipproteġu l-ambjent u biex itejbu s-sostenibbiltà.", "Pereżempju l-obbligu li jsiru Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali jeħtieġ ikun japplika wkoll għal żvilupp fuq skala żgħira b'impatti kumulattivi fuq il-lokalitajiet.", "Il-Partit Nazzjonalista ser iħabbar proposti ta' politika speċifiċi f'oqsma ambjentali oħra fil-futur qrib.", "L-approċċ tagħna jista' jitwettaq ladarba niġu eletti fil-gvern u permezz tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Kunsillieri Lokali tagħna.", "Dan l-artiklu deher f' Newsbook"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/02/", "date": "Wednesday, February 27, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Acting on the State of the Environment Report - Michael Briguglio Our clarion call - Michael Briguglio Tnaqqis fil-pensjonijiet fl-aqwa żmien – Michael Briguglio Pension cuts in best of times - Michael Briguglio \n \n Is the economy improving your quality of life? - Michael Briguglio \n \n Valutazzjonijiet tal-impatt soċjali – Michael Briguglio \n \n Letter to the Ombudsman regarding Utility Bills", "text": ["Ftit ġimgħat ilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa li jekk il-Maltin ma jridux aktar barranin, jistgħu jinsew il-pensjonijiet.", "Żied li, kieku Malta kellha tmur lura għas-sitwazzjoni li kienet fiha qabel, il-pajjiż ma jkunx jista' jħallas għall-pensjonijiet u jkollu jiżdied il-piż fuq min iħallas it-taxxa.", "Kien hemm reazzjonijiet negattivi għal din l-istqarrija minn kull naħa: l-Oppożizzjoni, is-soċjetà ċivili u l-mezzi tax-xandir.", "Fit- Times of Malta tal-11 ta' Frar, Carmel Mallia, il-president tal-Alleanza tal-Organizzazzjonijiet tal-Pensjonanti, qal li l-organizzazzjonijiet tal-pensjonanti huma mweġġgħin ħafna minn din l-istqarrija u mħassbin ferm dwarha għaliex, għal darb'oħra, il-pensjonanti qed jingħataw it-tort għall-qagħda soċjali u ekonomika preżenti.", "Żied li, f'dawn l-aħħar ħames snin, il-pensjonanti saru dejjem ifqar hekk kif il-prezzijiet tal-prodotti, is-servizzi, il-kera u s-saħħa, fost oħrajn, sparaw 'il fuq.", "Fakkar lill-qarrejja tiegħu li, skont il-Eurostat, wieħed minn kull erba' pensjonanti f'Malta uffiċjalment jinsab f'riskju ta' faqar minkejja l-boom ekonomiku tal-pajjiż.", "Fl-aħħar nett, stieden lill-Prim Ministru jkun trasparenti dwar is-sitwazzjoni preżenti u jiddikjara li l-eżempju tiegħu meta semma l-pensjonijiet ma għandu qatt jitqies bħala theddida għall-pensjonijiet u l-pensjonanti.", "Iċ-ċifri uffiċjali b'rabta mal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jistgħu jagħtuna tagħrif siewi.", "Jekk inħarsu lejn iċ-ċifri l-aktar reċenti, ippubblikati fid-29 ta' Marzu 2018 fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, insibu li l-fondi mill-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u l-kontribuzzjoni diretta tal-Istat jammontaw għal €875,053,633.", "In-nefqa totali għall-pensjonijiet taħt l-iskemi kontributorji tilħaq €749,667,709, u b'hekk tindika bilanċ pożittiv bejn il-kontribuzzjonijiet u n-nefqa fuq il-pensjonijiet.", "Huwa biss meta jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi (€8,132,555) u s-servizzi rikorrenti tas-saħħa (€670,074,218) li tirriżulta diskrepanza ta' €544,688,294 fis-sigurtà soċjali.", "Dawn iċ-ċifri juru li kieku l-gvern juża l-kontribuzzjonijiet għall-pensjonijiet, ma jkunx hemm defiċit fil-pensjonijiet.", "Għalhekk, mhuwiex ġust li t-tort għall-problema li hemm fil-pensjonijiet bħalissa jingħata lill-pensjonanti.", "Tabilħaqq, kif xi wħud kitbu tul is-snin li għaddew, il-leġiżlazzjoni ta' Malta (L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap. 318) ma tawtorizzax li s-servizzi rikorrenti tas-saħħa jitħallsu mis-sigurtà soċjali.", "Tassew li f'Malta hawn kunsens nazzjonali biex din in-nefqa tiġi ffinanzjata mill-fondi tal-Istat, iżda għaliex għandha tiġi ffinanzjata minn dħul allokat għall-pensjonijiet?", "B'rabta ma' dan, fl-1979, il-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dom Mintoff, neħħa l-Fond għall-Assigurazzjoni Nazzjonali, u l-kontribuzzjonijiet kollha għas-sigurtà soċjali minn min iħaddem, l-impjegati u l-gvern ġew inklużi fil-Fond Konsolidat ta' Malta, fejn setgħu jintużaw għal spejjeż oħrajn.", "Barra minn hekk, ir-riformi ta' Mintoff kienu jfissru wkoll li l-pensjonijiet il-ġodda 'taż-żewġ terzi' kienu limitati minkejja l-kontribuzzjonijiet tal-persuna, u li parti min-nefqa tal-gvern kienet titħallas minn dawk li kienu intitolati għal pensjoni mingħand min kien iħaddimhom, kif inhu l-każ tal-pensjonanti tas-servizz li ġew imċaħħda parti mill-pensjoni tal-Istat tagħhom li kemm huma kif ukoll min kien iħaddimhom ikkontribwixxew għaliha.", "Qabel l-1979, dawk li kienu ħaddiema taċ-ċivil kienu jirċievu din il-pensjoni tal-assigurazzjoni nazzjonali flimkien ma' pensjoni tas-servizz mit-Teżor.", "Il-valur reali ta' din tal-aħħar ikompli jonqos kull sena.", "Il-pensjonanti f'din is-sitwazzjoni ilhom iħallsu l-kontribuzzjoni kollha kemm hi għal aktar minn 40 sena iżda jirċievu biss ammont żgħir għal dan.", "Qiegħdin jikkofinanzjaw pensjonijiet oħrajn permezz tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, allura għaliex qed jiġu mċaħħda dak li hu tagħhom bi dritt?", "Ta' min niftakru wkoll li, kif qal Albert Cilia-Vincenti, il-president tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal- Pensjonanti tas-Servizz, fit- Times of Malta (28 ta' Jannar), il-gvern ta' Malta jnaqqas ukoll il-pensjoni kontributorja tas-sigurtà soċjali ta' Malta għal dawk li jirċievu wkoll pensjoni tas-servizz minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.", "Ftit ġimgħat ilu, ktibt lil-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon dwar dan iżda, sa issa, ma ngħatat ebda tweġiba.", "Inħoss li l-gvern qiegħed jikkalkula b'mod kliniku li din id-demografika qiegħda tonqos u għaldaqstant qiegħda progressivament titlef l-impatt elettorali tagħha.", "Għall-kuntrarju, għandna nuru solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u niżguraw li l-pensjonanti jgħixu f'dinjità.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 24 ta' Frar 2019", "Ir-residenti jibbenefikaw minn proġetti ta' żvilupp enormi li jikkummerċjalizzaw art pubblika?", "Il-bilanċ pożittiv baġitarju ta' Malta qed jolqot lil gruppi soċjali differenti bl-istess mod?", "Il-koeżjoni soċjali qiegħda tingħata l-importanza li jistħoqqilha fil-proċess ta' politika f'Malta?", "Dawn huma xi wħud mill-mistoqsijiet li jixirqilhom riċerka msejsa fuq l-evidenza permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt soċjali ( social impact assessments ).", "F'artikli oħra f'din il-gazzetta semmejt il-bżonn li jiġu evalwati l-impatti soċjali ta' proġetti ta' żvilupp.", "Fid-dawl tal-mudell ekonomiku Malti bħalissa, inħoss li llum il-ġurnata l-ħtieġa għal evidenza bħal din hija akbar minn qatt qabel f'oqsma ta' politika differenti.", "Qabelxejn, jista' jkun li xi qarrejja mhumiex familjari ma' dan it-terminu.", "Valutazzjoni tal-impatt soċjali tanalizza l-effetti soċjali tal-iżvilupp u l-bidla soċjali, kemm dawk maħsubin kif ukoll dawk li ma jkunux.", "L-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt tiddefinixxi valutazzjoni tal-impatt soċjali bħala l-proċess ta' analiżi, monitoraġġ u mmaniġġar tal-konsegwenzi soċjali intenzjonati u mhux intenzjonati, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, ta' interventi ppjanati u kull proċess ta' bidla soċjali mibdi minn dawk l-interventi.", "Dawn il-bidliet jistgħu jvarjaw minn diżastri naturali sa tkabbir fil-popolazzjoni u minn interventi ta' politika sa proġetti waħdanin ta' żvilupp.", "Meta jseħħu bidliet bħal dawn, il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali jinvestigaw l-effetti fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies f'termini ta' kultura, politika, komunità, saħħa, kuntentizza, aspirazzjonijiet, ħtiġijiet, jeddijiet u responsabbiltajiet, fost oħrajn.", "Jipprovdu d-data għal tfassil ta' politika li jkun imsejjes fuq l-evidenza.", "Jistgħu jintużaw diversi metodi, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, fil-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali.", "Il-metodi kwantitattivi jirreferu għal data ġeneralizzabbli speċjalment fl-għamla ta' numri, filwaqt li dawk kwalitattivi jipproduċu data aktar fil-fond dwar kwistjonijiet partikolari.", "Fost il-metodi ta' riċerka fil-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali għaldaqstant jista' jkun hemm stħarriġ tal-popolazzjonijiet ikkonċernati li jsirulhom mistoqsijiet dwar kif huma jipperċepixxu l-bidla involuta.", "Metodi etnografiċi jistgħu jinvolvu ħarsa aktar fil-fond lejn il-prattiki ta' kuljum tan-nies, filwaqt li intervisti jistgħu jivverifikaw il-pariri, it-tħassib u l-interpretazzjonijiet ta' persuni li għandhom għarfien espert jew esperjenza fil-qasam rispettiv li jkun qed jiġi analizzat.", "Il-metodi jistgħu jinvolvu wkoll l-analiżi tad-diskors fuq is-suġġett involut, pereżempju billi jitqies dak li jkun qiegħed jingħad fl-isfera pubblika, sew mill-pubbliku, is-soċjetà ċivili, atturi politiċi, il-mezzi tax-xandir u minn oħrajn .", "Il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali għaldaqstant għandhom jinvolvu s-sehem ta' partijiet interessati differenti, idealment billi titħaddem taħlita ta' metodi ta' riċerka.", "Aktar milli jkunu eżerċizzji ta' darba, il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali għandhom ikunu kontinwi, u idealment iwasslu għal politika li tkun aktar xierqa għall-kwistjoni involuta.", "B'hekk jistgħu jitwettqu rakkomandazzjonijiet u miżuri li jtaffu effetti negattivi, u dawn ikunu msejsa fuq evidenza soċjali xjentifika.", "Huwa importanti wkoll li l-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali jiġu eżaminati minn persuni bl-istess livell ta' għarfien espert tal-esperti li jkunu wettquhom.", "Dan ifisser li jekk ikun qed isir studju minn grupp ta' esperti fix-xjenzi soċjali, dan l-istudju għandhom jagħmlu skrutinju tiegħu esperti indipendenti oħrajn fix-xjenza soċjali.", "Dan jista' jgħin biex jiġu identifikati dgħufijiet, kunflitti u titjib possibbli fl-istess valutazzjoni tal-impatt soċjali.", "Kif inhuma l-affarijiet, ma hemm ebda linji gwida nazzjonali dwar il-ħtieġa ta' valutazzjonijiet tal-impatt soċjali f'Malta.", "It-twettiq ta' studji bħal dawn fuq proġetti ta' żvilupp jiddependi mid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Meta jsiru, b'eċċezzjoni, ikunu studji ta' darba dwar proġetti kbar ta' żvilupp.", "Dan effettivament ifisser li proġetti ta' żvilupp fuq skala iżgħar b'impatti kumulattivi akbar ma ssirilhomx valutazzjoni tal-impatt soċjali.", "Jekk inħarsu lejn interventi oħra ta' politika, il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali huma prattikament ineżistenti.", "Fost eżempji oħra, nistgħu nsemmu l-importazzjoni ta' eluf ta' ħaddiema, il-bejgħ tal-passaporti, id-dinamika tal-agrikoltura, l-għoli tal-ħajja, l-urbanizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' art pubblika.", "Tabilħaqq, hemm bosta oqsma fejn jistgħu jiġu introdotti valutazzjonijiet tal-impatt soċjali f'Malta: il-konsultazzjoni tal-gvern dwar leġiżlazzjoni ġdida, proposti għall-baġit nazzjonali, l-adozzjoni ta' direttivi tal-UE, il-kumitati parlamentari u l-kunsilli lokali huma biss ftit minnhom.", "Pereżempju, il-kunsilli lokali jistgħu jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt soċjali biex jistabbilixxu profili tal-komunitajiet, elementi kulturali komuni u differenzi kulturali, ħtiġijiet soċjali, id-demografika, l-effetti tal-iżvilupp, u affarijiet oħra.", "L-Università ta' Malta u istituzzjonijiet edukattivi oħrajn bħalissa qed jipproduċu gradwati fi xjenzi soċjali differenti li huma mgħammra biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u li huma sensibbli għall-bżonn ta' tfassil tal-politika msejjes fuq l-evidenza.", "Ejjew ma naħlux riżorsi tant importanti.", "Ejjew nilħqu kunsens politiku biex nintegraw il-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali f'kull qasam.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument", "Billing:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/04/", "date": "Sunday, April 28, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Diskors, Kunsill Generali, 28 ta' April - Michael Briguglio In-nanniet jistħoqqilhom rikonoxximent - Michael Briguglio Is-solitudni fil-festi - Michael Briguglio Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għandu jkollu r-riżorsi li jeħtieġ – Michael Briguglio Filmat: Not For Sale (90 sekonda) \n \n What is the point of having a watchdog like the Commissioner for Voluntary Organisations that cannot effectively operate? - Michael Briguglio \n \n It-tbatija marbuta mal-kera għandha tiġi indirizzata – Michael Briguglio", "text": ["Ara l-filmat tad-diskors minn dan il-link: Agħfas hawn .", "M'aħniex baħħara tal-bnazzi", "Fil-mumenti d-diffiċli lilna ssibna, u mhux biss meta jaqbel.", "Jiġri x'jiġri f'25 ta' Mejju, jien hawn ser nibqa, fil-PN, għax sibt dar akkoljenti.", "Ħbieb tiegħi", "F'dan il-kampanja twila għall-PE, komplejt bil-ħidma tiegħi favur l-ambjent u l-ġustizzja soċjali, bħal m'għamilt f'dawn l-aħħar 25 sena.", "Dwar l-ambjent, ktibt lill-kummissjoni Ewropea dwar il-mod kif il-Gvern qed juża flusna biex jagħti l-art bic-cheap lill-izviluppaturi kbar tad-DB f'Pembroke.", "Issa faqqas ukoll il-kas Corinthia, u bħal ma dejjem għamilt, u mhux biss qabel l-elezzjoni, ser nibqa attiv biex l-art tagħna ma tintilifx.", "Dwar l-enerġija , żvelajt kif minkejja l-pompa, l-Gvern ċaħħad lil-Għawdex minn fondi Ewropej għal enerġija nadifa, fejn lanqas biss indenja japplika għall-fondi speċifiċi għal gżejjer bħal Għawdex.", "Dwar il- ġustizzja soċjali , ktibt lill-Kummissjoni Ewropea dwar is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Logħba noli mal-kummissjoni u l-awtoritajiet Maltin, iżda ftit tal-ġranet ilu l-Ombudsman qalli li lest li jinvestiga l-kontijiet li tibgħatulu.", "Din hija l-politika ON THE GROUND.", "Politika viċin in-nies dejjem, u mhux biss qabel l-elezzjoni.", "Dwar id- drittijet tal-bniedem , ktibt lill-Kummissjoni Ewropea dwar it-teknoloġija li jrid juża l-Gvern biex ikollu dettalji privati tagħna.", "BIG BROTHER IS WATCHING YOU", "Il-Kummissjoni tagħtni raġun u qalet li l-Gvern ma jistax jaqbad u jdaħħal din it-tip ta' teknoloġija bl-addoċċ.", "Għalhekk qed niġri wara l-gvern biex ikun trasparenti.", "Fil-Parlament Ewropew inżid dan it-tip ta' attiviżmu f'isem il-Maltin u l-Għawdxin ta' rieda tajba.", "Għax jien nemmen f'Ewropa li hi viċin tiegħek, viċin il-gżejjer żgħar, u mhux Ewropa tal-elites maqtugħa min-nies.", "Għeżież ħbieb, forsi xbajtu minn politika mixtrija.", "Forsi xbajt tara lil Malta tinbiegħ biċ-ċiċri biex igawdu l-ftit.", "Forsi xbajt tara lil min jgħum fil-kiri filwaqt li oħrajn bilkemm ilaħħqu.", "Forsi xbajt tara saltna ta' konkos li qed teqred l-ambjent u l-wirt tagħna.", "Bħal ma dejjem kont, u mhux biss qabel l-elezzjoni, ser nibqa' nitkellem favur il-ħaddiem, il-pensjonant, iż-żgħażugħa, in-negozjant, il-middle class, l-uffiċjal taċ-ċivil, l-edukatur u dawk kollha ta' rieda tajba.", "Ser nibqa' nitkellem favur l-ambjent u l-ġustizzja soċjali.", "Għalhekk, i nt li thossok minsi j istħoqqlok vuċi", "Inwiegħdek li l-vu ċ i tiegħek tinstema", "DEJJEM, U MHUX BISS QABEL L-ELEZZJONI", "Għalhekk, nibqgħu naħdmu", "FLIMKIEN GĦAL PAJJIŻNA", "Forsi inti nanna jew nannu.", "Jew forsi zija jew ziju.", "Forsi inti kultant tieħu ħsieb lin-neputijiet tiegħek: ħidma emozzjonali u 'inviżibbli' li ma tidhirx fl-istatistika dwar il-prodott domestiku gross, iżda li għanja fil-valur soċjali, il-fiduċja u r-reċiproċità.", "Forsi inti nanna jew nannu li tibbilanċja l-ħajja tal-familja max-xogħol, jew forsi tħossok waħdek fil-ħajja ta' kuljum tiegħek.", "Jista' jkun ukoll li għandek ħafna konnessjonijiet fis-soċjetà iżda għandek ftit aċċess għan-neputijiet tiegħek minkejja li tixtieq tqatta' ħin magħhom.", "Bħala ġenitur, soċjologu u politiku nagħraf il-kontribut immens li n-nanniet jagħtu lill-għeżież tagħhom, u nħoss li għandu jsir aktar biex jiġi żgurat li d-dritt għal dan l-aċċess ikun imnaqqax fil-proċess tal-politika.", "Nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tiddedika jum lin-nanniet, hekk kif tagħmel għal gruppi oħrajn fis-soċjetà.", "Dan kieku jgħin biex jiżdied l-għarfien tad-drittijiet, ir-responsabbiltajiet, il-ħtiġijiet u x-xewqat tan-nanniet.", "Għax jistgħu jvarjaw fl-età, l-istatus ta' ħaddiema jew pensjonanti, is-saħħa, id-dħul, il-ġeneru, is-sitwazzjoni familjari u fatturi oħrajn.", "B'rabta ma' dan nemmen ukoll li huma meħtieġa aktar studji soċjali xjentifiċi biex jiġu analizzati s-sitwazzjonijiet tal-ħajja ta' kuljum tan-nanniet.", "Jistgħu jitwettqu tipi differenti ta' studji u metodi ta' riċerka, minn kejl makro-statistiku għal mikroanaliżi ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali.", "Studji bħal dawn jistgħu jipprovdu evidenza għal tfassil inklużiv ta' politika.", "Qasam wieħed li jistħoqqlu jingħata prijorità hu l-aċċess tan-nanniet għan-neputijiet tagħhom u viċe versa.", "Dawn jistgħu jkunu mifrudin ġeografikament u jistgħu jkollhom jadattaw għall-imħabba mill-bogħod tagħhom.", "Jistgħu jkunu wkoll qrib ġeografikament iżda jkunu għaddejjin minn sfidi u limitazzjonijiet fil-familja tagħhom minkejja x-xewqat tagħhom.", "Forsi jkollhom bżonn ħiliet biex ikampaw u saħħa biex iħabbtu wiċċhom mas-sitwazzjonijiet ta' kuljum tagħhom.", "Inċidentalment, is-sena l-oħra l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddikjarat li l-kunċett ta' drittijiet ta' aċċess jirreferi mhux biss għad-drittijiet ta' aċċess tal-ġenituri għat-tfal tagħhom, iżda wkoll għad-drittijiet ta' aċċess ta' persuni oħrajn li huwa importanti li t-tfal iżommu relazzjoni personali magħhom, fost oħrajn in-nanniet tat-tfal.", "Il-Qorti qalet li sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta' miżuri konfliġġenti minn qrati differenti, u fl-aħjar interessi tat-tfal, għandha tkun l-istess qorti - bħala regola ġenerali, il-qorti tar-residenza abitwali tat-tifel jew tifla - li tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta' aċċess.", "Jista' jkun hemm ukoll persuni li ma għandhomx neputijiet iżda li jixtiequ jgħinu lit-tfal - b'rabta ma' dan, proġetti interġenerazzjonali jistgħu jkunu ta' ġid.", "Il-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet volontarji jistgħu jkunu intraprendituri soċjali ewlenin għal dan il-għan.", "Prattika bħal din tista' ssaħħaħ l-inklużjoni, il-koeżjoni, is-sikurezza u r-rabtiet fil-komunità.", "Malta għandha x-xorti tajba li għandha l-organizzazzjoni volontarja 'Nanniet Malta', li qed tqajjem kuxjenza fuq id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' dan il-grupp soċjali wiesa'.", "Dan hu qasam fejn għandna nilħqu kunsens politiku.", "Ejjew niżguraw li d-drittijiet, ir-responsabbiltajiet, il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nanniet jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 28 ta' April 2019", "F'żmien il-festi għandi l-abitudni li nikteb dwar dawk li qed jesperjenzaw is-solitudni.", "Dan għax nara li l-paradoss urban ikun iktar emfassiżżat: Fost il-fer ħ u ċ - ċ elebrazzjonijiet, u ħ ud i ħ ossuhom wa ħ idhom iktar minn qatt qabel.", "Tista' tkun żagħżugħa li qalb il-folol tħossha iktar waħidha.", "Anzjan magħluq bejn il-ħitan ta' daru, jew nanna li m'għandiex aċċess għan-neputijiet.", "Jista' jkun ġenitur waqt it-tbatija ta' separazzjoni, jew refuġjat li jagħmel l-almu tiegħu biex jintegra.", "Jew saħansitra tifel jew tifla bla ħbieb.", "Dawn jistg ħ u", "jinkludu ukoll pen s jonanti ġ odda li qed iduqu dinja ġ dida u solitarja wara snin twal ta' impjieg.", "Jistghu jinkludu", "persuni li qed jgħixu l-faqar u", "barranin minghajr familji jew ħ bieb.", "Persuni anzjuzi dwar bidliet li qed jghixu: fil-familja, fis-sa ħħ a, fir-relazzjonijiet, fuq ix-xog ħ ol u fis-so ċ jeta' ta' madwarhom .", "Jistg ħ u jinkludu vittmi ta' ibbulijar, sessi ż mu, razzi ż mu u forom varji ta' disrkiminazzjoni.", "U jistghu jinkludu persuni li sempli ċ iment i ħ ossuhom 'stran ġ ieri'.", "Sa ħ ansitra jista' jkun hemm ukoll persuni li m'humiex konxji jew attrezzati biex jiffa ċċ jaw kwistjonijiet ta' sa ħħ a mentali.", "Hemm min i ħ ossu wa ħ du g ħ ax m'g ħ andux ma min igawdi l-festi .", "Hemm min hu wa ħ du min ħ abba ra ġ unijiet ta' sa ħħ a mentali b ħ ad-dipressjoni jew anzjeta'.", "U e ż empji b ħ al dawn jistghu ikunu relatati ma' xulxin.", "H uwa importanti li nifmhu li s-so ċ jeta' m'hijiex mag ħ mula biss minn dawk li naqraw dwarhom fil-ga ż etti jew fuq facebook.", "Meta niddiskutu u nanali żż aw dawn ir-realtajiet, tajjeb li ninnutaw li xi kultant anke persuni asso ċ jati mal-poter jistg ħ u ikunu dg ħ ajfa u fra ġ li .", "Je ħ tieg li s-so ċ jeta' tag ħ na tinfeta ħ iktar f'din il-materja.", "Hekk sar f'kwistjonijiet b ħ all-LGBTIQ: suġġett li kien taboo soċjali sar wieħed prominenti fil-politika soċjali.", "I l-politi ċ i, il-media u s-so ċ jeta' ċ iv i li g ħ andhom rwol ewlieni biex iwassslu għarfien dwar din il-materja .", "Je ħ tieġ ukoll li fil-qasam edukattiv ikun hemm iktar emfasi u vizibilita'.", "Di ġ a' hemm min ja ħ dem f'dawn l-oqsma: minn g ħ aqdiet bhall-Caritas u Richmond Foundation sa l-mijiet ta' counsellors, psikologi, psikjatri, social workers u care workers li ja ħ dmu mingħajr trombi minn wara l-kwinti .", "I ż da nerġa nisħaq li j kun tassew pass po ż ittiv jekk ikun hawn politika nazzjonali olistika li ti ż gura governanza tajba f'dan is-settur.", "Il-kontribuzzjoni ta' entitajiiet pubbli ċ i, privati u l-volontarjat jistg ħ u issa ħħ u l-komunitajiet.", "Skejjel u kunsilli", "lokali għandhom ikollhm l-għodda u r-riżorsi neċessarju biex ikunu protagonisti, sabiex il-persuna", "t kun im ħ arr ġġa f'kas ta' bżonn u sabiex is-soċjeta' tkun iktar sensibbli g ħ al dawn ir-realtajiet.", "Fl-akkademja, hemm bosta su ġġ etti li jittrattaw dawn il-kwistjonijet: dawn is-su ġġ etti imorru lil'hinn mill-lo ġ ika tas-suq, i ż da huma importanti ferm ghas-sisien tas-socjeta'.", "Ri ċ erka empirika tista' toffri l-evidenza ne ċċ essarja g ħ al", "G ħa lhekk , nerġa nappella sabiex il -ħ idma politika tikkunsidra ukoll materji inqas sensazzjonali iżda li kemm il-darba jeżistu f il-hajja ta' kuljum ta' bosta nies .", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 21 ta' April 2019", "L-organizzazzjonijiet volontarji huma pilastru importanti tad-demokrazija u s-soċjetà ċivili.", "Fost dawn hemm organizzazzjonijiet involuti fl-assistenza soċjali għal persuni fil-bżonn, karitajiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-oqsma ambjentali u soċjali, assoċjazzjonijiet kulturali u sportivi, u oħrajn.", "Meta dan is-settur ġie regolat uffiċjalment fl-2007 wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ħafna organizzazzjonijiet volontarji laqgħu din ir-riforma li tathom l-opportunità li jingħataw għarfien formali u b'hekk ikunu jistgħu jkunu aktar effettivi fil-ġbir ta' fondi, fi proġetti, inizjattivi u attivitajiet oħrajn, kif ukoll li jkunu jistgħu jgawdu minn finanzjament mill-istat u mill-UE.", "Fl-istess waqt, xi wħud urew tħassib li l-istituzzjonalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet volontarji tista' twassal għal dipendenza żejda fuq il-gvern akkost tal-indipendenza tagħhom.", "Madankollu, is-sentiment ġenerali qalb bosta organizzazzjonijiet mhux governattivi kien li jkun aħjar li jirreġistraw rwieħhom, u b'hekk intweriet fiduċja fil-kontrolli demokratiċi ta' Malta.", "Bħalissa, huma rreġistrati 1,300 organizzazzjoni mal-Kummissjoni.", "Tnax-il sena wara, is-so ċjetà ċivili għandha rwol ħaj u viżibbli fis-soċjetà Maltija.", "Fl-istess waqt, madankollu, il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji qed iħabbat wiċċu ma' sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati.", "Il-Kummissjoni teħtieġ aktar riżorsi f'dak li jirrigwarda persunal u fondi biex tkun tista' taġixxi b'mod aktar effettiv biex tgħin lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u twettaq monitoraġġ tagħhom.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni stess għandha bżonn aktar setgħa biex taqdi r-rwol tagħha.", "Pereżempju, il-Kummissarju Kenneth Wain, qabel ma ntemm il-perjodu tiegħu fil-kariga, kien ikkritika mingħajr suċċess in-nuqqas ta' ħarsien tal-liġi mill-Ministeru għal Għawdex fil-finanzjament tiegħu ta' organizzazzjonijiet li ma kinux irreġistrati b'mod korrett jew ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni.", "Aktar reċentement, il-Kummissarju attwali Anthony Abela Medici appella mingħajr suċċess lil bank biex dan ma jqiegħedx piżijiet sproporzjonati fuq organizzazzjonijiet bħal dawn.", "Ir-rapport reċenti mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' Verifika (NAO) huwa saħansitra indikazzjoni akbar ta' dan il-bżonn ta' aktar setgħat.", "Dan jiddikjara li l-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji ma jistax jaċċerta kemm qed jinġabru flus mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u kif dawn il-flus qiegħdin jintużaw.", "Dan joħloq riskji possibbli b'rabta mal-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa – xi ħaġa li diġà kien saħaq dwarha Kenneth Wain tul il-mandat tiegħu.", "L-NAO qal li mhuwiex possibbli li jkun magħruf kemm jeżistu organizzazzjonijiet mhux reġistrati, avolja l-bidliet leġiżlattivi introdotti f'Novembru li għadda jobbligawhom kollha jirreġistraw.", "Barra minn hekk, ma tistax issir ir-riċerka meħtieġa sakemm l-Uffiċċju tal-Kummissarju ma jkollux ir-riżorsi li għandu bżonn biex iwettaqha.", "Għaldaqstant is-sitwazzjoni ta' bħalissa hija waħda li tippermetti li organizzazzjonijiet li jkunu biss faċċata jaħdmu lil hinn mill-għanijiet iddikjarati tagħhom.", "Fl-istess waqt, madankollu, għandna niftakru li ħafna organizzazzjonijiet għandhom għanijiet ġenwini: dawn ivarjaw mill-NGOs kbar u professjonalizzati għall-gruppi iċken li huma aktar fluwidi fl-attivitajiet tagħhom.", "Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għandu jingħata r-riżorsi meħtieġa biex jaqdi r-rwol tiegħu bħala faċilitatur tas-soċjetà ċivili.", "Id-demokrazija tissaħħaħ dejjem aktar meta l-organizzazzjonijiet volontarji jikbru u jirnexxu.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 14 ta' April 2019", "F'dan il-vlog għal The Malta Independent nispjega kif m'inix politiku għall-bejgħ.", "Tista' tara l-filmat minn dan il-link:", "Ftit jiem ilu ċempilli pensjonant ta' 80 sena.", "Kien inkwetat dwar l-impatt ta' emendi legali b'rabta mal-kera, li ser jirriżultaw f'żieda qawwija fl-ammont li jħallas kull sena, minn 300 euro għal 1,500 euro.", "Hemm ħafna persuni oħra li jinsabu f'din is-sitwazzjoni, u mhux ta' b'xejn li qed jiżdiedu l-iżgumbramenti.", "Ir-riformi legali f'Malta, li xi wħud minnhom kienu wkoll soġġetti għal deċiżjonijiet mill-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, daħlu fis-seħħ is-sajf li għadda.", "B'konsegwenza ta' dan, is-sidien ta' proprjetajiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi l-qadima tal-kera jistgħu jressqu talba biex il-Bord tal-Kera jittestja l-kapaċità ta' dawk li qed jikru l-proprjetà mingħandhom li jħallsu l-kera.", "Jekk jinstab li dawn ma jkollhomx il-mezzi u biżżejjed riżorsi biex isibu akkomodazzjoni alternattiva, huma jkollhom id-dritt li jkomplu jgħixu fil-proprjetà, bil-kundizzjoni li jibdew iħallsu lis-sidien sa tnejn fil-mija ta' kemm ikun il-valur tas-suq tal-proprjetà fl-1 ta' Jannar tas-sena meta ssir it-talba, kif ukoll kundizzjonijiet oħrajn li jista' jiddetermina l-bord.", "Jekk it-test tar-riżorsi finanzjarji tal-persuni li jikru jistabbilixxi li dawn ikollhom biżżejjed riżorsi, l-emendi l-ġodda ma japplikawx u huma jkollhom iħallsu d-doppju tal-kera u jitilqu mill-post fi żmien ħames snin.", "Dan qiegħed iwassal għal sfidi ta' politika soċjali.", "Minn naħa, huwa ġust li s-sidien tal-proprjetà jaqilgħu l-prezz ġust tas-suq għall-kera.", "U xi sidien ta' proprjetà stess ma għandhomx dħul għoli.", "Iċ-ċifri tal-gvern irrapportati fil-mezzi tax-xandir urew li d-dħul mill-kera żdied minn €36.9 miljun fl-2014 għal €85.8 miljun fl-2017.", "15.4% minn dan l-ammont mar għand in-nofs li jaqla' inqas f'Malta, fejn fl-2011 kien biss 6.1%.", "Iżda, min-naħa l-oħra, huwa ċar li bosta sempliċiment ma jifilħux għall-prezzijiet li qiegħdin jintalbu.", "Fost dawn hemm mhux biss l-anzjani li kienu jgawdu mil-liġijiet il-qodma tal-kera, iżda wkoll oħrajn bħal dawk ta' età iżgħar li qed jiġu mbuttati 'l barra mis-suq tal-kera u qed ikollhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Id-domanda akbar għall-proprjetà b'riżultat tal-importazzjoni ta' eluf ta' ħaddiema qiegħda tikkontribwixxi għal prezzijiet li ħafna ma jlaħħqux magħhom.", "Sadanittant, il-gvern naqas milli jipprovdi akkomodazzjoni soċjali f'dawn l-aħħar snin, u l-lista ta' persuni li jeħtieġu dan is-servizz jidher li hija ikbar minn dak li l-gvern qiegħed iwiegħed li ser jipprovdi ladarba eventwalment jibni unitajiet ta' akkomodazzjoni għal dan il-għan.", "Fl-istess waqt, madankollu, it-taxxa fissa fuq id-dħul mill-kera introdotta fl-2014 ġabret €84 miljun f'erba' snin.", "Fl-2017, l-aħħar sena sħiħa tat-taxxa, il-gvern daħħal €37.4 miljun minn din it-taxxa.", "Tqum mistoqsija loġika: il-gvern ma jistax iwarrab parti minn dan id-dħul biex jgħin lill-persuni li ġenwinament ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera?", "Il-ġustizzja soċjali titlob ġustizzja kemm għas-sidien tal-proprjetà kif ukoll għal dawk li jikru mingħandhom.", "Meta bosta persuni li jikru qiegħdin iħabbtu wiċċhom ma' tbatija, wasal iż-żmien biex jintlaħaq kunsens politiku biex naċċertaw li Malta tevita l-faqar fl-akkomodazzjoni.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 7 ta' April 2019"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/", "date": "Friday, May 31, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Feedback re Social Impact Assessment public consutation The standard you walk past is the standard you accept – Michael Briguglio 71 proposals - Michael Briguglio Video - #ProtestVote - #Briguglio 71 proposta - Michael Briguglio \n \n Inwiegħed li nkun leħnek – Michael Briguglio \n \n I pledge to be your voice – Michael Briguglio \n \n Always, not only at election time - Michael Briguglio \n \n Dejjem, mhux biss fi żmien l-elezzjoni – Michael Briguglio \n \n Pledges and Proposals for MEP - Michael Briguglio \n \n Wegħdiet u proposti għall-Parlament Ewropew - Michael Briguglio \n \n Filmat: Żgħażagħ 👍🇲🇹✊ \n \n Grandparents' recognition - Michael Briguglio", "text": ["Jien nemmen li l-politika hija l-ħidma biex nibnu soċjetà aħjar, ambjent aħjar, Ewropa aħjar, dinja aħjar.", "Il-bidla għall-aħjar ma sseħħx għax jiddeċiedu xi kbarat, iżda tibda min-nies u mill-komunitajiet.", "Jien dejjem emmint dan bis-sħiħ u huwa għalhekk li dejjem għamilt l-almu tiegħi biex inkun attiv u kostruttiv fis-soċjetà ċivili u l-politika matul dawn l-aħħar 25 sena.", "Nixtieq li dawn l-elezzjonijiet ikunu opportunità biex titkompla din il-ħidma li għandha tirfed kull sforz jew kampanja politika.", "Sfortunatament, sa issa x'aktarx xbajtu bir-rigali, ix-xinxilli elettorali u s-slogans li ma jissarrfux fi proposti konkreti ta' politika.", "Jista' jkun li qed tistaqsu jekk il-liġi dwar il-finanzjament elettorali u l-protezzjoni tad-data hijiex fil-fatt qed titħares.", "Jista' jkun tixtiequ li l-politiċi li qed jitolbu l-vot tagħkom ikunu dejjem attivi fuq livell lokali, jew qed tistaqsu jekk l-attiviżmu tagħhom jiddependix sempliċiment fuq il-ħatriet elettorali.", "Fl-aħħar mill-aħħar, inti, il-votant, ser tiddeċiedi lil min se tivvota, u dan hu dritt li ħadd ma jista' jeħodulek.", "L-uniku suġġeriment tiegħi, jekk tippermettili, huwa li tħares lejn dak li l-kandidati u l-partiti rispettivi qiegħdin joffrulek fil-fatt.", "Li tħares lejn is-sustanza, mhux lejn il-propaganda.", "Li tqis min jista' jiġġieled għall-interessi tiegħek bl-aħjar mod mingħajr ma jkun fil-but ta' ħadd.", "Bħala kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista, jien kburi li jien kommess mal-manifest elettorali tiegħu li tfassal u ġie approvat permezz tal-istrutturi demokratiċi tal-partit u li jieħu impenji ċari b'rabta mal-identità, is-solidarjetà u l-ġid tas-soċjetà.", "Jitkellem dwar soċjetà li jimpurtaha u jagħmel proposti konkreti dwar pagi deċenti, edukazzjoni ta' kwalità, il-kura tas-saħħa pubblika, l-ambjent, il-kwalità tal-ħajja, il-migrazzjoni, il-governanza, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija.", "Ippubblikajt ukoll il-wegħdiet u l-impenji tiegħi msejsin fuq l-esperjenza tiegħi bħala soċjologu, kunsillier lokali u attivist li jemmen fi tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza, konsultazzjoni fuq livell lokali, il-ġustizzja soċjali u s-sostenibbiltà ambjentali.", "Fost l-impenji ewlenin tiegħi hemm dawn li ġejjin:", "Li nibqa' ħieles minn donaturi minn wara l-kwinti.", "Li nleħħen it-tħassib ta' persuni ta' kull età – tfal, żgħażagħ u anzjani – u ta' kull ġeneru.", "Monitoraġġ u azzjoni aħjar kontra x-xogħol prekarju inkluż permezz ta' portal online tal-UE li jirreġistra l-impjiegi fil-pajjiżi kollha tal-UE biex jiġi żgurat li jħarsu l-leġiżlazzjoni nazzjonali.", "Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali għandhom iqisu l-impatti kumulattivi fuq il-lokalitajiet.", "L-azzjoni klimatika għandha tiġi integrata fl-aspetti kollha tat-tfassil tal-politika.", "Jiżdied il-monitoraġġ tad-direttivi ambjentali.", "Bidla għal trasport aktar nadif.", "L-UE għandha tagħraf id-dgħufijiet, ir-riskji u l-opportunitajiet ekonomiċi tal-gżejjer żgħar.", "Ser naħdem biex niżgura li jitqiesu r-realtajiet tal-industrija fil-gżejjer żgħar.", "Drittijiet aktar b'saħħithom għall-ħaddiema u l-pensjonanti madwar l-Unjoni.", "Id-dikjarazzjoni ta' Jum Ewropew għan-Nanniet biex jiżdied l-apprezzament għal ħidmiethom.", "Tista' taqra il-71 wiegħda u impenn tiegħi f'din il-ħolqa https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/wegdiet-u-proposti-gall-parlament.html .", "Matul dawn il-25 sena ta' impenn kont attivist ewlieni f'bosta kampanji li rnexxew: is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-ħarsien ta' art agrikola minn żvilupp mhux sostenibbli, il-ħarsien tal-istipendji, l-introduzzjoni tad-divorzju u d-drittijiet LGBTIQ, il-waqfien ta' bosta proposti ta' żvilupp mhux sostenibbli u l-organizzazzjoni tal-ikbar protesti tas-soċjetà ċivili fl-istorja reċenti ta' Malta: is-sejħa biex iż-Żonqor jitħares mill-iżvilupp u s-sejħa għall-ġustizzja wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Jekk niġi elett fil-Parlament Ewropew inwiegħed li nżomm dan l-attiviżmu ħaj u nkun pont bejn in-nies u l-istituzzjonijiet Ewropej.", "L-għażla f'idejk.", "Il-Parlament Ewropew huwa l-istituzzjoni li tirrappre żenta direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, li jtellgħu l-membri tagħha.", "Huwa faċli li ninsew li dan hu l-punt ewlieni ta' dawn l-elezzjonijiet, qalb l-istorbju ta' din il-kampanja twila.", "Huwa biss meta kull persuna li tgħix fl-UE tkun tassew qiegħda tinstema' li l-Parlament Ewropew ikun qiegħed jaqdi l-iskop tiegħu.", "Bħala kandidat għall-Parlament Ewropew, inwiegħed li ser nagħmel l-almu tiegħi, kif ilni nagħmel għal dawn l-aħħar 25 sena, biex nisma' lin-nies kollha fil-komunitajiet tagħna: iż-żgħażagħ, l-adulti u l-pensjonanti, in-nies ta' ġeneri u sesswalitajiet differenti, nies ta' kull klassi soċjali u ambjent, il-ħaddiema, in-nies qiegħda, dawk b'xogħlijiet prekarji, dawk li għaddejjin minn faqar, mard, solitudni u sfidi oħrajn.", "Inwiegħed li ser insejjes il-ħidma tiegħi bħala membru tal-Parlament Ewropew fuq l-evidenza li niġbor mis-soċjetà, Bħala soċjologu u attivist għandi l-għodda kollha meħtieġa biex nagħmel dan.", "Inwiegħed li niġġieled il-problemi reali – niġġieled għal arja u baħar nodfa, għal spazji miftuħa fin-natura, għall-ġustizzja klimatika, għall-ħarsien tal-bijodiversità u l-ekosistemi mhedda tagħna, għall-ħarsien tal-ġejjieni tat-tfal tagħna, għall-ġustizzja soċjali, għad-drittijiet tal-ħaddiema u s-sostenibbiltà, għad-dinjità tal-ifqar u l-aktar dgħajfa fil-komunitajiet tagħna, għas-sikurezza ta' dawk li jfittxu protezzjoni u jsibu ruħhom fil-periklu.", "Inwiegħed li nkun il-leħen ta' dawk li jixtiequ jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u li jixtiequ jaraw soċjetà tassew meritokratika lil hinn mill-piki tribali.", "Inwiegħed li nistinka biex l-isfidi partikolari tagħna bħala stat li huwa gżira żgħira jinftiehmu u jiġu rikonoxxuti fl-UE, filwaqt li niżgura li Malta ssir leħen Ewropew għall-gżejjer żgħar madwar id-dinja.", "Nista nagħmel dan biss billi nkun attiv kemm f'Malta, b'komunikazzjoni kontinwa man-nies kollha tal-komunitajiet tagħna, u fi Brussell, fejn ser inleħħen it-tħassib tiegħek, u niżgura li jitqies fil-proċess tat-tfassil ta' liġijiet.", "Nista' nagħmel dan biss jekk nibqa', kif dejjem kont, ħieles minn donaturi minn wara l-kwinti.", "Il-Parlament Ewropew huwa istituzzjoni mibnija fuq id-djalogu u l-kompromess, fuq l-għarfien li jeħtieġ li nisimgħu l-fehmiet tal-oħrajn b'moħħ miftuħ u b'rispett, filwaqt li bi ħsieb nibnu fuq dak li jgħaqqadna.", "Għal din ir-raġuni, inwiegħed li nkun il-kandidat għal dawk li jirriflettu u li jirrispettaw lill-oħrajn.", "Kultant l-Unjoni Ewropea tidher qisha labirint burokratiku, mimlija difetti.", "Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar l-Unjoni Ewropea hija qawwa għas-sewwa fid-dinja u f'ħajjitna, xi ħaġa li aħna l-Maltin iġġilidna għaliha b'tant passjoni 15-il sena ilu.", "Inwiegħed li naħdem bis-sħiħ biex dan it-tajjeb jinħass mill-persuni kollha minn kull ambjent, fosthom dawk li huma mwarrbin u minsijin.", "Inwiegħed li nitħabat sabiex l-Unjoni Ewropea tagħmel differenza f'ħajjitna lkoll.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 12 ta' Mejju 2019", "F'din il-kampanja twila għall-Parlament Ewropew, komplejt bil-ħidma tiegħi favur l-ambjent u l-ġustizzja soċjali, bħal m'għamilt f'dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena.", "Dwar l-ambjent, ktibt lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-mod kif il-gvern qiegħed juża flusna biex jagħti l-art bl-irħis lill-iżviluppaturi kbar tad-DB f'Pembroke.", "Issa faqqas ukoll il-każ Corinthia, u bħal ma dejjem għamilt, u mhux biss fi żmien l-elezzjoni, ser nibqa' attiv biex l-art tagħna ma tintilifx.", "Malta mhijiex għal bejgħ.", "Dwar l-enerġija , żvelajt kif, minkejja l-pompa, il-gvern ċaħħad lil Għawdex minn fondi Ewropej għal enerġija nadifa, fejn lanqas biss indenja ruħu japplika għal fondi speċifiċi għal gżejjer bħal Għawdex.", "Dwar il- ġustizzja soċjali , ktibt lill-Kummissjoni Ewropea dwar is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Logħba noli mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Maltin, iżda ftit tal-ġranet ilu l-Ombudsman qalli li lest jinvestiga l-kontijiet li tibagħtulu.", "Din hija l-politika 'on the ground'.", "Politika viċin in-nies dejjem, u mhux biss fi żmien l-elezzjoni.", "Dwar id- drittijet tal-bniedem , ktibt lill-Kummissjoni Ewropea dwar it-teknoloġija li jrid juża l-Gvern biex ikollu dettalji privati tagħna.", "Każ ta' 'Big brother is watching you'.", "Il-Kummissjoni tatni raġun u qalet li l-Gvern ma jistax jaqbad u jdaħħal din it-tip ta' teknoloġija bl-addoċċ.", "Għalhekk qed niġri wara l-gvern biex ikun trasparenti.", "Fil-Parlament Ewropew inżid dan it-tip ta' attiviżmu f'isem il-Maltin u l-Għawdxin ta' rieda tajba.", "Għax jien nemmen f'Ewropa li hi viċin tiegħek, viċin il-gżejjer żgħar, u mhux Ewropa tal-elites maqtugħa min-nies.", "Għażiż qarrej, forsi xbajt minn politika mixtrija.", "Forsi xbajt tara lil Malta tinbiegħ biċ-ċiċri biex igawdu l-ftit.", "Forsi xbajt tara lil min jgħum fil-liri filwaqt li oħrajn bilkemm ilaħħqu.", "Forsi xbajt tara saltna ta' konkos li qed teqred l-ambjent u l-wirt tagħna.", "Bħal ma dejjem kont, u mhux biss fi żmien l-elezzjoni, ser nibqa' nitkellem favur il-ħaddiema, il-pensjonanti, iż-żgħażagħ, in-negozjanti, il-klassi medja, l-uffiċjali taċ-ċivil, l-edukaturi u dawk kollha ta' rieda tajba.", "Ser nibqa' nitkellem favur l-ambjent u l-ġustizzja soċjali.", "Ser nibqgħu naħdmu flimkien għal pajjiżna.", "Għalhekk, i nt li tħossok minsi jistħoqqlok vuċi.", "Inwiegħdek li l-vuċi tiegħek tinstema', dejjem, u mhux biss fl-elezzjoni.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 5 ta' Mejju 2019", "F'dan il-vlog għal The Malta Independent nispjega kif beħsiebni nkun il-vuċi taż-żgħażagħ jekk niġi elett fil-parlament Ewropew.", "Tista' tara l-filmat minn dan il-link:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/11/ir-riforma-tal-kunsilli-lokali-michael.html", "date": "Sunday, November 04, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ir-riforma tal-kunsilli lokali - Michael Briguglio", "text": ["Iċ-ċittadini ser jingħataw servizz aħjar wara r-riforma tal-kunsilli lokali proposta mill-gvern?", "Waħda mill-proposti tal-gvern hija li dan il-livell ta' governanza jibda jissejjaħ gvern lokali, u b'hekk ikun iħaddan fih il-kunsilli lokali u dawk reġjonali.", "Lil dawn tal-aħħar ġew allokati €3 miljun fil-baġit għas-sena d-dieħla u l-president tagħhom ser jiġi elett mill-kunsillieri lokali.", "Il-White Paper tipproponi bidla minn ħames għal sitt kunsilli reġjonali.", "Ir-raġuni ddikjarata tal-gvern hija biex jissaħħaħ is-sens ta' governanza ġeografika, li jista' jiffaċilita l-għoti ta' kuntratti, l-immaniġġar tas-servizzi u l-applikazzjoni għal fondi tal-UE.", "Pereżempju, qiegħed jiġi propost li l-kuntratti tal-immaniġġar tal-iskart jingħataw fuq livell reġjonali, biex b'hekk fit-teorija jsiru possibbli ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar.", "Madankollu, il-White Paper ma tgħidilniex jekk ir-reġjuni humiex qed jiġu organizzati b'mod li jiffavorixxi maġġoranzi reġjonali Laburisti u għaldaqstant l-elezzjoni aktar faċli ta' presidenti Laburisti.", "Il-gvern qiegħed jipproponi wkoll li tingħata assistenza aħjar lill-kunsilli lokali fi kwistjonijiet bħall-fondi tal-UE, ir-riċerka skolastika dwar temi reġjonali u r-riċerka u r-rispons b'rabta mal-ilmenti tar-residenti.", "Jekk din l-assistenza tiġi applikata sew, tista' tgħin biex isir tfassil ta' politika msejjes fuq l-evidenza.", "Il-kunsilli lokali ser ikunu jistgħu wkoll jimpjegaw persuni mingħajr awtorizzazzjoni mingħand il-ministru rispettiv u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema permezz ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid.", "Iżda, fl-istess waqt, il-White Paper mhi qed tipproponi xejn biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' xogħol tagħhom.", "Fost il-proposti l-oħrajn li jissemmew fil-White Paper hemm responsabilitajiet akbar għall-kunsilli lokali fl-qasam soċjali u f'dak edukattiv, fl-integrazzjoni, fl-amministrazzjoni u fil-komunità.", "Filwaqt li dawn huma proposti siewja, uħud minnhom diġà huma fis-seħħ, u jsir progress fihom kieku l-gvern ireġġa' lura t-tendenza li jiċċentralizza s-setgħa f'idejn il-ministri.", "Kont nistenna wkoll li l-gvern jappoġġa d-devoluzzjoni tal-art bħal pereżempju parkeġġi pubbliċi, li f'bosta minnhom bħalissa jintalbu 'tips' privati illegali.", "Immaġinaw kieku, minflok, dan id-dħul ikun jista' jintuża għal bżonnijiet lokali.", "Il-White Paper tonqos milli tagħraf li l-awtorità tal-kunsilli lokali fuq it-toroq prattikament ittieħdet għalkollox mill-gvern.", "Tabilħaqq, l-immaniġġar tat-traffiku u l-bankini aċċessibbli anqas biss jissemmew fid-dokument.", "Fuq nota pożittiva, l-anzjani jissemmew għadd ta' drabi.", "Eżempju minn dawn huwa l-assistenza lill-kunsilli lokali għal proġetti marbutin ma' din id-demografika.", "Is-solitudni, l-għoli tal-ħajja, l-esklużjoni soċjali, l-aċċessibilità u l-mard huma kwistjonijiet ewlenin marbutin mal-anzjani llum il-ġurnata.", "Sadanittant, il-gwardjani lokali issa ser jibdew jissejħu uffiċjali tal-komunità u ser ikollhom rwol li ser ikun aktar edukattiv milli dixxiplinarju b'rabta mal-kontravenzjonijiet.", "Iżda l-White Paper tonqos milli tirrikonoxxi li l-gwardjani lokali ġew iċċentralizzati fi ħdan dipartiment tal-gvern, u dan ifisser li l-kunsilli għandhom inqas setgħa f'deċiżjonijiet dwar dan il-persunal.", "Ninsab ukoll diżappuntat li s-sittax-il kumitat amministrattiv li nħolqu fl-2010 ser jitneħħew.", "Il-gvern qed jikkritika l-mod kif jaħdmu u minflok qed jipproponi l-faċilità li jitwaqqfu sottokumitati.", "Jekk wieħed jestendi dan ir-raġunament, anke xi kunsilli lokali mhumiex qed jaħdmu sew, iżda hu f'idejn l-elettorat li jiġġudika.", "Għaliex ma għandux jiġri l-istess għall-kumitati amministrattivi?", "Fost il-kwistjonijiet li għadhom ma ssolvewx hemm il-mistoqsijiet dwar jekk is-sindki għandux ikollhom rwol full-time, jekk għandux ikollhom mandat massimu ta' tliet leġislaturi u jekk il-persuni ta' sittax-il sena li jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jistgħux isiru sindki.", "B'rabta ma' dan kollu, nisħaq li l-partiti jaħdmu biex dawn id-deċiżjonijiet kontroversjali jittieħdu b'kunsens bejn il-partiti kollha mingħajr partiġġjaniżmu.", "Suġġetti oħrajn neqsin mill-White Paper huma s-sigurtà u ż-żamma tal-ordni fil-komunitajiet.", "Kont nistenna wkoll li l-White Paper tagħti prominenza lill-finanzjament tal-kunsilli.", "B'rabta ma' dan, l-Oppożizzjoni kienet ipproponiet soluzzjonijiet mingħajr żidiet fit-taxxi, bħat-trasferiment ta' xi dħul mis-servizzi tal-gvern u t-turiżmu għall-kunsilli.", "Fl-aħħar nett, il-White Paper ma twettaqx skrutinju tal-mod kif qiegħed jiġi amministrat il-fond nazzjonali għall-iżvilupp urban.", "Ftit jiem ilu, One News irrappurtaw li ammont sostanzjali ta' €28 miljun huwa disponibbli fi ħdan dan il-fond biex jintuża mill-kunsilli.", "Issa rriżulta li €7 miljun ittieħdu minn sitt kunsilli lokali, u l-kunsilli lokali ma ġewx ikkonsultati dwar dan.", "Dan hu eżempju inaċċettabbli ta' kif il-gvern Laburista qiegħed jisraq flus il-kunsilli u jiċċentralizza s-setgħa f'idejn il-ministri.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 4 ta' Novembru 2019"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/12/aktar-dwar-l-isfida-fil-qasam-tad-djar.html", "date": "Sunday, December 02, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Aktar dwar l-isfida fil-qasam tad-djar – Michael Briguglio", "text": ["Fl- a rtiklu tieg ħi l-ġimgħa l-oħra spjegajt li filwaqt li Malta għandha rata għolja ta' persuni li huma sidien ta' djarhom, il-pajjiż bħalissa qed jesperjenza wkoll prezzijiet projbittivi tad-djar, li qed iwasslu għal għadd dejjem jikber ta' tkeċċijiet minn proprjetajiet mikrija, żgħażagħ li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u persuni li jgħixu f'kundizzjonijiet subumani.", "Fl-istess ħin il-pagi ta' bosta persuni għadhom baxxi u ma jistgħux ilaħħqu maż-żieda fil-prezzijiet tad-djar.", "Barra minn hekk, irrikonoxxejt li l-gvern fetaħ id-diskussjoni għal bidliet permezz tal-White Paper tiegħu dwar il-kera tal-proprjetà, iżda enfasizzajt li Malta teħtieġ ukoll soluzzjonijiet immedjati biex jiġu megħjuna n-numru dejjem jikber ta' persuni li qed iħabbtu wiċċhom ma' tbatijiet fil-ħajja ta' kuljum tagħhom bħalissa.", "Tabilħaqq, jidher li f'Malta qed tinħoloq struttura ta' klassijiet prevalenti msejsa fuq jekk persuna tkux sid ta' darha jew le.", "Nistgħu nagħmlu l-argument li d-disparità li teżisti fil-qasam tad-djar f'Malta bħalissa hija ħsara kollaterali minn gvern li ġera żżejjed bil-politika ekonomika tiegħu mingħajr pjan sostenibbli.", "Li niftħu l-bibien beraħ għal tkabbir ekonomiku mgħaġġel jitlob ippjanar, għax inkella nkunu qisna qed insuqu karozza mingħajr brejkijiet bl-ogħla veloċità.", "Anke jekk il-gvern kellu l-aħjar intenzjonijiet b'rabta mal-politika ekonomika tiegħu, ma kienx għaqli li ma qiesx il-possibbiltà ta' konsegwenzi mhux maħsuba bħal dawk li semmejt hawn fuq.", "Waqt is-seminar, ta' min ifaħħru, li sar dan l-aħħar dwar il-White Paper, organizzat fl-Università ta' Malta flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djar, saru għadd ta' mistoqsijiet minn dawk preżenti li jistħoqqilhom analiżi bir-reqqa u tweġibiet mill-gvern.", "Fost oħrajn, ir-ri", "ċerka kollha li ġiet ikkonsultata mill-awturi tal-White Paper tista' tiġi ppubblikata?", "Dan hu essenzjali biex issir evalwazzjoni minn akkademiċi li ma kinux involuti fit-tfassil tal-White Paper.", "Ma għandi ebda dubju li l-awturi tal-White Paper għandhom il-kwalifiki meħtieġa u intenzjonijiet tajbin, iżda l-isfera tal-politika titlob li jsir eżami oġġettiv, minn pari, tal-evidenza biex jiġi aċċertat li dak li qed jiġi analizzat hu validu u ta' min joqgħod fuqu, u biex jiġu indikati nuqqasijiet possibbli.", "Mistoqsija oħra indirizzat in-numri tal-popolazzjoni ta' Malta.", "Il-White Paper hi bbażata fuq numri attwali reali?", "Jista' jkun il-każ li kemm in-numri tal-popolazzjoni kif ukoll in-numri tal-persuni li għaddejjin minn diffikultajiet marbutin mal-akkomodazzjoni huma ikbar minn dawk ippubblikati uffiċjalment?", "Inċidentalment, l-istqarrija reċenti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li tgħid li kien għadd 20,000 ruħ inqas milli fil-fatt kienet il-popolazzjoni ta' Malta waslet f'mument pjuttost xieraq.", "Għal darb'oħra nisħaq li ma niddubitax ir-reqqa tal-professjonisti ta' dan l-Uffiċċju, iżda nistieden lill-gvern biex jagħmel ukoll forom oħra ta' riċerka – fosthom riċerka kwalitattiva – biex jivverifika r-realtajiet tal-popolazzjoni.", "It-tielet, il-gvern bħalissa qed isostni li l-prezzijiet tal-kera stabbilizzaw rwieħhom.", "Jista' jagħtina aktar dettalji dwar dan?", "Għax dan mhuwiex dak li qed jgħidu n-nies.", "Ir-raba', x'inhu jagħmel il-gvern għall-għadd dejjem jiżdied ta' persuni li qed jitkeċċew mill-postijiet li qed jikru u li ma għandhom ebda alternattiva dinjituża?", "Ma' dawn irridu nżidu dawk kollha li għadhom ma tkeċċewx iżda li jinsabu mħassba ferm li dalwaqt imiss lilhom għax sempliċiment ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet projbittivi li qegħdin jintalbu jħallsu.", "Dawn in-nies żgur mhumiex għaddejjin mill-aqwa żmien.", "U milli qiegħed nara, l-Awtorità tad-Djar ma għandhiex biżżejjed riżorsi biex tkampa ma' dawn il-każijiet kollha, minkejja l-aħjar intenzjonijiet tal-ħaddiema tagħha.", "Barra minn hekk, x'inhu jagħmel il-gvern għaż-żgħażagħ kollha bi dħul medju li ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera u li mhumiex ser jingħataw self mill-banek?", "In-numri tagħhom huma moħbija fl-istatistika tas-sjieda tad-djar, iżda l-fatt hu li m'għandhom ebda għażla ħlief li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom biex jevitaw akkomodazzjoni substandard bħal kmamar maqsuma bejn għadd ta' persuni.", "Mistoqsija oħra li saret waqt is-seminar kienet dwar limiti fuq il-prezzijiet għall-proprjetà mikrija.", "Għall-ewwel jistgħu jidhru pożittivi għal min jikri, iżda għal darb'oħra, jista' jkollhom konsegwenzi mhux maħsuba.", "Jekk jiġu introdotti limiti bħal dawn, is-sidien tal-proprjetà jistgħu jiddeċiedu li jneħħu l-proprjetà tagħhom mis-suq tal-kera, u b'hekk tonqos il-provvista u b'konsegwenza ta' dan jiżdiedu l-prezzijiet tal-proprjetajiet disponibbli, sakemm ma jiddaħħlux proprjetajiet ġodda fis-suq biex jikkumpensaw għal dan it-tnaqqis.", "B'rabta ma' dan, huwa importanti wkoll li jitħarsu s-sidien li jikru l-proprjetà tagħhom – dawn mhux kollha huma sinjuri.", "Għalhekk, x'jista' jsir biex jiġu megħjuna persuni foqra, u dawk bi dħul baxx u medju li mhumiex sidien ta' proprjetà u li qed isibuha impossibbli li jixtru jew jikru akkomodazzjoni deċenti?", "Ser niddiskuti dan fl-artiklu li jmiss tiegħi.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 2 ta' Diċembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/12/filmat-min-qed-jiddeciedi-dwar-il.html", "date": "Wednesday, December 05, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Filmat: Min qed jiddeċiedi dwar il-kontijiet tad-dawl?", "text": ["F'dan il-vlog għal The Malta Independent nispjega kif ktibt lill-awtoritajiet Maltin u Ewropej dwar il-kontroversja dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma f'Malta u nsaqsi xi mistoqsijiet f'dan ir-rigward.", "Tista' tara l-filmat hawnhekk:"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2018/12/rimedji-gall-problemi-fil-qasam-tad.html", "date": "Sunday, December 09, 2018", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Rimedji għall-problemi fil-qasam tad-djar - Michael Briguglio", "text": ["Fl-aħħar żewġ artikli tiegħi ddiskutejt diversi realtajiet, problemi, inugwaljanzi u sfidi fis-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar f'Malta.", "Huwa ċar li ż-żieda msejsa fuq politika fil-popolazzjoni ta' Malta wasslet għal żieda kemm fid-domanda għad-djar kif ukoll fil-prezzijiet.", "B'konsegwenza ta' dan, dawk li setgħu jlaħħqu biss mal-orħos prezzijiet tal-kera qegħdin jiġu mbuttati barra mis-suq.", "Dawk l-individwi u l-familji li mhumiex sidien ta' proprjetà u li l-pagi tagħhom iżommuhom milli jixtru jew jikru għaldaqstant qed iħabbtu wiċċhom ma' għażliet xejn sbieħ.", "Dawn il-persuni jeħtieġu interventi immedjati ta' politika li jiżguraw il-provvista ta' biżżejjed akkomodazzjoni soċjali u/jew postijiet mikrija bi prezz irħis bil-possibilità li jinxtraw.", "Bħalissa hemm madwar 3,300 applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali u madwar 600 applikazzjoni għal tibdil fl-akkomodazzjoni soċjali minħabba kundizzjonijiet inadegwati.", "Biż-żieda li qed naraw bħalissa fit-tkeċċijiet minn postijiet mikrija, fl-akkomodazzjoni substandard u fil-persuni li jkollhom jgħixu mal-qraba għax ma għandhomx għażla oħra, huwa essenzjali li ma jinħeliex aktar ħin sabiex jiġu pprovduti stokkijiet ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali u sabiex jittieħdu inizjattivi oħrajn bħal sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat biex tiġi pprovduta akkomodazzjoni deċenti bi prezz irħis.", "Minħabba li ż-żidiet fis-salarji u l-pensjonijiet huma ferm imbiegħda minn dak li hu meħtieġ biex in-nies ilaħħqu mal-inflazzjoni, il-gvern għandu joħloq ukoll mekkaniżmu biex jiġi żgurat li s-sussidji għal dawk bi dħul baxx ma jkunux magħrufa minn sidien il-kera biex jiġu evitati aktar pressjonijiet ta' inflazzjoni fuq il-kirjiet.", "B'rabta mas-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, forsi wasal iż-żmien li niddiskutu jekk Malta għandhiex tippermetti forom iżgħar ta' żvilupp deċenti u sikur li jkun bi prezz li jistgħu jlaħħqu miegħu persuni bi dħul baxx u medju.", "L-introduzzjoni ta' akkomodazzjoni bħal din tista' żżid il-provvista u tgħin biex tittaffa l-inflazzjoni.", "Inkella, l-uniċi proprjetajiet li jistgħu jħallsu għalihom dawn in-nies ikunu forom ta' akkomodazzjoni substandard u sikwit mhux sanitarji.", "Fl-istess waqt, u kif spjegajt fl-aħħar artiklu tiegħi, il-gvern għandu jieħu ħsieb li ma jintroduċix riformi li b'mod mhux intenzjonat iħeġġu lis-sidien tal-proprjetà jneħħu l-proprjetajiet tagħhom mis-suq.", "Dan għaliex b'hekk titnaqqas il-provvista u tiġi inkoraġġuta aktar żieda fil-prezzijiet sakemm ma jkunx hemm introduzzjoni korrispondenti ta' proprjetajiet ġodda fis-suq.", "B'rabta ma' dan, inħeġġeġ lill-gvern jikkonsulta evidenza ekonomika, psikoloġika u soċjoloġika biex jiżgura li l-bidliet fil-politika jkunu kemm jista' tkun ekwi, effiċjenti u razzjonali.", "Riforma oħra li l-gvern jista' jikkunsidra hi li jnaqqas ir-rati tat-taxxa għal sidien il-kera li jintrabtu għal kirjiet itwal.", "Naturalment, riforma bħal din tkun titlob ukoll inizjattivi mill-gvern kontra kiri mhux iddikjarat u illegali ta' proprjetà.", "Nixtieq infakkar lill-qarrejja li skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, sidien il-kera f'Malta qalgħu €85 miljun mill-kiri fl-2017, żieda ta' 132 fil-mija fuq l-2014.", "Din l-istatistika tkopri kirjiet iddikjarati u tista' titqabbel ma' ċifri oħrajn, bħaż-żieda fid-dħul mix-xogħol (17 fil-mija) u ż-żieda fid-dħul mill-imgħax u d-dividendi (tlieta fil-mija).", "L-istatistika turi li d-dħul mill-kiri għan-nofs tal-popolazzjoni li jaqla' inqas irdoppja mill-2012.", "L-introduzzjoni ta' mudell għall-kuntratti tal-kiri wkoll jista' jinkoraġġixxi prattika tajba, speċjalment jekk ikun akkumpanjat minn kampanji edukattivi għal sidien il-kera u għall-inkwilini, biex il-partijiet interessati jkollhom għarfien aħjar tad-drittijiet u r-responsabilitajiet tagħhom.", "Tabilħaqq, dan hu qasam li jeħtieġ li s-soċjeta ċivili tingħata aktar setgħa u tieħu sehem akbar fih biex tiġġieled kontra l-fallimenti tas-suq u tħeġġeġ kundizzjonijiet ġusti għal kulħadd.", "Fost politiki oħrajn li jistgħu jiġu kkunsidrati hemm il-ħolqien ta' indiċi nazzjonali tal-prezzijiet li juri l-prezzijiet tal-kera fis-suq u sistemi ta' taxxa armonizzati fis-setturi differenti li jinvolvu l-proprjetà biex jiġi evitat iċ-ċaqliq tal-proprjetà minn settur għal ieħor, għalkemm din tal-aħħar titlob riċerka sfiqa u evidenza qabel tiġi introdotta.", "Fl-aħħar nett, huwa importanti wkoll li jiġi aċċertat li l-inkwilini jkollhom aċċess ġust u trasparenti għall-mekkaniżmi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma biex jinqered kull abbuż f'dawn it-tranżazzjonijiet.", "Kif għidt fl-artikli tiegħi ta' qabel, huwa pożittiv li l-gvern qiegħed jiddiskuti r-riforma tal-liġi tal-kera, speċjalment peress li l-politika tiegħu wasslet għal inflazzjoni rapida.", "Ejjew nistinkaw biex nilħqu kunsens nazzjonali f'dan is-settur, filwaqt li niftakru li kull riforma ta' politika għandha l-opportunitajiet u r-riskji, iżda li ma nistgħux inħallu l-affarijiet kif inhuma għax dan qed iwassal għall-faqar fil-qasam tad-djar.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 9 ta' Diċcembru 2018"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/01/is-solitudni-fkuntest-urban-michael.html", "date": "Wednesday, January 02, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Is-solitudni f'kuntest urban – Michael Briguglio", "text": ["Fil-ħajja urbana jeżistu bosta inizjattivi u opportunitajiet biex l-anzjani ikunu parti minn komunitajiet varji.", "Dawn jinkludu inizattivi bħat-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet soċjali organizzati mill-kunsilli lokali; sħubija ma' għaqdiet impenjati fil-volontarjat; inizjattivi edukattivi bħall-universita' tat-tielet eta'; u diversita' ta' inizjattivi reliġjużi, sportivi, politiċi, kulturali u soċjali.", "Iżda jibqa' l-fatt li paradoss tal-ħajja urbana hi fil-lokalitajiet tagħna issib bosta persuni, fosthom anzjani, li jħossuhom waħidhom.", "F'dan iż-żmien tas-sena, h emm min i ħ ossu wahdu ghax m'ghandux ma min igawdi l-istagun ferrie ħ i. Hemm min hu wahdu minhabba ragunijiet ta' sa ħħ a mentali b ħ ad-dipressjoni jew anzjeta'.", "Hemm min qed jgħix il-ġuħ u l-faqar u jkollu jagħmel sagrifiċji kbar.", "U hemm min ġej minn komunitajiet oħra u jsiba diffiċli biex jintegra.", "Saħansitra issa hemm fenominu ġdid ta' persuni, inkluz anzjani, li qed jiġu żgumbrati minn fejn ilhom joqogħdu għal snin twal.", "Eż empji bhal dawn jistghu ikunu relatati ma' xulxin.", "Sfortunatament, su ġġ etti bhas-sa ħħ a mentali u s-solitudni ma tantx huma popolari , forsi għax hemm su ġġ etti o ħ ra li per eżempju fl-istampa huma iktar sedu ċ enti jew viżibli.", "Izda je ħ tieg li dawk involuti b'xi mod jew iehor fil-politika jew fil-media inkunu iktar alerti g ħ al realtajiet so ċ jali varji.", "Per e ż empju, huwa importanti li nifmhu li s-so ċ jeta' m'hijiex mag ħ mula biss minn dawk li naqraw dwarhom fil-ga żż etti jew fuq facebook.", "Hemm bosta nies li j ħ ossuhom wa ħ edhom, li qed ibag ħ tu xi forma ta' dipressjoni.", "Dawn jistg ħ u jinkludu pen s jonanti ġ odda li qed iduqu dinja ġ dida u solitarja wara snin twal ta' impjieg.", "Jistg ħ u jinkludu barranin ming ħ ajr familji jew ħ bieb.", "Persuni anzjuzi dwar bidliet li qed jg ħ ixu: fil-familja, fis-sa ħħ a, fir-relazzjonijiet, fuq ix-xog ħ ol u fis-so ċ jeta'.", "Jistg ħ u jinkludu vittmi ta' ibbulijar, sessi ż mu, razzi ż mu u forom varji ta' disrkiminazzjoni.", "U jistghu jinkludu persuni li sempli ċ iment i ħ ossuhom 'stran ġ ieri'.", "Sa ħ ansitra jista' jkun hemm ukoll persuni li m'humiex konxji jew attrezzati biex jiffa ċċ jaw kwistjonijiet ta' sa ħħ a mentali.", "Meta niddiskutu u nanali żż aw dawn ir-realtajiet, tajjeb li ninnutaw li xi kultant anke persuni asso ċ jati mal-poter jistg ħ u ikunu dg ħ ajfa u fra ġ li: dawn jistg ħ u jinkludu ukoll ir ġ iel eterosesswali li paradossalment i ħ ossuhom iktar prekarji biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tag ħ hom.", "Je ħ tieg li s-so ċ jeta' tag ħ na tinfeta ħ iktar f'din il-materja.", "Hekk sar f'kwistjonijiet b ħ all-LGBTIQ: su ġġ ett li kien taboo so ċ jali sar wiehed prominenti fil-politika so ċ jali .", "Biex dan isir fl-oqsma bħa s-sa ħħ a mentali u s-solitudni, il-politi ċ i, l-istampa u s-so ċ jeta' ċ iv i li g ħ andhom rwol ewlieni.", "Je ħ tieg ukoll li fil-qasam edukattiv ikun hemm iktar emfasi u vi ż ibilita'.", "Di ġ a' hemm min ja ħ dem f'dawn l-oqsma: minn g ħ aqdiet bhall-Caritas , R ichmond Foundation u Malta Health Network sal-mijiet ta' counsellors, psikolo ġ i, psikjatri, social workers u care workers li ja ħ dmu minn wara l-kwinti.", "Il-kontribuzzjoni ta' entitajiiet pubbli ċ i, privati u l-volontarjat jistg ħ u issa ħħ u il-komunitajiet taghna.", "Skejjel, kunsilli lokali, il-media so ċ jali jistg ħ u kollha jg ħ inu sabiex il-persuna", "t kun im ħ arr ġġa f'kas ta' b ż onn u sabiex is-so ċ jeta' tkun iktar sensibbli g ħ al dawn ir-realtajiet.", "Fl-akkademja, hemm bosta su ġġ etti li jittrattaw dawn il-kwistjonijet: dawn is-su ġġ etti imorru lil'hinn mill-lo ġ ika tas-suq, i ż da huma importanti ferm g ħ as-sisien tas-socjeta' , għal dak li aħna s-soċjologi insejħħu 'kapital soċjali' .", "Ri ċ erka empirika tista' toffri l-evidenza ne ċċ essarja g ħ al", "politika inf u rmata.", "G ħ alhekk, nappella sabiex il- ħ idma politika tikkunsidra ukoll su ġġ etti li kemm il-darba huma iktar vi ċ in il- ħ ajja ta' kuljum ta' bosta persuni.", "(Dan l-artiklu deher Fin-Nazzjon)"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/01/idma-tal-volontarjat-mal-absin-michael.html", "date": "Sunday, January 06, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ħidma tal-volontarjat mal-ħabsin – Michael Briguglio", "text": ["Dan l-aħħar kelli l-opportunità li niltaqa' ma' Mark Vella mill-Prison Fellowship Malta, waħda mill-għadd żgħir ta' organizzazzjonijiet li huma involuti fil- ħidma għall-ġid tal-ħabsin.", "Hija affiljata ma' Prison Fellowship International, organizzazzjoni reliġjuża li taħdem biex tgħin fil-ħtiġijiet psikosoċjali u spiritwali tal-ħabsin.", "Ilha attiva għal dawn l-aħħar 25 sena u għandha diversi funzjonijiet.", "Waħda minnhom hija żjarat lil ħabsin li ma għandhom lil ħadd iżurhom fil-ħabs.", "Oħra, l-Angel Tree Club tagħha, tinvolvi għajnuna lit-tfal li għandhom ġenituri l-ħabs.", "Hija involuta wkoll f'laqgħat spiritwali fil-ħabs, kampanji edukattivi fost tfal tal-iskola u studenti għall-prevenzjoni tal-kriminalità, id-donazzjoni ta' affarijiet lill-ħabsin u l-iżgurar li jittieħed ħsieb ta' dawk li joħorġu mill-ħabs.", "Il-Prison Fellowship tilqa' wkoll lill-voluntiera li jixtiequ jingħaqdu mal-missjoni tagħha.", "Biex nagħrfu l-valur ta' dawn l-inizjattivi, irriu ninvestigaw il-kuntest usa' tal-politika dwar il-ħabsijiet f'Malta.", "Pereżempju, kif inhuma l-affarijiet bħalissa, prattikament ma tingħata ebda għajnuna lil dawk li kienu ħabsin meta dawn joħorġu mill-ħabs biex iħabbtu wiċċhom ma' dinja ġdida bħala individwi iżolati u waħidhom.", "Dan qaluhuli bosta professjonisti fil-qasam tul dawn l-aħħar snin u kien ukoll sejba ewlenija ta' teżi tas-soċjoloġija li kont superviżur tagħha xi snin ilu.", "Biss ftit jiem ilu, l-għada tal- Milied, l-istazzjon tat-televiżjoni nazzjonali TVM ġibed l-attenzjoni għal din il-problema permezz tal-istorja ta' Roderick Brincat, li, wara li temm is-sentenza tiegħu ta' ħames snin u nofs ħabs, ma kellu mkien fejn imur.", "Hu qal li kien hemm mumenti fejn xtaq imur lura l-ħabs biex għallinqas ikollu fejn jistkenn.", "Hu ħareġ mill-ħabs seba' snin ilu iżda għad ma għandux fejn jgħix u għadu jbati l-ġuħ.", "Jittama li l-lezzjonijiet tal-arti li ngħata fil-ħabs ser jgħinu biex jagħtuh is-setgħa jibni ħajja aħjar, iżda dan hu diffiċli.", "Malta ma tistax tippermetti li xi ex-ħabsin jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, li oħrajn jispiċċaw bla flus, u li xi wħud saħansitra jispiċċaw jiddependu minn netwerks ta' kriminalità għax ma għandhom imkien iżjed fejn iduru.", "Dan jispjega parzjalment ir-rata ferm għolja ta' reċidiviżmu fil-ħabsijiet ta' Malta, fejn huwa rrappurtat li madwar 66 fil-mija tal-persuni li qegħdin il-ħabs bħalissa diġà kienu skontaw sentenza ta' ħabs qabel, waħda mill-ogħla rati fid-dinja, u fejn 17 fil-mija ta' dawk li xi darba kienu l-ħabs huma reċidivisti, bl-aktar raġuni komuni għal dan tkun l-abbuż mid-droga, u warajha in-netwerks soċjali tagħhom.", "Huwa importanti wkoll li nkunu konxji li l-istudji jikkonfermaw li l-kriminalità interġenerazzjonali hi kemxejn komuni f'Malta.", "Din hi imġiba kriminali li tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra fi ħdan l-istess familja.", "Sadanittant, il-gvern ippropona riforma tal-ħabsijiet, li tinkludi l-kunċett ta' sistema ta' privileġġi miksuba u tagħti drittijiet lill-ħabsin skont l-imġiba tagħhom.", "Filwaqt li naqbel li r-responsabilità tal-persuna għandha titqies fil-politika dwar il-ħabsijiet, id-drittijiet bażiċi tal-ħabsin dejjem għandhom jiġu ggarantiti, u s-sistema ta' premji għandha tkun trasparenti, tiġi analizzata b'mod indipendenti u tkun tassew meritokratika.", "Barra minn hekk, l-ammont mogħti lill-ħabsin għandu jiġi mistħarreġ biex jiġi żgurat li jkun tassew biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-ħtiġijiet bażiċi tagħhom mill-ewwel jum tagħhom fil-ħabs.", "Nemmen ukoll li l-investiment fil-politika tal-prevenzjoni tal-kriminalità għandu jiżdied u jkun aktar imsejjes fuq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-ħabsin.", "Għandha tingħata prijorità kemm lill-edukazzjoni akkademika kif ukoll dik vokazzjonali flimkien ma' ħiliet bażiċi tal-ħajja bħal kif tkun ġenitur tajjeb u kif timmaniġġa l-flus.", "Għandha ssir aktar enfasi fuq l-isport u x-xogħol imħallas, u jeħtieġ li jingħata aktar valur lill-ħidma ta' prattikanti fil-qasam, fosthom ħaddiema professjonali, akkademiċi u voluntiera.", "Problema oħra li qed tikber hi ż-żieda fl-għadd ta' ħabsin barranin li ma jkollhom ebda rabtiet soċjali f'Malta.", "Xi wħud ma jitkellmu la bil-Malti u lanqas bl-Ingliż u jkunu prattikament waħidhom fil-ħabs.", "L-għajnuna minn voluntiera ta' rieda tajba li jkunu lesti jqattgħu ħin ma' dawn il-ħabsin għandha tkun forma apprezzata ta' integrazzjoni soċjali.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-suċċess tas-sistema tal-ħabsijiet ta' Malta tiddependi minn x'tip ta' ħabs nixtiequ li jkollna.", "Għandu jkun sempliċiment post ta' kastig, jew għandu jgħin lill-ħabsin jirriformaw rwieħhom, u b'hekk jgħinhom isiru ċittadini aħjar li jistgħu jintegraw fis-soċjetà ladarba jkunu pattew għal għemilhom?", "Jien nemmen fit-tieni alternattiva, u għal din ir-raġuni nirringrazzja lil organizzazzjonijiet bħall-Prison Fellowship għall-ħidma altruwista tagħhom fil-qasam.", "Nappella lill-qarrejja biex jagħtu daqqa t'id lil dawn l-organizzazzjonijiet, anke permezz ta' donazzjoni żgħira.", "(Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn https://www.facebook.com/prisonfellowshipmalta/ )", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 6 ta' Jannar 2019"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2019/02/ejjew-niggieldu-kontra-l-abarijiet.html", "date": "Sunday, February 03, 2019", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ejjew niġġieldu kontra l-aħbarijiet foloz – Michael Briguglio", "text": ["Il-popolarità tal-mezzi soċjali tant biddlet il-qasam tal-aħbarijiet li bosta saru jieħdu l-aħbarijiet tagħhom primarjament minn pjattaformi bħal Facebook u YouTube.", "Dan żied il-viżibbiltà ta' siti tal-aħbarijiet differenti, fejn il-qarrej jista' jgħarbel, jagħżel u jinterpreta skont il-valuri tiegħu.", "Il-qarrejja jistgħu wkoll jipproduċu aħbarijiet huma stess permezz ta' diversi għamliet ta' teknoloġija u media – tabilħaqq ilkoll aħna prosumaturi (produtturi u konsumaturi) attivi potenzjali u mhux biss konsumaturi passivi tal-aħbarijiet.", "Naturalment, dan ma jfissirx li hemm ugwaljanza fil-produzzjoni u l-konsum tal-aħbarijiet: l-ekonomija politika tal-produzzjoni tal-aħbarijiet ma tista' qatt tiġi injorata fil-qasam tal-media.", "Lanqas ma jistgħu jiġu injorati fatturi oħrajn bħal ħiliet tekniċi, il-faċilità tal-qari, l-effikaċja, l-algoritmi u x-xejriet fil-media.", "F'dan l-artiklu nixtieq niddiskuti l-isfida marbuta mal-produzzjoni u l-konsum ta' aħbarijiet foloz.", "Hawnhekk m'iniex nirreferi għal ideoloġiji, valuri u perspettivi differenti fl-interpretazzjoni tal-fatti.", "Dak li qiegħed nirreferi għalih huwa aħbarijiet li huma għalkollox foloz.", "Biex nagħti eżempju bażiku: siti differenti tal-aħbarijiet jistgħu jagħtu interpretazzjonijiet differenti tal-azzjoni ta' politiku, jew jagħmlu enfasi fuq aspetti differenti ta' din l-azzjoni.", "Iżda jekk, ngħidu aħna, politiku jmut, dan il-fatt ma jistax jiġi ffalsifikat fl-aħbarijiet.", "Forsi t-tħabbira tiegħu tista' tiġi posposta – kif xi kultant jiġri taħt reġimi dittatorjali – iżda l-mewt hija fatt li ħadd ma jista' jaħarbu.", "Mistoqsija inevitabbli li tqum b'rabta ma' dan hi: għandna nkunu ħielsa li nxerrdu aħbarijiet foloz, u mbagħad għandu jkun f'idejn il-qarrej jemminx dawn l-aħbarijiet jew le?", "Nemmen li l-libertà tal-kelma dejjem irid ikollha kuntest ta' responsabbiltà.", "Il-mistoqsija hi kif dan il-kuntest jista' jiġi implimentat.", "Pereżempju, ir-responsabbiltajiet legali u r-regolamenti għall-pjattaformi tal-aħbarijiet, fosthom dawk li jużaw il-mezzi soċjali, jistgħu jiġu kkumplementati minn investiment akbar f'netwerks li jivverifikaw il-fatti u aktar kooperazzjoni bejniethom.", "Persuni li jħossuhom imweġġgħin minn aħbarijiet foloz għandu jkollhom ukoll faċilitajiet aktar aċċessibbli biex jiddefendu kemm ir-reputazzjoni tagħhom kif ukoll il-'veritajiet' li jemmnu li tkasbru.", "Ma nemminx li dan għandu jwassal għal 'pulizija tal-verità' awtoritarji, iżda nissimpatizza ma' persuni li ħajjithom tkissret bis-saħħa ta' gideb li nfirex fuq il-mezzi soċjali.", "Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, il-pjattaformi tal-mezzi soċjali bħal Facebook joffru ftit li xejn rimedji għall-vittmi ta' aħbarijiet foloz.", "Nittama li l-ħatra dan l-aħħar tal-ex-Viċi Prim Ministru tar-Renju Unit Nick Clegg bħala l-kap tat-tim għall-affarijiet dinjin u l-komunikazzjoni ta' Facebook tista' tgħin biex il-qagħda f'dan il-qasam titjieb.", "Nemmen ukoll li aħna ċ-ċittadini għandna nkun mgħammra biex nagħtu s-sehem tagħna biex niġġieldu kontra l-aħbarijiet foloz.", "L-edukazzjoni ċivika, etika u politika għandha tiġi integrata fis-sistema edukattiva u l-atturi politiċi għandhom jiffurmaw koalizzjonijiet ta' fiduċja biex jiġġieldu kontra prattika diżonesta.", "Nistieden ukoll lill-qarrejja biex ifittxu siti tal-internet professjonali li jivverifikaw il-fatti bħal Snopes u The Conversation .", "Christina Hagler, mill-Università ta' Harvard, tirrakkomanda li ninvestigaw ukoll dak li jirrappreżentaw siti tal-aħbarijiet partikolari.", "Xi kultant, anke karatteristiċi grammatiċi bażiċi jistgħu jikxfu n-natura ta' sit tal-aħbarijiet.", "Bl-istess mod, nistgħu nagħrfu li sit ma jkunx serju fuq il-bażi ta' nuqqas ta' referenzi u sorsi, jekk l-aħbar partikolari prattikament ma tidher f'ebda sit ieħor jew jekk is-sit partikolari jkollu isem li huwa kważi identiku għal dak ta' sit tal-aħbarijiet leġittimu ieħor.", "Fl-aħħar nett, ejjew ma naqgħux għall-illużjoni li, sempliċiment għax sit tal-aħbarijiet ikun popolari, dan bilfors ikun qiegħed jgħid il-verità.", "Xi drabi, aħbar falza tinfirex, anke jekk ikun hemm indikazzjonijiet li jintgħarfu minn qarrejja li jaqraw l-aħbarijiet b'reqqa u għaqal.", "Meta jiġri hekk, naħseb li hija r-responsabbiltà tagħna bħala ċittadini attivi li niġbdu l-attenzjoni għall-falsità ta' aħbar bħal din.", "Għax tassew inkunu qed nonqsu mir-responsabbiltajiet ċiviċi u demokratiċi tagħna jekk noqogħdu fuq aħbar falza sempliċiment għax tinzerta titfa' dawl ikrah fuq l-avversarji tagħna.", "Hekk inkunu qisna qegħdin nilagħbu logħba mingħajr ma nħarsu r-regoli.", "Ejjew ma npaxxux lit-trolls li huma mġewħin għall-attenzjoni bid-diżonestà tagħhom.", "Ejjew nikkritikaw, niddubitaw, u nsaqsu mistoqsijiet lil xulxin, iżda ejja nagħmlu dan b'rispett u onestà.", "Dan l-artiklu deher fil-Mument, 3 ta' Frar 2019"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-51-al-fer-jintieg-process-ta.html?m=1", "date": "Saturday, May 30, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (51) Ħal-Ferħ: Jinħtieġ proċess ta' studji dwar impatti soċjali", "text": ["L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp f'Ħal-Ferħ, li fost oħrajn jinkludi .lukanda u vilel.", "Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil nwlp.halferh@pa.org.mt sa' l-1 ta' Lulju.", "F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA).", "Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.", "Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.", "Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza.", "B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom.", "Links: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MECP/Pages/Consultations/PartialReviewoftheNorthWestLocalPlanandtheHalFerhDevelopmentBriefPhase1.aspx https://www.maltatoday.com.mt/environment/townscapes/102287/corinthia_triggers_lease_mechanism_for_residential_development_at_al_fer_complex#.XtJAJjPis2w https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/feedback-re-social-impact-assessment.html", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp f'Ħal-Ferħ, li fost oħrajn jinkludi .lukanda u vilel.", "Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil nwlp.halferh@pa.org.mt sa' l-1 ta' Lulju.", "F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA).", "Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.", "Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.", "Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza.", "B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom.", "Links: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MECP/Pages/Consultations/PartialReviewoftheNorthWestLocalPlanandtheHalFerhDevelopmentBriefPhase1.aspx https://www.maltatoday.com.mt/environment/townscapes/102287/corinthia_triggers_lease_mechanism_for_residential_development_at_al_fer_complex#.XtJAJjPis2w https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/feedback-re-social-impact-assessment.html"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/?m=0", "date": "Friday, June 19, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "A brief look at Montenegro - One of the Malta Labour Government's energy partners #SaveManoelIsland - The struggle continues Objection to DB overdevelopment in Pembroke #Ħsibijiet (54) Politika li temmen fid-dinjita' tiegħek \n \n #Ħsibijiet (53): Il-Partit Nazzjonalista \n \n Magħtab development proposal requires studies before consideration \n \n The budget in context - Michael Briguglio \n \n #Ħsibijiet (52) Ċaw Ċaw tieni mewġa? Ippubblika l-evidenza, Prim Ministru \n \n #Ħsibijiet (51) Ħal-Ferħ: Jinħtieġ proċess ta' studji dwar impatti soċjali \n \n #Ħsibijiet (50) Marsa: Jinħtieġ proċess ta' studji dwar impatti soċjali", "text": ["Il-qafas ta' l-istatut tal-Partit Nazzjonalista huwa riżultat ta' proċess twil ta' djalogu u dan huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit.", "Dan hu proċess ta' demokrazija u deliberazzjoni, u mhux xi eżerċizzju mgħaġġel ta' rubberstamping ta' ejja ħa mmorru.", "Huwa proċess trasparenti u miftuħ, u mhux wieħed ta' xi klikka minn wara l-kwinti.", "Il-proposti jixhdu demokrazija ħajja, kemm fl-organizazzjoni bottom-up, kif ukoll fil-valuri li jpoġġu l-persuna fiċ-ċentru tal-politika.", "Il-g ender mainstreaming , id-demokrazija fuq livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, l-anti-diskriminazzjoni u l-ħarsien tal-ġid komuni huma kollha parti minn dan l-istatut.", "L- outreach soċjali u r-riċerka huma valoriżżati, u dan ifisser li minflok mal-Partit jippretendi li għandu xi monopolju fuq moħħok, huwa partit li jisma', li janaliżża biex jifhem lis-soċjeta' li qed ngħixu fiha sabiex jipproduċi politika verament tan-nies.", "Din hi l-politika tal-perżważjoni u tad-djalogu.", "Politika li temmen fid-dinjita' tiegħek, u mhux li tikkunsidrak bħala numru.", "Politika li tivvaloriżża d-djalogu, u mhux tmewwitha.", "Nistiednek taqra il-punti ewlenin ta' dan l-istatut minn dawn il-links: https://netnews.com.mt/2020/06/15/il-pass-li-jmiss-pn/ https://netnews.com.mt/2020/06/13/ir-riforma-u-t-tigdid-tal-pn-flimkien-mal-poplu-ghall-gid-komuni/", "Il-proċess ta' riforma fil-Partit Nazzjonalista huwa bżonnjuz u pożittiv.", "Il-fatt li hemm pożizzjonijiet differenti u teħid ta' deċiżżjonijiet fi ħdan il-partit juru li l-proċess demokratiku qiegħed hemm u qiegħed jaħdem.", "Din tixhed trasparenza, għaliex id-deċiżżjonijiet li jieħu huma suġġetti għad-diskussjoni interna u esterna u huma kontinwament taħt skrutinju kemm mill-attivisti u t-tesserati fil-partit kif ukoll mill-pubbliku u mill-media.", "Hemm deliberazzjoni, b'parteċipazzjoni wiesgħa, f'livelli differenti, u mhux mistura mill-pubbliku.", "Naħseb li meta wieħed jagħsar id-diskors, il-mottos, u l-evoluzzjoni tal-Partit Nazzjonalista, isib li l-essenza tiegħu għandha tkun dik li tfassal politika li tgħaqqad fil-kuntest tas-soċjeta' Maltija.", "F'dan ir-rigward, b'Nazzjon wieħed jista' jifhem soċjeta' inklussiva, demokratika u deliberattiva.", "Waħda li tisma' daqs kemm titkellem.", "Umbrella; mużajk; proċess demokratiku: Politika li minflok ma tipprova tinponi narrattiva monolitika fuq is-soċjeta' Maltija, taddatta u tevolvi mar-ritmu soċjali ta' pajjiżna u tipproponi politika għall-ġid komuni u għad-dinjita' tal-persuna.", "Għalhekk il-PN għandu jkun parti mis-soċjeta' Maltija daqs kemm għandu jkun aġent tal-bidla.", "Bħall-għeruq indukrat f'ekoloġija li tagħti l-frott.", "Aqra iktar hawnhekk: https://netnews.com.mt/2020/06/13/ir-riforma-u-t-tigdid-tal-pn-flimkien-mal-poplu-ghall-gid-komuni/ https://netnews.com.mt/2020/06/15/il-pass-li-jmiss-pn/", "Fl-istess diskors fejn il-Prim Ministru Robert Abela qal li tista' tiġi kkunsidrata amnestija għall-multi li weħlu n-nies f'dawn l-aħħar ġimgħat , l-istess Prim Ministru ipprova jżeblaħ lill-awtoritajiet, xjentisti, esperti u ħaddiema mediċi madwar id-dinja li qed iwissu dwar il-possibilita' tat-tiena mewġa tal-Coronavirus.", "Abela qal li l-istatistika turi b'mod ċar ħafna li l-COVID-19 hija warajna u issa beda perjodu kruċjali li permezz tiegħu ħa nirritornaw għal normalità sħiħa .", "Spjega li kull min qal li bir-rilaxx tal-miżuri se jkun hawn it-tieni mewġa, ingħata prova bil-fatti kemm kien żbaljat, u hekk se jerġa' jiġri fil-ġimgħat li ġejjin .", "Jekk il-Prim Ministru huwa daqshekk ċert li pajjiżna mhux ser ikollu tieni mewġa tal-Coronavirus, imissu jippublika l-evidenza (li ma tinkludix biss statistika li sservi l-argumenti tiegħu), il-pariri, ir-riċerka u l-minuti tal-laqgħat li wassluh għal din il-konklużjoni.", "Sur Prim Ministru, argument ma jsirx b'saħħtu billi jiżżeffnu kliem dwar amnestiji u baġit multi-miljunarju f'nofsu.", "Iżda forsi iktar konsultazzjoni, trasparenza u umilta' min-naħa tiegħek jgħinu biex ikollna serħan tal-moħħ.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp f'Ħal-Ferħ, li fost oħrajn jinkludi .lukanda u vilel.", "Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil nwlp.halferh@pa.org.mt sa' l-1 ta' Lulju.", "F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA).", "Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.", "Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.", "Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza.", "B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom.", "Links: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MECP/Pages/Consultations/PartialReviewoftheNorthWestLocalPlanandtheHalFerhDevelopmentBriefPhase1.aspx https://www.maltatoday.com.mt/environment/townscapes/102287/corinthia_triggers_lease_mechanism_for_residential_development_at_al_fer_complex#.XtJAJjPis2w https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/feedback-re-social-impact-assessment.html", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp f'Ħal-Ferħ, li fost oħrajn jinkludi .lukanda u vilel.", "Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil nwlp.halferh@pa.org.mt sa' l-1 ta' Lulju.", "F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA).", "Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.", "Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.", "Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza.", "B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom.", "Links: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MECP/Pages/Consultations/PartialReviewoftheNorthWestLocalPlanandtheHalFerhDevelopmentBriefPhase1.aspx https://www.maltatoday.com.mt/environment/townscapes/102287/corinthia_triggers_lease_mechanism_for_residential_development_at_al_fer_complex#.XtJAJjPis2w https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/feedback-re-social-impact-assessment.html", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp ta' kumpless sportiv ta' 60,000 metru kwadru fil-Marsa.", "Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil ghlp@pa.org.mt sa' l-10 ta' Lulju.", "F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA).", "Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.", "Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.", "Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza.", "B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom.", "Links: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MECP/Pages/Consultations/PartialReviewoftheGrandHarbourLocalPlanforMarsaPhase2.aspx https://www.independent.com.mt/articles/2020-05-29/local-news/PA-publishes-proposals-to-convert-Marsa-complex-into-internationally-recognised-sports-hub-6736223644 https://mikes-beat.blogspot.com/2019/05/feedback-re-social-impact-assessment.html"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-34-ma-min-ikkonsulta-l-gvern.html?m=0", "date": "Saturday, May 02, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (34) Ma' min ikkonsulta l-Gvern dwar nhar it-Tnejn?", "text": ["Dalgħodu, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci saħqet li xorta għadna fi stat ta' emerġenza ta' saħħa pubblika u li billi ngħata l-permess biex ċertu ħwienet jerġgħu jiftħu l-bibien, ma jfissirx li issa kulħadd jista' jibda joħroġ barra.", "Prof Gauci qalet li jekk isir hekk, il-virus se jinfirex.", "Prof Gauci qalet li l-miżuri li ġew rilaxxmati huma dawk li se jkollhom impatt baxx, u għadu mhux il-waqt li jinfetħu l-knejjes għall-quddies jew li t-tfal jittieħdu l-bandli.", "Saħqet li l-awtoritajiet ser jagħtu 3 ġimgħat ċans biex jaraw x'inhu l-impatt tal-miżuri l-ġodda, imbagħad jiġi evalwat il-pass li jmiss.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li Prof Gauci qalet dan il-kliem għax xi kultant qed ikun hemm messaġġi mħalta u interpretazzjonijiet differenti ta' messaġġi tal-Gvern u l-Awtoritajiet.", "Għalhekk insaqsi lill-Gvern:", "- Kif saret id-deċiżżjoni dwar il-ħwienet?", "- Saret konsultazzjoni, u min ġie kkonsultat?", "- Fuq liema bażi ittieħdet din id-deċiżżjoni?", "- Kif ser issir l-analiżi ta' l-impatti fit-3 gimgħat li ġejjin, min ser jagħmilha u b'liema metodoloġiji?", "Napprezza li kwaluknwe gvern ikollu jibbilanċja bejn prioritajiet differenti fit-teħid tad-deċiżżjonijiet u li ma jeżistux soluzzjonijiet maġiċi jew sempliċi.", "Naprezza ukoll li hemm kunsiderazzjonijiet bħal dawk ta' saħħa, dawk soċjali u dawk ekonomiċi.", "Iżda fl-istess ħin ikun ferm iktar għaqli jekk il-proċess ikun trasparenti, konsultattiv u bbażat fuq l-evidenza."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-36-maskri-u-visors-il-gvern.html?m=0", "date": "Monday, May 04, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (36) Maskri u Visors: Il-Gvern reġa' ma kkonsultax", "text": ["Il-Kamra ta' l-Ispiżjara qalet li ma ġietx ikkonsultata dwar li-avviż legali dwar il-maskri u l-visors meta huma stakeholders importanti.", "Il-poplu Malti ġie avżat l-ewwel darba dwar id-deċiżżjoni tal-Gvern permezz ta' post fuq il-Facebook tal-Ministru Silvio Schembri.", "Tajjeb inżommu f'moħħna li spiżjara u ħaddiema fl-ispiżeriji qed joffru servizz importanti lill-pubbliku, u bħall ħaddiema f'setturi oħra bħas-saħħa, sigurta', tindif u ikel, qegħdin fuq il-fruntiera tal-gwerra kontra l-Coronavirus.", "Kif diġa spjegajt f'numru ta' blogs, artikli f'The Malta Independent u interventi fuq Net FM, huwa ċar li filwaqt li jidher l-Gvern għandu strateġija ta' saħħa ibbażata fuq l-evidenza, l-istess ma jistax jingħad dwar l-istrateġiji tal-Gvern fl-oqsma ekonomiċi u soċjali.", "Il-Gvern mhux qed jispjega kif qed jasal għad-deċiżżjonijiet tiegħu f'dawn is-setturi.", "Qed ikun reattiv, u nieqes mill-konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni, mas-sħab soċjali, mas-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u ma' l-esperti.", "Nerġa nappella għal politika ta' deliberazzjoni ibbażata fuq il-konsultazzjoni, evidenza u djalogu, u mhux politika għaġġelija u supperva."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-33-il-mizuri-l-godda.html?m=0", "date": "Friday, May 01, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (33) Il-miżuri l-ġodda", "text": ["L-istatiska medika dwar il-Coronavirus f'Malta tibqa' nkoraġġanti, u għandna għal xiex inkunu kburin.", "J'alla is-sitwazzjoni tkompli titjieb sa kemm jinstab vaċċin.", "Sa dan it-tant, ilum il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar illi minn nhar it-Tnejn, il-Gvern se jibda jnaqqas miżuri restrittivi relatati mal-Coronavirus, fejn fost oħrajn numru ta' stabbilimenti kummerċjali se jerġgħu jiftħu.", "Naħseb li hemm pressjonijiet differenti, fosthom dawk mediċi, ekonomiċi, politiċi u soċjali rispettivament, fejn il-Gvern, bħal kull gvern ieħor f'dinja reali, irid jibbilanċja interessi varji fil-politika tiegħu.", "Iżda l-Gvern naqas milli jagħti spjegazzjoni dwar kif wasal għad-deċiżjoni ekonomika.", "Bħala soċjologu ma nemminx li l-policies għandhom ikunu għaġġelin.", "Faċli tippriedka soluzzjonijiet maġiċi, iżda l-politika hi ferm iktar ikkumplikata minn hekk, iktar u iktar f'sitwazzjoni li ħadd ma kien lest għaliha.", "Nemmen li l-policies għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u d-deliberazzjoni.", "Fil-kas tal-miżuri ekonomiċi u soċjali fil-konfront tal-Coronavirus, nemmen li jkun aħjar jekk ikun hemm proċess kontinwu ta' deliberazzjoni bejn il-Gvern, l-Oppożizzjoni, is-sħab soċjali, l-esperti u s-soċjeta ċivili fis-sens wiesgħa tagħha, milli jkollna sempliċiment konferenza stampa.", "B'hekk jista' jkun hemm iktar parteċipazzjoni, skrutinju u fiduċja fid-deċiżżjonijiet li jittieħdu f'din is-sitwazzjoni straordinarja u mingħajr preċedent."]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-35-95c.html?m=0", "date": "Sunday, May 03, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (35) 95c", "text": ["Illum il-Gvern ħabbar li l-prezz massimu għal bejgħ ta' Surgical Masks ser ikun 95c u li l-prezz massimu għall- visors protettivi ser ikun ta' €5.", "Filwaqt li hu tajjeb li l-Gvern intervjena fuq din il-materija f'din l-emerġenza medika, ikun tajjeb ukoll li l-istess Gvern jispjega għalfejn il-prezz massimu tal-maskri f'Malta huwa kważi d-doppju tal-prezz fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja, fejn il-prezz massimu hu 50c.", "Ikun tajjeb ukoll jekk il-Gvern jiżgura li jkun hemm sistema li permezz tagħha kemm l-awtoritajiet kif ukoll il-konsumatur ikunu jistgħu jivverifikaw jekk il-maskri varji li qed jinbiegħu, anke fuq il-media soċjali, ikunu konformi ma' standards rispettivi.", "Sa dan it-tant, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu d-dokument dwar kif għandhom jintużaw il-maskri.", "Dan jista' jinqara minn dak il-link: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/Documents/Guidance%20on%20the%20Use%20of%20Face%20Masks%20for%20decreasing%20COVID-19%20Transmission_May2020_LV.pdf"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-40-coronavirus-noqogdu-attenti.html?m=0", "date": "Tuesday, May 12, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "#Ħsibijiet (40): #Coronavirus: Noqogħdu attenti mit-tieni mewġa", "text": ["Il-Malta Independent, f'intervista ma' l-Istatisktu Vince Marmara, tirraporta li din il-ġimgħa hija estremament importanti biex Malta tkun tista' tkejjel l-impatt tal-miżuri li ħabbar il-gvern ftit tal-ġranet ilu, li inkludew il-ftuħ ta' bosta ħwienet.", "Nittamaw li l-evidenza tkun waħda ta' kuraġġ.", "Sa dan it-tant, Time Magazine jirraporta li pajjiżi bħall-Korea t'Isfel u l-Ġermanja qed jesperjenzaw żidiet ta' każijiet tal-Coronavirus wara li rrilassaw numru ta' miżuri.", "Dan jindika kemm hi diffiċli s-sitwazzjoni, fejn Gvernijiet qed għandhom quddiemhom sfidi ta' saħħa kif ukoll dawk ekonomiċi u soċjali.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti mit-tieni mewġa.", "Kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell ta' policy-making.", "Tajjeb infakkru li l-Oppożizzjoni qed toffri l-id tal-ħbiberija lill-Gvern biex ikollna l-ikbar kunsens u għaqal possibli fil-politika nazzjonali f'dan ir-rigward.", "Links: https://www.independent.com.mt/articles/2020-05-12/local-news/Covid-19-reproduction-ratio-at-0-65-this-week-pivotal-to-understand-impact-of-relaxed-measures-6736223035", "https://time.com/5834741/outbreaks-germany-south-korea- coronavirus/"]} {"url": "https://mikes-beat.blogspot.com/2020/05/sibijiet-38-spazji-miftua.html?m=0", "date": "Friday, May 08, 2020", "category": "blog, personal blog, politics, sociology", "title": "Ħsibijiet (38) Spazji miftuħa", "text": ["Il-Gvern ħabbar proġett ta' spazji miftuħa temporanji f'toroq u pjazez madwar Malta.", "Din it-tip ta' miżura tista tnaqqas it-tniġġiż, twassal għal iktar aċċessibilita' u ssaħħaħ il-komunitajiet madwar Malta u Għawdex.", "Nemmen li l-Kunsilli Lokali kollha għandhom ikunu proattivi f'din il-kwistjoni permezz ta' konsultazzjoni ma' residenti u stakeholders f'kull lokalita' biex jiġu identifikati s-siti proposti.", "B'hekk il-proċess jista' jkun demokratiku, infurmat u bbażat fuq l-evidenza.", "Sfortunatament, jidher li l-Gvern hu nieqes minn dawn il-metodi f'oqsma ekonomiċi u soċjali relatati mal-Coronavirus, minkejja l-appelli mill-Oppożizzjoni u s-Sħab Soċjali.", "Tajjeb ukoll jekk il-Gvern jagħti titlu lill-Kunsilli Lokali għal art pubblika bħal parkeġġi: Bħal ma jaf kulħadd, bosta parkers jiċċarġjaw il-flus minkejja li hemm sinjali li jgħidu bil-kontra.", "Għalhekk, qed ikun hemm qliegħ privat għal servizz pubbliku.", "Il-Gvern m'għandux ikun selettiv dwar spazji miftuħa.", "Għandu juża l-metodu konsultattiv u demokratiku dwar aċċess pubbliku f'spazji miftuħa oħra - bħal każ tal-Miżieb.", "Il-konsultazzjoni għandha tkun wiesgħa u trasparenti u mhux ma' settur wieħed biss.", "Kull ftehim għandu jkun ippublikat, hekk kif qed titlob il-koalizzjoni Spazji M iftuħa.", "L-għodda soċjoloġika ta' Social Impact Assessment għandha valur kbir għall-ippjanar ibbażat fuq l-evidenza u deliberazzjoni.", "Pajjiżna għad m'għandux politika strutturata dwar din l-għodda tant neċessarja."]}