{"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/issa-jghaddilek-konrad/", "date": "Thu, 18th Apr '19, 07:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Issa jgħaddilek, Konrad", "text": ["Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qed jitlobha tipproteġih mill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu.", "F'rikors li ppreżenta fil-Qorti huwa stqarr li l-Istat m'għandu jippermetti lil ħadd li jitlob li ssir inkjesta dwar il- Panama Papers .", "Huwa qed jinsisti wkoll li l-proċeduri li għamlu użu minnhom kemm Simon Busuttil kif ukoll Repubblika jiftħu kwistjonijiet li diġà kienu ngħalqu minn qrati oħrajn u li din is-sitwazzjoni qed tikkawża inġustizzja fil-konfront tiegħu.", "Qed iħarrek lill-gvern f'ismu proprju.", "Iżda l-kawża li ppreżenta hi tarka biex tagħti kenn lil Keith Schembri wkoll.", "U tista' tgħid ukoll li sservi l-interessi ta' Joseph Muscat.", "Se nispiċċaw bi gvern sħiħ iħarrek lilu nnifsu!", "Din hu sitwazzjoni redikola u komika daqs kemm ukoll hi assurda.", "Ministers għandhom is-setgħa li jgħaddu l-liġijiet mill-Parlament.", "Il- back-benchers tagħhom ituhom appoġġ indiskuss.", "Jekk liġi tikser il-Kostituzzjoni u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem , għandhom is-setgħa u d-dmir li jibdluha.", "Wara kollox, liġi li tikser il-libertajiet fundamentali ta' persuna waħda, tikser il-libertajiet fundamentali ta' kulħadd.", "Madankollu hawn għandna sitwazzjoni fejn Ministru qed jintebaħ li hemm liġi li qed tikser il-libertajiet fundamentali ta' kulħadd għax – skont hu – qed jintmess hu stess.", "Mhux faċli li tlaħħaq ma' \"loġika\" bħal din ta' Konrad Mizzi.", "Filwaqt li fil-Qorti jidħol fil-mertu tekniku ta' proċess legali li ftit huma dawk li jistgħu jifhmuh, ċara u tonda li l-mira tiegħu hi li jwaqqaf kull possibilità li ssir investigazzjoni dwar l-iskandlu Panama Papers jew li jiġu priservati l-provi marbutin ma' dawk ir-reati kriminali.", "Fil-Qorti qal li d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq japplika wkoll għall-'proċessi preliminari' as well.", "Iżda inkjesta lanqas biss tammonta għal stadju ġudizzjarju preliminari.", "Għadna ma wasalniex s'hawn.", "Dan donnu qed igħid li jekk jien nagħmel rapport kontra tiegħu fl-għassa tal-pulizija, nkun qed niksirlu d-drittijiet fundamentali tiegħu.", "Jekk il-ġar tiegħek isejjaħ lill-pulizija għax bil-lejl int qed tagħmel ħafna storbju, int se tirrabja speċjalment jekk int tabilħaqq tkun qed tikkawża storbju żejjed bil-lejl u tixtieq tkompli tagħmel hekk.", "Jekk xi ħadd jagħmel ilment kontra tiegħek, int xorta waħda għandek dritt għal smiegħ xieraq u li tgħid tiegħek u xorta waħda jkollok id-dritt li tappella kontra s-sentenza.", "Iżda dan kollu għaliex il-pulizija tkun irċeviet rapport u mbagħad tibda' tinvestiga, dan ma jfissirx li tkun qed issir inġustizzja fil-konfront tiegħek.", "Int xorta waħda jkollok id-dritt li tgħid tiegħek.", "Konrad Mizzi m'hux interessat li jgħid tiegħu għax il-verità hi li ma jistax iwieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulu.", "Mistoqsijiet bħal: Il-għala l- accountant tiegħek ħoloq kumpannija fil-Panama għalik ġimgħa biss wara li ħadt il-ġurament tas-setgħa?", "Il-għala l- accountant tiegħek lil banek madwar id-dinja kitbilhom biex igħidilhom li int ser tagħmel miljuni kbar ta' flus minn negozji li fil-fatt int m'għandekx?", "Il-għala ndħalt fejn ma kienx jesgħek fin-negozju mal-Ażerbajġan dwar iż-żjut?", "Il-għala l- accountant tiegħek kiteb li kumpannija ta' Yorgen Fenech fid-Dubaj kienet ser tħallsek $5,000 kull jum?", "Il-għala l- accountant tiegħek għażel is-sħubija li Yorgen Fenech għandu mal-Ażerbajġan biex tiġi fornuta l-enerġija lil Malta?", "Lil kieku hemm xi spjegazzjoni raġjonevoli għal dawn il-mistoqsijiet, din ilna li smajniha u xhur u snin ilu Konrad Mizzi kien bilġri jmur il-Qorti biex jispjega kollox.", "Iżda spjegazzjoni m'hemmx u din hi r-raġuni għaliex irid iżomm lil kulħadd milli jagħmillu l-mistoqsijiet.", "Issa jgħaddilek, Konrad.", "Previous: #occupyjustice: Prim Ministru, Għajnejna Fuqek!", "Next: Relazzjonijiet pubbliċi Maġisterjali window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/occupyjustice-prim-ministru-ghajnejna-fuqek/", "date": "Wed, 17th Apr '19, 07:58", "category": "blog, politics, government", "title": "#occupyjustice: Prim Ministru, Għajnejna Fuqek!", "text": ["Stqarrija ta' #occupyjustice:", "Pjazza Kastilja kienet baħar attivisti jżommu 'l fuq ritratti ta' Daphne Caruana Galizia biex ifakkru t-tmintax-il xahar mill-assassinju brutali tal-ġurnalista, azzjoni li tfakkar xena mill-film Being John Malkovich.", "L-attivisti, miġbura wara l-islogan #occupyjustice, iltaqgħu quddiem l-uffiċju tal-Prim Ministru b'messaġġ wieħed: \"Vuċi waħda ġiet imsikkta, imma għadd kbir ta' vuċijiet qamu biex ikomplu jsejjħu għall-Verità u l-Ġustizzja.\"", "L-attivisti ta' #occupyjustice ppuntaw subgħajhom lejn il-Prim Ministru, biex ifakkruh li wara sena u nofs mill-assassinju, il-pajjiż għadu fid-dlam min ikkummissjona l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "\"Inġbarna flimkien għan-nom ta' Daphne biex nassiguraw li inti ma tiknisx ħajjitha, xogħlha, flimkien max-xemgħat u l-fjuri li tarmi kuljum.\"", "L-attivisti għal darb'oħra rrepetew it-talba tagħhom biex issir inkjesta indipendenti, liema appell ilhom jagħmluh ħhat-tmintax-il xahar.", "\"Ninsabu ddisgustati bil-mod kif il-Prim Ministru qed iħalli KULL ġebla f'postha biex ma jinstabx il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne,\" sostnew l-attivisti.", "\"Tista' tmaqdar u xxejjen ir-rappurtaġġ tal-midja internazzjonali kemm trid, Prim Ministru, imma l-fatti jibqgħu fatti: il-ħbieb tal-qalba tiegħek huma korrotti u inti tibqa' tipproteġihom.", "Jekk għad fadallek mqar farka ta' kuxjenza, allura erfa' r-responsabbiltà politika issa.\"", "Aħna determinati li niġġieldu għas-sewwa, għall-ġustizzja u għal soċjetà ġusta u ugwali.", "Dan huwa n-nazzjon tagħna, din hija darna, u aħna l-poplu.", "Nistennew aħjar, jistħoqqilna aħjar, irridu aħjar.", "Previous: Repubblika: Il-fehmiet tagħna Next: Issa jgħaddilek, Konrad window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/relazzjonijiet-pubblici-magisterjali/", "date": "Thu, 18th Apr '19, 07:43", "category": "blog, politics, government", "title": "Relazzjonijiet pubbliċi Maġisterjali", "text": ["Issa wasalna għall-estremità fejn persuna li qed tistenna li tinħatar Maġistrat, jidhrilha li għandha tagħmel eżerċizzju ta' relazzjonijiet pubbliċi.", "Iżda jekk int waħda minn dawk li – kemm ilha li feġġet ix-xemx fuq Malta mill-2103 'l hawn – fuqek niżlet xita ta' konsulenzi, tkun trid turi lid-dinja li int timraħ aktar il-bogħod kemm mill-grazzji li jxerred fuqek Chris Cardona kif ukoll mill-konnessjonijiet li jkollok għax tkun iżżewwiġt għand Pawlu Lia.", "Araw dan ir-riklam imħallas fuq il- Facebook ta' Nadine Lia li jirreklama l-uffiċċju tal-gvern li jagħti pariri dwar negozji tal-familja.", "Dan huwa wieħed biss minn xmara ta' konsulenzi pubbliċi li waqgħu f'ħoġorha.", "Din l-istorja mxandra f'Novembru 2018 f' The Malta Independent on Sunday fiha lista ta' ħatriet diretti li rċeviet Dr Lia bis-saħħa tal-ħbiberiji ministerjali ta' ħatinha.", "Din l-istorja xxandret fiż-żmien li feġġet l-aħbar li x'aktarx kienet ser tinħatar bħala Maġistrat.", "Hekk kif Nadine Lia tinħatar bħala Maġistrat, Pawlu Lia se jkompli jservi bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja?", "Is-sitwazzjoni diġà hi perversa kif inhi.", "Pawlu Lia huwa l-avukat tal-Partit Laburista u jiddefendi lill-politiċi Laburisti fil-Qorti.", "Iddefenda lil Chris Cardona dwar l-istorja tal-burdell Acapulco, biex inġib eżempju wieħed.", "Maġistrati u Mħallfin li jkunu jridu jaqtgħu sentenzi f'kawżi li jkun ittratta fihom Pawlu Lia jafu li, fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu huma stess ikunu s-suġġett ta' miżuri imnedija minnu fil-Kummissjoni biex ikunu dixxiplinati.", "Mill-banda l-oħra, huwa minnu li Pawlu Lia ma jistax jiddeċiedi waħdu.", "Iżda l-gvern tabilħaqq jeħtieġu dan l-indħil u din il-manipulazzjoni kollha fuq l-indipendenza tal-qrati?", "Il-ħatra imminenti ta' ħtintu, milli jidher turi li l-gvern għadu ma xebgħax.", "Previous: Issa jgħaddilek, Konrad Next: GUEST POST: Li kieku għal jum wieħed stajt inkun....... window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/li-kieku-konrad-mizzi-mghandux-xjahbi-ma-kienx-jaghmel-hiltu-biex-jipprova-jahbi/", "date": "Mon, 22nd Apr '19, 12:46", "category": "blog, politics, government", "title": "Li kieku Konrad Mizzi m'għandux x'jaħbi, ma kienx jagħmel ħiltu biex jipprova jaħbi.", "text": ["Dalgħodu Repubblika u Simon Busuttil ippreżentaw nota fil-Qorti mal-maġistrat li kienet intalbet tiftaħ inkjesta dwar il- Panama Papers , jiġifieri l-Maġistrat Doreen Clark.", "In-nota saret in segwitu ta' talba lill-istess Maġistrat li saret minn Konrad Mizzi biex l-inkjesta tibqa' ma tinfetaħx peress li hu kien bi ħsiebu jippreżenta kawża fil-Qorti Kostituzzjonali biex il-liġi li tippermetti li jsiru nkjesti bħal dawn tiġi dikjarata bħala waħda li tiksirlu d-drittijiet tiegħu.", "F'noti separati li ġew ippreżentati dalgħodu, Repubblika u Simon Busuttil qalu li huwa verament \"inkredibbli\" kif Konrad Mizzi jippretendi li jista' jibqa' jtawwal biex jipprova jaħrab mill-ġustizzja.", "Lill-Maġistrat, Repubblika u Simon Busuttil qalulha li Konrad Mizzi iridha ħobla u tredda'.", "Li kieku ried, seta' talab lill-Maġistrat tirreferi l-każ lill-Qorti Kostituzzjonali.", "Iżda huwa għażel li jistenna' sitt ġimgħat sħaħ biex jibda' l-każ tiegħu u ppretenda li kollox għandu jieqaf sakemm jinqeda' hu.", "Repubblika u Simon Busuttil qalu li huma rrabjati għall-fatt li Ministru tal-gvern qed jipprova jimmanipula l-liġi biex jipprova jaħrab minn investigazzjoni.", "Li kieku l-Ministru m'għandux x'jaħbi, kien ikun proprju hu li jitlob li ssir investigazzjoni fuqu minn Maġistrat indipendenti u mparzjali.", "Minflok, qed jagħmel minn kollox biex jaħrab minn kull investigazzjoni.", "Iż-żewġ noti kienu ppreżentati minn Jason Azzopardi.", "Repubblika bi ħsiebha titolbu lill-Qorti Kostituzzjonali biex tintervjeni fil-kawża li se jagħmel quddiemha Konrad Mizzi.", "Previous: GUEST POST: Li kieku għal jum wieħed stajt inkun.......", "Next: Kummiedja fil-Qorti à la Konrad Mizzi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/kummiedja-fil-qorti-a-la-konrad-mizzi/", "date": "Tue, 23rd Apr '19, 16:41", "category": "blog, politics, government", "title": "Kummiedja fil-Qorti à la Konrad Mizzi", "text": ["Illum il-Qorti Kostituzzjonali fetħet fil-ferjat tal-Għid biex tisma' talba \"urġenti\" li ġiet preżentata minn Konrad Mizzi 15 il-minuta qabel l-għeluq tar-reġistru tal-Qorti għall-waqfa tal-festi.", "Dawn il-praspar, Konrad Mizzi jinqala' għalihom.", "Ħmistax il-minuta qabel l-aħħar waqfa tal-Milied, huwa ppreżenta waħda mit-talbiet tiegħu biex iħares id-drittijiet tiegħu, liema talba spiċċa warrabha ftit żmien wara.", "Fi żmien ftit ġranet minn meta ppreżenta r-rikors tiegħu, intebaħ li ma kienx komdu għalih li jkompli jittratta l-kawża.", "Proprju issa, l-kwistjoni reġa' rxuxtaha u f'daqqa waħda reġgħet saret fundamentalment importanti.", "Jeħtieġ nifhmu li hi tassew ħaġa ta' barra minn hawn li jkollok Ministru tal-gvern li jħarrek il-gvern li hu stess jifforma parti minnu.", "Ministru m'huwiex xi impjegat tal-gvern kwalunkwe li jkun qed iħarrek lil ta' fuqu għaliex dan tal-aħħar ikun ġab ruħu miegħu b'mod inġust.", "Ministru tal-gvern huwa l-gvern.", "Is-sitwazzjoni hi waħda tassew skiżofrenika: l-avukati ta' Konrad Mizzi (għaliex l-Eċċellenza Tiegħu deherlu li ma kellux jersaq lejn il-bini tal-Qorti li, wara kollox, fetħet il-bibien tagħha fi żmien il-ferjat għal wiċċu u sforz il-piki tiegħu) spjegaw b'ċerta saħħa li Joseph Muscat, Chris Fearne, Edward Scicluna u l-bqija qed iċaħħdu lil Konrad Mizzi mid-drittijiet fundamentali tiegħu u mid-dritt tiegħu għal smiegħ xieraq.", "Għall-gvern ta' Malta deher l-Avukat Ġenerali li, f'każijiet bħal dawn, ma jgawdix awtonomija minn mal-politiċi li jkunu qed imexxu lill-pajjiż.", "Għall-kuntrarju, xogħol l-Avukat Ġenerali huwa li jaġixxi fil-konfini tal-politika tal-gvern u li jimxi skond l-istruzzjonijiet tal-gvern.", "Illum wara nofsinhar, Konrad Mizzi jaf jinsab fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jiddiskutu affarijiet marbutin max-xogħol tal-Ministeru tiegħu: dan huwa l-istess uffiċċju li dalgħodu Konrad Mizzi għoġbu jħarrku fl-ogħla qorti tal-pajjiż.", "Qed tħoss moħħok jitħawwad?", "Ma nagħtikx tort.", "X'inhu l-isfond ta' din il-kwistjoni kollha?", "Konrad Mizzi minn xiex qed jilmenta?", "It-tnejn għal rashom, Repubblika u Simon Busuttil, lill-Maġistrat tal-għassa talbuha tiftaħ inkjesta dwar il- Panama Papers .", "Il-Maġistrat għadha ma tatx digriet dwar din it-talba.", "Il-kwistjoni diġà ilha f'ħoġorha għal sitt ġimgħat u hi kienet talbet lil Konrad Mizzi (u lil Keith Schembri) biex iwieġbu għar-rikors li sar.", "X'aktarx huma wieġbu li ma jaqblux li ssir inkjesta, iżda ma nistgħux inkunu ċerti dwar x'wieġbu: għalkemm Konrad Mizzi u Keith Schembri irċevew kopja tar-rikors b'dak li qalu dwarhom Repubblika u Simon Busuttil, Repubblika u Simon Busuttil ma ngħatawx l-opportunità jaqraw x'wieġbu Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Konrad Mizzi lill-Maġistrat talabha wkoll biex ma tiddeċidix fuq il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tinbeda' nkjesta u dan għaliex kien bi ħsiebu jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali tiddikjara li l-liġi li tippermetti lil Repubblika u lil Simon Busuttil li jitolbu t-tnedija ta' nkjesta tikser id-drittijiet tiegħu.", "U biex żgur jipprova jġibha żewġ f'każ li l-Maġistrat tiċħad it-talba tiegħu, Konrad Mizzi lill-Qorti Kostituzzjonali talabha wkoll biex b'urġenza lill-Maġistrat tordnalha biex ma tiddeċidix.", "Ħwejjeġ tabilħaqq ta' barra minn hawn: Li jkollok Ministru li jħarrek lill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu.", "Li jkollok dan il-Ministru li, bil-wiċċ sfiq u l-ardir kollu, imur igħid li d-dritt li tagħti l-liġi lil kull ċittadin li jitlob it-tnedija ta' nkjesta biex huwa jiġi nvestigat, tiksirlu drittijietu.", "Konrad Mizzi hawn qed igħid l-liġijiet jgħoddu għal kulħadd, ħlief għall-Eċċellenza Tiegħu.", "Skont Mizzi, Repubblika x'wiċċ għandha tażżarda titlob li ssir inkjesta dwar l-imġieba ta' Ministru?", "Dalgħodu Jason Azzopardi, li deher għal Simon Busuttil u għal Repubblika, kien irrabjat ġmielu u, biex jagħmel tixbiħa, ġab eżempju ta' dak li jġib riklam fuq ġurnal biex iħabbar li kien bi ħsiebu jisraq bank il-Ħadd ta' wara, iżda li mbagħad ilmenta li drittijietu inkisrulu hekk kif il-Pulizija tibgħat għalih biex tinvestigah dwar ir-riklam.", "Kif jista' xi ħadd imur igħid li għandu dritt li ma jiġix investigat?", "Qisha mhix hi, l-avukat Victoria Buttigieg ittrattat għan-nom tal-Avukat Ġenerali mingħajr l-iċken konsiderazzjoni għall-fatt li kienet qed toġġezzjona għall-argumenti li nġiebu mill-imgħallem tagħha stess: il-Ministru.", "Li jkollok l-Avukat Ġenerali jakkuża lil Ministru tal-gvern bi \"kważi abbuż tal-liġijiet\" u dan talli huwa talab lill-Qorti Kostituzzjonali biex tiddeċiedi hi, meta deċiżjoni bħal din setgħet ittieħdet direttament mill-Maġistrat stess.", "Il-kelma \"kważi\" setgħet faċilment ħallietha barra.", "Kif diġà spjegajt, lill-Qorti Kostituzzjonali Konrad Mizzi talabha tordna lill-Maġistrat biex toqgħod lura milli tiddeċiedi dwar it-talba ta' Repubblika biex tinbeda' nkjesta sakemm hi (jiġifieri l-Qorti Kostituzzjonali) tiddeċiedi dwar jekk id-drittijiet umani ta' Konrad Mizzi inkisrulux jew le.", "L-Avukat Ġenerali wissa' li intervent bħal dan – li jammonta għal miżura temporanja – mhux soltu li jiġi aċċettat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "L-avukati ta' Konrad Mizzi lanqas biss stħaw jiddikjaraw li, fi kwistjonijiet bħal dawn, il-Qrati Maltin għandhom jinjoraw il-prattiċi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Hawn għandna Ministru tal-gvern li jrid iħares drittijietu a spejjeż tad-drittijiet umani ta' ħaddieħor.", "Mhux biss.", "Repubblika u Simon Busuttil lill-Qorti Kostituzzjonali talbuha ttihom l-opportunità li jagħtu l-kummenti u jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom fil-każ li ppreżenta Konrad Mizzi dwar id-drittijiet umani tiegħu.", "Dan għaliex Konrad Mizzi kien qal li Repubblika u Simon Busuttil m'għandhomx dritt li jagħmlu talba biex titnieda nkjesta dwar il- Panama Papers .", "U kif wieħed jistenna', Repubblika u Simon Busuttil jippretendu li jingħataw l-opportunità li jgħidu tagħhom u jġibu l' quddiem il-fehma tagħhom li huma għandhom kull dritt li jagħmlu talba bħal din.", "Kienet tabilħaqq ironika x-xena: minn banda Konrad Mizzi jilmenta li ma kienx ingħata smigħ xieraq u mill-banda l-oħra jargumenta li dan l-istess dritt li jrid għalih, m'għandux igħodd ukoll għal Repubblika u għal Simon Busuttil.", "Kienet il-Qorti stess – presjeduta mill-Imħallef Joseph Zammit Mckeon – li fakkret lill-avukati ta' Konrad Mizzi li dan l-aħħar kien ippermetta l-intervent tal-avukat Joe Brincat f'rikors li jien stess kont ippreżentajt kontra l-gvern dwar id-dritt li wieħed jipprotesta quddiem il-Mafkar tal-Assedju fil-Belt Valletta.", "Staqsa l-Imħallef: kif seta' ma jippermettix lil Repubblika tintervjeni fil-kawża ta' Konrad Mizzi ġaladarba Joe Brincat kien tħalla jintervjeni fil-kawża li għamel Manuel Delia ftit xhur ilu?", "Wera' kemm kienu bla sugu l-argumenti tal-avukati ta' Konrad Mizzi u għadda biex jiċħad l-oġġezzjonijiet tagħhom u lil Repubblika u lil Simon Busuttil ikkonfermalhom id-dritt li jintervjeni fil-kawża.", "Minkejja l-urġenza kollha li qalu li kien hemm – tant li l-Qorti kellha tilqa' t-talba tagħhom u tiftaħ fi żmien il-ferjat tal-Għid – l-avukati ta' Konrad Mizzi ddikjaraw li kienu ser jappellaw mid-digriet tal-Qorti li permezz tiegħu Repubblika u Simon Busuttil ingħataw id-dritt li jintervjenu fil-kawża.", "L-Imħallef kien pront u staqsiehom jekk kinux għadhom qed jikkunsidraw il-kawża bħala waħda ta' natura urġenti.", "Dan l-appell – dejjem jekk jingħataw il-permess li jippreżentawh – għandu l-potenzjal li jtawwal il-kawża għal ġimgħat sħaħ u Konrad Mizzi stess qed jilmenta li l-azzjonijiet li ħadu Repubblika u Simon Busuttil qed iservu biex iċaħħhuh mill-ġustizzja fi żmien qasir.", "Iżda l-fatt jibqa' li huwa Konrad Mizzi stess li qed itawwal.", "Fil-Qorti l-Imħallef qal li, fl-aħħar mill-aħħar, se jkun hu li fi żmien ġimgħa mil-lum se jiddeċiedi fuq talba urġenti ta' Konrad Mizzi dwar jekk għandux jordna lill-Maġistrat toqgħod lura milli tiddeċiedi jew le.", "Ċara li l-Imħallef kien qed jonora t-talba għal smiegħ b'urġenza minn naħa ta' Konrad Mizzi.", "Kien ħadem fil-ġranet tal-Għid biex ikun imħejji għas-smiegħ tal-kawża llum u huwa lest li fi żmien ġimgħa jaqta' s-sentenza.", "Ġara', iżda, li l-avukati ta' Konrad Mizzi ħarġu bl-iskuża li l-ġimgħa d-dieħla mhux ser ikunu jistgħu jattendu l-Qorti biex jisimgħu is-sentenza tal-Imħallef għax ser ikunu msifrin u nsistew li huma għandhom ikunu preżenti fl-Awla meta tinqara' s-sentenza.", "Allura issa l-kawża urġenti mistennija li tinqata' fi żmien ħmistax meta l-avukati jkunu waslu lura mis-safar.", "Issa min qed itawwal, allura?", "Id-deċiżjoni li ħa l-Imħallef li permezz tagħha Repubblika u Simon Busuttil ingħataw il-permess li jintervjenu fil-kawża ta' Konrad Mizzi, għalkemm hi waħda ta' importanza, tammonta wkoll għal rebħa pirrika għaliex hija biss pass żgħir lejn il-ġustizzja vera li qed tintalab: li investigazzjoni dwar il- Panama Papers tkun tista' tinbeda'.", "Investigazzjoni li kien messha nbdiet 3 snin ilu.", "Issa ser ikollna nistennew ħmistax oħra biex naraw x'ser ikunu l-passi li jmiss.", "Iżda l-verità hi li m'għandniex għalfejn noqgħodu nistennew.", "Għada filgħodu stess, il-Maġistrat tal-għassa jkollha kull dritt tiddeċiedi dwar it-talba biex titnieda nkjesta.", "M'hemm ebda raġuni għala għandha toqgħod tistenna ħmistax oħra biex tiddeċiedi.", "M'hemm xejn x'iżommha.", "M'għandniex xi ngħidu, hemm ukoll realtà oħra x'wieħed jikkunsidra.", "M'hemm xejn x'iżomm lil Laurence Cutajar milli jaqdi dmiru u jibda' investigazzjoni dwar il- Panama Papers .", "M'għandux għalfejn joqgħod jistenna lill-Maġistrat biex jibda' nkjesta.", "Lanqas m'għandu għalfejn joqgħod jistenna' lill-Qorti Kostituzzjonali biex tiddeċiedi dwar jekk talba għat-tnedija ta' nkjesta tammontax għal ksur tad-drittijiet immaġinarji ta' Konrad Mizzi.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija mhux biss għandu kull dritt iniedi investigazzjoni.", "Huwa wkoll fid-dmir li jagħmel dan.", "Hekk kif il-Kummissarju jiddeċiedi li jaqdi dmiru, ir-rebħa tkun assigurata.", "Konrad Mizzi iridna lkoll naqtgħu qalbna.", "U għalhekk qed jipprova jtawwal kemm jiflaħ – urġenza u mhux urġenza.", "Serraħ rasek li qalbna mhux ser naqtgħuha, Konrad.", "Hawn qegħdin.", "U hawn ser nibqgħu.", "Previous: Li kieku Konrad Mizzi m'għandux x'jaħbi, ma kienx jagħmel ħiltu biex jipprova jaħbi.", "Next: Konrad Mizzi jigdeb ... dwar kemm għandu snin window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/guest-post-li-kieku-ghal-jum-wiehed-stajt-inkun/", "date": "Sat, 20th Apr '19, 15:01", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Li kieku għal jum wieħed stajt inkun.......", "text": ["Miktub minn persuna magħrufa minni: Mhux li kien li kont fiż-żarbun tal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar: Kont nibgħat għal Konrad Mizzi u għal Keith Schembri dakinhar li nkixfu mill- Panama Papers li kienu ħolqu trusts mhux dikjarati u kumpanniji barra minn Malta biex jaħslu l-flus.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont nibgħat għal Karl Cini tan -NexiaBT u nitolbu jispjegali il-għala dawn iż-żewġ persuni tant midħla tal-Prim Ministru kienu talbuh isibilhom bank li kien lest jaċċetta depożiti ta' miljuni kull sena.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Lil Karl Cini kont nitolbu jgħidli minn kienet dik il-persuna \"tant importanti\" sid l-Egrant msemmija fl-e-mail.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Karl Cini u Brian Tonna setgħu nħbew wara d-dritt li jżommu l-kunfidenzjalità tal-klijent iżda jien stajt tlabt lill-qorti tordnalhom jgħadduli l-informazzjoni.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont nibgħat għal Maria Efimova dakinhar stess li ġie allegat li kienet rat b'għajnejha dokument li jorbot lill-Prim Ministru mal-kumpannija sigrieta Egrant.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont ninterċetta lil Al Sadr hekk kif deher live fuq it-televiżjoni ħiereġ inkiss inkiss mill-bieb ta' wara tal- Pilatus", "Bank jġorr bagalji mimlijin \"ħwejjeġ maħmuġin\".", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont nieħu passi msejsin fuq ir-rapport dettaljat tal-FIAU li kien ilu fuq l-iskrivanija tiegħi u li kkonkluda li Konrad Mizzi huwa suspettat li ħasel flus maħmuġin u li għandu jiġi investigat.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont niffranka lill-pajjiż sentejn moħlijin fuq l-inkjesta Bugeja li saret b'intenzjoni li ma ssib ebda prova u fil-fatt ma sabet ebda prova iżda li swiet lill-pajjiż 1.4 miljun ewro.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont nirsisti biex insir naf min hu sid l-Egrant.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Kont nibgħat għal Yorgen Fenech dakinhar li tar-Reuters xandru l-kontenut tal-e-mail ta' Diċembru 2015 li kien bgħat Karl Cini lil bank fid-Dubaj u li fiha kiteb li Hearnville Inc u Tillgate Inc kienu ser jibdew jirċievu bejniethom 300,000 dollaru fix-xahar mingħand 17 Black, kumpannija sigrieta oħra li kienet inħolqot u li kienet irċeviet flejjes ġejjin minn għejjun qrib il-proġett tal- power station il-ġdida.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Jisgħobbini li fil-media soċjali kont ktibt li l-Prim Ministru għandu par bajdiet kbar ġmielhom.", "Stajt rażżant il-lejaltajiet partiġġjani tiegħi kif titlob l-uniformi li nilbes.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Stajt urejt li jien stess għandi par bajdiet.", "Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn.", "Previous: Relazzjonijiet pubbliċi Maġisterjali Next: Li kieku Konrad Mizzi m'għandux x'jaħbi, ma kienx jagħmel ħiltu biex jipprova jaħbi. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/repubblika-titlob-lill-qorti-tordna-lill-gvern-jiffriza-l-hatriet-tal-imhallfin/", "date": "Thu, 25th Apr '19, 11:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika titlob lill-Qorti tordna lill-Gvern iwaqqaf il-ħatriet tal-imħallfin", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika dal-għodu daħħlet rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn talbet lill-Qorti tordna lill-Gvern biex jieqaf milli jaħtar Imħallfin u Maġistrati ġodda sakemm jibdel is-sistema tal-għażla tal-ġudikanti b'mod li jassigura l-Indipendenza tal-Ġudikatura.", "Il-Gvern, fi stqarrijiet pubbliċi, diġà irrikonoxxa dak li qalet il-Kummissjoni Venezja li s-sistema preżenti kif jintgħażlu l-imħallfin tfisser li l-ġudikatura m'hix indipendenti.", "Il-Gvern ukoll, fi stqarrijiet pubbliċi, impenja ruħu li jibdel is-sistema kif jinħatru l-ġudikanti biex jiggarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura.Iżda issa l-Gvern ħabbar li se jaħtar sitt ġudikanti ġodda b'sistema li diġà ammetta tfisser indħil żejjed tal-Gvern fuq l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Il-kawża li fetħet Repubblika dal-għodu għandha sinifikat kbir għax titlob lill-Qrati jeżaminaw il-kwalità tad-demokrazija tagħna.", "Dan wara li l-istess eżami għamlitu l-aktar kummissjoni t'esperti rispettata fid-dinja fil-qasam tad-disinn leġislattiv u kostituzzjonali tad-demokraziji.", "Il-kawża tagħna għandha tasal sal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu li fil-preżent qed teżamina l-indħil tal-gvern Pollakk fil-ġudikatura ta' dak il-pajjiż u ordnat li sakemm tikkonkludi dik il-kawża, il-gvern Pollakk ma jaħtarx aktar imħallfin.Il-kawża ta' Repubblika mhix neċessarjament kritika lill-persuni li llum il-Gvern ħabbar li se jaħtar Maġistrati u Imħallfin.", "L-istess kif ma kinitx kritika personali għall-Imħallfin u l-Maġistrati li diġà qed jaqdu dmirhom, il-konklużjoni tal-Kummissjoni Venezja li d-demokrazija f'Malta hi diffettuża minħabba l-mod kif intagħżlu u inħatru.Il-Kummissjoni Venezja stqarret bl-aktar mod kategoriku li \"The Prime Minister should not have the power to influence the appointment of Judges and Judges-Magistrates.", "This would open the door to potential political influence, which is not compatible with modern notions of independence of the judiciary.\"", "Bl-aktar mod ċar din l-istqarrija tfisser li sistemi t'għażla li setgħu kien aċċettabbli fl-imgħoddi, illum m'għadhomx konformi ma' dak li d-dinja tippretendi minn demokrazija.", "Il-Kummissjoni Venezja studjat is-sistema t'għażla li daħħal il-Gvern fl-2016 u li fl-istqarrijja tiegħu tal-lum il-Gvern fakkar intużat fl-għażla tal-ġudikanti l-ġodda.", "Il-Kummissjoni Venezja qalet ċar u tond illi \"the constitutional amendments of 2016, which introduced the JAC, were a step in the right direction, but fall short of ensuring judicial independence.", "Further steps are required.", "The principle of independence of the judiciary requires that the selection of judges and magistrates be made upon merit and any undue political influence should be excluded.\"", "Fit-12 ta' April, 2019, Repubblika ippreżentat protest ġudizzjarju fil-Qorti dwar din il-materja li l-Gvern injora u baqa' għaddej biex iħabbar ħatriet ġodda.", "Hu għalhekk li kien meħtieġ li llum stess titressaq din il-kawża.F'rikors separat Repubblika qed titlob lill-Qorti titratta din il-materja b'urġenza.", "Minflok jibqa' għaddej b'sistema rikonoxxuta bħala li m'hix demokratika, il-Gvern għandu jieħu l-pariri tal-esperti u jipproponi riformi Kostituzzjonali li jassiguraw l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Ġudikanti ġodda imbagħad jintgħażlu b'dik is-sistema.", "Repubblika tifhem li qed titlob lill-Qrati jagħmlu intervent kategoriku fuq sistema li ilha magħna ħafna snin u li biha nħatru l-Imħallfin u l-Maġistrati kollha li għandna.", "Iżda Repubblika hi konvinta li bħala gwardjani tad-demokrazija u tal-indipendenza tagħhom stess, il-Qrati għandhom jużaw il-mezzi li ttihom il-liġi biex ma jħallux il-qagħda mwegħra tad-demokrazija tagħna tibqa' sejra għall-agħar.", "Ir-rikors ta' Repubblika kien maħluf f'isem l-organizzazzjoni mill-Professur Vicki Ann Cremona.", "L-avukati Jason Azzopardi u Simon Busuttil qed jassistu lil Repubblika.", "Previous: Konrad Mizzi jigdeb ... dwar kemm għandu snin Next: Iżellqu l-ħatriet window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/konrad-mizzi-jigdeb-dwar-kemm-ghandu-snin/", "date": "Wed, 24th Apr '19, 08:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Konrad Mizzi jigdeb ... dwar kemm għandu snin", "text": ["Joħroġ minn ħofra... u jispiċċa jitgerbeb f'oħra.", "Fl- in-flight magazine tal-Air Malta, Konrad Mizzi kiteb li jiftakar l-ewwel titjiriet tal-Air Malta.", "L-Air Malta kienet bdiet l-ewwel titjiriet fl-1974, iżda Konrad Mizzi, il-bniedem uniku, il-konkwistatur tal-Panama, l-appostlu taċ-Ċiniżi, b'dik it-tbissima ċassa fuq wiċċu u surmast suprem tat-taħwid, tfaċċa f'wiċċ id-dinja fl-1977, jew inkella s-Sena numru 1 tal-Kalendarju Mizzjan.", "Din l-interpretazzjoni romantika tal-istorja lemaħha il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius.", "M'hemmx li tixxandar l-awtobigrafija ta' Konrad Mizzi!", "X'aktarx li f'dan il-ktieb se naqraw kif kien mexxa lill-poplu l-magħżul barra mill-Eġittu, kif kien reġa' bena l-ħitan ta' Ġeriko, kif kien dar mal-erbat irjieħ taċ-Ċina, kif kien rebaħ l-Erbatax-il Kruċjata, kif kien għallem il-prinċipji tat-titjir lil Leonardo da Vinci, kif kien gara tuffieħa lejn Isaac Newton, kif kien sab tarf l-Enigma Code u kif kien ta daqqa t'id lil Al Gore biex seta' jivvinta l-Internet.", "Buffu.", "Previous: Kummiedja fil-Qorti à la Konrad Mizzi Next: Repubblika titlob lill-Qorti tordna lill-Gvern iwaqqaf il-ħatriet tal-imħallfin window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/izellqu-l-hatriet/", "date": "Thu, 25th Apr '19, 12:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Iżellqu l-ħatriet", "text": ["F'pajjiż demokratiku li jiffunzjona kif suppost, l-okkażjoni tal-ħatra ta' mħallfin għandha tkun waħda ta' ferħ u ta' ċelebrazzjoni.", "Madankollu esperti magħrufa minn madwar id-dinja qalu li l-metodu li permezz tiegħu jingħażlu l-imħallfin jindika li d-demokrazija ta' pajjiżna hi waħda falluta.", "Il-gvern fin il-fehma qabel magħha u għamilha tiegħu u wiegħed li jibdel is-sistema.", "Qabel ukoll ma' dak li qalet il-Kummissjoni ta' Venezja fis-sens li dak li fl-imgħoddi seta' kien kunsidrat bħala aċċettabbli, m'għadux jaqbel ma' dak li nistennew jkun hemm f'demokrazija vera.", "M'għandniex xi ngħidu, dak li stqarr il-gvern kien biss diskors.", "Għax il-ħatriet tal-ġudikanti saru qishom is-suġġett ta' konfoffi bil-gvern qed iġib ruħu qisu kriminal komuni.", "Il-veru każ li d-dinjità spiċċat għal kollox.", "Ħarsu ftit lejn il-mod kif il-gvern stenna li igħaddu l-festi tal-Għid biex ħabbar il-ħatra ta' tliet imħallfin u ta' tliet maġistrati ġodda, meta l-ismijiet ta' dawn il-persuni kienu fuq fomm kulħadd għal ħafna żmien.", "L-għażla ta' wħud minn dawn il-ġudikanti ssaħħaħ l-argument li d-diskrezzjoni assoluta li għandu l-Prim Ministru fl-għażla tal-imħallfin u tal-maġistrati tammonta għal indħil effettiv f' dik li hi indipendenza tal-ġudikatura.", "Il-ħatra ta' Aaron Bugeja tista', wara kollox, tkun waħda mistħoqqa.", "Madankollu il-pubbliku kif jista' jqis lil dan il-bniedem bħala wieħed indipendenti meta d-deċiżjoni li jaħtru ħadha l-bniedem l-ieħor – Joseph Muscat – li Aaron Bugeja ħelsu minn ħafna inkwiet legali u politiku wara l-konklużjonijiet inkonklussivi tal-inkjesta Egrant?", "Hawn xi ħadd li ser jemmen li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru ma kellha x'taqsam xejn mal-konklużjonijiet tal-inkjesta?", "Ikkunsidraw il-ħatra ta' Francesco Depasquale.", "Din il-ħatra taf ukoll tkun waħda mistħoqqa.", "Iżda dan m'huwiex il-punt.", "Il-punt hu li l-ħatra tiegħu f'dan l-istadju partikolari hi waħda li hi tassew konvenjenti għal min ħa d-deċiżjoni – jiġifieri Joseph Muscat – li għandu kull interess li jara li ma jkunx Francesco Depaqsuale li jiddeċiedi dwar jekk Karl Cini għandux jiġi mġiegħel jixhed fil-kawżi ta' libell liema xiehda tista' twassal biex jinstemgħu t-tweġibiet li huma meħtieġa dwar 17 Black u l-kumpanniji ta' Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri.", "Dawn huma biss żewġ eżempji.", "Sar ħafna diskors ukoll dwar il-ħatra ta' Nadine Lia, ħtint Pawlu Lia, il-factotum legali tal-Labour u membru tal-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Din il-ħatra ssegwi ħatriet oħrajn bħalma huma dawk ta' Wenzu Mintoff, eks deputat tal-Labour, Toni Abela, konsulent fil-kabinett ta' Joseph Muscat, Joe Mifsud, eks Segretarju Internazzjonali tal-Labour, Antonio Mizzi, r-raġel ta' membru ewroparlamentari Laburista, Grazio Mercieca. eks kandidat tal-labour, Caroline Farrugia Frendo, bint eks deputat mexxej tal-Labour, Joanne Vella Cuschieri, eks kandidata tal-Labour li minn Maġistrat illum saret Imħallef, Charmaine Galea, i-sieħba fl-uffiċċju legali ta' Toni Abela, Myriam Hayman, eks sieħba fl-uffiċju legali ta' deputat mexxej ieħor tal-Labour, Monica Vella, eks kunsilliera tal-Labour, Yana Micallef Stafrace, bint eks ministru tal-Labour u Consuelo Scerri Herrera oħt ministru Laburista.", "Il-lista għad titwal.", "Huma jafu li m'hemmx skużi għal din l-imġieba tagħhom u li spiċċaw ingidmu meta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja xxandru qabel iż-żmien bħala riżultat tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u għalhekk qabel temmew il-pjan tagħhom biex jestendu l-ħakma fuq il-ġudikatura kollha kemm hi.", "Għaldaqstant qed jagħmlu minn kollox biex iżellqu l-ħatriet qabel iseħħu t-tibdiliet biex b'hekk dawn ikunu inqas effettivi.", "Dawn qed jippruvaw igħadduha lixxa.", "Hawn xniegħa li fis-sigħat li ġejjin ser isiru l-ħatriet tal-Imħallfin u tal-Maġistrati.", "Fid-djarju tal-President tal-lum m'hemm ebda riferenza għat-teħid tal-ġuramenti tal-kariga.", "Previous: Repubblika titlob lill-Qorti tordna lill-Gvern iwaqqaf il-ħatriet tal-imħallfin Next: Nhar it-Tnejn il-Qorti se tisma' rikors b'talba li jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti.", "Il-President xorta waħda bi ħsiebu jippresiedi ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-ġudikanti illum wara nofsinhar? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/nhar-it-tnejn-il-qorti-se-tisma-rikors-btalba-li-jitwaqqaf-il-process-tal-hatriet-tal-gudikanti-il-president-xorta-wahda-bi-hsiebu-jippresiedi-c-cerimonja-tal-hatra-tal-gudikanti-illum-wara-nofsi/", "date": "Thu, 25th Apr '19, 13:57", "category": "blog, politics, government", "title": "Nhar it-Tnejn il-Qorti se tisma' rikors b'talba li jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti. Il-President xorta waħda bi ħsiebu jippresiedi ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-ġudikanti illum wara nofsinhar?", "text": ["L-Imħallef Mark Chetcuti iffissa għal nhar it-Tnejn is-smiegħ tar-rikors li ppreżentat Repubblika biex jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti sakemm jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja.", "Il-Qorti ordnat li l-gvern għandu jiġi notifikat b'dan id-digriet immedjatament.", "Madankollu, jidher li l-President ta' Malta George Vella ser jippresjiedi fuq il-ġuramenti tal-ħatra tal-ġudikanti l-ġodda illum wara nofsinhar fit-3.00.", "Dan ikun ifisser li George Vella jkun qed jinjora dak kollu li kellha xi tgħid il-Kummissjoni ta' Venezja fis-sens li l-metodu tal-għażla tal-ġudikanti huwa wieħed li jikser il-Kostituzzjoni għax ma jaqbilx mal-prinċipji tad-demokrazija.", "Wara kollox, jekk ma jkunx hemm ġudikatura indipendenti, m'hemmx demokrazija.", "Dan ikun ifisser ukoll li l-President George Vella ikun qed jinjora l-fatt li nhar it-Tnejn bi ħsiebha tisma' r-raġunijiet li ser jinġiebu għala dak li ser iseħħ illum mhux biss imur kontra d-demokrazija iżda jikser ukoll il-Kostituzzjoni.", "Il-għala din l-għaġġla kollha?", "Fil-frattemp, Repubblika ippreżentat fil-Qorti talba urġenti oħra li fiha l-Qorti ntalbet twaqqaf lill-gvern milli jibqa' għaddej biċ-ċerimonja tal-ħatriet.", "Previous: Iżellqu l-ħatriet Next: Repubblika: Nhar it-Tnejn inkunu hemm window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/il-vaz-ta-pu-yi/", "date": "Fri, 26th Apr '19, 15:01", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-vaż ta' Pu Yi", "text": ["Għal Joseph Muscat u Owen Bonnici, Repubblika ma teżistix għalkemm nhar it-Tnejn fil-Qorti ser ikollhom iwieġbu għar-rikors li ġie preżentat minnha.", "Jippreferu jirreferu għall-avukati tagħha — Jason Azzopardi u Simon Busuttil — hekk kif iwieġbu għall-akkuża ta' Repubblika li huma qegħdin jiksru l-wegħda tagħhom li jimplimentaw ir-riformi li ntalbu mill-Kummissjoni ta' Venezja.", "Kien hemm min ikkummenta fis-sens li Repubblika stiednet din il-kwalità ta' reazzjoni meta qabbdet lil żewġ membri parlamentari tal-PN biex jidhru għaliha.", "Kumment bħal dan tistennieħ għaliex dan il-pajjiż għadu miżgħud b'politiċi li għadhom libsin il-ħarqa u li jehdew fl-inkejja u fit-tgħajjir personali minflok iwieġbu għall-argumenti li jkunu nġiebu.", "Repubblika għandha għerf biżżejjed biex l-għażla tal-avukati li jirrappreżentawha ssejjisha fuq dak li tħoss li għandu l-akbar ċans li jwassalha għas-suċċess f'dak kollu li tkun daħlet għalih.", "Repubblika m'hix bi ħsiebha tiġi kundizzjonata mill-gvern biex tagħmel għażliet inferjuri biex imbagħad tkun tista' issib il-kenn mid-diskors inkrepattiv u bla sugu ta' Joseph Muscat.", "Id-diskors tal-bieraħ ta' Joseph Muscat kien wieħed ta' barra minn hawn.", "Huwa qal li Simon Busuttil u Jason Azzopardi kellhom l-ardir jippreżentaw rikors b'talba għall-implimentazzjoni adegwata tar-riformi f'dik li hi għażla tal-ġudikanti meta fl-2106 dawn kienu vvutaw favur is-sistema li hemm illum.", "B'qerq liema bħalu, pprova jpinġihom bħala persuni inkonsistenti u mħawwdin.", "Iżda l-Kummissjoni ta' Venezja kienet għamlet analiżi netta tas-sitwazzjoni u qalet ċar u tond li r-riformi li seħħew fl-2016 kienu \"pass fid-direzzjoni t-tajba\".", "Nistaqsi: hemm xi raġuni taħt il-kappa tax-xemx għala wieħed m'għandux jivvota favur \"pass fid-direzzjoni t-tajba\"?", "Iżda l-Kummissjoni ta' Venezja qalet ukoll li minkejja t-teħid ta' dan il-pass, Malta għad fadlilha ħafna x'taqdef biex twassal il-vapur tagħha fil-port.", "Fl-2016, kien inħoloq Kumitat biex jilqa' l-applikazzjonijiet ta' dawk l-avukati li wrew ix-xewqa li jservu fil-ġudikatura u biex ukoll igħarbel dawn l-applikazzjonijiet.", "Il-ħolqien ta' dan il-Kumitat kien novità.", "Il-ħolqien ta' dan il-Kumitat kien pass fid-direzzjoni t-tajba u għalhekk għamel sewwa kull min ivvota favur il-ħolqien tiegħu.", "Madankollu jista' jingħad li l-ħolqien ta' dan il-Kumitat minnu nnifsu tabilħaqq jiggarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura?", "Xejn minn dan.", "Il-Prim Ministru xorta waħda baqa' bid-dritt li jagħmel il-ħatriet.", "Il-Kumitat lanqas jista' jesprimi preferenza għal applikant fuq ieħor li jkun għadda minn għarbiel mill-aktar bażiku.", "U fl-aħħar mill-aħħar, il-Prim Ministru għandu l-jedd li jinjora l-fehma tal-Kumitat.", "Allura fejn hi l-indipendenza?", "Issa jekk wieħed jaqra' d-diskorsi li kienu saru fl-2016 fil-Parlament, wieħed għandu jsib li Jason Azzopardi kien tkellem b'saħħa dwar il-fatt li r-riformi li kienu qed jiġu proposti dak iż-żmien ċertament ma kinux biżżejjed.", "Huwa kien tkellem favur l-indipendenza tal-ġudikatura f'dik li hi l-għażla ta' ġudikanti ġodda u sa wasal biex fassal abbozz ta' liġi huwa stess.", "M'għandniex xi ngħidu, dan l-abbozz il-gvern injorah.", "Kontra qalbu, l-grupp parlamentari ta' żmien Simon Busuttil kien iddeċieda li jivvota favur it-tibdiliet u kien qal li, għalkemm dawn it-tibdiliet ma kinux ser iwasslu biex jintlaħaq l-għan mixtieq, ried juri ċerta rieda tajba u stqarr li ma kienx hemm raġunijiet validi il-għala ma kellux jappoġġjahom.", "Illum jien ngħid li l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ma kienx messha appoġġjat dawn it-tibdiliet nofs kedda.", "Kont nirrifjuta li nappoġġja miżura li l-gvern kien pinġiha bħallikieku kienet xi pass favur aktar trasparenza meta fil-fatt il-manipulazzjoni kienet ser tkompli u dan minkejja li kienet se titlibbes il-libsa tal-leġittimità.", "Ngħid id-dritt, meta jiġri dan, ir-riformi bħal dawk tal-2016 jkunu pass fid-direzzjoni l-ħażina għax jispiċċaw ma jeffettwawx b'mod pożittiv il-ħajja demokratika u jispiċċaw jintużaw bħala pretest biex kollox jibqa' kif inhu.", "Għandna eżempju ħaj tal-mod kif introduċew il-liġi dwar il- whistleblowers biex, waqt li jkomplu jippersegwitaw u jheddu lil persuni bħal Jonathan Ferris u Maria Efimova, jkunu jistgħu jmorru jgħidu li għamlu liġi biex iħarsuhom.", "Il-bieraħ hekk għamel Joseph Muscat meta lill-avukati ta' Repubblika fakkarhom li fl-2016, bħala membri tal-Parlament, kienu vvutaw favur it-tibdiliet.", "U għamel użu minn dawn it-tibdiliet biex jipprova jiġġustifika l-kontinwazzjoni ta' sistema li l-Kummissjoni ta' Venezja tqisha bħala waħda li mhix xierqa f'soċjetà demokratika.", "Ma kellhomx għalfejn jiskantaw.", "Meta jkollok Prim Ministru ta' pajjiż li jara kif jagħmel biex jikkanċella l-impenji kollha li jkollu u fl-istess waqt jordna l-kanċellament tal-impenji tal-President, tal-Avukat Ġenerali, tal-Ministru tal-Ġustizzja, tal-Aġent Prim Imħallef u ta' tant oħrajn biex, malajr malajr, ikun jista' jagħti l-ġurament tal-ħatra lil 6 membri ġodda tal-Ġudikatura biex b'hekk jipprova jaħrab milli jwieġeb rikors preżentat minn NGO, wieħed malajr jintebaħ li s-soċjetà tagħna mhix waħda demokratika.", "Din m'hi xejn ħlief tirannija ta' re liebes il-ħarqa – Pu Yi ċkejken – li jippretendi li dak li huwa jħalli fil-vaż għandna nerfgħuh f'armarju għall-qima tagħna.", "Ebda mexxej li jippretendi li huwa wieħed demokratiku m'hu se jażżarda juri d-disprezz tiegħu fil-konfront tas-soċjetà ċivili billi jwieġeb għal talba legali tagħha bżħafna sarkażmu superfiċjali dirett kontra l-avukati tagħha.", "Fil-qorti, pantomimi bħal dawn ma jaħdmux, Sur Prim Ministru.", "Previous: Repubblika: Nhar it-Tnejn inkunu hemm Next: Sentimenti ta' bigottiżmu sfrenat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/repubblika-nhar-it-tnejn-inkunu-hemm/", "date": "Thu, 25th Apr '19, 19:21", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika: Nhar it-Tnejn inkunu hemm", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika hi grata li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet it-talba tagħha li r-rikors li daħħlet dal-għodu biex il-gvern jitwaqqaf milli jaħtar Imħallfin u Maġistrati ġodda sakemm idaħħal ir-riformi li esiġiet il-Kummissjoni Venezja jinstema' b'urġenza.", "Fil-fatt il-Qorti dal-għodu ordnat li l-gvern iwieġeb l-argumenti ta' Repubblika s'għada fil-għaxija biex il-każ jibda jinstema fil-Qorti nhar it-Tnejn fil-għodu.", "Repubblika hi diżappuntata, għalkemm bl-ebda mod m'hi sorpriża, li meta ra dan il-Gvern fi ftit minuti irriġmenta lill-President biex jagħti l-ġurament lil sitt ġudikanti promossi jew ġodda.", "Safejn nafu din kienet l-akbar darba li nħatru f'salt wieħed Imħallfin u Maġistrati f'daqqa f'ċerimonja organizzata bl-għaġġla u fi sforz ta' paniku ma jmurx xi Qorti tilħaq twaqqaf l-intenzjoni espliċita tal-Gvern li jimla l-bank tal-ġudikatura b'nies tal-għażla tiegħu.", "Wara li tħabbret iċ-ċerimonja tal-lum Repubblika talbet lill-Qorti tordna li ċ-ċerimonja titwaqqaf iżda l-Qorti sabet li dan ma kienx meħtieġ għax ma kien se jiġri xejn illum li ma jistax jitreġġa lura.", "Aħna infurmati li f'kummenti lill-istampa llum il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici issuġġerew li din id-deċiżjoni tal-Qorti kienet tfisser xi forma ta' rebħa għall-Gvern.", "Impliċitament ikkonfermaw ukoll li ddeċidew li jgħaġġlu biex jaħtru l-ġudikanti l-ġodda ma jmurx tilħaq tiġi deċiżjoni materjali ta' xi Qorti li twaqqafhom milli jagħmlu li jridu.", "Naturalment m'hu minnu xejn li l-Gvern illum rebaħ xi ħaġa fil-Qorti .", "Il-Qorti llum astjeniet milli tordna li titwaqqaf iċ-ċerimonja tal-lum għax jekk wara li tisma' b'urġenza l-kawża ssib li l-ħatriet tal-lum ma kellhomx isiru, il-Qorti għandha l-poter tiddikjarhom nulli u tirriversahom.", "Il-Qorti dehrilha li kien ikollha tindaħal illum biss li kien jiġri xi ħaġa li ma tistax titreġġa lura.", "Fil-prattika, d in tkun eventwalità ferm agħar milli kieku l-Gvern ħalla l-kors urġenti tal-ġustizzja qabel jibqa għaddej bil-ħatriet, iwieġeb fil-Qorti s'għada u jagħmel l-argumenti tiegħu fil-Qorti minn nhar it-Tnejn.", "Kuntrarju għal dak li qal illum il-Prim Ministru b'difiża għall-aġir tal-Gvern, il-ħatriet mgħaġġla tal-lum juru disprezz effettiv lejn il-kors tal-ġustizzja.", "Il-Gvern h u determinat li bil-kliem jgħid li jrid jimplimenta r-riformi demokratiċi li trid il-Kummissjoni Venezja u bil-fatti jaġixxi biex ikompli jgħaffeġ l-indipendenza tal-ġudikatura u konsegwentement id-demokrazija f'Malta.", "Nhar it-Tnejn fil-għodu Repubblika se tkun fil-Qorti biex tispjega għalfejn il-Kostituzzjoni ta' Malta li trid li Malta tkun demokratika, teħtieġ li l-Imħallfin u l-Maġistrati ma jibqgħux jinħatru bl-għażla tal-Prim Ministru.", "Repubblika m'għandhiex xi illużjoni li l-protesti u l-inizjattivi tagħha b'xi mod jinkwetaw lill-Prim Ministru.", "Xejn s'issa ma żamm lil Joseph Muscat mill-eżerċizzju sistematiku li jieħu pussess partiġġjan tal-istituzzjonijiet suppost indipendenti tal-pajjiż.", "M'għandniex xi illużjoni li weħidna se nibdlu din ir-realtà.", "Dan iżda ma jnaqqas xejn mid-dmir tagħna li anke jekk weħidna nitkellmu u naħdmu bil-mezzi kollha li tippermettilna l-liġi biex nipproteġu d-demokrazija f'Malta.", "Il-missjoni tagħna mhix motivata b'xi garanzija ta' rebħa aħħarija, iżda bil-konvinzjoni li mingħajr l-isforz tas-soċjetà ċivili, gvern li jgħaffeġ id-demokrazija jingħata raġun jaħseb li m'hemm xejn xi jżommu jibqa' għaddej minn fuq il-liġi.", "Previous: Nhar it-Tnejn il-Qorti se tisma' rikors b'talba li jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti.", "Il-President xorta waħda bi ħsiebu jippresiedi ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-ġudikanti illum wara nofsinhar?", "Next: Il-vaż ta' Pu Yi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/sentimenti-ta-bigottizmu-sfrenat/", "date": "Sat, 27th Apr '19, 09:50", "category": "blog, politics, government", "title": "Sentimenti ta' bigottiżmu sfrenat", "text": ["Jekk il-Partit Nazzjonalista, f'attentat biex iħajjar lin-nies toħroġ tivvota, qed iħoss il-ħtieġa li jitkellem dwar \" clans ta' barranin li m'humiex ta' kwalità li jbeżżgħu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna u li lis-soċjetà qed jagħmluha aktar fqira\", huwa ċar li qiegħed jittama li jiġbed lejh il-voti ta' dawk li għandhom tendenzi faxxisti, razzisti u bigotti.", "Din m'hi xejn ħlief tattika li l-għan tagħha huwa li lir-razzisti turihom li hemm min hu razzist aktar minnhom.", "Diskors bħal dan jirrifletti distakkament sħiħ minn mar-realtà.", "Nikkunsidraw il-frażi li l-bieraħ għamel użu minnha Adrian Delia: \" clans ta' barranin li m'humiex ta' kwalità li jbeżżgħu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna u li lis-soċjetà qed jagħmluha aktar fqira,\" u nifluha biċċa biċċa.", "Għal liema clans qed jirreferi?", "Clans huma familji komposti minn ħafna membri jew familji li jiġu minn xulxin jew għallinqas grupp ta' nies li għandu interessi komuni li jesprimihom b'mod kollettiv.", "Dawk li jgħixu hawn Malta iżda li ma twieldux hawn jiġu mill-irkejjen kollha tad-dinja.", "Dawn ma jidhirx li qatt ikkunsudraw lilhom infushom bħala membri ta' ġgajta li tinjora d-differenza interni iżda li tiddistingwi lilha nnifisha mill-\"oħrajn\" (jiġifieri dawk imwildin hawn).", "Kuntrarjament għal dak li stqarr Adrian Delia fid-diskors tiegħu, jekk kien hawn grupp ta' nies fil-pajjiż li l-mexxejja tiegħu li ġabu ruħħom bħallikieku kienu qed imexxu tribù esklussiv u ostili, dawn m'huma ħadd ħlief il-poplu mwieled hawn.", "Jekk hawn xi clan , dan ċertament huwa ffurmat minn persuni mwildin Malta.", "M'għandniex xi ngħidu, fil-frażi li uża hemm element ta' bigottiżmu: \"għalija ċ-Ċiniżi, s-Suwed u l-Għarab huma kolla wiċċ wieħed.\"", "Il-bigotta x'aktarx se jirraġuna li jekk persuna għandha ġilda sewda, din allura tinsab f'konfoffa ma' kull min għandu karnaġjon iswed.", "'Dawn kollha jaħsbu bl-istess mod'.", "Qed jisirqulna xogħolna u jistupraw lin-nisa tagħna.", "U qed ibeżżgħu lit-tfal tagħna.", "Delia semma wkoll il-\"barranin mhux ta' kwalità\".", "Il-kwalità kif titkejjel?", "M'għandniex xi ngħidu, l-implikazzjoni hi waħda ċara.", "Adrian Delia jidhirlu li dawk il-persuni li jixtru jew jikru appartamenti lussużi, jtiru bl-ajruplan privat tagħhom u li jqabbdu avukati u accountants biex igħinuhom jaħbu flushom huma persuni ta' \"kwalità għolja\".", "Iżda dawk il-persuni li jaħdmu lejn u nhar biex jaqilgħu ħobżhom, li jitilqu lill-familji tagħhom biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom – anki jekk fil-proċess jiġu sfruttati u ttrattati qishom ilsiera – u jibgħatu lill-familji dik ix-xi ħaġa biex jitimgħu lill-uliedhom u forsi wkoll jedukawhom: dawn huma ta' \"kwalità baxxa\".", "Il-Partit Nazzjonalista issa b'dan il-mod qed ikejjel il-kwalità tal-bnedmin?", "Għal snin sħaħ, il-PN tkellem dwar \"Solidarjetà, dejjem.", "Kullimkien\", dwar \"Biex ħadd ma jibqa' lura\" u dwar \"Politika għall-Bniedem Sħiħ\".", "Issa bdejna nitkellmu dwar persuni ta' kwalità għolja u persuni ta' kwalità baxxa.", "Madankollu l-isbaħ waħda kienet meta stqarr li l-barranin qed \"ibeżżgħu lit-tfal\".", "It-tfal għaliex għandhom ikunu mbeżżgħin mill-barranin?", "Lit-tfal x'messaġġ qiegħed twasslilhom?", "Se toqgħod tbeżżagħhom li l-babaw l-iswed se jiġi biex jaħtafhom minn idejn il-ġenituri tagħhom?", "Taf b'xi esperjenza bħal din?", "Taf b'xi każ fejn xi ħadd \"mill- clan ta' barranin mhux ta' kwalità\" wettaq xi ħaġa li tiġġustifika l-biża' kollettiva minn xi ħadd f'dak il-\" clan \"?", "Ma nippretendix li lil Adrian Delia għandi noqgħod nagħtih il-pariri dwar kif għandna nassiguraw li t-tfal ma jiġux imbeżżgħin.", "Ma nagħmlux mod li qiegħed igħid li t-tfal m'għandhom jafdaw lil ħadd ħlief lil dawk il-persuni li għandhom karnaġjon abjad?", "Kemm huwa ċert li dan il-parir huwa wieħed li jħares is-sigurtà tat-tfal?", "Ma nagħmlux mod li lil uliedu qed iħarriġhom biex jiddistingwu bejn barranin ta' kwalità għolja u dawk ta' kwalità baxxa?", "Jaqaw lill-membri tal- clans ta' barranin li qed jibgħatu flus lejn Manila jew Kampala biex jitimgħu lil uliedhom iridu igħadduhom minn għarbiel biex jaraw jekk dawn humiex jevadu t-taxxi?", "Tal-aħħar: skont Adrian Delia, dawn \"il- clans ta' barranin li m'humiex ta' kwalità li jbeżżgħu lit-tfal\" qed ifaqqru lis-soċjetà.", "Sa ċertu punt, hawn għandu raġun.", "Mingħajr ma nafu, l-barranin li qed igħixu fostna nibtu fina l-agħar sentimenti — sentimenti ta' bigottiżmu sfrenat — u dan is-sentiment ħtarnieh bħala l-mexxej tal-Partit Nazzjonalista.", "Previous: Il-vaż ta' Pu Yi Next: Jehdew fil-patrijottiżmu falz window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/jehdew-fil-patrijottizmu-falz/", "date": "Mon, 29th Apr '19, 12:51", "category": "blog, politics, government", "title": "Jehdew fil-patrijottiżmu falz", "text": ["\"Malta f'qalbna,\" qalilna Joseph Muscat.", "Din x'aktarx hi r-raġuni għala ċ- chief of staff tiegħu u l-Ministru favorit tiegħu ħolqu strutturi fil-Panama, fi New Zealand, f'Dubai, fil-British Virgin Islands u f'repubbliki tal-banana oħrajn biex jaħbu ġidhom.", "Tal-Labour, it-tema tal-kampanja tagħhom iridu jpinġuha bħala waħda pożittiva iżda fil-fatt hi waħda negattiva għall-aħħar u hi msejsa fuq kampanja bla waqfien li ilha sejra xhur u ġimgħat sħaħ li baqgħet tixli bħala traditur ta' pajjiżu u bħala lagħqi tal-barrani lil kull min m'huwiex fuq in-naħa tagħhom.", "Dan m'hu xejn ħlief patrijottiżmu falz u maqlub apposta ta' taħt fuq biex jiġu kalunjati l-avversarji politiċi u biex jittimbrawhom bħala Ġakbini li jikkoperaw mal-għadu.", "Tal-Partit Demokratiku qed isostnu li din it-tema ġiet ikkupjata minn dik tagħhom li ġġib l-isem \"pajjiżna f'qalbna\".", "X'aktarx ma kienu jgħidu xejn li kieku tal-Labour, b'mod mill-aktar pervers biex ixejnu l-effett mixtieq tal-PD, ma qalbux is-sinjifikat tat-tema ta' taħt fuq.", "B'tema bħal din tal-PD riedu jfissru li, tkun xi tkun l-imġieba u l-politika tagħhom, il-pajjiż jiġi dejjem qabel l-interessi politiċi dojoq tagħhom.", "Jiġifieri li l-kritika li jagħmlu, jagħmluha għax iħobbu lil pajjiż u mhux biex imaqdruh.", "Il-patrijottiżmu tal-Labour qed jitpinġa f'kuntrast ma' dawk li, skont hu, huma neqsin minnha.", "Ma naħsibx li huma tal-PD li jinsabu fil-mira ta' Joseph Muscat.", "Lejlet l-elezzjonijiet Ewropej, ma nistax ma niftakarx fid-determinazzjoni li kellu Joseph Muscat qabel l-elezzjoni ta' Ġunju 2017 mhux biss li jirbaħ iżda wkoll li jelimina mix-xena żewġ xewkiet kbar, jiġifieri Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil.", "Proprju issa, Joseph Muscat jinsab kuntent b'Oppożizzjoni li xejn m'hi tħabbtu.", "Ċertament jirvella meta l-bqija tad-dinja – meraviljata bil-wiċċ sfiq li għandu – tistaqsih mistoqsijiet li ma jkunx jista' jaħrab minnhom.", "Muscat jippretendi li għandu l-jedd li jgħaddiha lixxa dwar kollox.", "Dawn l-elezzjonijiet, tal-Labour qed jistennew li jirbħuhom.", "Iżda ma jridux biss jemfasizzaw il-fatt li ser igawdu maġġoranza ta' voti.", "Meta tal-Labour ma jkunux kapaċi jirbħu argument li jkun imsejjes fuq provi, tal-Labour lill-avversarji jgħajjruhom sħaħar u tradituri.", "Dak li seħħ f'Ġunju 2017, Joseph Muscat issa jrid jirrepetih.", "Fin-nofs m'għandu jkun hemm ebda Matthew Caruana Galizia, ebda David Casa, ebda Caroline Muscat, ebda Times of Malta , ebda Repubblika, ebda Simon Busuttil, ebda Roberta Metsola, ebda tradituri u sħaħar biex jagħmlu l-bsaten fir-roti lill-proġett tiegħu li jaħkem lill-Istat Malti b'mod totali.", "Il-Malta li tinsab f'qalbu hi l-istess Malta li huwa jippretendi li hi tiegħu.", "F'Malta bħal din fl-aqwa żmien m'hemmx wisa' għad-dissens u għall-kritiċi tal-Kbir Re Joseph.", "Mhux ta' b'xejn li Hugo Chavez kien diġà uża tema bħal din ferm qabel Joseph Muscat.", "Tema li trid iġġiegħlek temmen li qalb Muscat tinsab f'idu.", "Iżda l-għan veru huwa wieħed u wieħed biss: is-setgħa assoluta u l-vantaġġi personali li din iġġib magħha.", "Previous: Sentimenti ta' bigottiżmu sfrenat Next: Repubblika: Konrad Mizzi u Keith Schembri taħt inkjesta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/repubblika-konrad-mizzi-u-keith-schembri-taht-inkjesta/", "date": "Mon, 29th Apr '19, 16:59", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika: Konrad Mizzi u Keith Schembri taħt inkjesta", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tesprimi sodisfazzjon li l-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet it-talba tal-organizzazzjoni tagħna biex issir inkjesta dwar l-iskandlu Panama Papers biex jinġabru l-provi fir-reat li aħna qed ngħidu twettaq minn Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini u Mario Pullicino.", "Il-Maġistrat qablet li: Ippreżentajna dokumentazzjoni li tagħti kreddibilita' lill-allegazzjonijiet tagħna; Hu ġustifikat skond il-liġi li jinġabru l-provi f'dan il-każ; M'hux ir-rwol tagħna (jew tal-Maġistrat) li tistabilixxi u tipprova l-ħtija imma teżisti informazzjoni soda biż-żejjed biex timmerita inkjesta.", "Repubblika hi sodisfatta wkoll li ġiet respinta t-talba ta' Konrad Mizzi biex ma tiħux id-deċiżjoni li tinfetaħ inkjesta sakemm jinstema' l-każ li għamel fil-Qorti Kostituzzjonali biex jgħid li inkisrulu d-drittijiet tiegħu.", "Repubblika tinnota l-istqarrija tal-Gvern tal-lum li fi ftit kliem qed tippreżenta din id-deċiżjoni bħala xi rebħa għal Konrad Mizzi u Keith Schembri u xi telfa għal Simon Busuttil (li għamel rikors bħal tagħna) u għal Repubblika (avolja il-Gvern ma jindenjax ruħu jsemmina).", "Repubblika tifhem li l-Gvern juri disprezz lis-soċjeta' ċivili.", "Ma nippretendux aħjar.", "Imma nuru l-għadab tagħna li l-Gvern juri disprezz lill-Qorti billi jikkwotha ħażin u jiżvijja lill-pubbliku.", "Il-Maġistrat Doreen Clarke illum iddeċidiet li hu prattiku li l-inkjesta dwar il-Panama Papers, minħabba li xi aspetti tagħha diġa' qed jiġo koperti f'inkjesta ta' Charmaine Galea, din ta' l-aħħar tkun il-Maġistrat inkwirenti f'dan il-każ.", "Din hi deċiżjoni prattika li ma tnaqqas xejn mir-realta' sempliċi u skomda għall-Gvern tad-deċiżjoni tal-Maġistrat Clarke: il-bieraħ Konrad Mizzi u Keith Schembri ma kinux suġġetti t'inkjesta kriminali.", "Illum huma.", "Din hi l-ewwel darba wara 3 snin li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma fl-aħħar suġġetti għal investigazzjoni ordnata minn Maġistrat dwar korruzzjoni u ħasil ta' flus.", "Kuntrarju għal dak li għamel il-Gvern, Repubblika qed tippubblika d-deċiżjonijiet tal-lum tal-Maġistrat Doreen Clarke li jikkonfermaw il-verita' ta' dak li qed tistqarr Repubblika u l-qerq tal-Gvern.", "Il-fatt sempliċi hu li għal dawn l-aħħar tlett snin Konrad Mizzi, Keith Schembri u l-oħrajn għamlu minn kollox biex jevitaw id-deċiżjoni tal-lum.", "Għandna nifhmu issa li l-Gvern qed jgħid li ma nbidel b'xejn minn din id-deċiżjoni li Konrad Mizzi, Keith Schembri u l-oħrajn mhumiex se jappellaw mid-deċiżjonijiet tal-Maġistrat Doreen Clarke u Konrad Mizzi se jerġa' jirtira l-kawża Kostituzzjonali tiegħu.", "La skond il-Gvern din mhix deċiżjoni li tagħti raġun l-appell ta' Repubblika, allura għandu issa jħalliha tiġi implimentata.", "Repubblika tixtieq biss li jinżammu l-provi li Konrad Mizzi u Keith Schembri u min għenhom wettqu korruzzjoni u reati oħra marbuta mal-uffiċju tagħhom.", "Intant intennu l-appell tagħna lill-Pulizija li, anke jekk tlett snin tard, jibdew huma wkoll l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "Intennu wkoll li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirreżenjaw immedjatament u magħhom Joseph Muscat li sal-istqarrija qarrieqa tal-lum qed jipproteġihom.", "Digriet rikors Repubblika digriet rikors konrad mizzi", "Previous: Jehdew fil-patrijottiżmu falz Next: Lil Joseph busulu jdejh window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/lil-joseph-busulu-jdejh/", "date": "Tue, 30th Apr '19, 14:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Lil Joseph busulu jdejh", "text": ["Jekk il-Prim Ministru qed iġiegħlek taħseb li ma jista' għalih ħadd u xejn, din l-istrateġija qed taħdimlu ġmielha.", "Joseph Muscat m'huwiex baħnan.", "M'għandniex xi ngħidu, huwa jaf li issa Konrad Mizzi u Keith Schembri huma persuni suspettati f'inkjesta kriminali.", "Minnha nnifisha din mhix prova li seħħ ksur ta' liġi u huma qed jissuktaw biċ-ċaħdiet tagħhom u fl-istess waqt jiddikjaraw li huma għandhom jitqiesu innoċenti sakemm ma jiġix pruvat li huma ħatjin.", "Iżda anki jekk wieħed kellu jikkunsidra l-livelli baxxi ta' mġieba li huma mdorrijin bihom tal-Labour, politikament dawn it-tnejn kien imisshom ilhom li dabbru rashom.", "Min jidħol għall-ħajja politika m'għandux iżomm il-kariga kemm il-darba Maġistrat ikun stqarr li 'teżisti ċerta kredibilità f'allegazzjoni dokumentata li ........ kien seħħ reat kriminali (li fih jinsabu mdaħħlin, fost oħrajn, Keith Schembri u Konrad Mizzi) ...... u li hemm dak kollu li teżiġi l-liġi biex tinbeda' inkjesta'.", "Dak li jiktbu l-Maġistrati, ma jiktbuħx biex iqanqlu l-polemiċi.", "Għall-grazzja t'Alla, dawn jimpurtahom biss mill-konsegwenzi legali ta' dak li jiktbu u mhux mill-impatt politiku ta' kitbiethom.", "Il-konsegwenza legali hi li dawn iż-żewġ ħallelin issa jinsabu taħt inkjesta u l-konsegwenza politika ta' dan l-iżvilupp hi li għandhom iwarrbu, anki b'mod temporanju, sakemm jintemm il-kors tal-ġustizzja.", "Tistenniha minn Joseph Muscat – wieħed mis-sħab ewlenin fil-konfoffa kriminali ta' Keith Schembri – li jikser il-wegħda li kien għamel żmien ilu li l-ftuħ ta' inkjesta kellha ġġib magħha r-riżenja ta' Keith Schembri.", "Tistenniha għaliex Joseph Muscat, biċ-ċiniżmu kollu tiegħu, jinqala' ħafna fil-manipulazzjoni politika.", "Il-ħnieżer ħażżew fuq il-ħajt tal-liġijiet li ebda annimal ma jista' jorqod fis-sodod.", "Jum fost oħrajn, hekk kif il-ħnieżer iddeċidew li kien wasal iż-żmien li jibdew jorqdu fis-sodod, l-annimali l-oħrajn tar-razzett skoprew li l-liġi fil-fatt minn dejjem kienet tgħid li ebda annimal ma jista' jorqod f'sodda mifruxa bil-lożor.", "Din l-aħħar biċċa ma setgħux jiftakruha.", "Keith Schembri ser ikollu jwarrab jekk Maġistrat jiftaħ inkjesta kriminali dwar l-imġieba tiegħu.", "Issa li din l-inkjesta infetħet, Joseph Muscat qed igħid li l-wegħda li kien għamel ma tgħoddx għaliex l-inkjesta twaħħdet ma' oħra li tinsab għaddejja.", "Sofistrija?", "Għad m'għandkomx idea.", "Milli jidher l-inkjesta li ġiet estiża biex tinvestiga lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi kienet diġà qed tinvestiga lil 17 Black.", "Sirna nafu b'dan meta lil Owen Bonnici żelqitlu li kienet qed issir inkjesta mill-Maġistrat Charmaine Galea u dan hekk kif ġie mistoqsi dwar ir-raġuni għala ma kinitx qed tiġi nvestigata l-istorja li nkixfet fis-sens li sid il-kumpannija fid-Dubaj huwa Yorgen Fenech.", "Ta' min ifakkar: Daphne Caruana Galizia kienet kixfet il-fatt li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma s-sidien rispettivi ta' Hearnville u Tillgate fil-Panama.", "Ftit wara, dan il-fatt kien ġie konfermat mill- Panama Papers .", "Ta' The", "Daphne Project kixfu li 17 Black kienet intrabtet li tħallas lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi $5,000 kuljum.", "Aktar tard, ta' The Daphne Project żvelaw li sid is-17 Black huwa Yorgen Fenech.", "Yorgen Fenech imexxi t- Tumas Group , wieħed mis-sħab fil-konsorzju Electrogas .", "Keith Schembri u Konrad Mizzi taw kuntratt ta' 18 il-sena lill- Electrogas li huwa mimli b'vantaġġi ġenerużi għall-fornitur a spejjeż tal-konsumaturi Maltin.", "Kif kiteb espert fil-ġurnal Ingliż The", "Guardian , Malta qed \"titlef gliegel ta' flus\" bis-saħħa ta' dan il-kuntratt.", "Hekk kif sirna nafu li 17 Black hi s-suġġett ta' inkjesta kriminali, aħna fakkarna lil Joseph Muscat li kien wiegħed li Keith Schembri jkollu jwarrab ġaladarba tinbeda' inkjesta.", "Iżda Joseph Muscat wieġeb li Keith Schembri m'għandu għalfejn iwarrab xejn, tafux.", "Għaliex l-inkjesta hi dwar il-kumpannija 17 Black u mhux dwar is-sidien tagħha jew dwar dawk li rċievew ħlasijiet mingħandha.", "M'għandniex xi ngħidu, skuża redikola għall-aħħar.", "Issa sirna nafu li t-termini ta' riferenza ta' dik l-inkjesta ġew estiżi biex jinkludu lil Hearnville, Tillgate u lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.", "Dan kollu Joseph Muscat jifhmu aktar minn ħaddieħor.", "U jaf li int tifhimha bl-istess mod ukoll.", "Madankollu jrid jikkundizzjonak biex taħseb li ma' ġara' xejn b'daqshekk.", "Mhux għax dak li ġie żvelat mhuwiex minnu iżda għaliex jeħtieġ li tidra realtà li fiha l-liġijiet li jgħoddu għalik, ma jgħoddux għalih ukoll.", "Din m'hi xejn ħlief tirannija ta' bniedem malinn.", "Joseph Muscat qed igħidlek f'wiċċek li ħadd u xejn ma jista' għalih.", "Il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali jinsabu taħt il-kontroll assolut tiegħu, qed jestendi l-kmand fuq il-membri tal-ġudikatura u qed jagħmel minn kollox biex ixejjen l-aħħar żviluppi.", "Qatt kontu tobsru l-kliem \"mafia state\" xi jfissru?", "F'\"mafia state\", l-interessi tal-ħakkiema huma supremi u jegħlbu l-interessi tal-poplu, tal-komunità u tan-nazzjon: stat li fih it-tirann iwaħħad lilu nnifsu mal-pajjiż li huwa jkun qed imexxi.", "Stat li fih il-kriminalità ssir liġi u l-ħakkiema jistennew li jingħataw qima minn dawk li jippreferu jsoddu ħalqhom u li jikkuntentaw bil-ġbir tal-frak u tal-laqx li jitferrex fuqhom.", "Mela komplu għaddejjin Konrad Mizzi, Chris Cardona, Brian Tonna u l-bqija li l-impunità li qed tgawdu tafuha lis-setgħan ta' fuqkom.", "Ftakru biss biex lil Joseph tbusulu jdejh.", "Previous: Repubblika: Konrad Mizzi u Keith Schembri taħt inkjesta Next: Se tappellaw minn digriet li tgħidu li takom raġun? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/inkjesta-li-tkun-tassew-indipendenti/", "date": "Thu, 11th Jul '19, 19:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Inkjesta li tkun tassew indipendenti", "text": ["Il-gvern fl-aħħar ċeda u ntebaħ li ma setax ikompli jirreżisti t-tnedija ta' inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dan wara li għaddew 20 xahar ta' pressjoni pubblika, wara li l-familja tagħha rebħet kawża fil-qorti dwar aspett ieħor tal-klawsola in kwistjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, wara li għaddiet riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, wara li matul sena sħiħa saret kampanja madwar id-dinja mill-NGO's ewlenin dwar il-libertà tal-kelma, wara li saret petizzjoni minn uħud minn kittieba letterarji ewlenin minn madwar id-dinja, wara li nkitbu editorjali f'uħud mill-ġurnali ewlenin tad-dinja, wara li saret kampanja minn wara l-kwinti fost gvernijiet simpatizzanti f'pajjiżi oħrajn, wara li saru protesti regolari fi Triq ir-Repubblika u wara li wlied Daphne Caruana Galizia daru d-dinja u tkellmu favur it-twettiq tal-ġustizzja ma' ommhom.", "Meta ftit ġimgħat ilu Kurt Farrugia kiteb lil ġurnalista biex igħidilha li ma jaħsibx li Daphne kienet ġiet assassinata, il-gvern kompla jogħdos 'l isfel fil-ħama u, mingħajr ma ried, wera' kemm fil-fatt huma minnhom il-veritajiet li l-gvern tiegħu qed jagħmel minn kollox biex jostor.", "Meta ġurnalista tinqatel, tbati d-demokrazija.", "U d-demokrazija li għandna lanqas biss ingħatat l-opportunità li tgħarbel ir-raġunijiet għala tħalla jseħħ dan l-assassinju u dwar jekk tinħassx il-possibilità li qtil bħal dan jerġa' jseħħ.", "Il-gvern farfar ir-responsabbiltà li jassigura li l-Istat jiġi mġiegħel jagħmel sensiela ta' mistoqsijiet lilu nnifsu.", "Lill-Istat ma stajniex nistaqsuh setax għamel aktar biex jevita l-assassinju u biex insiru nafu il-gvern kienx interessat jew le jitgħallem mill-iżbalji.", "Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjonijiet – fejn għandna tliet akkużati li għad narawhom jiġru barra bil-libertà proviżorja għar-raġuni li l-att tal-akkuża għadu ma ġiex preżentat u m'hemm ebda ħjiel dwar l-identità ta' min qabbadhom biex iwettqu d-delitt – għadna ma fhimniex jekk tassew sarux l-isforzi kollha meħtieġa biex jinstabu t-truf kollha.", "Il-gvern tagħna farfar mir-responsabbiltà li jgħarbel lid-demokrazija tagħna biex ikun jista' jifhem aħjar in-nuqqasijiet tagħha.", "M'għandniex xi ngħidu, il-mod li bih tkellem Carmelo Abela llum hu u jħabbar l-inkjesta bħallikieku ried ifakkarna li xi darba l-imgħallem tiegħu kien qal li l-Inkjesta Pubblika kienet ser issir , ma jwassalx biex jinstab tarf tal-kwistjoni.", "Għadna biss fil-bidu.", "Iżda jekk il-gvern bi ħsiebu jaħtar xi Philip Sciberras ieħor biex jikteb rapport li jispiċċa biex jitfa' t-tort tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia fuqha nnifisha għaliex \"jaħasra, stednitha b'idejha\", ikollna konferma oħra li l-unika ħeġġa li għandu l-gvern hi li jgħatti xturu jew xtur ħaddieħor.", "L-inkjesta pubblika għandha tingħata s-setgħa li tgħarbel b'mod dettaljat l-imġieba tal-gvern u ta' awtoritajiet oħrajn fis-snin qabel seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u minn dakinhar tal-assassinju 'l hawn.", "L-inkjesta għandu jkollha s-setgħa li tisma' l-provi fil-pubbliku.", "M'għandhiex tkun limitata għal xi ġrajja' speċifika jew għal xi ċirkostanzi speċifiċi iżda għandha tkun ħielsa li titkixxef dwar kollox u dan biex tkun tista' tifhem aħjar iċ-ċirkostanzi li huma rilevanti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għandu jkollha s-setgħa wkoll li tgħarbel: (1) l-imġieba tal-Istat matul dak iż-żmien, (2) il-kuntest wiesa' tal-libertà tal-istampa u tas-saltna tad-dritt f'Malta, (3) kemm kienu effettivi l-azzjonijiet li kienet ħadet il-pulizija, (4) il-konsegwenzi tal-fatt li l-gvern ried bilfors lil Silvio Valletta biex imexxi l-investigazzjoni, (5) kienx hemm biżżejjed koperazzjoni ma' aġenziji barranin tal-infurzar u jekk din il-koperazzjoni ġietx b'xi mod limitata, (6) it-tħaddim ta' politika dwar il-ħarsien tal-ġurnalisti u dwar kif din intlaqtet, eċċetra.", "L-inkjesta pubblika għandu jkollha s-setgħa li tirċievi informazzjoni mingħand kulħadd – individwi jew għaqdiet – jekk dawn iħossu li jistgħu jikkontribwixxu b'riżq it-tfittxija tal-verità u għandha tisma' x-xhieda ta' kull min għandu x'jikkontribwixxi.", "Il-proċess għandu jixxandar fuq il-mezzi tax-xandir.", "Il-konklużjonijiet tal-inkjesta għandhom jixxandru u dawn għandhom jinkludu analiżi dettaljata sabiex inkunu nistgħu nifhmu aħjar x'ġara' u għaliex seħħ dak li seħħ.", "Għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet li jeħtieġ jittieħdu mill-gvern.", "U biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-inkjesta għandha titmexxa' minn persuna jew minn grupp ta' persuni b'kredenzjali ta' integrità.", "Dawn jeħtieġ li jkunu persuni b'esperjenza fil-qasam tal-liġi kriminali u f'dak li hu infurzar tal-liġijiet.", "Jeħtieġ ukoll li jkunu jifhmu fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika, tal-libertà tal-kelma u tal-ġurnaliżmu.", "Dawn ma jistgħux ikunu nies benvisti mill-gvern: għandhom ikunu imparzjali, indipendenti u oġġettivi u għandhom ukoll jidhru li huma hekk b'mod partikolari minn dawk li batew l-aktar minħabba dan l-att ta' vjolenza: jiġifieri l-membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għar-riżorsi tagħha, għall-awtorità amministrattiva, għal-libertà tagħha li ssejjaħ xhieda u għall-infurzar tal-ordnijiet tagħha, l-inkjesta m'għandhiex tiddependi mill-pulizija jew mill-avukat ġenerali.", "U meta l-gvern jirrifjuta li jxandar kwalsiasi informazzjoni li jkollu f'idejh bl-iskuża tal-investigazzjoni kriminali jew tas-sigurtà nazzjonali, l-inkjesta għandu jkollha s-setgħa li tikkontesta dan ir-rifjut fil-qorti jew li jkollha s-setgħa li tiċħad ir-rifjut tal-gvern.", "Jekk ikun hemm xhieda li jirrifjutaw li jwieġbu għall-mistoqsijiet li jsirulhom jew li jirrifjutaw li jidhru wara li jkunu ssejjħu bl-iskuża li ma jkunux iridu jinkriminaw ruħħom, dan il-fatt għandu jiġi dokumentat b'mod speċifiku u għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta ssir l-analiżi finali.", "L-inkjesta m'għandhiex tkun limitata biż-żmien u min ikun qed imexxiha u dawk li jkunu qed jassistuh għandhom jaħdmu fuq bażi ta' full-time.", "Is-smiegħ tax-xhieda għandu wkoll ikun regolari.", "Dawn huma biss il-ħsibijiet tiegħi.", "M'ghandix dubju li jeżistu kunsiderazzjonijiet oħrajn li s'issa għadhom ma' ġewx f'moħħi.", "Il-gvern għandu jikkonsulta mill-qrib ma' Pieter Omtzigt li huwa r- rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa, mal-Kummissjoni ta' Venezja, mal-GRECO, ma' diversi NGO's dwar il-libertà tal-kelma u mal-avukati tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia qabel jikkonkludi d-dettalji tat-termini ta' riferenza u jiftaħ l-inkjesta.", "Il-gvern għandu wkoll jara li l-inkjesta tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Peress li diġà nafu x'inhuma l-fehmiet tal-avukat ġenerali dwar dan is-suġġett, il-gvern jmissu jieħu parir minn min tassew jifhem.", "U għandu jagħmel dan issa.", "Mhux tliet xhur oħra."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/04/se-tappellaw-minn-digriet-li-tghidu-li-takom-ragun/", "date": "Tue, 30th Apr '19, 14:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Se tappellaw minn digriet li tgħidu li takom raġun?", "text": ["Jekk veru \"m'hemmx inkjesta\", m'għandhomx għalfejn jappellaw.", "Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qalilha li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu nkisrulu sempliċement minħabba l-fatt li l-liġi tippermetti lil kull ċittadin, inkluż lilek, iressaq ilment meta huwa jkun twettaq reat kriminali u li permezz tiegħu tintalab li ssir inkjesta.", "L-argumenti li qed iġib Konrad Mizzi ma jiswewx karlin.", "Applikaw l-argumenti tiegħu għal każ li fih ikun inxtered id-demm.", "Int tmur għand il-Maġistrat biex tirrapporta l-fatt li int rajt qtil iseħħ wara li l-pulizija jkunu naqsu li jemmnuk meta int tmur biex tirrapporta l-każ.", "Minn naħa tiegħu, l-Maġistrat jidhirlu li tajtu biżżejjed informazzjoni u jgħaddi biex jiġbor il-provi.", "Iżda l-persuna li dwarha jkun sar ir-rapport tgħid li d-drittijiet fundamentali tagħha nkisrulha u titlob lill-Maġistrat biex joqgħod lura milli jiġbor il-provi sakemm il-Qorti tiddeċiedi taqbilx miegħek jew le.", "Sitwazzjoni mill-aktar redikola.", "Ilkoll nafu li l-provi, aktar ma jinġabru kmieni u fil-pront, aktar ikollhom valur.", "Iżda aktar ma jinħela żmien f'kwistjonijiet legali, akbar huwa ċ-ċans għall-kriminal li jispiċċa jgħaddiha lixxa.", "Aktar ma jtawwlu, ikun akbar iċ-ċans li l-kriminali jaħarbu, li jostru l-provi jew li jagħmlu pressjoni fuq xhieda biex il-proċess li jista' jikkundannahom jkun mittiefes u mniġġeż.", "Min iġib ruħu b'dan il-mod juri li m'huwiex innoċenti.", "L-aġir ta' min itawwal u ta' min jipprova joħloq biżżejjed dubji permezz ta' paraventi legali, huwa l-aġir tattiku ta' min huwa ħati: dawn ikunu jafu li imġieba bħal din tista' twassal biex jgħadduha lixxa.", "Konrad Mizzi kien inkwetat li l-Maġistrat Doreen Clarke setgħet taċċetta t-talba ta' Repubblika u ta' Simon Busuttil.", "Fil-fatt hekk għamlet.", "Iżda l-Gvern il-bieraħ qal li ma kienet aċċettat xejn għaliex Simon Busuttil u Repubblika kienu talbu li ssir inkjesta ġdida iżda l-Maġistrat dehrilha li ma kellux ikun hemm duplikazzjoni ta' xogħol u ordnat li dawn l-allegazzjonijiet ġodda jitwaħħdu ma' inkjesta li tinsab għaddejja quddiem Maġistrat oħra.", "Għalhekk il-gvern stqarr li inkjesta ġdida m'hemmx.", "Il-gvern, m'għandniex xi ngħidu, qal ħmerija grassa.", "Jekk huwa kif qed jgħid il-gvern, allura Konrad Mizzi m'għandux għalfejn jissokta bil-kawża li għamel dwar id-drittijiet fundamentali tiegħu u jista' wkoll iċedi din, kif diġà kien għamel meta f'Jannar li għadda l-Qorti tal-Appell Kriminali ħassret sentenza ta' Maġistrat ieħor li kien laqa' talba biex titnieda nkjesta dwar il-Panama Papers.", "X'aktarx imissu wkoll iċedi t-talba li għamel lill-Qorti Kostituzzjonali biex din tordna lill-Maġistrat toqgħod lura milli tkompli bl-inkjesta sakemm il-qorti superjuri tiddeċiedi l-punt dwar jekk drittijiet inkisrulux.", "Jekk, kif qed jallega l-gvern, ma ġiet ordnata ebda nkjesta fid-digriet li ngħata, il-Qorti Kostituzzjonali m'għandha xejn xi twaqqaf, m'hux hekk?", "Hmmm.", "Iż-żmien jagħtina parir.", "F'Ġunju 2017, il-Maġistrat Ian Farrugia kien aċċetta t-talba ta' Simon Busuttil u kien ordna t-tnedija ta' inkjesta.", "Ma kien hemm ebda inkjesta oħra li setgħet titwaħħad ma' din u għalhekk kellha tinbeda' nkjesta ġdida.", "Iżda Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-bqija tal-klikka tal-Panama appellaw minn dak id-digriet u wara 19 il-xahar ta' dħul u ħruġ fil-qorti, rebħu l-appell permezz ta' sentenza tal-Imħallef Giovanni Grixti, liema sentenza skantat u bellħet lil kulħadd l-aktar meta dan iddeċieda li l-Panama Papers ma kienu jiswew xejn u li ma jindikawx li kien seħħ reat kriminali.", "Issa l-gvern irid ibellagħhielna li l-Qorti ma ordnat it-tnedija ta' ebda nkjesta, li hi r-raġuni li Keith Schembri mhux ser jiġi mġiegħel jirriżenja minkejja dak li kien stqarr ftit ilu Joseph Muscat fis-sens li jekk tinbeda' inkjesta dwar Keith Schembri, dan ikollu jwarrab.", "Ma nbdietx inkjesta, allura m'għandux għalfejn iwarrab.", "Ejjew, għall-grazzja tal-argument, naċċettaw dak li qed igħid il-gvern.", "Għall-gvern, id-digriet tal-Maġistrat Doreen Clarke kien rebħa għalih u daqqa ta' ħarta għal Repubblika u Simon Busuttil, u għalhekk m'għandux għalfejn jappella mid-digriet tagħha.", "Wara kollox, x'tappella tagħmel minn sentenza li tkun inqatgħet favurik?", "Mela Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-bqija tal-ħallelin u kompliċi, ħallu lil dak li qed tgħidu li mhix inkjesta tkompli għaddejja u oqgħodu lura milli tippruvaw tfixklu proċess li għalikom ma jeżistix.", "Id-digriet tal-Maġistrat tappellawħx.", "Hmmm.", "Iż-żmien se jagħtina parir.", "Previous: Lil Joseph busulu jdejh Next: Mill-ħażin se mmorru għall-agħar window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/demokrazija-tal-fazola/", "date": "Thu, 23rd May '19, 10:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Demokrazija tal-fażola", "text": ["Joe Sammut jaf irebbaħlek Fiat Panda.", "Iżda jekk int m'intix daqstant ambizzjuż, Owen Bonnici jista' jrebbħek salt laned tal-fażola.", "Qis li tilbes sewwa għall-okkażjoni.", "Previous: Il-karrotta u l-frosta Next: Xahar mil-lum window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/atmosfera-serena/", "date": "Thu, 11th Jul '19, 09:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Atmosfera serena", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lill-intervista li Herman Grech dalgħodu għamel lil Louis Galea fuq timesofmalta.com .", "Hemm ħafna x'wieħed x'jixtarr dwar din il-konversazzjoni.", "Bi ħsiebni nitkellem fuq aspett wieħed.", "Louis Galea għamel trietaq mill-argument li ta' sikwit nisimgħu mingħand dawk li jaqbżu għal Adrian Delia: il-fatt li ġie \"elett mit-tesserati\" m'huwiex daqstant importanti.", "Il-biċċa l-kbira tat-tesserati huma biss spettaturi u l-għażla tal-kap permezz ta' votazzjoni mit-tesserati twassal għal aktar firda.", "Il-bieraħ Newsbook irrapporta li waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa Louis Galea kienet li jrażżan il-manigoldi li ħaduha drawwa li fuq l-internet igħajjru lil kull min jesprimi fehmiet li m'humiex għal kollox konsistenti mad-domma tad-dritt divin li għandu Adrian Delia li jirrenja fuq il-PN.", "Din ma kienet xejn ħlief daqqa ta' ħarta oħra lill-awtorità li fadallu il-kap tal-PN.", "Fi żminijiet ta' kriżi – u kien hemm bosta minn dawn – kien Adrian Delia li serraħ fuq l-appoġġ ta' dawn il-manigoldi.", "Dawn jagħmlu parti minn minoranza voċifera li ma jaħsbuhiex darbtejn biex iheddu u jagħmlu l-arja ma' ħafna minn dawk li ħajjithom iddedikawha għall-PN u li jiġġustifikaw l-imġieba tagħhom bis-saħħa tal-elezzjoni ta' Adrian Delia mit-tesserati.", "Dawn ta' sikwit jiftakru fl-għajta ta' Adrian Delia qabel sar Kap li \"jeħtieġ li l-partit jintradd lura lill-partitarji\".", "Minn dakinhar 'hawn, dawn inħakmu minn ossessjoni li l-mexxejja ta' qabel kienu qed jippjanaw li jerġgħu jaħtfu lill-partit u li jwarrbu l-mexxej li kienu għażlu huma.", "U minħabba din il-paranoja, feġġ renju ta' terrur.", "Louis Galea għamel użu minn kliem diplomatiku meta stqarr li jeħtieġ li tintradd lura s-serenità.", "F'dan l-aħħar żmien, intilfet ħafna aktar mis-serenità.", "Li jeħtieġ li jerġa' jintradd lura huwa s-sens komun.", "Inevitabilment, daħal ċertu sens ta' ottimiżmu fost dawk li lill-Partit iħobbuh b'mod sinċier.", "B'kuntrast man-nuqqas ta' ħila ta' Adrian Delia, Louis Galea libes żarbun li ġieħ mill-ewwel u bosta kienu dawk li ħassew li ħadu r-ruħ grazzi għal dan l-iżvilupp.", "Iżda dan l-ottimiżmu mhux biss m'huwiex ġustifikat, iżda huwa perikoluż ħafna.", "Ħafna aktar perikoluż mill-intimidazzjoni u t-theddid li attivisti tal-partit qed isibu ma' wiċċhom kuljum.", "Għaliex iwassal għal sens ta' sigurtà u ta' normalità falza.", "Ippermettuli nispjega ftit.", "Jekk wieħed jistaqsi lil dawk li minn dejjem ivvotaw PN dwar x'jaħsbu li kienet l-aqwa deċiżjoni li kien ħa Alfred Sant meta kien mexxej Laburista, x'aktarx li t-tweġiba tkun waħda unanima: hekk kif ħa r-riedni tal-Partit kmieni fis-snin disgħin, wettaq dak li bosta kienu ħasbu li kien impossibbli li jwettaq u rnexxielu jdabbar l-irjus tal-manigoldi li għal bosta snin kienu mdendlin ma' djul politiċi bħal Wistin Abela u Lorry Sant.", "Sa dakinhar, ħafna kienu dawk fi ħdan il-Partit Laburista li kienu jemmnu li l-Partit ma setax ikampa mingħajr dawn il-manigoldi li wħud minnhom kienu saru leġġendarji – bħalma kienu l-Qattus, it-Toto', il-Qaħbu u l-bqija.", "Sakemm feġġ Alfred Sant fil-quċċata tal-Partit Laburista, tal-PN kienu ħaduha drawwa jirrepetu l-frażi li \"tal-Lejber ma jinbidlux\" u li l-vjolenza politika kienet saret ħaġa waħda man-natura tagħhom.", "M'għandniex xi ngħidu, il-PN ma kellu ebda storja ta' vjolenza politika, għalkemm tal-Labour ġieli għamlu sforz biex ipinġu lill-PN mod ieħor speċjalment kull meta partitarji Nazzjonalisti kienu jirrifjutaw li joqgħodu għas-swat billi jiddefendu lilhom infushom.", "X'fettilli qed nikteb dwar dak li kien seħħ 25 sena ilu?", "Għamilt dan għaliex dawk li f'dawn l-aħħar xhur sfaw vittma tal-intimidazzjoni li seħħet bil-barka tal-mexxej tal-PN, bħalissa qed jifirħu bil-fatt li lill-manigoldi issa qalulhom biex iżommu 'l bogħod mid-Dar Ċentrali.", "Hi ħaġa tassew tal-iskantament li, fl-isfond tal-fatt li t-theddid u l-intimidazzjoni tant saru l-ordni tal-ġurnata, li l-fatt li issa ttieħdu l-passi meħtieġa qed jiġi kunsidrat bħala aħbar tajba.", "Is-serenità u l-kalma li jrid iġib Louis Galea jservu biss bħala droga jekk dawn iwasslu biss biex fil-Partit tinżamm l-i status quo .", "Ta' xejn tibla' l-kalmanti int u nieżel mill-preċipizzju għal isfel.", "M'hemmx dubju li jkun aħjar jekk, huma u jattendu l-Kunsill Ġenerali lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar, il-Kunsilliera tal-PN jkunu sereni għax ma jkunux maħkumin mill-biża' frott it-theddid.", "M'għandhomx għalxiex iħossuhom grati għan-nuqqas ta' theddid jew tal-vjolenza.", "Il-mistoqsija li ser ikollhom iwieġbu ma nbidlitx: Adrian Delia jimmeritah li jibqa' kap tal-partit?", "Ċertament li le.", "Ir-raġunijiet kollha li jimmilitaw kontra l-konferma tiegħu hemm baqgħu.", "Tal-aħħar.", "Hu u joħloq atmosfera b'riżq riflessjoni serena, Louis Galea qiegħed jindirizza waħda mill-biżgħat importanti tal-Kunsilliera meta dawn kellhom jiddeċiedu għandhomx jesprimu ruħħom u jgħidu li Adrian Delia huwa fid-dmir li jerfa' r-responsabbiltà.", "X'se jiġri jekk idabbar rasu?", "L-affarijiet ser imorru minn ħażin għall-agħar?", "Le.", "M'għandhomx jittieħdu deċiżjonijiet mgħaġġlin.", "Iżda dan ma jfissirx li m'għandhom jiġu ffaċċjati r-realtajiet.", "Il-membri tal-Kunsill Ġenerali jkun jeħtieġ li jiftakru min kien dak li ħoloq is-sens ta' biża'; min kien dak li ħeġġeġ lill-manigoldi; min kien dak li organizza t- trolls ; min kien dak li ħoloq il- fake profiles ; min kien dak li għamel konfoffa mal-midja tal-Labour; min kien dak li ġab din il-firda kollha.", "Għaliex issa teżisti ċerta pawsa ma jfissirx li dak li kien responsabbli għandu jgħaddiha lixxa.", "Jekk jitħalla jgħaddiha lixxa, d-diżgwid li kien hemm jerġa' jerfa' rasu.", "Il-persuna responsabbli m'hi ħadd ħlief Adrian Delia.", "Previous: Il-vot ta' fiduċja li ser jittieħed fil-Kunsill Ġenerali \"m'huwiex imsejjes fuq it-trasparenza u s-sewwa\" – il-firmatarji Next: Inkjesta li tkun tassew indipendenti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/xahar-mil-lum/", "date": "Thu, 23rd May '19, 19:19", "category": "blog, politics, government", "title": "Xahar mil-lum", "text": ["Is-saltna tad-dritt: il- #ECJ mistennija li tiddeċiedi dwar it-tnaqqis fl-età tal-irtirar ta' imħallfin li jservu fil-Qorti Suprema tal- #Poland fl-24 ta' Ġunju (C-619/18) — Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (@EUCourtPress) 23 ta' Mejju 2019 Fi żmien xahar mil-lum il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tagħti sentenza importanti f'kawża li għamlet il-Kummissjoni Ewropea kontra l-Polonja dwar il-mod li bih il-gvern ta' dak il-pajjiż qed jipprova jnawwar u jnaqqas l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Din is-sentenza se tkun importanti wkoll għal Malta fil-kuntest tal-kawża li għamlet Repubblika.", "Iċ-ċirkostanzi fiż-żewġ pajjiżi m'humiex identiċi.", "Il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tintervjeni mal-Polonja wara li l-gvern ta' dan il-pajjiż wera' li kellu l-ħsieb li jbiddel is-sistema (fejn jidħol l-irtirar tal-imħallfin) minn dik li kienet teżisti meta l-Polonja issieħbet fl-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-każ il-Kummissjoni ddeċidiet li taġixxi għaliex dehrilha li t-tibdil propost kien ser jikkomplika s-sitwazzjoni u jagħmilha agħar.", "L-ilment ta' Repubblika jiffoka fuq sistema li f'Malta ilha titħaddem għal żmien twil.", "Iżda kif sostniet fir-rapport tagħha l-Kummissjoni ta' Venezja, il-fehmiet dwar il-mod kif għandhom ikunu mfassla l-istrutturi demokratiċi u dwar it-tifsira vera tal-ħajja demokratika, jinbidlu maż-żmien u s-sistema tagħna m'għadhiex adegwata biżżejjed biex tlaħħaq mal-livelli meħtieġa li tirrikjedi l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Ġaladarba l-każ tal-Polonja u dak ta' Malta huma differenti, x'inhi r-raġuni li l-każ tal-Polonja jista' jinfluwenza lil dak ta' Malta?", "Ir-raġuni hi li, fiż-żewġ każijiet, meta Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jonqos li jiggarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura, ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tat-trattat tal-UE: fi kliem ieħor, ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tas-sħubija.", "F'dan ir-rigward, il-każijiet ta' Malta u dak tal-Polonja huma identiċi.", "Dan il-punt huwa fundamentali u, kif irrikonoxxa l-Imħallef Mark Chetcuti fis-sentenza tiegħu tal-bieraħ, id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea se sservi biex tagħti direzzjoni lill-qorti Maltija fil-każ li għandha quddiemha.", "Il-bieraħ il-gvern daqq it-trombi u qal li l-każ issa huwa magħluq.", "Iż-żmien ser jagħtina parir jekk dan huwiex minnu.", "Previous: Demokrazija tal-fażola Next: Il-kelb tal-għassa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/partit-jehtieg-dejjem-izomm-saqajh-fl-art/", "date": "Sun, 26th May '19, 07:57", "category": "blog, politics, government", "title": "Partit jeħtieġ dejjem iżomm saqajh fl-art", "text": ["Herman Schiavone, uffiċjalment deputat Independenti wara li ssospenda ruħu mill-Partit Nazzjonalista, iżda li fir-realtà huwa qaddej leali fad-dinja ta' Adrian Delia, kien minn tal-ewwel dalgħodu li tkellem fuq TVM dwar dak li konna ilna diġà nafu li kien ser iseħħ fejn għandu x'jaqsam ir-riżultat tal-elezzjoni li saret il-bieraħ.", "L-intervista li huwa ta fuq TVM ixxandret ftit minuti wara li għamel post fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu.", "Skond Schiavone ir-riżultat fqir li ġab il-PN huwa tort tal-fatt li votanti Nazzjonalisti naqsu mid-dmir li jappoġġjaw lill-partit tagħhom.", "Huwa kompla jgħid li dan il-fatt ma jirriflettix ħażin fuq il-mexxej tal-partit Adrian Delia li bi ħsiebu jibqa' f'postu.", "Adrian Delia hekk kien wiegħed.", "Ikun x'ikun ir-riżultat, bi ħsiebu jibqa' jmexxi.", "Wieġeb bħallikieku kien xi gvern mhedded mit-terroristi – terroristi li f'moħħu jqabbilhom mal-votanti tal-PN li naqsu li jappoġġjaw lill-partit bil-vot tagħhom.", "U l-PN mhux bi ħsieb jinnegozja mat-terroristi – jagħmlu x'jagħmlu m'hu ser jinbidel xejn.", "M'għandniex xi ngħidu, t-terroriżmu m'għandu xejn x'jaqsam.", "Din ukoll hi d-demokrazija.", "Partit politiku għandu dejjem iżomm saqajh fl-art.", "Jekk ma jirnexxilux jipperswadi lin-nies tiegħu biex jivvutaw, jeħtieġ jara x'jeħtieġ li jinbidel.", "Is-soluzzjoni tal-problema m'hix daqstant diffiċli.", "Previous: Il-kelb tal-għassa Next: Il-Qaddej numru 2 window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/il-kelb-tal-ghassa/", "date": "Fri, 24th May '19, 09:22", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-kelb tal-għassa", "text": ["Dawk ta' madwar Joseph Muscat qed ilestu ruħħom għal battalja, li ser tilħaq il-qofol tagħha fi Strasburgu, dwar ir-riżultati ta' inkjesta li ntalbet mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa wara li kien seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-battalja issa ilha għaddejja għal żmien mhux ħażin u, peress li Strasburgu mhix belt li ta' sikwit tiġi f'moħħ in-nies, hemm min jassoċjaha aktar mal-btajjel milli ma' kamp tal-battalja politika għar-ruħ demokratika ta' Malta.", "Ejjew naraw ftit kif kellna naslu s'hawn.", "F'Jannar 2018, xi xahrejn wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, 114 il-membru ġejjin minn parlamenti minn madwar l-Ewropa u mill-gruppi politiċi kollha, ffirmaw mozzjoni biex tittieħed riżoluzzjoni mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa favur li ssir għassa internazzjonali fuq l-investigazzjonijiet li kienu qed isiru dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "L-ewwel persuna li ffirmat din il-mozzjoni kienet Pieter Omtzigt li huwa membru parlamentari Olandiż tal-Partit Popolari Ewropew.", "Jekk tidħol f'din il-link għandek issib il-lista tal-firmatarji.", "Tista' tgħid li dawn ġejjin minn kull pajjiż fl-Ewropa u minn kull kulur politiku, x'uħud minnhom ġejjin mill-grupp tas-Soċjalisti li jagħmel parti minnu l-Partit Laburista ta' Malta.", "Tista' tgħid li l-kliem tal-mozzjoni jirriflettu r-rimarki li saru fil-Parlament Ewropew fis-sens li l-komunità internazzjonali kien jeħtieġ li tagħmel l-għassa fuq l-investigazzjonijiet li kienu qed isiru f'Malta.", "Iżda din il-mozzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa ġiet iffirmata wara li seħħew l-arresti ta' Alfred Degiorgio u tal-assassini l-oħra.", "Il-firmatarji ma mpressjonaw ruħħom xejn b'dak li kien qed igħid il-gvern Malti fis-sens li bis-saħħa ta' dawn l-arresti l-każ seta' jingħalaq.", "Wara li issa għaddew tant xhur, nistgħu napprezzaw aktar l-għerf li wrew dawn il-membri parlamentari.", "L-investigazzjonijiet li saru f'Malta, bl-għassa internazzjonali b'kollox, s'issa ma wasslu mkien.", "Aħseb u ara x'kien jiġri li kieku ma kienx hemm din l-għassa.", "Ftit jiem wara li kienet għaddiet dik il-mozzjoni, Pieter Omtizgt talab lill-gvernijiet tas-47 stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa jekk kinux lesti li jitolbu lill-gvern Malti li jagħtihom spjegazzjoni il-għala l-pulizija baqgħet ma nvestigatx l-akkużi ta' ħasil ta' flus maħmuġin minn uffiċjali tal-gvern u r-raġuni għala lil Daphne Caruana Galizia naqsu li jagħtuha l-protezzjoni.", "Is-47 gvern talbu lill-gvern Malti biex igħaddilhom l-informazzjoni u f'April 2018 huma ħarġu bit-tweġiba tagħhom.", "Dawn naqsu li jikkritikaw lil Malta dwar l-investigazzjoni tal-pulizija u l-gvern din stħajjilha bħala xi forma ta' rebħa finali għalih .", "M'għandniex xi ngħidu, fost is-47 hemm pajjiżi (bħalma huma r-Russja, t-Turkija u l-Ażerbajġan) li ċertament ma jkunux iridu jiġu mgħarbla dwar l-egħmil demokratiku tal-gvernijiet tagħhom stess.", "Iżda, bil-kontra għal dak li kien qed jistenna l-gvern, il-kwistjoni ma waqfitx hemm.", "Huwa minn ewl id-dinja li l-gvernijiet ħafna drabi jispiċċaw iħokku dahar xulxin u proprju din hi r-raġuni il-għala l-ogħla entità fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa m'hix magħmula minn Ministri iżda minn membri parlamentari minn madwar l-Ewropa.", "Dik l-entità kien fadlilha ħafna aktar mistoqsijiet x'tagħmel u kien għalhekk li talbet lil Pieter Omtzigt li jżur Malta biex dawn il-mistoqsijiet jagħmilhom f'isimha.", "F'Settembru 2018 tal-Labour xammew li din il-kwistjoni ma kinitx ser tintemm tajjeb għalihom.", "Il-kap tad-delegazzjoni ta' Joseph Muscat fi Strasburgu huwa l-eks Ministru Manuel Mallia li ħadem kemm felaħ biex jipprova jġiegħel lil tal-Kunsill tal-Ewropa jiritiraw il-mandat li kienu taw lil Pieter Omtzigt.", "Lill-membri parlamentari din il-mossa m'għoġbithomx u ddeċidew li l-mandat li kienu taw lil Omtzigt kellu jiġi mplimentat.", "Din kienet l-ewwel darba li l-Kunsill tal-Ewropa kien ser jordna li jintbagħat rapporteur f'pajjiż ieħor (barra mir-Russja) biex igħarbel l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta' ġurnalista.", "Deċiżjoni bħal din kienet ittieħdet biss fil-każ ta' żewġ assassinji li t-tnejn kienu seħħew fir-Russja.", "Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f'Malta u l-gvern bħal donnu ma riedx li tinkixef l-identità ta' min kien il-moħħ wara l-qtil.", "Għaldaqstant ir-rapport ta' bilfors kellu jitfassal.", "Pieter Omtzigt kellu l-ħila jikxef mhux biss il-korruzzjoni.", "Wara li Manuel Mallia falla fl-attentat tiegħu li jmewwet kollox fuq ommu, f'Ottubru 2018 Pieter Omtzigt irnexxielu jipperswadi lill-Kunsill tal-Ewropa biex iddaħħal lill-Kummissjoni ta' Venezja fil-kredu u dan minkejja l-oġġezzjonijiet kbar li għamel Stefan Zrinzo Azzopardi.", "U meta l-attentati kollha li għamlu biex jeqirdu l-mozzjoni fallew, Owen Bonnici bilġri ħareġ igħid li kien bis-saħħa tiegħu li ddaħħlet fil-kredu l-Kummissjoni ta' Venezja.", "Fil-frattemp kompliet l-inkjesta ta' Pieter Omtizgt u f'April li għadda kienu ġew mistiedna Owen Bonnici u Peter Grech biex igħidu tagħhom.", "Kienet xena mill-aktar umiljanti .", "Mhux għalihom tafux, għax dawn m'għandhomx żejt f'wiċċhom u ma jafux jistħu.", "Iżda kienet umiljanti għal pajjiżna li kien jeħtieġ jispjega lill-bqija tad-dinja il-għala, minn popolazzjoni ta' nofs miljun ruħ, ma kellux il-ħila li jaħtar lil xi ħadd aħjar minnhom biex jokkupa l-karigi ta' Ministru tal-Ġustizzja u ta' Avukat Ġenerali.", "Pieter Omtzigt kellu jaħdem bil-għodda li ngħatatlu: b'dak li rriżultalhom tal-Kummissjoni ta' Venezja, b'dak li rriżultalhom tal-GRECO dwar il-korruzzjoni f'Malta, b'dak li qalulu li rriżultalhom tal-Moneyval dwar il-ħasil ta' flus maħmuġin f'Malta u bir-reazzjonijiet medjokri tal-gvern Malti.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kien armat b'sensiela ta' fatti li ħadd ma seta' jiċħadhom: il-fatti li rriżultaw mill-Panama Papers; il-fatti li rriżultaw mill-istejjer imxandra minn tad-Daphne Project; il-fatti li rriżultaw lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġijiet; il-fatti li rriżultaw minn sentenzi nkredibbli tal-qrati tagħna, bħal dik is-sentenza li qalet li l-Panama Papers \"kienu biss spekulazzjoni\" il-fatt li Maġistrat ingħata promozzjoni f'nofs il-kumpilazzjoni ta' inkjesta dwar l-assassinju ta' ġurnalista; il-fatt li Maġistrat ingħata promozzjoni wara li rrifjuta li jwessa' t-termini ta' inkjesta biex ikunu jistgħu jiġu nvestigati provi ġodda dwar korruzzjoni.", "U l-ikbar waħda kienet li Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata u dawk li kienet uriet bil-provi li huma korrotti tħallew f'posthom, filwaqt li dawk li kienu l-imħuħ wara l-qtil tagħha għadhom jiġru barra.", "Dan ma jfissirx li teżisti xi prova li l-korrotti li tħallew f'posthom u l-imħuħ wara l-assassinju huma l-istess nies.", "Iżda fil-kuntest ta' dak li huwa magħruf diġà, ikun minn ewl id-dinja li wieħed jissuspetta li fil-fatt huma l-istess nies.", "Għaldaqstant l-\"għassa internazzjonali\" jeħtieġ li tissokta.", "U min għandu din il-fehma se jsib lil Joseph Muscat jattakka personalment.", "Ġaladarba jaf li ma jista' jagħmel xejn biex jiskredita l-fatti li rriżultaw, jgħaddi biex jiskredita l-persuna u hekk qiegħed jipprova jagħmel fil-konfront ta' Pieter Omtzigt.", "Din mhix l-ewwel darba li għamilha.", "Għalih Daphne Caruana Galizia kienet saħħara.", "David Casa huwa traditur u Ana Gomes miġnuna.", "U Pieter Omtzigt?", "Għal Joseph Muscat, dan ixerred il- fake news .", "Fl-2017 Pieter Omtzigt kien ħa falza stikka.", "Kien organizza konferenza u persuna li ġiet indirizzata minn bniedem li ppreżenta ruħu bħala xhud meta fil-fatt ma kien xejn minn dan.", "Pieter Omtzigt ma kienx għadu ntebaħ li kien stieden giddieb biex jindirizza l-konferenza u meta nduna b'dan, għamel apoloġija immedjata.", "Dan għamel l-istess kif kien għamel Joseph Muscat meta fl-2008 intebaħ li fir-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-2003 ma kienx rebaħ il-\"partnership\".", "U meta kien daħal fix-xena politika għall-ewwel darba fl-1992 meta kien qal li nispiċċaw nieklu lil xulxin jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea – jekk dan ma kienx fake news , x'taqbad issejjaħlu?", "Araw ftit x'kien inkiteb f'ġurnal Olandiż f'Settembru 2018 dwar l-imġieba tar-reġim ta' Joseph Muscat fil-konfront tat-tenaċità ta' Pieter Omtzigt.", "Dawn kitbu li f'Malta kien hemm min qed jiskanta li hemm membru parlamentari ta' stoffa li huwa determinat li jikxef il-borom minkejja l-fatt li m'hu ser jirċievi ebda benefiċċju politiku f'pajjiżu għal dan ix-xogħol.", "Bħallikieku l-Olandiżi li jagħtu l-vot tagħhom lil Pieter Omtzigt se jiġu jaqgħu u jqumu dwar kemm il-membru parlamentari jqatta' bi snienu biex jikxef il-korruzzjoni f'Malta.", "U madankollu Pieter Omtzigt jibqa' jirisisti.", "Lill-ġurnal Olandiż, Pieter Omtizgt qallu li x-xogħol veru ta' kull membru parlamentari huwa li jagħmel l-għassa fuq il-gvernijiet.", "Il-Prim Ministru ta' pajjiżu Mark Rutte (il-mexxej ta' partit li jinsab f'koalizzjoni mal-partit ta' Pieter Omtzigt) jaf sew kemm huwa tenaċi dan il-bniedem: kellu ma' wiċċu numru mdaqqas ta' kampanji dwar governanza tajba mnedija minn Pieter Omtzigt li kienu dokumentati, preċiżi u dettaljati.", "Fl-Olanda, lil Peter Omtzigt jsibuh bħala \"l-kelb tal-għassa\".", "Għadma li jkun iggranfat magħha ma jerħihiex minn ħalqu kif ġieb u leħaq.", "Din l-għadma, Joseph Muscat jinsab mejjet biex jaqlagħha minn ħalq Pieter Omtzigt.", "Iżda Pieter Omtzigt għandu vantaġġ wieħed.", "Jinsab fuq in-naħa tas-sewwa.", "Previous: Xahar mil-lum Next: Partit jeħtieġ dejjem iżomm saqajh fl-art window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/qaddej-numru-3/", "date": "Sun, 26th May '19, 09:46", "category": "blog, politics, government", "title": "Qaddej numru 3", "text": ["Wara Herman Schiavone u Robert Musumeci, tfaċċa l-qaddej numru 3 – David Agius biex ikompli jħawwad fil-borma tal-interpretazzjoni uffiċjali tad-diżastru li l-PN ser ikollu jiffaċċja meta dak li ilna sentejn nafu li ser iseħħ ikun dikjarat uffiċjalment mill-Kummissjoni Elettorali.", "David Agius kompla fejn ħalla Robert Musumeci: il-votazzjoni tal-bieraħ m'hix dwar Adrian Delia iżda dwar kwistjonijiet li huwa kien wiret.", "Mid-dehra, jaħtu Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.", "Din l-analiżi mhux biss m'hix korretta iżda hi waħda ta' partit li jrid jibqa' ggranfat ma' xi ħaġa biex mingħalih ma' jegħriqx.", "Forsi kien ikollu raġun li kieku l-PN ma' mexiex 'il quddiem )jew mar lura) mill-elezzjoni tal-2017 'l hawn.", "Il-punt m'huwiex dan.", "Ejjew iħallu din il-kwistjoni fil-ġenb għalissa.", "L-analiżi mhux biss m'hi produttiva xejn iżda lanqas biss tippermetti għal tiswijiet li jistgħu jqiegħeduha fuq it-triq it-tajba.", "Wara kollox Lawrence Gonzi ilu żmien twil li ħalla x-xena politika u David Agius ma jemminx li Simon Busuttil għandu xi influwenza fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu fid-Dar Ċentrali.", "Niftakru li Adrian Delia kien għamel ħiltu biex ikeċċieh mill-partit.", "Meta David Agius ikompli fejn ħalla Robert Musumeci, jinsa' li dan jidhirlu li teżisti \"soluzzjoni\" għal din il-\"problema\".", "Robert Musumeci – bħala portavuċi ta' Joseph Muscat – irid jidfen ħajjin lill-kritiċi tal-Kbir Mexxej.", "Din hi r-raġuni li għar-riżultat elettorali tal-lum, sitt snin wara li tal-labour telgħu fil-gvern, iwaħħal fil-PN kif kien fl-imgħoddi u mhux fil-PN kif inhu llum.", "Joseph Muscat mejjet biex jara t-tisħiħ ta' dan il-PN \"ġdid\": partit li qed jiċkien li jiekol minn idejn persuni bħal Robert Musumeci, bniedem li qatt ma riedlu ġid.", "Partit immexxi minn Adrian Delia.", "Previous: Il-Qaddej numru 2 Next: Qaddejja 5 u 6 window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/il-qaddej-numru-2/", "date": "Sun, 26th May '19, 08:37", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Qaddej numru 2", "text": ["Wara li l-Qaddej numru 1 fid-dinja ta' Adrian Delia – jiġifieri Hermann Schiavone – deher fuq TVM biex igħidilna li d-diżastru elettorali tal-PN m'għandux jaħti għalih Adrian Delia, tfaċċa l-Qaddej numru 2 biex ikompli jżid id-doża.", "Dan ma kien ħadd ħlief Robert Musumeci, sieħeb Adrian Delia minn naħa avversarja, li jkompli jġebbed il-fehma ta' Herman Schiavone xi ftit ieħor.", "Dan qal li r-riżultat ħażin m'għandux jaħti għalih Adrian Delia iżda huwa r-risposta \"tan-nies\" għall-politika \"diviżiva\" ta' fazzjoni fi ħdan il-PN li, skont hu, baqgħet tippersisti li ma tinżilx għarrkupptejha quddiem Joseph Muscat.", "X'inhu?", "Skont Robert Musumeci, Adrian Delia jifhem li lill-ħakma ta' Joseph Muscat għandna nixgħelulha x-xemgħat u li nies bħal David Casa, Simon Busuttil u Jason Azzopardi dan għadhom ma fehmuhx.", "Skond Musumeci, dawn għandhom jinżlu għarrkupptejhom biex ituh qima.", "\"Il-poplu ma jridx firda\", qalilna. ma nafx jekk intebaħx li n-narrativa tiegħu taqbel ma dak li hemm miktub fil-ktieb \"Introduction to Fascism 101\".", "Previous: Partit jeħtieġ dejjem iżomm saqajh fl-art Next: Qaddej numru 3 window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/qaddejja-5-u-6/", "date": "Sun, 26th May '19, 10:40", "category": "blog, politics, government", "title": "Qaddejja 5 u 6", "text": ["Hu u ħiereġ mill-bini ta' TVM, Robert Musumeci qal li l-PN qed iħallas il-prezz ta' \"ta' blog li għal 10 snin qered lin-nies\".", "Wara ż-żmien kollu li għadda mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, m'għandhomx il-ħila li jlissnu isimha.", "Madankollu ma jsibuha diffiċli xejn li jwaħħlu fiha, dsatax il-xahar wara l-qtil tagħha.", "Hekk kif telaq Musumeci, minn nies kollha tal-PN ippreżentaw lil Frank Portelli.", "Dan mingħalih li l-PN tilfu elezzjoni għaliex ma ċċekkjawx \"firma falza\" fil-provi dwar l-Egrant.", "U dinosawru wieħed ikun irid l-għajnuna mingħand dinosawru ieħor.", "Godfrey Grima kien bil-qiegħda ħdejh u qal li \"d-diżastru Egrant\" kien kiser l-ekwilibriju nazzjonali.", "Joseph Muscat huwa reliġjon.", "Min mhux magħna, kontra tagħna u ma jgħoddx.", "Skont Godfrey Grima, Adrian Delia għandu jżomm il-bogħod mill-velenu fil-PN li jagħmel ħafna kritika Joseph Muscat u li lid-dinja jgħidilha li m'hemmx saltna tad-dritt għaliex dawn ikunu qed jigdbu meta jgħidu hekk.", "In-narrativa ma tistax tkun aktar ċara.", "Jew int ma' Adrian (u allura ma' Joseph), jew \"il-poplu\" jkollu jsikktek.", "Ma deher ħadd biex ilissen fehma alternattiva jew differenti.", "U m'hu ser jidher ħadd biex b'serjetà jgħidilna l-konsegwenzi ta' dan ir-riżultat x'ser ikunu.", "Previous: Qaddej numru 3 Next: Qed jaħsbu li d-dnub issa ser jorqod window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/qed-jahsbu-li-d-dnub-issa-ser-jorqod/", "date": "Sun, 26th May '19, 16:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Qed jaħsbu li d-dnub issa ser jorqod", "text": ["Konrad Mizzi u Keith Schembri — kif ukoll Joseph Muscat — ttamaw f'riżultat li jsikket lil dawk li qed jikxfu l-korruzzjoni tagħhom minn kemm ilha li Daphne Caruana Galizia kixfet dak li kienu għamlu fil-Panama.", "Minn dakinhar 'l hawn, tant seħħew żviluppi li forsi ażżardaw jaħsbu li setgħu jgħadduha lixxa u li jaħarbu mill-ġustizzja.", "Iżda t-tamiet tagħhom sarulhom suf hekk kif intebħu li l-kbir għadu ġej.", "Dalgħodu ħadu l-okkażjoni biex jinfexxew f'dellirju ta' ferħ.", "Iżda għandhom dejjem jiftakru li d-dnub ma jorqodx.", "Previous: Qaddejja 5 u 6 Next: GUEST POST: Il-Bidla li qatt ma kienet – Riflessjonijiet ta' nazzjonalist imweġġa' window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/guest-post-il-bidla-li-qatt-ma-kienet-riflessjonijiet-ta-nazzjonalist-imwegga/", "date": "Sun, 26th May '19, 20:33", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Il-Bidla li qatt ma kienet – Riflessjonijiet ta' nazzjonalist imweġġa'", "text": ["Mibgħutha minn xi ħadd li naf: Kulħadd kien qiegħed jistenna li din l-elezzjoni kienet ser tintrebaħ mill-Partit laburista.", "Il-kwistjoni kienet biss fuq kemm kienet ser tkun kbira l-maġġġoranza.", "Dalgħodu kollox kien beda juri li Joseph Muscat kien reġa ħareġ rebbieħ, u bdew ġejjin in-numri, 45,000, imbagħad 48,000, imbagħad aktar minn 51,000.", "Rebħa kbira, li kessħitli demmi.", "Mhux għax ma kontx qed nistenna dan ir-riżultat, imma ngħiduha kif inhi, li tara l-partit li tħobb jitlef b'dak il-mod, huwa umiljanti.", "Apparti li kif qal tant tajjeb Arnold Cassola, din ir-rebħa se tkompli żżid l-arroganza ta' Muscat u tal-Partit Laburista, li minkejja li jilgħabha tal-umli, rebħa bħal din tkompli żżid mal-egomanija tiegħu.", "Għal l-bid u ma kont se nikteb xejn, imma wara li xbajt nisma lit-tmexxija tal-PN tipprova ġġib elf skuża u argument, ħassejt li ma statx nibqa aktar b'ħalqi magħluq.", "Nistqarr li minkejja li ma kontx ivvutajt għal Delia fl-2017, imma dalgħodu ħassejt li seta' kien għad fadallu post. Imma wara dak li ġara mal-ġurnata, inħoss li din \"il-mixja\" trid tieqaf hawn.", "Huwa meħtieġ li l-mixja tal-PN iva tkompli, imma bi tmexxija ġdida .", "Jeħtieġ li l-membri tal-Kunsill Ġeneral tal-Partit tagħna, jiġu f'sensihom u jirrealizzaw li l-partit issa mess il-qiegħ sew.", "Allaħares wieħed jibda jikteb fuq il-ħafna suspetti li f'dawn ix-xhur xirfu fil-qlub u l-imħuħ ta' tant nies, li bħali j ħobbu lil Malta u 'l- PN .", "Illum Joseph Muscat kellu żewġ raġunijiet għalfejn jiftaħ ix-xampanja.", "Għaliex irnexxielu fejn l-ebda \"leader\" laburista kien dejjem falla.", "Irnexxielu ikisser li l l – P artit N azzjonalista minn ġewwa.", "U jekk int u taqra qed tiddejjaq, mela nisti e dnek ma tkomplix.", "Għax ġej aktar.", "Xbajt fl-aħħar xhur nisma allegazzjonijiet li nies preżenti fid-Dar Ċentrali xi darba setgħu kienu parti mill-PL.", "Dawn jistgħu ikunu biss dillirju ta' xi uħud, imma tista tkun ukoll il-verita – kerha u makabra kemm trid – imma dejjem verita.", "Jista jkun?", "Qatt ma' niftakar lin-nazzjonalisti jiġġieldu bejniethom u jillitigaw qishom kelb u qattus daqskemm rajt mill-2017 'l hawn.", "Minkejja li l-amministrazzjoni preżenti mhux qed titkellem bil-miftuħ, nafu x'inhu l-ħsieb li qed jirrenja fl-imħuħ ta' ħafna.", "Ilkoll nafu kif il-media tal-Gvern L aburista bniet rumanz traġiku fuq il-qasma li hemm bejnietna in-nazzjonalisti – klikka ta' Busuttil kontra l-klikka ta' Delia — u vi ċ e -versa.", "Mhux se nidħol fil-mertu ta' dan kollu.", "Ilkoll għandna nagħmlu eżami sewwa tal-kuxjenza (jekk għadna nemmnu fiha).", "Il-livell ta' ġlied u tgħawwir bejn supporters huwa tal-biża.", "U qabel ma nirrikonoxxu li l-partit huwa mkisser b'dil-qasma kollha, il-partit mhux se jibda jieħu ir-ruħ.", "Il-partitarji nazzjonalisti, qabel ma' huma partitarji ta' Ċ ikku, P eppu jew Kola, huwa partitarji, supporters, votanti (għidilhom li trid) tal-prinċipji li jħaddan il-Partit tagħna.", "Partit li xi darba konna niftaħru li jagħmel parti mill-familja Demokristjana (illum mejta).", "Partit li xi darba kellna vuċi anke barra u illum ħlief fil- P arlament Ewropew, issa tlifna dik il-vuċi.", "Partit li xi darba kien hemm jimmilitaw fih nies b'ideat, imħuħ eċċellenti li sawru l-politika tal-partit.", "U llum?", "Illum tħares madwarek u tara partit mgħarraq fl-inkwiet tiegħu.", "Partit immexxi minn nies (iktar minn Delia innifsu) li huma wisq marbuta mal-poter intern tal-partit, biex jaraw fhiex ġabu li l l -partit.", "Il-Partit N azzjonalista li spiċċa idaħħak lin-nies bih, flok jirbaħ ir-rispett tagħhom.", "Ejja ma nitqarrqux: kien hemm ħafna li minkejja li vvutaw PN, għamlu dan b'nofs qalb u b'diffikulta, u iva jien kont wieħed minnhom.", "Il-mod \"ġdid\" li Adrian Delia kien wiegħed, falla bl-aktar mod ċar u skjett.", "Iva, nemmen li f'dik il-maġġoranza laburista, hemm moħbija tant u tant pjaċiri, permessi, jobs mal-gvern, eċċ, eċċ. Għax il-poplu Malti fil-maġġoranza tiegħu sar poplu li jinxtara biċ-ċekkijiet, bil-jobs.", "Imbagħad, min għad għandu prinċipji iħares lejn il-PN u ma' jara xejn ta' sugu, ta' sustanza.", "Kultant bdejt nissuspetta li l- PN jieħu gost, hek k jagħti l-gambetti lilu innifsu.", "U hemm fejn jibdew ġejjin id-dubji, kemm verament il- PN irid xi darba jerġa jkun fil-gvern.", "Kemm it-tmexxija preżenti, tassew temmen fil-prinċipji li sawru l-partit.", "Inħoss li jekk mhu ser isir xejn issa stess, allura il- PN huwa destinat li jibqa fl-oppożizzjoni għal ħafna u ħafna u ħafna snin.", "Malta ma jixirqilhiex li jkollha oppożizzjoni hekk.", "Aħna ma jixraqilniex li jkollna partit hekk.", "Imma lkoll irridu inpoġġu idejna fuq qalbna u nagħmlu eżami sew tal-kuxjenza.", "Ma nistgħux ma nammettux li l-elettorat tradizzjonalment nazzjonalista, huwa elettorat diffiċli, eżiġenti, u ħafna drabi kapriċċuż.", "U dan ikompli jagħmilha aktar diffiċli li l-PN jerġa' jirbaħ lura l-voti.", "Speċjalment meta n-naħa l-oħra donnu hemm bir bla qiegħ (li onestament nibqa' nsaqsi minn fejn qed jiġu dawk il-flus kollha).", "Bir li minnu qed jixorbu nies li kienu anke jivvutaw lil- PN .", "Inħalli barra lil-ex-nazzjonalisti li issa saru l-hekk imsejjħa \"champagne socialists\".", "Dawn jibilgħu l-eluf, wara li użaw lil-partit għal l- għanijiet tagħhom, u issa remew kollox, ċaħdu kulma kienu jemmnu fih, ċaħdu ħbieb, kollegi, familjari.", "Remew ġieħhom, u saru xejn aktar milli \"merċenarji\" li jagħmlu biss dak li jgħidulhom jagħmlu, basta ikomplu ipappuha.", "U quddiem dan kollu x'għandha tkun it-tweġiba tal- PN ?", "S'issa kollox juri li t-tmexxija preżenti qed tkompli twitti t-triq biex tibqa tmexxi hi.", "Ejja nieqfu ftit.", "Miniex qed ngħid li Adrian Delia u sħabu ma ħadmux, jew li ħlew il-ħin.", "Lanqas ma jien qed ngħid li Clyde Puli u sħabu qagħad jilgħaq ix-xemx, jew li il-fantomatiku Jean Pierre Debono, baqa b'idu fuq żaqqu.", "Imma dak li kienu wiegħdu lilna issa falla, kaput, finish, daqshekk.", "Il-mod \"ġdid\" li ġie imwiegħed lilna nazzjonalisti, ma wassalna imkien.", "U f'ġieħ is-sewwa, ejja ma ninsewx li issa kważi għaddew sentejn.", "U mhux talli m'għamilna l-ebda progress, imma talli morna aktar u aktar lura.", "U bħalissa stess in-\"nazzjonalisti\" qed ikomplu jikkustinjaw u jiġġieldu fuq facebook, whatsapp u l-bqija \"u għax ta' dak u għax tal-ieħor, u għax tal-oħra u għax dik, għax l-ieħor, għax l-oħrajn.", "Il-verita hi li kif jgħidu l-Ingliżi, il-partit tant maħbub tagħna, jinsab \"in shambles\" u donnu f'dan it-tunnel (ferm itwal minn dak li Muscat irid jagħmel bejn Malta u Għawdex) ma nistgħux naraw id-dawl.", "Pero jekk irrid inkun onest, naqbel ma' diversi mill-punti li Adrian Delia qal illejla.", "Il-PN irid jara kif se jitkellem aktar man-nies, kif ser iżomm liż-żagħżagħ, kif jiġbed uċuħ ġodda.", "Imma biex isir dan neħtieġu mexxej ġdid u tmexxija ġdida .", "Imma fuq kollox neħtieġu mentalità ġdida.", "Ma jistax ikun inkomplu niġġieldu bejnietna.", "Ma jistax ikun nibqgħu niżirgħu il-mibegħda kontra dak jew kontra l-ieħor.", "Ma jistax ikun li min xi darba kien jimmilita fil-partit, issa lanqas jimpurtah xejn.", "Ma jistax ikun li it-tmexxija preżenti tibqa għaddejja daqslikieku l-karozza tal- PN faqgħet tyre u issa back to normal.", "Ma jistax ikun li fil-partit stess ikun hemm nies li moħħhom aktar x'ser jiggwadanjaw huma personalment aktar milli l-partit.", "Ma jistax ikun li l-partitarji jibqgħu jirraġunaw daqslikieku l-mexxej huwa l-partit.", "Min verament iħobb lil-Partit Nazzjonalista, issa għandu jgħid: Daqshekk biżżejjed.", "Issa huwa meħtieġ li l-amministrazzjoni KOLLHA (inkluż nies li kienu hemm fit-telfiet kbar tal-2013 u 2017) iwarrbu.", "Jeħtieġ li l-Kunsill Ġenerali tal-Partit u l-Grupp Parlamentari ifittxu jitlaqq għu u jittieħed vot fit-tmexxija kollha.", "Ma jkunx ġust min iwaħħal din it-telfa kollha fuq Delia biss.", "Delia ma kienx u mhuwiex waħdu.", "Hemm Clyde Puli, Jean Pierre Debono, Kristy Debono, David Agius, Robert Arrigo u bella compagnia.", "Biex ma nsemmux nies li hemm fil-media tal-partit.", "Nies li l-kalkoli tagħhom ma damux m'għamluhom, u ħadmu biex jibqgħu minn fuq.", "Il-Partit Nazzjonalista, imma fuq kollox Malta għandha bżonn oppożizzjoni vera, kredibbli, onesta (tassew), ċara, ħielsa.", "Tmexxija bla ebda dell ikraħ fuqha.", "Kien hemm wisq dellijiet qabel u wara l-ħatra tal-kap.", "U l-PN kompla jżid dawn id-dellijiet.", "Issa pero, hu l-mument li aħna n-nazzjonalisti nerġgħu nieħdu tassew f'idejna il-partit.", "Jeħtieġ li ngħidu DAQSHEKK.", "Daqshekk ġlied, kalunji, firda, mibgħeda, qasma tpattija, u tista' tibqa sejjer.", "Daqshekk kapriċċi minna l-votanti.", "Daqshekk skiet minna l-partitarji.", "Issa tassew huwa l-mument li ngħidu grazzi ħafna lil min mexxa l-partit s'issa, pero times' up.", "Il-mod ġdid qatt ma wasal.", "Il-bidla qatt ma kienet.", "Imma issa biżżejjed.", "Nappella lill-membri kollha tal-Kunsill Ġenerali, tal-Eżekuttiv, tal-Amministrattiv, lill-partitarji kollha: Ejja inwaqqfu din il-ġirja lejn l-abbiss.", "Ejja nieqfu, ejja nduru madwar mejda u nitkellmu.", "Ejja nwaqqfu dak kollu li s'issa kien qiegħed jifridna.", "Li kien kien.", "Mhux faċli, vera.", "Imma mhux impossibbli.", "Jekk irridu li tassew il-PN jerġa jkun alternattiva kredibbli u joffri sfida lil gvern soċjalista preżenti, jeħtieġ li nieqfu.", "Nirriflettu.", "Nitkellmu.", "Niddiskutu.", "Inħabbtu l-ideat.", "Imma flimkien.", "Bis-serjeta.", "Taħt kap ġdid jew ġdida.", "Bi tmexxija ġdida.", "Ejja naħtfu l-opportunita'.", "Issa...qabel ma' jkun tard wisq għax wisq nibża li dan hu l-aħħar ċans għal-PN u għal pajjiżna.", "Għax minkejja l-flus, eċċ, pajjiżna jinsab fix-xifer tal-abbiss.", "Ejja ma nkunux aħna li nitfgħuh għal-isfe l. Ejja naħsbu, nirriflettu, niddiskutu u naġġixxu.", "Issa hu l-waqt.", "Jew issa jew qatt.", "Previous: Qed jaħsbu li d-dnub issa ser jorqod Next: Kienet sammret il-musmar fuq rasu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/kienet-sammret-il-musmar-fuq-rasu/", "date": "Sun, 26th May '19, 21:48", "category": "blog, politics, government", "title": "Kienet sammret il-musmar fuq rasu", "text": ["Hekk kif indawwru l-attenzjoni tagħna minn fuq il-megalomanijaċi faxxisti u populisti li hawn ma saqajn id-demokrazija Maltija għall-megalomanijaċi faxxisti u populisti li qed jixirfu mal-Ewropa kollha b'riżultati oħrajn ħerġin mir-Renju Unit, l-Italja, l-Ungerija u oħrajn, se nħallikom bl-aħħar ħsieb dwar ir-riżultati li kellna f'Malta llum.", "Adrian Delia leħaq kap tal-PN ftit aktar minn 19 il-xahar ilu.", "Dak iż-żmien Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwar l-impatt ta' dan l-iżvilupp fuq l-appoġġ elettorali tal-PN.", "L-analiżi tagħha taqbel ma' dak li seħħ illum.", "Niftakru li qed nitkellmu hawn dwar Daphne Caruana Galizia.", "Kienet tifhem sew il-mentalità tal-votanti Nazzjonalisti u dawk li qed imexxu lill-PN illum jagħmlu sewwa jekk jagħtu daqqa t'għajn lejn dak li kienet kitbet.", "Link għall-post minn Running Commentary jinsab hawn.", "Previous: GUEST POST: Il-Bidla li qatt ma kienet – Riflessjonijiet ta' nazzjonalist imweġġa' Next: Din hi sfida fil-konfront tat-tmexxija preżenti tal-PN window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/din-hi-sfida-fil-konfront-tat-tmexxija-prezenti-tal-pn/", "date": "Mon, 27th May '19, 15:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Din hi sfida fil-konfront tat-tmexxija preżenti tal-PN", "text": ["Alex Perici Calascione kien ikkontesta għat-tmexxija tal-PN flimkien ma' Frank Portelli, Chris Said u Adrian Delia.", "Kien kiseb it-tielet post. Kemm għar-rebbieħa kif ukoll għat-telliefa, kampanji għat-tmexxija jistgħu iservu biex igħollu l-istatura tal-parteċipanti fit-tellieqa għaliex uħud minn dawn ikunu jafu li ċ-ċansijiet tagħhom ta' suċċess ikun minimu.", "Madankollu, parteċipanti bħal dawn jittamaw li d-dinjità, il-presenza u l-imġieba tagħhom matul il-kampanja tqallagħlhom ir-rispett li jista' jitpartat aktar tard f'rwoli f'partit politiku.", "Matul dik il-kampanja l-istatura ta' Alex Perici Calascione kibret flimkien ma' dik ta' Chris Said.", "Matul l-ewwel xhur tat-tmexxija ta' Adrian Delia huwa żamm pass lura u evita konfronti ma' Adrian Delia fil-kriżijiet spissi li dan sab ruħu fihom kienet x'kienet il-fehma tiegħu dwar l-akkużi ta' vjolenza domestika fil-qorti fil-konfront tal-mexxej tal-PN, dwar l-istorja li kien taħt investigazzjoni dwar ħasil ta' flus maħmuġin jew dwar l-attentat biex ikeċċi l-mexxej ta' qablu dwar il-kwistjoni Egrant.", "Jidher li r-riżultat elettorali tal-bieraħ serva biex Alex Perici Calascione jitkellem fil-beraħ.", "Meta naqra post fil-Facebook bħal din, nintebaħ li hemm wisq aktar minn appell għar-raġuni.", "Meta naqra frażi bħal \"ħadd m'hu akbar mill-partit,\" nifhem li l-kittieb qed jisfida lill-kap tal-partit li mid-dehra jidhirlu li l-agħar riżultat elettorali fl-istorja tal-PN m'hix raġuni biżżejjed biex iwarrab.", "Għalija dan il-kliem ifisser li Alex Perici Calascione jidhirlu li Adrian Delia għandu jfittex l-interessi tal-PN u jwarrab mit-tmexxija.", "Issa jista' jagħti l-każ li jweġibni biex jgħidli li dan ma kienx il-ħsieb li xtaq iwassal.", "Hu x'inhu, għad jasal żmien li fih d-diskors ma jibqax jiġi magħmud għaliex jidher li Adrian Delia mhux kapaċi jaqra' l-messaġġ li jkun jinsab bejn il-linji.", "Previous: Kienet sammret il-musmar fuq rasu Next: GUEST POST: il-galoppini ta' Adrian Delia jeħtieġ li jifhmu dan li ġej window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/guest-post-il-galoppini-ta-adrian-delia-jehtieg-li-jifhmu-dan-li-gej/", "date": "Tue, 28th May '19, 11:19", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: il-galoppini ta' Adrian Delia jeħtieġ li jifhmu dan li ġej", "text": ["Guest Post miktub minn attivisti tal-PN magħruf minni: Mhux bi ħsiebni noqgħod nomgħodha.", "Adrian Delia huwa l-akbar diżastru li l-PN seta' qatt sab ma' wiċċu.", "L-elezzjoni ta' Roberta Metsola u ta' David Casa wriet li l-biċċa l-kbira tal-elettorat Nazzjonalista jinsab inkwetat bil-korruzzjoni u, b'mod aktar speċifiku, bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u t-tfittxija tal-ġustizzja għal Daphne.", "Waqt li qegħdin tikkunslaw bil-fatt li Adrian Delia kien 'wiret' problema u tilef biss b'2000 vot aktar minn dak li tilef fl-2017, li m'inthomx tifhmu hu li hemm eluf ta' votanti li l-biċċa 'l kbira tal-votanti tagħkom li ma kienux jivvutaw PN li kieku ma kienx hemm l-ismijiet ta' dawn iż-żewġ kandidati stampati fuq il-polza tal-vot.", "In-nies ivvutat għal dawn iż-żewġ MEPs minkejja li ma jaqblux mat-tmexxija.", "Ejjew għall-grazzja tal-argument ngħidu li l-analiżi tiegħi m'hix totalment korretta u li nistgħu nassumu li nofs il-votanti Nazzjonalisti ma kinux jivvutaw PN li kieku ma kienx għal dawn iż-żewġ kandidati – bejn wieħed u ieħor dawn ikunu jammontaw għal madwar 30,000 inqas, li jfisser li tkun qed ittellaq f'elezzjoni ġenerali li fiha l-nies se tintalab tivvota biex fl-2022 Adrian Delia jsir Prim Ministru b'distakk ta' 72,000 vot.", "Fl-2022 m'hu ser ikun hemm ebda raġuni jew motivazzjoni għala l-vot għandu jinxteħet favur il-PN jekk Adrian Delia jkun għadu kap tal-partit u jekk ma jkunx ġie sostitwit b'kandidat ieħor kompetenti u nadif.", "Forsi jkun aħjar jekk nistennew ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali biex ikollna idea aħjar tad-distakk bejn iż-żewġ partiti u biex ma jibqgħux jivvintaw l-iskużi biex Adrian Delia iżomm postu.", "X'aktar li r-riżultat ta' dawn l-elezzjonijiet se jkun ħafna aktar diżastruż għall-PN.", "Nistennew u naraw.", "Previous: Din hi sfida fil-konfront tat-tmexxija preżenti tal-PN Next: L-Avukat Ġenerali jirrifjuta li jgħasses fuq kontijiet bankarji tal-ħallelin imdaħħla fl-iskandlu tal-isptarijiet window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/l-avukat-generali-jirrifjuta-li-jghasses-fuq-kontijiet-bankarji-tal-hallelin-imdahhla-fl-iskandlu-tal-isptarijiet/", "date": "Tue, 28th May '19, 14:44", "category": "blog, politics, government", "title": "L-Avukat Ġenerali jirrifjuta li jgħasses fuq kontijiet bankarji tal-ħallelin imdaħħla fl-iskandlu tal-isptarijiet", "text": ["L-Avukat Ġenerali lill-qorti qalilha li mhux bi ħsiebu juża s-setgħat mogħtija lilu mil-liġi biex ikun jista' jgħasses kontijiet bankarji ta' dawk li huma suspettati li kellhom x'jaqsmu mal-iskandlu tal-bejgħ tal-isptarijiet lil VGH.", "Illum huwa fakkar lill-Qorti li l-liġi tagħtih id-diskrezzjoni li jasal għal deċiżjoni bħal din u li m'għandu għalfejn jagħti spjegazzjonijiet jew kont lil ħadd jekk jiddeċiedi li ma jfittixx lil min ikun kiser il-liġijiet.", "Ir-riposta ta' Peter Grech waslet wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit lill-Avukat Ġenerali infurmatu li Repubblika talbitu joħroġ ' monitoring order '.", "Wara li Repubblika ppreżentat rikors urġenti nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar, il-Maġistrat tat digriet ftit inqas minn siegħa wara li permezz tiegħu infurmat lill-Avukat Ġenerali li jeżisti suspett ta' \" cover-up \" u talbitu jagħmel użu mis-saħħa li tagħtih il-liġi biex dan il-\" cover-up \" ma jseħħx.", "Repubblika għamlet it-talba tagħha bħala waħda supplimentarja għat-talba li kienet għamlet għat-tnedija ta' inkjesta dwar l-iskandlu VGH.", "Ftit sigħat wara li Repubblika ppreżentat it-talba oriġinali tagħha, Sri Ram Tumuluri beda' l-proċess biex jagħlaq disa' mill-kumpanniji offshore li nħolqu biex jirċievu ħlasijiet mill-konċessjoni VGH f'Malta.", "L-azzjonijiet ta' Sri Ram Tumuluri inkixfu minn The Shift News li kienet għamlet investigazzjoni dettaljata li kienet iddokumentat l-aspetti moħbija u mimlijin dellijiet tal-privatizzazzjoni VGH .", "Repubblika talbet lill-Qorti tniedi nkjesta, msejsa fuq dawn l-investigazzjonijiet, dwar l-imġieba ta' Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi.", "Din il-talba għadha pendenti.", "Fir-risposta li ppreżenta llum fil-qorti, l-Avukat Ġenerali ċaħad l-informazzjoni li xandret The Shift News u stqarr li \"m'għandu ebda informazzjoni li jista' joqgħod fuqha u li tissodisfa il-ħtiġijiet tal-liġi li l-persuni li ġew indikati bħala persuni suspettati minn Repubblika ippruvaw iwettqu cover-up \".", "L-aġir tal-Avukat Ġenerali se jippermetti lill-ħallelin li jkomplu jgħadduha lixxa hekk kif l-awtorità tal-infurzar tal-liġijiet ta' Malta ddaħħal rasha fir-ramel u ċċaħħad lilha nnifisha mis-setgħat mogħtija lilha bil-liġi biex twaqqaf reati kriminali ta' natura finanzjarja milli jseħħu.", "Din l-istorja titfa' dawl fuq in-nuqqasijiet kbar li hemm fl-infurzar tal-liġijiet meta reati kriminali li fihom ikunu imdaħħla l-politiċi ma jiġux investigati għaliex il-persuna li jkollu s-setgħa li tmexxi kontrihom – jiġifieri Peter Grech — ġġib ruħħa bħallikieku kienet l-avukat tagħhom.", "L-ewwel nett, skont il-liġi l-Avukat Ġenerali huwa wkoll iċ- Chairman tal-aġenzija tal- financial intelligence , jiġifieri l- FIAU.", "Ir-rifjut tal-Avukat Ġenerali li juża s-setgħat tiegħu biex jagħmel l-għassa fuq ħlasijiet li jkunu rċievew persuni suspettati ta' reati finanzjarji huwa sinjal ċar tal-livelli baxxi tal- ' intelligence gathering ' u tal-proċeduri tal-FIAU. it-tieni, l-Avukat Ġenerali qed jirrepeti l-ħrafa li s-suspett li seta' seħħ reat m'huwiex biżżejjed biex jibda' investigazzjoni.", "L-avukat Ġenerali bħal donnu qed ifisser li \"informazzjoni li tista' tistrieħ fuqha\" hi evidenza li tkun biżżejjed biex tikkundanna lil xi ħadd mingħajr il-ħtieġa li ssir investigazzjoni minnu, mill-pulizija jew mill-FIAU.", "It-tielet, l-Avukat Ġenerali qed juri ħeġġa żejda biex jiddefendi d-diskrezzjoni li tagħtih il-Kostituzzjoni li tgħid li m'huwa kontabbli lejn ħadd fejn jidħlu kwistjonijiet ta' natura kriminali.", "Dan ifisser li anki li kieku kellu jieħu deċiżjoni ħażina u li jippermetti lill-kriminali jgħadduha lixxa, ma jista' għalih ħadd.", "Id-diskrezzjoni mogħtija lill-Avukat Ġenerali mill-Kostituzzjoni tippreżumi li huwa għandu jaġixxi fl-aħjar interessi tal-ġustizzja.", "Saħansitra anki d-deċiżjonijiet tal-ogħla qrati tagħna jistgħu jiġu mwarrba fl-appell minn awtoritajiet aktar għoljin.", "Bħalma kull deċiżjoni ta' maġistrat dwar jekk persuna għandux jiġi kundannat jew le tista' titwarrab fl-appell, deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali dwar jekk għandux imexxi kriminalment jew le — jew anki dwar jekk għandhomx jinbdew proċeduri biex ma jseħħx reat kriminali – għandha wkoll tkun soġġetta għal appell.", "Il-fatt hu li d-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali m'hix appellabbli.", "Dan id-difett tkellmu dwaru tal-Kummissjoni ta' Venezja iżda l-gvern ma riedx idaħħal appelli fuq deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "It-tibdiliet proposti mill-gvern iħallu barra dak li pproponiet il-Kummissjoni ta' Venezja dwar dan il-punt.", "Bis-saħħa t'hekk l-impunità tkun garantita għax l-Avukat Ġenerali jista' jkompli jirrifjuta li jinvestiga jew li jmexxi kriminalment kontra ministri tal-gvern u kontra l-ħbieb korrotti tagħhom.", "Dan huwa eżempju ieħor tal-kollass tas-saltna tad-dritt.", "Previous: GUEST POST: il-galoppini ta' Adrian Delia jeħtieġ li jifhmu dan li ġej Next: GUEST POST: Eks strateġista tal-PN igħarbel in-numri window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/guest-post-eks-strategista-tal-pn-igharbel-in-numri/", "date": "Tue, 28th May '19, 15:06", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Eks strateġista tal-PN igħarbel in-numri", "text": ["Dan il-Guest Post inkiteb minn eks uffiċjal anzjan tal-PN magħruf minni.", "Huwa iżgħar milli forsi taħsbu li hu u għandu aktar esperjenza milli jtik x'tifhem li għandu.", "L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ġew u marru.", "B'differenza għall-elezzjonijiet ta' qabel, ma kontx involut.", "Madankollu ma stajt ma niftakarx b'nostalġija f'dawk is-sigħat li qattajt fil-kwartier tal-Partit naħdem fi ħdan l-ELCOM u fi ħdan strutturi oħrajn.", "Ma stajtx ma niftakarx fil-qawmien bikri u fil-belgħat tal-kafè li kont nieħu fil-Każin qabel naqbad triqti biex nissiġilla l-kaxxi tal-voti.", "Ma stajtx ma niftakarx fil-mijiet ta' persuni li rikkibt biex neħodhom jivvutaw.", "Ftakart f'ħafna affarijiet u mort nivvota tard b'nofs qalb.", "Iddeċidejt li nivvota għaliex ma ridtx li jbatu David Casa u Roberta Metsola li tant kienu ħadmu qatigħ f'dawn l-aħħar 5 snin u b'mod partikolari f'dawn l-aħħar sentejn meta tħallew fil-ġenb jaqdfu għal rashom minn tal-hekk imsejjaħ \"Mod Ġdid\".", "Għalhekk fit- 20:30 mort nivvota , ivvutajt 1 & 2 u tlaqt 'il barra.", "Qatt ma niftakar li vvutajt daqshekk f'ħakka t'għajn – lanqas fir-referendum.", "Issa li r-riżultat qed jiġi mgħarbel miż-żewġ partiti (għalkemm tal-Mod Ġdid jidhru li qed jinjoraw il-messaġġ li ntbagħtilhom), deherli li kelli naqsam ftit ħsibijiet minn tiegħi – b'mod partikolari dwar kif tal-Mod Ġdid iddeċidew li jippruvaw jimminaw lil David Casa biex jilħaq floku Frank Psaila, eks partitarju Laburista li għal darb'oħra ma ħasibhiex darbtejn biex jagħmel dawra durella biex jaqdi l-ħtiġijiet tiegħu – ċertament m'huwiex it-tip ta' persuna li kien imissu tela' fil-Parlament Ewropew.", "Ma nista' qatt nivvota għal xi ħadd li mhux kapaċi jaħseb b'moħħu u jħalli lil ħaddieħor jaħseb għalih.", "L-ewwel: Frank Psaila beda' l-kampanja tiegħu madwar sentejn ilu – u dan mingħajr l-approvazzjoni uffiċjali ta' xi organu tal-partit.", "Ħaġa bħal din kienet diġà barra minn lokha.", "It-tieni: Dan ma setax fisser ħlief li l-pjan biex jittajjar David Casa kien diġà ilu li beda' madwar sentejn ilu, pjan li spiċċa biex falla bl-ikraħ.", "It-tielet: Frank Psaila tħalla sal-aħħar tal-kampanja jippreżenta programm fuq NET TV.", "Dan ma kienx normali.", "Skont l-Awtorità tax-Xandir, ftit qabel elezzjoni l-kandidati elettorali għandhom jieqfu jxandru programmi tagħhom fuq it-televiżjoni.", "Tabilħaqq Jerome Caruana Cilia kien twaqqaf u kien ġie sostitwit minn Karl Gouder.", "Jerome Caruana Cilia kien kandidat fuq Ħal Qormi (id-distrett ta' Clyde Puli).", "Il-mistoqsijiet li jberrnu fl-imħuħ huma dawn: Jerome Caruana Cilia il-għala twaqqaf ixandar filwaqt li Frank Psaila kompla għaddej?", "L-Awtorità tax-Xandir lil Frank Psaila talbitu jieqaf ixandar jew le?", "U jekk talbitu jieqaf milli jxandar, tal-PN injoraw l-ordni u ħallsu l-multa?", "Jekk dan kien il-każ, x'kien l-ammont li tħallas?", "Ir-raba': filwaqt li Frank Psaila ġab mat-13,000 vot, David Casa ġab madwar 20,000.", "Differenza ta' 7,000 vot.", "Irriżulta li dik is-sezzjoni ta' votanti Nazzjonalisti li l-istrateġisti tal-PN ħasbu li kienu ser jivvutaw lil Frank Psaila – il-favorit tat-tmexxija – xorta waħda vvutaw għal David Casa u d-differenza bejniethom kienet ta' madwar 7000 vot.", "Huwa ċar li, tul dawn l-aħħar sentejn, din is-sezzjoni ta' votanti naqset sewwa fin-numru u jew ma kienitx numeruża biżżejjed jew inkella ma kinitx lesta li titmexxa minn imneħirha mit-tmexxija tal-partit dwar il-mod kif kellha tivvota.", "Issa ejjew ngħarblu l-voti żejda u kif tqassmu dawk trasferibbli.", "Meta l-voti żejda (jiġifieri lil hinn mill-kwota) ta' Roberta Metsola tqassmu lill-kandidati l-oħrajn, David Casa wiret aktar mid-doppju tal-voti minn dawk li wiret Frank Psaila.", "Tabilħaqq, kull meta ġie eliminat kandidat tal-PN, il-biċċa 'l kbira ta' dawk il-voti intirtu minn David Casa u mhux minn Frank Psaila.", "Forsi hawn min igħid li dan seta' ġara' minħabba l-ordni alfabetika tal-kunjomijiet taż-żewġ kandidati, iżda l-eċċezzjoni għal din ix-xejra tkompli tikkonferma li dan ma kienx il-każ.", "Meta ġie eliminat Dione Borg, Frank Psaila wiret aktar voti minn David Casa.", "Min ivvota lil Dione Borg mexa fuq id-direttivi tad-Dar Ċentrali għaliex Dione Borg kien kandidat ieħor li kien qed jiġi mbuttat mill-Partit bil-għan aħħari li jittajjar David Casa.", "Anki meta waqgħu l-kandidati indipendenti, David kompla wiret aktar voti mingħandhom – dan il-fatt ikompli jikkonferma li kien hemm numru mhux ħażin ta' votanti li ma kinux lesti li jagħtu l-ewwel preferenza lill-PN iżda mbagħad komplew jivvutaw fuq il-kandidati Nazzjonalisti.", "Din ma kienet xejn ħlief sfida ċara lil Adrian Delia.", "Per eżempju, agħtu ħarsa lejn il-voti li ġabu Alleanza Bidla u l-Partit Demokratiku: meta ġie eliminat Godfrey Farrugia, ix-xejra tal-wirt tal-voti kienet lejn kandidat wieħed.", "David Casa wiret kważi 400 vot; Frank Psaila wiret 85 vot biss.", "Meta Cami Appelgren ġiet eliminata, David Casa wiret 900 vot filwaqt li Frank Psaila wiret 185 vot biss.", "F'din l-elezzjoni, tad-Dar Ċentrali minflok immiraw l-istrateġija tagħhom biex jissuperaw lil tal-Labour, dawwru l-kanuni tagħhom fuq David Casa u dan tal lit-tmexxija tal-PN tfiha hekk kif għamel sforzi kbar biex ikun Oppożizzjoni għall-gvern effettiva.", "U spiċċaw ma rnexxilhomx itellgħu lill-benjamin tagħhom Frank Psaila.", "Għandi nifhem li dan il-logħob strateġiku lagħbuh ukoll fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Ir-riżultati ta' dawn l-elezzjonijiet se jitfgħu dawl fuq is-suċċess jew in-nuqqas tiegħu ta' dawk li kienu qed jaħmu l-pjanijiet fid-Dar Ċentrali.", "Dawn il-voti għad iridu jingħaddu u nitkellmu dwar dawn ir-riżultati aktar il-quddiem.", "Previous: L-Avukat Ġenerali jirrifjuta li jgħasses fuq kontijiet bankarji tal-ħallelin imdaħħla fl-iskandlu tal-isptarijiet Next: Jaqaw Jean Pierre Debono se jmur igħix Għawdex? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/jaqaw-jean-pierre-debono-se-jmur-ighix-ghawdex/", "date": "Wed, 29th May '19, 10:33", "category": "blog, politics, government", "title": "Jaqaw Jean Pierre Debono se jmur igħix Għawdex?", "text": ["Ir-riżenja ta' David Stellini mill-Parlament (se nikteb dwar din l-aħbar dalwaqt) ħolqot vojt li jrid jimtela' fil-Grupp Parlamentari tal-PN.", "David Stellini kien ġie elett f'elezzjoni każwali meta Marthese Portelli telgħet minn żewġ distretti u kellha ċċedi wieħed minnhom.", "Dan ifisser li l-vojt jrid jimtela' minn xi ħadd li jintagħżel mill-partit politiku li minnu jagħmel parti d-deputat parlamentari li jkun irriżenja.", "Fit-teorija, hi affari tal-PN dwar min għandu jagħżel biex ipoġġi fis-siġġu ta' Stellini.", "Iżda l-PN ta' bilfors ikollu jagħmel ċerti kalkoli qabel jagħmel l-għażla.", "B'xorti ħażina, il-kriterji tal-għażla m'humiex \"min huwa l-aħjar\" biex jieħu post Stellini.", "Membru parlamentari jtellgħu l-elettorat indipendentement minn kull kriterju oġġettiv ta' kompetenza.", "Għaldaqstant partit politiku jkollu jagħżel, mhux skond il-kriterju dwar min hu jew min hi l-aħjar persuna biex timla' l-vojt li jkun ħalla deputat li jkun irriżenja (għażla bħal din issir biss meta jintgħażlu l-kandidati għall-elezzjoni) iżda skond l-elettorat lil min kien jagħżel li kieku kellu jingħata l-opportunità li jagħmel dan.", "Għalhekk il-\"ġustizzja\" jkollha rwol akbar f'każijiet bħal dawn u ħafna drabi jintagħżel il-kandidat li jkun fil-lista u li jkun imissu li jitla' għax ikollu numru ta' voti akbar minn tal-oħrajn.", "Il-kandidat li ġab l-aktar voti minn fost dawk li ma telgħux fid-distrett ta' David Stellini huwa Kevin Cutajar, avukat li serva fil-kunsill tal-lokalità tiegħu għan-nom tal-PN għal diversi snin.", "Illum deheru diversi posts li għamlu ħbieb ta' Kevin Cutajar li fihom tkellmu dwar il-kwalitajiet tiegħu u l-fatt li, minkejja diżabilità tiegħu – huwa bniedem nieqes mid-dawl – wera' li huwa politiku kapaċi u membru ewlieni tal-komunità fejn igħix.", "Jien naqbel ma' dan ir-raġunar.", "Iżda anki li kieku ma kellux dawn il-kwalitajiet kollha, xorta waħda jmiss lilu biex jirrappreżenta lill-elettorat Għawdxi bħala t-tielet preferenza tagħhom wara David Stellini u Marthese Portelli.", "Il-PN bħal donnu qed jikkunsidra li jeqred l-għażla tal-elettorat.", "It-tmexxija tal-PN, hi u tirribatti s-sejħiet għar-riżenja ta' Adrian Delia b'diskors ripetut li dan kien ġie elett demokratikament – bħallikieku elezzjoni demokratika tagħtik id-dritt li żżomm postok għal għomrok – tidher li qiegħda tikkunsidra li tinjora l-għażla demokratika tal-elettorat Għawdxi u dan għal raġunijiet purament tattiċi.", "Issa nafu li bħalissa s-sitwazzjoni tal-PN f'Għawdex m'hix waħda mill-aqwa.", "Ir-raġuni li d-deputati parlamentari tagħna jittellgħu minn 13 il-distrett elettorali hi li, bejn wieħed u ieħor, il-popolazzjoni ta' Għawdex hi ekwivalenti għal wieħed minn tnax ta' Malta u d-distretti tfasslu biex jiżguraw li kull rokna tal-gżejjer Maltin tkun rappreżentata fil-Parlament.", "Fil-każ ta' Għawdex dan huwa mill-aktar rilevanti.", "F'Malta huwa meħtieġ li jkun hemm rappreżentanza adegwata għall-inħawi taż-żewġ portijiet, għan-nofsinhar tal-pajjiż, għaż-żona agrikola tal-punent u għaż-żona tat-tramuntana.", "Iżda d-differenza bejn iż-żoni f'Malta m'hix daqstant kbira daqs id-differenzi li jeżistu f'Għawdex minħabba l-insularità doppja u l-identità distinta tal-gżira.", "Għal snin twal il-PN dan fehmu: f'Malta mhux diffiċli għal bniedem li joqgħod f'lokalità li jirrappreżenta l-elettorat f'lokalità oħra.", "Iżda bħala regola l-Għawdxin itellgħu lill-Għawdxin għar-raġuni li ħadd daqs l-Għawdxin stess ma jista' jifhem il-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom.", "Li kieku l-PN kellu jiddeċiedi li jagħżel Malti biex jieħu post David Stellini, ikun qed juri stmerrija għall-ħtiġijiet tal-Għawdxin.", "Madankollu jidher li s-siġġu parlamentari ta' David Stellini ġie \"mwiegħed\" lil Jean Pierre Debono bħala tpattija għas-sagrifiċċju li kien għamel meta lil Adrian Delia għamillu l-wisa' biex seta' jieħu postu fil-Parlament hekk kif leħaq mexxej tal-partit.", "Ma nafx dan hux minnu jew le, iżda l-fatt li xi deputati parlamentari u attivisti diġà bdew jagħtu \"merħba\" prematura fil-Parlament lil Kevin Cutajar huwa indikazzjoni ċara li teżisti taqtiegħa interna dwar din il-kwistjoni.", "Jean Pierre Debono jkun għażla aħjar mill-għażla ta' Kevin Cutajar?", "Ma naħsibx li l-kwistjoni għandha tkun imsejsa fuq min minnhom ikun l-aħjar.", "Il-qofol tal-kwistjoni hi li, jekk huwa minnu li siġġu parlamentari ġie \"mwiegħed\" f'nofs taqtiegħa interna għas-setgħa, dan ifisser li l-klijenteliżmu se nkunu niżżilnih għal livell baxx ieħor.", "Il-votanti Nazzjonalisti Għawdxin għandhom dritt għal rappreżentanza adegwata minn persuna li tgħix fosthom.", "Jew dawn ser ikollhom joqgħodu jmorru sa Ħaż-Żebbuġ biex ikellmu lid-deputat tagħhom?", "Previous: GUEST POST: Eks strateġista tal-PN igħarbel in-numri Next: Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa jiċħad mal-50 emenda tal-gvern Malti: adottat rapport bi kritika ħarxa ġmielha window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/sehhet-caqlieqa-fost-l-elettorat/", "date": "Wed, 29th May '19, 23:39", "category": "blog, politics, government", "title": "Seħħet ċaqlieqa fost l-elettorat", "text": ["Sa ċertu punt, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għandu biss importanza simbolika.", "F'termini elettorali, f'din il-lokalità m'hemmx kwantità kbira ta' voti u l-kunsill lokali tal-belt kapitali għandu s-setgħat tiegħu limitati bħalma huma limitati wkoll tal-kunsilli l-oħrajn.", "Madankollu l-uġigħ jinħass xorta waħda.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-elezzjoni f'din il-lokalità spiċċat battalja bejn tnejn – Alfred Zammit u Ray Azzopardi – dwar min minnhom kellu jilħaq Sindku u Viċi-Sindku.", "It-tellieqa spiċċa biex rebbaħha Alfred Zammit.", "Tellieqa li ma kienet xejn ħlief monument għall-medjokrità li teżisti fil-ħajja pubblika Maltija.", "Ftit xhur ilu l-Viċi-Sindku l-ġdid irsista kemm felaħ biex \"jipprojbixxi\" l-protesti quddiem il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir u kien saħansitra refa' jdejh fuq xi protestanti, inklużi fuq membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia talli dawn kellhom l-ardir li jirfsu fuq il-paviment tal-misraħ \"tiegħu\".", "M'hemmx dubju li ninsabu fuq l-għatba ta' żminijiet interessanti.", "U dan mhux għax il-ġrajjiet li għaddejna minnhom fl-imgħoddi kienu ħallewna b'idejna fuq żaqqna.", "Fit-tellieqa bejn il-partiti, il-PN baqa' jaqla' d-daqqiet kontinwi u qed isib ruħu bla saħħa li jilqa' għalihom.", "Il-PN jinsab fil-qiegħ nett.", "Iżda minkejja li l-PN bħalissa jinsab imdawwar b'ħafna tifrik, tfaċċaw ukoll f'nofs it-tifrik xi ftit raġġi tax-xemx.", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u lokali jindikaw li seħħet ċaqlieqa fost l-elettorat.", "Nieħdu l-elezzjoni li saret f'Ħal Balzan li ntrebħet mill-PN 4-1.", "Għalkemm dan ir-riżultat kien mistenni, li hu sinjifikanti huwa l-fatt li dak li kien il-Viċi Sindku tal-lokalità, ċertu Andrè Grech, baqa' l-art.", "Dan kien ħadha drawwa li joħroġ jikkritika b'mod feroċi li kull minn kien jażżarda – bħalma ta' sikwit ażżardajt jien permess ta' din il- website – jikteb b'mod kritiku dwar Adrian Delia.", "Andrè Grech iridha ta' wieħed mill-galoppini ewlenin tal-mexxej \"demokratikament elett\" (ara li ma tmorrux tinsewha din!) tal-PN u paladin tat-\"tmexxija\" tal-mod ġdid tal-PN.", "Bil-vot tagħhom, ir-residenti ta' Ħal Balzan lil Andrè Grech għadhom kemm bgħatuh jixxejjer.", "Għall-erwieħ: tgħidx kemm jidhru sbieħ aktar mis-soltu il-ftit raġġi tax-xemx li jitfaċċaw meta jkun qed jinżel dulluvju.", "Kien ħafna aktar ta' sinjifikat ir-riżultat tal-elezzjoni fil-lokalità kbira ta' San Pawl il-Baħar li ntrebaħ minn tal-Labour.", "L-istess ġara' fil-Mellieħa.", "Għall-elezzjoni f'San Pawl il-Baħar, l-istrateġisti tal-PN imbuttaw il-kandidatura ta' Anthony Delia, ħu l-kap tal-partit.", "Iżda xorta waħda fallielhom.", "F'din il-lokalità, l-kunjom Delia ma serviex biex ħajjar lill-votanti biex jivvutaw PN – pjuttost serva biex naffarhom aktar.", "Make your voice heard.", "Use your vote wisely.", "Geplaatst door Anthony Delia op Zaterdag 2 maart 2019 Issa jien naf li kunjomi Delia wkoll u fl-elezzjonijiet jien ukoll ma qtajtx wisq sandar u dan ferm qabel tfaċċa fix-xena Adrian Delia.", "Nirsisti kemm nirsisti, ċert li saħansitra lanqas f'kumitat ta' każin tal-boċċi m'jien kapaċi li nitla' elett.", "Iżda jibqa' l-fatt li jeżisti sinjifikat fundamentali: dan kollu jirrifletti ruħu wkoll fil-falliment ta' dawk il-kandidati li fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew identifikaw ruħħom mat-\"tmexxija\" tal-PN u fis-suċċess ta' dawk il-kandidati li naqsu li jidentifikaw ruħħom b'dan il-mod.", "Matul il-kampanja elettorali, kien hemm kandidati tal-PN għall-elezzjoni Ewropea li ħasbu għal xawwathom u forsi gidmu xi ftit ilsienhom u dan biex ma jidhrux koroh ma' dawk ta' madwar it-tnexxija.", "Naturalment beżgħu li jekk jidhru li huma ostili jew kritiċi lejn it-\"tmexxija\", il-partitarji kienu jpattuhielhom bil-vot tagħhom.", "Matul il-kampanja, David Casa u Roberta Metsola kellhom jitbissmu u jissaportu: m'għandniex xi ngħidu, kienu beżgħana li ma jidhrux bħala kandidati li qed iżommu passi 'l bogħod mill-ġerarkija uffiċjali tal-partit.", "U dan il-fatt seta' tellifhom il-voti ta' dawk li l-idea li jkun hemm xi ħadd bħal Adrian Delia jmexxi lill-PN ma togħġobhom xejn.", "Madankollu, minkejja d-delikatezza tas-sitwazzjoni, David Casa u Roberta Metsola rnexxielhom iġibuha żewġ.", "Jista' jagħti l-każ li, minn issa 'l quddiem, se jkun hemm aktar u aktar membri parlamentari, membri tal-eżekuttiv u dawk tal-kunsill ġenerali tal-PN li ser jintebħu li isem Adrian Delia m'huwiex wieħed li jiġbed in-nies u li jista' jagħti l-każ li jkun jeħtieġ li jabbandunaw il-vapur biex ma jispiċċawx jegħrqu miegħu huma wkoll.", "Huwa ċar li l-elettorat ġab ruħu b'għaqal li żgur ma kienx mistenni minn ċerti politiċi fi ħdan il-PN.", "L-elettorat wera' li lil dawk ta' madwar Adrian Delia xejn m'hu qed jarahom ħelwin u bis-saħħa t'hekk jista' jagħti l-każ li politikament x'uħud jibdew jaħsbu għal rashom biex f'għajnejn in-nies ma jidhrux li huma qrib tiegħu.", "M'għandniex xi ngħidu, dan kollu ma jfissirx li huwa inevitabbli li fi ħdan il-PN ser issir xi bidla mill-lum għall-għada.", "Adrian Delia u tal-klikka ġewwinija ta' madwaru ma jidhirx li qed jaħsbu biex jabbandunaw il-vapur.", "Iżda fix-xifer ta' din il-klikka ta' ġewwa, hemm klikka oħra u fost dawn hemm dawk li ma rnexxielhomx jitilgħu fil-Parlament Ewropew jew inkella f'xi Kunsill Lokali.", "Waħda tal-aħħar: Natius Farrugia, li kien mexxa marmalja li segwiet lil Daphne Caruana Galizia f'triq fir-Rabat u li, ħmistax wara l-assassinju tagħha, kien għadda rimarki dispreġġjattivi dwarha fil- Facebook page ta' Jean Claude Micallef meta dan l-għaref kien kiteb li wara mewtha ma kienx jistħoqqilha rispett, spiċċa qala' tumakka mingħand il-votanti Laburisti Żrieraq għax issa ma jistax jibqa' jservi ta' Sindku.", "Ħaqqu.", "Previous: Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa jiċħad mal-50 emenda tal-gvern Malti: adottat rapport bi kritika ħarxa ġmielha Next: Biex issib tarf tagħha, problema trid tkun fhimtha window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/il-vot-ta-fiducja-li-ser-jittiehed-fil-kunsill-generali-mhuwiex-imsejjes-fuq-it-trasparenza-u-s-sewwa-il-firmatarji/", "date": "Wed, 10th Jul '19, 13:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-vot ta' fiduċja li ser jittieħed fil-Kunsill Ġenerali \"m'huwiex imsejjes fuq it-trasparenza u s-sewwa\" – il-firmatarji", "text": ["Dawk li qed imexxu l-mozzjoni ta\" fiduċja dwar Adrian Delia qed jilmentaw fil-beraħ li s-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli qed jisfida l-ordnijiet tal-Kumitat Eżekuttiv dwar it-termini ta' riferenza tal-kunsill ġenerali li ser jissejjaħ fis-27 ta' Lulju.", "Laqgħa tal-Kunsill Ġenerali ssejħet wara li aktar minn 150 firmatarju talbu li din tissejjaħ.", "Madankollu, l-amministrazzjoni tal-Partit qalet li fil-petizzjoni kien hemm inqas minn 150 firma valida u dan peress li kienu tneħħew mil-lista dawk kollha li ma kinux għadu ħallsu t-tessera għall-2019.", "Wieħed mill-firmataji tal-petizzjoni qalli l-amministrazzjoni tal-Partit qed taqa' għall-assurditajiet għax ikun ifisser li s-sħubija ta' kull membru tal-partit tiġi sospiża fl-ewwel jum ta' kull sena sakemm dawn iħallsu t-tessera li ħafna drabi titħallas f'xi żmien matul is-sena meta l-kolletturi f'kull lokalità jmorru jħabbtu l-bibien biex jiġbru l-ħlas.", "Ta' min ifakkar li, kieku verament jeżisti dan ir-regolament, Adrian Delia ma kienx ikun eliġibbli biex jivvota – aħseb u ara biex jikkontesta l-elezzjoni għal kap tal-partit – ġaladarba kien sentejn lura fil-ħlas tat-tessera tiegħu.", "Madankollu jidher li l-kwistjoni dwar jekk għandux jissejjaħ Kunsill Ġenerali jew le jidher li nstab tarfha f'laqgħa riċenti tal-Kumitat Eżekuttiv li fiha Adrian Delia huwa mifhum li nsista li jissejjaħ il-Kunsill biex tiġi diskussa l-fiduċja fih.", "Il-firmatarji tal-petizzjoni – li fosthom hemm l-eks President tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Anthony Sammut u l-eks kandidat Ivan Bartolo, f'ittra indirizzata lill-President il-ġdid tal-Kumitat Eżekuttiv Alex Perici Calascione lmentaw li l-kliem tal-mozzjoni għall-kunsiderazzjoni tal-Kunsill inbidel b'mod li m'għadux jintagħraf.", "Issa jidher li teknikament il-Kunsill ser jissejjaħ mill-Kap b'aġenda dettata minnu by him u dan m'huwiex ser jivvota dwar jekk Adrian Delia jgawdix il-fiduċja jew le.", "Mhuwiex ċar b'liema mod ser tinbidel il-mozzjoni ta' fiduċja oriġinali.", "Dan mhux kollox.", "Għaliex il-firmatarji llum allegaw li ġiet imbagħbsa l-kompożizzjoni tal-Kunsill Ġenerali permezz ta' tibdiliet fid-dritt tal-vot ta' ċerti membri u dan wara li kienet ġiet preżentata l-petizzjoni biex jissejjaħ il-Kunsill.", "Qed jiġi allegat li dan sar biex ċerti kunsilliera li m'għandhomx grazzja mal-Kap jitneħħew u jiddaħħlu oħrajn li x'aktarx ikunu lesti li jappoġġjawh f'vot ta' fiduċja.", "Mark Anthony Sammut u Ivan Bartolo qalu li kienu saru jafu b'dan it-tbagħbis f'laqgħa li saret il-bieraħ mal-kummissjoni elettorali tal-Partit immexxija minn Francis Zammit Dimech.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti wkoll is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli.", "L-ilment tal-firmatarji jitfa' dawl fuq l-istat miskin li bħalissa jinsab fih il-PN.", "Minkejja d-diskors ta' Adrian Delia fejn talab li jkun hemm proċess trasparenti ta' verifika dwar il-mozzjoni ta' fiduċja li ġiet preżentata kontra x-xewqa tiegħu, qiegħed jagħmel minn kollox biex jevita t-teħid ta' vot formali li għandu jistabbilixxi b'ċertezza dwar jekk l-ogħla organu tal-PN għandux fiduċja fit-tmexxija tiegħu.", "Kemm il-darba ma jirnexxilux jevita t-teħid tal-vot, jidher li se jerġgħu jqajjmu rashom allegazzjonijiet dwar eliġibilità u tbagħbis.", "Allegazzjonijiet bħal dawn kienu diġà saru fl-elezzjoni li kien rebaħ Adrian Delia li permezz tagħha nħatar kap tal-partit.", "U reġa' ġara' l-istess riċentement waqt vot li ttieħed fil-Kumitat Eżekuttiv dwar il-persuna li kellha tingħażel biex tieħu post fil-Parlament li tbattal minn David Stellini.", "F'dawn il-każijiet kollha, dawk ta' madwar Adrian Delia ġew mixlija bi tbagħbis.", "Taħsbu li riżultat imbagħbas qatt jista' jwassal għar-rikonċiljazzjoni u għat-tiġdid fil-PN?", "Previous: Strument ta' għaqda Next: Atmosfera serena window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/kumitat-tal-kunsill-tal-ewropa-jichad-mal-50-emenda-tal-gvern-malti-adottat-rapport-bi-kritika-harxa-gmielha/", "date": "Wed, 29th May '19, 14:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa jiċħad mal-50 emenda tal-gvern Malti: adottat rapport bi kritika ħarxa ġmielha", "text": ["Il-gvern Malti għadu kemm ġie umiljat mill-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem: dan ċaħad mal-50 emenda li l-gvern ta' Joseph Muscat ried jagħmel biex tinbidel it-tifsira ta' rapport imħejji minn deputat parlamentari Olandiż li sab nuqqasijiet kbar f'dik li hi s-saltna tad-dritt f'Malta.", "Ir-rapport ta' Pieter Omtzigt issa għadda mill-għarbiel u ġie aċċettat mill-Kumitat minkejja r-reżistenza qawwija mir-rappreżentant tal-gvern Malti d-deputat Laburista Manwel Mallia fil-laqgħa ta' Pariġi li seħħet illum.", "Manuel Mallia ntavola u ddefenda diversi emendi għar-rapport biex jipprova jnaqqas il-gravità ta' dak li rriżulta, jiġifieri li fejn tidħol il-governanza f'Malta jeżistu dgħjufijiet kbar u dwar l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Istat wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Bħala riżultat, il-Kumitat iddeċieda li jadotta rapport li fih kritika ħarxa li qatt ma saret qabel dwar l-istat dgħajjef tad-demokrazija tagħna.", "Dan ir-rapport issa se jiġi mgħoddi lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bil-għan li jittieħed vot aħħari mill-ogħla għassies tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa.", "Dan il-vot mistenni jittieħed qabel il-waqfa tas-sajf.", "Bħala parti ntegrali tar-rapport li ġie adottat illum hemm ukoll abbozz ta' riżoluzzjoni għall-Assemblea Parlamentari li permezz tagħha il-gvern se jiġi mitlub iniedi inkjesta indipendenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, ħaġa li l-gvern għadu sal-lum jirreżisti.", "Fl-abbozz tar-riżoluzzjoni hemm ukoll talba lill-gvern biex jimplimenta diversi bidliet sabiex is-saltna tad-dritt f'Malta terħa' tiġi fis-seħħ u talba biex il-gvern ma jkomplix jaħtar imħallfin u maġistrati ġodda sakemm tiġi riveduta s-sistema tal-ħatriet.", "Qabel tasal għal ġudizzju dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem f'xi pajjiż, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa taħtar rapporteurs minn ħdanha bil-għan li dawn jinvestigaw u jfasslu rapporti dwar il-qagħda fi Stati Membri.", "F'Settembru 2018, il-gvern – rappreżentat minn Manuel Mallia – għamel pressjoni kbira biex jitkeċċa Pieter Omtzigt, ir- rapporteur magħżul mill- Assemblea Parlamentari.", "Din il-pressjoni ma ħallietx frott.", "Il-Kumitat issa adotta r-rapport tar- rapporteur u rrakkomanda li dan jiġi wkoll adottat mill-Assemblea Parlamentari permezz ta' riżoluzzjoni li se tkun ta' pressjoni morali internazzjonali kbira fuq il-gvern ta' Malta bil-għan li dan jiġi mġiegħel jissottometti ruħu għal-livelli Ewropej f'dawk li huma diċenza u rispett fil-konfront tad-drittijiet tal-bniedem.", "Kopja tar-rapport tinsab hawn.", "Previous: Jaqaw Jean Pierre Debono se jmur igħix Għawdex?", "Next: Seħħet ċaqlieqa fost l-elettorat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/il-partit-l-ewwel-u-qabel-kollox/", "date": "Fri, 31st May '19, 12:42", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Partit l-ewwel u qabel kollox", "text": ["Dan m'hu ħadd ħlief Alfred Grixti, għal bosta snin attivist tal-Partit Laburista.", "Hawn jidher jiċċelebra ma' sħabu Laburisti r-rebħa kbira li għamel il-partit tiegħu f'dawn il-ġranet.", "U hawn jidher il- Facebook page ta' Alfred Grixti imżejjen bil- logo li l-Partit Laburista għamel użu minnha matul il-kampanja għal dawn l-elezzjonijiet.", "Kulħadd, inkluż Alfred Grixti, għandu d-dritt li jappoġġja u jimmilita fil-Partit Laburista.", "Iżda Alfred Grixti jokkupa wkoll il-kariga ta' CEO (uffiċjal eżekuttiv tafux mhux chairman part-time tal-bord) tal-Fondazzjoni għas-Servizz tal- Welfare Soċjali.", "F'dan il-kuntest, il-partiġġjaniżmu tiegħu jqanqal bosta problemi.", "Alfred Grixti huwa l-kap tal-aġenzija pubblika ewlenija li toffri servizzi soċjali personalizzati f'Malta u Għawdex u tieħu ħsieb każijiet sensittivi bħalma huma l-abbużi fuq it-tfal u kwistjonijiet b'rabta mal-ħarsien tat-tfal, il-vjolenza domestika, il-vizzji, l-faqar u l-esklużjoni soċjali. .", "Għandu jkun minn ewl id-dinja li dawn il-funzjonijiet tal-gvern għandhom jiġu mħarsa mill-indħil jew influwenzi partiġġjani.", "Qabel l-2013 dan kien ċertament minn ewl id-dinja.", "Il-gvern ta' dak iż-żmien, li mhux biss xtaq li jrażżan lilu nnifsu milli jindaħal iżda ried li jġib ruħu f'pożizzjoni li ma jkunx jista' – lanqas jekk ikun irid – li jindaħal, kien ħatar lil Joe Gerada u lil Sina Bugeja – it-tnejn b'simpatiji Laburisti iżda magħrufin għall-kompetenza professjonali tagħhom – biex imexxu l-Fondazzjoni.", "Joe Gerada saħansitra tkellem f'attivitajiet tal-Partit Laburista biex jappoġġja lill-kbir Joseph Muscat.", "F'wiċċ tal-Labour m'għandek qatt ċans li ssib xi qatra żejt.", "Bir-rimi, iżda, ssib l-indħil u l-preferenzi partiġġjani.", "Lill-uffiċju tiegħu, Alfred Grixti dawwru f'fergħa tal-Kwartier tal-Partit Laburista.", "Pożizzjonijiet għolja ingħataw lil persuni tal-qalba bħal Claudette Abela Baldacchino (li kienet ixxandar fuq is-Super 1, kandidata u kunsilliera Laburista) u bħal Remenda Grech li bħalissa għandha tinsab f'relazzjoni intima ma' Owen Bonnici.", "Fil-frattemp, il-persuni professjonali li kienu jaħdmu f'dan il-qasam tqaċċtu 'l barra – ħafna minnhom imdejqin għall-aħħar bid-deċiżjonijiet partiġġjani li ttieħdu.", "Min qed igawdi?", "Bla dubju, l-bażużli Laburisti.", "Min qed ibati?", "Dawk il-persuni kollha li huma vulnerabbli u li qed ibatu li jistennew il-wens mingħand l-Istat.", "Dan il-wens jingħata – iva – imma b'kundizzjoni li dan iservi l-iskopijiet partiġġjani tagħhom.", "Għaliex Malta tinsab f'qalbhom, tafux..", "Previous: Tal-Labour iriduh jibqa' b'saħħa Next: GUEST POST: Eks-strateġista tal-PN jagħti ħarsa lejn ir-riżultati ta' din il-ġimgħa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/biex-issib-tarf-taghha-problema-trid-tkun-fhimtha/", "date": "Fri, 31st May '19, 09:50", "category": "blog, politics, government", "title": "Biex issib tarf tagħha, problema trid tkun fhimtha", "text": ["M'hix ħaġa tas-soltu li jkollok eks-kap tal-PN li joħroġ għonqu biex jagħti pariri lis-suċċessur tiegħu.", "Kull eks-kap għandu esperjenza dwar xi tfisser li tkun fit-tmexxija u jaf li, tajbin kemm ikunu tajbin l-intenzjonijiet, dak li jaraw bħala ndħil x'aktarx ma jkunx apprezzat.", "Ma naħsibx li l-kummenti li għamel il-bieraħ Lawrence Gonzi lit- Times of Malta kienu ntenzjonati biex ikunu ta' għajnuna, għallinqas mill-perspettiva tas-suċċessur preżenti tiegħu.", "Madankollu wieħed ma jistax ma jammettix li l-parir li ngħata minn Lawrence Gonzi huwa għal kollox korrett.", "Parir li huwa konsistenti mal-fehmiet ta' dawk li sfida lil Adrian Delia jħarsu lejha bħallikieku kienet xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Il-partitarji ta' Adrian Delia ta' spiss jirrepetu li huwa kien ġie elett bis-saħħa tal-appoġġ tal-maġġoranza tat-tesserati tal-partit li kienu vvutaw wara li l-Kunsill Ġenerali niżżel in-numru ta' kandidati fit-tellieqa għal tnejn.", "Lil Adrian Delia, Lawrence Gonzi tah parir biex jerġa' jiffaċċja lill-membri tal-partit biex ikejjel għadx għandu l-appoġġ tagħhom jew le.", "Lil Adrian Delia m'huwiex jagħtiħ il-parir biex idabbar rasu.", "Dan il-parir jagħmel sens għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel.", "Jekk Adrian Delia, kontra r-rieda tiegħu, jiġi mġiegħel idabbar rasu, m'hemmx dubju li wħud mill-membri tal-partit jieħdu għalihom b'tali mod li l-għaqda fil-partit ssir kważi mpossibbli li sseħħ.", "Jekk wieħed igħarbel ftit ir-riżultati tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, wieħed għandu jintebaħ li l-appoġġ għal Adrian Delia – meta dan jiġi paragunat mal-appoġġ li għandhom oħrajn b'fehmiet differenti fil-Partit – m'huwiex kbir daqskemm kemm wieħed seta' jaħseb.", "Ir-riżultat li ġab Frank Psaila paragunat ma' dak li ġabu Roberta Metsola u David Casa jitkellem waħdu.", "Hemm ukoll ir-riżultati fqar li ġabu numru ta' kunsilliera lokali li huma meqjusa bħala persuni qrib it-tmexxija preżenti tal-PN.", "Riżultat li mar kontra x-xejra ġenerali ta' telfiet għall-PN kien dak tan-Nadur.", "M'hemmx dubju li r-riżultat tajjeb li ġie akkwistat huwa mertu tas-Sindku Edward Said, li jiġi ħu Chris Said li kien tellaq ma' Adrian Delia fl-elezzjoni għal Kap tal-PN.", "Jibqa' l-fatt li anki li kieku l-appoġġ għal Adrian Delia jirriżulta li huwa limitat, jekk Adrian Delia jiġi mġiegħel idabbar rasu ikun hemm numru mdaqqas ta' votanti tal-PN li jitnaffru u ebda kap ġdid ma jkun irid jibda' paġna ġdida b'xenarju bħal dan.", "It-tieni.", "Il-parir ta' Lawrence Gonzi fil-fatt huwa wieħed pożittiv.", "Kull kap li jkun irid isib tarf tal-battibekki nterni, jkun jeħtieġ li jfakkar lil kulħadd li r-riedni jinsab f'idejh.", "Adrian Delia jidher li għandu biża' patoloġika mill-voti u din il-biża' għamlitlu ħsara kbira matul dawn l-aħħar għoxrin xahar.", "Għamel minn kollox biex jaħrab minn kull opportunità li seta' kellu biex ikejjel l-appoġġ li jgħid li għandu fl-istrutturi tal-partit u ta' sikwit ħarab b'mod speċjali bis-saħħa ta' voti meħudin bl-idejn.", "Jekk jittieħed vot sigriet u jirbħu, jispiċċa biex isaħħaħ l-awtorità tiegħu.", "Iżda bil-fatt li qed jirreżisti t-teħid ta' vot sigriet, l-awtorità tiegħu qed tiddgħajjef.", "Dan bħal meta wieħed jirrifjuta li jagħmel breathalyser test hekk kif jitwaqqaf mill-pulizija fil-karrozza li jkun qed isuq.", "Dan ir-rifjut waħdu m'huxiex prova li kien fis-sakra jew li ħa xi qatra żejda.", "Iżda, f'xenarju bħal dan, nafu x'kwalità ta' ħsibijiet jgħaddu mill-imħuħ.", "It-tielet.", "Mhux biżżejjed li wieħed jistaqsi l-mistoqsija dwar jekk Adrian Delia għandux jibqa' jservi bħala kap tal-PN.", "Wieħed ikun jeħtieġ jistaqsi wkoll dwar x'jiġri wara li dan jitlaq.", "Dak li stqarr il-bieraħ Lawrence Gonzi ma kienx sfida lil Adrian Delia biss – kien sfida wkoll diretta lejn dawk li potenzjalment jistgħu jieħdu postu.", "U dan għaliex Lawrence Gonzi – m'huwiex waħdu f'dan – qed jara li m'hemmx xi dudu twil ħafna ta' kandidati potenzjali li huma lesti li jerfgħu s-salib u li jmexxu lill-partit lejn żminijiet aħjar.", "M'hemmx dubju li hemm numru żgħir ta' persuni eliġibbli li jerfgħu s-salib fuq spallejhom.", "Iżda l-PN jinsab fil-kriżi li jinsab fiha mhux biss minħabba l-fatt li Adrian Delia għadu ma ntebaħx li huwa stess hu parti kbira mill-problema, iżda wkoll minħabba l-fatt li dawk li potenzjalment jistgħu jieħdu postu għadhom ma ntebħux li jeħtieġ li jkunu parti mis-soluzzjoni.", "Jista' jagħti l-każ li dawn il-mexxejja potenzjali bħalissa qed jiġu midluka bix-xema' u mħeġġa ripetutament mis-segwaċi u l-ħbieb tagħhom biex jidħlu bir-ras għat-tmexxija tal-partit.", "Fil-politika ftit huma dawk li jkunu jafuhulek u għalhekk m'hemm xejn ħażin jekk f'dan l-istadju jindilku b'xi ftit xema'.", "Ix-xema' li tindilek fuqhom, dawn il-politiċi jistgħu ukoll ikejjluha mal-indiema li jista' għandhom talli nqasu li jirreaġixxu għaliha.", "U jistgħu ukoll jivvintaw mitt skuża biex jibqgħu ma jippreżentawx ruħħom biex imexxu lill-Partit.", "Fl-2017, huwa ċar li Adrian Delia ma kienx fehem għalxiex kien ser jidħol.", "Tilef il-professjoni tiegħu u d-dħul finanzjarju minnha, forsi anki tilef lill- familja u dan minħabba kariga li għaliha jitħallas bil-karawett.", "Iżda r-responsabbiltajiet li kellu xorta baqgħu ma' wiċċu: xorta waħda jkollu jiffaċċja spejjeż bħalma huma l-miżati tal-iskejjel ta' wliedu u spejjeż oħrajn marbutin mat-trobbija tagħhom.", "M'hi sitwazzjoni feliċi xejn.", "Jista' jkun li dawk li potenzjalment jistgħu jieħdu postu – għax jafu sew kemm huwa tqil is-salib – diġà għamlu s-somom tagħhom u jista' jkun li kkonkludew li xejn m'hu vallapena li tidħol għal kariga bħal din li taf iġġiblek inkwiet bla tarf.", "Jista' jkun ukoll li bħalissa m'hemm ebda sostitut validu għal Adrian Delia.", "Jekk huwa minnu li l-kandidati potenzjali li qed jiġu mħeġġa' jtellqu fil-fatt m'humiex interessati għall-kariga, jkun aħjar jekk dan jiddikjarawh minn issa għax inkella huma wkoll ikunu qed jagħmlu l-ħsara.", "Dawn ukoll għandhom ir-responsabbiltajiet x'jerfgħu.", "Lawrence Gonzi sfida lil dawn il-persuni wkoll.", "Għaliex jekk Adrian Delia jasal biex jaċċetta li jsir vot sigriet, jeħtieġ ikun hemm oħrajn li jkunu lesti li jtellqu miegħu.", "U jekk imbagħad ma jkun hemm ħadd biex itellaq, l-awtorità ta' Adrian Delia ta' bilfors tiġi konfermata.", "U l-gwerra falza li hemm għaddejja b'xi mod ikollha tieqaf.", "Biex issib tarf tagħha, problema trid tkun fhimtha.", "Vot sigriet jista' jsib tarf tal-problemi tal-PN.", "Previous: Seħħet ċaqlieqa fost l-elettorat Next: Tal-Labour iriduh jibqa' b'saħħa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/tal-labour-iriduh-jibqa-bsahha/", "date": "Fri, 31st May '19, 12:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Tal-Labour iriduh jibqa' b'saħħa", "text": ["X'tambihom il-ħbieb?", "Xi żmien ilu l-editur tal-Orizzont xandar lista ta' persuni mistmerrijin minħabba r-rabtiet – veri jew ivvintati – li kellhom mal-Partit Nazzjonalista.", "Il-persuni f'din il-lista l-Orizzont lestiethom għall-\"forka\".", "Fiż-żminijiet li qegħdinninsabu fihom, l-Orizzont qed timmira lejn persuna fil-PN – mhux biex teliminah – imma pjuttost biex tara li żgur jibqa' f'postu.", "L-Orizzont m'hix waħedha.", "Kulma qiegħda tagħmel hi li timxi fuq il-passi tal-kelliema tal-Partit Laburista li qed isejħu biex Adrian Delia jibqa' jmexxi lill-PN.", "Hija sitwazzjoni surreali li bilkemm titwemmen għaliex b'id waħda dawn qed juruh il-ponn u bl-oħra qed jmellsuh.", "L-editur tal-Orizzont illum tant ħareġ għonqu żżejjed biex jiddefendi lill-kap tal-PN li Albert Gauci Cunningham – dak li kien deher b'mod prominenti fil-posters tal-Partit Laburista – staħa.", "Aqraw il-post li dan tella' aktar kmieni llum.", "Previous: Biex issib tarf tagħha, problema trid tkun fhimtha Next: Il-Partit l-ewwel u qabel kollox window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/bla-saqaf-grazzi-ghan-nuqqas-ta-azzjoni-tal-istat/", "date": "Fri, 14th Jun '19, 17:42", "category": "blog, politics, government", "title": "Bla saqaf grazzi għan-nuqqas ta' azzjoni tal-Istat", "text": ["Il-Prim Ministru l-bieraħ ħareġ ordni rjali biex jieqaf kull tħammil ta' art u twaqqiegħ ta' bini sakemm issir reviżjoni tar-regolamenti li, skont hu, huma l-kaġun tal-kroll ta' binjiet.", "Mill-bieraħ 'l hawn il- Facebook imtela' b'ħafna kummenti dwar din l-ordni u dwar l-assurdità tagħha.", "Din kienet ir-raġuni għala l-ordnijiet rjali kienu ġew aboliti mir-Rivoluzzjoni Franċiża u flokhom tqiegħed proċess adegwat biex joħloq il-liġijiet.", "Il-liġijiet fil-Parlament igħaddu mill-ewwel, mit-tieni u mit-tielet qari mhux għax il-membri parlamentari jbatu mid-dyslexia iżda għaliex il-galbu hekk jitlob u għaliex huma perikolużi r-reazzjonijiet li ma jkunux imsejsa fuq riflessjoni.", "Fil- Facebook qrajt post miktub minn perit li lill-kollegi tiegħu wissihom li saħansitra anki t-twaqqiegħ ta' ħnejja f'residenza privata għandu jitwaqqaf anki jekk ix-xogħol ikun għadu nofs leħja.", "Fil-frattemp, il-gvern baqa' b'idejh fuq żaqqu anki f'dawk iċ-ċirkostanzi li jimmeritaw azzjoni.", "Li min spiċċa bla saqaf fuq rasu, l-gvern seta' jagħtihom kull appoġġ biex igħinhom jegħlbu t-trawma.", "Araw x'kitbet vittma tad-diżastru li seħħ il-bieraħ.", "Jidher li l-għaqdiet tal-karità ser ikollhom jidħlu biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet tal-gvern.", "L-ewwel laqgħa tal-Prim Ministru ma kienx messha saret ma' tal-Għaqda tal-Iżviluppaturi.", "Dawn għandhom saqaf fuq rashom.", "Kien messu ltaqa' mal-familja li spiċċat bla saqaf u kien messu għallinqas wriehom li qed jagħmel xogħolu – anki għal ġieħ wiċċ ir-ritratt tiegħu li din il-familja dendlet mal-ħajt tagħha.", "Previous: Iż-żewġ perċimes Next: Comical Ali u d-dikjarazzjonijiet tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/il-falza-stikka-ta-manwel-malllia/", "date": "Thu, 13th Jun '19, 14:53", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-falza stikka ta' Manwel Malllia", "text": ["L-istorja dwar meta Manwel Mallia għoġbu jibgħat messaġġ lil WhatsApp Group li jinkludi deputati Nazzjonalisti u li fih ħajjarhom biex \"imexxu l-kelma kontra\" rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, hi waħda li turi l-falza stikka li dan ħa meta daħal f' chat window żbaljat.", "Din l-istorja m'hix daqstant dwar l-iżball li ħa Manwel Mallia meta ma tax każ il-messaġġi tiegħu għand min kienu ser jaslu.", "Iżda hi aktar dwar il-fatt li l-gvern baqa' jirreżisti l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u li kien aktar moħħu li jiżvija l-attenzjoni minn fuq il-kontenut tar-rapport.", "Il-gvern għażel strateġija li se ġġiblu diżastru.", "Jippruvaw kemm jippruvaw imexxu l-kelma kontra r-rapport ta' Pieter Omtizgt, il-fatt jibqa' li kull min jieħu l-briga li jistħarreġ dwar Malta se jiġi wiċċ imb'wiċċ ma' stampa kerha waħx.", "Lil sħabu Manwel Mallia ried igħidilhom li jkun utli jekk imexxu l-kelma mal-kapijiet tal-gvern ta' Franza, l-Italja, Spanja, il-Portugall, il-Greċja u Ċipru waqt iż-żjara li dawn ser jagħmlu f'Malta fi tmiem din il-ġimgħa.", "Il-laqgħa f'Malta ser tkun opportunità għal Joseph Muscat li jmexxi l-kelma fost mexxejja reġjonali bil-għan li jipprova jipperswadihom jappoġġjawh għal xi ħatra fl-Ewropa.", "Skont Manwel Mallia, jekk titnaqqas il-kredibilità tar-rapport ta' Pieter Omtzigt, ikbar ikun iċ-ċans li Joseph Muscat jingħata ħatra.", "Iżda, kif igħid il-Malti, qed jara biss sal-ponta ta' mnieħru.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport li xxandar fir-rivista Franċiża L'Obs (dik li kienet Le Nouvel Observateur ) .", "Dawn xandru bijografija ta' Joseph Muscat għaliex semgħu li dan tefa' ħarstu fuq il-kariga li bħalissa qed jokkupa Donald Tusk bħala kap tal-Kunsill Ewropew.", "Din qalet li aħbar bħal din hi waħda \"ta' tħassib\".", "L-awtriċi tar-rapport tittratta dwar Malta u, bħala osservatur indipendenti, tikteb li l-pajjiż jinsab maħkum minn reġim awtoritarju li hu mċappas bil-korruzzjoni u li jagħti l-kenn lill-impunità.", "Tikteb ukoll li l-gvern tal-pajjiż qed jinjora l-fatt li ġurnalista li kienet tikkritika lir-reġim bl-aħrax ġiet assassinata waqt il-qadi ta' dmirijietha u li l-gvern jidher li huwa determinat li jfarfar taħt it-tapit iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-qtil tagħha.", "Din ukoll kienet il-konklużjoni li waslu għaliha dawn il-mezzi tax-xandir meta tkellmu dwar Malta: CBS, BBC, RAI, ARD, NHK, France2, El Pais, The Guardian, La Repubblica, Suddeutsche Zeitung, The New York Times u ħafna oħrajn.", "X'ħasbu li jaqraw il-kapijiet tal-gvern li ser ikunu fostna fi tmiem il-ġimgħa?", "Taħsbu li dawn ser jaqraw il-KullĦadd?", "Din l-istess konklużjoni nġibdet mir- rapporteurs għall-Parlament Ewropew, għall-GRECO u għall-kummissjoni ta' Venezja.", "Matul dawn l-aħħar sentejn, ir-rapport ta' Pieter Omtzigt kien biss l-aktar wieħed riċenti, l-aktar wieħed ta' bla tlaqliq u l-aktar wieħed li jittratta b'mod ċar dwar is-sitwazzjoni f'Malta.", "Huwa wkoll rapport li ma nkitibx minn xi aġent tal-Partit Laburista bħalma hu Manwel Mallia.", "Għaldaqstant la hu possibbli u lanqas huwa biżżejjed li wieħed \"imexxi l-kelma kontra\" r-rapport ta' Pieter Omtzigt, sakemm wieħed ma jittantax imeri s-sewwa magħruf li ġie dokumentat.", "Wara dak li seħħ din il-ġimgħa meta l-gvern għamel froġa sħiħa bl-emendi li ppropona għall-Kostituzzjoni, wieħed jista' jgħid li r-rapport ta' Pieter Omtzigt ma fieħx il-lista kompleta tal-oltraġġi u tal-attakki li dan il-gvern wettaq kontra d-demokrazija f'dan il-pajjiż.", "Issa jeħtieġ li jinkiteb suppliment għar-rapport tiegħu.", "Li kieku ried, Manwel Mallia seta' mexxa l-kelma ma' Owen Bonnici biex dan ifassal liġi biex jitjieb il-livell tal-prosekuzzjonijiet f'pajjiżna bil-għan li dawn jilħqu l-ħtigijiet bażiċi tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Li kieku ried, seta' wkoll ġibed widnejn il-kollega parlamentari tiegħu Josè Herrera biex dan joqgħod lura milli jmur jgħid mal-erbat irjieħ li pajjiżna huwa aktar demokratiku milli kienu pajjiżi bħall-Iżlanda, l-Estonja, il-Greċja u l-Portugall u dan biex ma jistedinx reazzjoni negattiva minn naħa tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Li kieku kellu ftit melħ f'moħħu, Manwel Mallia lill-gvern tiegħu kien jgħidlu li tgħidx x'salib tqil tgħabba bih meta ġie nominat biex jirrappreżenta lill-gvern Malti fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Dan għaliex ħadd m'hu jieħdu bis-serjetà.", "Dan kien ressaq mozzjoni biex iwaqqa' l-inkjesta li kellha ssir dwar Malta, liema mozzjoni baqgħet m'għaddietx.", "Kien ukoll ressaq mozzjoni biex jitwarrab Pieter Omtzigt u din m'għaddietx ukoll.", "U kien ressaq aktar minn 50 emenda għar-rapport ta' Pieter Omtzigt u dawn m'għaddewx ukoll.", "Kollha kemm huma.", "Waħda wara l-oħra.", "U issa bi ħsiebu jattendi għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u qabel il-waqfa tas-sajf se jipprova jipperswadi lill-parlamentari ta' kull lewn politiku mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa li dak kollu li kienu semgħu dwar Malta f'dawn l-aħħar sentejn kien biss gideb u li hu biss qed jgħidilhom il-verità.", "Nawguralek xbin.", "Se jkollok bżonn WhatsApp Group ħafna akbar.", "Previous: Komdu bl-impunità li hawn Next: Iż-żewġ perċimes window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/iz-zewg-percimes/", "date": "Fri, 14th Jun '19, 11:16", "category": "blog, politics, government", "title": "Iż-żewġ perċimes", "text": ["It-tmexxija tal-PN tinsab f'dagħdiha ta' firda politika.", "Meta l-membri parlamentari jirrikorru għall- WhatsApp groups jew għall- Facebook biex jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-linja tat-tmexxija tal-partit, hemm min isostni li jinħolqu l-fazzjonijiet.", "Dan m'huwiex neċessarjament il-każ: b'imġieba bħal din jkunu qed jiżfugaw is-sens ta' disperazzjoni tagħhom minħabba malintiżi, nuqqas ta' fiduċja u nuqqas ta' komunikazzjoni.", "Ir-reazzjoni tat-tmexxija tal-partit ġabet aktar firda għax għoġobha tagħmel użu mir-riżorsi tal-partit biex tispara fuq dawk fil-partit li, mill-perspettiva tagħha, qed juru nuqqas ta' qbil.", "Il-perċimes huma biss tnejn minn nies: Adrian Delia u Pierre Portelli.", "Dawn dejjem kienu fiċ-ċentru tal-inkwiet li ħolqu huma stess.", "Dawn kienu għabbew għal magħhom numru ta' persuni minn ġewwa l-partit stess li kienu jħossu li ma setgħux jimxu aktar 'il quddiem fil-karrieri rispettivi tagħhom: ilkoll persuni mżejnin b'kull lanżita warrab wiċċek.", "Dawn kienu ħajjru lil Clyde Puli biex jingħaqad magħhom – bniedem li ma kienx kuntent li nħatar biss bħala segretarju parlamentari u ħass li seta' jagħti sehem akbar, iżda baqa' ma ngħatax l-importanza li kien dejjem imlebleb għaliha.", "Kienu ħajjru wkoll lil Robert Arrigo li dam snin sħaħ jitlob biex jiġi aċċettat bħala kandidat tal-PN u meta, wara bosta snin u kontra qalbhom aċċettawh bħala kandidat, għamel numru ta' snin oħra jixxennaq biex isir Ministru.", "Ingħaqad magħhom ukoll Carmelo Mifsud Bonnici li kien tant ħa għalih meta kellu jitneħħa mill-Kabinett tal-Gvern ta' Lawrence Gonzi u dan minkejja l-fatt li il-kaġun ta' dan kollu ma kien ħadd ħlief Franco Debono.", "U għaliex ma setax ipattiha lil Franco Debono, kellu jeħel ħaddieħor.", "Hemm ukoll Hermann Schiavone li, għal darba darbtejn, kien tneħħa mil-lista tal-kandidati tal-PN u li ġie elett għall-ewwel darba fl-2017 wara li kien ikkontesta l-elezzjoni għall-ewwel darba fl-1987.", "Ħass li ma kienx fdat u li ntwera' nuqqas ta' apprezzament fil-konfront tiegħu u għalhekk ried li jitmattar xi ftit.", "Ieħor kien David Agius li f'ħajtu qatt ma kien ħolom li xi darba kien se jokkupa l-kariga ta' viċi kap.", "Kristy Debono ngħaqdet magħhom ukoll – persuna li żgur ħadd ma jimmaġinaha bħala l-kandidat ideali biex jieħu ħsieb il-finanzi u l-ekonomija tal-pajjiż.", "Fl-aħħarnett hemm ukoll Jean Pierre Debono: bniedem li ra telfa elettorali wara oħra iżda li ra kif għamel biex baqa' ggranfat mal-kontroll tal-informazzjoni li tagħtu ċerta influwenza fuq dawk il-membri tal-partit li għandhom il-vot.", "Ma' dawn kollha ingħaqdu numru ta' attivisti rrabjati u diżappuntati bit-telfiet li kien qed iġarrab il-partit u li ttamaw fil-miġja ta' Messija li kellu jwassalhom fl-art imwiegħda.", "Iżda l-qofol ta' kollox dejjem kienu Adrian Delia u Pierre Portelli.", "Adrian Delia, bniedem inkompetenti li wera li m'għandu ebda esperjenza jew għarfien dwar ruħ il-partit u li m'għandu ebda idea dwar il-memorja kollettiva jew istituzzjonali tiegħu, ħadha kontra dak li sejjaħ bħala establishment u, meta wasal fejn kellu jasal, wera' li ma kien preparat xejn għall-piż li kien daħal għalih.", "Minn naħa l-oħra, Pierre Portelli – bniedem li għandu esperjenza biżżejjed biex jagħti pariri bħala konsulent lil mexxej motivat ta' partit, ma kellux il-ħila li jiggwida u jħarreġ lil persuna li m'għandux l-iċken idea ta' xi tfisser tmexxija .", "Ma kellux il-ħila li jagħmel użu tajjeb mis-setgħa mogħtija lilu u, sforz ir-rabja li ħakmitu, ra biss sal-ponta ta' mnieħru.", "Pierre Portelli baqa' jispara mit-trinek u m'għarafx jinfatam minnhom.", "Tista' tgħid kuljum, il-mezzi tax-xandir tal-partit użahom biex iwassal il-fehma tiegħu u, fil-proċess, warrab lil dawk kollha fil-PN li għandhom fehma differenti.", "U għax warrab id-djalogu u d-diskussjoni, in-nuqqas ta' qbil pinġieħ bħala dissens u ribeljoni.", "Minflok kisser il-ħitan, kompla għollihom.", "Hu u jeżerċita l-awtorità u s-setgħa tiegħu, nesa' li ma jista' qatt jinjora lil dawk li għandhom inqas awtorità u setgħa milli għandu hu.", "Ħarsu ftit lejn il-mod li bih jirreferi għall-Grupp Parlamentari tal-PN kemm direttament jew indirettament permezz tal-portavuċi tiegħu Adrian Delia.", "Fuq ir-radju xela' lid-deputati li dawn għamlu ħsara lill-partit bħallikieku dawn m'humiex membri tal-partit li ġew eletti mill-poplu għax ikkontestaw l-elezzjoni bħala kandidati tal-partit – dawn għandhom id-dritt li jitkellmu f'isem il-partit ħafna aktar milli għandu hu.", "Sa wasal biex ipprova jindaħal f'laqgħat tal-Grupp Parlamentari – m'għandniex xi ngħidu, l-awtorità li mingħalih li għandu fuq dawn id-deputati teżisti biss fl-immaġinazzjoni tiegħu.", "Għamel użu mill-għodda tal-qerq – għodda li qajla tista' tissejjaħ waħda leġittima fil-logħba politika li qed tintlagħab kontra l-Partit Laburista – kontra dawk li, minkejja l-awtonomija tagħhom li hu ma setax iġerraħ, suppost kellhom jitqiesu bħala alleati.", "Ivvinta stejjer, qarraq bl-udjenzi tiegħu u qaleb fatti ta' taħt fuq.", "Għamel dan kollu għax kellu s-setgħa u mhux għax kien fuq in-naħa tas-sewwa.", "Fil-frattemp Adrian Delia jidher li la jaf huwiex ġej u lanqas huwiex sejjer: għadu ma fehemx li qiegħed inaffar dejjem aktar lil dawk li x'aktarx kienu vvutawlu.", "Pierre Portelli, minn naħa l-oħra, dan fehmu sew – allura, ngħid jien, għaliex baqa' jippersisti?", "Fuq ir-radju dalgħodu Pierre Portelli qal li huwa jaf li fuq il-faċċata ta' xi każini tal-PN qed jitwaħħlu kartelluni b'appoġġ għal Adrian Delia u dan b'risposta għat-twaħħil ta' kartelluni ta' protesta li talbuh biex iwarrab.", "Tkellem qisu mhux hu bħallikieku din l-azzjoni saret biex tpatti għal oħra.", "Bħallikieku jista' jsib tarf ta' dawk il-partitarji li jridu lil Adrian Delia jwarrab billi jfittex partitarji oħrajn li jriduh jibqa' f'postu.", "Xenarju bħal dan diġà rajnih iseħħ.", "Tal-M ŻPN dan l-aħħar qalu li t-tmexxija tal-partit għandha terfa' r-responsabbiltà għat-telfiet fl-elezzjonijiet li għaddew.", "X'għamlet it-tmexxija tal-partit?", "Fittxet grupp ieħor ta' żgħażagħ li kienu lesti jistqarru li t-tmexxija ma taħti xejn.", "Diżgustat, Mark Anthony Sammut irriżenja – iżda l-partit ikkritikah talli kien l-uniku bniedem minn fost it-tmexxija li refa' r-responsabbiltà.", "Il-Grupp Parlamentari talab li tingħatalu tweġiba għall-isfida li saret lit-tmexxija tal-partit u t-tmexxija sejjħet lin-nies jinġabru biex juru l-appoġġ tagħhom.", "Pierre Portelli jmissu jaf li għal kull azzjoni jkun hemm reazzjoni.", "Partit li jasal biex jirreaġixxi għall-pressjoni interna jispiċċa biex jinqered.", "Previous: Il-falza stikka ta' Manwel Malllia Next: Bla saqaf grazzi għan-nuqqas ta' azzjoni tal-Istat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/comical-ali-u-d-dikjarazzjonijiet-tal-mosta-u-ta-rahal-gdid/", "date": "Fri, 14th Jun '19, 18:50", "category": "blog, politics, government", "title": "Comical Ali u d-dikjarazzjonijiet tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid", "text": ["Il-kumitati sezzjonali tal-PN tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid xandru dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom ikkritikaw it-tmexxija tal-partit u talbu li, minflok toqgħod tispjega r-raġunijiet għat-telfiet elettorali riċenti, għandha terfa' r-responsabbiltà għal dan id-diżastru.", "Dawn id-dikjarazzjonijiet segwew il-protesti li saru mill-attivisti Għawdxin wara l-attentat li sar biex jitwarrab Kevin Cutajar biex b'hekk ikun jista' jinqeda' il-mimmi t'għajnejn it-tmexxija tal-PN, Jean Pierre Debono.", "Hemm bosta raġunijiet importanti għal dawn is-sinjali bikrija ta' bidla f'ċerti realtajiet fi ħdan il-PN.", "Wieħed minnhom huwa l-fatt li fost dawn il-kumitati, Adrian Delia kellu appoġġ li issa ntilef.", "Jekk issir elezzjoni ġdida għal kap, x'aktarx li Adrian Delia ma jikkwalifikax għat-tiġrija finali bejn l-aħħar żewġ kandidati.", "Iżda hemm ukoll kwistjoni li hi ta' sinjifikat akbar.", "Il-kumitati tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid – kif għamlu l-kumitati Għawdxin qabilhom – kissru għal kollox il-perċezzjoni falza li seta' kien hemm li l-kritika fil-konfront ta' Adrian Delia kienet ġejja biss minn naħat ta' Tas-Sliema u ta' San Ġiljan.", "Mhux minnu li t-tmexxija ta' Adrian Delia ħolqot xi firda fost il-partitarji tal-PN minn naħa ta' fuq u dawk minn naħa t'isfel ta' Malta, jew inkella firda bejn dawk li jitkellmu bil-Malti u dawk li jippreferu l-Ingliż jew bejn dawk li kienu jsegwu l-kitbiet ta' Daphne u dawk li ma kellhomx grazzja magħha.", "Il-folja nqalbet.", "Sena ilu Adrian Delia irnexxielu jaħrab minn vot tal-Kumitat Eżekuttiv jew tal-Kunsill Ġenerali għax beża' li rebħa mqanżħa setgħet tikkonferma li teżisti minoranza mdaqqsa li ma kinitx lesta tappoġġjah.", "Is-sitwazzjoni attwali hi għal kollox differenti.", "Li kieku kellu jittieħed vot, x'aktarx jirriżulta li hemm maġġoranza li tridu jwarrab.", "Ikun jista' jirbaħ vot jekk jipparteċipaw fih partitarji Laburisti fl-elezzjoni.", "Li kien għal dawn, Adrian Delia jmissu jibqa' f'postu għal dejjem għax hekk jaqblilhom.", "Dalgħodu ktibt li għal kull azzjoni, tad-Dar Ċentrali fittxew li jkun hemm reazzjoni.", "Stennew issa li ssir pressjoni fuq il-kumitati biex japprovaw mozzjonijiet ta' appoġġ għall-kbir mexxej.", "Ifakkruni ħafna f'Comical Ali, persunaġġ li huwa magħruf aħjar bħala Baghdad Bob, li fl-2003 kien jindirizza konferenzi stampa biex jirrakkonta dwar kif il-kbir Saddam Hussein kien qed ikisser lill-għedewwa alleati li kienu qed jinvadu lill-Iraq.", "Kien iħarref li ajruplani Britanniċi u Amerikani kienu qed jitwaqqgħu u li l-armata Iraqqina kienet qed tagħmel rebħiet kbar fuq l-għadu.", "U meta mill-uffiċċju tiegħu kienu nstemgħu ħsejjes ta' bombi niżlin fuq Baghdad, kien qal li dan ma kien xejn ħlief nar tal-festa li ġie sparat biex tiġi ċelebrata r-rebħa kbira ta' Saddam.", "Issa l-verità hi li Saddam kien diġà mar jinħeba'.", "Faċli li tilgħab bid-diskors.", "Iżda ma tistax tbiddel ir-realtà bid-diskors biss.", "Previous: Bla saqaf grazzi għan-nuqqas ta' azzjoni tal-Istat Next: Il-bigottiżmu ta' Maurice Mizzi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/strument-ta-ghaqda/", "date": "Tue, 9th Jul '19, 16:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Strument ta' għaqda", "text": ["Il-membri tal-Kunsill Ġeneral tal-PN ser jitlaqqgħu aktar tard dan ix-xahar sabiex jivvutaw fuq mozzjoni ta' fiduċja fil-mexxej tal-partit Adrian Delia.", "Il-mozzjoni, bil-mod kif tfasslet mill-mexxej innifsu, qiegħda toħloq konfużjoni sħiħa fl-imħuħ.", "Jidher li Delia ma jridx li l-proċess ikun wieħed nieqes mill-ambigwità.", "L-iktar messaġġ ovvjament kontradittorju li qed jipprova jwassal lill-Kunsilliera hu li peress li l-mexxej kien intagħżel mit-tesserati, il-Kunsilliera ma jistgħux jannullaw dak li kienu għażlu l-istess tesserati.", "Dan huwa argument redikolu li ma jreġix.", "Il-membru parlamentari Ingliż Kenneth Clarke għadu kemm wissa' lil Boris Johnson li, kemm il-darba dan jsir prim minstru, jekk kien ser jażżarda jwettaq il-wiegħda li għamel li joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Ottubru mingħajr ma jkun intlaħaq ftehim, huwa bi ħsiebu jisfidah u jivvota kontra tiegħu fil-Parlament.", "Ħadd ma xela' li Clarke bi tradiment: għaliex bħala membru parlamentari, Kenneth Clarke huwa kontabbli lejn il-kostitwenti tiegħu u mhux lejn it-tesserati tal-Partit Konservattiv li ser jeleġġu l-mexxej il-ġdid tagħhom.", "U din il-funzjoni huwa fid-dmir li jħaddimha jgħid x'igħid dak li jiġi elett bis-saħħa ta' elezzjoni separata.", "M'hemmx dubju li sentejn ilu, Adrian Delia intagħżel mit-tesserati.", "Madankollu dan ma jfissirx li jista' jkompli jmexxi mingħajr ma jkollu l-fiduċja tal-membri tal-Kunsill Ġenerali, tal-Grupp Parlamentari u tal-Kumitat Eżekuttiv.", "Adrian Delia ma jistax jirrombla fuq il-membri ta' dawn l-istrutturi li lkoll huma eletti.", "Adrian Delia jeħtieġ li jistaqsi lilu nnifsu l-mistoqsija li ġejja: jekk il-Kunsill Ġenerali titneħħielu s-setgħa li jneħħi l-Kap, il-Kunsillera għalxiex qegħdin hemm?", "Dawn qegħdin hemm biss għaċ-ċapċip kull meta s-seduti tal-Kunsill jixxandru fuq it-televiżjoni?", "U jekk il-Kunsill Ġenerali ser jikkonferma l-fiduċja lil Adrian Delia, dan għandu jimmira li jakkwista ħafna aktar minn maġġoranza sempliċi ta' voti.", "Għamlu paragun ma' kif kienu ġabu ruħħom mexxejja preċedenti li kienu għaddejin minn kriżi.", "Fl-2012, Franco Debono kien astjena waqt vot parlamentari.", "Nemfasizza li kien \"astjena\".", "Jiġifieri Debono ma vvutax mal-Oppożizzjoni iżda sfida lil Lawrence Gonzi biex jassumi r-responsabbiltà għal ċerti deċiżjonijiet li hu ma kienx qabel magħhom.", "Kif kien ġab ruħu Lawrence Gonzi dakinhar?", "Kien ġab ruħu b'mod differenti ħafna minn kif ġab ruħu Adrian Delia.", "Nibdew biex, ma ppermettiex lil persuni fi ħdan il-Partit li jżebilħu lil Franco Debono.", "Lili kienu ċanfruni talli dak iż-żmien kont tal-fehma li ġaladarba Franco Debono kien għażel li ma jivvutax mal-Partit, seta' jinfetaħ attakk fuqu.", "Mingħajr ma semmejt lil Franco Debono, niftakar li fil- Facebook kont ktibt fis-sens li dan ma kienx rappreżentant veru tal-kostitwenti fid-distrett tiegħu.", "Ipparagunaw dan kollu mal-velenu li nkiteb fil- Facebook illum.", "Dak iż-żmien il-livelli ta' mġieba kienu ħafna aktar għoljin.", "Il-PN kien ċanfarni apertament u kelli nibla' kollox.", "Dak iż-żmien ma kontx ġurnalista iżda politiku tat-tielet klassi u din iċ-ċanfira kont ħassejtha sew.", "Lawrence Gonzi kien irrikorra lejn il-membri tal-Kunsill Ġenerali: ffaċċja vot sigriet ta' fiduċja u nsista li kellu jiġi mistieden jikkontestah kull min kien interessat li jagħmel dan.", "La Franco Debono u lanqas ħadd aktar ma kkontesta lil Lawrence Gonzi iżda l-membri tal-Kunsill Ġenerali xorta ingħataw l-opportunità li jivvutaw b'mod sigriet dwar it-tmexxija tiegħu.", "Lawrence Gonzi kien iffissa mira: jekk kienu ser jappoġġjawh inqas minn 4 minn kull 5 Kunsilliera, kien bi ħsiebu jirriżenja xorta waħda.", "Lill- Malta Independent on Sunday , Louis Galea qalilha li biex partit politiku jkollu s-suċċessi jeħtieġ li jkun hemm l-għaqda.", "Jeħtieġ li kulħadd jiġbed ħabel wieħed.", "Forsi kien messu żied igħid li kemm il-darba jkun hemm numru mdaqqas ta' persuni li ma jkunux kuntenti bil-kwalità tal-ħabel li jkun għażel il-mexxej, dan għandu jdabbar rasu.", "F'dik il-ġurnata partikolari fl-2012, Lawrence Gonzi dan fehmu.", "Fehem li kienet ir-responsabbiltà tiegħu bħala mexxej li jkun strument ta' għaqda u mhux ta' firda.", "Araw x'kien qal Lawrence Gonzi f'għeluq id-diskors tiegħu tal-2012 li fih kien talab vot sigriet.", "Araw ftit b'liema dinjità, b'liema eleganza u b'liema kalma ffaċċja l-kriżi.", "Fi kliem ieħor, araw ftit xi tfisser tmexxija vera.", "Ipparagunaw dan kollu mal-imġieba ta' Adrian Delia meta dan ipprova jevita l-vot u ddikjara bil-quddiem li ma kienx bi ħsiebu jirrispetta r-riżultat għaliex igħodd biss dak li jgħidu t-tesserati.", "Jiġifieri interessat biss f'dak li kienu ddeċidew maġġoranza żgħira ħafna ta' tesserati f'Settembru tal-2017.", "Mhux qed igħid li issa t-tesserati għandhom jiġu msejjħa biex jikkonfermawh.", "Mhux qed jitlobhom igħidulu jekk kienx reġa' bdielhom dwaru għaliex it-tweġiba tagħhom diġà jaf x'inhi.", "Il-Kunsilliera jeħtieġ li dan kollu jifhmuh sew.", "Huwa minnu li l-Istatut jagħti s-setgħa lit-tesserati f'dik li hi l-għażla tal-mexxej tal-partit.", "Dan jibqa' minnu anki jekk, aktar tard dan ix-xahar, Adrian Delia jitlef il-vot ta' fiduċja.", "Vot ta' sfiduċja f'Adrian Delia minn naħa tal-Kunsilliera ma' jnaqqas xejn mis-setgħa tat-tesserati.", "Anzi, jekk iseħħ vot ta' sfiduċja, t-tesserati jkunu qed jingħataw l-opportunità li jesprimu ruħħom permezz ta' votazzjoni.", "Tistgħu tibqgħu ċerti li Adrian Delia lit-tesserati m'huwiex ser jagħtihom dan iċ-ċans.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn is-sondaġġ li xandret illum il- Malta Today dwar il-mod kif il-Maltin iħarsu lejn il-mexxejja tagħhom f'dik li hi fiduċja.", "Is-segwaċi ta' Adrian Delia qegħdin dejjem jonqsu ma' kull ġurnata li tgħaddi.", "Mhux talli ma jista' qatt jirbaħ iżda lanqas għandu ċans li jakkwista riżultat rispettabbli fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Is-sondaġġ dwar il-fiduċja f'Adrian Delia juri li aktar minn 60% ta' dawk li vvutaw PN f'Ġunju 2017 (wieħed mill-agħar riżultati elettorali tal-PN f'dawn l-aħħar snin, kif ta' sikwit kien iħobb ifakkar Adrian Delia) lil Adrian Delia ma jafdawħx.", "Dan il-fatt il-membri tal-Kunsill Ġenerali jeħtieġ li ma jinjorawħx.", "Lanqas ma jistgħu jinjoraw il-fatt li din in-nuqqas ta' fiduċja ċertament tirrifletti ruħħa wkoll fost it-tesserati.", "Għalhekk il-Kunsilliera huma fid-dmir li lit-tesserati jagħtuhom l-opportunità li jerġgħu jesprimu ruħħom.", "U jeħtieġ li jerġgħu jesprimu fehmithom minn issa u mhux fi żmien sena oħra meta tintemm il-ħatra ta' Louis Galea.", "Lanqas fi żmien sentejn oħra wara xi riżultat diżastruż ieħor f'elezzjoni ġenerali li jibqa' jkompli jċekken lill-PN.", "Fil-frattemp, tistgħu tibqgħu ċerti li Adrian Delia lill-Kunsilliera mhux ser igħidilhom li jkun jeħtieġ mill-inqas 80% ta' voti favorevoli minn naħa tagħhom biex b'hekk juri bil-fatti li bi ħsiebu jkun strument ta' għaqda.", "M'għandux għalfejn jiskanta li qed ikompli jidher f'dawl negattiv paragunat mal-mexxejja ta' qablu.", "Previous: Il-faċċata l-oħra tal-munita Next: Il-vot ta' fiduċja li ser jittieħed fil-Kunsill Ġenerali \"m'huwiex imsejjes fuq it-trasparenza u s-sewwa\" – il-firmatarji window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/il-bigottizmu-ta-maurice-mizzi/", "date": "Mon, 17th Jun '19, 07:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-bigottiżmu ta' Maurice Mizzi", "text": ["Maurice Mizzi m'għadux il-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet tal-futur.", "Titlu vojt li fil-fatt ma jfisser xejn.", "Għalkemm kien ġie maħtur bħala għassies b'ittra mingħand Josè Herrera, jien qatt ma rajtu jgħasses xejn.", "Dan huwa is-sinjurun li m'għandux ħwejjeġ biex jehda ħlief li joqgħod isemmagħlna l-fehmiet preġudikati u bigotti tiegħu filwaqt li jitmaxtar fit-tifħir tal-gvern li jiffinanzja u fl-istess waqt igawdi mill-indifferenza totali tal-gvern lejn ir-responsabbiltajiet li għandu biex, per eżempju, iħares l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Maurice Mizzi spiċċa biex warrab minn din il-kariga mingħajr ma ndenja ruħu jammetti li l-fehmiet razzisti, islamofibiċi, reazzjonarji u iżolazzjonisti li għandu m'humiex biss bla bażi iżda, fir-rwol li kellu, saħansitra qarrieqa.", "Il-fehmiet tiegħu mhux biss huma inaċċettabbli f'soċjetà demokratika msejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem mingħajr diskriminazzjoni bażata fuq reliġjon jew razza.", "Jagħtu wkoll eżempju ħażin li qatt m'għandu jingħata minn min għandu kariga pubblika.", "Iżda dan l-għaref ma tantx ħabbel rasu.", "Warrab għaliex l-islamofobija li għandu kienet sors ta' \"inkwiet\" għall-gvern.", "Madankollu nsista li l-kummenti li għamel saru \"fl-aħjar interess tal-gżejjer tagħna u ta' min qed igħix fihom bħalissa\" u li \"kellu f'moħħu lil uliedna, lil ulied uliedna u dawk it-tfal li għad iridu jitwieldu\".", "Imbagħad, b'mod mill-aktar ċiniku, staqsa \"x'inhuma jagħmlu dawk il-ftit li kkritikawh biex igħinu lil dawn l-immigranti\".", "Jekk dawn il-\"ftit\" m'huma jagħmlu xejn aktar, ċertament qiegħdin igħinu lill-immigranti bil-kritika għal Maurice Mizzi u għall-bigottiżmu li għandu.", "Bigottiżmu li jagħlaq għajnejh għat-tbatija ta' min ikun qed jegħreq f'nofs baħar, għat-tbatija ta' dawk li jintbagħatu lura lejn il-Libja biex igħixu ta' lsiera jew għat-tbatija ta' dawk li s-suldati jisparaw fuqhom bl-addoċċ.", "Maurice Mizzi qal li rċieva \"mijiet ta' emails u ta' telefonati\" bi kliem ta' appoġġ għall-fehmiet li jħaddan dwar ir-razza u r-reliġjon.", "Nafu li m'intix waħdek meta tmur tgħid li \"l-Musulmani ma jinbidlux\".", "Stqarrija preġudikata u bigotta bħal din qed issir moda.", "Lil kull min ikkritikah – u jien għandu l-unur ngħid li kont wieħed minnhom – Maurice Mizzi għajjarhom ipokriti.", "Jista' jkun ukoll.", "Iżda bi kliemu Maurice Mizzi jkompli jitfa' l-ħatab tal-biżgħat u tal-preġudizzji fin-nar ta' wħud fost il-poplu li mhux biss bilkemm qatt ġew wiċċ imb'wiċċ \"mal-oħrajn\", iżda li huma beżgħanin li jittiħdulhom xogħolhom u djarhom bħala riżultat ta' invażjoni li teżisti biss fl-immaġinazzjoni tagħhom.", "Minħabba dawn il-biżgħat, kliem Maurice Mizzi jaf jinżlilhom għasel.", "Hu stess m'għandux minn xiex jibża', hux hekk?", "Ma nagħmlux mod li qed ilesti partijiet mill-ġonna u mid-djar li għandu biex jiġu akkomodati is-sezzjoni l-fqira \"ta' dawk li fil-preżent qed jgħixu fil-gżejjer tagħna\" biex huma wkoll igawdu minn biċċa minn ġidu?", "X'qiegħed jagħmel biex igħinhom?", "Ipaċpaċ biss u jitfa' l-ħatab fin-nar tal-biżgħat tagħhom?", "Min hu l-ipokrita issa?", "Issa, Sur Gvern, jekk bi ħsiebek taħtar gwardjan għall-ġenerazzjonijiet futuri jekk jogħġbok għażel lil xi ħadd li mhuwiex rgħib.", "Ma tantx għandi tama qawwija.", "Wara kollox, il-ħatra li kont għamilt hi riżultat tar-regħba tiegħek.", "Previous: Comical Ali u d-dikjarazzjonijiet tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid Next: L-istorja dwar Soho window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/l-istorja-dwar-soho/", "date": "Mon, 17th Jun '19, 09:23", "category": "blog, politics, government", "title": "L-istorja dwar Soho", "text": ["Adrian Delia reġa' għandu ma' wiċċu allegazzjonijiet ġodda.", "Din id-darba qed jiġi mixli li gideb dwar firem awtentiċi tiegħu u li qal li kienu ġew falsifikati, biex b'hekk spiċċa għamel frame-up fuq oħt il-mexxej ta' qablu fuq reat kriminali ineżistenti.", "Dawn huma allegazzjonijiet li saru mill-eks sieħeb fin-negozju tiegħu Kris Bajada li, fl-aħjar ipotesi, għandu kredenzjali dubjużi.", "Madankollu, dawn m'humiex allegazzjonijiet ta' xi eks-maħbuba li kellha x'taqsam bil-moħbi ma' politiku li kellu mument ta' dgħjufija umana u li ħass ċerta ndiema hekk kif l-eks-maħbuba kixfitu bil-għan li tipprova tpattihielu u fl-istess ħin taqla' kemxa ġmielha minn fuq dahru.", "Dawn l-allegazzjonijiet saru minn ħabib ta' Adrian Delia li eventwalment ntagħżel minnu bħala sieħeb fin-negozju.", "Bil-mod il-mod qiegħda tifforma stampa ċara.", "Jeħtieġ niftakru li akkużi serjissmi oħra kienu saru minn mart Adrian Delia.", "Din xlietu li kien isawwat lilha u lil uliedha.", "Ċertament dawn kienu biss allegazzjonijiet li saru minn martu li bdiet proċeduri ta' separazzjoni kontra tiegħu.", "Kien hemm min qanqal dubji dwar il-kredibilità tagħha u tkellem dwar il-kundizzjoni mentali tagħha – ħaġa li hi stess ammettieha pubblikament – għalkemm mhux ġust li jintefa' dubju fuq il-ġudizzju tagħha biss minħabba l-eżistenza ta' din il-kundizzjoni medika.", "Il-fatti juru li dawk il-persuni li Adrian Delia kien għażel biex ikunu qrib tiegħu tul ħajtu huma l-prim akkużaturi tiegħu.", "Ix-xilja ta' Kris Bajada – bniedem li kien għadu kemm reġa' qam minn koma twila – li Adrian Delia gideb dwar il-presenza ta' firem foloz tfakkarni f'attentat biex jerġa' jitqajjem l-interess sensiela televiżiva li jkun għadda żmienha.", "U issa wasalna s'hawn.", "Hekk kif Adrian Delia jipprova jaqbad ma' kull tibna biex iżomm fil-wiċċ, dlonk jitfaċċaw allegazzjonijiet ġodda dwaru.", "Jeżistu diversi saffi taħt dawn l-allegazzjonijiet ġodda ta' Kris Bajada.", "L-ewwel saff jibda' bl-istejjer li kienet xandret Daphne Caruana Galizia dwar ir-rabtiet ta' Adrian Delia mal-briedel f'Soho.", "U fuq dak l-ewwel saff hemm ir-reazzjoni tiegħu: kien għajjarha biċċa blogger u din it-tgħajjira esponietu bħala bniedem li m'għandux il-ħila li jikkontrolla r-rabja tiegħu u li m'huwiex kapaċi jifhem x'ifissru tassew ir-rwoli ta' politiku u ta' ġurnalista.", "Hemm ukoll is-saff dwar l-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin dwar kwistjonijiet li Adrian Delia kien imdaħħal fihom fl-imgħoddi.", "Kwistjonijiet li jesponuh għar-rikatti tal-avversarji politiċi tiegħu li – skont kemm ikun lest li jikkopera magħhom – għandhom is-setgħa li jiddeċiedu huma sa fejn għandhom jaslu dawn l-investigazzjonijiet.", "Jidher ukoll li Kris Bajada qed jagħti x'jifhem li f'idejh għandu provi li jistgħu jinkriminaw.", "Hi ħaġa tassew ironika: jekk tagħti daqqa t'għajn lejn ir-rapport eċċellenti li xandret il- Malta Today dwar din il-kwistjoni, għandek tintebaħ b'dak li qed jipprova jfiehem Kris Bajada.", "Minn banda, huwa qed igħid li n-negozju tal-familja f'Londra ma kienx wieħed illegali u li l-flus li kien jaqla' ma kienux ġejjin minn attività kriminali.", "Din l-istqarrija m'hix waħda li tista' titwemmen faċilment.", "M'hux kredibbli li wieħed igħid li ma kellux x'jaqsam mal-prostituzzjoni fejn jidħol il-kiri ta' appartamenti f'Soho li kienu s-suġġett ta' tfittxijiet mill-pulizija fuq suspetti ta' prostituzzjoni.", "Fi kwalunkwe każ, x'aktarx li Kris Bajada mhux ser jagħmel stqarrijiet li b'xi mod jistgħu jinkriminaw lilu jew lill-membri tal-familja tiegħu.", "Sa hawn, dak li stqarr Kris Bajada iservi biex jagħti l-kenn lil Adrian Delia għaliex b'hekk dan ikun jista' jiċħad l-akkuża li ħasel flus ġejjin mill-qliegħ tal-prostituzzjoni għall-benefiċċju tal-klijenti tiegħu u ta' sħabu fin-negozju.", "Dan il-fatt iwasslek biex tifhem il-għala, għal xi żmien, Kris Bajada kien spalla ma' spalla ma' Adrian Delia meta dan kien qed itellaq biex jinħatar kap tal-partit.", "Iżda issa Kris Bajada qed igħid li, mill-mod kif qed jiddefendi ruħu minn dawn l-akkużi, Adrian Delia qed jigdeb.", "Qed igħid ukoll li l-firma fuq id-dokumenti li ġie konfrontat bihom hi tabilħaqq ta' Adrian Delia u li huwa falz ir-rapport li kien għamel Adrian Delia lill-pulizija dwar firem foloz.", "Nistaqsi: Adrian Delia għaliex għandu jigdeb dwar dokumenti li, jekk jiġi pruvat li għandhom firma awtentika – kif qed jinsisti Kris Bajada – għandhom jiskulpawh minn kull rabta mal-kriminalità?", "Ir-raġuni tinsab f'saff moħbi ieħor: Kris Bajada qed jagħti x'jifhem li filwaqt li l-familja Bajada ma kellha ebda rabtiet mal-kriminalità u li m'għandhiex x'taħbi, dan m'huwiex il-każ fil-konfront ta' Adrian Delia.", "Kris Bajada bħal donnu qed igħid li Adrian Delia jeħtieġ li jibqa' jinsisti li dawn il-firem huma foloz – mhux għax dawn jikkostitwixxu prova li ħasel flejjes ġejjin mill-prostituzzjoni – iżda għaliex huma prova tat-twettiq ta' ħwejjeġ illegali oħrajn.", "Kris Bajada ried ukoll jagħti x'jifhem li kemm hu kif ukoll il-familja tiegħu huma vittmi ta' dawn l-azzjonijiet illegali.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li, skont Kris Bajada, l-kbir għadu ġej.", "U li dan il-\"kbir\" ilu jaf bih minn dakinhar li Adrian Delia ħabbar li kien ser jikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-partit.", "Meta Daphne Caruana Galizia kienet kitbet għall-ewwel darba dwar il-kwistjoni tal-briedel ta' Soho, bosta kienu tal-fehma li Adrian Delia għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju u li eventwalment kellu jnaddaf ismu.", "Minn dan kollu m'għamel xejn.", "Bħal sajjetta fil-bnazzi, issa sirna nafu mingħand Kris Bajada – li għadu kemm reġa' qam minn koma twila – li jekk Adrian Delia bi ħsiebu jibqa' f'postu għandna mnejn insiru nafu b'aktar stejjer.", "Dan m'hu jagħmel ebda ġid.", "Forsi meta llejla jiltaqgħu biex jisimgħuh jitkellem b'ilsien kollu zokkor, il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN għandhom iżommu f'moħħhom il-fatt li l-qiegħ jidher li għadu ma ntlaħaqx.", "Previous: Il-bigottiżmu ta' Maurice Mizzi Next: Joseph \"Comical Ali\" Muscat: il-BoV ma tistax tinnegozja bid-Dollari Amerikani għax sejra tajjeb. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/joseph-comical-ali-muscat-il-bov-ma-tistax-tinnegozja-bid-dollari-amerikani-ghax-sejra-tajjeb/", "date": "Mon, 17th Jun '19, 16:35", "category": "blog, politics, government", "title": "Joseph \"Comical Ali\" Muscat: il-BoV ma tistax tinnegozja bid-Dollari Amerikani għax sejra tajjeb.", "text": ["Joseph Muscat qal li l-fatt li l- Bank of Valletta issa ġie projbit milli jinnegozja bid-dollaru Amerikan ifisser li l-bank sejjer tajjeb .", "X'ried jgħid biha din l-istqarrija jien ma nafx.", "U għax ma nafx, lill-Prim Ministru se nistaqsih mistoqsija supplimentari: li kieku l-BOV ma kienx sejjer tajjeb, kien jistenna' li l-bank jibqa' jżomm miegħu l-banek korrispondenti bil-għan li jkun jista' jsarraf id-Dollari Amerikani?", "Il-verità hi li s-sitwazzjoni għall-BOV issa saret waħda ta' serjetà kbira.", "Kif sewwa rrappurtat it- Times of Malta tal-lum, għal xhur sħaħ kienu għaddejjin xniegħat li ING kien bi ħsiebha taqta' r-rabtiet kollha mal-BOV fejn jidħol in-negozju msejjes fuq id-Dollaru Amerikan.", "Wieħed jista' jassumi li l-BOV ilu żmien mhux ħażin jara kif jagħmel biex ifittex sostitut għall-ING.", "Wieħed jistenna wkoll li l-BOV kien beda' jfittex sostitut żmien qabel ma' spiċċa b'bank korrispondent wieħed biss.", "Id-dipendenza tal-BOV fuq bank korrispondent wieħed ħoloq ir-riskju li issa daħal fih: spiċċa b'xejn.", "Il-proċess ta' de-risking ma jinbediex għax tkun sejjer tajjeb, kif ipprova jalludi l-Prim Ministru llum.", "Proċess ta' de-risking ifisser li tispiċċa barra għax iqisuk bħala riskju.", "Forsi l-Prim Ministru ried igħid li mhux għal kollox tort tal- Bank of Valletta li dan spiċċa ġie klassifikat bħala bank riskjuż għall-banek korrispondenti.", "Huwa evidenti li ma jistax ikun ċar fi kliemu.", "Għax inkella jkun irid joqgħod ifiehem lill- Bank of Valletta qed jarawh bħala riskju inaċċettabbli għaliex jinsab taħt il-kontroll ta' gvern immexxi minn Ministri li joħolqu kumpanniji sigrieti fil-Panama u li kienu daru d-dinja biex jaraw kif se jevitaw il-liġijiet dwar il-ħasil tal-flus maħmuġin.", "U wkoll għaliex il- Bank of Valletta jinsab regolat mill-istess awtorità regolatorja li rregolat lill- Pilatus Bank , lis- Satabank u lin- Nemea Bank .", "Sakemm ma jinstabx tarf ta' din il-kobba mħabbla immedjatament billi jinstab bank korrispondent ieħor li jista' jieħu post l-ING li, sa Diċembru li ġej, jkunu qatgħu kull rabta mal-BOV, il-konsegwenzi ser ikunu tal-akbar serjetà.", "Bħala eżempju, agħtu ħarsa lejn l-' aviation cluster ' li tant issemma' mill-gvern fil-kuntest tal-ftehim li ntlaħaq mar-Ryanair għat-twaqqif ta' kumpannija sussidjarja bl-isem Malta Air, li se tidħol fl-għalqa tal-linja nazzjonali Air", "Malta .", "Tgħid ser ikun il- Bank of Valletta li ser jiftaħ il-kontijiet bankarji tal- Malta Air ?", "Jew ser ikun l-HSBC li jagħmel dan?", "Hemm xi bank Malti li ser jikkunsidra lill- Malta Air bħala riskju aċċettabbli?", "Hu x'inhu, kull min jaħdem fl-industrija bankarja jaf li kull linja tal-ajru tkun teħtieġ banek korrispondenti li jaħdmu bid-Dollaru Amerikan għar-raġuni li l-kiri tal-ajruplani u n-negozju kollu li jsir madwar id-dinja fejn jidħol l- aviation", "fuel isir esklussivament permezz tad-Dollari Amerikani.", "Dan ifisser li l-Malta Air tista' tibda' fuq sieq waħda.", "Għaliex liema bank ser jidħol biex jiftaħ kontijiet bankarji għal linja tal-ajru meta, malli jgħaddi l-Milied, ser jibqa' d-dubju dwar jekk jistgħux jibqgħu jiġu proċessati ħlasijiet internazzjonali?", "Joseph Muscat għandu jkun aktar inkwetat milli jippermettilna nemmnu li hu.", "U kemm aħna daqshekk ċerti li kollox ward u żahar fil-BOV?", "Din il-ġimgħa xxandret aħbar stramba li l-BOV applikat biex toħroġ bond ta' €50 miljun .", "Dawn il- bonds m'humiex assikurati li jfisser li l-kapital li jiġi investit jista' jintilef jekk ifalli l-bank.", "Madankollu l-interessi li qed jiġu offruti huma l-istess bħal dawk li huma offruti minn bonds assikurati.", "X'inhi din il-biċċa?", "Nitkellmu dwar dan is-suġġett darb'oħra.", "Previous: L-istorja dwar Soho Next: Riżenja?", "X'riżenja? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/mghandux-aktar-bzonn-tal-pedana-tax-xhieda/", "date": "Tue, 18th Jun '19, 14:08", "category": "blog, politics, government", "title": "M'għandux aktar bżonn tal-pedana tax-xhieda", "text": ["Għalkemm xi ġimgħat ilu kien ta l-impressjoni li kien ser jattendi l-qorti biex ikun jista' jixhed in kontro-eżami, dalgħodu Pierre Portelli naqas li jidher \"għaliex ma kienx ġie notifikat\" .", "Iżda l-fatt li ma kienx ġie notifikat u naqas li jitla' l-qorti ma żammux milli jikteb kliem mimli sarkażmu fil- Facebook.", "Iżda dan huwa l- Facebook u mhux ir-realtà tal-ħajja.", "L-avukat tal-PN , Vince Galea, ukoll qal li peress li Pierre Portelli kien irriżenja mill- PN, ma kienx f'pożizzjoni li jtella' xhud li ma kienx taħt il-kontroll tiegħu.", "Issa se jkun jeħtieġ li Pierre Portelli jiġi notifikat formalment u dan sabiex jattendi għas-seduta li jmiss li se ssir fit-2 ta' Ottubru: sa dakinhar minn jaf kemm għad iseħħu ġrajjiet.", "Ippruvaw ifhmu.", "Din hija kawża li jiena bdejt f'Awissu li għadda sabiex ningħata d-dritt li nwieġeb fuq Net TV għal numru ta' gideb li xxandru fil-konfront tiegħi.", "Wara aktar minn sena, il-kwistjoni għadha mdendla quddiem il-qorti.", "Iżda l-kwistjoni m'hix dwar il-kawża fil-qorti jew dwar id-dritt li nwieġeb għal inġustizzja li saret fil-konfront tiegħi.", "Il-qofol tal-kwistjoni hi li Pierre Portelli issa m'għandux aktar bżonn il-pedana tax-xhieda fil-qorti biex jispara fuq l-għadu.", "Dan ix-xogħol jista' jibda jagħmlu bis-saħħa tas-Super One.", "U meta xi darba jgħaddi dan il-maltemp – u dan ċertament xi darba ser igħaddi – x'aktarx ser niftakru f'dik it-tattika li kien juża John Dalli kull darba kien jidher fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista biex jimmina lill-PN .", "Issa dawk kollha li kienu għamlu minn kollox biex ħajjet Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru jagħmluhielu infern, f'Settembru tal-2017 ħadu l-kontroll tal-PN u milli jidher m'humiex ser jieqfu sakemm jaraw lill-PN meqrud.", "Waqt li John Dalli kien qed imexxi l-kampanja tiegħu bil-barka tas- Super One , Pierre Portelli għall-ewwel darba kien abbanduna l-kariga li kellu fil-PN.", "Fl-2010 kellu kariga uffiċjali fil-PN, rwol li huwa wieħed kruċjali speċjalment fiż-żmien meta l-partit ikun fil-gvern u bosta mill-mexxejja tiegħu ikunu aktar moħħhom fix-xogħol tal-gvern.", "Flimkien ma' oħrajn, fl-2010 kien qed imexxi lill-PN.", "Iżda l-kariga li kellu fil-PN ma damx biex abbandunaha u mar mat-TVM biex jissieħeb ma' dak li kien is-Segretarju Internazzjonali tal-Labour u mexxej taż-żgħażagħ Laburisti, Joe Mifsud.", "Abbanduna lill-partit fi żmien diffiċli u reħielu jegħreq għax f'moħħu ħaseb li aktar tard seta' jerġa' jissieħeb fih biex isalvah.", "G ħallinqas hekk ħaseb li kien ser jagħmel.", "Minflok salvah, lill-PN wasslu sa xifer irdum li ebda partit politiku f'Malta qatt ma resaq lejh.", "Previous: Meta \"relazzjoni professjonali\" tista' tfisser \"korruzzjoni\" Next: Waqfien temporanju mill-ġlied? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/rizenja-xrizenja/", "date": "Tue, 18th Jun '19, 08:05", "category": "blog, politics, government", "title": "Riżenja? X'riżenja?", "text": ["Għandu mnejn ikun jum interessanti fil-qorti llum.", "Lil Pierre Portelli għandha ssirlu kontro-eżami fil-kawża li jien kont għamilt f'Awwissu li għadda kontra l-PN għar-raġuni li huwa – b'ammissjoni tiegħu stess – iddeċieda li ma jxandarx stqarrija b'risposta għal rappurtaġġ qarrieqi minn naħa ta' Net TV.", "Dawn kienu qalu li jien kont gdibt dwar Adrian Delia u gidbu wkoll dwar dak li kont għidt.", "Il-qofol tal-istorja hu li jekk taħsbu li bir-riżenja drammatika tal-lejl li għadda, Pierre Portelli ċeda l-armi jew għamel xi rtirata b'dinjità, jkun aħjar jekk terġgħu taħsbuha sewwa.", "Erġgħu agħtu daqqa t'għajn lejn il-kontenut tal-ittra tiegħu.", "F'ebda ħin ma jerfa' r-responsabbiltà għall-istat miskin li jinsab fih il-PN.", "Lanqas ma jfittex li jipproteġi lill-kbir mexxej elett demokratikament mit-tesserati għar-raġuni li huwa stess sar aljenazzjoni kbira għall-kampanji favolużi ta' Adrian Delia.", "Pierre Portelli mhux talli ma ċediex l-armi iżda jidher li l-armi lest jużahom biex jipprova jeqred lil dawk li f'għajnejh huma l-għedewwa.", "Pierre Portelli jidher li se jkompli għaddej b'dak li ilu jagħmel f'dawn l-aħħar xhur: jispara fuq dawk li ilhom jivvutaw PN kemm ilhom ħajjin bħallikieku jixtieq li jagħtihom raġuni jew motivazzjoni biex ma jkomplux jivvutaw lil dan il-partit.", "Fl-ittra tar-riżenja tiegħu kiteb li, issa li ħalla l-impjieg tiegħu mal-PN, jibqa' \"Malti u Nazzjonalist\" li għandu l-libertà kollha li jweġġa' lil kull min f'għajnejh huwa għadu tiegħu.", "Il-fatt juru li ma nbidel kważi xejn.", "Waqt li kien fl-impjieg mal-PN, għamel użu sħiħ tal-kariga tiegħu fin-Net TV biex jissodisfa l-fissazzjonijiet li għandu.", "Nista' nsemmi l-mod kif ipprova jikkalunja lill-attivisti tal- Occupy Justice billi għajjarhom frodisti u qattiela tat-trabi.", "Insemmi wkoll il-mod kif kien jordna lill-ħaddiema ta' taħtu biex jinjoraw kull storja relatata mal-attiviżmu ta' kontra l-korruzzjoni.", "U anki l-mod dwar kif kien jordna lill-ħaddiema biex jinjoraw il-fatt li ġurnalista, li kienet kittieba regolari fil-ġurnali li fl-imgħoddi kellu rabta magħhom, ġiet assassinata permezz ta' karrozza-bomba x'aktarx minħabba l-istejjer li hi kienet kitbet u li kien xandarhom huwa stess.", "Ilu għaddej b'kruċjata personali biex mingħalih ipatti għall-fatt li huwa ħafna inqas kwalifikat milli jaħseb għall-kariga li kellu: mhux biss m'għarafx jikkontrolla l-lanżit li għandu iżda jinsab ukoll mikul bil-għali għax ntebaħ li fil-professjoni tiegħu m'għandux il-ħiliet li għandu ħaddieħor.", "Huwa l-Qaddis Patrun tal-Medjokritajiet u jinsab lest li jiġġieled battalja għan-nom tagħhom.", "Il-bieraħ filgħaxija tgħidx kemm tbaqbaq waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv.", "Għandu l-istess fissazzjoni patetika ta' tant irġiel b'moħħ ċkejken – irġiel li Daphne Caruana Galizia kienet ixxommhom u tqaxxarhom permezz tal-kitba tagħha – li kienu mġiegħla jiffokaw u jwaħħlu fuq mara waħda l-fissazzjonijiet, il-frustrazzjonijiet u n-nuqqasijiet tagħhom.", "Qalilhom li dak li seħħ kien kollu tort ta' Daphne Caruana Galizia minkejja l-fatt li din ilha nieqsa għal dawn l-aħħar 20 xahar.", "Qal ukoll li din riedet teqred lil Adrian Delia.", "Apparti l-fatt li diskors bħal dan ma jaqbel xejn mal-karattru li kellha, kien missu wera' ndiema li għażel li jinjora l-parir li kienet tagħtu u li jagħti każ it-twissijiet tagħha li kien qed jappoġġja żiemel li kien ser ikisser l-aħħar tama għad-demokrazija Maltija: il-Partit Nazzjonalista.", "Kienet wissietu biex iħaddem moħħu u mhux jappoġġja baħnan mimli dellijiet li ma kellu esperjenza ta' xejn, la fil-politika attiva u wisq inqas fit-tmexxija ta' partit politiku.", "Kienet wissiet lilu fl-istess waqt li wissiet lilna li kienet se xxandar dak kollu li kienet taf dwaru.", "Huwa ma tahiex widen.", "Kif ma tawhiex widen il-biċċa 'l kbira tat-tesserati.", "Bosta minn dawn it-tesserati issa qed jisgħobbihom li kienu njoraw it-twissijiet tagħha: dawn issa qed jifhmu s-sinjifikat tal-istejjer li kienet xandret u għandhom indiema li spiċċaw ngidmu meta għażlu lil min dak il-ħin deher bħala bniedem frisk u eċċitanti.", "Bniedem li mal-medda taż-żmien inkixef ta' li hu: nkompetenti, mkabbar u tal-mistħija.", "Ċertament Pierre Portelli m'huwiex għaref daqs dawk it-tesserati migduma.", "F'għajnejh, ħaddieħor li kkritika l-għażla tiegħu għal mexxej tal-PN m'għandux raġun u jinsab determinat li lil dawn iweġġagħhom talli ma jarawx għajn m'għajn miegħu.", "Daphne Caruana Galizia qatt ma kienet mira faċli għalkemm issa m'għadhom jidwu l-argumenti tagħha, l-analiżi ċara li kellha tal-fatti u dixxerniment tagħha.", "Huwa aktar faċli għalih issa li jwaħħal fiha.", "U forsi li issa wieħed jista' japprezza aktar dwar kif tan-Net u tas-Super One saru qishom leħen wieħed f'dak li huwa rappurtar dwar il-korruzzjoni, dwar l-imġieba ħażina u dwar il-medjokrità patoloġika li teżisti fis-servizz pubbliku.", "Eżatt bħal Joseph Muscat, Pierre Portelli għadu jitħassar lilu nnifsu minħabba l-kritika \"iebsa\" ta' Daphne Caruana Galizia.", "M'għandniex xi ngħidu, r-rabja ta' Pierre Portelli ma tiqafx hemm.", "Għad għandu lista twila bl-ismijiet ta' dawk li għad irid ipattihielhom.", "Waqt il-laqgħa tal-Kunitat Eżekuttiv, lil tal- Occupy Justice xliehom li riedu jimminaw lil Adrian Delia.", "Bħas-soltu, fehemha minn sieqha.", "Occupy Justice inħoloq biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas totali ta' Adrian Delia li jieħu azzjoni dwar l-assassinju ta' ġurnalista.", "U ta' din in-nuqqas ta' azzjoni huwa responsabbli Pierre Portelli daqs kemm jaħti għaliha Adrian Delia.", "Dak il-grupp ta' nisa li refa' r-responsabbiltà li jiġġieled il-ġlieda li hu ddeċieda li jirrinunzja għaliha m'hemmx dubju ser ikunu fil-mira ta' Pierre Portelli.", "Il-bieraħ filgħaxija lili semmieni wkoll.", "Fetaħ attakk fuq dawk il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv li ażżardaw ikellmu lili, talli ażżardaw ikunu l-avukati ta' organizzazzjoni li jien nagħmel parti minnha u talli dawn ażżardaw li jiddefeduni fil-qorti.", "Jekk int mingħalik li Pierre Portelli rriżenja għax iddeċieda li ma jkomplix jagħmel il-ħsara lill-PN, aħjar terġa' taħsibha sew.", "Ara ma tmorrux taħsbu li din ir-riżenja saret biex twitti t-triq biex Adrian Delia jwarrab ukoll.", "Irriżenja biex il-gwerra jkompliha minn barra d-Dar Ċentrali.", "M'hemmx dubju li f'dan ir-rwol ġdid, mhux ser jaqta' sandar.", "Il-battalji politiċi ma tistax tiġġilidhom jekk tkun maqtugħ mir-realtà.", "U dan kien il-gwaj ta' Pierre Portelli minn dakinhar li ddeċieda li jinjora l-parir li kienet Daphne Caruana Galizia biex iżomm 'il bogħod minn Adrian Delia.", "Illum suppost għandu jitla' jixhed.", "Mhux l-ewwel darba li telgħa l-qorti biex jitkellem kontra għedewwa li jinsabu fl-immaġinazzjoni tiegħu.", "Jista' jkun li llum ser jagħmel l-istess ħaġa.", "Issa aktar u aktar li m'għadux nominalment responsabbli għall-ħsara li għamel lill-partit li hu jgħid li tant iħobb.", "Previous: Joseph \"Comical Ali\" Muscat: il-BoV ma tistax tinnegozja bid-Dollari Amerikani għax sejra tajjeb.", "Next: Meta \"relazzjoni professjonali\" tista' tfisser \"korruzzjoni\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/meta-relazzjoni-professjonali-tista-tfisser-korruzzjoni/", "date": "Tue, 18th Jun '19, 08:20", "category": "blog, politics, government", "title": "Meta \"relazzjoni professjonali\" tista' tfisser \"korruzzjoni\"", "text": ["Kien pjaċir tiegħi li attendejt il-bieraħ għall-marċ msejjaħ mill-Moviment Graffitti b'solidarjetà ma' dawk kollha li spiċċaw bla saqaf fuq rashom bi protesta kontra r-regħba ta' min qed iwettaq proġetti ta' kostruzzjoni li huma l-kaġun tas-sitwazzjoni mwiegħra li issa sabu ruħħom fiha.", "Id-diskors li għamel Wayne Flask ma kienx biss wieħed letterarju.", "Kien ukoll karba msejsa fuq ir-rabja u s-sens ta' frustrazzjoni, kif ukoll protesta kontra l-indifferenza li hawn fil-konfront tal-ħarsien ta' ħajjet ħaddieħor u tat-tbatija li qed tinħoloq minħabba t-tiġrija b'riżq qliegħ ta' flus dejjem akbar.", "Huma dawk li spiċċaw bla saqaf fuq rashom li l-iktar li qegħdin ibatu.", "U magħhom hemm il-bqija tal-poplu li jinsab taħt id-dell ta' żvilupp eżaġerat u mingħajr kontroll li qed iservi wkoll biex jiżdied it-tniġġiż.", "Geplaatst door Moviment Graffitti op Dinsdag 18 juni 2019 Wieħed m'għandux għalfejn ikun segwaċi ta' Marx biex jifhem l-inġustizzja li nħolqot u li għadha qed tinħoloq.", "Andrè Callus tal-Moviment Graffitti imbagħad semma' lista ta' talbiet sensibbli biex f'dan il-qasam jitwettqu riformi li huma pjuttost xokkanti – mhux għaliex huma ta' xeħta radikali – iżda għaliex fil-biċċa 'l kbira tagħhom huma minn ewl id-dinja u ġusti.", "Jekk xejn, it-talbiet li saru m'humiex radikali biżżejjed għaliex ma jindirizzawx il-kaġun ewlieni tad-diżastru f'pajjiżna li qegħdin ngħixu kuljum, kif Wayne Flask spjega tant tajjeb fid-diskors tiegħu.", "Jiġifieri li dan id-diżastru urban jaħtu għalih il-partiti politiċi minħabba s-suddizzjoni żejda li għandhom mill-qasam tal-bini u tal-iżvilupp.", "Ir-rabta li teżisti bejn dawk is-sinjuruni li jiffinanzjaw lill-partiti politiċi u l-partiti politiċi nnifishom hi waħda transazzjonali u monetarja u għalhekk, f'dawk li huma kunsiderazzjonijiet dwar dak li għandu jammonta għal interess pubbliku, rabta bħal din toħloq żbilanċ fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-amministrazzjoni pubblika.", "Din ir-rabta tiggarantixxi wkoll it-tkattir tal-inugwaljanzi fis-soċjetà tagħna.", "Dawk li spiċċaw bla saqaf fuq rashom u li tkellmu 'l bieraħ fl-attività tal-Moviment Graffiti, apparti l-fatt li lkoll tilfu djarhom, kellhom aktar minn element wieħed li jgħaqqadhom.", "Dawn huma persuni li jaqilgħuha u jikluha u il-ftit li kellhom tilfuh minħabba l-kilba u r-regħba tal-iżviluppaturi.", "Wieħed m'għandux għalfejn ikun segwaċi ta' Marx biex jifhem l-inġustizzja ta' dan kollu.", "Suppost li, bis-saħħa tal-għodda tal-politika, l-inġustizzji fis-soċjetà għandhom jitnaqqsu.", "Iżda jekk il-partiti politiċi jkunu dipendenti żżejjed mill-għotjiet tas-sidien fl-industrija tal-bini, m'hemmx dubju li l-eżiġenzi ta' dawn is-sidien jieħdu s-sopravvent fuq il-ħtiġijiet tal-poplu.", "Fi kliem ieħor, tal-MDA jispiċċaw biex jiktbu l-liġijiet li suppost qegħdin hemm biex irażżnuhom.", "Jista' jkun hemm min igħid li qed inħawwad ħaġa m'oħra, iżda l-kwistjoni li dwarha pprotestaw il-bieraħ tal-Moviment Graffitti tfakkarni fil-kriżi kbira li jinsab għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista.", "Araw ftit kif il-bieraħ Pierre Portelli, li kien jippretendiha tal-factotum ta' wara t-\"tron\" ta' Adrian Delia, kkonferma li hu \"minn dejjem kellu relazzjoni professjonali\" ma' tat- Tumas Group anki waqt li kien qed jaħdem biex lil Adrian Delia jħejjilu t-triq biex isir Prim Ministru.", "Tat- Tumas Group — jiġifieri Yorgen Fenech — m'humiex membri tal-MDA u strettament m'humiex żviluppaturi.", "Iżda ejjew nikkonċedu li dan il-bniedem għandu numru mdaqqas ta' interessi privati bħalma hu, per eżempju, l- power station li huwa kien innegozja għalih u għan-nom ta' sħabu u li wassal biex ġew garantiti favur tiegħu prezz u rata ta' konsum ta' enerġija għat-18 il-sena li ġejjin, saħansitra anki minn fuq dahar dawk li jaqilgħuha u jikluha.", "Hemm ukoll allegazzjonijiet, li huma konfermati minn provi dokumentati, li fittex li jxaħħam lil ċerti politiċi biex, fil-każ tal-power station, ikun jista' jressaq il-boċċa qrib il-likk.", "Filwaqt li Pierre Portelli b'ċerta kburija ddikjara li \"minn dejjem kellu relazzjoni professjonali ma' tat-Tumas Group\", fl-istess nifs tkaża wkoll bir-\"reat kriminali politiku\" li wettaq Karol Aquilina meta dan aċċetta li jassistini legalment.", "Għaliex, taf int, illum il-ġurnata m'hemm xejn ħażin jekk \"minn dejjem kellek relazzjoni professjonali ma'\" Yorgen Fenech, sid is-17 Black u persuna li għamel ħlasijiet ta' $5,000 kuljum lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.", "Iżda ħoll xagħrek u ġib iż-żejt jekk tażżarda li lil Manuel Delia tirrapreżentah legalment fil-qorti f'kawża dwar id-drittijiet umani ta' dawk li għażlu li jipprotestaw fil-Belt Valletta dwar Daphne Caruana Galizia u li l-gvern qed jipprova jfixkilhom.", "Għandi ngħid li lil Karol Aquilina m'għandix minn fejn inħallsu u li dan qed jaħdimli b'xejn.", "Pierre Portelli ma elaborax, iżda nażżarda ngħid li fir-\"relazzjoni professjonali\" li għandu ma' Yorgen Fenech, huwa ma jaħdimx b'xejn.", "Ma tkunx ħaġa kbira jekk jirriżulta li, bħala parti minn din ir-\"relazzjoni professjonali\", hemm il-proġett ta' Pierre Portelli li kellu jara lil Adrian Delia jikkontrolla lill-PN.", "Il-fatt li s-sinjur għandu aċċess akbar u aħjar għas-setgħa tal-politiċi milli għandhom dawk li bilkemm għandhom biex igħixu, m'huwiex biss wieħed inġust.", "Huwa wkoll wieħed korrott għaliex huwa l-kawża ewlenija tal-fatt li dawk li jaqilgħuha u jikluha jkollhom iħallsu aktar għall-elettriku minħabba r-regħba tal-miljunarji anki waqt li jibqgħu beżgħanin li jispiċċaw bla saqaf uk0ll minħabba din ir-regħba.", "Huwa proprju hawn fejn huwa meħtieġ ftit aktar radikaliżmu bil-għan li jiġu ndirizzati l-problemi maħluqa mill-inugwaljanzi li jeżistu f'pajjiżna.", "Il-partit politiċi għandhom jiġu finanzjati mill-Istat u d-donazzjonijiet m'għandhomx jiskorru ċertu ammont u dan sabiex l-interessi tas-sinjuruni ma jispiċċawx jieħdu s-soppravvent fuq dawk tal-bqija tal-poplu.", "U mbagħad il-kliem \"ħbiberiji\" u \"relazzjoni professjonali\" nkunu nistgħu nagħtuhom it-tifsira vera tagħhom.", "Jiġifieri \"korruzzjoni\".", "Fit-taqtigħa favur it-twettiq tal-ġustizzja, il-ġlidiet favur il-governanza tajba u favur l-ugwaljanza soċjali jimxu id f'id.", "Tal-Moviment Graffitti il-bieraħ urewna t-triq li għandna naqbdu.", "Previous: Riżenja?", "X'riżenja?", "Next: M'għandux aktar bżonn tal-pedana tax-xhieda window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/waqfien-temporanju-mill-glied/", "date": "Wed, 19th Jun '19, 18:04", "category": "blog, politics, government", "title": "Waqfien temporanju mill-ġlied?", "text": ["Persuna li jbati minn każ serju ta' ottimiżmu patoloġiku sejjaħ ir-riżultat tal-laqgħa tal-bieraħ tal-grupp parlamentari tal-PN bħala waqfien temporanju mill-ġlied sakemm jinstab modus vivendi .", "Waqfien mill-ġlied jista' jintlaħaq għar-raġuni li l-avversarji jkunu qatgħu nifishom u ma tibqagħlhomx tama li l-issuktar tal-ġlied jista' jwassalhom għar-riżultat mixtieq minnhom.", "F'dan l-istadju l-ġlied jieqaf bil-għan li jkun jista' jinstab tarf tad-diżgwid madwar mejda.", "Il-waqfien mill-ġlied jista' wkoll jintlaħaq wara li tkun ċediet naħa li mbagħad tkun tista' tara kif se timponi kundizzjonijiet biex tkun tista' tnaqqas il-prezz li jkun ikollha tħallas.", "Fid-Dar Ċentrali l-bieraħ ma seħħ xejn minn dan kollu.", "Wara l-għajjat kollu li seħħ tul dawn l-aħħar ħmistax, seħħ is-skiet għar-raġuni li ż-żewġ naħat spiċċawlhom il-porvli.", "Fuq naħa waħda hemm Adrian Delia li issa huwa konxju tal-fatt li lanqas l-akbar illużjonijiet li jista' jkollu ma jkunu jistgħu jsabbruh.", "Il-viċi kapijiet tiegħu abbandunawh.", "Pierre Portelli, li kien il-perċimes li kien ħeġġu biex jidħol għal din il-kariga, issa tassew tilef rasu.", "Dawk li sostnewh fit-tmexxija tal-partit, huma aktar moħħhom fil-problemi politiċi tagħhom u qed jiġu jaqgħu u jqumu minnu.", "Dejjem kellu dubju għandux biżżejjed appoġġ fil-Grupp Parlamentari.", "U issa huwa ċar li fil-Kumitat Eżekuttiv ma jgawdix l-appoġġ tal-maġġoranza.", "Ċertament hemm madwar żewġ tużżani trolls li, jagħmel x'jagħmel, se jibqgħu jagħtuh l-appoġġ tagħhom.", "U forsi madwar kwint minnhom jispiċċaw imorru ma' tal-Labour jekk qatt kellu jitwarrab.", "Iżda anki għal Adrian Delia din m'hix konsolazzjoni.", "Il-verità hi li dawn idejquh iżda jibqa' jaħbi idu hu u jurihom il-gratitudni tiegħu għall-wirjiet ta' appoġġ li jagħtuh.", "Nofsu stordut, qisu Macbeth, idur madwar l-għalqa għax huwa l-uniku suldat tal-armata li baqa' jferfer u li – għax ħaseb li ħadd ma jista' jlaħħaq miegħu – għadu ma jistax jemmen li tilef il-battalja.", "Fil-Grupp Parlamentari hemm minoranza mdaqqsa – forsi wkoll maġġoranza żgħira – li qiegħda tħeġġu biex iwarrab.", "Iżda l-agħar fosthom huma dawk id-deputati li jfesfsu fil-widnejn dwar il-ħtieġa li Delia jwarrab, iżda li meta jiġu għas-si u n-no jidħlu f'qoxrithom.", "Dawn m'hemmx agħar minnhom: qegħdin fil-Parlament biss biex jaraw kif ser jirnexxielhom jerġgħu jiġu eletti.", "Jien u nisma' x'kellu xi jgħid il-bieraħ Andrè Callus f'Gwardamanġa dwar l-iżviluppaturi, ma stajtx ma naħsibx f'dawk il-Parlamentari li jinsabu fil-Parlament biss biex isaħħnu s-siġġu u li jġibu ruħħom b'mod biex la jfuħu u lanqas jintnu.", "Bir-riżultat li r-reżistenza għat-tirannija tal-korruzzjoni, tal-inġustizzji u tal-bażużliżmu jkollha ssir mit-toroq u fil-qrati.", "Il-bieraħ fi tmiem il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, Adrian Delia gideb meta stqarr li ħadd ma kien sfidaħ biex iwarrab.", "Gideb għax kienu mill-inqas għaxra mill-Grupp li talbuh biex iwarrab.", "U gideb minkejja li kien jaf kienet ser toħroġ fil-beraħ l-aħbar li kienet saret talba biex huwa jwarrab.", "Immaġinaw ftit.", "Mexxej ta' partit li jaspira li jsir prim ministru jigdeb minkejja li jaf li ftit ser ikunu dawk li jemmnuh.", "Kull ma qed iżommu f'postu huwa l-biża' ta' wħud mid-deputati li jesprimu l-vera fehma tagħhom.", "Illum Pierre Portelli ried juri li fehem il-messaġġ li bgħat Adrian Delia meta lill-ġurnalisti dan qalilhom li jikkunsidra kwalunkwe attakk fuq id-deputati tiegħu bħala attakk fuqu nnifsu.", "Kien missu ilu li qalu dan id-diskors.", "Adrian Delia kien ilu żmien jattakka direttament ċerti deputati tal-PN.", "Tgħid Adrian Delia qed igħidilna li kien qed jikkommetti suwiċidju?", "Diskors bħal dan m'għandux għalfejn joqgħod igħidu.", "Jeħtieġ li nifhmu r-raġuni għaliex Adrian Delia lissen dan id-diskors.", "F'kumment li għamel fil- Facebook , Pierre Portelli qal li Karol Aquilina mhux biss għamel ħażin meta aċċetta li jassistini legalment, iżda fl-imgħoddi meta kellu kariga fil-PN kien aċċetta flejjes b'mod li ma kienx kompatibbli mal-liġi elettorali.", "Bħal donnu ried iżellaqha li hawn qed nittrattaw dwar offiżi kriminali li jwasslu għal piena ta' ħabs.", "Issa bħal donnu li Adrian Delia ntebaħ kemm huwa perikoluż – anki fil-konfront tiegħu – Pierre Portelli.", "Ma' dak li stqarr Pierre Portelli llum fis-sens li kien ser iżomm is-skiet, huwa dendel kwalifika importanti: jekk Adrian Delia jispiċċa biex ikollu jwarrab, kien lest jikxef l-għawwar dwar attività kriminali li twassal għal piena ta' ħabs.", "Dan huwa t-tip ta' waqfien mill-ġlied fi ħdan il-PN: issa li spiċċaw il-porvli, baqa' biss it-theddid.", "Waqt il-laqgħa tal-bieraħ, madwar nofs tużżana deputati lil Adrian Delia qalulu li jekk kellu jmexxi lill-PN fl-elezzjoni li ġejja 3 snin oħra, x'aktarx li l-PN jaqla' tkaxkira akbar.", "Għalija din is-sitwazzjoni hi ferm 'il bogħod minn waqfien mill-ġlied.", "Hi tlestija għall-forka.", "Previous: M'għandux aktar bżonn tal-pedana tax-xhieda Next: Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja – għejjun window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/kurt-farrugia-se-jdabbar-rasu-minn-kastilja-ghejjun/", "date": "Wed, 19th Jun '19, 18:10", "category": "blog, politics, government", "title": "Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja – għejjun", "text": ["Minn diversi għejjun smajt li li l-kelliem ewlieni tal-gvern Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja biex imexxi l- Malta Enterprise , l-aġenzija tal-gvern dwar l-investiment barrani.", "Kurt Farrugia mill-bidu nett kien persuna ewlenija fl-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat.", "Kien ukoll l-uniku bniedem li kien ġie fdat minn Joseph Muscat biex jakkumpanjah għal laqgħat f'Baku ma' Ilham Aliyev tal-Ażerbajġan minbarra s-sidien tal-kumpanniji sigrieti tal-Panama Keith Schembri, ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru Chief u Konrad Mizzi, il-ministru tal-enerġija.", "It-tluq ta' Kurt Farrugia minn Kastilja tindika li Joseph Muscat stess qed iħejji biex idabbar rasu hu wkoll.", "Previous: Waqfien temporanju mill-ġlied?", "Next: Frank Portelli u l-miżbla tal-istorja window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/frank-portelli-u-l-mizbla-tal-istorja/", "date": "Fri, 21st Jun '19, 13:53", "category": "blog, politics, government", "title": "Frank Portelli u l-miżbla tal-istorja", "text": ["Giddibin huma dawk li jixlu lill-ġurnalisti bit-tixrid tal- fake news .", "U dawk li jkunu fgati f'demmhom minħabba l-imrar u l-mibgħeda x'aktarx ikunu l-istess persuni li jixlu lil ġurnalisti bit-tixrid tal-mibgħeda.", "Frank Portelli għandu mit-tnejn.", "Dakinhar li ddeċieda li jtellaq fit-tiġrija bħala kandidat għal Kap tal-PN, ma nista' qatt ninsa' d-dieqa li ħassejt meta, b'mod mill-aktar drammatiku, rema' biċċa karta minn idu biex jemfasizza li, bħal Daphne Caruana Galizia, dik il-karta kienet ser tispiċċa fil-qiegħ nett tal-miżbla tal-istorja.", "Il-kliem mimli velenu li għoġbu jlissen dakinhar ma jintesiex malajr.", "Frank Portelli qatt ma kellu l-iċken ċans li jirbaħ it-tellieqa tal-2017 għat-tmexxija tal-PN iżda, mill-erba' kandidati li kkontestaw, x'aktarx li kien l-aktar kandidat li ġie stimolat bis-saħħa ta' dik l-elezzjoni.", "Il-kandidatura tiegħu tagħtu ċerta leġittimità u pinġietu bħala bniedem li għandu aspetti oħra fil-karattru tiegħu minbarra wieħed mimli bil-qrusa tal-imrar u nkoerenti li ma akkwista xejn f'ħajtu ħlief stat ta' falliment.", "Ilu miż-żmien li l-Isptar San Filippu kien kostrett li jagħlaq għal kollox jipprova jsib tarf tad-dejn kbir li kien għamel.", "U kulma għamlet Daphne Caruana Galizia kien li kkonfermat dak li l-pajjiż kollu kien diġà jaf bih, jiġifieri li Frank Portelli jinsab mgħobbi b'dejn enormi.", "Iżda meta tal-PN kienu aċċettaw il-kandidatura tiegħu, dawn ippermettewlu li jagħmel tabirruħu bħallikieku ma' kien hemm xejn umiljanti jew tal-mistħija fl-imġieba tiegħu.", "U minn dakinhar 'l hawn, Frank Portelli ħadha bħala drawwa li jigdeb u jlissen diskors mimli velenu dwar s-suġġetti numerużi tal-mibgħeda tiegħu.", "Għoxrin xahar wara l-assassinju tagħha, għadu ffissat bil-kbir fuq Daphne Caruana Galizia.", "Din il-ġimgħa kiteb fil- Facebook li dawk li kienu jgħaddu informazzjoni lil Daphne huma responsabbli għall-qtil tagħha.", "Nistaqsi: x'provi għandu dwar dan?", "Provi m'għandu xejn affattu.", "Dan donnu mingħalih li Daphne Caruana Galizia kienet ixxandar l-istejjer għaliex kienu jġiegħluha biex tagħmel dan.", "Min kien jipprova jġiegħlha tagħmel xi ħaġa kien jaf x'risposta kien jirċievi mingħandha.", "Bħal kull persuna oħra, Daphne Caruana Galizia kienet ukoll soġġetta għall-iżball.", "Iżda l-informazzjoni li kienet tiġbor ma kienitx ixxandru bl-addoċċ: b'reqqa kbira kienet tivverifika u tiċċekkja kollox.", "L-assassinju tagħha ma kienx ir-riżultat ta' dan kollu.", "U l-għejjun li kellha m'għandhomx fuq xiex ikollhom indiema talli kienu tkellmu magħha dwar dak kollu li kienu jafu.", "Frank Portelli m'huwiex kapaċi japprezza li ħadd m'għandu jiġi assassinat minħabba dak li jogħġbu jikteb jew għax ikun ingħata informazzjoni minn sorsi qabel jgħaddi biex ixandar.", "Issa Frank Portelli anki fuqi ħadha drawwa li jxerred il-mibgħeda.", "Din il-ġimgħa kiteb li jien merċenarju li nippretendi li nitħallas għal dak li nikteb.", "M'għandix għal xiex noqgħod niddefendi lil nnifsi minn dan il-ħmieġ kollu.", "Nista' ngħid li m'aċċettajtx reklamar ipprenotat minn qabel biex ħadd ma jaħseb li jista' jinfluwenzani dwar dak li nikteb.", "Kien hemm każijiet fejn donazzjonijiet ta' flus bgħatthom lura minn fejn ġew kull meta ssuspettajt li d-donatur seta' ppretenda li jeżerċita xi influwenza fuq kitbieti.", "Nista' wkoll niġbed l-attenzjoni għall-fatt li dak li nikteb niktbu taħt ismi u dejjem nerfa' r-responsabbiltà għal dak li nikteb.", "Iżda l-punt li nixtieq nagħmel huwa wieħed mill-aktar sempliċi.", "Frank Portelli m'huwa xejn ħlief ċarlatan u ħadd m'għandu għalfejn iħallasni għal dan li għadni kemm ktibt.", "Kuntent li nikteb dan kollu mingħajr ma nitħallas.", "M'għandi ebda dejn ta' sptar fallut x'niġbor biex nagħmel tajjeb għal dak li nikteb.", "U qatt ma xħedt lil ħadd f'qiegħ xi miżbla tal-istorja – għalkemm dan ikun post fejn Frank Portelli ċertament ikun jixraqlu li jinxteħet.", "Previous: Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja – għejjun Next: Xaqq dawl window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/xaqq-dawl/", "date": "Mon, 24th Jun '19, 18:09", "category": "blog, politics, government", "title": "Xaqq dawl", "text": ["Qed jidher xaqq dawl fil-kriżi li għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qatt ma kellu xi forma ta' kontroll fuq il-partit tiegħu.", "Il-fatt li se jkollu jiffaċċja vot ta' fiduċja quddiem il-Kunsill Ġenerali – vot li huwa stess iddikjara li ma riedx jiffaċċja dwar jekk għandux ikompli jew le bħala kap tal-partit – m'hi xejn ħlief turija ċara li n-nuqqas ta' kontroll m'huwiex limitat biss għall-Grupp Parlamentari.", "Hemm numru sostanzjali ta' attivisti tal-partit li huma lesti li jisfidawh fil-beraħ bis-saħħa ta' petizzjoni ffirmata minnhom.", "Jekk il-maġġoranza tal-Kunsilliera tal-Partit jiddeċiedu permezz ta' vot sigriet li għandu jdabbar rasu, hemm grupp ieħor ta' persuni li Adrian Delia m'hemmx dubju ser jipprova jserraħ fuq l-appoġġ tagħhom billi jmur igħid li l-Kunsilliera kienu għażluh biex jikkontesta t-tellieqa finali u li issa mhux rilevanti l-fatt li bosta minnhom reġa' bdielhom dwaru.", "Għaliex kienu t-tesserati li kienu għażluh u allura jkun fid-dmir li jkun lejali lejhom billi jibqa' fejn hu.", "M'għandniex xi ngħidu, raġunar bħal dan qajla jagħmel sens.", "Araw ftit kif juża l-istess loġika meta jirreferi għall-Grupp Parlamentari.", "Qal li jiġi jaqa' u jqum jekk il-Grupp Parlamentari jappoġġjaħx jew le.", "Fil-fehma tiegħu, il-membri ta' dan il-Grupp huma fid-dmir li jappoġġjawh anki jekk huwa ma kienx l-għażla tagħhom: kienu t-tesserati li mponewh fuq il-membri tal-Grupp u dmirhom hu li jbaxxu rashom.", "Għad nisimgħu li din il-loġika għandha tiġi mposta wkoll fuq 1,500 Kunsillier.", "Din il-loġika m'hi xejn ħlief negazzjoni tar-realtà.", "Jekk il-PN jitlef is-sħubija ta' numru ta' tesserati, il-vijabilità tal-partit – xi ftit jew wisq – mhux se tkun effettwata ħażin.", "Tifhmunix ħażin.", "B'daqshekk m'jinix ngħid li jkun tajjeb jekk isseħħ xi ħaġa bħal din jew li jkun ta' ġid jekk iseħħ dan kollu.", "Madankollu jeħtieġ li nifhmu l-kuntest.", "Ipparagunaw xenarju bħal dan li għadni kemm semmejt ma' xenarju li fih il-PN jitlef l-appoġġ ta' wħud mill-membri parlamentari fil-Parlament.", "Jekk dan kollu jseħħ waqt li partit ikun fil-gvern, żvilupp bħal dan ikun wieħed katastrofiku.", "Jekk partit ikun fl-oppożizzjoni, fl-aħjar ipotesi xenarju bħal dan ikun ta' ħsara kbira.", "Min naħa l-oħra, meta partit ikun tilef għexieren ta' eluf ta' voti ta' persuni li qatt ma kienu membri f'xi partit iżda li minn dejjem ivvutaw għall-istess partit, il-tellieqa għall-kisba tas-setgħa ssir kważi impossibbli li tintrebaħ.", "Il-membri tal-Kunsill Ġenerali m'huma xejn ħlief l-intermedjarji bejn il-votanti u dawk li jiġu eletti minnhom.", "Mexxej ta' partit li jkun mingħalih li jista' jmexxi kampanja ta' suċċess mingħajr l-appoġġ sħiħ tal-attivisti membri tal-Kunsill Ġenerali ma jafx x'ikun qed igħid.", "Ftit ġimgħat wara l-elezzjoni tal-2017, kont ktibt artiklu f' The Sunday Times of Malta dwar il-ħidma tal-Labour fost il-votanti .", "Kont ktibt li tal-Labour kienu għamlu tajjeb għall-eluf ta' voti li kienu tilfu minħabba l-korruzzjoni, bis-saħħa ta' kampanja effettiva ta' laqgħat wiċċ imb'wiċċ mal-votanti.", "F'dik l-analiżi kont ktibt ukoll li, sa mill-1996, ingħatat aktar importanza għall-kampanji mmexxijin mit-televiżjoni u mill-midja soċjali u dan a skapitu tal-makna effiċjenti li kien bena' l-Partit Nazzjonalista fis-snin 70 u 80 – makna li kienet tikkoordina il-ħidma ta' mijiet ta' persuni prattikament f'kull triq f'kull lokalità – u li spiċċat ġiet traskurata.", "Biex jirbaħ elezzjoni, partit ikun jeħtieġ li jkollu l-ħila li jġiegħel lin-nies tiegħu jivvutaw u, f'dan ir-rigward, it-televiżjoni u l-media soċjali m'humiex daqstant effettivi.", "Wara l-elezzjoni tal-2017, il-PN suppost kellu jindirizza din il-problema – problema li kienet diġà bdiet tqajjem rasha fiż-żmien meta Eddie Fenech Adami kien qed iħejji ruħu għar-rebħiet kbar li kiseb fl-1998 u fl-2003.", "Snin li fihom l-attenzjoni ngħatat lill-gvern aktar milli lill-partit.", "Snin li fihom tfasslet il-politika għaqlija dwar id-dħul fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona Ewro.", "Snin li fihom akkumulaw id-djun u nħass in-nuqqas ta' finanzi.", "Snin li fihom kien hemm min spiċċa diżappuntat għax ingidem minħabba ċerti deċiżjonijiet politiċi.", "Dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha servew biex komplew dgħajjfu l-komunikazzjoni bejn il-partit, il-kumitati sezzjonali u l-votanti.", "It-tmexxija l-ġdida tal-PN li ħadet ir-riedni wara l-elezzjoni tal-2017, din il-problema lanqas biss xammitha, aħseb u ara kemm ħadet ħsieb biex issib tarfha.", "Minn naħa tagħhom, il-membri tal-Kunsill Ġenerali – is-suldati tal-partit – ġew mgħotija l-ġenb u bosta minnhom ċedew l-armi.", "Kienu mhux ftit dawk li sabu ruħħom intimidati minn grupp ta' persuni li għalihom il-mexxej il-ġdid sar l-\"alla\" tagħhom.", "Jekk dawn il-kunsilliera se jibqgħu jiġu injorati, il-partit se jispiċċa jkollu qasma bejn dawk tad-Dar Ċentrali u l-membri tal-kumitati sezzjonali li s'issa baqgħu jiġru wara n-nies biex jipperswaduhom jivvutaw PN iżda li m'hemmx garanzija li ser tibqagħlhom il-ħeġġa li jkomplu jagħmlu dan.", "Minn dak li qed jinkiteb mit- trolls tiegħu, nistgħu nikkonkludu li Adrian Delia qed ilesti ruħu għal konfront distruttiv.", "Frank Portelli, wieħed mis-segwaċi ferventi tiegħu, lil dawk li sejħilhom bħala \"illuminati\" (jiġifieri dawk li m'humiex lesti jsallu u jixgħalu x-xemgħat quddiem ix-xbieha ta' Adrian Delia) qalilhom li l-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN ma jistgħux iwaqqgħu vot tat-tesserati.", "Beżaqha.", "Din ir-'rivoluzzjoni' fil-PN taf twassal għat-tmiem loġiku tagħha.", "Bil-gwerra ċivili li tinsab għaddejja bħalissa, bid-deputati parlamentari maqsumin bejniethom, bil-mezzi tax-xandir tal-partit ikkargati biex jaqtgħu l-irjus ta' dawk li ilhom jappoġġjaw lill-partit tul ħajjithom u bl-attivisti kuljum jieklu lil xulxin ħajjin, Adrian Delia jaf jasal fejn irid jasal biex lill-Partit jagħmlu terrapien.", "Jaf ikun il-kaġun tat-tkissir tal-Kunsill Ġenerali – jiġifieri tal-attivisti ta' kull lokalità f'dawn il-gżejjer – u b'hekk jeqred kull tama mhux biss li l-Partit għad xi darba jirbaħ l-elezzjoni li jmiss iżda wkoll li jibqa' sħiħ wara li jkun għadda l-maltemp kollu.", "Jekk Adrian Delia jibqa' ma jirriżenjax wara li l-Kunsill Ġenerali jkun tlaqqa' kontra x-xewqa tiegħu biex jiddiskuti vot ta' sfiduċja fih, wara li jkun ittieħed vot fuq il-mozzjoni u wara li l-mozzjoni tkun sabet appoġġ sostanzjali (anki jekk mhux maġġoranza), ikun qed iniżżel lill-Partit miegħu fil-qiegħ u jkun qed iċaħħadlu l-futur tiegħu.", "Jien membru tal-PN.", "Nixtieq nara l-PN b'ġejjieni sabiħ quddiemu: ġejjieni li fih il-PN ikun jista' jiżviluppa, jiddiskuti u jmexxi politika li tħajjar lin-nies li jivvutawlu.", "Ġejjieni li matulu jkun partit jitkellem dwar kwistjonijiet nazzjonali; li jfassal proposti biex jinstab tarf ta' problemi kaġunati mill-baħar jaqsam dejjem jikber li jeżisti bejn l-għonja u dawk li jaqilgħuha u jikluha; li joħroġ bi proposti dwar jista' jreġġa' lura l-koeżjoni f'soċjetà maqsuma fuq kriterji ta' razza, lsien u kultura; li jipproponi riformi fl-edukazzjoni biex titrabba' ġenerazzjoni ta' ċittadini responsabbli li tieħu post l-egoiżmu patoloġiku ta' żminijietna; li joħroġ b'suġġerimenti dwar ir-ristrutturar tas-sistemi tagħna sabiex inkunu nistgħu niffinanzjaw is-servizz tas-saħħa u l-pensjonijiet tal-anzjani tagħna; li jara kif l-ekonomija tagħna tista' terġa' ssir sostenibbli b'riżq l-ambjent li jkollhom igħixu fih uliedna u wlied uliedna; li jiggarantixxi l-ġustizzja għan-nisa fil-kuntest tal-ugwaljanza mal-irġiel; li jara li l-kompetenzi tal-istat u tal-knisja jibqgħu mifrudin u li jibena' spazju politiku msejjes fuq ix-xjenza, r-raġuni, l-umanità u l-ħniena; li jiġġieled bis-serjetà kontra l-korruzzjoni u jeqred l-impunità; li jassigura li jseħħ il-valur tal-ġustizzja bħala valur ewlieni fl-amministrazzjoni.", "Irrid inkun membru ta' partit li jimmira li jwettaq il-missjoni tiegħu u mhux li jintilef fi strateġiji dojoq; li ma jħallatx it-tattika mal-istrateġija; li ma jabbużax mill-għodda konvenzjonali tas-setgħa permezz tal-gideb u l-qerq; li jagħmel użu sħiħ mill-għodda ta' dak kollu li huwa etiku u morali; li jxerred il-fehmiet tiegħu b'żelu mingħajr ma jkun żelanti żżejjed.", "Nixtieq inkun membru ta' partit li jaf sew lilu nnifsu u f'xiex jemmen qabel jażżarda jitlob l-appoġġ mingħand in-nies; li jikkunsidra lilu nnifsu bħala parti mis-soluzzjoni u li jfittex is-sħubijiet b'riżq il-ġid komuni; li jkun umli biżżejjed li jammetti meta jiżbalja; li jkun kburi b'dak li jkun wettaq.", "Lill-PN nixtieq nerġa' narah bħala partit li tkun tixtieq li tissieħeb fih, li tivvutalu mhux għax huwa inqas ħażin mill-partit l-ieħor iżda għaliex b'sinċerità jkun irid ikun forza b'riżq is-sewwa.", "M'jinix infittex li nsegwi mexxej.", "Lanqas m'jien infittex li nixgħallu x-xemgħat.", "Irrid nara partit li fih jissawwru u jitfasslu l-ideat u fejn dawn l-ideat jingħaddu mill-għarbiel biex b'hekk l-iżbalji li jkun għamel ħaddieħor ma jirrepetux ruħħom.", "Irrid nara partit politiku li jkun l-università tal-għerf, akkademja tat-taħriġ għal min jagħtiha għas-servizz pubbliku, għajn għal dawk li jkollhom il-viżjoni u l-ambizzjoni u li ma jaħsbux li pajjiżna jinsab fiċ-ċentru tad-dinja.", "Hekk kif jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali, mistenni li tiġi diskussa mozzjoni li titlob lil Adrian Delia iwarrab għaliex il-PN m'akkwistax ir-riżultat mistħoqq fl-aħħar elezzjoni.", "Jidhirli li din il-premessa hi żbaljata.", "Nażżarda ngħid li l-PN akkwista riżultat aħjar milli kien jixraqlu.", "Il-PN m'għandu ebda dritt li jeżiġi l-appoġġ mingħand in-nies.", "M'għandux jirbaħ l-elezzjonijiet għar-raġuni biss li m'huwiex il-Partit Laburista.", "Il-Kunsill Ġenerali għandu raġun li jitlob ir-riżenja ta' Adrian Delia mit-tmexxija iżda mbagħad għandu hu stess jerfa' r-responsabbiltà tat-tmexxija.", "Lill-PN ikun irid mhux biss jara kif ser jikkonvertih f'makna elettorali effettiva iżda wkoll f'partit li n-nies ikunu jixtiequ jarawh fil-gvern għaliex fih ikunu qed jaraw garanzija ta' ġejjieni isbaħ.", "Dan ma jistax iseħħ biss bil-bidla fil-mexxej.", "Il-PN jinsab f'salib it-toroq: se jerġa' jingħata r-ruħ jew ser imut mewta naturali?", "Previous: Frank Portelli u l-miżbla tal-istorja Next: GUEST POST: Ittra lil Adrian Delia window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/guest-post-ittra-lil-adrian-delia/", "date": "Thu, 27th Jun '19, 14:29", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Ittra lil Adrian Delia", "text": ["Mibgħuta minn xi ħadd li identifika ruħu miegħi: Onorevoli Dr. Delia, Fis-29 ta' Ġunju tal-1982, nhar l-Imnarja,", "(meta allura int kont se tagħlaq t-tlettax-il sena), sitt mitt Nazzjonalist kienu", "mkeċċija mix-xogħol għax obdew direttiva tal-Partit.", "Jien kont wieħed minnhom.", "Niftakar għaddejt sajf li lanqas kont kapaċi nixtri ġelat lit-tfal.", "Kont niddependi għall-għixien tal-familja", "fuq persuni ġenerużi li offrewli xogħol għal ftit jiem u fuq oħrajn li kienu jitfgħuli l-flus fil-letter box.", "Dak inhar kellna lil Dr. Eddie Fenech Adami, politiku li fi żmien erba' snin dawwar il-maġġoranza favur il-PN.", "Kien jimlina bil-kuraġġ għax hu kien l-iżjed wieħed kuraġġuż.", "Jekk tħares lura għandek dejjem issib persuni ta' integrita' u maturita' politika li għamlulna ġieħ kbir u li servew bħala Kap tal-PN: Nerik Mizzi (li l-motto tiegħu kien dejjem: \"Nirreżistu, nirreżistu\", u li bena il-PN mill-ġdid); Dr. George Borg Olivier (Missier Malta Indipendenti), lil Dr. Eddie", "Fenech Adami (il-Prim Ministru li daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropeja), u lil Dr. Lawrence Gonzi (li kien kapaċi jżomm", "lil Malta barra minn reċessjoni u li kiseb 1.2 biljun Euro mill-EU u li qegħdin jitgawdew ISSA mill-Maltin kollha).", "Qatt", "ġietek ix-xewqa li tqabbel ruħek ma' xi wieħed minn dawn?", "Jekk le, ismagħni ftit.", "X'kienu s-suċċessi tiegħek kemm ilek Kap tal-PN?", "Ejja ngħodduhom.", "It-total huwa 0.", "X'kienu d-disfatti s'issa?", "Huma żgur aktar mis-suċċessi tiegħek.", "t-tkeċċija għaġġelija ta' Dr. Simon Busuttil (li xi ħadd forsi qallek tagħmel u inti, bl-immaturita' politika tiegħek, obdejtu b'għajnejk magħluqa),", "il-qassata li għamilt fil-każ ta' Dr. Kevin Cutajar u r-riżultati tal-biki tal-aħħar elezzjonijiet fejn kont il-Kap tal PN.", "Irnexxilek li titlef ukoll il-fiduċja tas-Siġġiewin meta dan il-post kien dejjem b'maġġoranza Nazzjonalista.", "Bħalissa il-PL qiegħed jiddefendik.", "Eżatt bħal dak il-bojja li jifraħ lill-ikkundannat kemm għandu għonqu sabiħ.", "Jekk tħoss li għandek 'in-Nazzjonalisti warajk, jew aħjar 'it-tesserati warajk – għax kienu huma li tellgħuk Kap – għaliex ma ssejjaħx għal vot ta' fiduċja tagħhom?", "Jekk qiegħed tibża' – kif naħseb li fil-fatt int, għax kieku diġa' sejjaħt għal dan il-vot-allura m'hemmx dubju li inti, bħala politiku, beżżiegħ.", "U għall-beżżiegħa m'hemmx post fil-politika.", "Barra minn hekk, jekk ma ssejjaħx dan il-vot għax taf li tista' titlef postok tkun qed tpoġġi l-interessi personali tiegħek qabel dawk tal-PN u ta'", "Malta.", "Nistaqsi jien: Aħna tal-Imnarja 1982, u dawk l-eluf,", "li bejn l-1981 u l-1987, batew b'kull mod li wieħed jista' jaħseb biex naraw li f'pajjiżna jaħkmu l-liberta', il-ġustizzja u s-serħan tal-moħħ, jixirqilna lilek bħala Kap tagħna, il-Kap tal-PN?", "Qatt, qatt u qatt.", "On.", "Delia, inti għadek tista' tagħti s-sehem tiegħek fil-politika fi ħdan il-PN, imma mhux bħala l-Kap.", "On.", "Delia, ikun aħjar għalik li tirriżenja minn rajk.", "B'hekk biss tista' ssalva l-ġieħ politiku tiegħek.", "Tħallix li jaslu l-festi ta' l-Indipendenza u tkun għadek mexxej.", "Lejliet il-21 ta' Settembru, 2019, il-Fosos żgur se jibqgħu vojta.", "Forsi, b'hekk biss tiġi f'sensik u tinduna li taħt it-tmexxija tiegħek il-PN wasal fil-qiegħ.", "Nagħlaq din l-ittra billi nikkwota lil Oliver Cromwell li, f'April tal-1653, temm hekk", "id-diskors tiegħu lill-parlamentari:", "Previous: Xaqq dawl Next: Il-familja Caruana Galizia titkellem dwar ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Malta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/il-familja-caruana-galizia-titkellem-dwar-ir-rizoluzzjoni-tal-kunsill-tal-ewropa-dwar-malta/", "date": "Thu, 27th Jun '19, 14:35", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-familja Caruana Galizia titkellem dwar ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Malta", "text": ["Din li ġejja hi stqarrija llum mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia: Ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li 'l bieraħ filgħaxija għaddiet b'maġġoranza kbira, ressqet lill-familja tagħna dejjem aktar qrib il-verità: li Daphne llum għadha mimlija bil-għomor li kieku l-awtoritajiet f'Malta investigaw u mexxew kontra l-korruzzjoni kif suppost, li kieku l-istituzzjonijiet Malti tħallew jaħdmu bla xkiel u li kieku Malta hi pajjiż tassew demokratiku.", "Minn naħa tagħna, għamilna dak kollu li stajna biex nassiguraw li l-verità kollha titla' fil-wiċċ.", "Issa qegħdin nitolbu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali biex jiġi żgurat li Malta timplimenta r-rakkomandazzjoni l-aktar importanti tar-riżoluzzjoni: li l-Prim Ministru Malti jawtorizza t-tnedija ta' inkjesta pubblika indipendenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-assassinju ta' Daphne.", "M'għandu xejn minn xiex jibża' ħlief mill-verità.", "Previous: GUEST POST: Ittra lil Adrian Delia Next: Ħallelin bil-provi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/hallelin-bil-provi/", "date": "Thu, 27th Jun '19, 14:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Ħallelin bil-provi", "text": ["Fl-aħħar!", "Kull meta jżur il-Libja, Neville Gafà issa huwa rikonoxxut bħala l-kelliem uffiċjali tal-gvern ta' Malta.", "Spiċċalu t-tlaqliq.", "M'għadux jipprova jbellagħhielna li ż-żjarat tiegħu fi Tripli huma \"btajjel privati\".", "Mela issa kollox ward u żahar.", "Nistgħu nagħlqu għajnejna għall-fatt li Gafà jinsab għaddej inkjesta dwar l-iskandlu dwar il-ħruġ tal-viżi.", "Għax inzerta ħobża u sikkina ma' Joseph Muscat, maħfur kollox!", "Adrian Hillman, li għandu reputazzjoni ħażina warrab wiċċek, qed jitħallas mingħand tal- Malta Gaming Authority sabiex jagħtihom pariri dwar il-mod kif ikunu jistgħu iħarsu r-reputazzjoni tagħhom.", "Dawn magħrufa għall-mod li biħ għalqu għajnejhom għall-ħasil ta' flus maħmuġin ġejjin mis-serq u mid-droga mill- Cosa Nostra u mill-' Ndrangheta permezz ta' ħwienet liċenzjati f'Malta.", "Adrian Hillman huwa l-istess bniedem li ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru tefgħalu fil-kont bankarju tiegħu fil-British Virgin Islands 650,000 ewro – flus li huwa ma kellux il-ħila jispjega minn fejn ġew.", "U l-Prim Ministru tkaża talli Jason Azzopardi rnexxielu jikkonvinċi lid-dinja li pajjiżna nħakem minn ċorma kriminali.", "Kull meta Jason Azzopardi jidħol bir-ras għal xi biċċa xogħol li suppost għandhom jidħlu għaliha l-membri parlamentari ta' kull lewn politiku, ma jistrieħx qabel jara l-boċċa tersaq bil-mod il-mod lejn il-likk.", "Id-diskorsi tiegħu jipperswaduk, ix-xogħol legali tiegħu huwa mistħarreġ sewwa u l- lobbying li jagħmel huwa konvinċenti.", "Dmiru bħala parlamentari jafu sew.", "Ftit hemm bħalu fil-Parlament.", "Tabilħaqq sitwazzjoni tal-mistħija.", "Bilkemm titwemmen li pajjiż bħal Malta li – sa 6 snin ilu biss – kellu reputazzjoni mpekkabbli madwar id-dinja, kellu jispiċċa fil-qiegħ tal-abbissi.", "Il-fatti jitkellmu weħidhom.", "Il-gvern għandu ħabta li sitwazzjoni ħażina jirrendiha agħar milli hi.", "Ara ma tmorrux taħsbu li l-istampa dinjija, li ta' sikwit tkellmet dwar l-iskandlu tal-ħruġ tal-viżi Schengen Maltin għall-immigranti, se tagħlaq għajnejha għall-influwenza li għandu Neville Gafà u għall-preżenza tiegħu fuq il-fruntiera tal-Ewropa mal-Libja.", "Ara ma tmorrux taħsbu li ġurnalisti barranin, li ta' spiss xandru stejjer dwar il-mod kif kriminali fl-industrija tal- gaming inqdew b'Malta biex jaħslu flus maħmuġin, se jinjoraw l-aħbar li Adrian Hillman inħatar mill-awtorità regolatorja lokali biex jagħtiha pariri dwar \"it-tħaris tar-reputazzjoni tagħha\".", "Id-diskors ta' Jason Azzopardi kien ftit twil iżżejjed.", "Iżda l-kittieb ewlieni tal-proża li tittratta dwar id-dalma tal-kriminalità li ħakmet lil dan il-pajjiż m'huwa ħadd ħlief Joseph Muscat.", "Previous: Il-familja Caruana Galizia titkellem dwar ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Malta Next: Taħraqhom qalbhom għas-saltna tad-dritt window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/tahraqhom-qalbhom-ghas-saltna-tad-dritt/", "date": "Fri, 28th Jun '19, 07:59", "category": "blog, politics, government", "title": "Taħraqhom qalbhom għas-saltna tad-dritt", "text": ["Il-partiti politiċi qed jagħmlu kawlata sħiħa bit-tifsira vera tas-\"saltna tad-dritt.", "Il-bieraħ it-tnejn li huma għamlu użu minn dawn il-kelmiet f'kuntest li huwa rrilevanti għall-aħħar.", "Kienu qishom tfal tal-iskola jissuppervjaw u jlissnu kliem bħal; \"mhux int trid ir- rool off low ħi?", "Mel'issa oqgħod għaliha ta!\".", "Fi stqarrija mxandra l-bieraħ il-Partit Nazzjonalista qal li erba' mill-membri tal-Kunsill Ġenerali ppruvaw iqarrqu u li \"l-PN kompla jispira ruħu mill-valuri tad-demokrazija, s-saltna tad-dritt, il-ġustizzja u l-libertà tal-kelma\".", "F'ċirkostanzi normali, t-tlissin ta' kliem bħal dan ma jdoqq xejn – bħallikieku wieħed ikun qed igħid li l-PN ser ikompli jinvoka d-dritt li japplika d-duwa kull meta jħoss l-uġiegħ fil-muskoli.", "Għandhom għalfejn tal-PN joqgħodu jserrħulna moħħna li għadhom jemmnu fis-saltna tad-dritt?", "Kien hemm xi ħadd ssuġġerixxa mod ieħor?", "Hekk kif it- trolls bi ħġarhom dawwru l-kanuni tagħhom fuq Ivan Bartolo (in-negozjant u eks kandidat tal-PN u mhux il-membru parlamentari), jaqaw stennew li xi ħadd ser kien ser igħid xi diskors bħal dan?", "Dawk li llum għandhom il-kontroll tal-PN f'idejhom qed jilgħabu man-nar.", "Għadha friska fl-imħuħ l-istorja li, waqt il-kampanja għat-tmexxija tal-PN fl-2017, l-id il-leminija ta' Adrian Delia, Jean Pierre Debono kien bagħbas il-listi ta' dawk li kienu eliġibbli għall-vot sabiex jiżgura r-riżultat li xtaq hu.", "Jean Pierre Debono kien ġie mwissi formalment talli huwa stess kien iffalsifika prokuri.", "Iżda din it-twissija kienet saret biss biex ikun deher li ttieħdet xi forma ta' azzjoni.", "Imbagħad erġajna koppi meta, bis-saħħa tal-fatt li l-kontroll tal-listi ta' dawk eliġibbli għall-vot tinsab f'idejh, ra kif għamel biex iserraħ rasu li jintagħżel hu biex jimla' post battal fil-Parlament.", "Kollox sarlu suf meta mbagħad feġġ l-inkwiet politiku li seħħ ftit wara.", "U issa erġajna sibna ruħna wiċċ imb'wiċċ ma' sensiela ta' deċiżjonijiet li lil Jean Pierre Debono politikament jistgħu jsibulu tarfu.", "Fil-frattemp, bħallikieku ninsabu ngħixu fil-Medju Evu, Ivan Bartolo qed jiġi mixli b'reat intollerabbli: f'moħħu qed jimmaġina l-\"mewt\" tar-re.", "Il-fatt li huwa ma eskludiex b'mod kategoriku li għad ikun interessat li jikkontesta għat-tmexxija tal-partit jekk din il-kariga titbattal, b'xi mod pinġewh bħala prova ta' tradiment.", "Ivan Bartolo kien jaf għal xiex kien ser jidħol.", "Kien jaf li ħaddieħor kien qed ifarfar mir-responsabbiltà u ddeċieda minn jeddu li jidħol hu fejn kien messu daħal ħaddieħor.", "Kien jaf ukoll kif kienu ġew ittrattati dawk li wrew nuqqas ta' qbil qabel iddeċieda li jerġa' jitfaċċa fix-xena.", "Ninsabu f'sitwazzjoni tassew surreali.", "Wara ftit jiem ta' skiet frott il-ħasda li kienu ħadu, it- trolls ta' Adrian Delia irxuxtaw.", "X'uħud minnhom sabu ruħħom hawn ukoll.", "Dawn huma nies li għalihom il-problemi li bħalissa għandu ma' wiċċu l-PN m'humiex daqstant ir-riżultat tal-fatt li: dak li kien sieħeb fin-negozju tal-kap tal-partit xlieħ li gideb meta kien qal li ma kienx jaf bl-eżistenza ta' kumpanniji barranin li kien ħalaqhom hu stess u talli kien għamel stqarrijiet foloz lill-pulizija; dak li politikament huwa ħobża u sikkina miegħu bagħbas vot biex jassigura li post battal fil-Parlament jieħdu hu u mhux kandidat magħżul mill-elettorat tad-distrett; martu xlietu fil-qorti li kien abbuża kemm lilha kif ukoll lil uliedhom; il-banek qed jiġru warajh biex jitħallsu ta' djun kbar li kien għamel magħhom; il-votanti tal-partit tiegħu jinjoraw il-kandidati preferuti tiegħu għall-Parlament Ewropew u jibbojkottjaw il-kandidati preferuti tiegħu għall-kunsilli lokali; il-pulizija qed jinvestigawh fuq akkużi ta' ħasil ta' flus maħmuġin...", "Għal dawn it- trolls il-problemi tal-PN għandhom aktar x'jaqsmu mar-riforma li kienet saret fl-2010 fit-trasport pubbliku milli mar-raġunijiet li għadni kemm elenkajt.", "Is-saltna tad-dritt ma tfissirx li dawk li għandhom is-setgħa u r-responsabbiltà li jwettquha għandhom igħawwġuha kif jaqbel lilhom biex mingħalihom igħattu x-xemx bl-għarbiel u jaħarbu mir-realtà.", "Is-saltna tad-dritt tfisser li l-liġijiet għandhom japplikaw għal kulħadd.", "Bħalissa tal-PN m'humiex komdi b'dan.", "Għalhekk żelqitilhom meta ħassew il-ħtieġa li jfakkruna li verament jemmnu fis-saltna tad-dritt.", "Kien ferm aktar malizzjuż fi kliemu Joseph Muscat meta tkellem dwar is-saltna tad-dritt fil-kuntest tal-każ ta' Matthew Pace li milli jidher irid jibqa' ggranfat mas-siġġu tas-setgħa fl-Awtorità tal-Ippjanar.", "Ma jistax ikun hemm pressjoni akbar fuq persuna maħtura mill-gvern meta tinħareġ stqarrija pubblika li dan m'għadux igawdi l-fiduċja tal-prim ministru.", "Persuna li tinħatar f'kariga mill-gvern — bħalma huma maħtura dawk kollha li jservu fuq il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar — għandha twarrab meta l-gvern jitlef il-fiduċja fiha.", "Għaldaqstant Joseph Muscat lissen ħmerija kbira meta qal li, \"għaliex nemmnu fis-saltna tad-dritt\", Matthew Pace huwa stess għandu jara jekk għandux iwarrab ġaladarba li l-kunflitt ta' interess li jeżisti bejn ir-rwol tiegħu bħala regolatur u n-negozju privat tiegħu bħala sensar kien il-kaġun li wassal lill-qorti biex tagħti ordni li jieqaf minnufih proġett ta' żvilupp enormi.", "Il-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar m'humiex imħallfin.", "Wara li jinħatru, dawn jistgħu jitneħħew mill-kariga minnufih u m'humiex imħarsa mid-diskrezzjoni li għandu l-prim ministru fuqhom.", "Joseph Muscat m'hu ser ibellagħha lil ħadd li nħakem minn xi konverżjoni Damaxxena: jaf sewwa li dawk li jinħatru minnu biex iħarsu l-interessi tal-gvern jaqgħu taħt id-dixxiplina tiegħu.", "Kien hu, wara kollox, li kien keċċa lil John Rizzo minn Kummissarju tal-Pulizija hekk kif dan kien għoddu wasal biex iħarrek fil-qorti lill-imgħallem tiegħu John Dalli.", "M'hemm ebda liġi li żżomm lill-prim ministru li minnufih idabbar ras Matthew Pace.", "Għalhekk l-istqarrija ta' Joseph Muscat jeħtieġ li tiġi mgħarbla sew.", "Jew dan kollu huwa biss teatrin biex Joseph Muscat iġiegħelna ninsew malajr il-kwistjoni tad-dB – kwistjoni li nibtet minħabba r-rigal fil-forma ta' bejgħ bir-ribass ta' biċċa art tiswa' mitqlu deheb li l-gvern ta lil dawk li jixħtu l-\"għalf\" lill-partit fil-gvern u dan biex jinbena' bini mostruż f'Pembroke.", "Jew inkella Joseph Muscat irid iwassalielna li – għalkemm naħsbu li l-\"kink\" huwa hu – dak li jiġbed l-ispag tas-setgħa, jiġifieri Keith Schembri, ma jridx jara l-pappa li żżomm kuntent lil Matthew Pace – l-istess persuna li tħaddimlu flusu, jiġu minn fejn jiġu – titwarrab minn taħt ħalqu.", "Hu x'inhu, dak li għandna quddiemna huwa fil-fatt l-oppost tas-saltna tad-dritt.", "Kif qal xi ħadd dan l-aħħar, dak li għandna m'hi xejn ħlief is-saltna tal-ħallelin.", "Permezz ta' din il-manipulazzjoni Laburista mhux biss qed jitgħawwġu l-liġijiet u r-regolamenti biex jiġu akkomodati l-bażużli, iżda qed tiġi manipulata saħansitra t-tifsira vera tal-kliem u dan sabiex konvenjentement titgħatta r-realtà.", "Il-Labour jinsab fil-gvern u, għax għandu s-setgħa, jista' jagħmel ħsara ħafna aktar milli jista' jagħmel il-PN.", "Għandu s-setgħa li jippermetti lil sieħeb Keith Schembri li jagħmel il-flus mill-bejgħ ta' proprjetà li ma kinitx teżisti li kieku ċ-ċirkostanzi kienu mod ieħor.", "Għandu s-setgħa wkoll li, lil min \"għalef\" lill-partit, jippermettilu jgħum f'baħar ta' flus ġenerati minn proprjetà pubblika.", "Setgħa li se twassal biex, permezz ta' proġett, jitkerraħ pajjiż sħiħ u jitħassar tal-ambjent li jgħixu fih il-ġirien tal-inħawi.", "Partit li jinsab fl-oppożizzjoni ma jistax ikollu setgħa bħal din.", "Għalkemm jixtieq li jkollu.", "Fl-isfond tal-mod kif l-oppożizzjoni qed iġġib ruħħa, dan diġà huwa ħażin minnu nnifsu.", "Int u taqra' dan li qed nikteb, ħadd m'għandu għalfejn ifakkrek bin-nifs li tieħu kuljum biex tkun tista' tgħix.", "In-nifs li tieħu taħseb fih biss meta dan jibda' jonqsok.", "Aħsbu ftit il-għala tal-PL u tal-PN jeħtiġilhom ifakkruk kuljum dwar kemm taħraqhom qalbhom għas-saltna tad-dritt.", "Previous: Ħallelin bil-provi Next: Jemmen il-qerq tiegħu stess window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/telefonata-li-taf-tiswa-mitqlu-deheb/", "date": "Sun, 30th Jun '19, 19:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Telefonata li taf tiswa' mitqlu deheb", "text": ["Wara li għamlu minn kollox biex jippruvaw iserrħu l-irjus li l-futur li għandu l- Bank of", "Valletta huwa wieħed sabiħ, kollox sarilhom suf hekk kif is- Sunday", "Times of Malta llum xandret l-aħbar li r-regolatur finanzjarju lill- Bank of Valletta tah ultimatum biex minnufiħ jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu.", "Din l-aħbar m'hi xejn ħlief turija ċara li l-borma qiegħda tbaqbaq ġmielha.", "L-ittra li ntbagħtet mill-MFSA inkitbet apposta sabiex, hekk kif il-bank ikompli jersaq lejn il-qiegħ, tingħata l-impressjoni li l-gvern qed jagħmel minn kollox biex isalva s-sitwazzjoni u dan bit-tama li nkunu nistgħu niftakru biss fl-ordni ta' Joseph Cuschieri lill-bank biex ilesti \"programm ta' tibdil fuq medda ta' sentejn\" \"sa nhar il-Ġimgħa\".", "Permezz ta' dawn il-manuvri, jriduna ninsew li l-gvern ilu jbagħbas fil- Bank of Valletta għal 5 snin sħaħ: żmien twil biżżejjed biex bank li kien irnexxielu jibqa' fil-wiċċ matul il-kriżi finanzjarja tal-2008 issa jinsab f'xifer l-irdum a skapitu tal-ekonomija Maltija.", "Il-korruzzjoni u l-bażużliżmu inevitabbilment wasslu għal dan.", "L-istess jista' jingħad għall-inkompetenza li tagħmel tajjeb għaliha l-popolarità.", "Id-dehra ta' Joe Cuschieri joħroġ l-ordnijiet malajr tista' tnessik li l- Bank of", "Valletta kienet silfet €2.6 miljun lil Keith Schembri u dan fi żmien meta l-kumpanniji tiegħu kienu qed jaqilgħu inqas minn €60,000 fis-sena f'dawk li huma profitti .", "Dan huwa eżempju wieħed biss li nafu bih li juri n-negozju bla sens li għamel il-bank kif ukoll il-mod kif espona ruħu żżejjed għad-djun sforz il-bażużliżmu u l-preferenzi politiċi.", "Id-dgħjufija tal-istituzzjonijiet regolatorji fil-qasam finanzjarju ta' pajjiżna prinċipalment jaħti għaliha Keith Schembri.", "Edward Scicluna dan l-aħħar ħabbar li se jinħolqu istituzzjonijiet ġodda b'riżq l-infurzar tal-liġijiet .", "Kif se jserraħ l-irjus li d-dgħjufija li wasslitna għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha mhux ser nerġgħu narawha tqajjem rasha?", "Ftakru bil-pressjoni permezz ta' telefonati li allegatament kien għamel Keith Schembri fuq tal-FIAU biex dawn ma jibqgħux jgħafsu b'ċerti investigazzjonijiet.", "Fil-qorti f'Diċembru 2017, Peter Caruana Galizia kien xehed li martu kienet qaltlu li l-għejjun tagħha fl-FIAU kienu lmentaw li Keith Schembri kien iċempel diversi drabi biex jipprova joqtol l-investigazzjoni dwar il- Pilatus Bank .", "Dan ma kienx jammonta biss għal indħil politiku: Keith Schembri kien jagħmel użu mis-servizzi tal- Pilatus Bank u permezz tal-indħil tiegħu ried iħares l-interessi tiegħu ukoll.", "Il-bank ewlieni li jaħdem bih Keith Schembri huwa l- Bank of Valletta .", "Nistaqsi: l-indħil tiegħu wassal biex iddgħajfu l-istituzzjonijiet u ġew sagrifikati l-interessi tal-bank, ta' dawk li għandhom flus depożitati fih u tal-azzjonisti u dan biex ikunu jistgħu jinqdew erba' bażużli?", "Keith Schembri huwa wieħed mill-perċimes tal-iskandlu Electrogas/17 Black.", "Minn banda waħda, l- Panama Papers kienu kixfu l-fatt li huwa kien qabbad lil tan- Nexia BT biex joħolqulu kumpannija fil-Panama u biex iduru d-dinja sakemm jinstab bank li kien lest jiftaħ kontijiet bankarji f'isimha.", "U mill-banda l-oħra, lil tan- Nexia BT ħatarhom fuq kumitat li kellu jiddeċiedi dwar min kellu jirbaħ il-kuntratt tal- power station.", "F'dan il-kuntest, tad- Daphne Project kienu kixfu li min rebaħ il-kuntratt kien intrabat li jħallas madwar $2 miljun fil-kont bankarju ta' Keith Schembri fil- Panama.", "Iżda b'rabta ma' dan kollu, l-ikbar waħda kienet dwar is-self ta' €360 miljun li l- Bank", "of Valletta kien għadda lil min rebaħ il-kuntratt tal- power station — jiġifieri l- Electrogas — biex dawn setgħu jroddu s-salib u jibdew il-proġett.", "Mingħajr is-self mingħand il- Bank of Valletta , la kien ikun hemm power", "station u lanqas flus ġejjin mit-tixħim għal ġol-kontijiet bankarji ta' Keith Schembri.", "Qegħdin taraw hux telefonata kemm taf tiswa'?", "Ir-riskju kbir li ġie mġiegħel jidħol għalih il- Bank of Valletta bis-self li sar lill- Electrogas , speċjalment wara li l-gvern neħħa l-garanzija li kien ħareġ, kien ta' piż enormi u lill-bank dan ir-riskju spiċċa biex għaffġu.", "It-twissijiet li saru ma sarux għaliex il- Bank of Valletta jinsab nieqes mil-likwidità.", "Saru għaliex dan daħal għal riskji li m'humiex aċċettabbli u li ċertament m'humiex fl-interess tad-depożitanti u tal-azzjonisti.", "Kien il-bank stess li stieden dan l-inkwiet serju għax ippermetta indħil inaċċettabbli minn naħa tal-politiċi.", "Inkwiet serju li, fid-dinja li qed ngħixu fiha, jista' jispiċċa biex ikissrek.", "Il-kaġun ta' dan l-inkwiet kollu m'hu ħadd ħlief Keith Schembri, bniedem li litteralment qed jitħalla jagħmel li jrid.", "Din il-ġimgħa tal-Kunsill tal-Ewropa qalu li ma jistgħux jifhmu kif Keith Schembri għadu jirrenja minkejja dak kollu li nkixef dwaru.", "B'dan li għadni kemm ktibt tista' forsi tifhem għaliex.", "Previous: Jemmen il-qerq tiegħu stess Next: Skont Adrian Delia dan żmien tajjeb għal btala politika window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/jemmen-il-qerq-tieghu-stess/", "date": "Sun, 30th Jun '19, 09:22", "category": "blog, politics, government", "title": "Jemmen il-qerq tiegħu stess", "text": ["Bħalissa b'ċerta arja għaddejja kampanja ta' intimidazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li prinċipalment tinsab iffukata fuq dawk il-membri tal-Kunsill Ġenerali li huma magħrufin bħala persuni li kienu appoġġjaw lil Adrian Delia fl-elezzjoni għal kap tal-partit u li, wara li għaddew diversi xhur tat-tmexxija tiegħu, bdew jiddubitaw jekk għandux jibqa' jmexxi lill-partit.", "Xi ftit minn din l-initimidazzjoni qed issir fil-beraħ fuq il-midja soċjali u l-aktar lingwaġġ iebes qed jiġi riżervat għal dawk il-Kunsilliera li qed jappellaw għall-moderazzjoni minn naħa ta' oħrajn li esprimew ruħħom fis-sens li l-kritiċi tat-tmexxija preżenti tal-partit għandhom jiġu \"eliminati\".", "Madankollu wasluli rapporti mingħand Kunsilliera li ġew mistiedna għal laqgħat ristretti ma' Adrian Delia li, waqt dawn il-laqgħat, ċerti manigoldi li jappoġġjaw lill-kap qegħdin jagħmlu pressjoni fuq dawk li huma taħt suspett li bidlu fehmithom dwaru.", "F'dawn il-laqgħat privati mal-Kunsilliera, Adrian Delia qed jirrepeti dak li diġà ġie mistqarr uffiċjalment u qed igħidilhom li jinsab ċert li għandu l-appoġġ tal-biċċa l-kbira tal-membri tal-PN.", "Qed igħidilhom ukoll li l-PN għadu ma ħax ir-ruħ fost l-elettorat tort ta' numru ta' Membri Parlamentari tal-PN li huwa kien \"wiret\" mingħand kapijiet preċedenti li qed jirrifjutaw li jiġbdu l-istess ħabel miegħu.", "Uħud li attendew għal dawn il-laqgħat qaluli li Adrian Delia qalilhom li minkejja n-nuqqas ta' appoġġ minn naħa ta' dawn id-deputati, jinsab ċert li jista' jwassal biex il-partit jakkwista riżultat aċċettabbli fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Minkejja li dak li ried ifisser bil-kliem \"riżultat aċċettabbli\" m'huwiex ċar, Adrian Delia qal li jinsab ċert li l-elettorat se jpattiha lil deputati bħal Jason Azzopardi u Karol Aquilina billi ma' jtellagħhomx u jtella' flokhom kandidati li hu għandu fiduċja fihom u li lesti li jappoġġjawh hu u jmexxi lill-PN 'il quddiem.", "Huwa evidenti li ma tkellem xejn dwar il-fatt li l-istrateġija li permezz tagħha dawk li huma kritiċi tiegħu kellhom jiġu mġiegħla jagħmlu l-wisa' għal dawk li jappoġġjawħ, falliet bil-kbir fl-elezzjonijiet riċenti għall-Parlament Ewropew.", "Fi kliem ieħor, Adrian Delia qal li jekk il-Kunsilliera se jintalbu jivvutaw dwar mozzjoni li titolbu jwarrab, għandhom ibaxxu rashom għar-rieda tal-votanti tal-PN li jriduh jibqa' fejn hu biex ikun jista' jtemm il-missjoni tiegħu.", "F'laqgħa minnhom mal-Kunsilliera, Adrian Delia ġie rappurtat li ammetta li l-partitarji ħorox tiegħu jinsabu mgħaddba għal dawk li qed jipproponu li jsir vot ta' fiduċja.", "Lill-Kunsilliera ġie rappurtat ukoll li qalilhom li l-lista ta' dawk il-Kunsilliera li ffirmaw il-mozzjoni favur is-sejħa biex issir laqgħa tal-Kunsill Ġenerali kellu jaqfilha biex b'hekk ma tispiċċax f'idejn il-manigoldi li jkunu mdawwrin miegħu kuljum fid-Dar Ċentrali.", "Lil dawn il-Kunsilliera, Adrian Delia qalilhom li l-ismijiet ta' dawn il-Kunsilliera huwa żammhom misturin għax jibża' minn xi vendikazzjoni li tista' ssir fuqhom minn naħa tal-partitarji tiegħu.", "Il-Kunsilliera li kellmuni qaluli li, fl-aħjar ipotesi, Adrian Delia jidher li nqata' sewwa mir-realtà u qed iserraħ fuq il-konvinċiment li għandu dwar it-triq li huwa qabad.", "Jidher li jinsab konvint li politikament għadu jagħżaq fl-ilma mhux għaliex il-kwalitajiet li huma meħtieġa biex imexxi partit huma neqsin.", "Skont hu, il-PN jinsab f'hiex jinsab tort ta' dawk id-deputati li m'humiex jagħtuh l-appoġġ.", "Minkejja dan kollu, jibqa' jgħid li din is-sitwazzjoni m'għandhiex iżżommu milli twasslu għar-rebħa finali li huwa konvint li tinsab wara l-bieb.", "Dawn il-Kunsilliera qaluli li, fiċ-ċirkostanzi, Adrian Delia xorta waħda baqa' kalm u żgur minnu nnifsu.", "Għallinqas fid-deher, qed jagħmel tabirruħu li m'hu jiddejjaq xejn bil-possibilità li jkollu jiffaċċja vot ta' fiduċja – vot li għad jista' jirbħu marġinalment fil-Kunsill Ġenerali, anke jekk f'moħħu jinsab fiduċjuż li vot bħal dan ma jistax jitilfu.", "James Baldwin darba kien qal li \"dawk li jemmnu li għandhom rieda tal-azzar u li huma sidien tad-destin tagħhom jistgħu biss ikomplu jemmnu dan kemm il-darba jibdew jemmnu fil-qerq tagħhom stess\".", "Jidher li Adrian Delia għandu ħabta li jemmen il-qerq tiegħu stess.", "Dan jista' jindika li, bl-istess mod kif għal Adrian Delia n-nuqqas ta' appoġġ fil-Kumitat Eżekuttiv u fil-Grupp Parlamentari ma jnaqqaslu xejn mil-leġittimità tiegħu, għandu mnejn iħoss li lanqas m'hu kontabbli lejn l-awtorità tal-Kunsill Ġenerali.", "Madankollu huwa ċar li dawk il-ftit konsulenti b'esperjenza politika li qed jagħtuh il-pariri jippreferu li jevitaw xi riżultat diżastruż ta' vot li jkun ittieħed fil-Kunsill Ġenerali.", "F'ċirkostanzi normali, fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali kollox ikun ippjanat minn qabel.", "Dawn jissejħu regolarment mit-tmexxija tal-partit b'aġenda li tkun ġiet miftiehma minn qabel u li jiġu indirizzati minn kelliema magħżulin apposta bil-għan li tonqos kemm jista' jkun il-kritika.", "Minn naħa l-oħra, dan kollu ma jgħoddx għal Kunsill Ġenerali li jkun ġie msejjaħ mill-Kunsilliera stess: laqgħa bħal din taf li jkollha fuq l-aġenda tagħha kwistjonijiet li t-tmexxija ma jkollhiex ħerqa kbira li titħaddet dwarhom u li jindirizzaw lill-ġemgħa kelliema li t-tmexxija żgur ma kenitx tistedinhom biex jitkellmu.", "Illum is- Sunday Times of Malta rrappurtat li s-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli qed jagħmel sforz biex ifittex raġunijiet biex jibqa' ma jissejjaħx Kunsill Ġenerali Straoardinarju.", "Jekk il-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tispiċċa ma sseħħx, jibqa' mhux imkejjel l-appoġġ li għandu Adrian Delia fost l-attivisti tal-partit.", "Fil-frattemp qed imur dejjem għall-estrem il-lingwaġġ aħrax li qed jintuża minn numru żgħir ta' persuni – li jgħidu li huma membri tal-PN u partitarji ta' Adrian Delia – fil-konfront ta' dawk li Adrian Delia qed iwaħħal fihom għall-problemi politiċi li għandu ma' wiċċu.", "Dan jista' jkun konsistenti mal-messaġġ li qed iwassal lill-Kunsilliera Adrian Delia fis-sens li l-futur politiku tiegħu u dak tal-PN huma marbutin flimkien u li dawn jiddependu fuq it-tqaċċat mill-partit ta' dawk li jidhrilhom li m'għandux jibqa' jmexxi lill-partit.", "Previous: Taħraqhom qalbhom għas-saltna tad-dritt Next: Telefonata li taf tiswa' mitqlu deheb window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/il-faccata-l-ohra-tal-munita/", "date": "Tue, 9th Jul '19, 16:21", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-faċċata l-oħra tal-munita", "text": ["Jista' ikollok disgħa u disgħin elf, disa' mija u disgħa u disgħin xjentist li b'leħen wieħed igħidulek li ż-żjieda katastrofika fis-sħana madwar id-dinja jaħti għaliha l-bniedem.", "Iżda dejjem ser issib lil xi ħadd li, jekk iżżoqqu sewwa u tagħtih l-attenzjoni li jkun ħerqan għaliha, l-fehma ta' dawn ix-xjentisti kollha jkun lest li jmeriha.", "Jekk fuq it-telviżjoni jkollok rappreżentant tad-99,999 xjentist flimkien ma' dak li jkun lest jgħid li hi biss qlajja li t-temp madwar id-dinja qiegħed jisħon b'rata mgħaġġla, jkollok żewġ fehmiet.", "U jekk int bniedem li ma tkunx trid tisma' b'aħbarijiet ħżiena, bejnek u bejn ruħek tista' tgħid li ma tafx lil min ser taqbad temmen.", "Din m'hi xejn ħlief ix-xjenza tal-qerq.", "Ir-reazzjoni ta' Joseph Muscat għar-rapport tal-Kummissjarju dwar l-Istandards dwar l-impjiegi li ngħataw lil deputati parlamentari tal-Labour kienet fis-sens li għandu jkun hemm ukoll perspettiva oħra għall-fehma ta' George Hyzler u li din il-perspettiva għandha tiġi mgħarbla wkoll.", "George Hyzler ġibed l-attenzjoni għall-fatt li skont il-Kostituzzjoni ta' Malta, għandu jkun hemm is-separazzjoni tas-setgħat u li l-membri parlamentari ma jistgħux jagħmlu parti mill-eżekuttiv (jiġifieri mill-gvern) sakemm ma jkunux ġew maħtura bħala Ministri.", "Ma tistax tkun parti mill-gvern u tagħmel l-għassa fuq l-istess gvern fl-istess ħin.", "Semma' wkoll li s-servizz ċivili dejjem huwa mistenni li jżomm il-bogħod mill-politika sabiex b'hekk ikun f'pożizzjoni li jaħdem b'mod effettiv ikun x'ikun il-programm li jkun intagħżel mill-elettorat u fl-istess waqt jinżamm element ta' kontinwità hekk kif jinbidlu l-Ministri.", "Din hija proprju r-raġuni għala l-ħaddiema tas-servizz ċivili jridu joqgħodu għar-regolamenti ta' Kodiċi tal-Etika li jipprovdu li għandhom iżommu 'l bogħod mill-politika partiġġjana meta jkunu qed jokkupaw gradi għoljin fis-servizz.", "Iżda jekk dawn ikunu membri parlamentari wkoll, ma jistgħux iżommu 'l bogħod mill-politika.", "Għaliex il-politika hi parti mix-xogħol tagħhom.", "Hemm oħrajn li għandhom l-istess fehma ta' George Hyzler.", "Meta l-Kumitat dwar Affarijiet Legali tal-Kunsill tal-Ewropa – l-istess kumitat li dan l-aħħar ippreżenta rapport mill-aktar kritiku dwar Malta lill-Assemblea Parlamentari – kien qed jiddeċiedi dwar jekk għandhiex tiġi nvoluta l-Kummissjoni ta' Venezja, wħud mill-membri tagħha tant kienu skantaw bil-fatt li membri parlamentari kienu qed jiġu mpjegati mill-gvern, li dehrilhom li kellha tittieħed azzjoni.", "F'Malta, eżatt bħalma jiġri fir-Renju Unit, il-Ministri jintagħżlu minn fost il-membri tal-Parlament.", "Din is-sistema diġà hi redikola kif inhi.", "Iżda fir-Renju Unit jeżistu regoli li jiżguraw li ma jkunx hemm aktar minn ċertu numru ta' membri parlamentari minn naħa tal-gvern li jingħataw salarju għax-xogħol amministrattiv li jwettqu.", "Dan biex jiġi żgurat li jkun hemm numru biżżejjed ta' membri parlamentari li ma jkunux taħt l-influwenza diretta tal-partit fil-gvern u li tibqagħalhom il-libertà li jivvutaw skont il-kuxjenza tagħhom.", "Ippruvaw ifhmu x-xenarju li għandna quddiemna llum.", "Tiftakruhom l-istalletti li kienu ta' sikwit jimmiraw Jesmond Mugliett, Franco Debono u Jeffrey Pullicino Orlando lejn Lawrence Gonzi u l-gvern tiegħu ta' bejn l-2008 u l-2013?", "Għaliex taħsbu li ħadd mill-grupp parlamentari ta' Joseph Muscat ma qatt jażżarda jmerih?", "Għax dejjem ikollu raġun?", "Mhux hekk tgħid!", "Għadni kemm semmejt lill-membri tal-Kumitat tal-Ġustizzja tal-Kunsill tal-Ewropa li s-sena l-oħra kienu skantaw meta saru jafu li membri parlamentari minn naħa tal-gvern kellhom impjieg mogħti lilhom mill-istess gvern.", "Immaġinaw ftit x'kredibilità seta' wera' li għandu Stefan Zrinzo Azzopardi hekk kif qam minn postu biex jiddefendi lill-gvern meta rriżulta li dan kien inħatar mill-gvern bħala chairman tal-korporazzjoni dwar ir-riġenerazzjoni tal-portijiet.", "L-istess jista' jingħad meta qam jitkellem Manwel Mallia: dan kien inħatar mill-gvern bħala chairman tal-aġenzija dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Tal-Kummissjoni ta' Venezja lill-gvern kienu qalulu li din il-prattika għandha tispiċċa.", "L-istess qalulu tal-Kunsill tal-Ewropa.", "U wara inizjattiva tad-deputat tal-PD Godfrey Farrugia, il-Kummissarju dwar l-Istandards George Hyzler lill-gvern qallu l-istess ħaġa.", "Din il-prattika ma tagħmilx ħsara biss lit-tħaddim xieraq tad-demokrazija.", "Tagħmel ħsara wkoll lill-karigi okkupati minn dawn id-deputati.", "Taħsbu li Manwel Mallia huwa persuna li tifhem fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol?", "M'huwiex tal-lant.", "Iżda xorta waħda qed jerfa' responsabbiltà kbira.", "Filwaqt li dawk li huma esperti fil-materja m'humiex jinħatru u qed jitħallew barra, qed ikomplu jiżdiedu d-diżgrazzji fil-postijiet tax-xogħol fost il-bennejja.", "L-aġir tal-gvern f'dan ir-rigward mhux biss huwa illegali.", "Hu wkoll nieqes mill-etika.", "Taħsbux li Joseph Muscat dan jagħmlu biss biex lill-membri parlamentari tal-partit tiegħu jikkontrollalhom bwiethom.", "B'mod trasparenti jista' jaqbad u jżidilhom is-salarji u, fil-kuntest tal-fatt li tal-Labour investew għal snin sħaħ fil-politika tal-għira, fl-istess waqt jassumi r-responsabbiltà politika għal din id-deċiżjoni.", "Il-parlamentari Maltin huma mħallsin miżerjament u ħafna minnhom jidħlu għall-ħajja fil-politika għax m'għandhomx il-ħila jgħoddu sal-għaxra.", "Joseph Muscat issa qal li jeħtieġ li l-kwistjoni tiġi mgħarbla minn perspettiva oħra bħala alternattiva għal dik ta' George Hyzler u ta' kull min irrifletta dwarha.", "M'hemmx dubju li għad jinbet xi ħadd \"indipendenti\" li joħroġ jappoġġjah.", "Tiftakru meta kienu sabu professur Russu li ħadd ma kien sema' bih biex lill-Kummissjoni Ewropea jgħidilha li kien qiegħed jirrakkomanda lill-gvern Malti li jinbiegħu passaporti lil \"investituri\"?", "Lil xi ħadd dejjem isibu biex jaqlagħhom.", "Araw ftit kif l-Ombudsman qed isir dejjem aktar inċiżiv fil-kritika li qed jagħmel lill-amministrazzjoni.", "Kull meta l-Ombudsman joħroġ xi rapport, Joseph Muscat jibgħatu dritt għand il-kap tas-servizz ċivili (persuna magħżula minn fost l-attivisti tal-Partit Laburista) biex imbagħad jinħareġ rapport ieħor alternattiv li jmeri lil ta' qablu.", "Din issa saret drawwa.", "Drawwa bħal din taf tkun ta' benefiċċju għal dawk il-kriminali li jkunu ingħataw piena mill-qrati.", "Permezz tal-kejl li juża Joseph Muscat, il-kriminali jkunu jistgħu jqabbdu xi avukat ieħor biex jikteb sentenza alternattiva għal dik miktuba mill-imħallef għaliex, ħej, il-munita għandha faċċata oħra.", "Ibqgħu ċerti li l-gvern m'hux ser jiċċaqlaq dwar din il-kwistjoni.", "Kif baqa' ma ċċaqlaqx dwar il-metodu tal-ħatra tal-imħallfin.", "Il-kwistjoni ser ikollha tinqata' mill-qrati.", "U l-ewwel eċċezzjoni tal-gvern se tkun li din hi kwistjoni politika li l-qrati m'humiex kompetenti li jiddeċiedu dwarha.", "Waqt li aħna qed induru għal denbna, huma qed jidħku bina.", "Previous: Lagħab karta jisimha \"Louis Galea\" Next: Strument ta' għaqda window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/genn-spjetat-u-hdura-mxajtna/", "date": "Tue, 16th Jul '19, 10:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Ġenn spjetat u ħdura mxajtna", "text": ["Il-bieraħ ktibt dwar il-fantasiji li jbati bihom Frank Portelli dwar Daphne Caruana Galizia.", "Wieħed u għoxrin xahar wara l-assassinju tagħha permezz ta' karrozza-bomba, qed igħid li skopra li kienet titħallas biex tinfluwenza l-opinjonijiet permezz ta' kitbietha.", "M'għandniex xi ngħidu, ma ta ebda ħjiel dwar fuqiex tinsab imsejsa din l-idea.", "Mhux biss ma jġibx l-iċken prova.", "Lanqas biss igħid li tkellem ma xi ħadd li qallu li sema' lil ħaddieħor igħid li kien hemm min kien qed iħallasha.", "Ifakkarni ħafna f'karattru f'xogħol tematiku ta' John Carpenter: bniedem li jbiddel qoxortu skond kif ikun jaqbel.", "Mhux ħaġa sabiħa li tilbes iż-żarbun ta' Emanuel Cuschieri: bniedem li, tista' tgħid, jivvinta qlajjiet bir-rimi.", "Meta l- Facebook kien għadu ma wasalx fostna, kien il-leħen ewlieni tal-gideb u tal-qerq.", "U l-bieraħ ħass li kien żmien tajjeb biex jerġa' jqanqal it-teorija li Matthew Caruana Galizia kien ikkopera fl-assassinju ta' ommu meta huwa pparkja l-karrozza, li hi kellha ssuq l-għada, f'post li setgħu jilħquh dawk li kienu qiegħdu l-bomba li spiċċat biex ħasditilha ħajjitha.", "Jew inkella li kien hu stess li kien qiegħed il-bomba.", "Hekk mar igħid.", "U kien hemm min ikkummenta li din it-teorija hi waħda li tista' titwemmen aktar mill-idea li seta' qatilha ħaddieħor li ma jiġix minnha.", "Minn hawn il-quddiem, tibda' tinfirex il-mibgħeda.", "Iżda din m'hix biss mibgħeda: hi wkoll turija ta' ġenn spjetat u ta' ħdura mxajtna.", "It-teorija li kien binha li qatilha mbagħad tiġi segwita bit-teorija l-oħra dwar il- laptop .", "Emanuel Cuschieri (u s-segwaċi fidili tiegħu) jistaqsu il-għala l- laptop ta' Daphne Caruana Galizia \"spiċċa fil-Ġermanja\", meta dawn kien imisshom staqsew il-għala l-awtoritajiet Maltin, li suppost tant għandhom ħeġġa li jsiru jafu l-motiv wara l-qtil, baqgħu m'aċċettawx l-offerta tal-pulizija Ġermaniża biex jaraw x'informazzjoni jeħtieġu mill-istess laptop .", "M'hemm assolutament xejn ġdid f'dan kollu.", "L-imbarazz li lissen Emanuel Cuschieri smajnieħ drabi oħra.", "U ġaladarba ma qal xejn ġdid, allura x'inhi r-raġuni li reġgħu xandru dak li qal?", "Ir-raġuni hi din: Emanuel Cuschieri — jiġifieri l-Partit Laburista — baqa' jirrepeti l-qlajjiet.", "Dawn m'humiex jippruvaw jikkonvinċi lili, u x'aktarx lanqas lilek, li Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet minn binha.", "Araw ftit x'qegħdin jippruvaw jagħmlu hawn: lil Matthew Caruana Galizia qed jippruvaw jiddemonizzawh.", "Lil ommu ta' sikwit kienu jakkużawha li hi saħħara.", "U din l-akkuża rripetewha biżżejjed drabi biex f'moħħ is-segwaċi tal-Labour ma baqgħetx kunsidrata bħala bniedma tad-demm u l-laħam.", "Kien biżżejjed biex, għal dawn in-nies, dak li kienet tikteb ma kienx jiswa' u li għalhekk kien ħaqqha li tmut.", "Binha qed ipinġuh bħala l-assassin ta' ommu.", "F'moħħ il-ħsibijiet perversi ta' dawn in-nies, is-sħaħar iwelldu l-mostri.", "U jekk taħsbu li qed nesaġera, agħtu daqqa t'għajn lejn il-kitba ta' Emanuel Cuschieri u aqraw ukoll il-kummenti li hemm taħt.", "X'inhi l-importanza ta' dan kollu?", "Qed ngħixu f'pajjiż li fih ġurnalista ġiet assassinata.", "Taħsbu li ma jistax ikollna assassinju ieħor meta nafu li dak huwa eżatt li jridu dawk li qed iżoqqu lil Emanuel Cuschieri?", "Previous: Araw x'qalu tliet imħallfin Next: L-\"id il-leminija\" ta' Adrian Delia mixli li qabbad galoppin biex jispjuna fuq mart il-kap tal-PN u li għamel użu ta' profili foloz biex jagħti fastidju lil deputati tal-PN window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/il-kumpens-li-ordnat-il-qorti-johann-buttigieg-ser-ihallsu-minn-butu/", "date": "Wed, 17th Jul '19, 11:30", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-kumpens li ordnat il-qorti, Johann Buttigieg ser iħallsu minn butu?", "text": ["Skont is-sentenza li nqatgħet il-bieraħ mill-Qorti Kostituzzjonali, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet kisret id-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia meta għal darba darbtejn neħħiet strixxun li huma tellgħu mal-proprjetà tagħhom stess u li fih talbu li jiġu magħrufa l-fatti wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Mill-proċess tal-qorti jirriżulta li kien Johann Buttigieg, chairman eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, li kien ħareġ l-ordni biex jitneħħa l-istrixxun.", "Huwa kkonferma li kien ta ordni bil-fomm sabiex jitneħħew l-istrixxuni kollha b'mod immedjat u b'hekk injora l-prinċipji kollha tal-liġi Kostituzzjonali li jeħtieġu li jkun hemm reazzjoni proporzjonata meta tiġi ċensurata l-libertà tal-kelma.", "Uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar li huwa responsabbli għall-infurzar ikkonferma wkoll li din l-ordni kienet ngħatat minn Johann Buttigieg.", "Il-bieraħ il-qorti ordnat lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tħallas kumpens lill-familja Caruana Galizia.", "M'għandniex xi ngħidu, dan il-kumpens ser jitħallas mit-taxxi li nħallsu aħna bħala ċittadini u dan minkejja l-fatt li ma konniex aħna li b'xi mod ksirna d-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia.", "Li ser jiġri hu li dak li kien responsabbli ser jibqa' bla mittiefes mis-sentenza tal-qorti u għan-nuqqasijiet tiegħu ser ikollu jħallas iċ-ċittadin.", "Fuq dan biss, lil Johann Buttigieg imissha tiddabbarlu rasu.", "U għandha tiddabbarlu rasu wara li jkun ħallas is-somma ta' €20,000 li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tagħti lill-familja Caruana Galizia.", "Ma tarax.", "Previous: Adrian Delia \"għamel l-arja, għajjat u sabbat\" iżda ma setax iwaqqaf mozzjoni ta' sfiduċja fit-tmexxija tiegħu Next: Kampjun tal-online trolling tal-id il-leminija ta' AD window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/l-id-il-leminija-ta-adrian-delia-mixli-li-qabbad-galoppin-biex-jispjuna-fuq-mart-il-kap-tal-pn-u-li-ghamel-uzu-ta-profili-foloz-biex-jaghti-fastidju-lil-deputati-tal-pn/", "date": "Wed, 17th Jul '19, 09:46", "category": "blog, politics, government", "title": "L-\"id il-leminija\" ta' Adrian Delia mixli li qabbad galoppin biex jispjuna fuq mart il-kap tal-PN u li għamel użu ta' profili foloz biex jagħti fastidju lil deputati tal-PN", "text": ["Julian Micallef Julian Micallef, eks-xufier tal-Kap tal-PN u issa magħruf bħala l-\"id il-leminija\" ta' Adrian Delia, ġie mixli minn attivist tal-PN li għamel arranġamenti biex mart Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, tiġi segwita u jinġibdu videos fuqha minn wara darha.", "Ix-xilja saret permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata mibgħuta lill-kap tal-partit Adrian Delia.", "F'din id-dikjarazzjoni, eks galoppin ta' Adrian Delia jikteb li huwa kien jirċievi ordnijiet mingħand Julian Micallef u li ma jafx jekk dawn l-ordnijiet Adrian Delia kienx jaf bihom.", "Dan il-galoppin, li kien appoġġja bis-sħiħ lil Adrian Delia, jixli lil Julian Micallef li kien iqabbdu biex joħloq Facebook profiles foloz li Micallef kien imbagħad jużahom biex \"jattakka u jgħajjar bi kliem mill-iktar dispreġġjattiv\" lil dawk id-deputati Nazzjonalisti li jidhru li ma jappoġġjawx lil Adrian Delia.", "Il-kittieb isemmi 10 Facebook profiles allegatament foloz, li wħud minnhom tista' tagħrafhom faċilment bħala trolls feroċi li jiktbu fil-paġni tal- Facebook ta' dawk li jażżardaw jikkritikaw lil Adrian Delia, inkluża l-paġna tal- Facebook ta' din il- website .", "Il-kittieb tad-dikjarazzjoni qal ukoll li Julian Micallef kien tah ordni biex \"jattakka\" lil galoppin ieħor ta' Adrian Delia magħruf bħala Ċensu l-Iswed bis-saħħa taċ-ċirkolazzjoni ta' ritratt li fih dan l-attivist jidher mal-eks kap tal-partit Simon Busuttil.", "Kiteb ukoll li, waqt li kienet għadha għaddejja l-kampanja tal-elezzjoni tal-kap, Julian Micallef kien bgħatlu ritratt ta' Adrian Delia jippoża mal-eks mara tad-deputat tal-PN Jason Azzopardi.", "Julian Micallef kien talbu jiċċirkola r-ritratt fuq il- Facebook wall bil-għan li jiġi umiljat Jason Azzopardi li dak iż-żmien kien qed jikkampanja favur il-kandidatura ta' Chris Said.", "Il-kittieb qal ukoll li l-amministraturi tal-gruppi PN tal- Facebook kienu rċievew ordni mingħand Julian Micallef biex iġiegħlhom ineħħuh mill-gruppi.", "Huwa temm il-kitba tiegħu bi twissija li kien ser iżomm lil Julian Micallef responsabbli għal kull azzjoni ta' \"tpattija\" li tista' ssir fuqu jew fuq il-familja tiegħu u dan talli kixef din l-istorja.", "Previous: Ġenn spjetat u ħdura mxajtna Next: Adrian Delia \"għamel l-arja, għajjat u sabbat\" iżda ma setax iwaqqaf mozzjoni ta' sfiduċja fit-tmexxija tiegħu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/adrian-delia-ghamel-l-arja-ghajjat-u-sabbat-izda-ma-setax-iwaqqaf-mozzjoni-ta-sfiducja-fit-tmexxija-tieghu/", "date": "Wed, 17th Jul '19, 10:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Adrian Delia \"għamel l-arja, għajjat u sabbat\" iżda ma setax iwaqqaf mozzjoni ta' sfiduċja fit-tmexxija tiegħu", "text": ["Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN li kienu preżenti għal laqgħa tal-bieraħ tkellmu miegħi dwar Adrian Delia li jinsab taħt pressjoni u dwar l-imġieba tiegħu mimlija rabja u stmerrija fil-konfront tal-kritiċi tiegħu.", "Il-laqgħa tal-bieraħ filgħaxija ssejjħet mill-President il-ġdid tal-Kumitat Eżekuttiv Alex Perici Calascione u dan wara li qamet kwistjoni dwar kif kellhom jitfasslu l-kliem tal-mozzjoni li għandha tiġi diskussa fis-sessjoni straordinarja tal-Kunsill Ġenerali tas-27 ta' Lulju.", "Din is-sessjoni straordinarja tal-Kunsill issejjħet wara li ġiet iffirmata petizzjoni minn 200 membru tal-Kunsill Ġenerali li fiha ntalab li ssir mozzjoni favur ir-riżenja minn Kap ta' Adrian Delia.", "Il-petizzjoni nġabret wara li Adrian Delia ripetutament u pubblikament irrifjuta li jsejjaħ vot ta' fiduċja wara r-riżultati diżastrużi tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali f'Mejju li għadda, u dan minkejja l-parir li tah biex jagħmel proprju dan wieħed mill-predeċessuri tiegħu Lawrence Gonzi.", "Minkejja r-rifjuti ripetuti tiegħu li jsejjaħ vot ta' fiduċja, fil-laqgħa tal-bieraħ Adrian Delia insista li jkun hu li jsejjaħ laqgħa tal-Kunsill Ġenerali għas-27 ta' Lulju u li għaldaqstant għandu jfassal il-kliem tal-mozzjoni huwa stess.", "Fil-fatt huwa ppropona li l-mozzjoni jkun fiha kliem fis-sens li l-Kunsilliera qed jiġu mitluba jikkonfermaw lil Adrian Delia bħala kap tal-partit \"biex ikun f'pożizzjoni li jimplimenta r-riformi meħtieġa\".", "Il-kliem tal-mozzjoni kif propost minn Adrian Delia kien joħloq dilemma għall-Kunsilleria: li kieku jagħżlu li ma jikkonfermawx lil Adrian Delia bħala kap tal-partit, ikunu wkoll qed joqtlu r-\"riformi meħtieġa\".", "Il-bieraħ inġibdet l-attenzjoni ta' Adrian Delia għall-fatt li l-partit huwa obbligat bl-istatut li jressaq il-petizzjoni għall-vot tal-Kunsill Ġenerali.", "Kien hawn li Delia wieġeb li – jekk dan huwa l-każ – il-Partit ikollu jsejjaħ tliet sessjonijiet suċċessivi tal-Kunsill Ġenerali u li jsir vot separat fuq tliet mozzjonijiet li jittratta dwar l-istess suġġett.", "It-tielet sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tkun trid tikkunsidra petizzjoni oħra li jingħad li ġiet imnedija mit-tmexxija tal-Partit nnifisha b'appoġġ lil Adrian Delia u b'\"kundanna\" għall-kritiċi tiegħu fil-Grupp Parlamentari.", "Uħud mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv lil Adrian Delia wissewh li l-proposta tiegħu tista' ssarraf fil-qerda tal-PN bħala partit politiku vijabbli.", "Uħud minn dawk li kienu preżenti tkellmu dwar l-għajjat u intimidazzjoni persistenti li kien hemm prinċipalment fil-konfront ta' Mark Anthony Sammut, l-eks President tal-Kumitat Eżekuttiv, minn naħa ta' Adrian Delia.", "F'mument minnhom, Adrian Delia kien qisu qed jgħaddi lil Mark Anthony Sammut minn \"kontro-eżami bħallikieku kien xi xhud ostili fil-qorti\".", "L-intimidazzjoni kontra Sammut kompliet hekk kif Adrian Delia ħareġ mill-kamra biex ipejjep sigarrett: hu u ħiereġ mill-istess kamra, saħansitra Delia baqa' jagħmel l-arja, jgħajjar u jżeblah lil Mark Anthony Sammut.", "Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli mbagħad kompla żied id-doża meta hedded lil dawk li kienu qed juru nuqqas ta' qbil mal-kliem tal-mozzjoni proposta minn Adrian Delia, li jista' jkun hemm \"xi ħadd\" li jista' jfassal mozzjoni lill-Kunsill Ġenerali li ssejjaħ għar-riżenji ta' dawk il-membri parlamentari tal-PN li ma jappoġġjawx lill-kap tal-partit.", "Dan l-għajjat, theddid u intimidazzjoni baqa' għaddej għal madwar erba' sigħat u nofs: biżżejjed wieħed igħid li wħud mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tant kienu diżgustati li spiċċaw biex telqu 'l barra mil-laqgħa.", "Madankollu kien Ivan Bartolo li, flimkien ma' Mark Anthony Sammut kien wieħed mill-promoturi tal-petizzjoni li ssejjaħ għar-riżenja ta' Adrian Delia, ppropona li jintlaħaq kompromess li permezz tiegħu ikun Adrian Delia li jqiegħed verżjoni tal-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Ġenerali.", "Bis-saħħa ta' dan il-kompromess, tneħħiet ir-riferenza kontradittorja għar-\"riformi meħtieġa\" u issa l-mozzjoni li ntlaħaq ftehim dwarha titlob lill-Kunsilliera biex jiddeċiedu dwar jekk iridux lil Adrian Delia jibqa' kap tal-partit sal-elezzjoni ġenerali li jmiss\".", "Dan ifisser li l-Kunsill Ġenerali tabilħaqq se jivvota dwar mozzjoni ta' fiduċja dwar Adrian Delia, ħaġa li kien kategorikament irrifjuta li jikkunsidra sakemm il-kwistjoni kellu ta' bilfors jiffaċċjaha bis-saħħa tal-petizzjoni ta' Mark Anthony Sammut, Ivan Bartolo u oħrajn.", "Il-Kunsilliera ser jintalbu jivvutaw \"Le\" jekk ikunu jridu lil Adrian Delia jirriżenja mit-tmexxija tal-partit.", "Il-promoturi tal-petizzjoni wkoll ingħataw assigurazzjoni li llum kienu ser jingħataw il-listi ta' dawk li huma eliġibbli li jivvutaw u li l-votanti kien ser ikollhom l-opportunità li jieħdu sehem f'votazzjoni bikrija kif kienu talbu l-istess promoturi in vista tal-fatt li wħud mill-Kunsilliera kienu ser ikunu msefrin.", "Previous: L-\"id il-leminija\" ta' Adrian Delia mixli li qabbad galoppin biex jispjuna fuq mart il-kap tal-PN u li għamel użu ta' profili foloz biex jagħti fastidju lil deputati tal-PN Next: Il-kumpens li ordnat il-qorti, Johann Buttigieg ser iħallsu minn butu? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/kampjun-tal-online-trolling-tal-id-il-leminija-ta-ad/", "date": "Wed, 17th Jul '19, 18:15", "category": "blog, politics, government", "title": "Kampjun tal-online trolling tal-id il-leminija ta' AD", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn din l-istorja mxandra dalgħodu dwar Julian Micallef, bniedem li huwa meqjus bħala l-id il-leminija ta' Adrian Delia.", "Julian Micallef u Adrian Delia ilhom jafu lil xulxin żmien twil.", "Eżatt bħal Adrian Delia, Julian Micallef qatt ma kellu rabtiet mal-PN.", "Kull min kien jafu f'żogħżitu, jafu bħala persuna li kien jappoġġja lill-Partit Laburista.", "Julian Micallef fl-imgħoddi kien jilgħab il-football mal-iskwadra Karkariża u kien mill-klabb tal-football ta' Birkirkara li mbagħad segwa lil Adrian Delia.", "Għejjun li kienu midħla ta' Birkirkara FC qabel Adrian Delia leħaq President qaluli li fost il-membri tal-kumitat Julian Micallef kellu reputazzjoni li ma tajba xejn.", "Madankollu fiż-żmien li Adrian Delia għamel bħala President, Julian Micallef sar parti importanti mill-klikka ta' madwaru.", "U tul iż-żmien tal-kampanja għal kap tal-PN, kien ix-xufier tiegħu.", "Daphne Caruana Galizia kienet kitbet li li, flimkein ma' Jean Pierre Debono, huwa ħa ħsieb il-voluntiera li għenu fil-kampanja ta' Adrian Delia.", "Minn dakinhar 'l hawn, ta' sikwit ikun fid-Dar Ċentrali tal-PN u sa tard bil-lejl xi drabi jibqa' jistenna lil Adrian Delia bsakemm dan joħroġ mill-uffiċċju tiegħu.", "Kien hemm ukoll drabi meta akkumpanja lil Adrian Delia fil-qorti meta jkollu seduta fil-kawża ta' separazzjoni li qed tagħmel martu Nickie Vella de Fremeaux.", "F'dikjarazzjoni li għamel dalgħodu bniedem li sa ftit ilu kien midħla sewwa tal-kampanja li qed jagħmel Adrian Delia biex jibqa' kap tal-PN, Julian Micallef issemma' bħala l-awtur ta' diversi posts li jidhru fil- Facebook taħt numru ta' fake profiles .", "Wieħed minn dawn il- fake profiles kien John Formosa.", "Dan li ġej huwa kampjun ta' posts li xxandru fil -Facebook taħt l-isem 'John Formosa'.", "Il-paġna tal- Facebook ta' 'John Formosa' m'hi xejn ħlief inventarju tad-diskorsi u l-attivitajiet pubbliċi ta' Adrian Delia.", "Previous: Il-kumpens li ordnat il-qorti, Johann Buttigieg ser iħallsu minn butu?", "Next: Inkixfu messaġġi li juru li qed jintbagħtu spiji mid-Dar Ċentrali biex isegwu l-passi ta' deputati tal-PN window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/inkixfu-messaggi-li-juru-li-qed-jintbaghtu-spiji-mid-dar-centrali-biex-isegwu-l-passi-ta-deputati-tal-pn/", "date": "Fri, 19th Jul '19, 14:34", "category": "blog, politics, government", "title": "Inkixfu messaġġi li juru li qed jintbagħtu spiji mid-Dar Ċentrali biex isegwu l-passi ta' deputati tal-PN", "text": ["Għadhom kemm inkixfu screenshots ta' messaġġi permezz tal- Whatsapp miktuba minn Julian Micallef, l-id il-leminija ta' Adrian Delia, li permezz tagħhom jagħti ordnijiet lill-voluntiera sabiex isegwu l-passi ta' deputati Nazzjonalisti u biex jiġibdulhom ir-ritratti waqt laqgħat privati li jkunu fihom.", "Dawn l- iscreenshots, li ġew konfermati bħala awtentiċi minn diversi xhieda, jirreferu għal \"JA\" (Jason Azzopardi) u għal \"BFA\" (Beppe Fenech Adami).", "Julian Micallef jidher li qed isejjaħ lil dawk li rċievew il-messaġġi tiegħu biex \"isegwu\" l-passi taż-żewġ deputati u sabiex jiġbdu r-ritratti tal-persuni li jkun ltaqgħu magħhom.", "F'konversazzjoni oħra, li jidher li seħħet f'Jannar 2019, Julian Micallef iħeġġeġ grupp ta' persuni biex jiltaqgħu fil-belt Valletta \"fis-16\".", "Fis-16 ta' kull xahar, attivisti jiltaqgħu fil-belt Valletta biex jipprotestaw favur is-sewwa u għall-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia.", "Wara li stieden lil dawk li rċievew il-messaġġi tiegħu biex fis-16 imorru jieħdu kafè miegħu \"qrib il-bini tal-Qorti\", Julian Micallef igħidilhom biex \"imorru jitolbu fuq il-qabar ta' dik il-muqrana\".", "Aktar tad iħeġġeġ lil dawk li rċievew il-messaġġi tiegħu biex \"isegwu l-passi ta' BFA\", jiġifieri l-passi ta' Beppe Fenech Adami.", "\"Hu kollox,\" kiteb fil-messaġġ b'ittri kbar, jiġifieri li \"hu l-perċimes li qed jaqla' l-inkwiet\".", "Fi screenshot ieħor Julian Micallef igħid li \"Carol\" (x'aktarx hawn qed jirreferi għad-deputat tal-PN Karol Aquilina) iltaqa' ma' \"RCC\" (x'aktarx hawn qed jirreferi għall-eks ambaxxatur Richard Cachia Caruana) f'Palazzo Parisio.", "Hawn jidher jilmenta li ma kienx irnexxielhom jiġbdu ritratt ta' dawn it-tnejn flimkien.", "Dawn il-messaġġi nkixfu ftit wara li xxandret dikjarazzjoni ffirmata minn eks galoppin ta' Adrian Delia li stqarr li kien Julian Micallef li kien tah ordni biex isegwi l-passi u jiġbed ritratti ta' Nickie Vella de Fremeaux, mart Adrian Delia.", "Dawn il-messaġġi jagħtu lil wieħed x'jifhem teżisti xibka ta' spiji li qegħda taħdem b'riżq l-id il-leminija Adrian Delia u li qed issegwi l-passi ta' dawk li qed jħarsu lejhom bħala theddida għal Adrian Delia.", "Previous: Kampjun tal-online trolling tal-id il-leminija ta' AD Next: Issa għandek għalxiex titbissem Edward Scicluna? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/skont-adrian-delia-dan-zmien-tajjeb-ghal-btala-politika/", "date": "Mon, 1st Jul '19, 18:30", "category": "blog, politics, government", "title": "Skont Adrian Delia dan żmien tajjeb għal btala politika", "text": ["Lanqas li qiegħed iqatta' ħafna żmien f'xatt il-baħar.", "Adrian Delia kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta' Newsbook li staqsieħ il-għala, għal tlitt Iħdud wara xulxin, għadu ma lissinx kelma li hi kelma u ħalla l-arena politika esklussivament f'idejn Joseph Muscat.", "Dawn l-attivitajiet politiċi ta' kull nhar ta' Ħadd tan- Newsbook isejħulhom \"tradizzjonali\" u d-diskorsi li jagħmlu l-mexxejja tal-partiti nhar ta' Ħadd filgħodu ssejħilhom \"priedki\".", "Din tal-aħħar m'hix nieqsa mis-sarkażmu fil-kuntest tal-fatt li sidt in- Newsbook hi knisja.", "Dawn id-diskorsi ta' nhar ta' Ħadd m'humiex \"tradizzjonali\" daqs kemm wieħed jista' jaħseb li huma.", "Kien bdiehom Alfred Sant.", "Meta Eddie Fenech Adami kien mexxej tal-PN, Sant biss kien jitkellem nhar ta' Ħadd.", "Il-Ħdud tajbin biex il-politiċi jesprimu fehmithom iżda f'ġranet oħrajn ma' jiġri kważi xejn aktar.", "Dawn id-diskorsi ta' nhar ta' Ħadd taqra' dwarhom fil-ġurnali tat-Tnejn filgħodu – jum li fil-ġurnali ma tantx issib x'taqra li jkun ta' sugu.", "Alfred Sant kien iżur il-każini Laburisti u kien jagħmel diskorsi li kienu mbagħad jiġu rappurtati fil-ġurnali l-għada.", "Eddie Fenech Adami ma kienx lest li joqgħod jibdel ir-rutina tal-familja tiegħu ta' nhar ta' Ħadd dan kollu għaliex Alfred Sant ma kellux affarijiet aħjar x'jagħmel.", "Meta Lawrence Gonzi kien ħa r-riedni tal-partit, ikkonvinċewh li m'għandux iħalli lil Alfred Sant bil-monopolju tad-diskorsi tal-Ħadd filgħodu.", "Kien proprju fl-2004 li nbdiet it-\"tradizzjoni\" tad-diskorsi tal-mexxejja tal-partiti kull nhar ta' Ħadd filgħodu.", "Dawn id-diskorsi tabilħaqq huma \"priedki\" li huma kontrollati mill-bidu sal-aħħar.", "Kull nhar ta' Ħadd, sakemm ma jkunx temp xemxi żżejjed jew bix-xita qliel li jħajjar lin-nies joqgħodu d-dar, il-mexxej tal-partit iżur każin tal-partit f'lokalità u jindirizza ġemgħa mimlija ħeġġa.", "La jkun hemm ibbuwjar u lanqas mistoqsijiet ostili.", "Fil-ġranet tas-sħana, il-mexxej jindirizza lis-segwaċi minn fuq ir-radju tal-partit.", "F'dawn l-aħħar tlitt Iħdud, erġajna lura għas-sistema l-antika li fiha jitkellem il-mexxej Laburista biss.", "Adrian Delia qal li ma tkellimx f'dawn l-aħħar Ħdud (u jidher li ser jibqa' ma jitkellimx kull nhar ta' Ħadd mill-inqas sal-ħarifa) għaliex wara l-elezzjonijiet Erwopej in-nies \"xebgħu\".", "M'għandniex xi ngħidu, din m'hi xejn ħlief skuża fjakka.", "Bħalissa l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu bosta suġġetti fuqhiex jista' jitkellem.", "Kap tal-Oppożizzjoni ieħor, żgur li ma kienx jieqaf isemmi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa b'kundanna kontra l-gvern Malti li ġiet adottata l-ġimgħa li għaddiet.", "Kap tal-Oppożizzjoni ieħor, ma kienx jitlef l-opportunità li jidher biswit Jason Azzopardi wara li seħħet ir-rebħa politika tal-ġimgħa li għaddiet.", "Kap ta' Oppożizzjoni ieħor din il-ġimgħa żgur ma kienx iħalli għaddejja s-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-Bank of Valletta.", "Kap tal-Oppożizzjoni ieħor kien jaqbeż għall-ħaddiema tal-Air Malta li, wara li ġew użati u sfruttati minn gvern li kien wiegħedhom ġenna fl-art, issa qed igħajjarhom għedewwa tal-poplu.", "Kap tal-Oppożizzjoni ieħor kien ikun jaf li bħalissa il-ħaddiema tal-Air Malta qed igħumu f'baħar ta' inċertezza u jippretendu li jirċievu l-appoġġ minn naħa tal-Oppożizzjoni Parlamentari li għandha tesprimi t-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni li dawn inġiebu fiha.", "Iżda Adrian Delia (u l-konsulenti tiegħu) jidher li ma tantx qed iħabbel sufu.", "Għalih ħela ta' żmien li toqgħod tfassal politika dwar il-ġustizzja u l-intern, dwar il-qasam tas-servizzi finanzjarji, dwar l-avjazzjoni, dwar it-turiżmu u dwar dak kollu li jolqot lin-nies.", "Lil tan- Newsbook Adrian Delia qalilhom li bi ħsiebu jistenna sakemm ikun jista' jitkellem dwar \"dak li jitkellmu dwaru n-nies\".", "Il-verità hi li Adrian Delia qed iqatta' l-Ħdud jiffoka fuq dak li verament jinteressa lilu – u lil ħadd aktar – jiġifieri li politikament jiżgura li jibqa' fil-wiċċ.", "Dan huwa l-uniku suġġett li jinteressah u li jinsab mitluf fuqu.", "Il-PN sar partit politiku li la jaf fejn hu u wisq inqas jaf fejn hu sejjer.", "Issa qed jidher ċar li, għax-xhur u għas-snin li ġejjin, il-PN mhux bi ħsiebu jistenbaħ min-nagħsa ħelwa li jinsab fiha.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn l-ittra li kiteb Dione Borg.", "Dan għamel sensiela ta' \"proposti\" biex il-Kunsilliera jkollhom ma xiex jiggranfaw u biex dawn ikollhom speċi ta' alternattiva għat-tneħħija tal-kap.", "M'għandniex xi ngħidu, dan kollu m'hu xejn ħlief ħela ta' żmien.", "Fi sforz mill-aktar patetiku biex jagħlaq il-kapitlu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Adrian Delia stess qal li ma kienx hemm għalfejn li jiġi analizzat ir-riżultat elettorali f'xi rapport.", "Iżda issa, fl-isfond tal-istat estrem li daħal fih il-partit, qed jippruvaw jevitaw li tittieħed kwalisiasi forma ta' azzjoni billi tinħatar kummissjoni li tibda' x-xogħol tagħha sakemm kulħadd jitlef l-interess fiha.", "Mill-perspettiva ta' Adrian Delia, din m'hix strateġija ħażina għall-aħħar: kulħadd tilef l-interess.", "Mar għal btala politika u kellhom igħaddu tlitt ijiem biex tan- Newsbook qamu fuq tagħhom u talbuh jispjega fejn mar jinħeba.", "Issa li qalilhom li mhux ser jarawħ għal żmien twil, ħadd m'hu jiddispjaċih.", "Madankollu Joseph Muscat għandu tbissima fuq fommu li tista' tilmagħha minn seba' mili bogħod.", "Previous: Telefonata li taf tiswa' mitqlu deheb Next: Baqa' bir-riħa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/laghab-karta-jisimha-louis-galea/", "date": "Sun, 7th Jul '19, 10:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Lagħab karta jisimha \"Louis Galea\"", "text": ["Dalgħodu segwejt il-kummenti li ta' Louis Galea fuq l-istazzjoni televiżiv tal-PN dwar l-inkarigu li ngħatalu 'l bieraħ waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li fiha ġiet approvata proposta ta' Adrian Delia biex huwa jiġi mqabbad biex ifassal programm ta' riforma għall-PN.", "Għandi x'ingħid mhux ħażin dwar dak li seħħ il-bieraħ iżda bi ħsiebni nidħol f'aktar dettall nhar il-Ħadd li ġej fis- Sunday Times of Malta.", "Mhux bi ħsiebni ntawwal.", "Louis Galea qed igħid li xogħlu se jkun li jġib l-għaqda, li jiftaħ il-bibien għal dawk kollha li jkunu jridu jikkontribwixxu u li jgħarbel u jirriforma l-istrutturi tal-partit sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu sostenibbli u biex b'hekk il-partit ikollu sisien sodi fuqhiex ikun jista' jqum fuq saqajh.", "Il-mira hi waħda nobbli: il-PN jeħtieġ li jkun Oppożizzjoni b'saħħitha li tkun ta' kontro-bilanċ għall-gvern b'riżq it-tisħiħ tad-demokrazija għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kliemu kien meqjus.", "Ma tkellem b'ebda trijonfaliżmu dwar ir-rebħiet li l-partit għad irid ikollu.", "Lanqas ma qal li l-PN għandu jitbiegħed minn ma' dawk li huwa ma jarax għajn m'għajn magħhom.", "Jew li dawk li għandhom jiġu kastigati dawk li m'huma qed juru ebda entużjażmu.", "Tkellem dwar l-għaqda.", "Ma tkellmix dwar tkeċċijiet jew qtugħ ta' rjus.", "Louis Galea tkellem dwar is-saħħa li ġġib l-għaqda u mhux dwar il-kastigi.", "Tkellem dwar il-ftuħ beraħ tal-bibien u mhux tat-tisbit tal-bibien f'wiċċ id-dissens.", "Fi kliem ieħor, Louis Galea tkellem bl-istess manjiera li kien tkellem kull mexxej tal-PN dakinhar tal-elezzjoni tiegħu.", "Bis-saħħa tal-inkarigu li huwa ta lil Louis Galea, Adrian Delia mingħajr ma ried, ammetta li huwa ma kellux il-ħila li jagħmel dak li suppost kellu jagħmel: jiġifieri li jirriforma l-istrutturi, li jiddjaloga ma' dawk li ma jaqblux miegħu, li jorganizza r-riżorsi mill-ġdid u li jibni s-sisien ta' Oppożizzjoni b'saħħitha.", "F'leġislatura ta' 5 snin, il-PN ma tantx dam biex għażel mexxej ġdid.", "Il-proċess inbeda' f'Ġunju 2017 u sa Settembru l-Partit kellu mexxej ġdid.", "Wara li issa għaddew kważi sentejn, kulma rajna tfeġġ fil-PN kienet dagħdigħa ta' estremiżmu lemini, ta' ksenofobija u ta' bigottiżmu.", "Barra l-fatt li PN wera' ruħu nieqes mil-lat ideoloġiku u strutturali u defiċjenti fil-qasam tal-tfassil tal-politika, t-tmexxija l-ġdida tal-Partit wriet ukoll li ma kellhiex il-ħila li taħseb b'mod strateġiku.", "Minħabba l-imġieba tiegħu stess, Adrian Delia kemm il-darba sab ruħu dahru mal-ħajt.", "L-iktar taħwida riċenti kienet dik dwar il-vot ta' fiduċja fil-Kunsill Ġenerali.", "Issa li ntlagħbet il-karta \"Louis Galea\", il-kwistjoni dwar l-eliġibilità ta' Adrian Delia fit-tmexxija tal-partit ġiet posposta bi ftit xhur.", "Din il-karta taf tgħinu jibqa' fil-wiċċ ikun x'ikun ir-riżultat tal-vot fil-Kunsill Ġenerali.", "Fil-frattemp, aħsbu ftit kemm saret ħsara sakemm wasalna sa dan il-punt.", "Erbat ijiem biss wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Lawrence Gonzi pubblikament ta parir lil Adrian Delia biex jitlob vot ta' fiduċja fil-Kunsill Ġenerali.", "Adrian Delia ma riedx jaf.", "U ftit wara smajna li kienet qed tiġi ċirkolata petizzjoni bil-għan li jiġi mġiegħel jitlob vot ta' fiduċja.", "Ma riedx jaf b'din ukoll.", "Aktar tard, hekk kif ġiet preżentata l-petizzjoni, bdew ħerġin l-iskużi banali dwar il-validità ta' wħud mill-firem.", "Fil-frattemp, ġiet ċirkolata petizzjoni oħra – li ġabet magħha l-periklu li taqsam lill-partit b'mod irrimedjabbli – li titlob li ssir kundanna lid-deputati tal-partit eletti direttament mill-poplu.", "Minflok waqqaf din il-petizzjoni, Adrian Delia kompla nkoraġġiha.", "Meta mbagħad laqqa' l-Kumitat Eżekuttiv, ta' ġifa li hu evita li jitkellem dwar is-suġġett.", "Iżda l-bieraħ, wara li dam jillużinga għal ġranet u ġimgħat sħaħ, Adrian Delia dar dawra durella u reġa' lura għall-parir li kien tah Lawrence Gonzi: issa huwa stess ser isejjaħ Kunsill Ġenerali biex jittieħed vot ta' fiduċja fit-tmexxija tiegħu.", "L-ambigwitajiet li nħolqu ma jispiċċaw qatt.", "M'huwiex ċar jekk huwiex qed jistenna li jkollu maġġoranza ta' 50%+1 favurih biex b'hekk ikun jista' jgħid li żamm postu.", "M'huwiex ċar x'ried ifisser meta qal li l-Kunsill Ġenerali għandu jħalli f'idejn it-tesserati dwar it-tmexxija tal-partit.", "M'huwiex ċar Adrian Delia liema triq bi ħsiebu jaqbad.", "Min jaf?", "Forsi f'għeluq is-sena tal-ħatra ta' Louis Galea, għad insiru nafu.", "Previous: Baqa' bir-riħa Next: Il-faċċata l-oħra tal-munita window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/issa-ghandek-ghalxiex-titbissem-edward-scicluna/", "date": "Sat, 20th Jul '19, 08:32", "category": "blog, politics, government", "title": "Issa għandek għalxiex titbissem Edward Scicluna?", "text": ["Edward Scicluna għadu kemm ħarrek lil Simon Busuttil fuq malafama u qal li Simon Busuttil gideb f' tweets li xandar.", "Dawn huma t- tweets li xandar Simon Busuttil.", "REBĦA KBIRA fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni!", "TLIET ministri taħt investigazzjoni kriminali minħabba t-trasferiment oxxen ta' TLIET sptarijiet pubbliċi minn wara daharna.", "U @JosephMuscat_JM m'għandux is-saħħa li jkeċċihom, lanqas sakemm dawn inaddfu isimhom https://t.co/OhBfyvEpFu — Simon Busuttil (@SimonBusuttil) 18 ta' Lulju 2019 Bħala pajjiż tal- #eurozone ma jistax ikollna Ministru tal-Finanzi bħala suġġett ta' investigazzjoni dwar ħasil ta' flus maħmuġin ⁦ @edward_scicluna ⁩ GĦANDU JWARRAB ISSA, għallinqas sakemm inaddaf ismu. https://t.co/dQwUCzwW99 — Simon Busuttil (@SimonBusuttil) 19 ta' Lulju 2019 Il-Ministru tal-Finanzi għamilli kawża dwar malafama talli għidt li huwa suġġett ta' investigazzjoni ta' ħasil ta' flus maħmuġin.", "Jiddispjaċini ngħidlek għażiż @edward_scicluna , li hekk hu.", "Agħti daqqa t'għajn lejn din l-i screenshot biex tiftakar ftit.", "WARRAB https://t.co/a9PtvozWNp", "pic.twitter.com/6yZrsPuwR8 — Simon Busuttil (@SimonBusuttil) 19 ta' Lulju 2019 Drajniha t-tattika ta' min ikollu l-faħam miblul li jiftaħ kawżi vessatorji.", "Liema minn dawn it- tweets hi gidba?", "Mid-dehra Edward Scicluna qed jingħata parir mill-istess nies li kienu tawh parir li jikkwota mir-rapport Egrant – rapport li mhux suppost kien fil-pussess tiegħu.", "Issa l-Qorti tal-Appell għadha kemm ordnatlu li jgħid minn fejn akkwista kopja tar-rapport.", "Forsi Edward Scicluna għal xi żmien jista' jħossu xi ftit aħjar hekk kif itawwal naqr'oħra permezz tal-qorti.", "Iżda llum jew għada, jkollhom isiru l-kontijiet.", "Kawża għal malafama tista' tagħtih ftit tan-nifs u ttawwal u lin-nies ikun jista' jgħidilhom li dak li qed jingħad fil-konfront tiegħu mhuwiex minnu.", "M'għandniex xi ngħidu, il-fatt jibqa' li huwa kollu minnu li huwa s-suġġett ta' investigazzjoni dwar ħasil ta' flus maħmuġin.", "Il-Maġistrat hekk ordnat: li għandha tinfetaħ inkjesta biex jinġabru l-provi u jiġu nvestigati numru ta' reati kriminali li allegatament jinsab imdaħħal fihom Edward Scicluna.", "Għalissa wieħed ikun qed jinfamah li kieku wieħed igħid li Edward Scicluna huwa ħati tar-reat ta' ħasil ta' flus maħmuġin.", "Huwiex ħati jew le, l-qorti biss tkun tista' tgħidu.", "Iżda ż-żmien biss jista' jagħtina parir il-kontijiet jispiċċawx isiru jew le.", "Il-kawża ta' malafama li għamel Edward Scicluna se trebbaħlu ż-żmien u se tagħtih l-opportunità li jgħid, f'xi sessjoni tal-Parlament Ewropew li tkun qed tgħarbel il-kredenzjali tiegħu bħala Kummissarju Ewropew potenzjali, li \"dak kollu li qed jingħad dwaru mhuwiex minnu u huwa s-suġġett ta' kawża ta' malafama li jien ftaħt biex inħares ir-reputazzjoni tiegħi\".", "Reputazzjoni?", "X'reputazzjoni?", "Tista' ddaħħalha f'għajnejk ir-reputazzjoni tiegħek Sur Edward Scicluna meta tikkunsidra l-ħsara li int għamilt lir-reputazzjoni ta' Malta.", "Madwar sena ilu, Reżistenza Malta kienet ipprotestat u talbet ir-riżenja tiegħek minħabba l-ħasil ta' flus maħmuġin li seħħ taħt l-imnieħer Ministerjali tiegħek.", "Regolaturi Ewropej kienu qalu li tal-FIAU, li għalihom int politikament responsabbli, ma kinux qed jagħmlu xogħolhom kif suppost.", "Il-Pilatus Bank kellha tagħlaq minkejja d-difiża li int kont għamilt tal-imġieba tiegħek.", "Kmieni dalgħodu #Malta", "#MinistryofFinance .", "Wasal iż-żmien li l-Ministru Scicluna jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu.", "Ninsistu li għandu jerfa' r-responsabbiltà politika għat-taħwid li seħħ taħtu u JIRRIŻENJA. #EuropeanBankingAuthority", "pic.twitter.com/eygCGSLxkA — Reżistenza Malta (@RezistenzaMalta) 20 ta' Lulju 2018 Sena ilu kien imissek warrabt minħabba l-istupidità kriminali, n-negliġenza u l-inkompetenza tiegħek.", "Sena wara, il-Ministru li huwa responsabbli li jħares lil Malta mill-ħasil tal-flus maħmuġin u li fil-gvern huwa l-għassies prinċipali li għandu jara li jinżammu għoljin il-livelli fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, huwa s-suġġett ta' inkjesta li għandha tiddetermina jekk kienx wieħed minn dawk li gawdew mid-dgħjufijiet li ppresieda fuqhom huwa stess.", "Kienu r-regolaturi internazzjonali li ddokumentaw dawn id-dgħjufijiet.", "U l-unika raġuni il-għala r-reati li allegatament jinsab imdaħħal fihom għadhom ma ġewx investigati hi li l-pulizija qed tirrifjuta li twettaq id-dmirijiet tagħha.", "Allura kellhom ikunu l-ġurnalisti investigattivi f'Malta li kellhom ta' bilfors jagħmlu xogħol il-pulizija.", "Sena ilu Edward Scicluna tbissem meta ġie mitlub biex iwarrab.", "Min jaf għadux qed jitbissem issa?", "Previous: Inkixfu messaġġi li juru li qed jintbagħtu spiji mid-Dar Ċentrali biex isegwu l-passi ta' deputati tal-PN Next: Tal-Moneyval iħoll u jorbot window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/ilmahtuha-l-ironija/", "date": "Tue, 23rd Jul '19, 08:18", "category": "blog, politics, government", "title": "Ilmaħtuha l-ironija?", "text": ["F'artiklu li xandret Louise Tedesco llum fit- Times of Malta , lill-kritiċi tal-kap Nazzjonalista Adrian Delia ssejħilhom il-' Barra Brigade '.", "Dan il-kliem kien intuża mill-PN fiż-żmien meta kienu nkixfu l- Panama Papers u kien deher ċar li Malta kien ser ikollha l-uniċi politiċi fid-dinja demokratika li ma dabbrux rashom hekk kif inqabdu b'strutturi sigrieti f'pajjiż ieħor biex ikollhom fejn iġemmgħu u jaħżnu flejjes li mhux suppost kienu fil-bwiet tagħhom.", "Fil-ġungla tal-Amażonja, jeżistu tribuwijiet ta' Indjani li għadhom ma missewx mad-dinja ċivilizzata u li xorta waħda kellhom il-ħila li jiżviluppaw mod dwar kif jiffaċċjaw l-iskandli dwar il-korruzzjoni li huwa ħafna aktar serju minn dak ta' Joseph Muscat.", "Louise Tedesco jidhrilha li dak iż-żmien, il-PN ma kienx messu assuma r-rwol ta' \"ġurija, mħallef u bojja\" u li l-\" Barra Brigade \" ma kienx messha ppersonalizzat il-kwistjoni fil-konfront ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat.", "Mid-dehra, skont Tedesco, għandna noqgħodu nduru mal-lewża, noqgħodu attenti ma mmorrux nirfsu xi kallu u nqisu kliemna meta ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jinkixef li, ġimgħa biss wara li l-imgħallem tiegħu ħa s-setgħa, ħoloq kumpannija sigrieta fil-Panama.", "Naħseb li meta lill-pajjiż kienu għabbewh bil-piż tal-agħar kuntratt dwar l-enerġija li seta' jiġi miftiehem biex Keith Schembri seta' jimpala għal ġo butu $5,000 kuljum, lil Yorgen Fenech kien ser igħidlu biex it-trasferimenti bankarji ma jippersonalizzahomx u jerħilhom vagi.", "Ma nistax ma nsemmix l-ironija: eżatt sena ilu kien Adrian Delia li talab lil Simon Busuttil biex iwarrab, ħareġ l-ordni 'barra!', keċċieħ mill-Kabinett Dell ftit minuti wara li sema' dak li kellu x'igħid Joseph Muscat dwar rapport ta' inkjesta li – sena wara – għadu ma xxandarx.", "Araw naqra l-wiċċ sfiq ta' min irid jitkellem dwar \"ġurija, mħallef u bojja\"!", "Qed nassumi li dakinhar Louise Tedesco kienet appoġġjat lil Adrian Delia għaliex, f'moħħha, dak li ddeċieda kien jagħmel is-sens.", "Adrian Delia mexxa' l-'barra brigade' minn dakinhar li feġġ fix-xena politika.", "Il-kelma 'Barra' kienet is- slogan mhux uffiċjali tal-kampanja tiegħu.", "Ried iqaċċat lil tal-\" establishment \".", "Kien werżaq li \"lill-partit tagħna rriduh lura\".", "Lura?", "Minn min?", "Minn fejn?", "Minn xiex?", "X'aktarx mis-sens komun.", "Hu u jippassiġġa fuq palk ċkejken iwerżaq b'rabja f'mikrofonu u jipponta subgħajh fl-ajru, kien i l-mexxej tal-\"barra\" Adrian Delia li, waqt dagħdigħa sħuna, kien ipproklama l-ħelsien tal-PN mill- \"biċċa blogger\".", "U kien Adrian Delia lil lill- The Malta Independent on Sunday qallu li t-telliefa tal-vot ta' nhar is-Sibt ser ikollhom ilestu għal sensiela ta' \"deċiżjonijiet ibsin\" minn naħa tiegħu .", "Lil dawk li qalulu f'wiċċu li kien libes żarbun li ma jiġieħx, qed ilesti biex igħidilhom 'barra'.", "Madankollu Louise Tedesco qalet waħda tajba.", "Anki jekk Adrian Delia jirnexxielu jikseb l-appoġġ ta' aktar minn nofs il-Kunsilliera tal-PN, dan b'ebda mod m'hu ser iwaqqaf lil dawk li jafu jiddistingwu bejn dak li hu sewwa u dak li m'huwiex.", "Ħalqhom lanqas m'huma ser isodduh.", "Louise kien messha wżat stil ftit anqas faxxista f'kitbietha.", "Lill-Ministru tal-Finanzi Britanniku, li dan l-aħħar stqarr li kien bi ħsiebu jirriżenja flimkien ma' oħrajn hekk kif tixtered l-aħbar li Boris Johnson ikun ġie elett fit-tmun tal-Partit Konservattiv, ħadd ma qallu li qed iġib ruħu ta' \"ġurija, mħallef u bojja\".", "Ħadd ma xlieh li huwa traditur.", "Qatt ma kellna kap tal-PN li kellu raġun dejjem, li dejjem ikkuntenta lil kulħadd u li kien b'xi mod perfett f'kull ma kien jagħmel.", "Kull kap li kellu l-PN sab ma' wiċċu l-kritika interna u esterna kif ukoll l-iżlealtà.", "Kull kap li kellu l-PN kellu jiffaċċja l-fehmiet diversi ta' persuni kuraġġjużi u ta' rieda soda fi ħdan il-Partit li ma kinux joqgħodu lura milli jgħidu tagħhom.", "Dawn kienu mexxejja veri.", "Kienu jafu kif għandhom iġibu ruħħom meta kien ikun hemm nuqqas ta' ftehim, żlealtajiet u determinazzjoni.", "Kien jafu jmexxu.", "Kienu jispiraw, jimmotivaw, iħeġġu, jaqsmu ħsibijiethom, jiddiskutu u jiddeċiedu.", "Mexxejja bħala dawn kienu jattiraw il-lealtà u ta' madwarhom kienu jappoġġjawhom saħansitra anki meta kienu jiżbaljaw.", "U issa l-PN jinsab immexxi minn bniedem li l-kelma 'Barra' tant għamilha litanija li qed jitlef il-voti ta' dawk li b'mod konsistenti dejjem appoġġjaw lill-kapijiet ta' qablu.", "Is-sitwazzjoni tant iddiġenerat li l-PN issa sar qisu setta reliġjuża b'qassis wieħed ewlieni u b'ġemgħa ta' ħrief tas-sagrifiċċju.", "Jidher li għadu ma temmx il-qtugħ tal-irjus.", "X'aktarx li nhar il-Ħadd li ġej filgħodu Louise Tedesco se tkun qed tiċċelebra mal-imgħallem tagħha.", "Iżda għall-PN se jkun qisu wasallu l-ħin tal-forka.", "Previous: Tal-Moneyval iħoll u jorbot Next: Il-kliem mimlijin ħlewwa u l-fatti ma jaqblux window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/tal-moneyval-iholl-u-jorbot/", "date": "Mon, 22nd Jul '19, 11:43", "category": "blog, politics, government", "title": "Tal-Moneyval iħoll u jorbot", "text": ["Malta ma rnexxilhiex tgħaddi mill-għarbiel tal-proċess Moneyval li bis-saħħa tiegħu wieħed ikun jista' jiġbed konklużjonijiet dwar kemm Malta tassew għandha r-rieda kif ukoll il-ħila li tiġġieled kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin.", "Edward Scicluna u Joseph Muscat ilhom sena sħiħa jħejjuk għal dan ir-riżultat permezz tal-ħruġ ta' skużi mill-aktar irrilevanti u banali bil-għan li jippruvaw inaqqsu s-sinjifikat ta' dan kollu.", "Sa sena ilu, Edward Scicluna kien waħħal f'Daphne Caruana Galizia .", "Skont Scicluna, li kieku din ma nvestigatx lil tal- Pilatus Bank , li kieku ma kixfitx dak kollu li kien irriżultalha, li kieku ma kixfitx il-fatt li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu ħolqu kumpanniji sigrieti fil-Panama, li kieku ma kixfitx it-taħwid kollu tal-gvern, Malta ma kienitx tiġi investigata dwar nuqqasijiet f'dak li huwa ħasil ta' flus maħmuġin.", "Dak li qal Scicluna m'huwa xejn ħlief ħmerija kbira.", "Għax huwa jaf li kull pajjiż ikun meħtieġ li jgħaddi mill-għarbiel tal- Moneyval .", "Għalkemm huwa mistenni li kull pajjiż ikollu n-nuqqasijiet fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin, ma kienx ikun possiblli li jitgħattew in-nuqqasijiet kbar li għandha Malta f'dan il-qasam.", "Sa sena ilu Scicluna kien qal ukoll li tal- Pilatus Bank ma kienux jiġu mġiegħla jagħlqu – u tal-FIAU ma kienux jiġu mċanfra talli lil dan il-bank ma kienux għalquh żmien qabel – li kieku ma kienx David Casa li ġibed l-attenzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew.", "Ħmerija grassa oħra.", "Għalkemm kulħadd jaf kemm irsista David Casa biex jikxef lill-korrotti u lill-ħallelin, l-isforzi tiegħu ma kienx ikunu biżżejjed li kieku dan ma tkellimx dwar il-korruzzjoni u l-ħasil ta' flus li kien għaddej.", "Edward Scicluna u Joseph Muscat bħal donnu ħasbu li dan l-iskandlu setgħu inaqqsu s-sinjifikat tiegħu billi jinjorawh.", "U meta kollox sarilhom suf, f'attentat biex igħattu l-iskandlu, ġiegħlu lill-aġenziji tat-tbassir ekonomiku jgħollu l-aspettativi ekonomiċi ta' Malta.", "Kif kiteb ftit tax-xhur ilu Ryan Murdock f' The Shift News , kull darba li l-gvern ikollu jiffaċċja skandlu jaraw kif jagħmlu biex fl-istess żmien jixxandar rapport dwar il-prospetti ekonomiċi tajbin ta' Malta.", "Araw ftit kif jumejn ilu l-istorja dwar kif tal- Moody's għollew il- credit rating ta' Malta għal 'A2 stable' ħarġet eżatt fl-istess żmien li xxandret l-aħbar li Malta ma kienitx għaddietx mill-għarbiel tal- Moneyval fejn għandha x'taqsam il-ġlieda tal-ħasil ta' flus maħmuġin.", "Qishomx tal- Forbes huma u jsemmu lil El Chapo bħala negozjant mill-aqwa sakemm dan jintbagħat lejn l-Amerika biex jiekol ikla ħabs għal għomru fuq reati marbutin mal-flus li seraq??", "Il-qofol tal-kwistjoni huwa dan: l-investituri lil min ser jemmnu?", "Lil tal- Moody's jew lil tal- Moneyval ?", "L-aġenziji tat-tbassir ekonomiku ma jistax jingħad li huma kredibbli.", "Ftit qabel kienet seħħet il-kriżi ekonomika dinjija fl-2008, l-aġenziji tat-tbassir ekonomiku ma kienu xammew xejn u fl-ekonomija dinjija għalihom kollox kien ward u żahar.", "U minn dakinhar 'l hawn dawn baqgħu jonqsu li jxommu l-inkwiet ekonomiku minkejja li dan kien jidher ċar fix-xefaq u wkoll baqgħu lura wkoll milli jnaqqsu r- ranking ta' kumpanniji u pajjiżi li kienu sabu ruħħom fil-għawġ.", "Kif kitbet The Conversation fl-2016 , l-aġenziji tat-tbassir ekonomiku isegwu s-suq u huma l- market alerts li jwissu lil dawn l-aġenziji dwar il-possibilità ta' nkwiet fis-swieq u mhux bil-maqlub.", "L-investituri li jkunu qed ifittxu pajjiż b'reputazzjoni tajba fejn ikunu jistgħu jinvestu mhux lejn dak li jgħidu tal- Moody's ser jaraw: li jħoll u jorbot ikun dak li jirriżultalhom tal- Moneyval .", "Edward Scicluna u Joseph Muscat moħħom biss biex igħidulna li, tul dawn l-aħħar 6 snin, tal- Moody's tellgħuna għal rating ta' A2.", "Iżda kienu wkoll Edward Scicluna u Joseph Muscat li wassluna għaċ-ċanfira tal- Moneyval .", "Din iċ-ċanfira kienu jafu li kienet ġejja u sa sena ilu kienu qed iħejju għaliha hekk kif kienu waslu hawn l-investigaturi qabel dawn fasslu r-rapport tagħhom.", "Edward Scicluna u Joseph Muscat kienu jafu eżatt x'konklużjoni kienu ser jiġbdu dawn l-investigaturi u meta xxandar ir-rapport-ċanfira, ppruvaw jidfnuh.", "Dan kollu biex Ali Sadr Hashemi Nejad seta' jgħaddiha lixxa.", "Mingħalihom.", "Previous: Issa għandek għalxiex titbissem Edward Scicluna?", "Next: Ilmaħtuha l-ironija? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/il-kliem-mimlijin-hlewwa-u-l-fatti-ma-jaqblux/", "date": "Thu, 25th Jul '19, 09:09", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-kliem mimlijin ħlewwa u l-fatti ma jaqblux", "text": ["Il-bieraħ Adrian Delia deher fuq l-istazzjon tat-televiżjoni li jinsab taħt il-kontroll tiegħu biex jitkellem bħallikieku jinsab f'nofs l-ewwel kampanja li kkontesta biex jinħatar kap tal-partit , għalkemm it-ton tiegħu kien xi ftit aktar trankwill.", "Il-messaġġ li ried iwassal kien li, wara l-vot li ser jittieħed nhar is-Sibt, bi ħsiebu jibda' paġna ġdida fl-istorja tal-partit.", "Qal li jrid iseddaq il-għaqda fost kulħadd.", "\"Għandna opportunità biex nibdlu lill-PN – li bosta qegħdin igħidu li jinsab fl-afja tal-mewt – f'PN ġdid, żagħżugħ, ħaj, mimli ħeġġa favur it-tibdiliet interni u favur il-ħila tiegħu li jġib il-bidla f'ħaddieħor u biex ibiddel lill-pajjiż.", "Dejjem ngħid li jien m'jinix il-partit.", "Il-partit huwa intom — agħtu sehemkom għall-bidla\".", "Bla dubju li kliemu għandu l-ħila li jħawru biz-zokkor.", "Qisu dak ir-raġel li joqgħod iżiegħel b'martu wara li jkun xeba' jfajjrilha bil-ponn fuq ġisimha.", "Tkunu ċwieċ jekk temmnuh.", "Jista' jagħti l-każ li huwa stess jinsab konvint li l-intenzjonijiet tiegħu huma tajbin.", "Meta jlissen diskors bħal dan, jista' jagħti l-każ li verament ikun qed jemmen dak li jkun qal.", "Iżda m'għandix dubju li jaf sew li, tul dawn l-aħħar sentejn, il-kliem li lissen u l-fatti li seħħew ma qablu xejn bejniethom.", "Madankollu għandu l-ħabta li jwaħħal f'ħaddieħor: ċertament it-tort qatt ma hu tiegħu u għalhekk kulħadd għandu joqgħod għal dak li jgħid hu u, jekk tobdi, ċċapċap, xxejjer il-bandiera u teqred id-dubji li jista' jkollok, il-partit ser ikollu kap kbir.", "Fl-artiklu tiegħu tal-lum fit- Times of Malta , Ranier Fsadni jagħti diversi raġunijiet il-għala nhar is-Sibt li ġej bosta mill-Kunsilliera bi ħsiebhom jivvutaw lil Adrian Delia u dan minkejja l-fatt li m'għandhom grazzja miegħu u minkejja l-fatt li jafu li fl-elezzjoni li ġejja l-partit se jkollu diżastru.", "M'għandhomx alternattiva u ma jridux iħallu lill-partit imdendel mingħajr tmunier: allura dawn jirraġunaw li aħjar il-partit joqgħod bil-baħnan li qed imexxih bħalissa milli ma jkun hemm ħadd fit-tmun.", "U, b'diskors mimli ħlewwa, Adrian Delia din il-ġimgħa m'huwiex joqgħod lura biex lill-Kunsilliera jħajjarhom jikkonfermawh nhar is-Sibt li ġej.", "Madankollu ħafna drabi taħrablu x-xewqa li għandu biex jivvendika ruħu.", "Fil- Malta Independent tal-Ħadd li għadda tkellem dwar id-\"deċiżjonijiet ibsin\" li jeħtieġ li jittieħdu .", "Dak li dejjem kien ħobża u sikkina miegħu – Pierre Portelli – qed jehda fit-tkeskis u lill-kritiċi ta' Adrian Delia staqsihom x'bi ħsiebhom jagħmlu kemm il-darba Adrian Delia jirbaħ il-vot ta' nhar is-Sibt.", "Huwa ċar daqs il-kristall li Adrian Delia m'għandux il-ħila li jwettaq il-wegħda li kien għamel sentejn ilu – wegħda li issa reġa' rxuxtaha u qed ixerred fuqha niskata zokkor – li jġedded lill-partit.", "Spiċċa ż-żmien li noqgħodu nittamaw fil-mirakli.", "Wara nhar is-Sibt li ġej, hekk kif b'nofs qalb Adrian Delia jiġi konfermat fil-kariga, il-PN mhux ser ikun dak il-partit żagħżugħ mimli ħeġġa għall-bidla.", "Li kieku dan kien possibbli, f'dawn l-aħħar sentejn konna nilmħu mqar xi ftit tal-ħjiel dwar dan.", "U minflok se ikollna partit immexxi minn bniedem li ma żammx il-wegħda li kien għamel lill-kollegi tiegħu biex bil-kwiet isib tarf tal-problemi personali tiegħu.", "Dawn il-problemi – kif ukoll ir-rabja inevitabbli li juri meta xi ħadd ikellmu dwarhom – ser ikomplu jifnuh fil-ħajja pubblika tiegħu.", "Għaldaqstant se jkollna l-issuktar ta' dak li ilna naraw tul dawn l-aħħar sentejn u l-partit ser ikollu jitqanna' b'kap paranojku, dejjem fuq id-difiża u mħares mill-manigoldi.", "U dan sakemm jasal iż-żmien li jiġġarraf kollox taħt saqajh.", "Previous: Ilmaħtuha l-ironija?", "Next: Dokumenti tal-Qorti juru li Adrian Delia naqas li jħallas flejjes fuq self, credit cards u overdraft window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/dokumenti-tal-qorti-juru-li-adrian-delia-naqas-li-jhallas-flejjes-fuq-self-credit-cards-u-overdraft/", "date": "Thu, 25th Jul '19, 17:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Dokumenti tal-Qorti juru li Adrian Delia naqas li jħallas flejjes fuq self, credit cards u overdraft", "text": ["Il-kobor tal-problemi finanzjarji li għandu ma' wiċċu Adrian Delia komplew joħorġu fil-beraħ skont kif jirriżulta minn dokumenti tal-qorti li huma pubbliċi u li ġew fil-pussess tiegħi.", "Permezz ta' protest ġudizzjarju ppreżentat illum kontra Adrian Delia mill-avukat Albert Libreri, li huwa l-konsulent legali ta' mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Nickie Vella de Fremeaux, huwa ġie mfakkar dwar ħames twissijiet bil-miktub li ntbagħtulu mill-HSBC Bank u dan wara li naqas li jħallas djun li kellu jħallas f'Mejju u Ġunju 2019.", "Il-Bank talbu jħallas penali fuq il-ħlas tal-imgħax dovut u tah sal-20 ta' Lulju biex iħallas pagament ta' 'l fuq minn €7,500.", "Il-protest jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li teżisti l-possibilità li l-bank jibda' proċeduri biex ibiegħ b'subbasta d-dar residenzjali fejn jgħixu mart Adrian Delia u l-ħames uliedhom biex jiġbor il-flus li għandu jieħu.", "Minkejja l-fatt li Adrian Delia kien informa lil martu permezz ta' messaġġ bil- WhatsApp li kien ħallas dak li kien dovut lill-bank, il-bieraħ stess il-bank — erbat ijiem wara li skada t-terminu — informa lil Nickie Vella de Fremaux li ma kienu saru ebda ħlasijiet minn Adrian Delia.", "Fil-frattemp, l-HSBC kiteb lil Adrian Delia biex javżah li ser jeħel penali fuq il-ħlas tal-imgħax u dan wara li huwa għażel li jinjora diversi ittri u talbiet mill-bank biex iħallas dejnu.", "L-HSBC qed jitlob ukoll mingħand Adrian Delia il-ħlas ta' pagamenti fix-xahar li jinsabu lura fuq żewġ credit cards li fuqhom għandu jagħti 'l fuq minn €25,000.", "Minn naħa tiegħu il -Bank of Valletta kiteb lil Adrian Delia biex jgħidlu li standing order ta' ftit aktar minn Eur800 ma setax jiġi onorat minħabba nuqqas ta' fondi.", "Il-protest ġudizzjarju juri wkoll tħassib għall-fatt li hemm riskju li jinqata' s-servizz tad-dawl u l-ilma tad-dar residenzjali ta' martu u wliedu minħabba kontijiet li Adrian Delia baqa' ma ħallasx u li jeċċedu s-somma ta' €19,000.", "Adrian Delia ġie mfakkar ukoll li fil-Qorti huwa kien impenja ruħu li jħallas pagamenti kull xahar lill-banek fuq self, overdraft u self ieħor marbut man-negozju li qed tagħmel tajjeb għalihom il-dar matrimonjali fejn igħixu martu u wliedu.", "Kien minħabba dan l-impenn li dak iż-żmien il-Qorti kienet ikkalkolat ir-rata tal-manteniment dovut lil mart u wlied Adrian Delia – rata li Nickie Vella de Fremeaux tqis li mhix biżżejjed biex tkun tista' trabbi ħamest itfal.", "F'Jannar li għadda, il-Qorti kienet ordnat li jitħallas il-manteniment wara li kienet saret talba minn Nickie Vella de Fremeaux.", "Skond il-protest ġudizzjarju, Adrian Delia kien gideb lil martu dwar kwistjoni serja ħafna, ġab ruħu b'mod irresponsabbli u abbużiv u ġab lil martu u lil uliedu f'pożizzjoni li jistgħu jispiċċaw bla saqaf fuq rashom kemm il-darba d-dar residenzjali tinbiegħ bis-subbasta.", "Barra wkoll mill-fatt li d-dewmien fil-ħlas qed ifisser aktar spejjeż f'dawk li huma ħlasijiet ta' penalitajiet fuq l-imgħax dovut.", "Il-protest ġudizzjarju lil Adrian Delia jfakkru wkoll li martu u wliedu kellhom ibaxxu l-livell tal-għajxien tagħhom għaliex m'humiex qed ilaħħqu mal-ispejjeż u saħansitra kellhom jirrikorru għall-għajnuna finanzjarja mingħand il-ġenituri ta' Nickie Vella de Fremeaux, li Adrian Delia diġà jinsab midjun magħhom f'ammonti konsiderevoli ta' flus.", "Adrian Delia nżamm responsabbli għad-danni kollha li sofrew martu u wliedu u ġie mitlub jonora l-impenji finanzjarji li kien daħal għalihom.", "Previous: Il-kliem mimlijin ħlewwa u l-fatti ma jaqblux Next: Il-medjazzjoni fil-każ ta' separazzjoni ta' Adrian Delia ma tħallix frott.", "Mistenni li tinfetaħ kawża \"fil-ġranet li ġejjin\". window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/baqa-bir-riha/", "date": "Wed, 3rd Jul '19, 07:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Baqa' bir-riħa", "text": ["Ir-rappurtaġġ tal-istazzjon nazzjonali TVM u tal- Malta Today kien patetiku għall-aħħar x'aktarx għaliex ma kienx jum tajjeb biex wieħed isegwi l-linja tal-mezzi tax-xandir tal-Labour .", "Għal xhur sħaħ, tal-Labour kienu ilhom iħejju biex jiċċelebraw it-trasformazzjoni tal-\"kink\" tagħhom Joseph Muscat f'ikona tal-glorja Ewropea.", "Madankollu jidher kemmxejn stramb il-fatt li dawn ħolmu li Joseph Muscat kien se jkun saħansitra kalkulat biex jingħata waħda mill-5 karigi l-kbar fl-Ewropa.", "Joseph Muscat kellu żewġ vantaġġi: (1) ma kien hemm ebda kandidat li kien ovvju li kien ser jilħaq hu u (2) issa ilu żmien mhux ħażin membru tal-Kunsill Ewropew.", "M'hemmx dubju li l-kunfidenza żejda taf tinbet faċilment fl-imħuħ ta' dawk li huma mdorrijin jaraw li dejjem tgħaddi tagħhom.", "Kulħadd jaf li Joseph Muscat ippretenda li jingħata kariga.", "Fil-fatt kien diġà ħabbar it-tluq tiegħu minn Malta u, hu u jħejji lil kulħadd għall-mument tal-glorja, ta x'jifhem li kien ser jibda l-proċess tas-suċċessjoni fil-partit.", "U l-bieraħ kull ma kellhom xi jgħidu tal- One TV u s-satelliti tagħhom kien li ma ngħatax kariga bi żbrixx.", "Diskors li ma jfisser kważi xejn: jew int tqila jew m'intix.", "Ma tistax tkun kważi tqila.", "Daqstantieħor ma tistax tkun kważi president tal-Kunsill Ewropew.", "Il-linja uffiċjali li għoġobhom jiggranfaw magħha kienet li ismu kien fil-lista iżda li meta ġejna għas-si u n-no spiċċa biex baqa' bir-riħa.", "Skont il- Malta Today, Joseph Muscat ma ngħatax l-appoġġ, fost oħrajn, mill-Ungerija u mill-Polonja – storja li, jekk għandha mis-sewwa, hi verament ironika għaliex Joseph Muscat kien ikun f'pożizzjoni li jgħinhom isibu tarf tal-problemi li għandhom dawn il-pajjiżi mal-istituzzjonijiet Ewropej dwar is-saltna tad-dritt.", "Li huwa interessanti huwa l-fatt li, fl-aħħar mill-aħħar, dawk li jingħataw kariga dejjem ikunu jeħtieġu l-barka ta' Angela Merkel.", "Jekk dak li rrappurtaw tal-One TV għandu xi ftit mis-sewwa, allura wieħed jista' jiġbed il-konklużjoni li Angela Merkel warrbet isem Joseph Muscat minn kull lista li seta' kien fiha.", "Issa serrħu naqra daharkom ma' l-ewwel ħajt li jiġi quddiem għajnejkom u oqgħodu attenti li ma tixirqux inthom u tinfexxu f'daħka twila.", "Joseph Muscat baqa' bir-riħa, iżda dan ma kienx l-uniku diżappunt li kellu.", "Peress li għandu rekord negattiv f'dik li hi protezzjoni lill-korrotti u s-suspetti inevitabbli li hu stess qed igawdi mill-korruzzjoni, ta' Brussel mhux talli ma tawħx ċans li jipprova jagħlaq kapitlu u jibda' mill-ġdid.", "Iżda lanqas lil sieħbu Frans Timmerman ma tawh il-promozzjoni li dan kien qed jistenna li jingħata biex jippresjiedi l-Kummissjoni Ewropea.", "M'għadx għandu lil min jaqilgħu u lil min il-kollass tas-saltna tad-dritt f'Malta iqisu bħala kwistjoni ta' importanza żgħira.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkun presjeduta minn mara ta' stoffa alleata ta' Merkel – żewġ nisa li lil persuni bħal Joseph Muscat kapaċi li jxommuhom minn seba' mili bogħod.", "Iżda għad hemm iċ-ċans li Joseph Muscat jinnomina lilu nnifsu għall-Kummissjoni Ewropea.", "Jekk jagħmel dan, qabel jiġi nominat ikun irid igħaddi mill-għarbiel tal-Parlament Ewropew.", "U għax nafu sew x'kwalità ta' reputazzjoni għandu Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew, l-għarbiel li se jkun irid igħaddi minnu hu mistenni li jkollu toqob dojoq ħafna.", "Jekk ma jaqbadx din it-triq, id-daqqa ta' ħarta jkollu jibqa' taħtha u jkollu jibqa' hawn imexxi lill-Partit Laburista u lil Malta.", "Issa bosta huma dawk li ser jintebħu li d-diversi rapporti tal-Parlament Ewropew, tal- House of Commons fir-Renju Unit, tal-ġurnali internazzjonali u tal-Kunsill tal-Ewropa ma kinux frott ta' xi lobbying minn naħa ta' David Casa.", "Lil Ana Gomes u lid-delegazzjoni parlamentari tagħha, Joseph Muscat kien qalilha li huwa prim ministru li jiġi jaqa' u jqum mill-fehmiet tal-parlamentari Ewropej u li huwa lest jisma' biss dak li għandhom xi jgħidu l-kapijiet ta' gvernijiet oħra.", "Il-bieraħ tawh risposta bil-pulit u wrewh li meta jitbissmulu ma jfissirx li jkunu qed jiggustawh.", "Ma' kellhomx bżonn lil David Casa biex ifesfsilhom f'widnejhom.", "Waslu waħedhom għall-konklużjoni li l-Ewropa ma jistax ikollha ħalliel imexxiha.", "Previous: Skont Adrian Delia dan żmien tajjeb għal btala politika Next: Lagħab karta jisimha \"Louis Galea\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/il-medjazzjoni-fil-kaz-ta-separazzjoni-ta-adrian-delia-ma-thallix-frott-mistenni-li-tinfetah-kawza-fil-granet-li-gejjin/", "date": "Thu, 25th Jul '19, 18:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-medjazzjoni fil-każ ta' separazzjoni ta' Adrian Delia ma tħallix frott. Mistenni li tinfetaħ kawża \"fil-ġranet li ġejjin\".", "text": ["Mill-protest ġudizzjarju li ppreżenta llum l-avukat ta' Nickie Vella de Fremeaux, mart Adrian Delia, jirriżulta li fallew l-isforzi li saru biex ikun hemm medjazzjoni bil-għan jintlaħaq ftehim bonarju dwar is-separazzjoni ta' bejniethom.", "Jirriżulta li Nickie Vella de Fremeaux talbet u akkwistat il-permess tal-qorti biex tibda' kawża kontra żewġha – kawża li mistennija tinbeda' \"fil-ġranet li ġejjin\".", "Dan huwa żvilupp sinjifikanti fl-isfond tal-impenji li kien għamel Adrian Delia f'Jannar li għadda lill-membri tal-Grupp Parlamentari hekk kif feġġet l-aħbar tas-separazzjoni bejn u bejn martu permezz ta' din il- website fil-25 ta' Diċembru tas-sena l-oħra.", "Dak iż-żmien, mart Adrian Delia kienet ippreżentat dokumenti fil-qorti li kien fihom allegazzjonijiet serji ħafna fil-konfront ta' Adrian Delia.", "Dak iż-żmien ukoll, Adrian Delia kien serraħ l-imħuħ ta' sħabu fil-Grupp Parlamentari li jekk ikollu xi ftit tal-privatezza ikun jista' jikkontrolla l-ħsara li tista' tagħmillu s-separazzjoni minn martu u biex id-diffikultajiet personali tiegħu ma jsirux is-suġġett ta' kontroversja politika.", "Il-medjazzjoni f'każijiet ta' separazzjoni sseħħ fil-privat u, jekk tintemm b'suċċess u jkun hemm ftehim dwar is-separazzjoni, il-qorti ma jkollhiex għalfejn tidħol fil-mertu dwar min għandu t-tort u dwar min għandu raġun qabel tgħaddi biex tiddeċiedi dwar kwistjonijiet marbutin mal-kustodja tat-tfal jew is-separazzjoni tal-ġid komuni tal-koppja.", "Previous: Dokumenti tal-Qorti juru li Adrian Delia naqas li jħallas flejjes fuq self, credit cards u overdraft Next: Bosta kienu dawk li basru l-inkwiet finanzjarju li kien qed jistieden Adrian Delia.", "Ħlief hu. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/bosta-kienu-dawk-li-basru-l-inkwiet-finanzjarju-li-kien-qed-jistieden-adrian-delia-hlief-hu/", "date": "Thu, 25th Jul '19, 19:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Bosta kienu dawk li basru l-inkwiet finanzjarju li kien qed jistieden Adrian Delia. Ħlief hu.", "text": ["Ftit huma dawk li skantaw hekk kif feġġet l-aħbar li Adrian Delia għandu ma' wiċċu problemi finanzjarji serji ħafna.", "Ilhom ifeġġu mistoqsijiet dwar kif inhu possibbli li jiffinanzja l-livell tal-għajxien tiegħu u l-impenji tiegħu bil-paga li għandu ta' Kap tal-Oppożizzjoni mħallsa mill-Istat.", "Fis-7 ta' Jannar it- Times of Malta tkellem dwar id-disparità qawwija bejn id-dħul kull xahar ta' €2,700 li għandu Adrian Delia (dak li huwa magħruf pubblikament) u d-digriet tal-qorti li permezz tiegħu kien ġie ordnat iħallas €2,750 fix-xahar bħala manteniment.", "Dan ma jinkludix il-ħlasijiet ta' miżati tal-iskejjel tal-5 uliedu u l-ammont ta' madwar €700,000 li għandu jagħti fuq self u overdrafts.", "F'kummenti li kien għamel lil dan il-ġurnal f'Jannar, Adrian Delia \"xejjen kull dubju dwar il-ħila tiegħu li jonora l-impenji finanzjarji tiegħu u qal li kieku ma kompliex iħallas id-djun 'il-bank kien jaqbeż fuqu\".", "Il-protest ġudizzjarju li ppreżentat martu llum juri li l-bank issa ser igħaddi għall-fatti.", "Jekk Adrian Delia bi ħsiebu jgħid li huwa ħallas dak kollu li kien dovut, se tqum il-mistoqsija dwar minn fejn ġab il-flus biex seta' jħallas.", "Wara dak kollu li ġie żvelat illum, il-fatt li huwa għażel li jżomm il-livell tal-għajxien li kien imdorri bih, li jinfired minn ma' martu u li jibqa' attiv fil-politika iqiegħed mistoqsija kbira dwar is-sostenibilità finanzjarja fit-tul tiegħu.", "Previous: Il-medjazzjoni fil-każ ta' separazzjoni ta' Adrian Delia ma tħallix frott.", "Mistenni li tinfetaħ kawża \"fil-ġranet li ġejjin\".", "Next: L-iskuża ta' Adrian Delia: ma rċeviex ittra biex tfakkru li kien xahrejn lura fil-ħlas ta' dejnu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/l-iskuza-ta-adrian-delia-ma-rceviex-ittra-biex-tfakkru-li-kien-xahrejn-lura-fil-hlas-ta-dejnu/", "date": "Fri, 26th Jul '19, 01:53", "category": "blog, politics, government", "title": "L-iskuża ta' Adrian Delia: ma rċeviex ittra biex tfakkru li kien xahrejn lura fil-ħlas ta' dejnu", "text": ["Nifhem li Adrian Delia jaf li bosta huma dawk li tassew jixtiequ li jemmnuh.", "Iżda min jaf kemm hemm minn fost dawn li għalihom ma jkun ġara' xejn jekk żewġhom ikellimhom b'dan il-mod.", "Il-lejl li għadda tkellem dwar kif jien ħriġt b'\"attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\" meta kulma għamilt kien li ktibt rapport dwar dak li ntqal f'dokument tal-qorti li xlieħ li qed jilgħab man-nar tant li wliedu jistgħu jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom minħabba pagamenti b'lura li ma ħallasx fiż-żmien stabbilit.", "Aktar tard xandar stqarrija li fiha kkonferma li kien tard fil-ħlasijiet li kellu jagħmel.", "L-istqarrija uffiċjali tal-PN tgħid hekk: \"Il-każ li qed isir riferenza għalih inqala' peress li Dr Delia ma rċeviex personalment l-avviż għall-ħlas fil-ħin u meta rċevihom għamel il-pagamenti mitluba minnu b'mod immedjat.", "Huwa għamel il-pagament mitlub ta' €7,500 fis-17th ta' Lulju\".", "Dan ma jistax ħlief ifisser li huwa kollu minnu li l-pagamenti ta' madwar €3,250 dovuti għal Mejju u Ġunju ma sarux.", "U, skont kif qal huwa stess, dawn il-pagamenti baqa' m'għamilhomx sakemm irċieva avviż mingħand il-bank li fih ġie mwissi li kienu ser jgħollulu r-rata tal-imgħax b'penali ta' 1% u li l-bank kien ser igħaddi biex imexxi bil-qorti jekk jibqa' ma jħallasx sal-20 ta' Lulju.", "Kienet martu li xlietu fil-qorti li, wara li rċieva t-twissija mingħand il-bank, huwa xorta waħda baqa' ma ħallasx u dan wara li għamlet l-istħarriġ tagħha mal-bank fl-24 ta' Lulju.", "L-hekk imsejjħa \"riċevuta\" li huwa għadda lil tal- Malta Today u lil tal- Illum \"bħala prova li Manuel Delia qed jigdeb\" m'hix prova li sar ħlas.", "Hi biss screenshot tal-i screen tal- Internet banking ta' xi ħadd li tidher qabel wieħed jagħfas il-buttuna tal- instruction to payment.", "Iżda anki jekk huwa veru li l-ħlas għamlu fis-17 ta' Lulju, il-fatti m'humiex ser jinbidlu: Baqa' m'għamilx żewġ pagamenti; Għax baqa' ma ħallasx, il-bank waħħlu penali li jrid jitħallas mill-ġid li għad għandu in komun ma' martu; Ġie mwissi li qed jilgħab man-nar u li l-bank jista' jgħaddi biex ibiegħ id-dar fejn joqgħodu wliedu bis-subbasta.", "Kif jaf kull min jissellef il-flus mill-bank, ma kellux għalfejn joqgħod jiġi mwissi: jew tħallas fil-pront jew inkella l-bank jista' jbiegħ il-ġid li jkun qed jagħmel tajjeb għal dak is-self.", "M'għandekx bżonn toqgħod tistenna li tirċievi ittra ta' twissija biex toqgħod tfakkrek.", "Iżda forsi Adrian Delia kien jeħtieġ li joqgħod jirċievi ittra qabel seta' jifhem kif f'Lulju dlonk sab €7,500 fil-kont bankarju tiegħu u li kien jeħtieġ iħallas il-pagamenti li kienu dovuti f'Mejju u Ġunju, u li l-ittra kien jeħtieġha biex jiftakar li jekk kien ser jibqa' lura fil-ħlas, id-dar residenzjali kienet ser tittieħidlu.", "L-iskuża puwerili ta' Adrian Delia hi li l-bank ma kienx bgħatlu l-ittra fid-dar tal-ġenituri tiegħu fejn bħalissa qed joqgħod.", "M'għandniex xi ngħidu, f'din l-hekk imsejjħa risposta Adrian Delia ma jsemmi assolutament xejn dwar il-kont tad-dawl u l-ilma li għadu pendenti u li jgħodd eluf kbar ta' ewro.", "Min jaf, forsi dawk it- trolls kollha ta' Adrian Delia li xebgħu jgħajjruni fuq il- Facebook imisshom jittantaw ikollhom kont ta' €19,000 dovut minnhom għas-servizz tad-dawl u l-ilma u jmisshom jaraw kemm idumu jferfru sakemm jinqatagħlhom is-servizz.", "Fir-risposta tiegħu ma jsemmi xejn ukoll dwar ir-rata miżjuda ta' 3% fuq l-imgħax li weħel fuq dak li għandu jagħti fuq credit cards li huwa 'l fuq minn €25,000.", "Min jaf, forsi dawk kollha li qed igħajjruni fuq il-Facebook talli kont \"tant personali\" jmisshom igħiduli x'jaħsbu li jista' jiġrilhom kemm il-darba jtellgħu djun bħal dawn fuq il- credit card tagħhom.", "Min minn fosthom jaħdem f'xi bank jew istituzzjoni finanzjarja jew li għandu kariga finanzjarjament sensittiva jaf sewwa li jekk jażżarda jagħmel dak li għamel Adrian Delia, x'aktarx jispiċċa qiegħed.", "U ebda wieħed minn dawn qatt ma ttanta jsiru kap tal-parti jew prim ministru.", "Previous: Bosta kienu dawk li basru l-inkwiet finanzjarju li kien qed jistieden Adrian Delia.", "Ħlief hu.", "Next: \"Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\" minn \"blogger\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/attakk-viljakk-u-personali-fuq-adrian-delia-minn-blogger/", "date": "Fri, 26th Jul '19, 01:59", "category": "blog, politics, government", "title": "\"Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\" minn \"blogger\"", "text": ["L-istqarrija tal-PN li xlietni b'\"attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\" ma ssemminix b'ismi.", "Tirreferi għalija bħala \"blogger\" li huwa t-tieni l-agħar insult li jista' joħroġ bih Adrian Delia.", "Min jaf għadx jagħtini \"promozzjoni\" u jibda' jsejjaħli \"biċċa blogger\"?", "Il-bieraħ filgħaxija lil udjenza ta' madwar 50 Kunsillier tal-PN f'Ħal Tarxien, Adrian Delia għamlilhom pantomima ta' rabja kbira li tixbaħ ħafna dik li kien għamel meta ttanta jwieġeb għall-istejjer li kienet xandret dwaru Daphne Caruana Galizia matul il-kampanja għall-elezzjoni tal-kap.", "Beda' biex spjegalhom ir-raġunijiet għala kien waslilhom tard u qal li kellu jwieġeb għall-\"gideb malizzjuż li xtered dwaru llum fejn ġew attakkati wliedu.", "Qal li 'Eddie (Fenech Adami) kien għallmu meta kellu biss 16 il-sena li 'aktar ma jattakkawna, aktar noħorġu sodi'.", "Qal barkata ħmerijiet.", "Sur Adrian Delia, jien m'jinix responsabbli għad-dejn tiegħek u għall-ħlasijiet fil-pront ta' dan id-dejn.", "Ir-responsabbiltà għal dan hi tiegħek u tiegħek biss.", "Tifhem allura li meta tirċievi ittri ta' twissija mill-bank li tibqa' ma taqrahomx, tiġi penalizzat mill-bank u martek iddaħħlek il-qorti talli bqajt ma ħallastx dejnek, l-unika persuna li għandha tiġi mixlija li \"attakkat lil uliedu\" m'hix jien.", "M'għandix idea x'seta' kien qallek Eddie Fenech Adami meta kellek 16 il-sena.", "Mid-dehra dik kienet l-unika attività tal-PN li int qatt attendejt għaliha f'ħajtek qabel int inħtart kap tal-partit: allura jekk huwa veru li kien lemħek fil-folla f'Tal-Barrani, il-previżjoni li seta' kellu dak il-ħin ma setgħetx ħlief kienet waħda mirakoluża.", "Iżda meta kien qed jirreferi għall-\"attakki\" li wieħed kellu jilqa' għalihom, ma kienx qed jitħaddet dwar dejn li baqa' ma tħallasx.", "Kien qed jirreferi għall-ġlieda kontra dawk l-elementi vjolenti li riedu jeqirdu l-libertajiet bażiċi tagħna.", "Kien bla dubju jwissik kontra mġieba ta' politiċi li jippretendu li ġew eletti \"bl-aktar mod demokratiku\" bħalma kien jippretendi li kien ir-reġim Laburista tas-snin 1981-1987 u li kien juża din l-iskuża biex jattakka l-libertà tal-kelma u jxewwex il-manigoldi biex isawwtu lil min juri nuqqas ta' qbil.", "Eżatt kif qed tagħmel int, Adrian Delia.", "Illum int mexxejt attakk kontra l-messaġġier, mgħejjun minn xi ġurnalisti li jridu l-art tiblagħhom talli ma ntebħux bil-protest ġudizzjarju ta' martek qabel intbaħt bih jien.", "U allura qed jinfexxu jxandru l-akkużi ta' barra minn hawn li qed tagħmel li jien qed nigdeb fuqek u fuq uliedek.", "U l-attakk tiegħek komplewh għexieren ta' trolls li, b'ħanġra daqshiex, qegħdin jimmaġinaw li ser ittajjarni karrozza tal-linja mit-tip li kienu ġew impurtati meta kont għadni naħdem mal-gvern.", "Aktar kmieni din il-ġimgħa, s-Segretarju Ġenerali tgħidx kemm skuża ruħu ma' ġurnal ieħor meta tnejn mill-manigoldi tiegħek heddew ġurnalisti talli dawn ażżardaw jiktbu dwar it-taħwid fil-PN li int tinsab responsabbli għalih .", "Lill-ġurnalisti dan qalilhom li dawn il-manigoldi ma ġabux ruħħom kif ġabu ruħħom bl-awtorità tal-partit.", "Int u toħroġ bl-attakki tiegħek biex tipprova żżomm fil-wiċċ politikament a spejjeż ta' partit li l-aħħar darba li int għamilt xi ħaġa fih kien meta kellek 16 il-sena, forsi għandek tassigura li l-manigoldi tiegħek ma jażżardaw li jagħmlu xejn aktar li għalih ikollu joqgħod jiskuża ruħu s-Segretarju Ġenerali tiegħek.", "Previous: L-iskuża ta' Adrian Delia: ma rċeviex ittra biex tfakkru li kien xahrejn lura fil-ħlas ta' dejnu Next: Politiċi li jippruvaw jaħbu, jeħtieġ li jinkixfu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/politici-li-jippruvaw-jahbu-jehtieg-li-jinkixfu/", "date": "Fri, 26th Jul '19, 02:12", "category": "blog, politics, government", "title": "Politiċi li jippruvaw jaħbu, jeħtieġ li jinkixfu", "text": ["L-istqarrija tal-PN li tiddefendi lill-Kbir Mexxej mill-\"attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\" tagħmel ħafna għaġeb mill-fatt li l-istejjer li xxandru llum dehru ftit jiem qabel il-vot ta' fiduċja ta' nhar is-Sibt li ġej dwar it-tmexxija ta' Adrian Delia.", "It-titlu kollu tal-istqarrija jġib dan il-kliem: \"Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia lejliet vot importanti fil-Kunsill Ġenerali\".", "Apparti l-fatt li, fid-dizzjunarju tal-PN, il-kelma \"ġifa\" tfisser xi ħaġa differenti minn kif is-soltu tinftiehem, jaqaw dawn b'xi mod qed igħidu li ma kienu ikun ġara' xejn li kieku r-rapport dwar il-kontenut tal-protest ġudizzjarju xxandar wara t-teħid tal-vot ta' nhar is-Sibt?", "Jien qed nifhem li qegħdin igħidu proprju dan.", "Jekk qed nifhem sew, allura tal-PN iħoss li lill-Kunsilliera tiegħu ma messhiex inġibditilhom l-attenzjoni għall-fatt li l-kap tal-partit waqa' lura fil-ħlasijiet ta' dejnu mal-bank ftit qabel ser jiġu mitluba jesprimu l-fiduċja fih?", "Dan ma jistax ħlief ifisser li tal-PN ma jiddejqu xejn li jaħbu l-fatti mill-Kunsilliera tagħhom u dan biex jassiguraw li l-Kunsilliera jivvutaw kif jixtiquhom jivvutaw.", "Meta l-politiċi jittantaw jaħbu xturhom, dmir il-ġurnalisti ħielsa hu li jikxfuhom.", "Previous: \"Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\" minn \"blogger\" Next: Minn meta 'l hawn li Adrian Delia fetaħ kont bankarju mal-BNF? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/l-ottimizmu-bla-sens-ta-min-hu-finanzjarjament-inkompetenti/", "date": "Fri, 26th Jul '19, 14:17", "category": "blog, politics, government", "title": "L-ottimiżmu bla sens ta' min hu finanzjarjament inkompetenti", "text": ["Mur applika biex taħdem ma' xi bank, ma' xi gaming company jew ma' xi sales office u tkixxef biex tara jekk is-sidien ikunux disposti li jistaqsuk mistoqsijiet li tant trolls fil- Facebook qegħdin jiktbu li huma personali wisq biex jiġu mwieġba minn Adrian Delia.", "Jekk is-sidien jintebħu li int dejjem tard fil-ħlas tad-dejn tiegħek, kunu ċerti li mpjieg magħhom lanqas biss iħalluk ixxommu.", "Adrian Delia huwa l-kap tal-PN.", "Kemm ilu fit-tmun, lill-membri tal-partit qalilhom kemm il-darba li qed isib tarf tal-problemi finanzjarji kbar li għandu l-partit u li wiret mingħand ta' qablu.", "Id-dħul li kellu l-PN minn negozji kważi spiċċaw għal kollox u qed jiddependi biss fuq id-donazzjonijiet.", "Tant ilhom jiftaħru bil-\"ġabra rekord oħra għall-Partit Nazzjonalista\" li kważi jagħtuk x'tifhem li qed igħumu fil-liri.", "Arahom f'dan ir-ritratt meħud f'Marzu 2018 jiċċelebraw ġabra kbira waqt maratona.", "Jingħad li l-ġabra kienet waħda rekord .", "U kif jidher mil- link kellhom għal xiex jiċċelebraw f'Għawdex.", "U mbagħad f'Diċembru tgħidx kemm ferħu hekk kif iċċelebraw tmiem l-2018 b' \"somma rekord li turi l-appoġġ li kiseb il-PN\".", "Kienet ġabra \"rekord\" ta' €670,632.", "Dan ifisser li matul l-2018 ġabru €1,544,965.", "Il-membri tal-Kunsill Ġenerali ingħataw x'jifhmu li l-partit miexi 'l quddiem u jibni fuq sisien sodi.", "M'għandniex xi ngħidu, minn dan kollu ma kien hemm xejn.", "Fi tmiem l-2018, hekk kif irrikonċiljaw il-ġabriet, irriżultalhom li kienu ġabru €1,570,384 li kienu qalu li kienet ġabra rekord.", "Iżda matul is-sena ta' qabel fl-2017, il-PN b'kollox ġabar €3,363,859 f'dawk li huma donazzjonijiet.", "Taħt id-direzzjoni tal-\"kap ta' suċċess\", li suppost kellu jsib tarf tad-diżastru finanzjarju li wiret, id-dħul mid-donazzjonijiet waqa' għal 53.3%.", "Dan ifisser li d-donazzjonijiet li jsostnu lill-PN naqsu bin-nofs u dan minkejja l-assikurazzjonijiet ta' Adrian Delia li, bi tbissima, serraħ ras kulħadd li kien ser isalva lill-partit minn diżastru finanzjarju.", "M'għandniex xi ngħidu, issa stennew li l-PN joħroġ xi stqarrija biex igħid li dan huwa \"attakk viljakk u personali minn blogger\".", "Idħlu ftit fil- link biex taqraw id-dokumenti uffiċjali ffirmati mit-teżorier tal-PN li huma xhieda ta' dak li ktibt.", "PN_2017 PN_2018 Dawn id-dokumenti huma pubbliċi u wieħed jista' jaqrahom minn fuq il- website tal-Kummissjoni Elettorali.", "M'jien nikxef ebda sigriet.", "Lill-dawk l-għorrief kollha li qed jiktbu fil- Facebook li jien ikkonvinċejthom biex jivvutaw lill Adrian Delia għaliex \"qed nattakkah bil-familja\", ngħidilhom li dan huwa r-riżultat li jkollok meta jinħatar lil xi ħadd biex imexxilek organizzazzjoni li ma jkollux il-ħila li jfassal skond id-drapp li jkollu.", "Hu huma dawn l-għorrief li jagħżlu min għandu jibqa' bħala kap tal-partit.", "Iżda l-bqija tal-poplu għandhom id-dritt li jagħżlu min jinħatar prim ministru.", "Previous: Minn meta 'l hawn li Adrian Delia fetaħ kont bankarju mal-BNF?", "Next: 'Jeħtieġ tħallas jekk tridni nżomm is-skiet' – darba minnhom hekk kien qal Saviour Balzan window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/minn-meta-l-hawn-li-adrian-delia-fetah-kont-bankarju-mal-bnf/", "date": "Fri, 26th Jul '19, 11:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Minn meta 'l hawn li Adrian Delia fetaħ kont bankarju mal-BNF?", "text": ["Adrian Delia xandar dak li sejjaħ bħala \"riċevuti\" ta' trasferiment bankarju li jidher li ried jagħmel fis-17 ta' Lulju minn kont kurrenti fil-BNF Bank għal ġewwa kont li għandu f'ismu mal-HSBC .", "Huwa qal li din hi prova li kien ħallas meta ntebaħ li l-HSBC kien talbu biex iħallas dak li kien dovut.", "Għalkemm waqa' lura fil-ħlas u weħel penali fuq l-imgħax ta' 1% fuq ir-rata miftehma, b'ebda mod ma jġib prova li l-ħlas kien fil-fatt sar.", "Dak li xandar mhuwiex screenshot ta' riċevuta.", "Il-bank tah żmien sal-20 ta' Lulju biex iħallas il-pagamenti li kienu waqgħu lura.", "Il-bieraħ, jiġifieri l-25 ta' Lulju, f'protest ġudizzjarju li ppreżentat, martu allegat li sal-24 ta' Lulju, il-flus kienu għadhom ma ġewx depożitati fil- loan", "account tagħhom.", "U Adrian Delia ma ġabx prova waħda li dak li kienet qed tallega martu ma kienx minnu.", "Sakemm ma jġibx din il-prova – u ma tridx wisq biex iġġibha – wieħed jista' faċilment jikkonkludi li ma kienitx żbaljata f'dak li allegat.", "U għaliex ikkwotajt dak li allegat hi, fi stqarrija uffiċjali l-PN qal li jien kodard u li lil Adrian Delia jien attakkajtu personalment .", "Huwa wkoll qal li jien gdibt ripetutament.", "Issa jien diġà ħarrikt lil tal-PN fil-qorti talli f'Awwissu li għadda għajjruni giddieb .", "Ilhom minn dak iż-żmien jippruvaw itawwlu u sinċerament ma nafx kemm hu vallapena li noqgħod nagħmlilhom kawża oħra.", "Sas-1:30 ta' dalgħodu kont għadni mqajjem nistenna lil Adrian Delia jiftaħ il-qorti bil-lejl biex jippreżenta xi sensiela ta' kawżi ta' libell.", "Hekk kien għamel wara d-diskorsi isteriċi tiegħu dwar il-\"biċċa blogger\".", "Dak iż-żmien il-vittma tiegħu kienet Daphne Caruana Galizia.", "Sur Adrian Delia, l-\"imma\" hi din li ġejja.", "L-hekk imsejjħa \"riċevuti\", li m'huma riċevuti xejn, juru li int għandek kont bankarju mal-BNF Bank.", "Iżda dan il-kont ma jidher imkien fl-aħħar dikjarazzjoni pubblika tal-ġid tiegħek .", "Tista' tgħidilna dan il-kont meta kont ftaħtu?", "It- trolls qiegħdin igħidu li dawn huma affarijiet ta' natura personali.", "Jekk int qed taqra' dan li qed nikteb u int m'intix persuna pubblika, m'għandekx għalfejn tħabbel rasek: il-kontijiet bankarji tiegħek mhux se jkunu s-suġġett ta' diskussjoni fuq dan il-blog.", "Iżda jekk int politiku li ma' wiċċek għandek problemi finanzjarji kbar, din ma tkun xejn ħlief għalqa għammiela li fiha tista' tixxettel il-korruzzjoni.", "Tixgħel bozza ħamra meta jkollok politiku li minn imkien jitfaċċawlu flejjes li jippermettulu jagħmel ħlasijiet ta' pagamenti li jinsabu lura.", "Previous: Politiċi li jippruvaw jaħbu, jeħtieġ li jinkixfu Next: L-ottimiżmu bla sens ta' min hu finanzjarjament inkompetenti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/araw-ghaliex-intilfu-s-servizzi-ta-banek-korrispondenti/", "date": "Wed, 31st Jul '19, 09:53", "category": "blog, politics, government", "title": "Araw għaliex intilfu s-servizzi ta' banek korrispondenti", "text": ["Il-ġuri f'New York ta' Ali Sadr Hashemi Nejad dwar allegata frodi bankarja u dwar ksur ta' sanzjonijiet kontra l-Iran mistenni jibda' f'Ottubru li ġej.", "Fl-istadju preżenti ta' qabel jinbeda' l-ġuri, tinsab għaddejja diskussjoni bejn il-partijiet fil-kawża dwar jekk l-imħallef li nħatar biex jisma' l-kawża, Andrew L Carter Jr, għandux jirrikuża ruħu mis-smigħ tal-kawża in vista tal-fatt li martu hi mpjegata ma' JPMorgan .", "L-imħallef innifsu huwa wkoll sid ta' ishma f'dan il-bank.", "Hemm diskussjoni wkoll dwar jekk jeżistix kunflitt ta' interess jekk l-avukati ta' Ali Sadr, jiġifieri Steptoe & Johnson , jirrappreżentaw ukoll lil JPMorgan f'kawża separata.", "Il-kwistjoni tal-possibilità ta' kunflitt għall-imħallef u għall-avukati tad-difiża qamet minħabba l-fatt li Ali Sadr jinsab mixli li ffroda lil \"U.S. Bank-1\" meta huwa naqas li jinforma lill-bank s-servizzi ta' korrispondenza li kienu pprovdewlu kienu tħallsu bi flejjes li huwa kien qala' minn proġett ta' bini ta' djar fil-Venezwela li kien seħħ bis-saħħa ta' kumpannija Iranjana.", "Aktar tard matul il-proċeduri tal-Qorti, l-prosekuturi kkonfermaw li \" U.S. Bank-1 \" m'hu ħadd ħlief JPMorgan.", "Il-prosekuzzjoni qed issostni li JPMorgan x'aktarx li ma kienitx tipproċessa t-transazzjonijiet ta' Ali Sadr li kieku dan tal-aħħar kien qalilhom il-flus minn fejn kienu ġejjin.", "F'ittra li bgħatu lill-qorti, l-avukati ta' Ali Sadr qalu li għadu m'huwiex ċar kif it-tħassib tal-gvern jista' jkun rilevanti għall-każ tal-klijent tagħhom.", "Madankollu huwa ferm sinjifikanti l-fatt li l-gvern Amerikan wera' t-tħassib tiegħu \"dwar kemm tassew kienu ġew rispettati s-sanzjonijiet fejn jidħlu proċeduri li jirregolaw il-ftuħ ta' kontijiet bankarji ta' klijenti u fejn tidħol l-awtorizzazzjoni ta' ċerti transazzjonijiet\".", "Dawn it-transazzjonijiet jidher li kienu seħħew matul żmien li fih Ali Sadr Hashemi Nejad kien għadu ma bediex jopera l- Pilatus Bank f'Malta.", "Madankollu, l-għoti ta' liċenzja Maltija lil Ali Sadr biex dan seta' jiftaħ bank Ewropew f'Malta ffinanzjat minn dak li l-prosekuturi Amerikani jsejjħu bħala \"flejjes ġejjin mill-kriminalità\" u l-protezzjoni li Ali Sadr kien ingħata mill-awtoritajiet Maltin, saħansitra anki wara l-arrest tiegħu fl-Istati Uniti, jikkonfermaw l-identifikazzjoni tas-servizzi finanzjarji ta' Malta mal-attivitajiet ta' Ali Sadr.", "Mid-dokumenti tal-qorti jirriżulta li l-gvern Amerikan jinsab imħasseb dwar dawk il-banek li jipprovdu servizzi ta' korrispondent lil istituzzjonijiet immexxijin minn persuni bħal Ali Sadr jew f'pajjiżi bħal Malta fejn persuni bħal Ali Sadr jingħataw liċenzja biex joperaw mingħajr wisq taħbit u dan bi ksur tas-sanzjonijiet u ta' proċeduri oħra.", "Bank korrispondent huwa dak li jipprovdi servizzi lil banek oħrajn f'dawk li huma t-tħaffif ta' trasferimenti ta' flejjes b'mod elettroniku u t-tmexxija ta' transazzjonijiet bankarji kif ukoll f'dik li hi aċċettazzjoni ta' depożiti u ġbir ta' dokumenti.", "Biex ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu servizzi lil individwi u negozji lil hinn mix-xtut ta' pajjiżhom, banek żgħar jiddependu ħafna mis-servizzi ta' dawn il-banek korrispondenti.", "Minn Diċembru ta' din is-sena l- Bank of Valletta , wieħed miż-żewġ banek prinċipali Maltin, ser jitlef is-servizzi tal- ING Bank bħala bank korrispondent għar-raġuni li dan il-bank iqis lill-BoV bħala \"riskju\".", "Joseph Muscat kien qal li dan kien seħħ minħabba s-suċċess tal-BoV.", "Iċ- Chief Executive Officer tal-BoV espriema l-fiduċja li jinstab bank ieħor korrispondent .", "Jekk ma jinstabx bank korrispondent ieħor hekk kif tal-ING Bank idabbru rashom għal kollox, il-BoV ma jkunx jista' jaħdem bid-Dollaru Amerikan u ser ikollu jiffaċċja riperkussjonijiet kbar mhux biss fil-konfront tan-negozju tiegħu iżda wkoll fil-konfront tal-vijabilità tal-attività finanzjarja internazzjonali ta' Malta.", "Hemm ukoll raġuni oħra għall-pressjoni kollha li qed issir fuq il-banek Maltin.", "U din hi li r-regolaturi u l-aġenziji tal-infurzar internazzjonali, partikolarment dawk Amerikani, lill-banek Maltin qed jarawhom bħala riskju potenzjali minħabba l-mod kif Malta għattiet xtur Ali Sadr Hashemi Nejad.", "Lanqas ma għenet ir-relazzjoni fil-qrib li Ali Sadr għandu ma' min għandu s-setgħa f'Malta: niftakru li ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għamel użu mis-servizzi bankarji ta' Ali Sadr u l-Prim Ministru kien wieħed mill-mistednin għat-tieġ ta' Ali Sadr li seħħ f'Firenze fl-2015.", "Previous: 'Jeħtieġ tħallas jekk tridni nżomm is-skiet' – darba minnhom hekk kien qal Saviour Balzan Next: Lin-nażisti ma nġerraħhomx window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/lin-nazisti-ma-ngerrahhomx/", "date": "Thu, 1st Aug '19, 08:15", "category": "blog, politics, government", "title": "Lin-nażisti ma nġerraħhomx", "text": ["Il-kelma 'mibgħeda' qed tintuża ta' spiss.", "Meta nikkritika li xi ħadd, xi drabi niġi mixli li jien bniedem mimli bil-mibgħeda.", "Din ix-xilja s-soltu tasalli mingħand dawk li lill-politiċi mdorrijin jixgħalulhom ix-xemgħat quddiem ix-xbihat tagħhom u jadurawhom.", "Allura f'moħħ dawn in-nies, dawk li ma jinżlux għarkupptejhom biex jaduraw lill-politiċi, ta' bilfors jobgħoduhom.", "Għalihom jew nejja jew maħruqa: ma tista' qatt tkun misjura.", "Iżda lil dawk li huma nażisti ma nistax b'xi mod niskużahom.", "Lin-nażisti ma nġerraħhomx.", "Jien nagħżel li la nikkritikahom jew nipprotesta kontra tagħhom u lanqas ma ngħaddihom biż-żmien jew inżeblaħhom.", "Ma nġerraħhomx għaliex f'soċjetà li tqis li hi waħda ċivilizzata, ma jista' qatt ikun hemm spazju għal min jidhirlu li l-bnedmin m'humiex ugwali, li ċerta kategorija ta' nies għandu jkollha drittijiet li ma jistgħux jitgawdew minn oħrajn u li m'hemm xejn ħażin li wieħed jiddiskrimina bejn bniedem u ieħor.", "Ħsibijiet bħal dawn iqabbdu t-triq fid-direzzjoni tal-kamp tal-konċentrament u m'għandu qatt ikun hemm kompromessi ma' min iħaddan dan it-twemmin.", "Il-bieraħ l-Arċisqof ma laqlaqx fi kliemu u qal ċar u tond li l-Knisja tiddisassoċja ruħħa minn mat-tifħir insensat li għamel lil Norman Lowell il-qassis Kattoliku Mosti David Muscat.", "L-Arċisqof ma qgħadx jogħmodha u sal-bieraħ wara nofsinhar għal ħabta tas-6.30 kien diġà xandar tweet .", "Jiġifieri l-Arċisqof tkellem madwar tliet siegħat biss wara li jien xandart l-istorja fuq din il- website .", "Il-Knisja tiddisassoċja ruħħa minn mal-fehmiet ta' Fr David Muscat.", "Dawk l-ideoloġiji li jiżirgħu l-mibgħeda u d-diskriminazzjoni minħabba r-razza jew il-kultura jmorru kontra t-tagħlim tal-Knisja Kattolika. pic.twitter.com/UcwrNEYtrK — Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) 31 ta' Lulju 2019 Iżda l-Arċisqof ma jistax jieqaf hawn.", "Tiskanta kif il-mibgħeda tista' faċilment issib ruħħa timraħ f'knisja li hi msejsa fuq it-teoloġija tal-imħabba.", "Mhux il-bogħod ħafna minn fejn joqgħod David Muscat, tal-Knisja tal-Mosta qed iħejju għall-festa ta' Santa Marija li se tiġi ċelebrata ħmistax oħra.", "Bosta huma dawk il-voluntiera li jinsabu mħabbtin bit-tiżjin tal-knisja u t-toroq tal-lokalità.", "Il-każini tal-banda qegħdin ukoll jonfqu l-flus li ġabru matul is-sena u qed jitħejja wkoll il-logħob tan-nar.", "Wieħed minn dawn il-voluntiera huwa Leli Vella li fil- Facebook irringrazzja lil martu tal-paċenzja li ħadet bih tul sena sħiħa sakemm ħadem in-nar li ser jintuża għall-festa.", "U dan in-nar lest li jisparah ad unur u glorja ta' Santa Marija.", "Nistedinkom tagħtu daqqa t'għajn sewwa lejn ir-ritratt tan-nar maħdum.", "Jaqaw dan mingħalih ried idaħħak?", "Jew ried jurina kemm hu gustuż?", "In-nar maħdum il-għala żżejjen bl-arma tan-nażisti?", "Jaqaw hawn min jaħseb li n-nazisti tat-Tielet Reich huma b'mod kompatibbli ma' dak li huwa meqjus bħala sagru?", "Forsi hawn min ser igħid li din kienet biss ċajta goffa.", "U li dawk il-Mostin li jidilettaw bil-logħob tan-nar m'għandhom ebda nostalġija għall-qerda tal-Lhud, tal-Pollakki, taż-żingari u tal-omosesswali.", "Ma nafx.", "Ma nistax ngħid.", "Iżda dawn imisshom jippruvaw jifhmu minn xiex kienu għaddew in-nanniet u l-bużnanniet tagħhom li fl-1942 kienu wkoll iċċelebraw il-festa ta' Santa Marija.", "Min jaf jekk dawn kinux jieħdu pjaċir jaraw l-arma tan-nażisti fuq nar li jkun inħadem f'ġieħ Santa Marija?", "Previous: Araw għaliex intilfu s-servizzi ta' banek korrispondenti Next: Il-ħbieb tal-ħbieb window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/jehtieg-thallas-jekk-tridni-nzomm-is-skiet-darba-minnhom-hekk-kien-qal-saviour-balzan/", "date": "Tue, 30th Jul '19, 10:03", "category": "blog, politics, government", "title": "'Jeħtieġ tħallas jekk tridni nżomm is-skiet' – darba minnhom hekk kien qal Saviour Balzan", "text": ["Ma jistax ma jiddispjaċinix għal Matthew Vella u għal Kurt Sansone li flimkien kitbu editorjal wara li l-kjass li nqala' wara li tal- Lovin Malta kixfu li kumpannija tal- Malta", "Today , li sidha huwa d-direttur maniġerjali ta' dan il-ġurnal, kienet tqabbdet biex tagħmel xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi u ta' reklamar għall-gvern dwar il-qtugħ tas-siġar fit-triq li hemm proġettata f'Ħ'Attard.", "Din ma kienitx l-ewwel darba li fiha ġurnalisti tal- Malta Today sfaw imbarazzati mill-imgħallem bla sinsla li għandhom.", "Dakinhar li Daphne Caruana Galizia wriet li kellha l-provi f'idejha li, f'nofs ta' lejl, Saviour Balzan kien irċieva ordnijiet mingħand Keith Schembri kien jum ikraħ għalihom ilkoll.", "M'għandniex għalfejn naqblu ma' kull ma jinkiteb mill-ġurnalisti tal- Malta Today .", "Jien ċertament wieħed minn dawk li ma naqbilx ma kull ma jiktbu.", "Wara kollox, wieħed għaliex għandu bilfors jikteb biss dak li jdoqq għal widnejja?", "Madankollu nsibha diffiċli biex nemmen li persuni bħalma huma Matthew Vella jew James Debono jew Kurt Sansone ser jaslu biex jiktbu rapporti fil-ġurnal tagħhom għax ikunu tħallsu baxx baxx minn x'imkien ieħor biex jiktbu b'ċertu mod.", "Dan li għadni kemm ktibt ma jgħoddx għal Saviour Balzan.", "Qabel l-elezzjoni tal-2013, meta kont għadni naħdem mal-gvern, Saviour Balzan kien avviċina kollega li kien jaħdem f'Ministeru ieħor u li dak iż-żmien kien taħt ċerta pressjoni minħabba artikli li kienu qed jixxandru fil- Malta Today (sa ċertu punt kellhom ftit tar-raġun).", "Balzan kien qallu li lest itaffi l-ħruxija tal-irrappurtar ta' stejjer fil-ġurnal tiegħu kemm il-darba jiżdied in-numru ta' riklami mħallsa mill-Ministeru għall-ġurnal tiegħu.", "Il-kollega tiegħi jiftakar il-kliem eżatt li kien qallu: \"jeħtieġ tħallas jekk tridni nżomm is-skiet\".", "Il-kollega tiegħi ma kienx imdorri jinnegozja mat-terroristi u s-\"skiet\" li kien għall-bejgħ kien kaħħlu ma' wiċċ Saviour Balzan.", "U talli għamel hekk, bdiet kampanja selvaġġa ta' kritika nġusta kontra l-kollega tiegħi u dan biex dan ipatti għall-fatt li kien irrifjuta li jonfoq flus pubbliċi biex jinxtara' s-skiet.", "Il-gvern preżenti ma jbatix minn skrupli bħal dawn.", "Il-fibra morali ta' dan il-gvern lanqas biss teżisti.", "Dan huwa l-mod kif jittantaw li jimmanipulawk dawk li ripetutament jixlu lil ħaddieħor b'aġendi moħbija.", "Il-bieraħ fuq il- website tagħhom Matthew Vella u Kurt Sansone beżgħu li setgħu ġew impinġija bħallikieku kienu merċenarji li jiktbu bil-mod li jiktbu għax imħallsin biex jagħmlu dan.", "Lil tal- Lovin", "Malta , li kienu huma li ħarġu b'din l-istorja, qalulhom li ċertament huma ma jiktbux b'tali mod għax ikunu tħallsu minn dawk li jinkitbu stejjer dwarhom.", "Iżda l-verità hi li dan ma jgħoddx għal Saviour Balzan li m'huwiex merċenarju daqs kemm huwa estorsjonist.", "Lill-klijenti tiegħu tat- Transport Malta mhux bi ħsiebni npinġihom bħala l-vittmi tiegħu.", "Jekk xejn, dawn huma kompliċi miegħu.", "U l-impatt huwa ħafna akbar minn kull influwenza oħra li seta' kien hemm fuq il-linja li ttieħdet mill- Malta Today.", "Matthew Vella u Kurt Sansone jaslu biex jammettu li, minkejja kull sforz li jkollhom il-ħila li jagħmlu, it-TVM jilħaq numru ħafna akbar ta' persuni milli qatt jistgħu jilħqu l-ġurnali tagħhom.", "Nhar il-Ġimgħa li għadda fuq it-TVM rajna lil Saviour Balzan \"jintervista\" lill-klijent tiegħu Frederick Azzopardi li, għan-nom tal-gvern, huwa l-\"wiċċ\" tal-proġett tal-qtugħ tas-siġar.", "Preżenti għall-\"intervista\" kien hemm biss Balzan u Azzopardi.", "L-\"intervista\" xotta u kajmana kienet tixbah lil dik li Balzan kien għamel lil Konrad Mizzi .", "Ma nafux kemm tħallas għal din l-\"intervista\": nafu biss li wieħed minn dawn it-tnejn huwa ħalliel.", "Ieqaf aħseb ftit fuq dan li għadni kemm ktibt.", "Skont il-liġijiet tax-xandir, l-\"intervista\" li Saviour Balzan għamel lill-qerried tas-siġar Frederick Azzopardi minnha nnifisha kienet żbilanċjata għall-aħħar.", "Il-liġi tipprovdi li, meta jkun hemm kwistjonijiet ta' kontroversja pubblika, x-xandir nazzjonali għandu jassigura li jkun hemm bilanċ: jiġifieri huwa fid-dmir li jxandar il-fehmiet kemm ta' dawk favur kif ukoll ta' dawk li huma kontra.", "Minflok bilanċ, ma' wiċċna ċappsulna lil Frederick Azzopardi li – hu u jindilek bix-xama' minn Saviour Balzan – ittanta jbellagħhielna li l-proġett tal-qtugħ tas-siġar u tat-twessiegħ tat-toroq huwa wieħed favur l-ambjent.", "Hekk kif tintebaħ li dak li kien qed jagħmel l-intervista lir-rappreżentant tal-gvern huwa mħallas mill-istess gvern, tisħajjlek tiżfen f'nofs xena ta' xogħol letterarju ta' George Orwell.", "Li kieku l-Awtorità tax-Xandir kellha ttajjar in-ngħasa li bħalissa tinsab fiha, lil Saviour Balzan kienet tordnalu jwarrab mill-programm tiegħu stess u kienet tagħti l-istess ammont ta' ħin lil rappreżentanti ta' dawk li organizzaw il-protesta ta' nhar il-Ħadd li għadda biex isemmgħu fehmithom dwar is- Central Link project.", "Matthew Vella u Kurt Sansone assigurawna li kemm il-darba jkollhom nuqqas ta' qbil ma' Saviour Balzan dwar il-kontenut tal-linji editorjali.", "Ma naħsibx li jkun ġust jekk nitfa' xi dubju dwar is-sinċerità tagħhom f'dan ir-rigward.", "Dak li għaddew minnu huwa ħafna agħar minn dak li kienu għaddew minnu u dak li ħassew ġurnalisti tat- Times of Malta meta d-direttur maniġerjali tal- Allied Newspapers, Adrian Hillman, kien inkixef li kien ixxaħħam minn Keith Schembri, chief of staff ta' Joseph Muscat.", "Saviour Balzan m'huwiex id-direttur maniġerjali tal- Malta Today group, iżda huwa l-editur maniġerjali.", "Anki jekk huwa minnu – kif qed jallega – li huwa ma jiħux deċiżjonijiet marbuta mal-kontenut tal-editorjali, fil-prattika qed ikollu xi jgħid magħhom dwar il-kontenut tal-editorjali li suppost m'għandux ikollu x'jaqsam magħhom ġaladarba huwa mħallas biex jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet pubbliċi.", "U minkejja dan kollu jibqa' jippoża ta' ġurnalist, saħansitra anki fuq ix-xandir nazzjonali.", "Dan lanqas ma tista' ssejjaħlu inċest daqs kemm tista' ssejjaħlu awto-sodomija.", "Saviour Balzan innifsu huwa prova u eżempju tal-attakk fuq ix-xandir ħieles f'Malta u l-gvern sab l-opportunità biex jisfrutta l-karattru korrott tiegħu.", "Il-gvern, minflok jibgħat il-ġurnalisti l-ħabs, sab mezz biex iżiegħel bis-sidien tal-ġurnali permezz tat-tixħim.", "U fil-frattemp, ġurnalisti onesti mħallsa miżerjament u mifnijin bix-xogħol u li moħħhom biss biex jagħmlu dak li hu sewwa, qed ikollhom jiffaċċjaw battikata wara l-oħra biex jiżguraw li xogħolhom jiġi mxandar.", "Il-ġurnalista tal- Malta Today li b'saħħa kien ċaħad li l-libertà tal-istampa f'Malta tinsab taħt attakk huwa Raphael Vassallo.", "Min jaf, forsi issa se jkun lest li jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu hekk kif jintebaħ li l-imgħallem tiegħu, Saviour Balzan, ma kienx qed jaqbeż għall-gvern ta' xejn?", "Anki jekk ma jintebaħx bihom mill-ewwel, kull fejn iħares jara l-ħallelin.", "Araw fejn hu wieħed minnhom.", "Previous: L-ottimiżmu bla sens ta' min hu finanzjarjament inkompetenti Next: Araw għaliex intilfu s-servizzi ta' banek korrispondenti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/imgieba-tat-tiranni/", "date": "Mon, 5th Aug '19, 10:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Imġieba tat-tiranni", "text": ["Tal- Lovin Malta lemħu l-kelma ' Invictus ' — li tfisser \"rebbieħ\".... jew anki, imbattibbli — mpinġija fuq driegħ il-Prim Ministru.", "Skantaw u bil-kemm emmnu dak li kien irnexxielhom jilmħu.", "Din kienet ir-reazzjoni li Joseph Muscat xtaq li jipprovoka.", "U ried ukoll jipprovoka r-rabja.", "Joseph Muscat m'huwiex xi Latinista.", "Li kieku ried seta' joqgħod jiftaħar bir-rebħiet elettorali li kellu bis-Swahili jew bil-Korejan.", "Qatt ma kien magħruf għall-kelmiet li jżellaq bil-Latin, anki biex jitkessaħ.", "Huwa għażel il-kelma ' Invictus ' għaliex iħoss sens ta' trijonf bil-mewt ta' Daphne Caruana Galizia – persuna li, f'għajnejh, kien irnexxielu jegħlibha bis-saħħa tal-karrozza-bomba li spiċċat biex ħasditilha ħajjitha.", "Huwa jaf li l-kelma ' Invicta ' hi l-istess kelma li ntużat biex tiddeskriviha fl-ewwel ktieb li xxandar wara li nqatlet.", "Joseph A. Debono u Caroline Muscat kienu xandru sensiela ta' artikli fi ktieb li ssemma' ' Invicta: The Life and Work of Daphne Caruana Galizia' .", "Dan it-titlu kien wieħed xieraq għaliex jirreferi għal wieħed mill-kwalitajiet ewlenin li kellha bir-rimi: il-kuraġġ u d-determinazzjoni u dan minkejja r-ruxxmata gideb u mibgħeda li kellha tiffaċċja minn dawk fis-setgħa li riedu jaraw kif jagħmlu biex jeħislu minnha.", "M'hemmx dubju li mill-mitluf, Joseph Muscat qed jipprova jieħu li jista'.", "Il-pjanijiet grandjużi li kellu għalih innifsu għal xi ħatra f'Brussell sarulu suf bis-saħħa ta' dak kollu li kienet kixfet dwaru Daphne Caruana Galizia.", "Dan huwa fatt li ħadd ma jista' jiċħdu.", "Jista' jingħad kważi biċ-ċert ukoll li kellu pjanijiet oħra li marrulu l-baħar.", "Iż-żmien kollu li kien għamel iżiegħel b'Ali Sadr Hashemi Nejad spiċċa biex kien kollu tagħżiq fl-ilma.", "Dak li ftehmu bejniethom ma jista' qatt iseħħ sakemm wieħed minnhom ikun maqful il-ħabs.", "Mhux se jirnexxielu jsarraf daqshekk malajr, kienet x'kienet ir-raġuni il-għala baqa' jagħti l-kenn lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi wara li feġġ l-iskandlu tal-Panama.", "Ma tkunx xi ħaġa ta' barra minn hawn jekk jirriżulta li l-flus li kellhom igħaddu mill-kumpanniji tal-Panama, għaddew minn band'oħra.", "Jista' jkun li issa mhux dak kollu li kien ġie mwiegħed jista' jitwettaq.", "Ir-reputazzjoni tiegħu spiċċat trietaq.", "U l-kredibilità tiegħu hi msejsa fuq l-arja tal-bulijiet.", "L-imġieba tal-partitarji fanatiċi – li mid-dehra jħossuhom tant mhedda minn erba' protestanti żgħażagħ li kellhom l-\"ardir\" li jdendlu s-slaleb mas-siġar – ma tirriflettix xi kunfidenza rebbieħa.", "L-imġieba ta' dawn il-partitarji tfisser li jinsabu maħkumin mill-paniku u minn mentalità ta' assedju.", "Għalhekk Joseph Muscat jinsab imwaħħal b'dahru mal-ħajt – m'għandu ebda kontroll fuq l-għażla ta' min ser jilħaq minfloku u jinsab imbeżża' li, wara li rebaħ tant battalji, se jispiċċa jitlef il-gwerra.", "It-tpinġija fuq driegħu mhix xejn ħlief insult provokattiv li sar apposta biex il-ġurnalista li tant kixfet stejjer dwaru li ġabitu għarwien ħuta, titneżża' mid-dinjità tagħha saħansitra anki wara mewtha.", "L-imġieba ta' Joseph Muscat tammonta għal waħda arroganti u insolenti.", "Il-kilba li għandu għas-setgħa wasslitu biex jiżloq fin-niexef b'ċerta brutalità.", "Għall-fallimenti u d-dgħjufijiet tiegħu qed iwaħħal f'kulħadd.", "U biex jiġġustifika s-setgħa li jinsab iggranfat magħha, qed jirrikorri għall-gideb u fl-istess ħin jurina li l-liġijiet ma jgħoddux għalih.", "Il-kelma Invict a ipprova jisraqha mingħand Daphne Caruana Galizia għar-raġuni li huwa ħerqan li jikkapparra r-ruħ ta' dawk li jikxfulu għawwaru u li jesponih ta' li hu.", "Dik it-tpinġija tirrifletti l-imġieba ta' min iħoss li ma jista' għalih ħadd u li xejn ma jxebbgħu.", "Imġieba tat-tiranni.", "Previous: Il-ħbieb tal-ħbieb Next: Repubblika dwar 'konsultazzjoni' għal Riforma Kostituzzjonali window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/il-hbieb-tal-hbieb/", "date": "Fri, 2nd Aug '19, 09:12", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-ħbieb tal-ħbieb", "text": ["Il-bieraħ it- Times of Malta xandret storja dwar il-mod kif kumpannija tal-produzzjoni għat-televiżjoni ingħatat spazju biex taħdem fil-bini ta' TVM .", "Din il-kumpannija hi waħda minn dawk li tikkompeti ma' kumpanniji oħrajn għal kuntratti ta' xogħol tat-TVM.", "Il-fatt li din il-kumpannija ser tiffranka l-ħlas tal-kera (biex ma nsemmix il-benefiċċju li se jkollha mill-użu tat-tagħmir tat-TVM) ser tagħtiha vantaġġ fuq il-kompetituri tagħha.", "Hawn min qed igħid li l-kera dovuta lil TVM mingħand din il-kumpannija għall-użu tal-i studio se tinqata' minn dak li jkun dovut lilha mingħand it-TVM stess.", "Iżda min jifhem f'dan il-qasam malajr igħidlek li din il-kumpannija xorta waħda se tingħata vantaġġ għax ma jkollhiex għalfejn tiekol minn ġewwa biex tħallas il-kera.", "Allura x'inhi r-raġuni il-għala din il-kumpannija ngħatat dan il-vantaġġ u kumpanniji kompetituri oħra ma ngħatawx l-istess opportunità li jikkompetu għal dan il-privileġġ?", "Tat- Times of Malta ma taw ebda ħjiel dwar ir-raġuni għaliex.", "Din il-kumpannija jisimha ' Sharp Shoot Media ' u, fi kliem ħaddieħor u b'xorti ħażina, din ma tiddiletax bil-pornografija.", "Din il-kumpannija kienet inħolqot ftit qabel l-elezzjoni tal-2013.", "Wieħed mid-diretturi tagħha huwa ċertu Justin Farrugia li, fl-2103, kien qed iħejji ruħu għal karriera fix-xandir.", "Beda' jterraq fit-triq tal-pappa fl-2014 b'kuntratt oħxon – mhux ħaġa tas-soltu għal kumpannija li bilkemm kienet għadha bdiet trodd is-salib – biex tipproduċi verżjoni partiġġjana u reviżjonista għall-aħħar dwar \"Jum il-Ħelsien\" – il-famuż jum li fih seħibna Mu'ammar Gaddafi fil-Birgu kien iċċelebra t-tluq tal-forzi tar-Renju Unit u l-bidu tar-renju tiegħu fuq Malta.", "Justin Farrugia jiġi ħu persuna oħra li kienet qed tħejji ruħħa hi wkoll biex itterraq fit-triq tal-pappa għal wara l-elezzjoni tal-2013.", "Din il-persuna jisimha Kurt Farrugia, magħruf ma' bosta nies bħala l- coconut , li sal-bieraħ kien il-kap tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-gvern u li mil-lum ser ikun il-kbir tal- Malta Enterprise.", "Araw ftit x'kiteb Justin Farrugia biex jifraħ lil ħuħ.", "Għandi nifhem li Kurt Farrugia wkoll feraħ lil ħuħ għall-ispazju li kiseb mingħand TVM iżda kien għaref biżżejjed biex iżomm xi ftit lura.", "Darba waħda kien hemm mexxej Laburista li tgħidx kemm kien jitkaża bil-\"ħbieb tal-ħbieb\".", "Taħt dak li leħaq warajh, l-inċest akkwista tifsira differenti.", "Previous: Lin-nażisti ma nġerraħhomx Next: Imġieba tat-tiranni window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/repubblika-dwar-konsultazzjoni-ghal-riforma-kostituzzjonali/", "date": "Wed, 7th Aug '19, 08:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika dwar 'konsultazzjoni' għal Riforma Kostituzzjonali", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tesprimi l-apprezzament tagħha għall-kummenti tal-President George Vella ftit tal-jiem ilu li l-proċess tar-Riforma Kostituzzjonali m'għandux ikun limitat għall-interessi taż-żewġ partiti politiċi fil-Parlament, iżda għandu jinkludi parteċipazzjoni wiesa, inkluż dik tas-soċjeta' ċivili.", "Madanakollu, aħna mħassbin li l-ewwel passi f'dan il-proċess ma jidhru bl-ebda mod li jilħqu dan l-għan.", "L-istedina lill-pubbliku sabiex jissottometti \"suġġerimenti\" dwar kif għandha tinbidel il-Kostituzzjoni tidher li hi limitata drastikament fl-iskop tagħha.", "Hu maħsub li s-sottomissjonijiet isiru separatament u fuq bażi individwali, b'tali mod li min jissottometti suġġeriment ma jkunx jaf ħaddieħor xi jkun issuġġerixxa.", "Sa fejn nistgħu nifhmu f'dan l-istadju, wara l-partiti politiċi janalizzaw is-suġġerimenti li jkunu ġew preżemtati u jżommu dawk li jgħaqdu l-interessi tagħhom filwaqt li jwarrbu l-kumplament.", "Repubblika tisħaq illi l-Kostituzzjoni tillimita l-poter ta' dawk li jiggvernaw u għalhekk min jiggverna assolutament mhux idonju sabiex jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif is-setgħa tiegħu għandha tkun limitata.", "Intennu li ma nsibu l-ebda serħan tal-moħħ fil-fatt li l-President jipparteċipa f'dan il-proċess.", "Minkejja li l-President indubbjament għandu intenzjonijiet ġenwini, il-parteċipazzjoni tiegħu f'dan il-proċess teċċedi l-limiti tal-poteri u r-responsabbilitajiet tiegħu fil-qafas Kostituzzjoanli li jiddefinixxi r-rwol tiegħu llum il-ġurnata.", "Ċertament dan kollu xejn m'hu bidu inkoraġġanti għal proċess li għandu l-għan li jiddetermina mill-ġdid dawk il-limiti.", "Barraminhekk, irrispettivament minn kwalunkwe awtorita' morali li l-President George Vella jittama li jkollu, il-gvern ripetutament wera d-determinazzjoni tiegħu li juża l-kontroll qawwi tiegħu sabiex jimplimenta bidliet kostituzzjonali li jaqdu l-interessi tiegħu.", "Il-fatt illi f'dawn il-jiem tas-sajf il-gvern qiegħed fil-proċess li jingaġġa l-Avukat tal-Gvern li ser ikun magħżul fid-dikrezzjoni unika w esklussiva tal-Prim Ministru b'riżultat ta' emendi Kostituzzjonali li ma kienu diskussi ma' ħadd 'il barra mill-Parlament tindika li l-proċess imniedi mill-President George Vella jista' ikun paraventu li warajh partiti politiċi jimplimentaw il-bidliet li jaqdu l-interessi tagħhom.", "Bħal kull min hu konċernat dwar governanza tajba ta' pajjiżna, il-membri ta' Repubblika għandhom fehmiet b'saħħithom dwar kif il-Kostituzzjoni tagħna tista' tkun imtejjba.", "Iżda filwaqt li hemm ir-riskju li reviżjonijiet isiru taħt il-kontroll tal-partiti politiċi, il-preferenzi speċifiċi tagħna dwar id-dettall huma ta' importanza sekondarja.", "Aħna tassew imħassbin li s-sottomissjonijiet tagħna dwar il-proċess ta' reviżjoni u riforma tal-Kostitzzjoni, li preżentajna lill-President Marie Louise Coleiro Preca f'Marzu li għadda fuq talba tagħha u tal-iSteering Committee taż-żewġ partiti politiċi lanqas għadhom ingħataw acknowledgement.", "Lanqas ma ngħatajna xi forma ta' acknowledgment mill-President George Vella minn mindu hu ħa l-Ġurament tal-Ħatra bħala President.", "Repubblika bl-ebda mod ma tqis li għandha xi dritt li tagħżel hi x'għandu jkun il-proċess li bih il-Kostituzzjoni tagħna tkun emendata.", "Iżda aħna għandna r-responsabbilita' li ninfurmaw lill-pubbliku bit-tħassib tagħna li riformi kostituzzjonali li saru minn wara bibien magħluqa dejjem wasslu, mingħajr ebda eċċezzjoni, għal demokrazjija kompromessa, għal tkasbir tad-drittijiet tal-bniedem u għall-aċċettazzjoni ta' dittatorjat taħt bixra ta' prinċipji t'importanza tassew għolja u li madanakollu fil-prattika ma jkunux infurzabbli.", "Il-minimu li neżiġu hu li l-proċess li bih jittieħdu d-deċiżjonijiet ikun determinat mill-bidu nett u jkun imħabbar fl-intier tiegħu lill-pubbliku, b'tali mod li l-politiċi ma jkunux f'pożizzjoni li jiddeċiedu huma x'ser jiddiskutu u japprovaw fil-Parlament mingħajr ma l-ewwel jikkommettu ruħhom dwar kif ser jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat bil-bidliet li jkunu ser jiġu introdotti u jiksbu l-appoġġ tiegħu għal tali tibdil.", "Aħna llum preżentajna mill-ġdid r-rakkomandazzjonijiet tagħna għal proċess ta' riforma Kostituzzjonali li jkun trasparenti, ġenwinament inklussiv u parteċipattiv bħala parti mis-sejħa formali għal suġġerimenti mill-President George Vella ftit tal-jiem ilu.", "Mill-ġdid qegħdin nippubblikaw ir-rapport tagħna li konna preżentajna f'Marzu li għadda sabiex wieħed ikun jista' faċilment jagħmel referenza għalih.", "MT Constitutional Reform Procedure Memo-2 Mill-ġdid nisħqu li fin-nuqqas ta' parteċipazzjoni pubblika adegwata, minkejja x-xewqa tagħna għal titjib fil-qafas Kostituzzjonali ta' pajjiżna, hi l-fehma soda tagħna li f'tali ċirkustanzi jkun deċiżament aħjar li ma ssir l-ebda bidla fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Ċertament nippreferu nkomplu ngawdu l-garanziji mogħtija lilna mill-Kostituzzjoni imperfetta li għandna bħalissa milli nafdaw id-destin u l-futur tagħna f'kostituzzjoni futura li għada mhix magħrufa u li tkun imfassla sabiex tipproteġi l-interessi tal-partiti politiċi li fil-preżent qegħdin joħonqu dawk l-istess garanziji.", "Previous: Imġieba tat-tiranni Next: L-Imħallef Grixti iwaqqaf it-tnedija ta' inkjesta dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet minkejja l-fatt li mhux is-suspettati kollha appellaw mid-digriet window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/judge-grixti-iwaqqaf-it-tnedija-ta-inkjesta-dwar-il-privatizzazzjoni-tal-isptarijiet-minkejja-l-fatt-li-mhux-is-suspettati-kollha-appellaw-mid-digriet/", "date": "Wed, 7th Aug '19, 10:52", "category": "blog, politics, government", "title": "L-Imħallef Grixti iwaqqaf it-tnedija ta' inkjesta dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet minkejja l-fatt li mhux is-suspettati kollha appellaw mid-digriet", "text": ["L-Imħallef Giovanni Grixti qabel mal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona li l-inkjesta dwar il-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet tal-istatli kienet ġiet ordnata mill-Maġistrat Claire Zammit Stafrace m'għandhiex tibda' sakemm jinqata' l-appell li għamlu wħud minn dawk suspettati — jiġifieri l-Ministri.", "Dan id-digriet ingħata minkejja l-fatt li r-raba' suspettat, ċertu Ivan Vassallo, kien baqa' m'appellax mid-digriet tal-Maġistrat li permezz tiegħu ordnat li tinbeda' inkjesta kriminali.", "Ivan Vassallo Illum l-Imħallef Giovanni Grixti qal li r-reġistratur tal-qorti jista' minn issa jibda' l-proċess sabiex jintagħżel bil-polza l-Maġistrat li għandu jmexxi l-inkjesta — ħaġa li, skont il-liġi, messha saret ftit anqas minn ħmistax ilu – iżda l-Maġistrat li jitla' bil-polza mhux ser jingħata kopja tal-proċess tal-qorti biex ix-xogħol ikun jista' jinbeda'.", "Minflok, il-proċess tal-qorti li jinkludi r-rapport ta' madwar 150 paġna miktub minn Repubblika dwar l-attivitajiet allegatament kriminali li seħħew meta saru dawn il-privatizzazzjonijiet, ser jinżamm maqful fl-uffiċju tal-Imħallef Giovanni Grixti sakemm huwa jiddeċiedi dwar l-appelli tal-Ministri.", "Id-digriet li ta llum l-Imħallef Grixti huwa finali.", "L-Imħallef issa huwa mistenni li jisma' l-appell tal-Ministri li permezz tiegħu qed jitolbu li d-digriet tal-Maġistrat jiġi revokat.", "Id-digriet li ngħata llum ifisser li, kemm il-darba l-Ministri jirbħu l-appell, inkjesta tibqa' ma ssirx anki jekk wieħed mis-suspettati baqa' ma appellax mid-deċiżjoni tal-Maġistrat.", "F'Jannar li għadda l-Imħallef Giovanni Grixti kien irrevoka deċiżjoni simili ta' Maġistrat ieħor — Ian Farrugia — li permezz tagħha kien ġie ordnat il-ftuħ ta' nkjesta dwar dak li nkixef permezz tal- Panama Papers .", "Dakinhar kien qal li dak li kien ressaq l-ilment u li kien ikkonvinċa lill-qorti li jingħata bidu għal inkjesta, ma kienx ġab prova li kien seħħ reat kriminali.", "Dak li kien ressaq l-ilment ma kien ħadd ħlief Simon Busuttil u l-Imħallef kien irrevoka d-digriet tal-Maġistrat li kien ordna t-tnedija ta' inkjesta.", "Minn dakinhar 'l hawn, Simon Busuttil u Repubblika – it-tnejn għal rashom – ippreżentaw ilmenti ġodda dwar il-Panama Papers u Maġistrat ieħor ukoll deherlu li kien hemm biżżejjed materjal biex tinbeda' nkjesta.", "Is-suspettati, inkluż Konrad Mizzi, ma kienux appellaw mit-tieni digriet li kien ordna l-bidu ta' inkjesta dwar il- Panama Papers .", "Previous: Repubblika dwar 'konsultazzjoni' għal Riforma Kostituzzjonali Next: Iż-żejt (tal-kuntrabandu) għad jitla' f'wiċċ l-ilma? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/iz-zejt-tal-kuntrabandu-ghad-jitla-fwicc-l-ilma/", "date": "Wed, 7th Aug '19, 15:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Iż-żejt (tal-kuntrabandu) għad jitla' f'wiċċ l-ilma?", "text": ["Qed iseħħu affarijiet ta' barra minn hawn fil-każ ta' jinsab imdaħħal fiħ Darren Debono.", "L-awtoritajiet tal-Italja u tal-Istati Uniti qed isegwu l-passi tiegħu.", "Iżda hu jidher li qed jiġri wara l-Gvern Malti minflok bil-kontra.", "Fl-Italja, huwa ser igħaddi ġuri fuq akkuża ta' bejgħ bil-kuntrabandu ta' żjut u dan wara li nvestigazzjoni msejjħa Dirty", "Oil immexxija mill-awtoritajiet Taljani xliet lilu u lil ċertu George Debono (ma jiġux minn xulxin) talli kienu s-sensara fil-bejgħ ta' żejt li ttieħed mil-Libja u li nżamm fi mħażen fl-Italja bil-għajnuna tal-Mafja.", "Isem Darren Debono, l-Istati Uniti niżżlitu fi blacklist ta' dawk soġġetti għas-sanzjonijiet u dan talli \"kien ta' theddida għall-paċi, għas-sigurtà u l-istabilità tal-Libja\" minħabba s-sehem tiegħu fil-bejgħ bil-kuntrabandu taż-żejt.", "Minkejja dan kollu u minkejja li allegatament huwa mexxa' l-attivitajiet illegali tiegħu bis-saħħa ta' vapuri reġistrati f'Malta fl-ibħra territorjali Maltin – allegatament ukoll bil-koperazzjoni jew bis-saħħa tal-għeluq ta' xi għajn waħda mill-awtoritajiet Maltin – ma ttieħdu ebda passi kontriħ fil-qorti mill-awtoritajiet Maltin.", "Imbagħad, bħal sajjetta fil-bnazzi, feġġet l-aħbar li Malta qed tfittex li tapplika s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fuq ċittadini tagħha, inkluż fuq Darren Debono.", "U l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ma damx wisq biex stqarr li din l-aħbar hija prova tad-determinazzjoni ta' Malta li tissielet kontra l-kuntrabandu u l-ħasil ta' flejjes maħmuġin.", "Li hemm stramb huwa l-fatt li passi bil-qorti f'Malta baqgħu ma ttieħdux.", "Darren Debono għandu l-ġid f'Malta u huwa wkoll sid ta' ristorant li kien inbidillu ismu f'attentat li jaħrab is-sanzjonijiet Amerikani.", "Aktar tard dawn is-sanzjonijiet ġew aġġustati bil-għan li jintlaqat dan ir-ristorant minkejja t-tibdil fl-isem.", "F'Malta iżda, japplikaw il-liġijiet Maltin.", "M'hemmx dubju li Malta tkun obbligata li tapplika s-sanzjonijiet tan-NU, iżda ċertament m'għandhiex bżonn riżoluzzjoni tan-NU biex tiċċaqlaq.", "Madankollu ma jidhirx li l-awtoritajiet Maltin bdew xi proċess biex jiġu mixlija Darren Debono u l-kompliċi tiegħu u dan minkejja dak li l-gvern qal pubblikament fis-sens huwa mistħoqq li dawn is-sanzjonijiet jiġu applikati fuqhom.", "Aktar tard smajna li r-Russja ostakolat is-sanzjonijiet li talbet Malta u mbagħad, bl-aktar mod kontradittorju, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti qal li l-gvern m'għadux interessat li japplika s-sanzjonijiet kontra Darren Debono .", "X'hemm wara dan it-taħwid kollu?", "Skont rapporti tal-qorti mxandra llum, l-avukati ta' Darren Debono qed igħidu li, fin-Nazzjonijiet Uniti, l-gvern Malti qed jipprova jintogħġob mal-gvern Amerikan, li minn naħa tiegħu qiegħed jagħmel pressjoni kbira biex jittieħdu passi kontra Darren Debono .", "Tal-iskantament huwa l-fatt li Darren Debono qed jitlob lill-qorti f'Malta biex twaqqaf lin-Nazzjonijiet Uniti milli tapplika s-sanzjonijiet kontra tiegħu jew b'xi mod twaqqaf lil Malta milli tikkonvinċi lir-Russja biex ma tkomplix topponi talba għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet.", "Il-verità hi li f'din il-kwistjoni qorti Maltija tista' tagħmel ftit li xejn u l-avukati ta' Darren Debono ma nafx x'jippretendu li tista' tagħmel qorti Maltija.", "Iżda Debono sab ix-xoqqa f'moxtha biex jagħmel stqarrija li tqanqal it-tħassib.", "Hu u jispjega li l-gvern Malti ċċaqlaq biss għaliex kien taħt pressjoni mill-Amerikani, Darren Debono qal li l-Amerikani ppruvaw jagħmlu pressjoni fuqu wkoll.", "Fi stqarrija ġuramentata li għamel f'Lulju li għadda, Darren Debono qal li l-Amerikani kienu talbuh igħaddilhom informazzjoni dwar persuni mdaħħla fit-traffikar tad-droga, dwar l-identità tal-klijenti tiegħu li kienu mdaħħla fil-bejgħ ta' żjut bil-kuntrabandu u dwar il-mod kif kien iħallas lill-baħħara.", "Debono stqarr ukoll li l-Amerikani wiegħduh li jrattbu l-ħruxija tas-sanzjonijiet kemm il-darba jikkopera magħhom u jikxef dak kollu li kien jaf.", "Illum għamel pass ieħor il-quddiem u stqarr li l-Amerikani talbuh jgħaddilhom informazzjoni dwar l-allegat involviment ta' Joseph Muscat u ta' Keith Schembri fil-kwistjoni dwar il-forniment ta' żejt barra mill-ibħra territorjali lil bastimenti tal-gwerra Russi li kienu fi triqithom lejn is-Sirja li l-Prim Ministru ma kienx tahom permess jidħlu fil-portijiet Maltin.", "Darren Debono stqarr li lill-Amerikani ma riedx igħaddilhom informazzjoni għaliex \"huwa l-prim ministru tiegħi, u jien m'jinix spjun\".", "Din l-aħħar stqarrija ta' Debono hi waħda li twaħħax.", "Araw kif Darren Debono ma ċaħadx li huwa jaf li Joseph Muscat kien imdaħħal fil-kwistjoni dwar il-forniment illegali ta' żjut lil bastimenti tal-gwerra Russi u dan wara li, b'mod mill-aktar pubbliku, rrifjuta l-permess lil dawn il-bastimenti biex jidħlu fl-ibħra Maltin.", "Minn dan kollu ma ċaħad xejn u stqarr li l-Amerikani talbuh igħaddilhom informazzjoni, ħaġa li rrifjuta li jagħmel għaliex \"Joseph Muscat huwa l-prim ministru tiegħu u jien m'jinix spjun\".", "Hemm ukoll kwistjoni oħra.", "Meta f'Mejju 2017, kienet inkixfet l-identità tal- whistleblower fil- Pilatus", "Bank , Joseph Muscat kien stqarr li kellu s-suspett li din il-mara Russa kienet aġent tal-gvern Russu u li din kienet qed tipprova tiddistabilizza lill-gvern ta' Malta bi tpattija għad-deċiżjoni tiegħu li ma jippermettix bastimenti tal-gwerra Russi jidħlu f'Malta.", "Dak iż-żmien, bosta kienu dawk li lil din l-istqarrija ma tantx tawha piż.", "Dak iż-żmien seta' kellu affarijiet oħra f'moħħu minbarra l-Egrant.", "Dak li jogħġbu jistqarr Darren Debono ċertament m'huwiex vanġelu.", "Dan huwa bniedem li, kemm il-darba jinstab ħati fl-Italja tal-akkużi li jinsab mixli bihom, ikollu jiffaċċja konsegwenzi serji.", "Barra minn dan, għandu wkoll ma' wiċċu s-sanzjonijiet Amerikani li qed ixekklu lilu u lin-negozji tiegħu.", "Madankollu, Darren Debono wera' li f'Malta ma jista' għalih ħadd u saħansitra ġie ngaġġjat bħala manager ta' klabb tal- football lokali .", "Illum fil-qorti Darren Debono kompla waqqa' l-kredibilità ta' Joseph Muscat meta stqarr li l-prim ministru jinsab taħt pressjoni kbira mill-awtoritajiet Amerikani biex jikkopera magħhom u dan biex jevita li jispiċċa fiċ-ċentru tal-attenzjoni huwa stess.", "F'dan il-kuntest huma ferm sinjifikanti l-kummenti li għadda dan l-aħħar f'Malta l-assistent segretarju tal-istat Amerikan dwar l-iffinanzjar tat-terroriżmu u tal-kriminalità finanzjarja Marshall Billingslea meta tkellem ma' Jacob Borg tat- Times of Malta .", "Jacob Borg kiteb li \"ħafna drabi tittieħed azzjoni lokalment meta tinġibed l-attenzjoni tal-gvern minn awtoritajiet barranin.", "Per eżempju, fil-każ ta' Darren u George Debono, l-azzjoni li ttieħdet lokalment għandha l-għeruq tagħha fl-investigazzjoni li saret fl-Italja\".", "U Marshall Billingslea, wara li tkellem dwar il-kumplessità ta' l-attivitajiet li kien imdaħħal fihom Darren Debono, stqarr li \"l-awtoritajiet Maltin, b'inizjattiva tagħhom stess, jeħtieġ li jmexxu bi proċeduri fil-qorti f'Malta stess.", "Din hi r-raġuni il-għala ninsab hawn: biex nara kif nista' ngħin biex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa\".", "Previous: L-Imħallef Grixti iwaqqaf it-tnedija ta' inkjesta dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet minkejja l-fatt li mhux is-suspettati kollha appellaw mid-digriet Next: \"M'hemm xejn illegali\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/mhemm-xejn-illegali/", "date": "Wed, 7th Aug '19, 15:32", "category": "blog, politics, government", "title": "\"M'hemm xejn illegali\"", "text": ["Kull tant żmien ikun jeħtieġ li jerġa' jittella' dan ir-ritratt.", "Din id-darba se nitkellem dwar Engelbert Grech li kien il-Kummissarju tal-Films — jiġifieri l-kap tal-entità governattiva li tippromwovi l-industrija tal-films — u li issa huwa sid ta' negozju privat li jipprovdi servizzi ta' produzzjoni tal-films għal produtturi internazzjonali.", "F'dan ir-ritratt huwa jidher fuq il-lemin estrem faċċata tal-kap tal-kapijiet u tal-konsulent tiegħu li jokkupa r-rwol kostituzzjonali ta' prim ministru.", "F'dan ir-ritratt ukoll jidher is-suċċessur tiegħu bħala Kummissarju tal-Films, Johann Grech.", "Dan huwa dak li jidher qed jitbaxxa taħt driegħ Kurt Farrugia li jidher fit-tarf tal-mejda (kos, min jaf huwiex bil-wieqfa fuq xi kaxxa tal-birra?).", "Aqraw id-dettalji f'dan ir-rapport imxandar fit- Times of Malta .", "Minħabba l-mod moqżież li biħ ġew trattati xi extras waqt il-ġbid tal-film, numru ta' whistleblowers kuraġġjużi rriżenjaw bi protesta.", "Ma' dawn l- extras Afrikani ġabu ruħħom bħallikieku kienu lsiera f'xi gżira fil-Karibew.", "M'hux bi ħsiebni noqgħod nidħol f'ħafna dettalji għax ir-rapport imxandar fit- Times of Malta jitkellem waħdu.", "Biżżejjed wieħed isemmi li saħansitra anki mat-tfal ġabu ruħħom b'imġieba tal-mistħija — ħallewhom neqsin mill-ikel u mix-xorb għal sigħat twal u ma ħallewhomx jaqdu l-bżonnijiet naturali tagħhom.", "U b'daqshekk?", "Dawn mhux suwed jewwilla?", "Lit- Times of Malta , Engelbert Grech qalilha li \"ma kien hemm xejn illegali\" – skuża konvenjenti li ta' spiss joħorġu biha l-ħallelin.", "Dawn in-nies jafu li ma jista' għalihom ħadd u l-alla tagħhom huwa biss il-qliegħ tal-flus.", "Lit- Times of Malta , wieħed mill-ħaddiema qalilha li \"ħajjithom kienet fil-periklu.", "Kont imwerwer li seta' jiġrilhom xi ħaġa\".", "Taħsbu li għad jista' jkun hemm xi uffiċjal tal-infurzar tal-liġijiet li se jażżarda jibgħat għal Engelbert Grech meta jsir jaf għal-liema festini tal-Milied dan iħobb jattendi?", "Taħsbu li Johann Grech se joqgħod iħabbel rasu biex jiżgura li l-operaturi jġibu ruħħom b'mod xieraq mal-ħaddiema, indipendentement mill-kulur tal-ġilda tagħhom?", "Previous: Iż-żejt (tal-kuntrabandu) għad jitla' f'wiċċ l-ilma?", "Next: Tgħidx x'għaxqa għandha bih ommu dan il-buffu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/tghidx-xghaxqa-ghandha-bih-ommu-dan-il-buffu/", "date": "Sat, 17th Aug '19, 04:21", "category": "blog, politics, government", "title": "Tgħidx x'għaxqa għandha bih ommu dan il-buffu", "text": ["Ftit ħin wara li ntemmet il-velja tal-bieraħ filgħaxija, xi ħadd li ried juri kemm jistmerr il-politika tal-mibgħeda mar fuq il-mafkar tal-protesta f'Misraħ l-Assedju l-Kbir biex ineħħi ritratt ta' Daphne Caruana Galizia.", "Darrin Zammit Lupi nzerta li kien preżenti u ġibed ritratt ta' dan il-buffu li tgħidx x'għaxqa għandha bih omm.", "Previous: \"M'hemm xejn illegali\" Next: Mhux razzist biss.", "Ipokrita wkoll. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/mhux-razzist-biss-ipokrita-wkoll/", "date": "Fri, 23rd Aug '19, 21:55", "category": "blog, politics, government", "title": "Mhux razzist biss. Ipokrita wkoll.", "text": ["Darba minnhom kienu ħarrkuni talli lil xi ħadd sejjaħtlu \"ipokrita\".", "Justin Schembri ma jistax iħarrikni talli sejjaħtlu \"razzist\" għaliex għamilt dan fuq stedina tiegħu stess.", "Ejjew naraw ftit il-għala kliemu jikxfu bħala ipokrita.", "Waqt konferenza organizzata s-sena li għaddiet minn NGO Musulmana msejjħa Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta , Justin Schembri kien tkellem għan-nom tal-PN bħala \"kelliem dwar l-Edukazzjoni\".", "It-tema tal-konferenza kienet \"L-isfidi tas-seklu 21, l-Edukazzjoni u l-Paċi\".", "Il- website ta' din l-NGO li nediet il-konferenza fih sunt tad-diskors ta' Justin Schembri : \"Mr Justin Schembri għan-nom tal-Onor.", "Ministru Dell għall-Edukazzjoni tkellem dwar il-mod kif qed jiddominaw il-media soċjali u dwar il-ħtieġa li wieħed jagħmel użu minn dan il-mezz b'responsabbiltà.", "Meta tkellem dwar l-isfidi attwali, huwa qal li: 'l-edukazzjoni hija l-għodda li biha wieħed ikun jista' jsib tarf kwistjonijiet bħal dawn.", "L-edukazzjoni twassal għal żvilupp uman u twassal għas-sliem.", "U meta titwaħħad mat-taħriġ tekniku, l-edukazzjoni twassal ukoll biex jitnaqqas il-faqar.", "L-edukazzjoni twassal għall-paċi, għall-għerf, għas-setgħa u għas-sigurtà\".", "U llum fil- Facebook kiteb li r-refuġjati għandna nerħulhom jegħrqu u dawk li qed jirsistu biex isalvawhom huma kriminali u għandna naqfluhom il-ħabs.", "Tassew eżempju ta' użu tal-media soċjali li jispirak.", "Dak li qed jirrakkomanda għal ħaddieħor għandu japplikah għalih innifsu.", "U lit- trolls li fuq il- Facebook qed jistaqsu il-għala ħassar dak li kiteb (jista' jgħidilna il-għala ħassar dak li kiteb?) u dwar kemm għandu raġun.", "Previous: Tgħidx x'għaxqa għandha bih ommu dan il-buffu Next: Ara ma tmorrux issemmu 'l gwerra! window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/il-fosos/", "date": "Mon, 26th Aug '19, 09:15", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Fosos", "text": ["Mid-dehra għadu ma bediex dak li kellu jkun il-proċess ta' rikonċiljazzjoni u ta' tiswija li t-tmexxija tal-PN kien bi ħsiebha tniedi dakinhar li Adrian Delia ġie konfermat bħala mexxej tal-PN mill-Kunsill Ġenerali .", "Minn dakinhar 'l hawn, ma jidhirx li kien hemm xi tibdil sinjifikanti fl-attitudni ta' dawk li qed imexxu lill-PN.", "Ma tinħass ebda enerġija ġdida ġejja min naħa tat-tmexxija.", "Lanqas ma qed titnieda xi attività politika li tista' b'xi mod tispira lin-nies.", "Għall-kuntrarju, matul dan is-sajf it-tmexxija tal-PN tmattret u daħlet f'qoxritha bħallikieku ħadet ir-ruħ kemm ilha barra miċ-ċentru tal-attenzjoni.", "L-istaġun tas-sajf minn dejjem kien żmien iebes għall-PN.", "Tradizzjonalment ħafna mill-mexxejja tal-Partit minn dejjem kienu membri tal-professjoni legali – professjoni li l-membri tagħha jkollok xorti tarahom b'nemes matul ix-xahar ta' Awissu u fl-ewwel ġranet ta' Settembru.", "Fiż-żmien twil li l-PN dam fil-gvern, is-sitwazzjoni f'dawn il-ġranet sħan dejjem baqgħet l-istess: mal-ħin tal-ikel, l-uffiċċji tal-gvern jagħlqu u l-ħaddiema jlebbtu 'l barra.", "F'atmosfera letarġika bħal din, ftit ikollok aptit li tagħmel xi ħaġa.", "Ir-reżistenza kontra l-letarġija minn dejjem kienet speċi ta' battalja mitlufa għall-ħaddiema li jaħdmu fid-Dar Ċentrali.", "U din ir-reżistenza ħafna drabi kienu jsostnuha bit-tħejjijiet għall-festi tal-Indipendenza fil-Furjana li jibdew ftit qabel nofs Settembru u jintemmu fl-20 tax-xahar ftit qabel jerġgħu jinfetħu l-iskejjel u x-xogħol jerġa' jaqbad ir-ritmu normali.", "Il-ġimgħa ta' attivitajiet fil-Furjana kienet iddum xi ftit biex taqbad ir-ritmu.", "Iżda l- mass meeting li jagħlaq l-attivitajiet huwa opportunità għall-PN biex ifassal l-aġenda tiegħu għas-sena li jkun imiss, biex iwassal ħsibijietu dwar id-dibattitu tal-baġit f'Ottubru u biex ixammar kmiemu għax-xogħol.", "Din is-sena naħseb li tkun sorpriża kemm il-darba l-attivitajiet – li din id-darba ser isiru barra d-Dar Ċentrali minflok fl-akbar pjazza fil-pajjiż – iwasslu biex iħeġġu lin-nies bl-aspettattivi għal staġun politiku ġdid.", "Il-ġimgħa li għaddiet, l-artiklu li kiteb Emmanuel Galea fit- Times of Malta li fih huwa kkritika d-deċiżjoni tal-PN li jniedi l-attivitajiet tal-Indipendenza lil hinn mill-Furjana kien hemm min qal li huwa motivat mill-fatt li bintu bħalissa qiegħda tinnamra ma' Adrian Delia u mill-fatt ukoll li huwa m'huwiex kuntent bih.", "Madankollu wieħed ma jistax ma jagħtix widen għal dak li kiteb is-Sur Galea.", "Diffiċli li ssib attivist wieħed biss tal-PN li ma ddiżappuntax ruħu bid-deċiżjoni li l-attivitajiet ma jsirux fuq il-Fosos.", "Tal-Labour ser jagħmlu minn kollox biex jiżguraw li l-aġenda nazzjonali tibqa' f'idejhom.", "Jeżistu indikazzjonijiet li Joseph Muscat bi ħsiebu jerfa' u jirriżenja minn Prim Ministru wara li jgħaddi l-baġit għas-sena li ġejja.", "Dawk li qed jissieltu biex jilbsu ż-żarbun tiegħu qed ilestu ruħħom għat-tiġrija.", "Waqt li tkun għaddejja l-kampanja, m'hemmx dubju li xi ftit jew wisq ser ikun hemm attenzjoni żejda fuq il-Partit Laburista li tista' tagħmel il-ħsara iżda – dejjem jekk ma jirbaħx it-tellieqa Konrad Mizzi – bil-wiċċ ġdid li ser ikollhom, tal-Labour x'aktarx ser jibqgħu igawdu mill-attenzjoni pożittiva tal-mezzi tax-xandir.", "Tabilħaqq din l-attenzjoni pożittiva kien messhom li rebħuha tal-PN.", "Iżda minħabba l-fatt li għamlu diżastru sħiħ bl-għażla tal- mexxej il-ġdid tagħhom, l-istampa ilħa żmien twil ma xxandar xi storja pożittiva.", "Iżda din m'hix l-unika problema li tinsab ma' wiċċ tal-PN.", "Teżisti inkoerenza kbira bejn dak li jixtieq ikun u dak li jixtieq iwettaq il-Partit.", "Il-vokazzjoni tat-tmexxija preżenti tal-PN saret biss dik li tirbaħ l-elezzjonijiet u, in vista tal-fatt li assolutament m'hemm ebda ċans li tintlaħaq din il-vokazzjoni, huwa inevitabbli li jibqgħu ser jiddendlu l-gdiedem fost l-attivisti.", "Fil-frattemp jidher li l-Partit baqa' mingħajr sens ta' missjoni u dan grazzi għall-fatt li, fejn jidħlu kwistjonijiet ta' portata, ħadd ma jaf fejn hu ma' Adrian Delia li ħadha drawwa li jitkellem skond il-burdata li jkun jinsab fiha u jistenna ċ-ċapċip sabiex ikun jista' jibqa' jferfer fil-wiċċ.", "Dan jidher ċar minn dak li Justin Schembri għoġbu jikteb din il-ġimgħa b'tifħir għal Matteo Salvini .", "Dan huwa bniedem li tfaċċa fix-xena u ngħata prominenza bis-saħħa tal-appoġġ li huwa ta lil Adrian Delia.", "Minkejja l-fatt m'huwiex membru parlamentari, Justin Schembri b'mod stramb inħatar bħala kelliem tal-PN dwar l-edukazzjoni.", "Uffiċjalment il-kariga ta' ministru dell tal-edukazzjoni tinsab f'idejn ħaddieħor, iżda jidher li ntbagħat biex jitkellem għan-nom tal-PN dwar politika li huwa stess ma jfassalx.", "Din il-prominenza kollha mhix proporzjonata mal-kwalitajiet l-oħra li dan suppost għandu.", "It-tifħir li għamel fil-konfront ta' Matteo Salvini kienet konsistenti ma' wħud mill-istqarrijiet li kien għamel Adrian Delia fl-imgħoddi, bħal dakinhar l-kap tal-PN kien għamel ħafna għaġeb għall-fatt li ma fetaħlu ħadd wara li kien ħabbat il-bieb tal-għassa tal-Marsa l-Ħadd filgħodu u dan minħabba emerġenza li kienet teżisti biss f'moħħu.", "M'għandniex xi ngħidu, ġaladarba Adrian Delia dejjem wera' ruħu nkonsistenti fejn jidħol is-suġġett tal-immigrazzjoni, ma setax jonqos li kellu jkun l-appoġġ ta' Justin Schembri lil Matteo Salvini li reġa' tefa' dawl fuq inkonsistenza ma' stqarrijiet oħrajn li għamel Adrian Delia — qed nirreferi hawn għall-appell li għamel dan l-aħħar lill-gvern biex jippermetti l-inżul l-art tal-immigranti sakemm jinstab tarf politiku għall-kwistjoni.", "Filwaqt li Justin Schembri faħħar l-attitudni ta' bla kompromessi ta' Salvini fil-konfront tas-sieħba Ewropej, huwa pprova jbenġilha meta stqarr li jiddisassoċja ruħu minn dak li jrid Salvini – jiġifieri li jerħi lill-immigranti mdendlin bejn sema u ilma.", "M'għandniex xi ngħidu, dan il-logħob bil-kliem ma mpressjona lil ħadd.", "F'nifs wieħed ma tistax, per eżempju, tfaħħar lil Adolf Hitler u mbagħad tbenġel dak li tkun għidt billi tistqarr faħħartu għax kien bena' toroq sbieħ u mhux għax kien ipprova jeqred lil Lhud minn wiċċ id-dinja.", "Li tiskantak hi r-reazzjoni tal-PN għaż-żelqa li għamel Justin Schembri fil- Facebook.", "Ma kienx politiku liberali bħal Karl Gouder biss li ħareġ għonqu biex jiddisassoċja ruħu minn dak li kien stqarr Justin Schembri.", "Ma kinux biss membri parlamentari li kienu kkritikaw lil Adrian Delia mill-bidu nett, bħal Jason Azzopardi, li ddisassoċjaw ruħħom minn dak li kiteb Justin Schembri.", "Ma kinux biss il-werrieta ta' mexxejja preċedenti tal-PN li wrew it-twemmin tagħhom favur id-dinjità tal-bniedem bħalma huma Beppe and Michael Fenech Adami, wlied Eddie Fenech Adami, li wkoll ħarġu għonqhom biex iżommu ruħħom 'l bogħod minn dak li kiteb Justin Schembri.", "Kien hemm ukoll Kattoliċi konservattivi bħal Michael Asciak li kkundannaw l-istqarrija ta' Schembri.", "U kien bis -saħħa ta' dan l-inċident li Justin Schembri rnexxielu jitfa' dawl fuq dik ix-\"xi ħaġa\" li fl-imgħoddi kienet iżżomm lill-PN magħqud f'entita' politika waħda fejn setgħu jikkoabitaw liberali u konservattivi, Kattoliċi u sekolaristi, żgħażagħ u anzjani li lkoll kienu poġġew id-differenzi tagħhom fil-ġenb biex ikun jista' jintlaħaq għan wieħed.", "Dik ix-\"xi ħaġa\" ma kinitx l-għan li jintrebħu l-elezzjonijiet.", "Ir-rebħ tal-elezzjonijiet mhuwiex għan li hu daqshekk importanti li jwassal biex id-differenzi jintefgħu fil-ġenb.", "L-għan li jintrebħu l-elezzjonijiet huwa l-għan ta' min huwa biss għatxan għas-setgħa.", "Din ix-\"xi ħaġa\" m'hi xejn ħlief id-dinjità tal-bniedem, il-ġustizzja u s-solidarjetà: li l-gvern għandu jkun forza favur is-sewwa għal kulħadd, ikun x'ikun il-kulur tal-ġilda.", "Hemm ħaġ'oħra wkoll li rnexxielu jagħmel Justin Schembri.", "Irnexxielu jitfa' l-attenzjoni kollha fuq is-skiet li jtarrax ta' mexxej tal-PN li ma kellu l-ħila li jgħid xejn hekk kif il-fehmiet diversi fil-Partit tiegħu ilkoll ikkundannaw it-tifħir li sar lil Matteo Salvini.", "Minflok tkellem kif kien fid-dmir li jagħmel, Adrian Delia żar festa oħra u mar iċapċap lil Joseph Calleja fuq il-Fosos.", "Min jaf?Forsi ħakmitu n-nostalġija għaż-żmien fl-imgħoddi meta l-Fosos kienu jimtlew bin-nies b'dak il-mod.", "Previous: Ara ma tmorrux issemmu 'l gwerra!", "Next: Sabar window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/08/ara-ma-tmorrux-issemmu-l-gwerra/", "date": "Sun, 25th Aug '19, 11:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Ara ma tmorrux issemmu 'l gwerra!", "text": ["Ritratt bħal dan iġiegħlek tieħu għalik?", "B'dan tieħu għalik ukoll?", "Jew b'dan?", "Mela iftaħ widnejk sewwa.", "Se ngħidhielek darba biss: x'aktarx int Nażista u jmissek tmur tiddobba qargħa.", "Jew inkella jmissek taħdem ma' tat-Torċa.", "Jew inkella int Nażista li taħdem ma' tat-Torċa u jmissek tmur tiddobba qargħa xorta waħda.", "Il-mod kif dawn għamlu plejtu sħiħ dwar ritratt tal-attriċi Pia Zammit fejn din tidher b'żewġ slaleb tan-Nażisti f'idha waqt li kienet wara l-palk f'nofs reċta ta' 'Allo!", "'Allo! fl-2009 fit-teatru Manoel iqallgħalek l-istonku.", "Dan ix-xahar ħlew żewġ paġni sħaħ fit-Torċa dwar din l-istorja \"tal-waħx\".", "Dawn bħal donnhom ma fehmux li qed nittrattaw dwar il-kummiedja 'Allo!", "'Allo! li mhix xi produzzjoni eżoterika li tista' tħawwad l-imħuħ tal-qarrejja tat-Torċa.", "Kulħadd sema' bil-produzzjoni 'Allo!", "'Allo! u f'Malta ħadd ma kien ħa għalih b'assurditajiet ta' Erich von Klinkerhoffen, Kurt von Strohm, Hubert Gruber, Hans Geering, Otto Flick u Helga Geerhart.", "Lil dawn il-karattri, ħadd ma kien ammirahom.", "Ħadd ma ggustahom.", "Iżda kulħadd daħak a spejjeż tagħhom.", "Dan eżatt kien l-iskop.", "U l-atturi li ħadmu l-partijiet rispettivi tagħhom m'għamlux dan għaliex f'moħħhom kellhom il-ħsieb li jokkupaw lil Franza huma u jisirqu xi opra tal-arti għaliex xogħol l-atturi huwa li jipprovokaw id-daħk.", "Ħadd qatt m'għaddielu minn rasu li dawn l-atturi kienu b'xi mod qed jippromwovu lin-Nażismu jew li kienu qed japprovawh minkejja l-fatt li dawn l-atturi libsu lbies tal- Wehrmacht u għajjtu l-kliem \" Heil Hitler\".", "M'hemmx dubju li dan ir-ritratt ta' Pia Zammit mill-2009 sabu xi ħadd li ftakar fir-reċta u li min jaf kemm kien daħak dakinhar.", "Iżda min għamel dan, x'aktarx għamel hekk wara li qara' dak li jien ktibt dwar Nażisti ta' veru bħal Norman Lowell u s-segwaċi tiegħu fejn jien kont urejt l-għadab tiegħi għall-fatt li kienet intużat immaġni marbuta man-Nażisti fuq nar li kellu jiġi sparat fil-festa ta' Santa Marija u dan ix-xi ħadd dehrlu li dan kien mod kif seta' jpattihieli.", "Min kiteb l-artikli fit-Torċa huwa difensur tan-Nażisti li jien kont ikkritikajt.", "Li jfisser li min kiteb l-artikli huwa Nażist ukoll.", "Ma setgħux jaqgħu aktar fil-baxx.", "Tat-Torċa apposta kitbu kollox barra l-kuntest: Pia Zammit m'hix biss membru tal-kumitat ta' Repubblika u attivista tal- Occupy Justice iżda wkoll attriċi professjonali u r-ritratt li fih tidher bis-slaleb tan-Nażi f'idha kien inġibed fiż-żmien meta kienet qed taħdem parti teatrali f''Allo!", "'Allo!", "Li kieku lill-qarrejja tat-Torċa qalulhom kollox, dawn kienu jintebħu bl-assurdità tal-istorja li xandru.", "Illum it-Torċa xandret storja dwar Andrew Borg Cardona, kritiku ieħor tal-gvern u kontributur fuq din il- website , kif ukoll l-avukat ta' diversi klijenti li sarulhom libelli minn ċerti tiranni li wħud kienu ażżardaw jikkritikawhom.", "Dawn tellgħu screenshots mill-paġna tal- Facebook tiegħu li fihom hemm kritika għal Matteo Salvini u fejn hemm kitba fis-sens li dan qed jikser il-kodiċi tal-etika għax għal sagħtejn fil-ġimgħa jgħallem fl-Università.", "Kos, dawk li l-etika lanqas biss jafu xi tfisser huma komdi li jikkritikaw lil min jinsisti li kull minn għandu s-setgħa għandu jġib ruħu sewwa.", "Ċertament Pia Zammit u Andrew Borg Cardona m'għandhom bżonn lili biex noqgħod niddefendihom.", "Iżda jeħtieġ li wieħed jifhem li din is-sensiela ta' stejjer fit-Torċa hi biss tappa oħra fil-kampanja li qed jagħmel l-istat biex jintimida lill-kritiċi tiegħu.", "Ċertament lil Pia Zammit wieħed żgur ma jistax jakkużaha b'simpatiji man-Nażisti.", "Din il-kampanja hi ntiża biex taqta' qalb l-attivisti u l-kritiċi, biex tipprova teqred il-kredibilità tagħhom u biex tbeżża' lil kull min jitħajjar jingħaqad magħhom.", "B'qerq liema bħalu, tat-Torċa għamlu paragun bejn ir-reċtar f''Allo!", "'Allo! ma' inċident meta f'żogħżitu il-Prinċep Harry b'ċajta kien libes uniformi tan-Nażi għal festin li kien mistieden għalih.", "L-għażla ta' din l-uniformi għal festin kienet waħda imbarazzanti u meta nkixef wera' ruħu mbarazzat.", "Mill-banda l-oħra, lil Pia Zammit ma nġibdilhiex ritratt waqt li kienet f'xi festin: ir-ritratt kien inġibed waqt reċta li t-tema tiegħu kien Franza taħt l-okkupazzjoni Nażista.", "Pia Zammit, sa fejn naf jien, lanqas m'għandha xi demm irjali.", "Wara kollox, mhux minn ewl id-dinja li min jirreċta waqt produzzjoni teatrali jew f'xi film jilbes ilbies marbut mal-okkupazzjoni Nażista ta' Franza?", "Ħadd ma kien ħa għalih meta Bruno Ganz ħadem il-parti ta' Adolf Hitler.", "B'daqshekk ħadd ma xela' lil Bruno Ganz li huwa xi simpatizzant tan-Nażisti.", "Xogħol l-atturi hu li jaħdmu l-parti.", "Jagħmlu tabirruħħom li huma fiż-żarbun ta' ħaddieħor.", "Ma tistax tixli attur għad-dnubiet tal-karattru li tiegħu jaħdem il-parti.", "It-tfal żgħar biss jirraġunaw b'dan il-mod.", "Tabilħaqq, għandi għalfejn dan kollu noqgħod nispjegah?", "M'hemm assolutament xejn ħażin meta jinġibed ritratt ta' attriċi fir-rwol li tkun ħadmet fih.", "Mela, jekk jogħġobkom, dan it-tkażar falz aqtgħuh.", "Ħadd ma kien ħa għalih meta xxandar 'Allo!", "'Allo!", "Araw x'kienet kitbet it-Times of Malta dak iż-żmien.", "Li kieku tat-Torċa kellhom sens veru ta' dak li sewwa, mhux lil Andrew Borg Cardona kienu jikkritikaw iżda lil xi ħadd bħal Matteo Salvini.", "Previous: Mhux razzist biss.", "Ipokrita wkoll.", "Next: Il-Fosos window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/sabar/", "date": "Wed, 4th Sep '19, 09:46", "category": "blog, politics, government", "title": "Sabar", "text": ["Aħfruli.", "Ilni ftit ma nikteb f'din il-blog.", "Għal nofs Awwissu waqaft ftit għall-vaganzi u bħalissa ninsab mehdi f'xogħol ieħor.", "Nittama li, fi żmien mhux tant 'il bogħod meta jitlesta x-xogħol, tifhmu li din il-waqfa ma kienitx b'kapriċċ.", "Għalissa ħudu ftit paċenzja bija.", "Malli jasal il-waqt, ser tifhmu aħjar.", "Previous: Il-Fosos Next: Jinqala' għall-ġbir tal-iskart window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/jinqala-ghall-gbir-tal-iskart/", "date": "Sun, 8th Sep '19, 08:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Jinqala' għall-ġbir tal-iskart", "text": ["Mid-dehra tal-PN il-bieraħ kellhom ippjanat aktar minn attività waħda jiġifieri konferenza li kellha bħala suġġett l-irvellijiet tas-Sette Giugno biex jipprovaw jiddevjaw l-attenzjoni mill- protesta organizzata mill- Moviment Graffitti .", "Adrian Delia flimkien ma' wħud mill-istudenti li mistennija li jibdew imexxu lill-MŻPN minflok il-mexxejja preżenti li ma kinux lesti li jservu ta' pupazzi għat-tmexxija dgħajjfa tal-partit li hemm bħalissa, il-bieraħ ħarġu jnaddfu.", "Wieħed minn dawn l-istudenti l-bieraħ xandar ritratt fuq il-paġna tiegħi tal-Facebook li fih jidhru jitbissmu fil-presenza ta' salt boroż tal-iskart.", "Mid-dehra ried jurina kemm huwa bieżel.", "M'hemmx dubju li ġeneralment it-tindif jagħmel il-ġid.", "Grazzi għal Adrian Delia u għal sħabu llum hemm inqas skart fl-inħawi ta' Burmarrad milli kien hemm il-bieraħ.", "Naf x'inhu għaddej f'moħħkom meta nirreferi għall-\"iskart f'Burmarrad\".", "Mhux aħjar aħjar jekk nidħku ftit mingħajr ma' noqgħodu nispeċifikaw?", "It-tindif m'għandux l-effett biss li jnaqqas l-iskart li jkun intrema' dakinhar li jinġabar.", "Li kieku kien hekk biss, ma kien ikun xejn ħlief tagħżiq fl-ilma kif tfakkarna l-parabbola ta' Santu Wistin dwar it-tifel f'xatt il-baħar.", "It-tindif għandu jservi wkoll biex iniggeż il-kuxjenza ta' min hu indifferenti.", "Kuxjenza li titniggeż kull meta niġi mwiddeb minn binti kull darba li narmi teabag fil-borża s-sewda minflok fil-borża organika jew meta niekol xi ġelat minn wara dahar marti.", "Fi żminijiet oħrajn, it-tindif organizzat mill-PN kien iservi biex jingħata eżempju.", "Kien ikun eżerċizzju ta' tmexxija u vetrina b'riżq politika favur il-konservazzjoni.", "Il-bieraħ ma kien hemm xejn minn dan kollu.", "Ma saret ebda proposta minn Adrian Delia biex ikun hemm żieda fit-taxxa fuq l-użu tal-plastik jew sabiex jiġi projbit l-użu tal-fliexken tal-plastik.", "Lanqas ma ħareġ b'xi proposti sabiex ikun hemm multi aktar ħorox fuq min jarmi barra u biex ikun hemm infurzar aħjar fejn jidħol l-ambjent.", "Ma semma' xejn dwar il-miri tiegħu biex ikun hemm anqas konġestjoni tat-traffiku jew dwar kif min jivvjaġġja bir-rota jkun jista' jagħmel dan mingħajr periklu.", "Ma qalx jekk huwiex favur li jkun hemm limitu fuq l-ogħli tal-bini jew fuq l-iżvilupp tal-art.", "Lanqas ma wiegħed projbizzjoni fuq it-tibdil fl-użu ta' proprjetà mibnija fuq art pubblika.", "Ma semma' xejn dwar il-miri tiegħu għall-enerġija riċiklabbli.", "Wera' biss li jinqala' għall-ġbir tal-iskart.", "U dak il-politiku li jinqala' biex jiġbor l-iskart mingħajr ma jkun jinqala' wkoll li jipproponi politika li twassal għal tnaqqis fir-rimi tal-iskart m'huwiex politiku – jinqala' biss biex jiġbor l-iskart.", "Fih innifsu dan m'huwiex xi insult.", "Jekk hi ħaġa tajba li tara politiku jgħaddi ġurnata jiġbor l-iskart mill-art, ikun ukoll tajjeb jekk ikun aktar nies bħal dawn li jagħmlu dan ix-xogħol kuljum mingħajr ma jippretendu li jippużaw għar-ritratti biex xogħolhom jiġi mxandar.", "L-isforz nofs kedda tal-bieraħ kien attentat minn naħa tal-PN – li spiċċa biex falla – biex inessi r-realtà li n-nies qed tippreferi titfa' ħarsitha fuq l-isforzi ta' grupp ta' Marksisti li għandhom il-kuxjenza f'postha milli fuq dawk ta' Adrian Delia.", "Lill-politiċi, tal-Moviment Graffitti qalulhom li mhux posthom fid-dimostrazzjoni li saret il-bieraħ.", "Mal-ħażin weħel it-tajjeb għax hemm uħud minn fosthom li huma sinċiera fi twemminhom.", "Lil tal-Graffiti forsi wieħed jista' jasal biex jifhimhom.", "Iżda r-realtà hi li dak li ntqal waqt id-dimostrazzjoni tal-bieraħ jagħmel ħafna sens tant li għad jirbħu ħafna appoġġ mingħand in-nies.", "L-aħjar ħaġa li setgħu għamlu l-bieraħ dawk li ma kinux mistiedna għad-dimostrazzjoni kienet tkun li jibqgħu d-dar u jħallu l-protesta u r-rabja tan-nies jitkellmu weħidhom.", "U mbagħad kienu jkunu fil-libertà li jappoġġjawha u li joħorġu bi proposti kredibbli bħala tweġiba għat-talbiet li saru minn dawk li marru jipprotestaw.", "Din ċertament kienet tkun tweġiba dinjituża minn naħa ta' dawk li ntalbu li jżommu 'l bogħod mill-protesta.", "Iżda ma kien hemm ebda dinjità minn naħa ta' min waqqaf lil madwar għoxrin żagħżugħ milli jingħaqdu mal-miġemgħa fil-protesta u minflok kaxkarhom miegħu biex jippużaw għar-ritratti li wassal il-messaġġ li ġej: Li l-PN jinsab lil hinn mill-komunità u jiġi jaqa' u jqum mir-rabja tan-nies u mill-protesti.", "M'huwiex interessat li jmexxi lin-nies jew li jkun parti mill-protesti.", "Interessat biss li jmur sa Burmarrad biex jiġbed ir-ritratti."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/qaddej-talla/", "date": "Mon, 9th Sep '19, 13:55", "category": "blog, politics, government", "title": "Qaddej t'Alla", "text": ["Dun David Muscat bil-mod il-mod qed isir il-kelliem ewlieni tal-partit Nażist ta' Malta, l-Imperium Europa.", "Għall-festa tat-8 ta' Settembru huwa mexxa delegazzjoni tal-partit fondat minn Norman Lowell lejn il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir u \"indirizza\" lil dawk li kellu quddiemu liebes l-ilbies ta' saċerdot hu u jxejjer kuruna tar-rużarju f'idu fl-istil ta' Matteo Salvini.", "Fuq ix-xellug tiegħu kellu raġel ta' madwar sittin sena li kien jixbaħ statwa tax-xama' u ġuvnott ta' madwar għoxrin sena li f'rasu kellu pettinatura stil Hitler-Jugend li ma setax jaħbi t-tbissim fuq xufftejh hekk kif David Muscat qal li \"s-suwed\" huma xbiha t'Alla.", "David Muscat ma qabilx mal-għażla li saret mill-gvern ta' Dr Abdalla Kablan, għalliem fl-Università ta' Malta, biex jagħmel id-diskors ta' din is-sena waqt iċ-ċerimonja uffiċjali tat-8 ta' Settembru.", "Huwa oġġezzjoni għal din l-għażla minħabba l-fatt li Dr Kablan jifhem fil-\"computational finance\" , qasam li għandu x'jaqsam mas-settur finanzjarju li dwaru David Muscat għandu ħafna riżervi.", "Iżda din ma kinitx l-unika raġuni il-għala m'għoġbitux l-għażla ta' Dr Kablan.", "Skont hu, ir-raġuni ewlenija hi li l-\"antenati\" ta' Dr Kablan kienu għedewwa li kienu assedjaw lil Malta waqt l-Assedju l-Kbir.", "Għalih Kablan huwa ħati tad-dnub oriġinali tal-ġens u tar-razza tiegħu.", "Għalkemm David Muscat jiċħad, dan m'huwa xejn ħlief razziżmu.", "M'għandniex xi ngħidu, David Muscat ma jistax jagħti garanzija li huwa stess m'huwiex xi dixxendent ta' bagħal li kien ġie fid-dinja bis-saħħa ta' xi suldat Ottoman tal-armata ta' Dragut Rais.", "Anki jekk ikun liebes kullar saċerdotali u f'idejh ikollu kuruna tar-rużarju hu u jagħmel riferenza għall-Madonna, min jikkundanna lil ħaddieħor għax jiġi assoċjat ma' dak li seħħ ħames sekli ilu minn persuni ta' razza differenti, m'hu xejn ħlief razzist.", "David Muscat ibati mill-marda tal-iżlamofobija.", "U, m'għandniex xi ngħidu, huwa njorant tal-prima klassi.", "Hekk kif beda' jitkellem, lill-ġemgħa qalilha li għandna tliet ommijiet: l-ewwel dik li ġabitna fid-dinja, it-tielet il-Verġni li hemm fis-smewwiet u t-tieni l-\"patrija\" tagħna.", "Jekk xejn, Patrija għandha tkun missier, Dun David.", "Aktar tard lissen isem Dr Kablan għal diversi drabi b'ton sarkastiku u razzista għall-aħħar li lin-nies jikklassifikahom skond kemm wieħed ikun jista' jippronuzja isimhom mingħajr diffikultà.", "Isem Dr Kablan huwa Abdalla, qaddej ta' Alla.", "Isem li ċertament ma jixraqx lil Dun David Muscat.", "Napprezza li l-Knisja hi ħerqana li lil dan is-saċerdot faxxist ma tagħmlux martri.", "Iżda l-verità hi li dan il-bniedem m'huwiex jagħmel ġid lill-Knisja.", "Previous: Jinqala' għall-ġbir tal-iskart Next: Kummissarju għall-Ugwaljanza window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/kummissarju-ghall-ugwaljanza/", "date": "Tue, 10th Sep '19, 16:32", "category": "blog, politics, government", "title": "Kummissarju għall-Ugwaljanza", "text": ["Għall-erwieħ!", "Issa smajna li Helena Dalli m'hix se tingħata l-portafoll tal-Ġustizzja.", "Jingħad li ser issir Kummissarju għall-Ugwaljanza.", "Kif kitbet il- Politico dalgħodu, \"huwa ttamat li ma taqlax inkwiet daqs kemm kien qala' nkwiet kummissarju ieħor li jġib il-kunjom Dalli\"."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/nifrahlek-caroline/", "date": "Thu, 12th Sep '19, 10:27", "category": "blog, politics, government", "title": "Nifraħlek Caroline", "text": ["Inħossni tassew kburi li Caroline Muscat intgħażlet biex tkun fost dawk li llejla f'Berlin ser jikkompetu għall-premju dwar l-indipendenza fil-ġurnaliżmu mniedi minn Reporters Without Borders .", "Il-kburija li qed inħoss hi l-istess kburija li nħoss kull meta xi atleta Malti jirbaħ xi medalja jew – ikolli nammetti – kull meta kantant Malti jmur tajjeb fil-Eurovision.", "Din hi ħaġa naturali iżda fil-ħajja demokratika li qed ngħixu f'dawn iż-żminijiet bosta huma dawk li jew ma jagħtu ebda importanza lill-ġurnaliżmu jew inkella huma ostili għalih.", "Dan in-nazzjon ingrat imissu jrodd ħajr lil Caroline Muscat għaliex, bis-saħħa tagħha, l-immaġni ta' Malta tista' wkoll tlellex f'għajnejn id-dinja.", "Għaliex Malta m'hix magħrufa biss għall-bużullieqa politiċi u għall-viżitaturi tal-briedel, jew għal dawk li jaħslu l-flus maħmuġin jew li jixtru l-passaporti, jew għal dawk li jiksru s-sanzjonijiet jew li jinnegozjaw iż-żejt bil-kuntrabandu, jew għal pulizija korrotti u għas-sajd bil-moħbi.", "Malta hi magħrufa wkoll għall-ġurnalisti brillanti tagħha.", "Isem Daphne Caruana Galizia issemma' minn Meryl Streep b'rabta mal-film komiku li ħadet sehem fih u li fih ħadmet bħala vittma tal- Panama Papers iżda fil-kuntest aktar serju ta' storja li, għax ixxandret, ġurnalista kellha tinqatel.", "Daphne ġiet rikonoxxuta u ġiet ippremjati mad-dinja kollha.", "Meta kienet għadha mimlija bil-għomor, Politico kienet semmietha bħala waħda mill-Ewropej l-aktar influwenti.", "Din l-influwenza setgħet titkejjel bl-ammont ta' premjijiet u rikonoxximenti li hi qalgħet wara mewtha.", "Matthew Caruana Galizia kien wieħed minn fost grupp ta' ġurnalisti li rebaħ Pulitzer Prize.", "Mhux ċajta li jkollok il-ħila tirbaħ dan il-premju.", "U issa Caroline Muscat ġiet nominata għall-premju RSF għall-indipendenza fil-ġurnaliżmu għal din is-sena.", "Dan il-premju m'huwiex simili għar-rebħ tal-Oscar.", "Iżda huwa rikonoxximent li l-ħidma ta' ġurnalista poġġietha fl-istess livell ta' ġurnalisti minn madwar id-dinja li huma magħrufa li huma biss qaddejja tal-verità u tas-sewwa.", "S'issa l-istitut tal-ġurnalisti Maltin jidher li għadu ma tniffisx u ma ħareġ ebda stqarrija biex jifraħ lil Caroline Muscat għal dak li rnexxielha tikseb.", "Il-verità hi li l-kisba tagħha hi kisba għall-ġurnalisti Maltin, speċjalment għal dawk li jwettqu xogħol ġurnalistiku indipendenti u ġenwin.", "Id-dinja tinsab b'għajnejha fuqna grazzi għall-ħidma ta' Caroline Muscat u, sakemm tibqa' b'għajnejha fuqna, nistgħu inħossu ftit aktar sigurtà.", "Nifraħlek Caroline.", "Previous: Tbissim bir-rimi fl-Identity Malta Next: Ir-rapport Moneyval: infurzar dgħajjef tal-liġijiet Maltin window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/ir-rapport-moneyval-infurzar-dghajjef-tal-ligijiet-maltin/", "date": "Thu, 12th Sep '19, 11:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Ir-rapport Moneyval: infurzar dgħajjef tal-liġijiet Maltin", "text": ["Għadu kemm ħareġ ir-rapport Moneyval.", "Aqraw sunt tar-rapoport hawn.", "Fir-rapport hemm numru ta' kwotazzjonijiet ġmielhom u m'hemmx dubju li l-gvern ser jagħmel minn kollox biex jagħtihom tifsira qarrieqa bil-għan li jipprova jsib xi konsolazzjoni.", "Per eżempju r-rapport igħid li l-liġijiet tagħna huma miktubin tajjeb u dwar dan m'hemmx dubju għaliex kulma nagħmlu hawn hu li nikkupjaw il-liġijiet Ewropej u nagħmluhom tagħna.", "Imma s'hawn biss naslu.", "Ir-rapport Moneyval jifqa' l-bużżieqa tal-gvern meta dan imur igħid li \"m'aħniex pajjiż li jagħti kenn lil dawk li jevadu l-ħlas tat-taxxa\".", "Ir-rapport jammetti li, fit-teorija, Malta ma taħbix l-ismijiet ta' dawk is-sidien li joħolqu kumpanniji fostna.", "Madankollu d-dikjarazzjoniet li jsiru minn dawn is-\"sidien\" mhux qed jiġu mgħarbla sewwa u l-multi li jiġu mposti fuq dawk li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz tant huma żgħar li ma jħallu ebda effett.", "Din hi t-tema ġenerali tar-rapport.", "Il-liġijiet Maltin jagħtu wieħed x'jifhem li Malta hi ġurisdizzjoni bla tebgħa.", "Iżda l-fatti juru mod ieħor.", "L-FIAU hi entità dgħajjfa.", "L-infrastruttura istituzzjonali tagħha hi bil-wisq żgħira meta wieħed iqis l-ammont kbir ta' flejjes li jgħaddu minn Malta.", "M'għandniex numru kbir biżżejjed ta' persuni biex igħassu l-flejjes li qed igħaddu minn pajjiżna.", "Għalkemm f'każijiet ta' ħasil ta' flus maħmuġin, il-qrati ta' sikwit jordnaw il-konfiska ta' ġid l-akkużati, ħafna drabi dawn l-ordnijiet jibqgħu biss fuq il-karta.", "Kważi ħadd qatt ma jiġi mħarrek fuq akkuża ta' ħasil ta' flus maħmuġin, sakemm akkuża bħal din ma tkunx marbuta ma' reati kriminali oħrajn.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li mhux qed isiru nvestigazzjonijiet fuq persuni akkużati b'ħasil ta' flus maħmuġin sakemm dawn stess ma jkunux ukoll il-persuni li jkun qed jiġġeneraw dawn il-flejjes.", "Tal- Moneyval dan kollu qiegħduh fil-kuntest tiegħu.", "Malta għandha ekonomija sewda li hi mdaqqsa u li tinsab kontinwament mhedda mid-dħul ta' flejjes ġejjin mill-kriminalità internazzjonali.", "Biex ma nsemmux ukoll il-ħasil ta' flejjes ġejjin minn reati kriminali li jseħħu f'Malta bħalma hu t-traffikar tad-drogi.", "Il-qasam tal- gaming huwa settur li huwa pjuttost vulnerabbli għall-ħasil tal-flus maħmuġin.", "U għalkemm Malta għandha liġijiet kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, dawn ma jiġu nfurzati qatt.", "Fejn għandhom x'jaqsmu s-superviżjoni ta' dawk li jipprovdu servizzi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawk li jaħslu flus maħmuġin, il-konfiska tal-ġid ta' dawk li jaħslu l-flus u l-infurzar tal-liġijiet kontra t-tixrid ta' armi nukleari u bijoloġiċi, jidher li Malta weħlet fl-eżami bil-kbir.", "Malta weħlet ukoll fejn għandu x'jaqsam il-mod kif jiġu mgħarbla l-organizzazzjonijiet volontarji bil-għan li dawn jiġu miżmuma milli jiġu wżati minn min jaħsel il-flus maħmuġin u fejn jidħol l-infurzar tal-liġijiet bankarji ta' kontra l-ħasil tal-flus.", "Weħlet ukoll fil-qasam tal-użu tat-teknoloġiji ġodda u fejn jidħlu l-irrappurtar ta' transazzjonijiet suspettużi u t-trasparenza fl-informazzjoni dwar min fil-fatt huma s-sidien ta' kumpanniji.", "Ma tridx wisq għerf biex tintebaħ minn fejn ġej l-inkwiet.", "Tal- Moneyval sabu li f'Malta hi dgħajfa fejn għandhom x'jaqsmu r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll fejn tidħol l-għassa li suppost issir fuq persuni fil-professjoni li jagħtu pariri lil klijenti li jaħslu flus maħmuġin.", "Sabu wkoll li Malta ftit li xejn tikkopera ma' aġenziji internazzjonali meta dawn jagħmlu sforzi biex jaqbdu lil dawk li jaħslu flus maħmuġin u li jaħbu flushom f'pajjiżna.", "Jingħad x'jingħad, ir-rapport ċertament ma jagħmlilniex ġid.", "Jeħtieġ li l-pajjiż ixammar kmiemu mill-aktar fis u jibda' jieħdu din il-problema tal-ħasil tal-flus bis-serjetà għaliex l-oqsma tas-servizzi finanzjarji u tal- gaming saru jħollu u jorbtu għall-ekonomija ta' pajjiżna: ma nistgħux nibqgħu passivi u bħala pajjiż jeħtieġ nuru li għandna l-kuraġġ naqbdu l-barri minn qrunu.", "Ir-responsabbiltà għad-dgħjufija f'dak li huwa l-infurzar tal-liġijiet taqa' fuq il-gvern.", "Din m'hix biss kwistjoni ta' inkompetenza.", "L-inkompetenza wieħed jista' jsib tarfha bis-saħħa tat-taħriġ u tat-tagħlim.", "Fil-parti li tittratta dwar il-mod kif tiġi mgħarbla l-ħidma tal-banek, ir-rapport Moneyval igħid hekk: \"Għalkemm dawn iż-żewġ banek ġew mgħoddija minn għarbiel, il-mod kif tal-MFSA għalqu għajnejhom għar-riskju meta dawn iddeċidew li jagħtu liċenzja lil bank b'sid wieħed biss li ma kellu ebda esperjenza f'dan il-qasam, iqajjem kwistjonijiet minn perspettiva (ħasil ta' flus / finanzjar tat-terroriżmu) aktar wiesa'.\"", "Tgħid hawn qed jirreferi għall- Pilatus Bank?", "Dan kollu jfisser li ma setgħux isibu raġuni valida il-għala tal-MFSA għażlu li jieħdu dan ir-riskju meta kienet inħarġet il-liċenzja.", "Il-problema, aktar milli hi waħda ta' inkompetenza, hi waħda ta' korruzzjoni.", "U l-korruzzjoni ma ssibx tarfha kif ġieb u laħaq.", "Previous: Nifraħlek Caroline Next: Il-prinċpijiet ta' żmienna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/tbissim-bir-rimi-fl-identity-malta/", "date": "Wed, 11th Sep '19, 12:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Tbissim bir-rimi fl-Identity Malta", "text": ["Bgħatt għal kopja tal-filmat tal- \"intervista\" li Ian Castaldi Paris għamel ma' The Sunday Circle .", "Hemm numru ta' mistoqsijiet li setgħu saru lil Ian Castaldi Paris.", "Bħal, per eżempju, tista' tgħaddilna l-indirizzi ta' fejn qed igħixu ix-xejikki taż-żejt Sawditi li tajthom passaport?", "Oħra: x'azzjoni ħadt dwar il-konsulenti li kienu fasslu r-rapport tad- due diligence ta' Pavel Menlikov's ?", "U dawk dwar Mustafa Abdel Wadood.", "Dwar Liu Zhongtian.", "Dear Arkady Volozh .", "Dwar Boris Mints .", "U dwar Alexander Nesis.", "F'din l-intervista ma saru ebda mistoqsijiet bħal dawn.", "Min intervistah ried biss ikun jaf kemm Ian Castaldi Paris għandu l-ħila li jġiegħel lin-nies jitbissmu.", "Wara li qrajt il-ħmerijiet li nkitbu, lil Ian inserraħlu rasu li tbissim kien bir-rimi. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2019/09/WhatsApp-Video-2019-09-10-at-22.47.52.mp4", "Previous: Kummissarju għall-Ugwaljanza Next: Nifraħlek Caroline window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/il-princpijiet-ta-zmienna/", "date": "Fri, 20th Sep '19, 09:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-prinċpijiet ta' żmienna", "text": ["Joe Brincat kien pubblikament tkaża b'dawk li pprotestaw kontra t-tnaqqir tas-saltna tad-dritt.", "U f'intervent li kien għamel f'kawża kostituzzjonali li għamilt jien, ipprova jiżżuffjetta bl-argument li jien kont ġibt fis-sens li l-libertà tal-kelma u d-dritt li wieħed jipprotesta huma aktar importanti mill-ħeġġa ta' Owen Bonnici li jiżgura li fjuri mqiegħdin mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir ma joqorsuħx personalment u politikament fil-laħam il-ħaj.", "Għaldaqstant inħoss ċertu sodisfazzjon meta nara lil Joe Brincat iduq ftit mill-esperjenzi li aħna stess għaddejna u għadna ngħaddu minnhom.", "Il-protesti li jsiru kontra l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ma jsirux biss kontra l-inġustizzja sfaċċata li ġab miegħu l-qtil tagħha.", "Isiru wkoll għaliex il-qtil tagħha ġab fit-tmiem tagħha l-kampanja bla heda li hi kienet qiegħda tagħmel biex tikxef il-qerda tas-saltna tad-dritt.", "Joe Brincat huwa direttur fuq il-bord tal-MFSA.", "Inħatar f'din il-kariga għaliex huwa Laburist sa ġuf ommu u min ħatru ċertament stenna li għandu jeżerċita d-dmirijiet tiegħu b'impenn sħiħ lejn il-partit mingħajr ma jkun imxekkel mit-tniggiż tal-kuxjenza.", "Iżda inzerta li Joe Brincat iż-żokra politika tiegħu ilha ħafna li waqgħetlu u għaldaqstant jaf li, f'dan l-istadju ta' ħajtu, m'għandux għalfejn joqgħod jogħmodha biex forsi ma jieħu għalih ħadd.", "Għal Joe Brincat jidher li, jekk Joseph Muscat mhuwiex kuntent b'dak li jgħid jew dak li jagħmel, jista' jmur isaqqi l-ħass.", "Joe Brincat wera' li m'huwiex lest joqgħod ċiċċi bil-qiegħda waqt li xi bażużlu ta' Joseph Muscat – f'dan il-każ Joseph Cuschieri – jmexxi aġenzija tal-gvern bħallikieku din kienet proprjetà tiegħu u jagħmel użu minn terminoloġija repubblikana meta jgħid li Joseph Cuschieri m'huwiex \"xi re\".", "Seta' wkoll qal li m'huwiex \"xi kink\".", "Jew forsi hekk għamel ukoll.", "Joe Brincat għandu mnejn diġà ntebaħ li l-ardir ta' dawk li jiżfnu għad-daqq ta' Joseph Muscat li jippretendu li ma tista' għalihom ebda liġi, huwa ardir li Daphne Caruana Galizia kienet għamlet kampanja bla heda kontrih fl-ewwel ġurnata li Joseph Muscat rifes fuq l-għatba ta' Kastilja bħala prim ministru.", "Hi kienet kitbet dwar dawk il-ħaddiema tas-servizz ċivili li kienu qed jiġu sostitwiti bħala segretarji permanenti minn bażużli magħrufa.", "Kienet kitbet dwar kummissarji tal-pulizija li tkeċċew jew li ġew imġiegħla jirriżenjaw sakemm imbagħad din il-kariga ngħatat lil xi ħadd li jidhirlu li l-prim ministru għandu bajd tal-ħadid.", "U kienet kitbet dwar il-prinċpijiet – James Piscopo, Joseph Cuschieri u Jason Micallef fost oħrajn, u dan biex ma nsemmux lill-prinċep tad-dlamijiet innifsu Keith Schembri – ilkoll maħtura biex jikkmandaw fuq ħaddieħor skond l-aptit li jinzerta jkollhom u dan mingħajr rispett lejn ir-regolamenti u l-liġijiet.", "Fil-frattemp it-tensjoni li hemm bejn Joe Brincat u l-MFSA kompliet tirranka.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li hemm stampat fil-ġurnal finanzjarju speċjalizzat International Investment li din it-tilwima bejn Joe Brincat u Joe Cuschieri qed iqisha bħala theżżiża qawwija għall-industrija tas-servizzi finanzjarji.", "Jekk din it-theżżiża ma xammejthiex ġejja, dan x'aktarx seħħ għaliex ma kontx moħħok hemm.", "Hi appuntu attitudni bħal din li spiċċat biex tefgħet fl-inkwiet ir-reputazzjoni ta' Malta bħala ċentru finanzjarju: jiġifieri meta jkollok nies bħal Keith Schembri li, biex jaqdu l-interessi personali tagħhom u jiġbdu lejn xawwathom, jaraw kif jagħmlu biex il-liġijiet jarmuhom il-baħar.", "Il- Pilatus Bank kien ingħata liċenzja mill-MFSA.", "Iżda kien Keith Schembri li għamel użu mis-servizzi ta' dan il-bank.", "Rajnih jippoża fir-ritratti ma' Joseph Muscat minn naħa u ma' Ali Sadr Hashemi Nejad minn oħra waqt tieġ f'Firenze.", "Kif sewwa stqarr Joe Brincat fil-qorti, lid-dinja m'aħniex ser nimpressjonawha bil-kwalità ta' liġijiet li għandna kemm il-darba dawn l-istess liġijiet ma jkollhomx is-saħħa li jwaqqfu lill-kbir tal-MFSA milli jarmi l-baħar eluf ta' flejjes tal-Awtorità biex jissodisfa l-kapriċċi personali tiegħu.", "Dawn huma affarijiet li jseħħu biss fir-repubbliki tal-banana.", "Ara ma jkunx hawn minn jaħseb li Joe Brincat huwa xi eroj.", "Kien ċertament jitqies bħala eroj li kieku, fl-ewwel ġimgħa li Joseph Muscat għamel fis-setgħa, kellu l-ħila li jilmaħ it-twissijiet u jxomm id-diżastru li kien ġej ma' wiċċna.", "F'dik l-ewwel ġimgħa, jista' jkun li ma kienx jaf li Keith Schembri u Brian Tonna kienu qed joħolqu l-kumpanniji Egrant, Tillgate u Hearnville bil-moħbi.", "Iżda ċertament kien jaf li kienu qed jinqatgħu bl-addoċċ l-irjus ta' numru ta' segretarji permanenti u ta' regolaturi.", "U filwaqt li kienu qed jinqatgħu l-irjus tal-istituzzjonijiet, dawn il-prinċpijiet bdew jagħmlu l-arja.", "Fl-Awtorità tal-Artijiet jidher li l-bord tat-tmexxija mmexxi minn Lino Farrugia Sacco m'huwiex lest joqgħod għal dak li jogħġbu jordna James Piscopo, il-kbir magħżul minn Joseph Muscat.", "U t-trikki trakki li hemm fil-MFSA issa huma magħrufa.", "M'hemmx trikki trakki biss fil-postijiet li huma mmexxijin mil-lagħqa bla kuxjenza li għalihom il-liġijiet ma jgħoddux.", "Xi kultant issib nies bħal Joe Brincat – bniedem li m'għandu xejn x'jitlef – li juru li għandhom il-bajd.", "Previous: Ir-rapport Moneyval: infurzar dgħajjef tal-liġijiet Maltin Next: Aqsam it-tarbija fi tnejn window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/aqsam-it-tarbija-fi-tnejn/", "date": "Fri, 20th Sep '19, 10:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Aqsam it-tarbija fi tnejn", "text": ["Il-vendetta m'hix prinċipju aċċettabbli għal-liġijiet ta' żmienna.", "It-tfittxija għall-ġustizzja għandha twassal għat- tiswija u mhux għat-tpattija.", "Ejjew nitkellmu ftit dwar il-liġijiet tal-libell fejn min allegatament illibella jkun miet.", "Dawn il-liġijiet jeżistu bil-għan li min ikun ġie libellat ikun jista' jħares ir-reputazzjoni tiegħu, dejjem jekk ikollu reputazzjoni x'iħares.", "Iżda fil-liġijiet tal-libell, bħal f'kull liġi oħra aċċettabbli għaż-żminijiet tal-lum, id-dritt li wieħed jitlob likwidazzjoni ta' danni li jkollu l-ħila jipprova li ġew kaġunati lilu minn libell, ma jwassalx ukoll għall-pretensjoni ta' xi dritt li jiżgura li jkun hemm piena.", "Għal xi wħud jista' jkun li din id-distinzjoni hi kemmxejn sottili.", "Iżda għall-prim ministru ċertament m'hi sottili xejn.", "Meta l-bieraħ reġa' tenna' li l-werrieta ta' Daphne għandhom jiskużaw ruħħom miegħu dwar dak li huwa jidhirlu li ommhom naqset dwaru fil-konfront tiegħu tul ħajjitha, il-prim ministru wera' li la għandu diċenza bażika u wisq inqas komprensjoni dwar dak li hu ġust u sewwa.", "Anki jekk ma nidħolx fil-mertu dwar jekk għandux raġun jew le u anki jekk, għall-grazzja tal-argument, nassumi li qed ikun ġenwin fil-konvinzjoni tiegħu li hu għandu raġun, meta jibqa' jinsisti li, fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom, ir-raġel u wlied Daphne għandhom jirtu xi forma ta' ħtija ma tagħmel ebda sens.", "Dan possibbli li m'huwiex jinduna l-pożizzjoni li ħa kemm qegħda tagħmillu ħsara?", "Daphne Caruana Galizia ma nqatlitx għax xi ħadd tajjarha b'karrozza.", "Inqatlet b'karrozza-bomba fiż-żmien meta hu kien prim ministru.", "Joseph Muscat għadu jilmenta dwar kemm kienet \"iebsa\" bil-kritika fil-konfront tiegħu u baqa' jitħassar lilu nnifsu għall-fatt li l-assassinju tagħha spiċċa biex pinġieh f'dawl ikraħ.", "Allura il-għala baqa' jinsisti li jkompli jħarrax is-sitwazzjoni għalih innifsu?", "Araw ftit il-mod kif wieġeb il-gvern il-bieraħ għat-talba tal-Kunsill tal-Ewropa biex iċedi l-libelli li kien għamel kontra Daphne Caruana Galizia.", "Joseph Muscat qal li l-gvern \"ma jistax jindaħal dwar jew iħassar jew idgħajjef kawża ċivili, għaliex jekk isir hekk jitqajjmu kwistjonijiet dwar id-dritt ta' smiegħ xieraq taħt il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem\".", "Possibbli li Joseph Muscat m'huwiex jintebaħ bl-imbeċillaġni tiegħu stess meta jagħżel li jitkellem b'dan il-mod u kif bħal donnu jippretendi li għandu jagħti xi tagħlima jew tnejn lill-Kummissarju Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem?", "Il-verità hi li Joseph Muscat m'għandu ebda ħtieġa li \"jindaħal, iħassar jew idgħajjef \" xejn biex iċedi kawża li kien għamel huwa stess kontra l-werrieta ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għalkemm skont il-liġi għandu dritt li jiftaħ kawża, m'għandu ebda obbligu biex jagħmel dan.", "U m'għandux għalfejn iħassar liġijiet biex ikun jista' jċedi l-kawża.", "Joseph Muscat m'huwiex xi persuna kwalunkwe.", "Huwa l-prim ministru.", "Xogħolu hu li jħares il-libertà tal-kelma u mhux li jipprova jintimida lilna l-ġurnalisti b'xi twissija li, jekk jiġri li ninqatlu b'xi karrozza-bomba, ma tkunx waqgħet id-dinja u li jkun hu stess li jiżgura li wliedna wkoll ikollhom isofru konsegwenzi akbar milli sofrew bis-saħħa tal-mewtna.", "Liġi li \"tindaħal dwar, li tħassar jew li ddgħajjef\" id-dritt ta' xi ċuċ bħal Silvio Debono li jibqa' jippersegwita lill-werrieta ta' Daphne għaliex, meta din kienet għadha mimlija bil-għomor, kienet kitbet dwar in-negozji tiegħu forsi tkun timmerita diskussjoni aktar profonda.", "Wara kollox, mhux possibbli li wieħed igħaddi liġi kontra min ikun moħħu biss biex jivvendika ruħu.", "Madankollu għanda dritt nistennew li min ikun f'pożizzjoni ta' tmexxija jkollu l-minimu tad-diċenza.", "Diċenza li tinsab fis-sisien tal-moralità li l-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem li m'għandux għalfejn jagħmel sforzi kbar biex jesprimiha.", "Diċenza li, fil-kuntest tal-insistenza tiegħu li jibqa' jippersegwita lil Peter, Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia dwar dak li kienet kitbet Daphne dwaru qabel ġiet assassinata permezz ta' karrozza-bomba, Joseph Muscat ċertament jinsab totalment nieqes minnha.", "L-aħwa Caruana Galizia qalu li ma kienx bi ħsiebhom iċedu għar-rikatti u li ċertament m'humiex ser jiskużaw ruħħom ma' Joseph Muscat: huma ma jafux bl-allegati fatti li Joseph Muscat qed igħid li hu biss jaf bihom dwar dak li kienet kitbet ommhom dwaru.", "L-aħwa Caruana Galizia huma wlied ommhom: għandhom id-dinjità, l-kburija u l-kuraġġ.", "Madankollu dan ma jfissirx li t-triq li qabdu hi xi waħda għall-wita'.", "Xi kultant naħseb f'uliedi.", "Jidhirli li dawn għandhom dritt li jgħixu ħajjithom u li jekk ix-xogħol tiegħi kellu b'xi mod jifridni minnhom, ma nkunx irrid inkun il-kaġun li huma jbatu xi konsegwenzi anki wara li nkun ħallejt din id-dinja.", "Għall-mument, insew il-liġijiet tal-libell.", "Immaġinaw li kieku kelli ninqabad f'xi frodi – bħal, per eżempju, nibdel opri ta' arti ġenwini ma' kopji tagħhom u nbiegħ il-ġenwini fis-swieq klandestini.", "U qabel immut ikolli nħallas ta' għemili b'xi piena.", "Allura uliedi, li huma totalment innoċenti, għandhom jintbagħtu l-ħabs floki?", "Dan kollu Joseph Muscat jafu sew.", "Eżatt bħal Salamun, qed igħid li t-tarbija għandha tinqasam fi tnejn sabiex hu jkollu nofs it-tarbija.", "U ma tridx tkun għaref wisq biex tintebaħ il-għala qed jagħmel dan.", "Previous: Il-prinċpijiet ta' żmienna Next: Jinsab fiduċjuż, qalilna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/jinsab-fiducjuz-qalilna/", "date": "Sun, 22nd Sep '19, 19:05", "category": "blog, politics, government", "title": "Jinsab fiduċjuż, qalilna", "text": ["Sinċerament ma nara ebda skop wara dan id-dawrien kollu madwar il-lewża proverbjali.", "Fl-aħħar mill-aħħar, huwa Joseph Muscat li obbligat jerfa' r-responsabbiltà aħħarija għal dak kollu li jista' jirriżulta minn inkjesta indipendenti u imparzjali.", "Jekk ser jirriżulta li l-istat seta' għamel aktar biex iħares ħajjet Daphne Caruana Galizia, ir-responsabbiltà aħħarija jkollha tintrefa' minn Joseph Muscat.", "Jekk ser jirriżulta li l-istat naqas li jinvestiga l-assassinju tagħha b'mod xieraq, ir-responsabbiltà aħħarija jkollha tintrefa' minn Joseph Muscat.", "Jekk ser jirriżulta li l-libertà tal-kelma f'Malta tħalliet titnaqqar minħabba l-azzjonijiet li ttieħdu mill-gvern jew minħabba n-nuqqas ta' azzjoni minn naħa tal-gvern, ir-responsabbiltà aħħarija jkollha tintrefa' minn Joseph Muscat.", "Għaldaqstant, il-fatt li Joseph Muscat \"għandu fiduċja sħiħ\" f'dawk li għażel huwa stess biex iwieġbu għal dawn il-mistoqsijiet mhux biss huwa rrilevanti iżda jagħti lok għal tħassib.", "L-istess bħallikieku Alfred Degiorgio jmur igħid li għandu fiduċja sħiħa fil-ġurati li jagħżel huwa stess.", "Il-bieraħ Alfred Sant taha għas-sarkażmu meta kiteb li, fl-isfond tar-reazzjoni għall-ħatriet ta' Joseph Muscat fuq il-bord tal-inkjesta, kien messu ħatar lili – Manuel Delia – flimkien ma' Jason Azzopardi u Ana Gomes biex imexxu l-bord tal-inkjesta.", "Ċertament jien m'jinix kwalifikat biex inservi fuq bord bħal dan.", "Iżda Alfred Sant m'għandu għalfejn jiskanta xejn b'dak li ssuġġerixxa.", "Fl-Istati Uniti, meta jinħatru persuni biex imexxu l-inkjesti speċjali dwar nuqqasijiet minn naħa tal-gvern federali, dawk maħtura jkunu persuni jew li ma jkollhom suddizzjoni lejn ħadd jew inkella li jkunu magħrufin għan-nuqqas ta' grazzja li jkollhom mal-amministrazzjoni li jintalbu biex jinvestigaw.", "Gvern jista' jnaddaf ismu b'dan il-mod biss: jekk ikun hemm persuni li jmexxu l-inkjesti li ma jkollhomx suddizzjoni jew xi raġuni biex ikollhom grazzja miegħu.", "Joseph Muscat jaf sew li jista' b'xi mod jiġi eżonerat kemm il-darba jżomm ir-riedni tal-kontroll f'idejh.", "Hekk kien għamel fl-inkjesta Egrant li nbdiet fuq talba tiegħu stess tard il-Ħamis bil-lejl f'April 2017 u dan wara li kull biċċa evidenza li setgħet tkun utli kienet diġà għebet u ttajjret mar-riħ.", "Għall-din l-inkjesta dam ikaxkar saqajh għal sentejn sħaħ u fl-aħħar kellu jċedi u jniediha għax ma setax ikompli jirreżisti l-pressjoni internazzjonali.", "Issa jrid jikkontrolla l-eżitu tal-inkjesta billi jikkomprometti l-membri tal-bord: wieħed minnhom minħabba s-sehem tiegħu f'inkjesta kriminali li għadha għaddejja, l-ieħor minħabba l-attitudni servili tiegħu fil-konfront tal-gvern li jimpjegah u l-ieħor minħabba s-sigrieti professjonali li diġà jaf bihom u li jkollu jżomm bejnu u bejn ruħu.", "L-iktar ħaġa li tweġġa' hi l-mod kif il-gvern qed iġib ruħu mal-membri tal-familja Caruana Galizia b'sens ta' vendetta li ma jitwemminx.", "Araw li ma tmorrux tifirdu t-\"tħabbira\" ta' din it-taparsi nkjesta minn mal-istqarrija ta' Joseph Muscat li fiha qal li lill-membri tal-familja Caruana Galizia jridhom \"jirrikonoxxu\" l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant minkejja l-fatt li dawn il-konklużjonijiet ma tħallewx li jaqrawhom.", "Tifirduhiex lanqas minn ma' l-istqarrijiet ta' lagħqin tal-Labour bħal Karl Stagno Navarra li stqarr li l-familja jistħoqqilha li tgħaddi minn din it-tbatija kollha.", "Lanqas m'għanda tinfired minn dak li kiteb Alfred Sant li, mingħajr mistħija ta' xejn, qal li l-familjari ta' ġurnalista assassinata m'għandhomx dritt li jgħidu tagħhom dwar dawk li ser jeżaminaw ir-raġunijiet għala ommhom ġiet assassinata.", "L-ewwel tohrog b'gidba oxxena li kwasi destabilizzat pajjiz, u l-Kunsill tal-Ewropa trid li l-PM iwaqqa' l-libelli...u mela le! — Karl Stagno-Navarra (@ksnavarra) September 19, 2019 Dawk kollha li huma maħkumin mill-mibgħeda, sinjal bħal dan malajr ixommuh.", "Aqraw ix-xmara inevitabbli ta' kitbiet fil- Facebook dwar kif kienu ulied Daphne li qatlu lil ommhom biex jitpinġa ikraħ Joseph Muscat.", "Joseph Muscat igħaddiha lixxa għax m'hemm ħadd biex jiqaflu.", "Mhux sewwa li wieħed jippretendi li għandhom ikunu Peter, Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia li jagħmlu reżistenza għall-korruzzjoni mxajtna u għall-immoralità sfaċċata ta' dan il-gvern bħalma ġara' fiż-żmien meta ommhom weħidha ppruvat li tirreżisti u spiċċat ħallset b'ħajjitha.", "Niddardar meta naqra kitbiet, anki minn uħud li jikkummentaw f'dan il-blog, li jħeġġu lill-familja Caruana Galizia li jkomplu jissieltu huma u jwiegħduha li jiffinanzjaw battalji legali bħallikieku qegħdin jiddevertu jassistu għal battalja-spettaklu bejn il-gladjaturi.", "Peter, Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia għandhom dritt li jgħixu ħajjithom kif jidhrilhom huma.", "Iżda minflok qed narawhom jissieltu fuq quddiem nett minkejja t-tbatija li jinsabu għaddejjin minnha u minkejja l-mibgħeda kollha li qed ikunu esposti għaliha.", "Qabel qatluha, lil ommhom kienu pinġewha bħala saħħara.", "Issa qed ipinġu lil uliedha bħala l-qattiela ta' ommhom.", "Ejjew inkunu ċari.", "Meta lil uliedha jixluhom li ħbew il-provi – ħaġa li ċertament m'għamlux – jew li kkonfoffaw biex joqtlu lil ommhom meta ħallew il-karrozza li spiċċat qatlitha f'idejn l-assassini tagħha, qed jixluhom ukoll bil-qtil ta' ommhom.", "B'dan il-mod qed ipinġihom bħala mostri u mhux bħala bnedmin.", "Ara ma tmorrux taħsbu li l-ħruġ ta' stqarrija 'l hemm u 'l hawn minn NGO bħal Repubblika , jew xi blog post minn naħa tiegħi, jew xi editorjal f'gazzetta , ttaffi t-tbatija li jinsabu għaddejjin minnha.", "Jekk xejn, din it-tbatija tagħhom tkompli tikkarga.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport mill-aħbarijiet ta' Net TV tad-diskors nofs kedda li għamel Adrian Delia lejliet Jum l-Indipendenza li jkompli jikkonferma li l-PN jinsab igħix f'dinja għalih.", "Milli jidher Adrian Delia mingħalih li qiegħed 'jimponi l-aġenda' u li kien grazzi għall-isforzi tiegħu li l-membri tal-familja Caruana Galizia ser ikollhom laqgħa ma' Joseph Muscat.", "Dan possibbli jaħseb li qed igħix fl-istess dinja?", "Joseph Muscat kellu jaċċetta li jiltaqa' mal-membri tal-familja Caruana Galizia sentejn sħaħ wara l-qtil ta' ommhom permezz ta' karrozza-bomba għaliex f'dawn is-sentejn din il-familja ma setgħetx tissabbar anki għal ġurnata waħda biss għat-telfa li ġarrbet.", "Minn dakinhar 'l hawn, il-familja għamlet kampanja intensiva biex titħares il-memorja ta' ommhom, biex jitkompla x-xogħol ġurnalistiku tagħha u biex tinġibed l-attenzjoni tad-dinja għall-istat miskin li tinsab fih is-saltna tad-dritt f'Malta kif ukoll għall-kundizzjoni mwiegħra tad-drittijiet tal-bniedem.", "Dawn l-isforzi ssarrfu f'pressjoni internazzjonali u skadenza speċifika minn organizzazzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem li lanqas Joseph Muscat ma seta' jaħrab minnha.", "Il-familja Caruana Galizia m'għandha għalfejn tirringrazzja lil ħadd, wisq inqas lill-Partit Nazzjonalista li għal dawn l-aħħar sentejn għażel li jgħib mix-xena meta kien fid-dmir li jiġġieled favur it-tħaris tad-drittjiet tal-bniedem.", "L-istorja qed tirrepeti ruħħa.", "Daphne tħalliet tissielet weħidha.", "Tista' tgħid li żewġha u wliedha qed jissieltu weħidhom.", "Tista' tgħid ukoll li m'hemm ħadd li jgħammar fid-dinja tal-politika lokali li huwa lest jieqaf magħhom.", "Jeżistu xi eċċezzjonijiet u dawn jinsabu biss fi ħdan il-PN.", "Hemm membri parlamentari u membri parlamentari tal-Parlament Ewropew li wrew qlubija.", "Iżda dawn jinsabu f'partit li ma jridx jiċċaqlaq.", "B'oppożizzjoni bħal din, huwa minn ewl id-dinja li Joseph Muscat jħossu kunfidenti li jkollu r-riżultati li jkun jixtieq għax m'għandu lil ħadd biex jiqaflu.", "Previous: Aqsam it-tarbija fi tnejn Next: Chetcuti Cauchi sospiżi mill-iskema tal-passaporti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/minn-tal-ewwel-li-dahlu-minn-tal-ewwel-li-ddabritilhom-rashom/", "date": "Mon, 23rd Sep '19, 14:09", "category": "blog, politics, government", "title": "Minn tal-ewwel li daħlu. Minn tal-ewwel li ddabritilhom rashom.", "text": ["Innotajtu li l-liċenzja ta' Chetcuti Cauchi għall-bejgħ tal-passaporti Maltin iġġib in-numru IIP001.", "Il-liċenzja tagħhom ġiet sospiża llum wara li nqabdu jiftaħru dwar kemm għandhom ħila li jakkwistaw passaport għall-klijenti tagħhom għax huma ħobża u sikkina ma' Owen Bonnici, Julia Farrugia u Joseph Muscat.", "In-numru ta' reġistrazzjoni IIP001 jfisser li kienu l-ewwel aġenti liċenzjati ta' Henley & Partners.", "M'għandniex għalfejn niskantaw wisq għaliex fil-verità huma ħaġa waħda mar-reġim.", "Dawn huma dak li konna nsejjħulhiom ta' Tagħna Lkoll.", "Issa huma minn tal-ewwel li tneħħitilhom – jew ġiet sospiża – il-liċenzja tagħhom wara li nqabdu bil-qalziet imniżżel.", "Naraw x'se jiġri issa.", "Kull klijent li akkwista passaport bis-saħħa tagħhom għandu jiġi mgħoddi minn għarbiel.", "Lil dawn il-klijenti x'aktarx mhux ser isibuhom f'Malta.", "IIP001.", "Min jaf, forsi Jean-Philippe Chetcuti jitħajjar jarma karrozza b'dan in-numru.", "Jew forsi jista' jqiegħed dan in-numru fuq il-Lamborghini ta' Luke Chetcuti.", "Previous: Chetcuti Cauchi sospiżi mill-iskema tal-passaporti Next: Ħbieb li huma ndaqs aktar minn ħbieb oħra window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/chetcuti-cauchi-sospizi-mill-iskema-tal-passaporti/", "date": "Mon, 23rd Sep '19, 13:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Chetcuti Cauchi sospiżi mill-iskema tal-passaporti", "text": ["Permezz ta' stqarrija fil-qosor, il-gvern ħabbar li \"l-Aġenzija Maltija tal- Individual Investor Programme ssospendiet il-liċenzji ta' Chetcuti Cauchi Advisors Ltd, li huma s-sidien ta' liċenzji IIP 001 u IIP 124, sakemm jinħareġ avviż ieħor.\"", "Din is-sospensjoni seħħet wara li Jean-Philippe Chetcuti, wieħed mill-imseħbin fid-ditta legali, waqt dokumentarju ta' stazzjon televiżiv Franċiż bl-isem M6 li xxandar il-bieraħ filgħaxija nstema' jiftaħar li l-ħbiberija li għandu ma' Owen Bonnici — li kien imsieħeb fl-istess ditta — ma' Julia Farrugia u ma' Joseph Muscat tfisser li għandu s-setgħa li jirranġa l-ħruġ ta' passaport għal kull minn jitlobulu.", "Jean-Philippe Chetcuti tkellem ma' ġurnalist li għamilha tabirruħu miegħu li kien qed jitkellem f'isem klijent Afrikan li għandu kondotta kriminali.", "Meta sarulhom mistoqsijiet mill-produtturi tal-filmat, il-ministri lkoll ċaħdu li kienu għamlu xi ħaġa ħażina.", "Chetcuti Cauchi kienu fost l-aġenti ewlenin ta' Henley & Partners fil-bejgħ tal-passaporti Maltin.", "Il-fuljett tar-riklamar tagħhom fiħ kitba ta' approvazzjoni mingħand Fahdi Mehio, negozjant fl-industrija tal-bini fl-Emirati Għarab Magħquda, li faħħar l-effiċjenza tagħhom meta irnexxielhom jakkwistawlhom passaport.", "Uffiċjalment, Fahdi Mehio suppost igħix f'9B, Triq is-Sebuqa, San Ġwann.", "Madankollu, meta jien mort fil-post imsemmi ma' crew tas- CBS TV sibna appartament taħt il-livell tat-triq li fih ma kien qed igħix ħadd.", "Fl-istess bieb għal 9B, hemm ukoll in-numru 9A fejn uffiċjalment igħix Dimitry Doyken, multi-miljunarju Russu u sid ta' diversi ħwienet tal-isport.", "Fil-filmat tad-dokumentarju jidher avukat li jaħdem fl-uffiċċju ta' Chetcuti Cauchi jserraħ ras il-ġurnalist li d-ditta legali tiegħu tiggarantixxi l-ħruġ ta' passaporti għal dawk il-klijenti li ma jissodisfawx il-kriterji ta' residenza imposti mil-liġi.", "Hi ħaġa magħrufa li dan il-kriterju tal-liġi kważi qatt m'hu osservat.", "Fid-dokumentarju M6 jien nidher f'postijiet fl-Imġarr u f'Birżebbuġa fejn suppost igħixu sinjuruni Russi, iżda jgħixu f'dawn il-postijiet sibt bennej Malti u pensjonant Malti li igħixu f'dawn il-postijiet flimkien mal-familji tagħhom.", "Waqt l-intervista tal-M6, Julia Farrugia tidher isserraħ ras ġurnalist ieħor tal-M6 li min jinqabad jigdeb dwar dak li jkun tniżżel fl-applikazzjoni għall-ħruġ ta' passaport titneħħielu ċ-ċittadinanza Maltija.", "Dan m'huwiex minnu.", "Chetcuti Cauchi qed jirranġaw ukoll biex jakkwistaw passaporti barranin għall-klijenti tagħhom u applikaw biex jinħatru bħala aġenti għaċ-ċittadinanza tal-Montenegro.", "Jean-Philippe Chetcuti ma' kienx qed jirreċta meta ftaħar dwar kemm hu ħaġa waħda mal-gvern.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li parti minnu ġie riprodott fid-dokumentarju M6, fejn Julia Farrugia tidher tfaħħar lil din id-ditta legali fis-Sala tal-Ambaxxturi li hi biss seba' metri bogħod mill-kamra tal-prim ministru.", "Previous: Jinsab fiduċjuż, qalilna Next: Minn tal-ewwel li daħlu.", "Minn tal-ewwel li ddabritilhom rashom. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/hbieb-li-huma-ndaqs-aktar-minn-hbieb-ohra/", "date": "Tue, 24th Sep '19, 07:44", "category": "blog, politics, government", "title": "Ħbieb li huma ndaqs aktar minn ħbieb oħra", "text": ["Il-gvern qed jagħmel minn kollox biex ixejjen il-fehma ġenerali li ta' Chetcuti Cauchi kienu ngħataw trattament privileġġjat.", "Il-gvern m'għandux triq oħra ħlief li jagħmel hekk għax jaf li jista' jispiċċa fl-inkwiet u mhux se jieħu riskju għal wiċċ ta' Chetcuti Cauchi.", "Dawn ta' Chetcuti Cauchi huma ħbieb – imma mhux ħbieb ta' ġewwa nett.", "Dawn jifformaw parti minn grupp ta' persuni li sabu il-riħ fil-qala mill-2103 'l hawn u li lill-pajjiż qed iqisuh bħallikieku huwa parti mill-ġid personali tagħhom.", "Jew, biex inqiegħdha aħjar, dawn huma nies li pajjiżna ingħatalhom fuq platt tal-fidda biex jagħmlu li jridu bih.", "Dawn, li tgħidx kemm kienu għajjtu li \"Malta tagħna lkoll\", fil-fatt riedu jfissru \"Malta tagħna biss u morru tnejjku\".", "Il-fatt li s-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Berġa ta' Kastilja – sala li tinsab ftit passi bogħod mill-Uffiċċju ta' Joseph Muscat – intużat f'filmat biex jirreklama lil Chetcuti Cauchi huwa wieħed mill-aktar simboliku.", "Tistgħu qatt timmaġinaw li jkun hemm ditta legali Ingliża li permezz ta' filmat tagħmel użu minn sala f' 10 Downing Street biex tirreklama s-servizzi tagħha?", "Ħaġa bħal din fl-Ingilterra lanqas biss joħolmu biha għax jafu li xenarju bħal dan jista' jwassal għal inkwiet serju.", "Naf x'inhu għaddej minn moħħ ta' Chetcuti Cauchi bħalissa.", "Żewġ affarijiet.", "L-ewwel : is-sospensjoni li qalgħu – għalkemm x'aktarx temporanja – mhux se tagħmlilhom ġid f'għajnejn min ikun imħajjar jixtri l-passaporti u l-klijenti ħallelin li kienu jakkwistaw passaporti bis-saħħa ta' Chetcuti Cauchi issa se jkollhom iċ-ċans li jakkwistawhom permezz tal-kompetituri tagħhom.", "Issa x'aktarx li ser ikun hemm ħaddieħor li jibda' jiftaħar dwar kemm jinsab ħaġa waħda mal-gvern tant li jkun jista' jserraħ moħħ il-klijenti \"b'kondotta kriminali\" li l-gvern kien ser jagħlaq għajn waħda.", "Biex nisselfu kliem il-gvern stess, issa ser ikun hemm ħaddieħor biex \"jattira t-talent\".", "U ser ikun hemm ħaddieħor li joħroġ idejh biex jilqa' għall-ħlasijiet tal- commission .", "It-tieni : ta' Chetcuti Cauchi tgħidx kemm ser jinkeddu meta jintebħu li nies bħal, per eżempju, Brian Tonna u Karl Cini, qatt ma ġiet sospiża l-liċenzja tagħhom għall-bejgħ tal-passaporti.", "U dan minkejja l-fatt li kienu ammettew li kkorrompew u li gawdew bis-saħħa tal-fatt li jinsabu qaqoċċa ma' min għandu s-setgħa.", "Dawn kienu nqabdu jigdbu meta, huma u jduru d-dinja biex isibu bank li seta' jaqdihom, kienu stqarrew li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu mdaħħlin fin-negozju tar-riċiklar u dak marittimu u li ż-$2 miljun li kienu ser jiddepożitaw fl-ewwel sena kienu ġejjin minn għejjun leġittimi.", "M'għandniex xi ngħidu, Brian Tonna ma ħareġ b'ebda filmat meħud f'xi kamra f'Kastilja biex jirreklama s-servizzi tiegħu.", "Ma kellu għalfejn jagħmel xejn minn dan kollu għaliex f'dak il-bini storiku għandu skrivanija bieb u għatba mal-iskrivanija tal-prim ministru.", "Il-liċenzja tiegħu ħadd ma ssospendihielu.", "U ħadd m'hu ser jissospendihielu.", "Għaliex il-ħbieb huma kollha ndaqs.", "Iżda hemm ħbieb li huma ndaqs aktar minn ħaddieħor.", "Previous: Minn tal-ewwel li daħlu.", "Minn tal-ewwel li ddabritilhom rashom.", "Next: Armi 'l barra window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/il-kunsillier-btliet-kunjomijiet-jurina-kemm-jaf-jaghmel-l-arja/", "date": "Wed, 25th Sep '19, 14:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-kunsillier b'tliet kunjomijiet jurina kemm jaf jagħmel l-arja", "text": ["Il-Ħadd li għadda Noel Grima għamel paragun bejn it-tenaċità tal-attivisti favur is-sewwa u l-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia man-nofs keded tal-Partit Nazzjonalista.", "\"Bejn u bejn ruħi,\" kiteb Noel Grima, \"ma nistax ma nammirax mhux biss it-tenaċità ta' dan il-grupp żgħir ta' persuni li l-mezzi tagħhom huma limitati, li m'għandhomx appoġġ tanġibbli u li huma neqsin minn għeruq politiċi, iżda wkoll il-fatt li rnexxielhom joħolqu rabta bejn il-kelliema u l-udjenza (minkejja l-fatt li l-kamera kienet qed tiffoka biss fuq il-kelliema).", "Mhux se noqgħod nidħol f'kontroversji dwar kemm kien hemm nies fost l-udjenza, iżda nista' nikkonferma li l-folla kienet tenaċi daqs il-kelliema\".", "Noel Grima laqat il-musmar fuq rasu.", "Din il-kampanja ilha għaddejja sentejn.", "Kampanja li ma tarahiex biss fil-velji li jsiru kull xahar.", "Taraha fil-battalja li sseħħ kuljum f'Misraħ l-Assedju l-Kbir.", "Il-bieraħ iltqajt ma' ġar tiegħi li qalli li xxukkja ruħu meta sema' b'dak li ħaseb li kien seħħ il-ġurnata ta' qabel fil-Belt Valletta.", "Hu kien segwa filmat fuq il- Facebook fejn dehru żewġt irġiel jagħtu bis-sieq u jobżqu fuq ritratti ta' Daphne huma u jarmu fjuri li tħallew mal-mafkar tal-Assedju.", "Huwa segwa l-aggressjoni fiżika li seħħet fil-konfront ta' ħut Daphne u qalli li tnikket jara f'Malta f'hiex konna wasalna.", "Jien weġibtu li dak li kien segwa fil-filmat ma kienx seħħ il-bieraħ iżda xi ġranet ilu meta kien hemm xi ġurnalisti jiġbdu filmat.", "Iżda jien ma kontx korrett għal kollox.", "Il-filmat li xxandar kien tabilħaqq ixxandar ftit tal-ġranet ilu mill- crew ta' M6 li xandar dokumentarju nhar il-Ħadd filgħaxija.", "Iżda din hi xena li sseħħ kuljum.", "F'ħin minnhom jidher raġel li jgħolli idu x-xellugija f'ponn u jinstema' jgħid \"Viva l-Labour!\"", "U mbagħad jinstema' jgħid \"jew iddabbar rasek jew noqtlok\".", "Theddida bil-mewt reġistrata fuq filmat quddiem diversi xhieda.", "U, għal ġieħna, qiesu ma ġara' xejn.", "Din hi battalja li qed tiġi miġġielda kuljum u għamel sewwa Noel Grima li ntebaħ bit-tenaċità li żżomm ħaj l-entużjażmu.", "Issa agħtu daqqa t'għajn lejn il-botta u risposta li kien hemm fuq il-Facebook dalgħodu bil-bulijiet ta' Misraħ l-Assedju jagħmlu l-arja saħansitra fuq il-media soċjali.", "Il-manigold u buli Anthony Mifsud Bonnici Giordani (tliet kunjomijiet, għal ġieħna!) huwa kunsillier tal-Partit Laburista.", "Dan suppost li jiffoka ħidmietu fuq il-lokalità tiegħu ta' San Ġwann, iżda ma felaħx li ma jagħmilx ftit tal-arja soċjalista fil-belt kapitali.", "Ad unur u glorja ta' Joseph.", "Tgħid x'ser imur igħid Anthony Mifsud Bonnici Giordani meta s-Sindku ta' Palermo, Leoluca Orlando (ara dan kuntent b'kunjom wieħed biss!) iżur il-mafkar tal-Assedju l-Kbir biex jingħaqad ma' dawk li qed jaħdmu b'riżq is-sewwa u l-ġustizzja għal Daphne u għal Malta?", "Previous: Armi 'l barra Next: Qed ngħixu gidba window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/armi-l-barra/", "date": "Wed, 25th Sep '19, 08:27", "category": "blog, politics, government", "title": "Armi 'l barra", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn il-bieb ta' barra tal-uffiċċju legali Chetcuti Cauchi Advocates fil-Belt Valletta qabel igħaddu minn hemm il-ħaddiema li jiġbru l-iskart.", "Din ix-xena tista' tistħajjilha bħala waħda li tfakkrek kif kien jidher il-kwartier tal-SS qabel ir-Russi nvadew Berlin.", "Tfakkrek ukoll fid-dehra tal-uffiċċji ta' Nexia BT u ta' Mossack Fonseca (Malta) wara li Daphne Caruana Galizia kienet kixfet li dawk l-uffiċċji kienu ħolqu kumpanniji sigrieti għal Konrad Mizzi, għal Keith Schembri u għal xi ħadd ieħor.", "Din ix-xena tal-bieb ta' barra ta' Chetcuti Cauchi stajt taraha fuq il- mobile jew fuq il-kompjuter tiegħek jum wieħed wara li l-kanal televiżiv Franċiż M6 xandar filmat ta' Jean Philippe Chetcuti jiftaħar dwar kemm hu ħobża u sikkina ma' nies f'Malta li għandhom is-setgħa u dwar kemm għandu l-ħila li jakkwista passaporti Maltin għal dawk li għandhom kondotta kriminali.", "Dan Jean Philippe Chetcuti issa qed igħid li l-Franċiżi fehmuh ħażin – mingħalih li din l-iskuża se tkun biżżejjed għalih biex jitpinġa bħallikieku hu xi vittma.", "Min jaf jekk hux ser jitħajjar imur il-Qorti biex hemm ixandar dak li qalilhom eżatt?", "Mhux hekk tgħid!", "Mhux ser jirriskja li xi ħadd jitolbu rendikont ta' applikazzjonijiet li saru fl-imgħoddi.", "Wara kollox, ġaladarba Brian Tonna ma kienx daħal għar-riskju, se joqgħod jidħol għalih hu?", "Previous: Ħbieb li huma ndaqs aktar minn ħbieb oħra Next: Il-kunsillier b'tliet kunjomijiet jurina kemm jaf jagħmel l-arja window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/qed-nghixu-gidba/", "date": "Sun, 29th Sep '19, 09:11", "category": "blog, politics, government", "title": "Qed ngħixu gidba", "text": ["Kemm għad iridu jixxandru dokumentarji bħal dan biex aktar u aktar jibdew jintebħu li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ser tkisser lil pajjiżna?", "L-editorjali ta' The Sunday Times of Malta tal-lum isejjaħ għat-tneħħija tal-iskema.", "U l-bieraħ Adrian Delia wkoll sejjaħ għat-tneħħija tal-iskema.", "Daphne Caruana Galizia kienet sejjħet għat-tneħħija tal-iskema qabel din kienet ġiet varata.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn danni-dokumentarju Olandiż.", "Bosta mill-intervisti huma bl-Ingliż.", "Dan m'huwiex dokumentarju \"tal-għajjurin\" iżda fih investigazzjoni dwar każ ta' bniedem speċifiku — Pavel Melnikov — li hawn min qed isostni li għamel użu mill-passaport Malti li għandu biex imexxi attività kriminali.", "Hemm ukoll l-istorja dwar Dimitry Kochenov, il-Professur Olandiż li tqabbad mill-gvern Malti biex jagħti pariri dwar dak li tipprovdi l-liġi tagħna: dan qed jallega li l-provvediment tal-liġi li jirrikjedi li kull min japplika għal passaport Malti ikun irid iġib prova qabel japplika li għex hawn għal mill-inqas sena ma jfissirx li l-applikant għandu jkun preżenti kontinwament fil-pajjiż.", "Bosta huma dwak li jifhmu xi tfisser finzjoni legali.", "Il-finzjoni ta' Dimitry Kochenov tmur kontra dak li huwa fundamentali f'univers fiżiku.", "Hemm raġuni għal dan: dan il-Professur huwa ħobża u sikkina ma' Henley & Partners.", "Nirrakkomandalkom li ssegwu l-intervista bl-Ingliż li saret ma' Dimitry Kochenov.", "Il-kredibilità ta' dak li qed jallega l-gvern fis-sens li l-liġi qed tiġi segwita qed iserraħ fuq l-opinjoni ta' dan il-bniedem.", "Qed ngħixu gidba.", "Din hi sitwazzjoni tal-mistħija li għandna nagħmlu minn kollox biex ngħelbuha.", "Ma nistgħux nibqgħu indifferenti.", "Previous: Il-kunsillier b'tliet kunjomijiet jurina kemm jaf jagħmel l-arja Next: Il-ferita baqgħet tnixxi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/il-ferita-baqghet-tnixxi/", "date": "Mon, 30th Sep '19, 05:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-ferita baqgħet tnixxi", "text": ["Antoine Zammit, teżorier tal-PN għal ftit xhur, stedinha b'idejh.", "Kien hemm min tgħix kemm għoxa bid-daħk meta l-bieraħ wara nofsinhar f'filmat dan deher jispejga lill-klijenti tiegħu x'għandu jsir biex ikunu jistgħu jaraw il-pornografija fuq it-televiżjoni. f'filmat.", "Dakinhar stess ġie mġiegħel jirriżenja.", "Ara ma tmorrux taħsbu li ġie mġiegħel jirriżenja għaliex fil-PN teżisti xi forma ta' dixxiplina.", "Ibqgħu ċerti li dawk li ġiegħlu lil Antoine Zammit idabbar rasu x'aktarx huma l-istess nies li għamlu użu mis-servizzi tiegħu biex ikollhom aċċess għall-pornografija f'darhom.", "Huma proprju dawn in-nies li naqsu li jxommu x'kien ser iseħħ li kien messhom irriżenjaw.", "Mhux għaliex min inħatar f'pożizzjoni importanti fil-partit ma kien ġie mgħoddi minn għarbiel.", "Iżda għaliex Antoine Zammit tlibbes żarbun li ċertament ma kienx jiġieħ.", "Jekk immur lura għal dak li kont ktibt meta nħatar Antoine Zammit bħala teżorier, lit-tmexxija tal-PN nista' faċilment ngħidilha \"għidtilkomx jien!\".", "Iżda diskors bħal dan mhux jien biss għidtu.", "Kien hemm bosta li qaluh.", "Antoine Zammit m'hu xejn ħlief vittma: m'għandix dubju li għadda minn burraxka meta ħarġet din l-aħbar.", "Dan tqiegħed f'kariga li ċertament ma kienitx ħobż għal snienu.", "Il-ġimgħa li għaddiet kiteb post fuq il- Facebook fejn talab għall-għajnuna dwar is-suġġett tal- \"bankink\": ried ifisser \"banking\".", "Issa persuna li jokkupa l-kariga ta' teżorier ta' organizzazzjoni bħalma hu l-PN għandu jkun persuna li jifhem sew fil-\"banking\" u għandu jkun wieħed li l-pariri dwar dan is-suġġett jagħtihom u mhux jitlobhom.", "Meta kont naħdem fiż-Żimbabwe, stajt nosserva l-mod kif negozjanti bojod (dawn dejjem kienu jkunu rġiel) kienu jevitaw il-liġijiet li kienu tfasslu apposta biex jagħtu saħħa lis-suwed.", "Kienu jevitawhom billi kienu jaħtru lill-kok bħala chairman tal-kumpannija minkejja l-fatt li baqa' jsajrilhom il-kolazzjon kull filgħodu.", "Antoine Zammit tlibbes żarbun li ma kienx jiġieħ u t-tort m'għandux jintefa' fuqu.", "Clyde Puli użaħ u ramieh.", "U issa jeħtieġ isib vittma oħra.", "Ara ma tmorrux taħsbu li l-PN issa huwa partit msaffi bis-saħħa tar-riżenja ta' Antoine Zammit mill-kariga ta' teżorier.", "Il-ferita hemm għadha.", "U għadha tnixxi.", "Previous: Qed ngħixu gidba Next: Twissijiet li waqgħu fuq widnejn torox window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/twissijiet-li-waqghu-fuq-widnejn-torox/", "date": "Mon, 30th Sep '19, 07:54", "category": "blog, politics, government", "title": "Twissijiet li waqgħu fuq widnejn torox", "text": ["Kien messna ħsibniha sewwa qabel dħalna għaliha.", "Dawl l-avukati u accountants kollha li daħlu għal dan ix-xogħol kien messhom ħasbuha sewwa.", "Kien messna ntbaħna minn qabel li ħaġa li hi mibnija fuq gidba kienet se ġġibna fl-inkwiet.", "Joseph Muscat kien ipprova jbellagħha li permezz tal-bejgħ tal-passaporti kien ser jiġbed it-talent lejn pajjiżna.", "Hu u jagħmel dan, mexa' fuq parir ta' avukat Olandiż rakkomandat lilu minn Henley & Partners fis-sens li min jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija m'għandux għalfejn ikollu rabta ma' Malta.", "Qallu li applikant kull ma kien jeħtieġ huma sensiela ta' gidbiet iċċertifikati: sħubija fil- gym; ftehim bil-miktub ta' kiri jew xi kont tad-dawl u l-ilma fuq isem fittizju.", "Dan il-gideb issarraf fi ħlasijiet lil sid il- gym , lil sid il-kera u lill-kumpannija li tipprovdi d-dawl u l-ilma.", "Biex ma nsemmux ukoll il-gideb ta' Identity Malta li aċċettaw bil-qalb dawn id-dokumenti bħallikieku kienu ġenwini.", "Xogħol il-gvern huwa dak li jiżgura li d-dikjarazzjonijet li jsiru jkunu minnhom.", "Jekk tiddikjara li m'għandek tħallas xejn f'taxxi, għandu jkun hemm xi ħadd li jgħaddik minn għarbiel biex jiġi żgurat li dak li ddikjarajt huwa minnu.", "Int u dieħel Malta minn pajjiż barra mill-Ewropa, jekk lil tad-dwana tgħidilhom li m'għandek xejn x'tiddikjara, dawn ikunu pronti biex iġiegħeluk tiftaħ il-bagalji biex jiżguraw li dak li ddikjarajt ikun minnu.", "Jekk int tistqarr li m'intix iġġorr drogi, uffiċjali tal-pulizija – jekk ikollhom suspett raġjonevoli – jistgħu jagħmlu tfittxija fuq persuntek u fi ħwejjġek.", "Jekk ikun hemm pulizija li jkun jaf li int qed iġorr id-drogi iżda jagħlaq għajn waħda u jagħżel li jemmen id-dikjarazzjoni tiegħek, dak il-pulizija jkun kompliċi miegħek f'reat kriminali.", "Allura meta l-gvern jaċċetta l-gideb ta' dawk li jallegaw li qed igħixu f'Malta, il-gvern ikun kompliċi f'dikjarazzjoni falza li hi reat kriminali.", "Il-konsegwenzi ta' din l-imġieba huma enormi.", "Gvern ta' pajjiż li jagħmel dawn l-affarijiet jitlef il-kredibilità u kull darba li jittimbra passaport ta' xi sinjurun li għandu ġid bla tarf, ikun qed jammetti mad-dinja li huwa lest jigdeb b'riżq nies bħal dawn.", "U gvern ta' pajjiż li jkun nieqes mill-kredibilità, m'huwiex gvern li jista' jiġi fdat speċjalment mill-investituri li joħolqu x-xogħol u l-impjiegi għal dawk li m'humiex tal-klikka \"Tagħna Lkoll\" li jagħmlu kemxiet ta' flejjes minn fuq dahar il-gvern.", "Kien hemm min kien antiċipa dan l-inkwiet kollu. kien hemm min xamm x'kien ġej għal ma' wiċċna.", "F'Novembru 2013 il-Malta Employers Association kienet ħarġet stqarrija dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. skema li ma kienitx ġiet imwiegħda mill-gvern fil-programm elettorali tiegħu.", "Tal-MEA kienu wissewna.", "Kien bħallikieku qalulna li \"taħt il-Labour, nidħlu gassdawn ġol-ħajt\".", "Previous: Il-ferita baqgħet tnixxi Next: Il-gvern ma kienx qal li kien qed jikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-inkjesta Daphne? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/09/il-gvern-ma-kienx-qal-li-kien-qed-jikkonsulta-mal-kunsill-tal-ewropa-dwar-l-inkjesta-daphne/", "date": "Mon, 30th Sep '19, 16:34", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-gvern ma kienx qal li kien qed jikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-inkjesta Daphne?", "text": ["Jaqaw dawn kienu kkonsultaw mad-deputat gwardjan tal-latrina fejn jinqdew il-ħaddiema li jaħdmu fil-kċina?", "Ibqgħu ċerti li naqsu li jikkonsultaw mal-Kumitat legali u tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa jew mar- rapporteur speċjali li nħatar minn dak il-Kumitat u li mbagħad ġie konfermat mill-Assemblea Parlamentari.", "Dan sirna nafuh għaliex illum lil tal-Kumitat Pieter Omtzigt qalilhom li \"il-mod kif ġie kostitwit il-bord tal-inkjesta ma jilħaqx l-aspettattivi tal-Assemblea\".", "U f'dikjarazzjoni li għamel illum, il-Kumitat qabel mal-fehma tar-rapporteur tiegħu.", "Allura dawn ma' min ikkonsultaw?", "Dawn kienu qalu li damu tliet xhur sħaħ iħammu sakemm il-ġimgħa li għaddiet skada ż-żmien mogħti mill-Kunsill tal-Ewropa għaliex riedu jsibu kompromess dwar dak li kien qed jistenna' mingħandhom il-Kunsill.", "Iżda l-aspettativi tal-Kunsill jidher li ma ntlaħqux u erġajna koppi għas-sitwazzjoni li konna fiha tliet xhur ilu.", "Jew erġajna lura għal dik il-famuħa intervista li l-prim ministru kien għamel ma' Christiane Amanpour li fiha, bi tbissima fuq fommu, kien wiegħed li kien ser isir min kollox biex jinstab tarf l-assassinju.", "Mhux hekk tgħid!", "Fl-istqarrija tiegħu tal-lum, il-gvern reġa' qal li m'għandux fiduċja f'Pieter Omtzigt għaliex darba fost oħrajn kien ippermetta lil xi ħadd jitkellem f'laqgħa pubblika dwar l-isplużjoni tal-ajruplan MH17 li rriżulta wara li ma kien jaf xejn dwar il-każ.", "Allura l-gvern m'għandux grazzja ma' Pieter Omtzigt.", "Iżda dan kollu x'għandu x'jaqsam mal-kwistjoni tla-kompożizzjoni tal-bord tal-inkjesta?", "Dawn kemm il-darba kienu għamlu minn kollox biex jippruvaw itajjruħ u kull darba sabu oppożizzjoni minn naħa tal-entitajiet tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-gvern jeħtieġ idaħħalha f'rasu li sakemm il-Kunsill tal-Ewropa jibqa' jkollu fiduċja f'Pieter Omtzigt, irid jew ma jridx ikollu ta' bilfors jaħdem miegħu.", "Ikun aħjar jekk iħaffu għaliex bid-dikjarazzjonijiet, l-azzjonijiet u l-qerq tagħhom, is-sitwazzjoni mill-ħażin qed tmur għall-agħar.", "Pieter Omtzigt wera' l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjonijiet li saru hawn Malta metal -gvern ħabbar il-ħatriet għal fuq il-bord tal-inkjesta.", "Ian Refalo hu l-avukat ta' Adrian Hillman u tal-FIAU u Anthony Abela Medici jiġbed paga mingħand il-gvern.", "Dawn huma raġunijiet li għandhom jiskwalifikawhom milli jservu fuq il-bord.", "Il-gvern gideb meta stqarr li kien ikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħatriet.", "Lanqas mal-familja mġarrba ma kkonsultaw.", "U issa skadew it-tliet xhur mogħtija lill-gvern Malti mill-Assemblea Parlamentari u xorta bqajna mingħajr l-inkjesta pubblika u indipendenti.", "Diffiċli timmaġina li għad qatt jista' jkollna inkjesta bħal din.", "Previous: Twissijiet li waqgħu fuq widnejn torox Next: It-tifsira tal-kelma \"konsultazzjoni\" skont il-gvern window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/biex-isehh-sewwa/", "date": "Fri, 2nd Feb '18, 13:10", "category": "blog, politics, government", "title": "Biex iseħħ is-sewwa", "text": ["Ippermettuli nagħti ġieħ lil dak iż-żagħżugħ li, fil-preżenza tal-President, tkellem minn qalbu dwar dak li qed jiġri madwarna.", "Għal dawn l-aħħar erba' xhur ilmentajt kemm-il darba li l-biċċa l-kbira ta' dawk li qed jipprotestaw favur il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt ma tistax issejħilhom żagħżagħ.", "Kopja tad-diskors issibha hawn.", "Meta żagħżugħ iqum minn postu biex jitkellem minn qalbu fil-preżenza ta' sħabu, tinduna li taħt id-dalma li ninsabu ngħixu taħtha tista' tilmaħ ukoll ir-raġġi tad-dawl.", "U meta jiġru affarijiet bħal dawn, l-iskuża li jġibu xi wħud li ta' xejn wieħed joqgħod jipprotesta biex isseħħ il-bidla, taqa' weħidha.", "Bniedem waħdu ftit jista' jagħmel differenza.", "Iżda għad jiġi żmien meta flimkien, fost kotra dejjem tiżdied, inkunu nistgħu nwettqu l-bidla.", "U m'hemmx dubju li din il-persistenza qed iddejjaqhom.", "Issa m'għadhomx jidħku bina.", "It-tgħajjir tagħhom huwa mimli qrusa.", "Ir-rabja tagħhom qed taħkimhom.", "Ħalli għal Jason Micallef tal-V18 biex ilaqqam il-kliem li ġew proġettati l-bieraħ mill-Kenniesa fuq il-faċċata ta' Kastija bħala vandaliżmu anti-demokratiku.", "L-ironija tinsab fil-fatt li biss ftit ġranet ilu huwa stess ipproġetta fuq l-istess faċċata immaġni ta' Malta midfuna taħt torrijiet tal-konkos u tas-siment fejn minflok xita tal-ilma ħelu, tinżel xita ta' aċtu.", "Xejn ma jagħmel għajb lil Tony Zarb meta jitlob lill-gvern biex jirritalja bħallikieku l-kawżi SLAPP, it-theddid bil-ħabs u l-istupru kollettiv u istituzzjonalizzat imxandar mill-mezzi tax-xandir tal-Labour m'humiex biżżejjed.", "Dawn huma biss l-ewwel sinjali ta' ċaqlieq.", "Jeħtieġ li aktar u aktar żagħżagħ bħal dawk li nġabru għand il-President il-bieraħ iqumu u jitkellmu biex igħidu \"LE\" lill-poter.", "U biex is-sewwa iseħħ.", "Previous: UPDATED: Empatija fejn mhux postha Next: Il-prova tal-Gvern li hawn governanza tajba: Cyrus \"Prova X\" Engerer window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/il-prova-tal-gvern-li-hawn-governanza-tajba-cyrus-prova-x-engerer/", "date": "Fri, 2nd Feb '18, 15:50", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-prova tal-Gvern li hawn governanza tajba: Cyrus \"Prova X\" Engerer", "text": ["Dan il-gvern iġiegħlek tistħi.", "David Casa ppubblika t-tweġiba li l-Gvern bagħat lill-Parlament Ewropew wara r-rapport dwar l-istat tad-dritt fejn Malta ġiet ikkritikata bl-aħrax.", "Is-sens ġenerali tat-tweġiba kien 'intom stupidi, aħna qegħdin fit-tajjeb, m'għandna xejn x'nitgħallmu dwar l-istat tad-dritt, itilqu 'l hemm'.", "Jekk tridu d-dettalji, fl-aħħar ta' dan il-powst hemm link għar-rapport.", "Imma se niġbdilkom l-attenzjoni għal kif ir-rapport ried 'jipprova' li l-Avukat Ġenerali ma kellux problema biex jaġixxi mingħajr biża' bħala prosekutur tal-individwi li japperjenu lil partit immexxi mill-kapijiet li bħala ministri tal-gvern, huma klijenti tiegħu.", "Imorru lura sa Ġunju tal-2013 meta l-gvern Laburista kien għadu jibda u l-Avukat Ġenerali kien jaħdem kif kien dara.", "Se nikkwota mir-rapport: \"F'Ġunju 2013, l-Avukat Ġenerali appella kontra sentenza ta' 'mhux ħati' tal-Qorti tal-Maġistrati datata l-31 ta' Mejju 2013 (Il-Pulizija vs X nru tal-kawża 850/11) rigward l-allegazzjonijiet kontra kandidat Laburista b'saħħtu għall-Parlament Ewropew tal-2014.", "L-appell intlaqa' u l-akkużat instab ħati permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali li ingħatat fit-8 ta' Mejju 2004.", "Sussegwentement, l-individwu irtira l-kandidatura tiegħu.", "F'ġieħ kemm hemm!", "Ara dawn kif jagħmlu.", "Kulħadd jiftakar min kien \"X\" hux hekk?", "Cyrus Engerer!", "L-awtur ta' dan ir-rapport ma kellux għalfejn isemmih.", "Wara kollox, l-Ewroparlamentari jafuh.", "Ikun dejjem fix-xena jillobbja għal Malta.", "Għaliex, dak li r-rapport ma semmiex, kien li wara li Mr X instab ħati ta' pornografija b'vendetta u omofobija permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali, il-gvern Laburista, li tant taħarqu qalbu għall-governanza tajba, l-istat tad-dritt, il-governanza nadifa u l-bqija, ħatar lil Mr X bħala l-Viċi Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li kienu qed jittantaw b'mod fqir jippruvaw li l-Avukat Ġenerali jħossu ħieles li jaġixxi (issa kien ilu xahrejn fil-gvern tiegħek, imma żgur poġġejtu f'postu minn dak iż-żmien, hux veru?) kienu qed jippruvaw ukoll li dan hu gvern ta' imbruljuni, fejn il-kriminali – anke, eċċezzjonalment dawk li nstabu ħatja b'deċiżjonijiet tal-qorti – jikkontrollaw u jmexxu l-għola karigi tal-pajjiż .", "Cyrus Engerer mhux xi kriminal riformat lanqas.", "Meta rtira l-kandidatura elettorali tiegħu, Joseph Muscat ippremjah bil-kbir, bit-titlu ta' suldat tal-azzar u billi ħatru f'waħda mill-għola karigi diplomatiċi fil-burokrazija kollha kemm hi.", "Buffu, produttur tal-pornografija, kriminal u uffiċjal għoli tal-gvern f'pakkett wieħed.", "Bir-raġun wieħed jistenna li jekk ma kienx hu li kitbu, Cyrus Engerer ikkontribwixxa f'dan ir-rapport u preżumibilment ippreżenta lilu nnifsu bħala evidenza ta' amministrazzjoni pubblika korretta, meta l-fatti juru bil-maqlub.", "Tkun tixtieq l-art tibilgħek.", "Tweġiba – Gvern ta' Malta – 01.02.2018 (3),", "Previous: Biex iseħħ is-sewwa Next: MPE jiddefendu 'l Efimova minn malafama mxandra Ċipru window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/mpe-jiddefendu-l-efimova-minn-malafama-mxandra-cipru/", "date": "Fri, 2nd Feb '18, 16:34", "category": "blog, politics, government", "title": "MPE jiddefendu 'l Efimova minn malafama mxandra Ċipru", "text": ["Din li ġejja hi stqarrija li nħarġet minn Membri Parlamentari li jirrappreżentaw il-partiti rappreżentati fil-Parlament Ewropew li fiha jikkundannaw rapporti li xxandru fil-mezzi tax-xandir ta' Ċipru – rapporti li xxandru wkoll hawn Malta b'konvinzjoni liema bħalha minn ġurnalisti tal-Labour – li huma malafamanti fil-konfront ta' Maria Efimova, il-persuna li hi xhud ma' oħrajn dwar illegalitajiet li allegatament seħħew f'Pilatus Bank.", "Brusse l l, 02 ta' Frar 2018 Stqarrija Konġunta Rapporti li xxandru dan l-aħħar mill-mezzi tax-xandir ta' Ċipru qed jinkriminaw u/jew jorbtu lill-whistleblower Maria Efimova mal-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia.", "Maria Efimova, xhud ta' interess pubbliku/whistleblower, irrilaxxjat informazzjoni dwar Bank f'Malta u kienet waħda mis-sorsi ta' informazjoni tal-ġurnaliżmu investigattiv ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fil-kapaċitajiet tagħna bħala membri li nirrappreżentaw il-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew li taw sehemhom fil-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Panama Papers u fid-Delegazzjoni ad hoc għal Malta fit-30 ta' Novembru / 1 ta' Diċembru, niddikjaraw li l-iskop ewlieni u sinċier tagħna huwa li nipproteġu lil dawk il-whistleblowers kollha li jikxfu informazzjoni li tkun ta' interess publiku.", "F'dan il-kuntest, nikkundannaw bil-qawwa l-istejjer li ċerti sorsi tax-xandir f'Ċipru qed ixandru dwar Maria Efimova.", "L-istejjer li qed ixandru huma foloz, malafamanti u intimidatorji u potenzjalment qegħdin iservu biex iqiegħdu l-ħajja tal-whistleblower Maria Efimova u tal-familja tagħha fil-periklu.", "MEP David Casa (EPP), MEP Sven Giegold (Greens/EFA), MEP Ana Gomes (S&D), MEP Maria Grapini (S&D), MEP Stelios Kouloglou (GUE/NGL), MEP Patrick Le Hyaric (GUE/NGL), MEP Takis Hadjigeorgiou (GUE/NGL) Ta' min jinnota li fost il-lista ta' Membri Parlamentari Ewropej hemm żewġ MPE Soċjalisti u ieħor minn Ċipru stess", "Takis Hadjigeorgiou .", "Il-mezzi tax-xandir ta' Ċipru xandru aħbar falza li Maria Efimova kienet ġiet arrestata diversi drabi f'diversi pajjiżi, li din kienet xliet il-pulizija f'diversi pajjiżi li kienu ġiegħluha tkorri meta kienet tqila bi trabi, li qed ifittxuha fl-Irlanda, li żewġha kellu l-problemi fuq il-lant tax-xogħol u – l-isbaħ waħda fosthom kollha – li qed ifittxuha b'konnessjoni mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-mezzi tax-xandir ta' Ċipru ġew mitmugħa dawn l-aħbarijiet foloz minn xi ħadd li għandu kull interess li jqiegħed il-ħajja tagħha fil-periklu u li jiskreditaha.", "Previous: Il-prova tal-Gvern li hawn governanza tajba: Cyrus \"Prova X\" Engerer Next: Ħbieb qaqoċċa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/hbieb-qaqocca/", "date": "Fri, 2nd Feb '18, 16:44", "category": "blog, politics, government", "title": "Ħbieb qaqoċċa", "text": ["Il-bieraħ ktibt li dak li nkiss inkiss fetaħ kumpannija fil-Panama, indaħal fejn ma jesgħux dwar ix-xiri taż-żejt, allegatament \"irranġa\" l-kuntratt tal-isptar, allegatament daħħal kummissjoni mill-bejgħ ta' vapur, ħawwad fil-borma tax-xiri tal-power station – il-Ministru Konrad Mizzi jidher li hu ħabib qaqoċċa ma' Darren Casha, bniedem li għamel żmien twil nieqes minn Malta għax kellu salt kredituri jiġru warajħ għall-ħlas.", "Jidher li dawn it-tnejn saru ħobża u sikkina.", "Ma jidhirlux Konrad Mizzi li r-reputazzjoni tiegħu ħadet biżżejjed daqqiet 'l isfel?", "Donnu jrid ikompli jogħdos l'isfel għax ma jiddejjaq xejn jidher fil-pubbliku ħaġa waħda ma' persuna li kienet ħarbet minn pajjiżha biex jevita l-falliment u dan wara li kien libes iż-żarbun tal-galantom l-ieħor Ryan Schembri, prim kuġin tas-sid tal-kumpannija l-oħra tal-Panama li allegatament qed jimpala l-kummissjonijiet mill-bejgħ tal-passaporti..... insomma tafu għal min qed nirreferi.", "Previous: MPE jiddefendu 'l Efimova minn malafama mxandra Ċipru Next: The Guardian: investigazzjoni tal-Awtorita' Bankarja Ewropea dwar Pilatus Bank window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/dikjarazzjoni-ta-david-gonzi/", "date": "Sat, 3rd Feb '18, 00:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Dikjarazzjoni ta' David Gonzi", "text": ["Id-dikjarazzjoni li ġejja tirreferi għall-istorja li ppubblikajt aktar kmieni dalgħodu dwar l-arresti fl-Italja b'rabta mal-attivitajiet ta' ħasil tal-flus minn ċirku tal-Mafja li kien qed juża kumpanija Maltija biex jaħsel il-flus.", "Fil-passat il-kumpanija Maltija kienet tappartjeni lil kumpanija fiduċjarja li David Gonzi hu wieħed mit-tliet partners tagħha.", "Imma kif hu ddikjarat hawn isfel, il-kumpanija Maltija kienet ilha li temmitilhom is-servizzi fiduċjarji tagħha minn Ottubru 2016.", "Stqarrija għall-istampa maħruġa minn Dr David Gonzi B'referenza għar-rapport li ħareġ illum f'xi sezzjonijiet tal-midja, fejn issemma ismi b'konnessjoni mas-servizzi fiduċjarji offruti lil Phoenix International Holding Ltd, nixtieq intenni dan li ġej: Kif jixhdu d-dokumenti uffiċjali tar-Reġistru tal-Kumpaniji, fit-30 ta' Ottubru 2016 il-kumpanija GVM Holdings Limited waqqfet is-servizzi fiduċjarji mogħtija lil Phoenix International Holding Ltd.", "Minn dakinhar, l-ishma fil-kumpanija bdew jinżammu direttament mill-azzjonist.", "GVM Holdings hija kumpanija fiduċjarja liċenzjata biex tagħti servizzi fiduċjarji fl-ambitu tal-Att dwar it-Trusts u t-Trustees.", "Għandi terz tal-ishma f'GVM Holdings u kont inħtart it-tielet direttur ta' GVM Holdings fit-2 ta' Diċembru 2014.", "Minn Diċembru 2015, GVM bdiet tnaqqas l-attivitajiet tagħha u minn dak iż-żmien bagħtet ittri ta' terminazzjoni tas-servizz lill-klijenti tagħha kollha.", "Previous: The Guardian: investigazzjoni tal-Awtorita' Bankarja Ewropea dwar Pilatus Bank Next: DW: Il-legat tal-ġurnalista Maltija Caruana Galizia għadu ħaj window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/dw-il-legat-tal-gurnalista-maltija-caruana-galizia-ghadu-haj/", "date": "Sat, 3rd Feb '18, 09:55", "category": "blog, politics, government", "title": "DW: Il-legat tal-ġurnalista Maltija Caruana Galizia għadu ħaj", "text": ["Ara hawn id-dokumentarju ta' Deustche Welle .", "Minn Barbara Wesel.", "Previous: Dikjarazzjoni ta' David Gonzi Next: Matthew Caruana Galizia dwar l-attentat fuq il-mafkar ta' ommu. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/matthew-caruana-galizia-dwar-l-attentat-fuq-il-mafkar-ta-ommu/", "date": "Sat, 3rd Feb '18, 10:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Matthew Caruana Galizia dwar l-attentat fuq il-mafkar ta' ommu.", "text": ["Din li ġejja hija r-reazzjoni ta' Matthew Caruana Galizia għall-filmat li xxandar fuq il-Facebook ta' inċident li seħħ ftit tal-jiem ilu meta mara ppruvat tneħħi u teqred il-fjuri u x-xemgħat li tqiegħdu mal-mafkar ta' ommu: Bosta huma dawk li bagħtuli filmat ta' mara anzjana hi u tagħmel ħerba mill-mafkar ta' ommi.", "Dan huwa li għandi xi ngħid.", "La jien ixxukkjat u lanqas sorpriż.", "X'nista' ngħid aktar?", "Dak li ġara għandu mnejn iħasseb lil xi wħud.", "Iżda għalija u għal ħuti, dan mhu xejn ħlief eku tal-istorja ta' ħajjitna.", "Dan l-incident ifakkarni li minn ċkuniti jien kont naħseb li hija ħaġa normali li tmur lura d-dar wara l-iskola u ssib lill-kelb tiegħek b'għonqu mħanxar fuq l-għatba jew li jkun hemm xi ħadd li, għal darba darbtejn, jipprova jagħti n-nar 'il darek waqt li tkun rieqed ġewwa.", "Dawn l-abbużi bdew għexieren ta' snin ilu u leħqu l-quċċata tagħhom bl-assassinju ta' ommi.", "Mhux possibbli li taħsad il-ħajja ta' persuna darbtejn u għalhekk jidher li issa erġajna koppi.", "Xtaqt li kont preżenti waqt l-inċident.", "Li kieku kont hemm, kont navviċina lil din il-mara, nistedinha tpoġġi ħdejja fuq bank u nistaqsiha minn fejn ġiet il-kefrija li ġġegħelha tagħmel dak li għamlet u dwar jekk tridx titqies bħala bniedma.", "Mhux ħaġa kbira li kienet tweġibni li hi lanqas biss għandha kompjuter, qatt ma xtrat ġurnal indipendenti, qatt ma qrat dak li kienet tikteb ommi u li kienet ġiet mgħallma tobgħod mill-propaganda tal-partit tagħha.", "Ommi u aħna l-familja tagħha xorta waħda bqajna għaddejjin matul dawk is-snin diffiċli għaliex kellna viżjoni għal Malta li kienet differenti.", "U hi din il-viżjoni li ġegħlitna nibqgħu għaddejjin.", "Kif tidħol Malta f'din il-viżjoni?", "Bħalissa qed niftakar f'artiklu li sentejn ilu kont qrajt dwar Franza, liema artiklu issa ma nafx x'għamilt bih.", "Malta għalija xi tfisser?", "Għalija Malta tfisser li tkun fil-ġnien u tgħaddi subgħajk minn qalb iz-zkuk tal-bużbież biex minnhom taqa' ż-żerriegħa niexfa fil-pala t'idek.", "Tfisser ukoll għodwa ta' ħidma segwita minn ġirja lejn xatt il-baħar mat-tfal it-Tlieta waranofsinhar.", "Tfisser il-libertà li tinżel għarkupptejk fuq il-bankina tkun fejn tkun biex tfaħħar lil Allaħ.", "Tfisser li taqbad tadama misjura u ddellika fuq biċċa ħobż tqarmeċ.", "Tfisser is-sens ta' sigurtà' li joħloq prim ministru meta jħabbar li politiċi li huma korrotti se jiġu mħarrka..", "Tfisser li ċċafċaf saqajk fl-ilma baħar int u tixrob flixkun Coke.", "Tfisser qtar tal-ġelat iqattru mad-driegħ u mal-minkeb.", "Tfisser li tista' tinvestiga l-aġir kriminali tal-membri tal-gvern mingħajr il-biża' li jassassinawk.", "Tfisser il-għana ta' elf għasfur.", "Tfisser kburija bix-xogħol tiegħek.", "Tfisser farkizzan misjur f'siġra.", "Tfisser il-kulur ta' ħaġra prezzjuża.", "Tfisser li tpoġġi bilqiegħda mal-ħbieb u taqsam flixkun inbid int u titkellem dwar l-opportunitajiet li tagħti d-dinja.", "Tfisser il-libertà li ssiefer lil hinn minn xtutna u l-libertà li tirritorna lura.", "Jobogħduna għaliex din hi l-viżjoni li għandna għal pajjiżna.", "Previous: DW: Il-legat tal-ġurnalista Maltija Caruana Galizia għadu ħaj Next: Il-President tal-PE jerġa' jappella għal investigazzjoni internazzjonali dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/guardian-investigazzjoni-tal-awtorita-bankarja-ewropea-dwar-pilatus-bank/", "date": "Fri, 2nd Feb '18, 19:49", "category": "blog, politics, government", "title": "The Guardian: investigazzjoni tal-Awtorita' Bankarja Ewropea dwar Pilatus Bank", "text": ["Il-ġurnal Ingliż The Guardian fiħ rapport dwar it-tnedija ta' investigazzjoni regolatorja dwar is-superviżjoni tal-Pilatus Bank.", "L-Awtorita' Bankarja Ewropea qed taġixxi fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.", "Fost id-dmirijiet tar-regolaturi hemm dak li jirċievu rapporti dwar aġir illegali li jkun allegatament seħħ f'organizzazzjoni li taqa' taħt il-kompetenza tagħhom.", "Xogħolhom hu li jgħarblu sew dawn ir-rapporti.", "Ċertament ma jagħmlux bħalma għamel il-Kummissarju Lawrence Cutajar u jmorru igħidu li provi pubblikati minn ġurnalist mhumiex konklussivi u li għalhekk m'hemmx lok ta' aktar investigazzjoni.", "Li kieku dawn il-provi kienu konklussivi, ma kienx ikollna l-ħtieġa ta' pulizija jew regolaturi għax ikun biżżejjed li l-ġurnalisti jagħmlu dan ix-xogħol.", "F'pajjiż normali meta xi ħadd jallega ksur tal-liġi, din l-allegazzjoni tkun investigata minn entitajiet indipendenti li wkoll ikollhom is-saħħa u d-dmir li jinvestigaw.", "The Guardian jirreferi wkoll għall-kawża li l-Pilatus Bank kien għamel f'Mejju li għadda kontra Daphne Caruana Galizia, liema kawża kienet ġiet irtirata ftit sigħat wara l-assassinju tagħha.", "Fil-frattemp il-Pilatus Bank issemma' wkoll il-bieraħ fil-progamm ta' Michele Santoro li xxandar fuq Rai 3.", "Din hija l-clip. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2018/02/WhatsApp-Video-2018-02-02-at-17.35.53.mp4", "Previous: Ħbieb qaqoċċa Next: Dikjarazzjoni ta' David Gonzi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/il-president-tal-pe-jerga-jappella-ghal-investigazzjoni-internazzjonali-dwar-il-qtil-ta-daphne-caruana-galizia/", "date": "Sun, 4th Feb '18, 05:28", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-President tal-PE jerġa' jappella għal investigazzjoni internazzjonali dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia", "text": ["Ronchi de Legionari huwa belt id-daqs taż-Żurrieq fil-fruntiera Taljana mas-Slovenja.", "Il-press club ta' din il-belt ħoloq premju għall-ġurnaliżmu li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia.", "Ħabbar ukoll li ngħata l-patroċinju ta' dan il-premju mill-Parlament Ewropew.", "Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni tal-ġurnalisti ta' Ronchi qalet, \"dan huwa rikonoxximent importanti għall-assoċjazzjoni żgħira ta' Ronchese li, għal dawn l-aħħar xhur, kienet qed tippromwovi attivament il-konferenza dwar il-ġurnaliżmu skedata għal Ġunju li ġej u l-premju li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia li nqatlet b'karozza bomba fis-16 ta' Ottubru 2017.", "L-ittra tal-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, tikkonferma r-rikonoxximent uffiċjali tal-Parlament.", "Il-President tal-assoċjazzjoni, Luca Perrino, qal li, \"Inħossuna verament kuntenti għaliex huwa appoġġ ulterjuri għall-isforzi tagħna ta' kuljum kemm biex noħolqu festival importanti għat-territorju tagħna kif ukoll biex nonoraw il-memorja ta' mara u ġurnalista b'saħħitha li trid tibqa' ta' eżempju\".", "Fl-ittra tiegħu lill-assoċjazzjoni, il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, qal: \"L-ewwel nett, nixtieq nesprimi l-apprezzament tiegħi għall-fatt li l-assoċjazzjoni ddeċidiet li tiddedika premju li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia biex ifakkarna fil-valuri fundamentali li l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuqhom: il-libertà tal-espressjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.", "Il-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-media huma mnaqqxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Parlament Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, talab lill-Gvern Malti jimmobilizza r-riżorsi kollha meħtieġa biex il-qattiela jittellgħu l-qorti, u appella għal inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-każ.", "L-għoti tal-premju lil ġurnalisti li spikkaw għall-inkjesti tagħhom u għar-riċerka tagħhom, anke b'riskju għal ħajjithom u għall-ħajja tal-familji tagħhom, huwa inizjattiva ta' min tassew ifaħħarha u huwa għalhekk bi pjaċir kbir li nagħtu l-Patroċinju Għoli tal-Parlament Ewropew lill-inizjattiva tagħkom.\"", "Previous: Matthew Caruana Galizia dwar l-attentat fuq il-mafkar ta' ommu.", "Next: McMafia: Ir-Renju Unit se jitlob lill-oligarki Russi jagħtu rendikont ta' ġidhom window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/mcmafia-ir-renju-unit-se-jitlob-lill-oligarki-russi-jaghtu-rendikont-ta-gidhom/", "date": "Sun, 4th Feb '18, 05:46", "category": "blog, politics, government", "title": "McMafia: Ir-Renju Unit se jitlob lill-oligarki Russi jagħtu rendikont ta' ġidhom", "text": ["Il-Gvern tar-Renju Unit qed jipprova jwaqqaf lill-oligarki Russi li qed jużaw il-pajjiż biex jaħslu l-flus li jaqilgħu b'mod illegali.", "Rapport f'The Times tar-Renju Unit iddiskuta dan mal-Ministru tas-Sigurtà, Ben Wallace , f'intervista li saret wara l-effett li ħalliet id-drama tal-BBC, McMafia, dwar Russi li jilbsu b'mod impekkabbli waqt li jaħslu l-miljuni fir-Renju Unit.", "L-istorja ssegwi l-flus sas-sors tagħhom, jiġifieri l-iskjavitù forzata u l-prostituzzjoni.", "The Times tar-Renju Unit tirrapporta li \"uffiċjali qed iħejju biex isegwu ordnijiet ġodda, li daħlu fis-seħħ din il-ġimgħa, li jippermettulhom jikkonfiskaw assi suspettużi sa ma dawk li jkunu qed jiġu investigati jkunu jistgħu jagħtu rendikont xieraq ta' dak li akkwistaw.", "Ġew identifikati bosta persuni u qed jitħejjew żewġ każijiet bi prova\".", "Ben Wallace, il-Ministru tas-Sigurtà, qal lil The Times li ried li l-kriminali u l-politiċi korrotti li qed jużaw ir-Renju Unit għal ħtiġijiethom u bħala rifuġju, iġarrbu l-\"qilla sħiħa tal-gvern\".", "Wissa wkoll li, \"meta nsibukom se niġu għalikom, għall-assi tagħkom, u se nagħmlu l-ambjent li tgħixu fih diffiċli\"."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/adrian-delia-ddecieda-li-jokkupa-l-gustizzja/", "date": "Sun, 4th Feb '18, 06:55", "category": "blog, politics, government", "title": "Adrian Delia ddeċieda li jokkupa l-Ġustizzja?", "text": ["Hu f'idejn il-kapijiet tal-Partiti li jassenjaw oqsma ta' responsabbiltà lill-grupp parlamentari tagħhom.", "Dan kollu hu speċi ta' prova finali għall-eżerċizzju tal-prerogattiva tal-Prim Ministru li skont ir-regoli tagħna tagħtih id-diskrezzjoni kompleta li jaħtar jew ineħħi l-ministri tal-gvern, ovvjament filwaqt li hu stess jinżamm taħt id-diskrezzjoni li jinħatar jew jitneħħa mill-Partit tiegħu stess.", "Il-kapijiet tal-Partiti għandhom saħħa kbira fuq dawk li jiġu immedjatament taħthom, imma fuqhom għandhom is-saħħa tal-partit sħiħ.", "Il-membri tal-partit qajla jkunu konxji tal-awtorità tagħhom u allura d-diskrezzjoni tal-kap tidher bħala infinita.", "Ir-reshuffle hu proċess tat-terturi, u jekk xi ħadd jipprova jassenja l-inkarigi b'mod li kulħadd joħroġ sodisfatt, mela ma jkunx qed jagħmlu kif suppost.", "Il-ministri u x-shadow ministers għandhom egos sensittivi u delikati, u faċilment jinqarsu fil-laħam il-ħaj jekk tnaqqsilhom jew jekk jaħsbu li qed tnaqqsilhom mill-importanza.", "Minkejja li nikkondividi l-opinjonijiet u l-esperjenzi fit-tul ma' nies li tnaqqsitilhom l-importanza bl-għażliet ta' Adrian Delia l-Ħadd li għadda , ma naħsibx li analiżi b'rabta emozzjonali mal-ambizzjoni tal-karriera ta' xi ħadd partikolari se tkun ta' ġid.", "Ovvjament din tinkludi dik tal-kap innifsu.", "Il-kapijiet il-ġodda tal-partiti jkunu ħerqana li jasserixxu l-awtorità tagħhom.", "Ikunu ħerqana li jiżguraw il-koeżjoni tal-partit imma mhux askapitu tal-viżjoni politika tagħhom.", "Jippromwovu lil dawk li jappoġġjawha u jirrelegaw lil dawk li ma jagħmlux hekk.", "Dan hu l-pass naturali tal-affarijiet kif jaħdmu.", "Jekk il-formola tal-kap tikseb ir-riżultat it-tajjeb fl-elezzjoni, ir-riżultat jiġġustifika l-uġigħ li ġġarrab biex wieħed wasal fejn ried.", "Jekk ma jirnexxilux, il-kap irid jerfa' r-responsabbiltà.", "Madankollu, id-diskrezzjoni tal-kap tal-partit, filwaqt li nikkonċedi li hi kważi assoluta daqs kemm wieħed jista' jimmaġina, minnha nnifisha mhijiex 'il fuq mill-analiżi u l-kritika.", "Adrian Delia ħa l-pass mhux tas-soltu li jżomm qasam fil-kompetenza tiegħu.", "Il-Prim Ministri jagħmluha din, rarament, meta jkunu jridu jwasslu l-messaġġ li qasam speċifiku ta' interess, ikun tant kruċjali għall-programm politiku tagħhom, li ma jkunux iridu jiddelegawh lil xi ħadd ieħor.", "Eddie Fenech Adami għal xi żmien żamm f'idejh l-affarijiet barranin meta kien hemm bżonn il-kariżma personali tiegħu biex jgħin lill-kapitali Ewropej jegħlbu l-istigma li Mintoff u KMB kienu għabbewna biha.", "Alfred Sant kien żamm it-tranżizzjoni lil hinn mill-VAT, fatt li ma waqqafx it-tiġrif tal-finanzi pubbliċi tagħna.", "Lawrence Gonzi kien żamm il-finanzi meta d-defiċit pubbliku endemiku kellu jitrażżan biex jiżgura li nkunu nistgħu niġu fl-istess linja mal-kriterji biex nissieħbu fiż-żona tal-ewro: probabbli l-aktar għadma amministrattiva iebsa li kellu dan il-pajjiż f'għexieren ta' snin.", "Dawk kienu Prim Ministri.", "Il-kapijiet tal-oppożizzjoni tradizzjonalment ma jżommux oqsma għalihom.", "Fil-lenti tagħhom ikun hemm dejjem il-Prim Ministru u kważi dejjem ikunu jridu juru l-istampa li mhux se jissagrifikaw id-dinjità tagħhom billi jiddibattu ma' dawk li jiġu taħt il-Prim Ministru.", "Adrian Delia ma mexiex fuq dawn il-passi.", "Il-fatt li Adrian Delia żamm il-portafoll tal-ġustizzja taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu jista' jiġi interpretat, minn xi ottimist, bħala sinjal li dan il-qasam se jingħata prijorità.", "U dan ikun tabilħaqq sinjifikanti.", "Ikun tassew impressjonanti jekk f'dan il-qasam wieħed jirnexxilu jiżboq l-intensità tax-xogħol bla heda li Jason Azzopardi kien qed jagħmel matul dawn l-aħħar xhur, sal-ġurnata li din ir-responsabbiltà itteħditlu minn idejh.", "Ir-rivelazzjonijiet dwar il-korruzzjoni matul dawn l-aħħar snin kixfu beraħ id-dgħufija lampanti tal-proċess tagħna tal-ġustizzja u l-impunità bħala konsegwenza ta' dan.", "Il-mewt ta' Daphne Caruana Galizia heżżet lis-soċjetà ċivili biex ġabet il-'Ġustizzja' fil-qalba tal-aġenda tagħha.", "Kieku ħalla lil Jason Azzopardi jiffoka fuq dan il-qasam ta' politika, Adrian Delia kien jippermetti lill-PN, bil-limiti kollha tiegħu, ikollu xi forma ta' preżenza fid-diskussjoni.", "Bil-faħam miblul li għandu Adrian Delia u l-mod kif jarawh is-segwaċi ta' Daphne Caruana Galizia, il-Kap tal-PN kellu jagħżel 3⁄4 u hekk għamel 3⁄4 li jibqa' fil-ġenb matul l-aħħar 4 xhur.", "Fi ħsiebu jibdilha dis-sitwazzjoni?", "Adrian Delia fi ħsiebu jingħaqad mal- 'occupy justice '?", "U x'tibdil għandu f'moħħu eżatt?", "Fi ħsiebu jintefa' b'ruħu u ġismu u jieħu t-tmun fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni?", "Il-pożizzjoni tiegħu dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet ma kenitx waħda timida.", "Adrian Delia jħossu biżżejjed kunfidenti li issa, fil-pożizzjoni l-ġdida tiegħu, jista' jitlaq jiġri u jilħaq is-soċjetà ċivili biex imexxiha minn quddiem?", "Sa ċertu punt, it-tim tat-tmexxija matul dawn l-aħħar ġimgħat, qed jipproġetta attitudni li jħossu li għandu s-setgħa li jeżerċita l-awtorità tiegħu inerenti għall-kariga li jokkupa.", "Kulma jonqos hu li jasserixxiha.", "\"Issa hawn qegħdin, tridu u ma tridux.\"", "Dan id-diskors seta' niżel tajjeb f'xi nħawi.", "Imma saħħaħ ukoll lil dawk li ma jridux jafu bih.", "Jien għadni nħoss li din il-kunfidenza assertiva mhijiex ġustifikata mill-ammont ta' appoġġ li jgawdi l-PN u ma nistax nimmaġina kif il-kritiċi jistgħu jikkonvinċu ruħhom li jbiddlu fehmithom meta xi ħadd jiġi jagħmel l-arja magħhom.", "Din bilfors kienet żelqa goffa tad-deputat kap Robert Arrigo li b'mod elokwenti tiddeskrivi l-kritika tat-tim ta' tmexxija li hu jagħmel parti minnu bħala sintomu ta' 'dipressjoni u attakk nervuż' u li l-kritiċi hemm bżonn li 'jsibu xi ħaġa utli x'jagħmlu b'ħajjithom'.", "L-ewwel nett, jaqbdek il-bard meta tara kandidat għal Viċi Prim Ministru b'dawn l-ideat ta' żmien żemżem dwar is-saħħa mentali.", "Forsi x-shadow minister dwar is-saħħa mentali Mario Galea, jista' jfiehmu ftit fuqha din.", "Imma wkoll, bl-istess importanza, Robert Arrigo issa jidhirlu li kkonvinċa lil xi ħadd li seta' kellu żball dwar il-kwalitajiet tiegħu jew tat-tim tiegħu biex imexxu l-partit u l-pajjiż?", "Ħaġa bħal din mhix daqshekk rari.", "Hija wkoll ta' livell ħafna aktar baxx li ħafna mill-votanti tal-PN draw jistennew mill-mexxejja tagħhom.", "U n-nies li qed jinkwetaw li l-partit mhux qed jippreżenta lill-aħjar tiegħu fuq quddiem u fiċ-ċentru, osservaw pereżempju t-tneħħija ta' Claudio Grech mill-qasam tal-ekonomija u li dan is-suġġett tant kruċjali u strateġiku ngħata lil Kristy Debono.", "Dawk li se joqogħdu jfittxu l-motivazzjoni dwar dak li nikteb se jiftakru u jfakkru li Claudo Grech u jien konna naħdmu fl-istess uffiċċju, imbagħad kien il-boss u l-mentor tiegħi għal kważi 10 snin sħaħ.", "Konna nidhru fil-vinjetti tal-MaltaToday bħala żewġt iklieb tal-għassa ma' Austin Gatt.", "Filwaqt li dan hu minnu, it-tneħħija ta' Grech mill-qasam tal-ekonomija, kif qed naraha jien bħalissa, huwa żball oġġettiv.", "Meta jibdew jonqsu l-hekk imsejħa benefiċċji tal-politika ekonomika ta' Joseph Muscat 3⁄4 li m'għandhiex ħajja twila 3⁄4 il-PN għandu jpoġġi l-politka dwar l-ekonomija fil-qalba tad-diskors politiku tiegħu.", "Hekk kif aktar u aktar nies jibdew jitqażżu bil-korruzzjoni u l-ħmieġ, jistgħu biss jikkunsidraw li jaqilbu l-vot tagħhom għall-PN jekk ikollhom fiduċja li taħt il-PN se jerġgħu jibdew imorru tajjeb.", "Tista' Kristy Debono tnissel dik il-fiduċja ta' kompetenza esperta u profonda fil-politika ekonomika, ta' esperjenza fis-settur pubbliku u privat, ta' apprezzament akkademiku tas-suġġett u l-innovazzjonijiet li qed jixirfu madwar id-dinja, aħjar minn Claudio Grech?", "Ovvjament il-paraguni huma odjużi.", "U dawn huma deċiżjonijiet li l-kap irid jieħu, u jrid jiffaċċja l-konsegwenzi tagħhom hu stess, anke hu u jagħmel il-paraguni odjużi u jagħmel dawk l-għażliet li jaħseb li huma fl-aħjar interess tal-partit.", "Jista' jkun jaf xi ħaġa li ma nafhiex, imma jidher li f'din l-għażla tant strateġika, il-lealtà issuperat il-kompetenza u peress li hawn qed nitkellmu fuq il-politika ekonomika dan kien l-agħar post fejn kellu jilgħab logħba bħal din.", "Previous: McMafia: Ir-Renju Unit se jitlob lill-oligarki Russi jagħtu rendikont ta' ġidhom Next: The Sunday Times: No stone unturned window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/sunday-times-no-stone-unturned/", "date": "Sun, 4th Feb '18, 21:08", "category": "blog, politics, government", "title": "The Sunday Times: No stone unturned", "text": ["Mill-artiklu tiegħi f'The Sunday Times tal-lum: \" Bħallikieku mhux biżżejjed li jinsab imxekkel b'limitazzjonijiet ta' natura kostituzzjonali u legali, il-Maġistrat Bugeja – waqt serata fuq it-televiżjoni li tista' tissejjaħ bħala l-kristallnacht ta' dan ir-reġim – kien ġie ukoll imwissi minn Muscat li jkun hemm konsegwenzi jekk il-konklużjonijiet tiegħu ma jdoqqulux għal widnejħ.", "Meta mbagħad il-ġurnalista li kienet kixfet l-informazzjoni li wasslet għall-inkjesta minn Bugeja ġiet assassinata b'karozza bomba, din it-twissija li tkexkex akkwistat sinjifikat ġdid \"Xhud ewlenija f'inkjesta issa ġiet eliminata.", "Oħrajn, probabbilment aktar minn persuna waħda, raw lill-Prim Ministru iqum bil-wieqfa fil-Parlament hu u jwissihom li hemm termini ta' ħabs twal għal dawk li jikxfu dak li jafu.", "Meta dawn in-nies – mhux Jonathan Ferris biss – jiffaċċjaw lil uliedhom, irid ta' bilfors iwieżnu bejn sentenza ta' ħabs u l-kxif ta' informazzjoni li l-pulizija żgur se tinjora. \"", "Xhud oħra qed tiġi mhedda, intimidata u segwita minn pajjiż għall-ieħor permezz tal-użu tas-setgħat formali u informali kollha li jistgħu jintużaw.", "Ir-rapporti fuq il-mezzi tax-xandir Ċiprijotti li xlew lil Maria Efimova b'suspetti dwar is-sehem tagħha fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia saru apposta biex jimmalafamawha. \"", "U biex taparsi jidher li qed jagħmel sforz ġenwin, Muscat awtorizza lil Henley & Partners, u possibilment lil Pilatus Bank, biex jirrikorru għall-kawżi SLAPP – għodda maħluqa apposta biex issikket lill-ġurnalisti investigattivi li jkunu qed jaqdu dmirhom.", "\"Id-dinja kollha issa qed tintebaħ bil-qerq ta' dan il-gvern\" L-artiklu jinsab hawn.", "Previous: Adrian Delia ddeċieda li jokkupa l-Ġustizzja?", "Next: Kif il-korruzzjoni ta' min imexxi timmina saħħet il-familja tiegħek għal 99 sena window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/yorgen-fenech-jinsab-taht-arrest/", "date": "Wed, 20th Nov '19, 08:28", "category": "blog, politics, government", "title": "Yorgen Fenech jinsab taħt arrest", "text": ["Yorgen Fenech, il-persuna suspettata bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, inġabar b'arrest mill-awtoritajiet hekk kif ittanta li jaħrab minn Malta wara li ssemma' bħala suspettat li kellu sehem fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "L-aħbar li ġie arrestat mill-awtoritajiet ġiet konfermata ftit ilu minn Matthew Caruana Galizia f'din it- tweet : Ikkonfermat: Yorgen Fenech kien fuq dgħajsa u ttanta li jaħrab minn Malta.", "Dan huwa l-bniedem li kellu jgħaddi ħlasijiet fil-forma ta' tixħim liċ-chief of staff ta' Muscat.", "Bniedem li għadu chief of staff sal-lum. https://t.co/2sMbu6lzMO — Matthew Caruana Galizia (@mcaruanagalizia) November 20, 2019 Yorgen Fenech huwa suspettat b'involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, liema delitt seħħ biex jitgħatta skandlu dwar tixħim b'rabta mal-għoti tal-kuntratt mill-gvern lill-konsorzju Electrogas .", "Yorgen Fenech huwa wieħed mis-sidien tal-konsorzju.", "Il-kumpannija 1 7 Black ta' Yorgen Fenech kienet intrabtet li tħallas ħlasijiet fil-forma ta' tixħim lill-kumpanniji sigrieti tal-Panama li s-sidien tagħhom huma l-assistent ta' Joseph Muscat u wieħed mill-ministri tiegħu.", "Minn dakinhar, tliet snin ilu, li Daphne Caruana Galizia kixfet l-aħbar li kienu ħolqu kumpanniji sigrieti fil-Panama, Joseph Muscat baqa' jżomm lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi fil-kariga li għandhom.", "Saħansitra sa nhar il-Ħadd li għadda, huwa kompla jiddefendi lil Keith Schembri wara li l-assistent tiegħu irrifjuta li jixhed fil-qorti f'kawża ta' libell li kien għamel hu stess biex jirribatti l-akkużi li fl-2016 kien għamel Simon Busuttil fil-konfront tiegħu fis-sens li Keith Schembri huwa bniedem korrott.", "Keith Schembri ma riedx jixhed għax qal li jibża' li seta' jinkrimina ruħu.", "Previous: Yorgen Fenech suspettat bil-qtil ta' Daphne Next: Joseph Muscat mingħalih li jista' jgħaddiha lixxa.", "Dan ma nistgħux nippermettuh. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/tat-tumas-group-keccew-lil-yorgen-fenech-mill-bord-tad-diretturi-gimgha-ilu/", "date": "Wed, 20th Nov '19, 14:10", "category": "blog, politics, government", "title": "Tat-Tumas Group keċċew lil Yorgen Fenech mill-bord tad-diretturi ġimgħa ilu", "text": ["Jidher li d-diretturi tat- Tumas Group setgħu kienu qed jistennew li jseħħ l-arrest tal-membru tal-familja tagħhom Yorgen Fenech li mexxa' l-grupp ta' kumpanniji għal dawn l-aħħar snin.", "Għadu kemm ixxandar dokument li jindika li huwa kien irriżenja minn direttur tal- holding company tal-grupp fit-12 ta' Novembru.", "Id-dokument li jġib il-firma ta' Ray Fenech, iz-ziju ta' Yorgen Fenech, li mexxa' l-kumpanniji Tumas f'dawn l-aħħar xhur f'isem neputih.", "Dan id-dokument suppost ixxandar fuq il- website tar-Reġistru tal-Kumpanniji iżda sa dalgħodu ma deher imkien fost id-dokumenti sottomessi tat- Tumas Group .", "Madankollu, ir-Reġistru tal-Kumpanniji kien diġà nbidel bit-tneħħija ta' isem Yorgen Fenech mil-lista tad-diretturi.", "L-arrest ta' Yorgen Fenech tixħet dubji kbar fuq il-validità tal-kuntratt Electrogas li huwa wieħed mill-akbar kuntratti pubbliċi mogħtija mill-gvern f'dawn l-aħħar 6 snin.", "Tat- Tumas Group qed jistiednu li ssirilhom pressjoni mill-insieħba tagħhom fin-negozju partikularment mingħand Siemens li huma sidien ta' terz tal-konsorzju Electrogas.", "Meta f'Ottubru 2018 kien ġie żvelat li Yorgen Fenech huwa sid is-17 Black, l-imsieħba Maltin fl- Electrogas , jiġifieri l- Gasan Group u l-familja Apap Bologna, ċaħdu kull akkuża li kien seħħ xi qerq.", "S'issa sal-lum għadhom ma ħarġu ebda stqarrija.", "It- Tumas Group hi wkoll is-sid tal-lukanda Hilton li, fil-ġranet li ġejjin, ser tospita diversi attivitajiet li jistgħu ikunu problematiċi għal dawk li ser jipparteċipaw.", "Dawn l-attivitajiet jinkludu laqgħa kbira organizzata mill- KPMG .", "Il- KPMG kienet diġà ssemmiet fi skandlu meta nkixfu r-rabtiet li din kellha mal- Pilatus Bank u mas-sid tal-istess bank Ali Sadr Hashemi Nejad.", "Attività oħra ser tkun iċ-ċerimonja ta' għoti ta' premjijiet fl-industrija tal- gaming bħala parti mill-konferenza SIGMA.", "Ebda wieħed mill-organizzaturi ta' dawn l-attivitajiet fil-lukanda Hilton ma li dawn kienu ser jiġu mħassra.", "Previous: Is-soċjeta ċivili qed issejjaħlek biex tipprotesta llum Next: Lill-poplu smajtuħ ikanta? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/is-socjeta-civili-qed-issejjahlek-biex-tipprotesta-llum/", "date": "Wed, 20th Nov '19, 11:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Is-soċjeta ċivili qed issejjaħlek biex tipprotesta llum", "text": ["Joseph Muscat għandu jirreżenja jew il-Parlament għandu jkeċċih Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qegħdin isejħulkom biex tinaghqdu magħhom illum.", "Jekk int membru tas-soċjeta' ċivili, jekk tħoss li darba wara l-oħra, gidbulek, jekk inti tħoss li dawk li qegħdin fid-dover li jipproteġu lil pajjiżna u l-istituzzjonijiet tagħna ttradew il-pajjiżnaż, allura tridu tkunu Kastilja illum, 20 ta' Novembru 2019, fis-6 ta' filgħaxija biex teżiġu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk qabel dan ma jirreżenjax minn jeddu.", "Joseph Muscat missu keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi minnufih fi Frar 2016.", "Dan m'għamlux.", "Minflok pproteġihom u hekk għadu qed jagħmel, anke wara li Keith Schembri rtira l-kawża tiegħu din il-gimgħa.", "B'dan l-aġir Joseph Muscat ħalaq stat ta' impunità – stat tal-Mafja – li mhux biss ppermetta li kuntratt korrott jiġi mogħti imma wassal għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Joseph Muscat huwa responsabbli għal dak li huwa stess ddeskriva bħala \"assalt fuq id-demokrazija tagħna\".", "Issa jkollu jitlaq.", "Jekk ma jitlaqx minn jeddu, irid jiġi mkeċċi.", "Il-partit tiegħu, il-grupp parlamentari tiegħu, il-Parlament għandu il-poter u d-dover li jkeċċuh jekk ma jitlaqx.", "Previous: Joseph Muscat mingħalih li jista' jgħaddiha lixxa.", "Dan ma nistgħux nippermettuh.", "Next: Tat-Tumas Group keċċew lil Yorgen Fenech mill-bord tad-diretturi ġimgħa ilu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/joseph-muscat-minghalih-li-jista-jghaddiha-lixxa-dan-ma-nistghux-nippermettuh/", "date": "Wed, 20th Nov '19, 08:59", "category": "blog, politics, government", "title": "Joseph Muscat mingħalih li jista' jgħaddiha lixxa. Dan ma nistgħux nippermettuh.", "text": ["Il-kwistjoni hi waħda mill-aktar sempliċi.", "Fl-isfond tal-liġijiet kriminali, Yorgen Fenech huwa innoċenti sakemm ma jiġix pruvat li huwa ħati.", "Ma nistgħux inqisuh ħati qabel ma jgħaddi ġuri skont il-liġi u jinstab ħati mill-qorti.", "Iżda mhux bi ħsiebna li noqgħodu naħsbuha biex neżiġu l-kontabilità.", "Illum huwa ċar daqs il-kristall li Daphne nqatlet biex jitgħattew ix-xtur tal-korruzzjoni fl-għoti tal-kuntratt tal-power station tal- Electrogas .", "Hemm uħud li ser jibqgħu jgħaddsu rashom fir-ramel – iżda dan ma jfissirx li l-fatti ma fehmuhomx sewwa huma wkoll.", "Il-qtil ta' Daphne seta' ġie evitat li kieku Joseph Muscat qeda' dmiru mill-bidu nett u dabbar l-irjus ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi dakinhar li Daphne kixfet (għall-grazzja tal-argument, ejjew nassumu li Joseph Muscat ma kienx jaf bil-kumpanniji tal-Panama qabel saret taf bihom Daphne) li dawn kienu ħolqu kumpanniji sigrieti fil-Panama.", "Meta dawn inqabdu, kienet minn ewl id-dinja l-konklużjoni li kien messu wasal għaliha: jiġifieri li lil dawn it-tnejn ma setax jibqa' jafdahom.", "Jista' jagħti l-każ li ma kienx jaf eżatt x'kienu qed iħawwdu fil-borma, iżda żbalja bl-ikraħ meta pprova jiġġustifika dak li fiħ innifsu kien it-tħejjija għat-twettiq ta' delitt.", "Kien qisu dak il-pulizija li jistqarr li, dan kollu għax ikun ra lil xi ħadd b'maskra f'wiċċu jixxabbat mat-tieqa tal-ġirien f'nofs ta' lejl, ma jfissirx li dan ix-xi ħadd kien bi ħsiebu jmur jisraq.", "Joseph Muscat żamm lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi fil-kariga u dan il-fatt ta' r-riħ fil-qala' lill-impunità, lid-delinkwenza u lill- Mafia State li fetaħ it-triq għat-twettiq tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Konna ilna tliet snin inħambqu li lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi kellha tiddabbrilhom rashom jew inkella Joseph Muscat kellu jkeċċihom.", "Dan kollu issa għadda.", "Joseph Muscat għandu jdabbar rasu huwa stess.", "Issa.", "Jekk ma jitlaqx, l-imgħallmin tiegħu għandu jġiegħluh jitlaq.", "Min huma l-imgħallmin ta' Joseph Muscat?", "Il-partit tiegħu.", "Il-grupp parlamentari tiegħu.", "Il-Parlament.", "Ma nistgħux inkomplu nduru fuq Joseph Muscat u nitolbuh iħares lis-saltna tad-dritt.", "Huwa ovvju li m'huwa ser iħares xejn.", "Fiċ-ċirkostanzi, huwa l-Parlament li għandu d-dmir li jħares is-saltna tad-dritt billi jkeċċi lil Joseph Muscat u jaħtar prim ministru ieħor taħt gvern ġdid.", "Jeħtieġ li tinbeda' tindifa sħiħa.", "Previous: Yorgen Fenech jinsab taħt arrest Next: Is-soċjeta ċivili qed issejjaħlek biex tipprotesta llum window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/it-tifsira-tal-kelma-konsultazzjoni-skont-il-gvern/", "date": "Tue, 1st Oct '19, 08:35", "category": "blog, politics, government", "title": "It-tifsira tal-kelma \"konsultazzjoni\" skont il-gvern", "text": ["Fis-27 ta' Ġunju, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għaddiet riżoluzzjoni li permezz tagħha talbet lil Malta turi li għamlet ħilitha fil-ġlieda kontra l-impunità li hawn fil-pajjiż li tippermetti lill-politiċi korrotti u lill-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne li jgħadduha lixxa.", "Malta ma ngħatax żmien biex issib tarf dawn il-kwistjonijiet.", "Iżda ingħatat żmien biex turi li qed tagħmel ħilitha biex jinstab dan it-tarf.", "Fost affarijiet oħra, r-riżoluzzjoni talbet it-tnedija ta' inkjesta pubblika u indipendenti dwar l-assassinju.", "Talbet ukoll li jitmexxew 'il quddiem l-inizjattivi rakkomandati kontra l-korruzzjoni mill-GRECO – grupp ta' stati li qed jaħdmu biex jeqirdu l-korruzzjoni – kif ukoll l-inizjattivi rakkomandati mill-Kummissjoni ta' Venezja dwar is-saltna tad-dritt .", "Għandu jingħad li fost l-inizjattivi dwar is-saltna tad-dritt hemm ir-riforma dwar il-mod kif jinħatru l-imħallfin u li m'għandhomx jinħatru aktar imħallfin qabel issir riforma sħiħa u komprensiva.", "U din ir-riforma trid issir wara li jkunu saru konsultazzjonijiet wiesa'.", "Finalment, ir-riżoluzzjoni titlob lill-membru parlamentari Olandiż Pieter Omtzigt biex isegwi dak kollu li kien qed iseħħ f'Malta f'dan ir-rigward.", "Fit-2 ta' Lulju, jiġifieri anqas minn ġimgħa wara t-teħid tar-riżoluzzjoni, Pieter Omtzigt kiteb lil Manwel Mallia bħala kap tad-delegazzjoni tal-membri parlamentari tal-gvern fl-Assembea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u għaddielu lista ta' dak kollu li suppost kellha twettaq Malta.", "Fl-ittra, huwa fakkar li Malta ngħatat żmien sas-26 ta' Settembru biex turi li għamlet il-ħila kollha tagħha biex twettaq it-tibdiliet meħtieġa.", "Tafu meta Manwel Mallia għoġbu jwieġeb għal din l-ittra?", "Fis-26 ta' Settembru – jiġifieri fl-aħħar jum taż-żmien mogħti lil Malta.", "Taħsbu li kellu x'iwieġeb dwar dak li suppost kienet wettqet Malta?", "Xejn affattu.", "Punt numru 1: ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa titlob li r-rapport Egrant għandu jixxandar.", "Manuel Mallia qal li l-kwistjoni tinsab quddiem il-qrati u li l-gvern ma jista' jagħmel xejn.", "Li ma qalx Manwel Mallia hu li l-kwistjoni kellha tmur quddiem il-qorti għaliex il-gvern assolutament ma riedx ixandar ir-rapport tal-inkjesta.", "Bħallikieku wieġeb: 'aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħid il-Kunsill tal-Ewropa'.", "Punt numru 2: Malta ntalbet tgħid x'wettqet mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u tal-GRECO.", "Manuel Mallia qal li lil dawn l-entitajiet huwa jippreferi jweġibhom direttament – kif m'għandniex xi ngħidu suppost għandu jagħmel il-gvern – iżda din ċertament m'hix raġuni għala t-talbiet ta' entità politika dwar id-dirittijiet tal-bniedem bħalma hi l-Assemblea Parlamentari għandha tiġi njorata.", "M'għandniex xi ngħidu, il-gvern irreaġixxa b'dan il-mod għaliex ma wettaq assolutament xejn u ma ħa ebda miżura biex jilqa' għall-korruzzjoni.", "U, biex ngħiduha kif inhi, m'hu bi ħsiebu jagħmel xejn għaliex m'huwiex ser jidħol f'riskju li jikxef l-għawwar ta' Keith Schembri, ta' Konrad Mizzi, ta' Chris Cardona, ta' Edward Scicluna u tal-oħrajn.", "Hawn il-gvern bħallikieku reġa' tenna' l-kliem: 'aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħid il-Kunsill tal-Ewropa'.", "Punt numru 3: Malta ntalbet tibqa' lura milli taħtar imħallfin ġodda sakemm tiġi riformata s-sistema dwar kif dawn jinħatru u dan għaliex skont l-Assemblea Parlamentari s-sistema tagħna ma tiggarantix l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Manuel Mallia wieġeb li fl-2016 Malta kienet adottat sistema ġdida fejn jidħlu ħatriet għall-ġudikatura bl-approvazzjoni unanima tal-Parlament u li din is-sistema hi aħjar minn dik li kellna qabel.", "Dan jista' jkun kollu minnu.", "Madankollu jibqa' l-fatt li s-sistema li hemm ma tiggarantix il-grad ta' indipendenza li hu meħtieġ f'demokrazija.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn l-artiklu mxandar fit- Times of", "Malta tal-lum li jispjega l-konsegwenzi li l-gvern ser ikollu jiffaċċja jekk jibqa' jwebbes rasu u li l-qrati tagħna kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ser ikollhom jiddeċiedu huma u juru l-qbil tagħhom mal-fehmiet tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Manuel Mallia wieġeb billi qal li xi darba s-sistema ser ikollha tinbidel iżda fil-frattemp ser jibqgħu nagħżlu l-imħallfin li jridu huma.", "Hawn il-gvern bħal qiesu reġa' tenna' l-kliem: 'aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħid il-Kunsill tal-Ewropa'.", "Punt numru 4: Malta ntalbet twaqqaf l-impunità li hawn fil-pajjiż.", "Il-gvern m'għamel xejn affattu dwar il- Panama Papers , dwar l-iskandlu tal-bejgħ tal-isptarijiet, dwar il-passaporti li qed jinbiegħu lilll-kriminali u nistgħu nibqgħu għaddejjin.", "Manwel Mallia nstamat u wieġeb li \"ma jaqbilx li f'Malta hawn ambjent ta' impunità\".", "Huwa kompla jgħid li \"minkejja l-mod negattiv kif il-Kunsill qed iħares lejn Malta, entitajiet internazzjonali ta' fama qed iħarsu pożittivament lejn Malta fejn għandha x'taqsam il-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus maħmuġin\".", "Hawn qed jirreferi għall-indiċi tal- Basel Institute of Governance .", "Iżda jeħtieġ niftakru li, hu u jwieġeb fis-26 ta' Settembru għal ittra li nkitbet fit-2 ta' Lulju, Manuel Mallia kien diġà jaf bil-konklużjonijiet tar-rapport Moneyval tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-isforzi ta' Malta fil qasam tal-ħasil tal-flus .", "Meta Pieter Omtzigt kiteb l-ittra tiegħu fit-2 ta' Lulju, il- Moneyval kien għadu ma ħariġx ir-rapport tiegħu.", "Dak li sabu tal- Moneyval juri li t-tħassib tal-Kunsill tal-Ewropa huwa ġustifikat.", "Għal darb'oħra: 'aħjar għalikom, aħna niġu naqgħu u nqumu minn dak li jgħidu l-Kunsill tal-Ewropa u tal- Moneyval '.", "Punt numru 5: Il-Kunsill tal-Ewropa talab li l-allegati assassini għandhom jgħaddu proċess kriminali u li għandhom jinqabdu l-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Manuel Mallia wieġeb t-tliet allegati assassini kienu ttellgħu il-qorti.", "U dwar l-imħuħ wara l-assassinju, kull ma kellu xi jgħid Manuel Mallia kien li \"l-investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin\".", "Kemm hu minnu dan?", "F'Novembru 2018 – ftit inqas minn sena ilu – l-ministru tal-intern kien qal l-pulizija kienet waslet biex tarresta l-imħuħ wara l-assassinju.", "U minn dakinhar 'l hawn, ma ġara' assolutament xejn.", "Ma nagħmlux mod li tliet allegati assassini talbu li jixhdu taħt proklama?", "L-intermedjarju li rranġa biex jitwettaq id-delitt ġie identifikat?", "Saru aktar arresti?", "Il-gvern bħallikieku qed igħid: \"aħjar għalikom.", "M'aħna ser ngħidulkom xejn dwar dak li qed nagħmlu dwar din il-kwistjoni'.", "Punt numru 6: Il-Kunsill tal-Ewropa talab it-tnedija ta' inkjesta pubblika indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ftit qabel ma skada ż-żmien mogħti lilu, l-gvern xandar it-termini ta' riferenza u ħatar il-membri ta' bord ta' inkjesta li qatt ma ried li jinħatar.", "U Manuel Mallia tkellem dwar ir-raġunijiet il-għala m'għandhiex issir inkjesta u kiteb li \"f'dawn l-aħħar xhur il-gvern kien tkellem mal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-mod kif tista' tiġi mnedija nkjesta pubblika\".", "Ma' min tkellem il-gvern?", "Jekk xejn, l-ittra turi li l-gvern ma tkellem ma' ħadd u wisq inqas tkellem mar- rapporteur li kien ġie maħtur biex isegwi l-każ mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Fl-aħħar Manwel Mallia kiteb li \"ir-rekwiżiti ta' paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni 2293(2019) kienu twettqu fiż-żmien mogħti\".", "Il-bieraħ wieġeb Pieter Omtzigt dwar dak li kien seħħ fil-kumitat dwar affarijiet legali u dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Lil Manuel Mallia bħallikieku qallu \"lanqas rekwiżit wieħed tar-riżoluzzjoni ma twettaq\".", "Bħallikieku qallu wkoll li din hi kollox barra nkjesta indipendenti u pubblika u, hu u jħabbarha, kien messu għamel tabirruħu li kien ikkonsulta mal-familja tal-vittma.", "Ma tarax!", "Illum Eddie Privitera kiteb fit- Times of Malta u wera' li l-ħsieb tiegħu u dak tal-gvern huma bħal fula maqsuma: din ħmerija, kiteb Privitera, li ulied Daphne jippretendu li għandhom jiġu konsultati fejn għandha x'taqsam inkjesta li ser tinvestiga l-assassinju ta' ommhom.", "Issa li dalwaqt infakkru t-tieni anniversarju mill-assassinju ta' Daphne, qed jistenbħu ħafna trolls .", "U bosta minn dawn it- trolls qed jiktbu li, skont huma, kienu ulied Daphne stess li assassinawha.", "Din hi n-narrattiva mxajtna li tahom il-gvern u l-partit tagħhom!", "Dan ċertament mhuwiex aċċettabbli.", "Fis-16 ta' Ottubru jeħtieġ li nagħtu risposta lill-gvern u nuruħ li m'hux bi ħsiebna nċedulu.", "Previous: Il-gvern ma kienx qal li kien qed jikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-inkjesta Daphne?", "Next: Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/imheggeg-biex-ikun-jaf-kif-izda-biered-dwar-l-ghaliex/", "date": "Tue, 19th Nov '19, 15:35", "category": "blog, politics, government", "title": "Imħeġġeġ biex ikun jaf kif iżda biered dwar l-\"għaliex\".", "text": ["L-isem ta' Melvin Theuma ssemma' aktar kmieni llum mill- Malta Today bħala l-allegat \"sensar\" tal-konfoffa li ngħaqdet biex tiġi assassinata Daphne Caruana Galizia.", "Kif kitbet Caroline Muscat ftit sigħat wara, l-isem ta' din il-persuna kien ilu jissemma' minn xi ġurnalisti għal diversi ġimgħat .", "Bosta minna kienu jafu li, għal diversi xhur, wieħed mit-tliet irġiel mixlija bil-qtil, Ċensu Muscat, lill-Pulizija kien għaddielha informazzjoni dwar l-identità tas-\"sensar\".", "Bħalma jiġri f'kull xogħol ieħor, qabel wieħed jiddeċiedi li jxandar aħbar wieħed għandu dejjem iwieżen numru ta' responsabbiltajiet differenti li, ħafna drabi, jkunu kuntrarji għal xulxin.", "Minn banda hemm ir-responsabbiltà u d-dmir li l-pubbliku jkun infurmat.", "Iżda mill-banda l-oħra, wieħed għandu wkoll ir-responsabbiltà li jara li ma jġibx ruħu b'mod li jippreġudika l-investigazzjonijiet u effettivament – u forsi mingħajr ma jrid – isir kompliċi ma' dawk li jkunu jridu jaħarbu mill-ġustizzja u jgħadduha lixxa.", "Meta nhar il-Ħamis Melvin Theuma nġabar mill-Pulizija, huwa ma ġiex arrestat minħabba akkuża ta' qtil.", "Din kienet waħda mir-raġunijiet il-għala l-aħbar inżammet u ma xxandritx.", "Kif forsi tistgħu timmaġinaw, il-mod li bih ġie maħsub, imfassal u mwettaq il-pjan bażiku li wassal għall-assassinju ilu magħruf mill-ġurnalisti.", "Dan ifisser ukoll li l-pjan kienu jafu biħ kemm l-investigaturi kif ukoll il-politiċi minn ferm qabel.", "Il-politiċi kienu jafu li aħna l-ġurnalisti kellna f'idejna l-informazzjoni.", "Kienu jafu li, kemm il-darba l-informazzjoni kienet ser tibqa' mistura minħabba n-nuqqas ta' azzjoni minn naħa tal-gvern, eventwalment kien ser ikun hemm min jikxef dan il-fatt u l-gvern kien jidher bħallikieku qed jiggarantixxi l-impunità għal min allegatament qatel.", "Din ukoll hi forma ta' pressjoni li tassigura li xejn ma jdum mistur.", "Ħafna drabi l-preżenza tal-ġurnalisti f'pajjiż demokratiku u d-determinazzjoni u l-ħeġġa tagħhom biex isibu t-truf tinħass sewwa minn dawk li jaħsbu li għandhom is-setgħa li jostru dak li jkun jaqblilhom jostru.", "Aħna l-ġurnalisti ninsabu mejtin biex nikxfu dak li diġà għandna f'idejna u mejtin ukoll biex insiru nafu aktar.", "Iżda għalissa bi ħsiebni nillimita ruħi għal xi osservazzjonijiet.", "L-ewwel, ma nistax ma nissuspettax li dan l-arrest kif ukoll l-istqarrija ta' dalgħodu tal-prim ministru dwar il-possibilità li tingħata l-immunità mill-prosekuzzjoni lix-xhud jistgħu iservu biex jaljenawna mill-iskandli politiċi kbar li hemm bħalissa.", "Dak li qed jingħad jista' jwassal lil wieħed biex jaħseb li ma teżisti ebda rabta bejn l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-iskandli tal-Kabinett ta' Joseph Muscat.", "Dan il-ħsieb għad jirriżulta li m'huwiex preċiż.", "It-tieni, il-prim ministru llum \"refa' r-responsabbiltà\" għal azzjoni politika waħda – jiġifieri dik li jirrakkomanda l-għoti ta' maħfra – liema azzjoni jkun jixtieq jippreżentaha bħala waħda li tkun wasslet biex instab tarf tal-każ.", "Frott l-esperjenza, Joseph Muscat għandu l-ħila biex jaħseb sew minn qabel liema għandhom ikunu l-passi li jkun jeħtieġ li jieħu.", "Iżda ħażin nagħmlu jekk nassumu li għandu kontroll assolut fuq kollox.", "Joseph Muscat ma jistax jaqbad u jdabbar ras dawk fil-Kabinett li huma qrib tiegħu u fl-istess waqt jippretendi li ser ninsew li kien messu dabbrilhom rashom tliet snin ilu.", "F'dan l-istadju, jekk għandu jdabbar rasu xi ħadd, dan ix-xi ħadd m'huwa ħadd ħlief hu.", "Jista' jkun ukoll li Joseph Muscat ser jilgħab l-aħħar karta li għandu f'idejh.", "Jekk jirnexxielu jpinġi lilu nnifsu f'għajnejn in-nies bħala politiku mimli ħeġġa – skont il-ħsieb li jgħaddi minn moħħu – jista' jkun f'pożizzjoni aħjar biex politikament jipprova jgħaddiha lixxa minkejja dak kollu li jista' jirriżulta mill-investigazzjonijiet.", "It-tielet, dalgħodu l-prim ministru ġie mistoqsi xi tkun ir-reazzjoni tiegħu kemm il-darba s-\"sensar\" isemmi wħud minn dawk li jaqgħu taħtu bħala l-imħuħ wara t-twettiq tad-delitt.", "Din il-mistoqsija sserraħ fuq l-inġenwinità li fuqha jiddependi l-prim ministru biex politikament jibqa' jimraħ fil-wiċċ.", "Għal darb'oħra, anki fl-isfond ta' konfoffa biex tiġi assassinata ġurnalista, nfittxu l-kenn ta' dak li huwa ovvju minflok naħsbu b'moħħna.", "Is-\"sensar\" li nġabar mill-Pulizija llum ser ikun f'pożizzjoni li jsemmi lill-persuna li ħallsitu u li ordnatlu jara li jitwettaq id-delitt.", "Bis-saħħa ta' dan, tkun tista' tinstab tarf id-dinamika tal-assassinju: dwar min kellem lil min, dwar min ħallas lil min u dwar min qatilha.", "Iżda jeħtieġ li niftakru li meta nkunu fhimna d-dinamika ta' assassinju ma jfissirx ukoll li nkunu sibna tarf tal-forensika.", "Jista' jagħti l-każ li, ġaladarba antiċipa dak li huwa mistenni minnu, l-prim ministru issa ma jistax ikompli jaħrab it-tweġiba għall-mistoqsija dwar l-identità tal-persuna li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.", "Iżda l-prim ministru din l-antiċipazzjoni għamilha bil-għan li ma tinbitx mistoqsija oħra bħalma hi: għaliex inqatlet Daphne Caruana Galizia?", "X'aktarx li Melvin Theuma m'għandux l-iċken idea għaliex inqatlet.", "U huwa proprju hawn fejn għandhom jidħlu l-ġurnalisti: dawn jeħtieġ li jistaqsu x'kienu x-xtur li kellhom jitgħattew bis-saħħa tal-assassinju.", "Aħna l-ġurnalisti ma nistgħux inserrħu fuq il-forensika, fuq l-ilsien persważiv tal-prosekuturi u fuq l-ispettaklu ta' novella dwar delitti kriminali – moħħna inkunu rridu nħaddmuh aħna stess.", "Assassinju huwa qtil politiku.", "U hekk kif jinstab tarf tal-kwistjonijiet forensiċi, jeħtieġ li jsir ġudizzju politiku.", "U ħadd ħlief il-ġurnalisti ma jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Se tkun ix-xewqa ta' Joseph Muscat li dan il-ġudizzju jibqa' ma jsirx għaliex fuq dan il-ġudizzju ser jiddependi l-futur politiku tiegħu.", "Previous: Maħfra Next: Yorgen Fenech suspettat bil-qtil ta' Daphne window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ghadna-lura/", "date": "Mon, 18th Nov '19, 19:48", "category": "blog, politics, government", "title": "Għadna lura", "text": ["Ejjew ma neċċitawx ruħna żżejjed.", "Il-ġimgħa li għaddiet fil-qorti Keith Schembri x'aktarx xtaq l-art tibilgħu.", "Iżda kien dakinhar li nkixfu l- Panama Papers li kien ħass l-art titriegħed taħt saqajh.", "Il-pjan korrott li kellhom biex jistagħnew personalment ma kellu qatt joħroġ fil-beraħ.", "Pubblikament ikomplu jilbsu l-maskra tal-indifferenza fuq wiċċhom – iżda din il-maskra m'hix isservi biex tgħatti r-rabja nfiskata li għandhom talli nqabdu b'qalziethom imniżżel sa għarqubhom.", "Dan kollu ma jfissirx li t-twettiq tal-ġustizzja ser ikun inevitabbli.", "Aħsbu ftit dwar il-mod kif irreżistew bil-qawwa kollha t-tnedija ta' kull forma ta' nkjesta kriminali.", "Aħsbu ftit dwar l-appelli kollha li ppreżentaw biex iwaqqfu l-inkjesti għal kollox.", "Ippermettuli nfakkarkom ftit.", "Frar 2016: Daphne Caruana Galizia tikteb li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma s-sidien ta' kumpanniji reġistrati fil-Panama moħbijin ġewwa trusts reġistrati fi New Zealand .", "Jiċħdu kollox.", "April 2016: Jitfaċċaw il- Panama Papers u tiġi konfermata l-istorja li Keith Schembri u Konrad Mizzi tassew huma sidien ta' kumpanniji reġistrati fil-Panama u li kienu gidbu meta dawn stqarrew li dan ma kienx minnu.", "Simon Busuttil jistqarr li minn dak li rriżulta mill- Panama Papers , Keith Schembri huwa bniedem korrott.", "Keith Schembri jirreaġixxi billi jagħmel libell fil-qorti kontra Simon Busuttil.", "Lulju 2017: Il-Pulizija tibqa' ma tiċċaqlaqx u Simon Busuttil jieħu l-inizjattiva u jitlob it-tnedija ta' inkjesta mill-qorti.", "Permezz ta' digriet, il-Maġistrat Ian Farrugia jilqa' t-talba u jordna t-tnedija ta' inkjesta.", "Il-Prim Ministru u l-klikka ta' madwaru jappellaw mid-digriet u tibda' battalja legali twila quddiem il-qorti tal-appell.", "Ottubru 2017: Keith Schembri jixhed fil-kawża tal-libell li għamel kontra Simon Busuttil u jistqarr li hu m'huwiex bniedem korrott.", "Dakinhar stess, Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li kienet kixfitilhom għawwarhom tiġi assassinata permezz ta' karrozza-bomba.", "April 2018: Ta' The Daphne Project jikxfu li l-kumpanniji 17 Black (u MacBridge ) kienu ġew identifikati bħala \"klijenti mira\" li kellhom jittrasferixxu miljuni kbar ta' flejjes fil-kontijiet tal-kumpanniji tal-Panama ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi.", "Ottubru 2018: Ir- Reuters jikxfu li sid il-kumpannija 17 Black m'hu ħadd ħlief Yorgen Fenech .", "Novembru 2018: Fil-Parlament Owen Bonnici jgħid li nkjesta dwar 17 Blac k kienet inbdiet \"numru ta' ġimgħat\" qabel ixxandar ir-rapport ta' Reuters f'Ottubru.", "Qal ukoll li l-inkjesta kienet intalbet mill-Pulizija u li din qed titmexxa' mill-Maġistrat Charmaine Galea.", "Jannar 2019: L-appell ta' Joseph Muscat u tal-klikka tal-Panama fuq l-inkjesta dwar il- Panama Papers jintlaqa' mill-Imħallef Giovanni Grixti.", "Id-digriet li kien ordna t-tnedija ta' inkjesta jiġi revokat.", "April 2019: Il-Maġistrat Doreen Clarke tilqa' talba ġdida minn Simon Busuttil u minn Repubblika sabiex tiġi mnedija nkjesta dwar il- Panama Papers.", "Il-Maġistrat Clarke tordna li l-allegazzjonijiet li saru minn Simon Busuttil u minn Repubblika jiġu mistħarrġa fl-inkjesta presjeduta mill-Maġistrat Charmaine Galea dwar 17 Black .", "Din l-inkjesta għadha pendenti.", "Novembru 2019: Wara li jiġi ordnat jidher fil-qorti f'kawża ta' libell li għamel huwa stess u sabiex isirlu kontro-eżami, Keith Schembri jċedi l-kawża ta' libell li kien għamel kontra Simon Busuttil.", "Issa li ftakarna f'dawn il-fatti kollha, inkomplu.", "Meta l-ġimgħa li għaddiet Keith Schembri kien qed jipprova jiżgiċċa mid-dmir tiegħu li jixhed f'kawża ta' libell li kien għamel huwa stess, stqarr li ma jixtieqx jixhed għaliex jibża' li jista' jinkrimina ruħu.", "Din kienet ammissjoni ċara minn naħa tiegħu li rrabjat lil bosta nies u li wkoll nisslet xi ftit tat-tama li din id-darba Joseph Muscat kien ser jagħmel dak li kien missu ilu li għamel, għalkemm kien diġà 1,322 jum tard, kif qiegħduha tal-Moviment Graffitti il-ġimgħa li għaddiet.", "Iżda kien hemm ukoll skuża oħra li kienet politikament konvenjenti u li Joseph Muscat il-bieraħ għażel li jiddendel magħha hu u jiddefendi lill-hekk imsejjaħ assistent tiegħu.", "Din l-iskuża hi li Keith Schembri qed jagħti x-xhieda tiegħu fl-inkjesta tal-Maġistrat Charmaine Galea.", "Hi appuntu din l-iskuża li qed jiddendlu magħha biex jiġġustifikaw is-\"sagrifiċċju\" li għamlu meta ċedew il-kawża ta' libell li kienu għamlu kontra Simon Busuttil.", "M'għandniex xi ngħidu, din l-iskuża m'hi xejn ħlief ħmerija mill-aktar banali.", "Nibdew biex, skont il-liġi Maltija l-proċessi kriminali u dawk ċivili huma proċessi separati.", "Keith Schembri għandu kull dritt bil-liġi li jħares ir-reputazzjoni tiegħu permezz ta' kawża ta' libell fil-qrati ċivili fl-istess waqt li jkun qed jiġi nvestigat f'inkjesta kriminali.", "Dakinhar li appellaw minn digriet li ordna t-tnedija ta' inkjesta dwar l-imġieba tagħhom (jiġifieri d-digriet ta' Lulju 2017 li kien ġie revokat wara rebħu appell li kienu għamlu), Keith Schembri u tal-klikka tal-Panama kienu stqarrew b'saħħa li huma għandhom id-dritt li jeżerċitaw id-drittijiet kollha li tagħtihom il-liġi.", "Keith Schembri ma kellu għalfejn iċedi xejn minn dak li tagħtih il-liġi.", "It-tieni: kien Owen Bonnici li, f'Novembru tas-sena li għaddiet, kixef li kienet qed issir inkjesta kriminali mill-Maġistrat Charmaine Galea.", "Anki li kieku Keith Schembri kellu jgħid li, dakinhar li fetaħ il-kawża ta' libell, ma kien jaf b'ebda inkjesta dwar 17 Black , diġà kien hemm inkjesta għaddejja wara l-ewwel talba li kienet saret minn Simon Busuttil f'Lulju 2017.", "Dakinhar kien għadu ma xehedx quddiem il-qorti fis-sens li kien bi ħsiebu jagħmel kawża ta' libell.", "Li kieku ried, il-kawża seta' faċilment ċediha.", "Jew inkella seta' ċediha matul din is-sena, xhur wara li Owen Bonnici kien ħabbar fil-Parlament li tinsab għaddejja nkjesta dwar 17 Black .", "Seta' wkoll ċediha hekk kif, f'April li għadda, l-Maġistrat Doreen Clarke żiedet l-ilment il-ġdid dwaru li kien sar minn Simon Busuttil u minn Repubblika mal-inkjesta tal-Maġistrat Charmaine Galea.", "Nistaqsi: ġaladarba li, f'kull stadju, dawn għamlu reżistenza qawwija kontra t-tnedija ta' kull investigazzjoni dwar l-imġieba tagħhom, x'kienet ir-raġuni li Keith Schembri baqa' m'appellax biex iwaqqa' d-digriet li kienet ordnat il-qorti sabiex l-allegazzjonijiet dwar il-Panama jiżdiedu ma' dawk li dwarhom qed issir inkjesta mill-Maġistrat Charmaine Galea?", "Wara kollox, dan id-digriet kien wieħed li jixbaħ ħafna id-digriet li ngħata f'Lulju 2017, liema digriet kienu appellaw minnu b'saħħa ġmielha.", "Il-għala m'għamilx l-istess din id-darba?", "Il-għala m'huwiex joġġezzjona li l-Maġistrat Charmaine Galea qed tniedi nkjesta dwar l-imġieba tiegħu?", "Hemm ukoll ħaġ'oħra.", "Konrad Mizzi – sieħeb fit-taħwid kriminali ta' Keith Schembri – kien ittanta jwaqqaf lill-Maġistrat Doreen Clarke milli tiddeċiedi, kif fil-fatt spiċċat għamlet f'April 2018, dwar jekk għandhiex tordna inkjesta dwar il- Panama Papers .", "Dan kien għamel kawża fil-Qorti Kostituzzjonali għax qal li l-liġi li tagħti s-setgħa lil Repubblika u lil Simon Busuttil li jagħmlu lment kontrih tikser id-drittijiet umani tiegħu.", "Kien talab lill-qorti biex tordna lill-Maġistrat Doreen Clarke biex tibqa' lura milli tagħti digriet sakemm tinqata' il-kawża kostituzzjonali li kien għamel.", "Il-qorti kienet ċaħdet it-talba li kien għamel u ċaħditlu wkoll il-permess li jappella mis-sentenza.", "Iżda, b'għaġeb tal-għeġubijiet, Konrad Mizzi spiċċa biex ċeda l-kawża kostituzzjonali.", "Il-każ għadda għand il-Maġistrat Charmaine Galea li issa kellha lilu flimkien ma' Keith Schembri bħala persuni suspettati fid-delitti kriminali ta' tixħim, korruzzjoni u ħasil ta' flus maħmuġin.", "Wara dik l-għaġeb kollu li kien għamel, Konrad Mizzi issa mmansa u deher li għalih ma ġara' xejn li qed issir inkjesta dwar l-imġieba tiegħu.", "Għala?", "X'kienet tassew ir-raġuni il-għala Keith Schembri (u, wara sforz qawwi, anki Konrad Mizzi) baqgħu m'għamlux użu mill-mezzi li tagħtihom il-liġi biex iwaqqfu l-inkjesta tal-Maġistrat Charmaine Galea meta kienu huma stess li għamlu minn kollox biex iwaqqfu digriet ieħor simili li kien sar fi stadju aktar kmieni?", "Tgħid tal-klikka tal-Panama qed jittamaw li mal-Maġistrat Charmaine Galea għandhom ċans akbar li jġibuha żewġ?", "Fl-imgħoddi l-Maġistrat Charmaine Galea kienet ħasset li kellha kunflitt ta' interess fejn għandha x'taqsam Daphne Caruana Galizia.", "Meta f'Diċembru 2017, l-aħwa Degiorgio u Ċensu Muscat illellgħu il-qorti u ġew mixlija bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Charmaine Galea kienet irrikużat ruħħa għaliex ħasset li ma kellhiex tkun hi li tisma' x-xhieda tal-kumpilazzjoni li saret kontrihom.", "Il-Maġistrat kienet qalet li Daphne Caruana Galizia kienet semmietha fil-blog tagħha fil-kuntest tal-ħatriet għall-ġudikatura ta' persuni li l-Partit Laburista għandu fiduċja fihom.", "Meta Charmaine Galea kienet inħatret bħala Maġistrat, Daphne kienet semmiet il-fatt li din kienet soċju fl-uffiċju tad-Deputat Kap Laburista Toni Abela.", "Il-ħatra ta' Charmaine Galea, Daphne kienet sejħitilha bħala ħatra \"Malta Tagħna Lkoll\".", "Issa jekk stqarrija bħal din kienet biżżejjed biex il-Maġistrat Charmaine Galea ħasset li ma kellhiex imparzjalità biżżejjed biex tisma' x-xhieda (mingħajr ma tiddeċiedi dwar ħtija jew in-nuqqas tagħha) dwar il-qtil ta' Daphne, kemm aktar kellha tħoss li m'għandhiex imparzjalità biżżejjed hi u tinvestiga dak li kitbet dwaru Daphne Caruana Galizia?", "Jaqaw Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu saru jafu b'kumbinazzjoni, wara li kienu qraw il-blog ta' Daphne, li l-ħatra ta' Charmaine Galea kienet waħda \"Tagħna Lkoll\" u għalhekk dehrilhom li jkun jaqblilhom jekk l-inkjesta dwar l-imġieba tagħhom titmexxa' minnha?", "Din kienet ir-raġuni il-għala baqgħu m'appellawx?", "Jaqaw qed ifittxu li jkollhom eżonerazzjoni stil Egrant?", "Aħsbu ftit ukoll dwar dak li stqarr il-bieraħ Joseph Muscat hu u jiddefendi lill-hekk imsejjaħ assistent tiegħu.", "Minn banda, Joseph Muscat ħareġ bit-teorija li Keith Schembri jippreferi jixhed u jikxef kollox quddiem l-inkjesta milli quddiem il-qorti f'kawża ta' libell li għamel hu stess.", "Mill-banda l-oħra, stqarr li Keith Schembri kien inkwetat li kieku kellu jirbaħ il-kawża ta' libell, quddiem il-qorti tal-appell Simon Busuttil kien igħid li l-Maġistrat Victor Axiaq — l-istess Maġistrat li ġiegħel lil Keith Schembri jegħreq l-għaraq tad-demm fil-qorti — kellu kunflitt ta' interess u li, ipotetikament, kien ikun jista' jipperswadi lill-qorti biex tirrevoka sentenza li Keith Schembri kien ikun rebaħ.", "Din isbaħ issa!", "Fil-qorti, l-Maġistrat Victor Axiaq stqarr li kien hemm persuna li ppruvat tavviċinaħ biex tfakkru li huwa kellu kunflitt ta' interess.", "Mid-dehra, omm il-Maġistrat kienet impjegata ma' waħda mill-kumpanniji ta' Keith Schembri.", "Kemm jekk kienu jafu b'dan jew skoprewh aktar nhar it-Tnejn stess, l-avukati ta' Simon Busuttil ma talbux lill-Maġistrat jirrikuża ruħu.", "Li kieku riedu, dawn setgħu talbu r-rikuża anki minħabba l-fatt li Simon Busuttil, bħala wieħed mill-avukati ta' Repubblika, qed jidher bħala avukat fil-kawża kostituzzjonali li saret minn Repubblika dwar l-indipendenza tal-ġudikatura: jekk il-kawża tintrebaħ minn Repubblika, potenzjalment il-ħatra ta' Victor Axiaq bħala Maġistrat tista' tiġi annullata għaliex dan inħatar fil-kariga f'April 2019, jiġifieri wara li Repubblika bdiet l-azzjoni fil-qorti.", "Jibqa' l-fatt li Simon Busuttil baqa' ma talabx ir-rikuża ta' Victor Axiaq għaliex ma kienx fl-interess tiegħu li jagħmel dan.", "Jeħtieġ niftakru li kien ilu mat-tliet snin jissielet biex iġiegħel lil Keith Schembri jixhed fil-kawża ta' libell.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li l-persuna li avviċinat privatament lill-Maġistrat Victor Axiaq – kontra l-ispirtu tal-liġi u tad-diċenza – hi persuna li aġixxiet fl-interess ta' Keith Schembri.", "Jekk dan huwa minnu, ma nieħduha xejn bi kbira jekk Keith Schembri jasal ukoll biex jipprova jinfluwenza maġistrati li ma jkunux ta' stoffa kbira.", "M'għandna qatt inneħħu minn taħt l-attenzjoni tagħna l-fatt li f'dawn l-aħħar 6 snin, il-gvern tal-Labour ra kif għamel biex jaħtar fil-ġudikatura persuni li huma qrib tiegħu u li xi darba jaf li jista' jiġi bżonnhom biex iħokkulu dahru.", "Barra minn dan, jeħtieġ niftakru wkoll li waqt li kawża ta' libell (jew anki proċess kriminali) iseħħ bil-miftuħ u kulħadd ikun jista' jsegwi x-xhieda li tkun qed tinstema' u l-mistoqsijiet li jsiru lix-xhieda, dan m'huwiex il-każ f'inkjesta maġisterjali.", "Inkjesta ssir bil-magħluq u lix-xhieda ma ssirilhomx kontro-eżami.", "M'hemmx mod kif wieħed jista' jikkontrolla biex jiżgura li kollox ikun qed isir kif suppost.", "U, kif turina l-esperjenza tal-inkjesta Egrant, ir-rapport finali ma jixxandarx.", "Il-ġimgħa li għaddiet Keith Schembri ntebaħ li m'għandux is-setgħa li jikkontrolla l-eżitu ta' kawża ta' libell li kien għamel huwa stess.", "Iżda nistgħu ngħidu l-istess ħaġa għall-eżitu ta' inkjesta kriminali li l-Pulizija – l-istess Pulizija li baqgħu ċassi fit-tliet snin li ilna li sirna nafu bil-kumpanniji sigrieti tal-Panama – kienu talbu li ssir?", "Tgħid xi ħadd mar isefsef f'widnejn il-Maġistrat Charmaine Galea bl-istess mod li xi ħadd mar isefsef f'widnejn il-Maġistrat Victor Axiaq?", "Tgħid Keith Schembri qed jittama li manuvra bħal din tista' teħilsu mill-inkwiet?", "Nhar it-Tnejn li għadda, xammejna r-rebħa.", "Iżda nkunu aktar bil-għaqal jekk noqgħodu lura milli ngħoddu l-flieles qabel ma dawn jibdew ifaqqsu.", "Previous: Għajnejna msammrin fuq il-mira Next: Feġġet biċċa mill-verità window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/lill-poplu-smajtuh-ikanta/", "date": "Wed, 20th Nov '19, 22:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Lill-poplu smajtuħ ikanta?", "text": ["Illejla nġbarna quddiem l-uffiċċju tal-prim ministru u għamilnilu talba sempliċi ħafna.", "Tlabna li ma nkunux iggvernati minn min huwa korrott.", "Aktar tard imxejna lejn il-bini tal-Qorti quddiem il-mafkar tal-Assedju li qed iservi ta' mafkar għal Daphne u sellimna lill-memorja ta' din il-ġurnalista li sofriet l-akbar inġustizzja li setgħet issofri.", "Kien hemm uħud li riedu juru l-għadab tagħhom li mxew sal-bini tal-Parlament.", "Dawn bdew igħajjtu u jipprotestaw b'rabja u b'saħħa.", "F'att ta' provokazzjoni infantili, Owen Bonnici insista li joħroġ barra l-bini tal-Parlament mill-bieb prinċipali, li jidħol fil-karrozza ministerjali tiegħu qisu mhux hu u jsuq minn qalb il-folla.", "Kien mument mill-isbaħ.", "X'ippretenda Owen Bonnici li kien ser ikun hemm?", "Iċ-ċapċip?", "Skiet ħiemed?", "Owen Bonnici għażel li jinsulenta lil dawk li – b'kuntrast miegħu – huma rrabjati li Daphne baqgħet tinqatel kull jum tul dawn l-aħħar sentejn.", "Kull jum li għadda huwa neħħa u warrab is-simboli tal-protesti tal-poplu u b'wiċċu minn quddiem ried bħal speċi jurihom li huwa stess qed ixejjen il-protesti tagħhom.", "Tpaxxejna naraw lill-ministru tal-ġustizzja maqful ġewwa l-karrozza tiegħu stess u lill-uffiċjali tal-pulizija jġibu ruħħom b'mod professjonali.", "Ma mbuttaw lil ħadd u ma ndaħlux biex iwaqqfu l-protesta.", "Kienu hemm biss biex jiżguraw li ma jweġġa' ħadd.", "B'xorti ħażina, iżda, uffiċjal tal-pulizija weġġgħet meta ntrifset aċċidentalment mir-rota tal-karrozza ministerjali ta' Owen Bonnici.", "Nawgurawlha fejqan ta' malajr.", "Illum rajna xena ta' Malta ċivilizzata mingħajr il-qerq tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni politiċi.", "Dak li assistejna għalih kienet ir-rabja ġenwina minn naħa tal-poplu li sab ruħu mingħajr mexxejja u mingħajr skop.", "Poplu li espriema r-rabja tiegħu għax għandu l-fatti f'idejh.", "F'din Malta ċivilizzata, l-uffiċjali tal-pulizija xogħolhom jagħrfuh: dak li jħarsu lin-nies, li jħarsu d-drittijiet min jagħżel li jipprotesta u li jħarsu d-demokrazija.", "F'din Malta ċivilizzata, ministru arroganti, nkompetenti u medjokri li għamilha drawwa li jneħħi l-fjuri u li jippromwovi l-kapitali tal-kultura magħmula mill-flus, mill-kompromessi, mill-medjokrità, mir-regħba u mill-korruzzjoni, kellu jinqafel fil-karrozza tiegħu għal madwar 20 minuta – 20 minuta li għalih kienu aktar qishom 20 sena.", "Il-poplu tkellem.", "Joseph Muscat ma jistax jisma'.", "Għalih issa tard wisq. iżda l-Parlament u l-Partit Laburista għandhom is-saħħa li jġiegħluh jisma'.", "Wasal iż-żmien li sseħħ bidla.", "Previous: Tat-Tumas Group keċċew lil Yorgen Fenech mill-bord tad-diretturi ġimgħa ilu Next: Il-Pilatus.", "Is-Sata.", "U issa l-BoV. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/protesta-il-gimgha-22-ta-novembru-fis-6-30pm/", "date": "Thu, 21st Nov '19, 12:56", "category": "blog, politics, government", "title": "PROTESTA: Il-Ġimgħa, 22 ta' Novembru fis-6.30PM", "text": ["Repubblika, # occupyjustice u manueldelia.com qed itennu l-protesta tagħhom u se jiltaqgħu quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar il-Ġimgħa 22 ta' Novembru fis-18:30 biex jitolbu r-riżenja tal-prim ministru Joseph Muscat.", "Joseph Muscat għandu responsabbiltà politika ċara.", "Kieku keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi meta l-Panama Papers ikkonfermaw ir-rappurtaġġ ta' Daphne Caruana Galizia li dawn it-tnejn kienu fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama, Daphne Caruana Galizia kienet tkun ħajja llum.", "Biex jipproteġi 'l sħabu Joseph Muscat ħonoq is-saltna tad-dritt, ħawwel l-impunità u grazzi għalih Malta ħasdet il-vjolenza.", "Qatlu ġurnalista biex jevitaw il-ħabs.", "Issa jrid ikun il-Parlament li jagħti tmexxijja lill-Malta.", "Il-maġġoranza ta' Deputati onesti fil-Parlament, min-naħat kollha tiegħu, għandhom ineħħu lill-korrotti u lill-kompliċi tal-qattilin u jibdew it-tindif tal-ħajja pubblika f'Malta.", "Insejjħu lis-soċjetà ċivili u lill-persuni kollha ta' rieda tajba biex iseħbuna f'din il-protesta.", "Previous: Il-borma fuq tlieta toqgħod Next: Il-postijiet battala mtlew mill-prim ministru nnifsu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ir-rapporteur-tal-kunsill-tal-ewropa-mhasseb-ma-messux-il-pm-zamm-pass-lura/", "date": "Fri, 22nd Nov '19, 10:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa \"mħasseb\": ma messux il-PM żamm pass lura?", "text": ["Pieter Omtzigt, ir- rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-saltna tad-dritt f'Malta, illum għamel tweet dwar il-kunflitt ta' interess sfaċċat ta' Joseph Muscat li qed jippreżenta ruħu bħala l-kap investigatur tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u bħala l-persuna li waħdu għandu l-jedd li jiddeċiedi dwar l-għoti ta' maħfriet presidenzjali li jistgħu ikollhom effett ħażin fuq il-kabinett tiegħu stess.", "Imħasseb dwar dak li qed iseħħ f'Malta.", "Min qed imexxi l-investigazzjoni: il-PM Muscat?", "Min jiddeċiedi jekk dak li kixef Theuma ħaqqhux maħfra: il-PM?", "X'inhi r-raġuni li jum minnhom dak li kixef Theuma kien ħaqqu l-maħfra,u l-għada l-PM stqarr li l-maħfra ma kienx hemm il-ħtieġa tagħha biex ġie arrestat Fenech? (1) — Pieter Omtzigt (@PieterOmtzigt) November 22, 2019 Omtzigt kompla jgħid \"Is-suspetti ta' interessi personal u politiċi huma qawwijin ħafna, u l-influwenza potenzjali tal-Prim Ministru ta' Malta fuq is-sistema ta' ġustizzja kriminali hi kbira wisq.\"", "Previous: Tridu taraw kif tkun karrozza li ssir ragħad?", "Next: Yorgen Fenech talab li tinħariġlu proklama ta' immunità biex ikun jista' jixhed dwar dak li jaf? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/yorgen-fenech-talab-li-tinhariglu-proklama-ta-immunita-biex-ikun-jista-jixhed-dwar-dak-li-jaf/", "date": "Fri, 22nd Nov '19, 12:27", "category": "blog, politics, government", "title": "Yorgen Fenech talab li tinħariġlu proklama ta' immunità biex ikun jista' jixhed dwar dak li jaf?", "text": ["F'kumment li għamel lill-istampa dalgħodu, lill-prim ministru żelqitlu li t-talba ta' Melvin Theuma biex tinħareġ proklama ta' immunità kienet \"l-ewwel proklama\".", "Dlonk ikkoreġa ruħu u qal li ried ifisser \"l-unika proklama\" li qed jintalab li jirrakkomanda.", "Huwa ċar li Joseph Muscat qed jitlef ħafna rqad u seta' għamel żball ġenwin.", "Iżda ġaladarba qed joħroġ l-informazzjoni hu stess, jeħtieġ li nistaqsuh il-mistoqsija li ġejja: Yorgen Fenech talab li tinħariġlu proklama ta' immunità biex jixhed dwar dak kollu li jaf?", "Previous: Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa \"mħasseb\": ma messux il-PM żamm pass lura?", "Next: M'hemmx kelma oħra aktar xierqa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/il-postijiet-battala-mtlew-mill-prim-ministru-nnifsu/", "date": "Thu, 21st Nov '19, 19:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-postijiet battala mtlew mill-prim ministru nnifsu", "text": ["Konna ilna nissuspettaw li hemm postijiet battala fl-uffiċċju tal-kummissarju tal-pulizija u dak tal-avukat ġenerali.", "U issa l-prim ministru dawn il-postijiet imliehom.", "Bih innifsu.", "Huma ta' tħassib serju l-istqarrijiet li għamel kuljum il-prim ministru f'dawn l-aħħar tlitt ijiem.", "Il-prim ministru qed iforni dettalji dwar dak li qiegħdin igħidu jew dwar dak li mhux qiegħdin igħidu persuni li qed jiġu interrogati.", "X'inhu dan l-interess kollu tal-prim ministru li jkun jaf?", "Għaliex għandu jkun jaf bid-dettalji ta' kwalsiasi każ kriminali?", "B'mod partikolari, għaliex għandu jkun jaf b'din l-informazzjoni f'każ ta' qtil li fih il-motiv x'aktarx kien li jgħatti l-korruzzjoni ta' ċerti nies qrib tiegħu li jaqgħu taħtu u li hu baqa' jirrifjuta li jkeċċi għal tliet snin sħaħ?", "Imissu jkun l-aħħar persuna li jkollu aċċess għal din l-informazzjoni.", "Fil-każ tal-allegat \"sensar\" Melvyn Theuma, llum il-prim ministru stqarr li dan kien forna lill-pulizija b'\"xi informazzjoni\" iżda mhux \"bl-informazzjoni kollha\".", "Din l-istqarrija tal-prim ministru kienet kemmxejn stramba.", "X'informazzjoni kollha hi?", "Tgħid il-prim ministru għandu xi lista f'idejh ta' affarijiet li dwarhom qed jistenna t-tweġibiet mingħand xhud dwar qtil?", "Hawn Joseph Muscat qed jipprova jgħaddi ż-żmien bin-nies.", "Qed jagħmel stqarrijiet kuljum dwar il-possibilità li tingħata jew anki li ma tingħatax proklama ta' immunità lil dan ix-xhud prinċipali.", "Li kieku l-istqarrijiet tal-prim ministru qed isiru mill-prosekutur, kont nasal biex nifhem li diskors bħal dan jifforma parti minn manuvra biex ix-xhud jiġi mġiegħel igħaddi kemm jista' jkun informazzjoni.", "Iżda Joseph Muscat la hu l-kummissarju u lanqas m'hu l-prosekutur.", "Bħal donnu nesa' li huwa l-prim ministru.", "Illum ġie mistoqsi jekk kienx lest idabbar l-irjus ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi u wieġeb li bi ħsiebu jħalli l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha.", "Il-prim ministru hawn uriena kemm jinqala' biex jitħaddet mill-warrani tiegħu.", "L-ewwelnett, tieħux il-kors tagħha jew le l-ġustizzja, ma jiddependix minnu.", "Jekk huwa minnu li f'dan il-pajjiż l-istituzzjonjiiet huma tassew indipendenti – m'humiex, iżda hu jinsisti li huma – il-ġustizzja tieħu l-kors tagħha, jgħid x'jgħid.", "Iżda l-importanti huwa li hu bħala prim ministru huwa l-kap tal-eżekuttiv.", "Keith Schembri u Konrad Mizzi jaqgħu taħtu.", "Jekk int sid ta' ristorant u jkollok żewġ impjegati fil-kċina li jpixxulek mal-art, qabel tkeċċihom int ser toqgħod tistenna biex tara l-pulizija humiex ser jiċċaqilqu jew tistenna sakemm il-maġistrat jiddeċiedi dawn x'ikun ħaqqhom jeħlu?", "Meta l-Pulizija ġabru lil Melvin Theuma u aktar tard lil Yorgen Fenech, niddubita ferm dwar kemm Joseph Muscat kellu l-kontroll tas-sitwazzjoni f'idejh.", "Iżda fl-istadju li ninsabu fih mhux diffiċli tintebaħ Joseph Muscat x'qed jipprova jagħmel.", "Il-fatt li għandu s-setgħa legali li jiddeċiedi hu għandhiex tingħata l-immunità jew le hi problema legali.", "Tixbaħ xi ftit is-setgħa li għandu li jaħtar l-imħallfin u l-maġistrati.", "Din is-setgħa m'għandhiex tkun f'idejh iżda huwa wiret sistema li kienet tfasslet fuq assunzjoni li min jokkupa l-kariga ta' prim ministru ma jippruvax jimmina s-sistema tal-ġustizzja kriminali.", "Iżda eżatt bħas-setgħa li għandu li jaħtar il-membri tal-ġudikatura, is-setgħa li jiddeċiedi għandhiex tingħata l-immunità jew le issa qed jużaha biex jieħu vantaġġ politiku.", "U issa għadda ż-żmien ta' Ġunju 2017 li fih Franco Fenech kien qed jiċċelebra r-rebħa knira ta' Keith Schembri fl-elezzjoni.", "\"Vantaġġ politiku\" llum ifisser manipulazzjoni tal-kors tal-ġustizzja minn naħa ta' Joseph Muscat bil-għan li politikament jipprova jiżgura li ma jegħriqx u li jibqa' fil-wiċċ.", "Tiftakru kemm kien wera' ħerqa li jdabbar rasu mill-politika sa ftit xhur ilu?", "Araw issa x'ħerqa għandu biex jibqa' f'postu.", "Bi ħsiebu jagħmel minn kollox biex ma jegħriqx u biex jibqa' mkaħħal mas-siġġu tas-setgħa.", "Previous: PROTESTA: Il-Ġimgħa, 22 ta' Novembru fis-6.30PM Next: Tridu taraw kif tkun karrozza li ssir ragħad? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/mhemmx-kelma-ohra-aktar-xierqa/", "date": "Fri, 22nd Nov '19, 15:29", "category": "blog, politics, government", "title": "M'hemmx kelma oħra aktar xierqa", "text": ["Dan huwa l-palk li ntrama' faċċata tal-Berġa ta' Kastilja.", "Ingħaqdu magħna llejla.", "Previous: Yorgen Fenech talab li tinħariġlu proklama ta' immunità biex ikun jista' jixhed dwar dak li jaf?", "Next: Jekk jogħġobkom agħtuhom ritratt tiegħi li nġibed m'ilux. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ma-jaghti-kenn-lil-hadd-qalilna/", "date": "Sat, 23rd Nov '19, 09:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Ma jagħti kenn lil ħadd, qalilna", "text": ["Il-prim ministru ried jinstema' kategoriku f'leħnu meta stqarr li mhux bi ħsiebu jagħti l-kenn lill-kriminali dan kollu għaliex l-arrest tagħhom għad jista' jimbarazzah.", "Huwa ġie mistoqsi dwar jekk kienx ser ikun hu li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-proklama tal-immunità lil dak li jkun lest li jixhed dwar kemm mill-bidu nett kien żbalja dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi, u dwar kemm Daphne kellha raġun.", "Għal din il-mistoqsija, huwa wieġeb li għadu kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjoni għaliex quddiemu għad ma kellu ebda talba bħal din.", "Seta' kien qed jigdeb, iżda ħaġa bħal din tkun trid taqtagħha l-inkjesta.", "Hu x'inhu, fiċ-ċirkostanzi preżenti ma tkunx xi ħaġa ta' barra minn hawn jekk eventwalment issir talba għal ħruġ ta' proklama għall-immunità mingħand xhud li jaf il-verità kollha dwar il-kuntratt korrott tal- Electrogas .", "Muscat intebaħ li t-tweġiba tiegħu ma kienet kredibbli xejn u lill-ġurnalist immedjatament qallu li hu \"ma jagħti kenn jew protezzjoni lil ħadd\".", "Iżda l-fatti m'humiex dawk, sur prim ministru.", "Lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi tajthom il-kenn kollu tiegħek għal tliet snin sħaħ.", "U għal żmien kemxejn inqas, dan il-kenn tajtu wkoll lil Chris Cardona u lil Edward Scicluna.", "Kont qisek qroqqa tagħti l-kenn lill-flieles tagħha bi ġwinħajha.", "Lil dawn il-flieles int tajthom il-kenn b'saħħa għaliex kont taf li jekk ma jżommux fil-wiċċ u jegħrqu, tispiċċa biex tegħreq int ukoll magħhom.", "Infakkruk kemm int kont fgat f'demmek dakinhar li konna segwejna l-movimenti tiegħek bla ma int kont intbaħt b'dan, hekk kif inkixef il-warrani ta' ieħor mill-bażużli tiegħek.", "Int ma kontx infiskajt għax bażużlu ieħor minn tiegħek kien imbarazzak – kont irvellajt kontrina għax konna rnexxielna nikxfuh.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat iżda fl-istess waqt segwu dak li kitbet Daphne meta kienet tellgħet dan il-filmat fil-blog tagħha.", "Ir-reazzjoni ta' Muscat ftit wara li sar jaf bl-iskandlu li fa...", "SKANDLU TIXĦIM MIT-TANKER TAL-GASS: Ara r-reazzjoni ta' Joseph Muscat fl-ewwel break ta' Xarabank, ftit ħin wara li sar jaf bl-iskandlu li faqqa' ftit tal-ħin ilu: tixħim mit-tanker tal-gass.", "Geplaatst door NET News op Vrijdag 26 mei 2017", "Previous: Prosekuturi Sqallin jridu jsiru jafu fejn jinsab Yorgen Fenech sabiex ikunu jistgħu jixluħ b'korruzzjoni fil-logħob tal-futbol u b'imħatri llegali.", "Next: X'qed jistennew biex jibgħatu għal Karl Cini? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/prosekuturi-sqallin-jridu-jsiru-jasu-fejn-jinsab-yorgen-fenech-sabiex-ikunu-jistghu-jixluh-bkorruzzjoni-fil-loghob-tal-futbol-u-bimhatri-llegali/", "date": "Fri, 22nd Nov '19, 16:42", "category": "blog, politics, government", "title": "Prosekuturi Sqallin jridu jsiru jafu fejn jinsab Yorgen Fenech sabiex ikunu jistgħu jixluħ b'korruzzjoni fil-logħob tal-futbol u b'imħatri llegali.", "text": ["Il-ġurnal La Sicilia rrapporta li Yorgen Fenech \"m'huwiex persuna li m'hix magħrufa\" mal-awtoritajiet Taljani.", "\"Għall-kuntrarju\" kien qed jiġi mfittex mill-iskwadra mobbli tas-sezzjoni ta' kontera l-kriminalità ta' Katanja li għal xi żmien kienet nvestigatu dwar imħatri llegali u xiri ta' players fil-logħob tal-futbol.", "L-investigazzjoni li ssejħet \" treni del gol \" wasslet għall-bidu ta' proċeduri kriminali inizjali kontra dak li kien il-president tal-klabb tal-futbol ta' Katanja Nino Pulvirenti u kontra uffiċjali oħra tal-klabb.", "Wara li ngħalqet il-fażi preliminari, il-pulizija Taljana infurmat lil bosta persuni li kienu ser jittieħdu passi kontrihom iżda Yorgen Fenech ma kienx ġie notifikat għax ma setax jinstab.", "Issa huwa mistenni li jiġi notifikat mill-awtoritajiet Taljani fil-ħabs.", "La Sicilia kitbet li, issa li Yorgen Fenech jinsab taħt arrest, l-awtoritajiet Taljani jridu jinterrogawħ.", "Il-prosekuturi Kataniżi huma tal-fehma li Yorgen Fenech xaħħam u wara għamel imħatri fuq ir-riżultat ta' nuru ta' partiti tal-futbol fl-Italja (Catania v Atalanta, Parma v Livorno, Napoli v Verona u Udinese v Sampdoria).", "Il-partiti kienu ntlagħbu fi tmiem il-ġimgħa tat-18 ta' Mejju 2014.", "Wara li għaddiet ġimgħa, huwa mifhum li Yorgen Fenech xaħħam u reġa' lagħab imħatri illegali f'tliet partiti tat-tieni diviżjoni.", "La Sicilia kitbet ukoll li l-arrest ta' Yorgen Fenech se tkun ta' opportunità għall-prosekuturi Sqallin li jerġgħu jiftħu l-każ tal-korruzzjoni fil-logħob tal-futbol kontra Giuseppe Enzo Mangion li kien ġie misjub ħati f'każ ieħor.", "Enzo Mangion huwa iben Francesco, kunsillier ta' Nitto Santa Paola, kap notorju tal-mafja ta' Katanja.", "Din ma kienitx l-ewwel darba li nkixfet rabta bejn l-imħatri llegali ta' Yorgen Fenech u l-mafja Kataniża.", "Il- Portomaso Casino kien intuża minn Nunzio Laganà għal attivitajiet tal-logħob tal-poker, liema attivitajiet huma suspettati li servew biex jinħaslu flejjes maħmuġin tal- Cosa Nostra.", "Nunzio Laganà huwa sieħeb fin-negozju ta' Vincenzo Romeo, negozjant Taljan li ssemma' b'rabta mal- gaming ta' natura dubjuża f'Malta u, inċidentalment, jiġi wkoll in-neputi ta' Nitto Santapaola, li jingħad li kien il-viċi mexxej tal-mafja ta' Sqallija.", "Yorgen Fenech kien jopera lill- Portomaso Casino taħt liċenzja maħruġa mill- Malta Gaming Authority.", "Previous: Jekk jogħġobkom agħtuhom ritratt tiegħi li nġibed m'ilux.", "Next: Ma jagħti kenn lil ħadd, qalilna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/xqed-jistennew-biex-jibghatu-ghal-karl-cini/", "date": "Sat, 23rd Nov '19, 09:49", "category": "blog, politics, government", "title": "X'qed jistennew biex jibgħatu għal Karl Cini?", "text": ["Jekk hemm xi ħadd li jaf sew l-intriċċi kollha li seħħew u dwar min xaħħam lil min, dan hu Karl Cini.", "Ftit qabel Marzu 2013 kien siefer lejn il-Panama u fl-uffiċċju ta' Mossack Fonseca beda' jwitti t-triq li kellhom igħaddu minnha l-imgħallmin korrotti tiegħu.", "Permezz tat-telefon, lil sħabu tal-Panama tahom struzzjonijiet dwar taħt isem min kellha tkun il-kumpannija sigrieta Egrant .", "Dwar il-kumpanniji sigrieti ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi, kien diġà kellimhom u kien ħoloq it- trusts ta' New Zealand li kellhom jostru l-eżistenza ta' dawn il-kumpanniji tal-Panama.", "Fl-2013 in- Nexia BT ta' Karl Cini fasslet ir-rapport li permezz tiegħu l-gvern kien ingħata parir dwar x'kwalità ta' power station kellu jinxtara'.", "Sieħbu fin-negozju Brian Tonna (il-moħħ wara dan l-arranġament jinten bil-korruzzjoni) kien issorvelja il-ħruġ tal-offerti dwar il- power station il-ġdida u l-offerti li daħlu kien għarbilhom hu.", "Fil-frattemp, ra kif għamel biex jiżgura li tan- Nexia BT jinħatru bħala l-awdituri ta' GEM Holdings , il-konsorzju li nħoloq bejn il-familji Fenech, Gasan u Apap Bologna.", "Kien ukoll Karl Cini li, flimkien mal-klikka tal-Panama, għamel stħarriġ ma' banek madwar id-dinja biex jidentifika bank li kien ikun lest jiftaħ kontijiet għall-kumpanniji ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Kien kiteb li dawn il-kontijiet kienu ser jirċievu $5,000 kuljum mill-kumpanniji 17 Black u MacBridge.", "Dan ifisser li għandu jkun jaf sid il- MacBridge min hu.", "L-imġieba tiegħu f'din l-istorja ta' ħasil ta' flus maħmuġin għandha tkun biżżejjed biex tqallgħu ikla ħabs għal żmien twil.", "Iżda dan jaf ukoll bid-dettalji tal-konfoffa kriminali li fih jinsabu mdaħħlin persuni li għandhom setgħa ħafna akbar milli għandu hu.", "Din hi l-istess konfoffa kriminali li għal ftit ma nkixfitx totalment minn ġurnalista li ġiet assassinata.", "Karl Cini jaf bid-dettalji kollha.", "Hi ħaġa ta' għajb tassew kbir li jista' jkun hemm xi ħadd li dawn id-dettalji kollha jibqa' jżommhom mistura hu u jara lil pajjiżu jitfarrak.", "Imġieba bħal din ma tkun xejn ħlief regħba mingħajr farka ndiema.", "Jekk hemm xi ħadd li jista' jkun wieħed mix-xhud prinċipali li jgawdi minn proklama tal-immunità biex ikun jista' jinkixfu l-imħuħ wara dan id-delitt, dan ix-xi ħadd huwa Karl Cini.", "Previous: Ma jagħti kenn lil ħadd, qalilna Next: Tassew li l-prim ministru m'hu jgħatti xtur ħadd? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/kif-il-korruzzjoni-ta-min-imexxi-timmina-sahhet-il-familja-tieghek-ghal-99-sena/", "date": "Sun, 4th Feb '18, 22:05", "category": "blog, politics, government", "title": "Kif il-korruzzjoni ta' min imexxi timmina saħħet il-familja tiegħek għal 99 sena", "text": ["Hija ħaġa mill-iktar frustranti meta tisma' ċerti nies jammettu li għadhom ma jistgħux iħossuhom irrabjati għal kollox dwar il-korruzzjoni tal-gvern għax tant hemm kumplikazzjonijiet u tant xebgħu jisimgħu li diffiċli għalihom li jifhmu eżatt x'inhu jiġri.", "Li Joseph Muscat jinsab fil-quċċata ta' muntanja ta' korruzzjoni hija ħaġa li hi ammessa minn numru dejjem joktor ta' persuni.", "Daqs kemm huwa wkoll rikonoxxut minn dawn in-nies il-fatt li Keith Schembri u Konrad Mizzi m'humiex amministraturi pubbliċi iżda furbani.", "Imma l-korruzzjoni li nkixfet s'issa ċertament ma tipparagunax fil-gravità tagħha ma' dak li ħafna qed jirrealizzaw li ġara fil-każ tal-Vitals.", "Bosta huma dawk li fl-aħħar qed jintebħu b'realtà kerha.", "Bosta huma dawk li qed jifhmu l-iskop wara l-ftuħ ta' kumpanniji sigrieti fil-Panama.", "Qegħdin jifhmu wkoll minn fejn kienu ġejjin dawk il-miljuni kollha f'depożiti li Schembri, Mizzi u s-sid tal-Egrant kienu wiegħdu lill-bankiera, kif jirriżulta iswed fl-abjad fil-Panama Papers.", "U bosta huma dawk li qegħdin jifhmu li qegħdin iħallsu minn buthom għal dan it-taħwid kollu.", "Aqraw x'kitbet b'mod ċar u elokwenti Kristina Chetcuti biex tifhmu aħjar l-iskandlu tal-isptarijiet.", "Minn hawn 'il quddiem tibda' tifhem li l-Vitals diġa' tħallset 70 miljun ewro ta' xejn.", "Nirrepeti: ta' xejn.", "Biex inkomplu ngħaxxquha, issa l-Vitals ser ibiegħu it-tagħmir tal-isptarijiet li jiswa' l-miljuni – tagħmir li kien inxtara' bil-flus mit-taxxi tiegħek – wara li dan kien ingħatalhom b'xejn mill-gvern.", "Nirrepeti: b'xejn.", "Mhux talli mhux ser inkunu nafu dan it-tagħmir kemm ser ibiegħuh iżda lanqas m'aħna ser nirċievu ċenteżmu wieħed minn dak li nfaqna biex għaddejnih lil tal-Vitals biex huma jkunu f'pożizzjoni li jbiegħuh lil ħaddieħor.", "Għat-30 sena li ġejjin, se nħallsuhom flus mit-taxxi tagħna biex ikunu jistgħu imexxu l-isptar ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech.", "U għall-100 sena li ġejjin għat-tmexxija tal-Isptar San Luqa.", "Iżda meta jiskadu l-kuntratti tal-Isptar ta' Għawdex u dak tal-Isptar Karin Grech, se nħallsuhom lura mit-taxxi tagħna l-kera kollha li jkunu ħallsu sa dak iż-żmien bl-imgħax.", "Dan ifisser li se nagħtuhom l-isptarijiet b'xejn.", "Nirrepeti: b'xejn.", "Dawn il-ħlasijiet lil min ser isiru?", "Nafu min huma s-sidien ta' 70% tal-Vitals.", "Iżda s-sidien tat-30% l-oħra ma nafux min huma għax isimhom inħeba.", "Jiġifieri ma nafux flusna għand min qed imorru.", "Iżda bil-mod il-mod qed nintebħu.", "Esperti li kellmu lis-Sunday Times of Malta stqarrew li kemm ilhom fil-karrieri tagħhom għadhom qatt ma raw kuntratt imxaqleb lejn naħa waħda bħal dan.", "B'dan riedu jfissru li min innegozja għan-nom tal-gvern kien iktar moħħu li jħares l-interessi tal-parti opposta milli l-interessi tal-poplu Malti.", "L-editorjal tas-Sunday Times of Malta iddeskriva dak li għamel il-gvern bl-isptarijiet \"ġenn\".", "Il-gvern ma jista qatt ibellagħha li l-kuntratt li ffirma mal-Vitals kien fl-interess pubbliku.", "Dan kien kuntratt li sar apposta biex iħaxxen il-bwiet ta' ftit nies – nies li wħud minnhom diġà smajna bihom u oħrajn li issa qed nissoponu min huma.", "U int qed tħallas għal dan kollu.", "Kollu.", "Huma jistagħnew.", "U int tħallas.", "Mhux hekk biss: int tista' timrad u ħadd m'hu se jdaħħal idu fil-but biex jipprovdi kura medika adegwata għalik, għal uliedek u għal ulied uliedek.", "Dan m'hu xejn ħlief att kriminali kontra uliedek.", "Int kapaċi tħalliha għaddejja?", "Previous: The Sunday Times: No stone unturned Next: Appoġġa lit-tabib tiegħek window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/tassew-li-l-prim-ministru-mhu-jghatti-xtur-hadd/", "date": "Sat, 23rd Nov '19, 10:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Tassew li l-prim ministru m'hu jgħatti xtur ħadd?", "text": ["Dalwaqt jasal żmien li fih ikollna naraw x'informazzjoni kellu Joseph Muscat u dwar iż-żmien meta sar jaf biha.", "Ikollna wkoll ngħarblu l-istqarrijiet kollha li huwa għamel tul l-aħħar tliet snin sabiex tiġi determinata l-kompliċità tiegħu f'delitti kriminali gravi ħafna.", "Ftakru ftit fiż-żmien li fih Konrad Mizzi kien kostrett jammetti li huwa sid ta' trust f'New Zealand.", "Din it- trust għaddiet għal fuq ismu fl-2013 iżda kienet inkixfet Daphne Caruana Galizia fl-2016.", "Meta kienet ixxandret l-aħbar, Joseph Muscat kien iddefenda lil Konrad Mizzi u pprovdieh b'alibi.", "Kien stqarr li Konrad Mizzi kien qallu bl-eżistenza tat- trust fi New Zealand permezz ta' \"abbozz tad-dikjarazzjoni tal-ġid\" li qal li kien tfassal qabel ġiet imxandra l-lista tal-ġid tal-Ministri.", "Joseph Muscat kien stqarr li ġaladarba Konrad Mizzi ma kienx fittex li jaħbilu l-eżistenza ta' din il-kumpannija u li kien bi ħsiebu jinforma lill-pubbliku dwarha li kieku l-aħbar ma kienitx feġġet minn qabel, allura Konrad Mizzi ma kellux għalxiex jiskuża ruħu.", "Joseph Muscat kien ħalef għal Konrad Mizzi.", "Iżda din l-istorja qatt ma kienet minn ewl id-dinja.", "Qatt ma kien tfassal \"abbozz tad-dikjarazzjoni tal-ġid\", sakemm ma jkunx hemm xi accountant li jħejjiha biex tiġi mgħarbla qabel tkun ffirmata.", "Lill-prim ministru ma jintbagħtlux abbozz bil-lista tal-ġid tiegħek biex dan jgħarblu qabel tiġi ffirmata!", "Il-prim ministru huwa l-imgħallem u mhux qiegeħd hemm biex joqgħod jgħarbel jekk il-ġid kollu ġiex dikjarat jew le.", "Hemm ukoll ħaġ'oħra.", "It- trust ta' New Zealand kienet għaddiet f'isem Konrad Mizzi fl-2013.", "Iżda kien fl-2016 li Joseph Muscat suppost kien sar jaf biha u dan mil-lista tal-ġid ta' dik is-sena stess.", "Ma jidhirx li din it- trust kienet issemmiet minn Konrad Mizzi fl-2014 jew fl-2015.", "F'dan l-istadju m'għandniex għalfejn noqgħodu nintilfu f'argumenti biex naraw Konrad Mizzi huwiex korrott jew inkella baħnan prim.", "X'aktarx huwa korrott kif ukoll baħnan prim.", "Il-mistoqsija li jeħtieġ li ssir hi din: meta kien li Joseph Muscat sar jaf li Konrad Mizzi kien qed jigdeb u, jekk ittanta li jgħattilu, jfisser li pprovdieh b'alibi falz.", "Ħaġa bħal din lil Joseph Muscat tagħmlu kompliċi.", "Dan ikun ifisser ukoll li fixkel il-kors tal-ġustizzja meta għatta l-ixtur ta' kriminal.", "U dan kien tliet snin ilu meta l-istorja kienet għadha biss fil-bidu tagħha.", "Għadu sal-lum jilgħab man-nar.", "Previous: X'qed jistennew biex jibgħatu għal Karl Cini?", "Next: Nhar it-Tnejn nerġgħu nipprotestaw.", "Jeħtieġ li tattendi.", "Jeħtieġ li jkunu jafu.", "Jeħtieġ li jdabbru rashom. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/araw-ukoll-xqal-dan/", "date": "Sun, 24th Nov '19, 17:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Araw ukoll x'qal dan", "text": ["Hawn fuq jidher Chris Cardona wara li wasal lura miż-żjara tiegħu f'Velbert – arawħ mhux biss jaħlef li ma kienx minnu li kien mar ma' prostituta f'burdell waqt il-ħin tax-xogħol, iżda li l-prim ministru jemmen dak kollu li qallu.", "Hawn kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' ġurnalista tat- Times of Malta.", "\"Il-Prim Ministru lili jemminni mill-A saż-Ż,\" qalilna.", "Lil Chris Cardona, l-prim ministru għadu qed jemmnu?", "Għadu jemmen il-verżjoni li kien tah dwar dak li kien seħħ f'dak il-lejl?", "Lil Chris Cardona l-prim ministru staqsih dwar il-familjarità li għandu mal-assassini li jinsabu mixlija li qatlu lil Daphne Caruana Galizia?", "Minn dakinhar 'l hawn reġa' staqsieh?", "Kien għarbilhom il-kontradizzjonijiet li kellu fil-verżjoni li taħ?", "Din tifforma parti wkoll mill-investigazzjoni dwar il-qtil li qed tiġi sorveljata mill-prim ministru?", "Il-mistoqsijiet li għamlulu l-bieraħ il-pulizija fassalhom hu?", "Għarbilhom it-tweġibiet li ta?", "Previous: Araw ftit x'kienu qalu Next: Araw ukoll x'kienet qalet martu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/araw-ukoll-xkienet-qalet-martu/", "date": "Sun, 24th Nov '19, 17:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Araw ukoll x'kienet qalet martu", "text": ["Segwu dan il-filmat ta' propaganda tal-2o13 Joseph Muscat kien wiegħed li kien ser jeħles lill-pajjiż mill-politika tribali tal-imgħoddi u li issa kienet ser tidħol il-meritokrazija u Malta ssir \"Tagħna Lkoll\".", "Araw lil mart Joseph Muscat hi u tgħid li għandha seba' mitt sena biex tgħix iż-żmien li fih uliedha jkunu jistgħu iħarsu lura lejn iż-żmien li fih missierhom kien fit-tmun tal-pajjiż.", "U missierhom ma kienx ser jibqa' jiġi mfakkar għall-bejgħ ta' passaporti lil sinjuruni Russi jew għall-enerġija mill-gass mixtri bid-doppju tal-prezz reali tiegħu jew għal sptar pubbliku mibjugħ bix-xejn u għall-benefiċċju ta' Alla biss jaf min jew għall-assassinju ta' ġurnalista permezz ta' karrozza-bomba.", "Iżda kien ser jiġi mfakkar għall-għaqda li ġab fil-pajjiż u għall-qerda tal-firda u tal-partiġġjaniżmu. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2019/11/WhatsApp-Video-2019-11-24-at-17.07.05.mp4 F'ċertu sens, għandha raġun.", "Anki Napuljun kien għaqqad l-Ewropa – iżda din ingħaqdet kontrih.", "Joseph Muscat tant baqa' jġebbed li sal-lum martu Michelle xorta waħda tista' tittama li jinħoloq ftehim ġenerali u nazzjonali dwar il-gvern tiegħu xi darba fil-ġejjieni.", "Il-ġudizzju se jkun wieħed wiesa': ir-reġim ta' Joseph Muscat kien wieħed tal-mistħija.", "Previous: Araw ukoll x'qal dan Next: Kien qal ħaġ'oħra wkoll window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/malta-saret-l-ostagg-tieghu/", "date": "Wed, 27th Nov '19, 12:59", "category": "blog, politics, government", "title": "Malta saret l-ostaġġ tiegħu", "text": ["Joseph Muscat irid jibqa' mkaħħal mas-siġġu tas-setgħa.", "Iżda din is-setgħa qiegħda tikkrolla f'biċċiet madwaru.", "Il-bażużli kollha tiegħu jinsabu taħt investigazzjoni jew marru jinħbew.", "Sar qisu dak li darba kien l-imgħallem ta' ġgajta kriminali wara li l-bulijiet ikunu lkoll ġew arrestati.", "Sar qisu re mitluf u ddisprat f'logħba ċess jittama li jsib minn fejn jiskappa.", "Fil-frattemp, lil pajjiżna għamlu l-ostaġġ tiegħu.", "M'għadux jiggvernaħ.", "S'hawn wasalna.", "Taħt għajnejn il-Pulizija issa hemm ir-ritratti kollha ta' dawk li kienu jmexxu lil dan il-pajjiż.", "F'Milied minnhom, kienu lkoll imdawrin madwar mejda – rġiel biss.", "Fil-Milied ta' wara, fuq bosta mill-uċuħ ta' dawk li kienu madwar l-istess mejda, l-Pulizija issa pinġew salib aħmar.", "Bilħaqq, mhux ta' min jammiraħ lil James Piscopo talli ġibed dan ir-ritratt?", "Previous: Il-partitarji tal-Labour qed jintebħu li għaddewhom biż-żmien.", "Next: Protesta Nazzjonali nhar il-Ħadd 1 ta' Diċembru 2019 window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/kien-qal-hagohra-wkoll/", "date": "Sun, 24th Nov '19, 18:39", "category": "blog, politics, government", "title": "Kien qal ħaġ'oħra wkoll", "text": ["Immorru lura għas-sena 2011.", "Lawrence Gonzi huwa l-prim ministru.", "Iċ- chief of staff tiegħu huwa Edgar Galea Curmi.", "Biex nagħmluha ċara, qatt ma kien hemm l-iċken ħjiel li Edgar Galea Curmi kien ġoloq kumpannija fil-Panama jew x'imkien ieħor biex din tirċievi flejjes mis-sidien ta' power station .", "Jew minn x'imkien ieħor.", "Cyrus Engerer — tafuh lil dan — kien għadu kemm ingħaqad mal-Partit Laburista.", "Lill-PN kien telqu wara li, minħabba ċertu nkwiet li kellu mal-pulizija, l-pożizzjoni tiegħu mal-partit fil-gvern ma baqgħetx aktar tenibbli.", "Fil-frattemp il-Partit Laburista għaddielu l-għodda kollha biex seta' jissokta l-karriera politika tiegħu.", "Ftit wara li Cyrus telaq mill-PN, missieru ġie arrestat minħabba pussess ta' droga.", "Skont Cyrus dan l-arrest kien motivat politikament.", "Aktar tard Cyrus Engerer jiltaqa' fit-triq ma' Edgar Galea Curmi.", "Lil Galea Curmi, Engerer igħidli li jidhirlu li l-arrest ta' missieru kien motivat politikament.", "Galea Curmi lil Engerer igħidlu li din kienet l-ewwel darba li kien sema' bl-inċident u talbu jibqa' ma ġenbu sakemm iċempel lill-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien John Rizzo.", "Waqt li Cyrus Engerer qagħad jissemma', Edgar Galea Curmi jirrakkonta lil John Rizzo dak li kien qallu Engerer.", "John Rizzo jwieġeb billi jgħid li Engerer kien qed igħid il-ħmerijiet.", "Kienu ddeċidew li jieħdu azzjoni dwar missier Engerer ħafna qabel iż-żmien li Engerer iddeċieda li jitlaq mill-PN.", "Edgar Galea Curmi jitlob lil John Rizzo jekk jistax jispjega l-pożizzjoni lill-avukat ta' Engerer.", "John Rizzo jirrifjuta.", "Tiftakru x'seħħ wara?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat jinsisti ma' Lawrence Gonzi li ċ- chief of staff tiegħu għandu jitkeċċa fuq indħil fix-xogħol tal-pulizija.", "Bil-kejl ta' Joseph Muscat ta' dak iż-żmien, x'messu għamel bl-assistent tiehħu issa?'", "Agħtu daqqa t'għajn hawn lejn ir-rapport mill-2011.", "Previous: Araw ukoll x'kienet qalet martu Next: Evarist Bartolo: jekk tieqaf nofs triq ikun aħjar li kieku t-triq ma tkun qsamtha xejn window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/murder-on-the-malta-express-who-killed-daphne-caruana-galizia/", "date": "Tue, 1st Oct '19, 12:27", "category": "blog, politics, government", "title": "Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia?", "text": ["Jekk niġu ġġudikati skont x'ikunu jsarrfu l-għedewwa tagħna, allura Daphne Caruana Galizia għandha tkun kunsidrata bħala eroj ta' żminijietna.", "Kienet ġurnalista Maltija li ma kienet tibża' minn xejn sakemm xi ħadd li għandu s-saħħa u l-flus iddeċieda li għandu jsikkitha għal dejjem.", "L-assassinju tagħha kien daqqa ta' ħarta lis-sewwa.", "Murder o n t he Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia ? inkiteb minn Carlo Bonini, Manuel Delia u John Sweeney.", "Il-ktieb tagħhom isemmi l-kapurjuni tal-ħasil tal-flus maħmuġin li kienu nkixfu minn Daphne Caruana Galizia.", "Huwa ktieb miktub ad unur tagħha.", "Murder on the Malta Express se jkun pubblikat minn Midsea Books fl-14 ta' Ottubru 2019.", "Segwu facebook.com/maltaexpressbook għad-dettalji.", "L-awturi jagħmlu mistoqsijiet ta' portata gravi dwar l-imġieba tal-prim ministru ta' Malta Joseph Muscat, ta' politiċi prominenti, kummissarji tal-pulizija, negozjanti u oħrajn li jħufu madwarhom.", "Eżatt bħalma kienet tagħmel Daphne, il-ktieb Murder on the Malta Express jifrex l-istejjer tiegħu fuq bażi wiesa': minn persunaġġi mimlijin dellijiet mill-Ażerbajġan sal-Iran u Saint Kitts and Nevis.", "It-titlu tal-ktieb hu ispirat minn xogħol ieħor ta' Agatha Christie u hu mfassal b'mod li jista' jixxiebaħ max-xogħolijiet tagħha.", "Bid-differenza li l-istejjer imxandra f'dan il-ktieb seħħew u huma veri.", "Skont l-awturi: \"dan il-ktieb ma kien qatt jinkiteb dwar il-wirt li ħalliet Daphne.", "Hi kienet martri tal-ġurnaliżmu investigattiv u permezz tal-ktieb nittamaw li nonorawha u nkomplu fejn ħalliet hi.", "Iva, huwa possibbli li ġurnalista tiġi assassinata.", "Iżda dan iwassal biex jinkixfu aktar stejjer u xogħolha jitkompla minn ħaddieħor.", "Dawk li kienu l-imħuħ wara l-assassinju tagħha dan kollu jafuh: għalihom mhux ser ikun hemm impunità.\"", "Il-ktieb Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia? tlesta u ser jixxandar bis-saħħa tal-appoġġ tal- Investigative Journalism Fund of the Justice for Journalists Foundation.", "Previous: It-tifsira tal-kelma \"konsultazzjoni\" skont il-gvern Next: Ktieb window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/haddmu-raskom-dejjem-zommu-l-kalma/", "date": "Wed, 27th Nov '19, 16:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Ħaddmu raskom. Dejjem żommu l-kalma.", "text": ["Grupp ta' attivisti se jiltaqgħu llejla ħdejn il-Funtana tat-Tritoni fil-5.30pm.", "Repubblika u #occupyjustice jistiednuk biex tattendi.", "Ritratt: Jon Borg.", "Aktar ma jikber in-numru ta' dawk li jkunu jridu jipprotestaw, ikun dejjem aħjar.", "Aktar ma jkun hemm għajjat, ikun dejjem aħjar.", "In-nies qed tismagħna.", "Il-burdata fuq in-naħa tal-Labour qed tinbidel.", "Kif darba kien stqarr xi ħadd, tista' tħossha fl-arja.", "Kull m'għandu bżonn Joseph Muscat hi naqra mbuttatura iżda jeħtieġ li nifhmu r-regola sagra tal-fiżika: li għal kull azzjoni, jkun hemm reazzjoni opposta.", "Joseph Muscat issa ftit baqgħalu ma xiex jiggranfa.", "Iżda hemm ħaġa waħda li qiegħda tbandal l-immaġni tiegħu minn waħda ta' allegat kompliċi għal waħda ta' qattiel u minn waħda ta' qattiel għal waħda ta' vittma.", "Naf li hi ħaġa nġusta, iżda l-psikoloġija kollettiva ta' dan il-pajjiż hi waħda unika.", "Il-protesti vjolenti f'pajjiżna kien u dejjem rari fl-istorja ta' pajjiżna għaliex protesti bħal ftit li xejn kellna bżonnhom.", "Barra minn dan, bħala regola il-protesti vjolenti ma jwasslu għal imkien ħlief għal min ikun irid jiddefendi lilu nnifsu.", "Għaldaqstant, tħoss kemm tħoss rabja – u naf li bħalissa hemm rabja kbira – għandek tassumi arja tal kalma simili għal ta' Gandhi u tkun tista' tgħelbu billi tibqa' ma ċċedix.", "Naf li hi ħaġa nġusta, iżda l-fatti huma li girfa 'l hawn u 'l hinn fuq il-karrozza ta' Owen Bonnici u l-erba' bajdiet li nxteħtu fuq l-Alfa Romeo ta' Joseph Muscat tista' tpinġi lil dawk li qed jaħkmu lil pajjiżna b'mod mafjuż bħallikieku huma l-vittmi.", "Dan hu eżatt li jrid Joseph Muscat.", "F'għajnejn in-nies tiegħu, irid li jitpinġa qisu xi San Bastjan marbut ma' siġra u bil-vleġeġ f'ġismu.", "Qed iħejju ruħħom tafux.", "Dalgħodu l-assoċjazzjoni tal-pulizija ċaħdet rapporti mxandra minn One TV li qalu li kien hemm xi membri tal-korp tal-pulizija li ssawtu minn persuni ta' ċerta fehma politika.", "Din l-assoċjazzjoni hi waħda li s-soltu tappoġġja lil tal-Labour.", "Iżda jidher li l-membri tal-korp tal-pulizija m'humiex lesti jonqsu minn dmirijiethom minħabba l-lejaltajiet privati li jista' għandhom.", "Dawn qed jaqdu dmirhom sewwa fil-konfront ta' dawk li qed jipprotestaw u qed jiżguraw li dawn jingħataw l-ispazju kollu meħtieġ biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.", "Lit-truppi fidili ta' Joseph Muscat dan m'huwiex jogħġobhom u issa għadhom kemm stallaw kameras CCTV biex jiġbdu filmati ta' min ikun qed jipprotesta biex b'hekk forsi dawn jitpinġew bħala protesti vjolenti.", "Tifhmunix ħażin.", "Il-karrozza ta' Joseph Muscat kien ħaqqha li jinsefqu fuqha erba' bajdiet.", "Dawn l-erba' bajdiet ma għamlu ebda ħsara lill-karrozza.", "Iżda jeħtieġ li naħsbu b'moħħna.", "Jeħtieġ li niżguraw li ma jkunx hemm min iħossu obbligat li jappoġġja lil Joseph Muscat minħabba xi lejaltà falza jew għaliex Muscat ikun b'suċċess pinġa lilu nnifsu bħallikieku hu xi vittma.", "Kulma jkollu bżonn hu li terġa' taqbiżlu xi demgħa.", "U meta din id-demgħa tkun qabżitlu, jeħtieġ li ma nkunux boloħ u npaxxuh.", "Kulma jeħtieġ li nagħmlu hu li nogħxew b'kemm għandna saħħa.", "Nogħxew bihom.", "Nogħxew bih.", "L-imperatur għarwien daħal jiġri 'l ġewwa hekk kif kulħadd intebaħ kemm kien ridikolu liebes l-ilbies il-ġdid.", "Previous: Protesta Nazzjonali nhar il-Ħadd 1 ta' Diċembru 2019 Next: X'inhi r-raġuni li Joseph Muscat ma wera ebda sogħba bl-imġieba tal-assistent tiegħu? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/protesta-nazzjonali-nhar-il-hadd-1-ta-dicembru-2019/", "date": "Wed, 27th Nov '19, 13:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Protesta Nazzjonali nhar il-Ħadd 1 ta' Diċembru 2019", "text": ["Issa li bdiet ħierġa l-verità, jonqos biss li ssir ġustizzja.", "Sakemm Joseph Muscat jibqa' prim ministru, se jibqa' ostaklu għall-ġustizzja.", "Joseph Muscat jeħtieġ jirreżenja jew jitneħħa mill-parlament.", "Għalhekk Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com isejjħu lill-persuni kollha ta' rieda tajba huma ta' liem fehma politika huma għal protesta nazzjonali nhar il-Ħadd 1 ta' Diċembru 2019.", "Tluq minn Bieb il-Belt fl-4pm.", "Il-mument preżenti jeħtieġ għaqda nazzjonali u mhux polarizzazzjoni partiġġjana.", "Neħtieġu niġu lkoll flimkien Laburisti, Nazzjonalisti, nies minn partiti oħra u nies li m'għandhomx partit biex nibdew nibnu futur ġust għall-pajjiżna.", "Ninnotaw li f'dan l-ispirtu l-Partit Nazzjonalista ħassar il-protesta li ħabbar li se jorganizza għal nhar il-Ħadd.", "Għalhekk is-soċjetà ċivili tistieden lil kulħadd biex mingħajr distinzjoni biex flimkien nesiġu ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u għal Malta.", "Intant inħeġġu 'l kulħadd ikompli l-protesta waqt li l-Parlament hu f'seduta llum l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2019.", "Se nkunu qed nitlaqgħu fis-6pm.", "Previous: Malta saret l-ostaġġ tiegħu Next: Ħaddmu raskom.", "Dejjem żommu l-kalma. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/xinhi-r-raguni-li-joseph-muscat-ma-wera-ebda-soghba-bl-imgieba-tal-assistent-tieghu/", "date": "Wed, 27th Nov '19, 17:13", "category": "blog, politics, government", "title": "X'inhi r-raġuni li Joseph Muscat ma wera ebda sogħba bl-imġieba tal-assistent tiegħu?", "text": ["Meta l-assistent ta' kap ta' gvern ta' pajjiż demokratiku jinkixef li kien imdaħħal f'konfoffa biex iseħħ assassinju, tkun ħaġa ta' barra minn hawn li l-istess kap ta' gvern – anki ta' gvern dittatorjali – jibqa' f'postu.", "Meta Macbeth qatagħha li joqtol avversarju li kien ta' theddida politika għalih, ma kienx bgħat lis-suldati tiegħu biex joqtluh biex b'hekk ma jagħtix fastidju lill-ħbieb tal-vittma.", "Biex qatlu, qabbad lill-assassini bil-moħbi.", "Ir-reġim li qed jaħkem fuq pajjiżna kien qabbad assassini bil-moħbi sabiex jelimina dak li kkunsidra bħala l-akbar problema politika li kellu.", "Iżda dak li ppruvaw jaħbu, issa beda' jinkixef.", "Joseph Muscat ukoll jidher determinat li jibqa' jixref fil-wiċċ.", "Madankollu ma jidhirx li qed jagħmel sforz kbir biex jara li ma tintemmx ħesrem il-ħajja politika tiegħu.", "X'inhu r-raġuni l-għala Joseph Muscat ma weriex rabja u sogħba li l-assistent tiegħu kien imdaħħal fl-assassinju ta' Daphne?", "X'inhi r-raġuni li mhuwiex jesprimi l-iskantament u s-sorpriża tiegħu dwar dak li l-Pulizija qed isostnu li wettaq Keith Schembri?", "X'inhi r-raġuni li ma wera' ebda sogħba li l-gvern u r-riżorsi li għandu kienu ntużaw biex jitwettaq dak li kien sejjaħ bħala \"attakk fuq id-demokrazija tagħna\" dakinhar li ġiet assassinata Daphne?", "Bħalissa jmissu qed ixerred id-dmugħ tal-kukkudrilli.", "Mhux għaliex ser ikun hemm min jemmnu meta jibqa' jinsisti li ma kellu ebda idea x'kien qed jinħema' minn Keith Schembri.", "Iżda għallinqas wieħed m'għandux jistenna li għandu jagħmel xi ftit ta' sforz biex jikkonvinċina?", "Ma jmissux qed igħidlina li sinċerament ma kienx joħlom li l-akbar investigazzjoni polizjeska li tant ftaħar li għandha r-riżorsi kollha meħtieġa kellha tasal sal-għatba tal-uffiċċju tiegħu?", "Dawn il-mistoqsijiet ma kellhomx isiru biss minn Joseph Muscat.", "Kellhom isiru wkoll minn dawk il-kapurjuni Laburisti kollha li kienu ppużaw ma' Keith Schembri f'dawk ir-ritratti kollha: il-ministri, id-deputati parlamentari, l-uffiċjali, il-ħaddiema tal-partit, il-partitarji primi u l-attivisti kollha li lkoll kien mingħalihom li Keith Schembri kien bniedem mibgħut minn Alla biex ikisser lin-nazzjonalisti – fejn huma l-iskantament u s-sogħba tagħhom?", "Dawn x'inhuma jistennew biex jiddisassoċjaw ruħħom minn mal-korruzzjoni u minn mal-qtil?", "Joseph Muscat għadu qed jieħu n-nifs.", "Qed jieħu nifs twil biex iħejji ruħu għall-attakk u biex jipprova jżomm fil-wiċċ.", "U l-Partit Laburista (mhux neċessarjament dawk kollha li jivvutawlu regolarment) jidher li huwa lest li jibqa' jsostnieħ.", "Lestu ruħkom.", "Ġaladarba dawn ma jiddejqu xejn li jkunu assoċjati ma' suspettat qattiel, mhux ser jiddardru jekk jaslu biex joqtlu wkoll.", "Previous: Ħaddmu raskom.", "Dejjem żommu l-kalma.", "Next: Studenti Universitarji jsejjħu għar-riżenja ta' Joseph Muscat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/studenti-universitarji-jsejjhu-ghar-rizenja-ta-joseph-muscat/", "date": "Wed, 27th Nov '19, 18:07", "category": "blog, politics, government", "title": "Studenti Universitarji jsejjħu għar-riżenja ta' Joseph Muscat", "text": ["L-għaqda tal-istudenti – il-KSU – illum sejjħet laqgħa għall-għaqdiet tal-istudenti, liema laqgħa approvat riżoluzzjoni li ssejjaħ għar-riżenja ta' Joseph Muscat.", "Bħala eks-president tal-għaqda tal-istudenti fi żmien meta l-istudenti tal-lum kienu għadhom ma twieldux, inħossni kburi b'dak li seħħ illum.", "Għamlu sewwa li semmgħu leħinhom.", "Issa jeħtieġ li jmexxu li sħabhom – il-futur huwa tagħhom.", "Din li ġejja hi l-istqarrija tagħhom.", "Previous: X'inhi r-raġuni li Joseph Muscat ma wera ebda sogħba bl-imġieba tal-assistent tiegħu?", "Next: L-istudenti ma beżgħux window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/jinkiser-is-skiet/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 09:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Jinkiser is-skiet", "text": ["Is-sostenituri ta' Konrad Mizzi qed jinfexxu f'Evarist Bartolo u qed ifakkruh li l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament u tal-Partit Laburista fil-gvern jafhom lil Konrad Mizzi.", "Jaqaw dawn sikru b'xi ħaġa?", "Eh iva.", "Mingħalija jgħidulu Kool-Aid.", "Ċerta Coress (dan isimha proprju?)", "Gouder minn Raħal Ġdid, kostitwenta u sostenitriċi fanatika ta' Konrad Mizzi lil Evarist Bartolo wissietu biex isodd ħalqu.", "Mid-dehra Coress Gouder jidhrilha li Konrad Mizzi ħaqqu l-appoġġ.", "Din ma jinteressahiex li qed inħallsu għad-dawl u għall-ilma aktar milli suppost.", "Għaliha m'hix problema li l-ġurnalista li kixfet l-għawwar dwar il-kontijiet tad-dwal u l-ilma ġiet assassinata allegatament minn dak li kien xaħħam li Konrad Mizzi.", "Iżda mhux fuq din l-imbierka xtaqt nikteb.", "Gejtu Mercieca, Laburist u eks-uffiċjal tal-General Workers' Union għoġbu jikkummenta taħt il-kliem li xandret Coress Gouder u lil Evarist Bartolo fakkru fil-korruzzjoni li kienet seħħet taħt imnieħru.", "L-aħħar artiklu li kont ktibt fuq dan il-blog qabel ġiet assassinata Daphne permezz ta' karrozza-bomba kienet proprju dwar Evarist Bartolo u l-korruzzjoni li seħħet fi ħdan il-ministeru tiegħu .", "Dak iż-żmien kien messu warrab u kien messu ġie mġiegħel iwarrab.", "Gejtu Mercieca għandu raġun jirreferi għall-korruzzjoni fil-ministeru ta' Evarist Bartolo.", "Li jgħaġġibni huwa l-mod kif Gejtu Mercieca jammetti li kien jaf bil-ħmieġ tal-korruzzjoni fil-ministeru ta' Evarist Bartolo fl-ogħla livelli li fiħ kienu mdaħħlin persuni ta' fiduċja li kienu magħżulin mill-ministru nnifsu.", "Din il-korruzzjoni ilu jaf biha iżda żammha bejnu u bejn ruħu u ġab ruħu bħallikieku ma kienitx teżisti sakemm imbagħad intebaħ li għalih il-protezzjoni ta' Konrad Mizzi hi aktar importanti mil-lealtà partiġġjana lejn Evarist Bartolo.", "Gejtu Mercieca dan kollu m'għandux il-ħila jifhmu.", "Kliemu jikxfu.", "Joseph Muscat ħoloq ambjent li fih l-impunità setgħet tixxettel u l-partitarji tiegħu kienu kompliċi bis-skiet tagħhom.", "Konrad Mizzi għadu ma xebgħax.", "Gejtu Mercieca għadu ma xebgħax lanqas.", "Previous: Meta kien iddendel ma' djul Keith Schembri Next: Chris Fearne jieħu post Joseph Muscat fil-konferenza tal-iGaming window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/l-espressjoni-fuq-wicc-konrad/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 12:34", "category": "blog, politics, government", "title": "L-espressjoni fuq wiċċ Konrad", "text": ["Li kieku l-kzazel u l-borom li għandu jkunu dejjem vojta, jista' jagħti l-każ li nkun magħlub daqshekk!", "Forsi jista' jkun ukoll li jkolli l-espressjoni li kellu fuq wiċċu Konrad Mizzi dalgħodu hu u jwieġeb il-mistoqsijiet ta' Ivan Martin.", "'Int kont se tirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim mingħand bniedem suspettat bi qtil @KonradMizzi ?' #DaphneCaruanaGalizia", "pic.twitter.com/U0tUVNKZad — Ivan Martin (@IvanMartin89) November 25, 2019 Tassew għandek iddabbar rasek!", "Previous: Chris Fearne jieħu post Joseph Muscat fil-konferenza tal-iGaming Next: Brian Tonna u Karl Cini jinsabu taħt il-protezzjoni tal-pulizija? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/chris-fearne-jiehu-post-joseph-muscat-fil-konferenza-tal-igaming/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 12:20", "category": "blog, politics, government", "title": "Chris Fearne jieħu post Joseph Muscat fil-konferenza tal-iGaming", "text": ["Il-konferenza SIGMA m'hix ser tinfetaħ uffiċjalment minn Joseph Muscat li bħalissa għandu ħafna aktar affarijiet fuqhiex jixħet l-attenzjoni tiegħu.", "Suppost kellu jiftaħ il-konferenza nhar l-Erbgħa b'ħafna xniexel.", "Din il-konferenza qed titnieda f'Ta' Qali għalkemm il-premjijiet annwali fil-qasam tal-industrija ser isiru fil-lukanda Hilton.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn l-i screenshot tal-programm li sal-lum għadu jgħid li l-konferenza se tinfetaħ minn Joseph Muscat iżda r-ritratt tiegħu inbidel b'dak ta' Chris Fearne.", "B'differenza minn Evarist Bartolo, Chris Fearne ma qal xejn dwar jekk Joseph Muscat għandux jibqa' jmexxi lill-partit.", "Madankollu huwa indikattiv il-kumment li ta lit- Times of Malta aktar kmieni dalgħodu : \"Bi ħsiebna nfasslu l-aġenda aħna stess.", "M'aħniex nibżgħu milli nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Ħadd m'hu akbar mill-pajjiż u mill-partit.", "Il-liġi tgħodd għal kulħadd\".", "Ir-rimarki li għadda Chris Fearne mat-Times of Malta idardruk.", "Kemm trid, Chris Fearne, min qatel lil Daphne Caruana Galizia għamel ħsara lill-pajjiż u ħaqqu li jiġi kastigat.", "Iżda għandek tkun raġel u tammetti li l-akbar inġustizzja sofrewha Daphne u l-familja tagħha.", "Inkunu qed nitolbu wisq jekk turina li għalik is-sentiment uman jiġi qabel il-kilba perversa li tħares is-setgħa tiegħek u tal-partit tiegħek?", "Previous: Jinkiser is-skiet Next: L-espressjoni fuq wiċċ Konrad window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/nibet-princep-iehor/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 12:41", "category": "blog, politics, government", "title": "Nibet prinċep ieħor", "text": ["Previous: Brian Tonna u Karl Cini jinsabu taħt il-protezzjoni tal-pulizija?", "Next: Minn kollox ser jagħmel biex jipprova jsalva ġildu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/minn-kollox-ser-jaghmel-biex-jipprova-jsalva-gildu/", "date": "Tue, 26th Nov '19, 09:22", "category": "blog, politics, government", "title": "Minn kollox ser jagħmel biex jipprova jsalva ġildu", "text": ["Rapporti mill-kwartier ġenerali tal-pulizija mxandra f'numru ta' mezzi tax-xandir isostnu li Yorgen Fenech qed jagħmel minn kollox biex itawwal bil-għan li jipprova jtaffi xi ftit il-konsegwenzi ta' ikla ħabs għal għomru fuq akkużi ta' qtil.", "Għad irridu naraw x'se ssarraf ix-xhieda tiegħu.", "Il-ġurnalist tat- Times of Malta Ivan Martin illum jirrapporta li, skont l-għejjun tiegħu, li s'issa Yorgen Fenech \"naqas li jipprovdi provi dwar ir-rabtiet ta' xi individwu mal-assassinju\".", "Iżda Yorgen Fenech ukoll qed igħid li hu stess kien biss \"sensar\".", "U dan ma jistax ħlief ifisser li jeżisti saff ieħor u qed jissemmew l-ismijiet ta' Chris Cardona u ta' Keith Schembri.", "Qed jingħad li Yorgen Fenech qed igħid ukoll li Keith Schembri huwa mdaħħal f'aktar korruzzjoni minn dak li diġà nafu bih.", "Mhux għax dan għandu jġiegħlna niskantaw.", "Li forsi għandu jiskantana huwa l-fatt li Keith Schembri u s-\"sensar\" li ser jingħata l-proklama Melvin Theuma jafu lil xulxin u li dan tal-aħħar kien talab pjaċir mingħand Schembri biex idaħħlu jaħdem mal-gvern.", "Jiġifieri biex jibda' jirċievi paga fix-xahar fuq dahar il-poplu mhux biex jagħmel xi xogħol partikolari.", "Mhuwiex ċar jekk dan il-pjaċir kienx ġie diskuss qabel jew wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "U jista' jkun li Yorgen Fenech qed jipprova jeħles mill-inkwiet għalih innifsu billi jwaħħal f'ħaddieħor.", "Jidher li hekk qed jipprova jagħmel.", "Madankollu huwa inaċċettabbli li Keith Schembri u Chris Cardona jibqgħu fil-kariga tagħhom waqt li l-allegat involviment tagħhom qed jiġi investigat.", "M'huwiex aċċettabbli li Keith Schembri u Konrad Mizzi jibqgħu fil-kariga tagħhom waqt li l-korruzzjoni tagħhom li hi pruvata bis-saħħa ta' dokumenti jidher li tgħattiet minn qattiel, jiġifieri li l-istess persuna li xaħħmithom.", "Mhux biss huwa inaċċettabbli, imma huwa wkoll ġenn, li Joseph Muscat jibqa' jżomm il-kariga tiegħu qisu mhux hu.", "Dan huwa l-istess Joseph Muscat li ta l-kenn kollu tiegħu lil Keith Schembri, lil Konrad Mizzi u lil Chris Cardona u żammhom fil-kariga minkejja l-provi kollha li feġġew dwar l-imġieba tagħhom.", "Huwa inaċċettabbli li jibqa' jindaħal f'investigazzjoni kriminali u jiddeċiedi dwar amnestiji.", "Waqt li qed iseħħ dan kollu, il-membri tal-grupp parlamentari tal-Labour ġabu ruħħom b'mod korrott u kompliċi meta l-bieraħ taw l-appoġġ unanimu tagħhom lil Joseph Muscat.", "Il-pajjiż jinsab fix-xifer.", "Il-poplu għandu għajnejh imsammrin fuq Joseph Muscat biex jara x'ser ikun il-pass li jmiss tiegħu.", "L-amministrazzjoni tal-pajjiż tinsab mitluqa għal riħha.", "Id-dinja qed tosservana aħna u nittieklu minn ġewwa.", "X'bi ħsiebu jagħmel biex isalva ġildu?", "Huwa ċar li Joseph Muscat moħħu biex jara kif ġildu jsalvaha, jiġri x'jiġri.", "Anki jekk dan iseħħ a spejjeż tal-verità u tal-ġustizzja.", "Previous: Nibet prinċep ieħor Next: Keith Schembri jwarrab.", "Issa jmiss lil Joseph Muscat. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/brian-tonna-u-karl-cini-jinsabu-taht-il-protezzjoni-tal-pulizija/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 12:36", "category": "blog, politics, government", "title": "Brian Tonna u Karl Cini jinsabu taħt il-protezzjoni tal-pulizija?", "text": ["Il-Pulizija għandha tagħtihom il-protezzjoni.", "Allaħares kellhom jitgerrbu f'saqajhom jew f'xi ħaġa oħra aċċidentalment u jispiċċaw f'xi ġibjun qalb ir-raba' misterjożament imqattajn biċċiet f'partita boroż tal-plastik.", "Previous: L-espressjoni fuq wiċċ Konrad Next: Nibet prinċep ieħor window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/appogga-lit-tabib-tieghek/", "date": "Mon, 5th Feb '18, 15:30", "category": "blog, politics, government", "title": "Appoġġa lit-tabib tiegħek", "text": ["Mhux li kien hemm wisq tama qabel bdew it-taħditiet.", "Il-possibilità li llum kienet se tintlaħaq konklużjoni sodisfaċenti bejn il-union tat-tobba u l-gvern kienet pjuttost remota meta wieħed iqis kif iż-żewġ naħat mhumiex jaqblu dwar id-direzzjoni tal-privatizzazzjoni tal-maniġment tal-isptarijiet.", "Il-gvern ma jidhirx li se jiċċaqlaq.", "Hemm wisq flus involuti deħlin fil-bwiet ta' nies li jaħbulna wiċċhom iżda mhux il-kilba tagħhom għall-flus.", "Hemm nies li qed isiru sinjuri billi jinnegozjaw sptarijiet mibnija u mgħammra bil-kontribuzzjonijiet tat-taxxa ta' ġenerazzjonijiet ta' kontribwenti.", "Qed jimlew bwiethom bil-profitti filwaqt li jinnegozjaw saħħtek bħala komodità u ta' dan mhuma jagħtuk xejn lura.", "It-tobba li jaħdmu f'dawn l-isptarijiet jafu ħafna aktar minna x'jista' jkun ir-riżultat ta' dan kollu.", "Il-karrieri tagħhom iddedikawhom jipprovdu servizzi tas-saħħa skont il-bżonnijiet tal-pazjent.", "Iżda mill-esperjenza professjonali jafu kemm ikunu differenti l-affarijiet meta s-servizzi tas-saħħa jiġu pprovduti skont l-objettivi tal-bejgħ u l-profitti tal-proprjetarji.", "Għada t-tobba se jistrajkjaw għaliex qed jiddispjaċihom li f'dawn l-aħħar sentejn taw ċans lil dan it-teatrin ikompli jiżvolġi.", "Il-fondi għas-servizzi tas-saħħa tberbqu.", "L-investiment fit-tagħmir u fir-riżorsi biex jitħarsu l-bżonnijiet tal-pazjenti waqfu għalkollox.", "Il-kontroll tal-politiki għall-isptarijiet intilef.", "U ma ngħata xejn lura għal dan kollu.", "Għada t-tobba mhumiex se jistrajkjaw għax iridu jaħdmu inqas sigħat, jew għax iridu iktar flus, jew għax iridu żraben iktar komdi.", "M'hemm xejn minn dan fuq l-aġenda tat-tilwima tagħhom.", "Għada t-tobba se jistrajkjaw għax iridu jibqgħu bil-possibilità li lilek u lil uliedek jagħtukom l-aqwa kura tas-saħħa possibbli.", "Se jistrajkjaw għall-bżonnijiet tiegħek mhux tagħhom.", "Previous: Kif il-korruzzjoni ta' min imexxi timmina saħħet il-familja tiegħek għal 99 sena Next: Il-permess biex tgħid le window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/keith-schembri-jwarrab-issa-jmiss-lil-joseph-muscat/", "date": "Tue, 26th Nov '19, 09:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Keith Schembri jwarrab. Issa jmiss lil Joseph Muscat.", "text": ["Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja taċ- chief of staff tiegħu Keith Schembri.", "Keith Schembri kien il-moħħ wara l-ħolqien ta' Joseph Muscat bħala prodott politiku.", "Iżda jingħad ukoll li kien il-moħħ wara l-korruzzjoni fi ħdan il-gvern.", "Ismu kien inkixef permezz tal- Panama Papers u l-isforzi tiegħu biex igawdi personalment mis-setgħa li kellu f'idejh kienu nbdew qabel l-elezzjoni ta' Marzu 2013 li ntrebħet il-Partit Laburista.", "Dan l-aħħar ċeda kawża ta' libell li kien għamel kontra Simon Busuttil wara li l-istess Simon Busuttil kien xlieħ li huwa bniedem \"korrott\".", "Ma kellux il-ħila li jiddefendi ruħu kontra din l-akkuża.", "Ismu issa qed jissemma' fl-investigazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għal tliet snin sħaħ Joseph Muscat tah il-kenn u ddefendieh saħansitra lejlet l-elezzjoni tal-2017 meta kien stqarr li Keith Schembri \"huwa bniedem integru\" minkejja dak li kien inkixef dwaru bis-saħħa tal- Panama Papers .", "Ir-riżenja ta' Keith Schembri m'għandhiex titqies bħala xi rebħa aħħarija għal dawk li qed jipprotestaw favur il-ġustizzja.", "Ir-riżenja mill-kariga tiegħu ta' bniedem setgħan li jinsab taħt suspett li wettaq delitt kriminali ma twassalx għall-ġustizzja.", "Li hi meħtieġa hi investigazzjoni kriminali indipendenti li tkun sura ta' nies.", "Sakemm Joseph Muscat jibqa' fil-kariga din ma tistax isseħħ.", "Joseph Muscat jeħtieġ li jwarrab.", "Previous: Minn kollox ser jagħmel biex jipprova jsalva ġildu Next: NIPPROTESTAW ILLUM!", "Keith Schembri hu biss il-bidu.", "Joseph Muscat għandu jwarrab! window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/il-partitarji-tal-labour-qed-jintebhu-li-ghaddewhom-biz-zmien/", "date": "Tue, 26th Nov '19, 12:19", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-partitarji tal-Labour qed jintebħu li għaddewhom biż-żmien.", "text": ["Baqgħu jirreżistu għal tliet snin sħaħ.", "Għal-sitta, fil-fatt.", "Iżda issa qed jinkixef kollox.", "U qed jikkrollalhom kollox.", "Joseph Muscat għadu jaħseb li għad jista' jibqa' jterraq fil-wiċċ.", "Għad jirnexxielu.", "Iżda jirnexxielu biss jekk inħalluh.", "Joseph Muscat qed ifakkarni f'Erich Honecker fl-aħħar jiem tal-ħajja politika tiegħu.", "Bid-differenza li Muscat m'għandux l-armata Sovjetika biex taqbeż għalih.", "Bosta huma dawk li għadhom ma jistgħux jemmnu dak li qed iseħħ madwarna – il-ġrajjiet li qed iseħħu m'humiex ilaħħqu magħhom.", "Iżda li qed iseħħ huwa realtà.", "Dak li sal-bieraħ konna nqisuh impossibbli, illum sar possibbli.", "Hemm rabja kbira fost il-partitarji tal-Labour.", "Dawn qed intebħu li għaddewhom biż-żmien.", "Għaddewhom passata.", "Joseph Muscat u l-klikka tiegħu sfruttaw il-popolarità u l-fiduċja li tawhom l-eluf ta' segwaċi tagħhom bi igawdu u japprofittaw ruħħom personalment.", "Lill-partit tagħhom, dawn ittradewh.", "U ttradew lill-pajjiż kollu.", "Kollox qed isirlhom suf.", "U n-nies tagħhom qed jieħduha kontrihom.", "L-istituzzjonijiet tal-pajjiż jeħtieġ iqumu fuq tagħhom.", "Uħud minnhom damu wisq ikaxkru saqajhom u oħrajn ġew newtralizzati għax inħatfu.", "Issa hemm minnhom li bdew jieħdu azzjoni.", "Iżda aħna għanda hawn.", "Ma morna mkien.", "L-istituzzjonijiet huma l-qaddejja tal-poplu u meta dawn ifallu, ikun jeħtieġ li l-poplu jassumi r-riedni.", "Joseph Muscat huwa responsabbli għad-diżastru li ġab fuq pajjiżna.", "Jeħtieġ iħallas ta' għemilu.", "M'aħniex se nieqfu sakemm jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu u jwarrab minn Kastilja.", "Jeħtieġ li ningħaqdu flimkien u nipprotestaw.", "B'riżq il-ġustizzja.", "B'risq is-sewwa.", "B'riżq il-libertà.", "Joseph Muscat għandu jwarrab.", "Previous: NIPPROTESTAW ILLUM!", "Keith Schembri hu biss il-bidu.", "Joseph Muscat għandu jwarrab!", "Next: Malta saret l-ostaġġ tiegħu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/nipprotestaw-illum-keith-schembri-hu-biss-il-bidu-joseph-muscat-ghandu-jwarrab/", "date": "Tue, 26th Nov '19, 10:17", "category": "blog, politics, government", "title": "NIPPROTESTAW ILLUM! Keith Schembri hu biss il-bidu. Joseph Muscat għandu jwarrab!", "text": ["Niltaqgħu llejla fis-7pm quddiem Kastilja.", "Tinsewx!", "Illum It-Tlieta 26 ta' Novembru 2019 fis-19:00 f'Misraħ Kastilja, Valletta.", "Konna sejjaħna lin-nies għal għada biex jipprotestaw iżda l-avvenimenti li seħħew wasslu biex is-sitwazzjoni ssir aktar urġenti.", "Keith Schembri warrab mill-Berġa ta' Kastilja.", "Iżda dak li hu ħobża u sikkina miegħu, l-alleat u l-kompliċi tiegħu huwa l-prim ministru ta' Malta.", "Ma jistax ikollna l-ġustizzja jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi.", "Ma tistax issir ġustizzja ma' Daphne u mal-familja tagħha jekk is-sitwazzjoni tibqa' dik li hi.", "Ma tistax issir ġustizzja ma' pajjiżna, ma' ismu u mal-poplu tiegħu jekk is-sitwazzjoni tibqa' dik li hi.", "Ingħaqad magħna llejla f'Misraħ Kastilja biex flimkien insejjħu għar-riżenja ta' Joseph Muscat.", "Previous: Keith Schembri jwarrab.", "Issa jmiss lil Joseph Muscat.", "Next: Il-partitarji tal-Labour qed jintebħu li għaddewhom biż-żmien. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/ktieb/", "date": "Tue, 1st Oct '19, 15:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Ktieb", "text": ["Carlo Bonini, ġurnalist ma' La Repubblica u msieħeb fid- Daphne Project, John Sweeney li kien jippreżenta BBC Newsnight u Panorama u jien flimkien ktibna ktieb li jirrakkonta l-istorja ta' Daphne Caruana Galizia: dwar ħajjitha u dwar ix-xogħol tagħha, l-assassinju tagħha u x'seħħ minn dakinhar 'l hawn.", "Min jirrakkonta l-istorja ta' Daphne jkun qed jirrakkonta l-istorja ta' Malta.", "F'dawn l-aħħar sentejn, għamilt ħilti mill-aħjar li nista' biex nipprova nifhem dak li seħħ f'pajjiżi u r-raġuni għaliex seħħ.", "Anki issa – speċjalment issa – għandi aktar mistoqsijiet milli għandi tweġibiet.", "U m'hemm ebda raġuni il-għala għandi nieqaf milli nkompli nagħmel il-mistoqsijiet.", "Kif kien igħallem Sokrate, l-aħjar mod li bih wieħed ikun jista' jifhem kwistjoni huwa billi jittanta jispjegaha lil ħaddieħor.", "Tifhmunix ħażin: il-qtil ta' ġurnalista ma jista' qatt joħroġ xejn pożittiv minnu.", "Qtil bħal dan ma joħloq xejn ħlief weġgħat, biża' u disperazzjoni.", "Hu minn ewl id-dinja li nħossu dawn l-emozzjonijiet.", "Iżda kif darba kitbet Daphne, f'perijodu diffiċli għaliha, meta kienet għadha mimlija bil-għomor, taħdem u tipprova tispjega dak kollu madwarna li ma jistax jiġi spjegat \"il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-qerda tas-saltna tad-dritt jeħtieġ li titkompla\".", "Fl-aħħar erba' xhur ta' ħajjitha, jien kont ippruvajt nassorbi t-tagħlimiet li tatni.", "Għalija dan kien privileġġ li tatni u li ma kienx jistħoqqli.", "Minn dakinhar 'l hawn, qrajt u erġajt qrajt bosta mill-kitbiet tagħha.", "Meta taqra' l-blog ta' Daphne għall-ewwel darba, tintebaħ bl-istejjer li kienet kixfet u l-kummentarji li kkomponiet.", "Iżda meta terġa' taqra l-kitbiet tagħha, tista' tapprezza aktar il-metodu, l-għerf u il-ġudizzju li huma s-sisien tax-xogħlijiet tagħha.", "Kelli wkoll il-privileġġ li nsir naf ġurnalisti bravi minn madwar id-dinja li ġew f'pajjiżna bil-għan li jippruvaw jifhmu l-istorja ta' Daphne u biex imbagħad ikunu f'pożizzjoni li jirrakkuntawha lit-telespettaturi u lill-qarrejja tagħhom.", "Fost dawn hemm Carlo u John.", "Ma' dawn ingħatatli l-opportunità li naħdem magħhom fil-produzzjoni ta' dan il-ktieb.", "Biex stajt inlesti l-ktieb kelli nnaqqas il-kitbiet tiegħi fil-blog li okkupa l-ħin tiegħi għal dawn l-aħħar sentejn.", "Aħfruli talli għal xi żmien kelli nnaqqas il-kitbiet tiegħi iżda naħseb li taqblu miegħi li din kienet għażla f'waqtha.", "Il-ktieb mistenni joħroġ għall-bejgħ fl-14 ta' Ottubru.", "Dan il-ktieb, l-istess bħal dan il-blog, sar b'dedika lil Daphne.", "Madankollu din id-darba, x-xogħol qsamtu ma' żewġ kittieba ta' esperjenza u ta' ħila kbira.", "Għamilna ħilitna biex niktbu ktieb b'tifkira ta' Daphne.", "It-tlieta li aħna nafu li, l-għada li jixxandar il-ktieb, 'il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-qerda tas-saltna tad-dritt jeħtieġ li titkompla'.", "Nirringrazzjakom tal-paċenzja li ħadtu bija.", "Nittama li l-paċenzja tagħkom tkun ġustament ippremjata."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/il-permess-biex-tghid-le/", "date": "Mon, 5th Feb '18, 16:59", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-permess biex tgħid le", "text": ["Jason Micallef uża l-midja kkontrollata mil-Labour biex jappoġġja lill-mara li kienet iffilmjata tuża l-bastun tagħha biex tneħħi min-nofs fjuri, ritratti, messaġġi u xemgħat li tħallew mal-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta b'tifkira ta' Daphne Caruana Galizia u biex isejħu għall-ġustizzja u t-tmiem tal-impunità.", "Bl-aġir tiegħu Jason Micallef segwa lil dawk ta' qablu, fosthom Joe Brincat , Ray Azzopardi (il-kunsillier tal-Belt, mhux il-preżentatur ta' Warda Kanta), Emmanuel Cuschieri u diversi oħrajn li tennew dak ma qalux il-politiċi li huma stess jappoġġjaw u b'hekk evitawlhom ir-responsabbiltà li jiġu imbarazzati kieku qaluh huma.", "M'iniex sorpriż li l-gvern jiddevja l-attenzjoni dwar l-iskop tal-protesta billi jidħol f'diskussjonijiet dwar il-mod kif issir il-protesta.", "Jien ma poġġejt l-ebda fjuri u ma xgħelt l-ebda xemgħat mal-Monument tal-Assedju l-Kbir fl-aħħar erba' xhur biex nipprotesta għad-dritt tiegħi li npoġġi fjuri u xemgħat.", "Kont naħseb li dik xi ħaġa for granted.", "Jien ipprotestajt u għadni qed nipprotesta kontra sitwazzjoni li fiha nqatlet ġurnalista, sitwazzjoni fejn dawk li kkummissjonaw il-qtil tagħha għadhom jiġru barra waqt li l-istejjer li investigat qed jiġu ċċensurati waqt li l-awtoritajiet tal-istat ma jieħdu l-ebda azzjoni.", "Jekk irridu nibqgħu nsejħu lilna nfusna demokrazija, irridu nifhmu li l-protesti huma parti intrinsika mid-dibattitu pubbliku.", "Aktar u aktar f'kuntest fejn jidher li lanqas il-Parlament mhu l-forum adegwat biex isir dibattitu dwar dak li nħossu li hu l-aktar aspett fundamentali tar-realtà politika Maltija: jekk il-liġi hix qed tiffunzjona jew le.", "Jason Micallef u oħrajn bħalu qed jakkużawna li qed nattakkaw id-dinjità tal-Monument tal-Assedju l-Kbir u niddegradaw il-memorja ta' dawk li mietu fl-Assedju l-Kbir.", "Ma rridx nidħol f'melodrama retorika dwar l-Assedju l-Kbir.", "Inħalli l-poeżija lirika dwar il-ġlidiet interġenerazzjonali għal-libertà għall- videos turistiċi li jintwerew fiċ-ċentri tal-interpretazzjoni bl-eċċessi tagħhom b'kollox.", "Imma rrid infakkar li l-monument qatt ma ġie sfigurat bl-ebda mod.", "Tista' ma taqbilx ma' kif issebbaħ il-madwar, imma persważ li lkoll rajna agħar.", "Is-sit ma ntgħażilx apposta minn xi ħadd bil-ħsieb li jurta lil Jason Micallef.", "Kien l-għażla loġika biex iservi bħala l-post fejn wieħed jipprotesta ġimgħa wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia – quddiem il-Qrati fejn il-poplu jfittex il-ġustizzja – u n-nies, b'mod spontanju ħallew fjuri u xemgħat hemmhekk fi tmiem il-protesta.", "U mbagħad ġew aktar nies, waqt li għadhom ġejjin.", "Għalkemm nixtieq li kieku Jason Micallef u l-oħrajn jingħaqdu magħna fis-sejħa tagħna biex issir ġustizzja, naċċetta d-deciżjoni tagħhom li ma jagħmlux dan.", "Imma l-intolleranza tagħhom għal protesta li hija għalkollox moderata, mhix vjolenti u turi rispett lejn l-oħrajn waqt li tagħmel minn kollox biex tevita li ddejjaq lil ħaddieħor bla bżonn, verament mhix neċessarja.", "Jew aħjar, kienet tkun mhux neċessarja li kieku fil-verità mhux għaddej sforz ovvju biex jitħawdu l-imħuħ.", "Il-gvern kien qed jistenna li l-għajta għall-ġustizzja u kontra l-impunità tmut żmien ilu.", "Id-dawl iteptep tax-xemgħat u l-fjuri bilkemm jinxtammu fid-dlam ma jeffettwawhx.", "Il-Monument tal-Assedju l-Kbir lanqas hu xi monument li jġorr miegħu xi sensitività politika partikolari.", "Dan mhux il-monument ta' Jum il-Ħelsien jew ta' Dom Mintoff.", "Min-naħa l-oħra, iżda, żgur li l-gvern qed jara l-għexieren ta' turisti li qed iżuru l-monument kuljum.", "Żgur li qed josserva lin-nies jieqfu jirriflettu quddiemu, ipoġġu l-fjuri jew jgħidu xi talba f'kull ħin tal-ġurnata.", "Żgur li jaf li l-monument għadu sal-lum jidher kull darba fl-aħbarijiet internazzjonali u f'dokumentarji li qed jixxandru madwar id-dinja.", "Żgur li hu konxju li barranin li jżuru pajjiżna fuq xogħol tal-gvern jistaqsu kif jistgħu jaslu fuq il-post biex ikunu jistgħu jmorru jsellmu lil Daphne.", "Il-monument hu raġġ ta' dawl baxx imma kostanti faċċata tal-qrati.", "Hu preżenza inevitabbli li jsibu ma' wiċċhom ħafna uffiċjali importanti tal-istat li jimxu tul Triq ir-Repubblika kuljum bi tbissima kbira fuq fommhom jippretendu li kollox miexi fuq ir-rubini, meta s-sitwazzjoni hija l-kuntrarju.", "Tistgħu timmaġinaw lil Konrad Mizzi miexi mal-ħabib ġdid tiegħu tul Triq ir-Repubblika?", "Jew kif iħossu Keith Schembri hu u jkaxkar saqajh biex imur minn ristorant minn tiegħu għal ieħor, jew bejn impenn uffiċjali u ieħor?", "Waqt li Triq ir-Repubblika ċċelebrat il-Milied qisu ma ġara xejn, il-monument ta' tifkira għal Daphne Caruana Galiza baqa' ħaj.", "Ma spikkax fost id-dwal qawwija, imma l-istess dwal ma tfewhx lanqas.", "L-istess waqt li Triq ir-Repubblika kienet qed tospita l-ftuħ tal-Kapitali tal-Kultura.", "Il-festa ta' San Pawl ġiet u marret.", "U issa jmiss il-Karnival.", "Fir-rutina tan-normalità li għandha t-tendenza li tnessi l-memorja u trazzan ir-rabja, il-monument xorta jibqa' ħaj.", "Allura dan kollu meta se jintemm?", "Jien nista' nitkellem biss għalija nnifsi.", "Għalija dan mhux xi post temporanju adattat biex niftakar f'Daphne Caruana Galizia sakemm tinstab soluzzjoni permanenti u jitwaqqaf monument tal-bronż u l-irħam.", "Lanqas ma jien fil-burdata li nidħol f'dibattitu ma' nies bħal Jason Micallef dwar fejn għandna poġġu statwa oħra biex tiġi injorata minn kulħadd.", "Biex niftakar f'Daphne Caruana Galizia – u jien nagħmel hekk kuljum – niftaħ il- laptop u mmur fuq is-sit elettroniku tagħha biex naqbad xi post minn tagħha ħalli nidħak ftit, jew nibki, inkella ninfexx f'rabja kbira meta niftakar għalfejn jien daqshekk inkwetat il-ħin kollu.", "Jien nibqa' nħoss il-bżonn li nipprotesta sakemm l-impunità u l-inġustizzja li eżistew f'Malta lejliet il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-għada, jibqgħu magħna.", "Hi kitbet dwar dan u aħna ma pprotestjaniex.", "Hi mietet u dawn baqgħu hemm.", "Jien inħossni fid-dmir li nipprotesta sakemm isseħħ bidla vera: il-bidla li Matthew Caruana Galizia u ħutu sejħu għaliha jumejn wara li mietet ommhom, meta fakkruna li ma tista' ssir l-ebda ġustizzja vera qabel ma jkun hawn il-bidla.", "Li kieku l-protesta tagħna ma ddejjaqx serjament lil dawk li jiġu fuq Jason Micallef, kont ngħid li qed issir għalxejn.", "Ir-rabja u t-theddid kontinwu tagħhom f'tentattiv biex jiċċensurawha huma xhieda li minkejja li d-dawl tax-xemgħat li xgħelna jista' jkun baxx, il-protesta qed ikollha l-effett mixtieq: qed twassal biex dawk li għandhom f'idejhom il-poter jirrealizzaw li aktar nies qegħdin dejjem aktar jindunaw verament huma x'qed iħawdu.", "Irrid għalhekk inserraħ ras dawk li qabbdu lil Jason Micallef, Joe Brincat, Emmanuel Cuschieri, Ray Azzopardi u l-bqija biex iqanqlu r-rabja tal-partitarji tagħhom kontra l-fjuri u x-xemgħat daqslikieku kienu bombi u kanuni, li m'għandi l-ebda ħsieb li nistaqsihom liema tip ta' protesta l-inqas li toffendilhom is-sentimenti tagħhom.", "Għax hi fin-natura tal-protesta stess: wieħed ma jistaqsix għal permess biex jipprotesta mingħand dawk li qed jipprotesta kontrihom!", "Previous: Appoġġa lit-tabib tiegħek Next: Ħrejjef mill-Art tas-Serenità 5 window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/il-hniena-tal-kink-joseph/", "date": "Wed, 2nd Oct '19, 15:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-ħniena tal-\"kink\" Joseph", "text": ["Imma dan kemm jaħseb li aħna boloħ?", "Jumejn ilu, xi gwardjani tas-sigurtà fl-Università waqqfu protesta li saret mill-Moviment Graffitti fuq il-kampus .", "Għall-bidu din il-mossa dehret bħallikieku kienet inizjattiva li ttieħdet minn xi gwardjan tas-sigurtà.", "Iżda aktar tard l-Università ħareġt stqarrija li fiha qalet li ma kienx bi ħsiebha tittollera protesti politiċi matul il-freshers' week għaliex ikun hemm numru kbir ta' nies – partikolarment persuni importanti – li jkollhom isegwuha.", "L-għada, hu u jżur l-Università, Joseph Muscat tkaża u inkredibilment qal li \"jekk il-libertà tal-kelma ma tiġix rispettata fl-Universita, ma nafx fejn trid tiġi rispettata\".", "Huwa qal li t-tneħħija tal-maskra bl-immaġni ta' Ian Borg minn ma' wiċċ il-protestant tal-Moviment Graffiti kienet azzjoni \"stupida\".", "Iżda dak li qal Joseph Muscat ifisser ukoll li huwa jaqbel mal-konklużjoni li t-tneħħija ta' maskra minn ma' wiċċ protestant bil-għan li titwaqqaf protesta tammonta għal theddida kontra l-libertà tal-kelma u li l-iskużi li ġabet l-Università ma kienux ġustifikati.", "Joseph Muscat imbagħad kompla jilgħab għall-gallarija b'teħid ta' ritratt mal-protestanti tal-Graffiti li kienu libsin l-istess maskra li l-Universita kienet neħħiet il-jum ta' qabel.", "Dan ir-ritratt ittieħed f'atmosfera li dehret amikevoli – jista' jkun li l-protestanti – ħafna minnhom votanti Laburisti – nsew it-tgergir kollu li hawn kontra l-gvern u tathom għaxwa hekk kif lemħu lill-\"kink\" Joseph fosthom.", "Joseph Muscat deher bħallikieku kien organizza l-protesta hu stess.", "U wara li l-prim ministru ħareġ jikkundanna l-azzjonijiet meħuda mill-Università l-jum ta' qabel, ir-Rettur tal-Università ħareġ igħid li l-gwardjani tas-sigurtà ma kellhom ebda awtorità li jiċċensuraw il-protesta u li mhux ser jerġa' jkun hemm 'ċensura' fuq il-kampus.", "X'inhi din il-biċċa li meta nsegwu l-aħbarijiet f'dan il-pajjiż, inħossuna bħallikieku qlajna xebgħa waqt li konna reqdin u li m'aħniex ċerti il-għala f'dan il-pajjiż hawn kollox ward u żahar?", "Nistaqsi: ġaladarba l-Università taqbel mal-prim ministru li l-inċident li nqala' jammonta għal ksur tal-libertà tal-kelma, għaliex iddefendiet l-inċident meta ħarġet l-istqarrija tagħha?", "L-istqarrija tal-Università jaqaw ħarġet minn wara dahar ir-rettur?", "Jaqaw din kienet xi inizjattiva tal-kelliem tal-Università Pierre Cassar?", "Jaqaw dan l-inċident kien xogħolu u mhux xogħol xi gwardjan tas-sigurtà?", "Fl-imgħoddi Pierre Cassar kien il-kbir tal-Awtorità tax-Xandir u suppost dan jifhem xi ftit dwar il-libertà tal-kelma.", "Jekk dan l-inċident verament seħħ b'inizjattiva tiegħu, l-awtoritajiet tal-Università x'passi ħadu kontrih talli l-prim ministru ġiegħelhom jidhru bħallikieku kienu xi nażisti jeqirdu l-libertà tal-kelma?", "Iżda hemm punt ieħor li jeħtieġ li jinġieb 'il quddiem.", "Ġaladarba l-prim ministru jidhirlu li l-protesta fl-Università ma messiex twaqqfet, il-għala qed jaqbel mat-tneħħija tal-fjuri u x-xemgħat li jitqiegħu mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir minn dawk li jfakkru l-assassinju ta' Daphne bil-protesti tagħhom?", "Jekk ma jaqbilx ma' waħda, m'għandux jaqbel ukoll mal-oħra.", "Ma nagħmlux mod li l-fehmiet tiegħu dwar il-libertà tal-kelma jinbidlu skont x'jingħad f'protesta jew skont il-kulur politiku ta' min ikun qed jieħu sehem fiha?", "Il-libertà tal-kelma ssib l-ogħla espressjoni tagħha meta dawk li jipprotestaw lis-setgħana isemmgħulhom dak li ma jkunux iridu jisimgħu.", "Jekk tal-Università – jew il-kelliem tagħha jew il-gwardjan tas-sigurtà – dan ma jafuħx, min f'dan l-imbierek pajjiż jista' jkun jafu?", "Previous: Ktieb Next: Sfida lill-Kummissarju-elett Helena Dalli window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/wahda-mir-ragunijiet-ghala-n-nies-ma-tridx-taf-bil-pn/", "date": "Sun, 6th Oct '19, 16:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Waħda mir-raġunijiet għala n-nies ma tridx taf bil-PN", "text": ["Illum ixxandru stejjer dwar wieħed mir-reati politiċi l-aktar serji li seħħ f'Malta.", "Illum is-Sunday Times of Malta tikkwota għejjun mill-investigazzjoni li hemm għaddejja li jikkonfermaw li \"Daphne inqatlet minħabba x-xogħol li kienet qegħda tagħmel\".", "Jeżistu provi li l-investigazzjoni nżammet lura apposta minħabba l-indħil tal-gvern.", "U minkejja dan, l-uniku politiku li qed jagħmel mistoqsijiet pertinenti lill-gvern huwa membru parlamentari Olandiż.", "M'hemmx għalfejn noqgħodu nanalizzaw ir-riżultat tas-sondaġġi li xxandar kull xahar il- Malta Today.", "Kull xahar qed ikollna riżultat identiku.", "Fejn hi l-Oppożizzjoni?", "Baqgħet rieqda?", "Jew tinsab implikata?", "Tal-PN għandhom l-istess ħeġġa li għandhom tal-Labour biex f'dan il-każ tinkixef il-verità?", "Previous: Il-għala ma saru ebda arresti?", "Next: Nipprotestaw biex ma nħalluhomx igħadduha lixxa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/nipprotestaw-biex-ma-nhalluhomx-ighadduha-lixxa/", "date": "Tue, 8th Oct '19, 08:09", "category": "blog, politics, government", "title": "Nipprotestaw biex ma nħalluhomx igħadduha lixxa", "text": ["Dak li stqarr il-prim ministru l-bieraħ fih wieħed x'jifhem.", "L-iskuża prinċipali li ġab hi li ma jafx bid-dettalji tal-investigazzjoni tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia għaliex, skont hu, l-pulizija taħdem indipendentement mill-gvern u għalhekk la jista' u lanqas huwa xieraq li jindaħal.", "Dan m'huwiex għal kollox minnu.", "Aħsbu ftit fuq dak li stqarr dwar kemm ma tantx jemmen bil-maħfriet presidenzjali.", "Il-kelma \"maħfra\" m'hix il-kelma adatta għaliex hawn m'aħniex nittrattaw dwar maħfriet.", "Maħfra tingħata meta xi ħadd jingħata piena għal reat li jkun ammetta li wettaq u l-piena mbagħad titnaqqas b'intervent dirett tal-istat.", "Dan id-dritt hu mnissel mis-setgħa divina li kellhom ir-rejiet fi żminijiet meta l-ġustizzja kienet kunsidrata bħala waħda retributtiva u li l-ħruxija tagħha setgħet titnaqqas xi ftit b'niskata ħniena.", "F'soċjetà demokratika, episodji bħal dawn iseħħu biss eċċezzjonalment.", "Fiż-żminijiet tal-lum, l-għażla hi favur proċess ġudizzjarju indipendenti li permezz tiegħu tinqata' sentenza wara li jkunu ttieħdu in konsiderazzjoni d-drittijiet tal-akkużati u d-drittijiet tal-allegati vittmi tagħhom u mbagħad tingħata piena skond il-gravità tar-reat.", "Illum il-maħfriet jingħataw b'eċċezzjoni f'każijiet fejn tkun twettqet inġustizzja ċara fl-għoti ta' sentenza.", "Maħfra għandha wkoll tingħata fil-każ ta' dawk li jkunu ntbagħtu l-ħabs fuq reati li maż-żmien ma jibqgħux jiġu kunsidrati bħala reati ta' natura kriminali jew minħabba żball li jkun sar minn ġudikant – bħall-każ li fih Giovanni Grixti kien bgħat lis-sindku taż-Żurrieq il-ħabs u wara ntebaħ li kien ħa żball.", "Iżda dan m'huwiex is-suġġett li qed nittrattaw dwaru fiċ-ċirkostanzi preżenti.", "Nerġa' ntenni li hawn m'aħniex nitkellmu dwar maħfriet.", "Qed nitkellmu dwar l-immunità li tingħata mill-prosekuzzjoni lil xhud biex dan ikun jista' jikxef il-verità.", "L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ma kien xejn ħlief att terroristiku mafjuż.", "Kien delitt kriminali mafjuż imwettaq minn organizzazzjoni.", "Ma kienx biss konfoffa bil-għan li jitwettaq reat kriminali.", "Dawk li ngħaqdu flimkien biex jordnaw it-twettiq tad-delitt u biex iħallsu lil min wettaq l-assassinju m'humiex xi persuni li kienu qed igħixu ħajja onesta u għal mument ingħaqdu biex iwettqu delitt uniku.", "Għall-kuntrarju, dawk kollha li pparteċipaw biex jitwettaq id-delitt huma kriminali tal-lant li ddeċidew li jwettqu l-assassinju biex jgħattu reati kriminali oħra li kienu wettqu.", "Dan huwa s-sinjifikat speċjali ta' dak li kkwotat nhar il-Ħadd li għadda s -Sunday Times of Malta meta rrappurtat dak li qalulha l-għejjun tagħha.", "'Daphne nqatlet minħabba x-xogħol li kienet qed tagħmel.", "Minħabba dak li kienet kitbet jew minħabba dak li kien bi ħsiebha tikteb dwaru'.", "Għaldaqstant dan id-delitt twettaq biex jitgħattew delitti kriminali oħrajn jew biex ipattuha lil Daphne talli din kixfithom.", "Għalhekk ma kienx hemm biss konfoffa b'riżq it-twettiq ta' delitt kriminali: kien hemm ukoll delitt kriminali mwettaq minn organizzazzjoni kriminali jew minn mafja.", "Nieħdu eżempju.", "Daphne kienet kixfet il-korruzzjoni fil-mod kif jingħataw kuntratti pubbliċi.", "Kienet kixfet organizzazzjoni kriminali li fiha kienu mdaħħla interessi lokali u barranin kif ukoll uffiċjali privati u pubbliċi.", "Minn din l-attività kriminali li kixfet jew kien bi ħsiebha tikxef Daphne, dawn il-persuni għamlu jew kienu ser jagħmlu kemxa ġmielha.", "Fuq dan l-eżempju biss, kienet tkun ġiet assassinata biex jitgħattew dawn ir-reati kriminali.", "Il-għala l-assassinju tagħha kien ukoll att terroristiku?", "Skont il-liġijiet Taljani ta' kontra l-mafja, delitt kriminali mwettaq minn organizzazzjoni mafjuża bil-għan li jbeżża' lil ħaddieħor huwa klassifikat bħala att terroristiku.", "Dawn il-liġijiet huma mmirati lejn sitwazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, l-isplużjonijiet li qatlu lil Giovanni Falcone u lil Paolo Borsellino li kellhom l-effett li jbeżżgħu – riżultat mixtieq mill-mafja.", "Dan kollu huwa rilevanti għaliex f'pajjiżi li għaddew minn trawmi ta' kriminalità organizzata, ssib liġijiet li jipprovdu għall-protezzjoni ta' xhieda, proċessi \" in abstentia \", arresti preventivi, delitti f'assoċjazzjoni u dwar il-piż tal-provi bil-għan li jingħelbu sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Aħna u nistejqru mix-xokk dwar dak li kien seħħ fis-16 ta' Ottubru 2017 kmieni wara nofsinhar, baqgħet tberren f'moħħna il-possibilità li Daphne nqatlet għaliex kienet kixfet ir-relazzjonijiet korrotti li jeżistu bejn in-negozju privat u l-politika.", "Għalkemm huwa minnu li l-provi biss ikunu jistgħu jikkonfermaw l-involviment ta' persuni pubbliċi f'dan id-delitt, iċ-ċirkustanzi juru li wieħed ma jistax jeskludi l-involviment tagħhom.", "Membri tal-korp tal-pulizija li jkellmuk privatament jikkonfermawlek li dawn ma jistgħux jiġu esklużi.", "Saħansitra anki Silvio Valletta kien għamel stqarrija f'dan is-sens waqt li kien qed jixhed fil-qorti biex jipprova jipperswadi lill-Imħallef li ma kien hemm xejn ħażin li jkompli jmexxi l-investigazzjoni minkejja li martu hi ministru tal-gvern.", "Allura x'għodda hemm biex il-provi li min wettaq id-delitt għamel minn kollox biex jostor, joħorġu għad-dawl tax-xemx?", "L-għodda tikkonsisti fl-għoti tal-immunità bil-kundizzjoni li tingħad il-verità u li jinġiebu provi li ma jkun jista' jmerihom ħadd.", "Fl-Italja din kienet l-għodda li wasslet biex bosta mafjużi mdaħħlin fil-kriminalità organizzata spiċċaw biex intbagħtu l-ħabs.", "Fi kliem ieħor, dawn il-kriminali jieħdu li jkun ħaqqhom bis-saħħa ta' min ikun nidem.", "Min ikun nidem ħafna drabi jiġi mpinġi bħala traditur jew ġakbin.", "Sa ċertu punt min ipinġihom b'dan il-mod ikollu raġun għaliex min qabel kien jifforma parti minn organizzazzjoni kriminali li twettaq delitti kriminali tal-waħx ikun qed idur fuq sħabu u \"jugżahom\".", "Iżda ċertament ma jagħmilx sens li wieħed iħallat l-indiema mal-għoti tal-\"maħfriet\".", "Il-kelma maħfra hi mislufa mir-reliġjon Nisranija u, skont dan ir-reliġjon, din il-maħfra divina tingħata wara li wieħed ikun għamel qrara.", "Skont l-Insara, Alla jista' jaħfer id-dnubiet kollha kemm il-darba ssir qrara quddiem saċerdot, jew quddiem ħaddieħor jekk ma jkunx hemm reliġjuż għad-dispożizzjoni tal-fidili, u tingħata assoluzzjoni wara li tkun ġiet dikjarata l-indiema.", "Iżda dan m'huwiex biżżejjed.", "Tista' tqerr kemm trid fil-preżenza ta' saċerdot li jkun marbut li jżomm kollox sigriet: iżda xejn minn dan ma jkun igħodd kemm il-darba min iqerr ma jinbidilx internament u jindem.", "L-indiema tal-mafjużi tixbaħ ħafna l-eżempju li għadni kemm ġibt iżda jeħtieġ li ma nilludux ruħna u nibdew naħsbu li l-mafjużi li jindmu jkunu saru nies sewwa.", "Iżda l-kelma ndiema tolqot il-musmar fuq rasu għaliex din teħtieġ l-azzjoni minn naħa ta' min ikun nidem, b'differenza għall-maħfriet li min jirċievuhom jibqa' passiv.", "L-immunità li tingħata tkun konsegwenza tad-deċiżjoni ta' kriminal – li jkun ammetta li wettaq delitt – li jixhed kontra l-kompliċi tiegħu u kontra min kien qabbadhom biex iwettqu delitt.", "U dawn jaslu biex jagħmlu dan għaliex ikunu kkalkulaw li jkun jaqblilhom li jitkellmu u jikxfu milli jibqgħu jżommu s-skiet.", "Il-biża' dejjem tħoll u torbot.", "Dak li jħajjar lill-mafjużi jindmu mhux dejjem ikun limitat għat-tnaqqis fil-piena.", "Bħala inċentiv, hemm ukoll skemi ta' protezzjoni għax-xhieda u l-possibilità li min jindem iservi f'ħabs speċjali fejn żgur ma jkunx jista' jintlaħaq minn dawk li jkun għen biex jintbagħtu l-ħabs.", "L-għodda tal-għoti tal-immunità hi għodda fundamentali fil-ġlieda kontra l-kriminalità mafjuża.", "Iżda dan ma jfissirx li m'hix ukoll kunsidrata bħala għodda li tista' tqajjem il-kontroversji.", "Fl-Italja, kienu bosta dawk il-politiċi populisti li mexxewha li l-immunità m'għandhiex tingħata għaliex tiswa' ħafna flus u li jibbenefikaw minnha kriminali li lill-istat ma jaħmluħx.", "F'Malta konna doqna xi ftit minn dan bl-istorja ta' Żeppi l-Ħafi.", "Iżda fuq din l-istorja nitkellmu darb'oħra.", "Dawk il-politiċi li jitkellmu b'ton populista biex jiġġieldu kontra l-għoti tal-immunità għandhom inċentiv ċar li jħajjarhom jagħmlu dan.", "U dan għar-raġuni li min ikun akkwista l-immunità jkun f'pożizzjoni li jikxfilhom għawwarhom u l-fatt li l-politiċi u l-mafjużi huma ħobża u sikkina.", "Fil-każ tal-Italja din il-konnessjoni tibqa' tielgħa sal-kariga ta' prim ministru.", "L-istqarrija ta' Joseph Muscat fis-sens li ma tantx jemmen bl-għoti tal-\"maħfriet presidenzjali\" tikkonferma li l-gvern m'huwiex ħerqan li jarma lill-investigaturi bl-għodda kollha li tkun meħtieġa biex isibu tarf l-assassinju mafjuż ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ix-'xettiċiżmu' isarraf f'indħil politiku.", "Dan, għal darb'oħra, jammonta għal abbuż tas-setgħa bla tarf li f'pajjiżna hu mogħni biha l-prim ministru.", "U dan l-abbuż huwa motivat mill-interess partiġġjan – għaliex Joseph Muscat jibża' li jekk issir investigazzjoni kif suppost, ikun hemm ċans li jinkixef għawwar il-gvern – jew inkella għawwaru stess, għaliex ħadd ma ġie eskluż mill-involviment f'dan id-delitt, inkluż il-prim ministru.", "Kien hemm indħil politiku intenzjonat jew li kellu l-effett li jfixkel l-investigazzjoni kif suppost ta' dan id-delitt.", "L-indħil politiku żamm lill-awtoritajiet lura milli jsegwu l-kompliċi suspettati.", "Huma biss jafu l-motivazzjoni wara dan kollu iżda kollox jindika li żammew l-investigazzjoni lura għax teżisti l-biża' li din tista' timplika ċerti persuni li huma qrib tagħhom.", "Il-gvern għandu s-setgħa li jiffirma l-permessi biex il-pulizija tkun tista' tissemma' d-diskorsi telefoniċi u jissorvelja wkoll is-servizzi tas-sigurtà.", "Il-gvern għandu wkoll is-setgħa li jaħtar u jkeċċi l-kummissarji tal-pulizija li jissorveljaw l-investigazzjonijiet ta' delitti kriminali.", "Il-prim ministru u l-ministri tagħna għandhom is-saħħa li jiżguraw li ssir investigazzjoni sseħħ u għandhom il-mezzi wkoll biex, jekk iridu, jaraw li ma sseħħx.", "Fil-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, għamlu użu sħiħ minn dawn il-mezzi: raw kif għamlu biex iżommu kollox lura għax beżgħanin li jinkixfu affarijiet li jistgħu jikkompromettuhom.", "Il-bieraħ il-prim ministru ikkritika lill-istampa talli din kixfet xi truf dwar l-investigazzjoni dwar dan l-assassinju.", "Dawn it-truf l-investigaturi kienu ilhom xhur sħaħ li saru jafu bihom.", "Mal-mogħdija taż-żmien, dawk suspettati jafu sew li hemm min qed \"isegwi l-passi tagħhom\".", "Ikkunsidraw lill-allegat sensar li fittex għamel it-testment tiegħu jum biss wara li l-allegati assassini kienu nġabru mill-pulizija.", "X'kienet ir-raġuni li ħa dan il-pass?", "Tgħid għamel dan għax kien qed jistenna li jmut sforz ix-xjuħija għexieren ta' snin wara?", "Dan huwa punt fundamentali.", "Jekk l-uniku mod li biħ il-pulizija tkun tista' twassal għall-kundanni tal-imħuħ wara d-delitt ikun billi iħajjru xhieda minn ġewwa biex jixhdu permezz tal-għoti tal-immunità, allura m'huwiex biżżejjed li wieħed jiddikjara x-\"xettiċiżmu\" dwar dan l-inċentiv b'riżq il-kxif tal-verità u jista' jagħti l-każ li jkun jaqbel li x-xhieda potenzjali jegħbu minn wiċċ id-dinja.", "Il-mod kif l-awtoritajiet komplew jaħlu ż-żmien u jillużingaw jagħtina stampa li tkexkxek: permezz tal-indħil politiku, il-gvern qed jittama li dawn ix-xhieda potenzjali fil-frattemp tiġrilhom xi diżgrazzja fatali.", "Ta' xejn li wieħed ikun nidem jekk ma jkunx ukoll preżenti biex jagħti x-xhieda tiegħu dwar dawk li ordnaw l-assassinju.", "U jekk dan iseħħ, l-imħuħ wara d-delitt tistgħu tibqgħu ċerti li jgħadduha lixxa.", "Dan kollu jinsab f'idejn politiċi li qed igħidulna li m'għandhom xejn x'jaqsmu mal-invesitgazzjoni.", "Din hi proprju r-raġuni għala għandna nipprotestaw.", "Jekk ma nipprotestawx, inkunu qed ngħinuhom igħadduha lixxa.", "Previous: Waħda mir-raġunijiet għala n-nies ma tridx taf bil-PN Next: Meta l-gvern ta' Joseph Muscat ma ħasibhiex darbtejn li jippermetti l-għoti tal-immunità window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/viva-l-lejber/", "date": "Fri, 11th Oct '19, 15:53", "category": "blog, politics, government", "title": "\"Viva l-Lejber\"", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport mill-qorti.", "Żewġ imħallfin ddeċidew appelli minn sentenzi li ttrattaw dwar l-istess artiklu.", "Il-kwistjoni kienet dwar jekk artiklu mxandar f' The Malta Independent dwar Keith Schembri – il-prinċep tad-dlamijiet innifsu li huwa wkoll l-id il-leminija tal-prim ministru – u dwar dak li jeħodlu ħsieb in-negozji tiegħu, huwiex malafamanti jew le.", "Il-ġimgħa li għaddiet, wieħed mill-imħallfin iddeċieda li l-artiklu ma kienx malafamanti.", "L-Imħallef jismu Anthony Ellul: bniedem li la huwa Nazzjonalist u lanqas Laburist.", "Huwa biss Imħallef.", "Illum, qorti presjeduta minn Imħallef oħra qalet li tinsab imħassba dwar ir-reputazzjoni ta' Keith Schembri u li din kien jixirqilha li tiġi mħarsa.", "Din il-qorti qalet li The Malta Independent kienet malizzjuża f'kitbietha dwar Keith Schembri.", "Keith Schembri?", "Possibbli li dan għandu reputazzjoni x'iħares?", "Mhux hekk tgħid!", "Il-Panama, New Zealand u Alla biss jaf x'hemm aktar ma jfakkrukomx f'xi ħaġa?", "L-Imħallef imħassba hi Joanne Vella Cuschieri.", "Din tlaħħqet bħala Imħallef f'April li għadda: ingħatat promozzjoni li, skont Repubblika, hi nulla u bla effett għaliex irriflettiet dak li kienet stqarret il-Kummissjoni ta' Venezja madwar sena ilu: jiġifieri li s-setgħa u d-diskrezzjoni li għandu l-prim ministru li jiddeċiedi min għandu jikteb sentenzi dwar l-imbierka id il-leminija tiegħu m'humiex konsistenti ma' dak li huwa mistenni li jseħħ f'sistema demokratika.", "Dawn kienu qalu li f'sistema demokratika huwa raġjonevoli li min jitlaħħaq bħala ġudikant m'għandu jkollu ebda suddizzjoni mill-gvern tal-ġurnata.", "Dak li qed naraw f'Joanne Vella Cuschieri kienu rawħ tal-Kummissjoni ta' Venezja: każ klassiku ta' abbuż tal-poter minn naħa tal-prim ministru.", "Fl-2014 Joanne Vella Cuschieri tlaħħqet bħala maġistrat wara li ntgħażlet minn Owen Bonnici minn fost sħabha tal-età tagħha.", "Sena qabel, jiġifieri f'Marzu 2013, Joanne Vella Cuschieri kienet kandidata Laburista.", "Kienet tkellmet pubblikament dwar il-valuri li wirtet mingħand il-ġenituri tagħha.", "Ma stqarritx li l-ġenituri tagħha kienu għallmuha l-valuri tal-onestà u tal-bżulija.", "Lanqas ma qalet li kienu għallmuha l-valuri tal-ġustizzja u tas-sewwa.", "Ma tarax!", "Il-lezzjoni li, skont hi, għallmuha tinsab fil-kliem li ġejjin: \"Viva l-Labour\".", "Jekk m'inthomx temmnuni, agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat.", "F'dan il-pajjiż il-ġustizzja baqgħet tmiss qiegħ wara ieħor.", "Qiegħ li fih Keith Schembri – l-istess Keith Schembri li ma jista' qatt jeħles mir-riħa tinten tar-regħba u tal-korruzzjoni li għandu fuqu – (nisfidak tħarrikni, ja korrott) – jista' jkollu reputazzjoni x'iħares minn imħallef li ħames snin ilu iddikjarat li l-filosofija ta' ħajjitha tinsab f'żewġ kelmiet: \"Viva l-Labour\".", "Hekk hu, viva l-Labour.", "U l-ġustizzja tkompli tilħaq qiegħ wara ieħor.", "Iżda aħna ma naqtgħux qalbna kif ġieb u leħaq.", "Kemm il-darba teżisti l-ġustizzja, il-kawża li fetħet Repubblika se tinstema' u s-sentenzi ta' Joanne Vella Cuschieri jkollhom jintremew il-baħar.", "Minn hemm 'il quddiem, inkunu nistgħu inħarsu lil The Malta Independent minn kull attentat biex jiġi mxekkel id-dmir tagħha li tinforma lill-pubbliku dwar dak li qed iħawwdu l-korrotti li qed imexxu lil pajjiżna.", "Previous: Meta l-gvern ta' Joseph Muscat ma ħasibhiex darbtejn li jippermetti l-għoti tal-immunità Next: Huma jqabbdu l-avukati u l-poplu Malti qed ikollu jħallashom window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/kulhadd-jghid-li-mghamel-xejn-hazin/", "date": "Mon, 14th Oct '19, 06:19", "category": "blog, politics, government", "title": "Kulħadd jgħid li m'għamel xejn ħażin", "text": ["Meta Daphne Caruana Galizia kitbet li kienu stabbilixew kumpaniji offshore fil-Panama, qalu li ma kienx veru.", "Meta ħarġu l-Panama Papers, ċaħdu li kienu għamlu ħażin..", "Meta l-whistleblower ta' Pilatus Bank ippuntat subgħajha lejhom, ċaħdu li kienu għamlu ħażin..", "Ċaħdu kollox meta d-direttur finanzjarju rreżenja.", "U ċaħdu kollox meta rreżenja il-Kummissarju tal-Pulizija.", "Meta l-avukati ta' dawk minn Londra li kienu jbiegħu l-passaporti Maltin ġiebu ruħhom ta' bully ma' Daphne u ppruvaw ibeżżgħu lil Daphne Caruana Galizia, huma ċaħdu li kien hemm xi ħaġa ħażina.", "Meta bomba qatlitha, qalu li min għamilha, kellu jpatti għaliha.", "Minn taħt, kienu qegħdin jiċħdu li kellhom x'jaqsmu ma dan il-qtil.", "Meta l-avukati tal- bankier ta' Pilatus ġew bil-qawwa kollha biex jgħaffġu l-ġurnaliżmu malti, ċaħdu li huma kellhom x'jaqsmu.", "Meta xhieda qalu li raw il-ministru jkelllem wieħed mill-assassini, ċaħdu li dan kien qatt ġara.", "Meta l-ġurnalisti sabu li kienu qegħdin jagħlqu għajnejhom għall-kuntrabandu taż-żejt, ċaħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta l-mafia nkixfet li kienet ħaslet miljuni ta' ewro permezz tal-logħob, ċaħdu li kienu jafu xi ħaġa dwar dan.", "Meta tlett sptarijiet publiċi nbiegħu lil proprjetarji misterjużi li l-isptar kienu marru biss meta kellhom xi uġigħ ta' żaqq ċaħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta dawk li kienu biegħulhom l-isptarijiet spiċċawlhom il-flus, u waqqfu il-ftehim, ċaħdu li kien hemm xi ħaġa ħażina.", "Meta x-xhieda telgħu jixhdu biex jgħidu li kienu mġiegħlin iħallsu tixħim biex jakkwistaw visa biex joħorġu mill-Libja, ċaħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta dak li kellhom ixaħħmu rawh jitkellem ma' kriminal tal gwerra li kien ħa l-flus bit-theddid, qalu li ma kien hemm xejn ħażin li wieħed jgħaddi vaganza f'Tripli mgħakksa bil-gwerra.", "Meta l-awditur qabadhom jixtru ż-żejt mill-Ażerbajġan bi prezzijiet ferm ogħla minn kif kien qiegħed jinbigħ fuq is-suq, il-karti li kienu juru dan sparrixew, u huma ċaħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta l-membri tal-familja tal-President tal-Ażerbajġan ħaslu miljuni permezz tal-Pilatus Bank, il-bank għalquh, imma ċaħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta whistleblower li kienet taħdem fil-bank tat xhieda li kienu qegħdin jiġu mħallsa b'mod illegali minn din il-familja, ħallew l-evidenza ttir mar-riħ u qalu li ma kienetx teżisti.", "Ċaħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta ddepożitaw ħlas illegali minn fuq passaporti li kienu ġew mibjugħin lil Russi, ċahdu li kien hemm xi ħaġa ħażina.", "Meta nqabdu jħallsu mijiet ta' eluf f'kont barra minn Malta, lill-eks direttur prinċipali tal- kumpanija li toħroġ it-Times of Malta, ċaħdu li dan l-aġir kien ħażin.", "Meta biegħu sehem fil-kumpanija tal-elettriku tal-istat waqt li kienu qegħdin ixaħħmu n-negozjatur tal-bejjiegħa, ċaħdu li dan qatt kien sar.", "Meta biddlu l-kundizzjonijiet biex jiffavorixxu il-konsorzju ta' l-Ażerbajġan għall-ftehim dwar l-elettriku, ċahdu li għamlu ħażin.", "Meta l-konsulent li ta l-kuntratt tal-enerġija lill-Electrogas nkixef li kien wieħed mill-awdituri tagħhom, huma qalu li ma kien hemm xejn ħażin.", "Meta wasslu il-Bank of Valletta sal-limitu biex jiffananzja dan il-konsorzju, ċaħdu li dan ma kienx sew.", "U ċahdu li dan kien ta' periklu kbir u serju għall-bank.", "Meta ħbew il-fatt li kienu kabbru il-limitu tal-garanzija tal-gvern fuq id-dejn tal-konsorzju, qalu li ma kienx jimporta.", "Meta ġiegħlu l-pajjiż jixtri l-enerġija mill-Electrogas anke jekk oħrajn setgħu ibiegħuha ħafna aktar bl-irħis, qalu li kienu qegħdin jagħmlu sew.", "Meta ħareġ li konna qegħdin nħallsu miljuni kbar fuq profitti mill-bejgħ mill-ġdid li kienu ġew mħallsa lill-istat ta' l-Ażerbajġan, ma qalu xejn.", "Ħlief biex jiċħdu li kienu għamlu ħażin.", "Meta proprjetarju Malti tal-Electrogas ġie identifikat bħala il-proprjetarju ta' kumpanija f'Dubai li kienet impenjat ruħha biex tħallas miljuni ta' dollari lill-kumpaniji tal-Panama (jekk qed tħossok mħawwad erġa mur lura għall-bidu ta' dan l-artiklu), huma ċahdu li seta jkun hemm xi irregolarita' f'dan.", "Meta skoprejna li dan il-proprjetarju tal-Electrogas kien ippermetta lill-wieħed minn dawk akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia joħroġ mill-'Casino' tiegħu b'kważi nofs miljun ewro f'idu, qalu li kollox kien kif suppost.", "U għadhom jiċħdu sal-lum.", "Jiċħdu li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ġew miżmuma minn oppożizzjoni politika ostinata.", "Jiċħdu li abbużaw mill-awtorità eżukuttiva tagħhom biex jimpedixxu l-protezzjoni ta' xhieda.", "Jiċħdu il-ħtieġa ta' inkjesta verament indipendenti.", "Jiċħdu lill-prosekuturi l-għodda li jeħtieġu biex jiksbu l-kundanna ta' dawk li ordnaw il-qtil ta' dan id-delitt.", "Jiċħdu il-wirt li ħalliet Daphne.", "Jiċħdu lir-raġel u lit-tfal tagħha id-dritt li jipprotestaw u li jsaqsu d-domandi iebsin.", "Jiċħduhom mid-dritt għall-informazzjoni u għall-appoġġ tal-pulizija.", "Jiċħduhom mill-indipendenza ta' investigazzjoni kriminali neċessarja f'kaz ta' delitt politiku.", "Jiċħdu l-memorja ta' Daphne.", "Jirrifjutaw li jikkomemoraw il-qtil tagħha u li jonoraw ħajjitha u xogħolha.", "Jidhqu b'dawk li jibqgħu jiftakruha.", "Jippruvaw iwaqqgħu għaċ-ċajt dawk li jfittxu l-ġustizzja għaliha.", "Ma jħallux lill-dawk li qegħdin jirsistu biex jikxfu l-verita' jagħmlu xogħolhom.", "Il-kruha ta' dawk li jippruvaw inessew tidher aktar ċara.", "Qiegħda tibda tagħmel sens.", "Għamlu minn kollox biex jidhru innocenti, iżda kienu s-sriep li jinstaħbew taħt dan it-tip ta' aġir.", "Lagħbu maħmuġ għas-suċċes tagħhom, u għamlu ta' bir-ruħhom li huma kienu innocenti meta l-affarjiet ma dehrux tajbin wisq għalihom.", "Biex jagħttu il-gideb ta' qabel, kellhom bżonn ta' gideb ġdid.", "Biex jagħttu delitti antiki, l-assassinju biss seta' jservi.", "Il-kompliċi u l-kospiraturi kienu marbutin flimkien l-ewwel permezz tal-profitti li kienu qegħdin jaqsmu bejniethom, imbagħad permezz tal-biża li lkoll ħassew.", "Wara lit tkabbru u tħanżru kemm felħu, illum il-bżonnijiet tagħhom waqgħu għal dawk essenzjali.", "Qabel kienu jagħmlu minn kollox biex ma jinqabdux bil-flus, illlum jagħmlu minn kollox biex ma jinqabdux li qatlu.", "Ħadd minnhom jemmen lilu nnifsu meta jgħidu li Daphne ma nqatlitx għax-xogħol li kienet qiegħda tagħmel.", "Il-kalunja tal-matriċidju hija ammissjoni ta' disprament , għax m'hemm l-ebda alternattiva kredibbli bħala spjegazzjoni ta' qtil għax wieħed huwa ġurnalist.", "Ħadd ma jaħseb bis-serjeta' li l-kumpaniji ta' Konrad Mizzi fin-New Zealand u fil-Panama, ġew mwaqqfa għal 92 ewro biss, jew biex jevadi t-taxxa tal-kunsill lokali tal-appartament tiegħu f' Londra.", "U ħadd ma jemmen li Brian Tonna issellef l-flus mingħand Keith Schembri biex iħallas għal divorzju li ġieħ għali, mbagħad ħallsu lura f'daqqa.", "Ħadd ma jaħseb li l-Pilatus Bank ingħalaq għal xejn b'xejn.", "Ħadd ma jaħseb li 17 Black ġiet identifikat b'kumbinazzjoni bħala 'target company' mill-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Ħadd ma jaħseb li l-bank korrott ABLV tal-Latvja li issa magħluq kien ntagħżel kif ġib u laħaq għal-dak iċ-ċittadin mill-Azerbajġan li ddepożita somma enormi ta' flus f' 17 Black.", "Ħadd ma jaħseb li kienet kwistjoni ta' sfortuna li kellna nħallsu lill-Electrogas bosta miljuni aktar mill-prezzijiet tas-suq għall-elettriku li stajna nħallsuh b'ħafna inqas kieku xtrajnieh mill-pipe li jgħaddi taħt il-baħar.", "Ħadd ma jaħseb li għaddew sentejn u ħadd mit-tlieta li huma allegati bħala qattiela ma tkellmu fuq dak li jafu dwar minn ħallashom biex jagħmlu dan id-delitt.", "Ħadd ma jaħseb li Daphne sfat maqtula għall-\"akbar gidba fl-istorja politika ta' Malta\".", "Gidba hija ħafna inqas perikoluża mill-verita'.", "Ma jistħoqqiliex li wieħed joqtol għaliha.", "Dawk kollha li għandhom x'jaqsmu, kollha jiċħdu li għamlu ħażin.", "Iżda l-verita' għandha vizju ħażin li b'xi mod jew ieħor, fl-aħħar dejjem toħroġ.", "Imma dan mhux se jiġru waħdu.", "Daphne ħadmet lejl u nhar għal snin twal ta' ħajjitha biex toħroġ il-verita' għalina.", "Aħna obbligati li niddedikawlha ftit mill-ħin tagħna biex noħorġu l-verita' għaliha.", "Tħallihomx idaħħlu flusek fil-but.", "Tħallihomx jeħilsu mill-assassinju tagħha.", "Nhar il-erbgħa 16 ta' Ottobru, fis-sebgħa ta' filgħaxija, ejja l-Belt u imxi magħna.", "Ma tkunx ġejt għal xejn.", "Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fil-verżjoni oriġinali bl-Ingliż f'The Sunday Times tal-Ħadd, 14 t'Ottubru 2019", "Previous: Huma jqabbdu l-avukati u l-poplu Malti qed ikollu jħallashom Next: Ma tgħoddx oppożizzjoni magħquda għal Adrian Delia window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/meta-l-gvern-ta-joseph-muscat-ma-hasibhiex-darbtejn-li-jippermetti-l-ghoti-tal-immunita/", "date": "Thu, 10th Oct '19, 08:33", "category": "blog, politics, government", "title": "Meta l-gvern ta' Joseph Muscat ma ħasibhiex darbtejn li jippermetti l-għoti tal-immunità", "text": ["Joseph Muscat qed igħid li ma jaqbilx mal-għoti tal-immunità sħiħa jew parzjali lix-xhieda biex dawn ikunu jistgħu jikxfu l-verità.", "Tkellem ukoll dwar l-esperjenzi tal-imgħoddi u stenna li kulħadd kien ser jiftakar li Meinrad Calleja ma kienx instab ħati ta' attentat ta' omiċidju minkejja l-fatt li Joseph Fenech — magħruf bħala Żeppi l-Ħafi — kien ingħata l-immunità biex ikun jista' jixhed kontra tiegħu.", "M'għandniex xi ngħidu, Joseph Muscat mhux ser joqgħod ifakkarna fil-kampanja qalila li l-eks imgħallem tiegħu Alfred Sant kien għamel sabiex jassigura li l-moħħ wara l-attentat ta' qtil tal-assistent personali tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, Richard Cachia Caruana jibqa' ma jħallasx ta' għemilu.", "Meinrad Calleja kien il-mimmi t'għajnejn il-Partit Laburista kemm qabel ġie mixli b'attentat ta' qtil kif ukoll anki fiż-żmien li għamel il-ħabs wara li kien instab ħati ta' traffikar ta' droga.", "Qabel Daphne Caruana Galizia, l-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana kien l-ewwel attentat ta' qtil politiku li qatt seħħ f'Malta.", "Meinrad Calleja kien magħruf li jittraffika d-droga u kien intbagħat il-ħabs fl-Italja u aktar tard, f'Malta.", "Meta oħt Calleja kienet inqabdet b'ammont kbir ta' drogi fil-pussess tagħha, missier Meinrad Calleja u missier kien il-Kap tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Dak iż-żmien, ħaġa bħal din ċertament ma kinitx meqjusa bħala sitwazzjoni aċċettabbli u l-Prim Ministru kien ġiegħel lill-Kap tal-Armata jirriżenja.", "Meinrad Calleja kien waħħal f'Richard Cachia Caruana għall-umiljazzjoni li kien għaddha minnha missieru.", "M'għandniex xi ngħidu, Calleja ma waħħalx fih innifsu talli nqabad jittraffika d-droga u qabbad lil Joseph Fenech flimkien ma oħrajn biex joqtlu lil Richard Cachia Caruana. hu u jirritorna lejn daru tard bil-lejl, Richard Cachia Caruana qala' daqqa sikkina f'dahru.", "B'xorti tajba ma nqatilx u rnexxielu jitlob għall-ajjut.", "Joseph Fenech kien l-uniku bniedem li kien jaf min kien il-moħħ wara l-attentat ta' qtil u kien ingħata l-immunità biex jixhed kontra Meinrad Calleja u kontra l-kompliċi tiegħu.", "Wieħed mill-konpliċi kien ammetta l-ħtija qabel beda' l-ġuri u ntbagħat il-ħabs.", "Il-kompliċi l-ieħor qal li ma kienx ħati u kellu bħala avukat difensur waqt il-ġuri lil Anġlu Farrugia – ġuri li taħ biżżejjed popolarità li wasslitu biex aktar tard ġie elett bħala deputat mexxej tal-Labour.", "Għaliex f'fan l-imbierek pajjiż jekk tiddefendi lil xi ħadd li ipprova joqtol Nazzjonalist, dlonk issir eroj Laburista.", "Tal-Labour kienu niedew kampanja politikament feroċi: riedu lin-nies temmen li Joseph Fenech b'xi mod kien qed iservi l-interessi tal-gvern minkejja l-fatt li kien perċimes fl-attentat ta' qtil tal-assistent personali tal-prim ministru.", "Kienet kampanja Laburista li ħadmet kif kienu xtaqu.", "Il-kompliċi li kien iddikjara li ma kienx ħati ġie liberat u dan minkejja l-fatt li fil-post fejn sat l-attentat kieni nstabu l- fingerprints tiegħu.", "Meinrad Calleja kien ġie liberat ukoll.", "Dwar dan l-episodju ried ifakkarna Joseph Muscat.", "Iżda Joseph muscat kien messu wkoll tkellem dwar il-każ l-ieħor ta' George Farrugia li kien fiċ-ċentru ta' 'skoperti' minn Manuel Mallia u mill- Malta Today lejlet l-elezzjoni tal-2013 li fihom tal-Labour ippruvaw kemm felħu li jitfgħu d-dellijiet fuq ministri tal-gvern – b'mod partikolari fuq Austin Gatt – biex iġegħlu lin-nies temmen li kienu mdaħħlin fl-iskandlu tat-tixħim fix-xiri taż-żejt.", "Dak iż-żmien jien kont naħdem fil-ministeru ta' Austin Gatt.", "George Farrugia nnifsu kien għadda rigali lil uffiċjali tal-Enemalta u kien il-persuna li kien jaf bit-tixħim u l-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien John Rizzo – l-istess Rizzo li kien tefgħa prim imħallef u żewġ imħallfin il-ħabs minħabba tixħim – u l-avukat ġenerali Peter Grech kienu talbu lill-prim ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi biex japprova l-għoti tal-immunità lil George Farrugia sabiex b'hekk dan ikun f'pożizzjoni li jikxef l-istorja kollha.", "Lawrence Gonzi aċċetta mill-ewwel minkejja l-fatt li kien jaf li George Farrugia seta' jinkrimina Ministri tal-gvern tiegħu dwar korruzzjoni.", "Kif jaf kulħadd, George Farrugia kien ikkonferma li ma kien hemm ebda ministru mdaħħal fit-tixħim fix-xiri taż-żejt.", "Li hu mportanti huwa l-fatt li, qabel approva l-għoti tal-immunità lix-xhud skond id-diskrezzjoni li kellu, Lawrence Gonzi ma qgħadx iwieżen biex jara din l-immunità kif kienet ser teffettwaħ politikament.", "Jien jidhirli li mhux sewwa li l-prim ministru għandu din id-diskrezzjoni.", "Iżda li hemm agħar huwa l-fatt li Joseph Muscat qed jabbuża mis-setgħat li għandu biex iservi l-interessi politiċi u forsi wkoll l-interessi personali tiegħu.", "Infakkar li fl-2014, kienet ingħatat l-immunità lil kull min ammetta li xaħħam lill-impjegati tal-Enemalta biex jitbagħbsu l-meters tad-dawl.", "Min ixaħħam huwa ħati ta' reat kriminali daqs min jaċċetta t-tixħim.", "Iżda skont il-mentalità partiġġjana tal-Labour, negozjanti u sidien ta' djar li setgħu kiluha talli xaħħmu lil uffiċjali tal-Enemalta kien ifisser telfien ta' voti.", "Dan kien il-mod li bih rraġuna il-gvern ta' dak iż-żmien, b'Owen Bonnici fuq quddiem: li dawk li xaħħmu u ammettew li xaħħmu kienu fil-fatt \"whistleblowers\" u allura kellhom jingħataw l-immunità biex jixhdu kontra l-uffiċjali tal-Enemalta.", "Dan ifisser li biex isib tarf is-serq tad-dawl, Joseph Muscat ma ħasibhiex darbtejn biex jippermetti l-għoti tal-immunità.", "Iżda biex isib tarf l-assassinju politiku ta' Daphne Caruana Galizia, f'daqqa waħda sar \"xettiku\".", "Dan kien qal li kien ser jagħmel \"minn kollox\" biex isib tarf dan id-delitt.", "Il-verità hi li Joseph Muscat jinsab imwerwer li ż-żejt ser jitla' f'wiċċ l-ilma u jinkixfu xi għawwar.", "Previous: Nipprotestaw biex ma nħalluhomx igħadduha lixxa Next: \"Viva l-Lejber\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/huma-jqabbdu-l-avukati-u-l-poplu-malti-qed-ikollu-jhallashom/", "date": "Sun, 13th Oct '19, 18:07", "category": "blog, politics, government", "title": "Huma jqabbdu l-avukati u l-poplu Malti qed ikollu jħallashom", "text": ["Huwa importanti ferm ir-rapport li xxandar dalgħodu fis- Sunday Times of Malta dwar il-mod kif irreaġixxa Joseph Muscat wara li hu, martu, l-assistent tiegħu u tnejn mill-ministri tiegħu rċievew sensiela ta' mistoqsijiet lejlet il-ħruġ tal-ktieb li ser jiġi pubblikat għada.", "Importanti għaliex juri li l-prim ministru ma tgħallem xejn u li m'hu lest li jitgħallem xejn.", "L-ittri tagħna ntbgħatu lil ħames persuni, erba' minnhom li qed imexxu dipartmenti tal-gvern għal żmien misluf lilhom mill-poplu.", "Il-ħames persuna m'għandhiex rwol uffiċjali fil-gvern.", "'Mart il-prim ministru' m'hix kariga jew impjieg minkejja li din tista' toqgħod tippoża kemm trid liebsa ta' bugħaddasa.", "Il-mistoqsijiet li saru lil dawn il-ħames persuni huma marbutin ma' allegazzjonijiet ta' illegalitajiet u ta' korruzzjoni.", "Naraw ftit fejn dawn żgarraw.", "L-ewwel , kif ser issiru tafu għada hekk kif jiġi pubblikat il-ktieb, dawn naqsu li jwieġbu għall-mistoqsijiet li sarulhom.", "Bħala awturi tal-ktieb, it-tweġibiet li rċievejna kienu barra mis-suġġett daqs kemm kienet irrilevanti t-tweġiba riċenti ta' Joseph Muscat lil Jacob Borg meta l-ġurnalista staqsa lill-prim ministru sensiela ta' mistoqsijiet dwar 17 Black u l-prim ministru wieġeb li 'kien diġà wieġeb kollox'.", "Meta l-fatti juru li ma kien wieġeb xejn.", "Meta stqarr li kien diġà wieġeb kollox lissen gidba oħra.", "It-tieni , dawn wieġbu b'mod kollettiv minkejja l-fatt li l-mistoqsijiet li saru lil kull persuna kienu differenti u minkejja l-fatt li ma jġorrux responsabbiltà kollettiva għall-istess illegalitajiet.", "Id-dnub oriġinali tal-korruzzjoni ma jeżistix u lanqas ma hemm maħfra kollettiva għaliha.", "Konrad Mizzi, per eżempju, mhux xogħlu li jwieġeb dwar jekk Chris Cardona kienx iltaqa' ma' wieħed mill-allegati assassini ta' Daphne.", "U Chris Cardona mhux xogħlu li jwieġeb dwar jekk Konrad Mizzi kellux igawdi mit-tixħim ta' 17 Black.", "It-tielet , huma wieġbu bħala \"l-gvern ta' Malta\".", "U dan huwa wkoll il-mod li bih l-avukati tagħhom identifikaw lill-klijent tagħhom.", "L-ewwel santu ħaġa, Michelle Muscat m'hix il-gvern ta' Malta u dan minkejja l-fatt li ssemmiet b'mod speċifiku fl-ittra tal-avukati.", "Malta mhix ir-Renju ta' Zamunda.", "Meta tas- Sunday Times of Malta talbu ġustifikazzjoni għala tqabbdet ditta ta' avukati biex tassisti lill-\"gvern ta' Malta\", kelliem tal-gvern illum qal li \"l-gvern jinsab fid-dmir li jħares l-integrità tal-pajjiż\".", "Dan hu minnu.", "Iżda l-punt m'huwiex dan.", "Il-mistoqsijiet li għamilna ma tefgħu ebda dell fuq l-integrità tal-pajjiż.", "Imkien ma għidna li Tizju minn Kerċem jew Sempronju minn Bubaqra għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollettiva għaliex Chris Cardona kien kellem lill-allegati assassini jew għaliex Konrad Mizzi xxaħħam minn kumpannija barranija.", "L-iskop tal-mistoqsijiet tagħna kien li nisfidaw ħames persuni, li erba' minnhom huma uffiċjali pubbliċi, dwar l-integrità li jippretendu li għandhom.", "Dawn ilkoll huma responsabbli għall-għemil tagħhom u, speċjalment l-erba' uffiċjali pubbliċi, huma fid-dmir li jwieġbu għal għemilhom.", "Jekk, biex nieħdu eżempju, persuna li tbiegħ il-poloz tal-assikurazzjoni tinqabad tisraq minn ħanut, il-kumpannija tal-assikurazzjoni li timpjegah m'għandhiex għalxiex toqgħod tiddefendi l-integrità tal-impjegati l-oħrajn tagħha.", "Ir-raba' , jidher li dawn ma qabbdux l-avukati personali tagħhom iżda qabbdu avukati biex jiddefendu lill-\"gvern ta' Malta\" bħallikieku Joseph u Michelle Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Chris Cardona minn banda waħda u l-gvern ta' Malta mill-banda l-oħra huma l-istess ħaġa.", "Minħabba f'hekk l-ispejjeż legali tal-avukati li tqabbdu jidher li ser joħorġu minn bwiet il-poplu Malti.", "Dawn mhux biss għandhom l-ardir li jippretendu li ma jkunu kontabbli lejn ħadd, mhux biss jippretendu li għandhom id-dritt li jitwaħħdu ma' gvern li l-poplu tahom żmien speċifiku biex imexxu, mhux biss mingħalihom li l-qiegħ li laħqet ir-reputazzjoni individwali tagħhom ifisser li anki r-reputazzjoni ta' pajjiż sħiħ laħqet il-qiegħ, iżda lanqas għandhom id-diċenza li jaraw li lill-avukati li qabbdu jħallsuhom minn bwiethom stess.", "Jippretendu li għandu jkun il-poplu Malti li jħallas.", "Il-ħames , ġaladarba dehrilhom li huwa l-gvern ta' Malta li jeħtieġ difiża, il-għala ma qabbdux lill-Avukat Ġenerali li hu mħallas apposta biex jiddefendi lill-gvern?", "Jew inkella jekk kellhom bżonn ta' għajnuna legali barranija, għaliex ma qabbdux avukati Maltin bħal Pawlu Lia u Aron Mifsud Bonnici?", "Ma tarax!", "Insew kif kienet irreaġiet Daphne hekk kif Mischon de Reya għan-nom ta' Henley & Partners kienu bgħatulha ittri mmirati biex jintimidawha u dan bil-barka ta' \"Keith u Joseph\".", "Milli jidher dawn ħasbu li dan kollu għax irċievejna ittra mingħand Carter-Ruck , jien u sħabi ser nitwerwru.", "Nafu li Carter-Ruck m'huma xejn ħlief bulijiet.", "Il- Private Eye tafhom bħala Carter-Fuck .", "F'din il-post satirika minn The Daily Mash , dawn qalu lil \"kulħadd\" li għandhom jirċievu mingħand Carter-Ruck \"biex igħidulkom issoddu ħalqkom issa stess inkella jieħdulkom darkom\".", "Agħtu daqqa t'għajn lejn il-mod kif David Hooper ta' The Guardian irrefera għall-fundatur leġġendarju tad-ditta Peter Carter-Ruck : \"The libel lawyer Peter Carter-Ruck , who died on Friday, had a chilling effect on the media.", "He was a chancer, out for the maximum fee.", "And he did for freedom of speech what the Boston Strangler did for door-to-door salesmen.\"", "\"Il-gvern ta' Malta,\" il-klijent l-aktar riċenti ta' Carter-Ruck fost lista ta' klijenti notorji li tinkludi lil Trafigura, iċ- Church of Scientology u Condliffe Hilton, fost oħrajn, se jserraħ moħħu li l-messaġġ mhux daqstant sottili tagħhom wasal fejn kellu jasal.", "Ser jużaw flus il-poplu Malti biex jippruvaw jagħmlu sarima ma' ħalq lill-istampa jew, kif qiegħdha The", "Guardian xi snin ilu, biex \"joħolqu ambjent ta' biża' fost il-ġurnalisti\".", "Minn naħa tiegħi, nista' nassigurakom li jiġri x'jiġri l-ktieb tagħna ser jixxandar għada kif kien ippjanat.", "L-aħjar mod li biħ wieħed ikun jista' \"jħares l-integrità tal-pajjiż\" – biex nagħmel użu mill-kliem bombastiku u pompuż tal-gvern – huwa li juri li għal kull ministru li bi flus il-poplu jipprova jgħatti xturu, hemm ġurnalist ikkargat u lest biex xturu jikxiflu xorta waħda.", "Fil-frattemp, ikun tajjeb jekk nsiru nafu kemm ġiet tiswa' lill-kaxxa ta' Malta l-ittra li bgħatulna ta' Carter-Ruck .", "Għandi għalxiex nifhem li Pawlu Lia u Aron Mifsud Bonnici kienu jiġu mġiegħla jaħdmu ħafna aktar għall-ammont li tħallas lil Carter-Ruck .", "Previous: \"Viva l-Lejber\" Next: Kulħadd jgħid li m'għamel xejn ħażin window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/ma-tghoddx-oppozizzjoni-maghquda-ghal-adrian-delia/", "date": "Thu, 17th Oct '19, 07:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Ma tgħoddx oppożizzjoni magħquda għal Adrian Delia", "text": ["Kien hemm uħud li qalulna li l-bieraħ filgħaxija kellhom il-ħsieb li jattendu għad-dimostrazzjoni fil-Belt Valletta iżda li mbagħad reġa' bdielhom għaliex ħassew ruħħom urtati bl-atteġġjament ta' Helene Asciak, oħt Daphne Caruana Galizia, meta lil Adrian Delia u lid-delegazzjoni tal-PN qaltilhom fejn għandhom idaħħlu li kuruna tal-fjuri li ġabu magħhom .", "U ma qagħditx togħmod kliemha fl-ispjegazzjoni li tagħthom.", "L-assenza ta' dawk li ma marrux għad-dimostrazzjoni minħabba din ir-\"raġuni\", ma nħasset xejn.", "Mhux għax ma xtaqniex li jkollna numru dejjem akbar ta' nies, iżda għaliex għal sentejn sħaħ dawk li jattendu ridnihom li jkunu persuni li fehmu – għalkemm uħud minnhom fehmu xi ftit tard – li leħen mara qalbiena li dejjem fittxet li tgħid il-verità minkejja l-pretensjonijiet tas-soċjetà, jistħoqqlu li jiġi mħares.", "Kienet mara li kien jistħoqqilha li ma titħalliex weħidha.", "Iżda minflok konna nkunu taparsi skandalizzati għaliex din bilfors tbati bl-isteriżmi u ma tafx iżżomm postha!", "Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kumment li għamel Dione Borg lil tal- Lovin Malta .", "Jaħasra Dione jinsab \"imweġġa'\" minħabba l-imġieba ta' Helene Asciak – mara twila 5 piedi kollox – li ħaditha kontra seba' rġiel u l-kuruna tal-fjuri tagħhom.", "Il-fjuri mormijin iweġġgħuh, hux tassew?", "Jien qatt ma smajtu jitniffes fis-700 jum li fihom il-gvern – li l-partit tiegħu huwa mħallas mit-taxxi tagħna biex jopponi – ra kif għamel biex tajjar u rema' fjuri minn mal-mafkar.", "Qatt ma ndenjaw ruħħom jiddefendu lil dawk li jqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat mill-bulijiet li min jaf kemm il-darba kienu jmorru biex jikinsu u jarmu l-fjuri u saħansitra anki biex jinsultaw u jheddu.", "Fost id-delegazzjoni kien hemm ukoll Herman Schiavone – persuna li kien messu kellu l-kirjanza li ma jersaqx lejn il-mafkar – li l-PN bħal donnu talbu biex ikun hemm wara li dan ingħata l-assoluzzjoni talli kien talab għajnuna finanzjarja mingħand Yorgen Fenech.", "Issa li ilna nafu dak li nafu u li dwaru pajjiż sħiħ għandu ċerti suspetti, il-PN żgarra bl-ikraħ meta lil Schiavone inkludieħ f'delegazzjoni fejn ċertament ma kienx postu.", "M'għandniex xi ngħidu, ħaġa bħal din għandek tistenniha mingħand Adrian Delia.", "Lil Helene Asciak – li bir-raġun kienet kommossa – kellu l-wiċċ tost li jgħidilha li hu kien qiegħed hemm biex jagħti ġieħ lil oħtha.", "Li kieku mxiet mar-regoli ipokriti tas-soċjetà, diskors bħal dan kien ikun biżżejjed biex isikkitha.", "Iżda Helene ma ħallietux jgħaddiha biż-żmien.", "Jien u nsegwi l-filmat tal-inċident tal-bieraħ, ftakart fir-rabja li kien ħass neputiha Matthew Caruana Galizia meta, dakinhar tal-funeral ta' ommu, lemaħ kuruna tal-fjuri b'żigarella bil-kliem \"L-Ispeaker\" mingħand Anġlu Farrugia – l-istess bniedem li kien xeħet lil ommu f'ċella maħmuġa tinten meta din kien għad kellha 19 il-sena bil-għan li kontra qalbha jġiegħla tiffirma ammissjoni.", "B'xi mod, nippretendu li l-mejtin għandhom jaħfrulna għall-azzjonijiet ħżiena li nkunu għamilna fil-konfront tagħhom, iżda ta' spiss jiġri li lill-mejtin ma naħfrulhomx kif ġieb u leħaq.", "Adrian Delia bħal donnu jrid lin-nies toqgħod tfaħħru talli mar jagħti qima lil persuna li tant kienet għamlet ħsara lill-karriera politika tiegħu.", "U m'hemmx dubju li jrid inessina li madwar 10% tal-kawżi ta' libell li ddefendiet Daphne kienu kawżi li saru minn Adrian Delia, uħud minnhom ippreżentati fil-qorti b'mod drammatiku fis-siegħa ta' filgħodu.", "B'imġieba mhux tas-soltu għal politiku Nazzjonalista, Adrian Delia kien issieħeb f'kampanja selvaġġa mnedija minn persuni li għandhom is-setgħa f'Malta li abbużaw minn din is-setgħa biex jippruvaw ikissru ġurnalista talli din kienet għażlet li twettaq xogħolha kif suppost, biex jaqtgħulha qalbha permezz tal-qrati, biex jużaw lill-partitarji l-aktar fanatiċi tagħhom biex jhedduha u jbeżżgħuha u biex lil tal-Partit Laburista jaqdihom billi jmexxi oppożizzjoni taparsi biex b'hekk dawn ikomplu jirrenjaw b'impunità sħiħa.", "Huwa ħati daqs Chris Cardona, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat.", "Fl-istess ħin, l-imġieba tiegħu hi agħar għaliex spiċċa biex dgħajjef lill-Partit Nazzjonalista – partit li dejjem iddistingwa ruħu bħala tarka favur il-kelma ħielsa u l-ġurnaliżmu.", "Dawk l-eluf li abbandunaw lill-PN u li issa qed jiddimostraw favur is-sewwa u l-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia, lil Adrian Delia ma jinteressawħx.", "Bis-saħħa tal-vulnerabilità ovvja ta' Helene, dan jippretendi li bilfors li aħna salt żmagati biex ma ntlifniex warajh.", "Għax – miskin – kollox qed jagħmel sewwa u, għax ma rridux nafu bih, bilfors li aħna xi razza ta' mġienen isteriċi.", "L-espressjoni li kellu fuq wiċċu 'l bieraħ kienet tixbaħ l-espressjoni li kellu fil-Milied li għadda meta, hu u jitkellem fuq Xarabank, riedna nitħassruh meta ftaħar dwar kemm huwa missier eżemplari u li kellu jbati minħabba l-fatt li martu ma kienet qed tieħu l-kura medika li kienet teħtieġ.", "Miskin jaħasra.", "Il-fatt hu li jibqgħu jiddominaw irġiel abbużivi dment li n-nies tibqa' tibla' dawn il-kummiedji u teatrini.", "Hi u tinnota x-xenati tal-bieraħ, in-nies ma ntebħitx b'dak li huwa tant minn ewl id-dinja.", "X'kienet ir-raġuni li d-delegazzjoni tal-PN ma ssieħbitx fid-dimostrazzjoni flimkien ma' dawk li ħadu sehem fil-protesta ta' filgħaxija?", "X'kienet ir-raġuni li d-delegazzjoni marret għal rasha għall-attività quddiem il-mafkar – attività li, matul sena sħiħa, tal-PN lanqas biss jirreferu għaliha fil-mezzi tax-xandir tagħhom?", "Ibqgħu ċerti li naqsu li jattendu filgħaxija mad-dimostranti l-oħra għaliex ma kienitx tkun Helene Asciak biss li lil Adrian Delia kienet tgħidlu biex imur jixxejjer.", "Għaldaqstant ix-xena li rajna l-bieraħ fil-Belt kienet waħda li kienet ippjanata u manipulata mill-bidu nett biex lin-nies igiegħeluha taħseb li, quddiem mafkar ta' mara li ġiet mgħajjra biċċa blogger sakemm inqatlet b'karrozza bomba, huwa issa nidem u nbidel u huma biss tal-\"klikka ta' Daphne\" li dan ma jridux jammettuh.", "Din il-manipulazzjoni jidher li ħadmet ma' dawk li ħasbu li Adrian Delia kien qed ikun inġenwu u li ma kienx stenna r-reazzjoni li sab ma' wiċċu meta l-bieraħ mar bil-kuruna tal-fjuri f'idu.", "Ċertament ma kienx każ ta' xi nġenwinità minn naħa tiegħu.", "Huwa mar biswit il-mafkar għax kien stenna reazzjoni u ried li jitpinġa bħala vittma: vittma ta' mara li bilkemm tidher ħdejh u li – waħidha – kienet lesta li taffronta lilu u lil dawk li kellu madwaru li lkoll għadhom lesti li jtuħ il-kredibilità għal raġunijiet li s'issa għadni ma nistax nifhimhom.", "Qed nirreferi wkoll għal Louis Galea li mal-mogħdija taż-żmien qed jitlef ir-rieda tajba li gawda lejliet dakinhar li ddaħħal fix-xena minn Adrian Delia fi sforz biex jipprova jżomm fil-wiċċ qabel il-vot li ttieħed li kien messu dabbarlu rasu għal dejjem.", "Lil dawk l-eks partitarji tal-PN li qed igħidu li ma jivvutawx PN sakemm jibqa' kap tal-partit Adrian Delia, Louis Galea qed igħidilhom li Delia m'huwiex salvabbli.", "Iżda li jixtieq isalva lill-PN mill-għarqa.", "Adrian Delia jaf – u dan qed insostnieħ għaliex jidhirli li kien jaf eżatt x'kien ser iseħħ il-bieraħ quddiem il-mafkar – li jista' jibqa' jimraħ fil-wiċċ dment li l-oppożizzjoni tibqa' mifruda.", "Il-bieraħ mar biswit il-mafkar għaliex kien jaf li x-xena li seħħet kellha l-potenzjal li tnaffar lill-partitarji tiegħu milli jattendu għall-protesta.", "Ngħiduha kif inhi: akbar ma' tkun l-attendenza għall-protesta, aktar ser jidher ikraħ u nkompetenti hu fit-tmexxija ta' oppożizzjoni għal gvern imċappas bid-demm ta' assassinju u b'riħa fuqu ta' korruzzjoni tinten seba' pesti.", "Oppożizzjoni magħquda ma tgħoddx għal Adrian Delia.", "Iżda oppożizzjoni mifruda sservi biex iżżomm lilu u lil Joseph Muscat fil-wiċċ tax-xenarju politiku.", "Fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom, mexxej veru tal-PN jmissu qiegħed imexxi l-folol fit-toroq.", "U issa Adrian Delia wasal fi stat li anki persuni bħal Jean Pierre Debono ma jistgħux ikomplu jissaportuh aktar.", "Il-bieraħ rajna lil Daphne fil-persuna ta' Helene.", "Ġiet taqa' u tqum minn dak li setgħu jgħidu n-nies dwarha.", "Lid-delegazzjoni talbitha tersaq lura bil-ġentilezza kollha.", "Dawk li organizzaw id-dimostrazzjoni tal-bieraħ ma jinteressawhomx il-folol enormi.", "Ma ħassejniex l-assenza ta' dawk li m'attendewx għax belgħu il-lixka ta' Adrian Delia.", "Dawn jidher li għadhom ma ntebħux bil-qerq ta' dawk li għandhom is-setgħa.", "Iżda dan ma jħabblilniex rasna u ser nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna.", "Mal-mogħdija taż-żmien, għad jintebħu wkoll.", "Kif stqarr il-bieraħ Don Luigi Ciotti f'diskors pjuttost twil: ir-rivoluzzjoni jeħtieġ li tibda' minn ġo fina stess.", "Previous: Kulħadd jgħid li m'għamel xejn ħażin Next: X'qalu l-Amerikani window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/xqalu-l-amerikani/", "date": "Thu, 17th Oct '19, 07:52", "category": "blog, politics, government", "title": "X'qalu l-Amerikani", "text": ["Mid-diskorsi, mit- tweets u mill-stqarrijiet kollha li saru – ilkoll bi kritika għall-imġieba tal-gvern mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia 'l hawn – spikkat waħda fuqhom ilkoll.", "Il-kummenti li għamlet l-ambaxxata Amerikana kienu kummenti li skantawni mhux ftit.", "L-ambaxxati s-soltu jqisu kliemhom sew.", "Dan ma jfissirx li l-esperti tal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti li tkellmu l-bieraħ kliemhom ma jqisuħx jew li ż-żjara u d-diskors tas-sindku ta' Palermo m'għandhom ebda tifsira politika.", "Iżda l-kummenti li għamel il-bieraħ il-gvern Amerikan qajjmu għagħa kbira mhux ħażin.", "'Jekk tkun ix-xewqa tal-gvern Malti, nistgħu ngħinuh jikxef l-identità ta' min qatel lil Daphne Caruana Galizia.'", "Dan il-kliem jeħtieġ li nifhmuh sew għax ifisser ħafna u jfisser ħafna aktar milli wieħed jaħseb li jfisser mal-ewwel daqqa t'għajn.", "Dan il-kliem ifisser li l-gvern Malti gideb meta kien stqarr li kien bi ħsiebu jagħmel minn kollox biex jikxef l-identità ta' min wettaq id-delitt.", "Mhux talli l-gvern m'huwiex jagħmel \"minn kollox\", iżda qiegħed iċaħħad lill-investigaturi lokali mir-riżorsi u l-għodda li jeħtieġu.", "Il-gvern \"ma talabx\" għall-għajnuna tal-esperti Amerikani.", "Biex il-gvern Amerikan ħass il-ħtieġa li jgħid pubblikament li lest joffri l-esperti jfisser li dak huwa li kien offra privatament l-gvern Malti ma laqgħu qatt.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li l-gvern Malti xeba' jigdeb dwar is-suppost koperazzjoni bla tarf li qal li keelu u għad għandu mar-riżorsi tal-FBI bil-għan li tinkixef l-identità tal-qattiel jew tal-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia.", "Kif ilna żmien twil nissuspettaw, il-koperazzjoni li kien hemm mal-FBI kienet biss limitata għall-kxif ta' min allegatament wettaq id-delitt, li kien biss il-bidu ta' każ ta' omiċidju bħal dan.", "Iżda jidher li l-koperazzjoni ma' awtoritajiet tal-pulizija barranin kienet diġà twaqqfet f'Diċembru 2017.", "Dan ifisser ukoll li dak li kien id-Direttur Ġenerali tal- Europol ma kienx waħdu fil-frustrazzjoni li ħass dwar in-nuqqas ta' ħeġġa minn naħa ta' Malta biex jinstab tarf ta' dan l-assassinju.", "Dik l-istqarrija issa qed jikkonfermawha l-Amerikani.", "Dan ifisser ukoll li l-Amerikani huma fiduċjużi li dan id-delitt jista' jinstab tarfu.", "Iżda hemm ukoll kwistjoni oħra.", "Biex waslu biex għamlu stqarrija bħal din, l-Amerikani jidher li għandhom xi tarf f'idejhom.", "L-istqarrija tal-bieraħ tindika li l-Amerikani jafu l-mandanti min huma.", "Barra minn hekk, l-istqarrija turi li l-Amerikani jafu li l-gvern Malti jaf min huma l-mandanti.", "L-istqarrija tal-gvern Amerikan tammonta għal messaġġ pubbliku – li ta' bilfors segwiet sensiela ta' messaġġi privati li l-awtoritajiet Maltin għamlu tabirruħħom li ma rċievewx – li l-Amerikani jafu li l-gvern Malti jaf bl-identità tal-mandanti.", "S'hawn kellna naslu.", "Previous: Ma tgħoddx oppożizzjoni magħquda għal Adrian Delia Next: Tgħid Michael Farrugia lil tal-Ambaxxata Amerikana kellimhom illum? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/tghid-michael-farrugia-lil-tal-ambaxxata-amerikana-kellimhom-illum/", "date": "Fri, 18th Oct '19, 08:37", "category": "blog, politics, government", "title": "Tgħid Michael Farrugia lil tal-Ambaxxata Amerikana kellimhom illum?", "text": ["Diġà għaddew jumejn minn dakinhar li l-Ambaxxata Amerikana pubblikament offriet l-għajnuna lill gvern għaliex, skont kif irraġunaw, \"għadu m'huwiex tard wisq għal Malta biex issir ġustizzja b'mod kredibbli mal-qattiel ta' Daphne\".", "X'inhu jistenna Michael Farrugia?", "Għamel kuntatt magħhom?", "Għadu ma bgħatx għal tal-FBI?", "U lil tal-Ambaxxata Olandiża kellimhom?", "Dawn għandhom xi informazzjoni dwar il-każ u jeħtieġ niftakru li kien hemm esperti Olandiżi li kienu taw sehemhom fl-istadju bikri tal-investigazzjoni.", "Tal-ambaxxata kienu organizzaw ukoll laqgħat mal-membru parlamentari Olandiż Pieter Omtzigt meta dan kien qed jgħarbel l-azzjonijiet tal-gvern biex jiġi żgurat li f'dan il-każ issir ġustizzja.", "L-imġieba tal-gvern lil Omtzigt ma mpressjonatu xejn.", "Għandi nifhem li dan ċertament kien kellem lill-ambaxxatur li kien akkumpanjah kull fejn mar waqt li kien Malta.", "Lill-Ambaxxatur Olandiż, Michael Farrugia staqsieh x'ried ifisser il-ministru tal-affarijiet barranin ta' pajjiżu meta stqarr \"li jeħtieġ li ssir ġustizzja mal-ġurnaliżmu u li jittieħed eżempju b'riżq kulħadd\"?", "Dawn m'għandhomx ikunu jafu aktar minn ħaddieħor safejn kienet waslet l-investigazzjoni tal-esperti Olandiżi?", "Ir-realtà hi li t-taxxi tagħna ma nħallsuhomx la lill-gvern Amerikan u lanqas lil dak Olandiż.", "M'għandhom ebda obbligi magħna ċ-ċittadini Maltin.", "Iżda ġaladarba dawn qiegħdin joffrulna l-għajnuna tagħhom b'mod tant espliċitu u b'mod tant pubbliku, allura għandna dritt li nduru fuq il-gvern – l-istess gvern lil min inħallsu t-taxxi – u nistaqsuh kif wieġeb għall-għajnuna li offrewlu.?", "Michael Farrugia, tista' tgħidilna ftit kif bqajt ma' tal-ambaxxati?", "Previous: X'qalu l-Amerikani Next: X'tista' tintebaħ wara li ssegwi l-film \"The Laundromat\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/il-ghala-ma-saru-ebda-arresti/", "date": "Sun, 6th Oct '19, 15:50", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-għala ma saru ebda arresti?", "text": ["Il- rapporteur li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jissorvelja dak kollu li qed iseħħ f'Malta għamel tweet b'reazzjoni għall-istorja li xandret is- Sunday Times of Malta .", "Dan għamel mistoqsija li l-awtoritajiet biss jistgħu u huma fid-dmir li jwieġbu.", "L-awtoritajiet ilhom aktar minn sena li saru jafu dak li sirna nafu biħ illum.", "Persuni li huma taħt suspett ġew identifikati, inkixfu s-sorsi ta' ħlasijiet u tkellmu x-xhieda.", "U ma saru ebda arresti.", "Għaliex?", "Iżda hemm ukoll mistoqsijiet li huma aktar pertinenti li jeħtieġu t-tweġibiet.", "Il-gvern ma jistsx jibqa' fommu sieket.", "L-istejjer li nkixfu llum mill-mezzi tax-xandir Maltin iqajjmu dubju dwar kemm tassew huwa minnu li l-awtoritajiet għamlu minn kollox biex isibu tarf l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia: aqraw uħud minnhom hawn @BorgJake", "Previous: L-assassinju ta' Daphne: pass ieħor lejn il-verità Next: Waħda mir-raġunijiet għala n-nies ma tridx taf bil-PN window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/l-assassinju-ta-daphne-pass-iehor-lejn-il-verita/", "date": "Sun, 6th Oct '19, 13:07", "category": "blog, politics, government", "title": "L-assassinju ta' Daphne: pass ieħor lejn il-verità", "text": ["L-istorja ewlenija li xandret is- Sunday Times of Malta ta' dalgħodu hi mportanti ħafna u ħaqqha li tiġi analizzata sew.", "Jeħtieġ li naħsbu il-għala qegħdin naqraw din l-istorja proprju issa.", "L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia seħħ sentejn ilu.", "Sena ilu, Michael Farrugia ħareġ b'biċċa informazzjoni – li aktar tard ġiet irtirata – fis-sens li l-pulizija kienet identifikat persuna li tinsab taħt suspett li kienet hi li tat l-ordni biex it-tliet akkużati iwettqu d-delitt.", "L-ewwel stqarrija ta' Michael Farrugia ma jistax kien fiha salt ħmerijiet.", "U ma kienx irtira din l-istqarrija għaliex aktar tard induna li kien qal salt ħmerijiet.", "Huwa mifhum li l-pulizija kienet ilha li tefgħet is-suspetti tagħha fuq persuna partikolari li s'issa qatt ma kienet ġiet arrestata biex twieġeb għall-mistoqsijiet dwar il-każ.", "L-identità ta' din il-persuna toħroġ mill-konnessjonijiet li għandha u hi l-istess \"negozjant\" li llum titkellem dwaru s- Sunday Times of Malta.", "Din hi l-istess persuna li, skont is- Sunday Times of Malta tal-lum, għamlet it-testment tagħha ftit siegħat biss wara l-arrest tat-tliet mixlija li setgħu ilkoll jidentifikawha.", "M'hemmx dubju li dakinhar din il-persuna ħasset – u għadha tħoss sal-lum – li ħajjitha tinsab f'periklu kbir.", "Issa ilna żmien mhux ħażin nafu li l-uniċi tliet persuni li jafu biċ-ċert min hu l-moħħ wara l-assassinju huma t-tliet assassini nnifishom.", "Dawn żgur jafu min hu s-sensar ta' bejniethom u ta' bejn min qabbadhom.", "F'dawn l-aħħar sentejn kemm il-darba esprimejt l-iskantament tiegħi bl-istqarrija li kien għamel Kurt Farrugia, u dan skont ġurnalist li kien kellem lil Kurt Farrugia stess.", "Dak iż-żmien, bħala kelliemi ewlieni tal-gvern, Kurt Farrugia kien stqarr li l-gvern ma kienx bi ħsiebu jinnegozja mat-tliet allegati assassini biex dawn jiġi mħajjra jikxfu lil min qabbadhom.", "Din l-aħbar kont ktibt dwarha diversi drabi u ħadd qatt ma ċaħad din l-istorja.", "Mir-rapport ta' dalgħodu tas- Sunday Times of Malta jirriżulta li l-avukat ta' wieħed mit-tliet mixlija – Arthur Azzopardi, li jirrappreżenta wkoll lil Vincent Muscat li jgħidulu l-Koħħu – sejjaħ bħala xhieda tad-difiża lil Joseph Muscat, Keith Schembri, l-Avukat Ġenerali Peter Grech u lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.", "Jista' jkun li dawn issejjħu biex jixhdu biex jgħidu x'jafu dwar l-assassinju għaliex dak li jafu jista' jwarrab il-ħtija minn fuq Vincent Muscat.", "Iżda dawn jistgħu jkunu wkoll xhieda importanti għaliex skont Arthur Azzopardi dawn jafu li l-klijent tiegħu, jiġifieri Vincent Muscat, wara diversi xhur wara l-arrest tiegħu kkopera mal-pulizija.", "Jien ninsab infurmat li Vincent Muscat lill-pulizija semmielhom isem is-sensar li kien irranġa biex iseħħ il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dan issemma' waqt interrogazzjonijiet sigrieti li saru mill-pulizija.", "L-interrogazzjonijiet saru b'mod sigriet għaliex Vincent Muscat qed jibża li l-mixlija l-oħrajn – jiġifieri Alfred u George Degiorgio – jistgħu isiru jafu li qed jikkopera mal-pulizija u li jista' jixhed kontrihom waqt il-ġuri tagħhom biex b'hekk mal-provi forensiċi li diġà hemm, iżid ix-xhieda okulari tiegħu.", "Xi xhur ilu, l-avukat ta' Alfred u George Degiorgio b'mod sorprendenti kien għamel talba biex il-klijenti tiegħu jingħataw permess biex jiltaqgħu u jitkellmu mal-ewroparlamentari Ana Gomes u David Casa.", "Dawn l-ewroparlamentari rrifjutaw li jiltaqgħu magħhom u l-qorti ċaħditilhom it-talba.", "Din it-talba kemmxejn stramba jista' jkollha bosta tifsiriet iżda ċertament tfisser li l-aħwa Degiorgio seta' għadda minn għala widnejhom li l-allegat kompliċi tagħhom qed jikkopera mal-pulizija.", "Jien ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar xhur Vincent Muscat għolob sew.", "Qed jirrifjuta li jiekol ikel msajjar fil-ħabs u l-ikel li jġibulu tal-familja qed jinsisti li jaqsmu ma' sħabu l-ħabsin.", "Jidher ċar li Vincent Muscat huwa beżgħan li hemm min għandu interess li jeħles minnu.", "Minkejja l-informazzjoni li Vincent Muscat għadda lill-pulizija, l-akkużat ma ngħata ebda forma ta' immunità kundizzjonata u dan bi tpartit mal-informazzjoni li għaddielhom.", "L-avukat tiegħu jista' jkun li għandu f'moħħu li jħarrek bħala xhieda lil Joseph Muscat, Keith Schembri, Peter Grech u Lawrence Cutajar sabiex dawn jikkonfermaw bil-ġurament li mill-arrest tiegħu sal-lum huwa kkopera mal-pulizija.", "Bis-saħħa ta' dan ikun jista' jgħid li dan għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta l-qorti tiġi biex twaħħal il-piena għar-reat ta' omiċidju.", "Jien ninsab infurmat ukoll li din l-istorja issa ħarġet fil-beraħ sforz il-fatt li l-investigaturi tilfu l-paċenzja u dan minħabba l-fatt li minkejja li issa ilhom xhur sħaħ li identifikaw x'sejrin ikunu l-passi li jmiss fl-investigazzjoni, jinsabu mxekklin minħabba l-indħil politiku.", "L-isqarrija li Kurt Farrugia kien għamel lil ġurnalist xi xhur ilu jidher li tikkonferma li m'hemmx rieda politika biex jinstab tarf ta' dan id-delitt.", "Dan huwa wkoll konfermat mill-fatt li l-gvern baqa' jehda f'ħafna skużi biex ikompli jipposponi u jtawwal it-tnedija ta' inkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Issa jidher ukoll li, għal dawn l-aħħar xhur, kien hemm nuqqas ta' rieda minn naħa tal-Avukat Ġeneralu u tal-Kummissarju tal-Pulizija biex b'xi mod jaslu għal xi forma ta' ftehim ma' xhud sabiex dan ikun jista' jixhed kontra l-allegati assassini u sabiex igħaddi lill-pulizija informazzjoni dwar l-imħuħ wara t-twettiq tad-delitt.", "Jidher li hemm ċertu tħassib dwar l-identità tas-sensar li s- Sunday Times of Malta ma semmietx min hu iżda li ġie indentifikat lill-pulizija – għalkemm huwa mifhum li l-ġurnal għandu f'idejh isem dan il-bniedem.", "Huwa ta' tħassib il-fatt li xhud importanti li jista' jwassal biex jinstab tarf id-delitt u ssir ġustizzja mal-imħuħ ma jidhirx li qed jingħata xi forma ta' protezzjoni.", "M'hemmx dubju li l-imħuħ wara d-delitt huma nies li jaslu għal kollox.", "Dawn ikunu lesti li jużaw kull mezz biex jiżgura li jibqgħu jgħadduha lixxa.", "Previous: Avukati tad-ditta Chetcuti Cauchi ma jattendux id-Delta Conference hekk kif jibda' s-smiegħ quddiem il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Next: Il-għala ma saru ebda arresti? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/rabbi-xi-ftit-kuragg-sur-imhallef-anonimu/", "date": "Sun, 20th Oct '19, 09:40", "category": "blog, politics, government", "title": "Rabbi xi ftit kuraġġ Sur Imħallef anonimu", "text": ["Imħallef li ismu baqa' mistur illum tkellem ma' Matthew Agius tal- Malta Today u ġie rappurtat li qal li l-kawża li fetħet Repubblika fil-qorti dwar il-mod kif qed jinħatru l-ġudikanti qed \"tiddemoralizza\" lill-imħallfin.", "Ta' min isemmi li l-Imħallef ma jgħidx li Repubblika m'għandhiex raġun.", "L-argumenti li ġab huma neqsin minn oġġezzjonijiet ta' natura legali għar-raġunijiet li ġabet Repubblika fil-qorti.", "Dan ma jiskantana xejn.", "Ħlief għal Peter Grech u wħud minn sħabu, ftit li xejn kienu dawk l-avukati li sabu fuqhiex jikkritikaw il-bażi legali tal-ilment ta' Repubblika.", "Il-Qorti tal-Appell diġà ddikjarat li d-diskrezzjoni li għandu l-prim ministru f'dik li hi l-għażla tal-ġudikanti u tal-promozzjoni tagħhom hi waħda assoluta u li l-liġijiet tagħna jista' jkun li m'għadhomx kompatibbli ma' dak li huwa mistenni mil-liġi.", "Din id-dikjarazzjoni s'issa ma kellhiex l-effett li trebbaħna l-kawża.", "Iżda l-Qorti kkonfermat li l-argument li qed issostni Repubblika huwa wieħed sod.", "L-Imħallef anonimu qal li Repubblika kien messha fittxet it-tweġibiet mhux fil-qorti iżda \"fil-qorti tal-opinjoni pubblika\".", "Tajba din!", "Dan kien l-istess raġunament li wassal biex kien inħeles Barabba.", "Jekk dan l-Imħallef għandu raġun igħid li kwistjoniijet ta' natural legali m'għandhomx jiġu trattati fil-qorti, allura l-ġudikanti għalxiex huma mħallsin?", "Ta' min igħid li Repubblika daħlet il-qorti bit-tama li ssib wens aħħari wara li eżawriet il-mezzi kollha li kellha.", "Kemm il-darba konna stqarrejna pubblikament li għandha ssir riforma u, minn naħa tiegħu, l-gvern għażel li jinjorana.", "Konna ppreżentajna protest ġudizzjarju qabel ma saru l-ħatriet fil-ġudikatura, liema protest ġie injorat mill-gvern.", "L-Imħallef anonimu ma kienx ikun aħjar li kieku lmenta dwar l-imġieba ta' Owen Bonnici milli qagħad iġib id-dinja fit-tarf dwar l-azzjonijiet li ħadet Repubblika?", "Il-gvern injora wkoll stqarrijiet ripetuti minn naħa tal-Kamra tal-Avukati.", "U njora wkoll kemm l-abbozz ta' liġi dwar riformi li kellhom jiżguraw l-indipendenza fil-ġudikatura, kif ukoll lill-Kummissjoni ta' Venezja.", "Lil Repubblika, il-gvern għadu sal-lum jinjoraha.", "Il-kawża għadha ma nqatgħetx u l-gvern xorta għadu fil-ħin biex jintroduċi r-riformi meħtieġa rakkomandati mill-Kummissjoni ta' Venezja b'riżq id-demokrazija.", "Iżda minn dan kollu, l-gvern m'hu jagħmel xejn u qed jiddefendi fil-qorti l-pożizzjoni li ħa fis-sens li m'għandu għalfejn jagħmel ebda tibdil fis-sistema tal-ħatriet għall-ġudikatura.", "Sur Imħallef anonimu, int qed tattakka l-messaġġier.", "Messaġġier li qed iwassal il-messaġġ li għandek twassal int. Int għandek tkun ħieles mill-influwenza tal-gvern u għandek ukoll tidher li int ħieles minn din l-influwenza.", "Int – u l-kollegi tiegħek – għandkom tgħelbu dak kollu li qed jiddemoralizzakom u fil-beraħ lill-gvern u lill-parlament għandkom tgħidulhom li jeħtieġ li jsiru riformi biex iħarsukom mill-indħil tal-gvern.", "Sur Imħallef anonimu, Repubblika qiegħda tagħmel ix-xogħol li suppost għandkom tagħmluh intom l-imħallfin.", "U nistgħu nissoponu l-għala qiegħdin tibqgħu lura.", "Toqgħodu lura milli titkellmu għaliex tibżgħu mill-konsegwenzi.", "Li kieku kellek ixxandar ismek, tibża' li tinqabeż meta l-post ta' Prim Imħallef jitbattal.", "Jew inkella tibża' li tinqabeż meta l-gvern jiġi biex jaħtar l-imħallfin għall-qrati Ewropej u internazzjonali.", "Jew inkella tibża' li tingħata l-ġenb wara li tirtira u li tara lil sħabek jinħatru biex iservu fl-inkjesti u fil-bordijiet.", "Sur Imħallef anonimu, l-imġieba tiegħek tikkonferma li int tinsab taħt it-takkuna tal-prim ministru u li, bħala ċittadini, aħna ma nistgħux inserrħu rasna li s-sentenzi tiegħek ser ikunu dejjem ġusti kemm il-darba jkollna xi kwistjoni ma' gvern li int tinsab tant imbeżża' minnu.", "Int u sħabek imissu jkollkom il-kuraġġ li titkellmu biex turu l-impenn tagħkom lejn il-ġustizzja u lejn is-saltna tad-dritt.", "Lill-gvern għidulu li għandu jdaħħal dawn ir-riformi li messhom ilhom li daħlu.", "Repubblika ma jinteressahiex dawn ir-riformi jidħlux permezz tar-rebħ ta' kawża fil-qorti jew wara li l-gvern ikun introduċihom minn jeddu.", "Li jinteressana hu li jkollna ġudikatura li tara li ssir ġustizzja ma' dawk iċ-ċittadini li sofrew inġustizzji taħt gvern li jidhirlu li jista' jagħmel li jrid għaliex il-ġudikanti għandhom is-suddizzjoni minnu.", "Rabbi xi ftit kuraġġ Sur Imħallef anonimu.", "Previous: Għad hemm it-tama Next: X'tassew tfisser iċ-ċittadinanza window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/ghad-hemm-it-tama/", "date": "Sat, 19th Oct '19, 10:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Għad hemm it-tama", "text": ["Ix-xenarju li kellna sa ftit ilu qed jinbidel u jkun opportun, fiċ-ċirkostanzi, li ngħaddi l-kummenti tiegħi.", "Għal sentejn sħaħ, minn meta bdejna l-kampanja tagħna f'Ottubru 2017, b'dispjaċir kbir stajt ninnota n-nuqqas ta' attendenza minn naħa taż-żgħażagħ.", "Ħlief għal xi eċċezzjonijiet 'l hawn u 'l hinn, kien jidher ċar li l-messaġġ tagħna ma kienx qed jasal għand dawk li għandhom inqas minn 35 sena.", "U, bħas-soltu, waħħalna f'dawn in-nies u xlejnihom li jagħmlu parti minn ġenerazzjoni ta' persuni indifferenti.", "Persuni li d-demokrazija u l-libertà jieħduhom for granted .", "M'għandniex xi ngħidu, f'sitwazzjonijiet bħal dawn jiġri li t-tort ikun kważi dejjem f'ħoġor dawk li jkunu jridu jwasslu l-messaġġ u mhux ta' dawk li lilhom inkunu rridu nwasslu l-messaġġ.", "Ftit ġimgħat ilu, tal-għaqda tal-istudenti – il-KSU – talbuni biex niltaqa' magħhom.", "Kien bi ħsiebhom li jsemmgħu leħinhom dwar l-inġustizzja li ħoloq l-assassinju ta' Daphne u dwar l-impunità li qed tkompli tinfirex madwar dan il-każ kif ukoll kif qed tinfirex fejn għandhom x'jaqsmu l-investigazzjonijiet importanti li kienet qiegħda tagħmel dwar il-korruzzjoni u l-kriminalità fid-dinja politika.", "U leħinhom semmgħuh tabilħaqq.", "Fil-15 ta' Ottubru organizzaw laqgħa importanti li attirat attendenza kbira u li fiha ġiet diskussa s-sitwazzjoni tax-xandir f'Malta.", "Jiddispjaċini li ma stajt nattendi għal din il-laqgħa peress li dakinhar kont imsiefer.", "Waqt il-laqgħa, il-president tal-KSU William Farrugia skuża ruħu għall-fatt li l-għaqda tiegħu ftit semmgħet leħinha f'dawn l-aħħar sentejn.", "Ma kellux għalfejn jiskuża ruħu – l-importanti hu li issa qed isemmgħu leħinhom.", "Kien hemm numru mhux ħażin ta' studenti universitarji li ssieħbu magħna fid-dimostrazzjoni nhar l-Erbgħa.", "Kien hemm ukoll kontinġent qawwi ta' studenti ta' San Alwiġi.", "Bosta minnhom ħassewhom ispirati bid-diskors li għamlilhom filgħodu s-sindku ta' Palermo Leoluca Orlando.", "U filgħaxija reġgħu ġew bi ħġarhom biex jisimgħu dak li kellu jgħid.", "Din ma kieniex xi esperjenza Damaxxena.", "Kienet biss prova li l-mexxejja qegħdin hemm biex ikebbsu t-tama li d-dimostrazzjonijiet, id-dibattiti u l-parteċipazzjoni jafu jġibu r-riżultati.", "Meta nhar l-Erbgħa tkellem Leoluca Orlando, ma tkellimx b'ton funebri.", "It-ton tiegħu kien wieħed ta' ċelebrazzjoni u ta' tama.", "Wara kollox, jekk Palermo kellha l-ħila teħles mill-mafja, għaliex m'għandux ikollna din il-ħila aħna wkoll?", "Il-belt ta' Palermo kif kellha l-ħila li teħles mill-mafja?", "Ħelset mill-mafja għax kellha r-rieda soda li teħles minnha.", "Ħelset minnha għax ma baqgħetx tagħmel tabirruħha li din ma teżistix u kkonfrontatha bis-saħħa tar-reżistenza.", "Leoluca Orlando qal li t-tibdil fil-liġijiet m'huwiex biżżejjed.", "Il-bidla għandha tkun waħda kulturali u għandha tibda minn ġewwa fina stess.", "Lill-mafja ma tistax tegħlibha permezz tal-liġijiet.", "Jeħtieġ li wieħed jgħidilha \"le\" għall-wegħdiet tagħha favur l-akkwist tas-sigurtà, tal-ġid materjali u tas-setgħa.", "Meta ngħidu \"le\" lill-mafja, ma nkunux qed ngħidu \"le\" biss għall-bombi, għall-vjolenza u għall-kruha.", "Inkunu qed ngħidu \"le\" ukoll għall-flus ġejjin mill-kriminalità, għall-kuntatti illeċti u għall-vizzji ta' kultura li nsiet li hi waħda korrotta.", "Iż-żgħażagħ għandhom il-ħila li dan jagħmluh.", "Dawn m'humiex mittiefsa mill-vizzji, mill-biżgħat u mill-iżbalji ta' soċjetà li tħallat il-letarġija etika u l-atrofija kulturali mal-għerf li ġġib magħha l-esperjenza.", "Meta dawn iż-żgħażagħ ikunu ispirati u jkunu mimlijin tama, jistgħu jagħmlu differenza jekk jingħataw l-ispazju kollu biex jikkonfrontaw il-vizzji u l-konswetudnijiet tal-imgħoddi.", "U jkollhom il-ħila li jmexxu.", "Tqanqalt nhar l-Erbgħa jien u naqra' l-istqarrija tal-Moviment Graffitti u jien u nara l-mexxejja tal-Aditus fit-toroq mal-folla.", "Fraħt meta rajt dawk iż-żgħażagħ kollha li wrew li ma jridux igħixu f'pajjiż imtappan bil-kompromessi maħmuġin tal-ħajja li qed ngħixu.", "It-triq hi twila u għadna ma wasalniex.", "Iżda meta fid-dimostrazzjonijiet jibdew jieħdu sehem u jmexxu ż-żgħażagħ, stennew li l-korrotti jibdew jibżgħu.", "Għaliex għad jasal jum li fih tintemm il-kultura tar-regħba u tal-kompromessi li tathom ir-riħ biex ikissru pajjiż u biex joqtlu ġurnalista li kienet kixfitilhom għawwarhom.", "Previous: X'tista' tintebaħ wara li ssegwi l-film \"The Laundromat\" Next: Rabbi xi ftit kuraġġ Sur Imħallef anonimu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/xtista-tintebah-wara-li-ssegwi-l-film-the-laundromat/", "date": "Fri, 18th Oct '19, 22:15", "category": "blog, politics, government", "title": "X'tista' tintebaħ wara li ssegwi l-film \"The Laundromat\"", "text": ["Għadni kemm segwejt il-film The Laundromat ta' Steven Soderbergh.", "Film li jkun maħdum tajjeb x'aktarx iservi biex ifiehem aħjar ċerti kwistjonijiet li wħud minna ilna żmien twil nippruvaw nispjegawhom lil ħaddieħor mingħajr wisq suċċess.", "Wara li ssegwu l-film, malajr tifhmu u tintebħu il-għala l-Imħallef Aaron Bugeja ma kienx messu ta wisq kredtu lil Jacqueline Alexander dwar jekk il-firem fuq iċ-ċertifikati li suppost jindikaw min hu sid l-Egrant kienux tagħha jew le.", "Bis-saħħa ta' dan il-film tkunu tistgħu tintebħu bil-mod kif eluf ta' dokumenti bħal dawn kienu jiġu ffirmati bil-quddiem u min ikun iffirma ma kienx ikun jaf dawn id-dokumenti għalxiex kienu qed iservu.", "Dan il-film iġiegħlek tifhem li isem Michelle Muscat ma kellu għalfejn jidher fuq ebda dokument u, fl-istess waqt, l-allegazzjoni li hi sidt l-Egrant tista' tkun waħda li għandha mis-sewwa .", "Iġiegħelek tifhem ukoll kif jitfasslu l- bearer shares u dwar kif Michelle Muscat setgħet kienet sidt l-Egrant mingħajr ma din qatt kienet tassew taf jew fehmet sewwa dan kollu x'kien ifisser.", "U li tista' tkun sidt numru ta' bearer shares f'kumpannija mingħajr ma tkun konxju ta' dan il-fatt.", "Il-film ukoll iġiegħelek tifhem li l-korruzzjoni politika hi reat kriminali u dwar kif ta' Mossack Fonseca kienu għenu biex titgħatta din il-korruzzjoni u biex jitgħattew reati kriminali oħra bħalma huma l-frodi fl-assikurazzjoni, t-traffikar ta' droga u t-traffikar ta' armi.", "Tkunu tistgħu tifhmu kif ta' Mossack Fonseca setgħu ħaffew u ffaċilitaw mingħajr wisq sforzi t-taħwida 17 Black-Electrogas-Schembri-Mizzi.", "Tkunu tistgħu tifhmu aħjar kif Brian Tonna (bħala intermedjarju barrani li kien qed jidher għal Mossack Fonseca ) seta' fassal it-taħwida kollha minn wara dahar jew anki bil-barka ta' Mossack Fonseca .", "U tkunu tistgħu wkoll tifhmu x-xogħol li wettaq bħala intermedjarju l- accountant tal-prim ministru.", "Barra minn dan, tkunu tistgħu tapprezzaw kemm hi vojta l-għajta ta' Malta fis-sens li f'pajjiżna wieħed ikun jista' jħallas inqas taxxa iżda mhux li jiskansaha totalment.", "Il-film ma jsemmix il-każ ta' Malta.", "Iżda jsemmi oħrajn li jixbħu l-każ ta' pajjiżna.", "Dawn l-ispjegazzjonijiet segwejthom ripetutament fl-isfond tal-fehmiet ta' ċerti intellettwali xellugin li, fil-fantasija ideoloġika tagħhom, dejjem qiesu lill-ġurnaliżmu ta' Daphne Caruana Galizia bħala wieħed li kien imexxi 'l quddiem il-neo-kapitaliżmu li kien jemmen fih Reagan .", "Meta ssegwu The Laundromat tintebħu li Daphne Caruana Galizia nqatlet hi u tirreżisti d-domma neo-kapitalista li jirrappreżentaw Brian Tonna u l-klijenti tiegħu Joseph u Michelle Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "B'niskata mġieba ta' natura kriminali.", "Daphne inqatlet hi u tiġġieled kontra l-inġustizzji li jġibu magħhom it-trasferimenti bla kontroll tal- flejjes ta' sinjuruni kbar – flejjes li jkunu ġew mill-kriminalità bħal, per eżempju, evażjoni tat-taxxi u l-korruzzjoni.", "Korruzzjoni li tfisser l-oppost għall-prinċipju progressiv li min għandu l-ġid, għandu jgħin lil min m'għandux.", "Daphne nqatlet hi u tiġġieled kontra sistema li tfaqqar lill-fqir u li tkompli timla' lill-għani bil-ġid.", "F'Malta, aħna lkoll qed ikollna nħallsu kontijiet ogħla tad-dawl u l-ilma minħabba l-kriminalità li Daphne kienet kixfet tul il-karriera tagħha.", "Iżda jeżistu wkoll waħdiet li qed igħumu fil-miljuni misluħa minn fuq dahar il-fqar u l-batuti li bil-kemm għandhom għaxja ta' lejla.", "Il-film The Laundromat inħadem minn Topic Studios.", "Topic Studios xtraw id-drittijiet biex ikunu jistgħu jaħdmu film jew sensiela bażata fuq il-ktieb Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia?", "M'hemmx dubju li tkun storja ta' min jirrakkontaha.", "Fil-frattemp segwu The Laundromat .", "U aqraw Murder on the Malta Express .", "Previous: Tgħid Michael Farrugia lil tal-Ambaxxata Amerikana kellimhom illum?", "Next: Għad hemm it-tama window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/l-assassinju-daphne-ghaliex-ghandu-jitqies-bhala-delitt-kriminali-mafjuz/", "date": "Mon, 28th Oct '19, 09:08", "category": "blog, politics, government", "title": "L-assassinju Daphne: għaliex għandu jitqies bħala delitt kriminali mafjuż?", "text": ["Il-ġuri tal-assassini ta' Daphne Caruana Galizia m'huwiex ġuri minn tas-soltu.", "Huwa ġuri tal-mafja.", "Għalkemm il-liġi ma ssejjaħlux hekk, dan ma jfissirx li m'huwiex.", "L-avukat Arthur Azzopardi ddikjara li mhux ser jibqa' jiddefendi lil Ċensu Muscat fil-kawżi kollha li dan għandu fil-qorti inkluż il-każ li fih jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Milli jidher din ir-rinunzja minn naħa tal-avukat seħħet nħar il-Ġimgħa u sirna nafu biha bis-saħħa ta' rapport li xxandar fil- Malta Today .", "Bħalma għamlu ġurnalisti oħrajn, il-bieraħ jien tkellimt mal-avukat Arthur Azzopardi li kkonferma miegħi li r-rapport li xandar il-ġurnal huwa korrett.", "Hawn aħna llum 48 siegħa qabel mistenni jibda' l-ġuri kontra Ċensu Muscat – u kontra Fredu u Ġorġ Degiorgio – u wieħed mill-mixlijin jinsab mingħajr avukat.", "L-avukat Arthur Azzopardi tagħni spjega personali (u nassumi għamel hekk ma' ġurnalisti oħrajn ukoll) dwar ir-raġuni wara r-rinunzja tiegħu – raġuni li huwa talabni biex ma nxandarx.", "Jista' jibqa' ċert li se nżomm il-kunfidenzjalità, iżda rrid nagħmilha ċara li r-raġuni li tagħni m'għandha x'taqsam xejn ma' xi biżgħat li dan jista' jkollu dwar is-sigurtà personali tiegħu.", "Lit- Times of Malta llum qalilha wkoll li d-deċiżjoni li jirrinunzja għall-patroċinju ta' Ċensu Muscat ma ttiħditx minnu iżda mid-ditta legali tiegħu, dikjarazzjoni li hi pjuttost stramba għaliex huwa l-avukat li jidher għall-klijent u mhux id-ditta legali.", "L-implikazzjonijiet etiċi tar-rinunzja ta' Arthur Azzopardi jridu jintrefgħu minn Arthur Azzopardi nnifsu u mhux mid-ditta legali tiegħu jew mis-soċji tiegħu fid-ditta.", "Madankollu, hi x'inhi r-raġuni personali jew kollettiva li ttieħdet biex l-avukat Arthur Azzopardi jirrinunzja fl-aħħar ħin, inħoss li għandi nagħmel l-analiżi tiegħi.", "Hemm min forsi jirraġuna li ġuri bħalma hu dan m'huwiex wieħed minn tas-soltu u li mossa bħal din fiha x'tifhem.", "Dan il-ġuri ċertament m'huwiex wieħed minn tas-soltu bħal dawk li nisimgħu bihom kull tant żmien u li dwaru m'għandniex għalfejn noqgħodu nħabblu rasna, kif fi Frar li għadda kien kiteb Raphael Vassallo fil- Malta Today.", "Dan kien kiteb dwar kemm hawn Malta ninsabu ngawdu libertà sħiħa tal-kelma u nsista li, fejn jidħol dan kollu, l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia huwa rrilevanti: \"Press any of these people to come up with examples of 'State censorship' in Malta, and they will cite the ongoing libel proceedings against Daphne Caruana Galizia (and now her heirs) by Joseph Muscat over the Egrant allegations.", "(Note: Some of the more unreasonable ones might even point towards her murder itself... for all the world as if the bomb had been planted in her car directly by the State, instead of by three well-known criminals, with foreign contacts, who are now facing murder charges in court).\"", "Nitkellmu dwar Raphael Vassallo aktar 'il quddiem.", "Meta nhar l-Erbgħa jibda' l-ġuri ta' Ċensu Muscat, l-ewwel kwistjoni li jkollha tittratta l-qorti ser tkun dwar id-deċiżjoni tal-mixli li jħarrek bħala xhieda tiegħu lil Joseph Muscat, lil Keith Schembri u lil irjus kbar oħra.", "Fid-dinja ċivilizzata, ibqgħu ċerti li diffiċli ħafna li wieħed isib eżempji storiċi ta' każijiet li fihom uffiċjali tant għoljin tal-gvern jiġu mħarrka bħala xhieda biex dawn igħinu fid-difiża tal-mixli f'ġuri dwar qtil, b'mod partikolari l-qtil ta' ġurnalista.", "Dan il-fatt – fl-isfond tar-rinunzja tal-avukat Azzopardi, min jaf jekk il-qorti hiex ser tgħarbel jew le l-implikazzjonijiet tiegħu – m'hu xejn ħlief indikazzjoni ċara oħra li x-xibka ta' kriminalità wara dan l-assassinju għaqdet flimkien diversi fatturi bil-għan mhux biss li jitwettaq delitt ordinarju iżda li jitwettaq att terroristiku mafjuż.", "Kif issa jaf kulħadd, aktar minn sena ilu Ċensu Muscat iddeċieda li jikkopera mal-awtoritajiet tal-istat.", "Illum huwa kunsidrat bħala pentito (jiġifieri bħala bniedem li nidem), għalkemm m'huwiex ċar jekk l-Avukat Ġenerali rrikonoxxieħx jew le f'dan is-sens.", "Tkun xi tkun il-kwalità tax-xhieda ta' Ċensu Muscat – ma nafx kemm tista' tkun ta' kwalità għolja x-xhieda ta' dan il-bniedem li ma jidhirx li kien fost il-mexxejja tal-quċċata tal-organizzazzjoni li hi suspettata li wettqet id-delitt – il-fatt li dan offra li jikxef, iqiegħdu f'periklu personali kbir.", "Ma tridx tkun għaref wisq biex tintebaħ li anki l-avukat tal- pentito ikun qed jitqiegħed fil-periklu.", "M'hemmx dubju li dan il-periklu l-Pulizija taf bih u tkellmet dwaru.", "Nixtieq intenni għal darb'oħra li Arthur Azzopardi qed isostni li huwa ma rrinunzjax bħala avukat tal-klijent tiegħu, li huwa wkoll xhud potenzjali tal-prosekuzzjoni kontra oħrajn li huma suspettati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, minħabba s-sigurtà personali tiegħu.", "Iżda jekk huwa minnu li huwa rrinunzja d-difiża minħabba din ir-raġuni ta' sigurtà personali, m'hemmx dubju li huwa jkun irid iserraħ rasu li din ir-raġuni kemm jista' jkun ma tidħol f'moħħ ħadd għax inkella jispiċċa biex igħix bit-tama tas-sigurtà u jkollu jmut bil-piena tan-nuqqas tagħha.", "Ir-rapport li xandar dalgħodu t- Times of Malta jsejjaħ dan l-inċident bħala wieħed \"stramb\" u bħala wieħed \"ta' tħassib\".", "Li kieku dan il-ġuri jiġi trattat bħala wieħed ta' li hu – jiġifieri ġuri dwar it-terroriżmu mafjuż – ħadd ma kien isejjaħ bħala daqshekk stramba r-rinunzja ta' avukat ta' wieħed mill-mixlija li ddeċieda li jikkoopera mal-pulizija u li jixhed għall-prosekuzzjoni kontra l-kompliċi tiegħu.", "Li hemm tassew tat-tħassib huwa l-fatt li l-istat naqas li jipprovdi lix-xhieda tal-prosekuzzjoni bl-assistenza legali kollha meħtieġa biex il-koperazzjoni tagħhom tkun waħda effettiva.", "Min jirraġuna bil-mod kif jirraġuna Raphael Vassallo, lil dan il-ġuri m'hu ser iqisu qatt bħala każ tal-mafja.", "Dan mingħalih li għat-twettiq tal-assassinju jaħtu kriminali magħrufa li għandhom kuntatti barra minn Malta.", "Qabel is-sena 1982 fil-liġijiet tal-Italja ma kontx issib tifsira tal-kliem \"delitt mafjuż\".", "L-artiklu 416 tal-kodiċi kriminali Taljan kien jitkellem biss dwar konfoffa kriminali li tapplika għal imġieba li hi manifestament kriminali.", "Nieħdu eżempju: ikun hemm ħamest irġiel li jiftehmu li jwettqu serqa minn bank, kull wieħed minnhom jingħata rwol, titwettaq is-serqa u mbagħad jaqsmu bejniethom l-flus li jkunu serqu.", "Dan huwa każ klassiku ta' serq u ta' kompliċità f'serq u r-responsabbiltà kriminali tkun trid tintrefa' kemm minn dak li jsuq il-karrozza li tkun ħarrbet lill-ħallelin kif ukoll minn dak li jispara fuq il-pulizija li kien għassa mal-bieb.", "Iżda l-mafja ma tmurx biex tisraq bank direttament.", "U din kienet appuntu r-raġuni wara t-tfassil ta' liġi speċifika – imsejjħa 416 bis – bil-għan li sservi bħala tarka kontra l-intimidazzjoni li ssir mill-kriminali li jingħaqdu biex jakkwistaw il-qliegħ minn attivitajiet li huma legali.", "Nieħdu każ ieħor: ikun hemm grupp ta' sajjieda minn Acireale li jheddu bil-vjolenza u jagħmlu l-arja kontra sajjieda oħrajn li jidħlu jistadu fit-territorju li huma jqisu bħala \"tagħhom\".", "Is-sajd fih innifsu m'huwiex attività illegali.", "Iżda min jintimida u jhedded lil ħaddieħor biex iħares il-qliegħ tiegħu mis-sajd – u anki jżid dan il-qliegħ – ikun ħati ta' delitt mafjuż.", "Il-liġi 416 bis kienet tfasslet wara li kien seħħ il-qtil ta' diversi uffiċjali pubbliċi li kienu żammew jew naqqsu l-involviment tal-Mafjużi f'kuntratti pubbliċi bħalma huma l-kuntratti għall-bini ta' toroq jew kuntratti li jipprovdu servizzi lill-gvern.", "Jew, biex insemmi eżempju ieħor, każijiet li fihom jingħata kuntratt għall-bini ta' power station u għall-forniment lill-gvern ta' enerġija bi prezz li jkun aktar jaqbel għas-sid tal-power station milli għall-poplu in ġenerali jew għan-negozji.", "Il-liġi 416 bis tagħmel ukoll riferenza għall- omertà (jew is-skiet), li hi forma ta' kompliċità taċita li tgħin biex tgħatti xtur l-imħuħ li jkunu wara t-twettiq tad-delitti mafjużi u tgħinhom biex jgħadduha lixxa.", "U huwa proprju hawn li jidħol Raphael Vassallo.", "Mingħajr ma jaf, jew inkella għax jagħmel parti mill-konfoffa mafjuża li assassinat lil Daphne Caruana Galizia, jkompli jirrepeti l-ħrafa li d-delitt wieħed ikun sab tarfu kemm il-darba dawk li splodew il-karrozza-bomba jiġu arrestati u mitfugħin il-ħabs.", "Dan hu preċiżament il-mod li bih hu (u oħrajn) ikunu qed igħattu xtur il-mafja u b'hekk huma wkoll isiru kompliċi magħha.", "Bis-saħħa tal-liġi 416 bis , tkun tista' mhux biss taqbad lil min ikun saq il-karrozza li tkun ħarrbet lill-kriminali wara serqa mill-bank, iżda saħansitra anki lil dawk li jkunu qed jagħmlu l-qliegħ minn kuntratti tal-gvern u li jkunu gawdew mit-twettiq tad-delitt.", "Taqbad ukoll lil dawk il-politiċi li jkunu aċċettaw li jixxaħħmu u li jkunu ġew intimidati b'tali mod li jispiċċaw biex irebbħu l-kuntratti pubbliċi lill-kriminali.", "Ċensu Muscat flimkien ma' Fredu u Ġorġ Degiorgio jinsabu mixlija bil-qtil ta' ġurnalista li f'idejha kellha provi li setgħu jaqilgħu problemi kbar għal min kien imdaħħal f'diversi kuntratti pubbliċi, kompriż in-negozju Electrogas .", "L-arrest ta' dawn it-tliet akkużati u t-tfiegħ tagħhom fil-ħabs ma jwassalx biex jinstab tarf ta' dan id-delitt mafjuż.", "Dan id-delitt huwa wieħed mafjuż għaliex jeżisti suspett li huwa msejjes fuq konfoffa li l-qliegħ tagħha ġej minn negozju leġittimu (bħalma hi l-ġenerazzjoni tad-dawl taħt kuntratt mogħti mill-gvern).", "Fi ftit kliem, il-liġi 416 bis tipprovdi dan li ġej: delitt mafjuż jitwettaq meta jingħaqdu bejniethom diversi persuni biex jintimidaw u jużaw il-forza fuq ħaddieħor bil-għan li jakkwistaw il-koperazzjoni jew is-silenzju ta' ħaddieħor b'riżq: it-twettiq ta' delitti kriminali oħrajn (per eżempju, serqa minn bank); l-akkwist tal-kontroll fuq attivitajiet kummerċjali (l-eżempju tas-sajjieda f'Acireale); it-teħid ta' kuntratti pubbliċi (nista' nsemmi diversi eżempji hawn – iżda jgħoddu wkoll il-ħruġ ta' permess tal-bini li ma jagħmilx sens jew l-iffirmar ta' kuntratt għall-bejgħ ta' sptar pubbliku jew ix-xiri tal-enerġija bi prezzijiet li oġġettivament ma jagħmlux sens).", "Jistgħu jeżistu wkoll motivazzjonijiet oħrajn għat-twettiq ta' delitt mafjuż li ma jidhrux fil-liġi u li forsi m'humiex rilevanti għal dak li qed nikteb hawn.", "Per eżempju, fl-1992 mal-lista ta' delitti mafjużi żdiedu d-delitt tal-użu tal-intimidazzjoni biex jitbeżżgħu l-votanti u jiġu mġiegħla jivvutaw b'ċertu mod jew li jiġu mġiegħla jivvutaw mod ieħor.", "Dan qed insemmieħ għaliex l-eżerċizzju tal-vot huwa wieħed li hu mill-aktar leġittimu f'sistema demokratika iżda l-mafja hi armata b'tali mod li għandha l-ħila tagħmel il-qliegħ minn dan ukoll.", "Forsi huwa proprju dan li jgħaddilek minn moħħok int u tisma' bil-ħruġ ta' permess tal-bini li ma jagħmilx sens u fl-istess waqt tibda' wkoll taħseb f' oppożizzjoni politika li qajla tagħmel sens.", "Bosta fatturi li qed jimirħu madwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia diġà aċċettajnihom.", "Għal dawk m'humiex parti mill-konfoffa li assassinatha, waħda minn dawn il-fatturi hi li Fredu u Ġorġ Degiorgio u Ċensu Muscat qatlu lil Daphne fuq ordni ta' xi ħaddieħor.", "Dan huwa fattur li naċċettawh għaliex Daphne ma nqatlitx f'xi sqaq mudlam iżda permezz ta' karrozza-bomba fid-dawl tax-xemx.", "Dawk li qatluha ma ridux jeħilsu minnha biss.", "Riedu jintimidaw u joħolqu l-biża' f'ħaddieħor li seta' kien imħajjar joħolqilhom il-problemi bħalma kienet ħolqitilhom hi.", "Għalhekk hemm it-tifsira fil-liġi Taljana ta' \"terroriżmu mafjuż\" fil-kuntest tal-użu tal-kelma \"intimidazzjoni\" fil-liġi 416 bis .", "Il-liġi 416 bis kienet tfasslet fl-Italja għall-ewwel darba fl-1982 wara li kienu ġew assassinati l-politiku Pio della Torre u l-impjegat governattiv Carlo Alberto della Chiesa .", "Il-liġi kompliet ttejjbet fl-1992 wara li seħħew l-assassinji ta' Giovanni Falcone u Paolo Borsellino .", "Il-bidliet fil-liġi kienu frott il-ħasda xokkanti li qalgħu il-membri tal-klassi politika li kienu tniġġżu parzjalment (iżda mhux għal kollox) mill-influwenza tal-mafja u ta' dawk il-politiċi Taljani li kienu mdorrijin jagħlqu għajn waħda għaliha.", "Dak li seħħ fl-Italja fl-1992 imissu qed iseħħ f'pajjiżna.", "Il-ġudikanti tagħna, il-membri tal-korp tal-pulizija tagħna, il-prosekuturi u l-politiċi tagħna jmisshom iduru madwar mejda bil-għan li jfasslu liġi li tagħtihom l-għodda meħtieġa biex jeqirdu l-organizzazzjonijiet mafjużi.", "Hekk kif titfassal liġi li tkun tixbaħ il- 416 bis, tista' tinbeda' t-triq biex jinstab tarf ta' bosta delitti kriminali li tant għadhom iħabbtu lill-pulizija.", "Fost affarijiet oħra, liġi bħal din tkun tipprovdi għall-ħarsien u l-protezzjoni tal- pentiti kif ukoll tal-avukati tagħhom.", "Iżda hawn Malta liġi bħal 416 bis mhux ser titfassal għaliex proporzjonatament il-klassi politika Maltija għandha wisq aktar xtur x'tgħatti minn qatt kellha dik Taljana – saħansitra anki aktar minn dik ta' Sqallija.", "F'Malta drajna wisq bil-konswetudnijiet tagħna u f'pajjiżna l-Mafjużi għandhom saħħa kbira.", "Dawn għandhom il-ħila li jintimidaw lill-politiċi, lill-pulizija u lill-ġudikanti biex jassikuraw li xturhom jibqa' mgħotti.", "Saħansitra anki l-ġurnalisti jafu jagħtu nifs qawwi lill-mafja meta jirrepetu l-gidba li l-eżistenza tal-mafja hi biss ħrafa.", "U meta jirrepetu li Daphne nqatlet minn \"tliet kriminali magħrufa b'kuntatti barra minn Malta\".", "Previous: Sur Prim Imħallef, asal wasla sal-ħabs dalgħodu Next: Justin reġa' koppi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/il-vera-tifsira-tal-indiema-ta-konrad-mizzi/", "date": "Fri, 4th Oct '19, 10:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-vera tifsira tal-indiema ta' Konrad Mizzi", "text": ["It- Times of Malta tal-lum tikkwota lil Konrad Mizzi fejn jgħid li huwa jisgħobbieħ li kien fetaħ kumpannija sigrieta bl-assistenza ta' Mossack Fonseca fil-Panama .", "M'għandix dubju li għandu l-għali.", "Iżda għandu l-għali għaliex il-ħajja politika tiegħu kienet tkun ħafna aktar faċli li kieku ma nqabadx fil-fatt.", "Konrad Mizzi diġà qed jixjieħ fil-gvern u kull ġurnata li tgħaddi qed jipposponi dak il-jum li fiħ is-setgħa ma tibqax f'idejh, meta n-nies ma tibqax tfittxu u meta ma jkollu lil ħadd biex jipproteġieħ.", "Jinsab beżgħan minn dak kollu li għad irid isib ma' wiċċu u għandu għali kbir li seħħew ċirkostanzi li inevitabbilment sejrin iwassluh biex jagħmel il-kontijiet.", "Inċidentalment, fl-artiklu tiegħu pubblikat fil-paġna ta' wara tal-ġurnal Arnold Cassola jgħid l-istess affarijiet fil-konfront ta' Joseph Muscat.", "Dan ukoll qed iħoss il-piż fuq dahru u jittama li jibqa' ggranfat biex ikompli jgawdi mill-immunità li tagħtih is-setgħa.", "Ma jistax jitlaq, skont Arnold Cassola.", "U jidher li hekk hu.", "Iżda jekk ikun il-każ li Joseph Muscat jitlaq tassew, Konrad Mizzi qed jagħmel minn kollox biex jeħodlu postu.", "Għaliex?", "Għaliex Konrad Mizzi u Joseph Muscat igħattu x-xtur ta' xulxin.", "Jekk jinfatam wieħed minnhom, l-ieħor ikollu jlaqqatha wkoll.", "U għax il-borma fuq tlieta toqgħod, hemm ukoll Keith Schembri.", "Dan jippreferi li jibqa' sieket.", "Fi dlam ċappa, taralu biss l-abjad ta' għajnejh.", "Dan huwa ta' sinjifikat kbir għaliex xi drabi l-impunità sħiħa li qegħdin igawdu ma tagħtihomx is-serħan tal-moħħ.", "Xi drabi ninsew li dawn it-tlieta jafu aktar milli nafu aħna.", "U dak li jafu ma jserrħilhomx moħħhom.", "Bil-maqlub, jinsabu mwerwrin li għad jinkixef dak kollu li jafu bih.", "Konrad Mizzi jgħid li jisgħobbieh li fetaħ kumpannija fil-Panama.", "Din l-istqarrija fiha x'tifhem.", "Għaliex il-kwistjoni m'hix biss dwar Hearnville u Tillgate iżda wkoll dwar il-fatt li dawn iż-żewġ kumpanniji kellhom lil 17 Black u lil Macbridge fil-mira tagħhom.", "Dawn huma l-istess kumpanniji li mingħandhom Hearnville u Tillgate kellhom jirċievu $5,000 kuljum kull wieħed.", "Il-kwistjoni hi wkoll dwar il-fatt li sid is- 17 Black huwa Yorgen Fenech.", "Ukoll dwar il-fatt li Yorgen Fenech huwa sid ma' ħaddieħor tal- Electrogas .", "U dwar il-fatt li Konrad Mizzi rabat lill-pajjiżna f'kuntratt jinten mal- Electrogas .", "Hemm raġunijiet oħrajn il-għala Konrad Mizzi huwa beżgħan.", "Huwa jaf aktar milli nafu aħna.", "Iżda jaf ukoll li hemm oħrajn ukoll li jafu aktar milli nafu aħna.", "U dawn mhux kollha jistgħu jiġu fdati biex fommhom iżommuh sieket.", "Fejn kien Yorgen Fenech f'dawn l-aħħar xhur?", "X'sar minnu?", "Qed jorqod sew fuq l-imħadda tiegħu?", "Il-pressjoni ta' demmu tajba?", "Għadu jikkonċentra waqt xogħolu?", "Konrad Mizzi qed igawdi mill-kenn tal-istituzzjonijiet li ħakem Joseph Muscat.", "Sentenza bħal dik li ta l-bieraħ l-Imħallef Giovanni Grixti lil Konrad Mizzi tkompli ssaħħaħlu l-impunità u jaħseb li tista' tagħtih serħan il-moħħ.", "Il-mod kif Helena Dalli abbandunat lil Konrad Mizzi hekk kif sabet ruħħa mhux aktar dipendenti mis-saħħa politika ta' Joseph Muscat ċertament huwa ta' tħassib għalih.", "Is-serħan tal-moħħ tiegħu jiddependi mir-rabtiet li għandu ma' wħud li ma tantx jarawħ ħelu.", "Hemm ministri onesti li huma fferoċjati għalih talli ġiegħelhom jidhru koroħ.", "U hemm ukoll ministri diżonesti li ma jġerrħuħx għaliex intebħu li sehemhom mix-xaħam qatagħulhom barra.", "Dawn ir-rabtiet għad jinħallu meta jintmessu mir-raġġi tal-ġustizzja.", "Għad jasal jum li fih is-sisien ikollhom iċedu.", "U jkun dakinhar li Konrad Mizzi jitgħallem il-vera tifsira tal-indiema.", "Previous: Sfida lill-Kummissarju-elett Helena Dalli Next: Avukati tad-ditta Chetcuti Cauchi ma jattendux id-Delta Conference hekk kif jibda' s-smiegħ quddiem il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/avukati-tad-ditta-chetcuti-cauchi-ma-jattendux-id-delta-conference-hekk-kif-jibda-s-smiegh-quddiem-il-kummissjoni-tal-amministrazzjoni-tal-gustizzja/", "date": "Fri, 4th Oct '19, 15:53", "category": "blog, politics, government", "title": "Avukati tad-ditta Chetcuti Cauchi ma jattendux id-Delta Conference hekk kif jibda' s-smiegħ quddiem il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja", "text": ["Membri tad-ditta legali Chetcuti Cauchi m'attendewx u baqgħu ma ndirizzawx id-Delta Conference – dan ma kien xejn ħlief sinjal li l-iskandlu li nkixef permezz tal-kamera moħbija tal-M6 heżżet lil waħda mill-aktar aġenziji tal-bejgħ tal-passaporti li għamlu suċċess fil-pajjiż.", "Priscilla Mifsud, waħda mis-sħab mad-ditta legali, kellha tkun fuq il- panel tad-diskuzzjoni iżda baqgħet m'attendietx għall-konferenza dalgħodu biex b'hekk dan il-panel kien kompost minn irġiel kompetituri biss.", "L-istand li ħejjew Chetcuti Cauchi kien hemm baħħ għaliex ħadd ma kien qed jokkupah: ħadd mill-mexxejja tad-ditta legali m'attenda għax inzerta li kien il-jum li fih kellu jibda' s-smiegħ ta' każ kontriha quddiem il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li hi entità kostituzzjonali.", "Il-każ infetaħ wara li l-każ ġie riferit lill-Kamra tal-Avukati ġie riferit lilha l-bieraħ mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo u dan wara li kkonkludiet li Jean Philippe Chetcuti, sieħeb fid-ditta legali Chetcuti Cauchi, kien kiser il-kodiċi tal-etika tal-avukati.", "Din il-konklużjoni kienet konsegwenza ta' talba li għamlet repubblika biex issir inkjesta in genere dwar suspett ta' twettiq ta' reati kriminali wara l-ammissjonijiet li xxandru mill-M6.", "Il-Maġistrat Farrugia Frendo għad trid tiddeċiedi dwar jekk għandhiex issir inkjesta jew le.", "Previous: Il-vera tifsira tal-indiema ta' Konrad Mizzi Next: L-assassinju ta' Daphne: pass ieħor lejn il-verità window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/sfida-lill-kummissarju-elett-helena-dalli/", "date": "Thu, 3rd Oct '19, 13:35", "category": "blog, politics, government", "title": "Sfida lill-Kummissarju-elett Helena Dalli", "text": ["Fi triqitha lejn Brussel, Helena Dalli ġralha bħal ma kien ġralu San Pawl fi triqtu lejn Damasku – dawl qawwi għamiha, waqgħet minn fuq iż-żiemel li kienet riekba u f'widnejha dewa' leħen il-verità u s-sewwa.", "Intebħet li kienet ippersegwitat lill-innoċenti u issa qed tgħid li klieku kienet fiż-żarbun ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat kienet 'timxi mod ieħor'.", "Lill-udjenza li kellha quddiemha fi kliem ieħor qaltilha li Joseph Muscat ma kienx għamel dak li hu sewwa fil-kwistjoni ta-Panama Papers u li kienet floku kienet tagħmel dak li hu sewwa.", "Kollox sew.", "Tkellmet xi naqra tard iżda mhux tard iżżejjed.", "Helena Dalli għadha sal-lum membru tal-Parlament Malti u għadha tokkupa kariga għolja fil-Partit Laburista.", "Helena Dalli issa jmissha tiġi lura Malta u fil-Parlament tiddikjara li kienet ser tappoġġja mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi u f'Joseph Muscat.", "Immissa tiġi lura hawn u titlob li titlaqqa' laqgħa straordinarja tal-Partti Laburista sabiex Joseph Muscat jitneħħa mill-kariga ta' mexxej tal-partit u jitqaċċtu dawk tal-klikka tiegħu kompriż Keith Schembri.", "Jekk tagħmel dan, tkun tat prova li kienet sinċiera meta stqarret li xtaqet li l-udjenza li kellha quddiemha temminha li kienet tagħmel dak li hu sewwa.", "Diġà nista' nismagħha tgħoxa bid-daħk kif kienet għoxiet bid-daħk waqt dik il-famuża laqgħa li fiha kienet stqarret dwar kemm hu faċli li tgħaddi biż-żmien lill-partitarji tal-partit tagħha dwar dak li kien bi ħsiebha twettaq fil-qasam tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.", "Kienet qalet li kienet għaddiethom biż-żmien għall-ġid tagħhom.", "Issa erġa' għamel ħaġa oħra għall-ġid, Helena Dalli.", "Tibqax tigdeb.", "Ejjew ħalli naraw kemm għandek il-ħila li tagħmel dak li hu sewwa.", "'Mhux hekk nibqgħu!'", "Previous: Il-ħniena tal-\"kink\" Joseph Next: Il-vera tifsira tal-indiema ta' Konrad Mizzi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/xtassew-tfisser-ic-cittadinanza/", "date": "Fri, 25th Oct '19, 09:39", "category": "blog, politics, government", "title": "X'tassew tfisser iċ-ċittadinanza", "text": ["Il-bieraħ Julia Farrugia għamlet sforz biex twieġeb għall-kritika iebsa ta' Karol Aquilina.", "U falliet bil-kbir fl-isforz tagħha.", "Biex inkunu għidna kollox, mhux lakemm wieħed joħroġ għonqu biex jiġġustifika l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija.", "Ġustifikazzjoni għal skema bħal din hi diffiċli ħafna.", "Julia Farrugia l-bieraħ qalet li, skont hi, l-gvern Malti \"ma jistax jaqbad u jirrevoka ċ-ċittadinanza\" ta' dawk li jkunu ħallsu l-miljuni biex akkwistawha u dan minħabba xi akkużi li jista' jkun hemm u li għad ikunu jridu jiġu ppruvati.", "Skont Julia Farrugia, jekk dawn jeħlu b'sentenza tal-qorti, ċ-ċittadinanza tagħhom tiġi revokata.", "Mingħaliha li qalet ħaġa li għandha mis-sewwa.", "Meta fil-fatt m'hi xejn ħlief prova oħra dwar kif l-iskema bidlet it-tifsira vera taċ-ċittadinanza.", "Qabel daħħal lill-pajjiż f'din il-basla, l-gvern qatt ma kien jirrevoka ċ-ċittadinanza ikun x'ikun ir-reat kriminali li jkun twettaq.", "Jekk jien, li twelidt f'Malta u allura jien ċittadin Malti, niġi kundannat mill-qorti minħabba diversi omiċidji u nitbagħat il-ħabs għal għomri, ħadd ma jista' jmissli ċ-ċittadinanza Maltija tiegħi.", "M'għandniex xi ngħidu, ikolli ċerti limiti mposti fuq il-libertà tiegħi li niċċaqlaq minn post għall-ieħor jew li nsiefer barra l-pajjiż.", "Il-passaport tiegħi ikolli nerfgħu fil-kexxun iżda ma jistax jittieħidli.", "U, jitnaqqsuli kemm jitnaqqsuli drittijiet, nibqa' ċittadin tul ħajti.", "X'inhi l-importanza ta' dan kollu?", "Matul iż-żmien li fiħ iċ-ċittadinanza ma kienitx għall-bejgħ, ma kontx issir ċittadin Malti b'xi grazzja minn naħa tal-gvern.", "Kien dritt mogħni bid-dinjtà li ħadd ma seta' jċaħħdek minnu.", "M'għandniex xi ngħidu, għalkemm din m'hi xejn ħlief finzjoni legali, ma jfissirx li m'għandhiex ukoll l-importanza tagħha.", "Il-fatt li ċ-ċittadinanza wieħed ma jistax jirrevokaha kif ġieb u leħaq jagħti ċertu ħarsien lid-drittijiet ta' kull bniedem għall-inqas f'pajjiż wieħed.", "M'għandna għalfejn inkunu grati lejn ħadd għall-fatt li aħna ċittadini Maltin u meta Julia Farrugia tgħid li tkun lesta li tirrevoka ċ-ċittadinanza ta' xi ħadd li jkun ġie misjub ħati ta' reat kriminali mill-qorti tkun qiegħda tagħmel waħda minn żewġ affarijiet.", "Jew tkun qed toħloq żewġ klassijiet differenti ta' ċittadinanza li, għax waħda minnhom tkun inxtrat, tkun revokabbli wara kundanna mill-qorti fuq reat kriminali.", "Jew inkella tkun qed tbiddel il-qafas permanenti taċ-ċittadinanza tagħna u tirrendieħ revokabbli fuq ordni meħuda mill-gvern.", "Nista' nobsor li Julia Farrugia se tmur tgħid li hi qabdet l-ewwel triq u li l-bażi legali għar-revoka taċ-ċittadinanza taċ-\"ċittadini b'investiment\" li jiġu misjuba ħatja ta' reati kriminali tinsab fil-liġi stess.", "Ma naqbel xejn ma' dan ir-raġunament.", "Iċ-ċittadinanza m'għandha qatt tkun revokabbli.", "Hawn min jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija għax ikun iżżewweġ ċittadin Malti.", "U min jakkwista ċ-ċittadinanza b'dan il-mod jingħata d-dritt awtomatiku li jgħix u li jaħdem f'Malta u li jiġi trattat bħal kull ċittadin Malti ieħor.", "Iżda sakemm igħaddu numru ta' snin u jiġi rikonoxxut bħala ċittadin Malti, d-dritt li jgħix u li jaħdem f'pajjiżna jista' jitneħħielu.", "Sakemm ma jsirx ċittadin Malti, d-dritt li jgħix u li jaħdem f'Malta jingħatalu biss b'diskrezzjoni tal-gvern u taħt ċerti kundizzjonijiet.", "Jekk, per eżempju, dan jingħata ċ-ċittadinanza minħabba ż-żwieġ u dan iż-żwieġ jiġi annullat, il-gvern jista' mbagħad igħaddi biex jirrevoka d-dritt li jibqa' jgħix f'Malta.", "Iżda meta jsir ċittadin, iċ-ċittadinanza tiegħu ma tistax tiġi revokata, jiġri x'jiġri miż-żwieġ.", "Issa kkunsidraw dan li ġej.", "Meta l-gvern Malti ddeċieda li jibda' jbiegħ il-passaporti, għamel hekk għaliex ħass li hawn domanda fis-suq għall-passaporti Maltin.", "Iżda jibqa' l-fatt li l-ħruġ ta' passaport huwa dritt bażiku ta' min huwa ċittadin u mhux ta' min m'huwiex.", "U kien għalhekk li l-iskema regħbija tal-bejgħ tal-passaporti spiċċat biex tat tifsira ġdida lin-nazzjonalità.", "Skont il-kampanja li għamel il-gvern, l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti inħolqot biex tattira t-talent lejn Malta.", "Iżda l-iskema m'attirat ebda talent.", "Kien biss il-passaport Malti li serva ta' attrazzjoni u ta' kenn.", "M'għandniex għalfejn niskantaw għall-fatt li dawk li xtraw passaport Malti għamlu dan biex jostru u jaħbu n-nisel veru tagħhom.", "Min jostor u jaħbi, jagħmel hekk għax ikollu x'jostor u x'jaħbi.", "Jekk il-gvern jiddeċiedi li jagħti ċ-ċittadinanza Maltija lil refuġjati mill-Korea ta' Fuq wara li l-gvern ta' pajjiżhom ikun ċaħdilhom iċ-ċittadinanza għax dawn ikunu ħarbu mill-pajjiż, azzjoni bħal din tkun waħda umanitarja.", "Iżda fil-każ tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, m'hemm assolutament xejn li jista' jiġi kunsidrat bħala umanitarju.", "Jekk xejn, l-iskema qed isservi biex tagħti l-kenn lill-kriminali.", "Skema li liċ-ċittadinanza rrendietha bħala oġġett revokabbli li jista' jinbiegħ u jinxtara' skont kif ikun ifettillu l-gvern.", "Għall-flus, għaffġu bl-addoċċ fuq id-drittijiet u fuq id-dinjità tagħna.", "Previous: Rabbi xi ftit kuraġġ Sur Imħallef anonimu Next: X'imiss wara l-Aqwa Żmien? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/ximiss-wara-l-aqwa-zmien/", "date": "Fri, 25th Oct '19, 11:28", "category": "blog, politics, government", "title": "X'imiss wara l-Aqwa Żmien?", "text": ["Is-sinjali qed jidhru madwarna u kullimkien.", "L-industrija tal- gaming m'hix ser tibqa' dik li kienet għal Malta għal dawn l-aħħar 10 snin.", "Dawn il-kumpanniji tal- gaming issa bdew jagħmlu dak li dejjem heddew li kienu ser jagħmlu: li jparpru 'l barra minn Malta u jmorru band'oħra.", "Meta kienu bdew jinbtu dawn il-kumpanniji, Malta kienet għaddiet liġijiet biex tkun tista' tipprovdi liċenzji Ewropej lil dawk in-negozji li setgħu jużaw il-preżenza tagħhom f'Malta biex jilħqu dawk is-swieq Ewropej li ma kienux jeħtieġu liċenzja Ewropea.", "Dawn il-liġijiet servew l-iskop tagħhom sakemm is-sitwazzjoni baqgħet dik li kienet.", "Issa li hemm diversi pajjiżi li qiegħdin jibdlu l-kundizzjonijiet li wieħed ikun irid jissodisfa biex ikun jista' jopera, il-liċenzja Maltija m'għadx għandha l-valur li kellha.", "Dawn xorta waħda jibqgħu jeħtieġu bażi minn fejn jistgħu joperaw u, li kieku ċ-ċirkostanzi kienu tajbin, Malta setgħet kompliet testendi l-kompetittività tagħha għal ftit żmien ieħor saħansitra anki mingħajr l-attrazzjoni li setgħet tipprovdi liċenzja li tgħodd għal pajjiżi oħrajn.", "Iżda ċ-ċirkostanzi m'humiex ideali.", "Hemm ċerti fatturi li wieħed ma jistax ikollu kontroll fuqhom.", "Irridu jew ma rridux, Malta tibqa' pajjiż żgħir.", "F'pajjiżna, huwa kważi mpossibbli li ssib in-nies li għandhom is-snajja' li huma meħtieġa u biex iġibu il-ħaddiema minn barra lil dawn il-kumpanniji jiswihom il-flus.", "U n-nuqqas fis-suq ta' ħaddiema bis-snajja' meħtieġa kompla għolla l-ispejjeż f'dawk li huma pagi biex b'hekk naqqasna ħafna mill-kompetittività li kellna.", "Ninsabu neqsin ukoll mir-riżors tal-akkomodazzjoni.", "Il-ħlasijiet ta' krejja splodew 'il fuq.", "Diġà huwa diffiċli ferm għal dawk il-ħaddiema li jiġu jaħdmu hawn biex jsibu fejn joqgħodu: dawn qed isibu l-ispejjeż tagħhom jiżdiedu minn żmien għal żmien.", "Il-konsegwenza hi li dawn qed jispiċċaw jitilqu minn pajjiżna wieħed wara l-ieħor.", "Kien hemm ukoll fatturi oħrajn.", "Ngħiduha kif inhi, ma tistax tmexxi negozju kemm il-darba ma tkunx tista' tagħmel użu mis-servizzi tal-banek.", "Għal xi żmien, is- Satabank kien serva ta' refuġju għall-industrija tal- gaming sakemm spiċċa sarilhom l-agħar ħmar il-lejl li seta' jkollhom.", "Tal-HSBC u tal-APS qatt ma ntrigaw b'dan in-negozju.", "Tal-BOV kellhom diversi kunflitti ta' interess mill-bidu sal-aħħar.", "Iżda dan il-bank qatt ma seta' jattira x-xogħol ta' dawn il-kumpanniji bil-problema li għandu dwar it-transazzjonijiet bid-Dollaru Amerikan.", "Issa wasalna s'hawn.", "Din l-industrija li bħalissa ssarraf għal madwar 13% f'dak li huwa prodott gross domestiku tal-pajjiż jeħtieġ li tidħol industrija oħra biex tieħu postha.", "Il-gvern għamel ħafna għaġeb bil- blockchain iżda dan il-qasam jidher li huwa ferm 'il bogħod minn ideali.", "Kumpanniji li jaħdmu f'dan il-qasam li fetħu f'pajjiżna ftit xhur ilu biss diġà ħabbru li ser imorru band'oħra qabel l-aħħar tas-sena.", "Ir-raġunijiet għal dan jixbħu ħafna r-raġunijiet għala l-kumpanniji tal- gaming qed isibuha diffiċli li jkomplu joperaw minn hawn.", "Iżda hemm ukoll il-problema li dawn in-negozji ġodda ma kellhomx żmien biżżejjed biex irabbu l-għeruq f'Malta u għalhekk ma tantx għandhom ħajra li jibqgħu hawn.", "Il-kobba ser tkompli titħabbel għaliex dawn l-industriji ġabu magħhom infieq ulterjuri fil-pajjiż f'dawk li huma ħlas ta' kirjiet, spejjeż ta' divertiment, ta' trasport, ta' ikel u ta' spejjeż relatati.", "S'issa ma jidhirx li hemm xi pjan għaddej biex il-vojt li ser iħallu warajhom dawn in-negozji jimtela' minn oħrajn.", "Ma' wiċċna ser ikollna sitwazzjoni ekonomika li tixbaħ ħafna dik li konna ffaċċjajna fis-snin disgħin hekk kif il-kompetittività tal-industrija tat-tessuti u tat-tarznari kienet ġiet kważi fix-xejn u jidher li m'aħniex qed inħejju ruħna għall-bidliet li jkun jeħtieġ li jsiru.", "Iżda anki jekk b'xi mod nibdew inħejju ruħna, rridu niftakru li tul l-aħħar ħames snin berbaqna l-ġid li għidna li għandna u li ilna nirriċiklaw mill-1964.", "Il- Malta Enterprise ta' Kurt Farrugia ser ikollha biċċa xogħol iebsa ferm biex tkompli tattira l-attenzjoni tal-investituri, hi u tippriedka dwar il-bżulija tal-ħaddiema Maltin, dwar il-fatt li dawn jitkellmu bl-Ingliż, dwar il-fatt li għandhom il-ħila li jitgħallmu snajja' ġodda, dwar it-trasparenza u l-effettività tal-qafas legali Malti, dwar l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna, dwar l-effiċjenza tas-sistema tal-arbitraġġi, dwar is-sodezza tal-banek tagħna, dwar l-istabilità fix-xena politika, dwar il-valur tal-passaport Malti f'dak li huwa aċċess għal pajjiżi oħra u dwar il-fiduċja u l-ħbiberija li tgawdi Malta mal-bqija tad-dinja.", "Ninvestu f'Malta?", "Smajtuha sewwa?", "Dak il-pajjiż li l-ministri tal-gvern tiegħu nkixfu fil-Panama Papers?", "Dak il-pajjiż li jaħsel il-flus maħmuġin tal-Ażerbajġan u tal-Mafja?", "Dak li pajjiż li fih min għandu s-setgħa ma jiġi arrestat qatt u li l-imħallfin ma jistgħux imissuh?", "Dak il-pajjiż li fih żewġ banek ingħalqu minħabba ħasil ta' flus maħmuġin?", "Dak il-pajjiż li fih ġurnalista nqatlet bi splużjoni ta' karrozza-bomba?", "Dawk li jmorru jisimgħu l-priedki ta' Kurt Farrugia ma tlumhomx jekk dlonk jintebħu li dan huwa l-istess bniedem li kien deher fir-ritratti tal-laqgħat li erba' jew ħames snin ilu Joseph Muscat kellu ma' Ilham Aliyev.", "U meta jintebħu b'dan, tiskantaw xejn jekk dawn idawwru denbhom, jispiċċaw f'ħoġor il-kompetituri tagħna u jinvestu f'post fejn ma jispiċċawx fl-inkwiet mal-bank li jkunu għażlu li jaħdmu miegħu.", "Jiġri x'jiġri, Kurt Farrugia xorta waħda se jibqa' jiġbor iċ-ċekk tal-paga tal-aħħar tal-ġimgħa.", "Iżda x'ser ikunu l-konsegwenzi għal pajjiżna?", "Previous: X'tassew tfisser iċ-ċittadinanza Next: Sur Prim Imħallef, asal wasla sal-ħabs dalgħodu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/justin-rega-koppi/", "date": "Mon, 28th Oct '19, 15:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Justin reġa' koppi", "text": ["M'għandix grazzja ma' Justin Schembri.", "B'daqshekk ma ġara' xejn.", "Nippreżumi li lili ma tantx jarani ħelu.", "Jien kont ikkritikajtu fl-imgħoddi dwar il-kummenti li jogħġbu jgħaddi fil-Facebook li mbagħad jipprova jbenġilhom biex jiġġustifika lilu nnifsu.", "Illum tgħix kemm iċċelebra r-rebħa li għamel Matteo Salvini fir-reġjun tal-Umbria.", "Għalkemm x'aktarx li xi ħadd fid-Dar Ċentrali tal-PN ser ikollu jġiegħlu jdoqq l-irtirata, jidher li fil-fehma ta' Justin Schembri il-PN u hu stess għandhom jimxu fuq l-eżempju tal-Lega u tal-mexxej tagħha.", "Nerġa' ntenni li b'daqshekk ma ġara' xejn.", "Iżda jfisser li jien ser ikolli nżomm ruħi 'l bogħod mill-partit li tiegħu kont membru u li ser ikolli niqaflu.", "Jien lest nieqaf kontra r-razzisti, l-bigotti u l-faxxisti tkun xi tkun il-bandiera li jperpru u nkun kemm inkun nostalġiku għal dak kollu li l-partit kien ifisser għalija.", "Justin Schembri huwa kelliem tal-PN.", "Il-Partit ma jistax iżommu fi ħdanu u fl-istess ħin jiddisassoċja ruħu minnu.", "Dak li qal ma żelaqlux minn ħalqu bi żball u jidher ċar li għandu ammirazzjoni għal Matteo Salvini u għal Lega.", "Li kieku Justin Schembri kellu jkun il-mexxej tal-PN, Malta kien ikollha l-verżjoni Maltija ta' Matteo Salvini, Marine Le Pen jew Joerg Meuthen u l-bqija.", "Jibqa' l-fatt li l-PN baqa' jippreżenta lil Justin Schembri bħala wieħed mill-kelliema ewlenin tiegħu u lil ħaddieħor li ma jaqbel xejn mal-pożizzjonijiet ta' Justin Schembri, il-PN qiegħed iwarrbu.", "Għaldaqstant ikolli nikkonkludi li l-PN m'għadux dak il-partit tolleranti, umanista u demokristjan taċ-ċentru-xellug, iżda partit bigotta, razzista u faxxista tal-lemin estrem.", "Ifhmuni sewwa.", "Jien mhux qed nippretendi li l-PN għandu jiżfen skond id-daqq politiku tiegħi.", "Iżda minn naħa l-oħra l-PN ma jistax jibqa' jippretendi l-appoġġ tiegħi ġaladarba l-partit li tiegħu kont membru m'għadnix nagħrfu.", "U mhix biss kwistjoni dwar il-fatt li l-mexxej preżenti tiegħu m'għandux il-ħila li jirbaħ elezzjoni minkejja l-fatt li l-avversarji politiċi tiegħu jinsabu mgħaddsa fit-tajn u fid-demm.", "Il-PN la hu u lanqas m'hu jippreżenta ruħu bħala alternattiva għal gvern li għandna bħalissa.", "U intom sewwa tafu kif naħsibha dwar dawk li qed imexxu l-gvern bħalissa.", "Lil ħbieb tiegħi fil-PN ngħidilhom li jekk ma jikkundannawx pubblikament dak li stqarr Justin Schembri meta dan ta l-appoġġ kollu tiegħu lil Matteo Salvini u lill-politika tiegħu, tkunu qed tiżbaljaw bl-ikraħ.", "Hawn min jidhirlu li jkun aħjar jekk jinżamm il-kwiet u ma jinqalgħux kwistjonijiet bla bżonn.", "Iżda l-verità hi li ma tistax iżomm il-kwiet ma' xi ħadd li l-politika tiegħu qed iddaħħal id-dubji dwar kemm kienet tajba l-politika anti-faxxista tal-PN ta' dawn l-aħħar 70 sena.", "Min iżomm is-skiet fil-konfront ta' dan kollu jsir kompliċi.", "U għaldaqstant, ħbieb tiegħi, jkolli nieqfilkom ukoll.", "Previous: L-assassinju Daphne: għaliex għandu jitqies bħala delitt kriminali mafjuż?", "Next: \"Qed jagħmel xogħol siewi ħafna\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/sur-prim-imhallef-asal-wasla-sal-habs-dalghodu/", "date": "Sun, 27th Oct '19, 07:50", "category": "blog, politics, government", "title": "Sur Prim Imħallef, asal wasla sal-ħabs dalgħodu", "text": ["Ir-rapport li xxandar fil-ħarġa tal-lum fis- Sunday Times of Malta dwar xeni ta' għajb li jfakkruk fi żminijiet fis-seklu dsatax li fihom kienu jiġu abbużati lsiera suwed u li seħħew fil-ħabs ta' Malta, għalkemm huwa xokkanti ma skantana xejn.", "Fil-qorti ttellgħu aktar minn mitt ruħ mixlijin talli l-ġimgħa li għaddiet wettqu atti ta' vjolenza fil-kamp ta' konċentrament li kienu maqfulin fih.", "Il-piena li spiċċaw qalgħu wieħed ma jistax isejjħilha ħlief waħda kollettiva, retributtiva u nġusta.", "Nibdew biex, ħadd ma ta rendikont taċ-ċirkostanzi tar-rewwixta li seħħet.", "Tħalltux l-attentat biex wieħed jifhem iċ-ċirkostanzi ta' att vjolenti mal-ġustifikazzjoni tal-att innifsu.", "Jien ma nista' qatt niġġustifika l-vjolenza.", "Iżda mod att kriminali msejjes fuq ir-regħba u mod ieħor wieħed imwettaq minħabba l-ġuħ, il-biża' u d-disperazzjoni.", "Ma nsib ebda diffikultà li niddefendi d-drittijiet li jipprotestaw ta' dawk li drittijiethom ġew imċaħħdin mingħajr ġustifikazzjoni.", "Dawk tkaxkru lejn il-qorti bħallikieku kienu parti minn xi merħla.", "Dan hu l-mod kif huma mpinġijin dawn in-nies.", "Minkejja l-isforzi ta' xi avukati voluntiera, lanqas min jiddefendihom b'mod adegwat ma kellhom.", "Ebda avukat mustaċċun ma ħareġ għonqu għalihom.", "Spiċċaw biex ingħataw piena uniformi mingħajr ma ttieħdu in konsiderazzjoni ir-rwoli li dawn kellhom individwalment u r-responsabbiltajiet individwali ta' kull wieħed minnhom għal dak li ġew mixlija li wettqu.", "Għax, bħal speċi, s-suwed huma kollha xorta.", "U allura, ddikjarawx jew le humiex ħatja ta' dak li ġew mixlija bih u, kienet x'kienet il-kwalità tal-provi li kien hemm kontrihom – għandi nifhem li l-provi ma kienux tali li wieħed seta' joqgħod fuqhom – dawn ilkoll qalgħu l-istess piena u ntbagħtu lkoll il-ħabs.", "M'hemmx għalfejn ikollna xi grazzja speċjali mal-ħabsin biex nirrikonoxxu li dawn, kemm jekk ikunu bojod, suwed, omosesswali, poeti jew anki muti, huma bnedmin tad-demm u l-laħam u għaldaqstant għandhom ukoll id-drittijiet fundamentali tagħhom ukoll.", "M'hix kwistjoni biss li d-drittijiet tagħhom bħala priġunieri jinsabu sospiżi.", "Hi kwistjoni li huma wkoll responsabbiltà tal-istat.", "Tista' titwettaq il-vjolenza fuqhom u huma soġġetti għall-ordnijiet ta' uffiċjali tal-istat li jistgħu wkoll ikunu preġudikati kontrihom.", "Din hi r-raġuni għala l-liġijiet tfasslu bis-salvagwardji kollha li hemm bżonn.", "Il-priġunieri – kemm dawk bojod kif ukoll dawk suwed – m'humiex qegħdin hemm biex joqgħodu jilgħabu bihom il-gwardjani skont kif ifettlilhom.", "Skont ir-rapport imxandar fis- Sunday Times of Malta tal-lum dawn il-priġunieri ma ġewx trattati kif inhu xieraq.", "Meta jiġu miċħuda d-drittijiet ta' dawk li huma l-aktar emarġinati fostna, ikun imiss imbagħad li jiġu miċħuda d-drittijiet tagħna.", "Għandna għalxiex inkunu grati lejn dan il-ġurnal u lejn il-ġurnalisti tiegħu u l-għejjun tagħhom talli għaddewlna informazzjoni li ma kellniex insiru nafu biha.", "Dawn ilkoll huma għassiesa tad-drittijiet tagħna.", "Iżda dalgħodu dan kollu ma jservi ta' ebda konsolazzjoni għall-priġunieri mwerwrin u mġewħin f'Raħal Ġdid.", "Ċertament mhux biżżejjed li Michael Farrugia joħroġ igħid li bi ħsiebu jinvestiga.", "Għandu mnejn li teħtieġ investigazzjoni l-allegazzjoni li fil-bitħa tal-ħabs il-priġunieri ġew imġiegħla jinħaslu kollettivament u li dawn ġew imġiegħla jorqdu fuq sodda waħda tmienja tmienja.", "Li kieku kellna nitħallew nissorveljaw dan kollu, hekk konna nagħmlu.", "Iżda ma ħallewniex nersqu lejn il-kampijiet fejn kienu alloġġjati u li fihom uħud minnhom spiċċaw f'ferneżija ta' ġenn.", "Lanqas ma ngħatajna ċans li ngħarblu l-mod kif dawn qed jiġu trattati fil-ħabs.", "Iżda kull mħallef jew kull maġistrat, jew anki l-avukat ġenerali, m'għandu bżonn ebda permess ta' xi ħadd, wisq inqas ta' Michael Farrugia, biex jasal wasla sal-ħabs biex jara b'għajnejh u biex jivverifika dak li ġie rappurtat fis- Sunday Times of Malta huwiex minnu jew le.", "Il-liġi dan tippermettieh.", "L-imħallfin u l-maġistrati, kif dan l-aħħar qal wieħed minnhom b'mod anonimu, il-gvern ma jista' jagħmlilhom xejn u ma jistax ikeċċihom.", "Insejjaħ lill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi sabiex jagħmel użu mis-setgħat li tagħtih il-liġi u jasal wasla sa' Raħal Ġdid sabiex jara b'għajnejh il-kundizzjonijiet li taħthom qiegħdin jgħixu l-priġunieri fil-ħabs.", "Meta jsiru żjarat bħal dawn – żjarat li ma jsirux ta' spiss – l-awtoritajiet tal-ħabs huma obbligati bil-liġi li jżommu reġistru dwarhom u f'dawn ir-reġistru jitniżżel rendikont ta' dak kollu li m'humiex kuntenti dwaru.", "F'diversi sentenzi tal-qorti, ġie deċiż li priġunier għandu dritt fundamentali li jkollu spazju adegwat ta' akkomodazzjoni fejn ikun jista' jgħix u jorqod.", "L-istess igħodd għall-eżerċizzju fiżiku u t-trattament umanitarju, ikel, iġjene u l-bqija.", "L-imħallfin ilkoll għandhom is-setgħa mogħtija lilhom bil-liġi li, b'inizjattiva tagħhom stess, jaraw li l-ħtiġijiet bażiċi ta' kull priġunier qed jiġu mħarsa.", "Dalgħodu jinsabu ffaċċjati b'allegazzjoni ċara li dan m'huwiex il-każ.", "Il-liġi tagħna ħolqot l-istituzzjonijiet li qegħdin hemm bil-għan jiġu mħarsa dawk li huma l-iktar vulnerabbli u dawn l-istituzzjonijiet jeħtieġ li jiċċaqalqu.", "Nistennew u naraw jekk l-imħallfin humiex ser iqumu għall-okkażjoni biex jiġu mħarsa drittiejietna.", "Previous: X'imiss wara l-Aqwa Żmien?", "Next: L-assassinju Daphne: għaliex għandu jitqies bħala delitt kriminali mafjuż? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/ghadu-ma-xebghax-jiggakbina-lil-shabu/", "date": "Wed, 30th Oct '19, 17:37", "category": "blog, politics, government", "title": "Għadu ma xebgħax jiġġakbina lil sħabu", "text": ["Il-ġurnal Times of Malta huwa ostaklu formidabbli għall-mira strateġika ta' Keith Schembri li jkollu setgħa bla tarf u awtorità indiskussa.", "L-organizzazzjoni li tipproduċi dan il-ġurnal, bid-difetti kollha tagħha, wieġbet għat-theddida tar-reġim ta' Joseph Muscat kontra l-libertà tal-istampa billi kompliet tisfidah.", "L-aqwa ġurnalisti tagħha ħadmu qatigħ u qed ikomplu jaħdmu qatigħ billi jxandru stejjer li għandhom iħammru wiċċ il-gvern.", "Ivan Camilleri huwa wieħed mill-ġurnalisti tat- Times of Malta li l-gvern ċertament ma jaħmlux pinġut.", "F'pajjiż li fih ġurnalista ta' stoffa spiċċat inqatlet, m'għandna għalfejn niskantaw xejn li jkun hemm min jipprova jiskredita ġurnalist ieħor.", "Jekk dawn iddeċidew li joħorġu bi storja bil-għan li jwaħħlu f'raġel li wasal biex jagħlaq 50 sena għat-twettiq ta' reat kriminali immaġinarju, kont nistenna li dawn joħorġu b'xi ħaġa ftit aktar immaġinattiva u kredibbli minn dik ta' serqa minn supermarket li t-twettiq tagħha hu aktar identifikat maż-żgħażagħ li jkun għad għandhom ħalib ommhom fi snienhom.", "Ivan Camilleri wieġeb għar-rapport tal-lum fil- Malta Today kif ġej: L-attakk ta' Saviour Balzan fuq Ivan Camilleri m'huwiex biss wieħed redikolu.", "Hu wkoll wieħed banali.", "Il-ġurnaliżmu ta' Ivan Camilleri m'hu xejn ħlief servizz lill-pubbliku u l-gvern lil dan il-ġurnalist ma jaraħx ħelu għar-raġuni li ta' sikwit jikxef informazzjoni li gvern ikun irid li tibqa' mistura.", "Saviour Balzan jagħmel bil-maqlub ta' dan kollu.", "Tard bil-lejl jitħaddet bit-telefon ma' Keith Schembri biex jiddiskuti miegħu liema informazzjoni għandha tiġi mistura u mbagħad jigdeb billi jiċħad li kellem lil Keith Schembri.", "Saviour Balzan iridha ta' ġurnalist iżda m'hu xejn ħlief propagandist li l-istejjer li jivvinta jippretendi li għandna nemmnu li huma xi aħbar.", "Ifakkarni f'dak il-kollaboratur f'kamp ta' sterminju li jagħmel l-arja mal-priġunieri eks-kollegi tiegħu biex jingħoġob mal-gwardjani tal-invażuri u biex b'hekk jipprova jsalva ġildu a spejjeż ta' dawk li kienu sħabu.", "Saviour Balzan xandar storja bil-għan li jipprova jnaqqas mill-kredibilità ta' Ivan Camilleri.", "Dan l-attentat deher ċar hekk kif Balzan ikkwota l-kliem ta' kaxxier li jaħdem fis-supermarket – li ismu ma ssemmiex – li suppost qallu li Ivan Camilleri kien imissu jistħi jmur jisraq meta dan ħlief jikteb dwar kif għandu jgħix ħajtu ħaddieħor ma jagħmilx.", "Kitba rrilevanti bħal din għandha xamma ta' Keith Schembri mill-bidu sal-aħħar.", "Ivan Camilleri ta' sikwit kixef il-korruzzjoni u l-iskandli tal-gvern.", "Iżda l-gvern speċi ta' qed igħidilna: dan kif qatt jista' jitwemmen ġaladarba mar jisraq minn supermarket?", "Nibdew biex, Ivan Camilleri m'huwiex xi ministru tal-gvern imħallas mit-taxxi tagħna.", "U anki li kieku huwa minnu li wettaq serqa, dan b'xi mod iħassar id-dnub tal-korruzzjoni tal-gvern li dan il-ġurnalista b'tant ħila jikxef minn żmien għal żmien?", "Saviour Balzan għandu jdaħħalha f'rasu li qabel jittanta jnaqqas mill-kredibilità ta' ħaddieħor għandu jara li hu stess mhuwiex nieqes mill-istess kredibilità.", "Saviour Balzan qatt ma nqabad jisraq.", "Iżda nqabad jigdeb biex igħatti xtur il-mafjużi li Ivan Camilleri ta' sikwit jikteb dwarhom u biex jiskredita ġurnalista li kienet ixxandar stejjer dwarhom.", "Tiftakru dan Saviour?", "Int kont għajjartha \"reġina tal-ħdura\" u filwaqt li, int u tigdeb, kont qed tipprova tiskreditaha, tajt palata lill-mafjużi li kienu qed jippruvaw jiżolawha qabel spiċċaw qatluha.", "Ftit mid-demm li nxtered jinsab imċappas ma' wiċċek.", "Għadek ma xbajtx tiġġakbina lill-kollegi tiegħek?", "Għidniha kemm il-darba li meta qatlu ġurnalista, kienu ser jinbtu tużżana ġurnalisti oħra biex ikomplu fejn tkun ħalliet hi.", "Dan l-inċident għandu jfakkarna f'dawk il-ġurnalisti li fuq it-televiżjoni ta' sikwit jiddikjaraw f'intervisti li jkun qed joħlom min igħid li l-ġurnalisti f'Malta jinsabu fil-periklu.", "Il-periklu huwa wieħed mill-aktar reali.", "Min dan jinjorah jkun qed igħin biex il-periklu jiżdied.", "Jista' jmiss li xi wieħed minna.", "Previous: \"Qed jagħmel xogħol siewi ħafna\" Next: Tat-Times of Malta m'humiex boloħ window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/qed-jaghmel-xoghol-siewi-hafna/", "date": "Tue, 29th Oct '19, 07:38", "category": "blog, politics, government", "title": "\"Qed jagħmel xogħol siewi ħafna\"", "text": ["Ħames xhieda kienu konsistenti fix-xhieda tagħhom.", "Neville Gafà talabhom ixaħħmuh bi bdil ma' servizz pubbliku: jiġifieri l-ħruġ ta' viża medika.", "Wħud mix-xhieda stqarrew li dan is-servizz kien ġie miċħud lilhom għax irrifjutaw li jxaħħmuh.", "Oħrajn xehdu li Neville Gafà kien ordna lil membri tal-korp tal-pulizija libsin l-uniformi biex jagħmlu pressjoni fuqhom sabiex jiġu mġiegħla jxaħħmuh.", "Xhieda oħrajn xehdu li kien offrielhom flus biex ma jixhdux kontrih.", "Dawn kienu lkoll xhieda li ġew imħarrka biex jixhdu mill-editur tal- The Malta Independent on Sunday David Lindsay li qed jiddefendi ruħu f'kawża ta' libell li fetaħ kontrih Neville Gafà wara li l-istess ġurnal kien xandar rapport dwar dak li xehdu l-istess xhieda fil-qorti l-bieraħ.", "Neville Gafà ħa falza stikka.", "L-ewwelnett , Neville Gafà ħarrek lill-ġurnalist għax kien mingħalih li dan ma kellux il-ħila li jtella' bħala xhieda lill-għejjun li kienu tawh l-informazzjoni.", "David Lindsay wrieħ li kien żbaljat fil-kalkolu li kien għamel.", "Li kieku l-ġurnalisti jirrappurtaw biss informazzjoni li jgħaddulhom għejjun li jkunu preparati li jixhdu, il-verità ma nsiru nafuha qatt.", "Dawn ix-xhieda xehdu mil-Libja u m'humiex maħkumin mill-biża' li jistgħu jgħarrqu xi relazzjoni li jistgħu jkollhom fil-futur mal-gvern Malti.", "Meta xehdu li Neville Gafà talabhom li jxaħħmuh, huma ammettew ukoll li xaħħmuh, liema ammissjoni minnha nnifiha tammonta għal delitt kriminali.", "Korruzzjoni bħal din qed isseħħ f'oqsma oħra wkoll.", "Kollegi ta' Neville Gafà kif ukoll l-imgħallmin tiegħu qed jitolbu ħlas b'tixħim mingħand bosta persuni li jfittxu li jinqdew b'xi servizz pubbliku.", "Hemm ukoll sidien ta' ristoranti, sidien ta' ħwienet li jbiegħu l-ħwejjeġ tal-ilbies, sidien ta' ħwienet żgħar u negozji oħra li qed jiġu mġiegħla jinkludu lill-imgħallmin u lill-kollegi ta' Neville Gafà bħala sħab fin-negozji tagħhom biex b'hekk ikunu f'pożizzjoni aħjar li jinqdew malajr u mingħajr xkiel żejjed fejn għandhom x'jaqsmu l-għoti ta' servizzi pubbliċi u l-ħruġ ta' permessi.", "Madankollu jeħtieġ niftakru li dawn l-individwi għandhom in-negozji tagħhom u l-familji tagħhom f'Malta u għaldaqstant dawn ċertament mhux ser ikunu lesti li jixhdu fil-qorti.", "Allura l-għażla li jkollhom quddiemhom tkun: jew iħallu lil Neville Gafà u l-imgħallmin u l-kollegi tiegħu jkomplu jgħadduha lixxa minkejja l-korruzzjoni tagħhom jew inkella jiġu mħarrka bħalma ġie mħarrek David Lindsay u jispiċċaw biex ifallu n-negozju tagħhom.", "It-tieni , dawn il-ħames xhieda l-pulizija ilha taf bihom għal snin sħaħ.", "Il-pulizija ilha taf bix-xhieda konsistenti tagħhom u bil-messaġġi telefoniċi u l-i screenshots li kienu għaddewlhom.", "Iżda minkejja l-provi, l-Pulizija qatt ma ressqet il-każ il-qorti u lil Neville Gafà qatt ma ħarrkitu.", "Li hemm il-qorti hi kawża ta' libell li fetaħ Neville Gafà nnifsu.", "Il-Pulizija kienet \"investigat\" lil Neville Gafà u, mbierek Alla, ma sabitx fuqhiex tħarrku fil-qorti.", "Iżda issa l-Pulizija għandha ruxxmata spjegazzjonijiet x'tagħmel.", "Lil dawn il-ħames xhieda kienet kellmithom?", "Il-għala kkonkludew li dak li kienu stqarrew ħames xhieda li ma kellhom xejn x'jirbħu bl-ammissjoni tagħhom li kienu xaħħmu uffiċjal pubbliku li talabhom ixaħħmuh ma kienx biżżejjed biex imexxu bil-qorti kontra Neville Gafà?", "L-unika tweġiba li għandha l-ħila toħroġ biha l-Pulizija hi li 'l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin'.", "Din it-tweġiba ma teżonerax lil Neville Gafà.", "Ma jista' qatt ikun hemm eżonerazzjoni.", "Iżda tweġiba bħal din tkompli ttawwal il-proċess b'mod indefinittiv.", "Aktar ma jitħalla jgħaddi żmien, aktar ser ikun hemm ġurnalisti li jibdew jibżgħu u jaħsbuha darbtejn qabel jesponu ruħħom għall-kawżi ta' libell u jikber iċ-ċans li x-xhieda jagħżlu li jsoddu ħalqhom jew għax jaċċettaw li jinxtraw jew għax iċedu għat-theddid jew jispiċċaw vittmi ta' xi \"aċċident\".", "Dan huwa l-mod kif l-awtoritajiet Maltin qed jittrattaw mad-delitti kriminali li qed iwettqu l-politiċi tagħna.", "It-tielet : il-prim ministru tgħidx kemm faħħar lil Neville Gafà.", "Qalilna li \"hu qed jagħmel xogħol siewi ħafna\".", "Din l-istqarrija l-prim ministru għamilha qabel ma ngħatat ix-xhieda li ngħatat il-bieraħ iżda ferm wara li xxandru minn David Lindsay l-istqarrijiet li kienu għamlu dawn ix-xhieda żmien ilu.", "Issa lkoll nafu li l-prim ministru la ser jerfa' r-responsabbiltà għal dan kollu u lanqas m'hu ser iġiegħel lil ħaddieħor jerfagħha.", "Neville Gafà jaħdem fl-uffiċċju tal-prim ministru u jirrappreżenta lil Malta kull darba li jifforma parti minn delegazzjonijiet uffiċjali mibgħutin lill-gvern Libjan – l-istess gvern li ċittadini minn tiegħu kienu ntalbu li jxaħħmuh.", "Ir-raba' : Neville Gafà talab it-tixħim mingħand persuni midruba bil-gwerra li kienu qed ifittxu li jingħataw trattament mediku.", "Tistgħu timmaġinaw fejn jista' jasal aktar bniedem li jfittex li jgawdi permezz tat-tixħim minn fuq it-tbatija ta' ħaddieħor?", "Tistgħu timmaġinaw abbuż ta' poter u ta' awtorità minn uffiċjal pubbliku aktar kiefer minn dan?", "Min jaf kemm tfantsu l-vittmi tiegħu meta Neville Gafà qalilhom li huwa \"Musulman bħalhom\".", "Allah għad ipattihielek Sur Gafà.", "Previous: Justin reġa' koppi Next: Għadu ma xebgħax jiġġakbina lil sħabu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/10/tat-times-of-malta-mhumiex-boloh/", "date": "Thu, 31st Oct '19, 12:51", "category": "blog, politics, government", "title": "Tat-Times of Malta m'humiex boloħ", "text": ["Minflok tkellimna dwar l-iskandlu tal-mijiet ta' miljuni ta' ewro li tħallsu lil VGH u lil Steward Health Care , liema flejjes ġew miċħuda lis-servizz nazzjonali tas-saħħa fl-istess waqt li dawk li huma morda bil-kanċer qed ikollhom jitkarrbu għall-għajnuna mill- Community Chest Fund , l-aħħar 24 siegħa għaddejnihom nippruvaw naqtgħu x'kien hemm jew ma kienx hemm fiċ- check-out trolley ta' Ivan Camilleri.", "Dan huwa l-mod li bih qiegħdin niġu manipulati minn reġim li qed jinqeda' bl-aġent tiegħu Saviour Balzan.", "F'moħħ Saviour Balzan, il-ġurnalisti huma għedewwa tal-poplu u jinsab mehdi jagħmel tweets u jikteb artikli dwar xi ġurnalisti li huma kritiċi tal-gvern li jimpjegah.", "Lili jħobb ipinġini bħala \"l- blogger tal-mibgħeda\".", "X'inhi d-differenza bejn ġurnalist u bniedem mixtri li jidher li assuma r-rwol ta' editur tal-verżjoni Maltija ta' Na Pranieri ta' Marian Kocner (ġurnalisti li moħħu biss biex \"jiskredita u jattakka\")? pic.twitter.com/YER8tZ8G9S — BugM (@bugdavem) October 30, 2019 Allura lil Saviour Balzan x'taqbad issejjaħlu?", "Father Christmas ?", "Tinky winky ?", "L-isperma newrotika fil-moħħ pervers ta' Woody Allen?", "Hekk kif Saviour Balzan xela' lil Ivan Camilleri b'delitt kriminali li fil-fatt qatt ma seħħ, l-edituri tat- Times of Malta dlonk ħarġu jiddefenduh.", "Nibdew biex, l-hekk imsejjaħ delitt kriminali ma kienx wieħed kredibbli.", "Ivan Camilleri kien biswit iċ- check-out counter ta' supermarket biex iħallas dak li kellu fit- trolley u milli jidher ħalla xi oġġett fit- trolley u nesa' jħallas tiegħu.", "Inġibditlu l-attenzjoni għal dan, skuża ruħu u l-istorja waqfet hemm.", "Dan huwa l-famuż inċident li suppost kellu jiskredita lil Ivan Camilleri.", "Ivan Camilleri ma kienx liebes maskra u lanqas kellu xi xkora mdendla ma' dahru.", "Ma ppruvax jitlaq 'il barra mis-supermarket fuq ponot subgħajh.", "La nqabad ħiereġ mill-post fejn jinżammu stivati l-flus u lanqas ma kellu xi karrozza tistennieh biex tħarrbu.", "L-imgħallmin tiegħu tal- Allied Newspapers ingħataw konferma mis-sidien tas-supermarket li l-inċident kien biss frott ta' żball innoċenti.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li Saviour Balzan gideb meta kiteb li sid is-supermarket qallu li Ivan Camilleri pprova jisirqu.", "M'hemmx dubju li Saviour Balzan mhux ser iħabbel rasu li jkompli jigdeb fil-futur.", "Ftit tal-ġimgħat ilu qal li m'għadux jirrapporta l-aħbarijiet għall- Malta Today .", "Anki fuq din jidher li gideb.", "Fid-dinja ħadd m'hu perfett Salv, ibda minni.", "B'aljenazzjoni darba waħda bqajt ħiereġ minn ristorant mingħajr ma ħallast il-kont u malli ntbaħt b'dan kelli nerġa' lura biex nagħmel dan.", "F'okkażjoni oħra, għamilt u-turn bil-karrozza meta dan kien projbit mir-regolamenti.", "Minn jaf kemm għamilt affarijiet li ma niftakarx x'kienu u li kont sogħbien li għamilthom wara li kont ġejt attakkat personalment.", "Sieħeb Saviour Balzan – Pierre Portelli – kien kixef li jien kont ktibt xi artikli biex jidhru taħt isem Adrian Delia u dan qabel kont intbaħt li dan il-bniedem lill-partit politiku li trabbejt fih kien ser jibdlu f'partit estrem.", "Għandi ngħid li tlift bosta ħbieb meta kienet ixxandret din l-aħbar.", "Fit-taqtigħa li għandna quddiemna b'riżq il-verità u l-ġustizzja, l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li noqgħodu niġġudikaw lil xulxin biex naraw minn minna huwa l-aktar wieħed safi.", "L-imgħallmin tat- Times of Malta wrew it-triq li għandna ngħaddu minnha.", "Minflok nitkellmu dwar il-kumpanniji tal-Panama li kien ħoloq iċ- chief of staff ta' Joseph Muscat, l-imgħallmin ta' Saviour iriduna nintilfu fuq l-inċident ta' Ivan Camilleri fis-supermarket.", "Saviour Balzan irid jipperswadi lil min isegwieħ li jien blogger tal-mibgħeda: ċertament ma jridx ifakkarna li għamel snin sħaħ jgħajjar lil Daphne Caruana Galizia bħala r-\"reġina tal-ħdura\" u s-\"saħħara tal-Bidnija\" u li diskors bħal dan kien spiċċa għen lill-qattiela tagħha biex jeħislu minnha u fl-istess waqt jibqgħu igawdu l-impunità.", "Din id-darba aħna l-ġurnalisti jeħtieġ li nibqgħu magħqudin bejnietna.", "Jeħtieġ li nagħlqu għajnejna għad-difetti individwali tagħna u nservu ta' appoġġ għal xulxin biex b'hekk ma nħallux lil min irid jifridna li tgħaddi tiegħu.", "F'din it-taqtigħa li ninsabu għaddejjin minnha, stennew li l-attakki jkomplu jintensifikaw.", "M'għandniex għalfejn inkomplu nwaħħlu fina nfusna.", "Bis-saħħa tal-għaqda ta' bejnietna, l-verità se titla' fil-wiċċ.", "U meta dan iseħħ, dawn l-attakki jkollhom jieqfu ħesrem.", "Previous: Għadu ma xebgħax jiġġakbina lil sħabu Next: Tgħid ninsabu fuq l-għatba ta' bidla storika? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/kollox-ta-taht-fuq/", "date": "Mon, 19th Feb '18, 12:46", "category": "blog, politics, government", "title": "Kollox ta' taħt fuq", "text": ["David Casa dalgħodu ħareġ mill-għatba tal-Qorti qisu mhux hu.", "Ma kienx liebes il-manetti li jrid ilibbislu Manwel Mallia.", "S'issa.", "Huma bosta li jistaqsu kif inhi dil-biċċa li donnu Joseph Muscat igħaddiha lixxa f'kollox.", "X'aktarx jiġri hekk għax jinqeda' b'riġment ta' qaddejja u ta' lagħqa biex jitkellmu u jaġixxu b'mod skandaluż.", "Inqeda' b'kunsillier tal-Belt Valletta biex jipprova jeħles mill-mafkar ta' Daphne Caruana Galizia fi Triq ir-Repubblika u meta għarralu, inqeda' b'qaddejja fidili oħra li qiegħdu fuqu ritratt tal-eroj tiegħu Duminku Mintoff u dan f'attentat biex jipprovoka reazzjoni li seta' mbagħad jisfrutta.", "Bit-tama li jipprovoka r-rabja, qabbad lill-impjegati tal-partit tiegħu biex jiffastidjaw lill-familja ta' Daphne bil-ġbid ta' video recording f'wiċċhom u dan biex jipprova jwassal il-messaġġ infami tiegħu li dawn huma l-familja tas-\"saħħara\".", "Ġiegħel lir-regolatur tal-ippjanar li jqum mir-raqda perpetwa tiegħu biex mit-toroq jitneħħew posters b'messaġġi ta' protesta kontrih, liema posters l-operatur kellu l-\"ardir\" li jaċċetta.", "Ġiegħel riġment ta' qaddejja biex minn fuq l-internet jippruvaw jiffastidjaw, jintimidaw u joħonqu l-fehmiet tal-oppożizzjoni: ibda' b'Neville Gafà, Rosianne Cutajar u Robert Musumeci li jiktbu taħt isimhom u li jerfgħu ir-responsabbilità ta' dak li jiktbu u kompli bil-lagħqa anonimi li jgaraw il-ġebla u mbagħad jaħbu idhom.", "U l-bieraħ qabbad lil wieħed mill-eks ministri tiegħu biex jitkellmu għalih f'attentat iddisprat biex ibeżżgħu lil David Casa milli jippreżenta lill-Maġistrat kopja midfuna tal-investigazzjoni tal-FIAU.", "David Casa ilu jgħid għal ġimgħat sħaħ li f'idejħ għandu dan ir-rapport li, skont hu, fih provi li jistgħu iwasslu biex Konrad Mizzi jispiċċa l-ħabs.", "Dalgħodu ħadd ma staqsieh jekk il-pulizija kinitx talbitu jkunx lest li jikkopera magħha f'investigazzjoni dwar dak li hemm fir-rapport.", "Din il-mistoqsija kont tistenna li ssir li kieku qegħdin ngħixu f'pajjiż normali.", "Il-fatt biss li għall-pulizija kien qisu ma ġara' xejn meta David Casa stqarr pubblikament li għandu l-provi f'idejħ ta' attivita' kriminali, jagħti raġun sħiħ lil dawk kollha li qed jipprotestaw kontra l-impunità li hawn fil-pajjiż.", "David Casa ma marx il-Qorti llum għall-għarrieda u mingħajr ma stqarr minn qabel ir-raġuni għala kien se jidħol il-Qorti.", "U, għal ġieħna, għall-pulizija qiesu ma ġara' xejn!", "Jeħtieġ li tifhmu sew dak li qed ngħid, jekk jogħġobkom.", "Għaliex hemm bosta li għad m'humiex jifhmu għal kollox.", "Jekk jien kelli nħabbar minn fuq ir-radju li għandu f'idejja informazzjoni li Ċikku qatel lil martu, hi ħaġa minn ewl id-dinja li l-pulizija jibgħatu għalija biex jistaqsuni x'naf u kif sirt naf.", "Dan m'hu xejn ħlief sens komun.", "Il-pulizija għalhekk qiegħda hemm.", "U dan kien eżatt dak li l-pulizija naqset li tagħmel kemm David Casa ħabbar ilu li kellu informazzjoni dwar reati kriminali li tagħhom tista' teħel ikla ħabs żul minn hemm.", "U sal-bieraħ Joseph Muscat sab qaddej f'Manwel Mallia li għoġbu jhedded bil-ħabs lil David Casa kemm il-darba dan jazzarda li jikkollabora mal-istituzzjonijiet tal-istat fl-investigazzjoni ta' dawn ir-reati kriminali.", "Malta: pajjiż fejn kollox jinsab ta' taħt fuq.", "Uffiċjalment.", "Biex nikkwota minn Chris Hedges: għandna prim ministru li jrid lit-tobba jeqirdulna s-saħħa, lill-avukati tagħna li jeqirdulna l-ġustizzja, lill-universitajiet tagħna li jeqirdu t-tagħlim, lix-xandara li jeqirdu l-informazzjoni, lill-pulizija tagħna li teqred il-libertà, lir-reliġjonijiet tagħna li jeqirdu l-morali u lill-banek tagħna li jeqirdu l-ekonomija.", "Previous: Jixirqilna aħjar Next: Id-dinja qed issegwi kulma qed jiġri window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/id-dinja-qed-issegwi-kulma-qed-jigri/", "date": "Mon, 19th Feb '18, 13:05", "category": "blog, politics, government", "title": "Id-dinja qed issegwi kulma qed jiġri", "text": ["Moviment tas-soċjetà ċivili li twaqqaf wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jixtri spazju fuq 3 billboards li qabel kienu qed jintużaw biex jirreklamaw il-birra u offerti ta' vaganzi barra minn Malta.", "S'hawnhekk fil-midja lokali dan ma qanqal l-ebda interess partikolari.", "Il-Gvern ineħħi l- billboards f'inqas minn 12-il siegħa.", "U l-istorja ddur id-dinja.", "Il-Politico rrappurtatha dalgħodu u din hi l-istorja f' The National tal-Emirati Għarab Magħquda.", "U stennew li tkompli tinfirex aktar.", "Issa madwar id-dinja kollha kulħadd qed jaqra l-messaġġi: \"Ġurnalista assassinata.", "L-ebda ġustizzja\", \"Pajjiż misruq.", "L-ebda ġustizzja\" u \"L-ebda riżenji.", "L-ebda ġustizzja\".", "L-iskużi li l- billboards m'għandhomx il-permessi meħtieġa ma jimpressjonaw lil ħadd.", "Is-sinifikat tal-istorja jinsab fil-messaġġ li kellhom fuqhom il- billboards u li l-Gvern ħa azzjoni mill-ewwel biex joħonqu.", "Issa aktar nies qed jaraw dawk il-messaġġi madwar id-dinja...ħafna aktar milli qatt setgħu jittamaw li jaqrawhom nies id-dimostranti tal-#occupyjustice meta ppjanaw il-protesta tagħhom.", "Reddit ippubblikat ir-rapport tat-Times of Malta dwar l-inċident u dan ħoloq dibattitu sħiħ dwar is-sitwazzjoni attwali f'Malta.", "Dawk li qed jikkummentaw ma jistgħux jifhmu kif gvern qed iġibha bi kbira dwar \"l-illegalità\" ta' numru ta' billboards (forsi għax twaħħlu mal-ħajt il-ħażin? forsi għax huma ikbar milli permess?) meta l-messaġġ tal-istess billboards jipprotesta kontra \"l-illegalità\" tal-qtil ta' ġurnalista b'karozza bomba.", "Kif kiteb Matthew Caruana Galizia: They use the letter of the law to break its spirit. #DaphneCaruanaGalizia", "https://t.co/NOjE6VSMAI — Matthew Caruana Galizia (@mcaruanagalizia) February 17, 2018 Il-ħeġġa li wieħed joħnoq il-vuċi ta' protesta ma tantx jirrifletti tajjeb fuq gvern li ma jistax jispjega għalfejn dik li fi kliemu stess kienet \"l-aktar ġurnalista ħarxa fil-kritika fil-konfront tiegħu\" spiċċat assassinata.", "Ma jafux li d-dinja qed issegwi kulma qed jiġri!", "Previous: Kollox ta' taħt fuq Next: L-għira tad-dinja?", "Mhux tant. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/jixirqilna-ahjar/", "date": "Sun, 18th Feb '18, 18:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Jixirqilna aħjar", "text": ["Stqarrija ta' #occupyjustice: Ġurnata wara li l-billboards li tellgħu l-grupp #occupyjustice tneħħew mill-awtoritajiet, l-attivisti nġabru quddiem Kastilja bl-istess messaġġi fuq banners biex iħalluhom taħt it-taraġ ta' Kastilja.", "\"Jekk taħseb illi se tagħlqilna ħalqna billi tneħħi l-billboards li tellajna, jew billi turi snienek u tiżra' l-biża' anki fil-persuni tan-negozju li jippruvaw jgħinuna niġġieldu sabiex jerġa' jkun hemm il-ġustizzja f'pajjiżna – sejjer żball,\" qalet kelliema ewlenija ta' #occupyjustice.", "L-attivisti appellaw lill-Prim Ministru bil-kliem ta' Sir Winston Churchill: \"tista' tkompli tagħmlilna l-bsaten fir-roti iżda aħna ser inkomplu niddefendu l-gżira tagħna, irrispettivament mill-prezz li ser inħallsu... qatt m'aħna ser inċedu.\"", "Fl-istqarrija, l-attivisti qalu lill-Prim Ministru biex jirrifletti fuq il-messaġġ tagħhom u żiedu li kienu ser ikomplu jirrepetu sakemm iħossu l-ħtieġa: A JOURNALIST MURDERED.", "NO JUSTICE.\"; \"A COUNTRY ROBBED.", "NO JUSTICE.\"; \"NO RESIGNATIONS.", "NO JUSTICE.\"", "(TINQATEL ĠURNALISTA.", "ĠUSTIZZJA XEJN PAJJIŻNA JINSTERAQ.", "ĠUSTIZZJA XEJN....", "RIŻENJI XEJN.", "ĠUSTIZZJA XEJN) Huma qalu ukoll: \"Il-fatt illi dawn il-billboards tniżżlu, b'disprezz għad-dritt tagħna li nesprimu ruħna u li nipprotestaw u li npoġġu mistoqsijiet li jniggżu dwar kif il-gvern tiegħek irnexxielu jdgħajjef is-saltna tad-dritt f'pajjiżna, jikonferma biss il-ħtieġa illi aħna nkomplu nipperseveraw bl-għajta tagħna.\"", "Staqsew għaliex għaddew erba' xhur u ħadd għadu ma jaf min ordna l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li kienet qed tikxef eżempji atroċi ta' korruzzjoni.", "L-attivisti staqsew x'kien l-interess tal-Prim Ministru illi jżomm lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri – li t-tnejn huma implikati f'atti serji ta' korruzzjoni – fil-karigi tagħhom.", "\"Għaliex għadu ma keċċihomx?", "X'qed jistenna?\"", "L-attivisti ta' #OccupyJustice qalu illi jridu jagħmluha ċara illi ma kisru l-ebda liġi billi huma krew billboards mingħand persuni privati.", "Huma ffirmaw il-kuntratti meħtieġa, l-invoices u t-taxxi ġew mħallsa kollha u kellhom garanzija bil-miktub illi l-billboards kellhom il-permessi neċessarji.", "Terġa' u tgħid, l-Awtorità tal-Ippjanar għażlet dik il-ġurnata u dak il-ħin biex tneħħi dawn il-billboards meta Malta tinsab mimlija billboards li żgur huma illegali, billboards illi l-partiti politiċi użaw mingħajr xkiel għall-għanijiet tagħhom. #occupyjustice huwa grupp ta' nisa ddeterminati li jiġġieldu għal dak li huwa korrett, għall-ġustizzja u għal soċjetà ġusta u ugwali.", "\"Aħna #Occupyjustice.", "Ma niffurmaw parti minn EBDA partit politiku.", "Aħna attivisti li nippretendu l-ogħla livell ta' tmexxija trasparenti u għaqlija (good governance) minn dawk li jokkupaw karigi t'awtorità f'pajjiżna.\"", "Il-motto tagħhom hija: Din hija darna, dan hu pajjiżna, u aħna l-poplu tiegħu.", "Nippretendu aħjar, ħaqqna aħjar, neżiġu aħjar.", "Previous: Ippużar ħdejn is-sodda Next: Kollox ta' taħt fuq window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/isma-hrejjef-minn-pajjiz-serenita/", "date": "Tue, 13th Feb '18, 08:07", "category": "blog, politics, government", "title": "ISMA': Ħrejjef minn Pajjiż is-Serenità", "text": ["Miktuba minn Lizzie Eldridge.", "Produzzjoni Pia Zammit.", "Previous: Kampanja għall-Vot 16 Next: Il-lejla il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jiddiskuti proposta biex jitneħħew fjuri u xemgħat minn madwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/il-lejla-il-kunsill-lokali-tal-belt-valletta-se-jiddiskuti-proposta-biex-jitnehhew-fjuri-u-xemghat-minn-madwar-il-monument-tal-assedju-l-kbir/", "date": "Tue, 13th Feb '18, 12:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-lejla il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jiddiskuti proposta biex jitneħħew fjuri u xemgħat minn madwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir", "text": ["Il-lejla fis-18.30, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jiddiskuti mozzjoni mressqa minn wieħed mill-Kunsilliera biex jitneħħew il-fjuri, xemgħat u messaġġi li tħallew min-nies madwar il-monument tal-Assedju l-Kbir b'tifkira ta' Daphne Caruana Galizia bi protesta kontra l-impunita' kontinwa ta' dawk li ordnaw l-assassinju tagħha jew kienu l-id moħbija wara dan il-qtil.", "Mill-blog tiegħu mħallas mill-gvern, Glenn Bedingfield saħħan il-qiegħa għad-diskussjoni tal-lejla.", "U biex issir aktar pressjoni fuq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jippruvaw jimmobilizzaw l-appoġġ għal din il-manuvra stil faxxista kontrollata mill-istat.", "Jason Micallef, Emmanuel Cuschieri u oħrajn diġa' qed ixammru kmiemhom b'antiċipazzjoni tal-laqgħa tal-lejla.", "Qegħdin igħidu li \"l-liġijiet għandhom jiġu obduti\" mingħajr ma jgħidu għal liema liġijiet qed jirreferu.", "Jekk igħidulna għal-liema liġijiet qed jirreferu, min se jkun l-ewwel li joħroġ għan-nofs biex jarresta lill-President hi u tqiegħed il-fjuri mal-istess monument fit-8 ta' Settembru li ġej?", "L-ironija tinsab fil-fatt li jekk il-Kunsill jasal biex jaqbel l-mozzjoni, dan ikun qed imur lil hinn mill-poteri li għandu.", "Huwa l-gvern ċentrali biss li għandu s-setgħa mogħtija mil-liġi li jagixxi fuq kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Monument tal-Assedju l-Kbir – l-istess gvern ċentrali li, xahar ilu, ma damx wisq biex ordna t-tneħħija tal-flokkijiet bil-kliem \"crooks-everywhere\" li tal-#occupyjustice kienu qiegħdu fuq diversi monumenti madwar il-pajjiż.", "U għaliex jifhmu sew dan is-sit speċifiku faċċata eżatt tal-Qrati jqajjem ċerta sensittivita' u għaliex jafu wkoll li għandhom bżonn skuża biex jippruvaw jinħbew warajha, qegħdin jagħmlu minn kollox biex jagħmlu pressjoni fuq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.", "Il-lejla jien se nkun preżenti fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – il-lok fejn qabel kien hemm il-Cafe' Premier – u nittama li jkolli l-opportunita' li ninsisti dwar id-dritt ta' kull ċittadin li jipprotesta dment li ma jkun qed iweġġa' ħadd.", "Glenn Bedingfield il-bieraħ wissa' lil kulħadd li l-fjuri u x-xemgħat jipprovokaw u jiġġustifikaw il-vandaliżmu.", "Dawk iċ-ċittadini li għandhom għal qalbhom il-libertajiet basiċi ma jistgħux joqgħodu għal stqarrijiet infami bħala dawn.", "Previous: ISMA': Ħrejjef minn Pajjiż is-Serenità Next: Fejn min jonqos iħallas window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/fejn-min-jonqos-ihallas/", "date": "Wed, 14th Feb '18, 14:49", "category": "blog, politics, government", "title": "Fejn min jonqos iħallas", "text": ["Il-pulizija Iżraeljana għadha kemm irrakkomandat li l-prim ministru Benjamin Netanyahu jiġi mixli dwar allegat tixħim.", "Hekk kif l-avukat ġenerali beda' jwieżen din ir-rakkomandazzjoni – proċess li jista' jdum ix-xhur – Benjamin Netanyahu iddikjara li se jibqa' jservi bħala prim ministru.", "Huwa jgħid li jinsab konvint li l-akkużi li jistgħu jinġiebu kontriħ se jisfumaw fix-xejn.", "Dwar din l-istorja kien hemm min ġibidli l-attenzjoni dwar kif jitħallew jaħdmu l-istituzzjonijiet f'pajjiżi oħra b'kuntrast ma' dak li qed jiġri hawn.", "Madankollu din il-ġrajja fakkritni f'prim ministru Iżraeljan ieħor.", "Wieħed li spiċċa l-ħabs minħabba l-passi effettivi li kienu ħadu l-istituzzjonijiet ta' dak il-pajjiż.", "Dan il-prim ministru kien Ehud Olmert li kien ġie misjub ħati ta' reati li kkommetta meta serva ta' sindku ta' Ġerusalemm u ministru tal-kummerċ tal-Iżrael.", "Qabel spiċċa l-ħabs u waqt li kien prim ministru Ehud Olmert kien issemma' fl-aħbarijiet f'Malta.", "Kien fiż-żmien meta Lawrence Gonzi kien prim ministru u fiż-żmien li matulu Malta kienet se tagħżel il- power station il-ġdida, kuntratt li eventwalment intrebaħ mid-ditta Daniża BWSC.", "Ġara li ħabib ta' Ehud Olmert kien qed jikkompeti biex jirbaħ il-kuntratt tal- power station .", "U Ehud Olmert ittanta jintervjeni.", "Biex jimbotta l-interessi tal-ħabib tiegħu, ipprova jagħmel kuntatt mal-prim ministru ta' Malta.", "Iżda l-prim ministru ta' Malta wera' li ma xtaqx ikellmu għaliex f'Malta dak iż-żmien, fejn jidħlu kuntratti bħal dawn, il-politiċi ma kinux jindaħlu fejn ma jesagħħomx.", "Iżda wieħed ma jistax ilum lil Ehud Olmert.", "Dan kien jaf b'politiku ieħor minn Malta, li dak iż-żmien kien fl-oppożizzjoni, li kien jaħsibha mod ieħor dwar affarijiet bħal dawn.", "B'kuntrast ma' Lawrence Gonzi, Joseph Muscat ma kienx se jiskrupla li jaqbeż għal interessi privati.", "U l-Partit Laburista organizza laqgħat biex fihom jiġu diskussi l-interessi tal-ħbieb ta' Ehud Olmert.", "Joseph Muscat kien tkellem dwar il-kwistjoni ma' dak li kien l-ambaxxatur Iżraeljan għal Malta.", "Tkellmu dwar kif il-ħbieb komuni ta' Joseph Muscat u ta' Ehud Olmert ikunu jistgħu jiġu ppremjati bil-kuntratt tal- power station .", "U, biex jaqdu dawn l-interessi, tal-Labour dlonk niedew kampanja malizzjuża u giddieba li mbagħad spiċċat sfumat fix-xejn anke wara li telgħu fil-gvern u allura kellhom il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinvestigaw u jieħdu passi kontra min suppost kiser il-liġi.", "L-iskop tagħhom qatt ma kien li jiġġieldu kontra l-korruzzjoni.", "Xogħolhom kien li jiddefendu lill-korrotti.", "Ħaġa li anke mill-oppożizzjoni rrendiethom korrotti.", "Dan l-aġir tana xamma ta' dak li kien qed jinħema.", "Joseph Muscat ma kellu ebda skrupli li jaħdem ma' interessi privati korrotti għall-benefiċċju tiegħu u waqt li kien għadu fl-oppożizzjoni kien iqis l-għoti tal-kuntratti pubbliċi bħala bħala biċċa negozju bil-għan li jġib il-quddiem l-interessi personali tiegħu.", "Sieħbu l-eks prim ministru Iżraeljan Ehud Olmert spiċċa l-ħabs.", "Dak hu li jseħħ f'pajjiżi fejn min jonqos iħallas.", "Previous: Il-lejla il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jiddiskuti proposta biex jitneħħew fjuri u xemgħat minn madwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir Next: Economist IU: \"Riskju li investituri jibdew iwarrbu lil Malta\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/economist-iu-riskju-li-investituri-jibdew-iwarrbu-lil-malta/", "date": "Wed, 14th Feb '18, 21:20", "category": "blog, politics, government", "title": "Economist IU: \"Riskju li investituri jibdew iwarrbu lil Malta\"", "text": ["F'rapport pubblikat illum l-Economist Intelligence Unit (EIU), hi u tanalizza l-impatt tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kkonkudiet li \"fl-isfond tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, s'issa ma jidhirx li d-dawl internazzjonali li nxteħet fuq il-korruzzjoni u fuq il-kriminalita' organizzata f'Malta kellu xi mpatt negattiv fuq l-ekonomija Maltija.", "Madankollu, jekk jispuntaw każijiet oħra ta' korruzzjoni u ta' kriminalita', il-ħsara għar-reputazzjoni ta' Malta taf tkun kbira ħafna u jkun hemm ir-riskju li l-investituri jibdew iżommu 'l bogħod minn xtutna\".", "Din m'hi xejn ħlief twissija għal Malta meta wieħed iqis li, fl-isfond tal-allegazzjonijiet kollha ta' korruzzjoni li ma ġewx investigati u tal-inkjesti li għad ma ġewx konkjużi, hija ħaġa kważi ċerta li għad trid titla' fil-wiċċ aktar informazzjoni dwar il-korruzzjoni u l-kriminalita' organizzata f'Malta.", "Ir-rapport tal-EIU jkompli jgħid li \"l-awtoritajiet Maltin, bil-mezzi tax-xandir internazzjonali ffokati kif inhuma fuq Muscat u fuq il-gvern immexxi minnu, qed jippruvaw jikkontrollaw il-ħsara politika li ġiet ikkaġunata wara li seħħ l-assassinju.", "Il-gvern, li jinsab taħt pressjoni kbira biex jindirizza l-kollass tas-saltna tad-dritt, jinsab ħerqan biex juri li qed jieħu azzjoni konkreta favur il-liberta' tal-kelma.", "Abbozz ta' liġi li jabolixxi l-libelli kriminali ilu pendenti fil-Parlament għal sena sħiħa, iżda din il-liġi m'hix ser tindirizza l-problema ta' ġurnalisti mhedda b'kawżi li jiswew flejjes li ma jlaħħqux magħhom\".", "Dawk il-qlafat li l-bieraħ wrew il-ħdura għamja tagħhom fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia u fil-konfront ta' dawk li tlaqqmu bħala \"nazzjonalisti\", bla dubju ser iwaħħlu f'Daphne għal dak li kollu li għad irridu niffaċċjaw.", "U ser iwaħħlu f'kull minn ser ikompli jfittex il-verita' dwar il-kruha u l-firxa tal-korruzzjoni li teżisti f'Malta.", "Huma l-korrotti li jaħtu għad-diżastri li għad irridu naraw ma' wiċċna.", "Iżda dawn ċertament m'humiex jinkwitaw.", "Ħobżhom qed jinħema ġmielu band'oħra waqt li aħna irridu nibqgħu ngħumu fil-ħmieġ li ser iħallu warajhom.", "Previous: Fejn min jonqos iħallas Next: Jekk int ġurnalist, itlaq mill-IĠM: ħallih għall-qaddejja tal-Istat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/kumpannija-fl-istess-grupp-ta-steward-tapplika-biex-tigi-dikjarata-falluta/", "date": "Thu, 15th Feb '18, 08:57", "category": "blog, politics, government", "title": "Kumpannija fl-istess grupp ta' Steward tapplika biex tiġi dikjarata falluta", "text": ["Remington Outdoor Company Inc., kumpannija li bħal Steward Health Group hi proprjetà ta' Cerberus Capital Management, għadha kemm applikat biex tiġi dikjarata falluta u dan minħabba dejn li għandha ta' ftit inqas minn biljun dollaru Amerikan.", "Remington hi waħda mill-ikbar ditti Amerikani li tipproduċi l-armi tan-nar.", "Skond rapport imxandar minn Reuters , Remington stqarret li ser tirċievi finanzjament fallimentari ta' $145 miljun biex il-kumpannnija tkun tista' tħallas dejnha permezz ta' proċess legali imsejjaħ \"Kapitlu 11\".", "Remington għandha l-ħsieb li tapplika fil-Qorti Fallimentari ta' Delaware biex tiġi dikjarata falluta biex b'hekk tkun tista' tiżgiċċa minn madwar $700 miljun f'dejn.", "Bħala riżultat tal-proċeduri fallimetari li ser jittieħdu Cerberus Capital Management LP, kumpannija privata li hi sid Remington, m'hux se tibqa' proprjetarja tal-kumpannija.", "Il-kredituri tal-kumpannija, fosthom Franklin Templeton Investments u JPMorgan Asset Management, se jigħataw ishma bi ħlas tal-kreditu li għandhom.", "Stewart Health Group, li hi proprjetà ta' Cerberus Capital Management, dan l-agar akkwistat mingħand il-Vitals l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex wara li l-gvern ta l-kunsens tiegħu biex seta' jsir it-trasferiment.", "Skond rapport riċenti mxandar fuq Times of Malta , Stewart Health Group biegħ lill-iżviluppaturi sptar f'Massachusetts wara li dan l-isptar kien ingħalaq għax ma kienux qed isiru biżżejjed profitti minnu.", "Previous: Jekk int ġurnalist, itlaq mill-IĠM: ħallih għall-qaddejja tal-Istat Next: Pazjenti Amerikani mdejqin bl-inkursjoni ta' Steward f'Malta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]}