{"url": "https://knisja.mt/jumanji-the-next-level/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Sena wara l-ġrajjiet li seħħew fil-film ta' qabel dan, Spencer, Fridge, Martha u Bethany infirdu u marru f'direzzjonijiet differenti għalkemm ftehmu li jiltaqgħu ġewwa Brantford.", "Spencer kien imħasseb ħafna rigward din il-laqgħa l-aktar minħabba li ma xtaqx jiltaqa' ma' Martha u jkomplu bir-relazzjoni magħha.", "Fl-ewwel lejl ġewwa Brantford, Spencer intebaħ li ż-żmien ġewwa Jumanji kien għalih aktar relevanti u għalhekk iddeċieda li jirritorna lura hemm.", "L-għada, Fridge, Martha u Bathany tħassbu meta Spencer ma deherx.", "Għalhekk marru fejn kien joqgħod u hemm iltaqgħu ma' Eddie, in-nannu tiegħu li kien qiegħed hemm rikoverat wara operazzjoni u Milo Walker.", "Hemm il-grupp isiru jafu li Spencer apposta kien żamm biċċiet imkissra tal-logħba Jumanji.", "Għalhekk iddeċiedew li jidħlu fil-logħba biex jerġgħu jġibu lura lil Spencer.", "Iżda l-logħba ma ħadmitx kif suppost u begħlet biss lil Fridge u lil Martha, flimkien ma' Eddie u Milo.", "Bethany li baqgħet barra, marret tfittex lil Alex Vreeke, player ieħor, biex flimkien jerġgħu jidħlu fil-logħba.", "Sadanittant, fil-logħba, Martha ssib ruħha għal darb'oħra lura fil-karattru ta' Lara Croft fir-Ruby Roundhouse waqt li Fridge jispiċċa fil-forma tal-Professur Oberon Shelly, espert fil-mapep, waqt li Eddie jsib ruħu fil-karattru ta' Dr. Smolder Bravestone u Milo isir iż-żoologu \"Mouse\".", "Minħabba nuqqas ta' esperjenza li Eddie u Milo sabu ruħhom fiha, din issarfet billi Fridge tilef l-ewwel ħajja.", "Il-gwida Nigel Billingsly jinforma lill-grupp li l-logħba kienet inbidlet minħabba li Jurgen the Brutal, kmandant militari bla ħniena ta' xejn u li kien responsabbli għall-mewt tal-ġenituri ta' Bravestone, kien seraq ukoll il-ġiżirana maġika magħrufa bħala Falcon's Heart li kienet tipprovdi fertilità lill-artijiet sakemm din kienet dejjem tħares lejn ix-xemx.", "Iżda Jurgen poġġa din il-ġiżirana fid-dlam b'riżultat li kkawżat diżastru fl-artijiet li sfaw f'nixfa kbira.", "X'sejrin jagħmlu biex jerġgħu jġibu lura din il-ġiżirana?", "Meta waqqfu qrib oasi, hemm jiltaqgħu ma' Spencer li issa kien qiegħed jaħdem f'karattru ġdid, il-ħalliel ta' Ming Fleetfoot.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, fantasija, kummiedja u mimli avventuri interessanti, taħt id-direzzjoni ta' Jake Kasdan u msejjes fuq il-ktieb Jumanji", "ta' Chris Van Allsburg.", "Minħabba kliem goff u azzjonijiet mimli tensjoni, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "20/12/2019", "title": "Jumanji: The Next Level"} {"url": "https://knisja.mt/xjaghmilna-parti-mis-saltna-ta-alla/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Il-Knisja ta' San Franġisk ta' Assisi, Birkirkara", "24 ta' Novembru 2018", "\"Tawh ħakma ġieħ u saltna biex lilu jaqdi kull ġens u poplu u lsien\" (Dan 7:13).", "Illum aħna u nibdew niċċelebraw il-festa solenni ta' Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu, nistaqsu lilna nfusna: x'inhuma dawn il-ħakma, il-ġieħ u s-saltna?", "Ir-risposta jagħtihielna l-awtur tal-ktieb tal-Apokalissi meta jissellef il-frażi tal-profeta Żakkarija u jgħidilna: \"L-għajnejn kollha jarawh, ukoll dawk li kienu nifduh.", "Ir-razez kollha tal-art jibdew iħabbtu fuq sidirhom minħabba fih.", "Iva, Ammen\" (Apok 1:7).", "Huwa xieraq li llum fil-festa ta' Kristu Re, ninawguraw u nbierku din ix-xbieha sabiħa u qaddisa tal-kurċifiss li l-oriġinal tiegħu qiegħed l-Italja.", "Dan huwa kurċifiss antikissimu u nirringrazzjaw ħafna lill-artist u pittur.", "Jiena nixtieq nislet riflessjoni ċkejkna fuq din l-ikona u xbieha qaddisa li se ninawguraw illejla.", "Nirringrazzja lill-patrijiet Franġiskani tal-inizjattiva.", "L-istedina tiegħi hija li nidħlu fl-ispirtu ta' San Franġisk, li l-Mulej għażlu biex ikun ix-xebh tiegħu hu u jbus il-pjagi ta' Ġesù.", "Waħda mill-affarijiet uniċi f'dan il-kurċifiss tassew antik hija propju din il-qima li San Franġisk jagħti lill-pjaga tas-saqajn tal-Imgħallem.", "Il-bewsa ta' San Franġisk tiġbor fiha d-devozzjoni tagħna lejn is-sultan, li l-frott tiegħu huwa s-Salib Imqaddes, li quddiem Pilatu jiddikjara li s-saltna tiegħu mhijiex ta' din id-dinja, li l-kriterju tas-saltna tiegħu mhuwiex kriterju ta' din id-dinja.", "Jitla' biex isaltan minn fuq il-għuda tas-salib għaliex hu sinjal u sultan li jmeruh u sultan u sinjal tal-imħabba.", "Meta nħarsu lejn Ġesù ta' Nazaret, l-Iben ta' Alla inkarnat, u narawh minfud bil-lanza ta' dnubietna, aħna ninxteħtu għarkupptejna b'sens ta' qima, rikonoxximent, gratitudni u devozzjoni.", "Dawn is-sentimenti kollha niġborhom f'isimna fil-kliem ta' San Franġisk.", "Il-Mulej żejnu wkoll bis-sinjali tat-tbatija tiegħu; ried iwaħħdu miegħu b'xebh mill-iżjed intimu imma San Franġisk aħna nitolbu lill-Mulej biex jistampa fil-qalb tagħna x-xbieha u l-imħabba tiegħu.", "Il-Verġni Mbierka u l-appostlu l-maħbub Ġwanni, li jibku t-tbatija u l-mewt tal-Imgħallem, jgħallmuna l-vera solidarjetà: is-solidarjetà li tagħmilna parti mis-saltna.", "Il-Mulej jinsisti li aħna wkoll rridu nkunu xhieda, kif kien hu xhud tal-verità, xhud fidil u veru, kif isejjaħlu tant tajjeb il-Ktieb tal-Apokalissi.", "Quddiem Pilatu Ġesù jiddikjara: \"Jiena għalhekk twelid u għalhekk ġejt fid-dinja biex nixhed għall-verita.", "Kull min iħobb il-verita jisma leħni\" (Ġw 18:37).", "Meta nisimgħu leħen Ġesù, nisimgħuh jgħallimna l-imħabba: \"M'hemmx imħabba akbar minn din li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu\" (Ġw 15:13).", "\"Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien\" (Ġw 15:12).", "\"Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ\" (Ġw 16:24).", "Il-leħen tal-Mulej huwa l-leħen tal-verità.", "Minn fuq is-salib jgħallimna l-maħfra tal-għedewwa; jgħallimna l-premju tal-ġenna, l-għatx għall-erwieħ; jgħallimna l-għożża tal-omm, jgħallimna li aħna ulied Marija; jgħallimna l-fiduċja u t-tama f'Alla; u jgħallimna wkoll li aħna ta' min nintelqu f'idejn l-Imgħallem u nitolbuh l-grazzja li fi tmiem ta' ħajjitna ngħidulu \"kollox mitmum\".", "Jalla aħna ntemmu l-vokazzjoni li l-Mulej irid minna: il-proġett ta' mħabba li għandu għalina.", "Kienet ħaġa qaddisa u sabiħa li l-patrijiet jitolbu lill-artist biex mal-ġenb il-korp qaddis tal-kurċifiss, jiktbu bil-Malti t-talba ta' San Franġisk: \"O Alla l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta' qalbna, sawwab fija fidi retta, tama ċerta u mħabba perfetta.", "Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek\".", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Qari I: Dan 7, 13-14", "Salm: 92 (93) 1ab.1ċ-2.5", "Evanġelju: Ġw 18, 33b-37", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar ritratti >>"], "date": "26/11/2018", "title": "X'jagħmilna parti mis-Saltna ta' Alla?"} {"url": "https://knisja.mt/live-polza-ta-partecipazzjoni-ghal-primarja-1-bniet-dhul-2020/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il-Ħamis 2 ta' April 2020, tista' ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta' parteċipazzjoni għall-Primarja 1 tal-bniet fl-iskejjel tal-Knisja.", "Il-polza tibda fid-9:30am.", "Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom.", "Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta' kull polza, fuq", "il‐paġna tal‐Iskejjel tal‐Knisja", "Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista' jibgħat email fuq", "jew iċempel fuq 7999 0224."], "date": "02/04/2020", "title": "Live: Polza ta' parteċipazzjoni għal Primarja 1 bniet – Dħul 2020, 2 t'April 9:30am"} {"url": "https://knisja.mt/live-polza-ta-partecipazzjoni-ghal-form-1-bniet-u-subien-dhul-2020/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Għada l-Erbgħa 1 ta' April 2020, tista' ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta' parteċipazzjoni għall-Form 1 tal-bniet u s-subien fl-iskejjel tal-Knisja.", "Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien issir eżatt warajha fl-10:30am, jew xħin tispiċċa l-polza tal-bniet jekk din tkun għadha ma spiċċatx sa dak il-ħin.", "Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom.", "Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta' kull polza, fuq", "il‐paġna tal‐Iskejjel tal‐Knisja", ".", "Il-lista tal-parteċipanti tal-poloz tinsab", "hawnhekk", "Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista' jibgħat email fuq", "jew iċempel fuq 7999 0224.", "Segwi live l-polza tal-bniet", "Segwi live l-polza tas-subien"], "date": "01/04/2020", "title": "Live: Polza ta' parteċipazzjoni għall-Form 1 bniet u subien – Dħul 2020, 1 t'April, 9:30am"} {"url": "https://knisja.mt/motherless-brooklyn/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Edward Norton", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1950, f'New York City, Lionel Essrog kien jaħdem bħala detektiv f'aġenzija flimkien ma' Gilbert Coney, Dany Fanti u Tony Vermonte.", "Frank Minna, il-boss tagħhom kien salvhom meta bħala tfal kienu f'orfanatrofju fejn kienu jiġu abbużati.", "Lionel, mlaqqam \"Motherless Brooklyn\" kien ibati minn sindrome Tourette għalkemm kellu memorja fotografika.", "Frank kien qiegħed jaħdem fuq każ sigriet u perikoluż.", "Hu talab lil Lionel u lil Gilbert biex iżommu għajnejhom fuq il-passi tiegħu meta kien sejjer jiltaqa' ma' Wiliam Lieberman u Lou biex jippreżentalhom dokumenti fuq negozju li kien fil-periklu li jfalli.", "Meta Frank ipprova jinnegozja prezz għola, l-irġiel ġagħluh imur magħhom għand l-oriġinal.", "Lionel u Gilbert segwewhom u kif Frank flimkien ma' Liieberman u Lou waslu fid-destinazzjoni tagħhom, sefa' maqtul.", "Lionel u Gilbert jaslu fuq il-post u jaraw id-delitt u għalkemm ħaduh l-isptar, hu miet bil-feriti li sofra.", "Julia, l-armla ta' Frank, irħiet f'idejn Tony it-tmexxija tal-uffiċċju.", "Lionel beda jilbes il-kappell u l-kowt ta' Frank.", "Fil-but sab kaxxa tas-sulfarini li fuqha kien hemm isem ta'", "jazz bar", "ġewwa Harlem.", "Lionel jintebaħ li fl-investigazzjoni, Frank sab imdaħħla Laura Rose li kienet taħdem għal Gabby Horwitz li kien jiġġieled kontra l-modernizzazzjoni ta' proprjetà qadima għad-detriment tal-fqar u l-minoranzi li kienu jgħixu fihom.", "Lionel imur għal laqgħa fil-kunsill ċiviku tal-belt biex jiltaqa' ma' Moses Randolph li kien inkarigat mill-iżvilupp tal-belt.", "Moses kien il-bniedem li kien ħerqan li dan l-iżvilupp iseħħ.", "Lionel biex isir jaf aktar fuq il-proġett, jaghmilha ta' reporter.", "Hawn isir jaf lil Laura.", "Din tieħdu fi", "fejn Frank kien fil-fatt qiegħed jinvestiga.", "Hemm jiltaqa' ma' Billy missier Laura li jassumi li Lionel kien wieħed minn-nies ta' Moses.", "B'riżultat li Lionel safa' aggredit u spiċċa stordut.", "Jiġi salvat minn wieħed li kien jafu u jsir jaf li Paul, perit, kien ħu Moses.", "Jsir jaf ukoll li Lieberman kien qiegħed jirċievi flus illegali fuq bejgħ tad-djar u li fl-iskema kien hemm it-tbagħbis.", "X'kien qiegħed jiġri fir-realtà?", "Min kien wara din il-korruzzjoni kollha?", "Film Amerikan mimli azzjoni u taħt id-direzzjoni u kitba ta' Edward Norton.", "Minħabba vjolenza u qtil brutali kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "20/12/2019", "title": "Motherless Brooklyn"} {"url": "https://knisja.mt/good-boys/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Max, Lucas u Thor huma ħbieb kbar, magħrufa bħala l-Bean Bag Boys.", "It-tlieta jattendu l-iskola fil-livell tas-sitt sena, u għandhom età ta' bejn wieħed u ieħor ta' ħdax u t-tnax-il sena.", "F'dik l-età, bħal ma dejjem jiġri, jibdew jaffrontaw dilemmi personali.", "Max beda jiffansja lil Brixlee, studenta fl-istess klassi; Lucas isir jaf li l-ġenituri tiegħu kienu sejrin jiddivorzjaw barra wkoll li xejn ma kien jieħu gost bil-fastidju li jtuh sħabu; Thor min-naħa tiegħu qiegħed jipprova jsegwi l-interess li kellu lejn il-kant.", "Meta tiġi l-opportunità li Max ibus lil Brixlee, f'party organizzat minn Soren, student popolari, Max u ħbiebu tiġihom l-idea li jispjunaw fuq Hanna, il-ġar tagħhom, teenager.", "Biex jagħmlu dan kien hemm bżonn li jagħmlu użu mid-drone ta' missier Max, li kien jużah għax-xogħol u kien prezzjuż għalih tant li widdeb lil Max biex ma jmissux.", "L-idea kienet li jsiru jafu kif wieħed għandu jbus.", "Ħasbu li Hanna tkun tista' ittihom idea.", "Iżda l-pjan tagħhom falla bl-ikraħ b'riżultat li d-drone spiċċca mfarrak għalkemm it-tlieta rrnexxielhom jieħdu l-pilloli ecstasy li kellha Hanna.", "Biex ma jinqabdux, l-aktar Max għax kien jiġi kkastigat billi ma jkunx jista' joħroġ, jiddeċiedu li jixtru drone ġdid.", "Dan jagħmluh waqt li Hanna u Lily, ħabibtha, jibdew jiġru warajhom biex jieħdu lura l-pilloli ecstasy li kienu serqulhom.", "Hawn iseħħu numru ta' avventuri u skappaturi sakemm Max, Lucas u Thor, b'mod mirakuluż jaslu fil-mall fejn kienu jittamaw li jixtru d-drone ġdid.", "Sfortunatament meta jaslu, isiru jafu li Hanna u Lily kienu xtraw l-aħħar drone li kien hemm fil-ħanut.", "It-tlieta kienu lesti li jpartu l-pilloli mal-drone iżda sfortunatament, dawn kienu ġew ikkonfiskati minn uffiċjal tal-pulizija.", "X'sejrin jagħmlu issa?", "Triq waħda kien hemm, li Max, Lucas u Thor, fuq suġġeriment ta' Hanna jmorru jixtru l-pilloli ectasy mill-exboy tagħha u b' ħekk ikunu jistgħu jakkwistaw d-drone minn għandhom.", "X'jiġri minn hawn?", "Tgħid jirnexxielhom jew Max, speċjalment, jidħol f'iktar inkwiet?", "Film Amerikan, kummiedja, taħt id-direzzjoni ta' Gene Stupnitsky b'kitba tiegħu stess flimkien ma' Lee Eisenberg.", "Minħabba l-kontenut qawwi sesswali li fih il-film u li hemm imdaħħla tfal taħt l-età u li jsiru l-protagonisti tal-istorja, tema li tidħol id-droga kif ukoll ħafna kliem goff u pervers, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "30/08/2019", "title": "Good Boys"} {"url": "https://knisja.mt/messagg-prim-ministru2019/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "L-ewwel nett jien nixtieq nirringrazzjak ħafna tal-awgurju tiegħek, anke tal-kliem profond li għidt.", "Jien nixtieq nibda mil-lum stess għaliex intlaħaq ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-Caritas dwar ir-rijabilitazzjoni ta' residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li għandhom bżonn rijabilitazzjoni għaliex huma dipendenti mid-droga.", "Il-kummenti kemm tal-Ministru kif ukoll tal-Kurunell li qed jieħu ħsieb il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huma ta' apprezzament, imma l-apprezzament jiġi wkoll min-naħa tal-Knisja li tħossha afdata u tħossha wkoll msejħa biex tkun ta' kontribut konkret.", "Inti bdejt b'nota personali u jien nixtieq nirreċiproka wkoll għaliex din l-esperjenza li kelli l-ewwel bħala Amministratur Appostoliku ta' din l-Arċidjoċesi ġa f'Ottubru tal-2014 u anke mbagħad bħala Arċisqof ta' Malta, jiena nista' ngħid li dejjem sibt koperazzjoni.", "Onor. Prim Ministru apprezzajt ukoll ir-riferiment għar-Rerum Novarum li għamilt.", "Aħna għandna kelma importanti ħafna f'din it-tradizzjoni tal-kelma tal-Papiet fuq it-tagħlim soċjali tal-Papa Franġisku fil-Laudato Si' li qed jibni wkoll fuq il-predeċessuri tiegħu.", "Il-Papa qed jitlob minna lkoll għażliet kuraġġużi biex aħna nippruvaw inħarsu dak li għandna, nibdew mill-ambjent naturali anke l-ambjent mibni, u jkollna sens ta' responsabbiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Naħseb din il-kelma hija importanti ħafna fil-qasam politiku Malti wkoll.", "Ngħaddu x'ngħaddu minnu, irridu nużaw anke mumenti diffiċli bħalma qegħdin ngħaddu minnhom issa biex nikkonfrantaw ruħna mar-realtà, ma naqtgħux qalbna, nibqgħu nagħtu tama lill-poplu tagħna imma naħdmu biex il-ġenerazzjonijiet futuri nassigurawlhom mhux biss kwalità ta' ħajja aħjar imma anke kwalità morali għolja u etika.", "Jiena naħseb li din hija sfida importanti, sfida attwali wkoll u nħoss li l-verità, anke jekk mhux se tkun komda naffaċċjawha, imma mbagħad irridu nħarsu 'l quddiem.", "Jiena nawgura wkoll li fid-diskors ta' bejnietna u l-mod kif inħarsu lejn xulxin nibqgħu jkollna almenu minimu ta' umanità u ta' ċiviltà u anke l-isforz biex kull tentazzjoni ta' mibegħda jew ta' rabja aħna nirbħuha.", "Ovvjament fil-mumenti diffiċli jafu joħorġu minna l-aħjar jew l-agħar, u din hija sfida u għażla li hija f'idejna.", "Aħna rridu f'mumenti ta' sfida ngħidu: din hija wkoll opportunità li aħna nirreaġixxu bl-aħjar mod.", "U jiena dan l-awguri li nagħmel hawnhekk quddiem persuni li għandhom responsabilitajiet importanti u li nafhom personalment għaliex nikkopera magħhom fuq diversi livelli u permezz ta' diversi kuntatti.", "Nieħu pjaċir meta l-kuntatt ikun leali, ikun veru għax imbagħad jiena rrid wkoll għandi d-dover nirrispetta l-politika tal-Gvern, id-direttivi li jiġu mill-Ewropa u l-isforz li aħna, waqt li qed naħdmu għall-ġid komuni, irridu wkoll nirrispondu għal-esiġenzi ta' umanità, ta' solidarjetà fil-kuntest konkret tagħna.", "Nixtieq ukoll nirringrazzjak ta' dak kollu li ħdimna flimkien, aħna se nibqgħu niltaqgħu x'aktarx fuq livelli inqas formali.", "Ippermettili, fuq nota personali, nixtieq inselli għal Michelle u għat-tfal.", "Kien ta' ferħ kbir għalija li lil Soleil Sophie u Etoile Ella tajthom il-Griżma.", "Verament kienet esperjenza sabiħa ma' sħabhom tal-iskola.", "Wliedna naħseb jagħtuna spunt ta' responsabbiltà u ta' tama.", "Id-domanda li rridu nagħmlu lilna nfusna huwa: x'futur se nagħtuhom?", "Ir-responsabbiltà allura mhux għalina biss, imma missier u omm meta jaħsbu fuq il-legat tagħhom iħarsu lejn uliedhom, għax inti għal uliedek tkun tixtieq l-aħjar.", "Nixtieq nippreżentalek ir-raba' edizzjoni tal-ktieb Kelma ta' Ħabib.", "Dan huwa dak kollu li għedt fl-2018.", "Fih 600 paġna.", "Tant jgħiduli biex nagħlaq ħalqi u r-reazzjoni tiegħi hija li nibqa' ngħid.", "Ovvjament imbagħad għandna kopja għal kulħadd.", "Grazzi ħafna.", "Arċisqof ta' Malta", "Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti"], "date": "19/12/2019", "title": "Il-verità, anke jekk mhux komda, naffaċċjawha, imma mbagħad irridu nħarsu 'l quddiem – L-Arċisqof lill-Prim Ministru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-5-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Is 50, 4-7", "It-Tieni Qari: Fil 2, 6-11", "L-Evanġelju: Mt 26, 14 – 27, 66", "Il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu skond San Mattew", "F'dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: \"Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?\"", "U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas.", "Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.", "Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: \"Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?\"", "U hu qalilhom: \"Morru l-belt għand it-tali, u għidulu: \"Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi\".\"", "Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid.", "Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: \"Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini\".", "Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: \"Jaqaw jien, Mulej?\"", "U Ġesù weġibhom: \"Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini.", "Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa!", "Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!\".", "Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: \"Jaqaw jien, Rabbi?\"", "Wieġbu Ġesù: \"Int qiegħed tgħidu\".", "Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal: \"Ħudu, kulu, dan hu ġismi\".", "Imbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal: \"Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.", "Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta' Missieri\".", "Kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.", "Imbagħad Ġesù qalilhom: \"Ilkoll kemm intom se titħawdu minħabba fija f'dan il-lejl; għax hemm miktub: \"Nidrob ir-ragħaj, u n-nagħaġ tal-merħla jitferrxu\".", "Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom\".", "Qabeż Pietru u qallu: \"Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik, jiena ma nitħawwad qatt\".", "Qallu Ġesù: \"Tassew, ngħidlek, li dal-lejl, qabel ma jidden is-serduk, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet\".", "Qallu Pietru: \"Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek!\".", "U d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.", "Imbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f'qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: \"Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob\".", "U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta' Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq.", "Imbagħad qalilhom: \"Għandi ruħi mnikkta għall-mewt, ibqgħu hawn u ishru miegħi\".", "Mexa kemmxejn 'il quddiem, inxteħet wiċċu fl-art jitlob u jgħid: \"Missier, jekk jista' jkun, biegħed minni dan il-kalċi!", "Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int\".Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: \"Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi?", "Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib.", "L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef\".", "Għat-tieni darba raġa' mar jitlob u qal: \"Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek\".", "Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas.", "Ħalliehom, u raġa' mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem.", "Imbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: \"Issa se torqdu u tistrieħu?", "Ara, is-siegħa waslet, u Bin il-bniedem se jkun mogħti f'idejn il-midinbin.", "Qumu!", "Ejjew immorru!", "Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib!\".", "Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b'ġemgħa kbira ta' nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.", "Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom: \"Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh\".", "U minnufih resaq fuq Ġesù; u qallu: \"Is-sliem għalik, Rabbi!\".", "U biesu.", "U Ġesù qallu: \"Ħabib, għalhekk ġejt int!\".", "Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh.", "Wieħed minn dawk li kienu ma' Ġesù ħareġ idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.", "Imbagħad Ġesù qallu: \"Erġa' daħħal sejfek f'postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.", "Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli issa stess aktar minn tnax-il leġjun ta' anġli?", "Iżda mbagħad kif isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?\"", "Fl-istess waqt Ġesù qal: \"Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u bil-bsaten biex taqbdu lili!", "Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix.", "Iżda dan kollu ġara biex isseħħ il-kitba tal-profeti\".", "Imbagħad id-dixxipli kollha telquh u ħarbu.", "Dawk li qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu nġabru l-kittieba u x-xjuħ.", "Pietru kien baqa' miexi warajh mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa.", "Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt, iżda għalkemm resqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh.", "Fl-aħħar resqu tnejn u qalu: \"Dan qal: \"Nista' nħott it-tempju ta' Alla u nerġa' nibnih fi tlitt ijiem\".\"", "Il-qassis il-kbir qam u qallu: \"Xejn ma twieġeb?", "X'inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?\"", "Imma Ġesù baqa' sieket.", "Imbagħad il-qassis il-kbir qabad u qallu: \"Aħlifli fuq Alla l-ħaj u għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla\".", "Qallu Ġesù: \"Inti qiegħed tgħidu.", "U ngħidilkom ukoll: minn issa 'l quddiem għad taraw lil Bin il-bniedem bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta' dak li jista' kollox u ġej fuq is-sħab tas-sema\".", "Imbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal: \"Din dagħwa!", "Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda?", "Ara, smajtuha issa d-dagħwa!", "X'jidhrilkom?\"", "Huma weġbuh u qalu: \"Ħaqqu l-mewt\".", "Imbagħad beżqulu f'wiċċu u tawh bil-ponn, u xi wħud tawh bil-ħarta u qalulu: \"Aqta' min tahielek, Messija, din id-daqqa!\".", "Intant Pietru kien hemm barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz.", "U resqet fuqu waħda qaddejja u qaltlu: \"Int ukoll kont ma' Ġesù tal-Galilija!\".", "Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal: \"Anqas naf xi trid tgħid\".", "Imbagħad warrab lejn il-bieb, lemħitu qaddejja oħra u qalet lil dawk li kienu hemm: \"Dan kien ma' Ġesù ta' Nażaret\".", "U raġa' ċaħad u ħalef: \"Jien ma nafux lil dan il-bniedem!\".", "Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu: \"Tassew, inti wkoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta' kliemek tikxfek\".", "Imbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef: \"Le, ma nafux lil dan il-bniedem!\".", "U minnufih is-serduk idden.", "U Pietru ftakar fil-kliem ta' Ġesù meta qallu: \"Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet\".", "U ħareġ 'il barra jibki biki ta' qsim il-qalb.", "L-għada filgħodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt.", "Rabtuh u ħaduh magħhom biex jagħtuh f'idejn Pilatu, il-gvernatur.", "Imbagħad Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien ikkundannat, nidem u mar bit-tletin biċċa tal-fidda għand il-qassisin il-kbar u x-xjuħ biex jerġa' jagħtihomlhom lura; u qalilhom: \"Dnibt, għax ittradejt demm bla ħtija!\".", "Iżda huma qalulu: \"Aħna din x'inhi affari tagħna?", "Dak arah int!\".", "Hu waddab il-flus fis-santwarju, telaq u mar tgħallaq.", "Imbagħad il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu: \"Dawn ma nistgħux inqegħduhom ma' l-offerti, għax huma prezz tad-demm\".", "Ftiehmu bejniethom, u b'dawk il-flus xtraw \"l-Għalqa ta' Ħaddiem il-Fuħħar,\" biex fiha jidfnu l-barranin.", "Kien għalhekk li dik l-għalqa ssemmiet \"l-Għalqa tad-Demm\", u hekk għadha magħrufa sa llum.", "Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija meta qal: \"U ħadu t-tletin biċċa tal-fidda, il-prezz ta' dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied Iżrael, u tawhom għall-għalqa ta' ħaddiem il-fuħħar, kif ikkmandani l-Mulej\".", "Ġesù waqaf quddiem il-gvernatur, u dan staqsieh: \"Int is-sultan tal-Lhud?\"", "U Ġesù wieġbu: \"Int qiegħed tgħidu\".", "Iżda meta l-qassisin il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma wieġeb xejn.", "Għalhekk Pilatu qallu: \"M'intix tisma' kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek?\"", "Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li l-gvernatur baqa' mistagħġeb ħafna.", "Nhar ta' festa, il-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma.", "Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba.", "Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: \"Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Messija?\"", "Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f'idejh.", "Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu: \"Qis li ma jkollokx x'taqsam ma' dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm\".", "Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu lil Ġesù.", "Il-gvernatur, mela, raġa' staqsiehom: \"Lil min triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?\"", "Weġbuh ilkoll: \"Lil Barabba\".", "Qalilhom Pilatu: \"U x'nagħmel b'Ġesù li jgħidulu l-Messija?\"", "Weġbuh ilkoll: \"Sallbu!\".", "Hu staqsiehom: \"Imma x'għamel ħażin?\"", "Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu: \"Sallbu!\".", "Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala' xi rewwixta, qabad, ħasel idejh fl-ilma quddiem il-poplu u qal: \"Jien m'iniex ħati ta' dan id-demm: dan arawh intom!\".", "U l-poplu kollu qabeż u qal: \"Demmu fuqna u fuq uliedna!\".", "Imbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.", "Imbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.", "Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur; qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, inxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu: \"Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!\".", "Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.", "Imbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu.", "U ħaduh magħhom biex isallbuh.", "Huma u sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.", "Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa, tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu.", "Imbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti, u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu.", "U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu li kienet tgħid hekk: \"Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud\".", "Imbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.", "Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh, iċaqilqu rashom u jgħidu: \"Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa' tibnih, salva lilekinnifsek jekk int l-Iben ta' Alla, u inżel minn fuq is-salib!\".", "Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu: \"Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva!", "Hu s-sultan ta' Iżrael!", "Ħa jinżel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih!", "Hu jafda f'Alla; ħa jeħilsu issa, jekk iħobbu!", "Għax hu qal: \"Jiena Bin Alla!\".", "U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu msallbin miegħu.", "Mis-sitt siegħa 'l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa.", "U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: \"Elì, Elì, lemà sabaqtàni?\"", "Jiġifieri: \"Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?", "\"Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: \"Lil Elija qiegħed isejjaħ dan!\".", "U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija bil-ħall, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob, waqt li l-oħrajn qalu: \"Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah!\".", "Imma Ġesù raġa' għajjat għajta kbira u radd ruħu.", "U ara l-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s'isfel; l-art theżhżet, il-blat inqasam, u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna iġsma ta' qaddisin li kienu mietu, li ħarġu mill-oqbra u wara l-qawmien tiegħu daħlu fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies.", "Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, imtlew b'biża' li ma b ħalu u qalu: \"Dan kien tassew Bin Alla!\".", "Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu fil-Galilija: fosthom kien hemm Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew.", "Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Ġesù; mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù.", "Imbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.", "Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f'liżar nadif, qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq.", "Iżda Marija ta' Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.", "L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin il-kbar u l-Fariżej inġabru għand Pilatu u qalulu: \"Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal: \"Wara tlitt ijiem inqum\".", "Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu: \"Qam mill-imwiet\".", "U hekk il-qerq tal-aħħar ikun agħar minn tal-ewwel!\".", "Qalilhom Pilatu:\"Għandkom l-għassa.", "Morru ħarsuh tajjeb kif tafu\".", "U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa' mħares sewwa, u ħallew ukoll l-għassa miegħu."], "date": "05/04/2020", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/pain-and-glory/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Il-film hu rakkont ta' serje ta' avvenimenti li għadda minnhom, id-direttur tal-films, Salvador Mallo matul is-snin.", "Issa li jinsab fl-aħħar snin ta' ħajtu, xi ftit minnhom huma avvenimenti li kellhom x'jaqsmu ma' ħwejjjeġ materjali u oħrajn ma' tifkiriet tat-tfulija fil-bidu tas-snin sittin meta flimkien mal-familja tiegħu emigraw lejn Paterna fit-tfittxija għal prosperità.", "Salvador ukoll kien iħobb jiftakar fl-ewwel esperjenzi tal-ewwel imħabba li kien sab f'Madrid fis-snin tmenin, iżda wkoll meta din ir-relazzjoni ta' mħabba ġiet fix-xejn.", "Salvador ukoll ma setgħax jinsa' it-terapija li għadda minnha u l-impossibilita' li hu jkompli jiffilmja.", "Id-direttur tal-films, Salvador Mallo, kien jinsab fi tmiem il-karriera tiegħu minħabba mard kemm fiżiku kif ukoll mentali.", "Hu jagħmel żjara lil Alberto Crespo, il-protagonista ta' wieħed mill-ewwel films li kien idderiġa u li għall-aħħar tletin sena ma kienx kellmu aktar minħabba t-tilwima li kellhom bejniethom.", "Din il-laqgħa kienet il-bidu ta' rikonċiljazzjoni bejniethom li fiha Crespo introduċih għat-tipjip tal-eroina.", "L-effett tal-eroina fakkar lil Salvador f'xi esperjenzi li kellu meta kien għadu tifel meta flimkien ma' missieru u ommu Jaċinta kien beda jgħix ġewwa appartament li fil-fatt kien daħla ta' għar.", "Salvador ukoll ftakar fl-esperjenza li kellu meta għall-ewwel darba kien ra raġel għeri, raġel li kien jiġi jagħmel xi xogħol ta' tikħil u tibjid fl-appartament.", "L-effett ta' din l-esperjenza, wara ftit taż-żmien, effettwat l-imġieba tiegħu fl-omosesswalità.", "Crespo joħloq monologu għal fuq il-palk ta' memorji ta' Salvador u li fih issemma Federico, l-ħabib omosesswali li nzerta wkoll kien fost l-udjenza.", "Federico fil-fatt iżżewweġ u issa għandu tfal adulti.", "Federico jagħmel żjara lil Salvador u r-riunjoni kważi platonika, it-tnejn jinfirdu darba għal dejjem b'mod ta' ħbieb tal-qalb.", "Għalkemm Salvador kien jinsab diżappuntat u anke mweġġa', ikompli jirreżisti l-kilba li kellu għall-eroina u drogi oħra.", "Memorja oħra li Salvador ġab quddiem għajnejh kienet dik ta' ommu anzjana li takkużah li kien abbandunaha.", "Qabel ma Salvador jipprova li juri li wara kollox hu kien iħobbha ħafna, ommu tmut fl-isptar għalkemm xtaqet li tmut fejn għexet.", "Film Spanjol b'sottotitoli bl-Ingliż, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Pedro Almodovar.", "Minħabba t-tema tal-film kif ukoll l-użu ta' droga, kliem goff u xena ta' għera, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "11/09/2019", "title": "Pain and Glory"} {"url": "https://knisja.mt/l-adolexxenti-mill-parrocci-ta-marsaxlokk-u-haz-zebbug-jircievu-s-sagrament-tal-grizma/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Nhar is-Sibt 12 ta' Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 37 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Pompeii, Marsaxlokk – 16 bniet u 21 tifel.", "L-għada l-Ħadd 13 ta' Novembru l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 110 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali ta' San Filippu ta' Agira, Ħaż-Żebbuġ.", "Filgħodu s-sagrament ingħata lil 55 tifel u waranofsinhar lil 55 tifla.", "Uħud mill-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof f'Marsaxlokk", "L-adoloxxenti subien li rċevew il-Griżma f'Ħaż-Żebbuġ", "L-adoloxxenti bniet li rċevew il-Griżma f'Ħaż-Żebbuġ", "Aktar ritratti >>"], "date": "12/10/2019", "title": "L-adolexxenti mill-parroċċi ta' Marsaxlokk u Ħaż-Żebbuġ jirċievu s-Sagrament tal-Griżma"} {"url": "https://knisja.mt/the-sun-is-also-a-star/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Natasha hi tfajla ta' sbatax-il sena.", "Għalkemm preżentament qegħda tgħix ġewwa New York, il-futur tagħha hu inċert.", "Il-familja tagħha li immigrat lejn l-Amerika illegalment xi ftit snin qabel, irċeviet ordni ta' diportazzjoni mid-DUI, l-awtorità li tikkontrolla d-dħul u l-ħruġ ta' min jkun jista' jgħix fl-Amerika u din l-ordni kellha sseħħ f'qasir żmien.", "Natasha tħawwdet sew għaliex kienet kuntenta ħafna li tkompli tgħix fil-belt ta' New York.", "Kien hemm biss erba' u għoxrin siegħa biex Natasha tipprova treġġa' lura din l-ordni.", "Għal dan il-għan kienet determinata li tagħmel xi ħaġa.", "Sadanittant, fl-istess jum, Daniel, żagħżugħ ta' sbatax-il sena kien jinsab taħt pressjoni mill-familja tiegħu mill-Korea t'Isfel biex isir tabib.", "Qabel ma kellu jagħmel intervista biex ikun jista' jiġi aċċettat fil-Kulleġġ ta' Yale, Daniel kien jinsab fi triqtu biex jaqta' xagħru.", "Natasha min-naħa tagħha kienet sejra lejn l-uffiċċju tal-immigrazzjoni biex tkellem aġent li min-naħa tagħha indirizzata biex tkellem lill-avukat tal-immigrazzjoni, Jeremy Fitzgerald.", "Fi triqtha biex tiltaqa' mal-avukat, fit-tren, Natasha tiġbed l-attenzjoni ta' Daniel li kien ukoll fl-istess vagun.", "Hemm innota l-ġakketta li kienet liebsa Natasha bil-kliem DEUS EX MACHINA.", "Daniel jipprova jibda konverżazzjoni magħha iżda f'dak il-ħin, hi ma kellhiex moħħ ħlief li tipprova ssolvi l-problema il-familja kienu qegħdin jaffaċċjaw.", "Daniel iżda ma jaqtgħax qalbu għaliex messaġġ fuq il-", "mill-kunduttur tat-tren meta din waqfet għal ftit minuti, ta messaġġ biex kif hu kien sab lil Alla, huma jagħmlu l-istess.", "Daniel jagħmel kuraġġ u jkellem lil Natasha li għalkemm moħħħa ma kienx hemm, qaltlu li hi kienet persuna li tafda r-raġuni, x-xjenza u l-loġika.", "Hu, min-naħa tieghu ammetta li hu kien aktar jorbot ħajtu ma' fedeltà, kreattività u passjoni.", "It-tnejn jiddeċiedu li jqattgħu ftit tal-ħin flimkien b'riżultat li t-tnejn isiru jafu aktar lil xulxin.", "X'jiġri minn hawn?", "Tgħid jirnexxilha Natasha tibqa' tgħix f'New York?", "U Daniel sejjer ikompli jwettaq il-ħolma tal-ġenituri tieghu li jsir tabib?", "Film bi storja romantika ta' mħabba li tiżviluppa bejn żewġ żgħażagħ f'ġurnata.", "Id-direttur tal-film hu Ry Russo-Young u kitba ta' Tracy Oliver msejjes fuq in-novella miktuba minn Nikola Yeon.", "Film tajjeb ħafna, b'messaġġ pożittiv fejn joħroġ tajjeb il-ġenwinità ta' mħabba sinċiera."], "date": "30/08/2019", "title": "The Sun Is Also A Star"} {"url": "https://knisja.mt/jum-id-duluri/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il-Kurċifiss mirakoluż", "Illum, 3 ta' April 2020, Jum id‐Duluri, fuq talba tal‐Arċisqof il‐quddies ser jixxandar mill‐Knisja ta' Ġieżu, il‐Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‐xbihat devoti tal‐Kurċifiss mirakoluż u tad‐Duluri li s‐soltu toħroġ f'pellegrinaġġ mat‐toroq tal‐Belt.", "Il‐Quddiesa tad‐9:30am, segwita mit‐talba tar‐Rużarju, se titmexxa mill‐Isqof Awżiljarju Joseph Galea‐Curmi.", "Il‐Quddiesa tal‐5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit‐talba tar‐Rużarju, se titmexxa mill‐Arċisqof Charles Jude Scicluna,.", "L‐Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‐talb mal‐Isqfijiet waqt il‐Quddies li ser jixxandar fuq TVM2, NET, ONE, Xejk,", "Knisja.mt"], "date": "03/04/2020", "title": "Jum id-Duluri"} {"url": "https://knisja.mt/the-keeper/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Bert Trautmann fl-età ta' sbatax-il sena ingħaqad mal-Luftwaffe fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Ftit ġimgħat qabel id-D-Day, Trautman ġie ttrasferit fi Franza fejn hemm iġġieled f'numru ta' konfronti qrib Arnhem.", "Qrib it-tmiem tal-gwerra, Trautman inqabad mill-Ingliżi u ġie ttrasferit lejn l-Ingilterra bħala priġunier tal-gwerra f'kamp ġewwa Ashton-in-Makerfield, Lancashire.", "Kien hawn li Trautman ġibed l-attenzjoni ta' Jack Friar li kien iforni lill-kamp bi provisti ta' laħam u ħaxix.", "Friar kien il-maniġer ta' St. Helens Town, klabb tal-futbol għad-dilettanti.", "Hu kellu jdaħħal lil Trautman bħala goalkeeper għaliex it-tim xejn ma kien sejjer tajjeb u kien hemm il-biża' li t-tim jaqa' f'diviżjoni inferjuri.", "Għal Trautman, il-bidu fit-tim ma kien faċli xejn.", "Il-fatt li kien priġunier Ġermaniż, xejn ma niżel tajjeb mal-partitarji li jaċċettawh mill-ewwel.", "Iżda mal-wasla tiegħu, il-qagħda mwegħra li t-tim kien jinsab fiha tbiddlet mill-lejl għan-nhar għaliex Trautman kien goalkeeper ta' klassi, dejjem attent u lest b'kuraġġ kbir li jiddefendi l-lasta tiegħu b'saves spettakulari.", "Hekk kif il-preġudizzji kontra tiegħu bdew jonqsu, Trautman maż-żmien sar ħabib ta' ħafna nies tal-lokal.", "Meta fis-sena 1948, ġie offrut li jintbagħat lura lejn pajjiżu, hu wera x-xewqa li ma jmurx lura tant li pprefera li jibqa' jilgħab ma' St. Helens waqt li baqa' jgħin lil Jack Friar fir-razzett li kellu.", "Trautman ukoll kien tefa' għajnejh fuq Margaret, bint Friar.", "Hi wkoll ma baqgħetx lura u maż-żmien iżżewwġu.", "Il-wirjiet li beda jagħti bħala goalkeeper ta' klassi ġibed l-attenzjoni ta' scout li xogħolu kien li jfittex xi goalkeeper tajjeb għat-tim ta' Manchester City.", "Fil-fatt fl-1949, Trautman iffirma ma' Manchester City, tim li kien jilgħab fl-għola diviżjoni tal-league Ingliż.", "Id-deċiżjoni li l-klabb idaħħal jilgħab miegħu Ġermaniż xejn ma niżlet tajjeb mal-partitarji, ħafna minnhom Lhud, tant li anke nqalgħu xi protesti minħabba li Trautman kien ġie ddekorat b'ħames midalji inluż darbtejn bl-", "għall-qlubija tiegħu li wera fil-gwerra.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Brittaniku – Ġermaniż, taħt id-direzzjoni ta' Marcus H. Rosemuller.", "L-imħabba bejn żewġ żgħażagħ, Bert u Margaret tirnexxielha tgħeleb preġudizzji, ostilità pubblika kif ukoll traġedja personali.", "Minħabba xeni ta' vjolenza waqt ġlied imdemmi, kif ukoll delitt kiesah u biered ta' tifel minn uffiċjal Ġermaniż, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu il-ħmistax-il sena."], "date": "09/04/2019", "title": "The Keeper"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-17-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Tim 3, 1-13", "Salm: 100 (101) 1-2ab.2ċd-3ab.5.6", "L-Evanġelju: Lq 7, 11-17", "F'dak iż-żmien, Ġesù mar f'belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta' nies.", "Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta' nies mill-belt.", "Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: \"Tibkix!\".", "Resaq, u mess it-tebut.", "Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu.", "U hu qal: \"Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!\".", "U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem.", "U Ġesù tah lil ommu.", "In-nies kollha tkexkxu bil-biża', u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: \"Profeta kbir qam fostna\", u: \"Alla żar il-poplu tiegħu\".", "U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk l-inħawi kollha.", "San Robertu Bellarmino, Isqof u Duttur tal-Knisja"], "date": "17/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 17 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/sejha-urgenti-ghad-demm-tat-tip-o-positive/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku, b'mod speċjali min għandu demm tat-tip O positive, sabiex imur jagħti d-demm mill-aktar fis possibbli.", "Id-donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa mit-8am sas-6pm.", "Importanti li min se jagħti d-demm jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.", "Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista' tinkiseb minn fuq", ".", "Wieħed jista' wkoll iċempel 79307307 jew 80074313."], "date": "05/04/2019", "title": "Sejħa urġenti għad-demm tat-tip O positive"} {"url": "https://knisja.mt/kunu-prezenti-bir-rigali-lil-xulxin-l-arcisqof/", "category": "religion, church, news, L-Attivitajiet tal-Arċisqof", "text": ["L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri u l-katekisti, il-kappillan li għamlu mod biex niltaqgħu flimkien illejla.", "Nixtieq nirringrazzja ħafna lil kull min ħa sehem, lill-kor, anke liż-żgħażagħ li għamlu l-pageant.", "Jiena nixtieq nagħtikom suġġeriment u nieqaf bih.", "Din is-sena, meta taħsbu fir-rigali, ftakru xi tfisser il-kelma 'present'.", "Xi tfisser il-kelma 'present'?", "Rigal!", "Imma l-kelma 'present' tfisser: jiena hawn.", "Aħna meta konna żgħar l-għalliema kienet tgħid: 'Charles Scicluna?'", "'Present' Ġieli tagħmlu hekk intom?", "Illum ma nafx x'tgħidu.", "Imma aħna hekk konna ngħidu: 'Present Sir, present Miss'.", "Għax il-'present' huwa: jiena hawn.", "Bil-Franċiż, bl-Ingliż, bit-Taljan", ", jiena hawn.", "Jiena nixtieq inkun parti minn ħajtek.", "Meta jien nagħtik present, dan ifisser.", "U Ġesù huwa l-present ta' Alla għalina, għalhekk Alla magħna.", "U għalhekk aħna nagħtu l-presents lil xulxin biex nagħmlu fiċ-ċokon dak li Alla għamel magħna.", "Mela mhux biss dak li se nieħu, imma anke dak li se nagħti.", "Xi ħaġa oħra.", "Meta niċċelebraw il-birthday ta' Ġesù?", "Mela aħna fil-25 ta' Diċembru lil Ġesù ngħidulu 'Happy Birthday'.", "Imma issa nixtieqkom tgħidu xi ħaġa oħra.", "Tħarsu lejn il-mamà tiegħu.", "X'jisimha l-mamà ta' Ġesù?", "Marija!", "U tgħidulha grazzi, grazzi talli tajtna lil Ġesù.", "Issa jiena nixtieq li meta intom ikollkom il-birthday tmorru għand il-ġenituri tagħkom, speċjalment il-mamà (il-papà ma jiħux għalih) speċjalment il-mamà u tgħidulha 'thank you'.", "Tgħidulha thank you, ftakruha din għax jiġi żmien meta ma tkunx tista' tgħidha iżjed, ħlief fix-xirka tal-qaddisin.", "Jiena tgħallimt – issa l-papa tiegħi m'għadux magħna – imma lħaqt għamiltha, fil-birthday tiegħi lill-ġenituri tiegħi nagħtihom thank you card.", "Jiena nieħu pjaċir nirċievi l-birthday cards imma tgħallimt li meta nagħlaq snini, lil ommi u 'l missieri nagħtihom thank you card għax huma ġabuni fid-dinja.", "Issa l-Madonna ġabet lil Ġesù fid-dinja u ngħidulha thank you wkoll.", "Il-Ħadd li ġej se nagħmlu festa kbira tal-Madonna, il-Madonna safja, bla tebgħa mit-tnissil tagħha!", "Alla ħoloq mara sabiħa minn barra u minn ġewwa biex minnha jitwieled Ġesù.", "Dik il-festa li se nagħmlu l-Ħadd li ġej.", "U nagħlaq bil-festa li qed nagħmlu llum.", "Illum qed nagħmlu l-festa ta' Fr Christmas, San Nikola, Santa Klaws.", "San Nikola kien isqof, li kien iħobb ħafna lit-tfal u liż-żgħażagħ, u għalhekk sar il-patrun ta' dawn il-festi li jfakkruna li nieħdu ħsieb xulxin u li nkunu rigal għal xulxin.", "Mela Fr Christmas mhux dak ir-raġel oħxon qisu l-Isqof Charles bil-barnuża u d-daqna, imma huwa isqof li ta ħajtu għall-merħla tiegħu, Santa Klaws – San Nikola.", "Illum il-festa ta' San Nikola.", "Nieqaf hawn.", "Nawguralkom mill-qalb Milied ħieni.", "Il-Milied it-Tajjeb!", "Arċisqof ta' Malta", "Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti"], "date": "06/12/2019", "title": "Kunu preżenti bir-rigali lil xulxin – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/il-papa-fl-angelus-il-knisja-tisma-l-ghajta-tal-emarginati-u-tal-foqra/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)", "Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!", "Fl-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 5,13-16), Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu: \"Intom il-melħ tal-art.", "Intom id-dawl tad-dinja\" (vv, 13.14).", "Hu juża lingwaġġ simboliku biex juri lil kull min irid jimxi warajh xi kriterji biex ħajtu tkun preżenza u xhieda fid-dinja.", "L-ewwel tixbiha: il-melħ.", "Il-melħ hu l-elementi li jagħti t-togħma u li jippreserva u jżomm l-ikel biex ma jitħassarx.", "Għalhekk id-dixxiplu għandu s-sejħa biex iżomm il-perikli, il-mikrobi li jherru u li jniġġsu l-ħajja tal-persuni, bogħod mis-soċjetà.", "Ifisser li jirreżisti d-degradazzjoni morali, id-dnub billi jagħti xhieda tal-valuri tal-onestà u l-fraternità, bla ma jċedi quddiem l-imposturaġni tal-ambizzjoni, tal-poter, tal-għana.", "Huwa \"melħ\" id-dixxiplu li, minkejja l-fallimenti tal-ħajja ta' kuljum – għax ilkoll għandna minnhom -, jerġa' jqum mit-trab tal-iżbalji tiegħu, u bil-kuraġġ u l-paċenzja, kuljum, jerġa' jibda jfittex id-djalogu u l-laqgħa mal-oħrajn.", "Huwa \"melħ\" id-dixxiplu li ma jfittixx il-kunsens u t-tifħir, iżda jagħmel ħiltu biex ikun preżenza umli, kostruttiva, b'fedeltà lejn it-tagħlim ta' Ġesù li ġie fid-dinja mhux biex ikun moqdi imma biex jaqdi.", "U hawn ħtieġa kbira ta' atteġġjament bħal dan!", "It-tieni tixbiha li Ġesù joffri lid-dixxipli tiegħu hi dik tad-dawl: \"Intom id-dawl tad-dinja\".", "Id-dawl iħoll id-dlam u jippermettilek tara.", "Ġesù huwa d-dawl li ferrex id-dlam, imma dan baqa' fid-dinja u anki fil-bnedmin individwalment.", "Hu dmir tan-nisrani iħoll id-dlam billi jdawlu bid-dawl ta' Kristu u jħabbar l-Evanġelju.", "Hi dija li tista' tiġi minn kliemna imma li, fuq kollox, għandha tinbet mill-opri tajba tagħna (v. 16).", "Id-dixxiplu u l-komunità nisranija huma d-dawl tad-dinja meta jmexxu lil ħaddieħor lejn Alla, meta jgħinu lil kulħadd jagħmel esperjenza ta' tjubitu u tal-ħniena tiegħu.", "Id-dixxiplu ta' Ġesù huwa dawl meta jagħraf jgħix il-fidi tiegħu 'il barra mill-ispazji dojoq, meta jagħti sehemu biex jelimina l-preġudizzji, jelimina l-kalunnji, u jdaħħal id-dawl tal-verità fis-sitwazzjonijiet imniġġsa mill-ipokrisija u l-gideb.", "Inkun dawl.", "Imma d-dawl mhux tiegħi, huwa d-dawl ta' Ġesù: aħna strumenti biex id-dawl ta' Ġesù jkun jista' jasal għand kulħadd.", "Ġesù jistedinna biex ma nibżgħux ngħixu fid-dinja anki jekk xi drabi fiha nosservaw kundizzjonijiet ta' kunflitt u dnub.", "Quddiem il-vjolenza, l-inġustizzja, l-oppressjoni, in-nisrani ma jistax jingħalaq fih innifsu jew jinħeba wara l-kenn tal-ħajt ta' daru; l-istess il-Knisja, ma tistax tingħalaq fiha nfisha, ma tistax tabbanduna l-missjoni tagħha ta' evanġliżżazzjoni u servizz.", "Fl-Aħħar Ikla, Ġesù, talab lill-Missier biex ma jwarrabx lid-dixxipli mid-dinja, iħallihom hawn, fid-dinja, imma talab biex iħarishom mill-ispirtu tad-dinja.", "Il-Knisja tistinka bla heda bil-ġenerożità u t-tenerezza favur iż-żgħar u l-foqra: dan mhuwiex l-ispirtu tad-dinja, dan hu d-dawl tagħha, dan hu l-melħ.", "I-Knisja tisma' l-karba ta' min hu l-aħħar u tal-imwarrab għax konxja li hi komunità pellegrina msejħa biex tul l-istorja tkompli testendi l-preżenza salvifika ta' Ġesù Kristu.", "Il-Verġni Mqaddsa tgħinna nkunu melħ u dawl qalb in-nies, u nwasslu lil kulħadd, bil-ħajja u bil-kelma, l-Bxara t-Tajba tal-imħabba t'Alla.", "Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber"], "date": "11/02/2020", "title": "Il-Papa fl-Angelus: Il-Knisja tisma' l-għajta tal-emarġinati u tal-foqra"} {"url": "https://knisja.mt/il-konnessjoni-bejn-san-gorg-preca-u-san-vincenz-ferrer/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "5 ta' April, 2019", "Dan l-Evanġelju huwa Evanġelju ħafna għażiż għalina għaliex aħna nisimgħu dan l-Evanġelju ta' kull sena fil-festa tan-nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl.", "Illum ħadt sorpriża għax ma kontx naf li dan huwa l-Evanġelju li l-Knisja tagħżel fil-Festa ta' San Vinċenz Ferrer għaliex huwa wkoll l-Evanġelju li għażilna għall-festa ta' San Ġorġ Preca.", "Hemm konnessjoni dejjem tikber bejn dawn iż-żewġ qaddisin; dejjem ikun hemm xi sorpriża ġdida.", "Aħna fil-ħajja tagħna, fl-imġiba tagħna rridu wkoll inxandru l-Aħbar it-Tajba", "Qed nitkellmu dwar qaddis li miet bħal-lum 600 sena.", "Semmejna qaddis li miet fl-1962.", "Ħafna minna jiftakruh.", "Ġie hawnhekk f'dan il-post, hawnhekk San Ġorġ Preca kellu konsolazzjoni kbira għaliex filgħodu kellu viżjoni ta' San Vinċenz ta' Ferrer.", "Ma kienx jaf min hu dan il-qaddis bil-libsa Dumnikana u bil-barnuża fuq rasu, ma kienx jaf min hu.", "Imbagħad bħalma kien iħobb jagħmel, kien għaddej minn hawnhekk biex jitlob, fil-ħarrub li kien għad baqa' hawnhekk – ma tantx għad baqa' minnu.", "U ġie hawnhekk u jara dan il-patri.", "U dan huwa patrun fil-viżjoni li kellu filgħodu dakinhar stess.", "Imbagħad San Ġorġ Preca beda jaqra dawn l-iskrizzjonijiet bil-Latin u rrealizza li dak li qallu l-Patri Dumnikan kien propju dak li hawn miktub hawnhekk.", "U allura San Ġorġ Preca kellu l-konferma li l-qaddis li deherlu, ir-raġel li deherlu liebes ta' Dumnikan bħalma hawn fil-kwadru hawnhekk, San Vinċenz Ferrer, u fil-fatt sejjaħlu l-profeta tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija.", "Il-qaddisin jitkellmu mal-qaddisin, anke billejl imma jkellmu lilna wkoll.", "Aħna fil-ħajja tagħna, fl-imġiba tagħna rridu wkoll inxandru l-Aħbar it-Tajba għal dawn iż-żgħażagħ li hawn hawnhekk.", "Jiena qed inkellem lil min jieħu ħsiebom.", "Aħna rridu nkunu dawk li jġibu aħbar tajba, aħbar li hemm futur, li hemm tama fil-ħajja, l-aħbar li hemm xi ħadd jieħu ħsiebna.", "San Vinċenz Ferreri, kif għedt fil-bidu, huwa wkoll imsejjaħ anġlu mhux biss għax kien ħabbar imma wkoll fil-predikazzjoni tiegħu ħares, ħa ħsieb l-poplu t'Alla.", "Intom wkoll, għeżież membri, trustees, is-social workers, kull min jaħdem f'din l-istituzzjoni ben emerita, monument ta' Vinċenzo Bugeja u tal-familja tiegħu – intom anġli.", "Intom l-anġlu kustodju, mhux anġli bil-ġwienaħ, imma anġli.", "Xi kultant il-ġwienaħ jaqgħulkom imbagħad jerġgħu jikbru.", "F'liema sens?", "Li aħna rridu nieħdu ħsieb xulxin.", "Ħafna drabi nkunu aħbar tajba lil xulxin mhux bil-kliem imma bil-fatti.", "U għalhekk nitolbu anke għall-ħidma li ssir hawnhekk, nitolbu biex id-djoċesi ta' Malta, il-Knisja jibqa' jkollha anġli ħabbara, dawk mibgħuta biex iwasslu l-bxara t-tajba.", "U llum nitolbu b'qawwa kbira l-interċessjoni ta' San Vinċenz Ferrer li studja ħafna, kien iħobb ħafna 'l art twelidu Valenzja, anke l-Katalunja, studja Barċellona, imma dar ukoll diversi pajjiżi fl-Ewropa f'mument meta fil-Knisja kien hemm firda kbira.", "Meta kien hemm iżjed minn Papa wieħed.", "M'aħniex 'il bogħod minn hekk, aħna ta, għax għandna ħafna kapuljuni li jippretendu li jgħallmu 'l Papa kif jagħmilha tal-Papa.", "U għalhekk għandna bżonn l-interċessjoni ta' San Vinċenz Ferreri biex aħna nuru fedeltà lejn Ġesù anke meta s-sitwazzjoni li nkunu ninsabu fiha ma tkunx ideali imma d-dinja qatt ma tkun ideali, dejjem se jkollha xi diffikultà.", "U allura hemm bżonn l-għajnuna ta' Alla u l-faraġ tal-qaddisin.", "San Vinċenz Ferreri itlob għalina!", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Qari I: Għerf 2, 1a.12-22", "Salm: 33 (34), 17-18.19-20.21 u 23", "Evanġelju: Ġw 7, 1-2.10.25-30", "Ritratt: knisja.mt/ritratti"], "date": "06/04/2019", "title": "Il-konnessjoni bejn San Ġorġ Preca u San Vinċenz Ferrer"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-1-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien Ta' Matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 3, 17-20.28-29", "Salm: 67 (68), 4-5aċ.", "6-7ab.", "10-11", "It-Tieni Qari: Lhud 12, 18-19.", "22-24a", "L-Evanġelju: Lq 14, 1.7-14", "Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih.", "Billi ra b'għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta' quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: \"Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta' tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta' quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: \"Agħti l-post lil dan\", u int imbagħad, b'regħxa ta' mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar.", "Għall-kuntrarju, meta tkun mistieden, mur inxteħet fil-post tal-aħħar, biex meta jiġi dak li stiednek jgħidlek: \"Ħabib, itla f'post aktar 'il fuq\".", "U dan ikun ta' ġieħ għalik quddiem dawk kollha li jkunu fil-mejda miegħek.", "Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar\".", "Imbagħad qal ukoll lil dak li kien stiednu: \"Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom.", "Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja\"."], "date": "01/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 1 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-25-ta-novembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Solennità ta' Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu", "Qari tal-Jum", "L-Ewwel Qari:", "92 (93) 1ab.1ċ-2.5", "It-Tieni Qari:", "Evanġelju:", "Ġwanni 18, 33b-37", "F'dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: \"Inti s-sultan tal-Lhud?\"", "Ġesù wieġeb: \"Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?\"", "Pilatu wieġeb: \"Mela jiena Lhudi?", "Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja.", "X'għamilt?\".", "Ġesù wieġeb: \"Is-saltna tiegħi mhijiex ta' din id-dinja.", "Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati mhijiex ta' hawn\".", "Pilatu qallu: \"Mela int sultan?\"", "U Ġesù wieġeb: \"Int qiegħed tgħidu; jien sultan.", "Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità.", "U kull min iħobb il-verità jisma' leħni\"."], "date": "25/11/2018", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-13-ta-april-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33", "Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11", "L-Evanġelju: Mt 28, 8-15", "F'dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża' u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.", "U ara, iltaqa' magħhom Ġesù u qalilhom: \"Is-sliem għalikom!\".", "Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu.", "Imbagħad Ġesù qalilhom: \"Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk\".", "Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta' kulma kien ġara.", "Dawn inġabru flimkien max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw lis-suldati kemxa flus ġmielha u qalulhom: \"Għidu hekk: \"Ġew id-dixxipli tiegħu billejl u serquh waqt li konna reqdin\".", "U jekk il-gvernatur jisma' b'dan, aħna nġagħluh jemmen, u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet\".", "Dawk ħadu l-flus u għamlu kif qalulhom.", "U din il-biċċa xterdet hekk fost il-Lhud sal-ġurnata tal-lum."], "date": "13/04/2020", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 13 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-16-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Tim 2, 1-8", "L-Evanġelju: Lq 7, 1-10", "F'dak iż-żmien, Ġesù, meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum.", "U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar.", "Iċ-ċenturjun sama' b'Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej.", "Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b'ħerqa kbira u jgħidulu: \"Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga\".", "Ġesù mar magħhom, u ma kienx 'il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma' xi ħbieb: \"Sinjur, toqgħodx tinqala', għax jien ma jistħoqqlix li int tidħol taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess.", "Imma int ordna b'kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq.", "Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta' ħaddieħor, u jiena stess għandi suldati taħt il-kmand tiegħi; lil wieħed ngħidlu: \"Mur!\", u jmur; lil ieħor ngħidlu: \"Ejja!\", u jiġi; u lill-qaddej ngħidlu: \"Agħmel dan!\", u jagħmlu\".", "Ġesù baqa' mistagħġeb bih meta sama' dan; dar lejn in-nies li kienu miexja warajh u qalilhom: \"Ngħidilkom li anqas f'Iżrael ma sibt fidi bħal din!\".", "Meta mbagħad dawk li kienu mibgħuta reġgħu lura d-dar, sabu l-qaddej qawwi u sħiħ.", "Qaddisin tal-jum:", "San Kornelju, Papa u San Ċiprijanu, Isqof, Martri"], "date": "16/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 16 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-13-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Tim 1, 1-2.12-14", "Salm: 15 (16), 1-2a u 15.", "7-8.11", "L-Evanġelju: Lq 6, 39-42", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: \"Jista' agħma jmexxi agħma ieħor?", "Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra?", "Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.", "Għax tara t-tibna f'għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f'għajnek int?", "Kif tista' tgħidlu lil ħuk: \"Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f'għajnek\", meta m'intix tara t-travu li għandek f'għajnek int?", "Ja wiċċ b'ieħor!", "Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk\".", "San Ġwann Krisostmu, Isqof u Duttur tal-Knisja"], "date": "13/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 13 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-arcisqof-fi-zmien-il-milied-u-l-bidu-tas-sena-l-gdida-2/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew filgħaxija f'lejlet il-Milied.", "It-Tlieta 24 ta' Diċembru, lejlet il-Milied, fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied solenni fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, u fil-5:30 p.m., jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili.", "Dakinhar stess, fil-10:45 p.m. jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir ukoll il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta' għanjiet tal-Milied.", "F'nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta' Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral tal-Imdina.", "Il-Quddiesa tixxandar live fuq il‐", "YouTube Channel tal‐Knisja f'Malta", "L-Erbgħa 25 ta' Diċembru, Jum il-Milied, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta' Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.", "It-Tlieta 31 ta' Diċembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta' Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena bil-kant tat-Te Deum, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.", "L-Erbgħa l-1 ta' Jannar 2019, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta' Jum il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.", "Il-Quddiesa tixxandar live fuq il‐", "YouTube Channel tal‐Knisja f'Malta", "Il‐Ħadd 5 ta' Jannar, fid‐9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‐Epifanija fil‐Konkatidral ta' San Ġwann, il‐Belt Valletta.", "Il-Quddiesa tixxandar live fuq il‐", "YouTube Channel tal‐Knisja f'Malta"], "date": "17/12/2019", "title": "L-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida"} {"url": "https://knisja.mt/quddiesa-tal-hadd-bl-ingliz/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Minn għada 19 ta' April, il-Ħadd tal-Ħniena Divina, l-Arċidjoċesi ta' Malta se tibda xxandar Quddiesa bl-Ingliż.", "Din l-inizjattiva qed issir b'kollaborazzjoni mal-PBS.", "Il-Quddiesa se tixxandar fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta' Malta", "www.knisja.mt", "fl-10:30am u fuq", "fis-6:30pm.", "L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-Quddiesa mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani, li hi dedikata lil San Franġisk, fil-Ħamrun.", "Il-knisja hi ċentru ta' devozzjoni lill-Madonna tas-Sokkors.", "Fil-preżent, Quddies qed jixxandar kuljum (mit-Tnejn sal-Ħadd) fid-9:30am fuq TVM2,", "Knisja.mt", ".", "Dawk li ma jkunux jistgħu jaraw il-Quddies filgħodu jistgħu jaraw l-istess trasmissjoni fil-5:30pm fuq", "mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "Is-Sibt filgħaxija tiġi ċelebrata Quddiesa bil-Malti li tixxandar fis-6:30pm mis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu f'Għawdex."], "date": "18/04/2020", "title": "Quddiesa tal-Ħadd bl-Ingliż"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-8-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dan 13, 1-9.15-17.19-30.33-62", "L-Evanġelju: Ġw 8, 12-20", "F'dak iż-żmien, Ġesù qabad ikellem lill-Fariżej u jgħidilhom: \"Jiena d-dawl tad-dinja.", "Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja\".", "Qalulu l-Fariżej: \"Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek mhix minnha\".", "Weġibhom Ġesù: \"U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer.", "Imma intom ma tafux minn fejn jien ġej jew fejn sejjer.", "Intom il-ħaqq tagħkom tagħmluh ta' bnedmin li intom; jien ma nagħmel ħaqq minn ħadd.", "Imma kieku kelli nagħmel ħaqq jien, il-ħaqq tiegħi kien ikun sewwa, għax jien m'iniex waħdi, imma miegħi għandi l-Missier li bagħatni.", "Issa fil-Liġi tagħkom hemm miktub li x-xhieda ta' tnejn tgħodd.", "Hemm jien, li qiegħed nixhed għalija nnifsi, u hemm il-Missier li bagħatni, li hu wkoll qiegħed jixhed għalija\".", "\"Missierek fejn hu?\", staqsewh.", "Weġibhom Ġesù: \"Intom la lili ma tafu u lanqas lil Missieri.", "Li kieku kontu tafu lili, kontu tkunu tafu lil Missieri wkoll\".", "Dan kollu Ġesù qalu fit-teżor, huwa u jgħallem fit-tempju.", "U ħadd minnhom ma qabdu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx."], "date": "08/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 8 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/il-kuncert-annwali-brisq-id-dar-tal-providenza-ser-isir-l-imdina/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il-kunċert annwali mill-banda tal-Forzi Armati ta' Malta b'risq id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Persuni b'Diżabilità, se jsir fil-Katidral tal-Imdina nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru 2018, fit-8pm.", "Il-kunċert vokali u strumentali se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u Mons. Arċisqof Charles J Scicluna.", "Il-kunċert se jsir bil-korteżija tal-Kapitlu Metropolitan.", "Bħala parti mill-kunċert jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2018.", "Il-banda tal-Forzi Armati ta' Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg bis-sehem tal-Coro Bel Canto, immexxi mis-Surmast Hermann Farrugia Frantz.", "Se jindaqqu xogħlijiet ta' Theodore Moses Tobani, Pyotr IlyichTschaikovsky, Wolfgang Amadeus Mozart, Arnold & Brown, Johann Sebastian Bach, Carlo Giuseppe Rossi, Kurt Hahn, Cesar Frank, Karl Jenkins u George Frideric Handel.", "Id-diskors ewlieni li din is-sena se jsir minn Dr Alistair Degaetano li se jiffoka fuq l-awtiżmu.", "Id-dħul għall-kunċert huwa b'xejn u kulħadd huwa mistieden.", "Biljetti tad-dħul jistgħu jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 2146 2844 jew jibgħat imejl fuq", ".", "Biljetti jistgħu jinkisbu wkoll mill-Media Centre, il-Blata l-Bajda, u mill-uffiċċju tad-Dar tal-Providenza fi Triq San Pawl fil-Belt li jkun miftuħ mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9am u nofsinhar."], "date": "25/11/2018", "title": "Il-kunċert annwali b'risq id-Dar tal-Providenza ser isir l-Imdina"} {"url": "https://knisja.mt/ejjew-nilqghu-bqalb-kbira-lill-papa-frangisku/", "category": "religion, church, news, Ittri Pastorali", "text": ["Għeżież,", "Huwa b'ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta' Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin.", "Meta f'Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta", "fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen.", "Hu qal: \"Il-Maltin huma twajba, huma ġentili, huma akkoljenti, diġà sa minn dak iż-żmien.\"", "Sejħilna \"poplu hekk qalbu tajba\".", "Hu reġa' kkummenta fuq din is-silta meta għamel ir-riflessjoni waqt il-Ġimgħa ta' Talb għall-Għaqda bejn l-Insara.", "Il-Papa qal: \"meta rifsu Malta, daqu l-ospitalità", "tan-nies tal-gżira, il-ħlewwa u l-umanità tagħhom.\"", "Bi ħlewwa liema bħalha", "B'rabta ma' din is-silta li tant laqtet lill-Papa Franġisku, it-tema magħżula għal din iż-żjara tiegħu fostna hi: \"ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha\" (Atti 28:2).", "Iż-żjara tas-suċċessur ta' Pietru fil-gżira ta' Pawlu għandha tgħinna biex dak li l-Kelma ta' Alla tgħid fuqna l-Maltin ikompli jkun ta' ispirazzjoni kontinwa f'ħajjitna.", "Il-Papa Franġisku għamel din ir-riflessjoni fuq kif Pawlu u n-nies tal-ġifen intlaqgħu mill-Maltin: \"F'kuntrast mal-vjolenza qalila tal-baħar f'tempesta, jirċievu x-xhieda tal-'ħlewwa liema bħalha' tan-nies tal-gżira.", "Dawn in-nies, li għalihom kienu barranin, jidhru attenti għall-ħtiġijiet tagħhom.", "Iqabbdulhom", "in-nar biex jisħnu, joffrulhom kenn mix-xita u l-ikel x'jieklu.", "Imqar jekk għadhom ma rċivewx l-Aħbar it-Tajba ta' Kristu, juruhom l-imħabba ta' Alla f'għemejjel konkreti ta' ħlewwa.", "Fil-fatt, l-ospitalità spontanja u l-ġesti ta' għożża jwasslu xi ħaġa mill-imħabba ta' Alla.", "U l-ospitalità tal-Maltin titħallas lura bil-mirakli ta' fejqan li Alla jwettaq permezz ta' Pawlu fuq il-gżira.", "Għalhekk, jekk in-nies ta' Malta għall-Appostlu kienu sinjal tal-Providenza ta' Alla, huwa wkoll kien xhud tal-imħabba ħanina ta' Alla għalihom.\"", "Illum, kważi elfejn sena wara din il-ġrajja, irridu nirringrazzjaw lil Alla", "għall-imħabba tiegħu għalina sa mill-ewwel snin tax-xandir tal-Evanġelju u tul", "l-istorja tagħna.", "Irridu nuru wkoll l-apprezzament tagħna lill-Papa Franġisku, u nilqgħuh u niftħu qalbna għalih biex jgħinna nagħrfu xi tfisser li ngħixu \"bi ħlewwa liema bħalha\" quddiem l-isfidi ta' żmienna.", "Il-Papa Franġisku ġej fostna biex bil-preżenza tiegħu u bil-kelma tiegħu jħeġġiġna f'dan.", "Fiż-żjara qasira, imma mimlija tifsira li se jagħmel Malta, se jkollu l-okkażjoni li jiċċelebra u jitlob mal-Maltin u mal-Għawdxin u jurina kif, ippurifikati mill-Ispirtu ta' Alla li jnaddafna minn ħtijietna, nistgħu ngħixu f'rikonċiljazzjoni vera ma' xulxin u nittrattaw lil xulxin b'dinjità u \"bi ħlewwa liema bħalha\".", "Kull ħajja umana hi prezzjuża", "Hija wkoll ix-xewqa speċifika tal-Papa li jiltaqa' mal-migranti waqt din iż-żjara, bħalma għamel f'postijiet oħra fil-Mediterran.", "Dan kien il-kliem tiegħu hu u jirrifletti fuq is-silta tan-nawfraġju ta' Pawlu: \"Illum, il-baħar li fuqu nnawfragaw Pawlu u sħabu għadu post perikoluż għall-ħajja ta' baħħara oħra.", "Fid-dinja kollha għandna migranti rġiel u nisa li qed jaffrontaw vjaġġi riskjużi biex jaħarbu mill-vjolenza, biex jaħarbu mill-gwerra, biex jaħarbu mill-faqar.", "Bħal Pawlu u sħabu jġarrbu l-indifferenza, l-ostilità tad-deżert, tax-xmajjar, tal-ibħra...", "Tant drabi ma jħalluhomx jiżbarkaw fil-portijiet.", "Imma, b'xorti ħażina, xi drabi jiltaqgħu anki ma' ostilità agħar minn hekk min-naħa tal-bnedmin.", "Jiġu sfruttati minn traffikanti kriminali: illum!", "Jiġu ttrattati bħala numri u bħala theddida minn xi mexxejja ta' gvernijiet: illum!", "Xi drabi n-nuqqas ta' ospitalità bħal mewġa jobżoqhom lejn il-faqar u l-perikli li minnhom ikunu ħarbu.\"", "Quddiem din", "is-sitwazzjoni, il-Papa jagħmel appell: \"Aħna, bħala Nsara, għandna naħdmu flimkien biex nuru lill-migranti l-imħabba ta' Alla li dehret f'Ġesù Kristu.", "Nistgħu u għandna nagħtu xhieda li ma jeżistux biss l-ostilità u l-indifferenza, imma li kull persuna hi prezzjuża f'għajnejn Alla u maħbuba minnu\".", "Dan hu li nixtiequ nuru lill-Papa meta jiġi fostna: li għalina li nemmnu f'Ġesù Kristu kull ħajja umana hi prezzjuża u rridu nħaddnuha bi mħabba u b'tenerezza – kemm jekk għadha fil-bidu tagħha meta titnissel, kif ukoll f'kull fażi tagħha", "sal-mewt naturali.", "Irridu nuru din l-għożża speċjalment ma' dawk li huma l-aktar dgħajfa, vulnerabbli, jew muġugħa u qed jgħajtu għall-għajnuna, u ma' dawk li qegħdin f'riskju u f'periklu għal ħajjithom.", "Xhieda ta' fidi ħajja", "Iż-żjara tal-Papa Franġisku fostna hi għalina l-Maltin u l-Għawdxin grazzja kbira li tgħinna nissaħħu fil-fidi fi Kristu ħaj – dik il-fidi li ġabilna San Pawl u li għalina hi l-aqwa teżor.", "Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex din iż-żjara tgħinna nagħrfu kif nistgħu ngħixu din il-fidi b'konvinzjoni u nagħtu xhieda tagħha f'ħajja ta' integrità, ta' onestà, ta' verità, ta' ġustizzja u ta' impenn soċjali, u kif nistgħu ngħaddu din", "il-fidi ħajja lill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Nistiednu lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha biex inħejju ruħna għal din iż-żjara tassew speċjali, l-aktar bit-talb, ħalli meta jiġi l-Papa Franġisku nilqgħuh b'ferħ u b'qalb kbira, u \"bi ħlewwa liema bħalha\".", "Nagħtukom il-barka pastorali tagħna.", "Illum, 10 ta' Frar 2020, Solennità tan-Nawfraġju ta' Missierna San Pawl.", "Arċisqof ta' Malta", "Amministratur Appostoliku ta' Għawdex", "Isqof Awżiljarju ta' Malta", "Udjenza Ġenerali tal-Papa Franġisku, Awla Pawlu VI, il-Vatikan (8 ta' Jannar 2020).", "Omelija fis-Solennità tal-Konverżjoni ta' San Pawl Appostlu, Bażilika ta' San Paolo Fuori le Mura, Ruma (25 ta' Jannar 2020).", "Udjenza Ġenerali tal-Papa Franġisku, Awla Pawlu VI, il-Vatikan (22 ta' Jannar 2020).", "Udjenza Ġenerali tal-Papa Franġisku, Awla Pawlu VI, il-Vatikan (22 ta' Jannar 2020)."], "date": "10/02/2020", "title": "Ejjew nilqgħu b'qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet"} {"url": "https://knisja.mt/filmat-it-tieni-jum-tal-assemblea-djocesana-2018/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L-Assemblea Djoċesana 2018 kompliet ilbieraħ, il-Ġimgħa, 23 ta' Novembru, fejn ġew diskussi tliet dokumenti tas-Sinodu Djoċesan li ntemm fl-2003 u żewġ dokumenti oħra li saru wara s-Sinodu.", "Dawn huma:", "Viżjoni ta' Knisja Komunjoni", "Xandir tal-Kelma", "Liturġija u Sagrament", "Lejn Knisja Dejjem Aktar Inklużiva", "Il-Wiċċ Diġitali tal-Mulej", "Dawn il-jumejn ta' evalwazzjoni u diskussjoni huma l-bidu ta' proċess li għandu jwassal biex id-dokumenti tas-Sinodu jiġu aġġornati b'mod li jirriflettu r-realtajiet soċjali preżenti filwaqt li joffru proposti u inizjattivi ġodda ta' kif il-Knisja twieġeb għalihom.", "Fl-ewwel jum tal-Assemblea ġew diskussi d-dokumenti tas-Sinodu", "Kultura-Soċjetà-Knisja", "Djakonija u Ġustizzja", "Lajċi Nsara", "Żwieġ u Familja", "Adolexxenti u Żgħażagħ", "L-Assemblea Djoċesana ngħalqet bil-messaġġ tal-Arcisqof Charles J. Scicluna."], "date": "24/11/2018", "title": "Filmat: It-tieni jum tal-Assemblea Djoċesana 2018"} {"url": "https://knisja.mt/il-gazzetta-il-lehen-tista-tirceviha-bl-email/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, l-Azzjoni Kattolika tixtieq toffri s-servizz tal-gazzetta", "Il-Leħen", "bla ħlas lil kull min huwa interessat li jirċiviha f'forma ta' PDF permezz ta' email.", "Nitolbu lil kull min huwa interessat sabiex jibgħat email fuq", "għal aktar informazzjoni."], "date": "17/04/2020", "title": "'Il-Leħen' issa tista' tibda tirċeviha bl-email"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-20-ta-april-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tnejn tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 4, 23-31", "L-Evanġelju: Ġw 3, 1-8", "Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud.", "Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: \"Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista' jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu\".", "Ġesù wieġbu: \"Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta' Alla\".", "Qallu Nikodemu: \"Kif jista' wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ?", "Jista' forsi jerġa' jidħol f'ġuf ommu u jitwieled?\".", "Wieġbu Ġesù: \"Tassew tassew ngħidlek, li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu, ma jistax jidħol fis-Saltna ta' Alla.", "Dak li jitwieled mill-ġisem hu ġisem; u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu spirtu.", "La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid.", "Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma' ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer.", "Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu\"."], "date": "20/04/2020", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 20 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/innewlu-idna-li-tkun-id-ta-fidi-id-ta-mhabba-id-ta-tama-kbira-l-arcisqof/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna", "\"Ressaq idek u qiegħda fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi iżda emmen\" (Ġw 20:27).", "L-istedina li Ġesù jagħmel lil Tumas bħal-lum tmint ijiem fuq l-Għid hija stedina li qed jagħmel lil kull wieħed u waħda minna llum.", "Xi tfisser li nressqu jdejna u nqegħduha fuq il-ġenb ta' Ġesù?", "Il-ġenb ta' Ġesù huwa l-ġenb minfud mil-lanza nhar il-Ġimgħa l-Kbira.", "Ġwanni, l-istess evanġelista li jagħtina dan ir-rakkont li għadna kemm smajna, huwa xhud li minn dak il-ġenb minfud, mill-kustat minfud ta' Ġesù ħarġu demm u ilma.", "San Ġwann Krisostmu, wieħed mill-missirijiet il-kbar tal-Knisja, jgħidilna li dak id-demm u l-ilma huma s-sagramenti tal-Knisja.", "L-ilma huwa l-ħasil li bih tnaddafna minn dnubietna.", "Id-demm huwa dak li bih infdejna u li jrejjaqna fis-sagrament imqaddes tal-Ewkaristija.", "Min dak il-ġenb, bħalma Eva twieldet mill-ġenb ta' Adam, twieldet minn Adam il-ġdid il-Knisja, Eva l-ġdida.", "Dak il-ġenb ifisser il-ħolqien ġdid.", "\"Ressaq idek u qiegħeda fuq ġenbi\" (Ġw 20:27).", "Qed jistedinna l-Mulej biex aħna nersqu lejn l-għajn tal-ħniena u nitrejqu bil-Ġisem u d-Demm imqaddes tiegħu.", "Qegħdin ngħixu fi żmien partikolari u diffiċli ħafna għax din l-istedina ta' Ġesù ma nistgħux naċċettawha b'mod komplet.", "It-talba tagħna llum dan il-Ħadd iddedikat lill-Ħniena Divina hu li Alla jħenn għalina u li ma ndumux ma nkunu nistgħu nersqu lejn il-qrar bil-libertà kollha li konna drajna biha u ta' dan irridu nirringrazzjaw illum il-ministri tal-ħniena divina li huma s-saċerdoti tagħna u nitolbuh ukoll il-grazzja li ma ndumux ma nerġgħu niltaqgħu fil-knejjes tagħna biex nagħmlu t-tqarbina bil-Ġisem u d-Demm tiegħu.", "Aħna qegħdin nistednukom li nagħmlu l-qrara tax-xewqa, nistgħu ngħidu, billi nitolbu maħfra 'l Alla b'indiema sħiħa u l-Mulej jaraha din l-indiema u jilqagħha bil-proponiment li mal-ewwel ċans li jkollna, nqerru.", "U qed nistednukom nagħmlu tqarbina spiritwali f'kull quddiesa li tiġi mxandra u trasmessa fuq il-media soċjali.", "Imma bħalma qalilna l-Papa ftit tal jiem ilu, ix-xewqa tal-Knisja hija li terġa' tiltaqa' bħala familja waħda u li dawn il-kliem ta' Ġesù jkunu għaliha realtà sagramentali qawwija.", "\"Ressaq idek u qiegħda fuq ġenbi\" (Ġw 20:27).", "Il-Mulej Ġesù nhar l-ewwel jum tal-ġimgħa, nhar il-Ħadd ġimgħa wara l-irxoxt tiegħu, jerġa' jiltaqa' mad-dixxipli tiegħu miġburin u jiltaqa' wkoll ma' Tumas li b'intelliġenza kbira, irid jara l-evidenza u jifhem li 'l Ġesù aħna nistgħu nagħrfuh billi nressqu jdejna u l-ħarsa tagħna lejn il-pjagi tiegħu.", "Ġesù jurina l-pjagi tiegħu madwarna fejn hemm is-solitudni, fejn hemm il-qtigħ il-qalb, fejn hemm min hu emarġinat, fejn hemm min jitħalla jmut minħabba n-negliġenza tagħna, dawk li jmutu minħabba l-mard u għalkemm nippruvaw nikkurawhom, hemm il-limitu ta' dak li nistgħu nagħmlu.", "Dawn huma l-pjagi ta' Ġesù llum u aħna nagħrfuh permezz tal-pjagi tiegħu.", "Għaliex aħna, bħalma jgħidilna (l-Appostlu Missierna, għalkemm ma rajniehx inħobbuh).", "Il-kliem tal-appostlu Pietru jagħtina faraġ kbir: \"Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih għad li issa m'intomx tarawh, intom temmnu, fih intom tifirħu b'ferħ glorjuż li ma jistax jitfisser waqt li tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom li hu s-salvazzjoni tagħkom\" (1Pt 1:8-9).", "Meta 'k Alla jrid tgħaddi minn fuqna din il-burraxka, se jkolli l-ferħ ngħammed diversi adulti li qed jippreparaw għall-Magħmudija li ma stajniex nagħmduhom fil-vġili tal-Għid li għadda.", "U l-ewwel mistoqsija li npoġġilhom hija: 'X'tixtieq mill-Knisja?'", "Huma jirrispondu: 'Il-fidi'.", "U jiena ngħidilhom: 'Imma l-fidi x'se tagħtik?'", "'Il-ħajja ta' dejjem'.", "Dan id-djalogu li jippreċedi li jkun qabel il-Magħmudija tagħhom, huma qed iwettqu u jikkonfermaw it-tagħlim tal-appostlu Pietru fl-Ewwel Ittra tiegħu li llum smajna fit-Tieni Qari: \"Intom tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom, li hu s-salvazzjoni tagħkom\" (1Pt 1:9).", "Ġesù stess jagħtina din il-barka li hija l-barka propju tagħna: \"Henjin dawk li ma rawx u emmnu\" (Ġw 20:29).", "U l-evanġelista Ġwanni jagħmel nota: \"Dan kollu nkiteb sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija, l-Iben ta' Alla u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu\" (Ġw 20:31).", "F'dan il-Ħadd tal-Ħniena Divina, ejjew nitolbu 'l Mulej id-don tal-fidi li aħna ma nibżgħux nintelqu f'idejh, anzi mmiddu jdejna biex immissu l-pjagi qaddisa tiegħu mingħajr ma ninsew li qed jistedinna narawhom f'ħutna ppjagati, f'ħutna qegħdin isofru u jbati.", "U waqt li nnewlu jdejna li tkun id ta' fidi, id ta' mħabba, id ta' tama kbira.", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Evanġelju: Ġw 20, 19-31"], "date": "19/04/2020", "title": "Innewlu idna li tkun id ta' fidi, id ta' mħabba, id ta' tama kbira – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/dati-godda-ghall-ghazla-ta-skola-tal-knisja/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Is‐Segretarjat għall‐Edukazzjoni Nisranija qed iħabbar dati ġodda għall‐għażla ta' skola tal‐Knisja għas‐sena akkademika li tibda f'Settembru li ġej.", "L‐għażla ta' skola se tixxandar live fuq il‐website tal‐Arċidjoċesi ta' Malta", "www.knisja.mt", ", minn ġo studio mingħajr il‐preżenza tal‐ġenituri u bl‐inqas nies possibbli, minħabba r‐restrizzjonijiet kontra t‐tixrid tal‐coronavirus.", "Matul il‐proċess kollu ser ikun preżenti nutar.", "Waqt il‐proċess tal‐għażla tal‐iskola, il‐ġenituri ser jiġu kkuntattjati bit‐telefown u jintalbu jagħmlu l‐għażla tagħhom.", "It‐telefonati lill‐ġenituri jsiru wara xulxin skont l‐ordni tar‐riżultat tal‐polza tal‐għażla.", "Huwa obbligatorju li l‐ġenituri jkunu disponibbli biex jirrispondu t‐telefonata, bħalma kien obbligatorju li jkunu preżenti fis‐sala fejn kienet issir l‐għażla ta' skola.", "Dan sabiex il‐proċess jimxi kif meħtieġ u ħadd ma jinqabeż.", "L‐Uffiċċju għad‐Dħul fl‐Iskejjel tal‐Knisja jċempel l‐ewwel fuq il‐mobile tal‐omm.", "Jekk ħadd ma jirrispondi jċempel fuq il‐mobile tal‐missier, u jekk ħadd ma jirrispondi jċempel fuq in‐numru tad‐dar.", "Jekk ħadd ma jirrispondi t‐telefonati kollha li jsiru, il‐proċess jitkompla u ssir telefonata lil min imissu.", "Min ma jkunx għażel u jikkuntattja lura lill‐uffiċċju jkun jista' jagħżel mill‐postijiet li jkun fadal, iżda ma jkunx jista' jħassar l‐għażliet li jkunu diġà saru.", "In‐numri tat‐telefown li jintużaw huma dawk li ġew sottomessi fl‐applikazzjoni għad‐dħul fl‐iskejjel tal‐Knisja u dawk li l‐ġenituri jkunu taw meta l‐uffiċċju għad‐Dħul fl‐Iskejjel tal‐Knisja jkun ċemplilhom.", "Il‐kapijiet tal‐iskejjel tal‐Knisja qed ilestu preżentazzjonjiet b'informazzjoni utli dwar l‐iskola għall‐ġenituri.", "Din l‐informazzjoni tkun aċċessibbli", "mill‐paġna tal‐iskejjel tal‐Knisja", "jew tintbagħat b'email jew bil‐posta.", "Il‐postijiet vojta skola skola jitħabbru sa jumejn qabel l‐għażla ta' kull skola.", "Il‐ġenituri għandhom ikunu preparati bid‐deċiżjoni tagħhom sa dakinhar li ssir l‐għażla tal‐iskejjel li għaliha applikaw għat‐tfal tagħhom.", "Il‐filmati tal‐għażla tal‐iskola jibqgħu aċċessibbli online anke wara li tintemm ix‐xandira.", "Ir‐riżultati tal‐għażla jittellgħu online l‐għada ta' kull għażla fuq", "il‐paġna tal‐iskejjel tal‐Knisja", ".", "Il‐listi tal‐applikanti li se jagħmlu għażla ta' skola tinsab ukoll online.", "Għal aktar tagħrif tista' tibgħat email fuq", "jew iċċempel fuq", "7999 0224 mit‐Tnejn sal‐Ġimgħa mis‐7:30am sat‐3:30pm.", "Aktar informazzjoni tingħata", "fil‐paġna tal‐iskejjel tal‐Knisja", "minn żmien għal żmien.", "Jekk iċ‐ċirkustanzi fil‐pajjiż jinbidlu b'tali mod li l‐għażla tal‐iskola ma tkunx tista' ssir, il‐ġenituri jiġu infurmati permezz ta' avviż fuq l‐istess website.", "Dati u ħin", "It‐Tlieta 12 ta' Mejju, 9:30am", "Il‐Ġimgħa 15 ta' Mejju, 9:30am", "It‐Tlieta 19 ta' Mejju, 9:30am", "Il‐Ġimgħa 22 ta' Mejju, 9:30am", "It‐Tlieta 26 ta' Mejju, 9:30am", "Il‐Ġimgħa 29 ta' Mejju, 9:30am", "Il‐Ġimgħa 29 ta' Mejju, 11:30am", "Il‐Ġimgħa 29 ta' Mejju, 12:30pm"], "date": "20/04/2020", "title": "Dati ġodda għall-għażla ta' Skola tal-Knisja"} {"url": "https://knisja.mt/ftehim-bejn-is-santa-sede-u-l-gvern-ta-malta-dwar-laptops-ghall-edukaturi-fl-iskejjel-tal-knisja/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Nixtieq nirringrazzja lill-Gvern ta' Malta għall-appoġġ li dejjem wera u għadu juri b'ħafna modi konkreti għall-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ li tant ġenituri Maltin jafdaw fi Skejjel tal-Knisja biex minnhom jirċievu servizz effettiv u ħolistiku.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħafna reliġjużi u saċerdoti u staff lajkali għas-servizz ddedikat li qed jagħtu fl-edukazzjoni ta' dawn iż-żgħażagħ u lill-pajjiżna.", "Arċisqof ta' Malta", "Il-messaġġ tan-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Alessandro D'Errico"], "date": "13/09/2019", "title": "Ftehim bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar laptops għall-edukaturi fl-Iskejjel tal-Knisja"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-1-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Ewwel Ħadd tar-Randan", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 2, 7-9; 3, 1-7", "Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.12-13.", "14 u 17", "It-Tieni Qari: Rum 5, 12-19", "L-Evanġelju: Mt 4,1-11", "F'dak iż-żmien, l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-xitan iġarrbu.", "U Ġesù baqa' sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ.", "U resaq it-tentatur u qallu: \"Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż\".", "Iżda Ġesù wieġbu: \"Hemm miktub: \"Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b'kull kelma li toħroġ minn fomm Alla\".", "Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: \"Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li: \"Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek, u li fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma' xi ġebla\".", "Qallu Ġesù: \"Hemm miktub ukoll: \"Iġġarrabx lill-Mulej, Alla tiegħek\".", "Għal darb'oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: \"Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani\".", "Imbagħad qallu Ġesù: \"Itlaq, Xitan!", "Għax hemm miktub: \"Lill-Mulej, Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi\".", "Imbagħad ix-Xitan ħallieh.", "U minnufih ġew xi anġli u kienu jaqduh."], "date": "01/03/2020", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-14-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9", "L-Evanġelju: Ġw 3:14-17", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: «Ħadd ma tela' s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema.", "U kif Mosè rafa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem.»", "Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.", "Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu."], "date": "14/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 14 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-16-ta-dicembru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Num 24, 2-7.15-17a", "Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9", "L-Evanġelju: Mt 21, 23-27", "F'dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: \"Int b'liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu?", "U min tahielek din is-setgħa?\".", "U Ġesù qalilhom: \"Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b'liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu.", "Il-magħmudija ta' Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-sema jew mill-bnedmin?\".", "Dawk bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: \"Jekk inweġbuh: \"Mis-sema\", jgħidilna: \"Mela għaliex ma emmintux?\".", "U jekk ngħidulu: \"Mill-bnedmin\", nibżgħu min-nies, għax lil Ġwanni kulħadd iżommu bi profeta\".", "Imbagħad wieġbu lil Ġesù u qalulu: \"Ma nafux\".", "U hu qalilhom: \"Mela anqas jiena ma ngħidilkom b'liema setgħa qiegħed nagħmel dan\"."], "date": "16/12/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 16 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/il-papa-fl-angelus-qatt-tidhol-fi-djalogu-max-xitan/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)", "Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!", "F'dan l-ewwel Ħadd tar-Randan, l-Evanġelju (cfr Mt 4, 1-11) jirrakkuntalna li wara l-Magħmudija fix-xmara Ġordan, \"l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ikun imġarrab mix-xitan\" (v. 1).", "Hu jħejji ruħu għall-bidu tal-missjoni tiegħu ta' ħabbar tas-Saltna tas-Smewwiet, u, bħal Mosè u Elija qablu (cfr Eż 24,18; 1 Sla 19,8) fl-Antik Testment, jitħejja bis-sawm għal erbgħin jum.", "Jidħol \"fir-Randan\".", "Fi tmiem daż-żmien ta' sawm, jidħol b'saħħa it-tantatur, ix-xitan, li għal tliet darbiet jipprova jdaħħal lil Ġesù f'diffikultà.", "L-ewwel tentazzjoni tieħu spunt mill-fatt li Ġesù għandu l-ġuħ; ix-xitan jissuġġerilu: \"Jekk int Iben Alla ordna lil dal-ġebel isir ħobż\" (v. 3).", "Sfida.", "Imma t-tweġiba ta' Ġesù hi ċara: \"Hemm miktub: Mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, iżda b'kull kelma li toħroġ minn fomm Alla\" (4,4).", "Hu qed jirreferi għal Mosè meta lill-poplu fakkru fil-mixja li għamel fid-deżert, li tulha kien tgħallem li ħajtu tiddependi mill-Kelma t'Alla (cfr Dewt 8.3).", "Imbagħad ix-xitan jipprova t-tieni darba, (vv.", "5-6) u jsir aktar stuż, jikkwota wkoll l-Iskrittura Mqaddsa.", "L-istrateġija hija ċara: jekk int għandek tant fiduċja fil-qawwa t'Alla, allura ġarrabha, infatti l-Iskrittura stess tafferma li se jiġu l-anġli jgħinuk (v.6) Imma f'dal-każ ukoll Ġesù ma jħallix lix-xitan iħawdu għax min jemmen jaf li lil Alla ma nġarrbuhx, imma l-fiduċja tagħna hi fil-ħniena tiegħu.", "Għalhekk, għall-kliem mill-Bibbja li Satana jinterpreta kif jaqbel lilu Ġesù jwieġeb bi kwotazzjoni oħra: \"Hemm miktub ukoll: iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek\" (v. 7).", "Fl-aħħar, it-tielet tentattiv (vv.", "8-9) jikxef il-veru għan tax-xitan: minħabba li l-miġja tas-Saltna tas-Smewwiet tfisser il-bidu tat-telfa tiegħu, il-malinn jipprova jifred lil Ġesù mit-twettiq tal-missjoni tiegħu billi joffrilu prospettiva ta' messjaniżmu politiku.", "Iżda Ġesù jirrofta l-idolatrija tas-setgħa u tal-glorja umana u, fl-aħħar, ikeċċi lit-tantatur u jgħidlu: \"Itlaq, xitan!", "Għax hemm miktub: \"Lill-Mulej, Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi\" (v. 10).", "U f'dal-ħin ħdejn Ġesù, li baqa' fidil għall-missjoni li tah il-Missier, resqu l-anġli biex jaqduh (cfr v. 11).", "Dan jgħallimna ħaġa: Ġesù ma jiddjaolgax max-xitan.", "Ġesù jwieġeb bil-Kelma t'Alla, mhux bil-kelma tiegħu.", "Ħafna drabi waqt it-tentazzjoni aħna nibdew niddjalogaw magħha, niddjalogaw max-xitan: \"Iva, jien nista' nagħmel hekk....., imbagħad immur inqerr, imbagħad dan, dak....\".", "Qatt ma għandna niddjalogaw max-xitan.", "Ġesù jagħmel żewġ affarijiet max-xitan: ikeċċih 'l hemm jew, kif ġara f'dal-każ, iwieġeb bil-Kelma t'Alla.", "Oqgħodu attenti, qatt tiddjalogaw mat-tentazzjoni, qatt tiddjalogaw max-xitan.", "Illum ukoll Satana jinvadi l-ħajja tal-bnedmin biex jittantahom bil-proposti tiegħu li jiġbduk: iżid leħnu ma' tant oħrajn li jippruvaw imannsu l-kuxjenza.", "Minn kull naħa ġejjin messaġġi li jistiednuk biex taqa' għat-tentazzjoni ħalli ġġarrab is-sakra tat-trasgressjoni.", "L-esperjenza ta' Ġesù tgħallimna li t-tentazzjonni hi tentattiv biex teħodna f'triqat differenti minn dawk ta' Alla: \"U agħmel hekk, m'hemmx problemi, imbagħad Alla jaħfer!", "Imma ġurnata gost titlifhiex.....\" – \"Imma hu dnub!\" – \"Le, mhu xejn\".", "Toroq alternattivi li jtuna s-sensazzjoni tal-awtosuffiċjenza, tat-tgawdija tal-ħajja bħala għan fih innifsu.", "Imma dan kollu hu illużjoni: malajr nindunaw li aktar ma nitbiegħdu minn Alla, aktar inħosuna bla difiża u bla saħħa quddiem il-problemi l-kbar tal-eżistenza.", "Jalla l-Verġni Marija, Omm dak li saħaq ras is-serpent, tul daż-żmien tar-Randan, tgħinna biex nishru quddiem it-tentazzjonijiet, biex ma nsirux ilsira ta' ebda idolu ta' din id-dinja, biex nimxu wara Ġesù fit-taqbida kontra l-ħażen; b'hekk aħna wkoll noħorġu rebbiħin bħal Ġesù.", "Wara l-Angelus", "Għeżież ħuti!", "Insellem lilkom ilkoll fidili minn Ruma u pellegrini li ġejtu mill-Italja u minn diversi pajjiżi.", "Insellem partikolarment liż-żgħażagħ minn Formentera, lill-fidili minn Ostuni u li dawk mill-parroċċa San Piju ta' Pietralcina f'Ruma.", "Nawgura lil kulħadd li l-mixja tar-Randan, li għadu kif beda, tkun għanja bil-frott tal-Ispirtu u għanja bl-opri tajba.", "Jien xi ftit imnikket minħabba l-aħbarijiet li qed jaslu dwar tant persuni maħrubin, tant irġiel, nisa, tfal imkeċċijin minħabba l-gwerer, tant migranti li jitolbu kenn fid-dinja u għajnuna.", "Dal-ġranet is-sitwazzjoni marret għall-agħar.", "Nitolbu għalihom.", "Nitlobkom ukoll tiftakru fit-talb fl-Eżerċizzi Spiritwali tal-Kurja ta' Ruma li se jibdew illejla f'Ariccia.", "Sfortunatament ir-riħ li għandi mhux se jippermettili nieħu sehem fihom dis-sena: il-meditazzjonijiet se nsegwihom minn hawnhekk.", "Ningħaqad spiritwalment mal-Kurja u mal-persuni kollha li qed jgħixu waqtiet ta' talb bl-Eżerċizzi spiritwali li qed jagħmlu mid-dar.", "Il-Ħadd it-tajjeb u l-pranzu t-tajjeb!", "Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber"], "date": "02/03/2020", "title": "Il-Papa fl-Angelus: 'qatt tidħol fi djalogu max-xitan'"} {"url": "http://www.magnazmien.com/mt/stejjer/", "category": "history, culture, folklore", "text": ["Stejjer mill-Arkivju Ritratt: Emanuel Borg (kollezzjoni ta' John Borg) Fibreglass boat fire, Kalkara boat yard, 1960s Stejjer mill-Arkivju Magna Żmien hija impenjata li taqsam l-arkivju tagħha mal-pubbliku.", "Nagħmlu dan permezz ta' sensiela ta' kollaborazzjonijiet mal-artisti u l-ħallieqa li jipproduċu avvenimenti pubbliċi li jinkludu wirjiet, spettakli, sessjonijiet ta' ħidma u lectures Malta u barra.", "Madankollu, ħafna materjal jinsab fl-arkivju diġitali tagħna.", "Din il-paġna tippreżenta għażla ta' wħud mill-oġġetti u l-istejjer interessanti li konna xxurtjati li ġbarna mill-pubbliku.", "Pawlu Degabriele, il-Bies", "Il-Maltin fit-Tuneżija"]} {"url": "http://www.magnazmien.com/mt/stejjer/il-maltin-fit-tunezija/", "category": "history, culture, folklore", "text": ["Il-Maltin fit-Tuneżija Ritratt: kollezzjoni ta' Joseph Mangani Il-Maltin fit-Tuneżija Minkejja li arċipelagu f'nofs il-Mediterran, ta' spiss ninsew li Malta għandha storja mill-qrib u profonda mal-pajjiżi ġirien tagħha, speċjalment dawk fl-Afrika ta' Fuq.", "Fuq vjaġġ ta' riċerka u ġbir it-Tuneżija, Andrew Alamango, il-fundatur u d-direttur artistiku ta' Magna Żmien, ltaqa' ma' xi Maltin ta' Tuneż li qasmu l-memorji, l-aneddoti u l-istejjer tal-komunità tagħhom li dari kienet waħda ħajja u vibranti.", "Il-Maltin f'Tuneż kienu magħrufa bħala produtturi ta' qoton ta' kwalità, xufiera tal-karozzini, u għall-pastizzi, u ħallew il-marka tagħhom fuq is-soċjetà Tuneżina anki sal-lum.", "Kienu wkoll assoċjati b'mod partikolari mal-ħwienet tal-laħam, b'mod partikolari l-laħam taż-żiemel kif ukoll tal-majjal.", "Ħafna minn dawn kellhom il-ħwienet fis-suq lokali ta' Tuneż, il-Marché Central f'Rue de Allemagne.", "Kollezzjoni ta' Joseph Mangani Kollezzjoni ta' Joseph Mangani", "Għalkemm il-komunità Maltija f'Tuneż iddiżintegrat wara s-snin ħamsin, wieħed xorta jista' jsib fdalijiet tal-imgħoddi, li jfakkru fiż-żmien tal-preżenza qawwija u rikka tal-Maltin fil-pajjiż.", "Il-Maltin għadhom miftakra b'mod partikolari minħabba l-qrubija tal-lingwa u l-mod kif integraw fis-soċjetà Tuneżina u ħallew il-marka tagħhom fuqha.", "Ir-rabta bejn iż-żewġ pajjiżi għadha b'saħħitha llum u kull min jivvjaġġa lejn u mit-Tuneżija żgur li jiltaqa' mal-frażi \" Malta ħanina, ħobża u sardina. \"", "Illum jirrakkontaw l-istejjer ta' kif għexu b'mod armonjuż flimkien ma' kulturi oħra filwaqt li komplew bit-tradizzjonijiet reliġjużi u kulturali Maltin tagħhom, u integraw mas-soċjetà liberali u kulturalment diversa tat-Tuneżija li kienet miftuħa għall-Mediterran u l-poplu tiegħu.", "Ritratt partikolarment interessanti huwa dak tal-familja Temimi. ln-nanna kienet Antoinette Zammit minn Ħamrun.", "Antoinette ħadmet bħala stewardess fuq il-vapur ta' bejn Malta u t-Tuneżija fil-bidu tas-snin tletin, u fuq dan l-istess vapur, iltaqgħet u bdiet tinnamra ma' Mohamed Taoufik Temimi, u spiċċaw iżżewġu.", "Kollezzjoni ta' Hatem Temimi", "Antoinette ġarret minn Malta għat-Tuneżija u bdiet tgħix f'La Fayette, fejn rabbiet il-familja tagħha.", "Lil Antoinette llum għadhom jiftakruha bħala Nanna Ferida Temimi mill-Ħamrun u għalkemm hemm biss ftit dixxendenti ta' din il-komunità, għad għandhom għal qalbhom il-gżira tal-oriġini tagħhom.", "Xi wħud kisbu wkoll in-nazzjonalità Maltija.", "Kollezzjoni ta' Hatem Temimi", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Tuneż qed tipprova wkoll iżżomm dawn ir-relazzjonijiet, fosthom bil-pubblikazzjoni ta' riċerka dwar Maltin ta' Tuneż magħrufa, fosthom l-iskoperta li l-perit eminenti Malti Ġużè D'Amato, li ddisinja l-bażilika ikonika tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt Valletta, twieled u ggradwa t-Tuneżija.", "L-Istorja ta' Qabel", "L-Istorja Li Jmiss"]} {"url": "http://www.magnazmien.com/mt/stejjer/pawlu-degabriele-il-bies/", "category": "history, culture, folklore", "text": ["Pawlu Degabriele il-Bies Ritratt: kollezzjoni ta' Guża Mifsud Pawlu Degabriele, il-Bies Il-mużiċist Oliver Degabriele dan l-aħħar infurmana li kien kiseb recordings tal-bużnannu tiegħu li skopra li ma kien ħadd ħlief l-għannej rinomat Pawlu Degabriele Il-Bies .", "Peress li dejjem kien jistaqsi lilu nnifsu minn fejn kienet ġejja l-inklinazzjoni mużikali tiegħu, kien pjaċir kbir tiegħu jiktibilna kelmtejn u jaqsamhom magħna.", "Pawlu l-Bies kien għannej magħruf li twieled fil-11 ta' April 1908 ż-Żejtun.", "Ħadem f'diversi xogħlijiet, fosthom ix-xogħol iebes tat-tqandil tal-faħam fil-Port il-Kbir, u aktar tard bħala landier.", "B'xorti ħażina, kien għama meta kellu ftit aktar minn għoxrin sena.", "Miet fl-1980, ta' 72 sena.", "Jibqa' favorit fost id-dilettanti tal-folklor għall-vuċi mnikkta u passjonali tiegħu u s-sengħa fit-twassil tal-versi poetiċi tiegħu.", "Diffiċli titkellem dwar xi ħadd li qatt ma ltqajt miegħu, u qatt ma kelli x-xorti niltaqa' mal-bużnannu tiegħi li miet fis-sena li twelidt fiha jien.", "Pawlu l-Bies huwa eroj folkloristiku, speċjalment iż-Żejtun (fejn għandu bust iddedikat għall-memorja tiegħu) u kien ikanta l-Bormliża b'vuċi unika li ġġiegħlek tpoġġi bilqiegħda u tisma'.", "Huwa magħruf b'mod speċjali għal \"Id-Destin\", għanja li titkellem dwar kif tilef il-vista (ta' 21-il sena) u kif qatt ma ra l-uċuħ ta' wliedu, ħlief it-tifel il-kbir tiegħu ta' sena (nannuwi).", "Peress li jien mużiċist, dejjem kont inklinat lejn il-mużika u ndoqq bil-widna ta' età żgħira ħafna.", "Dejjem staqsejt lili nnifsi dwar minn fejn ġejja din il-ġibda, għax m'għandi 'l ħadd idoqq xi strument fil-familja.", "Issa nagħraf li għandi nrodd ħajr lill-bużnannuwi li għaddieli xi ftit minn dik il-maġija.", "Magna Żmien · Għana tal-Fatt 'Id-Destin'", "\"F'ħajti jien kemm kont imqareb,", "issa kelli noqgħod kwiet.", "Kull fejn jiena ndawwar wiċċi,", "ma narax ħlief dlamijiet.", "Ħamest itfal ma' rajtx 'il wiċċhomm,", "Anke tal-kbir kont insejt.", "Kemm hu ikrah bniedem għama,", "Min hu bħali jaf xi jgħid.\"", "Ritratti: kollezzjoni ta' Guża Mifsud Awdjo: kollezzjoni ta' Oliver Degabriele", "L-Istorja ta' Qabel", "L-Istorja Li Jmiss"]} {"url": "http://www.magnazmien.com/mt/stejjer/lonzu-damato/", "category": "history, culture, folklore", "text": ["Is-sajd fis-Żurrieq fis-snin sittin Lonzu D'Amato Ritratt: kollezzjoni ta' Guido Stilon Lonzu D'Amato Xi nies li żaru l-wirja tagħna Malta in Transition ta' Guido Stilon għarfu ħbieb u membri tal-familja f'xi wħud mir-ritratti.", "Ann Marie D'Amato għarfet lil bużnannuha Lonzu D'Amato f'ritratt ta' sajjieda qed iniżżlu x-xbieki tagħhom maġenb it-triq li twassal għal Wied iż-Żurrieq fil-bidu tas-Sittinijiet.", "Ħajr lil Anne Marie D'Amato u l-familja għar-ritratti ta' Lonzu D'Amato", "Lonzu D'Amato twieled fl-1895 u trabba ż-Żurrieq, u għex hemm sakemm miet ta' 86 sena.", "Huwa u martu Catherine kellhom ħamest itfal; Joseph, Ninu, Leli, Xandru, u Salvina.", "Sfortunatament, Salvina mietet tragikament ta' 16-il sena f'inċident f'Wied iż-Żurrieq.", "L-istorja tgħid li bomba mhux sploduta nstabet minn raġel fejn il-grotta magħrufa bħala \"il-Ħnejja\".", "Ġarrha sal-maħżen tiegħu fejn splodiet, u qatlet lilu u lil wieħed minn uliedu, u lil Salvina li dak il-ħin kienet qed tħit fuq l-għatba.", "Lonzu għadda ħajtu sajjied, u ħadem l-art ukoll kull meta l-baħar kien ikun imqalleb wisq.", "Wieħed min-neputijiet tiegħu jiftakar lin-Nannu Lonzu jrabbi l-familja billi jistad minn fuq kajjik bil-moqdief u bil-qlugħ; \"Niftakru dieħel f'dawk in-nases kbar tal-qasab aħna u ngħaddu l-labra biex insewwu l-biċċiet li kien ikollhom il-ħsara\".", "Il-kamera ta' Guido ġibdet lis-sajjieda waqt ħidmiethom b' Filfla fl-isfond.", "Qabdithom preċiż fil-mument li Lonzu jiċċassa lejn il-lenti — mument li sar etern hekk kif iħares lejna minn fuq il-baħar ta' kull żmien.", "Dawn kienu 3 aħwa.L-ewwel wieħed fuq il-lemin Alonzo magħruf bħala Lonzu.", "Kien raġel mibni sew.", "Tan-nofs Michelangelo magħruf bħala Kalanġ.", "Ipejjep daqs ċumnija u riżervat ħafna.", "L-ewwel fuq ix-xellug Francis magħruf bħala Frenċ, l-aktar wieħed intelliġenti tal-aħwa.", "Id-dgħajsa tagħhom inħarqet fil-Marsa fejn kienet irmiġġata ħdejn il-maħżen ta' Salvatore Caruana.", "Aktar tard kellhom oħra li kienu jżommuha Wied iż-Żurrieq.", "L-Istorja ta' Qabel", "L-Istorja Li Jmiss"]} {"url": "http://www.magnazmien.com/mt/involvi/", "category": "history, culture, folklore", "text": ["Involvi ruħek magħna Ritratt: kollezzjoni ta' Guido Stilon Woman looks into an image viewer, early 1960s Involvi ruħek magħna Mill-2017, Magna Żmien ġabret u ddiġitalizzat ammont kbir ta' ħoss, xbihat u materjal awdjoviżiv li jmur lura għas-seklu għoxrin, kollu kemm hu marbut mal-Gżejjer Maltin u mad-dijaspora Maltija.", "Dan il-kontenut awdjoviżiv jingħata minn membri tal-pubbliku mill-kollezzjonijiet privati tagħhom sabiex jiġi ppreżervat, u biex Magna Żmien u kollaboraturi oħrajn ikunu jistgħu jinterpretaw dan il-materjal mill-ġdid.", "Magna Żmien tixtieq tagħmel dan il-materjal disponibbli għall-artisti u r-riċerkaturi għall-iskop tar-riċerka artistika u storika, l-iżvilupp kreattiv u l-għarfien pubbliku.", "Dan l-aċċess jippermetti interpretazzjoni mill-ġdid u involviment imġedded mal-kollezzjonijiet diġitali.", "Madankollu, peress li dan il-materjal ikun ingħata b'mod ġeneruż minn membri tal-pubbliku, Magna Żmien għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-kontenut tal-arkivju tagħna jintuża b'mod rispettuż u f'konformità max-xewqat tad-donaturi, kif ukoll li titħares l-privatezza tagħhom.", "Għal dan il-għan, Magna Żmien tilqa' t-talbiet għall-kollaborazzjoni, iżda tirriżerva d-dritt li tqis kull talba skont il-mertu tagħha, u fil-limiti tar-riżorsi tal-organizzazzjoni.", "Għalkemm ma nistgħux ngħinu proġetti direttament b'mod finanzjarju, nistgħu nkunu sħab f'applikazzjonijiet ta' finanzjament xierqa.", "Kollaborazzjonijiet passati jinkludu Ilħna Mitlufa, Etnika, Giulia Privitelli, Caroline Tonna, Fleeting Territories, Justine Balzan, u Timothy Garrett.", "Sa Diċembru 2020 ġbarna aktar minn 8500 xbiha u reġistrazzjoni minn membri tal-pubbliku f'Malta.", "Aħna grati ħafna lil kull min ikompli jressqilna l-materjal biex nippreżervawh u nużawh.", "Mill-2018 'il hawn ippreżentajna l-istejjer tagħhom fi 11-il avveniment pubbliku, spettakli u wirjiet f'Malta u barra mill-pajjiż, f'Tuneż, Vjenna, Budapest u Londra.", "L-2021 mistenni jkun sena impenjattiva oħra ta' kollaborazzjonijiet.", "1615-il ritratt 5016-il negattiva 1065 slajd 296 8mm ta' films 89 kasett awdjo 80 bobina miftuħa (żigarella) 605 fajls oħra minn sorsi diġitali", "Nota ta' Aċċess Ġenerali", "Il-biċċa l-kbira tal-kollezzjonijiet li Magna Żmien taħdem bihom huma filmati, ritratti u reġistrazzjonijiet awdjo privati tal-membri tal-familja tad-donatur u tal-ħbieb tagħhom — li ħafna minnhom mietu minn dak iż-żmien 'il hawn.", "Dawn l-istampi qatt ma kienu maħsuba biex jidhru lil hinn minn ċirku żgħir ta' ħbieb u familja.", "Minħabba r-responsabbiltà li ġejna fdati biha, noqogħdu attenti kif naqsmu dan il-kontenut.", "F'xi każijiet, l-individwi jistgħu jidentifikaw membri tal-familja f'ritratti jew filmati li naqsmu online, jew f'wirjiet, u f'dawk il-każijiet nistgħu nipprovdu kopja lil dik il-persuna.", "Madankollu, dawn it-tipi ta' talbiet mhux dejjem jistgħu jiġu ssodisfati, u m'għandniex il-kapaċità li nilqgħu talbiet biex infittxu l-kollezzjonijiet tagħna għal persuni jew postijiet partikolari.", "Il-proċess ta' kollaborazzjoni", "Malli jsir l-ewwel kuntatt ma' artist jew riċerkatur — idealment permezz tal-formola ta' kuntatt tagħna — nitolbu xi informazzjoni bażika dwar il-proġett jew il-kollaborazzjoni li tkun qed tipproponielna, inklużi d-dati proposti, kollaboraturi oħra, u kull informazzjoni rilevanti oħra.", "Imbagħad niltaqgħu miegħek biex niċċaraw l-informazzjoni li jkun hemm bżonn u nsibu punti ta' kollaborazzjoni.", "Idealment dan iseħħ fl-istudio tagħna l-Belt Valletta, fejn inkunu nistgħu niggwidak fil-kollezzjonijiet tagħna.", "Il-kontenut awdjoviżiv tal-arkivju tagħna huwa aċċessibbli permezz ta' portal online.", "Madankollu, id-deskrizzjonijiet ta' kull oġġett, jew kollezzjoni, jistgħu ma jkunux iddettaljati bl-istess mod fl-arkivju kollu.", "Għalhekk, jeħtieġ tkunu lesti tqattgħu l-ħin tfittxu fil-kollezzjonijiet skont il-materjal meħtieġ u ċirkostanzi oħra!", "Tridu wkoll tkun konxji mid-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IP) dovuti lis-sidien tal-materjal tagħna u l-qbil tal-użu li Magna Żmien tkun daħlet għalihom.", "Il-materjal li qed jiġi aċċessat jappartjeni parzjalment lid-donaturi individwali, li jista' jkollhom bżonn jiġu kkonsultati dwar l-użu tal-materjal tagħhom, skont in-natura tal-proġett tiegħek.", "Mhux se nużaw oġġetti mill-arkivju tagħna għall-gwadann kummerċjali, u mhux se nikkollaboraw ma' entitajiet privati fuq proġetti li jeżistu purament għall-qligħ kummerċjali.", "Filwaqt li se jsir kull sforz biex jiġu akkomodati t-talbiet għall-kollaborazzjoni, peress li Magna Żmien hija organizzazzjoni volontarja, ir-riżorsi meħtieġa mhux dejjem ikunu disponibbli min-naħa tagħna.", "Niżżel il-PDF tal-proċedura ta' kollaborazzjoni"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/kien-hemm-ukoll-sensar-iehor/", "date": "Thu, 4th Jun '20, 13:55", "category": "blog, politics, government", "title": "Kien hemm ukoll sensar ieħor?", "text": ["Il-possibilità li Chris Cardona seta' kien imdaħħal fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia reġgħet feġġet wara li din il-ġimgħa Melvyn Theuma wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu fil-qorti.", "Jason Azzopardi, li fil-qorti qed jidher parte civile għall-familja ta' Daphne Caruana Galizia, nhar it-Tnejn staqsa lil Melvyn Theuma jekk qattx kien sema' bi ħlas li kien għamel Chris Cardona lil Alfred Degiorgio magħruf bħala 'l-Fulu'.", "Melvyn Theuma wieġeb li din l-istorja kien semagħha.", "Theuma xehed li din l-istorja kien qalhielu Mario Degiorgio li jiġi ħu Ġorġ 'iċ-Ċiniz' u ħu Alfred 'il-Fulu' Degiorgio li ilhom il-ħabs jistennew li jgħaddu ġuri mill-4 ta' Diċembru 2017 mixlijin bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Melvyn Theuma xehed li Mario Degiorgio kien qallu li Chris Cardona kien ħallas €350,000 lil ħuħ Alfred Degiorgio biex joqtol lil Daphne u, biex għamel dan, inqeda' b'intermedjarju.", "Jason Azzopardi staqsa lil Theuma jekk Mario Degiorgio qattx semma' min hu dan l-intermedjarju.", "Theuma wieġeb li dan l-intermedjarju kien issemma' min hu u seta' jiftakar li ismu jibda' bil-\"B\".", "Jason Azzopardi staqsa lil Melvyn Theuma jekk setax jiftakar lil Mario Degiorgio jsemmi l-isem ta' Anthony Chetcuti, magħruf bħala Toni l-Biglee.", "Melvyn Theuma wieġeb li ma jistax jeskludi li kien issemma', iżda ma setax ikun ċert.", "Min hu dan Anthony Chetcuti, li huwa magħruf ukoll bħala Toni l-Biglee?", "L-informazzjoni li ġejja ġbartha mingħand diversi għejjun u ma jfissirx li din l-informazzjoni twassal għall-konklużjoni li Anthony Chetcuti kien parti mill-konfoffa li wasslet għad-delitt.", "Provi bħal dawn, jekk jeżistu, jkun jeħtieġ li jgħaddu mill-għarbiel tal-qorti.", "Anthony Chetcuti kien ingħaqad mal-korp tal-pulizija wara li l-PN tela' fil-gvern fl-1987 u kien membru tas- Special Assignment Group , li huwa sinjal li kellu simpatiji politiċi ma' dan il-partit.", "L-SAG kienet inħolqot fi sforz biex titnaqqas l-influwenza tal-pulizija li dak iż-żmien kellhom simpatija sproporzjonata mal-Partit Laburista u li kienu ntużaw biex iservu ta' staffa għar-reġim Laburista fis-snin tmenin.", "Snin li fihom twettqet vjolenza bil-barka tal-istat, inkluż qtil politiku fl-uffiċċju ta' dak li kien il-Kummissarju tal-Pulizija fil-Kwartier Ġenerali tal-Furjana.", "Madankollu jidher li, wara li għaddew is-snin, il-karriera fil-pulizija ta' Chetcuti kienet waslet fi tmiemha u kien wasal fi tmiemu wkoll l-appoġġ tiegħu lill-PN.", "Huwa telaq mill-korp u qabel l-elezzjoni tal-2013 sar ħabib ma' Chris Cardona.", "Fis-snin ta' qabel l-elezzjoni u minn dakinhar 'l hawn, ta' sikwit kien ikun ma' Chris Cardona u wera' l-appoġġ tiegħu fil-beraħ għall-Partit Laburista.", "Anthony Chetcuti m'huwiex xi dilettant kbir tal- Facebook iżda b'mod konsistenti jirċievi messaġġi ta' propaganda Laburista mingħand ħbieb li jittrattaw dwar Joseph Muscat u Chris Cardona.", "Meta Chris Cardona inħatar ministru, lil Anthony Chetcuti għenu biex jakkwista mpjieg mal- Malta Freeport Corporation li hi l-aġenzija tal-istat li hi sid il- container terminal mħaddma mill-privat fin-nofsinhar ta' Malta.", "Il-Korporazzjoni hi wkoll responsabbli għas-sigurtà tal-post.", "'Il-Biglee' ingħata xogħol ta' gwardjan tas-sigurtà.", "Għejjun mill-Port Ħieles qaluli li kien hemm xi tħassib dwar il-possibilita li Anthony Chetcuti abbuża mill-pożizzjoni tiegħu biex iħaffef il-kuntrabandu tas-sigarretti.", "Huwa qatt ma ġie mixli b'rabta ma' dawn is-suspetti.", "Il-kuntrabandu tas-sigaretti kien issemma' f'ittra li kienet twasslet lil Yorgen Fenech wara li kien ġie arrestat, f'liema ittra kien hemm struzzjonijiet dwar x'għandu jsir biex għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jispiċċa jeħel Chris Cardona.", "F'din l-ittra, li Keith Schembri jiċħad li kien kitibha hu, inkiteb li Chris Cardona kien tkellem mal-aħwa Degiorgio dwar arranġament li bis-saħħa tiegħu setgħu idaħħlu s-sigarretti bil-kuntrabandu mill-Port Ħieles u biex iżommu l-qliegħ minnu.", "Għejjun qaluli li dan l-'arranġament' kien tfassal fuq arranġament ieħor li l-aħwa Degiorgio jaħsbu li Anthony Chetcuti 'il-Biglee' diġà kellu ma' Chris Cardona.", "S'issa m'hemmx provi dwar dan.", "Kull m'hemm hi x-xhieda ta' Theuma u dawk li ssemmew minnu qed jiċħdu dak li ntqal fil-qorti.", "Ir-ritratt ta' Anthony Chetcuti ittieħed mill-Facebook profile li jġib l-isem Anthony Biglee li jingħad li huwa Anthony Chetcuti.", "Previous: L-\"espert\" tal-inkjesta huwa l-avukat personali tal-maġistrat u soċju fl-uffiċċju legali ta' ħu l-istess maġistrat.", "Next: Il-għala dan id-dewmien kollu? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/il-ghala-dan-id-dewmien-kollu/", "date": "Fri, 5th Jun '20, 15:19", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-għala dan id-dewmien kollu?", "text": ["Hi u tagħti d-digriet tagħha fuq rikors li kien għamel il-Koħħu biex jingħata l-libertà proviżorja, l-Imħallef li qed tmexxi l-proċess kontra dawk li huma suspettati li qatlu lil Daphne, stqarret li \"huwa evidenti li x-xibka ta' kriminalità li kellha x'taqsam mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għadha ma ġietx ikkontrollata għal kollox u għad hemm min kien imdaħħal fit-tfassil tad-delitt li għadu ma ssejaħx biex jagħti rendikont ta' għemilu\".", "Dan l-istqarrija ma saritx sena jew sentejn ilu.", "Saret tliet ġimgħat ilu.", "U minn dakinhar 'l hawn, ix-xhud li ngħata proklama mill-istat xehed fuq dak li kien \"sema'\" dwar imħuħ u sensara oħrajn li għadhom ma ssejħux biex jagħtu rendikont ta' għemilhom.", "Hu u jwieġeb għal mistoqsijiet ta' ġurnalist, Chris Cardona stqarr li Melvyn Theuma ma xehedx fuq ħwejjeġ li hu stess kien ra b'għajnejh.", "Iżda tkellem dwar dak li kien qallu Mario Degiorgio , li jiġi ħu Alfred u Ġorġ Degiorgio.", "Dan huwa kollu minnu.", "Daqs kemm hu minnu wkoll li Chris Cardona qed jiċħad li kellu jaqsam b'xi mod mad-delitt.", "Keith Schembri qed jiċħad ukoll li kellu x'jaqsam.", "Dan ukoll kien issemma' diversi drabi, iżda s'issa għadu ma ssejjaħx biex jagħti rendikont ta' għemilu.", "X'inhuma jistennew?", "Jeħtieġ niftakru li kien għadda żmien mhux ħażin qabel finalment ġie arrestat Yorgen Fenech f'Novembru 2019 minkejja l-fatt li l-Pulizija kienet ilha tissuspetta fih sa minn April 2018 meta kien kellimha Ċensu Muscat il-Koħħu għall-ewwel darba.", "Illum kont qed nipprova nispjega dan l-iżvilupp lil ġurnalist mill-Ġermanja li staqsieni meta huwa mistenni jintemm il-ġuri ta' Yorgen Fenech.", "Ġuri?", "X'ġuri hu?", "Irrid nagħmilha ċara li ħadd m'hu jistenna li għandu jkun hemm proċessi fil-qorti ta' iġri w ġerri.", "Iżda minn dakinhar li ġew arrestati l-aħwa Degiorgio, l-Amerikani arrestaw lil Ali Sadr Hashemi Nejad, għaddewh minn proċess kriminali fil-qorti u ġie misjub ħati ta' ħasil ta' flus.", "U jidher li l-appell minn din is-sentenza u s-sentenza finali ser tkun leħqet ingħatat sa ma jasal iż-żmien li l-Fulu, ċ-Ċiniż and l-Koħħu jgħaddu ġuri mixlijin bi qtil.", "Fil-konfront tas-sistema ġudizzjarja tagħna, dan m'hu xejn ħlief falliment.", "U huwa falliment mhux neċessarjament għal raġunijiet politiċi partiġġjani u minħabba l-imminar tal-kors tal-ġustizzja, għalkemm m'hix ħaġa ta' barra minn hawn li wieħed jissuspetta f'dawn l-elementi li qed komplu jgħarrqu s-sistema tal-ġustizzja b'dewmien eżaġerat.", "Il-kwistjoni hi li dan id-dewmien qiegħed dejjem inaqqas iċ-ċansijiet li l-proċess jintemm b'verdett ta' kundanna ta' Yorgen Fenech mill-ġurati.", "Il-proċessi kriminali kontra l-mixlija lkoll jieħdu ż-żmien tagħhom.", "Il-proċeduri kontra l-aħwa Degiorgio u kontra Muscat kienu nbdew meta dawn ġew mixlija fil-qorti f'Diċembru 2017.", "Wieħed m'għandux jistenna li dawn igħaddu ġuri qabel tmiem din is-sena.", "L-imxijja Covid-19 kompliet iżżid id-dewmien iżda ma m'effettwatx wisq il-kors tal-proċess tal-kumpilazzjoni li issa ilu għaddej għal 24 xahar.", "Yorgen Fenech kien ġie mixli fil-qorti f'Novembru 2019.", "Dan ifisser li mhux ser igħaddi ġuri mill-inqas qabel igħaddu 18 il-xahar ieħor.", "Għadna ma nafux meta ser jiġu arrestati \"dawk li kienu mdaħħlin fit-tfassil tad-delitt u li għadhom ma ssejħux biex jagħtu rendikont ta' għemilhom.\"", "Ovvju.", "Min jaf jekk dawn humiex qatt ser jissejħu?", "Min jaf jekk, wara li għaddew 30 xahar minn meta nqatlet Daphne, dawn għadx jinġabru mill-Pulizija?", "Nistgħu insibu ruħna f'sitwazzjoni li fiha wħud li kellhom sehem fil-konġura kriminali ta' qtil, jiġu mgħoddija ġuri minkejja l-fatt li – kif diġà ammettiet l-Imħallef – għad hemm oħrajn li kienu mdaħħlin ukoll fid-delitt li l-Pulizija taf bihom, iżda li tħallew jiġru barra.", "Dawn iċ-ċirkostanzi kif ser jifhmuhom il-ġurati?", "Mhux l-ewwel darba li kellna ġurijiet li fihom il-membri tal-ġurija, minkejja li jkunu konvinti dwar il-ħtija tal-mixli, lill-istess mixli jispiċċaw jitħassruh għaliex ikunu fehmu li serva ta' paraventu għall-klieb il-baħar li l-Pulizija baqgħet ma ressqitx il-qorti.", "Filwaqt li Keith Schembri u Chris Cardona qed ikomplu jagħtu ħliel dwar l-involviment fil-konġura ta' qtil billi jippruvaw iwaħħlu f'xulxin u filwaqt li bosta huma dawk li qed ikomplu jitkellmu dwar l-impunità assoluta tagħhom fl-isfond tal-ħjiel ċirkostanzjali li baqa' ma ġiex investigat, qed iġegħeluna nintebħu li għadna ma fhimniex il-kobor tal-mostru li spiċċa biex ħasad il-ħajja ta' Daphne Caruana Galizia.", "F'intervista li xxandret dalgħodu, Chris Cardona stqarr li \"kull min għandu nteress li jsir jaf,\" jista' jgħarbel ir-rekords mediċi tiegħu, \"kemm jekk dawn ikunu Repubblika, is- Civil Society Network, inti bħala ġurnalist, l-avukati tal-familja Caruana Galizia, il-familja nnifisha, ulied Daphne Caruana Galizia\".", "Ħallina Chris, trid?", "Ebda persuna minn dawk li ssemmew m'għandhom id-dritt jew ir-rwol li jfittxu u jgħarblu r-rekords mediċi ta' Chris Cardona.", "Minn naħa l-oħra, jekk jeżisti suspett raġjonevoli li dawn ir-rekords mediċi jistgħu jgħinu biex jippruvaw it-twettiq ta' delitt kriminali, l-Pulizija tinsab fid-dmir li tiflihom.", "Nista' ngħid b'ċertezza li Repubblika m'hix ser tilmenta jekk ma titħalliex tifli r-rekords mediċi ta' Chris Cardona.", "Iżda għandha raġun li tilmenta li l-awtoritajiet responsabbli jidher li m'għandhom ebda ħeġġa li jinvestigaw b'serjetà dan id-delitt.", "Fl-intervisti li qed jagħmel, Chris Cardona qed ikompli \"jipprova\" li dak li smajna dwar l-allegat sehem tiegħu fid-delitt m'huwiex minnu għaliex \"il-Puliizja kienu baqgħu ma kellmuħx dwar dawn l-allegazzjonijiet.\"", "Iżda mhux dan huwa appuntu l-qofol ta' kollox?", "Qabel ġie arrestat wara sforz investigattiv li kien sar mill-Europol, ħadd ma kien għadu kellem lil Melvyn Theuma bejn dakinhar li dan kien wassal envelopp kannella b'ordni biex tinqatel Daphne (f'Ġunju 2017) u l-arrest tiegħu li seħħ f'Novembru 2019.", "Il-Pulizija baqgħet qatt ma kellmitu.", "Dan ifisser li ma kellmitux għaliex ma kellhiex f'idejha l-provi li kien imdaħħal fid-delitt?", "Ċertament ma kellhiex il-provi kollha f'idejha, iżda kellha f'idejha biżżejjed provi biex setgħet tarrestah.", "Hu u jipprova jaħrab mill-port li kien bena' missieru qabel ġie arrestat, ħadd ma kien kellem lil Yorgen Fenech bejn dakinhar li huwa talab lil Melvyn Theuma biex jibgħatlu għal Ġorġ iċ-Ċiniż fiż-żmien meta kienet feġġet il-kontroversja Egrant-Michelle Muscat (f'April 2017) u dakinhar tal-arrest tiegħu f'Novembru 2019.", "Il-Pulizija baqgħu qatt ma kellmuh.", "Dan ifisser li l-Pulizija ma kellhomx f'idejhom provi li dan kien imdaħħal fit-twettiq tad-delitt?", "Ċertament ma kellhomx f'idejhom il-provi kollha, iżda żgur li kellhom biżżejjed biex setgħu jarrestawh.", "Għaldaqstant il-ġurati – is-sena d-dieħla jew inkella s-sena ta' wara – ser jiġġudikaw persuni mixlijin bi qtil filwaqt li persuni mhux identifikati li l-Pulizija qatt ma kienet kellmithom, li setgħu kienu kompliċi jew anki l-imħuħ wara d-delitt, qed jitħallew jiġru barra.", "Għad naslu għall-punt li fih tant ikun hemm persuni suspettati bit-twettiq tal-istess delitt li jkun impossibbli li tinsab ħtija f'xi persuna waħda.", "Dan kien il-mod li bih Meinrad Calleja u Ian Farrugia kienu għaddewha lixxa mill-konsegwenzi tal-attentat fuq il-ħajja ta' Richard Cachia Caruana.", "U dan biex ma nsemmix lix-xhud li, f'dak il-każ, kien ingħata proklama mill-istat.", "Qed nirreferi għal Joseph Fenech.", "Hemm xi ħadd li qed jipprova jilgħabna.", "Kif stqarr dwaru nnifsu Chris Cardona, dawn in-nies m'għadx għandhom interess li jħarsu l-ħajja politika tagħhom u lanqas jinteressahom li jħarsu reputazzjoni li diġà hi waħda maħmuġa u jippreferu jħalluna nindannaw bl-impunità li għadhom qed igawdu u fl-istess waqt ixerrdu stejjer li, anki jekk jgħaddu ġuri, jkunu jistgħu jgħadduha lixxa.", "X'jeħtieġ li jsir?", "Għandna nsoddu ħalqna biex, mingħajr ma rridu, ma nservux l-interessi ta' Chris Cardona, ta' Keith Schembri, jew forsi anki ta' Yorgen Fenech, tal-aħwa Degiorgio u ta' Ċensu Muscat u dawn jispiċċaw jgħadduha lixxa?", "Għandna nwaħħlu fina nfusna?", "Jew għandna naqbdu l-barri minn qrunu?", "X'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu?", "Previous: Kien hemm ukoll sensar ieħor?", "Next: Kif jippretendu li n-nies tobdi l-liġijiet meta huma stess jiġu jaqgħu u jqumu minnhom? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/erhilu-l-facebook-clint-ahjar-tiffanga-fil-kannelloni/", "date": "Tue, 2nd Jun '20, 09:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Erħilu l-Facebook, Clint. Aħjar tiffanga fil-kannelloni", "text": ["Mingħajr ma rridu, l-kannelloni ifakkruna fl-ikel Taljan.", "Iżda l-istorja li ġejja dwar il-kannelloni hi marbuta mal-gżira ta' Għawdex.", "Il-kitba li tidher hawn taħt, ittellgħet fil- Facebook minn uffiċjal għoli li jaħdem mal-ministru Anton Refalo.", "Kevin Mompalao lil Yorgen Fenech m'għadux iniżżlu.", "U kien beda' jeħillu fi ġriżmejh minn meta rriżulta li dan in-negozjant għani, li jinsab mixli bi qtil, irriżulta li kien ħobża u sikkina ma' Silvio Valletta.", "Il-kannelloni ssemmew fil-kuntest tax-xhieda li ngħatat il-bieraħ fil-qorti minn Melvyn Theuma, x-xhud tal-prosekuzzjoni li qed jixhed kontra Yorgen Fenech.", "Huwa xehed li kien ra b'għajnejh lil Silvio Valletta fir-razzett ta' Yorgen Fenech u ta deskrizzjoni tal-ikla li kielu dakinhar.", "U sakemm Valletta dam jiekol il-laħam tal-vitella jew il-kannelloni, Fenech kellu rasu mistrieħa li ma jkunx arrestat.", "Dan għadu ma ġiex pruvat fil-qorti, iżda ħadd għadu ma ttanta li jippruvah.", "Għalkemm ikollna nbaxxu rasna għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, l-fatti li jinsabu quddiem għajnejna ma jista' jiċħadhom ħadd.", "Fil-ktieb li konna ħriġna f'Ottubru li għadda Murder on the Malta Express , l-aqwa ħaġa li jien u sħabi stajna ngħidu dwar Silvio Valletta kienet li ċertament dan \"m'huwiex Sherlock Holmes\".", "Biżżejjed li wieħed isemmi li hu kien mexxa investigazzjonijiet dwar l-isplużjoni ta' 6 karrozzi-bomba u ma rnexxilux jarresta mqar persuna waħda.", "Meta kienu ġew arrestati l-aħwa Degiorgio bis-saħħa tal-ħidma tal-FBI, kienu nstabu numru ta' mobiles f'qiegħ il-baħar qrib it-tinda tal-patata fil-Marsa.", "Dan il-fatt u l-fatt li fl-imgħoddi wieħed mill-vittmi ta' karrozza-bomba kien sħab ma' Ġorġ Degiorgio, ftit qabel ma kisruha, tagħti ħjiel li l-Fulu u ċ-Ċiniż huma kriminali professjonali li kienu jgawdu minn impunità sħiħa.", "Hemm ukoll il-konversazzjoni li seħħet f'April 2017 – il-famuż xahar li fih feġġet l-istorja li Michelle Muscat hi sidt l-Egrant – bejn Yorgen Fenech u Melvyn Theuma.", "Melvyn Theuma jgħid li Yorgen Fenech staqsieh jekk lil Ġorġ iċ-Ċiniż kienx jafu u li. jekk iva, ried iqabbdu biex joqtol lil Daphne Caruana Galizia.", "Tgħid Yorgen Fenech lil George iċ-Ċiniż sar jaf bih mill-Paġni Sofor?", "Jew inkella staqsa għalih ma' ħabib?", "Kevin Mompalao ma daħalx f'dawn id-dettalji.", "Mart Silvio Valletta hi d-deputat Laburista Għawdxija Justyne Caruana li kienet hi li tajjret minn Ministru għal Għawdex lill-imgħallem ta' Mompalao Anton Refalo u dan qabel din kienet ġiet imġiegħla twarrab meta rriżulta li żewġha kien sar qaddej ta' Yorgen Fenech.", "Justyne Caruana tgħid li ma kienitx taf x'kien qed iħawwad żewġha fil-borma ma' Yorgen Fenech.", "Iżda l-qaddej ta' Anton Refalo jidher li jinsab kuntent li din kellha twarrab.", "Nistaqsi: kif xterdet din l-i screenshot ?", "Min ġibidha?", "U min kien li xerridha mal-erbat irjieħ?", "Agħtu daqqa t'għajn lejn in-naħa t'isfel tal-i screenshots fejn jidhru l-kummenti u tkunu tistgħu tilmħu ritratt żgħir tal-Ministru Clint Camilleri.", "Dan ma jistax ħlief ifisser li l-i screenshot ittieħdet minn mobile li għandu l-kredenzjali tal- Facebook ta' Clint Camilleri.", "X'aktarx li dan ma ntebaħx li kien qed jikxef lilu nnifsu.", "Clint Camilleri wiret il-Ministeru ta' Għawdex mingħand Justyne Caruana.", "Il- Facebook page erħilha u ffanga fil-kannelloni.", "Previous: M'għandux il-ħila jżomm iebes Next: Ftaħar u ħaraq l-inċens quddiem ix-xbieha tiegħu stess window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/ftahar-u-haraq-l-incens-quddiem-ix-xbieha-tieghu-stess/", "date": "Tue, 2nd Jun '20, 10:31", "category": "blog, politics, government", "title": "Ftaħar u ħaraq l-inċens quddiem ix-xbieha tiegħu stess", "text": ["Robert Abela qed jitgerbeb f'ilsienu.", "U issa li hu l-prim ministru, ftit huma dawk li qed jittantaw iwaqqfuh milli jibqa' jtaqtaq.", "Kull darba li jiġi mħabbar li bi ħsiebu jindirizza lin-nazzjon, in-nies tibda' tgorr minn taħt l-ilsien.", "U qabel jixgħalu sett tat-televiżjoni, n-nies tistenna' 7 minuti mill-ħin li fih suppost għandu jibda' jitħaddet għaliex issa saret moda li jibda' tard.", "U mbagħad għandhom jiżdiedu 20 minuta oħra biex in-nies tiżgura li ma tibdiex tongħos u titlef is-sugu kollu tad-diskors.", "Jien u nsegwi l-konferenza stampa tal-bieraħ, innutajt li diskorsu kien nieqes ħafna mid-dettall.", "U ma jidhirx li ppermetta lill-ministru tas-saħħa u lis-Supretendent dwar is-saħħa li jipprovdu dawn id-dettalji.", "Dawn iż-żewġ akkolti dehru aktar mitlufin wara l-kliem bħal \"suċċess\", \"flimkien\", \"ingawdu\", \"kburi\", \"sabiħ\", \"għaqal\" u diskors ieħor bħal dan li ma kienx ikun barra minn loku li kieku ngħad f'xi każin tal-banda.", "Il-bieraħ fil- Facebook ixxandar djalogu fittizju bejn Robert Abela u s-sinjura tiegħu: F'dan id-djalogu fittizju is-Sinjura Abela ssammar il-musmar fuq rasu.", "Żewġha jlissen ħafna diskors ħelu u għas-sugu ma jasal qatt.", "Il-bieraħ in-nies kienet ħerqana biex issir taf ċerti fatti.", "Iżda minflok fatti, in-nies semgħet biss ftaħir u ħruq ta' nċens mill-prim ministru quddiem ix-xbieha tiegħu stess.", "Il-bieraħ lissen il-kelma \"umanità\" hu u jipprova jiġġustifika l-falza stikka li ħa meta tkellem dwar amnestiji għal dawk li weħlu l-multi talli kisru r-reġolamenti tal-imxijja Covid-19 dwar iż-żamma tad-distanzi soċjali.", "Skont hu, il-maħfra ta' dawn il-multi hi miżura \"umanitarja\" issa li l-kriżi tinsab warajna.", "Ried ifisser li ma nkunux qed nuru ħniena jekk nibqgħu ninsistu fuq il-ħlas tal-multi.", "Iżda \"l-umanità\" m'għandha x'taqsam xejn għaliex il-kriżi kienet biss skuża biex żamm aktar minn 400 immigrant madwar 13 il-mil il-bogħod mix-xtut tagħna.", "U Robert Abela jinsab kburi li għamel mossa bħal din.", "Dan il-bniedem għal quddiem il-mera jinqala' ħafna.", "Previous: Erħilu l-Facebook, Clint.", "Aħjar tiffanga fil-kannelloni Next: Joseph, l-alla ċkejken tan-Nadur window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/joseph-l-alla-ckejken-tan-nadur/", "date": "Wed, 3rd Jun '20, 12:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Joseph, l-alla ċkejken tan-Nadur", "text": ["Fil-gżejjer Vanuatu hemm tribù li tqim lil Philip Mountbatten-Windsor, id-Duka ta' Edinburgh.", "Din il-qima, l-antropologi jsejjħulha cargo cult.", "Il-leġġendi antiki li jemmnu fihom l-abitanti kienu twaħħdu mal-protokoll rjali li kienu mdorrijin isegwu b'għajnejhom kull meta xi membru tal-familja rjali kien iżur dawn il-gżejjer, li fis-snin 50 u 70 kienu magħrufin bħala New Hebrides.", "Il-kap tal-abitanti, li kien ukoll jagħmilha ta' kożmologu, kien iddeċieda li l-Prinċep Philip kien il-messija l-imwiegħed li hu msemmi fl-istejjer antiki li kienu jirrakkontaw ix-xjuħ ta' pajjiżhom.", "Jien kont żort il-gżejjer Vanuatu u rajt lill-abitanti libsin dbielet magħmulin mit-tiben huma u jiżfnu għar-ritmu ta' tat-tnabar.", "Wara nofs ta' nhar ta' żfin quddiem turisti Awstraljani, kienu lkoll ħerqanin biex jerġgħu jaqbdu l- PlayStation u għaldaqstant x'aktarx li din il-qima kollha li għandhom għall-Prinċep Philip m'hi xejn ħlief attrazzjoni turistika.", "X'fettilli li semmejt il- cargo cult ?", "Il- cargo cult huwa forma ta' twemmin mifrux fost soċjetajiet sotto-żviluppati li permezz tiegħu ikun hemm min iwettaq ritwali ta' superstizzjoni bit-tama li jirċievi ġid modern mingħand soċjetajiet li huma aktar teknoloġikament avvanzati.", "Ir-raħal tan-Nadur m'huwiex xi wieħed iżolat li għadu qatt ma mess maċ-ċivilizzazzjoni.", "Dan huwa t-tieni l-akbar raħal f'Għawdex, li bħalissa qed jiċċelebra r-rebħ tal-kampjonat tal-futbol.", "Fid-daħla tiegħu, wieħed jista' jilmaħ kartellun kbir li jidolizza Joseph Portelli li jingħad li lill-klabb tal-futbol tan-Nadur tah imbuttatura, mhux bis-saħħa ta' ħiliet kalċistiċi li jista' għandu, iżda bis-saħħa tal-għajnuna finanzjarja li għaddielu.", "Joseph Portelli huwa dak li ilu jqis lill-gżira ta' Għawdex bħala parti mill-ġid personali tiegħu.", "Huwa l-istess bniedem li akkwista permess biex kamra żgħira nofsha mwaqqa' fuq promontorju jibdilha f'villa mdaqqsa mdawwra minn artijiet wiesgħin.", "Photo: MaltaToday Huwa l-istess bniedem li żviluppa għalqa li m'hix tiegħu li tagħti fuq il-Bajja ta' San Blas.", "Photo: The Malta Independent Huwa l-istess bniedem li applika fi stadji differenti biex itella' żvilupp ta' 165 appartament fil-Qala fuq art agrikola u dan bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz f'uħud mill-applikazzjonijiet li għamel.", "Photo: Times of Malta Huwa l-istess bniedem li żviluppa u ħaddem barriera llegali f'San Lawrenz.", "Photo: Times of Malta U l-lista tkompli Dan iġib ruħu bħallikieku l-gżira t'Għawdex hi tiegħu.", "U minn banda, ma tistax tgħabbih bit-tort.", "Għax, wara kollox, wħud mill-flejjes li jinvesti jgħaddihom lill-Partit Laburista u bis-saħħa t'hekk il-liġijiet li jgħoddu għal ħaddieħor ma jgħoddux għalih.", "Tiftakruh lil Joseph Muscat jirrimarka f'-email \" what the fuck, Joe? \" meta kien qed jirreferi għall-impunità li gawda Joseph Portelli?", "Iżda kellu jkun sponsorship lil Nadur Youngsters FC li wassal lin-nies biex jiżfnu fit-toroq, huma u jqimu u jgħollu ismu mas-smewwiet.", "Dan l-alla ċkejken qed jingħata qima għall-frak li jxerred bi bdil ma' l-unika attrazzjoni tal-gżira: il-ġmiel tal-paesaġġ tagħha.", "Previous: Ftaħar u ħaraq l-inċens quddiem ix-xbieha tiegħu stess Next: L-\"espert\" tal-inkjesta huwa l-avukat personali tal-maġistrat u soċju fl-uffiċċju legali ta' ħu l-istess maġistrat. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/l-espert-tal-inkjesta-huwa-l-avukat-personali-tal-magistrat-u-socju-fl-ufficcju-legali-ta-hu-l-istess-magistrat/", "date": "Wed, 3rd Jun '20, 13:42", "category": "blog, politics, government", "title": "L-\"espert\" tal-inkjesta huwa l-avukat personali tal-maġistrat u soċju fl-uffiċċju legali ta' ħu l-istess maġistrat.", "text": ["L-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt fil-baħar ta' 12 il-ruħ wara li l-lanċa li dawn kienu riekbin fuqha tħalliet għal riħha għal diversi jiem qabel tniediet operazzjoni ta' salvataġġ fl-ibħra Maltin qed tkompli tegħreq fil-kontroversja.", "Dalgħodu The Shift News irrapporta li l-Maġistrat Joe Mifsud għadda lil Robert Abela kopja tax-xhieda kollha li kienet nġabret mill-inkjesta u dan qabel huwa stess ta x-xhieda tiegħu.", "Mhux soltu li xhieda li jkunu xehdu f'inkjesta jingħataw informazzjoni dwar dak li jkun intqal minn xhieda oħrajn li jkunu taw ix-xhieda tagħhom quddiem il-Maġistrat.", "Fil-professjoni, din il-prattika hi magħrufa bħala \" segreto istruttorio \" li torbot bis-sigriet lil kull min ikollu x'jaqsam ma' inkjesta u dan minħabba l-fatt li l-provi li jinġabru jistgħu imbagħad jintużaw kontra persuni li jkunu mixlija bit-twettiq ta' delitti kriminali.", "Kien partikolarment stramb il-fatt li lil Robert Abela għaddewlu l-informazzjoni ġaladarba huwa stess kien is-suġġett prinċipali tal-ilment li sar minn Repubblika, liema lment imbagħad wassal għat-tnedija tal-inkjesta.", "L-inkjesta suppost kellha tikkonkludi dwar jekk għandux jaqa' suspett fuq Robert Abela dwar it-twettiq ta' delitt kriminali.", "U għaldaqstant kienet għal kollox barra minn lokha l-azzjoni li permezz tagħha ingħataw fil-pussess tiegħu provi miġburin li eventwalment jistgħu jintużaw kontrih.", "It-talba ta' Robert Abela biex jingħata l-informazzjoni ssejset fuq premessa li hu kellu d-dritt li jkun jaf x'intqal fl-inkjesta biex ikun jista' jiġi garantit id-dritt ta' smiegħ xieraq fil-konfront tiegħu.", "Iżda inkjesta mhix ġuri.", "Ma nħarġet ebda xilja kontrih.", "Inkredibbli kif avukat li huwa wkoll prim ministru u avukat li huwa wkoll maġistrat jistgħu jiftehmu biex jgħawwġu dak li titlob il-liġi.", "Il-fatt li l-Maġistrat Joe Mifsud aċċetta t-talba stramba ta' Robert Abela turi li dan kien diġà wasal għad-deċiżjoni li ma jsibx ħtija f'Robert Abela ferm qabel il-konklużjoni tal-inkjesta u anki qabel Robert Abela ta x-xhieda tiegħu.", "Jien diġà ktibt b'mod analitiku dwar xi siltiet tal-konklużjoni tal-inkjesta.", "Il-Maġistrat Joe Mifsud qabbad avukat jismu Lennox Vella biex imexxi l-ġbir tax-xhieda bħala parti mill-inkjesta.", "Ir-rapport tal-inkjesta semma' \"l-opinjoni esperta\" ta' Lennox Vella.", "Jien irrappurtajt li skont il-liġi, Maġistrat ma jistax iqabbad avukat bħala espert u dan minħabba n-nuqqas ta' speċjalizzazzjoni ta' Lennox Vella u anki minħabba l-fatt li d-delitt kriminali li kien qed jiġi investigat iġorr miegħu piena ta' aktar minn 7 snin ħabs.", "U li kieku kollox sar skont il-liġi u ma tqabbadx Lennox Vella, l-inkjesta kienet iddum għaddejja aktar mir-rekord ta' 4 ġimgħat li ħadet biex tiġi fi tmiemha.", "Lennox Vella ilu 4 snin li leħaq bħala avukat u huwa soċju ma' Mario Mifsud fid-ditta legali Mifsud Vella Advocates.", "Din id-ditta legali m'għandhiex website u l- Facebook page tinsab magħluqa .", "Madankollu isem din id-ditta legali tista' ssibu fil-Paġni Sofor.", "Mario Mifsud, sieħeb Lennox Vella fl-uffiċċju legali, jiġi ħu Joe Mifsud.", "Lennox Vella huwa wkoll l-avukat personali ta' Joe Mifsud.", "Kemm Mario Mifsud kif ukoll Lennox Vella, li dehru flimkien f'numru ta' kawżi kriminali, kienu l-avukati ta' Joe Mifsud meta dan kien deher bħala parte civile f'kawża li fiha raġel kien ġie mixli u mqiegħed taħt arrest talli qal diskors kontra l-maġistrat f'filmat tal -YouTube.", "Previous: Joseph, l-alla ċkejken tan-Nadur Next: Kien hemm ukoll sensar ieħor? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/06/mghandux-il-hila-jzomm-iebes/", "date": "Mon, 1st Jun '20, 07:14", "category": "blog, politics, government", "title": "M'għandux il-ħila jżomm iebes", "text": ["Il-bieraħ rajna b'għajnejna lil Robert Abela bin-nuqqas ta' esperjenza tiegħu, bin-nuqqas ta' fiduċja li għandu fih innifsu u bil-populiżmu kollu tiegħu.", "In-nuqqas ta' esperjenza ntweriet mill-fatt li dan mingħalih li qed jiggverna għal dawk li jagħmlulu l-ilmenti.", "L-istejjer li rrakkonta l-bieraħ dwar xi ħadd li weħel multa talli resaq viċin wisq lejn vann tal-ħaxix jew għaliex kien hemm min kien fost rassa ta' nies madwar bejjiegħ tal-fjuri f'ċimiterju juru li m'huwiex mexxej li jaf x'inhu jagħmel: mingħalih li t-tmexxija ta' gvern hi forma ta' divertiment li tiffunzjona biss meta n-nies iċċapċaplu.", "U għaliex m'għandux fiduċja fih innifsu, Robert Abela m'għandux il-ħila li jżomm iebes.", "Meta ddeċieda li jħassar liġijiet li vara huwa stess xahrejn ilu, wera' n-nuqqas ta' apprezzament għar-raġunijiet li għalihom dawn kienu ġew varati.", "Ir-raġunar li ġab fis-sens li l-liġijiet kienu ġew varati biex iservu ta' deterrent u li d-deterrent ħadem, m'għandux ifisser li dawk li ġew jaqgħu u jqumu mil-liġijiet għandhom jiġu ppremjati.", "Hemm min jirraġuna li din hi kwistjoni ta' ġustizzja bħallikieku ninsabu fl-istess pożizzjoni tal-iben prodigu u ta' ħuħ il-kbir.", "Il-verità hi li meta jitħassar deterrent għal darba, dan ma jerġax jaħdem għad-darba li jkun imiss.", "Ma tantx iddoqqli l-istqarrija li issa nistgħu ma nibqgħux inżommu d-distanzi soċjali, li m'għandniex għalfejn nilbsu maskri u li nagħmlu r-restrizzjonijiet meta nkunu f'nofs ġemgħat ta' nies.", "Iżda anki li kieku tassew wasalna għall-punt li m'għandniex għalfejn inżommu attenzjoni stretta, x'garanzija għandu Robert Abela li m'hux ser ikollu għalfejn jerġa' japplika liġijiet bħal dawn is-sena d-dieħla?", "Tista' sseħħ it-tieni mewġa tal-imxijja Covid-19 jew tista' anki tfeġġ xi pandemija oħra.", "Robert Abela kif jippretendi li n-nies għandha tobdi l-liġijiet li għandu r-responsabbiltà li jvara?", "Xejn ma jagħmel sens ir-raġunar ta' Robert Abela li ġaladarba l-biċċa 'l kbira tan-nies obdiet l-liġijiet, allura jista' jaħfer lil dawk il-waħdiet li ġew jaqgħu u jqumu minnhom.", "Ma jeżistux liġijiet li jinkisru mill-biċċa 'l kbira tan-nies.", "Huma waħdiet dawk li jiksru l-liġijiet billi joqtlu lil ħaddieħor.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex il-ħtieġa ta' liġijiet kontra min joqtol għaliex il-qattiela huma dejjem waħdiet.", "Ċertament dawk li joqtlu u dawk li ma jżommux id-distanzi soċjali ma tistax titfagħhom fl-istess keffa.", "Iżda din hi r-raġuni l-għala tal-ewwel jintbagħtu l-ħabs għal għomorhom u dawn tal-aħħar jeħlu multa żgħira.", "Kundanna li tkun taqbel mar-reat li jkun seħħ tfisser ukoll li min jikser il-liġi jkollu jħallas għal għemilu.", "U mbagħad jiġi Robert Abela u lil min jikser il-liġijiet, idendillu medalja ma' sidru.", "Huwa veru li jista' jagħti l-każ li liġi tiġi applikata ħażin.", "Iżda qatt smajna b'xi tabib igħid li ma tistax tittieħed mill-imxijja tal- coronavirus jekk tersaq viċin vann tal-ħaxix jew bejjiegħ tal-fjuri?", "Ċertament lanqas qatt ma smajna b'min igħid li ma tistax tittieħed mill-imxijja int u tispezzjona gwardja tal-unur jew int u tgħannaq lill-prim ministru Libjan.", "Jekk u meta l-liġi tiġi applikata ħażin, wieħed dejjem għandu l-fakultà li jippreżenta petizzjoni b'talba li terġa' tiġi kunsidrata l-multa u dan minħabba ċerti ċirkustanzi speċifiċi.", "Iżda x'iskop jibqa' għat-tfassil tal-liġijiet meta mbagħad tingħata amnestija bħal din?", "Ibqgħu ċerti li Robert Abela bejnu u bejn ruħu qed jaħseb li qed neżaġeraw.", "Ser idaħħalha f'moħħu li l-kanuni li nfetħu fuqu l-bieraħ huma xogħol in-Nazzjonalisti.", "Jew ser jikkonvinċi lilu nnifsu li l-biċċa 'l kbira tan-nies tinsab warajh dwar din il-kwistjoni.", "Iżda l-verità hi li l-biċċa 'l kbira tan-nies obdiet il-liġijiet jew għax beżgħet mill-multi, jew għaliex riedet tħares saħħitha jew anki b'sens ta' dover lejn il-familja u l-komunità.", "U l-biċċa 'l kbira tan-nies li ma weħlitx multi m'hi ser takkwista xejn mill-ġenerożità tal-prim ministru.", "Lill-biċċa l'kbira tan-nies li obdiet il-liġijiet, il-gvern qalilha li jinsab sogħbien li ħarisha mill-irresponsabbiltà tal-minoranza li ġiet taqa' u tqum minn saħħet il-ġirien tagħha.", "Kienu l-uffiċjali tas-saħħa pubblika li qdew dmirhom u fasslu regolamenti u mxew fuqhom.", "U kienu l-uffiċjali tal-pulizija li għamlu sforzi kbar biex jiżguraw it-tħaddim ta' dawn ir-regolamenti.", "Dawn l-uffiċjali qdew dmirhom f'isem il-poplu.", "U dan kollu, Robert Abela ramieħ il-baħar.", "Darb'oħra, min ser jwaqqaf lil dawk li ġew jaqgħu u jqumu?", "L-istess nies li qed iwaqqfu lil Keith Schembri, Chris Cardona, Konrad Mizzi u Joseph Muscat.", "Previous: Messaġġ tal-WhatsApp mill-maġistrat inkwirenti lill-membri kollha tal-ġudikatura: \"Bgħattilkom kopja tar-rapport\".", "Il-messaġġ tħassar ftit wara.", "Next: Erħilu l-Facebook, Clint.", "Aħjar tiffanga fil-kannelloni window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/05/issa-qed-nahsdu-dak-li-kien-inzera/", "date": "Fri, 1st May '20, 17:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Issa qed naħsdu dak li kien inżera'", "text": ["Qed jingħad li l-epidemija tal-Covid-19 anki tasal biex iġġiegħel lill-imħuħ jiħfiefu.", "Qabel skattat l-epidemija diġà kellna każijiet bir-rimi ta' ministri li, minflok jiltaqgħu mal-membri tal-istampa biex iwieġbu l-mistoqsijiet u biex jinfurmaw lill-pubbliku, qed jippreferu li jidhru f'filmati ta' propaganda fuq il-media soċjali.", "Konrad Mizzi kien għamilha drawwa li, għall-attivitajiet ministerjali tiegħu jistieden biss lil dawk il-\"ġurnalisti\" li huma mħallsin mill-gvern.", "Kien jistieden biss ġurnalisti tat-TVM u tal-One TV biex iserraħ moħħu li ma jkollux għalfejn joqgħod iħabbel rasu biex iwieġeb mistoqsijiet ostili jew pertinenti.", "Lil Konrad Mizzi issa m'aħniex narawh b'nemes.", "Jinsab fl-Ingilterra u qed jibgħat ċertifikati mediċi bi skuża biex jevita li jersaq lejn Malta.", "Mid-dehra ttieħed mill-istess marda li ħakmet lill-eks ministru John Dalli li kien qabbad tabib biex jiċċertifika li ma kienx f'pożizzjoni jaqbad ajruplan biex jinżel Malta minn Brussell.", "Wiċċ Konrad Mizzi se ndumu biex nerġgħu narawh.", "L-istess jista' jingħad għal Chris Cardona.", "Hawn min igħid li m'aħna se nitilfu xejn.", "Iżda agħtu daqqa t'għajn lejn il-filmat li xandar illum Owen Bonnici.", "Dan il-filmat għandu jaslilkom akkumpanjat minn indulġenza plenarja.", "Iżda jiddispjaċini ngħidilkom li m'għandi ebda premju għal dawk li jkunu jridu jehdew f'nostalġija post-soċjalista għaż-żminijiet tad-deheb immaġinarji ta' attakk isteriku tal-massa wara l-purtiera tal-ħadid.", "Owen Bonnici kompla niżżel is-sintomu ta' min jiddiletta bl-\" arani m à \" għal livell aktar baxx.", "Tul dawn l-aħħar 10 snin ta' ħajja pubblika, Owen Bonnici għaddiehom jipprova jipperswadi lill-ġenituri tiegħu dwar kemm sarilhom importanti.", "U allura għamililna naqra ta' show biex il-mà u l-pà jkunu jistgħu jitgħaxxqu jaraw lil binhom fl-aħbarijiet tat-tmienja ta' filgħaxija.", "Owen Bonnici għoġbu jdaħħal lill-ġenituri tiegħu fil-kredu ta' ħajtu u d-dehra tagħhom jiggustaw lil binhom kienet bla grazzja aktar mid-dehriet li jidher fihom is-soltu.", "Kont nippretendi li ser iġiegħluna naraw lil ommu b'wiċċha jixgħel, kburija bil-boqqa brodu ta' iben li għandha, iżda minflok rajna politiku li, milli jidher, ħalib ommu għadu fi jimraħ fi snienu.", "Illum ġiegħluna naraw lil ommu ssegwi lil binha b'għajnejha u x-xena kienet waħda tassew bla grazzja.", "\"Arani mà\" bħal donnu beda' jgħidilha.", "Robert Abela huwa eżempju ħaj ieħor li xejn ma jagħmel għajb lil Owen Bonnici.", "Dan issa jidher li ttieħed mill-vizzju ta' Konrad Mizzi u fil-konferenzi stampa li qed jagħmel, il-membri tal-istampa mhux jitħallew jipparteċipaw.", "Iżda llum, għaliex ħabbar li n-nies ser jibdew jitħallew jaqsmu bil-vapur lejn Għawdex mingħajr ma jintalab permess u li jkunu jistgħu jidħlu tnejn tnejn fil-ħwienet tal-għamara, ħaseb li l-membri tal-istampa tant ser jimpressjonaw ruħħom bil-għerf tiegħu u bil-ġenerożità ta' qalbu li ma kienux ser jażżardaw jistaqsu mistoqsijiet kemmxejn inkonvenjenti għalih.", "Għaliex, tafu intom, il-membri tal-istampa suppost imisshom qed jaqbżu u jogħlew bil-ferħ wara li semgħu l-aħbar li ser jerġgħu jibdew isiru l- colonoscopies wara tmiem din il-ġimgħa u għadaqstant m'għandhomx joqgħodu jintilfu fuq dawk it-12 il-ruħ li mietu mgħarrqa fl-ibħra tagħna u dan għaliex Robert Abela rrifjuta li jibgħat lanċa biex issalvalhom ħajjithom.", "U biex tgħaxxaqha, dan seħħ fl-istess xahar li fih kien stqarr li \"aħna ser insalvaw lil kull min ikun fil-periklu li jagħreq\".", "Tabilħaqq.", "Robert Abela tkellem dwar dak li huwa rrilevanti.", "Iżda dan ma jfissirx li jista' jgħatti l-gideb fl-istess ħin.", "Huwa minnu li Malta għanda kull dritt li tibgħat vapur privat bil-għan li jiġu salvati dawk li jsibu ruħħom f'diffikultà fil-baħar.", "Madankollu dan ma jfissirx li Malta tkun qed tagħmel dak li hu sewwa.", "Vapur tas-sajd m'huwiex mgħammar biex isalva n-nies mill-għarqa.", "Għal dan ix-xogħol għandna vapuri apposta u nies imħarrġa.", "U minflok nibgħatuhom biex iwettqu xogħolhom, lill-'eroj\" tagħna qed inżommuhom fil-port u minflokhom qed nibgħatu lill-furbani.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-kitba ta' Darrin Zammit Lupi li mill-qrib ra b'għajnejh eżerċizzju ta' salvataġġ.", "Is-sitwazzjoni jidher li ser tkompli tiggrava.", "U mbilli l-gvern Malti kellu kull dritt li jqabbad vapur privat biex iwettaq xogħol ta' salvataġġ, dan ma jfissirx li l-gvern Malti \"aġixxa skont il-liġi\".", "Meta reġġa' lura lill-immigranti lejn il-Libja, l-gvern Malti kiser il-liġijiet internazzjonali u wettaq reat kriminali kontra l-umanità.", "Iżda Robert Abela tmeżmeż meta xi ġurnalisti bdew jistaqsuh il-mistoqsijiet dwar dan.", "U malajr saddilhom ħalqhom.", "Qalilhom li l-ġurnata kienet sabiħa wisq biex noqgħodu ninkwietaw fuq l-iġsma tas-suwed mgħarrqin taħt l-ilma jew ta' dawk li għadhom mimlijin bil-għomor iżda li huma maqfulin f'ħabsijiet tal-waħx. #Malta PM says it's a 'beautiful' day because #COVID__19 measures were partially relaxed, but he can't understand why the media is asking about #migrants stranded at sea while others are sent back to detention camps.", "That's OK then.", "Next question? — Herman Grech (@Earthling70) May 1, 2020 Lill-mummy tiegħu Robert Abela ma jridhiex tarah jiffaċċja sfidi dwar il-konsegwenzi koroħ tal-prużunzjoni dilettanteska tiegħu.", "Lill-mummy jridha tarah jitħaddet quddiem bnadar kbar u kuljum irid ifakkarha li leħaq fejn xtaq jilħaq.", "Għaliex eżatt bħal Joseph Muscat qablu, l-aqwa jum għalih bħala prim ministru kien l-ewwel jum.", "Minn dakinhar 'il quddiem bdiet it-triq tan-niżla.", "L-atteġġjament ta' Robert Abela fil-konfront tal-membri tal-istampa jixbaħ dak ta' Donald Trump.", "Meta jsib ruħu dahru mal-ħajt minħabba l-inkompetenza tiegħu, jibda' jispara l-akkużi fuq l-istampa u jixliehom li ħassrulu l-festi meta dawn tkellmu dwar suġġett li hu ma riedx jitkellem dwaru.", "Issa agħtu ħarsa lejn dan il-kliem ministerjali patetiku: fil- Facebook , Evarist Bartolo kiteb li \"l-Ewropa\" (min?) kienet reġġgħet lill-immigranti lura lejn Malta.", "Evarist Bartolo għamel paraguni foloz.", "Kienet Malta li lill-immigranti warrbithom mill-ibħra tagħha u għabbiethom fuq vapur li nstaq fid-direzzjoni tal-Libja.", "Dawn twasslu f'port li kien ġie bumbardjat fil-lejl ta' qabel u ttieħdu lejn ħabs li tal-UNHCR lanqas biss jersqu lejh għaliex fih hemm nuqqas ta' sigurtà għall-ħaddiema tagħhom.", "Aħseb u ara x'sigurtà hemm għall-ħabsin.", "U dan kollu suppost għandu jiġi paragunat mas-sitwazzjoni f'Malta!", "Evarist Bartolo għandu biċċa xogħol x'jagħmel.", "Dan suppost qiegħed jipprova jipperswadi lill-kollegi Ewropej tiegħu li jekk Malta tiddeċiedi li ddaħħal 60 ruħ fil-port tagħha, dawn għandhom jitqassmu f'diversi pajjiżi fl-Ewropa biex b'hekk ma jkollniex folol ta' refuġjati fuq l-għatba tagħna.", "Għaliex f'għajnejn il-Libja, Malta hi l-għatba tal-Ewropa.", "Ċertament dan l-argument huwa wieħed raġjonevoli.", "Iżda meta Evarist Bartolo jasal biex jikteb il-kliem patetiku li kiteb biex jipprova jiġġustifika l-immoralità tat-treġġija lura tal-immigranti lejn it-torturi f'ħabsijiet Libjani, għiduli intom x'ċansijiet ser ikollu li jġibha żewġ mal-kollegi tiegħu Ewropej?", "Varist, int m'intix iġġibha żewġ mal-kollegi Ewropej tiegħek għaliex tul dawn l-aħħar seba' snin Malta ġabet ruħħa ħażin.", "Biegħna ċ-ċittadinanza Ewropea u żammejna l-flus kollha f'butna.", "Ippermettejna lil kriminali Ewropej li jużaw lil Malta biex jaħslu l-flus maħmuġin tagħhom.", "Ħsilna l-flus maħmuġin tad-dittatur tal-Ażerbajġan biex uliedu jkunu jistgħu jgħixu fi bliet Ewropej ilellxu.", "Ġibna ruħna bħallikieku konna furbani.", "U fl-istess waqt bqajna nwaħħlu fl-\"Ewropa\" għan-nuqqas tagħna li nsalvaw lill-bnedmin fl-ibħra tagħna.", "Il-kollegi Ewropej tagħna ma baqgħux jafdawna dakinhar li ntebħu li meta jkollhom x'jaqsmu ma' ministru Malti, x'aktarx ikunu qed ikollhom x'jaqsmu ma' bniedem mafjuż.", "Evarist Bartolo qed jaħsad dak li żergħu Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona.", "U Evarist Bartolo qed jaħsad dak li żera' hu stess meta lill-ħallelin żammhom fis-setgħa biex ikun jista' jsalva l-ġilda politika tiegħu.", "Previous: Tgħid il-gvern issa qabad it-tielet triq?", "Next: L-aħħar aħbarijiet: 90 ruħ fil-periklu tal-għarqa fl-ibħra Maltin window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/05/il-kobba-mhabbla-li-l-gvern-qed-ikompli-jithabbel-fiha/", "date": "Sun, 3rd May '20, 09:16", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-kobba mħabbla li l-gvern qed ikompli jitħabbel fiha", "text": ["Il-gvern dan m'hu qatt ser jammettih.", "Iżda l-verità hi li Malta daħlet bejn il-basla u qoxritha.", "Malta rmiet il-baħar il-kredenzjali diplomatiċi li kellha u issa qed nagħtu bis-sieq lill-immigranti bħallikieku dawn għandhom xi tort għall-ftajjar li ħmew Joseph Muscat u Robert Abela.", "Bħalissa hemm 90 immigrant bejn sema u ilma fl-ibħra tagħna .", "Tal- Alarm Phone ġibdu l-attenzjoni għal dan dal-lejl.", "Il-bieraħ il-gwardji tal-kosta tal-Italja wieġbu għal sejħa oħra tal- Alarm Phone u ħarġu b'vapuri biex jiġbru l-passiġġiera f'dgħajsa li kienet qed tegħreq qrib Lampedusa.", "It-Taljani ġabru lill-immgranti u tellgħuhom l-art u żammewhom fuq il-moll sakemm sabu vapur fil-port li fuqu setgħu jagħmlu l-kworantina.", "Malta m'hix tagħmel l-istess.", "Għal dgħajsa minnhom offriet \"soluzzjoni\" bis-saħħa ta' vapur tal- Captain Morgan.", "Tgħid bi ħsiebhom jibgħatu vapur ieħor ta' din il-kumpannija biex jiġbor immigranti oħra?", "Għalissa dawn ilkoll jinsabu fuq il-vapur Mistral, b'uħud minnhom jirrimettu.", "Min jaf għadx ikollna l-kuxjenza tniggiżna talli konna rħejnilhom bil-għatx?", "Jew ma nagħmlux mod li qed inħejju biex inreġġgħuhom lura lejn il-Libja bi ksur tad-drittijiet fundamentali ta' dawn in-nies?", "Il-bieraħ, b'mod patetiku għall-aħħar, Evarist Bartolo fakkarna f'dak il-qawl antik Malti dwar dak ir-raġel li jaqta' l-bajd biex jinki lill-mara.", "Hedded li jagħmel suwiċidju politiku għax \"l-Ewropa\" m'hix tindirizza l-problema tal-immigrazzjoni, bħallikieku Malta xebgħet tagħmel pressjoni f'dan ir-rigward.", "Diskors bħal dan jeħtieġ li ngħarbluh sewwa għaliex l-eħfef triq għall-politiċi falluti dejjem kienet dik li \"jwaħħlu fil-barrani\" (kemm jekk dawn ikunu rġiel ta' razza sewda jew burokratiċi Ġermaniżi fi Brussell).", "Fejn tidħol il-kwistjoni tat-teħid tal-immigranti salvati mill-għarqa, \"l-Ewropa\" m'hix il-Kummissjoni Ewropea, l-Parlament Ewropew jew xi istituzzjoni oħra fi Brussel.", "It-teħid tal-immigranti jaqa' taħt il-kompetenza tal-istati individwali Ewropej u mhux tal-Unjoni Ewropea.", "Niżbaljaw meta nwaħħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Anki li kieku kellna ma nibqgħux membri tal-UE – kif issa qed jittamaw xi wħud li mingħalihom ikunu jistgħu jiffrankaw lil Malta l-obbligu li ssalva ħajjet dawk li jkunu fil-periklu li jegħrqu – xorta waħda nibqgħu bir-responsabbiltà li nsalvaw lil min ikun fil-periklu tal-għarqa fl-ibħra tagħna.", "U xorta waħda kien ikollna nipperswadu lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Isvezja u lill-Polonja biex dawn il-pajjiżi jieħdu s-\"sehem\" tagħhom ta' dawk li nkunu rnexxielna nsalvaw mill-għarqa.", "Għaldaqstant Evarist Bartolo għandu jiċċara kliemu u jgħid li meta jsemmi lill-\"Ewropa\" jkun qed jirreferi għall-gvernijiet tal-pajjiżi Ewropej.", "Evarist Bartolo kien jifforma parti minn gvern li f'idejh kellu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.", "L-istess gvern li, għall-okkażjoni, kien kixef statwa fil-Belt Valletta li tixbaħ ħarja tal-irħam f'nofs il-misraħ ta' Kastilja.", "Li kieku ried, il-gvern kellu 6 snin sħaħ biex, permezz ta' ħidma diplomatika, jipperswadi lill-Unjoni Ewropea biex tieħu l-kwistjoni tal-immigranti taħt idejha.", "Iżda minflok għamel dan, ipprefera li jżomm il-politika tal-immigrazzjoni barra mill-kompetenza tal-Unjoni Ewropea għaliex ma riedux jagħtu r-riħ lil min seta' tħajjar iwaqqfilna l-bejgħ tal-passaporti Ewropej.", "Issa Malta qed tħallas il-prezz tar-regħba u tan-nuqqas ta' għaqal u l-uniċi persuni li qed ibatu huma l-immigranti abbandunati bejn sema u ilma.", "Joseph Muscat kien għamel minn kollox biex jipprova jeħles mill-problema tal-immigranti.", "Iżda meta waqgħetlu l-maskra u l-Ewropej intebħu x'ħobż jiekol, id-dehra ta' Malta f'għajnejn id-dinja kienet diġà leħqet laqqtet id-daqqiet u ftit kienu dawk li kienu lesti li jaqbżu għaliha.", "Evarist Bartolo kien mingħalih li jekk joqgħod inewwaħ xi ftit u jħabbat fuq sidru waqt intervista ma' Tim Sebastian, kien hemm min ser jagħlaq għajnejh għall-fatt li hu stess kien ħaġa waħda mal-gvern mafjuż ta' Joseph Muscat u dan minkejja li kien jaf dak kollu li kien għaddej minn taħt.", "Id-dinja tiegħek hi dinja tal-ħolm, Sur Evarist Bartolo u m'hix id-dinja reali.", "Hawn m'intix titħaddet mal-udjenzi tas-Super One li f'ħakka t'għajn jafu jixgħalulek ix-xemgħat b'qima u, ftit tal-ħin wara, jaslu wkoll biex isallbuk għaliex hekk ikun ordnalhom il-kbir mexxej tagħhom.", "Varist, qed taħsad dak li int tajt il-lala lil Joseph Muscat biex jiżra'.", "Kien missek warrabt meta ntbaħt li konna qed nitmexxew lejn direzzjoni żbaljata.", "Issa kif tista' qatt tippretendi li sħabna l-Ewropej ser jafdaw lilek u lill-gvern immexxi mill-avukat personali ta' Joseph Muscat?", "Jaqaw ħsibt li xogħol il-ministeru tal-affarijiet barranin jikkonsisti biss fil-ġbid tar-ritratti tiegħek ma' papiet u prinċpijiet?", "Xogħol il-ministru tal-affarijiet barranin huwa dak li jħares u jippromwovi lill-interess pubbliku billi jkabbar u jindokra r-relazzjonijiet ma' pajjiżi oħra, li jkattar il-fiduċja u li jsostni l-obbligu morali li ngħinu lil sħabna li jkunu fil-bżonn tal-għajnuna.", "Varist, minflok wettaq dan ix-xogħol, min kien qed imexxi l-gvern ta' qabel mexxa' l-quddiem l-interessi ta' Christian Kaelin u tal-klijenti tiegħu Ali Sadr Hashemi Nejad, Ilham Aliyev u wliedu.", "Kif ukoll, m'għandniex xi ngħidu, l-interessi ta' Keith Schembri, Konrad Mizzi u tiegħu stess: dawn ilkoll ġew jaqgħu u jqumu altament mill-interess nazzjonali.", "Varist, matul dawn l-aħħar 7 snin int kont mingħalik li m'aħniex ser niġu bżonn l-għajnuna ta' pajjiżi oħra.", "Kont mingħalik li \"l-aqwa żmien\" ma kien ser jispiċċa qatt.", "Kont mingħalik li ma jimporta xejn meta nħallu lill-pajjiżi ġirien tagħna jgħumu fid-demm tal-mafja, aħna u naħslu l-flus maħmuġin tagħhom.", "Kont mingħalik li ma jkun ġara' xejn jekk inħallu li ssir ħsara lill-pajjiżi ġirien tagħna billi nippermettu lin-negozji li jużaw ir-riżorsi tagħhom li jħallsu ftit li xejn taxxa f'pajjiżna.", "Kont mingħalik li, bis-saħħa tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, ma konniex ser niffaċċjaw il-konsegwenzi meta lill-pajjiżi ġirien tagħna esponejnihom għad-dħul liberu fit-territorju tagħhom ta' frodisti u ta' terroristi.", "Malta ma tantx fadlilha ħbieb.", "U, skont il- Malta Today, il-gvern qed ifittex li jagħmel ħbieb ġodda.", "Skont dan il-ġurnal, Malta qed tfittex ħbiberija mal-President Recep Erdogan, bniedem li kemm il-darba ġie kundannat għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, u dan sabiex jagħtina daqqa t'id biex inwaqqfu lill-immigranti qabel jaqsmu bil-baħar biex b'hekk ma jkollniex għalfejn noqgħodu nreġġgħuhom lura.", "Jekk dan ir-rapport huwa minnu u l-gvern qed jaħdem minn wara dahar sħabna l-Ewropej, x'aktarx li ser ikompli jonqas iċ-ċans li dawn jagħtu widen lill-krib patetiku ta' Evarist Bartolo.", "Evarist Bartolo qed jammetti li jixtieq iwarrab biex ikun jista' jserraħ il-kuxjenza tiegħu.", "Jidher li qed jifhem li, f'dawn l-aħħar ġranet, Malta qabżet il-limiti ta' dak li setgħet tagħmel u li tinsab determinata li tibqa' tagħmel minkejja l-fatt li d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu qed isarrfu f'imwiet u fi tbatija.", "Mingħalih li, meta jlissen diskors bħal dan, ikun qed juri li huwa bniedem ta' prinċipju.", "Iżda m'huwa xejn minn dan.", "Mara ta' prinċipju – u forsi anki raġel ta' prinċipju – mill-bidu nett kienet tikkundanna kull illegalità li kienu qed iġiegħluha tkun kolleġġjament responsabbli għaliha minħabba l-kariga ministrjali tagħha fi gvern li jippermetti lill-bnedmin li jegħrqu fil-baħar jew li jreġġagħhom lura lejn it-tortura u l-iskjavitù fil-Libja jew inkella jżommhom maqfulin bejn sema u ilma fuq vapur tat-turisti, Li kieku kien politikament sinċier, Evarist Bartolo ma kienx imur igħid li kien ser iwarrab minħabba \"l-Ewropa\" għax b'hekk ikun qed iqanqal il-mibgħeda lejn istituzzjoni li hi waħda mill-paladini li fadal tal-ordni dinjija li hi msejsa fuq il-liġijiet internazzjonali.", "Li kieku kien politikament sinċier, kien igħid li ser iwarrab għaliex bil-lejl jippreferi li jorqod trankwill milli jkun parti minn gvern li jinjora d-drittijiet universali tal-bniedem, hu x'inhu l-kulur tal-ġilda tiegħu, li jgħix ħieles mit-tortura u mill-gwerer imdemmija.", "Lil Evarist Bartolo ma nistax nagħmillu sejħa biex, minflok iwarrab, jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu u li jwettaq xogħolu.", "Il-ġjufija tiegħu, l-ambigwità morali tiegħu u l-egoiżmu u t-tħassir patoloġiku li għandu jistgħu ikunu providenzjali.", "Għaliex, għalkemm dan m'hu qatt ser jammettih, m'huwiex maqtugħ biex imexxi d-dikasteru tal-affarijiet barranin.", "Għandu jifhem li m'hu qatt ser jittieħed bis-serjetà meta jitkellem f'isem Malta meta jonqos li jispjega x'kienet ir-raġuni il-għala baqa' jservi ta' ministru taħt Joseph Muscat.", "Issa ser ikollu wkoll jispjega għaliex għadu ma warrabx mill-gvern ta' Robert Abela wara li ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-immigranti fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid.", "Id-dnub ta' dan kollu jinsab fil-fatt li pajjiż sħiħ naqas li jilmaħ il-ħajt ġej ma wiċċu hu u jsuq \"gas down\" fid-direzzjoni tal-istess ħajt.", "Ħadna pjaċir intellqu f'karrozza veloċi u njorajna l-persuni innoċenti li tajjarna frott sewqan bla galbu.", "Issa li dħalna fil-ħajt u ninsabu mwaħħlin fih, bejna u bejn ruħna qed ngħidu li qatt ma kien hemm ħajt.", "Issa l-gvern qed jipprova jsib il-kenn ma' ħajt immaġinarju u qed iwaħħal fil-barranin tat-tramuntana u tan-nofsinhar.", "U, waqt li aħna qed ninħarqu fit-torri tagħna, Evarist Bartolo qed ihedded li jaqbeż 'il barra mit-tieqa bħallikieku b'hekk ser jinstab tarf tal-kobba li l-gvern jinsab imħabbel fiha.", "Previous: L-aħħar aħbarijiet: 90 ruħ fil-periklu tal-għarqa fl-ibħra Maltin Next: Mela issa Robert Abela m'għadux imħasseb dwar l-epidemija? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2020/05/l-ahhar-ahbarijiet-90-ruh-fil-periklu-tal-gharqa-fl-ibhra-maltin/", "date": "Sun, 3rd May '20, 08:34", "category": "blog, politics, government", "title": "L-aħħar aħbarijiet: 90 ruħ fil-periklu tal-għarqa fl-ibħra Maltin", "text": ["L-aħħar aħbarijiet fid-08:44.", "Aqraw dwar l-operazzjoni ta' \"salvataġġ\".", "Dgħajsa tal-imjam mgħobbija b'90 immigrant bħalissa tinsab fl-ibħra Maltin.", "Rapporti jgħidu li din id-dgħajsa tinsab fil-periklu li tegħreq.", "Fost il-passiġġieri hemm mill-inqas mara waħda li hi tqila u numru ta' tfal.", "Il-lejl li għadda tal- Alarm Phone ġibdu l-attenzjoni. +++ BREAKING +++ A boat in distress with ~90 people in Maltese SAR just reached out to #Alarmphone .", "We alerted authorities to launch a rescue immediately without delay! @guardiacostiera", "pic.twitter.com/UhaNHBttIj — Alarm Phone (@alarm_phone) May 2, 2020 Id-dgħajsa tinsab madwar 17 il-mil mill-ibħra tal-Italja iżda bħalissa tinsab fl-ibħra Maltin u, skont kif ġejt infurmat, Malta qed tikko-ordina s-\"salvataġġ\".", "Dawn ir-rapport jgħidu li fil-post hemm tliet vapuri oħra, li tnejn minnhom huma vapuri merkantili li jġibu l-ismijiet Marina u Pixis Epsilon li qegħdin jissorveljaw barkun.", "Hemm ukoll it-tielet vapur li jinsab qrib id-dgħajsa.", "Rapporti mhux konfermati jgħidu li dan it-tielet vapur li jinsab qrib id-dgħajsa qed ibaħħar fid-direzzjoni ta' Tripli.", "(Ir-ritratt mehmuż ma' din l-istorja m'huwiex tad-dgħajsa in kwistjoni).", "L-aħħar aħbar (08:44) Il-vapuri Marina u Pixis Epsilon qed iżommu 'l bogħod mid-dgħajsa tal-immigranti li issa qed tagħmel l-ilma.", "It-tielet vapur kummerċjali li qed ibaħħar fid-direzzjoni tad-dgħajsa iġib l-isem Carina u dan il-vapur ma jtajjarx il-bandiera Maltija.", "Il-vapur Carina kien fi triqtu lejn Tripli sakemm ingħata ordni biex jibdel id-direzzjoni tiegħu minn 60 mil fil-punent u jbaħħar fid-direzzjoni tad-dgħajsa tal-immigranti.", "Fiċ-ċirkostanzi, ordni bħal din ma kienitx waħda meqjusa normali.", "Esperti fil-materja qaluli li ġaladarba vapur wieħed mit-tlieta mdaħħlin f'din l-operazzjoni li ma jtajjarx il-bandiera Maltija ġie ordnat biex idawwar ir-rotta u jersaq viċin id-dgħajsa tal-immigranti jista' jfisser li l-awtoritajiet Maltin għandhom l-intenzjoni li jreġġgħu lill-immigranti lura lejn il-Libja.", "Previous: Issa qed naħsdu dak li kien inżera' Next: Il-kobba mħabbla li l-gvern qed ikompli jitħabbel fiha window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/agenzija-li-taqa-taht-chris-cardona-bdirect-order-ta-10000-ewro-ghal-escorting-services/", "date": "Mon, 5th Feb '18, 22:07", "category": "blog, politics, government", "title": "Aġenzija li taqa' taħt Chris Cardona b'direct order ta' 10,000 ewro għal 'escorting services'", "text": ["Mistoqsija Parlamentari li għamel Jason Azzopardi lil Chris Cardona u li fiha talbu jelenka d- direct orders mogħtija mill-Ministeru tiegħu wasslet għal risposta pjuttost mhux tas-soltu.", "Fit-tweġiba ta' Chris Cardona tissemma direct order li ġġib id-data tal-1 ta' Frar 2017 għall-ammont ta' 10,000 ewro li ngħad li tħallsu \"biex jiġu pprovduti escorting services \".", "L-hekk imsejħa \"servizzi\" jingħad li ngħataw lill-Malta Industrial Parks Limited, il-kumpanija tal-istat li taġixxi bħala sid il-kera għall-proprjetajiet industrijali li għandu l-gvern.", "It-tweġiba ma tipprovdi l-ebda dettalji oħra għalkemm wieħed jissopponi li xi darba jew oħra għad tingħata xi tip ta' spjegazzjoni.", "Fi Frar 2017 Chris Cardona kien qed jiffaċċja ammont pjuttost qawwi ta' domandi b'rabta ma' servizzi li wieħed jimmaġina li jistgħu jiġu deskritti bħala tal-istess tip.", "Madanakollu hu minn dejjem ikkontesta l-fatt li hu gawda minn servizzi ta' dan it-tip.", "Qatt ma saret diskussjoni dwar jekk dawk is-servizzi – jekk sar użu minnhom – ġewx mogħtija, kemm swew u kif ġew imħallsa.", "Previous: Ħrejjef mill-Art tas-Serenità 5 Next: Fake news.", "Minn sors uffiċjali. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/fake-news-minn-sors-ufficjali/", "date": "Tue, 6th Feb '18, 06:48", "category": "blog, politics, government", "title": "Fake news. Minn sors uffiċjali.", "text": ["Glen Bedingfield jilbes bosta kpiepel imma rwol wieħed biss għandu li jgħodd verament.", "Huwa blogger.", "Huwa MP (back-bencher) mal-Labour.", "Imma dawk huma rwoli awżiljarji.", "Il-funzjoni essenzjali tiegħu jaqdiha fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara skrivanija mhux aktar minn 10 metri 'l bogħod minn Joseph Muscat.", "Bħala sors, ma jistax ikollok sors uffiċjali aktar minn hekk.", "Bħala riflessjoni tal-fehmiet u l-ħsibijiet ta' Joseph Muscat, hu tabilħaqq viċin tal-Prim Ministru, tant li jgħaddih biss Joseph Muscat innifsu.", "Issa għandna lil Glen Bedingfield, il-portavuċi tal-Prim Ministru, jesponi ritratt ta' professjonisti mediċi f'Mater Dei u jakkużahom li qegħdin jitbissmu u jiġu jaqgħu u jqumu mit-tbatija tal-pazjenti għal raġuni li tirrifletti biss l-interessi tagħhom.", "Jesponihom biex il-folla tkun tista' tħaġġarhom, almenu metaforikament.", "Ifli l-kummenti li jidhru taħt il-powst tiegħu fil-Facebook u tara kif irnexxielu jasal fejn ried jasal.", "Fil-verità r-ritratt li qed juri huwa dak tat-tobba tal-Emerġenza li għalkemm jissimpatizzaw mal-azzjoni tal-union, qed jirrispettaw id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi minimi li jissemmew fi l-liġi dwar l-istrikes .", "Dawn id-dispożizzjonijiet jitolbu m it-tobba li f'każ ta' strike jibqgħu jagħtu dak li jissejjaħ Sunday-service .", "Dan ifisser li dawk li jidhru fir-ritratt għaddejjin jaħdmu ilsienhom barra jagħtu servizz ta' emerġenza lill-pazjenti, bħal kull ġurnata oħra — għax kif tista' taħseb, is-servizzi tal-emerġenza fil-Ħdud ikunu l-istess bħal kwalunkwe ħin ieħor tal-ġurnata, bi nhar u bil-lejl.", "Glen Bedingfield jafu dan.", "Mhuwiex xi ċuċ li ma jafx il-fatti x'inhuma.", "Huwa giddieb, kwalità li bilfors irid ikollok ladarba taħdem għal Joseph Muscat.", "Imma huwa dak it-tip ta' giddieb li Dante jżomm post speċifiku fl-infern għalih: is- seminatore di discordie , dak li jiżra' l-kunflitti.", "Din il-gidba mhix maħsuba sempliċiment biex tirrita lit-tobba, li bħala grazzi għall-vokazzjoni u x-xogħol tagħhom ngħataw din il-malafama.", "Din il-gidba hi intenzjonata biex issaħħan l-irjus, biex lill-folla tagħtihom lil min jobogħdu, biex taġevola lil min hu vjolenti joħroġ il-qilla tiegħu fuq dawk il-professjonisti li donnhom wettqu reat li ma jinħafirx: dak li ma jaqblux mal-Gvern.", "Glen Bedingfield huwa strument tal-Istat.", "Lit-tobba li esprimew opinjoni, l-Istat sallabhom.", "K ulm'għamlu kien li ppużaw għal ritratt biex jesprimu solidarjetà mal-kollegi li qed jistrajkjaw.", "U minħabba f'hekk ġew intimidati mill-Istat, li esponiehom għall-periklu .", "Li taħdem fl-Emerġenza diġà hu xogħol riskjuż ħafna, imm'issa l-Istat għollielhom ir-riskju aktar milli kien.", "Previous: Aġenzija li taqa' taħt Chris Cardona b'direct order ta' 10,000 ewro għal 'escorting services' Next: V A Cremona: B'ewro tixtri sptar? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/jeddek-li-tkun-taf/", "date": "Tue, 6th Feb '18, 12:57", "category": "blog, politics, government", "title": "Jeddek li tkun taf", "text": ["Segwu dan id-diskors ta' Jason Azzopardi.", "Jitkellem dwar il-Pilatus Bank u dwar Henley & Partners li jsejjħilhom bħala tnejn mis-swaba tal-istess id moħbija.", "It-tielet saba' ta' din l-id moħbija huwa dak ta' Joseph Muscat li, skont il-Malta Today, baqa' jinsisti li qatt ma kellu ħjiel dwar il-kawża SLAPP li tal-Pilatus Bank kienu għamlu kontra Daphne Caruana Galizia f'Arizona.", "Hawn qed nuża l-ingwanti miegħu.", "Muscat jinsisti li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma kellux ħjiel.", "Li ma jfissirx neċessarjament li HU ma kellu ebda ħjiel.", "Kif isostni Jason Azzopardi hawnhekk, Joseph Muscat kien uża l-indirizz elettroniku @ josephmuscat.com meta kien ikkonfoffa ma' Henley & Partners biex tinbeda' kawża SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia u kontra Jason Azzopardi.", "Għalkemm hawn Muscat ma kienx daħħal lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-kredu, dan ma kienx biżżejjed biex iżomm lill-ispiji formidabbli li kellha Daphne Caruana Galizia madwar id-dinja milli jsiru jafu b'din il-konfoffa.", "U allura sirna nafu li Joseph Muscat kien jaf minn qabel bil-kumplott SLAPP ta' Henley & Partners mhux bis-saħħa ta' xi komunikazzjoni uffiċjali li ħarġet minn naħa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Sina nafu bis-saħħa tal-ħila investigattiva ta' ġurnalista li – kif seħaq Jason Azzopardi – kienu qed jagħmlu minn kollox jeqirdu finanzjarjament.", "Ma rnexxilhomx jeqirduha finanzjarjament.", "Kien jeħtieġ li jeqirduha b'mezzi oħra biex isikktuha.", "Iżda b'xorti tajba kienet leħqet kixfet ir-rabtiet soċjali li jeżistu bejn Henley & Partners u l-Pilatus Bank fl-ogħla livelli tagħhom.", "Il-Prim Ministru qed jiċħad li kien hu li awtorizza lil tal-Pilatus Bank biex jagħmlu kawża SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia.", "Ejjew naraw x'inhuma l-fatti: Joseph Muscat kien personalment awtorizza lil Henley & Partners biex imexxu b'kawża SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia.", "Joseph Muscat kien jaf b'mill-inqas tliet każi ta' theddidiet b'kawżi SLAPP kontra ġurnali Maltin.", "Joseph Muscat kien jaf b'theddida b'kawża SLAPP li kienet saret minn Henley & Partners lil The Shift News, liema theddida, iżda, ġiet injorata minn dawn tal-aħħar.", "Joseph Muscat jaf li Jason Azzopardi ippreżenta fil-Parlament abbozz ta' liġi li jipprovdi kontra l-kawżi SLAPP.", "Joseph Muscat jaf li saru rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali tax-xandir, minn għaqdiet volontarji u minn diversi ġurnali indipendenti kontra l-kawżi SLAPP.", "Joseph Muscat jaf b'pariri legali li sarulu minn avukati esperti fit-teknoloġija tal-informazzjoni biex jilleġiżla kontra l-kawżi SLAPP.", "Fuq danJoseph Muscat waqa' s-skiet.", "Bejn il-kliem ta' Joseph Muscat u l-aġir tiegħu hemm il-baħar jikkumbatti.", "Kull jum li jgħaddi li fiħ Joseph Muscat jonqos li jħares il-libertajiet tax-xandara u tal-ġurnalisti mit-theddida tal-kawżi SLAPP u jħalli lil din it-theddida mdendla fuq l-irjus, ikun qed jikkonferma li diġà jaf b'kawżi SLAPP li għad iridu jsiru kontrina.", "Jeħtieġ li tifhem li int mhux talli ġejt imċaħħad mill-ħiliet ġurnalistiċi ta' Daphne Caruana Galizia, mir-riżorsi kbar li kienet akkumulat b'reqqa matul snin twal ta' ġurnaliżmu kredibbli u mill-kuraġġ formidabbli tagħha.", "Id-dritt tiegħek li tkun taf jinsab imkażbar mill-kompliċità, attiva jew passiva, tal-prim minstru tiegħek fil-konfront tat-theddid tal-kawżi SLAPP li jġorru magħhom konsegwenzi f'danni ta' għexieren ta' miljuni ta' dollari.", "Dan forsi mhux se jbeżża' xi nofs miġnun bħali.", "Iżda hija ħaġa magħrufa li kien hemm okkażjonijiet fl-imgħoddi fejn dawn il-kawżi kienu l-kaġun li xi ġurnali li bidlu verżjonijiet ta' stejjer imxandra.", "M'aħna ser inkunu nafu qatt jekk għandhomx f'idejhom aktar informazzjoni jew jekk iċċensurawx dak li diġà jafu sabiex jevitaw li jidħlu f'aktar basal bħal dawn.", "M'aħna ser inkunu nafu qatt kemm hemm xhieda li jafu b'aġir illegali, kemm hemm whistleblowers u kemm hemm sorsi kunfidenzjali li ddeċidew li jżommu s-skiet minħabba l-biża' li l-ġurnalisti ma' min ikunu tkellmu b'kunfidenza jiddeċiedu li ma jxandrux l-informazzjoni li tkun ġiet mgħoddija lilhom minkejja r-riskji kollha li jkunu ħadu biex setgħu wassluhielhom.", "Il-libertà ġurnalistika m'hix xi privileġġ speċjali ppremjat lill-ġurnalisti.", "Din il-libertà tfisser id-dritt tiegħek li tkun taf dwar minn qed imexxik u dwar kif flusek qed jintefqu f'ismek.", "Jekk il-ġurnalisti jibdew jibżgħu ixandru l-verità, din il-verità m'aħna ser insiru nafuha qatt.", "Din is-sitwazzjoni m'għandna naċċettawha qatt.", "Previous: V A Cremona: B'ewro tixtri sptar?", "Next: Ġurnalisti tal-Istat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/v-cremona-bewro-tixtri-sptar/", "date": "Tue, 6th Feb '18, 10:30", "category": "blog, politics, government", "title": "V A Cremona: B'ewro tixtri sptar?", "text": ["Miktub mill-mistiedna Vicki Ann Cremona: Jekk tmur tieħu kafé ġol-Belt Kapitali tal-Kultura, ewro mhuwiex biżżejjed biex tħallsu – trid tkompli żżid xi ħaġa tal-flus miegħu biex jaqduk.", "Iżda sa ewro, naħseb li kull wieħed u waħda minnha naslu biex noħorġu mill-but.", "U kieku l-gvern ġie joffrilna nixtru dak kollu li fih sptar b'ewro, forsi konna nitħajru nidħlu għaliha u naraw kif ndawru xi sold minnhom!", "Mhux talli hekk, talli kieku il-gvern offrilna xi sptar bil-kundizzjonijiet li offra lill-kumpanija barranija, fejn min krieh m'għandux x'jinkwieta għal ebda dejn, kien ikollna wkoll minn fejn nagħżlu: jekk ma kienx jogħġobna l-isptar t'Għawdex, stajna forsi naraw jekk nippreferux lill-isptar Karen Grech, jew dak ta' San Luqa!", "Il-problema hija li l-Gvern tal-Maltin, lill-ebda Malti jew Maltija bħalek u bħali ma ġie joffrih.", "Però ġie jaqa' u jqum mill-fatt li proprjament, dawk l-isptarijiet diġa kienu tagħna: saru u żammejnihom minn flusna – mit-taxxi tagħna.", "U b'hekk, ma kellu l-ebda dritt ibigħhom.", "Il-fatt li dak li kien fihom tah għall-ewro simboliku huwa daqqa ta' ħarta lil kull min iħallas onestament u fil-ħin it-taxxi tiegħu jew tagħha.", "Xi jfisser meta ngħidu li l-gvern biegħ l-isptarijiet tagħna?", "Jidher li jekk int Għawdxi, u għandek bżonn tmur l-isptar, u jekk n-numru (baxx) ta' sodod li din l-entità l-ġdida li suppost se tmexxi l-isptar ħalliet għall-użu b'xejn tal-poplu għawdxi diġa ntela'– suppost, għax dan il-privileġġ diġa jidher li għadda għand oħrajn – mhuwiex ċar x'għażla jibqagħlek.", "Nissaponi jew ikollok tħallas xi ħaġa minn butek, jew il-poplu mit-taxxi ikollu jħallas għalik – ħafn'aktar minn dak li qiegħedi diġa iħallas għas-servizz – jew ikollok tiġi Malta, fejn il-postijiet tant mhumiex biżżejjed li kien hemm mument fejn kien qiegħed jissemma l-ħsieb li nerġgħu nsaħħu lill-isptar San Luqa ħalli n-nies tkun tista' tinqeda aħjar.", "Issa, jekk dan se jsir jew le, m'għadux jiddependi minna, mill-poplu malti u għawdxi, għax il-Gvern Tagħna Lkoll mar u biegħu lill-barranin, u dak li fih għal ewro!", "Mhux hekk biss, imma serħilhom moħħhom li jekk l-gvern jerġa' jieħu lura l-isptarijiet, jerfa' d-dejn tagħhom hu – jew aħjar, nerfgħuhom aħna lkoll, mit-taxxi tagħna!", "Dan iġieghel lill-wieħed jaħseb li jew Joseph Muscat, Prim Ministru Tagħna Lkoll, ma fehemx li b'ewro lanqas kafé ma tieħu u li l-persuna jew persuni li għamlu din il-bravata tmejlu bih u bil-poplu malti, jew daħal magħhom u qiegħed jitmejjel bina hu ukoll!", "Certament, mhux se nkun jien li ser inkun naf kif qegħdin tassew l-affarjiet.", "Dik li s-soltu dat-tip ta' borom kienet taf tikxifhom, qatluha.", "It-tobba illum se joħorġu bi 'Strike' biex jiġġieldu għal dak li huwa verament tagħna lkoll – l-isptarijiet tagħna.", "Wieħed jista' jgħid li jekk kienu qegħdin jissuspettaw xi ħaġa, misshom ilhom li tkellmu, imma nsomma, kif jgħidu l-Ingliżi 'Better late than never'.", "Huwa dmirna li aħna mhux talli nagħtuhom raġun, imma nuruhom is-solidarjeta' tagħna.", "Ma ninsewx li fis-snin sebgħin, ħafna mit-tobba ewlenin tagħna, u dawk iż-żgħażagħ li kienu qegħdin jistudjaw il-mediċina, kellhom jitilqu minn Malta minħabba l-gvern u l-indħil tiegħu; fl-isptarijiet, it-tobba Maltin kont kważi tgħoddhom fuq ponot subajk.", "X'se jsir mit-tobba tagħna?", "X'se jsir issa mill-isptarijiet tagħna jekk tassew m'għadhomx tagħna?", "X'se jsir mill-isptar t'Għawdex, li jaqdi gżira sħiħa, u mill-isptar Karen Grech?", "L-isptar San Luqa, tawhulhom għal kważi mitt sena, ħafna minna nkunu ilna li tlaqna!", "Domanda importanti oħra, l-bqija ta' l-ewro, f'liema but daħlet?", "Għax dak li fih sptar, b'ewro tbiegħu fuq il-karta biss (jidhirli, biex ma tħallasx taxxi) imma dak li jinteressa lill-ħafna minna huwa: is-somma vera li jsarrfu dawn l-isptarijiet, għand min marret?", "Jaqaw din ukoll siefret il-Panama, jew il-Virgin Islands?", "U aħna l-Maltin se nerġgħu nibqgħu b'xiber mnieħer, anzi nħallsu mit-taxxi tagħna l-ispejjes żejda li dan il-bejħ se jġib miegħu?", "U dawn li qegħdin jisirqulna flusna, se jkomplu joħorġu l-flus mill-pajjiz, biex t-taxxi li nħallsu aħna jibqgħu ma jħallsuhomx?", "Mela kull wieħed u waħda minna għandna nżommu mat-tobba a u nuruhom s-solidarjeta' tagħna talli qegħdin jiġġieldu biex jiżguraw li dak li hu tagħna ma jibqax jitberbaq jew jinsteraq!", "Previous: Fake news.", "Minn sors uffiċjali.", "Next: Jeddek li tkun taf window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/gurnalisti-tal-istat/", "date": "Wed, 7th Feb '18, 00:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Ġurnalisti tal-Istat", "text": ["Mill-ħafna modi kif il-libertà tal-media qed tiġi mhedda mill-intervent tal-Istat f'Malta, l-iktar li jispikka hu l-mod falz kif il-propogandisti tal-Istat jadottaw it-terminu 'ġurnalist'.", "Mhux biss jippretendu li huma ġurnalisti meta fl-istess ħin ikunu qed iservu l-interessi tar-reġim, imma jaħdmu attivament biex jeskludu l-ġurnalisti ġenwini u jfittxu li jneħħulhom il-kredibbiltà.", "Għalhekk lil Daphne Caruana Galizija kienu jsejħulha 'blogger' — kienu jużaw il-kelma b'timbru unikament Malti, mgħobbija b'tikketta negattiva, derogatorja u mneżżgħa mill-funzjoni tal-ġurnalist li jinforma u janalizza dak li jkun għaddej.", "Mhumiex biss il-politiċi li kienu jagħmluha din.", "U għadhom jagħmluha.", "Il-president tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, Norma Saliba, f'avveniment li attendejt għalih jien ukoll, tkellmet dwar ix-xewqa tagħha li tiġi introdotta liċenzja tal-Istat li tillimita l-aċċess għall-attività ġurnalistika għal dawk biss li jawtorizza l-Istat.", "Mhux ta' b'xejn l-Istitut tagħhom huwa l-uniku assoċjazzjoni tal-ġurnalisti li mhux isemma' leħnu b'mod attiv biex ikun hemm skrutinju internazzjonali tal-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Bil-maqlub tagħhom, l-Istitut lokali qatt ma qiesha bħala kollega.", "Norma Saliba argumentat li hemm bżonn reġim sponsorjat mill-Istat biex jiżgura l-istandards fil-ġurnaliżmu.", "Imma jekk dawk l-istandards se jkunu baxxi biżżejjed biex jinkludu lilha, kif x'aktarx tkun trid, ħadd m'għandu għax jinkwieta li jitħalla barra, u allura l-eżerċizzju kollu kemm hu jkun sar għalxejn.", "Il-motivazzjoni ta' liċenzja tal-Istat għad-dritt tal-ġurnaliżmu huwa aktar misterjuż u ċertament suspettuż ħafna f'idejn xi ħadd li jservi ta' preżentatriċi għall-avvenimenti ta' propoganda tal-gvern, kif tagħmel Norma Saliba.", "L-intenzjoni veru hi li ċċaħħad il-protezzjoni tal-libertà tal-media lil dawk li verament jeħtiġuha, dawk li jinvestigaw l-azzjonijiet ħżiena tan-nies fil-poter u li jikkritikawhom minħabba f'hekk.", "Imbagħad hemm Brian Hansford, eżempju rivoltanti ieħor ta' propoganda li sservi lill-Istat bil-libsa tal-ġurnaliżmu.", "Is-serje tiegħu tul dawn l-aħħar ġimgħat fuq Facebook, dwar Marija Efimova — serje li tfakkrek fit-tortura psikoloġika Ċiniża ta' qatra ilma wara l-oħra — kienet għalkollox sajma mill-informazzjoni għax kien ovvju li kienet maħsuba biex tbeżża' whistle-blower u sors minn ġewwa tal-informazzjoni.", "Għax Brian Hansford hu taparsi ġurnalist li m'għandux simpatija għas-sorsi imma għal dawk li għandhom is-sigrieti li s-sorsi jiżvelaw.", "Din tixbah lill-istorja ta' dawk il-gwardji voluntiera Lhud li, biex il-Ġermaniżi ikunu jistgħu jgħaddu siegħa żmien, kienu joqogħdu jsawtu lill-kompatrijotti tagħhom fil-kampijiet tal-mewt tal-olokawstu.", "U powst tiegħu fuq Facebook illum, għal mument iddevjat mill-vittma favorita tiegħu — whistleblower mistoħbija li qed tibża' għal ħajjitha wara li l-ġurnalista li fdat fiha splodewha f'karozza bomba — u mxiet għall-ġurnalisti nfushom.", "Għaliex, qed jistaqsi, ġurnalist ma jsibx problema jiddefendi ruħu f'kawża ta' malafama f'Malta, imma jsib problema jagħmel l-istess f'qorti Amerikana?", "Fi kliem ieħor, għaliex nippruvaw inwaqqfu l-kawżi SLAPP jekk wieħed qed jgħid il-verità?", "Ovvjament qed jilgħabha tal-iblah.", "It-tweġiba għad-domanda tiegħu jafha tajjeb.", "Peress li jaħdem għal Joseph Muscat u Joseph Muscat hu favur it-theddid jew l-attivazzjoni tal-kawżi SLAPP — aqra l-blogg tiegħi aktar kmieni llum biex tara r-raġunijiet tiegħi għax nemmen li dan hu l-każ — Hansford jaf li dan ma jqiegħdu f'ebda riskju.", "Imma n-nagħaġ li jċapċpulu fil-paġna tal-kummenti, li jifirħulu għall-filosfija tiegħu li ma treġix, apparentement ma jafux it-tweġiba għal dik id-domanda, u forsi, għall-benefiċċju preżunt tagħhom, għandha tiġi ripetuta.", "Jekk xi ħadd jaħseb li għandu raġun u li ġurnalist mhux qed jgħid is-sewwa fuqhom, m'għandux għalfejn jagħmel kawża fl-Amerka.", "Jista' jagħmel kawża f'Malta.", "Jagħmel kawża fl-Amerka preċiżament għax il-ġurnalist li jkun qiegħed fil-mira tal-kawża x'aktarx ikun qed jgħid is-sewwa fuqu.", "Imma l-ebda organizzazzjoni tal-media f'Malta, aħseb u ara individwu, ma jista' realistikament jiddefendi kawża fl-Amerka.", "Le, Brian Hansford, trid tagħmel iżjed milli tmur Arizona biex tixhed fil-każ tiegħek, u t-titjira weħidha wkoll tiġi tiswa aktar milli ġurnalist jaqla' fi tliet xhur.", "Biex tiddefendi ruħek f'ġuri, trid tagħmel bosta traġitti u trid issib fejn toqgħod fit-tul għal diversi xhur u snin li waħedhom jiswew ħafna aktar milli jaqla' ġurnalist, u aktar minn dak li tista' taffordja kwalunkwe organizzazzjoni tal-media, bl-eċċezzjoni ta' dik li Brian Hansford jaħdem magħha – l-Istat.", "Imma ħadd ma jista' realistikament jiddefendi ruħu fl-Amerka.", "Ikollok tqabbad ditta tal-avukati mill-professjoni legali tal-Istat fejn il-kawża tkun saret.", "Anke jekk ma tkunx qed tippjana li jkollok difiża b'saħħitha daqs ta' dawk li jagħmlulek il-kawża, tkun qed tiffaċċja spejjeż legali ta' xi 400 dollaru fis-siegħa li, jekk ma jkollokx credit fl-Amerka, tipikament jittieħdu minn depożitu ta' flus li jrid isir minn qabel li jammota għal għexieren ta' eluf ta' dollari.", "Anke taħseb fiha biss jaqbiżlek id-dmugħ.", "U kien hemm min ħaseb fiha.", "Iffaċċjati b'dan il-prospett The Times , The Malta Independent u MaltaToday ilkoll ħassew li ma kellhomx għażla ħlief li jċedu għall-pressjoni u jiktbu l-istejjer tagħhom mill-ġdid b'mod li ma jirritax lil Pilatus Bank.", "Ma jimpurtax jekk il-Bank hux fit-tajjeb jew le.", "Ċertament il-gazzetti qatt ma aċċettaw li kienu fit-tajjeb jew fil-ħażin dwar dak kollu li kellhom jiktbu mill-ġdid.", "Sempliċiment ma kellhomx il-mezzi biex jiddefendu ruħhom anke min theddida ta' kawża, aħseb u ara minn waħda li diġà bdiet.", "Lil dawk il-ġenji li qed iċapċpu għal-loġika ta' Brian Hansford nista' ngħidilhom din: Taħsbu li l-ġurnalist se jmur minn taħt?", "Taħsbu li jekk issikket ġurnalist b'dan it-theddid se tkun rebħa għalikom għax il-partit tagħkom u l-kap tagħkom jistgħu jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jiffaċċjaw kritika?", "Ħadd ħliefek mhu se jmur minn taħt, għax qed jiċħdulek id-dritt li tinforma ruħek kif jixraqlek sabiex għada tkun tista' tiddeċiedi jekk tkux trid tibqa' tagħti l-appoġġ lill-partit tiegħek u l-kap tiegħek.", "Ma jimpurtanix jekk ma tridx tisma'.", "Inkellmek b'lingwa li tista' tifhem.", "Jekk oħtok taf li r-raġel tiegħek qed jaqlibhielek u kien mar ma' xi nisa oħra, mhux aħjar ġiet tgħidlek?", "Jekk ir-raġel tiegħek hedded lill-oħtok li jagħmlilha l-ħsara jekk tgħidlek il-verità, u oħtok iċċedi għal dik il-pressjoni għax tibża' minn dak li jista' jiġrilha, int taħseb li qabillek hekk?", "Iċċapċapx lil Brian Hansford meta jargumenta li l-ġurnalisti f'Malta għandhom ikunu esposti għall-iSLAPPs fl-Istati Uniti bħallikieku din hi kwistjoni ta' prinċipju.", "Iċċapċapx lil Brian Hansford għax taħseb li ħajtek se tkun aħjar għax xi ħadd li ma jappoġġjax lill-partit tiegħek jiġi mhedded li jirvinawh finanzjarjament sempliċiment għax jaħsibha differenti minnek.", "Iċċapċapx lil dawk li qed jiċħdulek id-dritt li tkun taf.", "Jista' jkun li ma tafx, imma jekk il-media ma tkunx ħielsa, int se tmur minn taħt.", "Previous: Jeddek li tkun taf Next: L-Editorjal Times of Malta: Il-kitba fuq il-ħajt window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/disprezz/", "date": "Tue, 20th Feb '18, 09:09", "category": "blog, politics, government", "title": "Disprezz", "text": ["Bil-mod il-mod tiela' fil-wiċċ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li ntrabat bihom il-gvern għas-servizzi nazzjonali tas-saħħa.", "Issa qed nintebħu li l-operatur ta' tlieta mill-isptarijiet tagħna lanqas kellu minn fejn iħallas il-pagi tat-80 impjegat li kellu u dan minkejja l-fatt li tħallas għexieren ta' miljuni li ħadd ma jaf fejn marru u saret ipoteka favur bank li jaħdem fil-qasam agrikolu.", "Tħallsu mitt milhun ewro minn flus il-poplu u lanqas għandhom għexja ta' lejla!", "U l-gvern kien jaf b'dan kollu mill-bidu nett.", "Marru bilġri l-Parlament biex igħattu d-dnubiet tal-Vitals huma u jippruvaw isibu lil xi ħaddieħor biex jingħata l-konċessjoni – kienu jafu sew x'kien għaddej minn wara l-kwinti u għamlu minn kollox biex jaħbu kollox mill-poplu.", "Fil-frattemp, il-pazjenti f'Karin Grech, San Luqa u fl-isptar ta' Għawdex kienu qed jirċievu trattament mediku minn sptar fallut.", "Mhux biss urew disprezz kbir lejn il-pajjiż u lejn il-poplu.", "Iżda x'aktarx iddisprezzaw lill-awtorità tal-Qorti wkoll.", "Skond rapport imxandar fit-Times of Malta dalgħodu, uffiċjali għolja tal-Vitals tkellmu dwar is-sitwazzjoni ddisprata li sab ruħu fiha u li għadu fiha l-maniġer tal-isptar.", "\"Bħalissa l-ordnijiet għall-akkwist ta' tagħmir mediku twaqqfu sakemm tidħol fix-xena Steward Health Care.", "Qalulna li għalkemm il-ftehim kien ġie iffirmat, ma jista' jsir xejn sakemm jibqa' fis-seħħ il-mandat tal-Qorti\".", "X'inhi din?", "Dan qed igħid li l-ftehim ġie ffirmat fl-istess żmien meta l-Qorti ordnat il-ħruġ ta' mandat ta' inibizzjoni.", "Dan m'hu xejn ħlief disprezz lejn l-awtorità tal-Qorti.", "Mandat ta' inibizzjoni ma jwaqqafx kuntratt \"milli jseħħ\".", "Il-ħruġ ta' mandat iwaqqfek għal kollox.", "Lil Steward Health Care għadna ma nafuhomx.", "Iżda donnhom qed jintebħu f'liema stat miskin jinsabu l-istituzzjonijiet tagħna.", "Previous: Oġġett għandu dejjem jissejjaħ b'ismu Next: Sadanittant, dalgħodu wkoll ... window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/sadanittant-dalghodu-wkoll/", "date": "Tue, 20th Feb '18, 09:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Sadanittant, dalgħodu wkoll ...", "text": ["Qed tieħu dak kollu li tista' ...", "Previous: Disprezz Next: Il-libertà hi... window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/manfred-galdes-dwar-l-impunita-fmalta/", "date": "Tue, 20th Feb '18, 16:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Manfred Galdes dwar l-impunità f'Malta", "text": ["Kemm ilu li spiċċa mill-FIAU, Manfred Galdes ma tkellimx ħafna pubblikament.", "Huwa kien irriżenja meta kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet fuq Konrad Mizzi u qatt ma kien spjega r-raġuni 'l għala kien għażel li jaħdem fis-settur privat.", "B'mod speċjali r-raġuni għaliex kien għamel dan f'dak iż-żmien patikolari.", "Illum tkellem f'konferenza fl-istess kamra ma' Ian Abdilla.", "Lill-udjenza li kellu quddiemu Ian Abdilla qalilha li l-pulizija jinvestigaw ir-rapporti kollha li jirċievu dwar ħasil ta' flus maħmuġin.", "Iżda niftakru li mhux hekk kien stqarr Lawrence Cutajar fuq mistoqsija li kienet saritlu mill-Ewroparlamentari.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija kien ġie rappurtat li qalilhom li l-pulizija tiċċaqlaq biss kemm il-darba jkollhom f'idejhom provi konklużivi.", "Mingħajr ma kien ssemma' u, mhedded kif kien minn Manwel Mallia u oħrajn bil-ħabs li kieku kellu jitniffes dwar dak li jaf, Manfred Galdes ma daħalx f'dettalji.", "Iżda dak li stqarr huwa ċar biżżejjed.", "Huwa tkellem dwar il-liġijiet tal-pajjiż li għal għexieren ta' snin baqgħu biss fuq il-karta.", "Tkellem ukoll dwar il-prokrastinazzjoni fl-investigazzjonijiet li rebbħet iż-żmien lil dawk suspettati biex jaħbu flushom.", "Semma' wkoll il-proċeduri primittivi ta' għassa man-nies meta dawn jonqsu li jispjegaw dwar kif wasal għandhom ċertu ġid.", "Fi ftit kliem, tħaddet dwar il-kultura ta' impunità li qiegħda tippermetti lill-kriminali li jaħbu ġid ġej mill-attività kriminali tagħhom.", "U tkellem ukoll dwar l-immaġni li qed niksbu f'għajnejn id-dinja.", "Fuq medda ta' 25 sena kien irnexxielna nibnu reputazzjoni tajba ta' ċentru nadif tas-servizzi finanzjarji.", "Id-dinja issa qed tħares lejna bħala ċorma ta' ħallelin.", "Il-verità hi li Manfred Galdes ma qal xejn li ma konniex diġà nafuħ.", "Iżda l-fatt li stqarr dak li stqarr huwa sinjifikanti.", "Daqs kemm kienet ukoll sinjifikanti l-istorja li rrakkonta dwar dak li kien ġara' fl-Irlanda wara li ġurnalista li kienet qed tinvestiga l-kriminalità fil-qasam finanzjarju, spiċċat inqatlet permezz ta' karrozza bomba.", "Delitt li kien xpruna lill-gvern Irlandiż biex jibdel il-liġijiet tal-pajjiż u jtejjeb is-sistemi tiegħu sabiex jiħonqu r-reati li kienet qed tinvestiga din il-ġurnalista.", "Kien qed jirreferi hawn għal Veronica Guerin li kienet ġiet assassinata fl-1996.", "Fl-Irlanda l-Prim Ministru John Bruton kien sejjaħ lil dan il-qtil atroċi bħala \"attakk fuq id-demokrazija\" u l-gvern kien intebaħ li seta' juża l-liġijiet dwar l-infurzar tat-taxxi bħala deterrent kontra l-kriminali.", "U biss ftit jiem wara l-qtil, il-gvern tal-Irlanda għadda liġijiet li bis-saħħa tagħhom seta' jissekwestra kull ġid akkwistat bi flus maħmuġin filwaqt li tniediet il-Criminal Assets Bureau.", "Dik hi t-tifsira vera tal-ġustizzja. il-qattiela ta' Veronica Guerin inqabdu u ġew proċessati.", "Iżda wara mewtha, l-Irlanda ħadet ħsieb immedjat biex tibdel il-liġijiet sabiex il-kriminalità li investigat din il-ġurnalista tiġi megħluba.", "U hawn Malta?", "Il-prim ministru jlebbet 'il barra lejn id-Dubaj biex ibiegħ il-passaporti lill-evażuri tat-taxxa filwaqt li s-segwaċi tiegħu iqiegħdu l-fjuri biex ifakkru lil Dom Mintoff.", "U mbagħad għandhom il-wiċċ igħajruna tradituri.", "Previous: Il-libertà hi...", "Next: Sadanittant, dalgħodu ... window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/il-liberta-hi/", "date": "Tue, 20th Feb '18, 13:23", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-libertà hi...", "text": ["F'dan ir-rapport tat-Times of Malta dwar il- billboards illegali issib l-informazzjoni kollha li tinħtieġ jekk għadek qed tħossok impressjonat bl-insistenza tal-gvern li meta neħħa l- billboards tal-#occupyjustice li kienu qed jikkritikawh, għamel dan biex jinforza l-liġi.", "L-infurzar diskriminatorju tal-liġi hu illegali.", "Il-liġi mhix magħmula biss mill-kapitlu jew il-vers li jaqrawlek il- bullies armati bir-revolver li jiġu bit-trakkijiet mikrija biex jieħdu azzjoni kontrik.", "Li kieku kien hekk, niġġustifikaw l- apartheid bl-argument li l-bojod kienu skruplużi meta ġew biex jilleġiżlaw fir-rigward tad-diskriminazzjoni u s-separazzjoni.", "Meta l-attivista tad-drittijiet ċivili Rosa Parks irrifjutat li ċċedi s-siġġu fuq tal-linja lil persuna ta' ġilda bajda kienet qed tikser il-liġi.", "L-istess meta Emily Davison intefgħet tiġri quddiem iż-żwiemel u meta Vaclav Havel irrisponda għall-artiklu ta' Ludvik Vaculik.", "U meta Gandhi ħaraq id-dokumenti tal-identità li kienu juru li hu mill-Afrika t'Isfel, kien qed jeqred proprjetà pubblika.", "Dawn kollha kienu atti illegali.", "Imma dawn il-persuni kienu qed jobdu liġi li hija ferm aktar importanti u fundamentali, liġi suprema li tippermettilna ngħixu fil-paċi.", "Dik il-liġi li tesiġi li l-ebda liġi oħra ma tista' tikser id-drittijiet bażiċi tagħna li ħadd ma jista' joħdilna għax huma drittijiet naturali li ngawdu minnhom sew jekk aħna parti minn maġġoranza jew minoranza, kif ukoll jekk is-suġġett ikunx jikkonċerna individwu jew le.", "Huwa dritt tagħna li nibagħtu lill-gvern jixxejjer.", "U jekk min għandu l-poter f'idejh juża l-liġijiet biex iwaqqafna proprju milli nagħmlu dan, ikun hu li jkun qed jisker il-liġi.", "Hu x'inhu, tal-#occupyjustice spjegaw li huma ma kisru l-ebda liġi.", "Ibbukkjaw il- billboards ma' kumpanija li tipprovdihom u li ħallsuha l-ammont kollu li ntalbu, bit-taxxa dovuta b'kollox.", "Iffirmaw ukoll kuntratt li kien jorbothom li josservaw il-liġi.", "Imma l-gvern ħassu offiż bil-messaġġ tal- billboards u ħa passi mill-ewwel biex joħonqilhom il-vuċi tagħhom u jagħlqilhom ħalqhom.", "Huma raw x'kienet l-iskuża li ngħatat biex tiġġustifika din l-azzjoni u użawha biex iwieġbu.", "L-iskop tagħhom ma kienx l-infurzar tal-liġi.", "Li kieku dan kien l-iskop, il-mijiet ta' billboards li għad hemm hemm barra u li għandhom xi ħaġa irregolari kienu jitneħħew mill-ewwel u bl-istess mod kif ġara f'dan il-każ.", "Meta l-gvern jibgħat spettur tat-taxxa biex jiċċekkja li l-ħwienet kollha fi triq popolari għall-kummerċ qed jiċċarġjaw il-VAT, ikun qed jinforza l-liġi.", "Meta jibagħtu f'ħanut wieħed biss, b'mod ripetut, għax is-sid tal-ħanut ikun appoġġja xi partit jew xi kawża li l-gvern ma jaqbilx magħhom, waqt li jinjora l-illegalitajiet imwettqa minn ħwienet oħra, il-gvern ma jkunx qed jinforza l-liġi.", "Ikun qed jiksirha.", "Il-libertà hija ċ-ċertezza li d-drittijiet ta' persuna jiġu rispettati minn dawk li l-istess persuna ma taqbilx magħhom.", "Dik iċ-ċertezza llum tlifnieha.", "Previous: Sadanittant, dalgħodu wkoll ...", "Next: Manfred Galdes dwar l-impunità f'Malta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/l-isfida-slapp/", "date": "Wed, 21st Feb '18, 07:42", "category": "blog, politics, government", "title": "L-isfida SLAPP", "text": ["Id-deputat parlamentari tal-PN Jason Azzopardi ftit ilu kien ippreżenta abbozz ta' liġi bil-għan li l-infurzar mill-Qrati Maltin ta' kawżi dwar malafama fi Qrati barranin ma jkunx legalment permissibbli.", "Liġi bħal din teżisti f'dawk il-pajjiżi li jħarsu lill-ġurnalisti tagħhom mill-effett kexkiexi ta' kawżi ta' libell li jsiru minn kumpanniji għonja f'pajjiżi fejn l-ispejjeż legali jkunu tali li diffiċli ħafna li tlaħħaq magħhom u dan bl-iskop li jqiegħdu sarima ma' ħalq kull min jikkritikahom.", "Din it-theddida serja ta' falliment finanzjarju ħafna drabi tkun biżżejjed biex iġġiegħel lix-xandara u lill-ġurnalisti biex joqgħodu pass lura.", "Il-ġurnali Times of Malta, Malta Independent u Malta Today ilkoll ċedew l-armi meta ġew iffaċċjati mit-theddid bħal dan ġej mingħand tal-Pilatus Bank.", "L-istejjer li dawn kienu xandru dwar dan il-Bank kienu tneħħew iżda kollha jinsabu f'din il-website.", "Ta' The Shift News ġew ukoll mhedda b'kawża ta' din ix-xorta minn Henley & Partners iżda din it-theddida dawn injorawha.", "Tal-Pilatus Bank kienu fetħu kawża kontra Daphne Caruana Galizia f'Arizona iżda din ġiet irtirata 8 sigħat wara l-qtil tagħha.", "Minkejja dawn l-inċidenti, jew forsi minħabba fihom, il-gvern iddikjara li għalih l-abbozz ta' liġi li pproponiet l-oppożizzjoni mhix priorità.", "Il-gvernijiet is-soltu jinjoraw kull abbozz ta' liġi propost mill-oppożizzjoni meta joqgħodu lura milli jsejjħu seduti parlamentari nhar ta' Ħamis, il-jum li fiħ abbozzi privati bħal dawn jiġu diskussi.", "Iżda llum il-Parlament qed jiddiskuti fi stadju ta' kumitat il-liġi l-ġdida tal-istampa proposta mill-gvern u Jason Azzopardi informa lill-Kamra li kien bi ħsiebu jipproponi emendi għal dan l-abbozz billi jiddaħħlu fiħ klawsoli mill-abbozz privat li kien ippropona hu.", "Dan il-gvern, li ma ddardarx ineħħi billboards bi kritika kontriħ, se jerġa' jagħmel l-istess u jwarrab proposta biex jitneħħa kull periklu kontra l-libertà tal-kelma – periklu li qed jaqdi l-interessi ta' ċerti nies għax iservi biex inaffar lill-ġurnalisti milli jinvestigaw bis-serjetà il-ħmieġ tagħhom?", "Previous: Sadanittant, dalgħodu ...", "Next: Bejgħ tal-passaporti \"biex jakkomoda lill-ħassiela ta' flus maħmuġin u lill-evażuri tat-taxxi\" – OECD window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/bejgh-tal-passaporti-biex-jakkomoda-lill-hassiela-ta-flus-mahmugin-u-lill-evazuri-tat-taxxi-oecd/", "date": "Wed, 21st Feb '18, 08:51", "category": "blog, politics, government", "title": "Bejgħ tal-passaporti \"biex jakkomoda lill-ħassiela ta' flus maħmuġin u lill-evażuri tat-taxxi\" – OECD", "text": ["L- OECD għadha kemm xandret rapport konsultattiv li jwissi kontra l-bejgħ tal-passaporti u jsostni li dan il-bejgħ qed iwassal għall-ħasil ta' flus maħmuġin u għall-evażjoni tat-taxxi.", "Ninsab konxju tal-fatt li jekk nagħmlu lira minn fuq dahar dawk li jaħslu l-flus maħmuġin u l-evażuri tat-taxxa, għalina qisu ma ġara' xejn iżda għall-inqas għandna nkunu onesti magħna nfusna jekk mhux ukoll mal-bqija tad-dinja.", "Sirna naraw biss l-ilbies fin, il-\"jets\" privati, l-kmamar lussużi fil-lukandi u t-trasferimenti elettroniċi ta' flejjes.", "Iżda dawn m'huma xejn ħlief ix-xinxilli tal-kriminalità.", "Flus ikunu jeħtieġ li jinħaslu appuntu għax ikunu maħmuġin.", "U dan il-ħmieġ ikun ġej, mhux mit-tajn ta' xi minjiera jew mill-kallu ta' xi fabbrika tal-manifattura, iżda mid-demm li jixtered minħabba t-traffikar tad-drogi, tal-armi u tan-nies.", "Insiru kompliċi ma' dawn il-kriminali eżatt bħal dawk li jaħbu oġġetti misruqa.", "Dan kollu għaliex ma teżistix pulizija li tagħmel l-għassa mal-pajjiżi tad-dinja jew xi qorti internazzjonali f'dinja li qed twaħħad is-sovranità mal-anarkija, ma jfissirx li jekk nagħmlu dan inkunu qed nagħmlu dak li hu sewwa.", "U nagħmlu din id-distinzjoni bejn dawk li jaħslu l-flus u l-evażuri tat-taxxa għaliex jeżisti grad ieħor ta' firda bejn dawk li jwettqu r-reat u l-vittmi tagħhom.", "Il-bieraħ xandart kopja ta' rapport tal-Eurodad dwar is-sistema dinjija tat-taxxi u dwar kif Malta qiegħda tilqa' s-sinjuruni li jevadu t-taxxi fil-pajjiżi tagħhom – taxxi li, wara kollox, jinġabru b'riżq il-fqir u l-batut.", "Fi kliem ieħor, qed jinsterqu l-foqra biex igawdu s-sinjuri.", "Jekk irridu nkunu ċittadini responsabbli tad-dinja, jeħtieġ li nidħlu daħla fina nfusna u niftakru li dak li jitqies bħala fundamentalment inġust jista' jkampa għal xi żmien, iżda bħal dik it-tigra fl-istorja tal-kittieb Skoċċiż , mal-medda taż-żmien tista' ddur fuqna u tigdimna.", "Agħtu ħarsa hawn lejn ir-rapport tal-OECD .", "Din l-Organizzazzjoni bażikament tinsab inkwetata bl-iskemi tal-bejgħ tal-passaporti.", "Iżda tinsab inkwetata b'mod speċjali b'dawk l-iskemi li ma jeħtieġux prova jew verifika regolari tar-residenza.", "Dan ifisser li l-iskema Maltija, f'għajnejn l-OECD, iġġorr magħha riskji speċjali.", "Niftakru li għall-bidu l-liġi tfasslet mingħajr il=ħtieġa ta' residenza għal min jakkwista passaport.", "U meta l-Kummissjoni Ewropea wriet tħassib, il-gvern daħħal il-ħtieġa ta' sena residenza biex seta' jakkwista l-kunsens politiku tal-Kummissjoni.", "Iżda din ukoll inbidlet f'farsa.", "Biex tiġi verifikata r-residenza, kulma għandu jagħmel applikant hu li jippreżenta kuntratt ta' kera għal sena iffirmat mingħajr il-ħtieġa li l-applikant jkun daħal jew għex fil-post li jkun kera.", "Sa fejn nista' nifhem, l-awtoritajiet Maltin ma jagħmlux verifika fiżika dwar ir-residenza, la meta ssir u lanqas wara li ssir l-applikazzjoni.", "L-applikazzjoni tista' ssir u tiġi aċċettata qabel jibda' l-period rikjest ta' sena u mhux meta tiskadi dik is-sena.", "Il-Kummissjoni Ewropea kienet tat il-kunsens politiku tagħha għax kienet ingħatat l-impressjoni falza li min japplika għall-passaport kellu jgħix hawn għal sena sħiħa qabel jingħata ċ-ċittadinanza.", "Sa fejn nista' nifhem ma ssirx għassa fuq dak li jiġi dikjarat f'applikazzjonijiet differenti.", "Bir-riżultat li grupp ta' multi-miljunarji jistgħu jiddikjaraw li qed igħixu flimkien f\"żewġt ikmamar f'Birżebbuġa qishom \"hippies\" u dak li jiddikjaraw jitqies ben fatt. L-indirizzi ta' dawn iċ-ċittadini l-ġodda ma jixxandrux u huma kunsidrata sigriet tal-Istat.", "M'għandniex xi ngħidu, il-pubblikazzjoni ta' dawn l-indirizzi tista' ġġiegħel lil min jintebaħ li f'appartament li jinsab vojt suppost qed igħixu fiħ grupp ta' sinjuruni li għandhom ġid sa fejn jesa' ġildhom.", "Madankollu ġara' li kien hemm xi indirizzi li xxandru meta l-ismijiet ta' wħud minn dawn is-sinjuruni ddaħħlu fir-reġistru elettorali.", "Minn spezzjonijiet fiżiċi li saru rriżulta li instabu postijiet fejn igħix ħaddieħor jew fejn ma jgħix ħadd jew fejn mhux possibbli li wieħed igħix.", "Bis-saħħa ta' dawn il-fatti, jidher ċar li s-sistema m'hi xejn ħlief waħda falza maħluqa apposta biex takkomoda lill-ħassiela ta' flus maħmuġin u lill-evażuri tat-taxxi.", "Previous: L-isfida SLAPP Next: Allura min hu fid-dmir li jiċċaqlaq? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/oggett-ghandu-dejjem-jissejjah-bismu/", "date": "Mon, 19th Feb '18, 18:28", "category": "blog, politics, government", "title": "Oġġett għandu dejjem jissejjaħ b'ismu", "text": ["Adrian Delia illum mar il-Qorti u talab it-tħassir tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.", "Strettament qed jitlob it-tħassir tal-konċessjoni ta' art pubblika.", "Bil-liġi, kull membru parlamentari jista' jirrikorri għall-Qorti biex jingħata rimedju jekk l-art pubblika konċessa jirriżulta li m'hix tintuża skond il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni kif mfassla mill-Parlament.", "Tajjeb.", "L-oppożizzjoni qiegħda tagħmel dak li messu għamel il-gvern minn jeddu: jiġifieri malli ntebaħ li, fl-isfond tal-falliment finanzjarju tal-Vitals, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt li kien sar magħhom ma kinux ġew attwati, messu irtira mill-ftehim.", "U mbagħad – jekk dan verament ikun meħtieġ – jibda' mill-ġdid.", "L-oppożizzjoni, permezz tal-kawża li fetħet, ma tistax treġġa' lura l-privatizzazzjoni għax din hija l-politika tal-gvern.", "Il-Parlament biss għandu s-setgħa li jiddiskuti dwar jekk l-isptarijiet għandhomx jiġu privatizzati jew le.", "U naturalment l-oppożizzjoni, ikollha kemm ikollha raġun, ma tistax ħlief titlef vot parlamentari.", "Iżda l-kawża li saret tista' turi li, filwaqt li l-gvern qagħad għall-kundizzjonijiet tal-kuntratt, il-Vitals naqset li twettaq dak li kienet intrabtet li twettaq.", "L-isptarijiet ġodda li wiegħdet li tipprovdi kienu biss kastelli fl-arja.", "Mir-rapport tat-Times of Malta : \"Dr Delia seħaq li dan il-ftehim skandaluż kien sar apposta biex ifalli u staqsa min huma dawk li se jgawdu mill-falliment tal-Vitals\".", "Delia hawn għandu raġun Iżda hemm kelma adatta biex tiddeskrivi dan kollu.", "U din il-kelma hi \"korruzzjoni\".", "Sa fejn naf jien, Delia ma lissinx din il-kelma llum.", "Lanqas ma wżaha fit-tweet li għamel il-bieraħ fejn ħabbar il-kawża li kien bi ħsiebu jiftaħ fil-Qorti.", "Tomorrow we will be going to court to stop this squander and give back the hospitals to the people.", "Lets truly give #Malta a national health system it deserves #Justice — Adrian Delia (@adriandeliapn) February 18, 2018 Għada se mmorru l-Qorti biex inwaqqfu dan it-tberbiq u biex nagħtu l-isptarijiet lura lill-poplu.", "Ejjew nagħtu lura lil Malta sistema ta' saħħa nazzjonali li jistħoqqilha.", "Nammira ħafna l-użu tal-kelma \" squander \" bħala nom.", "Iżda jidher li dan sar biss bħala sforz biex tinstab kelma oħra għall-kelma li verament tixraq fiċ-ċirkostanzi.", "U din il-kelma m'hi xejn ħlief il-kelma 'korruzzjoni\".", "Ir-riżultat kien li dak li qal Delia instema' dgħajjef u skorrett.", "Dak li tkun qed tara ċar quddiemek għandek isejjaħlu b'ismu.", "B'hekk biss tista' tiġġildilha 'l korruzzjoni.", "Previous: L-għira tad-dinja?", "Mhux tant.", "Next: Disprezz window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/evarist-bartolo-jekk-tieqaf-nofs-triq-ikun-ahjar-li-kieku-t-triq-ma-tkun-qsamtha-xejn/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 08:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Evarist Bartolo: jekk tieqaf nofs triq ikun aħjar li kieku t-triq ma tkun qsamtha xejn", "text": ["Evarist Bartolo issa semma' lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi u talabhom iwarrbu.", "Jien nista' nwieġbu billi ngħidlu li dak li qed jistqarr illum kien messu qalu tliet snin ilu.", "Nista' nwieġbu billi ngħidlu li kieku dan kollu stqarru tliet snin ilu u għaddiet tiegħu, Daphne illum għadha mimlija bil-għomor.", "Nista' nwieġbu wkoll billi ngħidlu li, kieku tliet snin ilu twarrbu Konrad Mizzi u Keith Schembri, m'aħniex fil-morsa li ninsabu fiha issa, bid-dinja kollha tħares lejna bħala pajjiż tal-ħallelin u tal-furbani.", "Iżda jeħtieġ li issa ma nweġibux b'dan il-mod.", "Madankollu jekk Evarist Bartolo u l-membri tal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista jibqgħu ma jitgħallmux mill-iżball li għamlu kull jum matul dawn l-aħħar tliet snin, ikunu għamlu ħsara kbira kemm lill-politika f'Malta kif ukoll lill-pajjiż innifsu.", "Huwa ċar li l-istorja li vvinta Chris Cardona fis-sens li nhar is-Sibt li għadda bgħatu għalih fil-kwartier ġenerali tal-pulizija biex jieħu belgħa tè u li issa kollox hu sewwa m'hi xejn ħlief ħmerija.", "Jekk il-pulizija ma kienux żguri dwar il-mistoqsijiet li riedu jagħmlulu, kienu jmorru jkellmuh f'daru.", "Ma kienx b'kumbinazzjoni li l-pulizija spiċċaw biex bgħatu għalih fil-kwartier tagħhom fid-dawl tax-xemx.", "Tistgħu taħseb kif ser tħossok li kieku l-pulizija kellha tibgħat għalik biex tistaqsik mistoqsijiet dwar qtil li dwaru int ma kellekx x'taqsam.", "M'hemmx dubju li ma kontx tmur għand il-pulizija frisk bħal ħassa.", "Jidher ċar li l-Pulizija m'hix sodisfatta bit-tweġibiet li taha Chris Cardona nhar is-Sibt li għadda.", "U l-bieraħ bgħatu għal xi persuni li jaħdmu fil-ministeru tiegħu.", "Ma tantx nista' ntikom dettalji dwar dan l-iżvilupp għax il-kelliem uffiċjali tal-pulizija, Joseph Muscat, għadu ma tniffisx pubblikament dwaru.", "Il-kwistjoni dwar jekk il-Pulizija bgħatux għal persuna waħda jew għal aktar minn waħda, jekk dawn ġewx arrestati jew marrux il-kwartier tal-pulizija minn jeddhom m'hix daqstant importanti.", "L-importanti hu li dawn iċ-ċirkostanzi kollha juru li l-Pulizija m'hix sodisfatta bl-ispjegazzjonijiet li tahom ministru tal-kabinett dwar l-allegat involviment tiegħu f'assassinju.", "Ma jidhirlux Evarist Bartolo li issa huwa żmien opportun biex Chris Cardona jiġi mġiegħel iwarrab?", "M'għandniex xi ngħidu, hemm ukoll Joseph Muscat.", "Jekk iwarrbu Konrad Mizzi u Keith Schembri dan ma jkunx ifisser li d-deċiżjonijet li jkun jeħtieġ li jieħu bħala prim ministru ser jeħfiefu.", "Lanqas ma jkun ifisser li l-ħila u r-rieda li għandu li jindaħal fl-investigazzjonijiet se tispiċċalhom l-importanza tagħhom.", "Joseph Muscat għad għandu interess personali li jsalva l-ġilda politika ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi. politikament ma jistax jibqa' jterraq fil-wiċċ fl-assenza ta' dawn it-tnejn.", "Barra minn dan, wieħed ma jistax ma jissuspettax li għandu interess personali wkoll fin-negozju li kien sar ma' tal-Ażerbajġan u mal-familji Fenech, Gasan u Apap Bologna u għaldaqstant jinsab taħt obbligazzjoni biex jiżgura li l-verità tibqa' mistura u fl-istess waqt in-negozju ma jintmessx.", "Għalhekk il-pożizzjoni tiegħu tibqa' waħda mhux tenibbli, kemm jekk iwarrbu Keith Schembri u Konrad Mizzi kif ukoll jekk dawn jibqgħu ma jwarrbux.", "Il-ħila tiegħu li jibqa' jagħtihom il-kenn għadha hemm.", "U għalhekk il-ħtieġa li jitwarrab Joseph Muscat tibqa' waħda urġenti.", "Evarist Bartolo jmissu jagħmel dak li hu sewwa u għandu jagħti sinjal li hu favur li l-politiċi tagħna għandu jkollhom livell aċċettabbli ta' mġieba.", "Il-prim ministru kien ħatar, kien għażel u kompla jagħti l-kenn lil Chris Cardona, Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Żammhom f'posthom għal tliet snin sħaħ u fil-frattemp kompliet toħroġ il-verità dwar l-imġieba tagħhom.", "Aħsbu ftit dwar il-mod kif Chris Cardona għamel reżistenza feroċi kontra l-ħruġ ta' provi dwar il-fatt li kien attenda burdell fil-ħin tax-xogħol fl-istess waqt li kien qed jipprova jkisser finanzjarjament il-ġurnalista li kienet kixfitu.", "Aħsbu ftit fi ċaħdiet li għamel wara li kienet feġġet l-aħbar li kien iltaqa' mal-assassini li jinsabu mixlija bil-qtil ta' Daphne.", "Aħsbu ftit dwar il-mod kif għall-ewwel ċaħad li jafhom u mbagħad reġa' bdielu u ammetta.", "Dak iż-żmien Joseph Muscat kien messu dabbarlu rasu.", "U aħsbu wkoll xi ftit dwar dak li issa huwa ċar, anki fl-imħuħ tas-sostenituri ta' Evarist Bartolo: li l-assassinju ta' Daphne seħħ biex titgħatta l-korruzzjoni ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi – korruzzjoni li aħna ilna nafu biha għal żmien twil.", "Dak iż-żmien Joseph Muscat kien messu dabbrilhom rashom.", "Jekk Evarist Bartolo u sħabu issa ma jwarrbux lil Joseph Muscat, ikunu kompliċi fl-akbar delitt li wettaq, jiġifieri l-glorifikazzjoni tal-impunità.", "Evarist Bartolo kiteb li s-siġra tal-Labour teħtieġ żabra.", "Jien ngħidlu li l-partit m'għandux ikun il-prijorità tiegħu.", "Il-priorità tiegħu għandha tkun il-ħsara li saret lill-pajjiż minn prim ministru li għatta delitti kriminali bħalma huma l-korruzzjoni u forsi anke l-qtil.", "Biex Evarist Bartolo jkun jista' jifhem il-konsegwenzi tal-impunità kulma għandu jagħmel hu li jagħti daqqa t'għajn lill-edizzjoni tal-lum tat- Times of Malta .", "Keith Schembri u Konrad Mizzi ntalbu jikkummentaw dwar is-sitwazzjoni preżenti.", "Keith Schembri, ċ- chief of staff tal-prim ministru, jinjora l-mistoqsijiet u ma jindenjax ruħu jwieġeb għall-istqarrija li saritlu fis-sens li Daphne nqatlet biex jitgħatta t-tixħim li kien qed igawdi minnu.", "Minn naħa l-oħra Konrad Mizzi wieġeb b'ton ardit u insista li r-riżenja tiegħu minn deputat mexxej tal-Partit Laburista kienet il-kastig tiegħu u li l-elezzjoni mill-ġdid tiegħu fil-Parlament fl-2017 serviet ta' assoluzzjoni.", "Mizzi kompla jgħid li ma kienx bi ħsiebu jħalli lin-Nazzjonalisti jeffettwawħ bil-velenu u l-mibgħeda tagħhom.", "Hekk jifhimha Konrad Mizzi.", "Jifhimha eżatt bħal Robert Musumeci li jidhirlu li bis-saħħa tar-rebħa elettorali li għamlu fl-2017 tal-Labour għandhom ħames snin li fihom id-delitti kollha tagħhom – jiġifieri korruzzjoni, qtil u x'naf jien – għandhom jiġu maħfura bis-saħħa tal-leġittimità u tal-appoġġ li tahom il-poplu.", "U dan kollu jażżarda jsejjaħlu s-saltna tad-dritt!", "Jekk il-grupp parlamentari Laburista qed jipprova jsib tarf tas-sitwazzjoni b' miżuri nofs kedda, in-nuqqas tagħhom li jaqbdu l-barri minn qrunu se jġib miegħu konsegwenzi bil-wisq agħar.", "Illejla ser niltaqgħu quddiem il-bini tal-Parlament biex infakkruhom f'dak li huwa meħtieġ għall-pajjiż: li Joseph Muscat iwarrab.", "Previous: Kien qal ħaġ'oħra wkoll Next: Meta kien iddendel ma' djul Keith Schembri window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/meta-kien-iddendel-ma-djul-keith-schembri/", "date": "Mon, 25th Nov '19, 08:30", "category": "blog, politics, government", "title": "Meta kien iddendel ma' djul Keith Schembri", "text": ["Lejlet l-elezzjoni tal-2017, Joseph Muscat ttanta jbeżżana bl-elezzjoni mill-ġdid tal-PN fil-gvern.", "Il-kuntest kien intervista televiżiva li kien għamillu Saviour Balzan meta dan staqsih kienx bi ħsiebu jżomm lil Keith Schembri f'postu.", "Joseph Muscat wieġeb billi fakkarna li Lawrence Gonzi kien ħatar — skużi — social worker bħala chief of staff tiegħu.", "Jaqq.", "Konna fhimna x'ried jgħid biha.", "Xogħol is- social worker hu li jieħu ħsieb dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.", "Xogħolu hu li jikkoreġi l-inugwaljanzi f'dawk li huma pagi, li jara li l-ġid jitqassam b'mod ġust, li l-kilba għall-profitti tkun kontrollata biex ma jbatux l-emarġinati u ma jibqa' lura kemm jista' jkun ħadd.", "Joseph Muscat kien ħatar iċ- chief of staff tiegħu: negozjant li jifhem il-ħtiġijiet tan-negozju, li jsib tarf tax-xkiel fuq in-negozju u li jassigura li l-iżviluppaturi u l-investituri jingħataw il-libertà li jkunu jridu.", "M'għamel ebda riferenza għall-isfidi li qed ikollna fit-tħaris tal-ambjent.", "Ebda diskors dwar id-dinjità tal-bniedem, ebda kelma dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u dwar l-inklużjoni soċjali u l-ġustizzja.", "Anzi, dawn l-ideat għażel li jiddieħak bihom.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2019/11/WhatsApp-Video-2019-11-25-at-00.25.08.mp4 Issa, wara li għaddew ftit aktar minn sentejn, nistgħu nintebħu fejn wassalna l-ħolqien tal-mostri tal-libertinaġġ, tal-kilba bla kontroll għall-flus u tat-twarrib ta' kull kunsiderazzjoni soċjali.", "Din m'hix biss kwistjoni dwar il-fatt li Joseph Muscat iridha ta' soċjalista – għax il-fatti juru mod ieħor.", "Din hi problema li xi darba kemm hu kif ukoll il-partit tiegħu jkollhom isibu tarfha.", "It-tfittxija tal-profitti li jkunu nixfin mill-etika hi mostrosità.", "M'hemmx dubju li lill-investituri u lill-iżviluppaturi neħtieġuhom biex jitkattar l-ġid fil-pajjiż u li neħtieġu gvern li dan kollu jifhmu sewwa.", "Iżda jekk gvern ikun jeħtieġ li jifhem dan biss, ma jkollna bżonn ta' ebda gvern u l-pajjiż ikun jista' jibda' jitmexxa minn xi kamra f' Portomaso.", "Il-gvern qiegħed hemm biex jiżgura li ħadd ma jibqa' lura u dan ifisser li jkun jeħtieġ li l-kilba għall-profitti tkun kontrollata biex b'hekk il-ġid jitqassam kemm jista' jkun fost kulħadd.", "Fi kliem ieħor, li kieku l-prim ministru kellu social worker bħala chief of staff, ma kienx jispiċċa fil-gwaj li kaxkru għal ġo fiha Keith Schembri.", "Previous: Evarist Bartolo: jekk tieqaf nofs triq ikun aħjar li kieku t-triq ma tkun qsamtha xejn Next: Jinkiser is-skiet window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/nizguraw-li-ntemmu-dak-li-bdejna/", "date": "Sun, 24th Nov '19, 09:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Niżguraw li ntemmu dak li bdejna", "text": ["Min jaħseb li dawk li jagħtu l-vot tagħhom lill-Partit Laburista huma nies maħkumin b'mentalità tribali li m'għandhomx il-ħila jaslu għal ġudizzju msejjes fuq il-moralità, mhux biss ikun qed jiżbalja bl-ikraħ, iżda jkun qed juri wkoll li hu stess huwa maħkum minn din il-mentalità u li hu stess m'għandux il-ħila li jagħmel ġudizzju morali.", "M'hemm ebda rabta bejn dawk li jivvutaw Labour, bejn dawk li jidilettaw bit- trolling fuq il-media soċjali u bejn dawk li jagħlqu għajnejhom u jsoddu widnejhom għal dak kollu li hu minn ewl id-dinja.", "It-tendenza li għandhom dawk li l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni jew ta' imġieba ħażina ta' sikwit ifarfruhom taħt it-tapit, m'hix waħda li tgħodd biss għal dawk li jivvutaw Labour.", "Kemm il-darba nagħżlu li nanalizzaw ir-realtà politika attwali tal-pajjiż permezz tal-għodda tal-polarizzazzjoni, tal-partiġġjaniżmu u tal-preġudizzju tribali, minflok nibdew biex infejquha, l-ferita inkunu qed nagħmluha aktar fonda.", "Aħna u nissieltu favur il-ġustizzja li jeħtieġ dan il-pajjiż, jeħtieġ li naħsbu għal dak li ser jiġri wara li din il-ġustizzja tkun seħħet.", "M'hemmx dubju li l-korrotti jeħtieġ li jħallsu ta' għemilhom.", "Min joqtol jeħtieġ li jiġi kastigat bl-aħrax.", "Il-ferita ma nkunu qatt nistgħu ndewwuha jekk tibqa' tirrenja l-impunità.", "Għalija huwa ċar ħafna li jekk, bis-saħħa tal-ġrajjiet li qed iseħħu bħalissa, l-minoranza fil-pajjiż ser iġġib ruħħa b'mod trionfalistiku għaliex tkun tħoss li r-realtajiet maħmuġin u korrotti li hawn madwarna kienet intebħet bihom ferm qabel il-kotra tal-poplu u jkun hemm min ipinġi kollox bħala taqtiegħa politika tribali bejn ir-rebbieħa u t-telliefa, nistgħu nibqgħu ċerti li s-sitwazzjoni fil-pajjiż se teħżien u mhux titjieb.", "Jiżbalja min jassumi li dawk li vvutaw Labour fl-2017 m'għandhomx il-ħila li jagħmlu ġudizzju msejjes fuq il-morali.", "Fl-2017, mhux kull minn ivvota Labour għamel dan għax deherlu li l-korruzzjoni f'livell ministerjali hi moralment aċċettabbli.", "Mhux kull minn ivvota Labour fl-2017 għamel dan minkejja li kien jaf li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma mċappsin bil-korruzzjoni.", "Ejjew ngħarblu l-kuntest.", "F'Malta jidher li m'għadniex inħabblu rasna wisq dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni.", "Dawn l-allegazzjonijiet kienu jinbtu taħt kull gvern, iżda nistgħu ngħidu li, fi żmien gvernijiet tal-PN, il-korruzzjoni fl-aktar livelli għoljin kienet taħt kontroll u kull meta kienet tinkixef xi korruzzjoni r-reazzjoni tal-Oppożizzjoni Laburista kienet tkun waħda qawwija u kategorika.", "Xi drabi, bħala Oppożizzjoni kienet iġġib ruħħa b'mod inaċċettabbli.", "Iżda xi drabi oħrajn, kien ikollha raġun.", "U minkejja dan kollu, l-partitarji tal-PN xorta waħda kellhom it-tendenza li jgħaddsu rashom fir-ramel u jibqgħu jappoġġjaw ministru tal-gvern tagħhom li dan kien ikun ġie kritikat minn tal-Labour dwar allegata korruzzjoni.", "John Dalli huwa eżempju klassiku.", "Ma tantx hawn ġurnalisti u kritiċi tal-kalibru ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-PN baqa' jagħti l-appoġġ tiegħu lil John Dalli jew għenu biex politikament jibqa' fil-wiċċ minkejja l-fatt li l-imġieba tiegħu kienet għarrqet lir-reputazzjoni tal-partit.", "X'qed nipprova ngħid?", "Qed ngħid li ġaladarba l-partitarji Nazzjonalisti wrew it-tendenza li jgħoddsu rashom fir-ramel, ifarfru l-kritika tal-oppożizzjoni dwar wieħed minn tagħhom għal taħt it-tapit u jibqgħu jappoġġjawh, m'hemm ebda raġuni għaliex m'għandniex nistennew imġieba simili mingħand il-partitarji Laburisti.", "Madankollu ħażin nagħmlu jekk naħsbu li dawk li vvutaw Labour fl-2017 se jaslu biex saħansitra jiġġustifikaw il-qtil.", "Għal sentejn sħaħ, kemm ilha li ġiet assassinata Daphne, mexxejna kampanja msejsa fuq il-konvinzjoni li nqatlet għaliex kienet tikkritika lill-gvern u tikxef il-korruzzjoni tiegħu.", "Partitarji Laburisti kienu xettiċi dwar dan u kien hemm minn fosthom li saħansitra xliena li konna qed \"nistrumentalizzaw\" il-mewt ta' xi ħadd għall-vantaġġ politiku.", "Dawn ikkonvinċew ruħħom li, wara ħamsa u għoxrin sena fil-gvern, tal-PN kienu qed jippretendu li għandhom xi dritt divin li jiggvernaw.", "Ikkonvinċew ruħħom ukoll li dawk li kienu qed jixlu lill-politiċi tal-Labour bil-korruzzjoni kienu qed jippruvaw jaffermaw dan id-dritt divin.", "Din kienet il-perċezzjoni tal-votanti Laburisti dwar il-kampanja Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni ta' żmien Simon Busuttil.", "L-effett kien li dawn il-votanti spiċċaw biex ingħaqdu b'mod tant massiċċ kontra din il-kampanja li lanqas biss seta' jgħaddilhom minn moħħhom li Joseph Muscat kien qed jagħti kenn lil ministri korrotti.", "Ikollna nammettu wkoll li fost il-poplu Malti jeżistu elementi li jiġu jaqgħu u jqumu mill-korruzzjoni.", "U hemm uħud minn fost il-votanti taż-żewġ partiti li saħansitra l-korruzzjoni jammirawha.", "Għaldaqstant b'din il-mentalità ta' assedju, għal dawn l-aħħar sentejn ir-rabta bejn l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mal-akkużi ta' korruzzjoni kontra Joseph Muscat u l-gvern tiegħu, l-partitarji tal-Labour qisuha biss bħala attentat biex lill-Partit Laburista jitneħħielu l-jedd leġittimu u demokratiku li jiggverna.", "U għal sentejn sħaħ, ma kien hemm ċaqlieq ta' xejn.", "Kien biss meta ġie arrestat Yorgen Fenech li assistejna bidla fix-xenarju: f'dan l-istadju, bosta kienu dawk li bdew jintebħu.", "M'għandniex xi ngħidu, Yorgen Fenech għandu jitqies bħala persuna innoċenti sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju.", "Iżda jkollna nammettu li, fl-imħuħ ta' dawk li lesti li jirraġunaw u hu liema hu l-partit li appoġġjaw fl-2017, l-arrest tiegħu wassal biex bosta jibdew jifhmu li Daphne kienet tabilħaqq inqatlet minħabba l-korruzzjoni tar-reġim ta' Muscat.", "Fl-imħuħ tan-nies minn kull aspett tal-ħajja, l-arrest ta' Yorgen Fenech ma fissirx li dan il-bniedem huwa ħati.", "Madankollu dan l-arrest ikkonfermalhom li l-Pulizija, taħt gvern Laburista, jidhrilha li l-motiv wara l-qtil ta' Daphne kien tabilħaqq il-korruzzjoni tar-reġim ta' Muscat.", "Daphne nqatlet minħabba x-xogħol li kienet qiegħda tagħmel.", "In-nies dan fehmitu.", "Hi x'inhi l-fehma tiegħek dwar il-mentalità tal-partitarji Laburisti, dawn ċertament huma nies li jinkwietaw kull meta jseħħ qtil.", "Illum m'għadniex ninkwietaw daqs kemm konna ninkwietaw dari dwar il-korruzzjoni minħabba n-numru kbir ta' każi ta' korruzzjoni li kellna.", "U ma dan l-aspett jeħtieġ li jiżdied il-fatt li l-kultura tagħna tagħlaq għajn waħda għall-korruzzjoni, biex ma ngħidx li tapprovaha.", "Madankollu meta jseħħu assassinji politiċi, lil dawn ma nittollerawhomx.", "Għall-grazzja t'Alla ma kellniex wisq minn dawn.", "Huwa minnu li lil Karin Grech u lil Raymond Caruana, ż-żewġ partiti għamluhom l-eroj \"tagħhom\" u niddubita kemm, mal-mogħdija taż-żmien, jista' jkun hemm min jgħaddilu minn rasu li jgħid li dawn iż-żewġ vittmi kienu qed jistednuha jew kien ħaqqhom li jinqatlu.", "Iżda fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia għadna nisimgħu diskors oxxen bħal dan, għalkemm nies bħal dawn qed jonqsu b'rata mgħaġġla ma' kull ġurnata li tgħaddi.", "Is-skiet li jtarrax minn naħa tal-Partit Laburista wara l-arrest ta' Yorgen Fenech kien sinjifikanti u seħħew sinjali li dan l-arrest ħeles lill-fatti dwar il-qtil ta' Daphne mix-xkiel tat-tribalità u daħħalhom fis-saltna tar-realtà oġġettiva.", "Bosta kienu dawk il-partitarji li waqgħu fil-muta.", "Wħud minnhom sa waslu biex bdew jagħmlu distinzjoni bejn il-Partit Laburista u l-mexxej preżenti.", "Oħrajn tkellmu b'mod anonimu mal-istampa u kixfu x-xquq li bdew ifeġġu fit-tmexxija tal-partit.", "F'dan l-istadju, ħażin jagħmel min joħroġ ixejjer il-bnadar tar-rebħa.", "Dak li qed iseħħ bħalissa – għalkemm pożittiv u nkoraġġanti minnu nnifsu – m'għandniex inqisuħ bħala xi telfa għall-għadu.", "Meta jirbaħ is-sewwa, l-uniċi telliefa huma dawk li fittxew li joħonqu l-verità.", "Għalkemm kien hemm bosta li damu biex intebħu l-verità fejn kienet, dan ma jfissirx li dawn kienu kompliċi fis-soppressjoni tagħha.", "Aħna u nagħmlu l-isforzi tagħna biex inħajru aktar nies jingħaqdu magħna b'riżq il-ġustizzja, lanqas biss għandu jgħaddilna minn moħħna li nippruvaw nikkastigaw lil ħaddieħor b'mod kollettiv.", "Jekk ifettlilna nagħmlu hekk, inkunu qed nisparaw fuq saqajna.", "Għalkemm dejjem bqajna konsistenti fid-determinazzjoni tagħna li nilħqu l-miri li waqgħu fuq ħoġorna hekk kif ġejna f'sensina dakinhar li ġiet assassinata Daphne, jeħtieġ niftakru li xogħolna ma bediex dakinhar li nqatlet.", "Xogħolna kien inbeda' meta kienet għadha ħajja u fiż-żmien li hi kienet tilmenta mill-fatt li Malta kienet qed titlef in-normalità tagħha u tarmi l-baħar ir-raġuni u l-ġustizzja b'riżq ir-regħba, l-korruzzjoni u l-impunità istituzzjonalizzata.", "Dan il-proċess kien inbeda' minn Daphne u minn oħrajn u aħna jeħtieġ li nkompluh u nġibuh fi tmiemu.", "Mhux biżżejjed li naraw li ssir ġustizzja ma' dawk li qatluha.", "Jeħtieġ ukoll li niżguraw li Malta terġa' ssir pajjiż normali f'ġieħ ulied u wlied ulied Daphne u wliedna.", "Malta ma tista' qatt issir pajjiż normali sakemm jibqa' jkun hemm żewġ tribuwijiet bil-pretensjoni li għandhom xi dritt mogħti minn Alla biex jiggvernaw bl-iskuża li l-avversarju m'għandux il-ħila jagħmel ġudizzju morali.", "Nhar il-Ġimgħa fil-belt Valletta fost il-folla kien hemm għall-ewwel darba persuni li fl-2017 ivvutaw Labour.", "Dan il-fatt waħdu jikkanċella l-leġittimità li kellu Joseph Muscat u ma jippermettilux li jibqa' mdendel mal-ġustifikazzjoni populista li ddendel magħha biex iżomm is-setgħa u jużaha biex jagħti kenn lilu nnifsu u lill-ħallelin li lil pajjiżna għamluh tagħhom.", "Dawk li qed jingħaqdu magħna f'dan l-istadju għandna nagħtuhom merħba u mhux kważi kważi nippretendu xi apoloġija mingħandhom.", "Din għandha tkun rebħa għal poplu li se juri li għandu l-ħila li joħroġ bil-mod mit-toqba tal-indifferenza u tar-regħba li sab ruħu mwaħħal fiha tul dawn l-aħħar sitt snin.", "Jekk ma nagħmlux dan, ma nistgħux nittamaw li s-sitwazzjoni xi darba titjieb u tiġi normalizzata, U dak li bdejna ma nkunux f'pożizzjoni li ntemmuh.", "Previous: Nhar it-Tnejn nerġgħu nipprotestaw.", "Jeħtieġ li tattendi.", "Jeħtieġ li jkunu jafu.", "Jeħtieġ li jdabbru rashom.", "Next: Araw ftit x'kienu qalu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/tridu-taraw-kif-tkun-karrozza-li-ssir-raghad/", "date": "Fri, 22nd Nov '19, 08:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Tridu taraw kif tkun karrozza li ssir ragħad?", "text": ["Tiftakruh iż-żmien meta Joseph Muscat kien irreaġixxa għall-ewwel protesta minn grupp ta' nisa tal- Occupy Justice ?", "Dawn kienu armaw numru ta' tined qrib l-uffiċċju tiegħu f'Misraħ Kastilja u għal numru ta' ljieli raqdu fihom.", "Azzjoni bħal din ma kinitx waħda li b'xi mod setgħat tixbaħ l-attakk fuq il- Bastille .", "Iżda tal-Labour kienu ħadu għalihom, ibda' b'Tony Zarb li ħareġ għan-nofs u lil dawn in-nisa għajjarhom prostituti.", "Iżda Joseph Muscat kien għamel stqarrija xokkanti meta qal li 'l-qtil ta' Daphne se jisplodi f'wiċċkom' .", "Kienet stqarrija li ħassbitni sew.", "M'għandniex xi ngħidu, kemm ilha li ġiet assassinata Daphne, din ma kinitx l-agħar stqarrija li għamel il-gvern.", "Niftakru li Kurt Farrugia kien stqarr li Daphne ma kienitx assassinata għaliex din il-kelma ġġorr magħha mplikazzjonijiet politiċi .", "U l-agħar waħda, li għad hawn min iħobb jirrepetiha, kienet li kien iben Daphne stess li qatilha f'konfoffa ma' dawk li qiegħdu l-bomba meta dan ħalla l-karrozza barra apposta u li ħeba' provi meta irrifjuta li jgħaddi l- laptop tagħha lill-pulizija ta' Malta.", "Din kienet l-agħar waħda.", "Din il-ħrafa faħxija baqgħu jirrepetuha anki wara l-arrest ta' Yorgen Fenech.", "U min jirrepetiha ta' sikwit jimxi skont id-direzzjoni li jagħtih il-gvern.", "L-istess gvern li jidhirlu li dawk li qed jipprotestaw bil-qawwa kontra l-assassinju ta' Daphne ħaqqhom kastig u li dawn għadhom ma jafux x'ser ikollhom jiffaċċjaw.", "Ftit jiem ilu, Joseph Muscat qal li jinsab mejjet biex jiżvela dak li ilu jostor għal sentejn sħaħ u li l-velenu li għandu fl-istonku tiegħu dalwaqt ixerrdu.", "Stqarrija pjuttost stramba.", "Jaqaw qed jgħid li sentejn ilu Yorgen Fenech kien diġà taħt suspett?", "Il-fatti juru li ma kienx.", "Ma nagħmlux mod li dik l-istqarrija ta' sentejn ilu qed ikompliha u b'xi mod il-fatt li l-istat se jixli lil dak li allegatament xaħħam liċ- chief of staff tiegħu u lill-ministru favorit tiegħu \"se jisplodi f'wiċċna\"?", "Din is-sitwazzjoni tant hi perversa li ma jiġukx il-kliem adatti f'moħħok biex tiddeskriviha.", "Ġurnalista ġiet assassinata.", "Mid-dehra l-Pulizija jidhrilha li nqatlet minn xi ħadd li beża' li jinkixef bħala l-persuna li xaħħmet lil ministri tal-gvern.", "U fuq dan il-prim ministru ħa r-ruħ?", "Il-prim ministru qed iħejji biex jirribatti u jikkastiga lill-kritiċi tiegħu?", "Araw ftit kif il-gvern moħħu biex jiffoka dwar kemm huma mqarbin dawk li qed jipprotestaw.", "M'għandniex xi ngħidu, storja bħal din ħadd fid-dinja li hu f'sensih m'hu jagħti każha.", "Ir-ritratti tal-folol jissikkaw madwar il-karrozza uffiċjali ta' Owen Bonnici nxterdu madwar id-dinja mill-aġenziji tal-aħbarijiet u r-reazzjoni ġenerali kienet waħda ta' sodisfazzjon li mhux il-Maltin kollha huma ta' ċiċċi beqqi.", "Iżda l-gvern irid ipinġi din l-istorja bħallikieku kienet xi forma ta' rewwixta vjolenti.", "Araw x'kitbu tal-Orizzont dalgħodu fil-paġna ta' quddiem.", "Dawn xandru rapport qasir ħafna u mġenneb dwar dak li ser jiġi mixli bl-assassinju ta' ġurnalista u rapport prominenti mimli dettalji dwar il-grif fuq il-karrozza uffiċjali ta' Owen Bonnici (dik li nħallsu għaliha aħna bit-taxxi tagħna).", "Jekk il-karrozza sarulha ħsarat, imissu jiġi mġiegħel iħallas għalihom hu għax ma messux ippersista fid-deċiżjoni malizzjuża tiegħu li jsuq qalb il-folla li kienet qed tipprotesta.", "U jekk m'għandux minn fejn iħallas, imissu jdur fuq l-ispejjeż li kkaġuna mis-serq tal-fjuri, x-xemgħat u l-banners matul dawn l-aħħar sentejn.", "Tal-Orizzont, imbierek Alla, nħasdu bil-ħsarat li saru lill-karrozza ta' Owen Bonnici.", "U Anġlu Farrugia għal ftit ma tagħtux puplesija bil-qata' li ħa u issa daħħalha f'rasu li jieħu azzjoni.", "Hawn hi d-differenza bejn is-saltna tad-dritt u s-saltna permezz tad-dritt.", "Liż-żgħir jgħaffġu fuqu u jhedduh bil-liġijiet jekk biss jazzarda jgħolli rasu.", "Kif stqarret Vicki Ann Cremona dalgħodu lit- Times of Malta meta tkellmet dwar il-protesta li ser issir illejla: \"Owen Bonnici jridna nitkellmu dwar erba' beżqiet li sab fuq il-ħġieġ tat-twieqi tal-karrozza tiegħu, iżda ma jridniex nitkellmu dwar id-demm li hu u l-kollegi tiegħu fil-kabinett jinsabu mċappsin bih.", "Mhux bi ħsiebna npaxxuh.\"", "Lil Owen Bonnici, Anġlu Farrugia u l-ġurnalisti kuraġġjużi tal-Orizzont ser nagħmilhom pjaċir.", "Tridu taraw kif tkun karrozza li tkun saret ragħad?", "Għaliex ma taqbdux tirrabjaw fuq din?", "Previous: Il-postijiet battala mtlew mill-prim ministru nnifsu Next: Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa \"mħasseb\": ma messux il-PM żamm pass lura? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/il-pilatus-is-sata-u-issa-l-bov/", "date": "Thu, 21st Nov '19, 10:39", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Pilatus. Is-Sata. U issa l-BoV.", "text": ["Il-ġrajjiet li seħħew il-bieraħ tant iddominaw l-aħbarijiet li dan ir-rapport minn Reuters ftit kienu dawk li ndunaw bih.", "Dan huwa ħażin, għaliex it-theddida li teżisti fil-konfront tal-akbar bank f'Malta jista' jkollha riperkussjonijiet serji ħafna fuq l-ekonomija Maltija.", "U jekk issir ħsara lill-ekonomija Maltija, ma jkunux il-familji Gasan, Apap Bologna jew Fenech li jgħaddu minn tbatija.", "Jispiċċaw ibatu s-'sinjuri żgħar' li jibdew jintebħu kemm kienet vojta l-wegħda ta' l-aqwa żmien.", "Ir- Reuters il-bieraħ tkellmet dwar rapport intern tal-Bank Ċentrali Ewropew li jsemmi \"litanija\" ta' nuqqasijiet, transazzjonijiet li m'għaddew minn ebda għarbiel u tmexxija nkompetenti fi ħdan il- Bank of Valletta.", "Il-gvern ta' Malta m'huwiex sid il- Bank of Valletta , iżda għandu s-setgħa li jikkontrollah.", "Dan il-kontroll, il-gvern abbużah b'tali mod li ġiegħel lill-bank isir paljazza f'idejn il-bażużli tiegħu biex dawn jilħqu l-iskopijiet korrotti tagħhom.", "Aħsbu ftit fil-kuntratt tal- Electrogas .", "Niftakru li l-konsorzju kien tilef lil tal- Gasol bħala sieħeb ewlieni meta dan falla.", "Il- Gasol suppost kellu jiffinanzja l-bini tal- power station u l-imsieħba l-oħrajn spiċċaw biex tilfu l-flus li kienu jeħtieġu biex iwettqu l-kuntratt.", "Iffaċċjat b'din is-sitwazzjoni, l-gvern kien messu qalilhom \"grazzi ħafna – l-enerġija ser ikollna nixtruha mingħand min hu tal-lant u minn min għandu l-finanzi meħtieġa biex iħaddem power station \".", "Ma tarax!", "Li kieku l-gvern għamel li kellu jagħmel, lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi kien itellfilhom il-$5,000 kuljum u dan ma setax jagħmlu!", "Allura l-gvern għamel pressjoni fuq il- Bank of Valletta biex din tgħaddi €450 miljun lill- Electrogas .", "Għal bosta persuni din iċ-ċifra tant hi kbira li fl-imħuħ hi waħda bla sinjifikat.", "Iżda hi ċifra li hi ekwivalenti għad-dħul li l-bank jagħmel f'sentejn sħaħ.", "U l-gvern ġiegħel lill-BoV jislef din is-somma lill- Electrogas .", "Tistgħu qatt timmaġinaw x'għamlu u x'ivvintaw biex ġiegħlu lill-BoV jidħol għal piż qawwi bħal dan?", "Ma kienx il-kuntratt tal- Electrogas biss li wassal lill-BoV f'xifer l-irdum.", "Minħabba r-regħba bla tarf tal-politiċi tiegħu, kien il-gvern li, bank b'saħħtu li bilkemm kien intmess mill-kriżi finanzjarja li fl-2008 kissret banek kbar madwar id-dinja, għamlu lsir tar-rieda tiegħu.", "Il-kuntratti saru u l-korrotti qalgħu flejjes kbar.", "Iżda jekk il- Bank of Valletta ma jirnexxilux iżomm fil-wiċċ, min huma dawk li ser jaqilgħu l-ewwel daqqiet?", "Naraw.", "Meta tal- Pilatus Bank ġew imġiegħla jagħlqu l-bibien tagħhom, ma ddispjaċieni xejn għall-klijenti tagħhom.", "Il-klijenti korrotti u ħassiela tal-flus tagħhom kien ħaqqhom li jaqilgħu id-daqqa li qalgħu.", "Ċertament mhux ser inkun jien li ser jiddispjaċini għal Keith Schembri għax dan ikun spiċċa tilef lira mit-tixħim fuq il-bejgħ ta' passaport lil xi Russu.", "Jew, kif ippretenda li jbellagħhielna, għax ikun tilef il-ħlas lura ta' self li llegalment kien għadda lill-awditur tiegħu wara li mart dan tal-aħħar għamlitlu kawża għad-divorzju.", "Hawn xi ħadd li jiġi, jaqa' u jqum dwar dan?", "M'hawn ħadd.", "Meta kienu ġew imġiegħla jagħlqu tas- Satabank , ħasset xi ftit tad-dispjaċir nara bosta ħaddiema bieżlin jispiċċaw b'ta' fuqhom senduqhom bi flushom maqbudin tort tal-abbużi f'dak li huwa ħasil ta' flus minn naħa tas-sidien tal-bank.", "Rajt it-tbatija li ġew imġiegħla jgħaddu minnha dawn il-ħaddiema.", "Rajt negozji jfallu.", "Rajt ukoll id-disperazzjoni f'wiċċ dawk li tilfu kull sold li kellhom imfaddal.", "Iżda dawn kienu lkoll ħaddiema barranin.", "B'xorti ħażina, minħabba r-razziżmu li hawn fostna ma tantx nitilfu rqad meta jkunu l-\"barranin\" li jgħaddu minn xi tbatija.", "U l-biċċa l-kbira tal-klijenti tas- Satabank kienu \"barranin\" u allura t-tbatija li għaddew minnha dawn il-ħaddiema bosta Maltin ġew jaqgħu u jqumu minnha.", "Iżda li kieku l- Bank of Valletta kellu jiġi mġiegħel jagħlaq anki għal jum wieħed, l-istorja tkun ferm differenti.", "Nistaqsi: kemm nistgħu inkunu ottimisti li dan ma jseħħx meta għandna l-Bank Ċentrali Ewropew jiddikjara fil-beraħ li dawk li llum qed imexxu lill- Bank of Valletta ma jafux x'inhuma jagħmlu?", "Jeħtieġ niftakru li, jekk il- Bank of Valletta jiġi mġiegħel jagħlaq il-bibien tiegħu, l-korrotti jkunu diġà ġabru l-flus maħmuġin tagħhom bil-quddiem u n-negozjanti l-kbar jkunu diġà ħaxxnu bwiethom bis-saħħa ta' kuntratti finanzjati mid-depożitanti ż-żgħar u mill-azzjonisti tal-bank.", "Ikunu dawn id-depożitanti ż-żgħar li jiġu mġiegħla jaraw il-qamar bil-bir billi jispiċċaw jitilfu kull ma jkollhom imġemma' fil-bank.", "U jkunu l-azzjonisti li jkollhom jaraw lill-investiment tagħhom jisfa' fix-xejn.", "Aħsbu xi ftit dwar kif qed iħossuhom dalgħodu dawk li silfu flushom f' bonds lil tat- Tumas Group biex jiġi finanzjat it-tkabbir tal-grupp.", "Is-sidien tal-grupp erħilhom igħixu ħajja ta' lussu u erħilhom jitpaxxew fuq id-dgħajjes lussużi tagħhom.", "Ħobżhom ilu maħbuż bil-miljuni li għandhom f'diversi rkejjen.", "Iżda min huma dawk li l-aktar ibatu jekk il-valur tal-azzjonijiet tat- Tumas Group imur il-baħar?", "Ibatu l-aktar dawk iż-żgħar li jkunu nvestew fit- Tumas Group dik ix-xi ħaġa żgħira li kienu faddlu għax kellhom moħħhom mistrieħ li l-investiment tagħhom jista' jrendilhom qliegħ żgħir.", "Jekk jitkisser il-BoV, dan il-pajjiż ikollu diżastru li ftit qatt rajna bħalu.", "Previous: Lill-poplu smajtuħ ikanta?", "Next: Il-borma fuq tlieta toqgħod window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/il-borma-fuq-tlieta-toqghod/", "date": "Thu, 21st Nov '19, 11:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-borma fuq tlieta toqgħod", "text": ["Inħossni tassew skomdu nsejjaħ lill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia bħala \"opportunità\".", "Il-qtil huwa ta' min jistmerru.", "Il-każ tagħha ma kienx wieħed ta' xi sagrifiċċju erojku.", "Hi kienet eroj u l-qtil tagħha kien sagrifiċċju enormi.", "Il-qtil tagħha u t-telfa li ġarrbet il-familja tagħha ma kienu meħtieġa għal ħadd.", "Kif qiegħed hawn nixtieq nikteb erba' kelmiet lil tal-Moviment Graffitti.", "Lil dawn jien nammirahom, naqbel ma' bosta minn dak li jemmnu fih u, għalkemm dawn m'humiex ser ifittxu li jkunu ħbieb miegħi, nixtieq ngħidilhom li l-fehmiet tagħhom – għallinqas dawk li jgħidulna f'hiex jikkonsistu – m'humiex daqstant radikali li oħrajn – bħal dawk li forsi jħarsu lejhom bħala reazzjonarji tal-borgeżija – ma jaslux biex jaqblu magħhom.", "Keith Schembri u Konrad Mizzi, Yorgen Fenech, 17 Black, Hearnville u Tillgate, l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia: dawn kollha m'humiex biss terribbli fihom innifishom iżda huma wkoll sintomu ta' sistema mnawwra.", "Din is-sistema ma vvintahiex Keith Schembri.", "Iżda kien hu li sfruttaha, għawwiġha u nawwarha minn ġewwa.", "Din hi sistema ilha hemm minn qabel żmien Keith Schembri u li jeħtieġ li tinbidel drastikament.", "Yorgen Fenech huwa wieħed mis-sidein tal-konsorzju Electrogas .", "Is-sidien ta' dan il-konsorzju huma grupp ta' negozjanti Maltin immexxijin minn Yorgen Fenech.", "Dan il-grupp ta' negozjanti huma sidien terz kull wieħed ta' kumpannija li ġġib l-isem ta' GEM Holdings : terz f'idejn it- Tumas Fenech Group , terz ieħor f'idejn il-familja Apap Bologna u terz ieħor f'idejn il-familja Gasan.", "Ma' dawn hemm madwar 10% tal-ishma li jinsabu f'isem Yorgen Fenech personalment.", "Dawn it-tliet familji għamlu minn kollox biex jirbħu dan il-kuntratt.", "Bejniethom dawn, u xi familji oħrajn, jikkontrollaw in-negozju kollu ta' ċertu daqs li jsir f'Malta.", "Dan ilhom jagħmluh għal snin twal u ta' min jammirahom għall-inizjattivi kummerċjali li jieħdu u għall-kuraġġ tagħhom.", "Iżda fil-frattemp ix-xitan deffes denbu u bis-saħħa tal-misħuta korruzzjoni bdew jippretendu li l-pajjiż huwa tagħhom.", "Il-partiti politiċi tant jiddependu fuq dawn in-negozjanti li, kważi kważi, t-tfassil tal-politika jiddettawh huma.", "Dawn jippretendu li għandu jkollhom il-jedd li jibqgħu deħlin fl-uffiċċju ta' politiku biex jiddettawlu x'għandu jagħmel.", "Meta dawn \"jappoġġjaw\" il-kampanji elettorali ta' kandidati individwali, fil-fatt isiru s-sidien tagħhom.", "Taħsbux li, jien u nħabbat fuq sidri, b'xi mod qed nipprova nippatronizza.", "M'hemm xejn ġdid f'dak li qed nikteb.", "Dak li qed nikteb għextu u naf x'qed ngħid.", "Fil-persuna ta' Joseph Muscat, dawn il-familji sabu \"alleat tan-negozju\".", "U fil-persuni ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi, sabu tnejn minn nies li huma lesti li jgħawwġu u jitgħawwġu dment li x-xaħam jibqa' jidħol f'buthom b'ritmu regolari.", "Mid-dehra issa wasalna għall-estremità li min jikteb kontra l-korruzzjoni u jippruvaha ikun qed jirriskja li jitlef ħajtu.", "Jeħtieġ li s-sitwazzjoni ma tibqax dik li hi.", "Mhux daqstant importanti l-azzjonisti tal-GEM Holdings u tal-Electrogas kienux jafu kemm kienet mifruxa l-korruzzjoni li seħħet biex setgħu jassiguraw il-qliegħ li qegħdin jagħmlu.", "Lanqas m'hu daqstant importanti kienux jafu jew le li kien hemm min qed jippjana assassinju biex dak il-qliegħ jibqa' jiġi mħares.", "Il-fatt hu li llum stess, minkejja dak li seħħ, għadhom sal-lum jimlew bwiethom b'dak il-qliegħ.", "U għandhom kull intenzjoni li jaraw dak il-qliegħ dieħel f'buthom għas-16 il-sena li ġejjin.", "Dan kollu jeħtieġ li jitwaqqaf ħesrem.", "Il-kuntratt tal-Electrogas huwa wieħed korrott u mċappas bid-demm.", "Għaldaqstant huwa kuntratt null li ma jiswiex.", "Ir-rabja tagħna hi diretta lejn il-qattiela u lejn dawk li xxaħħmu. iżda jekk ser nieħdu din l-opportunità – kelma li lili ma tantx tinżilli – jkun jeħtieġ li ndawru l-attenzjoni tagħna wkoll fuq dawk li xaħħmu.", "Ma nistgħux nippermettu li dawn ikomplu jistagħnew minn fuq dan il-ħmieġ bħallikieku ma ġara' xejn.", "Is-sistema mnawwra li għandna jeħtieġ li nsewwuha.", "Ma nistgħux nibqgħu ngergru biss.", "Ilna żmien twil li ġejna mwissijin dwar il-periklu u l-ħmieġ li ġġib magħha l-korruzzjoni Issa li ntbaħna, jeħtieġ li nieħdu azzjoni.", "Daphne kienet ilha li xammet x'kien ġej.", "Issa li wasalna s'hawn u mhux bi ħsibna nieqfu.", "Previous: Il-Pilatus.", "Is-Sata.", "U issa l-BoV.", "Next: PROTESTA: Il-Ġimgħa, 22 ta' Novembru fis-6.30PM window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/araw-ftit-xkienu-qalu/", "date": "Sun, 24th Nov '19, 16:55", "category": "blog, politics, government", "title": "Araw ftit x'kienu qalu", "text": ["Agħtu ħarsa lejn ir-ritratt ta' Konrad Mizzi, il-kandidat-stilla twil tal-Partit Laburista li riedu jpunġuh bħala bniedem kompetenti lejlet l-elezzjoni tal-2013.", "Hawn jidher f'intervista mat- Times of Malta jgħidilna li l-għaks li n-nazzjonalisti stupidi u korrotti ħallew lil Malta fih dalwaqt jittaffa'.", "'Nafu liema direzzjoni ser naqbdu,' qalilna.", "\"Għandna roadmap\".", "Il-ġurnalista jistaqsih: \"Xi trid tfisser eżatt bil-kliem \"l-aqwa fl-Ewropa\"?\".", "U Konrad Mizzi iwieġeb hekk: \"bi ħsiebna nilħqu l-ogħla livelli politiċi fl-Ewropa u l-korruzzjoni mhux ser nittollerawha.", "Il-livelli ta' mġieba li ġew aċċettati taħt gvern Nazzjonalista mhux ser jiġu aċċettati aktar taħt Joseph Muscat.", "Jekk ikun hemm ministru li jġib ruħu mhux kif ikun mistenni, tiddabbarlu rasu l-għada.\"", "Jaħasra Konrad, ittawwal ftit biex tara f'liema stat tinsab issa.", "Previous: Niżguraw li ntemmu dak li bdejna Next: Araw ukoll x'qal dan window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/mahfra/", "date": "Tue, 19th Nov '19, 10:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Maħfra", "text": ["Il-Prim Ministru għadu kemm ikkonferma r-rapport li xandret dalgħodu t- Times of Malta u stqarr li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm numru ta' persuni li ġew arrestati dwar ħasil ta' flus maħmuġin u li wieħed minn dawn il-persuni huwa suspettat li għandu x'jaqsam mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Joseph Muscat qal ukoll li għamel impenn bil-miktub li jirrakkomanda maħfra presidenzjali hekk kif il-persuna suspettata tipprovdi l-informazzjoni li jeħtieġu l-prosekuturi.", "Il-Prim Ministru stqarr li huwa favur dak li kien kontrih sa ftit jiem ilu biss.", "Fl-imgħoddi kien stqarr li kien \"xettiku\" dwar l-għoti tal-immunità lil persuni suspettati biex dawn ikunu jistgħu jixhdu kontra ħaddieħor .", "Hawn qed insejjħulha \"maħfra\".", "Iżda hawn, ħadd m'hu jaħfer xejn.", "Kulma jiġri hu li dawk li jkunu mdaħħlin f'delitt kriminali jingħataw l-immunità mill-prosekuzzjoni bi bdil mal-informazzjoni li dawn jintrabtu li jagħtu bil-ġurament u permezz tax-xhieda tagħhom bil-għan li jinqabdu l-imħuħ wara t-twettiq ta' delitt.", "Joseph Muscat jidher li m'għadux xettiku u jidher ukoll li hu u ta' madwaru lill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia m'għadhomx jiddejqu jsejħulu dak li fil-fatt hu: jiġifieri assassinju.", "Dak li kien il-kelliem tiegħu – li issa jinsab paxxut fil-bejta tiegħu fil- Malta Enterprise – kien kiteb li ma jaqbilx mal-\"implikazzjonijiet politiċi\" tal-kelma assassinju.", "Iżda meta l-ġimgħa li għaddiet ħabbar il-bdil fil-kompożizzjoni tal-bord tal-inkjesta indipendenti, l-gvern irrefera għall-qtil bħala assassinju.", "U l-Prim Ministru, hu u jitkellem illum, m'għamel ebda riferenza għal deċiżjoni li ttieħdet mill-Kabinett u qal li d-deċiżjoni kien wasal għaliha hu waħdu.", "Din l-istqarrija tista' tnibbet il-problemi għax, skont il-liġijiet tagħna, huma l-Ministri li għandhom jerfgħu responsabbiltà kollettiva għad-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern.", "F'Malta, l-President m'huwiex il-kap eżekuttiv u għalkemm il-Prim Ministru huwa l-persuna ewlenija fost grupp ta' ministri, dak li stqarr huwa kemmxejn stramb.", "Skont il-Kostituzzjoni, il-Kabinett għandu s-setgħa li jirrakkomanda direttament lill-President l-isem ta' persuna li għandha tibbenefika minn maħfra.", "Joseph Muscat stqarr li kien ingħata s-setgħa mill-Kabinett biex jieħu deċiżjonijiet għan-nom tal-istess Kabinett.", "Legalment huwa korrett u din is-setgħa s-soltu tingħata lill-Ministru tal-Ġustizzja (li dalgħodu kien ma' ġenb Joseph Muscat) iżda Joseph Muscat qal li din is-setgħa kienet ingħatat lilu.", "Photo from TVM X'inhi r-rilevanza ta' dan kollu?", "Is-soltu setgħat bħal dawn ma jiġux delegati fil-każ ta' maħfriet.", "Kienet l-esperjenza li fasslet din il-konswetudni.", "Fis-snin disgħin kienet ingħatat maħfra presidenzjali kontroversjali lil traffikant tad-droga Brażiljan u l-Ministru tal-Ġustizzja ta' dakinhar kien sab ruħu f'ħafna nkwiet politiku.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni kien tal-fehma li r-responsabbiltà għal deċiżjoni dwar maħfra presidenzjali ma kellhiex tintrefa' minn Ministru wieħed.", "U meta tal-Labour telgħu fil-gvern fl-1996, dawn m'għamlu ebda tibdil fil-liġijiet.", "Iżda fl-1998 il-Ministru tal-Ġustizzja tagħhom Charles Mangion ġie mġiegħel jirriżenja wara li kien irrakkomanda maħfra presidenzjali mingħajr ma kien ħa l-parir tal-Kabinett.", "Joseph Muscat ma jidhirx li tkellem mal-membri tal-Kabinett qabel ħa d-deċiżjoni li jimpenja lill-gvern li joħroġ proklama ta' immunità.", "Skont għejjun tiegħi, din il-kwistjoni qanqlet kontroversja u tensjoni kbira fi ħdan il-Kabinett għaliex hemm ministri li ma jaqblu xejn mad-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru.", "Din il-kwistjoni għandha tiġi trattata mill-imħallfin li qed imexxu l-inkjesta indipendenti biex b'hekk nitgħallmu mill-iżbalji kollha li saru.", "Il-membri tal-gvern stess m'għandux ikollhom is-setgħa li jimmanipulaw proċess ġudizzjarju li taħtu huma stess jistgħu jkunu mplikati direttament.", "Previous: Feġġet biċċa mill-verità Next: Imħeġġeġ biex ikun jaf kif iżda biered dwar l-\"għaliex\". window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ghajnejna-msammrin-fuq-il-mira/", "date": "Sat, 16th Nov '19, 12:18", "category": "blog, politics, government", "title": "Għajnejna msammrin fuq il-mira", "text": ["F'dawn l-aħħar sigħat ta' tħejjijiet għall-protesta tal-lejla, kien hemm min nibixna biex, bħala organizzaturi, nirreaġixxu għall-iżviluppi li jkunu qed iseħħu.", "Hemm partit politiku li stqarr li ser jattendi.", "Ieħor stqarr li ser jattendi wkoll iżda bil-patt li lill-partit l-ieħor iqiegħdu f'pożizzjoni mbarazzanti.", "Hemm NGO waħda stqarret li taqbel mal-protesta iżda tippreferi li ma tattendix.", "U hemm NGOs oħrajn, li jmisshom jafu aħjar, żammew fommhom sieket.", "M'għandniex xi ngħidu, aħna għandna l-ħsibijiet tagħna dwar dan kollu.", "Iżda f'dan l-istadju mhux importanti li ngħidu dawn x'inhuma.", "L-aktar ħaġa importanti issa hi li lill-ħallelin li qegħdin imexxu lil pajjiżna narawhom jifgaw f'demmhom hekk kif jarawna, wara kampanja ma' tieqaf xejn ta' 25 xahar favur il-verità u l-ġustizzja, mimlijin ħeġġa u ħerqana li nkomplu għaddejjin sakemm isseħħ il-ġustizzja u tfeġġ il-verità.", "Tħallux id-dubji li jista' jkollkom dwar uħud li jistgħu ikunu preżenti għall-protesta jikkonfondukom.", "Jekk int kontra l-korruzzjoni, din ir-raġuni hi biżżejjed biex iġġiegħelek tingħaqad ma' oħrajn li m'għandhomx għalfejn ikunu ħbieb tiegħek u li jista' jkollhom fehmiet li huma differenti minn tiegħek.", "Emmnuni – u malli taqraw dan il-blog tkunu tistgħu tifhmuni aktar – li ser ikun hemm uħud fost il-folla llejla li jmisshom iżommu mera quddiem wiċċhom.", "Iżda llejla kulma għandkom tagħmlu hu li żżommu għajnejkom imsammrin fuq il-mira.", "X'inhi din il-mira?", "Il-mira hi li naraw lill-verità dwar l-assassinju ta' Daphne tfeġġ fil-wiċċ u l-ġustizzja sseħħ billi tirbaħ fuq l-impunità.", "Il-mira hi wkoll li jseħħ l-għeluq dwar l-iskandli li kienet kixfet Daphne.", "Pajjiżna jinsab immexxi minn ġgajta ta' persuni li kienu ppjanaw sal-inqas dettal il-mod li bih flejjes ġejjin mit-tixħim kellhom jidħlu fi bwiethom.", "Fil-port daħħlu tanker tal-gass li jikkawża l-periklu kull meta jonfoħ riħ qawwi.", "U bnew power station li tipproduċi l-elettriku li qed jiswielna ħafna aktar minn dak li jiswielna d-dawl li jwasslilna l- interconnector ta' taħt il-baħar.", "Tliet sptarijiet pubbliċi, kompriż dak ta' Għawdex, tawhom b'xejn lil ħaddieħor huma u jonfqu miljuni kbar minn flusna.", "U lil erba' żviluppaturi tawhom il-lala biex jeqirdulna l-kampanja u lill-ambjent, lill-irħula u lill-ibliet tagħna u lill-ħajjitna.", "Lil Malta qerduha għall-konkos u għall-flus.", "Issa ilna 25 xahar nissieltu biex inkomplu fejn ħalliet Daphne b'kampanja b'riżq is-sens komun u d-diċenza.", "U kemm il-darba ħassejna li ninsabu mdawwrin bil-ħallelin u li s-sitwazzjoni hi waħda ddisprata.", "Ejjew ma naqtgħux qalbna.", "Ejjew inkomplu nissieltu.", "Magħqudin flimkien illejla nibqgħu b'għajnejna msammrin fuq il-mira.", "Previous: Ir-reazzjoni ta' Repubblika għall-aħbar t'inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Next: Għadna lura window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/fegget-bicca-mill-verita/", "date": "Tue, 19th Nov '19, 09:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Feġġet biċċa mill-verità", "text": ["Ejjew nibdew billi d-dubji naqtgħuhom barra.", "Ir-rapport li xxandar dalgħodu fit- Times of Malta huwa korrett.", "L-identità tal-persuna li ġiet arrestata l-Ħamis li għadda issa ilha għal xi żmien magħrufa minn xi ġurnalisti minn qabel l-arrest tagħha.", "L-informazzjoni li tgħid li għandha din il-persuna hi importanti u tista' twassal biex jinstab tarf tad-delitt.", "Meta nsiru nafu l-isfond ta' din il-persuna, ikun minn ewl id-dinja li jkollna l-ħila li naslu għal ċertu konklużjonijiet li jagħmlu s-sens.", "Jeħtieġ nifhmu li m'aħniex spettaturi f'xi xena drammatika ta' xi rumanz u t-tfittxija tal-verità mhix immirata għad-divertiment tagħna.", "Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata permezz ta' karrozza-bomba minħabba x-xogħol tagħha.", "Jingħad x'jingħad u jinkixef x'jinkixef, dan huwa fatt sagrosant.", "Jeħtieġ li lill-pulizija u lill-prosekuturi nħalluhom iwettqu xogħolhom.", "Bosta huma dawk l-estremisti li għamlu minn kollox biex lil dawn iżommuhom lura u għad jerġgħu jittantaw jagħmlu dan.", "U dawn huma tal-fehma li, fl-imgħoddi, l-persuna li hemm is-suspetti dwarha kienet qatlet lil ħaddieħor biex setgħet issalva ġildha.", "Taħsbu li l-pulizija u l-prosekuturi m'għandhomx għalxiex ma jaħsbux li, ħaġa bħal din, din il-persuna m'għandhiex il-ħila li terġa' tagħmilha?", "Għadna fiż-żmien biex iseħħ dak li kien messu seħħ sentejn ilu.", "Pajjiżna għad jista' jifdi lilu nnifsu anke jekk, fl-istadju li wasalna fih, jintebaħ li l-qtil ta' ġurnalista ma jistax ħlief hu l-aħħar att ta' konfoffa bejn is-setgħa, l-kriminalità u l-flus – is-setgħa politika, l-kriminalità organizzata u l-flus maħsulin – li qiegħda tfittex li timmina u teqred id-demokrazija tagħna kif ukoll id-dritt tagħna li nsiru nafu x'inhuma jħawdu fil-borma.", "Wara li jagħlaq dan il-kapitlu tal-istorja ta' pajjiżna, d-demokrazija jew ser jirnexxielna nsalvawha jew inkella ser nispiċċaw nitilfuha għal dejjem.", "Din mhix kwistjoni dwar kemm għandna l-ħila għas-sabar.", "Ir-rabja u l-protesti tagħna, l-attenzjoni li qed ningħataw mill-istampa tad-dinja, mill-Kunsill tal-Ewropa u mir- rapporteur kapaċi tagħha, il-politiċi li għandhom kuxjenza, il-Parlament Ewropew, id-diplomatiċi li jitkellmu privatament, il-ġurnalisti, l-maġistrati, l-membri onesti tal-korp tal-pulizija u l-prosekuturi: mingħajr ma jafu, dawn ilkoll ingħaqdu f'alleanza mmirata biex tiġġieled kontra l-isforzi ta' dawk li qegħdin jagħmlu minn kollox biex il-verità tibqa' mistura.", "Madankollu il-ġirja tibqa' sal-barkun u m'hemmx dubju li l-gvern ser jagħmel minn kollox biex jagħmel dak li sentejn ilu messu kien diġà impossibbli: jiġifieri li jibqa' jimraħ fil-wiċċ.", "Se jagħmel minn kollox biex ifarfar mir-responsabbiltà.", "Fis-Slovakkja hemm membri parlamentari u mħallfin li spiċċaw biex warrbu wara li ammettew li kellhom kuntatti man-negozjant li allegatament kien il-moħħ wara l-assassinju ta' Jan Kuciak.", "F'dak il-pajjiż, il-poplu jistenna li l-mexxejja tiegħu ma jkunux qaqoċċa man-negozjanti li jordnaw il-qtil tal- ġurnalisti.", "Iżda l-każ ta' Malta – jiġifieri l-qtil ta' Daphne – m'għandu x'jaqsam xejn mal-ħbiberija żejda bejn il-politiċi u n-negozjanti jew ma' xi attività sponsorizzata minnhom.", "Hawn qed nittrattaw dwar assassinju li seħħ fl-isfond ta' attentat biex jitgħattew delitti kriminali oħrajn li jinvolvu mhux biss il-moħħ wara t-twettiq tad-delitt.", "Issa, aktar minn qatt qabel, neħtieġu r-rabja u l-protesti tagħna, l-attenzjoni tal-istampa tad-dinja, tal-Kunsill tal-Ewropa u tar- rapporteur kapaċi tagħha, tal-politiċi li għandhom kuxjenza, tal-Parlament Ewropew, tad-diplomatiċi li jitkellmu privatament, tal-ġurnalisti, tal-maġistrati, tal-membri onesti tal-korp tal-pulizija u tal-prosekuturi.", "Ma nistgħux nieqfu u jeħtieġ li nkomplu nissieltu.", "Iżda llum nistgħu ngħidu li feġġ raġġ ta' dawl fuq parti mill-verità.", "Ilna sentejn nissieltu biex tfeġġ il-verità.", "Sostnejna u appoġġjajna lill-familja ta' Daphne Caruana Galizia b'riżq it-tlugħ fil-wiċċ tal-verità.", "U issa feġġet parti mill-verità.", "Din il-verità parzjali ma kienitx tfeġġ li kieku ma ppersistejniex kuljum fit-tqegħid tal-fjuri f'riġlejn il-mafkar fil-Belt Valletta wara li dawn ikunu tneħħew tul il-lejl ta' qabel.", "Din il-persistenza m'hi xejn ħlief simbolu tal-pressjoni li qed issir fuq l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna biex dawn iwettqu xogħolhom kif suppost.", "Fil-ġlieda favur is-sewwa, xi drabi ikollna ngħidu ħafna inqas minn dak li diġà nkunu nafu dwaru.", "Dan ma jfissirx li ninsabu mimlijin sabar.", "Dan lanqas ma jfisser li m'aħniex irrabjati.", "Daqs kemm ukoll ma jfissirx li se nippermettu lil min jipprova jeqred it-tama.", "Id-determinazzjoni u l-ħeġġa tagħna ser tibqa' hemm.", "Min qatel u min għatta x-xtur ta' ħaddieħor ser ikollu jħallas.", "Previous: Għadna lura Next: Maħfra window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/yorgen-fenech-suspettat-bil-qtil-ta-daphne/", "date": "Wed, 20th Nov '19, 08:18", "category": "blog, politics, government", "title": "Yorgen Fenech suspettat bil-qtil ta' Daphne", "text": ["Yorgen Fenech (right) with his brother in a picture recently posted on Facebook.", "Yorgen Fenech, sid il-kumpannija 17 Black , wieħed mis-sidien tal-konsorzju Electrogas u Kap tat- Tumas Fenech Group , huwa suspettat b'involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Yorgen Fenech ġie identifikat wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie arrestat l-allegat \"sensar\" fil-konfoffa li kienet saret biex tinqatel il-ġurnalista li kienet kixfet l-iskema ta' tixħim li kienu ftehmu dwarha Yorgen Fenech, iċ- chief of staff tal-prim ministru Keith Schembri u l-ministru responsabbli mill-enerġija Konrad Mizzi.", "Il-kumpanniji ta' Yorgen Fenech joperaw ukoll il- Portomaso Casino li fih Alfred Degiorgio, wieħed mill-mixlija fil-ġuri dwar il-qtil, jilgħab flejjes kbar u jirbaħ lura ammonti konsiderevoli tal-flejjes li jkun lagħab.", "Fuq dan biss, Alfred Degiorgio qed jiġi mixli b'ħasil ta' flus maħmuġin.", "Jingħad li, matul din is-sena, Yorgen Fenech għamel żmien barra minn Malta hekk kif komplew jiżdiedu s-suspetti li kellu x'jaqsam mad-delitt tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Meta, ftit qabel il-pubblikazzjoni tal-ktieb tagħna Murder on the Malta Express, Carlo Bonini, John Sweeney u jien, konna staqsejna lill-avukati ta' Yorgen Fenech kienx hemm xi konklużjonijiet x'jinġibdu dwar ix-xorti tajba inspjegabbli li kellu Alfred Degiorgio fil-casino ta' Yorgen Fenech waqt il-logħob tal-flus, dawn wieġbu li l-mistoqsija tagħna ma kienx ħaqqha li tiġi mwieġba.", "Madankollu, matul dawn l-aħħar xhur, Yorgen Fenech ma kompliex fit-tmexxija tat- Tumas Fenech Group u floku daħal zijuh Ray Fenech.", "Jien ninsab infurmat li tat- Tumas Group kellhom żjara minn rappreżentanti tal- Hilton International Group.", "Dawn iddiskutew il-ħsara li din l-istorja tista' tikkaġuna lir-reputazzjoni tad-ditta Hilton.", "Tat- Tumas Group huma s-sidien tal-lukanda Hilton Malta.", "Jumejn ilu għamilt ukoll xi mistoqsijiet lill- Hilton International iżda s'issa għadni mingħajr tweġiba.", "Dalgħodu Lovin Malta xandret l-aħbar li l-forzi armati nterċettaw dgħajsa Riva hu u ħierġa minn Malta li jingħada li s-sid tagħha huwa Yorgen Fenech.", "L-awtoritajiet għadhom ma kkonfermawx jekk Yorgen Fenech kienx abbord id-dgħajsa Gio u li pprova jaħrab.", "Madankollu jidher li hemm stakkament qawwi tal-pulizija fl-inħawi ta' Portomaso.", "Il-bieraħ il-prim ministru qal li kien se jerfa' r-responsabbiltà personali – mingħajr riferenza lill-Kabinett tal-Ministri – għall-għoti tal-immunità mill-prosekuzzjoni lill-allegat \"sensar\" Melvyn Theuma biex b'hekk il-pulizija tkun tista' jmexxi kontra l-moħħ wara d-delitt.", "Melvyn Theuma imexxi servizz tal- white taxi .", "Il- white taxis huma awtorizzati li jwasslu klijenti lejn lukandi ta' ħames stilel iżda ma jistgħux jiġbru l-passiġġieri minn dawn il-lukandi kemm il-darba x-xufier jew operatur ma jkollux ftehim biex jagħmel dan mal-lukanda.", "Huwa mifhum li Melvyn Theuma kellu l-awtorità li jinnegozja x-xogħol mal-Hilton Hotel.", "Il-Pulizija ilha taf b'Melvyn Theuma sa minn April 2018 meta Ċensu Muscat, wieħed mill-mixlija bil-qtil ta' Daphne, kien semmieħ bħala l-persuna li jaf l-identità ta' min kien qabbad lilu u liż-żewġ allegati assassini l-oħrajn biex iwettqu d-delitt.", "Jidher li Theuma kien ilu jistenna li jinġabar sa minn Diċembru 2017 meta l-aħwa Degiorgio u Ċensu Muscat ġew arrestati.", "Jingħad l-għada tal-arrest tagħhom fis-6 ta' Diċembru, ddeċieda li jagħmel it-testment tiegħu.", "Il-Pulizija jidher li ġabret lil Melvyn Theuma wara li xxandru rapporti fl-istampa, partikolarment fit- Times of Malta , li kienu identifikaw \"negozjant\" bħala wieħed mis-suspettati.", "Dan in-negozjant huwa Yorgen Fenech.", "Dan huwa l-istess persuna li nkixef bħala sid is- 17 Black , kumpannija sigrieta fid-Dubaj li dwarha kienet kitbet Daphne Caruana Galizia fi Frar 2017.", "F'April 2018, ġurnalisti ta' The Daphne Project kienu kitbu li 17 Black u kumpannija li ġġib l-isem Macbridge, li sidha għadu mhux magħruf, ftehmu li jħallsu miljuni kbar ta' ewro lil Hearnville u lil Tillgate, kumpanniji sigrieti tal-Panama li s-sidien tagħhom huma Keith Schembri u Konrad Mizzi, liema kumpanniji kienu ssemmew għall-ewwel darba minn Daphne Caruana Galizia.", "Qabel inqatlet Daphne Caruana Galizia kienet irċeviet mijiet ta' eluf ta' emails b'rabta mal- Electrogas.", "Previous: Imħeġġeġ biex ikun jaf kif iżda biered dwar l-\"għaliex\".", "Next: Yorgen Fenech jinsab taħt arrest window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/l-ikbar-gidba-fl-istorja-politika-maltija/", "date": "Thu, 1st Feb '18, 13:32", "category": "blog, politics, government", "title": "L-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija", "text": ["Ftit tal-jiem ilu kont qed naħdem ma' ġurnalista ta' kontra l-mafja li nzerta kien qiegħed Malta biex jinvestiga ċerti attivitajiet suspettużi li jirrigwardaw kriminali minn pajjiżu.", "Wara li rajt ir-rapport tiegħu b'ċerta impertinenza fakkartu li xi wħud mill-allegazzjonijiet tiegħu ġew miċħuda min-nies suspettati avolja l-evidenza kontrihom hija lampanti.", "Għaliex hu ma kienx qiegħed ifakkar li huma kienu qegħdin jiċħdu dak li bih kienu qed jiġu akkużati?", "Għaliex iċ-ċaħda għandha titqies bħala ħaġa normali.", "Fakkarni li Toto' Riina niżel f'qabru jiċħad li kien għamel xi ħaġa ħażina.", "Fi storja dejjem ikun hemm ħafna aspetti u wieħed għandu jżomm għajnejh miftuħa.", "Imma wieħed m'għandux ikun inġenwu.", "Li wieħed ikun oġġettiv u attent biex jevita l-preġudizzju jżommok biss sa ċertu punt fit-triq tas-sewwa, li lil hinn minnu, meta tibqa' newtrali bejn it-tajjeb u l-ħażin, inti tispiċċa kompliċi mal-ħażin.", "Iċ-ċaħda hija l-aħħar għodda tal-ħati.", "Mal-iċken ammissjoni ta' ħtija is-sisien tar-reżistenza jiġġarrfu.", "\"L-akbar gidba fl-istorja politka Maltija\" hija logħba bil-kliem ivvintata minn Joseph Muscat, minfuħa minnu stess biex jikkumbatti l-gravità tal-akkuża li kontriha qiegħed jiddefendi ruħu.", "Joseph Muscat qed jiġi akkużat minn xi wħud li huwa l-aktar Prim Ministru korrott fl-istorja politka Maltija L-entità ta' dik l-akkuża hija kbira ħafna.", "Hija wkoll waħda li ħafna huma tal-fehma li hija bbażata fuq il-fatti, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu vverifikati, xi wħud minnhom għadhom mhumiex ivverifikati u jistgħu jiġu biss ikkonfermati b'investigazzjoni xierqa u awtorevoli.", "U xi minn daqqiet qed jiġu kkonfermati b'kumbinazzjoni.", "Il-ġimgħa li għaddiet John Dalli għadu kemm paxxiena bil-benefiċċju tal-memorja batuta li għandu billi kkonferma dettall li seta' deher bla siwi f'dak kollu li Daphne Caruana Galizia kienet irrapportat dwar il-Bank Pilatus.", "Kienet qalet li John Dalli kellu kont fil-Bank Pilatus imma li ftit kien għamel użu minnu .", "Dwar il-kwestjoni jekk John Dalli kellux kont fil-Bank Pilatus kien hemm inkjesta li John Dalli kien insieha peress li, għallinqas f'dan il-każ, ftit kellu x'jaħbi.", "Din il-ġimgħa infexx b'ħafna storbju bħas-soltu jħambaq, b'delikatezza kbira, kontra dawk li hu jsejjaħ 'il-pinen velenużi' billi qal li l-kont tiegħu fil-Bank Pilatus aktarx iva milli le kien ikun inattiv.", "Kien għadu ma ntebaħx f'dak il-waqt li kien qiegħed jikkonferma mhux biss dak li Daphne Caruana Galizia kienet qed tgħid dwaru imma anke, u hawn irid wieħed jammetti, kemm kienet kbira l-firxa tas-sorsi u l-informazzjoni li Daphne Caruana Galizia kellha fil-Bank Pilatus.", "Fir-rappurtaġġ ta' Daphne Caruana Galizia dwar il-Bank Pilatus għandna fatt li m'għadux aktar ikkontestat jew miftuħ għall-kontestazzjoni.", "Għandna fatt li jagħmel ħoss li jtarrax.", "Dik li suppost kienet l-akbar gidba fl-istorja politika ġiet għal darba oħra kkonfermata li hija ftit iżjed veritjera.", "Imbagħad kellna aċċident ieħor li Jacob Borg silet mill-kawża li l-Bank Pilatus għamel kontra Daphne Caruana Galizia.", "Waqt li akkużaha 'b'misapproprijazzjoni u pubblikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali tal-Pilatus' il-Bank Pilatus għadu kif ikkonferma li l-informazzjoni li hi ppubblikat ma kinitx, kif intqal ripetutament, ivvintata.", "Għall-kuntrarju din kienet qawwija u veritjiera għar-raġuni li ma tistax tisraq u tippubblika xi ħaġa li ma tkun diġa teżisti.", "Pilatus Bank admits in SLAPP lawsuit that slain journalist gained access to its client list.", "Among Pilatus' clients were family members of Azerbaijan's President, and Azerbaijan's minister for Emergency Situations, whose front man opened up companies in Malta via Nexia BT. pic.twitter.com/ZciicrLsZt — Jacob Borg (@BorgJake) January 31, 2018 32.", "Il-konvenuta b'intenzjoni ndaħlet f'dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi billi ppubblikat kwantità ta' dikjarazzjonijiet foloz u malafamanti dwar il-Bank Pilatus u s-Sur Sadr, li kkawżaw konfużjoni u qtugħ f'dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi.", "33.", "B'żieda ma' dan il-konvenuta b'intenzjoni serqet u ppubblikat informazzjoni kunfidenzjali tal-Bank Pilatus, li tinkludi l-ismijiet tal-klijenti, li l-Bank kien marbut li jżomm kunfidenzjali 34.", "L-indħil tal-kwerelanta kien mhux xieraq u intenzjonat biex jagħmel ħsara lir-relazzjonijiet tal Bank Pilatus.", "35.", "Lil-Bank Pilatus u lis-Sur Sadr saritilhom il-ħsara bil-konfużjoni u l-qtugħ fir-relazzjonijiet u l-aspettativi, kif ukoll bis-serq u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali.", "Jacob Borg @BorgJake Il-Bank Pilatus jammetti li mill-kawża SLAPP dik il-ġurnalista assassinata akkwistat aċċess għal-lista tal-klijenti tiegħu.", "Fost il-klijenti ta' Pilatus kien hemm membri tal-familja tal-President tal-Azerbaijan kif ukoll tal-Ministru ta' Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza tal-Azerbaijan, li r-rappreżentant tiegħu fetaħ kumpanniji f'Malta permezz ta' Nerxia BT.", "L-akbar gidba fl-istorja politika saret aktar veritjera.", "Jekk inkjesta ġurnalistika tkun stenniet biss li min ikun taħt suspett jaqbiżlu fatt li ma jkunx irid jammetti, dan ma tantx iwassal il-bogħod, għalkemm fil-każ ta' dawn iż-żewġ inċidenti ta' din il-ġimgħa dawn akatrx li wasslu ħafna l-bogħod.", "L-istorja tal-appartament ta' New York li ġiet ippubblikata f'dan il-blogg hija saff ieħor ta' kredibbiltà li ġie mgħobbi fuq din l-istorja.", "Minn tkellem dwar ħlasijiet kbar ħafna li ntbagħtu lil \"ċerta mara jisimha Buttigieg li għandha ġojjellerija bl-isem ta' Buttardi fi New York' jista' jiġi akkużat li forsi kien jaf li Buttardi huwa wkoll propjetà ta' Michelle Muscat u li akkuża bħal din tista' tgħin biex tagħti kredibbiltà lil gidba faħxija.", "Iżda ma setgħux kienu jafu li xi ftit jiem wara l-allegat pagament, appartament fl-Upper East Side New York mixtri ftit xhur qabel tħallas fl-intier f'ammont wieħed.", "Dan huwa fatt ieħor.", "Verità inkontestabbli li tibqa' soda kontra l-assalt tar-rettorika u ċ-ċaħdiet imqanqla mingħand Joseph u Michelle Muscat.", "Meta tatna x'nifhmu li l-appartament tħallas ftit jiem wara pagament minn Pilatus, liema ħlas tiċħad li qatt iċeviet, ma jippruvax li qed tigdeb li ma rċevietx il-ħlas... huwa sinċier daqs meta kien ingħad, waqt il-bosta proċessi kriminali, li Toto' Riina kien żgiċċa skont l-istil tiegħu minn rotta ta' balla.", "Hawn taħt hawn xi wħud minnhom: 'setgħet rebħet il-lotterija'. 'jista' jkun li nanna ġeneruża mietet malajr u ħallitilha kollox', 'forsi għaqda tal-karità li tħenn għall-ġojjellieri li għadhom jibdew u xtratilha appartament f'Manhattan'.", "Forsi.", "Forsi Għaliex ma tippruvax li ma ħallsitx l-appartament minn xi mezzi oħra apparti l-pagamenti mingħand il-Bank Pilatus.", "Għaliex il-Bank Pilatus ma jiftaħx il-lista tad-depożitanti biex jipprova li din ta' Daphne Caruana Galizia kienet l-akbar gidba fl-istorja tal-politka Maltija?", "L-istorja ta' Daphne Caruana Galizia qed tiġi ppruvata bil-fatti.", "Aktar u aktar fatti qed jitfaċċaw, anke fatti li kienet għadha ma vverifikatx bħalma ġew issa.", "Ċertament li f'ħajjitha u safejn hi kienet taf il-Bank Pilatus qatt ma ammetta li kull ma ppubblikat hi kien il-verità.", "Anzi bil-maqlub.", "Aktar fatti ġew stabbiliti.", "Dawn ħadd ma jista' jmerihom.", "Jekk kien hemm xi ħaġa dwar kull waħda minn dawn li setgħu jiċħdu – Joseph Muscat, Michelle Muscat, Pilatus Bank – kollha setgħu jew kellhom iġibu l-provi biex jiċħduhom L-argument li l-obbligu li jinġiebu l-provi qiegħed fuq il-prosekuzzjoni huwa argument li jriegi dejjem f'qorti tal-ġustizzja.", "Iżda għadna ma wasalniex għal dan.", "Din hi l-arena politika.", "Hawn barra l-argument li l-obbligu tal-provi qiegħed fuq il-ġurnalisti huwa l-argument tal-ħatja.", "Huma jinku lil dawk li jakkużawhom għaliex \"m'għandhomx dokumenti\".", "Bħal kriminal ordinarju taħt arrest jitkessħu meta jgħidu \"m'għandek xejn kontrija Surġent.", "Irrid it-telefonata tiegħi' Madankollu dokumenti għandhom.", "Għalfejn ma jippubblikawhomx?", "Għalfejn ma jgħidux mnejn ġejjin ir-rikkezzi tagħhom?", "Għaliex ma jippermettux sorvelji u investigazzjonijiet internazzjonali dwar il-kuntatti tagħhom?", "Galiex ma jħallux ix-xhieda jitkellmu mingħajr biża ta' tpattija?", "Qiegħed jidher dejjem iżjed biċ-ċar li l-akbar gidba fl-istorja politika jista' jagħti l-każ li sa tkun dik li qed jikkommetti Joseph Muscat fuqna: li l-gidba li biha akkużatu Daphne Caruana Galizia mhijiex vera.", "Previous: Upper East Side Next: Karattru dubjuż fuq in-naħa l-oħra tat-triq window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/karattru-dubjuz-fuq-naha-l-ohra-tat-triq/", "date": "Thu, 1st Feb '18, 22:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Karattru dubjuż fuq in-naħa l-oħra tat-triq", "text": ["Konrad Mizzi hu aktar intelliġenti minni f'ħafna aspetti.", "Żgur li hu aktar kapaċi minni biex iżomm ruħu fit.", "F'dan ir-ritratt jidher nieżel max-Xatt ta' San Ġiljan ma' ħabib tal-qalb tiegħu li miegħu jmur jimxi regolarment.", "M'iniex f'pożizzjoni li nagħmel test tad-DNA biex inkun naf b'ċertezza min hu s-sieħeb ta' Konrad Mizzi imma milli qed nara, dak li l-Ministru qed imur jimxi miegħu hu Darren Casha, li milli jidher ġie lura mill-btala li kien għaddej biha barra minn Malta biex jaħrab lill-kredituri.", "Aqra aktar dwar Darren Casha f'dan il- blog ta' Daphne Caruana Galizia li jagħti ftit sfond dwaru.", "Forsi l-Ministru Konrad Mizzi jista' jikkjarifika min hu dan is-sieħeb ġdid tiegħu u jekk dan sieħbu verament hu dak li naħsbu li hu, allura jgħidilna karattru dubjuż ta' din il-kwalità x'pariri jista' jagħtih.", "Jew forsi l-affari hi bil-kontra u huwa s-sieħeb ta' Mizzi li qed ifittex il-pariri mingħand il-Ministru dwar kif tista' tgħaddiha lixxa jekk...prattikament, tagħmel x'tagħmel?", "Previous: L-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija Next: UPDATED: Empatija fejn mhux postha window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/02/updated-empatija-fejn-mhux-postha/", "date": "Fri, 2nd Feb '18, 11:29", "category": "blog, politics, government", "title": "UPDATED: Empatija fejn mhux postha", "text": ["Updated 16:00.", "Hawnhekk issibu kopja ta s-Sentenza tal-Maġistrat Joe Mifsud.", "Il-premessi għall-konklużjoni tiegħu huma dokumentati bir-reqqa, allura jista' jkun he mm analiżi alternattiva għar-raġunament tiegħu.", "30_01_2018-3_2018-109986 Lill-Maġistrat Joe Mifsud ili nafu bosta snin.", "Kien l-ewwel boss tiegħi meta kien il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet ta' Bay Radio.", "Kelli 15-il sena u kont għadni ħalib ommi fi snieni, bla esperjenza ta' xejn.", "Joe Mifsud ma kellux paċenzja imma xogħlu kien jafu.", "U tgħallimt xi affarijiet mingħandu li swewli meta bla pjan ta' xejn erġajt mort għall-ġurnaliżmu 25 sena wara.", "Filwaqt li jien ġejt lura minn fejn bdejt, Joe Mifsud hu Maġistrat u bħala tali hu wieħed uniku għaliex l-esperjenza tiegħu fil-ġurnaliżmu u l-politika tinforma s-sensittività tal-media dwar xogħlu u s-sentenzi tal-Qorti tiegħu.", "Hu jaf iktar minn ħaddieħor x'se jispiċċa fl-aħbarijiet, u dan l-għarfien jużah.", "Il-Maġistrati tagħna ma jistgħux jitkeċċew għalkemm teknikament jistgħu jingħataw promozzjoni.", "Normalment ftit li xejn ikollhom motivazzjoni biex ifittxu li jkunu protagonisti.", "Wieħed pjuttost iqarras wiċċu lejn min minnhom ifittex il-protagoniżmu.", "U biex inkomplu bil-metafori tal-wiċċ, kien hemm minn kemmex xbinu għal xi kwotazzjonijiet minn tiegħu.", "Ir-rimarki tiegħu meta ħeles lil Brandon Bartolo , akkużat b'diskors ta' mibegħda meta qal \"Tmur tihdu f'.. kemm anda ... awnhekkedin pajjizna .. ahna religjon wihed biss ... huma guests iridu jimxu al ligijiet tagna ... majogobomx??", "F... off back to your country!'\" fil-konfront tal-promotriċi tal-inklużjoni soċjali Sara Ezabe, kienu kontra l-loġika, biex ma ngħidx perikolużi.", "Il-Maġistrat fittex li jempatizza ma' Brandon Bartolo u li jiddefendi d-dritt tiegħu li jesprimi opinjoni msejsa fuq it-tħassib leġittimu dwar in-nuqqas ta' politika effettiva dwar kif għandna nittrattaw l-immigrazzjoni.", "Filwaqt li l-empatija u l-ħniena huma ċentrali għall-ġustizzja, l-istess huma l-loġika u l-konsistenza.", "Missier li joqtol lil ibnu jista' jgħid li kien inkwetat dwar it-tisħin globali u pprova jnaqqas l-emissjonijiet billi jaċċerta ruħu li se jkun hemm inqas ħluq x'jitma'.", "Din it-tixbiha hi naqra mġebbda, veru, imma tafu xi rrid ngħid.", "Jista' jkun veru li hemm nuqqasijiet fil-politika dwar l-immigrazzjoni, għalkemm frankament dan ukoll hu dibattibbli.", "Imma anke jekk naċċettaw li dan hu minnu, il-problema ma tiġġustifikax li wieħed jeħodha kontra xi ħadd għajr dawk li huma responsabbli minnha.", "Id-diskors ta' mibegħda hu pprojbit għaliex minnu nnifsu jweġġa'.", "U għaliex jiġi qabel atti kriminali agħar.", "Kull fejn kien hemm kriżi ekonomika f'xi belt Ewropea, il-ħtija ntefgħet fuq il-Lhud.", "Il-Lhud kienu mżebilħa, ingħataw it-tort u ġew ibbuljati.", "Eventwalment kienu msawta, misruqa u eżiljati.", "Fl-aħħar inqatlu.", "Din hi r-raġuni għaliex għandna liġijiet kontra attakki bil-fomm jew kwalunkwe forma ta' attakk ieħor fuq il-persuni minħabba l-grupp li jappartjenu għalih.", "\"Hawn biss spazju għal reliġjon waħda\" hu diskors ta' mibegħda.", "\"Tmur tieħdu f'... kemm għandha lura lejn pajjiżha\" hu diskors ta' mibegħda wkoll.", "Inħossni attakkat għaliex ma nappartjenix għar-reliġjon ta' Brandon Bartolo, jekk tista' tgħidilha hekk.", "U jekk b'reliġjon waħda jrid ifisser il-Kristjaneżmu, mela l-Kristjani wkoll għandu jħossuhom insultati bl-idea li dik il-minorità li għandna fidi differenti jixirqilha tiġi tturufnata.", "Wara kollox il-Kristjaneżmu hu reliġjon ta' minorità f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja, possibilment f'aktar pajjiżi minn dawk fejn il-Kristjaneżmu jgawdi l-maġġoranza.", "U jien?", "F'liema pajjiż se mmur nieħdu f'.. kemm għandi?", "Hemm xi art imwiegħda fejn jistgħu jintbagħtu l-atei?", "L-empatija mal-akkużat hi dover tal-ġustizzja.", "Imma l-empatija mal-vittma hija wkoll responsabbiltà.", "Il-Qrati tagħna għadhom kif qalu lill-ħafna bigotti ħodor madwarna, li huwa leġittimu li tibgħat lin-nies lura f'pajjiżhom jekk ikunu Musulmani jew jekk b'xi mod ma jkunux lebsin l-uniformi solenni taċ-ċenturjuni Rumani fil-Ġimgħa l-Kbira, anke jekk dan hu tabilħaqq pajjiżhom 3⁄4 sakemm taħt il-vomtu u l-mibegħda jkollhom l-inkwiet ġenwin li l-politikanti mhumiex qed jagħmlu biżżejjed biex jikkontrollaw l-immigrazzjoni.", "Din ma tistax tkun l-aħħar kelma tal-Qrati tagħna dwar dan.", "Previous: Karattru dubjuż fuq in-naħa l-oħra tat-triq Next: Biex iseħħ is-sewwa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ir-reazzjoni-ta-repubblika-ghall-ahbar-tinkjesta-dwar-il-qtil-ta-daphne/", "date": "Fri, 15th Nov '19, 13:38", "category": "blog, politics, government", "title": "Ir-reazzjoni ta' Repubblika għall-aħbar t'inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tinnota u tilqa' l-fatt li l-gvern fl-aħħar aċċetta li tinfetaħ inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għadna l-bogħod mill-wasla fit-triq it-twila għall- ġustizzja.", "Biex nibdew dak li kixfet Daphne bil-ġurnaliżmu tagħha – li wassal għall-assassinju tagħha – irid ikun mistħarreġ mill-awtoritajiet skont il-liġi u ssir ġustizzja mall-korrotti u mal-kriminali.", "Post il-Kap tal-Uffiċju tal-Prim Ministru li tlett snin wara li kixfitu Daphne Caruana Galizia, jirrifjuta li jixhed għax jibża li jinkrimina ruħu hu fil-kamra tal-interrogazzjoni għand il-Pulizija mhux fil-Berġa ta' Kastilja jaħkem fuq kulħadd.", "U dak biss eżempju wieħed.", "Kien hemm bżonn 25 xahar ta' tkaxkir tas-saqajn u 25 xahar ta' protesta u appelli mill-familjari ta' Daphne, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità internazzjonali biex il-gvern għamel dak li kien obbligat jagħmel mill-bidu nett skont il-liġi.", "Il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tobbliga lill-gvern li ssir din l-inkjesta u l-gvern kiser din il-Konvenzjoni għal kull jum ta' dawn l-aħħar 25 xahar.", "Illum sar pass żgħir biex noqorbu lejn verità u ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia.", "Iżda għadna ħafna l-bogħod minn dan l-għan.", "Nafu li jekk intaffu mqar ftit il-viġilanza u l-pressjoni biex issir magħrufa l-verità, il-gvern jagħmel minn kollox biex jostorha.", "Bla dubju, il-gvern jixtieq li issa jieqfu l-protesti li jsejjħu għall-ġustizzja.", "Ilu jixtieq hekk 25 xahar.", "Repubblika ttenni, b'entużjażmu u impenn imġedded, is-sejħa għall-protesta.", "Il-protesti jaħdmu.", "Ma jsirux għalxejn u r-riżultat tal-lum dan jikkonfermah.", "Il-gvern, anke fejn ma jridx, ikollu jisma'.", "M'aħniex se nħallu lill-kriminali (fil-politika jew mhumiex) jisgiċċaw għax mietet Daphne.", "Insejjħu lil kull min hu ta' rieda tajba – lil hinn minn lealtajiet partiġġjani, lil hinn minn nuqqas ta' qbil fuq affarijiet anqas importanti – biex għada jissieħeb magħna fil-Belt Valletta biex jipprotesta kontra l-korruzzjoni u biex tintradd lil Malta il-verità u l-ġustizzja.", "Previous: Mario Vella jonqos li jattendi l-ewwel laqgħa tal-kunsill tal-Bank Ċentrali Ewropew presjedut mill-president il-ġdida Christine Lagarde Next: Għajnejna msammrin fuq il-mira window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/mario-vella-jonqos-li-jattendi-l-ewwel-laqgha-tal-kunsill-tal-bank-centrali-ewropew-presjedut-mill-president-il-gdida-christine-lagarde/", "date": "Thu, 14th Nov '19, 15:59", "category": "blog, politics, government", "title": "Mario Vella jonqos li jattendi l-ewwel laqgħa tal-kunsill tal-Bank Ċentrali Ewropew presjedut mill-president il-ġdida Christine Lagarde", "text": ["Il-gvernatur tal-Bank Ċentrali Mario Vella naqas milli jattendi għall-ewwel laqgħa tal-kunsill ta' tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew – l-ogħla organu ta' din l-istituzzjoni – presjeduta mill-president il-ġdida Christine Lagarde.", "Il-laqgħa seħħet il-bieraħ iżda Mario Vella skartaha u fl-istess ħin li l-laqgħa kellha tiba', rikeb ajruplan li wasslu Frankfurt.", "L-istedina personali li bgħatitlu Christine Lagarde, Mario Vella injoraha.", "F'din l-istedina l-president il-ġdida talbet lill-gvernaturi tal-banek ċentrali taż-żona Ewro biex jettendu din il-laqgħa formali tal-kunsill tat-tmexxija.", "Mario Vella naaqas ukoll li jingħat ll wieħed mid-deputati gvernaturi biex jirrappreżentawħ.", "Is-sezzjoni stampa tal-Bank Ċentrali injorat sensiela ta' mistoqsijiet li bgħattilha.", "Il-kunsill tat-tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew jitlaqa' darbtejn fix-xahar fi Frankfurt iżda Mario Vella ma jattendix għal ħafna mil-laqgħat li jsiru.", "Minflok wieġeb għall-istedina tal-president il-ġdida, Mario Vella tar lejn Frankfurt biex jattendi għal ċena u għal laqgħa informali wara nofsinhar.", "Għejjun tal-Bank Ċentrali Ewropew qalu li s-sitwazzjoni ta' Malta hi waħda eċċezzjonali għaliex mhix rappreżentata fl-ogħla organu tal-Bank.", "Il-kunsill ta' tmexxija għandu responsabbiltajiet estensivi f'dik li hi l-governanza ta' dawk il-pajjiżi li jagħmlu użu mill-ewro.", "F'dan il-kunsill jittieħdu deċiżjonijiet għall-Bank u għall-Ewrosistema u jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja tal-pajjiżi taż-żona Ewro li Malta tifforma parti minnha.", "Dan il-kunsill jagħmel ukoll xogħol ta' sorveljanza bankarja.", "Kien instab li Malta kienet kisret ir-regoli bankarji Ewropej u bis-saħħa tal-intervent tal-Bank Ċentrali Ewropew il-liċenzja li kienet ingħatat lill-Pilatus Bank kienet ġiet irtirata.", "Previous: Il-flus iħollu u jorbtu Next: Ir-reazzjoni ta' Repubblika għall-aħbar t'inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/il-flus-l-aqwa/", "date": "Thu, 14th Nov '19, 12:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-flus iħollu u jorbtu", "text": ["Il-Professur Ian Refalo lill-gvern taħ parir li m'hemmx għalfejn ikun hemm separazzjoni bejn is-setgħat tal-Parlament u dawk tal-gvern.", "U ftit jiem ilu l-kap tas-servizz ċivili Mario Cutajar għamel riferenza għal dan il-parir hu u jagħti r-raġunijiet tiegħu il-għala kien ġie deċiż li jiġu njorati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler.", "Araw x'qal Mario Cutajar dwar il-parir li taħ Ian Refalo : \"Il-Professur Refalo spjega li fil-Kostituzzjoni tagħna m'hemmx distinzjoni netta li tifred lill-eżekuttiv (jiġifieri lill-gvern) mil-leġislattiv (jiġifieri mill-Parlament).", "Jeħtieġ li ż-żewġ fergħat ikunu marbutin kostituzzjonalment in vista tal-fatt li s-setgħat li joħorġu mill-kostituzzjonijiet tar-Renju Unit u ta' Malta huma mħaddma mill-Kamra tad-Deputati u mill-gvern tal-ġurnata, tant li l-membri tal-eżekuttiv —jiġifieri l-ministri u s-segretarji parlamentari – jeħtieġ li jkunu Membri tal-Parlament.", "Għaldaqstant ma teżisti ebda inkompatibilità kostituzzjonali bejn il-membri tal-eżekuttiv u l-membri parlamentari.", "Dan tant huwa minnu li l-Kostituzzjoni nnifisha titlob li Ministru jintgħażel biss minn fost il-Membri tal-Parlament\".", "Fil-fehma tiegħi, dan il-parir huwa wieħed żbaljat għall-aħħar.", "Immorru għall-estrem.", "Jekk ma teżisti ebda raġuni il-għala l-leġislattiv u l-eżekuttiv għandhom ikunu mifrudin minn xulxin, x'inhu l-iskop wara l-iffinanzjar ta' żewġ istituzzjonijiet li xogħolhom għandha l-ħila li tagħmlu istituzzjoni waħda?", "Għaliex m'għandniex nippermettu lill-gvern – li huwa elett direttament – igħaddi l-liġijiet huwa stess?", "Wara kollox, kif jingħad li darba kien stqarr Bismarck, hemm żewġ affarijiet li jkun aħjar jekk ma jinkixifx il-mod dwar kif tassew isiru: iz-zalzett u l-liġijiet.", "Għaliex għandu jkollna Parlament?", "L-interpretazzjoni tiegħi tat-tradizzjoni ta' Westminster ma' tixbaħ xejn lil dik ta' Ian Refalo.", "Il-Parlament qiegħed hemm u jiġi elett sabiex ifassal u jgħaddi l-liġijiet.", "Minn naħa tiegħu, l-gvern iħaddem dawk il-liġijiet u jmexxi lill-pajjiż.", "Iżda l-gvern huwa wkoll kontabbli lejn il-parlament u jiddependi minn espressjoni ta' fiduċja li tista' tiġi sospiża.", "Il-gvern ma jistax jagħmel it-taxxi u jonfoq il-flus mingħajr il-kunsens tal-Parlament u huwa soġġett għall-iskrutinju tiegħu.", "Iżda l-Parlament m'huwiex il-gvern u ma jistax jassumi r-rwol tal-gvern.", "Għaldaqstant il-gvern huwa magħmul minn dawk il-persuni li, f'ċirkostanzi normali, nistennew li jgawdu l-fiduċja tal-maġġoranza tal-membri fil-Parlament.", "Taħt il-mudell ta' Westminster, huwa minnu li l-Ministri huma persuni magħżulin minn fost il-partit li jgawdi l-appoġġ tal-kotra fosthom.", "Madankollu – u proprju hawn tinsab id-differenza l-kbira – jeżisti limitu għan-numru ta' deputati parlamentari li jkunu jistgħu jingħataw ħatra fil-gvern u dan sabiex il-rwol ta' skrutinju u sorveljanza li għandu l-parlament ma jiġix fix-xejn minħabba n-numru kbir ta' membri fl-eżekuttiv.", "Fir-Renju Unit, il-gvern ma jistax jimpjega d-deputati parlamentari kollha mill-partit li jappoġġjaħ.", "Fil-fatt il-biċċa l-kbira tad-deputati parlamentari ma jingħatawx ħatriet mill-gvern iżda jinħatru bħala membri ta' kumitati parlamentari li qiegħdin hemm sabiex igħassu fuq il-gvern.", "Il-Parlament Malti huwa dgħajjef u ilu hekk għal żmien twil.", "Iżda mill-2013 'l hawn, il-Parlament sar fergħa tal-Partit Laburista.", "Din m'hix xi kritika diretta lejn l-oppożizzjoni nofs kedda li hemm bħalissa.", "Anki li kieku l-oppożizzjoni kienet waħda mimlija ħeġġa, il-gvern mhux biss għandu maġġoranza b'saħħitha ta' deputati li tappoġġjah, iżda dawn id-deputati qegħdin ukoll jitħallsu paga mill-gvern.", "Għal Ian Refalo, Mario Cutajar, Peter Grech u l-bqija ma tagħmel ebda differenza.", "Iżda jidhirli li teżisti differenza kbira bejn dawk id-deputati li jappoġġjaw lill-gvern minħabba kriterji ta' affiljazzjoni politika u ta' konvinzjoni (jew, jekk niġu għal dan, anki ta' konvenjenza politika) u dawk id-deputati li jappoġġjaw lill-gvern minħabba l-paga li jirċievu mingħandu jew għaliex l-għajxien tagħhom huwa dipendenti mill-gvern.", "Din id-differenza, il-għala hi tant importanti?", "Għaliex – u huwa propju hawn fejn ma naqbel xejn mal-parir ta' Ian Refalo – ma jistax ikollna demokrazija vera jekk ma jkunx hemm separazzjoni netta bejn il-leġislattiv u l-eżekuttiv.", "Jekk titħassar din is-separazzjoni, nistgħu ngħidu addio lill-iskrutinju, lill-kontabilità finanzjarja u lill-għodda li biha jkunu jistgħu jintlaħqu forom ta' ftehim bejn iż-żewġ naħat.", "Min imur igħid li s-separazzjoni bejn l-eżekuttiv u l-leġislattiv qiegħda hemm għalxejn ikun qed jirrendi l-Parlament f'teatru li fih il-membri tal-oppożizzjoni jkunu biss spettaturi u filwaqt li l-membri tal-gvern ikunu atturi salarjati.", "Il-konsegwenzi ta' raġunar bħal dan għall-governanza tajba tal-pajjiż huma serji ħafna.", "F'pajjiżna għandna entitajiet indipendenti li nħolqu apposta sabiex jkunu kontabbli lejn il-Parlament u mhux lejn il-gvern għaliex jassistu lill-parlament fir-rwol tiegħu ta' skrutinju.", "L-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika huma lkoll kontabbli lejn il-Parlament għar-raġuni li xogħolhom hu jiġbdu l-attenzjoni meta l-gvern jonqos mid-dmirijiet u mir-responsabbiltajiet tiegħu.", "Dawn huma lkoll kontabbli lejn il-Parlament għaliex ikun mistenni li l-Parlament jieħu passi li jkunu msejsa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "L-affarijiet inkunu nistgħu intejjbuhom biss kemm il-darba jkun hemm istituzzjoni li jkollha s-saħħa li tiġbed widnejn il-gvern dwar in-nuqqasijiet tiegħu.", "Jekk il-gvern jonfoq flus aktar milli jkun xieraq biex jixtri, ngħidu aħna, l- paperclips , il-Parlament għandu jkollu l-libertà li jagħmel pressjoni fuq il-gvern biex jikkontrolla l-infieq fuq il- paperclips .", "M'hemmx għalfejn li ngħaddu minn kriżi politika qabel tiġi ndirizzata l-problema tal-infieq żejjed.", "Iżda jekk il-maġġoranza fil-Parlament tkun komposta minn persuni li dawn il- paperclips jużawhom bir-radam, m'hu ser jinbidel xejn tipprotesta kemm tipprotesta l-oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-awditur.", "Din is-sitwazzjoni la hi waħda sewwa u l-anqas m'hi waħda demokratika għaliex lill-Parlament – istituzzjoni importanti ħafna tal-istat li għandha tkun l-ogħla waħda fil-pajjiż – tnaqqaslu mill-awtorità tiegħu.", "Dak li rrakkomanda l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika huwa bażat fuq dak li osservaw tal-GRECO u tal-Kummissjoni ta' Venezja.", "Dawn kienu tkellmu wkoll dwar dawk il-persuni li jinħatru f'karigi ta' fiduċja mingħajr ma jiġu mgħoddija mill-għarbiel kostituzzjonali fejn għandu x'jaqsam ir-reklutaġġ mas-servizz pubbliku.", "Persuni bħal dawn kienu wkoll jinħatru qabel tal-Labour telgħu fil-gvern fl-2013.", "Jien kont inħtart f'pożizzjoni ta' fiduċja fi żmien meta l-gvern kien jaħtar numru żgħir ħafna minn dawn.", "Taħt dan il-gvern diġà nħatru mas-700 ruħ.", "U kellu jkun Mario Cutajar, il-kap tas-servizz ċivili, li jistqarr li m'hemm xejn ħażin f'dan kollu u li l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika m'għandux raġun igħid li dan mhux sewwa.", "Mhux bi ħsiebni noqgħod nidħol fil-mertu dwar ir-raġuni għala l-impjieg ta' 700 persuna ta' fiduċja (u mhux l-impjieg ta' 50) ibiddel radikalment id-dinamika tal-kwistjoni kollha u l-argument li \"hekk ukoll kien jiġri fl-imgħoddi\" ma jreġix.", "Ngħid biss li l-Kostituzzjoni tagħna tipprovdi dwar il-mod kif għandhom jiġu mpjegati n-nies fis-servizz pubbliku għaliex din tfittex li ssir ġustizzja f'dak li huwa reklutaġġ biex b'hekk jiġi mpjegat mal-gvern min ikun ħaqqu u mhux min jiġi mgħoddi mill-għarbiel għax ikollu r-riħ politiku fil-qala'.", "Dan huwa ġust għaliex, wara kollox, dawn in-nies huma mħallsin mit-taxxi tagħna u għaldaqstant għandna dritt nippretendu servizz tal-aqwa kwalità mingħandhom.", "Il-Kostituzzjoni trid tassigura wkoll li l-amministrazzjoni impjegata tal-pajjiż tkun distinta minn dawk li jkollhom ħatra għax ikunu eletti.", "Il-Ministri jmorru u jiġu, iżda l-amministrazzjoni trid tibqa' għaddejja.", "Sa ċertu punt, dan ilkoll naċċettawħ.", "Ħadd ma jgħaddilu minn rasu li għandu jkun il-Ministru tas-Saħħa li jagħżel il-kirurgi u t-tobba biex jaħdmu fl-isptar għaliex anki l-akbar bażużlu jkun irid li jkollu s-servizz tal-aqwa kirurgu tal-qalb li jista' jkun hemm u mhux is-servizz ta' l-aktar kirurgu partiġġjan li jkun lejali lejn il-Ministru.", "Barra minn dan, nistennew li x-xogħol tal-isptar ma jiġix effettwat minn elezzjoni jew minn bidla fil-gvern.", "Dan il-prinċipju m'għandux japplika biss għall-isptarijiet.", "Is-servizz ċivili qiegħed hemm biex jaqdi lill-gvern tal-ġurnata u għandu jkollu nies li jkollhom il-ħila li jħarsu lil hinn mill-elezzjoni li jkun imiss.", "Nies li jassiguraw il-kontinwità u dan sabiex ma nirrepetux l-istess żbalji kull darba li jinbidel Ministru.", "Bħala kap tas-servizz ċivili, Mario Cutajar jkun mistenni li jiddefendi b'ħiltu kollha l-kunċett li s-servizz ċivili, hu u jaqdi lill-gvern tal-ġurnata, għandu jkun awtonomu u distint fil-parametri tal-liġi.", "Iżda Mario Cutajar għamel l-oppost.", "Sejjaħ konferenza stampa biex jispjega il-għala, skont hu, m'hemm xejn ħażin li l-Ministri jimlew il-postijiet fil-ministeri u f'entitajiet oħra bil-bażużli.", "Dan l-aġir kien il-kaġun tal-qerda ta' servizz ċivili distint li huwa istituzzjoni oħra fi ħdan il-qafas Kostituzzjonali tal-pajjiż.", "Tgħid Ian Refalo jkun jixtieq jipparaguna dan kollu mal-mudell ta' Westminster biex jintebaħ kemm qed jinterpreta ħażin il-wirt istituzzjonali Ingliż tagħna u l-mod ta' kif aħna irnexxielna neqirduħ?", "Nagħlaq b'dan li ġej.", "Il-bieraħ il-Grupp Parlamentari Laburista \"adotta\" r-rapport ta' Mario Cutajar li sejjaħ bħala mhux korretti r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika u li għalhekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu njorati.", "Ma taħsbux li din l-imġieba tagħtini raġun?", "Il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika huwa kontabbli lejn il-Parlament.", "Dan fassal rakkomandazzjonijiet dwar il-mod kif jistgħu jissaħħu s-setgħat tal-Parlament u dwar kif is-setgħa tal-eżekuttiv tista' tiġi limitata fil-prattika.", "Il-gvern wieġeb billi fittex li jħares is-setgħa kbira li għandu u nqeda' bil-kap tas-servizz ċivili li serva ta' pupazz hu u jgħidilna li l-Parlament għandu joqgħod lura u jżomm postu.", "U x'għamlu l-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista?", "Minflok qabżu għall-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika li għamel rakkomandazzjonijiet favur il-Parlament li huma jagħmlu parti minnu, appoġġjaw lill-gvern li jiffirmalhom iċ-ċekkijiet tal-paga tagħhom.", "Għaliex l-aqwa l-flus.", "L-aqwa s-setgħa.", "Previous: X'kien jagħmel ir-regolatur li kieku ma nħolqitx l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti?", "Next: Mario Vella jonqos li jattendi l-ewwel laqgħa tal-kunsill tal-Bank Ċentrali Ewropew presjedut mill-president il-ġdida Christine Lagarde window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/xkien-jaghmel-ir-regolatur-li-kieku-ma-nholqitx-l-iskema-tal-bejgh-tal-passaporti/", "date": "Wed, 13th Nov '19, 09:44", "category": "blog, politics, government", "title": "X'kien jagħmel ir-regolatur li kieku ma nħolqitx l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti?", "text": ["Ir-regolatur tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti kkonkluda li dak li tant ftaħar biħ Jean Philippe Chetcuti mal-ġurnalisti ta' M6 TV ma setax seħħ.", "Dan ikkonkluda li mhux veru li Chetcuti jirnexxielu jġibha żewġ ma' kull applikazzjoni li jagħmel għall-ħruġ ta' passaport.", "Ir-regolatur qal li \"mhuwiex probabbli\" li bis-saħħa ta' xi themiża 'l hawn u 'l hinn dan għandu s-saħħa li jġiegħel Ministru jirranġalu biex jinħareġ passaport għal applikant li għandu kondotta kriminali .", "Ir-regolatur ma qalx li ma jistax jieħu bis-serjetà dak li ftaħar dwaru Jean Philippe Chetcuti u qgħad attent biex igħid li m'għandux is-saħħa li jivverifika li l-persuna b'wiċċha mħassar li dehret fuq it-televiżjoni hi fil-fatt Jean Philippe Chetcuti.", "Wara kollox, qal ir-regolatur, huwa m'huwiex uffiċjal tal-pulizija.", "Madankollu jidher li r-regolatur huwa lest jassumi li l-persuna b'wiċċha mħassar m'hi ħadd ħlief Jean Philippe Chetcuti li tant ftaħar li għandu s-setgħa li jagħmel il-mirakli għal biljunarju Afrikan b'kondotta kriminali bis-saħħa tal-kuntatti li għandu fil-gvern u bis-saħħa tal-fatt li Joseph Muscat kien jirkeb il-vann tal-iskola miegħu u tal-fatt li Owen Bonnici kien jaħdem mad-ditta legali tiegħu.", "U dan biex ma nsemmux lil Julia Farrugia, li hi ħobża u sikkina ma' mart Chetcuti.", "Hu u jibbaża ruħu fuq dak li assuma, r-regolatur jidhirlu li Chetcuti bil-ftaħir kollu tiegħu, lill-\"Iskema IIP\" għamlilha l-ħsara.", "Li jfisser li r-regolatur jidhirlu li Jean Philippe Chetcuti parla żejjed u ġab ruħu qiesu bejjiegħ tat-triq.", "Madankollu r-regolatur igħid li l-proċess tal-approvazzjoni tal-bejgħ tal-passaporti huwa mfassal b'tali mod li dak li wiegħed Jean Philippe Chetcuti diffiċli ħafna li jseħħ u jgħid li jeħtieġ li jsiru tibdiliet biex jiġi żgurat li kandidat ineliġibbli ma jgħaddix mill-għarbiel.", "Iżda r-regolatur – is-Sur Carmel Degabriele – jonqos li jammetti ħaġa waħda.", "In-nuqqas ta' trasparenza li hemm fl-iskema qed toħloq opportunità biex iseħħu l-abbużi u biex dawn l-abbużi jibqgħu mistura.", "U hija proprju din is-sitwazzjoni li qed tippermetti lil Jean Philippe Chetcuti jwiegħed dak li Carmel Degabriele jikkunsidraħ bħala improbabbli.", "Ta' min igħid ukoll li Carmel Degabriele ma tantx jista' jkun ċert minn dak li qed igħid għaliex dan jammettiħ huwa stess.", "Jekk f'kamra jkun hemm biss Jean Philippe Chetcuti u wieħed mill-isħab ministerjali tiegħu u dawn jitkellmu bejniethom dwar applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' passaport Malti lil klijent dubjuż, wara l-fatt ir-regolatur ma jkun jagħmel xejn.", "Dawn huma nies korrotti, iżda ċertament m'humiex boloħ.", "Ikun qed jinsultahom ir-regolatur li kieku dan jaħseb li huma boloħ.", "Iżda jkun qed joffendina bil-kbir jekk jaħseb li tant aħna bħaħan li ninsabu lesti li naċċettaw il-konklużjonijiet tat-taparsi investigazzjoni nterna li għamel.", "Carmel Degabriele seta' għamel ħafna aktar milli għamel.", "Seta' għarbel l-indirizzi li kienu taw il-klijenti ta' Chetcuti Cauchi lill-gvern biex jippruvaw li għexu f'Malta qabel akkwistaw passaport Malti.", "Jien naf b'wieħed mill-klijenti tagħhom li jismu Fahdi Mehio.", "Dan huwa bniedem mill-Emirati mdaħħal fin-negozju tal-bini li tgħidx kemm ftaħar bis-servizz li kienu tawħ ta' Chetcuti Cauchi fil-fuljett li dawn stampaw.", "Lill-gvern kien qallu li huwa jgħix fi Triq is-Sebuqa f'San Ġwann.", "Meta mort fuq il-post b'ritratt tiegħu f'idi u kellimt lil dawk li suppost huma l-ġirien tiegħu, ebda wieħed minn dawn ma qatt raħ.", "U dan suppost qed igħix f'kantina ma' negozjant tal-ilbies sportiv Russu, persuna oħra li l-ġirien qatt ma raw b'għajnejhom.", "Mhux hekk!", "F'għajnejn Carmel Degabriele, hu m'huwiex ir-regolatur u fir-rapport tiegħu jgħid li l-liġi li tagħti s-setgħa lill-Ministru li jagħti passaport lil persuni b'kondotta kriminali għandha titneħħa.", "Meta kiteb dan, wera' li l-governanza tajba ma tinteressaħx u b'mod speċifiku jgħid li t-tibdiliet legali huma meħtieġa biex b'hekk \"min ma jaqbilx mal-iskema\" – jiġifieri xi ħadd bħali – ikollu jsodd ħalqu.", "Fl-imgħoddi Carmel Degabriele kien ippropona li l-gvern m'għandux ixandar l-ismijiet ta' dawk li jingħataw il-permess li jixtru passaport Malti.", "B'nuqqas kbir ta' trasparenza, bħalissa l-ismijiet ta' dawk li jakkwistaw passaport qed jitniżżlu b'isimhom l-ewwel (minflok b'kunjomhom) u qed jitħalltu mal-ismijiet ta' dawk li jakkwistaw passaport bis-saħħa ta' xi żwieġ jew b'wirt.", "Iżda anki dan huwa meqjuż żejjed mis-Sur Carmel Degabriele.", "Min jaf għaliex hux?", "Ma nagħmlux mod li r-regolatur irid jeħles minn min – bħali – ikun irid jassigura li l-passaporti ma jiġux akkwistati mill-kriminali?", "Huwa ħalef bil-korrettezza tal-għarbiel li suppost igħaddu minnu l-applikanti.", "Fuq dan ma nistax inmerieħ għaliex minn hawn barra diffiċli wieħed igħid x'iseħħ jew ma jseħħx.", "Iżda biżżejjed wieħed isemmi li mill-inqas 5 applikanti spiċċaw fl-inkwiet f'pajjiżi oħra meta, huma u jippretenduha ta' ċittadini Maltin, ħolqu entitajiet biex jaħslu l-flus maħmuġin u biex jaqdu l-imġieba kriminali tagħhom.", "Jean Philippe Chetcuti appella minn digriet ta' Maġistrat li permezz tiegħu ġiet ordnata t-tnedija ta' inkjesta dwar l-imġieba tiegħu.", "Għaliex hekk kien jaqbillu.", "Għaliex dan mhux interessat li jara li – jekk tassew huwa innoċenti – ismu jiġi mnaddaf.", "Jippreferi jibqa' bid-dell fuqu għaliex moħħu mistrieħ li sħabu – jiġifieri dawk li ftaħar bihom fuq it-televiżjoni Franċiża – jkunu lesti jirranġaw kollox biex il-pulizija tħallieħ bi kwietu.", "U fil-frattemp, f'attentat biex b'tibjida titgħatta l-qassata li saret, sħab Jean Philippe Chetcuti qabbdu lil Carmel Degabriele — l-hekk imsemmi regolatur — li tant huwa indipendenti li dawk li qabbduh biex jikteb ir-rapport għandhom is-setgħa li jdabbrulu rasu meta dan itemm it-terminu tiegħu.", "Ftakru f'ħaġa waħda.", "Li kieku ma ħloqniex l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, m'għandniex il-ħtieġa ta' regolatur biex jissorveljaha.", "Nistaqsi: x'kien jagħmel Jean Philippe Chetcuti li kieku m'huwiex ibiegħ il-passaporti?", "Nistaqsi wkoll: x'kien jagħmel Carmel Degabriele li kieku Jean Philippe Chetcuti m'huwiex ibiegħ il-passaporti.", "Nimmaġina li t-tnejn ikunu qegħdin isaffru l-Aida.", "Previous: Nhar is-16 ta' Novembru, Protesta fil-Belt Valletta Next: Il-flus iħollu u jorbtu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/araw-xqalu-tliet-imhallfin/", "date": "Mon, 15th Jul '19, 19:42", "category": "blog, politics, government", "title": "Araw x'qalu tliet imħallfin", "text": ["Is-sentenza li nqatgħet dalgħodu m'hi xejn ħlief dikjarazzjoni ċara dwar kemm ma jiswew xejn l-hekk imsejjħa riformi fil-ġudikatura ta' Own Bonnici.", "Il-gvern, permezz ta' Owen Bonnici, il-u jgħid li tal-Labour kienu saħħew l-indipendenza tal-ġudikatura permezz tal-emendi li saru fil-Kostituzzjoni fl-2016 u bil-ħolqien tal-\"Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura\".", "Il-gvern ried ibellagħha li ġaladarba l-Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura huwa presjedut mill-Prim Imħallef, iservi fih l-Avukat Ġenerali u jiffunzjona indipendentement mill-Prim Ministru, l-għażla ta' mħallfin u maġistrati ġodda ssir indipendentement mill-gvern.", "F'demokrazija moderna, hekk suppost għandu jkun.", "Iżda dalgħodu l-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri taw sentenza li permezz tagħha qalu li l-argumenti ta' Owen Bonnici huma ħmerijiet.", "U dan għaliex il-\"Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura\" fil-fatt ma jagħmel ebda ħatriet.", "L-imħallfin dan qaluh fis-sentenza li fiha ċaħdu t-talba ta' Repubblika biex il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi jirrikuża ruħu mis-smiegħ tal-appell li għamlu fil-kawża li saret dwar il-ħatriet fil-ġudikatura.", "Ta' Repubblika qed isostnu li l-ħatriet fil-ġudikatura saru skond id-diskrezzjoni totali tal-Prim Ministru u li għaldaqstant il-ġudikatura f'Malta m'hix indipendenti mill-indħil tal-gvern.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li ktibt dwar ir-raġunijiet li ġabet il-Qorti meta ċaħdet it-talbiet ta' Repubblika.", "Li hu ferm interessanti huwa l-isfond li l-imħallfin tkellmu dwaru qabel waslu għad-deċiżjoni tagħhom: \" Illi l-President tal-Qorti fil-funzjoni tiegħu ta' Prim Imħallef m'għandu ebda diskrezzjoni dwar il-ħatra ta' ġudikanti, u l-funzjoni tiegħu fir-rigward hija dik li jippresjedi l-Kumitat Dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura (il-Kumitat) u hija limitata għall-evalwazzjoni tal-\"eleġibilita' u l-meritu\" ta' min hu interessat, jew min ikun tressaq mill-Prim Ministru, li jservi fil-karika ta' imħallef jew maġistrat, u jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja li minn naħa tieħu jgħaddi ir-rakkomandazzjoni lill-Prim Ministru li, fis-sistema eżistenti, finalment għandu d-diskrezzjoni lil min jaħtar ġudikant; tant id-diskrezzjoni ta' min jinħatar ġudikant hi f'idejn Prim Ministru, u mhux f'idejn il-Kumitat, li l-Prim Ministru jista' ma jaqbilx mar-rakkomdandazzjoni tal-Kumitat u xorta jaħtar persuni li ma kinux ġew approvati mill-Kumitat, basta f'dawn il-każijiet jagħti raġunijiet fir-rigward . \"", "Għaldaqstant il-funzjoni tal-Prim Imħallef li jippresjedi l-Kumitat għall-evalwazzjoni ta' kanditati li jkunu esprimew l-interess tagħhom jew li isimhom tressaq quddiem il-Kumitat, sabiex jservu bħala Imħallfin jew maġistrati ma twassalx neċessarjament għall-ħatra ta' ġudikant, għax din tibqa' dejjem fid-diskrezzjoni tal-Prim Ministru \".", "Tliet imħallfin, inkluż il-Prim Imħallef, dak li ngħad ripetutament minn Owen Bonnici, għamluh irmied.", "Fejn jidħlu ħatriet ġodda, l-Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura ma jagħti ebda indipendenza lill-ġudikatura.", "Id-diskrezzjoni dwar l-għażla tinsab f'idejn il-Prim Ministru u f'idejh waħdu.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja diġà spjegat dan x'ifisser: ifisser li f'dan il-qasam id-demokrazija ma teżistix.", "U l-gvern ma jridx jagħmel it-tibdiliet meħtieġa u qed iwebbes rasu u jkompli jagħmel ħatriet anki wara li ngħata pariri minn waħda mill-entitajiet l-aktar rispettati madwar id-dinja fil-qasam kostituzzjonali. .", "Il-gvern aktar moħħu li joqgħod jissielet ma' Repubblika fil-qorti.", "Previous: Żmaga Next: Ġenn spjetat u ħdura mxajtna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/07/zmaga/", "date": "Mon, 15th Jul '19, 18:41", "category": "blog, politics, government", "title": "Żmaga", "text": ["Fil-paġna li għandu fil- Facebook , Frank Portelli ta' sikwit jiftħilha.", "Skont il-fissazzjoni l-aktar riċenti tiegħu, qalilna li huwa \"jaf\" li Daphne Caruana Galizia kienet titħallas — skont hu madwar miljun Ewro għalkemm ma jgħidx min ħallas miljun lil min — biex tikteb dwar ħaddieħor jew dwar xi ħaġa.", "Imbagħad jinfexx f'ħafna diskors misoginistiku li sar it-timbru tal-ħmieġ inkallat li dan il-bniedem issa dara' jgħum fih.", "Għandu lanzita daqshiex li ma tispiċċa qatt.", "Din il-lanzita li għandu, la jirrikonoxxiha hu u lanqas dawk li regolarment jiktbu fuq il-paġna tiegħu biex ikomplu jgħawwuh.", "Frank Portelli żmaga waħda sew.", "Qed jitlef minn moħħu.", "Kitbietu jixhed il-ġenn ta' moħħu.", "Għall-finijiet legali, niddikjara li m'jinix psikjatra u dak li għadni kemm ktibt huwa biss il-fehma tiegħi.", "Fehma li jidhirli li hija ġusta fiċ-ċirkostanzi.", "Li kieku kelli nitkellem bl-istess mod li Frank Portelli jitkellem dwar l-ossessjonijiet tiegħu, nitlobkom biex titfgħuni minn fuq is-sur għal isfel.", "I", "Previous: Inkjesta li tkun tassew indipendenti Next: Araw x'qalu tliet imħallfin window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/nhar-is-16-ta-novembru-protesta-fil-belt-valletta/", "date": "Tue, 12th Nov '19, 15:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Nhar is-16 ta' Novembru, Protesta fil-Belt Valletta", "text": ["Stqarrija ta; Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com: Kull 16 tax-xahar aħna norganizzaw velja li tfakkar lil Daphne Caruana Galizia u tesiġi verità u ġustizzja, għaliha u għax-xogħol ġurnalistiku tagħha.", "Dan se nibqgħu nagħmluh sakemm issir magħrufa l-verità u tintradd il-ġustizzja.", "Iżda b'dak li qed jiġri f'pajjiżna, irridu ngħidu lill-gvern bl-aktar mod ċar li m'għandux jaħseb li din hi xi tifkira li m'għandhiex x'taqsam miegħu.", "Għalhekk, nhar is-Sibt 16 ta' Novembru minbarra l-velja ta' kull xahar ser norganizzaw mixja ta' protesta.", "Qed insejjħu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-kommunità kollha sabiex jissieħbu magħna fi protesta li trid tilħaq għanijiet ċari u espliċiti.", "Keith Schembri jista' jiċċita d-drittijiet personali tiegħu biex jaħrab li jixhed fil-Qorti.", "Iżda Keith Schembri hu uffiċjal pubbliku.", "Keith Schembri għandu jirriżenja minnufih jew jitkeċċa mill-Prim Ministru.", "Nafu bħala fatt li wara l-elezzjoni li tatu l-poter waqqaf kumpanija fil-Panama.", "Nafu li dik il-kumpanija kellha \"business plans\" ma' 17 Black.", "Nafu li 17 Black hi ta' Yorgen Fenech.", "Nafu li Yorgen Fenech stagħna bl-appalt pubbliku tal-Electrogas.", "Issa kulħadd qed jaħrab mill-konsegwenzi.", "Keith Schembri ħarab mill-Qorti.", "Yorgen Fenech ħarab mill-pajjiż.", "Konrad Mizzi – li wkoll ftihem biex jitħallas bil-moħbi minn Yorgen Fenech – qed jiżgiċċa kull inkjesta li ssir kontrih.", "Ma' dawn it-tnejn Chris Cardona u Edward Scicluna huma suspettati f'inkjesta kriminali li stagħnew meta biegħu sptarijiet pubbliċi lill-privat.", "Dawn huma nies li qed jiżmantellaw il-protezzjoni soċjali biex jagħmlu 'l dawk li jixtruhom aktar sinjuri.", "Kulħadd qed iħallas kontijiet tad-dawl ogħla biex xi ħadd fl-Ażerbajġan qed isir sinjur minn fuqna.", "Qed inħallsu miljuni aktar lil xi ħadd bla wiċċ biex l-Għawdxin u l-pazjenti tal-Isptarijiet San Luqa u Karin Grech ma raw ebda titjib fis-servizz tas-saħħa.", "Is-sitwazzjoni llum-il ġurnata f'pajjiżna hi tali li l-mod kif l-imħallfin u l-maġistrati qed jiġu appuntati abbażi ta' l-appartenenzi politika tagħhom tnissel fost iċ-ċittadini nuqqas ta' fiduċja fil-ġudikatura.", "Dan huwa ta' xkiel għall-benessere personali u dak tal-komunita'.", "Jeħtieġ li ċ-ċittadini jingħaqdu sabiex flimkien iwaqqfu lil min qed jisirqilhom il-futur tagħhom.", "Daphne Caruana Galizia iġġieldet għall-ġustizzja.", "L-aħjar mod kif nonoraw il-memorja tagħha hu li nibdlu s-sogħba tagħna fi protesta.", "Il-ħallelin iridu jagħtu kont t'egħmilhom.", "Il-protesta għall-verità u l-ġustizzja titlaq minn quddiem it-Teatru l-Antik fis-7:00pm nhar is-Sibt, 16 ta' Novembru 2019, u tasal fi Pjazza l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta, fejn fis-7:30pm ikollna l-velja ta' protesta.", "Previous: Kienet xammithom mill-bidu nett Next: X'kien jagħmel ir-regolatur li kieku ma nħolqitx l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/il-qorti-mitluba-tordna-lil-ministri-li-jxandru-s-sors-tal-kwotazzjoni-mill-parti-mhux-imxandra-tar-rapport-tal-inkjesta-egrant/", "date": "Wed, 12th Jun '19, 13:48", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Qorti mitluba tordna lil Ministri li jxandru s-sors tal-kwotazzjoni mill-parti mhux imxandra tar-rapport tal-inkjesta Egrant", "text": ["Repubblika ippreżentat rikors li fih talbet lill-qorti tordna lill-Ministri Konrad Mizzi, Edward Scicluna u Chris Cardona jgħaddulha kopja tad-dokument li kienu kkwotaw minnu fil-proċeduri tal-qorti li jifforma parti minn estratt tar-rapport tal-inkjesta Egrant li għadu ma ġiex ippublikat.", "Infakkar li l-Avukat Ġenerali kien xandar madwar 50 mill-1,500 paġna tar-rapport tal-inkjesta, għalkemm kopji tar-rapport kienu ġew mgħoddija lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u lill-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Fuq talba tal-Prim Ministru l-inkjesta kienet tmexxiet minn dak li kien Maġistrat (illum Imħallef) Aaron Bugeja li ngħata l-inkarigu li jiġbor provi dwar jekk Joseph u Michelle Muscat ki9nux is-sidien ta' Egrant, kumpannija sigrieta tal-Panama.", "Il-ġbir tal-provi kien inbeda' proprju l-għada li dak li kien is-sid tal-Pilatus Bank, l-Iranjan Ali Sadr Hashemi Nejad, intlemaħ tard bil-lejl joħroġ inkiss inkiss żewġ bagalji mill-bieb ta' wara tal-bank.", "Dan seħħ ftit wara li Daphne Caruana Galizia rrappurtat li fil-bini tal-Pilatus Bank jeżistu dokumenti li jippruvaw li sidt l-Egrant hi mart il-Prim Ministru Michelle Muscat.", "Ir-rapport tal-inkjesta kkonkluda li ma nstabet ebda evidenza li tista' tipprova din l-allegazzjoni.", "Madankollu r-rapport tal-inkjesta qatt ma xxandar u l-Avukat Ġenerali irnexxielu jipperswadi lill-Qorti li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kellu dritt għal kopja sħiħa tar-rapport.", "Quddiem il-Qorti, l-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja xehdu li kellhom kontroll strett fuq it-tixrid tal-parti mhux imxandra tar-rapport Egrant.", "Iżda meta Repubblika fil-Qorti talbet it-tnedija ta' nkjesta dwar l-allegat rwol ta' tliet Ministri f'reati kriminali b'rabta mal-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet, dawn il-Ministri ikkwotaw minn dokument li huma qalu li jifforma parti mill-konklużjonijiet tar-rapport Egrant, liema dokument ma jaqbilx mal-parti mxandra tar-rapport.", "Skont xhieda bil-ġurament tal-Avukat Ġenerali, tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Ġustizzja, ebda wieħed minn dawn it-tliet Ministru ma kellu aċċess għal dik il-parti tar-rapport li ma ġietx imxandra.", "Permezz ta' rikors li ġie preżentat ftit ilu, Repubblika talbet spjegazzjoni mingħand il-Ministri dwar dak li kienu kkwotaw minnu iżda dawn wieġbu billi qalu li Repubblika ma kellhiex dritt tagħmlilhom il-mistoqsijiet.", "Permezz tar-rikors l-iktar riċenti tagħha, Repubblika sostniet li huwa prinċipju bażiku fi proċeduri legali li għandu jkun hemm ugwaljanza għal kull parti.", "Jekk il-Ministri, bil-għan li jiddefendu ruħħom, jagħżlu li jikkwotaw minn dokument, min qed jakkużahom — jiġifieri Repubblika — u l-Maġistrat li ntalab jiddeċiedi jekk għandhiex tinbeda' nkjesta jew le, għandu jkollhom aċċess sħiħ għal dak id-dokument.", "Previous: Wasal fit-tmiem Next: Komdu bl-impunità li hawn window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/wasal-fit-tmiem/", "date": "Wed, 12th Jun '19, 13:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Wasal fit-tmiem", "text": ["Wieħed għandu mnejn jasal għall-konklużjoni li t-tmexxija qasira u mimlija skossi ta' Adrian Delia waslet biex tintemm.", "Iżda bis-saħħa ta' wirja ta' kunfidenza żejda, Delia xorta waħda qed jipprova jagħti l-impressjoni li għad jista' jibqa' jferfer fil-wiċċ.", "Fil-laqgħa tal-bieraħ tal-Grupp Parlamentari, saħansitra lanqas il-viċi kapijiet tal-PN ma qabżu għalih.", "Jidher li Robert Arrigo u David Agius għamlu l-kalkoli tagħhom u dehrilhom li jkun aħjar għalihom jekk isoddu ħalqhom.", "Minkejja li t-tnejn kienu qrib tiegħu, x'aktarx ħasbu li jkunu jistgħu jżommu posthom fl-eventwalità li lil Delia tiddabbarlu rasu jew inkella jdabbarha hu.", "X'aktarx li s-sottovalutar tal-preżent huwa l-agħar mod li bih wieħed jissielet mal-kriżijiet – wieħed għandu dejjem jiffoka fuq dak li jkun qed jiġri madwaru u mhux fuq dak li għad jista' jseħħ.", "Għalkemm il-ġejjieni ma rah ħadd, ċerti konsegwenzi jistgħu jiġu evitati jekk tinħataf l-okkażjoni.", "Ma naħsibx li l-bieraħ Adrian Delia baqa' skantat b'dak kollu li sema' fil-konfront tiegħu.", "Li kieku d-diskors tal-bieraħ ingħad fil-konfront ta' xi ħadd li għandu l-kariga li qed jokkupa bħalissa, x'aktarx ma kienx ikun favur li din il-persuna ddabbar rasha.", "L-infrastruttura kollha tan-Net qed tiġi manipulata b'tali mod bil-għan li l-mexxej tal-partit jkun jista' jibqa' jippersisti fl-illużjoni li kollox jinsab għaddej fuq ir-rubini u skond il-pjan.", "Araw ftit l-aħbar li xxandret l-bieraħ dwar l-udjenzi dejjem jonqsu tan-Net u li saħansitra anki Radju Maria spiċċa għandu aktar semmiegħa.", "Il-mexxejja tal-partit serrħulna rasna li dan kien kollu ppjanat.", "L-istess pjan li ħadem b'mod dettaljat hekk kif il-PN ħareġ igħajjat li huwa \"t-tieni l-akbar partit f'Malta\", ħadem ukoll meta tħabbar li \"Net FM jinsab fis-seba' post f'Malta f'dawk li huma semmiegħa\".", "Madankollu l-isbaħ waħda kienet meta lis-semmiegħa tiegħu n-Net qalilhom li kienu nżammu l-udjenzi li kellhom.", "Dan ma kien xejn ħlief gideb f'wiċċ is-semmiegħa, f'wiċċ il-partitarji, f'wiċċ il-ħaddiema tal-partit u f'wiċċ l-aġenziji tar-reklamar.", "Gideb sfaċċat, sistematiku u konsistenti li huwa prova ċara li l-kwalifiki biex isservi fil-ħajja pubblika huma neqsin.", "Wara li ntemmet il-laqgħa pjuttost twila tal-Grupp Parlamentari, Adrian Delia ħareġ waħdu mil-laqgħa.", "Għebu dawk il-folol kollha li kienu ħeġġewħ 'il quddiem b'rabja u entużjażmu l-ewwel darba li trijonfalment mess l-għatba tad-Dar Ċentrali bħala kap.", "Bosta minn dawk li kienu qrib tiegħu diġà telquh.", "Herman Schiavone jinsab fl-eżilju.", "Kristy Debono saddet ħalqha.", "Jean Pierre Debono jinsab jilgħaq il-feriti li ġarrab.", "Clyde Puli aktar moħħu fil-pożizzjoni personali tiegħu u qed jara kif ser jibqa' jterraq fil-wiċċ.", "Kienu biss Carmelo Mifsud Bonnici u Edwin Vassallo li qabżu għal Adrian Delia: iżda Adrian Delia stess qed jintebaħ li ftit wisq huma dawk li jista' jserraħ fuqhom.", "M'hemmx dubju li, minkejja d-diskussjonijiet simboliċi mal-avversarji tiegħu, jista' jagħżel li jkompli jispara mit-trinek.", "Jekk jagħmel dan, ikun biss qed jipposponi dak li issa sar inevitabbli: li jikkrolla hu u jikkrolla kollox miegħu.", "Sa sena, sentejn jew anki tliet snin mil-lum, Adrian Delia jista' jkun għadu kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Iżda meta ma jkollokx segwaċi, tispiċċa tkun il-mexxej tal-baħħ.", "Tkun spiċċajt.", "U jekk għadek ma ntbaħtx li spiċċajt, dan ma jbiddel xejn mill-fatt li spiċċajt.", "Previous: Repubblika: Waqqaf it-tibdil fil-Kostituzzjoni Next: Il-Qorti mitluba tordna lil Ministri li jxandru s-sors tal-kwotazzjoni mill-parti mhux imxandra tar-rapport tal-inkjesta Egrant window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/repubblika-waqqaf-it-tibdil-fil-kostituzzjoni/", "date": "Mon, 10th Jun '19, 15:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika: Waqqaf it-tibdil fil-Kostituzzjoni", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika tal-lum: IL-PARLAMENT M'GĦANDUX JAPPROVA EMENDI KOSTITUZZJONALI MINGĦAJR KONSULTAZZJONI Repubblika hi mħassba bl-abbozz ta' liġi li l-gvern qed iressaq illejla quddiem il-Parlament biex jemenda l-Kostituzzjoni u tappella lid-Deputati jirrifjutaw dan l-abbozz jekk iridu riformi Kostituzzjonali serji, li jindirizzaw il-problemi li suppost isolvu, u li huma adottati b'kunsens wiesgħa tal-komunità Maltija.", "Mhux vera li l-emendi Kostituzzjonali li qed iressaq il-Gvern b'xi mod jindirizzaw it-tħassib serju tal-Kummissjoni Venezja dwar l-għamla u l-indipendenza tal-Avukat Ġenerali.", "Kull ma jagħmlu l-emendi tal-Gvern hu li jifirdu f'żewġ persuni r-rwoli t'avukat tal-gvern u prosekutur ġenerali.", "Iżda t-tibdiliet iħallu wieħed minn dawn ir-rwoli suġġett għall-awtorità tal-ieħor li jfisser li din m'hi separazzjoni xejn.", "Agħar minhekk il-bżonn ta' separazzjoni tar-rwoli jiġi mill-fatt li llum dak l-uffiċjal li jieħu deċiżjonijiet dwar prosekuzzjoni ta' reati kriminali hu appuntat direttament mill-Prim Ministru.", "Il-Kummissjoni Venezja qalet li dan hu poter eċċessiv waqt li l-Kumitat tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa sab li dan il-poter eċċessiv kien l-isfond għal deċiżjonijiet li ma jinftehmux biex ma sarux prosekuzzjonijiet dwar korruzzjoni ta' Ministri u persuni viċin il-Prim Ministru attwali.", "L-emendi quddiem il-Parlament ma jbiddlu xejn mill-poter esklussiv tal-Prim Ministru li jagħżel lill-prosekutur.", "Fl-istess waqt l-emendi tal-Gvern iħallu barra kunsiderazzjoni oħra gravi ħafna li d-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali f'Malta għad mhuma suġġetti għall-iskrutinju t'ebda qorti.", "Jekk l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ma jħarrikx xi ħadd li jaf li wettaq reat, il-materja tieqaf hemm u ħadd ma jista jisfida d-deċiżjoni tiegħu.", "Il-Gvern qiegħed jinjora l-pariri tal-Kummissjoni Venezja u minfuq jużahom bħala skuża biex ikompli jżid il-kontroll li għandu fuq l-istituzzjonijiet li suppost jgħassuh.", "Minkejja l-appelli biex il-Gvern jikkonsulta b'mod wiesgħa qabel jemenda l-Kostituzzjoni, dan ma sarx.", "F'Marzu li għadda Repubblika għamlet sottomissjonijiet dettaljati lill-Kumitat ta' Tmexxija dwar Riformi Kostituzzjonali fuq talba tiegħu stess dwar kif jistgħu jsiru konsultazzjonijiet adegwati bbażati fuq tgħalimiet minn riformi kostituzzjonali li rnexxew jew li ma rnexxewx fil-bqija tad-dinja.", "Il-Gvern injora dawn is-sottomissjonijiet u lanqas biss weġibhom.", "Il-Parlament m'għandux jikkollabora f'dan il-ħtif mill-Gvern tal-poteri Kostituzzjonali li f'demokrazija li jixraqilha dak l-isem ma jkunux tiegħu.", "Id-Deputati għandhom dmir morali li jieqfu lill-Gvern u jinsistu li l-Kostituzzjoni tinbidel wara li ssir konsultazzjoni pubblika m'esperti, mas-soċjetà ċivili u mal-pubbliku.", "Id-Deputati għandhom jinsistu wkoll li l-Gvern juri li qabel iressaq emendi li suppost qed isiru fuq il-pretest tar-rapport tal-Kummissjoni Venezja, ikun fil-fatt ħa l-parir tal-Kummissjoni dwar dawk l-emendi.", "Dan kif qaltlu jagħmel il-Kummissjoni Ewropea.", "Jekk id-Deputati illum japprovaw dawn l-emendi Kostituzzjonali, jingħata sinjal preokkupanti tassew li ntlaħaq konsensus politiku f'Malta bejn il-partiti politiċi li bejniethom jikkonfoffaw bil-moħbi biex iċaħħdu liċ-ċittadini Maltin mid-demokrazija tagħhom.", "Jekk min-naħa l-oħra d-Deputati jirrifjutaw dawn l-emendi kif aħna qed nittamaw li jiġri, dan m'għandux ikun l-iskuża tal-Gvern biex ma jaħdimx biex isiru t-tibdiliet Kostituzzjonali meħtieġa skond dak li tat pariri dwaru l-Kummissjoni Venezja.", "Il-bidliet li neħtieġu għandhom isiru u jsiru ma jdumux.", "Iżda t-tibdiliet iridu jindirizzaw il-problemi fid-demokrazija tagħna li ġew identifikati speċjalment jekk dawn ifissru t-trażżin tal-poter eċċessiv tal-Prim Ministru.", "U għandhom isiru bis-sehem wiesgħa u serju tas-soċjetà ċivili.", "Previous: Il-Grupp Parlamentari tal-PN għandu joqgħod b'seba' għajnejn Next: Wasal fit-tmiem window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/il-grupp-parlamentari-tal-pn-ghandu-joqghod-bseba-ghajnejn/", "date": "Mon, 10th Jun '19, 07:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Grupp Parlamentari tal-PN għandu joqgħod b'seba' għajnejn", "text": ["Id-diskorsi tal-bieraħ tal-mexxejja politiċi kellhom tema komuni.", "It-tnejn li huma jippretendu li għandna niżfnu għad-daqq tagħhom.", "Araw ftit kif il-bieraħ Joseph Muscat qal li jinsab inkwetat għall-fatt li l-firdiet li hemm fil-PN jistgħu ifissru li ma jkollux il-maġġoranza ta' żewġ terzi li hi meħtieġa biex iwettaq il-bidliet Kostituzzjonali li jrid hu.", "Jidher li l-Prim Ministru jinsab inkwetat li m'għandux taħt il-kontroll tiegħu il-partit kollu li hemm fl-Oppożizzjoni, iżda biċċa minnu biss u li din il-biċċa m'hix ser tkun biżżejjed biex ikun jista' jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu.", "Hawn min jitkellem dwar il-biża' li l-Partit Laburista ta' Joseph Muscat jista' jakkwista maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament.", "Dawn jesprimu l-inkwiet tagħhom li, jekk iseħħ dan, Joseph Muscat ikun jista' jegħleb kull xkiel Kostituzzjonali u jiggverna mingħajr rażan.", "Dawn m'humiex jintebħu li diġà wasalna għal sitwazzjoni bħal din.", "Araw ftit kif illum stess il-Parlament mistenni li jiddiskuti l-bidliet Kostituzzjonali li l-gvern qed jgħid huma mnebbħin mill-pariri li ngħataw mill-Kummissjoni ta' Venezja iżda li fil-fatt ifissru t-tisħiħ tal-kontroll dirett li għandu Joseph Muscat fuq kariga kostituzzjonali li għandha s-setgħa li tiddeċiedi dwar jekk hu jew dawk tal-klikka ta' madwaru għandhomx jiġu mħarrka dwar suspetti ta' twettiq ta' reati kriminali.", "Li kieku kellhom igħaddu mill-Parlament, l-effett legali ta' dawn it-tibdiliet ikun minimu.", "Madankollu, mil-lat politiku il-gvern ta' Joseph Muscat ikun jista' jeħles mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-Unjoni Ewropea u jkun jista' jgħidilhom li 'bdejna l-proċess tar-riformi u saħansitra anki l-Oppożizzjoni qed tappoġġjana'.", "Effettivament dawn ir-riformi se jwasslu biex is-sitwazzjoni mill-ħażin tmur għall-agħar.", "Joseph Muscat m'għandux bżonn l-appoġġ tal-Oppożizzjoni kollha kemm hi.", "Għandu bżonn biss uħud minnhom biex jasal biex ikollu maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Għadna ma nafux x'ser tkun il-linja li ser jieħu l-Grupp Parlamentari tal-PN fil-Parlament illum.", "Lanqas biss nafu hemmx linja jew le.", "Sa fejn huwa magħruf, il-Grupp Parlamentari ilu xhur sħaħ ma jiltaqa' u ċertament ma ltaqax kemm ilu li xxandar l-abbozz.", "Din il-kwistjoni lanqas ma ġiet diskussa fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN – dan kien aktar mehdi jiddiskuti għandux jaħtar lil Jean Pierre Debono biex għal darb'oħra jieħu postu fil-Parlament.", "Bil-mod kif tkellem Joseph Muscat il-bieraħ bħal donnu ried jagħti x'jifhem li t-tmexxija tal-PN għandha r-rieda li tappoġġja l-bidliet li qed jipproponi hu, iżda li jeżisti dubju dwar jekk fost il-membri tal-Grupp Parlamentari hemmx l-appoġġ li huwa meħtieġ.", "Mill-perspettiva tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, dawn il-bidliet m'għandhomx jiġi mgħoddija qabel ikun hemm konsultazzjoni xierqa mal-pubbliku.", "U jekk l-Oppożizzjoni tiddeċiedi li tappoġġja l-bidliet, tkun qed tingħaqad mal-gvern kontra l-komunità in ġenerali.", "Din hi proprja r-raġuni għala d-diskors ta' Adrian Delia tal-bieraħ fejn qal li jrid lin-nies \"jitkellmu dwar l-għaqda\" għax huma mxebbgħin mill-firda, m'hu xejn ħlief diskors vojt.", "Minkejja l-fatt li sal-lum baqa' jimraħ f'sensiela ta' kriżijiet, waħda wara l-oħra, Adrian Delia jippretendi li għandna xi obbligu morali li nsegwuh u li nbaxxu rasna għal dak li jgħid hu.", "Il-verità m'hix dik.", "Jekk huwa bi ħsiebu jappoġġja t-tisħiħ tal-poter ta' Joseph Muscat b'mod li tissaħħaħ ukoll l-impunità tiegħu u tal-klikka ta' madwaru, l-Membri tal-Oppożizzjoni jkunu fid-dmir li jirreżistuh bil-qawwa kollha.", "M'għandhomx ikunu kompliċi ma' min irid ikompli jsaħħaħ il-proċess tat-tkissir tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż li beda' 5 snin ilu u li issa wasal biex jilħaq il-qofol Kostituzzjonali tiegħu li Joseph Muscat ma jista' għalih ħadd.", "Hi ħaġa li bilkemm titwemmen li, ftit sigħat qabel jittieħed il-vot, għadna ma nafux x'ser tkun il-linja tal-PN dwar dawn it-tibdiliet.", "Il-bieraħ Adrian Delia ma semma' xejn dwar dan.", "Kien aktar moħħu biex lis-semmiegħa jgħidilhom li m'hux sewwa li jkun hemm min imerieħ.", "U l-jum ta' qabel sa wasal biex ipprova jieħu l-mertu għall-fatt li Kevin Cutajar ser jingħata siġġu parlamentari – u dan minkejja li l-ġimgħa ta' qabel għamel minn kollox biex dan is-siġġu jgħaddih lil ħaddieħor.", "Milli jidher Adrian Delia jippretendi li jmexxi partit fl-Oppożizzjoni u fl-istess waqt iservi l-interessi ta' gvern li suppost huwa qed jopponi.", "Fil-frattemp Adrian Delia tkellem dwar tibdiliet fl-istatut tal-PN u qalilna li dan jeħtieġ li jiġi \"ristrutturat\" biex il-partit ma' jibqax fl-istat ta' taħwid li jinsab fih.", "Ma nagħmlux mod li jrid idaħħal emendi biex b'xi mod irażżan lil min imerieh?", "Joseph Muscat u Adrian Delia qishom id-di u d-do.", "Bid-differenza li Adrian Delia huwa l-apprendist etern.", "Previous: X'mingħalih se jirbaħ Adrian Delia?", "Next: Repubblika: Waqqaf it-tibdil fil-Kostituzzjoni window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/komdu-bl-impunita-li-hawn/", "date": "Wed, 12th Jun '19, 19:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Komdu bl-impunità li hawn", "text": ["L-Oppożizzjoni tat indikazzjoni li m'hix bi ħsiebha tappoġġja abbozz tal-liġi li ressaq il-gvern biex bis-saħħa ta' emenda fil-Kostituzzjoni jinqasam fi tnejn ir-rwol tal-Avukat Ġenerali , u jinżamm u jissaħħaħ il-kontroll li għandu l-prim ministru fuq dawk l-istituzzjonijiet li suppost għandhom is-setgħa li jikkontrollaw l-imġieba tiegħu.", "Din hi aħbar tajba għaliex bis-saħħa ta' dan l-abbozz sitwazzjoni li diġà hi ħażina mhix se tmur għall-agħar.", "Se nibqgħu f'sitwazzjoni ħażina.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja f'parir li tat lill-gvern diġà tkellmet l-istat diżastruż tal-qafas istituzzjonali tal-pajjiż.", "U kien rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa li ma setax jifhem kif, f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, Ministri li nqabdu b'kumpanniji reġistrati fil-Panama tħallew jibqgħu f'posthom.", "It-tweġiba għal din il-mistoqsija hi l-istess tweġiba għall-mistoqsija li ġejja: għaliex għadna ma nafux min qatel lil Daphne Caruana Galizia?", "Għaliex Joseph Muscat jiggverna mingħajr ma jmerih ħadd.", "U hekk jrid li jkompli jagħmel.", "Ħmistax oħra, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa mistennija tiddiskuti riżoluzzjoni li għandha ssejjaħ biex il-gvern ta' Malta jibda' jimplimenta l-miżuri li ġew proposti mill-Kummissjoni ta' Venezja.", "Il-mozzjoni tirrikonoxxi – għaliex il-gvern hekk kien taha x'tifhem – il-progress li għamel il-gvern bl-introduzzjoni ta' riformi proposti mill-Kummissjoni.", "Iżda kif stqarr il-bieraħ dak li kien il-kap tal-fakultà tal-liġi fl-Università, Kevin Aquilina, l-abbozz ta' liġi propost mill-gvern \"m'huwiex tal-livell mixtieq.", "Fih ħafna difetti u tfassal b'mod ta' kafkaf.", "L-abbozz m'hu xejn ħlief parodija tal-konklużjonijiet tar-Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja li xxandar f'Diċembru 2018.", "Huwa abbozz li jikser id-duttrina kostituzzjonali stabbilita, li tfassal b'mod mill-aktar medjokri u li huwa eżempju klassiku ta' kif liġi m'għandha qatt tiġi mfassla\".", "Diġà qed nara lil Owen Bonnici jitwerreċ hu u jirrimarka ma' Kevin Aquilina li t-tidlik bix-xemgħa m'hu ser iwasslu mkien.", "Ħmistax oħra l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għandha tisma' x'ser ikollu x'igħid ir- rapporteur tagħha Pieter Omtzigt.", "Dan mistenni jgħidilhom li l-abbozz ta' liġi li jinsab quddiem il-Parlament \"warrab bosta aspetti importanti li ġew irrakkomandati mill-Kummissjoni ta' Venezja\".", "Mir-rapport li ġie adottat dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dwar is-saltna tad-dritt f'Malta.", "Dak li qed jiġi propost mill-abbozz tal-liġi dwar ir-riforma fl-uffiċju tal-Avukat Ġenerali iwarrab bosta aspetti importanti rakkomandati mill-Kummissjoni ta' Venezja: Aqraw hawn ir-raġuni għala: pic.twitter.com/32SEgO2B8A — Pieter Omtzigt (@PieterOmtzigt) 11 ta' Ġunju 2019 Naf li bħalissa dan kollu m'huwiex iberren f'moħħ bosta nies.", "Iżda huwa fatt li s-sitwazzjoni hi serja ħafna.", "Il-gvern m'huwiex baħnan.", "Mid-dehra kien jaf li r-reazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa kienet ser tkun waħda negattiva.", "Il-gvern kuntent jara lill-emendi mogħtija l-ġenb: komdu jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma.", "Komdu bl-impunità li hawn bħalissa fil-pajjiż.", "Tal-Kummissjoni Ewropea, qegħdin issegwuha din il-kitba?", "Previous: Il-Qorti mitluba tordna lil Ministri li jxandru s-sors tal-kwotazzjoni mill-parti mhux imxandra tar-rapport tal-inkjesta Egrant Next: Il-falza stikka ta' Manwel Malllia window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/kienet-xammithom-mill-bidu-nett/", "date": "Tue, 12th Nov '19, 11:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Kienet xammithom mill-bidu nett", "text": ["Bħal daż-żmien sena ilu, kont ktibt dwar ix-xamma fenominali li kellha Daphne Caruana Galizia.", "Niftakar li kienet ġiet f'idejja kitba tagħha mis-sena 2013.", "Dak iż-żmien lil Yorgen Fenech kienet żelqitlu li kellu f'idejh informazzjoni li mhux suppost kellu u dan kien biżżejjed biex iġiegħel lil Daphne xxomm li l-kuntratt tal-Electrogas kien wieħed jinten.", "Agħtu daqqa t'għajn lejn l-artikli elettroniċi tal-imgħoddi.", "Iżda l-ewwel għandkom taqraw dak li kont ktibt sena ilu .", "U wara li taqraw dak li kont ktibt, aqraw x'kienet kitbet Daphne fl-2013.", "Nitlobkom biex ma titkexkxux.", "Nitlobkom biex ma tgħalqux għajnejkom u taħsbu f'dak li kienet tikteb hekk kif il-bieraħ dak il-ħalliel Keith Schembri fil-qorti ma setgħax jipprova jkompli jipperswadina li m'huwiex ħalliel.", "Kienet xammet kollox mill-bidu nett.", "Mhux ta' b'xejn ...", "Previous: Consuelo Scerri Herrera tirrikuża ruħha mis-smigħ tal-appell tal-Ministri Next: Nhar is-16 ta' Novembru, Protesta fil-Belt Valletta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/l-aqwa-li-rbaht-karrozza/", "date": "Thu, 23rd May '19, 09:20", "category": "blog, politics, government", "title": "L-aqwa li rbaħt karrozza!", "text": ["X'inhi l-fehma ta' Joe Sammut dwar it-tibdil fil-klima, dwar l-ekonomija sostenibbli, dwar l-inklużjoni soċjali, dwar il-prijoritajiet infrastrutturali u dwar il-kwistjoni tal-Lvant Nofsani bejn l-Iżrael u l-Palestinjani?", "X'niġi naqa' u nqum!", "L-aqwa li rbaħt karrozza bis-saħħa tiegħu!", "Araw naqra x'tbissima għandhom fuq wiċċhom.", "Previous: Ma jridx jarah elett Next: Il-karrotta u l-frosta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/dazgur-li-hemm-ir-responsabbilta-politika-mghandniex-xi-nghidu-mhux-bi-hsiebu-jerfagha/", "date": "Mon, 20th May '19, 16:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Dażgur li hemm ir-responsabbiltà politika. M'għandniex xi ngħidu, mhux bi ħsiebu jerfagħha.", "text": ["Joseph Muscat issa qed jittanta jikkonvinċina li bis-saħħa tiegħu l-pajjiż qed jikkonverti favur il-multikulturaliżmu inklussiv .", "Bil-qerq kollu li jinqala' ħafna għalih, Muscat qed jipprova jġiegħelna niddubitaw il-memorja tagħna stess għaliex li kieku kellna niftakru dak kollu li ilna nafu, konna nifhmu aħjar li l-isparar bl-addoċċ minn uffiċjali tal-Istat fuq bnedmin li għandhom ġilda sewda m'hi xejn ħlief ir-riżultat mistenni tat-tħaddim ta' politika ta' preġudizzju razzjali, ta' diskriminazzjoni u ta' mibgħeda istituzzjonalizzata.", "Meta kien għadu ma sarx Prim Ministru, Joseph Muscat kien spalla ma' spalla ma' Lawrence Gonzi iwieġeb \"iva\" jew \"le\" għall-mistoqsijiet ta' Herman Grech tat- Times of Malta .", "Iż-żewġ mexxejja kienu ntalbu jwieġbu din il-mistoqsija: \"Taqblu mal-politika ta' pushback lura lejn il-Libja tal-immigranti li jiġu hawn bil-baħar ?\"", "Lawrence Gonzi kien wieġeb billi qal 'le'.", "Minn naħa tiegħu, Joseph Muscat wieġeb 'iva'.", "Ma kien hemm ebda ambigwità fit-tweġiba tiegħu.", "Joseph Muscat kien ħaddan linja iebsa u razzista.", "Linja li kien ħaddanha bħala parti mill-programm elettorali tal-2013.", "Kulħadd kien fehem x'ried ifisser.", "Araw lill-NGOs jikkritikawh bl-aħrax u jwissu bil-perikli ta' din il-politika.", "U hawn araw lil Norman Lowell ifaħħar u jwiegħed kull appoġġ lil Joseph Muscat .", "Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kellha tintervjeni biex twaqqfu milli jimplimenta l-aġenda tiegħu .", "U meta din waqqfitu, ħaddan politika li permezz tagħha kull persuna b'karnaġjon iswed inżammet milli titla' l-art biex b'hekk kompla kebbes in-nirien tad-diskriminazzjoni.", "F'dan il-filmat, Joseph Muscat bħala Kap tal-Oppożizzjoni jidher jitkellem favur politika indifensibbli li tammonta għal tindif etniku.", "Ma riedx jibqa' jara nies suwed mar- roundabouts .", "With peanuts you get monkeys ~ Muscat🇲🇹There goes you against yourself.", "Geplaatst door Mario Portelli op Zondag 19 mei 2019 Ftit xhur wara li ħa s-setgħa f'idejh, Joseph Muscat beda' jżarma l- ethos tal-armata.", "Huwa ħaddan politika li permezz tagħha l-kriterju biex wieħed jidħol jaħdem mal-armata ma kompliex jiġi bażat fuq il-karattru, d-dixxiplina u r-rekord personali tal-applikant iżda fuq il-lejaltà lejn Joseph Muscat u l-politika tiegħu.", "U fi ħdan din il-politika hemm il-preġudizzju istituzzjonalizzat kontra s-suwed.", "Illum Joseph Muscat qed igħid li m'hemm ebda responsabbiltà politika x'tintrefa' f'dan il-każ.", "Din hi r-raġuni il-għala ma jridx it-tnedija ta' nkjesta pubblika indipendenti.", "Għaliex jaf li r-riżultat inevitabbli ta' nkjesta bħal din x'aktarx ikun li fil-fatt huwa l-persuna li hu responsabbli għat-tħaddin ta' politika li ħolqot ambjent li wassal għal dan il-qtil.", "Dan ma nistgħu qatt ninsewh u ma nistgħu qatt inħalluh inessihulna.", "Bil-wiċċ tost kollu Joseph Muscat illum ippreżenta ruħu bħala l-persuna li jista' jwarrbilna l-preġudizzji razzjali meta fil-fatt kien proprju hu li kien ħeġġeġ dawn il-preġudizzji u uża s-setgħa tiegħu biex jimplimenta politika ta' diskriminazzjoni li pperikolat ħajjet in-nies.", "Min jaf kemm għerqu persuni fil-baħar minħabba l-politika li ħaddan Joseph Muscat?", "Fi żmien bħal dan li, fit-teorija, kellu jwassal għal kriżi nazzjonali, Joseph Muscat ma jistax joqgħod jippontifika u dan minħabba r-rekord li għandu.", "Ma jistax ikun ipokrita akbar milli fil-fatt hu.", "Previous: Il-Qorti tiċħad talba ta' 3 Ministri għal estensjoni ta' xahrejn biex iwieġbu dwart l-inkjesta b'rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet Next: Se jumiljaw lil pajjiżna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/ma-jridx-jarah-elett/", "date": "Thu, 23rd May '19, 09:04", "category": "blog, politics, government", "title": "Ma jridx jarah elett", "text": ["Hemm kandidati li tgħidx kemm jieħdu pjaċir meta jissemmew b'ħafna tbaqbieq mill-avversarji politiċi.", "Għallinqas hekk isostnu – li jieħdu pjaċir.", "Forsi Cyrus Engerer għandu mnejn ifettillu jaħseb li jien jidhirli li anki l-aktar Laburist mill-ħorox nett m'għandu jivvutalu għaliex mingħalih li jien nikkunsidrah bħala xi forma ta' inkonvenjenza politika.", "M'għandniex xi ngħidu, m'hix dik ir-raġuni li jien inħoss li lil dan, ħadd m'għandu jivvutalu.", "Diġà huwa tal-mistħija għal pajjiżna li hemm xi ħadd skadut bħal Alfred Sant – dak li għadu jemmen li 'l-partnership rebaħ'.", "Għal ġieħna, issa kien jonqos li jkollna bniedem – li qed jaspira li jsir ewroparlamentari – li kien ġie kundannat mill-qorti talli qassam ritratti pornografiċi.", "Il-bieraħ Joseph Muscat ipponta subgħajh fuq David Casa u stqarr li lil dan ma jridx jarah elett.", "Joseph Muscat Waqt diskors illejla, Joseph Muscat qal li ma jridnix elett nhar is-Sibt li ġej.", "Ma qalx għaliex ma jridnix elett, pero ħa ngħidilkom jien għaliex.* Għax lili ma jagħlaqlix ħalqi.* Għax jien nikxiflu s-serq mill-poplu* Għax jien lest niddefendi lil kull wieħed u waħda minnkom.Ma setax poġġiha aħjar.", "L-għażla ta' nhar is-Sibt hi jekk tridunix inkompli nkun it-tarka tagħkom fil-Parlament Ewropew.", "Jien inħalli f'idejkom.", "Geplaatst door David Casa op Woensdag 22 mei 2019 L-attakk fuq Roberta Metsola ħallieh f'idejn ix-xwejjaħ Martin Scicluna.", "Anke jekk jaf li se jirbaħ bil-kbir, Joseph Muscat issa jrid jiddeċiedi hu min għandu jiġi elett fost il-kandidati avversarji.", "Iżda fil-ħajja ma jistax iġġibha żewġ f'kollox, bħalma ġabha żewġ fis-suppost dibattitu tal-bieraħ.", "Il-kandidati kollha għamlu l-kampanja tagħhom u tawna r-raġunijiet tagħhom il-għala għandna nivvutawlhom.", "X'jidhirlu u x'ma jidhirlux Joseph Muscat mhux importanti.", "Previous: Giddieb sfaċċat Next: L-aqwa li rbaħt karrozza! window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/il-qtil-ta-bniedem-innocenti-u-kif-qed-jippruvaw-ighattu-xtur-il-gvern/", "date": "Tue, 21st May '19, 14:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-qtil ta' bniedem innoċenti u kif qed jippruvaw igħattu xtur il-gvern.", "text": ["Il-faċċata ta' quddiem tat- Times of Malta tal-lum xandret il-qerq li permezz tiegħu il-gvern irid ibellagħha li l-każ dwar il-qtil ta' Lassana Cisse qed jiġi trattat b'serjetà liema bħalha.", "Huwa minnu li qed jieħdu dan il-qtil b'serjetà kbira, imma mhux għar-raġunijiet li qed iġibu.", "Qed jagħmlu dan għaliex intebħu li jinsabu mgħobbijin b'responsabbiltà politika diretta u, li kieku konna f'pajjiż li fih id-demokrazija taħdem kif suppost, issa ilhom li tqalftu 'l barra mis-siġġu tas-setgħa.", "Nispjegalkom il-għala.", "Hekk kif ħa r-riedni tal-poter, il-gvern ta' Joseph Muscat kien bidel ir-regolamenti kollha dwar il-mod kif jingħataw il-promozzjonijiet fl-Armata u dan sabiex jiżgura li jseħħu promozzjonijiet iġri u ġerri ta' uffiċjali li seta' jafda għal raġunijiet purament partiġġjani.", "L-aktar wieħed li gawda minn dawn it-tibdiliet kien id-Deputat Kmandant Mark Mallia.", "Segwi dan ir-rapport tal-Ombudsman li jittratta dwar il-promozzjonijiet li ngħataw lil Mark Mallia – promozzjonijiet li ċertament ma setgħux jingħatawlu li kieku ma' tbaxxewx il-kriterji meħtieġa u li kieku ma nbidlux ir-regolamenti fl-2013.", "Mark Mallia, Viċi Kmandant tal-Armata (lemin), mal-imgħallem tiegħu il-Kmandant Jeffrey Curmi Id-Deputat Kmandant Mark Mallia huwa direttament responsabbli għar-riżorsi umani fl-Armata.", "Dan ifisser li l-ingaġġ ta' persuni fl-armata jgħaddi minn taħt idejħ.", "Tard fl-2016, għax elezzjoni ġenerali kienet fil-qrib, l-armata ħarġet sejħa għall-ingaġġ ta' suldati .", "F'Mejju 2017, ftit ġranet qabel l-elezzjoni, ddaħħlu 112 il-suldat.", "U mill-istess sejħa għall-applikazzjonijiet li saret fl-2016, iddaħħlu 72 suldat ieħor f'Ottubru 2017.", "Permezz ta' din il-mossa, kull min kien qed jistenna \"pjaċir\" mingħand il-gvern bi tpartit mal-vot, ingħata salarju, uniformi u arma tan-nar.", "Iż-żewġ suldati li jinsabu mixlija bil-qtil kiesaħ u biered ta' Lissana Cisse kienu ġew ingaġġati mal-armata bis-saħħa ta' dan il-proċess.", "Li kieku kellha ssir investigazzjoni dwar ir-responsabbiltà potenzjali tal-Istat u dwar in-nuqqas tal-Istat li jħares il-ħajja ta' Lissana Cisse, min imexxi investigazzjoni bħal din kien ikollu jistaqsi jekk l-ingaġġ tagħhom kienx skont ir-regolamenti tal-armata.", "Fost ir-regolamenti hemm dik li applikant għandu jkollu \"imġieba tajba u korretta\".", "Wieħed jeħtieġ li jsemmi wkoll li kondotta nadifa mhix biżżejjed u li r-regolamenti huma ħafna aktar ibsin f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ fl-armata, li kienet ixxandret fil-gazzetta tal-gvern, tgħid li kull applikant għandu jawtorizza lill-armata li titkixxef mal-pulizija dwar kondotta tiegħu li ma tkunx ixxandret.", "Kull applikant huwa wkoll meħtieġ li jipprovdi ċertifikat li mhux biss qatt ma kien ġie misjub ħati ta' reat kriminali iżda wkoll li ma hemm ebda investigazzjoni għaddejja dwar l-imġieba tiegħu.", "Wieħed mis-suldati mixlijin bil-qtil ta' Lassana Cisse jinsab akkużat ukoll li kien ikkometta reat kriminali wara li fl-imgħoddi kien ġie kundannat dwar reat mill-qorti (dan ir-reat ma ssemmiex x'kien) iżda kien inħeles b'kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor.", "Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li r-reat kriminali \"ma kienx wieħed serju\", iżda baqa' ma qalx f'hiex kien jikkonsisti dan ir-reat.", "F'kull investigazzjoni dwar ir-responsabbiltà potenzjali tal-Istat u dwar in-nuqqas tal-Istat li jħares il-ħajja ta' Lissana Cisse, min ikun qed imexxi l-investigazzjoni ċertament ikun fid-dmir li jistaqsi jekk fiċ-ċertifikat is-suldat kienx iddikjara jew le li kien ġie misjub ħatja mill-qorti.", "Hu x'inhu, ikun fid-dmir ukoll li jitkixxef biex jara jekk l-armata kinitx saret taf li dan kien instab ħati, ż-żmien meta saru jafu u dwar jekk sarux investigazzjonijiet ulterjuri biex jistabbilixxu li verament għandu \"mġieba tajba u korretta\".", "X'aktarx li investigazzjoni bħal din kienet tkun kapaċi tikxef nuqqasijiet amministrattivi fil-mod kienu ġew imgħarbla l-applikanti fiż-żewġ proċessi ta' ngaġġ li seħħ fl-2017, nuqqasijiet li seħħew bis-saħħa tal-intervent politiku dirett tal-Prim Ministru u li l-Ombudsman diġà kellu l-okkażjoni li jikkundanna fir-rapport tiegħu dwar it-tmexxija tal-armata.", "Lil tan- Newsbook , illum Michael Farrugia qalilhom li f'dan il-każ ikun hemm responsabbiltà politika x'tintrefa' kemm il-darba jiġi stabbilit li xi ħadd bgħat liż-żewġ assassini biex joqtlu lil Lassana Cisse.", "Ma setax igħid ħmerija akbar minn din.", "Jekk jiġi stabilit li kien politiku li bgħat suldat biex joqtol persuna oħra, dan il-politiku ma jkunx responsabbli politikament iżda responsabbli kriminalment għall-qtil.", "F'dan il-każ, hemm ir-responsabbiltà politika.", "Agħtu ħarsa lejn il-famuż ritratt li kien ttieħed fi żmien il-Milied is-sena l-oħra li fih jidhru Joseph Muscat imdawwar bl-erba' lagħqa ta' madwaru.", "Dawn huma l-bażużli li ħatar biex iżommu kontroll strett fuq l-amministrazzjoni tal-pajjiż u dan sabiex tinżamm f'idejh kull awtorità fil-pajjiż.", "Wieħed mill-mistednin tiegħu huwa d-Deputat Kmandant Mark Mallia li jidher bil-qiegħda bejn Edward Zammit Lewis – x'aktarx dan kien mistieden biex jurihom kemm jinqala' għax-xorb tal- gin", "cocktails – u James Piscopo, il-moħħ wara t-tattiċi tal-elezzjoni tal-2013 u wieħed mis-setgħana li hemm illum.", "It- Times of Malta qalet li tal-armata talbu ordni Presidenzjali biex ikunu jistgħu jissospendu liż-żewġ persuni mixlija bil-qtil.", "Dawn mingħalihom li mossa bħal din se timpressjona lin-nies.", "Kien biss ftit ġimgħat ilu li lil Godwin Schembri ddeċidew li jdabbrulu rasu – u mhux li jissospenduh – mill-armata, dan kollu għax sieħbu xerred filmat tiegħu jiċċajta dwar l-imbierek kanċell li twaħħal f'nofs għalqa minn uffiċjali nkompetenti li kienu ngħataw promozzjonijiet biex jissorveljawh.", "Ftit ġimgħat ilu il-Kmandant tal-Armata ma ħasibhiex darbtejn biex ikeċċi suldat.", "U issa dan jidhirlu li jeħtieġ jitlob il-permess tal-President biex jissospendi tnejn oħra.", "U ħalluna!", "Dawn dehrilhom li kellhom iżeffnu lill-President fin-nofs biex dan iservi ta' paraventu għall-Prim Ministru .", "Biex jippruvaw ibellgħuha li kellhom jirrikorru lejn awtorità aktar għolja.", "Li ġara' hu li l-President spiċċa ta palata biex gvern inkompetenti u korrott jibqa' jżomm fil-wiċċ.", "Ħadd m'hu jixli lill-Prim Ministru li kien hu li bgħat liż-żewġ suldati biex joqtlu bniedem f'Bir żebbuġa.", "Madankollu kien proprju hu li ħatar bażużlu biex jimpjega suldati bil-għan li, minflok li jaqdi l-interess nazzjonali billi jingaġġa fl-armata persuni ta' karattru eżemplari u li għandhom it-taħriġ meħtieġ, ra kif għamel biex jaqdi l-interessi elettorali tal-Partit Laburista bir-riżultat li żewġ terroristi għamlu użu mis-setgħa u l-impunità li ngħatatilhom permezz ta' proċess elettorali mittiefes biex joqtlu bniedem f'Birżebbuġa.", "Dażgur li jeħtieġ iġorr ir-responsabbiltà politika.", "U kif!", "Previous: Se jumiljaw lil pajjiżna Next: Repubblika: Il-Gvern gideb darbtejn fi stqarrija waħda window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/se-jumiljaw-lil-pajjizna/", "date": "Tue, 21st May '19, 12:36", "category": "blog, politics, government", "title": "Se jumiljaw lil pajjiżna", "text": ["L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għadha kemm irċeviet l-abbozz tar-rapport imfassal minn membru tagħha li kien tqabbad biex jifhem aħjar il-kuntest tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dak kollu li seħħ f'Malta minn dakinhar 'l hawn.", "Ir-rapport mistenni li jiġi diskuss qabel il-waqfa tas-sajf tal-Assemblea li mistennija wkoll tiddibatti riżoluzzjoni li, jekk tgħaddi kif ġiet imfassla, tkun waħda mill-akbar kundanni umiljanti li tkun qatt qalgħet Malta fil-kuntest internazzjonali tal-istorja tagħna.", "Il-kandidati tal-Labour għall-Parlament Ewropew qed jistiednuna nivvutawlhom biex ikunu jistgħu ipoġġu fuq is-siġġijiet ta' Parlament li jitlaqqa' ftit il-bogħod mill-bini tal-Kunsill tal-Ewropa u dan sabiex ikun jistgħu jiddefendu r-reputazzjoni ta' Malta.", "It-tliet rappreżentanti tal-Labour fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa huma Stefan Zrinzo Azzopardi, Manuel Mallia u Etienne Grech.", "Dawn bi ħsiebhom jiddefendu r-reputazzjoni ta' Malta mill-perspettiva tagħhom.", "Iżda wieħed għandu jistenna' li tal-Kunsill tal-Ewropa se jeżaminaw il-fatti u jwieżnuhom ma' dak li se jgħidu r-rappreżentanti Laburisti.", "Jekk dawn bi ħsiebhom jiddefendu dak li huwa indifensibbli, ibqgħu ċerti li lil Malta se jagħmlulha aktar ħsara.", "Mhux lanqas għaliex l-abbozz tar-rapport igħid li wieħed mis-sinjali lampanti li juri l-istituzzjonijiet Maltin jinsabu mgħarrqin fil-ħama huwa li deputati parlamentari Laburisti ngħataw impjieg imħallas mill-gvern.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, bniedem li ma jibżax mill-qtates mejtin , iħawwar id-dħul tiegħu b' salarju bħala Chairman tal- Grand Harbour Regeneration Corporation .", "Huwa wkoll ir-Rappreżentant Legali tas- Central Procurement and Supplies Unit tal-gvern .", "Manuel Mallia, li għadu sal-lum ma spjegax minn fejn ġew in-nofs miljun ewro kontanti li jżomm id-dar , huwa Chairman tal- Occupational Health and Safety Authority .", "Huwa wkoll wieħed mill-avukati tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Etienne Grech, dak li kien seraq kilwa minn ġisem mejjet biex ikun jista' jeżaminaha d-dar , huwa Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-naħa t'Isfel ta' Malta .", "L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa se tisma' d-\"difiża ta' Malta\" ta' dawn it-tlieta.", "Imbagħad bi ħsiebha teżamina dak li hemm miktub fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja li jikkonkludi li \"meta deputati tal-gvern jingħataw inċentiv finanzjarju mill-gvern stess, x'aktarx dawn jibqgħu lura milli jikkontrollaw l-imġieba tal-gvern\".", "U l-istess Assemblea Parlamentari – li x-xahar id-dieħel mistennija li tivvota dwar dan ir-rapport ġdid – se ssir taf li dawk id-deputati parlamentari li jirċievu ħlasijiet għal xogħol ħafif mogħti lilhom se jkollhom aktar żmien biex idawwru l-attenzjoni tagħhom fuq ix-xogħol parlamentari – u li, fil-każ tad-deputati Laburisti li qed igawdu minn dan il-ġid kollu li qed jintraxx fuqhom – u biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-gvern.", "M'hemmx dubju li hemm ukoll deputati parlamentari li huma serji u ta' prinċipju.", "\"Madankollu, l-Kamra tad-Deputati fl-istat attwali tagħha, ma tistax teżerċita kontroll effettiv fuq il-gvern\".", "X'aktarx li l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa se tqis li l-imġieba ta' Zrinzo Azzopardi, Mallia, Grech, meta dawn jaqbżu għal Joseph Muscat, bħala waħda diżonesta u korrotta, u waħda li hi msejsa fuq ħlas irregolari minn flus il-Maltin.", "L-Assemblea se tisma' dak kollu li bi ħsiebhom igħidu dawn it-tlieta u mbagħad se tgħaddi biex twarrab l-argumenti tagħhom.", "Bl-imġieba tagħhom m'huma se jagħmlu xejn ħlief li jumiljaw lil pajjiżna.", "Previous: Dażgur li hemm ir-responsabbiltà politika.", "M'għandniex xi ngħidu, mhux bi ħsiebu jerfagħha.", "Next: Il-qtil ta' bniedem innoċenti u kif qed jippruvaw igħattu xtur il-gvern. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/repubblika-il-gvern-gideb-darbtejn-fi-stqarrija-wahda/", "date": "Wed, 22nd May '19, 11:43", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika: Il-Gvern gideb darbtejn fi stqarrija waħda", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika Repubblika tirreferi għall-istqarrija uffiċjali tal-Gvern 191133.", "Hu preokkupanti iżda mhux sorprendenti li l-Gvern joħroġ stqarrijiet li jinkludu gideb fuq il-fatti.", "L-ewwel: il-kawża fil-Qorti tal-lum ma kinitx ta' Simon Busuttil u Jason Azzopardi ... daqs kemm ma kinitx ta' Peter Grech u Victoria Buttigieg.", "L-avukati tal-partijiet mhumiex il-partijiet.", "Din hi kawża bejn il-Gvern fuq naħa waħda u Repubblika – organizzazzjoni reġistrata skond il-liġi bħala korp tas-soċjetà ċivili – fuq in-naħa l-oħra.", "Il-Gvern irid jinjora l-eżistenza tas-soċjetà ċivili u tad-dritt tagħna li nikkontestaw id-deċiżjonijiet tiegħu.", "Iżda kif iddeċidiet il-Qorti llum, dan id-dritt hu sanċit fil-liġi u hu l-bażi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-lum li l-każ li għamilna jkompli jinstema'.", "It-tieni, hi gidba li l-Qorti ċaħdet it-talba ta' Repubblika li ssir riferenza għal preliminary ruling lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.", "Anzi l-Qorti espressament qalet li mhix qed tieħu deċiżjoni fuq din il-kwistjoni għalissa u se tħalli li jinstemgħu aktar provi fil-kawża.", "Il-Qorti qalet ukoll li ħadet konjizzjoni tal-fehma tal-Avukat Ġenerali fil-Lussemburgu dwar il-każ analogu Kummissjoni Ewropea kontra l-Polonja u allura se tistenna l-gwida tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea dwar dak il-każ.", "Mhemmx dubju li kull parti f'xi kwistjoni se jkollha l-interpretazzjoni tagħha ta' xi tkun qalet il-Qorti.", "Iżda dan ma jagħtix dritt lill-Gvern li jigdeb fuq il-fatti.", "Repubblika qed tippubblika hawn kopji tad-digrieti tal-Qorti tal-lum għax huma fuq kollox il-prova oriġinali ta' dak li ddeċidiet il-Qorti ... u mhux il-gideb tal-Gvern.", "22_05_2019-63_2019-116911 22_05_2019-63_2019-116913 (1)", "Previous: Il-qtil ta' bniedem innoċenti u kif qed jippruvaw igħattu xtur il-gvern.", "Next: Giddieb sfaċċat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/il-karrotta-u-l-frosta/", "date": "Thu, 23rd May '19, 09:38", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-karrotta u l-frosta", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-post ta' Norman Vella.", "Tfiehem dwar kif ilu 6 snin il-qorti f'kawża li għamel kontra l-gvern jistenna biex l-istess gvern iressaq xhud wieħed jew prova waħda li hi waħda biex jiġġustifika r-raġuni għala kien tkeċċa.", "Sitt snin sħaħ.", "U llum ġie mgħarraf li l-kawża ser tkompli f'Ottubru li ġej.", "Grazzi għal moss minn naħa tal-gvern, Vella jirreferi għat-tibdiliet fil-kompożizzjoni tat-tribunal li mistenni jgħaddi ġudizzju fuq l-istess gvern.", "Hawn forsi min jistaqsi: din mhix ġudikatura indipendenti?", "Norman Vella huwa xandar kapaċi u ta' esperjenza kbira li huwa magħruf sew minħabba ż-żmien li għamel kemm fix-xandir kif ukoll fil-politika.", "Iżda dak li jinsab għaddej minnu bħalissa jista' jiġi apprezzat minn bosta nies li missew mal-qorti biex jippruvaw jieħdu drittijiethom u li sabu ruħħom miċħudin mill-ġustizzja.", "Meta jkunu jridu li bilfors tgħaddi tagħhom, ta' spiss nisimgħu Ministru jsemmu s-\"saltna tad-dritt\".", "X'aktarx li dan isemmuh bi skuża biex ma jagħmlu xejn għaliex mid-dehra hawn liġi li tgħodd għal kulħadd ħliefhom.", "Tista' tgħid li meta kwistjoni ma tikkonċernax lilhom, jirrikorru ta' dak li Malcolm Tucker sejjaħ bħala sistema tal-karrotta u l-frosta.", "Jekk għadek ma fhimtx, Malcolm Tucker wkoll kellu jispjega li min kien qed jisimgħu bi kliem li jinftiehem.", "\"Taqbad karrotta , u wara li ddeffishielu fil-warrani, iddeffislu wkoll il-frosta u, wara li tkun għamilt dan, iddeffislu wkoll karrotta aktar ħarxa u ferm akbar.\"", "Is-saltna tad-dritt tkompli tagħreq meta tibda' tinduna li, kif jaf kulħadd u kif fissirha Norman Vella, 'tidħol il-qorti biss meta tkun ħati jew ikollok it-tort'.", "Inkella jkollok tieħu l-liġi b'idejk.", "Ma tagħtix tort lil min jaqta' qalbu jirrikorri lejn il-qorti biex jieħu l-ġustizzja speċjalment meta fuq in-naħa l-oħra jkun hemm il-gvern.", "Previous: L-aqwa li rbaħt karrozza!", "Next: Demokrazija tal-fażola window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/giddieb-sfaccat/", "date": "Wed, 22nd May '19, 19:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Giddieb sfaċċat", "text": ["Il-lejla Joseph Muscat tkellem f'laqgħa tal-Partit.", "U kelli nsegwi lil dan il-bniedem hu u jlissen gidba wara oħra mingħajr mistħija ta' xejn.", "Din ma kinitx l-ewwel darba li ħareġ b'ħafna qerq, iżda xorta waħda huwa ta' għajb.", "Din id-darba ma kellux persuni b'karnaġjon iswed madwaru: ma riedu lil ħadd jiftakar li kien bażużlu minn tiegħu li mpjega żewġ suldati li spiċċaw qatlu bniedem iswed kiesaħ u biered.", "Wara li l-gvern tiegħu dalgħodu ħareġ stqarrija uffiċjali mimlija qerq, huwa rrepeta l-istess qerq meta tkellem dwar il-kawża li Repubblika għamlet fil-qorti kontra l-indħil anti-demokratiku persistenti tal-gvern fl-indipendenza tal-ġudikatura.", "Tkellem bħallikieku Repubblika ma teżistix: lanqas biss indenja ruħu jsemmi li din il-kawża inbdiet minn għaqda volontarja li hi reġistrata u rikonoxxuta mil-liġijiet tal-gvern tiegħu stess.", "Madankollu jidher li jinsab urtat bil-fatt li Repubblika irnexxielha tokkupa l-aġenda tal-kampanja tiegħu ftit sigħat biss qabel jibdew jinxteħtu l-voti.", "Imbagħad għadda biex jirrepeti l-gidba li ntqalet dalgħodu: qal li l-Imħallef Mark Chetcuti kien ċaħad it-talba li għamlet Repubblika biex il-kwistjoni dwar il-mod kif issir l-għażla tal-ġudikanti Maltin tiġi mgħoddija lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.", "Il-folla li kellu quddiemu tgħidx kemm ferħet bl-aħbar li tahom il-kbir mexxej.", "M'għandniex xi ngħidu, lin-nies tiegħu gidbilhom b'mod sfaċċat.", "Il-Qorti ma ħadet ebda deċiżjoni bħal din, il-ġimgħa d-dieħla il-kawża ser tkompli u l-imħallef se jisma' trattazzjonijiet b'rabta mas-sentenza li għad irid jaqta'.", "Ma jsibha diffiċli xejn li jigdeb fil-priedki ta' nhar ta' Ħadd.", "U jsibha inqas diffiċli li jigdeb tlitt ijiem qabel elezzjoni.", "Madankollu Joseph Muscat jeħtieġ jiftakar li, din id-darba, qed jiġġieled battalja differenti.", "Repubblika mhix partit politiku u l-elezzjonijiet għal Repubblika m'humiex il-bidu u t-tmiem ta' kollox.", "Ikun x'ikun ir-riżultat nhar is-Sibt – riżultat li x'aktarx ser jiffavurih – Repubblika ser tibqa' hawn u ser tkun hawn ukoll il-ġimgħa d-dieħla.", "U ser ikollu jiffaċċja l-mistoqsijiet kollha kemm fil-qorti u kif ukoll f'istituzzjonijiet oħrajn.", "Lil dawk li kellu quddiemu qalilhom li dak li kiteb ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa huwa politiku mqareb mill-Olanda.", "Proprju b'dan il-mod jipprova jattakka l-kredibilità ta' kritika mill-aktar iebsa u xokkanti li qatt irċieviet Malta minn xi awtorità internazzjonali.", "Lil Pieter Omtzigt tkellem dwaru bl-istess mod li kien tkellem dwar Maria Efimova, Ana Gomes, David Casa, Daphne Caruana Galizia u kull persuna oħra li ilhom li xammew x'isarraf.", "Dan kollu seħħ din il-ġimgħa.", "Fi ftit ġimgħat oħra, lin-nies tiegħu ser ikollu jispjegalhom għaliex ir-rapport ta' Pieter Omtzigt akkwista l-appoġġ ta' parlamentari oħrajn membri tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Jista' jkun ukoll li dawn se jifformaw maġġoranza, fosthom soċjalisti.", "M'hemmx dubju li ser ikompli jigdeb.", "U aħna ser nibqgħu hawn ukoll.", "Previous: Repubblika: Il-Gvern gideb darbtejn fi stqarrija waħda Next: Ma jridx jarah elett window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/xminghalih-se-jirbah-adrian-delia/", "date": "Thu, 6th Jun '19, 13:39", "category": "blog, politics, government", "title": "X'mingħalih se jirbaħ Adrian Delia?", "text": ["Ta' Xarabank ħabbru li għada Adrian Delia, bħala gladjatur prim, se jiddibatti ma' Franco Debono, David Thake, Wayne Hewitt, George Tabone tal-Gram Jewellers u ċertu Jeremy Camilleri li jingħad li kien jaħdem mal-General Workers' Union.", "Lovin' Malta – nittama li b'mod ironiku – sejħet lil dan l-iżvilupp bħala \"manuvra kuraġġjuża\" minn naħa ta' Adrian Delia .", "Ejjew nassumu li l-gladjatur prim tagħna ser jirnexxielu jgħaffeġ taħt saqajh lill-avversarju tiegħu.", "X'ikun wettaq jew ipprova b'daqshekk?", "Li jkun Prim Ministru aħjar minn George Tabone tal-Gram?", "B'daqshekk mingħalih li se jkun qed jimpressjona lil xi ħadd?", "Dak li ser iseħħ għada juri l-estremità tad-disperazzjoni li jinsab fiha Adrian Delia li saħansitra wasal biex aċċetta dawn il-kundizzjonijiet umiljanti biex ikun jista' jidher fuq TVM.", "Jixbaħ ħafna lil dak il-politiku skadut li jaħdem f' The Thick of It li aċċetta li jiġi intervistat minn persuna liebsa lbies fil-forma ta' koxxa tal-majjal.", "Mid-dehra dawk li qed jagħtu l-pariri lil Adrian Delia ddeċidew li jaċċettaw dan il- format għaliex ftit huma dawk il-persuni li, paragunat magħhom, Adrian Delia jista' jaqta' figura aħjar għal fuq it-televiżjoni.", "Għada ser ikun qisu bgħatuh biex jissielet mat-tfal tal-iskola.", "M'hi idea tajba xejn.", "Fl-aħjar ipotesi, se nsiru nafu li Adrian Delia kapaċi jilbes aħjar minn David Thake, li għandu rekord personali aktar konsistenti minn Wayne Hewitt f'dawk li huma voti, li m'huwiex ammiratur daqshekk bil-miftuħ ta' Joseph Muscat bħalma hu Jeremy Camilleri, li hu inqas .... instabbli ... minn Franco Debono, u li għandu kondotta kriminali aktar nadifa minn dik ta' George Tabone tal-Gram.", "Mur obsor ħej.", "Previous: Malta mitluba tikkonsulta dwar il-qasam tar-riformi fil-ġustizzja mal-Kummissjoni ta' Venezja Next: Il-Grupp Parlamentari tal-PN għandu joqgħod b'seba' għajnejn window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/consuelo-scerri-herrera-tirrikuza-ruhha-mis-smigh-tal-appell-tal-ministri/", "date": "Mon, 11th Nov '19, 12:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Consuelo Scerri Herrera tirrikuża ruħha mis-smigħ tal-appell tal-Ministri", "text": ["Konrad Mizzi, Chris Cardona u Edward Scicluna se ikollhom jistennew biex ikunu jafu liema mħallef ser jisma' l-appell tagħhom minn digriet ta' maġistrat li ordna t-tnedija ta' inkjesta kriminali li għandha tinvestiga l-imġieba tagħhom meta inbiegħu tliet sptarijiet pubbliċi.", "Dakinhar li ppreżentaw l-appell tagħhom, kienet għassa l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.", "F'kummentarju li jien xandart ftit ġranet ilu, kont semmejt ir-raġunijiet il-għala Consuelo Scerri Herrera kellha tirrikuża ruħħa milli tisma' l-appell.", "Illum l-Imħallef irrikużat ruħħa u fid-digriet tagħha semmiet ir-raġunijiet li kont ġibt jien.", "Mizzi, Cardona u Scicluna huma Ministri tal-Kabinett u kollegi ta' ħuha Josè Herrera.", "Għal din ir-raġuni biss, l-Imħallef dehrilha li l-ġustizzja għanda tidher li qed issir u li għalhekk kellha twarrab.", "L-appell issa ser jinstema' minn Imħallef ieħor.", "Previous: Karol Aquilina għandu raġun.", "Keith Schembri nkixef ta' li hu: ĠIFA Next: Kienet xammithom mill-bidu nett window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/il-qorti-tichad-talba-ta-3-ministri-ghal-estensjoni-ta-xahrejn-biex-iwiegbu-dwart-l-inkjesta-brabta-mal-iskandlu-tal-isptarijiet/", "date": "Fri, 17th May '19, 14:54", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Qorti tiċħad talba ta' 3 Ministri għal estensjoni ta' xahrejn biex iwieġbu dwart l-inkjesta b'rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet", "text": ["Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi talbu lill-qorti għal aktar żmien milli soltu jingħata biex iwieġbu għat-talba ta' Repubblika biex titnieda inkjesta dwar allegata korruzzjoni u ħasil ta' flejjes maħmuġin b'rabta mal-iskandlu dwar l-isptarijiet.", "M'għandniex xi ngħidu, għalkemm it-talbiet li saru fir-rikors li ġie preżentat minn Repubblika sejħulhom bħala \"biss spekulazzjoni\", huma lmentaw li r-rapport fih aktar minn 150 paġna b'46 dokument anness.", "Huma qalu li ser jeħtieġu ħafna aktar żmien biex jeżaminaw il-karti bix-xiljiet li hemm fihom u li r-rikors ta' Repubblika \"jitħoqqlu l-attenzjoni tagħhom kollha\".", "Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi lill-qorti qalulha li bħala politiċi, għandhom ħafna x'jagħmlu u li bħalissa għandhom x'jagħmlu aktar mis-soltu u dan minħabba l-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet Ewropej u dawk lokali.", "Fl-aħħarnett – u b'mod kontradittorju għall-aħħar – it-tliet Ministri qalu li l-kwistjoni dwar l-iskandlu tal-isptarijiet diġà qed tingħata attenzjoni mill-Awditur Ġenerali u li għalhekk l-informazzjoni li hi meħtieġa biex ikunu jistgħu iwieġbu għar-rikors ta' Repubblika diġà nġabret għall- audit tal-NAO li għadu għaddej.", "Mat-talba tagħhom lill-qorti biex jingħataw aktar żmien, huma annettew kopja tat-termini ta' riferenza tan-NAO dwar l-inkjesta tal-VGH li jġibu d-data ta' Jannar 2018, jiġifieri 17 il-xahar ilu.", "Minkejja l-istqarrija tagħhom fis-sens li l-provi li jeżonerawhom diġà nġabru mill-inkjesta mnedija mill-awditur, li issa ilha għaddejja 17 il-xahar, it-tliet Ministri qalu li jeħtieġu aktar żmien biex jiġbru l-istess informazzjoni biex ikunu f'pożizzjoni li jwieġbu lil Repubblika.", "Il-Qorti ċaħdet it-talba ta' Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi għal estensjoni ta' xahrejn u fakkrithom li huma stess ammettew li d-dokumentazzjoni kollha li hi meħtieġa kienet \"diġà nġabret\" u li għalhekk m'għandhomx għalfejn jingħataw aktar żmien biex iwieġbu.", "Il-Qorti madankollu tathom żmien sat-3 ta' Ġunju biex jippreżentaw it-tweġiba tagħhom.", "M'għandniex xi ngħidu, hemm differenzi sinjifikanti bejn talba għat-tnedija ta' inkjesta Maġisterjali u t-termini ta' riferenza ta' rapport ta' awditur.", "Ippermettuli nsemmi waħda biss.", "Rapport ta' awditur qatt ma jista' jwassal għal azzjoni kriminali.", "Iżda dak ntalab minn Repubblika jista' jwassal għal dan.", "Previous: Ma jiddejjaq xejn jurina x'ħobż jiekol Next: Dażgur li hemm ir-responsabbiltà politika.", "M'għandniex xi ngħidu, mhux bi ħsiebu jerfagħha. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/malta-mitluba-tikkonsulta-dwar-il-qasam-tar-riformi-fil-gustizzja-mal-kummissjoni-ta-venezja/", "date": "Thu, 6th Jun '19, 09:51", "category": "blog, politics, government", "title": "Malta mitluba tikkonsulta dwar il-qasam tar-riformi fil-ġustizzja mal-Kummissjoni ta' Venezja", "text": ["HXJ983 Brussels, Belgium.", "28th Mar, 2017.", "Press conference of Minister Justice of Malta Owen Bonnici and Commissioner Vera Jourova at the European Council.", "Credit: Leo Cavallo/Alamy Live News Għejjun mill-Kummissjoni Ewropea qaluli li l-Kummissarju għall-Ġustizzja Vera Jourova saħqet dwar il-ħtieġa li r-riformi fil-qasam tal-ġustizzja għal Malta jiġu mgħarbla sewwa u li l-gvern Malti jikkonsulta mal-Kummissjoni ta' Venezja.", "Dan id-diskors il-Kummissarju Jourova qalitu f'Mejju li għadda waqt laqgħa fi Brussel mal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici li tkellem mal-Kummissarju dwar il-pjanijiet tiegħu għall-ħolqien ta' uffiċċju separat għall-Prosekutur-Ġenerali u dwar ir-riformi f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħatriet fil-ġudikatura.", "F'Diċembru li għadda, tal-Kummissjoni ta' Venezja kienu tkellmu dwar id-dgħjufijiet kbar li sabu fil-qafas Kostituzzjonali ta' Malta.", "Waħda minn dawn id-dgħjufijiet tinsab fil-kunflitt fir-rwol tal-Avukat Ġenerali li jaġixxi ta' avukat tal-gvern u ta' prosekutur.", "Minn dakinhar 'l hawn, il-gvern ippropona bidliet fil-liġi bil-għan li jinfirdu r-rwoli iżda naqas li jindirizza kwistjonijiet fundamentali bħalma huma l-fatt li deċiżjonijiet meħuda mill-Avukat Ġenerali ma jistgħux jiġu kontestati u l-fatt li l-Avukat Ġeneral jinħatar mill-Prim Ministru.", "Fil-fatt, il-Ministru Owen Bonnici wera' biċ-ċar li l-gvern bi ħsiebu jibqa' jaħtar lill-prosekutur ġenerali huwa stess u dan minkejja l-problemi li skoprew tal-Kummissjoni ta' Venezja li huma marbuta mas-setgħat eċċessivi li għandu l-Prim Ministru fejn jidħlu ħatriet ta' persuni f'karigi pubbliċi li qegħdin hemm biex igħarblu l-imġieba tal-gvern.", "Ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja issa saret aktar urġenti għax il-gvern xorta waħda kompla għaddej bil-ħatriet ta' wieħed minn għaxra tal-ġudikatura kollha u dan minkejja li kien għadu f'taħditiet mal-Kummissjoni dwar dak li suppost għandu l-ħsieb li jirriforma.", "Meta Repubblika ipprotestat fil-Qorti kontra dawn il-ħatriet għar-raġuni dawn saru mingħajr ma ttieħdu in konsiderazzjoni l-proposti tal-Kummissjoni ta' Venezja, l-Avukat Ġenerali wieġeb fil-Qorti li l-Kummissjoni ta' Venezja kienet biss entità konsultattiva u li l-gvern ma kienx obbligat li joqgħod fuq il-pariri tagħha.", "Kemm ilha li ħarġet bil-proposti tagħha f'Diċembru li għadda, l-gvern qatt ma qal li kien talab il-gwida tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar ir-riformi li ġew proposti.", "Għejjun mill-Kummissjoni Ewropea qaluli li \"kienu qed isegwu mill-qrib l-iżviluppi li kienu qed iseħħu f'Malta\".", "Rapport tal-Kumitat dwar il-Ġustizzja u dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa jgħid li \"l-awtoritajiet Maltin għandhom jimplimentaw b'urġenza r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom bixra koerenti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tieħu forma ħolistika.", "Mhux aċċettabbli li l-gvern jagħżel ir-rakkomandazzjonijiet li jrid u oħrajn iwarrabhom fil-ġenb.", "Il-proċess ta' riforma għandu jkun wieħed miftuħ u inklussiv\".", "Previous: Minn fejn ġibtuha l-kwotazzjoni mir-rapport Egrant?", "Next: X'mingħalih se jirbaħ Adrian Delia? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/karol-aquilina-ghandu-ragun-keith-schembri-nkixef-ta-li-hu-gifa/", "date": "Mon, 11th Nov '19, 11:55", "category": "blog, politics, government", "title": "Karol Aquilina għandu raġun. Keith Schembri nkixef ta' li hu: ĠIFA", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kiteb fi tweet Karol Aquilina wara li Keith Schembri l-akkużi ta' korruzzjoni fil-konfront tiegħu għażel li jħallihom għaddejjin biex jiġix imġiegħel jammettihom taħt ġurament fil-qorti.", "Il- #ġifa il-għala qasam it-triq? 🐔 Għax ried jaħrab mill-kawża ta' libell tiegħu stess. 💨 @keithaschembri", "pic.twitter.com/0Z5IhnREo2 — Karol Aquilina (@KarolAquilina) 11 ta' Novembru 2019", "Previous: Keith Schembri nqela' b'żejtu Next: Consuelo Scerri Herrera tirrikuża ruħha mis-smigħ tal-appell tal-Ministri window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/ma-jiddejjaq-xejn-jurina-xhobz-jiekol/", "date": "Fri, 17th May '19, 08:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Ma jiddejjaq xejn jurina x'ħobż jiekol", "text": ["Dan l-imbierek m'hu ħadd ħlief Joseph Mangion, kuntistabbli tal-pulizija u gwardjan volontarju tal-imġieba u tar-reputazzjoni xejn tajba ta' rjus kbar tal-Labour.", "Huwa kien feġġ fiċ-ċentru tal-attenzjoni f'Ġunju tas-sena l-oħra meta ttanta jiċċensura lill-fotografu tar- Reuters Darrin Zammit Lupi li kien qiegħed fuq xogħolu jirrapporta dwar azzjoni li kienu ħadu Il-Kenniesa fuq it-taraġ ta' Kastilja u li permezz tagħha perrċu xbieha ta' Konrad Mizzi liebes ilbies tal-ħabsin.", "U għaliex Konrad Mizzi huwa benjamin ta' dan l-imbierek, huwa ma felaħx joqgħod pass lura u nesa' għal kollox li dmiru jikkonsisti fil-ħarsien tal-ġurnalisti li jkunu fuq il-lant tax-xogħol tagħhom u mhux fit-tfixkil tagħhom.", "Il-kap tal-union tiegħu, Sandro Camilleri, imlaqqam minn din il- website bħala ' Inspector Big ', minflok ta ċanfira mistħoqqa lil Joseph Mangion, qabeż għalih.", "Għax, wara kollox, x'jiswa' li tkun 'pulizija laburist' jekk ma jkollokx ukoll ħbieb setgħana li jkunu dejjem lesti li jaqbżu għalik?", "Arawh naqra b'wiċċu nkwadrat f' Instagram riċenti.", "Ma ħalla ebda dubju fl-imħuħ x'kwalità ta' ħobż jiekol.", "Għaliex għandkom tkunu tafu li Joseph Mangion ser jivvota Labour.", "Previous: Għandna dritt li nsiru nafu dak li diġà jaf bih hu Next: Il-Qorti tiċħad talba ta' 3 Ministri għal estensjoni ta' xahrejn biex iwieġbu dwart l-inkjesta b'rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/minn-fejn-gibtuha-l-kwotazzjoni-mir-rapport-egrant/", "date": "Wed, 5th Jun '19, 10:46", "category": "blog, politics, government", "title": "Minn fejn ġibtuha l-kwotazzjoni mir-rapport Egrant?", "text": ["Fil-Qorti, Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi ġabu r-raġunijiet tagħhom il-għala jidhrilhom li m'għandhiex issir inkjesta biex tgħarbel l-imġieba tagħhom fejn għandu x'jaqsam l-iskandlu dwar l-isptarijiet VGH.", "Wieħed jeħtieġ li jifhem li, f'dan l-istadju, m'hix qed tiġi mgħarbla il-ħtija jew in-nuqqas ta' ħtija tagħhom.", "Iżda, fid-dawl ta' dak li diġà huwa magħruf, il-Maġistrat jeħtieġ jara jekk teżistix biżżejjed informazzjoni li tiġġustifika li ġbir ta' provi dwar reat kriminali permezz ta' nkjesta.", "U meta tintemm din l-inkjesta, tkun trid tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandhomx jinħarġu akkużi li eventwalment iwasslu għal pro1ess fil-qorti li għandu jiddetermina l-ħtija jew in-nuqqas tagħha.", "Għalhekk il-kwistjoni dwar jekk hemmx ħtija jew le għadha lura ħafna.", "Madankollu Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi mhux lesti li jidħlu f'riskju u, permezz tat-tweġiba tagħhom, ħarġu bil-mazza proverbjali għal min azzarda jgħid li huma b'xi mod kienu naqsu.", "Araw x'kitbu dwar Repubblika: \"din hi biss narrativa politika\"; \"giddibin\"; \"jippretendu li l-inkjesti maġisterjali għandhom ikunu nasbiet bażati fuq suspetti, spekulazzjonijiet u konġetturi miġjuba 'l quddiem minn opinjonisti li jiġbdu l-ħbula ta' avversarji li jimirħu fix-xena politika\".", "Dwar The Shift News u dwar Caroline Muscat: \"Dan il- blog huwa magħruf għall-artikli ta' natura partiġġjana li jxandar kontra l-gvern immexxi mill-Partit Laburista.", "Għal bosta snin, Caroline Muscat kienet taħdem bħala ġurnalista mat-Times of Malta u kitbet stejjer kontra l-gvern...", "Caroline Muscat ingħaqdet mal-PN biex tmexxi l-kampanja elettorali bħala Campaign Director...", "Eżatt wara l-kampanja elettorali tal-2017, Caroline Muscat kompliet bl-attività politika tagħha bħala ko-fundatriċi ta' The Shift News li jxandar artikli bi kritika kontra l-Partit Laburista.\"", "Dwar Daphne Caruana Galizia huma kkwotaw mill-inkjesta Egrant tal-Maġistrat Aaron Bugeja b'dawn il-preċiżi kliem: \"Fil-kuntest tal-fatt li ġie pruvat b'mod sodisfaċenti li d- declarations of trust fil-proċeduri tal-inkjesta (Egrant) kellhom firem foloz, il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jibda' investigazzjoni bil-għan li jiddetermina min kien jew min kienu l-persuni responsabbli li ffabbrikaw, użaw u qassmu dawn id-dokumenti foloz\".", "M'għandniex xi ngħidu, il-firem setgħu faċilment ġew iffalsifikati minn mnejn kienu nħarġu, jiġifieri minn ħdan Mossack Fonseca innifisha, kif diġà kien ġie spjegat b'ċertu dettall.", "Iżda Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi, s-suppost investigazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija jagħtuha l-ġenb u b'mod indirett jitfgħu l-ħtija fuq Daphne Caruana Galizia.", "Dan stqarruh hekk kif dalgħodu t-Times of Malta rrappurtat li Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi qalu li l-imġieba tagħhom ma tistax tiġi mgħarbla għaliex id-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern permezz tal-Ministri hija mħarsa mill-kolleġġjalità tal-kabinett u għalhekk huma ma jistgħux jinżammu responsabbli individwalment għal kull ma jagħmel il-gvern.", "Dawn qalu wkoll li ġaladarba l-Awditur Ġenerali qiegħed igħarbel il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet, m'hemmx ħtieġa għall-Maġistrat biex jagħmel dan ukoll – konvenjentement ħarbitilhom li l-Awditur Ġenerali m'għandux is-setgħa li jħarrek jekk jirriżulta li twettaq reat kriminali.", "Iżda l-isbaħ waħda li ħarġu biha hi li Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi — bħala Ministri tal-gvern bis-setgħa li jonfqu l-mijiet tal-miljuni minn flus il-poplu — jippretendu li m'huma kontabbli lejn ħadd u li l-imġieba tagħhom ma tistax tiġi mgħarbla.", "Iżda ma ġara' xejn jekk fuq is-soċjetà ċivili u fuq il-ġurnalisti indipendenti jiftħu l-kanuni tal-kritika tagħhom b'akkużi infondati.", "Għal dawn is-setgħana, dawk li jikkritikawhom jew jippretendu li għandhom ikunu kontabbli bilfors huma persuni motivati mill-partiġġjaniżmu.", "Skont huma, ħadd m'għandu dritt li jgħarbel l-imġieba tagħhom għax, jekk xi ħadd jażżarda li jagħmel dan, dan ta' bilfors ikun motivat politikament.", "Il-kliem iebes li wżaw fil-konfront ta' ġurnalista li kitbet stejjer li ma daqqewx għal widnejhom – Caroline Muscat — u l-attakki personali li għamlu huwa ta' għajb.", "Tliet Ministri tal-kabinett marru l-Qorti u stqarrew li huma m'humiex kontabbli għall-imġieba tagħhom u li l-ġurnalista hija l-għadu tagħhom.", "Hemm ħaġa oħra ta' tħassib li semmiet The Shift News fl-artiklu li xandret il-bieraħ bil-lejl.", "Il-kwotazzjoni li siltu mir-rapport Egrant biex jippruvaw jiskreditaw lil Daphne Caruana Galizia qatt ma xxandret qabel u Repubblika għadha kemm għamlet talba fil-qorti biex tiġi identifikata l-persuna li kkwotat mir-rapport.", "Il-kwotazzjoni tidher li nstiltet minn dik il-parti tar-rapport Egrant li għadha ma xxandritx u, jekk dan fil-fatt huwa l-każ, dan ifisser li Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi r-rapport suppost sigriet jafu x'fih.", "Adrian Delia ma rnexxielux jipperswadi lill-Qorti biex tordna li jingħata kopja.", "F'dawk il-proċeduri, Joseph Muscat, Owen Bonnici, Peter Grech u Kurt Farrugia kienu kkonfermaw bil-ġurament li kopja tar-rapport Egrant ma ngħatat li ħadd aktar.", "Jaqaw xi ħadd minnhom ħa ġurament falz?", "Ma nagħmlux mod li dak li Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi xlew bih lil Repubblika – jiġifieri l-gideb – huma ħatja tiegħu huma stess?", "Previous: Storja dwar żewġ intervisti Next: Malta mitluba tikkonsulta dwar il-qasam tar-riformi fil-ġustizzja mal-Kummissjoni ta' Venezja window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/keith-schembri-nqela-bzejtu/", "date": "Mon, 11th Nov '19, 11:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Keith Schembri nqela' b'żejtu", "text": ["Bil-Malti ngħidu li \"nqela b'żejtu\".", "Tliet snin ilu Keith Schembri għamel kawża ta' libell kontra Simon Busuttil għax l-istess Simon Busuttil kien xlieħ li huwa bniedem korrott.", "Fis-16 ta' Ottubru 2017, kien xehed li huwa innoċenti.", "Ftit sigħat wara, Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li qabditu jarma karus fil-Panama, nqatlet permezz ta' karrozza-bomba.", "Minn dakinhar 'l hawn baqa' jipprova jiżloq milli joqgħod għall-mistoqsijiet in kontro-eżami mill-avukati ta' Simon Busuttil u kompla jilgħab man-nar.", "Fi stadju minnhom, il-maġistrat li kien qed jisma' l-kawża, għall-għarrieda ngħata promozzjoni u nħatar bħala mħallef mill-imgħallem ta' Keith Schembri, Joseph Muscat.", "Francesco Depasquale inħatar bħala mħallef f'April 2019 f'ċerimonja organizzata mill-gvern wara li kienet saret kawża mis-soċjetà ċivili li talbet biex din iċ-ċerimonja tiġi dikjarata llegali.", "Aktar tard, Francesco Depasquale għadda s-smiegħ tal-kawża ta' libell ta' Keith Schembri lil Maġistrat li kien għadu kemm ħa l-ħatra fl-istess ċerimonja: Victor Axiaq.", "Dalgħodu Keith Schembri ma setgħax ikompli jtawwal u deher il-qorti.", "Fil-bidu tas-seduta, l-Maġistrat stqarr li kien avviċinaħ informalment \"xi ħadd\" li ssuġġerielu li jirrikuża ruħu mis-smiegħ tal-kawża għaliex fl-imgħoddi kien l-avukat ta' Nexia BT.", "Dan ix-\"xi ħadd\" min hu?", "U dan ix-\"xi ħadd\" avviċinaħ informalment?", "X'inhi din?", "Jaqaw din xi farsa bħal dawk li jseħħu fir-repubbliki tal-banana?", "Il-Maġistrat stqarr li xorta waħda kien bi ħsiebu jisma' lil Keith Schembri jixhed fuq il-pedina tax-xhieda.", "L-avukati ta' Keith Schembri qalu li l-klijent tagħhom m'għandux jixhed għaliex jista' jagħti l-każ li jkun qed jinkrimina ruħu.", "Iżda l-Maġistrat ma qabilx u ordna lil Keith Schembri biex jixhed.", "L-avukati ta' Keith Schembri talbu żmien biex jappellaw mid-digriet.", "Iżda l-Maġistrat deherlu li Keith Schembri kellu jixhed.", "L-avukati ta' Keith Schembri talbu li l-kwistjoni tmur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.", "Il-Maġistrat reġa' ma qabilx u ordna lil Kieth Schembri biex jixhed.", "Meta Keith Schembri tela' biex jixhed fuq il-pedana tax-xhieda, Jason Azzopardi wrieh stqarrija li huwa stess kien għamel sena ilu u li fiha kiteb li kien fassal \"abbozz ta' pjan\" sabiex jagħmel in-negozju privat ma' 17 Black u ma' Macbridge .", "Qabżu l-avukati ta' Keith Schembri u qalu li l-klijent tagħhom ma setgħax iwieġeb għaliex jibża' li jista' jinkrimina ruħu.", "U mbagħad ċeda l-armi.", "Wara li l-Maġistrat ordnalu ħames darbiet biex joqgħod għall-kontro-eżami f'kawża ta' libell li kien għamel huwa stess u qallu li kien ser jieħu passi kontrih kemm il-darba ma joqgħodx għall-ordni tal-qorti, Keith Schembri ċeda l-armi.", "Ċeda l-kawża u effettivament ammetta li: 1. l-allegazzjonijiet li kien għamel Simon Busuttil fil-konfront ta' Keith Schembri huma minnhom; 2. jaf b'affarijiet li, jekk jinkixef dwarhom, ikun ħati ta' reat kriminali.", "Illum Repubblika stqarret li kull persuna għandha dritt li ma tiġix imġiegħla tixhed jekk din ix-xhieda tista' tinkriminaha.", "Fil-qorti Keith Schembri għandu drittijiet daqs ħaddieħor.", "Iżda barra mill-awli tal-qorti, Keith Schembri huwa l-aktar bniedem setgħan fil-pajjiż.", "Huwa uffiċjal mill-aktar għoli tal-gvern.", "Uffiċjali għolja tal-gvern li jammettu pubblikament li jafu b'affarijiet li jistgħu jinkriminawhom għandhom bilġri jdabbru rashom b'kemm għandhom saħħa.", "Aħsbu ftit fl-ispejjeż, fil-weġgħat u fit-theddid fil-konfront ta' bosta persuni li lkoll saru minn dan il-bniedem biex jirrepeti l-gideb kollu li gideb biex igħatti x-xtur kriminali tiegħu.", "Keith Schembri nħaraq waħda sewwa.", "Ilna \"nafu\" għal żmien twil li Keith Schembri huwa uffiċjal pubbliku kriminali li huwa ħalliel, giddieb u korrott li jabbuża mis-setgħa permezz tat-tixħim.", "Il-prim ministru dan kollu jafu.", "Tiftakru kemm kien insista l-Partit Laburista li d-deputat tal-PN Toni Bezzina kellu jwarrab għaliex kien tilef kawża ta' libell meta tal-One TV kienu xandru rapport li ħaddem gaj irġiel impjegati mal-gvern għal 5 siegħat biex ibajdu kamra fil-każin tal-PN fiż-Żurrieq?", "Iżda meta Chris Cardona kien ċeda libell wara li kien ġie akkużat talli attenda f'burdell biex ikollu x'jaqsam mal-prostituti meta suppost kien fuq xogħol tal-gvern, tal-Labour ma tniffsux.", "Il-każ ta' Keith Schembri huwa ħafna aktar serju.", "Dan għadu kemm ċeda kawża ta' libell li kien għamel huwa stess biex jiddefendi lilu nnifsu minn akkuża mill-aktar gravi.", "L-aħħar darba li Keith Schembri kien il-qorti biex jixhed, Daphne Caruana Galizia kienet għadha mimlija bil-għomor.", "Dakinhar kienet kitbet l-aħħar artiklu tagħha b'dan il-kliem: \"Kull fejn tħares, ninsabu mdawwrin bil-ħallelin\".", "Għall-mument qasir ħafna, kelli l-ħajra li nikkonkludi din il-kitba – tafu intom – bi kliem li nibqa' mfakkar għalihom daqslikieku din ser tkun l-aħħar kitba tiegħi.", "Iżda m'għandhiex kliem elokwenti biżżejjed x'nikteb.", "Minflok se nikteb erba' kelmiet għall-attenzjoni ta' Keith Schembri: Dabbar rasek.", "Issa.", "Issa.", "Issa.", "Previous: It-Toni Bajada ta' żminijietna Next: Karol Aquilina għandu raġun.", "Keith Schembri nkixef ta' li hu: ĠIFA window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/ghandna-dritt-li-nsiru-nafu-dak-li-diga-jaf-bih-hu/", "date": "Tue, 14th May '19, 14:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Għandna dritt li nsiru nafu dak li diġà jaf bih hu", "text": ["Illum il-Qorti ċaħdet l-ilment ta' Adrian Delia li meta l-Avukat Ġenerali rrifjuta li jgħaddilu kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant , kien ċaħadlu d-dritt li jesprimi ruħu bħala l-għassies tal-gvern u ddiskrimina kontrih għaliex ta trattament differenti lill-Partit Laburista minn dak li ngħata lill-Partit Nazzjonalista.", "Adrian Delia qal li bi ħsiebu jappella mis-sentenza.", "Għalkemm huwa interessanti, d-dibattitu legali qed iseħħ fl-assenza ta' dibattitu politiku adegwat.", "Il-liġi suppost għandha tgħodd għal kulħadd bl-istess mod, kemm jekk wieħed ikun qed jokkupa kariga pubblika u kemm jekk le.", "Fil-prinċipju, dan huwa intenzjonat biex jiżgura li s-setgħana ma jingħatawx preferenzi fuq ħaddieħor.", "Il-qorti suppost m'għandha tħares lejn wiċċ ebda wieħed minn dawk li jirrikorru għandha, iżda għandha teżamina l-fatti u tapplika dak li tgħid il-liġi.", "Jien m'jinix kwalifikat biżżejjed biex nifhem l-argumenti li ġab il-Kap tal-Oppożizzjoni jew il-motivazzjoni tal-qorti fin-nuqqas ta' qbil tagħha ma' dawn l-argumenti: ma nistax ngħid il-qorti kellhiex raġun jew le f'dak li ddeċidiet.", "Iżda nista' ngħid li għandu jew m'għandux raġun legali l-Kap tal-Oppożizzjoni li jitlob kopja tar-rapport, dan żgur li għandu raġun li jitolbu – jekk mhux għan-nom tiegħu stess – għan-nom ta' kulħadd.", "L-Avukat Ġenerali ammetta li kien hemm miżura partikolari ta' interess pubbliku fil-każ.", "Din ma kienitx inkjesta dwar l-imġieba ħażina ta' xi ħadd kwalunkwe iżda inkjesta dwar l-allegata mġieba ħażina tal-Prim Ministru attwali – l-istess persuna li kien fil-kariga meta seħħet l-allegata mġieba ħażina, meta saret l-inkjesta u meta ntemmet l-inkjesta.", "Kien Peter Grech li ddeċieda waħdu sa fejn għandu jwassal l-interess pubbliku.", "Skont il-fehma tiegħu, l-għażla li jxandar biss 49 paġna – lejn it-tmiem, iżda mhux il-paġni tal-aħħar ta' inkjesta twila 1,500 paġna – kienet biżżejjed biex tissodisfa l-interess pubbliku.", "Din m'għoġbitx biss lil Adrian Delia.", "Ironikament, għal ftit taż-żmien, Adrian Delia deher li kien sodisfatt tant li għamel użu minn dawk id-49 paġna bħala raġuni biex ikeċċi lil Simon Busuttil mill-kariga ta' kelliem dwar il-governanza tajba u li jitlob l-awto-sospensjoni tiegħu.", "X'aktarx li ma nfluwenzatx lill-qorti d-dawra durella li spiċċa għamel Adrian Delia meta beda' jinsisti għal kopja tar-rapport sħiħ biex seta' jasal għal ġudizzju politiku.", "Madankollu din id-dawra durella għamlet ħsara lill-argument politiku għaliex, tgħid x'tgħid il-liġi dwar id-\"dritt\" ta' Kap tal-Oppożizzjoni, fl-aħħar mill-aħħar din hi kwistjoni politika u fil-qasam politiku il-liġi ma tapplikax bl-istess mod għal kulħadd.", "Din l-anqas m'hi kwistjoni \"ta' livell aktar għoli\" ta' ġudizzju għall-politiċi.", "M'hemmx l-iċken dubju li fost l-ambjenti politiċi jeżistu suspetti li dak li ma xxandarx mir-rapport tal-inkjesta Egrant jista' jikkaġuna ħsara kbira ħafna kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lil istituzzjonijiet oħra bħalma huma l-Avukat Ġenerali u l-Pulizija u dan talli dawn setgħu naqsu li jaġixxu fuq dak li rriżulta mir-rapport tal-inkjesta.", "L-elf u ħames mitt paġna ma ttrattawx biss dwar in-nuqqas ta' provi li kellhom jikkonfermaw li sid l-Egrant huwa Joseph Muscat.", "Irriżulta mill-provi sid l-Egrant min hu?", "Fuq kollox, il-qofol tal-kwistjoni m'huwiex dwar sid l-Egrant min hu.", "Filwaqt li minn banda, għal Joseph Muscat ma ġara' assolutament xejn li Konrad Mizzi u Keith Schembri nqabdu b'kumpanniji sigrieti fil-Panama u li din ma kinitx raġuni biżżejjed biex idabbrilhom rashom, mill-banda l-oħra jiġi b'ħafna melodrama dwar dik li, skont hu, hi akkuża falza li hu sid waħda minn dawn il-kumpanniji sigrieti.", "Kull tweġiba alternattiva għax-xilja li 'Muscat huwa sid l-Egrant' għandu jkollha l-effett li tillibera lil Joseph Muscat fuq bażi personali u kriminali.", "Iżda jeżistu tweġibiet oħrajn li xorta waħda jistgħu jġiegħluh iħallas prezz politiku.", "Filwaqt li qed jagħmel tabirruħu li jixtieq r-rapport tal-inkjesta jixxandar, ftit huma dawk li qed jemmnu dan it-teatrin li jinqala' ħafna għalih.", "Għal ġimgħat sħaħ, qalulna li d-dokument kien qed jiġi redatt – mhux mill-Avukat Ġenerali tafux – iżda mill-avukati personali ta' Joseph Muscat li għandhom l-istess interessi li għandu hu.", "Sakemm kollox jibqa' taħt il-kontroll tiegħu, ir-rapport Egrant mhux se jara d-dawl tax-xemx.", "Filwaqt li bid-diskors igħidilna li jixtieqna naqrawh, bil-fatti qed jaħbih: qisu dak il-qattiel li lill-pulizija jurihom id-debba tal-koperazzjoni u mbagħad iqabbżilhom il-ħmara tat-tfixkil minn taħt.", "Din m'hix kwistjoni dwar jekk hemmx raġun legali jew le.", "Il-Prim Ministru huwa kontabbli mhux biss fil-konfront tal-Imħallfin, tal-Parlament u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Huwa wkoll kontabbli lejn il-poplu.", "Għandu f'idejh rapport li hu jaf x'fih.", "Huwa jaf sid l-Egrant min hu u ma jridx jikxef dak li jaf.", "Issa tard wisq biex wieħed joqgħod jilmenta li l-Prim Ministru – li kien is-suġġett tal-inkjesta – ma messux ingħata kopja tar-rapport Egrant.", "Peter Grech leħaq għaxxaqha f'dan ir-rigward.", "Din m'hix kwistjoni ta' \"dritt\" li aħna jista' jkollna li naqraw ir-rapport sħiħ biex b'hekk ikun hemm bilanċ ma' dak li jaf il-Partit Laburista.", "Għandna \"dritt\" li naqraw ir-rapport sħiħ għaliex Joseph Muscat suppost huwa l-qaddej – mhux is-sultan – tagħna, u bħala sidien tiegħu għandna għalxiex mhux biss li nitħassbu dwar l-integrità tiegħu meta jew jekk jirriżulta li ħoloq kumpannija fil-Panama f'isem martu biex tirċievi flus ġejjin mit-tixħim mingħand id-dittatur tal-Ażerbajġan.", "Messu dabbar rasu fuq ferm inqas minn hekk.", "Saħansitra messu warrab anki fuq ix-xtur li għatta dwar min tassew huwa sid l-Egrant u dwar il-bsaten fir-roti li saru biex tibqa' ma ssirx ġustizzja mal-ħallelin li qed jaħkmu lill-pajjiż.", "Previous: Repubblika titlob inkjesta fl-iskandlu tal-isptarijiet Next: Ma jiddejjaq xejn jurina x'ħobż jiekol window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/storja-dwar-zewg-intervisti/", "date": "Tue, 4th Jun '19, 18:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Storja dwar żewġ intervisti", "text": ["Illum ixxandru żewġ intervisti online fuq il-ġurnali.", "It- Times of Malta intervistat lil Adrian Delia, filwaqt li The Malta", "Independent intervistat lil Mark Anthony Sammut .", "Segwuhom it-tnejn.", "F'dawn l-aħħar ġranet, is-suġġetti li tkellmu dwarhom diġà ġew ittrattati b'mod estensiv fl-istampa kif ukoll minn din il- website .", "U l-ġurnali online stess ipprovdew sunt tal-intervisti li xandru.", "Dan li qed nikteb mhux daqstant dwar x'qalu milli dwar il-mod li bih qaluh.", "Nixtieq inżid biss ħaġa waħda.", "Wieħed minn dawk li ġew intervistati huwa l-kap tal-Oppożizzjoni.", "L-ieħor huwa kunsillier fuq il-kunsill lokali tal-Gudja.", "Bir-rispett kollu lejn il-komunità Gudjana — u dawn ċertament jistħoqqilhom ir-rispett kollu mmaġinabbli — dan il-pajjiż bla dubju kien ikun f'sitwazzjoni ferm aħjar li kieku dawn it-tnejn għamlu tpartit tar-rwoli rispettivi tagħhom.", "Previous: Dak li ma qalx Jean Pierre Debono Next: Minn fejn ġibtuha l-kwotazzjoni mir-rapport Egrant? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/dhakt-bil-parlament-imma-bdaqshekk-ma-gara-xejn/", "date": "Sat, 16th Feb '19, 07:24", "category": "blog, politics, government", "title": "'Dħakt bil-Parlament – imma b'daqshekk ma ġara' xejn'", "text": ["Araw ftit il-mod kif Owen Bonnici jipprova jiżloq mill-gideb tiegħu stess permezz ta' gideb ieħor.", "Lil tal-Parlament Ewropew qalilhom li Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu għaddew minn inkjesti u li ma kien instab xejn dwarhom.", "Meta t- Times", "of Malta staqsietu għal liema inkjesti seta' kien qed jirreferi, ammetta li f'dak li kien qal ma kienx preċiż u li kien tkellem hekk biex seta' jinftiehem mill-udjenza li kellu quddiemu.", "Dan donnu jirraġuna li għax quddiem udjenzi Maltin jirnexxielu jbenġilha, se jirnexxielu jbenġilha wkoll fi Strasburgu.", "Il-Parlament Ewropew ma jaħdimx bħall-Parlament tagħna li hu mmudellat fuq dak ta' Westminster.", "U skond waħda mit-tradizzjonijiet etiċi ewlenin ta' Westminster, membru m'għandu qatt jidħak bil-Parlament.", "Meta wieħed jidħak bil-Parlament ikun qed jinganna b'informazzjoni li jkun jaf li hi falza.", "Fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Indja, fil-Kenja u f'pajjiżi oħra — u, għallinqas fit-tejorija, f'Malta wkoll — ministru tal-gvern li jirriżulta li jkun daħak bil-Parlament ġeneralment ikollu jitkeċċa mill-kabinett.", "Bis-saħħa ta' konvenzjoni, ministru li rriżulta li daħak bil-Parlament jkun mistenni li jwarrab jew inkella jitkeċċa.", "Il-kodiċi tal-etika tal-gvern Skoċċiż igħid li ministru għandu jwarrab jekk jiġi pruvat li daħak bil-Parlament.", "Jekk ikun hemm xhud li jixhed falz quddiem kumitat parlamentari Awstraljan, aġir bħal dan jista' jitqies bħala aġir ta' disprezz lejn il-parlament.", "Il-\"kjarifika\" li Owen Bonnici's għamel mat- Times of Malta m'hi xejn ħlief ammissjoni li meta huwa xehed quddiem il-membri tal-kumitat parlamentari speċjali Ewropew dwar l-evażjoni tat-taxxa, huwa kien daħak bihom b'mod intenzjonat.", "Dan qalilhom li \"żewġ inkjesti kienu kkonkludew li ma kienx hemm raġunijiet għala għandhom jittieħdu passi kontra dawn in-nies\" jiġifieri Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "U meta ġie mistoqsi minn tat- Times of Malta, huwa \"speċifika\" li l-inkjesti b'rabta mat-tixħim u l-korruzzjoni ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri \"kienu għadhom ma ngħalqux\".", "Lil tat- Times of Malta ma qalilhomx li kien żbalja jew li kien ħawwad bejn inkjesta u oħra.", "Iżda qalilhom li kien \"uża ċertu lingwaġġ biex in-nies ikunu jistgħu jifhmu\".", "Ammissjoni aktar ċara minn din qajla jista' jkun hemm.", "'Lill-parlamentari xtaqt nagħtihom l-impressjoni li l-inkjesti li għadhom għaddejjin, fil-fatt ingħalqu u li ma kien instab xejn dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi'.", "M'hix l-ewwel darba li Owen Bonnici għamel bużullotta bħal din.", "U l-gvern li hu jifforma parti minnu minn Frar 2016 'l hawn lanqas ma baqa' lura – minn dakinhar li deher ritratt ta' ħaruf fil-blog ta' Daphne Caruana Galizia u lkoll kemm aħna ħsibna li Konrad u Sai Mizzi kienu ser jieklu ikla ħaruf ta' New Zealand għall-festi tal-Għid.", "Il-werrieta tat-tradizzjoni ta' Westminster ikun jeħtieġ li jkunu wkoll werrieta ta' regoli dwar imġieba korretta u diċenti li ma jinsabux miktubin fil-kotba.", "Tistgħu tibqgħu ċerti li Owen Bonnici mhux se jirriżenja minkejja l-fatt li nqabad jidħak bil-Parlament, inkluż dak Ewropew.", "U Joseph Muscat, bi xturu mgħottijin kif inhuma bil-gideb ta' Owen, m'hux se jkeċċieh.", "Għax inkella jkollu jwarrab hu wkoll.", "Previous: Rapporti fl-istampa Svediża: Yorgen Fenech 'persuna mixlija b'tixħim, huwa sid ta' sit elettroniku tal-imħatri fl-Isvezja' Next: Min qatel lil Daphne? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/il-parti-d-dejqa-tal-feles/", "date": "Wed, 13th Feb '19, 10:28", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-parti d-dejqa tal-feles", "text": ["Il-gvern se jagħmel minn kollox biex l-iskandlu tal-korruzzjoni dwar it-tonn jinżamm strettament fuq livell amministrattiv.", "Il- phone records li xxandru l-bieraħ mill-istampa Spanjola jittrattaw dwar impjegata fis-servizz ċivili u, minn dak li sirna nafu s'issa, xxaħħmet biex tgawdi hi u ma xxaħħmitx ukoll għan-nom ta' ħaddieħor.", "Iżda hawn jeżistu l-kumplikazzjonijiet.", "Fl-2010, Andreina Fenech Farrugia kienet diġà tkeċċiet mill-kariga li kellha sal-bieraħ u li issa ġiet sospiża minnha.", "Kienet tkeċċiet mhux minħabba korruzzjoni iżda minħabba nuqqas ta' ħila.", "Joe Caruana, impjegat ieħor fis-servizz ċivili, kien intagħżel biex jieħu postha u biex jirranġa t-taħwid li Andreina Fenech Farrugia kienet ħalliet warajha.", "Il-ħatra ta' Joe Caruana ma kinitx xi ħatra politika minn naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Dan kien fdat biżżejjed tant li ingħata karigi oħra mill-gvern Laburista ġdid.", "Iżda kien ingħata kariga oħra biex tkun tista' tiddaħħal f'loku Andreina Fenech Farrugia ftit wara l-elezzjoni tal-2013.", "Dan il-fatt huwa wieħed ta' importanza kbira għaliex jindika li, qabel l-2013, il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien diġà f'kuntatt ma' Andreina Fenech Farrugia li, minħabba dak li kien seħħ, kienet urtata u din kienet ġiet ippremjata bil-ħatra li kellha qabel u dan b'rikonoxximent għas-servizzi li setgħet tat lil tal-Labour waqt li kienu fl-Oppożizzjoni.", "Din ma kinitx deċiżjoni amministrattiva.", "Kienet biss għażla politika li għaliha l-gvern Laburista issa jkollu jerfa' r-responsabbiltà.", "Għandi nifhem li Joe Caruana lill-Ministri tiegħu kien tarrfilhom ir-raġunijiet il-għala Andreina Fenech Farrugia ma kellhiex terġa' tingħata l-kariga li kellha għaliex kien proprju hu li kien xammar kmiemu biex irranġa t-taħwid li din kienet ħalliet warajha.", "U jekk lill-Ministri ma kien tarrfilhom xejn, kienu fid-dmir li jistaqsuh.", "Li hu żgur hu li dawn ma kienx messhom daħħlu l-politika f'materji li huma purament amministrattivi u ġaladarba daħħluha, issa jeħtieġ li jerfgħu ir-responsabbiltà.", "Dan m'huwiex kollox.", "Il-bieraħ erġajna rajna lura fix-xena lil Charlon Gouder u rajniħ jinsisti li Andreina Fenech Farrugia għandha titkeċċa sabiex il-provi jiġu priservati anki jekk l-innoċenza tagħha għandha tibqa' preżunta.", "Iżda l-fatti juruna li Charlon Gouder mhux biss huwa l-avukat (isejjaħ lilu nnifsu CEO) tan-negozjanti li jsemmnu t-tonn iżda hu wkoll ħaġa waħda ma' Josè Herrera li hu l-Ministru responsabbli għas-Sajd.", "Kien hemm żmien li fih kien iservi fil-Ministeru u, għax forsi ma kienx qed jaqla' flus biżżejjed, fl-2016 ma baqax segretarju privat ta' Josè Herrera u nħatar dak il-ħin stess bħala \"konsulent\" biex fl-istess waqt beda' jirċievi ħlas akbar.", "Dan kien seħħ fi żmien meta Josè Herrera kien għadu ma ngħatax ir-responsabbiltà għas-sajd.", "Issa li d-dikasteru tas-sajd jinsab taħt idejh, mhux ċar jekk Charlon Gouder huwiex jirċievi ħlas kemm mingħand il-Ministeru tas-Sajd kif ukoll mingħand in-negozjanti li jsemmnu t-tonn.", "Dan għad irridu narawh.", "Iżda anki jekk dan m'għadux il-każ, m'hemmx dubju li hawn għandna każ ta' kunflitt ta' interess li ma jistax ikun ċar aktar milli hu.", "Ma jistax ikollna fiduċja li, sal-ħin meta feġġet l-aħbar tal-bieraħ, il-gvern aġixxa indipendentement mill-interessi tan-negozjanti li jsemmnu t-tonn.", "Issa li l-iskandlu ħareġ fil-beraħ, ma jistax ikollna fiduċja li l-gvern qed jittratta l-kwistjoni bl-oġġettività meħtieġa.", "Araw ftit kif it- Times of Malta dalgħodu tkellmet dwar dak li għejjun Spanjoli qalulha li \"biss il-parti d-dejqa tal-feles\".", "Araw ftit kif, mit- Times of Malta wkoll, sirna nafu li – anki qabel ħarġet l-aħbar fil-beraħ il-bieraħ – il-pulizija kienu diġà mgħarrfa dwar il-każ u tnediet ukoll inkjesta maġisterjali.", "Meta kien li Josè Herrera sar jaf b'din l-istorja?", "U Charlon Gouder — bħala rappresentant tan-negozjanti l-oħrajn tas-smin tat-tonn – meta sar jaf bl-istorja?", "X'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu biex it-tkeċċija ta' Andreina Fenech Farrugia tkun posposta sakemm din imbagħad saret inevitabbli meta feġġet l-aħbar fl-istampa Spanjola?", "X'ġiegħel lil Charlon Gouder ikun daqstant drammatiku l-bieraħ hu u jinsisti fuq il-priservazzjoni tal-provi, liema provi kienu diġà hemm waqt li kienu qed jistennew li tfeġġ l-aħbar fl-istampa?", "Dan ried jippriserva l-provi dwar ir-rabtiet li hemm bejn Andreina Fenech Farrugia u Fuentes , jew inkella – waqt li kien qed jistenna li toħroġ l-istorja fil-beraħ – ra kif għamel biex provi dwar l-attivitajiet tal-klijenti tiegħu ma joħorġux fil-beraħ ukoll?", "Il-veru każ li jgħodd sew il-qawl Malti li jgħid li l-ħuta tinten minn rasha.", "Iżda tiskantaw xejn jekk, mal-medda taż-żmien, jirriżulta li Andreina Fenech Farrugia m'hix ir-ras tal-ħuta u li hi biss il-parti d-dejqa tal-feles.", "Hu x'inhu, din ċertament m'hix kwistjoni strettament amministrattiva.", "Hi wkoll waħda ta' natura politika.", "Previous: Dnub li Joseph Muscat m'huwiex ħuta Next: Ministeru ieħor u skandlu ieħor dwar korruzzjoni window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/il-pulizija-spanjola-tintercetta-konversazzjonijiet-telefonici-tal-direttur-tas-sajd-maltija-li-fihom-instemghet-titlob-hlas-bhala-tixhim-sit-spanjol-tal-ahbarijiet/", "date": "Tue, 12th Feb '19, 09:40", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-Pulizija Spanjola tinterċetta konversazzjonijiet telefoniċi tal-Direttur tas-Sajd Maltija li fihom instemgħet titlob ħlas bħala tixħim – sit Spanjol tal-aħbarijiet", "text": ["Illum is-sit elettroniku Spanjol El Confidencial xandar rapport dwar l-interċettazzjoni min naħa tal- Benemerita (il-pulizija ċivili Spanjola) ta' konversazzjonijiet telefoniċi li \"bis-saħħa tagħhom inkxfu r-rabtiet li hemm bejn il-Kap tad-Dipartiment tas-Sajd f'Malta u organizzazzjoni kriminali li hi mdaħħla fis-sajd u l-bejgħ illegali tat-tonn\".", "Ir-rapport huwa msejjes fuq konversazzjoni telefonika li seħħet fl-20 ta' Ġunju 2018 bejn id-Direttriċi Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u tal-Akwakultura Dr Andreina Fenech Farrugia u Josè Fuentes Garcia, viċi-president ta' Ricardo Fuentes , kumpannija tas-sajd Spanjola.", "Waqt id-diskursata, Andreina Fenech Farrugia lil Josè Fuentes Garcia instemgħet tgħidlu: \"Ninsab fil-Bulgarija minħabba wiċċek.", "Jeħtieġ tħallasni għax ser ikun hawn laqgħa u jien ninsab mad-direttur ġenerali ta' Brussell\".", "El Confidencial qalet li Fenech Farrugia kienet qed tirrappreżenta lil Malta f'laqgħa dwar il-qasam tas-sajd li saret f'Sofja fiż-żmien meta l-Bulgarija kellha l-presidenza tal-UE f'idejha.", "Il-website qalet ukoll li barra għad-dmirijiet uffiċjali tagħha, kellha tmur f'Sofja għall0interessi personali tagħha.", "Il-Grupp Fuentes jinkludi fih aktar minn 40 kumpannija fi Spanja, fil-Portugall, fi Franza, fl-Italja, fil-Kroazja, f'Malta, fil-Marokk u fit-Tuneżija u huwa l-akbar operatur fid-dinja tan-negozju tat-tonn.", "El Confidencial qalet ukoll li, minn telefonati oħra interċettati mill-pulizija Spanjola, \"jirriżulta li Andreina Fenech Farrugia kienet ilha snin sħaħ tikkollabora mal-Grupp Fuentes biex jiddaħħal illegalment tonn mhux awtorizzat fl-ibħra ta' madwar Malta.", "B'hekk, bis-saħħa ta' dokumenti foloz, il-ħut kien jiġi esportat lejn il-Ġappun, l-Istati Uniti u Spanja.", "El Confidencial kompla igħid li \"grazzi għall-fatt li kellha lil min jaqlagħha fil-Ministeru, Fenech Farrugia xxaħħmet\".", "Lil El Confidencial , il-pulizija Spanjola qaltilha li għalkemm Fuentes kellhom il-permess biex iżommu 3,000 tunnellata ta' tonn f'Malta, fil-fatt kellhom gaġeġ li jesgħu sa 9,000 tunnellata.", "Għall-2108 il-kwota imposta mill-UE għall-qabda intiera tat-tonn fil-Mediterran u fl-Atlantiku tal-Lvant kienet ta' mhux aktar minn 15,850 tunnellata.", "L-interċettazzjonijiet telefoniċi tal-pulizija juru li Fenech Farrugia kienet tuża numru telefoniku Spanjol biex tkun tista' titkellem mas-sidien Spanjoli ta' Fuentes.", "Kienu jsibuha bħala \" La jefa \", 'il-prinċipjanta', u fil-25 ta' Ġunju fil-11 ta' bil-lejl kienet organizzat laqgħa fil-lukanda Hilton.", "L-interċettazjonijiet telefoniċi saru bħala parti minn operazzjoni tal- Benemerita li f'Ġunju li għadda sabet tarf ta' grupp ta' kriminali li llegalment kienu qed jintroduċu t-tonn fis-suq.", "Il-valur fis-suq moħbi tan-negozju huwa stmat li jammonta gġal madwar 25 miljun ewro fis-sena.", "El Confidencial talbet kummenti mingħand Andreina Fenech Farrugia, iżda din irrifjutat li twieġeb u injorat e-mails li ntbagħtulha.", "Josè Fuentes wkoll irrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu.", "Skond ir-Reġistru Navali Spanjol, il-Grupp Fuentes huwa s-sid f'Malta ta' RF Malta Holding u ta' Mare Blu Tuna Farm Limited.", "Din tal-aħħar tiffoka fuq is-simna tat-tonn fil-gaġeġ madwar l-ibħra Maltin.", "El Confidencial tgħid li \"fost attivisti, uffiċjali Ewropej u negozjanti kien hemm xnigħat dwar ir-rwol ta' Malta bħala ċ-ċentru tan-negozju llegali tat-tonn.", "Iżda l-investigazzjonijiet tal-pulizija u tal-ġudikatura m'humiex jikkonfermaw dawn ix-xnigħat\".", "L-awdituri tal-Mare Blu Tuna Farm, Reanda Malta Ltd, lil El Confidencial qalulha li l-i statements finanzjarji tal-kumpannija ma jaqblux mal- accounting records u mal-profitti.", "Fl-2016, it- turnove r ta' Mare Blu Tuna Farm kien ta' 54 miljun ewro u l-profitt kien jammonta għal 4.7 miljun ewro; fl-2017 iżda, dħul ta' 56.76 miljun ewro sarraf f'telf ta' 7.5 miljun ewro.", "U dan minkejja l-fatt li kien hemm suq tajjeb u żieda fil-bejgħ.", "Previous: Jinsa' dak li jaqbillu jinsa' Next: Tajjeb.", "Jiġifieri issa se nibdew inkeċċu n-nies għax isiru l-allegazzjonijiet? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/tajjeb-jigifieri-issa-se-nibdew-inkeccu-n-nies-ghax-isiru-l-allegazzjonijiet/", "date": "Tue, 12th Feb '19, 10:33", "category": "blog, politics, government", "title": "Tajjeb. Jiġifieri issa se nibdew inkeċċu n-nies għax isiru l-allegazzjonijiet?", "text": ["F'ħin rekord, il-gvern ma qgħadx jaħsibha biex jiċċaqlaq dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li feġġew dalgħodu.", "Storja mxandra dalgħodu fil-5 f'ġurnal Spanjol tgħid li Andreina Fenech Farrugia, li sal-lum kienet għadha Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd, kienet ixxaħħmet qabel ippermettiet is-sajd illegali.", "Din ippermettiet kumpannija li tinnegozja fit-tonn (dik li nafu biha s'issa) li ssemmen tonn aktar mill-kwota Ewropea f'gaġeġ madwar l-ibħra Maltin.", "U fil-proċess din il-kumpannija daħħlet madwar 25 miljun ewro fis-sena fi profitti llegali.", "Dalgħodu fid-09:50, Times of Malta qalet li Andreina Fenech Farrugia kienet ġiet sospiża mid-dmirijiet tagħha .", "Ivan Martin tat- Times of Malta kien diġà xandar l-aħbar dwar is-sospensjoni tagħha f' tweet fid-09:45, li jfisser li d-deċiżjoni li tiġi sospiża ttieħdet fi żmien ftit iktar minn 4 sigħat wara x-xandir tal-istorja minn website Spanjol.", "Għejjun tal-gvern Malti jikkonfermaw li d-direttriċi fid-dipartiment tas-sajd ġiet sospiża wara li feġġew stejjer fl-istampa Spanjola ta' allegata korruzzjoni fil-qasam tat-trobbija tat-tonn.", "Illum mistenni li jinħatar direttur ġdid. — Ivan Martin (@IvanMartin89) 12 ta' Frar 2019 M'hemmx dubju l-pożizzjoni tagħha ma baqatx tenibbli.", "Iżda dan huwa pajjiż li fih Konrad Mizzi xorta baqa' f'postu minkejja l-fatt li, ftit inqas minn tliet snin ilu, website kienet xandret allegazzjonijiet dwar korruzzjoni li kien imdaħħal fiha hu .", "U minn dakinhar 'l hawn ixxandru ħafna aktar stejjer.", "Aqraw x'kien qal b'mod elokwenti l-eks Prim Imħallef Silvio Camilleri dwar is-saltna tad-delinkwenti.", "Il-ħatra ta' Andreina Fenech Farrugia fis-Direttorat tas-Sajd kienet waħda żbaljata mill-bidu nett.", "Kienet diġà tkeċċiet darb'oħra minn fuq ix-xogħol.", "Dan kien f'Novembru 2011 meta l-qasam tas-Sajd kien għaddej minn perijodu diffiċli u postha kien ittieħed mill-veteran Joe Caruana.", "Dan kien żmien li fih Lowri Evans, id-direttur tal-UE għall-qasam tas-sajd, kien wissa' lill-awtoritajiet lokali li n-nuqqasijiet amministrattivi li nstab li kien hemm taħt Fenech Farrugia kienu ser ifissru t-tmiem tal-qasam tas-sajd f'Malta.", "Iżda meta tal-Labour telgħu fil-gvern u Roderick Galdes, għal raġunijiet li ma jista' jifhimhom ħadd, inħatar Ministru tas-Sajd, huwa keċċa lil Joe Caruana u reġa' daħħal lil Andreina Fenech Farrugia fil-kariga li kienet tkeċċiet minnha.", "Ir-rapport ta' dalgħodu fl-istampa Spanjola jgħid li huwa sigriet magħruf li l-ibħra Maltin huma fiċ-ċentru tas-sajd illegali.", "Ta' min igħid li l-Kummissarju Ewropew dwar is-sajd huwa Karmenu Vella.", "U ġaladarba x-\"xnigħat\" dwar dak li kien qed iseħħ fl-ibħra Maltin kienu waslu Brussell, tistgħu tibqgħu ċerti li dawn l-istess xnigħat kienu waslu wkoll f'widnejn il-gvern Malti.", "It-tkeċċija fi żmien qasir ta' Andreina Fenech Farrugia ifakkarna f'realtà oħra li ħolqot f'Malta il-korruzzjoni li teżisti f'ras il-għajn.", "Ġaladarba l-irjus il-kbar — Konrad Mizzi, Keith Schembri, u forsi Joseph Muscat ukoll — igħadduha lixxa, dan m'għandux igħodd ukoll għal min jinsab taħthom?", "Dan huwa l-arranġament li żamm fil-wiċċ lill-irjus kbar minkejja dak kollu li nkixef dwarhom.", "Dawn inżammu f'posthom bis-saħħa tal-appoġġ ta' oħrajn li xxaħħmu jew li xtaqu li jxxaħħmu.", "Iżda meta Richard III ma baqax iħallas lid-Duka ta' Buckingham, kollox spiċċa ta' taħt fuq.", "U l-ħbieb saru għedewwa.......", "Previous: Il-Pulizija Spanjola tinterċetta konversazzjonijiet telefoniċi tal-Direttur tas-Sajd Maltija li fihom instemgħet titlob ħlas bħala tixħim – sit Spanjol tal-aħbarijiet Next: Dnub li Joseph Muscat m'huwiex ħuta window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/dnub-li-joseph-muscat-mhuwiex-huta/", "date": "Tue, 12th Feb '19, 15:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Dnub li Joseph Muscat m'huwiex ħuta", "text": ["Dalgħodu fl-9.45, Malta Today xandret is-sejħa ta' Charlon Gouder biex titkeċċa d-Direttriċi Ġenerali tas-Sajd minħabba l-istejjer li feġġew fl-istampa Spanjola dwar it-tixħim li seħħ fl-industrija li hu stess ifekren fiha.", "Din is-sejħa saret eżatt fl-istess ħin li Ivan Martin tat- Times of Malta xandar tweet li fiha rrifera għall-għejjun mill-gvern li qalulu li din fil-fatt kienet ser tiġi sospiża.", "Din il-manuvra kellha xamma ta' mossa miftehma minn qabel biex titnaqqas il-ħsara li saret.", "Minbarra li jaħdem ta' avukat ta' dawk li jsemmnu t-tonn (biex ma jiħdux għalihom ejja nsejjħulhom bl-isem proprju tagħhom: il-Federazzjoni Maltija tal-Produtturi tal-Akwakultura), Charlon Gouder huwa wkoll magħruf sew bħala persunaġġ ewlieni fost il-klikka Tagħna Lkoll tal-Partit Laburista.", "Għalkemm għamel tabirruħu li kien sorpriż b'dak li kien seħħ meta \"tkellem\" ma' tal-Malta Today dalgħodu, Charlon Gouder ilu żmien mhux ħażin midħla tal-problemi f'dan il-qasam.", "L-istess Matthew Vella li kellmu dalgħodu, kien kellem lil Charlon Gouder madwar xahrejn ilu meta diġà kien beda' jberraq .", "Dak iż-żmien Charlon Gouder kien stqarr li l-klijenti tiegħu kienu ħatru avukat Spanjol biex isegwi \"investigazzjoni dwar is-sajd illegali tat-tonn\".", "Għall-bidu tista' forsi taħseb li dawn l-istejjer ifeġġu bħal sajjetti fil-bnazzi.", "U mbagħad tintebaħ li tkun qed tiġi manipulat.", "Aqraw x'kien qal Charlon Gouder lil tal- Malta Today f'Diċembru li għadda: \"iċ- chief executive Charlon Gouder qal li fi stqarrijiet li kienet ħarġet l- Europol , ma kienet saret ebda riferenza għal tonn imsemmen f'Malta iżda għal tonn allegatament maqbud f'ibħra Taljani u Maltin.", "\"Fl-interess tagħna li niżguraw li l-investigazzjoni ma jkollha x'taqsam xejn mal-industrija tagħna tas-simna tat-tonn,' qal Gouder, hu u jispjega r-raġuni għala nħatar avukat Spanjol biex iħares l-interessi tagħhom fi Spanja.", "\"L-investigazzjoni tidher li qed tiffoka fuq is-sajd għat-tonn u mhux fuq it-trobbija tat-tonn mill-produtturi Maltin fl-akwakultura.\"", "Issa rriżulta li ma kienx korrett.", "Is-sajd illegali tat-tonn kien qed jitgħatta bil-paraventu tat-trobbija u s-simna tat-tonn fil-gaġeġ fl-ibħra Maltin.", "Din l-istorja nebbħet bosta kummenti.", "Kien hemm min kiteb li tat tifsira ġdida għall-klema Ingliża \" fishy \".", "'Il-ħuta minn rasha tinten'.", "Il-ħsieb biss li tonn imsemmen qed jintuża biex jitgħatta s-sajd illegali huwa pervers minnu nnifsu.", "Kummentatur fuq din il- website ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-pulizija Spanjola qed issostni li, weħidha, din il-kumpannija Spanjola għandha gaġeġ fl-ibħra Maltin li jesgħu 9000 tunnellata ta' ħut u dan meta l-kwota intiera tal-UE għall-kumpanniji kollha tas-sajd hi inqas minn 16,000 il-tunnellata.", "Jekk ħadd ma ntebaħ x'kien qed jiġri, is-sidien l-oħrajn tal-gaġeġ li jservu biex jissemmen it-tonn u li huma l-istess nies li jġiegħluna ngħumu fil-ħmieġ tagħhom, m'hemmx dubju li kienu ntebħu.", "Jew baqgħu siekta għaliex kienu ħammġu jdejhom jew inkella kienu jafu li l-ħmieġ kien ser jitnaddaf.", "Għaġeb tal-għeġubijiet dalgħodu Charlon Gouder, minn fost in-nies kollha, qal li anki li jekk għandu dejjem jkollha l-presunzjoni tal-innoċenza favur tagħha u li l-qanpiena tad-Direttriċi tas-Sajd għadha ma nstemgħetx, huwa importanti li r-reputazzjoni tal-industrija tibqa' intatta.", "Għalhekk għandha tiġi sospiża.", "Immedjatament.", "'Issospenduha issa u ppriservaw il-provi.'", "Dnub li Charlon Gouder ma tqabbadx biex iħares ir-reputazzjoni tal-ministri tal-gvern ta' Malta għax kieku Konrad Mizzi u Keith Schembri ilhom li tkeċċew.", "Bl-istess kejl ta' Charlon Gouder, Joseph Muscat kien jirriżenja f'dak il-lejl kiesaħ ta' April u l-provi kienu jiġu priservati u, waqt li hu kien jibqa' preżunt innoċenti, kien iwieġeb il-mistoqsija dwar min hu sid l-Egrant.", "Iżda, m'għandniex xi ngħidu, Joseph Muscat m'huwiex ħuta.", "Previous: Tajjeb.", "Jiġifieri issa se nibdew inkeċċu n-nies għax isiru l-allegazzjonijiet?", "Next: Il-parti d-dejqa tal-feles window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/repubblika-titlob-inkjesta-fl-iskandlu-tal-isptarijiet/", "date": "Mon, 13th May '19, 12:38", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika titlob inkjesta fl-iskandlu tal-isptarijiet", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika Repubblika ftit tal- ħ in ilu ippre ż entat rikors ġ uramentat quddiem il-Ma ġ istrat tal-G ħ assa tintalab li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali fl-iskandlu tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet Karin Grech, S an Luqa u l-isptar ġenerali t'Għawdex.", "Fir-rikors dettaljat tagħha, Repubblika wriet kif il-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi taw va n taġġ skorrett u sproporzjonat lil azzjonisti t'ażjenda privata biex tmexxi l-isptarijiet pubbli ġ i tag ħ na, meta din ma kellha ebda esperjenza fil-qas amtt mediku u iffangat b'miljuni ta' e w ro minn fondi pubbli ċ i li ħ add ma jaf x'sar minnhom.", "L-aġir ta' dawn it-tlett Ministri jagħti lok għal suspett raġjonevoli li f'dan il-każ seħħew il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, fost delitti o ħ ra mni żż la fir-rikors.", "Repubblika talbet li tinfetaħ i nkjesta biex jinġabru u jinżammu l-provi dwar dawn id-delitti serji fl-assenza ta' investigazzjoni mill-awtorità kompetenti li tinvestiga reati suspettati f'Malta: ċioè l-Pulizija.", "F'rikors dettaljat ta' 153 faċċata, Repubblika elenkat il-fatti kollha li huma magħrufa pubblikament dwar kif il-gvern ftiehem fis-sigriet ma' soċjetà bla ebda esperjenza imkien fid-dinja fit-tmexxija tal-isptarijiet biex taha tlett sptarijiet pubbliċi g ħ al 99 sena f'kuntratt b'valur ta' €7 biljuni.", "Dan il-ftehim klandestin sar qabel il-proċess fażull t'offerti pubbliċi.", "Meta VGH falliet mill-obbligi tag ħ ha milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-kuntratt li kellha mal-gvern, il-gvern Malti ta konċessjonijiet sproporzjonati, ta' żvantaġġ u spiża kbira għall-erarju pubbliku, u inġusti ma' kompetituri possibbli li setgħu offrew jew riedu joffru dan is-servizz.", "Wara spiża li hi stmata bejn 50 u 100 miljun ewro, VGH tħallew jitrasferixxu l-isptarijiet lil ħaddieħor mingħajr ebda benefiċċju pubbliku iżda preżumibilment bi qliegħ konsiderevoli għalihom, u dan bi ksur sfaccat tal-kuntratt pubbliku li l-Gvern kien ippre ż enta fil-Parlament.", "Intant hu suspettat ukoll li Ivan Vassallo, propjetarju tas-soċjetà Technoline, ibbenefika mill-privatizzazzjoni korrotta tal-isptarijiet b'kuntratti żvantaġġjużi għar-riżorsi pubbliċi bejn l-isptarijiet u l-kumpanija tiegħu li tforni provvisti mediċi.", "Repubblika talbet li l-inkjesta maġisterjali tiġbor il-provi dwar din il-materja wkoll.", "Il-fatti kollha li huma magħrufa pubblikament dwar l-iskandlu tal-isptarijiet saru magħrufa bil-ħidma ġurnalistika ta' Daphne Caruana Galizia qabel inqatlet, u minn The Shift News, Lovin Malta u Times of Malta fost oħrajn.", "Minkejja din il-ħidma estensiva ġurnalistika, l-istituzzjonijiet m'għamlux xogħlhom u ma ħadux azzjoni fuq suspetti serji ta' korruzzjoni u hasil ta' flus.", "Minflok il-persuni involuti – partikolarment il-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi – żammu l-uffiċji politiċi tagħhom biex jevitaw li jkunu mistħarrġa kriminalment kif titlob il-liġi.", "Repubblika għalhekk qed tuża t-triq li tippermettila l-liġi li tieħu inizjattiva ċivili u titlob hi stess direttament lill-Maġistrat biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali.", "Dan ma jserraħx lill-Pulizija mill-obbligi tagħhom li jinvestigaw suspetti serji ta' reati anke meta dawn ikunu jinvolvu persuni fil-poter.", "Ir-rikors tal-lum kien maħluf fil-Qorti f'isem Repubblika mill-President Marion Pace Asciak, mis-Segretarju Ġenerali Robert Aquilina minn Vicki Anne Cremona.", "Ir-rikors kien iffirmat mill-avukat Jason Azzopardi.", "Previous: Palata lil tal-Labour dwar l-abort Next: Għandna dritt li nsiru nafu dak li diġà jaf bih hu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/it-toni-bajada-ta-zminijietna/", "date": "Sun, 10th Nov '19, 18:01", "category": "blog, politics, government", "title": "It-Toni Bajada ta' żminijietna", "text": ["Lil Joseph Muscat u lil Adrian Delia ma rajnihomx b'nemes dalgħodu fiċ-ċerimonja nazzjonali ta' Jum it-Tifkira.", "Joseph Muscat siefer biex imur jara l-Milan jilgħabu l-lejla.", "Adrian Delia ħadd ma jaf fejn kien.", "Nafu biss li dan ilu jiskansa kull attività li taħbat nhar ta' Ħadd.", "Jum it-Tifkira m'huwiex xi fdal ta' żmien il-kolonjaliżmu.", "Huwa obbligu morali tagħna fil-konfront tal-ġenerazzjonijiet li għaddew u ta' dawk li għad iridu jiġu.", "Jien m'għandi ebda nostalġija għaż-żminijiet tal-imperu.", "Madankollu tistgħu timmaġinaw x'reazzjoni kien ikun hemm li kieku l-prim ministru Britanniku, tkun xi tkun ir-raġuni, kellu jonqos li jattendi għaċ-ċerimonja ta' Jum it-Tifkira – aħseb u ara li kieku r-raġuni kellha tkun li mar isegwi partita futbol?", "Tistgħu timmaġinaw ir-reazzjoni li kieku l-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak il-pajjiż kellu wkoll jonqos li jattendi għaċ-ċerimonja?", "Ma kienx idum wisq ikampa fil-politika.", "Biżżejjed wieħed jiftakar li l-Kap ta' Oppożizzjoni li hemm bħalissa kien ġie kritikat bl-aħrax għax kien hemm min raħ ikanta l-innu l-nazzjonali mingħajr wisq ħeġġa.", "F'Malta ħadd ma jagħti wisq każ.", "U dan ifisser li ninsabu mmexxijin minn mexxejja politiċi li m'għandhom ebda sens ta' storja, ta' dmir u ta' okkażjoni.", "Meta nfakkru lill-vittmi tal-gwerra ma nagħmlux dan minħabba xi faxxinu aggressiv bil-glorifikazzjoni tal-gwerra.", "Nagħmlu dan bħala sinjal ta' rispett lejn is-suldati Maltin u Britanniċi li ssieltu u mietu biex jiddefendu lill-gżira u b'hekk ħelsuna mill-jasar li invażjoni mill-għadu kienet iġġib magħha fuq pajjiżna.", "F'dan il-jum infakkru lill-baħrin Britanniċi, Franċiżi u Amerikani li mietu huma u jagħmlu sforzi kbar biex iwasslu ikel u provvista ta' żejt biex setgħu isalvaw lin-nanniet u lill-ġenituri tagħna mill-għaks li jġib miegħu l-ġuħ.", "Infakkru dawk il-bdoti u dawk il-baħrin li ssieltu kontra l-għadu, li mietu għall-prinċipji tagħhom u li bis-saħħa tas-sagrifiċċju tagħhom writna sebgħin sena ta' paċi.", "Infakkru lis-suldati ANZAC u suldati oħrajn minn madwar id-dinja li ssieltu fi gwerra li kienet bla skop u, għaliex jinsabu midfunin eluf ta' kilometri 'l bogħod minn djarhom, ħadd ma jibki t-telfa tagħhom.", "Niftakru wkoll f'dawk il-persuni kollha li nqatlu bil-bombi; dawk it-tfal kollha li ħajjithom intemmet ħesrem minħabba l-vjolenza u minħabba l-mard li ġab miegħu assedju mill-ajru mill-baħar.", "Niftakru f'dawk l-eluf li għexu t-terrur ta' xita ta' bombi nieżla fuq djarhom.", "Niftakru wkoll f'dawk li baqgħu ħajjin.", "Lill-imwerwra, lill-imġewħin, lill-morda u lil dawk il-mijiet ta' eluf li kellhom jemigraw minn pajjiżna biex jibnu ħajja aħjar lil hinn minn xtutna u dan għaliex ma setgħux isibu sostenn f'pajjiżhom minħabba l-għaks u l-ġuħ li ġabet magħha l-gwerra.", "Niftakru f'dawk it-tfal u żgħażagħ li ma reġgħux raw lill-ġenituri tagħhom wara li kienu ġew evakwati mill-inħawi tal-port.", "Niftakru f'dawk il-familji li nfirdu għal dejjem minħabba l-immigrazzjoni sfurzata.", "Malli nieqfu nfakkru dan kollu u malli nibdew nuru l-indifferenza tagħna, ibqgħu ċerti li nerġgħu nirrepetu l-iżbalji tal-istorja.", "Il-mexxejja politiċi tagħna huma fid-dmir li jibqgħu ifakkru mhux biss it-tbatija li għaddew minnha ta' qabilna iżda wkoll dwar kemm huma bla skop il-gwerer.", "Il-bieraħ ktibt li l-forzi demokratiċi kollha għandhom jingħaqdu biex jieqfu kontra t-theddida tal-faxxiżmu.", "Jidher li kemm Joseph Muscat kif ukoll Adrian Delia m'humiex iġibu ruħħom ta' mexxejja nazzjonali.", "B'kuntrast ma' dan, niftakar fis-sens strett ta' dover li kellu Eddie Fenech Adami.", "M'għandniex xi ngħidu, Eddie Fenech Adami kien politiku makakk li ma kienx jitlef opportunità waħda biex jieħu vantaġġ politiku fuq l-avversarji bil-għan li jirbaħ l-elezzjonijiet.", "Minkejja dan, huwa qatt ma farfar mir-responsabbiltà li jirrappreżenta lill-pajjiżna f'ċerimonji uffiċjali, partikolarment f'dawk iċ-ċerimonji ta' tifkira.", "Minflok niftakru u nfakkru, llum qegħdin inessu u ninsew.", "Immaġinaw li kieku Joseph Muscat illum attenda għaċ-ċerimonja u tkellem dwar il-kruha tal-gwerra u dwar it-tbatija li ġġib magħha l-immigrazzjoni.", "Immaġinaw li kieku tkellem dwar il-biża' tal-vjolenza, dwar it-tfittxija tal-kenn, dwar it-theddida ta' invażjoni u dwar is-sagrifiċċju li għamlu l-alleati u ħbieb oħra 'l bogħod minn xtutna biex ikunu ta' sostenn għalina.", "U waqt li jkun qed jagħmel id-diskors immaġinarju tiegħu, immaġinawħ jispjega r-raġunijiet il-għala l-gvern tiegħu qed igħaddi nformazzjoni bil-moħbi lil-Libjani dwar refuġjati li jkunu ħadu riskju b'ħajjithom u ħarbu mill-ħajja ta' lsiera li qed igħixu fil-kampijiet tax-xogħol fil-Libja.", "Kien ikollu jispjega il-għala dan l-att ta' mistħija (u forsi anki, fl-isfond tal-liġi, att ta' natura kriminali) ma sarx legalment u bil-miftuħ permezz tal-ambaxxati u tal-ministeri tal-affarijiet barranin taż-żewġ pajjiżi.", "U minflok, jippermetti li tinħema konfoffa bejn dak il-ħalliel Neville Gafà u Haytham al-Tajouri, bniedem li diġà ssemma' minn Nazzjonijiet Uniti għall-abbużi li wettaq kontra d-drittijiet tal-bniedem u għall-atti ta' estorsjoni kontra qraba ta' priġunieri li jinsabu f'kampijiet ta' konċentrament immexxijin minnu.", "Immaġinaw lil Joseph Muscat hu u jispjega kwotazzjoni ta' \"uffiċjal governattiv anzjan\" li, bi kliem li tista' ssejjaħlu bħala neo-Nażista, lis- Sunday Times of Malta llum qalilha li allaħares ma kienx Neville Gafà għax kieku pajjiżna jinsab mgħarraq bl-immigranti.", "Skonthom il-problema qed isibu tarfha billi jgħinu lil Libjani jerġgħu jaqbdu lir-refuġjati u jkakxruhom lura lejn l-infern li kienu qegħdin fih.", "In-Nażisti riedu jwettqu l- lebensraum bis-saħħa tat-trasportar ta' Lhud lejn il-lvant permezz tal-vapuri tal-art.", "F'Malta \"nsalvaw lill-immigranti mill-għarqa\" billi nqabbdu lill-Libjani biex ikaxkruhom permezz ta' dgħajjes lejn in-nofsinhar.", "U biex din l-imġieba tkun waħda ġustifikata, jeħtieġ li tkun ukoll waħda sigrieta.", "Dawk il-laqgħat li kellu Gafà tista' ssejjħilhom il-Konferenza Wannsee tagħna.", "L-unika raġuni il-għala dalgħodu tas- Sunday Times of Malta ngħataw din l-informazzjoni minn \"uffiċjal governattiv anzjan\" hi biss waħda ta' espedjenza politika: dawn ikkalkulaw li b'din l-aħbar lil Neville Gafà xorta jkunu jistgħu isalvawlu ġildu u jżommuh Kastilja minkejja x-xhieda kontrih li ngħatat fil-qorti fil-ġranet li għaddew.", "Ikun hemm min jaqra' s- Sunday Times of Malta llum u lil Neville Gafà – persuna li teżisti xhieda kontrih fil-qorti dwar tixħim u estorsjoni – jqisu bħala xi eroj nazzjonali, jew forsi anki salvatur, għaliex qed isalva lil Malta milli tiġi mgħarrqa taħt il-piż tal-immigranti.", "Għal dawn Gafà huwa t-Toni Bajada ta' żmienna.", "Saħansitra anki Heinrich Himmler kien jippretendi l-gratitudni talli tejjeb is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni bejn il-bliet ta' Berlin u Königsberg.", "Il-mexxejja tagħna jridu jnessuna li l-gwerra ġabet magħha infern tad-dinja, ġabet magħha skjavitù furzata, ġabet magħha immigrazzjoni furzata u ġabet magħha vjolenza fuq popli sħaħ.", "U qed jieħdu kull opportunità biex inessuna l-istorja tagħna stess.", "Il-prim ministru tagħna okkażjoni bħal din jaħrabha – għax, bħal speċi, logħba futbol hi aktar importanti.", "F'Jum it-Tifkira għandha niftakru l-gwerer li liċ-ċivilitajiet il-kbar tal-Ewropa qabbduhom it-triq ta' barbariżmu liema bħalu.", "Dan huwa li qed iseħħ fi żminijietna.", "Minflok niftakru minn dak li għaddew minnu ta' qabilna, nippreferu li ninsew.", "U għaliex nippreferu li ninsew, ma naħsbuhiex darbtejn li nikkawżaw it-tbatijiet fuq persuni li ma nafuhomx.", "Għaliex, kif qal lis- Sunday Times of Malta dalgħodu uffiċjal governattiv, \"lil dawn m'aħniex responsabbli għalihom aħna\".", "Ma' nżul ix-xemx u hekk kif jibda' jbexbex, uħud minna ser jiftakru fihom.", "Previous: Żewġ mistoqsijiet: Min ħallas biex jitwettaq il-qtil?", "Min qed iħallas l-ispejjeż tad-difiża?", "Next: Keith Schembri nqela' b'żejtu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/dak-li-ma-qalx-jean-pierre-debono/", "date": "Mon, 3rd Jun '19, 13:37", "category": "blog, politics, government", "title": "Dak li ma qalx Jean Pierre Debono", "text": ["Jekk għadek ma qrajtx \"l-ispjegazzjoni\" ta' Jean Pierre Debono għamel dan qabel taqra' dan li-ġej.", "Huwa għamel ċaħdiet u ħareġ bi skużi u ttanta jispjega – jien xandart dak kollu li kiteb għaliex huwa ġust li wieħed ikun jaf il-verżjoni tiegħu x'inhi.", "Iżda l-bużillis jinsab hawn.", "Il-kredibilità tal-\"apoloġija\" ta' Jean Pierre Debono hi msejsa fuq l-konklużjoni li aħna lkoll bħaħan.", "Hekk sirna fil-politika – politiċi jogħxew bil-ħila tagħhom li jħaddmu s-setgħa fuq in-nies – jiġifieri aħna – bħallikieku dawn huma xi ngħaġ li jeħtieġ li jinħalbu u li jiġu skarnati.", "Il-Partit Nazzjonalista lanqas in-nies tiegħu stess m'għadhom ifittxu li jisimgħu dak li jkun irid igħid.", "Dan għaliex tant qed joħroġ b'kontradizzjonijiet, inkonsistenzi u gideb sfaċċat li kważi kważi rrinunzja għar-rwol tiegħu li jfassal il-fehmiet, li joħloq ir-reazzjonijiet u li jixpruna d-dibattiti.", "Segwejt xi membri parlamentari jwieġbu l-mistoqsijiet ta' Jacob Borg tat- Times of Malta – membri parlamentari li jemmnu fis-sewwa — Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Beppe Fenech Adami u Chris Said.", "Iżda dawn ukoll jinsabu wisq mifnija, wisq imbeżżgħin u wisq konfużi biex jesprimu fi kliem dak li verament jinsab f'moħħhom.", "F'mument minnhom, Jacob Borg lil Chris Said staqsieh jekk il-PN jistax ikompli b'Adrian Delia fit-tmun.", "Chris Said wieġeb, \"għaliex le?\"", "Għaliex le?", "Trid it-tweġiba l-qasira jew dik twila?", "Trid tiġbed linja bejn dakinhar li Delia tfaċċa fix-xena b'dak id-diskors dwar il-biċċa blogger u l-preżent?", "Jew tippreferi d-diskors li qal dalgħodu meta kien qed jitħaddet bħallikieku l-fatti ma jeżistux u waqt li lil tal- MaltaToday qalilhom li \"jinsab kważi assolutament ċert\" – min jaf x'ried ifisser b'din il-frażi? – , li ma kienx hemm tbagħbis minn naħa ta' Jean Pierre Debono fl-attentat tiegħu li jakkwista siġġu parlamentari?", "Lil Chris Said se ntiħ raġuni waħda biss għala Adrian Delia m'huwiex kapaċi jmexxi: huwa tellef il-fiduċja li kellhom fih dawk ta' madwaru, tal-grupp parlamentari u tas-segretarju ġenerali, tal-impjegati tal-partit u tal-uffiċjali, tal-kandidati u ta' dawk li ġew eletti, tal-elettorat, tal-attivisti u ta' dawk li jipprotestaw.", "Lanqas għal ġurnata oħra m'għandu jibqa' f'postu.", "Jean Pierre Debono illum wera' li kien inqabad f'nasba li kien ħejja huwa stess u mbagħad ipprova jbenġilha.", "Intebaħ f'moħħu li l-uniku mod kif jista' jibqa' jterraq fil-wiċċ huwa permezz tar-rinunzja tiegħu tas-siġġu parlamentari.", "Għaliex dik hija l-aktar ħaġa mportanti, hux hekk?", "Li jibqa' jimraħ fil-wiċċ.", "Li jibqa' jkollu l-iskrivanija fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali fejn ikun jista' joqgħod jikkonkoffa u jimmanuvra dwar il-mod kif ikun jista' jirbaħ it-taqtigħiet tal-immaġinazzjoni tiegħu.", "U għaliex jinsab imkaħħal ma' kariga li m'huwiex lest jitlaqha minn idejh, il-PN – li suppost qiegħed hemm biex iġib ruħu ta' oppożizzjoni għall-gvern ta' Joseph Muscat – issa sar il-post tal-kenn ta' Jean Pierre Debono u ta' Adrian Delia.", "L-ittra ta' Jean Pierre Debono qrajtuha.", "Fiha jsemmi kemm kien idum jaħdem sa tard bil-lejl u li saħansitra ma' tħallasx għal xhur sħaħ.", "Isemmi wkoll id-dispjaċir tiegħu għall-fatt li m'huwiex ser jokkupa siġġu parlamentari li għadu jippretendi li huwa tiegħu.", "Iżda ma jsemmi xejn dwar ir-rwol tiegħu ta' impjegat tal-PN u \"konsulent politiku prinċipali\" ta' Adrian Delia.", "Ma semma' xejn li bi ħsiebu jirrinunzja għal dan ir-rwol.", "U lanqas ma semma' li Adrian Delia talbu jwarrab għaliex m'hemmx persuna oħra li tkun lesta tidħol għal dan ix-xogħol.", "B'ċikka, din l-istorja dwar David Stellini/Kevin Cutajar reġgħet ġabitna wiċċ imb'wiċċ mal-marda li teżisti fi ħdan il-PN.", "Din il-marda kienet diġà tfaċċat b'mod drammatiku dakinhar li Adrian Delia daħħalha f'rasu li jqalfat lil Simon Busuttil 'il barra mill-partit.", "Meta mbagħad Adrian Delia daqq l-irtirata, kulħadd għadda biex jipprova jgħatti l-marda b'liżar.", "Issa l-marda reġgħet tfaċċat u minn dakinhar kompliet tinfirex.", "B'ċikka l-liżar li kien qed jgħatti l-marda tgeżwer u, wara tmiem il-ġimgħa mimlija tensjoni, erġajna lura għal fejn konna nhar il-Ġimgħa li għaddiet.", "U l-PN issa jridna nerġgħu ngħattu l-marda bil-liżar u nibqgħu għaddejjin bħallikieku ma ġara' xejn.", "Nhar il-Ġimgħa li għaddiet ħarġu r-riżultati kollha tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Il-PN ġab l-iżgħar perċentwali ta' voti f'50 sena u ġenerazzjoni sħiħa ta' mexxejja tidher li għebet.", "Hawn min jgħid li s-sitwazzjoni tista' titranġa.", "J'Alla jitranġa kollox b'wiċċ il-ġid.", "Imma min ser jagħmel l-ewwel pass?", "Previous: Il-PN iħabbar li Jean Pierre Debono mhux ser jokkupa s-siġġu Parlamentari Next: Storja dwar żewġ intervisti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/jinsa-dak-li-jaqbillu-jinsa/", "date": "Mon, 11th Feb '19, 10:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Jinsa' dak li jaqbillu jinsa'", "text": ["Raphael Vassallo kiteb b'kemm jesa' patafjun fil- MaltaToday tal-bieraħ biex igħidilna li kien bi ħsiebu jwieġeb raġuni b'raġuni għal kull waħda mit- 13 il-raġuni tiegħi il-għala nsostni li l-kelma ħielsa f'Malta tinsab mhedda .", "Sa fejn stajt nara, qata' qalbu u wasal sa raġuni numru 4 biss.", "Ma jimpurtax.", "Tagħsar kemm tagħsar l-argumenti tiegħu, tasal dejjem għall-istess konklużjoni li ma kiteb xejn ġdid.", "Dan staqsa: Manuel Delia il-għala qed jitkellem proprju issa dwar il-libertà tal-kelma u għaliex dak li qed igħid issa ma qalux qabel l-2013?", "Manuel Delia il-għala bħal donnu nesa' l-imgħoddi tiegħu iżda jħossu ħieles li jitkellem dwar il-preżent?", "It-tweġiba, Raphael, tinsab f'punt numru 13 – punt li ħarablek jew erħejtlu jaħrablek.", "Il-bidla fl-attitudni tiegħi ma seħħitx mar-riżultat tal-elezzjoni tal-2013.", "Seħħet fl-2017 hekk kif ġurnalista ġiet assassinata.", "Ma konniex qed ngħixu f'xi ġenna tal-art qabel l-2017 u m'għandix dubju li qabel l-2013 kellu rwol kull min kien qed iniedi kampanji favur il-kelma ħielsa.", "M'għandi ebda ndiema għall-fatt li ma qattajtx ħajti kollha niġġieled favur il-kelma ħielsa.", "Forsi jista' jingħad li jien wieħed minn dawk li twilidt il-bieraħ għal vokazzjoni bħal din.", "Madankollu nħoss ċerta ħtija għall-fatt li kellha tkun karrozza-bomba li ġiegħlitni nintebaħ li l-messaġġi ta' appoġġ li kont nibgħat lil Daphne Caruana Galizia fuq in-numru tal-Whatsapp tagħha – liema messaġġi kont naf li ma kenitx se xxandarhom – ma taw ebda kontribut lis-soċjetà.", "Iva, tabilħaqq, xi ftit ta' ndiema għandi.", "Iżda kemm il-darba l-aħħar argument li Raphael Vassallo u oħrajn bħalu għandhom il-ħila li jiggranfaw miegħu biex imeruni huwa fis-sens jien ma rraġunajtx b'dan il-mod qabel l-2013, dan allura jfisser li – mingħajr ma jridu – qegħdin jaqblu ma dak li ktibt.", "Fi ftit kliem, l-argument ta' Raphael Vassallo huwa dan: Manuel Delia fejn kien?", "Ippermettuli nwieġeb din il-mistoqsija b'mistoqsija oħra.", "Raphael Vassallo, fejn int fil-preżent?", "Previous: Repubblika talbet lill-KE taġixxi fuq il-falliment ta' Malta li tinfurza l-liġi kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront ta' politiċi korrotti Next: Il-Pulizija Spanjola tinterċetta konversazzjonijiet telefoniċi tal-Direttur tas-Sajd Maltija li fihom instemgħet titlob ħlas bħala tixħim – sit Spanjol tal-aħbarijiet window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/05/palata-lil-tal-labour-dwar-l-abort/", "date": "Sun, 12th May '19, 21:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Palata lil tal-Labour dwar l-abort", "text": ["Ninsab determinat li noqgħod lura milli nitkellem favur jew kontra l-abort sakemm dan is-suġġett jibqa' kwistjoni li dwaru f'pajjiżna ma jidhirx li teżisti għażla għall-votanti.", "X'aktarx li jien nippreferi li noqgħod lura milli nidħol fil-mertu tas-suġġett anki jekk il-kwistjoni ssir waħda ta' kontroversja politika.", "Ma skantajt xejn li l-Partit Nazzjonalista żeffen il-kwistjoni tal-abort fin-nofs.", "Jista' jkun li nħossni xi ftit urtat għall-fatt li dan is-suġġett jista' jaljena li dak li jkun mill-kwistjonijiet reali li bħalissa qed jiffaċċja l-pajjiż u jista' wkoll idgħajjef l-argumenti validi li qed iġibu wħud mill-kandidati Nazzjonalisti.", "Madankollu ma skantajt xejn.", "Fis-sitwazzjoni li jinsab fiha, l-PN huwa ħerqan li jħeġġeġ lill-partitarji tiegħu jivvutaw u mhix ħaġa ta' barra minn hawn jekk jipprova jagħmel dan biex ikompli jsaħħaħ l-appoġġ.", "Iżda jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn it-titlu tar-rapport tad-diskors tal-lum ta' Adrian Delia, wieħed jista' jikkonkludi li dan il-bniedem bħal donnu qed jemmen bis-sħiħ fil-ħmerijiet li qed jogħġbu jlissen.", "Iċ-ċiniżmu politiku jien m'għandix grazzja miegħu.", "Iżda jekk Adrian Delia kien qed ikun ċiniku meta żeffen l-abort fin-nofs, x'aktarx kont nifhem li qed jipprova jħajjar lil dawk li sal-lum għadhom bejn ħalltejn biex jivvutaw lill-partit tiegħu.", "Madankollu issa qed niddubita kemm fil-fatt qed ikun ċiniku.", "Dan bħal donnu qed jaħseb li huwa importanti għall-PN li jikseb maġġoranza fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaliex, jekk din il-maġġoranza tibqa' ma tinkisibx, b'xi mod jiġi impost l-abort fuq Malta minn barra.", "Jeħtieġ li nifhmu li ebda maġġoranza fil-Parlament Ewropew – kemm jekk tkun Soċjalista jew ta' xi kulur politiku ieħor – m'għandha s-saħħa li tintroduċi l-abort f'Malta sakemm il-Parlament Malti stess ma jgħaddix il-liġi li tkun meħtieġa.", "Qabel ir-referendum tal-2003, il-PN dan kollu kien fehmu lill-votanti u kien iffirma protokoll mat-trattat li permezz tiegħu sieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea li kien igħid li l-abort ma jistax jidħol f'Malta kemm il-darba ma jkunx il-gvern Malti stess li jiddeċiedi li jdaħħlu.", "M'għandniex xi ngħidu, jista' jiġri li l-Partit Laburista bis-saħħa tal-maġġoranza li għandu, jiddeċiedi li jdaħħal l-abort, igħidu x'igħidu u jaħsbuha kif jaħsbuha s-Soċjalisti Ewropej dwar il-kwistjoni.", "Iżda hawn hu l-bużillis.", "Adrian Delia għadu kemm ta palata lil tal-Labour biex, jekk iridu, jagħmlu eżatt dan.", "Għaliex skont hu, r-riżultat tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew se jkun referendum dwar jekk Malta għandhiex idaħħal l-abort jew le.", "Għandux jew le fil-mira tiegħu l-votanti entużjasti jew dawk li għadhom bierdin, għandi nifhem li Adrian Delia huwa l-uniku bniedem li naf bih jien li jaħseb maġġoranza Nazzjonalista hi b'xi mod possibbli f'dawn l-elezzjonijiet Ewropej.", "Kulħadd qed jitkellem dwar kemm se jkun kbir id-distakk bejn il-maġġoranza Laburista u l-vot Nazzjonalista u diffiċli ssib xi ħadd li jaħsibha mod ieħor.", "Għaldaqstant, bl-iktar mod banali u grottesk, Adrian Delia għadu kemm ta daqqa ta' ħarta kbira lil dawk li qed jaħdmu qatigħ kontra d-dħul tal-abort u għadda f'idejn tal-Labour il-mandat biex idaħħal l-abort għaliex Delia qed jirreferi għall-elezzjoni għall-Parlament Ewropew bħala waħda referendarja dwar l-abort.", "Jekk int kontra id-dħul tal-abort, il-benjamin tiegħek għadu kemm waħħallek kanna żul minn hemm."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/zewg-mistoqsijiet-min-hallas-biex-jitwettaq-il-qtil-min-qed-ihallas-l-ispejjez-tad-difiza/", "date": "Fri, 8th Nov '19, 12:49", "category": "blog, politics, government", "title": "Żewġ mistoqsijiet: Min ħallas biex jitwettaq il-qtil? Min qed iħallas l-ispejjeż tad-difiża?", "text": ["Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport mill-qorti dwar it-tieni sessjoni ta' dalgħodu tal-proċess kriminali tat-tliet irġiel li jinsabu mixlija bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Jien għamilt xi riċerki u ninsab infurmat minn bosta għejjun li William Cuschieri, li huwa l-avukat tal- aħwa Alfred u George Degiorgio, bgħat xi rapporti tekniċi u informazzjoni fornuta mill-esperti tal-FBI dwar il-post li fih kienu jinsabu l-klijenti tiegħu fil-ħin tad-delitt, lil ditta tal-konsulenza speċjalizzata fil-Istati Uniti.", "Huwa bgħat ukoll xi provi li kienu ġew ippreżentati mill-Ispettur li qed jinvestiga l-każ Keith Arnaud.", "Din id-ditta Amerikana jisimha Cherry Biometrics ta' Virginia u din tinkludi diviżjoni dwar is- cell", "tower tracking li ta' sikwit titqabbad minn difensuri f'ġurijiet li jsiru fl-Istati Uniti bil-għan li jirribattu provi li jkunu ġew preżentati mill-prosekuzzjoni.", "Dan mhux kollox.", "Id-difiża qabbdet ukoll inġiniera Taljani għall-istess skopijiet.", "F'dan l-istadju jkun jeħtieġ li wieħed jieqaf biex jaħseb ftit.", "L-ewwelnett, il-liġi Maltija ma tippermettix lid-difiża f'proċess kriminali li tqabbad esperti biex jixhdu bħala xhieda tad-difiża.", "L-esperti jinħatru mill-qorti stess u dawn ikunu obbligati li jwieġbu il-mistoqsijiet li jsirulhom mill-qorti u mill-avukati taż-żewġ naħat, jiġifieri dawk tal-prosekuzzjoni u dawk tad-difiża.", "Għaldaqstant m'huwiex ċar x'bi ħsiebhom jagħmlu l-avukati tal-aħwa Degiorgio bil-kuntatt li diġà għamlu ma' esperti Amerikani u Taljani.", "It-tieni, skont il-liġi Maltija l-provi li jkunu nġabru għandhom ikunu aċċessibbli biss għall-avukati taż-żewġ naħat.", "Kif ġie spjegat dalgħodu fil-qorti, lanqas l-avukati tal-familja tal-vittma ma jista' jkollhom aċċess għal dawn il-provi.", "Ikun qed jabbuża min jaqbad u jiġbor informazzjoni mill-proċess tal-qorti u jibgħatha lejn l-Amerika.", "L-Imħallef illum wissa' li imġieba bħal din m'hix aċċettabbli u m'għandhiex tirrepeti ruħħa fil-futur.", "Iżda dak li seħħ fl-imgħoddi jgħodd ukoll.", "It-tielet, wieħed għandu jistaqsi b'liema mod qiegħda titħallas din il-konsulenza.", "Din m'hix kwistjoni ta' kurżità.", "Jien diġà skantajt dwar kif l-aħwa Degiorgio jidher li għandhom il-mezzi biex iħallsu l-ispejjeż tal-kawżi kostituzzjonali li għamlu.", "U l-avukat William Cuschieri illum stqarr li x'aktarx li għad isiru aktar kawżi ta' din in-natura.", "Diġà huwa misteru kbir dwar kif dawn qed jirnexxielhom iħallsu l-ispejjeż li jġibu magħhom dawn il-kawżi.", "Iżda huwa misteru ħafna akbar kif dawn ukoll kellhom il-mezzi biex iqabbdu esperti Amerikani.", "Skont l-għejjun tiegħi, wieħed ikun jeħtieġ li jħallas bejn $400,000 u $600,000 biex iqabbad espert Amerikan u jtellgħu jixhed.", "F'dan il-każ, l-espert ikun mistenni li jmeri l-provi li jkunu ġew miġbura mill-FBI f'qorti barranija u f'proċess kriminali dwar assassinju politiku li fih x'aktarx hi mdaħħla l-kriminalità organizzata.", "X'aktarx li l-ispejjeż marbutin ma' dan l-eżerċizzju jkunu ħafna aktar għoljin.", "M'hemmx dubju li kulħadd għandu d-dritt li jkollu difiża adegwata.", "Issa għamlu paragun mad-difiża li għandhom l-aħwa Degiorgio u r-riżorsi bla tarf li jidher li dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom mad-difiża li għandu seħibhom il-ko-akkużat Vincent Muscat li – fost raġunijiet oħra li jista' jkun hemm – jidher li m'għandux il-mezzi finanzjarji biex iħallas avukat difensur u issa qed jidher għalih avukat maħtur mill-qorti.", "Iżda tibqa' bla tweġiba l-mistoqsija dwar kif dawn għandhom il-mezzi biex ilaħħqu ma' dawn l-ispejjeż kollha.", "Il-mixlija ser igħaddu proċess kriminali fuq akkuża ta' ħasil ta' flus u għaldaqstant ġidhom suppost huwa miżmum.", "Jeħtieġ li niftakru wkoll li dawn ilhom bla xogħol għal għexieren ta' snin li matulhom, skont huma, ma kienu qatlu lil ħadd u allura ħadd ma ħallashom biex iwettqu qtil – forsi bis-saħħa t'hekk nistgħu nikkonkludu li m'għandhomx minn fejn iħallsu.", "U jekk dan tassew huwa l-każ, ifisser li dawn l-ispejjeż qed iħallashom xi ħadd ieħor.", "Min ma jkollux il-mezzi finanzjarji biex ikollu difiża adegwata is-soltu jingħata għajnuna mill-istat.", "M'hemm xejn ħażin jekk ikun hemm NGO dwar id-drittijiet tal-bniedem li tħallas hi għall-ispejjeż tad-difiża.", "Iżda jekk dan huwa l-każ, l-NGO in kwistjoni mistennija li tkun trasparenti dwar dan.", "Allura min qed jiffinanzja l-ispejjeż tad-difiża tal-aħwa Degiorgio?", "Dawn it-tnejn jinsabu mixlija bi qtil u għad iridu jinkixfu l-kompliċi li allegatament ħallsuhom biex iwettqu d-delitt.", "Dawk li qed jiffinanzjaw id-difiża u l-kompliċi jistgħu ikunu l-istess persuni.", "X'inhu jiġri?", "Previous: Ministri jappellaw mit-tieni digriet li ordna t-tnedija ta' inkjesta kriminali dwar l-imġieba tagħhom Next: It-Toni Bajada ta' żminijietna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/il-pn-ihabbar-li-jean-pierre-debono-mhux-ser-jokkupa-s-siggu-parlamentari/", "date": "Mon, 3rd Jun '19, 12:45", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-PN iħabbar li Jean Pierre Debono mhux ser jokkupa s-siġġu Parlamentari", "text": ["Fi stqarrija qasira mxandra fuq Net News, il-PN ħabbar li Jean Pierre Debono lil Adrian Delia qallu li \"mhux bi ħsiebu jaċċetta s-siġġu Parlamentari li ngħata lilu f'proċess demokratiku fi ħdan l-istrutturi tal-PN\".", "Net News qal li kien ser iforni aktar informazzjoni aktar tard.", "Din hi kopja tal-ittra li Jean Pierre Debono bgħat lill-kap tiegħu Adrian Delia li permezz tagħha ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li ma jokkupax is-siġġu P arlamentari ta' David Stellini.", "Previous: In-ngħaġ u l-ilpup Next: Dak li ma qalx Jean Pierre Debono window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/repubblika-talbet-lill-ke-tagixxi-fuq-il-falliment-ta-malta-li-tinfurza-l-ligi-kontra-l-hasil-tal-flus-fil-konfront-ta-politici-korrotti/", "date": "Sun, 10th Feb '19, 11:36", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika talbet lill-KE taġixxi fuq il-falliment ta' Malta li tinfurza l-liġi kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront ta' politiċi korrotti", "text": ["Repubblika kitbet formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel ilment dwar ksur tal-liġi Ewropea mill-awtoritajiet Maltin meta qed jonqsu li jinfurzaw il-liġi dwar il-ħasil ta' flus fil-konfront ta' persuni fil-poter.", "Repubblika għamlet l-ilment fuq din il-bażi legali: Ksur tal-provvedimenti tad-Direttiva 2005/60/EC (it-tielet direttiva kontra l-ħasil tal-flus) u Tad-Direttiva li ħaditilha postha 2015/849 (ir-raba' direttiva kontra l-ħasil tal-flus), inkluż iżda mhux biss l-Artiklu 58(2) u (4); Ksur ta' Artikli 2, 4(3) u 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t'Artiklu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Ksur tal-prinċipju tal-effettivita'.", "Repubblika spjegat kif: Fi Frar 2016, Daphne Caruana Galizia kixfet li l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, fetħu kumpanija sigrieta kull wieħed fil-Panama u trust sigrieta fi New Zealand.", "Dan waqt li kienu uffiċjali pubbliċi.", "L-allegazzjonijiet kienu aktar tard ikkonfermati mill-PanamaPapers ippubblikati f'April 2016 u bl-ammissjoni ta' Mizzi u Schembri.", "Caruana Galizia nqatlet f'assassinju brutali f'Ottubru 2017 waqt li kienet għada qed taħdem fuq investigazzjonijiet dwar korruzzjoni.", "Hemm tħassib dejjem jikber dwar l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u s'issa l-persuni li ordnaw il-qtil għadhom mhux magħrufa.", "Minkejja talbiet ripetuti fil-Parlament u barra minnu lill-Prim Ministru biex ikeċċi lil dawn it-tnejn mill-uffiċċju pubbliku, Muscat bil-qawwa rrifjuta u bil-qawwa ddifendihom.", "Irrifjuta wkoll kull talba għal inkjesta pubblika skond il-liġi Maltija dwar l-inkjesti.", "Tlett snin wara, Mizzi u Schembri għadhom it-tnejn fil-karigi tagħhom.", "Sejħiet ripetuti lill-entitajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi, inkluż lill-Avukat Ġenerali, lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-aġenzija nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus — l-FIAU — biex jinvestigaw lil Mizzi u Schembri dwar korruzzjoni u ħasil ta' flus, waqgħu fuq widnejn torox.", "Waqt li hu magħruf li l-FIAU għamlet xi investigazzjonijiet li wasslu għal rapporti li sabu suspett raġjonevoli ta' ħasil ta' flus minn Mizzi u minn Schembri, l-aġenzija qatt ma kompliet fuq l-investigazzjonijiet u l-pubbliku sar jaf bihom biss wara li wħud mir-rapporti ġew leaked .", "Fin-nuqqas ta' kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex jinvestigaw dak li skoprew il-PanamaPapers, f'Lulju 2017, dak li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, talab lill-qorti tordni inkjesta maġisterjali skond il-liġijiet ta' Malta li jippermettu li ċittadini Maltin jitolbu li ssir inkjesta dwar allegata offiża kriminali.", "It-talba sabet l-oppożizzjoni qawwijja tal-persuni involuti, inklużi l-Prim Ministru, il-Kap tal-Uffiċju tiegħu, il-Ministru tal-Enerġija kif ukoll żewġ konsulenti u intermedjarji finanzjarji li fetħu l-istrutturi fil-Panama u fi New Zealand f'isem Mizzi u Schembri.", "F'April 2018, id-DaphneProject, magħmul minn grupp ta' ġurnalisti internazzjonali li ngħaqdu biex ikomplu l-investigazzjonijiet ta' Daphne Caruana Galizia, ippubblikaw emails oħra mill-PanamaPapers li urew li l-għan tal-kumpaniji li rreġistraw Mizzi u Schembri fil-Panama kien biex jirċievu ħlasijiet ta' €150,000 fix-xahar minn żewġ kumpaniji reġistrati f'Dubai magħrufa bħala 17 Black Ltd u Macbridge Ltd.", "Lanqas dawn ir-rivelazzjonijiet ġodda ma wasslu għal xi investigazzjoni mill-awtoritajiet Nazzjonali jew minn xi azzjoni ta' tkeċċijja mill-Prim Ministru.", "F'Lulju 2018, l-ewro-deputat David Casa ppubblika kopja tar-rapport leaked tal-FIAU li kien jgħid li l-FIAU kellha suspett raġjonevoli f'Konrad Mizzi li wettaq ħasil ta' flus u jew għamel qliegħ minn atti kriminali minħabba l-involviment tiegħu fil-każ li kixfu l-PanamaPapers.", "Lanqas din ir-rivelazzjoni ma' bdiet xi investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew għal xi azzjoni ta' tkeċċija mill-Prim Ministru.", "F'Ottubru 2018, DaphneProject kixef li sid 17 Black hu Yorgen Fenech, wieħed mis-sidien tal-proġett għal power station ġdida li kien wieħed mill-wegħdi elettorali ewlenin tal-gvern ta' Muscat meta tela' f'Marzu 2013.", "Din ir-rivelazzjoni kkonfermat li Mizzi u Schembri fetħu l-kumpaniji tal-Panama biex jirċievu flus minn wieħed mis-sidien tal- power station il-ġdida.", "Li ma jitwemminx hu li lanqas din ir-rivelazzjoni ma bdiet xi investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew ma wasslet biex il-Prim Ministru jkeċċi lil xi ħadd.", "Yorgen Fenech ma ċaħadx rapporti pubbliċi li hu kien qal pubblikament u privatament li l-kuntratt tal- power station kien diġa rranġat għalih qabel l-elezzjoni tal-2013 li tellgħet fil-gvern lil Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "F'Novembru 2018 rapporti fl-istampa taw x'jinftihem li nfetħet inkjesta maġisterjali biex tinvestiga lil 17 Black.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja kkjarifika b'mod pubbliku li l-inkjesta kienet dwar il-kumpanija u li ma kinitx se tħares lejn l-aġir ta' Yorgen Fenech, Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "F'Jannar 2019, wara battalja twila fil-qrati u minkejja dawn ir-rivelazzjonijiet kollha, it-talba ta' Simon Busuttil għal inkjesta maġisterjali ċċaħdet fil-Qorti tal-Appell.", "Talba oħra separata biex tinfetaħ inkjesta ċċaħdet ukoll ftit jiem wara.", "Dan ifisser li anke l-qrati f'Malta jidhru li ma jridux jiftħu investigazzjoni f'PanamaPapers kif tridhom jagħmlu l-liġi u minkejja l-obbligi ta' Malta taħt direttivi suċċessivi Ewropej dwar il-ħasil tal-flus.", "Fi Frar 2019, tlett snin mindu ħarġu l-PanamaPapers, Malta ma bdiet ebda investigazzjoni u ma ħadet ebda azzjoni biex tassigura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-flus u ma tatx rimedju suffiċjenti biex tassigura ħarsien legali xieraq fl-oqsma li jaqgħu taħt il-liġi tal-Unjoni.", "Lanqas ma pprovdiet rimedju effettiv quddiem tribunal kif teħtieġ il-Karta tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali.", "Minħabba din l-implimentazzjoni diffettuża tal-liġi Ewropea, Malta qed tikser ukoll il-prinċipju tal-effettivita' u minħabba ċ-ċaħda sistematika li tinvestiga każ lampanti ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus, Malta qed tikser il-valuri tal-Unjoni Ewropea mniżżla f'Artiklu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.", "Sadattant, Mizzi u Schembri għadhom f'karigi pubbliċi għoljin: Ministru u Kap tal-Uffiċju tal-Prim Ministru u membri tal-Kabinett tal-Ministri.", "L-iskandlu tal-PanamaPapers f'Malta hu xokkanti mhux biss għax politiċi u nies fil-poter f'Malta nqabdu fil-fatt.", "Hu xokkanti aktar għax meta nqabdu, l-istituzzjonijiet bid-dmir li jaġixxu irrifjutaw li jieħdu azzjoni.", "Dan jgħodd għall-fergħa eżekuttiva li tikkontrolla u torbot idejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi anke b'limitazzjonijiet fuq ir-riżorsi tagħhom u jgħodd ukoll għall-fergħa ġudizzjarja li meta kien hemm talbiet biex tinfetaħ inkjesta dan m'għamluhx.", "Ir-responsabbilta' għall-falliment tal-ġudikatura jaf hi tal-fergħa leġislattiva li ma tatx lill-ġudikatura liġijiet adegwati biex jimplimentaw kif imiss il-liġijiet Ewropej kontra l-ħasil tal-flus.", "Il-fatt hu li s-snin minn meta ħarġu l-PanamaPapers urewna li ebda azzjoni m'hi qed tittieħed f'Malta.", "Ma nistgħux naqtgħu qalbna mill-istituzzjonijiet tagħna u fil-fatt għandha l-intenzjoni li nieħdu aktar azzjoni bħala Repubblika biex nipprovaw nimbuttaw li tinbeda azzjoni kif imiss.", "Iżda sadattant irridu nuru kif l-Istat Malti — it-tlett friegħi tal-gvern — mhux qed iħaddmu l-liġi Ewropea meta kkonfrontati b'allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus fil-konfront ta' politiċi.", "Meta Stat Membru ma jimplimentax il-liġi Ewropea, l-aktar il-proveddimenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea għandha d-dritt tibda azzjoni kontra dak l-Istat Membru.", "Dan jista' jwassal għal sanzjonijiet.", "Qed nagħmlu l-ilment tagħna skond il-proċedura t'ilmenti formali lill-Kummissjoni Ewropea biex nitolbuhom jibdew proċess legali biex jistħarreġ dan il-ksur persistenti tal-liġi Ewropea.", "Dawn il-liġijiet jipproteġu liċ-ċittadini Maltin.", "Iċ-ċittadini Maltin kollha jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jitrattaw lil kulħadd l-istess.", "Hawn m'aħniex 'nitkellmu kontra Malta'.", "Qed niddifendu 'l Malta mill-persuni li b'impunita' qed jiksru l-liġijiet tagħha (għax il-liġi Ewropea hi l-liġi ta' Malta) u jiżġiċċaw mingħajr konsegwenzi għar-reati tagħhom waqt li l-bqija tal-Maltin iħallsu għalihom.", "Meta jfallu l-istituzzjonijiet, iċ-ċittadini għandhom jaġixxu.", "Għalhekk teżisti Repubblika.", "Fl-istess ħin issottomettejna petizzjoni simili lill-Parlament Ewropew.", "Din il-petizzjoni qegħda fil-preżent tiġi evalwata mill-kumitat apposta tal-Parlament Ewropew.", "Qed inħejju wkoll petizzjoni għaċ-ċittadini Maltin li jixtiequ jappoġġjaw l-appell tagħna direttament mal-istituzzjonijiet Ewropej u fuq bażi individwali.", "Aktar ma jkun hemm minn jerfa leħnu bi protesta kontra d-delinkwenza, aktar hemm ċans li nassiguraw li l-liġijiet Ewropej li nkitbu biex jipproteġuna, jkunu infurzati.", "Previous: Kliem mitkellem mill-warrani ta' Raphael Next: Jinsa' dak li jaqbillu jinsa' window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/chris-cardona-jerhilha-lejn-liverpool/", "date": "Mon, 17th Dec '18, 10:19", "category": "blog, politics, government", "title": "Chris Cardona jerħilha lejn Liverpool", "text": ["Din l-istorja m'hix dwar xi żjara li għamel Chris Cardona f'Velbert.", "Għalkemm, m'għandniex xi ngħidu, Alla biss jaf fejn reħielha.", "Siefer biex isegwi partita futbol flimkien ma' sieħbu tal-kabinett Chris Agius, li jsibuħ bħala l-Wefi, u ma' oħrajn.", "Magħhom kien hemm Silvan u Matthew Fenech, kuġini ta' Yorgen Fenech tal-famuża 17 Black u wlied is-sidien tal-imperu ta' Tumas.", "Dawn kienu ssemmew meta kienu silfu appartament f'Portomaso lil Chris Cardona li dak iż-żmien kien se jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu minħabba l-inkwiet li kellu ma' xi nisa.", "U meta Daphne Caruana Galizia kienet kixfitlu l-borom fuq l-arranġament li kellu dwar l-appartment, Chris Cardona ħareġ ixejjer kopja ta' ċekk biex speċi ta' jserrħilna rasna li kien ħallas il-kera kollha f'daqqa hekk kif irritorna ċ-ċwievet lis-sidien.", "U mbagħad għadda biex iddikjara l-istess ammont li suppost ħallas bħala dħul minn kirja.", "Trasparenza tat-toqba t'għajni.", "Insomma, naħseb li ħadd minnhom m'hu se jieħu għalih b'dan li qed nikteb u x'aktarx mhux se jiddejqu jekk nirreferi għalihom bħala ħbieb qaqoċċa.", "Ftit ġimgħat biss wara li konna skoprejna li ta' Tumas kienu ħolqu kumpannija fid-Dubaj b'kont bankarju identifikat fid-dokumenti ta' Mossack Fonseca u li kienu ntrabtu li jħallsu lil Konrad Mizzi – sieħeb Chris Cardona u Chris Agius – l-ammont ta' $5,000 kull jum, dawn iż-żewġ membri tal-kabinett ma jiddejqu xejn jippożaw għar-ritratt mal-ulied ta' Tumas: tbissima, daħka, xejn m'hu xejn u kollox igħaddi.", "Dawn ir-ritratti m'huma xejn ħlief prova ċara tal-indifferenza patoloġika amorali ddoqq l-iskotti li għandhom dawn in-nies.", "Agħtu ħarsa lejn dan ir-ritratt tal- Instagram ta' Owen Bonnici ma' dik li kienet il-maħbuba tiegħu u li nġibed 13 il-jum wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dan kien fid-29 ta' Ottubru 2017.", "Matul dan il-perijodu ta' żmien sitt xhur wara, waqa' l-gvern tas-Slovakkja minħabba l-qtil ta' ġurnalist f'dak il-pajjiż.", "U hawn, il-Ministru tal-Ġustizzja kien qed iċarrat ħalqu jgawdi \"Happy Sunday\".", "Dawn hekk huma magħmulin.", "Previous: Il-ħmura fil-Facebook wall ta' Walls tiggarantixxi l-ġustizzja?", "Next: Sit tal-aħbarijiet Taljan ta' kontra l-Mafja jsejjaħ il-vjolenza kontra attivisti bħala \"attakk fuq id-demokrazija\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/il-hmura-fil-facebook-wall-ta-walls-tiggarantixxi-l-gustizzja/", "date": "Mon, 17th Dec '18, 09:38", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-ħmura fil-Facebook wall ta' Walls tiggarantixxi l-ġustizzja?", "text": ["Il-Kummissjoni ta' Venezja għamlet riferenza għan-numru kbir ta' tribunali li għandna f'Malta li huma presjeduti minn ġudikanti – li m'humiex imħallfin jew maġistrati – u li għandhom is-setgħa li jaqtgħu is-sentenzi.", "Iżda li dawn il-ġudikanti ma jħabblu rashom xejn dwar id-dmir tagħhom mhux biss li jkunu iżda li wkoll jidhru li huma imparzjali.", "Wieħed minn dawn huwa ċertu Harold Walls li jippresiedi t-Tribunal Industrijali.", "Bniedem li jiddiletta bil-kummenti fuq il- Facebook .", "Ara ma taħsbux li dawn huma xi kummenti akkademiċi.", "Xejn minn dan.", "Huma purament kummenti ta' partitarju.", "Issa jista' jkun li Harold Walls huwa bniedem jagħti sentenzi bilanċjati u wieħed li ma jħallix l-entużajżmu tal-vavi li għandu għal partit politiku jinfluwenzalu ħsibijietu.", "Jista' jkun ukoll li dan Harold Walls jaqta' l-kwistjonijiet bejn ħaddiem u min iħaddem b'oġġettività.", "Iżda dawk li jħaddmu kemm jista' jkollhom fiduċja li Walls jaqta' s-sentenza b'ġustizzja meta l- Facebook wall huwa miżgħud b'daqq ta' marċi li jsejjħu għall-qerda ta' dawk li jħaddmu?", "Kont nargumenta bl-istess mod li kieku għażel li jżejjen il- Facebook wall tiegħu b'kanzunetti ta' tifħir għall-propaganda nażista tal-filmati ta' Leni Riefenstahl.", "Walls għandu kull dritt għal twemminu.", "Iżda, meta jkun qed jaġixxi ta' ġudikatur u jiġġudika lil ħaddieħor bis-setgħa kollha li ttih il-liġi, m'għandux joqgħod iperreċ il-fehmiet ideoloġiċi tiegħu qisu mhux hu.", "Kif qatt jista' jkun hemm fiduċja li tkun qed iseħħ is-saltna tad-dritt meta permezz tal- Facebook ġudikant iġib ruħu qisu president ta' tribunal ta' żmien Stalin?", "Huwa minnu li l-liġijiet jeħtieġ jitranġaw.", "Iżda l-imġieba ta' Harold Walls diġà tammonta għal ksur tal-liġijiet.", "Iżda Harold Walls jaf li ħadd m'hu se jiġbidlu widintu.", "Għax ixejjer bandiera ħamra.", "Previous: Meta jitkellmu x-\"shit holes\" Next: Chris Cardona jerħilha lejn Liverpool window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/verita-u-gustizzja-julian-delia/", "date": "Tue, 18th Dec '18, 07:21", "category": "blog, politics, government", "title": "Verita u Ġustizzja: Julian Delia", "text": ["L-għanqbuta tal-għasel, B'għan u skop li jgħaġġbek.", "Nirreklamaw il-pajjiż qisu ġenna fl-art, Nispekulaw bla qies, art il-ħela u l-iskart.", "Jiġu, jiġu biex ifittxu ħajja aħjar, Mingħalihom li ħa jsibu l-ġid, forsi jduqu l-kavjar; Mur fehmom li l-liġi taqdi biss lil kbar.", "Mur spjegalhom li fejn ġew probabbli agħar, Daħħala f'rashom li għandhom ħajjithom bid-dejn, Nies li ġew hawn għal futur aħjar, Iżda ħa jmutu mingħajr 'qas biss ikunu faddlu xejn.", "Kera tad-dar li tifga lil dak li jkun, Taqbdek minn għonqok u tagħsarlek il-pulmun.", "Ngħidulek li hawn xogħol ghal kullħadd, Nigdbulek li hawn irwol għalik f'dan l-istat; Imbagħad tirrealizza li l-pagi huma pastażata, Tanalizza l-fatt li s-sinjuri għamlu straġi,", "Li s-sistema' hija totalment kazzata.", "Iżda dan huwa kollhu tiżjin, Gidba oħra f'art is-serenita', Mixtrija bil-but mxaħħam bit-tixħim, Miżjuda f'moħħna minn nies ħallelin.", "Fin fin, mal-ħin, Lejn is-saturazzjoni mexjin – Bil-mod il-mod, Lejn inkoronazzjoni resqin.", "Diga' sirna sudditti ta' ċertu familji, Is-sidien ta' Malta; sa fejn jidhirli, Lil politikanti u lil ministri Ivvutajnilhom biex jirrappreżentaw lilek u lili, Mhux biex japprofittaw ruħhom u jagħmlu l-liri.", "Malta, l-għanqbuta tal-għasel.", "Mela, hawn ejja ta', ara x'tagħmel...", "Previous: Sit tal-aħbarijiet Taljan ta' kontra l-Mafja jsejjaħ il-vjolenza kontra attivisti bħala \"attakk fuq id-demokrazija\" Next: Ir-Regolatur igħid lill-banek biex ma joqgħodux igħarblu minn fejn ikunu ġejjin il-flus li bihom jinxtraw il-passaporti Maltin.", "Min se jwaqqaf dan il-ġenn? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/meta-jitkellmu-x-shit-holes/", "date": "Sun, 16th Dec '18, 08:34", "category": "blog, politics, government", "title": "Meta jitkellmu x-\"shit holes\"", "text": ["Dawk li l-gvern għajjarhom \" biased assholes \" — jew inkella, skond il-burdata, \"shit holes\" — ma jistgħux jifhmu b'mod oġġettiv il-għala l-gvern qed jirrifjuta li jniedi nkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fil-frattemp, it- trolls tal-Labour qed jibqgħu jirrepetu d-diska li tliet persuni qed jistennew biex igħaddu ġuri b'rabta mal-qtil tagħha.", "U li din għandha tkun speċi ta' konsolazzjoni għaliex fil-każijiet ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana m'hemm ħadd li qed jistenna li jgħaddi ġuri.", "Il-verità hi li l-gvern qed jagħmel il-bsaten fir-roti biex il-fatti ma jitilgħux fil-wiċċ.", "Ma jiġrix hekk f'ċirkostanzi simili fil-bqija tad-dinja u l-' biased assholes' minn madwar id-dinja jafu sew dak li suppost isir.", "Il-ġimgħa li għaddiet seħħ att terroristiku f'Strasburgu.", "Malli Cherif Chekatt kien instab u nqatel mill-Pulizja l-Ħamis filgħaxija, l-President Emmanuel Macron serraħ ras il-pubbliku li l-każ kien għadu ma ngħalaqx u li l-Pulizja kienu qed ikomplu jinvestigaw biex jaraw kienx hemm min kien kompliċi fl-att terroristiku.", "Biex inkunu preċiżi, \" l-awtoritajiet Franċiżi qed jinvestigaw aktar biex tiġi ċċarata r-raġuni għaliex l-allegat terrorista ma nżammx qabel seta' jwettaq id-delitt \".", "Din m'hix ħaġa li jistgħu jinvestigawha l-Pulizija.", "Il-bieraħ Macron qal li \"Franza tkun tista' tiġbed ċerti konklużjonijiet dwar il-konsegwenzi tan-nuqqasijiet minn naħa tal-Pulizija u tkun tista' taħdem biex ittejjeb l-affarijiet\".", "Dan għaliex għalkemm id-dmir tat-tfittxija għal min ikun wettaq delitt huwa l-qofol, hemm ukoll dmir akbar: dak li jiġi evitat għal kollox it-twettiq ta' delitt.", "L-Istat naqas mir-responsabbiltà tiegħu li jħares ħajjet il-vittmi ta' Cherif Chekatt u ċ-ċittadini għandhom kull dritt li jsiru jafu għaliex kien hemm dan in-nuqqas, min għandu jerfa' r-responsabbiltà u kif tista' jiġi evitat it-twettiq ta' delitt ieħor bħal dan.", "Jista' dejjem jagħti l-każ li dawn l-investigazzjonijiet jaslu għall-konklużjoni li ma seta' jsir xejn aktar milli fil-fatt sar u li inevitabilment wieħed dejjem se jsib it-truf.", "Iżda x'aktarx li dan mhux se jkun il-każ.", "Il-mozzjoni li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament li permezz tagħa talab lill-gvern jagħmel dak li kien messu għamel 14 il-xahar ilu m'għaddietx għaliex id-deputati tan-naħa tal-gvern ivvutaw kontriha.", "Il-gvern qal li l-ewwel għandu jintemm il-proċess kriminali — proċess li jista' jdum għaddej mal-għaxar snin — qabel issir inkjesta dwar dak li seta' ġie evitat.", "Fis- Sunday Times of Malta tal-lum, Fr Joe Borg ikkritika lill-Partit Demokratiku talli dwar din il-kwistjoni \"ħawwdu l-imħuħ\".", "Hawn kien qed jirreferi għall-emenda li ppropona l-PD biex tinħatar kummissjoni – simili għal dik li kien ippresieda Desmond Tutu – sabiex tiġi mistħarrġa l-verita mhux biss dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, iżda wkoll dwar il-qtil ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana.", "Fr Joe għandu raġun.", "Fuq din il-kwistjoni jeħtieġ li nkunu ċari u l-mozzjoni tal-PD tħallat kwistjoni ma' oħrajn.", "B'differenza għall-każijiet ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana, Daphne Caruana Galizia kienet fil-mira ta' min qatilha.", "U l-periklu għadu fostna.", "M'għandniex xi ngħidu, ikun tajjeb jekk tista' ssir xi ħaġa biex insiru nafu aktar dwar il-qtil ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana.", "Iżda huwa bil-wisq aktar urġenti li nsiru nafu biċ-ċirkostanzi kollha tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dawk li setgħu kienu responsabbli li ppermettew it-twettiq ta' dan id-delitt, x'aktarx għadhom fil-pożizzjoni li jerġgħu jippermettu li jseħħ delitt ieħor.", "Il-membri tal-familja ta' Daphne u l-kollegi tagħha jinsabu esposti għal perikli li l-gvern m'huwiex interessat li jsir jaf kif jista' jevitahom.", "Meta entitajiet internazzjonali flimkien mal-membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia jħeġġu lill-gvern jagħmel dak li kull gvern demokratiku ieħor kien jagħmel żmien twil ilu, ma jkunux qed ifittxu li jdawru l-arloġġ għal meta Daphne Caruana Galizia kienet mimlija bil-għomor.", "Iżda jkunu qed jikkonfrontaw ir-realtà dwar in-nuqqas ta' sigurtà għall-ġurnalisti u għal kull min jikkritika lill-gvern – nuqqas ta' sigurtà li diġà ssarraf f'assassinju ta' ġurnalista aktar minn sena ilu.", "B'mod pervers, l-Avukat Ġenerali qed jipprova jagħti r-raġunijiet tiegħu għaliex l-inkjesta indipendenti m'għandhiex issir.", "Pervers għaliex ebda avukat m'għandu jkun kompliċi fid-delitti li jwettaq il-klijent tiegħu.", "Patrick Hertzog/AFP/Getty Images", "Previous: #Reżistenza: Il-Korruzzjoni Toqtol Next: Il-ħmura fil-Facebook wall ta' Walls tiggarantixxi l-ġustizzja? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ministri-jappellaw-mit-tieni-digriet-li-ordna-t-tnedija-ta-inkjesta-kriminali-dwar-l-imgieba-taghhom/", "date": "Fri, 8th Nov '19, 12:00", "category": "blog, politics, government", "title": "Ministri jappellaw mit-tieni digriet li ordna t-tnedija ta' inkjesta kriminali dwar l-imġieba tagħhom", "text": ["Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi appellaw minn deċiżjoni li ttieħdet din il-ġimgħa minn Maġistrat biex jitniżżlu fil-lista ta' persuni suspettati fl-inkjesta li qed tinvestiga korruzzjoni u tixħim fil-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi.", "L-appell tagħhom ser jinstema' mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.", "Il-Ministri kienu diġà rebħu appell minn sentenza li kienet ingħatat minn Maġistrat ieħor li kien iddeċieda li għandha ssir inkjesta kriminali dwar l-involviment tagħhom fil-proċess ta' privatizzazzjoni.", "Dan l-appell kien qatgħu l-Imħallef Giovanni Grixti li s'issa kien l-uniku mħallef li f'żewġ kawżi separati ddeċieda li talba ta' ċittadin privat għat-tnedija ta' inkjesta kriminali m'għandhiex tintlaqa' kemm il-darba ma jinġiebux provi aħħarin u kompleti.", "Wara li nqatgħet is-sentenza tal-Imħallef Giovanni Grixti, Repubblika ppreżentat rikors ġdid quddiem Maġistrat oħra.", "Fid-digriet tagħha li fiha laqgħet it-talba ta' Repubblika, l-Maġistrat saħqet li ma jagħmilx sens jekk ċittadini privati jingħataw id-dritt li jitolbu t-tnedija ta' nkjesta u fl-istess ħin ma jingħatawx is-setgħa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet impossibbli li mpona l-Imħallef Grixti fis-sentenza tiegħu.", "Fid-digriet tagħha l-Maġistrat saħqet ukoll li meta uffiċjali tal-pulizija jitolbu lill-Maġistrati jordnaw it-tnedija ta' inkjesti, dawn jordnaw l-istess inkjesti mingħajr ma jkunu bdew jinġabru l-provi, liema provi ċittadini privati m'a ngħatawx is-setgħa li jiġbru mill-Imħallef Giovanni Grixti.", "Wara li ġie preżentat l-appell, Repubblika u l-avukat Andrew Borg Cardona ppreżentaw ilment dwar l-Imħallef Giovanni Grixti quddiem il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tissorvelja u tgħarbel l-imġieba tal-membri tal-ġudikatura.", "Dan l-appell ġdid li ppreżentaw il-Ministri ser jinstema' mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li din il-ġimgħa kienet għassa biex tisma' appelli minn sentenzai tal-Qorti tal-Maġistrati.", "Għal bosta raġunijiet, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera hi mħallef kontroversjali u wħud minn dawn ir-raġunijiet huma rilevanti għal dan il-każ.", "Meta fl-imgħoddi kienet Maġistrat, lil Consuelo Scerri Herrera tneħħewlha minn taħt idejha kawżi ta' libell li fihom kienu mdaħħlin persuni politiċi.", "Il-Prim Imħallef ta' dak iż-żmien kien iddeċieda li l-Maġistrat ma setgħetx tiġi fdata bħala persuna imparzjali f'kwistjonijiet ta' kontroversja politika.", "L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tiġi oħt il-Ministru Josè Herrera li hu kollega tat-tliet Ministri li l-appell tagħhom ser jinstema' quddiemha.", "Fl-imgħoddi, l-Ministri Scicluna, Cardona u Mizzi kienu sostnew li huma ma jistgħux jinżammu responsabbli għad-deċiżjonijiet Ministerjali minħabba l-fatt li r-responsabbiltà hu waħda kollettiva għall-Kabinett kollu.", "Jekk argument bħal dan jintlaqa', l-Imħallef Scerri Herrera tkun effettivament qed tiddeċiedi wkoll dwar l-imġieba ta' ħuha stess.", "L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera hi wkoll is-sieħba ta' Robert Musumeci li għamel biżibilju ta' stqarrijiet politiċi b'appoġġ għat-tliet Ministri b'mod partikolari għall-Ministri Chris Cardona u Konrad Mizzi.", "Lil dawn ta' sikwit iddefendihom mill-akkużi ta' dawk li, skont Musumeci, jippretendi li huma \"qaddisin aktar mill-Papa\".", "Previous: Uffiċjal tal-Ippjanar jitkeċċa wara storja mxandra fuq manueldelia.com Next: Żewġ mistoqsijiet: Min ħallas biex jitwettaq il-qtil?", "Min qed iħallas l-ispejjeż tad-difiża? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/sit-tal-ahbarijiet-taljan-ta-kontra-l-mafja-jsejjah-il-vjolenza-kontra-attivisti-bhala-attakk-fuq-id-demokrazija/", "date": "Mon, 17th Dec '18, 18:03", "category": "blog, politics, government", "title": "Sit tal-aħbarijiet Taljan ta' kontra l-Mafja jsejjaħ il-vjolenza kontra attivisti bħala \"attakk fuq id-demokrazija\"", "text": ["Antimafia Duemila , sit tal-aħbarijiet tal-fondazzjoni li kienet saret bħala tifkira ta' Giovanni Falcone u Paolo Borsellino, illum tkellem dwar l-attakk vjolenti li sar minn partitarji tal-gvern fuq attivisti ta' #occupyjustice li kienu qed iqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat fil-Belt Valletta.", "F'dan l-attakk, li seħħ f'Misraħ l-Assedju l-Kbir, kien hemm żewġ persuni li refgħu jdejhom fuq marti Clemence Dujardin, kien wieħed minn sensiela ta' inċidenti li fihom uħud li jidentifikaw ruħħom bħala partitarji ta' Joseph Muscat jinsultaw, igħajjtu u jimbuttaw attivisti li jkunu qed jipprotestaw f'Misraħ l-Assedju l-Kbir permezz tat-tqegħid ta' fjuri u xemgħat fuq il-Mafkar li jinsab faċċata tal-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja.", "Il-bieraħ smajt li xi ġranet ilu, f'inċident separat iżda identiku, missier u bint kellmu ħażin u attakkaw vjolentement lill-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-ġurnalista ta' kontra l-Mafja Maria Grazia Mazzola li taħdem mar-RAI llum xandret rapport li fih irreferiet għall-attakk vjolenti fuq l-attivisti bħala attakk fuq id-demokrazija.", "Fl-artiklu tagħha, Mazzola tistaqsi jekk dawk li użaw il-vjolenza humiex se jgħadduha lixxa.", "\"Jekk dan huwa il-każ, ikun sinjal perikoluż ieħor ġej minn naħa tal-awtoritajiet Maltin li jiġġustifika l-mibgħeda kontra dawk li jażżardaw jikkritikaw lill-gvern u li jeżiġu l-verità u l-ġustizzja.", "Din hija l-istess kampanja ta' mibgħeda ta' bla ħniena li kienet saret fuq Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha kemm qabel kif ukoll wara l-assassinju tagħha\".", "Mazzola tikteb ukoll dwar ir-rapport li xxandar 5 ġimgħat ilu fis- Sunday Times of Malta fis-sens li kienu mminenti l-arresti tal-mandanti tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u li sal-lum ma ħarġet ebda aħbar oħra dwar dawn l-arresti.", "\"Din kienet biss propaganda.", "Aħbar li ma kienet aħbar xejn u li ppruvat toħloq l-impressjoni li l-każ issa huwa magħluq.", "Il-każ m'huwiex magħluq.", "Għadna ma nafux min kienu l-mandati ta' dawk li splodew il-karrozza-bomba fis-16 ta' Ottubru 2017\".", "Aqraw ir-rapport sħiħ (bit-Taljan) hawn.", "Previous: Chris Cardona jerħilha lejn Liverpool Next: Verita u Ġustizzja: Julian Delia window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/in-nghag-u-l-ilpup/", "date": "Mon, 3rd Jun '19, 11:57", "category": "blog, politics, government", "title": "In-ngħaġ u l-ilpup", "text": ["Bħalissa teżisti babilonja sħiħa u l-fergħat tiegħu – dawk li m'humiex taħt il-kontroll ta' Jean Pierre Debono – wieħed wara l-ieħor ħarġu kontra d-dħul tiegħu fil-Parlament.", "Il-Viċi Kap Robert Arrigo uża kliem iebes ħafna biex fisser il-karattri ta' Jean Pierre Debono u ta' martu Kristy.", "\"Dawn m'humiex ngħaġ,\" kiteb Arrigo.", "\"Dawk ilpup\".", "Il-membri parlamentari kif ukoll l-ewroparlamentari bdew isemmgħu leħinhom, u wħud minnhom faħħru l-pass li ħa Mark Anthony Sammut meta rriżenja minn President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN f'nods dan id-diżgwid kollu.", "Therese Commodini Cachia u Claudette Buttigieg kitbu li \"issa żżejjed,\" u kkundannaw \"il-gideb, il-qerq u mġieba kundannabbli\".", "L-ewroparlamentari David Casa faħħar l-eżempju ta' Mark Anthony Sammut.", "Nirringrazzjak @SammutMark tal-kuraġġ li wrejt.", "Ejjew ilkoll nuru fehmitna bla biża'. pic.twitter.com/qEzdMMAIb4 — David Casa (@DavidCasaMEP) 3 ta' Ġunju 2019 Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN — il-MŻPN — qal li s-sitwazzjoni fil-PN \"m'għadhiex tenibbli\" u talab l-irfiegħ tar-responsabbiltà politika.", "U l-fergħa tal-professjonisti — il-FPPN — tkellmet dwar id-dmir ta' kull min għandu kariga fil-partit li juri \"fehemtu bla biża\".", "Adrian Delia u l-klikka tiegħu qatt ma kienu daqstant iżolati.", "Previous: Issa s-sabar ta' kulħadd intilef Next: Il-PN iħabbar li Jean Pierre Debono mhux ser jokkupa s-siġġu Parlamentari window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/kliem-mitkellem-mill-warrani-ta-raphael/", "date": "Thu, 7th Feb '19, 14:04", "category": "blog, politics, government", "title": "Kliem mitkellem mill-warrani ta' Raphael", "text": ["Din il-ġimgħa Raphael Vassallo kiteb artiklu taħt it-titlu li ġej: \"Il-libertà tal-kelma tfisser ukoll il-liberta' li titkellem mill-warrani\".", "Għal dak li kiteb, ma setax għażel titlu aħjar.", "Dan irid jipperswadina li għal-liberta' tal-kelma f'Malta kollox ward u żahar u li min jilmenta li mhux kollox ward u żahar ikun qed jitkellem mill-warrani.", "Tgħid mhux hekk.", "Ser nelenka fil-qosor ir-raġunijiet għala l-liberta' tal-kelma m'għandha qatt titkejjel ma' kemm ikunu lesti jkunu tolleranti l-awtoritajiet għal dak li jinkiteb favur il-gvern.", "Jekk int tagħżel li, minflok tuża d-dritt tiegħek li titkellem mill-warrani, tuża moħħok u qalbek indipendentement mill-gvern tal-ġurnata u indipendentement mill-partiti politiċi, jeżistu tlettax il-raġuni għala l-liberta' tal-kelma f'Malta tinsab imhedda.", "L-Ewwel Punt: il-liġijiet tal-libell f'Malta qed jiġu wżati mill-politiċi b'mod tattiku biex isikktu lill-ġurnalisti.", "Hemm bosta eżempji dwar dan, iżda ejjew insemmi dawk li huma l-aktar riċenti.", "Il-kawża li kien għamel lil Daphne Cauana Galizia, Chris Cardona ħalliha taqa' hekk kif feġġet il-possibilita' setgħu jinstemgħu provi li jistabilixxu li kien ħa ġurament falz; u dan biex ma nsemmux l-allegazzjoni li kellu x'jaqsam sesswalment ma' prostituta.", "Għalkemm m'jinix daqshekk imħasseb bil-liberta' tal-kelma ta' kelliema tal-Oppożizzjoni bħalma huma Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, l-fatt li dan l-aħħar Konrad Mizzi ċeda l-kawżi ta' libell li kien beda' kontrihom għax beża' li setgħu jitressqu provi li jagħtuhom raġun meta dawn kienu xlewh li hu bniedem korrott, hi indikazzjoni oħra dwar kemm ikunu lesti l-politiċi li jibdew kawżi ta' libell biex jippruvaw isikktu, veri kemm ikunu veri l-allegazzjonijiet li huma jgħidu li mmalafamawhom.", "M'għandniex xi ngħidu, fihom innifishom il-kawżi ċeduti minn Konrad Mizzi se jispiċċaw biex lill-ġurnalisti jġiegħeluhom ma jagħtux kredibilita' lill-allegazzjonijiet li hu tant qal li kienu biss gideb immirati lejh.", "Irnexxielu jakkwista dan ir-riżultat anki fin-nuqqas ta' sentenza minn naħa tal-qorti.", "It-Tieni Punt: il-liġijiet tagħna dwar id-diffamazzjoni, bl-emendi li saru b'kollox, kif ukoll l-kotra l-kbira tas-sentenzi dwar libell li nqatgħu mill-qrati tagħna ma jaqblu xejn mal-kultura Ewropea dwar il-liberta' tal-kelma u x'aktarx li fil-biċċa l-kbira tagħhom jiġu mħassra mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Iżda kif dan l-aħħar stqarr b'ċertu niket Giovanni Bonello, is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li jħassru l-liġijiet u l-kultura tas-sentenzi tagħna ma jwasslux għal tibdil f'dawk il-liġijiet u f'dik il-kultura tas-sentenzi.", "Dan ifisser li biex tkun tista' tinġieb prova li l-livelli tagħna dwar id-diffamazzjoni huma fil-fatt theddida għad-dritt tagħna għal-liberta' tal-kelma, kull każ ikun irid jiġi riferit lejn Strasbourg: proċess għali mmens u li jieħu ħafna żmien.", "Minnu nnifsu, dan m'hu xejn ħlief bastun fir-rota tal-liberta' tal-kelma.", "It-tielet, għalkemm il-liġijiet tagħna m'humiex tajbin, il-liġijiet f'pajjiżi oħra huma agħar u alleati tal-gvern għażlu li jagħmlu libelli barra 'l pajjiż biex isikktu lill-ġurnalisti.", "Henley and Partners kienu heddew b'libelli fir-Renju Unit kemm lil The Shift News kif ukoll lil Daphne Caruana Galizia.", "Lili tas-Satabank heddewni b'libelli fir-Renju Unit u ġiegħluni nwarrab storja li mal-medda taż-żmien ġie pruvat li kienet vera.", "Tal-Pilatus Bank kienu għamlu kawża ta' libell f'Arizona ta' $40 miljun lil Daphne Caruana Galizia: kawża li setgħet irrovinatha finanzjarjament, kienu x'setgħu kienu d-danni li setgħu ġew likwidati.", "Kawżi bħal dawn – magħrufa bħala kawżi SLAPP – jistgħu jiġu evitati u l-ġurnalisti jistgħu jiġi mħarsa permezz ta' liġijiet li l-gvern irrifjuta anki li jikkunsidra.", "Ir-Raba' Punt: ir-riskju li jsiru dawn il-proċeduri f'Malta u lil hinn minnha jnissel element ta' biża' li jwassal biex il-ġurnalisti ma jibqgħux ħielsa li jxandru dak li jkun jixtiequ jxandru.", "Bl-Ingliż dan isejjħulu \"chilling effect\" li jinħass biss jekk – mhux bħal kif jagħmel Raphael Vassallo – wieħed iżomm ruħu 'l bogħod mis-setta Tagħna Lkoll.", "Il-Ħames Punt ġurnalisti indipendenti li jirfsu fuq il-kallijiet tal-partiti politiċi jsibu ma' wiċċhom attakk feroċi minn trolls koordinati u mħallsa mill-partiti nnifishom.", "M'għandniex xi ngħidu, ħadd ma għadda minn dak li għaddiet minnu Daphne Caruana Galizia f'dawk li huma tgħajjir, theddid kiefer u demonizzar.", "Madankollu, mal-medda taż-żmien uħud minna qegħdin iduqu xi ftit minn dak li kienet għaddiet minnu hi.", "Is-Sitt Punt: il-partiti jidher li jqisu lill-ġurnalisti li jikkritikawhom bħala mira leġittima, għalkemm għadni ma nafx x'jippretendu li jkunu qed jakkwistaw meta jinħbew wara t-trolls.", "Taħt l-iskuża ta' ġurnaliżmu u aħbarijiet, il-mezzi tax-xandir tagħhom jużawhom biex jiżolaw, jintimidaw u jiskreditaw lill-kritiċi tagħhom mingħajr ma jiddistingwu bejn bejn politiċi avversarji u ġurnalisti indipendenti li xogħolhom hu appuntu li jikkritikaw.", "Dawn ma jħabblu rashom xejn meta jgħawwġu l-fatti u litteralmet jiġru warajhom fit-toroq bil-kamera li, minn għodda tal-ġurnaliżmu u tal-informazzjoni, isiru armi ta' oppressjoni politika.", "Is-Seba' Punt: il-kameras bħala għodda ta' oppressjoni politika jintużaw mhux biss fuq il-ġurnalisti waqt il-qadi ta' dmirijiethom iżda wkoll fuq il-poplu.", "Dawk li jattendu l-protesti jew dawk li għal xi raġuni l-awtoritajiet ma jarahomx ħelwin, isiru mira leġittima tas-setgħana permezz tal-kameras f'idejn l-aġenti tal-partit jew tal-istat.", "Jużaw ritratti ta' persuni magħrufa bil-għan li jiżuffjettaw bihom jew biex jheddulhom ħobżhom.", "Jew inkella ipattuhielhom fuq il-post tax-xogħol u jċaħħduhom minn kuntratti pubbliċi u minn drittijiet basiċi amministrattivi.", "It-Tmin Punt: il-protesti jiġu maħnuqa.", "Spiċċa ż-żmien tal-għoti tax-xebgħat f'xi ċella.", "Minflok qed jintużaw riżorsi pubbliċi biex minnufih jitneħħew sinjali ta' protesta bħalma huma banners, billboards, posters – saħansitra anki xemgħat u fjuri – li jwasslu messaġġ ta' protesta.", "Bl-iskuża tar-regolamenti tal-ippjanar, spazju fuq billboards li jintużaw biex iwasslu messaġġ politiku, jitneħħew minnufih: metodu ieħor ta' ċensura.", "Id-Disa' Punt: ġurnalisti jingħataw aċċess għall-Ministru skond kemm dawn ikunu lesti li jibqgħu lura milli jirfsulu l-kallijiet bil-mistoqsijiet tagħhom.", "B'mod sistematiku Konrad Mizzi qed jorganizza konferenzi stampa li għalihom jistieden biss dawk li jippretenduha ta' ġurnalisti u li huma mpjegati mal-gvern jew mal-partit.", "Minn dakinhar li ntervistah John Sweeney aktar minn sena ilu, Joseph Muscat baqa' jirrifjuta talbiet għal intervisti minn ġurnalisti internazzjonali.", "Sistematikament qed jevita l-battibekki mal-ġurnalisti u, f'dawk li ma jkunx jista' jaħrab minnhom, iwieġeb b'mod trivjali u puwerili bħal meta, għall-akkuża tal-Kummissarju tal-Liġijiet li huwa l-aktar prim ministru korrott fl-istorja, wieġeb bil-famuża frażi \"freedom of speech\".", "L-Għaxar Punt: f'Malta, b'differenza għall-bqija tad-dinja demokratika, il-ġurnalisti mhumiex organizzati b'mod professjonali f'għaqdiet.", "Ħafna minnhom huma impjegati mal-partiti politiċi u dan iservi biex l-interessi tal-partiti politiċi u tal-gvern ingħataw prijorita' fuq interessi oħra.", "L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin huwa frott ta' din is-sitwazzjoni li qiegħda therri s-solidarjeta' professjonali li ssaħħaħ is-sinjifikat u l-influwenza tal-ġurnaliżmu indipendenti.", "Il- Ħdax – il Punt: bosta huma dawk li jriduha ta' ġurnalisti li huma lesti li jidhru ħelwin mal-klassi politika għall-flus.", "Permezz tar-riklamar, il-gvern jonfoq direttament jew indirettamen permezz tal-konsulenzi jew kuntratti tax-xandir pubbliku u dan jiġġenera ċerti dipendenzi u lealtajiet li jġiegħluhom jagħmlu l-kompromessi meta jiġu biex jirrappurtaw dwar attivitajiet tla-gvern.", "Tgħid il-fatt li Saviour Balzan huwa marbut b'kuntratt biex jagħmel programm fuq TVM darba fil-ġimgħa b'xi mod jeffettwalu ż-żelu li għandu biex jattakka l-kritiċi tal-gvern li jimpjegah?", "It- Tnax -il Punt: il-whistle-blowers qed jiġu ntimidati sistematikament bir-riżultat li għejjun jew għejjun potenzjali qed jinżammu milli jgħaddu informazzjoni lill-ġurnalisti dwar dak kollu li jafu.", "Jonathan Ferris u Maria Efimova huwa eżempji ħajjin dwar dak li jista' jiġrilu kull min jażżarda jitkellem mal-ġurnalisti dwar in-nuqqasijiet tal-gvern: tkeċċijiet illegali, eżilju u xiljiet foloz.", "Saru wkoll kampanji biex jiskreditaw biex b'hekk ikun diffiċli li wieħed isib impjieg, tixrid ta' gideb u tfigħ ta' persuni f'istituzzjonijiet mentali.", "Iċ-\"chilling effect \" imur aktar 'il bogħod minn hekk.", "Kull min għandu f'idejh informazzjoni aktar milli għandhom Maria Efimova jew Jonathan Ferris se jmur jgħid li jaf aktar minnhom?", "It- Tlettax- il Punt: ġurnalista spiċċat biex inqatlet.", "Raphael Vassallo jgħid li mhux sew li wieħed joqgħod iwaħħal f'awtorita' pubblika għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Wara kollox, ma kienx Joseph Muscat li qatilha.", "Issa jekk qed jgħid li l-prim minstru m'għandux jinżamm kontabbli għaliex ma kienx hu li qatilha, huwa proprju hawn li Raphael Vassallo jkun qed jitkellem mill-warrani tiegħu.", "L-Istat – u l-gvern li jmexxih – jinsab fid-dmir li jħares il-liberta' tal-kelma kif ukoll ħajjet il-ġurnalisti.", "Meta jonqos li jirrikonoxxi dan id-dmir – aktar u aktar fiż-żmien meta jkun seħħ assassinju ta' ġurnalista – dan in-nuqqas jidher aktar lampanti mhux biss għaliex l-istat ikun naqas minn dmiru hekk kif seħħ l-assassinju iżda wkoll għaliex qed jonqos minn dmiru kull jum li jgħaddi li fih jinqa' ma jirrikonoxxix li dmiru hu li jħares ħajjet in-nies.", "M'għandniex xi ngħidu, il-gvern għamel agħar minn hekk.", "Kien hu li xpruna l-attakk bil-mobilizzazzjoni tat-trolls, bit-tmaqdir, bit-tgħajjir, bil-gideb, bil-qerq u bl-iskreditar fil-konfront tal-ġurnalista fuq il-mezzi tax-xandir tal-partit.", "Il-gvern ra kif għamel biex jipprova jneżżagħha minn kull dinjita' umana billi jċaħħadha mhux biss mid-dritt għal-liberta' tal-kelma iżda saħansitra mid-dritt għall-ħajja.", "Meta l-gvern juri nuqqas ta' ħeġġa biex jinstab tarf tal-assassinju, meta jniedi investigazzjonijiet ta' nofs kedda, meta joħroġ b'gideb dwar arresti mminenti bil-għan li jaljena lill-ġurnalisti barranin, meta jirrifjuta għal għanijiet purament politiċi li jħajjar lill-allegati assassini biex jikkoperaw mal-investigazzjoni u meta fil-kabinett tal-ministri jinżamm fil-kariga Ministru li nqabad jigdeb dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-allegati assassini kemm qabel kif ukoll wara li dawn wettqu l-qtil, id-dritt ta' Daphne Caruana Galizia għall-ħajja jkun qed jibqa' jiġi maħnuq.", "Fl-aħħarnett, il-fatt li l-gvern qed ikompli jirrifjuta li jniedi nkjesta indipendenti dwar iċ-ċirkostanzi tad-delitt li wassal għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, dwar x'seta' għamel il-gvern biex jiġi evitat id-delitt, dwar il-kwalita' tal-investigazzjonijiet li saru wara u dwar il-konklużjonijiet li jistgħu jinġibdu mit-twettiq tad-delitt, m'huwiex biss ċaħda ta' drittijietha.", "Ir-rifjut tal-gvern qed iservi ta' twissija lill-ġurnalisti biex ma jaqbdux it-triq li kienet qabdet Daphne Caruana Galizia.", "Dawn huwa tlettax il-raġuni li għandhom iġiegħlu lil Raphael Vassallo ma jkomplix jagħmel il-ħsara lill-professjoni tiegħu stess.", "Previous: Il-ħtija tixgħel f'wiċċu Next: Repubblika talbet lill-KE taġixxi fuq il-falliment ta' Malta li tinfurza l-liġi kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront ta' politiċi korrotti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/rezistenza-il-korruzzjoni-toqtol/", "date": "Sat, 15th Dec '18, 08:20", "category": "blog, politics, government", "title": "#Reżistenza: Il-Korruzzjoni Toqtol", "text": ["Stqarrija ta' #Reżistenza: Malta hi infestata bil-korruzzjoni Il-Maltin kollha jaqblu li l-korruzzjoni tolqot kull aspett tal-ħajja soċjali u amministrattiva ta' pajjiżna, iżda ftit huma dawk li jikkundannawha u jimpenjaw ruħhom kontra dan l-abbuż.", "Anzi, bosta huma tal-fehma li l-korruzzjoni ddawwar ir-rota ta' l-ekonomija u timla' il-bwiet ta' kulħadd.", "Infakkru lill-politiċi kollha li huma qaddejja tagħna.", "Jitħallsu minna biex iħarsu l-ġid komuni.", "Nistennew mingħandhom li jaħdmu bla waqfien biex jikxfu l-korruzzjoni u joħolqu mekkaniżmi istituzzjonali u kultura ta' osservanza tal-liġi li tassew jipprevjenu l-korruzzjoni.", "F'dan il-politiċi tagħna fallew.", "Anzi bosta minnhom huma promoturi jew kompliċi f'atti ta' korruzzjoni.", "Lil dawn ngħidulhom li m'aħna ser ninsew qatt il-ħsara li qed jagħmlu.", "Posthom huwa l-ħabs.", "Il-prattika immorali ta' pjaċiri li jsiru liċ-ċittadini komuni tintuża b'mod ikkalkulat biex jinżamm il-kunsens popolari u biex iż-żgħir ma jgħirx għal min jibbenefika minn atti kbar ta' korruzzjoni.", "Kull min jibbenefika minn pjaċiri żgħar ikun qiegħed ibierek atti kbar ta' korruzzjoni.", "Hi sistema waħda, tinten minn rasha sa saqajha.", "Ma tistax tkun onest u taċċetta l-pjaċiri minn politiċi.", "Il-pjaċiri huma serq.", "Il-pjaċiri huma atti ta' korruzzjoni.", "Ma tistax tkun onest u ma tipprotestax kontra l-korruzzjoni.", "Ma tistax tkun onest u tgħallem lil uliedek biex jitolbu l-pjaċiri u jgħalqu għajnejhom għall-korruzzjoni ta' ħaddieħor.", "Il-korruzzjoni tnawwar.", "Il-korruzzjoni tisraq.", "Il-korruzzjoni toqtol.", "Previous: Kisrulu drittijietu lil Konrad miskin.", "Next: Meta jitkellmu x-\"shit holes\" window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/11/ufficjal-tal-ippjanar-jitkecca-wara-storja-mxandra-fuq-manueldelia-com/", "date": "Thu, 7th Nov '19, 16:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Uffiċjal tal-Ippjanar jitkeċċa wara storja mxandra fuq manueldelia.com", "text": ["Dalgħodu jien ktibt dwar il-kunflitt ta' interess li għandu Alfred Pulè, il-persuna li nħatret fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Ottubru li għadda mill- Ministru Ian Borg biex tieħu post Matthew Pace li kien irriżenja minn fuq l-istess Bord wara li nkixef il-kunflitt ta' interess fil-każ tat-torri tad-DB.", "Jien ktibt dwar il-fatt li Alfred Pulè kien fin-negozju ma' Joseph Portelli li b'mod mill-aktar kontroversjali ngħata permess mill-Bord tal-Ippjanar biex jibni villa mdaqqsa fir-raba' fl-irdum tal-Qala.", "Ftit ħin wara, l-ministru Ian Borg permezz tal- Facebook ħabbar ir-riżenja ta' membru tal-Bord tal-Ippjanar – li ismu baqa' ma semmieħx – u dan wara li, skont hu, kienet inġibditlu l-attenzjoni tiegħu minn membru parlamentari dwar il-\"possibilità\" ta' kunflitt ta' interess.", "Il-ministru qed jinsisti li dan il-kunflitt ta' interess m'għamel ebda effett fuq id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Mhux magħruf il-ministru fuq liema kriterju sejjes din il-konklużjoni, iżda stqarrijiet bħal dawn wieħed għandu jistennihom minn min jibqa' jinsisti li ħofra f'triq fil-fatt mhix ħofra.", "Ian Borg x'aktarx mingħaliħ li jien tirt bil-ferħ għaliex dak li ktibt wassal għar-riżenja ta' uffiċjal pubbliku.", "Dan jaħseb b'dan il-mod għax bħal speċi jixtieqna nistmawħ bħallikieku hu xi xempju tal-governanza tajba.", "Lil Alfred Pulè ħatru hu x-xahar li għadda wara li dan \"wiret\" il-post battal ta' Matthew Pace li kien inħatar mill-ministru ta' qablu u li spiċċa biex għamel tgħaffiġa sħiħa.", "Iżda jidher li lil Alfred Pulè naqsu li jgħadduh mill-għarbiel biex jaraw dan il-bniedem kienx adattat għal kariga bħal din.", "Taħt il-liġijiet tal-ippjanar kull uffiċjal tal-Awtorità huwa fid-dmir li jiddikjara f'reġistru l-ġid li jkollu.", "F'Novembru 2018, Ian Borg kien ċaħad it-talba li kien għamillu fil-Parlament Karol Aquilina biex dan ir-reġistru jkun aċessibbli għall-pubbliku.", "Ian Borg kien ġab skuża li l-informazzjoni f'dan ir-reġistru hi waħda ta' natura kunfidenzjali.", "Il-bieraħ jiena staqsejt lill-Awtorità dwar jekk Alfred Pulè kienx iddikjara l-interessi tiegħu qabel seħħ dan il-każ u dan fl-isfond tan-negozju li għandu mal-iżviluppatur Joseph Portelli.", "S'issa għandi ma rċievejt ebda tweġiba.", "Jista' jkun hemm aktar minn raġuni waħda għal dan is-skiet.", "Jew l-Awtorità tal-Ippjanar kienet għadha ma talbitx lil Alfred Pulè – li kien ilu biss xahar fil-kariga – jiddikjara l-interessi tiegħu: imġieba li tammonta għal negliġenza grassa li għaliha xi ħadd ikun jeħtieġ li jwieġeb.", "Jew inkella Alfred Pulè għamel id-dikjarazzjoni li jinsab fin-negozju ma' Joseph Portelli u xorta waħda b'mod skandaluż tħalla fuq il-Bord biex japprova l-iżvilupp tal-Qala, f'liema każ xi ħadd jeħtieġ li jwieġeb ukoll.", "X'aktarx il-verità hi li Alfred Pulè naqas li jiddikjara l-interess tiegħu fin-negozju li għandu ma' Joseph Portelli.", "Ma nagħmlux mod li kien Joseph Portelli stess li lil Ian Borg issuġġerielu lil Alfred Pulè bħala persuna adatta biex isservi fuq il-Bord tal-Ippjanar?", "Jekk dan kien il-każ, Ian Borg il-parir li ngħata kien aċċettaħ?", "Li kieku din l-istorja seħħet x'imkien ieħor fid-dinja, ċertament ma kinitx tieqaf ħesrem b'kitba fuq il- Facebook mill-ministru.", "Il-ministru kien ikollu jwarrab u l-Parlament kien jintalab jagħmel inkjesta dwar l-imġieba tal-gvern.", "Iżda f'Malta affarijiet bħal dawn lanqas biss noħolmu bihom.", "Previous: Il-kwistjoni dwar il-ħatriet għall-ġudikatura ser tinqata' mill-Qorti Ewropea.", "Il-gvern reġa' bdielu u mhux ser jappella.", "Next: Ministri jappellaw mit-tieni digriet li ordna t-tnedija ta' inkjesta kriminali dwar l-imġieba tagħhom window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/issa-s-sabar-ta-kulhadd-intilef/", "date": "Sun, 2nd Jun '19, 23:06", "category": "blog, politics, government", "title": "Issa s-sabar ta' kulħadd intilef", "text": ["Rapport fit- Times of Malta tal-lum jitkellem dwar id-diskors à la Fidel Castro ta' Adrian Delia fuq ir-radju fejn ġie rappurtat li qal li hu — jiġifieri Adrian Delia — 'waħħal fl-\" establishment \" għat-taħwid li bħalissa jinsab għaddej minnu l-PN , u wissa' li kien għoddu tilef is-sabar.", "Matul diskorsu ddefenda id-deċiżjoni tal-Partit li jagħżel lil Jean Pierre Debono biex jokkupa s-siġġu parlamentari u stqarr li għal persuni bħal Jason Azzopardi m'għadx għandu paċenzja.", "Madankollu dal-lejl tan- Newsbook irrappurtaw li lill-Ispeaker tal-Parlament il-Partit Nazzjonalista qallu li għalissa m'huwiex f'pożizzjoni li jgħidlu min ser jieħu post David Stellini.", "Dalgħodu Adrian Delia ħareġ b'ħafna arja u, malli niżlet ix-xemx, il-PN sab ruħu bejn il-basla u qoxritha.", "Jista' Adrian Delia jgħidilna eżattament dalgħodu għal min kien qed jirreferi li, skont hu, huma parti mill-\" establishment \" u li ħaqqhom li jitqiegħdu f'posthom?", "Kif wasalna s'hawn?", "Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN iltaqa' ftit anqas minn 24 siegħa wara li l-kummissjoni elettorali xandret ir-riżultat finali tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li ħallew lill-PN bl-agħar riżultat li qatt kiseb.", "Il-Kumitat Eżekuttiv ma ltaqax biex jiddiskuti t-telfa enormi li ġarrab il-Partit iżda ltaqa' biex jiġi deċiż min ser jieħu post David Stellini li kien irriżenja mill-Parlament għaliex, skont hu, ma kienx kuntent bil-firda li hawn fil-politika.", "Ir-riżenja tiegħu ma tantx ġabet għaqda.", "Ittieħed vot fl-Eżekuttiv.", "Iżda jidher li xi ħadd xamm li t-tellieqa kienet ser tkun waħda missielta u allura ra kif għamel biex iserraħ rasu ħalli r-riżultat ikun favur kandidat partikolari.", "Mhux aħjar jekk il-ħmerijiet u d-diskors vojt jinqatgħu?", "Qed naraw fejn tassew jinsab l- establishment.", "Jean Pierre Debono bagħbas kollox biex jikseb ir-riżultat li xtaq.", "Qiegħed isem David Camilleri mal-ismijiet ta' dawk li huma eliġibbli għall-vot.", "Ismu mhux suppost kien hemm għaliex – għalkemm fl-imgħoddi kellu vot meta kien jirrappreżenta wieħed mid-distrett elettorali – dan il-vot ma baqax eliġibbli għalih meta nħatar teżorier tal-partit.", "L-istatut tal-PN ma jippermetti li ħadd jokkupa aktar minn kariga waħda: għalhekk bħala teżorier għandu d-dritt li jkun preżenti f'laqgħat tal-eżekuttiv iżda mhux intitolat li jivvota.", "Huwa sejjaħ lil David Stellini wkoll għal laqgħa u, għalkemm kellu vot bħala rappreżentant tal-Grupp Parlamentari li minnu kien diġà rriżenja, ismu tħalla fil-lista ta' dwak eliġibbli għall-vot.", "Saħansitra anki r-regoli dwar konflitti ta' interess intramew il-baħar.", "Kristy Debono, mart Jean Pierre Debono, vvutat minkejja l-fatt żewġha kien wieħed mill-kontestanti.", "Jean Pierre Debono vvota wkoll minkejja l-fatt li l-vot kien dwaru.", "Id- database dwar il-votanti eliġibbli baqgħet f'idejn Jean Pierre Debono sa dakinhar tal-laqgħa.", "Jason Azzopardi xandar dan ir-ritratt li huwa xhieda tal-fatt li Jean Pierre Debono kien qed ibagħbas bil-lista ta' votanti eliġibbli jum qabel ittieħed il-vot.", "M'għandniex xi ngħidu, se jwieġeb li dan kien xogħolu.", "Il-laqgħa ppresidiha dak li kien il-President tal-Kumitat Eżekuttiv, jiġifieri Mark Anthony Sammut.", "Fuq il- Facebook illum kiteb li issa li sar jaf b'dawn il-fatti li kienu lkoll taħt il-kontroll ta' Jean Pierre Debono, huwa jqis il-vot li ttieħed bħala wieħed mittiefes u li m'huwiex validu.", "L-organi l-oħra tal-Partit jinsabu mmexxijin minn persuni mittiefsa.", "Il-President tal-Kunsill Amministrattiv huwa David Stellini li jinsab fiċ-ċentru ta' dan it-taħwid kollu.", "U l-President tal-Kunsill Ġenerali hi Kristy Debono.", "M'hemmx għalfejn inkomplu.", "L-istatut li kienu fasslu Eddie Fenech Adami, Ugo Mifsud Bonnici, Guido de Marco u Ċensu Tabone kien tfassal b'tali mod li s-setgħa assoluta li kellu l-Kap fi żmien Ġorġ Borg Olivier kellha suppost tinfirex fuq persuni oħra li ma jkunux kontabbli lejn il-Kap tal-Partit meta jieħdu d-deċiżjonijiet u biex jekk ikun jeħtieġ iġiegħlu t-tmexxija biex tkun konformi.", "Iżda s-suċċess ta' kull statut jiddependi wkoll mill-kwalità tal-persuni li jkunu qed jokkupaw dawn il-karigi.", "Il-President Kristy Debono tistgħu qatt tistennew li se tagħmel dak li hu sewwa.", "Tgħid mhux hekk?", "Il-mexxejja tal-kumitat reġjonali tal-PN ta' Għawdex wissew lill-PN li kien bi ħsiebhom jagħmlu kawża fil-qorti jekk il-PN ikompli għaddej u jagħti s-siġġu parlamentari lil Jean Pierre Debono.", "Huma qegħdin isostnu li mhux biss inkiser l-istatut – inkisret ukoll il-Kostituzzjoni li titlob li jkun hemm rappreżentanza xierqa għal Għawdex Naqta' rasi li t-tmexxija tal-PN dan ma xammitux.", "Dalgħodu Adrian Delia ilmenta dwar l-' establishment ', meta huwa fatt li l- establishment jinsab favurih.", "Ħadd m'hu aktar establishment minn Jean Pierre Debono.", "Mhux l-ewwel darba li l-inkompetenza patoloġika li għandu f'dik li hi t-tmexxija tad- database tal-Partit dwar l-uffiċjali tiegħu ġabitu fl-inkwiet.", "Waqt l-elezzjoni li permezz tagħha Adrian Delia nħatar kap tal-partit u li fiha Jean Pierre Debono kellu parti prominenti, l-aktar uffiċjal stabbilit fil-partit (jiġifieri hu) inqabad jikser ir-regolamenti dwar it-teħid tal-voti permezz ta' prokura fl-interess tal-kandidat favorit tiegħu, Adrian Delia.", "U hu proprju hawn fejn l-inkompetenza issir xi ħaġa agħar u tal-waħx: fejn it-tħaddim tad-demokrazija tagħna jiġi mbagħbas minn dawk li jkunu lesti li jiksru l-liġijiet biex isaħħu l-poter politiku tagħhom u biex jibqgħu jsaltnu.", "Jekk noqgħodu fuq il-ħjiel li ta Robert Arrigo, jidher li Jean Pierre Debono kien ġiegħel lil Adrian Delia jwiegħdu li mal-ewwel opportunità jingħata siġġu fil-Parlament – bħallikieku Malta qed tgħix iż-żminijiet ta' Lwiġi XIV ta' Franza u li fihom is-siġġijiet parlamentari jingħataw b'rigal mill-mexxejja tal-partiti.", "Issa jidher li lil Jean Pierre Debono l-PN ser iħassarlu l-festi u ser iċedi għar-rabja ferm ġustifikata tal-attivisti Għawdxin billi jħassar il-vot li ttieħed nhar is-Sibt.", "Jidher li l-Għawdxin ser jaraw li tgħaddi tagħhom biex is-siġġu parlamentari jingħata lil Kevin Cutajar.", "Madankollu dan ċertament mhux se jkebbsilhom jew iżidilhom l-entużjażmu tagħhom għat-tmexxija preżenti tal-Partit.", "L-għasfur issa tar u jinsab fl-ajru.", "Proprju dan huwa l -establishment li għandu jkun irrabjat għalih Adrian Delia: dawk li abbużaw mill-poter u kisru r-regolamenti biex jippruvaw jimmanipulaw vot u tgħaddi tagħhom.", "Għax ix-xitan m'għandux ħalib, Adrian Delia issa qed ikollu jiffaċċja l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tiegħu li jiddependi fuq l-istess nies u l-istess metodi li kienu assiguraw l-elezzjoni tiegħu fit-tmexxija.", "Tal-PN għandhom jagħmlu mistoqsija pertinenti lilhom infushom.", "Teżisti xi rokna fid-dinja li fiha l-elettorat ikun irid lil pajjiżu jiġi mmexxi minn Adrian Delia, Jean Pierre Debono, Kristy Debono u minn dawk li għadhom ħobża u sikkina magħhom?", "Dawn mhux talli m'humiex kapaċi jmexxu l-partit tagħhom stess.", "Ħafna agħar minn hekk.", "Dawn saħansitra lesti li jbagħbsu biex ikomplu jmexxu lill-Partit.", "Issa mhux iżżejjed?", "Jaf Adrian Delia lil min tassew intilfilhom is-sabar?", "Kulħadd.", "Previous: Is-siġġu li kien ġie mwiegħed Next: In-ngħaġ u l-ilpup window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/il-htija-tixghel-fwiccu/", "date": "Thu, 7th Feb '19, 02:51", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-ħtija tixgħel f'wiċċu", "text": ["Il-bieraħ filgħaxija d-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ stqarrija li , fl-annali tal-istorja tiegħu, tista' titqies bħala waħda li tixbah sew lil dawk li kienu jinħarġu mill-gvernijiet ta' wara l-Purtiera tal-Ħadid.", "Konrad Mizzi sab mezz biex jurina dwar kemm hu kapaċi għall-gabirjoli, dwar kemm hu kapaċi għall-gideb u dwar kemm hu kapaċi jemmen il-gideb tiegħu stess.", "Bħal donnu jippretendi u jittama li aħna wkoll se nispiċċaw nemmnu dan il-gideb kollu.", "Konrad Mizzi jrid ibellagħha li l-qrati warrbu l-provi u l-evidenza dwar il-korruzzjoni.", "Meta fil-fatt il-qorti ddeċidiet li ma tgħarbilx l-evidenza u l-provi meta, għal raġunijiet li tafhom hi biss, ma qablitx li inkjesta Maġisterjali dwar provi li għad iridu jiġu mgħarbla tista' sservi biex issir il-ġustizzja xorta waħda meta l-Pulizija, għax hi kontrollata politikament, tirrifjuta li taqdi dmirha.", "Fl-istqarrija tad-DOI, Konrad Mizzi ried bħal speċi jagħti x'jifhem li kien qed juri miżura ta' manjanimità – kollha kemm hi falza – \"għaliex l-użu tal-liġi tal-istampa biex jiġu kastigati dawk li għamlu l-allegazzjonijiet m'hu se jwassal imkien u m'hu ser iżid xejn ma dak li diġa' ddeċidew dwaru l-qrati\".", "U allura mar jiġri jċedi l-kawżi li kien għamel kontra Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami (dawn sa fejn s'issa hu magħruf) ferm qabel kienu tfaċċaw aktar provi li jsostnu dak li nkixef mill-Panama Papers.", "Għaliex ċeda l-kawżi proprju f'dan l-istadju?", "Jekk huwa minnu li – kif qed igħid Konrad Mizzi – \"li l-Qrati ddeċidew li ma kienx hemm provi li setgħu isostnu l-allegazzjonijiet ta' ksur ta' liġi\", allura dan ma jistax ifisser ħlief li l-kawżi tal-libell kien jirbaħhom f'kemm ilna ngħidu.", "Busuttil u sħabu ma kieunx ikunu kapaċi li jġibu l-provi biex isostnu dak li kienu stqarrew u kien ikollhom iħallsuh id-danni.", "Konrad Mizzi jgħid li m'għandux għalfejn jinsisti li Simon Busuttil u sħabu jħallsu \"tal-gideb li kienu qalu\" għaliex dawn \"diġa' tilfu kull kredibilita' politika\".", "M'għandniex xi ngħidu, seta' wkoll stenna sakemm jinqatgħu l-kawżi ta' libell u meta l-qorti tordna li jsir ħlas ta' danni (u jitħallsu l-avukati tiegħu), seta' qagħad lura milli jsarraf iċ-ċekkijiet li jkunu ngħatawlu u seta' qagħad jiftaħar pubblikament li kien umilja lil dawk li kienu kkritikawh.", "Imma dan kollu ma setax jagħmlu.", "Għaliex jeħtieġ tifhmu il-għala Konrad Mizzi għażel li jċedi l-kawżi propru f'dan l-istadju.", "Karl Cini, l-accountant tan-Nexia BT li kien kiteb il-famuża e-mail lil tal- Mossack Fonseca kellu jixhed bħala xhud imsejjaħ minn Simon Busuttil u sħabu biex jispjega il-għala lill-avukati Panamiżi kien qalilhom li Konrad Mizzi (u Keith Schembri) kellhom jirċievu €5,000 kull jum mingħand żewġ kumpanniji fid-Dubaj li sidhom huwa l-perċimes tal-kumpannija tal-enerġija li magħha Konrad Mizzi (u Keith Schembri) għamlu n-negozju għan-nom tal-gvern.", "Tgħid Karl Cini kien ikun lest jieħu ġurament falz għal wiċċ Konrad Mizzi?", "Lil Karl Cini, l-pulizija kienet diġa' bgħatat għalih.", "Dan jaf li qed jilgħab man-nar.", "X'aktarx li Karl Cini huwa wieħed minn tliet persuni – li m'humiex Konrad Mizzi jew Keith Schembri nnifishom – li jaf id-dettalji kollha.", "Din il-konfoffa kriminali lil Karl Cini għandha fiduċja għamja fih.", "U kemm Konrad Mizzi kif ukoll Keith Schembri qajla se jażżardaw jippermettulu jixhed bil-ġurament fil-qorti quddiem avukati ostili armati b'dokumenti inkriminanti frott investigazzjonijiet ġurnalistiċi.", "Jafu wkoll li Konrad Mizzi jista' jispiċċa jiġi mixli b'ħasil ta' flus u ġurament falz – korruzzjoni ta' politiċi – li għalih ma tgħoddx il-liġi dwar il-preskrizzjoni.", "U minkejja dan kollu Konrad Mizzi – hu u jitbissem qiesu baħnan – issa jridna nemmnu li ħaddieħor – u mhux hu – li tilef il-kredibilita' politika.", "Iżda l-verita' hi li hu – ta' ħalliel li hu – qatt ma kellu kredibilita' politika Fil-frattemp, Simon Busuttil u sħabu għandhom jagħtu ħarsa lejn dak li għamlu l-aħwa Caruana Galizia: wara li kellu jħallas l-ispejjeż legali kollha talli ċeda l-kawżi, Konrad Mizzi se jkollu ma wiċċu kawżi ġodda talli dan kien ippreżenta kawżi ta' libell vessatorji.", "Għaliex jekk int iddaħħal lil xi ħadd il-qorti u mbagħad iċċedi l-kawża qabel tkun ħallejt lill-qorti tisma' l-provi, tkun użajt il-qorti għall-finijiet tattiċi tiegħek u tkun ħlejt iż-żmien u l-flus tan-nies.", "M'għandniex xi ngħidu, Konrad Mizzi jiflaħ sew gidma żgħira minn dawk il- €5,000 kuljum li qed idaħħal f'butu.", "Ja ħalliel.", "Tal-aħħar: Konrad Mizzi, taħseb li dawn it-teatrini tista' terġa tirrepetihom kif ġieb u leħaq?", "Għandek tkun taf li l-kbir għadu ġej u se jkollok tibqa' titbissem u tagħmel tabirruħek li kollox ward u żahar.", "Previous: Ma jafx jistħi Next: Kliem mitkellem mill-warrani ta' Raphael window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/kisrulu-drittijietu-lil-konrad-miskin/", "date": "Fri, 14th Dec '18, 18:10", "category": "blog, politics, government", "title": "Kisrulu drittijietu lil Konrad miskin.", "text": ["Konrad Mizzi lmenta li kisrulu drittijietu.", "Naqta' rasi li issa se joħorġu jgħidu li Konrad Mizzi huwa ċittadin ukoll u li għandu dritt jirrikorri għall-qorti daqs ħaddieħor.", "Hekk kienu qalu meta, flimkien ma' sħabu tal-klikka tal-Panama, appella minn sentenza tal-qorti li kienet iddeċidiet li għandha tibda' investigazzjoni dwar ir-reati kriminali li wettqu.", "M'għandiex xi ngħidu, bl-azzjoni li ħa, Mizzi mhux iħares id-drittijiet umani tiegħu qiegħed, iżda jimsaħ l-art bihom.", "Konrad Mizzi huwa Ministru tal-gvern li jgawdi minn impunità sħiħa u mill-appoġġ isteriku tal-kostitwenza tiegħu f'pajjiż fejn aktar ma jkun korrott, politiku aktar ikun popolari.", "M'hemmx dubju li, minkejja l-korruzzjoni u l-impunità, f'elezzjoni oħra jerġa' jittella' fil-Parlament bl-għeruq u x-xniexel.", "Igawdi wkoll kenn politiku .", "Ministri oħra bħal Manuel Mallia, Godfrey Farrugia u oħrajn, tkeċċew fuq kwistjonijiet li kienu bil-wisq inqas gravi.", "Minkejja l-iskandlu tal-Panama, l-iskandlu tal-Vitals u l-iskandlu 17 Black, Joseph Muscat xorta baqa' jagħtih il-kenn u allura jista' jserraħ moħħu li s-setgħa li għandu hija garantita.", "Igawdi l-impunità wkoll għax jaf li l-Pulizija mhux se tmissu.", "Kummissarji tal-Pulizija, wieħed wara l-ieħor, lir-rapporti tal-FIAU dwar l-imġieba kriminali tiegħu tefgħuhom taħt it-tapit.", "Wieħed minnhom, li kien għamel karriera sħiħa jiġġieled kontra l-kriminalità, saħansitra dabbar rasu biex jevita li jibgħat għal Konrad Mizzi.", "U dak li nħatar floku, wara li kien stqarr li għandu grazzja mal-bajd ta' Joseph Muscat, spiċċa ntagħżel hu biex żgur ħadd ma jkun jista' għalihom.", "Konrad Mizzi huwa l-liġi u 'l fuq minnha.", "Flimkien ma' Joseph Muscat, Keith Schembri u oħrajn tal-klikka, huma ħaġa waħda mal-Istat.", "Ebda istituzzjoni jew awtorità ma tista' għalihom.", "Kif fakkruna dan l-aħħar żewġ Imħallfin irtirati, ebda Qorti ma tista' taġixxi kontra xi ħadd li ma jkunx tressaq quddiemha mill-Pulizija u li inkjesta Maġisterjali ma tagħmilx tajjeb għan-nuqqas ta' infurzar tal-liġijiet.", "F'hiex jikkonsistu d-drittijiet tal-bniedem?", "X'inhi r-raġuni li dawn jinsabu protetti mil-liġijiet tagħna?", "Id-drittijiet tal-bniedem huma l-aħħar tarka ta' protezzjoni għal dawk iċ-ċittadini li m'għandomx f'idejhom is-setgħat mogħtija mill-Istat sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet bażiċi ma jiġux imkasbra mill-azzjonijiet tal-Istat.", "Dan ifisser li minkejja li int bniedem fqir, mingħajr mezzi u mingħajr setgħa, ebda gvern ma jkun jista' jgħaddi minn fuqek bħal romblu.", "Ma jistax joqtlok.", "Ma jistax jeħodlok ġidek mingħajr ma jikkumpensak.", "Ma jistax jagħmillek sarima ma' ħalqek.", "Ma jistax jikkastigak għal xi ħaġa li stajt għamilt mingħajr ma jġib il-provi u mingħajr ma jkollok smiegħ xieraq.", "Qegħdin tifhmu d-dinamika?", "Id-drittijiet tal-bniedem qegħdin hemm b'riżq dawk li m'għandhomx is-setgħa tal-Istat u biex iservu ta' tarka kontra s-setgħana.", "M'għandniex xi ngħidu, kulħadd jista' jmur il-qorti u jgħid li d-drittijiet umani tiegħu inkisru.", "U din hi r-raġuni għaliex Konrad Mizzi daħal il-Qorti.", "Mhux bi ħsiebni noqgħod nidħol fil-mertu dwar dak li qed jallega: għandi l-fehma tiegħi dwar dan u għandi mnejn nikteb dwarha darb'oħra.", "Iżda l-kwistjoni li għandna quddiemna tikkonsisti fil-fatt li Ministru tal-gvern – li għal raġunijiet li diġà semmejt għandu setgħa aktar minn normal – qed jeżerċita dritt li huwa intenzjonat għal dawk li m'għandhomx is-setgħa li għandu hu.", "Ejjew ninżlu xi ftit fis-saltna tal-assurd.", "Kulħadd għandu dritt għall-edukazzjoni.", "Allura jien, bniedem ta' 42 sena, jfettilli mmur fl-iskola primarja tal-gvern tal-lokalità tiegħi u nibda' ninsisti li ningħata siġġu fil-klassi tal-istudenti miż-żgħar nett għaliex dan huwa \"d-dritt tiegħi\".", "Konrad Mizzi qed jilmenta mill-fatt li l-argumenti li ġab Simon Busuttil fil-qorti servew biex ħammġulu r-reputazzjoni tiegħu.", "Issa rridu niftakru li meta Simon Busuttil kien mar il-qorti, ir-reputazzjoni ta' Konrad Mizzi diġà kienet fil-ħama minħabba l-iskandlu tal-Panama Papers li kienu kixfuħ bħala l-uniku Ministru mill-Unjoni Ewropea li, flimkien ma' ħallelin oħra minn madwar id-dinja, ħeba fil-Panama ġid li qatt ma messu kien f'idejh.", "Qabel feġġ l-iskandlu tal-Panama, kien biss buffu.", "U mal-medda taż-żmien, sar buffu kriminali.", "Simon Busuttil ma seta' jagħmel xejn biex is-sitwazzjoni jagħmliha agħar milli kienet għal Konrad Mizzi.", "Kawża dwar id-drittijiet tal-bniedem ma tistax issir kontra bniedem ieħor.", "U jekk Konrad Mizzi jħossu offiż minn xi ħaġa li seta' għamillu Simon Busuttil, jista' liberament iħarrek lil Simon Busuttil.", "Iżda Konrad Mizzi mhux hekk għamel.", "Taħsbux li qed ngħaddikom biż-żmien: huwa ħarrek lill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu bħala Ministru għaliex qed igħid li l-Qorti qiegħda tieħu wisq żmien biex taqta' s-sentenza.", "M'għandniex xi ngħidu, xhur sħaħ ilu l-Qorti kienet iddeċidiet li huwa għandu jiġi nvestigat dwar reati kriminali.", "U kien hu li appella minn din is-sentenza.", "U kien hu li għamel l-isforzi kollha biex jassigura li l-appell jinstema' minn imħallef li hu miżżewweġ lil kollega Laburista tiegħu fil-Parlament Ewropew.", "Konrad Mizzi dan kollu jafu.", "La qed jipprova jħares drittijiet li jidhirlu li għandu u lanqas m'hu jfittex li jħares ir-reputazzjoni tiegħu.", "L-intenzjoni tiegħu hi li jkompli jtawwal biex is-sentenza li diġà ngħatat mill-Qorti u li issa tinsab pendenti fl-appell, tibqa' ma tiġix implimentata.", "Sentenza li kienet ordnat lill-Pulizija tinvestiga dak li l-iskandlu tal-Panama Papers kienu kixfu dwaru.", "Hemm ukoll l-aspett komiku.", "Ftit ilu kont ktibt dwar ir-rwol pervers li għandu l-Avukat Ġenerali u dwar kif din is-sitwazzjoni hi waħda problematika għall-Kummissjoni ta' Venezja.", "Araw ftit l-okkju tal-kawża li ppreżenta Konrad Mizzi: Konrad Mizzi vs Avukat Ġenerali.", "Ħarrek lill-Avukat Ġenerali għaliex l-Avukat Ġenerali huwa l-avukat tar-Repubblika ta' Malta u tal-gvern li Konrad Mizzi jifforma parti minnu bħala Ministru.", "Dan il-gvern sab il-mezz kif jistupra lilu nnifsu.", "Konrad Mizzi huwa l-gvern jew huwa l-vittma tal-gvern?", "L-Avukat Ġenerali huwa l-avukat tal-konvenut jew tal-attur?", "Il-Kummissjoni ta' Venezja dan kollu sejjħitlu \"problematiku\".", "Iżda fil-fatt huwa ħafna aktar minn hekk.", "Konrad Mizzi qed iwaqqa' għaż-żuffjett il-kunċett tad-drittijiet tal-bniedem u jimmina l-ġustizzja.", "Fil-frattemp, Konrad Mizzi u sieħbu Keith Schembri baqgħu jgawdu l-impunità: bħal Neruni, huma jdoqqu l-arpa waqt li l-pajjiż jinħaraq.", "Previous: Mit-tgħajjir ngħaddu għas-swat Next: #Reżistenza: Il-Korruzzjoni Toqtol window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/issa-li-tal-istampa-barranija-marru-lura-fpajjizhom/", "date": "Fri, 19th Oct '18, 09:01", "category": "blog, politics, government", "title": "Issa li tal-istampa barranija marru lura f'pajjiżhom", "text": ["Il-gvern demokratiku li għandna reġa' ċċensura protesta ta' tifkira fil-Belt Valletta.", "Dak li qal il-prim ministru lir-rappreżentanti tal-NGO's internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa, fis-sens li l-kwistjoni ser tiġi rikonsidrata, tista' tipparagunah ma' kemm dam iferfer il-ftehim ta' Munich kif ukoll mas-sinċerità ta' min kien wara dak il-ftehim.", "Stennew sakemm il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tal-NGO's telqu lura lejn pajjiżhom u mbagħad, mal-ewwel okkażjoni li ġiethom, il-protesti tagħhom u dawk tas-soċjetà ċivili rmewhom il-baħar.", "Anki l-kuruna li qiegħed il-Kap tal-Oppożizzjoni warrbu.", "M'għamlu eċċezzjoni għal ħadd.", "Naħseb li tistgħu tobsru x'inhu ġej: il-protesta issuktat dalgħodu.", "Mhux bi ħsiebna nċedu.", "Previous: Jagħmlu bħal Mugabe Next: GUEST POST: Tibżgħu minn min jikser il-liġi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/guest-post-tibzghu-minn-min-jikser-il-ligi/", "date": "Fri, 19th Oct '18, 09:29", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Tibżgħu minn min jikser il-liġi", "text": ["Minn Mark Sultana, Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta Malta hija gżira f'nofs il-Baħar Mediterran.", "Il-pożizzjoni strateġika tagħha dejjem kienet apprezzata minn strateġisti tal-gwerer, ekonomisti, forzi għaż-żamma tal-paċi, negozjanti u ħafna oħrajn minħabba li r-rabta bejn l-Ewropa u l-Afrika kienet kruċjali għall-missjoni tagħhom, kienet x'kienet.", "Din l-istess linja ta' ħsieb tgħodd għan-natura, u b'mod aktar evidenti għall-passa tal-għasafar.", "Għal għasafar li jkunu qed ipassu bejn dawn iż-żewġ kontinenti darbtejn fis-sena, il-gżejjer ta' Malta u Għawdex huma imprezzabbli biex jieqfu jistrieħu u jerġgħu jieħdu lura saħħithom biex ikunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ migratorju tagħhom.", "B'xorti ħażina, imma, ħafna minn dawn l-għasafar iħallsu prezz qares għal dan!", "Filwaqt li fl-imgħoddi li toqtol għasfur biex tieklu kienet neċessità, il-ħtieġa tal-bniedem li jikkaċċja biex ikollu x'jiekol naqset drastikament maż-żmien hekk kif l-ekonomija tal-pajjiż kibret, speċjalment wara l-gwerra.", "Il-prattika tal-kaċċa nbidlet f'attività li ġġib miżerja lid-diversi speċi ta' għasafar li jżuru lil dawn il-gżejjer, u li ħafna drabi jispiċċaw ibbalzmati bħala parti minn kollezzjonijiet fi djar privati.", "Il-pajjiż kompla jiżviluppa u kellhom jiġu mfassla liġijiet bil-ħsieb li tiġi mħarsa n-natura.", "Sakemm Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, dawn il-liġijiet komplew jiġu msaħħa bl-iskop li jsiru konformi mad-Direttivi tal-UE dwar in-Natura fosthom dawk tal-Għasafar u l-Ħabitati.", "Tul l-aħħar tletin sena, kien osservat titjib sinjifikanti u l-kaċċa illegali bdiet tonqos.", "L-istatistika u x-xejriet juruna li għalkemm kien hemm mumenti meta reġgħet bdiet tgħolli rasha tul staġuni li jaħbtu qabel elezzjonijiet ġenerali, ix-xejra ġenerali xorta kienet waħda ta' tnaqqis.", "Sa minn dejjem kien jinħass li qabel elezzjoni ġenerali l-infurzar jillaxka u dan kien jagħti lok għal żidiet fl-inċidenti ta' kaċċa illegali.", "Fil-fatt, tletin sena ilu konna nitkellmu dwar mijiet ta' għasafar protetti maqtula kull sena, u dan biss mill-konfini tal-Buskett, li huwa santwarju tal-għasafar.", "Bit-titjib fil-liġijiet, pieni eħrex u preżenza aktar evidenti fil-kampanja, l-aktar minn NGOs bħal BirdLife Malta u l-Committee Against Bird Slaughter (CABS) li jissorveljaw is-sitwazzjoni tal-kaċċa, jaħdmu mill-qrib mal-pulizija u jiġbru evidenza tal-illegalitajiet, il-kaċċatur illum jaf li jrid joqgħod attent.", "Imma r-raġuni vera wara t-tnaqqis fl-illegalitajiet hija waħda purament minħabba l-biżgħa li dak li jkun jinqabad, u mhux għax verament qed nifhmu aktar il-prinċipju ewlieni tal-konservazzjoni wara l-fatt li ċerti għasafar jistgħu jiġu kkaċċjati, imma oħrajn le u għandhom jiġu protetti.", "M'għandi l-ebda intenzjoni li niġġeneralizza għax ninsab ċert li hemm kaċċaturi li jifhmu dan il-kunċett, imma sfortunatament il-maġġoranza xorta jisparaw fuq tajra protetta jekk iħossu li jistgħu jgħadduha lixxa.", "Fl-aħħar sitt snin erġajna bdejna naraw żieda fl-illegalitajiet.", "Sal-ġurnata li fiha qed nikteb, għandna 84 għasfur protett maqtul jew ferut meta mqabbel mat-total tas-sena l-oħra kollha kemm hi, li kien ta' 82.", "Is-sena l-oħra kienet l-agħar waħda fl-aħħar ħames snin u issa l-2018 hija saħanistra agħar, għax inkiser ir-rekord tas-sena l-oħra biex l-2018 diġà saret sena rekord f'dawn l-aħħar sitt snin għall-qtil illegali tal-għasafar...u dan meta għadna f'Ottubru, b'aktar minn xahrejn għal tmiem is-sena.", "Dan mhux xi rekord li għandna nkunu kburin bih u s-sitwazzjoni hi verament waħda ta' tħassib.", "U rridu nżommu f'moħħna li dawn in-numri li qed nikkwota huma biss il-ftit vittmi tal-kaċċa illegali li nstabu u ttieħdu għand il-veterinarju li kkonkludiet li l-għasfur verament safa fil-mira ta' tiri ta' senter.", "Hu daqstant ieħor importanti li nżommu f'moħħna li mhux l-għasafar protetti kollha li jispiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali jintlaqtu, u fost dawk li jintlaqtu mhux kollha jsofru feriti li jwaqqfuhom milli jkomplu għaddejjin, bil-possibbiltà li jmutu fuq il-baħar u ma jinstabu qatt.", "Dawk li jinqatlu mill-ewwel jinġabru kollha mill-kaċċaturi li jkunu sparawlhom u niżżluhom, waqt li dawk li jibqgħu għaddejjin u jmutu xi mkien ieħor fil-kampanja diffiċli li ssibhom ħlief għal ftit, u dawn huma l-84 li qed nirreferi għalihom.", "Għaldaqstant faċli tifhem li l-qtil illegali tal-għasafar hu ferm aktar mifrux u l-kaċċa illegali hi ferm aktar rampanti.", "BirdLife Malta temmen li biex din is-sitwazzjoni titjieb, il-Gvern irid jevalwa mill-ġdid il-liġijiet li jħarsu l-għasafar, l-aktar dawk li nbidlu riċentement, biex ikun żgurat li dawn il-liġijiet jistgħu jiġu infurzati.", "Hu importanti wkoll li jiddaħħlu miżuri ġodda biex ikunu kkontrollati l-kaċċa fuq il-baħar u l-ibbalzmar, u f'dan l-istadju huwa relevanti wkoll li ssir reviżjoni tad-dati u l-ħinijiet tal-istaġuni miftuħin tal-kaċċa.", "Dan jippermetti infurzar tal-liġi li jkun aktar effiċjenti, imma min hu responsabbli mill-infurzar – it-taqsima tal-Administrative Law Enforcement (ALE) tal-korp tal-pulizija – ukoll trid tiġi ristrutturata mill-qiegħ.", "Din għandha tinbidel f'Wildlife Crime Unit li tkun responsabbli mhux biss mil-liġijiet tal-kaċċa u l-insib imma wkoll minn kull liġi oħra li tħares in-natura.", "Din it-taqsima ġdida għandha tiffoka esklussivament fuq ir-reati marbutin man-natura u għandha tkun armata sew b'riżorsi umani mill-pulizija.", "Hu meħtieġ ukoll taħriġ speċjalizzat u aħna konvinti li jekk jiġri dan kollu, din tkun taqsima kburija bix-xogħol li twettaq għax tagħmel id-differenza kollha fil-mod kif isir l-infurzar tal-liġijiet ambjentali f'pajjiżna.", "Finalment, għandna bżonn Gvern u Membri Parlamentari li jkollhom is-sinsla li jitkellmu dwar din il-kwistjoni mingħajr l-ebda biżgħa.", "Dawn li qed nitkellmu fuqhom hawnhekk huma illegalitajiet u l-ebda lobby jew individwu m'għandu jmur kontra l-qbil ġenerali li s-sitwazzjoni mhix aċċettabbli u għandha tiġi indirizzata.", "Ħadd mhu qed jitlob li titwaqqaf għalkollox il-kaċċa f'Malta u meta tikkunsidra li hemm 40 speċi li jistgħu jiġu kkaċċjati tul ħames xhur sħaħ ta' staġuni tal-kaċċa fil-ħarifa u x-xitwa, il-kumment li llum sar cliché \"irridu nsibu bilanċ\", ma tantx jagħmel sens.", "It-tama tiegħi hi li l-proposti tagħna jittieħdu bis-serjetà mill-Gvern sabiex finalment jibdew jiġu mnaqqsa l-illegalitajiet.", "Aħna nibqgħu nikkritikaw lill-Gvern f'dan ir-rigward imma xorta nibqgħu disposti li naħdmu miegħu wkoll, kif dejjem għamilna.", "Il-pariri u s-suġġerimenti tagħna jsiru fl-interess tal-ġid komuni u huma bbażati fuq il-fatti u x-xjenza.", "Previous: Issa li tal-istampa barranija marru lura f'pajjiżhom Next: Il-kuraġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/is-saltna-tar-re-tal-passaporti/", "date": "Thu, 18th Oct '18, 09:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Is-saltna tar-Re tal-Passaporti", "text": ["Din l-istorja mxandra minn The Guardian tispjega kif Christian Kaelin ta' Henley & Partners , wara li rranġa biex jiġu finanzjati partiti politiċi, kien ingħata kuntratti esklussivi minn gvernijiet ta' gżejjer fil-Karibew biex ikun jista' jbiegħ il-passaporti tagħhom.", "Kien jaħdem id f'id ma' SCL (li eventwalment ħolqot il- Cambridge Analytica ) u, għalkemm jiċħad li fil-fatt ħallas hu stess il-kontijiet ta' partiti politiċi, ma jeskludix li setgħu għamlu dan klijenti sinjuri minn tiegħu.", "Il-Partit Laburista ta' Malta jiċħad li miegħu saru affarijiet simili qabel l-2013.", "Iżda huwa fatt li, qabel tmiem dik is-sena, Henley & Partners kienu ngħataw l-istess arranġament esklussiv li kellhom ma' diversi repubbliki tal-banana fil-Karibew.", "Għejjun minn partiti politiċi f'dawk il-pajjiżi tkellmu ma ' The Guardian.", "U diversi xhieda ta' dak li kien jiġri fil-famuż raba' sular taċ-Ċentru Laburista baqgħu siekta.", "S'issa.", "Christian Kaelin igħid li hu innoċenti.", "Huwa jpinġi lilu nnifsu bħala xi evanġelista jew bħala xi ħellies ta' dinja mjassra minn fruntieri li huwa qiegħed jieħu ħsieb biex jeqred.", "Iżda min jeħles lill-biljunarji u jirċievi l-miljuni mingħandhom biex iżidilhom mal-privileġġi li diġà għandhom, m'huwa ħellies xejn.", "Il-passaporti li jinbiegħu lill-biljunarji ma' jneħħu ebda jasar u ma jixgħelu ebda torċa tal-libertà.", "Eżatt bħal Ali Sadr Hasheminejad tal- Pilatus Bank u bħal Alexander Nix ta' SCL , Christian Kalin issa qed igawdi l-frott ta' din l-iskema grandjuża li hu jpinġi bħala waħda innovattiva, eċċitanti u ta' benefiċċju.", "Iżda bħalma ġara' qabel kollox beda' jmur żmerċ, ir-re tal-passporti issa għandu futur inċert.", "Previous: Reuters TV: l-Unjoni Ewropea se tirrevoka l-liċenzja tal-Pilatus Bank Next: Id-diskors ta' Ana Gomes fis-16 ta' Ottubru window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/is-siggu-li-kien-gie-mwieghed/", "date": "Sat, 1st Jun '19, 15:46", "category": "blog, politics, government", "title": "Is-siġġu li kien ġie mwiegħed", "text": ["Anki fl-isfond ta' dak kollu li seħħ f'dawn l-aħħar sentejn u b'mod partikolari dak li seħħ f'dawn l-aħħar erbat ijiem, d-deċiżjoni li ħa llum il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN se tħalli r-riperkussjonijiet.", "Il-Partit dalgħodu ssakkar f'kamra biex idur dawra miegħu nnifsu u, ħin bla waqt, feġġet splużjoni.", "Waqt li kien għaddej id-dibattitu kien hemm min ta x'jifhem li, meta kien irriżenja mill-Parlament biex jagħmel il-wisa' għal Adrian Delia, lil Jean Pierre Debono saritlu wegħda.", "Setgħu saru aktar minn wegħda waħda, iżda llum kien jum li fiha l-wegħdi setgħu jissarfu: kienet opportunità li fiha seta' jieħu l-lura s-siġġu li kien ċeda.", "Meta Adrian Delia kien għadu qed jara kif se jsib postu fil-Parlament, kienu saru wegħdiet lil deputati parlamentari oħra li ġew avviċinati biex iċedu posthom.", "Jien kont ktibt li wegħda li bi skambju ma' siġġu parlamentari tammonta għal ksur tal-liġi.", "U għadni tal-fehma li din hi l-pożizzjoni.", "Meta jiġi mwiegħed siġġu parlamentari b'rigal jew bi tpartit, dan jammonta għal oltraġġ demokratiku.", "Dan jammonta wkoll għal disprezz lejn il-vot demokratiku u mod ieħor dwar kif wieħed jista' jabbuża mis-setgħa biex politikament jipprova jżomm fil-wiċċ.", "Din m'hi xejn ħlief forma ta' disprezz fil-konfront tal-ġustizzja u fil-konfront tar-rieda popolari.", "Fi kliem ieħor, illum il-manigoldi politiċi li ħadu f'idejhom lill-Partit Nazzjonalista, għall-aħħar darba taw id-daqqa tal-mewt lill-karattru tiegħu.", "Infexxew fil-politika ta' \"għandi s-saħħa, u għalhekk ħadd ma jista' għalija\".", "Għaddiet tagħhom – bi żbrixx u l-ħsara li saret – anki għalihom – hi bla qies.", "Araw ftit x'distakk minimu kien hemm biex spiċċat intgħażlet il-persuna favorita tat-tmexxija biex tieħu postha fil-Parlament.", "Tnejn u erbgħin vot favur u erbgħin vot kontra.", "Ir-riżultat ġie kif ġie għax ivvotaw Jean Pierre Debono u martu – kunflitt ta' interess ċar.", "Ġie kif ġie wkoll bis-saħħa tal-fatt li Jean Pierre Debono jinsab fil-pożizzjoni li jimmanipula.", "Il-bieraħ Norman Vella xandar korrispondenza li minnha jirriżulta li l-elezzjoni tiegħu fl-Eżekuttiv kienet inżammet bi ksur tal-istatut tal-Partit.", "Dan huwa l-każ ta' persuna li ndenja ruħu li jibqa' jinsisti u, fi stadju strateġiku, għażel li jikxef ir-raġunijiet għal kien inżamm.", "X'aktarx hemm każijiet oħrajn.", "Iżda apparti ż-żamma ta' membri potenzjali tal-Eżekuttiv li Jean Pierre Debono mhux f'pożizzjoni li jassikura l-appoġġ tagħhom, il-kompożizzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv inbidlet b'tali mod biex takkomoda persuni li l-kariga tagħhom jafuha lilu personalment.", "Għaliex minkejja d-diskors kollu dwar il-\"Mod Ġdid\" u dwar il-wasla minn barra l-Partit ta' Adrian Delia – deskritt bħala l-persuna strateġikament għarfa li mhix mgħobbija bil-fallimenti tal-imgħoddi tal-Partit, avukat \"ta' kwalità\", bl-innijiet ta' adulazzjoni li ser jerġa' jibda' jrebbaħ lill-Partit u ħmerijiet oħra simili – il-prinċep tad-dlamijiet li qed nitħaddtu dwaru ilu jimraħ fil-kuriduri tad-Dar Ċentrali qabel kulħadd u għal żmien twil.", "Ħafna u ħafna aktar qabel tfaċċa fix-xena Adrian Delia.", "Jean Pierre Debono ilu jippresiedi fuq lista twila ta' elezzjonijiet mitlufa aktar minn ħaddieħor.", "Ma' kull telfa elettorali, filwaqt li ta' madwaru refgħu r-responsabbiltà u għamlu l-wisa' għal ħaddieħor, hu dejjem baqa' f'postu.", "Id- database tal-Partit jinsab f'idejh, għandu aċċess għall-identità li jaħdmu fi ħdan il-Partit u għandu vot li jista' jużah biex isaħħaħ lilu nnifsu u fl-istess waqt idgħajjef lil ħaddieħor.", "Il-mazz jinsab f'idejh u l-pupazz li jpoġġi fuq it-tron tas-setgħa jiddependi minnu.", "Dan l-għatx għall-poter ma jwassal għal imkien u jispiċċa biex jeqirdek.", "It-taqtigħa għall-poter se twassal għal aktar tifrik.", "Bosta nies tal-affari tagħhom mhux biss ma baqgħux jivvutaw għall-Partit iżda qed iżommu 'l bogħod minnu.", "Illum dabbar rasu Mark Anthony Sammut għax ma felaħx aktar.", "Għalkemm huwa simbolu tal-ħsara patetika li l-PN qed jagħmel lilu nnifsu, jirrappreżenta wkoll il-mexxejja potenzjali kollha li bħalissa jistgħu ikunu fil-filliera ta' quddiem biex jikkumbattu kontra l-gvern iżda li qed iħossu li qed jaħlu l-ħin tagħhom ma' Partit li bħal donnu m'huwiex interessat ħlief li jiġġieled battalji interni miegħu nnifsu.", "It-tron tas-setgħa Jean Pierre Debono jridu għalih.", "Għad jaqta' xewqtu xi darba: iżda jkun jista' jsaltan biss fuq salt irmied.", "Din m'hix xi fażi negattiva li jgħaddi minnha kull partit politiku.", "Din hi kwistjoni ta' ħajja jew mewt.", "Fil-frattemp, aħna nibqgħu nittamaw li jitfaċċa xi eroj li lill-Partit jista' jerġa' jirxoxtah u jtih il-ħajja.", "Iżda bħalissa kulma qed naraw huwa Jean Pierre Debono, b'xagħru ppettnata, liebes ingravata u libsa pulita b'arma f'idejh u b'espressjoni tal-waħx fuq wiċċu li kienet tixraq għal xi produzzjoni ta' Stanley Kubrick.", "Għadu kemm ħareġ mill-bieb ta' bini fejn dalgħodu għadda minnu partit politiku.", "Previous: GUEST POST: Eks-strateġista tal-PN jagħti ħarsa lejn ir-riżultati ta' din il-ġimgħa Next: Issa s-sabar ta' kulħadd intilef window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/ma-jafx-jisthi/", "date": "Wed, 6th Feb '19, 08:16", "category": "blog, politics, government", "title": "Ma jafx jistħi", "text": ["Qabel tkompli taqra', segwi dawn l-49 sekonda ta' velenu li jqallagħlek l-istonku. (function(d, s, id) { var js, fjs = d.getElementsByTagName(s)[0]; if (d.getElementById(id)) return; js = d.createElement(s); js.id = id; js.src = 'https://connect.facebook.net/nl_NL/sdk.js#xfbml=1&version=v3.2'; fjs.parentNode.insertBefore(js, fjs);}(document, 'script', 'facebook-jssdk')); Roberta Abela – Birkirkara Nibżgħu għall-Laburisti u għall-Partit Geplaatst door Robert Abela op Maandag 4 februari 2019 Eżempju klassiku ta' tribaliżmu.", "Membru Parlamentari Laburista, li ma jifformax parti mill-gvern, jagħmel għażla strateġika u makakka billi lill-partitarji Laburisti jgħidilhom li tal-Labour għandhom \"jibżgħu għan-nies tagħhom\": messaġġ li, f'pajjiż mifni kif inhu bil-klijenteliżmu, ma jiskanta lil ħadd.", "Naf li, issa li ninsab barra mill-arena politika, huwa faċli li wieħed igħid dan.", "Meta tkun fl-arena politika spiss issib ruħek wiċċ imb'wiċċ mar-rikatti morali ta' dawk li jgħidu li huma partitarji iżda li fil-fatt huma nies li dejjem jaraw kif japprofittaw ruħħom mill-politika.", "Meta tkun fl-arena tal-politika jkollok tara kif tagħmel biex tingrazzja ruħek u tidher ħelu mal-udjenzi li jkollok quddiemek u lill-udjenza bħal dik li Robert Abela kellu quddiemu f'każin tal-Labour qalilha eżatt dak li xtaqet tisma' mingħandu.", "Ma messux staħa Robert Abela li jkun proprju hu li jlissen kliem parrokkjali u retrogradu fis-sens li gvern Laburista \"għandu jieħu ħsieb lill-Laburisti\"?", "Diskors li ntqal apposta (u li ġie ripetut fuq il-Facebook) fl-istess żmien li fih Adrian Delia għamel sejħa biex il-gvern jaħtar \"Nazzjonalist\" bħala l-President il-ġdid.", "Missier Robert Abela, George Abela, kien President ta' Malta.", "Kien inħatar minn Lawrence Gonzi li kiser it-tradizzjoni u għall-ewwel darba għażel President li ma kienx mill-partit tiegħu.", "Dak iż-żmien, kienet deċiżjoni innovattiva li Lawrence Gonzi ma kien taħt ebda obbligu legali li jagħmilha.", "Wara li Sir Anthony Mamo minn gvernatur kien sar l-ewwel President, tal-Labour kienu ħatru lil Anton Buttigieg, Agatha Barbara u Marie-Louise Coleiro Preca u gvernijiet Nazzjonalisti kienu ħatru lil Ċensu Tabone, Ugo Mifsud Bonnici, Guido de Marco u Eddie Fenech Adami.", "Ilkoll kienu servew bħala ministri fil-gvernijiet tagħhom u kellhom karrieri twal fil-partiti rispettivi tagħhom.", "Albert Hyzler u Paul Xuereb servew ukoll bħala Aġent President u huma wkoll kienu ministri veterani Laburisti.", "Meta George Abela intagħżel għall-presidenza minn Lawrence Gonzi, kien ħadem għal żmien twil fil-Partit Laburista.", "Fl-1992 kien inħatar bħala deputat mexxej tal-Partit Laburista u fl-1996 kien inħatar konsulent legali fil-gvern ta' Alfred Sant.", "Fl-2008 kien ikkontesta biex isir mexxej tal-partit, tellieqa li kien spiċċa rebaħha Joseph Muscat.", "Bl-għażla tiegħu għall-presidenza kien sar attentat biex jinħattu l-ħitan tat-tribaliżmu.", "Kienet deċiżjoni li ma ntlaqitx minn bosta, għalkemm l-oppożizzjoni naqset mal-medda taż-żmien.", "Matul il-kampanja elettorali tal-2013, waqt li missieru kien għadu qed iservi bħala President, Robert Abela kien tela' fuq il-palk waqt mass meeting Laburista u, b'mod tassew inkredibbli, għajjar lill-gvern ta' Lawrence Gonzi b'partiġġjaniżmu.", "Lil dawk li kellu quddiemu qalilhom li \"mal-Partit Nazzjonalista, l-interess partiġġjan jirbaħ fuq l-interess nazzjonali,\" hekk kif missieru seqwih bi kburija fuq it-televiżjoni mill-Palazz.", "F' dan il-kuntest, id-diskors tribali u partiġġjan għall-aħħar li lissen din il-ġimgħa Robert Abela ma jibqax jitqies bħala frott ta' żegħil fil-konfront ta' udjenza partiġġjana.", "Dan id-diskors qalu għax verament jemmen f'dak li qal.", "Għal Robert Abela t-tribaliżmu għandu jieħu s-soppravvent – \"aħna\" u \"huma\" – u d-dinja tappartjeni lilhom biss u ħaddieħor jista' jmur jixxejjer.", "Meta kienet qrat id-diskors li Robert Abela kien għamel fi Frar 2013 – dakinhar li għajjer lill-gvern ta' Lawrence Gonzi \"partiġġjan\" – Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dan li ġej: \"Nobody should expect better from either George Abela or his son Robert, and certainly not from his daughter-in-law Lydia.", "What you see is exactly what you get.", "George Abela raised his son Robert.", "Everybody who has been given a proper upbringing – and I really am not talking social background here – will know why Robert Abela's behaviour is entirely unacceptable and utterly churlish.", "You don't have to be tal-pepe to be a gentleman; there is absolutely no excuse for Robert Abela's ghastly behaviour and absolutely no explanation for his father's failure to rein him in – he is, after all, the president of the republic – other than that he sees nothing wrong in it.\"", "\"Which figures.", "He is, after all, his father and the one who brought him up to behave like a knave.\"", "Persuni bħal Robert Abela jfakkruna f'kemm tal-Labour jiflaħ jaqa' fil-baxx.", "Previous: Jean Claude Micallef kemm jiflaħ ikun ċuċ?", "Next: Il-ħtija tixgħel f'wiċċu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/mit-tghajjir-nghaddu-ghas-swat/", "date": "Fri, 14th Dec '18, 09:26", "category": "blog, politics, government", "title": "Mit-tgħajjir ngħaddu għas-swat", "text": ["Wara l-inċident li seħħ il-bieraħ, tant kont għajjien li lanqas kelli l-enerġija naħseb u mteddejt norqod.", "Il-mara li tidher tgħajjat u titkellem ħażin f'dak il-video kienet qed tgħajjat u tkellem ħażin lill marti Clemence li dakinhar daħlet il-Belt Valletta ma' binha biex tixtrili rigal tal-Milied.", "Inzertat waqfet quddiem il-Mafkar biex tgħid kelma ma' wħud mill-attivisti li kienu preżenti u, waqt li kienet bil-qiegħda ma' mejda fil-ġenb tal-Misraħ, semgħet ġemgħa żgħira ta' nies igħajjtu u jkellmu ħażin lill-attivisti li kienu qed iqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat mal-Mafkar.", "Hi avviċinathom, ġibdet filmat u lkoll rajtu ftit minn dak li seħħ.", "Fil-filmat jinstema' wkoll il-leħen ta' raġel jidgħi bl-addoċċ sakemm imbagħad spiċċaw farrkulha l- mobile tagħha wara li tajjruhulha minn idejha.", "Ir-raġel li nstema' jidgħi fil-filmat refa' jdejh fuq marti u weġġagħha.", "Marti lanqas biss kienet lissnet kelma u baqgħet ma qalet xejn.", "Hi tgħid li m'hix kapaċi tagħraf ir-raġel li refa' jdejh fuqha.", "Dan tfaċċa mill-ġnub u meta ħasset l-uġiegħ bid-daqqiet li qalgħet, kien moħħa biss biex tara kif se twarrab.", "Iżda setgħet tagħraf lill-mara li kienet tatha l-ewwel daqqa għaliex kienet leħqet ġibdet filmat tagħha.", "Ma domniex biex intbaħna li din ma kinitx ħassitha ndannata għax xi ħadd dejjaqha jieħu filmat.", "Dak li għamlet kien ilu jberren f'moħħha.", "Il-mara li refgħet idejha fuq marti jisimha Helen Cutajar.", "Minn kemm ilhom li bdew, il-protesti fil-Belt Valletta lil din ilhom żmien twil jogħrkulha għajnejha.", "Lil Daphne Caruana Galizia qatt ma ħamlitha, la f'ħajjitha u lanqas wara mewtha.", "Din Helen Cutajar kienet organizzat gruppi fil-Facebook bl-iskop li jinsultaw u jgħajjru lil Daphne Caruana Galizia ħafna qabel bdew jiġu organizzati t- trolls mill-Partit Laburista.", "Araw x'kienet kitbet Daphne dwar Helen Cutajar li kienet tuża identifikazzjoni falza biex tilqa' kummenti mimlijin tgħajjir u theddid.", "Aqraw uħud mill-kummenti:", "Meta ġiet assassinata Daphne, Helen Cutajar bdiet tiffoka l-mibgħeda tagħha fuq dawk li kinux qed jiċċelebraw il-qtil tagħha.", "Xahar wara l-qtil ta' Daphne, kitbet li dawk li kieu qed jitolbu l-ġustizzja u jipprotestaw kontra l-qtil tagħha għandhom jiġu eżiljati minn Malta.", "Lejliet is-Sena l-Ġdida s-sena l-oħra bdiet tħambaq u teqred dwar il-protesti f'Miraħ l-Assedju l-Kbir.", "Hawn qed tixtieq li kienet hemm meta, fl-inħawi fejn tgħix, attivisti \"vvjolaw\" l-istatwa ta' Lorry Sant permezz ta' flokk li jġib il-kliem li kull fejn tħares hemm il-ħallelin.", "Xi ġimgħat wara, kitbet li Daphne għandha tiġi mfakkra biss fil-miżbla tal-Magħtab u mkien ieħor.", "Hawn qed tinkoraġġixxi lis-\"soċjeta' ċivili\" to get a life.", "Naħseb li qegħdin tifhmu.", "Ir-reazzjoni tagħha għal min kien qed jiġbed il-filmat ma kinitx waħda spontanja.", "Kienet ilha żmien twil tiġma l-velenu ġo fiha.", "Iżda sa dakinhar tal-inċident, Helen Cutajar kienet illimitat ruħħa għall-kummenti fuq il-Facebook u bil-kummenti tagħha ippruvat tweġġa' b'ilsienha dawk in-nies li għaliha jitqiesu għedewwa.", "Issa għamlet pass 'il quddiem.", "Din Helen Cutajar m'hi xejn ħlief eżempju ħaj tal-bidla li qed isseħħ bħalissa favur il-vjolenza.", "Helen Cutajar irrabjatni.", "Iżda rrabjajt aktar għal dak il-ġurnalist li l-bieraħ ċempel lil marti u staqsiha tirrakkontalu x'kien ġara'.", "Dan staqsiha jekk jidhrilhiex li kienet ipprovokat lill-mara bit-teħid tal-filmat.", "Ejjew niċċaraw ftit l-affarijiet.", "Min juża l-vjolenza fiżika fuq ħaddieħor, ma jiġix \"provokat\".", "Il-provokazzjoni għandha l-effett li tnaqqas mir-responsabbiltà u hi l-iskuża li jġibu l-istupraturi, dawk li jsawwtu lin-nisa tagħhom u persuni vjolenti oħrajn li jkunu jridu jispjegaw l-imġieba tagħhom bħallikieku m'għandhomx kontroll fuqhom infushom u kollox kien spontanju.", "L-attivisti jiġbdu l-filmati kontra minn jitħajjar jerfa' jdejh fuqhom bit-tama li dawn jiġu mġiegħla jerġgħu jaħsbuha sewwa u jikkontrollaw lilhom infushom qabel isawwtu lil ħaddieħor.", "Iżda, kif nafu, din it-tattika mhux dejjem taħdem.", "L-attivisti jagħmlu użu mill- mobiles tagħhom biex jiddefendu lilhom infushom mis-swat, kif għamlet marti 'l bieraħ.", "U dan biex ma nsemmix l-insulti u t-tgħajjir tal-fanatiċi fit-triq li jkollna nissaportu kważi kuljum.", "L-attivisti ma jiġbdux filmati ta' dawk li jkunu għaddejjin mit-triq għall-affari tagħhom.", "Jużaw il- mobiles biss meta jkun hemm min ikellimhom b'aggressjoni u b'theddid.", "Il-bieraħ ma' marti kien hemm binha l-kbir.", "Uliedna, li huma iżgħar, intebħu x'kien ġara' meta raw il- mobile tagħha jsir mitt biċċa.", "U kien hawn li ftakru x'kien seħħ il-ġimgħa li għaddiet meta l-mobile ta' attivist ieħor ukoll spiċċa rmied.", "Binti ma setgħetx iġġerraħ dak li kien seħħ.", "Ma tgħidilniex biex ma mmorrux aktar il-Belt Valletta: tridna nitilqu mill-pajjiż għal kollox.", "Madankollu dak il-ġurnalist li ċempel lil marti ried ikun jaf kif l-attivisti stiednu l-vjolenza b'idejhom u ġiegħlu lill-aggressuri jsawwtuhom.", "Ipprovokajnihom bis-sempliċi fatt li konna preżenti biswit il-Mafkar.", "U, għax ilna xhur sħaħ immorru biswit il-Mafkar, Helen Cutajar (u oħrajn bħalha) ilha maħruqa hi u timtela' bil-velenu.", "Issa tħoss li tista' tinfexx.", "Wara kollox, għandha l-ħbieb fost iċ-ċirku tas-setgħana.", "Araw ftit ma min hi qaqoċċa din Helen Cutajar.", "Din hi l-loġika – jekk nistgħu nsejjħulha hekk – li jużaw dawn in-nies.", "L-istess loġika li kull jum \"qatlet\" lil Daphne Caruana Galizia f'kull jum li kienet għadha mimlija bil-għomor u kull jum kemm ilha li nqatlet.", "L-istess loġika li tgħid li jekk ma tridx minn jgħajjrek, jinsultak jew isawwtek, ara ma tmurx tagħmel xi ħaġa li tista' ddejjaq lill-gvern.", "Ara ma tmurx tikkritika lill-gvern għax inkella tipprovoka r-reazzjoni vjolenti li tkun stedint.", "Il-biċċa l-kbira tan-nies fit-toroq qed jitħallew bi kwiethom: il-bieraħ dawn kienu qed igawdu ż-żmien ta' ferħ li jġib miegħu l-Milied fit-toroq tal-Belt Valletta.", "Huwa l-aqwa żmien għal dawk li joqgħodu kwieti għall-affari tagħhom.", "Iżda l-attivisti li jipprotestaw b'mod paċifiku u li jqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat mingħajr ma jweġġgħu lil ħadd – dawn jistiednu l-inkwiet?", "Dak li nistiednu huwa l-mistħija.", "Il-mistħija li tispiċċa mgħajjar, imbuttat u msawwat quddiem uliedek.", "Il-mistħija li, quddiem uliedek, jkollok toqgħod tispjega lill-ġurnalisti li ma konniex aħna \"li bdejniha\".", "Il-mistħija li titlob lil uliedek jistennew għal siegħat sħaħ fl-għassa sakemm aħna jkollna noqgħodu nirrakkontaw ir-raġuni għala – għal darb'oħra – ġejna msawwta u ħwejjiġna misruqa.", "Dawn iriduna naqtgħu qalbna.", "Aħna nipprotestaw meta jkollna ċ-ċans u nonfqu l-flus minn bwietna: ma nitolbu xejn ħlief it-taħris tad-drittijiet ta' kulħadd, inkluż id-drittijet ta' Helen Cutajar.", "Iċ-ċittadinanza tagħna hi waħda attiva. iżda l-bieraħ tal-Malta Today għajjruna li qed nigħabuha tal-qaddisin , u dan talli ażżardajna nespriemu fehmitna dwar dak li jidhrilna jeħtieġ li jitranġa.", "Iżda meta nispiċċaw imsawwta quddiem uliedna, inkunu wasalna fi stadju fejn ma nkunux aktar kapaċi ngħidu x'iġiegħelna nibqgħu nipprotestaw.", "Hawn min igħid li erġajna lura għas-snin 80 u li l-vjolenza li kienet twaqqfet fi tmiem dawk is-snin qed terġa' tqajjem rasha.", "M'hemmx dubju li s-sitwazzjoni qed tiggrava.", "Hemm ukoll min igħid li l-Partit Nazzjonalista għandu jerfa' r-responsabbiltà talli f'25 sena bir-riedna tal-gvern f'idejh, m'għamel xejn biex ma jirrepetix ruħu dak li qed iseħħ illum: Dawn iwaħħlu fil-politika ta' rikonċiljazzjoni tal-1987.", "Ma naqbilx ma' min jirraġuna b'dan il-mod.", "Il-vjolenza twaqqfet grazzi għall-ħidma tal-Partit Nazzjonalista.", "Meta kienu jisparaw fuq il-każini, il-PN ma rritaljax.", "Meta kienu jsawwtu lin-nies fit-toroq, il-PN qabeż għalihom.", "Il-PN hekk kien jagħmel mal-bulijiet dak iż-żmien.", "Għamlu paragun mar-reazzjoni tal-PN il-bieraħ għall-vjolenza li seħħet fuq min kien qed jipprotesta b'mod paċifiku fi Triq ir-Repubblika.", "Il-PN siket u l-istazzjon tat-televiżjoni tiegħu lanqas biss semma' l-inċident.", "Helen Cutajar tagħmel li tagħmel għax hemm min itiha l-ħabel u min itiha l-ħabel mhux se jinfatam minnha.", "Daqs kemm mhux se jinfatmu minn nies bħal Neville Gafà, Chris Cardona u Konrad Mizzi.", "U qed tingħata l-ħabel ukoll għaliex għall-Partit Nazzjonalista – partit li Helen Cutajar qatt ma ġerrħet – bħal donnu ma ġara' xejn.", "Il-bieraħ marti ssawwtet minn raġel u minn mara.", "Ma jimpurtax.", "Dalgħodu qed tħossha ħafna aħjar.", "Iżda l-libertà tal-kelma ħadet majnata.", "Previous: Attivisti msawwta fi Triq ir-Reppublika llum Next: Kisrulu drittijietu lil Konrad miskin. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/09/il-gideb-ta-owen/", "date": "Thu, 20th Sep '18, 10:05", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-gideb ta' Owen", "text": ["Aqraw hawn dak li stqarr Owen Bonnici hu u jfittex l-iskużi biex jieħu passi kontra r-reat kriminali li jikkommetti min jipprotesta pubblikament.", "Ħadd m'għandu xi intenzjoni li l-mafkar tal-Assedju l-Kbir \"jagħmlu tiegħu\".", "L-użu ta' kliem tqil ma jimpressjona lil ħadd.", "Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir f'postu baqa' – ħadd ma ħadu d-dar miegħu.", "Wara l-massakru tal-Bataclan li seħħ f'Pariġi, il-monument lir-Repubblika Franċiża fi Place de la Republique ħadd mill-proetestanti m'għamlu tiegħu.", "Ħadd minnhom m'għaddietlu minn rasu li japplika għal permess biex f'dan il-monument jitqiegħdu fjuri u messaġġi ta' solidarjetà.", "L-awtoritajiet tal-belt lanqas biss ħasbuha li jneħħu l-fjuri u l-messaġġi: fil-fatt, ħasbu biex ikun hemm l-għassa kontinwa mal-monument biex jiżguraw li ma jkunx hemm xi rjus sħan li ma jaqblux mal-protestanti li jipprovuvaw ineħħu l-fjuri u l-messaġġi.", "Owen Bonnici m'huwiex Ministru tal-Ġustizzja ta' pajjiż demokratiku.", "Lanqas m'hu Ministru tal-Kultura f'pajjiż demokratiku li verament igħożż u jħares il-libertà tal-kelma.", "Ma jidhirx li jaf xi jfissru l-kliem \"libertà tal-kelma\".", "Lill-ġurnalisti qalilhom li fil-pajjiż hawn il-libertà tal-kelma għax 'Manuel Delia mexxa lill-protestanti lejn il-Ministeru tiegħu'.", "Qal ċuċata.", "Min jipprotesta favur il-libertà tal-kelma ma jittieħdux f'post minn oħrajn biex jipprotestaw.", "Dawn huma nies li jagħżlu huma stess li jipprotestaw għaliex m'humiex lesti li jħallu lil xi prim ministru jew xi politiċi jmexxuhom minn imneħirhom.", "Daqstantieħor m'huma se jħallu ebda Manuel Delia jmexxihom minn imneħirhom.", "Dan kollu għaliex Owen Bonnici jaqbdu l-bard kull darba li jien nikteb dwaru, ma jfissirx li dawk li jaqraw dak li nkun ktibt se jagħmlu dak kollu li nissuġġerixxi jien kemm il-darba dawn ma jkunux qablu ma dak li nkun ħriġt bih.", "Owen ikellej b'xibru – għax imdorri jbaxxi rasu għal kulma jordnalu Joseph Muscat.", "Owen Bonnici għandu jifhem li l-karba għall-ġustizzja u għas-sewwa mhix frott il-ħila persważiva ta' xi attivist jew ta' xi blogger (ħaj jew mejjet).", "Dan kollu għaliex hu, għax bniedem dgħajjef, spiċċa biex sar vittma tal-propaganda tal-partit tiegħu stess ma jfissirx li ħaddieħor huwa lest ibaxxi rasu bħalma huwa dejjem lest ibaxxiha hu.", "Għad hawn bosta li għandhom imħuħ biex jaħsbu u li lil Kbir Joseph kapaċi li jgħidulu \"le\" Ma kinux l-attivisti li kienu bdew iqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat quddiem il-qorti.", "Min igħid hekk ma jkunx qed igħid is-sewwa.", "Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata fis-16 ta' Ottubru u dakinhar stess uliedha u żewġha tkaxkru lejn il-qorti u ġiegħluhom jistennew fil-bini fil-presenza ta' Chris Cardona u ta' Keith Schembri min dik it-taparsi mħallef – dak iż-żmien maġistrat – Consuelo Scerri Herrera.", "Wara li għaddew jumejn, bħala werrieta ta' ommhom kellhom jerġgħu jmorru l-qorti biex jiddefendu kawża li kien għamel kontriha Chris Cardona.", "Qabel qatluha, lil ommhom kienu ppruvaw jeqirduha legalment u finanzjarjament.", "Lil uliedha, imnikktin kif kienu, kienu reġgħu kaxkruhom lejn il-qorti mhux biex issir il-ġustizzja iżda biex l-istituzzjonijiet tal-istat iċaħħduhom minnha.", "Huma u ħerġin mill-bini tal-qorti ma' xi ħbieb, huma – imnikktin u rrabjati kif kienu – qiegħdu xi ftit fjuri mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir bħala protesta.", "U wħud minna dehrilhom li wliedha m'għandhomx jitħallew weħidhom.", "Filwaqt li l-prim ministru, qiesu ma kien ġara xejn, reħielha lejn id-Dubaj biex ibiegħ il-passaporti, hekk kif tkellem b'nofs tbissima ma' tas-CNN u hekk kif il-gvern nieda kampanja biex jipperswadin ama nagħmlux għaġeb żejjed dwar l-assassinju ta' ġurnalista, x'uħud minna dehrilhom li dan kollu m'huwiex sewwa.", "Fil-fatt l-eżempju tawh xi studenti tal-Iskola San Anton .", "Dawn marru biswit il-mafkar tal-Assdju l-Kbir u, biex juru solidarjetà mal-familja ta' Daphne, qiegħdu fjuri u messaġġi ta' appoġġ.", "Oħrajn imxew fuq l-eżempju tal-istudenti u mill-eweel ġimgħa wara l-assassinju għamlu l-istess ħaġa.", "U baqa' jsir hekk sal-lum.", "Dawn m'humiex attivisti Sur Owen Bonnici.", "Dawn huma nies.", "L-attivista huma dawk li jħarsu l-mafkar.", "Iżda huma n-nies li jipprotestaw.", "Aħna norganizzaw iżda mbagħad in-nies jattendu minn jeddhom.", "Għandhom il-libertà li int m'għandekx.", "Owen Bonnici qalilna li meta tintemm laqgħa pubblika, min jorganizza għandu jara li jnaddaf.", "Iżda l-protesti m'humiex xi rock concert jew street party.", "L-attivita ma tintemmx malli jitqiegħdu l-fjuri u meta min iqiegħdhom iwarrab mill-post.", "Kull meta Joseph Muscat iqiegħed il-fjuri fuq xi mafkar ta' xi prim ministru tas' qablu f'għeluq sninu, ma jitneħħewx il-fjuri malli jwarrab mill-post.", "Jidher li Owen Bonnici tilef il-paċenzja u l-protesti qed isejjħilhom 'approprjazzjoni' – kelma li tfisser \"serq\".", "Qed jakkużana li sraqna l-mafkar tal-Assedju l-Kbir għaliex fuqu tqiegħdu ruxxmata fjuri, xemgħat u messaġġi b'talbiet biex issir il-ġustizzja.", "Madankollu dan id-diskors Owen ma qalux fil-qorti minkejja li kellu kul opportunità li jagħmel dan meta jien tlabt lill-qorti tħarisli drittijieti mill-ordnijiet abbużivi biex jeqred i jiċċensura l-protesta.", "Il-qorti orndantlu jwieġeb – iżda minflok għamel dan, ordna darbtejn li fis-satra tal-lejl jitneħħew l-istrixxun, il-fjuri u x-xemgħat u lill-istampa qalilha li jien stajt niġbor dawn l-oġġetti kollha li kieku xtaqt.", "Iżda ma qalx li jien kien ikolli nġib prova li l-fjuri midbiela u x-xemgħat huma fil-fatt tiegħi.", "Dan jien ma stajtx nagħmlu anki li kieku ridt.", "In-nies qiegħdu l-fjuri u x-xemgħat u Owen Bonnici neħħiehom.", "U Owen Bonnici injora t-talba tal-qorti biex iġib spjega dwar l-għemil tiegħu u għaliex jien m'għandix raġun nitlob li l-oġġetti ma jitneħħewx.", "IMinflok mar jakkużani li jien sraqt il-mafkar.", "Din hi agħar minn ċensura: Owen Bonnici jattakka l-persuna mhux l-azzjoni u jattakka lili.", "Iżda bija jew mingħajri l-protesti jeħtieġ li jkomplu.", "It- trolls ta' Owen Bonnici jgħidulna li jien ma missnix nitkellem għax darba kont membru tal-PN jew għax tmien snin ilu l-karrozza tal-linja kienet waslet tard jew għax jien oħxon.", "Dawn ir-raġunijiet huma kollha minnhom iżda huma lkoll irrelevanti għall-ħsibijiet ħielsa ta' persuni li jien ma nafhomx u li l-Ħadd li għadda ġabu xemgħa u talbu lil Owen Bonnici, lil Peter Grech, lil Keith Arnaud u l-bqija biex iwettqu dmirhom.", "U jgħid x'jgħid Owen Bonnici, m'għandix l-iċken dubju li se jerġgħu imorru biex iqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat.", "M'humiex se jiġu ntimidati b'xi akkuża ta' \"approprjazzjoni\" tal-mafkar tal-Assedju l-Kbir.", "U lanqas m'huma se jaqtgħu qalbhom mill-fatt li Owen Bonnici ħarref li twaqqgħet ix-xemgħa fuq l-irħam tal-mafkar.", "U biex taqla' ftit xemgħa minn fuq irħama hemm għalfejn \"restawr\"?", "Owen ma jafx li tista' tagħmel festa bi ftit misħun u b'barraxa?", "Previous: Ġifa jgħatti xtur il-ġwejjef Next: Tobsru għaliex ninsistu li ssir il-ġustizzja? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/09/gifa-jghatti-xtur-il-gwejjef/", "date": "Tue, 18th Sep '18, 15:26", "category": "blog, politics, government", "title": "Ġifa jgħatti xtur il-ġwejjef", "text": ["Id-dokument iffirmat mill-pulizija li jinsab inkwadrat hawn jiċċertifika li l-gvern, permezz tal-impjegati tiegħu, neħħa strixxun bil-bandiera ta' Malta, b'wiċċ il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u bil-kelma 'Ġustizzja' stampata fuqu b'tipi grassi.", "Kaxkru magħhom ukoll il-fjuri u x-xemgħat u ħallew warajhom mandra sħiħa.", "Huma u jneħħu l-istrixxun, dawn il-ħaddiema għamlulu l-ħsara.", "Ninsab bla kliem.", "Din m'hi xejn ħlief azzjoni meħuda fuq ordni tal-istat biex tiġi ċensurata protesta.", "L-iskuża li nġiebet li setgħet issir il-ħsara lill-mafkar tal-Assedju l-Kbir, banali kemm hi banali, issa m'għadhiex tgħodd għaliex l-istrixxun, il-fjuri u x-xemgħat tqiegħdu ma' wiċċ għotjien li m'għandhomx valur materjali.", "L-iskuża li nġiebet dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà hu u jsir ix-xogħol ta' restawr, banali kemm hi banali, ma tgħoddx għax ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx.", "L-iskuża li nġiebet li huwa xogħol il-ħaddiema tal-indafa pubblika li jnaddfu, banali kemm hi banali, ma tapplikax għaliex dawn m'għamlu ebda xogħol ta' tindif iżda qalgħu strixxun minn postu, neħħew ix-xemgħat u l-fjuri u ħallew mandra sħiħa warajhom.", "Għat-tieni darba, l-pulizija għaddewlna l-oġġetti misruqa.", "Ċertament m'humiex jieħdu pjaċir li, mingħajr ma riedu, \"ddaħħlu bejn il-basla u qoxritha\".", "Huma kkonfermawlna li aħna ma ksirna ebda liġi bl-azzjoni tagħna.", "Li kieku kien hemm xi ksur tal-liġi minn naħa tagħna, ma kinux iroddu l-oġġetti lura f'idejna iżda kienu jżommuhom fil-pussess tagħhom biex imbagħad jippreżentawhom fil-Qorti kontrina bħala prova.", "Madankollu m'humiex lesti li jwaqqfu lill-impjegati tal-gvern milli jkomplu b'dan l-aġir għaliex, kif qalulna l-pulizija llum stess, tad-dipartiment tal-indafa pubblika qed igħidu li ħadu azzjoni wara li ngħataw struzzjonijiet personalment mill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura Owen Bonnici.", "Bil-liġi, l-Pulizija għandha s-saħħa li twaqqaf azzjonijiet illegali ta' Ministri u tal-impjegati ta' taħthom.", "Iżda llum nafu l-Pulizija Maltija ma tiċċaqlaqx meta l-liġi tinkiser minn xi Ministru.", "Il-bieraħ filgħodu fil-11 attivisti, wara li ħallew il-postijiet tax-xogħol tagħhom, inġabru fil-11 biex jerġgħu jdendlu l-istrixxun u biex jerġgħu jqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat.", "Iżda kif aħna lkoll morna lura għax-xogħol, tfaċċat mara li – x'aktarx biex tisfida – ġabret xi oġġetti mill-mafkar u ħadithom l-għassa tal-pulizija.", "Hi u tiġbor, qattgħet xi messaġġi ta' protesta minn mal-injam u ppruvat taqla' l-istrixxun iżda ma rnexxilhiex tagħmel dan.", "Inġibdu xi ritratti ta' din il-mara hi u tipprova taqla l-istrixxun.", "M'għandniex xi ngħidu, dawn ir-ritratt jien rajthom.", "Iżda mhux bi ħsiebni nxandarhom hawn.", "M'hemmx dubju li l-azzjoni tagħha nikktitni għaliex din il-mara mid-dehra taħseb li għandha d-dritt li ċċaħħad lil ħaddieħor mid-dritt fundamentali li jipprotesta.", "Iżda din il-mara tinsab konvinta li tinsab fuq in-naħa tas-sewwa – ċertament kulħadd għandu d-dritt li jaħseb li jrid.", "Ħaġa bħal din tnikkitni mmensament għaliex għad hawn ħafna li ma jridux jisimgħu bis-sewwa.", "Iżda nifhem ukoll li ma kienx ikollna għalfejn nagħmlu dan kollu li kieku m'hawnx nies bħal dawn li jippreferu jperrċu l-mibgħeda tagħhom milli jieqfu ftit biex jisimgħu x'għandek xi tgħid.", "Issa ftakart ukoll li f'postijiet bħall-Irlanda ta' Fuq fejn issib iktar minn mafkar wieħed fejn wieħed jista' jqiegħed il-fjuri f'ġieħ dawk is-suldati Britanniċi li nqatlu mill-IRA fl-1979, il-pulizija ta' hemmhekk tikkunsidra azzjoni bħal dik li ħadet din il-mara bħala reat kriminali ta' mibgħeda.", "Madankollu mhux bi ħsiebni li nitlob lill-Pulizija biex tħarrek lil din il-mara.", "Aktar u aktar meta l-gvern stess — jiġifieri dak il-grupp ta' persuni li f'idejhom fdajna r-riedni tal-pajjiż bir-responsabbiltà li jħarsulna id-drittijiet u l-libertajiet tagħna — ħa din l-azzjoni u għadu sal-lum igħaddiha lixxa.", "Għalkemm l-azzjoni ta' din il-mara nikktitni, inħoss rabja għal gvern li jinħeba wara mara bħal din u wara ħaddiema tal-gvern mqabbda apposta biex iwettqu azzjonijiet illegali tard bil-lejl.", "Inħoss rabja lejn Owen Bonnici, dak il-ġifa li 10 snin ilu għamel kampanja sħiħa kontra ċ-ċensura għax hekk qabillu politikament, u li issa qed iwettaq iċ-ċensura huwa stess.", "Iżda bħalma din il-mara llum intużat biex tgħattilu xturu, Owen Bonnici wkoll qiegħed igħatti xtur ġwejjef oħra.", "Wara din iċ-ċensura hemm Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat, ilkoll persuni li qed jagħmlu minn kollox biex il-kors tal-ġustizzja jiġi mbagħbas u dan biex jitgħattew ix-xtur tagħhom.", "Dawn m'humiex interessati li jaraw li fil-pajjiż issaltan il-ġustizzja.", "Għax kemm il-darba tingħeleb l-impunità u ssaltan il-ġustizzja, huma stess, ġidhom, in-negozji tagħhom, ir-reputazzjoni u l-libertà tagħhom jisfaw fil-periklu.", "Mara li taġixxi bħal dik il-mara li xkupat il-fjuri u x-xemgħat mill-mafkar m'hi xejn ħlief mara baħnana.", "Il-verità hi li min jagħmel dawn l-affarijiet huwa mbeżża' daqs kemm tista' tkun imbeżża' int. Joseph Muscat jixtieq jeħles minna.", "M'għandux ċans.", "Previous: Tlabt lill-Qorti tħarisna mit-theddid tal-gvern kontra l-libertà tal-kelma Next: Il-gideb ta' Owen window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/reuters-tv-l-unjoni-ewropea-se-tirrevoka-l-licenzja-tal-pilatus-bank/", "date": "Wed, 17th Oct '18, 22:38", "category": "blog, politics, government", "title": "Reuters TV: l-Unjoni Ewropea se tirrevoka l-liċenzja tal-Pilatus Bank", "text": ["Segwu dan il-film ta' Reuters dwar id-deċiżjoni regolatorja Ewropea li ttieħdet biex jingħalaq il-Pilatus Bank.", "Daphne Caruana Galizia kienet kitbet li dan il-bank ma kien xejn ħlief magna għall-ħasil ta' flus ġejjin mill-korruzzjoni.", "Din l-informazzjoni kienet ġabritha mingħand Maria Efimova.", "It-tnejn li huma kienu ġew vittimizzati u mhedda.", "Eventwalment waħda fittxet il-kenn f'pajjiż ieħor fejn ikollha ssegwi u tissaporti l-vilifikazzjoni tagħha stess u t-theddida kostanti li għaliha l-kbir jista' għadu ġej.", "L-oħra ġiet imħarrka għal danni li jiżbqu dak li setgħet taqla' f'80 sena u eventwalment spiċċat trietaq bis-saħħa ta' karrozza bomba.", "Il-gvern ma jżommx mal- whistleblower u mal-ġurnalista li taw servizz lil Malta u lill-Ewropa meta kixfu l-ħmieġ li kollu li tħalla jinfirex.", "U żgur li le.", "Il-gvern żamm mal-Iranjan li għandu sensiela ta' passaporti u ta' dati tat-twelid.", "Għaliex?", "Għaliex inzerta li hu sinjurun u nzerta li jdewwaqhom ix-xaħam li għandu bi stediniet għal tiġijiet li nafu bihom u b'affarijiet oħra li jaf bihom Alla biss.", "Għaliex il-flus jibnulhom it-toroq fil-baħar.", "Il-FBI tispiċċa taqfel lill-Iranjan il-ħabs u huma baqgħu jiddefenduh xorta waħda.", "Irrifjutaw li jneħħulu l-liċenzja bankarja u evitaw kull għarbiel li seta' jikkonferma l-involviment tagħhom fl-iskemi tiegħu.", "Sakemm imbagħad indaħlet l-Unjoni Ewropea – jingħad li damet iżżejjed taħsibha – biex issewwi l-ħażin li kkawża tbatija lill-Ewropa kollha.", "Dan kollu hu ta' mistħija kbira għal Malta.", "Previous: Il-gvern intebaħ li ma jafx kollox dwar id-delitt Next: Is-saltna tar-Re tal-Passaporti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/06/guest-post-eks-strategista-tal-pn-jaghti-harsa-lejn-ir-rizultati-ta-din-il-gimgha/", "date": "Sat, 1st Jun '19, 07:33", "category": "blog, politics, government", "title": "GUEST POST: Eks-strateġista tal-PN jagħti ħarsa lejn ir-riżultati ta' din il-ġimgħa", "text": ["L-awtur ta' din il-kitba kien bgħatli l-ħsibijiet tiegħu wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Din hija t-tieni parti li nkitbet wara li l-bieraħ ħarġu r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għadhom kemm ixxandru.", "Ir-riżultat diżastruż li ġarrbu tal-Mod Ġdid il-Ħadd li għadda ġie konfermat bl-aktar mod ċar fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli.", "Jien u nikteb l-ewwel parti ta' kitbieti, ġietni t-tentazzjoni li nikteb xi ħaġa aktar milli ktibt iżda ddeċidejt li nibqa' lura.", "Kif jista' jikkonferma sid din il-website, nhar il-Ħadd li għadda stess għidtlu li r-riżultati ta' Ħal Qormi u tas-Siġġiewi kienu ser jikkonfermaw dak li kont bassart: jiġifieri li r-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma kienu xejn ħlief botta fil-konfront tal-amministrazzjoni tal-Mod Ġdid.", "Dan jikkonfermawh ir-riżultati li nkisbu f'dawn iż-żewġ lokalitajiet (u f'xi oħrajn).", "Nibdew b'Ħal Qormi, il-lokalità ta' Clyde Puli.", "Miż-żminijiet li fihom kien ikun imdaħħal f'taqtigħa wara oħra ma' John Dalli anki fuq kwistjonijiet żgħar bħal ma hi l-kompożizzjoni ta' kumitat lokali, Clyde Puli dejjem fittex li jikkonsolida l-preżenza tiegħu f'raħal twelidu.", "Din hi r-raġuni il-għala l-iżviluppi f'din il-lokalità żammejthom fl-attenzjoni tiegħi.", "Ma sibtuhiex kemmxejn stramba li tal-Mod Ġdid ma kienux kapaċi joħorġu aktar minn 4 kandidati fuq Ħal Qormi?", "Iva. sewwa qrajtu: 4 kandidati biss.", "Fuq Ħal Qormi, raħal twelid is-Segretarju Ġenerali tal-Mod Ġdid, ħarġu biss 4 kandidati, wieħed minnhom jiġi ħuħ.", "L-istess bniedem li kważi kuljum kien jinstema' jirrepeti l-ħmerijiet tal-Mod Ġdid fuq il-mezzi tax-xandir tal-partit.", "Imbagħad hemm Jerome Caruana Cilia – li ma Clyde Puli m'għandu x'jaqsam xejn – li ntalab jirtira mill-progamm tiegħu fuq ir-radju għax kien kandidat (tiftakru x'kont ktibt fl-ewwel parti tal-kitba tiegħi?).", "L-elettorat Qormi tefa' botta lid-dinastija ta' Puli u spiċċa biex tella' lil Jerome Caruana Cilia bħala minority leader b'distakk ta' aktar minn 700 vot.", "Prosit, Jerome Caruana Cilia: issa għandek tħejji ruħek biex tikkontesta l-elezzjoni ġenerali.", "Hekk kif il-bieraħ bil-lejl soqt biswit id-Dar Ċentrali, lmaħt dwal fl-ewwel sular – l-uffiċċju ta' Clyde Puli – mixgħulin.", "Forsi kien qed ifittex xi survey ieħor li seta' mbagħad iperreċ fuq it-televiżjoni biex jipprova jsib skuża oħra għad-disfatta?", "Is-Siġġiewi – din hi l-lokalità li fiha serviet bħala Sindku Alessia Psaila Zammit, mart Frank Psaila li kien qed jissemma' bħala s-suldat tal-Mod Ġdid li kien ser jieħu post David Casa fil-Parlament Ewropew.", "Issa nafu r-riżultat x'kien: aktar diżappunti għall-familja Psaila.", "Alessia Psaila Zammit tilfet postha bħala Sindku għalkemm bi żbrixx ġabet l-akbar ammont ta' voti fost il-kandidati tal-partit tagħha.", "Is-Siġġiewi (flimkien ma' xi lokalitajiet oħra) qatt ma tmexxa' minn maġġoranza Laburista.", "Għall-ħames snin li ġejjin, din hi r-realtà għal din il-lokalità.", "Nistgħu nsemmu wkoll il-lokalità ta' San Ġwann, il-post minn fejn titla' Kristy Debono: lokalità li ntilfet għall-ewwel darba.", "Kristy Debono tellgħet kitba fil-Facebook b'ritratt tar-riżultat tal-kunsill tas-Swieqi.", "Ma semmiet xejn dwar San Ġwann.", "Min jaf għaliex hux.", "Wieħed ma jistax ukoll ma jsemmix ir-riżultati li kisbu dawk li mill-ewwel ġurnata ħarġu għonqhom biex jiddefendu lil Adrian Delia u lill-Mod Ġdid.", "Wieħed minn dawn, Andrè Grech baqa' l-art fil-lokalità ta' Ħal Balzan u naqqas madwar 100 vot mill-aħħar elezzjoni 'l hawn.", "Ieħor huwa Pierre Portelli li fl-elezzjoni tal-2013 f'Tas-Sliema Local ġab 727 vot: din id-darba ġab 310 vot.", "Oħra hi Charmaine Gerada li baqgħet l-art fuq l-Isla. fl-imgħoddi din serviet fil-Kunsill Lokali u hi l-President tal-Klabb tar-Regatta.", "Ir-riżultati tal-Kunsilli lokali servew biex ġie konfermat dak li konna diġà rajna l-Ħad li għadda fir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej.", "Jiġifieri li l-votanti tal-PN. fil-biċċa 'l kbira tagħhom, m'għandhiex fiduċja fil-Mod Ġdid.", "Lil dawk li xebgħu jirrepetu li Adrian Delia kien ġie elett demokratikament issa nista' ngħidilhom li elezzjoni ħafna akbar urietu fejn hu, l-klikka ta' madwaru u l-Mod Ġdid għandhom idabbru rashom.", "Il-kitba tinsab fuq il-ħajt – nittamaw li jekk Adrian Delia u l-klikka tiegħu din il-kitba m'humiex kapaċi jaqrawha, jaqrawhielhom il-membri tal-Grupp Parlamentari.", "L-aħħar kelma dwar il-vot li ser jittieħed dalgħodu fil-Kumitat Eżekuttiv.", "Jekk tal-Mod Ġdid iridu jkomplu jgħaxxqu l-affarijiet f'Għawdex, imisshom jivvutaw għal Jean Pierre Debono.", "Iżda jekk tal-Mod Ġdid lesti juru li jeħtieġ li jseħħu l-bidliet, l-ewwel messaġġ għandu jingħata dalgħodu.", "Kevin Cutajar mhux biss ħaqqu li jingħata s-siġġu li ħalla David Stellini iżda l-Għawdxin stess ħaqqhom li jkunu rappreżentati minn Għawdxi fil-Parlament.", "Nittamaw li Adrian Delia jkollu konverżjoni Damaxxena u jimponi l-awtorità tiegħu fil-vot ta' dalgħodu.", "Jekk le, allura jfisser li għas-snin li ġejjin se nibqgħu ngħumu fl-istess ilma qiegħed.", "Previous: Il-Partit l-ewwel u qabel kollox Next: Is-siġġu li kien ġie mwiegħed window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/jean-claude-micallef-kemm-jiflah-ikun-cuc/", "date": "Tue, 5th Feb '19, 14:22", "category": "blog, politics, government", "title": "Jean Claude Micallef kemm jiflaħ ikun ċuċ?", "text": ["Dalgħodu ktibt dwar il-kritika ammirevoli lir-razzisti li għamlet bint il-vittma Malti tal-attakk terroristiku talli dawn waħħlu f'kull min hu mis-Somalja għall-qtil ta' missierha li kien għadu kemm twettaq minn Somalu.", "Min jirraġuna b'dan il-mod jien sejjaħtlu ċuċ.", "U Jean Claude Micallef dlonk tfaċċa fix-xena.", "Dan il-post ittella' fl-istess ħin li jien ktibt il-blogpost tiegħi dalgħodu.", "Bil-Facebook ma tistax tkun taf eżatt il-ħin meta jittella' post u għalhekk ma nafx jekk kitibx il-ħmerijiet li kiteb wara li kien diġà qara dak li ktibt jien.", "Issa Jean Claude Micallef jaqrax il-blogposts tiegħi jew le, jien ma nafx.", "L-aħħar darba li kont ktibt xi ħaġa dwar dak li kien kiteb Jean Claude Micallef fil-Facebook , kien ħa għalih għax sejjaħtlu ipokrita.", "Għamilli libell fil-qorti fejn qal li jien kont qed nimmiżinterpreta l-intenzjoni wara dak li kien kiteb hu u li jien tant kont kiefer miegħu li stajt telliftlu l-impjieg.", "Il-kuntest kien iż-żmien immedjatament wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dwar ħmerija li kien lissen dwar dan, u jien kont ġbidt l-attenzjoni li l-kwistjoni ma kinitx biss minħabba li l-ħmerija li kien qal.", "Lanqas kien il-fatt li Micallef huwa politiku tat-tieni klassi fil-Partit Laburista.", "Il-kwistjoni li qajjimt kienet dwar il-fatt li dan il-bniedem jaħdem ta' xandar fuq it-televiżjoni nazzjonali u li kull imgħallem serju fid-dinja kien ikeċċieħ dak il-ħin stess minħabba t-tip ta' rimarki li għadda.", "Lill-Qorti kelli noqgħod nispjegalha li x-xandara pubbliċi suppost huma marbutin b'regoli dwar l-etika , u li dawn igħoddu wkoll għax-xandara Maltin.", "U għaliex Jean Claude Micallef – li jagħmel parti mill-klikka Tagħna Lkoll – jippretendi li r-regoli ma jgħoddux għalih ukoll, dan ma jfissirx li dawn ir-regoli ma jeżistux u li għandna nagħlqu għejnejna kull meta jiksirhom.", "Allura kull xandar pubbliku fid-dinja ċivilizzata li jidher kuljum fuq it-telviżjoni u li jikteb posts razzisti fil-media soċjali bħal dawk li kiteb illum Jean Claude Micallef jitkeċċa mingħajr telf ta' żmien.", "Illum Jean Claude Micallef kiteb li għandha tintrefa' responsabbilta' kollettiva minn ġens sħiħ għal delitt mwettaq minn grupp ta' terroristi mill-istess ġens.", "Dan kiteb li għandhom ipattu għal dan il-qtil nies li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-qtil u ħeġġeġ lill-gvern Malti biex iwaħħal piena lin-nies ta' nazzjonalita' Somala li qed igħixu Malta għal qtil li seħħ 5,000 kilometru 'l bogħod f'Mogadishu.", "Kiteb ukoll li għandha ssir tpattija fuq persuni innoċenti, li wħud minnhom huma vittmi diretti jew indiretti tal-istess organizzazzjoni li wettqet id-delitt.", "Fl-2017 Jean Claude Micallef tellagħni l-Qorti talli sejjaħtlu ipokrita.", "Ħa naraw x'se jagħmel issa li sejjaħtlu razzist.", "Ma sejjaħtlux \"razzist ċuċ\" għax m'hemmx distinzjoni bejn razzist u ieħor.", "Iżda m'hemmx dubju li huwa ċuċ ukoll.", "Previous: Allura Franco Debono għandu liberta' aktar milli kellha Daphne Caruana Galizia?", "Next: Ma jafx jistħi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/attivisti-msawwta-fi-triq-ir-reppublika-llum/", "date": "Thu, 13th Dec '18, 15:26", "category": "blog, politics, government", "title": "Attivisti msawwta fi Triq ir-Reppublika llum", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika Illum wara nofsinhar, grupp ta' persuni nġabru quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir jgħajtu u jheddu numru t'attivisti li kienu qed jipprotestaw b'mod għal kollox paċifiku billi jqiegħdu fjuri u xemgħat quddiem il-Monument.", "F'ħin minnhom żewġ persuni sawwtu waħda minn dawk li kienu qed jipprotestaw, tajjrulha l-mobajl minn idejha, sabbtuh mal-art u kissruh.", "Dwar dan sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta.", "Waħda minn dawn iż-żewġ persuni tidher f'dan il-filmat miġbud fuq it-telefon li wara ħataf persuna oħra li kien magħhha u kissru.", "Repubblika tikkundanna bla riserva il-vjolenza, is-swat, it-theddid u t-tgħajjir ta' persuni li ma jittollerawx protesta għal kollox paċifika għax hi fuq xi ħaġa li ma jaqblux magħha.", "Din issa saret drawwa ta' kuljum minn persuni li jidhru li huma koordinati u mibqgħutha abiex jintimidaw lil dawk li qed jipprotestaw.", "Kif kien dikjarat aktar minn darba mill-pulizija il-protesta quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir li titlob ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u għall-ġurnaliżmu tagħha tirrispetta għal kollox il-liġi.", "Id-dritt tal-protesta mhux biss m'għandhux ikun mgħaffeġ b'mod attiv mill-Gvern.", "Iżda l-liberta' tal-espressjoni tfisser li l-Gvern għandu d-dmir jipproteġi lil min jipprotesta b'konformita' mal-liġi.", "Jekk il-Gvern ma jipproteġix id-dritt ta' protesta ikun qed jgħaffeġ hu d-dritt tal-espressjoni ħielsa.", "Repubblika ma tifhimx kif fjuri u xemgħat huma meqjusa att ta' provokazzjoni waqt li swat, tgħajjir u intimidazzjoni fiżika huma meqjusa bħala ġustifikati.", "Quddiem dan, il-Pulizija ma tistax tibqa' newtrali u aħna nfakkruha fid-dmir tagħha li tipproteġi l-protesta ħielsa. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2018/12/WhatsApp-Video-2018-12-13-at-15.09.12.mp4", "Previous: F'Jum ir-Repubblika Next: Mit-tgħajjir ngħaddu għas-swat window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/09/tlabt-lill-qorti-tharisna-mit-theddid-tal-gvern-kontra-l-liberta-tal-kelma/", "date": "Sat, 15th Sep '18, 22:18", "category": "blog, politics, government", "title": "Tlabt lill-Qorti tħarisna mit-theddid tal-gvern kontra l-libertà tal-kelma", "text": ["Il-lejla, bil-għajnuna tal-avukati Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Eve Borg Costanzi u Therese Comodini Cachia kif ukoll ta' 61 avukat ieħor, għamilt talba lill-Qorti biex tiftaħ barra l-ħin legali u sabiex tikkunsidra t-talba tiegħi biex il-gvern jiġi ordnat ma jneħħix il-mafkar ta' protesta li hemm f'Misraħ l-Assedju l-Kbir.", "L-Imħallef Noel Cuschieri rċieva t-talba tiegħi u ħareġ ordni lill-gvern biex iwieġeb fi żmien għaxart ijiem u s-seduta issa tinsab għas-smiegħ għall-5 ta' Ottubru 2018.", "Jien ukoll tlabt lill-Qorti tordna lill-gvern biex ma jagħmel xejn biex ineħħi l-mafkar ta' protesta u dan sakemm jinstema' l-każ u tingħata sentenza fuq il-mertu.", "Wara 11 il-xahar li fihom kull darba li kien jiġi armat il-mafkar, kien ikun kemm min ineħħi kollox biex imbagħad kien ikollna nerġgħu narmawħ, tlabt lill-Qorti għan-nom ta' sħabi attivisti biex tagħtina l-protezzjoni.", "Dan stajt nagħmlu proprju llum għaliex għall-ewwel darba dawk li tqabbdu jżarmaw il-mafkar li ġie armat minn dawk kollha li qed jitolbu s-sewwa u l-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u għall-pajjiż kollu, kixfu l-uċuħ tagħhom.", "U għamlu dan għaliex xi ħadd ġibed filmat huma u jżarmaw il-mafkar libsin l-uniformi tad-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku.", "Dawn fil-fatt ammettew li kienu huma li neħħew l-istrixxun, il-fjuri u x-xemgħat u li kienu ġew ordnati jagħmlu dan minn uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja.", "U meta, fil-preżenza tal-pulizija, ntebħu li setgħu jiġu mixlija b'serq, huwa raddew lura l-istrixxun, il-fjuri u x-xemgħat.", "Issa, għall-ewwel darba, għandna ammissjoni formali li t-tneħħija tal-mafkar ta' protesta saret fuq ordni tal-gvern.", "L-Imħallef ma laqax it-talba tiegħi biex tinħareġ ordni temporanja sakemm jinstema' l-każ.", "Għalhekk issa jmiss lilna, permezz tal-ftit riżorsi li għandna u permezz tal-voluntiera, li naraw li l-mafkar ma jintmessx sakemm tinstema' l-kawża.", "M'għandniex xi ngħidu, il-fatt li l-qorti ma ħarġitx ordni temporanja ddiżappuntani, iżda huwa minnu wkoll li l-gvern issa jinsab obbligat jiddikjara fil-Qorti jekk hix l-intenzjoni tiegħu li jneħħi l-mafkar ta' protesta u, jekk iva, se jkollu jġib ir-raġunijiet għal dan.", "M'hemmx dubju li se jkun diffiċli għall-gvern li jargumenta li għamel li għamel biex iħares il- plywood li qed igħatti l-monument tal-Assedju.", "Il-kawża għamiltha f'ismi għax legalment din jeħtieġ li tkun f'isem xi ħadd li qed jallega li drittijietu qed jinkisrulu.", "Iżda ċertament hawn m'aħniex nitkellmu dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tiegħi jew dawk tal-attivisti.", "Din hi kwistjoni dwar id-drittijiet ta' dawk kollha li jkunu jridu jipprotestaw fuq xi ħaġa u fuq il-ħarsien ta' dan id-dritt.", "Nixtieq nirringrazzja li Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Eve Borg Costanzi, Therese Comodini Cachia, Michael Agius, Samuel Azzopardi, Reuben Balzan, Kris Borg, Andrew Borg Cardona, Paul Borg Olivier, Thomas Bugeja, Kris Busietta, Simon Busuttil, Daniel Buttigieg, Noel Buttigieg Scicluna, Alexandra Camilleri, Peter Caruana Galizia, Anthony Cutajar, Edward Debono, Trevor Degiorgio, Mario Demarco, Alistair Facciol, Martina Farrugia, Beppe Fenech Adami, Raphael Fenech Adami, Ann Fenech, Mark Fenech, Michela Fenech, Peter Fenech, Bernard Galea, Vince Galea, Simon Galea Testaferrata, Austin Gatt, Gege Gatt, Antonio Ghio, Joe Giglio, David Gonzi, Lawrence Gonzi, Paul Gonzi, Karl Grech, Kenneth Grima, Peter Grima, David Griscti, Philip Manduca, Stefan Meilak, Angelo Micallef, Paula Mifsud Bonnici, Roberto Montalto, Karl Micallef, Malcolm Mifsud, Antoine Naudi, Georg Sapiano, Alex Perici Calscione, Anika Psaila Savona, Katia Psaila Savona, Chris Said, Nicolette Spiteri Bailey, Roberta Tedesco Metsola, Robert Thake, Stephen Thake, Louise Pulis, Aldo Vella, Francis Zammit Dimech, Joe Zammit Maempel u Michael Zammit Maempel talli aċċettaw li jirrappreżentawni f'dan il-każ — u permezz tiegħi tal-attivisti kollha tas-soċjetà ċivili.", "Previous: Rapport lill-Pulizija Next: Ġifa jgħatti xtur il-ġwejjef window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/il-gvern-intebah-li-ma-jafx-kollox-dwar-id-delitt/", "date": "Wed, 17th Oct '18, 21:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-gvern intebaħ li ma jafx kollox dwar id-delitt", "text": ["L-editur ta' The Malta Independent ħass li l-libertà tiegħu ġiet imxekkla meta jien ktibt xi kummenti dwar l-istorja li xxandret fil-ġurnal il-Ħadd li għadda .", "L-editur kiteb li \"l-blogger Manuel Delia għaġġel meta allega li l-istorja li xandarna kienet 'ġejja baxx baxx mill-gvern'.\"", "Peress li dak li jien ktibt dwar din l-istorja fil-fatt kienet biss biċċa żgħira minn kummentarju li ktibt dwar aħbar oħra imxandra baxx baxx mill-gvern dakinhar stess fuq il- Malta Today , qed nirriproduċi hawn taħt dak li ktibt dwar l-istorja li xxandret minn The Malta Independent: \"As does today's front page story of The Malta Independent on Sunday that quotes 'exclusively' (for which read a government leak) 'sources' (for which read the source of that government leak) that says 'the investigations' did not see Pierre Darmanin call Chris Cardona after speaking to Daphne Caruana Galizia in October 2016 and before calling her alleged assassin Alfred Degiorgio.", "\"The effort is to discredit La Repubblica who published information from its own sources.", "\"Why did the 'investigation' have to provide such important information in a leak?", "Why didn't they make a statement in response to La Repubblica?", "\"And more importantly why did The Malta Independent on Sunday fail to register that both La Repubblica and Malta Today asked Pierre Darmanin to confirm or deny whether he spoke to Chris Cardona that night and he dodged them both?\"", "F'dan l-istadju naħseb li jkun għaqli jekk nerġa' nelenka s-sekwenza ta' kif seħħew l-affarijiet.", "La Repubblica kitbet li, madwar sena qabel inqatlet, Daphne Caruana Galizia kienet irrappurtat li Pierre Darmanin miż-Żurrieq kien ċemplilha biex jikkjarifika xi affarijiet u hi kienet xandret din il-kjarifika.", "Wara li ċemplilha, huwa ċempel lil Chris Cardona.", "U wara li qata' minn ma' Chris Cardona, huwa immedjatament ċempel lil Alfred Degiorgio, li minn dakinhar 'l hawn jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "The Malta Independent xandret storja li fiha qalet li l-għejjun tagħha qalulha li m'għandhom ebda prova f'idejhom li dik it-telefonata lil Chris Cardona kienet fil-fatt seħħet.", "Madankollu l-għejjun ta' The Malta Independent ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li \"ma jistax jiġi eskluż li Cardona kien ġie kkuntattjat fi stadju aktar bikri jew fi stadju aktar tard fuq numru mhux magħruf\".", "B'din l-istqarrija, l-għejjun ta' The Malta Independent għamlu rinunzja ċara.", "Fi kliem ieħor, dawn l-għejjun qalu: 'm'għandniex prova f'idejna li din it-telefonata fil-fatt kienet seħħet, iżda teżisti l-possibilità li din it-telefonata kienet saret u li aħna ma nafux biha'.", "The Malta Independent xandret l-istorja mingħajr ma fehmet is-sinjifikat ta' din ir-rinunzja.", "Hemm aktar.", "Agħtu ħarsa lejn x'kompla jgħid ir-rapport ta' The Malta Independent. \"", "The Malta Independent on Sunday jinsab infurmat li fil-pussess tal-investigaturi Maltin u barranin hemm il- mobile phone call logs ta' Daphne Caruana Galizia, ta' Chris Cardona, ta' Pierre Darmanin u tat-tliet persuni li jinsabu mixlija bil-qtil – Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.\"", "Bi kliem meqjus, l-għejjun ta' The Malta Independent hawn qegħdin jammettu l-possibilità li m'għandhomx l-informazzjoni kollha.", "Fi kliem ieħor, dawn l-għejjun qegħdin igħidu lill-ġurnal: \"Dawn il- phone records ma jinstabux f'idejna biss.", "Ma nafux La Repubblica minn fejn ġabet l-informazzjoni li xandret, iżda li hu żgur hu li din l-informazzjoni ma ġabrithiex mingħandna\".", "Irrid ngħid li The Malta Independent on Sunday kellha kull dritt li taċċetta b'mod superfiċjali din il-verżjoni mgħawwġa tar-realtà.", "Ħadd m'hu qed iċaħħdilha dan id-dritt.", "Madankollu l-analiżi li għamlet kienet waħda superfiċjali għall-aħħar u waħda li toqgħod sew mal-verżjoni mgħawwġa tal-istorja li jrid jippromwovi il-gvern bil-għan li jipprova jinqala' minn sitwazzjoni li fiha qiegħed jintebaħ li f'idejh m'għandux l-informazzjoni kollha.", "L-għejjun ta' The Malta Independent on Sunday infurmaw lil Kastilja wkoll.", "Ninsabu konxji tal-fatt li l-Pulizija ta' Malta hija politikament maħtufa u nafu wkoll li l-gvern qed iżomm għajnejn imsammrin fuq l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għall-grazzja tal-argument, ejja nassumu li Joseph Muscat kien sar jaf bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin li sar jaf bih kulħadd: jiġifieri għal ħabta tat-15.05 tas-16 ta' Ottubru 2017 u li hu ma kellux idea x'kien ser iseħħ.", "Jekk dan kien il-każ, allura Joseph Muscat għandu jkun fl-istess pożizzjoni li jinsab fiha kulħadd f'Malta: jiġifieri qed jissuspetta ħażin f'Chris Cardona – qed jissuspetta li Chris Cardona jaf aktar minnu dwar il-qtil ta' Daphne.", "Kulħadd qed jissuspetta li Chris Cardona jaf aktar milli qed jammetti li jaf.", "Kulħadd.", "Inklużi t- trolls tal-Labour u t-telespettaturi tal- One TV .", "Bla dubju, anki Joseph Muscat innifsu.", "B'dak li kixfet La Repubblica, l-inkwiet tagħhom bla dubju qed jiżdied.", "Allura jeħtieġ li mhux biss jippruvaw jiskreditaw ir-rapport ta' La Repubblica .", "Bħalissa l-akbar inkwiet ta' Joseph Muscat jikkonsisti fil-fatt li l-għejjun tiegħu – jiġifieri l-pulizija li tinsab taħt il-kontroll strett tiegħu – m'għandhiex fil-pussess tagħha l-provi kollha li jeżistu.", "U li allura jeżistu provi li jinsabu f'idejn ħaddieħor.", "Meta llum tkellem mal-istazzjon Amerikan NBC TV , Owen Bonnici ġie sfidat jispjega għaliex Chris Cardona baqa' ma ġiex interrogat wara li La Repubblica kixfet l-informazzjoni dwar dawn it-telefonati bejn tlieta minn nies, jiġifieri bejn Pierre Darmanin, Chris Cardona u Alfred Degiorgio.", "U Owen Bonnici dlonk xejjer ir-rapport ta' The Malta Independent on Sunday hu u jispjega lil tal- NBC li hemm żewġ verżjonijiet għal din l-istorja u li allura l-istorja ta' La Repubblica ma kinitx waħda konklussiva.", "Din ta' Owen m'hi xejn ħlief ħmerija.", "Il-Pulizija ta' Malta ma tista' qatt twarrab informazzjoni mxandra f'ġurnal dan kollu għax ġurnal ieħor jkun ħareġ b'verżjoni oħra, aktar u aktar meta l-informazzjoni li jkun xandar dan l-istess ġurnal tkun ġejja mingħand il-Pulizija stess.", "Il-Pulizija ta' Malta jmissha qegħda tħabbel rasha biex tara La Repubblica minn fejn ġabet l-informazzjoni għax bla dubju l-għejjun ta' din l-informazzjoni ma setgħux kienu l-Pulizija.", "Din kienet ir-raġuni għaliex lil The Malta Independent qalulha li \"l-investigaturi Maltin u barranin jinsabu fil-pussess tal- mobile phone calls kollha\" u li \"ma jistgħux jeskludu li xi telefonata setgħet saret fi stadju aktar bikri jew fi stadju aktar tard fuq numru mhux magħruf\".", "Dan jista' jkun numru li mhuwiex magħruf għall-għejjun ta' T he Malta Independent .", "Iżda l-għejjun ta' La Repubblica mhux ta' La Repubblica biss jistgħu jafu bihom?", "Jien m'jinix nikkritika l-fatt li The Malta Independent għażlet li xxandar l-istorja li xandret il-Ħadd li għadda.", "Il-ġurnal m'huwiex biss huwa \"ħieles\" li jxandar.", "Jinsab fid-dmir li jmur lil hinn mill- motivazzjoni tal-għejjun u jekk ikun jeħtieġ li jmeri storja mxandra minn ġurnal ieħor, għandu jagħmel dan għax ikun ċert li l-għejjun tiegħu huma infurmati aħjar.", "F'dan il-każ, l-għejjun lill- The Malta Independent qalulu li huwa possibbli li ma jafux kollox u li hemm ħaddieħor li jaf b'aktar informazzjoni, liema informazzjoni għoġbu jgħaddiha lil La Repubblica.", "Nitlobkom tintebħu bil-logħba li qed tintlagħab hawn.", "Wara l-istorja li xandret The Malta Independent bla dubju hemm il-gvern.", "Il-gvern kellu kull motivazzjoni biex lil Owen Bonnici jgħaddilu salvawomo hu u jiġi mistoqsi mill- NBC biex jispjega għaliex ma sar xejn dwar it-telefonati misterjużi ta' Chris Cardona.", "Il-gvern issa huwa motivat ukoll mill-fatt li ntebaħ li ma jafx kollox; li mhux biss Chris Cardona jaf aktar minnu dwar x'kien ġara' eżattament; li l-għodda kollha li biha tista' tinkixef aktar informazzjoni mhix taħt il-kontroll strett tiegħu: u din l-għodda tinsab f'idejn il-ġurnalisti, f'idejn l-investigaturi u f'idejn persuni li t-tfittxija tal-verità għamluha l-missjoni tagħhom.", "Il-kbir jidher li għadu ġej.", "Previous: 'Il-ġurnalisti Maltin jiċċensuraw lilhom infushom\" – organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa Next: Reuters TV: l-Unjoni Ewropea se tirrevoka l-liċenzja tal-Pilatus Bank window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/allura-franco-debono-ghandu-liberta-aktar-milli-kellha-daphne-caruana-galizia/", "date": "Tue, 5th Feb '19, 12:13", "category": "blog, politics, government", "title": "Allura Franco Debono għandu liberta' aktar milli kellha Daphne Caruana Galizia?", "text": ["Joseph Muscat ġie mitlub jikkummenta dwar dak li kiteb Franco Debono fejn ġie mixli li huwa sid l-Egrant jew qrib is-sid ta' din il-kumpannija u li hu l-aktar prim ministru korrott fl-istorja ta' Malta.", "Joseph Muscat superfiċjalment wieġeb li dak li ntqal dwaru kien \"libertà tal-kelma\".", "Tweġiba bħal din tħalli bla kliem lil min ikun lest biex jagħmillu mistoqsija oħra.", "X'mistoqsija oħra taqbad tagħmillu?", "Tistaqsi lill-prim ministru huwiex fis-sakra jew taħt l-influwenza tad-droga?", "Tistaqsih jekk fiehemx sew il-mistoqsija jew hux mingħalih qed iwieġeb għal xi mistoqsija mill-kwizz fuq in-Nickelodeon?", "Tistqasih kellux fil-fatt iwieġeb \"42\"?", "Il-liberta' tal-kelma x'għandha x'taqsam jewwilla?", "Lil hinn minn dawn il-kummiedji u teatrini, hemm ukoll kwistjonijiet oħra li jintnu seba' pesti.", "Għaliex aktar milli wieħed jiskanta b'ċerti pożizzjonijiet li jieħu Joseph Muscat, wieħed ma jistax ma jintebaħx bin-nuqqas ta' ġustizzja li fuqhom jibbaża l-pożizzjonijiet li jieħu.", "Meta l-Kummissarju tal-Liġijiet Franco Debono – persuna maħtura mill-gvern ta' Joseph Muscat bis-setgħa li jwarrab dawk il-liġijiet li jiksru l-Kostituzzjoni jew id-drittijiet tal-bniedem – jikteb li Joseph Muscat huwa bniedem korrott li hu sid jew qrib is-sid kumpannija fil-Panama li nħolqot bil-moħbi biex fiha tirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim, skond Joseph Muscat din hi l-\"liberta' tal-kelma\".", "Iżda meta Daphne Caruana Galizia tikteb l-istess ħaġa, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt.", "U saħansitra wara mewtha, uliedha jeħtieġ li jħallsu d-danni lil prim ministru talli din kitbet ħaġa simili fil-konklużjoni li kienet ġibdet.", "Ix-xiljiet li kienet għamlet Daphne Caruana Galizia kienu msejsa fuq investigazzjonijiet serji kkonfermati minn xhieda li wasslu għall-għeluq ta' bank li kien allegatament għatta xtur Joseph Muscat.", "Tgħid Joseph Muscat irid igħidilna li Daphne Caruana Galizia ma kellhiex l-istess drittijiet fundamentali li għandu Franco Debono?", "Hekk jidher.", "Għaliex id-drittijiet tal-bniedem qegħdin hemm għall-bnedmin mhux għas-sħaħar.", "Previous: Emoraġija Next: Jean Claude Micallef kemm jiflaħ ikun ċuċ? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/fjum-ir-repubblika/", "date": "Thu, 13th Dec '18, 12:02", "category": "blog, politics, government", "title": "F'Jum ir-Repubblika", "text": ["Stqarrija ta' Repubblika: F'Jum ir-Repubblika ntennu x-xewqa tagħna li naraw riformi mhux biss politiċi u istituzzjonali, iżda wkoll kulturali fejn iċ-ċittadini jkunu konxji mid-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom ta' ċitaddini responsabbli.", "Repubblika hi mħassba b'polarizzazzjoni politika estrema, distakk bejn il-ġenerazzjonijiet, politika ridotta għal transazzjoni, korruzzjoni istituzzjonalizzata, informazzjoni kkontrollata mill-gvern u kultura ta' biża.", "Iżda Repubblika hi impenjata li tipprovdi informazzjoni oġġettiva, kompetenti u kritika; li tħajjar li jsir eżami tal-prattiċi difettużi fid-demokrazija tagħna u li tagħti kontribut għat-trasformazzjoni kulturali li nixtiequ għal pajjiżna.", "Repubblika ma taqbilx li l-fatt li jivvutaw ħafna nies fl-elezzjoni hu xi prova li għandna demokrazija tassew parteċipattiva.", "U Repubblika temmen li trid tintemm is-separazzjoni bejn l-etika u l-ħajja pubblika.", "Repubblika temmen li għandu jkollna viżjoni ġdida għal edukazzjoni li ssawwar ċittadini responsabbli.", "Fil-fehma tagħna n-nuqqas ta' rabja għat-tħassir tal-ambjent mhux ġej biss mir-rgħiba.", "Ġej ukoll minn nuqqas t'apprezzament ta' x'inhu sabiħ u x'inhu ikrah: nuqqas ta' sens t'estetika fil-kultura tagħna.", "Bl-istess mod m'hix biss kultura korrotta li twassal biex ftit wisq huma rrabbjati għall-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-perverżjoni tax-xiri pubbliku.", "Dan ġej ukoll mill-fatt li mhux kulħadd japprezza kif jaħdmu l-banek, kif jimxu l-flus u x'jiswa u ma jiswiex fid-dinja kummerċjali u d-dinja politika.", "Bl-istess mod mhix biss minħabba li tlifna l-valuri li r-rabja għal politiċi li jinqabdu jigdbu hi daqshekk fjakka.", "Ġejja wkoll minn nuqqas t'apprezzament ta' x'inhi l-verita' u li indipendent minn dak li tixtieq li jkunu, il-fatti jibqgħu fatti.", "Nixtiequ Repubblika ta' rġiel u nisa universali: li jafu biż-żejjed ekonomija biex jifhmu x'jaħdem u x'ma jaħdimx; li jafu biż-żejjed xjenza biex jitgħallmu jiddeterminaw x'inhu veru u x'mhux; li jafu biż-żejjed l-umanistika' biex jitgħallmu d-differenza bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin.", "F'Jum ir-Repubblika niddikjaraw it-tama tagħna għal Repubblika ġdida fejn iċ-ċittadini ma jiddependux fuq il-partit politiku tagħhom biex ikunu infurmati u biex jagħmlu ġudizzju ta' x'inhu sew u x'mhux sew.", "Fejn l-informazzjoni tinfirex b'liberta' u mhux kontrollata minn stazzjonijiet televiżivi propjeta' jew f'kontroll tal-partiti.", "U fejn l-aspettattiva taċ-ċittadini ġġiegħel l-istituzzjonijiet kollha li support iservuhom jaġixxu fl-interess tal-pajjiż kollu, mhux biss tal-politiċi li jaħtfuħ.", "Previous: Joe Brincat se jagħmel kawża kontra l-gvern talli għattielu mafkar tant għal qalbu Next: Attivisti msawwta fi Triq ir-Reppublika llum window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/09/rapport-lill-pulizija/", "date": "Sat, 15th Sep '18, 15:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Rapport lill-Pulizija", "text": ["Għadni kemm issottomettejt dan ir-rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar it-tneħħija ta' kartellun li waħħalna dalgħodu quddiem ilbini tal-Qorti: Sur Kummissarju, Kif forsi diġà taf, dalgħodu jiena personalment flimkien ma' numru ta' attivisti oħra poġġejna banner li kien juri l-bandiera ta' Malta, il-kelma \"ĠUSTIZZJA\" u wiċċ il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab fi Triq ir-Reppubblika, Il-Belt Valletta.", "It-twaħħil ta' dan il-banner sar skont id-dritt għal-libertà ta' espressjoni kif garantit mhux biss mill-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni ta' Malta iżda wkoll mill-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali (Kap. 319 tal-Liġijiet ta' Malta).", "Jiena tlaqt mill-post għall-ħabta tas-1 pm u l-banner kien għadu f'postu sa siegħa wara.", "L-imsemmi banner tneħħa ftit tal-ħin ilu minn ħaddiema tal-Gvern, li mill-informazzjoni li għandi jiffurmaw parti mill-Cleansing Services Directorate.", "Mehmuż għandek issib ritratti li juru l-ħaddiema tal-Gvern ineħħu u jieħdu l-banner.", "Għalhekk qiegħed ġentilment nitolbok tinvestiga t-tneħħija tal-imsemmi banner u tieħu l-passi kollha meħtieġa skont il-liġi.", "Qed ninsisti miegħek li l-banner, li huwa proprjetà personali tiegħi, għandu b'mod immedjat jiġi rritornat lili fi stat tajjeb mill-ħaddiema tal-Gvern.", "Nitolbok tqis din l-email bħala rapport formali lill-Pulizija.", "Inselli għalik, Manuel Delia", "Previous: De Volkskrant: il-gvern Malti \"xxukkjat\" bil-ħrara ta' investigatur tal-Kunsill tal-Ewropa Next: Tlabt lill-Qorti tħarisna mit-theddid tal-gvern kontra l-libertà tal-kelma window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/il-gurnalisti-maltin-jiccensuraw-lilhom-infushom-organizzazzjonijiet-internazzjonali-dwar-il-liberta-tal-istampa/", "date": "Wed, 17th Oct '18, 21:10", "category": "blog, politics, government", "title": "'Il-ġurnalisti Maltin jiċċensuraw lilhom infushom\" – organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa", "text": ["Numru ta' NGOs li jinsabu fuq żjara f'Malta bil-għan li jifhmu aħjar is-sitwazzjoni tal-libertà tal-kelma fil-pajjiż waslu għall-konklużjoni li s-sitwazzjoni f'Malta m'hi feliċi xejn.", "Wieħed għandu għaliex jaħseb li l-fatt li ġurnalista ġiet assassinata hija indikazzjoni ta' dan.", "Iżda l-fatt li għall-gvern qiesu ma ġara' xejn ta' barra minn hawn hija indikazzjoni akbar Lill-NGOs irriżultalhom li f'Malta l-ġurnalisti jiċċensuraw lilhom infushom u joqgħodu lura milli jkomplu jibnu każ fuq truf li jista' jkollhom f'idejhom minħabba l-biża' ta' xi reazzjoni.", "Reazzjoni li mhux neċessarjament tkun xi bomba.", "Ironikment, minħabba t-terremot li ġab miegħu l-assassinju riċenti ta' ġurnalista permezz ta' bomba, issa ċ-ċansijiet li jseħħ qtil ieħor simili huma ħafna inqas.", "Madankollu l-NGOs rriżultalhom li meta ġurnalisti jirfsu fuq il-kallijet tal-gvern, dawn jiġu mpinġija bħala tradituri, bħala sħaħar jew bħala persuni nkompetenti u, meta mbagħad tkompli tiżdied id-doża permezz ta' tgħajjir minn trolls jew permezz ta' tgħajjir fit-toroq, il-ġurnalisti – bla ma jridu – jispiċċaw jikkundizzjonaw ruħħom u jibqgħu lura milli jkomplu jikxfu l-istejjer minħabba l-biża' li jistgħu jsibu ruħħom f'din is-sitwazzjoni.", "Araw ftit kif kelmtejn li lissen John Sweeney waqt li kien Malta ġew \"imbagħbsa\" mill-gvern.", "Huwa rrakkonta storja ta' meta kien ingħata daqqiet fuq sidru f'Londra minn aġenti tas-sigurtà ta' Joseph Muscat hekk kif li dan tal-aħħar staqsieh mistoqsija dwar Chris Cardona u dwar kif fis-Siberja kien ġie trattat ħafna aħjar mill-aġenti tas-sigurtà ta' Vladimir Putin meta kien ipprova jagħmel xi mistoqsijiet lill-President Russu.", "Dakinhar lil John Sweeney il-gvern għajjru nkompetenti: 'bħas-soltu, ma ċċekkjax il-fatti' qal il-gvern.", "Iżda l-gvern x'ippretenda li kellu jiċċekkja?", "Hemmx xi fehma oħra dwar jekk id-daqqa li qala' fuq sidru weġġgħetux jew le?", "Le, jiġbdilna l-attenzjoni l-uffiċċju tal-prim ministru ta' Malta : l-aġenti tas-sigurtà li tawh id-daqqiet fuq sidru ma kinux Maltin iżda Ingliżi.", "Imma, ngħid jien, dan kollu x'għandu x'jaqsam?", "Biex jipprova jżomm sembjanza ta' kredibilità, il-gvern seta' qal: 'ma nafux kif seta' ġara' dan kollu; l-aġenti tas-sigurtà mhux aħna għażilnihom; se nagħmlu ilment ma' min ipprovda lil dawn l-aġenti biex nassiguraw li inċident bħal dan ma jirrepetix ruħu'.", "M'għandniex xi ngħidu, il-gvern ikun irid ukoll jispjega r-raġuni għaliex il-prim iminstru ta' Malta baqa' jinjora l-mistoqsija: 'Int għadek tappoġġja lil Chris Cardona?' hekk kif saritlu din il-mistoqsija.", "Xogħol Joseph Muscat hawn hu li jipprova jżomm lil John Sweeney milli jwettaq xogħolu ta' ġurnalista kif suppost.", "U għaliex Sweeney jagħżel li jagħmillu mistoqsijiet skomdi, dan jiġi mgħajjar inkompetenti.", "Issa erħilha li John Sweeney tul il-karriera tiegħu kellu jħabbatha mar-reġimi tal-Korea ta' Fuq u tar-Russja u ma' taċ- Church of", "Scientology , biex insemmi xi ftit eżempji biss.", "Qed insemmi dan l-inċident ma' John Sweeney għaliex dan kien wieħed eċċezzjonali.", "Il-gvern ma setax igħid li John Sweeney huwa mmexxi minn imnieħru minn Simon Busuttil, li għandu ambizzjonijiet jew motivazzjonijiet politiċi jew li hu nazzjonalist.", "U allura jeħtieġ li jiġi mpinġi b'mod ieħor biex it-telespettaturi tal-One TV jkollhom ma xiex jiggranfaw.", "U ġaladarba dawn it-telespettaturi jaslu biex jaqilbu fuq in-Net TV biss biex forsi jsegwu xi telekummiedja, tistgħu timmaġinaw x'inhuma ċ-ċansijiet li dawn xi darba f'ħajjithom segwew il- films li pproduċa John Sweeney jew xi darba qraw il-kotba ċelebri li kiteb.", "Allura jxandru ritratt tiegħi miegħu u dan għalihom huwa biżżejjed biex idawru l-kanuni għal fuqu.", "Kull skuża tgħodd.", "Ara ma tmorrux taħsbu li ġurnalista li kien daħal fil-Korea ta' Fuq u nkiss inkiss ġibed filmat ta' dak kollu li dan il-pajjiż jipprova jaħbi mill-bqija tad-dinja, se joqgħod jiċċensura lilu nnifsu dan kollu għaliex l-istazzjon ta' televiżiv ta' Joseph Muscat qed ilesti għal attakk fuqu permezz tal- Facebook.", "Iżda kif irriżulta lill-NGO's internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa, f'Malta l-ġurnalisti jiċċensuraw lilhom infushom.", "Dak li qegħdin iħarsu m'humiex \"id-drittijiet tal-ġurnalisti\".", "Jekk ikunu jridu, il-ġurnalisti jistgħu jieqfu jaħdmu għat- Times of Malta jew jiktbu l- blogposts fuq xi website li jħallsu għalih minn buthom u jimpjegaw ruħħom band'oħra.", "Jew inkella jistgħu jagħmlu tabirruħħom li huma ġurnalisti u jxandru biss dawk l-istejjer li jdoqqu għal widnejn il-mafjużi tan-negozju u tal-politika.", "B'dan int biss tkun qed titlef: waqt li jiċħdulek l-informazzjoni li għandek dritt għaliha, huma jibqgħu dejjem minn fuq.", "Araw kif ir-Rai Uno (TG1) llum irrapporta l-istqarrija tal-NGO's u aslu għal konklużjoni intom dwar min huma dawk li qed igħarrqu d-dehra ta' Malta f'għajnejn id-dinja.", "Previous: Partit Liberali Ġermaniż isejjaħ għat-tnedija ta' investigazzjoni Ewropea dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia Next: Il-gvern intebaħ li ma jafx kollox dwar id-delitt window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/se-jaghmlu-minn-kollox-il-gvern-jirrombla-fuq-id-drittijiet-fundamentali-l-oppozizzjoni-ma-titniffisx/", "date": "Wed, 13th Jun '18, 09:40", "category": "blog, politics, government", "title": "Se jagħmlu minn kollox? Il-Gvern jirrombla fuq id-drittijiet fundamentali. L-Oppożizzjoni ma titniffisx.", "text": ["Is-sentenza li ngħatat il-bieraħ mill-Imħallef Silvio Meli f'kawża kostituzzjonali li saret mill-werrieta ta' Daphne Caruana Galizia kontra l-gvern fiha ħafna fuqhiex wieħed x'jixtarr.", "M'għandniex xi ngħidu li l-ewwel effett tal-ordni tal-Imħallef hi li Silvio Valletta għandu jtir minn fuq il-każ.", "U fis-sentenza tal-qorti saret osservazzjoni f'waqtha: hija ħaġa tad-daħk li wieħed jippretendi li bniedem li hu miżżewweġ lil politiku ewlieni fil-Partit Laburista se jkun oġġettiv f'każ li għandu l-potenzjal li jagħmel il-ħsara politika lill-Partit Laburista.", "M'għandix dubju li l-bieraħ l-Imħallef Antonio Mizzi qara' sew is-sentenza tal-kollega tiegħu.", "Antonio Mizzi kien ġie mitlub iwarrab milli jippresiedi l-kawża dwar l-appell li għamel Joseph Muscat wara sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati li kienet ordnat lill-pulizija jinvestigawh dwar reati kriminali indikati mill-iskandlu tal- Panama Papers .", "Niftakru li mart Antonio Mizzi hi MEP tal-Labour.", "Is-sentenza ta' Silvio Meli hi dwar Silvio Valletta.", "L-Imħallef ma ntalabx igħarbel il-ħiliet ta' Silvio Valletta jew huwiex iwettaq xogħlu kif suppost jew le bħala uffiċjal tal-pulizija, jridu jew ma jridux martu jew l-imgħallem tagħha.", "Iżda ntalab igħarbel dwar jekk id-dubji ovvji li nħolqu dwar il-kunflitti ta' interess jiksrux jew le d-drittijiet fundamentali tal-membri tal-familja tal-vittma.", "Silvio Meli ddeċieda li kien hemm dan il-ksur.", "Nitlobkom tifhmu sewwa.", "Is-sentenza tal-bieraħ kienet fis-sens li l-issuktar tal-investigazzjoni minn Silvio Valletta tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Din is-sentenza għandha tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet simili.", "Independentement mid-deċiżjoni ta' Antonio Mizzi li jkompli jisma' l-kawża minkejja l-pożizzjoni u l-lejaltajiet ta' martu, l-kunflitti ta' interess li għandu tant huma ovvji li huma inaċċettabbli.", "Iżda hemm ukoll ħaġa oħra fis-sentenza tal-Imħallef Meli li wieħed ta' min isemmiha.", "Jgħid li l-aġir tal-gvern \"jimmerita l-akbar ċensura\" talli \"b'mod arroganti ppretenda li jiddetta lill-familja tal-vittma dwar x'għandhom igħidu\" u \"fittex li jintimidahom\".", "Hawn l-Imħallef kien qed jagħmel riferenza għall-osservazzjoni superfiċjali li għamel il-gvern fil-kawża li għamlet il-familja Caruana Galizia fis-sens li, fil-fehma tal-gvern, ġaladarba tlitt irġiel ġew mixlija bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-familja kien messha bidlet il-pożizzjoni tagħha.", "Il-qorti wriet l-istmerrija għal dan it-tip ta' lingwaġġ li ċertament rrifletta l-kliem intimidatorju li l-gvern għamel użu minnu kontra kull min jażżarda li jħares drittijietu mill-abbużi tal-gvern.", "Waħda tal-aħħar.", "Din hi sentenza storika li mhux biss ippremjat l-isforzi tal-familja Caruana Galizia fil-ħarsien ta' drittijiethom iżda wkoll iffokat fuq ir-reżistenza dgħajjfa li hawn f'dan il-pajjiż kontra l-ikkalpestar tad-drittijiet ċivili mill-gvern.", "Il-qrati tagħna rrikonoxxew li minflok 'għamel minn kollox' biex issir ġustizzja mal-qattierla ta' ġurnalista, il-gvern kien qed jehda jikser id-drittijiet fundamentali ta' żewġha u ta' wliedha.", "Din hi sentenza li fiha x'tomgħod.", "Sa issa, 24 siegħa wara, l-Oppożizzjoni għadha lanqas biss tniffset dwar il-każ.", "Dawn liema ħabel qiegħdin jiġbdu?", "Previous: Rebħa għal dak li kien ovvju mill-bidu nett Next: Chris Cardona mhux se jivvota window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/ahna-ghandna-ragun-erhilhom-jgherqu/", "date": "Mon, 11th Jun '18, 11:33", "category": "blog, politics, government", "title": "Aħna għandna raġun. Erħilhom jgħerqu.", "text": ["L-Italja u Malta għandhom gvernijiet populisti u t-tnejn li huma qegħdin jagħmlu tagħhom il-preġudizzji razzjali ta' xi wħud kif ukoll l-indifferenza għat-tbatjiet ta' ħaddieħor.", "Ir-riferenzi li qed isiru għal-liġijiet internazzjonali huma konvenjenti għall-aħħar u m'humiex serji: huma biss skużi biex jevitaw li jwettqu dak li m'huwiex popolari iżda li għandu mis-sewwa.", "M'għandniex xi ngħidu, wieħed ma jistax jinjora d-differenzi fid-daqs li hemm bejn Malta u l-Italja.", "Jekk Matteo Salvini jidhirlu li 629 ruħ huma wisq għall-Italja, aħseb u ara x'inhuma għal Malta li hi bil-wisq iżgħar fid-daqs.", "Iżda ma rridu ninsew qatt li qed nitkellmu dwar il-bnedmin.", "Matteo Salvini għandu raġun meta jgħid li Malta għandha terfa' r-responsabbiltajiet tagħha.", "Matul l-aħħar 5 snin, kien x'kien il-ftehim bil-moħbi li sar bejn Joseph Muscat u Matteo Renzi, ebda immigrant mill-Afrika ma rifes fuq Malta.", "Għandna bżonn il-ħaddiema iżda jidher li s-suwed m'għandniex grazzja magħhom.", "U Joseph Muscat ried jiffanfra bis-suċċess li kellu bil-fatt li f'Malta ma rifes ebda immigrant u mhux se jiċċaqlaq minn din il-politika.", "Iżda jien ngħid li jmissu jiċċaqlaq.", "Malta mhux biss għandha l-kapaċità li tospita aktar persuni: għandha fil-fatt tospita aktar persuni.", "Joseph Muscat għandu raġun: l-Italja ma tistax tippretendi li ssib tarf tal-problemi li ġġib magħha l-immigrazzjoni billi tfarfarhom fuq Malta.", "Jekk Matteo Salvini jrid jilgħabha tal-ors imissu jaqbad ma' pajjiż li hu tad-daqs ta' pajjiżu.", "L-Italja wkoll għandha responsabbiltajiet x'iġġorr u ma jistax ikun li din tippretendi li tfarfarhom minn fuq spallejha kull meta jfettlilha.", "Matteo Salvini u Joseph Muscat għandhom raġun: din mhix problema Taljana jew waħda Maltija.", "Hi sfida għall-Ewropa u l-Ewropej kollha għandhom iġorru r-responsabbiltajiet tagħhom serjament billi jaqbdu l-barri minn qrunu.", "Hi ħaġa tal-biki meta wieħed jara li l-istess populiżmu li qiegħed iżomm lil Salvini u lil Muscat fis-setgħa, bis-saħħa ta' livelli differnti ta' egoiżmu popolari u biża' u mibgħeda lejn il-barranin, qed iżomm ukoll fis-setgħa lil politiċi bħal May, Macron, Orban u Kaczynski.", "Waqt li politiċi jitkellmu dwar l-interess nazzjonali, fl-istess nifs qed jesaġeraw b'diskorshom dwar l-impatt tal-immigrazzjoni u jpinġu stampa kerha żżejjed dwar ir-riskji li din iġġib magħha.", "Issib ukoll l-eċċezzjonijiet.", "Waqt li Joseph Muscat infexx f'dagħdiha ta' kliem iebes, fi tweet Roberta Metsola tkellmet b'kuraġġ.", "Qadfet kontra l-kurrent u fakkritna li filwaqt li aħna nitkellmu bi kliem iebes dwar il-ħarsien tal-interessi nazzjonali, l-Italja u Malta qed jitilfu kull sens ta' diċenza u ta' sensittività umana meta jħallu t-tfal salvati mill-għarrqa imdendlin bejn sema u ilma.", "F'din it-taqtiha bejn il-populisti, Muscat u Salvini qed jippikaw f'attentat biex jintgħoġbu man-nies tagħhom.", "#l-Italja u #Malta m'għandhomx jitħallew weħidhom – l-UE għandha tara x'se tagħmel.", "Fil-frattemp 629 ruħ li qed jaħarbu mill-miżerja, jibqgħu imdendlin. https://t.co/bJoLw6f4IE — Roberta Metsola MEP (@RobertaMetsola) 10 ta' Ġunju, 2018", "Previous: Misteru dwar self ta' €2.6 miljun.", "Nofs id-dejn tal-Kasco mal-BOV misluf bla garanziji lil persuna mhux magħrufa.", "Next: Fejn huma l-provi? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/chris-cardona-mhux-se-jivvota/", "date": "Wed, 13th Jun '18, 19:34", "category": "blog, politics, government", "title": "Chris Cardona mhux se jivvota", "text": ["Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li hu wkoll it-tielet fil-grad ta' preċedenza tal-gvern, il-Ministru Chris Cardona llum mhux se jmur jivvota fil-Parlament.", "Il-gvern b'daqshekk m'huwiex se jitlef xi vot iżda l-assenza ta' ministru ewlieni hi ta' sinjifikat speċjalment meta m'hemmx l-iskuża ta' safar.", "Intant ninsab infurmat li kien hemm min lemaħ lill-Ministru Chris Cardona fil-Parliament għal ftit ħin aktar kmieni llum u r-reġistru jidher li hu mmarkat li attenda għas-seduta.", "Iżda f'każ li ma jkunx jista' jsir breathalyser test fuqu, impossibbli li wieħed jivverifika r-raġuni għaliex żamm i'l boghod mill-Kamra tad-Deputati fi żmien importanti bħal dan.", "Previous: Se jagħmlu minn kollox?", "Il-Gvern jirrombla fuq id-drittijiet fundamentali.", "L-Oppożizzjoni ma titniffisx.", "Next: Id-dmir li topponi window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/fejn-huma-l-provi/", "date": "Mon, 11th Jun '18, 12:58", "category": "blog, politics, government", "title": "Fejn huma l-provi?", "text": ["Ġimgħa ilu għidt li Keith Schembri rċieva żewġ pagamenti li jammontaw għal aktar minn $400,000, ħames ġimgħat wara li ġie lura minn żjara riżervata għall-politiċi biss f'Baku, f'Diċembru tal-2014.", "Meta Adrian Delia sfidah fil-Parlament biex jirreaġixxi, Joseph Muscat qam biex jgħid li Keith Schembri ċaħad dan.", "Ma qalx meta.", "Ma qalx kif.", "Keith Schembri baqa' sieket.", "Imbagħad ippubblikajt id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tal-flus li kien irċieva.", "Hu baqa' sieket.", "Imbagħad bdiet diskussjoni fuq l-ispazju tal-kummenti hawn, u fuq Facebook, u fuq il-websites li kitbu fuq l-istorja: fejnhom il-provi?", "Ħa nagħmel xi ħaġa ċara mal-ewwel.", "Iva, għandi prova dokumentata li ssostni dak li qed ngħid.", "Din ma ħloqthiex mix-xejn.", "Lanqas ma qgħadt fuq xi konverżazzjoni ma' xi sors.", "Jew tnejn.", "Din il-biċċa aħbar hi sostnuta minn prova dokumentata, li qiegħda għandi, u għadha mhux ippubblikata.", "Irrid niċċara numru ta' affarijiet.", "Ir-rwol ta' ġurnalist hu li jippubblika informazzjoni li hija minnha dwar dawk li jokkupaw kariga pubblika.", "Mhuwiex ir-rwol ta' ġurnalist li jmexxi l-kawża li twassal biex xi ħadd jinstab ħati.", "Hemm nies oħra fl-organizzazzjoni governattiva li huma mħallsa biex jagħmlu dak ix-xogħol u għandhom is-setgħa li jeħtieġu biex jiksbu din il-prova u jużawha.", "Il-mestier għandu s-salvagwardji li jiżguraw li l-ġurnalisti jkunu fiduċjużi fil-verità ta' dak li jippubblikaw.", "Allura jekk jitfaċċa xi ħadd u jgħidli li Keith Schembri għamel hekk, jew xi ħaġa oħra, irrid nivverifika dik l-informazzjoni ma' sorsi indipendenti oħra.", "X'irid jiċċekkja ġurnalist miegħu innifsu?", "Irid jara jekk dik il-prova li għandu f'idu hux se twassal biex xi ħadd jinstab ħati?", "Le.", "Dak hu xogħol il-prosekutur.", "Irid jiċċekkja jekk l-informazzjoni hix minnha jew le.", "Dak li jista' jgħinu hu li jsaqsi lilu nnifsu jekk ikollux biżżejjed biex jipprova b'mod sostanzjali dak li qed jgħid jekk tinfetaħlu kawża ta' libell.", "Innutajtu?", "Keith Schembri ma ċaħadx l-informazzjoni li ppubblikajt.", "U lanqas għamilli libell.", "Innutajtu li għal kuntrarju ta' Joseph Muscat, hu kellu l-mezzi biex jiċċekja li dak li qed ngħid hu bbażat fuq is-sod, u meta għamel hekk, assuma li għandi l-provi li juru dak li hu jaf?", "Minflok wieħed jiddiskuti jekk jaqbilx li wieħed jippubblika l-provi jew le, forsi għandna niddiskutu xi ħaġa oħra minflok.", "Taħsbu jekk fl-aħħar ġimgħa minn meta pubblikajt din l-informazzjoni, ġietx xi aġenzija ta' kontra l-ħasil tal-flus jew tal-infurzar tal-liġi biex titlobni l-informazzjoni li għandi, biex tara jekk għandhiex tinvestiga aktar?", "Qtajtu.", "Ma ġie ħadd.", "Issa, mhumiex dawk in-nies li għandhom jistaqsu jekk għandix il-provi li jistgħu jgħinuhom jagħmlu xogħolhom?", "Jekk iridu jagħmlu xogħolhom?", "Għax jekk wieħed jara l-affarijiet kif inhuma, jekk l-investigaturi u l-prosekuturi ma jridux jagħmlu xogħolhom, il-ġurnalist ma jistax jagħmilhulhom hu.", "Il-provi, jekk jiġux ippubblikati hawnhekk jew le, huma biss jistgħu jagħmlu xi ħaġa dwarhom.", "U kif tgħallimna mill-esperjenza qarsa ta' dawn l-aħħar 5 snin, ma huma se jagħmlu xejn minn dan.", "Ifhem, jekk qed titlob lili biex nippubblika l-provi li jissostanzjaw dak li qed ngħid, tkun qed tagħmel lili il-protagonist jew is-suġġett ta' din l-istorja.", "Jien m'iniex l-istorja.", "Jien ktibt l-istorja.", "Is-suġġett tal-istorja hu Keith Schembri.", "Għall-kuntrarju tiegħi, Keith huwa uffiċjal tal-istat.", "Għall-kuntrarju tiegħi, hu obbligat li jagħti rendikont dwaru nnifsu.", "Għall-kuntrarju tiegħi hu mistenni minnu bi dmir li juri li dak li qed ngħid jien dwar l-affarijiet finanzjarji tiegħu hu fażull.", "Il-finanzi tiegħu għandhom ikunu trasparenti.", "Id-dħul tiegħu għandu jkun iddikjarat.", "It-taxxi tiegħu għandhom jitħallsu.", "Il-kumpaniji tiegħu għandhom ikunu magħrufa mill-awtoritajiet tat-taxxi.", "L-irċevuti tiegħu għandhom ikunu ġustifikati.", "Il-pagamenti li jaċċetta għandhom ikunu għas-servizzi li jipprovdi.", "Għaliex dawk in-nies li qed jitolbuni noħroġ il-provi tal-istorja, mhumiex jitolbu lil Keith Schembri joħroġ il-provi li juru li hu nadif tazza?", "Għaliex, u hawn tinsab l-ironija, ħadd ma jistenna lil Keith Schembri jkun onest, nadif u ħieles mit-tbajja' tal-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "Ir-reati tiegħu jitqiesu bħala normali.", "Huma, kif il-Prim Ministru darba iddeskrivihom, normali fil-ħajja ta' 'negozjant li rnexxa'.", "Negozjant li rnexxa hu mistenni li jevadi t-taxxi u jwaqqaf kumpaniji offshore sigrieti, jirranġa għal self lil partijiet terzi misterjużi bi flus li apparentement ma jkunux jeżistu huma u ħerġin imma jsiru ta' veru huma u deħlin, u jiddikjara profitti ħafna anqas milli jdaħħal fil-fatt, jekk ma jiddikjarax ukoll li qed jispiċċa bit-telf.", "Allura meta n-nies jidhru li huma daqshekk ċerti li dan qed jiġri, il-fatt li qed jistaqsu lill-ġurnalist biex jippubblika l-provi m'għandhomx f'moħħhom biss li jintimidawh biex jippruvaw jagħlqulu ħalqu, meta ma jkunx se jsir libell lil hinn mill-valur tal-intimidazzjoni?", "Previous: Aħna għandna raġun.", "Erħilhom jgħerqu.", "Next: Rebħa għal dak li kien ovvju mill-bidu nett window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/joe-brincat-se-jaghmel-kawza-kontra-l-gvern-talli-ghattielu-mafkar-tant-ghal-qalbu/", "date": "Wed, 12th Dec '18, 08:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Joe Brincat se jagħmel kawża kontra l-gvern talli għattielu mafkar tant għal qalbu", "text": ["Wara dak il-patrijottiżmu falz u l-kliem ta' tifħir fil-konfront ta' mafkar, wara dik ix-xmara ta' dmugħ tal-kukkudrilli li qabżitilhom dwar il-fjuri u x-xemgħat li, skonthom, kienu qed jiddesakraw il-memorja tal-vittmi tal-gwerer, wara dak l-isteriżmu kollu li qabadhom dwar il-ħtieġa urġenti ta' restawr għall-kapolavur ta' Sciortino li biss jafu bih għax l-istampa tiegħu kienet tidher qabel jixxandru d-dibattiti politiċi tal-Awtorità tax-Xandir fuq it-televiżjoni, dalgħodu din hi l-aħjar veduta tal-Mafkar takl-Assedju l-Kbir li jista' jkollok.", "Ja tiranni boloħ li ma tiswewx karlin, taħsbu li b'daqshekk qegħdin tagħmlu xi att ta' disprezz fil-konfront ta' xi ħadd?", "Bħalissa Joe Brincat qed joqmos bir-rabja.", "Bilħaqq Doctor Joe, nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-velja.", "Bosta huma dawk li se jġibu x-xemgħat magħhom.", "L-aktar għaliex id-Doctor Joe l-ieħor, li hu l-imgħallem tiegħek, m'għandux grazzja max-xemgħat.", "Previous: F'ġieħ is-sewwa, fejn hu Neville Gafà?", "Next: F'Jum ir-Repubblika window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/rebha-ghal-dak-li-kien-ovvju-mill-bidu-nett/", "date": "Tue, 12th Jun '18, 10:19", "category": "blog, politics, government", "title": "Rebħa għal dak li kien ovvju mill-bidu nett", "text": ["Kienu kostretti jieħdu parir legali biex jaraw jekk id-drittijiet tagħhom kinux qed jiġu miksura.", "Meta għamlu hekk, fi stqarrija uffiċjali l-gvern għajjarhom tradituri.", "Imbagħad kellhom jargumentaw quddiem il-qorti li persuna esposta politikament ma jistax ikun mistenni minnha serjament li tinvestiga reat kriminali li fih s-suspettati wkoll huma persuni esposti politikament.", "Tmien xhur wara li ommhom ġiet assassinata, il-qorti tat raġun lil ulied Daphne Caruana Galizia li l-investigatur fil-każ tal-qtil ta' ommhom mhuwiex investigatur kredibbli minħabba l-kunflitti ċari ta' interess li għandu.", "Dan għaliex kull filgħaxija jaqsam l-istess sodda ma' persuna li l-eżistenza politika tagħha tiddependi kompletament fuq l-appoġġ ta' dawk li messhom huma suspettati prinċipali f'dan il-każ.", "Qed ngħid \"messhom\" għax mhumiex.", "Taħt l-għajnejn attenti u politikament motivati ta' Silvio Valletta, il-pulizija qagħdet attenta li tevita li mqar tipprova tiftaħ xi tip ta' inkjesta dwar politiċi li għandhom ikunu investigati bħala persuni b'interess fil-qtil ta' dik li kienet l-aktar ġurnalista kritika fil-konfront tagħhom – kif iddeskrivewha huma stess – jekk xejn, biex għall-inqas inaddfu isimhom u jitneħħew minn fuq il-lista tas-suspettati.", "Attivisti li kienu mistiedna biex jiltaqgħu ma' Keith Arnaud, li qed imexxi l-prosekuzzjoni f'dan il-każ, qaluli li meta ġie mistoqsi, Keith Arnaud ikkonferma li l-pulizija ma tkellmet mal-ebda politiku li jista' jkun li kellu motivazzjoni biex jelimina lil Daphne Caruana Galizia bħala att ta' tpattija jew biex ma jħallihiex tkompli bix-xogħol tagħha.", "Meta l-Maġistrat Anthony Vella l-ġimgħa l-oħra talab ir-rekords tat-telefonati ta' Joseph Muscat, Adrian Delia u Chris Cardona, kien qiegħed – almenu kif naraha jien – sempliċiment jibgħat messaġġ li f'dan il-każ il-pulizija ma kinux qed jagħmlu xogħolhom u minflok, qed ikollu jagħmilhulhom hu.", "Għalkemm huwa d-dritt tiegħu li jitlob li jingħata r-rekords tat-telefonati, il-Maġistrat Vella jaf li teżisti l-possibbiltà li dawn ir-rekords m'għadhomx jeżistu issa li tant għadda żmien minn meta seħħ il-każ.", "Imma jekk jirriżulta li dan ikun il-każ, it-tort żgur li ma jkunx tiegħu.", "Hija responsabbiltà tal-pulizija li tinvestiga reat kriminali u waqt li l-Prim Ministru kien mehdi jipprova jbellagħhielna li qed jagħmel minn kollox biex isolvi l-każ, xejn ma jeskludi li Silvio Valletta kien mehdi f'ħidma biex jiżgura li ma ssirx ġustizzja kif suppost.", "Il-qorti llum irrikonoxxiet li almenu jeżisti suspett raġjonevoli li dan jista' jkun il-każ.", "Meta federazzjonijiet internazzjonali tal-ġurnalisti, osservaturi, MEPs u membri ta' Parlamenti oħrajn, bħall-familja tal-vittma, jesprimu dubji serji kemm l-affarijiet f'Malta qed isiru kif suppost u kemm verament irridu li ssir ġustizzja f'dan il-każ, għal dan ikunu qed jirreferu.", "Kollox beda f'dik il-ġurnata tas-16 ta' Ottubru meta Consuelo Scerri Herrera tfaċċat fuq ix-xena tad-delitt u mbagħad iffriżat l-investigazzjoni forensika sakemm ġiet biex tiddeċiedi jekk għandhiex tirrikuża lilha nnifisha mill-każ.", "Din ix-xenata kompliet meta wieħed mill-uffiċjali li kienu fuq il-post ħa ritratti tal-partijiet minn ġisem Daphne Caruana Galizia u qagħad jogħrok idejh ixandarhom fuq Whatsapp.", "U kompliet ukoll meta l-gvern ipprova jintimida lill-membri tal-familja tal-ġurnalista assassinata billi jinstiga lill-folol kontrihom waqt li kienu qed jippruvaw jiksbu xi tip ta' protezzjoni għad-drittijiet tagħhom bħala l-eredi ta' mara li ġiet imċaħħda mid-dritt sagrosant tal-ħajja.", "Meta fis-16 tax-xahar tmur – jew ma tmurx – quddiem il-qrati biex titlob li ssir ġustizzja, tagħmel hekk għax ikun qed iseħħ dan kollu u għaliex tkun fhimt – jew forsi ma tkunx fhimt – li jekk Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha jiġu mċaħħda mill-ġustizzja, allura anke int tista' tiġi mċaħħad milli ssir ġustizzja miegħek kull meta tiġi bżonnha.", "Illum, qorti f'Malta ddikjarat li jekk Silvio Valletta ma jitneħħiex mill-investigazzjoni u x-xogħol kollu li għamel ma jerġax jiġi rivedut, se jibqgħu dubji serji kemm qed issir verament ġustizzja.", "Probabbli li din id-deċiżjoni issa tiġi appellata minn gvern li jrid jiżgura li qatt ma nsiru nafu min ordna l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ara kemm hemm raġunijiet għalfejn għandna nibqgħu għaddejjin nipprotestaw.", "Previous: Fejn huma l-provi?", "Next: Se jagħmlu minn kollox?", "Il-Gvern jirrombla fuq id-drittijiet fundamentali.", "L-Oppożizzjoni ma titniffisx. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/titwila-wara-l-purtiera-tal-hadid/", "date": "Thu, 7th Jun '18, 10:32", "category": "blog, politics, government", "title": "Titwila wara l-purtiera tal-ħadid", "text": ["Ħafna, ħafna snin ilu, ferm qabel ma ommi bdiet tħallini mmur kunċerti tal-mużika rock, Tina Turner kellha gig fil-Furjana.", "Kienet is-sena 1990.", "Jien ma kontx hemm.", "Imma n-nies kienu rritornaw minn dak il-kunċert jgħidu li kienet tat spettaklu mill-aqwa.", "U li Michael Frendo, dak iż-żmien ministru tal-kultura, kien tela' fuq il-palk biex jilqa' lill-kantanta.", "Dakinhar kien hemm min tgħidx kemm stagħġeb li l-politiċi jħobbu jindaħlu fejn ma jesagħhomx.", "Eventwalment, għadda ż-żmien u waqt li jiena kbirt u ommi bdiet tagħtini l-permess nattendi għall-kunċerti rock, il-politiċi wkoll bdew jifhmu li posthom mhux fuq il-palk imma fis-sitt filliera minn quddiem.", "Jien ma kontx preżenti għall-kunċert ta' Anastacia lbieraħ, u allura qed noqgħod fuq ir-rapporti li wasluli mingħand min attenda għall-kunċert.", "Il-kantanta tat spettaklu tajjeb ħafna u l-ebda Ministru ma tela' fuq il-palk.", "Imma b'xi mod jew ieħor, fil-kummenti tagħha, xorta rreferiet għall-mexxejja supremi ta' pajjiżna meta semmiet lill-Prim Ministru u lil wieħed mid-deputati tiegħu.", "Apparentement, esprimiet il-gratitudni tagħha lejhom talli ngħatat il-permess li tagħti kunċert f'pajjiżna.", "Ma nafx xi struzzjonijiet tawk, Ms Anastacia, imma hawnhekk m'għandekx bżonn il-permess tal-prim ministru biex tkanta fil-pubbliku.", "Għalkemm jidher li hu jaħseb li għandek bżonn il-permess tiegħu!", "Jidher li kien hemm min tgħidx kemm ċapċap għal din l-attitudni servili li tfakkarna fi żmien il-purtiera tal-ħadid għalkemm kien hemm oħrajn li ħassewhom imbarazzati.", "Lanqas timmaġinak titla' fuq il-palk fl-Istati Uniti u tirringrazzja lil Donald Trump talli ħalliek tkanta f'kunċert!", "Konna qed nittamaw li f'Malta wasalna fl-istadju li l-affarijiet isiru bl-istess mod.", "Għal xi żmien, almenu, hekk konna naħsbu."]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/emoragija/", "date": "Sun, 3rd Feb '19, 09:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Emoraġija", "text": ["Il-Partit Nazzjonalista jinsab eżatt fejn iriduh tal-Labour: tant jinsab lura li għadu stordut.", "Mir-riżultat tas-sondaġġi li xandar illum il-ġurnal MaltaToday, jirriżulta li għal kull persuna li bi ħsiebha tivvota PN, hemm tnejn li ser jivvotaw Labour.", "U n-numru ta' dawk li mhux bi ħsiebhom jivvutaw – jiġifieri 13% – baqa' stabbli.", "Dawk li m'humiex ċerti kif ser jivvutaw issa kważi rdoppja u dawn jammontaw għal madwar kwint ta' dawk li ġew intervistati.", "Ir-riżultati li kisbu tal-PD u tal-AD baqgħu negliġibbli.", "Ir-riżultati juru wkoll li, kieku l-PN ikollu l-ħila li jżomm flimkien lill-votanti tiegħu, jista' saħansitra jgħaddi lil tal-Labour.", "Iżda l-votanti tal-PN huma maqsumin fi tliet gruppi: grupp imdaqqas għadu jappoġġjah, grupp ieħor mhux lest li jivvutalu u t-tielet grupp jikkonsisti f'dawk li għadhom bejn ħalltejn.", "Nieħdu b'eżempju lil dawk li fl-2017 ivvutaw PN.", "Illum 42% minn dawn igħidu li m'humiex lesti li jivvutaw PN.", "Wħud minnhom se jivvutaw Labour jew lil PD.", "Numru mdaqqas ta' dawn in-nies jigħid li m'humiex ser jivvutaw.", "U kwint minn dawn m'humiex ċerti x'ser jagħmlu.", "Hemm spjegazzjoni faċli għal dan kollu.", "Il-PN qed jidentifika ruħu wisq mal-mexxej tiegħu Adrian Delia u n-nuqqas ta' popolarità tiegħu qed tniżżel lill-partit fil-qiegħ miegħu.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 lil Adrian Delia ma jafdawħx.", "Hemm 53% li jew jafdaw aktar lil Joseph Muscat jew igħidu li ma jafdaw lil ebda wieħed minnhom jew inkella m'humiex ċerti lil min għandhom jafdaw.", "Adrian Delia mhux biss qed jitlef votanti li s-soltu kienu jivvutaw lill-partit tiegħu: kważi ebda wieħed minn dawk li ma vvutax PN fl-2017 igħid li jafdah.", "Lanqas biss jissemma' minn dawk li vvutaw Labour fl-2017 u jissemma' minn numru ċkejken ħafna minn dawk li ma vvutawx fl-2017.", "Bħalma jiġri kull xahar, issa se jkun hemm is-soltu kontroversji.", "Min jaħti għall-fatt li l-PN mhux biss tilef ir-rilevanza tiegħu fil-kamp politiku iżda tilef ukoll il-ħila li jisfida lil tal-Labour fit-tellieqa għall-poter, tant li l-pajjiż spiċċa b'partit wieħed?", "Dan m'hu rilevanti xejn Partit politiku m'huwiex patologu forensiku.", "L-akkademiċi u l-kummentaturi biss għandhom il-ħila li jispjegaw ir-raġunijiet għaliex tkun seħħet mewta.", "Xogħol partit politiku hu dak li jippreżenta ruħu bħala għażla vijabbli għaċ-ċittadini.", "X'jeħtieġ li jseħħ biex il-Partit Nazzjonalista jibda' jintebaħ li vot unanimu stil Sovjetiku fil-Kumitat Eżekuttiv b'vot meħud bl-idejn ma jrebbaħlux l-elezzjonijiet?", "X'jeħtieġ li jseħħ biex il-Partit Nazzjonalista jintebaħ li lanqas jekk ikollu l-appoġġ ta' dawk kollha li vvutawlu fl-2017, dan ma jkunx biżżejjed biex iġib riżultat aħjar mill-aħħar telfa umiljanti li kellu?", "U issa lanqas għandu l-ħila li jiġbor warajh nofs dan il-grupp ta' nies biex jgħidu li għandhom fiduċja fil-mexxej.", "X'jeħtieġ li jseħħ biex dan il-partit politiku jkun jixraqlu li jerġa' jissejjaħ hekk?", "Previous: Repubblika trid sehem fid-diskussjonijiet dwar riformi Kostituzzjonali Next: Allura Franco Debono għandu liberta' aktar milli kellha Daphne Caruana Galizia? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/partit-liberali-germaniz-isejjah-ghat-tnedija-ta-investigazzjoni-ewropea-dwar-il-qtil-ta-daphne-caruana-galizia/", "date": "Wed, 17th Oct '18, 15:16", "category": "blog, politics, government", "title": "Partit Liberali Ġermaniż isejjaħ għat-tnedija ta' investigazzjoni Ewropea dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia", "text": ["Hekk stqarret Gyde Jensen, il-kelliema dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Partit Liberali Ġernamiż – FDP – u president tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem: \"Il-qtil tal-ġurnalista Maltija Galizia hi tebgħa sewda fuq l-istorja tal-Ewropa.", "Diffiċli wieħed jemmen li l-mandanti tad-delitt għadhom jiġġerrew barra.", "Hemm bżonn li jinstab tarf tal-assassinju u biex iseħħ dan, jeħtieġ li l-investigazzjoni tinbeda' mill-ġdid u tkun immexxija minn investigaturi indipendenti Ewropej.", "Mhix aċċettabbli r-reżistenza li qed jagħmel għal dan il-gvern Malti.", "Il-Gvern Federali u l-Unjoni Ewropea ma jistgħux ikomplu jħallu l-valuri bażiċi jibqgħu jiġu njorati.", "Il-qtil riċenti ta' diversi ġurnalisti hi prova li twaħħax li, anki fl-Ewropa, l-libertà tal-istampa mhix fuq sisien sodi. \"", "Dan huwa żvilupp li huwa ħafna aktar sinjifikanti milli jidher ma' l-ewwel daqqa t'għajn.", "Il-Partit Liberali għandu 11% tas-siġġijiet fil-Parliament Ġermaniż iżda l-istqarrija li għamel turi li madwar l-Ewropa qed tinfirex il-fehma li l-gvern ta' Malta għandu l-faħam miblul u li l-komportament tiegħu mhuwiex aċċettabbli f'soċjetà Ewropea.", "Bl-elezzjonijiet Ewropej fuq ix-xefaq, is-soċjalisti Ewropej – u partikolarment is-soċjalisti Ġermaniżi – ma jistgħux jinjoraw din il-fehma ġenerali u ser ikollhom jibdew iħarsu lejn ir-relazzjoni tagħhom mal-Partit Laburista ta' Joseph Muscat minn lenti ġdida.", "Il-partiti politiċi Ewropej jidher li fehmu li Joseph Muscat qed ifittex li jingħata assoluzzjoni għall-ħażin kollu li wettaq permezz ta' xi ħatra fl-Unjoni Ewropea.", "Jeħtieġ li Joseph Muscat ma jitħalliex jakkwista xi ħatra prominenti fl-Unjoni Ewropea wara Mejju 2019 mhux biss biex ma jiġix ippremjat iżda wkoll biex jiġi evitat li l-Ewropa jkollha terfa' s-salib tiegħu minħabba għemilu u minħabba dak li għad irid jinkixef dwar dan l-għemil.", "Is-soċjetà ċivili ta' Malta għandha responsabbiltà li tinsisti mhux biss li ssir ġustizzja f'Malta iżda li tassigura wkoll li l-bqija tal-Ewropa ma tiddakkarx mill-korruzzjoni li tħalliet tinfirex f'pajjiżna.", "Hu dmir tagħna li nagħmlu li nistgħu biex nassiguraw li Joseph Muscat jibqa' hawn Malta biex jiffaċċja l-konsegwenzi politiċi talli ta l-kenn u l-protezzjoni tiegħu lil Keith Schembri, lil Konrad Mizzi u lil Chris Cardona.", "M'għandna ebda \"dejn\" mal-Ewropa.", "Iżda għandna d-\"dejn\" mal-kuxjenza tagħna.", "Lil Joseph Muscat ma sirniex nafuh il-bieraħ: ikun ta' periklu għall-Ewropa kollha li kieku kellu jingħata xi ħatra fl-Unjoni Ewropea.", "Bħala pajjiż diġà għamilna żball darba.", "Meta John Dalli nħatar bħala Kummissarju Ewropew, aħna l-Maltin konna diġà nafu x'isarraf ħafna aktar mill-Ewropej.", "Huwa minnu li dak iż-żmien ma konniex nafu dettalji daqs kenn sirna nafu llum u m'hemmx dubju li hemm ħafna aktar stejjer x'wieħed isir jaf.", "Iżda l-punt hu li konna nafu x'isarraf John Dalli u ma missna qatt ħtarnieh fl-Ewropa biex inkunu nistgħu neħilsu minnu.", "B'dan l-iżball, il-pajjiż ħasad dak li kien żera'.", "Jeħtieġ li lil Joseph Muscat niqfulu.", "U jista' jserraħ rasu li s-soċjetà ċivili Ewropea kif ukoll ġurnalisti minn madwar id-dinja li issa ntebħu bil-qerq tiegħu, se jagħmlu minn kollox biex jassiguraw li l-għatba ta' xi ħatra fl-Unjoni Ewropea jibqa' ma jirfishiex.", "Previous: La Repubblica: 'Eluf fit-toroq għal Daphne' Next: 'Il-ġurnalisti Maltin jiċċensuraw lilhom infushom\" – organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/ic-cahdiet-li-ghamel-il-prim-ministru-ghan-nom-ta-siehbu/", "date": "Wed, 6th Jun '18, 09:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Iċ-ċaħdiet li għamel il-prim ministru għan-nom ta' sieħbu", "text": ["Ma teżisti ebda spjegazzjoni plawżibbli u loġika għaċ-ċaħdiet kategoriċi u assoluti li għamel Joseph Muscat fil-konfront tal-istorja li jien xandart il-bieraħ dwar il-ħlasijiet ta' aktar minn $430,000 li kien irċieva ċ- chief of staff tiegħu ħames ġimgħat wara li siefru bil-moħbi lejn Baku flimkien ma' Konrad Mizzi u ma' Kurt Farrugia u ma ħadd aktar.", "Mhux possibbli li wieħed jitkellem b'ċertezza dwar il-kontijiet bankarji ta' ħaddieħor.", "Wieħed ċertament jista' jixhed fuq dak li jaf dwar il-karattru ta' ħaddieħor u jista' wkoll jasal biex jaħlef għal ħaddieħor minħabba konoxxenzi u ħbiberiji.", "Iżda qatt ma tista' tkun taf b'ċertezza ħaddieħor x'jista' jkun qed iħawwad fil-borma.", "Meta l-bieraħ ġie sfidat minn Adrian Delia, Joseph Muscat seta' qal: 'Qrajt dak li kiteb Manuel Delia.", "Keith Schembri stess wrieni l-artiklu u assigurani li Manuel Delia fehem il-fatti ħażin u li teżisti spjegazzjoni sempliċi dwar minn fejn ġew dawk il-flejjes.", "Keith Schembri offra li jirriżenja sakemm jitnaddaf ismu iżda jien m'aċċettajtx l-offerta tiegħu.", "Jien stedintu biex ixandar il-verżjoni tiegħu tal-fatti.", "Nixtieq nesprimi l-fiduċja sħiħa fiċ- chief of staff tiegħi'.", "Li kieku verament emmen dak li kien qed jistqarr seta' wkoll qal: 'Irrid inżid li l-ġurnaliżmu ta' Manuel Delia m'huwiex serju u, għalkemm huwa jibqa' fid-dmir li jeżiġi kontabilità minn min għandu s-setgħa, mhux sewwa li jibqa' jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq Keith Schembri.", "Keith Schembri huwa sinjurun kbir u, jrid jew ma jridx, se jkollu depożiti ta' flejjes.", "Jekk jogħġbok erħilu kwiet biex ikompli jgħini nservi lil dan il-pajjiż.'", "Li kieku ried, seta' lissen dan li ktibt iżda fil-fatt ma qal xejn minn dan kollu.", "Minflok, fi żmien sagħtejn minn meta xandart l-istorja, qam fil-Parlament u lill-istorja tiegħi sejjħilha qlajja'.", "Ejjew naraw il-kuntest sħiħ.", "L-ewwel, meta nirriflettu dwar il-mod kif taħdem din l-amministrazzjoni, ż-żjara li kienet saret f'Baku jkun jeħtieġ li nżommuha f'moħħna.", "Għalkemm m'għamiltx riċerka, ninsab ċert li qatt ma ġrat qabel li kap tal-gvern ta' Malta jsiefer fuq żjarat uffiċjali mingħajr ma jkollu miegħu xi mpjegat taċ-ċivil jew xi rappreżentant diplomatiku.", "Lest nilgħab imħatra li, mill-1921 'l hawn, ma kien hemm lanqas Prim Ministru Malti wieħed li għażel li jsiefer biex jiltaqa' ma' kap ta' gvern jew kap tal-istat ta' pajjiż ieħor mingħajr ma kellu miegħu jakkumpanjawh fid-delegazzjoni xi persuna permanentement impjegata mal-gvern.", "Dan il-fatt biss huwa biżżejjed biex iqajjem tħassib serju.", "U kien ta' tħassib serju ferm akbar il-fatt li l-laqgħa kienet saret ma' wieħed mid-dittaturi l-aktar korrotti li hawn fid-dinja. https://manueldelia.com/wp-content/uploads/2018/06/videoplayback-11.mp4 It-tieni, iż-żjara kienet saret bil-moħbi.", "Irridu niftakru li dan huwa gvern li jħobb jidher.", "Iżda dwar din iż-żjara ma kienu tniffsu ma ħadd.", "Jew kważi ma ħadd.", "Għax Reno Bugeja kien jaf biha u għal din iż-żjara għażel li jmur hu stess minflok bgħat lil ħaddieħor.", "Iżda, f'ħin bla waqt, ġrat xi ħaġa.", "Fi triqtu lejn Baku, Reno Bugeja b'xi mod tilef it-triq u minn Pariġi – mill-postijiet kollha – għamel tabirruħu li kien qed jirrapporta dwar iż-żjara bid-differenza li kien ġie mitmugħ direttament minn Kurt Farrugia u Reno rrapporta dak kollu li rrakkontalu Kurt.", "It-tielet, il-ġrajjiet li seħħew wara dik iż-żjara.", "Joseph Muscat jerġa' jerħilha lejn Baku.", "Bint Ilham Aliyev tiġi Malta.", "U Konrad Mizzi jkompli biż-żjarat ġej u sejjer lejn Baku, post li kien diġa' żar għal tliet darbiet fl-2014.", "Il-qofol intleħaq meta seħħ il-ftehim notorju mas-SOCAR li lkoll qed inħallsu għalih minn imneħirna.", "U wara li dan il-ftehim inżamm mistur għal diversi snin, ġie mxandar f'forma li tant kienet redatta li rrendewh totalment bla sugu.", "Sirna nafu biss x'kien ġie ffirmat f'isimna meta xandret l-informazzjoni The Daphne Project.", "U allura meta fil-Parlament Joseph Muscat \"kategorikament\" jiċħad kulma kellu jew ma kellux x'jaqsam ma' din il-konfoffa, aħfrulna jekk neħduh b'niskata melħ.", "Il-fatti jibqgħu li f'Jannar 2015 Keith Schembri tħallas aktar minn $430,000, ftit ġimgħat biss wara ż-żjara li kienu għamlu f'Baku.", "Ma rajt b'għajnejja ebda prova li turi li kienet saret xi verifika dwar minn fejn kienu ġejjin dawn il-flejjes jew inkella li l-ħlasijiet kienu ġew indikati bħala suspettużi.", "Keith Schembri huwa bniedem għani — għalkemm jekk, kif iddikjara, mill-2010 'l hawn kellu dħul medju ta' €2,800 fix-xahar min-negozji tiegħu, jinsab komdu iżda ċertament mhux xi sinjur warrab wiċċek — iżda anke jekk ma jiftakarx li tliet snin ilu kien tħallas $400,000 f'xahar wieħed, m'għandux jieħu wisq żmien biex jagħti spjegazzjoni raġjonevoli, jekk din teżisti.", "Minflok jispjegaw, jiċħdu kif dejjem ċaħdu kollox bit-tama li dawk li kixfu l-borom ma jkunux f'pożizzjoni li jxandru l-provi li jafu li jeżistu.", "Dan huwa eżatt dak li seħħ meta Daphne Caruana Galizia kienet kitbet li Keith Schembri (u Konrad Mizzi) wara biss ġimgħa li kienu ilhom fil-poter ħolqu kumpannija sigrieta fil-Panama.", "Kienu qalu li dan ma kienx minnu.", "Sakemm kollox ġie konfermat b'riħet il- Panama Papers.", "Biċ-ċaħdiet għaddewha lixxa dak iż-żmien u reġgħu għaddewha lixxa drabi oħra.", "Iżda r-reazzjoni tagħhom tikxifhom.", "Meta stqarr b'ċertezza li l-istorja li jien xandart hi biss qlajja', Joseph Muscat għamel tiegħu in-nuqqasijiet u d-dnubiet taċ- chief of staff tiegħu.", "Għaliex in-nuqqasijiet u d-dnubiet ta' Keith Schembri huma fil-fatt tiegħu wkoll.", "Dwar din istorja, il-kbir għadu ġej.", "Previous: Il-ħlasijiet misterjużi lil Keith Schembri: il-Prim Ministru jiċħad kollox fil-Parlament.", "Iżda dan kif jista' jaf biċ-ċert?", "Next: Għaddiet sena window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/ghaddiet-sena/", "date": "Wed, 6th Jun '18, 12:17", "category": "blog, politics, government", "title": "Għaddiet sena", "text": [" Sena ilu bħal-lum kont poġġejt bil-qiegħda biex nixtarr fuq ir-riżultati tal-elezzjoni ġenerali.", "L-artiklu bit-titlu It hurts, doesn't it? kien fiħ madwar 3,000 kelma u kien twil wisq biex jixxandar fil-Facebook.", "Allura ddeċidejt li noħloq Blogger account b'xejn biex inkun nista' noħloq link mal-Facebook.", "Daphne Caruana Galizia qrat l-artiklu u għamlet link għal mal-blog tagħha f' post intitolat 'Din hi r-raġuni għala l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni' .", "Dak il- post qrawh aktar minn 60,000 ruħ u għadu sal-lum post li hu fost l-aktar li nqara' f'din l-aħħar sena li fiha twieled manueldelia.com.", "M'għandniex xi ngħidu, kull min kien żar il-post ta' Daphne Caruana Galizia ħaseb li kien se jaqra' l-analiżi tagħha tar-riżultati tal-elezzjoni (u mhux tiegħi) u din kienet ir-raġuni għan-numru daqshekk kbir ta' qarrejja.", "Dan il-blog issa għalaq sena. jekk għadek sal-lum taqraħ, nirringrazzjak.", "M'intix waħdek.", "Matul l-aħħar 30 jum żaru l-blog 53,000 ruħ individwalment li bejniethom żaruh 279,000 darba.", "83% żaruħ minn Malta. il-bqija żaruħ minn 140 pajjiż differenti minn madwar id-dinja, l-aktar mir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Italja, l-Belġju, l-Ġermanja, Franza, l-Awstralja, l-Olanda u l-Lussemburgu fejn hemm numru kbir ta' residenti Maltin.", "Persuni mill-Indoneżja, miż-Żimbabwe, min-Nigerja u mill-Afrika t'Isfel żaruħ ukoll.", "Nimmaġina li ħbieb antiki li ħdimt magħhom fl-imgħoddi minn dawn il-pajjiżi żaruħ biex jaraw x'inhu għaddej.", "Dan il-blog sar ukoll form għad-dibattitu b'medja ta' 3000 kumment fix-xahar u b'aktar minn 6,000 vot.", "Nirringrazzjakom talli ħloqtu dibattitu interessanti.", "Fl-aħħar 90 jum dawn kienu l-istejjer li nqraw l-aktar: fin-numru 10, Ir-raġunijet għala l-PN jinsab daqshekk minn taħt (li m'għandhomx x'jaqsmu ma' Adrian Delia) Numru 9: Kris Bajada għandu jagħti aktar minn €110,000 fuq karrozzi lussużi .", "Numru 8: Araw x'hemm wara d-diskors kollu dwar il-laptop.", "Number 7: Jekk int elitist, taqrax dan li ġej .", "Numru 6: Mart Ali Sadr għandha permess biex appartament kbir fi Triq it-Torri taqsmu f'żewġ appartamenti biex tkun ġara mas-CEO tal-Pilatus Ghanbari .", "Numru 5: il-verżjoni fil-lingwa Maltija ta' If not now .", "Jekk mhux issa .", "Numru 4: Nisa u karrozzi tat-tlielaq.", "Nammetti li r-ritratt li ġie nkwadrat seta' ħajjar aktar lil dak li jkun biex iżur dan l-artiklu.", "Numru 3: Korruzzjoni minn Kastilja: Keith Schembri mogħti 5000 metri kwadrati ta' art pubblika lejlet l-elezzjoni tal-2017.", "Numru 2: Star Comment: Minn missier Daphne Michael Vella.", "U l-artiklu li nqara' l-aktar matul l-aħħar 90 jum huwa wieħed riċenti ħafna: Mixli kif inhu b'akkuża li wettaw attentat vjolenti u indiċenti kontra l-persuna ta' mara ta' 22 sena, John Suda jieħu sehem bħala preżentatur f'wirja ta' moda", "Previous: Iċ-ċaħdiet li għamel il-prim ministru għan-nom ta' sieħbu Next: Jannar 2015: in-'new funds' ta' Keith Schembri window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/l-istqarrijiet-finanzjarji-tal-kasco-group-juru-li-n-negozji-ta-keith-schembris-kellhom-telf-minn-qabel-l-elezzjoni-tal-2013/", "date": "Sun, 3rd Jun '18, 17:50", "category": "blog, politics, government", "title": "L-istqarrijiet finanzjarji tal-Kasco group juru li n-negozji ta' Keith Schembri's kellhom telf minn qabel l-elezzjoni tal-2013", "text": ["Minkejja l-impressjoni li pprova jagħti li d-dħul li għandu minn negozji tiegħu huma tali li ma jistax jitħajjar li jkun korrott, l-istqarrijiet finanzjarji konsolidati li ġew ippreżentati mill-Kasco Group jindikaw li Keith Schembri ddikjara dħul minn negozji tiegħu li huwa ħafna inqas min dak li jistqarr li għamel.", "Fl-2011 il-Kasco Group iddikjara profitt miżeru ta' €18,895.", "Matul dik is-sena Keith Schembri tħallas salarju ta' €34,912 mill-grupp tiegħu.", "Mill-2012 sal-2014 il-Kasco Group għamel telf kull sena minkejja l-fatt li mill-2013 ma kompliex igħaddi flejjes lil Keith Schembri.", "Il-profitti marġinali li saru fl-2015 u fl-2106 ma kinux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għat-telf nett tat-tliet snin ta' qabel.", "Fuq medda ta' sitt snin mill-2010 sal-2016 id-dħul tal-Kasco Group naqas b'16%.", "Il-medja tal-profitt u tat-telf matul dan il-periodu ta' 6 snin tindika li l-Kasco Group għamel profitt medju kull sena ta' €57,691 u li ma kien tħallas xejn lil Keith Schembri bejn l-2013 u l-2015.", "Anke jekk wieħed jieħu dawn it-3 snin in konsiderazzjoni, Keith Schembri daħħal f'butu €33,824 fis-sena min-negozji tiegħu li jammonta għal salarju gross ta' €2,800 fix-xahar.", "Dan id-dħul kollu huwa konsiderevolment inqas mid-dħul li għandu bħala chief of staff tal-prim ministru.", "Kif xehed fil-Qorti fis=16 ta' Ottubru 2017 u kid ġie rrappurtat fl-aħħar post ta' Daphne Caruana Galizia's ftit minuti qabel inqatlet : \"Is-salarju tiegħu mingħand il-gvern, qal is-Sur Schembri, għalih huwa biss karawett għaliex huwa żamm il-kumpanniji tiegħu u huwa proprju minn hemm li jagħmel il-flus.\"", "Madankollu jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l- accounts tan-negozji ta' Keith Schembri wieħed għandu jintebaħ li dak li stqarr huwa pjuttost eżaġerat.", "Il-Kasco Group jinkludi lil Kasco Recyling, lil Kasco Trading, lil Kasco, lil FSV and u lil Graphic Supplies.", "Sid dawn il-kumpanniji huwa Keith Schembri.", "Barra minn dan, hemm ukoll il-Kasco Engineering, it-Tekhne Industrial, il-Berner Malta – kumpannija bi sħab bejn Keith Schembri u Malcolm Scerri jew kumpannija oħra ta' Malcolm Scerri – u t-3 City Designs li s-sidien tagħha huma Keith Schembri u martu Josette Schembri Vella.", "L-aħħar accounts li saru għall-Kasco Group huma għas-sena finanzjarja li ntemmet fl-2016.", "Il-kapital tal-Grupp baqa' ma nbidilx għal 6 snin qabel l-2016.", "Previous: Tal-AUM daħku bil-kummissjoni ta' Martin Scicluna – skond eks-għalliem Next: Kif iġib ruħu l-ħati window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/ir-ragunijiet-ghala-l-pn-jinsab-daqshekk-minn-taht-li-mghandhomx-xjaqsmu-ma-adrian-delia/", "date": "Mon, 4th Jun '18, 08:41", "category": "blog, politics, government", "title": "Ir-raġunijiet għala l-PN jinsab daqshekk minn taħt (li m'għandhomx x'jaqsmu ma' Adrian Delia)", "text": ["Il-Partit Nazzjonalista kellu laqgħa tajba f'Ħaż-Żabbar il-bieraħ għallinqas kif jidher mit-tbissim fuq wiċċ dawk li jidhru fir-ritratti.", "Waħda mill-aktar sitwazzjonijiet ibsin għal kull politiku tasal kull meta, jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, jkollhom iżommu espressjoni kalma fuq wiċċhom.", "Jibdew bil-kolazzjon bis-smigħ tal- Vesti la Giubba u bil-qari tal- Malta Today qabel jaqbdu t-triq li twassal biex iżommu ħajjin l-aspettattivi għoljin tal-partitarji tagħhom.", "Ir- raba' kampjun imxandar kull xahar in fila jikkonferma li Joseph Muscat ma tilef xejn mill-appoġġ tiegħu minkejja nuqqasijiet rekord f'dik li hi governanza tajba u minkejja l-korruzzjoni.", "U minkejja n-nuqqasijiet rekord f'dik li hi governanza tajba u f'dik li hi korruzzjoni, l-appoġġ għal Adrian Delia m'huwiex jiżdied.", "Għal kull persuna li esprimiet fiduċja f'Adrian Delia, hemm tnejn li jesprimu fiduċja f'Joseph Muscat.", "Aktar minn disa' persuni minn kull għaxra li s-sena l-oħra vvutaw Labour iddikjaraw li hekk bi ħsiebhom jerġgħu jivvutaw, ħaġa mhux tas-soltu għal gvern li jkun jinsab fl-ewwel sena tat-tieni leġislatura tiegħu.", "Sitt persuni biss minn kull għaxra li vvutaw PN is-sena l-oħra ddikjaraw li bi ħsiebhom jerġgħu jivvutaw PN.", "Numru żgħir ħafna minn dawk li vvutaw PN fl-2017 qalu li issa jkunu lesti jivvutaw Labour.", "Il-biċċa 'l kbira ddikjaraw li mhux se jivvutaw jew li għadhom ma ddeċidewx.", "Dan huwa r-raba' kampjun in fila u anke f'dawn il-livelli ma jidher li ma teżisti ebda xejra ta' titjib, żgħira kemm hi żgħira, fl-appoġġ għall-PN.", "Minkejja l-ħafna teoriji u argumenti li x'uħud iqanqlu privatament, il-qarrejja tat-tip minn Tas-Sliema ta' Daphne Caruana Galizia — il-famużi hekk imsejjħa \"elitisti\" — ma jammontawx għal 35% ta' dawk li vvutaw PN fl-2017.", "Dan qed jingħad la minħabba kwistjonijiet ta' ġografija (id-differenzi bejn dawk li vvutaw PN fl-2017 minn naħa ta' fuq u dawk minn naħa ta' isfel huma sottili u mhux ċari) u lanqas minħabba limitazzjonijiet kulturali.", "Kuntrarjament għall-mod kif qed jirraġunaw wħud oħra, dan ir-riżultat ma nħoloqx tort ta' xi qasma fil-grupp parlamentari jew, anqas u anqas, minħabba l-kritika ta' xi blogger li għall-grazzja t'Alla ma baqax fil-politika attiva wara li kienet saret ċerta riforma fil-qasam tal-karrozzi tal-linja.", "Lanqas – kif qed jinsistu xi oħrajn – m'huwa tort tal-stejjer li kienet xandret dik il-ġurnalista li spiċċat b'ħajjitha maħsuda u li forsi setgħet treġġa' lura l-akkużi li kienet xandret bis-saħħa tal-kontenut ta' intervista mxandra fuq The Malta Independent on Sunday .", "Fil-fehma tiegħi hemm diversi raġunijiet għaliex għad hemm differenzi kbar fl-appoġġ li jgawdu ż-żewġ partiti fi żmien meta tal-Labour żgur ma jistħoqqlux il-fiduċja tan-nies.", "Erba' minn dawn ir-raġunijiet huma dawn: L-ewwel nett, il-PN ma jidhirx li għad għandu l-ħila li kellu fl-imgħoddi li jimmobilizza l-partitarji.", "Dan in-nuqqas ta' ħila ma bediex is-sena li għaddiet.", "L-elezzjoni tal-2017 kienet biss il-qofol ta' xejra li kienet ilha li bdiet bejn wieħed u ieħor fl-1998 u li minn dakinhar 'l hawn bdiet tiddgħajjef il-ħila f'dak li hu mmobilizzar tal-għeruq tal-partit.", "Mis-sena li għaddiet 'l hawn, is-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar.", "Dawn l-għeruq – dawk li għad fadal – jidhru li huma aktar iffukati fuq iż-żamma tal-appoġġ ta' votanti Nazzjonalisti xettiċi milli fuq il-kisba tal-voti minn naħa tal-votanti Laburisti.", "U huwa proprju dan li qed jindikaw ir-riżultati.", "It-tieni, apparti fejn jidħlu kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-abort jew li jistgħu jwasslu għall-abort, il-PN qed jidher dgħajjef f'bosta kwistjonijiet ta' policy .", "Filwaqt li jidher li l-PN aċċetta b'ruħu u ġismu l-kunċett li l-ekonomija sejra tajjeb, ma jidhirx li l-partit għandu xi pjan ekonomiku alternattiv.", "Malli tal-Labour ma jibqgħux jitkellmu dwar ċerti kwistjonijiet, tal-PN jagħmlu l-istess.", "Għalkemm il-PN jidher li kkonsolida lill-votanti konservattivi nsara tiegħu (jista' wkoll jagħti l-każ li votanti konservattivi nsara Laburisti jfittxu l-kenn tal-PN jekk il-kwistjoni dwar l-abort tkompli tiħrax), l-ambjentalisti, l-umanisti soċjali u dawk li qed jinsistu favur l-indafa u t-trasparenza f'dik li hi governanza m'humiex isibu wisq interess minn naħa tal-politiċi fil-qasam li jimmilitaw fiħ.", "It-tielet, fost l-elettorat il-mexxejja tal-PN tal-lum ma jispirawx fiduċja li għandhom il-ħila li jservu fil-gvern tal-pajjiż.", "Fl-imħuħ tan-nies, Edward Scicluna – bl-\" u ejja come on \" tiegħu, bin-nuqqas ta' etika u bil-vujtaġni politika tiegħu b'kollox – xorta waħda għadu meqjus bħala l-Ministru tal-Finanzi mill-aktar ovvju, ħafna aktar minn Kristy Debono.", "Ma nafx x'jista' jiġri biex tinbidel din il-perċezzjoni.", "Hija verament ħaġa li tnikket meta tara lin-nies jippreferu lil vagabondi bħal Chris Cardona li jfittxu l-kumpannija ta' prostituti, li jinfexxu fix-xorb u li jitħalltu mal-assassini.", "Iżda dawk huma l-fatti.", "Ir-raba', il-mod lagħqi li biħ il-mezzi tax-xandir tal-partit qed jirrappurtaw l-attivitiajiet tal-mexxej qed inaffar bis-sħiħ lil min m'huwiex fanatiku u li jivvota PN jiġri x'jiġri.", "Dawk li tradizzjonalment jivvutaw PN iżda li sal-lum għadhom xettiċi dwar il-kap tal-partit mhux se jimpressjonaw ruħħom b'rappurtaġġ bħal dan fuq Adrian Delia u fuq dawk ta' madwaru, minkejja t-tgħanniq u l-bews kollu.", "Affarijiet bħal dawn imxandra fuq it-televiżjoni tal-Korea ta' Fuq ma jħallu ebda effett u wisq inqas m'huma se jħallu xi effett hawn.", "Biex inkun ġust, irrid ngħid li f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm ftit taċ-ċaqlieq u xxandru stejjer jaħarqu dwar il-gvern iżda dan ma kienx biżżejjed biex seta' ħalla xi effett fuq is-sondaġġi.", "U fil-frattemp, filwaqt li x-xandir tal-PN donnu iktar moħħu li joħloq fan club aktar milli joħloq moviment politiku, qed tinħela l-opportunità li permezz ta' dawn il-mezzi jintlaħqu wħud minn dawk is-70,000 li qed igħidu li se jivvotaw Labour u li jifformaw id-differenza li bħalissa teżisti bejn iż-żewġ partiti.", "Dawn huma biss erba' mir-raġunijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' Adrian Delia, mal-ħiliet tiegħu jew man-nuqqas tagħhom, jew inkella mal-kwistjonijiet li kellu dwar ħlas ta' taxxa.", "Iċ-ċifri huma dawk li huma u ebda twaħħil tat-tort b'rabja fuq dak jew fuq l-ieħor jew inkella ħafna ċapċip u entużjażmu fil-każini m'hu se jbiddel dan il-fatt.", "Previous: Kif iġib ruħu l-ħati Next: Ġera warajh window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/kif-igib-ruhu-l-hati/", "date": "Mon, 4th Jun '18, 06:44", "category": "blog, politics, government", "title": "Kif iġib ruħu l-ħati", "text": ["Il-mod kif ġab ruħu Chris Cardona hu u jipprova jżomm fil-wiċċ wara li ħarrek lil Daphne Caruana Galizia meta din 17-il xahar ilu xandret l-aħbar li kien f'burdell m'hu xejn ħlief komportament ta' min fil-fatt huwa ħati.", "Min ikun innoċenti jidħol il-qorti, iġib ir-raġunijiet għaliex ħassu libellat, jippreżenta l-provi biex jirribatti dak li jkun ġie mixli biħ, jesprimi għadab u jitlob rimedju mill-aktar fis possibbli.", "Min ikun ħati jhedded, jiżżerżaq, jiskansa u jigdeb.", "U jagħmel minn kollox biex jipprova jintimida.", "Għal dawn l-aħħar 8 xhur, Chris Cardona naqas li jattendi għas-seduti tal-Qorti f'dan il-każ.", "Iżda m'ażżardax iċedi l-kawża ta' libell li kien għamel kontra Daphne Caruana Galizia biex żgur ħadd ma jifhem pass bħal dan bħala xi forma ta' ammissjoni.", "Iżda l-avukati tiegħu għamlu kull xorta ta' pressjoni biex il-werrieta tagħha jaqblu li tiġi ċeduta l-kawża dment li ssir xi forma ta' apoloġija.", "U, m'għandniex xi ngħidu, ta' Caruana Galizia ma kinux lesti li jagħmlu dan.", "Nhar il-Ħamis li għadda, Chris Cardona u l-avukati tiegħu reġgħu rrikorrew għall-pressjoni.", "Dawn issottomettew ir-ritratt li qed jidher hawn isfel bil-għan li joħolqu storja ġdida li tgħid li Daphne Caruana Galizia – din id-darba mhux għax kienet gidbet u li vvintat kollox – kienet ġiet ingannata mill-għejjun tagħha li qatt ma setgħu jkunu jafu fejn kien Chris Cardona.", "U dan għaliex il-messaġġ li ntbagħtilha li kien infurmaha li Chris Cardona kien f'burdell Ġermaniż kien intbgħat lilha minn xi ħadd minn Malta.", "U bħala \"prova\" xandru dan ir-ritratt.", "Dan ir-ritratt mhuwiex prova dwar mil-liema pajjiż intbagħat.", "Veru li għandu numru Malti iżda dan ma jfissirx li ntbagħat minn Malta – ir- roaming għalhekk qiegħed.", "Ir-ritratt jindika wkoll id-data tal-31 ta' Jannar u wieħed irid jiftakar li Daphne Caruana Galizia kienet xandret ir-rapport skandaluż tagħha dwar iż-żjarat ta' Chris Cardona fil-burdell fit-30 ta' Jannar.", "Kien dakinhar li kienet xandret dettalji dwar it-tpinġija li għandu fuq ġismu, dwar id-dagħa li lissen waqt li kien taħt doċċa bl-ilma kiesaħ u dwar dettalji oħrajn jaħarqu.", "Ir-ritratt jindika li dan ittieħed minn screen ta' min kien bgħat il-messaġġ (l-għajn) u mhux ta' min kien irċeviħ (Daphne Caruana Galizia) u dan għaliex il-messaġġi ta' min jibgħat dejjem ikunu fuq in-naħa tal-lemin.", "Diffiċli wieħed jifhem ir-raġuni għaliex l-għejjun – li evidentement ħadu l-prekawzjonijiet kollha biex jgħattu l-identità tagħhom – għall-għarrieda jiddeċiedew li jgħaddu r-ritratt lill-avukati ta' Chris Cardona.", "Sakemm Chris Cardona ma ffalsifikax lil dawn il-messaġġi jew lir-ritratt wara li Daphne Caruana Galizia kienet xandret l-ewwel rapport tagħha.", "Ir-ritratt mhuwiex prova li l-messaġġi huma awtentiċi.", "U, forsi intenzjonalment, qed jitolbu l-impossibbli meta jitolbu lill-qorti ġġiegħel lill-operaturi biex jippreżentaw il-provi 17 il-xahar wara l-fatt.", "Hawn jidher messaġġ li ħejjejt jien u nista' nassigurakom li dan huwa falz għax għamiltu jien stess.", "Iżda l-bużillis hu li l-Ħamis filgħaxija il-gvern xandar stqarrija permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li permezz tagħha qal li Chris Cardona ma kienx deher il-qorti għaliex kellu x'jagħmel.", "Iżda mbagħad qalu: \"jidher li l-avukat tal-akkużati ħataf l-opportunità biex jitlob li l-akkużati, f'dan il-każ il-werrieta ta' Daphne Caruana Galizia, jiġu liberati mill-akkużi miġjuba kontrihom u l-Maġistrat Francesco Depasquale ddeċieda li jikkanċella l-kawżi mil-lista li kellu quddiemu.\"", "Araw ftit il-lingwaġġ li wżaw.", "Il-kelma \"konvenut\" tintuża għal min ikun imħarrek f'kawża ċivili u l-għażla tal-kliem \"akkużati\" u \"jilliberaw lill-akkużati mill-akkużi miġjuba kontrihom\" saret biex tqarraq b'mod malizzjuż.", "Eżattament dwar xiex setgħu ġew mixlija Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia?", "Dawn qed jiġu mixlija li gidbu?", "Dawn qed jiġu mixlija li llibellaw lil Chris Cardona?", "Dawn qed jiġu mixlija li ġibdu ritratt mill- mobile tal-għejjun u li mbagħad għaddewh lill-avukati ta' Chris Cardona?", "Il-fatt li r-raġel u wlied Daphne Caruana Galizia wirtu din il-kawża ta' libell flimkien ma' oħrajn huwa konsegwenza tal-fatt li l-kawżi ta' libell huma kawżi ċivili u l-kawżi ċivili jintirtu bħad-djun.", "Iżda l-użu tal-istrutturi tal-istat – bħalma huma l-istqarrijiet uffiċjali u t-taħrikiet kontra tlitt irġiel li ma jistgħux jixhdu għax igħixu barra 'l pajjiż u ma jafu xejn dwar il-każ – minn Malta — m'hu xejn ħlief att ta' intimidazzjoni sfaċċata minn naħa tal-istat.", "U hija wkoll ksur tad-drittijiet umani tal-istess tlitt irġiel.", "Iżda min hu ħati jippretendi li d-drittijiet qegħdin hemm għalih biss.", "Previous: L-istqarrijiet finanzjarji tal-Kasco group juru li n-negozji ta' Keith Schembri's kellhom telf minn qabel l-elezzjoni tal-2013 Next: Ir-raġunijiet għala l-PN jinsab daqshekk minn taħt (li m'għandhomx x'jaqsmu ma' Adrian Delia) window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/the-chase/", "date": "Tue, 5th Jun '18, 07:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Ġera warajh", "text": ["Għamlu pjaċir lilkom infuskom u araw lil Jacob Borg jiġri wara Keith Schembri tul it-triq mill-Qrati tal-Ġustizzja sa Kastilja .", "L-ewwel ħaġa li nosserva hija l-kundizzjoni fiżika tal-ġurnalista.", "Kont inkun b'nifsi maqtugħ bħal ta' Kurt Farrugia nitla' dik it-telgħa imma l-fatt li għandi kemmxejn aktar x'inġor mill-basket wara dahar Jacob Borg jispjega għala minix ġurnalista li niġri wara dak u l-ieħor.", "Imma bħal ma jgħid Jacob Borg b'dik il-kalmezza plaċida tiegħu, din mhix kwistjoni taż-żufjett.", "Dawk il-ftit minuti quddiem il-kamera huma xiehda tal-istat li fih tinsab id-demokrazija f'pajjiżna.", "L-istampa issaqsi lit-tieni l-akbar persuna potenti fil-pajjiż mistoqsija sempliċi: ta' min hi l-kumpanija li l-ewwel ċħadt u wara ammettejt li kienet fil-mira tiegħek biex tagħmel negozju magħha waqt li kont f'kariga uffiċċjali?", "Ma weġibx.", "U l-mistoqsija saritlu ripetutament u b'mod persistenti.", "Imbagħad jiddeffes Kurt Farrugia u jurina li huwa wkoll jinsab imħawwad bid-diversi inkjesti pendenti, frustranti, konfliġġenti u kif jittamaw huma, x'aktarx inutli.", "Ma naħsibx li kien qed jipprova jiżżvija lil Jacob Borg dwar jekk inkjesta fuq 17 Black attwalment hix għaddejja jew le.", "Naħseb li kien verament żball ġenwin minn naħa ta' Kurt Farrugia li jqatta' ħafna mill-ħin jipprova jiżgiċċa l-bawxati li jdaħħluh fihom il-kapijiet tiegħu.", "Kien tassew imħawwad u l-fatti dawwarhom ta' taħt fuq.", "Probabbilment qatta' s-sigħat ta' wara jisħet dan l-iżball.", "Imma l-vera kulminu ta' din is-silta huwa l-mument meta Keith Schembri jħalli r-rabja ta' ġo fih tieħu s-sopravvent u jitfa' dak li ħaseb kien kumment ta' bravu li kellu jsikket lil Jacob Borg: \"Forsi użajt (il-miljun dollaru mistenni mill-kumpanija fil-Panama) biex inħallas il-paga tiegħek, bħalma għamilt tul dawn l-aħħar tlett snin.\"", "Il-waħx ta' tali kumment huwa konsiderevoli anke kieku wieħed kellu japplika l-kejl ta' Dario Argento għall-ambjent politiku li qed ngħixu fih.", "Bħal Michael Corleone f'diskursata ma' Senatur minn Nevada, Keith Schembri jħoss li nefaq biżżejjed flus ixaħħam id-diriġenti li kien hemm it-Times of Malta sabiex jassigura ruħu li l-ġurnalisti li jaħdmu hemm ma jsaqsuhx domandi skomdi.", "Fi stqarrija, l-Allied Newspapers ċaħdu kategorikament il-kummenti tas-Sur Schembri.", "\"Kasco huwa biss wieħed minn dawk li jissuplixxu oħt il-kumpanija tal-Allied, cioe' l-Progress Press,\" qalet l-kumpanija.", "Dan huwa punt sekondarju f'dan il-mument.", "Keith Schembri inkixef mill-Panama Papers li kien qed ixaħħam għal bosta snin lid-Direttur Maniġerjali tat-Times of Malta.", "Veru li t- trustees żguraw li jbewweġ 'il barra iżda r-reputazzjoni ta' ġurnal bi storja twila qalgħet' daqqa ta' ħarta.", "U magħha sfortunatament ir-reputazzjoni ta' ġurnalisti bla biża', ħawtiela, oġġettivi u kapaċi li m'għamlu xejn biex iċappsu l-gazzetta tagħhom bil-ħsara fir-reputazzjoni li fil-fatt sofriet.", "Imma meta naħsbu fil-korruzzjoni, bir-raġun naħsbu l-ewwelnett f'dak li jisfaw korrotti u qalja naħsbu f'dak li jikkorrompu: dawk li jpoġġu l-flus fl-envelopp metaforiku u jitolbu pjaċiri għall-ħwejjeġ li mgħandhomx dritt għalihom.", "Keith Schembri imur quddiem il-kamera illum u quddiem il-pajjiż kollu.", "Jpoġġi l-flus f'envelopp metaforiku u jgħaddih lil Jacob Borg filwaqt li jfakkaru li jafu s-silenzju u lealta' bla tarf bħala rikonoxximent tal-paga li rċieva tul l-aħħar tlett snin.", "Minkejja li l-ġurnalisti huma istituzzjoni tad-demokrazija tagħna mhumiex uffiċċjali tal-istat kif miftiehem mill-liġijiet fuq it-tixħim.", "Matul dik is-silta, Keith Schembri forsi ma kkommettiex rejat f'sens kriminali, pero' ċertament li kkommetta rejat politiku.", "Hedded ġurnalista li kien qed iżommu kontabbli bħala uffiċjal għoli tal-gvern li fuqu hemm suspetti ta' aġir mhux xieraq, b'konsegwenzi personali: il-paga tiegħu.", "'Matul l-aħħar tlett snin il-paga tiegħek kienet tiddependi mill-generosita' tiegħi.", "Kompli iġri waraja tul Triq Melita u din is-sitwazzjoni tista' tinbidel'.", "Qed nuża kwotazzjoni singola peress li qed nuża kliemi biex infisser il-messaġġ li ntbagħat.", "Araw il-video u ġġudikaw intom.", "U ibqgħu segwuh sakemm fl-aħħar nett Kurt Farrugia — naħseb li huwa Kurt Farrugia — jittanta jitmejjel billi jistieden lil Jacob Borg jidħol għal kafe'.", "Mhuwiex kafe' li rridu.", "Huma tweġibiet.", "Jew inkella itilqu 'l barra u ħallu 'il ħaddieħor jagħmlu l-kafe'.", "Previous: Ir-raġunijiet għala l-PN jinsab daqshekk minn taħt (li m'għandhomx x'jaqsmu ma' Adrian Delia) Next: Misħutin mill-kotra window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/tal-aum-dahku-bil-kummissjoni-ta-martin-scicluna-skond-eks-ghalliem/", "date": "Fri, 1st Jun '18, 13:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Tal-AUM daħku bil-kummissjoni ta' Martin Scicluna – skond eks-għalliem", "text": ["L-inkompetenza fenominali tal-istituzzjonijiet regolatorji Maltin hekk kif dawn jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' ħallelin li jaħdmu qaqoċċa mal-gvern ta' Joseph Muscat issa nfirxet lil hinn mill-iskandlu tal-Pilatus Bank.", "Fil-każ ta' dan il-Bank l-aġenziji regolatorji Maltin, bil-kompliċità sħiħa ta' politiċi Maltin imxaħħma, ippermettew lil Ali Sadr li jibni struttura internazzjonali biex jiġu faċilitati l-ħasil tal-flus maħmuġin u l-ksur ta' sanzjonijiet li kienu saru kontra pajjiżu l-Iran.", "L-inkompetenza qed tidher ukoll fil-każ tal-akkreditazzjoni tal- American University of Malta (\" AUM \") mill-kummissjoni li kien imexxi il-propagandist tal-Labour Martin Scicluna.", "F' artiklu ppublikat il-bieraħ fil-blog xellugi Isles of the Left eks-għalliem li ismu baqa' anonimu ddeskrieva l-mod kif għalliema Amerikani kkwalifikati kienu ġew ingaġġati minn Hani Salah, l-iżviluppatur Ġordaniż li ngħata biċċa art pubblika mdaqqsa f'Żonqor kif ukoll il-bini storiku fid- Dock One f'Bormla.", "L-ingaġġ tal-għalliema ma kien xejn ħlief att frawdolenti intiż biex ibellagħha lin- National Council for Further and Higher Education li l-iżviluppatur kien armat mil-lat akkademiku u dan bil-għan li tiġi akkwistata l-akkreditazzjoni.", "Hani Salah imexxi s- Sadeen Education Investment Ltd , kumpannija sussidjarja tal- Jordanian Sadeen Group .", "U hekk kif ġiet akkwistata l-akkreditazzjoni, tkeċċew l-għalliema akkademiċi kollha, ħlief għall-prepostu John Ryder – veteran tal- Khazar University of", "Azerbaijan – u dawn ġew sostitwiti minn oħrajn bi kwalifiki inferjuri.", "L-għalliem akkademiku li ma setax jikxef ismu minħabba n- non-disclosure agreements li kull impjegat ġdid kien ġie mġiegħel jiffirma, qal ukoll li, kuntrarjament għal dak li kien qed jingħad, mhux veru li l-AUM hi akkreditata man- New England Association of Schools and Colleges .", "In- NEASC fil-fatt qalet lill-eks-impjegati tal-AUM li \"l-AUM lanqas biss kienet qatt tefgħet applikazzjoni biex tiġi akkreditata\".", "Skond dan l-akkademiku \"dak li ilhom isostnu għal snin sħaħ bosta Maltin issa huwa ċar.", "Din l-istituzzjoni m'hi xejn ħlief finta.\"", "( Aqra hawn dwar dan .)", "Joseph Muscat kien iddeskrieva lill-Università Amerikana bħala \" rigal lil Bormla fit-tielet anniversarju mill-mewt ta' Dom Mintoff \".", "Is-sidien tal- American University of Malta kienu rreġistraw in-negozju tagħhom fl-indirizz tal- accountant tal-Partit Laburista Deo Scerri, li issa huwa ċ-Chairman tal- Bank of Valletta .", "F'April 2017 Daphne Caruana Galizia kienet xandret aħbar dwar laqgħat li saru bejn Hani Salah u Adrian Hillman , membru tal- Panamagang li kien tħallas madwar $650,000 minn Keith Schembri, ċ-chief of staff tal-prim ministru.", "Fuq \"rakkomandazzjoni ta' uffiċjali għolja tal-gvern\", fl-29 ta' Ottubru 2017 l-AUM kienet ħabbret il-ħatra ta' Adrian Hillman fuq il-Bord tal- American University of Malta , pożizzjoni li x'aktarx għadu qed jokkupa.", "Previous: Kif qalilna Joseph Muscat: il-monument ta' Dom Mintoff huwa wieħed għall-preżent.", "U għall-ġejjieni.", "Next: L-istqarrijiet finanzjarji tal-Kasco group juru li n-negozji ta' Keith Schembri's kellhom telf minn qabel l-elezzjoni tal-2013 window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/kif-qalilna-joseph-muscat-il-monument-ta-dom-mintoff-huwa-wiehed-ghall-prezent-u-ghall-gejjieni/", "date": "Fri, 1st Jun '18, 09:48", "category": "blog, politics, government", "title": "Kif qalilna Joseph Muscat: il-monument ta' Dom Mintoff huwa wieħed għall-preżent. U għall-ġejjieni.", "text": ["Bi ħsiebni nimxi fuq il-parir tal-prim ministru u lill-monument ta' Dom Mintoff fi Pjazza Kastilja mhux se nqisu bħala monument għall-imgħoddi iżda bħala monument għall-preżent u għall-ġejjieni.", "Il-ġurnaliżmu u l-istorja jikkumplimentaw lil xulxin.", "U mhux bi ħsibni noqgħod niftaħar.", "Anqas m'jien bi ħsiebni noqgħod nagħmel analiżi dwar Dom Mintoff u niġi naqa' u nqum dan il-bniedem kienx jistħoqqlu l-ġieħ permezz monument jew le.", "Issa, rridu jew ma rridux, il-monument hemm qiegħed.", "U sa 10 snin oħra n-nies xorta waħda se tkun taf għaliex sar hi u tħabbel rasha dwar l-iskop wara l-monument l-ieħor tal-irħam li jixbaħ qallut ta' xi alla Grieg u wara l-bini tat-turġien suwed ftit metri l-bogħod li donnhom qed jistiednu lil dak li jkun biex jaqbeż għal isfel.", "Għalhekk bi ħsiebni nanalizza l-istatwa ta' Mintoff bħala monument għall-preżent u għall-futur taħt il-kappa tal-partit li hu kien il-fundatur tiegħu.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora l-korruzzjoni fil-politika.", "Ministri tal-gvern jinvolvu ruħħom fi skemi bil-għan li jimlew bwiethom bis-saħħa tal-politika u b'mod jew ieħor jsiru sħab anonimi u mħallsa f'negozji li jkunu nħolqu grazzi għall-poter li jkollhom.", "Jinsistu li jinnegozjaw huma stess u li personalment jiffirmaw ftehim ma' terzi persuni b'nuqqas sħiħ ta' trasparenza.", "Xi ministri għandhom saħħa aktar minn oħrajn.", "Il-politiċi onesti lanqas jażżardaw jikkonfrontaw lill-korrotti għax dawn jingħataw il-kenn mill-imgħallem.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora l-ġennati fir-relazzjonijiet barranin.", "Il-ħbiberiji mad-dittaturi u mal-kleptokrati jingħataw preferenza fuq it-tfassil ta' politika li tagħmel is-sens ma' alleati u sħab naturali.", "Tingħata l-wisa' lill-ġbid ta' ritratti ma' membri ta' reġimi mill-aktar brutali u nieħdu pjaċir sadistiku bil-mistħija li dan joħloq f'wiċċ il-gvernijiet li jridu jagħmlu tabirruħħom li huma ħbieb tagħna.", "Dawn ir-reġimi jingħataw aċċess sħiħ għal pajjiżna u xtur tagħhom jitgħatta bis-saħħa tal-ħbiberija tagħna.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora politika ekonomika mijopika.", "Bla diversifikazzjoni, bla innovazzjoni, bla investiment fl-infrastruttura, bla żieda fl-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi, bla pjan b'riżq servizzi soċjali sostenibbli, bla titjib fis-servizzi tas-saħħa, bla tnaqqis fl-impjiegi pubbliċi u bla kontrolli fuq l-infieq.", "U minflok, bil-korruzzjoni fl-offerti pubbliċi, bil-ħela fis-sussidji, bil-klienteliżmu sfrenat fl-ingaġġjar ta' ħaddiema, bl-ingaġġjar bl-addoċċ ta' ħaddiema mhux imħarrġa, bit-tmexxija minn persons of trust u mhux minn persuni kompetenti, bid-diskriminazzjoni politika tal-biża' u bit-trekkin fil-ġenb ta' riżorsi kunsidrati bħala mhux lejali.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora il-politiċizzazzjoni tal-forzi tal-pulizija.", "Il-liġi tiġi infurzata biss skond il-kulur ta' min ikun ħabbat difru magħha.", "Jingħalqu l-għajnejn għall-azzjonijiet kriminali ta' ministri u ta' dawk tal-qalba.", "Min jikkritika jispiċċa vittimizat u intimidat.", "L-infurzar tal-ħlas tat-taxxa, l-infurzar tal-ippjanar, il-ħruġ tal-liċenzji u tal-permessi huma għodda biex jippremjaw lil min hu lejali u biex iweġġgħu lil min jirreżisti.", "L-infurzar huwa diskriminatorju u jitkattru l-preġudizzji tribali.", "Il-kriminali u l-pulizija konvenjentement jitwaħħdu kontra għadu komuni: dawk li jemmnu fl-onestà u fis-sewwa.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora l-iżvilupp bl-addoċċ.", "Il-konkos jirbaħ fuq il-ħamrija.", "Il-medjokrità tirbaħ fuq id-dixxerniment.", "L-aktar jirbaħ fuq l-aħjar.", "Siti storiċi jinqerdu filwaqt li nibżgħu għal monumenti f'ġieħ żmien mitiku soċjalista tad-deheb.", "Sħubija qaqoċċa mal-kuntratturi li jibnu t-toroq, ma' dawk li jħalltu s-siment, mas-sidien tal-barrieri u mal-ispekulaturi tal-artijiet biex illum jagħmlu kemxa flus u l-problemi ta' għada jkollu jsib tarfhom ħaddieħor.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora l-kultura tal-proletarjat: l-irxuxtar ta' Ġensna u WardaKanta f'Valletta 2018.", "Jason Micallef jippersonifika lil dawk li għalihom il-kultura tfisser iċ-cirklu, bużullotti bin-nar u bix-xwabel u t-twerżiq taċ-ċrieċer u tal-gidmejmun.", "Kultura li ma tħarisx il-libertà tal-kelma u li ma tistax tgħaddi mingħajr l-inkinar lejn ir-reġim.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora l-iżolament politiku minn dawk l-istituzzjonijiet li jirrispettaw id-demokraziija u l-libertà.", "L-investigazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa jiġu njorati.", "Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew jingħataw il-ġenb.", "Il-verżjoni tagħna tad-drittijiet u tal-libertajiet fuq livell ogħla minn dawk tal-bqija tad-dinja.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora l-vjolenza u l-intimidazzjoni fuq kull oppożizzjoni.", "Ġurnalisti vittimizzati u intimidati, familjari tagħhom umiljati publikament u attakkati, is-sigurtà tagħhom injorata jekk mhux ipperikolata, l-għejjun tagħhom rikattati u mitfugħa l-ħabs.", "L-istampa internazzjonali mkeċċija, il-mistoqsijiet tagħha jibqgħu bla tweġiba, ir-rappurtar tagħha kkalpestat u l-motivazzjoni tagħha ridikolat.", "Il-monument ta' Mintoff sar biex jonora dawk li nqatlu għax irreżistew waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Tabilħaqq kif qal Joseph Muscat, żmien Dom Mintoff huwa l-preżent.", "U l-ġejjieni tagħna.", "Previous: Euronews jintervista lil Maria Efimova Next: Tal-AUM daħku bil-kummissjoni ta' Martin Scicluna – skond eks-għalliem window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/mishutin-mill-kotra/", "date": "Tue, 5th Jun '18, 08:16", "category": "blog, politics, government", "title": "Misħutin mill-kotra", "text": ["Il-punt dwar il-post li kiteb Philip Sciberras mhuwiex biss li mħallef, anke saħansitra wieħed irtirat, m'għandux jikkummenta fil-pubbliku b'mod manifestament partiġġjan.", "Għallinqas jien hekk nifhimha.", "Il-punt lanqas m'hu li, hu u jikkummenta b'dan il-mod politikament motivat, il-gvern jagħmel użu mill-kredenzjali ġudizzjarji li dan suppost għandu biex imexxi inkjesti li huma politikament sensittivi.", "Ħadd m'għandu jibqa' jiskanta jew jissorprendi ruħu bil-ħtif totali mill-gvern tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Kif narah jien, id-diskors li nkiteb – imlibbes kif inhu b'intonazzjoni semitika Mintoffjana – m'hu xejn ħlief ksenofobija faxxista u nazzjonaliżmu bla sens li, kieku nkiteb bil-Ġermaniż jew bit-Taljan, kien infakkarna f'diskorsi mleħħna b'mod irrabjat f'Nuremberg jew fi Piazza Venezia.", "Aqraw x'kiteb.", "Il-barranin merħba bihom jekk jiġu hawn fuq btala jew jekk jiġu hawn biex inaddfu d-djar tagħna jew biex jagħmlu xogħol li aħna ma rridux nagħmlu jew li ma nistgħux nagħmlu iżda li jqallagħlna l-flus f'kirjiet u f'kontijiet tar-ristoranti.", "Iżda \"barranin mhux mistiedna\" ma jistħoqqilhom ebda merħba.", "Araw ftit il-kliem li għażel: \"fran tal-għira\", \"tixwix\", \"qrusa fl-istonku\", \"nar tal-firda u mibgħeda\", \"qerq u theddid\", \"misħut mill-kotra\", \"jgħarrxu għad-deni u d-dnewwa\", \"jerfgħu salibhom\", \"pajjiżhom mifni bit-tħassir\".", "Qed jirreferi hawn għall-Membri tal-Parlament Ewropew li ntbagħtu hawn minn Parlament elett direttament minn eletturi madwar l-Ewropa kollha, inkluża Malta, biex iħarsu l-interessi taċ-ċittadini tal-Ewropa kollha u biex tipproteġihom mill-ksur tal-liġijiet.", "Inċidentalment din hi ħaġa li kien jagħmel hu.", "Hawn m'huwiex jirreferi għal xi invażjoni minn armata kolonjali.", "Għalhekk l-użu minn naħa tiegħu ta' retorika Mintoffjana anti-kolonjali – xi drabi wżata f'ħinha u f'waqtha minn Dom Mintoff – meta ddeskrieva inkjesta mmexxija minn uffiċjali eletti hija għal kollox barra minn lokha.", "Dan m'hu xejn ħlief nazzjonaliżmu gwerrier u ksenofobija perikoluża ta' firda.", "Hi mentalità li tkun ixxettlet sforz il-preġudizzji u sforz is-suppożizzjoni fallaċi li l-perspettiva lokali, tkun kemm tkun provinċjali, infurmata ħażin, inkompetenti u mhux imħejjija sew, għandha dejjem tingħata preferenza fuq il-perspettiva ta' ħaddieħor li ma jkunx twieled hawn.", "Hija diġà ħaġa inkwetanti meta dawn il-ħmerijiet jitlissnu mill-hekk imsejjħa patrijotti tal-lemin estrem.", "Iżda jekk diskors bħal dan jingħad minn imħallef irtirat – anke jekk ikun wieħed partiġġjan u tribali bħal Philip Sciberras – din ir-retorika tkun qed tingħata l-leġittimità.", "Philip Sciberras ma nqediex b'lingwaġġ eleganti bil-Malti biex jipprova jimpressjona lil Sven Giegold jew lil Ana Gomes.", "Għamel dan biex għal darb'oħra jilleġittima l-ksenofobija faxxista tiegħu, kif possibilment seta' għamel drabi oħra, hu u u jinqeda' bl-ilbies li kien jilbes ta' mħallef biex iservi ta' għodda għall-interessi partiġġjani minflok għall-interessi tal-ġustizzja.", "L-aħħar uffiċjali li kienu għaddew ġuri f'Nuremberg kienu mħallfin u fid-difiża tagħhom dawn kienu qalu li xogħolhom kien li jinfurzaw il-liġijiet li kien għadda ħaddieħor.", "Philip Sciberras lanqas skuża bħal din m'għandu.", "Previous: Ġera warajh Next: Kontributur ta' TVM irid li Simon Busuttil jagħmel suwiċidju window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/kontributur-ta-tvm-irid-li-simon-busuttil-jaghmel-suwicidju/", "date": "Tue, 5th Jun '18, 11:11", "category": "blog, politics, government", "title": "Kontributur ta' TVM irid li Simon Busuttil jagħmel suwiċidju", "text": ["Albert Fenech, li jaħdem mid-dar għas-servizz nazzjonali tal-aħbarijiet, nhar il-Ġimgħa kiteb post fuq il-Facebook li permezz tiegħu ħajjar lil Simon Busuttil imur jaqbeż mill-irdum.", "Nhar il-Ħamis li għadda Simon Busuttil xandar tweet li permezz tiegħu fakkar lin-nies fl-aħħar mass meeting tal-PN qabel l-elezzjoni tal- 2017, l-aħħar jum tal-glorja tiegħu bħala kap tal-PN.", "Kiteb li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni li bdiet dak iż-żmien trid titkompla u tintemm.", "Għandek kull dritt li ma taqbilx miegħu.", "Tista' twieġbu billi tgħidlu li l-poplu diġà ddeċieda li ma jaqbilx ma dak li beda' hu.", "Tista' tgħidlu li issa m'hu f'pożizzjoni li jtemm xejn.", "Tista' tgħidlu li trid.", "Iżda biex ħaddiem tax-xandir pubblikament imur jgħid lil xi ħadd li s-soluzzjoni hi s-suwiċidju hija ħaġa assolutament inkredibbli.", "Jew forsi m'hix daqshekk inkredibbli.", "Hi ħaġa li tistenniha minn ċertu kwalità ta' nies.", "Albert Jerome Fenech issa se jgħidilna li qed jeżerċita l-libertà tal-kelma.", "U żgur.", "U jien qed neżerċita l-libertà tiegħi li ngħidlu li dak li kiteb huwa ta' l-akbar mistħija għall-professjoni tiegħu, għal min jimpjegah u, jekk għandu xrara ta' diċenza, għalih innifsu.", "Previous: Misħutin mill-kotra Next: Keith Schembri kien irċieva $430,000 ħames ġimgħat wara li nkiss inkiss siefer lejn Baku window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/keith-schembri-kien-ircieva-430000-hames-gimghat-wara-li-nkiss-inkiss-siefer-lejn-baku/", "date": "Tue, 5th Jun '18, 16:41", "category": "blog, politics, government", "title": "Keith Schembri kien irċieva $430,000 ħames ġimgħat wara li nkiss inkiss siefer lejn Baku", "text": ["Minn dokmenti li jien rajt b'għajnejja jirriżulta li Keith Schembri rċieva aktar minn $430,000 fi ħlasijiet f'Jannar 2015 minn għejjun mhux magħrufa.", "Dawn il-flejjes tħallsu 5 ġimgħat wara li Keith Schembri – akkumpanjat mill-prim ministru Joseph Muscat, minn dak li kien Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi u mill-kelliem tal-gvern Kurt Farrugia – kellu laqgħa ma' Ilham Aliyev tal-Ażerbajġan li fiha ġie negozjat id-dħul tal-kumpannija tal-Ażerbajġan SOCAR fl-infrastruttura tal-enerġija ta' Malta.", "Il- fund managers li kienu ħadu ħsieb ir-ri-investiment ta' flejjes li Keith Schembri diġà kellu f'idejh, immarkaw dawn id-depożiti bħala new funds .", "Il-kliem new funds ifissru li Keith Schembri ma kienx sid il-flejjes li ġew depożitati u li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala flus li kienu diġà għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Id-dokumenti li jinsabu f'idejn il- fund managers – u li jien rajt b'għajnejja – la jagħtu rendikont dwar minn fejn ġew dawn il-flejjes u lanqas li kienet saret xi verifika dwar minn fejn kienu ġew u dan minkejja l-fatt li Keith Schembri, bħala chief of staff tal-prim ministru huwa persuna esposta politikament (PEP).", "Dan il-fatt irendi suspettużi t-transazzjonijiet kollha li saru, liema transazzjonijiet kien messhom ġew irrappurtati lill-FIAU.", "Ma jidher li sar xejn minn dan kollu jew, jekk sar xi ħaġa, jidher li ma ttieħdu ebda passi.", "Fis-17 ta' Diċembru 2014, ħames ġimgħat qabel saru dawn il-ħlasijiet, delegazzjoni uffiċjali mmexxija mill-prim ministru – li kienet tikkonsisti minn politiċi biss – telqet minn Baku wara li ltaqgħet ma' delegazzjoni mmexxija mill-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev.", "Kien hemm ġimgħat sħaħ ta' attività qabel l-iffirmar ta' Memorandum of Understanding bejn Ilham Aliyev u Joseph Muscat, liema dokument ma kienx ġie mxandar mill-gvern ta' Malta.", "Minn kemm ilu li ġie ffirmat it-Trattat ta' Versailles fl-1919, l-iffirmar ta' trattati sigrieti ma baqgħetx konswetudni diplomatika.", "Madankollu l-kontenut ta' dan il-ftehim baqa' ma xxandarx u, ironikament, l-unika persuna li tkellmet dwaru f'Malta kien l-Ambaxxatur tal-Ażerbajġan Vaqif Sadiqof li kien qal li \"l- Memorandum of Understanding jittratta dwar l-enerġija (...) u dwar diversi proġetti kbar\".", "Fil-15 ta' Diċembru il-mezzi tax-xandir tal-Ażerbajġan kontrollati mill-gvern ħabbru li \"l-Ażerbajġan u Malta ffirmaw żewġ dokumenti dwar il-koperazzjoni strateġika fil-qasam taż-żejt u tal-gass\".", "U minkejja l-fatt li Kurt Farrugia kien preżenti għat-taħditiet, il-mezzi tax-xandir ta' Malta, li ma kinux ġew mistiedna biex jirrappurtaw dwar dan l-avveniment, ma ngħataw ebda informazzjoni.", "Għal snin sħaħ inħbiet kull informazzjoni dwar il-ftehim sakemm minn investigazzjonijiet ta' The Daphne Project irriżulta li \"l-kaxxa ta' Malta kienet qed titlef flejjes kbar\" bħala riżultat ta' dan il-ftehim.", "The Guardian kien irrapporta li \"Malta kienet qed tħallas rata ħafna aktar għolja (għall-gass) minn dawk li dak iż-żmien kienu negozjati fis-suq ħieles mill-Greċja, mill-Italja u mit-Turkija.", "Minn estimi li saru minn The Guardian jirriżulta li s-SOCAR għall-gass kienet ħallset $40m inqas minn dik is-somma li spiċċat ħallsitha Malta\".", "Sensiela ta' mistoqsijiet li ntbagħtu lil Kurt Farrugia fejn intalbu spjegazzjonijiet mingħand Keith Schembri għadhom s'issa mhux imwieġba.", "Fil-frattemp Keith Schembi jibqa' ma jitniffisx – lanqas jekk issegwih matul it-toroq tal-Belt Valletta, kif għamel Jacob Borg il-bieraħ.", "Previous: Kontributur ta' TVM irid li Simon Busuttil jagħmel suwiċidju Next: Il-ħlasijiet misterjużi lil Keith Schembri: il-Prim Ministru jiċħad kollox fil-Parlament.", "Iżda dan kif jista' jaf biċ-ċert? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/il-hlasijiet-misterjuzi-lil-keith-schembri-il-prim-ministru-jichad-kollox-fil-parlament-izda-dan-kif-jista-jaf-bic-cert/", "date": "Tue, 5th Jun '18, 18:52", "category": "blog, politics, government", "title": "Il-ħlasijiet misterjużi lil Keith Schembri: il-Prim Ministru jiċħad kollox fil-Parlament. Iżda dan kif jista' jaf biċ-ċert?", "text": ["Fil-Parlament il-Prim Ministru għadu kemm ċaħad \"katergorikament\" li ċ- chief of staff tiegħu Keith Schembri kien irċieva ħlasijiet ta' aktar minn $400,000 ħames ġimgħat wara li f'Diċembru 2014 għamlu żjara nkiss inkiss f'Baku u ltaqgħu ma' Ilham Aliyev.", "Il-ħlasijiet li ktibt dwarhom aktar kmieni llum kienu saru f'Jannar 2015.", "Fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Joseph Muscat intalab mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex jagħti r-reazzjoni tiegħu għar-rapport li jien xandart illum.", "Huwa wieħeb fis-sens li Keith Schembri kien diġà ċaħad l-istorja – lil min ċaħad? meta ċaħad? — u li jingħaqad miegħu biex jiċħad l-istorja kategorikament.", "\"Dawn huma qlajjiet tas-soltu,\" qal il-prim ministru.", "Hawn ikun jeħtieġ li nsaqsi lill-prim ministru kif inhu daqshekk ċert li din l-istorja hi qlajja'.", "Jaqaw għamel xi audit tal-finanzi ta' Keith Schembri?", "Kif inhu daqshekk ċert li Keith Schembri qallu kollox?", "Hu u jagħmel tiegħu ċ-ċaħda ta' Keith Schembri li f'Jannar 2015 tħallas $400,000 f' new funds (\"ċaħda\" li sa fejn naf jien għadha ma saritx) il-prim ministru huwa lest li jqiegħed il-pożizzjoni tiegħu fix-xifer?", "Previous: Keith Schembri kien irċieva $430,000 ħames ġimgħat wara li nkiss inkiss siefer lejn Baku Next: Iċ-ċaħdiet li għamel il-prim ministru għan-nom ta' sieħbu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/jannar-2015-in-new-funds-ta-keith-schembri/", "date": "Wed, 6th Jun '18, 16:09", "category": "blog, politics, government", "title": "Jannar 2015: in-'new funds' ta' Keith Schembri", "text": ["Fit-22 ta' Jannar 2015, il- managers finanzjarji ta' Keith Schembri's kienu rċievew avviż ta' ħlas ammontanti għal $201,572.31.", "Dak iż-żmien din is-somma kienet ekwivalenti għal €174,256.23.", "L-ammont kien ġie depożitat f' client account miżmum f'isem Keith Schembri fil-Bank of Valletta.", "Dan id-depożitu ġie deskritt bħala new funds fil- client history ta' Keith Schembri li l- managers finanzjarji kellhom fil-pussess tagħhom.", "Il- client file f'idejn il- managers finanzjarji li jien stess rajt b'għajnejja la kien fih xi dokument li jispjega minn fejn kienu ġew dawn il-flejjes u lanqas xi dokument ieħor li jindika li kienet saret xi riċerka dwar l-għejjun min fejn kienu ġew.", "L-għada, fit-23 ta' Jannar 2015, il- managers finanzjarji ta' Keith Schembri rċievew avviż ta' ħlas ieħor ammontant għal $232,354.27.", "Dak iż-żmien din is-somma kienet ekwivalenti għal €205,395.84.", "Għal darb'oħra dan l-ammont ġie depożitat f' client account miżmum f'isem Keith Schembri fil-Bank of Valletta u ġie deskritt bħala new funds fil- client", "history ta' Keith Schembri's u dan bla ma saret ebda verifika jew riċerka.", "Dawn id-depożiti ta' flus saru 35 jum wara li Keith Schembri reġa' lura Malta minn żjara li kien għamel f'Baku flimkien ma' Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Kurt Farrugia.", "Magħhom la kien hemm uffiċjali governattivi jew diplomatiċi u lanqas membri tal-istampa.", "Il-bieraħ fil-Parlament il-prim ministru qal li kien qed jitkellem għan-nom tiegħu u għan-nom taċ- chief of staff Keith Schembri.", "Huwa ċaħad kategorikament li Keith Schembri kien irċieva aktar minn $400,000 f'Jannar 2015.", "Qal ukoll li din kienet qlajja'.", "Hawnhekk hawn id-dettalji kollha tal-ħlasijiet li kienu saru.", "Forsi issa l-prim ministru se jitħajjar jibdel il-verżjoni tiegħu?", "Previous: Għaddiet sena Next: Titwila wara l-purtiera tal-ħadid window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/tiftakruha-l-colson/", "date": "Thu, 7th Jun '18, 14:22", "category": "blog, politics, government", "title": "Tiftakruha l-Colson?", "text": [" F'dan l-istadju tajjeb li wieħed ifakkar dwar il-kumpannija reġistrata fil-British Virgin Islands bl-isem Colson Services Limited li s-sid tagħha huwa Keith Schembri.", "Din il-kumpannija, li nkixfet b'riħet l-iskandlu tal- Panama Papers , kienet inħolqot għal Keith Schembri minn Nexia BT.", "Kienet ilha għandu minn Jannar 20  11 u nħolqot fiż-żmien meta kulħadd kien bl-istennija li Joseph Muscat dalwaqt kien se jieħu r-riedni tal-gvern minn idejn Lawrence Gonzi.", "Għalkemm Keith Schembri jibqa' dejjem jiċħad, anki awtoritajiet magħrufin għat-tolleranza tagħhom bħalma huma dawk tal-British Virgin Islands kienu ssuspettaw li l- Colson kienet inħolqot bħala għodda biex permezz tagħha jinħaslu flus maħmuġin.", "Madwar xahar ilu s- Sueddeutsche Zeitung irrappurtat li fl-2016 l-awtoritajiet tal-British Virgin Islands kienu nvestigaw lil Colson Services Limited u kienu talbu lil Mossack Fonseca biex ma jinfurmawx lil Keith Schembri li kienet qed tiġi nvestigata l-kumpannija tiegħu.", "Rapport fit- Times of Malta ta' dak iż-żmien fih il-fatti kollha.", "Bħas-soltu, fit-tweġibiet tiegħu Keith Schembri baqa' jiċħad.", "L-ewwel: qal li l-istorja hi waħda \"fil-biċċa l-kbira riċiklata\".", "Hawn forsi qed jgħid li l-istorja dwar il- Colson kienet diġà xxandret meta ħareġ l-iskandlu tal- Panama Papers .", "Skond hu, jekk allura joħorġu aktar stejjer, dawn m'għandhomx jixxandru peress li konna diġà nafu bl-eżistenza ta' din il-kumpannija.", "Iżda għandna niftakru lill- Colson sirna nafu biha mhux għax Keith Schembri riedna nsiru nafu biha għax hu kien għamel minn kollox biex jaħbi l-eżistenza tagħha sakemm imbagħad inkixef kollox.", "Barra minn hekk, għandkom tkunu tafu li dalwaqt se joħorġu aktar stejjer dwar Colson u dwar l-użu li sar b'din il-kumpannija minn Keith Schembri.", "Lit- Times of Malta, Keith Schembri qalilha \" Colson kienet inħolqot bosta snin qabel ma nħtart bħala chief of staff u din hija prova li l-kumpannija kellha biss \"skop kummerċjali\".", "Hawn ta' min jistaqsi: hemm xi garanzija li l-iskop li għalih inizjalment kellu juża l-kumpannija ma kienx se jinbidel maż-żmien?", "Barra min dan, jekk bil-kliem \"skop kummerċjali\" ried ifisser l-evażjoni tal-ħlas ta' taxxi fuq il-qliegħ tan-negozji tiegħu f'Malta u d-dikjarar ta' profitti anqas milli suppost bil-għan li ma jħallasx taxxi u jiffroda lill-gvern, allura din ukoll hi materja ta' interess pubbliku anke jekk Keith Schembri qatt ma nħatar bħala chief of staff .", "M'għandniex xi ngħidu, l-fatt li kien inħatar bħala chief of staff ifisser li l-evażjoni tat-taxxa minn naħa tiegħu ċertament hija materja ta' interess pubbliku bil-wisq akbar.", "U dan biex ma nsemmix l-interess tal-awtoritajiet li jmisshom ilibbsulu l-manetti hekk kif jaqraw dan li ktibt.", "U x'kien dan l-\"iskop kummeċjali\"?", "Il- Colson qatt innegozjat f'xi ħaġa?", "Lit- Times of Malta , Keith Schembri imbagħad qalilha li \"ħadd ma kien ġibidlu l-attenzjoni tiegħu\" dwar il-inkjesta li kienet saret mill-awtoritajiet tal-British Virgin Islands.", "Keith Schembri bħal speċi skanta għaliex f'Malta mdorri bil-pulizija, bl-aġenti tas-servizz sigriet u bl-uffiċjali ta' kontra l-ħasil tal-flus igħaddulu l-informazzjoni.", "Fil-British Virgin Islands ma jafu li ma jistgħux igħaddu informazzjoni li min ikun għaddej inkjesta.", "It- Times of Malta irrappurtat ukoll li: \"is-Sur Schembri qal din kienet \"it-tħaddim proprju tas-saltna tad-dritt,' u xela' lit- Times of Malta li kienet sabitu ħati biss fuq suppożizzjonijiet.'\"", "Iżda l-bużillis qiegħed hawn, Sur Schembri.", "Skond il-liġi, jekk int tinsab taħt suspett li ħsilt flus maħmuġin, sta għalik li turi permezz ta' provi minn fejn ikunu ġew il-flus.", "Il-liġi hi mfassla b'tali mod li – kieku hawn m'hawnx imdaħħal is-setgħani El Kasco – il-pulizija kienet tkun wara biebek f'leħħa ta' berqa u l-Avukat Ġenerali kien dlonk joħroġ ordni biex issir investigazzjoni u biex jiġu sekwestrati l-flejjes.", "Iżda l-pulizija tinsab maħkuma taħt kontroll politiku u l-avukat ġenerali ilu li sitt snin li ċeda l-armi.", "Madankollu rridu nammettu li jeħtieġ li ntejjbu l-liġijiet u li nintroduċu miżuri dwar unexplained funds bħalma hemm fir-Renju Unit.", "Jiġifieri jekk int għandek il-flus u m'intix f'pożizzjoni li tispjega minn fejn ġew u tispjega għaliex jinsabu f'butek, il-flus jittiħdulek sakemm int tipprova tiddefendi ruħek quddiem qorti u minn hemm dritt għall-ħabs.", "Dan ikun ifisser li ma jkunx jimporta li l-$400,000 li rċieva Keith Schembri f'Jannar 2015 ġewx mit-tixħim, mill-korruzzjoni, mill-evażjoni tat-taxxa jew mill-frodi.", "Jekk ma jkunx f'pożizzjoni li jgħid għaliex jinsabu f'butu, ma jkunx intitolat għalihom.", "U għal din ir-raġuni biss mhux suppost għadu qed jiġri barra u wisq inqas messu jkun iċ- chief of staff tal-prim ministru.", "Hawn xi ħadd li semgħu jiċħad?", "Previous: Kif tmexxi 'l quddiem f'demokrazija Next: Misteru dwar self ta' €2.6 miljun.", "Nofs id-dejn tal-Kasco mal-BOV misluf bla garanziji lil persuna mhux magħrufa. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/fgieh-is-sewwa-fejn-hu-neville-gafa/", "date": "Tue, 11th Dec '18, 17:10", "category": "blog, politics, government", "title": "F'ġieħ is-sewwa, fejn hu Neville Gafà?", "text": ["Chris Fearne keċċieħ .", "Imbagħad Joseph Muscat qal li qed jagħmel xogħol siewi u li ma kienx tkeċċa iżda kien ingħata transfer .", "Illum fil-Parlament Claudette Buttigieg lil tliet Ministri staqsiethom jekk Neville Gafà jaħdimx ma' Chris Fearne, ma' Carmelo Abela jew ma' Joseph Muscat.", "Ilkoll wieġbu fin-negattiv.", "Għalkemm jista' jkollna fehma differenti minn dik li għandu Joseph Muscat (i) dwar kemm kienet f'lokha l-laqgħa li kellu Gafà ma' gwerrier waqt is-safra mhux awtorizzata li għamel fil-Libja; (ii) dwar kemm Gafà gideb meta stqarr li mar il-Libja għal btala meta rriżulta li għamel użu minn karrozza tal-ambaxxata u kien akkumpanjat minn membru tas-servizz sigriet; u (iii) dwar kemm gideb meta lill-Ministri ta' gvern ieħor qalilhom li kien mibgħut speċjali tal-gvern: mhux xieraq li għallinqas jiġu stabiliti l-fatti?", "Jekk verament Neville Gafà ġie trasferit, minn fejn ġie trasferit?", "Fejn intbagħat?", "Taħt min jaqa'?", "Min hemm taħtu?", "Xogħolu f'hiex jikkonsisti?", "Ta' xiex qed jitħallas?", "Hawn qed nitkellmu dwar uffiċjal tal-gvern u din il-kummiedja qed iħallas għaliha l-poplu Malti.", "Jeħtieġ li nsiru nafu x'hemm wara dan it-taħwid kollu.", "Għandna kull dritt inkunu nafu fejn qed jaħdem dan l-imbierek.", "Previous: Tmewwiġ Next: Joe Brincat se jagħmel kawża kontra l-gvern talli għattielu mafkar tant għal qalbu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/kif-tmexxi-l-quddiem-fdemokrazija/", "date": "Thu, 7th Jun '18, 13:14", "category": "blog, politics, government", "title": "Kif tmexxi 'l quddiem f'demokrazija", "text": ["Hi haġa raġunata li f'demokrazija wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx man-natura tad-demokrazija stess.", "Julia Farrugia ħatret \"kumitat tekninku għall-avvanz tad-demokrazija rappreżentattiva\" .", "It- terms of reference ta' dan il-kumitat m'humiex magħrufa.", "Dan il-kumitat inħatar biex tissaħħaħ id-demokrazija nnifisha jew se jgħidilna kif id-demokrazija għandha tkun imsaħħa?", "F'dan il-kumitat se titfassal il-kostituzzjoni l-ġdida jew l-gvern se joħroġ bl-ideat tiegħu dwar kif din għandha titfassal biex b'hekk tkun tista' tibda d-diskussjoni?", "Il-Partit Laburista għandu l-ideat tiegħu dwar is-suġġett jew qed jinqeda' b'struttura tal-gvern biex ifassal posizzjoni?", "Il-kumitat huwa magħmul minn persuni Laburisti magħrufa u kull min jista' għandu fehma li ma taqbilx ma' dik ta' Joseph Muscat tħalla barra.", "Jonathan Attard kien impjegat mal-Partit Laburista u huwa viċin ta' Chris Cardona.", "Frank Bezzina huwa r-rappreżentant ta' Joseph Muscat fuq il-Bank Ċentrali.", "Josianne Cutajar taħdem fl-uffiċċju ta' Joseph Muscat u hi Kunsilliera Laburista.", "Bint Philip Sciberras, Lara Dimitrijevic qed tniedi kampanja fil-Partit Laburista favur l-abort.", "Renee Laiviera, persuna li ilha żmien twil timmilita fil-Partit Laburista u Robert Musumeci huwa ... hemm għalfejn inkompli?", "Iċ-Chairperson Carmen Sammut tmexxi wkoll think tank tal-Partit Laburista – għax, għaġeb tal-għeġubijiet, għandhom dan ukoll.", "Ċertament dawn il-persuni lkoll għandhom x'jikkontribwixxu għad-diskussjoni nazzjonali dwar ir-riforma tad-demokrazija tagħna.", "Ħlief dak il-baħnan Robert Musumeci.", "Madankollu wieħed m'għandux jiskanta jekk il-perspettiva tagħhom dwar id-demokrazija tkun waħda partiġġjana għall-aħħar.", "Wara kollox hi s-sistema li għandna fil-preżent li tellgħet u kkonfermat il-partit tagħhom fis-setgħa, u hi sistema li ppermettiet lill-kbir Joseph Muscat tagħhom li jżomm fil-wiċċ minkejja kull xorta ta' skandli li feġġew.", "Bla dubju jkunu jridu jżommu l-aspetti tad-demokrazija li għandna bħalissa biex ikomplu jsaħħu l-korruzzjoni u l-kriminalità li hemm fil-qalba tal-gvern.", "U ċertament m'huma se jirrakkomandaw ebda tibdil fis-sistema li għandna li tista' thedded il-permanenza tas-setgħa tal-Partit Laburista kif ukoll tal-poter tagħhom.", "Il-bieraħ l-Oppożizzjoni kellha raġun tilmenta li tħalliet barra minn dan il-forum li huwa istituzzjoni kostituzzjonali li għandu ċertu influwenza fuq id-demokrazija tagħna.", "Il-gvern lanqas biss indenja ruħu li jieħu nota tal-ilment.", "Iżda s-sitwazzjoni hi agħar minn hekk.", "Id-demokrazija tagħna mhix komposta biss mill-partiti politiċi u mill-gvernijiet eletti.", "Tinsab magħmula mill-istituzzjonijiet, mill-ġudikatura, mill-istampa, mill-akkademiċi indipendenti, mir-reliġjonijiet, mis-soċjetà ċivili: dawn ilkoll għandhom rwol fid-demokrazija tagħna u dawn ilkoll tħallew barra minn dan il-kumitat tekniku.", "Il-fatt li wħud mill-membri tal-kumitat jaħdmu l-Qorti jew fl-Università ma jnaqqas xejn mill-fatt li dawn intgħażlu primarjament minħabba l-lealtà tagħhom lejn il-Partit Laburista.", "Julia Farrugia m'hix interessata li tara dibattutu serju jew it-tfassil ta' ideat ġodda f'dan il-kumitat.", "Trid biss appoġġ unanimu għall-viżjoni ta' Joseph Muscat dwar il-futur tiegħu u dak tal-partit tiegħu fis-setgħa.", "B'mod permanenti.", "Waqt li tkun qed tirrilassa f'xatt il-baħar dan is-sajf, ftakar li l-gvern ikun qed ifassal pjan dwar kif ikun jista' jibqa' ggranfat mas-setgħa.", "Previous: Titwila wara l-purtiera tal-ħadid Next: Tiftakruha l-Colson? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/misteru-dwar-self-ta-e2-6-miljun-nofs-id-dejn-tal-kasco-mal-bov-misluf-bla-garanziji-lil-persuna-mhux-maghrufa/", "date": "Sat, 9th Jun '18, 09:58", "category": "blog, politics, government", "title": "Misteru dwar self ta' €2.6 miljun. Nofs id-dejn tal-Kasco mal-BOV misluf bla garanziji lil persuna mhux magħrufa.", "text": [" Misteru dwar self ta' €2.6 miljun.", "Nofs id-dejn tal-Kasco mal-Bank of Valletta misluf bla garanzija lil persuna mhux magħrufa.", "Fil-konfront ta' negozju li bil-kemm jagħmel medja ta' €57,000 f'profitti fis-sena, d-dejn li fuqu ma hemm xejn x'jagħmel tajjeb li l-Kasco Group ta' Keith Schembri għandu mal-Bank huwa enormi.", "Dan il-finanzjament li qed jipprovdi l-Bank of Valletta jammonta għal bejn €5 miljuni u €7 miljuni.", "Il-Kasco Group kienet taħdem bl-HSBC iżda, għall-ħabta tal-2014, bdiet taħdem bil-BOV.", "Minkejja l-kobor tad-djun mhux garantiti u l-profitti mhux tant kbar minn negozju, fl-2016 il-Kasco Group għamel self ta' €2.6 miljun lil persuna mhux magħrufa mingħajr garanzija, bla imgħax u mingħajr kundizzjonijiet.", "Dan jirriżulta mill- accounts tal-Grupp li jindikaw li s-self kellu jitħallas lura qabel il-31 ta' Diċembru 2017.", "Hi verament ħaġa tal-meravilji kif negozju suppost niexef mill-flus seta' ingħata dan is-self.", "Matul l-2016, l- Other Receivables (jiġifieri dħul mingħand min kellu jagħti) naqsu b'€558,000, it- Trade Receivables (jiġifieri dawk li kellhom jagħtu lill-Kasco Group) naqsu b'€345,000 u l- Bank Borrowings (jiġifieri self ta' flejjes u overdrafts mingħand il-Bank) naqas b'€132,000.", "Fil-frattemp, it- Trade Payables (jiġifieri l-kredituri) żdiedu b'€1.7 miljun, li jfisser li l-Grupp Kasco kien qed inaqqas id-djun bi flus ħaddieħor.", "Il-flus li kienu għad-dispożizzjoni tal-Grupp Kasco – il- free funds – ammontaw għal ftit aktar minn €1 miljun.", "Jekk nassumu li dawn il-flejjes intużaw biex is-self ta' €2.6 miljun ġie mgħoddi lil persuna oħra, il-Grupp ta' bilfors kellu bejn €1.5 miljun u €1.6 miljun ġejjin minn għejjun oħra.", "Dan ix-xenarju jqajjem is-suspett ta' ħasil ta' flus maħmuġin u, li kieku ċ-ċirkostanzi kienu normali, l-Kasco Group kien jiġi mġiegħel jispjega permezz ta' dokumenti minn fejn kienu ġejjin dawn il-flejjes.", "Tan-Nexia BT, l-awdituri tal-Kasco Group, għamlu biss nota żgħira dwar dan fl- accounts .", "Is-self li kien għamel il-Bank of Valletta espona lil dan il-bank għal madwar €5.7 miljun.", "Wieħed jistenna li, meta kien diġà jaf bis-sitwazzjoni finanzjarja li l-Kasco Group kien qed jiddikjara li jinsab fiha, l-Bank kien se \"jaqbeż\" fuq dawn il-flejjes li tal-Kasco Group kellhom fil-pussess tagħhom sabiex iġiegħel lill-istess Kasco Group inaqqas id-djun.", "Diġà kien hemm xi tnaqqis fid-djun meta dak li kien dovut lill-Bank naqas minn €6.8 miljun fl-2012 għal €5.7 miljun fl-2016.", "Normalment wieħed jistenna li Bank kien jagħmel minn kollox biex jara li din ix-xejra tissokta, dejjem sakemm is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent ma tkunx bdiet tieħu r-ruħ.", "U s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kasco Group ċertament ma kenitx qed tieħu r-ruħ.", "Biex il-Kasco Group, bi profitt dikjarat fis-sena ta' madwar €57,000, tkun tista' jħallas lura lill-BOV il-€5.7 miljun bla imgħax, iridu jgħaddu mitt sena.", "Dan sakemm, m'għandniex xi ngħidu, Keith Schembri ma jżidx il-kapital tan-negozju bi flejjes li, milli jidher mid-dikjarazzjonijiet tiegħu stess, m'humiex għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Keith Schembri żamm lil Brian Tonna u lil Nexia BT bħala l-awdituri tiegħu.", "Jekk id-dikjarazzjonijiet ta' Keith Schembri stess jistgħu jitwemmnu, allura l-awditur tiegħu jidher li għandu s-suddizzjoni minnu peress li Keith Schembri kien għamel tajjeb finanzjarament lil Brian Tonna meta dan kien għaddej minn proċeduri tad-divorzju li swewlu l-flus ma' dik li kienet martu.", "Il-kodiċi tal-etika tal-awdituri ma jippermettilhomx jaċċettaw self ta' flus mingħand klijenti iżda Brian Tonna għadu sal-lum l-awditur ta' Keith Schembri minkejja l-fatt li t-tnejn qed jammettu b'mod indirett li qed jiksru l-kodiċi tal-etika.", "Dan kollu għandna nżommuh f'moħħna kull meta tiġi mgħarbla l-informazzjoni li hemm fl-istqarrijiet finanzjarji tal-Kasco Group li ġew iffirmati minn Nexia BT ta' Brian Tonna.", "Previous: Tiftakruha l-Colson?", "Next: Aħna għandna raġun.", "Erħilhom jgħerqu. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/10/la-repubblica-eluf-fit-toroq-ghal-daphne/", "date": "Wed, 17th Oct '18, 08:33", "category": "blog, politics, government", "title": "La Repubblica: 'Eluf fit-toroq għal Daphne'", "text": ["(Reuters.", "La Repubblica) Qed naqleb għall-Malti l-paragrafu konklużiv tar-rapport ta' La Repubblica tal-bieraħ dwar id-dimostrazzjoni li saret il-bieraħ filgħaxija fil-Belt Valletta: \"Hemm ħaġa waħda li hi ċerta.", "Malta issa waslet f'punt li fih, fejn għandha x'taqsam din il-kwistjoni, l-kontroll m'għadux għal kollox idejn il-kbarat ta' Kastilja.", "Il-vapur issa beda' jagħmel l-ilma.", "Jista' jagħti l-każ li ser ikollna nistennew sa 365 jum ieħor biex insiru nafu l-verità kollha.", "Mhux l-anqas bis-saħħa tal-fatt li l-ġurnaliżmu internazzjonali, li l-bieraħ kien f'għaqda waħda li tkellmet b'leħen sod, mhux se jieqaf jagħmel xogħolu.", "Xogħolu hu dak li jwassal l-informazzjoni.", "U li ma jiqafx iwassal din l-informazzjoni anki jekk ikun iffaċċjat bil-manuvri ta' dawk li mingħalihom jistgħu jidfnu jew jinjoraw il-fatti, li jgħawwġu l-verità billi jpinġuha bħala \"tfigħ ta' tajn\" jew li jippruvaw jimmanipulaw l-aħbarijiet biex l-iswed iġiegħluna narawh abjad, forsi anki bl-għajnuna ta' xi ilħna li jaħdmu fil-ġurnaliżmu lokali.", "L-istess ilħna li kienu ppruvaw jiżolaw lil Daphne sakemm xi ħadd iddeċieda li jsikkitha għal dejjem\".", "Read the detailed report here.", "Previous: Grazzi Joseph.", "Malta issa tinsab \"blacklisted\" mill-OECD.", "Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-bejgħ ta' passaporti huwa \"theddida għas-sigurtà tal-Ewropa\" Next: Partit Liberali Ġermaniż isejjaħ għat-tnedija ta' investigazzjoni Ewropea dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/05/jekk-mhux-issa/", "date": "Thu, 3rd May '18, 21:29", "category": "blog, politics, government", "title": "Jekk mhux issa", "text": ["Twissija.", "Din li ġejja waħda twila sew.", "M'għandekx għalfejn tgħidli.", "Naf, għax jien ktibtha.", "Jekk għandek ftit ħin, ibda aqra.", "Il-karattru insidjuż tal-poter li ħakem lil Malta faċli jiġi sottovalutat.", "Kien hemm min ħareġ b'paraguni mal-faxxiżmu ta' qabel il-gwerra, u dawn mhumiex bla bażi.", "Iżda jekk tqabbel mal-għodda li r-reġim ta' Joseph Muscat għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-għodda li kellhom il-faxxisti kienu primittivi u ta' nofs kedda.", "Bis-saħħa tal-applikazzjoni tat-teknoloġija u tal-psikoloġija kollettiva kontemporanja biex wieħed jimmanipula l-imħuħ, il-faxxisti ta' żminijietna għandhom il-mezzi kollha biex ma jħammġux idejhom.", "Wara l-attentat ta' kolp ta' stat fl-1923 fil-Ġermanja, in-Nażisti kienu ntebħu li f'pajjiż fejn titħaddem id-demokrazija diffiċli ħafna li wieħed jieħu l-poter.", "Irrealizzaw li biex jaħtfu l-poter kien jeħtieġ li jikkompetu fl-ambitu demokratiku, jużaw kull mezz neċessarju biex jagħġnu d-demokrazija favurihom, inawru d-demokrazija minn ġewwa u jikkonvinċu lill-mases, li l-partit ikkunsidra bi stmerrija totali, li r-rieda tagħhom u r-rieda tal-mexxej kienu ħaġa waħda.", "Il-punt li wasal fih Joseph Muscat kien jeħtieġ snin twal ta' tħejjija u beda ferm qabel daħal fix-xena politika.", "Mil-lat kulturali, sab ambjent li seta' jservi għall-iskopijiet tiegħu.", "B'differenza minn demokraziji oħra stabbli u sofistikati, it-tradizzjoni demokratika ta' Malta hi waħda kolonjali u bla struttura.", "Dan kien sinjifikanti l-aktar mhux għaliex id-demokrazija għadha żgħira imma l-mod kif ingħatat minn fuq u ttieħdet lura kull meta min imexxi ħass li ma kienx jaqbillu.", "Id-demokrazija Maltija mhux il-Maltin bnewha.", "L-Ingliżi kienu \"tawhielna\" f'tentattiv biex tiddgħajjef l-għajta ta' dawk f'Malta li riedu jifirduna mill-Imperu.", "U meta tawhielna, ma skruplaw xejn meta kemm il-darba dehrilhom li għandhom jeħduha lura kif u meta kien jogħġobhom.", "Fil-ħsieb inkonxju kollettiv tagħna, id-drittijiet u d-demokrazija ma jeżistux ħaġa waħda mal-istatus tagħna ta' ċittadini.", "Inqisuhom rigal minn fuq, bħall-manna mis-sema.", "Mistenni minna nkunu rikonoxxenti kull meta jagħtuhielna, u nbaxxu rasna kull meta l-allat jidhrilhom li għandhom jeħduhielna.", "F'dan ix-xenarju kulturali, Joseph Muscat sab ukoll lil min kien lest jadurah qisu eroj.", "Is-sistema politika tagħna tiffoka ħafna fuq il-personalità tal-mexxejja.", "M'hemmx dubju li għad-demagoġija ftit kienu jinqalgħu daqs Dom Mintoff.", "Imma meta l-Partit Nazzjonalista qabillu jinvesti fil-vantaġġ tal-attrazzjoni tal-Kap tiegħu meta mqabbel mal-avversarju, il-PN ma qagħadx lura milli jippersonifika l-politika tiegħu.", "Kienet għal din ir-raġuni li Eddie Fenech Adami kiseb maġġoranzi meta rebaħ lil Dom Mintoff fl-1981, lil Karmenu Mifsud Bonnici fl-1987 u fl-1992 u lil Alfred Sant fl-1998 u fl-2003.", "Din kienet ukoll ir-raġuni għaliex Lawrence Gonzi rebaħ lil Alfred Sant fl-2008.", "M'hemm ebda dubju allura li għaż-żewġ partiti l-investiment enormi fil-personalità tal-mexxej huma metodu aċċettat bil-kbir fuq iż-żewġ naħat.", "Iżda huwa impossibbli li wieħed jifred dan l-iffokar fuq il-persuna tal-mexxej mill-kult tal-personalità li kellu Dom Mintoff.", "Bis-saħħa ta' dan il-kult u tal-partitarji devotissimi, li wħud minnhom b'venerazzjoni kbira kienu saħansitra jdendlu ritratti tal-Perit biswit santi tal-Madonna, Dom Mintoff seta' jġib ruħu b'mod atroċi b'impunità kbira.", "Kien jgħid li kien lest li jarma lin-nies tiegħu biex ikisser lill-avversarju fost iċ-ċapċip u l-approvazzjoni tal-partitarji tiegħu.", "Seta' jitfa' t-tfal tal-iskola 'l barra mill-klassi, seta' jeżilja ġenerazzjoni sħiħa ta' tobba, seta' jxewwex il-manigoldi biex jaħarqu bini ta' ġurnal u jkissru d-dar tal-Kap tal-Oppożizzjoni bi wliedu mwerwrin ġewwa.", "Seta' jifred lil Malta mill-Punent u jikkonvertiha f'sentinella għal-Libja ta' Gaddafi.", "Seta' jipprojbixxi kull forma ta' komunikazzjoni sofistikata u li jibgħat xandara dissidenti fl-eżilju.", "Seta' jgħattilhom il-korruzzjoni, il-vjolenza politika, ir-rimi ta' katavri ta' xhieda u l-qtil ta' nies innoċenti, kollox taħt imnieħer il-Pulizija.", "Wieħed ma jistax jaqbad u jiskuża u jaħfer din l-imġiba kif ġieb u leħaq bħallikieku kienet biss xi difett fil-karattru ta' xi eroj tal-klassi tal-ħaddiema.", "L-imġiba ssir ħaġa waħda mal-bniedem u l-bniedem jippersonifika l-moralità l-ġdida.", "Il-partit, il-gvern u l-Istat jiġu ppersonifikati fi bniedem wieħed.", "Tabilħaqq ein Volk, eine Partei, ein Führer.", "L-esklużività morali tal-poter issib is-sisien tagħha fl-assimilazzjoni tal-mezzi kollha tal-poter.", "In-nuqqas ta' qbil mal-mexxej, mal-partit jew mal-gvern, huma meqjusa minnhom bħala tradiment tal-Istat u tal-poplu.", "Għalihom id-dissens jew in-nuqqas ta' qbil minn naħa ta' oppożizzjoni demokratika mhumiex biss inkonvenjenza.", "Jitqiesu bħala tradiment li jkun jeħtieġ jiġi eliminat.", "Hekk jirraġunaw dawk li jqisu lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Dom Mintoff.", "Karmenu Mifsud Bonnici pprova mingħajr suċċess ikompli fejn kien ħalla Mintoff.", "Min-naħa tiegħu, Alfred Sant ittanta jaqbad triq oħra u daħħal attitudni aktar razzjonali.", "Mhux għax Sant kellu xi ambizzjoni li jkun ġust, iżda ma setax jittollera l-vjolenza fiżika u pprova jitbiegħed minnha.", "Minflok għamel użu sħiħ mill-mezzi tax-xandir tal-partit biex sistematikament ixandar il-qerq u l-gideb sfaċċat.", "Mhux minnu li kull ma kien jgħid Sant kien gideb.", "Uħud mix-xiljiet li kien jagħmel dwar korruzzjoni fil-konfront tal-PN kienu bbażati fuq fatti u, ffaċċjat bi kritika leġittima, il-PN mhux dejjem kien pront jaġixxi fil-ħin.", "Iżda l-Alfred Sant ta' wara l-1998 ma kienx l-istess Alfred Sant ta' qabel l-1996.", "Huwa veru li l-elementi vjolenti baqgħu taħt kontroll strett.", "Iżda meta huwa ttanta jimmina l-istituzzjonijiet li kienu qed jippruvaw isibu tarf tal-ewwel assassinju ppjanat li qatt kien hawn f'Malta, ġab ruħu bl-oppost ta' kif kien wiegħed li jġib ruħu meta kien ħa r-riedni tal-partit.", "Eżatt bħaż-żewġ mexxejja Laburisti ta' qablu, wera disprezz sħiħ lejn l-istituzzjonijiet kostituzzjonali u użahom bħala armi biex isalva r-reputazzjoni politika tiegħu.", "Għalih kollox kien jgħaddi u kollox kien leċtu b'riżq is-salvazzjoni tal-ġilda politika tiegħu.", "U Joseph Muscat għamel l-apprendistat politiku tiegħu f'dan l-ambjent.", "Dan ma jfissirx li Joseph Muscat ma tax is-sehem tiegħu.", "Xejn minn dan.", "Muscat mhux biss wera li jinqala' ħafna fit-tħaddim tal-komunikazzjoni online , iżda wera wkoll li jinqala' bħala xandar u dan apparti l-fatt li beda jrabbi ċerta kariżma.", "U l-forza tal-personalità tiegħu — ħaġa li taffaxxinak din għax l-apparenza fiżika tiegħu fil-fatt hi waħda li ma tgħid xejn — malajr evokat memorja fl-imħuħ tan-nies, memorja li għaddiet minn fuq l-irjus ta' Karmenu u ta' Sant sa ma reġgħet fakkrithom fil-kobor ta' Mintoff.", "Bla dubju dak li Muscat fehem sew kien li l-imġiba tiegħu fil-politika ma kinitx se tkun imxekkla minn xi gwida morali iżda kienet se tkun taqtigħa bla ħniena u bla kompromessi għall-poter.", "Għaliex il-kilba għall-poter ma tagħraf ebda limitu għall-kilba tagħha u tfittex biss li tirbaħ kollox.", "Kilba li tfittex li dejjem tikber, kilba li tfittex li tiddomina dejjem aktar, kilba li tfittex li dejjem tirbaħ.", "U biex dan iseħħ Joseph Muscat kellu jerġa' jwaħħad lilu nnifsu mal-gvern tiegħu, mal-partit tiegħu, ma' pajjiżu u mal-Istat li tiegħu suppost huwa l-qaddej.", "Dawn l-identitajiet kollha jidħlu waħda fl-oħra u jsiru Joseph.", "Allura x'inhi r-raġuni li ħaddieħor jitnaffar milli jadotta din il-metodoloġija politika?", "Jista' jkun li hemm min qed jitħajjar jadottaha.", "Lil Adrian Delia ma tistax tixlieh li qed jittanta jaqbad din it-triq.", "Is-segwaċi tal-partit tiegħu huma tali li xejn ma jimpressjonaw ruħhom b'dawn il-pantomimi.", "Ħafna partitarji tal-PN ma jurux l-appoġġ tagħhom bil-miftuħ u kien biss meta Eddie Fenech Adami kien għoddu wasal biex jirtira, wara li damm kullana ta' suċċessi fuq medda ta' 30 sena, li ġie aċċettat u mfakkar bħala l-eroj li fil-fatt hu.", "Persuni tal-età tiegħi jew xi ftit iżgħar minni li jiftakru sew it-tieni parti — ħafna aktar mill-ewwel parti — tal-karriera politika ta' Eddie Fenech Adami jaħsbu li d-dixxiplina fil-partit u l-appoġġ bla riservi lill-kap huma xi ħaġa minn ewl id-dinja għal kap tal-PN.", "Din mhix ir-realtà.", "L-appoġġ bla riservi u l-lealtà indiskussa Eddie Fenech Adami kien akkwistahom — wara ħafna taħbit u inkwiet — b'riħet ir-rekord ta' suċċessi personali li kiseb u b'riħet ukoll l-għerf politiku li kellu.", "Għaldaqstant, minkejja l-fatt li Malta kollha kienet daqet l-esperjenza kolonjali ta' inkejja minn naħa tal-ħakkiema meta dawn kienu jċaħħdu d-drittijiet kull meta kien ifettlilhom, huma fil-fatt il-partitarji Laburisti li għollew il-qima lejn il-mexxej b'saħħtu għal-livell ta' reliġjon.", "Għalkemm iż-żewġ partiti t-tnejn huma armati bi stazzjonijiet tat-televiżjoni li huma użati fuq livelli differenti ta' diżonestà għall-iskopijiet tal-propaganda tagħhom, huwa l-istazzjon tal-Partit Laburista li għandu armata ta' segwaċi li huma dejjem lesti jwarrbu l-fatti sagrosanti u jibilgħu il-gideb li jbellgħulhom.", "L-iswed jibqgħu jemmnu li hu abjad għax hekk stqarr il-mexxej.", "Iż-żewġ partiti qegħdin jinqdew b'numru ta' trolls bil-għan mhux biss li d-dibattiti li jsiru online jiġu trivjalizzati b'tgħajjir, tmaqdir u insulti iżda wkoll biex isikktu u anki joqtlu.", "Iżda m'hemmx dubju li l-Partit Laburista u l-mezzi tax-xandir tiegħu rnexxielhom jiġbru trolls li jisbqu fin-numru u fil-qawwa dawk tal-PN.", "U għalhekk f'moħħ il-partitarji Laburisti l-poter u dak kollu li hu sewwa, jinsab imwaħħad fil-persuna ta' Joseph Muscat li, fil-perċezzjoni tagħhom, jinsab fiċ-ċentru ta' ċrieki konċentriċi ta' daqs differenti.", "Iċ-ċirklu ta' ġewwa tal-kotra kompost esklussivament minn segwaċi lealissimi lejn il-mexxej li baqgħu leali minkejja l-kritika u l-gideb ġejjin minn barra ċ-ċirklu.", "U ċ-ċirklu minoritarju ta' barra kompost minn dawk li għażlu li ma jqimux il-kobor tal-mexxej iżda li, bħala barranin, regolarment jattakkaw il-ħitan ta' Ġerusalemm il-Ġdida ta' Joseph b'gideb u xiljiet foloz.", "Din mhi xejn ħlief mentalità tal-assedju konvenzjonali iżda bil-maqlub.", "Min iħoss li qiegħed taħt il-qilla ta' assedju normalment ikun parti minn minoranza li tkun inqatgħet mill-bqija tad-dinja mill-attakki tal-kotra ta' madwarhom.", "Hawn Malta qed jiġri bil-kontra minħabba l-mentalità kulturali tal-Maltin.", "Fl-imħuħ tas-segwaċi ta' Joseph, dawk li jagħżlu li jibqgħu barra miċ-ċirku huma bħal dawk li jqimu lix-xitan.", "U x-xitan ma jistrieħ qatt, kif ġew mgħallma l-fidili tal-Knisja tul is-snin, u jgħix f'dawk li ma jattendux il-knisja.", "Armati b'din il-mentalità, mhux diffiċli li l-kotra tinħakem minn paranoja ferventi u minn mibegħda lejn l-oħrajn frott il-preġudizzji.", "Ġieli niġu mwissija li x-xitan kapaċi jsaħħarna bi kliemu, b'raġunar fin u bi kliem mimli tolleranza.", "Dan ma jagħmel xejn ħlief iderri lin-nies biex taqta' barra kull raġunar anki qabel dan jitlissen u biex twarrab kull spjegazzjoni onesta — mhux għax tkun spjegazzjoni qarrieqa — iżda għax ma tkunx ġejja mill-oraklu tal-altar ta' ġewwa u allura minn fomm il-Mexxej u dawk ta' madwaru.", "Artikli jew fehmiet ġejjin minn barra l-ambjent Laburista kważi qatt ma jiġu mwieġba b'argumenti solidi jew bi ħsieb razzjonali.", "Kważi dejjem jiġu mwieġba b'risposti sajmin mil-loġika jew b'insulti u tgħajjir.", "Din tal-insulti fiha u ma fihiex.", "Jistgħu jiġu mwieġba permezz ta' insulti reċiproċi u l-ħajja tibqa' għaddejja.", "L-insulti huma realtà tal-ħajja.", "Iżda bħalma jaf sew kull min għadda minn xi relazzjoni li kienet qed tfalli , jeżisti tilwim li jinsab fuq skala totalment differenti.", "Li għalkemm jista' ma jkunx hemm vjolenza fiżika u ħafna għajjat, hemm min ilissen diskors li jkun immirat biex ikisser u mhux biex isewwi, biex jifred u mhux biex jgħaqqad, biex iweġġa' u mhux biex jispjega.", "Hawn Malta mhux inkejja ċajtiera dwar minn ġabar l-akbar numru ta' nies għall- meeting għandna; m'għandniex inbix moderat dwar politiċi miż-żewġ naħat; lanqas m'għandna ċ-ċiniżmu tradizzjonali dirett lejn il-politiċi li tistenna f'demokrazija normali.", "Ħlief għal dawk li huma indifferenti jew newtrali għal dak kollu li jiġri madwarhom, il-politika kif imħaddma f'Malta tista' tweġġa' u tkorri lil dawk li jidħlu għaliha bi skop ġenwin u ta' servizz lill-komunità.", "Għalkemm m'għadniex naraw vjolenza fiżika, l-inbix, it-tgħajjir fit-toroq, il-ħsara lill-proprjeta' personali, it-theddid u l-vjolenza verbali li qed tiġi użata huma lkoll intiżi biex jintimidaw lit-\"tradituri\" li tbiegħdu mill-qima lejn il-kbir Mexxej.", "Fi ħdan komunità żgħira ta' nies li — għall-inqas f'sens kulturali — jgħixu f'soċjetà mingħajr klassijiet soċjali, id-djalogu mhux suppost ikun nieqes.", "Hawn Malta, b'kuntrast għal dak li jiġri fl-Indja, in-nies pjuttost jieklu l-istess ikel.", "B'kuntrast mal-Ingliżi, l-aċċenti fil-lingwa mhumiex marbutin mar-razza u r-radika.", "B'kuntrast man-Niġerjani, m'aħniex maqsuma skont ir-reliġjon li nħaddnu.", "B'kuntrast mal-Belġjani, għandna l-lingwi tagħna.", "M'għandniex xi ngħidu, hemm ukoll xi differenzi iżda dawn huma l-isterjotipi li ma jagħtux stampa realistika tal-ħajja fil-komunità tagħna.", "Nies li naħsbu li huma minn Tas-Sliema, fil-fatt jgħixu kullimkien f'Malta u l-kelma \"ħamallu\" ma tfisser xejn sakemm ma tintużax anki biex tiddeskrivi lili.", "Il-qasma politika minn dejjem kienet waħda PL-PN iżda din m'għadhiex tgħodd bħala analiżi adegwata.", "Illum il-qasma hi bejn il-PL u l-bqija tad-dinja.", "Jew aħjar bejn dawk li huma ma' Joseph u dawk li huma kontrih.", "Jekk ma tkunx leali lejn Joseph Muscat, int traditur.", "U meta jkun hemm il-protesti, tal-Labour jitkellmu dwar it-tradimenti.", "Ħadd ma kien jagħti każ il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir qabel dan beda jiżżejjen bil-fjuri, bix-xemgħat u bir-ritratti ta' Daphne Caruana Galizia.", "Bosta kienu dawk li kienu jaħsbu li l-Mafkar kien intrama biex ifakkarna fid-dibattiti politiċi televiżivi organizzati mill-Awtortà tax-Xandir.", "Iżda s-segwaċi ta' Joseph Muscat din il-biċċa m'għoġbithomx u ħassew ruħhom insultati b'dan it-tiżjin fuq simbolu nazzjonali tal-Assedju l-Kbir.", "Ħadd qatt ma xerred demgħa f'ġieħ dawk il-persuni mhux magħrufa li nqatlu taħt il-kmand ta' Jean de Valette.", "Iżda din rawha bħala sfida lil Joseph għax għalihom kull simbolu ta' kburija nazzjonali huwa awtomatikament simbolu ta' kburija b'Joseph.", "L-istess ħaġa tgħodd għall-protesti u għall-manifestazzjonijiet tal-moviment ta' kontra l-korruzzjoni fejn bosta ħadu għalihom li l-protestanti jażżardaw ikantaw l-innu nazzjonali u jxejru l-bandiera Maltija u, għaġeb tal-għeġubijiet, jażżardaw jitkellmu b'awtorità dwar Malta mal-barranin.", "Meta dan l-aħħar ġie Malta Nas Daily u ħareġ bil-kliem \" oh my Malta \" (kliem li fil-fatt ma jfissru xejn), ma stenniex li dawn it-tliet kelmiet se jkollhom tifsira speċjali għall-partitarji Laburisti.", "Ma seta' qatt jifhem għaliex Janice ta' Owen Bonnici immanipulat kollox mill-awtorità tat-turiżmu biex tħajjar liż-żgħażagħ jattendu għall-attivitajiet tal-massa li ma kienu xejn ħlief eżerċizzju mmirat biex taħsad għalqa ġdida għall-użu futur tal-kbir mexxej tagħhom. \"", "Oh my Malta \" fuq il- youtube għandha l-istess tifsira ta' \"Malta Tagħna Lkoll\" u għas-segwaċi ta' Joseph din il-kelma hi tagħhom u tista' tintuża minnhom biss.", "Fil-perċezzjoni tagħhom il-kliem \" Oh my Malta \" inħolqu għalihom u jfissru \"din mhix Malta tagħkom jekk ma tappoġġjawx lil Joseph\".", "Mingħajr ma jaf, Nas laqat il-musmar fuq rasu meta stqarr li l-politika f'Malta tiddomina l-umanità bażika tal-Maltin.", "Għal dawk li jqimu u jsegwu lill-politiċi qishom allat, il-politika tagħhom biss tgħodd.", "Skont dawn is-segwaċi, \"l-oħrajn\" li jinsabu barra miċ-ċirku ta' ġewwa li bena għalihom Joseph, m'humiex meqjusa bħala ċittadini u m'għandhomx dritt igawdu mid-drittijiet li jgawdu huma biex ix-xaħam tal-\"aqwa żmien\" jitgawda minn kulħadd b'ġustizzja.", "Għalihom dawn m'humiex bnedmin.", "Ma rridx nagħti x'nifhem li jum fost oħrajn Laburist għad jixxuttja lil xi ħadd li mhux Laburist hekk, għall-gost.", "Għallinqas fid-deher, mhux se naslu s'hawn.", "Iżda ma tkunx ħaġa ta' barra minn hawn jekk jitħajru jaqbdu ma' wħud li jinsabu fiċ-ċirku ta' barra permezz ta' nbix, insulti, tgħajjir u intimidazzjoni — u jekk ma jaslux li joqtlu — jiċċelebraw meta xi ħadd minn dawn jinqatel.", "L-ironija tinsab fil-fatt li l-PN il-ġdid, minħabba t-tolleranza relattiva li rabba fil-konfront tal-korruzzjoni tal-gvern, mhuwiex kategorikament eskluż mis-sens ta' inklużività komda tal-univers ta' Joseph.", "Il-PN ta' Adrian Delia jinsab f'limbu ta' aċċettazzjoni, konfortat kif inhu bil-kenn ta' persuni bħal Robert Musumeci u oħrajn bħalu.", "Il-verità hi li l-ostilità qed tiġi ffaċċjata minn dawk li, mingħajr tidwir mal-lewża, qed jikkritikaw bla qies il-korruzzjoni ta' Joseph Muscat.", "Għas-segwaċi ta' Joseph, dawk li huma lesti jħarrkuh għar-rati kriminali li wettaq — fosthom talli ta u baqa' jagħti kenn lil kriminali oħra — qed jgħidu l-agħar ereżiji u huma tradituri.", "U dawk li tkellmu dwar il-korruzzjoni mal-barranin, għemilhom ma jinħafrilhom qatt.", "Aħna ta' barra ċ-ċirku ta' ġewwa nistgħu biss inħarsu b'dieqa lejn it-tkissir li qed iseħħ f'pajjiżna, fejn qed ngħixu ta' eżiljati.", "Iżda kien hemm movimenti li nibtu mix-xejn.", "U dawk li għandhom il-poter, dan jafuh sew.", "Dawn jafu li l-poter tagħhom jiddependi fuq il-kompliċità tal-appoġġ popolari u fuq l-oppressjoni ta' dawk li mhux lesti jċedu.", "Meta demokrazija fażulla tiġi leġittimata, tinfetaħ it-triq għat-tattiċi biex dawk li jopponu jiġu eliminati.", "Il-Mexxej intagħżel demokratikament.", "U fuq premessa bħal din, id-dritt demokratiku li wieħed għandu li jopponi jsir att antidemokratiku.", "Il-kotra tiddeċiedi.", "Fuq premessa bħal din, id-dmir demokratiku li l-minoranzi jingħataw il-protezzjoni jsir oltraġġ kontra d-demokrazija nnifisha.", "Il-Mexxej huwa magħżul direttament mill-poplu u jispiċċa biex jagħżel hu lil ħaddieħor.", "Fuq premessa bħal din, il-poter demokratiku li għandhom l-impjegati fis-servizz ċivili biex jaraw li l-poter tal-gvern ikun kontrollat isir kolp ta' stat bis- slow motion .", "Ir-reżistenza għal dan kollu kif tista' tkampa f'ambjent bħal dan?", "Dawk li jirrifjutaw li jixegħlu x-xemgħat b'qima lejn Joseph kif jistgħu jħarsu d-dinjità tagħhom bħala ċittadini?", "Id-demokrazija kif tista' terġa' tingħata l-ħajja u titnaddaf?", "Kif nistgħu nerġgħu nieħdu lura lil pajjiżna u nerġgħu naqsmuh ma' dawk li ċaħħduna minnu?", "Jekk mhux issa, meta se nibdew ngħixu?", "Previous: Niltaqgħu fi Pjazza Tritoni biex inwerwru lill-ġurnalisti Next: L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jonora lil Daphne Caruana Galizia bil-Gold Award għall-kontribuzzjoni tagħha lejn il-ġurnaliżmu window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/repubblika-trid-sehem-fid-diskussjonijiet-dwar-riformi-kostituzzjonali/", "date": "Sun, 3rd Feb '19, 08:40", "category": "blog, politics, government", "title": "Repubblika trid sehem fid-diskussjonijiet dwar riformi Kostituzzjonali", "text": ["Repubblika bagħtet din l-ittra lill-President: L-1 ta' Frar, 2019 Il-President ta' Malta Il-Palazz Il-Belt Valletta Sinjura President, Dwar: Riforma Kostituzzjonali Repubblika hi organizzazzjoni mhux governattiva mwaqqfa biex tippromwovi d-drittijiet ċivili, il-ħajja demokratika, is-saltna tad-dritt, il-kelma ħielsa, il-libertajiet personali, l-inklużjoni soċjali, il-konservazzjoni tal-ambjent, is-sostenibbilta' ekonomika u l-ugwaljanza tal-aċċess.", "Dan tagħmlu billi tieħu sehem attiv fid-djalogu nazzjonali u b'inizjattivi relevanti bi skop edukattiv, soċjali jew filantropiku.", "Repubblika tosserva l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni Venezja dwar Malta.", "Fost oħrajn, il-Kummissjoni għamlet din l-osservazzjoni: \"Il-mezzi tal-komunikazzjoni u s-soċjeta' ċivili huma essenzjali għad-demokrazija fi kwalunkwe Stat.", "Ir-rwol tagħhom t'għassiesa hu kundizzjoni indispensabbli biex il-Gvern ikun accountable .", "Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni Venezja kellha l-impressjoni li f'Malta l- mezzi tal-kommunikazzjoni u s-soċjeta' ċivili isibuha diffiċli li jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet.\"", "Fil-konklużjonijiet tagħha l-Kummissjoni Venezja tgħid fost oħrajn li: \"148.", "Fl-aħħar, il-Kummissjoni Venezja tinsisti li hu obbligu internazzjonali tal-Gvern li jassigura li l-mezzi tal-kommunikazzjoni u s-soċjeta' ċivili jitħallew ikollhom rwol attiv fil- qasam pubbliku biex iżommu l-awtoritajiet accountable \".", "Repubblika għandha l-missjoni li taqdi din il-funzjoni.", "Fl-istess waqt aħna nissottoskrivu għall-osservazzjonijiet l-oħra tal-Kummissjoni Venezja li tissottolinea djgħufija demokratika kbira fir-realta' Kostituzzjonali ta' pajjiżna b'konċentrazzjoni inaċċettabbli tal-poter fil-persuna tal-Prim Ministru, nuqqas t'indipendenza tal-ġudikatura, il-pożizzjoni anomala u kunfliġġenti tal-Avukat Ġenerali, l-inabbilta' tal-Parlament li jeżerċita kontroll fuq il-Gvern, u l-limitazzjonijiet anti-demokratiċi fuq l-istampa ħielsa u s-soċjeta' ċivili.", "Hu għalhekk li fil-prinċipju naqblu li Malta għandu jkollha riformi Kostituzzjonali.", "Dan iżda ngħiduh bi preokuppazzjoni kbira meta naraw li l-persuni li llum qed jisfruttaw id-difetti Kostituzzjonali tagħna biex jeżerċitaw poter mingħajr restrizzjoni huma l-persuni li jidhru qed jiddeterminaw ir-riformi Kostituzzjonali li għandhom isiru.", "M'aħniex nantiċipaw rieda sinċiera li min illum diġa' qed jeċċedi l-poteri kbar li għandu se jaġixxi b'mod li jliġġem il-poteri li suppost ikollu.", "Il-kuntest politiku preżenti ukoll iħassibbna ħafna bħala l-agħar kuntest possibbli fejn isiru riformi ta' din il-portata.", "Il-partiti politiċi fil-Parlament huma l-akbar benefiċarji tad-difetti Kostituzzjonali li għandna.", "Bil-mezzi tal-kommunikazzjoni propjeta' tagħhom u b'dawk li jikkontrollaw huma jidfnu d-diskussjoni pubblika, jaqbżu l-għarbiel naturali ta' stampa ħielsa u kritika u jużaw l-għodda tal-popoliżmu biex jgħaffġu l-ħsieb ħieles u d-djalogu matur.", "Min bena l-mudell Kostituzzjonali bejn gvern u oppożizzjoni ried djalettika li tikkristalizza l-argumenti favur u kontra.", "Minflok qed naraw koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Parlament intenzjonata milli nistgħu naraw li tipperpetwa d-difetti Kostituzzjonali li għandna li jiggarantulhom il-poteri tagħhom, jekk mhux jużaw l-opportunita' tal-kunsens għall-bżonn ta' riformi biex jgħarrqu aktar l-affarijiet.", "Ġenwinament nittamaw li dawn il-preokuppazzjonijiet tagħna jirriżultaw mhux ġustifikati u jseħħ tassew proċess ta' riforma ġenwin li jirrestawra u jsaħħaħ id-demokrazija ta' Malta.", "Waqt li ngħidu dan, nistqarru li ma jidhrilniex li s-soċjeta' ċivili għandha tkun spettatur ta' proċess imwettaq u kkontrollat mill-partiti politiċi.", "Il-Kostituzzjoni hi finalment il-kuntratt bejn il-popolazzjoni u dawk fdati minnha fuq bażi temporanja biex jiggvernaw.", "Hi kontradizzjoni li f'dan il-proċess il-partiti politiċi jirrapreżentaw liż-żewġ partijiet ta' dan il-kuntratt.", "B'din l-ittra għalhekk nesprimu r-rieda tagħna li ningħataw rwol parteċipattiv u sinifikanti fid-diskussjonijiet preżenti dwar riformi Kostituzzjonali.", "B'rispett, Marion Pace Asciak President Kopji: Il-Prim Ministru Il-Kap tal-Oppożizzjoni L-Ispeaker Il-Prim Imħallef L-Avukat Ġenerali Is-Segretarju Ġenerali, Partit Laburista Is-Segretarju Ġenerali, Partit Nazzjonalista Is-Segretarju Ġenerali, Partit Demokratiku Is-Segretarju Ġenerali, Alternattiva Demokratika", "Previous: Fejnhom issa dawk li kienu xebgħu iwerżqu li \"Franco għandu raġun\"?", "Next: Emoraġija window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/09/de-volkskrant-il-gvern-malti-xxukkjat-bil-hrara-ta-investigatur-tal-kunsill-tal-ewropa/", "date": "Sat, 15th Sep '18, 14:50", "category": "blog, politics, government", "title": "De Volkskrant: il-gvern Malti \"xxukkjat\" bil-ħrara ta' investigatur tal-Kunsill tal-Ewropa", "text": ["Il-ġurnal de Volkskrant xandar rapport li fih inkiteb li l-awtoritajiet Maltin huma xxukkjati minħabba l-ħrara u d-determinazzjoni tal-MP Pieter Omtzigt li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex iniedi rapport dwar jekk l-investizgazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia humiex verament indipendenti.", "Skond ir-rapport, Pieter Omtzigt għandu fama fl-Olanda ta' \"kelb tal-għassa\" li, biex isib tarf tal-problemi li jqiegħdulu f'ħoġru, jidħol bir-ras.", "Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte jaf kemm huwa persistenti Pieter Omtzigt meta jiġi biex iżomm kontabbli lil min ikollu s-setgħa.", "F'kumment li ta lil de Volkskrant , Omtzigt stqarr \"dan huwa r-rwol ta' membru tal-parlament\".", "Kif irrappurtajt aktar kmieni, id-deputat Laburista Manuel Mallia talab lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex ikeċċi lil Omtzigt.", "Il-gvern qed igħid li Omtzigt m'huwiex persuna \"imparzjali\" iżda m'għamel ebda spjegazzjoni lill-istampa Maltija biex isostni ir-raġunijiet għaliex irid li dan jitkeċċa.", "De Volksrant qal ukoll li r-rapport finali ta' Omtzigt mistenni jitlesta sas-sajf li ġej.", "\"Ir-rapport li se nħejji m'huwiex dwar min wettaq il-qtil, iżda dwar it-tħaddim tal-istat kostituzzjonali f'Malta\".", "F'każ li l-konklużjoni tar-rapport tkun waħda negattiva, Malta titqiegħed taħt pressjoni minn pajjiżi oħra Ewropej tirriforma s-sistema ġudizzjarja u tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni dwar il-qtil.", "Previous: Reġgħu ċċensurawna: il-gvern joħnoq protesta f'Misraħ l-Assedju l-Kbir Next: Rapport lill-Pulizija window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/16-ta-gunju-fis-7-30-ta-filghaxija-velja-favur-il-verita-u-l-gustizzja/", "date": "Fri, 15th Jun '18, 10:20", "category": "blog, politics, government", "title": "16 ta' Ġunju fis-7.30 ta' filgħaxija: Velja favur il-Verita' u l-Ġustizzja", "text": ["Ħadd mhu se jsejjaħ għall-verita' u l-ġustizzja jekk ma tkunx int. Din il-ġimgħa il-qrati Maltin iddikjaraw li l-Gvern kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem fir-rigward tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia peress li ma jista jkun hemm l-ebda fiduċja fl-indipendenza politika tal-pulizija.", "Il-Qorti Suprema Griega tat protezzjoni lis-sors ta' Daphne Caruana Galizia, Maria Efimova, kontra ir-riskju għal ħajjitha hawn Malta.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea stqarr li Owen Bonnici kien qed jigdeb meta qal li l-liġi Ewropea ma tħallihx jilleġiżla biex jipproteġi lill-ġurnalisti kontra it-tip ta' kawza li Daphne Caruana Galizia biss kellha tiffaċċja: danni li jammontaw għal 40 miljun dollaru f'Arizona.", "Jonathan Ferris, possibilment sors ieħor ta' Daphne Caruana Galizia, kellu jfittex lill-gvern bil-qorti biex jipproteġi ruħu minn azzjoni ta' tpattija għax tkellem dwar dak li jaf.", "L-inġustizja enormi tal-mewt ta' Daphne Caruana Galizia qed tirrepeti ruħha u tinfirex f'dan il-pajjiż bħal kankru fi stat avvanzat.", "Jekk ma ssejjaħx għall-ġustizzja int, ħadd mhu ser jagħmel dan.", "Niltaqgħu għal darb'oħra quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja il-Belt għada fis-7.30 ta' filgħaxija.", "Sadanittant, ara dan il-video mtella' minn Megan Mallia, in-neputija ta' Daphne Caruana Galizia.", "Previous: Id-dmir li topponi Next: Ringrazzjamenti window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/id-dmir-li-topponi/", "date": "Fri, 15th Jun '18, 09:02", "category": "blog, politics, government", "title": "Id-dmir li topponi", "text": ["L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda ripetutament tonqos mid-dmirijiet kostituzzjonali tagħha li tgħarbel il-ħidma tal-gvern, li titkellem dwar in-nuqqasijiet tiegħu, li topponi l-eċċessi tiegħu u li toħroġ b'soluzzjonijiet alternattivi bil-għan li jinħoloq dibattitu.", "L-Oppożizzjoni għandha dan id-dmir.", "U jidher li m'hix twettqu.", "Dan l-aħħar Jurgen Balzan ta' The Shift News staqsa jekk il-Partit Nazzjonalista huwiex iservi ta' forċina għall-korruzzjoni tal-Labour bit-tlajjar tiegħu kull darba li jkun imissha tikkritikah.", "Semma' wkoll li l-PN dam jumejn sħaħ anke biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar l-istorja li xxandret f' The Sunday Times of Malta dwar l-użu abbużiv ta' ħaddiema tal-gvern mill-Ministru Carmelo Abela meta dawn tqabbdu jgħamlu xogħolijiet f'daru.", "Ninsab infurmat li l-PN kien ilu jaf dwar l-aġir abbużiv ta' Carmelo Abela 6 xhur qabel ixxandret l-istorja f' The Sunday Times of Malta .", "L-għejjun li wasslu l-istorja lil The Sunday Times of Malta kienu nfurmaw lil membru tal-grupp parlamentari tal-PN 6 xhur qabel u dawn kienu stennew biżżejjed lil dan il-membru biex jagħmel xogħolu u biex jitlob lill-Ministru jassumi responsabbiltà għal għemilu.", "Dan għalija huwa xokkanti daqs kemm huwa xokkanti l-għemil tal-Ministru.", "It-tnejn li huma naqsu li jagħmlu xogħolhom – xogħol li suppost qed iwettqu u li għalih qegħdin jitħallsu.", "Il-Partit Nazzjonalista jidher li m'għandux ħeġġa li jieqaf lill-gvern.", "Din il-ġimgħa stess il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li l-gvern kiser id-drittijiet fundamentali tal-werrieta ta' Daphne Caruana Galizi a meta, għal 8 xhur sħaħ, żamm lil Silvio Valletta fil-kariga ta' investigatur ewlieni dwar il-każ tal-qtil ta' tagħha.", "Dan ma kienx xi lment personali.", "Jekk il-membri tal-gvern huma lesti li jiksru d-drittijiet fundamentali ta' xi ħadd biex jipproteġu l-interessi personali tagħhom, dan jista' jiġri lil kulħadd.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tniffsitx.", "Din il-ġimgħa stess Il-Qorti Suprema Griega ċaħdet it-talba ta' Malta għall-estradizzjoni ta' Maria Efimova peress li f'Malta m'hawnx biżżejjed sigurtà.", "Hawn ma jistax ikollha moħħa mistrieħ daqskemm ma jistax ikollu moħħu mistrieħ min jażżarda jixhed dwar dak li jaf fejn jidħlu reati kriminali li fihom ikunu involuti negozjanti b'saħħithom u politiċi f'Malta.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tniffsitx.", "Din il-ġimgħa stess Jonathan Ferris ħarrek lill-gvern talli ma ngħatax l-istatus ta' whistle-blower , u fl-istess waqt wera' li, jekk wieħed ma jagħmilx bħalma għamlet Maria Efimova u jparpar lejn pajjiż ieħor biex ikollu l-kenn u l-protezzjoni, dawk li jkun lesti li jixhdu dwar ksur ta' liġi jispiċċaw ippersegwitati.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tniffsitx.", "Din il-ġimgħa stess il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea wieġeb lill-Parlament Ewropew u qal li r-rifjut ta' Owen Bonnici li jgħaddi liġi biex ġurnalisti lokali jitħarsu minn kawżi ta' libell tat-tip li fittxew li jfallu lil Daphne Caruana Galizia finanzjarjament qabel din inqatlet u li qed ikunu ta' theddida għal ġurnalisti lokali oħra, huwa bla bażi u ma jsib ebda sostenn fil-liġi Ewropea.", "Owen Bonnici daħak bil-Parlament.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tniffsitx.", "Din il-ġimgħa żaret Malta l-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Vera Jourova u, kif irrappurtat il- Politico , ġiet hawn biex twissi lill-gvern li jkun hemm il-konsegwenzi għal minn jeqred is-saltna tad-dritt.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tniffsitx.", "Il-Partit Nazzjonalista tkellem biss biex jappoġġja bis-sħiħ lil Joseph Muscat fit-tilwima li għandu mal-Italja filwaqt li tfal, nisa tqal u – biex nużaw terminoloġija li jiddilettaw jużaw – l-embrijuni fil-ġuf tagħhom intużaw bħala ostaġġi fuq l-ibħra u fil-maltemp fejn għadhom sal-lum.", "U l-PN tkellem ukoll biex jispjega r-raġunijiet għala mart il-Kap tal-Oppożizzjoni kompliet tnaqqas l-interess tagħha fil-politika kemm ilu li żewġha nħatar fil-kariga li għandu.", "Uħud jiskantaw jew jitqażżu jarawni nikkritika lill-Partit Nazzjonalista dan kollu għaliex jien trabbejt fih.", "Għalihom il-kritika tiegħi hi waħda żleali li qed isservi l-interessi tal-Labour.", "Iżda fil-fatt huwa l-Partit Nazzjonalista li qed ikun żleali lejn xogħolu bħala oppożizzjoni u minħabba f'hekk qed iservi sew kemm l-interessi tal-Partit Laburista kif ukoll il-korruzzjoni tal-mexxejja tiegħu.", "Meta l-Pulizija, l-Avukat Ġenerali, l-Imħallfin, l-amministraturi, l-Istituzjonijet Ewropej u l-ġurnalisti jonqsu milli jservu ta' tarka kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità li jkun hemm fil-gvern u li jaġixxu meta dawn jinkixfu, dmirna hu li nikkritikawhom u li nħeġġuhom li jagħmlu xogħolhom.", "Meta l-Oppożizzjoni tonqos minn dmirha, jeħtieġ li nħeġġuha wkoll li tagħmel xogħolha.", "Previous: Chris Cardona mhux se jivvota Next: 16 ta' Ġunju fis-7.30 ta' filgħaxija: Velja favur il-Verita' u l-Ġustizzja window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/l-ghazla-tal-kandidati/", "date": "Fri, 15th Jun '18, 12:50", "category": "blog, politics, government", "title": "L-għażla tal-kandidati", "text": ["Clyde Puli ta intervista lil The Malta Independent li fiha kien hemm ħaġa li ma daqqitlix.", "Fil-fatt, kien hemm aktar minn waħda, iżda ejja nitkellmu dwar waħda biss.", "Hu u jħabbar il-kandidatura ta' żewġ kandidati ġodda għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u, jekk dawn jaċċettaw, il-possibilità li jiżdiedu mal-lista żewġ kandidati oħra, qal ukoll li l-PN kien xolja l-Kummissjoni dwar l-Għażla tal-Kandidati u reġa' lura għas-sistema ta' qabel li permezz tagħha huwa s-Segretarju Ġenerali li jmexxi t-tfittxija tal-kandidati.", "Ir-rapport imxandar f' The Malta Independent jirreferi għax-'xoljiment tal-Kummissjoni Elettorali' u jidher li l-awtur tar-rapport ħawwad bejn żewġ kummissjonijiet li t-tnejn kienu mmexxija minn Joe Borg.", "Wieħed jista' jargumenta fis-sens li x-xoljiment tal-Kummissjoni se jikkomplika l-affarijiet.", "Permezz tal-ħidma tal-Kummissjoni kien hemm miżura ta' oġġettività fl-għażla tal-kandidati u kienet tnaqqset sew il-possibilità li jkun hemm il-preferenzi.", "Niftakru li s-segretarju ġenerali stess huwa kandidat għall-elezzjoni.", "X'ħeġġa jista' jkollu dan li jħajjar biex jikkontestaw għall-elezzjoni nies validi li potenzjalment jistgħu jħabbtuh fil-ġirja għall-voti?", "M'jinix ngħid li Clyde Puli m'għandux għerf biżżejjed biex jegħleb it-tentazzjonijiet, iżda l-verità hi li l-Kummissjoni għenet biex suspetti bħal dawn jisfgħu fix-xejn.", "Kien hemm vantaġġ ieħor bil-Kummissjoni.", "Vantaġġ li issa spiċċa biex intrema': il-possibilità li kandidati prospettivi, wara li jkun ġew mgħoddija mill-għarbiel, ma jiġux aċċettati biex jirrappreżentaw lill-Partit.", "Eżempju wieħed huwa ċ-ċaħda tal-applikazzjoni ta' John Bonello biex jikkontesta l-elezzjoni mal-PN.", "Kif kien mistenni, ftit wara dan tfaċċa fl-attivitajiet politiċi tal-Labour.", "Eżempju ieħor kien iċ-ċaħda tal-applikazzjoni ta' Jean Claude Micallef biex jikkontesta l-elezzjoni mal-PN.", "Kif kien mistenni wkoll, dan imbagħad spiċċa kkontesta l-elezzjoni mal-Labour.", "Iċ-ċaħda ta' dawn iż-żewġ applikazzjonijiet kellha sservi ta' argument validu favur it-tkomplija tal-Kummissjoni.", "Iżda rrid ngħid li jien m'għandi xejn kontra dawk il-partiti politiċi li jagħżlu huma kif jirregolaw lilhom infushom u, wara kollox, il-membri tal-kumitat tal-għażla li jgħoddu l-aktar m'huma ħadd ħlief il-votanti.", "Allura sta għall-PN li jiddeċiedi dwar kif għandhom jintgħażlu l-kandidati tiegħu.", "Iżda wieħed għallinqas għandu jistenna li l-partiti politiċi jirrespettaw ir-regoli tagħhom stess.", "Il-Kummissjoni dwar l-Għażla tal-Kandidati hi mwaqqfa bl-istatut tal-PN stess u s-Segretarju Ġenerali ma jistax jaqbad u jxoljiha kif ġieb u leħaq.", "Azzjoni bħal din mhix biss sfida fil-konfront ta' Kummissjoni li ma nħatritx bl-awtorità tiegħu.", "Hi sfida fil-konfront tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit, li hu l-unika entità li għandu s-saħħa u l-awtorità li jibdel l-Istatut u li jiddikjara xjolta l-Kummissjoni.", "Kien hemm okkażjoni oħra meta seħħ dan fil-PN.", "Jesmar Baldacchino kien inħatar bħala d-Direttur Informazzjoni tal-PN b'daqqa ta' pinna meta dan kien messu nħatar bil-kunsens tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit.", "Meta partit politiku jonqos li jirrispetta r-regolamenti tiegħu stess, għandna nistennew li se jirrispetta l-liġijiet ġaladarba jkun fil-gvern?", "Previous: Ringrazzjamenti Next: 'M'hux se nisktu' window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/ringrazzjamenti/", "date": "Fri, 15th Jun '18, 10:47", "category": "blog, politics, government", "title": "Ringrazzjamenti", "text": ["Photo by Milos Bicanski/Getty Images Is-sentenza tal-Qorti Suprema Griega li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba ta' Malta għall-estradizzjoni ta' Maria Efimova hi waħda ta' sinjifikat immens.", "Hi ħaġa rari ħafna meta Stat Membru tal-Unjoni Ewropea juri li ma jafdax stat ieħor fl-istess Unjoni bis-sigurtà ta' persuna akkużata b'reat kriminali.", "Għalkemm din kienet deċiżjoni tal-qorti, il-konsegwenzi politiċi huma kbar ħafna.", "Effettivament Malta m'għadhiex kunsidrata li tagħmel parti mill-inħawi Ewropej fejn taħdem is-saltna tad-dritt u fejn wieħed jista' jkollu moħħu mistrieħ li l-istituzzjonijiet tal-istat se jirrispettaw il-liġijiet u jittrattaw lin-nies b'ġustizzja.", "Din is-sitwazzjoni konna ilna nafu biha.", "Aqraw l-istejjer dwar il-fastidji li kienu jsiru kontra Daphne Caruana Galizia minn naħa tal-pulizija u mill-istat meta kienet għadha ħajja u dwar kif kienu heddewha bl-arrest minħabba dak li kienet tikteb.", "Dwar kif il-prim ministru, f'konfoffa ma' negozjanti kbar, ittanta jfalliha finanzjarjament.", "U dwar kif il-kontijiet bankarji tagħha kienu ġew sekwestrati b'azzjoni ta' ministru tal-gvern.", "U wara mewtha, nafu kif ippruvaw jikxfu l-għejjun tagħha, dwar kif ippruvaw ixejjnu l-memorja tagħha, dwar kif ix-xogħol tagħha ġie mkasbar u dwar kif ġiet miċħuda lilha l-ġustizzja.", "Inqas minn ġimgħa wara mewtha, l-attivisti nġabru quddiem il-kanċell tal-kwartier ġenerali tal-Pulizija.", "Irrid ngħid li damu jaħsbuha xi ftit.", "Il-Ministru tal-Pulizija u l-Kummissarju kien messhom irriżenjaw dakinhar stess tal-assassinju u dan talli naqsu li jipproteġuha kif ukoll li jħarsu d-demokrazija tagħna.", "Il-Qorti Suprema tal-Greċja jidher li xammet dan kollu u ddeċidiet li l-istituzzjonijet Maltin mhux ta' min jafdahom bis-sigurtà ta' mara li kienet xehdet dwar dak li taf fuq diversi reati kriminali, inklużi dawk imwettqa minn dak li kien l-imgħallem tagħha li issa qed jistenna li jgħaddi ġuri fuq frodi u, m'għandniex xi ngħidu, dawk imwettqa mill-prim ministru nnifsu.", "Il-bieraħ jien flimkien mal-kollegi tiegħi tas-soċjetà ċivili xtaqna nirringrazzjaw lil dawk kollha li għenuna biex inqajjmu kuxjenza dwar dak li kienet għaddejja minnu Maria Efimova.", "Għandna għalxiex nirringrazzjaw lil David Casa u lil Stelios Kouloglou, li ddefendewha, xehdu quddiem il-qrati tal-Greċja u ħadmu spalla ma' spalla ma' uffiċjali Griegi.", "Dawn kollha sabu wkoll l-appoġġ ta' Ana Gomes, ta' Sven Giegold u ta'MEPs oħra li ħadmu qatigħ biex kulħadd ikun jaf bis-sitwazzjoni f'Malta.", "Personalment nixtieq inrodd ħajr lill-kollega Ċiprijott tiegħi S telios Orphanides tax-xogħol ġurnalistiku li wettaq meta nvestiga l-akkużi foloz li kienu xxandru fil-ġurnali ta' Ċipru meta kien hemm min kellu l-interess li jikkalunja u jigdeb dwar Mar ia Efimova.", "Mill-investigazzjonijiet li dan għamel, irriżulta li l-akkużi li saru kontriha kienu mingħajr bażi.", "U meta għamel ilment quddiem is- Cyprus Media", "Complaints Commission, instab li r-rapporti kontriha kienu saru minn persuni li kellhom l-interess li jnaqqsulha l-kredibilità bħala xhud dwar it-twettiq ta' reati kriminali f'Malta.", "Araw naqra x'paragun mal-aġir ta' Brian Hansford li kellu l-ardir li jirrepeti l-gideb daqslikieku kienu mis-sewwa, dejjem jekk ma vvintahomx hu stess.", "Ringrazzjament għandu jmur ukoll lill-NGOs ġurnalistiċi internazzjonali li fehmu l-periklu li jiffaċċja whistle-blower fil-kuntest tal-kwalità ta' abbużi kontra l-libertà ġurnalistika li mdorrijin naraw f'pajjiżna.", "Dawn huma PEN International , Reporters without Borders u l- Committee to Protect", "Journalists li qajjmu kuxjenza dwar il-każ ta' Maria Efimova.", "Bħala attivisti nroddu ħajr ukoll lil dawk f'Malta li kkontribwew finanzjarjament biex tħallsu parti mill-ispejjeż legali kbar li kellha tħallas Maria Efimova biex setgħet tiddefendi d-dritt tagħha għall-ħajja, d-dritt tagħha għas-sigurtà u d-dritt tagħha għal-libertà.", "Ara hawn rapport inxandar fin-Newsbook dwar il-konferenza stampa tal-bieraħ li jinkludi video bil-Malti dwar l-attività.", "Previous: 16 ta' Ġunju fis-7.30 ta' filgħaxija: Velja favur il-Verita' u l-Ġustizzja Next: L-għażla tal-kandidati window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/05/euronews-jintervista-lil-maria-efimova/", "date": "Wed, 30th May '18, 16:08", "category": "blog, politics, government", "title": "Euronews jintervista lil Maria Efimova", "text": ["Il-bieraħ Maria Efimova tkellmet f'konferenza tal- whistleblowers u ġiet intervistata mill-Euronews.", "Ara l-intervista hawn.", "\"Lil dawn in-nies, li jħossuhom tant b'saħħithom u li tant huma sinjuri li jidhrilhom li jistgħu jagħmlu li jridu, rrid nurihom li dan m'huwiex il-każ.", "Hemm Alla li qiegħed hemm biex jiġġuduikahom.", "Alla m'huwiex se jiġi hu stess fid-dinja biex jikkastiga li kull min jagħmel il-ħażin iżda jibgħat lill-qaddejja tiegħu biex jikkastigaw lil dawk li jiżbaljaw\".", "Maria Efimova qalet li jekk il-każ imur il-Qorti, hi tkun lesta li terġa' tixhed dwar l-iskandlu li allegatament huma mdaħħla fiħ dawk li kienu jimpjegawha għalkemm m'hix lesta li tagħmel dan f'Malta.", "\"Jien lesta li nixhed iżda żgur mhux f'Malta.", "Jekk nirritorna lejn Malta, ħajti tkun fil-periklu kbir,\" qalet lil dawk li attendew il-konferenza f'Ateni.", "Nhar it-Tlieta Efimova u l-avukat Grieg tagħha qalu li l-mod kif imxew magħha l-awtoritajiet Maltin meta hi kienet xehdet l-ewwel darba juri li f'pajjiżna tal-Pilatus Bank għandhom min jaqlagħhom.", "Għalkemm Efimova kienet ġiet assigurata li isimha ma kienx se jixxandar, l-għada li tkellmet mal-maġistrat isimha xxandar fil-ġurnali Maltin.", "Skond l-avukat Alexandros Papastergiopoulos, tal-Pilatus Bank ftit wara akkużaw lil Efimova li kienet serqet mingħandhom ammont li tant hu insinjifikanti li xi ħaġa bħal din s-soltu ma twassalx għall-ħruġ ta' taħrika Ewropea.", "U meta uffiċjali tal-Pulizija Maltija kienu bgħatu għaliha biex jagħmlulha xi mistoqsijiet, Efimova qalet li dawn ippruvaw jintimidawha.", "\"Qaluli li se niġi kundannata għal ħames snin fil-ħabs u li, waqt li nkun hemm, joqtluni,\" qalet l-omm ta' żewġ ulied.", "\"Kien proprju hawn li ntbaħt li l-bank kellu saħħa kbira,\" qalet Efimova.", "Waqt l-interrogazzjoni il-Pulizija Maltija ppermettiet li jkunu preżenti xi managers tal-Pilatus Bank – ħaġa mhux tas-soltu\".", "F'April kunsill magħmul minn Imħallfin Griegi iddeċieda li ma jippermettix l-estradizzjoni ta' Efimova lejn Malta iżda l-każ issa jinsab quddiem il-Qorti Suprema.", "Fl-14 ta' Ġunju mistennija li tingħata deċiżjoni.", "Wara li kienet ħarbet mill-gżira ta' Kreta, f'Marzu Efimova ċediet f'idejn il-pulizija ta' Ateni.", "\"Qatt ma kelli l-intenzjoni li nistaħba.", "M'għandix fuqhiex ikolli ndiema.\"", "Efimova ċaħdet akkużi tal-gvern Malti li hi spija Russa.", "Previous: Manuel Mallia iqum bil-wieqfa fil-Parlament biex jagħmel skrutinju fuq ix-xogħol ta' Manuel Mallia Next: Kif qalilna Joseph Muscat: il-monument ta' Dom Mintoff huwa wieħed għall-preżent.", "U għall-ġejjieni. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/mhux-se-nisktu/", "date": "Sat, 16th Jun '18, 09:01", "category": "blog, politics, government", "title": "'M'hux se nisktu'", "text": ["Il- banners li ttellgħu dal-lejl, 8 xhur wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, fihom messaġġ b'saħħtu.", "Lil Daphne sikktuha.", "Iżda dan ma jfissirx li ħaddieħor se jissikket ukoll.", "Huwa messaġġ lil dawk kollha li, għax il-protesti u l-verità jikxfuhom ta' li huma, jridu jsikktu lil ħaddieħor.", "Lil dawk kollha li jridu lil ħaddieħor jiskot biex il-ħmerijiet li jlissnu jinstemgħu rilevanti.", "Lil dawk kollha li għandhom nostalġija għaż-żminijiet meta t-trab kien jinkines taħt it-twapet u meta konna nagħmlu tabirruħna li kollox ward u żahar.", "Lil dawk kollha li jiskartaw mix-xogħol u jippretendu li jitħallsu xorta waħda.", "'Mhux se nisktu' hi risposta f'waqtha lill-bulijiet, lill-manigoldi, lit- trolls u lis-sidien tagħhom, lill-bankiera u lill-politiċi, lis-sinjuruni li jużaw lil pajjiżna biex jippruvaw inaddfu r-reputazzjoni tagħhom.", "Hija sejħa diretta lejn dawk li jippreferu jinsew, lejn dawk li xebgħu jisimgħu u lejn dawk li jridu jdawwru l-ħsieb tagħhom fuq affarijiet oħra.", "Hija wegħda solenni li d-dwejjaq ta' ħaddieħor, dak kollu li jaljenahom u l-lealtàjiet għomja li jxekkluhom m'humiex se jwaqqfuna.", "'Mhux se nisktu' hi sejħa biex inkunu ta' eżempju u biex ma nonqsux minn dmirna.", "Hi sfida biex ngħelbu l-biża' u l-iżvantaġġi, l-iżolament u d-disperazzjoni.", "Nixtiequ li nkunu aktar numerużi, iżda dan mhuwiex daqstant importanti.", "Mhux se nieqfu sakemm toħroġ il-verità.", "Mhux se nieqfu sakemm issir ġustizzja.", "Tmien xhur.", "Tmien snin.", "Tul ħajjitna.", "Xejn m'hu aktar importanti minn dan.", "U, kif forsi naħsbu ta' sikwit, m'aħniex weħidna.", "Bosta huma dawk li jaqraw fis-silenzju u jiktbu fis-satra.", "Dawn ukoll jafu jiddeċiedu.", "U xi drabi juru r-rabja tagħhom u joħorġu jipprotestaw bil-kalma iżda b'rieda tal-azzar.", "Nies li ma nkunux nafu min huma.", "Nies li ma jitkellmux mhux għax kompliċi imma għax jibżgħu.", "Dawn ipprotestaw mal-kanċell tal-ambaxxata tagħna fil-Greċja, post minn fejn il-Gvern ta' dan il-pajjiż ġie mħeġġeġ jibgħat lil Maria Efimova lura hawn.", "U staqsew il-mistoqsija li tal-ambaxxata kien messhom staqsew.", "Min qatel lil Daphne?", "Previous: L-għażla tal-kandidati Next: L-album tal-familja tal-Kenniesa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/l-album-tal-familja-tal-kenniesa/", "date": "Sat, 16th Jun '18, 09:04", "category": "blog, politics, government", "title": "L-album tal-familja tal-Kenniesa", "text": ["Il-Kenniesa illum ħarġu b'figuri tal-kartun mill-album tal-familja tal-qaddisin.", "Tafu għal min qed ngħid.", "Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona: dawn qed jeħlu ta' xejn jaħasra.", "Previous: 'M'hux se nisktu' Next: Qegħdin tavveluna window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/qeghdin-tavveluna/", "date": "Sat, 16th Jun '18, 09:11", "category": "blog, politics, government", "title": "Qegħdin tavveluna", "text": ["Darrin Zammit Lupi, fotografu mar-Reuters, dalgħodu ried jiġbed ritratt ta' Kastilja.", "Kuntistabbli tal-pulizija ma ħalliehx.", "Dan huwa r-riżultat.", "Previous: L-album tal-familja tal-Kenniesa Next: #occupyjustice: Is-Siġra tal-Ġustizzja window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/occupyjustice-is-sigra-tal-gustizzja/", "date": "Sat, 16th Jun '18, 14:05", "category": "blog, politics, government", "title": "#occupyjustice: Is-Siġra tal-Ġustizzja", "text": ["Stqarrija ta' #occupyjustice: Siġra tal-Ġustizzja 'tħawwlet' quddiem il-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq is-Sibt wara nofsinhar b'ittri ta' protesta bħala l-'frott' mill-friegħi tagħha.", "Is-Siġra tħawwlet tminn xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. #Occupyjustice qalu li \"kull ma fadlilna huma l-egħruq tal-ħażen\". #Occupyjustice hu grupp ta' attivisti mmexxijja minn nisa li qegħdu s-siġra fejn kien hemm siġra tal-ballut li egħxet tul it-Tieni Gwerra Dinjija huma mietet taħt il-Ministru preżenti tal-ambjent. #Occupyjustice qalu li \"l-messaġġ tagħna hu sempliċi: Muscat, Schembri u Mizzi, għalfejn ma tagħmlux bħas-siġra u titilqu 'l hemm?\".", "L-attivisti tennew il-fehma tagħhom li s-sensiela twila ta' provi dokumentati jġiegħlu lill-Prim Ministru u 't-tnejn l-aktar qrib tiegħu jitilqu.", "\"Il-Prim Ministru jista' jara din is-siġra kuljum mit-tieqa tal-uffiċju tiegħu u forsi jiftakar li l-Kap tal-Uffiċju tiegħu Keith Schembri u l-Ministru ewlieni tiegħu Konrad Mizzi bnew strutturi li jaħslu l-flus biex jirċievu tixħim illeċitu, waqt li hu qed jipproteġihom mill-post li suppost dawn l-affarijiet iwaqqafhom — Kastilja — għax kif inhu ċar jaqbel lilu,\" qalu #Occupyjustice.", "L-attivisti qalu li minn meta kienet assassinata Daphne Caruana Galizia, isem pajjiżna mar il-baħar.", "\"Din il-ġimgħa rajna lill-Kummissarju Ewropew titkellem fuq possibilta ta' proċeduri kontra Malta wara ksur tal-liġijiet Ewropej.", "Rajna kif qorti f'Ateni effettivament iddikjarat li Malta m'hawnx sigurta għall-whistleblower Maria Efimova li jfisser li mhawnx sigurta għal min jazzarda jitkellem kontra Joseph Muscat.\"", "Qalu wkoll li \"hu ċar li m'hux interessati f'isem pajjiżna imma fil-flus li qed idaħħlu\". #Occupyjustice kkwotaw lil Mahatma Ghandi u qalu li \"d-dinja tipprovdi biż-żejjed għall-bżonnijiet ta' kull bniedem, iżda mhux biż-żejjed għar-rgħiba ta' kulħadd.", "Xi darba l-Prim Ministru ser jirrealizza li ruħu m'għandhiex għalfejn tintema' bil-flus\".", "\"Se nibqgħu niġġieldu biex insalvaw lil pajjiżna maħtuf mill-ħallelin mafjużi.", "M'hux se nistrieħu qabel issir ġustizzja\". #Occupyjustice determinati jiġġieldu għas-sewwa, għall-ħaqq u għal soċjeta ġusta u ekwa.", "\"Dan pajjiżna.", "Din darna.", "Aħna n-nies.", "Nippretendu aħjar.", "Jixraqilna aħjar.", "Nesiġu aħjar\".", "Previous: Qegħdin tavveluna Next: Min xandar ritratti pornografiċi bi tpattija se jikkontesta għall-Parlament Ewropew window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/min-xandar-ritratti-pornografici-bi-tpattija-se-jikkontesta-ghall-parlament-ewropew/", "date": "Sun, 17th Jun '18, 08:56", "category": "blog, politics, government", "title": "Min xandar ritratti pornografiċi bi tpattija se jikkontesta għall-Parlament Ewropew", "text": ["Fl-imgħoddi Cyrus Engerer diġà kien imħajjar jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.", "Kien irtira l-kandidatura tiegħu fl-aħħar minuta minħabba kundanna mill-Qorti talli kien xandar ritratti pornografiċi ta' sieħbu bi tpattija wara li kien kisirha minn miegħu.", "Joseph Muscat kien sejjaħ l-irtirar ta' din il-kandidatura bħala att erojku u lil dan il-kunsillier eks Nazzjonalista b'akkuża serja mdendla ma' għonqu kien laqqmu bħala \"suldat tal-azzar\" – x'aktarx l-ogħla unur li l-Partit Laburista jista' jagħti lil xi ħadd.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista kien beża' li jitlef il-voti li kieku Cyrus Engerer tħalla jikkontesta.", "Peress li kienu obbligati lejh talli telaq mill-PN, irranġawlu għal impjieg f'Brussell u ieħor għal sieħbu.", "Sakemm dam Brussell kien prattikament l-ambaxxatur ta' Malta sakemm xeba' u rritorna Malta biex ikompli fejn kien ħalla: issa se jikkontesta bħala kandidat fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Jaqaw ir-raġunijiet li minħabba fihom kien irtira l-kandidatura tiegħu ħames snin ilu issa nbidlu?", "Jaqaw ismu tnaddaf?", "Le.", "Kien ġie kundannat mill-Qorti u l-kundanna kienet ġiet konfermata mill-Qorti tal-Appell.", "Jaqaw sirna aktar tolleranti għax-xandir bi tpattija ta' materjal pornografiku?", "Żgur li le.", "Niftakru li dan l-aħħar kien hemm kontroversja politika taħraq dwar video ta' koppja f'pożizzjoni kompromettenti f'karrozza li xxandar fuq il-media soċjali.", "Għandi nimmaġina li tal-Oppożizzjoni, bħalma kienu ħames snin ilu, m'humiex kuntenti b'din il-kandidatura għalkemm għadni ma smajthom igħidu xejn.", "Allura x'inbidel minn ħames snin 'l hawn?", "L-impunità totali ta' gvern li jħoss li hu ntokkabbli.", "Mill-2014 l'hawn sirna nafu li fost dawk eletti f'karigi pubbliċi hemm min evada t-taxxa, min iffroda, min ma xebgħax jigdeb u nissuspetta li hemm l-assassini wkoll.", "Allura lil min instab ħati ta' tixrid bi tpattija ta' ritratti pornografiċi se narawħ żejjed?", "Nistenna li ma jkun hemm ħadd li jmur igħid – forsi ħlief Cyrus Engerer – li Cyrus Engerer diġà ħallas prezz politiku ta' għemilu meta kien irtira l-kandidatura tiegħu fl-2014 u li bata biżżejjed konsegwenzi politiċi għar-reat kriminali li kien wettaq.", "Il-kandidatura tiegħu m'hi xejn ħlief konferma dwar kemm waqgħu fil-baxx il-livelli f'dan il-pajjiż.", "Bħal donnu li t-twettiq ta' reat kriminali sar jitqies bħala kwalifika biex wieħed jipparteċipa fil-politika fuq in-naħa tal-Labour.", "Qabel tibqa' trodd is-salib, trid tipprova li int maħmuġ sabiex imbagħad tkun tista' tibda' tkewwes fil-borma.", "Previous: #occupyjustice: Is-Siġra tal-Ġustizzja Next: Tal-FIAU jimmultaw il-magna tal-ħasil imma jħallu lill-ħasselin weħidhom window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/tal-fiau-jimmultaw-magna-hasil-hasselin-wehidom/", "date": "Sun, 17th Jun '18, 09:36", "category": "blog, politics, government", "title": "Tal-FIAU jimmultaw il-magna tal-ħasil imma jħallu lill-ħasselin weħidhom", "text": ["L-istorja li xandar Jacob Borg fit- Times of Malta tal-bieraħ żvelat li MFSP Financial ġiet immultata mill-FIAU talli kisret il-liġijiet tal-MFSA.", "Hija ħaġa mis-sewwa li l-intermedjarji wieħed joqgħod għassa tagħhom bil-għan li dawn jinżammu kontabbli meta jagħlqu għajnejhom fil-konfront tal-ħassiela ta' flus maħmuġin, l-evażuri tat-taxxa u l-frodisti.", "Iżda dan m'huwiex kollox.", "Jekk il-FIAU ikun irriżultalha li tal-MFSP naqsu li jgħaddu mill-għarbiel transazzjonijiet li jagħtu biss \"informazzjoni mill-aktar bażika u ġenerika\" dwar minn fejn ikunu ġew il-flus, allura ikun hemm għalxiex wieħed jissuspetta ħażin dwarhom.", "Tal-MFSP kellhom f'idejhom investimenti ta' Keith Schembri, fost oħrajn.", "Hawn tistgħu taraw id-dokumenti li ġew mgħoddija lili li juru li r-rabtiet li Keith Schembri kellu mal-MFSP sa mill-2010 meta kien qed ifassal ir- roadmap tal-Labour fil-gvern.", "Dawn id-dokumenti juru li client account reference S-00108 kien ġie mgħoddi personalment lil Keith Schembri u jidher il-kunsens bil-firma ta' Keith Schembri sabiex jinfetaħ il-kont mal-MFSP.", "Għandi wkoll fil-pussess tiegħi dokumenti li juru li barra l- personal account reference S-00108 , mal-MFSP Keith Schembri kellu wkoll żewġ client", "accounts 'C-00144' and 'B-0040'.", "Il-tliet kontijiet ddaħħlu mill-MFSP f' file wieħed daqslikieku kienu jifformaw parti mill-ġid ta' bniedem wieħed.", "Minn dokumenti li jien rajt b'għajnejja jirriżulta li 'C-00144' tirreferi għal Colson", "Services Limited, kumpannija li mill- Panama Papers jirriżulta li hi waħda sigrieta reġistrata fil-British Virgin Islands li s-sid tagħha huwa Keith Schembri.", "Aktar tard irriżulta wkoll li l-awtoritajiet tal-British Virgin Islands kienu nvestigaw lil Colson dwar ħasil ta' flus.", "Tal-MFSP inqdew bil- client account references biex jiddepositaw flejjes għan-nom ta' Keith Schembri fil- Bank of", "Valletta.", "U issa tal-MFSP ġew immultati mill-FIAU talli rċievew depożiti mingħand klijenti mingħajr m'għaddewhom mill-għarbiel.", "Kif irrappurtajt ftit ġimgħat ilu, tal-MFSP kienu ddepożitaw kważi $500,000 f'kontijiet fil-Bank of Valletta li kienu amministrati minnhom fl-interess ta' Keith Schembri.", "Minn dokumenti tal-MFSP li jien rajt b'għajnejja, ma jirriżultax li kienet saret xi inkjesta dwar minn fejn kienu ġejjin dawn il-flejjes.", "Irid jingħad ukoll li dawn il-flejjes waslu 5 ġimgħat wara li Keith Schembri wasal lura Malta minn Baku fejn kien attenda – b'persuni mis-servizz ċivili assenti għal kollox – għal laqgħa ma' Ilham Aliyev li fiha ġew miftehma diversi ftehim politiċi dwar l-enerġija għal Malta.", "Skond l-Awditur Ġenerali u l-esperti li magħom ikkonsultaw The Guardian u The", "Daphne Project , b'dawn il-ftehim kienu ngidmu waħda sew il-konsumaturi Maltin.", "Wara li rċieva dawn il-flejjes, ma jidhirx li ttieħdet xi azzjoni biex Keith Schembri jiġi investigat.", "Il-prim ministru Joseph Muscat, wara li saret pressjoni mill-kap tal-oppożizzjoni Adrian Delia, ċaħad fil-Parlament li Keith Schembri qatt irċieva dawn il-flejjes.", "Madankollu Keith Schembri baqa' sal-lum ma tniffisx.", "Minn dokumenti li jien rajt b'għajnejja jirriżulta mingħajr ebda dubju li, minkejja ċ-ċaħda tal-prim ministru, Keith Schembri kien verament irċieva dawn il-flejjes.", "Dan ifisser li l-prim ministru żvija u daħak bil-Parlament.", "Previous: Min xandar ritratti pornografiċi bi tpattija se jikkontesta għall-Parlament Ewropew Next: L-id li trid tgħamik window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/12/tmewwig/", "date": "Tue, 11th Dec '18, 10:49", "category": "blog, politics, government", "title": "Tmewwiġ", "text": ["Ftit li xejn wieħed jista' jara minn dak li jkun qed jiġri bejn l-erba' ħitan tal-Partit Laburista.", "Iżda minn żmien għall-ieħor jidhru xi sinjali ta' tmewwiġ.", "Bħalissa rjus kbar fil-Partit qegħdin jitkarrbu ma' Joseph Muscat biex jibqa' mexxej tal-partit u prim ministru.", "Wieħed minn dawn il-karraba huwa Alfred Sant.", "Joseph Muscat jeħtieġ li jsib skuża biex jibqa' jmexxi lill-partit.", "Din hi r-raġuni wara dawn it-teatrini: jrid jidher bħallikieku, kontra qalbu, aċċetta li jwettaq sejħa doveruża.", "Il-verità hi li dak li kellu f'moħħu sarlu suf.", "M'għandux ċans li jakkwista kariga fl-Unjoni Ewropea.", "Saħansitra anki fil-laqgħa tas-Soċjalisti Ewropej fil-Portugall, Joseph Muscat intebaħ li kull fejn imur dejjem ser isib mara biex tfakkru li ma jafx jistħi.", "F'dik is-sala f'Lisbona kien kemm Ana Gomes li għajjtet \"Vergonha\" .", "\"Tal-mistħija\" bil-Portugiż.", "Joseph Muscat għamel tabirruħu li ma semagħhiex.", "Forsi jista' jikkonsla mill-fatt li ma tantx hemm nisa li, qalb sala mimlija nies, ikunu lesti li jikkonfrontawh.", "Iżda huwa jaf li dejjem ser ikun hemm waħda li jkollha l-kuraġġ li tagħmel dan.", "Bħalissa qed iħoss li ma fadallux għażla ħlief li jibqa' f'postu f'Kastilja.", "Ser jibqa' jiġi bżonn il-gwardji tas-sigurtà biex ma jkunx hemm xi ġurnalista gustuż bħal John Sweeney joqgħod idejjqu bil-mistoqsijiet.", "Ser jibqa' jiġi bżonn lill-pensjonanti Beltin taħt il-kmand tal-logutenent-ġenerali Ray Azzopardi biex joqgħodu jgħajjru lill-protestanti f'Misraħ l-Assedju l-Kbir.", "Ser ikun bżonn Lawrence Cutajar biex joqgħod jitħaddet fuq investigazzjonijiet dwar ħaddieħor li ma jispiċċaw.", "Ser jiġi bżonn Carmelo Abela biex lill-attivisti li jaħdmu ma' NGO's internazzjonali joqgħod igħajjarhom assholes talli dawn ażżardaw jiddubitawh.", "U ser ikollu joqgħod jistenna sakemm jintemm il-maltemp .", "Kien dejjem xortih tajba u jistenna li x-xorti tidħaklu din id-darba wkoll.", "Fil-frattemp, illum qrajna li Chris Fearne keċċa lil Neville Gafà .", "Minkejja l-fatt li din it-tkeċċija għandha mis-sens komun, l-azzjoni ta' Chris Fearne nibbtet sensiela ta' mistoqsijiet.", "Neville Gafà għadu uffiċjal pubbliku jew issa jinsab bla xogħol?", "Il-Pulizija u s-servizzi sigrieti talbuh jispjega dwar ir-relazzjoni li jidher li għandu ma' gwerrier u kuntrabandist Libjan?", "Inbdiet xi inkjesta pubblika dwar dak li kien qed jagħmel Neville Gafà waqt li kien fl-impjieg mal-gvern?", "Bl-azzjoni li ħa, Chris Fearne kemm hu preparat li jżomm id-distanza mill-ħmieġ u l-korruzzjoni ta' Joseph Muscat?", "Previous: Illum fi Triq ir-Repubblika Next: F'ġieħ is-sewwa, fejn hu Neville Gafà? window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/l-id-li-trid-tghamik/", "date": "Sun, 17th Jun '18, 14:23", "category": "blog, politics, government", "title": "L-id li trid tgħamik", "text": ["Dan ir-ritratt inġibed minn Darrin Zammit Lupi għar- Reuters .", "Kuntistabbli tal-pulizija ittanta jostakola lil min ried jiġbed ritratt minkejja l-fatt li dan iddikjara li huwa ġurnalist li kien fuq il-lant tax-xogħol.", "Kif wieħed jista' jobsor, il-pulizija kien qed jipprova jiċċensura l-protesta tal-Kenniesa li ħarġu b'figuri tal-kartun ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi libsin ilbies tal-ħabsin.", "Il-pulizija dan kollu ma felħux.", "U issa nafu eżatt għala.", "Dan huwa Joseph Mangion, il-pulizija in kwistjoni.", "Daphne Caruana Galizia kienet wissietna dwaru, f'dan il -post f'Mejju tas-sena l-oħra.", "Joseph Mangion kien reġa' ddaħħal minn tal-Labour fil-korp tal-pulizija wara li kien diġà rtira.", "Dan il-bniedem mhuwiex iħarislek il-libertà tal-kelma tiegħek jew il-libertà għall-informazzjoni.", "Qiegħed iħares u jipproteġi ministru ta' gvern korrott li hu ħabib tiegħu.", "Iċ-ċans li jiġi ċensurat ġurnalist li jkun fuq il-lant tax-xogħol minn dan il-kuntistabbli huwa ferm akbar miċ-ċans li Konrad Mizzi jiġi mħarrek biex jiffaċċja l-ġustizzja.", "Previous: Tal-FIAU jimmultaw il-magna tal-ħasil imma jħallu lill-ħasselin weħidhom Next: Tixrid tal-mibgħeda minn taħt il-maskra tal-kultura window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/06/tixrid-tal-mibgheda-minn-taht-il-maskra-tal-kultura/", "date": "Sun, 17th Jun '18, 14:33", "category": "blog, politics, government", "title": "Tixrid tal-mibgħeda minn taħt il-maskra tal-kultura", "text": ["Frederick Testa, wieħed minn ta' \"Tagħna Lkoll\" li xeba' jerda' minn fuq il-fondi pubbliċi, uffiċjalment huwa cultural liaison officer mal-Kunsill Malti tal-Arti.", "Ingħata din il-kariga għar-raġuni li huwa tipaċċ bħal Mario Azzopardi li t-tnejn għenu mhux ftit biex taw lil tal-Labour immaġni pederastika.", "F'kummenti fil-Facebook kiteb li David Casa jmissu jiġi mitmugħ lill-klieb kumbinazzjoni fl-istess ġimgħa li ħaddieħor ġie kundannat talli xewwex lin-nies biex lil Roberta Metsola jaħarquha ħajja.", "Skond dan l-uffiċjal pubbliku, li hu responsabbli għat-tixrid tal-kultura ta' pajjiżna u li qed iservi ta' forċina għal tal-Labour, hekk għandna nittrattaw ma' politiċi li jażżardaw jisfidaw lill-kbir Joseph Muscat tagħhom.", "Previous: L-id li trid tgħamik Next: Clyde Puli, oqgħod attent. window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2019/02/fejnhom-issa-dawk-li-kienu-xebghu-iwerzqu-li-franco-ghandu-ragun/", "date": "Fri, 1st Feb '19, 09:39", "category": "blog, politics, government", "title": "Fejnhom issa dawk li kienu xebgħu iwerżqu li \"Franco għandu raġun\"?", "text": ["Franco Debono kien u baqa' persunaġġ kontroversjali.", "Iżda barra li huwa kontroversjali, huwa wkoll il-Kummissarju tal-Liġijiet li fl-2013 meta nħatar fil-kariga Owen Bonnici kien sejjaħlu, bħala \"l-persuna responsabbli għat-tneħħija ta' liġijiet kunfliġġenti li tqiesu mill-Qorti Kostituzzjonali bħala liġijiet li jiksru l-Kostituzzjoni u d-drittijiet fundamentali\" u bħala l-persuna \"li ser imexxi r-riforma Kostituzzjonali\".", "Skond Owen Bonnici, Franco Debono kien intgħażel biex jerfa' dawn ir-responsabbiltajiet għaliex \"kien l-aħjar persuna għal din il-kariga\".", "Dan id-diskors kien intqal fl-24 ta' Marzu 2013.", "Owen Bonnici u sħabu kienu ħadu r-riedni tal-gvern 14 il-jum qabel.", "Skont il-gvern il-ġdid, il-ħatra ta' Franco Debono ma saritx biex jinku lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li dak iż-żmien kienet għadha mmexxija minn Lawrence Gonzi – persuna li kien għoddu lanqas beda' jistrieħ mill-5 snin ta' imminar kontinwu ta' Franco Debono, id-deputat parlamentari ribell.", "Matul l-aħħar snin fl-Oppożizzjoni, tal-Labour ta' sikwit kienu jirrepetu l-frażi: \"Franco għandu raġun\".", "Dak iż-żmien, għal Joseph Muscat u sħabu, jgħid x'jgħid Franco Debono – anki meta kien igħid il-ħmerijiet – dan dejjem kellu raġun.", "Ħadd m'għandu raġun dejjem u Franco Debono xi drabi kien ikollu raġun.", "Franco Debono, il-Kummissarju tal-Liġijiet, dan l-aħħar reġa' beda juża l-blog biex iwassal il-messaġġi tiegħu, u l-bieraħ irreaġixxa għall-attentat ta' Joseph Muscat biex jagħlaq il-kwistjoni Egrant darba għal dejjem.", "Il-bieraħ il-Kummissarju tal-Liġijiet stqarr li huwa konvint li sid l-Egrant huwa Joseph Muscat jew inkella ta' xi ħadd qrib tiegħu.", "Franco għandu raġun.", "M'għandniex xi ngħidu, l-istqarrija ta' Franco Debono ma żżid xejn ma' dak li ġġiegħel lil min jirraġuna b'dan il-mod.", "Il-provi u l-imġieba ta' Joseph Muscat isostnu din il-konklużjoni.", "Kollox jindika li, anki jekk ma jinstabux biżżejjed provi forensiċi li jwasslu għal azzjonijiet kriminali, hemm biżżejjed fatti li jwasslu biex jinġibdu konklużjonijiet politiċi li Joseph Muscat kien arma lilu nnifsu biex jixxaħħam u biex jaħsel il-flus.", "M'hemm xejn ġdid mill-fatt li jien u ħafna oħrajn nirraġunaw b'dan il-mod.", "Titbissem meta tara li, anki fost il-Laburisti, ftit huma dawk li belgħuha li l-kwistjoni Egrant hi xi forma ta' frame-up jew hi \"l-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija\".", "Iżda huwa tabilħaqq sinjifikanti l-fatt li l-Kummissarju tal-Liġijiet – l-istess persuna fdata mill-gvern Laburista biex ineħħi l-liġijiet u biex jirriforma l-Kostituzzjoni – qed igħid fil-beraħ li huwa konvint li mill-provi li hemm huwa raġjonevoli li wieħed jasal għall-konklużjoni politika li Joseph Muscat jew xi ħadd qrib tiegħu huwa sid l-Egrant.", "Fejn huma issa dawk kollha li kienu xebgħu iwerżqu li \"Franco għandu raġun\"?", "Hemm ħaġa waħda li hi ċerta.", "Ilkoll nafu li meta Franco Debono jagħmel stqarrija, ma jerġax lura minnha kif ġieb u leħaq.", "U għaldaqstant Joseph Muscat jista' jibqa' ċert li din il-kwistjoni se tibqa' f'ilsien in-nies.", "Previous: Lil Joseph Muscat, Maria Efimova tgħidlu: \"Dak li xhedt nikkonfermah\" Next: Repubblika trid sehem fid-diskussjonijiet dwar riformi Kostituzzjonali window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]} {"url": "https://manueldelia.com/mt/2018/09/regghu-ccensurawna-il-gvern-johnoq-protesta-fmisrah-l-assedju-l-kbir/", "date": "Sat, 15th Sep '18, 14:33", "category": "blog, politics, government", "title": "Reġgħu ċċensurawna: il-gvern joħnoq protesta f'Misraħ l-Assedju l-Kbir", "text": ["Kartellun bil-bandiera Maltija, b'ritratt kbir ta' Daphne Caruana Galizia u l-kelma \"Ġustizzja\" li ttellgħet minn attivisti dalgħodu fl-10:30 tneħħew minn uffiċjali tal-gvern ftit wara fis-2.15 ta' wara nofsinhar.", "Il-fjuri u x-xemgħat li tħallew fil-post ukoll tneħħew u ntremew.", "Previous: Fil-Bidnija Next: De Volkskrant: il-gvern Malti \"xxukkjat\" bil-ħrara ta' investigatur tal-Kunsill tal-Ewropa window._taboola = window._taboola || []; _taboola.push({ mode: \"alternating-thumbnails-a\", container: \"taboola-below-article-thumbnails\", placement: \"Below Article Thumbnails\", target_type: \"mix\" });"]}