{"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-31-ta-ottubru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39", "L-Evanġelju: Lq 13, 31-35", "Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: \"Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok\".", "U hu qalilhom: \"Morru għidulu lil dak il-volpi: \"Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi.", "Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm\".", "Ġerusalemm!", "Ġerusalemm!", "Int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera li jibgħatlek Alla; kemm ridt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!", "Ara, darkom għad iħalluhielkom ħerba!", "U ngħidilkom, li m'intomx se terġgħu tarawni sa dakinhar li tgħidu: \"Imbierek min ġej f'isem il-Mulej!\"\"."], "date": "31/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 31 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/destroyer/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Erin Bell, detektiv, tippreżenta ruħha f'xena fejn seħħ delitt ta' raġel b'madwaru dollari mtebbgħin b'inka vjola.", "Il-pulizija jgħidulha li l-każ kien afdat f'idejhom, iżda hi tgħidilhom li hi kienet taf min kien wettaq id-dellitt.", "Il-qagħda ta' saħħitha kienet turi li kienet mifluġa.", "Lura lejn l-uffiċċju, fuq id-desk, issib envelop li fih ikun hemm dollaru Amerikan imtebbgħa b'inka vjola.", "Erin, irrabjata, tmur fl-uffiċċju tal-FBI fejn hemm tkellem lil Gil Lawson li darba kien is-supervisor tagħha.", "Hi tirsisti miegħu li tixtieq tkun taf minn fejn kien ġie dak l-envelop u turi interess kbir biex issir taf.", "Fi flashback, Erin tiltaqa' ma' Chris meta huma t-tnejn intbagħtu, bħala aġenti bil-moħbi, biex jinfiltraw gang ta' ħallelin li kienu qegħdin jisirqu l-banek.", "Biex ma jagħtux fil-għajn, it-tnejn ippużaw bħala maħbubin.", "Lura fil-preżent, Erin tiltaqa' ma' Toby, wieħed mill-gang, ħabsi, iżda kif wasal biex imut, kien jinsab lura d-dar.", "Erin tirsisti miegħu li jgħidilha fejn kien jinsab Silas, il-mexxej tal-gang.", "Toby jinfurmah, wara insistenza, li jkun aħjar li tfittex lil Arturo, membru ieħor tal-gang u li kien jinsab maħrub u mistoħbi fi knisja fejn kien jipprovdi b'xejn għajnuna legali lill-fqar.", "Sadanittant, Erin tintebaħ li t-tifla tagħha, Shelby, tfajla taħt l-età, tinsab f'kumpanija ħażina fosthom Jay, li tgħid li kienet tħobbu.", "Erin tinforma lil Ethan, l-eks-maħbub tagħha u li kien jieħu ħsiebha, li hemm bżonn ikun aktar attent, xi ħaġa li hi stess ma kienitx qegħda tagħmel.", "L-għada tiltaqa' ma' Arturo li nfurmah li Silas kien jinsab taħt il-ħarsien tal-avukat DiFranco li kien qiegħed jgħinu biex jieħu f'idejh il-flus kollha li kien akkwista mis-serqiet li kien wettaq.", "Erin tmur fid-dar lussuża tal-avukat DiFranco fejn tgħidlu li kienet taf li hu kien li qiegħed jipproteġi lil Silas.", "DiFranco, bla ħniena, jgħidilha b'disprezz li kien kollu ħtija tagħha dak li kien ġara waqt is-serqa fil-bank meta hi u Chris kienu undercover", "jieħdu sehem fis-serqa.", "X'jiġri minn hawn?", "Għaliex Erin kienet qegħda tiġri wara Silas?", "Film Amerikan dramm/kriminali u mimli tensjoni, taħt id-direzzjoni ta' Karyn Kusama u kitba ta' Phil Hay u Matt Manfredi.", "Minħabba vjolenza, qtil aħrax, kliem goff kif ukoll tema ta' vendetta, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "17/02/2019", "title": "Destroyer"} {"url": "https://knisja.mt/jojo-rabbit/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Johannes \"Jojo\" Betzler, tfajjel ta' għaxar snin, jghix m'ommu Rosie fi żmien meta l-Ġermanja kienet maħkuma minn Nażismu qrib it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Missieru kien qiegħed iservi bħala suldat fuq il-Front Taljan għalkemm f'dawn l-aħħar xhur kienu tilfu kull kuntatt miegħu.", "Inge, oħtu l-kbira mietet reċentement bl-influwenza.", "Il-ġingostiku Jojo kien spiss jitkellem ma' Adolf Hitler, ħabib immaġinarju iżda b'verzjoni ta' tifel li kien.", "Jojo u l-ħabib tiegħu Yorki daħlu jieħdu sehem f'kamp ta' taħriġ fil-Deutches Jungvolk Hitler Youth immexxi mill-Kaptan Wehrmacht Klenzendorf.", "Meta Jojo ġie ordnat biex joqtol fenek minn xi żagħżagħ tal-moviment Hitler Youth, Jojo ma kellux il-qalb li jagħmel dan u waqt li ħalla l-fenek jaħrab, hu telaq jibki hekk kif it-tfal kollha tal-kamp bdew jgħajruh \"Jojo Rabbit\".", "Wara diskursata ta' ħbieb ma' Adolf Hitler, Jojo jmur lura u hemm jitfa'", "Shielhandygranate", "mingħajr permess b'riżultat li din splodiet qrib riġlejh u weġġagħtu sew.", "Wara li Jojo rkupra, Rosie titlob lil Klenzendorf biex jerġa' jagħti ċans ieħor lit-tifel tagħha.", "Klenzendorf iħalli lil Jojo jagħmel biċċa xogħol sempliċi billi jqassam xi fuljetti propagandisti u fl-istess waqt jiġbor ruttam biex jgħin fl-isforzi għal-gwerra.", "Jum wieħed, Jojo sab ruħu waħdu fid-dar u jiskopri li fid-dar, bil-moħbi, kienet qegħda tgħix Elsa Kerr, teenager Lhudija li darba wkoll kienet ħabiba fl-iskola m'oħtu.", "Jojo jhedded lil Elsa li sejjer jikxifha mal-Gestapo iżda hi twiddbu li jekk jagħmel hekk ommu tiġi mixlija li kienet kompliċi u tinqatel mill-Ġermaniżi.", "Għalhekk Jojo jaqbel li jgħinha biex tkun imħarsa iżda bil-kundizzjoni li hi tgħinu biex jikteb ktieb fuq \"Sigrieti Lhud\" għal Klenzendorf.", "Elsa tilgħab il-logħba tiegħu billi tħarriflu stejjer fuq il-qawwa tal-Lhud.", "Jojo juri l-għadab tiegħu m'ommu għalkemm qatt ma jgħidilha li hu kien sar jaf fuq Elsa.", "Darba waħda Jojo jara fit-triq lill-ommu tqassam karti kontra n-Nażisti.", "X'jiġri iżda meta ftit wara l-Gestapo jagħmlu żjara fid-dar fejn Jojo kien jinsab waħdu, b'Elsa mistoħbija fis-sular ta' fuq?", "Sadanittant x'kien ġara' minn ommu Rosie?", "Fim Amerikan, dramm, kummiedja u satirika, taħt id-direzzjoni ta' Taika Waititi u msejjes fuq il-ktieb", "ta' Christine Leumen.", "Minħabba li xi xeni jistgħu jimpressjonaw, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "07/01/2020", "title": "Jojo Rabbit"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-21-ta-novembru-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Żak 2, 14-17", "Salm: Lq 1:46-55", "L-Evanġelju: Mt 12: 46-50", "F'dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.", "Xi ħadd qallu: \"Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.\"", "Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: \"Min hi ommi?", "U min huma ħuti?\"", "Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: \"Dawn, ara, huma ommi u ħuti.", "Għax kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.\""], "date": "21/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 21 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/judy/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin Tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Judy Garland, twieldet fl-10 ta' Ġunju 1922, bl-isem ta' Frances Ethel Gumm.", "Mill-bidu nett, hi wriet talent eċċezzjonali bħala kantanta u attrici.", "Bħala żagħżugħa rċeviet Academy Award, Golden Globe Award u Special Tony Award.", "Fl-1961, kienet l-ewwel mara li rebħet l-unur ta' Grammy Award għal Album tas-Sena meta rrekordjat ġewwa Carnegie Hall.", "Bħala teenager", "bdiet il-karriera tagħha ma' żewġ ħutha bniet u fi ftit żmien, iffirmat mal-Metro-Goldwyn-Mayer.", "Judy baqgħet magħrufa l-aktar għall-parti li ħadmet fis-sena 1939 fil-film: The Wizard of Oz fil-karattru ta' Dorothy Gale.", "Ħadmet spiss ma' Micky Rooney u Gene Kelly.", "Sfortunatament, wara karriera bħala attriċi għal ħmistax-il sena mal-MGM, kellha ttemm il-kuntratt li kellha minħabba problemi personali li ma għenux biex tkompli tagħti sehemha fil-films.", "Iżda Judy baqgħet tibbrilla fil-karriera tagħha bħala kantanta u attriċi.", "Hi baqgħet magħrufa għas-sehem li tat fid-dinja tal-ispettaklu u wara mewta ġiet imfakkra meta rebħet il-Grammy Lifetime Achievement Award.", "Il-film Judy, jeħodna fix-xitwa tas-sena 1968 meta Judy tasal ġewwa Londra biex għal ħames ġimgħat sħaħ tagħti kunċerti li, bil-wisq qabel, il-biljetti għad-dħul kienu nbiegħu kollha.", "Judy Garland rebħet il-qlub tal-poplu Ingliż bil-wisq qabel għall-ħiliet tagħha.", "Għalkemm iż-żmien kien qiegħed jagħmel tiegħu, it-talenti li kellha ma naqsu qatt.", "Sfortunatament iżda, Judy kellha numru ta' problemi li kellha tħabbat wiċċha magħhom fosthom il-problema taż-żewġ itfal li kellha mir-raba' raġel u li dan offra oppożizzjoni qawwija biex il-kustodja tagħhom iżżommha hu.", "Din il-problema ma għenitx lil Judy u spiċċat tieħu l-pilloli biex tikkalma barra wkoll li nfexxiet fix-xorb.", "Hi kellha wkoll taċċetta l-programm kollu mħejji ghaliha mill-manager taghħa għal żjara ġewwa Londra.", "Judy ma naqsitx ukoll li tibda relazzjoni romantika ma' Mickey Deans li ftit wara kellu jsir il-ħames raġel tagħha.", "X'jiġri fl-aħħar taż-żjara tagħha ġewwa Londra?", "Film Brittaniku – Amerikan, bijografija taż-żjara li Judy Garland għamlet ġewwa Londra fl-aħħar snin tal-karriera tagħha.", "Il-film hu taħt id-direzzjoni ta' Rupert Goold, adattat minn dramm bl-isem 'End of the Rainbow' ta' Peter Quilter.", "Dawk li jiftakru din il-kantanta u attrici għandhom jieħdu pjaċir bil-film.", "Minħabba xi xeni ta' abbuż mill-alkoħol kif ukoll ta' droga, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax -il sena."], "date": "08/10/2019", "title": "Judy"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-28-ta-frar/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 5, 1-10", "Salm: 1, 1-2.3.4 u 6", "L-Evanġelju: Mk 9, 41-50", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Min jagħtikom tazza ilma x'tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu.", "Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma' għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar.", "U jekk idek hija għalik okkażjoni ta' dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b'id waħda fil-ħajja, milli tmur b'idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex.", "U jekk riġlek hu għalik okkażjoni ta' dnub, aqtgħu barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b'riġel wieħed fil-ħajja, milli tinxteħet b'riġlejk it-tnejn fl-infern.", "U jekk għajnek hi għalik okkażjoni ta' dnub, aqlagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b'għajn waħda fis-Saltna ta' Alla milli tinxteħet b'għajnejk it-tnejn fl-infern, fejn id-dud tagħhom ma jmutx u fejn in-nar ma jintefiex.", "Għax kulħadd ikun immellaħ bin-nar.", "Tajjeb il-melħ; iżda jekk il-melħ jaqta', biex terġgħu tagħtuh it-togħma tiegħu?", "Fittxu li jkollkom melħ fikom infuskom u li tgħixu fis-sliem bejnietkom\"."], "date": "28/02/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 28 ta' Frar"} {"url": "https://knisja.mt/the-secret-life-of-pets-2/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Film Amerikan, animat komputerizzat u kummiedja ħelwa taħt id-direzzjoni ta' Chris Renaud u kitba ta' Brian Lynch.", "L-ewwel film li kien ħareġ fl-2016:", "kien għamel suċċess kbir tant li kien daħħal madwar $875 mad-dinja kollha.", "Il-film:", "jesplora l-ħajja emozzjonali tal-pets li ħafna nies irabbu fid-djar tagħhom b'għożża kbira.", "Il-film ukoll iwieġeb mistoqsija li ħafna jsaqqsu:", "Xi jkunu qegħdin jagħmlu l-pets tagħna meta aħna nkunu barra minn djarna", "Il-film ilaqqagħana ma' numru minn dawn il-pets li konna iltqajna magħhom fl-ewwel film.", "Fost dawn insibu lil Max, li hu Jack Russel Terrier; sieħbu Duke, kelb kbir kannella, Newfoundland mix u li jgħix ma' Max; Snowball, fenek abjad; Gidget, Pomeranian bajda li hi l-ħabiba tal-qalb ta' Max; Daisy, Shih Tzu; Chloe, qattus oħxon griż li ma tantx iħobb jiċċaqlaq minn postu u Pops, Basset Hound imdaħħal fi żmien u li sfortunatament hu pparaliżżat miż-żewġ saqajn ta' wara.", "L-istorja tibda hekk kif Katie li kienet trabbi lil Max u lil Duke tiżżewweġ u jkollha tifel Liam.", "Dan il-fatt iġib bidliet kbar għal Katie, iżda wkoll joffri sfidi serji lil Max li jibda jkun wisq protettiv għat-tifel Liam.", "Jibda jara periklu kull fejn ikun u kull fejn iħares.", "Fuq vaganza, barra fil-kampanja, f'razzett tal-familja, Katie tiddeċiedi li tieħu l-familja kollha, b'Liam u żewġt iklieb għal ftit jiem ta' mistrieħ.", "Hawn, il-qagħda ta' Max tinbidel xi ftit għaliex isib lil Rooster, il-kelb Welsh Sheepdog, li kien jgħix fir-razzett, itih xi ftit pariri biex ma joqgħodx jinkwieta fuq xejn.", "Minbanda l-oħra, Gidget, il-ħabiba tal-qalb ta' Max tagħmel ħilitha biex isalva l-iktar ġugarrell li kien għal qalb Max.", "Dan il-ġugarrell sab ruħu ġewwa appartament mimli qtates.", "Sadanittant, Snowball ukoll sab ruħu f'missjoni delikata u diffiċli ħafna biex isalva tigra żgħira bajda, bl-isem ta' Hu, milli tispiċċa fiċ-ċirku mmexxi minn-nies krudili.", "Tgħid jirnexxielhom, Gidget u Snowball iwettqu l-missjoni li daħlu fiha b'suċċess?", "Film ħelu ħafna bi storja tajba u li għandu jogħġob lit-tfal kif ukoll lill-kbar li jħobbu dawn it-tip ta' films animati."], "date": "14/06/2019", "title": "The Secret Life of Pets 2"} {"url": "https://knisja.mt/nativity-rocks/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "L-istudenti ta' St. Bernadette's Primary School ġewwa Coventry, fuq l-inizjattiva ta' Mrs Keen, il-kap tal-iskola, bdew iħejju ruħhom biex jieħdu sehem għall-unur ta'", ".", "Mr Johnson, l-għalliem tagħhom, għalkemm fil-bidu ħass li l-biċċa xogħol afdata f'idejh ma kenitx faċli, ra li t-tfal tal-klassi, daħlu għaliha b'entużjażmu kbir.", "Biex Mr Johnson jagħmel kuraġġ, Mrs. Keen ħalliet lil Jerry Poppin jghinu fit-tħejjija għal Rock Opera li kienu bi ħsiebhom itellgħu għall-Milied, bl-isem ta'", ".", "Jerry kien l-oppost ta' Mr Johnson, mimli ħajja, kollu ċajt u barra minn hekk kellu wkoll talent mhux biss mużikali iżda wkoll kien jaf jqajjem entużjażmu fost l-istudenti.", "Waqt it-tħejjija, l-kap tal-iskola introduċa lill-klassi lil Doru, tifel Sirjan li ftit jiem qabel, flimkien ma' missieru u xi Sirjani oħra daħlu fl-Ingilterra bil-moħbi.", "Sfortunatament, hekk kif niżlu minn fuq id-dinghy, Doru nfired minn missieru u sab ruħu ġewwa Coventry waqt li missieru u sħabu spiċċaw f'belt oħra.", "Doru b'xorti tajba jsib lil Miss Shelly,", "li tieħu ħsiebu u anke ssiblu, għal ftit ġimgħat, familja biex tieħu ħsiebu sakemm jinstab missieru.", "Doru għalkemm kien xi ftit konfuż, malajr għamel ħbieb mal-istudenti tal-iskola li mill-ewwel tawh merbħa u aċċettawh fosthom.", "Waqt il-tħejjija, l-kap tal-iskola anke ħasbet biex takwista s-servizzi ta' Emmanuel Cavendish li kien kiseb fama bħala attur u kantant.", "Il-problema kienet li fil-passat, Cavendish ma kienx jaħmel lil Jerry u spiss kien ikollhom xi tilwima.", "Jerry sadanittant, kien ha interess kbir f'Doru u beda jagħmel minn kollox biex dan it-tifel sfortunat jikseb ftit kunfidenza.", "Jerry anke jirnexxilu jinkoraġġixxi ħbiberija speċjali ma' Barnaby, tifel li kien ġej minn familja sinjura ħafna iżda li sfortunatament, il-ġenituri ma tantx kellhom ħin għalih.", "Barnaby kien qiegħed jiġi mrobbi minn nanny.", "Doru jsib f'Barnaby ħabib sinċier u darba anke ħadu miegħu fid-dar lussuża li kien jgħix fiha.", "Sadanittant, x'kien sar minn missier Doru?", "Tgħid ir-Rock Opera: Nativity Rocks tkun suċċess?", "Film Ingliż, kummiedja mużikali, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Debbie Isitt.", "Għalkemm ir-Rock Opera: Nativity Rocks mhux fidila wisq mal-istorja kif nafuha aħna, iżda nżammet qrib ħafna għal dak li smajna għal tant snin.", "Hi kummiedja ħelwa u b'mużika rock li għandha togħġob lil kulħadd."], "date": "07/12/2018", "title": "Nativity Rocks"} {"url": "https://knisja.mt/the-good-liar/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Roy Courtnay brikkun mill-kbar, kien jixmoq il-flus minn fuq dahar ħaddieħor meta dawn kienu jiġu ngannati u jagħtuh aċċess għall-finanzi tagħhom.", "Dan kien jagħmlu flimkien ma' Vincent, sieħeb tiegħu li kien jagħmilha ta' accountant tiegħu.", "L-aħħar mira li kellu dan l-aħħar kienet Betty McLeish, fl-imgħoddi kienet għalliema tal-istorja ġewwa Oxford.", "Betty kienet tilfet ir-raġel tagħha sena qabel u kellha mfaddlin madwar żewg miljun lira Sterlina.", "Meta bdiet il-kuntatt miegħu permezz ta'", "chatting fuq il-kompjuter, wara ftit żmien ftehmu li jiltaqgħu fuq kikkra te'.", "Ma damux ma saru ħbieb tal-qalb.", "Betty wara ftit taż-żmien jiltaqgħu, stqarritlu li hi kienet tbati minn serje ta' attakki ta' puplesija u li setgħu f'qasir żmien iwassluha għal mewt.", "Roy jirnexxilu jimmanipula lil Betty biex jibda jgħix magħha bl-iskuża tal-kundizzjoni f'saħħitha.", "Ma damx ukoll ma pperswadiha biex tiftaħ kont bankarju flimkien miegħu billi ipperswadiha li hemm ċans li tkabbar il-kapital li kellha.", "Dan għamlu bil-ħsieb li hu jieħu l-flus kollha tagħha f'ħajjitha jew wara mewtha.", "Waqt vaganza fl-Ewropa flimkien, il-pjan tiegħu deher li kien sejjer jisfaxxa meta n-nepuiti tagħha, Steven, irrivelalha li 'Roy Courtnay' kien miet fl-1948 meta dan kien qiegħed jimxi wara l-passi ta' ex-Nażista.", "Roy iżda meta Betty ikkonfrontatu, spjegalha li attwalmet hu kien Hans Taub, is-suldat Ġermaniż li kien qiegħed jakkumpanja lil Roy meta dawn marru biex jarrestaw lin-Nażiżta.", "Roy stqarr li ħa l-identità bħala Roy Courtnay biex hekk ikun jista' joħroġ mill-Ġermanja u jibda ħajja ġdida b'dak l-isem.", "Betty dehret li aċċettat l-ispjegazzjoni li Roy taha.", "It-trasferiment tal-kapital li kellha Betty ġie ttrasferit u nagħqad ma' dak ta' Roy u dan sar quddiem Vincent, is-sieħeb tieghu.", "Issa li Roy ġab dak li xtaq, ftit jiem wara ġab skuża li kellu jallarga għal xi jiem.", "B'xorti ħażina għalih, ħalla il-basket sakemm mar fil-kċina.", "X'ġara minn hawn u kif Roy ġie moqli b'żejtu stess?", "Lestu ruħkom għal sorpriża kbira li qatt ma kontu tobsru ser tiġri!", "Film eċitanti ħafna taħt id-direzzjoni ta' Bill Condon u kitba ta' Jeffrey Hatcher.", "Hu veru każ ta' kif jgħid il-Malti li l-gideb għomru qasir u li l-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser.", "Minħabba t-tema tad-dramm fejn tidħol vendetta, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax -il sena."], "date": "21/11/2019", "title": "The Good Liar"} {"url": "https://knisja.mt/the-mule/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Earl Stone, anzjan ta' disgħin sena u veteran tal-Gwerra tal-Korea, ħadem għal żmien twil fl-ortikultura, jkabbar il-fjuri.", "Dan għamlu b'detriment lejn Mary, martu u Iris, bintu meta naqas li jtihom attenzjoni tant li anke fit-tieġ ta' bintu, falla li jkun preżenti.", "Preżentament, Earl kien jinsab fallut.", "Ma kellux aktar x'jagħmel ħlief li jagħlaq in-negozju u jissensja l-ftit ħaddiema li kienu jaħdmu miegħu.", "Fi bżonn kbir għal flus, sab l-opportunità li jsir \"", "\", jittrasporta l-kokaina madwar Illinois għall-kartell Messikan ta' droga.", "Minħabba li hu kellu ż-zmien, u storja kriminali nadifa, u kien ukoll sewwIeq prudenti ta' vann żgħir, Earl ġie fdat b'ammont kbir ta' droga biex jeħodha bil-vann tiegħu minn post għal ieħor.", "Ghal kull missjoni li kien jwettaq, kien jitħallas tajjeb, tant li bil-flus li daħħal fl-ewwel kunsinni ta' droga li kien wassal, xtara vann ġdid, aktar modern minn dak li kellu.", "Bis-suċċess tal-ewwel kunsinni, li ma ġibdu l-ebda attenzjoni tal-awtoritajiet, Earl beda jġorr kunsinni akbar ta' kokaina.", "Bil-flus li daħħal għen biex jiġi renovat il-VFW, post tal-lokal fejn kienu jiltaqgħu l-veterani tal-gwerra u anke ħallas għall-edukazzjoni u t-tieġ ta' Ginny, it-tifla ta' bintu Iris li kienet kisritha miegħu.", "Earl ukoll sar ħabib tal-membri tal-kartell li bdew isejjħulu \"Tata\" (nannu).", "Sadanittant, l-Amministrazzjoni għall-Infurzar tad-Droga (DEA) permezz ta'", "taħt it-tmexxija ta' Colin Bates, megħjun mill-aġenti Trevino u Brown kienu qorbu ħafna biex isibu tarf ta' dan it-traffikar tad-droga minn Illinois lejn Chicago.", "Fil-kartell tqum tensjoni kbira meta l-leuitenant joqtol kiesaħ u biered lil Laton, il-boss tal-kartell u jordna li jinżamm aktar kontroll u għajnejhom miftuħa fuq Earl.", "Waqt li Earl ikun qieghed jitraffika kunsinna kbira ta' droga lejn Chicago, isir jaf li Mary, l-eks martu kienet marida serjament.", "Earl jiddeċiedi li jipposponi dak li kien qiegħed jagħmel u jmur biex jirrikonċilja ruħu magħħa.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta' Clint Eastwood, li ukoll jaħdem il-parti prinċipali fil-film.", "Il-kitba hi ta' Nick Schenk, imsejjes fuq artiklu li deher f'", ": \"The Sinaloa Cartel's 90-Year-Old Drug Mule\" minn Sam Dolnick.", "Minħabba t-traffikar tad-droga bla kuxjenza ta' xejn, qtil aħrax, kliem goff u mġieba xejn korretta ta' sess, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "17/02/2019", "title": "The Mule"} {"url": "https://knisja.mt/star-wars-the-rise-of-skywalker/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "wara l-Battalja ta' Crait,", "Kylo Ren jakkwista l-pjan", "u jivvjaġġa lejn il-pjaneta Exegol.", "Hawn isib Palpatine bil-ħsara iżda li jiżvela li hu kien ħoloq Snoke bħala pupazz biex jagħti bidu għall-Ewwel Ordni.", "Palpatine wkoll jikxef l-armada sigrieta ta'", "li biha kien sejjer joħloq Imperu Galaktiku ġdid.", "Palpatine jitlob ukoll lil Kylo biex isib lil Rey li kienet qegħda tkompli t-taħriġ tagħha taħt il-Ġeneral Leia.", "Sadanittant, Finn, Poe u Chewbacca jirnexxielhom jieħdu l-informazzjoni li Kylo kien sab minn", "fil-First Order.", "Dawn jiġu attakkati f'nasba minn ġellieda TIE, iżda jirnexxielhom jaħarbu u jmorru lura lejn il-bażi li kienu waqqfu r-Reżistenza.", "Wara li jsir jaf li Palpatine kien ġie lura, Rey isib nota li Luke Skywalker kien ħalla warajh.", "Rey, Poe, Finn, Chewbacca, BB-8, C-3PO jitilqu lejn Passanna biex hemm jagħmlu kuntatt li sar jaf bih Luke.", "Rw-D2 iżda baqa' hemm ma' Leia.", "Ġewwa Passanna, jiltaqgħu ma' Lando Calrissian li jfehemhom li hu u Luke kienu sabu prodott artifiċjali f'lokal fid-deżert.", "Kylo jsir jaf fejn Rey kienet tinsab u għalhekk imur lejn Passanna mal-Kavallieri ta' Ren.", "Rey u oħrajn isibu l-fdal tal-qatttiel Sith, il-vapur tiegħu kif ukoll l-istallett li fuqu kien hemm il-kitba Sith.", "C-3PO ma kienx kapaċi jinterpreta l-kitba għax ma kienx programmat għalhekk.", "Sadanittant, Rey tħoss li Kylo kien qribha u għalhekk tmur biex tikkonfrontah.", "L-Ewwel Ordni jaqbdu l-", ", lil Chewbacca u l-istallett.", "Rey tittanta ssalva lil Chewbacca iżda aċċidentalment teqred il-vettura tal-Ewwel Ordni, b'Chewbacca ġewwa fiha.", "Il-grupp jaħrab permezz tal-vapur tal-qattiel b'qalbhom sewda li Chewbacca kien miet fl-ispluzzjoni.", "Poe jissuġġerixxi li jmorru lejn Kijimi biex isiru jafu x'kien jgħid it-test ta' fuq l-istallett.", "Dan għamluh permezz tal-memorja ppreservata ġewwa C-3PO.", "Din l-informazzjoni pprovdit koordinati għal pjan Wayfinder fuq Endor li fl-aħħar kellha twassalhom fil-lokal tal-Palpatine.", "Rey min-naħa tagħha tħoss li Chewbacca kien għadu ħaj u għalhekk il-grupp jorganizza missjoni biex isalvawh.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan taħt id-direzzjojni u kitba ta' J. J. Abrams.", "Hu t-tielet film minn tlieta:", "(2017).", "Dan hu l-aħħar episodju:", "mimli azzjoni u li żgur għandu jogħġob lil dawk li jħobbu dawn it-tip ta' films."], "date": "07/01/2020", "title": "Star Wars: The Rise of Skywalker"} {"url": "https://knisja.mt/x-men-dark-phoenix/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasng Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1975, Jean Grey, tifla ta' tmien snin, bla ma xtaqet, użat il-qawwa li kellha ta' telekinesis b'riżultat li kkawżat inċident stradali fatali li fih mietu l-ġenituri tagħha.", "Ftit wara l-inċident, il-Professur Charles Xavier jeħodha ġewwa skola speċjalizzata, Xavier School, għal dawk iż-żgħażagħ li kellhom kariżmi speċjali.", "Xavier jirnexxielu mentalment jibblokka l-inċident mill-memorja tagħha u jgħinnha taċċetta l-ħiliet psikiċi li kellha.", "Ġara li fl-1992, l-X-Men jirrispondu għal sejħa urġenti biex isalvaw l-astronawti li kienu jinsabu f'periklu kbir fuq l-ispace shuttle", ".", "Il-periklu ġie kkawżat minn berqa solari li għamlet ħsarat kbar fil-vettura spazjali.", "Waqt li l-X-Men irnexxielhom isalvaw l-astronawti kollha, sfortunatament, Jean li ħarġet fl-ispazju biex isalvahom, assorbiet il-berqa solari ġewwa ġisimha.", "B'riżultat ta' dan, il-qawwiet psikiċi li kellha, ġew amplifikati tant li l-blokk mentali li Xavier kien wettaq fuqha tant snin qabel, żblokka ruħu.", "Jean fil-fatt marret Red Hook biex tiskopri għax wara kollox missierha kien għadu ħaj.", "L-X-Men jagħmlu attentat biex iġibu lura lil Jean iżda sfortunatament, hi aċċidentalment toqtol numru ta' pulizija kif ukoll lil Mystique, mutant u oħt adottata ta' Xavier.", "Wara dan l-inċident traġiku, Jean tmur fil-gżira ta' Genosha, fejn Magneto, mutant, li darba kien ħabib kbir ta' Xavier u issa jinsab jgħix għal kwiet ma' mutanti ohra rifuġjati bħalu.", "Jean xtaqet ħafna li Magneto jgħinha biex tikkontrolla l-qawwiet straordinarji li kellha iżda hu ma jaċċettax li jgħinha.", "Sadanittant, forza militari Amerikana tinżel fuq il-gżira biex tarresta lil Jean.", "Hi minnaħa tagħha tiltaqa' ma' Yuk, kap ta' razza aljena magħrufa bħala D'Bari li darba kienu jimmanipulaw lil Phoenix u tant snin qabel kienet hi li qerdet għal kollox il-pjaneta fejn kienu jgħammru, li hi kellha fiha l-Qawwa Phoenix.", "Sadanittant, Hank McCoy ħassu ttradut minn Xavier li kien immanipula l-memorja ta' Jean.", "Għalhekk hu ngħaqad ma' Magneto u l-mutanti refuġjati biex iġibu lura lil Jean minn New York City.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan li jikkonċentra fuq is-supereroj, Jean Grey, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Simon Kinberg.", "Film mimli azzjoni, bi storja tajba u li żżommok fuq ix-xwiek għal ħin twil.", "Xi xeni ta' azzjonijiet huma tant intensiivi, bħall-inċident stradali fil-bidu tal-film, li jkun tajjeb li film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "14/06/2019", "title": "X-Men: Dark Phoenix"} {"url": "https://knisja.mt/stqarrija-tal-konferenza-episkopali-maltija-dwar-il-mewt-tal-kardinal-prospero-grech-osa/?_ga=2.82922833.672017461.1578042057-835725258.1575709240", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L-Emminenza Tieghu l-Kardinal Prospero Grech OSA", "L-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex isellmu l-memorja tal-Kardinal Prospero Grech – reliġjuż", "għaref u dħuli, b'sens kbir ta' umoriżmu u ta' umanità.", "L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi", "jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-Kardinal Prospero u lill-familja reliġjuża", "Agostinjana kollha, filwaqt li jħeġġu lill-Insara kollha joffru talb ta' suffraġju għal ruħu."], "date": "30/12/2019", "title": "Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-mewt tal-Kardinal Prospero Grech OSA"} {"url": "https://knisja.mt/midway/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Ftit snin qabel ma bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, l-", "Amerikan Navali ġewwa Tokyo u uffiċjal Ġappuniż fl-istess grad, waqt riċeviment, ddiskutew l-qagħdiet taż-żewġ qawwiet navali fl-Oċean Paċifiku.", "Isoroku Yamamoto għarraf lill-", "Edwin T. Layton, li l-Ġappuniżi kienu lesti jieħdu azzjoni jekk il-provisti taż-żejt ikunu mhedda.", "Kienet l-għodwa tas-7 ta' Diċembru 1942 li l-Ġappuniżi bl-użu ta' flotta b'erbgħa", "attakkaw il-flotta Amerikana f'Pearl Harbour bla mistenni b'riżultat li l-Amerika daħlet fit-Tieni Gwerra Dinjija.", "Ġewwa Pearl Harbour ukoll saret bidla fit-tmexxija tal-Flotta Amerikana fil-Paċifiku billi nħatar l-Ammiral Chester Nimitz.", "Layton tkellem ma' Nimitz u stqarr miegħu li ma kienx irnexxielu jikkonvinċi l-awtoritajiet ġewwa Washington fuq il-possibbiltà ta' attakk fuq il-flotta Amerikana f'Pearl Harbour u x'konsegwenzi diżastrużi kienu sejrin iħallu.", "F'April 1942, wara attakk fuq Doolittle, il-Ġappuniżi dawru l-attenzjoni taghhom fuq il-Coral Sea.", "Sadanittant, Joseph Rochfort u t-tim tiegħu ta'", "bdew jinterċettaw messaġġi rigward il-qagħda tal-Gappuniżi li kienu qegħdin jirreferu għaliha bhala \"AF\".", "Minnaħa tiegħu, Layton informa lil Nimitz li l-awtoritajiet f'Washington kienu jemmnu li \"AF\" kienet immirata lejn il-gżejjer Aleutians.", "Layton iżda ma qabilx għax emmen li l-mira kienet il-Midway Atoll.", "Għalhekk Nimitx iltaqa' ma' Rochefort u qablu li t-tim jagħmel ħiltu biex isibu prova definittiva li \"AF\" kienet fil-fatt Midway.", "Layton għalhekk ta struzzjoni biex jintbagħat telegrafu fil-miftuħ biex jgħid li ġewwa Midway kienu qegħdin isofru nuqqas ta' ilma.", "Il-", "jinteċċettaw komunikazzjoni Ġappuniza fejn kien jidher li huma saru jafu b'dan u għalhekk Nimitz u Lejton ġabu l-konkluzzjoni li \"AF\" kienet Midway.", "Nimitz ħejja pjan biex jaqbad f'nasba l-flotta Ġappuniża.", "Għalhekk sejjah il-flotta ta' aircraft carriers li kellu fil-Coral Sea biex jersqu lejn Midway u fl-istess waqt Nimitz insista li l-aircraft carrier Yortktown li kien ġarrab ħsarat kbar f'Pearl Harbour jitlesta f'qasir żmien u jkun lest għat-taqbida f'sebgħa u għoxrin siegħa.", "Kollox deher lest min-naħa tal-Amerikani biex kif il-Gappuniżi jidħlu fin-nasba, joħorġu għalihom bil-forzi kollha li kellhom.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan msejjes fuq dak li ġara fl-Oċean Paċifiku wara l-attakk bla mistenni fuq Pearl Harbour mill-Gappuniżi u kif sussegwentement zviluppat fil-Battalja kruċjali magħrufa bħala Midway.", "Il-film hu taħt id-direzzjoni ta' Roland Emmerich u kitba ta' Wes Tooke."], "date": "21/11/2019", "title": "Midway"} {"url": "https://knisja.mt/il-festa-tal-qaddisin-kollha-u-t-tifkira-tal-mejtin-kollha-3/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Nhar il-Ġimgħa, l‐1 ta' Novembru 2019, l‐Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‐festa tal‐Qaddisin Kollha,", "fil‐Konkatidral ta' San Ġwann, il‐Belt Valletta,", "fis-6:00 p.m. Din il‐festa tiġi ċċelebrata mill‐Knisja Universali biex l‐Insara jagħtu ġieħ lill‐Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l‐eżempju tagħhom.", "Is-Sibt, 2 ta' Novembru, Jum it‐Tifkira tal‐Mejtin Kollha, l‐Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa", "fil‐Knisja taċ‐Ċimiterju tal‐Addolorata, Raħal Ġdid.", "Il‐Quddiesa tibda fl‐10:00 a.m. Dakinhar, l‐Insara huma mistiedna jitolbu għall‐erwieħ kollha li marru qabilna bis‐sinjal tal‐fidi u bit‐tama tal‐qawmien mill‐imwiet, biex bil‐ħniena ta' Alla jitnaddfu minn kull dnub.", "L‐Insara kollha huma mħeġġa jattendu biex jiċċelebraw il‐ħajja tal‐Qaddisin u jitolbu wkoll għall‐għeżież mejtin tagħhom."], "date": "30/10/2019", "title": "Il-Festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-9-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġona 4, 1-11", "L-Evanġelju: Lq 11, 1-4", "Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob.", "Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: \"Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu\".", "U qalilhom: \"Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek.", "Ħobżna ta' kuljum agħtina kuljum.", "U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib\".", "San Djonisju, Isqof u sħabu, martri"], "date": "09/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 9 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/little-women/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Josephine \"Jo\", Margaret \"Meg\", Amy u Elizabeth \"Beth\", erba' teenagers, kienu jgħixu flimkien m'ommhom Marmee March ġewwa Concord f' Massachusetts f'qagħda ta' faqar.", "Missierhom kien tilef flusu kollha u kien jinsab jgħix 'il boghod mid-dar involut fil-Gwerra Ċivili Amerikana.", "Sfortunatament kienu sejrin jiffaċċjaw Milied mingħajru.", "Meg u Jo kellhom jaħdmu biex b'hekk jgħinu l-familja.", "Meg kienet tgħallem ma' familja fil-qrib b'erba' ulied waqt li Jo kienet tgħin lil zijitha, armla sinjura u mdaħħla fiż-żmien u li kienet tgħix ġewwa dar kbira imponenti, Plumfield.", "Beth min-naħa tagħha kienet timida wisq biex tmur l-iskola u kienet kuntenta li taħdem mid-dar.", "Amy kienet għadha tattendi l-iskola; Meg kienet tfajla sabiħa u tradizzjonali; Jo kienet tomboy u tħobb tikteb; Beth kienet tħobb il-paċi u ddoqq il-pjanu; Amy kienet artista u tħobb l-eleganza u s-soċjetà.", "Jo min-naħa tagħha kienet impulsiva u tirrabja malajr.", "Ommha fil-fatt kienet twissiha biex toqgħod attenta kif titkellem meta hi kellha tmur Washington biex tara lill-missierha li kien jinsab marid.", "Il-ġar tagħhom, Mr. Lawrence ssaħħar wara Beth tant li anke taha pjanu.", "Sfortunatament, Beth timrad bl-iskarlatina wara li kienet għamlet xi żmien tgħin familja fqira bi tliet itfal li wara ftit mietu.", "Jo kienet tieħu ħsieb lil Beth u għalkemm fieqet iżda mhux għal kollox.", "Bħala prekawzjoni, Amy tintbagħat tgħix ma' zijitha March u hekk tieħu post Jo waqt li Beth kienet għadha marida.", "Jo sadanittant bdiet iddaħħal xi flus għall-kitba li kienet tikteb.", "Meg ukoll ġietha l-opportunità li tmur ma' hbiebha għal ġimgħatejn fejn hemm kien hemm divertiment ma' tfajliet oħra jiżfnu ma' żgħażagħ b'riżultat li tejbet l-abbilitajiet soċjali tagħha.", "Theodore \"Laurie\" Lawrence, in-neputi ta' Mr. Lawrence ukoll kien mistieden bil-ħsieb li Meg tibda tħobbu, iżda li fil-fatt hi kienet iktar miġbuda lejn John Brooke.", "Iż-żmien jgħaddi għal kulħadd; missierhom jiġi lura qawwi u sħih, Beth sfortunatament tmut u Meg u Amy jibdew jaħsbu biex jissetiljaw fil-ħajja taż-żwieġ.", "Jo min-naħa tagħha ma tantx dehret li kienet lesta li tiżżewweġ.", "Moħħha kien biss biex tkompli tikteb u tippubblika x-xogħol tagħha.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan taħt id-direzzjoni u kitba ta' Greta Gerwig.", "Dan hu s-seba' film msejjes minn fuq novella, bl-istess isem ta' Louisa May Alcott.", "Film tajjeb ħafna li għandu jogħġob lil ħafna."], "date": "07/01/2020", "title": "Little Women"} {"url": "https://knisja.mt/kull-persuna-sal-ahhar-nifs-ta-hajjitha-ghandha-valur-imprezzabbli-l-arcisqof/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Eċċ.", "President tar-Repubblika, Mrs Vella, għażiża Marija – ippermettili ngħidlek hekk.", "L-ewwel nett grazzi ħafna tal-kliem entużjażmanti tiegħek u anke tal-kliem ta' gratitudni tiegħek.", "Dan hu dover tal-Knisja f'Malta.", "L-ewwel dover hu li l-propjetà li ġiet fdata f'idejha tintuża bl-aħjar mod u l-aħjar mod kif tuża l-propjetà huwa għall-ġid komuni.", "It-tieni għaliex faċli titkellem dwar is-sostenn u l-promozzjoni tal-ħajja mill-bidu tagħha fit-tnissil sat-tmiem naturali tagħha, imma l-kliem irid jiġi mirfud mill-fatti.", "U f'din l-għotja ta' dan il-kumpless li jaf ukoll l-inizjattiva tal-lajċi fil-persuna ta' Adelaide Cini, mara li kellha viżjoni kbira iżjed minn 100 sena ilu, kuraġġ kbir, ġenerożità kbira – hu ta' privileġġ għalija li din il-binja li bdiet mill-inizjattiva tal-lajċi fil-Knisja ngħaddiha f'idejn lajċi impenjati bħalkom.", "Dawn l-aħħar 30 sena, ippermettili ngħid grazzi lill-Hospice.", "Hospice tat xhieda ta' servizz fil-komunità fl-iżjed mumenti diffiċli ta' ħafna familji u tat xhieda li d-dinjità tal-persuna ma tiġix minn dak li wara kollox ikun frugħa u jgħaddi, imma d-dinjità tal-persuna tiġi mill-fatt li hi jistħoqqilha kull għajnuna fl-iżjed mumenti ta' vulnerabbiltà, kif għedt inti, Marija.", "Jiena għandi l-pjaċir ngħaddilek l-użu ta' din il-propjetà u fl-istess ħin ningħaqad miegħek biex inħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun ġeneruż ma' din l-inizjattiva mhux għax biss hi investiment fil-kura li għandna nagħtu lil xulxin, imma għax hi xhieda konkreta ta' kemm hi prezzjuża l-ħajja sal-aħħar mument naturali tagħha.", "Fil-bidu ta' Lulju jkolli l-opportunità ta' kollokju mal-Q.T. il-Papa Franġisku u tkellimna fuq ħafna affarijiet bħas-soltu, u kellimtu wkoll fuq din l-inizjattiva, għax jien niftakar li kienet is-Sena tal-Ħniena meta hu stieden lil kull djoċesi fid-dinja, li tagħmel proġett konkret biex minn ħafna kliem sabiħ ngħaddu għall-fatti, xi ħaġa tipika tal-Papa Franġisku.", "U niftakar li kien hemm persuna li kellha diffikultajiet kbar minħabba marda kronika li kienet qed tikkawżalha wġigħ kbir u kienet iċċempilli kważi kull jumejn biex tgħidli: 'araw x'tagħmlu għax jien ma niflaħx iżjed'.", "U jien għedt: 'veru, irrid nara x'nagħmel'.", "Mhux is-soluzzjoni forsi immedjata li kultant issejjaħli għad-dinja, imma soluzzjoni li timpenjana iżjed fil-profond: dik li kemm jista' jkun intaffu l-piż ta' min għandu salib kbir xi jġorr.", "U allura nibtet din l-idea u jiena għandi l-prinċipju li jekk hemm knisja m'hemmx għalfejn tibni oħra.", "Jekk hemm il-Hospice m'hemmx għalfejn tagħmel hospice ieħor.", "Naf għand min qegħdin nafdaw dik li inti Marija ġustament sejjaħt ġawhra ta' propjetà.", "Mhux qed nitkellem biss fuq il- valur ekonomiku imma anke l-valur fl-istorja tal-Knisja kemm nies sabu l-kenn hawnhekk, kemm tfajliet u fl-istorja reċenti anke vittmi ta' vjolenza domestika li issa sibnielhom dar oħra, biex hawnhekk ikun totalment disponibbli għall-proġett tagħkom, imma hu wkoll ta' unur għalija li nħoss anke bil-preżenza tiegħek, Eċċ.", "President tar-Repubblika, is-sostenn tas-soċjetà Maltija għal dak li qegħdin tagħmlu u għal dak li qegħdin nagħmlu llum.", "Jiena nawgura li kull min jidħol hawn iħoss li daħal f'dar il-kenn, f'ambjent fejn hu milqugħ mifhum u mgħejjun, f'ambjent fejn iħossu rispettat fid-dinjità tiegħu anke jekk forsi f'għajnejn is-soċjetà ma baqagħlux iżjed x'jagħti imma aħna nemmnu li kull persuna, sal-aħħar nifs ta' ħajjitha, għandha valur li m'għandux prezz.", "Jien nixtieq nirringrazzjakom u fl-istess ħin nawguralkom.", "M'aħniex se nħallukom weħidkom għax ma jaqblilniex nħallukom weħidkom.", "Ejjew flimkien bħala soċjetà naħdmu biex dan il-proġett mhux biss jitlesta imma jirnexxi, u inti taf daqsi wkoll għax meta għedt €3 miljun spejjeż, ftakart fid-dar tal-Providenza li tiġi tiswa daqsekk kull sena, li l-proġett tibdieh u tibnih imma mbagħad trid issostnih.", "U l-awgurju tiegħi allura hu li jalla sentejn oħra nkunu hawn biex iċ-ċavetta simbolika li se nagħtik, imbagħad tkun xi ħaġa ta' vera li qed naraw b'għajnejna, imma mbagħad tibda ċ-challenge kbira, li dak li bdejna llum immantnuh.", "U minħabba dak, biex din il-ħaġa tkun realtà, se jkollna bżonn is-sapport tas-soċjetà, anke tal-Istat, għaliex le, kontinwament għaliex qed nitkellmu fuq vulnerabbiltà li mhu se tħallina qatt.", "Dan hu servizz li se jkun attwali dejjem u għax attwali, bżonjuż, u għaliex bżonjuż ta' min jagħmel ħiltu biex jirnexxi.", "Nirringrazzjak, u ppermettili issa nippreżentalek muftieħ simboliku.", "Arċisqof ta' Malta", "Ritratt: (xellug) Iċ-chairperson ta' Hospice Malta Maria Gatt, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-President George Vella u martu s-Sa Vella", "Il-messaġġ tal-President ta' Malta Dr George Vella", "L-ewwel nett nilqagħkom hawnhekk u sinċerament wara dak li qalet Mrs Gatt u l-Arċisqof ma tantx hemm wisq xi nkompli nżid, però ħaġa li rrid nagħmel huwa l-fatt li l-preżenza tiegħi hawnhekk flimkien ma' marti huwa biex wieħed qisu jagħti mhux is-siġill, imma l-approvazzjoni tas-soċjetà ċivili għal dan il-ġest nobbli li qed isir illum.", "Dan ngħidu b'kunfidenza, b'kunfidenza anke mill-passat tiegħi bħala tabib meta kelli każi fejn naf xi ssarraf il-Hospice, fejn int għandek servizz li hu b'xejn u li naf li għal dan l-aħħar 30 sena ngħata bi mħabba, kompassjoni u anke bi professjonalità.", "Il-ġest tal-lum huwa xi ħaġa li jikkonferma l-apprezzament kemm tal-Knisja u kemm anki 'l quddiem mill-Istat ċivili tax-xogħol li qed jagħmlu l-Hospice.", "Huwa ġust li jkollok post bħal dan, propjetà kbira bħal din li qed tiġi underutilised, mhux qed tiġi utilizzata kemm suppost, li wieħed jgħaddiha biex jara kif se jkabbbar il-proġett u jkun jista' dak il-ħolm li jkollu jipprova jattwah.", "U ngħid il-ħolm, għaliex il-Hospice wara daż-żmien kollu tipprovdi dawn is-servizzi kollha, hemm il-proġett li issa jibda jkun hemm anke in-patients, pazjenti li jispiċċaw ikollhom il-bżonn li jidħlu hawn ġew ħalli kif qal l-Eċċ. tiegħu l-Arċisqof, jgħaddu l-aħħar żminijiet ta' ħajjithom fis-serenità, fil-kwiet u fl-imħabba.", "U hawn irrid nagħmel riflessjoni u nagħmilha bħala tabib u anke bħala bniedem li ili nirrifletti ħafna fuqha.", "Wasal iż-żmien li l-kura paljattiva tibda tingħata iktar u jkun hemm inqas terapija aggressiva għall-pazjenti li jkunu waslu fl-aħħar u li nkunu nafu li ma nistgħu nagħmlulhom xejn iktar.", "Din hija xi ħaġa li hemm linja diffiċli li tiddefiniha meta twaqqaf dak li taħseb li ħa jirranġa u tmur imbagħad biex taċċetta r-realtà u tgħin lil dak li jkun biex imur lejn il-fini normali tagħna lkoll kemm aħna.", "Hija xi ħaġa diffiċli biex tiddiskriviha, hemm ħafna kitbiet fuqhom, hemm ħafna min jirrifletti meta u kif u safejn, imma", "hu fatt li hemm bżonn li nħallu l-pazjenti tagħna, lilna nfusna eventwalment, li nitilqu minn did-dinja bil-kwiet, bid-dinjità u bis-serenità.", "Il-kura aggressiva li taf li fl-aħħar mill-aħħar mhux se tagħmel mirakli biha, hija fatt li teżisti u jrid ikun hemm l-umiltà tal-professjoni medika li tgħid: 'jien sa hawnhekk nasal u m'għandix għalfejn immur iktar 'il bogħod minn hekk għaliex naf li mhux se nasal'.", "Din hi riflessjoni li hi forsi daqsxejn waħda, tidħol anke l-etika morali fiha u medika, imma hi importanti li wieħed jagħmilha.", "Dan hu l-ħsieb tal-Hospice: ladarba sar li seta' bil-mediċina u bl-interventi, ejja ngħinuk ħalli tmur bil-mod.", "Però mhux li nitkellmu biss għax forsi l-impressjoni hi li dawk il-pazjenti tal-kanċer.", "Hemm ħafna kawżi oħra li wkoll iwasslu għal dawn il-kundizzjonijiet li mhux neċessarjament il-kanċer imma oħrajn li anke jiddependu mill-ambjent familjari tal-individwu, li hemm min kapaċi jieħu l-kura paljattiva ġewwa daru mdawwar bil-familja, però hemm imbagħad min ma jistax assolutament jaffordja kemm minn ċirkostanzi u anke forsi anke minn spazju li jkun qiegħed ġewwa daru biex jasal għat-tmiem dinjituż tal-persuna umana.", "Għalhekk jiena minn qalbi nirringrazzjakom tax-xogħol kollu li għamiltu u nawguralkom li għas-snin li ġejjin dan il-proġett jikber, dan il-proġett jagħti l-frott tiegħu.", "Jiena nirringrazzja l-Eċċ.", "Tiegħu l-Arċisqof u l-Kurja għal dal-ġest nobbli, naf żgur li eventwalemnt il-Gvern ukoll jagħti s-sehem tiegħu bħalma anke ħa tagħmlu użu mill-fondi tal-European Social Fund biex tippruvaw tkabbru dal-proġett.", "Bħalma għedt tajjeb Mrs Gatt dan jinvolvi flus kbar, flus kbar.", "Però bla ma nkun qiegħed nilgħabha wisq ta' spiritwali imma kif qal l-Eċċ.", "Tiegħu jekk wieħed jaqta' qalbu, kieku l-Istitut li għandna ġewwa s-Siġġiewi tad-Dar tal-Providenza, kieku ma jeżistix.", "Jgħix, u mhux talli jgħix, talli kont sorpriż meta kont hemmhekk u qalli: 'aħna żżejjed tagħna ntuh lil ħaddieħor' minn dak li jirċievu kuljum dawk li huma ħaxix u ikel.", "Qalli: 'dak aħna nipprovdu mbagħad lil ħaddieħor'.", "U bqajt inħares lejh u ħarist kemm kemm 'il fuq biex nipprova nifhem għaliex ma stajtx nifhimha din.", "Mingħajr ma ntawwal nirringrazzjakom ta' din l-okkażjoni tal-lum, nawguralkom ħafna u ħafna suċċess.", "Naf li ovvjament intom tinvolvu numru kbir ta' voluntiera, voluntiera li huma professjonisti, carers, il-helpers u għal servizzi li qegħdin taħsbu fuqhom li ħa tkabbru ħa jkollkom bżonn ħafna u ħafna iktar.", "Però jiena nemmen li meta inti għandek proġett li huwa ġenwin, proġett li diġà ta riżultati dawn is-snin kollha, ħa tattiraw bla ma tridu ħafna, ħafna voluntiera.", "U dan wassalni forsi anke għal riflessjoni oħra, riflessjoni li rrealizzajt kemm ili president li indunajt kemm, minkejja l-ħafna diskors li ngħidu għax iż-żgħażagħ ma tantx huma interessati u ż-żgħażagħ sfrattati, l-ammont ta' żgħażagħ li hawn, li huma kommessi għall-volontarjat.", "U jekk kemm-il darba jaraw triq li hi dritta, triq li qed tagħti riżultati, jiena konvint li mhux qed ngħid bla sforz, imma ovvjament tattiraw bla dubju ħafna minn dawk in-nies li qed ifittxu fejn ħa jagħtu kontribut, għaliex minkejja li naħsbu li d-dinja hi kollha marterjali llum l-ġurnata, għad hawn min ifittex dak is-solliev, dak il-gost li qed jagħmel xi ħaġa li għalkemm mhux qed jitħallas, imma qed ittih ċertu sodifazzjon intern.", "U jien nemmen li meta wieħed jagħti l-eżempju qed jissettja t-triq bla dubju ta' xejn ħa jkun hemm min jiffollowjakom.", "Mill-ġdid nawguralkom, naf li dħaltu bħalma qal l-Eċċ.", "Tiegħu Arċisqof deħlin għal biċċa għadma iebsa, kif jgħid il-Malti però bil-kuraġġ u bit-tenaċità li wrejtu f'dawn it-30 sena li għaddew, konvint li tagħmlu suċċess fil-futur.", "Nirringrazzjakom.", "Il-messaġġ", "chairperson ta' Hospice Malta", "Eċċellenza Tiegħek President Dr George Vella", "Eċċellenza Tiegħek Monsinjur Arċisqof,", "Sinjura Vella,", "Sinjuri distinti, kollegi u ħbieb,", "F'isem Hospice nilqagħkom għal din il-konferenza stampa fl-okkażjoni tat-trasferiment formali ta' Adelaide Cini Institute.", "Okkażjoni li ħafna minna tant ilna nistennew.", "Kien propju erba' snin ilu meta Mons. Arċisqof esprima pubblikament ix-xewqa tiegħu li l-ħajja ta' kull wieħed minna tiġi rispettata tul il-kors kollu tal-ħajja naturali.", "Dan kien jaqbel perfettament mal-missjoni tagħna li noffru għajnuna paljattiva sħiħa mogħtija b'għożża, dinjità u fuq kollox bi mħabba.", "Din l-għajnuna ilha tingħata mill-Hospice eżattament 30 sena mit-twaqqif tagħna, u tul dawn is-snin kollha ngħatat lil eluf ta' pazjenti li minħabba kundizzjonijet ta' mard kroniku serju jkollhom bżonnijiet speċjali.", "Bżonnijiet li l-istaff tagħna jagħraf kif ikun l-aħjar mod li jiġu indirizzati.", "Meta ltqajna l-ewwel darba, stajna nispjegaw id-diversità tas-servizzi tal-Hospice u kemm dawn setgħu jiġu estiżi lil numru akbar ta' familji Maltin u Għawdxin, li kieku kellu jkollna sit akbar u aktar attrezzat.", "Sit denju minn fejn nkunu nistgħu nkabbru l-għarfien u t-tagħlim tal-missjoni tagħna.", "Mid-dar preżenti f'Ħal Balzan, aħna jirnexxielna nilħqu madwar 800 familja ġdida kull sena.", "Dan permezz ta' viżti regolari li jsiru minn diversi membri tal-istaff fid-dar tal-pazjent.", "Mal-200 pazjent oħra jattendu regolari d-Day Therapy Unit għal attivitajiet soċjali u oħrajn marbuta ma' sapport ta' fiżjoterapija u kumplimentari.", "Servizzi oħra mogħtija jinkludu dawk ta' respite care, self ta' equipment u sessjonijiet regolari ta' bereavment services lill-familjari li jkunu għaddew mit-telfa tal-għeżież tagħhom.", "Bi tmexxija f'idejna ta' Cini Institute il-miri tagħna huma ferm akbar!", "Konxji mid-domanda sfortunata imma reali għax in-numru ta' nies li jbatu minn kundizzjonijiet serji qiegħda dejjem tikber, aħna qed nippjanaw li nifirxu aktar servizzi lil popolazzjoni akbar.", "F'St Michael Hospice, imsejjes fuq l-aqwa prattiċi ta' kura paljattiva, ser inkunu nistgħu nestendu s-servizzi li jingħataw illum u nintroduċu ħafna oħrajn ġodda.", "Servizzi ħolistiċi u tal-għola livell mogħtija 24 siegha kuljum.", "B'hekk inkunu qed ngħinu biex aktar familji jkollhom sapport aħjar, li jħallihom igawdu l-għeżież tagħhom għal perjodi itwal id-dar u allura inqas riferiment għal sptar.", "F'sitwazzjonijiet fejn il-pazjent ma jkunx jista' jinżamm id-dar għal xi raġuni jew oħra allura l-ispazju u l-ambjent ta' St Michael Hospice se jkunu ta' suffraġju kbir.", "Mibni fuq medda ta' 11-il tomna art, li jinkludu ġonna vasti fejn il-pazjent jista' jinħareġ direttament bis-sodda b'kollox biex igawdi mill-arja ta' barra, il-kumpless ser joffri l-aħjar ambjent tul dawn il-ġranet vulnerabbli.", "Ambjent seren u trankwill minn fejn l-għajnuna tista' tingħata b'rispett u dinjità tul il-vjaġġ kollu tal-ħajja.", "Kull wieħed u waħda minna żgur konxji mill-fatt li nistgħu, ta' kwalunkwe età, imissna mard serju.", "U jekk mhux aħna xi ħadd mill-familjari jew ħbieb tagħna.", "Pereżempju, huwa fatt magħruf xjentifikament li 1 minn kull 3 tal-popolazzjoni darba jew oħra jimirdu bil-cancer.", "Forsi dawn il-figuri mhumiex xi ħaġa li xtaqtu tisimgħu llum.", "Imma qed ngħiduhom biex naqsmu magħkom il-ħeġġa tagħna li dan il-proġett ta' St Michael Hospice, fuq art Maltija, nattwawh tul dawn is-sentejn li ġejjin għal benefiċċju ta' eluf u eluf Maltin u Għawdxin.", "Il-permessi tal-bini ngħataw lilna f'Ġunju li għadda u x-xogħlijiet diġà bdew.", "Perswazi li tifhmu l-bżonnijiet kbar tagħna għall-fondi finanzjarji.", "Il-bidla ta' Cini Institute f'St Michael Hospice se tiswielna flus kbar!", "L-ispiża kurrenti tagħna ta' miljun ser taqbeż għal €3 miljuni fis-sena!", "Għandna bżonn fondi... u aktar fondi speċjalment għax is-servizzi tagħna jingħataw kollha bla ħlas!", "Aħna fiduċjużi fil-qalb kbira tal-poplu tagħna imma s-sorsi ta' fondi li għandna bżonn jiżbqu kull livell ta' għajnuna fejjieda u karittattiva ta' ħafna individwi.", "Ser ikun hemm bżonnijiet kbar li jġagħluna nirrikorru għal fondi pubbliċi u dawk privati minn diversi entitajiet kummerċjali.", "Dawn l-isforzi diġà bdejna nagħmluhom u bi pjaċir ngħid li numru zgħir fehmuna u aċċettaw l-istedina tagħna li jerfgħu biċċa mill-piz finanzjarju tal-proġett.", "U minn hawn nixtieq nirringrazzjahom!", "Nixtieq fuq kollox f'isem sħabi fuq il-Kunsill Amministrattiv, nirringrazzja lill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Arċisqof u l-Arcidjoċesi tal-fiduċja li wrew fil-ħidma tagħna u r-rikonoxximent tagħhom meta qed jgħaddu f'idejna din il-ġawhra ta' propjetà.", "Ħajr kbir ukoll jixraq lil tant benefatturi ġenerużi, tant voluntiera li b'qalb kbira jagħtu l-ħin tagħhom, lill-impjegati ħabrieka tagħna u lil dawk kollha li jaħdmu minn wara l-kwinti.", "It-triq li baqa' biex naslu hija twila u l-isfidi li qed niffaċjaw huma ħafna.", "Imma l-għan huwa wieħed nobbli u nemmnu li ser naslu.", "Għalik, għalija... għalina lkoll!", "Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar il-proġett.", "Ritratti: knisja.mt/ritratti"], "date": "04/10/2019", "title": "Kull persuna, sal-aħħar nifs ta' ħajjitha, għandha valur imprezzabbli – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/celebrazzjonijiet-liturgici-mmexxija-mill-arcisqof-charles-j-scicluna-fmarzu-2019/", "category": "religion, church, news, L-Attivitajiet tal-Arċisqof", "text": ["It-Tnejn 4 ta' Marzu 2019, fil‐7:00 p.m., l‐Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti l‐Ministeru tal‐Lettorat lil tliet seminaristi, fis‐Seminarju tal‐Arċisqof, Tal‐Virtù.", "L-Erbgħa 6 ta' Marzu, Ras ir-Randan, fis‐6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra", "l-Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.", "Il‐Quddiesa ser tixxandar live fuq il‐", "Youtube Channel tal‐Knisja f'Malta.", "Il-Ġimgħa 8 ta' Marzu, fil-12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l‐irtir tar‐Randan għall‐impjegati tal‐Kurja, il‐Caritas u t‐Tribunal Ekkleżjastiku, fid-dar tal-irtiri Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.", "Il‐Ħadd 10 ta' Marzu, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta' Ħadd in-Nies, Ħaż-Żabbar.", "Il-Ħamis 21 ta' Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b'sufraġju", "tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-għeluq it-tielet sena mill-mewt tiegħu.", "L‐Erbgħa 27 ta' Marzu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek u jmexxi l-Via Sagra l-ġdida fil-Knisja Parrokkjali tal-Iklin.", "Il-Ġimgħa 29 ta' Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‐istatwa devota ta' Ġesù Redentur, fil‐Bażilika tal‐Isla.", "Il-Ħadd 31 ta' Marzu, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‐ftuħ tal‐proċess Djoċesan għall‐kawża ta' beatifikazzjoni ta' Bro Louis Camilleri FSC, fil‐Konkatidral ta' San Ġwann, il‐Belt Valletta.", "Il‐Quddiesa ser tixxandar live fuq il‐", "Youtube Channel tal‐Knisja f'Malta."], "date": "28/02/2019", "title": "Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f'Marzu 2019"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-7-ta-dicembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 29, 17-24", "L-Evanġelju: Mt 9, 27-31", "F'dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien sejjer minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajtu u jgħidu: \"Bin David, ħenn għalina!\"", "Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: \"Temmnu intom li jien nista' nagħmlu dan?\".", "Qalulu: \"Iva, Mulej\".", "Imbagħad messilhom għajnejhom u qal: \"Mela ħa jsirilkom skont il-fidi tagħkom\".", "U għajnejhom infetħulhom.", "Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: \"Qisu li ħadd ma jsir jaf b'dan\".", "Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma' dak il-pajjiż kollu."], "date": "07/12/2018", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 7 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/happy-as-lazzaro/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "F'estate magħruf bħala", "hemm jaħdmu 54 ħaddiem.", "Xogholhom kien li jkabbru tabakk b'arranġament li jitħallsu bil-proviżjon li kienu jirċievu u mhux paga.", "Sfortunatament spiss sabu ruħhom fid-djun mas-sid tal-estate, Alfonsina de Luna, mlaqqma bħala \"Queen of Cigarettes\".", "Lazzaro, kien wieħed mill-ħaddiema ħabrieka.", "Tancredi, iben Alfonsina, markiż żagħżugħ, isir ħabib ta' Lazzaro.", "Il-qagħda li jinsabu fiha l-ħaddiema u l-familji tagħhom li jgħixu fuq l-estate xejn ma kienet tgħoġob lil Tancredi tant li kien jinsab diżilluż bl-isfruttament ta' dawn il-ħaddiema sempliċi.", "Tancredi biex jisfida lil ommu, Alfonsina, jippjana li jiffalsifika l-ħtif tiegħu stess.", "Biex ikun jista' jagħmel dan, jitlob l-għajnuna ta' Lazzaro li fis-sempliċità tiegħu jaċċetta li jgħin.", "Għal dan il-għan, it-tnejn imorru f'reġjun mhux ikkultivat fejn Lazzaro kien jagħmel użu ta' għar żgħir biex jirtira hemm għal ftit kwiet.", "Hemm jiktbu nota falza tal-prezz għall-ħelsien tiegħu, b'Lazzaro bħala dak li kien qiegħed jaħtaf lil Tancredi.", "Lazzaro stess jieħu ħsieb li jpoġġi n-nota f'post li kien aċċessat spiss min-nies tal-estate.", "It-tnejn ukoll jimitaw l-għawja ta' volpi li kien jiġġera fl-inħawi; Tancredi ssuġġerixxa li huma jqisu ruħhom bhala", "Tancredi kien konxju li missieru kien raġel li spiss kien ikollu x'jaqsam ma' ħafna nisa.", "Lazzaro ħa din l-idea bis-serjetà bi pjaċir kbir.", "Sadanittant, in-nuqqas ta' Tancredi nħass fl-estate u bdiet tfittxija għalih iżda kien kollu għal xejn tant li oħt Tancredi ssejjaħ għall-għajnuna tal-pulizija.", "Din l-iktar ħaġa li s-sid tal-estate, Alfonsina qatt ma riedet.", "Fil-fatt kellha konsegwenzi koroħ mhux biss għaliha iżda wkoll għal dawk kollha li kienu jgħixu fuq l-estate.", "Meta l-pulizija ġew biex jieħdu sehem fit-tfittxija għal Tancredi, kienu mgħaġġba b'dak li sabu u raw.", "Dak li kien qiegħed isir kien kontra l-liġi.", "Alfonsina ġiet arrestata u l-każ tagħha sar magħruf bħala \"L-Ikbar Ingann\".", "L-estate", "wkoll ġie evakwat.", "Sadanittant, Lazzaro jaqa' minn fuq irdum u l-volpi meta jsibu jidentifikah meta jxommu bħala raġel tajjeb.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Taljan b'sottotitoli bl-Ingliż, taht id-direzzjoni u kitba ta' Alice Rohwacher.", "Il-film irċieva reċenzjonjiet pożittivi ħafna.", "Minħabba t-tema tal-film, xi kliem goff kif ukoll xena fejn persuna tiġi attakkata b'mod aggressiv, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "09/05/2019", "title": "Happy as Lazzaro"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-3-ta-frar/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Ir-Raba' Ħadd matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġer 1, 4-5.", "17-19", "Salm: 70 (71), 1-2.", "3-4a.", "5-6ab.", "15ab u 17", "It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 31 – 13, 13", "L-Evanġelju: Luqa 4, 21-30", "F'dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga:", "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu\".", "U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: \"Dan mhuwiex bin Ġużeppi?\"", "Iżda hu qalilhom: \"Żgur li se tgħidu għalija dan il", "proverbju: \"Tabib, fejjaq lilek innifsek\".", "Dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll!\"", "U żied jgħidilhom: \"Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu.", "Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f'Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa' tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa' ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta' Sidon.", "U kien hemm bosta lebbrużi f'Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja\".", "Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh", "il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta' rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel.", "Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa' sejjer."], "date": "03/02/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta' Frar"} {"url": "https://knisja.mt/restawrata-l-pittura-fl-apside-tal-katidral-tal-imdina/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Tlesta x‐xogħol ta' restawr u konservazzjoni fuq il‐pittura fl‐apside tal‐Katidral ta' San Pawl, l‐Imdina, li sar mill‐Arċidjoċesi ta' Malta b'kofinanzjament minn fondi tal‐Unjoni Ewropea.", "Dan il‐proġett b'investiment ta' €70,000 ġie inawgurat mill‐Isqof Awżiljarju Joseph Galea‐Curmi.", "Il‐pittura li ġiet irrestawrata kienet ikkummissjonata lil Mattia Preti fl‐1688 u saret fuq il‐ħajt tal‐knisja l‐antika, jiġifieri dik li kien hemm qabel it‐terremot tal‐1693.", "Il‐pittura turi n‐nawfraġju ta' San Pawl u hija meqjusa bħala waħda mill‐aktar pitturi fidili lejn ir‐rakkont tan‐nawfraġju fl‐Atti tal‐Appostli.", "Fiċ‐ċentru tagħha jidher l‐Appostlu Missierna San Pawl iħares lejn il‐Missier Etern li qed jibgħat lill‐anġlu tiegħu biex isabbar lil San Pawl u jaċċertah li l‐276 persuna fuq il‐ġifen se jsalvaw kollha.", "Matul is‐snin saret ħafna ħsara lil din il‐pittura bil‐konsegwenza li kellhom isiru numru ta' interventi ta' restawr.", "Waqt konferenza tal‐aħbarijiet fil‐Katidral tal‐Imdina, l‐Isqof Joseph Galea‐Curmi qal li l‐Katidral, li huwa s‐sede tal‐Arċisqof ta' Malta, huwa ġawhra prezzjuza fl‐istorja reliġjuża ta' pajjiżna li turi kif l‐għeruq tagħna l‐Maltin kienu msawra u msaħħa fil‐fidi sa mill‐bidu.", "Huwa fakkar kif din il‐knisja fil‐belt kapitali l‐antika ta' Malta, tissemma' għall‐ewwel darba fl‐1299 meta l‐knisja kienet qed tinbena, u li sa mill‐bidu nett dan it‐tempju kien ddedikat lil San Pawl.", "L‐Isqof Galea‐Curmi rringrazzja lill‐Ministeru għall‐Affarijiet Ewropej għall‐fondi tal‐Unjoni Ewropea, li permezz tagħhom ukoll seta' jsir dan ir‐restawr.", "Huwa ħeġġeġ lis‐soċjetà Maltija biex filwaqt li tikber fl‐apprezzament tal‐patrimonju ekkleżjastiku ta' pajjiżna, tagħraf il‐ħeġġa li biha missirijietna b'tant sagrifiċċju għexu u esprimew l‐identità reliġjuża tagħhom għaliex għarfu dak li kien tal‐akbar ġid għalihom u għal uliedhom.", "Is‐Segretarju Amministrattiv tal‐Arċidjoċesi ta' Malta, Michael Pace Ross, irringrazzja lir‐restawraturi ReCoop għal dan ix‐xogħol ta' restawr u konservazzjoni li qal ser ikun jista' jitgawda minna, minn dawk kollha li jiġu jżuru pajjiżna, kif ukoll mill‐ġenerazzjonijiet futuri.", "Qal li l‐Katidral tal‐Imdina hu wieħed mill‐knejjes fl‐Arċidjoċesi ta' Malta li bbenefika mill‐Fond Ewropew għall‐Iżvilupp Reġjonali 2014‐2020.", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar ritratti >>"], "date": "09/10/2019", "title": "Restawrata l-pittura fl-apside tal-Katidral tal-Imdina"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-4-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Bar 1, 15-22", "L-Evanġelju: Lq 10, 13-16", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal:", "Ħażin għalik, Korożajn!", "Ħażin għalik, Betsajda!", "Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f'Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied.", "Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.", "U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema?", "Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet!", "Min jisma' lilkom ikun jisma' lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; imma min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni\".", "San Franġisk ta' Assisi, Djaknu"], "date": "04/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 4 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-30-ta-ottubru-3/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 8, 26-30", "L-Evanġelju: Lq 13, 22-30", "F'dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f'xi bliet u rħula.", "U kien hemm wieħed qallu: \"Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?\".", "U huwa weġibhom: \"Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.", "Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: \"Mulej, iftħilna!\".", "Iżda hu jweġibkom u jgħid: \"Ma nafx mnejn intom\".", "Imbagħad taqbdu tgħidulu: \"Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna\".", "Hu jwieġeb u jgħidilkom: \"Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!\".", "Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta' Alla, u intom imkeċċija 'l barra.", "U jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta' Alla.", "U araw, hawn min hu tal-aħħar u għad ikun l-ewwel, u hawn min hu tal-ewwel u għad ikun l-aħħar\"."], "date": "30/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 30 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-1-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 6, 5-17", "L-Evanġelju: Mk 10, 1-12", "F'dak iż-żmien, Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar fl-art tal-Lhudija u 'l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa' qabad jgħallimhom.", "Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu.", "Weġibhom u qal: \"X'ordnalkom Mosè?\".", "Qalulu: \"Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha\".", "Imbagħad weġibhom Ġesù: \"Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom din l-ordni.", "Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara.", "Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed.", "Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed.", "Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem\".", "Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan, u hu qalilhom: \"Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju kontra l-ewwel waħda; u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta' adulterju\"."], "date": "01/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 1 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/ben-is-back/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Holly Burns-Beeby ħadet sorpriża kbira meta tasal lura d-dar u ssib lil binha Ben jistenna wara l-bieb.", "Kien lejlet il-Milied u qatt ma kienet tistenna li tara lil Ben li kien jinsab fi programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga għal dawn l-aħħar xhur.", "Ben iżda jaċċerta lil ommu li l-", "tiegħu kien taħ il-permezz biex jagħmel żjara d-dar għall-Milied.", "Holly għalkemm konfuża, tieħu pjaċir bih u madankollu twissieh li jista' jibqa' hemm għal erbgħa u għoxrin siegħa u li kien sejjer ikun il-ħin kollu taħt il-ħarsien tagħha.", "Biex jattendi l-funzjoni ta' billejl fil-knisja, imorru flimkien biex tixtrilu ftit ħwejjeġ għall-okkażjoni.", "Hemm Holly tara t-tabib, anzjan, li meta Ben weġġa', kien tah kalmanti b'riżultat li Ben ġie dipendenti fuqhom.", "Meta il-", "warbet ftit, Holly urietu r-rabja tagħha għal dak li kien għamel.", "Sadanittant Ben jintebaħ bil-persuna li kellu x'jaqsam miegħu rigward id-droga.", "Hu jibqa' mħasseb tant li qal lill-ommu li kien hemm bżonn li jmur malajr għall-laqgħa.", "Holly u Ben imorru flimkien u Ben jirrakkonta waqt il-laqgħa, kif ommu u l-kelb kienu salvawlu ħajtu.", "Wara l-laqgħa, Ben ġie avviċinat minn tfajla li tgħidlu li kien hu t-traffikant ta' droga u stidnitu biex jaqsam id-droga għal darb'oħra.", "Lura lejn il-ħanut tal-ħwejjeġ, Holly issib fuqu d-droga u jgħdilha li kienet it-tfajla li offrithielu.", "Holly teħodlu d-droga u jmorru d-dar biex iħejju biex imorru l-knisja.", "Fil-knisja, Holly toffri l-kondoljanzi lill-omm li kienet tilfet lil bintha Maggie bi droga.", "Maggie kienet ħabiba kbira ta' Ben u t-tnejn kellhom il-vizzju ta' droga.", "Meta l-familja jirritornaw id-dar, isibu li xi ħadd kien daħal id-dar u għalkemm wettaq ftit ħsarat, iżda seraq il-kelb Ponce.", "Min kien ħa l-kelb?", "Ben intebaħ li dak li ġara kien kollu tort tiegħu għax hu kien midjun ma' baruni tad-droga u issa jrid il-flus lura.", "Ben joħroġ jiġri mid-dar biex imur jfittex il-kelb.", "Holly tmur tfittxu bil-karrozza.", "X'jiġri meta hi ssibu u tipperswadih biex it-tfittxijja jagħmluha flimkien?", "Film dramm Amerikan taħt id-direzzjoni u l-kitba ta' Peter Hedges.", "Ġrajja ta' omm li kienet lesta tagħmel minn kollox biex tgħin lil binha biex joħroġ mit-taħwid li daħal fih.", "Minħabba t-tema tal-film, tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "22/03/2019", "title": "Ben is Back"} {"url": "https://knisja.mt/le-mans-66/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1963, Lee Iacocca, Viċi President tal-kumpanija Ford, ippropona lil Henry Ford II biex jixtri l-kumpanija Ferrari bl-iskop li permezz tas-sehem fit-tiġrija ta' erbgħa u għoxrin siegħa f' Le Mans, jitkabbar il-bejgħ tal-karrozzi Ford.", "Iżda Enzo Ferrari, il-prorjetarju ma aċċettax.", "Il-kumpanija Fiat offriet offerta aħjar.", "Henry Ford xejn ma ħa pjaċir.", "Għalhekk ordna lid-diviżjoni li tibni l-karozzi għat-tlielaq biex tibni karozza li tkun tista' tikkompeti f'Le Mans lil dik ta' Ferrari.", "Għal dan il-għan, Iacocca kera is-servizzi ta' Carroll Shelby, proprjetarju ta' Shelby Automobiles.", "Shelby kiseb fama meta fis-sena 1950, f'Le Mans kien rebaħ it-tiġrija.", "Sfortunatament minħabba l-kundizzjoni f'saħħtu rtira minndan l-isport minħabba l-istress li joħloq.", "Shelby għalhekk daħħal miegħu lil Ken Miles, bniedem li jitlagħlu malajr.", "Dan l-aħħar kien qiegħed isibha diffiċli biex ikompli x-xogħol tiegħu ta' mekanik.", "Shelby u Miles jittestjaw il-karrozza Ford GT40 MK, prototype, u jsibu li kien hemm xi difetti li ma kienux jagħmluha karozza li tista' tikkompeti ma' dik ta' Ferrari.", "Ford ma kienx kuntent mis-sewwieq Miles u għalhekk għat-tiġrija ta' Le Mans tal-1964 għażlu li jibgħatu lil Phil Hill u Bruce McLaren.", "Miles ħabbar li l-ebda karozza ta' Ford ma kienet sejra tispiċċa t-tiġrija, b'umiljazzjoni kbira għal Henry Ford.", "Shelby jispjega lil Ford li l-karozza GT 40 kienet nislet biża' fil-kamp tal-Ferrari minħabba li rnexxielha tilħaq il-veloċità ta' 218 mil fis-siegħa meta din ġiet ippruvata għalkemm ġralha ħsara u waqqfet.", "Għalhekk Shelby u Miles komplew jaħdmu fuq din il-karozza l-aktar fuq il-brejks minħabba li f'waħda mill-provi, Miles kien iffortunat li ma tilifx ħajtu meta l-brejkijiet fallew.", "Fl-1966, Leo Beebe, Viċi President fil-Ford ħa t-tmexxija tad-diviżjoni tal-karozzi tat-tlielaq u bl-iskop li jkompli l-programm mingħajr Miles.", "Iżda Shelby ħa lil Henry Ford Ii għal rikba u poġġa l-kumpanija tiegħu fuq assigurazzjoni li Miles biss setgħa jsuq b'suċċess il-karozza tal-ġiri billi kapaċi jtella' sa' limitu ta' 7,000 RPM.", "X'jiġri minn hawn?", "Film magħruf ukoll bħala", "taħt id-direzzjoni ta' James Mangold u kitba ta' Jez Butterworth, John-Henry Butterworth u Jason Keller.", "Film interessanti u eċitanti, msejjes fuq ġrajjet vera li seħħew fis-snin sittin meta Henry Ford II kien determinat li jegħleb il-monopolju fit-tlielaq tal-karozzi veloċi li kellha l-kumpanija Ferrari."], "date": "21/11/2019", "title": "Le Mans '66"} {"url": "https://knisja.mt/bagit-2020-nahsbu-fil-gid-komuni-fit-tul/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["B'rabta mad‐dokument ta' qabel il‐Baġit 2020 'Sustaining Inclusive Growth', il‐Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi laqgħet l‐istedina għall‐konsultazzjoni u għaldaqstant ħejjiet numru ta' osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li qed tippreżenta għal konsiderazzjoni.", "Ir‐rakkomandazzjonijiet tqassmu fi tliet gruppi li jirriflettu tlieta mill‐miri għall‐iżvilupp sostenibbli tan‐Nazzjonijiet Magħquda għall‐2030 (Sustainable Development Goals ‐ SDGs) tan‐Nazzjonijiet Magħquda.", "Ta' min wieħed jinnota li dawn ir‐rakkomandazzjonijiet tfasslu wara eżerċizzju ta' konsultazzjoni ma' numru ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu b'mod kontinwu ma' gruppi differenti fis‐soċjetà fi ħdan il‐Knisja f'Malta.", "Il-Qerda tal‐Faqar – SDG 1", "Il‐Kummissjoni addottat definizzjoni aktar wiesgħa ta' faqar li tinkudi gruppi vulnerabbli fost oħrajn: persuni bi dħul baxx, persuni li jsofru minn forom differenti ta' abbuż u żgħażagħ li huma mġiegħla jgħixu f'kundizzjonijiet prekarji.", "Il‐Kummissjoni temmen li kwalunkwe miżuri li jiddaħħlu bil‐għan li jgħinu lil dawn il‐persuni għandhom isaħħu l‐pożizzjoni tal‐individwu u mhux iżidu d‐dipendenza tal‐persuna fuq l‐istess sapport.", "Akkomodazzjoni affordabbli", ": Il‐Kummissjoni tilqa' l‐iskema tal‐equity sharing u l‐White Paper 'Il‐Kera bħala alternattiva ta' akkomodazzjoni' ppubblikata f'Ottubru tal‐2018.", "Għaldaqstant, il‐Kummissjoni temmen li hemm ħafna aktar x'jista' jsir fir‐rigward tal‐prezzijiet fis‐suq tal‐kera, li aktar ma jmur iż‐żmien aktar qed jogħlew u li qed iwasslu għal \"ħaddiema fqar\".", "F'dan ir‐rigward, l‐Awtoritajiet huma jitluba jikkunsidraw ċerti soluzzjonijiet bħalma huma l‐introduzzjoni ta' (i) garanziji li jista' jagħti l‐Gvern fuq self fuq proprjetà u/jew (ii) it‐tnaqqis tal‐interessi fuq is‐self fuq il‐proprjetà meta tinħadem it‐taxxa fuq id‐dħul.", "Persuni bla saqaf fuq rashom:", "jeħtieġ jiġi kkummissjonat studju serju fuq il‐qagħda f'Malta dwar individwi li m'għandhomx fejn joqogħdu, li għandu jservi biex wieħed jifhem aktar x'qed iwassal għal din il‐problema u x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex din il‐problema tiġi indirizzata bl‐aktar mod effettiv.", "Aktar riżorsi għandhom jiġu offruti għad‐diżpożizzjoni tal‐Knisja u NGOs involuti f'dan il‐qasam sabiex jittaffa l‐piż li dawn qed iġorru sabiex joffru sapport lid‐djar li joffru kenn lill‐individwi li m'għandhomx fejn joqogħdu.", "Persuni li qed isofru minn abbuż:", "Il‐Kummissjoni tirrakkommanda li titwaqqaf aġenzija li toffri parir legali.", "Għandha wkoll titwaqqaf sistema fejn kontribuzzjonijiet ta' appoġġ għat‐tfal jintbagħtu lil din l‐aġenzija, biex din imbagħad tgħaddihom lill‐familja konċernata.", "Din is‐sistema għandha twassal sabiex jiġu evitati ħafna mil‐litigazzjonijiet li huma n‐norma f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Żgħażagħ li jfallu mis‐sistema edukattiva:", "Il‐Kummissjoni tilqa' b'mod pożittiv l‐iskema li l‐Gvern qed iniedi 'My Journey: Achieving through different paths'.", "Wieħed jirrakkomanda li skemi bħal dawn jiġu estiżi għal żgħażagħ akbar fiż‐żmien u li sfortunatament ħarġu mis‐sistema edukattiva qabel iż‐żmien.", "Refuġjati u individwi li qed ifittxu l‐Ażil:", "Il‐Kummissjoni hija mħassba b'mod serju dwar il‐lingwaġġ li sfortunatament intuża fid‐Dokument ta' qabel il‐Baġit 2020 b'referenza għar‐refuġjati u individwi li qed ifittxu l‐ażil.", "Li wieħed jippreżenta sitwazzjoni umanitarja bħala problema ta' sigurtà nazzjonali hija inkwetanti.", "Dan jista' jkollu konsegwenzi serji fuq kif il‐poplu jħares lejn din il‐kwistjoni.", "Aġir bħal dan mill‐istituzzjonijiet li qed jiggvernawna jista' jwassal biex ikompli jrewwaħ il‐fjammi fuq is‐sentimenti xenofobiċi li sfortunatament diġà jinsabu b'saħħithom f'ċerti oqsma tas‐soċjetà.", "Il‐Kummissjoni tkompli tisħaq li għandu jsir investiment sostantiv fir‐rigward tal‐Initial Reception Centre.", "Il‐Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill‐Gvern sabiex jinstabu akkommodazzjonijiet alternattivi għal dawk l‐individwi li qed ifittxu l‐ażil.", "Sfortunatament dawn qed jinżammu għal aktar milli hemm bżonn fl‐Initial Reception Centre u fil‐Kwartieri tal‐Armata f'Ħal Safi.", "Is‐Saħħa u l‐Benesseri – SDG 3", "Fost l‐iżviluppi pożittivi li wieħed jista' jelenka f'dan il‐qasam, insibu: l‐akkwist ta' apparat fl‐ambitu ta' kirurġija robotika, l‐inklużjoni ta' Malta fil‐European Reference Network u l‐ispinta li ngħatat fl‐investiment li sar fiċ‐ċentri tas‐saħħa u fis‐sistema ċentrali tas‐saħħa.", "Saħħa Mentali:", "minkejja l‐proposti riċenti li saru fir‐rigward tat‐titjib tal‐faċilitajiet tal‐Isptar ta' Monte Karmeli, il‐Kummissjoni hi tal‐opinjoni li dan mhux biżżejjed biex ilaħħaq maż‐żieda fid‐domanda għas‐servizzi li qed ikun hawn.", "Il‐Kummissjoni ttenni li għandhom jiddaħħlu servizzi ta' sapport ta' saħħa mentali lil dawk il‐qraba li qed jagħtu kura lil membri tal‐familja.", "Kwalità ta' arja tajba:", "hemm numru ta' soluzzjonijiet li wieħed jista' jikkunsidra sabiex tittejjeb il‐kwalità tal‐arja.", "Dawn jinkludu, fost l‐oħrajn: i) trasport pubbliku b'xejn fil‐ħinijiet fejn it‐traffiku jkun l‐aktar f'qagħda kritika (ii) introduzzjoni ta' infrastruttura adegwata u sigura fir‐rigward ta' mezzi alternattivi ta' trasport (iii) jiġu evitati miżuri li jnaqqsu t‐traffiku biss għal żmien qasir (iv) isir investiment sabiex jiżdiedu spazji b'siġar u aktar ħdura (v) u li jiġu infurzati r‐regolamenti fuq il‐prattiċi fis‐settur tal‐kostruzzjoni li jnaqqsu t‐trabijiet fl‐arja.", "Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku – SDG 8", "Aktar ma jgħaddi ż‐żmien, Malta qiegħda tkompli tilħaq livelli aktar għolja ta' tkabbir ekonomiku u qgħad baxx.", "Ir‐riżultati miksuba qed ikunu saħansitra aktar tajbin minn dawk mistennija.", "Madankollu huwa importanti ħafna li l‐progress ekonomiku isir b'mod etiku u jkun ta' natura sostenibbli.", "Xogħol diċenti:", "l‐infurzar tal‐liġijiet f'ċerti setturi, fosthom: fis‐settur tal‐kostruzzjoni, dak tad‐divertiment u fit‐turiżmu, qed ikun anqas milli wieħed jistenna.", "Il‐Kummissjoni tħeġġeġ lill‐Gvern sabiex iniedi sistemi robusti li jissalvagwardjaw il‐ħaddiem u li jiggarantixxu mezz sigur u dinjituż kif wieħed jista' jaqla' l‐għajxien tiegħu.", "Ta' min wieħed jiġbed l‐attenzjoni wkoll fuq l‐effett tal‐hekk imsejħa 'Gig economy' li f'dawn l‐aħħar snin qed issir aktar predominanti fil‐pajjiż.", "F'dan ir‐rigward, il‐Kummissjoni tħeġġeġ lill‐Gvern biex idaħħal fis‐seħħ l‐emendi meħtieġa fil‐liġi tax‐xogħol, sabiex ħaddiema involuti f'xogħol marbut mal‐Gig Economy ma jiġux sfruttati.", "Il‐Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll il‐kontribut siewi li ħaddiema barranin qed jagħtu lill‐ekonomija Maltija.", "Għaldaqstant il‐Kummissjoni tħeġġeġ lill‐Gvern sabiex jissalvagwardja l‐ħaddiema barranin u jiżgura li dawn l‐istess individwi jiġu trattati bid‐dinjità mistħoqqa u mhux sempliċiment bħala riżors ieħor ta' produzzjoni.", "Tkabbir Ekonomiku:", "fid‐dawl tal‐fatt li l‐ekonomija ta' Malta tibqa' dejjem vulnerabbli minħabba n‐natura tagħha ta' gżira żgħira; wieħed ma jistax ma jaċċennax l‐importanza tad‐diversifikazzjoni u l‐fatt li l‐ekonomija ma tistax titħalla tiddependi fuq numru zgħir ta' setturi partikolari.", "F'dan ir‐rigward, il‐Kummissjoni tħeġġeġ lil kull min qed jieħu deċiżjonijiet f'dan l‐ambitu, sabiex l‐investiment jiġi direzzjonat b'mod aktar etiku u sostenibbli.", "Konklużjoni", "Fid‐dawl tal‐progress ekonomiku li qed jintlaħaq dan l‐aħħar, il‐Kummissjoni tinsisti li l‐frott ta' dan il‐progress għandu jitgawda minn kulħadd u li ħadd m'għandu jitħalla jaqa' lura.", "Dan ma jfissirx biss ridistribuzzjoni xierqa tal‐ġid li qed jiġi ġġenerat, imma wkoll li wieħed jeżamina dan il‐ġid minn fejn hu ġej u l‐prezz li s‐soċjetà qed ikollha tħallas għalih.", "Meta l‐progress jitkejjel biss bit‐tkabbir ekonomiku ma jkunx qed jirrifletti r‐realtà attwali, li tkun qed tiġi ssimplifikata.", "Fil‐kejl tal‐progress, il‐prinċipji tal‐etika u tas‐sostenibbiltà huma kruċjali u għaldaqstant għandhom jingħataw l‐importanza mistħoqqa minn dawk li jmexxu l‐pajjiż.", "Kif qal tajjeb il‐Papa Franġisku, hemm bżonn li nimxu lil hinn \"mit‐traġedja ta' politika li moħħha biss fir‐riżultati immedjati, imwieżna wkoll mill‐popli konsumisti, ... titlob li wieħed jipproduċi tkabbir fi żmien qasir.\"", "\"Il‐kobor tal‐politika jidher meta, f'mumenti diffiċli, wieħed jaġixxi skont prinċipji għoljin u jaħseb fil‐ġid komuni fit‐tul.\"", "(Laudato Si', 178).", "Il‐Kummissjoni tittama u titlob li l‐eżerċizzju tal‐Baġit 2020 jiġi ispirat minn dan il‐ħsieb.", "Agħfas hawn", "biex tniżżel id-dokument tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi (verżjoni sħiħa)"], "date": "03/10/2019", "title": "Baġit 2020: Naħsbu fil-ġid komuni fit-tul"} {"url": "https://knisja.mt/the-rhythm-section/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Stephanie Patrick, tfajla intelliġenti, wara l-mewta traġika tal-ġenituri tagħha u ta' ħutħa bla ma qatt ma kien mistenni, spiċċat mkissra u mfarka psikoloġikament għal kollox b'dak li ġara.", "Hi stess kellha tkun fuq l-ajruplan iżda fl-aħħar ħassret il-pjan li ttir magħhom u ħelsitha minn mewta ċerta.", "Riżultat t'hekk, hi mhux biss ħalliet il-kors universitarju li kienet qegħda tagħmel ġewwa Oxford u li kienet meqjusa bħalha \" top student\", iżda spiċċat tiġġerra fit-toroq ta' Londra, prostituta, xurbana u drogata.", "Dan kollu jseħħ minħabba d-disgrazzja li soffrew qrabatha meta kienu qegħdin jivvjaġġaw u l-ajruplan li kienu fuqu sploda f'nofs l-Atlantiku.", "F'din il-qagħda ta' disperazzjoni, Stephanie tiltaqa' ma' Proctor, ġurnalist investigattiv, li għarrafha li t-telfa tal-ajruplan ma kienx inċident iżda kien att ta' terroriżmu u li dak li għamel il-bomba kien għadu ħaj, jiġġera fit-triq.", "Mimlija rabja, Stephanie ftehmet ma' Proctor li kienet lesta li tgħinu, iżda sfortunatament, Proctor jinqatel mit-terroristi.", "Stephanie, bl-informazzjoni li kien taha Proctor, tmur l-iSkozja biex issib lil dak li kien tah l-informazzjoni.", "Ġewwa Lochness, post imwarrab u maqtugħ minn kollox, Stephanie tiltaqa' ma' Iain, eks-aġent fl-M6 li jkun lest li jgħinha biex twettaq il-pjan tagħha għalkemm qallha li l-missjoni kienet perikoluża ħafna.", "Fil-fatt, Iain bit-taħriġ li jtiha, jittrasformaha f'assassina professjonali, barra wkoll li titgħallem tassumi l-identità ta' ħaddieħor bl-ilbies u l-parrokki li kienet tilbes.", "Għal Stephanie iżda kien hemm il-ħtieġa li ssir taf sew min tassew kienet hekk kif bdiet tieħu r-rwol ta' Lisa, prostituta u ftit wara r-rwol ta' Petra Reuter, anarkista Ġermaniża, kif ukoll ir-rwol ta' Marina Gaudenzi, negozjanta Svizzera.", "Dawn l-irwoli kollha f'ħajjitha għenuha biex twettaq il-pjan tagħha li tagħmel vendetta minn dawk kollha li kellhom x'jaqsmu mal-mewt tal-membri tal-familja tagħha.", "Kif jirnexxielha tagħmel dan u tivvendika ruħha?", "Iżda fl-aħħar mill-aħħar, Stephanie, qatt ssib il-rwol proprja tagħha fil-ħajja?", "Film Brittaniku – Amerikan, dramm mimli azzjoni li jżommok fuq ix-xwiek, hu taħt id-direzzjoni ta' Reed Morano u kitba ta'Mark Burnell, msejjes fuq in-novella tiegħu stess taħt l-istess isem.", "Minħabba vjolenza, qtil mdemmi, kliem goff u użu ta' droga kif ukoll it-tema ewlenija ta' vedetta, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "06/02/2020", "title": "The Rhythm Section"} {"url": "https://knisja.mt/10-boroz-ta-studju-fit-teologija-u-l-oqsma-pastorali-fl-universita-ta-malta/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il‐Fondazzjoni għall‐Istudji Teoloġiċi tal‐Arċidjoċesi ta' Malta qed terġa' toffri skema ta' boroż ta' studju biex tgħin lil min jixtieq ikompli l‐istudju tat‐teoloġija u l‐oqsma pastorali fil‐Fakultà tat‐Teoloġija fl‐Università ta' Malta.", "L‐għan ta' din l‐iskema hu li aktar lajċi jitħarrġu akkademikament sabiex jagħtu sehemhom fil‐Knisja u fis‐soċjetà.", "Għas‐sena akkademika 2019‐2020, il‐Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta' €2,000 għal min japplika għal dawn il‐korsijiet:", "Baċellerat fl‐Arti (bl‐Unuri) fit‐Teoloġija (part‐time)", "Master fl‐Etika tan-Negozju", "Master fit‐Teoloġija", "Master fl‐Istudji Reliġjużi", "L‐applikazzjonijiet għall‐boroż ta' studju jagħlqu fis‐16 ta' Settembru 2019.", "Aktar dettalji dwar l‐iskema u l‐applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq"], "date": "15/06/2019", "title": "10 boroż ta' studju fit-teoloġija u l-oqsma pastorali fl-Università ta' Malta"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-22-ta-novembru-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Mak 4, 36-37.52-59", "Salm: 1 Kron 29, 10.11abċ.11d-12a.12bċd", "L-Evanġelju: Lq 19, 45-48", "F'dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi 'l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: \"Hemm miktub: \"Id-dar tiegħi tkun dar it-talb\".", "Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin\".", "U kien jgħallem kuljum fit-tempju.", "Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x'jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu.", "Qaddisa tal-jum:", "Santa Ċeċilja, Verġni u Martri"], "date": "22/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 22 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/greta/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Frances McCullen, tfajla Amerikana, taħdem bħala", "u tgħix ħajja trankwilla f'appartament ma' Erica Penn, ħabibtha ġewwa New York.", "Dan l-aħħar tilfet lill-ommha bil-marda tal-kan\"ċer u sfortunatament tinsab f'relazzjoni sfurzata ma' missierha li moħħu kien biss fuq in-negozju li kien imexxi.", "Waqt li kienet fuq tren f'subway, tinnota li xi ħadd kien ħalla handbag.", "Meta marret fl-appartament bih, Frances issir taf li dan kien ta' mara, suppost Franċiża, bl-isem ta' Greta Hideg, għalliema tal-pjanu.", "Frances tmur fl-indirizz indikat fejn kienet toqgħod Greta biex trodd lura l-handbag.", "Greta tistieden lil Frances biex tieħu kafè magħha u tirrevela li hi kienet armla u li kellha tifla tistudja fi Franża.", "Wara din l-ewwel laqgħa, Frances baqgħet tmur għandha biex iżżommha kumpanija.", "Lejla waħda, waqt li Greta kienet qegħda tipprepara l-ikla ta' filgħaxija, talbet lil Frances biex tmur u ġġib xi ħaġa minn sideboard.", "Bi żball tiftaħ in-naħa fejn hemm issib numru ta' handbags li fuqhom kien hemm ismijiet u numri ta' telefons ta' persuni li Greta kienet taf, inkluż tagħha stess.", "Frances tibda tinkwieta u tiddeċiedi li taqta' kull rabta ma' Greta.", "Iżda fi żmien qasir, Greta tibda tqis il-passi tagħha li min-naħa tagħha turiha li din l-imġieba xejn ma kienet qegħda tieħu pjaċir biha.", "Barra minn hekk, hi tibda tirċievi mingħandha numru ta' messaġġi kif ukoll ċempil spiss fuq il-mobile.", "Spiss Greta kienet tidher barra r-ristorant fejn kienet taħdem Frances.", "Kien għalxejn li Frances wissiet lil Greta biex ma tkompliex idejjaqha.", "Darb'oħra Greta marret fl-appartament fejn kienu joqgħodu Frances u Erica.", "Ftit jiem wara Greta wkoll marret fir-ristorant bi skuża biex tiekol u hemm ħolqot konfużjoni tant li spiċċat meħudha l-isptar.", "X'sejra tagħmel Frances meta ssir taf li Greta kienet ħarġet mill-isptar u ssir taf ukoll, li wara kollox, bint Greta kienet wettqet suwiċidju u li mhux veru li qatt kienet Franża?", "X'jiġri meta Greta taħtaf lil Frances?", "X'sejjer isir minnha meta ssib ruħha f'din il-qagħda?", "Film Irlandiż – Amerikan, taħt id-direzzjoni ta' Neil Jordan u kitba ta' Ray Wight.", "Minħabba it-tema tal-film fejn niltaqgħu ma' persuna psikopatika u li kienet lesta li tkun aggressiva u perikoluża, kif ukoll l-vjolenza u l-mezzi li użat, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "08/05/2019", "title": "Greta"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-30-ta-dicembru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 12-17", "L-Evanġelju: Lq 2, 36-40", "Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f'Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej.", "Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta' Aser.", "Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewġa, u mbagħad romlot.", "Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb.", "Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm.", "Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta' Nazaret.", "U t-tifel baqa' jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf.", "U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu."], "date": "30/12/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 30 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/a-beautiful-day-in-the-neighbourhood/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1998, Lloyd Vogel, ġurnalista", "jattendi għaż-żwieġ ta' oħtu Lorraine flimkien ma' martu Andrea u t-tarbija Gavin.", "Waqt ir-riċeviment, Lloyd jaqbad ġlieda ma' missieru Jerry.", "Lloyd kien sabha diffiċli biex jaħfer lill-missieru li kien abbanduna lill-ommu meta din kienet qegħda tmut u l-aktar li kellha bżonnu.", "L-għada tat-tieġ, Ellen, l-editur tal-magazin", "fejn kien jaħdem Lloyd, assenjatlu intervista ma' Fred Rogers biex tidher fil-ħarġa li jmiss.", "Dan l-artiklu ma kellux ikun itwal minn 400 kelma.", "Lloyd għalhekk jivvjaġġa lejn l-istudju WQED ġewwa Pittsburgh biex jintervista lil Rogers.", "Waqt l-intervista, Rogers ma tantx deher lest li jitkellem fuq il-fama tiegħu bħala preżentatur ta' programm popolari fuq it-televiżjoni iżda aktar wera interess li jsir jaf kif Lloyd kellu dik il-ferita f'imnieħru.", "Lloyd irrakontalu x'ġara fit-tieġ t'oħtu u kif hu ma laqax l-apoloġija u l-attentat li għamel missieru biex jirrikonċilja miegħu.", "Sadanittant, Lloyd kien determinat li juri li Rogers kien persuna twajba u ġentlom u għalhekk beda jara numru ta' episodji tal-wirjiet ta' Rogers għalkemm ma seta' jsib xejn biex joħroġ xi ħaġa minn dak li ra.", "Għalhekk Lloyd talab li jkollu intervista oħra miegħu meta dan kien jinsab ġewwa New York.", "Waqt l-intervista, Rogers għal darb'oħra warrab il-mistoqsijiet li ried jagħmillu Lloyd u beda jkellmu fuq it-trobbija taż-żewġ uliedu.", "Rogers sadanittant ħareġ minn bagalja żewġ pupazzi u staqsih fuq il-pupu fenek li hu kellu fi tfulitu u fuq missieru.", "Lloyd iżda xejn ma ħa pjaċir b'dan id-diskors u telaq 'l barra.", "Meta Lloyd wasal id-dar, isib lil missieru Jerry u Dorothy, ħabibtu, jitkellmu ma' Andrea.", "Lloyd irabbja u ċanfar lill-missieru għal dak li kien ghamel meta abbanduna lil martu meta din kienet qegħda tmut bil-marda tal-kanċer.", "Wara dak li kellu x'jgħid, Lloyd talbu biex jitlaq 'l barra iżda Jerry isofri attakk ta' qalb u ttieħed l-isptar b'emerġenza .", "Lloyd min-naħa tiegħu jirrifjuta li jibqa' l-isptar u jmur Pittsburgh biex jiltaqa' ma' Rogers.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, bi storja tajba, taħt id-direzzjoni ta' Marielle Heller u kitba ta' Micah Fitzerman-Blue u Noah Harpster.", "Film bi storja pożittiva ħafna fejn turi l-effett ta' persuna b'valuri nsara x'effett jista' jkollha fuq persuna li jkun qiegħed isibha diffiċli biex jahfer u jinsa għal xi azzjoni li sofra."], "date": "06/02/2020", "title": "A Beautiful Day In The Neighbourhood"} {"url": "https://knisja.mt/il-principju-tal-protezzjoni-tal%E2%80%91hajja/", "category": "religion, church, news, Editorjali", "text": ["F'Jum il-Ħajja, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi appella lis-soċjetà Maltija sabiex ikun hawn aktar nies ta' sinsla u ta' prinċipju li kapaċi jiddefendu l-ħajja mill-bidu sat-tmiem naturali tagħha.", "L-Isqof saħaq fuq erba' punti:", "Il-ħarsien tal-ħajja mhix kwistjoni ta' mandat:", "Il‐protezzjoni tal‐ħajja umana, anke meta għadha fit‐tnissil, hi kwistjoni ta' prinċipju u ma tintrabatx ma' xi mandat li jagħti l‐poplu.", "Kburin ukoll jekk inkunu waħedna:", "Li tiddefendi l-ħajja m'għandux iġegħelna nistħu jew nisktu.", "Għandna nkunu kburin li għalina l‐ħajja umana hi tant għażiża li nixtiequ l‐aqwa żmien għat‐tarbija li għadha ma twelditx.", "Tolleranza zero għal kull theddid għall-ħajja", ": Kull meta l‐ħajja umana hi fil‐periklu, għandha nkunu magħqudin biex niddefenduha.", "Dan jgħodd għat-tarbija fil-ġuf, għal min hu fil-periklu f'nofs ta' baħar, għal min hu mħajjar jieħu d-droga, l-anzjani u l-morda.", "Impenn biex ngħinu lin-nisa li huma vittmi:", "Irridu ngħinu u nagħtu sapport lin-nisa li jkollhom diffikultà bit-tqala u jitħallew weħidhom f'dan iż-żmien diffiċli.", "L-appell tal-Isqof Galea-Curmi hu biex dejjem inħarsu d-don tal-ħajja.", "Sostna li rridu nuru apprezzament u nitolbu għal dawk kollha li huma xhieda ta' impenn favur il‐ħajja biex b'kuraġġ ikomplu jwasslu dan il‐messaġġ. ", "Agħfas hawn biex taqra l-omelija sħiħa tal-Isqof."], "date": "01/03/2019", "title": "Il-prinċipju tal-protezzjoni tal‐ħajja"} {"url": "https://knisja.mt/red-joan/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "F'għodwa fis-sena 2000, Joan Stanley, anżjana ta' 87 sena, issib ma' wiċċha numru ta' uffiċjali tal-", "li ġew biex jarrestawha fuq akkuża serja ta' tradiment tal-pajjiż.", "Joan tispiċċa arrestata u nterrogata fuq provi li tul erbgħin sena, hi bdiet tgħaddi nformazzjoni klassifikata u ta' natura sigrieta lir-Russja.", "Fis-sena 1938, ġewwa Cambridge, Joan tindieħes ma' studenti b'tendenza ta' ideal komunista.", "Fost dawn, hi tinġibed lejn żagħżugħ, Leo Galich li għalkemm twieled ir-Russja, iżda trabba fil-Ġermanja.", "Minn hawn ħarab wara li n-Nażiżmu refa' rasu sew.", "Leo ġie jgħix u jistudja fl-Ingilterra.", "Joan ukoll issir ħabiba ta' Sonya, il-kuġina ta' Leo.", "Fl-1940, Joan tiggradwa fil-fiżika.", "Hi tibda taħdem ġewwa l-famuż laboratorju Cavendish f'Cambridge.", "Joan, tfajla, mill-ewwel turi l-ħila tagħha fil-fiżika.", "Għall-ewwel ix-xogħol tagħha kien ta' segretarja tax-xogħol xjentfiku li kien qiegħed isir mix-xjentist, Professur Max Davies.", "Meta Davies u sħabu x-xjentisti jkunu qegħdin jiddiskutu, deher li kien hemm impass għax ma setgħux isibu soluzzjoni, Joan tissuġġerixxi kif din il-problema tista' tkun solvuta.", "Minn hawn ix-xjentisti daħluha magħhom u fi żmien qasir is-soluzzjoni li hi għenet biex tirriżolvi ruħha, flimkien mal-Amerikani u l-Kanadiżi, inħolqot il-bomba atomika.", "Joan tirrealizza li l-proġetti li kienu qegħdin jaħdmu fuqhom kienu sejrin ikunu proġetti perikolużi.", "Il-ħajja professjonali tagħha, flimkien ma' dik tal-ideal politiku ma bdewx jaqblu ma' xulxin.", "Hawn Joan xtaqet ħafna li d-dinja li ngħixu fiha tkun dinja aktar fi żgur.", "Lura fis-sena 2000, waqt l-interogazzjoni, mgħejuna minn binha Nick, avukat, insiru nafu li Joan irreżistit il-pressjoni li sħabha kommunisti kienu qegħdin jagħmlulha biex tgħaddi l-informazzjoni lil Russi.", "Iżda meta l-Amerika tisplodi żewġ bombi atomiċi fuq il-Ġappun, iddeċiedet li tgħaddi l-informazzjoni lir-Russi bit-tama li ż-żewġ potenzi jkollhom dawn l-armi tal-qerda tal-massa ikunu ta' detriment għal xulxin.", "Kif irnexxielha li ma tinqabadx tul dawk is-snin kollha?", "Kif baqgħet hekk, il-provi kontra tagħha kienu ċari biżżejjed biex titpoġġa fuq akkuża?", "Film Brittaniku, msejjes fuq storja vera mill-ħajja ta' Melita Norwood, spija Ingliża li għal erbgħin sena sħaħ irnexxielha tgħaddi informazzjoni klassifikata u sigrieta lir-Russi.", "Il-film taħt id-direzzjoni ta' Trevor Nunnu u kitba ta' Lindsay Shapero.", "It-tema tal-film titlob li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "08/05/2019", "title": "Red Joan"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-10-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Mal 3, 13-20a", "Salm: 1, 1-2.3.4 u 6", "L-Evanġelju: Lq 11, 5-13", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f'nofs ta' lejl u jgħidlu: \"Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x'nagħtih\".", "U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu: \"Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik\".", "Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kulma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu.", "U jiena ngħidilkom: Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom.", "Għax min jitlob, jaqla'; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu.", "Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp?", "Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun?", "Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!\"."], "date": "10/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 10 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-29-ta-dicembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Il-Familja Mqaddsa ta' Ġesù, Marija u Ġużeppi", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 3, 2-6.", "12-14", "It-Tieni Qari: Kol 3, 12-21", "L-Evanġelju: Mt 2, 13-15.19-23", "Meta telqu l-Maġi, deher anġlu tal-Mulej f'ħolma lil Ġużeppi u qallu: \"Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u aħrab lejn l-Eġittu.", "Ibqa' hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu\".", "Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u lil ommu bil-lejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa' hemmhekk sal-mewt ta' Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: \"Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni\".", "Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f'ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: \"Qum ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u erġa' lura lejn l-art ta' Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel\".", "Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u lil ommu, u mar fl-art ta' Iżrael.", "Imma billi sama' li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws flok Erodi missieru, baża' jmur hemm.", "Fuq twissija li kellu fil-ħolm, telaq lejn l-inħawi tal-Galilija, u mar joqgħod f'belt jisimha Nażaret, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti, \"Ikun jissejjaħ Nażri\"."], "date": "29/12/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-13-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 49, 29-33; 50, 15-26a", "L-Evanġelju: Mt 10, 24-33", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: \"Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu.", "Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu.", "Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta' Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta' daru!", "Għalhekk la tibżgħux minnhom.", "Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.", "Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f'widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.", "U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.", "Żewġ għasafar tal-bejt mhux b'ħabba jinbiegħu?", "U b'danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa' fl-art mingħajr ir-rieda ta' missierkom.", "Intom imbagħad sax-xagħar ta' raskom kollu hu magħdud.", "Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt!", "Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.", "Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet\"."], "date": "13/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 13 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-3-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a.", "5-6.", "7b-12", "L-Evanġelju: Lq 10, 1-12", "F'dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f'kull belt u post fejn kien se jmur hu.", "U qalilhom: \"Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit.", "Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.", "Morru!", "Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.", "Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.", "Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu: \"Is-sliem lil din id-dar!\".", "U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa' lura għandkom.", "Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu.", "Toqogħdux idduru minn familja għal oħra.", "F'kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; fejqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom: \"Is-Saltna ta' Alla waslitilkom\".", "Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu: \"Sa t-trab ta' beltkom infarfru minn ma' riġlejna, u nħalluh għalikom.", "Imma kunu afu dan: is-Saltna ta' Alla waslet\".", "Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt\"."], "date": "03/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 3 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-6-ta-dicembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 26, 1-6", "Salm: 117 (118), 1 u 8-9.19-21.25-27a", "L-Evanġelju: Mattew 7, 21.24-27", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:", "Mhux kull min jgħidli: \"Mulej, Mulej\", jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet.", "Għalhekk, kull min jisma' dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.", "Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat.", "Imma kull min jisma' dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.", "Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!\""], "date": "06/12/2018", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 6 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/mina-bejn-malta-u-ghawdex-l-ebda-gustifikazzjoni-fl-assenza-ta-studji-pubblikati-tal-alternattivi-ghaliha/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il‐Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li għadha ma teżisti l‐ebda informazzjoni soda u rigoruża, u li hija pubblika, li permezz tagħha wieħed ikun jista' jgħarbel u jixtarr l‐alternattivi kollha biex l‐aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex titjieb.", "Dan wara li ħarġet l‐aħbar li Infrastructure Malta kienet bdiet il‐proċess li bih qed tfittex li tidentifika kumpanija jew konsorzju biex jibnu u joperaw il‐mina għal żmien definit.", "Hija tħoss li mina bejn iż‐żewġ gżejjer qed tiġi preżentata bħala l‐unika soluzzjoni għal din il‐kwistjoni.", "Ta' min isemmi l‐fatt li l‐introduzzjoni ta' vapur ieħor f'dawn l‐aħħar xhur għen biex jitjieb is‐servizz ta' mobbiltà u trasport bejn iż‐żewġ gżejjer għalkemm il‐wegħda li jkun aċċessibbli aktar għal persuni bi ħtiġijiet speċjali għal xi raġuni għadha ma seħħitx, u lanqas ma saret sejħa internazzjonali biex jinġieb vapur b'mod permanenti.", "Dan jasal biex isaħħaħ l‐impressjoni tal‐pubbliku li mina tkun l‐unika soluzzjoni għal aċċessibbiltà aħjar bejn il‐Gżejjer.", "Dwar is‐sejħa għall‐offerti tal‐fast ferry service u tas‐servizz tal‐ħelikopter, il‐KA tistenna li l‐proċess tat‐tħejjija tad‐dokumenti tat‐tenders jew id‐deċiżjonijiet li jittieħdu wara sejħa għall‐offerti jkunu għalkollox trasparenti.", "Il‐Gvern jidher li qed jagħżel l‐alternattiva tal‐mina, mingħajr ma jippubblika l‐evalwazzjonijiet li saru dwar il‐ħlasijiet li jistgħu jintalbu għal servizzi alternattivi.", "Il‐ħlas se jkun negozjat fl‐aħħar tal‐proċess mal‐kumpanija li jkun għażel il‐Gvern.", "Il‐KA jidhrilha li ċ‐ċittadin għandu jkun jaf sew minn qabel kemm ser jintalab iħallas għall‐użu tal‐mina skont il‐volum tat‐traffiku li qed jissemma'.", "Il‐KA tisħaq dwar il‐ħtieġa li l‐awtoritajiet jistudjaw bir‐reqqa l‐effetti ambjentali, soċjali u kulturali ta' kull alternattiva.", "Dan irid iqis l‐effetti fuq il‐gżejjer tagħna b'mod ġenerali imma fuq kollox fuq il‐komunitajiet ta' nies li għal mijiet ta' snin kienu jgħixu fl‐inħawi ta' fejn hu propost li tiżbokka l‐mina fl‐inħawi tal‐Għerien, l‐Imbordin u l‐Manikata.", "Il‐KA mhix konvinta li dan il‐proġett mhux se jservi sabiex jiġġustifika l‐bżonn tar‐riklamazzjoni tal‐art u fl‐istess ħin jgħatti d‐dnubiet tal‐prattiċi mhux sostenibbli fejn jidħol l‐iskart tal‐kostruzzjoni.", "Barra minn dan, il‐KA tistaqsi: xi studji serji hemm ippubblikati dwar l‐impatt tal‐mina fuq it‐turiżmu intern?", "X'ser ikun l‐impatt li se jkollu l‐proġett fuq is‐sidien tal‐appartamenti turistiċi/farmhouses?", "Jekk, skont rapporti li dehru fil‐media, it‐tkabbir ekonomiku f'Għawdex tjieb tant li qabeż lil dak ta' Malta, u dan mingħajr il‐mina, mela x'inhu l‐valur miżjud ta' dan il‐proġett?", "Dwar l‐għażla għal aċċessibbiltà aħjar bejn il‐Gżejjer, il‐KA ssostni li fil‐proċess kollu għandu jkun hemm l‐ogħla standards ta' trasparenza, valur għall‐flus, kompetizzjoni ta' vera bejn kull min hu interessat li jidħol għall‐proġett, u, fuq kollox, il‐proġett għandu jkun sostenibbli minn kull lat.", "Għalhekk hija terġa' tappella lill‐uffiċjali tal‐Awtorità tal‐Ippjanar, l‐Awtorità għar‐Rizorsi u Ambjent (ERA), l‐Uffiċċju tal‐Focal Point tal‐iStrategic Environment Assessment u Transport Malta biex jiżguraw li d‐Direttivi tal‐Environmental Impact Assessment u tal‐iStrategic Environment Assessment jiġu implimentati b'mod sħiħ.", "Fuq kollox, qabel tagħti l‐kunsens tagħha dwar l‐alternattiva magħżula, l‐ERA għandha tesiġi li tkun konvinta li l‐mina hija l‐aħjar għażla għall‐aċċessibbiltà bejn iż‐żewġ Gżejjer minn fost alternattivi oħra.", "Fl‐aħħar nett, il‐KA temmen li l‐argument li l‐bini tal‐mina hija wegħda elettorali ma għandux saħħa, għaliex din il‐wegħda kienet saret fl‐assenza tal‐istudji kollha li saru wara (u li sal‐lum għadhom ma ġewx ippubblikati kollha).", "Hija tfakkar li l‐ambjent fil‐Gżejjer Maltin ilu jiġi kompromess ħafna f'bosta nħawi minħabba żvilupp bla rażan u żvilupp li ma jħarisx lil hinn mill‐imnieħer ta' \"żviluppatur\" u li sar f'isem \"il‐bilanċ\".", "L‐impenn li wiegħed il‐Gvern lejn żvilupp sostenibbli għandu jkun rifless f'azzjoni anke fil‐każ tal‐aċċessibbiltà bejn iż‐żewġ gżejjer, billi kull deċiżjoni li tittieħed tkun tassew tmur lil hinn mill‐interessi partikulari li jista' jkun hemm fir‐raġunijiet marbuta magħha."], "date": "06/02/2020", "title": "Mina bejn Malta u Għawdex – l-ebda ġustifikazzjoni fl-assenza ta' studji pubblikati tal-alternattivi għaliha"} {"url": "https://knisja.mt/supplika-lill-madonna-ta-pompej/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["O Kbira Sultana tal-vittorji, O Verġni l-aktar għolja fis-sema, għall-isem qawwi tiegħek jifirħu s-smewwiet, jitriegħed l-infern; O Sultana glorjuża tar-Rużarju mqaddes, aħna, uliedek ixxurtjati li inti għażilt biex iwaqqfulek tron f'Pompej, ninxteħtu għarkopptejna f'riġlejk f'dan il-jum ta' festa kbira li jfakkarna fit-tqegħid tal-ewwel ġebla tas-santwarju tiegħek, jum li fih bdew it-trijonfi tiegħek fuq l-art li dari kienet art l-allat foloz u d-demonji; id-dmugħ ta' għajnejna jurik l-imħabba li qiegħda tixgħel fi qlubna, b'kunfidenza ta' wlied nuruk il-faqar tagħna.", "O Marija, mit-tron tal-ħniena tiegħek, ixħet il-ħarsa ħanina tiegħek fuqna, fuq il-familji tagħna kollha, fuq pajjiżna, fuq id-dinja, fuq il-Knisja kollha; ikollok ħniena mid-dwejjaq li fihom ninsabu u mit-taħbit li jnikket ħajjitna.", "Ara, O Ġesù b'kemm tiġrib fir-ruħ u fil-ġisem ninsabu mdawrin, b'kemm hemm u niket ninsabu magħfusin!", "O Omm, żomm id-driegħ ta' ibnek inkurlat għal ħtijietna, u qanqal bil-ħniena qlub il-midinbin; huma wkoll ħutna u wliedek, għalihom ukoll ibnek Ġesù ċarċar id-demm imqaddes tiegħu; minħabba fihom il-qalb tiegħek l-aktar safja ġiet minfuda b'sejf ta' niket.", "Illum, uri ruħek ma' kulħadd, dak li tassew inti, Sultana tal-paċi u l-maħfra.", "Sliem għalik, Marija", "O Marija, għalkemm wliedek, aħna wkoll, minn tal-ewwel, bi dnubietna qed nerġgħu nsallbu f'qalbna lil ibnek Ġesù u mill-ġdid qed ninfdu b'sejf ta' niket il-qalb tiegħek bla tebgħa; iva, nistqarruh, jistħoqqilna l-kastgi l-aktar ħorox.", "Iżda, O Marija, ftakar li fuq il-quċċata tal-Kalvarju int ġbart l-aħħar qatriet tad-Demm imqaddes ta' Ibnek Ġesù u l-aħħar xewqat tal-Feddej tagħna xħin kien qiegħed imut.", "U dawk l-aħħar xewqat tal-Iben ta' Alla, issiġillati bid-Demm imqaddes tal-Bniedem-Alla, juri li inti Ommna, Omm il-midinbin.", "Mela inti bħala Ommna, int l-Avukata tagħna, it-Tama tagħna.", "U aħna, bid-dmugħ f'għajnejna, ngħollu jdejna lejk biex nitolbuk ħniena bi ħrara kbira.", "O Omm l-aktar twajba, ikollok ħniena minna, mir-ruħ tagħna, mill-familji tagħna, mill-qraba tagħna, mill-mejtin tagħna, mill-għedewwa tagħna, minn tant u tant li għalkemm Insara qed joffendu l-Qalb Imqaddsa ta' Ibnek.", "Ħniena nitolbuk illum għal dawk kollha li tbiegħdu mit-triq it-tajba, għall-Ewropa kollha, għad-dinja kollha, biex kulħadd, niedem, jersaq mill-ġdid lejn ibnek Ġesù.", "Ħniena għal kulħadd, nitolbuk, O Omm tal-ħniena.", "Sliem għalik, Marija", "O Marija, kemm jiswielek li tismagħna bil-qalb!", "Kemm jiswielek li taqlgħalna l-grazzja li nsalvaw!", "Forsi Ġesù ma riedx jafda f'idejk it-teżori tal-grazzji tiegħu?", "Inti tinsab inkurunata Sultana ta' fuq il-leminija ta' Ibnek, imżejna bi glorja li qatt ma tintemm, mgħollija fuq il-kori kollha tal-anġli.", "Is-saltna tiegħek tasal sa fejn jaslu s-smewwiet, u taħtek huma l-art u l-ħlejjaq kollha li fiha jinsabu.", "Is-saltna tiegħek tasal sal-infern, u int taħtafna minn idejn ix-xitan, O Marija.", "Inti tista' kollox bil-grazzja, inti mela tista' ssalvana.", "U jekk tgħid li ma tridx tgħinna għaliex ulied ingrati, li ma jistħoqqilniex li tidħol għalina, għidilna għallinqas għand min nirrikorru biex niġu meħlusa minn tant kastigi.", "Il-qalb tiegħek ta' Omm ma taħmilx li tara lilna, uliedek, mitlufin.", "Il-Bambin li naraw fuq irkopptejk, il-kuruna misterjuża li nilmħu f'idejk, inisslu fina tama qawwija li int se tismagħna.", "U aħna għandna tama sħiħa fik; ninxteħtu f'riġlejk; bħala wlied bla saħħa ninxteħtu fuq id-dirgħajn tal-aktar twajba fost l-ommijiet; u llum stess minn għandek nistennew il-grazzji kollha li nixtiequ.", "Sliem għalik, Marija", "NITOLBU L-BARKA LIL MARIJA", "L-aħħar grazzja issa aħna nitolbuk, O Sultana, grazzja li int ma tistax tiċħadhielna f'dan il-jum ta' festa kbira.", "Agħtina lkoll l-imħabba tiegħek, u b'mod speċjali, il-barka tiegħek.", "Le, ma nitilqux minn quddiemek, ma nqumux minn għarkopptejna, qabel ma int tberikna.", "Bierek, O Marija, f'dan il-waqt, il-Papa, missier l-Insara kollha.", "Mal-għeġubijiet tal-imgħoddi, mat-trijonfi tar-Rużarju tiegħek, li minħabba fihom inti imsejħa Sultana tal-vittorji, żid din ir-rebħa wkoll: Agħti, O Marija, rebħ lir-reliġjon Nisranija, u paċi lill-għaqda tal-bnedmin.", "Bierek lill-Arċisqof tagħna, lis-saċerdoti, u lil dawk kollha li jaħdmu għall-ġieħ tas-santwarju tiegħek f'Pompej, u lil dawk kollha li jmexxu 'l quddiem id-devozzjoni lejn ir-Rużarju mqaddes tiegħek.", "Rużarju mbierek ta' Marija, katina ħelwa li tgħaqqadna ma' Alla, rabta ta' mħabba li sseħibna mal-anġli, qawwa għall-ħelsien meta jaħbat għalina l-infern, port sigur mit-tempesti tal-ħajja, ktieb tal-ħajja ta' dejjem: Aħna ma nħalluk qatt.", "Int kun il-hena tagħna waqt l-agunija; lilek l-aħħar bewsa tal-ħajja li tkun sa tintemm.", "U l-aħħar kelma li toħroġ minn fommna, ikun l-isem ħelu tiegħek, O Sultana tar-Rużarju, O Madonna, O Omm għażiża tagħna, O Kenn tal-Midinbin, O Faraġ tal-Imnikktin.", "Tkun imbierka kullimkien, illum u għal dejjem.", "Ammen.", "Salve Reġina"], "date": "08/05/2019", "title": "Supplika lill-Madonna ta' Pompej"} {"url": "https://knisja.mt/il-policy-riveduta-dwar-il-pompi-tal-petrol-ambigwa-apposta-jew-bnuqqasijiet-genwini-waqt-it-thejjija-kummissjoni-ambjent/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il‐Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija tal‐fehma li l-policy proposta dwar il‐pompi tal‐petrol ma ġietx riveduta sew qabel ma ġiet ippubblikata u li t-tħejjija tagħha saret b'ħafna għaġla.", "Dan forsi minħabba l‐protesti assertivi li saru u li kienu qed jibdew jimbarazzaw lill‐awtoritajiet.", "Dan jixhed sens ta' insensittività lejn l‐artijiet barra miż‐żoni tal‐iżvilupp.", "Dan ilu żmien jinkwieta lil dawk iċ‐ċittadini ta' kuxjenza li ma jixtiqux jaraw l‐ambjent naturali u kulturali jisfa vittma ta' interessi finanzjarji.", "Id‐dokument jagħti x'jifhem li l‐applikazzjonijiet pendenti ser jiġu deċiżi skont din il‐policy l‐ġdida.", "Imma kif jista' dan ikun il‐każ, jekk ma jiġix emendat l‐Att dwar l‐Ippjanar tal‐Iżvilupp?", "L‐Artiklu 72 (2) ta' dan l‐Att jgħid ċar u tond li fid‐determinazzjoni ta' applikazzjoni għall‐permess għall‐iżvilupp, il‐Bord tal‐Ippjanar għandu jirreferi biss għal pjanijiet, policies jew regolamenti li ġew iffinalizzati u approvati mill‐Ministru (responsabbli mill‐ippjanar) jew mill‐Kamra tad‐Deputati skont il‐każ u pubblikati.", "Jidher ċar, għalhekk, li f'deċiżjonjiet dwar applikazzjonijiet għall‐iżvilupp, wieħed irid iqis biss dak li jgħidu dawn il‐policies approvati.", "It‐tħejjija ta' din il‐policy ħadet ħafna żmien.", "Għalhekk il‐KA kienet tistenna li l‐policy proposta tidħol aktar fil‐fond fit‐tifsira tal‐iskop.", "Konna nistennew ukoll li d‐dokument jagħti n‐numru tal‐pompi tal‐petrol li kellhom il‐ħtieġa li jiġu rilokati, bid‐dettalji dwar il‐post fejn jinsabu bħalissa u x'livell ta' riskju qed joħolqu għaż‐żoni residenzjali.", "Skont il‐KA, il‐policy proposta għandha tiddefinixxi sew it‐terminu 'rilokazzjoni' billi tispeċifika d‐distanza bejn il‐pompa tal‐petrol l‐antika u dik li se tkun qed tinbena flokha.", "Pompa tal‐petrol tipprovdi servizz lill‐vetturi li jkunu għaddejjin minn inħawi partikulari u għandha tkompli tforni dan is‐servizz kemm jista' jkun fl‐istess lokalità ġenerali.", "Fl‐aħħar nett il‐KA tħoss li l‐ħtieġa li jiġu rilokati pompi tal‐petrol eżistenti, aktar ma jgħaddi ż‐żmien, qed issir inqas rilevanti minħabba l‐miri li l‐Gvern stess qed jagħmel biex minn diesel jew petrol il‐vetturi jmorru għal sorsi oħra ta' enerġija.", "Agħfas hawn", "biex taqra l-istqarrija sħiħa bil-Malti tal-Kummissjoni Ambjent.", "Agħfas hawn", "biex taqra l-istqarrija sħiħa bl-Ingliż tal-Kummissjoni Ambjent."], "date": "29/06/2019", "title": "Il-policy riveduta dwar il-pompi tal-petrol: ambigwa apposta jew b'nuqqasijiet ġenwini waqt it-tħejjija? – Kummissjoni Ambjent"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-23-ta-novembru-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari:", "Salm: 9, 2-3.4 u 6.16b u 19", "L-Evanġelju:", "Lq 20, 27-40", "F'dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: \"Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: \"Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh\".", "Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal.", "It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f'kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal.", "Fl-aħħar mietet il-mara wkoll.", "Issa din, fil-qawmien tal-imwiet, mart min minnhom tkun?", "Għax is-sebgħa jkunu żżewġuha\".", "Weġibhom Ġesù: \"Il-bnedmin f'din id-dinja jiżżewġu u jżewġu; imma dawk li jkun jistħoqqilhom jgħaddu għad-dinja l-oħra u jqumu mill-imwiet, dawn la jżewġu u lanqas jiżżewġu.", "Għax anqas jistgħu jmutu iżjed, għaliex ikunu bħall-anġli, u huma wlied Alla ladarba qamu mill-imwiet.", "U li l-mejtin iqumu, Mosè wkoll urieh, fir-rakkont tax-xitla tal-għollieq, għax lill-Mulej isejjaħlu Alla ta' Abraham, Alla ta' Iżakk, u Alla ta' Ġakobb.", "Issa hu mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin, għax għalih kulħadd jgħix\".", "Qabżu xi wħud mill-kittieba u qalulu: \"Mgħallem, sewwa qiegħed tgħid\".", "Għax xejn iżjed ma kellhom il-wiċċ jistaqsuh.", "San Klement I, Papa u Martri"], "date": "23/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 23 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-6-ta-mejju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15", "L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29", "L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela' fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom.", "Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr.", "Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù.", "U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: \"Rabbi, meta ġejt hawn?\".", "Ġesù weġibhom: \"Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu.", "Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa' għall-ħajja ta' dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu\".", "Imbagħad staqsewh: \"X'għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta' Alla?\".", "Weġibhom Ġesù: \"L-opra ta' Alla hija din: li intom temmnu f'dak li huwa bagħat\"."], "date": "06/05/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 6 ta' Mejju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-3-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tmien Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 27, 5-8", "It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 54-58", "L-Evanġelju: Lq 6, 39-45", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: \"Jista' agħma jmexxi agħma ieħor?", "Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra?", "Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.", "Għax tara t-tibna f'għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f'għajnek int?", "Kif tista' tgħidlu lil ħuk: \"Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f'għajnek\", meta m'intix tara t-travu li għandek f'għajnek int?", "Ja wiċċ b'ieħor!", "Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.", "Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb.", "Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf.", "Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq.", "Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta' qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm\"."], "date": "03/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-8-ta-mejju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 8, 1b-8", "L-Evanġelju: Ġw 6, 35-40", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: \"Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.", "Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!", "Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux.", "Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni.", "Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.", "Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum\"."], "date": "08/05/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 8 ta' Mejju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-24-ta-novembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 2 Sam 5, 1-3", "It-Tieni Qari: Kol 1, 12-20", "L-Evanġelju:", "Lq 23, 35-43", "F'dak iż-żmien, wara li sallbu lil Ġesù, il-poplu waqaf hemm iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b'Ġesù u jgħidu: \"Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta' Alla!\".", "Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newlulu nbid qares u qalulu: \"Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek\".", "Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid: \"Dan huwa s-sultan tal-Lhud\".", "Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajru u jgħidlu: \"Int m'intix il-Messija?", "Salva lilek innifsek u lilna!\".", "Imma qabeż l-ieħor, ċanfru u qallu: \"Anqas minn Alla int ma tibża', int li qiegħed taħt l-istess kundanna?", "Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta' kulma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin\".", "Imbagħad qal: \"Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek\".", "U Ġesù wieġbu: \"Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi\"."], "date": "24/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-30-ta-gunju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Slat 19, 16b.", "19-21", "Salm: 15 (16), 1-2a u 5.", "7-8.", "9-10.", "11", "It-Tieni Qari: Gal 5, 1.13-18", "L-Evanġelju: Lq 9, 51-62", "Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b'rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.", "U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f'raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod.", "Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.", "Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: \"Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?\".", "Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom.", "U marru f'raħal ieħor.", "Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: \"Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk\".", "U qallu Ġesù: \"Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu\".", "Lil wieħed ieħor qallu: \"Imxi warajja\".", "Iżda dak wieġbu: \"Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri\".", "Iżda hu wieġbu: \"Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta' Alla\".", "U ieħor ukoll qallu: \"Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil tad-dar\".", "Qallu Ġesù: \"Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura mhuwiex tajjeb għas-Saltna ta' Alla\"."], "date": "30/06/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta' Ġunju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-vgili-tal-ghid-20-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet", "Solennita' – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 1, 1 – 2, 2", "Salm: 103 (104), 1-2a.5-6.10.12.13-14.24.35ċ", "It-Tieni Qari: Ġen 22,1-18", "It-Tielet Qari: Eż 14, 15 – 15,1", "Salm: Eż 15, 1-2.3-4.5-6.17-18", "Ir-Raba' Qari: Is 54, 5-14", "Il-Ħames Qari: Is 55, 1-11", "Salm: Is 12, 2-3.4bċd.", "5-6", "Is-Sitt Qari: Bar 3, 9-15.32 – 4,4", "Is-Seba' Qari: Eżek 36, 16-17a.18-28", "Salm: 41 (42), 3.5bċd; 42 (43), 3.4", "It-Tmien Qari: Rum 6, 3-11", "L-Evanġelju:", "Kmieni mas-sebħ ta' l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew.", "Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar, imma meta daħlu fih, il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm.", "U kif kienu mħassbin fuq dan, f'daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi.", "In-nisa, mimlijin bil-biża', baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: \"L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj?", "M'huwiex hawn, imma qam.", "Ftakru x'kien qalilkom meta kien għadu fil-Galilija, meta qal li jeħtieġ li Bin il-bniedem jingħata f'idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet.\"", "U huma ftakru kliemu.", "Telqu lura minn ħdejn il-qabar u marru jagħtu l-aħbar ta' dan kollu lill-Ħdax u lill-oħrajn kollha.", "Kienu Marija ta' Magdala u Ġwanna u Marija ta' Ġakbu u n-nisa l-oħra li kellhom magħhom; huma kienu li qalu b'dan lill-appostli.", "Imma d-diskors tagħhom l-appostli stħajjluh thewdin, u ma emmnuhomx.", "Madankollu Pietru qam u mar b'ġirja lejn il-qabar; tbaxxa biex iħares, imma ma rax ħlief faxex, u raġa' lura d-dar mgħaġġeb b'li kien ġara."], "date": "20/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Vġili tal-Għid: 20 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/il-katidral-tal-imdina-se-jiftah-il-lejl-kollu-ghall-qrar/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Fil‐lejl ta' bejn il‐Ġimgħa u s‐Sibt li ġej, 29 u 30 ta' Marzu 2019, is‐seminaristi flimkien mal‐Kapitlu Metropolitan se jorganizzaw '", "24 siegħa għall‐Mulej", "'.", "Il‐Katidral ta' San Pawl fl‐Imdina se jkun miftuħ lejl sħiħ u għadd ta' saċerdoti se jkunu disponibbli għas‐Sagrament tal-Qrar matul din il-velja.", "Il‐Katidral se jkun miftuħ mill‐Ġimgħa fis‐7:00 p.m. sas‐Sibt fit‐8:00 a.m.", "Huwa l‐Papa Franġisku li nhar il‐Ġimgħa filgħaxija fil‐Bażilika ta' San Pietru f'Ruma se jagħti bidu għas‐sitt edizzjoni ta' '24 siegħa għall‐Mulej'.", "L‐għan tal‐inizjattiva hu li fil‐jiem ta' qabel ir‐raba' Ħadd tar‐Randan kull djoċesi madwar id‐dinja jkollha knisja miftuħa matul il‐lejl biex toffri riflessjonijiet, kant, qrar u spazju ta' skiet quddiem Ġesù Sagramentat.", "Matul l-'24 siegħa għall‐Mulej' il-Kattoliċi huma mħeġġa jersqu lejn il-qrar u jagħrfu l‐kobor tal‐ħniena u l‐imħabba tal‐Mulej, b'mod speċjali ż‐żgħażagħ li jixtiequ jiskopru mill‐ġdid is‐sens tal‐ħajja tagħhom.", "Kif ifakkar il‐Papa Franġisku fl‐ittra appostolika", ": \"Is‐Sagrament tar‐Rikonċiljazjoni għandu bżonn li jerġa' jsib il‐post ċentrali tiegħu fil‐ħajja Nisranija\"."], "date": "26/03/2019", "title": "Il-Katidral tal-Imdina se jiftaħ il-lejl kollu għall-qrar"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-25-ta-novembru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dan 1, 1-6, 8-20", "Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56", "L-Evanġelju: Lq 21, 1-4", "F'dak iż-żmien, Ġesù rafa' għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju.", "U ra wkoll waħda armla fqira titfa' biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: \"Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.", "Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix\".", "Qaddisa tal-jum:", "Santa Katerina ta' Lixandra, Verġni u martri"], "date": "25/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 25 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-7-ta-mejju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a", "Salm: 30 (31), 3ċd-4.", "6ab u 7b u 8a.", "17 u 21ab", "L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35", "F'dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: \"X'sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk?", "X'sejjer tagħmel?", "Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: \"Tahom jieklu ħobż mis-sema\".", "Weġibhom Ġesù: \"Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta' Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja\".", "Qalulu huma: \"Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż\".", "Weġibhom Ġesù: \"Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.", "Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!\""], "date": "07/05/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 7 ta' Mejju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-4-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 17, 20-28", "L-Evanġelju: Mk 10, 17-27", "F'dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: \"Mgħallem tajjeb, x'għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?\".", "Ġesù qallu: \"Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb?", "Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss.", "Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta' ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u 'l ommok\".", "U dak wieġbu u qallu: \"Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti\".", "Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba u qallu: \"Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja\".", "Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b'qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid.", "Ġesù mbagħad ħares ħarsa madwaru u qal lid-dixxipli tiegħu: \"Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta' Alla!\".", "Id-dixxipli stagħġbu għal din il-kelma, imma Ġesù raġa' qalilhom: \"Kemm hi iebsa, uliedi, li wieħed jidħol fis-Saltna ta' Alla!", "Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta' labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna ta' Alla\".", "Huma stagħġbu wisq aktar, u bdew jgħidu wieħed lil ieħor: \"Mela min jista' jsalva?\".", "Ġesù ħares lejhom u qalilhom: \"Għall-bnedmin dan ma jistax ikun, imma għal Alla iva; għax għal Alla kollox jista' jkun\"."], "date": "04/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 4 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-16-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Slat 18: 42b-45a", "L-Evanġelju: Ġwanni 19:25-27", "F'dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala.", "Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: \"Mara, hemm hu ibnek.\"", "Imbagħad qal lid-dixxiplu: \"Hemm hi ommok\".", "U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu."], "date": "16/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 16 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/le-ghall-mibgheda/", "category": "religion, church, news, Editorjali", "text": ["\"Il-persuni ta' kulur li qegħdin magħna mhumiex mistednin imma huma parti minna.\"", "L-Arċisqof Charles J. Scicluna sostna dan waqt", "taħdita pubblika dwar il-paċi u l-mibegħda razzjali", "li saret fl-Università ta' Malta wara l-qtil kiesaħ u biered ta' Lassana Cisse Souleymane f'Ħal Far.", "L-Arċisqof qal li l-qtil ta' Cisse hu twissija għall-mexxejja reliġjużi iżda wkoll għal kull ċittadin.", "Saħaq li komunità tibena anke permezz tal-parteċipazzjoni tal-immigranti.", "\"Il-komunità tagħna trid tkun komunità fejn nirrispettaw lil xulxin irrespettiviment mir-reliġjon, razza u sess\".", "L-Arċisqof appella sabiex kull wieħed u waħda minna jħares lejn dawn ħutna l-immigranti u jagħraf li huma bnedmin bħalna.", "Fi kliem il-Papa Franġisku: \"Il-mod kif pajjiż jilqa' l-immigranti jirrifletti l-mod ta' kif iħares [il-pajjiż] lejn id-dinjità tal-bniedem u r-relazzjoni tiegħu mal-umanità\".", "Fil-preżent, il-Knisja f'Malta qed tiġbor fondi sabiex Lassana Cisse jindifen f'pajjiżu.", "Biex tikkontribwixxi għall-Archbishop's Charity Fund ibgħat imejl fuq info@maltadiocese.org"], "date": "16/06/2019", "title": "Le għall-mibgħeda"} {"url": "https://knisja.mt/the-turning/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Il-film jibda bil-ħarba ta' Miss Jessel minn dar kbira.Miss Jessel sa ftit qabel kienet tieħu ħsieb lil Flora Fairchild, tifla żgħira.", "Kif tasal qrib ix-xatba u tipprova tiftaħa tiġi attakkata minn raġel imċerċer.", "Ftit żmien wara niltaqgħu ma' Kate Mandell li ddeċidiet li tħalli l-professjoni ta' għalliema biex tibda tieħu ħsieb, bħala governanti, lil Flora wara li Miss Jessel ma dehritx aktar.", "Qabel ma titlaq biex tibda x-xogħol ġdid, tagħmel żjara lil ommha li kienet tbati minn delużjonijiet u kienet qegħda rikoverata f'istitut mentali.", "Meta tasal fid-dar, Mrs Grose, li kienet tieħu ħsieb id-dar, għarfitha li Flora kienet xhud tal-mewt tal-ġenituri tagħha meta dawn mietu b'disgrazzja bil-karrozza barra x-xatba tad-dar u li Flora kienet meqjusa bħala 'każ speċjali'.", "Meta Kate tiltaqa' ma' Flora, din toffri li teħodha dawra mal-ġnien tad-dar u tistqar magħha li qegħda tibża' li Kate tagħmel l-istess u titlaq mill-post kif kienet għamlet Miss Jessel mingħajr ma ssellmilha.", "Kate twegħda li mhux sejra tagħmel hekk.", "L-ewwel lejl, Kate tinvestiga xi storbju li kien ġej min-naħa tal-", "li fil-fatt Flora rrifjutat li turiha ftit qabel.", "Hemm tiltaqa' ma' Miles, ħu Flora, li kien għadu kif wasal mill-kulleġġ fejn kien boarder.", "Kate ma staqsitx għaliex kien ġie lura iżda l-għada hi tirċievi telefonata mill-kulleġġ fejn għarfitha li Miles kien gie mkeċċi għax kien instab joħnoq tifel.", "Kate xejn ma ħadet pjaċir iktar u iktar meta Miles u Flora bdew jiċċajtaw bil-goff magħha.", "Kate fil-fatt tirrabja ħafna ma' Miles għalkemm wara tiskuża ruħha.", "Miles min-naħa tiegħu joffri li jgħallem lil Kate kif tirkeb żiemel.", "Quint li kien jieħu ħsieb iż-żwiemel kien miet dan l-aħħar.", "Sadanittant, Kate tibda tinnota ġrajjiet li jibdew iseħħu matul il-lejl u għalhekk tibda tħalli d-dawl jixgħel meta tiġi biex torqod.", "Meta Kate turi x-xewqa li tieħu lit-tfal fil-belt, kemm Flora kif ukoll Mrs Grose xejn ma jieħdu pjaċir tant li Flora tispiċċa tipprotesta bil-qawwa.", "X'jiġri minn hawn?", "Film tal-biża fuq is-sopranatural, taħt id-direzzjoni ta' Floria Sigismondi u kitba ta' Carey u Chad Hayes.", "Il-film hu adattat minn rumanz: The Turn of the Screw", "ta' Henry James li kitbu fis-sena 1898.", "Minħabba xi vjolenza mdemmija, it-tema tal-okkult, kif ukoll xi kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "07/02/2020", "title": "The Turning"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-2-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Anġli Kustodji Mqaddsa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari:", "Eżodu", "L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10", "F'dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: \"Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?\"", "Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom, u qalilhom: \"Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.", "U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.", "U kull min jilqa' tfajjel bħal dan minħabba f'ismi, jkun jilqa' lili.", "Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar: għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.\""], "date": "02/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 2 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-28-ta-gunju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu' – Solennita'", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżek 34, 11-16", "L-Evanġelju: Lq 15, 3-7", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej u lill-kittieba din il-parabbola: \"Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha?", "U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom: \"Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli\".", "Ngħidilkom: l-istess jiġri fis-smewwiet, ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta' ndiema\"."], "date": "28/06/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 28 ta' Ġunju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-17-ta-gunju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 2 Kor 6, 1-10", "Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4", "L-Evanġelju: Mt 5, 38-42", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:", "Smajtu x'intqal:", "Għajn b'għajn u sinna b'sinna\".", "Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta' ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar.", "U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn.", "Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef mingħandek"], "date": "17/06/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 17 ta' Ġunju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-5-ta-dicembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 25, 6-10a", "L-Evanġelju: Mattew 15, 29-37", "F'dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala' fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm.", "U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta' nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b'diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f'riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b'diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta' Iżrael.", "Ġesù sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: \"Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom tlitt ijiem miegħi u ma għandhom xejn x'jieklu.", "Ma rridx inħallihom imorru sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq\".", "Qalulu d-dixxipli: \"F'deżert bħal dan minn fejn se nġibu ħobż biżżejjed biex inxebbgħu kotra hekk kbira?\".", "Ġesù staqsiehom: \"Xi kemm għandkom ħobż?\".", "Qalulu: \"Sebgħa, u xi ftit ħut żgħir\".", "Imbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art, ħa s-seba' ħobżiet u l-ħut, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies.", "U kulħadd kiel u xaba'; u ġabru l-bċejjeċ li fadal, sebat iqfief mimlija."], "date": "05/12/2018", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 5 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-gimgha-l-kbira-19-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Il-Ġimgħa l-Kbira", "Tifkira Solenni ta-Passjoni tal-Mulej", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Is 52, 13 – 53, 12", "It-Tieni Qari: Lhud 4, 14-16; 5, 7-9", "L-Evanġelju: Ġw 18, 1 – 19, 42", "Il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann", "F'dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta' Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu.", "Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu.", "Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi.", "Ġesù, li kien jaf b'kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: \"Lil min qegħdin tfittxu?\"", "Huma weġbuh: \"Lil Ġesù ta' Nazaret\".", "U hu qalilhom: \"Jiena hu\".", "Ġuda, dak li ttradieh, kien hemm magħhom huwa wkoll.", "Kif Ġesù qalilhom: \"Jiena hu\", huma resqu lura u waqgħu mal-art.", "\"Lil min qegħdin tfittxu?\"", "Raġa' staqsiehom.", "U huma qalulu: \"Lil Ġesù ta' Nazaret\".", "Ġesù weġibhom: \"Għedtilkom li jiena hu.", "Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru\".", "Dan sar biex iseħħ dak li Ġesù kien qal: \"Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift\".", "Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija.", "Dan il-qaddej kien jismu Malku.", "Imma Ġesù qal lil Pietru: \"Erġa' daħħal is-sejf fl-għant tiegħu.", "Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?\"", "Imbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien mal-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh.", "L-ewwel ħaduh għand Anna, billi dan kien missier il-mara ta' Kajfa, il-qassis il-kbir f'dik is-sena.", "Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud: \"Ikun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu\".", "Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesù.", "Dan id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa tal-qassis il-kbir flimkien ma' Ġesù.", "Imma Pietru baqa' barra ħdejn il-bieb.", "Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa.", "Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru: \"Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta' dan ir-raġel?\"", "Hu weġibha: \"Le, m'iniex\".", "Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana.", "U Pietru wkoll qagħad magħhom għas-sħana.", "Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesù fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu.", "Ġesù wieġbu: \"Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd.", "Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn.", "Għalfejn qiegħed tistaqsi lili?", "Staqsi lil dawk li semgħuni, x'għedtilhom.", "Huma jafu x'għedt\".", "Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta' ħarta lil Ġesù u qallu: \"Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?\"", "Ġesù qallu: \"Jekk jien għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa' jdejk fuqi?\"", "Imbagħad Anna bagħat lil Ġesù marbut għand Kajfa, il-qassis il-kbir.", "Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: \"Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?\"", "Imma hu ċaħad u qal:\"Le m'iniex\".", "Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal: \"Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?\"", "Pietru ċaħad għal darb'oħra; u minnufih idden is-serduk.", "Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju.", "Kien filgħodu kmieni.", "Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla tal-Għid.", "Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: \"X'akkuża għandkom kontra dan ir-raġel?\"", "U huma weġbuh: \"Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f'idejk\".", "Pilatu qalilhom:\"Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skont il-liġi tagħkom\".", "Imma l-Lhud qalulu: \"Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd\".", "Dan ġara biex iseħħ dak li Ġesù kien qal meta fisser kif kellu jmut.", "Pilatu raġa' daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: \"Inti s-sultan tal-Lhud?\"", "Ġesù wieġeb: \"Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok?", "Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?\"", "Pilatu wieġeb: \"Mela jiena Lhudi?", "Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja.", "X'għamilt?\"", "Ġesù wieġeb: \"Is-saltna tiegħi mhijiex ta' din id-dinja.", "Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati mhijiex ta' hawn\".", "Pilatu qallu: \"Mela int sultan?\"", "U Ġesù wieġeb: \"Int qiegħed tgħidu; jien sultan.", "Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità.", "U kull min iħobb il-verità jisma' leħni\".", "Pilatu qallu: \"U l-verità x'inhi?\"", "Kif qal dan, raġa' ħareġ quddiem il-Lhud u qalilhom: \"Jiena ma nsib ebda ħtija fih.", "Issa intom għandkom id-drawwa li neħilsilkom wieħed fil-Għid.", "Tridunix neħilsilkom lis-sultan tal-Lhud?\"", "Hawn huma mill-ġdid bdew jgħajtu u jgħidu: \"Mhux lil dan, imma lil Barabba\".", "Dan Barabba kien brigant.", "Imbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat.", "Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.", "U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: \"Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud!\"", "U bdew jagħtuh bil-ħarta.", "Għal darb'oħra Pilatu ħareġ barra jgħidilhom: \"Araw, se nġibhulkom quddiemkom hawn barra, biex tkunu tafu li jiena ma nsib ebda ħtija fih\".", "U Ġesù ħareġ hemm barra, liebes il-kuruna tax-xewk u l-mantar aħmar; u Pilatu qalilhom: \"Arawh, hawn hu l-bniedem!\"", "Xħin rawh, il-qassisin il-kbar u l-għases bdew jgħajtu u jgħidu: \"Sallbu!", "Sallbu!\"", "Pilatu qalilhom: \"Ħuduh u sallbuh intom; jien ma nsib ebda ħtija fih\".", "Il-Lhud weġbuh: \"Aħna għandna liġi, u skont din il-liġi għandu jmut, għax għamel lilu nnifsu Bin Alla\".", "Meta sama' dan, Pilatu aktar baża'.", "Raġa' daħal fil-Pretorju u qal lil Ġesù: \"Int mnejn int?\"", "Imma Ġesù ma wieġbu xejn.", "Għalhekk Pilatu qallu: \"Lili ma tkellimx?", "Ma tafx li jiena għandi s-setgħa neħilsek u għandi s-setgħa nsallbek?\"", "Ġesù wieġbu: \"Ma kien ikollok ebda setgħa fuqi kieku ma ġietx mogħtija lilek minn fuq; għalhekk min ta lili f'idejk għandu ħtija akbar\".", "Minn dak il-ħin 'il quddiem Pilatu beda jfittex kif jeħilsu; imma l-Lhud issuktaw jgħajtu u jgħidu: \"Jekk teħles lil dan, tiksirha ma' Ċesari, għax kull min jagħmel lilu nnisfu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari\".", "Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà.", "Kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, għall-ħabta tas-sitt siegħa.", "Pilatu qal lil-Lhud: \"Arawh is-sultan tagħkom!\"", "Dawk infexxew jgħajtu: \"Għall-mewt!", "Għall-mewt!", "Sallbu!\"", "Pilatu qalilhom: \"Jien se nsallab lis-sultan tagħkom?\"", "Imma l-qassisin il-kbar weġbuh: \"Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari!\"", "Fl-aħħar tahulhom f'idejhom biex isallbuh.", "U huma ħadu lil Ġesù.", "Ġesù rafa' s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ il-Qorriegħa, bil-Lhudi Golgota.", "Hemm huma sallbuh ma' tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesù fin-nofs.", "Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub, \"Ġesù ta' Nazaret, is-sultan tal-Lhud\".", "Din il-kitba qrawha ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesù kien qrib il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg.", "Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud marru jgħidu lil Pilatu: \"Ma kienx imissek tikteb: \"Is-sultan tal-Lhud\", imma: \"Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud\".", "Pilatu wieġeb: \"Issa li ktibt ktibt!\"", "Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f'erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom.", "U ħadu wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s'isfel.", "Ftiehmu bejniethom u qalu: \"Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha\".", "Dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid: \"Ħwejġi qasmu bejniethom, u għall-ilbies tiegħi tefgħu x-xorti\".", "U dan tabilħaqq għamluh is-suldati.", "Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala.", "Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: \"Mara, hawn hu ibnek\".", "Imbagħad qal lid-dixxiplu: \"Hawn hi ommok\".", "U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.", "Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: \"Għandi l-għatx!\"", "Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża il-ħall, waħħluha ma' qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu.", "Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: \"Kollox hu mitmum!\"", "Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.", "Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f'jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom.", "Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.", "Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu.", "Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh.", "Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b'lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.", "Dan qiegħed jixhdu min ra b'għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha.", "Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu.", "Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid: \"Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu\".", "U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid: \"Huma għad iħarsu lejn min nifdu\".", "Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta' Ġesù bil-moħbi għax kien jibża' mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta' Ġesù.", "Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu.", "Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta' morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra.", "Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta' Ġesù u kebbewh bil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna.", "Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f'dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd.", "Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib."], "date": "19/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ġimgħa l-Kbira: 19 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-1-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 18, 16-33", "L-Evanġelju: Mt 8, 18-22", "F'dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b'ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor.", "Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: \"Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk\".", "Imma Ġesù wieġbu: \"Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu\".", "Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: \"Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri\".", "Ġesù wieġbu: \"Imxi warajja, u ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom\".", "Beatu Nazju Falzon, Kjeriku Sekulari"], "date": "01/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 1 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/il-protezzjoni-tal-minuri/", "category": "religion, church, news, Editorjali", "text": ["Fi tmiem is-summit dwar il-protezzjoni tal-minuri fil-Knisja, il-Papa Franġisku saħaq fuq tmien punti li l-Knisja għandha tiffoka dwarhom fil-\"ġlieda fuq kull livell kontra l-abbużi tal-minuri\".", "Fi kliem il-Papa \"ninsabu quddiem problema universali u ta' kulħadd li b'xorti ħażina niltaqgħu magħha kullimkien\".", "It-tminn linji gwida huma:", "Bidla fil-mentalità", "sabiex jiġu mħarsa t-tfal milli tiġi mħarsa l-istituzzjoni.", "2.", "Rikonoxximent tas-", "serjetà impekkabbli", "tad-\"dnubiet u l-atti kriminali tal-persuni kkonsagrati\".", "Purifikazzjoni vera", "li tibda billi \"nsewwu n-nuqqasijiet tagħna u nixlu lilna nfusna\".", "Formazzjoni", "pożittiva tal-kandidati għas-saċerdozju li tiġbor fiha l-virtù tal-kastità.", "It-tisħiħ u r-reviżjoni tal-linji gwida", "tal-konferenzi episkopali u l-affermazzjoni mill-ġdid tar-\"regoli\".", "L-akkumpanjament", "tal-persuni li ġew b'enfasi fuq is-smigħ tal-ġrieħi tagħhom.", "7.", "Jiġi żgurat li l-pajjiżi u l-awtoritajiet jieħdu", "miżuri online", "sabiex jillimitaw il-websajts li qed jheddu d-dinjità tal-bniedem, tal-mara u tat-tfal.", "8.", "Jiġi miġġieled it-", "turiżmu sesswali", "madwar id-dinja.", "Agħfas hawn biex taqra d-diskors sħiħ tal-Papa Franġisku."], "date": "20/03/2019", "title": "Il-protezzjoni tal-minuri"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-5-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Sir 35, 1-15", "Salm: 49 (50), 5-6.7-8.14 u 23", "L-Evanġelju: Mk 10, 28-31", "F'dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: \"Tajjeb!", "Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk\".", "Qallu Ġesù: \"Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f'din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma' persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta' dejjem fiż-żmien li", "ġ", "U ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar, u tal-aħħar jiġu l-ewwel\"."], "date": "05/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 5 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/malta-tospita-laqgha-ewropea-dwar-il-media/", "category": "religion, church, news, Editorjali", "text": ["Bejn is-17 u d-19 ta' Ġunju, il‐Knisja f'Malta ospitat l‐laqgħa annwali tal‐uffiċjali tal‐media u l‐kelliema tal‐Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).", "Din il-konferenza, li saret fil-Kurja tal-Arċisqof, laqqgħet 53 parteċipant minn 27 pajjiż fl‐Ewropa u mis‐Santa Sede, biex jiddiskutu temi importanti relatati mal‐komunikazzjoni u l‐media.", "Id‐delegazzjoni tmexxiet mill‐Kardinal Angelo Bagnasco, President tas‐CCEE.", "L-Arċisqof Charles J. Scicluna ntalab jkun wieħed mill-kelliema ewlenin ta' din il-konferenza, li ġiet indirizzata wkoll minn Dr Paolo Ruffini, il‐Prefett għad‐Dekasteru tal‐Komunikazzjoni tas‐Santa Sede.", "L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fetaħ il-konferenza.", "Il-laqgħa f'Malta tas-CCEE wieġbet ukoll għas-sejħa tal-Papa Franġisku li fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni 2019 qal li l-kuntest attwali jsejjaħ lill-Insara biex jimmanifestaw dik il-komunjoni li timmarka l-identità tagħna ta' nies li jemmnu.", "Nitolbu sabiex din il‐konferenza sservi ta' ġid għall‐Knisja Kattolika u għall‐Insara fl‐Ewropa.", "Ara l-filmat bil-konklużjonijiet tal-konferenza tas-CCEE f'Malta."], "date": "11/07/2019", "title": "Malta tospita laqgħa Ewropea dwar il-media"} {"url": "https://knisja.mt/cold-pursuit/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Liam Neeson, Tom Bateman, Tom Jackson, Emmy Rossum, Domenick Lombardozzi, Julia Jones, John Doman u Laura Dern", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Nelson Coxman jinsab jghix ħajja kwieta ma' martu Grace.", "Hu jaħdem bħala sewwieq ta' moħriet tas-silġ li jneħħi silġ minn triq prinċipali f'Rocky Mountains ġewwa Colorado", "ta' Kehoe.", "Coxman għal-ħidma tiegħu, ingħata l-ġieħ taċ-\"Ċittadin tas-Sena\".", "Sfortunatament, ftit wara ċ-ċerimonja, hu jingħata l-aħbar li t-tifel tiegħu Ryan kien miet b'doża qawwija ta' droga eroina.", "Coxman iżda ma setgħax jemmen li kien hekk għax hu kien jafu sew lill-ibnu.", "Coxman għalhekk jiddeċiedi li jikkommetti suwiċidju.", "Iżda b'xorti tajba, fil-ħin eżatt li kien sejjer jagħmel hekk, isir jaf minn sieħeb ibnu, li t-tifel tiegħu kien inqatel bi żball minn Speedo, membru ta' kartell tad-droga.", "Din l-aħbar tbiddillu ħajtu u minn bniedem kwiet u tal-affari tiegħu jsir viġilant, determinat li jagħmel vendetta minn dak li qatel lil ibnu.", "Martu Grace ukoll b'dak li kien ġralhom, titlaq mid-dar u ma tgħidlu xejn fejn kienet sejra.", "Coxman isib lil Speedo u joqtlu kiesaħ u biered.", "Minn hawn il-qagħda teskala b'numru ta' membri tal-kartell, fosthom Limbo u Santa, isibu ruħhom ukoll fil-mira ta' Coxman, li kien immodifika xkubetta li kien juża għall-kaċċa.", "Il-kap tal-kartell, Trevor Calcote, magħruf bħala Viking, jibda jissusspetta li l-qtil ta' dawn il-membri tal-kartell tiegħu kien ix-xogħol ta' White Bull, kap tal-kartell tad-droga Indjan-Amerikan.", "Calcote jagħmel żball kbir meta joqtol lil Little Hawk, l-uniku iben li kellu White Bull.", "Dan il-qtil jibda gwerra bejn il-gang ta' Calcote u dak ta' White Bull.", "Kien tard wisq meta maż-żmien, Calcote jsir jaf li wara kollox kien Coxman li kien qatel il-membri tal-kartell tiegħu.", "Riżultat ta' dan, Bryon \"Wingman\", ħu Coxman, eks kriminal, jisfa' ukoll vittma għal dak li kien qiegħed iwettaq ħuh.", "Calcote għalxejn jipprova jwaqqaf il-gwerra li nqalgħet għaliex White Bull kien determinat li jwettaq vendetta u għall-iben li tilef, joqtol l-uniku tifel li kellu Calcote.", "Sadanittant, Coxman jaħtaf lil Ryan, iben Calcote b'attentat li jisforza lil Calcote biex jaqa' għan-nasba u jiġi biex jeħles lil ibnu.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni ta' Hans Petter Moland u kitba ta' Frank Baldwin.", "Minħabba t-tema ta' vendetta kif ukoll numru ta' delitti bħala tpattija, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "05/03/2019", "title": "Cold Pursuit"} {"url": "https://knisja.mt/vizjoni-nisranija-ghall-parlament-ewropew/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se torganizza laqgħa ta' djalogu dwar dokument li l-kummissjoni ħarġet bi proposti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "L-iskop tal-laqgħa huwa li flimkien niddiskutu dawn il-proposti, filwaqt li nkomplu nippromwovu spirtu ta' djalogu politiku san bi preparazzjoni għal dan l-appuntament politiku.", "Għal din il-laqgħa se jkun hemm rappreżentanti tal-erba' partiti ewlenin, flimkien ma' rappreżentanti ta' movimenti u għaqdiet reliġjużi, u mexxejja oħra fi ħdan il-Knisja.", "Il-laqgħa ser issir it-", "Tlieta, 23 ta' April 2019, f'Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera, fis-18:30.", "Għar-reġistrazzjoni tista' tibgħat imejl fuq", "gustizzjaupaci@maltadiocese.org"], "date": "22/04/2019", "title": "Viżjoni Nisranija għall-Parlament Ewropew"} {"url": "https://knisja.mt/brightburn/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Tori u Kyle, koppja żgħażugħa li tgħix f'razzett qrib Brightburn, f'Kansas, qegħdin isibuha diffiċli biex ikollhom it-tfal.", "Lejla waħda, vettura spazjali taqa' qrib darhom.", "Fiha, Tori ssib tarbija.", "Il-koppja tiddeċiedi, mingħajr ma jgħidu lil ħadd, li trabbi lit-tifel u jadottawh bħala binhom u jsemmuh Brandon.", "Il-vettura spazjali jaħbuha f'kantina ġewwa matmura tal-qamħ.", "Kollox jimxi ħarir fit-trobbija ta' Brandon sakemm jasal għall-pubertà.", "Il-vettura tibda tittrasmetti messaġġi strambi bil-lingwa aljiena, indirizzati lil Brandon.", "Dawn il-messaġġi ikollhom effett kbir fuq il-personalità taż-żagħżugħ l-aktar meta jiskopri li kellu saħħa sopranaturali u jibda jħoss li hu kien igawdi l-invulnerabilità.", "F'lejla waħda, wara li kien ġa raqad, Brandon, mingħajr ma jaf, mexa lejn il-matmura.", "Hemm jipprova jiftaħ il-bokkaport fejn kienet miżmuma l-vettura spazjali waqt li beda jkanta l-messaġġ li kien sema'.", "Tori tintervjeni u tqajjem lil Brandon.", "Iktar ma jibda jikber, Brandon jibda jsir iktar diżubbidjenti u jonqos mir-rispett lejn il-ġenituri tiegħu.", "Waqt ċelebrazzjoni f'għeluq sninu, ġewwa ristorant, iz-zijiet Noah u Merilee jagħtuh xkubetta għall-kaċċa bħala rigal.", "Missier Brandon joġġezzjona minħabba li Brandon kien taħt l-età.", "Kyle għalhekk ma riedx jaċċettah b'riżultat li Brandon jipprotesta b'mod aggressiv tant li imġiebtu għaġbet lil dawk li kienu preżenti fir-ristorant.", "Inċident ieħor li għaġġeb lil Kyle kien meta Brandon għawweġ furketta bi snienu.", "Tori wkoll waqt li kienet qegħda tnaddaf il-kamra ta' Brandon, ssib xi ritratti ta' ilbies ta' taħt tan-nisa, kif ukoll ritratti grafiċi ta' organi umani.", "Il-familja tiddeċiedi li jmorru għal vaganza.", "Kyle jieħu din l-opportunità biex jispjega x'jiġri meta żagħżugħ jibda jesperjenza impulsi qawwija sesswali.", "Dakinhar stess, matul il-lejl, Brandon b'mod misterjuż, jagħmel żjara fid-dar ta' Caitlyn, tfajla fl-istess klassi tiegħu u li kien jammira.", "Fl-iskola, f'eżerċizzju ta' fiduċja, Caitlyn tħalli lil Brandon jaqa' fl-art għax ma xtaqitx li tmissu.", "Meta l-għalliem jordna lil Caitlyn biex tgħinu jqum mill-art, Brandon jgħaffeġ idejha b'mod goff.", "X'jibda jiġri minn hawn?", "Brandon jibda juri li ma kienx normali u l-vuċi li kien jisma' mill-vettura spazjali tkompli tħawwad il-qagħda traġikament.", "Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta' David Yarovesky u kitba ta' Brian u Mark Gunn.", "Minħabba numru ta' xeni vjolenti u mdemma u tal-biża', kliem goff u b'tema għal kollox negattiva, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "27/06/2019", "title": "Brightburn"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-4-ta-mejju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7", "L-Evanġelju: Ġw 6, 16-21", "Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta' Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.", "Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom.", "Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.", "Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu.", "Imma hu qalilhom: \"Jiena hu, la tibżgħux\".", "Għalhekk riedu jtellgħuh fuq id-dgħajsa, iżda minnufih id-dgħajsa messet l-art fejn kienu sejrin."], "date": "04/05/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 4 ta' Mejju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-11-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġoel 1, 13-15; 2, 1-2", "Salm: 9, 2-3.6 u 16.8-9", "L-Evanġelju: Lq 11, 15-26", "F'dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: \"Bis-saħħa ta' Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten\".", "Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema.", "Iżda hu ntebaħ x'kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: \"Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa' dar fuq oħra.", "Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu?", "Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta' Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten.", "Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta' min ikeċċuhom?", "Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom.", "Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta' Alla.", "Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur.", "Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu, u jqassam il-priża tiegħu.", "Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.", "Meta l-ispirtu mniġġes joħroġ minn bniedem, huwa jmur jiġġerra u jfittex il-mistrieħ f'art niexfa, u billi ma jsibu mkien, jgħid: \"Mela nerġa' lura lejn dari mnejn ħriġt\".", "U x'ħin jiġi, isibha miknusa u kollox f'postu.", "Imbagħad imur iġib seba' spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew.", "U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu f'qagħda agħar minn ta' qabel\".", "San Ġwann XXIII, Papa"], "date": "11/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 11 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-27-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżodu 24, 3-8", "L-Evanġelju: Mt 13, 24-30", "F'dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: \"Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara' żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu.", "Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara' s-sikrana qalb il-qamħ u telaq.", "Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana.", "Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: \"Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek?", "Mela dis-sikrana mnejn ġiet?\".", "Iżda hu qalilhom: \"Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi!\"", "\"Tridx immorru niġbruha?\"", "qalulu l-qaddejja.", "Qalilhom: \"Le, għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll.", "Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi\"."], "date": "27/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 27 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-23-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 2, 36-41", "Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22", "L-Evanġelju: Ġw 20, 11-18", "F'dak iż-żmien, Marija baqgħet 'il barra mill-qabar, tibki.", "Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta' Ġesù.", "Huma qalulha: \"Mara, għalfejn qiegħda tibki?\".", "Hi wieġbet: \"Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh\".", "Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù.", "Ġesù qalilha: \"Mara, għalfejn qiegħda tibki?", "Lil min qiegħda tfittex?\".", "Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: \"Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura\".", "Ġesù sejħilha: \"Marjam!\"", "Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: \"Rabbuni!\" jiġifieri Mgħallem.", "Ġesù qalilha: \"La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom\".", "Marija ta' Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: \"Rajt lill-Mulej!\" u qaltilhom x'qalilha."], "date": "23/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 23 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-imhallef-irid-jaghraf-ukoll-il-fragilita-tal-bniedem-l-arcisqof/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "L-Oratorju tal-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta", "1 ta' Ottubru, 2019", "Persważ li għandi l-pjaċir u l-unur li nkun quddiem imħallfin, apparti l-Kap tal-Istat u l-Ministru tar-Repubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja li mhux bħall-imħallef li jitkellem fuqu Ġesù, ma jimpurtah la minn Alla u lanqas minn ħadd.", "Imma l-preżenza tagħkom tagħmilli kuraġġ u fl-istess ħin hija impenn, biex bħalma smajna fit-Tieni Qari mill-Ittra ta' San Pietru, aħna nagħmlu dak li għandna nagħmlu minħabba s-sewwa anke jekk il-prezz jaf ikun għoli, jew kif jgħidu t-Taljani", "Kont qed ninnota lilek Eċċellenza President tar-Repubblika, tammira bħalma nagħmlu kull sena f'din l-okkażjoni l-kapolavur tal-Caravaggio, l-unika tela kif nafu li ffirma bid-demm tal-Battista.", "Ħin minnhom laqatni dak il-wiċċ ta' dik il-mara li qiegħda tħares lejn dan id-delitt statali u tipprova tgħatti wiċċha kważi b'idejha t-tnejn ma' wiċċha; l-espressjoni tal-karba tat-trawma ta' meta minflok issir il-ġustizzja, issir l-inġustizzja.", "U fakkritni li verżjoni moderna ta' dan il-wiċċ huwa 'The Scream' ta' Munch.", "Kien hemm uħud mill-verżjonijiet li tant huma ambiti, li waħda minnhom serquha imma mbagħad reġgħet instabet.", "Ukoll hemm wiċċ kważi uman li qiegħed iħaddan ħaddejh f'għajta ddisprata quddiem it-trawma u l-miżerja li aħna l-bnedmin kapaċi ninfliġġu lil xulxin.", "Il-ġustizzja hija stil ta' ħajja, mhux it-toga li tista' ddendilha fi gwardarobba u tinsieha.", "Il-ġustizzja hija bħall-ġilda, inġorruha magħna.", "L-imħallef u dak li hu l-kultur tal-liġi u tal-ġustizzja, fl-avukatura u l-maġistratura jagħti ħajtu biex ipoġġi rimedju għall-inġustizzji u t-talba tiegħu trid tkun li r-rimedju li jpoġġi ma joħloqx inġustizzji oħra jew ikbar.", "Ippermettuli nikkwotalkom silta minn diskors li l-Papa Franġisku għamel lill-maġistrati Taljani fid-9 ta' Frar li għadda.", "Fi żmieni biex tidħol il-kors tal-liġi jrid ikollok l-A'Level fit-Taljan bħat-tobba almenu l-A'Level fil-Biology, niftakar.", "Nispera li t-Taljan għadu jiġi kkultivat fil-Fakultà tal-Liġi għax mingħajru ma jistax ikollok aċċess la għall-leġislazzjoni antika u lanqas għall-ġurisprudenza klassika.", "U għalhekk ippermettili nikkowta l-Papa, għax naħseb li għandu x'joffri u napprezza meta wħud minnkom ukoll jisselfu l-għerf tiegħu anke meta qed jagħmlu ġustizzja, u nikkwotahulkom kif qalu hu bit-Taljan:", "Jekk niftakar sew f'waħda mis-swali l-kbar tal-palazz maġisterjali, li bħalissa qiegħed taħt restrawr, hemm il-virtujiet soċjali u l-iżjed waħda li tingħata importanza mar-", ", biex ma jiġġildux, hija", "Inti biex tkun ġust f'każ partikolari trid tuża l-prudenza.", "\".", "Imma inti biex tasal għall-ġudizzju prudenti, irid ikollok il-fortezza, ma tibżax, u t-temperanza, ma tfittix lilek innifsek.", "\" jgħid il-Papa, \"", "\".", "Il-ġustizzja hija stil ta' ħajja, mhux it-toga li tista' ddendilha fi gwardarobba u tinsieha.", "Il-ġustizzja hija bħall-ġilda, inġorruha magħna.", "Allaħares l-għażla tal-maġistratura tkun statement politiku għax dik toqtol l-indipendenza esterna tal-maġistratuta.", "Xi ħaġa oħra li jgħid il-Papa u nissuġġerilkom ikollkom ċans tfittxuh fuq l-internet: 9 ta' Frar 2019, jitkellem ukoll fuq missjoni partikolari tal-imħallef fil-kuntest attwali.", "Hu jgħid hekk: \"", "\".", "U l-Papa jispjega xi tfisser li l-imħallef ikun indipendenti. \"", "Il-maġistratura trid tkun indipendenti minn kull influss politiku.", "Allaħares l-għażla tal-maġistratura tkun statement politiku għax dik toqtol l-indipendenza esterna tal-maġistratuta. \"", "\" jgħid il-Papa, \"", "\".", "Il-Papa qed jikkwota l-istatut ta' din l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-maġistrati imma qed jikkonferma l-utilità kemm hi essenzjali l-indipendenza esterna u interna tal-ġudikatura. \"", "B'għaqal kbir il-Papa jispjegalna li l-mod u t-tempestika tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja tista' tagħti anke lill-iżjed dgħajjef jew esperjenza ta' solliev u faraġ jew inkella trawma li ntesa jew ġie diskriminat.", "u jispjega xi tfisser. \"", "\" għax dik il-ġustizzja: kulħadd jieħu dak li ħaqqu,\"", "\".", "L-imħallef, hu u jagħti dak li ħaqqu lil min ikun hemm quddiemu, irid jagħraf ukoll il-fraġilità tal-bniedem.", "Ejjew nitolbu biex dawn il-kliem ta' għerf tal-Papa jkunu dawl fil-ministeru tagħkom.", "Ejjew inressqu t-talb tagħna quddiem il-Mulej u nitolbu għal dawk il-membri tal-maġistraturi u l-avukatura li ħallewna din l-aħħar sena u dejjem nitolbu fuqna u fuq sħabna l-ħniena kbira tal-Mulej.", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Qari I: Żak 8, 20-23", "Evanġelju: Lq 9, 51-56", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar ritratti >>"], "date": "01/10/2019", "title": "L-imħallef irid jagħraf ukoll il-fraġilità tal-bniedem – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-10-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-10", "L-Evanġelju: Ġw 12, 24-26", "F'dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa' weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.", "Min iħobb 'il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod 'il ħajtu f'did-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta' dejjem.", "Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi.", "Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġaħ.\""], "date": "10/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 10 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/ralph-breaks-the-internet/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Diretturi:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Sitt snin wara l-ewwel ġrajjiet li seħħew fl-ewwel ġrajja li rajna, ir-rota tal-istering fil-panel li kienet tikkontrolla l-logħba", "inqasmet b'riżultat li Mr Litwak ma kellux alternattiva oħra ħlief li jitfi għal kollox il-logħba li wara kollox kienet qdiemet ħafna u ma kinitx daqshekk faċli li ssib il-parti li nkissret, ħlief forsi minn fuq l-internet fl-", ".", "Qabel ma Mr Litwak għamel hekk, Ralph u Vanellope, flimkien mar-residenti kollha li kienu jgħixu fil-logħba", "joħorġu 'l barra minn hemm.", "Talinqas dawk kollha li kienu jagħmlu parti f'din il-logħba baqgħu ħajjin u sabu ruħhom taħt il-ħarsien ta' Fix-It Felix Jr u s-Surġent Tamora Jean Calhoun.", "Ralph u Vanellope ma xtaqux jibqgħu hemm u ma jagħmlu xejn.", "Għalhekk iddeċiedew li jagħmlu użu minn konnessjoni ġdida tal-Internet li l-", "kien daħħal dan l-aħħar fi żvilupp ġdid biex jaqla' il-qadim.", "L-idea hi li Ralph u Vanellope jidħlu għal din l-avventura biex isibu rota oħra biex tieħu post dik li nkissret.", "Isibu rota simili u li kienet l-aħħar waħda li kien għad baqa'.", "Fl-irkant, Ralph mingħajr ebda idea ta' xejn jibda jibbiddja u jtellgħa somma fenominali li żgur ma kellhomx biex iħallsuha għax flus ma kellhomx.", "Biex jippruvaw itellgħu dik is-somma, sabu logħba tal-ġiri vjolenti ħafna:", "Hemm jiltaqgħu ma' Shank, tfajla u waħda mill-ġerrejja.", "Vanellope tissaħħar wara din il-logħba li kienet toffri bil-wisq aktar mill-logħba", "Shank issir għaliha bħala oħtha l-kbira.", "Dan xejn ma għoġob lil Ralph u kellu raġun għaliex Vanellope dehret li moħħha kien iktar fuq il-logħba ġdida milli fuq ir-relazzjoni tagħha miegħu u wisq inqas lejn il-logħba antika.", "Fl-avventuri li kienu sabu ruħhom fihom, iltaqgħu ma' drawwiet, dinji u karattri ġodda bħal algoritmi tal-aħħar moda, Prinċipessi ta' Disney li flimkien ma' The Muppets, Star Wars, Animazzjoni ta' Disney, Komiks ta' Marvel u karattri ta' Pixar, komplew iħawdu moħħ Vanellope.", "X'sejjer jagħmel issa Ralph meta jsib ruħu fid-dinja tal-internet?", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, komputerizzat/animat, taħt id-direzzjoni ta' Rich Moore u Phil Johnston u kitba ta' Johnston u Pamela Ribon.", "Minħabba li fih xi xeni vjolenti u xi ċajt goff, ikun tajjeb li t-tfal iż-żgħar, ikunu akkumpanjati minn xi adult."], "date": "03/12/2018", "title": "Ralph Breaks The Internet"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-3-ta-mejju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["San Filippu u San Ġakbu, Appostli – Festa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1Kor 15,1-8", "L-Evanġelju: Ġw 14, 6-14", "F'dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: \"Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja.", "Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija.", "Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll 'il Missieri.", "Minn issa 'l quddiem tagħarfuh u rajtuh.\"", "Qallu Filippu: \"Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.\"", "Ġesù wieġbu: \"Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix?", "Min ra lili ra lill-Missier ukoll.", "Kif tasal int li tgħid.", "'Urini l-Missier'?", "Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija?", "Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn rajja, iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed iwettaq l-għemil.", "Emmnuni!", "Jien fil-Missier u l-Missier fija.", "Jekk mhux għal ħaġ'oħra, emmnu minħabba fl-għemil stess.", "Fis-sewwa fis-sewwa ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-għemil li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnu għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier.", "U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun imsebbaħ f'Ibnu.", "Iva, jekk titolbu xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha.\""], "date": "03/05/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 3 ta' Mejju"} {"url": "https://knisja.mt/sejha-kbira-ghad-demm/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa kbira għad-demm biex ir-riserva baxxa ta' bħalissa titla' kemm jista' jkun malajr.", "Għaldaqstant dawk li jgawdu saħħithom huma ġentilment mitluba biex jersqu u jagħtu d-demm, possibbilment", ", għada, jew nhar il-Ħadd.", "B'rabta ma' din is-sejħa tajjeb li wieħed ifakkar li Servizz ta' Saħħa tajjeb jiddependi wkoll minn riserva suffiċjenti ta' demm, li tforni l-ħtiġijiet kbar fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin.", "Tajjeb ukoll li wieħed iżomm f'moħħu li d-demm ma jistax jinxtara bħalma jsir fil-każ mediċini, iżda jiġi minn donazzjonijiet ta' nies altruisti u eliġibbli biex jagħtu d-demm.", "Appell aħħari hu biex wieħed ixerred kemm jista' jkun il-kelma għall-benefiċċju ta' dawk il-pazjenti b'mard kroniku, inkluż tal-kanċer, dawk li ser jiġu operati, kif ukoll dawk korruti.", "Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh mit-8am sas-6pm.", "Il-karta tal-identità hi meħtieġa!", "Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista' tinkiseb minn", "Wieħed jista' wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313"], "date": "11/10/2019", "title": "Sejħa kbira għad-demm"} {"url": "https://knisja.mt/imgedded-il-ftehim-mal-gvern-ghal-servizzi-residenzjali-fid-djar-tal-knisja-ghall-anzjani/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L-iffirmar ta' tiġdid ta' ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta' Malta u s-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, biex jiġu pprovduti servizzi residenzjali għall-anzjani fid-Djar tal-Knisja.", "Dan il-ftehim għall-perjodu ta' tliet snin jistabbilixxi x-xiri ta' 181 sodda, li minnhom 167 sodda ser jintużaw għal kura residenzjali fit-tul, filwaqt li 14-il sodda ser jintuzaw għal servizzi ta' respite għal anzjani b'dipendenza għolja u medja.", "Il-ftehim ġie ffirmat mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina, u mid-Direttur tad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani, André Vassallo Grant, u mill-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva, Dr Renzo De Gabriele, fil-preżenza tas-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta, Michael Pace Ross, u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis.", "Mons. Charles Cordina, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, qal li l-Knisja dejjem tfittex li tgħin lil dawk fil-bżonn, bħal ma tagħmel ukoll mal-anzjani li jkollhom bżonn l-assistenza biex jgħixu bid-dinjità li jixirqilhom.", "Mons. Cordina qal li l-ftehim li qed jiġi ffirmat mal-Gvern ser jgħin biex tkompli titjieb l-kwalità tal-ħajja tar-residenti fid-djar u sabiex l-anzjani li jiġu magħżula bi kriterji ġusti jingħataw post fid-djar tal-Knisja.", "Huwa rringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari tax-xogħol li sar biex jintlaħaq dan il-ftehim, u wkoll lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-kura tal-anzjani.", "Michael Pace Ross, Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta, tkellem dwar l-investiment li qed isir mill-Knisja kemm fir-riżorsi umani kif ukoll fil-bini u l-infrastruttura tad-djar għall-anzjani, dan bil-għan li l-persuni li jgħixu f'dawn id-djar jingħataw l-aħjar kura u servizz possibbli.", "Ħabbar li f'Casa Leone, San Ġiljan, ser jinbena sular ieħor, filwaqt li f'Dar Saura, ir-Rabat, u f'Dar Sant'Anna, l-Isla, ser isir proġett estensiv ta' ristrutturar u rinovar.", "Qal li fil-ġimgħat li ġejjin ser tinħatar maniġer ġdida f'Holy Family Home, in-Naxxar, filwaqt li l-ħaddiema fid-djar tal-Knisja għall-anzjani ser igawdu minn titjieb fil-kundizzjonijiet tagħhom permezz ta' Ftehim Kollettiv ġdid.", "Is-Sur Pace Ross qal ukoll li l-Knisja qed toffri servizz ta' respite f'żewġt idjar tagħha.", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar ritratti >>"], "date": "30/09/2019", "title": "Imġedded il-ftehim mal-Gvern għal servizzi residenzjali fid-djar tal-Knisja għall-anzjani"} {"url": "https://knisja.mt/insara-minn-knejjes-differenti-jkantaw-innijiet-ta-tifhir-lil-alla-tradotti-bil-malti/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il-Ġimgħa, 14 ta' Ġunju 2019, saret laqgħa ekumenika organizzata minn Christians Together in Malta, il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana u l-MaltaPraise Project.", "Din saret fit-Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi, f'Birkirkara.", "L-għan tal-laqgħa kien li Nsara minn Knejjes u Tradizzjonijiet differenti jinġabru flimkien biex ikantaw innijiet reliġjużi.", "Ħafna minn dawn l-innijiet kienu mit-Tradizzjoni Riformata, u nqalbu għall-Malti minn Joe C. Aquilina.", "Ma kienx hemm korijiet, imma l-assemblea kollha kantat flimkien fl-istil ta'", "Saru wkoll riflessjonijiet u talb minn Philip Leone Ganado, li ġej mill-ambjent Kariżmatiku Kattoliku, u minn Rev. Kim Hurst li minn hawn u ftit ieħor se ttemm il-ħidma tagħha bħala", "ta' St Andrew's Scots Church, fil-Belt Valletta.", "Dun Aurelio Mule' Stagno S.D.B. kien fuq l-orgni.", "Fost l-innijiet li tkantaw, kien hemm", "Tiġi Saltnatek", "Huwa ttamat li fil-futur terġa' ssir attivita' oħra bħal din sabiex Insara minn Knejjes differenti u mifrudin jistgħu jitolbu u jfaħħru lil Alla flimkien."], "date": "26/06/2019", "title": "Insara minn Knejjes differenti jkantaw innijiet ta' tifħir lil Alla tradotti bil-Malti"} {"url": "https://knisja.mt/slaughterhouse-rulez/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Slaughterhouse hi skola rinomata fil-Gran Brittanja li fiha kienet tiġbor studenti ġejjin minn familji sinjuri u aristokratiċi.", "Infetħet fis-sena 1770 u kienet timxi fuq is-sistema Ingliża tal-iskejjel magħrufa sew bħala", "li minnhom kienu u għadhom joħorgu nies magħrufa għal kontribut li taw għas-sistema politika u soċjali fil-pajjiż.", "L-istorja tal-film teħodna fiż-żminijiet tallum fejn insibu lil Don Wallace, tifel minn Yorkshire, li kellu ftit esperjenza ta' dawn it-tip ta' studenti ġejjin minn klassi għolja tas-soċjetà.", "L-iskola kienet tinsab f'post ideali fil-kampanja, bini maestuż mdawwar bi ħdura kif ukoll bosk li fih kien jidher li kien hemm xi sigriet misterjuż, tant li l-istudenti ma setgħux jersqu lejh.", "Il-kap tal-iskola, magħruf bħala", "ta konċessjoni lill-kumpanija Terrafrack biex tiskavi l-post għaliex kien hemm il-possibiltà li kien hemm ħażna kbira ta' gass.", "Sadanittant, Wallace jagħmel ħiltu biex jidħol fl-ispirtu tal-ambjent li sab ruħu fih, fejn id-dixxiplina kienet f'idejn l-istudenti tal-aħħar klassi u li xi ftit minnhom kienu jieħdu pjaċir juzaw il-poter b'mod abbużiv.", "Wallace ma jdumx ma jagħmel ħbieb ma' Willoughby Blake, l-istudent li kien jaqsam il-kamra miegħu, kif ukoll Clemsie Lawrence, mlaqqma l-goddess u s-sieħbha tagħha Kay.", "Waqt li l-avventuri ma kienux jonqsu qatt, fic-ċentru tal-bosk inħolqot ħofra kbira li sfortunatament fetħet bokka li ddisturbat u kixfet speċi ta' kreaturi feroċi li kienu lesti hekk kif sabu l-ħelsien li jagħmlu ħerba mill-post.", "Dawn l-annimali feroċi fi żmien qasir bdew iwettqu straġi fost numru ta' protestanti li kienu fuq il-post jopponu dan l-iżvilupp kif ukoll studenti u għalliema.", "Wallace meta jara dan l-istraġi jseħħ quddiemu, flimkien ma' shabu u Meredith Houseman, wieħed mill-għalliema, jibdewjara w x'jistgħu jagħmlu biex isibu mezz kif isalvaw.", "Dan iżda iktar faċli li wieħed jgħidu milli jwettqu.", "L-akbar problema li sabu ruħhom wiċċ imbwiċċ magħha kienet kif sejrin isalvaw huma stess mill-qawwa ta' dawn l-annimali feroċi.", "Tgħid jirnexxielhom?", "Film Brittaniku, kummiedja u fl-istess waqt tal-biża', taħt id-direzzjoni ta' Crispian Mills u kitba ta' Mills u Henry Fitzherbert.", "Minħabba vjolenza mdemmija, użu ta' droga, lingwaġġ goff kif ukoll referenzi sesswali u suwiċidali, tajjeb li l-flm jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "03/12/2018", "title": "Slaughterhouse Rulez"} {"url": "https://knisja.mt/pass-kbir-ghall-umanita/", "category": "religion, church, news, Editorjali", "text": ["okkażjoni ta", "l-50 sena mindu l-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar, il-Papa Franġisku qal li permezz", "ta' din il-kisba", "l-bniedem wettaq ħolma strao", "dinarja.", "\"Jalla l-memorja ta' dan il-pass kbir għall-umanità jkebbes ix-xewqa li twassal għanijiet ikbar: iktar dinjità għad-dgħajfin, iktar ġustizzja fost il-popli, u futur aħjar għad-dar komuni tagħna\"", "żied jgħid il-Papa.", "Permezz ta' kliemu u mġibtu, il-Papa kemm-il darba esprima x-xewqa li tingħata għajnuna konkreta lil dawk li huma fil-bżonn: l-immigranti, il-fqar, il-morda, l-anzjani kif ukoll id-dinja – li hi d-dar komuni tagħna.", "Azzjonijiet żgħar iwasslu għal passi kbar li jtej", "l-ħajja", "mhux biss tal-persuni", "vulnerabbli imma ta", "l-umanità kollha", ".", "Il-karità tibda mid-dar.", "L-istess jgħodd għall-ħarsien tal-ambjent, li qegħdin", "bħalissa u", "li aħna f", "nħalluh aħjar għal ta' warajna."], "date": "25/07/2019", "title": "Pass kbir għall-umanità"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-18-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 13-20", "L-Evanġelju: Mt 11, 28-30", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal:", "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.", "Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.", "Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif\"."], "date": "18/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 18 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-ghaqda-ta-bejnietna/", "category": "religion, church, news, Editorjali", "text": ["Fil-Quddiesa għal Art Twelidna, fl-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid ta' Malta Dr George Vella,", "l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal:", "\"Il‐figura tal‐President tar‐Repubblika hija mogħtija lilna u aħna bi pjaċir nilqgħuha bħala sinjal tal‐għaqda ta' bejnietna u tas‐sejħa tagħna li nkunu demokrazija bbażata fuq l‐għażla kontinwa tas‐sewwa u l‐għatx u l‐ġuħ għall‐ġustizzja.\"", "il-President George Vella wkoll tkellem dwar l-għaqda nazzjonali", ".", "Huwa wiegħed li matul il-Presidenza tiegħu se jagħti importanza assoluta u jaħdem bis-sħiħ biex f'pajjiżna tissaħħaħ l-għaqda nazzjonali.", "\"Din l-għaqda ma tiġix biss bix-xewqa.", "Irridu naħdmu għaliha.", "Filwaqt li għandu jibqa' d-dritt għal opinjonijiet differenti u diverġenti, irid ikollna rispett reċiproku ġenwin.", "Irid ikollna djalogu matur u diskussjonijiet li jsiru b'mod dinjituż, li juru mġiba ċivika u korretta u li fuq kollox qatt ma jwasslu għal attakki personali.\"", "Il-Knisja f'Malta tawgura lill-President Vella u twiegħdu t-talb tagħha f'din il-missjoni."], "date": "02/05/2019", "title": "L-għaqda ta' bejnietna"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-12-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dewt 10, 12-22", "L-Evanġelju: Mt 17, 22-27", "F'dak iż-żmien, meta kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f'idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum\".", "U huma sewdu qalbhom ħafna.", "Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: \"L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?\".", "\"Iva\", qalilhom.", "Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: \"Int x'jidhirlek, Xmun?", "Is-slaten tal-art mingħand min jiġbruha t-taxxa jew il-ħaraġ, mingħand is-sudditi jew mingħand il-barranin?\".", "\"Mingħand il-barranin\", wieġbu Pietru.", "U Ġesù qallu: \"Mela s-sudditi meħlusa minnha.", "Iżda, biex ma tkun ta' ebda skandlu għalihom, asal wasla sal-baħar, ixħet ix-xlief u, l-ewwel ħuta li ttalla', aqbadha, iftħilha ħalqha, u għandek issib munita tal-fidda; ħudha minn hemm u mur agħtiha lilhom għalija u għalik\".", "Santa Ġovanna Franġiska de Chantal, Reliġjuża"], "date": "12/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 12 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-28-ta-novembru-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dan 6, 12-28", "Salm: Dan 3, 68.69.70.71.72.73.74", "L-Evanġelju: Lq 21, 20-28", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet.", "Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba'; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub.", "Jaħasra għalihom in-nisa li f'dawk il-jiem ikunu tqal jew ireddgħu!", "Għax hemm kbir jaqa' fuq il-pajjiż, u korla fuq dan il-poplu.", "In-nies jaqgħu taħt il-qilla tas-sejf, u jittieħdu lsiera fost il-pagani kollha; u Ġerusalemm tibqa' tintrifes taħt saqajn il-ġnus sa ma jkun għadda żmien il-ġnus.", "U jkun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb.", "Il-ġnus fuq l-art, b'qalbhom ittaqtaq, ma jafux x'jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża' billi jobsru x'ikun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.", "Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fi sħaba, b'qawwa u glorja kbira.", "Meta jibda jseħħ dan kollu, qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib\"."], "date": "28/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 28 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/annabelle-comes-home/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1971, Ed u Lorraine Warren, demonoloġisti, jiddeċiedu li jieħdu magħhom il-pupa Annabelle wara li Debbie u Camilla, żewġ infermiera, stqarrew magħhom li l-pupa kienet ħafna drabi involuta f'attivatajiet vjolenti fl-appartament tagħhom.", "Hekk kif Ed u Lorraine kienu fil-karrozza fi triqthom lejn darhom, il-pupa ssejjaħ spirti biex jattakkaw lil Ed.", "Fortunatament, Ed isalva minn dawn l-attakki djaboliċi.", "Meta jaslu d-dar, ipoġġu l-pupa f'armatura tal-ħġieġ, f'kamra mimlija oġġetti li darba kienu ġew ipposseduti.", "Fr. Gordon, ħabib tal-familja jissejjaħ biex ibierek il-pupa biex Ed u Lorraine jaċċertaw rwieħhom li l-ispirti ħżiena fil-pupa jkunu taħt kontroll.", "Sena wara, il-familja Warren jilqgħu f'darhom lil Mary Ellen biex tieħu ħsieb it-tifla tagħhom, Judy.", "Dan jagħmluh biex imorru jinvestigaw każ ieħor ta' pussess demoniku.", "Fl-iskola Judy tara spirtu ta' saċerdot isegwiha.", "Sadanittant, Mary Ellen tmur tixtri minn", "Hemm tiltaqa' ma' Bob Palmeri, il-ħabib tal-qalb tagħha.", "Lura d-dar, Mary taħmi kejk għall-okkażjoni ta' għeluq snin Judy.", "Ħabibtha Daniela tagħmel żjara, xejn mistennija.", "Daniela, li tilfet lil missierha ftit ġimgħat qabel, kienet kurjuża ħafna biex tikkommunika mal-mejtin.", "Waqt li rregalat par roller skates lil Judy bħala rigal f'għeluq sninha, tipperswadiha biex tmur tilgħab barra ma' Mary Ellen.", "L-għan tagħha kien biex meta Judy u Mary Ellen ikunu barra mid-dar, hi tkun tista' tidħol fil-kamra fejn kien hemm l-oġġetti li darba kienu ipposseduti.", "Għalkemm il-kamra kienet imsakkra, Daniela rrnexxielha ssib iċ-ċavetta u bdiet tesplora u tmiss l-oġġetti biex tkun tista' tagħmel kuntatt ma' missierha permezz ta' oġġett magħruf bħala \"Mourner's Bracelet\".", "Aċċidentalment, Daniela ma sakkarx il-bieba tal-ħġieġ tal-vetrina fejn kien hemm il-pupa Annabelle.", "Meta tisma' ħoss fil-kamra, taħseb li missierha kien qiegħed jipprova jikkommunika magħha.", "Iżda ma jdumx ma jibda terrur mhux biss fil-kamra iżda wkoll fid-dar kollha hekk kif Annabelle tibda toħroġ spirti ħżiena li jieħdu l-ħajja, fosthom Bee Mullins, il-Ferryman, l-Għarusa, il-korrazza ta' samuraj, Feeley Meeley board game u kelb tal-kaċċa nfernali.", "X'sejrin jagħmlu, Mary Ellen, Daniela u Judy kif isibu ruħhom f'din il-qagħda tal-biża'?", "Film Amerikan, tal-biża' fuq is-sopranaturali, msejjes fuq il-leġġenda:", "Hu taħt id-direzzjoni ta' Gary Dauberman u kitba tiegħu stess u James Wan.", "Minħabba t-tema tal-okkult, vjolenza mdemmija u kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "10/07/2019", "title": "Annabelle Comes Home"} {"url": "https://knisja.mt/il-kummissjoni-ambjent-dwar-il-bagit-2020/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Għażiż Prof. Scicluna,", "Proposta Baġit 2020: Studju Nazzjonali dwar il-propjetà", "Bħalma għamlet fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qiegħda għal darb'oħra tistieden lill-Gvern biex iniedi studju nazzjonali dwar il-propjetà.", "Sal-lum il-KA għadha ma tistax tifhem għalfejn il-Gvern qed iżomm lura milli jagħmel dan.", "Din hija r-raba' sena li l-KA qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu u jniedi tali studju li jkollu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-istakeholders kollha fit-tfassil tat-terms of reference.", "Studju li jqis lill-Maltin kollha bħala rilevanti (sewwasew għaliex jolqot lilhom u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin) huwa kruċjali biex il-Gvern iwassal il-messaġġ li n-nies li jgħixu fil-pajjjiż ma jinqasmux biss f'dawk li huma rilevanti għall-awtoritajiet u oħrajn li mhumiex.", "Fis-settur tal-propjetà, ir-riżorsi u l-policies tal-ippjanar u tan-negozju tal-art li l-Gvern juża biex jaġevola 'l dan is-settur għandhom impatt kbir fuq iċ-ċittadini li jgħixu fil-pajjiż, u fuq is-sostenibbiltà tal-ambjent urban u naturali.", "Għalhekk il-Gvern ma jistax iqis bħala rilevanti għal din id-diskussjoni lil dawk biss li jagħmlu negozju minn dan is-settur, imma anke lill-bqija tal-poplu kollu.", "Żvilupp importanti li seħħ f'din l-aħħar sena kien li sfortunatament seħħew inċidenti kawżati minn prattiċi ta' twaqqigħ ta' bini u skavar.", "Il-KA semmgħet leħinha dwar dan u talbet li għandu jkun hemm reġistru pubbliku ta' kull min hu kwalifikat jew ċertifikat li jipprovdi servizz fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Il-KA kienet talbet li dan ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-ispezzjoni tal-pubbliku sabiex kull min ikun se jagħmel użu minn xi servizz ikun jaf li l-kuntrattur li se jqabbad għandu s-sengħa u l-liċenzja meħtieġa biex jagħmel dak ix-xogħol.", "B'xorti ħażina, flok il-Gvern refa' r-responsabbiltà tiegħu u ħa ħsieb li jwaqqaf dan ir-reġistru, dan qed isir mis-settur stess li suppost il-Gvern qed jirregola.", "Din is-sena wkoll hemm min issoprenda ruħu li hawn kriżi ta' fejn jintrema l-iskart tal-bini.", "Bil-mezzi kollha moderni ta' tbassir ekonomiku u ambjentali, suppost illi l-pajjiż laqa' għal din il-kriżi minn ħafna qabel.", "Iżda l-problema hi li l-iżvilupp ekonomiku fuq naħa, u, min-naħa l-oħra, politika li taġevola lis-settur tal-bini b'mod esklussiv fuq realtijiet oħra tal-pajjiż, qed iwasslu biex il-pajjiż jikkomprometti l-patrimonju naturali u urban.", "Għalhekk nappellawlek biex fil-Baġit li ġej, il-Gvern ma jkomplix iħalli lill-ekonomija, speċjalment l-industrija tal-bini, tkompli timxi b'mod li mhux sorveljat kif jixraq minn politika ambjentali responsabbli.", "Qiegħed nehmeż l-ittri li ktibnielek fil-passat dwar dan is-suġġett.", "F'isem sħabi nselli għalik,", "Chairperson Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent", "Is-Sur Chris Agius, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà", "Is-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Finanzi"], "date": "11/10/2019", "title": "Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-Baġit 2020"} {"url": "https://knisja.mt/l-isqof-awziljarju-jiltaqa-mal-missjunarji-maltin-mxerrda-mad-dinja/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqa' ma' missjunarji Maltin li jwettqu ħidma pastorali f'diversi pajjiżi madwar id-dinja u li bħalissa jinsabu Malta.", "Għal din il-laqgħa li saret f'Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta, attendew saċerdoti djoċesani, reliġjużi u lajċi li jaħdmu fil-Pakistan, il-Brażil, il-Filippini, l-Amerika ta' Fuq, l-Awstralja, il-Kenja, il-Georgia u l-Perù.", "Il-missjunarji qasmu l-esperjenzi u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom fil-pajjiżi tat-tielet dinja fosthom il-faqar, in-nuqqas ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni u ta' faċilitajiet sanitarji u mediċi.", "Dawk li jgħixu f'pajjiżi żviluppati tkellmu dwar ir-realtà tas-solitudni u l-bżonn li tingħata aktar attenzjoni lill-ħtiġijiet tal-familja.", "Fost il-missjunarji lajċi kien hemm familja ta' disa' persuni li ilhom fil-missjoni fl-Olanda għal dawn l-aħħar 25 sena.", "L-Isqof Galea-Curmi rringrazzja lill-missjunarji Maltin tax-xogħol li qed iwettqu f'isem il-Knisja Kattolika.", "Qal li l-kontribut tagħhom jixhed il-ġid li jsir mill-Knisja fil-ħajja tan-nies u li ħafna drabi jibqa' mistur.", "L-Isqof żied jgħid li l-ħidma tagħhom tagħmel ġieħ lill-Knisja f'Malta.", "Il-laqgħa kienet organizzata mill-Kummissjoni Emigranti flimkien mal-Uffiċċju Missjunarju.", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar ritratti >>"], "date": "29/07/2019", "title": "L-Isqof Awżiljarju jiltaqa' mal-missjunarji Maltin mxerrda mad-dinja"} {"url": "https://knisja.mt/dragged-across-concrete/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Brett Ridgeman u Anthony Lurasetti jaħdmu flimkien bhala pulizija fil-belt fittizja ta' Bulwark.", "F'operazzjoni li kienu qegħdin iwettqu kontra wieħed suspettat li jmexxi d-droga, Ridgeman juża vjolenza eċċessiva fuqu.", "Dak li għamel Ridgeman jinqabad fuq video li meta jidher fuq il-media jqajjem furur.", "Lt.", "Calvert ma jkollux alternattiva ħlief li jissospendi, għal sitt ġimgħat mingħajr salaru, t-tnejn li huma biex jikkalma l-media.", "Kien kollu għal xejn li Ridgeman talbu biex Lurasetti ma jeħilx miegħu.", "Kemm Ridgeman kif ukoll Lurasetti jsibu ruħhom fi problemi finanzjarji; Ridgeman kellu l-mara Melanie, marida serjament waqt li Lurasetti xtaq ħafna li jipproponi lill-għarusa tiegħu biex jiżżewwġu.", "Minħabba din il-qagħda diffiċli, jiddeċiedu li jduru lejn il-konnessjoni li kellhom ma' kriminali biex waqt li huma jkunu bla paga, ikunu jistgħu jdaħħlu xi ħaġa tal-flus.", "Ridgeman jagħmel kuntatt ma' Freidrich, negozjant u msieħeb sew ma' nies kriminali.", "Dan kien obbigat lejn Ridgeman u għalhekk tah informazzjoni fuq kriminal gwapp, Lorentz Vogelman li kien qiegħed iħejji serqa kbira minn Bank.", "Sadanittant, Henry Johns li kien għadu kemm skonta sentenza l-ħabs kien qiegħed jittama li jsib xi opportunità li jaqla ftit flus biex ikun jista' jiffinanzja lil ommu, prostituta u dipendenti fuq id-droga, kif ukoll lil ħuh iż-żgħir li kien jinsab fuq siġġu tar-roti.", "Johns jingħaqad ma' Biscuit biex jidħlu għal biċċa xogħol li kienet sejra trendi somma tajba ta' flus.", "Dak li kien sejjer jħaddimhom kien Volgeman li riedhom li wieħed ikun is-sewwieq tal-van u l-ieħor ikun għassa, filwaqt li tkun qegħda sssir is-serqa.", "Ridgeman u Lurasetti jsiru jafu bil-pjan kollu permezz tan-negozjant u jiddeċiedu li jimxu wara l-passi tal-gang ta' Vogelman u li wassalhom fi qrib fejn il-ħallelin kienu sejrin iwettqu serqa ta' ingotti ta' deheb.", "X'jiġri meta Volgeman u l-gang tiegħu jibdew iwettqu s-serqa fuq il-Bank, b'Ridgeman u Lurasetti b'għajnehom fuqhom u jsegwu kull pass li kienu qegħdin jagħmlu?", "Film Amerikan, mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni u kitba ta' S. Craig Zahler.", "Minħabba vjolenza eċċessiva, qtil kiesaħ u biered u bla ħniena ta' persuni li sabu ruħhom bla htija fin-nofs tal-pjan djaboliku ta' Volgeman, il-film tajjab li jarawh il-kbar biss b'riżerva."], "date": "17/04/2019", "title": "Dragged Across Concrete"} {"url": "https://knisja.mt/robin-hood/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "jingħaqad mat-Tielet Kruċjata Nisranija, jitqabad kontra l-Mislem f'battalji ħorox fl-Art Imqaddsa.", "F'waħda minn dawn il-battalji, numru ta' priġunieri misilmin jinqabdu.", "Il-kap kmandnat jordna l-qtugħ ir-ras ta' kull priġunier.", "Robin xejn ma jaqbel ma' din id-deċiżjoni barbara.", "Meta pprova juri ħniena biex ma jsirx hekk mat-tifel ta' Yahya, wieħed mill-kapijiet musulmani, tinqala' konfużjoni tant li ħafna mill-priġunieri jaħarbu fosthom Yahya li jirnexxielu jsib ruħu fuq bastiment sejjer lejn l-Ingilterra.", "Robin ukoll jitlaq lejn pajjiżu f'Nottingham.", "Kif jasal, isib li r-residenza tiegħu mġarrfa.", "Ix-Xerrif ta' Nottingham mhux biss kien ġarraf ir-residenza iżda seraq dak kollu li kien ta' siewi biex ikompli jżid mal-ġid li ġa kellu, ġid li kien qiegħed jieħu minn ħalq l-fqar tal-belt ta' Nottingham.", "Ix-Xerrif ukoll, sentejn qabel kien ħabbar li Robin kien inqatel waqt il-ġlied.", "Robin isir jaf dan minn għand Marian, il-maħbuba tiegħu li kienet ġiet biex tisraq żiemel mill-istalel tiegħu.", "Sadanittant, hu jiltaqa' ma' Yahya li kien biddel ismu għal John.", "Flimkien miegħu, Robin, wara li jitħarreġ sew minn John kif jispara vleġeg b'aktar veloċità, jippjanaw kif sejrin jisirqu lix-Xerrif mill-ġid li kien geddes fuq skuża li l-Knisja għandha bżonn ta' finanzi biex tkompli tiġġieled il-Mislem.", "Robin jagħmel dan biex jivvendika ruħu mix-Xerrif għax mhux biss seraqlu l-prorpjetà kollha tiegħu, iżda fuq kollox tilef lil Marian li issa saret il-maħbuba ta' Will Tillman.", "Robin flimkien ma' John jibdew sensiela ta' serqiet tal-ġid li x-Xerrif kien jisraq kuljum mill-fqar u li kien jagħmlu taħt il-patruċinju ta' Kardinal minn Ruma.", "Patri Tuck jgħin lil Robin f'din il-missjoni l-aktar meta Robin, ħass il-bżonn li jirbaħ il-fiduċja tax-Xerrif biex ma jqajjimx suspetti fuqu.", "F'dan it-taħwid kollu, Robin, John u Tuck isiru jafu bi pjan djaboliku li x-Xerrif u l-Kardinal kienu qegħdin jippjanaw kontra l-pajjiż, ir-raġuni li għaliha, l-Kardinal kien ġie apposta minn Ruma biex jikkonkludi dan il-ftehim.", "X'isir minn hawn?", "Film Amerikan, mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni ta' Otto Bathurst u kitba ta' Ben Chandler u David James Kelly.", "Minħabba li l-Knisja tiġi ppreżentata b'mod aħrax ħafna, kif ukoll vjolenza mdemmija u kliem baxx, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "03/12/2018", "title": "Robin Hood"} {"url": "https://knisja.mt/frozen-2/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Diretturi:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Ir-Re Runeard, fundatur u l-ewwel re ta' Arendelle, stabbilixxa trattat mat-tribù ta' Northuldra billi bnielhom diga fit-territorju tagħhom magħruf bħala: The Enchanted Forest.", "Sfortunatament, bejniethom faqqgħet ġlieda b'riżultat li l-ispirti tad-dinja: in-nar, l-arja u l-ilma li kienu jgħammru fil-foresta, rrabjaw ħafna tant li dawn sparixxew minn hemm u ħajt ta' ċpar inkaxxa lil kulħadd fil-foresta.", "Il-Prinċep Agnari, iben ir-Re Runeard, b'xorti tajba u bl-għajnuna ta' salvatur mhux magħruf, irnexxielu joħroġ minn hemm.", "Iż-żmien igerbeb u tliet snin fuq l-inkurunazzjoni, ir-Reġina Elsa ta' Arendelle kienet qegħda tiċċelebra l-ħarifa mal-Principessa Anna, oħta ż-żgħira, Olaf, l-isnowman, Kristoff u Sven, ir-renna tiegħu.", "Meta Elsa tisma' leħen misterjuż isejhilha, hi tmur fejn kienet semgħet il-leħen u bla ma riedet qajjmet l-ispirti elementali li kkawżaw lil kull min kien jgħix fis-saltna biex jevakwa u jitilqu minn hemm.", "Grand Pabbie , il-mexxej ta' Trolls u t-tribu kollu jaslu ġewwa Arendelle ghax saru jafu bil-qagħda.", "Hu jinforma lil kulhadd li hemm bżonn li jsiru jafu l-verità kollha fuq il-passat tas-saltna.", "Sadanittant, Elsa, Anna, Olaf, Kristoff u Sven jitilqu lejn l", "Enchanted Forest minn fejn kienet ġejja l-vuċi misterjuża.", "Ir-riħ, forma ta' tromba beda jiknes kull ma jsib quddiemu iżda Elsa twaqqfu meta tispara borra li ffurmat numru ta' statwetti skulturati.", "B'hekk hi waqqfet il-ħsara li r-riħ seta' jagħmel.", "L-iskulturi kienu kollha forom ta' xbiehat ta' missirijiethom u ommijiethom mill-passat, ommhom fil-fatt kienet Iduna, mara minn Northuldra u li kienet salvat lil Prinċep Agnari.", "Hawn jiltaqgħu wkoll ma' truppa ta' Northuldra u ġemgħa ta' suldati minn Arendelle li kienu għadhom jiġġieldu bejniethom.", "Elsa u Anna jirnexxilhom iġibu waqfien mill-ġlied billi spjegawlhom li ommhom kienet Northuldra, waqt li missierhom kien Arendelljan.", "Ftit wara, Elsa ssir taf li kien hemm il-ħames spirtu li kien kapaċi li jġib għaqda bejn il-popli u l-maġika fin-natura.", "Elsa tkompli l-vjaġġ tagħha lejn it-tramuntana flimkien ma' Anna u Olaf.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, animat kompjuterizzat, mużikali u mimli fantasija li żgur għandu jogħġob lil kulħadd kif għamel l-ewwel film fl-2013.", "Hu taħt id-direzzjoni ta' Chris Buck u Jennifer Lee, b'kitba ta' Jennifer Lee, Chris Buck, Marc E. Smith u Robert Lopes.", "Film ħelu ħafna b'tagħlima pożittiva u ta' min jirrikkmandah."], "date": "28/11/2019", "title": "Frozen 2"} {"url": "https://knisja.mt/the-queens-corgi/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["DiretturI:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Rex hu l-korġi favorit tar-Reġina Eliżabetta, mogħti lilha bħala rigal meta kien għadu ġeru.", "Imfissed għall-aħħar, Rex jgħix f'Buckingham Palace ma' tliet korġi ohra, f'ħajja ta' lussu.", "Meta l-President tal-Amerika, Donald Trump, flimkien ma' martu Melenia jagħmlu żjara statali fl-Ingilterra, iġibu lil Mitzi kelba korġi.", "Ir-reġina tissuġġerrixxi li wieħed mill-korġi tagħha jgħammar ma' Mitzi.", "Trump togħġbu l-idea.", "Mitzi titħalla tagħżel lil wieħed mill-korġi u hi tagħżel lil Rex li xejn ma jieħu pjaċir bil-proposta li Mitzi tagħmillu.", "Rex jagħmel ħiltu biex jevitah ħafna drabi.", "Ġara, iżda, f'waħda minn dawn l-attentati, li Rex, biex jaħrabha, jidħol fil-kamra tal-ikel fejn ir-reġina kienet qegħda tospita lil President Trump u martu għal ikla statali.", "Sfortunatament, Rex aċċidentalment jigdem il-President, b'riżultat li r-reġina xejn ma ħadet pjaċir b'dak li ġara.", "Rex umiljat għal dak li seħħ, jiġi kkonsolat minn Charlie, korġi ieħor li kellha r-reġina.", "Charlie kien jgħir għal Rex u għalhekk ġietu l-opportunità biex jindieħes ma' Rex u jħajjru joħroġ barra l-palazz fuq promessa falza li l-Papa fil-Vatikan xtaq ħafna li jkollu korġi.", "Rex emmen dak li qallu Charlie.", "L-ewwel ħaġa li għamel Charlie, hekk kif kienu barra l-palazz, kien li jaqla' minn għonq Rex il-ġiżirana, rigal tar-Reġina.", "Hekk kif kienu t-tnejn maġemb ix-xmara Thames, Charlie mbotta lil Rex fl-ilma.", "B'xorti tajba, Rex jiġi salvat minn raġel li jieħdu f'xelter tal-annimali.", "Xejn ma kienet faċli li Rex jintegra mal-annimali li kienu miżmuma hemm imma maż-żmien hu sar ħabib ma' ħafna minnhom l-aktar ma' Wanda li wkoll tibda turi nteress fih.", "Wanda kienet il-maħbuba ta' Tyson, kelb kbir u ġellied li sfida lil Rex għal ġlied.", "Rex jirnexxielu jipperswadi l-klieb l-oħra biex jingħaqdu kontra Tyson u b'hekk jirnexxielhom jirbħulu.", "Wara din l-avventura, Rex flimkien ma' Wanda u xi klieb oħra jaħarbu mix-xelter u jmorru lejn Buckingham Palace.", "Is-suldati ma jagħrfux lil Rex għaliex kien maħsub li Rex, skont Charlie, kien inqatel minn xi volpi.", "X'jiġri minn hawn?", "Tgħid Rex jerġa' jakkwista l-post privileġġat li kellu qabel?", "X'jagħmel hu u sħabu biex iseħħ dan?", "Film animat komputerizzat, Belġjan bl-Ingliż, taħt id-direzzjoni ta' Ben Stassen u Vincent Kesteloot.", "Film bi storja ħelwa u li għandu jogħġob lil kulħadd."], "date": "10/07/2019", "title": "The Queen's Corgi"} {"url": "https://knisja.mt/adelaide-cini-mitt-sena-wara/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L‐Arċisqof Charles J. Scicluna ser jitlob li jerġa' jinfetaħ il‐każ tal‐Venerabbli Adelaide Cini biex eventwalment, jekk tissodisfa l‐kriterji tal‐liġi tal‐Knisja, din il‐mara lajka tiġi bbeatifikata.", "Dan ser isir waqt Quddiesa li ser jiċċelebra l‐Arċisqof għada,", "it‐Tlieta 15 ta' Ottubru, fis‐7pm", ", fil‐mitt sena tal‐eżumazzjoni u t‐trasport tal‐fdalijiet tagħha miċ‐ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata għall‐istitut \"Ta' Ċini\" li kienet waqqfet u fejn tinsab midfuna.", "Adelaide Cini kienet ġiet iddikjarata Venerabbli mill‐Papa Piju X fit‐23 ta' Frar 1910.", "Il‐Quddiesa, li għaliha mistieden kulħadd, b'mod speċjali min irid jitlob xi grazzja speċjali ta' fejqan bl‐interċessjoni tal‐Venerabbli, ser issir fil‐kappella li tinsab fl‐Istitut Adelaide Cini, Sta Venera.", "L‐Arċisqof irid li l‐eżempju ta' ħajjitha u l‐ħidma li wettqet Adelaide Cini man‐nisa vittmi tal‐prostituzzjoni u wliedhom, isiru aktar magħrufa u apprezzati mill‐Insara.", "Imwielda l‐Belt Valletta fil‐25 ta' Ottubru 1838, Adelaide kienet l‐iżgħar fost 13 aħwa.", "Meta kien għad lanqas kellha 18‐il sena, marret tħabbat il‐bieb tal‐Monasteru ta' Santa Katerina fil‐Belt Valletta.", "Il‐Prijura Swor Giuseppa Baldacchino, li laqgħetha minn wara l‐gradi tal‐ħadid, impressjonat ruħha meta ratha hekk dgħajfa u rqiqa minkejja li kienet bint tas‐sid għani tal‐fabbrika tal‐għaġin fil‐Ħamrun.", "Adelaide talbet li tiġi aċċettata bħala postulanta.", "Swor Giuseppa, għalkemm konvinta mill‐isfond reliġjuż ta' Adelaide, setgħet biss tikkunsidra t‐talba tagħha b'simpatija.", "Hija għamlet dan għaliex it‐tfajla kienet taħt tensjoni psikoloġika wara li kellha proposta għaż‐żwieġ li għaliha l‐ġenituri tagħha oġġezzjonaw.", "Peress li l‐Prijura kienet konvinta li l‐vokazzjoni tagħha kienet 'il barra mill‐kunvent, tatha l‐parir li tirritorna lejn id‐dar tagħha u tistenna lil Alla juriha n‐natura vera tal‐vokazzjoni tagħha.", "Probabbilment, it‐tfalja Adelaide, ma fehmitx il‐messaġġ tas‐soru, iżda bla dubju hi ftakret fih ftit taż‐żmien wara meta b'kumbinazzjoni ltaqgħet ma' prostituta żagħżugħa minn Sqallija li kienet saret magħrufa għall‐attivitajiet tagħha fost is‐setturi l‐aktar sinjuri tas‐soċjetà.", "L‐isforzi tagħha biex issir tafha kellhom suċċess u Adelaide kkonvinċietha biex tmur tgħix magħha fid‐dar tal‐ġenituri tagħha.", "Il‐ħbiberija ta' Adelaide kienet providenzjali għax it‐tfajla minn Sqallija bidlet ħajjitha, ingħaqdet mas‐Sorijiet tar‐Ragħaj it‐Tajjeb u eventwalment saret superjura tal‐kunvent f'Alexandria.", "Kienet din il‐bidla mirakuluża li ħeġġet lil Adelaide u wrietha t‐triq tal‐vokazzjoni tagħha.", "B'hekk hija bdiet moviment missjunarju ġdid fost il‐ħafna bniet abbandunati mill‐klassijiet il‐fqar tas‐soċjetà Maltija.", "Bl‐għajnuna finanzjarja tal‐benefatturi John Asphar u martu Angelica, hija fetħet l‐ewwel dar għall‐ommijiet mhux miżżewġa.", "Wara l‐mewt ta' missierha, Adelaide bidlet il‐fabbrika tal‐għaġin tagħhom f'konservatorju għall‐bniet l‐aktar fil‐bżonn.", "Dan kien il‐bidu tal‐Istitut Cini f'Santa Venera li sa mill‐1876 tmexxa mis‐Sorijiet tal‐Karità.", "Adelaide mietet fit‐28 ta' Marzu, 1885, fl‐età ta' 46 sena, u ndifnet fiċ‐Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata f'Raħal Ġdid.", "Fl‐1907, fid‐Djoċesi ta' Malta ngħata bidu għall‐proċess informattiv dwar il‐ħajja u l‐ħidma ta' din il‐mara, li ħalliet marka li tibqa' tidher fl‐istorja soċjali u reliġjuża ta' Malta.", "Il‐Papa Piju X ddikjaraha Venerabbli fit‐23 ta' Frar 1910.", "Disa' snin wara, fil‐15 ta' Ottubru 1919, il‐fdalijiet tagħha ġew eżumati u midfuna mill‐ġdid fil‐kappella tal‐Istitut mibnija fi stil Romanesk, bil‐ġenerożità ta' Maria Zammit u kkonsagrata mill‐Arċisqof ta' Malta ta' dak iż‐żmien, Mons. Mawru Caruana OSB."], "date": "11/10/2019", "title": "Adelaide Cini... mitt sena wara"} {"url": "https://knisja.mt/wonder-park/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ilħna:", "Brianna Denski, Ken Hudson Campbell, Kenan Thompson, Ken Jeong, Mila Kunis, John Oliver, Jennifer Garner u Matthew Broderick", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "June Bailey u ommha ħolqu avventura ħelwa fuq park ta' divertiment maġiku li kien immexxi minn grupp ta' annimali: Boomer, ors blu li kien jagħti merbħa lil dawk kollha li jżuru l-park; Greta, ħanżira salvaġġa; Gus u Cooper, kasturi aħwa; Steve, porkuspin li jħobb lil Greta; u l-mexxej Peanut, xadin li għandu l-ħila li joħloq logħob ġdid billi jisma' leħen omm June.", "Sfortunatament, omm June tħossha ħażin u jkun hemm bżonn li tmur l-isptar għal kura.", "Riżultat ta' dan, June tibda titlef l-interess fil-Wonderpark u b'tant rabja tasal biex taħraq il-blueprints kollha tax-xogħol li kien sar fuq il-park.", "Mr. Bailey meta jara dan, jibgħat lil June għal kamp tal-matematika ma' sħabha tal-iskola, iżda meta June qrat in-nota li ħalla missierha fil-basket: \"Miss you.", "Love you\", June tinterpreta ħażin din in-nota u ħasbet li missierha kien jinsab fi kriżi minħabba n-nuqqas tagħha.", "Bl-għajnuna ta' Banky, il-ħabib tagħha li ħoloq distrazzjoni fuq il-kowċ, June tahrab biex tmur lura d-dar iżda ġewwa masġar issib Wonderland ma jaħdimx.", "Minn fuq dan il-park ta' divertiment kienet għaddejja tempesta ta' sħaba mudlama, u waqt li June u l-annimali jkunu qegħdin jippruvaw jirranġaw il-mekkaniżmu tal-park, jiġu attakkati minn numru kbir ta' ximpanzi żombi.", "Fil-konfużjoni sħiħa li nqalgħet, June tissepara mill-annimali u ssib ruħha f'kamra fl-arja, magħrufa bħala Zero-G-Land u hemm issib lil Peanut li jistqarr magħha li meta ma baqgħax jisma' aktar il-leħen ta' ommha, hu sab ruħu mitluf.", "June tintebaħ li kien minħabba fiha li nħolqot dik id-Dalma b'riżultat li x-ximpanzi żombi nvadaw u ħadu lil Peanut bħala priġunier tagħhom.", "June jirnexxielha taħrab u tmur lura lejn l-annimali biex tgħidilhom li sabet lil Peanut u li kien tort tagħha li nħolqot id-dalma.", "L-annimali xejn ma ħadu pjaċir b'dak li qaltilhom June u lkoll telquha.", "X'jiġri minn hawn?", "June tiġi f'idejha biċċa mill-blueprints ta' Wonderland li wara kollox kienet hi stess li ħolqitha bl-għajnuna ta' ommha.", "Film animat ikkomputerizzat, taħt id-direzzjoni ta' Dylan Brown u kitba ta' Robert Gordon, Josh Appelbaum u André Nemec.", "Film mimli azzjoni u b'messaġġ pożittiv li għandu jogħġob l-aktar lit-tfal żgħar."], "date": "17/04/2019", "title": "Wonder Park"} {"url": "https://knisja.mt/avengers-endgame/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Diretturi:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-avventura li assistejna għaliha fil-film:", ", nofs il-ħajja fl-Univers ġiet eliminata minn Thanos, tirann intergalattiku, wara li rnexxielu jakkwista f'idejh l-Ingwanta Infinita bis-sitt Ġebliet Infiniti fiha.", "Waqt li l-familja ta' Clint Barton (Hawkeye/Ronin) nqerdet, Carol Danvers (Captain Marvel), irrnexxielha ġġib lura lejn id-Dinja lil Nebula (it-tifla adottiva ta' Thanos) u Tony Stark (Iron Man).", "Dawn kienu jinsabu mitlufa fl-ispazju wara li ġew megħluba minn Thanos.", "Lura lejn id-Dinja, jingħaqdu ma' Natasha Romanoff (Black Widow), Bruce Banner (Hulk), Steve Rogers (Captain America), Rocket, Thor (Re ta' Asgard), Pepper Potts (l-għarusa ta' Stark) u James Rhodes (War Machine).", "Dawn jiġu flimkien biex jippjanaw kif sejrin jisirqu l-Ġebliet Infiniti biex hekk jużawhom biex irreġġgħu lura l-azzjonjiet kollha li ġraw.", "Hekk kif sabu lil Thanos, isiru jafu mingħandu, li hu kien qeridhom biex ma jintużawx aktar.", "Bir-rabja, Thor jaqta' ras Thanos.", "Jgħaddu ħames snin; l-Avengers inbidlu.", "Banner jieħu kontrol tan-naħa tiegħu li kellu ta' Hulk.", "Thor, sakranażż, isir il-mexxej irresponsabbli ta' Asgard ġewwa n-Norveġja.", "Sadanittant, Scott Lang (Ant Man) jaħrab mill-", "u jsir jaf x'ġara mid-Dinja fl-assenza tiegħu.", "Hu jiltaqa' ma' Romanoff u Rogers fejn jispjegalhom l-effett tal-", "u l-effett li jkollha fuqhom meta jużawha biex imorru lura fiż-żmien.", "Għalhekk it-tlieta jipproponu lil Stark li kien qiegħed jieħu ħsieb lil bintu, Morgan ma' Pepper Potts, biex jivvjaġġaw lura fiż-żmien u hekk ikunu f'qagħda li jakkwistaw il-Ġebliet Infiniti qabel Thanos jieħu l-pussess tagħhom hu.", "Stark għall-bidu jirrifjuta l-proposta għall-fatt li kienu sejrin ibiddlu l-istorja, kif ukoll tolqot lil bintu Morgan.", "Iżda wara li rrifletta u ftakar kif kien tilef lil Peter Parker, Stark jirnexxielu jiddisinja magna ta' żmien li tkun taħdem.", "L-Avengers, magħqudin, jinqasmu fi gruppi biex jidħlu għal din il-missjoni delikata biex jieħdu pussess tas-sitt Ġebliet Infiniti qabel ma Thanos jirnexxielu jagħmel dan hu stess.", "X'jiġri minn hawn?", "Tgħid jirnexxielhom ibiddlu l-istorja u hekk isalvaw il-qerda tal-Univers mill-qilla ta' Thanos?", "Film Amerikan, mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni tal-aħwa Anthony u Joe Russo u kitba ta' Christopher Markus u Stephen McFeely.", "Film eċitanti, spettaklu interessanti u moralment qawwi għalkemm b'numru ta' xeni vjolenti."], "date": "02/05/2019", "title": "Avengers: Endgame"} {"url": "https://knisja.mt/pavarotti/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Attur prinċipali:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAL-FILM:", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "Għaddew tnax-il sena mill-mewt tat-tenur Luciano Pavarotti.", "Kellu sebgħin sena meta nħakem mill-marda tal-kanċer u f'qasir żmien tilef il-battalja għal ħajja.", "Pavarotti jibqa' magħruf bħala wieħed mill-ikbar tenuri li qatt rat id-dinja.", "Il-bidu tal-film/dokumentarju fuq il-ħajja tiegħu, jeħodna ġewwa l-Amazon fl-1995 meta Pavarotti kien qiegħed jagħti kunċert fl-Amerika t'isfel.", "Hu xtaq li jmur jagħmel żjara fit-Teatru Amazon ġewwa Manaus fejn il-famuż Caruso darba kien kanta.", "Il-kronoloġija tal-film tirrispetta ħafna dak li seħħ fl-ewwel snin ta' ħajtu meta insiru nafu wkoll xi ftit fuq il-familja tiegħu, fosthom lil missieru li kien furnar u kien ikanta bħala tenur fil-kor tal-knisja lokali.", "F'dak iż-żmien kienu popolari ħafna l-ġbid ta' films super-eight.", "B'xorti tajba, numru minn dawn il-films miġbuda minn membri tal-familja, juruna r-rispett u l-affezzjoni tal-familja lejn xulxin.", "Pavarotti stess jiddeskrivi l-imħabba tal-ewwel mara li kellu, Adna Veroni u t-tfal bniet li kellu minn dan iż-żwieġ fi żmien ħames snin.", "Veroni stess kienet ta' appoġġ finanżjarju għal Luciano fil-bidu tal-karriera tiegħu.", "Bla dubju ta' xejn dawn is-snin kienu snin ta' ferħ għall-familja tiegħu għalkemm Luciano beda spiss jivvjaġġa biex jagħti kunċerti.", "Fil-film joħroġ ċar li kemm Adna u kif ukoll it-tlett ibniet kienu intelliġenti u attraenti.", "Min-naħa l-oħra Pavarotti kien bniedem ġeneruż u ħanin, jaf jiċċajta u li l-preżenza tiegħu dejjem kienet iġib ferħ kbir fejn kien ikun.", "Id-dixxiplina li artist ikollu jipprattika minħabba l-vjaġġi spiss li jkollu jagħmel, xejn ma kien faċli għalih għax kienu jżommuh 'l boghod mid-dar.", "Sfortunatament din it-tip ta' ħajja ma għenitux biex il-famija tibqa' magħquda.", "Pavarotti kien jibbrilla l-aktar fl-opri bħal \"La Boheme\" u \"Tosca\".", "Hu beda jkun imfittex.", "F'wieħed mill-ikbar kunċerti li baqa' msemmi kien il-kunċert ta' Three Tenors, Placido Domingo, Josè Carreras u Pavarotti taħt it-tmexxija tas-surmast tal-orkestra, Zubin Mehta.", "Il-flus li Pavarotti kien idaħħal mill-kunċerti, ħafna minnhom kienu jmorru għal karità għalkemm dawn l-għotjiet ġraw fl-istess żmien meta faqqa' l-iskandlu ta' relazzjoni ta' mħabba li Pavarotti beda u li żviluppat f'familja ġdida.", "Għalkemm Adna tħawdet sew iżda dejjem baqgħet iżżomm lil Luciano fi stima kbira u dan joħroġ ċar fl-intervisti li tat għal dan id-dokumentarju.", "Film-dokumentarju fuq il-ħajja ta' tenur ta' fama li għalkemm m'għadux magħna iżda jibqa' ħaj għal min iħobb il-mużika klassika l-aktar l-opra.", "Il-film hu taħt id-direzzjoni ta' Ron Howard u kitba ta' Mark Monroe."], "date": "30/07/2019", "title": "Pavarotti"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-9-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["S. Tereża Benedetta tas-Salib – Festa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ħos 2: 16b.", "17b.", "21-22", "L-Evanġelju: Mt 25:1-13", "F'dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: \"Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus.", "Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.", "Il-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.", "Imbagħad f'nofs ta' lejl instema' min jgħajjat, 'Ara l-għarus!", "Oħorġu ilqgħuh!'", "Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom.", "Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin, 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.'", "Qabżu l-għaqlin u qalu, 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom!", "L-aħjar morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.'", "Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus, u dawk li kienu lesti daħlu miegħu fis-sala, u l-bieb ingħalaq.", "Sa fl-aħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, 'Mulej, Mulej, iftħilna!'", "Iżda hu weġibhom u qal, 'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.'", "Ishru, mela għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.\""], "date": "09/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 9 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/stuber/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "LASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Stu, żagħżugħ b'karattru ħelu ħafna u lablabi, jaħdem bħala lavrant f'ħanut li jbiegħ affarijiet tal-isports.", "Wara x-xogħol, Stu jagħmel xogħol ta' sewwieq mal-kumpanija Uber, f'karozza elettrika biex hekk ikun jista' jaqla' xi ħaġa extra biex jgħin finanzjarjament lil Becca, l-ħabiba tiegħu li xtaqet tiftaħ gym.", "Stu xtaq ħafna li jieħu b'martu lil Becca għalkemm kien hemm dubji serji.", "Stu kien jiftaħar li s-servizz li kien joffri bħala sewwieq, kien tal-għola livell: \"Five Star\".", "Sadanittant, Vic Manning, ta' età medja, kien għadu jibki l-mewt traġika ta' Sarah Morris li kienet taħdem miegħu bħala detektiv.", "F'operazzjoni kontra barun ta' droga, Oka Teijo, Sarah sfat maqtula minn Oka li rrnexxielu jaħrab minn fuq il-post wara ġlieda ħarxa li Vic u Sarah kellhom miegħu u sħabu meta dawn ġew assedjati minn fejn Oka kien jopera.", "Din it-telfa kellha effett serju fil-ħajja ta' Vic.", "Barra li kien iddivorzjat kaġun tal-importanza li kien jagħti lix-xogħol tiegħu, Vic kien ukoll abbanduna d-dmirijiet tiegħu ta' ġenitur lejn bintu Nicole, illum il-ġurnata, tfajla matura u artista.", "Il-fatt li Vic kien juża saħħtu u goff, din bdiet turi li ż-żmien kien għamel tiegħu, għalkemm hu kien għadu jridha u lest li jpoġġi lilu nnifsu f'riskju kbir.", "Barra li Vic kien allerġiku kemm għal kliem żejjed kif ukoll għal teknoloġija moderna, malajr kienet taqbiżlu u l-jiftaħ in-nar.", "Ma kien iqis xejn.", "Jum wieħed, fuq insistenza ta' bintu Nicole, imur għand tabib biex permezz ta' operazzjoni bil-laser ikun jista' itejjeb il-vista t'għajnejh.", "Għalkemm it-tabib qallu li ma jkunx jista' isuq għal xi ħin, Vic meta pprova jsuq għaliex irċieva tipp fejn kien qiegħed jgħix il-baruni tad-droga, spiċċa f'diżastru.", "Ma kien baqgħalu xejn x'jagħmel ħlief li jsejjah lil xi sewwieq li kien lest li jgħinu.", "Hawn jidħol Stu fix-xena li jsib ruħu fi prova iebsa u perikoluża.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, kummiedja u mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni ta' Michael Dowse u kitba ta' Tripper Clancy.", "Minħabba vjolenza eċċessiva u bla rażan, mdemmija, b'rizultat ta' qtil u wkoll tortura, ċajt goff u doppju sens, kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "30/07/2019", "title": "Stuber"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-25-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26", "Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9", "L-Evanġelju: Lq 24, 35-48", "F'dak iż-żmien, id-dixxipli ta' Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x'kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż.", "Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f'nofshom u qalilhom: \"Is-sliem għalikom!\".", "Huma twerwru bil-biża' għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma.", "Iżda hu qalilhom: \"Għaliex tħawwadtu?", "Għaliex dan it-tħassib kollu f'qalbkom?", "Araw idejja u riġlejja.", "Jiena hu!", "Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien\".", "Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh.", "Iżda billi huma, fil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom: \"Għandkom xi ħaġa tal-ikel hawn?\".", "Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u kielha quddiemhom.", "Imbagħad qalilhom: \"Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet: Jeħtieġ li jseħħ kulma nkiteb fuqi fil-Liġi ta' Mosè, fil-Profeti u fis-Salmi\".", "Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura.", "U qalilhom: \"Hekk kien miktub: li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f'ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm.", "Intom xhud ta' dan\".", "San Mark, Evanġelista"], "date": "25/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 25 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/the-dead-dont-die/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Il-pulizija ġewwa r-rahal ta' Centerville, jirċievu tagħrif mill-bidwi Frank Miller li naqsitlu tiġieġa.", "Cliff Robertson u Ronnie Peterson, pulizija, jmorru jinvestigaw u fil-bosk jiltaqgħu ma' Hermit Bob.", "Lura lejn l-għassa, Cliff jirrimarka li għalkemm kien sar il-ħin, il-jum kien għadu mdawwal sew, ħaġa mhux tas-soltu wara t-tmienja ta' filgħaxija.", "Ronnie wkoll jintebaħ li l-arloġġ u l-mobile kienu waqfu.", "Miller, waqt li kien f'ristorant jiekol xi ħaġa, jitkellem ma' Hank Thompson li għandu ħanut tal-għodod u ż-żebgħa fuq Hermit Bob.", "Hank kien sema' rapport li jħasbek fuq ir-radju, li kien jgħid li kien hemm ċaqliqa żgħira polari.", "Fern, il-waiters irrimarkat li għadu ma dalamx.", "Fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' żgħażagħ bi problemi, Olivia u Stella jisimgħu lil Geronimo jgħid li ċaqliqa żgħira polari kien ifisser li din għandha taffetwa d-dawran tad-dinja.", "Dean minnaħa l-oħra wassal xi rivisti għand Bobby li għandu pompa tal-petrol waqt li fil-ħanut żgħir li kellu, kien jiġbor tifkiriet.", "Niltaqgħu ma' Danny Perkins li jmexxi l-Moonlight Motel li wkoll jisma' l-aħbar li l-pets fid-djar kienu qegħdin iġibu ruħhom b'mod stramb.", "Il-bidwi Miller jinnota wkoll li l-annimali kollha li kellu sparixxew.", "Lura fl-għassa tal-pulizija, Cliff u Ronnie jingħaqdu ma' Mindy Morrison.", "Dawn it-tlieta jibdew jiddiskutu l-affarijiet strambi li kienu qegħdin jiġru madwarhom.", "Issa li sar il-ħin, Ronnie u Mindy jħallu lil Cliff waħdu fl-għassa biex jieħu ħsieb matul il-lejl, il-mejta Mallory O'Brien.", "Lura fir-ristorant, Fern u Lily li tidħol filgħaxija biex tnaddaf il-post, jiddiskutu lil Zelda Winston, mara stamba li dan l-aħħar bdiet tieħu ħsieb tipprepara l-mejtin għad-difna f'", ".", "Zelda kienet tipprattika l-użu tajjeb ta' xabla quddiem statwa ta' Buddha.", "Matul il-lejl waqt li kienet qegħda tipprepara żewġ mejtin, dawn iqumu mill-mewt.", "Zelda tkun pronta taqtgħalhom rashom bix-xabla, l-uniku mezz kif teħles minn xi żombi.", "X'kien beda jiġri ġewwa Centreville hekk kif numru ta' żombies bdew ħerġin mill-oqbra?", "Film Amerikan, kummiedja fuq żombies li jqumu mill-oqbra u jikkawzaw diżastru u mwiet fir-raħal ċkejken ta' Centerville, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Jim Jarmusch.", "Minħabba t-tema tal-film li ħafna drabi jrendi ruħu fir-ridikolu kif ukoll il-mod kif teħles minn żombies, kliem u ċajt goff, tkun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "30/07/2019", "title": "The Dead Don't Die"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-17-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 50, 4-9a", "Salm: 68 (69), 8-10.21bċd-22.31 u 33-34", "L-Evanġelju: Mt 26, 14-25", "F'dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: \"Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?\".", "U huma tawh tletin biċċa talfidda bħala ħlas.", "Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.", "Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: \"Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?\".", "U hu qalilhom: \"Morru l-belt għand it-tali, u għidulu: \"Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi\".", "Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla tal-Għid.", "Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: \"Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini\".", "Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: \"Jaqaw jien, Mulej?\".", "U Ġesù weġibhom: \"Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini.", "Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa!", "Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!\".", "Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: \"Jaqaw jien, Rabbi?\".", "Wieġbu Ġesù: \"Int qiegħed tgħidu\"."], "date": "17/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 17 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-20-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżodu 12, 37-42", "Salm: 135 (136), 1 u 23-24.", "10-12.13-15", "L-Evanġelju: Mt 12, 14-21", "F'dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh.", "Ġesù sar jaf b'dan u telaq minn hemm.", "Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal:", "\"Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! jien inqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus.", "Ma jiksirha ma' ħadd, ma jgħollix leħnu u ħadd ma jisma' leħnu fil-pjazez.", "Qasba mġelġla ma jiksirhiex, u musbieħ inemnem ma jitfihx, sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa, u f'ismu jittamaw il-ġnus\".", "San Apollinaris, Isqof u martri"], "date": "20/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 20 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-29-ta-novembru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dan 7, 2-14", "Salm: Dan 3, 75.76.77.78.79.80.81", "L-Evanġelju: Lq 21, 29-33", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: \"Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra.", "Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib.", "Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta' Alla hi fil-qrib.", "Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu.", "Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix\"."], "date": "29/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 29 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/the-lion-king/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Ġewwa Prida Lands fl-Afrika, l-iljuni jaħkmu fuq is-saltna tal-annimali.", "Ir-Re Mufasa u r-Reġina Sarabi jippreżentaw lil binhom Simba lill-annimali kollha li nġabru qrib il-Pride Rock permezz ta' Rafiki, il-mandrill, xuman u l-konsulent tas-saltna.", "Mufasa juri lil Simba l-art kollha, u fehmu fuq ir-responsabiltajiet li għandu re u ċ-ċirku tal-ħajja.", "Scar, ħu Mufasa, imxxennaq għas-saltna, jippjana biex jelimina lil Mufasa u lil Simba u hekk isir re hu.", "Scar iqarraq b'Simba u Nala, biex jesploraw ċimiterju ta' iljufanti.", "Mufasa kien widdeb lil Simba biex ma jersaqx 'l hemm u kellu raġun għaliex kif Simba u Nala daħlu fiċ-ċimiterju, jiġu attakkati minn Shenzi, Kamari u Azizi, tliet hyenas bi ftehim ma' Scar.", "B'xorti tajba, Mufasa mwissi minn Zazu, hornbill, il-maġardom tas-saltna, ikun fil-ħin biex isalva lit-tnejn li huma minn mewta ċerta.", "Mufasa ma ħax pjaċir b'dak li għamel Simba, iżda malajr jaħfirlu u spjegalu kif ir-rejiet tal-passat kienu għadhom iħarsu fuqhom mis-smewwiet u li hekk għadhom jagħmlu.", "Scar għal darb'oħra jerġa' jippjana nasba għal ħuh u n-neputi Simba.", "Għalhekk ħajjar lil Simba biex imur żjara fil-gorge waqt li hu kien ftiehem mal-hyenas biex imexxu merħla kbira ta' gnu u hekk jikkawżaw stampede.", "Sadanittant hu nforma lil Mufasa bil-periklu li kien jinsab fih Simba.", "Bla ebda telf ta' żmien, Mufasa jmur biex isalva lil Simba.", "Sfortunatament, hekk kif Mufasa jsalva lil ibnu Simba, hu stess isib ruħu f'periklu kbir, iggranfat mal-ġemb tal-", ".", "Mufasa jitlob l-għajnuna ta' Scar iżda dan, minflok jgħinu, jimbuttah għal isfel.", "Riżultat tal-waqa', Mufasa jmut.", "Scar jikkonvinċi lil Simba li kien hu l-kawża tal-mewta ta' missieru u li jkun aħjar għalih li jitlaq għal kollox mis-saltna.", "Scar waqt li jordna lill-hyenas biex imorru wara Simba u joqtluh, imur jagħti l-aħbar li Mufasa u Simba kienu mietu t-tnejn u li issa kien hu, r-re.", "X'jiġri minn Simba?", "Ħajtu tinbidel għal kollox meta jiltaqa' ma' Timon, mungus żgħir u Pumbas, qasqus salvaġġ li kienu jemmnu fil-motto \"hakuna matata\" (\"tinkwieta xejn\").", "Film Amerikan, mużikali u mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni ta' Jon Favreau u kitba ta' Jeff Nathanson.", "Film bi storja ħelwa u b'tagħlima", "remake tal-film animat minn Disney fl-1994.", "Minħabba xi xeni tal-biża' li jistgħu jaffetwaw lit-tfal, ikun tajjeb li dawn ikunu akkumpanjati minn xi adult."], "date": "30/07/2019", "title": "The Lion King"} {"url": "https://knisja.mt/interessat-tibda-kors/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Fis‐sena akkademika li tibda f'Ottubru 2019, l‐Istitut ta' Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‐Knisja ser joffru korsijiet varji ta' formazzjoni.", "Fost id‐disa' korsijiet offruti mill‐Istitut ta' Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‐Ekumeniżmu, l‐għeruq tal‐fidi Nisranija fil‐Ġudaiżmu, l‐ispiritwalità, l‐irwol tan‐Nisrani fis‐soċjetà, u oħrajn.", "Il‐korsijiet offruti huma dawn:", "L‐Iżvilupp tar‐Responsabbiltà Ambjentali", "L‐Iskoperta tal‐Fidi Permezz tal‐Arti", "L‐Esperjenza Umana ta' Alla fit‐Talb", "L‐Ekumeniżmu", "Il‐Ministeru Pastorali tal‐Familja", "L‐Għeruq tal‐Fidi Nisranija fil‐Ġudaiżmu", "It‐Teoloġija", "Il‐Kura Pastorali fl‐Iskejjel", "Id‐Dimensjoni Spiritwali fil‐Kura tas‐Saħħa", "L‐Istitut ta' Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‐2007 bl‐iskop li joffri formazzjoni għall‐ħtiġijiet reali tas‐soċjetà kontemporanja.", "Il‐korsijiet huma akkreditati mill‐Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award.", "Il‐prospectus għas‐sena akkademika 2019–2020 jista' jitniżżel mill‐websajt", ".", "Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jibgħat imejl fuq"], "date": "07/08/2019", "title": "Interessat tibda kors?"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-26-ta-gunju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari:", "Ġ", "L-Evanġelju: Mt 7, 15-20", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta' nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa!", "Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.", "Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?", "Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel.", "Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb.", "Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar.", "Għalhekk mill-frott tagħhom tagħrfuhom\"."], "date": "26/06/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 26 ta' Ġunju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-21-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 18, 1-10a", "Salm: 14 (15), 2-3ab.", "3ċd-4ab.", "5", "It-Tieni Qari: Kol 1, 24-28", "L-Evanġelju: Lq 10, 38-42", "F'dak iż-żmien, Ġesù daħal f'raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta.", "Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f'riġlejn il-Mulej tisimgħu x'kien qiegħed jgħid.", "Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar.", "Imbagħad resqet u qaltlu: \"Mulej, m'intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss?", "Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi\".", "Qabeż il-Mulej u qalilha: \"Marta, Marta!", "Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa.", "U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex\"."], "date": "21/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-14-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dewt 34, 1-12", "Salm: 65 (66), 1-3a.5 u 16-17", "L-Evanġelju: Mt 18, 15-20", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Jekk ħuk jaqa' f'xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu.", "Jekk jisma' minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.", "Jekk ma jismax, erġa' mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta' żewġ xhieda jew tlieta.", "Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma', mur għid lill-knisja.", "U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma' żommu b'wieħed pagan u pubblikan.", "Tassew ngħidilkom, li kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kulma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.", "Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom.", "Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f'ismi hemm inkun jien f'nofshom\".", "San Massimiljan Marija Kolbe, Presbiteru u Martri"], "date": "14/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 14 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-30-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Żak 8, 1-8", "Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23", "L-Evanġelju: Lq 9, 46-50", "F'dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom.", "Ġesù għaraf x'kellhom f'moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: \"Min jilqa' lil dan it-tifel żgħir minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni.", "Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir\".", "Qabeż Ġwanni u qallu: \"Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f'ismek, u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna\".", "Imma Ġesù qallu: \"La żżommuhx, għax min mhuwiex kontra tagħkom, huwa magħkom\".", "San Ġilormu, Presbiteru u Duttur tal-Knisja"], "date": "30/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 30 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-14-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 1, 1-7", "Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4", "L-Evanġelju: Lq 11, 29-32", "F'dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: \"Nisel ħażin huwa dan in-nisel!", "Irid sinjal!", "Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta' Ġona.", "Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta' Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.", "F'jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta' dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma' l-għerf ta' Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun!", "F'jum il-ħaqq, in-nies ta' Ninwè għad iqumu ma' dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta' Ġona; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Ġona!\".", "San Kallistu, Papa u Martri"], "date": "14/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 14 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-9-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 32, 22-32", "Salm: 16 (17), 1.2-3.6-7.8b u 15", "L-Evanġelju: Mt 9, 32-38", "F'dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan.", "Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem.", "In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: \"Ħaġa bħal din qatt ma dehret f'Iżrael!\".", "Imma l-Fariżej qalu: \"Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten\".", "Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.", "Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.", "Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: \"Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.", "Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu!\".", "Qaddisin tal-jum:", "Santu Wistin Zhao Rong, Presbiteru, u sħabu martri"], "date": "09/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 9 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-16-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 49, 1-6", "Salm: 70 (71), 1-2.3-4a.5-6ab.15 u 17", "L-Evanġelju: Ġw 13, 21-33.36-38", "F'dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: \"Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini\".", "Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk.", "Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b'rasu ma' sider Ġesù.", "Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: \"Għal min qiegħed jgħid?\".", "Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: \"Min hu, Mulej?\".", "Wieġbu Ġesù: \"Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu\".", "Imbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota.", "Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan.", "Qallu Ġesù: \"Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx\".", "Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk.", "Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajlu lil Ġesù jgħidlu: \"Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa\", jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra.", "Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ 'il barra.", "Kien billejl.", "Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: \"Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.", "Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta' Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah.", "Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu\".", "Qallu Xmun Pietru: \"Fejn sejjer, Mulej?\".", "U Ġesù wieġbu: \"Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard\".", "Qallu Pietru: \"Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa?", "Għalik jiena nagħti ħajti!\".", "Wieġbu Ġesù: \"Inti, tagħti ħajtek għalija?", "Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet!\""], "date": "16/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 16 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-21-ta-gunju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 2 Kor 11, 18.21b-30", "L-Evanġelju: Mt 6, 19-23", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Tgeddsux għalikom teżori f'din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu.", "Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu.", "Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll.", "Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn.", "Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal.", "Iżda jekk għajnek hi marida, ġismek kollu jkun mudlam.", "Mela jekk id-dawl li hemm fik huwa dlam, kemm aktar id-dlam!\"", "San Alwiġi Gonzaga, Reliġjuż"], "date": "21/06/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 21 ta' Ġunju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-30-ta-novembru-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 10: 9-18", "L-Evanġelju: Mt 4: 18-22", "F'dak iż-żmien: Huwa u jdur ma' xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda.", "U qalilhom: \"Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin\".", "U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.", "Wara li mexa minn hemm, ra żewġ aħwa oħra, Ġakbu ta' Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma' missierhom, Żebedew, iħejju x-xbiek tagħhom; u sejħilhom.", "Minnufih telqu d-dgħajsa u 'l missierhom, u marru warajh."], "date": "30/11/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 30 ta' Novembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-2-ta-dicembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Ewwel Ħadd tal-Avvent", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġer 33, 14-16", "Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.", "8-9.10.14", "It-Tieni Qari: 1 Tess 3, 12 – 4, 2", "Evanġelju: Luqa 21, 25-28.34-36", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Ikun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb.", "Il-ġnus fuq l-art, b'qalbhom ittaqtaq, ma jafux x'jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża' billi jobsru x'ikun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.", "Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fi sħaba, b'qawwa u glorja kbira.", "Meta jibda jseħħ dan kollu, qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.", "Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda.", "Għax hu Jum li għad jaqa' bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha.", "Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem\"."], "date": "02/12/2018", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-9-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 58, 9b-14", "L-Evanġelju: Lq 5, 27-32", "F'dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: \"Ejja warajja!\"", "Dak telaq kollox, qam u mar warajh.", "Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f'daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta' pubblikani u nies oħra.", "Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: \"Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?\".", "U Ġesù weġibhom: \"Mhux dawk li huma f'saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda.", "Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall-indiema\"."], "date": "09/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 9 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/fast-furious-hobbs-shaw/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Dwayne Johnson, Jason Statham, Ediris Elba, Vanessa Kirby, Helen Mirren u Elaz Gonzàbez", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISA:", "L-aġent federali, Luke Hobbs u l-merċenarju, Dechard Shaw, jinsabu jgħixu ħajja separata minn xulxin.", "Waqt li Hobbs jaħdem mas-Servizzi Diplomatiċi għas-Sigurtà waqt li qiegħed jagħmel ħiltu biex jibni relazzjoni tajba mat-tifla tiegħu, Deckard mar jgħix ġewwa Londra.", "Sadanittant, aġenti tal-M16, taħt it-tmexxija ta' Hattie Shaw jidħlu f'maħżen f'Etheon biex jaħtfu kapsula b'virus qerriedi li Brixton Lore, bniedem bla kuxjenza, akkwista b'teknoloġija avvanzata.", "Hu kellu ħiliet sopranaturali.", "Meta jasal fil-ħin fuq il-post, b'ħila kbira, xejjen l-attentat tal-M16.", "Għalkemm joqtol l-aġenti tal-M16, iżda Hattie taħrab minn fuq il-post fil-ħin wara li rrnexxielha tinjetta lilha nfisha bil-virus.", "Brixton ta' bniedam diżonest, jiffrejmjaha li serqet kapsula b'virus qerriedi u hekk tiġi meqjusa bħala terrorista perikoluża.", "Sadanittant, f'Londra, Deckard jiltaqa' m'ommu Magdeline li nkoraġġitu biex jassisti lil oħtu Hattie.", "Kontra qalbu, Deckard jaċċetta iżda malajr jintebaħ li hi kienet qegħda tkun segwita minn numru kbir ta' suldati armati sew madwar it-toroq ta' Londra għax Brixton kien bagħat biex jelliminawha.", "Hobbs fuq informazzjoni mill-awtorità, jasal biex jgħin.", "Hattie tinfurmahom bil-missjoni delikata afdata f'idejha mill-M16 u kien għalhekk li Brixton kien qieghed isegwi l-passi tagħha.", "Hobbs u Shaw jaqblu li jgħinu għalkemm ma kienux jaraw għajn m'għajn.", "Shaw imur fid-dar ta' Hattie li issa tinsab imfittixja.", "Jasal ukoll Hobbs li jsir jaf fejn kienet tgħix.", "Hu jeħodha mieghu fl-uffiċċju tas-CIA, iżda Brixton u ċ-ċorma tiegħu jirnexxilhom jippenetraw l-uffiċċju u joqtlu numru ta' aġenti tas-CIA, jaħtfu lil Hattie għalkemm Shaw u Hobbs jirnexxielhom jwaqqfuhom milli jħallu l-post.", "Meta Hobbs, Shaw u Hattie jaħarbu minn fuq il-post, Brixton u ċ-ċorma tiegħu jitilqu għal warajahom f'ġirja sfrenata fit-toroq ta' Londra.", "Wara li rnexxielhom jiskappaw b'wiċċ il-ġid, it-tnejn isibu l-Professur Andreiko li kien ivvinta l-virus.", "Dan infurmahom li biex Hattie tkun tista' tgħix kien hemm il-bżonn li jakkwistaw tagħmir speċjali li seta' jgħin biex iġib fix-xejn il-virus u hekk Hattie tibqa' ħajja.", "Biex jagħmlu dan kien hemm bżonn li jmorru fl-Ukrajna fejn hemm ġewwa fabbrika f'Etheon kien jinsab dan it-tagħmir.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan taħt id-direzzjoni ta' David Leitch u kitba ta' Chris Moran u Drew Pearce.", "Għalkemm mimli azzjoni u vjolenza iżda mhux imdemmija, kif ukoll xi ċajt u kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "07/08/2019", "title": "Fast & Furious: Hobbs & Shaw"} {"url": "https://knisja.mt/missing-link/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Sir Lionel Frost hu bniedem kariżmatiku wieħed mill-akbar investigaturi ta' ħrejjef famużi antiki u mostri.", "L-istorja sseħħ fi tmiem tas-seklu disgħin.", "Sfortunatament l-esploraturi sħabu xejn ma kienu jaqblu miegħu tant li anqas aċċettawh fosthom.", "Lionel anke rnexxielu jiġbed ritratt tal-mostru Loch Ness li kważi swiet ħajtu u dik tal-qaddej u assistent tiegħu.", "Għalkemm iltaqa' ma' dawn id-diffikultajiet, qatt ma qata' qalbu.", "Meta rċieva ittra mill-Amerika, iddeċieda li jmur hemm biex jistħarreġ aktar fuq min kien bagħat l-ittra kif ukoll il-kontenut li kien fiha.", "Fl-ittra kien hemm dettalji li urew li veru li kien jeżisti Bigfoot, magħruf aħjar bħala Sasquatch.", "Lionel mill-ewwel jaħseb li Bigfoot seta' kien il-", "li teżisti bejn ix-xadini u l-bnedmin.", "Iżda l-akbar rival tiegħu hu difensur kbir taċ-ċiviltà umana u jemmen li l-appoġġ li Lionel kien qieghed jagħti għat-teorija ta' Darwin fuq l-evoluzzjoni kienet perikoluża ħafna.", "Għalhekk, bil-moħbi, bagħat l-aktar bniedem kapaċi u perikoluż biex isibu u joqtlu.", "Sadanittant, Lionel jitlaq lejn Washington fl-istat tal-Pacific Northwest biex hemm ifittex min kien li bagħat l-ittra u li fiha kien qallu li kien jaf fejn kien jinsab il-Bigfoot.", "Meta Lionel jasal u jibda jesplora d-deżert, jiltaqa' ma' Bigfoot.", "Kien Bigfoot stess li kien kiteb l-ittra u bagħtha lil Lionel.", "Bigfoot, li kien kapaċi jitkellem bl-Ingliż, stqarr ma' Lionel li ma kienx jaf min kienu l-ġenituri tiegħu u anqas ma kellu isem.", "Għalhekk Lionel beda jsejjaħlu Mr. Link.", "Mr. Link kien tassew ta' karattru ħelu u attraenti iżda kellu dieqa ta' qalb ghax kien jinsab jgħix waħdu.", "Fil-fatt dik kienet ir-raġuni għala kiteb il-ittra għax xtaq ħafna li Lionel jgħinu jsib il-kuġini tiegħu, il-Yeti magħrufa aħjar bħala \"The Abominable Snowmen\".", "Lionel u Mr. Link jibdew Il-vjaġġ twil tagħhom lejn Shangri-La fil-Muntanji Himalayas fejn kien maħsub li kienu jinsabu il-Yeti.", "Fi triq jiġbru magħhom lil Adelina Fortnight, l-armla ta' esploratur Spanjol li kien sab il-mappa dettaljata ta' Shangri-La.", "Tgħid jirnexxielhom jaslu biex isibu l-Yeti u meta jaslu sejrin ikunu milqugħha b'merħba?", "Film Amerikan, animat bi storja interessanti, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Chris Butler.", "Minħabba li hemm xi xeni li jistgħu ma jkunux tajbin għat-tfal żgħar, kif ukoll xi ċajt goff, tajjeb li t-tfal ikunu akkumpanjati minn xi adult."], "date": "15/04/2019", "title": "Missing Link"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-27-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 4, 13-21", "Salm: 117 (118), 1 u 14-15.16ab-18.19-21", "L-Evanġelju: Mk 16, 9-15", "Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta' Magdala, li minnha kien keċċa seba'xjaten.", "Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku.", "Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex.", "Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba'.", "U huma reġgħu lura u taw l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom.", "Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt.", "U qalilhom: \"Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu\"."], "date": "27/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 27 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/the-aftermath/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Ninsabu fis-sena 1946, ġewwa Hamburg fil-Ġermanja, fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Il-belt ta' Hamburg ġiet meqruda għal kollox mill-bombi tal-Alleati.", "Il-Kurunell Lewis Morgan ġie nkarigat biex jara li ż-żona taħt l-okkupazzjoni tal-Brittaniċi terġa tinbena mill-ġdid, missjoni mhux tant faċli.", "L-awtorità militari Ingliża rrekwiżizzjonat dar lussuża fuq ix-xatt tax-xmara Elbe li fiha kienu joqgħodu Stefan Lubert, perit u bintu Freda, tfajla ta' ħmistax-il sena.", "Lewis, li kien bniedem ta' natura idealistika u ta' qalbu tajba, offra lil Stefan u lil bintu biex jibqgħu jgħixu fil-parti ta' fuq tad-dar.", "Rachael, mart Lewis meta waslet f'Hamburg biex tingħaqad ma' żewġha, xejn ma ħadet pjaċir meta saret taf li Lewis kien għamel dan l-arranġament.", "Rachael kienet tinsab f'dulur għat-telfa ta' binha li miet ħtija ta' bomba li waqgħet qrib id-dar fejn kienu joqgħodu fl-Ingilterra b'riżultat li tilef ħajtu fil-blast.", "Ma kinitx faċli għaliha meta sabet ruħha f'dik il-qerda kollha, b'nies ifittxu lil qrabathom fost it-tifrik tal-belt barra wkoll in-nuqqasijiet basiċi għall-ħajja bhal ikel u infrastruttura li kienet ġarbet ħsarat kbar.", "Rachael bil-mod il-mod aċċettat il-qagħda ġdida li sabet ruħha fiha għalkemm qatt ma kienet bassret li kienet sejra ssib dak li sabet.", "Ir-relazzjoni bejnha u l-familja Lubert għal bidu kienet friġida ħafna.", "Stefan kien għadu jħoss it-telfa ta' martu li mietet waqt il-blizz, filwaqt li Freda, bintu, ħaditha b'riżentiment kbir l-aktar minhabba l-fatt li d-dar fejn trabbiet kienet spiċċat f'idejn il-forzi tal-okkupazzjoni.", "Minflok ma kienet tmur l-iskola, Freda kienet tiltaqa' ma' grupp ta' żgħażagħ li wkoll xejn ma kienu kuntenti bil-qagħda u kienu lesti li joffru reżistenza lill-armata Ingliża.", "Sadanittant ir-relazzjoni bejn Lewis u Rachael xejn ma kienet serena minħabba l-mewt ta' binhom.", "B'riżultat ta' dan in-nuqqas ta' intimità bejniethom, Rachael bdiet tinġibed lejn Stefan u bdiet tarah dinjituż u raffinat fl-imġieba tiegħu.", "Sfortunatament, Lewis kellu għalfejn iwarrab għal ftit jiem u jmur l-arċipelagu f'Heligoland minħabba xi problemi li nqalgħu hemm.", "Rachael u Stefan isibu spazju biżżejjed biex jissodisfaw il-ġibda li żviluppat lejn xulxin.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Inglż taħt id-direzzjoni ta' James Kent u kitba ta' Joe Shrapnel u Anna Waterhouse, msejjes fuq in-novella bl-istess isem miktub minn Rhidian Brook.", "Minħabba l-kontenut sesswali, adulterju, vjolenza kif ukoll imaġini disturbanti, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "14/03/2019", "title": "The Aftermath"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-31-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżodu 34, 29-35", "L-Evanġelju: Mt 13, 44-46", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:", "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f'għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.", "Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha\".", "San Injazju ta' Loyola, Presbiteru"], "date": "31/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 31 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-15-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 1, 16-25", "L-Evanġelju: Luqa 11, 37-41", "F'dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel.", "Daħal għandu u qagħad bilqiegħda.", "Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta' qabel l-ikel.", "U l-Mulej qallu: \"U issa intom il-Fariżej!", "Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen.", "Kemm intom bla moħħ!", "Min għamel in-naħa ta' barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta' ġewwa?", "Mela agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikunilkom nadif\".", "Qaddisa tal-jum:", "Santa Tereża ta' Ġesu', Verġni u Duttur tal-Knisja"], "date": "15/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 15 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/shazam/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1974, waqt vjaġġ mal-familja, Thaddeus Sivana, tfajjel, jiġi ttrasportat b'mod maġiku lejn ir-", "Hemm jiltaqa' mas-Saħħar Shazam li bil-maġija tiegħu jżoamm taħt kontroll statwi misterjużi li fihom kienu jinsabu l-ispirti tas-Sebgħa Dnubiet Mejta.", "Shazam kien l-aħħar membru minn sebgħa fil-Kunsill tas-Sħaħar.", "Għadda sekli sħaħ ifittex ċampjun ġdid.", "Shazam prova jara jekk Sivana kienx pur f'qalbu, iżda meta ttanta jmiss l-Għajn tal-Għira, weħel fil-prova u sab ruħu lura fil-karozza li kien fiha mal-familja tiegħu.", "Lura fi żmienna, Billy Batson, orfni ta' erbatax-il sena, jiġi fl-inkwiet mal-pulizija għax jiffissa biex isir jaf x'kien sar minn ommu.", "Billy jiġi addottat mill-familja Vasquez.", "Hu jibda jaqsam kamra ma' Freddie Freeman, parapleġiku.", "Sadanittant, Sivana waqt li juża d-dikjarazzjoni formali ta' dawk imwarrba minn Shazam, jirritorna lejn ir-", ".", "Hemm jeħles id-Dnubiet Mejta u jtihom il-kunsens li jużaw ġismu biex ikunu jistgħu jaħarbu.", "B'din il-qawwa li issa kiseb, hu joqtol lil misiseru u lil ħuh li fi tfulitu kienu abbużawh.", "Sadanitant, Freddie jkun ibbuljat minn xi żagħżagħ.", "Billy jidħol għalih u hekk kif jaħrab mix-xena, jiġi msejjaħ minn Shazam li jwissiħ biex juża' saħħtu biex jagħmel it-tajjeb.", "Shazam iġiegħel lil Billy jaqbad il-bastun li kellu f'idejh waqt li jgħid \"Shazam\".", "F'daqqa waħda, Billy jinbidel f'adult b'qawwa superpotenza.", "Bl-għajnuna ta' Freddie, Billy jiskopri l-qawwiet ġodda li kiseb.", "Freddie jitfa' fuq l-internet videos ta' Billy, issa mibdul f'Shazam.", "Dawn jarawhom eluf ta' nies.", "Billy minnaħa tiegħu jibda jiskarta l-iskola biex jagħti wirjiet bħala Shazam lill-pubbliku.", "F'inċident stradali, ħtija tiegħu, xarabank tispiċċa mdendla fuq pont.", "Shazam jirrealizza u jsalva l-qagħda.", "B'riżultat ta' dan l-inċident li deher fuq l-aħbarijiet, Sivana jsir jaf u jattakka lil Shazam u jghelbu faċilment.", "Biex jeħles minn idejn Sivana, Shazam jerġa' jinbidel f'Billy.", "Sivana kien determinat li jsib min kien Shazam biex joħodlu setgħetu!", "X'sejjer jagħmel Billy issa li hemm xi hadd jiġri warajh?", "Tgħid ikun lest li jeħodha kontra din il-forza tremenda?", "Film Amerikan mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni ta' David F. Sandberg u kitba ta' Henry Gayden u Darren Lemke.", "Film pożittiv mill-aspett kristjan, iżda minħabba li jidħol fih il-maġija kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "15/04/2019", "title": "Shazam!"} {"url": "https://knisja.mt/all-is-true/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "William Shakespeare twieled fis-26 ta' April 1564 ġewwa Stratford-upon-Avon.", "Hu magħruf bħala l-akbar dramaturgu u poeta li qatt rat l-Ingilterra.", "Il-film: All is true", "jeħodna fis-sena 1613 meta Shakespeare reġa' lura lejn Stratford wara li t-teatru famuż: The Globe", "fid-29 ta' Ġunju safa' meqrud ghal kollox wara li kanun ma sparax tajjeb u kkawża nirien qawwija li qered it-teatru li fih Shakespeare kien itella' id-drammi għal eluf ta' spettaturi.", "Dan l-inċident qered lil Shakespeare u ma kien baqgħalu xejn ħlief li jirritorna Stratford lejn martu Anne Hathaway li kien iżżewwiġha meta kellu tmintax-il sena.", "Minn dan iż-żwieġ, Shakespeare kellu tlett itfal: Susanna u t-tewmin Hamnet u Judith.", "Shakespeare ġie lura għand familtu u miet tliet snin wara l-wasla tiegħu.", "F'dawn it-tliet snin, ġie wiċċ imbwiċċ ma' numru ta' problemi fosthom il-mewt ta' ibnu Hamnet, sbatax-il sena qabel.", "Il-mewta ta' Hamnet baqgħet fuq moħħu għax hu dejjem xtaq li jirtu tifel, barra wkoll li hu ma kienx attenda ghall-funeral tiegħu għaliex kien sar malajr.", "Kienu qalulu li Hamnet, ta' ħdax-il sena, kien miet bil-pesta.", "Shakespeare ukoll kellu jiffaċċja l-akkuża serja li Susanna giet mixlija biha meta ġie allegat li kienet qegħda tqarraq b'żewġha, il-Puritan, Dr. John Hall.", "Problema oħra li Shakespeare kellu jiffaċċja kienet l-attitudni negattiva li Judith kienet turi lejn il-ħajja.", "X'kienet ir-raġuni li Judith kienet qegħda ġgib ruħha b'dan il-mod u li kienet għadha ma ħaditx l-istat tagħha?", "X'kien qiegħed iżommha?", "X'kien is-sigriet li kienet qegħda żżomm f'qalbha rigward ħuha, kemm fuq dak li missieru William kien jemmen kitbu hu, kif ukoll kif ġrat il-mewta tiegħu?", "Il-film jurina b'mod ċar li l-familja tiegħu, għalkemm ħasset il-vojt tiegħu meta kien mar Londra biex isegwi l-karriera tiegħu, dejjem ħadu ħsieb li jipproteġu 'The Great Man' dan ghaliex għalihom u għal ħafna kien 'Kbir' u dan ghal fatt li hu kien raġel waqt li huma kienu nisa.", "Tgħid fl-aħħar ta' ħajtu, Shakespeare jirrnexxielu jirrikonċilja ruħu mal-familja, l-aktar ma' martu Anne u Judith, t-tewmija ta' Hamnet?", "Film Ingliż taħt id-direzzjoni ta' Kenneth Branagh u kitba ta' Ben Elton.", "Minħabba t-tema tal-film, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "14/03/2019", "title": "All Is True"} {"url": "https://knisja.mt/rapport-finanzjarju-2018-tal-arcidjocesi-ta-malta-zieda-sostanzjali-fis-sussidji-ghad-djar-tal-anzjani-tal-knisja/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["l-Arċidjoċesi ta' Malta,", "li tiġbor fiha aktar minn mitt entità u timpjega aktar minn 1,200 persuna, irreġistrat żbilanċ marġinali ta' €137,000.", "Fis-sena ta' qabel, l-Arċidjoċesi kienet irreġistrat surplus ta' €370,000.", "Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Dar Ġesù Nazzarenu, iż-Żejtun, fejn qed isiru x-xogħlijiet biex ix-xelter immexxi mill-Knisja għall-vittmi ta' vjolenza domestika jiġi trasferit minn Dar Qalb ta' Ġesù fil-Ħamrun għal ġo din id-dar.", "Dan minħabba li fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħlijiet strutturali biex il-proprjetà tal-Ħamrun, b'valur ta' €8 miljuni, tinbidel f'kumpless għall-kura paljattiva mmexxi mill-Hospice Malta.", "Ir-riżultati finanzjarji għall-2018 juru li l-iżbilanċ irreġistrat kien riżultat ta' żieda ta' €3.41 miljuni fl-infiq dovut l-aktar għal numru akbar ta' impjegati full-time, ewlenin fosthom fid-djar tal-persuni b'diżabbiltà, fl-iskejjel, u fil-Kurja tal-Arċisqof.", "Parti mill-ispejjeż huma marbuta ma' proġetti kapitali li jinkludu konservazzjoni u restawr tal-patrimonju ekkleżjastiku fejn intefqu qrib l-€4 miljuni.", "Ġew irreġistrati wkoll donazzjonijiet ta' karità ta' €562,000 lill-persuni fil-bżonn, l-aktar mill-parroċċi.", "Il-ħlas annwali tat-taxxa mill-Arċidjoċesi ammonta għal €1.38 miljun, żieda ta' €267,000 fuq is-sena ta' qabel.", "Id-dħul għas-sena 2018 żdied b'€2.2 miljuni.", "Għat-tieni sena konsekuttiva l-ġbir fil-parroċċi u d-donazzjonijiet li ngħataw lill-Knisja żdiedu marġinalment.", "Il-kontribuzzjonijiet mill-Gvern, fosthom biex ikopru l-pagi tal-għalliema fl-iskejjel tas-Sacred Heart u tas-Seminarju, u għal diversi servizzi offruti mill-Knisja permezz tal-Caritas u d-djar tat-tfal, żdiedu b'€1.8 miljun.", "Il-Kurja tal-Arċisqof irreġistrat żbilanċ ta' €1.38 miljun wara d-distribuzzjoni ta' sussidji ta' kważi miljun ewro lill-entitajiet tal-Knisja.", "Il-Kurja tal-Arċisqof", "irreġistrat żbilanċ ta' €1.38 miljun wara d-distribuzzjoni ta' sussidji ta' kważi miljun ewro lill-entitajiet tal-Knisja.", "Is-sussidji mogħtija mill-Kurja żdiedu b'aktar mid-doppju għad-djar tal-anzjani tal-Knisja fejn jgħixu 353 persuna, għal total ta' €436,000.", "Dan kien dovut għal żieda fl-ispejjeż tal-operat u investiment kapitali f'dawn id-djar.", "Ingħataw ukoll sussidji lid-djar tat-tfal tal-Knisja mmexxija minn Fondazzjoni Sebħ li joffru akkomodazzjoni u kura terapewtika lil 60 tifel u tifla u 15-il adult li jinkludu vittmi ta' vjolenza domestika.", "Għall-ewwel darba ngħata sussidju lill-Moviment ta' Kana.", "Min-naħa l-oħra naqas is-sussidju għas-servizzi tal-midja tal-Knisja u għall-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi.", "L-ispejjeż operattivi tal-Kurja naqsu bi 11%, għalkemm żdiedu d-donazzjonijiet lill-persuni fil-bżonn inkluż mill-Archbishop's Charity Fund.", "Id-dħul tal-Kurja naqas b'€1.46 miljun minkejja li żdied bi ftit id-dħul mill-investimenti bis-saħħa ta' dividend ogħla mill-APS Bank, li kellu impatt fuq it-taxxa.", "Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta, is-Sur Michael Pace Ross ħabbar li ġie ffirmat ftehim ġdid mal-Gvern li se jgħin biex jiffinanzja l-ispejjeż tal-operat tad-djar tal-anzjani, b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2019.", "Se jsir ukoll investiment qawwi f'Dar Sant'Anna fl-Isla.", "Bħalissa wkoll għaddej ix-xogħol fuq numru ta' proġetti li huma parzjalment iffinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Is-Sur Pace Ross tkellem dwar diversi inizjattivi favur l-ambjent li qed jittieħdu fl-Arċidjoċesi, fosthom l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi u l-introduzzjoni ta' waste management policy fl-uffiċċji ċentrali.", "F'isem l-Arċisqof Charles J. Scicluna, is-Sur Pace Ross irringrazzja wkoll lill-għadd ta' ħaddiema u voluntiera li jagħtu sehemhom b'mod attiv fil-ħidma tal-Arċidjoċesi ta' Malta, u lil dawk li jikkontribwixxu biex il-Knisja twettaq il-missjoni tagħha fis-soċjetà Maltija.", "Donazzjonijiet b'risq Dar Ġesù Nazzarenu jistgħu jsiru permezz ta' bank transfer f'dan il-kont bankarju:", "Account Name: Fondazzjoni Sebh", "Jew b'ċekk pagabbli lil Fondazzjoni Sebħ fuq l-indirizz: Yvonne Mallia, 72B, Villambrosa Street, Il-Ħamrun ĦMR 1127", "Agħfas hawn biex tniżżel ir-rapport finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta' Malta għas-sena 2018.", "Ritratti: knisja.mt/ritratti"], "date": "31/07/2019", "title": "Rapport Finanzjarju 2018 tal-Arċidjoċesi ta' Malta: Żieda sostanzjali fis-sussidji għad-djar tal-anzjani tal-Knisja"} {"url": "https://knisja.mt/l-isqof-awziljarju-lill-gradwati-tal-mcas-kunu-nies-ta-kuxjenza/", "category": "religion, church, news, L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju", "text": ["L-omelija", "tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi", "Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta", "30 ta' Novembru 2018", "Illum hi ġurnata speċjali fl‐istorja tal‐Kulleġġ Malti tal‐Arti, ix‐Xjenza u t‐Teknoloġija (l‐MCAST) bl‐ewwel quddiesa tal‐gradwazzjoni fil‐Konkatidral ta' San Ġwann.", "Nifraħ magħkom ilkoll f'din l‐okkażjoni speċjali; magħkom studenti, mal‐għalliema, mal‐amministrazzjoni tal‐MCAST, ma' dawk li ħadmu bis‐sħiħ matul is‐snin ta' studju tagħkom biex jagħtukom l‐aħjar edukazzjoni u ttemmu b'suċċess l‐istudji tagħkom.", "Żgur li lkoll tħossu l‐gratitudni u, fl‐istess waqt, is‐sodisfazzjon li qed taslu fit‐tmiem tal‐istudju fil‐qasam tagħkom.", "Diffikultajiet kellkom tul din il‐mixja, imma llum intom għelibtuhom u b'suċċess wasaltu s'hawn.", "F'din il‐Quddiesa nirringrazzjaw fuq kollox lil Alla, li minnu jiġina kull ġid, tal‐għajnuna tiegħu.", "Kif jgħid San Pawl (Kol 3:16), lilu nkantaw innu ta' radd il‐ħajr.", "Nagħmlu dan illum fil‐festa ta' Sant'Andrija li kien wieħed mill‐ewwel li sar dixxipli ta' Ġesù u li ħa n‐nies għand Ġesù biex fih isibu dak li tassew jagħti lil kull bniedem l‐aqwa ġid.", "Intom issa tħarsu 'l quddiem lejn karriera u lejn xogħol f'setturi differenti li jkunu marbuta mal‐istudji li għamiltu.", "Nixtieqkom tieqfu għal mument u tirriflettu fuq dak li hemm quddiemkom biex tidħlu għalih bl‐ikbar impenn.", "Ħa nqiegħed quddiemkom dawn it‐tliet punti għar‐riflessjoni tagħkom, u nagħmilhom ukoll talbiet għalikom.", "Valuri li ma jinxtrawx bil‐flus", "Nitlob lill‐Mulej li jagħtikom il‐qawwa biex tgħixu l‐valuri li jgħallimna Ġesù Kristu u li huma valuri li jibnu l‐ħajja, bħalma huma l‐valuri tal‐onestà, il‐verità, il‐ġustizzja, is‐servizz, l‐imħabba, il‐ħbiberija, il‐ġenerożità.", "Dawn ma jinxtrawx bil‐flus imma jiswew ħafna aktar mill‐flus.", "Waqt li timxu 'l quddiem fil‐karriera tagħkom, kif għandkom tirsistu li tagħmlu, f'mument jew ieħor ser tiffaċċjaw deċiżjonijiet kruċjali li tridu tagħmlu.", "Ftakru li l‐flus huma qaddejja tajbin imma sidien ħżiena.", "Għalhekk tħallux il‐kilba għall‐flus tmexxikom fl‐għażliet tagħkom.", "Tafu li l‐kultura tar‐regħba hi mifruxa.", "Ir‐regħba faċli tieħu lill‐bniedem f'direzzjoni żbaljata u jibda jara kif se jieħu wkoll dak li mhux tiegħu.", "Parti sew mis‐serq fis‐soċjetà llum ma jsirx minn min tarah jew taqbdu jisraq, imma minn taħt fejn ma jidhirx.", "Trid tkun konvint mill‐valuri tiegħek biex ma taqbadx triq żbaljata.", "Ftakru: ħaġa ma ssirx ħażina fil‐mument li jaqbduk tagħmilha, imma hi ħażina wkoll meta tidħak b'ħaddieħor qisek m'għamilthiex.", "Kuxjenza li tagħżel it‐tajjeb", "L‐istudji tagħkom fis‐snin li għaddejtu l‐MCAST għenukom biex ikollkom għarfien, ħiliet u kompetenza f'oqsma differenti.", "Dan hu tassew importanti.", "Imma hemm xi ħaġa li tgħodd għal kull qasam u li għandha turikom kif għandkom tħaddmu l‐għarfien, il‐ħiliet u l‐kompetenza.", "Din hi l‐kuxjenza li l‐Mulej qiegħed fina, kull wieħed u waħda minna, u li hi s‐santwarju fejn aħna ninsabu waħedna quddiem Alla biex nistgħu nisimgħu l‐vuċi tiegħu u niddeċiedu b'responsabbiltà.", "Itolbu, għalhekk, lill‐Mulej biex ikollkom kuxjenza li kapaċi tagħżel it‐tajjeb mill‐ħażin, dak li hu veru minn dak li hu falz, dak li hu xieraq minn dak li hu tal‐mistħija, dak li jibni lil ħajjitkom minn dak li jħottha, dak li jgħinek fil‐mixja tal‐ħajja minn dak li jdaħħlek fi sqaq.", "Soċjetà ġusta", "Nixtieq ninkoraġġikom biex tinteressaw ruħkom u tkunu attivi mhux biss fil‐qasam partikolari tal‐karriera tagħkom imma wkoll fis‐soċjetà Maltija, u biex taħdmu għal soċjetà ġusta li tirrispetta l‐ħajja u d‐dinjità ta' kull bniedem.", "Kunu protagonisti f'dan.", "Tibżgħux tagħtu sehemkom b'mod responsabbli f'soċjetà li għandha bżonn nies ta' stoffa.", "Tħallux lil min jiskuraġġikom, jaqtgħalkom qalbkom u jgħidilkom li għalxejn toħolmu fil‐ħajja.", "Kunu intom li tħabirku biex twettqu l‐bidliet li tixtiequ taraw għal soċjetà aktar ġusta.", "Il‐Knisja tagħtikom l‐appoġġ kollu biex taqdu r‐responsabbiltajiet tagħkom kif jixraq u b'mod sħiħ.", "Nitolbu wkoll biex l‐MCAST ikompli jaqdi l‐funzjoni tiegħu li jipprovdi edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u professjonali li jintlaħqu minn kulħadd b'dimensjoni internazzjonali u li jaqdu l‐bżonnijiet tal‐individwu, tas‐soċjetà u tal‐ekonomija.", "Isqof Awżiljarju", "Ir-ritratti ser ikunu aċċessibbli fuq il-websajt tar-Ritratti Uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta' Malta.", "Ritratti: knisja.mt/ritratti"], "date": "01/12/2018", "title": "L-Isqof Awżiljarju lill-gradwati tal-MCAS: \"Kunu nies ta' kuxjenza\""} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-5-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 23, 1-4.19; 24, 1-8.62-67", "L-Evanġelju: Mt 9, 9-13", "F'dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.", "\"Ejja warajja!\" qallu.", "Dak qam u mar warajh.", "U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma' Ġesù u d-dixxipli tiegħu.", "Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: \"Għaliex jiekol malpubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?\"", "Hu semagħhom, u qal: \"It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda.", "Mela morru tgħallmu x'jiġifieri: \"Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju\"; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin\"."], "date": "05/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 5 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-1-ta-dicembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Ewwel Ħadd tal-Avvent", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Is 2, 1-5", "It-Tieni Qari: Rum 13, 11-14a", "L-Evanġelju: Mt 24, 37-44", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta' Bin il-bniedem.", "Għax kif fiż-żmien ta' qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b'xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta' Bin il-bniedem.", "Imbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla; żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed u l-oħra titħalla.", "Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom.", "Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f'liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta' daru.", "Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem\"."], "date": "01/12/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/tibzghux-tiehdu-lil-marija-ghandkom/", "category": "religion, church, news, Ittri Pastorali", "text": ["L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet", "Għeżież,", "Aħna nies li nħobbu d‐dar.", "Dan bir‐raġun, għax bejn dawk l‐erba' ħitan tad‐djar tagħna jintisġu stejjer meraviljużi: stejjer ta' familji li fihom l‐għaxqa, stejjer ta' ġenerożità kbira; stejjer li ma jitwemmnux meta tara ġenituri ssagrifikati għal uliedhom, speċjalment fejn ikun hemm xi wild bi ħtiġijiet speċjali; stejjer erojċi, bħal fejn hemm mard serju.", "Imma mbagħad hemm djar fejn jinkitbu stejjer li tkun tixtieq li qatt ma seħħew, bħal fil‐każ ta' ġenituri minsija minn uliedhom; bħal fejn hemm ġrieħi miftuħa minħabba l‐vjolenza domestika u l‐abbuż; jew bħal fejn hemm it‐tbatija li jġibu magħhom żwiġijiet imkissra.", "Hemm min saħansitra kellu jibdel daru għax ma setax jissaporti z‐zekzik tal‐ġirien.", "Hemm djar milquta sew mill‐faqar.", "Hemm djar fejn rifset il‐mewt u ħasdet ħajja li kienet għadha qed tiftaħ bħal warda.", "F'ċirkustanzi bħal dawn aħna ntennulkom dak li San Pietru qal lill‐magħtub li kien ħdejn il‐bieb tat‐Tempju: \"Fl‐isem ta' Ġesù Kristu ta' Nazaret, imxi!\"", "(Atti 3:6).", "Meta nistiednu lil Ġesù jidħol fid‐dar tagħna, il‐preżenza tiegħu tagħmel il‐mirakli.", "Hekk ġara meta Ġajru sejjaħ lil Ġesù fid‐dar tiegħu għax bintu kienet marida serjament.", "Ma narawhiex bi kbira li fostna jkun hemm min jaħseb li mhux den biżżejjed li Ġesù jidħol fid‐dar tiegħu.", "Hemm min jaħseb li meta Ġesù jgħaddi mit‐triq tagħna, jaqbiżna u jibqa' għaddej!", "Imma l‐ġrajja ta' Żakkew mhux biss turina li Ġesù jidħol ukoll fid‐dar ta' midneb pubbliku mistkerrah minn kulħadd, imma li saħansitra Ġesù stess jistieden lilu nnifsu biex imur għandu.", "Ġesù ma jidħolx fid‐dar għax ikun hemm l‐ordni, imma jkun hemm l‐ordni fid‐dar wara li jidħol Ġesù!", "Kristu miet għalina meta aħna konna għadna midinbin (ara Rum 5:8).", "U kif jgħidilna San Ġwann, \"aħna nħobbu, għax hu ħabbna l‐ewwel\" (1 Ġw 4:19).", "Dwar dan, Santu Wistin jikkummenta li Kristu, li huwa l‐isbaħ fost ulied il‐bnedmin, miet għalina li konna koroh u mħawdin.", "L‐għarajjes ta' Kana", "Lil dawk li jsibuha ftit bi tqila jilqgħu lil Ġesù d‐dar tagħhom, b'umiltà u mħabba nagħtuhom parir biex jagħmlu bħall‐għarajjes ta' Kana: ma jibżgħux jieħdu għandhom lil Marija.", "Għax Marija tiġbed lil Ġesù warajha.", "Hija tgħinna nduqu t‐tjubija tal‐imħabba li Ġesù għandu lejn kulħadd, imma b'mod partikulari lejn dawk li ħabta u sabta jaraw id‐dar tagħhom 'nieżla'.", "Dak li kien ser jiġri f'Kana għax naqashom l‐inbid, fid‐djar tagħna jista' jiġri meta tfaqqa' xi kriżi serja, bħal meta l‐aħwa jiksruha ma' xulxin, meta ġenitur isib ruħu bla xogħol, meta xi ħadd fil‐familja jiċċappas bid‐droga, meta tixxellef il‐fedeltà fiż‐żwieġ, meta l‐futur tal‐familja jiċċajpar, meta jibdew jitmermru l‐prattiċi reliġjużi u jċedu s‐sisien tal‐fidi, u sfidi oħra.", "Is‐serenità fid‐djar tagħna tittiefes ukoll jekk fis‐soċjetà ta' madwarna jkun hemm sitwazzjonijiet li jħassbuna, bħalma huwa t‐tnaqqir tal‐fiduċja fl‐istituzzjonijiet, in‐nuqqas ta' rispett lejn il‐ħajja tal‐bniedem sa mill‐bidu nett tagħha fil‐ġuf, il‐faqar, il‐qerda tal‐ambjent, il‐korruzzjoni, u ħwejjeġ oħra.", "Għalina li nemmnu, ma jistax jonqos li dawk l‐affarijiet negattivi fil‐Knisja, bħalma huma l‐għeluq, ir‐reżistenzi għat‐tiġdid indikat mill‐Papa Franġisku, u l‐eżempji ħżiena, ikollhom eku fid‐djar tagħna.", "Il‐mumenti ta' prova", "F'mumenti inkwetanti bħal dawn għandna bżonn nisimgħu lil Ġesù msallab itennilna l‐istedina li għamel lil Ġwanni filwaqt li wrieh lil Marija: \"Hawn hi Ommok\", u bħal Ġwanni nieħdu lil Marija d‐dar tagħna.", "Min‐naħa tagħha, Marija toffrilna t‐tweġiba għax tindikalna lil Ġesù u tgħidilna: \"Agħmlu kulma jgħidilkom hu\" (Ġw 2:5).", "Kif josserva l‐Papa Franġisku, li aħna nilqgħu lil Marija f'darna huwa t‐testment ta' Ġesù.", "Fid‐dar ta' Nazaret mhux biss kien hemm mumenti fejn Marija u Ġużeppi ma fehmux lil xulxin mill‐ewwel, imma wkoll nuqqas ta' qbil bejn il‐ġenituri u binhom bħal meta ntilef f'Ġerusalemm.", "Għalhekk, Marija tifhem lil dawk il‐familji fejn hemm it‐tensjonijiet bejn il‐koppja jew bejn il‐ġenituri u l‐ulied.", "Id‐dar ta' Nazaret taf xi tfisser kriżi ta' fidi, għax kemm Marija u kemm Ġużeppi jitħawdu quddiem dak li Alla jitlob minnhom.", "Għaldaqstant, Marija għandha postha anki fid‐djar ta' dawk li għaddejjin mil‐lejl mudlam tal‐fidi u qed jissaraw ma' Alla.", "Meta Marija għaddiet tliet xhur fid‐dar ta' Eliżabetta, min jaf kemm semgħet rakkonti ta' din il‐koppja anzjana li għaddiet ħajjitha fl‐għajb tan‐nies għax ma kellhiex tfal.", "Marija għalhekk tifhem lil dawk il‐koppji li għandhom diffikultà biex jibdew jibnu l‐familja.", "Fil‐ħemda ta' darha Marija tgħallmet xi prezz għoli switilha l‐maternità tagħha, bħal meta kien jaslilha li n‐nies kienu jgħajru lil binha Ġesù li huwa \"wikkiel, sakranazz, ħabib tal‐pubblikani u l‐midinbin\" (Mt 11:19), jew meta semgħet lill‐qraba jgħidu li Ġesù kien \"tilef moħħu\" (Mk 3:21).", "Fid‐dawl ta' din l‐esperjenza, Marija tifhem lil dawk il‐ġenituri li wliedhom huma kkalunnjati u mgħajra, u hija solidali ma' dawk il‐familji fejn hemm il‐mard jew l‐għeja mentali.", "Marija, li sieħbet lil Binha fit‐triq tal‐Kalvarju, kienet taf bit‐tradiment ta' Ġuda, biċ‐ċaħdiet ta' Pietru, bl‐abbandun tad‐dixxipli.", "Għalhekk hija tifhem lil dawk il‐koppji u familji mkissra b'xi tradiment.", "Marija, li baqgħet wieqfa ħdejn is‐salib, hija qrib il‐familji msallbin.", "Marija, li wara l‐mewt ta' Ġesù kienet miġbura mal‐Appostli magħluqa fiċ‐Ċenaklu, illum tassisti lil dawk li għal xi raġuni jew oħra jinsabu magħluqa f'darhom u ma għandhomx il‐ħila joħorġu u jittamaw.", "Il‐Madonna Ta' Pinu", "Nhar l‐Erbgħa bdejna r‐Randan, żmien li matulu, bis‐smigħ tal‐Kelma ta' Alla, it‐talb, il‐penitenza u l‐karità, aħna nitħejjew għall‐Għid il‐Kbir.", "Kif dakinhar li Ġesù qam mill‐mewt huwa mar fid‐dar jiltaqa' mad‐dixxipli li kienu flimkien imbeżżgħa mil‐Lhud u bil‐bibien magħluqa, hekk hija xewqa kbira tagħna li f'dan l‐Għid il‐Kbir Ġesù jiġi joqgħod magħna fid‐djar tagħna.", "Imma kif dakinhar fid‐dar tad‐dixxipli kien hemm Marija, hekk ukoll illum ejjew ma nibżgħux nieħdu lil Marija għandna, biex hi tgħinna nitħejjew għal din iż‐żjara ta' Kristu Rxoxt.", "Ħassejna li għandna nqiegħdu quddiemkom lil Marija għaliex din is‐sena qegħdin infakkru l‐400 anniversarju tal‐kwadru tal‐Madonna Ta' Pinu li minnu fl‐1883 hi sejħet lil Karmni Grima u Franġisk Portelli.", "Dakinhar il‐Madonna qalet lil Karmni biex tgħid tliet Ave Marijiet f'ġieħ it‐tlett ijiem li ġisimha dam fil‐qabar qabel ma ġiet imtellgħa s‐Sema bir‐ruħ u l‐ġisem.", "Fi kliem ieħor, fil‐ġrajja tas‐Santwarju Nazzjonali ta' Pinu għandna rabta bejn l‐Għid ta' Kristu u l‐Għid ta' Marija.", "Li kieku dan il‐kwadru kellu jitkellem, min jaf kemm jirrakkontalna esperjenzi sbieħ tal‐Għid li seħħew bejn il‐ħitan ta' ħafna mid‐djar tagħna!", "Napprezzaw li f'ħafna mid‐djar tagħna hemm xbieha tal‐Madonna Ta' Pinu, għax fejn hemm Marija jkun hemm Ġesù.", "U fejn hemm Ġesù hemm il‐ħajja li tegħleb il‐mewt, il‐grazzja li teħles mid‐dnub, it‐tama li terfa' min‐niket, il‐maħfra li tinfaxxa l‐miksur, il‐ferħ li jkeċċi d‐dwejjaq, is‐sliem li jtemm kull ġlied.", "Meta niftakru li r‐Rużarju huwa talba għal qalb Marija u b'riflessjonijiet dwar Ġesù, nistiednu lill‐familji tagħna biex jgħidu spiss din it‐talba sabiħa.", "Nagħtukom il‐barka pastorali tagħna.", "Arċisqof ta' Malta Isqof ta' Għawdex", "Joseph Galea‐Curmi", "Isqof Awżiljarju ta' Malta", "L-Ittra Pastorali bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija", "Agħfas hawn biex tniżżel il-verżjoni mqassra tal-Ittra Pastorali bil-Malti bħala PDF.", "Agħfas hawn biex tniżżel il-verżjoni sħiħa tal-Ittra Pastorali bil-Malti bħala PDF.", "Agħfas hawn biex tniżżel il-verżjoni mqassra tal-Ittra Pastorali bl-Ingliż bħala PDF."], "date": "09/03/2019", "title": "Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom"} {"url": "https://knisja.mt/captain-marvel/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Diretturi:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1995, fuq il-pjaneta Hala, ġewwa Kree, il-kapitali tal-Imperu, Vers, ġellieda u membru tas-Starforce spiss tbati minn ħmar il-lejl li jinvolvi mara xwejħa.", "Yon-Rogg, il-kmandant u l-konsulent tagħha jwissiha biex tikkontrolla kapaċitajiet tagħha, waqt li s-Supreme Intelligence, li tiggverna fi Kree, ħeġġitha biex trażżan l-emozzjonjiet tagħha.", "Vers, waqt missjoni mal-uffiċjal Ronan the Accuser biex jeħilsu spija, tinħataf u tiġi suġġetta għal sonda ta' memorja minn grupp ta' Skrulls, aljieni fi gwerra kontra l-Imperu Kree.", "Vers iżda taħrab permezz ta'", "u tillandja b'emerġenza fid-dinja.", "Il-preżenza tagħha ġibdet l-attenzjoni ta' Nick Fury u Phil Coulsin, aġenti ta' S.H.I.E.L.D. li jmorru warajha.", "Sadanittant, hi tirkupra kristallerija li fiha kien hemm il-memorji kollha tagħha.", "Hekk kif Fury joqtol Skrull li jimita l-persuna ta' Coulson, jiddeċiedi li jibda jaħdem ma' Vers, waqt li Talos, il-kmandant Skrull ittravesta lilu nnifsu f'Keller, ħaddiem f'S.H.I.E.L.D. Vers tuża l-faċilità ta' sigurtà li kien juża Fury u b'hekk hi ssir taf li darba kienet pilota, maħsuba mejta sitt snin qabel, waqt li kienet qegħda tisperimenta magna ta' veloċità kbira ddisinjata minn Wendy Lawson, xjentista.", "Vers tagħraf li x-xjentista kienet fil-fatt il-mara li hi kienet tara fi ħmar il-lejl li kien ikollha spiss.", "Vers u Fury jaħarbu fuq ajruplan żgħir tat-tagħbija wara li \"Keller\" jisfidhom.", "Il-qattus ta' Lawson, bl-isem ta' Goose jitla' magħhom bil-moħbi.", "Meta jaslu Louisiana, Vers tiltaqa' ma' Maria Rambeau u t-tifla tagħha Monica.", "Maria tirrivela lil Vers li isimha proprajament kien Carol Danvers.", "X'jiġri minn hawn hekk kif Vers issir taf min kienet verament?", "Hi ukoll issir taf mingħand Talos li hu u sħabu ma kellhomx l-intenzjoni li jinvadu Kree, iżda li jaħarbu minn hemm fuq il-vettura veloċi li kienet ħadmet fuqha Lawson.", "Tgħid Vers tkun tista' tgħinhom biex imorru lura lejn il-pjaneta tagħhom?", "Film Amerikan, imsejjes fuq il-karattru ta' Carol Denvers: Captain Marvel mill-Marvel Comics, taħt id-direzzjoni ta' Anna Boden u Ryan Fleck.", "Film ta' fantaxjenza, mimli azzjoni u vjolenza kif ukoll b'xi kliem goff li jintuża.", "Ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "14/03/2019", "title": "Captain Marvel"} {"url": "https://knisja.mt/kulhadd-jista-jisma-l-kelma-ta-alla-u-jharisha-l-isqof-awziljarju/", "category": "religion, church, news, L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju", "text": ["L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi", "Il-Knisja Arċipretali, il-Gudja", "30 ta' Lulju 2019", "Is-silta mill-Evanġelju ta' San Luqa li għadna kif smajna hi silta tassew qasira.", "Imma fiha tiġbor ħafna li hu ta' ġid għal ħajjitna, u speċjalment għalikom li tqimu lil Marija mtellgħa s-sema f'din il-parroċċa għażiża tal-Gudja.", "Ħa nsemmi tliet punti li fihom nara messaġġi importanti lil din il-parroċċa.", "Leħen li jfaħħar lil Marija", "L-ewwel nett, jolqotni dak il-leħen tal-mara li nstema' minn qalb il-folla jfaħħar lil Marija.", "Il-mara qalet lil Ġesù: \"Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt\".", "Jiġifieri dil-mara qed tfaħħar lil Marija għax kienet hi li ġiebet lil Ġesù fid-dinja.", "Ħa nitfgħu ħarsitna fuq din il-mara li tinstema' tfaħħar lil Marija.", "Kliemha jingħaqad mat-tifħir tal-anġlu Gabrijel, meta jgħidilha: Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja.\"", "Jingħaqad mat-tifħir ta' Eliżabetta: \"Hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha min-naħa tal-Mulej.\"", "Kemm hu sabiħ leħen ifaħħar lil Marija, leħen li jinstema' jfaħħarha minn qalb il-folla.", "Dan hu l-ewwel messaġġ importanti għalina lkoll: li kliemna għandu jkun kliem ta' tifħir lil Marija.", "Intom tafu xi pjaga għandna f'pajjiżna meta tiltaqa' ma' tant nies li bi kliemhom ikasbru lil Marija flok ifaħħruha?", "Kultant dak hu l-kliem li jinstema' minn qalb il-folla.", "Illum stess waranofsinhar mit-tieqa magħluqa tad-dar tiegħi smajt wieħed li biex qisu jifraħ b'xi ħadd li ra, kasbar bi kliemu lil Marija.", "Nistedinkom tkunu dawk li tfaħħru lil Marija, li kliemkom ikun dejjem kliem ta' ġieħ, li ma tibżgħux li dal-kliem ta' tifħir jinstema' minn qalb il-folla u jagħmel tajjeb għall-kliem ta' tkasbir li kemm-il darba nisimgħu.", "Flimkien tkunu qed tagħmlu kuruna ta' tifħir li Marija tant jixirqilha.", "Leħen li japprezza l-omm", "It-tieni, jolqotni l-kliem ta' din il-mara għax hi tfaħħar lil Marija bħala omm: \"...il-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt.\"", "Meta din il-mara semgħet lil Ġesù, mill-kliem tiegħu għarfet kemm hi kbira ommu.", "Dil-mara ftakret f'ommu meta kienet fil-bidu tal-ħajja ta' Ġesù, il-bidu nett, għax marret lura għal meta Ġesù kien fil-ġuf u kien diġà Ġesù.", "Kif nafu sew mix-xjenza, ma kinux ftit ċelloli fil-ġuf li mbagħad kumbinazzjoni żviluppaw f'Ġesù, imma kien Ġesù sa mill-ewwel mument tat-tnissil tiegħu.", "Għalhekk dil-mara faħħret lil omm Ġesù.", "Aħna nafu li din l-omm kienet ma' Ġesù dejjem mill-bidu nett sal-aħħar.", "U li fl-aħħar hu taha lilna bħala ommna wkoll meta kien fuq is-salib biex bħalma ħarsitu fil-ħajja, bħalma akkumpanjatu, tħarisna u takkumpanjana.", "Dan hu messaġġ sabiħ għalina lkoll: li lil Marija nfaħħruha bħala omm u li nitolbuha tkun dejjem magħna bħala ommna.", "Intom f'dil-parroċċa tal-Gudja dejjem żammejtu lil Marija bħala dik l-omm li tħares din il-komunità u kuruna sabiħa għal Marija tkun meta tgħixu tassew bħala wliedha.", "L-isbaħ kuruna lil Marija", "It-tielet ħaġa li tolqotna hi t-tweġiba ta' Ġesù.", "Lill-mara, meta faħħret lil ommu, qalilha: Imma tassew ngħidlek aktar hienja dawk li jisimgħu l-Kelma ta' Alla u jħarsuha!", "Innutaw kif dak li għamel Ġesù hu li kompla jfaħħar lil ommu, għax hi l-aqwa eżempju ta' kif tisma' l-Kelma ta' Alla u tħarisha.", "Sa minn meta lill-anġlu Gabrijel qaltlu: \"Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, isir minni skont kelmtek\" ħajjitha kollha kienet miftuħa għall-Kelma ta' Alla biex tħarisha.", "Ukoll fil-mumenti tal-akbar tbatija.", "Il-parir li hi tagħti fl-Evanġelju hu dan: \"Agħmlu kulma jgħidilkom hu\", jiġifieri: isimgħu l-kelma tiegħu u ħarsuha.", "Għalhekk, Ġesù qed ifaħħarha, u qed jgħid li l-aqwa ħaġa li għamlet Marija hi proprju din.", "U f'dan it-tifħir hemm messaġġ importanti għal ħajjitna: li l-aqwa li nistgħu nagħmlu aħna hu li nisimgħu l-Kelma ta' Alla u nħarsuha.", "Mhux kulħadd jista' jkun omm Alla – dik kienet Marija biss – imma kulħadd jista' jisma' l-Kelma ta' Alla u jħarisha.", "U hawn Marija tibqa' dejjem l-isbaħ eżempju.", "Qed jgħid Ġesù li l-aqwa u l-isbaħ kuruna lil Marija hi ħajja li fiha nisimgħu l-Kelma ta' Alla u nħarsuha.", "It-talba li nixtieq nagħmel llum, ispirata mill-Kelma ta' Alla, hi talba speċjalment għalikom ilkoll li qed tħejju għall-festa ta' Marija mtellgħa s-sema.", "Nitlob li tkunu dejjem nies li tfaħħru lil Marija bi kliemkom, li jkollkom dejjem lil Marija bħala omm li takkumpanjakom, u li f'ħajjitkom tfittxu li tisimgħu l-Kelma ta' Alla u tħarsuha biex il-ħajja tagħkom tkun l-isbaħ kuruna li togħġob lil Marija.", "Isqof Awżiljarju", "Ritratti: knisja.mt/ritratti"], "date": "31/07/2019", "title": "\"Kulħadd jista' jisma' l-Kelma ta' Alla u jħarisha\" – L-Isqof Awżiljarju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-2-ta-mejju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 5, 27-33", "Salm: 33 (34), 2 u 9.17-18.19-20", "L-Evanġelju: Ġw 3, 31-36", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: \"Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama'; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha.", "Min ikun laqa' x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità.", "Għax dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem ta' Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl.", "Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f'idejh.", "Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta' dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja, imma tibqa' fuqu l-korla ta' Alla\".", "San Atanasju, Isqof u Duttur tal-Knisja"], "date": "02/05/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 2 ta' Mejju"} {"url": "https://knisja.mt/relikwa-tal-papa-gwanni-pawlu-i-lid-dar-tal-providenza/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ppreżenta relikwa tal-Venerabbli Papa Ġwanni Pawlu I lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef.", "Din ir-relikwa tikkonsisti minn biċċa drapp żgħira li kienet tagħmel parti mill-qalziet tiegħu.", "Dan kien possibbli bl-intervent ta' Frank Zammit, l-Ambaxxatur ta' Malta għas-Santa Sede.", "Il-Papa Ġwanni Pawlu I, magħruf ukoll bħala Papa Luciani jew il-Papa tat-Tbissima, kellu pontifikat ta' 33 ġurnata biss u baqa' magħruf għat-tbissima ħelwa tiegħu u s-sempliċità li kien jgħix fiha.", "Filfatt, il-motto episkopali tiegħu kien 'umiltà' u permezz ta' dawn il-karatteristiċi li kellu, kien mistenni li jwettaq bidliet kbar fil-knisja universali.", "Tul il-pontifikat qasir tiegħu, fl-Udjenza Ġenerali tat-13 ta' Settembru 1978, Papa Ġwanni Pawlu I kien tkellem dwar il-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "\"Jien irrid ngħid kelma anke dwar l-għeżież taghna bi bżonnijiet speċjali.", "Intom tafu li Ġesu qal hekk: 'jien nistaħba fihom; dak li tagħmlu magħhom tkunu qed tagħmluh miegħi', allura fil-persuni tagħhom aħna nkunu qed nivveneraw lill-istess Ġesu u nawgurawlhom li Ġesu jibqa' vicin tagħhom sabiex jgħinhom u jsostnihom.\"", "Kien proprju għalhekk li d-Dar tal-Providenza semmiet parti mill-binja tagħha għal dan il-Papa.", "Villa Papa Luciani kienet inawgurata fit-8 ta' Settembru 1987, proġett li għalih ħadem il-fundatur ta' din id-dar, Mons. Azzopardi, li miet xhur biss wara li tlesta dan iċ-ċentru.", "Ir-relikwa ta' Papa Luciani kienet tagħmel parti mill-kollezzjoni kbira ta' relikwi li għandu Ivan Marsura f'Ruma, kollezjonist Taljan li għandu wirja li fiha huma inkorporati ħames mitt relikwa talaħħar sittax-il Papa tal-Knisja Kattolika.", "Waqt il-preżentazzjoni, il-Ministru Carmelo Abela faħħar il-ħidma kontinwa li l-ħaddiema u l-voluntiera qed jagħmlu ta' kuljum fid-Dar tal-Providenza, li hija kruċjali u ta' servizz għall-komunità Maltija.", "Huwa żied jgħid li b'dan ix-xogħol qed jagħtu tifsira vera u proprja ta' x'inhi l-imħabba lejn il-proxxmu.", "Il-Ministru Abela kellu ukoll l-opportunità li jiltaqa' u jitkellem ma' xi residenti ta' din id-dar."], "date": "14/03/2019", "title": "Relikwa tal-Papa Ġwanni Pawlu I lid-Dar tal-Providenza"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-1-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżodu 40, 16-21.", "34-38", "Salm: 83 (84), 3.4.5-6a u 8a.", "11", "L-Evanġelju: Mt 13, 47-53", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.", "Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.", "Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.", "Kollu fhimtuh dan?\".", "\"Iva\", qalulu.", "U hu qalilhom: \"Għalhekk kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim\".", "Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm.", "San Alfons Marija de Liguori, Isqof u Duttur tal-Knisja"], "date": "01/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 1 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-10-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Ewwel Ħadd tar-Randan", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Dewt 26, 4-10", "It-Tieni Qari: Rum 10, 8-13", "L-Evanġelju: Lq 4, 1-13", "F'dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa' lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert.", "Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan.", "Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ.", "U x-Xitan qallu: \"Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż\".", "Wieġbu Ġesù: \"Hemm miktub: \"Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix\".", "Imbagħad ix-Xitan ħadu fl-għoli u wrieh is-saltniet tad-dinja kollha f'daqqa.", "Qallu x-Xitan: \"Nagħtik is-setgħa fuq dawn kollha, bil-glorja tagħhom ukoll għax hija ngħatat lili, u jiena nagħtiha lil min irrid.", "Jekk tinxteħet quddiemi tagħtini qima, kollha tiegħek tkun\".", "Ġesù wieġbu u qallu: \"Hemm miktub: \"Lill-Mulej, Alla tiegħek, tadura, u lilu biss taqdi\".", "Imbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: \"Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel.", "Għax hemm miktub: \"Lill-anġli tiegħu jordnalhom biex jieħdu ħsiebek sewwa\", u li: \"fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma' xi ġebla\".", "Wieġeb Ġesù u qallu: \"Jingħad: \"Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek\".", "Imbagħad ix-Xitan meta temm dan it-tiġrib kollu, telaq minn ħdejh sa ma wasal il-waqt."], "date": "10/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-6-ta-lulju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 27, 1-5.15-29", "L-Evanġelju: Mt 9, 14-17", "F'dak iż-żmien resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta' Ġwanni u qalulu: \"Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?\"", "Qalilhom Ġesù: \"Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom?", "Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.", "Ħ", "add ma jraqqa' libsa qadima b'biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber.", "Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f'damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered, u d-damiġġani jintilfu.", "Iżda nbid ġdid jitfgħuh f'damiġġani ġodda, u hekk iżommu t-tnejn\".", "Santa Marija Goretti, Verġni u Martri"], "date": "06/07/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 6 ta' Lulju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-14-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Is 50, 4-7", "It-Tieni Qari: Fil 2, 6-11", "L-Evanġelju: Lq 22, 14 – 23, 56", "Il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu skont San Luqa", "Meta sar il-ħin, Ġesù qagħad fuq il-mejda flimkien mal-appostli, u qalilhom: \"Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati!", "Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m'iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta' Alla\".", "U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: \"Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom.", "Għaliex, ngħidilkom, minn issa 'l quddiem ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta' Alla\".", "Imbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilhulhom u qal: \"Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b'tifkira tiegħi\".", "Hekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal: \"Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b'demmi, id-demm li jixxerred għalikom.", "Imma, araw, id dak li se jittradini qiegħda miegħi fuq il-mejda.", "Għax tassew li Bin il-bniedem imur, kif hemm maqtugħ, imma ħażin għalih dak il-bniedem li jittradih!\".", "Huma għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin min minnhom kien se jagħmel dan.", "Inqalgħet ukoll kwistjoni bejniethom dwar min minnhom kellu jinżamm bħala l-akbar wieħed.", "Imma hu qalilhom: \"Fost il-pagani s-slaten jaħkmu fuq in-nies, u dawk li jħaddmu s-setgħa fuqhom isejħulhom benefatturi.", "Intom mhux hekk, imma l-akbar fostkom għandu jġib ruħu tal-iżgħar wieħed, u min hu fuq l-oħrajn iġib ruħu ta' qaddej.", "Għax min hu l-akbar, dak li jkun fuq il-mejda, jew dak li jkun qiegħed jaqdi?", "Mhux dak li jkun fuq il-mejda?", "Imma jien qiegħed fostkom nagħmilha ta' qaddej.", "Intom, imbagħad, intom dawk li żammejtu sħiħ miegħi fit-tiġrib kollu li ġie fuqi; u bħalma Missieri ħejja saltna għalija, hekk ukoll jiena nħejji għalikom, biex tieklu u tixorbu fuq il-mejda miegħi f'saltnati, u toqogħdu fuq tronijiet biex tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta' Iżrael.", "Xmun!", "Xmun!", "Ara, ix-Xitan riedkom f'idejh biex jgħaddikom mill-għarbiel bħall-qamħ; imma jiena tlabt għalik, biex il-fidi tiegħek ma tiġix nieqsa.", "Inti mbagħad, meta terġa' lura għas-sewwa, wettaq lil ħutek\".", "Qallu Xmun: \"Mulej, jiena lest li miegħek niġi saħansitra l-ħabs, lest li nieħu l-mewt ukoll\".", "Imma Ġesù qallu: \"Ngħidlek, Pietru, li llum, qabel ma jidden is-serduk, tkun ċħadt għal tliet darbiet li inti tafni\".", "Imbagħad qalilhom: \"Naqsitkom xi ħaġa meta bgħattkom bla borża u bla ħorġa u bla qorq?\"", "Huma weġbuh: \"Ma naqasna xejn\".", "Qalilhom Ġesù: \"Imma issa, min għandu borża jqis li jeħodha miegħu, u min għandu ħorġa wkoll; u min ma għandux sejf, ibigħ il-libsa ta' fuqu u jixtri wieħed.", "Għaliex ngħidilkom, jeħtieġ li jseħħ fija dak li hemm miktub, jiġifieri: \"Li kien magħdud mal-ħżiena\".", "Tabilħaqq, dak li hemm miktub fuqi jseħħ\".", "Qalulu d-dixxipli: \"Mulej, ara, hawn żewġt isjuf hawnhekk\".", "Qalilhom Ġesù: \"Biżżejjed!\"", "Imbagħad ħareġ u mar bħas-soltu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, u d-dixxipli wkoll marru miegħu.", "Kif wasal hemmhekk qalilhom: \"Itolbu li ma tidħlux fit-tiġrib\".", "Imbagħad tbiegħed minnhom daqs tefgħa ta' ġebla, u nxteħet għarkupptejh jitlob u jgħid: \"Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalċi!", "Iżda tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi\".", "Deherlu anġlu mis-sema biex jagħmillu l-qalb, imma hu ħass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b'ħerqa akbar.", "L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sal-art.", "Imbagħad qam mit-talb, mar ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin minħabba s-swied ta' qalb.", "U qalilhom: \"Kif!", "Irqadtu?", "Qumu u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib!\"", "Kif kien għadu jitkellem, waslet ġemgħa nies.", "Quddiem kien hemm dak li jismu Ġuda, wieħed mit-Tnax, u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu.", "Imma Ġesù qallu: \"Bewsa għażilt, Ġuda, biex tittradih lil Bin il-bniedem?\"", "Dawk ta' madwaru, meta raw x'kien ġej, qalulu: \"Mulej, tridx nagħtu bis-sejf?\"", "U wieħed minnhom ta daqqa ta' sejf lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija.", "Imma Ġesù qal: \"Ieqfu!", "Biżżejjed!\"", "U messlu widintu u fejqu.", "Imbagħad Ġesù qal lill-qassisin il-kbar, lill-uffiċjali tat-tempju u lix-xjuħ li ġew għalih: \"Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten!", "Meta kont inkun magħkom kuljum fit-tempju, ma meddejtux idejkom fuqi.", "Imma din hi s-siegħa tagħkom u s-setgħa tad-dlamijiet!\"", "Imbagħad qabdu lil Ġesù u ħaduh magħhom, u daħħluh fil-palazz tal-qassis il-kbir.", "Pietru baqa' miexi warajhom mill-bogħod.", "Meta mbagħad qabbdu n-nar f'nofs il-bitħa u nxteħtu bilqiegħda madwaru, Pietru mar qagħad bilqiegħda f'nofshom.", "Imma kif kien hemm bilqiegħda maġenb in-nar, ratu waħda qaddejja, waħħlet għajnejha fuqu u qalet: \"Dan ukoll kien miegħu!\"", "Iżda hu ċaħad u qalilha: \"Mara, anqas biss nafu!\"", "Wara ftit rah xi ħaddieħor, u qallu: \"Int ukoll wieħed minnhom\".", "Imma Pietru wieġbu: \"Le, sieħeb, m'iniex!\"", "Għaddiet xi siegħa u raġa' kien hemm ieħor li beda jisħaq u jgħid: \"Iva, tassew, dan ukoll kien miegħu, għax dan ukoll mill-Galilija\".", "Iżda Pietru qallu: \"Ma nafx x'inti tgħid, sieħeb\".", "U minnufih, kif kien għadu jitkellem, is-serduk idden.", "U l-Mulej dar u ħares lejn Pietru; u Pietru ftakar fil-kelma li l-Mulej kien qallu: \"Illum, qabel ma jidden is-serduk, inti tkun ġa ċħadtni tliet darbiet\".", "U ħareġ 'il barra jibki b'qalbu maqsuma.", "L-irġiel li kienu qegħdin iżommu lil Ġesù bdew jgħadduh biż-żufjett u jsawtuh, u għattewlu wiċċu u bdew jistaqsuh u jgħidulu: \"Aqta' min tahielek din id-daqqa!\"", "U qagħdu jgħajruh b'ħafna kliem ieħor.", "Meta sebaħ, iltaqgħet il-ġemgħa tax-xjuħ tal-poplu, il-qassisin il-kbar u l-kittieba, u ħadu lil Ġesù quddiem is-Sinedriju tagħhom.", "U qalulu: \"Jekk inti l-Messija, għidilna\".", "Iżda hu weġibhom: \"Jekk ngħidilkom, ma temmnux; jekk nistaqsikom, ma tweġbux.", "Imma minn issa 'l quddiem Bin il-bniedem ikun bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta' Alla li jista' kollox\".", "U lkoll qalulu: \"Inti mela l-Iben ta' Alla?\"", "Qalilhom Ġesù: \"Intom stess qegħdin tgħiduh; iva, jien\".", "U huma qalu: \"Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda?", "Għax smajnieha aħna minn fommu stess\".", "Imbagħad qamet il-ġemgħa kollha u ħaduh għand Pilatu.", "U bdew jakkużawh u jgħidu: \"Aħna sibna li dan il-bniedem qiegħed ixewwex lill-ġens tagħna, li mhuwiex iħalli lil min iħallas it-taxxa lil Ċesari, u li qiegħed jgħid li hu l-Messija Sultan\".", "Pilatu staqsieh u qallu: \"Inti s-sultan tal-Lhud?\"", "U hu wieġbu: \"Inti qiegħed tgħidu\".", "Pilatu qal lill-qassisin il-kbar u lill-kotra tan-nies: \"Ebda ħtija ma nsib f'dan il-bniedem\".", "Iżda huma baqgħu jinsistu u jgħidu: \"Qiegħed ixewwex lill-poplu, u jgħallem fil-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija sa hawnhekk stess\".", "Kif sama' dan, Pilatu staqsa jekk dak ir-raġel kienx mill-Galilija, u meta sar jaf li hu kien min-naħa li kien jagħmel minnha Erodi, bagħtu quddiemu, għax f'dawk il-jiem Erodi wkoll kien Ġerusalemm.", "Erodi feraħ ħafna meta ra lil Ġesù, għax minn dak li kien sama' fuqu kien ilu żmien jixtieq jarah, bit-tama li jara li jagħmel xi sinjal.", "U għamillu bosta mistoqsijiet, imma Ġesù ma wieġbu xejn.", "Il-qassisin il-kbar u l-kittieba, b'saħna kbira fuqhom, qagħdu jakkużawh.", "Imma Erodi, flimkien mas-suldati tiegħu, beda jżebilħu u jgħaddih biż-żufjett, libbsu libsa ta' kulur ilellex u raġa' bagħtu quddiem Pilatu.", "Issa Erodi u Pilatu fl-imgħoddi kellhom għal xulxin, imma dakinhar saru ħbieb.", "Pilatu sejjaħ flimkien il-qassisin il-kbar, il-kapijiet, u l-poplu u qalilhom: \"Ġibtuli quddiemi lil dan il-bniedem bħala wieħed li qiegħed ixewwex lill-poplu.", "Ara, jiena stħarriġtu quddiemkom fuq l-akkużi li qegħdin iġġibu kontra tiegħu, u ma sibt ebda ħtija fih.", "U anqas Erodi ma sab, għax raġa' bagħtu quddiemna.", "Qegħdin taraw, mela, li ma għamel xejn li ħaqqu l-mewt.", "Għalhekk nagħtih is-swat u nitilqu\".", "Iżda huma qabdu jgħajtu lkoll f'daqqa: \"Agħtih il-mewt lil dan!", "Itilqilna 'l Barabba!\"", "Dan Barabba kienu tefgħuh il-ħabs minħabba rewwixta li kienet qamet fil-belt għax kien qatel.", "Pilatu, billi ried jitlaq lil Ġesù, għolla leħnu u raġa' kellimhom; iżda huma qabdu jgħajtu aktar minnu u jgħidu: \"Sallbu!", "Sallbu!\"", "Għat-tielet darba qalilhom: \"Imma dan x'għamel ħażin?", "Ma sibt fih ebda ħtija li ħaqqha l-mewt.", "Mela nagħtih is-swat u nitilqu\".", "Iżda huma b'ħafna għajjat baqgħu jinsistu u jitolbu li jkun imsallab, sakemm fl-aħħar għaddiet tagħhom.", "Għalhekk Pilatu qatagħha li jsir kif talbu huma.", "Telqilhom lil min talbu, jiġifieri lil dak li kien mitfugħ il-ħabs minħabba rewwixta u qtil, u lil Ġesù tahulhom bħalma xtaqu.", "Huma u sejrin bih, qabdu wieħed, jismu Xmun, minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba', u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġesù.", "Kotra kbira ta' nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh.", "Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: \"Nisa ta' Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom.", "Għax, araw, għad jiġi żmien meta jgħidu: \"Hienja dik li ma għandhiex tfal, hieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda!\".", "Imbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji: \"Aqgħu fuqna!\", u lill-għoljiet: \"Ordmuna!\".", "Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?\".", "Kien hemm ukoll tnejn oħra, żewġt irġiel ħatja, li ħaduhom għall-mewt miegħu.", "Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug.", "U Ġesù qal: \"Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x'inhuma jagħmlu\".", "Imbagħad tellgħu x-xorti u qassmu ħwejġu bejniethom.", "Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b'Ġesù u jgħidu: \"Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta' Alla!\"", "Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newlulu nbid qares u qalulu: \"Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!\"", "Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid: \"Dan huwa s-sultan tal-Lhud\".", "Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajru u jgħidlu: \"Int m'intix il-Messija?", "Salva lilek innifsek u lilna\".", "Imma qabeż l-ieħor, ċanfru u qallu: \"Anqas minn Alla int ma tibża', int li qiegħed taħt l-istess kundanna?", "Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta' kulma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin\".", "Imbagħad qal: \"Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek\".", "U Ġesù wieġbu: \"Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi\".", "Għall-ħabta tas-sitt siegħa waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa, għax ix-xemx iddallmet.", "Il-velu tas-santwarju ċċarrat min-nofs.", "Imbagħad Ġesù għajjat għajta kbira u qal: \"Missier, f'idejk jien nerħi ruħi\".", "U kif qal hekk, ħarġet ruħu.", "Iċ-ċenturjun, meta ra x'ġara, beda jfaħħar lil Alla u jgħid: \"Tassew li dan bniedem ġust!\"", "U n-nies kollha li kienu nġabru hemm biex jaraw, meta raw dawn il-ġrajja, reġgħu lura jħabbtu fuq sidirhom.", "Dawk kollha li kienu jafuh qagħdu jaraw kollox mill-bogħod; hekk ukoll xi nisa li kienu ġew warajh sa minn meta kien għadu fil-Galilija.", "U kien hemm wieħed jismu Ġużeppi, membru tal-Kunsill, imma raġel tajjeb u ġust, li ma kienx qabel mal-membri l-oħra f'dak li riedu u f'dak li għamlu.", "Kien minn Arimatija, belt tal-Lhudija, u kien jistenna s-Saltna ta' Alla.", "Dan mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù; niżżlu mis-salib, keffnu f'liżar, u qiegħdu f'qabar maqtugħ fil-blat, li fih kien għadu ma tqiegħed ħadd.", "Dak in-nhar kien Jum it-Tħejjija, u s-Sibt kien għoddu beda.", "In-nisa, li kienu ġew mill-Galilija ma' Ġesù marru wara Ġużeppi u raw il-qabar u kif kienu qiegħdu l-katavru; imbagħad reġgħu lura u ħejjew il-fwejjaħ u l-mirra.", "Is-Sibt għaddewh fil-mistrieħ, skont il-preċett tal-Liġi."], "date": "14/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/il-palazz-tal-arcisqof-jiftah-il-bibien-tieghu-ghal-notte-bianca/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Il‐Palazz tal‐Arċisqof fil‐Belt Valletta ser jerġa' jiftaħ il‐bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2019, nhar is-Sibt 5 ta' Ottubru.", "Dakinhar, il‐viżitaturi jistgħu jżuru bosta kmamar fil‐palazz fosthom il‐piano nobile li jinkludi s‐sala tat‐tron, il‐biblijoteka storika tas‐seklu 18 u l‐ġnien bis‐siġar taċ‐ċitru.", "Il-Palazz jinsab fin-naħa t'isfel ta' Triq l-Arċisqof qrib Misraħ l-Indipendenza.", "Għall‐okkażjoni ser tittella' wirja ta' dokumenti dwar l‐istorja tal‐bini nnifsu.", "Dawn jinkludu d‐disinni arkitettoniċi li saru mill‐perit Vincenzo Bonello għar‐restawr tal‐bini tal‐palazz fi żmien l‐episkopat tal‐Arċisqof Mikiel Gonzi.", "Ser isiru wkoll taħdidiet informattivi dwar il‐proġett ta' restawr li qed isir f'dan il‐bini.", "Fost il‐pitturi għall-wiri ser ikun hemm dik tal‐Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‐artist Francesco Zahra, li reġgħet tqiegħdet fis‐Sala tat‐Tron wara li ġiet rrestawrata fl‐2017.", "Mis‐7:30pm 'il quddiem 'Classique meets Pop Duo', dwett magħmul minn Lydia Buttigieg u Fiona Cauchi, li ser jagħtu kunċerti ta' siegħa bl‐arpa u l‐kitarra.", "Il‐Palazz tal‐Arċisqof ser ikun miftuħ mis‐6:00 p.m. sal‐11:00 p.m. u d‐dħul huwa b'xejn."], "date": "28/09/2019", "title": "Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ il-bibien tiegħu għal Notte Bianca"} {"url": "https://knisja.mt/l-isqof-giovanni-cefai-jzur-malta/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Nhar il‐Ġimgħa, 9 ta' Awwissu 2019, jasal Malta mill‐Perù l‐Isqof Giovanni Cefai, l‐ewwel isqof Malti tas‐Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl (MSSP).", "Din hi l‐ewwel żjara tiegħu f'Malta minn meta fit‐3 ta' April li għadda l‐Papa Franġisku ħatru Isqof tal‐Prelatura Territorjali l‐ġdida ta' Santiago Apóstol de Huancané, fil‐Perù.", "Fil‐bidu taż‐żjara tiegħu f'Malta, is‐Sibt, 10 ta' Awwissu fl‐10:00 a.m., l‐Isqof Cefai ser jiċċelebra Quddiesa quddiem l‐inkwatru tal‐Madonna ta' Pompej li jinsab fil‐Knisja tal‐Ġiżwiti, il‐Belt Valletta.", "Għal din l‐ewwel Quddiesa tiegħu f'Malta huma mistiedna l‐kappillani u s‐superjuri tal‐kunventi tal‐parroċċi tal‐Belt Valletta u l‐Furjana, is‐superjuri tal‐kunventi tas‐sorijiet, u saċerdoti u lajċi li ħadmu f'artijiet tal‐missjoni.", "Huwa se jkun akkumpanjat ukoll mis‐saċerdoti tas‐Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl.", "L‐Isqof Giovanni Cefai għażel li jiċċelebra l‐Quddiesa quddiem dan l‐inkwatru partikolari għaliex kien proprju quddiemu li fit‐8 ta' Mejju 1898, fil‐festa tal‐Madonna ta' Pompej, li Mons. Giuseppe De Piro, fundatur tas‐Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl, iddeċieda li jibda t‐triq tas‐saċerdozju.", "L‐Arċisqof Charles J. Scicluna se jikkonċelebra f'Quddiesa Pontifikali mal‐Isqof Cefai, fil‐Konkatidral ta' San Ġwann, il‐Belt Valletta.", "Din ser issir il‐Ġimgħa, 30 ta' Awwissu, fis‐7:00 p.m. Kulħadd huwa mistieden.", "Waqt iż‐żjara tiegħu f'Malta, l‐Isqof Giovanni Cefai se jiċċelebra quddies ukoll fil‐Knisja Parrokkjali ta' Ħad‐Dingli, fil‐Bażilika ta' Santa Elena u fl‐Oratorju MSSP f'Birkirkara, f'Dar San Ġużepp Santa Venera, fil‐Knisja Parrokkjali ta' San Duminku l‐Belt Valletta, u fil‐Knisja Parrokkjali ta' Wied il‐Għajn.", "Mons. Giovanni Cefai twieled iż‐Żebbuġ Għawdex fil‐5 ta' Awwissu 1967 u ngħaqad mas‐Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl fl‐1984.", "L‐ordinazzjoni episkopali tiegħu saret fit‐22 ta' Ġunju fil‐Katidral ta' Arequipa, il‐Perù.", "Ritratti: Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl (MSSP)"], "date": "06/08/2019", "title": "L-Isqof Giovanni Cefai jżur Malta"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-14-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8", "L-Evanġelju: Mt 7, 7-12", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom.", "Għax kull min jitlob, jaqla', min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu.", "Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla?", "Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp?", "Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu!", "Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti\"."], "date": "14/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 14 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/eurocamp-2019-mhemmx-post-ghall-faqar/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["X'ġimgħa kienet!", "L-ewwel ma waslu kienu l-Ispanjoli, imbagħad ir-Rumeni u l-Albaniżi, u ftit sigħat wara waslu l-Litweni, id-Daniżi, il-Belġjani, il-Ġermaniżi u l-Islovakki.", "Kulħadd kien għajjien imma kulħadd kien eċitat biex jibda l-Fimcap EuroCamp 2019: No Space for Poverty?! organizzat miż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika) hawn Malta.", "60 żagħżugħ u żagħżugħa ta' etajiet bejn is-16 u l-20 sena, ġejjin minn disa' pajjiżi differenti madwar l-Ewropa, kollha organizazzjonijiet membri tal-FIMCAP (Fédération Internationale des Mouvements Catholiques d'Action Paroissiale) kienu jafu li matul din il-youth exchange kienu se jagħmlu ħbieb ġodda, u li kienu se jiddiskutu u jitgħallmu dwar it-tema magħżula tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Iżda qatt ma bassru kemm se jibnu relazzjonijiet b'saħħithom u li se jieħdu gost daqshekk!", "Waħda mill-attivitajiet saret il-Belt Valletta.", "Il-grupp kien maqsum fi gruppi iżgħar, u kull grupp ingħata profil ta' persuna.", "It-tim kellu jpoġġi lilu nnifsu fis-sitwazzjoni tal-profil tagħhom, u jaraw kif se jirnexxilhom japplikaw għall-permess ta' residenza fil-pajjiż, japplikaw għal xogħol, japplikaw għal istituzzjoni edukazzjonali, isibu post fejn joqogħdu, u jiftħu kont bankarju.", "Ftit gruppi sabuha diffiċli iktar minn oħrajn, jiddependi mill-profil li ngħatalhom.", "Fl-aħħar tal-attività t-timijiet iltaqgħu quddiem il-qorti, u kull tim kellu dritt tal-umanità biex jiddiskuti u jirrapreżentaha fuq jigsaw puzzle.", "Fl-aħħar, il-biċċiet ingħaqdu flimkien.", "L-attivitajiet li ġew ppreparati matul il-ġimgħa għenu biex il-parteċipanti saru aktar konxji tat-tipi differenti ta' faqar li jeżistu, kif jinħoloq il-faqar, kif in-nies li jkunu emarġinati huma f'riskju ta' faqar, u x'nistgħu nagħmlu biex neliminaw il-faqar.", "It-Tlieta filgħaxija l-grupp reġa' nqasam f'għaxar gruppi iżgħar u wara li tteħdulhom l-affarijiet personali bħall-mobajl u l-flus, telgħu Għawdex.", "Kull grupp ttieħed f'lokalità differenti u kellu jara kif jirnexxilu jasal sad-destinazzjoni finali.", "Il-gruppi kellhom jagħmlu xi eżerċizzji biex jingħataw l-ikel ta' filgħaxija.", "Wara erba' sigħat mixi rnexxielhom jaslu u ngħataw il-gazzetti biex jorqdu fuqhom matul il-lejl.", "Fortunatament, numru ta' parteċipanti kellhom xuguman tal-baħar biex jitgħattew min-nida tal-lejl.", "Filgħodu l-grupp kellu jara kif jirnexxilu jasal lura fil-post fejn kienu qed joqogħdu, fil-fatt kellhom jittalbu għall-flus biex jaslu.", "Din l-esperjenza għenet lill-parteċipanti jsiru aktar konxji tad-diffikultajiet li jiffaċjaw ta' kuljum, u x'jista' jsir biex ngħinu.", "Il-Ħamis filgħodu, il-grupp kien maqsum f'disa' gruppi iżgħar, u kull grupp mar iżur ċentru jew residenza biex iwettaq xogħol volontarju.", "Il-lejl ta' qabel, il-parteċipanti kellhom ċans jiftiehmu u jippreparaw l-attivitajiet li kellhom jagħmlu fiċ-ċentri u r-residenzi.", "Il-postijiet li żaru kienu dar f'Ħ'Attard titmexxa mill-Fundazzjoni Richmond, residenzi tal-anzjani bħal Dar Saura r-Rabat, id-Dar tal-Kleru f'Birkirkara, Dar Sagra Familja fin-Naxxar, u Little Sisters of the Poor, ċentri ta' persuni b'diżabbiltà bħal Inspire, id-Dar tal-Providenza u Embrace Diversity, u żjara lit-tfal tan-nisa li esperjenzaw vjolenza domestika li jgħixu f'Dar Merħba Bik.", "Kienet esperjenza sabiħa ħafna u li mmotivathom biex jagħmlu iktar.", "Il-programm ta' tmint ijiem spiċċa malajr iktar milli mistenni.", "Iżda l-konnessjonijiet li saru f'dan l-iskambju mhux se jgħibu malajr.", "Din l-esperjenza kienet possibbli biss permezz tal-fondi tal-Erasmus+ immexxija mill-EUPA."], "date": "16/08/2019", "title": "Eurocamp 2019 – M'hemmx post għall-faqar!?"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-16-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 2, 1-11", "L-Evanġelju: Lq 11, 42-46", "F'dak iż-żmien, il-Mulej qal: \"Ħażin għalikom intom il-Fariżej!", "Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta' ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta' Alla tħallu kollox għaddej.", "Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra.", "Ħażin għalikom intom il-Fariżej!", "Intom tħobbu s-siġġijiet ta' quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez.", "Ħażin għalikom!", "Qiskom l-oqbra, li ma tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla ma tintebaħ bihom\".", "Qabeż wieħed mill-għorrief tal-Liġi u qallu: \"Mgħallem, b'dan li qiegħed tgħid qiegħed tgħajjar lilna wkoll\".", "Qallu Ġesù: \"Ħażin għalikom ukoll intom l-għorrief tal-Liġi!", "Intom tgħabbu n-nies b'tagħbijiet li bilkemm wieħed jiflaħhom u li intom stess anqas b'saba' wieħed ma tmissuhom!\".", "Qaddisa tal-jum:", "Santa Margerita Marija Alacoque, verġni"], "date": "16/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 16 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-23-ta-gunju/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Solennità", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġen 14, 18-20", "It-Tieni Qari: 1 Kor 11, 23-26", "L-Evanġelju: Lq 9, 11b-17", "F'dak iż-żmien, Ġesù qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta' Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan.", "Il-jum kien wasal biex jintemm.", "Resqu lejh it-Tnax u qalulu: \"Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f'post imwarrab\".", "Iżda hu qalilhom: \"Agħtuhom intom x'jieklu\".", "Qalulu: \"Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!\".", "Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel.", "U qal lid-dixxipli tiegħu: \"Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin\".", "Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.", "Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewluhom lin-nies.", "U kulħadd kiel u xaba' u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa."], "date": "23/06/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta' Ġunju"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-29-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Santa Katerina ta' Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2", "L-Evanġelju: Mt 11:25-30", "F'dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: \"Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken.", "Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek.", "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu.", "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.", "Ħudu fuqkom l-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jien ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu mistrieħ għal ruħkom.", "Għaliex il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif\"."], "date": "29/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 29 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-17-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġożwè 24, 14-29", "Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.11", "L-Evanġelju: Mt 19, 13-15", "F'dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom.", "Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.", "U Ġesù qalilhom: \"Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet\".", "Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm."], "date": "17/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 17 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-28-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Żak 2, 5-9.14-15a", "Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13", "L-Evanġelju: Lq 9, 43b-45", "F'dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta' Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f'idejn il-bnedmin\".", "Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa' mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal."], "date": "28/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 28 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/adelaide-cini-qatt-ma-kkundannat-lil-hadd-u-dejjem-kellha-kelma-ta-hniena-l-arcisqof/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Il-Kappella tal-Istitut Adelaide Cini, Sta Venera", "15 ta' Ottubru 2019", "Nirringrazzjakom ilkoll tal-preżenza sabiħa tagħkom.", "Illejla nixtieq nitlob lill-Mulej il-grazzja li dak li qegħdin nibdew iwasslu Hu għat-tmiem feliċi tiegħu.", "Nixtieq nirringrazzja ħafna lid-Dottoressa Giovanna Brizzi, li aċċettat li tkun postulatriċi għall-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-qaddejja t'Alla, il-Venerabbli Adelaide Cini.", "Dottoressa Brizzi hija postulatriċi ġenerali tal-Ordni tal-Karmnu, u l-Karmelitani jafu kemm ħadmet għall-kawża ta' Patri Avertan, li nisperaw ukoll timxi 'l quddiem.", "Barra li hija mara, hija wkoll bniedma ta' sensibbiltà kbira.", "Saret tafna aħna l-Maltin u nħoss li f'idejha l-kawża qiegħda f'idejn tajbin imma fuq kollox qiegħda f'idejn Alla.", "Il-volontà tagħnà u tal-Knisja f'Malta hija li l-isem ta' Adelaide ma jintesiex anzi jkollu r-rikonoxximent li jistħoqqlu u ... li l-għotja tagħha ma tintesa qatt", "Aħna ma nafux għaliex Alla ried jistenna daqshekk fil-każ ta' Adelaide, ma nafux.", "Inġbarna hawnhekk eżatt 100 sena wara li l-fdalijiet tagħha nġabu bħal-lum 100 sena miċ-Ċimiterju tal-Addolorata u tqiegħdu hawnhekk b'ordni u bil-volontà tal-predeċessur tiegħi l-Arċisqof Mawru Caruana.", "L-għada, jiġifieri bħal għada 100 sena, l-Arċisqof Mawru kkonsagra din il-knisja.", "Jiġifieri l-ewwel ordna li jinġabu l-fdalijiet ta' Adelaide mbagħad ikkonsagra din il-knisja.", "B'xi mod, Mawru – qed nipprova nifhem il-pjan tiegħu – ried li dan ikun il-mawsoleum ta' Adelaide Cini.", "Din il-knisja nbniet wara l-mewt tagħha u għalhekk din il-propjetà kbira li ħalliet f'idejn l-Isqof Pace u li mbagħad żviluppat pereżempju dan il-bini ta' din il-knisja li saret ukoll il-knisja li tħaddan il-fdalijiet għeżież tagħha apparti milli se takkommoda appostolat attwali, li huwa dik tal-kura paljattiva fdata f'idejn il-Hospice, din il-parti hija memorjal permanenti ta' Adelaide Cini.", "Il-knisja u anke d-daħla għal dan il-kumpless se jkollha wkoll esebizzjoni permanenti ddedikata lill-Venerabbli Adelaide Cini.", "Il-volontà tagħna u tal-Knisja f'Malta hija li l-isem ta' Adelaide ma jintesiex anzi jkollu r-rikonoxximent li jistħoqqlu u li l-għotja tagħha, għotja konkreta li għandha futur ġdid skont il-ħtiġijiet tal-bnedmin tal-lum, imma l-għotja tagħha ma tintesa qatt!", "U lanqas l-isem għażiż tagħha.", "Illum se nqassmulkom librett li kiteb il-maħbub Lawrence Mizzi, qiegħed magħna wkoll, fl-1985 propju fiċ-ċentinarju tal-mewt ta' Adelaide li mietet fl-1885.", "Ġentilment tana l-permess nagħmlu kopji, 'il quddiem nispera li jkollu reprint anke b'dak kollu li nistgħu nsibu u nagħmlu edizzjoni ġdida.", "Għandna santi wkoll ta' Adelaide, li bħalissa qegħdin fuq il-qabar tagħha, b'talba li jiena ktibt u li se nitolbuha qabel ma tispiċċa din il-Quddiesa.", "Jiena u naqra mill-ġdid il-ħajja ta' Adelaide kien hemm diversi affarijiet li laqtuni.", "L-ewwel nett din il-mara għexet bejn l-1838 u mietet fl-1885, u sabet il-vokazzjoni tagħha fid-dinja.", "Xtaqet ħafna tkun reliġjuża imma kif qaltilha l-Badessa qaddisa tal-Monasteru ta' Santa Katerina l-Belt, La Badessa Baldacchino: 'Binti, il-Mulej mhux qed isejjaħlek biex tkun magħna.", "Qiegħed isejjaħlek biex inti tgħin u ssalva nisa (dak iż-żmien kienu jgħidulhom", "li huma sfruttati, li huma vittmi taċ-ċirkostanzi ħafna drabi tal-faqar jew tal-vjolenza domestika u kienu jingħataw biex ikunu oġġett ta' pjaċir u ta' prostituzzjoni għal ħaddieħor.", "Adelaide ma kinitx taf kif se taqbad tagħmel u l-Mulej laqagħha mal-ewwel proxxmu, ma' din Carmela Mirafiore, li kienet mara sabiħa ħafna minn Sqallija, li kienet qed taqdi lis-sinjuri – mhux biex tixtrilhom il-ħobż, tifhmuni intom.", "Adelaide qalet: 'Jiena nipprova nkellimha', u x'għamlet?", "Ta' mara kuraġġjuża u intelliġenti, x'għamlet?", "Għaddiet minn ħdejha u waqqgħet il-maktur.", "U din Carmela abbokkat fin-nassa, kif ngħidu.", "Refgħet il-maktur ta' Adelaide u qaltilha: 'Sinjorina, waqagħlek il-maktur'.", "U minn dik bdiet konverżazzjoni.", "Ħaditha San Ġwann u kellmitha dwar il-Mulej, imbagħad tas-Samra fejn kien hemm xi ħadd jitkellem fuq il-kruha tal-iskandlu, u din infaqgħet tibki u riedet bilfors tqerr.", "Il-Mulej lil Adelaide użaha biex tmur tfittixlu n-nagħġa l-mitlufa u ta l-qalb tiegħu.", "L-istorja tkompli li wara ftit jiem abbandunatha, qalet: 'Issa sew, bdejt b'falliment kbir'.", "Kienet prova kbira għal Adelaide li l-ewwel persuna li avviċinat u forsi kienet se jirnexxielha tagħmel xi ħaġa, ħin minnhom titlaq, reġgħet marret fejn kienet qabel.", "U Adelaide għamlet il-kuraġġ, kontra l-pariri tal-qraba tagħha, marret tfittixha.", "Issibha f'sodda bid-deni u reġgħet kriet karozzella oħra u reġgħet ġabitha hawnhekk, imbagħad din il-persuna kellha 'l quddiem issir soru tal-Bon Pastur u saret superjura f'Alessandria, tagħmel il-ġid.", "U minn hemmhekk indunat Adelaide li din kienet il-volontà tal-Mulej għaliha u kienet tmur tfittex lin-nisa f'sitwazzjonijiet diffiċli fl-inħawi tal-portijiet tagħna: il-Belt, il-Kottonera, jiġifieri t-Tlett Ibliet, kienet tmur tfittixhom hi.", "Tant li meta mbagħad ikkuntattjat lis-Sorijiet tal-Karità – uħud minnhom qegħdin hawn – biex ikomplu l-appostolat tagħha, il-Madre Generale tas-Sorijiet tal-Karità qaltilha: 'aħna ma nistgħux nagħmlu dak li tagħmel inti, immorru nfittxu n-nies, imma toqgħodx tinkwieta, it-tfal li inti ġibt biex ikollhom ħajja dinjituża nieħdu ħsiebhom aħna'.", "Il-Mulej lil Adelaide użaha biex tmur tfittixlu n-nagħġa l-mitlufa u ta l-qalb tiegħu.", "U għalhekk riedet li dan l-Istitut ikun imsemmi wkoll għall-qalb ta' Ġesù imma hi kienet ingħatat propju biċċa mill-qalb tiegħu, ingħatat dik il-ħeġġa li tmur tfittex hi n-nagħġa l-mitlufa.", "Ġesù jgħid f'Luqa kapitlu 15, it-tliet parabboli tal-ħniena: in-nagħġa l-mitlufa, id-drakma l-mitlufa, l-iben il-mitluf.", "Hu ta din il-qalb, il-qalb tiegħu stess u din il-ħaġa swielha ħafna.", "Dan il-kwadru ta' Adelaide Cini, li qed taraw hawnhekk, qiegħed fil-Palazz tal-Isqof l-Imdina.", "Meta jiena dħalt fil-Palazz tal-Isqof bħala Arċisqof insib li Mawru Caruana kien ħalla tliet kwadri; wieħed ta' Adelaide, wieħed ta' Nazju Falzon u l-ieħor ta' Adeodata Pisani, għax kienu tliet kawżi li hu sab pendenti mid-djoċesi ta' Malta.", "Intom tafu li Nazju u Adeodata fis-snin 90, nirringrazzjaw lil Alla, sabu min jimbuttahom imma Adelaide baqgħet l-art.", "Imma se tibqa' l-art, din l-imbierka Adelaide?", "Meta inti taqra dak il-volum [positio] issib li hemm ġabra tax-xhieda għax il-proċess kollu sar fuq Adelaide, ix-xhieda li kellhom jinstemgħu nstemgħu.", "Kienu nies fl-1907 u fl-1908, li kienu għadhom jiftakruha għax hi mietet ta' età żgħira, kellha 46 sena meta mietet.", "Kienet persuna naqra mibnija, mara tipikament Maltija, veru missierha kellu l-fabbrika tal-għaġin, naħseb jiena kien l-effett..", "Immaġinawha din il-mara Alla jberikha, tirkeb karozzin iċekċek, biex tmur u tfittex dawn in-nisa.", "U għandna x-xhieda ta' kemm kellha tbati, ta' kemm insulti qalgħet għaliex inti meta raġel qed teħodlu – intom qed tifhmuni? – dan jirvilla.", "U din kienet qed tmur u ċċaħħad lil dawn in-nies li lill-mara kienu jarawha biss bħala oġġett jew bħala mezz ta' qligħ, qed itellfilhom il-qligħ jew il-pjaċir.", "L-insulti, it-tagħjir li qalgħet.", "Kien hemm neputi, it-tifel ta' Paolo għax huwa kien jismu Paolo, benefattur kbir ukoll ta' dan il-post, jirrakkonta li missieru qallu li z-zija f'Misraħ il-Barriera (li hu qrib hawnhekk, fil-fatt għad hemm it-Triq Misraħ il-Barrieri) kienet qalgħet xebgħa għasluġ.", "Jiġifieri mit-tagħjir laħqet ukoll qalgħet xebgħa.", "Tant hu hekk li dan in-neputi jgħid li x'aktarx iz-zija żviluppat il-marda li wasslitha għall-mewt minħabba dan ix-xokk, din it-trawma.", "Marret biex issalva mara, u r-raġel li kien qed jużaha għall-flus u għall-pjaċir lil Adelaide ta xebgħa papali.", "Il-pulizija kienu jirrispettawha ħafna, ġieli kellha ssejħilhom biex jipproteġuha biex taraw il-kuntest soċjali diffiċli.", "Anke l-ommijiet ta' ċertu bniet kienu jiġu hawn jgħajru lil Adelaide għax iridu li t-tfal tagħhom ikomplu fil-mestier li kienu qegħdin iqabduhom il-ġenituri tagħhom.", "Jiena nistaqsikom: imma dan kollu li qed ngħidu xi ħaġa tal-antik?", "Jiena nħoss, hawn id-Dottoressa quddiemi, li dan huwa diskors attwali, li l-messaġġ ta' Adelaide hu urġenti daqskemm kien urġenti 150 sena ilu.", "Din hija mara li tat ħajjitha u ġidha, jiġifieri mhux bil-paroli, ħajjitha u ġidha biex tiddefendi d-dinjità tal-mara, biex tiġġieled l-isfruttament tan-nisa, biex tiddefendi l-ġieħ tagħhom, il-ħajja spiritwali, psikoloġika, fiżika tagħhom.", "U kienet tieħu ħsieb ukoll lil uliedhom.", "Kien hemm sitwazzjonijiet diffiċli meta n-nisa li jinqabdu bit-tqala ma setgħux iżommu t-tarbija, u Adelaide kienet tgħidilhom: 'toqgħodx tinkwieta, it-tarbija nieħu ħsiebha jien'.", "Jiġifieri kienet pijuniera wkoll li tiddefendi l-ħajja mhux billi tikkundanna.", "Adelaide qatt ma kkundannat lil ħadd.", "Il-kelma tagħha kienet dejjem kelma ta' ħniena.", "Il-ġakulatorja preferita tagħha kienet: 'Mulej, kun int il-ħniena tagħna.'", "Qatt ma marret tiġġudika lil ħadd, avolja għajruha; kienet għamlet qoxra tal-azzar u kienet tkompli, ma kinitx tibża'.", "Imma jiena wkoll illum nixtieqkom li nitolbu l-interċessjoni ta' Adelaide Cini biex il-Mulej l-ewwel nett juri l-glorja tiegħu fiha u jagħmel miraklu li jkun jista' jwassal għall-glorifikazzjoni tal-qaddejja tiegħu.", "Għax imbagħad saret omm, mhux naturali imma spiritwali ta' ħafna, bħal kull omm kellha tipprovdi u l-providenza tgħaddik mill-provi wkoll.", "Imma hemm diversi xhieda u l-kardinal li ppreżenta l-argumenti biex il-każ jgħaddi għall-istadju tas-Santa Sede, il-livell appostoliku, jgħid, dan mhux qed jgħid wieħed għax forsi ma rax tajjeb imma diversi jgħidu li kienu jgħidulha: 'ma baqax flus'.", "Kellha waħda, il-preferita tagħha (kienet tgħidilhom il-penitenti, dawk li jkunu kkonvertew) li kellha dan id-don tat-talb.", "Kienet tibgħatha titlob biex jiġi xi ħadd b'donazzjoni u kienet tirranġa, kienet iġġibha żewġ.", "Imma mbagħad hemm tliet episodji ħelwin fejn jgħidulha: 'Għandna żewġ ħobżiet biss'.", "U din tgħidilhom: 'Taqtgħux qalbkom, ġib ħa nqassam jien' u tibda tqassam u jiekol kulħadd u jibqa'.", "Ġara hekk bit-tiġieġ anke bil-bċieċen.", "Ovvjament kienu esiġenzi konkreti ta' omm li ma tistax tħalli lil uliedha spirtwali bil-ġuħ, u kienet tafda fil-Mulej li kien dak li qed imexxi fiha u permezz tagħha.", "Laħqet ukoll għarfet il-bniedem, u Lawrence, anke lejn tmiem tal-librett ħelu tiegħu, jitkellem b'xi fejqan li sar wara mewtha u bl-interċessjoni tagħha.", "Hemm episodju ħelu ta' dik li mbagħad bdiet tissejjaħ 'it-tifla tal-miraklu'.", "Fl-1903, tifla ċkejkna timrad bit-tifu u kienet sejra mill-ħażin għal-agħar u ħin minnhom wara kriżi kbira li kienet is-sinjal li m'hemm xejn x'tagħmel, fil-ħolm jew viżjoni tara mara liebsa skur.", "Adelaide kienet tilbes skur ħafna, jew iswed jew kannella skur, u lil din it-tifla tidhrilha din il-mara u tgħidilha: 'inti trid tfiq?'", "U tagħtiha grokk port.", "Imbagħad din it-tifla lill-ġenituri tgħidilhom: 'Isma' jiena rajt mara, tatni ftit inbid ħelu ħafna, kien tajjeb ħafna, u din indunaw li fieqet.", "Imbagħad juruha santa u qaltilhom: 'Dik kellmitni!'", "Kienet santa ta' Adelaide.", "Aħna nippruvaw naraw jekk għandniex iżjed informazzjoni fuq dan il-fejqan straordinarju ta' din it-tifla.", "Jiena llum ukoll nixtieqkom li nitolbu l-interċessjoni ta' Adelaide Cini biex il-Mulej l-ewwel nett juri l-glorja tiegħu fiha u jagħmel miraklu li jkun jista' jwassal għall-glorifikazzjoni tal-qaddejja tiegħu.", "Issa dan mhux f'idejna, f'idejn Alla, imma aħna ta' qaddejja umli nitolbuh bil-ħniena imbagħad inħallu f'idejh bħalma darritna nagħmlu Adelaide u tant qaddisin oħra.", "Din il-parroċċa ta' Santa Venera mbierka b'ħafna qaddisin, mhux biss li qegħdin hawn, imma anke ta' qabilna, u hawnhekk kellna x-xorti li jkollna lil Adelaide u miet ukoll San Ġorġ Preca, kif tafu.", "Imma meta mietet Adelaide, San Ġorġ Preca kellu ħames snin.", "Kienu għadhom joqogħdu l-Belt għax Adelaide twieldet il-Belt imbagħad bħalma ġara anki fil-każ ta' San Ġorġ Preca, ġew joqogħdu f'dawn l-inħawi.", "U kienet dejjem devota kbira tal-qalb ta' Ġesù u devota anke tal-Madonna.", "Għandna xhieda kemm kienet devota tar-Rużarju mqaddes tal-labtu tal-Karmnu, u għalhekk aħna nitolbu bil-ħerqa biex din il-lajka, din il-mara Maltija, tkun mudell għall-Insara u glorja tal-Knisja Universali.", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Evanġelju: Luqa 11, 37-41", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar ritratti >>"], "date": "16/10/2019", "title": "Adelaide Cini qatt ma kkundannat lil ħadd u dejjem kellha kelma ta' ħniena – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-30-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Atti 4, 32-37", "Salm: 92 (93), 1ab.1ċ-2.5", "L-Evanġelju: Ġw 3, 7b-15", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:", "La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid.", "Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma' ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer.", "Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu\".", "Kif qatt jista' jkun dan?\"", "raġa' qallu Nikodemu.", "U Ġesù qallu: \"Inti mgħallem f'Iżrael u dan ma tafux?", "Tassew tassew ngħidlek li aħna qegħdin nitħaddtu fuq dak li nafu, u qegħdin nagħtu xhieda ta' dak li rajna, imma x-xhieda tagħna ma tilqgħuhiex.", "Jekk intom ma temmnux meta nitkellem magħkom fuq il-ħwejjeġ tal-art, kif sejrin temmnu meta nkellimkom fuq il-ħwejjeġ tas-sema?", "Ħadd ma tela' s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema.", "U kif Mosè rafa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem\".", "San Piju V, Papa"], "date": "30/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 30 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-13-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżek 37, 21-28", "Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13", "L-Evanġelju: Ġw 11, 45-56", "F'dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih.", "Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x'kien għamel Ġesù.", "Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: \"X'sejrin nagħmlu?", "Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali.", "Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna\".", "Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: \"Intom ma tafu xejn.", "Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu\".", "Issa dan ma qalux minn moħħu, imma billi dik is-sena nzerta kien il-qassis il-kbir, huwa kien imnebbaħ u ħabbar li Ġesù kellu jmut għall-ġens tiegħu, u mhux għall-ġens tiegħu biss, imma wkoll biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta' Alla li kienu mxerrdin.", "Minn dakinhar 'il quddiem bdew jiftiehmu bejniethom biex joqtluh.", "Ġesù ma għaddiex aktar bid-dieher f'nofs il-Lhud, imma telaq minn hemm lejn il-kampanja qrib id-deżert, f'belt jisimha Efrajm, u qagħad hemmhekk mad-dixxipli tiegħu.", "Kien wasal l-Għid tal-Lhud, u ħafna nies mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid għar-riti tal-purifikazzjoni.", "Huma fittxew lil Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju: \"Intom x'taħsbu?", "Tgħid, jitla' għall-festa?\"."], "date": "13/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 13 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-18-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ġer 38, 4-6.", "8-10", "It-Tieni Qari: Lhud 12, 1-4", "L-Evanġelju: Lq 12, 49-53", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:", "Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad!", "Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x'diqa għandi sa ma dan iseħħ!", "Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja?", "Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum", "il quddiem ħamsa minn nies f'dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha\"."], "date": "18/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/the-informer/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Peter Koslow, wara li spiċċa bl-unuri kollha bħala suldat fis-sessjoni speċjali ta' operazzjonjiet perikolużi, isib ruħu l-ħabs wara ġlieda li kellu għax ħass il-ħtieġa li jipproteġi lil martu Sofia.", "Wara li serva parti mis-sentenza, ingħata ċ-ċans li jinħeles mill-ħabs billi jaċċetta li jsir spjun f'isem l-FBI u juża' l-ħila li kellu f'operazzjoni bil-moħbi biex jinqabad il-Ġeneral magħruf sew bħala l-ikbar kap fi kriminalità ġewwa New York.", "Għal dan il-għan hu jsir parti minn gang Polakk li kien imexxi d-droga.", "Sfortunatament għal Koslow, l-operazzjoni ppjanata mill-FBI ma waslet imkien tant li rriżultat fil-mewt ta' wieħed mill-pulizija li kien qiegħed jieħu sehem fl-operazzjoni.", "Koslow stess nqabad fi sparar li seħħ bejn l-FBI u numru ta' kriminali.", "Il-Ġeneral jinsisti ma' Koslow li jieħu t-tort kollu hu billi jaċċetta li jerġa jidħol il-ħabs biex minn hemm ikun jista' jibda imexxi operazzjoni ta' traffikar tad-droga fil-ħabs stess.", "L-FBI jaqblu li Koslow jaċċetta l-proposta li kien għamillu l-Ġeneral li jerġa' jidħol il-habs għaliex kienet l-unika triq biex jinstab minn kien fil-fatt il-moħħ wara t-traffikar tad-droga fil-ħabs u fl-istess waqt li Koslow ikun jista' jżomm il-kuntatt li kien rrnexielu jwaqqaf mal-Ġeneral.", "Iżda din l-istrateġija kienet tfisser li Koslow kien sejjer jinqabad f'dinja li ma kienx hemm fiha wisq għażliet.", "Wara diskussjoni ma' martu li xejn ma kienet taqbel ma' dak propost mill-FBI u l-Ġeneral, jiddeċiedi iżda li jaċċetta li jidħol il-ħabs għalkemm kontra qalbu.", "Fil-ħabs, Koslow isir jaf kif titħaddem is-sistema tat-traffikar tad-droga u jifhem aktar id-dettalji dwar min kien wara din l-operazzjoni kollha li kienet qed titwettaq bl-għajnuna minn barra.", "Koslow għalhekk jagħmel pjan biex jaħrab mill-ħakma ta' tlett organizzazzjonijet l-aktar qawwija ġewwa New York: iċ-ċorma ta' kriminali u min kien qiegħed warajhom, in-NYPD u l-FBI.", "Dan il-pjan ħass li kellu jagħmlu biex jeħles lilu nnfsu u l-familja tiegħu.", "Tgħid jirnexxielu jagħmel dan u kif?", "Film Brittaniku, dramm mimli azzjoni u eċċitament, taħt id-direzzjoni ta' Andrea Di Stefano u kitba ta' Matt Cook msejjes fuq in-novella:", "ta' Roslund/Hellstrom.", "Minħabba vjolenza mdemmija, trattament aħrax fil-ħabs, qtil bla ħniena u torturi kif ukoll kiem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "27/09/2019", "title": "The Informer"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-11-ta-marzu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Evanġelju: Mt 25, 31-46", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.", "U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.", "Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu : \"Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja.", "Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni\".", "Imbagħad iweġbuh il-ġusti u jgħidulu: \"Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek?", "Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek?", "Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?\".", "U s-Sultan iweġibhom u jgħid: \"Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi\".", "Imbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug: \"Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu.", "Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix, kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni!\".", "Imbagħad huma wkoll iweġbuh u jgħidulu: \"Mulej, meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?\".", "Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom: \"Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma' wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh\".", "U dawn imorru fit-tbatija ta' dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta' dejjem\"."], "date": "11/03/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 11 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-26-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Tess 1, 1-5.8b-10", "Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b", "L-Evanġelju: Mt 23, 13-22", "F'dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: \"Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra!", "Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!", "Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra!", "Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom!", "Ħażin għalikom, mexxejja għomja!", "Intom tgħidu: \"Jekk wieħed jaħlef bis-santwarju, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bid-deheb tas-santwarju, ikollu jrodd\".", "Boloh u għomja!", "X'inhu l-aqwa?", "Id-deheb, jew is-santwarju li jqaddes id-deheb?", "Tgħidu wkoll: \"Jekk wieħed jaħlef bl-artal, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bl-offerta ta' fuq l-artal, ikollu jrodd\".", "Ja għomja!", "X'inhu l-aqwa?", "L-offerta, jew l-artal li jqaddes l-offerta?", "Mela min jaħlef bl-artal ikun jaħlef kemm bl-artal u kemm b'li jkun hemm fuqu; u min jaħlef bis-santwarju jkun jaħlef kemm bis-santwarju u kemm b'min jgħammar fih; u min jaħlef fuq is-sema jkun jaħlef kemm bit-tron ta' Alla u kemm b'dak li hemm fuqu\"."], "date": "26/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 26 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/downton-abbey/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Downton Abbey, dar kbira imponenti f'Yorkshire, fl-Ingilterra, kienet tirrenja armonija sħiħa bejn is-sidien ta' dan l-estejt u l-ħaddiema li kienu jaħdmu hemm.", "Fid-dar lussuża kienet toqgħod il-familja tal-Konti ta' Grantham, Robert Crawley u l-Kontessa martu, Cora.", "Il-ġrajja sseħħ fis-sena 1927, żmien ta' trankwillità għal dawk li kienu jgħixu hemm sakemm jum wieħed, il-pustier iġib ittra lill-Konti fejn kienet tinfurmah li r-Re George u r-Reġina Mary kienu sejrin jqattgħu lejl f'darhom fi żjara li huma kienu sejrin jagħmlu ġewwa Yorkshire.", "Din l-aħbar qajjmet pandemonju mhux biss qalb il-membri tal-Familja Crawley iżda wkoll qalb il-ħaddiema.", "Eċitament kbir ħakem lil kulħadd.", "Iż-żjara li l-familja rjali kienet sejra tagħmel f'Yorkshire, ftit li xejn kienet qatt mistennija.", "Dan kien jitlob li kulħadd jaħdem bis-sħiħ biex din iż-żjara rjali tkun ta' suċċess.", "Mrs. Hughes li kellha f'idejha t-tmexxija tad-dar kollha, kienet sejra ttir bil-ferħ bil-ħsieb li kellha tkun hi li tieħu ħsieb direttament il-familja rjali.", "Mrs. Hughes ħasbet li jkun aħjar li terġa' issejjaħ lill-veteran butler Mr. Carson, issa rtirat, iżda li ħa pjaċir ħafna li kien hu li sejjer iservi l-familja rjali.", "Iżda mhux kollox mar sew għaliex isiru jafu li wara kollox ir-Re u r-Reġina, magħhom kienu sejrin iġibu l-impjegati kollha tagħhom fosthom il-kok Franċiż u anke dik li kienet tieħu ħsieb il-palazz irjali.", "X'sejrin jagħmlu issa meta jsibu ruħhom f'din il-qagħda.", "Mr. Carson ukoll sab ruħu barra.", "Kien hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Sadanittant, min-naħa tal-Familja Crawley, Lady Mary inagħtat l-inkarigu biex tara li kollox imur sew.", "Sfortunatament iżda, il-Kontessa Dowager xejn ma ħadet pjaċir li fost dawk li ġejjin, kien hemm Lady Maud Bagshaw li baqgħet bla tfal u rrifjutat li l-wirt tagħha jintiret mill-Konti ta' Grantham.", "Hemm ukoll Tom Branson, ħaten u eks-xufier tal-familja li kien għad għandu sentimenti soċjalisti u repubblikani Irlandiżi.", "Kif tmur din iż-żjara ta' ġurnata li l-Familja Rjali kienet ser tagħmel ġewwa Downton Abbey?", "Tgħid kollox imur sew?", "Film Brittaniku, dramm storiku, taħt id-direzzjoni ta' Michael Engler u kitba ta' Julian Fellows.", "Il-film hu kontinwazzjoni ta' serje televiżiva bl-istess isem li kien intwera fuq ITV bejn l-2010 u l-2015.", "Minħabba xi xeni romantiċi u relazzjoni omosesswali, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "27/09/2019", "title": "Downton Abbey"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-23-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rut 1, 1.3-6.14b-16.22", "Salm: 145 (146), 5-6.7.8-9a.9bċ-10", "L-Evanġelju: Mt 22, 34-40", "F'dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: \"Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?\".", "Qallu Ġesù: \"\"Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, b'ruħek kollha, u b'moħħok kollu\".", "Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed.", "U it-tieni jixbhu: \"Ħobb lil għajrek bħalek innifsek\".", "Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti\".", "Qaddisa tal-jum:", "Santa Roża ta' Lima, Verġni"], "date": "23/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 23 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-23-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Esd 1, 1-6", "Salm: 125 (126), 1-2ab.2ċd-3.4-5.6", "L-Evanġelju: Lq 8, 16-18", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: \"Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b'għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl.", "Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl.", "Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu!", "Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu\".", "San Piju ta' Pietrelcina, Presbiteru"], "date": "23/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 23 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/it-twelid-ta-gesu-ir-risposta-tal-imhabba/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Fl-esperjenza tat-talb tal-Knisja f'dan iż-żmien qaddis tal-Milied, it-tema tad-dawl jiddi fid-dlam hija tema qawwija ħafna.", "Fil-lejl tal-Milied niftakru fil-profezija ta' Iżaija li jgħidilna li \"Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir\" (Iż 9:1).", "Is-sebħ tal-Mulej idda fuq l-umanità, fuqna – bnedmin li għandna tassew bżonn it-twelid tas-Salvatur.", "Ħafna drabi f'dawn il-ġranet, fit-talb tiegħi niftakar f'talba li għallimna San Ġorġ Preca: 'Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok'.", "Kemm tkun ħaġa sabiħa dan il-Milied jekk aħna nirriflettu fuq din it-talba sempliċi imma profonda ta' dan il-qaddis Malti.", "Quddiem it-tarbija ta' Betlehem, quddiem Ġesù mfisqi u mimdud f'maxtura minn ommu Marija, aħna nħarsu lejn il-wiċċ ta' Alla – tarbija vulnerabbli li għandha bżonn l-għajnuna tagħna – u lill-Mulej ngħidulu: għandna bżonnok.", "Għandna bżonnok biex tgħallimna kif inħobbu lil xulxin, għandna bżonnok biex tgħallimna nagħżlu t-tajjeb f'ħajjitna, għandna bżonnok biex tgħallimna u tgħinna naħfru lil xulxin.", "Id-dinja hija għatxana għall-paċi, hija għatxana wkoll għall-ferħ.", "Fil-lejl tal-Milied l-anġlu jagħti aħbar lir-ragħajja, li kienu kategorija mistmerra u mwarrba tas-soċjetà ta' dak iż-żmien, u jgħidilhom: \"Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir...", "Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur\" (Lq 2:10,11) u s-sinjal ta' dan kollu mhix xi ħaġa gwappa jew qawwija, hija tarbija mimduda f'maxtura.", "Fil-bidu ta' Diċembru ta' din is-sena, il-Papa Franġisku ħareġ meditazzjoni sabiħa b'riflessjonijiet sbieħ ħafna dwar il-presepju.", "Jiena ninnota b'ferħ kbir li fid-djar tagħna għadna ngħożżu l-presepju.", "Kien San Ġorġ Preca stess li f'kull dar xtaq li jkun hemm presepju ċkejken, imqar grotta, u lill-katekisti tiegħu tal-MUSEUM għallimhom li fil-Milied jagħtu grotta jew Bambin jew presepju żgħir lil kull tifel u tifla li jmorru għall-katekiżi fl-oqsma tagħhom, biex jeħduh magħhom id-dar.", "L-idea ta' San Ġorġ Preca kienet li aħna niftakru dwar is-sinifikat profond u vera tal-Milied.", "Il-Mulej ġie biex itaffi l-għatx għall-ġustizzja u għall-verità imma ġie wkoll biex jgħallimna l-ħniena, l-għaqda, il-paċi ta' bejnietna.", "Il-Papa Franġisku ried ifakkar lill-Knisja kollha dwar l-għożża tal-presepju u dwar kemm hi ħaġa sabiħa li fil-familji tagħna, il-Papa jgħid anke fil-postijiet pubbliċi, ikun hemm din ir-rappreżentazzjoni tat-twelid tal-Mulej li tfakkarna fuq is-sinifikat profond u veru tal-Milied.", "Il-Papa jitkellem dwar il-persunaġġi li hemm fil-presepju, jitkellem ukoll dwar il-fatt li fil-presepju aħna npoġġu l-kwiekeb, xi xmara, is-siġar, il-grotta, il-baqra u l-ħmara, in-nagħaġ u annimali oħrajn.", "Il-Papa jgħid li l-ħolqien kollu jadura l-misteru tat-twelid tal-Mulej, tal-Iben ta' Alla li sar bniedem.", "Jitkellem ukoll dwar diversi pasturi li aħna npoġġu, ir-ragħajja li laqgħu l-istedina li jersqu lejn il-maxtura u jaraw din it-tarbija li meta tikber, dan Ġesù ta' Nazaret jgħid: \"Jiena l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema\" (Ġw 6:51).", "Jgħid ukoll: \"Jiena r-ragħaj it-tajjeb li nagħti ħajti għan-nagħaġ tiegħi\" (ara Ġw 10:11).", "Jekk hemm xi ħadd li qed jismagħni, li jħossu mtaqqal minħabba ċ-ċirkustanzi tal-ħajja, jiena nistiednu biex jersaq lejn il-maxtura tal-Mulej u jgħidlu t-talba profonda u ħerqana: 'Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok'.", "Jekk hemm xi ħadd li huwa ferħan u għandu għaliex jifraħ, jalla l-ferħ tiegħu jkun jista' jaqsmu mal-proxxmu tiegħu.", "San Ġorġ Preca għallimna t-talba: 'Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok'", "Kemm hi ħaġa sabiħa li fil-Milied aħna nagħtu rigal lil xulxin biex infakkru li rċevejna l-aqwa rigal, li Alla sar bniedem.", "Nistgħu nħarsu lejh u nistgħu naraw ir-risposta tal-imħabba tiegħu għal kull wieħed u waħda minna.", "Il-Mulej ġie biex itaffi l-għatx għall-ġustizzja u għall-verità imma ġie wkoll biex jgħallimna l-ħniena, l-għaqda, il-paċi ta' bejnietna.", "Jalla dan il-Milied isibna ħerqana u fl-istess ħin attenti għal dak li għamel il-vera Milied: it-twelid ta' Ġesù tarbija.", "Missirijietna għallmuna biex lill-Mulej ngħidulu biex mhux hu jibki, imma aħna nibku dnubietna.", "Aħna u niftakru fin-nuqqasijiet tagħna, m'għandniex naqtgħu qalbna, nersqu lejh li huwa t-tabib tar-ruħ tagħna, nersqu lejh li huwa l-għajn tal-ħniena u l-għajn tal-paċi.", "F'dan il-Milied niftakru li twildilna l-Prinċep tal-paċi u l-paċi tal-qalb hija l-ikbar rigal u l-ikbar barka li jiena nawgura lil kull wieħed u waħda minna.", "Il-Milied it-tajjeb mill-qalb!", "Arċisqof ta' Malta"], "date": "24/12/2019", "title": "It-twelid ta' Ġesù: ir-risposta tal-imħabba"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-19-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Imħ 2, 11-19", "Salm: 105 (106), 34-35.36-37.39-40.43ab u 44", "L-Evanġelju: Mt 19, 16-22", "F'dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: \"Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?\".", "U Ġesù qallu: \"Għax tistaqsini fuq it-tajjeb?", "Wieħed hu t-Tajjeb.", "Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti\".", "\"Liema?\", staqsieh dak.", "U Ġesù wieġbu: \"La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek\".", "Qallu ż-żagħżugħ: \"Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?\".", "Wieġbu Ġesù: \"Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja!\".", "Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna.", "San Ġwann Eudes, Presbiteru"], "date": "19/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 19 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/hustlers/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Constance Wu, Jennifer Lopez, Julia Stiles, Keke Palmer, Lili Reinhart, Lizzo, Usher, Cardi B, Mercedes Ruehl, Trace Lysette, Usher u Madeline Brewer", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Dorothy, li tgħix ġewwa New York u taħdem bħala stripper f'Gentlemen's Nightclub,tiġi mistiedna minn Elizabeth, ġurnalista, għal intervista biex tgħinha fi storja li kienet qegħda tikteb fuq Ramona Vega, li darba kienet ħabiba intima tagħha.", "Fl-2007, Dorothy bħala stripper magħrufa bħala Destiny, bdiet taħdem f'dan ix-xogħol biex issostni lin-nannitha.", "Sfortunatament, hi kontinwament tiffrustra ruħha għaliex ma jirnexxilhiex tiġbed klijenti li jħallsu flus tajba.", "Dorothy kienet tammira lil Romina Vega għax kienet stripper popolari ħafna b'riżultat li kienet taqla' ħafna flus.", "Hi ssir ħabiba tagħha b'riżultat li Ramona bdiet tgħallimha x'għandha tagħmel biex tirnexxi billi tkun kapaċi tagħżel klijent minn ieħor.", "Kien hemm tliet kwalitajiet ta' klijenti; l-ewwel tip dawk li mhux ta' min joqgħod fuqhom u li ma kienux lesti li jħallsu; it-tieni tip kienu klijenti regolari li kienu jiffrekwentaw spiss; it-tielet tip kienu nies sinjuri ħafna bħal CEOs, bankiera u investituri kbar li kienu jħallsu bl-eluf ta' dollari.", "It-tnejn iffurmaw tim b'mod formidabbli biex jimmiraw lejn it-tielet tip ta' klijenti.", "Dorothy malajr saret sinjura u bil-flus li bdiet iddaħħal xtrat appartament, kif ukoll issodisfat il-vizzju li kellha li tixtri kull ma tara.", "Sena wara iżda faqqgħet il-kriżi finanzjarja.", "Dorothy u Ramona sabu ruħhom bi ftit klijenti biex isostnu l-istil ta' ħajja li kienu jgħixu.", "L-għarus ta' Dorothy abbandunaha u ħalliha tieħu ħsieb it-tifla żgħira li kellhom.", "Dorothy ukoll sabitha diffiċli biex issib xogħol alternattiv minħabba n-nuqqas ta' esperjenza.", "Għalhekk, hi reġgħet marret taħdem bħala stripper, iżda issa ssib li l-klijenti saru wisq ifittxu s-sess, ħaġa li hi ma kenitx lesta tagħmel.", "Ramona, min-naħa tagħha, tintruduċiha għal skema li kienet tinvolvi wkoll tnejn minn sħabha, Mercedes u Annabelle.", "L-iskema kienet timmira lejn irġiel sinjuri ħafna li kienu jiffrekwentaw il-ħwienet tax-xorb u wara li jkunu xorbu żżejjed jeħduhom fil-klabb fejn hemm jisirqulhom in-numru tal-credit cards tagħhom.", "X'jiġri minn hawn?", "Tgħid tirnexxi din l-iskema mingħajr ma jinqabdu?", "Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta' Lorene Scafaria u msejjes fuq artiklu fin-New York Magazine: \"The Hustlers at Scores\" ta' Jessica Pressler.", "Film nieqes minn valuri u rispett lejn il-mara, bi kliem oxxen u goff, kif ukoll xeni ta' sess pervers.", "Ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "27/09/2019", "title": "Hustlers"} {"url": "https://knisja.mt/joker/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1981, xogħol Arthur Fleck kien li jaħdem il-parti ta' buffu waqt xi riċeviment.", "Kien jgħix m'ommu Penny ġewwa Gotham City fejn sfortunatament, il-kriminalità u n-nuqqas ta' xogħol kienu jiddominaw din il-belt.", "Ħafna mill-popolazzjoni kienu fqar u bla dritt ta' vot.", "Arthur kien isofri minn disordni mentali tant li ħafna drabi kien jinfexx jidħaq f'ħinijiet li ma kontx tistenna li kien hemm għalfejn tidħaq.", "Hu kien jidddependi ħafna mis-servizzi soċjali tant li ħaddiema soċjali kienet ittih il-mediċina li kellu bżonn.", "Jum wieħed, hu u sejjer lura lejn id-dar wara x-xogħol, jiġi attakkat fi sqaq minn grupp ta' żgħażagħ.", "Minħabba dan l-inċident, Rendall, wieħed mill-ħaddiema li kienu jaħdmu miegħu bħala buffu, selfu pistola biex ikun jista' jiddefendi ruħu jekk jerġa' jinqala' każ.", "Lura lejn id-dar, Arthur jistieden lil Sophie, omm single biex tiġi tarah jagħti wirja bħala buffu.", "Arthur ħaseb li kien beda xi relazzjoni magħha iżda kienet biss diżillużjoni.", "Sfortunatament meta kien qiegħed jagħti wirja fi sptar tat-tfal, il-pistola li kellu waqgħetlu mill-but b'riżultat li sab ruħu mkeċċi mix-xogħol.", "Rendall jigdeb li kien hu li kien silef l-pistola.", "Darba waħda, liebes ta' buffu ġewwa ferrovija ta' taħt l-art, tliet żgħażagħ xurbana, negozjanti fil-Wayne Enterprises, jattakkawh u din id-darba, Arthur jispara lejn tnejn minnhom biex jiddefendi ruħu u joqtolhom waqt li t-tielet wieħed baqa' jiġri warajh sakemm ukoll sparalu u qatlu.", "Il-qtil jiġi kkundannat minn Thomas Wayne, biljunarju u kandidat għal sindku li jiddiskrivi lil dak li wettaq dan il-qtil bħala \"buffu\" u li kien għajjur għas-sinjuri.", "Riżultat ta' dan il-kliem, fil-belt bdew ħafna dimostrazzjonijiet, bid-dimostraturi libsin maskla ta' buffu.", "Biex tkompli tħawwad il-qagħda, l-benefiċċji soċjali twaqqfu b'riżultat li Arthur waqaf jieħu l-mediċina għall-marda mentali li kellu.", "Il-wirjiet li beda jagħti kienu diżastru.", "F'waħda minnhom, fuq it-televiżjoni, Murray Franklin, f'Talk Show", "waqqa' għaċ-ċajt lil Arthur.", "Sadanittant, Penny, omm Arthur issofri attakk ta' puplesija.", "Arthur sab ittra miktuba minn ommu lil Thomas Wayne fejn allegat li Arthur hu t-tifel illeġittimu tiegħu.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan, dramm psikoloġiku taħt id-direzzjoni ta' Todd Philips u kitba tiegħu stess u ta' Scott Silver.", "Minħabba tema ta' vendetta, qtil u vjolenza ħarxa, kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "16/10/2019", "title": "Joker"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-7-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Kol 1, 21-23", "Salm: 53 (54), 3-4.6 u 8", "L-Evanġelju: Lq 6, 1-5", "Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b'idejhom u jikluh.", "Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: \"Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta' Sibt?\".", "Qabeż Ġesù u weġibhom: \"Anqas dan ma qrajtu, x'għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu?", "Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta' Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta' quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu, u madankollu ħadd ma kien jista' jiekol minnu ħlief il-qassisin biss?\".", "U qalilhom: \"Bin il-bniedem huwa sid is-Sibt ukoll\"."], "date": "07/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 7 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-21-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari:", "L-Evanġelju: Mt 9: 9-13", "'dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.", "\"Ejja warajja\", qallu.", "Dak qam u mar warajh.", "U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma' Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: \"Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom\"?", "Hu semagħhom u qal: 'It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda.", "Mela morru tgħallmu x'jiġifieri 'Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju'; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin."], "date": "21/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 21 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/playmobil-the-movie/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Marla Brenner hi tfajla fuq tagħha ta'sbatax-il sena.", "Il-pjaċir tagħha kien li tilgħab ma' ħuha ż-żgħir ta' sitt snin.", "Kienu tassew jinġibu bejniethom.", "Charlie minn età żgħira kien dejjem joħlom li xi darba jsib ruħu f'xi pajjiż ta' fantasija fejn hemm qatt ma kienu jonqsu avventuri tal-ġenn.", "Marla kienet tiggustah iżda dejjem kienet twiddbu li l-fantasija li kien joħlom biha kienet biss fil-moħħ fertili tiegħu.", "Għal Marla u Charlie, ħajjithom nbiddlet għal kollox meta ħadu l-aħbar li l-ġenituri tagħhom kellhom inċident fatali stradali u li tilfu ħajjithom it-tnejn.", "Marla issa ta' adulta, sabet ruħha tieħu ħsieb lil ħuha li mhux dejjem kien jaċċetta dak li tgħidlu.", "Darba waħda Charlie ħareġ bla permess mid-dar u fettillu jmur ġewwa amusement mall fejn wieħed kien isib wirja ta' pupi żgħar maħluqa mill-kumpanija Playmobil li matul iż-żmien kienet kapaċi toħloq, b'sengħa kbira tant karattri li kienu saħħru tant tfal kif ukoll kbar.", "Semmi x'ma kienx hemm, pupi tal-plamobil f'xeni ta' kull forma li wieħed jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum iżda minflok dawn ħajjin kienu biss pupi, tal-istess daqs u għamla iżda mlibbsin differenti.", "Marla meta ntebħet li Charlie kien nieqes mid-dar ma kellhiex alternattiva ħlief li tmur tara fejn mar.", "Il-ħsieb tagħha mar fejn fil-fatt Charlie kien mar.", "Għalkemm l-amusemmet mall kien maghluq, Marla pperswadiet lill-għassies li ħuha kien jinsab hemm ġew.", "U tabilhaqq hekk kien!", "Charlie hemm ġew sab ruħu f'fantasija tal-ġenn, b'xeni meraviljużi li hu kien dejjem joħlom bihom u li issa saru realtà.", "Marla ħadet ir-ruħ iżda minn hawn jibdew avventuri għat-tnejn hekk kif il-fairy godmother tittrasformahom u t-tnejn isibu ruħhom mibdula f'pupi tal-playmobil.", "Qatt ma bassru li kienu sejrin jidħlu f'avventura li mhux biss ħallithom bla nifs iżda wkoll permess ta' animazzjoni komputerizzata, għal dawk li jiddeċiedu li jmorru jaraw din l-avventura, mingħajr ma jridu jsiru wkoll parti minn dawn l-avventuri.", "Film bl-Ingliż u animat komputerizzat minn produzzjoni Franċiża, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Lino DiSalvo.", "Barra li għandu xeni kontinwi ta' avventuri li jħalluk bla nifs, bi storja ħelwa u pożittiva, żgur għandu jogħġob lil kulħadd."], "date": "19/08/2019", "title": "Playmobil: The Movie"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-27-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ħag 1, 15b – 2,9", "L-Evanġelju: Lq 9, 18-22", "Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: \"Min jgħidu n-nies li jien?\".", "Huma weġbuh u qalulu: \"Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi\".", "Qalilhom: \"Imma intom min tgħidu li jien?\".", "Qabeż Pietru u qallu: \"Inti l-Messija ta' Alla\".", "Imbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b'dan.", "U qalilhom: \"Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum\".", "San Vinċenz de Paul, Presbiteru"], "date": "27/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 27 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/abominable/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Diretturi :", "Jill Culton u Todd Wilderman", "Ilħna:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Il-bidu tal-istorja tlaqqagħna ma' Yeti, żgħir fl-età, li ħarab minn laboratorju ta' riċerka fejn kien qiegħed jinżamm.", "Il-Yeti li inqabad mill-esploratur Burnish, kien qiegħed jinżamm biex jiġi ppruvat li l-Yeti kienu jeżistu tabilħaqq.", "Dan, kollu mbeżża', jaħrab lejn il-metropoli u jistaħba fuq bejt ta' appartament li fih kienet toqgħod Yi,", "Yi, ħafna mill-ħin kienet tqattgħu taħdem biex tiġbor fondi għall-familja wara li missierha kien miet.", "Dan il-fatt iżda kien iħasseb ħafna lil ommha u lil nannitha Nai Nai għaliex ma kienux jafu fejn kienet tmur tagħmel dan ix-xogħol.", "Lejl wieħed, Yi titla' fuq il-bejt tal-appartament biex tistrieħ hemm fil-kwiet.", "Hemm Yi tiskopri l-preżenza tal-Yeti li kien qiegħed jistaħba minn dawk li kienu qegħdin iffitxuh b'kull xorta ta' mezzi.", "Fil-bidu, Yi kellha biċċa xogħol iebsa biex tipperswadi lill-Yeti li kienet xtaqet tgħin.", "Maż-żmien, il-Yeti beda jafdaha.", "Il-kuġini ta' Yi, Peng u Jin isiru jafu bil-preżenza tal-Yeti u Jin sejjaħ l-awtoritajiet fuq din is-sejba għalkemm Yi talbitu biex ma jagħmilx hekk.", "It-tliet teenagers taw isem lill-Yeti u semmewh Everest.", "Ftit 'l bogħod kien hemm kartellun kbir b'ritratt tal-muntanja Everest u l-Yeti spiss kien jiċċassa lejh.", "Yi u sħabha jintebhu li l-post oriġinali tal-Yeti kien fuq il-muntanja Everest u għalhekk jiddeċiedu li jagħmlu minn kollox biex jieħdu lil Everest fl-abitat oriġinali tiegħu.", "Ftit kienu jemmnu li l-Yeti kienu jeżistu tassew fuq il-muntanja Everest.", "Għalhekk l-iskop ta' Burnish li ġabu Shangai kien li juri tabilħaqq li l-Yeti kienu jeżistu.", "Wara numru ta' avventuri, it-tfal flimkien ma' Everest irnexxielhom jistaħbew fuq vapur tal-merkanzija sejjer lejn in-naħa tal-muntanja Everest.", "Meta qorbu lejn il-muntanja jintebħu li Burnish u ċorma nies armati kienu qegħdin isegwu l-passi tagħhom.", "X'sejrin jagħmlu issa, Yi, Peng, Jin u Everest meta jsibu ruħhom imdawrin minn dawn in-nies, determinati li jaħtfu lil Everest.", "Everest iktar ma beda joqrob lejn il-muntanja iktar beda juri ħiliet straordinarji u maġiċi li kienu wkoll jimmanipulaw in-natura.", "X'jiġri minn hawn?", "Film animat u mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni ta' Jill Culton u Todd Wilderman, b'kitba ta' Jill Culton stess.", "Storja ħelwa, b'messaġġ pożittiv fejn joħroġ tajjeb il-valur ta' familja magħquda, ir-rikonċiljazzjoni u l-maħfra kif ukoll enfasi fuq ir-rispett lejn l-annimali."], "date": "16/10/2019", "title": "Abominable"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-17-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 3, 21-30", "Salm: 129 (130), 1-2.3-4b.4ċ-6", "L-Evanġelju: Lq 11, 47-54", "F'dak iż-żmien, il-Mulej qal: \"Ħażin għalikom!", "Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b'hekk tagħtu xhieda ta' kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.", "Kien għalhekk li l-Għerf ta' Alla qal: \"Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom\".", "U hekk dan in-nisel ikollu jagħti kont ta' demm il-profeti kollha li nxtered sa mill-ħolqien tad-dinja, ibda mid-demm ta' Abel sad-demm ta' Żakkarija, li qerduh bejn l-altar u s-santwarju.", "Iva, ngħidilkom, dan in-nisel ikollu jagħti kont!", "Ħażin għalikom intom l-għorrief tal-Liġi!", "Intom ħtaftu l-muftieħ tal-għerf, biex imbagħad intom stess ma dħaltux u żammejtu lura lil min ried jidħol\".", "Meta Ġesù ħareġ minn hemm, il-kittieba u l-Fariżej bdew irossuh kemm jifilħu b'mistoqsijiet fuq ħafna ħwejjeġ u jonsbuh biex jaraw jaqbdux xi ħaġa minn fommu.", "San Injazju ta' Antjokja, Isqof u martri"], "date": "17/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 17 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/donazzjoni-ta-ishma-lid-dar-tal-providenza-u-caritas-malta/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L-intraprenditur Paul Gauci offra 750,000 f'ishma lil Caritas Malta kif ukoll lid-Dar tal-Providenza 75% tal-ishma tiegħu minn PG plc, li jfisser li ż-żewġ entitajiet mhux biss se jirċievu l-valur tal-kapital f'ishma, imma wkoll żewġ dividendi fis-sena, skont il-prestazzjoni tal-kumpanija.", "Għalkemm Caritas Malta u d-Dar tal-Providenza diġà jirċievu legati b'mod regolari, din id-donazzjoni hija kkunsidrata ogħla, peress li se tagħtihom iċ-ċans li jippjanaw bil-quddiem, xi ħaġa li normalment hija ferm diffiċli għall-entitajiet li jibbażaw ħafna l-ħidma tagħhom fuq ġbir ta' fondi.", "\"Xtaqt li nagħtihom siġra, siġra li tagħti l-frott kull sena,\" spjega s-Sur Gauci mdawwar b'familtu, li kollha kienu b'appoġġ għal din id-donazzjoni.", "\"Missieri dejjem kien jgħidli li bil-karità qatt ma ftaqar ħadd.", "Legat ta' persuna qatt ma jiġi definit b'dak li ħallew warajhom bis-suċċess li għamlu, imma bil-ġid li għamlu kull darba li setgħu,\" kompla jgħid.", "Id-deċiżjoni tiegħu li jagħtihom l-ishma flok donazzjoni ta' flus, kienet motivata mir-rispett li għandu lejn iż-żewġ entitajiet, li t-tnejn li huma għandhom irwol soċjali importanti ħafna fis-soċjetà.", "\"Meta tagħti l-flus, mhux dejjem tkun ċert kif qed jintefqu.", "Il-benefatturi għandhom ir-responsabbiltà li jiskrutinizzaw lil dik l-entità li jixtiequ jgħinu, u wkoll li jaċċertaw li jkollhom trasparenza,\" żied jgħid is-Sur Gauci, waqt li wera biċ-ċar ir-rispett li jġib lejn iż-żewġ entitajiet.", "PG Group jappoġġaw il-ġest li għamel is-Sur Gauci u jħossu li din hija parti mill-istrateġija ta' responsabbiltà soċjali tal-kumpanija.", "Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qal li: \"Dan hu mod ġdid ta' responsabbiltà soċjali mill-kumpaniji li qed tibbenefika minnu d-Dar tal-Providenza, li toffri servizzi residenzjali u ta' respite lil persuni b'diżabbiltà u l-familji tagħhom.", "Din mhix għajnuna ta' darba imma kif qal is-Sur Paul Gauci anke fid-diskussjonijiet tagħna, siġra, li tingħaqad mal-masġar ta' ġenerożità, u li se jkun qed tagħtina frott kull sena biex tgħinna fil-ħidma professjonali li nagħmlu fid-Dar tal-Providenza.\"", "Id-Direttur ta' Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, qal li:", "Permezz ta' inizjattivi u bil-ġenerożità tal-Maltin nistgħu nkomplu bil-ħidma tagħna.", "Il-poplu Malti dejjem ikkontribwixxa u wera sens kbir ta' ġenerożità kull meta kien imsejjaħ, u dawn il-fondi se jassistu biex inkomplu nipprovdu l-firxa wiesgħa ta' servizzi lil dawk l-aktar vulnerabbli fil-komunità.\""], "date": "03/08/2019", "title": "Donazzjoni ta' ishma lid-Dar tal-Providenza u Caritas Malta"} {"url": "https://knisja.mt/dora-and-the-lost-city-of-gold/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "F'ġungla fil-Peru, tinsab tgħix Dora mal-ġenituri tagħha, Cole u Elena, esploraturi.", "Dora kienet tħobb tesplora u tmur mal-ħabib xadin tagħha, Boots u mal-kuġin Diego.", "Dawn it-tnejn kienu jimmaġinaw ħbieb li wkoll semmewhom Backpack u Map.", "Kienu jagħmlu ħilithom biex ma jħallux il-volpi ħalliel Swiper jagħmel li jrid.", "Meta Dora u Diego jaslu għall-età ta' sebgħa u tmien snin, Diego kellu jħalli dawn l-avventuri biex imur lura mal-familja tiegħu ġewwa Los Angeles.", "Sadanittant, il-familja ta' Dora baqgħu hemm jesploraw il-belt mitlufa Inca Parapata.", "Jgħaddu għaxar snin u l-ġenituri ta' Dora li kien irnexxielhom jiddeċifraw is-sit ta' Parapata, jiddeċiedu li jibgħatu lil Dora fl-iskola fejn kien jattendi Diego ġewwa L.A. waqt li huma bdew vjaġġ lejn il-belt mitlufa.", "Ġewwa l-ambjent ġdid li sabet fiha, Dora tiltaqa' mal-istudenti Sammy u Randy.", "Diego, mhux dejjem kien jieħu pjaċir b'imġebitha.", "Waqt ħarġa f'mużew, Dora u oħrajn jitħajru jmorru f'parti tal-wirja li ma kinitx miftuħa għall-pubbliku.", "Hemm ġew inħatfu minn merċenarji li sifruhom lejn il-Peru.", "Meta jaslu, raġel bl-isem ta' Alejandro, li qal li kien ħabib tal-ġenituri ta' Dora, jgħinhom biex jaħarbu.", "Fil-proċess, il-merċenarji, bl-għajnuna ta' Swiper jisirqu l-mappa li kellha Dora.", "Sadanittant, Alejandro jirrapporta li l-ġenituri ta' Dora kienu jinsabu mitlufa u li l-merċenarji kienu qegħdin ifittxuhom bit-tama li jsiru jafu l-post ta' Parapata u hekk ikunu jistgħu jisirqu t-teżori li kien hemm.", "Dora tirriżolva li ssib il-ġenituri tagħha.", "Sħabha wkoll kienu jittamaw li b'hekk huma jinħelsu.", "Il-grupp jaffaċċaw ħafna ostakli.", "Fl-aħħar Dora ssib il-ġenituri tagħha 'l barra mill-fruntieri ta' Paramata.", "Hawn Alejandro jiżvela li hu kien qiegħed jaħdem mal-merċenarji.", "Wara din ir-rivelazzjoni, Alejandro jaħtaf lil kulħadd bhala pruġunieri.", "B'xorti tajba x-xadin Boots jgħin liż-żgħażagħ biex jaħarbu iżda sfortunatament, il-ġenituri ta' Dora ma kienux daqshekk fortunati.", "Dora u sħabha jiddeċiedu li jagħmlu minn kollox biex jippruvaw isibu t-teżor fil-belt mitlufa biex hekk ikunu jistgħu jifdu l-ġenituri tagħha.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan mimli avventuri li jħallik bla nifs, taħt id-direzzjoni ta' James Bobin u kitba ta' Tom Wheeler u Nicholas Stoller.", "Storja ħelwa, b'messaġġ pożittiv li għandu jogħġob lil ħafna.", "Ikun tajjeb li t-tfal iż-żgħar ikunu akkumpanjati minn xi adult minħabba xi xeni tal-biża'."], "date": "27/08/2019", "title": "Dora And The Lost City Of Gold"} {"url": "https://knisja.mt/id-detenzjoni-fil-barracks-ta-hal-safi-u-fic-centru-miftuh-ta-dawk-li-qed-ifittxu-l-azil/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Agara Foundation", "Dar tal-Providenza", "Fondazzjoni Sebh", "Fundazzjoni Paci u Gid", "Kummissjoni Gustizzja u Paci", "Segretarjat Assistenza Socjali Azzjoni Kattolika Maltija"], "date": "09/09/2019", "title": "Id-detenzjoni fil-barracks ta' Ħal Safi u fiċ-Ċentru Miftuħ ta' dawk li qed ifittxu l-ażil"} {"url": "https://knisja.mt/the-white-crow/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Rudolf Nureyev, żagħżugħ Russu ta' tnejn u għoxrin sena jinsab fi triqtu lejn Pariġi flimkien mal-membri ta' Kirov Ballet Company.", "Ninsabu fis-sena 1961, fl-eqqel żmien tal-Gwerra Bierda bejn id-dinja ħielsa u l-qawwa tal-Imperu Russu.", "Nureyev kien ġa kiseb fama ta' wiehed mill-aqwa ballerini li qatt rat id-dinja.", "Kienet l-ewwel mawra barra l-Unjoni Sovjetika li l-kumpanjia magħrufa għaż-żfin tal-ballet kienet qegħda tagħmel waqt tour fl-Ewropa.", "It-tour kellu jeħodhom fi żjara ġewwa Pariġi kif ukoll f'Londra.", "Nureyev mill-bidu għoġbitu l-ħajja kuturali ta' arti u mużika li kienet toffri Pariġi u bħala żagħżugħ ma naqasx li jixrob minn din il-kultura li sab ruħu fiha.", "Fi flashback insiru nafu li Nureyev, li twieled fl-1938 ġewwa familja fqira ħafna, għex tfulitu fil-belt Sovjetika ta' Ufa fi żmien diffiċli, fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Fl-1955 qagħad għal eżami biex jidħol fl-iskola taż-żfin ġewwa Kirov Ballet School ġewwa Leningrad fejn hemm malajr iffjorixxa bħala żeffien ta' ħila.", "Nureyev kien bniedem li ma joqgħodx għall-konvenzjonijiet soċjali tradizzjonali, tant li kienet diffiċli għalih biex jikkonforma mas-sistema ripressiva sovjetika kif ukoll fil-ħajja personali tiegħu, tant li kellu relazzjoni sesswali ma' Yuri Solviev, ballarin ieħor.", "Ġewwa Pariġi, hu sab appoġġ sħiħ minn Alexander Ivanovich Pushkin u martu Xenia u anke ħalluh jorqod fl-istess kamra tas-sodda meta kienu Pariġi.", "Ma naqasx li Xenia tinġibed lejh u tipprova jkollha relazzjoni sesswali miegħu.", "Pushkin kien l-għalliem u l-konsulent espert u ta' fiduċja ta' Nurejev u kien ra l-potenzjal li Nureyev kellu biex jakkwista prestiġju internazzjonali.", "Iżda l-uffiċjali tal-KGB ntebħu li Nureyev kien qiegħed ixaqleb wisq lejn il-Punent.", "Għal din ir-raġuni bdew iżommu għajnejhom miftuħa fuqu minħabba din l-imġieba tiegħu, speċjalment il-ħbiberija speċjali li Nureyev beda juri lejn żagħżugħa minn Pariġi, Clara Saint.", "X'jiġri fl-ajruport ta' Le Bourqet f'Pariġi hekk kif il-Kirov Ballet Company waslu biex itemmu ż-żjara tagħhom biex jibdew it-tour ġewwa Londra?", "Il-KGB li dejjem kienu jgħassu l-membri tal-kumpanija, nfurmaw lil Nureyev li hu ma kienx sejjer jitħalla jmur Londra iżda li kien sejjer lura f'Moscow.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Brittaniku taħt id-direzzjoni u kitba ta' Ralph Fiennes.", "Minħabba xeni ta' senswalità, xi għera grafika kif ukoll lingwaġġ goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "02/04/2019", "title": "The White Crow"} {"url": "https://knisja.mt/filmat-l-ewwel-anniversarju-mill-ordinazzjoni-episkopali-tal-isqof-joseph-galea-curmi/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Bħal-lum sena, 4 ta' Awwissu 2018,", "ġie kkonsagrat Isqof", "mill-Arċisqof ta' Malta", ", Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.", "L-Isqof Galea-Curmi għażel il-motto:", "Ngħożżu l‐ħajja bl‐imħabba", "\"Il‐ħajja umana hi għażiża għax hija don ta' Alla mogħtija lilna biex inħarsuha u nipproteġuha.", "Għalhekk ngħożżuha mill‐ewwel mument tat‐tnissil tagħha meta hi diġà ħajja umana, sat‐tmiem naturali tagħha.", "Imma ngħożżuha wkoll f'kull waqt u ngħożżu l‐ħajja ta' kulħadd, anke ta' min qiegħed f'nofs ta' baħar jissielet biex jista' jgħix, u ta' min qiegħed għaddej minn tbatija waħdu jew qata' qalbu mill‐ħajja.", "\"U ngħożżu l‐ħajja billi nsostnuha bl‐imħabba fil‐ħajja ordinarja ta' kuljum, fi kliemna, fl‐attenzjoni lejn xulxin, fil‐qadi tagħna kif uriena Kristu llum fl‐Evanġelju.", "Hi din il‐qalb miftuħa għal kulħadd u mimlija mħabba li tgħinna ngħidu kelma ta' ġid u jkollna attitudni ta' inkoraġġiment, ta' kompassjoni, ta' maħfra, u fl‐istess waqt naħdmu kontra dak kollu li joħloq il‐firda u jġib il‐mibegħda jew iweġġa'.", "Nixtieq li jkun dan l‐ispirtu ta' mħabba li jmexxini dejjem fil‐missjoni tiegħi bħala isqof, u jgħinni biex inkun qaddej b'ħafna ferħ u serenità sal‐aħħar.\"", "L-Isqof Galea-Curmi huwa d-disa' Isqof Awżiljarju ta' Malta.", "Minbarra li hu l-konsulent ewlieni tal-Arċisqof, hu wkoll responsabbli mill-ħtiġijiet pastorali u amministrattivi tal-Arċidjoċesi ta' Malta."], "date": "04/08/2019", "title": "Filmat: L-ewwel anniversarju mill-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Joseph Galea-Curmi"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-23-ta-dicembru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Mal 3, 1-4.23-24", "Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 u 14", "L-Evanġelju: Lq 1, 57-66", "F'dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel.", "Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.", "Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: \"Le, iżda Ġwanni jkun jismu\".", "Qalulha: \"Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek\".", "Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x'ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: \"Ismu huwa Ġwanni\".", "U kulħadd baqa' mistagħġeb.", "Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, ilsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla.", "U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża', u bdew ixandru dawn il-ġrajjiet kollha mal-għoljiet kollha tal-Lhudija, u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f'qalbu u jgħid: \"Mela x'għad ikun dan it-tifel?\".", "U tassew, id il-Mulej kienet miegħu."], "date": "23/12/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 23 ta' Diċembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-hadd-4-ta-awwissu/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena", "Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Qoħ 1, 2; 2, 21-23", "Salm: 89 (90), 3-4.5-6.", "12-13.", "14 u 17", "It-Tieni Qari: Kol 3, 1-5.", "9-11", "L-Evanġelju: Lq 12, 13-21", "F'dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: \"Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi\".", "Wieġbu Ġesù: \"Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?\"", "Imbagħad qal lin-nies: \"Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu\".", "U qalilhom parabbola: \"Wieħed raġel għani ġabar kotra ta' frott mir-raba' tiegħu.", "U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu: \"X'se nagħmel?", "Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu!", "Ara x'nagħmel\", qal: \"inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi.", "Imbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta' ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!\"", "Iżda qallu Alla: \"Iblah li int!", "Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura.", "U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta' min ikunu?\"", "Hekk jiġrilu min jiġma' l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla\"."], "date": "04/08/2019", "title": "L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta' Awwissu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-24-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Esd 6, 7-8.12b.14-20", "L-Evanġelju: Lq 8, 19-21", "F'dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.", "Xi ħadd qallu: \"Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk\".", "Iżda hu weġibhom: \"Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta' Alla u jagħmlu li jgħid Hu\"."], "date": "24/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 24 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/us/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Fl-1986, Adelaide Thomas, tfajla ċkejkna, tmur mal-familja tagħha għall-btala f'Santa Cruz Boardwalk.", "Waqt li Adelaide tkun qegħda timraħ fl-inħawi waqt li missierha kien moħħu fuq il-logħob, hi tidħol ġewwa", "fejn hemm tiltaqa' ma' dehra tagħha nfisha f'sala fejn kien hemm ħafna mirja.", "Ftit wara din l-esperjenza li ħallietha ttrawmatizzata, terga' tingħaqad mal-famija tagħha iżda ma tkunx kapaċi titkellem fuqha.", "Jgħaddi ż-żmien, u Adelaide issa tinsab miżżewġa ma' Gabe Wilson, ir-raġel tagħha u għandhom żewġ ulied, Zora u Jason.", "Il-familja Wilson tmur għall-btala fl-istess bajja fejn Adelaide kellha l-esperjenza trawmatika tant snin ilu.", "Magħhom ikun hemm il-familja Tylers.", "Waqt li jkunu fuq il-bajja, Adelaide tkun distratta u jkollha numru ta' koinċidenzi strambi.", "Sadanittant, Jason imur jitlajja ftit 'l bogħod u hemm jiltaqa' ma stranġier bid-demm iqattar minn idu.", "Adelaide meta tintebaħ li Jason m'għadux magħhom, tippanikkja u wara li Jason jinstab, tħassar ix-xalata tagħhom fuq il-bajja.", "Hekk kif kienet mħawwda b'dak li ġara matul il-jum, tistqarr ma' Gabe b'dak li kienet għaddiet minnu tant snin ilu u għalhekk xtaqet ħafna li tirritorna d-dar.", "Iżda qabel ma seta' jsir xi ħaġa, imur l-elettriku tad-dar u fuq barra jaraw grupp ta' erbgħa min-nies libsin", "ħomor, bil-wieqfa fis-skiet.", "Gabe jittanta jikkonfrontahom iżda l-erbgħa li huma jattakkawh u jidħlu fid-dar bil-forza.", "Hemm jirrivelaw li huma kienu dehra tagħhom stess, il-membri tal-familja Wilsons u li kienu jsejħu lilhom nfushom bħala \"The Tethered\" (\"L-Imħabblin\").", "Il-membri tal-familja jisfaw isseparati minn xulxin.", "Adelaide tiġi marbuta b'katina ma' mejda minn Red, Zora tkun sforzata barra d-dar minn Umbrae tiġri warajha, Gabe jigi mkaxkar barra d-dar minn Abraham u Jason jittieħed f'kamra żgħira għal ħażna ta' oġġetti minn Pluto.", "X'sejra tkun ir-reazzjoni tal-familja Wilsons meta jsibu ruħhom f'din il-qagħda perikoluza.", "X'kien qiegħed jiġri sewwasew u x'konnessjoni għandhom il-gaġeġ bi fniek fihom mal-ġrajja tal-film?", "Film Amerikan tal-biża' u ta' fantasija psikoloġika, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Jordan Peele.", "Minħabba t-tema tal-film, mimli vjolenza mdemmija u grafika kif ukoll ħafna kliem goff u profan, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "02/04/2019", "title": "Us"} {"url": "https://knisja.mt/inizjattivi-favur-l-ambjent-mill-arcidjocesi-ta-malta/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L‐Arċidjoċesi ta' Malta qed tkompli tinvesti f'enerġija nadifa u timplimenta inizjattivi favur l‐ambjent.", "Fil-preżent qed tiġi installata sistema ta' pannelli fotovoltajċi fuq il‐bini tal‐Kurja tal‐Arċiqsof, il‐Furjana.", "Madwar 40 entità oħra tal‐Knisja f'Malta, fosthom għadd ta' parroċċi u djar għall‐anzjani, diġà qed jagħmlu użu minn enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi.", "Matul l‐aħħar ġimgħat, fil‐kmamar u fl‐uffiċċji tal‐Kurja twaħħlu bozoz energy saving, qed isir użu aħjar mid‐dawl naturali u nbidlu monitors u kompjuters għal oħrajn li jużaw inqas enerġija.", "Bejn id‐19 u l‐25 ta' Novembru l‐impjegati tal‐Kurja tal‐Arċisqof ingħaqdu mal‐kumplament tal‐pajjiżi Ewropej u ċċelebraw l‐għaxar edizzjoni tal‐Ġimgħa Ewropea għat‐Tnaqqis tal‐Iskart.", "Dan permezz ta' diversi attivitajiet li joħolqu għarfien dwar l‐immaniġġjar u t‐tnaqqis tal‐iskart, l‐użu mill‐ġdid ta' prodotti tal‐ikel u r‐riċiklaġġ ta' materjali.", "Fost l‐attivitajiet ttellgħet laqgħa ta' informazzjoni għall-ħaddiema b'kollaborazzjoni ma' Wasteserv dwar kif tista' titnaqqas il-ħela tal-ikel u b'hekk jitnaqqas ir‐rimi tal‐iskart organiku.", "Ġiet imnedija wkoll Waste Management Policy għall‐impjegati kollha tal‐Kurja tal‐Arċisqof bl‐iskop li sservi ta' gwida fl‐immaniġġjar tal‐iskart.", "Sabiex jitnaqqas l‐użu tas‐single‐use plastic inxtraw kikkri tal‐ħġieġ biex jintużaw fil‐magni tal‐kafè flok it‐tazzi tal‐plastik.", "Il‐proġetti u l‐inizjattivi meħuda mill‐Arċidjoċesi jirriflettu t‐tagħlim tal‐Papa Franġisku li fl‐enċiklika tiegħu", "jappella sabiex iċ‐ċittadini jieħdu ħsieb id‐dar komuni tagħna li hi d‐dinja, billi jingħaqdu kontra t‐tibdil fil‐klima, jipprattikaw żvilupp sostenibbli u jipproteġu l‐ħolqien."], "date": "28/11/2018", "title": "Inizjattivi favur l-ambjent mill-Arċidjoċesi ta' Malta"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-20-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: 1 Tim 6, 2ċ-12", "L-Evanġelju: Lq 8, 1-3", "F'dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta' Alla.", "Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta' Magdala, li minnha kienu ħarġu seba' xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta' Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom.", "Qaddisin tal-jum:", "San Andrija Kim Taegon, Presbiteru u San Pawl Chong Hasang u sħabhom, martri"], "date": "20/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 20 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-26-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Ħag 1, 1-8", "Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a u 9b", "L-Evanġelju: Lq 9, 7-9", "F'dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f'widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.", "Iżda Erodi qal: \"Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma' dan kollu?\".", "U beda jfittex li jarah.", "Qaddisin tal-jum:", "San Kożma u San Damjan, Martri"], "date": "26/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 26 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-25-ta-ottubru-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 7, 18-25a", "L-Evanġelju: Lq 12, 54-59", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: \"Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri.", "U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew.", "Uċuħ b'oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta' issa kif ma tafux tfissruh?", "U għala ma tiġġudikawx intom stess x'inhu s-sewwa?", "Jekk xi ħadd ikun se jtellgħek il-qorti, int u sejjer miegħu quddiem il-maġistrat, ħabrek biex tirranġa miegħu kif tkunu għadkom fit-triq, li ma jmurx ikaxkrek quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f'idejn l-esekutur tas-sentenza, u dan imbagħad jitfgħek il-ħabs; għax kif ngħidlek jien, ma toħroġx minn hemm ġew qabel ma tkun ħallast sal-inqas ħabba\"."], "date": "25/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 25 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/21-bridges/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Michael Trujillo u Ray Jackson, eks-veterani tal-gwerra, jidħlu jisirqu minn ħanut tax-xorb fejn ukoll kien hemm ħażna ta' kilogrammi ta' kokaina.", "Is-serqa iżda ma tirnexxix għal kollox għax fuq il-post tasal il-pulizija li jiftħu n-nar fuqhom u Michael u Ray ma jkollhomx triq oħra ħlief li jisparaw ukoll b'riżultat li Ray sfortunatament joqtol tmienja minnhom.", "Michael jagħdab għalih.", "Ma kienx fil-pjan li joqtlu lil xi ħadd.", "Andre Davis, detektiv minn NYPD jingħata l-każ biex jaqbad il-ħallelin li qatlu l-pulizija.", "Davis kien magħruf bħala d-detektiv li joqtol il-qattiela tal-pulizija bħala biss b'", ".", "Davis jingħata lil Frankie Burns biex tgħinu fil-każ.", "Ma jdumux ma jikkonfrontaw aġenti tal-FBI fosthom Butcheo u Degan li ppruvaw jieħdu l-każ f'idejhom huma.", "Kontra qalbhom l-FBI ċedew u kellhom jaċċettaw il-pjan ta' Davis li jingħalqu l-pontijiet kollha li kienu jdawwru lil Manhattan, b'kollox 21 pont.", "Il-Kaptan McKenna iżda wissiehom li kellhom jaghmluh sal-ħamsa ta' filgħodu.", "Sadanittant Ray u Michael marru għand Bush, il-liason tagħhom biex jipperswadi lil Ali, barun tad-droga li barra li jtihom aktar flus għal qabda droga li kienu serqu, itihom identità ġdida biex ikunu jistgħu jaħarbu.", "Ali jaċċetta u jtihom aktar flus u identità ġdida biex jitliqu l-għada filgħodu lejn Miami.", "Sadanittant Davis u Burns jidentifikaw lil Ray, Michael u Bush.", "Bush jinqatel minn Butcho u Dugan li jaslu l-ewwel fuq il-post.", "Davis jaqbad lil Butcho jpoġġi l-arma tan-nar tiegħu fuq il-persuna ta' Bush.", "Davis jibda jissusspetta li kien hemm xi ħaġa mhux f'postha l-aktar meta numru kbir ta' pulizija mmexxija minn Lt.", "Kelly jassedjaw l-appartament ta' Adi li ntlaqat serjament mill-pulizija.", "Adi jirnexxilu jgħaddi żewġ flash drives lil Michael qabel ma' Michael u Ray jaħarbu minn fuq il-post.", "Davis u Burn jirnexxilhom jaqbdu lil Michael u lil Ray wara li dawn joqtlu raġel.", "X'jiġri minn hawn?", "X'kien fihom il-flash drives li Ali għadda lil Michael?", "Film Amerikan, dramm mimli azzjoni b'vjolenza ħarxa, taħt id-direzzjoni ta' Brian Kirk b'kitba ta' Adam Marvis u Matthew Michael Carnahan.", "Minħabba qtil vjolenti, b'tema ta' vendetta, korruzzjoni kif ukoll kliem goff u kostanti, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "05/12/2019", "title": "21 Bridges"} {"url": "https://knisja.mt/scary-stories-to-tell-in-the-dark/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direzzjoni:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "F'belt ċkejkna f'Mill Valley ġewwa Pennsylvania, tliet ħbieb adolexxenti – Stella, kittieba dilettanta u ossessjonata fuq il-ġeneru tat-twerwir, Auggie u Chuck, jagħmlu ċajta goffa fuq Tommy Milner waqt il-lejl tal-Halloween.", "Tommy, b'ritaljazzjoni jiġri warajhom b'riżultat li t-tlieta, biex jaħarbuh, jidħlu f'teatru drive-in li f'dak il-ħin kien qiegħed juri l-film:", "Hemm isibu kenn fil-karozza ta' Ramon, bniedem li ma kellux skop fil-ħajja.", "Wara li għadda l-periklu, it-tlieta stiednu lil Ramon biex imorru ġewwa \"dar tal-ħares\" li darba kienet il-proprjetà tal-familja Bellows, familja sinjura ħafna li għenet fil-bini tal-belt.", "Ġewwa d-dar, isibu kamra sigrieta.", "Fiha jsibu ktieb bi stejjer tal-biża', miktuba minn Sarah Bellows.", "Tommy fl-aħħar jirnexxilu jsibhom ġewwa d-dar u biex ippatihielhom, isakkarhom hemm ġew, flimkien ma' Ruth, oħt Chuck.", "Wara li jirnexxilhom joħorġu meta ġew meħlusa minn preżenza fantażma, Stella tieħu l-ktieb magħha d-dar, F'kamritha, Stella tiskopri storja ġdida bl-isem ta' \"Harold\", storja ġdida li kienet qegħda tigi miktuba fil-ktieb ta' Sarah.", "Il-karattru ewlieni fl-istorja kien Tommy li f'dak il-ħin kien qiegħed iqassam xi bajd lill-ġirien.", "Hu u ghaddej min-nofs għalqa, tfixxkel f'saqajn naffara bl-isem ta' Harold.", "Harold, fil-fatt jinfed lil Tommy permezz ta' midra.", "L-għada filgħodu, Tommy jiġi rrappurtat nieqes.", "Stella u Ramon, mħawdin, jibdew jinvestigaw u jsibu li n-naffara kien liebes il-ħwejjeġ li Tommy kellu fuqu il-jum ta' qabel.", "Stella hi żgura li Tommy ġie mibdul f'naffara.", "Sħabha iżda ma kienux daqshekk ċerti li dan kien minnu.", "Ramon ukoll ma xtaqx li jmur jagħmel rapport lill-pulizija għar-raġunijiet personali għax kellu x'jaħbi.", "Dak il-lejl, Stella u Ramon ikunu xhieda ta' storja ġdida: \"The Big Toe\" li bdiet tinkiteb minn Sarah fil-ktieb.", "Il-karattru ewlieni kien Auggie.", "Stella u Ramon jippruvaw jallarmaw lil Auggie fuq il-mostru żombie, b'saba' ta' sieq nieqes.", "Fil-fatt dan is-saba' kien jinsab fil-pjantenza li Auggie kien beda jiekol.", "Auggie pprova jaħrab iżda jiġi attakkat mill-mostru li kaxkru taħt is-sodda.", "Stella, Ramon u Chuck jippruvaw jeqirdu l-ktieb bla suċċess.", "X'jiġri minn hawn?", "Film tal-biża', taħt id-direzzjoni ta' Andrè Ovredal u kitba ta' Alvin Schwatz.", "Minħabba xeni ta' biża' u twerwir li xi ftit minnhom jaqtgħuk minn ġewwa, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena."], "date": "09/09/2019", "title": "Scary Stories To Tell In The Dark"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-3-ta-april/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 49, 8-15", "Salm: 144 (145), 8-9.13ċd-14.17-18", "L-Evanġelju: Ġw 5, 17-30", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: \"Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll\".", "U minħabba f'hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.", "Ġesù qabad u qalilhom: \"Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista' jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu.", "Għax il-Missier lill-Iben iħobbu u jurih kulma jagħmel, anzi ħwejjeġ akbar minn dawn jurih, ħalli jkollkom biex tistagħġbu.", "Għax bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu.", "Il-Missier ma jagħmel ħaqq minn ħadd, imma ħalla f'idejn l-Iben biex jagħmel il-ħaqq kollu hu, biex kulħadd jagħti ġieħ lill-Iben bħalma jagħti ġieħ lill-Missier; u min ma jagħtix ġieħ lill-Iben anqas ma jagħti ġieħ lill-Missier li bagħtu.", "Tassew tassew ngħidilkom li min jisma' kelmti u jemmen f'min bagħatni għandu l-ħajja ta' dejjem, u ma jsirx ħaqq minnu, imma għadda mill-mewt għall-ħajja.", "Tassew tassew ngħidilkom li tiġi siegħa, anzi issa hi, meta l-mejtin jisimgħu l-leħen tal-Iben ta' Alla, u dawk li jisimgħuh jgħixu.", "Għax bħalma l-Missier għandu l-ħajja fih innifsu, hekk ukoll ta lill-Iben li jkollu l-ħajja fih innifsu, u tah ukoll is-setgħa li jagħmel ħaqq, għax hu Bin il-bniedem.", "Tistagħġbux b'dan; tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-oqbra jisimgħu leħnu u joħorġu; dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja, imma dawk li jkunu għamlu l-ħażin iqumu għall-kundanna.", "Jiena ma nista' nagħmel xejn minn rajja; il-ħaqq nagħmlu fuq dak li nisma', u l-ħaqq li nagħmel jien huwa ġust, għax jien ma nfittixx ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni\"."], "date": "03/04/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 3 ta' April"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-19-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 4, 13.", "16-18", "L-Evanġelju: Lq 12, 8-12", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: \"Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta' Alla.", "Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta' Alla.", "U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux.", "Meta jeħdukom quddiem is-sinagogi u l-kapijiet u s-setgħat, toqogħdux tħabblu raskom kif sejrin twieġbu jew x'sejrin tgħidu, għax l-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x'għandkom tgħidu\"."], "date": "19/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 19 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/trasferiment-temporanju-ta-dokumenti-mill-arkivju-djocesan/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Id-dokumenti maħżuna f'kaxxi biex jittieħdu fil-faċilità li se taħżinhom temporanjament", "L-Arċidjoċesi ta' Malta għaddejja bil-proġett għall-arkivju l-ġdid fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.", "Dan qed isir b'kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea (Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020).", "Il-proġett jinsab fil-fażi inizjali tiegħu.", "F'dawn il-jiem, numru ta' dokumenti qed jinħarġu mill-Kurja sakemm jiġi rranġat il-post li ser jilqa' l-arkivju l-ġdid.", "Dawn qed jittieħdu f'faċilità apposta li tassigura l-aħjar ambjent fejn dawn id-dokumenti storiċi jinżammu b'mod temporanju.", "Il-faċilità hi mmexxija minn kumpanija li tipprovdi servizz professjonali ta' mmaniġġjar ta' dokumenti u data, f'ambjent li għandu wkoll klima kkontrollata.", "L-iskop tal-proġett tal-arkivju l-ġdid hu li jassigura li l-patrimonju arkivistiku li jinsab fil-bini tal-Kurja jiġi kkonservat bl-aħjar mod possibbli u jservi ta' ambjent adegwat fejn riċerkaturi jkunu jistgħu jistudjaw dawn id-dokumenti importanti.", "Dan l-investiment huwa parti minn pjan ħolistiku li jinkludi l-konservazzjoni tal-kollezzjonijiet tad-dokumenti miżmuma mill-entitajiet tal-Arċidjoċesi ta' Malta.", "L-Arkivju Djoċesan jinkludi kollezzjonijiet sħaħ ta' dokumenti mis-seklu 16 sal-ġurnata tal-lum.", "Dawn jiddokumentaw mhux biss l-atti uffiċjali tal-isqfijiet ta' Malta imma wkoll aspetti oħra tal-ħajja tal-poplu Malti, fosthom:", "Il-Kollezzjoni tad-Dokumenti tal-Atti Ċivili li fihom tagħrif dettaljat tal-proċessi li kienu jiġu ittrattati fil-Qorti Ekkleżjastika.", "Libri Conti li huma kotba li kien jinżammu mill-prokuraturi tal-knejjes, fratellanzi u istituzzjonijiet oħra, u li jżommu informazzjoni fuq il-kontijiet ta' dawn l-entitajiet.", "Il-Librerija tas-Seminarju l-antik, li tinkludi kotba ta' natura teoloġika u kanonika li jmorru lura sas-seklu 18, meta twaqqaf is-Seminarju tal-Arċisqof fl-Imdina.", "L-arkivju l-ġdid fil-Kurja tal-Arċisqof qed isir b'investiment ta' €250,000 u mistenni jitlesta sa tmiem l-2020."], "date": "24/10/2019", "title": "Trasferiment temporanju ta' dokumenti mill-Arkivju Djoċesan"} {"url": "https://knisja.mt/charlies-angels/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Ħin tal-Film:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Grupp ta' Angels taħt it-tmexxija tal-operatur prinċipali John Bosley jaqbdu lil Jonny Smith, kuntrabandist internazzjonali ġewwa Rio de Janeiro u jagħtuh f'idejn il-awtoritajiet Amerikani.", "Sena wara, id-diviżjoni Ewropea tal-Aġenzija Townsend tkun infurmata li Elena Houghlin, li taħdem mal-intraprenditur tekniku Alexander Brock, xtaqet li tisponi lis-superjur tagħha Peter Fleming, il-kap tal-iżvilupp li għar-raġuniiet tiegħu żamm mistur il-periklu li tista' tikkawża l-invenzjoni Calisto li l-għan tagħha kien li tikkonserva l-enerġija.", "Elena tiltaqa' ma' Edgar Bosley biex ikun xhud għall-iżball li Fleming għamel.", "Iżda din il-laqgħa sfrattat meta Hodak, assassin, jirnexxilu joqtol lil Edgar u jħalli lil Elena f'qagħda li setgħet tmut.", "Kellha tkun Jane Kano, il-protègè ta' Edgar li salvat lil Elena minn mewta ċerta.", "Jane ħadet lil Elena bl-għajnuna ta' Sabina Wilson għand l-operatur tagħha, Rebekah Bosley.", "Sadanittant John Bosley li kien irtira mill-aġenzija, isir jaf li Rebekah kienet daħlitu fl-aġenzija speċjalizzata mingħajr ma kien jaf xejn.", "Rebekah tagħti mandat lil Angels biex jidħlu fil-kwartier ġenerali ta' Brock biex jisirqu l-bqija ta' Calisto qabel dawn setgħu jiġu dduplikati.", "Elena tidħol magħhom għal din l-operazzjoni u ssib wieħed mill-Calisto għalkemm kellha tabbanduna l-operazzjoni wara li qatlet wieħed mill-għassiesa.", "Sfortunatament il-bqija ta' Calisto kienu kollha sparixxew bi Fleming jiġi ssuspettat li kien hu l-ħalliel li ħa l-bqija.", "Rebekah issir taf bis-saħħa ta' Jane li użat waħda mill-kuntatti li kellha fil-passat u li kixfet fejn kien Fleming.", "Fleming kien jinsab ġewwa barriera f'Istanbul.", "L-erba' li huma jirnexxilhom isibuh f'din il-barriera remota fejn darba kienu żammew pruġunier lil Jonny.", "Hawn jintebħu li kien Jonny wara kollox il-medjatur ta' Fleming biex dan ibiegħ il-bqija ta' Calisto.", "Għal dan ix-xiri kien hemm preżenti wkoll Hodak li qatel lil Fleming qabel ma l-Angels kissru l-bejgħ tal-Calisto.", "F'daqqa waħda Rebekah tisparixxi b'riżultat li Jonny u Hodak kellhom iċ-ċans li jaħarbu minn fuq il-post bil-prototipi tal-Calisto.", "L-Angels jirtiraw fil-moħba taghhom u hawn Sabina tistqarr il-ħsieb tagħha li Rebekah bil-moħbi kienet qegħda tahdem kontra l-aġenzija.", "X'jiġri minn hawn?", "Film Amerikan mimli azzjoni, taħt id-direzzjoni u kitba ta' Elizabeth Banks.", "Minħabba vjolenza għalkemm mhux imdemmja u kliem goff ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena."], "date": "05/12/2019", "title": "Charlie's Angels"} {"url": "https://knisja.mt/angel-has-fallen/", "category": "religion, church, news, Gwida għall-Films", "text": ["Direttur:", "Maħruġ minn KRS Releasing Ltd", "KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:", "KLASSIFIKA TAL-KNISJA:", "Mike Banning, aġent fis-servizzi sigrieti, jinsab jitħarreġ ġewwa faċilità militari privata.", "Hu jiġi rrakkomandat biex jieħu post David Gentry bħala d-Direttur fis-Servizzi Sigrieti tal-President tal-Amerika, Allan Trumbull.", "Banning jaħbi l-fatt li hu kien taħt il-kura ta' ħafna tobba minħabba l-emigranja u nuqqas ta' rqad.", "Waqt żjara ta' mistrieħ li l-President kien qiegħed jagħmel fil-kampanja", "armati jattakkaw u ħafna li kienu qegħdin jieħdu ħsieb is-sigurtà tal-President jispiċċaw mejta.", "Iżda Banning jirnexxielu jsalva lilu innifsu u lill-President minn mewta ċerta.", "It-tnejn jispiċċaw l-isptar, b'Trumbull f'koma.", "Helen Thompson, aġent fl-FBI issib biżżejjed evidenza biex tixli lil Banning li kien responsabbli għal dan l-attakk.", "Fuq il-vann li kien użat biex jitwettaq l-attakk, jinstab kemm xagħar kif ukoll id-DNA tiegħu.", "Banning jiġi arrestat u mixli bl-attentat ta' qtil tal-President.", "Fit-triq lejn iċ-ċentru ta' detenzjoni, Banning u l-gwardji jiġu attakkati permezz ta' imbuskata.", "Hu jirnexxielu joqtol lil dawk li attakkaw u jaħrab hekk kif jintebaħ li dawk kienu aġenti li hu kien magħhom fil-faċilità militari.", "Banning iċempel lil martu Leah biex jgħidilha li kien għadu ħaj.", "It-telefonata iżda tallarma lil Thompson u ssir taf fejn kien jinsab.", "Hi flimkien ma' numru ta' aġenti jmorru warajħ.", "Iżda Banning jerġa' jaħarbilhom u jmur ifittex lil missieru li kien jgħix f'masġar imwarrab.", "Sadanittant, il-President Turnbull jibqa' f'koma b'riżultat li l-Viċi President, Martin Kirby jieħu l-ġurament bħala Acting President.", "Jirriżulta li Wade Jennings, ħabib ta' Banning, issa jinsab jokkupa l-kariga ta' CEO f'kumpanija paramilitari", "u kien il-moħħ tal-frame-up li sar fuq Bannnng.", "Missier Banning, permezz ta' kameras ta' sorveljanza jintebaħ li Jennings u niesu kienu resqin lejn id-dar.", "Kif dawn joqorbu, xi splużjonijet joqtlu ħafna minnhom.", "Banning u missieru jaħarbu minn fuq il-post waqt li jirrivela li hu kien miżżewweġ b' tifla.", "Sadanittant, Jennings kien bagħat tnejn minn nies fid-dar ta' Banning biex joqtlu familtu.", "X'jiġri minn hawn hekk kif il-Viċi President Kirby jinforma lill-Istampa li Banning kien responsabbli għal dak li ġara bil-barka tar-Russi?", "Film Amerikan, bi storja tajba u mimli azzjoni.", "Hu taħt id-direzzjoni ta' Ric Roman Waugh; it-tielet mis-sensiela Fallen.", "Minħabba vjolenza kontinwa u ħarxa, qtil vjolenti kif ukoll kliem goff u pervers, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss."], "date": "09/09/2019", "title": "Angel Has Fallen"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-26-ta-marzu-3/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 7-14", "L-Evanġelju: Ġw 5, 31-47", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: \"Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha.", "Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.", "Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità.", "Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta' bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom.", "Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu.", "Iżda jien għandi xhieda akbar minn dik ta' Ġwanni; għax l-għemejjel li tani l-Missier biex intemmhom, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel, jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni.", "U dak li jagħti xhieda fuqi huwa dak stess li bagħatni, il-Missier, li intom la qatt smajtu leħnu u lanqas rajtu l-bixra ta' wiċċu; u l-kelma tiegħu ma tinsabx fikom, għax intom m'intomx temmnu lil dak li huwa bagħat.", "Intom tistudjaw l-Iskrittura, għax taħsbu li fiha hemm il-ħajja ta' dejjem; din tagħti xhieda għalija; u madankollu ma tridux tiġu għandi biex ikollkom il-ħajja.", "Jiena ma nieħu ebda glorja mill-bnedmin, imma jiena lilkom nafkom, naf li l-imħabba ta' Alla ma tinsabx fikom.", "Jien ġejt f'isem Missieri, u intom ma lqajtunix; jekk ħaddieħor jiġi f'ismu stess, intom tilqgħuh.", "Imma kif jista' jkun li temmnu, intom li tieħdu l-glorja mingħand xulxin, waqt li xejn ma tfittxu l-glorja li tiġi mingħand Alla waħdu?", "Xejn la taħsbu li se nkun jien li nakkużakom quddiem il-Missier; dak li jakkużakom huwa Mosè, li fih qegħedtu t-tama tagħkom.", "Għax kieku kontu temmnu lil Mosè kontu temmnu lili wkoll, għax Mosè fuqi kiteb.", "Imma jekk intom ma temmnux dak li kitbilkom hu, kif se temmnu dak li ngħidilkom jien?\"."], "date": "26/03/2020", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 26 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-10-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Kol 2, 6-15", "L-Evanġelju: Lq 6, 12-19", "Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla.", "Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta' Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta' Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.", "Imbagħad niżel magħhom u waqaf f'wita, flimkien ma' kotra kbira ta' dixxipli u folla kbira ta' nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta' Tir u Sidon.", "Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom.", "Min kien imħabbat mill-ispirti mniġġsa kien ifiq; u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd."], "date": "10/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 10 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-25-ta-settembru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Esd 9, 5-9", "Salm: Tob 13, 2.3-4a.4bċd.5.8", "L-Evanġelju: Lq 9, 1-6", "F'dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard.", "U bagħathom ixandru s-Saltna ta' Alla u jfejqu l-morda.", "U qalilhom: \"Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi.", "Jekk tidħlu f'xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu.", "Jekk ma jilqgħukomx, oħorġu minn dik il-belt u farfru sa t-trab tagħha minn ma' riġlejkom bħala xhieda kontrihom\".", "Ħarġu, mela, u bdew iduru l-irħula jxandru l-Evanġelju u jfejqu l-morda kullimkien."], "date": "25/09/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 25 ta' Settembru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-21-ta-ottubru/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Rum 4, 20-25", "Salm: Lq 1, 69-70.71-72.73-75", "L-Evanġelju: Lq 12, 13-21", "F'dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: \"Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi\".", "Wieġbu Ġesù: \"Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?\".", "Imbagħad qal lin-nies: \"Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu\".", "U qalilhom parabbola: \"Wieħed raġel għani ġabar kotra ta' frott mir-raba' tiegħu.", "U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu: \"X'se nagħmel?", "Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu!\".", "Qal: \"Ara x'nagħmel, inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi.", "Imbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta' ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!\".", "Iżda qallu Alla: \"Iblah li int!", "Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura.", "U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta' min ikunu?\".", "Hekk jiġrilu min jiġma' l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla\"."], "date": "21/10/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 21 ta' Ottubru"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-27-ta-marzu-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Għerf 2, 1a.12-22", "Salm: 33 (34), 17-18.19-20.21 u 23", "L-Evanġelju: Ġw 7, 1-2.10.25-30", "F'dak iż-żmien, Ġesù baqa' jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh.", "Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex.", "Wara li ħutu telgħu għall-festa tela' hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi.", "Xi wħud min-nies ta' Ġerusalemm qalu: \"Dan mhuwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh?", "Araw, b'wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn.", "Jaqaw tassew li l-kbarat għarfu li dan hu l-Messija?", "Imma dan nafu minn fejn hu; il-Messija, meta jiġi, ħadd ma jkun jaf minn fejn ikun ġej\".", "Ġesù, huwa u jgħallem fit-tempju, għolla leħnu u qal: \"Intom lili tafuni, u tafu wkoll minn fejn jien.", "Jiena ma ġejtx minn rajja, imma hemm wieħed tassew li bagħatni, wieħed li intom ma tafuhx.", "Jiena nafu, għax jien mingħandu ġej, u kien hu li bagħatni\".", "Huma fittxew jaqbduh, iżda ħadd minnhom ma medd idejh fuqu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx."], "date": "27/03/2020", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 27 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/grazzi-mhux-bil-paroli-biss-imma-bil-fatti-l-arcisqof-marsaxlokk/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Pompeii, Marsaxlokk", "12 ta' Ottubru 2019", "Il-Kappillan Fr Luke, għadu kemm qara Evanġelju sabiħ ħafna mill-Evanġelju skont San Luqa.", "Ġesù jiltaqa' ma' 10 min-nies li fi żmienu ma setgħux jgħixu man-nies l-oħrajn.", "Min kellu din il-marda tal-ġilda, il-lebbra, kien irid jgħix 'l barra mill-belt u meta jara n-nies ġejjin, jew kienu jużaw qanpiena jew inkella jgħatju: 'lebbruż, lebbruż' biex dak li jkun ma jersaqx.", "Ġesù jersaq lejhom.", "Xi ħadd minnhom jgħidlu: \"Ġesù mgħallem, ikollok ħniena minna\" (Lq 17:13).", "Mela jagħraf li dan ir-raġel mastrudaxxa, it-tifel ta' mastrudaxxa minn Nazaret, huwa mgħallem imma mhux mgħallem biss tas-sengħa tal-injam kif kien, imma bniedem li kellu l-kelma li tista' tgħinek tgħix ta' nies.", "Għax dak hu l-veru mgħallem: jgħidlek kelma u jgħinek tgħix ta' nies.", "\"Ikollok ħniena minna\" – issa għal dawn in-nies il-ħniena ta' Ġesù ma kinitx biss li jaħfrilhom id-dnubiet tagħhom imma li jfejjaqhom minn din il-marda.", "U x'kienet titlob il-liġi ta' Mosè?", "Li jekk bniedem ifiq, għandu bżonn iċ-ċertifikat, iċ-ċertifikat li hu fieq u jista' jibda jgħix man-nies u bħan-nies.", "Għalhekk Kristu qalilhom: \"Morru għand il-qassisin\" (Lq 17:14).", "Il-qassisin għalfejn?", "Mhux biex iqerru, biex malli jindunaw li mfejqin, il-qassis kellu d-dover jagħmel ċertifikat.", "Isma' dan ir-raġel fieq, mela jista' jibda jaħdem, jista' jibda jgħix mal-familja, jista' jgħix fil-belt, mhux 'il bogħod, abbandunat.", "U dawn imorru, jobduh.", "U fit-triq ndunaw li fiequ.", "Fiequ biex?", "Tahom xi ħaġa x'jixorbu?", "Xejn!", "Il-Kelma tiegħu!", "Il-Kelma ta' Ġesù li tfejjaqhom.", "Il-Kelma ta' Ġesù li terġa' tagħmilhom nies u tagħtihom il-possibbiltà li jgħixu ta' nies.", "Kemm hi ħaġa sabiħa li l-omm u l-missier l-ulied jgħidulhom grazzi, mhux wara, meta mmorru ċ-ċimiterju nagħmlu l-fjuri u x-xemgħa.", "Wieħed minnhom ma jibqax sejjer.", "Jgħid: 'issa sew, lil dak lanqas għidnielu grazzi aħna'.", "Imma wieħed minn 10, wieħed!", "Jerġa' jmur lura, jinxteħet għarkopptejh quddiem Ġesù biex jgħidlu grazzi li kien fejqu.", "U l-Mulej jifraħ għal dik il-fidi ta' dan ir-raġel li kien mhux biss lebbruż, kien Samaritan, hux veru hekk jgħidilna l-Evanġelju?", "X'jiġifieri Samaritan?", "Li wieħed li l-Lhud lanqas biss kienu jkellmuh.", "Dan kien abbandunat iżjed mill-oħrajn għax mhux biss kien lebbruż li bilfors irid jgħix barra mill-belt, il-Lhud anke meta jkun b'saħħtu, ma jkellmuhx.", "Għax dawn kienu jemmnu l-Lhud l-oħrajn naqra mneħirhom imxammar, li dawn il-fidi tagħhom ma kinitx tal-perfetti, insomma bħal tagħna.", "Imma dak imur għand Ġesù!", "U jgħidlu: \"Grazzi, sinjur\".", "U Ġesù jgħidlu: \"Imma jien mhux 10 fejjaqt?", "Wieħed ġie?\"", "(Lq 17:17).", "Ara Ġesù japprezza min jgħidlu grazzi.", "Aħna wkoll hekk, l-istess.", "Tagħmel pjaċir, lanqas biss qaltli grazzi.", "Mhux hekk biss, tkun għadejja mit-triq, taqsam il-bankina biex tmur in-naħa l-oħra.", "U aħna nħossuha din, għax dawn kummiedji ta' kuljum.", "U Ġesù għandu l-qalb tagħna wkoll.", "Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna nitgħallmu ngħidu grazzi lil xulxin, qabel lil Alla.", "Għax jekk inti m'intix kapaċi tgħid grazzi lill-kappillan li qed tara, kif tista' tgħid grazzi lil Alla li ma tarax?", "Intom qed tikbru issa qed titfarfru, qed titgħallmu tgħidu grazzi lill-ġenituri tagħkom?", "Jiena naf żgħażagħ jgħallmuni.", "Meta jiġi l-birthday kulħadd jieħu pjaċir jirċievi xi kartolina jew almenu sms, illum biex toqgħod tixtri kartolina.", "Tibgħat sms jew tikteb xi ħaġa fuq Facebook.", "Imma meta jagħlqu żmienhom jiftakru fil-ġenituri tagħhom, fil-fabbrika.", "U jgħidu grazzi lil ommhom u lil missierhom.", "Għax aħna fil-birthday naħsbu fina nfusna.", "Meta tibda tixjieħ tibda tinsieh naqra l-birthday imma tkun għadek qed tikber u issa llum 12, dalwaqt 13, dalwaqt 14, imma ieqaf ftit ftakar min ġabek fid-dinja lilek?", "Dakinhar li inti qed tiċċelebra li twelidt, waqaft ftit biex tgħid grazzi lil dawk il-kreaturi li ġabuk fid-dinja?", "Kemm hi ħaġa sabiħa li l-omm u l-missier l-ulied jgħidulhom grazzi, mhux wara, meta mmorru ċ-ċimiterju nagħmlu l-fjuri u x-xemgħa.", "Dak sabiħ imma kemm hu tajjeb li nkunu għamilna hekk fil-ħajja, meta għad għandek iċ-ċans!", "Ġieli niltaqa' ma' nies li xi ħadd għażiż ikun mitilhom għal għarrieda u jgħidlek: 'jiddispjaċini li ma kellix ċans ngħidilha inħobbok ma!", "Isimgħu minni, għax jiena llum ġejt u dalwaqt immur, imma almenu jekk kelma teħel minn dak li qed ngħidilkom, jiena nkun kuntent.", "Tgħallem għid grazzi mhux bil-paroli biss, bil-fatti.", "Issa qed tikbru, taf liema l-ikbar grazzi lil min iħobbkom?", "Li tgħixu ta' nies, li parir teħduh, parir tajjeb, għax hawn ħafna min jaghti pariri ħżiena wkoll.", "Jgħidlek: 'ħu naqra droga, taf kemm tagħmillek buzz'.", "Iva u lil ommok bikkejtha u 'l missierek fnejtu biex ma ngħidlekx ukoll qaxxartlu l-but.", "Għax dak il-grazzi, il-grazzi mhux tal-paroli, il-grazzi li inti kelma tismagħha.", "Kultant jien ngħid wara li nagħmlilkom il-Griżma, tibbisilkom raskom.", "Ma nafx x'jiġri.", "U l-ġenituri jgħiduli: 'Toqgħodx tinkwieta Monsinjur, dak diġà rasu iebsa'.", "L-Ispirtu s-Santu jiġi wkoll biex irattab fejn hemm l-ebusija.", "Hekk ngħidulu fil-festa tiegħu ta' Pentekoste, Għid il-Ħamsin: \"Rattab fejn hemm l-ebusija\".", "Għax ir-ras iebsa ma tgħinhiex l-aħwa.", "Ir-ras iebsa xi tfisser?", "Tagħmel ta' rasek, ma titlobx parir, mingħalik tiegħek biss tajjeb.", "L-Ispirtu s-Santu llum se jagħtik il-qawwa tkun nies u tgħix ta' nies, titgħallem tgħid grazzi.", "Titgħallem ukoll meta tiżbalja u tinduna, tgħidlu: 'Sinjur, aħfirli, tassew ma nerġax.'", "Issa aħna meta ngħidulu grazzi lil Ġesù?", "Aħna almenu, jekk mhux matulek ja ġimgħa, darba fil-ġimgħa niltaqgħu għall-Ewkaristija.", "Tafu xi tfisser Ewkaristija?", "Ħa ngħidilkom.", "Ngħidu grazzi.", "Intom naf li tħobbu ssiefru, 'il quddiem min jaf kemm se ssiefru.", "Jekk tmur il-Greċja u tordna kafè, taf kif tgħidlu grazzi lill-waiter?", "Ewkaristo, hekk trid tgħidlu, illum mhux fi żmien Ġesù għax l-istess lingwa li biha nkitbu l-Evanġelju, inkiteb bil-Grieg.", "Ewkaristo, l-Ewkaristija hija li tirringrazzja lil Ġesù.", "U aħna li jgħinna matulek ja ġurnata, għandna 24 siegħa kuljum imqaddes, almenu siegħa waħda fil-ġimgħa ngħidulu: 'ħa mmorru fid-dar tiegħek biex ngħidlek grazzi, għadni ngħix, b'saħħti, għandi l-ħbieb.'", "Imbagħad kultant tiġi qalbek maqsuma wkoll, twassal lil min mar għall-ħajja ta' dejjem jew inkella fil-mard tiegħek u tgħidlu bħalma qalulu dawk in-nies, dawk l-irġiel: \"Sinjur, ħenn għalija, għinni\".", "L-Ispirtu s-Santu li se jiġi fil-qalb tiegħek, huwa dak l-Ispirtu li f'qalbek jgħajjat \"Abba\" jiġifieri missier, jgħinek titlob, jgħinek titkellem ma' Alla.", "U aħna dan nitolbu għalikom illum.", "Il-parrinu mhux għar-ritratt, għall-eżempju, għax il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar.", "Kelma lill-ġenituri biex ngħidilkom almenu ngħidilkom jien ukoll grazzi li ġibtu lil uliedkom hawnhekk.", "Illum quddiemna, issa dak li għamiltu intom meta kienu trabi, kif qalu dawk iż-żewġ żgħażagħ fil-bidu, se jagħmluh huma, se nisimgħuhom aħna jiċħdu lix-xitan u jġeddu – għalhekk konfirmazzjoni – il-fidi tagħhom, huma.", "Imbagħad bid-dilka u bil-barka tal-Isqof u t-tqegħid tal-idejn, se jirċievu dak kollu li l-Missier tas-sema jista' jagħtihom, l-Ispirtu qaddis tiegħu.", "Għalfejn?", "Biex kif intom tixtiquhom b'saħħithom fil-ġisem, ikunu b'saħħithom fl-ispirtu, fir-ruħ.", "L-aħħar kelma lill-parrinijiet.", "L-ewwel nett grazzi wkoll – mhux għar-rigal qed ngħid – grazzi li aċċettajtu tkunu parrinijiet ta' dawn iż-żgħażagħ għax dan ifisser li se tagħtuhom eżempju tajjeb, se titolbu għalihom u se tkunu ta' sapport.", "Għax aħna ħafna drabi meta nkunu qed nikbru biex tgħid lil ommok u lil missierek naqra diffiċli, hemm bżonn ikun hemm xi ħadd li jista' jiggwidak, imma ovvjament il-kelma tqanqal, kif ngħidu bil-Malti, il-kelma tqanqal u l-eżempju jkaxkar.", "Il-parrinu mhux għar-ritratt, għall-eżempju, għax il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar.", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4", "Evanġelju: Lq 17, 11-19", "Ritratti: knisja.mt/ritratti", "Aktar Ritratti >>"], "date": "12/10/2019", "title": "Grazzi mhux bil-paroli biss imma bil-fatti – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-31-ta-marzu-4/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Num 21, 4-9", "L-Evanġelju: Ġw 8, 21-30", "F'dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: \"Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom.", "Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu\".", "Qalu l-Lhud: \"Jaqaw se jneħħi ħajtu b'idejh dan?", "Għax qal: \"Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu\".", "Ġesù qalilhom: \"Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq.", "Intom nies ta' din id-dinja, imma jien m'iniex ta' din id-dinja.", "Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom.", "Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom\".", "\"U int min int?\". staqsewh.", "Weġibhom Ġesù: \"Dak li ili ngħidilkom sa mill-bidu.", "Għandi ħafna xi ngħid fuqkom u x'nikkundanna fikom; iżda dak li bagħatni, jgħid il-verità, u jiena ngħid lid-dinja dak li smajt mingħandu\".", "Huma ma ntebħux li kien qiegħed ikellimhom fuq il-Missier.", "Għalhekk Ġesù qalilhom: \"Meta terfgħu 'l fuq lil Bin il-bniedem, imbagħad tagħrfu li jiena hu u li minn rajja ma nagħmel xejn, imma li nitkellem skont ma għallimni l-Missier.", "U min bagħatni huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu\".", "Meta tkellem hekk, kienu ħafna dawk li emmnu fih."], "date": "31/03/2020", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 31 ta' Marzu"} {"url": "https://knisja.mt/bord-gdid-ghall-istitut-discern/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["Dr Sue Vella, maħtura bħala ċ-chairperson ta' Discern", "L‐Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dr Sue Vella bħala chairperson ta' Discern, l‐istitut tal‐Knisja għar‐Riċerka tas‐Sinjali taż‐Żminijiet.", "Dr Vella hija senior lecturer fil‐Fakultà għat‐Tisħiħ tas‐Soċjetà u membru fid‐Dipartiment tal‐Politika Soċjali u Ħidma Soċjali tal‐Università ta' Malta.", "Hija wkoll membru fuq bord ta' NGO u ta' kumpanija privata.", "Qabel bdiet taħdem l‐Università bħala lettur, serviet f'diversi karigi għolja mas‐settur pubbliku u tat kontribut f'diversi kumitati fuq livell nazzjonali u Ewropew.", "Kompliet l‐istudji tagħha fil‐London School of Economics u fl‐Università ta' York.", "L‐Arċisqof ħatar ukoll lil John Caruana, Dr Nadia Delicata, Jean Paul Fabri, Prof. Mary Anne Lauri, Michael Pace Ross u Prof. Edward Warrington bħala membri tal‐Bord tad‐Discern.", "Mons. Arċisqof irringrazzja lil Fr Joe Inguanez għas‐servizz li ta tul is‐snin fit‐tmexxija tad‐Discern, kif ukoll lill‐membri tal‐bord preċedenti.", "Discern twaqqaf fl‐1993 bħala istitut Djoċesan biex jgħin lill‐Knisja f'Malta \"teżamina s‐sinjali taż‐żminijiet u tinterpretahom fid‐dawl tal‐Evanġelju, u hekk, b'manjieri addattati għal kull ġenerazzjoni, tkun tista' twieġeb għal dak li l‐bnedmin dejjem jistaqsu dwar is‐sens tal‐ħajja ta' issa u tal‐ħajja li għad trid tiġi, u kif dawn għandhom x'jaqsmu ma' xulxin\" (Gaudium et Spes, 4).", "Dan bil‐għan li jkun ta' servizz lill‐Knisja fil‐ħidma pastorali li twettaq fis‐soċjetà."], "date": "18/09/2019", "title": "Bord ġdid għall-istitut Discern"} {"url": "https://knisja.mt/dati-godda-ghall-poloz-ghad-dhul-fl-iskejjel-tal-knisja/", "category": "religion, church, news, L-Aħbarijiet", "text": ["L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.", "Dawn se jiġu mxandra live fuq", "www.knisja.mt", "minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‐restrizzjonijiet kontra t‐tixrid tal‐coronavirus.", "Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar.", "L-ewwel poloz li se jsiru huma dawk ta' parteċipazzjoni, tal-bniet u s-subien, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja.", "Dawn se jsiru nhar", "l-Erbgħa, 1 ta' April 2020", ".", "Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien issir eżatt warajha fl-10:30am, jew xħin tispiċċa l-polza tal-bniet jekk din tkun għadha ma spiċċatx sa dak il-ħin.", "Agħfas", "biex tara t-trasmissjoni ta' din il-polza.", "Il-polza ta' parteċipazzjoni tal-bniet tal-ewwel sena pimarja se ssir nhar", "il-Ħamis, 2 ta' April 2020", ", u tibda fid-9:30am.", "L-iskeda bid-dati ta' kull polza tinsab hawn taħt.", "Agħfas", "biex tara t-trasmissjoni ta' din il-polza.", "Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom.", "Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta' kull polza, fuq", "il‐paġna tal‐Iskejjel tal‐Knisja", ".", "Il-lista tal-parteċipanti tal-poloz tinsab", "hawnhekk", "Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista' jibgħat email fuq", "jew iċempel fuq 7999 0224.", "Skeda tal-poloz:", "ħ", "L‐Erbgħa 1 ta' April, 9:30am", "Parteċipazzjoni", "L‐Erbgħa 1 ta' April, 10:30am", "Parteċipazzjoni", "Il‐Ħamis 2 ta' April, 9:30am", "Parteċipazzjoni", "Primarja 1 Bniet", "L‐Erbgħa 8 ta' April, 9:30am", "Għażla tal‐Iskola", "L‐Erbgħa 8 ta' April, 10:15am", "Għażla tal‐Iskola", "L‐Erbgħa 15 ta' April, 9:30am", "Għażla tal‐Iskola", "Primarja 1 Bniet", "Il‐Ġimgħa 17 ta' April, 9:30am", "Parteċipazzjoni", "Primarja 1 Subien", "L‐Erbgħa 22 ta' April, 9:30am", "Għażla tal‐Iskola", "Primarja 1 Subien", "L‐Erbgħa 22 ta' April, 11:00am", "Parteċipazzjoni", "It‐Tlieta 28 ta' April, 9:30am", "Għażla tal‐Iskola", "It‐Tlieta 28 ta' April, 11:15am", "Għażla tal‐Iskola", "Kinder 2 Subien *", "L‐Erbgħa 6 ta' Mejju, 9:30am", "Għażla tal‐Iskola", "Kinder 1 Subien *", "L‐Erbgħa 6 ta' Mejju, 12:00pm", "Għażla tal‐Iskola", "Kinder 1 Bniet *", "Id-data tal-", "Poloz tal-Każijiet Serji", "għad trid titħabbar.", "*M'hemmx Polza ta' Parteċipazzjoni f'din is-sezzjoni għax m'hemmx applikanti minn skola bla kontinwità u/jew applikanti li l-ġenituri tagħhom jaħdmu fi skola tal-Knisja fejn it-tfal ma jistgħux jattendu.", "Pereżempju ġenitur jaħdem fi skola tas-subien u bintu ma tistax tmur fl-istess skola fejn jaħdem hu u għalhekk tmur fi skola oħra tal-Knisja.", "L-applikanti l-oħra jieħdu sehem fil-polza tal-Għażla.", "Fejn m'hemmx polza ta' parteċipazzjoni, l-applikanti l-oħra jieħdu sehem fil-polza tal-Għażla.", "Jagħżel skola min ikun quddiem, sakemm hemm postijiet vojta."], "date": "31/03/2020", "title": "Dati ġodda għall-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja"} {"url": "https://knisja.mt/bit-taghlim-tal-evangelju-nitnaddfu-minn-dnubietna-l-arcisqof/", "category": "religion, church, news, Il-Kelma tal-Arċisqof", "text": ["L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna", "Jiena u nirrifletti fuq l-Evanġelju li għadna kemm smajna, ftakart f'diversi riti li lkoll kemm aħna għaddejna minnhom.", "Aħna d-djoċesani – ir-riti tal-ordinazzjonijiet djakonali, presbiterali li ħafna minnkom ukoll għaddejtu minnhom minn idejn is-suċċessuri tal-Appostli, il-predeċessuri tiegħi u uħud, minnkom anke minn idejja, imma b'mod speċjali intom ukoll fil-mument tal-professjoni reliġjuża, meta b'sinjal tad-disponibbiltà, u tas-sottomissjoni aħna npoġġu jdejna f'idejn is-superjur.", "L-id hija sinjal tad-disponibbiltà tal-bniedem, hija wkoll is-sinjal tal-qawwa tiegħu tal-komunikazzjoni tiegħu.", "Min huwa midħla tal-ikonografija orjentali tradizzjonali jaf li fl-ikoni l-personaġġi jitkellmu b'idejhom.", "Meta fiż-żminijiet tad-dlam l-għedewwa tax-xbihat qaddisa riedu jagħmlu l-ħsara lil dawn ix-xbihat, kienu jaqtgħulhom rashom u jdejhom jew idejhom biss biżżejjed, għax li inti taqta' l-id ta' xi ħadd huwa sinjal li m'għandux iżjed qawwa fuqek.", "F'dan il-kuntest nistgħu nirriflettu ftit fuq dak li għamel Ġesù llum fl-Evanġelju (Lq 6:6-11).", "Jiltaqa' ma' raġel, ikellmu, idu l-leminija niexfa.", "Jekk aħna nieħdu s-sinifikat tal-id, nifhmu li allura, dak ir-raġel kellu deficit kbir, u għalina jaf ifisser ukoll in-nuqqas ta' disponibbiltà, in-nuqqas ta' kapaċità li nikkomunikaw u n-nuqqas ta' sottomissjoni.", "Dik l-id li jiena poġġejt f'isem il-persuna u l-intimità kollha tiegħi f'idejn is-superjur, waqt li qiegħed inwiegħed ubbidjenza, ormaj nixfet.", "U l-Mulej lil dan ir-raġel jgħidlu: \"Qum, oħroġ fin-nofs... midd idek\" (Lq 6:6-11).", "U llum l-Mulej qed jistedinna biex nerġgħu mmiddu dik l-id li biha aħna impenjajna ruħna għad-disponibbiltà totali lejh biex ifejjaq lilna.", "Il-Mulej irid iġedded fina d-disponibbiltà tal-għerusija tal-vokazzjoni tagħna, il-kapaċità li nikkomunikaw mill-ġdid, l-umiltà li nissottomettu ruħna lejn is-superjuri leġittimi u lejn ir-rieda tiegħu.", "Bħalma tlabna fil-bidu tal-quddiesa, it-talba tagħna, intom u tibdew dan il-Kapitlu, huwa li tagħrfu r-rieda ta' Alla u tagħmluha għax inti tista' tagħrafha r-rieda ta' Alla, imma tgħidlu: ma jinteressanix.", "Il-ġest profond ta' Ġesu li għamlu f'jum is-Sibt, għaliex jum is-Sibt huwa jum il-Mulej, hemm bżonn ikompli jagħmel il-ġid, hemm bżonn li jsalva ħajja u mhux jeqridha; huwa ġest ta' tiġdid.", "Imma li jitlob minna huwa li aħna, forsi konxji mid-difetti tagħna, mid-dnubiet tagħna, mill-fatt li l-id tagħna nixfet, nixfet id-disponibbiltà, nixfet is-sottomissjoni, nixfet il-komunikazzjoni, aħna innewluhielu u hu jfejjaqna.", "Aħna bħala djakni għallmuna li qabel nipprietkaw jew inkella nipproklamaw il-Kelma, nitolbu l-barka u t-talba tal-barka tal-presbiteru jew tal-isqof hija profonda.", "\"Il-Mulej ikun f'qalbek u f'fommok, biex ixxandar kif jixraq it-tagħlim tal-Evanġelju\".", "U din il-barka għandna bżonnha, għandna bżonnha fil-Knisja f'Malta, bħalma għandna bżonnha fil-Knisja universali u anke fil-Provinċja.", "Li l-Mulej ikun fuq il-fomm tagħna u fil-qalb tagħna.", "Għalfejn?", "Biex inkunu nistgħu nxandru kif jixraq it-tagħlim tal-Evanġelju.", "Imma min se jgħinna fin-nuqqas tad-dinjità, fin-nuqqas ta' ħin tagħna, fin-nuqqas ta' min jaf li ma jixraqlux, biex ngħidu hekk.", "Niftakru fit-talba li nagħmlu kif nispiċċaw naqraw l-Evanġelju: bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna.", "Il-ħelsien, ir-rikonċiljazzjoni, il-maħfra, l-indafa tiġi mill-Kelma li nxandar, għalkemm jiena m'iniex dehen.", "U t-talba tal-Knisja biex jiena nxandar l-Evanġelju biex kif jixraq, mhijiex talba li tistenna li l-ewwel inkun qaddis imbagħad nipprietka, le.", "L-għerf tat-talba tal-Knisja jifhem li waqt li qed inxandar, għalkemm m'iniex dehen, il-Mulej qiegħed jippurifikani: bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn ħtijietna.", "U għalhekk lilna wkoll Ġesù jgħid, bħalma għamel lil Tumas l-appostlu: \"Tumas, newwel idek, miss il-pjagi tiegħi u emmen\" (ara Ġw 20:27).", "Dik l-id, li forsi hija niexfa, il-Mulej irid ifejjaqha biex tidħol mill-bieb tal-pjagi tiegħu u minn hemmhekk tieħu għajn safja, mixja ta' tama, ta' ħelsien u ta' maħfra.", "Ejjew nitolbu 'l Mulej, anke quddiem din ix-xbieha tant sabiħa ta' dan il-Kurċifiss, biex il-Mulej ifejqilna d-disponibbiltà, il-komunikazzjoni tagħna u s-sottomissjoni tagħna u b'hekk jippreparana biex immissu kontinwament il-pjagi tiegħu, għax il-pjagi tiegħu huma għajn ta' tama, ta' maħfra u ta' faraġ.", "Arċisqof ta' Malta", "Il-Qari tal-Quddiesa:", "Evanġelju: Lq 6, 6-11"], "date": "09/09/2019", "title": "Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna – L-Arċisqof"} {"url": "https://knisja.mt/l-evangelju-tal-jum-7-ta-dicembru-5/", "category": "religion, church, news, L-Evanġelju tal-Jum", "text": ["Qari tal-jum", "L-Ewwel Qari: Iż 30, 19-21.23-26", "L-Evanġelju: Mt 9, 35 – 10, 1.6-8", "F'dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.", "Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.", "Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: \"Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.", "Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu\".", "Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.", "U tahom dawn l-ordnijiet: \"Morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta' Iżrael.", "Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.", "Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten.", "B'xejn ħadtu, b'xejn agħtu\".", "San Ambroġ, Isqof u Duttur tal-Knisja"], "date": "07/12/2019", "title": "L-Evanġelju tal-jum: 7 ta' Diċembru"}